ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 198

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 62
25 ta' Lulju 2019


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament (UE) 2019/1238 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar Prodott tal-Pensjoni Personali pan-Ewropew (PEPP) ( 1 )

1

 

*

Regolament (UE) 2019/1239 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi sistema ta’ Single Window Marittima Ewropea u li jħassar id-Direttiva 2010/65/UE

64

 

*

Regolament (UE) 2019/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-ħolqien ta’ netwerk Ewropew bejn l-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni

88

 

*

Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar permezz ta’ miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1380/2013, (UE) 2016/1139, (UE) 2018/973, (UE) 2019/472 u (UE) Nru 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005

105

 

*

Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 595/2009 u (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE ( 1 )

202

 

*

Regolament (UE) 2019/1243 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jadatta għadd ta’ atti legali li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ( 1 )

241

 


 

(1)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

REGOLAMENTI

25.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/1


REGOLAMENT (UE) 2019/1238 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-20 ta’ Ġunju 2019

dwar Prodott tal-Pensjoni Personali pan-Ewropew (PEPP)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Il-familji tal-Unjoni huma fost l-ikbar faddala fid-dinja, iżda l-parti l-kbira ta’ dak it-tfaddil jinżamm f’kontijiet tal-bank b’maturitajiet qosra. Investiment ikbar fis-swieq kapitali jista’ jgħin biex jintlaħqu l-isfidi li jġibu magħhom it-tixjiħ tal-popolazzjoni u r-rati baxxi tal-imgħax.

(2)

Il-pensjonijiet tax-xjuħija jikkostitwixxu parti essenzjali mill-introjtu ta’ persuna rtirata u għal ħafna nies, provvista ta’ pensjoni adegwata tagħmel id-differenza bejn xjuħija komda u l-faqar. Dawn huma prekundizzjoni għall-eżerċitar tad-drittijiet fundamentali stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkluż fl-Artikolu 25 dwar id-drittijiet tal-anzjani, li jiddikjara: “L-Unjoni tirrikonoxxi u tirrispetta d-drittijiet tal-anzjani li jgħixu ħajja dinjituża u indipendenti u li jipparteċipaw fil-ħajja soċjali u kulturali”.

(3)

L-Unjoni qed tiffaċċja bosta sfidi, inklużi sfidi demografiċi minħabba l-fatt li l-Ewropa hija kontinent b’popolazzjoni li qed tixjieħ. Barra minn hekk, ix-xejriet tal-karriera, is-suq tax-xogħol u d-distribuzzjoni tal-ġid għaddejjin minn bidliet radikali, mhux l-inqas bħala riżultat tar-rivoluzzjoni diġitali.

(4)

Parti sostanzjali mill-pensjonijiet tax-xjuħija hija pprovduta taħt skemi pubbliċi. Minkejja l-kompetenza nazzjonali esklussiva rigward l-organizzazzjoni tas-sistemi tal-pensjonijiet kif iddeterminata mit-Trattati, l-adegwatezza tal-introjtu u s-sostenibbiltà finanzjarja tas-sistemi tal-pensjonijiet nazzjonali huma kruċjali għall-istabbiltà tal-Unjoni b’mod ġenerali. Billi ammont akbar tat-tfaddil tal-Ewropej mid-depożiti kontanti u bankarji jiġi ffokat fuq prodotti ta’ investiment fit-tul, bħal prodotti tal-pensjoni volontarji b’natura tal-irtirar fit-tul, l-impatt għalhekk ikun ta’ benefiċċju kemm għall-individwi (li jibbenefikaw minn redditu ogħla u adegwatezza tal-pensjoni mtejba) kif ukoll għall-ekonomija usa’.

(5)

Fl-2015, 11,3 miljun ċittadin tal-Unjoni fl-età tax-xogħol (bejn 20 u 64 sena) kienu residenti fi Stat Membru li mhux dak taċ-ċittadinanza tagħhom, u 1,3 miljun ċittadin tal-Unjoni kienu qed jaħdmu fi Stat Membru li mhux dak tar-residenza tagħhom.

(6)

Prodott tal-Pensjoni Personali pan-Ewropew (PEPP) portabbli b’natura tal-irtirar fit-tul jżid l-attraenza tiegħu bħala prodott, partikolarment għaż-żgħażagħ u ħaddiem mobbli, u jgħin biex ikompli jiġi ffaċilitat id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni li jgħixu u jaħdmu fl-Unjoni kollha.

(7)

Il-pensjonijiet personali huma importanti fil-ħolqien tar-rabta bejn faddala għal terminu twil ma’ opportunitajiet ta’ investiment ta’ terminu twil. Suq Ewropew ikbar għall-pensjonijiet personali jappoġġja wkoll il-provvista ta’ fondi għal investituri istituzzjonali u l-investiment fl-ekonomija reali.

(8)

Dan ir-Regolament jippermetti l-ħolqien ta’ prodott tal-pensjoni personali li jkollu natura tal-irtirar fit-tul u li jqis il-fatturi ambjentali, soċjali u ta’ governanza (ESG) kif hemm riferiment għalihom fil-Prinċipji li huma appoġġati min-Nazzjonijiet Uniti għall-Investiment Responsabbli, sa fejn ikun possibbli, ikun sempliċi, sikur, bi prezz raġonevoli, trasparenti, favur il-konsumatur u portabbli madwar l-Unjoni u jikkumplimenta s-sistemi eżistenti fl-Istati Membri.

(9)

Bħalissa, is-suq intern għall-prodotti tal-pensjonijiet personali ma jiffunzjonax bla xkiel. F’xi Stati Membri għad ma hemmx suq għal prodotti tal-pensjoni. F’oħrajn, il-prodotti tal-pensjoni personali huma disponibbli, iżda hemm grad għoli ta’ frammentazzjoni bejn is-swieq nazzjonali. B’riżultat ta’ dan, il-prodotti tal-pensjoni personali għandhom biss grad limitat ta’ portabilità. Dan jista’ jirriżulta f’diffikultajiet għall-individwi biex jużaw il-libertajiet bażiċi tagħhom. Pereżempju, dawn jaf ma jkunux jistgħu jsibu impjieg jew jirtiraw fi Stat Membru ieħor. Barra minn hekk, il-possibbiltà għall-fornituri li jużaw il-libertà tal-istabbiliment u l-libertà ta’ forniment ta’ servizzi hi mxekkla min-nuqqas ta’ standardizzazzjoni tal-prodotti tal-pensjoni personali eżistenti.

(10)

Peress li s-suq intern għall-prodotti tal-pensjonijiet personali huwa frammentat u diversifikat, l-impatt tal-PEPPs jista’ jkun differenti ħafna fl-Istati Membri kollha, u l-udjenza fil-mira tista’ tkun daqstant ieħor varjata. F’xi Stati Membri, il-PEPPs jistgħu joffru soluzzjonijiet għal dawk il-persuni li bħalissa ma għandhomx aċċess għal provvedimenti adegwati. Fi Stati Membri oħra, il-PEPPs jistgħu jwessgħu l-għażla tal-konsumatur, jew joffri soluzzjonijiet għaċ-ċittadini mobbli. Madankollu, il-PEPPs m’għandhomx ikollhom il-għan li jissostitwixxu s-sistemi tal-pensjonijiet nazzjonali eżistenti, peress li dan huwa prodott tal-pensjoni personali addizzjonali u komplementari.

(11)

L-unjoni tas-swieq kapitali (CMU) se tgħin fil-mobilizzazzjoni tal-kapital fl-Ewropa u tmexxih lejn il-kumpaniji kollha, inklużi l-impriżi żgħar u medji, l-infrastruttura u proġetti sostenibbli fit-tul li jeħtiġuh biex jikbru u joħolqu l-impjiegi. Wieħed mill-objettivi tas-CMU hu li żżid l-investiment u l-għażliet għall-investituri fil-livell tal-konsum billi tqiegħed it-tfaddil tal-Ewropej għal użu aħjar. Għal dan l-iskop, PEPP jirrappreżenta pass ’il quddiem għat-titjib tal-integrazzjoni tas-swieq kapitali minħabba l-appoġġ tiegħu għall-finanzjament fit-tul tal-ekonomija reali b’kunsiderazzjoni tan-natura tal-irtirar fit-tul tal-prodott u s-sostenibbiltà tal-investimenti.

(12)

Kif imħabbar fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni dwar il-bini ta’ CMU, fit-30 ta’ Settembru 2015, “il-Kummissjoni se tivvaluta l-każ għal qafas ta’ politika biex tistabbilixxi suq Ewropew b’suċċess għal pensjonijiet personali sempliċi, effiċjenti u kompetittivi, u tiddetermina jekk il-leġiżlazzjoni tal-UE hijiex meħtieġa biex issostni dan is-suq.”

(13)

Fir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Jannar 2016 dwar analiżi u sfidi tar-Regolament tal-UE dwar is-Servizzi Finanzjarji: impatt u t-triq ’il quddiem lejn qafas tal-UE aktar effiċjenti u effikaċi għal Regolamentazzjoni Finanzjarja u Unjoni tas-Swieq Kapitali (3), il-Parlament Ewropew saħaq li “għandu jitħeġġeġ ambjent li jistimola l-innovazzjoni tal-prodotti finanzjarji, li joħloq aktar diversità u benefiċċji għall-ekonomija reali u jipprovdi inċentivi mtejba għal investimenti, u li jista’ jikkontribwixxi wkoll għall-għoti ta’ pensjonijiet adegwati, sikuri u sostenibbli, bħal, pereżempju, l-iżvilupp ta’ Prodott tal-Pensjoni Pan-Ewropew (PEPP), b’disinn sempliċi u trasparenti”.

(14)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-28 ta’ Ġunju 2016, il-Kunsill Ewropew appella għal “progress rapidu u determinat biex jiġi żgurat aċċess aktar faċli għal finanzjament għan-negozji u jingħata appoġġ għall-investiment fl-ekonomija reali billi tiġi promossa l-aġenda tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali.”.

(15)

Fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Settembru 2016, l-Unjoni tas-Swieq Kapitali — Naċċelleraw ir-Riforma, il-Kummissjoni ħabbret li “se tikkunsidra proposti għal prodott tal-pensjoni personali tal-UE sempliċi, effiċjenti u kompetittiv […] Opzjonijiet li qegħdin jiġu kkunsidrati jinkludu proposta leġiżlattiva possibbli li tista’ tiġi ppreżentata fl-2017.”.

(16)

Fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Ġunju 2017, Rieżami ta’ Nofs it-Terminu tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali, il-Kummissjoni ħabbret “proposta leġiżlattiva dwar Prodott ta’ Pensjoni Personali Pan-Ewropew (PEPP) sa tmiem Ġunju 2017. Dan se jipprepara l-pedamenti għal suq sigur, aktar kost-effiċjenti u trasparenti fi tfaddil personali vijabbli u volontarju għall-pensjonijiet li jista’ jkun ġestit fuq skala pan-Ewropea. Hija se tgħin biex ikunu sodisfatti l-bżonnijiet tan-nies li jixtiequ itejbu l-adegwatezza tat-tfaddil tagħhom għall-irtirar, jindirizzaw l-isfida demografika, jikkumplementaw il-prodotti u l-iskemi tal-pensjoni eżistenti, u jappoġġaw il-kost-effiċjenza tal-pensjonijiet personali billi joffru opportunitajiet tajba għall-investiment fuq tul ta’ żmien ta’ pensjonijiet personali”.

(17)

L-iżvilupp ta’ PEPP jikkontribwixxi biex jiżdiedu l-għażliet għat-tfaddil għall-irtirar, speċjalment għall-ħaddiema mobbli, u jistabbilixxi suq tal-Unjoni għall-fornituri tal-PEPP. Madankollu, jenħtieġ li jkun komplementari biss għas-sistemi pubbliċi tal-pensjonijiet.

(18)

L-edukazzjoni finanzjarja tista’ tappoġġja l-fehim u s-sensibilizzazzjoni tal-għażliet ta’ tfaddil tal-familji fil-qasam tal-prodotti tal-pensjoni personali volontarji. Il-faddala jenħtieġ li jkollhom ukoll opportunità ġusta biex jifhmu tajjeb ir-riskji u l-karatteristiċi relatati ma’ PEPP.

(19)

Qafas leġiżlattiv għal PEPP jistabbilixxi l-pedamenti għal suq li jirnexxi fl-investimenti affordabbli u volontarji relatati mal-irtirar li jistgħu jiġu ġestiti fuq skala pan-Ewropea. Billi jikkomplementa l-iskemi u l-prodotti tal-pensjonijiet statutorji u okkupazzjonali eżistenti, dan se jikkontribwixxi għall-issodisfar tal-ħtiġijiet tan-nies li jixtiequ jsaħħu l-adegwatezza tat-tfaddil għall-irtirar tagħhom, filwaqt li jindirizza l-isfida demografika u jipprovdi sors ġdid b’saħħtu ta’ kapital privat għall-investiment ta’ terminu twil. Dan il-qafas mhuwiex se jieħu post jew jarmonizza l-iskemi jew il-prodotti nazzjonali eżistenti tal-pensjonijiet personali, lanqas mhu se jaffettwa l-iskemi u l-prodotti tal-pensjonijiet statutorji u okkupazzjonali nazzjonali eżistenti.

(20)

PEPP huwa prodott tal-pensjoni mhux okkupazzjonali individwali sottoskritt b’mod volontarju minn faddal tal-PEPP għall-irtirar. Minħabba li jenħtieġ li PEPP jipprovdi għal akkumulazzjoni kapitali fit-tul, il-possibbiltajiet għall-irtirar bikri tal-kapital jenħtieġ li jkunu limitati u jistgħu jiġu ppenalizzati.

(21)

Dan ir-Regolament jarmonizza sett ta’ karatteristiċi ċentrali għall-PEPP, li jikkonċernaw elementi importanti bħad-distribuzzjoni, il-kontenut minimu tal-kuntratti, il-politika ta’ investiment, il-bdil tal-fornituri, jew il-provvista u l-portabilità transfruntiera. L-armonizzazzjoni ta’ dawk il-karatteristiċi ewlenin se ttejjeb il-kundizzjonijiet ekwi għall-fornituri tal-pensjonijiet personali inġenerali u tgħin biex issaħħaħ it-tlestija tas-CMU u l-integrazzjoni tas-suq intern għall-pensjonijiet personali. Din se twassal għall-ħolqien ta’ prodott pan-Ewropew fil-parti l-kbira standardizzat, disponibbli fl-Istati Membri kollha, li jagħti s-setgħa lill-konsumaturi biex jagħmlu użu sħiħ mis-suq intern billi jittrasferixxu d-drittijiet tal-pensjoni tagħhom u joffri għażla usa’ bejn tipi differenti ta’ fornituri, inkluż b’mod transfruntier. Bħala riżultat ta’ inqas ostakli għall-forniment ta’ servizzi tal-pensjoni b’mod transfruntier, PEPP iżid il-kompetizzjoni bejn il-fornituri fuq bażi pan-Ewropea u joħloq ekonomiji ta’ skala li jenħtieġ li jibbenefikaw lill-faddala.

(22)

L-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jippermetti l-adozzjoni ta’ atti fil-forma ta’ regolamenti jew ta’ direttivi. L-adozzjoni ta’ regolament ġiet ippreferuta peress li dan ikun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Għaldaqstant, regolament jippermetti teħid iktar veloċi tal-PEPP u jikkontribwixxi b’mod iktar rapidu għall-indirizzar tal-ħtieġa ta’ iktar tfaddil għall-pensjonijiet u investimenti fil-kuntest tas-CMU. Dan ir-regolament qed jarmonizza l-karatteristiċi ewlenin ta’ PEPPs, li ma għandhomx għalfejn ikunu soġġetti għal regoli nazzjonali speċifiċi u għalhekk regolament jidher iktar adattat milli direttiva f’dan il-każ. Għall-kuntrarju, il-karatteristiċi li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament (eż. kundizzjonijiet tal-fażi ta’ akkumulazzjoni) huma soġġetti għar-regoli nazzjonali.

(23)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi regoli uniformi dwar ir-reġistrazzjoni, il-forniment, id-distribuzzjoni u s-superviżjoni tal-PEPPs. Il-PEPPs jenħtieġ li jkun soġġett għad-dispożizzjonijiet f’dan ir-Regolament, id-dritt settorjali rilevanti tal-Unjoni kif ukoll l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni korrispondenti. Barra minn hekk, jenħtieġ li japplikaw il-liġijiet adottati mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-liġi settorjali tal-Unjoni. Jekk ma jkunx diġà kopert minn dan ir-Regolament jew mil-liġi settorjali tal-Unjoni, jenħtieġ li japplikaw il-liġijiet rispettivi tal-Istati Membri. Jenħtieġ li PEPP jiġi soġġett ukoll għal kuntratt konkluż bejn il-faddal tal-PEPP u l-fornitur tal-PEPP (“il-kuntratt tal-PEPP”). Hemm sett ta’ karatteristiċi ewlenin tal-prodott li jenħtieġ li jiġi inkluż fil-kuntratt tal-PEPP. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun bla preġudizzju għar-regoli tal-Unjoni dwar id-dritt internazzjonali privat, b’mod partikolari r-regoli relatati mal-ġuriżdizzjoni tal-qorti u l-liġijiet applikabbli. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun ukoll mingħajr preġudizzju għal-liġi kuntrattwali, soċjali, tax-xogħol u fiskali nazzjonali.

(24)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jagħmilha ċara li l-kuntratt tal-PEPP għandu jikkonforma mar-regoli applikabbli kollha. Barra minn hekk, il-kuntratt tal-PEPP jenħtieġ li jistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet u jinkludi sett ta’ karatteristiċi ewlenin tal-prodott. Kuntratt tal-PEPP jista’ jiġi konkluż ukoll mir-rappreżentant ta’ grupp ta’ faddala tal-PEPP, bħal assoċjazzjoni ta’ faddala indipendenti, li taġixxi f’isem dak il-grupp, dment li dan isir b’konformità ma’ dan ir-Regolament u l-liġi nazzjonali applikabbli u li l-faddala tal-PEPP sottoskritti b’dan il-mod jiksbu l-istess informazzjoni u pariri bħall-faddala tal-PEPP li jikkonkludu kuntratt tal-PEPP jew direttament ma’ fornitur tal-PEPP jew permezz ta’ distributur tal-PEPP.

(25)

Jenħtieġ li l-fornituri tal-PEPP ikollhom aċċess għas-suq tal-Unjoni kollu b’reġistrazzjoni unika tal-prodott li għandha tingħata fuq il-bażi ta’ sett wieħed ta’ regoli. Sabiex jikkummerċjalizzaw prodott bid-denominazzjoni “PEPP”, jenħtieġ li l-fornituri applikanti tal-PEPP japplikaw għar-reġistrazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom. Dan ir-Regolament ma jipprevjenix ir-reġistrazzjoni ta’ prodott tal-pensjoni personali eżistenti li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti minn dan ir-Regolament. L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jieħdu deċiżjoni għar-reġistrazzjoni jekk il-fornitur tal-PEPP applikant ikun ipprovda l-informazzjoni kollha meħtieġa u jekk ikun hemm fis-seħħ arranġamenti xierqa biex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Wara li tkun ittieħdet deċiżjoni għar-reġistrazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti, dawn jenħtieġ li jinnotifikaw lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol) (EIOPA) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) kif xieraq biex jiġi rreġistrat il-fornitur tal-PEPP u l-PEPP fir-reġistru pubbliku ċentrali. Tali reġistrazzjoni jenħtieġ li tkun valida fl-Unjoni kollha. Sabiex tiġi żgurata superviżjoni effettiva tal-konformità mar-rekwiżiti uniformi stabbiliti f’dan ir-Regolament, kwalunkwe modifiki sussegwenti għall-informazzjoni u d-dokumenti pprovduti fil-proċedura tar-reġistrazzjoni jenħtieġ li jiġu nnotifikati minnufih lill-awtoritajiet kompetenti u lill-EIOPA, fejn applikabbli.

(26)

Jenħtieġ li jinħoloq reġistru pubbliku ċentrali mill-EIOPA biex jinkludi informazzjoni dwar PEPPs li ġew irreġistrati u li jistgħu jiġu pprovduti u distribwiti fl-Unjoni, kif ukoll dwar il-fornituri tal-PEPP u lista tal-Istati Membri li fihom jiġi offrut il-PEPP. Meta l-fornituri tal-PEPP ma jkunux qed iqassmu l-PEPP fit-territorju ta’ Stat Membru iżda jistgħu jiftħu subkont għal dak l-Istat Membru sabiex jiżguraw il-portabilità għall-klijenti tal-PEPP tagħhom, dak ir-reġistru jenħtieġ li jkun fih ukoll informazzjoni dwar l-Istati Membri li għalihom il-fornitur tal-PEPP joffri subkontijiet.

(27)

Il-mod li bih l-istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali (IORPs), kif imsemmija fid-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), huma organizzati u rregolati jvarja b’mod sinifikanti bejn l-Istati Membri. F’xi Stati Membri, dawk l-istituzzjonijiet jitħallew iwettqu biss attivitajiet ta’ pensjoni okkupazzjonali filwaqt li fi Stati Membri oħra, dawk l-istituzzjonijiet, inklużi l-entitajiet awtorizzati responsabbli għat-tħaddim tagħhom u li jaġixxu f’isimhom, fejn l-IORPs ma għandhomx personalità ġuridika, huma permessi jwettqu attivitajiet ta’ pensjoni okkupazzjonali u personali. Dan mhux biss wassal għal strutturi organizzattivi differenti fil-livell tal-IORPs iżda huwa wkoll akkumpanjat minn superviżjoni differenti fil-livell nazzjonali. B’mod partikolari, is-superviżjoni prudenzjali tal-IORPs li huma awtorizzati jipprovdu attivitajiet relatati mal-pensjonijiet okkupazzjonali u personali hija usa’ minn ta’ dawk l-IORPs li jwettqu biss attivitajiet relatati mal-pensjonijiet okkupazzjonali.

Sabiex l-istabbiltà finanzjarja ma tixxekkilx u sabiex jitqiesu l-istruttura u s-superviżjoni organizzazzjonali differenti, jenħtieġ li dawk l-IORPs biss li huma wkoll awtorizzati u sorveljati biex jitħallew jipprovdu prodotti tal-pensjoni personali skont il-liġi nazzjonali, jitħallew jipprovdu PEPPs. Barra minn hekk, u sabiex jiġu salvagwardjati l-istabbiltà finanzjarja, l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha korrispondenti għall-forniment tal-PEPP jenħtieġ li jkunu separati, mingħajr possibbiltà li jiġu trasferiti għan-negozju l-ieħor ta’ provvista għall-irtirar tal-istituzzjoni; L-IORPs li jipprovdu PEPPs jenħtieġ ukoll f’kull ħin jikkonformaw mal-istandards rilevanti stabbiliti mid-Direttiva (UE) 2016/2341, inklużi r-regoli ta’ investiment aktar dettaljati stabbiliti mill-Istati Membri fejn huma rreġistrati jew awtorizzati f’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/2341 meta jittrasponu dik id-Direttiva, u d-dispożizzjonijiet tas-sistema ta’ governanza tagħhom. Bħal fil-każ ta’ fornituri oħra tal-PEPP, meta dan ir-Regolament jistabbilixxi dispożizzjonijiet aktar stretti, jenħtieġ li japplikaw tali dispożizzjonijiet.

(28)

Il-passaport uniku tal-PEPP se jiżgura l-ħolqien ta’ suq intern għall-PEPP.

(29)

Il-fornituri tal-PEPP jenħtieġ li jkunu jistgħu jiddistribwixxu PEPPs li huma mmanifatturaw u PEPP li huma ma immanifatturawx dment li dan ikun f’konformità mal-liġi settorjali rilevanti. Jenħtieġ li d-distributuri tal-PEPP ikunu intitolati jiddistribwixxu PEPPs li huma ma jkunux immanifatturaw. Jenħtieġ li d-distributuri tal-PEPP jiddistribwixxu biss dawk il-prodotti li għalihom ikollhom l-għarfien u l-kompetenza xierqa skont il-liġi settorjali rilevanti.

(30)

Jenħtieġ li jiġu mogħtija pariri lill-faddala prospettivi tal-PEPP mill-fornituri tal-PEPP jew mid-distributuri tal-PEPP qabel il-konklużjoni tal-kuntratt tal-PEPP, filwaqt li titqies in-natura tal-irtirar fit-tul tal-prodott, id-domandi individwali u l-ħtiġijiet tal-faddal tal-PEPP u t-tifdija limitata. Jenħtieġ li l-pariri jkollhom l-għan partikolari li jinformaw lil faddal tal-PEPP dwar il-karatteristiċi tal-opzjonijiet ta’ investiment, il-livell ta’ protezzjoni tal-kapital u l-forom ta’ pagamenti maħruġa.

(31)

Taħt il-libertà li jipprovdu servizzi jew il-libertà ta’ stabbiliment, il-fornituri tal-PEPP jistgħu jipprovdu PEPPs u d-distributuri tal-PEPP jistgħu jiddistribwixxu PEPPs fit-territorju ta’ Stat Membru ospitanti wara l-ftuħ ta’ subkont għal dak l-Istat Membru ospitanti. Sabiex ikun żgurat servizz ta’ kwalità għolja u protezzjoni tal-konsumatur effikaċi, jenħtieġ li l-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti jikkooperaw mill-qrib fl-infurzar tal-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament. Meta l-fornituri tal-PEPP u d-distributuri tal-PEPP iwettqu negozju fi Stati Membri differenti bil-libertà li jipprovdu servizzi, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tkun responsabbli għall-iżgurar tal-konformità mal-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament, minħabba r-rabtiet eqreb tagħhom mal-fornitur tal-PEPP. Biex jiġi żgurat qsim ġust tar-responsabilitajiet bejn l-awtoritajiet kompetenti mill-Istati Membri tad-domiċilju u ospitanti, jekk l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru tad-domiċilju jsiru jafu b’xi ksur tal-obbligi li jseħħ fit-territorju tagħhom, jenħtieġ li huma jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju li mbagħad jenħtieġ li jieħu l-miżuri xierqa. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti jkunu intitolati jintervjenu, jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jonqsu milli jieħdu miżuri adegwati jew jekk il-miżuri meħuda ma jkunux biżżejjed.

(32)

Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom dawk il-mezzi kollha meħtieġa biex tkun żgurata t-tmexxija tajba tan-negozju mill-fornituri tal-PEPP u mid-distributuri tal-PEPP madwar l-Unjoni, kemm jekk imwettqa skont il-libertà tal-istabbiliment jew skont il-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Sabiex tkun żgurata l-effikaċja tas-superviżjoni, jenħtieġ li l-azzjonijiet kollha li jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti jkunu proporzjonati skont in-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji inerenti fin-negozju ta’ fornitur jew ta’ distributur partikolari.

(33)

Id-dimensjoni pan-Ewropea tal-PEPP tista’ tiġi żviluppata mhux biss fil-livell tal-fornitur, permezz tal-possibbiltajiet għall-attività transfruntiera tiegħu, iżda anki fil-livell tal-faddal tal-PEPP, permezz tal-portabilità tal-PEPP u s-servizz tal-bdil, u b’hekk tikkontribwixxi għas-salvagwardja tad-drittijiet tal-pensjoni personali tal-persuni li jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal moviment liberu skont l-Artikoli 21 u 45 TFUE. Il-portabilità tinvolvi l-bdil tar-residenza mill-faddal tal-PEPP għal Stat Membru ieħor mingħajr ma jbiddel il-fornituri tal-PEPP, filwaqt li l-bdil tal-fornituri tal-PEPP mhux bilfors jinvolvi bdil tar-residenza.

(34)

Jenħtieġ li PEPP jinkludi subkontijiet nazzjonali, b’kull wieħed minnhom li jakkomoda karatteristiċi tal-prodotti tal-pensjoni personali li jippermettu li l-kontribuzzjonijiet għall-PEPP jew il-pagamenti maħruġa jikkwalifikaw għal inċentivi jekk disponibbli fl-Istati Membri li fir-rigward tagħhom isir disponibbli subkont mill-fornitur tal-PEPP. Is-subkont jenħtieġ li jintuża biex iżomm rekord tal-kontribuzzjonijiet li saru matul il-fażi ta’ akkumulazzjoni u l-pagamenti maħruġa li saru matul il-fażi ta’ dekumulazzjoni f’konformità mal-liġi tal-Istat Membru li għalih is-subkont ġie miftuħ. Fil-livell tal-faddal tal-PEPP, jenħtieġ li l-ewwel subkont jinħoloq mal-konklużjoni ta’ kuntratt PEPP.

(35)

Biex tkun tista’ ssir tranżizzjoni mingħajr intoppi għall-fornituri tal-PEPP, l-obbligu li jipprovdu l-PEPPs li jinkludu subkontijiet għal mill-inqas żewġ Stati Membri jenħtieġ li japplika tliet snin mid-data li tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Mat-tnedija ta’ PEPP, jenħtieġ li l-fornitur tal-PEPP jipprovdi informazzjoni dwar liema subkontijiet huma disponibbli minnufih, biex jiġi evitat tqarriq possibbli tal-faddala tal-PEPP. Jekk faddal ta’ PEPP imur jgħix fi Stat Membru ieħor u jekk ma jkun disponibbli ebda subkont għal dak l-Istat Membru, jenħtieġ li l-fornitur tal-PEPP jippermetti li l-faddal tal-PEPP jaqleb mingħajr dewmien u mingħajr ħlas għal fornitur tal-PEPP ieħor li jipprovdi subkont għal dak l-Istat Membru. Il-faddal tal-PEPP jista’ jkompli jikkontribwixxi wkoll għas-subkont fejn il-kontribuzzjonijiet saru qabel ma nbidlet ir-residenza.

(36)

Fid-dawl tan-natura tal-irtirar fit-tul tal-PEPP u l-piż amministrattiv involut, jenħtieġ li l-fornituri tal-PEPP u d-distributuri tal-PEPP jipprovdu informazzjoni ċara, faċli li tinftiehem u adegwata lill-faddala tal-PEPP u lill-benefiċjarji prospettivi tal-PEPP biex jassistu t-teħid ta’ deċiżjonijiet tagħhom dwar l-irtirar tagħhom. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li l-fornituri tal-PEPP u d-distributuri tal-PEPP jiżguraw ukoll livell għoli ta’ trasparenza tul id-diversi fażijiet ta’ PEPP inklużi l-istadju prekuntrattwali, il-konklużjoni tal-kuntratt, il-fażi ta’ akkumulazzjoni (inkluż qabel l-irtirar) u l-fażi ta’ dekumulazzjoni. B’mod partikolari, jenħtieġ li tingħata informazzjoni dwar l-intitolamenti tal-irtirar akkumulati, il-livelli proġettati tal-benefiċċji tal-irtirar tal-PEPP, ir-riskji u l-garanziji, l-integrazzjoni tal-fatturi u l-kostijiet ESG. Fejn il-livelli proġettati tal-benefiċċji tal-irtirar tal-PEPP ikunu bbażati fuq xenarji ekonomiċi, dik l-informazzjoni jenħtieġ li tinkludi wkoll xenarju bbażat fuq l-aħjar stima u xenarju sfavorevoli, li jenħtieġ li jkun estrem iżda realistiku.

(37)

Qabel ma jikkonkludu kuntratt PEPP, jenħtieġ li l-faddala prospettivi tal-PEPP jingħataw l-informazzjoni neċessarja kollha biex jagħmlu għażla informata. Qabel il-konklużjoni tal-kuntratt tal-PEPP, it-talbiet u l-ħtiġijiet relatati mal-irtirar jenħtieġ li jiġu speċifikati u jenħtieġ li jiġi pprovdut parir.

(38)

Biex jiżguraw trasparenza ottimali tal-prodotti, jenħtieġ li l-fornituri tal-PEPP ifasslu dokument bit-tagħrif ewlieni tal-PEPP (KID tal-PEPP) għall-PEPPs li huma jimmanifatturaw qabel dawk il-PEPPs ikunu jistgħu jitqassmu lill-faddala tal-PEPP. Jenħtieġ li jkunu responsabbli wkoll għall-eżattezza tal-KID tal-PEPP. Il-KID tal-PEPP jenħtieġ li jieħu post u jadatta d-dokument bit-tagħrif ewlieni għal prodotti ta’ investiment għall-konsumatur u bbażati fuq l-assigurazzjoni pprovduti f’pakkett skont ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) li, bħala konsegwenza, ma jkollhomx jiġu pprovduti għall-PEPP. Jenħtieġ li jitfassal KID tal-PEPP awtonomu għall-PEPP bażiku. Fejn il-fornitur tal-PEPP joffri opzjonijiet alternattivi ta’ investiment, jenħtieġ li jiġi pprovdut ukoll KID ġeneriku għall-opzjonijiet alternattivi ta’ investiment li jista’ jkun fih ukoll referenzi għal dokumenti oħrajn. B’mod alternattiv, fejn l-informazzjoni meħtieġa dwar l-opzjonijiet alternattivi ta’ investiment ma tistax tiġi pprovduta fi ħdan KID awtonomu uniku, jenħtieġ li jiġi pprovdut KID awtonomu għal kull opzjoni alternattiva ta’ investiment. Madankollu, dan jenħtieġ li jkun il-każ biss jekk il-forniment ta’ KID ġeneriku għall-opzjonijiet alternattivi ta’ investiment ma jkunx fl-interess tal-klijenti tal-PEPP. Għalhekk, meta l-awtoritajiet kompetenti jivvalutaw il-konformità tal-KID tal-PEPP ma’ dan ir-Regolament, huma jenħtieġ li jiżguraw l-aħjar komparabbiltà ta’ opzjonijiet differenti ta’ investiment, jekk applikabbli, filwaqt li jqisu b’mod partikolari l-għarfien aġġornat tal-analiżi tal-imġiba biex jiġi evitat kwalunkwe preġudizzju konjittiv ikkawżat mill-preżentazzjoni tal-informazzjoni.

(39)

Sabiex jiġu żgurati t-tixrid u d-disponibbiltà ġenerali tal-KIDs tal-PEPP, jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprovdi għall-pubblikazzjoni mill-fornitur tal-PEPP tal-KIDs tal-PEPP fuq is-sit web tiegħu. Il-fornitur tal-PEPP jenħtieġ li jippubblika l-KID tal-PEPP għal kull Stat Membru fejn il-PEPP jiġi distribwit taħt il-libertà li jiġu pprovduti servizzi jew il-libertà ta’ stabbiliment li jkun fiha l-informazzjoni speċifika għall-kundizzjonijiet relatati mal-fażi ta’ akkumulazzjoni u l-fażi ta’ dekumulazzjoni għal dak l-Istat Membru.

(40)

Il-kalkolaturi tal-prodotti tal-pensjoni diġà qed jiġu żviluppati fil-livell nazzjonali. Madankollu, biex dawk il-kalkolaturi jkunu utli kemm jista’ jkun għall-konsumaturi, jenħtieġ li dawn ikopru l-kostijiet u t-tariffi imposti minn diversi fornituri tal-PEPP, flimkien ma’ kwalunkwe kost jew tariffa ulterjuri imposti minn intermedjarji jew minn partijiet oħrajn tal-katina tal-investiment, li ma jkunux diġà ġew inklużi mill-fornituri tal-PEPP.

(41)

Id-dettalji tal-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-KID tal-PEPP u l-preżentazzjoni ta’ din l-informazzjoni jenħtieġ li jiġu armonizzati iżjed permezz ta’ standards tekniċi regolatorji li jikkunsidraw ir-riċerka eżistenti u kontinwa dwar l-imġiba tal-konsumaturi, inkluż ir-riżultati tal-ittestjar tal-effettività ta’ modi differenti ta’ kif tiġi ppreżentata l-informazzjoni lill-konsumaturi. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiġi mogħtija s-setgħa li taddota standards tekniċi regolatorji. L-abbozzi ta’standards tekniċi regolatorji jenħtieġ li jiġu żviluppati mill-EIOPA wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji Ewropej l-oħra (ESAs) - l-Awtorità Superviżorja Ewropeja (l-Awtorità Bankarja Ewropea) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) u l-Awtorità Superviżorja Ewropeja (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u tas-Swieq) (ESMA) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) fejn applikabbli kif ukoll mal-Bank Ċentrali Ewropew, l-awtoritajiet kompetenti u wara ttestjar mill-konsumatur u mill-industrija kif previst f’dan ir-Regolament, filwaqt li jiġu speċifikati d-dettalji u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni li jenħtieġ li tiġi nkluża fil-KID tal-PEPP; il-kundizzjonijiet li taħthom il-PEPP KID jenħtieġ li jiġi rivedut u rivedut; il-kundizzjonijiet biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit li tiġi pprovduta l-PEPP KID; ir-regoli li jiddeterminaw is-suppożizzjonijiet dwar il-projezzjonijiet tal-benefiċċji tal-pensjoni; id-dettalji tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni li għandha tkun fid-Dikjarazzjoni tal-Benefiċċju tal-PEPP; u l-kriterji minimi li t-tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskju għandhom jissodisfaw. Meta tkun qed tiżviluppa l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji, l-EIOPA jenħtieġ li tqis id-diversi tipi possibbli ta’ PEPPs, in-natura fit-tul tal-PEPPs, il-kapaċitajiet tal-faddala tal-PEPP, u l-karatteristiċi tal-PEPPs. Qabel ma jiġi ppreżentat l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni, jenħtieġ li jsir l-ittestjar tal-konsumaturi u l-ittestjar tal-industrija b’data reali fejn applikabbli. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta dawk l-istandards tekniċi regolatorji permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 290 TFUE u skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata wkoll is-setgħa li tadotta standards tekniċi ta’ implimentazzjoni żviluppati mill- EIOPA rigward id-dettalji għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni flimkien mar-rekwiżiti meħtieġa biex tippreżenta dik l-informazzjoni f’format standardizzat li jippermetti t-tqabbil u, wara li tikkonsulta lill-ASE l-oħra u l-awtoritajiet kompetenti. wara l-ittestjar tal-industrija, rigward il-format ta’rappurtar superviżorju permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 TFUE u skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

(42)

Il-KID tal-PEPP jenħtieġ li jkun distint u separat b’mod ċar minn kwalunkwe materjal ta’ kummerċjalizzazzjoni.

(43)

Jenħtieġ li l-fornituri tal-PEPP ifasslu dikjarazzjoni tal-benefiċċji tal-PEPP indirizzata lill-faddala tal-PEPP, sabiex jippreżentawhom b’data personali u ġenerika ewlenija dwar l-iżvilupp tal-PEPP u sabiex jiżguraw informazzjoni aġġornata dwarha. Id-dikjarazzjoni tal-benefiċċji tal-PEPP jenħtieġ li tkun ċara u komprensiva u jenħtieġ li tkun fiha informazzjoni rilevanti u xierqa sabiex tiffaċilita l-fehim tad-drittijiet tal-pensjoni matul iż-żmien u minn prodott tal-pensjoni għal ieħor u biex taqdi l-mobbiltà tal-forza tax-xogħol. Jenħtieġ li d-dikjarazzjoni tal-benefiċċji tal-PEPP tinkludi wkoll informazzjoni ewlenija dwar il-politika ta’ investiment relatata mal-fatturi ESG u jenħtieġ li tindika fejn u kif il-faddala tal-PEPP jistgħu jiksbu informazzjoni supplimentari dwar l-integrazzjoni tal-fatturi ESG. Id-dikjarazzjoni tal-benefiċċji tal-PEPP jenħtieġ li jiġi pprovdut kull sena lill-faddala tal-PEPP.

(44)

Il-fornituri tal-PEPP jenħtieġ li jinfurmaw lill-faddala tal-PEPP xahrejn qabel id-dati li fihom il-faddala tal-PEPP ikollhom il-possibbiltà li jimmodifikaw l-opzjonijiet tal-pagament tagħhom dwar il-bidu li jmiss tal-fażi ta’ dekumulazzjoni, il-forom possibbli ta’ pagamenti maħruġa u l-possibbiltà li tiġi mmodifikata l-forma ta’ pagamenti maħruġa. Fejn ikun infetaħ aktar minn subkont wieħed, il-faddala tal-PEPP jenħtieġ li jkunu infurmati dwar il-bidu possibbli tal-fażi ta’ dekumulazzjoni ta’ kull subkont.

(45)

Fil-fażi ta’ dekumulazzjoni, jenħtieġ li l-benefiċjarji tal-PEPP ikomplu jirċievu informazzjoni dwar il-benefiċċji tal-PEPP tagħhom u dwar l-opzjonijiet ta’ ħlas korrispondenti. Dan hu partikolarment importanti meta jiġġarrab livell sinifikanti tar-riskju ta’ investiment mill-benefiċjarji tal-PEPP fil-fażi tal-pagament.

(46)

Biex jiġu protetti b’mod adegwat id-drittijiet tal-faddala tal-PEPP u tal-benefiċjarji tal-PEPP, jenħtieġ li l-fornituri tal-PEPP ikunu kapaċi jagħżlu allokazzjoni tal-assi li tkun taqbel man-natura preċiża u mad-durata tal-obbligazzjonijiet tagħhom, inklużi dawk li għandhom orizzont fit-tul. Għalhekk, huma meħtieġa superviżjoni effiċjenti kif ukoll attitudni lejn regoli ta’ investiment li tagħti lill-fornituri tal-PEPP biżżejjed flessibbiltà biex jiddeċiedu fuq il-politika l-aktar sikura u effiċjenti dwar l-investimenti, filwaqt li tobbligahom jaġixxu bi prudenza u fl-aħjar interessi fuq terminu twil tal-faddala tal-PEPP inġenerali. Għalhekk, il-konformità mar-regola tal-persuna prudenti teħtieġ politika ta’ investiment adattata għall-istruttura tal-klijenti tal-fornitur tal-PEPP.

(47)

Jekk tiġi ffissata r-regola tal-persuna prudenti bħala l-prinċipju bażi għall-investiment kapitali u jekk isir possibbli li l-fornituri tal-PEPP joperaw bejn il-fruntieri, ir-ridirezzjonar tat-tfaddil fis-settur tal-provvista ta’ rtirar personali hu mħeġġeġ, u b’hekk jikkontribwixxi għall-progress ekonomiku u soċjali. Ir-regola tal-persuna prudenti jenħtieġ li tqis ukoll b’mod espliċitu r-rwol li għandhom il-fatturi ESG fil-proċess tal-investiment.

(48)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament jiżgura livell xieraq ta’ libertà tal-investiment għall-fornituri tal-PEPP. Bħala investituri f’terminu ta’ żmien twil ħafna b’riskji baxxi ta’ likwidità, il-fornituri tal-PEPP jinsabu f’pożizzjoni li jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-CMU billi jinvestu f’assi illikwidi bħal ishma u fi strumenti oħra li għandhom profil ekonomiku fit-tul u li mhumiex innegozjati fi swieq regolati, f’faċilitajiet multilaterali tan-negozjar (MTFs) jew f’faċilitajiet organizzati tan-negozjar (OTFs) fi ħdan limiti prudenti. Jistgħu wkoll jibbenefikaw mill-vantaġġi ta’ diversifikazzjoni internazzjonali. Għalhekk, jenħtieġ li investimenti f’ishma f’muniti oħrajn barra dawk tal-obbligazzjonijiet u fi strumenti oħrajn li għandhom profil ekonomiku fit-tul u li mhumiex innegozjati fi swieq regolati, f’MTFs jew f’OTFs ma jkunux ristretti, skont il-prinċipju tal-persuna prudenti sabiex jitħarsu l-interessi tal-faddala tal-PEPP u tal-benefiċjarji tal-PEPP, ħlief fuq bażi prudenzjali.

(49)

Fil-kuntest tal-approfondiment tas-CMU, il-fehim ta’ x’jikkostitwixxi strumenti bi profil ekonomiku fit-tul hu wiesa’. Tali strumenti huma titoli mhux trasferibbli u għaldaqstant ma għandhomx aċċess għal-likwidità ta’ swieq sekondarji. Spiss, dawn jirrikjedu impenji b’terminu fiss li jirrestrinġu l-kummerċjabbiltà tagħhom u jenħtieġ li jinftiehmu li jinkludu strumenti ta’ parteċipazzjoni u ta’ dejn fi, u self ipprovdut lil, impriżi mhux elenkati. L-impriżi mhux elenkati jinkludu proġetti ta’ infrastruttura, kumpaniji mhux elenkati li jfittxu li jiksbu t-tkabbir, proprjetà immobbli jew assi oħra li jistgħu jkunu adattati għal skopijiet ta’ investiment fit-tul. Il-proġetti ta’ infrastruttura b’livell baxx tal-karbonju u li huma reżiljenti għat-tibdil fil-klima, ġeneralment huma assi mhux elenkati u jiddependu fuq krediti fit-tul għall-finanzjament ta’ proġetti. Meta wieħed iqis in-natura fit-tul tal-obbligazzjonijiet tagħhom, il-fornituri tal-PEPP huma mħeġġa jallokaw parti suffiċjenti mill-portafoll tal-assi tagħhom għall-investimenti sostenibbli fl-ekonomija reali b’benefiċċji ekonomiċi fit-tul, b’mod partikulari għall-proġetti ta’ infrastruttura u l-korporazzjonijiet.

(50)

Il-fatturi ESG, huma importanti għas-sistemi ta’ politika tal-investiment u ta’ mmaniġġjar tar-riskju tal-fornituri tal-PEPP. Jenħtieġ li l-fornituri tal-PEPP jitħeġġu jikkunsidraw fatturi bħal dawn fid-deċiżjonijiet ta’ investiment u jieħdu f’kunsiderazzjoni kif huma jifformaw parti mis-sistema ta’ mmaniġġar tar-riskju tagħhom sabiex jiġu evitati “assi mhux irkuprabbli”. L-informazzjoni dwar il-fatturi ESG jenħtieġ li tkun disponibbli għall-EIOPA, għall-awtoritajiet kompetenti u għall-faddala tal-PEPP.

(51)

Wieħed mill-objettivi tar-regolamentazzjoni tal-PEPP huwa li jinħoloq prodott ta’ tfaddil għall-irtirar li jkun sikur, kosteffiċjenti u fit-tul. Peress li l-investimenti li jikkonċernaw il-prodotti tal-pensjoni personali huma fit-tul, jenħtieġ li tingħata kunsiderazzjoni speċjali lill-konsegwenzi fit-tul tal-allokazzjoni tal-assi. B’mod partikolari, jenħtieġ li jitqiesu l-fatturi ESG. It-tfaddil tal-PEPP jenħtieġ li jiġi investit b’kunsiderazzjoni tal-fatturi ESG bħal dawk stabbiliti fl-objettivi klimatiċi u ta’ sostenibbiltà tal-Unjoni kif stipulat fil-Ftehim ta’ Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima (Il-Ftehim ta’ Pariġi), l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, u l-Prinċipji Gwida dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem.

(52)

Fl-iżgurar tal-konformità mal-obbligu tagħhom li jiżviluppaw politika ta’ investiment skont ir-regola tal-persuna prudenti, jenħtieġ li l-fornituri tal-PEPP ma jitħallewx jinvestu f’ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx li huma identifikati fil-konklużjonijiet applikabbli tal-Kunsill dwar il-lista ta’ ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta’ taxxa, u lanqas f’pajjiż terz b’riskju għoli b’nuqqasijiet strateġiċi identifikati mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni applikabbli adottat abbażi tal-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9).

(53)

Fid-dawl tal-objettiv tal-irtirar fit-tul tal-PEPP, jenħtieġ li l-opzjonijiet ta’ investiment mogħtija lill-faddala tal-PEPP jitqiegħdu f’qafas, li jkopri l-elementi li jippermettu lill-investituri jieħdu deċiżjoni ta’ investiment, inkluż in-numru ta’ opzjonijiet ta’ investiment li jistgħu jagħżlu minnhom. Wara l-għażla inizjali li ssir mal-abbonament ta’ PEPP, jenħtieġ li faddal tal-PEPP ikollu l-possibbiltà li jimmodifika dik l-għażla wara minimu ta’ ħames snin mill-abbonament ta’ PEPP jew fil-każ ta’ modifika sussegwenti, mill-aktar modifika riċenti tal-opzjoni ta’ investiment, sabiex tiġi offruta biżżejjed stabbiltà għall-fornituri għall-istrateġija ta’ investiment ta’ terminu twil tagħhom filwaqt li fl-istess ħin tiġi żgurata protezzjoni għall-investituri. Madankollu, jenħtieġ li jkun possibbli għall-fornituri tal-PEPP li jippermettu lill-faddala tal-PEPP jimmodifikaw l-opzjoni ta’ investiment magħżula b’mod aktar frekwenti.

(54)

Il-PEPP bażiku jenħtieġ li jkun prodott sikur u jenħtieġ li jaġixxi bħala opzjoni prestabbilita ta’ investiment. Dan jista’ jieħu l-forma jew ta’ teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju konsistenti mal-għan li l-faddal tal-PEPP jitħalla jirkupra l-kapital, jew garanzija fuq il-kapital investit. Teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju konsistenti mal-għan li l-faddal tal-PEPP jitħalla jirkupra l-kapital tista’ tkun strateġija ta’ investiment konservattiva jew strateġija taċ-ċiklu tal-ħajja li tnaqqas b’mod progressiv l-esponiment globali għar-riskju tul iż-żmien. Garanziji pprovduti taħt l-opzjoni prestabbilita ta’ investiment jenħtieġ li tal-inqas ikopru l-kontribuzzjonijiet matul il-fażi ta’ akkumulazzjoni wara t-tnaqqis tat-tariffi u l-imposti kollha. Il-garanziji jistgħu jkopru wkoll it-tariffi u l-imposti u jistgħu jipprovdu għal kopertura sħiħa jew parzjali tal-inflazzjoni. Garanzija fuq il-kapital investit jenħtieġ li tkun dovuta fil-bidu tal-fażi ta’ dekumulazzjoni u matul il-fażi ta’ dekumulazzjoni, fejn applikabbli.

(55)

Sabiex jiġu garantiti l-kosteffiċjenza u prestazzjoni suffiċjenti għall-faddala tal-PEPP, jenħtieġ li l-kostijiet u t-tariffi għall-PEPP bażiku jkunu limitati għal perċentwal fiss tal-kapital akkumulat. Filwaqt li dak il-limitu jenħtieġ li jiġi stabbilit għal 1 % tal-kapital akkumulat, ikun xieraq li jiġu speċifikati aktar it-tipi ta’ kostijiet u tariffi li għandhom jitqiesu permezz ta’ standards tekniċi regolatorji, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn il-fornituri tal-PEPP differenti u tipi differenti ta’ PEPPs mal-istrutturi tal-kostijiet u t-tariffi partikolari tagħhom. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li taddotta tali standards tekniċi regolatorji li jenħtieġ li jiġu żviluppati mill-EIOPA. Fit-tfassil tal-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji, l-EIOPA jenħtieġ li, b’mod partikolari, tikkunsidra n-natura fit-tul tal-PEPP, it-tipi differenti ta’ PEPPs u l-fatturi tal-kost rilevanti marbutin mal-karatteristiċi speċifiċi tagħhom, sabiex tiżgura trattament ġust u ugwali għall-fornituri tal-PEPP differenti u l-prodotti tagħhom filwaqt li tqis il-karattru tal-PEPP Bażiku bħala prodott sempliċi, kosteffiċjenti u trasparenti li jipprovdi redditu ta’ investiment reali fit-tul suffiċjenti. Barra minn hekk, bil-għan li tiġi ppreservata n-natura tal-irtirar tal-prodott, il-forma ta’ pagamenti maħruġa, b’mod partikolari fir-rigward tal-annwalitajiet tul il-ħajja, jenħtieġ li jiġu vvalutati bir-reqqa. F’dak il-qafas, sabiex jiġi żgurat li l-fornituri tal-PEPP li joffru garanzija ta’ kapital jibbenefikaw minn kundizzjonijiet ekwi ma’ fornituri oħra, l-EIOPA jenħtieġ li tqis kif dovut l-istruttura tal-kostijiet u t-tariffi. Barra minn hekk, il-valuri perċentwali għall-kostijiet u t-tariffi jenħtieġ li jiġu riveduti regolarment sabiex tiġi żgurata l-adegwatezza kontinwata tagħhom filwaqt li jitqies kwalunkwe tibdil fil-livell tal-kostijiet. Jenħtieġ li l-Kummissjoni taddotta tali standards tekniċi regolatorji permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 290 TFUE u f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

Sabiex tiġi żgurata kosteffiċjenza kontinwa u biex il-klijenti tal-PEPP jiġu protetti minn strutturi tal-kostijiet ta’ piż żejjed, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 TFUE fir-rigward tal-emendar tal-valur perċentwali, filwaqt li jitqiesu r-reviżjonijiet tiegħu, b’mod partikolari l-livell u l-bidliet reali fil-livell attwali tal-kostijiet u t-tariffi u l-impatt tal-limitu tal-kostijiet fuq id-disponibbiltà tal-PEPPs, u aċċess xieraq għas-suq ta’ fornituri tal-PEPP differenti li jipprovdu tipi differenti ta’ PEPPs.

(56)

Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jeżerċitaw is-setgħat tagħhom filwaqt li jżommu bħala l-objettivi primarji tagħhom il-protezzjoni tad-drittijiet tal-faddala tal-PEPP u tal-benefiċjarji tal-PEPP u l-istabbiltà u s-solidità tal-PEPP.

(57)

Meta l-fornitur tal-PEPP huwa IORP jew Maniġer ta’ Fond ta’ Investiment Alternattiv tal-UE (AIFM tal-UE), jenħtieġ li jaħtar depożitarju b’rabta mas-salvagwardja tal-assi li jikkorrispondu għan-negozju tal-forniment tal-PEPP. Huma meħtieġa salvagwardji addizzjonali fir-rigward tal-entità li taġixxi bħala depożitarju u l-funzjonijiet tagħha billi attwalment ir-regoli stabbiliti f’rabta mad-depożitarju fid-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) huma mmirati lejn fondi kummerċjalizzati biss lil investituri professjonali, bl-eċċezzjoni tal-fondi ta’ investiment Ewropej fuq terminu twil skont ir-Regolament (UE) 2015/760 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), ikkummerċjalizzati lil investituri fil-livell tal-konsumatur, u l-liġi settorjali applikabbli għall-IORPs ma tirrikjedix il-ħatra ta’ depożitarju fil-każijiet kollha. Sabiex jiġi żgurat l-ogħla livell ta’ protezzjoni tal-investitur fir-rigward tas-salvagwardja tal-assi li jikkorrispondu għan-negozju tal-forniment tal-PEPP, dan ir-Regolament jirrikjedi li l-IORPs u l-AIFM tal-UE li jipprovdu l-PEPP isegwu r-regoli tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) fir-rigward tal-ħatra tad-depożitarju, l-eżekuzzjoni tal-kompiti tiegħu u d-dmirijiet ta’ sorveljanza tiegħu.

(58)

It-trasparenza u l-ekwità tal-kostijiet u tat-tariffi huma essenzjali għall-iżvilupp tal-fiduċja tal-faddala tal-PEPP u jippermettulhom jagħmlu għażliet informati. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi pprojbit l-użu ta’ metodi ta’ pprezzar mhux trasparenti.

(59)

Sabiex jiġu ssodisfati l-objettivi stabbiliti f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 TFUE fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tal-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju ta’ setgħat ta’ intervent mill-EIOPA u mill-awtoritajiet kompetenti. u l-kriterji u fatturi li jenħtieġ li jiġu applikati mill-EIOPA biex jiġi ddeterminat meta jkun hemm tħassib sinifikanti dwar il-protezzjoni ta’ faddal tal-PEPP. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (13). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(60)

Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-klijenti tal-PEPP li jiftħu kawża fil-qrati, jenħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR) faċilment aċċessibbli, adegwati, indipendenti, imparzjali, trasparenti u effettivi bejn il-fornituri tal-PEPP jew id-distributuri tal-PEPP u l-klijenti tal-PEPP għas-soluzzjoni ta’ tilwimiet li jirriżultaw mid-drittijiet u mill-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(61)

Bl-għan li tiġi stabbilita proċedura effiċjenti u effettiva ta’ soluzzjoni għat-tilwim, jenħtieġ li l-fornituri tal-PEPP u d-distributuri tal-PEPP jistabbilixxu proċedura tal-ilmenti effettiva li jistgħu jsegwu l-klijenti tagħhom qabel ma t-tilwima tiġi riferita biex tiġi solvuta fi proċedura tal-ADR jew quddiem qorti. Il-proċedura tal-ilmenti jenħtieġ li tinkludi perjodi ta’ żmien qosra u definiti b’mod ċar li fihom il-fornitur tal-PEPP jew id-distributur tal-PEPP jenħtieġ li jwieġeb għal ilment. Jenħtieġ li l-korpi tal-ADR ikollhom kapaċità suffiċjenti biex jinvolvu rwieħhom b’mod adegwat u effiċjenti fil-kooperazzjoni transfruntiera fir-rigward ta’ tilwim dwar id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw skont dan ir-Regolament.

(62)

Biex isibu kundizzjonijiet aħjar għall-investimenti tagħhom, u b’hekk jistimolaw ukoll il-kompetizzjoni fost il-fornituri tal-PEPP, jenħtieġ li l-faddala tal-PEPP ikollhom id-dritt li jbiddlu għal fornitur tal-PEPP differenti li jinsab fl-istess Stat Membru jew fi Stat Membru ieħor matul il-fażi tal-akkumulazzjoni, permezz ta’ proċedura ċara, veloċi u sikura. Madankollu, il-fornituri tal-PEPP jenħtieġ li ma jkunux obbligati jipprovdu servizz ta’ bdil għall-PEPPs, fejn dawk li jfaddlu jkunu qed jirċievu l-pagamenti maħruġa fil-forma ta’ annwalitajiet tul il-ħajja. Waqt il-bdil, il-fornituri tal-PEPP trasferituri jenħtieġ li jittrasferixxu l-ammonti korrispondenti jew, fejn applikabbli, l-assi in natura mill-kontijiet tal-PEPP u jagħlquha. Jenħtieġ li l-faddala tal-PEPP jikkonkludu kuntratti mal-fornituri tal-PEPP riċevituri għall-ftuħ ta’ -kont tal-PEPP ġdid. Il-kont il-ġdid tal-PEPP jenħtieġ li jkollu l-istess struttura ta’ subkont bħal kont tal-PEPP preċedenti.

(63)

Matul is-servizz tal-bdil, il-faddala tal-PEPP jistgħu jagħżlu li jittrasferixxu l-assi in natura biss meta l-bdil ikun bejn il-fornituri tal-PEPP, bħal ditti tal-investiment jew fornituri eliġibbli oħrajn li jkollhom liċenzja addizzjonali, involuti fil-ġestjoni tal-portafoll għall-faddala tal-PEPP. Kunsens bil-miktub tal-fornitur riċeventi huwa meħtieġ f’dak il-każ. Fil-każ ta’ ġestjoni ta’ investiment kollettiv, il-bdil ta’ assi in natura mhuwiex possibbli peress li ma hemmx separazzjoni tal-assi għal kull faddal tal-PEPP.

(64)

Jenħtieġ li l-proċess tal-bdil ikun sempliċi għall-faddal tal-PEPP. Għalhekk, jenħtieġ li l-fornitur tal-PEPP ikun responsabbli għat-tnedija u għall-ġestjoni tal-proċess f’isem il-faddal tal-PEPP u fuq talba tiegħu. Jenħtieġ li l-fornituri tal-PEPP ikunu jistgħu jużaw mezzi addizzjonali, bħal soluzzjoni teknika, fuq bażi volontarja meta jistabbilixxu s-servizz tal-bdil. B’kunsiderazzjoni tan-natura pan-Ewropea tal-prodott, il-faddala ta’ PEPP jenħtieġ li jkunu jistgħu jbiddlu mingħajr dewmien u mingħajr ħlas meta ma jkunx disponibbli subkont fl-Istat Membru li l-faddal tal-PEPP imur jgħix fih.

(65)

Qabel ma jagħti l-awtorizzazzjoni għall-bdil, jenħtieġ li l-faddal tal-PEPP jiġi infurmat dwar il-passi kollha tal-proċedura u l-kostijiet li huma meħtieġa biex jiġi kkompletat il-bdil, sabiex il-faddal tal-PEPP ikun jista’ jagħmel deċiżjoni informata dwar is-servizz tal-bdil.

(66)

Il-kooperazzjoni tal-fornitur tal-PEPP trasferitur hi meħtieġa biex il-bdil jirnexxi. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-fornitur tal-PEPP riċevitur jiġi pprovdut mill-fornitur tal-PEPP trasferitur bl-informazzjoni neċessarja kollha biex jerġa’ jibda l-pagamenti fil-kont l-ieħor tal-PEPP. Madankollu, jenħtieġ li tali informazzjoni ma teċċedix dak li hu meħtieġ biex isir il-bdil.

(67)

Jenħtieġ li l-faddala tal-PEPP ma jkunux soġġetti għal telf finanzjarju, inklużi imposti u imgħax, ikkawżat minn kwalunkwe żball li jsir minn xi fornitur tal-PEPP involut fil-proċess tal-bdil. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-faddala tal-PEPP ma jġarrbu l-ebda telf finanzjarju kkawżat mill-pagament ta’ tariffi addizzjonali, mgħax jew imposti oħra kif ukoll minn multi, minn penali jew minn kwalunkwe tip ieħor ta’ detriment finanzjarju kawża ta’ dewmien fit-twettiq tal-bdil. Peress li l-protezzjoni tal-kapital jenħtieġ li tiġi żgurata fil-bidu tal-fażi ta’ dekumulazzjoni u matul il-fażi ta’ dekumulazzjoni, fejn applikabbli, jenħtieġ li l-fornitur tal-PEPP trasferitur ma jkunx obbligat li jiżgura l-protezzjoni jew il-garanzija tal-kapital fil-mument tal-bdil. Il-fornitur tal-PEPP jista’ jiddeċiedi wkoll li jiżgura l-protezzjoni tal-kapital jew li jipprovdi l-garanzija fil-mument tal-bdil.

(68)

Il-faddala tal-PEPP jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jieħdu deċiżjoni informata qabel il-bdil. Il-fornitur tal-PEPP riċevitur jenħtieġ li jikkonforma mar-rekwiżiti kollha ta’ distribuzzjoni u informazzjoni, inkluż il-forniment ta’ KID tal-PEPP, pariri u informazzjoni adegwata dwar il-kostijiet relatati mal-bdil u l-implikazzjonijiet negattivi possibbli fuq il-protezzjoni tal-kapital meta PEPP b’garanzija qed jiġi mibdul. Il-kostijiet tal-bdil applikati mill-fornitur tal-PEPP trasferitur jenħtieġ li jinżammu għal ammont li ma jikkostitwix ostaklu għall-mobilità u fi kwalunkwe każ, ikun limitat għal 0.5 % tal-ammonti korrispondenti jew il-valur monetarju tal-assi in natura li għandhom jiġu ttrasferiti.

(69)

Jenħtieġ li l-faddala tal-PEPP jingħataw il-libertà li jiddeċiedu fuq l-abbonament ta’ PEPP u meta jiftħu subkont ġdid dwar l-għażla ta’ pagament tagħhom (annwalitajiet, somma f’daqqa, jew oħrajn) fil-fażi tad-dekumulazzjoni, iżda b’possibbiltà li jirrevedu l-għażla tagħhom sena qabel il-bidu tal-fażi ta’ dekumulazzjoni, fil-bidu tal-fażi ta’ dekumulazzjoni u fil-mument tal-bdil, sabiex ikunu kapaċi jadattaw bl-aħjar mod l-għażla tal-pagament tagħhom għall-ħtiġijiet tagħhom meta joqorbu lejn l-irtirar. Jekk il-fornitur tal-PEPP jagħmel disponibbli aktar minn forma waħda ta’ pagamenti maħruġa, jenħtieġ li l-faddal tal-PEPP ikun jista’ jagħżel għażla ta’ pagament differenti għal kull subkont miftuħ fil-kont tal-PEPP tiegħu.

(70)

Jenħtieġ li l-fornituri tal-PEPP jitħallew iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-faddala tal-PEPP firxa wiesgħa ta’ forom ta’ pagamenti maħruġa. Dak l-approċċ jikseb l-għan ta’ użu msaħħaħ tal-PEPP permezz ta’ flessibilità u ta’ għażla ikbar għall-faddala tal-PEPP. Jippermetti lill-fornituri jfasslu l-PEPPs tagħhom bl-iktar mod kosteffiċjenti. Hu koerenti ma’ politiki oħra tal-Unjoni u hu politikament fattibbli, peress li jżomm biżżejjed flessibilità għall-Istati Membri biex jiddeċiedu dwar liema forom ta’ pagamenti maħruġa jixtiequ jħeġġu. F’konformità man-natura tal-irtirar fit-tul tal-prodott, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istati Membri li jadottaw miżuri li jipprivileġġaw forom partikolari ta’ pagamenti maħruġa bħal limiti kwantitattivi għal pagamenti ta’ somma f’daqqa biex ikomplu jinkoraġġixxu l-annwalitajiet tul il-ħajja u l-pagamenti ta’ prelevament.

(71)

Fid-dawl tan-natura pan-Ewropea tal-PEPP, hemm ħtieġa li jiġi żgurat livell għoli u konsistenti ta’ protezzjoni tal-faddal tal-PEPP fis-suq intern kollu. Dan jirrikjedi għodod adegwati biex jiġi miġġieled il-ksur u tiġi evitata l-ħsara għall-konsumatur. Għalhekk, is-setgħat tal-EIOPA u l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jiġu kkumplimentati minn mekkaniżmu espliċitu li jipprojbixxi jew jillimita l-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta’ kwalunkwe PEPP li jagħti lok għal tħassib serju rigward il-protezzjoni tal-faddal tal-PEPP, inkluż fir-rigward tan-natura tal-irtirar fit-tul tal-prodott, il-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji, jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha, flimkien ma’ setgħat ta’ koordinazzjoni u kontinġenza xierqa għall-EIOPA.

Is-setgħat tal-EIOPA jenħtieġ li jkunu bbażati fuq l-Artikolu 9(5) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 sabiex jiġi żgurat li tali mekkaniżmi għal intervent jistgħu jiġu applikati fil-każ ta’ tħassib sinifikanti dwar il-protezzjoni tal-faddal tal-PEPP, inkluż fir-rigward tan-natura partikolari tal-irtirar fit-tul tal-PEPP. Meta l-kundizzjonijiet ikunu ġew sodisfatti, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jkunu jistgħu jimponu projbizzjoni jew restrizzjoni fuq bażi prekawzjonarja qabel ma PEPP ikun ġie kkumerċjalizzat, distribwit jew mibjugħ lill-faddala tal-PEPP. Dawk is-setgħat ma jeħilsux lill-fornitur tal-PEPP mir-responsabbiltà tiegħu li jikkonforma mar-rekwiżiti kollha rilevanti skont dan ir-Regolament.

(72)

Jenħtieġ li tkun iggarantita trasparenza sħiħa dwar il-kostijiet u t-tariffi relatati mal-investiment f’PEPP. Jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ekwi bejn il-fornituri, filwaqt li tiġi żgurata l-protezzjoni tal-konsumatur. Ikun hemm informazzjoni komparattiva disponibbli bejn prodotti differenti, u b’hekk jiġi inċentivat l-ipprezzar kompetittiv.

(73)

Għad li s-superviżjoni kontinwa tal-fornituri tal-PEPP għandha tiġi eżerċitata mill-awtoritajiet kompetenti rispettivi, jenħtieġ li l-EIOPA tikkoordina s-superviżjoni fir-rigward tal-PEPPs, sabiex tiggarantixxi l-applikazzjoni konsistenti ta’ metodoloġija superviżorja unifikata, li tikkontribwixxi b’dak il-mod għan-natura pan-Ewropea u tal-irtirar fit-tul tal-PEPPs.

(74)

Sabiex jissaħħu d-drittijiet tal-konsumatur u jiġi ffaċilitat l-aċċess għal proċedura tal-ilmenti, jenħtieġ li l-faddala tal-PEPP ikunu jistgħu, jew individwalment jew b’mod kollettiv, jippreżentaw l-ilmenti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tagħhom ta’ residenza, irrispettivament minn fejn ikun seħħ il-ksur.

(75)

Jenħtieġ li l-EIOPA tikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti u tiffaċilita l-kooperazzjoni u l-konsistenza bejniethom. F’dan ir-rigward, jenħtieġ li l-EIOPA taqdi rwol fis-saħħa tal-awtoritajiet kompetenti biex japplikaw il-miżuri superviżorji permezz tal-forniment ta’ evidenza dwar ksur relatat mal-PEPP. Jenħtieġ ukoll li l-EIOPA tipprovdi medjazzjoni vinkolanti f’każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti f’sitwazzjonijiet transfruntiera.

(76)

Biex tiġi żgurata konformità ma’ dan ir-Regolament mill-fornituri tal-PEPP u mid-distributuri tal-PEPP u biex jiġi żgurat li dawn ikunu soġġetti għal trattament simili madwar l-Unjoni, jenħtieġ li jiġu pprovduti penali amministrattivi u miżuri oħra li huma effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(77)

F’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Diċembru 2010“Rinfurzar tar-reġimi tas-sanzjonar fis-settur tas-servizzi finanzjarji” u sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti stabbiliti ta’ dan ir-Regolament jiġu sodisfatti, huwa importanti li l-Istati Membri jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li l-ksur ta’ dan ir-Regolament ikun soġġett għal sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra.

(78)

Għalkemm l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli għal penali amministrattivi u kriminali dwar l-istess ksur, jenħtieġ li l-Istati Membri ma jiġux mitluba jistabbilixxu regoli għal penali amministrattivi għall-ksur ta’ dan ir-Regolament li hu soġġett għal-liġi kriminali nazzjonali. Madankollu, jenħtieġ li ż-żamma ta’ penali kriminali minflok penali amministrattivi għall-ksur ta’ dan ir-Regolament ma tnaqqasx jew taffettwa b’xi mod ieħor il-kapaċità tal-awtoritajiet kompetenti li jikkooperaw, jaċċedu u jiskambjaw informazzjoni fil-ħin mal-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħra għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, inkluż wara kwalunkwe riferiment tal-ksur rilevanti lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti għal prosekuzzjoni kriminali.

(79)

Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jingħataw is-setgħat li jimponu penali pekunarji li jkunu għolja biżżejjed biex jibbilanċjaw il-profitti reali jew potenzjali, u li jkunu dissważivi anki għall-impriżi finanzjarji l-kbar u għall-maniġers tagħhom.

(80)

Biex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti tal-penali madwar l-Unjoni, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jieħdu f’kunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha meta jiddeterminaw it-tip ta’ penali amministrattivi jew miżuri oħra u l-livell tal-penali pekunarji.

(81)

Biex ikun żgurat li d-deċiżjonijiet dwar il-ksur u l-penali min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti jkollhom effett dissważiv fuq il-pubbliku ġenerali, u biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-konsumatur billi dan jitwissa dwar il-PEPPs distribwiti bi ksur ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li dawk id-deċiżjonijiet jiġu ppubblikati, sakemm tali żvelar ma jipperikolax l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew investigazzjoni li tkun għaddejja.

(82)

Sabiex jinqabdu l-każijiet potenzjali ta’ ksur, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat investigatorji meħtieġa, u jenħtieġ li jistabbilixxu mekkaniżmi effikaċi biex jippermettu r-rapportar tal-ksur potenzjali jew li tabilħaqq isir.

(83)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni fil-liġijiet tal-Istati Membri f’dak li jirrigwarda r-reati.

(84)

Kwalunkwe pproċessar ta’ data personali mwettaq fil-qafas ta’ dan ir-Regolament, bħall-iskambju jew it-trasmissjoni ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti jew l-ipproċessar ta’ data personali mill-fornituri tal-PEPP jew mid-distributuri tal-PEPP, jenħtieġ li jitwettaq f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15). Jenħtieġ li kwalunkwe skambju jew trażmissjoni ta’ informazzjoni mill-ASEs jitwettqu f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16).

(85)

Minħabba s-sensittività tad-data finanzjarja personali, il-protezzjoni qawwija tad-data hija ferm importanti. Għalhekk, huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data jkunu involuti mill-qrib fl-implimentazzjoni u s-superviżjoni ta’ dan ir-Regolament.

(86)

Il-proċedura ta’ reġistrazzjoni u ta’ notifika stabbilita f’dan ir-Regolament jenħtieġ li ma tissostitwix kwalunkwe proċedura nazzjonali addizzjonali fis-seħħ li jkollha l-possibbiltà li tibbenefika mill-vantaġġi u mill-inċentivi stabbiliti fil-livell nazzjonali.

(87)

Trid titwettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament, fost l-oħrajn, billi jiġu vvalutati l-iżviluppi tas-suq, bħat-tfaċċar ta’ tipi ġodda ta’ PEPPs, kif ukoll l-iżviluppi f’oqsma oħra tad-dritt tal-Unjoni u l-esperjenzi tal-Istati Membri. Tali evalwazzjoni jenħtieġ li tqis l-għanijiet u l-finijiet differenti li jiġi stabbilit suq tal-PEPP li jiffunzjona tajjeb, u b’mod partikolari jenħtieġ li tevalwa jekk dan ir-Regolament irriżultax f’aktar tfaddil taċ-ċittadini Ewropej għal pensjonijiet sostenibbli u adegwati. L-importanza ta’ standards minimi Ewropej għas-superviżjoni tal-fornituri tal-PEPP teħtieġ ukoll l-evalwazzjoni tal-fornituri tal-PEPP f’termini ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament u l-liġi settorjali applikabbli.

(88)

Minħabba l-implikazzjonijiet fit-tul possibbli ta’ dan ir-Regolament, huwa essenzjali li jiġu mmonitorjati mill-qrib l-iżviluppi matul il-fażi inizjali tal-applikazzjoni. Meta twettaq l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrifletti wkoll l-esperjenzi tal-EIOPA, ta’ partijiet ikkonċernati u ta’ esperti u tirrapporta lill-Parlament Ewropew, u lill-Kunsill kwalunkwe osservazzjoni li jista’ jkollha.

(89)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jiżgura r-rispett tad-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari d-drittijiet tal-anzjani li jkollhom ħajja dinjituża u indipendenti u li jipparteċipaw fil-ħajja soċjali u kulturali, id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, id-dritt għall-proprjetà, il-libertà ta’ intrapriża, il-prinċipju ta’ ugwaljanza bejn is-sessi u l-prinċipju ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur.

(90)

Minħabba li l- għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri t-titjib fil-protezzjoni tal-faddala tal-PEPP u t-titjib tal-fiduċja tal-faddala tal-PEPP fil-PEPPs, inkluż fejn dawn il-prodotti jiġu distribwiti b’mod transfruntier, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu, minħabba l-effetti tagħhom, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l- għanijiet,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli uniformi dwar ir-reġistrazzjoni, il-manifattura, id-distribuzzjoni u s-superviżjoni tal-prodotti tal-pensjoni personali li huma distribwiti fl-Unjoni taħt id-deżinjazzjoni “prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew” jew “PEPP”.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“prodott tal-pensjoni personali” tfisser prodott li:

(a)

hu bbażat fuq kuntratt bejn faddal individwali u entità fuq bażi volontarja u huwa komplimentari għal kwalunkwe prodott tal-pensjoni statutorju jew okkupazzjonali;

(b)

jipprovdi għall-akkumulazzjoni tal-kapital fit-tul bl-objettiv espliċitu li jipprovdi introjtu mal-irtirar u b’possibbiltajiet limitati għall-irtirar bikri qabel dak iż-żmien;

(c)

la huwa prodott tal-pensjoni statutorju u lanqas prodott tal-pensjoni tax-xogħol;

(2)

“Prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew” jew “PEPP” tfisser prodott tal-pensjoni personali tat-tfaddil ta’ terminu twil, li hu pprovdut minn impriża finanzjarja eliġibbli skont l-Artikolu 6(1) taħt kuntratt tal-PEPP, u sottoskritt minn faddal tal-PEPP, jew minn assoċjazzjoni tal-faddala tal-PEPP indipendenti f’isem il-membri tagħha, fid-dawl tal-irtirar, u li ma għandu l-ebda possibbiltà strettament limitata għal tifdija bikrija u huwa rreġistrat skont dan ir-Regolament;

(3)

“faddal tal-PEPP” tfisser persuna fiżika li tkun ikkonkludiet kuntratt tal-PEPP ma’ fornitur tal-PEPP;

(4)

“kuntratt tal-PEPP” tfisser kuntratt bejn faddal tal-PEPP u fornitur tal-PEPP li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4;

(5)

“kont tal-PEPP” tfisser kont tal-pensjoni personali miżmum f’isem faddal tal-PEPP jew benefiċjarju tal-PEPP li jintuża għar-reġistrazzjoni ta’ tranżazzjonijiet li jippermettu lill-faddal tal-PEPP jikkontribwixxi b’mod perjodiku somom għall-irtirar u lill-benefiċjarju tal-PEPP jirċievi l-benefiċċji tal-PEPP;

(6)

“benefiċjarju tal-PEPP” tfisser persuna fiżika li tirċievi l-benefiċċji tal-PEPP;

(7)

“klijent tal-PEPP” tfisser faddal tal-PEPP, faddal prospettiv tal-PEPP jew benefiċjarju tal-PEPP;

(8)

“distribuzzjoni tal-PEPP” tfisser l-għoti ta’ konsulenza, ta’ proposti jew tat-twettiq ta’ xogħol preparatorju ieħor għall-konklużjoni ta’ kuntratti għall-forniment ta’ PEPP, ta’ konklużjoni ta’ tali kuntratti, jew ta’ għajnuna fl-amministrazzjoni jew fl-eżekuzzjoni ta’ dawk il-kuntratti, inkluż l-għoti ta’ informazzjoni li tikkonċerna kuntratt tal-PEPP wieħed jew iktar skont il-kriterji magħżula mill-klijenti tal-PEPP permezz ta’ sit web jew ta’ tip ieħor ta’ midja u l-kompilazzjoni ta’ lista tal-klassifika ta’ prodotti tal-PEPP, inkluż tqabbil bejn il-prezzijiet u bejn il-prodotti, jew tnaqqis fil-prezz ta’ kuntratt tal-PEPP, meta l-klijent tal-PEPP ikun jista’ jikkonkludi direttament jew indirettament kuntratt tal-PEPP bl-użu ta’ sit web jew ta’ tip ieħor ta’ midja;

(9)

“benefiċċji tal-irtirar tal-PEPP” tfisser benefiċċji mħallsa b’riferiment għall-ilħiq, jew għall-aspettattiva ta’ lħiq, tal-irtirar f’waħda mill-forom imsemmija fl-Artikolu 58(1);

(10)

“benefiċċji tal-PEPP” tfisser benefiċċji tal-irtirar tal-PEPP u benefiċċji addizzjonali oħra li għalihom huwa intitolat benefiċjarju tal-PEPP f’konformità mal-kuntratt tal-PEPP, b’mod partikolari għall-każijiet strettament limitati ta’ rimborż antiċipat jew jekk il-kuntratt tal-PEPP jipprovdi kopertura tar-riskji bijometriċi;

(11)

“fażi tal-akkumulazzjoni” tfisser il-perjodu li matulu l-assi jakkumulaw f’kont tal-PEPP u normalment tkompli sa meta tibda l-fażi ta’ dekumulazzjoni;

(12)

“fażi tad-dekumulazzjoni” tfisser il-perjodu li matulu l-assi akkumulati f’kont tal-PEPP jistgħu jintużaw biex jiffinanzjaw l-irtirar jew rekwiżiti tal-introjtu oħrajn;

(13)

“annwalità” tfisser somma pagabbli f’intervalli speċifiċi tul perjodu, bħall-ħajja tal-benefiċjarju tal-PEPP jew ċertu numru ta’ snin, b’ritorn għal investiment;

(14)

“pagamenti ta’ prelevament” tfisser ammonti diskrezzjonali li l-benefiċjarji tal-PEPP jistgħu jipprelevaw sa ċertu limitu fuq bażi perjodika;

(15)

“fornitur ta’ PEPP” tfisser impriża finanzjarja kif imsemmija fl-Artikolu 6(1) awtorizzata biex timmanifattura PEPP u biex tqassam dak il-PEPP;

(16)

“distributur ta’ PEPP” tfisser impriża finanzjarja kif imsemmija fl-Artikolu 6(1) awtorizzata tiddistribwixxi PEPPs mhux manifatturati minnha, ditta ta’ investiment li tipprovdi pariri dwar investimenti, jew intermedjarja ta’ assigurazzjoni kif definita fil-punt (3) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17);

(17)

“mezz li jservi għal żmien twil” tfisser kwalunkwe strument li:

(a)

jippermetti lil klijent tal-PEPP jaħżen informazzjoni indirizzata personalment lil dak il-klijent b’mod li tkun aċċessibbli għal referenza futura u għal perjodu ta’ żmien adegwat għall-finijiet tal-informazzjoni; u

(b)

jippermetti r-riproduzzjoni bla tibdil tal-informazzjoni maħżuna;

(18)

“awtoritajiet kompetenti” tfisser l-awtoritajiet nazzjonali ddeżinjati minn Stat Membru biex tissorvelja l-fornituri tal-PEPP jew id-distributuri tal-PEPP, skont il-każ, jew biex twettaq il-kompiti previsti f’dan ir-Regolament;

(19)

“Stat Membru tad-domiċilju tal-fornitur tal-PEPP” tfisser l-Istat Membru tad-domiċilju kif definit fl-att leġiżlattiv rilevanti msemmi fl-Artikolu 6(1);

(20)

“Stat Membru tad-domiċilju tad-distributur tal-PEPP” tfisser:

(a)

fejn id-distributur ikun persuna fiżika, l-Istat Membru li fih tinsab ir-residenza tiegħu jew tagħha;

(b)

fejn id-distributur ikun persuna ġuridika, l-Istat Membru li fih jinsab l-uffiċċju reġistrat tiegħu jew, jekk id-distributur skont il-liġi nazzjonali tiegħu ma jkollu l-ebda uffiċċju reġistrat, l-Istat Membru li fih jinsab l-uffiċċju prinċipali tiegħu;

(21)

“Stat Membru ospitanti tal-fornitur tal-PEPP” tfisser Stat Membru, li mhuwiex l-Istat Membru tad-domiċilju tal-fornitur tal-PEPP, li fih il-fornitur tal-PEPP jipprovdi PEPPs taħt il-libertà li jiġu pprovduti servizzi jew il-libertà ta’ stabbiliment jew li għalih il-fornitur tal-PEPP ikun fetaħ subkont;

(22)

“Stat Membru ospitanti tad-distributur tal-PEPP” tfisser Stat Membru, li mhuwiex l-Istat Membru tad-domiċilju tad-distributur tal-PEPP, fejn id-distributur tal-PEPP jiddistribwixxi taħt il-libertà tal-PEPPs li jipprovdu servizzi jew il-libertà tal-istabbiliment;

(23)

“subkont” tfisser taqsima nazzjonali li tinfetaħ fi ħdan kull kont individwali tal-PEPP u li tikkorrispondi għar-rekwiżiti legali u għall-kundizzjonijiet għall-użu ta’ inċentivi possibbli stabbiliti f’livell nazzjonali għall-investiment f’PEPP mill-Istat Membru ta’ residenza tal-faddal tal-PEPP; għalhekk, individwu jista’ jkun faddal ta’ PEPP jew benefiċjarju ta’ PEPP f’kull subkont, skont ir-rekwiżiti legali rispettivi għall- fażi ta’ akkumulazzjoni u l-fażi ta’dekumulazzjoni;

(24)

“kapital” tfisser kontribuzzjonijiet kapitali aggregati ikkalkolati abbażi tal-ammonti investibbli wara li jitnaqqsu t-tariffi, l-imposti u l-ispejjeż kollha mġarrba b’mod dirett jew indirett mill-faddala tal-PEPP;

(25)

“strumenti finanzjarji” tfisser dawk l-istrumenti speċifikati fit-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18);

(26)

“depożitarju” tfisser istituzzjoni inkarigata mis-salvagwardja tal-assi u mis-sorveljanza tal-konformità mar-regoli dwar il-fond u mad-dritt applikabbli;

(27)

“PEPP bażiku” tfisser opzjoni ta’ investiment kif stabbilita fl-Artikolu 45;

(28)

“tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju” tfisser tekniki għal tnaqqis sintetiku fil-firxa tal-iskopertura għal riskju u/jew il-probabilità ta’ okkorrenza ta’ dan;

(29)

“riskji bijometriċi” tfisser riskji marbuta ma’ mewt, diżabbiltà u/jew lonġevità;

(30)

“bdil tal-fornitur” tfisser, fuq talba ta’ faddal tal-PEPP, it-trasferiment mingħand fornitur tal-PEPP għal ieħor tal-ammonti korrispondenti, jew fejn applikabbli, assi in natura f’konformità mal-Artikolu 52(4), minn kont ta’ PEPP lill-ieħor, bl-għeluq tal-kont preċedenti tal-PEPP mingħajr preġudizzju għall-punt (e) tal-paragrafu 4 tal-Artikolu 53(4);

(31)

“parir” tfisser rakkomandazzjoni personali mill-fornitur tal-PEPP jew mid-distributur tal-PEPP lil klijent tal-PEPP fir-rigward ta’ kuntratt tal-PEPP wieħed jew aktar;

(32)

“sħubija” tfisser kooperazzjoni bejn fornituri tal-PEPP biex joffru subkontijiet għal Stati Membri differenti fil-kuntest tas-servizz tal-portabilità, kif imsemmi fl-Artikolu 19(2);

(33)

“fatturi ambjentali, soċjali u ta’ governanza” jew “fatturi ESG” tfisser kwistjonijiet ambjentali, soċjali u ta’ governanza bħal dawk imsemmija fil-Ftehim ta’ Pariġi, l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Prinċipji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem u l-Prinċipji appoġġati min-Nazzjonijiet Uniti għall-Investiment Responsabbli.

Artikolu 3

Regoli applikabbli

Ir-reġistrazzjoni, il-manifattura, id-distribuzzjoni u s-superviżjoni tal-PEPPs għandhom ikunu soġġetti għal:

(a)

dan ir-Regolament; u

(b)

fil-każ ta’ kwistjonijiet li mhumiex irregolati minn dan ir-Regolament:

(i)

il-liġi settorjali rilevanti tal-Unjoni inklużi l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni korrispondenti;

(ii)

il-liġijiet adottati mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta’ miżuri tal-UE li jirrigwardjaw b’mod speċifiku l-PEPP;

(iii)

il-liġijiet nazzjonali oħra li japplikaw għall-PEPPs.

Artikolu 4

Kuntratt tal-PEPP

1.   Il-kuntratt tal-PEPP għandu jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-PEPP f’konformità mar-regoli applikabbli msemmija fl-Artikolu 3.

2.   Il-kuntratt tal-PEPP għandu b’mod partikolari jinkludi dawn li ġejjin:

(a)

deskrizzjoni tal-PEPP Bażiku, kif imsemmi fl-Artikolu 45, inkluża informazzjoni dwar il-garanzija fuq il-kapital investit jew l-istrateġija ta’ investiment diretta biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-kapital;

(b)

deskrizzjoni tal-opzjonijiet ta’ investiment alternattivi, kif imsemmija fl-Artikolu 42(2), fejn applikabbli;

(c)

il-kundizzjonijiet relatati mal-modifika tal-opzjoni ta’ investiment imsemmija fl-Artikolu 44;

(d)

meta l-PEPP joffri kopertura tar-riskju bijometriku, id-dettalji ta’ dik il-kopertura, inklużi ċ-ċirkostanzi fejn tapplika;

(e)

deskrizzjoni tal-benefiċċji tal-irtirar tal-PEPP, b’mod partikolari l-forom possibbli ta’ pagamenti maħruġa u d-dritt ta’ bidla tal-forma tal-pagament maħruġ imsemmi fl-Artikolu 59;

(f)

il-kundizzjonijiet relatati mas-servizz tal-portabilità msemmi fl-Artikoli 17 sa 20 inkluża informazzjoni dwar l-Istati Membri li għalihom hemm subkont disponibbli;

(g)

il-kundizzjonijiet relatati mas-servizz ta’ bdil imsemmi fl-Artikoli 52 sa 55;

(h)

il-kategoriji tal-kostijiet u l-kostijiet totali aggregati espressi f’termini perċentwali u f’termini monetarji, fejn applikabbli;

(i)

il-kundizzjonijiet relatati mal-fażi ta’ akkumulazzjoni għas-subkont li jikkorrispondi għall-Istat Membru tar-residenza tal-faddal tal-PEPP imsemmi fl-Artikolu 47;

(j)

il-kundizzjonijiet relatati mal-fażi ta’ dekumulazzjoni għas-subkont li jikkorrispondi għall-Istat Membru tar-residenza tal-faddal tal-PEPP imsemmi fl-Artikolu 57;

(k)

fejn applikabbli, il-kundizzjonijiet li taħthom għandhom jitħallsu lura l-vantaġġi jew l-inċentivi mogħtija lill-Istat Membru tar-residenza tal-faddal tal-PEPP.

KAPITOLU II

REĠISTRAZZJONI

Artikolu 5

Reġistrazzjoni

1.   PEPP jista’ jiġi pprovdut u ddistribwit biss fl-Unjoni fejn ikun ġie rreġistrat fir-reġistru pubbliku ċentrali miżmum mill-EIOPA f’konformità mal-Artikolu 13.

2.   Reġistrazzjoni ta’ PEPP għandha tkun valida fl-Istati Membri kollha. Din tintitola lill-fornitur tal-PEPP jipprovdi lill-PEPP u lid-distributur tal-PEPP jiddistribwixxu l-PEPP irreġistrat fir-reġistru pubbliku ċentrali msemmi fl-Artikolu 13.

Is-superviżjoni tal-konformità ma’ dan ir-Regolament fuq bażi kontinwa għandha ssir skont il-Kapitolu IX.

Artikolu 6

Applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ PEPP

1.   L-impriżi finanzjarji li ġejjin biss li huma awtorizzati jew irreġistrati taħt il-liġi tal-Unjoni jistgħu japplikaw għal reġistrazzjoni ta’ PEPP:

(a)

istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19);

(b)

impriżi tal-assigurazzjoni awtorizzati f’konformità mad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20), involuti fl-assigurazzjoni tal-ħajja diretta skont l-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2009/138/KE u l-Anness II ta’ dik id-Direttiva;

(c)

l-istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali (IORPs) awtorizzati jew irreġistrati skont id-Direttiva (UE) 2016/2341 li, skont il-liġi nazzjonali, huma awtorizzati u ssorveljati sabiex jipprovdu wkoll prodotti tal-pensjoni personali. F’dak il-każ, l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha korrispondenti għall-forniment tal-PEPP għandhom ikunu separati, mingħajr il-possibbiltà li jiġu trasferiti għan-negozju l-ieħor ta’ provvista għall-irtirar tal-istituzzjoni;

(d)

ditti tal-investiment awtorizzati f’konformità mad-Direttiva 2014/65/UE, li jipprovdu l-ġestjoni tal-portafolli;

(e)

kumpaniji ta’ investiment jew kumpaniji ta’ ġestjoni awtorizzati f’konformità mad-Direttiva 2009/65/KE

(f)

maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi (AIFM tal-UE) awtorizzati f’konformità mad-Direttiva 2011/61/UE.

2.   L-impriżi finanzjarji elenkati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom għal reġistrazzjoni ta’ PEPP lill-awtorità kompetenti tagħhom. L-applikazzjoni għandha tinkludi dan li ġej:

(a)

il-klawżoli standard tal-kuntratt, tal-kuntratt tal-PEPP li se jiġu proposti lill-faddala tal-PEPP, kif imsemmi fl-Artikolu 4;

(b)

informazzjoni dwar l-identità tal-applikant;

(c)

informazzjoni dwar l-arranġamenti dwar il-portafoll kif ukoll l-immaniġġjar u l-amministrazzjoni tar-riskju fir-rigward tal-PEPP, inklużi l-arranġamenti kif imsemmija fl-Artikoli 19(2), 42(5) u 49(3);

(d)

lista tal-Istati Membri fejn il-fornitur tal-PEPP applikant biħsiebu jqiegħed il-PEPP fis-suq, fejn applikabbli;

(e)

informazzjoni dwar l-identità tad-depożitarju, fejn applikabbli;

(f)

tagħrif ewlieni tal-PEPP imsemmi fl-Artikolu 26;

(g)

lista ta’ Stati Membri li għalihom il-fornitur tal-PEPP applikant ikun jista’ jiżgura l-ftuħ immedjat ta’ subkont.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 tkunx kompluta fi żmien 15-il jum tax-xogħol mill-irċevuta tal-applikazzjoni.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu limitu ta’ żmien li fih l-applikant għandu jipprovdi informazzjoni addizzjonali, jekk l-applikazzjoni ma tkunx kompluta. Wara li l-applikazzjoni titqies kompluta, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-applikant b’dan.

4.   Fi żmien tliet xhur mid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni kompluta skont il-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu deċiżjoni għar-reġistrazzjoni ta’ PEPP biss jekk l-applikant ikun eliġibbli biex jipprovdi PEPPs skont il-paragrafu 1 u jekk l-informazzjoni u d-dokumenti sottomessi fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ikunu konformi ma’ dan ir-Regolament.

5.   Fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol mit-teħid ta’ deċiżjoni għar-reġistrazzjoni tal-PEPP, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw lill-EIOPA d-deċiżjoni kif ukoll l-informazzjoni u d-dokumenti msemmija fil-punti (a), (b), (d), (f) u (g) tal-paragrafu 2 u għandhom jinfurmaw lill-fornitur tal-PEPP applikant kif xieraq.

L-EIOPA ma għandhiex tkun responsabbli jew tinżamm responsabbli għal deċiżjoni għal reġistrazzjoni meħuda minn awtoritajiet kompetenti.

Meta l-awtoritajiet kompetenti jirrifjutaw li jagħtu reġistrazzjoni, huma għandhom joħorġu deċiżjoni motivata li għandha tkun soġġetta għal dritt għal appell.

6.   F’każ li jkun hemm aktar minn awtorità kompetenti waħda fi Stat Membru għal tip speċifiku ta’ impriża finanzjarja kif imsemmi fil-paragrafu 1, dak l-Istat Membru għandu jaħtar awtorità kompetenti waħda għal kull tip ta’ impriża finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 li tkun responsabbli għall-proċedura ta’ reġistrazzjoni u għall-komunikazzjoni mal-EIOPA.

Kwalunkwe modifika sussegwenti għall-informazzjoni u d-dokumenti pprovduti fl-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi notifikata immedjatament lill-awtoritajiet kompetenti. Fejn modifiki jkunu fir-rigward tal-informazzjoni u d-dokumenti msemmija fil-punti (a), (b), (d), (f) u (g) tal-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw dawk il-modifiki lill-EIOPA mingħajr dewmien żejjed.

Artikolu 7

Reġistrazzjoni ta’ PEPP

1.   Fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol mid-data tal-komunikazzjoni tad-deċiżjoni għar-reġistrazzjoni kif ukoll tal-informazzjoni u tad-dokumenti skont l-Artikolu 6(5), l-EIOPA għandha tirreġistra l-PEPP fir-reġistru pubbliku ċentrali imsemmi fl-Artikolu 13 u għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti b’dan mingħajr dewmien żejjed.

2.   Fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol wara li jirċievu n-notifika għar-reġistrazzjoni tal-PEPP imsemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-fornitur tal-PEPP applikant kif xieraq.

3.   Il-fornitur tal-PEPP jista’ jipprovdi l-PEPP, u d-distributur tal-PEPP jista’ jiddistribwixxi l-PEPP sa mid-data tar-reġistrazzjoni tal-PEPP fir-reġistru pubbliku ċentrali msemmi fl-Artikolu 13.

Artikolu 8

Kundizzjonijiet għad-dereġistrazzjoni ta’ PEPP

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom joħorġu deċiżjoni għad-dereġistrazzjoni tal-PEPP meta:

(a)

il-fornitur tal-PEPP jirrinunzja espressament għar-reġistrazzjoni;

(b)

il-fornitur tal-PEPP ikun kiseb ir-reġistrazzjoni billi għamel dikjarazzjonijiet foloz jew b’xi mezz irregolari ieħor;

(c)

il-fornitur tal-PEPP ikun kiser serjament jew sistematikament dan ir-Regolament; jew

(d)

il-fornitur tal-PEPP jew il-PEPP ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet li taħthom tkun ingħatat ir-reġistrazzjoni.

2.   Fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol wara t-teħid ta’ deċiżjoni għad-dereġistrazzjoni tal-PEPP, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikawha lill-EIOPA u jinfurmaw lill-fornitur tal-PEPP kif xieraq.

3.   Fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol wara li tirċievi n-notifika tad-deċiżjoni għad-dereġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-EIOPA għandha tneħħi r-reġistrazzjoni tal-PEPP u għandha tinnotifika b’dan lill-awtoritajiet kompetenti.

4.   Fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol wara li jirċievu n-notifika għad-dereġistrazzjoni tal-PEPP msemmija fil-paragrafu 3, inkluża d-data tad-dereġistrazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-fornitur tal-PEPP kif xieraq.

5.   Il-fornitur tal-PEPP ma għandux jibqa’ jipprovdi l-PEPP u d-distributur tal-PEPP ma għandux jibqa’ jiddistribwixxi l-PEPP mid-data tad-dereġistrazzjoni tal-PEPP mir-reġistru pubbliku ċentrali msemmi fl-Artikolu 13.

6.   Meta l-EIOPA tkun irċeviet informazzjoni rigward l-eżistenza ta’ waħda miċ-ċirkostanzi msemmija fil-punt (b) jew (c) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, f’konformità mad-dmir ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-EIOPA msemmija fl-Artikolu 66, l-EIOPA għandha titlob lill-awtoritajiet kompetenti tal-fornitur tal-PEPP biex jivverifikaw l-eżistenza ta’ tali ċirkostanzi u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jissottomettu lill-EIOPA s-sejbiet tagħhom u l-informazzjoni korrispondenti.

7.   Qabel ma tittieħed deċiżjoni għad-dereġistrazzjoni tal-PEPP, l-awtoritajiet kompetenti u l-EIOPA għandhom jagħtu l-aħjar sforzi tagħhom biex jiżguraw li l-interessi tal-faddala tal-PEPP jiġu salvagwardjati.

Artikolu 9

Deżinjazzjoni

Id-deżinjazzjoni “Prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew” jew “PEPP” b’rabta ma’ prodotti tal-pensjoni personali tista’ tintuża biss meta l-prodott tal-pensjoni personali jkun ġie rreġistrat mill-EIOPA biex jiġi ddistribwit bid-deżinjazzjoni “PEPP” f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 10

Distribuzzjoni ta’ PEPPs

1.   L-impriżi finanzjarji msemmija fl-Artikolu 6(1) jistgħu jiddistribwixxu l-PEPPs li huma mmanifatturaw. Huma jistgħu jiddistribwixxu wkoll PEPPs li ma mmanifatturawx sakemm jikkonformaw mal-liġi settorjali rilevanti skont liema jistgħu jqassmu prodotti li ma jkunux immanifatturaw.

2.   L-intermedjarji tal-assigurazzjoni rreġistrati f’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/97 u d-ditti tal-investiment awtorizzati skont id-Direttiva 2014/65/UE għall-għoti ta’ pariri dwar l-investiment kif definit fil-punt 4 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE jistgħu jiddistribwixxu l-PEPPs li huma ma jkunux immanifatturaw.

Artikolu 11

Reġim prudenzjali applikabbli għal tipi differenti ta’ fornituri

Il-fornituri tal-PEPP u d-distributuri tal-PEPP għandhom jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament, kif ukoll mar-reġim prudenzjali rilevanti applikabbli għalihom f’konformità mal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikoli 6(1) u 10(2).

Artikolu 12

Il-pubblikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali

1.   It-testi tal-liġijiet nazzjonali, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirregolaw il-kundizzjonijiet relatati mal-fażi ta’ akkumulazzjoni msemmija fl-Artikolu 47 u l-kundizzjonijiet relatati mal-fażi ta’ dekumulazzjoni msemmija fl-Artikolu 57, inkluża informazzjoni dwar proċeduri nazzjonali addizzjonali stabbiliti għall-applikazzjoni għal vantaġġi u inċentivi stabbiliti fil-livell nazzjonali, fejn applikabbli, għandhom isiru pubbliċi u jinżammu aġġornati mill-awtorità nazzjonali rilevanti.

2.   L-awtoritajiet kompetenti kollha fi Stat Membru għandhom iżommu u jżommu aġġornata fuq is-sit web tagħhom link għat-testi msemmija fil-paragrafu 1.

3.   Il-pubblikazzjoni tat-testi msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun biss għal skopijiet ta’ informazzjoni u m’għandhiex toħloq obbligi jew responsabbiltajiet legali għall-awtoritajiet nazzjonali rilevanti.

Artikolu 13

Reġistru pubbliku ċentrali

1.   L-EIOPA għandha żżomm reġistru pubbliku ċentrali li jidentifika kull PEPP irreġistrat skont dan ir-Regolament, in-numru ta’ reġistrazzjoni tal-PEPP, il-fornitur tal-PEPP ta’ dan il-PEPP, l-awtoritajiet kompetenti tal-fornitur tal-PEPP, id-data tar-reġistrazzjoni tal-PEPP, lista sħiħa tal-Istati Membri li fihom dan il-PEPP huwa offrut u lista sħiħa ta’ Stati Membri li għalihom il-fornitur tal-PEPP joffri subkont. Ir-reġistru għandu jkun disponibbli pubblikament f’format elettroniku u għandu jinżamm aġġornat.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-EIOPA dwar ir-rabtiet imsemmija fl-Artikolu 12(2) u għandhom iżommu din l-informazzjoni aġġornata.

3.   l-EIOPA għandha tippubblika u żżomm aġġornati l-links imsemmija fil-paragrafu 2 fir-reġistru pubbliku ċentrali msemmi fil-paragrafu 1.

KAPITOLU III

FORNIMENT U PORTABILITÀ TRANSFRUNTIERA TAL-PEPP

TAQSIMA I

Libertà li jiġu pprovduti servizzi u libertà tal-istabbiliment

Artikolu 14

Eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u libertà tal-istabbiliment mill-fornituri tal-PEPP u mid-distributuri tal-PEPP

1.   Il-fornituri tal-PEPP jistgħu jipprovdu u d-distributuri tal-PEPP jistgħu jiddistribwixxu PEPPs fit-territorju ta’ Stat Membru ospitanti bil-libertà li jipprovdu servizzi jew bil-libertà tal-istabbiliment, dment li jagħmlu dan f’konformità mar-regoli u mal-proċeduri rilevanti stabbiliti minn jew skont l-atti leġiżlattivi tal-Unjoni applikabbli għalihom msemmi fil-punti (a), (b), (d) u (e) tal-Artikolu 6(1) jew fl-Artikolu 10(2) u wara li jinnotifikaw l-intenzjoni tagħhom li jiftħu subkont għal dan l-Istat Membru ospitanti skont l-Artikolu 21.

2.   Il-fornituri tal-PEPP kif imsemmija fil-punti (c) u (f) tal-Artikolu 6(1) għandhom jikkonformaw mar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 15.

Artikolu 15

Eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi mill-IORPs u mill-AIFM tal-UE

1.   Il-fornituri tal-PEPP kif imsemmija fil-punti (c) u (f) tal-Artikolu 6(1) li beħsiebhom jipprovdu PEPPs lill-faddala tal-PEPP fit-territorju ta’ Stat Membru ospitanti għall-ewwel darba taħt il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u wara li jinnotifikaw l-intenzjoni tagħhom li jiftħu subkont għal dan l-Istat Membru ospitanti skont l-Artikolu 21, għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħhom:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-fornitur tal-PEPP,

(b)

l-Istat Membru li fih il-fornitur tal-PEPP beħsiebu jipprovdi jew jiddistribwixxi PEPPs lill-faddala tal-PEPP.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandhom jibagħtu l-informazzjoni fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mid-data tal-wasla għand l-Istat Membru ospitanti flimkien ma’ konferma li l-fornitur tal-PEPP imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6(1). L-informazzjoni tiġi kkomunikata lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti sakemm l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju ma jkollhomx raġuni biex jiddubitaw l-adegwatezza tal-istruttura amministrattiva fir-rigward tal-forniment ta’ PEPP, jew is-sitwazzjoni finanzjarja tal-fornitur tal-PEPP kif imsemmi fil-punti (c) u (f) tal-Artikolu 6(1).

Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jirrifjutaw li jikkomunikaw l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, huma għandhom jagħtu r-raġunijiet tar-rifjut lill-fornitur tal-PEPP ikkonċernat fi żmien xahar minn meta jirċievu l-informazzjoni u d-dokumenti kollha. Ir-rifjut jew kwalunkwe nuqqas milli tingħata tweġiba għandhom ikunu suġġetti għad-dritt li wieħed jirrikorri għall-qrati fl-Istat Membru ta’ domiċilju tal-PEPP.

3.   Fi żmien 10 ijiem tax-xogħol, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jirrikonoxxu li rċevew l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju mbagħad għandhom jinfurmaw lill-fornitur tal-PEPP li l-informazzjoni waslet għand l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti u li l-fornitur tal-PEPP jista’ jibda’ forniment tal-PEPP lill-faddala tal-PEPP f’dak l-Istat Membru.

4.   Fin-nuqqas ta’ konferma tar-riċevuta kif imsemmi fil-paragrafu 3 fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mid-data tat-trażmissjoni tal-informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandhom jinfurmaw lill-fornitur tal-PEPP li l-fornitur tal-PEPP jista’ jibda jipprovdi servizzi f’dak l-Istat Membru.

5.   F’każ ta’ bidla fi kwalunkwe informazzjoni imsemmija fil-paragrafu 1, il-fornitur tal-PEPP għandu jinnotifika dik il-bidla lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-inqas xahar qabel ma jimplimenta l-bidla. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti dwar il-bidla malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard minn xahar mill-wasla tan-notifika.

6.   L-Istati Membri ospitanti jistgħu, għall-finijiet ta’ din il-proċedura, jaħtru awtoritajiet kompetenti oħra minbarra dawk imsemmija fil-punt 18 tal-Artikolu 2 sabiex jeżerċitaw is-setgħat mogħtija lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti. Huma għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-EIOPA, u jindikaw kwalunkwe diviżjoni ta’ dawk id-dmirijiet.

Artikolu 16

Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti

1.   Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jkollhom raġuni li jqisu li PEPP huwa ddistribwit fit-territorju tiegħu jew li subkont għal dak l-Istat Membru jkun infetaħ bi ksur ta’ kwalunkwe obbligu li jirriżulta mir-regoli applikabbli kif imsemmi fl-Artikolu 3, huma għandhom jirreferu s-sejbiet tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-fornitur tal-PEPP jew tad-distributur tal-PEPP.

2.   Wara li jivvalutaw l-informazzjoni li jirċievu skont il-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandhom, fejn applikabbli, jieħdu l-miżuri xierqa mingħajr dewmien biex jirrimedjaw is-sitwazzjoni. Għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti dwar kull tali miżura.

3.   Meta l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jirriżultaw li mhumiex adegwati jew huma neqsin, u l-fornitur tal-PEPP jew id-distributur tal-PEPP ikompli jiddistribwixxi l-PEPP b’mod li huwa ta’ detriment b’mod ċar għall-interessi tal-faddala tal-PEPP tal-Istat Membru ospitanti jew għall-funzjonament ordnat tas-suq għal prodotti tal-pensjoni personali f’dak l-Istat Membru, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu, wara li jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju, jieħdu l-miżuri xierqa biex jipprevjenu irregolaritajiet ulterjuri, inkluż, sa fejn ikun strettament meħtieġ, il-prevenzjoni li l-fornitur tal-PEPP jew id-distributur tal-PEPP ikompli d-distribuzzjoni tal-PEPPs fit-territorju tagħhom.

Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jew l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu jirreferu l-kwistjoni lill-EIOPA u jitolbu l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

4.   Il-paragrafi 1 sa 3 ma għandhomx jaffettwaw is-setgħa tal-Istat Membru ospitanti li jieħu miżuri xierqa u mhux diskriminatorji biex jipprevjeni jew jippenalizza irregolaritajiet imwettqa fit-territorju tiegħu, f’sitwazzjonijiet fejn azzjoni immedjata tkun strettament meħtieġa sabiex jiġu protetti d-drittijiet tal-konsumaturi fl-Istat Membru ospitanti, u fejn miżuri ekwivalenti tal-Istat Membru tad-domiċilju ma jkunux adegwati jew ikunu nieqsa, jew f’każijiet fejn l-irregolaritajiet ikunu kuntrarji għal dispożizzjonijiet legali nazzjonali li jipproteġu l-ġid ġenerali, sa fejn ikun strettament meħtieġ. F’sitwazzjonijiet bħal dawn, l-Istati Membri ospitanti għandhom ikollhom il-possibbiltà li jipprevjenu lill-fornitur tal-PEPP jew lid-distributur tal-PEPP milli jwettqu negozju ġdid fit-territorju tagħhom.

5.   Kwalunkwe miżura adottata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti skont dan l-Artikolu għandha tiġi kkomunikata lill-fornitur tal-PEPP jew lid-distributur tal-PEPP f’dokument motivat tajjeb u nnotifikat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju mingħajr dewmien żejjed.

TAQSIMA II

Portabilità

Artikolu 17

Servizz tal-portabilità

1.   Il-faddala tal-PEPP għandu jkollhom id-dritt li jużaw servizz tal-portabilità li jagħtihom id-dritt li jkomplu jikkontribwixxu fil-kont tal-PEPP eżistenti tagħhom, meta jbiddlu r-residenza tagħhom għal Stat Membru ieħor.

2.   Meta jużaw is-servizz tal-portabilità, il-faddala tal-PEPP huma intitolati jżommu l-vantaġġi u l-inċentivi kollha mogħtija mill-fornitur tal-PEPP u marbuta mal-investiment kontinwu fil-PEPP tagħhom.

Artikolu 18

Forniment tas-servizz tal-portabilità

1.   Il-fornituri tal-PEPP għandhom jipprovdu s-servizz tal-portabilità msemmi fl-Artikolu 17 lill-faddala tal-PEPP li jkollhom kont tal-PEPP magħhom u li jitolbu dan is-servizz.

2.   Meta jipproponi PEPP, il-fornitur tal-PEPP jew id-distributur tal-PEPP għandu jipprovdi lill-faddala prospettivi tal-PEPP b’informazzjoni dwar is-servizz tal-portabilità u fuq liema subkontijiet huma disponibbli minnufih.

3.   Fi żmien tliet snin mid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, kull fornitur tal-PEPP għandu joffri subkontijiet nazzjonali għal mill-inqas żewġ Stati Membri fuq talba indirizzata lill-fornitur tal-PEPP.

Artikolu 19

Subkontijiet tal-PEPP

1.   Meta l-fornituri tal-PEPP jipprovdu servizz ta’ portabilità lill-faddala tal-PEPP skont l-Artikolu 17, il-fornituri tal-PEPP għandhom jiżguraw li meta jinfetaħ subkont ġdid f’xi kont tal-PEPP, dan għandu jikkorrispondi għar-rekwiżiti u għall-kundizzjonijiet legali stabbiliti fil-livell nazzjonali kif imsemmi fl-Artikoli 47 u 57 għall-PEPP mill-Istat Membru tar-residenza tal-PEPP il-ġdid. It-tranżazzjonijiet kollha fil-kont tal-PEPP għandhom jiddaħħlu f’subkont korrispondenti. Il-kontribuzzjonijiet li jkunu saru lis-subkont u t-teħid minnu jistgħu jkunu soġġetti għal kondizzjonijiet kuntrattwali separati.

2.   Mingħajr preġudizzju għal-liġi settorjali applikabbli, il-fornituri tal-PEPP jistgħu jiżguraw ukoll il-konformità mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 billi jistabbilixxu sħubija ma’ fornitur ieħor tal-PEPP reġistrat (is-“sieħeb”).

Wara li jiġi kkunsidrat l-ambitu tal-funzjonijiet li għandhom jitwettqu mis-sieħeb, is-sieħeb għandu jkun ikkwalifikat u kapaċi jwettaq il-funzjonijiet delegati. Il-fornitur tal-PEPP għandu jidħol fi ftehim bil-miktub mas-sieħeb. Il-ftehim ikun legalment eżegwibbli u jiddefinixxi b’mod ċar id-drittijiet u l-obbligi tal-fornitur tal-PEPP u tas-sieħeb. Il-Ftehim għandu jikkonforma mar-regoli u l-proċeduri rilevanti għad-delega u għall-esternalizzazzjoni stabbiliti mil-liġi tal-Unjoni jew skont il-liġi tal-Unjoni applikabbli għalihom kif imsemmi fl-Artikolu 6(1). Minkejja dak il-ftehim, il-fornitur tal-PEPP għandu jibqa’ responsabbli biss għar-responsabbiltajiet tiegħu skont dan ir-Regolament.

Artikolu 20

Ftuħ ta’ subkont ġdid

1.   Minnufih wara li jiġi informat dwar il-bidla tar-residenza tal-faddal tal-PEPP għal Stat Membru ieħor, il-fornitur tal-PEPP għandu jinforma lill-faddal tal-PEPP dwar il-possibbiltà li jiftaħ subkont ġdid fi ħdan il-kont tal-faddal tal-PEPP u dwar il-perjodu ta’ żmien li fih jista’ jinfetaħ tali subkont.

F’dak il-każ, il-fornitur tal-PEPP għandu jipprovdi lill-faddal tal-PEPP mingħajr ħlas il-KID tal-PEPP, li jkun fih ir-rekwiżiti speċifiċi msemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 28(3) għas-subkont li jikkorrispondi għall-Istat Membru ġdid ta’ residenza tal-faddal tal-PEPP.

F’każ li ma jkunx hemm disponibbli subkont ġdid, il-fornitur tal-PEPP għandu jinforma lill-faddal tal-PEPP dwar id-dritt li jaqleb mingħajr dewmien u mingħajr ħlas u dwar il-possibbiltà li jkompli jfaddal fl-aħħar subkont miftuħ.

2.   Jekk il-faddal tal-PEPP ikun beħsiebu jagħmel użu mill-possibbiltà li jiftaħ subkont, il-faddal tal-PEPP għandu jinforma lill-fornitur tal-PEPP, b’dan li ġej:

(a)

l-Istat Membru tar-residenza l-ġdid tal-faddal tal-PEPP;

(b)

id-data li minnha jenħtieġ li l-kontribuzzjonijiet jiġu indirizzati lis-subkont il-ġdid;

(c)

kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar kundizzjonijiet oħra għall-PEPP.

3.   Il-faddal tal-PEPP jista’ jkompli jikkontribwixxi għall-aħħar subkont miftuħ.

4.   Il-fornitur tal-PEPP għandu joffri li jipprovdi lill-faddal tal-PEPP rakkomandazzjoni personalizzata li tispjega jekk il-ftuħ ta’ subkont ġdid fil-kont tal-PEPP tal-faddal tal-PEPP u li jsiru kontribuzzjonijiet għas-subkont il-ġdid ikunx aktar favorevoli milli jkompli jikkontribwixxi għall-aħħar subkont li nfetaħ.

5.   Meta l-fornitur tal-PEPP ma jkunx jista’ jiżgura l-ftuħ ta’ subkont ġdid li jikkorrispondi mal-Istat Membru ġdid ta’ residenza tal-faddal tal-PEPP, il-faddal tal-PEPP għandu skont l-għażla tiegħu jkun kapaċi:

(a)

jibdel il-fornitur tal-PEPP mingħajr dewmien u mingħajr ħlas minkejja r-rekwiżiti tal-Artikolu 52(3) dwar il-frekwenza tal-bdil; jew

(b)

ikompli jikkontribwixxi għall-aħħar subkont li nfetaħ.

6.   Is-subkont il-ġdid għandu jinfetaħ billi jiġi emendat il-kuntratt PEPP eżistenti, bejn il-faddal tal-PEPP u l-fornitur tal-PEPP, f’konformità mad-dritt kuntrattwali applikabbli. Id-data tal-ftuħ għandha tiġi ddefinita fil-kuntratt.

Artikolu 21

Għoti ta’ informazzjoni dwar il-portabilità lill-awtoritajiet kompetenti

1.   Il-fornitur tal-PEPP li jixtieq jiftaħ subkont ġdid għal Stat Membru ospitanti għall-ewwel darba għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju.

2.   Il-fornitur tal-PEPP għandu jinkludi fin-notifika l-informazzjoni u d-dokumenti li ġejjin:

(a)

it-termini kuntrattwali standard tal-kuntratt tal-PEPP kif imsemmi fl-Artikolu 4, inkluż l-anness għas-subkont il-ġdid;

(b)

il-KID tal-PEPP, li jkun fih ir-rekwiżiti speċifiċi għas-subkont li jikkorrispondi għas-subkont il-ġdid skont il-punt (g) tal-Artikolu 28(3);

(c)

id-Dikjarazzjoni tal-Benefiċċji tal-PEPP msemmija fl-Artikolu 36;

(d)

informazzjoni dwar arranġamenti kuntrattwali msemmija fl-Artikolu 19(2), fejn applikabbli.

3.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandhom jivverifikaw jekk id-dokumentazzjoni pprovduta hijiex kompluta u jibagħtuha fi żmien 10 ijiem tax-xogħol minn meta jirċievu d-dokumentazzjoni kompleta lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.

4.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom mingħajr dewmien jirrikonoxxu li rċevew l-informazzjoni u d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 2.

5.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju mbagħad għandhom jinfurmaw lill-fornitur tal-PEPP li l-informazzjoni waslet għand l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti u li l-fornitur tal-PEPP jista’ jiftaħ subkont għal dak l-Istat Membru.

Fin-nuqqas ta’ konferma tar-riċevuta kif imsemmi fil-paragrafu 4 fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mid-data tat-trażmissjoni tad-dokumentazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandhom jinfurmaw lill-fornitur tal-PEPP li s-subkont għal dak l-Istat Membru jista’ jinfetaħ.

6.   F’każ ta’ bidla fi kwalunkwe informazzjoni jew dokumenti imsemmija fil-paragrafu 2, il-fornitur tal-PEPP għandu jinnotifika dik il-bidla lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-inqas xahar qabel ma jimplimenta l-bidla. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti dwar il-bidla malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard minn xahar mill-wasla tan-notifika.

KAPITOLU IV

REKWIŻITI TA’ DISTRIBUZZJONI U TA’ INFORMAZZJONI

TAQSIMA I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 22

Prinċipju ġenerali

Meta jwettqu attivitajiet ta’ distribuzzjoni għall-PEPPs, il-fornituri tal-PEPP u d-distributuri tal-PEPP dejjem għandhom jaġixxu b’mod onest, ġust u professjonali f’konformità mal-aħjar interessi tal-klijenti tal-PEPP tagħhom.

Artikolu 23

Reġim ta’ distribuzzjoni applikabbli għal tipi differenti ta’ fornituri tal-PEPP u ta’ distributuri tal-PEPP

1.   Għad-distribuzzjoni tal-PEPPs, it-tipi differenti ta’ fornituri tal-PEPP u ta’ distributuri tal-PEPP għandhom jikkonformaw mar-regoli li ġejjin:

(a)

impriżi tal-assigurazzjoni kif imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament u l-intermedjarji tal-assigurazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 10(2) ta’ dan ir-Regolament għandhom jikkonformaw mal-liġi nazzjonali applikabbli li ddaħħal fis-seħħ ir-regoli stabbiliti fil-Kapitoli V u VI tad-Direttiva (UE) 2016/97, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 20, 23, 25 u l-Artikolu 30(3) ta’ dik id-Direttiva għad-distribuzzjoni ta’ prodotti ta’ investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni, ma’ kwalunkwe liġi direttament applikabbli tal-Unjoni adottata skont dawk ir-regoli fir-rigward tad-distribuzzjoni ta’ tali prodotti u ma’ dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 34(4);

(b)

id-ditti ta’ investiment kif imsemmija fl-Artikolu 10(2) ta’ dan ir-Regolament għandhom jikkonformaw mal-liġi nazzjonali applikabbli li daħħal fis-seħħ ir-regoli dwar il-kummerċjalizzazzjoni u d-distribuzzjoni tal-istrumenti finanzjarji stipulati fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 16(3) u l-Artikoli 23, 24 u 25 tad-Direttiva 2014/65/UE, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 24(2) u l-Artikolu 25(3) u (4) ta’ dik id-Direttiva, ma’ kwalunkwe liġi direttament applikabbli tal-Unjoni adottata skont dawk id-dispożizzjonijiet, u ma’ dan ir-Regolament bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 34(4);

(c)

il-fornituri tal-PEPP u d-distributuri tal-PEPP kollha għandhom jikkonformaw mal-liġi nazzjonali applikabbli li ddaħħal fis-seħħ ir-regoli dwar il-kummerċjalizzazzjoni u d-distribuzzjoni tal-istrumenti finanzjarji stipulati fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 16(3) u fl-Artikoli 23, 24 u 25 tad-Direttiva 2014/65/UE, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 24(2) u l-Artikolu 25(2), (3) u (4) ta’ dik id-Direttiva, ma’ kwalunkwe liġi direttament applikabbli tal-Unjoni adottata skont dawk id-dispożizzjonijiet, u ma’ dan ir-Regolament;

2.   Ir-regoli stabbiliti fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandhom japplikaw biss sa fejn ma jkunx hemm dispożizzjoni aktar stretta fil-liġi nazzjonali applikabbli li tagħti effett lir-regoli stabbiliti fil-Kapitoli V u VI tad-Direttiva (UE) 2016/97.

Artikolu 24

Distribuzzjoni elettronika u mezzi oħra li jservu għal żmien twil

Il-fornituri tal-PEPP u d-distributuri tal-PEPP għandhom jipprovdu d-dokumenti u l-informazzjoni kollha msemmija f’dan il-Kapitolu mingħajr ħlas lill-klijenti tal-PEPP b’mod elettroniku, dment li l-klijent tal-PEPP ikun jista’ jaħżen tali informazzjoni b’mod aċċessibbli għal referenza fil-futur u għal perjodu ta’ żmien adegwat għall-finijiet tal-informazzjoni u li l-għodda tippermetti r-riproduzzjoni mhux mibdula tal-informazzjoni maħżuna.

Fuq talba, il-fornituri tal-PEPP u d-distributuri tal-PEPP għandhom jipprovdu dawk id-dokumenti u l-informazzjoni b’xejn fuq mezz ieħor li jservi għal żmien twil ukoll, inkluż fuq il-karta. Il-fornituri tal-PEPP u d-distributuri tal-PEPP għandhom jinfurmaw lill-klijenti tal-PEPP dwar id-dritt tagħhom li jitolbu kopja ta’ dawk id-dokumenti fuq mezz ieħor li jservi għal żmien twil, inkluż il-karta, mingħajr ħlas.

Artikolu 25

Sorveljanza tal-prodotti u rekwiżiti ta’ governanza

1.   Il-fornituri tal-PEPP għandhom iżommu, joperaw u jirrieżaminaw proċess għall-approvazzjoni ta’ kull PEPP, jew adattamenti sinifikanti ta’ PEPP eżistenti, qabel ma dan jiġi ddistribwit lill-klijenti tal-PEPP.

Il-proċess tal-approvazzjoni tal-prodott għandu jkun proporzjonat u xieraq għan-natura tal-PEPP.

Il-proċess tal-approvazzjoni tal-prodott għandu jispeċifika suq fil-mira identifikat għal kull PEPP, jiżgura li r-riskji rilevanti kollha għal tali suq fil-mira identifikat jiġu vvalutati u li l-istrateġija tad-distribuzzjoni intenzjonata tkun konsistenti mas-suq fil-mira identifikat, u li jittieħdu passi raġonevoli biex jiġi żgurat li l-PEPP jiġi ddistribwit lis-suq fil-mira identifikat.

Il-fornitur tal-PEPP għandu jifhem u jirrieżamina fuq bażi regolari l-PEPPs li jipprovdi, filwaqt li jqis kwalunkwe avveniment li jista’ materjalment jaffettwa r-riskju potenzjali għas-suq fil-mira identifikat, biex tal-inqas jivvaluta jekk il-PEPPs jibqgħux konsistenti mal-ħtiġijiet tas-suq fil-mira identifikat u jekk l-istrateġija ta’ distribuzzjoni maħsuba għadhiex adegwata.

Il-fornituri tal-PEPP għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tad-distributuri tal-PEPP l-informazzjoni xierqa kollha dwar il-PEPP u l-proċess ta’ approvazzjoni tal-prodott, inkluż is-suq fil-mira identifikat tal-PEPP.

Id-distributuri tal-PEPP għandu jkollhom arranġamenti adegwati fis-seħħ biex jiksbu l-informazzjoni msemmija fil-ħames subparagrafu u jifhmu l-karatteristiċi u s-suq fil-mira identifikati ta’ kull PEPP.

2.   Il-politiki, il-proċessi u l-arranġamenti msemmija f’dan l-Artikolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti l-oħra kollha skont dan ir-Regolament jew li japplikaw bis-saħħa tiegħu inklużi dawk b’rabta mad-divulgazzjoni, mal-idoneità u mal-adegwatezza, mal-identifikazzjoni u mal-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, mal-inċentivi u mal-fatturi ESG.

TAQSIMA II

Informazzjoni prekuntrattwali

Artikolu 26

KID tal-PEPP

1.   Qabel ma PEPP jiġi propost lill-faddala tal-PEPP, il-fornitur tal-PEPP għandu jfassal KID tal-PEPP għal dak il-prodott tal-PEPP f’konformità mar-rekwiżiti ta’ din it-Taqsima u għandu jippubblika l-KID tal-PEPP fuq is-sit web tiegħu.

2.   Il-KID tal-PEPP għandu jikkostitwixxi informazzjoni prekuntrattwali. Dan għandu jkun preċiż, ġust, ċar u ma jiżgwidax. Għandu jipprovdi informazzjoni ewlenija u għandu jkun konsistenti ma’ kwalunkwe dokument kuntrattwali vinkolanti, bil-partijiet rilevanti tad-dokumenti ta’ offerta u bil-patti u l-kundizzjonijiet tal-PEPP.

3.   Il-KID tal-PEPP għandu jkun dokument awtonomu, separat b’mod ċar mill-materjal tal-kummerċjalizzazzjoni. Huwa ma għandux ikun fih kontroreferenzi għal materjal ta’ kummerċjalizzazzjoni. Jista’ jkun fih kontroreferenzi għal dokumenti oħrajn inkluż prospett fejn applikabbli, u biss fejn il-kontroreferenza hija relatata mal-informazzjoni rikjesta li għandha tiġi inkluża fil-KID tal-PEPP minn dan ir-Regolament.

Għandu jitfassal KID tal-PEPP separat għal PEPP Bażiku.

4.   Meta fornitur tal-PEPP joffri lil faddal tal-PEPP firxa ta’ opzjonijiet alternattivi ta’ investiment sabiex l-informazzjoni kollha meħtieġa fl-Artikolu 28(3) dwar dawk l-opzjonijiet ta’ investiment sottostanti ma tkunx tista’ tiġi pprovduta b’KID tal-PEPP uniku, konċiż u awtonomu, il-fornituri tal-PEPP għandhom jipproduċu wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

KID tal-PEPP awtonomu għal kull opzjoni ta’ investiment alternattiv;

(b)

KID tal-PEPP ġeneriku li jipprovdi mill-inqas deskrizzjoni ġenerika tal-opzjonijiet alternattivi ta’ investiment u li jiddikjara fejn u kif tista’ tinstab informazzjoni prekuntrattwali aktar dettaljata relatata mal-investimenti li jappoġġaw dawk l-opzjonijiet ta’ investiment.

5.   F’konformità mal-Artikolu 24, il-KID tal-PEPP għandu jitfassal bħala dokument qasir miktub b’mod konċiż. Huwa għandu:

(a)

jiġi ppreżentat u strutturat b’mod li jkun faċli biex jinqara, bl-użu ta’ tipa ta’ daqs li tinqara;

(b)

jiffoka fuq l-informazzjoni ewlenija meħtieġa mill-klijenti tal-PEPP;

(c)

jiġi espress b’mod ċar u miktub b’lingwaġġ u stil li jiffaċilita l-fehim tal-informazzjoni u, b’mod partikolari, b’lingwaġġ li jkun ċar, fil-qosor u komprensibbli.

6.   Jekk jintużaw kuluri fil-KID tal-PEPP, dawn ma għandhomx inaqqsu l-komprensibbiltà tal-informazzjoni jekk il-KID tal-PEPP jiġi stampat jew fotokopjat fl-iswed u l-abjad.

7.   Fejn il-marka korporattiva jew il-logo tal-fornitur tal-PEPP jew tal-grupp li minnu jagħmel parti jintużaw fil-KID tal-PEPP, dan ma għandux itellef mill-informazzjoni li jkun hemm fid-dokument jew joskura t-test.

8.   Minbarra l-KID tal-PEPP, il-fornituri tal-PEPP u d-distributuri tal-PEPP għandhom jipprovdu lill-faddala tal-PEPP prospettivi referenzi għal kwalunkwe rapport disponibbli pubblikament dwar il-kundizzjoni finanzjarja tal-fornitur tal-PEPP, inkluża s-solvenza tiegħu, biex b’hekk jippermettu lill-faddala tal-PEPP prospettivi aċċess faċli għal din l-informazzjoni.

9.   Il-faddala tal-PEPP prospettivi għandhom jiġu pprovduti wkoll b’informazzjoni dwar il-prestazzjoni fl-imgħoddi tal-opzjoni ta’ investiment tal-faddala tal-PEPP li tkopri l-prestazzjoni ta’ mill-inqas 10 snin jew, f’każijiet meta l-PEPP ikun ilu jopera inqas minn 10 snin, li tkopri s-snin kollha li għalihom kien provdut il-PEPP. L-informazzjoni dwar il-prestazzjoni fl-imgħoddi għandha tkun akkumpanjata mid-dikjarazzjoni “il-prestazzjoni fl-imgħoddi mhijiex indikattiva tal-prestazzjoni futura”.

Artikolu 27

Lingwa tal-KID tal-PEPP

1.   Il-KID tal-PEPP għandu jinkiteb bil-lingwi uffiċjali, jew tal-inqas b’waħda mil-lingwi uffiċjali, użati fil-parti tal-Istat Membru fejn jiġi distribwit il-PEPP, jew b’lingwa oħra aċċettata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru, jew fejn ikun inkiteb b’lingwa differenti, dan għandu jiġi tradott f’waħda minn dawk il-lingwi.

It-traduzzjoni għandha tirrifletti fedelment u b’mod preċiż il-KID tal-PEPP.

2.   Jekk PEPP jiġi kkummerċjalizzat fi Stat Membru permezz ta’ dokumenti ta’ kummerċjalizzazzjoni miktubin b’waħda jew aktar mil-lingwi uffiċjali ta’ dak l-Istat Membru, il-KID tal-PEPP għandu tal-inqas jinkiteb bil-lingwi uffiċjali korrispondenti.

3.   Il-KID tal-PEPP għandu jkun disponibbli fuq talba f’format xieraq għall-faddala tal-PEPP b’indeboliment fil-vista.

Artikolu 28

Kontenut tal-KID tal-PEPP

1.   It-titolu “Dokument bit-Tagħrif Ewlieni tal-PEPP” għandu jkun jidher b’mod prominenti fin-naħa ta’ fuq tal-ewwel paġna tal-KID tal-PEPP.

Il-KID tal-PEPP għandu jiġi ppreżentat fis-sekwenza stipulata fil-paragrafi 2 u 3.

2.   Direttament taħt it-titlu għandha tidher dikjarazzjoni ta’ spjegazzjoni. Din għandha taqra:

“Dan id-dokument jipprovdilek informazzjoni ewlenija dwar dan il-Prodott tal-Pensjoni Personali pan-Ewropew (PEPP). Dan mhuwiex materjal ta’ kummerċjalizzazzjoni. L-informazzjoni hija meħtieġa bil-liġi biex tgħinek tifhem in-natura, ir-riskji, il-kostijiet, il-gwadanji u t-telf potenzjali ta’ dan il-prodott tal-pensjoni personali u biex tgħinek tqabblu ma’ prodotti oħrajn”.

3.   Il-KID tal-PEPP għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja:

(a)

fil-bidu tad-dokument: l-isem tal-PEPP, jekk huwiex PEPP Bażiku jew le, l-identità u d-dettalji ta’ kuntatt tal-fornitur tal-PEPP, informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti tal-fornitur tal-PEPP, in-numru ta’ reġistrazzjoni tal-PEPP fir-reġistru pubbliku ċentrali u d-data tad-dokument;

(b)

id-dikjarazzjoni: “Il-prodott tal-irtirar deskritt f’dan id-dokument huwa prodott fuq terminu twil b’tifdija limitata li ma jistax jiġi tterminat fi kwalunkwe ħin.”;

(c)

taħt taqsima bit-titolu “X’inhu dan il-prodott?”, in-natura u l-karatteristiċi ewlenin tal-PEPP, inkluż:

(i)

l-objettivi fit-tul tal-irtirar u l-mezzi biex jinkisbu, b’mod partikolari jekk l-objettivi jinkisbux permezz ta’ esponiment dirett jew indirett għall-assi ta’ investiment sottostanti, inkluża deskrizzjoni tal-istrumenti sottostanti jew tal-valuri ta’ referenza, kif ukoll speċifikazzjoni tas-swieq li fihom jinvesti l-fornitur tal-PEPP kif ukoll, spjega dwar kif jiġi ddeterminat ir-redditu;

(ii)

deskrizzjoni tat-tip ta’ faddal ta’ PEPP li għalih il-PEPP huwa intiż li jiġi kkummerċjalizzat, b’mod partikolari f’termini tal-kapaċità tal-faddal tal-PEPP li jkun jiflaħ għat-telf tal-investiment u l-orizzont tal-investiment;

(iii)

dikjarazzjoni dwar

jekk il-PEPP Bażiku jipprovdix garanzija fuq il-kapital jew jekk jiħux il-forma ta’ teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju konsistenti mal-objettiv li jippermetti lill-faddal tal-PEPP jirkupra l-kapital; jew

jekk u sa fejn kwalunkwe opzjoni alternattiva ta’ investiment, jekk applikabbli, tipprovdix garanzija jew teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju;

(iv)

deskrizzjoni tal-benefiċċji tal-irtirar tal-PEPP, b’mod partikolari l-forom possibbli ta’ pagamenti u d-dritt ta’ modifika tal-forma tal-pagamenti kif imsemmi fl-Artikolu 59(1);

(v)

meta l-PEPP jkopri r-riskju bijometriku: dettalji tar-riskji koperti u tal-benefiċċji tal-assigurazzjoni, inklużi ċ-ċirkustanzi li fihom dawk il-benefiċċji jistgħu jintalbu;

(vi)

informazzjoni dwar is-servizz tal-portabilità, inkluża referenza għar-reġistru pubbliku ċentrali msemmi fl-Artikolu 13 fejn tinsab informazzjoni għall-kundizzjonijiet għall-fażi ta’ akkumulazzjoni u l-fażi tad-dekumulazzjoni determinata mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikoli 47 u 57;

(vii)

dikjarazzjoni dwar il-konsegwenzi għall-faddal tal-PEPP li jirtira kmieni mill-PEPP, inklużi t-tariffi kollha applikabbli, il-penalitajiet, u t-telf possibbli tal-protezzjoni tal-kapital u vantaġġi u inċentivi possibbli oħra;

(viii)

dikjarazzjoni dwar il-konsegwenzi għall-faddal tal-PEPP jekk il-faddal tal-PEPP jieqaf jikkontribwixxi għall-PEPP;

(ix)

informazzjoni dwar is-subkontijiet disponibbli u dwar id-drittijiet tal-faddal tal-PEPP imsemmija fl-Artikolu 20(5);

(x)

informazzjoni dwar id-dritt li faddal tal-PEPP jibdel u d-dritt li jirċievi informazzjoni dwar is-servizz ta’ bdil kif imsemmi fl-Artikolu 56;

(xi)

il-kundizzjonijiet għall-modifika tal-opzjoni ta’ investiment magħżul imsemmija fl-Artikolu 44;

(xii)

informazzjoni, fejn disponibbli, relatata mal-prestazzjoni tal-investimenti tal-fornitur tal-PEPP f’termini tal-fatturi ESG;

(xiii)

il-liġi applikabbli għall-kuntratt tal-PEPP meta l-partijiet ma jkollhomx għażla libera tal-liġi jew, meta l-partijiet ikunu liberi li jagħżlu l-liġi applikabbli, il-liġi li l-fornitur tal-PEPP jipproponi li tingħażel.

(xiv)

fejn applikabbli, jekk hemmx żmien biex wieħed jerġa’ jaħsibha jew perjodu ta’ kanċellazzjoni għall-faddal tal-PEPP;

(d)

taħt taqsima intitolata “X’inhuma r-riskji u x’nista’ niggwadanja?”, deskrizzjoni qasira tal-profil tar-riskji u l-gwadanji li tinkludi l-elementi li ġejjin:

(i)

indikatur sommarju tar-riskju, issupplementat minn spjegazzjoni narrattiva ta’ dak l-indikatur, il-limitazzjonijiet ewlenin tiegħu u spjegazzjoni narrattiva tar-riskji li huma materjalment rilevanti għall-PEPP u li mhumiex koperti b’mod adegwat mill-indikatur sommarju tar-riskju;

(ii)

it-telf massimu possibbli tal-kapital investit, inkluża informazzjoni dwar:

jekk il-faddal tal-PEPP jistax jitlef il-kapital investit kollu; jew

jekk il-faddal tal-PEPP għandux ir-riskju li jassumi impenji jew obbligi finanzjarji addizzjonali;

(iii)

xenarji tal-prestazzjoni xierqa u s-suppożizzjonijiet li fuqhom huma bbażati;

(iv)

fejn applikabbli, il-kundizzjonijiet għar-redditi għall-faddala tal-PEPP jew il-limiti massimi tal-prestazzjoni inkorporati;

(v)

dikjarazzjoni li l-liġi tat-taxxa tal-Istat Membru ta’ residenza tal-faddal tal-PEPP jista’ jkollha impatt fuq il-pagamenti attwali;

(e)

taħt taqsima bit-titolu “X’jiġri jekk [l-isem tal-fornitur tal-PEPP] ma jkunx jista’ jħallas?”, deskrizzjoni qasira ta’ jekk it-telf relatat huwiex kopert minn skema ta’ kumpens jew ta’ garanzija mill-investitur u jekk iva, liema skema hija, l-isem tal-garanti u liema riskji huma koperti mill-iskema u liema mhumiex;

(f)

taħt taqsima bit-titolu “X’inhuma l-kostijiet?”, il-kostijiet assoċjati ma’ investiment fil-PEPP, li jinkludu kemm il-kostijiet diretti kif ukoll dawk indiretti li għandhom jitħallsu mill-faddal tal-PEPP, inklużi l-kostijiet ta’ darba u dawk rikorrenti, ippreżentati permezz ta’ indikaturi sommarji ta’ dawn il-kostijiet u, sabiex tiġi żgurata l-komparabbiltà, il-kostijiet aggregati totali espressi f’termini monetarji u perċentwali sabiex jintwerew l-effetti komposti tal-kostijiet totali fuq l-investiment.

Il-KID tal-PEPP għandu jinkludi indikazzjoni ċara li l-fornitur tal-PEPP jew id-distributur tal-PEPP għandhom jipprovdu l-informazzjoni li tispjega fid-dettall kwalunkwe kost tad-distribuzzjoni li mhijiex diġà inkluża fil-kostijiet speċifikati hawn fuq, sabiex il-faddala tal-PEPP jkunu jistgħu jifhmu l-effett kumulattiv li dawk il-kostijiet aggregati għandhom fuq ir-redditu tal-investiment;

(g)

taħt taqsima intitolata “X’inhuma r-rekwiżiti speċifiċi għas-subkont li jikkorrispondu għal [l-Istat Membru ta’ residenza tiegħi]?”:

(i)

taħt subtaqsima intitolata: “Rekwiżiti għall-fażi ta’ pagamenti riċevuti”:

deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet għall-fażi ta’ akkumulazzjoni, kif determinat mill-Istat Membru ta’ residenza tal-faddal tal-PEPP skont l-Artikolu 47;

(ii)

taħt subtaqsima intitolata: “Rekwiżiti għall-fażi ta’ pagamenti maħruġa”:

deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet għall-fażi ta’ dekumulazzjoni, kif determinat mill-Istat Membru ta’ residenza tal-faddal tal-PEPP skont l-Artikolu 57;

(h)

taħt taqsima bit-titolu “Kif nista’ nressaq ilment?”: informazzjoni dwar kif u lil min faddal tal-PEPP jista’ jressaq ilment dwar PEPP jew l-imġiba tal-fornitur tal-PEPP jew tad-distributur tal-PEPP;

4.   It-tqassim tal-informazzjoni f’livelli meħtieġa skont il-paragrafu 3 għandhom ikunu permessi meta l-KID tal-PEPP jiġi pprovdut f’format elettroniku, fejn partijiet dettaljati tal-informazzjoni jistgħu jiġu ppreżentati permezz ta’ pop-ups jew links għal-livelli li jakkumpanjawhom. F’dan il-każ, għandu jkun possibbli li l-KID tal-PEPP jiġi stampat bħala dokument uniku.

5.   Biex tkun żgurata applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-EIOPA għandha, wara li tikkonsulta lill-ESAs, u wara li twettaq testijiet tal-konsumatur u testijiet tal-industrija, tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:

(a)

id-dettalji tal-preżentazzjoni, inklużi l-forma u t-tul tad-dokument, u l-kontenut ta’ kull wieħed mill-elementi tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3;

(b)

il-metodoloġija li hi l-bażi tal-preżentazzjoni tar-riskji u l-benefiċċji kif imsemmi fil-punti (d)(i) u (iii) tal-paragrafu 3;

(c)

il-metodoloġija għall-kalkolu tal-kostijiet, inkluża l-ispeċifikazzjoni tal-indikaturi sommarji, kif imsemmi fil-punt (f) tal-paragrafu 3.

(d)

meta l-informazzjoni tiġi ppreżentata f’format elettroniku f’livelli ta’ informazzjoni, liema informazzjoni għandha tkun fl-ewwel livell, u liema informazzjoni tista’ tiġi pprovduta fil-livelli addizzjonali ta’ dettall.

Meta tiżviluppa l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji, l-EIOPA għandha tqis id-diversi tipi possibbli ta’ PEPPs, in-natura fit-tul tal-PEPP, il-kapaċitajiet tal-faddala tal-PEPP kif ukoll il-karatteristiċi tal-PEPPs sabiex tippermetti li l-faddal tal-PEPP jiddeċiedi bejn opzjonijiet differenti ta’ investiment u tipi oħra ta’ opzjonijiet previsti mill-PEPP, inkluż fejn dik l-għażla tista’ ssir f’punti ta’ żmien differenti, jew inkella tinbidel fil-ġejjieni.

L-EIOPA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Awwissu 2020.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissuplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

Artikolu 29

Materjal ta’ kummerċjalizzazzjoni

Il-materjal tal-kummerċjalizzazzjoni li fih informazzjoni speċifika relatata mal-PEPP ma għandux jinkludi ebda dikjarazzjoni li tikkontradixxi l-informazzjoni li tinsab fil-KID tal-PEPP jew li tnaqqas is-sinifikat tal-KID tal-PEPP. Il-materjal tal-kummerċjalizzazzjoni għandu jindika li KID tal-PEPP huwa disponibbli u jipprovdu informazzjoni dwar kif u fejn jista’ jinkiseb, inkluż is-sit web tal-fornitur tal-PEPP.

Artikolu 30

Kontenut tal-KID tal-PEPP

1.   Il-fornitur tal-PEPP għandu jirrieżamina l-informazzjoni li tinsab fil-KID tal-PEPP tal-inqas kull sena u għandu jirrevedi d-dokument minnufih meta r-rieżami jindika li jeħtieġ li jsiru xi bidliet. Il-verżjoni riveduta għandha ssir disponibbli fil-pront.

2.   Biex tkun żgurata applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-EIOPA għandha, wara li tikkonsulta lill-ESAs, u wara li twettaq testijiet tal-konsumatur u testijiet tal-industrija, tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet li permezz tagħhom KID tal-PEPP għandu jkun rieżaminat u rivedut.

L-EIOPA għandha tippreżenta l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Awwissu 2020.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissuplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

Artikolu 31

Responsabbiltà ċivili

1.   Il-fornitur tal-PEPP ma għandux ikollu jassumi responsabbiltà ċivili sempliċement abbażi tal-KID tal-PEPP, inkluża kwalunkwe traduzzjoni tiegħu, sakemm dan ma jkunx żgwidanti, mhux preċiż jew inkonsistenti mal-partijiet rilevanti tad-dokumenti prekuntrattwali u kuntrattwali legalment vinkolanti jew mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 28.

2.   Faddal tal-PEPP li juri telf li jirriżulta minn-dipendenza fuq KID tal-PEPP taħt iċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 1, meta jikkonkludi kuntratt tal-PEPP li għalih ġie prodott KID tal-PEPP, jista’ jagħmel talba għad-danni mill-fornitur tal-PEPP għal dak it-telf f’konformità mal-liġi nazzjonali.

3.   Elementi bħal “telf” jew “danni”, kif imsemmija fil-paragrafu 2, li mhumiex definiti, għandhom jiġu interpretati u applikati f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli kif stabbilit mir-regoli rilevanti tad-dritt internazzjonali privat.

4.   Dan l-Artikolu ma jeskludix talbiet ulterjuri għal responsabbiltà ċivili f’konformità mal-liġi nazzjonali.

5.   L-obbligi taħt dan l-Artikolu ma għandhomx ikunu limitati u lanqas irrinunzjati minn klawżoli kuntrattwali.

Artikolu 32

Kuntratti tal-PEPP li jkopru riskji bijometriċi

Meta l-KID tal-PEPP jikkonċerna kuntratt tal-PEPP li jkopri r-riskji bijometriċi, l-obbligi tal-fornitur tal-PEPP taħt din it-taqsima għandhom ikunu biss fir-rigward tal-faddal tal-PEPP.

Artikolu 33

Forniment tal-KID tal-PEPP

1.   Fornitur tal-PEPP jew distributur tal-PEPP għandu jipprovdi lill-faddala tal-PEPP prospettivi il-KIDs tal-PEPP kollha mfassla f’konformità mal-Artikolu 26 meta jagħti pariri dwar, jew joffri għall-bejgħ, PEPP, fi żmien biżżejjed qabel dawk il-faddala tal-PEPP jintrabtu bi kwalunkwe kuntratt jew offerta tal-PEPP relatata ma’ dak il-kuntratt tal-PEPP.

2.   Fornitur tal-PEPP jew distributur tal-PEPP jista’ jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 1 billi jipprovdi l-KID tal-PEPP lil persuna fiżika li jkollha mandat bil-miktub sabiex tieħu deċiżjonijiet ta’ investiment f’isem faddal tal-PEPP fir-rigward tat-tranżazzjonijiet konklużi fl-ambitu ta’ dak il-mandat bil-miktub.

3.   Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-EIOPA għandha, wara li tikkonsulta lill-ESAs l-oħra fejn xieraq, tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kondizzjonijiet biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit li jiġi pprovdut KID tal-PEPP kif stabbilit fil-paragrafu 1.

L-EIOPA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Awwissu 2020.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissuplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

TAQSIMA III

Pariri

Artikolu 34

Speċifikazzjoni tat-talbiet u l-ħtiġijiet u l-għoti ta’ pariri

1.   Qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt mal-PEPP, il-fornitur tal-PEPP jew id-distributur tal-PEPP għandu jispeċifika, fuq il-bażi tal-informazzjoni mitluba u miksuba mingħand il-faddal tal-PEPP prospettiv, it-talbiet relatati mal-irtirar u l-ħtiġijiet ta’ dak il-faddal tal-PEPP prospettiv, inkluż il-ħtieġa possibbli li jakkwista prodott li joffri l-annwalitajiet, u għandu jipprovdi lill-faddal tal-PEPP prospettiv b’informazzjoni oġġettiva dwar il-PEPP f’forma komprensibbli biex il-faddal tal-PEPP ikun jista’ jieħu deċiżjoni informata.

Kwalunkwe kuntratt tal-PEPP propost għandu jkun konsistenti mat-talbiet u mal-ħtiġijiet relatati mal-irtirar tal-faddala tal-PEPP, filwaqt li jqis l-intitolamenti li jkunu akkumulaw tal-irtirar tagħhom.

2.   Il-fornitur tal-PEPP jew id-distributur tal-PEPP għandu jipprovdi pariri lill-faddal tal-PEPP prospettiv qabel il-konklużjoni tal-kuntratt tal-PEPP billi jipprovdi lill-faddal tal-PEPP prospettiv b’rakkomandazzjoni personali li tispjega għaliex PEPP partikolari, inkluża opzjoni ta’ investiment partikolari, jekk applikabbli, jkun jissodisfa bl-aħjar mod it-talbiet u l-ħtiġijiet tal-faddal tal-PEPP.

Il-fornitur tal-PEPP jew id-distributur tal-PEPP għandu jipprovdi wkoll lill-faddal tal-PEPP prospettiv bi projezzjonijiet personalizzati ta’ benefiċċji tal-pensjoni għall-prodott irrakkomandat abbażi tal-aktar data bikrija li fiha tista’ tibda l-fażi ta’ dekumulazzjoni u dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà li dawk il-projezzjonijiet jistgħu jvarjaw mill-valur finali tal-benefiċċji tal-PEPP riċevuti. Jekk il-projezzjonijiet tal-benefiċċju tal-pensjoni jkunu bbażati fuq xenarji ekonomiċi, dik l-informazzjoni għandha tinkludi wkoll xenarju bbażat fuq l-aħjar stima u xenarju mhux favorevoli, filwaqt li titqies in-natura speċifika tal-kuntratt tal-PEPP.

3.   Jekk PEPP Bażiku jiġi offrut mingħajr tal-inqas garanzija fuq il-kapital, il-fornitur tal-PEPP jew id-distributur tal-PEPP għandu jispjega b’mod ċar l-eżistenza ta’ PEPPs b’garanzija fuq il-kapital, ir-raġunijiet għar-rakkomandazzjoni ta’ PEPP Bażiku abbażi ta’ teknika ta’ mitigazzjoni tar-riskju konsistenti bl-objettiv li jippermetti lill-faddal tal-PEPP jirkupra l-kapital u juri b’mod ċar kwalunkwe riskju addizzjonali li tali PEPPs jistgħu jinvolvu b’paragun ma’ garanzija kapitali abbażi ta’ PEPP Bażiku li jipprovdi garanzija fuq il-kapital. Din l-ispjegazzjoni għandha ssir bil-miktub.

4.   Meta jagħti pariri il-fornitur tal-PEPP jew id-distributur tal-PEPP imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 23(1) ta’ dan ir-Regolament għandu jitlob lill-faddal tal-PEPP prospettiv jipprovdi informazzjoni rigward l-għarfien u l-esperjenza ta’ dik il-persuna fil-qasam tal-investiment rilevanti tal-PEPP offrut jew mitlub, u li s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ dik il-persuna, inkluża l-kapaċità tagħha li ġġarrab telf u l-objettivi ta’ investiment tagħha, inkluża t-tolleranza tagħha għar-riskju sabiex il-fornitur tal-PEPP jew id-distributur tal-PEPP ikun jista’ jirrakkomanda lill-faddal PEPP prospettiv wieħed jew aktar li jkunu adattati għal dik il-persuna u, b’mod partikolari, dawk li jkunu konformi mat-tolleranza tal-faddal għar-riskju u mal-kapaċità tagħha li ġġarrab telf.

5.   Ir-responsabbiltajiet tal-fornitur tal-PEPP jew tad-distributur tal-PEPP m’għandhomx jitnaqqsu minħabba l-fatt li l-parir jingħata kompletament jew parzjalment permezz ta’ sistema awtomatizzata jew semiawtomatizzata.

6.   Mingħajr preġudizzju għal liġi settorjali applikabbli aktar stretta, il-fornituri tal-PEPP u d-distributuri tal-PEPP għandhom jiżguraw u juru lill-awtoritajiet kompetenti, fuq talba ta’ dawn, li l-persuni fiżiċi li jagħtu pariri dwar il-PEPPs għandhom l-għarfien u l-kompetenza meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw il-kriterji li għandhom jintużaw għall-valutazzjoni ta’ tali għarfien u kompetenza.

TAQSIMA IV

Informazzjoni matul it-terminu tal-kuntratt

Artikolu 35

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Il-fornituri tal-PEPP għandhom ifasslu dokument konċiż ippersonalizzat li għandu jiġi provdut matul il-fażi ta’ akkumulazzjoni li jkun fih l-informazzjoni ewlieni għal kull faddal tal-PEPP b’kunsiderazzjoni tan-natura speċifika tas-sistemi nazzjonali tal-pensjonijiet u ta’ kwalunkwe liġi, inklużi dawk soċjali, tax-xogħol u fiskali nazzjonali rilevanti (“Dikjarazzjoni tal-Benefiċċju tal-PEPP”). It-titlu tad-dokument għandu jkun fih il-kliem “Dikjarazzjoni tal-Benefiċċju tal-PEPP”.

2.   Id-data eżatta li għaliha tirreferi l-informazzjoni mniżżla fid-Dikjarazzjoni tal-Benefiċċju tal-PEPP għandha tiġi ddikjarata b’mod prominenti.

3.   L-informazzjoni li tinsab fid-Dikjarazzjoni tal-Benefiċċju tal-PEPP għandha tkun preċiża u aġġornata.

4.   Il-fornitur tal-PEPP għandu jagħmel id-Dikjarazzjoni tal-Benefiċċju tal-PEPP disponibbli għal kull faddal tal-PEPP kull sena.

5.   Kwalunkwe tibdil materjali fl-informazzjoni mniżżla fid-Dikjarazzjoni tal-Benefiċċju tal-PEPP meta mqabbla ma’ dik tas-sena preċedenti għandha tiġi indikata b’mod ċar.

6.   Barra d-Dikjarazzjoni tal-Benefiċċju tal-PEPP, il-faddal tal-PEPP għandu jinżamm informat minnufih tul it-terminu tal-kuntratt bi kwalunkwe bidla fil-kuntratt li tikkonċerna l-informazzjoni li ġejja:

(a)

it-termini tal-kuntratt inklużi kondizzjonijiet ta’ politika ġenerali u speċjali;

(b)

l-isem tal-fornitur tal-PEPP, il-forma ġuridika tiegħu jew l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tiegħu u, fejn xieraq, tal-fergħa li kkonkludiet il-kuntratt;

(c)

informazzjoni dwar kif il-polza ta’ investiment tieħu f’kunsiderazzjoni fatturi ESG.

Artikolu 36

Dikjarazzjoni tal-Benefiċċju tal-PEPP

1.   Id-Dikjarazzjoni tal-Benefiċċju tal-PEPP għandu jinkludi mill-inqas, din l-informazzjoni essenzjali li ġejja għall-faddala tal-PEPP:

(a)

id-dettalji personali tal-faddal tal-PEPP u l-eqreb data li fiha tista’ tibda l-fażi ta’ dekumulazzjoni għal kwalunkwe subkont;

(b)

l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-fornitur tal-PEPP u identifikazzjoni tal-kuntratt tal-PEPP;

(c)

l-Istat Membru li fih il-fornitur tal-PEPP hu awtorizzat jew irreġistrat u l-ismijiet tal-awtoritajiet kompetenti;

(d)

informazzjoni dwar il-projezzjonijiet tal-benefiċċji tal-pensjoni bbażati fuq id-data msemmija fil-punt (a), u dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà li dawk il-previżjonijiet jistgħu jvarjaw mill-valur finali tal-benefiċċji tal-PEPP riċevuti. Jekk il-projezzjonijiet tal-benefiċċju tal-pensjoni jkunu bbażati fuq xenarji ekonomiċi, dik l-informazzjoni għandha tinkludi wkoll xenarju bbażat fuq l-aħjar stima u xenarju mhux favorevoli, filwaqt li titqies in-natura speċifika tal-kuntratt tal-PEPP;

(e)

informazzjoni dwar il-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-faddal tal-PEPP jew minn kwalunkwe parti terza fil-kont tal-PEPP matul l-aħħar 12-il xahar;

(f)

rendikont tal-kostijiet kollha mħallsa direttament jew indirettament mill-faddal tal-PEPP matul l-aħħar 12-il xahar, bl-indikazzjoni tal-kostijiet tal-amministrazzjoni, il-kostijiet tas-salvagwardja tal-assi, l-ispejjeż relatati mat-tranżazzjonijiet f’portafoll u spejjeż oħrajn, kif ukoll stima tal-impatt tal-ispejjeż fuq il-benefiċċji finali tal-PEPP; dawn il-kostijiet għandhom jiġu espressi kemm f’termini monetarji kif ukoll bħala perċentwal tal-kontribuzzjonijiet matul it-12-il xahar ta’ qabel;

(g)

fejn applikabbli, in-natura u l-mekkaniżmu tat-tekniki ta’ garanzija jew ta’ mitigazzjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 46;

(h)

fejn applikabbli, l-għadd u l-valur tal-unitajiet li jikkorrispondu għall-kontribuzzjonijiet tal-faddal tal-PEPP matul it-12-il xahar ta’ qabel;

(i)

l-ammont totali fil-kont tal-PEPP tal-faddal tal-PEPP fid-data tad-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 35;

(j)

informazzjoni dwar il-prestazzjoni fl-imgħoddi tal-opzjoni ta’ investiment tal-faddal tal-PEPP li tkopri l-prestazzjoni ta’ mill-inqas 10 snin jew, f’każijiet meta l-PEPP ikun ilu jopera inqas minn 10 snin, li tkopri s-snin kollha li għalihom kien provdut il-PEPP. Informazzjoni dwar il-prestazzjoni fl-imgħoddi għandha tkun akkumpanjata mid-dikjarazzjoni “il-prestazzjoni fl-imgħoddi mhijiex indikattiva tal-prestazzjoni futura”;

(k)

għall-kontijiet tal-PEPP b’aktar minn subkont wieħed, l-informazzjoni fid-Dikjarazzjoni tal-Benefiċċju tal-PEPP għandha titqassam għas-subkontijiet eżistenti kollha;

(l)

sommarju tal-informazzjoni dwar il-politika ta’ investiment relatata mal-fatturi ESG.

2.   F’konsultazzjoni mal-Bank Ċentrali Ewropew u mal-awtoritajiet kompetenti, l-EIOPA għandha tadotta abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-regoli li jiddeterminaw is-suppożizzjonijiet dwar il-projezzjonijiet tal-benefiċċju tal-pensjoni msemmija fil-punt (d), tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 34(2). Dawk ir-regoli għandhom jiġu applikati mill-fornituri tal-PEPP biex jiddeterminaw, fejn rilevanti, ir-rata annwali ta’ redditu nominali fuq l-investiment, ir-rata annwali ta’ inflazzjoni u t-tendenza tal-pagi fil-futur.

L-EIOPA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Awwissu 2020. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissuplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

Artikolu 37

Informazzjoni supplimentari

1.   Id-Dikjarazzjoni tal-Benefiċċju tal-PEPP għandha tispeċifika fejn u kif tista’ tinkiseb l-informazzjoni supplimentari, inklużi:

(a)

aktar informazzjoni prattika dwar id-drittijiet u l-opzjonijiet tal-faddal tal-PEPP, inkluż fir-rigward tal-investimenti, il-fażi ta’dekumulazzjoni, is-servizz tal-bdil u s-servizz tal-portabilità;

(b)

il-kontijiet annwali u r-rapporti annwali tal-fornitur tal-PEPP li huma pubblikament disponibbli;

(c)

dikjarazzjoni bil-miktub tal-prinċipji tal-politika ta’ investiment tal-fornitur tal-PEPP li tal-inqas ikun fiha informazzjoni dwar il-metodi tal-kejl tar-riskju ta’ investiment, il-proċessi implimentati tal-immaniġġjar tar-riskju u l-allokazzjoni strateġika tal-assi fir-rigward tan-natura u tad-durata tal-obbligazzjonijiet tal-PEPP, kif ukoll kif il-politika ta’ investiment tieħu f’kunsiderazzjoni fatturi ESG.

(d)

fejn applikabbli, informazzjoni dwar is-suppożizzjonijiet użati għall-ammonti espressi f’annwalitajiet, b’mod partikolari fir-rigward tar-rata tal-annwalità, tat-tip ta’ fornitur tal-PEPP u tad-durata tal-annwalità;

(e)

il-livell ta’ benefiċċji tal-PEPP, f’każ ta’ rimborż qabel id-data msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 36(1).

2.   Biex tkun żgurata applikazzjoni konsistenti tal-Artikolu 36 u ta’ dan l-Artikolu, l-EIOPA għandha, wara li tikkonsulta lill-ESAs u wara li twettaq testijiet tal-konsumatur u testijiet tal-industrija, tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 36 u f’dan l-Artikolu. Fir-rigward tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni fl-imgħoddi kif imsemmi fil-punt (j) tal-Artikolu 36(1), id-differenzi bejn l-opzjonijiet ta’ investiment għandhom jiġu kkunsidrati, b’mod partikolari jekk il-faddal tal-PEPP jassumi r-riskju tal-investiment jew jekk l-opzjoni ta’ investiment tkun dipendenti fuq l-età jew tinkludi t-tul ta’ żmien korrispondenti.

L-EIOPA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Awwissu 2020.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissuplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 34(2) u l-punt (d) tal-Artikolu 36(1), sabiex jippermettu t-tqabbil ma’ prodotti nazzjonali, l-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-fornituri tal-PEPP jipprovdu lill-faddala tal-PEPP bi projezzjonijiet addizzjonali tal-benefiċċji tal-pensjoni meta r-regoli jiddeterminaw li s-suppożizzjonijiet ikunu stabbiliti mill-Istati Membri rispettivi.

Artikolu 38

Informazzjoni li għandha tingħata lill-faddala tal-PEPP matul il-fażi ta’ qabel l-irtirar u lill-benefiċjarji tal-PEPP matul il-fażi ta’ dekumulazzjoni

1.   Minbarra d-Dikjarazzjoni tal-Benefiċċju tal-PEPP, il-fornituri tal-PEPP għandhom jipprovdu lil kull faddal tal-PEPP xahrejn qabel id-dati msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 59(1) jew fuq talba tal-faddal tal-PEPP, b’informazzjoni dwar il-bidu li jmiss tal-fażi ta’ dekumulazzjoni, il-forom possibbli ta’ pagamenti maħruġa u l-possibbiltà li l-faddal tal-PEPP jimmodifika l-forma ta’ pagamenti maħruġa f’konformità mal-Artikolu 59(1).

2.   Matul il-fażi ta’ dekumulazzjoni, il-fornituri tal-PEPP għandhom jipprovdu annwalment lill-benefiċjarji tal-PEPP b’ informazzjoni dwar il-benefiċċji dovuti tal-PEPP u l-forma korrispondenti ta’ pagamenti maħruġa.

Meta l-faddal tal-PEPP ikompli jagħmel kontribuzzjonijiet jew jassumi r-riskju tal-investiment matul il-fażi ta’ dekumulazzjoni, il-fornitur tal-PEPP għandu jkompli jipprovdi d-Dikjarazzjoni tal-Benefiċċju tal-PEPP li tkun fiha l-informazzjoni rilevanti.

Artikolu 39

Informazzjoni li għandha tingħata fuq talba lill-faddala tal-PEPP u lill-benefiċjarji tal-PEPP

Fuq it-talba ta’ faddal tal-PEPP jew ta’ benefiċjarju tal-PEPP jew tar-rappreżentanti tagħhom, il-fornitur tal-PEPP għandu jipprovdi l-informazzjoni supplimentari msemmija fl-Artikolu 37(1) u informazzjoni supplimentari dwar is-suppożizzjonijiet użati biex jiġu ġġenerati l-projezzjonijiet imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 36(1).

TAQSIMA V

Rapportar lill-awtoritajiet nazzjonali

Artikolu 40

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Il-fornituri tal-PEPP għandhom jippreżentaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom l-informazzjoni li hi neċessarja għall-finijiet tas-superviżjoni minbarra l-informazzjoni provduta skont il-liġi settorjali rilevanti. Dik l-informazzjoni addizzjonali għandha tinkludi, fejn applikabbli, l-informazzjoni neċessarja biex jitwettqu l-attivitajiet li ġejjin meta jitwettaq proċess tar-rieżami superviżorju:

(a)

għall-valutazzjoni tal-governanza applikata mill-fornituri tal-PEPP, in-negozju li jkunu qegħdin iwettqu, il-prinċipji ta’ valutazzjoni applikati għall-finijiet tas-solvibbiltà, ir-riskji indirizzati u s-sistemi ta’ mmaniġġjar tar-riskju, u l-istruttura kapitali, il-ħtiġijiet u l-ġestjoni tagħhom;

(b)

biex jittieħdu d-deċiżjonijiet xierqa li jirriżultaw mit-twettiq tad-drittijiet u l-obbligi superviżorji tagħhom.

2.   L-awtoritajiet kompetenti, minbarra s-setgħat mogħtija lilhom skont il-liġi nazzjonali, għandu jkollhom is-setgħat li ġejjin:

(a)

li jiddeterminaw in-natura, l-ambitu u l-format tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 li huma jeħtieġu li l-fornituri tal-PEPP jippreżentaw f’intervalli predefiniti, meta jseħħu avvenimenti predefiniti jew matul inkjesti dwar is-sitwazzjoni ta’ fornitur tal-PEPP;

(b)

biex jiksbu mingħand il-fornituri tal-PEPP kwalunkwe informazzjoni dwar kuntratti li huma miżmuma mill-fornituri tal-PEPP jew rigward kuntratti li jidħlu fihom ma’ partijiet terzi; u

(c)

biex jitolbu informazzjoni mingħand esperti esterni, bħal awdituri u attwarji.

3.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tinkludi dan li ġej:

(a)

elementi kwalitattivi jew kwantitattivi, jew kwalunkwe taħlita xierqa minnhom;

(b)

elementi storiċi, attwali jew prospettivi, jew kwalunkwe taħlita xierqa minnhom;

(c)

data minn għejun interni jew esterni, jew kwalunkwe taħlita xierqa minnhom.

4.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha:

(a)

tirrifletti n-natura, l-iskala u l-kumplessità tan-negozju tal-fornitur tal-PEPP ikkonċernat, u b’mod partikolari r-riskji inerenti f’dak in-negozju;

(b)

tkun aċċessibbli, sħiħa f’kull aspett materjali, kumparabbli u konsistenti matul iż-żmien;

(c)

tkun rilevanti, affidabbli u komprensibbli.

5.   Il-fornituri tal-PEPP għandhom jippreżentaw lill-awtoritajiet kompetenti kull sena l-informazzjoni li ġejja:

(a)

għal liema Stati Membri l-fornitur tal-PEPP joffri subkontijiet;

(b)

l-għadd ta’ notifiki f’konformità mal-Artikolu 20(1) li waslu mill-faddala tal-PEPP li jkunu bidlu r-residenza tagħhom għal Stat Membru ieħor;

(c)

l-għadd ta’ talbiet għall-ftuħ ta’ subkont u l-għadd ta’ subkontijiet miftuħa f’konformità mal-Artikolu 20(2);

(d)

l-għadd ta’ talbiet mill-faddala tal-PEPP għall-qlib u t-trasferimenti reali magħmula f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 20(5);

(e)

l-għadd ta’ talbiet mill-faddala tal-PEPP għall-qlib u t-trasferimenti reali magħmula f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 52(3);

L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni rilevanti lill-EIOPA.

6.   Il-fornituri tal-PEPP għandu jkollhom sistemi u strutturi xierqa fis-seħħ biex jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 5 kif ukoll politika miktuba, approvata mill-korp maniġerjali, superviżorju jew amministrattiv tal-fornitur tal-PEPP, filwaqt li jiżguraw l-adegwatezza kontinwa tal-informazzjoni ppreżentata.

7.   Fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti u sabiex twettaq il-kompiti assenjati lilha minn dan ir-Regolament, l-EIOPA għandu jkollha aċċess għall-informazzjoni ppreżentata mill-fornituri tal-PEPP.

8.   Meta l-kontribuzzjonijiet tal-PEPP u l-benefiċċji tal-PEPP ikunu eliġibbli għal vantaġġi jew inċentivi, il-fornitur tal-PEPP għandu, f’konformità mal-liġi nazzjonali rilevanti, jippreżenta lill-awtorità nazzjonali rilevanti l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-forniment jew l-irkupru tat-tali vantaġġi u inċentivi riċevuti fir-rigward ta’ tali kontribuzzjonijiet u benefiċċji, fejn applikabbli.

9.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 72 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika l-informazzjoni addizzjonali msemmija fil-paragrafi 1 sa 5 ta’ dan l-Artikolu, bl-għan li tiżgura l-konverġenza sal-punt xieraq tar-rapportar superviżorju.

L-EIOPA, wara li tikkonsulta lill-ESAs l-oħra u lill-awtoritajiet kompetenti u wara l-ittestjar tal-industrija, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni rigward il-format tar-rapportar superviżorju.

L-EIOPA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Awwissu 2020.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

KAPITOLU V

FAŻI TA’ AKKUMULAZZJONI

TAQSIMA I

Regoli ta’ investiment għall-fornituri tal-PEPP

Artikolu 41

Regoli ta’ investiment

1.   Il-fornituri tal-PEPP għandhom jinvestu l-assi korrispondenti għall-PEPP f’konformità mar-regola tal-“persuna prudenti” u b’mod partikolari f’konformità mar-regoli li ġejjin:

(a)

l-assi għandhom jiġu investiti fl-aħjar interessi fuq terminu twil tal-faddala tal-PEPP inġenerali. Fil-każ ta’ kunflitt ta’ interessi potenzjali, il-fornitur tal-PEPP, jew l-entità li timmaniġġja l-portafoll tiegħu, għandhom jiżguraw li l-investiment isir fl-interess uniku tal-faddala tal-PEPP;

(b)

fl-ambitu tar-regola tal-persuna prudenti, il-fornituri tal-PEPP għandhom iqisu r-riskji relatati mal-impatt potenzjali fit-tul tad-deċiżjonijiet ta’ investiment fuq il-fatturi ESG;

(c)

l-assi għandhom ikunu investiti b’mod li jiġu żgurati s-sigurtà, il-kwalità, il-likwidità u l-profittabbiltà tal-portafoll kollu kemm hu;

(d)

l-assi għandhom predominantement ikunu investiti fi swieq regolati. Investiment f’assi li mhumiex ammessi għan-negozju f’suq finanzjarju rregolat għandu jinżamm f’livelli prudenti;

(e)

investiment fi strumenti derivattivi għandu jkun possibbli sal-limitu li dawn l-istrumenti jikkontribwixxu għal tnaqqis tar-riskji ta’ investiment jew jiffaċilita l-immaniġġjar effiċjenti tal-portafoll. Dawk l-istrumenti għandhom ikunu stmati fuq bażi prudenzjali, filwaqt li jittieħed kont tal-assi sottostanti, u inklużi fil-valwazzjoni tal-assi ta’ fornitur tal-PEPP. Il-fornituri tal-PEPP għandhom jevitaw ukoll milli kontroparti waħda u operazzjonijiet derivattivi oħra jiġu skoperti eċċessivament għar-riskji;

(f)

l-assi għandhom ikunu ddiversifikati kif imiss b’tali mod li tiġi evitata dipendenza eċċessiva fuq xi assi partikolari, fuq l-emittent jew fuq grupp ta’ impriżi u akkumulazzjonijiet ta’ riskju fil-portafolli kollha kemm huma. Investimenti f’assi maħruġa mill-istess emittenti jew minn emittenti li jagħmlu parti mill-istess grupp ma għandhomx jesponu lill-fornitur tal-PEPP għal konċentrazzjoni eċċessiva ta’ riskji;

(g)

l-assi ma għandhomx ikunu investiti f’ġurisdizzjoni li ma tikkooperax għal skopijiet ta’ taxxa identifikati fil-konklużjonijiet applikabbli tal-Kunsill dwar il-lista ta’ ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta’ taxxa, u lanqas f’pajjiż terz b’riskju għoli b’nuqqasijiet strateġiċi identifikati mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni applikabbli adottat abbażi tal-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2015/849;

(h)

il-fornitur tal-PEPP ma għandux jiskopri lilu nnifsu u l-assi korrispondenti għall-PEPP għal riskji li jirriżultaw minn ingranaġġ eċċessiv u minn trasformazzjoni ta’ maturità eċċessiva.

2.   Ir-regoli stipulati fil-punti (a) sa (h) tal-paragrafu 1 japplikaw biss sa fejn ma jkun hemm ebda dispożizzjoni iktar strinġenti fil-liġi settorjali rilevanti applikabbli għall-fornitur tal-PEPP.

TAQSIMA II

Opzjonijiet ta’ investiment għall-faddala tal-PEPP

Artikolu 42

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Il-fornituri tal-PEPP għandhom joffru sa sitt opzjonijiet ta’ investiment lill-faddala tal-PEPP.

2.   L-opzjonijiet ta’ investiment għandhom jinkludu PEPP Bażiku u jistgħu jinkludu opzjonijiet alternattivi ta’ investiment.

3.   L-opzjonijiet ta’ investiment kollha għandhom jitfasslu mill-fornituri tal-PEPP fuq il-bażi ta’ garanzija jew ta’ teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju li għandhom jiżguraw protezzjoni suffiċjenti għall-faddala tal-PEPP.

4.   L-għoti ta’ garanziji għandu jkun soġġett għal-liġi settorjali rilevanti applikabbli għall-fornitur tal-PEPP.

5.   Il-fornituri tal-PEPP imsemmija fil-punti (c), (d), (e) u (f) tal-Artikolu 6(1) jistgħu joffru PEPP b’garanzija biss billi jikkooperaw ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu jew impriżi tal-assigurazzjoni li jistgħu jipprovdu tali garanziji skont il-liġi settorjali applikabbli għalihom. Dawk l-istituzzjonijiet jew l-impriżi għandhom ikunu responsabbli biss għall-garanzija.

Artikolu 43

Għażla minn fost opzjonijiet ta’ investiment mill-faddal tal-PEPP

Wara li jirċievi l-informazzjoni u l-pariri rilevanti, il-faddal tal-PEPP għandu jagħżel opzjoni ta’ investiment meta jikkonkludi l-kuntratt tal-PEPP.

Artikolu 44

Kundizzjonijiet għall-modifika tal-opzjoni ta’ investiment magħżula

1.   Jekk il-fornitur tal-PEPP jipprovdi opzjonijiet alternattivi ta’ investiment, il-faddal tal-PEPP, filwaqt li jakkumula fil-PEPP, għandu jkun jista’ jagħżel opzjoni ta’ investiment differenti wara minimu ta’ ħames snin mill-konklużjoni tal-kuntratt tal-PEPP u, fil-każ ta’ bidliet sussegwenti, wara ħames snin mill-iktar bidla reċenti tal-opzjoni ta’ investiment. Il-fornitur tal-PEPP jista’ jħalli lill-faddal tal-PEPP jimmodifika l-opzjoni ta’ investiment magħżula b’mod aktar frekwenti.

2.   Il-modifika tal-opzjoni ta’ investiment għandha tkun mingħajr ħlas għall-faddal tal-PEPP.

Artikolu 45

Il-PEPP Bażiku

1.   Il-PEPP bażiku għandu jkun prodott sikur u jirrappreżenta l-opzjoni prestabbilita ta’ investiment. Dan għandu jkun iddisinjat mill-fornituri tal-PEPP fuq il-bażi ta’ garanzija fuq il-kapital li għandu jkun dovut fil-bidu tal-fażi ta’ dekumulazzjoni u matul il-fażi ta’ dekumulazzjoni, fejn applikabbli, jew teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju konsistenti mal-objettiv li jippermetti lill-faddal tal-PEPP jirkupra l-kapital.

2.   Il-kostijiet u t-tariffi ġenerali għall-PEPP Bażiku m’għandhomx jaqbżu l-1 % tal-kapital akkumulat fis-sena.

3.   Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn il-fornituri tal-PEPP differenti u t-tipi differenti ta’ PEPPs, l-EIOPA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw it-tipi ta’ kostijiet u tariffi msemmija fil-paragrafu 2, wara li tikkonsulta lill-ESAs l-oħra fejn applikabbli.

Meta tiżviluppa l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji, l-EIOPA għandha tqis id-diversi tipi possibbli ta’ PEPPs, in-natura tal-irtirar fit-tul tal-PEPP u d-diversi karatteristiċi possibbli tal-PEPPs, b’mod partikolari l-pagamenti maħruġa fil-forma ta’ annwalitajiet fit-tul jew prelevamenti annwali sa mill-inqas l-età li tikkorrispondi għall-istennija medja tal-ħajja tal-faddal tal-PEPP. L-EIOPA għandha tivvaluta wkoll in-natura pekuljari tal-protezzjoni tal-kapital b’kunsiderazzjoni speċifika għall-garanzija kapitali. L-EIOPA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Awwissu 2020.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissuplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

4.   Kull sentejn mid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha, wara li tkun ikkonsultat lill-EIOPA u, fejn applikabbli, lill-ASEs l-oħra, tirrevedi l-adegwatezza tal-valur perċentwali msemmi fil-paragrafu 2. Il-Kummissjoni għandha, b’mod partikolari, tqis il-livell attwali u l-bidliet fil-livell attwali tal-kostijiet u t-tariffi u l-impatt fuq id-disponibbiltà tal-PEPPs.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 72 biex temenda l-valur perċentwali msemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu fid-dawl tar-rieżamijiet tagħha bil-ħsieb li tippermetti aċċess xieraq għas-suq għall-fornituri tal-PEPP.

Artikolu 46

Tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju

1.   L-użu tat-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju għandu jiżgura li l-istrateġija ta’ investiment għall-PEPP titfassal b’tali mod li jinbena introjtu individwali stabbli u adegwat wara l-irtirar fil-ġejjieni mill-PEPP u jiġi żgurat trattament ġust tal-ġenerazzjonijiet kollha ta’ faddala tal-PEPP.

It-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju kollha, kemm jekk applikati taħt il-PEPP Bażiku jew għall-opzjonijiet alternattivi ta’ investiment, għandhom ikunu sodi, robusti u konsistenti mal-profil tar-riskju tal-opzjoni ta’ investiment korrispondenti.

2.   It-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn, dispożizzjonijiet:

(a)

għall-adattament gradwali tal-allokazzjoni tal-investiment sabiex jiġu mmitigati r-riskji finanzjarji tal-investimenti għal gruppi li jikkorrispondu għat-tul ta’ żmien li fadal (iċ-ċiklu tal-ħajja);

(b)

li jistabbilixxu riżervi minn kontribuzzjonijiet jew redditi ta’ investiment, li għandhom jiġu allokati għall-faddala tal-PEPP b’mod ġust u trasparenti, sabiex jiġi mmitigat it-telf mill-investiment; jew

(c)

biex jintużaw garanziji xierqa li jipproteġu kontra t-telf mill-investiment.

3.   Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-EIOPA, wara li tikkonsulta lill-ASEs l-oħra, u wara li twettaq l-ittestjar tal-industrija, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji minimi li t-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju jridu jissodisfaw, filwaqt li jitqiesu d-diversi tipi ta’ PEPPs u l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom, kif ukoll id-diversi tipi ta’ fornituri tal-PEPP u d-differenzi bejn ir-reġim prudenzjali tagħhom.

L-EIOPA għandha tippreżenta l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Awwissu 2020.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissuplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

TAQSIMA III

Aspetti oħra tal-fażi ta’ akkumulazzjoni

Artikolu 47

Kundizzjonijiet relatati mal-fażi ta’ akkumulazzjoni

1.   Il-kundizzjonijiet relatati mal-fażi ta’ akkumulazzjoni tas-subkontijiet nazzjonali għandhom jiġu ddeterminati mill-Istati Membri sakemm ma jkunux speċifikati f’dan ir-Regolament.

2.   Dawn il-kundizzjonijiet jistgħu jinkludu b’mod partikolari limiti tal-età għall-bidu tal-fażi ta’ akkumulazzjoni, id-durata minima tal-fażi ta’ akkumulazzjoni, l-ammont massimu u minimu tal-kontribuzzjonijiet u l-kontinwità tagħhom.

KAPITOLU VI

PROTEZZJONI TAL-INVESTITURI

Artikolu 48

Depożitarju

1.   Il-fornituri tal-PEPP imsemmija fil-punti (c), (e) u (f) tal-Artikolu 6(1) għandhom jaħtru depożitarju wieħed jew iktar għas-salvagwardja tal-assi fir-rigward tal-obbligi tan-negozju u tas-sorveljanza tal-forniment tal-PEPP.

2.   Għall-ħatra tad-depożitarju, l-eżekuzzjoni tal-kompiti tiegħu fir-rigward tas-salvagwardja tal-assi u r-responsabbiltà tad-depożitarju u għad-dmirijiet ta’ sorveljanza tad-depożitarju, il-Kapitolu IV tad-Direttiva 2009/65/KE għandu jiġi applikat kif xieraq.

Artikolu 49

Kopertura tar-riskji bijometriċi

1.   Il-fornituri tal-PEPP jistgħu joffru PEPPs b’opzjoni li tiżgura l-kopertura tar-riskju għal riskji bijometriċi.

2.   Il-kopertura tar-riskji bijometriċi għandha tkun soġġetta għal-liġi settorjali rilevanti applikabbli għall-fornitur tal-PEPP. Il-kopertura tar-riskji bijometriċi tista’ tvarja minn subkont għal subkont.

3.   Il-fornituri tal-PEPP imsemmija fil-punti (a), (c), (d), (e) u (f) tal-Artikolu 6(1) jistgħu joffru PEPPs b’opzjoni li tiżgura l-kopertura tar-riskji bijometriċi. F’dak il-każ, il-kopertura għandha tingħata biss b’kooperazzjoni ma’ impriżi tal-assigurazzjoni li jistgħu jkopru dawk ir-riskji skont il-liġi settorjali applikabbli għalihom. L-impriża tal-assigurazzjoni għandha tkun kompletament responsabbli għall-kopertura tar-riskji bijometriċi.

Artikolu 50

Ilmenti

1.   Il-fornituri tal-PEPP u d-distributuri tal-PEPP għandhom jimplimentaw u japplikaw proċeduri adegwati u effettivi għar-riżoluzzjoni ta’ tilwim ippreżentati minn klijenti tal-PEPP rigward id-drittijiet u l-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament.

2.   Dawk il-proċeduri għandhom jiġu applikati f’kull Stat Membru fejn il-fornitur tal-PEPP jew id-distributur tal-PEPP joffri s-servizzi tiegħu u għandhom ikunu disponibbli b’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru rilevanti kif magħżula mill-klijent tal-PEPP, jew b’lingwa oħra jekk din tkun maqbula bejn il-fornitur tal-PEPP jew id-distributur tal-PEPP u l-klijent tal-PEPP.

3.   Il-fornituri tal-PEPP u d-distributuri tal-PEPP għandhom jagħmlu kull sforz possibbli biex iwieġbu, jew b’mod elettroniku jew b’mezz ieħor li jservi għal żmien twil f’konformità mal-Artikolu 24, għall-ilmenti tal-klijenti tal-PEPP. It-tweġiba għandha tindirizza l-punti kollha mqajma, fi żmien perjodu adegwat u mhux iktar tard minn fi żmien 15-il jum ta’ xogħol minn meta jkun wasal l-ilment. F’sitwazzjonijiet eċċezzjonali, jekk it-tweġiba ma tistax tingħata fi żmien 15-il jum ta’ xogħol għal raġunijiet lil hinn mill-kontroll tal-fornitur tal-PEPP jew tad-distributur tal-PEPP, huwa għandu jkun obbligat jibgħat tweġiba proviżorja, li tindika b’mod ċar ir-raġunijiet għad-dewmien fl-għoti tat-tweġiba għall-ilment u tispeċifika l-iskadenza sa meta l-klijent tal-PEPP se jirċievi t-tweġiba finali. Fi kwalunkwe każ, l-iskadenza biex tiġi riċevuta t-tweġiba finali ma għandhiex taqbeż il-35 jum ta’ xogħol.

4.   Il-fornituri tal-PEPP u d-distributuri tal-PEPP għandhom jinformaw lill-klijent tal-PEPP dwar tal-inqas korp wieħed ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR) li hi kompetenti biex tindirizza t-tilwimiet li jikkonċernaw id-drittijiet u l-obbligi tal-klijenti tal-PEPP skont dan ir-Regolament.

5.   L-informazzjoni dwar il-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1 għandha tissemma b’mod ċar, li jinftiehem u li hu faċilment aċċessibbli fuq is-sit web tal-fornitur tal-PEPP jew tad-distributur tal-PEPP, fil-fergħa, u fil-patti u l-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratt bejn il-fornitur tal-PEPP jew id-distributur tal-PEPP u l-klijent tal-PEPP. Din għandha tispeċifika kif tista’ tiġi aċċessata informazzjoni ulterjuri dwar il-korp ikkonċernat tal-ADR u dwar il-kundizzjonijiet għall-użu tagħha.

6.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu proċeduri li jippermettu lill-klijenti tal-PEPP u lil partijiet ikkonċernati oħra, inklużi l-assoċjazzjonijiet tal-konsumatur, jippreżentaw ilmenti lill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-allegat ksur ta’ dan ir-Regolament min-naħa tal-fornituri tal-PEPP u tad-distributuri tal-PEPP. Fil-każijiet kollha, min jagħmel ilment għandu jirċievi risposta.

7.   F’każijiet li jikkonċernaw aktar minn Stat Membru wieħed, l-ilmentatur jista’ jagħżel li jressaq l-ilment tiegħu permezz tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ residenza tiegħu stess, irrispettivament minn fejn ikun seħħ il-ksur.

Artikolu 51

Rimedji barra l-qrati

1.   Proċeduri tal-ADR adegwati, indipendenti, imparzjali, trasparenti u effettivi għas-soluzzjoni ta’ tilwimiet bejn il-klijenti tal-PEPP u l-fornituri tal-PEPP jew id-distributuri tal-PEPP rigward id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minn dan ir-Regolament għandhom jiġu stabbiliti f’konformità mad-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21), billi jintużaw korpi kompetenti eżistenti fejn xieraq. Tali proċeduri tal-ADR għandhom ikunu applikabbli, u l-kompetenza tal-korp tal-ADR rilevanti għandha tiġi estiża b’mod effettiv, għall-fornituri tal-PEPP jew għad-distributuri tal-PEPP li kontrihom jinfetħu l-proċeduri.

2.   Il-korpi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkooperaw b’mod effettiv għar-riżoluzzjoni ta’ tilwimiet transfruntiera li jikkonċernaw id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minn dan ir-Regolament.

KAPITOLU VII

BDIL TAL-FORNITURI TAL-PEPP

Artikolu 52

Forniment tas-servizz tal-bdil

1.   Il-fornituri tal-PEPP għandhom jipprovdu servizz tal-bdil li, fuq talba tal-faddal tal-PEPP, l-ammonti korrispondenti jew, fejn applikabbli, assi mhux finanzjarji f’konformità mal-paragrafu 4, jittrasferixxi kwalunkwe bilanċ pożittiv minn kont tal-PEPP miżmum mal-fornitur tal-PEPP tat-trasferiment għal kont ġdid tal-PEPP bl-istess subkontijiet miftuħa mal-fornitur riċevitur tal-PEPP, bl-għeluq tal-kont tal-PEPP preċedenti.

Meta jintuża s-servizz tal-bdil, il-fornitur tal-PEPP trasferitur għandu jittrasferixxi l-informazzjoni kollha marbuta mas-subkontijiet kollha tal-kont tal-PEPP preċedenti, inklużi r-rekwiżiti ta’ rapportar, lill-fornitur tal-PEPP riċevitur. Il-fornitur tal-PEPP riċevitur għandu jirreġistra dik l-informazzjoni fis-subkontijiet korrispondenti.

Faddal tal-PEPP jista’ jitlob li jibdel għal fornituri tal-PEPP stabbiliti fl-istess Stat Membru (bdil domestiku) jew fi Stat Membru differenti (bdil transfruntier). Il-faddal tal-PEPP jista’ jeżerċita d-dritt li jbiddel il-fornituri matul il-fażi ta’ akkumulazzjoni u l-fażi ta’ dekumulazzjoni tal-PEPP.

2.   Minkejja l-paragrafu 1, matul il-fażi ta’ dekumulazzjoni, il-fornituri tal-PEPP m’għandhomx ikunu obbligati jipprovdu servizz ta’ bdil għall-PEPPs, meta faddala tal-PEPPs ikunu qed jirċievu l-pagamenti fil-forma ta’ annwalitajiet tul il-ħajja.

3.   Il-faddal tal-PEPP jista’ jbiddel il-fornituri tal-PEPP wara perjodu minimu ta’ ħames snin mill-konklużjoni tal-kuntratt tal-PEPP, u, fil-każ ta’ qlib sussegwenti, wara ħames snin mill-bidla l-aktar reċenti, mingħajr preġudizzju għall-punt (a) tal-Artikolu 20(5). Il-fornitur tal-PEPP jista’ jħalli lill-faddal tal-PEPP jbiddel il-fornitur tal-PEPP b’mod aktar frekwenti.

4.   Meta l-bdil ikun bejn il-fornituri tal-PEPP involuti fil-ġestjoni ta’ portafoll individwali għall-faddala tal-PEPP, il-faddala tal-PEPP jistgħu jagħżlu li jittrasferixxu assi mhux finanzjarji jew ammonti korrispondenti. Fil-każijiet l-oħra kollha, it-trasferiment tal-ammonti korrispondenti biss għandu jkun permess.

Il-kunsens bil-miktub tal-fornitur tal-PEPP riċevitur għandu jkun meħtieġ meta l-faddal tal-PEPP jitlob trasferiment tal-assi mhux finanzjarji.

Artikolu 53

Servizz tal-bdil

1.   Fuq talba tal-faddal tal-PEPP, wara li l-faddal tal-PEPP ikun ħa deċiżjoni infurmata abbażi tal-informazzjoni riċevuta mill-fornituri tal-PEPP kif definit fl-Artikolu 56, is-servizz ta’ bdil għandu jinbeda mill-fornitur tal-PEPP riċevitur.

2.   It-talba mill-faddal tal-PEPP għandha ssir b’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru fejn is-servizz tal-bdil qed jinbeda jew bi kwalunkwe lingwa oħra miftiehma bejn il-partijiet. Fit-talba, il-faddal tal-PEPP għandu:

(a)

jagħti l-kunsens speċifiku tiegħu għat-twettiq mill-fornitur tal-PEPP li jittrasferixxi kull wieħed mill-kompiti msemmija fil-paragrafu 4 u għandu jipprovdi l-kunsens speċifiku tiegħu għat-twettiq mill-fornitur tal-PEPP riċevitur ta’ kull wieħed mill-kompiti msemmija fil-paragrafu 5.

(b)

bi qbil mal-fornitur tal-PEPP riċevitur jispeċifikaw id-data li minnha għandhom jiġu eżegwiti l-pagamenti għall-kont tal-PEPP miftuħ mal-fornitur tal-PEPP riċevitur.

Dik id-data għandha tkun tal-inqas ġimagħtejn ta’ xogħol wara d-data li fiha l-fornitur tal-PEPP riċevitur jirċievi d-dokumenti ttrasferiti mingħand il-fornitur tal-PEPP trasferitur skont il-paragrafu 4.

L-Istati Membri jistgħu jesiġu li t-talba mill-faddal tal-PEPP tkun bil-miktub u li kopja tat-talba aċċettata tiġi pprovduta lill-faddal tal-PEPP.

3.   Fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol minn meta tasal it-talba msemmija fil-paragrafu 2, il-fornitur tal-PEPP riċevitur għandu jitlob lill-fornitur tal-PEPP trasferitur iwettaq il-kompiti kif imsemmi fil-paragrafu 4.

4.   Minn meta tasal talba mingħand il-fornitur tal-PEPP riċevitur, il-fornitur tal-PEPP trasferitur għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:

(a)

fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol, jibgħat id-Dikjarazzjoni tal-Benefiċċju tal-PEPP għall-perjodu mid-data tal-aħħar Dikjarazzjoni dwar il-Benefiċċju tal-PEPP sad-data tat-talba lill-faddal tal-PEPP u lill-fornitur tal-PEPP riċevitur;

(b)

fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol, jibgħat lista tal-assi eżistenti li qed jiġu ttrasferiti fil-każ ta’ trasferiment ta’ assi kif imsemmi fl-Artikolu 52(4) lill-fornitur tal-PEPP riċevitur;

(c)

jieqaf jaċċetta pagamenti li jidħlu fil-kont tal-PEPP b’effett mid-data speċifikata mill-faddal tal-PEPP fit-talba msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2;

(d)

jittrasferixxi l-ammonti korrispondenti, jew meta applikabbli, l-assi mhux finanzjarji f’konformità mal-Artikolu 52(4), mill-kont tal-PEPP fil-kont il-ġdid tal-PEPP miftuħ mal-fornitur tal-PEPP riċevitur fid-data speċifikata mill-faddal tal-PEPP fit-talba;

(e)

jagħlaq il-kont tal-PEPP fid-data speċifikata mill-faddal tal-PEPP jekk il-faddal tal-PEPP ma jkollux obbligi pendenti. Il-fornitur tal-PEPP trasferitur għandu jinforma minnufih lill-faddal tal-PEPP meta t-tali obbligi pendenti jipprevjenu l-għeluq tal-kont tal-faddal tal-PEPP.

5.   Il-fornitur tal-PEPP riċevitur għandu, kif previst fit-talba u sa fejn l-informazzjoni pprovduta mill-fornitur tal-PEPP trasferitur jew mill-faddal tal-PEPP jippermetti lill-fornitur tal-PEPP riċevitur jagħmel dan, iwettaq kwalunkwe tħejjija meħtieġa biex jaċċetta pagamenti deħlin u jaċċettahom b’effett mid-data speċifikata mill-faddal tal-PEPP fit-talba.

Artikolu 54

Tariffi u miżati marbuta mas-servizz tal-bdil

1.   Il-faddala tal-PEPP għandhom ikunu jistgħu jaċċessaw l-informazzjoni personali tagħhom mill-fornitur tal-PEPP trasferitur jew riċevitur mingħajr ħlas.

2.   Il-fornitur tal-PEPP trasferitur għandu jipprovdi l-informazzjoni mitluba mill-fornitur tal-PEPP riċevitur skont il-punt (a) tal-Artikolu 53(4) mingħajr ma jitlob ħlas mingħand il-faddal tal-PEPP jew mingħand il-fornitur tal-PEPP riċevitur.

3.   It-tariffi u l-miżati totali mitluba mill-fornitur tal-PEPP trasferitur lill-faddal tal-PEPP għall-għeluq tal-kont tal-PEPP miżmum miegħu għandhom ikunu limitati għall-kostijiet amministrattivi attwali mġarrba mill-fornitur tal-PEPP u m’għandhomx jaqbżu 0,5 % tal-ammonti korrispondenti jew il-valur monetarju tal-assi mhux finanzjarji li għandhom jiġu ttrasferiti lill-fornitur tal-PEPP riċevitur.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu perċentwal aktar baxx tat-tariffi u l-miżati kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu u perċentwal differenti meta l-fornitur tal-PEPP jippermetti lill-faddala tal-PEPP jaqilbu fornitur tal-PEPP aktar ta’ spiss kif imsemmi fl-Artikolu 52(3).

Il-fornitur tal-PEPP trasferitur ma għandux jitlob tariffi jew miżati addizzjonali lill-fornitur tal-PEPP riċevitur.

4.   Il-fornitur tal-PEPP riċevitur jista’ jitlob biss il-kostijiet amministrattivi u ta’ tranżazzjoni attwali tas-servizz tal-bdil.

Artikolu 55

Protezzjoni tal-faddala tal-PEPP kontra telf finanzjarju

1.   Kwalunkwe telf finanzjarju, inklużi tariffi, miżati u mgħax, imġarrab mill-faddal tal-PEPP u li jirriżulta direttament min-nuqqas ta’ konformità ta’ fornitur tal-PEPP involut fil-proċess tal-bdil mal-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 53 għandu jintradd lura minn dak il-fornitur tal-PEPP mingħajr dewmien.

2.   Ir-responsabbiltà skont il-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika fil-każijiet ta’ ċirkostanzi anormali u imprevedibbli lil hinn mill-kontroll tal-fornitur tal-PEPP li jitlob l-applikazzjoni ta’ dawk iċ-ċirkostanzi, li l-konsegwenzi tagħhom kienu jkunu inevitabbli minkejja l-isforzi kollha biex dan ma jiġrix, jew fejn il-fornitur tal-PEPP ikun marbut b’obbligi legali oħra koperti mil-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali.

3.   Ir-responsabbiltà skont il-paragrafu 1 għandha tkun stabbilita skont ir-rekwiżiti legali applikabbli f’livell nazzjonali.

4.   Il-faddal tal-PEPP għandu jġarrab kwalunkwe riskju ta’ telf finanzjarju marbut mar- rimborż in natura tal-assi miżmuma fil-kont tal-PEPP għall-fini tat-trasferiment tagħhom mill-fornitur tal-PEPP trasferitur lill-fornitur tal-PEPP riċevitur kif imsemmi fl-Artikolu 52(4).

5.   It-trasferiment tal-fornitur tal-PEPP m’għandux ikun obbligat li jiżgura l-protezzjoni tal-kapital jew li jipprovdi l-garanzija fil-mument tal-bdil.

Artikolu 56

Informazzjoni dwar is-servizz tal-bdil

1.   Il-fornituri tal-PEPP għandhom jagħtu lill-faddala tal-PEPP l-informazzjoni li ġejja dwar is-servizz tal-bdil sabiex il-faddal tal-PEPP ikun jista’ jieħu deċiżjoni infurmata:

(a)

ir-rwoli tal-fornitur tal-PEPP trasferitur u dak riċevitur għal kull pass tal-proċess tal-bdil, kif indikat fl-Artikolu 53;

(b)

il-perjodu ta’ żmien għat-tlestija tal-passi rispettivi;

(c)

it-tariffi u l-miżati mitluba għall-proċess tal-bdil;

(d)

l-implikazzjonijiet possibbli tal-bdil, b’mod partikolari fuq il-protezzjoni jew il-garanzija tal-kapital, u informazzjoni oħra relatata mas-servizz tal-bdil;

(e)

informazzjoni dwar il-possibbiltà ta’ trasferiment ta’ assi mhux finanzjarji, jekk applikabbli.

Il-fornitur tal-PEPP riċevitur għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Kapitolu IV.

Il-fornitur tal-PEPP riċevitur għandu, fejn applikabbli, jinforma lill-faddal tal-PEPP dwar l-eżistenza ta’ kwalunkwe skema ta’ garanzija, inkluża skema ta’ garanzija tad-depożiti, skema ta’ kumpens lill-investitur jew skema ta’ garanzija tal-assigurazzjoni, li tkopri lil dak il-faddal tal-PEPP.

2.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tkun disponibbli fuq is-sit web tal-fornitur tal-PEPP. Għandha tiġi pprovduta ukoll lill-faddala tal-PEPP fuq talba f’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 24.

KAPITOLU VIII

FAŻI TA’ DEKUMULAZZJONI

Artikolu 57

Kundizzjonijiet relatati mal-fażi ta’ dekumulazzjoni

1.   Il-kundizzjonijiet relatati mal-fażi ta’ dekumulazzjoni u l-pagamenti maħruġa tas-subkontijiet nazzjonali għandhom jiġu ddeterminati mill-Istati Membri sakemm ma jkunux speċifikati f’dan ir-Regolament.

2.   Dawn il-kundizzjonijiet jistgħu jinkludu b’mod partikolari l-istabbiliment tal-età minima għall-bidu tal-fażi ta’ dekumulazzjoni, ta’ perjodu massimu qabel ma jilħqu l-età tal-irtirar biex jissieħbu f’PEPP, kif ukoll il-kundizzjonijiet għar-rimborż qabel l-età minima għall-bidu tal-fażi ta’ dekumulazzjoni, b’mod partikolari f’każ ta’ diffikultà partikolari.

Artikolu 58

Forom ta’ pagamenti maħruġa

1.   Il-fornituri tal-PEPP għandhom jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-faddala tal-PEPP forma waħda jew iktar minn fost dawn il-forom ta’ pagamenti maħruġa li ġejjin:

(a)

annwalitajiet;

(b)

somma f’daqqa;

(c)

pagamenti ta’ prelevament;

(d)

taħlitiet ta’ dawn ta’ hawn fuq.

2.   Faddala tal-PEPP għandhom jagħżlu l-forom tal-pagamenti maħruġa għall-fażi ta’ dekumulazzjoni meta jikkonkludu kuntratt tal-PEPP u meta jitolbu ftuħ ta’ subkont ġdid. Il-forma tal-pagamenti maħruġa tista’ tvarja minn subkont għal subkont.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew għall-Artikolu 57 jew 59, l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri li jiffavorixxu forom partikolari ta’ pagamenti maħruġa. Tali miżuri jistgħu jinkludu limiti kwantitattivi fuq pagamenti ta’ somma f’daqqa biex jinkoraġġixxu aktar il-forom l-oħra ta’ pagamenti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawn il-limiti kwantitattivi għandhom japplikaw biss għall-pagamenti maħruġa li jikkorrispondu għall-kapital akkumulat fis-subkontijiet tal-PEPP marbuta mal-Istati Membri li l-liġi nazzjonali tagħhom tipprevedi limiti kwantitattivi fuq pagamenti ta’ somma f’daqqa.

4.   L-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw il-kundizzjonijiet li taħthom vantaġġi u inċentivi mogħtija għandhom jitħallsu lura lilhom.

Artikolu 59

Modifiki tal-forom tal-pagamenti maħruġa

1.   Jekk il-fornitur tal-PEPP jipprovdi forom differenti ta’ pagamenti maħruġa, il-faddal tal-PEPP għandu jitħalla jimmodifika l-forma tal-pagamenti maħruġa ta’ kull subkont miftuħ:

(a)

sena qabel il-bidu tal-fażi ta’ dekumulazzjoni;

(b)

fil-bidu tal-fażi tal-akkumulazzjoni;

(c)

fil-mument tal-bdil.

Il-modifika tal-forma tal-pagamenti maħruġa għandha tkun mingħajr ħlas għall-faddal tal-PEPP.

2.   Malli jirċievi talba mill-faddal tal-PEPP biex jimmodifika l-forma tiegħu ta’ pagamenti maħruġa, il-fornitur tal-PEPP għandu jipprovdi lill-faddal tal-PEPP b’informazzjoni f’format ċar u li jinftiehem dwar l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ tali bidla fuq il-faddal tal-PEPP jew il-benefiċjarju tal-PEPP, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwalunkwe impatt fuq l-inċentivi nazzjonali li jistgħu japplikaw għas-subkontijiet eżistenti tal-PEPP tal-faddal tal-PEPP.

Artikolu 60

Ippjanar tal-irtirar u parir dwar il-pagamenti maħruġa

1.   Għall-PEPP bażiku, fil-bidu tal-fażi ta’ dekumulazzjoni, il-fornitur tal-PEPP għandu joffri lill-faddal tal-PEPP l-ippjanar tal-irtirar personali fuq l-użu sostenibbli tal-kapital akkumulat fis-subkontijiet tal-PEPP, filwaqt li jqis mill-inqas:

(a)

il-valur tal-kapital akkumulat fis-subkontijiet tal-PEPP;

(b)

l-ammont totali ta’ drittijiet oħra tal-irtirar akkumulati; u

(c)

it-talbiet u l-ħtiġijiet relatati mal-irtirar fit-tul tal-faddal tal-PEPP.

2.   L-ippjanar tal-irtirar msemmi fil- paragrafu 1 għandu jinkludi rakkomandazzjoni personali lill-faddal tal-PEPP dwar il-forma ottimali tiegħu jew tagħha tal-pagamenti maħruġa sakemm ma tiġix pprovduta forma waħda biss ta’ pagamenti maħruġa. Jekk pagament ta’ somma f’daqqa ma jkunx konformi mal-ħtiġijiet relatati tal-irtirar tal-faddal tal-PEPP, il-parir għandu jkun akkumpanjat minn twissija dwar dan.

KAPITOLU IX

SUPERVIŻJONI

Artikolu 61

Superviżjoni mill-awtoritajiet kompetenti u monitoraġġ mill-EIOPA

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-fornitur tal-PEPP għandhom jissorveljaw il-konformità ma’ dan ir-Regolament fuq bażi kontinwa u f’konformità mar-reġim u l-istandards superviżorji settorjali rilevanti. Huma għandhom ikunu responsabbli wkoll għas-superviżjoni tal-konformità mal-obbligi stabbiliti fir-regoli jew fl-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-fornitur tal-PEPP, u tal-adegwatezza u tal-organizzazzjoni tiegħu fir-rigward tal-kompiti li jrid iwettaq meta jipprovdi PEPP

2.   L-EIOPA u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmonitorjaw il-prodotti tal-pensjoni personali pprovduti jew distribwiti sabiex jivverifikaw li tali prodotti huma ddeżinjati “PEPP” jew huwa ssuġġerit li tali prodotti huma PEPPs biss meta jkunu rreġistrati skont dan ir-Regolament.

Artikolu 62

Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti

Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat superviżorji u investigattivi kollha li huma meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom skont dan ir-Regolament.

Artikolu 63

Setgħat ta’ intervent fuq il-prodott tal-awtoritajiet kompetenti

1.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipprojbixxu jew jirrestrinġu, fl-Istat Membru tagħha jew minnu, il-kummerċjalizzazzjoni jew id-distribuzzjoni ta’ PEPP skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-awtoritajiet kompetenti jkunu ssodisfati li hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jemmen li l-PEPP tqajjem tħassib sinifikanti jew imtenni dwar il-protezzjoni ta’ faddal jew li huwa ta’ riskju għall-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fi ħdan mill-inqas Stat Membru wieħed;

(b)

l-azzjoni tkun proporzjonata filwaqt li titqies in-natura tar-riskji identifikati, il-livell ta’ sofistikazzjoni tal-faddala tal-PEPP ikkonċernati u l-effett probabbli tal-azzjoni fuq il-faddala tal-PEPP li jkunu kkonkludew kuntratt tal-PEPP;

(c)

l-awtoritajiet kompetenti jkunu kkonsultaw kif xieraq l-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħra li jistgħu jkunu affettwati b’mod sinifikanti mill-azzjoni; u

(d)

l-azzjoni ma jkollhiex effett diskriminatorju fuq is-servizzi jew l-attivitajiet forniti minn Stat Membru ieħor.

Meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu jkunu ġew issodisfati, l–awtoritajiet kompetenti jistgħu jimponu projbizzjoni jew restrizzjoni fuq bażi prekawzjonarja qabel ma PEPP ikun ġie kkumerċjalizzat, distribwit jew imqassam lill-faddala tal-PEPP. Projbizzjoni jew restrizzjoni tista’ tapplika f’ċirkostanzi, jew tkun soġġetta għal eċċezzjonijiet, speċifikati mill-awtoritajiet kompetenti.

2.   L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jimponu projbizzjoni jew restrizzjoni skont dan l-Artikolu sakemm, sa mhux inqas minn xahar qabel ma jkun maħsub li l-miżura tidħol fis-seħħ, ma jkunux innotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra kollha involuti u lill-EIOPA bil-miktub jew permezz ta’ mezz ieħor miftiehem bejn l-awtoritajiet dwar id-dettalji ta’:

(a)

il-PEPP li miegħu hija relatata l-azzjoni proposta;

(b)

in-natura preċiża tal-projbizzjoni jew tar-restrizzjoni proposta u meta huwa maħsub li tidħol fis-seħħ; u

(c)

l-evidenza li fuqha bbażaw id-deċiżjoni tagħhom u li abbażi tagħha għandhom raġunijiet validi biex jemmnu li kull waħda mill-kundizzjonijiet fil-paragrafu 1 huma ssodisfati.

3.   F’każijiet eċċezzjonali fejn l-awtoritajiet kompetenti iqisu li jkun jeħtieġ li tittieħed azzjoni urġenti skont dan l-Artikolu sabiex ikun evitat li jsir dannu minħabba l-PEPP, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jieħdu azzjoni fuq bażi proviżorja b’avviż bil-miktub ta’ mhux anqas minn 24 siegħa qabel ma jkun maħsub li l-miżura tidħol fis-seħħ, lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra kollha u lill-EIOPA, dment li l-kriterji kollha f’dan l-Artikolu jiġu ssodisfati u li, barra minn hekk, jiġi stabbilit b’mod ċar li perjodu ta’ notifika ta’ xahar ma jindirizzax it-tħassib jew theddida speċifika b’mod adegwat. L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jieħdu azzjoni fuq bażi proviżorja għal perjodu li jaqbeż it-tliet xhur.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw fuq is-siti web tagħhom avviż dwar kwalunkwe deċiżjoni li timponi xi projbizzjoni jew restrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Dak l-avviż għandu jispeċifika d-dettalji tal-projbizzjoni jew tar-restrizzjoni, żmien wara l-pubblikazzjoni tal-avviż li minnu jidħlu fis-seħħ il-miżuri u l-evidenza li fuqha hija tkun sodisfatta li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha fil-paragrafu 1. Il-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni għandha tapplika biss fir-rigward ta’ azzjonijiet li ttieħdu wara l-pubblikazzjoni tal-avviż.

5.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevokaw projbizzjoni jew restrizzjoni jekk il-kondizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma jibqgħux japplikaw.

Artikolu 64

Faċilitazzjoni u koordinazzjoni

1.   L-EIOPA għandha twettaq rwol ta’ faċilitazzjoni u koordinazzjoni fir-rigward tal-azzjoni meħuda mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 63. B’mod partikolari, l-EIOPA għandha tiżgura li l-azzjoni meħuda minn awtorità kompetenti tkun ġustifikata u proporzjonata u li fejn xieraq jittieħed approċċ konsistenti mill-awtoritajiet kompetenti.

2.   Wara li tirċievi notifika skont l-Artikolu 63 dwar kwalunkwe projbizzjoni jew restrizzjoni li ser tiġi imposta skont dak l-Artikolu, l-EIOPA għandha toħroġ opinjoni dwar jekk il-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni hijiex ġustifikata u proporzjonata. Jekk l-EIOPA tikkunsidra li awtoritajiet kompetenti oħra jeħtieġ jieħdu miżuri sabiex jiġi indirizzat ir-riskju, għandha tiddikjara dan fl-opinjoni tagħha. L-opinjoni għandha tiġi ppubblikata fis-sit web tal-EIOPA.

3.   Fejn awtorità kompetenti tipproponi li tieħu, jew tieħu, azzjoni li tmur kontra opinjoni maħruġa mill-EIOPA skont il-paragrafu 2 jew ma taċċettax li tieħu azzjoni kontra tali opinjoni, hi għandha tippubblika minnufih fis-sit web tagħha avviż li jispjega bis-sħiħ ir-raġunijiet għaliex għamlet dan.

Artikolu 65

Setgħat ta’ intervent tal-EIOPA fuq il-prodott

1.   B’konformità mal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, l-EIOPA għandha timmonitorja s-suq għall-PEPP li jkunu kummerċjalizzati, imqassma jew mibjugħa fl-Unjoni.

2.   F’konformità mal-Artikolu 9(5) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, l-EIOPA tista’, meta l-kundizzjonijiet fil-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu jiġu ssodisfati, tipprojbixxi jew tirrestrinġi temporanjament fl-Unjoni l-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta’ ċerti PEPPs jew PEPPs b’ċerti karatteristiċi speċifikati.

Projbizzjoni jew restrizzjoni tista’ tapplika f’ċirkostanzi, jew tkun soġġetta għal eċċezzjonijiet, li għandhom jiġu speċifikati mill-EIOPA.

3.   L-EIOPA għandha tieħu deċiżjoni skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu wara li tikkonsulta lill-ESAs l-oħra, fejn xieraq, u biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-azzjoni proposta tindirizza tħassib sinifikanti dwar il-protezzjoni tal-faddal tal-PEPP, inkluż fir-rigward tan-natura tal-irtirar fit-tul tal-prodott, jew theddida għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni;

(b)

ir-rekwiżiti regolatorji eżistenti tal-Unjoni skont id-dritt tal-Unjoni li huma applikabbli ma jindirizzawx it-theddida.

(c)

awtorità jew awtoritajiet kompetenti ma jkunux ħadu azzjoni sabiex jindirizzaw it-theddida jew l-azzjonijiet li jkunu ttieħdu ma jindirizzawx it-theddida b’mod adegwat.

Meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu jkunu ġew issodisfati, l-EIOPA tista’ timponi l-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni msemmija fil-paragrafu 2 fuq bażi prekawzjonarja qabel ma PEPP ikun ġie kkumerċjalizzat, distribwit jew mibjugħ lill-klijenti tal-PEPP.

4.   Meta tieħu azzjoni skont dan l-Artikolu, l-EIOPA għandha tiżgura li l-azzjoni:

(a)

ma jkollhiex effett negattiv fuq l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji jew fuq il-faddala tal-PEPP li jkun sproporzjonat għall-benefiċċji tal-azzjoni; jew

(b)

ma toħloqx riskju ta’ arbitraġġ regolatorju.

Meta awtorità jew awtoritajiet kompetenti jkunu ħadu miżura skont l-Artikolu 63, l-EIOPA tista’ tieħu kwalunkwe waħda mill-miżuri msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu mingħajr ma toħroġ l-opinjoni prevista fl-Artikolu 64.

5.   Qabel ma tiddeċiedi li tieħu kwalunkwe azzjoni skont dan l-Artikolu, l-EIOPA għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti bl-azzjoni li qed tipproponi.

6.   L-EIOPA għandha tippubblika fis-sit web tagħha avviż dwar kwalunkwe deċiżjoni li biha tieħu kwalunkwe azzjoni skont dan l-Artikolu. Dak l-avviż għandu jispeċifika d-dettalji tal-projbizzjoni jew tar-restrizzjoni u jispeċifika żmien wara l-pubblikazzjoni tal-avviż minn meta ser jidħlu fis-seħħ il-miżuri. Projbizzjoni jew restrizzjoni għandha tapplika biss għal azzjoni meħuda wara li l-miżuri jidħlu fis-seħħ.

7.   L-EIOPA għandha tirrieżamina projbizzjoni jew restrizzjoni imposta skont il-paragrafu 2 f’intervalli xierqa u tal-inqas kull tliet xhur. Jekk il-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni ma tiġġeddidx wara dak il-perjodu ta’ tliet xhur, din għandha tiskadi.

8.   Kwalunkwe azzjoni meħuda mill-EIOPA skont dan l-Artikolu għandha tieħu preċedenza fuq kwalunkwe azzjoni preċedenti meħuda minn awtorità kompetenti.

9.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 72 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament bi kriterji u fatturi li għandhom jiġu applikati mill-EIOPA filwaqt li tiddetermina meta jkun hemm tħassib sinifikanti dwar il-protezzjoni tal-faddal tal-PEPP, inkluż fir-rigward tan-natura tal-irtirar fit-tul tal-prodott, jew theddida għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha tal-Unjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

Dawk il-kriterji u l-fatturi għandhom jinkludu:

(a)

il-grad ta’ kumplessità ta’ PEPP u r-relazzjoni mat-tip ta’ faddal tal-PEPP li lilu jiġi kkummerċjalizzat u mibjugħ;

(b)

il-grad ta’ innovazzjoni ta’ PEPP, ta’ attività jew prattika;

(c)

l-effett ta’ lieva li prodott jew prassi jipprovdu;

(d)

fir-rigward tal-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq finanzjarji, id-daqs jew l-ammont totali ta’ kapital akkumulat tal-PEPP.

Artikolu 66

Kooperazzjoni u konsistenza

1.   Kull awtorità kompetenti għandha tikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti ta’dan ir-Regolament fl-Unjoni kollha.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw ma’ xulxin f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22), mad-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE, 2011/61/UE u 2014/65/UE, (UE) 2016/97 u (UE) 2016/2341.

3.   L-awtoritajiet kompetenti u l-EIOPA għandhom jikkooperaw ma’ xulxin bl-iskop li jwettqu d-dmirijiet rispettivi tagħhom skont dan ir-Regolament b’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

4.   L-awtoritajiet kompetenti u l-EIOPA għandhom jiskambjaw l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex iwettqu d-dmirijiet rispettivi tagħhom skont dan ir-Regolament b’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, b’mod partikolari biex jidentifikaw u jirrimedjaw kull ksur ta’ dan ir-Regolament.

5.   Biex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-EIOPA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jispeċifika d-dettalji tal- kooperazzjoni u għall-iskambju ta’ informazzjoni, flimkien mar-rekwiżiti meħtieġa biex tiġi ppreżentata l-informazzjoni ta’ hawn fuq f’format standardizzat biex ikun jista’ jsir tqabbil.

L-EIOPA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Awwissu 2020.

Is-setgħa tingħata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

KAPITOLU X

PENALITAJIET

Artikolu 67

Penalitajiet amministrattivi u miżuri oħra

1.   Mingħajr preġudizzju għas-setgħat superviżorji tal-awtoritajiet kompetenti u d-dritt tal-Istati Membri li jipprevedu u jimponu sanzjonijiet kriminali, l-Istati Membri għandhom jistipulaw ir-regoli dwar il-penalitajiet amministrattivi adatti u miżuri oħra applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penalitajiet amministrattivi u miżuri oħra previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jistabbilixxux regoli għal penalitajiet amministrattivi kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu għal ksur li jkun soġġett għal sanzjonijiet kriminali taħt il-liġi nazzjonali tagħhom.

Sad-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ir-regoli msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafu lill-Kummissjoni u lill-EIOPA. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-EIOPA mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti fihom.

2.   Il-penalitajiet amministrattivi u miżuri oħra stabbiliti fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw mill-inqas għal sitwazzjonijiet meta:

(a)

impriża finanzjarja kif imsemmija fl-Artikolu 6(1) tkun kisbet reġistrazzjoni ta’ PEPP permezz ta’ dikjarazzjonijiet foloz jew qarrieqa jew xi mezz irregolari ieħor bi ksur tal-Artikoli 6 u 7;

(b)

impriża finanzjarja kif imsemmija fl-Artikolu 6(1) tipprovdi, tiddistribwixxi rispettivament, prodotti bid-deżinjazzjoni “Prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew” jew “PEPP” mingħajr ir-reġistrazzjoni meħtieġa;

(c)

fornitur tal-PEPP ma pprovdiex is-servizz ta’ portabilità bi ksur tal-Artikoli 18 jew 19 jew l-informazzjoni dwar dak is-servizz meħtieġa skont l-Artikolu 20 u 21, jew naqas milli jissodisfa r-rekwiżiti u l-obbligi stabbiliti fil-Kapitolu IV, fil-Kapitolu V, fl-Artikoli 48 u 50 u fil-Kapitolu VII;

(d)

depożitarju naqas milli jissodisfa d-dmirijiet ta’ sorveljanza tiegħu skont l-Artikolu 48.

3.   L-Istati Membri għandhom, f’konformità mal-liġi nazzjonali, jipprevedu li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jimponu mill-inqas dawn il-penalitajiet amministrattivi u miżuri oħra li ġejjin fir-rigward tas-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu:

(a)

dikjarazzjoni pubblika, li tindika l-identità tal-persuna fiżika jew ġuridika u n-natura tal-ksur skont l-Artikolu 69;

(b)

ordni li titlob lill-persuna fiżika jew ġuridika biex tieqaf minn din l-imġiba u ma tirrepetihiex;

(c)

projbizzjoni temporanja kontra kwalunkwe membru tal-korp maniġerjali, superviżorju jew amministrattiv tal-impriża finanzjarja jew kwalunkwe persuna fiżika oħra, li jkunu responsabbli, milli jeżerċitaw funzjonijiet maniġerjali fit-tali impriżi;

(d)

f’każ ta’ persuna ġuridika, multi amministrattivi massimi tal-anqas ta’ EUR 5 000 000, jew fi Stati Membri li l-munita tagħhom mhix l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fl-14 ta’ Awwissu 2019.

(e)

fil-każ ta’ persuna ġuridika, il-multi amministrattivi massimi msemmijin fil-punt (d) jistgħu jkunu sa 10 % tal-fatturat annwali totali skont l-aħħar kontijiet disponibbli approvati mill-korp maniġerjali, superviżorju jew amministrattiv; meta l-persuna ġuridika tkun impriża prinċipali jew sussidjarja tal-impriża prinċipali li trid tħejji kontijiet finanzjarji konsolidati skont id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23), il-fatturat annwali totali relevanti għandu jkun il-fatturat annwali totali jew it-tip korrispondenti ta’ fatturat f’konformità mal-atti leġiżlattivi kontabilistiċi relevanti skont l-aħħar kontijiet konsolidati disponibbli approvati mill-korp maniġerjali, superviżorju jew amministrattiv tal-impriża prinċipali finali;

(f)

f’każ ta’ persuna fiżika, multi amministrattivi massimi tal-anqas ta’ EUR 700 000, jew fi Stati Membri li l-munita tagħhom mhix l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fl-14 ta’ Awwissu 2019;

(g)

multi amministrattivi finali li tal-inqas jilħqu d-doppju tal-ammont tal-benefiċċju miksub mill-ksur meta dak il-benefiċċju jkun jista’ jiġi stabbilit, anki jekk dan jaqbeż l-ammonti massimi fil-punti (d), (e) jew (f) rispettivament.

4.   Kwalunkwe deċiżjoni li timponi l-penalitajiet amministrattivi jew miżuri oħra stipulati fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u fil-paragrafu 3 għandhom ikunu raġjonevoli u jkunu soġġetti għad-dritt ta’ appell quddiem tribunal.

5.   Fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u l-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw li l-penalitajiet amministrattivi u miżuri oħra jipproduċu r-riżultati segwiti minn dan ir-Regolament u jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom sabiex jevitaw il-possibbiltà ta’ duplikazzjoni u trikkib meta japplikaw penalitajiet amministrattivi u miżuri oħra f’każijiet transfruntiera.

Artikolu 68

Eżerċizzju tas-setgħa biex jiġu imposti penalitajiet amministrattivi u miżuri oħra

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw is-setgħat li jimponu l-penali u miżuri oħra msemmija fl-Artikolu 67 skont l-oqfsa legali nazzjonali tagħhom:

(a)

direttament;

(b)

f’kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet oħra;

(c)

permezz ta’ applikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.

2.   L-awtoritajiet kompetenti, fid-determinazzjoni tat-tip u l-livell ta’ penali amministrattiva jew ta’ miżura oħra imposta skont l-Artikolu 67(3), għandhom iqisu ċ-ċirkustanzi relevanti kollha, inklużi, fejn xieraq:

(a)

il-materjalità, il-gravità u d-durata tal-ksur;

(b)

il-grad ta’ responsabbiltà tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mill-ksur;

(c)

is-saħħa finanzjarja tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli kif indikat b’mod partikolari mill-fatturat totali tal-persuna ġuridika responsabbli jew mill-introjtu annwali u mill-assi netti tal-persuna fiżika responsabbli;

(d)

l-importanza tal-profitti miksuba jew tat-telf li jkun ġie evitat mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli, sa fejn dawn ikunu jistgħu jiġu determinati;

(e)

it-telf għal partijiet terzi kkaġunati mill-ksur, meta jkun jista’ jiġi stabbilit;

(f)

il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mal-awtoritajiet kompetenti, mingħajr preġudizzju għall-bżonn li jiġi żgurat li jiġu ċeduti l-profitti miksubin jew it-telf evitat minn dik il-persuna;

(g)

il-ksur preċedenti mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli.

Artikolu 69

Pubblikazzjoni tal-penalitajiet amministrattivi u ta’ miżuri oħra

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw mingħajr dewmien żejjed fuq is-siti web uffiċjali tagħhom kwalunkwe deċiżjoni ta’ impożizzjoni ta’ penali amministrattiva jew ta’ miżura oħra għall-ksur ta’ dan ir-Regolament wara li d-destinatarju tal-penali amministrattiva jew ta’ miżura oħra jkun ġie nnotifikat b’dik id-deċiżjoni.

2.   Il-pubblikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi informazzjoni fuq it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuni responsabbli u l-penalitajiet amministrattivi jew miżuri oħra imposti.

3.   Meta l-pubblikazzjoni tal-identità, f’każ ta’ persuni ġuridiċi, jew l-identità u d-data personali, f’każ ta’ persuni fiżiċi, titqies mill-awtoritajiet kompetenti li mhijiex proporzjonata wara valutazzjoni ta’ każ b’każ, jew meta l-awtoritajiet kompetenti iqisu li l-pubblikazzjoni tipperikola l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew ta’ investigazzjoni kontinwa, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jew:

(a)

jiddiferixxu l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni li timponi l-penali amministrattiva jew miżura oħra sakemm ma jibqgħux jeżistu r-raġunijiet għan-nuqqas ta’ pubblikazzjoni; jew

(b)

jippubblikaw id-deċiżjoni li timponi l-penali amministrattiva jew miżura oħra, waqt li jħallu barra għal perjodu ta’ żmien raġonevoli l-identità u d-dejta personali tad-destinatarju, jekk ikun imbassar li f’dak iż-żmien ir-raġunijiet għall-pubblikazzjoni anonima ma jibqgħux jeżistu u dment li din il-pubblikazzjoni anonima tiżgura protezzjoni effettiva tad-data personali kkonċernata; jew

(c)

ma jippubblikawx id-deċiżjoni li timponi l-penali amministrattiva jew miżura oħra affattu f’każ li l-opzjonijiet stipulati fil-punti (a) u (b) jitqiesu li mhumiex biżżejjed biex jiżguraw:

(i)

li l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji ma tkunx imxekkla;

(ii)

il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni ta’ tali deċiżjonijiet fir-rigward ta’ miżuri li jitqiesu ta’ natura minuri.

4.   Fil-każ ta’ deċiżjoni ta’ pubblikazzjoni ta’ penali amministrattiva jew ta’ miżura oħra fuq bażi anonima kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 3, il-pubblikazzjoni tad-data rilevanti tista’ tiġi posposta. Meta deċiżjoni li tiġi imposta penali amministrattiva jew miżura oħra tkun soġġetta għal appell quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji rilevanti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll mingħajr dewmien idaħħlu dik l-informazzjoni fuq is-sit web uffiċjali tagħhom u kwalunkwe informazzjoni sussegwenti dwar ir-riżultat ta’ tali appell. Kwalunkwe deċiżjoni ġudizzjarja li tannulla deċiżjoni li timponi penali amministrattiva jew miżura oħra għandha tiġi ppubblikata wkoll.

5.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li kwalunkwe pubblikazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 għandha tibqa’ fuq is-sit web uffiċjali tagħhom għal tal-anqas ħames snin wara li tiġi ppubblikata. Data personali li tkun tinsab fil-pubblikazzjoni għandha tinżamm fuq is-siti web uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti għall-perjodu li hu meħtieġ skont ir-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data biss.

Artikolu 70

Obbligu li tippreżenta informazzjoni lill-EIOPA b’rabta ma’ penalitajiet amministrattivi u ma’ miżuri oħra

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-EIOPA dwar il-penalitajiet amministrattivi kollha u miżuri oħra imposti imma mhux ippubblikati, f’konformità mal-punt (c) tal-paragrafu 69(3), inkluż kwalunkwe appell fir-rigward tiegħu u l-eżitu tiegħu.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu kull sena lill-EIOPA b’informazzjoni aggregata rigward il-penalitajiet amministrattivi u miżuri oħra kollha imposti skont l-Artikolu 67.

L-EIOPA għandha tippubblika dik l-informazzjoni f’rapport annwali.

3.   Meta l-Istati Membri jkunu għażlu li, f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 67(1), jistabbilixxu sanzjonijiet kriminali għall-ksur ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti tagħhom għandhom, fuq bażi annwali, jipprovdu lill-EIOPA b’data anonimizzata u aggregata rigward l-investigazzjonijiet kriminali kollha li jkunu twettqu u s-sanzjonijiet kriminali kollha li jkunu ġew imposti. L-EIOPA għandha tippubblika d-data dwar is-sanzjonijiet kriminali imposti f’rapport annwali.

4.   Fejn l-awtoritajiet kompetenti jkunu żvelaw penali amministrattiva, miżura oħra jew sanzjoni kriminali lill-pubbliku, huma għandhom, fl-istess ħin, jirrapportaw dak il-fatt lill-EIOPA.

KAPITOLU XI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 71

Ipproċessar ta’ data personali

Fir-rigward tal-proċessar ta’ data personali fil-qafas ta’ dan ir-Regolament, il-fornituri tal-PEPP, id-distributuri tal-PEPP u l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-kompiti tagħhom għall-fini ta’ dan ir-Regolament f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 u mad-Direttiva 2002/58/KE. Fir-rigward tal-proċessar ta’ data personali mill-EIOPA fil-qafas ta’ dan ir-Regolament, l-EIOPA għandha tikkonforma mar-Regolament (UE) 2018/1725.

Artikolu 72

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 40(9), 45(4) u 65(9) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ erba’ snin mill-14 ta’ Awwissu 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ erba’ snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikoli 40(9), 45(4) u 65(9) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma’ tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti innominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adotta skont l-Artikoli 40(9), 45(4) u 65(9) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill

Artikolu 73

Evalwazzjoni u rapport

1.   Ħames snin wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u wara li tikkonsulta lill-EIOPA u l-ESAs l-oħrajn fejn ikun xieraq, tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq, bi proposta leġiżlattiva.

2.   Ir-Rapport għandu jkopri, b’mod partikolari, dawn li ġejjin:

(a)

il-funzjonament tal-proċedura għar-reġistrazzjoni tal-PEPPs f’konformità mal-Kapitolu II;

(b)

il-portabilità, b’mod partikolari s-subkontijiet disponibbli għall-faddala tal-PEPP u l-possibbiltà li l-faddal ikompli jikkontribwixxi għall-aħħar subkont miftuħ f’konformità mal-Artikolu 20(3) u (4);

(c)

l-iżvilupp tas-sħubijiet;

(d)

il-Funzjonament tas-servizz tal-bdil u l-livell tat-tariffi u l-miżati;

(e)

il-livell ta’ penetrazzjoni tas-suq tal-PEPP u l-effett ta’ dan ir-Regolament dwar il-provvista tal-pensjonijiet madwar l-Ewropa, inkluża s-sostituzzjoni ta’ prodotti eżistenti u l-użu tal-PEPP Bażiku;

(f)

il-proċedura tal-ilmenti;

(g)

l-integrazzjoni tal-fatturi ESG fil-politika ta’ investiment tal-PEPP;

(h)

il-livell ta’ tariffi, miżati u spejjeż li jiġġarrbu direttament jew indirettament mill-faddala tal-PEPP, inkluża valutazzjoni tan-nuqqasijiet possibbli tas-suq;

(i)

il-konformità tal-fornituri tal-PEPP ma’ dan ir-Regolament u mal-istandards stabbiliti mil-liġi settorjali applikabbli;

(j)

l-applikazzjoni ta’ tekniki differenti ta’ mitigazzjoni tar-riskju użati mill-fornituri tal-PEPP;

(k)

il-forniment ta’ PEPP b’libertà li jiġu provduti servizzi u libertà ta’ stabbiliment;

(l)

jekk ikun hemm merti li tiġi żvelata informazzjoni dwar il-prestazzjoni fl-imgħoddi tal-prodott lil faddala tal-PEPP prospettivi, filwaqt li titqies l-informazzjoni għax-xenarji ta’ prestazzjoni li se jiġu inklużi fil-PEPP;

(m)

jekk il-parir mogħti lill-faddala tal-PEPP huwiex adegwat, b’mod partikolari fir-rigward ta’ forom possibbli ta’ pagamenti maħruġa.

Il-valutazzjoni msemmija fil-punt (e) ta’ dan l-ewwel subparagrafu għandha tqis ir-raġunijiet li minħabba fihom ma jinfetħux subkontijiet f’ċerti Stati Membri u valutazzjoni tal-progress u tal-isforz magħmul mill-fornituri tal-PEPP fl-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet tekniċi għall-ftuħ tas-subkontijiet.

3.   Il-Kummissjoni għandha twaqqaf bord b’partijiet ikkonċernati rilevanti sabiex timmonitorja l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-PEPP fuq bażi kontinwa. Dak il-bord għandu jinkludi mill-inqas l-EIOPA, l-awtoritajiet kompetenti, rappreżentanti tal-industrija u tal-konsumaturi u esperti indipendenti.

Is-segretarjat tal-bord għandu jkun l-EIOPA.

Artikolu 74

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu japplika 12-il xahar wara l-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-atti delegati msemmija fl-Artikoli 28(5), 30(2), 33(3), 36(2), 37(2), 45(3) u 46(3).

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2019.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

G. CIAMBA


(1)  ĠU C 81, 2.3.2018, p. 139.

(2)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ April 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2019.

(3)  ĠU C 11, 12.1.2018, p. 24.

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).

(5)  Id-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali (IORPs) (ĠU L 354, 23.12.2016, p. 37).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta’ investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) (ĠU L 352, 9.12.2014, p. 1).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(9)  Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).

(10)  Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).

(11)  Ir-Regolament (UE) 2015/760 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar il-Fondi ta’ Investiment Ewropej fuq Terminu Twil (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 98).

(12)  Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

(13)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(14)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il- Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(15)  Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

(16)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(17)  Id-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Jannar 2016 dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni (ĠU L 26, 2.2.2016, p. 19).

(18)  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

(19)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(20)  Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).

(21)  Id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 63).

(22)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(23)  Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).


25.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/64


REGOLAMENT (UE) 2019/1239 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-20 ta’ Ġunju 2019

li jistabbilixxi sistema ta’ Single Window Marittima Ewropea u li jħassar id-Direttiva 2010/65/UE

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2010/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) titlob lill-Istati Membri jaċċettaw li josservaw l-obbligi ta’ rapportar tal-vapuri li jaslu fi jew jitilqu minn portijiet tal-Unjoni f’format elettroniku u li jiżguraw it-trażmissjoni tagħhom permezz ta’ single window sabiex jiffaċilitaw u jħaffu t-trasport marittimu.

(2)

It-trasport marittimu huwa s-sinsla tal-kummerċ u tal-komunikazzjonijiet fi ħdan u ’l barra mis-suq uniku. Għall-faċilitazzjoni tat-trasport marittimu, u sabiex jitnaqqas iktar il-piż amministrattiv għall-kumpanniji tat-tbaħħir, il-proċeduri ta’ informazzjoni biex jiġu ssodisfati l-obbligi ta’ rapportar imposti fuq kumpanniji tat-tbaħħir permezz ta’ atti legali tal-Unjoni, ta’ atti legali internazzjonali u ta’ leġislazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri jenħtieġ li jkunu simplifikati u armonizzati iktar u jenħtieġ li jkunu newtrali fir-rigward tat-teknoloġija, filwaqt li jippromwovu soluzzjonijiet ta’ rapportar li jibqgħu validi fil-futur.

(3)

Kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill spiss appellaw għal aktar interoperabbiltà u għal komunikazzjoni u flussi ta’ informazzjoni aktar komprensivi u faċli biex jintużaw, sabiex jitjieb il-funzjonament tas-suq intern u jintlaħqu l-ħtiġijiet taċ-ċittadini u n-negozji.

(4)

L-għan ewlieni ta’ dan ir-Regolament hu li jistipula regoli armonizzati għall-għoti ta’ informazzjoni li tkun meħtieġa għal waqfiet f’portijiet, partikolarment billi jiżguraw li l-istess settijiet ta’ data jistgħu jiġu rappurtati il kull Single Window Nazzjonali marittima bl-istess mod. Dan ir-Regolament għandu l-għan ukoll li jiffaċilita t-trażmissjoni ta’ informazzjoni bejn id-dikjaranti, l-awtoritajiet rilevanti u l-fornituri ta’ servizzi portwarji fil-port tal-waqfa, u Stati Membri oħra. L-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li ma tibdilx l-iskedi ta’ żmien tal-obbligi ta’ rapportar jew is-sustanza tagħhom, u jenħtieġ li ma taffettwax il-ħażna u l-ipproċessar ta’ informazzjoni sussegwenti fil-livell tal-Unjoni jew fil-livell nazzjonali.

(5)

Is-Single Window Nazzjonali marittima eżistenti f’kull Stat Membru jenħtieġ li tinżamm bħala l-bażi għal sistema ta’ Single Window Marittima Ewropea (“EMSWe”) teknoloġikament newtrali u interoperabbli. Is-Single Window Nazzjonali marittima jenħtieġ li tikkostitwixxi punt tad-dħul komprensiv ta’ rapportar għall-operaturi tat-trasport marittimu, li twettaq il-funzjonalitajiet tal-ġbir ta’ data mid-dikjaranti u d-distribuzzjoni ta’ data lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti u l-fornituri ta’ servizzi portwarji kollha.

(6)

Sabiex tiżdied l-effiċjenza tas-Single Windows Nazzjonali marittimi u biex issir tħejjija għal żviluppi futuri, jenħtieġ li jkun possibbli li jinżammu l-arranġamenti preżenti jew jiġu stabbiliti oħrajn ġodda fl-Istati Membri biex is-Single Window Nazzjonali marittima tintuża għar-rapportar ta’ informazzjoni simili għal mezzi oħrajn ta’ trasport.

(7)

L-interfaċċi front-end ta’ dawk is-Single Windows Nazzjonali marittimi, fuq in-naħa tad-dikjaranti, jenħtieġ li jkunu armonizzati fil-livell tal-Unjoni, sabiex ikun iffaċilitat ir-rapportar u jitnaqqas iktar il-piż amministrattiv. Din l-armonizzazzjoni jenħtieġ li tinkiseb bl-użu f’kull Single Window Nazzjonali marittima ta’ softwer ta’ interfaċċa komuni għal skambju ta’ informazzjoni minn sistema għal sistema żviluppat fil-livell tal-Unjoni. L-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom ir-responsabbiltà biex jintegraw u jiġġestixxu l-modulu ta’ interfaċċa u jaġġornaw is-softwer b’mod regolari u f’waqtu meta jiġu pprovduti verżjonijiet ġodda mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżviluppa dan il-modulu u tipprovdi aġġornamenti meta meħtieġa, peress li l-iżvilupp tat-teknoloġiji diġitali għaddej b’ritmu mgħaġġel u kwalunkwe soluzzjoni teknoloġika malajr tista’ ssir skaduta fid-dawl ta’ żviluppi ġodda.

(8)

Mezzi ta’ rappurtar oħra pprovduti mill-Istati Membri u l-fornituri tas-servizzi, bħas-Sistemi tal-Komunità tal-Port, jistgħu jinżammu bħala punti ta’ dħul fakultattivi għar-rappurtar u jenħtieġ li jkunu jistgħu jservu ta’ fornituri ta’ servizzi tad-data.

(9)

Sabiex ma jiġix impost piż amministrattiv sproporzjonat fuq Stati Membri mingħajr kosta li ma jkollhomx portijiet marittimi, tali Stati Membri jenħtieġ li jkunu eżentati mill-obbligu li jiżviluppaw, jistabbilixxu, joperaw u jagħmlu disponibbli Single Window Nazzjonali marittima. Dan ifisser li, sakemm jagħmlu użu minn din l-eżenzjoni, jenħtieġ li tali Stati Membri ma jkunux meħtieġa li jissodisfaw l-obbligi marbuta mal-iżvilupp, l-istabbiliment, l-operazzjoni u d-disponibbiltà ta’ Single Window Nazzjonali marittima.

(10)

Interfaċċa grafika u faċli li tintuża tal-utenti b’funzjonalitajiet komuni jenħtieġ li tkun parti mis-Single Windows Nazzjonali marittimi għar-rapportar manwali mid-dikjaranti. L-Istati Membri jenħtieġ li joffru l-interfaċċa grafika tal-utenti biex id-dikjaranti jdaħħlu d-data manwalment anki billi jtellgħu spreadsheets diġitali armonizzati. Minbarra li jiżguraw funzjonalitajiet komuni, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jikkoordinaw l-isforzi tagħhom bil-għan li jiżguraw li l-esperjenza tal-utent ta’ dawk l-interfaċċi grafiċi tal-utenti tkun kemm jista’ jkun simili.

(11)

Teknoloġiji diġitali ġodda emerġenti jippreżentaw opportunitajiet dejjem jikbru biex iżidu l-effiċjenza tas-settur tat-trasport marittimu u jitnaqqas il-piżijiet amministrattivi. Sabiex il-benefiċċji ta’ dawn it-teknoloġiji l-ġodda jagħtu l-frott kmieni kemm jista’ jkun, il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha s-setgħa li temenda, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, l-istandards u l-proċeduri tas-sistema armonizzata ta’ rapportar permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Jenħtieġ li dan jippermetti flessibbiltà għall-atturi fis-suq biex jiżviluppaw teknoloġiji diġitali ġodda u jenħtieġ li teknoloġiji ġodda jkunu kkunsidrati wkoll meta dan ir-Regolament ikun rivedut.

(12)

Jenħtieġ li jingħataw appoġġ u informazzjoni adegwati dwar il-proċessi u r-rekwiżiti tekniċi b’rabta mal-użu ta’ Single Window Nazzjonali marittima lid-dikjaranti permezz ta’ websajts nazzjonali faċilment aċċessibbli u faċli għall-utent bi standards ta’ “dehra u forma” komuni.

(13)

Il-Konvenzjoni dwar il-Faċilitazzjoni tat-Traffiku Marittimu Internazzjonali (“il-Konvenzjoni FAL”) (4) tipprevedi li l-awtoritajiet pubbliċi jridu fil-każijiet kollha jitolbu biss rapportar ta’ informazzjoni essenzjali u jżommu l-għadd ta’ elementi fil-minimu. Madankollu, il-kundizzjonijiet lokali jistgħu jeħtieġu informazzjoni speċifika biex tiġi żgurata s-sikurezza tan-navigazzjoni.

(14)

Sabiex ikun jista’ jitħaddem l-EMSWe, huwa neċessarju li jkun stabbilit sett ta’ data EMSWe komprensiv li jkopri l-elementi kollha ta’ informazzjoni li jistgħu jintalbu minn awtoritajiet nazzjonali jew operaturi tal-port għal raġunijiet amministrattivi jew operazzjonali meta vapur jagħmel waqfa f’port. Meta tistabbilixxi s-sett ta’ data għall-EMSWe, il-Kummissjoni għandha tqis il-ħidma rilevanti li saret fuq livell internazzjonali. Peress li l-ambitu tal-obbligi ta’ rapportar ivarja minn Stat Membru għal ieħor, Single Window Nazzjonali marittima fi Stat Membru partikolari jenħtieġ li tkun imfassla biex taċċetta sett ta’ data EMSWe mingħajr l-ebda modifika, u biex ma tagħti kas l-ebda informazzjoni li mhijiex rilevanti għal dak l-Istat Membru.

(15)

F’ċirkostanzi eċċezzjonali, Stat Membru jenħtieġ li jkun jista’ jitlob elementi addizzjonali ta’ data mingħand id-dikjaranti. Ċirkostanzi eċċezzjonali bħal dawn jistgħu jseħħu, pereżempju, meta jkun hemm ħtieġa urġenti biex jitħarsu l-ordni u s-sigurtà interni jew biex tiġi indirizzata theddida serja għas-saħħa tal-bnedmin jew l-annimali jew għall-ambjent. Il-kunċett ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali jenħtieġ li jiġi interpretat b’mod strett.

(16)

L-obbligi ta’ rapportar rilevanti li jinsabu fl-atti legali tal-Unjoni u internazzjonali jenħtieġ li jkunu elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament. Dawk l-obbligi ta’ rapportar jenħtieġ li jipprovdu l-bażi għall-istabbiliment tas-sett ta’ data EMSWe komprensiv. L-Anness jenħtieġ li jirreferi wkoll għall-kategoriji rilevanti ta’ obbligi ta’ rapportar fil-livell nazzjonali, u l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni temenda s-sett ta’ data EMSWe abbażi tal-obbligi ta’ rapportar li jinsabu fil-leġislazzjoni u r-rekwiżiti nazzjonali tagħhom. L-atti legali tal-Unjoni li jemendaw is-sett ta’ data EMSWe abbażi ta’ obbligu ta’ rapportar li jinsab fil-leġislazzjoni u r-rekwiżiti nazzjonali jenħtieġ li jinkludu referenza espliċita għal dawk il-leġislazzjoni u r-rekwiżiti nazzjonali.

(17)

Kull meta l-informazzjoni mis-Single Window Nazzjonali marittima titqassam lill-awtoritajiet kompetenti, it-trażmissjoni jenħtieġ li tkun f’konformità mar-rekwiżiti komuni ta’ data, formats u kodiċijiet għall-obbligi ta’ rapportar u l-formalitajiet previsti fl-atti legali tal-Unjoni elenkati fl-Anness u jenħtieġ li ssir permezz tas-sistemi tal-IT stabbiliti fih, bħat-tekniki tal-ipproċessar elettroniku tad-data msemmija fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

(18)

L-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li tikkunsidra s-sistemi SafeSeaNet stabbiliti fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni, li jenħtieġ li jkomplu jiffaċilitaw l-iskambju u d-distribuzzjoni ta’ informazzjoni riċevuta permezz tas-Single Window Nazzjonali marittima bejn l-Istati Membri f’konformità mad-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

(19)

Il-portijiet mhumiex id-destinazzjoni finali tal-merkanzija. L-effiċjenza tal-waqfiet tal-vapuri fil-portijiet għandha impatt fuq il-katina loġistika kollha relatata mat-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri minn u lejn il-portijiet. Sabiex jiżguraw l-interoperabbiltà, il-multimodalità u l-integrazzjoni bla xkiel tat-trasport marittimu mal-katina loġistika b’mod ġenerali, u sabiex jiffaċilitaw modi oħra tat-trasport, is-Single Windows Nazzjonali marittimi jenħtieġ li jħallu l-possibbiltà ta’ skambju ta’ informazzjoni rilevanti, bħal ħinijiet ta’ wasla u tluq, ma’ oqfsa simili żviluppati għal mezzi oħra ta’ trasport.

(20)

Sabiex ittejjeb l-effiċjenza tat-trasport marittimu u tillimita d-duplikazzjoni tal-informazzjoni li trid tkun pprovduta għal raġunijiet operazzjonali meta vapur jagħmel waqfa f’port, l-informazzjoni pprovduta minn dikjaranti lis-Single Window Nazzjonali marittima jenħtieġ li tkun ukoll skambjata ma’ ċerti entitajiet oħra, bħal operaturi ta’ port jew ta’ terminal, meta dan ikun awtorizzat mid-dikjarant, u filwaqt li jitqiesu l-bżonn li jiġu rispettati l-kunfidenzjalità, l-elementi kummerċjali sensittivi u restrizzjonijiet legali. Dan ir-Regolament għandu l-għan li jtejjeb it-trattament ta’ data skont il-prinċipju ta’ darba biss meta jitħarsu l-obbligi ta’ rapportar.

(21)

Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 jipprevedi li l-merkanzija li tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Unjoni trid tkun koperta b’dikjarazzjoni sommarja tad-dħul li trid tkun sottomessa lill-awtoritajiet doganali b’mod elettroniku. Fid-dawl tal-importanza tal-informazzjoni tad-dikjarazzjoni sommarja tad-dħul għall-ġestjoni tar-riskji ta’ sigurtà u finanzjarji, bħalissa qed tkun żviluppata sistema elettronika speċifika għas-sottomissjoni u l-ġestjoni tad-dikjarazzjonijiet sommarji tad-dħul fit-territorju doganali tal-Unjoni. Għalhekk, mhux ser ikun possibbli li tkun ippreżentata dikjarazzjoni sommarja tad-dħul permezz tal-modulu ta’ interfaċċa ta’ rapportar armonizzata. Madankollu, peress li wħud mill-elementi ta’ data sottomessi fid-dikjarazzjoni sommarja tad-dħul huma mitluba wkoll sabiex ikunu ssodisfati obbligi oħra ta’ rapportar doganali u marittimu meta vapur jidħol f’port tal-Unjoni, is-sistema għall-EMSWe jenħtieġ li tkun tista’ tipproċessa l-elementi ta’ data tad-dikjarazzjoni sommarja tad-dħul. Il-possibbiltà li s-Single Window Nazzjonali marittima terġa’ taċċessa informazzjoni rilevanti li tkun diġà ġiet sottomessa permezz tad-dikjarazzjoni sommarja tad-dħul jenħtieġ li tkun prevista wkoll.

(22)

Sabiex jiġu armonizzati kompletament ir-rekwiżiti ta’ rappurtar, l-awtoritajiet doganali, dawk marittimi u oħrajn rilevanti jenħtieġ li jikkooperaw kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll tal-Unjoni. Koordinaturi nazzjonali b’responsabbiltajiet speċifiċi jenħtieġ li jtejbu l-effettività ta’ din il-kooperazzjoni u l-funzjonament tajjeb tas-Single Windows Nazzjonali marittimi.

(23)

Sabiex l-informazzjoni pprovduta permezz tas-Single Windows Nazzjonali marittimi tkun tista’ terġa’ tintuża u tiffaċilita s-sottomissjoni ta’ informazzjoni mid-dikjaranti, huwa neċessarju li jkunu pprovduti bażijiet ta’ data komuni. Jenħtieġ li tiġi stabbilita bażi ta’ data ta’ vapur EMSWe li tinkludi lista ta’ referenza ta’ partikolaritajiet ta’ vapuri u l-eżenzjonijiet ta’ rapportar tagħhom, kif irrapportati lis-Single Window Nazzjonali marittima rispettiva. Sabiex tiffaċilita s-sottomissjoni ta’ informazzjoni minn dikjaranti, jenħtieġ li tiġi stabbilita Bażi ta’ Data Komuni ta’ Lokalizzazzjoni li jkollha lista ta’ referenza ta’ kodiċijiet ta’ lokalizzazzjoni, li jinkludu l-Kodiċi tan-Nazzjonijiet Uniti għal-Lokalizzazzjonijiet tal-Kummerċ u t-Trasport (UN/LOCODE), il-kodiċijiet SafeSeaNet speċifiċi, u l-kodiċijiet ta’ faċilità tal-port kif irreġistrati fis-Sistema ta’ Informazzjoni dwar it-Trasport bil-Baħar Integrat u Globali (GISIS) tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI). Barra minn hekk, jenħtieġ li tiġi stabbilita Bażi ta’ Data Komuni dwar il-Hazmat li tinkludi lista ta’ merkanzija perikoluża u ta’ tniġġis li għandha tkun nnotifikata lis-Single Window Nazzjonali marittima skont id-Direttiva 2002/59/KE u l-IMO FAL 7, b’kunsiderazjoni tal-elementi ta’ data rilevanti mill-Konvenzjonijiet u Kodiċi tal-IMO.

(24)

L-ipproċessar ta’ data personali fil-qafas ta’ dan ir-Regolament mill-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jkun konformi mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). L-ipproċessar ta’ data personali mill-Kummissjoni fil-qafas ta’ dan ir-Regolament mill-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jkun konformi mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

(25)

L-EMSWe u s-Single Windows Nazzjonali marittimi jenħtieġ li ma jipprovdux xi raġuni oħra għall-ipproċessar tad-data personali minbarra dak li huwa meħtieġ għall-funzjonijiet tagħhom, u jenħtieġ li ma jintużawx sabiex jagħtu xi drittijiet ġodda ta’ aċċess għal data personali.

(26)

Is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tkun delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tas-supplimentar ta’ dan ir-Regolament billi tistabbilixxi u temenda s-sett ta’ data EMSWe u billi tistabbilixxi definizzjonijiet, kategoriji u speċifikazzjonijiet tad-data għall-elementi ta’ data, u fir-rigward tal-emendar tal-Anness biex jiġu inkorporati l-obbligi ta’ rapportar eżistenti fil-livell nazzjonali kif ukoll sabiex tikkunsidra kwalunkwe obbligu ta’ rapportar ġodda adottati mill-atti legali tal-Unjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura li r-rekwiżiti komuni ta’ data, formats u kodiċijiet stabbiliti fl-Unjoni u f’atti legali internazzjonali elenkati fl-Anness ikunu osservati. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet adattati matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (9). B’mod partikolari, biex tkun żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(27)

Fit-tħejjija ta’ atti delegati, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li l-esperti tal-Istati Membri u l-komunità tan-negozji jiġu kkonsultati b’manjiera trasparenti, u minn qabel sew.

(28)

Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawn is-setgħat ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10).

(29)

B’mod partikolari, is-setgħat ta’ implimentazzjoni jenħtieġ li jingħataw lill-Kummissjoni sabiex tistipula l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi, il-mekkaniżmi ta’ kontroll ta’ kwalità u l-proċeduri sabiex jinbeda, jinżamm u jintuża l-modulu ta’ interfaċċa armonizzat u l-elementi armonizzati relatati tas-Single Windows Nazzjonali marittimi. Setgħat ta’ implimentazzjoni jenħtieġ ukoll li jingħataw lill-Kummissjoni sabiex tistipula speċifikazzjonijiet tekniċi, standards u proċeduri għal servizzi komuni tal-EMSWe.

(30)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jibni fuq ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) li jistipula l-kundizzjonijiet li taħthom l-Istati Membri jirrikonoxxu ċerti mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika għal persuni fiżiċi u ġuridiċi li jaqgħu taħt skema ta’ identifikazzjoni elettronika notifikata ta’ Stat Membru ieħor. Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-utenti sabiex ikunu jistgħu jużaw il-mezzi ta’ identifikazzjoni u awtentikazzjoni elettroniċi sabiex ikollhom aċċess għal servizzi pubbliċi onlajn f’sitwazzjonijiet transfruntiera.

(31)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li tinġabar informazzjoni biex tingħata għal din l-evalwazzjoni u li ssir evalwazzjoni dwar kemm dan ir-Regolament qed jilħaq l-għanijiet tiegħu. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa wkoll, fost possibilitajiet oħra, il-valur miżjud tal-ħolqien ta’ sistema ta’ rappurtar Ewropea ċentralizzata u armonizzata, bħal interfaċċa ċentrali ta’ rappurtar.

(32)

Għaldaqstant, id-Direttiva 2010/65/UE jenħtieġ li titħassar, b’effett mid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(33)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12),

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas għal sistema ta’ Single Window Marittima Ewropea (“EMSWe”) teknoloġikament newtrali u interoperabbli b’interfaċċi armonizzati, sabiex jiffaċilita t-trażmissjoni elettronika ta’ informazzjoni relatata mal-obbligi ta’ rapportar għall-vapuri li jaslu fi jew jitilqu minn port tal-Unjoni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“sistema ta’ Single Window Marittima Ewropea” (“EMSWe”) tfisser il-qafas legali u tekniku għat-trażmissjoni elettronika ta’ informazzjoni relatata mal-obbligi ta’ rapportar għal waqfiet fil-portijiet fl-Unjoni, li jikkonsisti f’netwerk ta’ Single Windows Nazzjonali marittimi b’interfaċċi armonizzati ta’ rapportar u jinkludi l-iskambji ta’ data permezz ta’ SafeSeaNet u sistemi rilevanti oħra kif ukoll servizzi komuni għall-ġestjoni tar-reġistru tal-utenti u tal-aċċess, li jindirizzaw, l-identifikazzjoni ta’ vapuri, il-kodiċijiet ta’ lokalizzazzjoni u informazzjoni dwar merkanzija perikoluża u li tniġġes u dwar is-saħħa;

(2)

“vapur” tfisser kwalunkwe bastiment jew inġenju tal-baħar li jopera fl-ambjent tal-baħar li jkun soġġett għal obbligu ta’ rapportar partikolari elenkat fl-Anness;

(3)

“Single Window Nazzjonali marittima” tfisser pjattaforma teknika nazzjonalment stabbilita u operata għar-riċeviment, għall-iskambju u t-trażmissjoni b’mod elettroniku ta’ informazzjoni biex jiġu sodisfatti obbligi ta’ rapportar, li tinkludi l-ġestjoni definita b’mod komuni tad-drittijiet ta’ aċċess, modulu ta’ interfaċċa ta’ rapportar armonizzat u interfaċċa grafika tal-utent għall-komunikazzjoni ma’ dikjaranti, kif ukoll rabtiet mas-sistemi u l-bażijiet ta’ data tal-awtoritajiet rilevanti fil-livell nazzjonali u dak tal-Unjoni, li tippermetti li jintbagħtu messaġġi jew rikonoxximenti li jkopru għażla usa’ ta’ deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet rilevanti parteċipanti kollha komunikati lid-dikjaranti, u li tista’ tippermetti wkoll, meta applikabbli, il-konnessjoni ma’ mezzi oħra ta’ rapportar;

(4)

“modulu ta’ interfaċċa ta’ rapportar armonizzat” tfisser komponent ta’ softwer intermedju tas-Single Window Nazzjonali marittima li permezz tiegħu l-informazzjoni tista’ tiġi skambjata bejn is-sistema ta’ informazzjoni użata mid-dikjarant u s-Single Window Nazzjonali marittima rilevanti;

(5)

“obbligu ta’ rapportar” tfisser l-informazzjoni mitluba mill-Unjoni u atti legali internazzjonali elenkati fl-Anness, kif ukoll mil-leġislazzjoni u r-rekwiżiti nazzjonali li għaliha ssir referenza fl-Anness li trid tingħata b’rabta ma’ waqfa f’port;

(6)

“waqfa f’port” tfisser il-wasla ta’ vapur fi, il-waqfa ta’ vapur fi u t-tluq ta’ vapur minn port marittimu fi Stat Membru;

(7)

“element ta’ data” tfisser l-iċken unità ta’ informazzjoni li jkollha definizzjoni unika u karatteristiċi tekniċi preċiżi bħall-format, it-tul u t-tip ta’ karattru;

(8)

“sett ta’ data EMSWe” tfisser il-lista sħiħa tal-elementi ta’ data li jirriżultaw mill-obbligi ta’ rapportar;

(9)

“interfaċċa grafika tal-utent” tfisser interfaċċa tal-web għat-trażmissjoni bidirezzjonali online ta’ data mill-utent għal sistema lejn Single Window Nazzjonali marittima, li tħalli lid-dikjaranti jdaħħlu data manwalment, fost l-oħrajn permezz ta’ spreadsheets diġitali u funzjonijiet li jippermettu li elementi ta’ data tar-rappurtar jiġu estratti minn dawk l-ispreadsheets, kif ukoll jinkludu funzjonalitajiet u fatturi komuni li jiżguraw fluss ta’ navigazzjoni komuni u esperjenza ta’ upload ta’ data għad-dikjaranti;

(10)

“servizz komuni ta’ indirizzar” tfisser servizz volontarju addizzjonali għad-dikjaranti biex jinbdew konnessjonijiet diretti tad-data bejn sistema u oħra bejn is-sistema ta’ dikjarant u l-modulu ta’ interfaċċa ta’ rapportar armonizzat tas-Single Window Nazzjonali marittima rispettiva tagħha;

(11)

“dikjarant” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika soġġetta għall-obbligi ta’ rapportar jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika debitament awtorizzata li taġixxi f’isem dik il-persuna fil-limiti tal-obbligu ta’ rapportar rilevanti;

(12)

“awtoritajiet doganali” tfisser l-awtoritajiet iddefiniti fil-punt (1) tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

(13)

“fornitur ta’ servizz ta’ data” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tipprovdi servizzi ta’ informazzjoni u teknoloġija tal-komunikazzjoni lil dikjarant fir-rigward tal-obbligi ta’ rapportar;

(14)

“trażmissjoni elettronika ta’ informazzjoni” tfisser il-proċess li bih jiġi trażmess tagħrif b’mod diġitali, bl-użu ta’ format strutturat li jista’ jiġi rivedut u li jista’ jintuża direttament għall-ħżin ta’ data u l-ipproċessar bil-kompjuters;

(15)

“fornitur ta’ servizzi portwarji” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tipprovdi kategorija waħda jew aktar tas-servizzi f’portijiet elenkati fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/352 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13).

KAPITOLU II

SETT TA’ DATA EMSWe

Artikolu 3

Stabbiliment tas-sett ta’ data EMSWe

1.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u temenda s-sett ta’ data EMSWe skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

2.   Sal-15 ta’ Frar 2020, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe obbligu ta’ rapportar li jirriżulta mil-leġislazzjoni u r-rekwiżiti nazzjonali, kif ukoll bl-elementi ta’ data li għandhom jiġu inklużi fis-sett ta’ data EMSWe. Huma għandhom jidentifikaw b’mod preċiż dawk l-elementi ta’ data.

3.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 23 sabiex jemendaw l-Anness għal dan ir-Regolament għall-fini tal-introduzzjoni, it-tħassir jew l-adattament ta’ referenzi għal-leġislazzjoni jew ir-rekwiżiti nazzjonali, jew għall-atti legali internazzjonali, u sabiex jistabbilixxu u jemendaw is-sett ta’ data EMSWe.

L-ewwel tali att delegat għandu jiġu adottat sal-15 ta’ Awwissu 2021.

Kif stabbilit fl-Artikolu 4, Stat Membru jista’ jitlob lill-Kummissjoni tintroduċi jew temenda elementi ta’ data fis-sett ta’ data EMSWe, f’konformità mal-obbligi ta’ rapportar li jinsabu fil-leġislazzjoni u r-rekwiżiti nazzjonali. Waqt li tkun qed tivvaluta jekk l-elementi tad-data għandhomx jiġu inklużi fis-sett ta’ data EMSWe, il-Kummissjoni għandha tieħu kont tat-tħassib dwar is-sikurezza kif ukoll tal-prinċipji tal-Konvenzjoni FAL, jiġifieri l-prinċipju li jkun rikjest biss rapportar ta’ informazzjoni essenzjali u li l-għadd ta’ elementi jinżamm għal minimu.

Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, fi żmien tliet xhur wara t-talba, jekk tintroduċix l-elementi ta’ data fis-sett ta’ data EMSWe. Il-Kummissjoni għandha tiġġustifika d-deċiżjoni tagħha.

Att delegat li jintroduċi jew jemenda element tad-data fis-sett ta’ data EMSWe, għandu jinkludi referenza espliċita għal-leġislazzjoni u r-rekwiżiti nazzjonali msemmija fit-tielet subparagrafu.

F’każ li l-Kummissjoni tiddeċiedi li ma tintroduċix l-element ta’ data mitlub, il-Kummissjoni għandha tipprovdi raġunijiet sostanzjati għar-rifjut tagħha, b’referenza għas-sikurezza tan-navigazzjoni u l-prinċipji tal-Konvenzjoni FAL.

Artikolu 4

Emendi għas-sett ta’ data EMSWe

1.   Fejn Stat Membru beħsiebu jemenda obbligu ta’ rapportar skont il-leġislazzjoni u r-rekwiżiti nazzjonali tiegħu, li jkun jinvolvi l-forniment ta’ informazzjoni oħra minbarra l-informazzjoni inkluża fis-sett ta’ data EMSWe, dak l-Istat Membru għandu jinnotifika immedjatament lill-Kummissjoni. F’dik in-notifika, l-Istat Membru għandu jidentifika b’mod preċiż l-informazzjoni li mhijiex koperta bis-sett ta’ data EMSWe u għandu jindika l-perjodu maħsub li matulu jrid tapplika l-obbligu ta’ rapportar inkwistjoni.

2.   Stat Membru ma għandux jintroduċi obbligi ta’ rapportar ġodda sakemm tali introduzzjoni ma tkunx ġiet approvata mill-Kummissjoni permezz tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 3 u l-informazzjoni korrispondenti ma tkunx ġiet inkorporata fis-sett ta’ data EMSWe u applikata fl-interfaċċi armonizzati ta’ rapportar.

3.   Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-ħtieġa li temenda s-sett ta’ data EMSWe skont l-Artikolu 3(3). L-emendi għas-sett ta’ data EMSWe għandhom jiġu introdotti biss darba fis-sena, ħlief f’każijiet debitament iġġustifikati.

4.   F’ċirkostanzi eċċezzjonali, Stat Membru jista’ jitlob lid-dikjaranti jipprovdu elementi ta’ data addizzjonali mingħajr l-approvazzjoni tal-Kummissjoni matul perijodu ta’ anqas minn tliet xhur. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk l-elementi ta’ data lill-Kummissjoni mingħajr dewmien. Il-Kummissjoni tista’ tippermetti lill-Istat Membru jkompli jitlob l-elementi ta’ data addizzjonali għal żewġ perjodi oħra ta’ tliet xhur jekk jippersistu ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali.

Mhux aktar tard minn xahar qabel tmiem l-aħħar perijodu ta’ tliet xhur imsemmi fl-ewwel subparagrafu, l-Istat Membru jista’ jitlob lill-Kummissjoni li l-elementi ta’ data addizzjonali jsiru parti mis-sett ta’ data EMSWe, skont l-Artikolu 3(3). L-Istat Membru jista’ jkompli jitlob lid-dikjaranti jipprovdu l-elementi ta’ data addizzjonali sakemm tittieħed deċiżjoni mill-Kummissjoni, u f’każ ta’ deċiżjoni pożittiva, sakemm ma jkunx ġie implimentat is-sett ta’ data EMSWe emendat.

KAPITOLU III

GĦOTI TA’ INFORMAZZJONI

Artikolu 5

Single Window Nazzjonali Marittima

1.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi Single Window Nazzjonali marittima li permezz tagħha, f’konformità ma’ dan ir-Regolament u mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 7 u 11, l-informazzjoni kollha meħtieġa għat-twettiq tal-obbligi tar-rapportar għandha tingħata darba, permezz ta’ u f’konformità mas-sett ta’ data EMSWe, bl-użu tal-modulu ta’ interfaċċa ta’ rapportar armonizzat u l-interfaċċa grafika tal-utent kif stabbilit fl-Artikolu 6, u fejn applikabbli, mezzi oħra ta’ rapportar kif imsemmija fl-Artikolu 7, sabiex din l-informazzjoni ssir disponibbli għall-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri sa fejn ikun meħtieġ biex dawk l-awtoritajiet ikunu jistgħu jwettqu l-funzjonijiet rispettivi tagħhom.

L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall- operat tas-Single Window Nazzjonali marittima tagħhom.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu single window marittima b’mod konġunt ma’ Stat Membru wieħed jew aktar. Dawk l-Istati Membri għandhom jindikaw dik is-single window marittima bħala s-Single Window Nazzjonali marittima tagħhom u għandhom jibqgħu responsabbli għat-tħaddim tagħha skont dan ir-Regolament.

2.   L-Istati Membri li ma għandhomx portijiet marittimi għandhom ikunu eżentati mill-obbligu li jiżviluppaw, jistabbilixxu, joperaw u jagħmlu disponibbli Single Window Nazzjonali marittima li tinsab fil-paragrafu 1.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw:

(a)

il-kompatibbiltà tas-Single Window Nazzjonali marittima mal-modulu ta’ interfaċċa ta’ rapportar armonizzat u l-konformità mill-interfaċċa grafika tal-utent tas-Single Window Nazzjonali tagħhom mal-funzjonalitajiet komuni skont l-Artikolu 6(2);

(b)

l-integrazzjoni f’waqtha tal-interfaċċi armonizzati ta’ rapportar f’konformità mad-dati ta’ implimentazzjoni stabbiliti fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 6 u kwalunkwe aġġornamenti sussegwenti f’konformità mal-Pjan ta’ Implimentazzjoni Pluriennali (MIP);

(c)

konnessjoni mas-sistemi rilevanti tal-awtoritajiet kompetenti, sabiex ikun hemm it-trasferiment ta’ data, li għandha tkun rappurtata lil dawk l-awtoritajiet, permezz tas-Single Window Nazzjonali marittima, u lil dawk is-sistemi, skont l-atti legali tal-Unjoni u l-leġislazzjoni u r-rekwiżiti nazzjonali, u b’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta’ dawk is-sistemi;

(d)

id-disponibbiltà ta’ helpdesk matul l-ewwel 12-il xahar mill-15 ta’ Awwissu 2025, u sit web ta’ appoġġ online għas-Single Window Nazzjonali marittima tagħhom bi struzzjonijiet ċari fil-lingwa/i uffiċjali ta’ dak l-Istat Membru u, fejn rilevanti, b’lingwa li tintuża internazzjonalment;

(e)

l-għoti ta’ taħriġ adegwat u meħtieġ għall-persunal li huwa direttament involut fit-tħaddim tas-Single Window Nazzjonali marittima.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni mitluba tasal għand l-awtoritajiet inkarigati mill-applikazzjoni tal-leġislazzjoni inkwistjoni, u hija limitata għall-ħtiġijiet ta’ kull waħda minn dawk l-awtoritajiet. Meta jagħmlu dan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw konformità mar-rekwiżiti legali relatati mat-trażmissjoni ta’ informazzjoni, prevista fl-atti legali tal-Unjoni elenkati fl-Anness u, fejn applikabbli, jużaw it-tekniki ta’ pproċessar ta’ data elettronika msemmija fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll l-interoperabbiltà mas-sistemi ta’ informazzjoni użati minn dawk l-awtoritajiet.

5.   Is-Single Window Nazzjonali marittima għandha tipprevedi l-possibbiltà teknika għad-dikjaranti li jagħmlu disponibbli, separatament, lil fornituri ta’ servizzi portwarji fil-port ta’ destinazzjoni subsett ta’ elementi ta’ data definit minn qabel fuq livell nazzjonali.

6.   Fejn Stat Membru ma jeħtieġx l-elementi kollha tas-sett ta’ data EMSWe għat-twettiq tal-obbligi ta’ rapportar, is-Single Window Nazzjonali marittima għandha taċċetta sottomissjonijiet li huma limitati għall-elementi ta’ data li huma meħtieġa minn dak l-Istat Membru. Is-Single Window Nazzjonali marittima għandha taċċetta wkoll sottomissjonijiet minn dikjaranti li jinkludu elementi addizzjonali tas-sett ta’ data EMSWe; madankollu, huwa ma għandux bżonn jipproċessa u jaħżen dawk l-elementi addizzjonali.

7.   L-Istati Membri għandhom jaħżnu l-informazzjoni sottomessa lis-Single Windows Nazzjonali marittimi rispettivi tagħhom biss għall-perijodu ta’ żmien meħtieġ biex jiġi żgurat l-issodisfar tar-rekwiżiti li jinsabu f’dan ir-Regolament u biex jiżguraw il-konformità mal-atti legali tal-Unjoni, internazzjonali u nazzjonali elenkati fl-Anness. L-Istati Membri għandhom iħassru tali informazzjoni immedjatament wara.

8.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli pubblikament il-ħinijiet tal-wasla u tat-tluq stmati u reali tal-vapuri f’format elettroniku armonizzat fil-livell tal-Unjoni, abbażi tad-data mogħtija mid-dikjaranti lis-Single Window Nazzjonali marittima. Dan l-obbligu m’għandux japplika għal vapuri li jġorru merkanzija sensittiva, fejn il-pubblikazzjoni ta’ tali informazzjoni mis-Single Window Nazzjonali marittima tista’ tkun ta’ theddida għas-sigurtà.

9.   Is-Single Windows Nazzjonali marittimi għandu jkollhom indirizz uniformi tal-Internet.

10.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw struttura armonizzata għas-sit web ta’ appoġġ imsemmi fil-punt (d) tal-paragrafu 3, speċifikazzjonijiet tekniċi għad-disponibbiltà ta’ ħinijiet tal-wasla u tat-tluq imsemmija fil-paragrafu 8, u format uniformi għall-indirizzi tal-Internet imsemmi fil-paragrafu 9. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 24(2).

L-ewwel tali att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat sal-15 ta’ Awwissu 2021.

Artikolu 6

Interfaċċi Armonizzati ta’ Rapportar

1.   Il-Kummissjoni għandha, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi għall-modulu ta’ interfaċċa ta’ rapportar armonizzat għas-Single Windows Nazzjonali marittimi. L-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi għandu jkollhom l-għan li jiffaċilitaw l-interoperabbiltà ma’ teknoloġiji u sistemi ta’ rapportar differenti tal-utenti.

L-ewwel tali att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat sal-15 ta’ Awwissu 2021.

2.   Il-Kummissjoni għandha, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, tiżviluppa sal-15 ta’ Awwissu 2022 u wara dan taġġorna l-modulu ta’ interfaċċa ta’ rapportar armonizzat għas-Single Windows Nazzjonali marittimi f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 5 ta’ dan l-Artikolu.

3.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Istati Membri l-modulu ta’ interfaċċa ta’ rapportar armonizzat u l-informazzjoni rilevanti kollha għall-integrazzjoni fis-Single Window Nazzjonali marittima tagħhom.

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw l-funzjonalitajiet komuni tal-interfaċċa grafika tal-utent u l-mudelli tal-ispreadsheets diġitali armonizzati msemmija fl-Artikolu 2(9).

L-ewwel tali att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat sal-15 ta’ Awwissu 2021.

5.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jemendaw l-ispeċifikazzjonijiet, l-istandards u l-proċeduri tekniċi, sabiex tiżgura li l-interfaċċi armonizzati ta’ rapportar huma miftuħa għal teknoloġiji futuri.

6.   L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija f’dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 24(2).

Artikolu 7

Mezzi oħra ta’ rapportar

1.   L-Istati Membri għandhom iħallu lid-dikjaranti jipprovdu, fuq bażi volontarja, informazzjoni lis-Single Window Nazzjonali marittima permezz ta’ fornituri ta’ servizzi tad-data li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-modulu ta’ interfaċċa ta’ rapportar armonizzat.

2.   L-Istati Membri jistgħu jippermettu lid-dikjaranti jipprovdu l-informazzjoni permezz ta’ mezzi oħra ta’ rapportar dment li dawk il-mezzi jkunu volontarji għad-dikjaranti. F’tali każijiet, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk il-mezzi l-oħra jagħmlu l-informazzjoni rilevanti disponibbli għas-Single Window Nazzjonali marittima.

3.   L-Istati Membri jistgħu jużaw mezzi alternattivi biex jipprovdu l-informazzjoni f’każ li s-sistemi elettroniċi msemmija fl-Artikoli 5 u 6 u fl-Artikoli 12 sa17, ma jibqgħux jaħdmu b’mod temporanju.

Artikolu 8

Prinċipju ta’ darba biss

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11(1), sakemm ma jkunx meħtieġ mod ieħor mil-liġi tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dikjarant jintalab jipprovdi l-informazzjoni skont dan ir-Regolament darba biss għal kull waqfa f’port u li l-elementi ta’ data rilevanti tas-sett ta’ data EMSWe jsiru disponibbli u jintużaw mill-ġdid f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni ta’ identifikazzjoni, il-partikolaritajiet u l-eżenzjonijiet tal-vapur li jiġu pprovduti permezz tas-Single Window Nazzjonali marittima jkunu reġistrati fil-bażi ta’ data tal-vapuri EMSWe msemmija fl-Artikolu 14 u jsiru disponibbli għal kwalunkwe waqfa f’port sussegwenti fl-Unjoni.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-elementi ta’ data tas-sett ta’ data EMSWe ipprovduti mat-tluq minn port fl-Unjoni jsiru disponibbli għad-dikjarant għall-fini tal-issodisfar tal-obbligi ta’ rapportar mal-wasla fil-port li jmiss fl-Unjoni, dment li l-vapur ma jkunx waqaf f’port barra mill-Unjoni matul dak il-vjaġġ. Dan il-paragrafu ma għandux japplika għal informazzjoni riċevuta skont ir-Regolament (UE) Nru 952/2013, ħlief jekk il-possibbiltà li tali informazzjoni ssir disponibbli għal dan l-għan tkun prevista f’dak ir-Regolament.

4.   Kwalunkwe element tad-data rilevanti tas-sett ta’ data EMSWe riċevut f’konformità ma’ dan ir-Regolament għandu jsir disponibbli lil Single Windows Nazzjonali marittimi oħra permezz tas-SafeSeaNet.

5.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw il-lista ta’ elementi ta’ data rilevanti msemmija fil-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 24(2).

Artikolu 9

Responsabbiltà għall-informazzjoni komunikata

Id-dikjarant għandu jkun responsabbli li jiżgura s-sottomissjoni ta’ elementi ta’ data f’konformità mar-rekwiżiti legali u tekniċi applikabbli. Id-dikjarant għandu jibqa’ responsabbli għad-data u għall-aġġornament ta’ kwalunkwe informazzjoni li tkun inbidlet wara s-sottomissjoni lis-Single Window Nazzjonali marittima.

Artikolu 10

Protezzjoni tad-data u kunfidenzjalità

1.   L-ipproċessar ta’ data personali fil-qafas ta’ dan ir-Regolament mill-awtoritajiet kompetenti fil-qafas ta’ dan ir-Regolament għandu jkun konformi mar-Regolament (UE) 2016/679.

2.   L-ipproċessar ta’ data personali mill-Kummissjoni fil-qafas ta’ dan ir-Regolament għandu jkun konformi mar-Regolament (UE) 2018/1725.

3.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa f’konformità mal-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni applikabbli biex jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjali u informazzjoni sensittiva oħra skambjata skont dan ir-Regolament.

Artikolu 11

Dispożizzjonijiet addizzjonali għad-dwana

1.   Dan ir-Regolament ma jipprekludix l-iskambju ta’ informazzjoni bejn awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, jew bejn awtoritajiet doganali u operaturi ekonomiċi, li jużaw tekniċi elettroniċi ta’ pproċessar ta’ data msemmija fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

2.   L-informazzjoni rilevanti fid-Dikjarazzjoni Sommarja tad-Dħul imsemmija fl-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, fejn kompatibbli mal-liġi doganali tal-Unjoni, għandha ssir disponibbli għas-Single Window Nazzjonali marittima bħala referenza u, fejn adatt, użata mill-ġdid għal obbligi oħra ta’ rapportar elenkati fl-Anness.

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw il-lista ta’ informazzjoni rilevanti msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 24(2).

L-ewwel tali att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat sal-15 ta’ Awwissu 2021.

KAPITOLU IV

SERVIZZI KOMUNI

Artikolu 12

Sistema ta’ ġestjoni tar-reġistru ta’ utent u ta’ aċċess EMSWe

1.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tiżgura d-disponibbiltà ta’ sistema komuni ta’ ġestjoni tar-reġistru ta’ utenti u ta’ aċċess għal dikjaranti u fornituri ta’ servizzi ta’ data li jużaw is-Single Window Nazzjonali marittima, kif ukoll għall-awtoritajiet nazzjonali li jaċċessaw is-Single Window Nazzjonali marittima, f’każijiet fejn tinħtieġ awtentikazzjoni. Dik is-sistema komuni ta’ ġestjoni tar-reġistru ta’ utent u ta’ aċċess għandha tipprevedi reġistrazzjoni ta’ utent wieħed permezz ta’ reġistru eżistenti tal-Unjoni b’rikonoxximent fil-livell tal-Unjoni, ġestjoni federata tal-utenti u monitoraġġ tal-utenti fil-livell tal-Unjoni.

2.   Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità nazzjonali biex tkun responsabbli għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ utenti ġodda u l-modifika u t-terminazzjoni ta’ kontijiet eżistenti permezz tas-sistema msemmija fil-paragrafu 1.

3.   Għall-fini li jaċċedi għas-Single Window Nazzjonali marittima fi Stati Membri differenti, dikjarant jew fornitur ta’ servizz ta’ data li jkun rreġistrat fis-sistema ta’ ġestjoni tar-reġistru ta’ utent u ta’ aċċess EMSWe għandu jitqies bħala rreġistrat mas-Single Window Nazzjonali marittima fl-Istati Membri kollha, u għandu jopera fil-limiti tad-drittijiet ta’ aċċess mogħtija minn kull Stat Membru skont ir-regoli nazzjonali.

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni li jistipulaw l-ispeċifikazzjonijiet, l-istandards u l-proċeduri tekniċi għall-istabbiliment tas-sistema komuni ta’ ġestjoni tar-reġistru ta’ utent u ta’ aċċess imsemmija fil-paragrafu 1, inkluż il-funzjonalitajiet imsemmija fil-paragrafu 2. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 24(2).

L-ewwel tali att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat sal-15 ta’ Awwissu 2021.

Artikolu 13

Servizz Komuni ta’ Indirizzar

1.   Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, servizz komuni ta’ indirizzar volontarju addizzjonali, sakemm il-modulu ta’ interfaċċa ta’ rapportar armonizzat ikun ġie implimentat bis-sħiħ skont l-Artikolu 6.

2.   Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi, il-mekkaniżmi ta’ kontroll tal-kwalità u proċeduri biex jinbeda, jinżamm u jitħaddem is-servizz komuni ta’ indirizzar. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 24(2). L-ewwel tali att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat sal-15 ta’ Awwissu 2024

Artikolu 14

Bażi ta’ Data ta’ Vapuri EMSWe

1.   Skont l-Artikolu 8(2), il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi bażi ta’ data ta’ vapuri EMSWe li jkun fiha lista ta’ informazzjoni ta’ identifikazzjoni ta’ vapuri u partikolaritajiet, kif ukoll rekords ta’ eżenzjonijiet tal-vapuri minn rapportar.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-provvista tad-data msemmija fil-paragrafu 1 lill-bażi ta’ data ta’ vapuri EMSWe abbażi tad-data ppreżentata mid-dikjaranti lis-Single Window Nazzjonali marittima.

3.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura d-disponibbiltà tad-data tal-bażi ta’ data ta’ vapuri lis-Single Windows Nazzjonali marittimi għall-faċilitazzjoni ta’ rapportar tal-vapuri.

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw l-ispeċifikazzjonijiet, l-istandards u l-proċeduri tekniċi għall-istabbiliment tal-bażi ta’ data msemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward tal-ġbir, il-ħażna, l-aġġornament u l-għoti tal-informazzjoni ta’ identifikazzjoni u tal-partikolaritajiet tal-vapur kif ukoll rekords dwar l-eżenzjonijiet ta’ rapportar tal-vapuri. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 24(2).

L-ewwel tali att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat sal-15 ta’ Awwissu 2021.

Artikolu 15

Bażi ta’ Data Komuni ta’ Lokalizzazzjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi bażi ta’ data komuni ta’ lokalizzazzjoni li jkun fiha lista ta’ referenza tal-kodiċijiet ta’ lokalizzazzjoni (14) u kodiċijiet tal-faċilità ta’ port kif reġistrati fil-bażi ta’ data tal-IMO GISIS.

2.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura d-disponibbilità tal-bażi ta’ data ta’ lokalizzazzjoni fis-Single Windows Nazzjonali marittimi għall-faċilitazzjoni ta’ rapportar tal-vapuri.

3.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-informazzjoni mill-bażi ta’ data ta’ lokalizzazzjoni disponibbli fil-livell nazzjonali permezz tas-Single Window Nazzjonali marittima.

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw l-ispeċifikazzjonijiet, l-istandards u l-proċeduri tekniċi għall-istabbiliment ta’ bażi ta’ data komuni ta’ lokalizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward tal-ġbir, il-ħażna, l-aġġornament u l-provvista tal-kodiċijiet ta’ lokalizzazzjoni u ta’ faċilità tal-port. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 24(2).

L-ewwel tali att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat sal-15 ta’ Awwissu 2021.

Artikolu 16

Bażi ta’ Data Komuni dwar il-Hazmat

1.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi bażi ta’ data komuni ta’ hazmat li jkun fiha lista ta’ merkanzija perikoluża u ta’ tniġġis li għandha tiġi notifikata f’konformità mad-Direttiva 2002/59/KE u l-IMO FAL 7, b’kont meħud tal-elementi ta’ data rilevanti mill-Konvenzjonijiet u Kodiċijiet tal-IMO.

2.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura d-disponibbiltà tal-bażi ta’ data komuni dwar il-hazmat għas-Single Windows Nazzjonali marittimi għall-faċilitazzjoni ta’ rapportar tal-vapuri.

3.   Il-bażi ta’ data għandha tkun konnessa mal-entitajiet rilevanti fil-bażi ta’ data MAR-CIS kif żviluppata mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) fir-rigward tal-informazzjoni dwar perikoli u riskji assoċjati mal-merkanzija perikoluża u ta’ tniġġis.

4.   Il-bażi ta’ data għandha tintuża kemm bħala referenza kif ukoll bħala għodda ta’ verifika, fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni, matul il-proċess ta’ rapportar permezz tas-Single Window Nazzjonali marittima.

5.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-informazzjoni mill-bażi ta’ data komuni dwar il-hazmat disponibbli fil-livell nazzjonali permezz tas-Single Window Nazzjonali marittima.

6.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw l-ispeċifikazzjonijiet, l-istandards u l-proċeduri tekniċi għall-istabbiliment tal-bażi ta’ data komuni dwar il-hazmat imsemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward tal-ġbir, il-ħażna u l-provvista tal-informazzjoni ta’ referenza hazmat. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 24(2).

L-ewwel tali att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat sal-15 ta’ Awwissu 2021.

Artikolu 17

Bażi ta’ Data Komuni tal-Kundizzjonijiet Sanitarji fuq il-Vapuri

1.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi bażi ta’ data komuni tal-kundizzjonijiet sanitarji fuq il-vapuri li tkun tista’ tirċievi u taħżen data marbuta mad-Dikjarazzjonijiet Marittimi tas-Saħħa skont l-Artikolu 37 tar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa 2005 (IHR). Data personali relatata ma’ persuni morda abbord vapuri ma għandhiex tinħażen f’dik il-bażi ta’ data.

L-awtoritajiet tas-saħħa kompetenti tal-Istati Membri għandu jkollhom aċċess għall-bażi ta’ data sabiex jirċievu u jagħmlu skambju ta’ data.

2.   L-Istati Membri li jużaw il-bażi ta’ data tal-kundizzjonijiet sanitarji fuq il-vapuri għandhom jindikaw lill-Kummissjoni l-awtorità nazzjonali tagħhom responsabbli għall-ġestjoni tal-utenti fir-rigward ta’ dik il-bażi ta’ data inkluż ir-reġistrazzjoni ta’ utenti ġodda kif ukoll il-modifika u l-għeluq ta’ kontijiet.

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw l-ispeċifikazzjonijiet, l-istandards u l-proċeduri tekniċi biex tiġi stabbilita l-bażi ta’ data msemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 24(2).

KAPITOLU V

KOORDINAZZJONI TAL-ATTIVITAJIET EMSWe

Artikolu 18

Koordinaturi nazzjonali

Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità nazzjonali kompetenti b’mandat legali ċar biex taġixxi bħala koordinatur nazzjonali għall-EMSWe. Il-koordinatur nazzjonali għandu:

(a)

jaġixxi bħala l-punt ta’ kuntatt nazzjonali għall-utenti u għall-Kummissjoni għall-kwistjonijiet kollha relatati mal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament;

(b)

jikkoordina l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fl-Istat Membru u l-kooperazzjoni tagħhom;

(c)

jikkoordina l-attivitajiet immirati biex jiżguraw id-distribuzzjoni tad-data u l-konnessjoni mas-sistemi rilevanti tal-awtoritajiet kompetenti kif imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 5(3).

Artikolu 19

Pjan ta’ Implimentazzjoni Pluriennali

Sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni f’waqtha ta’ dan ir-Regolament u tipprovdi mekkaniżmi u proċeduri tal-kontroll tal-kwalità biex jinbdew, jinżammu u jiġu aġġornati l-modulu ta’ interfaċċa armonizzat u l-elementi armonizzati relatati tal-EMSWe, il-Kummissjoni għandha tadotta, u tirrevedi fuq bażi annwali, wara konsultazzjonijiet adatti mal-esperti tal-Istati Membri, Pjan ta’ Implimentazzjoni Pluriennali li għandu jipprevedi:

(a)

pjan għall-iżvilupp u l-aġġornament tal-interfaċċi armonizzati ta’ rapportar u l-elementi armonizzati relatati tal-EMSWe matul it-18-il xahar li ġejjin;

(b)

pjan għall-iżvilupp tas-servizz ta’ indirizzar komuni sal-15 ta’ Awwissu 2024;

(c)

dati indikattivi għall-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti;

(d)

skadenzi indikattivi għall-Istati Membri għall-integrazzjoni sussegwenti tal-interfaċċi armonizzati ta’ rapportar mas-Single Windows Nazzjonali marittimi;

(e)

skadenzi indikattivi għall-iżvilupp mill-Kummissjoni ta’ servizz ta’ indirizzar komuni wara l-implimentazzjoni tal-modulu ta’ interfaċċa ta’ rappurtar armonizzat;

(f)

perjodi ta’ ttestjar għall-Istati Membri u d-dikjaranti biex jittestjaw il-konnessjonijiet tagħhom ma’ kwalunkwe verżjoni ġdida tal-interfaċċi armonizzati ta’ rapportar;

(g)

perjodi ta’ ttestjar għas-servizz ta’ indirizzar komuni;

(h)

skadenzi indikattivi għall-eliminazzjoni gradwali tal-verżjonijiet iktar antiki tal-interfaċċi armonizzati ta’ rapportar għall-Istati Membri u d-dikjaranti.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 20

Spejjeż

Il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għandu jkopri l-ispejjeż ta’:

(a)

l-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-għodod tal-ICT mill-Kummissjoni u l-EMSA li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament fil-livell tal-Unjoni;

(b)

il-promozzjoni tal-EMSWe fil-livell tal-Unjoni, inkluż fost il-partijiet ikkonċernati rilevanti, u fil-livell ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti.

Artikolu 21

Kooperazzjoni ma’ sistemi jew servizzi oħra li jiffaċilitaw il-kummerċ u t-trasport

Fejn ikunu nħolqu sistemi jew servizzi li jiffaċilitaw il-kummerċ u t-trasport permezz ta’ atti legali oħra tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tikkoordina l-attivitajiet relatati ma’ dawk is-sistemi jew servizzi bil-għan li jkun hemm sinerġiji u tkun evitata duplikazzjoni.

Artikolu 22

Rieżami u rapport

L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw l-applikazzjoni tal-EMSWe, u jirrapportaw is-sejbiet tagħhom lill-Kummissjoni. Ir-rapport għandu jinkludi l-indikaturi li ġejjin:

(a)

l-użu tal-modulu ta’ interfaċċa ta’ rapportar armonizzat;

(b)

l-użu tal-interfaċċa grafika tal-utent;

(c)

l-użu ta’ mezzi oħra ta’ rapportar kif imsemmija fl-Artikolu 7.

L-Istati Membri għandhom jissottomettu dak ir-rapport lill-Kummissjoni fuq bażi annwali, billi jużaw mudell li għandu jiġi pprovdut mill-Kummissjoni.

Sal-15 ta’ Awwissu 2027, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta’ valutazzjoni dwar il-funzjonament tal-EMSWe abbażi tad-data u tal-istatistika miġbura. Ir-rapport ta’ valutazzjoni għandu jinkludi, fejn meħtieġ, evalwazzjoni tat-teknoloġiji emerġenti, li jistgħu jwasslu għal bidliet jew sostituzzjoni tal-modulu ta’ interfaċċa ta’ rapportar armonizzat.

Artikolu 23

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 3 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ erba’ snin mill-14 ta’ Awwissu 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ erba’ snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni sa mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 3 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar tard speċifikata fiha. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lil esperti innominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 3 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 24

Proċedura ta’ kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat tat-Trasport Diġitali u Faċilitazzjoni tal-Kummerċ. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 25

Tħassir tad-Direttiva 2010/65/UE

Id-Direttiva 2010/65/UE titħassar mill-15 ta’ Awwissu 2025.

Ir-referenzi għad-Direttiva 2010/65/UE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 26

Dħul fis-seħħ

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Għandu japplika mill-15 ta’ Awwissu 2025.

3.   Il-funzjonalitajiet imsemmija fl-Artikolu 11(2) u dawk relatati mal-obbligi ta’ rapportar tad-dwana speċifikati fil-punt 7 tal-Parti A tal-Anness għandhom isiru effettivi meta jkunu operazzjonali s-sistemi elettroniċi msemmija fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 li huma meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dawk l-obbligi ta’ rapportar, f’konformità mal-programm ta’ ħidma stabbilit mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 280 u 281 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Il-Kummissjoni għandha tippubblika d-data li fiha kienu ssodisfatti l-kondizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu fis-serje “C” ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2019.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

G. CIAMBA


(1)  ĠU C 62, 15.2.2019, p. 265.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ April 2019 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2019.

(3)  Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2010/65/UE tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar il-formalitajiet ta’ rappurtar għal bastimenti li jaslu fi u/jew jitilqu minn portijiet tal-Istati Membri u li tħassar id-Direttiva 2002/6/KE (ĠU L 283, 29.10.2010, p. 1).

(4)  Il-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) dwar il-Faċilitazzjoni tat-Traffiku Marittimu Internazzjonali (il-“Konvenzjoni FAL”), adottata fid-9 ta’ April 1965 u emendata fit-8 ta’ April 2016, Standard 1.1.

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(6)  Id-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE (ĠU L 208, 5.8.2002, p. 10).

(7)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(9)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(10)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(11)  Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).

(12)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(13)  Ir-Regolament (UE) 2017/352 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2017 li jistabbilixxi qafas għall-forniment tas-servizzi portwarji u regoli komuni dwar it-trasparenza finanzjarja tal-portijiet (ĠU L 57, 3.3.2017, p. 1).

(14)  “Kodiċi tan-Nazzjonijiet Uniti għal-Postijiet tal-Kummerċ u tat-Trasport”.


ANNESS

OBBLIGI TA’ RAPPORTAR

A.   Obbligi ta’ rapportar li jirriżultaw minn atti legali tal-Unjoni

Din il-kategorija ta’ obbligi ta’ rapportar tinkludi l-informazzjoni li trid tkun ipprovduta skont id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

1.

Notifika għal vapuri li jaslu fi jew jitilqu minn portijiet tal-Istati Membri

L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità (ĠU L 208, 5.8.2002, p. 10).

2.

Verifiki fil-fruntiera fuq persuni

L-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1).

3.

Notifika ta’ merkanzija perikoluża jew li tniġġes li tinġarr abbord

L-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità (ĠU L 208, 5.8.2002, p. 10).

4.

Notifika ta’ skart u residwi

L-Artikolu 6 tad-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2000 dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija (ĠU L 332, 28.12.2000, p. 81).

5.

Notifika ta’ informazzjoni relatata mas-sigurtà

L-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 725/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 31 ta’ Marzu 2004 dwar it-titjib fis-sigurtà fuq il-bastimenti u fil-portijiet (ĠU L 129, 29.4.2004, p. 6).

Il-formola stabbilita fl-Appendiċi ta’ dan l-Anness għandha tintuża għall-identifikazzjoni tal-elementi ta’ data meħtieġa skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 725/2004.

6.

Informazzjoni dwar persuni abbord

L-Artikoli 4(2) u 5(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/41/KE tat-18 ta’ Ġunju 1998 dwar ir-reġistrazzjoni ta’ persuni li jbaħħru abbord vapuri tal-passiġġieri li joperaw lejn jew minn portijiet tal-Istati Membri tal-Komunità (ĠU L 188, 2.7.1998, p. 35).

7.

Formalitajiet doganali

(a)

Formalitajiet tal-wasla:

Notifika tal-wasla (l-Artikolu 133 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013);

Preżentazzjoni tal-merkanzija lid-dwana (l-Artikolu 139 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013);

Dikjarazzjoni ta’ ħażna temporanja ta’ merkanzija (l-Artikolu 145 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013);

Status doganali tal-merkanzija (l-Artikoli 153 sa 155 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013);

Dokumenti ta’ trasport ekonomiku użati għat-tranżitu (l-Artikolu 233(4)(e) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013).

(b)

Formalitajiet tat-tluq:

Status doganali tal-merkanzija (l-Artikoli 153 sa 155 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013);

Dokumenti ta’ trasport ekonomiku użati għat-tranżitu (l-Artikolu 233(4)(e) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013);

Notifika tal-ħruġ (l-Artikolu 267 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013);

Dikjarazzjoni sommarja tal-ħruġ (l-Artikoli 271 u 272 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013);

Notifika ta’ esportazzjoni mill-ġdid (l-Artikoli 274 u 275 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013).

8.

Tagħbija u ħatt sikuri ta’ bastimenti ta’ tagħbija bl-ingrossa

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2001/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Diċembru 2001 li tistabbilixxi l-ħtiġiet u l-proċeduri armonizzati għat-tagħbija u l-ħatt b’sigurtà ta’ bastimenti ta’ tagħbija bl-ingrossa (ĠU L 13, 16.1.2002, p. 9).

9.

Kontroll tal-Istat tal-Port

L-Artikolu 9 u l-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 57).

10.

Statistika tat-trasport marittimu

L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar il-prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-baħar (ĠU L 141, 6.6.2009, p. 29).

B.   Dokumenti FAL u obbligi ta’ rapportar li jirriżultaw minn strumenti legali internazzjonali

Din il-kategorija ta’ obbligi ta’ rapportar tinkludi l-informazzjoni li għandha tkun ipprovduta skont il-Konvenzjoni FAL u strumenti legali internazzjonali rilevanti oħra.

1.

FAL 1: Dikjarazzjoni Ġenerali

2.

FAL 2: Dikjarazzjoni tal-Merkanzija

3.

FAL 3: Dikjarazzjoni tal-Ħażniet tal-Vapur

4.

FAL 4: Dikjarazzjoni tal-Effetti Personali tal-Ekwipaġġ

5.

FAL 5: Lista tal-Ekwipaġġ

6.

FAL 6: Lista tal-Passiġġieri

7.

FAL 7: Merkanzija Perikoluża

8.

Dikjarazzjoni Marittima tas-Saħħa

C.   Obbligi ta’ rapportar li jirriżultaw mil-leġislazzjoni u r-rekwiżiti nazzjonali

APPENDIĊI

FORMOLA TA’ TAGĦRIF TA’ SIGURTÀ DWAR IL-VAPURI QABEL IL-WASLA GĦALL-VAPURI KOLLHA QABEL ID-DĦUL FIL-PORT TA’ STAT MEMBRU TAL-UE

(Il-Konvenzjoni Internazzjonali tal-1974 għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar (SOLAS) regolament 9 tal-Kapitolu XI-2 u l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 725/2004)

Image 1 Test ta 'immaġni Image 2 Test ta 'immaġni Image 3 Test ta 'immaġni

25.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/88


REGOLAMENT (UE) 2019/1240 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-20 ta’ Ġunju 2019

dwar il-ħolqien ta’ netwerk Ewropew bejn l-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni

(riformulazzjoni)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 74 u l-Artikolu 79(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz ta’ att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 377/2004 (2) ġie emendat b’mod sostanzjali. Peress li għandhom isiru aktar emendi, jenħtieġ li dan ir-Regolament jiġi riformulat fl-interess taċ-ċarezza.

(2)

Iż-żieda qawwija fil-flussi migratorji mħalltin fl-2015 u l-2016 poġġiet is-sistemi tal-ġestjoni tal-migrazzjoni, l-asil u l-fruntieri taħt pressjoni. Dan ħoloq sfida għall-Unjoni u l-Istati Membri, u wera l-ħtieġa li tissaħħaħ il-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-migrazzjoni bil-ħsieb li jinkiseb rispons Ewropew ikkoordinat u effettiv.

(3)

L-objettiv tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-migrazzjoni huwa li l-flussi migratorji irregolari u mingħajr kontroll jiġu sostitwiti b’rotot migratorji sikuri u ġestiti tajjeb, permezz ta’ approċċ komprensiv li jkollu l-għan li jiżgura, fl-istadji kollha, il-ġestjoni effiċjenti tal-flussi migratorji f’konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

(4)

Ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem huwa prinċipju fundamentali tal-Unjoni. L-Unjoni hija impenjata li tipproteġi d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali tal-migranti kollha, indipendentement mill-istatus ta’ migrazzjoni tagħhom, f’konformità sħiħa mad-dritt internazzjonali. Bħala tali, il-miżuri meħuda mill-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari f’każijiet li jinvolvu persuni vulnerabbli, jenħtieġ li jirrispettaw id-drittijiet fundamentali f’konformità mad-dritt internazzjonali u d-dritt tal-Unjoni rilevanti, inklużi l-Artikoli 2 u 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(5)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-aspetti kollha tal-politiki tal-Unjoni dwar l-immigrazzjoni, jenħtieġ li jiġu segwiti djalogu konsistenti u kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi ewlenin ta’ oriġini u ta’ tranżitu għall-migranti u tal-applikanti għal protezzjoni internazzjonali. Tali kooperazzjoni, f’konformità mal-approċċ komprensiv stabbilit fl-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, jenħtieġ li tipprovdi għal ġestjoni aħjar tal-immigrazzjoni, inkluż it-tluq u r-ritorn, il-kapaċità ta’ appoġġ biex tinġabar u tiġi kondiviża l-informazzjoni, inkluż dwar l-aċċess tal-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali, u fejn possibbli u rilevanti, dwar ir-riintegrazzjoni u tipprevjeni u tikkumbatti l-immigrazzjoni illegali, il-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali u t-traffikar ta’ bnedmin.

(6)

L-għodod ta’ protezzjoni jinkludu miżuri fl-Approċċ Globali għall-Migrazzjoni u l-Mobilità (GAMM). L-istrateġiji u l-kanali tal-immigrazzjoni legali bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi jenħtieġ li jinkludu wkoll il-migrazzjoni tal-ħaddiema, il-viżi għall-istudenti u r-riunifikazzjoni tal-familji, mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi nazzjonali tal-Istati Membri.

(7)

Fid-dawl tad-domanda dejjem tiżdied għal analiżi u informazzjoni biex jappoġġaw il-politika bbażata fuq l-evidenza u r-risponsi operattivi, hemm il-ħtieġa li l-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni jiżguraw li l-komprensjoni u l-għarfien tagħhom jikkontribwixxu bis-sħiħ biex titfassal stampa komprensiva tas-sitwazzjoni tal-pajjiżi terzi.

(8)

L-informazzjoni dwar il-kompożizzjoni tal-flussi migratorji, fejn possibbli u rilevanti, jenħtieġ li tinkludi informazzjoni dwar l-età dikjarata tal-migranti, il-profil tal-ġeneru u l-familja u dwar minorenni mhux akkumpanjati.

(9)

L-iskjerament tal-Uffiċjali għall-Komunikazzjoni dwar il-Migrazzjoni Ewropej attwali fil-pajjiżi terzi ewlenin ta’ oriġini u ta’ tranżitu, kif mitlub fil-konklużjonijiet tal-laqgħa speċjali tal-kapijiet ta’ stat u gvern fit-23 ta’ April 2015, kien l-ewwel pass biex jissaħħaħ l-impenn mal-pajjiżi terzi dwar il-kwistjonijiet relatati mal-migrazzjoni u biex tiżdied il-kooperazzjoni mal-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni skjerati mill-Istati Membri. Filwaqt li jinbena fuq din l-esperjenza, l-iskjeramenti fit-tul tal-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni mill-Kummissjoni f’pajjiżi terzi jenħtieġ li jkunu previsti biex jappoġġaw l-iżvilupp u l-implimentazzjoni u jimmassimizzaw l-impatt tal-azzjoni tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni.

(10)

L-objettiv ta’ dan ir-Regolament huwa li jiżgura koordinazzjoni aħjar u jottimizza l-użu tan-netwerk ta’ uffiċjali għall-komunikazzjoni skjerati f’pajjiżi terzi mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, inklużi, fejn xieraq, l-awtoritajiet ta’ infurzar tal-liġi, kif ukoll il-Kummissjoni u l-aġenziji tal-Unjoni sabiex iwieġbu b’mod iktar effettiv għall-prijoritajiet tal-Unjoni tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali u l-kriminalità transfruntiera relatata, bħall-iffaċilitar tal-immigrazzjoni illegali u t-traffikar tal-bnedmin, l-iffaċilitar ta’ attivitajiet ta’ ritorn, riammissjoni u riintegrazzjoni b’mod dinjituż u effettiv, il-kontribuzzjoni għal ġestjoni integrata tal-fruntieri esterni tal-Unjoni, kif ukoll l-appoġġ tal-ġestjoni tal-immigrazzjoni legali, inkluż fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali, ir-risistemazzjoni u l-miżuri ta’ integrazzjoni ta’ qabel it-tluq meħuda mill-Istati Membri u l-Unjoni. Tali koordinazzjoni jenħtieġ li tirrispetta bis-sħiħ il-linja ta’ kmand eżistenti u l-linji ta’ rappurtar bejn l-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni u l-awtoritajiet ta’ skjerament rispettivi tagħhom, kif ukoll fost l-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni nfushom.

(11)

Filwaqt li jibni fuq ir-Regolament (KE) Nru 377/2004, dan ir-Regolament jimmira biex jiżgura li l-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni jikkontribwixxu aħjar għall-funzjonament ta’ netwerk Ewropew ta’ uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni primarjament billi jiġi stabbilit mekkaniżmu li permezz tiegħu l-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-aġenziji tal-Unjoni jkunu jistgħu, b’mod aktar sistematiku, jikkoordinaw il-kompiti u r-rwoli tal-uffiċjali għall-komunikazzjoni tagħhom skjerati f’pajjiżi terzi.

(12)

Minħabba l-fatt li l-uffiċjali għall-komunikazzjoni li jittrattaw kwistjonijiet relatati mal-immigrazzjoni jiġu skjerati minn awtoritajiet differenti u li l-mandati u l-kompiti tagħhom jistgħu jkunu duplikati, jenħtieġ li jsiru l-isforzi dovuti biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fost l-uffiċjali li joperaw fl-istess pajjiż terz jew reġjun. Meta uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni jiġu skjerati fil-missjonijiet diplomatiċi tal-Unjoni f’pajjiż terz mill-Kummissjoni jew minn aġenziji tal-Unjoni, jenħtieġ li jiffaċilitaw u jappoġġaw lill-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni f’dak il-pajjiż terz. Fejn xieraq, tali netwerks jistgħu jiġu estiżi għal uffiċjali għall-komunikazzjoni skjerati minn pajjiżi li mhumiex Stati Membri.

(13)

L-istabbiliment ta’ mekkaniżmu robust li jiżgura koordinazzjoni u kooperazzjoni aħjar fost l-uffiċjali għall-komunikazzjoni kollha fejn dawn l-uffiċjali jittrattaw kwistjonijiet ta’ immigrazzjoni bħala parti minn dmirijiethom, huwa essenzjali sabiex jiġu minimizzati d-distakki tal-informazzjoni u d-duplikazzjoni tax-xogħol u jiġu massimizzati l-kapaċitajiet operattivi u l-effikaċja. Jenħtieġ li l-Bord ta’ Tmexxija jipprovdi gwida f’konformità mal-prijoritajiet ta’ politika tal-Unjoni, filwaqt li jqis ir-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni, u jenħtieġ li jingħata s-setgħat neċessarji, b’mod partikolari biex jadotta programmi ta’ ħidma biennali ta’ attivitajiet tan-netwerks tal-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni, jiftiehem dwar azzjonijiet imfasslin apposta għall-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni li jindirizzaw il-prijoritajiet u l-bżonnijiet emerġenti li mhumiex diġà koperti mill-programm ta’ ħidma biennali, jalloka r-riżorsi għall-attivitajiet miftiehma u jkun responsabbli għat-twettiq tagħhom. La l-kompiti tal-Bord ta’ Tmexxija u lanqas dawk tal-faċilitaturi tan-netwerks tal-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni ma għandhom jaffettwaw il-kompetenza tal-awtoritajiet tal-iskjerament fir-rigward tal-kompiti tal-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni rispettivi tagħhom. Fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, il-Bord ta’ Tmexxija jenħtieġ li jqis id-diversità tan-netwerks tal-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni kif ukoll il-fehmiet tal-Istati Membri l-aktar ikkonċernati fir-rigward tal-pajjiżi terzi rispettivi.

(14)

Jenħtieġ li l-Bord ta’ Tmexxija jistabbilixxi lista ta’ uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni skjerati f’pajjiżi terzi u li jaġġornaha regolarment. Il-lista jenħtieġ li tinkludi informazzjoni relatata mal-post, il-kompożizzjoni u l-attivitajiet ta’ netwerks differenti, tinkludi d-dettalji ta’ kuntatt u sommarju tad-dmirijiet tal-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni.

(15)

L-iskjerament konġunt ta’ uffiċjali għall-komunikazzjoni jenħtieġ li jiġi promoss bil-għan li jitjiebu l-kooperazzjoni operattiva u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri, kif ukoll issir reazzjoni għall-bżonnijiet fil-livell tal-Unjoni, kif definit mill-Bord ta’ Tmexxija. L-iskjerament konġunt minn tal-inqas żewġ Stati Membri jenħtieġ li jkun appoġġat mill-fondi tal-Unjoni li jinkoraġġixxu l-impenn, u jipprovdi valur miżjud għall-Istati Membri kollha.

(16)

Jenħtieġ li jsiru dispożizzjonijiet speċjali għal azzjoni iktar mifruxa ta’ bini ta’ kapaċità tal-Unjoni għall-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni. Tali bini ta’ kapaċità jenħtieġ li jinkludi l-iżvilupp ta’ kurrikuli bażiċi komuni u korsijiet ta’ qabel il-missjoni, inkluż dwar id-drittijiet fundamentali, b’kooperazzjoni mal-aġenziji tal-Unjoni, u t-tisħiħ tal-kapaċità operattiva ta’ netwerks ta’ uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni. Tali kurrikuli jenħtieġ li ma jkunux obbligatorji u jkunu supplimentari għall-kurrikuli nazzjonali stabbiliti minn awtoritajiet tal-iskjerament.

(17)

In-netwerks ta’ uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni jenħtieġ li jevitaw li jidduplikaw ix-xogħol tal-aġenziji tal-Unjoni u ta’ strumenti u strutturi oħra tal-Unjoni, inkluża l-ħidma ta’ gruppi ta’ kooperazzjoni lokali ta’ Schengen, u li jagħtu valur miżjud lil dak li diġà jiksbu f’termini ta’ ġbir u skambju ta’ informazzjoni fil-qasam tal-immigrazzjoni, b’mod partikolari billi jiffokaw fuq aspetti operattivi. Jenħtieġ li dawk in-netwerks jaġixxu bħala faċilitaturi u fornituri ta’ informazzjoni minn pajjiżi terzi biex jappoġġaw l-aġenziji tal-Unjoni fil-funzjonijiet u l-kompiti tagħhom, b’mod partikolari meta l-aġenziji tal-Unjoni ma jkunux stabbilew relazzjonijiet kooperattivi ma’ pajjiżi terzi. Jenħtieġ li tiġi stabbilita kooperazzjoni iktar mill-qrib bejn netwerks ta’ uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni u l-aġenziji tal-Unjoni rilevanti għal dak il-għan. Jenħtieġ li l-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni f’kull ħin ikunu konxji li l-azzjonijiet tagħhom jista’ jkollhom konsegwenzi operattivi jew reputazzjonali għal netwerks lokali u reġjonali ta’ uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni. Jenħtieġ li jaġixxu kif xieraq meta jwettqu l-kompiti tagħhom.

(18)

L-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li, fejn xieraq u f’konformità mad-dritt tal-Unjoni u d-dritt nazzjonali, l-informazzjoni miksuba mill-uffiċjali għall-komunikazzjoni skjerati fi Stati Membri oħra u prodotti analitiċi strateġiċi u operattivi tal-aġenziji tal-Unjoni fir-rigward tal-immigrazzjoni illegali, ir-ritorn u r-riintegrazzjoni b’mod dinjituż u effettiv, il-kriminalità transfruntiera jew il-protezzjoni internazzjonali u r-risistemazzjoni effettivament jilħqu lill-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni f’pajjiżi terzi u li l-informazzjoni miġbura mill-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni tiġi kondiviża mal-aġenziji tal-Unjoni rilevanti; b’mod partikolari l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO) fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-oqfsa ġuridiċi rispettivi tagħhom.

(19)

Sabiex tiżgura l-iktar użu effettiv tal-informazzjoni miġbura min-netwerks tal-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni, informazzjoni bħal din jenħtieġ li tkun disponibbli permezz ta’ pjattaforma sikura ta’ skambju ta’ informazzjoni bbażata fuq l-internet f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.

(20)

Jenħtieġ li l-informazzjoni miġbura mill-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni tappoġġa l-implimentazzjoni tal-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri msemmija fir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u tikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-manutenzjoni ta’ sistemi ta’ sorveljanza fil-fruntieri nazzjonali f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1052/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(21)

Jenħtieġ li jkun possibbli jintużaw ir-riżorsi disponibbli tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) biex jappoġġaw l-attivitajiet ta’ netwerk Ewropew tal-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar il-migrazzjoni, kif ukoll biex ikomplu bl-iskjerament konġunt ta’ uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni mill-Istati Membri.

(22)

Kwalunkwe pproċessar, inkluż it-trasferiment, ta’ data personali minn Stati Membri fil-qafas ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jitwettaq f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Il-Kummissjoni u l-aġenziji tal-Unjoni jenħtieġ li japplikaw ir-Regolament (UE) 2018/1725 Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39). meta jipproċessaw data personali.

(23)

L-ipproċessar ta’ data personali fil-qafas ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun bil-għan li jiġi assistit ir-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, tal-iffaċilitar tar-risistemazzjoni ta’ persuni bi bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali u tal-implimentazzjoni ta’ miżuri tal-Unjoni u nazzjonali fir-rigward tal-ammissjoni għall-fini ta’ migrazzjoni legali u għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali, il-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali u t-traffikar ta’ bnedmin. Jenħtieġ, għalhekk, qafas ġuridiku li jirrikonoxxi r-rwol tal-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar il-migrazzjoni f’dan il-kuntest.

(24)

L-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni jeħtiġilhom jipproċessaw id-data personali biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni xierqa tal-proċeduri ta’ ritorn, l-infurzar b’suċċess ta’ deċiżjonijiet ta’ ritorn, u r-riintegrazzjoni fejn rilevanti u possibbli. Il-pajjiżi terzi tar-ritorn mhumiex ta’ spiss suġġetti għal deċiżjonijiet ta’ adegwatezza adottati mill-Kummissjoni taħt l-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) 2016/679, u bosta drabi ma jkunux ikkonkludew jew mhux beħsiebhom jikkonkludu ftehim ta’ riammissjoni mal-Unjoni jew jipprovdu salvagwardji xierqa b’xi mod ieħor skont it-tifsira tal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2016/679. Minkejja l-isforzi intensivi tal-Unjoni biex tikkoopera mal-pajjiżi ewlenin ta’ oriġini ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment soġġetti għal obbligu ta’ ritorn, mhuwiex dejjem possibbli li jiġi żgurat li pajjiżi terzi bħal dawn jissodisfaw sistematikament l-obbligu stabbilit mid-dritt internazzjonali biex jieħdu lura ċ-ċittadini tagħhom stess. Il-ftehimiet ta’ riammissjoni li ġew konklużi jew li jkunu qed jiġu nnegozjati mill-Unjoni jew mill-Istati Membri u li jipprevedu salvagwardji adatti għat-trasferiment ta’ data lil pajjiżi terzi skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2016/679, ikopru għadd limitat ta’ tali pajjiżi terzi. Fis-sitwazzjoni fejn ftehimiet bħal dawn ma jeżistux, id-data personali jenħtieġ li tiġi ttrasferita minn uffiċjal għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ ritorn tal-Unjoni, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) 2016/679.

(25)

Bħala eċċezzjoni mir-rekwiżit għal deċiżjoni ta’ adegwatezza jew għal salvagwardji xierqa, it-trasferiment ta’ data personali lil awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi taħt dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun permess għall-implimentazzjoni tal-politika ta’ ritorn tal-Unjoni. Jenħtieġ għalhekk li jkun possibbli għall-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni li jużaw id-deroga prevista fl-Artikolu 49(1)(d) tar-Regolament (UE) 2016/679 soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri għar-ritorn b’mod dinjituż u effettiv ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma jissodisfawx jew ma għadhomx jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ dħul, soġġorn jew residenza fl-Istati Membri f’konformità mad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

(26)

Fl-interessi tal-persuni kkonċernati, l-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jipproċessaw id-data personali ta’ persuni fil-bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali soġġetti għal risistemazzjoni u ta’ persuni li jixtiequ jimmigraw legalment lejn l-Unjoni, sabiex jikkonfermaw l-identità u n-nazzjonalità tagħhom. L-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni joperaw f’kuntest fejn x’aktarx jiksbu għarfien importanti fl-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet kriminali involuti fil-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali u t-traffikar ta’ bnedmin. Għalhekk, huma għandhom ukoll ikunu jistgħu jaqsmu data personali pproċessata waqt id-dmirijiet tagħhom ma’ awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u fi ħdan in-netwerks tal-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni, dment li d-data personali inkwistjoni tkun meħtieġa jew għall-prevenzjoni u l-indirizzar tal-migrazzjoni irregolari jew għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, id-detezzjoni u l-prosekuzzjoni tal-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali jew it-traffikar ta’ bnedmin.

(27)

L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jiġi ottimizzat l-użu tan-netwerk tal-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni skjerati mill-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-aġenziji tal-Unjoni f’pajjiżi terzi sabiex jimplimentaw il-prijoritajiet tal-Unjoni b’mod aktar effettiv filwaqt li jirrispettaw il-kompetenzi nazzjonali tal-Istati Membri. Tali prijoritajiet tal-Unjoni jinkludu l-iżgurar ta’ ġestjoni aħjar tal-migrazzjoni, bl-għan li l-flussi irregolari jiġu sostitwiti b’rotot sikuri u ġestiti tajjeb permezz ta’ approċċ komprensiv li jindirizza l-aspetti kollha tal-immigrazzjoni, inklużi l-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni tal-immigrazzjoni illegali u t-traffikar tal-bnedmin u l-immigrazzjoni illegali. Aktar prijoritajiet tal-Unjoni huma l-iffaċilitar tar-ritorn b’mod dinjituż u effettiv, ir-riammissjoni u r-riintegrazzjoni, il-kontribut għall-ġestjoni integrata tal-fruntieri esterni tal-Unjoni u l-appoġġ għall-ġestjoni tal-immigrazzjoni legali jew skemi ta’ protezzjoni internazzjonali. Minħabba li l-għan ta’ dan ir-Regolament ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom, iżda jista’, minħabba l-iskala kbira tiegħu u l-effetti tiegħu mal-Unjoni kollha, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(28)

Fir-rigward tal-Iżlanda u tan-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis (8) ta’ Schengen, li jaqgħu fl-ambitu msemmi fl-Artikolu 1, il-punti A u E tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (9).

(29)

F’dak li jirrigwarda lill-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fl-ambitu tat-tifsira tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis (10) ta’ Schengen li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punti A u E tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqrija flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/149/ĠAI (11).

(30)

Fir-rigward ta’ Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità ta’ Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità ta’ Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-adeżjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis (12) ta’ Schengen li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punti A u E tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE moqrija flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2011/350/UE (13).

(31)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-TUE u mat-TFUE, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Ladarba dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, id-Danimarka għandha, f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, tiddeċiedi, fi żmien sitt xhur minn meta l-Kunsill ikun iddeċieda dwar dan ir-Regolament jekk hijiex ser timplimentah fil-liġi nazzjonali tagħha.

(32)

Fl-1 ta’ Ottubru 2018, f’konformità mal-Artikolu 5(2) tal-Protokoll Nru 19 dwar l-acquis ta’ Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea, anness mat-TUE u mat-TFUE, ir-Renju Unit innotifika lill-Kunsill dwar ix-xewqa tiegħu li ma jiħux sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament. F’konformità mal-Artikolu 5(3) tal-imsemmi Protokoll, fil-31 ta’ Jannar 2019 il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar in-notifika tar-Renju Unit tax-xewqa tiegħu li ma jibqax jieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li jinsabu fir-Regolament (KE) Nru 377/2004. Abbażi ta’ dan, fit-18 ta’ Frar 2019 (14), il-Kunsill iddeċieda li mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (15) u l-punt 6 tal-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/926/KE (16) għandhom jieqfu japplikaw għar-Renju Unit fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 377/2004 u kwalunkwe emenda ulterjuri għalih.

(33)

L-Irlanda qiegħda tieħu sehem f’dan ir-Regolament, f’konformità mal-Artikolu 5(1) tal-Protokoll Nru 19, u l-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (17).

(34)

Il-parteċipazzjoni tal-Irlanda f’dan ir-Regolament f’konformità mal-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni 2002/192/KE tingħaqad mar-responsabbiltajiet tal-Unjoni li tieħu miżuri biex tiżviluppa d-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen kontra l-organizzazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali, li fihom tipparteċipa l-Irlanda.

(35)

Dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, jew inkella li huwa marbut miegħu skont, rispettivament, it-tifsira tal-Artikolu 3(1) tal-Att dwar l-Adeżjoni tal-2003, l-Artikolu 4(1) tal-Att dwar l-Adeżjoni tal-2005 u l-Artikolu 4(1) tal-Att dwar l-Adeżjoni tal-2011,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli biex jissaħħu l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar , l-immigrazzjoni li jiġu skjerati f’pajjiżi terzi mill-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-aġenziji tal-Unjoni permezz tal-ħolqien ta’ netwerk bejn uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni.

2.   Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-awtoritajiet tal-Istati Membri, tal-Kummissjoni u tal-aġenziji tal-Unjoni biex jiddefinixxu l-ambitu u l-assenjazzjoni tal-kompiti u l-linji ta’ rappurtar tal-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni rispettivi tagħhom u għall-kompiti tal-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni fil-qafas tar-responsabbiltajiet tagħhom taħt il-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali, il-politiki jew il-proċeduri jew taħt ftehimiet speċjali konklużi mal-pajjiż ospitanti jew organizzazzjonijiet internazzjonali.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet japplikaw:

(1)

“uffiċjal għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni” tfisser uffiċjal għall-komunikazzjoni maħtur u skjerat barra mill-pajjiż, minn awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru, jew mill-Kummissjoni jew minn aġenzija tal-Unjoni, f’konformità mal-bażi legali rispettiva, biex jindirizza kwistjonijiet relatati mal-immigrazzjoni anki meta dak ikun biss parti mid-dmirijiet tagħhom;

(2)

“skjerati barra mill-pajjiż” tfisser skjerati f’pajjiż terz, għal perijodu ta’ żmien raġonevoli li għandu jiġi determinat mill-awtorità responsabbli, ma’ wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

missjoni diplomatika ta’ Stat Membru;

(b)

l-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiż terz;

(c)

organizzazzjoni internazzjonali;

(d)

missjoni diplomatika tal-Unjoni;

(3)

“data personali” tfisser data personali kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679;

(4)

“ritorn” tfisser ritorn kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/115/KE.

Artikolu 3

Kompiti ta’ uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni

1.   L-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni għandhom jagħmlu xogħolhom fi ħdan il-qafas tar-responsabbiltajiet tagħhom determinati mill-awtoritajiet tal-iskjerament u skont id-dispożizzjonijiet, inklużi dawk dwar il-protezzjoni ta’ data personali, kif stabbilit fil-liġijiet tal-Unjoni u fil-liġijiet nazzjonali u fi kwalunkwe ftehim jew arranġament konkluż ma’ pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali.

2.   L-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni għandhom iwettqu l-kompiti tagħhom f’konformità mad-drittijiet fundamentali bħala prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll tad-dritt internazzjonali, inklużi l-obbligi tad-drittijiet tal-bniedem. Huma għandu jkollhom kunsiderazzjoni partikolari għall-persuni vulnerabbli u jqisu d-dimensjoni tal-ġeneri tal-flussi migratorji.

3.   Kull awtorità li tiskjera l-uffiċjali għandha tiżgura li l-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni jistabbilixxu u jżommu kuntatti diretti mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi, inkluż, fejn xieraq, mal-awtoritajiet lokali, u ma’ kwalunkwe organizzazzjoni rilevanti li topera fi ħdan il-pajjiż terz, inklużi l-organizzazzjonijiet internazzjonali, partikolarment bil-ħsieb tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

4.   L-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni għandhom jiġbru informazzjoni għall-użu jew fil-livell operattiv, fil-livell strateġiku jew għaż-żewġ livelli. Informazzjoni miġbura taħt dan il-paragrafu għandha tinġabar f’konformità mal-Artikolu 1(2) u ma għandhiex tinkludi data personali, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10(2). Tali informazzjoni għandha b’mod partikolari tkopri t-temi li ġejjin:

(a)

il-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri fil-fruntieri esterni bil-għan li l-migrazzjoni tiġi ġestita b’mod effettiv;

(b)

il-flussi migratorji li joriġinaw mill-pajjiż terz jew li jgħaddu minnu, inkluż, fejn possibbli u rilevanti, il-kompożizzjoni ta’ flussi migratorji u d-destinazzjoni intenzjonata tal-migranti;

(c)

ir-rotot użati mill-flussi migratorji li joriġinaw mill-pajjiż terz jew li jgħaddu minnu sabiex jilħqu t-territorji tal-Istati Membri;

(d)

l-eżistenza, l-attivitajiet u l-modi operandi ta’ organizzazzjonijiet kriminali involuti fil-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali ta’ migranti u t-traffikar ta’ bnedmin matul ir-rotot migratorji;

(e)

l-inċidenti u l-ġrajjiet li jistgħu jkunu jew li saru l-kawża ta’ żviluppi ġodda relatati ma’ flussi migratorji;

(f)

il-metodi użati fil-kontrafazzjoni jew il-falsifikazzjoni ta’ dokumenti tal-identità jew dokumenti tal-ivvjaġġar;

(g)

modi u metodi għall-assistenza tal-awtoritajiet fil-pajjiżi terzi għall-prevenzjoni ta’ flussi migratorji illegali li joriġinaw mit-territorji tagħhom jew li jgħaddu minnhom;

(h)

il-miżuri qabel it-tluq disponibbli għall-immigranti fil-pajjiżi ta’ oriġini jew fil-pajjiżi terzi ospitanti li jappoġġaw l-integrazzjoni b’suċċess mal-wasla legali fl-Istati Membri;

(i)

modi u metodi biex jiġu ffaċilitati r-ritorn, ir-riammissjoni u r-riintegrazzjoni;

(j)

aċċess effettiv għal protezzjoni li l-pajjiż terz ikun stabbilixxa, inkluż favur persuni vulnerabbli;

(k)

strateġiji u kanali eżistenti u possibbli dwar l-immigrazzjoni legali bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi, filwaqt li jitqiesu l-ħiliet u l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol fl-Istati Membri, kif ukoll l-għodod ta’ risistemazzjoni u għodod oħra ta’ protezzjoni;

(l)

il-kapaċità, l-abilità, l-istrateġiji politiċi, il-leġiżlazzjoni u l-prattiki legali ta’ pajjiżi terzi u partijiet ikkonċernati, inkluż fejn possibbli u rilevanti, dwar iċ-ċentri ta’ akkoljenza u ta’ detenzjoni u l-kundizzjonijiet tagħhom, kif rilevanti għall-kwistjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (k).

5.   L-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni għandhom jikkoordinaw bejniethom u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti dwar il-provvista ta’ attivitajiet ta’ bini ta’ kapaċità tagħhom lill-awtoritajiet u lill-partijiet ikkonċernati fil-pajjiżi terzi.

6.   L-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni jistgħu joffru assistenza, filwaqt li jitqiesu l-għarfien espert u t-taħriġ tagħhom, biex:

(a)

tiġi stabbilita l-identità u n-nazzjonalità ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u jiġi ffaċilitat ir-ritorn tagħhom f’konformità mad-Direttiva 2008/115/KE, kif ukoll jiġu assistiti fir-riintegrazzjoni tagħhom, fejn rilevanti u possibbli;

(b)

tiġi kkonfermata l-identità ta’ persuni fil-bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali sabiex tiġi ffaċilitata r-risistemazzjoni tagħhom fl-Unjoni, inkluż billi tingħatalhom, fejn possibbli, informazzjoni u appoġġ adegwati ta’ qabel it-tluq;

(c)

tiġi kkonfermata l-identità u tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta’ miżuri tal-Unjoni u miżuri nazzjonali fir-rigward tal-ammissjoni tal-immigranti legali.

(d)

tiġi skambjata l-informazzjoni miksuba matul it-twettiq tad-dmirijiet tagħhom fi ħdan netwerks ta’ uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni u mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, inklużi l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, għall-prevenzjoni u d-detezzjoni tal-immigrazzjoni illegali kif ukoll biex jiġu miġġielda l-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali u t-traffikar ta’ bnedmin.

Artikolu 4

Notifika dwar l-iskjerament ta’ uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni

1.   L-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-aġenziji tal-Unjoni għandhom jinformaw lill-Bord ta’ Tmexxija stabbilit fl-Artikolu 7 dwar il-pjanijiet ta’ skjerament tagħhom ta’ uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni u l-iskjerament innifsu, inkluża deskrizzjoni tad-dmirijiet tagħhom u t-tul ta’ żmien tal-iskjerament tagħhom.

Ir-rapporti ta’ attività msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 8(2) għandhom jinkludu ħarsa ġenerali lejn l-iskjeramenti ta’ uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni.

2.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun disponibbli fuq il-pjattaforma sikura ta’ skambju ta’ informazzjoni bbażata fuq l-internet prevista fl-Artikolu 9.

Artikolu 5

Ħolqien ta’ netwerks lokali jew reġjonali bejn uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni

1.   L-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni skjerati fl-istess pajjiżi jew reġjuni għandhom jikkostitwixxu netwerks ta’ kooperazzjoni lokali jew reġjonali u jikkooperaw, fejn u meta xieraq, ma’ uffiċjali għall-komunikazzjoni skjerati minn pajjiżi li mhumiex Stati Membri. Fi ħdan l-istruttura ta’ dawn in-netwerks, l-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni għandhom, f’konformità mal-Artikolu 1(2), partikolarment:

(a)

jiltaqgħu regolarment u meta jkun meħtieġ;

(b)

jiskambjaw informazzjoni u esperjenza prattika, b’mod partikolari waqt laqgħat u permezz tal-pjattaforma sikura ta’ skambju ta’ informazzjoni bbażata fuq l-internet prevista fl-Artikolu 9;

(c)

jiskambjaw informazzjoni, fejn xieraq, dwar l-esperjenza rigward l-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali;

(d)

jikkoordinaw il-pożizzjonijiet li għandhom jadottaw f’kuntatti ma’ trasportaturi kummerċjali, fejn xieraq;

(e)

jattendu korsijiet speċjalizzati konġunti ta’ taħriġ, fejn xieraq, inkluż dwar id-drittijiet fundamentali, it-traffikar ta’ bnedmin, il-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali, il-frodi tad-dokumenti jew l-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali f’pajjiżi terzi;

(f)

jorganizzaw sessjonijiet informattivi u korsijiet ta’ taħriġ għall-membri tal-persunal diplomatiku u konsulari tal-missjonijiet tal-Istati Membri fil-pajjiż terz, fejn xieraq;

(g)

jadottaw approċċi komuni rigward metodi għall-ġbir u rappurtar ta’ informazzjoni strateġikament rilevanti, inklużi analiżijiet tar-riskju;

(h)

jistabbilixxu kuntatti regolari ma’ strutturi simili fil-pajjiż terz u f’pajjiżi terzi ġirien, kif xieraq.

2.   Uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni skjerati mill-Kummissjoni għandhom jiffaċilitaw u jappoġġaw in-netwerks previsti fil-paragrafu 1. F’postijiet fejn il-Kummissjoni ma tiskjerax uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni, l-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni skjerati minn aġenziji tal-Unjoni għandhom jiffaċilitaw u jappoġġaw in-netwerks previsti fil-paragrafu 1. F’postijiet fejn la l-Kummissjoni u lanqas aġenziji tal-Unjoni ma jiskjeraw uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni, in-netwerk għandu jiġi ffaċilitat minn uffiċjal għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni, kif miftiehem mil-membri tan-netwerk.

3.   Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jiġi nnotifikat mingħajr dewmien żejjed dwar il-ħatra tal-faċilitatur tan-netwerk maħtur jew fejn ma jiġi nnominat l-ebda faċilitatur.

Artikolu 6

Skjerament konġunt ta’ uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni

1.   L-Istati Membri jistgħu bilateralment jew multilateralment jiftiehmu li l-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni li jiġu skjerati f’pajjiżi terzi jew f’organizzazzjoni internazzjonali minn Stat Membru għandhom ukoll jieħdu ħsieb l-interessi ta’ Stat Membru ieħor jew iktar.

2.   L-Istati Membri jistgħu wkoll jiftiehmu li l-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni tagħhom għandhom jaqsmu ċerti kompiti bejniethom, abbażi tal-kompetenza u t-taħriġ tagħhom.

3.   Meta żewġ Stati Membri jew aktar jużaw uffiċjal għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni b’mod konġunt, dawk l-Istati Membri jistgħu jirċievu appoġġ finanzjarju skont ir-Regolament (UE) Nru 515/2014.

Artikolu 7

Bord ta’ Tmexxija

1.   Bord ta’ Tmexxija jiġi stabbilit għal netwerk Ewropew bejn uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni.

2.   Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru, żewġ rappreżentanti mill-Kummissjoni, rappreżentant wieħed mill-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, rappreżentant wieħed mill-Europol u rappreżentant wieħed mill-EASO. Għal dak il-għan, kull Stat Membru għandu jaħtar membru tal-Bord ta’ Tmexxija kif ukoll sostitut li jirrappreżenta lill-membru fl-assenza tiegħu. Il-membri tal-Bord ta’ Tmexxija għandhom jinħatru partikolarment fuq il-bażi tal-esperjenza rilevanti u tal-għarfien espert tagħhom fil-ġestjoni ta’ netwerks bejn uffiċjali għall-komunikazzjoni.

3.   Il-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen għandhom jipparteċipaw fil-Bord ta’ Tmexxija u għandhom jaħtru rappreżentant kull wieħed bħala membru mingħajr drittijiet tal-vot. Għandu jkollhom il-possibbiltà li jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar il-kwistjonijiet kollha diskussi u d-deċiżjonijiet meħuda mill-Bord ta’ Tmexxija.

Meta jieħu deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet li huma rilevanti għal uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni skjerati minn pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, il-Bord ta’ Tmexxija għandu jqis b’mod xieraq il-fehmiet espressi mir-rappreżentanti ta’ dawk il-pajjiżi.

4.   L-esperti, ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet nazzjonali, l-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni li mhumiex membri tal-Bord ta’ Tmexxija jistgħu jiġu mistiedna mill-Bord ta’ Tmexxija biex jattendu l-laqgħat tiegħu bħala osservaturi.

5.   Il-Bord ta’ Tmexxija jista’ jorganizza laqgħat konġunti ma’ netwerks jew organizzazzjonijiet oħrajn.

6.   Rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jaġixxi bħala l-President tal-Bord ta’ Tmexxija. Il-President għandu:

(a)

jiżgura l-kontinwità u jorganizza l-ħidma tal-Bord ta’ Tmexxija, inkluż l-appoġġ għat-tħejjija ta’ programm ta’ ħidma biennali u rapport biennali dwar l-attivitajiet;

(b)

jagħti pariri lill-Bord ta’ Tmexxija sabiex jiġi żgurat li l-attivitajiet kollettivi miftiehma jkunu konsistenti u kkoordinati mal-istrumenti u l-istrutturi rilevanti tal-Unjoni u jirriflettu l-prijoritajiet tal-Unjoni fil-qasam tal-migrazzjoni;

(c)

ilaqqa’ l-laqgħat tal-Bord ta’ Tmexxija.

Biex jinkisbu l-għanijiet tal-Bord ta’ Tmexxija, il-President għandu jkun assistit minn Segretarjat.

7.   Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jiltaqa’ mill-inqas darbtejn fis-sena.

8.   Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jadotta deċiżjonijiet b’maġġoranza assoluta tal-membri tiegħu bi drittijiet tal-vot.

9.   Id-deċiżjonijiet adottati mill-Bord ta’ Tmexxija għandhom jiġu kkomunikati lill-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni rilevanti mill-awtoritajiet rispettivi li jiskjeraw l-uffiċjali.

Artikolu 8

Kompiti tal-Bord ta’ Tmexxija

1.   Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tiegħu stess fuq il-bażi ta’ proposta mill-President fi żmien tliet xhur mill-ewwel laqgħa tiegħu. Ir-regoli ta’ proċedura għandhom jistabbilixxu d-dettalji tal-arranġamenti ta’ votazzjoni. Ir-regoli ta’ proċedura għandhom jinkludu, b’mod partikolari, il-kundizzjonijiet għal membru biex jaġixxi f’isem membru ieħor kif ukoll kwalunkwe ħtieġa għar-rekwiżiti ta’ quorum.

2.   Fid-dawl tal-prijoritajiet tal-Unjoni fil-qasam tal-immigrazzjoni u fl-ambitu tal-kompiti tal-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar il-migrazzjoni kif definiti f’dan ir-Regolament u f’konformità mal-Artikolu 1(2), il-Bord ta’ Tmexxija għandu jwettaq l-attivitajiet li ġejjin abbażi ta’ stampa komprensiva tas-sitwazzjoni u ta’ analiżijiet ipprovduti mill-aġenziji rilevanti tal-Unjoni:

(a)

jistabbilixxi prijoritajiet u jippjana attivitajiet billi jadotta programm ta’ ħidma biennali li jindika r-riżorsi meħtieġa biex jappoġġaw dik il-ħidma;

(b)

jagħmel rieżami b’mod regolari tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet tiegħu bil-ħsieb li jipproponi emendi għall-programm ta’ ħidma biennali, kif xieraq, u fir-rigward tal-ħatra ta’ faċilitaturi tan-netwerk u l-progress li jkun sar minn netwerks bejn uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar il-migrazzjoni fil-kooperazzjoni tagħhom mal-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiżi terzi;

(c)

jadotta r-rapport ta’ attività biennali, inkluż il-ħarsa ġenerali msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1), li għandu jitħejja mill-President tal-Bord ta’ Tmexxija;

(d)

jaġġorna l-lista tal-iskjerament tal-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni qabel kull laqgħa tal-Bord ta’ Tmexxija;

(e)

jidentifika d-distakki fl-iskjerament u jiddefinixxi possibbiltajiet għall-iskjerament ta’ uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni.

Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jittrażmetti d-dokumenti msemmija fil-punti (a) u (c) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu lill-Parlament Ewropew.

3.   Fid-dawl tal-ħtiġijiet operattivi tal-Unjoni fil-qasam tal-immigrazzjoni u fl-ambitu tal-kompiti tal-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni kif definiti f’dan ir-Regolament u f’konformità mal-Artikolu 1(2), il-Bord ta’ Tmexxija għandu jwettaq l-attivitajiet li ġejjin:

(a)

jiftiehem dwar azzjonijiet ad hoc min-netwerks bejn l-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni;

(b)

jimmonitorja d-disponibbiltà tal-informazzjoni bejn l-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni u l-aġenziji tal-Unjoni, u jagħmel rakkomandazzjonijiet għal azzjonijiet neċessarji fejn meħtieġ;

(c)

jappoġġa l-iżvilupp tal-kapaċitajiet tal-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni, inkluż permezz tal-iżvilupp ta’ kurrikuli bażiċi komuni supplimentari u mhux obbligatorji, taħriġ qabel il-missjoni, linji gwida dwar ir-rispett tad-drittijiet fundamentali fl-attivitajiet tagħhom b’attenzjoni partikolari għall-persuni vulnerabbli, u l-organizzazzjoni ta’ seminars konġunti dwar is-suġġett kif imsemmi fl-Artikolu 3(4), filwaqt li jitqiesu għodod ta’ taħriġ żviluppati mill-aġenziji rilevanti tal-Unjoni jew organizzazzjonijiet internazzjonali oħra;

(d)

jiżgura li l-informazzjoni tiġi skambjata permezz tal-pjattaforma sikura ta’ skambju ta’ informazzjoni bbażata fuq l-internet kif prevista fl-Artikolu 9.

4.   Għall-eżekuzzjoni tal-attivitajiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3, l-Istati Membri jistgħu jirċievu appoġġ finanzjarju mill-Unjoni f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 515/2014.

Artikolu 9

Pjattaforma ta’ skambju ta’ informazzjoni

1.   Għall-finijiet tal-kompiti rispettivi tagħhom, l-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni, il-membri tal-Bord ta’ Tmexxija u l-faċilitaturi tan-netwerk imsemmija fl-Artikolu 5(2) għandhom jiżguraw li l-istatistika u l-informazzjoni rilevanti kollha jittellgħu fuq u jiġu skambjati permezz ta’ pjattaforma sikura ta’ skambju ta’ informazzjoni bbażata fuq l-internet. Dik il-pjattaforma għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni bi ftehim mal-Bord ta’ Tmexxija u miżmuma mill-Kummissjoni.

L-ebda informazzjoni operattiva dwar l-infurzar tal-liġi ta’ natura strettament kunfidenzjali ma għandha tiġi skambjata permezz tal-pjattaforma sikura ta’ skambju ta’ informazzjoni bbażata fuq l-internet.

2.   L-informazzjoni li għandha tiġi skambjata permezz tal-pjattaforma sikura ta’ skambju ta’ informazzjoni bbażata fuq l-internet għandha tinkludi, mill-inqas, l-elementi li ġejjin:

(a)

dokumenti, rapporti u prodotti analitiċi rilevanti kif miftiehem mill-Bord ta’ Tmexxija f’konformità mal-Artikolu 8(2) u (3);

(b)

programmi ta’ ħidma biennali, rapporti ta’ attività biennali u l-eżitu ta’ attivitajiet u kompiti ad hoc ta’ netwerks bejn l-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 8(2) u (3);

(c)

lista aġġornata tal-membri ta’ Bord ta’ Tmexxija;

(d)

lista aġġornata tad-dettalji ta’ kuntatt ta’ uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni skjerati f’pajjiżi terzi, inklużi l-ismijiet, il-postijiet ta’ skjerament u r-reġjun ta’ responsabbiltà, in-numri tat-telefown u l-indirizzi elettroniċi tagħhom;

(e)

dokumenti rilevanti oħra relatati mal-attivitajiet u d-deċiżjonijiet tal-Bord ta’ Tmexxija.

3.   Bl-eċċezzjoni ta’ data msemmija fil-punti (c) u (d) tal-paragrafu 2, l-informazzjoni skambjata permezz tal-pjattaforma sikura ta’ skambju ta’ informazzjoni bbażata fuq l-internet ma għandhiex tinkludi data personali jew xi link li permezz tiegħu data personali bħal din tkun disponibbli direttament jew indirettament. L-aċċess għad-data msemmija fil-punti (c) u (d) tal-paragrafu 2 għandu jkun ristrett għal uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni, għall-membri tal-Bord ta’ Tmexxija u għal persunal awtorizzat kif xieraq għall-fini tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

4.   Il-Parlament Ewropew għandu jingħata aċċess għal ċerti partijiet tal-pjattaforma sikura ta’ skambju ta’ informazzjoni bbażata fuq l-internet, kif determinat mill-Bord ta’ Tmexxija fir-regoli ta’ proċedura tiegħu u f’konformità mar-regoli u l-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni u dik nazzjonali.

Artikolu 10

Ipproċessar ta’ data personali

1.   L-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni għandhom iwettqu l-kompiti tagħhom f’konformità mar-regoli tal-Unjoni u nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data personali, kif ukoll tali regoli li jinsabu fi ftehimiet internazzjonali konklużi ma’ pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali.

2.   L-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni jistgħu jipproċessaw data personali għall-fini tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 3(6). Dik id-data personali għandha titħassar meta ma tkunx aktar meħtieġa fir-rigward tal-finijiet li għalihom tkun inġabret jew inkella ġiet ipproċessata f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679.

3.   Id-data personali proċessata skont il-paragrafu 2 tista’ tinkludi:

(a)

data bijometrika jew bijografika fejn meħtieġ biex tiġi kkonfermata l-identità u n-nazzjonalità ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet tar-ritorn, inklużi t-tipi kollha ta’ dokumenti li jistgħu jiġu kkunsidrati bħala prova jew evidenza prima facie tan-nazzjonalità;

(b)

listi tal-passiġġieri għal titjiriet ta’ ritorn jew mezzi oħra ta’ trasport lejn pajjiż terzi;

(c)

data bijometrika jew bijografika biex tiġi kkonfermata l-identità u n-nazzjonalità ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-fini tal-ammissjoni tal-migrazzjoni legali;

(d)

data bijometrika jew bijografika biex tiġi kkonfermata l-identità u n-nazzjonalità ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fi bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali għall-fini ta’ risistemazzjoni;

(e)

data bijometrika, bijografika kif ukoll data oħra personali neċessarja biex tiġi stabbilita l-identità ta’ individwu u meħtieġa għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali u t-traffikar ta’ bnedmin, kif ukoll data personali relatata mal-modi operandi tan-netwerks kriminali, il-mezzi tat-trasport użati, l-involviment ta’ intermedjarji u l-flussi finanzjarji.

Data taħt punt (e) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha tiġi pproċessata għall-fini uniku ta’ eżekuzzjoni tal-kompiti msemmija taħt il-punt (d) tal-Artikolu 3(6).

4.   Kwalunkwe skambju ta’ data personali għandu jkun strettament limitat għal dak li huwa meħtieġ għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

5.   It-trasferimenti ta’ data personali minn uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni lill-pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali skont dan l-Artikolu għandhom jitwettqu f’konformità mal-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2016/679.

Artikolu 11

Kooperazzjoni konsulari

Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni konsulari f’livell lokali li jinstabu fir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18).

Artikolu 12

Rapport

1.   Ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-Istati Membri u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa għall-preparazzjoni tar-rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 13

Tħassir

Ir-Regolament (KE) Nru 377/2004 huwa mħassar.

Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw f’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2019.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

G. CIAMBA


(1)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ April 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2019.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 377/2004 tad-19 ta’ Frar 2004 dwar il-ħolqien ta’ network bejn l-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni (ĠU L 64, 2.3.2004, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1052/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi s-Sistema Ewropea ta’ Sorveljanza tal-Fruntieri (Eurosur) (ĠU L 295, 6.11.2013, p. 11).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 143).

(6)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il- Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(7)  Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98).

(8)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(9)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawk iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31)

(10)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(11)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/149/ĠAI tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f’ isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni,l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 50).

(12)  ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.

(13)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).

(14)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/304 tat-18 ta’ Frar 2019 dwar in-notifika mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq tax-xewqa tiegħu li ma jibqax jieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li jinsabu fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 377/2004 dwar il-ħolqien ta’ network bejn l-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni (ĠU L 51, 22.2.2019, p. 7).

(15)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu parti f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).

(16)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/926/KE tat-22 ta’ Diċembru 2004 dwar id-dħul b’effett ta’ partijiet tal-acquis ta’ Schengen mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (ĠU L 395, 31.12.2004, p. 70).

(17)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(18)  Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1).


ANNESS I

Regolament imħassar flimkien mal-emenda tiegħu

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 377/2004

(ĠU L 64, 2.3.2004, p. 1)

Ir-Regolament (UE) Nru 493/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 141, 27.5.2011, p. 13)


ANNESS II

Tabella ta’ Korrelazzjoni

Ir-Regolament (KE) Nru 377/2004

Dan ir-Regolament

Artikolu 1(1)

Artikolu 2, kliem introduttorju

Artikolu 1(1)

Artikolu 2, punt (1)

Artikolu 1(2)

Artikolu 2, punt (1), kliem aħħari

Artikolu 1(3)

Artikolu 2, punt (2)

Artikolu 1(4)

Artikolu 1(2)

Artikolu 2(1)

Artikolu 3(3)

Artikolu 2(2), kliem introduttorju

Artikolu 3(4), kliem introduttorju

Artikolu 2(2), l-ewwel inċiż

Artikolu 3(4)(b)

Artikolu 2(2), it-tieni inċiż

Artikolu 3(4)(c)

Artikolu 3(1)

Artikolu 4(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 4(1)

Artikolu 5(1)

Artikolu 5(1) u (2)

Artikolu 6 (1) u (2)

Artikolu 7

Artikolu 11

Anness I

Anness II


25.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/105


REGOLAMENT (UE) 2019/1241 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-20 ta’ Ġunju 2019

dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar permezz ta’ miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1380/2013, (UE) 2016/1139, (UE) 2018/973, (UE) 2019/472 u (UE) Nru 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jistabbilixxi Politika Komuni tas-Sajd (PKS) għall-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd.

(2)

Il-miżuri tekniċi huma għodod biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-PKS. Madankollu, evalwazzjoni tal-istruttura regolatorja attwali relattivament għall-miżuri tekniċi wriet li din aktarx mhijiex ser tilħaq l-objettivi tal-PKS u għandu jittieħed approċċ ġdid sabiex tiżdied l-effettività tal-miżuri tekniċi, b’enfasi fuq l-adattament tal-istruttura tal-governanza.

(3)

Hemm bżonn jiġi żviluppat qafas għar-regolamentazzjoni tal-miżuri tekniċi. Dak il-qafas għandu, minn naħa waħda, jistabbilixxi regoli ġenerali li jkunu meħtieġa japplikaw fl-ilmijiet tal-Unjoni kollha u, min-naħa l-oħra, jipprevedi l-adozzjoni ta’ miżuri tekniċi li jikkunsidraw l-ispeċifiċitajiet reġjonali tas-sajd permezz tal-proċess ta’ reġjonalizzazzjoni introdott mir-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

(4)

Il-qafas jenħtieġ li jkopri l-qbid u l-ħatt l-art ta’ riżorsi tas-sajd kif ukoll it-tħaddim tal-irkaptu tas-sajd u l-interazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd mal-ekosistemi tal-baħar.

(5)

Dan ir-Regolamenti jenħtieġ li japplika għal operazzjonijiet tas-sajd imwettqin f’ilmijiet tal-Unjoni minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi, u minn ċittadini tal-Istati Membri – mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà ewlenija tal-Istat tal-bandiera – kif ukoll għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li joperaw f’ilmijiet tal-Unjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi msemmijin fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Jenħtieġ li dan japplika wkoll, fir-rigward ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u ta’ ċittadini tal-Istati Membri, f’ilmijiet mhux tal-Unjoni għal miżuri tekniċi adottati għaż-Żona Regolatorja tal-Kummissjoni tas-Sajd tal-Atlantiku tal-Grigal (NEAFC) u ż-Żona tal-Ftehim tal-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran (GFCM).

(6)

Fejn ikun rilevanti, il-miżuri tekniċi jenħtieġ li japplikaw għas-sajd rikreattiv, li jista’ jkollu impatt sinifikanti fuq l-istokkijiet tal-ħut u l-ispeċijiet ta’ frott tal-baħar bil-qoxra.

(7)

Il-miżuri tekniċi jenħtieġ li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi tal-PKS li jsir sajd f’livelli ta’ rendiment sostenibbli massimu, li jitnaqqsu qabdiet mhux mixtieqa u li jiġi eliminat l-iskartar ta’ qabdiet, u jikkontribwixxu biex jinkiseb status ambjentali tajjeb kif stipulat fid-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

(8)

Jenħtieġ li, b’mod speċifiku, il-miżuri tekniċi jikkontribwixxu għall-protezzjoni ta’ speċijiet tal-baħar li jkunu għadhom qed jikbru u l-ġlejjeb permezz ta’ rkaptu selettiv u ta’ miżuri biex jiġu evitati l-qabdiet mhux mixtieqa. Il-miżuri tekniċi jenħtieġ li wkoll jimminimizzaw l-impatti tal-irkaptu tas-sajd fuq l-ekosistemi tal-baħar u b’mod partikolari fuq speċijiet u ħabitats sensittivi, inkluż fejn adatt bl-użu ta’ inċentivi. Jenħtieġ li jikkontribwixxu wkoll biex ikun hemm fis-seħħ miżuri ta’ ġestjoni għall-finijiet ta’ konformità mal-obbligi skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (6), d-Direttiva 2008/56/KE u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

(9)

Sabiex tiġi evalwata l-effettività tal-miżuri tekniċi, jenħtieġ li jiġu stabbiliti miri relatati mal-livelli ta’ qabdiet mhux mixtieqa, b’mod partikolari qabdiet ta’ speċijiet tal-baħar ta’ daqsijiet anqas mid-daqsijiet minimi ta’ referenza għall-konservazzjoni, mal-livell ta’ qabdiet aċċessorji ta’ speċijiet sensittivi u mal-għadd ta’ ħabitats ta’ qiegħ il-baħar milquta ħażin mis-sajd. Jenħtieġ li dawk il-miri jirriflettu l-objettivi tal-PKS, il-leġislazzjoni ambjentali tal-Unjoni – b’mod partikolari d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE u d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) – u l-aħjar prassi internazzjonali.

(10)

Sabiex tkun żgurata l-uniformità fir-rigward tal-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni tar-regoli tekniċi, jenħtieġ li jiġu aġġornati u kkonsolidati d-definizzjonijiet ta’ rkaptu tas-sajd u ta’ attivitajiet tas-sajd li hemm fir-regolamenti tal-miżuri tekniċi eżistenti.

(11)

Ċertu rkaptu distruttiv jew metodi distruttivi li jużaw splussivi, veleni, sustanzi stupefaċenti, il-kurrent elettriku, imrietel pnewmatiċi jew strumenti tal-perkussjoni oħrajn, tagħmir irmunkat u ħattafa għall-ħsad tal-qroll aħmar jew tipi oħrajn ta’ qroll u speċijiet simili u ċerti ħarpuns għall-qroll jenħtieġ li jkunu pprojbiti. Jenħtieġ li ma jkunx permess li tinbiegħ, tintwera jew tkun offruta għall-bejgħ kwalunkwe speċi tal-baħar maqbuda bl-użu ta’ tali rkaptu jew tali metodi fejn dawn huma pprojbiti taħt dan ir-Regolament.

(12)

L-użu ta’ tkarkir bl-impulsi elettriċi jenħtieġ li jibqa’ possibbli matul perijodu tranżizzjonali sat-30 ta’ Ġunju 2021 u taħt ċerti kondizzjonijiet stretti.

(13)

Fid-dawl ta’ parir mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF), jenħtieġ li jiġu stabbiliti ċerti regoli komuni li jiddefinixxu r-restrizzjonijiet fuq l-użu tal-irkaptu rmunkat u fuq il-kostruzzjoni tal-manki, biex jipprevjenu milli tiġi żviluppata l-prassi ħażina li twassal għal sajd mhux selettiv.

(14)

Sabiex jiġi limitat l-użu tal-għażel tat-tisqif li jista’ jistad fuq żoni kbar u li jwassal għal qabdiet sinifikanti ta’ speċijiet sensittivi, ir-restrizzjonijiet eżistenti fuq l-użu ta’ tali rkaptu tas-sajd għandhom jiġu kkonsolidati.

(15)

Fid-dawl tal-parir tal-STECF, is-sajd bix-xbieki statiċi fid-diviżjonijiet tal-ICES 3a, 6a, 6b, 7b, 7c, 7j u 7k u fis-subżoni tal-ICES 8, 9, 10 u 12 fil-lvant ta’ 27° W f’ilmijiet b’fond ta’ aktar minn 200 metru, għandu jibqa’ pprojbit, biex jiġu protetti l-ispeċijiet sensittivi tal-baħar fond, soġġett għal ċerti derogi.

(16)

Għal ċerti speċijiet ta’ ħut rari, fosthom xi speċijiet ta’ klieb il-baħar u ta’ raj, saħansitra attività limitata tas-sajd tista’ tirriżulta f’riskju serju għall-konservazzjoni tagħhom. Sabiex jiġu protetti speċijiet bħal dawn jenħtieġ li tiġi introdotta projbizzjoni ġenerali tas-sajd għalihom.

(17)

Biex ikunu jistgħu jipproteġu tabilħaqq speċijiet tal-baħar sensittivi bħall-mammiferi tal-baħar, l-għasafar tal-baħar u r-rettili tal-baħar imsemmija fid-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu miżuri ta’ mitigazzjoni biex jimminimizzaw u, fejn possibbli, jeliminaw il-qabdiet ta’ tali speċijiet bl-irkaptu tas-sajd.

(18)

Sabiex tingħata protezzjoni kontinwa lill-ħabitats tal-baħar sensittivi li jinsabu ’l barra mill-kosti tal-Irlanda, tar-Renju Unit u madwar l-Azores, Madeira u l-Gżejjer Kanarji, kif ukoll fiż-Żona Regolatorja tan-NEAFC, ir-restrizzjonijiet eżistenti fuq l-użu tal-irkaptu tal-qiegħ jenħtieġ li jibqgħu.

(19)

Fejn il-parir xjentifiku jidentifika ħabitats oħrajn bħal dawn, jenħtieġ li tkun possibbli l-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet simili biex jipproteġu dawk il-ħabitats.

(20)

Skont ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jenħtieġ li jiġu stabbiliti d-daqsijiet minimi ta’ referenza għall-konservazzjoni sabiex jiżguraw il-protezzjoni tal-ħut li għadu qed jikber tal-ispeċijiet tal-baħar u biex jiġu stabbiliti żoni ta’ rkupru għall-istokkijiet tal-ħut, kif ukoll biex jiġu kostitwiti daqsijiet minimi għall-kummerċjalizzazzjoni.

(21)

Jenħtieġ li jiġi definit il-mod li bih għandu jitkejjel id-daqs tal-ispeċi tal-baħar.

(22)

Jenħtieġ li tkun possibbli għall-Istati Membri li jwettqu proġetti pilota bil-għan li jesploraw metodi sabiex jevitaw, jimminimizzaw u jeliminaw qabdiet mhux mixtieqa. Fejn ir-riżultati ta’ dawk il-proġetti jew parir xjentifiku jindikaw li hemm qabdiet mhux mixtieqa sinifikanti, l-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu ħilithom biex jistabbilixxu miżuri tekniċi li jnaqqsu dawn il-qabdiet.

(23)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi standards ta’ referenza għal kull baċir tal-baħar. Dawk l-istandards ta’ referenza jinkisbu minn miżuri tekniċi eżistenti, u dan filwaqt li jitqiesu l-parir tal-STECF u l-opinjonijiet tal-partijiet ikkonċernati. Jenħtieġ li dawk l-istandards jikkonsistu f’daqsijiet tal-malja ta’ referenza għall-irkaptu rmunkat u għax-xbieki statiċi, f’daqsijiet minimi ta’ referenza għall-konservazzjoni, f’żoni magħluqa jew ristretti, kif ukoll f’miżuri ta’ konservazzjoni tan-natura sabiex jimmitigaw il-qabdiet ta’ speċijiet sensittivi f’ċerti żoni u fi kwalunkwe miżura teknika speċifikament reġjonali oħra eżistenti.

(24)

L-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jiżviluppaw rakkomandazzjonijiet konġunti għal miżuri tekniċi adegwati li jvarjaw minn dawn l-istandards ta’ referenza skont il-proċess ta’ reġjonalizzazzjoni stipulat fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013, ibbażati fuq evidenza xjentifika.

(25)

Tali miżuri tekniċi reġjonali jenħtieġ li bħala minimu jwasslu għal benefiċċji għall-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar li huma tal-inqas ekwivalenti għal dawk derivati mill-istandards ta’ referenza, b’mod partikolari f’termini ta’ mudelli ta’ sfruttament u l-livell ta’ protezzjoni provduta għal speċijiet u ħabitats sensittivi.

(26)

Meta jiżviluppaw rakkomandazzjonijiet konġunti relatati ma’ karatteristiċi ta’ rkaptu selettiv skont id-daqs u l-ispeċi bħala alternattivi għad-daqsijiet tal-malja ta’ referenza jenħtieġ li l-gruppi reġjonali tal-Istati Membri jiżguraw li tali miżuri tal-inqas iwasslu għal karatteristiċi ta’ selettività simili jew aħjar mill-irkaptu ta’ referenza.

(27)

Meta jiżviluppaw rakkomandazzjonijiet konġunti relattivament għal żoni ristretti biex jipproteġu ħut li għadu qed jikber u l-ġlejjeb, fir-rakkomandazzjonijiet konġunti tagħhom il-gruppi reġjonali tal-Istati Membri jenħtieġ li jiddefinixxu l-objettivi, il-limitu ġeografiku u d-durata tal-għeluq kif ukoll ir-restrizzjonijiet tal-irkaptu u l-arranġamenti dwar il-kontrolli u l-monitoraġġ.

(28)

Meta jiżviluppaw rakkomandazzjonijiet konġunti relattivament għal daqsijiet minimi ta’ referenza għall-konservazzjoni, il-gruppi reġjonali tal-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li jkun rispettat l-objettiv tal-PKS li tiżgura l-protezzjoni taż-żgħar tal-ispeċijiet tal-baħar, filwaqt li jiżguraw li ma tiġi introdotta ebda distorsjoni fis-suq u li ma jinħoloq ebda suq għal speċijiet iżgħar mid-daqsijiet minimi ta’ referenza għall-konservazzjoni.

(29)

Permezz tar-reġjonalizzazzjoni jenħtieġ li jitħalla lok biex, bħala miżura addizzjonali għall-protezzjoni ta’ speċijiet sensittivi, ħut li għadu qed jikber jew ġlejjeb, tiġi żviluppata l-possibbiltà li jinħolqu żoni li jingħalqu f’ħin reali, u dan flimkien ma’ dispożizzjonijiet dwar meta ż-żona tinbidel. Il-kondizzjonijiet biex jiġu stabbiliti tali żoni, inklużi l-limitu ġeografiku u d-durata tal-għeluq, ki ukoll l-arranġamenti ta’ kontroll u ta’ monitoraġġ, jenħtieġ li jiġu definiti fir-rakkomandazzjonijiet konġunti rilevanti.

(30)

Fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tal-impatti tal-irkaptu innovattiv, l-użu, jew l-estensjoni tal-użu, ta’ tali irkaptu innovattiv jista’ jiġi inkluż bħala alternattiva fir-rakkomandazzjonijiet konġunti tal-gruppi reġjonali tal-Istati Membri. L-użu tal-irkaptu innovattiv jenħtieġ li ma jkunx permess fejn valutazzjoni xjentifika turi li dan iwassal għal impatti negattivi sinifikanti fuq ħabitats sensittivi u speċijiet mhux fil-mira.

(31)

Meta jiżviluppaw rakkomandazzjonijiet konġunti marbuta mal-protezzjoni ta’ speċijiet u ħabitats sensittivi, jenħtieġ li l-gruppi reġjonali tal-Istati Membri jkunu jistgħu jiżviluppaw miżuri ta’ mitigazzjoni addizzjonali sabiex inaqqsu l-impatti tas-sajd fuq l-ispeċijiet u l-ħabitats sensittivi. Fejn l-evidenza xjentifika turi li hemm theddida serja għall-istatus ta’ konservazzjoni ta’ speċijiet u ħabitats sensittivi, jenħtieġ li l-Istati Membri jintroduċu restrizzjonijiet addizzjonali fuq il-kostruzzjoni u l-funzjonament ta’ ċertu rkaptu jew anke jintroduċu projbizzjoni totali fuq l-użu tiegħu f’żona partikolari. B’mod partikolari tali restrizzjonijiet jistgħu jiġu applikati għall-użu tal-għażel tat-tisqif li f’ċerti żoni wassal għal qabdiet sinifikanti ta’ speċijiet sensittivi.

(32)

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jippermetti li jiġu stabbiliti pjanijiet temporanji ta’ skartar ta’ qabdiet għall-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art, f’każijiet fejn ma jkun hemm ebda pjan pluriennali fis-seħħ għaż-żona tas-sajd ikkonċernata. Bħala parti minn dawn il-pjanijiet jenħtieġ li jkunu jistgħu jiġu stabbiliti miżuri tekniċi, marbutin strettament mal-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art, u li l-għan tagħhom ikun li titkattar is-selettività u jitnaqqsu kemm jista’ jkun il-qabdiet mhux mixtieqa.

(33)

Jenħtieġ li jkun possibbli li jitwettqu proġetti pilota dwar dokumentazzjoni sħiħa tal-qabdiet u tal-iskartar ta’ qabdiet. Tali proġetti jistgħu jinvolvu derogi mir-regoli dwar id-daqsijiet tal-malji stabbiliti f’dan ir-Regolament sakemm dawn jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi u l-miri ta’ dan ir-Regolament.

(34)

Ċerti dispożizzjonijiet dwar miżuri tekniċi adottati mill-NEAFC jenħtieġ li jiġu inklużi f’dan ir-Regolament.

(35)

Sabiex ma jkunx hemm tfixkil għar-riċerka xjentifika jew ir-ripopolazzjoni jew it-trapjantar diretti, il-miżuri tekniċi previsti f’dan ir-Regolament jenħtieġ li ma japplikawx għal operazzjonijiet li jaf ikunu neċessarji għal tali attivitajiet. B’mod partikolari, fejn l-operazzjonijiet tas-sajd għall-iskopijiet ta’ riċerka xjentifika jeżiġu tali deroga mill-miżuri tekniċi taħt dan ir-Regolament, jenħtieġ li huma jkunu soġġetti għal kondizzjonijiet adatti.

(36)

Is-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adozzjoni ta’ ċerti miżuri fir-rigward tas-sajd rikreattiv, restrizzjonijiet fuq irkaptu rmunkat, speċijiet u ħabitats sensittivi, il-lista ta’ ħut u frott tal-baħar bil-qoxra projbiti minn sajd dirett, id-definizzjoni ta’ sajd dirett, proġetti pilota dwar dokumentazzjoni sħiħa tal-qabdiet u tal-iskartar ta’ qabdiet, u miżuri tekniċi bħala parti minn pjanijiet ta’ skartar temporanji kif ukoll fir-rigward tad-daqsijiet minimi ta’ referenza għall-konservazzjoni, id-daqs tal-malji tax-xbieki, iż-żoni magħluqa u miżuri tekniċi oħra f’ċerti baċiri tal-baħar, miżuri ta’ mitigazzjoni għal speċijiet sensittivi u l-lista ta’ speċi ta’ stokkijiet indikaturi ewlenin. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (9). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(37)

Biex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħat ta’ implimentazzjoni biex tiġi stabbilita l-ispeċifikazzjoni ta’ tagħmir biex jitnaqqas it-tkagħbir bl-użu ta’, u jissaħħaħ, l-irkaptu rmunkat jew biex tiġi limitata l-ħarba tal-qabdiet fil-parti ta’ quddiem tal-irkaptu rmunkat; biex tiġi ddefinita l-ispeċifikazzjoni tat-tagħmir ta’ selezzjoni imqabbad ma’ rkaptu ta’ referenza definit; sabiex ikunu definiti l-ispeċifikazzjonijiet tat-tkarkir bl-impuls elettriku; biex jiġu definiti r-restrizzjonijiet fuq il-kostruzzjoni tal-irkaptu u biex jiġu definiti l-miżuri ta’ kontroll u ta’ monitoraġġ li jkunu ser jiġu adottati mill-Istat Membru tal-bandiera; u biex jiġu definiti regoli dwar il-miżuri ta’ kontroll u ta’ monitoraġġ li jkunu ser jiġu adottati mill-Istat Membru tal-bandiera meta jintuża rkaptu statiku f’fond ta’ bejn 200 u 600 metru, dwar il-miżuri ta’ kontroll u monitoraġġ li jkunu ser jiġu adottati għal ċerti żoni magħluqa jew ristretti, u dwar il-karatteristiċi tas-sinjal u tal-implimentazzjoni ta’ tagħmir użat biex iżommu ċ-ċetaċji ’l bogħod mix-xbieki statiċi u biex jiġu definiti wkoll il-metodi użati biex jimminimizzaw il-qabdiet aċċessorji ta’ għasafar tal-baħar, rettili tal-baħar u fkieren tal-baħar. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10).

(38)

Sal-31 ta’ Diċembru 2020, u sussegwentement kull tielet sena, jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri u mill-Kunsilli Konsultattivi rilevanti u wara evalwazzjoni mill-STECF. Dak ir-rapport jenħtieġ li jivvaluta kemm il-miżuri tekniċi fil-livell reġjonali kif ukoll f’dak tal-Unjoni jkunu kkontribwixxew biex jinkisbu l-objettivi u jintlaħqu l-miri ta’ dan ir-Regolament.

(39)

Għall-għan ta’ dak ir-rapport, jistgħu jintużaw indikaturi tas-selettività adegwati, bħall-kunċett xjentifiku tat-tul ta’ selettività ottimali (Lopt), bħala għodda ta’ referenza għall-monitoraġġ tal-progress maż-żmien lejn l-objettivi tal-PKS ta’ minimizzazzjoni tal-qabdiet mhux mixtieqa. F’dak is-sens, dawk l-indikaturi mhumiex miri vinkolanti, iżda għodod ta’ monitoraġġ li jistgħu jinfurmaw deliberazzjonijiet jew deċiżjonijiet fil-livell reġjonali. L-indikaturi, u l-valuri użati għall-applikazzjoni tagħhom, jenħtieġ li jintalbu minn korpi xjentifiċi adatti għal għadd ta’ stokkijiet indikaturi ewlenin li jieħdu kont ukoll tas-sajd imħallat u żidiet qawwija f’daqqa fir-reklutaġġ. Il-Kummissjoni tista’ tinkludi dawn l-indikaturi fir-rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-lista tal-istokkijiet indikaturi ewlenin tinkludi l-ispeċijiet demersali li huma ġestiti permezz ta’ limiti ta’ qbid, b’kont meħud tal-importanza relattiva tal-ħatt l-art, l-iskartar ta’ qabdiet u r-rilevanza tal-attività partikolari tas-sajd għal kull baċir tal-baħar.

(40)

Ir-rapport tal-Kummissjoni jenħtieġ ukoll li jirreferi għall-parir tal-ICES dwar il-progress li jkun sar jew l-impatt tal-irkaptu innovattiv. Jenħtieġ li r-rapport jislet konklużjonijiet dwar il-benefiċċji għal, jew l-effetti negattivi fuq, l-ekosistemi tal-baħar, ħabitats sensittivi u s-selettività.

(41)

Abbażi tar-rapport tal-Kummissjoni, meta fil-livell reġjonali jkun hemm evidenza li l-objettivi u l-miri ma jkunux intlaħqu, jenħtieġ li l-Istati Membri f’dak ir-reġjun jippreżentaw pjan li jistipula l-azzjonijiet korrettivi li jridu jittieħdu sabiex ikun żgurat li dawk l-objettivi u l-miri jistgħu jintlaħqu. Abbażi ta’ dak ir-rapport, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipproponi wkoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kwalunkwe emenda għal dan ir-Regolament li tqis neċessarja.

(42)

Minħabba n-numru u l-importanza tal-emendi li għandhom isiru, jenħtieġ li jitħassru r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97 (11), (KE) Nru 850/98 (12), (KE) Nru 2549/2000 (13), (KE) Nru 254/2002 (14), (KE) Nru 812/2004 (15) u (KE) Nru 2187/2005 (16).

(43)

Ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 (17) u (KE) Nru 1224/2009 (18) u r-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jenħtieġ li jiġu emendati kif meħtieġ.

(44)

Komisija šiuo metu turi įgaliojimus priimti ir iš dalies pakeisti technines priemones regioniniu lygmeniu pagal Europos Parlamento ir Tarybos reglamentus (ES) 2016/1139 (19), (ES) 2018/973 (20), (ES) 2019/472 (21) ir (ES) 2019/1022 (22), kuriais nustatomi Baltijos jūros, Šiaurės jūros, vakarų vandenų ir vakarų Viduržemio jūros daugiamečiai planai. Siekiant patikslinti atitinkamų įgaliojimų aprėptį ir nurodyti, kad pagal tuose reglamentuose nustatytus įgaliojimus priimti deleguotieji aktai turi atitikti šiame reglamente išdėstytus tam tikrus reikalavimus, siekiant teisinio tikrumo tie reglamentai turėtų būti iš dalies pakeisti,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri tekniċi dwar:

(a)

il-qbid u ħatt l-art tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar;

(b)

it-tħaddim tal-irkaptu tas-sajd; u

(c)

l-interazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd mal-ekosistemi tal-baħar.

Artikolu 2

Kamp ta’ Applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għall-attivitajiet li jsiru minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u ċittadini tal-Istati Membri, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà ewlenija tal-Istat tal-bandiera, fiż-żoni tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 5 kif ukoll minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta’ pajjiżi terzi, u li jkunu rreġistrati fihom, meta jistadu fl-ilmijiet tal-Unjoni.

2.   L-Artikoli 7, 10, 11 u 12 għandhom japplikaw ukoll għas-sajd rikreattiv. F’każijiet fejn is-sajd rikreattiv ikollu impatt sinifikanti f’reġjun partikolari, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 15 u f’konformità mal-Artikolu 29 biex temenda dan ir-Regolament billi jiġi previst li d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikolu 13 jew il-partijiet A jew C tal-Annessi V sa X japplikaw ukoll għas-sajd rikreattiv.

3.   Soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 25 u 26, il-miżuri tekniċi stipulati f’dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għal attivitajiet tas-sajd li jsiru biss bl-iskop ta’:

(a)

investigazzjonijiet xjentifiċi, u

(b)

ripopolazzjoni jew trapjantar diretti ta’ speċijiet tal-baħar.

Artikolu 3

Objettivi

1.   Bħala għodod li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-PKS, il-miżuri tekniċi għandhom jikkontribwixxu għall-objettivi tal-PKS stipulati fid-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

2.   Il-miżuri tekniċi b’mod partikolari għandhom jikkontribwixxu għall-ksib tal-objettivi li ġejjin:

(a)

itejbu kemm jista’ jkun il-mudelli ta’ sfruttament biex jipprovdu protezzjoni għall-ħut li għadu qed jikber jew għall-ġlejjeb tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar;

(b)

jiżguraw li l-qabdiet aċċessorji ta’ speċijiet tal-baħar sensittivi, inklużi dawk elenkati fid-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE, li jirriżultaw mis-sajd, jitnaqqsu kemm jista’ jkun u, fejn possibbli, jiġu eliminati sabiex ma jikkostitwixxux theddida għall-istat ta’ konservazzjoni ta’ dawn l-ispeċijiet;

(c)

jiżguraw, inkluż bl-użu ta’ inċentivi adatti, li l-impatti ambjentali negattivi tas-sajd fuq il-ħabitats tal-baħar jiġu minimizzati;

(d)

għandhom fis-seħħ miżuri ta’ ġestjoni tas-sajd għall-finijiet ta’ konformità mad-Direttivi 92/43/KEE, 2000/60/KE u 2008/56/KE, b’mod partikolari bil-għan li jinkiseb status ambjentali tajjeb f’konformità mal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2008/56/KE, u mad-Direttiva 2009/147/KE.

Artikolu 4

Miri

1.   Il-miżuri tekniċi għandu jkollhom l-għan li jiżguraw li:

(a)

il-qabdiet ta’ speċijiet tal-baħar iżgħar mid-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni jitnaqqsu kemm jista’ jkun f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

(b)

il-qabdiet aċċessorji ta’ mammiferi tal-baħar, rettili tal-baħar, għasafar tal-baħar u speċijiet oħrajn mhux sfruttati kummerċjalment ma jaqbżux il-livelli previsti fil-leġislazzjoni tal-Unjoni u fi ftehimiet internazzjonali li huma vinkolanti għall-Unjoni.

(c)

l-impatti ambjentali tal-attivitajiet tas-sajd fuq il-ħabitats li jinsabu f’qiegħ il-baħar jikkonformaw mal-punt (j) tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

2.   Il-punt sa fejn ikun sar progress lejn dawk il-miri għandu jiġi rieżaminat bħala parti mill-proċess ta’ rappurtar stipulat fl-Artikolu 31.

Artikolu 5

Definizzjoni taż-żoni tas-sajd

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet ġeografiċi taż-żoni tas-sajd li ġejjin:

(a)

“il-Baħar tat-Tramuntana” tfisser ilmijiet tal-Unjoni fid-diviżjonijiet (23) 2a u 3a u s-subżona 4 tal-ICES;

(b)

“il-Baħar Baltiku” tfisser ilmijiet tal-Unjoni fid-diviżjonijiet 3b, 3c u 3d tal-ICES;

(c)

“l-ilmijiet tal-Majjistral” tfisser l-ilmijiet tal-Unjoni fis-subżoni 5, 6 u 7 tal-ICES;

(d)

“l-ilmijiet tal-Lbiċ” tfisser is-subżoni 8, 9 u 10 tal-ICES (ilmijiet tal-Unjoni) u ż-żoni (24) CECAF 34.1.1, 34.1.2 u 34.2.0 (ilmijiet tal-Unjoni);

(e)

“il-Baħar Mediterran” tfisser l-ilmijiet marittimi tal-Mediterran lejn il-Lvant mil-linja 5°36′ W;

(f)

“il-Baħar l-Iswed” tfisser l-ilmijiet tas-subżona ġeografika 29 GFCM kif definiti fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25);

(g)

“ilmijiet tal-Unjoni fl-Oċean Indjan u fil-Punent tal-Atlantiku” tfisser l-ilmijiet madwar Guadaloupe, il-Guyana Franċiża, Martinique, Mayotte, Réunion, Saint Martin taħt is-sovranità jew ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru;

(h)

“iż-Żona Regolatorja tan-NEAFC” tfisser l-ilmijiet taż-Żona tal-Konvenzjoni tan-NEAFC li jinsabu barra mill-ilmijiet taħt il-ġurisdizzjoni tas-sajd tal-Partijiet Kontraenti kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 1236/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26);

(i)

“iż-Żona ta’ Ftehim tal-GFCM” tfisser il-Baħar Mediterran u l-Baħar l-Iswed u l-ilmijiet li jgħaqqduhom, kif definit fir-Regolament (UE) Nru 1343/2011.

Artikolu 6

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, flimkien mad-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“mudell ta’ sfruttament” tfisser kif il-mortalità mis-sajd hi distribwita fil-profil tal-età u d-daqs ta’ stokk partikolari;

(2)

“selettività” tfisser espressjoni kwantitattiva li tindika l-probabbiltà li jinqabdu riżorsi bijoloġiċi tal-baħar ta’ ċertu daqs u/jew speċijiet;

(3)

“sajd dirett” tfisser l-isforz ta’ sajd maħsub għal speċi jew grupp ta’ speċijiet speċifiċi u jistgħu jiġu speċifikati b’mod ulterjuri f’livell reġjonali f’atti delegati adottati skont l-Artikolu 27(7) ta’ dan ir-Regolament;

(4)

“status ambjentali tajjeb” tfisser l-istatus ambjentali tal-ilmijiet tal-baħar kif definit fl-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2008/56/KE;

(5)

“stat ta’ konservazzjoni ta’ speċi” tfisser l-influwenzi kollha li jagħfsu fuq l-ispeċijiet konċernati u li jistgħu jaffettwaw it-tqassim fit-tul u l-abbundanza tal-popolazzjonijiet tagħhom;

(6)

“stat ta’ konservazzjoni ta’ ħabitat” tfisser l-influwenzi kollha li jagħfsu fuq il-ħabitat naturali u l-ispeċijiet tipiċi tiegħu li jistgħu jaffettwaw it-tqassim naturali tiegħu fit-tul, l-istruttura u l-funzjonijiet kif ukoll l-għajxien fit-tul tal-ispeċijiet tipiċi tiegħu;

(7)

“ħabitat sensittiv” tfisser ħabitat li l-istat ta’ konservazzjoni tiegħu, inkluż il-firxa tiegħu u l-kundizzjoni (struttura u funzjoni) tal-komponenti bijotiċi u abijotiċi tiegħu, huwa affettwat b’mod negattiv minn pressjonijiet ġejjin minn attivitajiet tal-bniedem, inkluż l-attivitajiet tas-sajd. Il-ħabitats sensittivi jinkludu, b’mod partikolari, tipi ta’ ħabitats elenkati fl-Anness I, u ħabitats ta’ speċijiet elenkati fl-Anness II tad-Direttiva 92/43/KEE, ħabitats ta’ speċijiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2009/147/KE, ħabitats li l-protezzjoni tagħhom hija meħtieġa sabiex jinkiseb status ambjentali tajjeb taħt id-Direttiva 2008/56/KE u ekosistemi tal-baħar vulnerabbli kif definiti mill-punt (b) tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill 734/2008 (27);

(8)

“speċi sensittiva” tfisser speċi li l-istat ta’ konservazzjoni tagħha, inkluż il-ħabitat, id-distribuzzjoni, id-daqs tal-popolazzjoni jew il-kundizzjoni tal-popolazzjoni tagħha, huwa affettwat b’mod negattiv minn pressjonijiet ġejjin minn attivitajiet tal-bniedem, inkluż l-attivitajiet tas-sajd. L-ispeċijiet sensittivi, b’mod partikolari, jinkludu speċijiet imsemmija fl-Annessi II u IV tad-Direttiva 92/43/KEE, speċijiet koperti mid-Direttiva 2009/147/KE u speċijiet li l-protezzjoni tagħhom hija meħtieġa sabiex jiksbu status ambjentali tajjeb taħt id-Direttiva 2008/56/KE;

(9)

“speċijiet pelaġiċi żgħar” tfisser speċijiet bħall-kavalli, l-aringi, is-sawrell, l-inċova, is-sardin, l-istokkafixx, l-arġentina, il-laċċa kaħla u l-pixxi trumbetta;

(10)

“Kunsilli Konsultattivi” tfisser gruppi ta’ partijiet ikkonċernati stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(11)

“xibka tat-tkarkir” tfisser irkaptu rmunkat b’mod attiv minn bastiment wieħed jew aktar tas-sajd u li jikkonsisti f’xibka magħluqa fuq wara minn borża jew manka;

(12)

“irkaptu rmunkat” tfisser kwalunkwe xibka tat-tkarkir, tartarun Daniż, gangmu u rkaptu simili li jiġi mċaqlaq b’mod attiv fl-ilma minn bastiment tas-sajd wieħed jew iktar jew minn kwalunkwe sistema mekkanizzata oħra;

(13)

“xibka tat-tkarkir tal-qiegħ” tfisser irkaptu tat-tkarkir magħmul u armat sabiex jitħaddem f’qiegħ il-baħar jew kważi;

(14)

“xibka tat-tkarkir tal-qiegħ bil-paranzi” tfisser xibka tat-tkarkir tal-qiegħ irmunkata minn żewġ dgħajjes fl-istess ħin, kull waħda tirmunka naħa tax-xibka tat-tkarkir. Il-fetħa orizzontali tax-xibka tat-tkarkir tinżamm bid-distanza bejn iż-żewġ bastimenti waqt li jirmunkaw l-irkaptu;

(15)

“xibka tat-tkarkir pelaġiku” tfisser xibka tat-tkarkir magħmula u armata sabiex topera f’nofs l-ilma;

(16)

“xibka tat-tkarkir bi travu” tfisser irkaptu b’xibka tat-tkarkir miftuħa orizzontalment bi travu, ġewnaħ jew apparat simili;

(17)

“tkarkir bl-impulsi elettriċi” tfisser xibka tat-tkarkir li tuża kurrent elettriku biex jinqabdu riżorsi bijoloġiċi tal-baħar;

(18)

“tartarun Daniż” jew “tartarun Skoċċiż” ifissru tagħmir ċirkondanti u rmunkat, imħaddem minn dgħajsa permezz ta’ żewġ ħbula twal (ħbula tat-tartarun) magħmul sabiex jidderieġi l-ħut lejn il-fetħa tat-tartarun. L-irkaptu hu magħmul minn xibka li hi simili fl-għamla tagħha għal xibka tat-tkarkir tal-qiegħ;

(19)

“tartaruni tax-xatt” tfisser xbieki tat-tidwir u tartaruni rmunkati mixħutin minn dgħajsa u rmunkati mix-xatt filwaqt li jiġu operati mill-kosta jew minn bastiment irmiġġat jew ankrat mal-kosta;

(20)

“xbieki tat-tidwir” tfisser xbieki li jaqbdu l-ħut billi jdawruhom kemm miż-żewġ naħat u kif ukoll minn taħt. Jistgħu jkunu jew ma jkunux mgħammra b’vajjina;

(21)

“tartarun tal-borża” jew “tartaruni tal-lampara” jfissru kwalunkwe xibka tat-tidwir fejn il-qiegħ jingħaqad permezz ta’ ħabel tal-għeluq li jinsab fil-qiegħ tax-xibka, li tgħaddi minn serje ta’ anelli tul il-ħabel tal-art, li jippermetti li x-xibka tinġibed f’borża u tingħalaq;

(22)

“gangmi” tfisser irkaptu li jkun attivament irmunkat mill-magna prinċipali tad-dgħajsa (gangmi tad-dgħajsa) jew miġbud b’winċ motorizzat minn bastiment ankrat (gangmi mekkanizzati) għall-qbid ta’ bivalvi, gasteropadi jew sponoż u li jikkonsisti f’ xibka borża jew f’baskett tal-metall immuntati fuq qafas riġidu jew virga ta’ qies u forma varjabbli li l-parti ta’ taħt tagħhom tista’ ġġorr xafra barraxa li tista’ tkun jew fit-tond, ippuntata jew bis-snien, u tista’ wkoll tkun mgħammra bi skarpi u twavel tal-għadds. Xi gangmi huma mgħammra b’tagħmir idrawliku (gangmi idrawliċi). Il-gangmi miġbudin bl-idejn jew b’winċ manwali f’ilmijiet baxxi bi jew mingħajr dgħajsa għall-qbid ta’ bivalvi, gasteropodi jew sponoż (gangmi tal-idejn) ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala rkaptu rmunkat għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament;

(23)

“xbieki statiċi” tfisser kwalunkwe tip ta’ għażel, xibka tat-tħabbil jew parit ankrat ma’ qiegħ il-baħar biex il-ħut jgħum fih u jitħabbel jew jeħel fix-xbieki;

(24)

“għażel tat-tisqif” tfisser xibka miżmuma fuq wiċċ l-ilma jew f’ċerta distanza taħtu permezz ta’ apparat li jżomm f’wiċċ l-ilma, li jinġarru mal-kurrent jew liberament jew bid-dgħajsa li jkun imqabbad magħha. Dan jista’ jkun mgħammar b’apparat intiż biex jistabbilizza x-xibka jew jillimita kemm tinġarr mill-kurrent;

(25)

“għażel” tfisser xibka magħmula minn biċċa xibka statika unika u miżmuma wieqfa fl-ilma permezz ta’ sufruni u piżijiet;

(26)

“għażel tat-tħabbil” tfisser xibka statika li tikkonsisti f’ħajt ta’ xibka armat b’mod li x-xibka tiddendel fuq il-ħbula sabiex toħloq ammont akbar ta’ tixbik maħlul mill-għażel;

(27)

“parit” tfisser xibka statika magħmula minn bosta saffi jew aktar ta’ xbieki b’żewġ saffi fuq barra ta’ daqs tal-malja kbir b’saff b’malja bejniethom;

(28)

“parit xkitt” tfisser kwalunkwe għażel tal-qiegħ li l-parti t’isfel tiegħu tkun ikkombinata ma’ parit;

(29)

“konz” tfisser irkaptu tas-sajd li jikkonsisti fi xlief ewlieni ta’ tul varjabbli, li magħha jitqabbdu brazzoli bi snanar spazjati skont l-ispeċi fil-mira. Ix-xlief ewlieni jkun ankrat orizzontalment fuq, jew qrib, il-qiegħ jew vertikalment, jew jista’ jitħalla jinġarr mal-kurrent fil-wiċċ;

(30)

“nases u kavetti” tfisser nases f’għamla ta’ gaġeġ jew qfief li għandhom dħul wieħed jew aktar, iddisinjati biex jaqbdu l-krustaċej, molluski jew ħut, li jitqiegħdu fuq qiegħ il-baħar jew sospiżi fuqu;

(31)

“xlief” tfisser xlief tas-sajd wieħed b’rixa jew sunnara bil-lixka waħda jew aktar;

(32)

“St.Andrew’s cross” huwa ħattaf li jagħmel użu minn azzjoni simili għal dik ta’ mqass sabiex jaħsad pereżempju l-molluski bivalvi jew il-qroll aħmar minn qiegħ il-baħar;

(33)

“manka” tfisser l-aktar parti ta’ wara tax-xibka tat-tkarkir, li tkun f’forma ta’ ċilindru, jiġifieri bl-istess ċirkonferenza t-tul kollu, jew f’forma konika. Din tista’ tkun magħmula minn panel wieħed jew aktar (biċċiet ta’ xbieki) imwaħħlin flimkien tul il-ġnub tagħhom u jistgħu jinkludu l-biċċa miżjuda li tkun magħmula minn panel wieħed jew aktar li jkunu jinstabu eżatt quddiem il-manka sensu stricto;

(34)

“daqs tal-malja” tfisser:

(i)

għax-xbieki bl-għoqod: l-itwal distanza bejn żewġ ġonot opposti fl-istess malja meta din tkun mifruxa għalkollox;

(ii)

għal xbieki mingħajr għoqod: id-distanza ta’ ġewwa bejn il-ġonot opposti fl-istess malja meta din tkun mifruxa għalkollox tul l-itwal assi possibbli tagħha;

(35)

“malja kwadra” tfisser malja b’erba’ naħat magħmula minn żewġ settijiet ta’ vireg paralleli tal-istess tul nominali, fejn sett wieħed huwa parallel għall-assi lonġitudinali tax-xibka, u s-sett l-ieħor huwa perpendikulari għall-istess assi;

(36)

“malja maqrut” tfisser malja magħmula minn erba’ naħat tal-istess tul fejn iż-żewġ dijagonali tax-xibka huma perpendikolari u wieħed mid-dijagonali hu parallel għall-assi lonġitudinali tax-xibka;

(37)

“T90” tfisser xbieki tat-tkarkir, tartaruni Daniżi jew irkaptu rmunkat simili li għandu manka u biċċa tal-estensjoni prodotta minn tip ta’ xbieki bil-malja forma ta’ djamant imdawra 90° biex b’hekk id-direzzjoni prinċipali kif inhi għaddejja l-ispaga tax-xibka tkun parallela għad-direzzjoni tal-irmunkar;

(38)

“fetħa għall-ħrib tat-tip Bacoma” tfisser panel ta’ ħruġ fi xbieki b’malja kwadra mingħajr għoqod mwaħħla fil-panel ta’ fuq ta’ manka bit-tarf t’isfel tiegħu mhux aktar minn erba’ malji mis-siegla tal-għeluq;

(39)

“xibka passatur” tfisser biċċa xibka mwaħħla maċ-ċirkonferenza sħiħa tax-xibka tat-tkarkir għall-gambli quddiem il-manka jew il-biċċa tal-estensjoni, li tiġi għall-ponta fejn hi mwaħħla mas-saff t’isfel tax-xibka tat-tkarkir tal-gambli. Toqba tal-ħruġ tinfetaħ fejn jiltaqgħu x-xibka passatur u l-manka, biex b’hekk tippermetti li l-ispeċijiet jew l-individwi li huma kbar wisq biex jgħaddu mill-passatur, jaħarbu, filwaqt li l-gambli jistgħu jgħaddu mill-passatur għal ġol-manka;

(40)

“waqgħa” tfisser is-somma tal-għoli tal-malji (inkluż l-għoqod) f’xibka meta mxarrba u mġebbda perpendikolari mal-lett;

(41)

“ħin ta’ immersjoni jew żmien fl-ilma” tfisser il-perijodu mill-mument meta l-irkaptu jitniżżel l-ewwel darba fl-ilma sal-mument meta l-irkaptu jittella’ kompletament abbord il-bastiment tas-sajd;

(42)

“sensuri ta’ monitoraġġ tal-irkaptu” tfisser sensuri elettroniċi mill-bogħod li jitpoġġew fuq l-irkaptu biex iwettqu monitoraġġ tal-parametri ta’ prestazzjoni ewlenin bħad-distanza bejn id-diriġenti jew il-volum tal-qabda;

(43)

“xlief imtaqqal” tfisser xlief ta’ snanar bil-lixka b’piż żejjed biex jegħreq iktar, u b’hekk jitnaqqsu l-veloċità u l-ħin tal-esponiment għal għasafar tal-baħar;

(44)

“apparat akustiku deterrenti” tfisser apparat immirat biex jiskoraġġixxilil ċerti speċijiet bħall-mammiferi tal-baħar milli jersqu lejn l-irkaptu billi jibgħat sinjali akustiċi;

(45)

“naffara tal-għasafar” (imsejħa wkoll linji tori) tfisser linji (b’żigarelli miġbuda minn punt għoli qrib il-poppa tal-bastimenti tas-sajd waqt li snanar bil-lixka jintużaw bl-iskop li jgerrxu l-għasafar tal-baħar mis-snanar;

(46)

“ripopolament dirett” tfisser l-attività li jinħelsu annimali selvaġġi ħajjin ta’ speċi magħżula f’ilmijiet fejn jeżistu b’mod naturali, sabiex tintuża l-produzzjoni naturali tal-ambjent akkwatiku biex jiżdied in-numru ta’ individwi disponibbli għall-industriji tas-sajd u/jew jiżdied ir-reklutaġġ naturali;

(47)

“trapjantar” tfisser il-proċess li bih speċi hija ttrasportata intenzjonalment u meħlusa mill-bniedem f’żoni b’popolazzjonijiet stabbiliti ta’ dak l-ispeċi;

(48)

“indikatur tal-prestazzjoni ta’ selettività” tfisser għodda ta’ referenza biex jiġi mmonitorjat il-progress maż-żmien lejn il-kisba tal-objettivi tal-PKS ta’ minimizzazzjoni tal-qabdiet mhux mixtieqa;

(49)

“xkubetta li tispara foxxni” tfisser xkubetta li tinżamm fl-idejn, motorizzata pnewmatika jew mekkanikament li tispara foxxni għall-fini ta’ sajd taħt l-ilma;

(50)

“tul ta’ selettività ottimali (Lopt)” huwa t-tul medju ta’ qbid’, ipprovdut mill-aħjar pariri xjentifiċi disponibbli, li jottimizza it-tkabbir ta’ individwi fi stokk.

KAPITOLU II

MIŻURI TEKNIĊI KOMUNI

TAQSIMA 1

Irkaptu u Użi tas-Sajd Ipprojbiti

Artikolu 7

Irkaptu u metodi tas-sajd ipprojbiti

1.   Għandu jkun ipprojbit li jinqabdu jew jinħasdu speċijiet tal-baħar bl-użu tal-metodi li ġejjin:

(a)

sustanzi tossiċi, stupefaċenti jew korrużivi;

(b)

kurrent elettriku ħlief għall-użu tat-tkarkir bl-impuls elettriku, li għandu jkun permess biss taħt id-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Parti D tal-Anness V;

(c)

splussivi;

(d)

imrietel pnewmatiċi jew strumenti ta’ perkussjoni oħrajn;

(e)

strumenti rmunkati għall-ħsad tal-qroll aħmar jew tipi oħrajn ta’ qroll jew organiżmi simili tal-qroll;

(f)

St Andrew’s cross u ħattafa simili tiegħu, partikolarment għall-ħsad ta’ qroll aħmar jew tipi ta’ qroll oħrajn u speċijiet jixbhu lill-qroll;

(g)

kwalunkwe tip ta’ projettili, bl-eċċezzjoni ta’ dawk użati għall-qtil tat-tonn fil-gaġġa jew maqbud fit-tunnara jew il-lanez miżmuma bl-idejn u ħarpuns użati fis-sajd rikreattiv tal-għadis mingħajr akkwalung u miż-żerniq sa nżul ix-xemx;

2.   Minkejja l-Artikolu 2, dan l-Artikolu għandu japplika għal bastimenti tal-Unjoni fl-ilmijiet internazzjonali u fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terzi, ħlief fejn ir-regoli adottati mill-organizzazzjonijiet multilaterali tas-sajd, skont ftehimiet bilaterali jew multilaterali, jew minn pajjiż terz, ma jipprevedux speċifikament mod ieħor.

TAQSIMA 2

Restrizzjonijiet Ġenerali fuq Irkaptu tas-Sajd u Kondizzjonijiet għall-Użu Tiegħu

Artikolu 8

Restrizzjonijiet ġenerali fuq l-użu ta’ rkaptu rmunkat

1.   Għall-fini tal-Annessi V sa XI, id-daqs tal-malja tal-irkaptu rmunkat kif stipulat f’dawk l-Annessi għandu jfisser d-daqs minimu tal-malja ta’ kwalunkwe parti tal-mankau kwalunkwe biċċa tal-estensjoni misjuba abbord bastiment tas-sajd u mwaħħla ma’ kwalunkwe xibka rmunkata jew li tkun adatta biex titwaħħal magħha. Dan il-paragrafu ma għandux japplika għal apparat tax-xbieki li jintuża biex jitwaħħlu sensuri għall-monitoraġġ tal-irkaptu jew meta jintuża flimkien ma’ apparat għall-esklużjoni ta’ ħut u fkieren tal-baħar. Derogi ulterjuri biex tittejjeb is-selettività tad-daqs jew l-ispeċijiet jistgħu jiġu previsti f’att delegat adottat f’konformità mal-Artikolu 15.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal gangmi. Madankollu, matul kwalunkwe vjaġġ meta jinġarru gangmi abbord għandhom japplikaw dawn li ġejjin:

(a)

it-trasbord ta’ organiżmi marini għandu jkun ipprojbit;

(b)

fil-Baltiku, għandu jkun ipprojbit li tinżamm abbord jew li tkun żbarkata kull kwantità ta’ organiżmi marini ħlief jekk għall-inqas 85 % bil-piż ħaj minnha ma jkunx jikkonsisti f’molluski u/jew Furcellaria lumbricalis;

(c)

f’kull baċir ieħor tal-baħar, ħlief fil-Baħar Mediterran, fejn japplika l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006, għandu jkun ipprojbit li tinżamm abbord jew li tinħatt kwalunkwe kwantità ta’ organiżmi tal-baħar ħlief jekk mill-inqas 95 % tal-piż ħaj tagħha tkun tikkonsisti minn molluski bivalvi, gasteropodi u sponoż.

Il-punti (b) u (c) ma għandhomx japplikaw għall-qabdiet aċċessorji ta’ speċijiet soġġetti għall-obbligu ta’ ħatt l-art stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Tali qabdiet aċċessorji għandhom jinħattu u jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti.

3.   Kull meta jkunu qegħdin jiġu rmunkati iktar minn xibka waħda minn bastiment tas-sajd jew minn iktar minn bastiment tas-sajd wieħed, kull xibka għandu jkollha l-istess daqs nominali tal-malja. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 15 u skont l-Artikolu 29 li jidderogaw minn dan il-paragrafu, fejn l-użu ta’ diversi xbieki b’daqsijiet tal-malja differenti jwassal għal benefiċċji għall-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar li huma tal-inqas ekwivalenti għal dawk tal-metodi tas-sajd eżistenti.

4.   Għandu jkun ipprojbit l-użu ta’ kwalunkwe apparat li jostakola jew li b’xi mod ieħor inaqqas b’mod effettiv id-daqs tal-malja tal-manka jew xi parti tal-irkaptu rmunkat, kif ukoll li jġorr abbord kwalunkwe apparat bħal dan li huwa mfassal speċifikament għal dak il-għan. Dan il-paragrafu ma għandux teskludi l-użu ta’ apparat speċifikat li jintuża biex inaqqas it-tkagħbir bl-użu ta’, u sabiex isaħħaħ, l-irkaptu rmunkat, jew sabiex jillimita l-ħarba ta’ qabdiet fil-parti ta’ quddiem tal-irkaptu rmunkat.

5.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati għall-ispeċifikazzjoni ta’ manki u l-apparat imsemmi fil-paragrafu 4. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu bbażati fuq l-aħjar parir xjentifiku u tekniku disponibbli u jistgħu jiddefinixxu:

(a)

ir-restrizzjonijiet fuq il-ħxuna tal-ispag;

(b)

ir-restrizzjonijiet fuq iċ-ċirkonferenza tal-manki;

(c)

ir-restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ materjali tax-xbieki;

(d)

l-istruttura u twaħħil ta’ manki;

(e)

l-apparat li jista’ jintuża sabiex inaqqas it-tkagħbir bl-użu; u

(f)

l-apparat li jista’ jintuża sabiex jillimita l-ħarba ta’ dak li jinqabad.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 30(2).

Artikolu 9

Restrizzjonijiet ġenerali fuq l-użu tax-xbieki statiċi u l-għażel tat-tisqif

1.   Għandu jkun ipprojbit li jkun hemm abbord jew jintuża għażel tat-tisqif wieħed jew aktar li t-tul individwali jew totali tiegħu huwa ta’ aktar minn 2,5 kilometru.

2.   Għandu jkun ipprojbit li jintuża għażel tat-tisqif sabiex jinqabdu l-ispeċijiet elenkati fl-Anness III.

3.   Minkejja l-paragrafu 1, għandu jkun ipprojbit li jkun hemm abbord jew jintuża kwalunkwe għażel tat-tisqif fil-Baħar Baltiku.

4.   Għandu jkun ipprojbit li jintużaw għeżula tal-qiegħ, xbieki tat-tħabbil u pariti biex jinqabdu l-ispeċijiet li ġejjin:

(a)

Alonga (Thunnus alalunga),

(b)

Tonn (Thunnus thynnus),

(c)

Pixxiluna (Brama brama),

(d)

Pixxispad (Xiphias gladius),

(e)

Klieb il-baħar li jagħmlu parti mill-ispeċijiet jew mill-familji li ġejjin Hexanchus griseus; Cetorhinus maximus; l-ispeċijiet kollha ta’ Alopiidae; Carcharhinidae; Sphyrnidae; Isuridae; Lamnidae.

5.   B’deroga mill-paragrafu 4, il-qabdiet aċċessorji fil-Baħar Mediterran ta’ mhux iżjed minn tliet eżemplari tal-ispeċijiet ta’ klieb il-baħar imsemmija f’dak il-paragrafu jistgħu jinżammu abbord jew jinħattu dment li ma jkunux speċijiet protetti skont id-dritt tal-Unjoni.

6.   Fejn il-mappa turi fond ikbar minn 200 metru, l-għeżula tal-qiegħ, ix-xbieki tat-tħabbil u l-parit ma jistgħu jintużaw fl-ebda pożizzjoni.

7.   Minkejja l-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu:

(a)

derogi speċifiċi kif speċifikati fil-punt 6.1 tal-Parti C tal-Anness V, fil-punt 9.1 tal-Parti C tal-Anness VI u fil-punt 4.1 tal-Parti C tal-Anness VII għandhom japplikaw fejn il-fond fuq il-mappa huwa bejn 200 u 600 metru;

(b)

l-użu ta’ għeżul tal-qiegħ, xbieki tat-tħabbil u pariti fi kwalunkwe pożizzjoni fejn il-fond indikat fuq il-mappa nawtika jkun ta’ iktar minn 200 metru għandu jkun permess fil-Baħar Mediterran.

TAQSIMA 3

Protezzjoni ta’ Speċijiet u Ħabitats Sensittivi

Artikolu 10

Speċijiet ta’ ħut u frott tal-baħar bil-qoxra projbit

1.   Il-qbid, iż-żamma abbord, it-trasbord jew ħatt l-art ta’ speċijiet ta’ ħut jew frott tal-baħar bil-qoxra msemmija fl-Anness IV għad-Direttiva 92/43/KEE għandu jkun ipprojbit ħlief meta jingħataw derogi taħt l-Artikolu 16 ta’ dik id-Direttiva.

2.   Minbarra l-ispeċijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-bastimenti tal-Unjoni għandhom ikunu pprojbiti milli jistadu, iżommu abbord, jittrasbordaw, iħottu, jaħżnu, jbiegħu, juru jew joffru għall-bejgħ l-ispeċijiet elenkati fl-Anness I jew speċijiet li għalihom is-sajd huwa pprojbit taħt atti legali oħrajn tal-Unjoni.

3.   Meta jinqabdu b’mod aċċidentali, l-ispeċijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhiex issirilhom ħsara u għandhom jintefgħu lura l-baħar immedjatament ħlief għall-għan li jippermetti riċerka xjentifika fuq eżemplari maqtula inċidentalment f’konformità mad-dritt applikabbli tal-Unjoni.

4.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 29 biex temenda l-lista stabbilita fl-Anness I, fejn l-aħjar parir xjentifiku disponibbli jindika li hemm bżonn emenda f’dik il-lista.

5.   Il-miżuri adottati skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu għandu jkollhom l-għan li jiksbu l-mira stipulata fil-punt (b) tal-Artikolu 4(1) u jistgħu jieħdu kont tal-ftehimiet internazzjonali dwar il-protezzjoni ta’ speċijiet sensittivi.

Artikolu 11

Qabdiet aċċessorji ta’ mammiferi tal-baħar, għasafar tal-baħar u rettili tal-baħar

1.   Il-qbid, iż-żamma abbord, it-trasbord jew ħatt l-art ta’ mammiferi tal-baħar jew rettili tal-baħar imsemmija fl-Annessi II u IV għad-Direttiva 92/43/KEE u ta’ speċijiet ta’ għasafar tal-baħar koperti bid-Direttiva 2009/147/KE għandu jkun ipprojbit.

2.   Meta jinqabdu inċidentalment, l-ispeċijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex issirilhom ħsara u għandhom jintefgħu l-baħar immedjatament.

3.   Minkejja l-paragrafi 1 u 2, iż-żamma abbord, it-trasbord jew ħatt l-art tal-eżemplari ta’ speċijiet tal-baħar imsemmija fil-paragrafu 1 li jkunu nqabdu aċċidentalment, għandu jkun permess dment li din l-attività tkun meħtieġa biex tiżgura assistenza fl-irkupru tal-annimali individwali u biex tkun tista’ ssir riċerka xjentifika ta’ eżemplari maqtula inċidentalment, dment li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kkonċernati jkunu ġew infurmati b’kollox minn qabel malajr kemm jista’ jkun wara l-qabda u f’konformità mad-dritt applikabbli tal-Unjoni.

4.   Abbażi tal-aħjar parir xjentifiku disponibbli, Stat Membru jista’, għal bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu, jadotta miżuri ta’ mitigazzjoni jew restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ ċertu rkaptu. Miżuri bħal dawn għandhom jimminimizzaw u, fejn possibbli, jeliminaw il-qabdiet tal-ispeċi imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u għandhom ikunu kompatibbli mal-objettivi stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u jkunu mill-anqas stretti daqs miżuri tekniċi applikabbli skont id-dritt tal-Unjoni.

5.   Miżuri adottati skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom jimmiraw li jiksbu l-mira stipulata fil-punt (b) tal-Artikolu 4(1). Għall-finijiet ta’ kontroll, l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Istati Membri kkonċernati l-oħra bid-dispożizzjonijiet adottati skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu. Huma għandhom ukoll iqiegħdu informazzjoni adegwata dwar dawn il-miżuri għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

Artikolu 12

Protezzjoni għal ħabitats sensittivi inkluż ekosistemi tal-baħar vulnerabbli

1.   Għandu jkun ipprojbit li jintuża l-irkaptu speċifikat fl-Anness II fiż-żoni rilevanti stipulati f’dak l-Anness.

2.   Fejn l-aħjar parir xjentifiku disponibbli jirrakkomanda emenda tal-lista ta’ żoni speċifikati fl-Anness II, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 29 ta’ dan ir-Regolament u skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 biex temenda l-Anness II kif meħtieġ. Meta tadotta tali emendi, il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-mitigazzjoni ta’ effetti negattivi kkaġunati mill-ispostament tal-attività tas-sajd għal żoni sensittivi oħrajn.

3.   Fejn il-ħabitats imsemmija fil-paragrafu 1 jew ħabitats sensittivi oħra, inkluż ekosistemi tal-baħar vulnerabbli, jinstabu fl-ilmijiet taħt is-sovranità jew fil-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru, dak l-Istat Membru jista’ jistabbilixxi żoni magħluqa jew miżuri ta’ konservazzjoni oħrajn sabiex jipproteġi dawn il-ħabitats, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Tali miżuri għandhom ikunu kompatibbli mal-objettivi tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u jkunu mill-anqas stretti daqs il-miżuri tad-dritt tal-Unjoni.

4.   Il-miżuri adottati skont il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom jimmiraw sabiex jiksbu l-mira stipulata fil-punt (c) tal-Artikolu 4(1).

TAQSIMA 4

Daqsijiet Minimi ta’ Referenza għall-Konservazzjoni

Artikolu 13

Daqsijiet minimi ta’ referenza għall-konservazzjoni

1.   Id-daqsijiet minimi ta’ referenza għall-konservazzjoni tal-ispeċijiet tal-baħar speċifikati fil-Parti A tal-Annessi V sa X ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw bil-għan li:

(a)

jiżguraw il-protezzjoni tal-ħut li għadu qed jikber ta’ speċijiet tal-baħar skont l-Artikolu 15(11) u (12) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(b)

jistabbilixxu żoni ta’ rkupru ta’ stokkijiet tal-ħut skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(c)

jikkostitwixxu d-daqsijiet minimi għall-kummerċjalizzazzjoni skont l-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28).

2.   Id-daqs ta’ speċijiet tal-baħar għandu jitkejjel f’konformità mal-Anness IV.

3.   Fejn hemm aktar minn metodu wieħed ta’ kejl ta’ speċi tal-baħar, l-eżemplari ma għandux jitqies li huwa iżgħar mid-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni jekk id-daqs li jitkejjel bi kwalunkwe wieħed minn dawn il-metodi huwa ugwali għal, jew akbar mid-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni.

4.   L-awwisti Ewropej, l-awwisti u l-molluski bivalvi u gasteropodi li jappartjenu għal xi speċi li għalihom hu stabbilit daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni fl-Annessi V, VI jew VII, jistgħu jinżammu abbord biss sħaħ u jistgħu jinħattu biss sħaħ.

TAQSIMA 5

Miżuri biex Jitnaqqas l-Iskartar Ta’ Qabdiet

Artikolu 14

Proġetti pilota biex jiġu evitati l-qabdiet mhux intenzjonati

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013„ l-Istati Membri jistgħu jwettqu proġetti pilota bil-għan li jesploraw metodi sabiex jevitaw, jimminimizzaw u jeliminaw il-qabdiet mhux intenzjonati. Dawn il-proġetti pilota għandhom jikkunsidraw l-opinjonijiet tal-Kunsilli Konsultattivi rilevanti, u jkunu bbażati fuq l-aħjar parir xjentifiku disponibbli.

2.   Fejn ir-riżultati ta’ dawn l-istudji pilota jew parir xjentifiku ieħor jindikaw li l-qabdiet mhux intenzjonati huma sinifikanti, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jagħmlu ħilithom biexjistabbilixxu miżuri tekniċi li jnaqqsu dawk il-qabdiet mhux intenzjonati f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

KAPITOLU III

REĠJONALIZZAZZJONI

Artikolu 15

Miżuri tekniċi reġjonali

1.   Miżuri tekniċi stabbiliti fil-livell reġjonali huma stipulati fl-Annessi li ġejjin:

(a)

fl-Anness V għall-Baħar tat-Tramuntana;

(b)

fl-Anness VI għall-Ilmijiet tal-Majjistral;

(c)

fl-Anness VII għall-Ilmijiet tal-Lbiċ;

(d)

fl-Anness VIII għall-Baħar Baltiku;

(e)

fl-Anness IX għall-Baħar Mediterran;

(f)

fl-Anness X għall-Baħar l-Iswed;

(g)

fl-Anness XI għall-Ilmijiet tal-Unjoni fl-Oċean Indjan u fl-Atlantiku tal-Punent;

(h)

fl-Anness XIII għal speċijiet sensittivi.

2.   Sabiex jitqiesu l-ispeċifiċitajiet reġjonali tas-sajd rilevanti, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 29 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 sabiex temenda, tissupplimenta, tħassar jew tidderoga mill-miżuri tekniċi stabbiliti fl-Annessi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, inkluż fl-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art fil-kuntest tal-Artikolu 15(5) u (6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati abbażi ta’ rakkomandazzjoni konġunta ppreżentata f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u f’konformità mal-Artikoli rilevanti tal-Kapitolu III ta’ dan ir-Regolament.

3.   Għall-fini tal-adozzjoni ta’ tali atti delegati, l-Istati Membri li għandhom interess dirett fil-ġestjoni jistgħu jressqu rakkomandazzjonijiet konġunti f’konformità mal-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għall-ewwel darba sa mhux aktar tard minn 24 xahar u mbagħad 18-il xahar wara kull sottomissjoni tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 31(1) ta’ dan ir-Regolament. Huma jistgħu wkoll jissottomettu tali rakkomandazzjonijiet meta jqisu li jkunu meħtieġa.

4.   Il-miżuri tekniċi adottati skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu:

(a)

għandu jkollhom l-għan li jilħqu l-objettivi u l-miri stipulati fl-Artikoli 3 u 4 ta’ dan ir-Regolament;

(b)

għandu jkollhom l-għan li jilħqu l-objettivi u jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stabbiliti f’atti rilevanti oħra tal-Unjoni adottati fil-qasam tal-PKS, b’mod partikolari fil-pjanijiet pluriennali msemmija fl-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(c)

għandhom ikunu ggwidati mill-prinċipji ta’ governanza tajba stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(d)

għandhom bħala minimu jwasslu għal benefiċċji għall-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar li huma tal-inqas ekwivalenti b’mod partikolari f’termini ta’ mudelli ta’ sfruttament u l-livell ta’ protezzjoni provdut għal speċijiet u ħabitats sensittivi, għall-miżuri msemmija fil-paragrafu 1. L-impatt potenzjali tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar għandu jiġi kkunsidrat ukoll.

5.   L-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet relattivament għall-ispeċifikazzjonijiet għad-daqs tal-malja stipulati fl-Artikolu 27 u fil-Parti B tal-Annessi V sa XI ma għandhiex twassal għal deterjorazzjoni tal-istandards tas-selettività, b’mod partikolari f’termini ta’ żieda fil-qabdiet ta’ ħut li għadu qed jikber, eżistenti fl-14 ta’ Awwissu 2019, u għandu jkollha l-għan li tilħaq l-objettivi u l-miri stipulati fl-Artikoli 3 u 4.

6.   Fir-rakkomandazzjonijiet konġunti ppreżentati għall-fini tal-adozzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jipprovdu evidenza xjentifika biex jappoġġaw l-adozzjoni ta’ dawn il-miżuri.

7.   Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-STECF jivvaluta r-rakkomandazzjonijiet konġunti msemmija fil-paragrafu 2.

Artikolu 16

Selettività tal-irkaptu tas-sajd skont l-ispeċijiet u d-daqs

Rakkomandazzjoni konġunta sottomessa għall-fini tal-adozzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 15(2) fir-rigward ta’ karatteristiċi ta’ selettività tal-irkaptu skont id-daqs u skont l-ispeċi għandha tipprovdi evidenza xjentifika li turi li dawk il-miżuri jirriżultaw f’karatteristiċi ta’ selettività ekwivalenti għal speċijiet speċifiċi jew kombinazzjoni ta’ speċijiet li tal-inqas ikunu ekwivalenti għall-karatteristiċi ta’ selettività ta’ rkaptu stabbiliti fil-Parti B tal-Annessi V sa X u fil-Parti A tal-Anness XI.

Artikolu 17

Żoni magħluqin jew ristretti sabiex jipproteġu l-ħut li għadu qed jikber u l-ġlejjeb

Rakkomandazzjoni konġunta ppreżentata għall-fini tal-adozzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 15(2) relattivament għall-Parti C tal-Annessi V sa VIII u X u l-Parti B tal-Anness XI jew biex jiġu stabbiliti żoni magħluqin jew ristretti ġodda għandha tinkludi l-elementi li ġejjin fir-rigward ta’ dawn iż-żoni magħluqin jew ristretti:

(a)

l-objettiv tal-għeluq;

(b)

il-limitu ġeografiku u d-durata tal-għeluq;

(c)

restrizzjonijiet fuq irkaptu speċifiku; u

(d)

arranġamenti ta’ kontroll u monitoraġġ.

Artikolu 18

Daqsijiet minimi ta’ referenza għall-konservazzjoni

Rakkomandazzjoni konġunta ppreżentata għall-fini li jiġu adottati l-miżuri msemmija fl-Artikolu 15(2) fir-rigward tal-Parti A tal-Annessi V sa X għandha tirrispetta l-objettiv li tkun żgurata l-protezzjoni ta’ speċijiet tal-baħar li jkunu għadhom qed jikbru.

Artikolu 19

Żoni li jingħalqu f’ħin reali u dispożizzjonijiet dwar meta żona tinbidel

1.   Rakkomandazzjoni konġunta sottomessa bil-għan li tadotta l-miżuri msemmija fl-Artikolu 15 (2) fir-rigward tal-ħolqien ta’ għeluq f’ħin reali bil-għan li tiżgura l-protezzjoni ta’ speċijiet sensittivi jew ta’ aggregazzjonijiet ta’ ħut li għadhom qed jikbru, ħut riproduttivi jew frott tal-baħar bil-qoxra, għandha tinkludi l-elementi li ġejjin:

(a)

il-limitu ġeografiku u d-durata tal-għeluq;

(b)

l-ispeċijiet u l-livelli ta’ limitu li jiskattaw l-għeluq;

(c)

l-użu ta’ rkaptu selettiv ħafna li jippermetti l-aċċess għal żoni li kieku jkunu żoni magħluqin; u

(d)

arranġamenti ta’ kontroll u monitoraġġ.

2.   Rakkomandazzjoni konġunta ppreżentata għall-fini tal-adozzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 15(2), relattivament għal dispożizzjonijiet dwar meta ż-żona tinbidel, għandha tinkludi:

(a)

l-ispeċijiet u l-livelli limitu li jiskattaw obbligu ta’ bdil ta’ żona;

(b)

id-distanza li bastiment għandu jitbiegħed mill-pożizzjoni tas-sajd preċedenti tiegħu.

Artikolu 20

Irkaptu innovattiv tas-sajd

1.   Rakkomandazzjoni konġunta ppreżentata għall-fini li jiġu adottati l-miżuri msemmija fl-Artikolu 15(2) relattivament għall-użu ta’ rkaptu innovattiv tas-sajd, f’baċir tal-baħar speċifiku għandu jkun fih valutazzjoni tal-impatti probabbli tal-użu ta’ tali rkapti fuq l-ispeċijiet immirati u fuq speċijiet u ħabitats sensittivi. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiġbru d-data xierqa meħtieġa għal din il-valutazzjoni.

2.   L-użu ta’ rkaptu innovattiv ma għandux ikun permess fejn il-valutazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jindikaw li l-użu tiegħu ser iwassal għal impatti negattivi sinifikanti fuq ħabitats sensittivi u speċijiet mhux fil-mira.

Artikolu 21

Miżuri għall-konservazzjoni tan-natura

Rakkomandazzjoni konġunta ppreżentata għall-fini li jiġu adottati l-miżuri msemmija fl-Artikolu 15(2), relattivament għall-protezzjoni ta’ speċijiet u ħabitats sensittivi, tista’, b’mod partikolari:

(a)

tiżviluppa listi ta’ speċijiet u ħabitats sensittivi li l-aktar huma f’riskju mill-attivitajiet tas-sajd fir-reġjun rilevanti abbażi tal-aħjar parir xjentifiku disponibbli;

(b)

tispeċifika l-użu ta’ miżuri addizzjonali jew alternattivi għal dawk imsemmija fl-Anness XIII sabiex jimminimizzaw il-qabdiet aċċessorji tal-ispeċijiet imsemmija fl-Artikolu 11;

(c)

tipprovdi informazzjoni dwar l-effettività ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni eżistenti u arranġamenti ta’ monitoraġġ;

(d)

jispeċifikaw miżuri sabiex jimminimizzaw l-impatti tal-irkaptu fuq il-ħabitats sensittivi;

(e)

jispeċifikaw ir-restrizzjonijiet fuq it-tħaddim ta’ ċertu rkaptu jew jintroduċu projbizzjoni totali fuq l-użu ta’ ċertu rkaptu f’żona fejn tali rkaptu jirrappreżenta theddida għall-istat ta’ konservazzjoni tal-ispeċijiet f’dik iż-żona kif imsemmi fl-Artikoli 10 u 11 jew ħabitats sensittivi oħrajn.

Artikolu 22

Miżuri reġjonali fil-qafas ta’ pjanijiet temporanji ta’ skartar ta’ qabdiet

1.   Meta l-Istati Membri jissottomettu rakkomandazzjonijiet konġunti għall-istabbiliment ta’ miżuri tekniċi fil-pjanijiet temporanji ta’ skartar ta’ qabdiet imsemmija fl-Artikolu 15(6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, dawk ir-rakkomandazzjonijiet jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn, l-elementi li ġejjin:

(a)

speċifikazzjonijiet dwar l-irkaptu u r-regoli li jirregolaw l-użu tiegħu;

(b)

speċifikazzjonijiet dwar il-modifiki ta’ rkaptu jew dwar l-użu ta’ apparat selettiv sabiex tittejjeb is-selettività tad-daqs jew l-ispeċi;

(c)

restrizzjonijiet jew projbizzjonijiet fuq l-użu ta’ ċertu rkaptu, u fuq attivitajiet tas-sajd, f’ċerti żoni jew matul ċerti perijodi;

(d)

daqsijiet minimi ta’ referenza għall-konservazzjoni;

(e)

derogi approvati skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

2.   Il-miżuri msemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jimmiraw li jilħqu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 3 u b’mod partikolari dawk dwar il-protezzjoni ta’ ħut li għadhom qed jikbru jew aggregazzjonijiet riproduttivi ta’ ħut jew frott tal-baħar bil-qoxra.

Artikolu 23

Proġetti pilota dwar dokumentazzjoni sħiħa tal-qabdiet u tal-qbid skartat

1.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 29 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, li jissupplimentaw dan ir-Regolament permezz ta’ definizzjoni ta’ proġetti pilota li jiżviluppaw sistema ta’ dokumentazzjoni sħiħa tal-qabdiet u l-qbid skartat abbażi ta’ objettivi u miri li jistgħu jitkejlu, bil-għan ta’ ġestjoni bbażata fuq ir-riżultati tas-sajd.

2.   Il-proġetti pilota msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jidderogaw mill-miżuri stabbiliti fil-Parti B tal-Annessi V sa XI għal żona speċifika u għal perijodu massimu ta’ sena, sakemm ikun jista’ jintwera li tali proġetti pilota jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi u l-miri stipulati fl-Artikoli 3 u 4, b’mod partikolari, jimmiraw li jtejbu s-selettività tal-irkaptu tas-sajd jew il-prattika kkonċernata jew inkella jnaqqsu l-impatt tiegħu fuq l-ambjent. Dak il-perijodu ta’ sena jista’ jiġi estiż b’sena addizzjonali taħt l-istess kondizzjonijiet. Dan għandu jkun limitat għal mhux aktar minn 5 % tal-bastimenti f’dak il-mestier għal kull Stat Membru.

3.   Fejn l-Istati Membri jibagħtu rakkomandazzjonijiet konġunti għall-istabbiliment ta’ proġetti pilota kif imsemmi fil-paragrafu 1, għandhom jipprovdu evidenza xjentifika sabiex jappoġġaw l-adozzjoni tagħhom. L-STECF għandu jevalwa dawn ir-rakkomandazzjonijiet konġunti u dik il-valutazzjoni jagħmilha pubblika. Fi żmien sitt xhur mill-konklużjoni tal-proġett, l-Istati Membri għandhom jissottomettu rapport lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati, inkluż valutazzjoni dettaljata tat-tibdil fis-selettività u impatti ambjentali oħrajn.

4.   L-STECF għandu jevalwa r-rapport imsemmi fil-paragrafu 3. F’każ ta’ valutazzjoni pożittiva tal-kontribuzzjoni tal-irkaptu l-ġdid jew il-prattika l-ġdida għall-objettiv imsemmi fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista’ tippreżenta proposta f’konformità mat-TFUE biex tippermetti l-użu ġeneralizzat ta’ dak l-irkaptu jew dik il-prattika. Il-valutazzjoni tal-STECF għandha ssir pubblika.

5.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 29 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jiddefinixxu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta’ sistema għal dokumentazzjoni sħiħa ta’ qabdiet u rimi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 24

Atti ta’ Implimentazzjoni

1.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu dan li ġej:

(a)

l-ispeċifikazzjonijiet tat-tagħmir ta’ għażla mwaħħal mal-irkaptu stipulat fil-Parti B tal-Annessi V sa IX;

(b)

regoli dettaljati dwar l-ispeċifikazzjonijiet tal-irkaptu deskritti fil-Parti D tal-Anness V relattivament għal restrizzjonijiet fuq il-kostruzzjoni ta’ rkaptu u l-miżuri ta’ kontroll u monitoraġġ li ser jiġu adottati mill-Istat Membru tal-bandiera;

(c)

regoli dettaljati dwar il-miżuri ta’ kontroll u monitoraġġ li ser jiġu adottati mill-Istat Membru tal-bandiera meta jintuża l-irkaptu msemmi fil-punt 6 tal-Parti C tal-Anness V, fil-punt 9 tal-Parti C tal-Anness VI u fil-punt 4 tal-Parti C tal-Anness VII;

(d)

regoli dettaljati dwar il-miżuri ta’ kontroll u ta’ monitoraġġ li jkunu ser jiġu adottati għaż-żoni magħluqin jew ristretti deskritti fil-punt 2 tal-Parti C tal-Anness V, u fil-punti 6 u 7 tal-Parti C tal-Anness VI;

(e)

regoli dettaljati dwar il-karatteristiċi tas-sinjal u tal-implimentazzjoni ta’ apparat akustiku deterrenti kif imsemmi fil-Part A tal-Anness XIII;

(f)

regoli dettaljati dwar id-disinn u l-użu ta’ lettijiet bin-naffara u linji mtaqqla kif imsemmi fil-Parti B tal-Anness XIII;

(g)

regoli dettaljati dwar l-ispeċifikazzjonijiet għall-apparat għall-esklużjoni tal-fkieren tal-baħar imsemmi fil-Parti C tal-Anness XIII.

2.   L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu adottati f’konformità mal-Artikolu 30(2).

KAPITOLU IV

RIĊERKA XJENTIFIKA, RIPOPOLAZZJONI DIRETTA U TRAPJANTAR

Artikolu 25

Riċerka xjentifika

1.   Il-miżuri tekniċi previsti f’dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għal attivitajiet tas-sajd li jitwettqu għall-fini ta’ investigazzjonijiet xjentifiċi soġġetti għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-attivitajiet tas-sajd għandhom jitwettqu bil-permess u taħt l-awtorità tal-Istat Membru tal-bandiera;

(b)

il-Kummissjoni u l-Istat Membru li fl-ilmijiet taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tiegħu jitwettqu l-attivitajiet tas-sajd (“l-Istat Membru tal-kosta”), għandhom jiġu infurmati tal-anqas ġimagħtejn qabel, bl-intenzjoni li jkunu ser jitwettqu attivitajiet tas-sajd bħal dawn, u għandhom jiġu inklużi dettalji dwar il-bastimenti involuti u l-investigazzjonijiet xjentifiċi li jkunu ser isiru;

(c)

il-bastiment jew bastimenti li jwettqu l-attivitajiet tas-sajd għandu jkollhom awtorizzazzjoni għas-sajd f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009;

(d)

jekk issir talba mill-Istat Membru tal-kosta lill-Istat Membru tal-bandiera, il-kaptan tal-bastiment għandu jintalab itella’ abbord osservatur mill-Istat Membru tal-kosta waqt l-attivitajiet tas-sajd, sakemm dan ma jkunx impossibbli għal raġunijiet ta’ sigurtà;

(e)

operazzjonijiet ta’ sajd imwettqa minn bastimenti kummerċjali għall-finijiet ta’ investigazzjoni xjentifika għandhom ikunu limitati fiż-żmien. Meta l-operazzjonijiet tas-sajd imwettqa minn bastimenti kummerċjali għal riċerka speċifika jinvolvu aktar minn sitt bastiment kummerċjali, il-Kummissjoni għandha tkun infurmata mill-Istat Membru tal-bandiera mill-inqas tliet xhur bil-quddiem u għandha tfittex, fejn ikun xieraq, il-parir tal-STECF biex tikkonferma li dan il-livell ta’ parteċipazzjoni huwa ġustifikat fuq il-bażi ta’ raġunijiet xjentifiċi; jekk il-livell ta’ parteċipazzjoni mhux ikkunsidrat ġustifikat abbażi tal-parir tas-STECF, l-Istat Membru kkonċernat għandu jemenda l-kundizzjonijiet ta’ riċerka xjentifika kif xieraq;

(f)

fil-każ ta’ tkarkir bl-impulsi elettriċi, il-bastimenti li jwettqu riċerka xjentifika għandhom isegwu protokoll xjentifiku speċifiku bħala parti minn pjan ta’ riċerka xjentifika li ġiet riveduta jew ivvalidata mill-ICES jew mill-STECF, kif ukoll sistema għall-monitoraġġ, il-kontroll u l-evalwazzjoni.

2.   L-ispeċijiet tal-baħar li jinqabdu għall-finijiet speċifikati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jinbiegħu, jinħażnu, jintwerew jew jiġu offruti għall-bejgħ, dment li jingħaddu skont il-kwoti f’konformità mal-Artikolu 33(6) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 fejn applikabbli, u:

(a)

jilħqu d-daqsijiet minimi ta’ referenza għall-konservazzjoni stipulati fl-Annessi IV sa X ta’ dan ir-Regolament; jew

(b)

jinbiegħu għal finijiet li mhumiex dawk tal-konsum dirett mill-bniedem.

Artikolu 26

Ripopolazzjoni diretta u trapjantar

1.   Il-miżuri tekniċi previsti f’dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għal attivitajiet tas-sajd li jitwettqu biss bil-għan tar-ripopolazzjoni diretta jew it-trapjantar ta’ speċijiet tal-baħar, dment li dawk l-attivitajiet isiru bil-permess u taħt l-awtorità tal-Istat Membru jew l-Istati Membri li jkollhom interess dirett b’rabta mal-ġestjoni.

2.   Meta r-ripopolazzjoni diretta jew it-trapjantar artifiċjali jsir fl-ilmijiet ta’ Stat Membru ieħor jew Stati Membri oħrajn, il-Kummissjoni u dawk l-Istati Membri kollha għandhom ikunu informati, mill-anqas 20 jum kalendarju minn qabel, bl-intenzjoni li jitwettqu dawn l-attivitajiet tas-sajd.

KAPITOLU V

KONDIZZJONIJIET RELATTIVI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET GĦAD-DAQS TAL-MALJA

Artikolu 27

Kondizzjonijiet relattivi għall-ispeċifikazzjonijiet għad-daqs tal-malja

1.   Il-persentaġġi tal-qabdiet imsemmija fl-Annessi V sa VIII għandhom ifissru l-persentaġġ minimu ta’ speċijiet permessi biex jikkwalifika għad-daqsijiet speċifiċi tal-malja stipulati f’dawk l-Annessi. Dawn il-persentaġġi għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-obbligu li l-qabdiet jinħattu l-art li jinsab fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

2.   Il-persentaġġi tal-qabdiet għandhom jiġu kkalkulati bħala l-proporzjon tal-piż ħaj tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar kollha li jkunu nħattu l-art wara kull vjaġġ tas-sajd.

3.   Il-persentaġġi tal-qabdiet imsemmija fil-paragrafu 2 jistgħu jiġu kkalkulati abbażi ta’ kampjun rappreżentattiv wieħed jew aktar.

4.   Għall-fini ta’ dan l-Artikolu, il-piż ekwivalenti ta’ skampu sħiħ għandu jinkiseb billi l-piż tad-dnieb tal-iskampu jiġi mmultiplikat bi tlieta.

5.   L-Istati Membri jistgħu joħorġu awtorizzazzjonijiet tas-sajd f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 għal bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom meta jkunu qegħdin iwettqu attivitajiet tas-sajd filwaqt li jużaw il-malji ta’ daqsijiet speċifiċi previsti fl-Annessi V sa XI. Tali awtorizzazzjonijiet jistgħu jiġu sospiżi jew irtirati meta jkun instab li bastiment ma jkunx ikkonforma mal-persentaġġi definiti tal-qabdiet previsti fl-Annessi V sa VIII.

6.   Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

7.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 15 u f’konformità mal-Artikolu 29 sabiex tkompli tiddefinixxi t-terminu “sajd dirett” għal speċijiet rilevanti fil-Parti B tal-Annessi V sa X u l-Parti A tal-Anness XI. Għal dan l-għan, l-Istati Membri li jkollhom interess dirett b’rabta mal-ġestjoni fil-qasam tas-sajd ikkonċernat għandhom jippreżentaw kwalunkwe rakkomandazzjoni konġunta għall-ewwel darba sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Awwissu 2020.

KAPITOLU VI

MIŻURI TEKNIĊI FIŻ-ŻONA REGOLATORJA TAN-NEAFC

Artikolu 28

Miżuri tekniċi fiż-żona regolatorja tan-NEAFC

Fl-Anness XII jinsabu stabbiliti miżuri tekniċi applikabbli fiż-żona regolatorja tan-NEAFC.

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET PROĊEDURALI

Artikolu 29

Eżerċizzju tad-delega

1.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 2(2), l-Artikolu 8(3), l-Artikolu 10(4), l-Artikolu 12(2), l-Artikolu 15(2), l-Artikolu 23(1) u (5), l-Artikolu 27(7) u l-Artikolu 31(4) għal perijodu ta’ ħames snin mill-14 ta’ Awwissu 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa sa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni sa mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 2(2), l-Artikolu 8(3), l-Artikolu 10(4), l-Artikolu 12(2), l-Artikolu 15(2), l-Artikolu 23(1) u (5), l-Artikolu 27(7) u l-Artikolu 31(4) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma’ tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti deżinjati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 2(2), l-Artikolu 8(3), l-Artikolu 10(4), l-Artikolu 12(2), l-Artikolu 15(2), l-Artikolu 23(1) u (5), l-Artikolu 27(7) u l-Artikolu 31(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 30

Proċedura ta’ Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura stabbilit mill-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

KAPITOLU VIII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 31

Rieżami u rappurtar

1.   Sal-31 ta’ Diċembru 2020 u kull tliet snin minn hemm ’il quddiem, u abbażi tal-informazzjoni pprovduta minn Stati Membri u l-Kunsilli Konsultattivi rilevanti u wara evalwazzjoni mill-STECF, il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jivvaluta sa fejn il-miżuri tekniċi, fil-livell reġjonali kif ukoll fil-livell tal-Unjoni, ikkontribwixxew biex jintlaħqu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 3 u biex jintlaħqu l-miri stipulati fl-Artikolu 4. Ir-rapport għandu jirreferi wkoll għall-parir mill-ICES dwar il-progress li sar, jew l-impatt li jirriżulta mill-irkaptu innovattiv. Ir-rapport għandu jasal għal konklużjonijiet rigward il-benefiċċji għal, jew l-effetti negattivi fuq, l-ekosistemi tal-baħar, il-ħabitats sensittivi u s-selettività.

2.   Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jinkludi, fost l-oħrajn, valutazzjoni tal-kontribut tal-miżuri tekniċi biex jiġu ottimizzati l-mudelli ta’ sfruttament, kif previst fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2). Għal dak l-għan, ir-rapport jista’ jinkludi, fost l-oħrajn, bħala indikatur tal-prestazzjoni ta’ selettività għall-istokkijiet indikaturi ewlenin għall-ispeċijiet elenkati fl-Anness XIV, it-tul ta’ selettività ottimali (Lopt) imqabbel mat-tul medju tal-ħut li jinqabad għal kull sena koperta.

3.   Abbażi ta’ dak ir-rapport, fejn fil-livell reġjonali jkun hemm evidenza li l-objettivi u l-miri ma ntlaħqux, l-Istati Membri f’dak ir-reġjun għandhom, fi żmien tnax-il xahar wara li jkun ġie ppreżentat ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, jippreżentaw pjan li jistipula l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu bħala kontribut biex jinkisbu dawk l-objettivi u l-miri.

4.   Il-Kummissjoni tista’ tipproponi wkoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kwalunkwe emenda meħtieġa għal dan ir-Regolament abbażi ta’ dak ir-rapport. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 15 u f’konformità mal-Artikolu 29 sabiex temenda l-lista ta’ speċijiet stabbilita fl-Anness XIV.

Artikolu 32

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1967/2006

Ir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 huwa emendat kif ġej:

(a)

jitħassru l-Artikoli 3, 8 sa 12, 14, 15, 16 u 25;

(b)

jitħassru l-Annessi II, III u IV.

Ir-referenzi għall-Artikoli u l-Annessi mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 33

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1224/2009

Fil-Kapitolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, it-Titolu IV huwa emendat kif ġej:

(a)

titħassar it-Taqsima 3;

(b)

tiżdied it-Taqsima li ġejja:

Taqsima 4

Ipproċessar Abbord u Sajd Pelaġiku

Artikolu 54a

Ipproċessar abbord

1.   It-twettiq abbord bastiment tas-sajd ta’ kwalunkwe pproċessar fiżiku jew kimiku ta’ ħut sabiex ikun prodott frakass tal-fdal tal-ħut, żejt tal-ħut, jew prodotti simili, jew biex ikunu trasferiti qabdiet ta’ ħut għal tali għanijiet għandu jkun ipprojbit.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika:

(a)

għall-ipproċessar jew it-trasbord tal-ġewwieni tal-ħut; jew

(b)

għall-produzzjoni ta’ surimi abbord bastiment tas-sajd.

Artikolu 54b

Restrizzjonijiet fuq il-ġestjoni tal-qabdiet u r-rimi lura tal-ħut fuq bastimenti pelaġiċi

1.   L-ispazju massimu bejn il-vireg fis-separatur tal-ilma abbord bastimenti tas-sajd pelaġiku li jistadu għall-kavalli, l-aringi u s-sawrell u li joperaw fiż-Żona tal-Konvenzjoni tan-NEAFC hekk kif definit fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 1236/2010 għandu jkun 10 mm.

Il-vireg għandhom jiġu wweldjati f’posthom. Jekk fis-separatur tal-ilma jintużaw toqob minflok vireg, id-dijametru massimu tat-toqob ma għandux ikun aktar minn 10 mm. It-toqob fiż-żrieraq li jkunu quddiem is-separatur tal-ilma ma għandux ikollhom dijametru ta’ aktar minn 15-il mm.

2.   Il-bastimenti tas-sajd pelaġiku li joperaw fiż-Żona tal-Konvenzjoni tan-NEAFC m’għandhom ikunu jistgħu jarmu l-ħut taħt il-livell tal-ilma tagħhom minn tankijiet li jarmu bil-mod (buffer tanks) jew minn tankijiet għall-ilma baħar imkessaħ (refrigerated seawater - RSW).

3.   Il-pjanijiet marbuta mal-ġestjoni tal-qabdiet u mal-kapaċitajiet ta’ rimi lura ta’ ħut tal-bastimenti pelaġiċi li jistadu għall-kavalli, l-aringi u s-sawrell fiż-Żona ta’ Konvenzjoni tan-NEAFC, u li huma ċertifikati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-bandiera, kif ukoll kwalunkwe modifika li ssirilhom għandhom jintbagħtu mill-kaptan tal-bastiment lill-awtoritajiet kompetenti tas-sajd tal-Istat Membru tal-bandiera. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tal-bastimenti għandhom iwettqu verifiki perjodiċi tal-livell ta’ preċiżjoni tal-pjanijiet ippreżentati. Fuq il-bastiment għandha dejjem tinżamm kopja tagħhom.

Artikolu 54c

Restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ tagħmir ta’ għażla awtomatiku

1.   Iż-żamma jew l-użu abbord ta’ bastiment tas-sajd ta’ tagħmir li jkun jista jagħżel awtomatikament aringi jew sawrell jew kavalli, skont id-daqs jew skont is-sess, għandu jkun ipprojbit.

2.   Madanakollu, il-ġarr u l-użu ta’ tali tagħmir għandu jkun permess jekk:

(a)

il-bastiment ma jġorrx jew ma jużax abbord fl-istess ħin irkaptu rmunkat b’daqs tal-malja ta’ inqas minn 70 mm jew tartarun tal-borża waħda jew aktar jew irkaptu tas-sajd simili; jew

(b)

il-qabda sħiħa li tista’ tinżamm abbord legalment:

(i)

tinħażen fi stat iffriżat;

(ii)

il-ħut magħżul huwa ffriżat minnufih wara li jintgħażel u ebda mill-ħut li ma jkunx intgħażel ma jintefa’ lura l-baħar; u

(iii)

it-tagħmir ikun installat u jinsab fuq il-bastiment b’tali mod li jiżgura l-iffriżar minnufih tal-ħut u ma jippermettix it-tfigħ lura l-baħar tal-ispeċijiet tal-baħar.

3.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, kwalunkwe bastiment awtorizzat li jistad fil-Baħar Baltiku, fil-Belts jew fis-Sound jista’ jġorr tagħmir ta’ għażla awtomatiku fil-Kattegat dment li tkun inħarġet awtorizzazzjoni għas-sajd skont l-Artikolu 7. L-awtorizzazzjoni għas-sajd għandha tiddefinixxi l-ispeċijiet, iż-żoni, il-perijodi ta’ żmien u kull kondizzjoni oħra applikabbli meħtieġa għall-użu u l-ġarr abbord tat-tagħmir ta’ għażla.

4.   Dan l-Artikolu ma għandux japplika fil-Baħar Baltiku.’.

Artikolu 34

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1380/2013

Fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-paragrafu 12 huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘12.   Għall-ispeċijiet li mhumiex soġġetti għall-obbligu ta’ ħatt l-art kif speċifikat fil-paragrafu 1, il-qabdiet ta’ speċijiet taħt id-daqs ta’ referenza minimu għall-konservazzjoni ma għandhomx jinżammu abbord, iżda għandhom jiġu rritornati fil-baħar minnufih, ħlief meta jintużaw bħala lixka ħajja.’.

Artikolu 35

Emendi għar-Regolament (UE) 2016/1139

Fir-Regolament (UE) 2016/1139, l-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-parti introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

‘1.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 16 ta’ dan ir-Regolament u f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 fir-rigward tal-miżuri tekniċi li ġejjin, sa fejn ma jkunux koperti mir-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1)

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘2.   Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament u għandhom ikunu konformi mal-Artikolu 15(4) tar-Regolament (UE) 2019/1241.’.

Artikolu 36

Emendi għar-Regolament (UE) 2018/973

Fir-Regolament (UE) 2018/973, l-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-parti introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

‘1.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 16 ta’ dan ir-Regolament u f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 biex tissupplimenta dan ir-Regolament fir-rigward tal-miżuri tekniċi li ġejjin, sa fejn ma jkunux koperti mir-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropoew u tal-Kunsill (*2)

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘2.   Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament u għandhom ikunu konformi mal-Artikolu 15(4) tar-Regolament (UE) 2019/1241.’.

Artikolu 37

Emendi għar-Regolament (UE) 2019/472

Fir-Regolament (UE) 2019/472, l-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-parti introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

‘1.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 18 ta’ dan ir-Regolament u f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 biex tissupplimenta dan ir-Regolament fir-rigward tal-miżuri tekniċi li ġejjin, sa fejn ma jkunux koperti mir-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3):

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘2.   Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament u għandhom ikunu konformi mal-Artikolu 15(4) tar-Regolament (UE) 2019/1241.’.

Artikolu 38

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 2019/1022

Fir-Regolament (UE) 2019/1022, l-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1, il-parti introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

‘1.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 18 ta’ dan ir-Regolament u f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 biex tissupplimenta dan ir-Regolament fir-rigward tal-miżuri tekniċi li ġejjin, sa fejn ma jkunux koperti mir-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*4):

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘2.   Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament u għandhom ikunu konformi mal-Artikolu 15(4) tar-Regolament (UE) 2019/1241.’.

Artikolu 39

Tħassir

Ir-Regolamenti (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 huma mħassra.

Ir-referenzi għar-Regolamenti mħassra għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 40

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2019.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

G. CIAMBA


(1)  ĠU C 389, 21.10.2016, p. 67.

(2)  ĠU C 185, 9.6.2017, p. 82.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ April 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2019.

(4)  Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

(5)  Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).

(6)  Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

(7)  Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).

(8)  Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

(9)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(10)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(11)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 894/97 tad-29 ta’ April 1997 li jippreskrivi ċerti miżuri tekniċi għall-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd (ĠU L 132, 23.5.1997, p. 1).

(12)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 tat-30 ta’ Marzu 1998 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta’ żgħar ta’ organiżmi tal-baħar (ĠU L 125, 27.4.1998, p. 1).

(13)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2549/2000 tas-17 ta’ Novembru 2000 li jistabbilixxi miżuri tekniċi addizzjonali għall-irkuprar tal-istokk tal-bakkaljaw fil-Baħar Irlandiż (Diviżjoni VIIa tal-ICES) (ĠU L 292, 21.11.2000, p. 5).

(14)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 254/2002 tat-12 ta’ Frar 2002 li jistabbilixxi miżuri li għandhom ikunu applikabbli fl-2002 għall-irkupru tal-istokk tal-bakkaljaw fil-Baħar Irlandiż (id-diviżjoni VIIa tal-ICES) (ĠU L 41, 13.2.2002, p. 1).

(15)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 812/2004 tas-26 ta’ April 2004 li jippreskrivi miżuri li jikkonċernaw qabdiet inċidentali ta’ ċetaċji fil-meded (żoni) tas-sajd u jemenda r-Regolament (KE) Nru 88/98 (ĠU L 150, 30.4.2004, p. 12).

(16)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 tal-21 ta’ Diċembru 2005 għall-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1434/98 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 88/98 (ĠU L 349, 31.12.2005, p. 1).

(17)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 tal-21 ta’ Diċembru 2006 dwar miżuri ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1626/94 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11).

(18)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).

(19)  2016 m. liepos 6 d. Europos Parlamento ir Tarybos reglamentas (ES) 2016/1139, kuriuo nustatomas daugiametis Baltijos jūros menkių, silkių ir šprotų išteklių valdymo ir tų išteklių žvejybos planas ir iš dalies keičiamas Tarybos reglamentas (EB) Nr. 2187/2005 bei panaikinamas Tarybos reglamentas (EB) Nr. 1098/2007 (OL L 191, 2016 7 15, p. 1).

(20)  2018 m. liepos 4 d. Europos Parlamento ir Tarybos reglamentas (ES) 2018/973, kuriuo nustatomas Šiaurės jūros demersinių išteklių ir tų išteklių žvejybos daugiametis planas ir Šiaurės jūroje taikomo įpareigojimo iškrauti laimikį įgyvendinimo nuostatos ir panaikinamas Tarybos reglamentas (EB) Nr. 676/2007 ir Tarybos reglamentas (EB) Nr. 1342/2008 (OL L 179, 2018 7 16, p. 1).

(21)  2019 m. kovo 19 d. Europos Parlamento ir Tarybos reglamentas (ES) 2019/472, kuriuo nustatomas daugiametis vakarų vandenyse ir gretimuose vandenyse žvejojamų išteklių ir tų išteklių žvejybos planas, iš dalies keičiami reglamentai (ES) 2016/1139 ir (ES) 2018/973 ir panaikinami Tarybos reglamentai (EB) Nr. 811/2004, (EB) Nr. 2166/2005, (EB) Nr. 388/2006, (EB) Nr. 509/2007 ir (EB) Nr. 1300/2008 (OL L 83, 2019 3 25, p. 1).

(22)  2019 m. birželio 20 d. Europos Parlamento ir Tarybos reglamentas(ES) 2019/1022, kuriuo nustatomas daugiametis vakarų Viduržemio jūros demersinių išteklių žvejybos valdymo planas ir iš dalies keičiamas Reglamentas (ES) Nr. 508/2014 (OL L 172, 2019 6 26, p. 1).

(23)  Iż-żoni ICES (Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar) huma kif iddefiniti fir-Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta’ statistiċi ta’ qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu fil-grigal tal-Atlantiku (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 70).

(24)  Iż-żoni CECAF (l-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant jew iż-Żona ta’ sajd prinċipali 34 tal-FAO) huma kif iddefiniti fir-Regolament (KE) Nru 216/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta’ statistiċi ta’ qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu f’ċerti żoni li mhumiex fl-Atlantiku tat-Tramuntana (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 1).

(25)  Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran (ĠU L 347, 30.12.2011, p. 44).

(26)  Regolament (UE) Nru 1236/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2010 li jistabbilixxi skema ta’ kontroll u infurzar applikabbli fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali fil-Ġejjieni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2791/1999 (ĠU L 348, 31.12.2010, p. 17).

(27)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 734/2008 tal-15 ta’ Lulju 2008 dwar il-protezzjoni ta’ ekosistemi marini vulnerabbli f’ibħra internazzjonali mill-impatti ħżiena tal-irkaptu tas-sajd tal-qiegħ (ĠU L 201, 30.7.2008, p. 8).

(28)  Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ 11 ta’ Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1).

(*1)  Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar permezz ta’ miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1380/2013, (UE) 2016/1139, (UE) 2018/973, (UE) 2019/472 u (UE) Nru 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 105).’;

(*2)  Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar permezz ta’ miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1380/2013, (UE) 2016/1139, (UE) 2018/973, (UE) 2019/472 u (UE) Nru 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 105).’;

(*3)  Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar permezz ta’ miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1380/2013, (UE) 2016/1139, (UE) 2018/973, (UE) 2019/472 u (UE) Nru 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 105).’

(*4)  Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar permezz ta’ miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1380/2013, (UE) 2016/1139, (UE) 2018/973, (UE) 2019/472 u (UE) Nru 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 105).’;


ANNESS I

SPEĊIJIET IPPROJBITI

Speċijiet li għalihom hemm il-projbizzjoni tas-sajd, iż-żamma abbord, it-trasbord, il-ħatt l-art, il-ħżin, il-bejgħ, il-wiri jew l-offerta għall-bejgħ, kif imsemmi fl-Artikolu 10(2):

(a)

l-ispeċijiet li ġejjin ta’ pixxisega fl-ilmijiet kollha tal-Unjoni:

(i)

il-pixxisega rqiqa (Anoxypristis cuspidata);

(ii)

il-pixxisega nana (Pristis clavata);

(iii)

il-pixxiserrieq (Pristis pectinata);

(iv)

il-pixxisega komuni (Pristis pristis);

(v)

il-pixxisega ħadra (Pristis zijsron);

(b)

il-gabdoll (Cetorhinus maximus) u l-kelb il-baħar abjad (Carcharodon carcharias) fl-ilmijiet kollha;

(c)

il-mazzola tal-fanal minuri (Etmopterus pusillus) fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 2a tal-ICES u tas-subżona IV tal-ICES, kif ukoll fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-subżoni 1, 5, 6, 7, 8, 12 u 14 tal-ICES;

(d)

ir-rajja manta tal-iskoll (Manta alfredi) fl-ilmijiet kollha tal-Unjoni;

(e)

il-manta ġiganta (Manta birostris) fl-ilmijiet kollha tal-Unjoni;

(f)

l-ispeċijiet li ġejjin ta’ raj tal-qrun fl-ilmijiet kollha tal-Unjoni:

(i)

il-baqra (Mobula mobular);

(ii)

ir-raja tal-qrun minuri tal-Guinea (Mobula rochebrunei);

(iii)

il-mobula denbha xewka (Mobula japanica);

(iv)

il-mobula denbha lixx (Mobula thurstoni);

(v)

il-mobula qrunha twal (Mobula eregoodootenkee);

(vi)

ir-raja tal-qrun ta’ Munk (Mobula munkiana);

(vii)

ir-raja tal-qrun taċ-Ċilì (Mobula tarapacana);

(viii)

ir-raja tal-qrun tal-ġewnaħ qasir (Mobula kuhlii);

(ix)

ir-raja tal-qrun minuri (Mobula hypostoma);

(g)

ir-raja tan-Norveġja (Raja (Dipturus) nidarosiensis) fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjonijiet 6a, 6b, 7a, 7b, 7c, 7e, 7f, 7 g, 7h u 7k; tal-ICES;

(h)

il-ħamiema (Raja alba) fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-subżoni 6–10;

(i)

il-guitarfishes (Rhinobatidae) fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-subżoni 1–10 u 12 tal-ICES;

(j)

l-ixkatlu komuni (Squatina squatina) fl-ilmijiet kollha tal-Unjoni;

(k)

is-salamun (Salmo salar) u t-trota tal-baħar (Salmo trutta) meta s-sajd isir bi kwalunkwe xibka rmunkata fl-ilmijiet ’il barra mil-limitu ta’ sitt mili mkejjel mil-linji bażi tal-Istati Membri fis-subżoni 1, 2 u 4–10 tal-ICES (ilmijiet tal-Unjoni);

(l)

houting (Coregonus oxyrhynchus) fid-diviżjoni 4b tal-ICES (ilmijiet tal-Unjoni);

(m)

storjun tal-Adrijatiku (Acipenser naccarii) u storjun komuni (Acipenser sturio) fl-ilmijiet tal-Unjoni;

(n)

l-awwista u l-awwista Ewropea, ta’ sess femminili mimlija bil-bajd (Palinurus spp. u Homarus gammarus) fil-Baħar Mediterran ħlief meta użati għal skopijiet ta’ ripopolazzjoni diretta jew trapjantar;

(o)

id-date shell (Lithophaga lithophaga), nakkra tal-ħarira (Pinna nobilis) u l-folas komuni (Pholas dactylus) f’ilmijiet tal-Unjoni fil-Baħar Mediterran;

(p)

rizza tax-xewk twal (Centrostephanus longispinus).


ANNESS II

ŻONI MAGĦLUQIN GĦALL-PROTEZZJONI TA’ ĦABITATS SENSITTIVI

Għall-finijiet tal-Artikolu 12, ir-restrizzjonijiet li ġejjin fuq l-attività tas-sajd huma applikabbli fiż-żoni magħluqin billi jingħaqdu sekwenzjalment mal-linji rombu l-koordinati li ġejjin, li għandhom ikunu imkejla skont is-sistema WGS84:

PARTI A

Ilmijiet tal-Majjistral

1.

Għandu jkun ipprojbit li jintużaw xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ jew xbieki rmunkati simili, għażel tal-qiegħ, xbieki tat-tħabbil jew pariti u konzijiet tal-qiegħ ġewwa ż-żoni li ġejjin:

 

Il-Provinċja tal-Belgica Mound:

51°29.4′ N, 11°51.6′ W

51°32.4′ N, 11°41.4′ W

51°15.6′ N, 11°33.0′ W

51°13.8′ N, 11°44.4′ W

51°29.4′ N, 11°51.6′ W

 

Il-Provinċja tal-Hovland Mound:

52°16.2′ N, 13°12.6′ W

52°24.0′ N, 12°58.2′ W

52°16.8′ N, 12°54.0′ W

52°16.8′ N, 12°29.4′ W

52°04.2′ N, 12°29.4′ W

52°04.2′ N, 12°52.8′ W

52°09.0′ N, 12°56.4′ W

52°09.0′ N, 13°10.8′ W

52°16.2′ N, 13°12.6′ W

 

Il-Majjistral tal-Porcupine Bank iż-Żona I:

53°30.6′ N, 14°32.4′ W

53°35.4′ N, 14°27.6′ W

53°40.8′ N, 14°15.6′ W

53°34.2′ N, 14°11.4′ W

53°31.8′ N, 14°14.4′ W

53°24.0′ N, 14°28.8′ W

53°30.6′ N, 14°32.4′ W

 

Il-Majjistral tal-Porcupine Bank iż-Żona II:

53°43.2′ N, 14°10.8′ W

53°51.6′ N, 13°53.4′ W

53°45.6′ N, 13°49.8′ W

53°36.6′ N, 14°07.2′ W

53°43.2′ N, 14°10.8′ W

 

Il-Lbiċ tal-Porcupine Bank:

51°54.6′ N, 15°07.2′ W

51°54.6′ N, 14°55.2′ W

51°42.0′ N, 14°55.2′ W

51°42.0′ N, 15°10.2′ W

51°49.2′ N, 15°06.0′ W

51°54.6′ N, 15°07.2′ W

2.

Il-bastimenti tas-sajd pelaġiku li jistadu fiż-żoni kif deskritt fil-punt 1 għandhom:

ikunu fuq lista ta’ bastimenti awtorizzati u tinħarġilhom awtorizzazzjoni għas-sajd skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009;

iġorru abbord esklużivament irkaptu pelaġiku;

jagħtu notifika erba’ sigħat minn qabel bl-intenzjoni tagħhom li jidħlu f’żona għall-protezzjoni ta’ ħabitats tal-baħar fond vulnerabbli liċ-Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd Irlandiż (ĊMS) kif definit fil-punt 15 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u fl-istess waqt jinnotifikaw dwar il-kwantitajiet ta’ ħut miżmuma abbord;

ikollhom Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti (VMS) sikura u li taħdem għalkollox, li tikkonforma bis-sħiħ mar-regoli rispettivi meta preżenti fi kwalunkwe waħda miż-żoni deskritti fil-punt 1;

jagħmlu rapporti tal-VMS kull siegħa;

jinformaw liċ-ĊMS Irlandiż bit-tluq tagħhom miż-żona u fl-istess ħin jinnotifikaw dwar il-kwantità ta’ ħut miżmuma abbord; u

ikollhom abbord xbieki tat-tkarkir b’daqs tal-malja tal-manka bejn 16-79 mm.

3.

Għandu jkun ipprojbit li jintużaw xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ jew xbieki rmunkati simili fiż-żoni li ġejjin:

Darwin Mounds:

59°54′ N, 6°55′ W

59°47′ N, 6°47′ W

59°37′ N, 6°47′ W

59°37′ N, 7°39′ W

59°45′ N, 7°39′ W

59°54′ N, 7°25′ W

PARTI B

Ilmijiet tal-Lbiċ

1.   El Cachucho

1.1.

Għandu jkun ipprojbit li jintużaw xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ, għeżul tal-qiegħ, xbieki tat-tħabbil jew pariti u konzijiet tal-qiegħ ġewwa ż-żoni li ġejjin:

44°12′ N, 5°16′ W

44°12′ N, 4°26′ W

43°53′ N, 4°26′ W

43°53′ N, 5°16′ W

44°12′ N, 5°16′ W

1.2.

Bastimenti li wettqu attivitajiet ta’ sajd dirett b’konzijiet tal-qiegħ fl-2006, l-2007 u l-2008 għal-lipp abjad (Phycis blennoides) jistgħu jibqgħu jistadu fiż-żona fin-Nofsinhar ta’ 44°00.00′ N dment li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

1.3.

Il-bastimenti kollha li kisbu din l-awtorizzazzjoni tas-sajd għandhom, irrispettivament mit-tul totali tagħhom, ikollhom fl-użu tagħhom VMS sikura, operattiva, li taħdem għalkollox u li tikkonforma mar-regoli rispettivi, meta wettqu attivitajiet ta’ sajd fiż-żona deskritta fil-punt 1.1.

2.   Madeira u l-Gżejjer Kanarji

Għandu jkun ipprojbit li jintużaw għeżul tal-qiegħ, xbieki tat-tħabbil u pariti f’fond ta’ iktar minn 200 m jew xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ jew irkaptu rmunkat simili fiż-żoni li ġejjin:

27°00′ N, 19°00′ W

26°00′ N, 15°00′ W

29°00′ N, 13°00′ W

36°00′ N, 13°00′ W

36°00′ N, 19°00′ W

3.   L-Azores

Għandu jkun ipprojbit li jintużaw għeżul tal-qiegħ, xbieki tat-tħabbil u pariti f’fond ta’ iktar minn 200 m jew xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ jew irkaptu rmunkat simili fiż-żoni li ġejjin:

36°00′ N, 23°00′ W

39°00′ N, 23°00′ W

42°00′ N, 26°00′ W

42°00′ N, 31°00′ W

39°00′ N, 34°00′ W

36°00′ N, 34°00′ W


ANNESS III

LISTA TA’ SPEĊIJIET LI L-QABDA TAGĦHOM BL-GĦAŻEL TAT-TISQIF HIJA PPROJBITA

Alonga: Thunnus alalunga

Tonn: Thunnus thynnus

Tonn obeż: Thunnus obesus

Palamit: Katsuwonus pelamis

Plamtu: Sarda sarda

Tonn isfar: Thunnus albacares

Tonn iswed: Thunnus atlanticus

Kubrit: Euthynnus spp.

Tonn tan-Nofsinhar: Thunnus maccoyii

Tumbrell: Auxis spp.

Abramida tal-oċean: Brama rayi

Marlini: Tetrapturus spp.; Makaira spp.

Sailfishes: Istiophorus spp.

Pixxispad: Xiphias gladius

Imsell: Scomberesox spp.; Cololabis spp.

Lampuki: Coryphœna spp.

Klieb il-baħar: Hexanchus griseus; Cetorhinus maximus; Alopiidae; Carcharhinidae; Sphyrnidae; Isuridae; Lamnidae

Ċefalopodi: l-ispeċijiet kollha


ANNESS IV

KEJL TAD-DAQS TA’ ORGANIŻMU TAL-BAĦAR

1.

Id-daqs ta’ kull ħuta għandu jitkejjel, kif muri fil-Figura 1, mit-tarf ta’ barra nett tal-ħalq sat-tarf tal-pinna tad-denb.

2.

Id-daqs tal-iskampu (Nephrops norvegicus) għandu jitkejjel, kif muri fil-Figura 2:

bħala t-tul tal-karapaċa, b’mod parallel mal-linja tan-nofs, minn wara l-ħofra tal-għajn sal-punt tan-nofs tax-xifer dorsali tat-tarf tal-karapaċa, jew

bħala t-tul totali, mill-ponta tar-rostrum sat-tarf ta’ wara tat-telson, li ma jinkludix is-setae.

Fil-każ ta’ dnieb tal-iskampu maqtugħin: mit-tarf ta’ quddiem tal-ewwel segment tad-denb preżenti sat-tarf ta’ wara tat-telson, li ma jinkludix is-setae. Id-denb għandu jitkejjel ċatt, mhux stirat u fuq il-ġenb dorsali.

3.

Id-daqs ta’ awwista Ewropea (Homarus gammarus) mill-Baħar tat-Tramuntana minbarra Skagerrak jew Kattegat għandu jitkejjel, kif muri fil-Figura 3, bħala t-tul tal-karapaċa, b’mod parallel mal-linja tan-nofs, minn wara waħda mill-ħofor tal-għajnejn sax-xifer tat-tarf tal-karapaċa.

4.

Id-daqs ta’ awwista Ewropea (Homarus gammarus) minn Skagerrak jew Kattegat għandu jitkejjel, kif muri fil-Figura 3, jew:

bħala t-tul tal-karapaċi, b’mod parallel mal-linja tan-nofs, minn wara l-ħofra tal-għajn sal-punt tan-nofs tax-xifer dorsali tat-tarf tal-karapaċa, jew

bħala t-tul totali, mill-ponta tar-rostrum sat-tarf ta’ wara tat-telson, li ma jinkludix is-setae.

5.

Id-daqs tal-awwista (Palinurus spp.) għandu jitkejjel, kif muri fil-Figura 4, bħala t-tul tal-karapaċi, b’mod parallel mal-linja tan-nofs, mill-ponta tar-rostrum sal-punt tan-nofs tax-xifer dorsali tat-tarf tal-karapaċi.

6.

Id-daqs ta’ kull mollusk bivalv għandu jitkejjel, kif muri fil-Figura 5, tul l-itwal parti tal-qoxra.

7.

Id-daqs tal-għaġuża (Maja squinado) għandu jitkejjel, kif muri fil-Figura 6, bħala t-tul tal-karapaċa, tul il-linja tan-nofs, mit-tarf tal-karapaċa bejn ir-rostri sat-tarf ta’ wara tal-karapaċa.

8.

Id-daqs ta’ granċ jittiekel (Cancer pagurus) għandu jitkejjel, kif muri fil-Figura 7, bħala l-wisa’ massima tal-karapaċa mkejla b’mod perpendikulari mal-linja tan-nofs antero-posterjuri tal-karapaċa.

9.

Id-daqs ta’ bronja (Buccinum spp.) għandu jitkejjel, kif muri fil-Figura 8, bħala t-tul tal-qoxra.

10.

Id-daqs ta’ pixxispad (Xiphias gladius) għandu jitkejjel, kif muri fil-Figura 9, bħala t-tul mix-xedaq ta’ isfel sal-furketta (LJFL).

Figura 1 Speċijiet tal-ħut

Image 4

Figura 2 Skampu

(Nephrops norvegicus)

Image 5

Figura 3 Awwista Ewropea

(Hommarus gammarus)

Image 6

Figura 4 Awwista

(Palinurus spp.)

Image 7

Figura 5 Molluski bivalvi

Image 8

Figura 6 Għeġejjeż

(Maja squinado)

Image 9

Figura 7 Granċ jittiekel

(Cancer pagurus)

Image 10

Figura 8 Bronja

(Buccinum spp.)

Image 11

Figura 9 Pixxispad

(Xiphias gladius)

Image 12

ANNESS V

BAĦAR TAT-TRAMUNTANA (1)

PARTI A

Daqsijiet minimi ta’ referenza għall-konservazzjoni

Speċijiet

Baħar tat-Tramuntana

Bakkaljaw (Gadus morhua)

35 cm

Merluzz tal-linja sewda (Melanogrammus aeglefinus)

30 cm

Pollakkju iswed (Pollachius virens)

35 cm

Pollakkju (Pollachius pollachius)

30 cm

Merluzz (Merluccius merluccius)

27 cm

Megrim (Lepidorhombus spp.)

20 cm

Lingwata (Solea spp.)

24 cm

Barbun tat-tbajja’ (Pleuronectes platessa)

27 cm

Merlangu (Merlangius merlangus)

27 cm

Lipp (Molva molva)

63 cm

Linarda (Molva dipterygia)

70 cm

Skampu (Nephrops norvegicus)

Tul totali 85 mm, Tul tal-karapaċa ta’ 25 mm Dnieb tal-iskampu 46 mm

Kavalli (Scomber spp.)

30 cm (5)

Aringa (Clupea harengus)

20 cm (5)

Sawrell (Trachurus spp.)

15 cm (5)

Inċova (Engraulis encrasicolus)

12-il cm jew 90 individwu kull kg (5)

Spnott (Dicentrarchus labrax)

42 cm

Sardin (Sardina pilchardus)

11 cm (5)

Awwista Ewropea (Homarus gammarus)

87 mm (tul tal-karapaċa)

Għaġuża (Maja squinado)

120 mm

Imrewħa (Chalamys spp.)

40 mm

Arzella nigra (Ruditapes decussatus)

40 mm

Arzella (Venerupis pullastra)

38 mm

Gandoffla tal-għonq qasir (Venerupis philippinarum)

35 mm

Gandoffla (Venus verrucosa)

40 mm

Kannellina (Callista chione)

6 cm

Gandoffla tal-leħja (Ensis spp.)

10 cm

Gandoffla Atalantika (Spisula solida)

25 mm

Gandoffa Donax (Donax spp.)

25 mm

Gandoffla fażola (Pharus legumen)

65 mm

Bronja (Buccinum undatum.)

45 mm

Qarnit (Octopus vulgaris)

750 g

Awwisti (Palinurus spp.)

95 mm (tul tal-karapaċa)

Gamblu abjad (Parapenaeus longirostris)

22 mm (tul tal-karapaċa)

Granċ jittiekel (Cancer pagurus)

140 mm (2)  (3)  (4)

Arzella tal-pellegrini (Pecten maximus)

100 mm

Bakkaljaw (Gadus morhua)

30 cm

Merluzz tal-linja sewda (Melanogrammus aeglefinus)

27 cm

Pollakkju iswed (Pollachius virens)

30 cm

Pollakkju (Pollachius pollachius)

Merluzz (Merluccius merluccius)

30 cm

Megrim (Lepidorhombus spp.)

25 cm

Lingwata komuni (Solea spp.)

24 cm

Barbun tat-tbajja’ (Pleuronectes platessa)

27 cm

Merlangu (Merlangius merlangus)

23 cm

Lipp (Molva molva)

Linarda (Molva dypterygia)

Skampu (Nephrops norvegicus)

Tul totali 105 mm

Dnieb tal-iskampu 59 mm

Tul tal-karapaċa 32 mm

Kavall (Scomber spp.)

20 cm (5)

Aringa (Clupea harengus)

18 cm (5)

Sawrell (Trachurus spp.)

15 cm (5)

Awwista Ewropea (Homarus gammarus)

Tul totali 220 mm

Tul tal-karapaċa 78 mm

PARTI B

Daqsijiet tal-malji

1.   Daqsijiet tal-malji ta’ referenza għal irkaptu rmunkat

1.1.

Mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-ħatt l-art, il-bastimenti għandhom jużaw daqs tal-malja ta’ mill-inqas 120 mm jew mill-inqas 90 mm fi Skagerrak u Kattegat (6).

1.2.

Mingħajr preġudizzju għall-obbligu ta’ ħatt l-art u minkejja l-punt 1.1, il-bastimenti jistgħu jużaw daqsijiet tal-malji iżgħar kif elenkat fit-tabella li ġejja għall-Baħar tat-Tramuntana, Skagerrak u Kattegat dment li:

(i)

ikun hemm konformità mal-kondizzjonijiet assoċjati stabbiliti f’dik it-tabella, u l-qabdiet aċċessorji tal-bakkaljaw, il-merluzz tal-linja sewda u l-pollakkju iswed ma jaqbżux l-20 % tal-qabda totali f’piż ħaj tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar kollha li jinħattu l-art wara kull vjaġġ tas-sajd; jew

(ii)

jintużaw modifiki ta’ selettività oħra li kienu vvalutati mill-STECF fuq talba ta’ Stat Membru wieħed jew aktar u approvati mill-Kummissjoni. Dawk il-modifiki ta’ selettività għandhom jirriżultaw fl-istess karatteristiċi ta’ selettività, jew karatteristiċi aħjar, għall-bakkaljaw, il-merluzz tal-linja sewda u l-pollakkju iswed bħal dawk ta’ 120 mm.

Daqs tal-Malja

Żoni Ġeografiċi

Kondizzjonijiet

Mill-anqas 100 mm (7)

Baħar tat-Tramuntana fin-Nofsinhar ta’ 57°30′N

Sajd dirett għall-barbun tat-tbajja’ u l-lingwata bix-xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti, x-xbieki tat-tkarkir bi travu u t-tartaruni. Għandu jitqabbad pannell b’malji kwadri ta’ mill-inqas 90 mm.

Mill-anqas 80 mm (7)

Diviżjonijiet 4b u 4c tal-ICES

Sajd dirett għal-lingwata bi xbieki tat-tkarkir bi travu. Għandu jitqabbad pannell b’daqs tal-malja ta’ mill-inqas 180 mm imwaħħal fin-nofs ta’ fuq tal-parti ta’ quddiem tax-xibka.

Sajd dirett għall-merlangu, il-kavall u speċijiet mhux soġġetti għal limiti ta’ qbid bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ. Għandu jitqabbad pannell b’malji kwadri ta’ mill-inqas 80 mm.

Mill-inqas 80 mm

Baħar tat-Tramuntana

Sajd dirett għall-iskampu (Nephrops norvegicus). Għandu jitqabbad pannell b’malji kwadri ta’ mill-anqas 120 mm jew għarbiel bi spazju massimu tal-vireg ta’ 35 mm jew tagħmir ta’ selettività ekwivalenti.

Sajd dirett għal speċijiet mhux soġġetti għal limiti ta’ qbid u li mhumiex koperti f’parti oħra tat-tabella Għandu jitqabbad pannell b’malji kwadri ta’ mill-inqas 80 mm.

Sajd dirett għar-rebekkini u r-raj.

Mill-inqas 80 mm

Diviżjoni 4c tal-ICES

Sajd dirett għal-lingwata bi xbieki tat-tkarkir bi travu. Għandu jitqabbad pannell b’malji kwadri ta’ mill-inqas 80 mm.

Mill-inqas 70 mm (malja kwadra) jew 90 mm (malja maqrut)

Skagerrak u Kattegat

Sajd dirett għall-iskampu (Nephrops norvegicus). Għandu jitqabbad għarbiel bi spazju massimu tal-vireg ta’ 35 mm jew tagħmir ta’ selettività ekwivalenti.

Mill-inqas 40 mm

Żona sħiħa

Sajd dirett għall-klamari (Lolignidae, Ommastrephidae).

Mill-inqas 35 mm

Skagerrak u Kattegat

Sajd dirett għall-gamblu tal-fond tat-Tramuntana (Pandalus borealis). Għandu jitqabbad għarbiel bi spazju massimu tal-vireg ta’ 19-il mm jew tagħmir ta’ selettività ekwivalenti.

Mill-inqas 32 mm

Iż-żona kollha minbarra Skagerrak u Kattegat

Sajd dirett għall-gamblu tal-fond tat-Tramuntana (Pandalus borealis). Għandu jitqabbad għarbiel bi spazju massimu tal-vireg ta’ 19 mm jew tagħmir ta’ selettività ekwivalenti.

Mill-inqas 16-il mm

Żona sħiħa

Sajd dirett għal speċijiet pelaġiċi żgħar li mhumiex koperti f’parti oħra tat-tabella.

Sajd dirett għall-merluzz tan-Norveġja. Għandu jitqabbad għarbiel bi spazju bi spazju massimu tal-vireg ta’ 35 mm fis-sajd għall-merluzz tan-Norveġja.

Sajd dirett għal gambli komuni u gambli Aesop. Għandha titqabbad xibka tat-tkarkir għas-separazzjoni jew għarbiel f’konformità mar-regoli stabbiliti f’livell nazzjonali jew reġjonali.

Inqas minn 16-il mm

Żona sħiħa

Sajd dirett għaċ-ċiċċirell.

2.   Daqsijiet tal-malja ta’ referenza għax-xbieki statiċi u l-għażel tat-tisqif.

2.1.

Mingħajr preġudizzju għall-obbligu ta’ ħatt l-art, il-bastimenti għandhom jużaw daqs tal-malja ta’ mill-inqas 120°mm.

2.2.

Bla preġudizzju għall-obbligu ta’ ħatt l-art, u minkejja l-punt 2.1, il-bastimenti jistgħu jużaw daqsijiet iżgħar tal-malji kif elenkat fit-tabella li ġejja għall-Baħar tat-Tramuntana, Skagerrak u Kattegat dment li jkun hemm konformità mal-kondizzjonijiet assoċjati stabbiliti f’dik it-tabella, u l-qabdiet aċċessorji tal-bakkaljaw, il-merluzz tal-linja sewda u l-pollakkju iswed ma jaqbżux l-20 % tal-qabdiet totali f’piż ħaj tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar kollha li jinħattu l-art wara kull vjaġġ tas-sajd.

Daqs tal-Malja

Żoni Ġeografiċi

Kondizzjonijiet

Mill-inqas 100 mm

Żona sħiħa

Sajd dirett għal-merluzz tal-linja sewda, il-merlangu, il-limanda u l-ispnott

Mill-inqas 90 mm

Żona sħiħa

Sajd dirett għall-pixxiċatt jew speċijiet mhux soġġetti għal limiti ta’ qbid u li mhumiex koperti f’parti oħra tat-tabella

Mill-inqas 50 mm

Żona sħiħa

Sajd dirett għal speċijiet pelaġiċi żgħar li mhumiex koperti f’parti oħra tat-tabella

PARTI C

Żoni magħluqin jew ristretti

1.   Għeluq ta’ żona biex jiġi protett iċ-ċiċċirell fid-diviżjonijiet 4a u 4b tal-ICES

1.1.

Is-sajd għaċ-ċiċċirell bi kwalunkwe rkaptu rmunkat b’qies tal-malja tal-manka inqas minn 32 mm għandu jkun ipprojbit fiż-żona ġeografika li tmiss mal-kosta tal-Lvant tal-Ingilterra u l-Iskozja, u magħluqa billi jingħaqdu sekwenzjalment mal-linji rombu l-koordinati li ġejjin, li għandhom jitkejlu skont is-sistema WGS84:

il-kosta tal-Lvant tal-Ingilterra fuq latitudni ta’ 55°30′ N

55° 30′ N, 01° 00′ W

58° 00′ N, 01° 00′ W

58° 00′ N, 02° 00′ W

il-kosta tal-Lvant tal-Iskozja fuq lonġitudni ta’ 02°00′ W.

1.2.

Is-sajd għall-investigazzjoni xjentifika għandu jkun permess sabiex jiġi ssorveljat l-istokk taċ-ċiċċirell f’din iż-żona u l-effett tal-għeluq.

2.   Għeluq ta’ żona sabiex ikun protett barbun li għadu qed jikber fis-subżona 4 tal-ICES

2.1.

Bastimenti li jaqbżu tul ta’ 8 metri tul b’kollox għandhom ikunu pprojbiti milli jużaw xibka tat-tkarkir tal-qiegħ, xibka tat-tkarkir bi travu, tartarun Daniż jew irkaptu rmunkat simili ġewwa ż-żoni ġeografiċi magħluqin billi jingħaqdu sekwenzjalment mal-linji rombu l-koordinati li ġejjin, li għandhom jitkejlu skont il-WGS84:

(a)

iż-żona ġewwa 12-il mil nawtiku mill-kosta ta’ Franza, Tramuntana tal-latitudni 51°00′ N, il-Belġju, u n-Netherlands sal-latitudni 53°00′ N, imkejla mil-linji bażi;

(b)

iż-żona limitata b’linja li tgħaqqad il-koordinati li ġejjin:

punt fuq il-kosta tal-Punent tad-Danimarka fil-latitudni 57°00′N,

57°00′ N, 7°15′ E

55°00′ N, 7°15′ E

55°00′ N, 7°00′ E

54°30′N, 7°00′ E

54°30′ N, 7°30′ E

54°00′ N, 7°30′ E

54°00′ N, 6°00′ E

53°50′ N, 6°00′ E

53°50′ N, 5°00′ E

53°30′ N, 5°00′ E

53°30′ N, 4°15′ E

53°00′ N, 4°15′ E

punt fuq il-kosta tan-Netherlands fil-latitudni 53°00′N

iż-żona ġewwa 12-il mil nawtiku mill-kosta tal-Punent tad-Danimarka minn 57°00′N fit-tramuntana sal-Fanal ta’ Hirtshals, imkejla mil-linji bażi.

2.2.

Il-bastimenti li ġejjin għandhom permess jistadu fiż-żona msemmija fil-punt 2.1:

(a)

bastimenti li s-saħħa tal-magna tagħhom ma taqbiżx il-221 kW li jużaw xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ jew tartaruni Daniżi;

(b)

par bastimenti mqabbla li s-saħħa tal-magni tagħhom flimkien ma taqbiżx il-221 kW fi kwalunkwe ħin li jużaw xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ bil-paranzi;

(c)

bastimenti li s-saħħa tal-magna tagħhom taqbeż il-221 kW għandhom jitħallew jużaw xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ jew tartaruni Daniżi, u par bastimenti mqabbla li s-saħħa tal-magni tagħhom flimkien taqbeż il-221 kW għandhom jitħallew jużaw par xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ bil-paranzi dment li dawn il-bastimenti ma jistadux direttament għall-barbun tat-tbajja’ u l-lingwata u jirrispettaw ir-regoli tad-daqs tal-malja rilevanti li jinsabu fil-Parti B ta’ dan l-Anness.

2.3.

Meta l-bastimenti msemmija fil-punt 2.2(a) jużaw xbieki tat-tkarkir bi travu, it-tul tat-travu, jew it-tul aggregat tax-xibka tat-tkarkir bi travu mkejla bħala s-somma tat-tul ta’ kull travu, ma għandux ikun ikbar minn jew ma jistax jiġi estiż għal tul li jkun ikbar minn 9 metri għajr meta joperaw bi rkaptu li jkollu daqs tal-malja ta’ bejn is-16 u l-31 mm. Il-bastimenti li l-attività ewlenija tagħhom tkun is-sajd għall-gamblu komuni (Crangon crangon) għandhom jitħallew jużaw xbieki tat-tkarkir bi travu li t-tul aggregat tat-travu tagħhom, imkejjel bħala s-somma tat-tul ta’ kull travu, ikun ikbar minn 9 metri meta joperaw bi rkaptu li d-daqs tal-malja tiegħu jkun bejn it-80 u d-99 mm, dment li tkun inħarġet awtorizzazzjoni addizzjonali tas-sajd għal dawk il-bastimenti.

2.4.

Bastimenti li jitħallew jistadu fiż-żona msemmija fil-punt 2.1 għandhom jiġu inklużi f’lista li għandha tiġi pprovduta lill-Kummissjoni minn kull Stat Membru. Is-saħħa totali tal-magna tal-bastimenti msemmija fil-punt 2.2 (a) fil-lista ma għandhiex taqbeż is-saħħa totali tal-magna attestata għal kull Stat Membru fl-1 ta’ Jannar 1998. Il-bastimenti tas-sajd permessi għandu jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

3.   Restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ xbieki tat-tkarkir bi travu sa 12-il mil nawtiku mill-kosta tar-Renju Unit

3.1.

Bastimenti ma għandhomx jitħallew jużaw kwalunkwe xibka tat-tkarkir bi travu ġewwa ż-żoni sa 12-il mil nawtiku mill-kosta tar-Renju Unit, imkejla mil-linji bażi tal-ibħra territorjali.

3.2.

Permezz ta’ deroga mill-punt 3.1, is-sajd bi xbieki tat-tkarkir bi travu ġewwa ż-żona speċifikata għandu jkun permess dment li:

Is-saħħa tal-magna tal-bastimenti ma taqbiżx il-221 kW u t-tul totali tagħhom ma jaqbiżx l-24 metru;

It-tul tat-travu jew it-tul aggregat tat-travu, imkejjel bħala t-total ta’ kull travu, mhuwiex aktar minn 9 metri, jew ma jistax jiġi estiż għal tul ta’ aktar minn 9 metri, ħlief fis-sajd dirett għall-gamblu komuni (Crangon crangon) b’daqs minimu tal-malja ta’ inqas minn 31 mm.

4.   Restrizzjonijiet fuq is-sajd għal-laċċa kaħla sabiex tkun protetta l-aringa fid-diviżjoni 4b tal-ICES

Is-sajd bi kwalunkwe rkaptu rmunkat b’daqs tal-malja tal-manka ta’ inqas minn 32 mm jew bix-xbieki statiċi b’daqs tal-malja ta’ inqas minn 30 mm għandu jkun ipprojbit fiż-żoni ġeografiċi magħluqin billi jingħaqdu sekwenzjalment bil-linji rombu l-koordinati li ġejjin, li għandhom jitkejlu skont il-WGS84, u matul il-perijodi msemmija:

mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu, u mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru, ġewwa ż-żona statistika ICES 39E8. Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, din iż-żona tal-ICES għandha tkun iż-żona limitata b’linja lejn il-Lvant mill-kosta tal-Lvant tar-Renju Unit tul il-latitudni 55°00′ N sa punt fil-lonġitudni 1°00′ W, minn hemm lejn it-Tramuntana għal punt fil-latitudni 55°30′ N u minn hemm lejn il-Punent għall-kosta tar-Renju Unit;

mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu, u mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru, ġewwa l-ibħra interni ta’ Moray Firth fil-Punent tal-lonġitudni 3°30′ W, u fl-ibħra interni ta’ Firth of Forth fil-Punent tal-lonġitudni 3°00′ W,

mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Ottubru, ġewwa ż-żona ġeografika limitata mill-koordinati li ġejjin:

il-kosta tal-Punent tad-Danimarka fil-latitudni 55°30′ N

il-latitudni 55°30′ N, il-lonġitudni 7°00′ E

il-latitudni 57°00′ N, il-lonġitudni 7°00′ E

il-kosta tal-Punent tad-Danimarka fil-latitudni 57°00′ N

5.   Dispożizzjonijiet speċifiċi għal Skagerrak u Kattegat fid-diviżjoni 3a tal-ICES

5.1.

Għandu jkun ipprojbit is-sajd bi xbieki tat-tkarkir bi travu f’Kattegat.

5.2.

Għandu jkun ipprojbit li bastimenti tal-Unjoni jistadu għal, iżommu abbord, jittrasbordaw, iħottu, jaħżnu, ibigħu u juru jew joffru għall-bejgħ salamun u trota tal-baħar.

5.3.

Għandu jkun ipprojbit li jintuża rkaptu rmunkat b’daqs tal-malja tal-manka ta’ inqas minn 32 mm mill-1 ta’ Lulju sal-15 ta’ Settembru fl-ilmijiet li jinsabu tliet mili nawtiċi mil-linji bażi fi Skagerrak u Kattegat sakemm ma jkunux qed jagħmlu sajd dirett għall-Gamblu tal-Fond tat-Tramuntana (Pandalus borealis). Għal sajd dirett għal eelpout (Zoarces viviparous), gobies (Gobiidae) jew scorpion fish (Cottus spp.) għal użu bħala lixka, jistgħu jintużaw xbieki bi kwalunkwe daqs tal-malja.

6.   Użu ta’ xbieki statiċi fid-diviżjonijiet 3a u 4a tal-ICES

6.1.

F’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 9(7) u b’deroga mill-Parti B, il-Punt 2, ta’ dan l-Anness, għandu jkun permess l-użu tal-irkaptu li ġej f’ilmijiet b’fond indikat fuq il-mappa nawtika ta’ inqas minn 600 metru:

Għeżul tal-qiegħ użati għas-sajd dirett għall-merluzz b’daqs tal-malja ta’ mill-anqas 100 mm u mhux aktar minn 100 majla fond, fejn it-tul totali tax-xbieki kollha użati ma jaqbiżx il-25 km għal kull bastiment u l-ħin massimu tal-immersjoni huwa ta’ 24 siegħa;

Xbieki tat-tħabbil użati għal sajd dirett għall-petriċa b’daqs tal-malja ta’ mill-anqas 250 mm u mhux aktar minn 15-il majla fond, fejn it-tul totali tax-xbieki kollha użati ma jaqbiżx il-100 km u l-ħin massimu tal-immersjoni huwa ta’ 72 siegħa.

6.2.

Is-sajd dirett għal klieb il-baħar tal-fond kif elenkat fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2016/2336 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) b’fond indikat fuq il-mappa nawtika ta’ anqas minn 600 metru għandu jkun ipprojbit. Meta jinqabdu aċċidentalment, il-klieb il-baħar tal-fond ikklassifikati bħala pprojbiti f’dan ir-Regolament u f’leġislazzjoni oħra tal-Unjoni għandhom, jiġu rreġistrati, kemm jista’ jkun mingħajr ma jiġrilhom ħsara, u għandhom jinħelsu minnufih. Klieb il-baħar tal-fond soġġetti għal-limiti ta’ qbid għandhom jinżammu abbord. Dawn il-qabdiet għandhom jinħattu l-art u jingħaddu fil-kwoti. F’sitwazzjonijiet fejn kwota ma tkunx disponibbli jew ma tkunx disponibbli b’mod suffiċjenti għall-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni tista’ tirrikorri għall-Artikolu 105(5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. Meta l-qabdiet aċċidentali ta’ klieb il-baħar tal-fond mill-bastimenti ta’ kwalunkwe Stat Membru jaqbżu 10 tunnellati, dawn il-bastimenti ma jistgħux igawdu aktar mid-derogi stipulati fil-punt 6.1.

PARTI D

L-użu ta’ xbieki tat-tkarkir bl-impuls elettriku fid-diviżjonijiet 4b u 4c tal-ICES

1.

Is-sajd bix-xbieki tat-tkarkir bl-impuls elettriku għandu jkun ipprojbit fl-ilmijiet kollha tal-Unjoni sa mill-1 ta’ Lulju 2021.

2.

Matul il-perijodu tranżitorju li jintemm fit-30 ta’ Ġunju 2021, is-sajd bix-xbieki tat-tkarkir bl-impuls elettriku fid-diviżjonijiet 4b u 4c tal-ICES għandu jibqa’ permess skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f’din il-Parti u kwalunkwe kondizzjoni definita f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 24(1) ta’ dan ir-Regolament, rigward il-karatteristiċi tal-impuls użat u l-miżuri ta’ kontroll u monitoraġġ fis-seħħ fin-Nofsinhar ta’ linja rombu magħquda mill-punti li ġejjin, li għandhom jitkejlu skont is-sistema ta’ koordinati WGS84:

punt fuq il-kosta tal-Lvant tar-Renju Unit fil-latitudni 55°N

il-Lvant għal-latitudni 55°N, lonġitudni 5°E

it-Tramuntana għal-latitudni 56°N

il-Lvant għal punt fuq il-kosta tal-Punent tad-Danimarka fil-latitudni 56°N

Għandhom japplikaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

mhux aktar minn 5 % tal-flotta tat-tkarkir bi travu għal kull Stat Membru tuża x-xbieki tat-tkarkir bl-impuls elettriku;

(b)

is-saħħa elettrika massima f’kW għal kull xibka tat-tkarkir bi travu ma tkunx aktar mit-tul f’metri tat-travu immultiplikat b’1,25;

(c)

il-vultaġġ effettiv bejn l-elettrodi ma jkunx aktar minn 15-il V;

(d)

il-bastiment ikun mgħammar b’sistema ta’ ġestjoni kompjuterizzata awtomatika li tirreġistra s-saħħa massima użata għal kull travu u l-vultaġġ effettiv bejn l-elettrodi mill-inqas għall-aħħar 100 ġibda. Ma jkunx possibbli li persunal mhux awtorizzat jimmodifika din is-sistema ta’ ġestjoni kompjuterizzata awtomatika;

(e)

ikun ipprojbit l-użu ta’ katina għall-gambli waħda jew aktar quddiem il-kalament taċ-ċomb.

3.

Matul dan il-perijodu ma għandhomx jingħataw liċenzji ġodda lil ebda bastiment.

4.

Sat-30 ta’ Ġunju 2021 fl-ilmijiet sa 12-il mil nawtiku mil-linji bażi taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri mhux diskriminatorji biex jillimitaw jew jipprojbixxu l-użu ta’ xbieki tat-tkarkir bl-impuls elettriku. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bir-restrizzjonijiet implimentati skont dan il-punt.

5.

Jekk mitlub mill-Istat Membru tal-kosta lill-Istat Membru tal-bandiera, il-kaptan ta’ bastiment li juża xbieki tat-tkarkir bl-impuls elettriku għandu, f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2017/1004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), jieħu abbord osservatur mill-Istat Membru kostali matul l-operazzjonijiet tas-sajd.

(1)  Għall-finijiet ta’ dan l-Anness:

Il-Kattegat hu limitat fit-Tramuntana b’linja mill-fanal tal-port ta’ Skagen sal-fanal tal-port f’Tistlarna, u minn hemm għall-eqreb punt fuq il-kosta Żvediża, u fin-Nofsinhar b’linja minn Hasenøre Head sa Gniben Point, minn Korshage sa Spodsbjerg, u minn Gilbjerg Head sa Kullen.

Skagerrak hu limitat fil-Punent minn linja mill-fanal tal-port ta’ Hanstholm sal-fanal tal-port ta’ Lindesnes, u fin-Nofsinhar b’linja mill-fanal tal-port ta’ Skagen sal-fanal tal-port ta’ Tistlarna, u minn hemm għall-eqreb punt fuq il-kosta Żvediża,

Il-Baħar tat-Tramuntana għandu jinkludi s-subżona 4 tal-ICES, il-parti li tmiss mad-Diviżjoni 2a tal-ICES li tinsab fin-Nofsinhar tal-latitudni 64° N, u dik il-parti tad-Diviżjoni 3a tal-ICES li mhijiex koperta bid-definizzjoni ta’ Skagerrak mogħtija fit-tieni inċiż.

(2)  F’ilmijiet tal-Unjoni fid-diviżjoni 4a tal-ICES. Fid-Diviżjonijiet 4b u 4c tal-ICES, għandu japplika daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni ta’ 130 mm.

(3)  F’żona fid-Diviżjoni 4b u 4c tal-ICES limitata minn punt f’53°28′22″N, 0°09′24″E, fuq il-kosta tal-Ingilterra, linja dritta li tgħaqqad dan il-punt ma’ 53°28′22″N, 0°22′24″E, il-fruntiera ta’ 6 mili tar-Renju Unit, u linja dritta li tgħaqqad punt f’51°54′06″N, 1°30′30″E ma’ punt fuq il-kosta tal-Ingilterra f’51°55′48″N, 1°17′00″E, għandu japplika daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni ta’ 115-il mm.

(4)  Għal granċijiet li jittieklu maqbudin f’nases u kavetti, massimu ta’ 1 % bil-piż tal-qabda totali ta’ granċijiet li jittieklu jista’ jikkonsisti f’idejn maqlugħin. Għal granċijiet li jittieklu maqbudin bi kwalunkwe rkaptu tas-sajd ieħor, massimu ta’ 75 kg ta’ idejn maqlugħin ta’ granċijiet jistgħu jinħattu l-art.

(5)  B’deroga mill-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, id-daqsijiet minimi ta’ referenza għall-konservazzjoni tas-sardina, l-inċova, l-aringa, is-sawrell u l-kavall ma għandhomx japplikaw fi ħdan il-limitu ta’ 10 % tal-piż ħaj tal-qabdiet totali miżmuma abbord ta’ kull waħda minn dawn l-ispeċijiet.

Il-persentaġġ ta’ sardin, inċova, aringi, sawrell jew kavalli li jkunu iżgħar mid-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni għandu jiġi kkalkulat bħala l-proporzjon tal-piż ħaj tal-organiżmi kollha tal-baħar abbord wara li jkunu ġew magħżula jew wara li jkunu nħattu l-art.

Il-persentaġġ jista’ jiġi kkalkolat fuq il-bażi ta’ kampjun rappreżentattiv wieħed jew aktar. Il-limitu ta’ 10 % ma għandux jinqabeż matul it-trasbord, il-ħatt l-art, it-trasport, il-ħażna, il-wiri jew il-bejgħ.

(6)  Fis-subdiviżjonijiet ta’ Skagerrak u Kattegat, għandu jitqabbad pannell ta’ fuq b’malji maqrut b’daqs tal-malja ta’ mill-inqas 270 mm jew malja kwadra b’daqs tal-malja ta’ mill-inqas 140 mm. Fis-subdiviżjoni ta’ Kattegat, għandu jitqabbad pannell b’malji kwadri ta’ mill-inqas 120 mm (fuq ix-xbieki tat-tkarkir fil-perijodu mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru, u fuq it-tartaruni fil-perijodu mill-1 ta’ Awwissu sal-31 ta’ Ottubru).

(7)  Il-bastimenti għandhom ikunu pprojbiti milli jużaw kwalunkwe xibka tat-tkarkir bi travu b’daqs tal-malja ta’ bejn it-32 u d-99 mm fit-Tramuntana ta’ linja magħquda bil-punti li ġejjin b’punt fil-kosta tal-Lvant tar-Renju Unit f’latitudni ta’ 55°N, imbagħad fil-Lvant għal latitudni ta’ 55°, lonġitudni ta’ 5°E, imbagħad fit-Tramuntana għal latitudni ta’ 56°N u l-Lvant għal punt fil-kosta tal-Punent tad-Danimarka f’latitudni ta’ 56°N. Huwa pprojbit li tintuża kwalunkwe xibka tat-tkarkir bi travu b’daqs tal-malja li jvarja minn 32 sa 119-il mm fid-Diviżjoni 2a tal-ICES u dik il-parti tas-Subżona 4 tal-ICES għat-Tramuntana ta’ 56° 00′ N.

(8)  Regolament (UE) 2016/2336 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 li jistabbilixxi kondizzjonijiet speċifiċi għas-sajd tal-istokkijiet tal-baħar fond fl-Atlantiku tal-Grigal u dispożizzjonijiet għas-sajd fl-ilmijiet internazzjonali tal-Atlantiku tal-Grigal u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002 (ĠU L 354, 23.12.2016, p. 1).

(9)  Regolament (UE) 2017/1004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2017 dwar l-istabbiliment ta’ qafas tal-Unjoni għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ data fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni dwar is-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 (ĠU L 157, 20.6.2017, p. 1).


ANNESS VI

ILMIJIET TAL-MAJJISTRAL

PARTI A

Daqsijiet minimi ta’ referenza għall-konservazzjoni

Speċijiet

Żona sħiħa

Bakkaljaw (Gadus morhua)

35 cm

Merluzz tal-linja sewda (Melanogrammus aeglefinus)

30 cm

Pollakkju iswed (Pollachius virens)

35 cm

Pollakkju (Pollachius pollachius)

30 cm

Merluzz (Merluccius merluccius)

27 cm

Megrim (Lepidorhombus spp.)

20 cm

Lingwata komuni (Solea spp.)

24 cm

Barbun tat-tbajja’ (Pleuronectes platessa)

27 cm

Merlangu (Merlangius merlangus)

27 cm

Lipp (Molva molva)

63 cm

Linarda (Molva dypterygia)

70 cm

Skampu (Nephrops norvegicus) Dnieb tal-Iskampu

Tul totali 85 mm, Tul tal-karapaċa ta’ 25 mm (1) 46 mm (2)

Kavalli (Scomber spp.)

20 cm (6)

Aringa (Clupea harengus)

20 cm (6)

Sawrell (Trachurus spp.)

15-il cm (6)

Inċova (Engraulis encrasicolus)

12-il cm jew 90 individwu kull kg (6)

Spnott (Dicentrarchus labrax)

42 cm

Sardin (Sardina pilchardus)

11-il cm (6)

Paġella ħamra (Pagellus bogaraveo)

33 cm

Awwista Ewropea (Hommarus gammarus)

87 mm

Għaġuża (Maja squinado)

120 mm

Imrewħa (Chlamys spp.)

40 mm

Arzella nigra (Ruditapes decussatus)

40 mm

Arzella (Venerupis pullastra)

38 mm

Gandoffla tal-għonq qasir (Venerupis philippinarum)

35 mm

Gandoffla (Venus verrucosa)

40 mm

Kannellina (Callista chione)

6 cm

Gandoffla tal-leħja (Ensis spp.)

10 cm

Gandoffla Atalantika (Spisula solida)

25 mm

Gandoffa Donax (Donax spp.)

25 mm

Gandoffla fażola (Pharus legumen)

65 mm

Bronja (Buccinum undatum.)

45 mm

Qarnit (Octopus vulgaris)

750 g

Awwisti (Palinurus spp.)

95 mm

Gamblu abjad (Parapenaeus longirostris)

22 mm (tul tal-karapaċa)

Granċ jittiekel (Cancer pagurus)

140 mm (3)  (4)

Arzella tal-pellegrini (Pecten maximus)

100 mm (5)

Il-persentaġġ ta’ sardin, inċovi, aringi, sawrell jew kavalli li jkunu iżgħar mid-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni għandu jiġi kkalkolat bħala l-proporzjon tal-piż ħaj tal-organiżmi kollha tal-baħar abbord wara li jkunu ġew magħżula jew wara li jkunu nħattu l-art.

Il-persentaġġ jista’ jiġi kkalkolat fuq il-bażi ta’ kampjun rappreżentattiv wieħed jew aktar. Il-limitu ta’ 10 % ma għandux jinqabeż matul it-trasbord, il-ħatt l-art, it-trasport, il-ħażna, il-wiri jew il-bejgħ.

PARTI B

Qisien tal-malji

1.   Daqsijiet tal-malja ta’ referenza għal irkaptu rmunkat

1.1.

Mingħajr preġudizzju għall-obbligu ta’ ħatt l-art, il-bastimenti għandhom jużaw daqs tal-malja ta’ mill-inqas 120 mm (7), jew mill-inqas 100 mm fis-subżona 7b-7k tal-ICES.

1.2.

Mingħajr preġudizzju għall-obbligu ta’ ħatt l-art u minkejja l-punt 1.1, il-bastimenti jistgħu jużaw daqsijiet tal-malji iżgħar kif elenkat fit-tabella li ġejja għall-ilmijiet tal-Baħar tat-Tramuntana dment li:

(i)

ikun hemm konformità mal-kondizzjonijiet assoċjati stabbiliti f’dik it-tabella, u l-qabdiet aċċessorji tal-bakkaljaw, il-merluzz tal-linja sewda u l-pollakkju iswed ma jaqbżux l-20 % tal-qabda totali f’piż ħaj tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar kollha li jinħattu l-art wara kull vjaġġ tas-sajd; jew

(ii)

jintużaw modifiki ta’ selettività oħra li ġew ivvalutati mill-STECF fuq talba ta’ Stat Membru wieħed jew aktar u approvati mill-Kummissjoni. Dawk il-modifiki ta’ selettività għandhom jirriżultaw fl-istess karatteristiċi ta’ selettività, jew karatteristiċi aħjar, għall-bakkaljaw, il-merluzz tal-linja sewda u l-pollakkju iswed bħal dawk ta’ 120 mm, jew 100 mm fis-subżona 7b-7k tal-ICES, rispettivament.

Daqs tal-Malja

Żoni Ġeografiċi

Kondizzjonijiet

Mill-anqas 80 mm (8)

Subżona 7 tal-ICES

Sajd dirett għall-merluzz, il-megrim u l-petriċa jew sajd dirett għal-merlangu, il-kavall u speċijiet mhux soġġetti għal limiti ta’ qbid u li mhumiex koperti f’parti oħra tat-tabella, bl-użu ta’ xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ. Għandu jitqabbad pannell b’malji kwadri ta’ mill-inqas 120 mm (11)  (14).

Sajd dirett għal-lingwata u speċijiet mhux koperti minn limiti ta’ qbid, bl-użu ta’ xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti. Għandu jitqabbad pannell b’malji kwadri ta’ mill-inqas 80 mm (11).

Mill-inqas 80 mm

Żona sħiħa

Sajd dirett għall-Iskampu (Nephrops norvegicus) (10). Għandu jitqabbad pannell b’malji kwadri ta’ mill-anqas 120 mm jew għarbiel bi spazju massimu tal-vireg ta’ 35 mm jew tagħmir ta’ selettività ekwivalenti.

Mill-inqas 80 mm

Diviżjonijiet 7a, 7b, 7d, 7e, 7f, 7 g, 7h u 7j tal-ICES

Sajd dirett għal-lingwata bi xbieki tat-tkarkir bi travu. Għandu jitqabbad pannell b’daqs tal-malja ta’ mill-inqas 180 mm (13) imqabbad fin-nofs ta’ fuq tal-parti ta’ quddiem tax-xibka.

Mill-inqas 80 mm

Diviżjonijiet 7d u 7e tal-ICES

Sajd dirett għall-merlangu, il-kavall u speċijiet mhux soġġetti għal limiti ta’ qbid u li mhumiex koperti f’parti oħra tat-tabella, bl-użu ta’ xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ.

Mill-inqas 40 mm

Żona sħiħa

Sajd dirett għall-klamari (Lolignidae, Ommastrephidae)

Mill-inqas 16-il mm

Żona sħiħa

Sajd dirett għal speċijiet pelaġiċi żgħar li mhumiex koperti f’parti oħra tat-tabella.

Sajd dirett għal gambli komuni u gambli Aesop. Għandha titqabbad xibka tat-tkarkir għas-separazzjoni jew għarbiel f’konformità mar-regoli stabbiliti f’livell nazzjonali

Inqas minn 16-il mm

Żona sħiħa

Sajd dirett għaċ-ċiċċirell

2.   Daqsijiet tal-malja ta’ referenza għax-xbieki statiċi u l-għażel tat-tisqif

2.1.

Mingħajr preġudizzju għall-obbligu ta’ ħatt l-art, il-bastimenti għandhom jużaw daqs tal-malja ta’ mill-inqas 120 mm (15).

2.2.

Mingħajr preġudizzju għall-obbligu ta’ ħatt l-art, u minkejja l-punt 2.1, il-bastimenti jistgħu jużaw daqsijiet iżgħar tal-malji kif elenkat fit-tabella li ġejja għall-ilmijiet tal-Majjistral dment li jkun hemm konformità mal-kondizzjonijiet assoċjati stabbiliti f’dik it-tabella, u l-qabdiet aċċessorji tal-bakkaljaw, il-merluzz tal-linja sewda u l-pollakkju iswed ma jaqbżux l-20 % tal-qabdiet totali f’piż ħaj tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar kollha li jinħattu l-art wara kull vjaġġ tas-sajd.

Daqs tal-Malja

Żoni Ġeografiċi

Kondizzjonijiet

Mill-anqas 100 mm (16)

Żona sħiħa

Sajd dirett għall-pixxiċatt jew speċijiet mhux soġġetti għal limiti ta’ qbid u li mhumiex koperti f’parti oħra tat-tabella

Sajd dirett għall-merlangu, il-limanda u l-ispnott

Mill-inqas 50 mm

Żona sħiħa

Sajd dirett għal speċijiet pelaġiċi żgħar li mhumiex koperti f’parti oħra tat-tabella

Sajd dirett għat-trilja tal-ħama

3.

Din il-Parti hija mingħajr preġudizzju għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/2034 (17), għas-sajd kopert minn dak ir-Regolament Delegat.

PARTI C

Żoni magħluqin jew ristretti

1.   Żona magħluqa għall-konservazzjoni tal-bakkaljaw fid-diviżjoni 6a tal-ICES

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu, u mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena, għandu jkun ipprojbit li ssir kwalunkwe attività tas-sajd li tuża kwalunkwe rkaptu rmunkat jew xbieki statiċi fiż-żona magħluqa billi jingħaqdu sekwenzjalment mal-linji rombu l-koordinati li ġejjin, li għandhom jitkejlu skont is-sistema ta’ koordinati WGS84:

–55°25′ N, 7°07′ W

–55°25′ N, 7°00′ W

–55°18′ N, 6°50′ W

–55°17′ N, 6°50′ W

–55°17′ N, 6°52′ W

–55°25 N, 7°07 W

2.   Żona magħluqa għall-konservazzjoni tal-bakkaljaw fid-diviżjonijiet 7f u 7 g tal-ICES

2.1.

Mill-1 ta’ Frar sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, għandha tkun ipprojbita kwalunkwe attività ta’ sajd fir-rettangoli statistiċi tal-ICES li ġejjin: 30E4, 31E4, 32E3. Din il-projbizzjoni ma għandhiex tapplika ’l ġewwa minn 6 mili nawtiċi mil-linja bażi.

2.2.

Għandu jkun permess li jsiru attivitajiet ta’ sajd bl-użu ta’ nases u kavetti ġoż-żoni u l-perijodi ta’ żmien speċifikati, dment li:

(i)

ebda rkaptu tas-sajd għajr nases u kavetti ma jinġarr abbord, u

(ii)

qabdiet sekondarji ta’ speċijiet soġġetti għall-obbligu tal-ħatt l-art jinħattu u jingħaddu skont il-kwoti.

2.3.

Għandu jkun permess sajd dirett għal speċijiet pelaġiċi żgħar bi rkaptu rmunkat b’daqs tal-malja anqas minn 55 mm, dment li:

(i)

ebda xibka b’malji daqs jew akbar minn 55 mm ma tinġarr abbord, u

(ii)

qabdiet sekondarji ta’ speċijiet soġġetti għall-obbligu tal-ħatt l-art jinħattu u jingħaddu skont il-kwoti.

3.   Żona magħluqa għall-konservazzjoni tal-bakkaljaw fid-diviżjoni 7a tal-ICES

3.1.

Fil-perijodu mill-14 ta’ Frar sat-30 ta’ April ta’ kull sena għandu jkun ipprojbit li jintużaw xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ, tartaruni jew xbieki rmunkati simili, lanqas għeżul, pariti, xbieki tat-tħabbil jew kwalunkwe rkaptu tas-sajd ieħor li fih is-snanar fi ħdan dik il-parti tad-diviżjoni 7a tal-ICES magħluqa mill-kosta tal-Lvant tal-Irlanda u l-kosta tal-Lvant tal-Irlanda ta’ Fuq u linji dritti li jgħaqqdu sekwenzjalment il-koordinati ġeografiċi li ġejjin, li għandhom jitkejlu skont is-sistema ta’ koordinati WGS84:

punt fuq il-kosta tal-lvant tal-peniżola tal-Ards fl-Irlanda ta’ Fuq fi 54°30′N

54°30 N, 04°50′ W

53°15 N, 04°50′ W

punt mill-kosta tal-Lvant tal-Irlanda fi 53°15′ N

3.2.

B’deroga mill-punt 1, fiż-żona u l-perijodu ta’ żmien imsemmijin hemmhekk l-użu ta’ xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ għandu jkun permess sakemm dawn ix-xbieki jitqabbdu b’tagħmir ta’ selettività li ġie vvalutat mis-STECF.

4.   Il-kaxxa Rockall Haddock fis-subżona 6 tal-ICES

Is-sajd kollu, għajr dak bil-konzijiet, għandu jiġi pprojbit fiż-żoni magħluqin bit-tgħaqqid sekwenzjali mal-linji ta’ rombu tal-koordinati li ġejjin, li għandhom jitkejlu bis-sistema tal-koordinati WGS84:

57°00′ N, 15°00′ W

57°00′ N, 14°00′ W

56°30′ N, 14°00′ W

56°30′ N, 15°00′ W

57°00′ N, 15°00′ W

5.   Żona magħluqa għall-konservazzjoni tal-iskampu fid-diviżjonijiet 7c u 7k tal-ICES

5.1.

Is-sajd dirett għall-iskampu (Nephrops norvegicus) u speċijiet assoċjati (jiġifieri bakkaljaw, petriċa, merluzz tal-linja sewda, merlangu, merluzz, barbun, pollakju, rebekkini u raj, lingwata komuni, tusk, linarda, lipp u mazzola griża) għandu jiġi pprojbit mill-1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Mejju ta’ kull sena fiż-żona ġeografika magħluqa magħluqa bit-tgħaqqid sekwenzjali mal-linji ta’ rombu tal-koordinati li ġejjin, li għandhom jitkejlu skont is-sistema ta’ koordinati WGS84:

52°27′ N, 12°19′ W

52°40′ N, 12°30′ W

52°47′ N, 12°39.60′ W

52°47′ N, 12°56′ W

52°13.5′ N, 13°53.83′W

51°22′ N, 14°24′ W

51°22′ N, 14°03′ W

52°10′ N, 13°25′ W

52°32′ N, 13°07.50′ W

52°43′ N, 12°55′W

52°43′ N, 12°43′ W

52°38.80′ N, 12°37′ W

52°27′ N, 12°23′ W

52°27′ N, 12°19′ W

5.2.

It-tranżitu mill-Porcupine Bank filwaqt li jinġarru abbord l-ispeċijiet imsemmijin fil-punt 5.1 għandu jkun permess skont l-Artikolu 50(3), (4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

6.   Regoli speċjali għall-protezzjoni tal-linarda fid-diviżjoni 6a tal-ICES

6.1.

Mill-1 ta’ Marzu sal-31 ta’ Mejju ta’ kull sena għandu jkun ipprojbit sajd dirett għal-linarda fiż-żoni tad-diviżjoni 6a tal-ICES magħluqa bit-tgħaqqid sekwenzjali mal-linji ta’ rombu tal-koordinati li ġejjin, li għandhom jitkejlu skont is-sistema WGS84:

It-tarf tal-blata kontinentali Skoċċiża

59°58′ N, 07°00′ W

59°55′ N, 06°47′ W

59°51′ N, 06°28′ W

59°45′ N, 06°38′ W

59°27′ N, 06°42′ W

59°22′ N, 06°47′ W

59°15′ N, 07°15′ W

59°07′ N, 07°31′ W

58°52′ N, 07°44′ W

58°44′ N, 08°11′ W

58°43′ N, 08°27′ W

58°28′ N, 09°16′ W

58°15′ N, 09°32′ W

58°15′ N, 09°45′ W

58°30′ N, 09°45′ W

59°30′ N, 07°00′ W

59°58′ N, 07°00′ W

It-tarf ta’ Rosemary bank

60°00′ N, 11°00′ W

59°00′ N, 11°00′ W

59°00′ N, 09°00′ W

59°30′ N, 09°00′ W

59°30′ N, 10°00′ W

60°00′ N, 10°00′ W

60°00′ N, 11°00′ W

Mhux inkluża ż-żona magħluqa bit-tgħaqqid sekwenzjali mal-linji ta’ rombu tal-koordinati li ġejjin, imkejlin skont is-sistema WGS84:

59°15′ N, 10°24′ W

59°10′ N, 10°22′ W

59°08′ N, 10°07′ W

59°11′ N, 09°59′ W

59°15′ N, 09°58′ W

59°22′ N, 10°02′ W

59°23′ N, 10°11′ W

59°20′ N, 10°19′ W

59°15′ N, 10°24′ W

6.2.

Qabda inċidentali ta’ linarda sa limitu ta’ sitt tunnellati tista’ jinżamm abbord u tinħatt l-art. Ladarba bastiment jilħaq dan il-limitu ta’ sitt tunnellati ta’ linarda:

(a)

għandu jieqaf mis-sajd immedjatament u joħroġ miż-żona li jinsab fiha;

(b)

ma għandux jerġa’ jidħol f’xi waħda miż-żoni sakemm il-qabda tiegħu tkun ġiet żbarkata;

(c)

ma jistax jerġa’ jitfa’ lura l-baħar kwalunkwe kwantità ta’ linarda.

6.3.

Mill-15 ta’ Frar sal-15 ta’ April ta’ kull sena, għandu jkun ipprojbit l-użu ta’ xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ, konzijiet u xbieki statiċi f’żona magħluqa bit-tgħaqqid sekwenzjali mal-linji ta’ rombu tal-koordinati li ġejjin, li għandhom jitkejlu skont is-sistema ta’ koordinati WGS84:

60°58.76′ N, 27°27.32′ W

60°56.02′ N, 27°31.16′ W

60°59.76′ N, 27°43.48′ W

61°03.00′ N, 27°39.41′ W

60°58.76′ N, 27°27.32′ W

7.   Restrizzjonijiet fuq is-sajd għas-sawrell fid-diviżjonijiet 7e, 7f, 7 g u 7h tal-ICES

7.1.

Is-sajd dirett għall-kavall bi rkaptu rmunkat b’daqs tal-malji tal-manka ta’ inqas minn 80 mm jew b’tartaruni tal-borża għandu jkun ipprojbit, għajr fejn il-piż tal-kavall ma jaqbiżx il-15 % tal-piż ħaj tal-kwantitajiet totali tal-kavall u organiżmi oħra tal-baħar abbord li jkunu nqabdu, f’żona magħluqa bit-tgħaqqid sekwenzjali mal-linji ta’ rombu tal-koordinati li ġejjin, li għandhom jitkejlu skont is-sistema WGS8:

fuq il-kosta tan-Nofsinhar tar-Renju Unit fi 02°00′ W

49° 30′ N, 2° 00′ W

49° 30′ N, 7° 00′ W

52° 00′ N, 7° 00′ W

punt fuq il-kosta tal-Punent tar-Renju Unit fi 52° 00′ N.

7.2.

Għandu jkun permess is-sajd fiż-żona definita fil-punt 7.1 bi:

xbieki statiċi u/jew xolfa;

xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ, tartaruni Daniżi jew xbieki rmunkati simili oħrajn, b’daqs tal-malji akbar minn 80 mm;

7.3.

Bastimenti li mhumiex mgħammra għas-sajd u li fihom jiġi ttrasbordat is-sawrell għandhom ikunu permessi fiż-żona definita fil-punt 7.1.

8.   Restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ xbieki tat-tkarkir bi travu sa 12-il mil nawtiku mill-kosta tar-Renju Unit u l-Irlanda

8.1.

L-użu ta’ kwalunkwe xibka tat-tkarkir bi travu ta’ daqs tal-malja anqas minn 100 mm għandu jkun ipprojbit fid-diviżjoni 5b tal-ICES u s-subżona 6 tal-ICES tat-Tramuntana tal-latitudni 56°N.

8.2.

Bastimenti għandhom ikunu pprojbiti milli jużaw xi xbieki tat-tkarkir bi travu ġewwa ż-żoni fi 12-il mil nawtiku mill-kosti tar-Renju Unit u l-Irlanda, imkejla mil-linji bażi minn fejn ikunu mkejla l-ibħra territorjali.

8.3.

Is-sajd bi xbieki tat-tkarkir bi travu ġo żona speċifika għandu jkun permess sakemm:

Is-saħħa tal-magna tal-bastimenti ma taqbiżx il-221 kW u t-tul totali tagħhom ma jaqbiżx l-24 metru; u

It-tul tat-travu jew it-tul aggregat tat-travu, imkejjel bħala t-total ta’ kull travu, mhuwiex aktar minn 9 metri, jew ma jistax jiġi estiż għal tul ikbar minn 9 metri, ħlief fis-sajd dirett għall-gamblu komuni (Crangon crangon) b’daqs tal-malja tal-manka ta’ inqas minn 31 mm.

9.   L-użu ta’ xbieki statiċi fid-diviżjonijiet 5b, 6a, 6b, 7b, 7c, 7h, 7j u 7k tal-ICES

9.1.

F’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 9(7) u b’deroga mill-Parti B, Punt 2, ta’ dan l-Anness, għandu jkun permess l-użu tal-irkaptu li ġej f’ilmijiet b’fond indikat fuq il-mappa nawtika ta’ inqas minn 600 metru:

Għeżul tal-qiegħ użati għal sajd dirett għall-merluzz b’daqs tal-malja ta’ mill-anqas 100 mm u mhux aktar minn 100 majla fond, fejn it-tul totali tax-xbieki kollha użati ma jaqbiżx il-25 km għal kull bastiment u l-ħin tal-immersjoni massimu huwa 24 siegħa.

Xbieki tat-tħabbil użati għal sajd dirett għall-petrika b’daqs tal-malja ta’ mill-anqas 250 mm u mhux aktar minn 15-il majla fond, fejn it-tul totali tax-xbieki kollha użati ma jaqbiżx il-100 km u l-ħin tal-immersjoni massimu huwa ta’ 72 siegħa.

9.2.

Is-sajd dirett għal klieb il-baħar tal-fond kif imniżżel fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/2336 f’fond ta’ anqas minn 600 metru għandu jkun ipprojbit. Meta jinqabdu inċidentalment, klieb il-baħar tal-fond ikklassifikati bħala pprojbiti f’dan ir-Regolament jew f’leġislazzjoni oħra tal-Unjoni għandhom jiġu rreġistrati, kemm jista’ jkun mingħajr ma jiġrilhom xejn, u għandhom jinħelsu minnufih. Klieb il-baħar tal-fond soġġetti għal-limiti ta’ qbid għandhom jinżammu abbord. Dawn il-qabdiet għandhom jinħattu l-art u jingħaddu fil-kwoti. F’sitwazzjonijiet fejn kwota ma tkunx disponibbli jew ma tkunx disponibbli b’mod suffiċjenti għall-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni tista’ tirrikorri għall-Artikolu 105(5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. Meta l-qabdiet inċidentali ta’ klieb il-baħar tal-fond mill-bastimenti ta’ kwalunkwe Stat Membru jaqbżu l-10 tunnellati, dawk il-bastimenti ma jistgħux igawdu aktar mid-derogi stipulati fil-punt 9.1.

(1)  Fid-diviżjonijiet 6a u 7a tal-ICES għandu japplika daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni ta’ tul totali ta’ 70 mm u b’tul tal-karapaċa ta’ 20 mm.

(2)  Fid-diviżjonijiet 6a u 7a tal-ICES għandu japplika daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni ta’ 37 mm.

(3)  Fl-ilmijiet tal-Unjoni fis-subżoni V, VI tal-ICES fin-Nofsinhar ta’ 56° N u VII, ħlief id-diviżjonijiet VIId, e, f tal-ICES, għandu japplika daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni ta’ 130 mm.

(4)  Għal granċijiet li jittieklu maqbudin f’nases u kavetti, massimu ta’ 1 % bil-piż tal-qabda totali ta’ granċ jittiekel tista’ tikkonsisti f’idejn maqlugħin. Għal granċijiet li jittieklu maqbudin bi kwalunkwe rkaptu tas-sajd ieħor, massimu ta’ 75 kg ta’ idejn maqlugħin ta’ granċ jistgħu jinħattu l-art.

(5)  Fid-diviżjoni VIIa tal-ICES fit-Tramuntana ta’ 52°30′N, u d-diviżjoni VIId tal-ICES, għandu japplika daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni ta’ 110 mm.

(6)  B’deroga mill-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, id-daqsijiet minimi ta’ referenza għall-konservazzjoni tas-sardina, l-inċova, l-aringa, is-sawrell u l-kavall ma għandhomx japplikaw fi ħdan il-limitu ta’ 10 % tal-piż ħaj tal-qabdiet totali miżmuma abbord ta’ kull waħda minn dawn l-ispeċijiet.

(7)  Għandu jiddaħħal gradwalment fuq perijodu ta’ sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(8)  Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 494/2002 (9).

(9)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 494/2002 tad-19 ta’ Marzu 2002 li jistabbilixxi miżuri tekniċi addizzjonali għall-irkupru tal-ħazniet ta’ marlozz fis-sub-żoni ICES III, IV, V, VI u VII u t-taqsimiet ICES VIII a, b, d, e (ĠU L 77, 20.3.2002, p. 8).

(10)  Għandu japplika daqs tal-malja ta’ mill-inqas 70 mm għal bastimenti tat-tip ‘single rig’ fid-diviżjoni 7a tal-ICES.

(11)  Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2(5) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 737/2012 (12).

(12)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 737/2012 tal- 14 ta’ Awwissu 2012 dwar il-protezzjoni ta’ ċerti stokkijiet fil-Baħar Ċeltiku (ĠU L 218, 15.8.2012, p. 8).

(13)  Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika għad-diviżjoni 7d tal-ICES.

(14)  Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika għas-sajd dirett għall-merlangu, il-kavall u speċijiet mhux soġġetti għal limiti ta’ qbid fid-diviżjonijiet 7d u 7e tal-ICES.

(15)  Meta jsir sajd għall-petriċa għandu jintuża daqs tal-malja ta’ mill-inqas 220 mm. Meta jsir sajd dirett għall-pollakkju u l-merluzz fid-diviżjonijiet 7d u 7e tal-ICES għandu jintuża daqs tal-malja ta’ mill-inqas 110 mm.

(16)  Fid-diviżjoni 7d, mill-inqas 90 mm għandu japplika.

(17)  Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/2034 tat-18 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar għal ċertu sajd demersali fl-ilmijiet tal-Majjistral għall-perjodu 2019-2021 (ĠU L 327, 21.12.2018, p. 8).


ANNESS VII

ILMIJIET TAL-LBIĊ

PARTI A

Daqsijiet minimi ta’ referenza għall-konservazzjoni

Speċijiet

Żona sħiħa

Bakkaljaw (Gadus morhua)

35 cm

Merluzz tal-linja sewda (Melanogrammus aeglefinus)

30 cm

Pollakkju iswed (Pollachius virens)

35 cm

Pollakkju (Pollachius pollachius)

30 cm

Merluzz (Merluccius merluccius)

27 cm

Megrim (Lepidorhombus spp.)

20 cm

Lingwata komuni (Solea spp.)

24 cm

Barbun tat-tbajja’ (Pleuronectes platessa)

27 cm

Merlangu (Merlangius merlangus)

27 cm

Lipp (Molva molva)

63 cm

Linarda (Molva dypterygia)

70 cm

Skampu (Nephrops norvegicus)

Tul totali 70 mm,

Tul tal-karapaċa ta’ 20 mm

Dnieb tal-Iskampu

37 mm

Kavalli (Scomber spp.)

20 cm (6)

Aringa (Clupea harengus)

20 cm (6)

Sawrell (Trachurus spp.)

15-il cm (1)  (6)  (7)

Inċova (Engraulis encrasicolus)

12-il cm jew 90 individwu kull kg (2)  (6)

Spnott (Dicentrarchus labrax)

36 cm

Sardin (Sardina pilchardus)

11-il cm (6)

Paġella ħamra (Pagellus bogaraveo)

33 cm

Awwista Ewropea (Hommarus gammarus)

87 mm

Għaġuża (Maja squinado)

120 mm

Imrewħa (Chlamys spp.)

40 mm

Arzella nigra (Ruditapes decussatus)

40 mm

Arzella (Venerupis pullastra)

38 mm

Gandoffli tal-għonq qasir (Venerupis philippinarum)

35 mm

Gandoffla (Venus verrucosa)

40 mm

Kannellina (Callista chione)

6 cm

Gandoffla tal-leħja (Ensis spp.)

10 cm

Gandoffla Atalantika (Spisula solida)

25 mm

Gandoffa Donax (Donax spp.)

25 mm

Gandoffla fażola (Pharus legumen)

65 mm

Bronja (Buccinum undatum.)

45 mm

Qarnit (Octopus vulgaris)

750 g (3)

Awwisti (Palinurus spp.)

95 mm

Gamblu abjad (Parapenaeus longirostris)

22 mm (tul tal-karapaċa)

Granċ jittiekel (Cancer pagurus)

140 mm (4)  (5)

Arzella tal-pellegrini (Pecten maximus)

100 mm

PARTI B

Qisien tal-malji

1.   Daqsijiet tal-malja ta’ referenza għal irkaptu rmunkat

1.1.

Mingħajr preġudizzju għall-obbligu ta’ ħatt l-art, il-bastimenti għandhom jużaw daqs tal-malja ta’ mill-inqas 70 mm (8)(9) jew mill-inqas 55 mm fid-diviżjoni 9a tal-ICES fil-Lvant tal-lonġitudni 7°23′48″W.

1.2.

Mingħajr preġudizzju għall-obbligu ta’ ħatt l-art u minkejja l-punt 2.1, il-bastimenti jistgħu jużaw daqsijiet tal-malji iżgħar kif elenkati fit-tabella li ġejja għall-ilmijiet tal-Lbiċ dment li:

(i)

ikun hemm konformità mal-kondizzjonijiet assoċjati stabbiliti f’dik it-tabella, u l-qabdiet aċċessorji tal-merluzz ma jaqbżux l-20 % tal-qabda totali f’piż ħaj tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar kollha li jinħattu l-art wara kull vjaġġ tas-sajd; jew

(ii)

jintużaw modifiki ta’ selettività oħra li ġew ivvalutati mill-STECF fuq talba ta’ Stat Membru wieħed jew aktar u approvati mill-Kummissjoni. Dawk il-modifiki ta’ selettività għandhom jirriżultaw fl-istess karatteristiċi jew aħjar ta’ selettività għall-merluzz bħal dik ta’ 70 mm, jew 55 mm fid-diviżjoni 9a tal-ICES fil-Lvant tal-lonġitudni 7°23′48″ W rispettivament.

Daqs tal-Malja

Żoni Ġeografiċi

Kondizzjonijiet

Mill-inqas 55 mm

Iż-żona kollha minbarra d-diviżjoni 9a tal-ICES fil-Lvant tal-lonġitudni 7°23′48″W

Sajd dirett għal speċijiet mhux soġġetti għal limiti ta’ qbid u li mhumiex koperti f’parti oħra tat-tabella

Sajd dirett għal paġella ħamra

Sajd dirett għall-kavall, is-sawrell u l-istokkafixx bi xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ

Mill-inqas 35 mm

Żona sħiħa

Sajd dirett għal-lingwata tar-rigi

Mill-inqas 55 mm

Diviżjoni 9a tal-ICES fil-Punent tal-lonġitudni 7°23′48″W

Sajd dirett għal krustaċji

Mill-inqas 16-il mm

Żona sħiħa

Sajd dirett għal speċijiet pelaġiċi żgħar li mhumiex koperti f’parti oħra tat-tabella

Sajd dirett għall-gambli (Palaemon serratus, Crangon crangon), u l-granċ (Polybius henslowi)

Iżgħar minn 16-il mm

Żona sħiħa

Sajd dirett għaċ-ċiċċirell

2.   Daqsijiet tal-malja ta’ referenza għax-xbieki statiċi u l-għażel tat-tisqif

2.1.

Mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-ħatt l-art, il-bastimenti għandhom jużaw daqs tal-malja ta’ mill-inqas 100 mm (10), jew mill-inqas 80 mm fid-diviżjoni 8c tal-ICES u s-subżona 9 tal-ICES.

2.2.

Mingħajr preġudizzju għall-obbligu ta’ ħatt l-art, u minkejja l-punt 2.1, il-bastimenti jistgħu jużaw daqsijiet iżgħar tal-malji kif elenkati fit-tabella li ġejja għal ilmijiet tal-Lbiċ dment li jkun hemm konformità mal-kondizzjonijiet assoċjati stabbiliti f’dik it-tabella, u l-qabdiet aċċessorji tal-merluzz ma jaqbżux l-20 % tal-qabdiet totali f’piż ħaj tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar kollha li jinħattu l-art wara kull vjaġġ tas-sajd.

Daqs tal-Malja

Żoni Ġeografiċi

Kondizzjonijiet

Mill-inqas 80 mm

Iż-żona kollha minbarra is-subżona 8c tal-ICESu s-subżona 9 tal-ICES

Sajd dirett għall-ispnotta, il-merlangu, il-barbun imperjali, il-barbun u l-pollakkju

Mill-inqas 60 mm

Żona sħiħa

Sajd dirett għal speċijiet mhux soġġetti għal limiti ta’ qbid u li mhumiex koperti f’parti oħra tat-tabella

Mill-inqas 50 mm

Żona sħiħa

Sajd dirett għal speċijiet (11) pelaġiċi żgħar li mhumiex koperti f’parti oħra tat-tabella

Mill-inqas 40 mm

Żona sħiħa

Sajd dirett għat-trilja ħamra, il-gambli (Penaeus spp), il-gambli mantis, il-lingwata tar-rigi u l-Labridae

PARTI C

Żoni magħluqin jew ristretti

1.   Żona magħluqa għall-konservazzjoni tal-merluzz fid-diviżjoni 9a tal-ICES

Is-sajd bi xbieki tat-tkarkir, tartarun Daniż jew xbieki rmunkati simili għandu jkun ipprojbit fiż-żoni ġeografiċi magħluqin bit-tgħaqqid sekwenzjali mal-linji ta’ rombu tal-koordinati li ġejjin, li għandhom jitkejlu bis-sistema tal-koordinati WGS84:

(a)

mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara:

43°46.5′N, 07°54.4′W

44°01.5′N, 07°54.4′W

43°25.0′N, 09°12.0′W

43°10.0′N, 09°12.0′W

(b)

mill-1 ta’ Diċembru sal-aħħar ġurnata ta’ Frar tas-sena ta’ wara:

punt fuq il-kosta tal-Punent tal-Portugall fil-latitudni 37°50′N

37°50′N, 09°08′W

37°00′N, 9°07′W

punt fuq il-kosta tal-Punent tal-Portugall fi 37°00′N

2.   Żoni magħluqin għall-konservazzjoni tal-iskampu fid-diviżjoni 9a tal-ICES

2.1.

Is-sajd dirett għall-iskampu (Nephrops norevgicus) bi xbieki tat-tkarkir, tartarun Daniż jew xbieki rmunkati simili jew kavetti għandu jkun ipprojbit fiż-żoni ġeografiċi magħluqin bit-tgħaqqid sekwenzjali mal-linji ta’ rombu tal-koordinati li ġejjin, li għandhom jitkejlu skont is-sistema tal-koordinati WGS84:

(a)

mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Awwissu:

42°23′ N, 08°57′ W

42°00′ N, 08°57′ W

42°00′ N, 09°14′ W

42°04′ N, 09°14′ W

42°09′ N, 09°09′ W

42°12′ N, 09°09′ W

42°23′ N, 09°15′ W

42°23′ N, 08°57′ W

(b)

mill-1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Awwissu:

37°45′ N, 09°00′ W

38°10′ N, 09°00′ W

38°10′ N, 09°15′ W

37°45′ N, 09°20′ W

2.2.

Għandu jkun permess li jsir sajd bi xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ jew xbieki rmunkati simili jew kavetti fiż-żoni ġeografiċi u matul il-perijodu kif deskritt fil-punt 2.1(b) dment li l-qabdiet aċċessorji kollha tal-iskampu (Nephrops norvegicus) jinħattu l-art u jingħaddu skont il-kwoti.

2.3.

Is-sajd dirett għall-iskampu (Nephrops norvegicus) fiż-żoni ġeografiċi u barra mill-perijodi msemmijin fil-punt 2.1, għandu jkun ipprojbit. Qabdiet aċċessorji tal-iskampu (Nephrops norvegicus) għandhom jinħattu l-art u jingħaddu skont il-kwoti.

3.   Restrizzjonijiet fuq sajd dirett għall-inċova fid-diviżjoni 8c tal-ICES

3.1.

Is-sajd dirett għall-inċova bl-użu ta’ xbieki tat-tkarkir pelaġiku fid-diviżjoni 8c tal-ICES għandu jkun ipprojbit.

3.2.

Il-ġarr abbord ta’ xbieki tat-tkarkir pelaġiku u tartaruni tal-borża fl-istess ħin fid-diviżjoni 8c tal-ICES għandu jkun ipprojbit.

4.   L-użu ta’ xbieki statiċi fis-subżoni8, 9, 10, u 12 tal-ICES Lvant ta’ 27°W

4.1.

F’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 9(7) u b’deroga mill-Parti B, Punt 2, ta’ dan l-Anness, għandu jkun permess l-użu tal-irkaptu li ġej f’ilmijiet b’fond indikat fuq il-mappa nawtika ta’ inqas minn 600 metru:

Għażel tal-qiegħ użat għas-sajd dirett għall-merluzz b’daqs tal-malja ta’ mill-inqas 80 mm fid-diviżjoni 8c tal-ICES u fis-subżona 9 tal-ICES u ta’ 100 mm fiż-żoni kollha li jifdal u mhux aktar minn 100 malja fond, fejn it-tul totali tax-xbieki kollha użati ma jaqbiżx il-25 km għal kull bastiment u l-ħin tal-immersjoni massimu huwa 24 siegħa.

Xbieki tat-tħabbil użati għal sajd dirett għall-petrika b’daqs tal-malja ta’ mill-anqas 250 mm u mhux aktar minn 15-il majla fond, fejn it-tul totali tax-xbieki kollha użati ma jaqbiżx il-100 km u l-ħin tal-immersjoni massimu huwa ta’ 72 siegħa.

Pariti fis-subżona 9 tal-ICES użati għas-sajd dirett għall-petrika b’daqs tal-malja ta’ mill-anqas 220 mm u mhux aktar minn 30 majla fond, fejn it-tul totali tax-xbieki kollha użati ma jaqbiżx l-20 km għal kull bastiment u l-ħin tal-immersjoni massimu huwa 72 siegħa.

4.2.

Is-sajd dirett għal klieb il-baħar tal-fond kif imniżżel fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/2336 f’fond ta’ anqas minn 600 metru għandu jkun ipprojbit. Meta jinqabdu inċidentalment, klieb il-baħar tal-fond ikklassifikati bħala pprojbiti f’dan ir-Regolament jew f’leġislazzjoni oħra tal-Unjoni għandhom, jiġu rreġistrati, kemm jista’ jkun mingħajr ma jiġrilhom xejn, u għandhom jinħelsu minnufih. Klieb il-baħar tal-fond soġġetti għal-limiti ta’ qbid għandhom jinżammu abbord. Dawn il-qabdiet għandhom jinħattu l-art u jingħaddu fil-kwoti. F’sitwazzjonijiet fejn kwota ma tkunx disponibbli jew ma tkunx disponibbli b’mod suffiċjenti għall-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni tista’ tirrikorri għall-Artikolu 105(5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. Meta l-qabdiet inċidentali ta’ klieb il-baħar tal-fond mill-bastimenti ta’ kwalunkwe Stat Membru jaqbżu l-10 tunnellati, dawn il-bastimenti ma jistgħux igawdu aktar mid-derogi stipulati fil-punt 4.1.

4.3.

Kondizzjonijiet għas-sajd bl-użu ta’ ċertu rkaptu rmunkat awtorizzat fil-Bajja ta’ Biscay.

B’deroga mid-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 494/2002 li jistabbilixxi miżuri tekniċi addizzjonali għall-irkupru tal-ħażniet ta’ merluzz fis-subżoni ICES 3-7 u t-taqsimiet ICES 8a, 8b 8d u 8e, għandu jkun permess li ssir attività tas-sajd bl-użu ta’ xbieki tat-tkarkir, tartaruni Daniżi u rkaptu simili, għajr xbieki tat-tkarkir bi travu, b’malji ta’ daqs li jvarja minn 70 sa 99 mm fiż-żona definita fil-punt (b) tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 494/2002 jekk l-irkaptu jkun mgħammar b’pannell bil-malji kwadri ta’ 100 mm.


(1)  Ebda daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni ma għandu japplika għal sawrella kaħla (Trachurus picturatus) maqbuda fl-ilmijiet qrib il-gżejjer Azores u taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tal-Portugall.

(2)  Fis-subżona 9 tal-ICES u żona 34.1.2 tal-CECAF għandu japplika daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni ta’ 9 cm.

(3)  Fl-ilmijiet kollha f’dik il-parti tal-Atlantiku tal-Lvant ċentrali li fih hemm id-diviżjonijiet 34.1.1, 34.1.2 u 34.1.3 u s-subżona 34.2.0 taż-żona tas-sajd 34 tar-reġjun tas-CECAF għandu japplika piż tal-ħut imnaddaf ta’ 450 g.

(4)  Fl-ilmijiet tal-Unjoni fis-subżoni 8 u 9 tal-ICES għandu japplika daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni ta’ 130 mm.

(5)  Għal granċijiet li jittieklu maqbudin f’nases u kavetti, massimu ta’ 1 % bil-piż tal-qabda totali ta’ granċ jittiekel tista’ tikkonsisti f’idejn maqlugħin. Għal granċijiet li jittieklu maqbudin bi kwalunkwe rkaptu tas-sajd ieħor, massimu ta’ 75 kg ta’ idejn maqlugħin ta’ granċ jistgħu jinħattu l-art.

(6)  B’deroga mill-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, id-daqsijiet minimi ta’ referenza għall-konservazzjoni tas-sardina, l-inċova, l-aringa, is-sawrell u l-kavall ma għandhomx japplikaw fi ħdan il-limitu ta’ 10 % tal-piż ħaj tal-qabdiet totali miżmuma abbord ta’ kull waħda minn dawn l-ispeċijiet.

Il-perċentwal ta’ sardin, inċovi, aringi, sawrell jew kavalli li jkunu iżgħar mid-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni għandu jiġi kkalkolat bħala l-proporzjon tal-piż ħaj tal-organiżmi kollha tal-baħar abbord wara li jkunu ġew magħżula jew wara li jkunu nħattu l-art.

Il-perċentwal jista’ jiġi kkalkulat abbażi ta’ kampjun rappreżentattiv wieħed jew aktar. Il-limitu ta’ 10 % ma għandux jinqabeż matul it-trasbord, ħatt l-art, it-trasport, il-ħażna, il-wiri jew il-bejgħ.

(7)  Mhux aktar minn 5 % jista’ jikkonsisti minn sawrell ta’ bejn it-12 u l-15-il cm. Għall-finijiet tal-kontroll ta’ dik il-kwantità, il-fattur ta’ konverżjoni li għandu jiġi applikat għall-piż tal-qabdiet għandu jkun 1,20. Dawn id-dispożizzjonijiet ma għandhomx japplikaw għal qabdiet li huma soġġetti għall-obbligu ta’ ħatt l-art.

(8)  Din id-dispożizzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 494/2002.

(9)  Għas-sajd dirett għall-Iskampun (Nephrops norvegicus), għandu jitqabbad pannell b’malja kwadra ta’ mill-inqas 100 mm jew tagħmir ta’ selettività ekwivalenti meta jsir is-sajd fid-diviżjonijiet 8a, 8b, 8d u 8e. tal-ICES. Għas-sajd dirett għal-lingwata bi xbieki tat-tkarkir bi travu, għandu jitqabbad pannell b’daqs tal-malja ta’ mill-inqas 180 mm imwaħħla fin-nofs ta’ fuq tal-parti ta’ quddiem tax-xibka.

(10)  Għas-sajd dirett għall-petriċa għandu jintuża daqs tal-malja ta’ mill-inqas 220 mm.

(11)  Għas-sardina jista’ jintuża daqs tal-malja ta’ inqas minn 40 mm.


ANNESS VIII

IL-BAĦAR BALTIKU

PARTI A

Daqsijiet minimi ta’ referenza għall-konservazzjoni

Speċijiet

Żoni Ġeografiċi

Daqs Minimu ta’ Referenza għall-Konservazzjoni

Bakkaljaw (Gadus morhua)

Subdiviżjonijiet 22-32

35cm

Barbun tat-tbajja’ (Pleuronectes platessa)

Subdiviżjonijiet 22-32

25 cm

Salamun (Salmo salar)

Subdiviżjonijiet 22-30 u 32

60 cm

Subdiviżjoni 31

50 cm

Barbun (Platichthys flesus)

Subdiviżjonijiet 22-25

23 cm

Subdiviżjonijiet 26, 27 u 28

21 cm

Subdiviżjonijiet 29-32, Nofsinhar ta’ 59°

18 cm

Barbun imperjali (Psetta maxima)

Subdiviżjonijiet 22-32

30 cm

Barbun lixx (Scophthalmus rhombus)

Subdiviżjonijiet 22-32

30 cm

Sallur (Anguilla anguilla)

Subdiviżjonijiet 22-32

35 cm

Trota tal-baħar (Salmo trutta)

Subdiviżjonijiet 22-25 u 29-32

40 cm

Subdiviżjonijiet 26, 27 u 28

50 cm

PARTI B

Qisien tal-malji

1.   Daqsijiet tal-malja ta’ referenza għal irkaptu rmunkat

1.1.

Mingħajr preġudizzju għall-obbligu ta’ ħatt l-art, il-bastimenti għandhom jużaw daqs tal-malja ta’ mill-inqas 120 mm magħmula minn T90 jew mill-inqas 105 mm mgħammra b’tieqa tal-ħruġ tat-tip BACOMA ta’ 120 mm.

1.2.

Mingħajr preġudizzju għall-obbligu ta’ ħatt l-art u minkejja l-punt 1.1, il-bastimenti jistgħu jużaw daqsijiet tal-malji iżgħar kif elenkati fit-tabella li ġejja għall-Baħar Baltiku dment li:

(i)

ikun hemm konformità mal-kondizzjonijiet assoċjati stabbiliti f’dik it-tabella, u l-qabdiet aċċessorji tal-bakkaljaw ma jaqbżux l-10 % tal-qabda totali f’piż ħaj tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar kollha li jinħattu l-art wara kull vjaġġ tas-sajd; jew

(ii)

jintużaw modifiki ta’ selettività oħra li ġew ivvalutati mill-STECF fuq talba ta’ Stat Membru wieħed jew aktar u approvati mill-Kummissjoni. Dawk il-modifiki ta’ selettività għandhom jirriżultaw fl-istess karatteristiċi jew aħjar ta’ selettività għall-bakkaljaw bħal dik ta’ T90 ta’ 120 mm, jew ta’ 105 mm mgħammra b’tieqa tal-ħruġ tat-tip BACOMA ta’ 120 mm, rispettivament.

Daqs tal-Malja

Żoni Ġeografiċi

Kondizzjonijiet

Mill-inqas 90 mm

Fis-subdiviżjonijiet 22 u 23

Sajd dirett għall-pixxiċatt (1)

Sajd dirett għall-merlangu

Mill-inqas 32 mm

Fis-subdiviżjonijiet 22-27

Sajd dirett għall-aringa, il-kavall, is-sawrell u l-istokkafixx

Mill-inqas 16-il mm

Fis-subdiviżjonijiet 22-27

Sajd dirett għal-laċċa kaħla (2)

Mill-inqas 16-il mm

Żona sħiħa

Sajd dirett għal speċijiet għajr il-pixxiċatt u li mhumiex soġġetti għal limiti ta’ qbid u li mhumiex koperti f’parti oħra tat-tabella

Mill-inqas 16-il mm

Fis-subdiviżjonijiet 28-32

Sajd dirett għal speċijiet pelaġiċi żgħar li mhumiex koperti f’parti oħra tat-tabella

Inqas minn 16-il mm

Żona sħiħa

Sajd dirett għaċ-ċiċċirell

2.   Daqsijiet tal-malja ta’ referenza għax-xbieki statiċi

2.1.

Mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-ħatt l-art, il-bastimenti għandhom jużaw daqs tal-malja ta’ mill-inqas 110 mm, jew 157 mm meta jsir sajd għas-salamun.

2.2.

Mingħajr preġudizzju għall-obbligu ta’ ħatt l-art, u minkejja l-punt 2.1, il-bastimenti jistgħu jużaw daqsijiet iżgħar tal-malji kif elenkati fit-tabella li ġejja għall-Baħar Baltiku dment li jkun hemm konformità mal-kondizzjonijiet assoċjati stabbiliti f’din it-tabella, u l-qabdiet aċċessorji tal-bakkaljaw ma jaqbżux l-10 % tal-qabdiet totali f’piż ħaj tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar kollha li jinħattu l-art wara kull vjaġġ tas-sajd jew ħames speċijiet ta’ salamun.

Mesh Size

Żoni Ġeografiċi

Kondizzjonijiet1 (3)

Mill-inqas 90 mm

Żona sħiħa

Sajd dirett għal speċijiet ta’ pixxiċatt

Inqas minn 90 mm

Żona sħiħa

Sajd dirett għal speċijiet pelaġiċi żgħar

Mill-anqas 16-il mm

Żona sħiħa

Sajd dirett għal speċijiet li mhumiex soġġetti għal limiti ta’ qbid u li mhumiex koperti f’parti oħra tat-tabella

PARTI C

Żoni magħluqin jew ristretti

1.

Restrizzjonijiet fuq is-sajd bi rkaptu rmunkat

Għandu jkun ipprojbit tul is-sena kollha li jsir sajd bi kwalunkwe rkaptu rmunkat fiż-żona ġeografika magħluqa bit-tgħaqqid sekwenzjali mal-linji rombu tal-koordinati li ġejjin, li għandhom jitkejlu skont is-sistema ta’ koordinati WGS84:

54°23′ N, 14°35′ E

54°21′ N, 14°40′ E

54°17′ N, 14°33′ E

54°07′ N, 14°25′ E

54°10′ N, 14°21′ E

54°14′ N, 14°25′ E

54°17′ N, 14°17′ E

54°24′ N, 14°11′ E

54°27′ N, 14°25′ E

54°23′ N, 14°35′ E

2.   Restrizzjonijiet fuq is-sajd għas-salamun u għat-trota tal-baħar

2.1.

Is-sajd dirett għas-salamun (Salmo salar) jew għat-trota tal-baħar (Salmo trutta) għandu jkun ipprojbit:

(a)

mill-1 ta’ Ġunju sal-15 ta’ Settembru kull sena fl-ilmijiet tas-subdiviżjonijiet 22 – 31;

(b)

mill-15 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru kull sena fl-ilmijiet tas-subdiviżjoni 32.

2.2.

Iż-żona ta’ projbizzjoni matul l-istaġun magħluq għandha tkun lil hinn minn erba’ mili nawtiċi mkejla mil-linji bażi.

2.3.

Iż-żamma abbord ta’ salamun (Salmo salar) jew trota tal-baħar (Salmo trutta) maqbudin bi xbieki nassa għandha tkun permessa.

3.   Miżuri speċifiċi għall-Golf ta’ Riga

3.1.

Sabiex isir sajd fis-subdiviżjoni 28-1, il-bastimenti għandhom ikollhom permess tas-sajd maħruġ skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

3.2.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bastimenti li nħarġilhom il-permess tas-sajd imsemmi fil-punt 3.1 jiġu inklużi f’lista li jkun fiha l-isem u n-numru ta’ reġistrazzjoni interna tagħhom, li titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq sit web, li l-indirizz tiegħu jkun ipprovdut minn kull Stat Membru lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.

3.3.

Il-bastimenti inklużi fil-lista għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-qawwa totali tal-magni (kW) tal-bastimenti fil-listi ma għandhiex tkun aktar minn dik osservata għal kull Stat Membru fis-snin 2000-2001 fis-subdiviżjoni 28-1; u

(b)

is-saħħa tal-magni ta’ bastiment ma għandhiex tkun ikbar minn 221 kW fi kwalunkwe waqt.

3.4.

Kwalunkwe bastiment individwali fil-lista msemmija fil-punt 3.2 jista’ jiġi sostitwit b’bastiment jew bastimenti oħrajn, bil-kondizzjoni li:

(a)

tali sostituzzjoni ma twassalx għal żieda fit-total tas-saħħa tal-magni kif indikat fil-punt 3.3(a) fl-Istat Membru kkonċernat; u

(b)

il-qawwa tal-magni ta’ kwalunkwe bastiment ta’ sostituzzjoni ma taqbiżx il-221 kW fi kwalunkwe waqt.

3.5.

Il-magna ta’ kwalunkwe bastiment individwali inkluż fil-lista msemmija fil-punt 3.2 tista’ tiġi sostitwita, bil-kondizzjoni li:

(a)

is-sostituzzjoni ta’ magna ma twassalx sabiex il-qawwa tal-magni tal-bastiment taqbeż il-221 kW fi kwalunkwe waqt; u

(b)

is-saħħa tal-magna ta’ sostituzzjoni ma tkunx tali li s-sostituzzjoni twassal għal żieda fis-saħħa totali tal-magni kif indikat fil-punt 3.3(a) għall-Istat Membru kkonċernat.

3.6.

Fis-subdiviżjoni 28-1, is-sajd bix-xbieki tat-tkarkir għandu jkun ipprojbit f’ilmijiet b’fond ta’ inqas minn 20 metru.

4.   Restrizzjonijiet fuq is-sajd skont iż-żona

4.1.

Għandu jkun ipprojbit li ssir kwalunkwe attività tas-sajd mill-1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Ottubru kull sena fiż-żoni magħluqin bit-tgħaqqid sekwenzjali b’linji rombu tal-pożizzjonijiet li ġejjin, li għandhom jitkejlu skont is-sistema tal-koordinati WGS84:

(a)

Żona 1:

55°45′ N, 15°30′ E

55°45′ N, 16°30′ E

55°00′ N, 16°30′ E

55°00′ N, 16°00′ E

55°15′ N, 16°00′ E

55°15′ N, 15°30′ E

55°45′ N, 15°30′ E

(b)

Żona 2:

55°00′ N, 19°14′ E

54°48′ N, 19°20′ E

54°45′ N, 19°19′ E

54°45′ N, 18°55′ E

55°00′ N, 19°14′ E

(c)

Żona 3:

56°13′ N, 18°27′ E

56°13′ N, 19°31′ E

55°59′ N, 19°13′ E

56°03′ N, 19°06′ E

56°00′ N, 18°51′ E

55°47′ N, 18°57′ E

55°30′ N, 18°34′ E

56°13′ N, 18°27′ E

4.2.

Is-sajd dirett għas-salamun b’għażel, xbieki tat-tħabbil u pariti b’daqs tal-malja ta’ 157 mm jew ikbar jew b’konzijiet tal-wiċċ għandu jkun permess. L-ebda rkaptu ieħor ma għandu jinżamm abbord.

4.3.

Is-sajd dirett għall-bakkaljaw bl-irkaptu speċifikat fil-punt 5.2 għandu jkun ipprojbit.

5.   Restrizzjonijiet fuq is-sajd għall-barbun u għall-barbun imperjali

5.1.

Iż-żamma abbord tal-ispeċijiet ta’ ħut li ġejjin għandha tkun ipprojbita meta dawn jinqabdu fiż-żoni ġeografiċi u matul il-perijodi msemmijin hawn taħt:

Speċijiet

Żoni Ġeografiċi

Perijodu

Barbun

Subdiviżjonijiet 26-29, fin-Nofsinhar ta’ 59° 30′ N

Mill-15 ta’ Frar sal-15 ta’ Mejju

Subdiviżjoni 32

Mill-15 ta’ Frar sal-31 ta’ Mejju

Barbun imperjali

Subdiviżjonijiet 25, 26 u 28, fin-Nofsinhar ta’ 56° 50′ N

Mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Lulju

5.2.

Is-sajd dirett bi xbieki tat-tkarkir, tartaruni Daniżi jew irkaptu simili b’daqs tal-malja tal-manka ta’ 90 mm jew akbar jew b’għeżul, xbieki tat-tħabbil jew pariti b’daqs tal-malja ta’ 90 mm jew akbar għandu jkun ipprojbit. Qabdiet aċċessorji ta’ barbun u barbun imperjali jistgħu jinżammu abbord u jinħattu l-art f’limitu ta’ 10 % tal-piż ħaj tal-qabda sħiħa miżmuma abbord matul il-perijodi msemmija fil-punt 6.1.

6.   Restrizzjonijiet fuq sajd għas-sallur

Iż-żamma abbord ta’ sallur maqbud bi kwalunkwe rkaptu attiv għandha tkun ipprojbita. Meta jinqabad inċidentalment, is-sallur m’għandhiex issirlu ħsara u għandu jinħeles mill-ewwel.


(1)  L-użu ta’ tkarkir bil-lasta ma għandux jiġi awtorizzat.

(2)  Il-qabda tista’ tikkonsisti minn sa 45 % ta’ aringi skont il-piż ħaj.

(3)  L-użu ta’ għażel, xbieki tat-tħabbil jew pariti ta’ aktar minn 9 km għall-bastimenti b’tul totali ta’ inqas minn 12-il metru u 21 km għal bastimenti b’tul totali ta’ aktar minn 12-il metru għandu jkun ipprojbit. Il-ħin tal-immersjoni massimu għal tali rkaptugaħndu jkun ta’ 48 siegħa ħlief meta s-sajd isir taħt is-silġ.


ANNESS IX

IL-BAĦAR MEDITERRAN

PARTI A

Daqsijiet minimi ta’ referenza għall-konservazzjoni

Speċijiet

Żona Sħiħa

Spnott (Dicentrarchus labrax)

25 cm

Sparlu (Diplodus annularis)

12-il cm

Mogħża (Diplodus puntazzo)

18-il cm

Sargu komuni (Diplodus sargus)

23 cm

Xirgħien (Diplodus vulgaris)

18-il cm

Inċova (Engraulis encrasicolus)

9 cm (1)

Ċeren u Dott (Epinephelus spp.)

45 cm

Ajula (Lithognathus mormyrus)

20 cm

Merluzz (Merluccius merluccius)

20 cm

Trilja tal-ħama (Mullus spp.)

11-il cm

Bażuga (Pagellus acarne)

17-il cm

Paġella ħamra (Pagellus bogaraveo)

33 cm

Paġella ħamra (Pagellus erythrinus)

15-il cm

Pagru (Pagrus pagrus)

18-il cm

Ħanżir tal-fond (Polyprion americanus.)

45 cm

Sardina (Sardina pilchardus)

11-il cm (2), (4)

Kavalli (Scomber spp.)

18-il cm

Lingwata komuni (Solea vulgaris)

20 cm

Awrat (Sparus aurata)

20 cm

Sawrell (Trachurus spp.)

15-il cm

Skampu (Nephrops norvegicus)

20 mm CL (3)

70 mm TL (3)

Awwista Ewropea (Homarus gammarus)

105 mm CL (3)

300 mm TL (3)

Awwisti (Palinuridae)

90 mm CL (3)

Gamblu abjad (Parapenaeus longirostris)

20 mm CL (3)

Scallop (Pecten jacobeus)

10 cm

Vongole (Venerupis spp.)

25 mm

Gandoffli (Venus spp.)

25 mm

PARTI B

Qisien tal-malji

1.

Daqsijiet tal-malja ta’ referenza għal irkaptu rmunkat

Id-daqsijiet tal-malji li ġejjin għandhom japplikaw fil-Baħar Mediterran.

Daqs tal-Malja (5)

Żoni Ġeografiċi

Kondizzjonijiet

Manka b’malji kwadri ta’ mill-inqas 40 mm (6)

Żona sħiħa

Manka b’malja maqrut ta’ 50 mm2 tista’ tintuża bħala alternattiva għall-manka b’malji kwadri ta’ mill-inqas 40 mm fuq talba ġġustifikata tal-kaptan tal-bastiment

Mill-inqas 20 mm

Żona sħiħa

Sajd dirett għas-sardin u l-inċova

2.

Daqs tal-malja ta’ referenza għax-xbieki tat-tidwir

Daqs tal-Malja

Żoni Ġeografiċi

Kondizzjonijiet

Mill-inqas 14-il mm

Żona sħiħa

Xejn

3.

Daqsijiet tal-malja ta’ referenza għax-xbieki statiċi

Id-daqsijiet tal-malja għall-għażel tal-qiegħ li ġejjin għandhom japplikaw fil-Baħar Mediterran.

Daqs tal-Malja

Żoni Ġeografiċi

Kondizzjonijiet

Mill-inqas 16-il mm

Żona sħiħa

Xejn

4.

Għandhom jibqgħu japplikaw id-derogi eżistenti mid-dispożizzjonijiet stipulati fil-punti 1, 2 u 3 għat-tartaruni u t-tartaruni tax-xatt li huma affettwati minn pjan ta’ ġestjoni kif imsemmi fl-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006 u maħruġa fil-qafas tal-Artikolu 9 ta’ dak ir-Regolament sakemm ma jiġix iddeterminat mod ieħor permezz tal-Artikolu 15 ta’ dan ir-Regolament.

PARTI C

Restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ rkaptu tas-sajd

1.   Restrizzjonijiet fuq l-użu tal-gangmi

Il-wisgħa massima tal-gangmi għandha tkun ta’ 3 metri, ħlief għal gangmi użati għal sajd dirett għal sponoż.

2.   Restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ tartaruni tal-borża

It-tul ta’ tartaruni tal-borża u tartaruni mingħajr borża għandu jkun ristrett għal 800 metru b’fond ta’ 120 metru, ħlief fil-każ ta’ tartaruni tal-borża użati għal sajd dirett għat-tonn.

3.   Restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ xbieki statiċi

3.1.

Għandu jkun ipprojbit l-użu tax-xbieki statiċi li ġejjin:

(a)

Parit bi profondità ta’ aktar minn 4 metri

(b)

Għażel tal-qiegħ jew parit u għażel ikkombinati bi profondità ta’ aktar minn 10 metri ħlief meta dawn ix-xbieki jkunu iqsar minn 500 metru, fejn tkun permessa profondità ta’ mhux aktar minn 30 metru.

3.2.

Għandu jkun ipprojbit l-użu ta’ kwalunkwe għażel, xibka tat-tħabbil jew parit mibnija bi ħxuna tal-ispag eħxen minn 0,5 mm.

3.3.

Għandu jkun ipprojbit li jkun hemm abbord jew jiġu ssettjati aktar minn 2 500 metru ta’ parit xkitt u 6 000 metru ta’ kwalunkwe għażel, xibka tat-tħabbil jew parit.

4.

Restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ konzijiet

4.1.

Għandu jkun ipprojbit għal bastimenti tas-sajd b’konzijiet tal-qiegħ li jkollhom abbord jew jużaw aktar minn 5 000 sunnara ħlief għal bastimenti li jagħmlu vjaġġi tas-sajd ta’ aktar minn 3 ijiem li jista’ jkollhom abbord jew jużaw mhux aktar minn 7 000 sunnara.

4.2.

Għandu jkun ipprojbit għal bastimenti tas-sajd b’konzijiet tal-wiċċ li jkollhom abbord jew jużaw aktar min-numru ta’ snanar għal kull bastiment kif ġej:

(a)

2 500 sunnara meta jsir sajd dirett għall-pixxispad; u

(b)

5 000 sunnara meta jsir sajd dirett għall-alongi.

4.3.

Bastiment li jagħmel vjaġġ tas-sajd ta’ aktar minn jumejn jista’ jkollu abbord numru ekwivalenti ta’ snanar żejda.

5.

Restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ nases u kavetti

Għandu jkun ipprojbit li jkun hemm abbord jew jiġu ssettjati aktar minn 250 nassa jew kavetta għal kull bastiment sabiex jinqabdu krustaċji tal-qiegħ.

6.

Restrizzjonijiet fuq is-sajd dirett għal paġella ħamra

Is-sajd dirett għall-paġell aħmar (Pagellus bogaraveo) bl-irkaptu li ġej għandu jkun ipprojbit:

għeżul, xbieki tat-tħabbil jew pariti b’daqs tal-malji iżgħar minn 100 mm;

konzijiet bi snanar ta’ tul totali ta’ anqas minn 3,95 cm u ħxuna ta’ anqas minn 1,65 cm.

7.

Restrizzjonijiet fuq is-sajd bi xkbetti li jisparaw foxxni

Għandu jkun ipprojbit is-sajd bi xkbetti li jisparaw foxxni jekk jintużaw flimkien ma’ apparat tat-teħid tan-nifs taħt l-ilma (aqualung) jew filgħaxija minn inżul ix-xemx sakemm jisbaħ.


(1)  L-Istati Membri jistgħu jaqilbu d-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni f’110 kampjun kull kg.

(2)  L-Istati Membri jistgħu jaqilbu d-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni f’55 kampjun kull kg.

(3)  CL – tul tal-karapaċa; TL – tul totali.

(4)  Dan id-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni ma għandux japplika għaż-żgħar tas-sardin li jinħattu l-art għall-konsum mill-bniedem jekk dawn ikunu nqabdu b’tartaruni jew b’tartaruni tax-xatt u awtorizzati skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali stabbiliti fi pjan ta’ ġestjoni kif imsemmi fl-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006, dment li l-istokk ta’ sardin ikkonċernat ikun fil-limiti bijoloġiċi sikuri.

(5)  Għandu jkun ipprojbit l-użu ta’ xbieki bi ħxuna tal-ispag akbar minn 3 mm jew bi brim multiplu; jew xbieki bi ħxuna tal-brim akbar minn 6 mm fi kwalunkwe parti ta’ xibka tat-tkarkir tal-qiegħ.

(6)  Tip wieħed biss ta’ xibka (jew bil-malji kwadri ta’ 40 mm jew bil-malji maqrut ta’ 50 mm) huwa permess li jinżamm abbord jew jintuża.


ANNESS X

IL-BAĦAR L-ISWED

PARTI A

Daqsijiet minimi ta’ referenza għall-konservazzjoni

Speċijiet

Daqs Minimu ta’ Referenza għall-Konservazzjoni

Barbun imperjali (Psetta maxima)

45 cm

PARTI B

Qisien tal-malji

1.   Daqsijiet tal-malja ta’ referenza għal irkaptu rmunkat għal stokkijiet demersali

Id-daqsijiet tal-malja li ġejjin għandhom japplikaw fil-Baħar l-Iswed:

Daqs tal-Malja

Żoni Ġeografiċi

Kondizzjonijiet

Mill-anqas 40 mm

Żona sħiħa

Manka b’malja maqrut ta’ 50 mm (1) tista’ tintuża bħala alternattiva għall-manka b’malji kwadri ta’ mill-inqas 40 mm fuq talba ġġustifikata tas-sid tal-bastiment

2.   Daqsijiet tal-malja ta’ referenza għax-xbieki statiċi

Id-daqsijiet tal-malja għax-xbieki statiċi li ġejjin għandhom japplikaw fil-Baħar l-Iswed:

Daqs tal-Malja

Żoni Ġeografiċi

Kondizzjonijiet

Mill-inqas 400 mm

Żona sħiħa

Għażel tal-qiegħ meta jintuża biex jinqabad il-barbun imperjali

3.   Restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ xbieki tat-tkarkir u gangmi

L-użu ta’ xbieki tat-tkarkir jew gangmi f’fond ta’ aktar minn 1 000 metru għandu jkun ipprojbit.


(1)  Tip wieħed biss ta’ xibka (jew bil-malji kwadri ta’ 40 mm jew bil-malji maqrut ta’ 50 mm) huwa permess li jinżamm abbord jew jintuża.


ANNESS XI

ILMIJIET TAL-UNJONI FL-OĊEAN INDJAN U FL-ATLANTIKU TAL-PUNENT

PARTI A

1.   Daqsijiet tal-malja ta’ referenza għal irkaptu rmunkat

Id-daqsijiet tal-malja li ġejjin għandhom japplikaw fl-ilmijiet tal-Unjoni fl-Oċean Indjan u fl-Atlantiku tal-Punent.

Daqs tal-Malja

Żoni Ġeografiċi

Kondizzjonijiet

Mill-inqas 100 mm

L-ibħra kollha’il barra mill-kosta tad-dipartiment Franċiż ta’ Guyana li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ Franza

Xejn

Mill-inqas 45 mm

L-ibħra kollha’il barra mill-kosta tad-dipartiment Franċiż ta’ Guyana li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ Franza

Sajd dirett għall-gamblu (Penaeus subtilis, Penaeus brasiliensis, Xiphopenaeus kroyeri).

2.   Daqs tal-malja ta’ referenza għax-xbieki tat-tidwir

Daqs tal-Malja

Żoni Ġeografiċi

Kondizzjonijiet

Mill-inqas 14-il mm

Żona sħiħa

Xejn

PARTI B

Żoni magħluqin jew ristretti

Restrizzjonijiet fuq attivitajiet tas-sajd fiż-żona ta’ 24 mil madwar Mayotte

Il-bastimenti għandhom ikunu pprojbiti milli jużaw tartaruni tal-borża fuq tonn u speċijiet ta’ ħut li jixbhu lit-tonn sa 24 mil nawtiku mill-kosta ta’ Mayotte, imkejla mil-linji bażi minn fejn jitkejlu l-ibħra territorjali.


ANNESS XII

IŻ-ŻONA REGOLATORJA TAN-NEAFC

PARTI A

Daqsijiet minimi ta’ referenza għall-konservazzjoni

Speċijiet

NEAFC

Bakkaljaw żgħir (Melanogrammus aeglefinus)

30 cm

Lipp (Molva molva)

63 cm

Linarda (Molva dipterygia)

70 cm

Kavalli (Scomber spp.)

30 cm

Aringi (Clupea harengus)

20 cm

PARTI B

Qisien tal-malji

1.   Daqsijiet tal-malja ta’ referenza għal irkaptu rmunkat

Id-daqsijiet tal-malji tal-manka li ġejjin għandhom japplikaw fiż-Żona Regolatorja tan-NEAFC.

Daqs tal-Malja tal-Manka

Żoni Ġeografiċi

Kondizzjonijiet

Mill-inqas 100 mm

Żona sħiħa

Xejn

Mill-inqas 35 mm

Żona sħiħa

Sajd dirett għall-istokkafixx

Mill-inqas 32 mm

ICES Subżoni 1 u 2

Sajd dirett għall-gamblu tal-fond tat-Tramuntana (Pandalus borealis)

Għandha titqabbad gradilja li tissepara bi spazju massimu tal-vireg ta’ 22 mm

Mill-inqas 16-il mm

Żona sħiħa

Sajd dirett għall-kavall, il-kapelin u l-arġentina

2.   Daqsijiet tal-malja ta’ referenza għax-xbieki statiċi

Id-daqsijiet tal-malja għax-xbieki statiċi li ġejjin għandhom japplikaw fiż-Żona Regolatorja tan-NEAFC.

Daqs tal-Malja

Żoni Ġeografiċi

Kondizzjonijiet

Mill-inqas 220 mm

Żona sħiħa

Xejn

PARTI C

Żoni magħluqin jew ristretti

1.   Miżuri għas-sajd tar-redfish fil-Baħar Irminger u l-ilmijiet ta’ madwaru

1.1.

Għandu jkun ipprojbit li jinqabad ir-redfish fl-ibħra internazzjonali tas-subżona 5 tal-ICES u l-ilmijiet tal-Unjoni tas-subżoni 12 u 14 tal-ICES.

Permezz ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu, għandu jkun permess li jinqabad ir-redfish mill-11 ta’ Mejju sal-31 ta’ Diċembru fiż-żona magħluqa bit-tgħaqqid sekwenzjali mal-linji ta’ rombu tal-koordinati li ġejjin, u li għandhom jitkejlu skont is-sistema WGS84 (“Iż-Żona ta’ Konservazzjoni tar-Redfish”):

64°45′ N, 28°30′ W

62°50′ N, 25°45′ W

61°55′ N, 26°45′ W

61°00′ N, 26°30′ W

59°00′ N, 30°00′ W

59°00′ N, 34°00′ W

61°30′ N, 34°00′ W

62°50′ N, 36°00′ W

64°45′ N, 28°30′ W.

1.2.

Minkejja l-punt 1.1, jista’ jiġi permess is-sajd għar-redfish, permezz ta’ att legali tal-Unjoni, barra miż-Żona ta’ Konservazzjoni tar-Redfish fil-Baħar Irminger u l-ilmijiet ta’ madwaru mill-11 ta’ Mejju sal-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena abbażi ta’ parir xjentifiku u sakemm, fir-rigward tar-redfish f’dik iż-żona ġeografika, in-NEAFC tkun stabbiliet pjan ta’ rkupru. F’dan is-sajd għandhom jipparteċipaw biss bastimenti tal-Unjoni li jkunu ġew debitament awtorizzati mill-Istat Membru rispettiv tagħhom u li jkunu ġew innotifikati lill-Kummissjoni kif meħtieġ skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1236/2010.

1.3.

Għandu jkun projbit l-użu ta’ xbieki tat-tkarkir b’malji ta’ inqas minn 100 mm.

1.4.

Il-fattur ta’ konverżjoni li għandu jiġi applikat għall-preżentazzjoni tal-ħuta mnaddfa u bla ras, inkluż il-preżentazzjoni fil-forma ta’ qatgħa Ġappuniża, tar-redfish maqbud f’din is-sajda għandu jkun 1,70.

1.5.

Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd impenjati fis-sajda barra ż-Żona ta’ Konservazzjoni tar-Redfish, għandhom jittrażmettu r-rapport tal-qabda previst fil-punt (b) tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 1236/2010, kuljum wara li jitlestew l-operazzjonijiet tas-sajd ta’ dik il-ġurnata kalendarja. Ir-rapport għandu jindika l-qabdiet abbord li saru mill-aħħar komunikazzjoni tal-qbid.

1.6.

Minbarra l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1236/2010, awtorizzazzjoni biex wieħed jistad għar-redfish għandha tkun valida biss jekk ir-rapporti trażmessi minn bastimenti jkunu skont l-Artikolu 9(1) ta’ dak ir-Regolament u rreġistrati skont l-Artikolu 9(3) tiegħu.

1.7.

Ir-rapporti msemmija fil-punt 1.6 għandhom isiru skont ir-regoli rilevanti.

2.   Regoli speċjali għall-protezzjoni tal-linarda

2.1.

Mill-1 ta’ Marzu sal-31 ta’ Mejju ta’ kull sena għandu jkun ipprojbit li tinżamm abbord kwantità ta’ linarda li taqbeż is-6 tunnellati għal kull vjaġġ tas-sajd fiż-żoni tad-diviżjoni 6a tal-ICES, magħluqa bit-tgħaqqid sekwenzjali mal-linji ta’ rombu tal-koordinati li ġejjin, li għandhom jitkejlu skont is-sistema WGS84:

(a)

It-tarf tal-blata kontinentali Skoċċiża

59°58′ N, 07°00′ W

59°55′ N, 06°47′ W

59°51′ N, 06°28′ W

59°45′ N, 06°38′ W

59°27′ N, 06°42′ W

59°22′ N, 06°47′ W

59°15′ N, 07°15′ W

59°07′ N, 07°31′ W

58°52′ N, 07°44′ W

58°44′ N, 08°11′ W

58°43′ N, 08°27′ W

58°28′ N, 09°16′ W

58°15′ N, 09°32′ W

58°15′ N, 09°45′ W

58°30′ N, 09°45′ W

59°30′ N, 07°00′ W

59°58′ N, 07°00′ W;

(b)

It-tarf ta’ Rosemary bank

60°00′ N, 11°00′ W

59°00′ N, 11°00′ W

59°00′ N, 09°00′ W

59°30′ N, 09°00′ W

59°30′ N, 10°00′ W

60°00′ N, 10°00′ W

60°00′ N, 11°00′ W

Mhux inkluża ż-żona magħluqa bit-tgħaqqid sekwenzjali mal-linji ta’ rombu tal-koordinati li ġejjin, imkejlin skont is-sistema WGS84:

59°15′ N, 10°24′ W

59°10′ N, 10°22′ W

59°08′ N, 10°07′ W

59°11′ N, 09°59′ W

59°15′ N, 09°58′ W

59°22′ N, 10°02′ W

59°23′ N, 10°11′ W

59°20′ N, 10°19′ W

59°15′ N, 10°24′ W.

2.2.

Fejn il-linarda tkun soġġetta għall-obbligu ta’ ħatt l-art stipulat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-punt 2.1 ma għandux japplika.

Is-sajd għal-linarda bi kwalunkwe rkaptu fil-perijodu u fiż-żoni msemmijin fil-punt 2.1 għandu jiġi pprojbit.

2.3.

Meta jidħol u meta joħroġ miż-żoni msemmija fil-punt 2.1, il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd għandu jirreġistra d-data, il-ħin u l-post tad-dħul u tal-ħruġ fil-ġurnal ta’ abbord.

2.4.

F’żona waħda jew l-oħra miż-żewġ żoni msemmija fil-punt 2.1, jekk bastiment jilħaq is-6 tunnellati ta’ linardi:

(a)

għandu jieqaf mis-sajd immedjatament u joħroġ miż-żona li jinsab fiha;

(b)

ma għandux jerġa’ jidħol f’xi waħda miż-żoni sakemm il-qabda tiegħu tkun tħattet l-art;

(c)

ma jistax jerġa’ jitfa’ lura l-baħar kwalunkwe kwantità ta’ linarda.

2.5.

L-osservaturi msemmija fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2016/2336 li jkunu assenjati għall-bastimenti tas-sajd preżenti f’waħda miż-żoni msemmija fil-punt 2.1 għandhom, għal kampjuni xierqa tal-qabdiet ta’ linarda, ikejlu l-ħut fil-kampjuni u jiddeterminaw l-istadju tal-maturità sesswali tal-ħut subkampjunat. Abbażi tal-parir mogħti mill-STECF, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu protokolli dettaljati għall-kampjunar u għall-ġbir ta’ riżultati.

2.6.

Mill-15 ta’ Frar sal-15 ta’ April ta’ kull sena, għandu jkun ipprojbit l-użu ta’ xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ, konzijiet u għeżula f’żona magħluqa bit-tgħaqqid sekwenzjali mal-linji ta’ rombu tal-koordinati li ġejjin, u li għandhom jitkejlu skont is-sistema WGS84:

60°58.76′ N, 27°27.32′ W

60°56.02′ N, 27°31.16′ W

60°59.76′ N, 27°43.48′ W

61°03.00′ N, 27°39.41′ W

60°58.76′ N, 27°27.32′ W.

3.   Miżuri għas-sajd tar-redfish f’ilmijiet internazzjonali fis-subżoni 1 u 2 tal-ICES

3.1.

Is-sajd dirett għar-redfish f’ilmijiet internazzjonali tas-subżoni 1 u 2 tal-ICES għandu jkun permess biss fil-perijodu mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena minn bastimenti li preċedentement intużaw fis-sajd għar-redfish fiż-Żona Regolatorja tan-NEAFC.

3.2.

Il-bastimenti għandhom jillimitaw il-qabdiet aċċessorji tagħhom tar-redfish f’sajdiet oħrajn għal massimu ta’ 1 % tal-qabda totali miżmuma abbord.

3.3.

Il-fattur ta’ konverżjoni li għandu jiġi applikat għall-preżentazzjoni tal-ħuta mnaddfa u bla ras, inkluż il-preżentazzjoni fil-forma ta’ qatgħa Ġappuniża, tar-redfish maqbud f’din is-sajda għandu jkun 1,70.

3.4.

B’deroga mill-punt (b) tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 1236/2010, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd involuti f’din is-sajda għandhom jirrapportaw il-qabdiet tagħhom ta’ kuljum.

3.5.

Minbarra l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1236/2010, awtorizzazzjoni biex wieħed jistad għar-redfish għandha tkun valida biss jekk ir-rapporti trażmessi minn bastimenti jkunu skont l-Artikolu 9(1) ta’ dak ir-Regolament u rreġistrati skont l-Artikolu 9(3) tiegħu.

3.6.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni xjentifika tinġabar minn osservaturi xjentifiċi abbord il-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom. Bħala minimu l-informazzjoni miġbura għandha tinkludi data rappreżentattiva dwar is-sess, l-età u l-kompożizzjoni skont it-tul, skont il-fond. Din l-informazzjoni għandha tkun rappurtata lill-ICES mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri.

3.7.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri dwar id-data li fiha s-Segretarjat tal-NEAFC ikun innotifika lill-Partijiet Kontraenti tan-NEAFC li l-qabdiet totali permissibbli (TAC) ikunu ġew eżawriti. Minn dik id-data l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu s-sajd dirett għar-redfish minn bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom.

4.   Il-kaxxa Rockall Haddock fis-subżona 6 tal-ICES

Is-sajd kollu, għajr dak bil-konzijiet, għandu jiġi pprojbit fiż-żoni magħluqa bit-tgħaqqid sekwenzjali mal-linji ta’ rombu tal-koordinati li ġejjin, li għandhom jitkejlu bis-sistema WGS84:

57°00′ N, 15°00′ W

57°00′ N, 14°00′ W

56°30′ N, 14°00′ W

56°30′ N, 15°00′ W

57°00′ N, 15°00′ W.

PARTI D

Żoni magħluqin għall-protezzjoni ta’ ħabitats sensittivi

1.

Għandu jkun ipprojbit it-tkarkir tal-qiegħ u s-sajd b’irkaptu statiku, inkluż għeżul u konzijiet tal-qiegħ, fiż-żoni li ġejjin li jagħqdu sekwenzjali mal-linji ta’ rombu tal-koordinati li ġejjin, u li għandhom jitkejlu skont is-sistema WGS84:

Parti mir-Reykjanes Ridge:

55°04.5327′ N, 36°49.0135′ W

55°05.4804′ N, 35°58.9784′ W

54°58.9914′ N, 34°41.3634′ W

54°41.1841′ N, 34°00.0514′ W

54°00′ N, 34°00′ W

53°54.6406′ N, 34°49.9842′ W

53°58.9668′ N, 36°39.1260′ W

55°04.5327′ N, 36°49.0135′ W

Iż-żona MAR tat-Tramuntana:

59°45′ N, 33°30′ W

57°30′ N, 27°30′ W

56°45′ N, 28°30′ W

59°15′ N, 34°30′ W

59°45′ N, 33°30′ W

Iż-żona MAR tan-nofs (iż-żona Charlie-Gibbs Fracture u r-Reġjun Frontali Subpolari):

53°30′ N, 38°00′ W

53°30′ N, 36°49′ W

55°04.5327′ N, 36°49′ W

54°58.9914′ N, 34°41.3634′ W

54°41.1841′ N, 34°00′ W

53°30′ N, 30°00′ W

51°30′ N, 28°00′ W

49°00′ N, 26°30′ W

49°00′ N, 30°30′ W

51°30′ N, 32°00′ W

51°30′ N, 38°00′ W

53°30′ N, 38°00′ W

Iż-żona MAR tan-nofsinhar:

44°30′ N, 30°30′ W

44°30′ N, 27°00′ W

43°15′ N, 27°15′ W

43°15′ N, 31°00′ W

44°30′ N, 30°30′ W

L-Altair Seamounts:

45°00′ N, 34°35′ W

45°00′ N, 33°45′ W

44°25′ N, 33°45′ W

44°25′ N, 34°35′ W

45°00′ N, 34°35′ W

L-Antialtair Seamounts:

43°45′ N, 22°50′ W

43°45′ N, 22°05′ W

43°25′ N, 22°05′ W

43°25′ N, 22°50′ W

43°45′ N, 22°50′ W

Hatton Bank:

59°26′ N, 14°30′ W

59°12′ N, 15°08′ W

59°01′ N, 17°00′ W

58°50′ N, 17°38′ W

58°30′ N, 17°52′ W

58°30′ N, 18°22′ W

58°03′ N, 18°22′ W

58°03′ N, 17°30′ W

57°55′ N, 17°30′ W

57°45′ N, 19°15′ W

58°11.15′ N, 18°57.51′ W

58°11.57′ N, 19°11.97′ W

58°27.75′ N, 19°11.65′ W

58°39.09′ N, 19°14.28′ W

58°38.11′ N, 19°01.29′ W

58°53.14′ N, 18°43.54′ W

59°00.29′ N, 18°01.31′ W

59°08.01′ N, 17°49.31′ W

59°08.75′ N, 18°01.47′ W

59°15.16′ N, 18°01.56′ W

59°24.17′ N, 17°31.22′ W

59°21.77′ N, 17°15.36′ W

59°26.91′ N, 17°01.66′ W

59°42.69′ N, 16°45.96′ W

59°20.97′ N, 15°44.75′ W

59°21′ N, 15°40′ W

59°26′ N, 14°30′ W

North West Rockall:

57°00′ N, 14°53′ W

57°37′ N, 14°42′ W

57°55′ N, 14°24′ W

58°15′ N, 13°50′ W

57°57′ N, 13°09′ W

57°50′ N, 13°14′ W

57°57′ N, 13°45′ W

57°49′ N, 14°06′ W

57°29′ N, 14°19′ W

57°22′ N, 14°19′ W

57°00′ N, 14°34′ W

56°56′ N, 14°36′ W

56°56′ N, 14°51′ W

57°00′ N, 14°53′ W

South-West Rockall (Empress of Britain Bank):

Żona 1

56°24′ N, 15°37′ W

56°21′ N, 14°58′ W

56°04′ N, 15°10′ W

55°51′ N, 15°37′ W

56°10′ N, 15°52′ W

56°24′ N, 15°37′ W

Żona 2

55°56.90 N -16°11.30 W

55°58.20 N -16°11.30 W

55°58.30 N -16°02.80 W

55°56.90 N -16°02.80 W

55°56.90 N -16°11.30 W

Żona 3

55°49.90 N -15°56.00 W

55°48.50 N -15°56.00 W

55°48.30 N -15°50.60 W

55°49.60 N -15°50.60 W

55°49.90 N -15°56.00 W

Edora’s bank

56°26.00 N -22°26.00 W

56°28.00 N -22°04.00 W

56°16.00 N -21°42.00 W

56°05.00 N -21°40.00 W

55°55.00 N -21°47.00 W

55°45.00 N -22°00.00 W

55°43.00 N -23°14.00 W

55°50.00 N -23°16.00 W

56°05.00 N -23°06.00 W

56°18.00 N -22°43.00 W

56°26.00 N -22°26.00 W

Southwest Rockall Bank

Żona 1

55°58.16 N -16°13.18 W

55°58.24 N -16°02.56 W

55°54.86 N -16°05.55 W

55°58.16 N -16°13.18 W

Żona 2

55°55.86 N -15°40.84 W

55°51.00 N -15°37.00 W

55°47.86 N -15°53.81 W

55°49.29 N -15°56.39 W

55°55.86 N -15°40.84 W

Hatton-Rockall Basin

Żona 1

58°00.15 N-15°27.23 W

58°00.15 N -15°38.26 W

57°54.19 N -15°38.26 W

57°54.19 N -15°27.23 W

58°00.15 N -15°27.23 W

Żona 2

58° 06.46 N -16° 37.15 W

58° 15.93 N -16° 28.46 W

58° 06.77 N -16° 10.40 W

58° 03.43 N -16° 10.43 W

58° 01.49 N -16° 25.19 W

58° 02.62 N -16° 36.96 W

58° 06.46 N -16° 37.15 W

Hatton Bank 2

Żona 1

57°51.76 N -18°05.87 W

57°55.00 N -17°30.00 W

58°03.00 N -17°30.00 W

57°53.10 N -16°56.33 W

57°35.11 N -18°02.01 W

57°51.76 N -18°05.87 W

Żona 2

57°59.96 N -19°05.05 W

57°45.00 N -19°15.00 W

57°50.07 N -18°23.82 W

57°31.13 N -18°21.28 W

57°14.09 N -19°28.43 W

57°02.21 N -19°27.53 W

56°53.12 N -19°28.97 W

56°50.22 N -19°33.62 W

56°46.68 N -19°53.72 W

57°00.04 N -20°04.22 W

57°10.31 N -19°55.24 W

57°32.67 N -19°52.64 W

57°46.68 N -19°37.86 W

57°59.96 N -19°05.05 W

Logachev Mound:

55°17′ N, 16°10′ W

55°34′ N, 15°07′ W

55°50′ N, 15°15′ W

55°33′ N, 16°16′ W

55°17′ N, 16°10′ W

West Rockall Mound:

57°20′ N, 16°30′ W

57°05′ N, 15°58′ W

56°21′ N, 17°17′ W

56°40′ N, 17°50′ W

57°20′ N, 16°30′ W

2.

Meta, waqt operazzjonijiet tas-sajd f’żoni ġodda u eżistenti għas-sajd tal-qiegħ fiż-Żona Regolatorja tan-NEAFC, il-kwantità ta’ qroll ħaj u sponoż ħajjin maqbuda għal kull irkaptu taqbeż 60 kg ta’ qroll ħaj u/jew 800 kg ta’ sponoż ħajjin, il-bastiment għandu jinforma lill-Istat tiegħu tal-bandiera, iwaqqaf is-sajd u jimxi tal-anqas 2 mili nawtiċi ’l bogħod mill-pożizzjoni fejn l-evidenza turi li hija l-eqreb għall-pożizzjoni eżatta fejn saret il-qabda.

ANNESS XIII

MIŻURI TA’ MITIGAZZJONI BIEX JITNAQQSU L-QABDIET INĊIDENTALI TA’ SPEĊIJIET SENSITTIVI

Il-miżuri li ġejjin biex jimmonitorjaw u jnaqqsu l-qabdiet inċidentali ta’ speċijiet sensittivi għandhom japplikaw:

1.

Il-miżuri stabbiliti fil-Partijiet A, B u C.

2.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiġbru data xjentifika dwar qabdiet inċidentali ta’ speċijiet sensittivi.

3.

B’riżultat ta’ evidenza xjentifika, ivvalidata mill-ICES, STECF, jew fil-qafas tal-GFCM, tal-impatti negattivi tal-irkaptu fuq speċijiet sensittivi, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw rakkomandazzjonijiet konġunti għal miżuri ta’ mitigazzjoni addizzjonali għat-tnaqqis ta’ qabdiet inċidentali tal-ispeċijiet ikkonċernati jew f’żona kkonċernata abbażi tal-Artikolu 15 ta’ dan ir-Regolament.

4.

L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw u jivvalutaw l-effettività tal-miżuri ta’ mitigazzjoni stabbiliti skont dan l-Anness.

PARTI A

Ċetaċji

1.   Sajd li fih l-użu ta’ apparati akustiċi deterrenti huwa mandatorju

1.1.

Għandu jkun ipprojbit li bastimenti b’tul totali ta’ 12-il metru jew aktar jużaw l-irkaptu f’żoni speċifiċi kif definit hawn taħt mingħajr l-użu simultanju ta’ apparat akustiku deterrenti attiv.

Żona

Irkaptu

Żona tal-Baħar Baltiku delimitata b’linja għaddejja mill-kosta Żvediża fil-punt fl-lonġitudni 13°E, minn hemm lejn in-nofsinhar għall-latitudni 55° N, minn hemm lejn il-lvant għal-lonġitudni 14° E, minn hemm lejn it-tramuntana għall-kosta tal-Iżvezja; u, Żona delimitata minn linja għaddejja mill-kosta tal-lvant tal-Iżvezja fil-punt f’latitudni 55°30′ N, minn hemm lejn il-lvant għall-lonġitudni 15° E, minn hemm lejn it-tramuntana għall-latitudni 56° N, minn hemm lejn il-lvant għall-lonġitudni 16° E minn hemm lejn it-tramuntana il-kosta tal-Iżvezja

Kwalunkwe għażel tal-qiegħ jew xibka tat-tħabbil

Il-Baħar Baltiku subdiviżjoni 24 (ħlief għaż-żona koperta hawn fuq)

Kwalunkwe għażel tal-qiegħ jew xibka tat-tħabbil

Is-subżona 4 u d-diviżjoni 3a tal-ICES (mill-1 ta’ Awwissu sal-31 ta’ Ottubru biss)

Kwalunkwe għażel tal-qiegħ jew xibka tat-tħabbil, jew parit xkitt, li t-tul totali tagħhom ma jaqbiżx l-400 metru

Kwalunkwe għażel tal-qiegħ jew xibka tat-tħabbil ≥ 220 mm

Diviżjonijiet 7e, 7f, 7 g, 7h u 7j tal-ICES

Kwalunkwe għażel tal-qiegħ jew xibka tat-tħabbil

Diviżjoni 7d tal-ICES

Kwalunkwe għażel tal-qiegħ jew xibka tat-tħabbil

1.2.

Il-punt 1.1 ma għandux japplika għal operazzjonijiet tas-sajd magħmulin biss bl-għan uniku ta’ investigazzjonijiet xjentifiċi li jsiru bl-awtorizzazzjoni u taħt l-awtorità tal-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernat/i u li l-għan tagħhom huwa li jiżviluppaw miżuri tekniċi ġodda sabiex inaqqsu l-qbid inċidentali jew il-qtil ta’ ċetaċji.

1.3.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jimmonitorjaw u jivvalutaw permezz ta’ studji xjentifiċi jew proġetti pilota, l-effetti tal-użu ta’ apparat akustiku deterrenti maż-żmien fis-sajd u ż-żoni kkonċernati.

2.   Sajd li għandu jiġi mmonitorjat

2.1.

L-iskemi ta’ monitoraġġ għandhom isiru kull sena u jiġu stabbiliti għall-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom u li t-tul totali tagħhom ikun 15-il m jew aktar biex jimmonitorjaw il-qabda aċċessorja ta’ ċetaċji, għas-sajd u l-kondizzjonijiet definiti hawn taħt.

Żona

Irkaptu

Subżoni 6, 7 u 8 tal-ICES

Xbieki tat-tkarkir pelaġiku (singli u pari)

Il-Baħar Mediterran (il-Lvant tal-linja 5° 36′ Punent

Xbieki tat-tkarkir pelaġiku (singli u pari)

Diviżjonijiet 6a, 7a, 7b, 8a, 8b, 8c u 9a tal-ICES

Għażel tal-qiegħ jew xbieki tat-tħabbil li jużaw daqsijiet tal-malji ugwali jew ikbar minn 80 mm

Subżona 4 tal-ICES, diviżjoni 6a tal-ICES, u subżona 7 tal-ICES bl-eċċezzjoni tad-diviżjonijiet 7c u 7k tal-ICES

Għażel tat-tisqif

Diviżjonijiet 3a, 3b, 3c, 3d tal-ICES in-Nofsinhar ta’ 59° N, 3d it-Tramuntana ta’ 59 ° (mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru biss) u s-subżoni 4 u 9 tal-ICES

Xbieki tat-tkarkir pelaġiku (singli u pari)

Subżoni 6, 7, 8 u 9 tal-ICES

Tartaruni high-opening

Diviżjonijiet 3b, 3c, u 3d tal-ICES

Għażel tal-qiegħ jew xbieki tat-tħabbil li jużaw daqsijiet tal-malji ugwali jew ikbar minn 80 mm

2.2.

Il-punt 2.1 ma għandux japplika għal operazzjonijiet tas-sajd magħmulin biss bl-għan ta’ investigazzjonijiet xjentifiċi li jsiru bl-awtorizzazzjoni u taħt l-awtorità tal-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernat/i li l-għan tagħhom huwa li jiżviluppaw miżuri tekniċi ġodda biex inaqqsu l-qbid inċidentali jew il-qtil ta’ ċetaċji.

PARTI B

Tjur tal-baħar

Meta d-data msemmija fil-punt 2 tal-paragrafu introduttorju ta’ dan l-Anness tindika livell ta’ qabdiet aċċessorji ta’ tjur tal-baħar f’sajdiet speċifiċi li jikkostitwixxi theddida serja għall-istatus ta’ konservazzjoni ta’ dawk it-tjur tal-baħar, l-Istati Membri għandhom jużaw xlief bin-naffara u/jew xlief imtaqqal, jekk ikun xjentifikament ippruvat li tali użu jkun ta’ benefiċċju għall-konservazzjoni f’dik iż-żona, u fejn ikun prattiku u ta’ benefiċċju għandhom jissettjaw konzijiet matul is-sigħat li fihom ikun għadu d-dlam bl-inqas dawl possibbli fuq il-gverta meħtieġ għal raġunijiet ta’ sikurezza.

PARTI C

Fkieren tal-baħar

1.   Sajd fejn huwa obbligatorju l-użu ta’ apparat għall-esklużjoni tal-fkieren tal-baħar.

1.1.

Għandu jkun ipprojbit li bastimenti jużaw l-irkaptu speċifikat hawn taħt f’żoni speċifiċi kif definit hawn taħt mingħajr l-użu simultanju ta’ apparat għall-esklużjoni tal-fkieren tal-baħar.

Żona

Speċijiet

Irkaptu

Ilmijiet tal-Unjoni fl-Oċean Indjan u fl-Atlantiku tal-Punent

Gambli (Penaeus spp., Xiphopenaeus kroyeri)

Kull xibka tat-tkarkir għall-gambli

1.2.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati għall-ispeċifikazzjoni tal-apparat imsemmi fil-punt 1.1.

ANNESS XIV

SPEĊIJIET GĦALL-INDIKATURI TAL-PRESTAZZJONI TA’ SELETTIVITÀ

Baħar tat-Tramuntana

Ilmijiet tal-Majjistral

Ilmijiet tal-Lbiċ

Baħar Baltiku

Baħar Mediterran

Bakkaljaw

Bakkaljaw

Merluzz

Bakkaljaw

Merluzz

Merluzz tal-linja sewda

Merluzz tal-linja sewda

Merlangu

Barbun tat-tbajja’

Trill

Pollakkju iswed (saithe)

Pollakkju iswed (saithe)

Megrim

 

 

Merlangu

Merlangu

 

 

 

Barbun tat-tbajja’

Barbun tat-tbajja’

 

 

 


25.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/202


REGOLAMENT (UE) 2019/1242 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-20 ta’ Ġunju 2019

li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 595/2009 u (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta’ Pariġi, jistabbilixxi, fost l-oħrajn, mira fit-tul li tikkonforma mal-għan li ż-żieda fit-temperatura medja globali tinżamm ħafna aktar baxxa minn 2 °C ’il fuq mil-livelli preindustrijali u li jitkomplew l-isforzi biex tinżamm sa 1,5 °C ’il fuq mil-livelli preindustrijali. L-aħħar konstatazzjonijiet xjentifiċi rrappurtati mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) fir-rapport speċjali tiegħu dwar l-impatti tat-tisħin globali ta’ 1,5 °C ’il fuq mil-livelli preindustrijali u l-perkorsi tal-emissjoni ta’ gassijiet serra globali relatati jikkonfermaw bla ebda dubju l-impatti negattivi tat-tibdil fil-klima. Dak ir-rapport speċjali jikkonkludi li t-tnaqqis tal-emissjonijiet fis-setturi kollha huwa kruċjali biex jiġi limitat it-tisħin globali.

(2)

Sabiex jingħata kontribut għall-għanijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi, jeħtieġ li titħaffef it-trasformazzjoni tas-settur kollu tat-trasport biex l-emissjonijiet jinżlu għal żero, fid-dawl tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Novembru 2018 intitolat “Pjaneta nadif għal kulħadd – Viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima”, li tiddeskrivi viżjoni tat-trasformazzjonijiet ekonomiċi u soċjetali meħtieġa, bl-involviment tas-setturi kollha tal-ekonomija u tas-soċjetà, biex titwettaq it-tranżizzjoni għal emissjonijiet ta’ gassijiet serra żero netti sal-2050. L-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja prodotti mit-trasport li huma ta’ dannu sinifikanti għas-saħħa tagħna, u għall-ambjent, jeħtieġ ukoll li jitnaqqsu b’mod drastiku bla dewmien.

(3)

Il-Kummissjoni adottat pakketti tal-mobilità fil-31 ta’ Mejju 2017 (“L-Ewropa Attiva: Aġenda għal tranżizzjoni soċjalment ġusta lejn mobilità kompetittiva, konnessa u mingħajr ħsara għall-ambjent għal kulħadd”) u fit-8 ta’ Novembru 2017 (“It-twettiq ta’ mobilità b’emissjonijiet baxxi – Unjoni Ewropea li tipproteġi l-pjaneta, tagħti s-setgħa lill-konsumaturi tagħha u tiddefendi l-industrija u l-ħaddiema tagħha”). Dawk il-pakketti jistabbilixxu aġenda pożittiva li għandha wkoll l-għan li tiżgura tranżizzjoni bla xkiel lejn mobilità nadifa, kompetittiva u konnessa għal kulħadd.

(4)

Dan ir-Regolament huwa parti mit-tielet pakkett tal-mobilità tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Mejju 2018 intitolat ‘L-Ewropa Attiva - Mobilità Sostenibbli għall-Ewropa: sigura, konnessa u nadifa’, li jagħti segwitu għall-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Settembru 2017 intitolat ‘Ninvestu f’ industrija intelliġenti, innovattiva u sostenibbli: Strateġija mġedda għall-politika industrijali tal-UE’. Dan ir-Regolament huwa mfassal ukoll biex ilesti l-proċess ħalli l-Unjoni tkun tista’ taħsad il-benefiċċji kollha tal-modernizzazzjoni u d-dekarbonizzazzjoni tal-mobilità. Dak it-tielet pakkett tal-mobilità għandu l-għan li jagħmel il-mobilità Ewropea aktar sikura u aktar aċċessibbli, l-industrija Ewropea aktar kompetittiva, l-impjiegi Ewropej aktar siguri, u s-sistema tal-mobilità aktar nadifa u adattata aħjar għan-neċessità tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima. Dak se jirrikjedi l-impenn sħiħ tal-Unjoni, tal-Istati Membri u tal-partijiet ikkonċernati, l-aktar biex jissaħħu l-isforzi li jnaqqsu l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju (CO2) u t-tniġġis tal-arja.

(5)

Dan ir-Regolament, flimkien mar-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), jipprovdi perkors ċar għal tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 mis-settur tat-trasport bit-triq u jikkontribwixxi għall-mira vinkolanti ta’ tnaqqis domestiku ta’ mill-inqas 40 % fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra mal-ekonomija kollha sal-2030 meta mqabbel mal-1990, kif kien approvat fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta’ Ottubru 2014, u kif kien approvat mill-Kunsill fis-6 ta’ Marzu 2015 bħala l-“Kontribut Maħsub tal-Unjoni Determinat fil-Livell Nazzjonali skont il-Ftehim ta’ Pariġi”.

(6)

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 sal-24 ta’ Ottubru 2014 approvaw tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ 30 % sal-2030 meta mqabbel mal-2005 għas-setturi li mhumiex parti mill-Iskema tal-Unjoni għall-Iskambju tal-Kwoti tal-Emissjonijiet. Emissjonijiet tal-gassijiet serra mis-settur tat-trasport bit-triq jikkostitwixxu kontribut ewlieni għall-emissjonijiet ta’ dawk is-setturi. Is-settur tat-trasport bit-triq kien responsabbli għal madwar kwart mill-emissjonijiet totali tal-Unjoni fl-2016. Jidher li l-emissjonijiet tiegħu qed jiżdiedu, u għadhom ferm ogħla mil-livelli tal-1990. Jekk l-emissjonijiet tat-trasport bit-triq jibqgħu jiżdiedu, dawn se jisbqu t-tnaqqis ta’ emissjonijiet li jagħmlu setturi oħra biex jiġġieldu kontra t-tibdil fil-klima.

(7)

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta’ Ottubru 2014 enfasizzaw l-importanza li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u r-riskji marbuta mad-dipendenza fuq il-fjuwils fossili fis-settur tat-trasport permezz ta’ approċċ komprensiv u teknoloġikament newtrali għall-promozzjoni tat-tnaqqis tal-emissjonijiet u l-effiċjenza enerġetika fit-trasport, għat-trasport elettriku u għas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fis-settur tat-trasport anke wara l-2020.

(8)

Sabiex l-konsumaturi fl-Unjoni jingħataw enerġija sigura, sostenibbli, kompetittiva u għall-but ta’ kulħadd, il-kontribut tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija għall-moderazzjoni tad-domanda huwa waħda mill-ħames dimensjonijiet relatati mill-qrib u li jsaħħu lil xulxin stabbiliti fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Frar 2015 intitolat “Qafas Strateġiku għal Unjoni tal-Enerġija Reżiljenti b’Politika dwar il-Bidla fil-Klima li tħares ’il quddiem”’. Skont dik il-komunikazzjoni, filwaqt li s-setturi ekonomiċi kollha jridu jagħtu sehemhom biex tiżdied l-effiċjenza fil-konsum tal-enerġija tagħhom, is-settur tat-trasport għandu potenzjal enormi ta’ effiċjenza fl-enerġija.

(9)

L-emissjonijiet tas-CO2 mill-vetturi tqal, inklużi t-trakkijiet, ix-xarabanks u l-kowċis, jirrappreżentaw madwar 6 % tal-emissjonijiet tas-CO2 totali fl-Unjoni u madwar 25 % tal-emissjonijiet tas-CO2 totali tat-trasport bit-triq. Mingħajr azzjoni ulterjuri, is-sehem tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-vetturi tqal hu mistenni li jiżdied b’madwar 9 % bejn l-2010 u l-2030. Bħalissa, id-dritt tal-Unjoni ma jistabbilixxi l-ebda rekwiżit ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal, u għalhekk huma meħtieġa mingħajr dewmien miżuri speċifiċi għal tali vetturi.

(10)

Il-miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-flotot ta’ vetturi tqal ġodda fl-Unjoni kollha għalhekk jenħtieġ li jiġu stabbiliti għall-2025 u l-2030, filwaqt li jitqies il-perijodu ta’ żmien biex tiġġedded il-flotta tal-vetturi u l-ħtieġa li s-settur tat-trasport bit-triq jikkontribwixxi għall-miri tal-klima u tal-enerġija tal-Unjoni għall-2030 u lil hinn. Dan l-approċċ gradwali jipprovdi wkoll sinjal ċar u bikri għall-industrija biex taċċellera l-introduzzjoni fis-suq ta’ teknoloġiji għall-enerġija effiċjenti u vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi. L-introduzzjoni ta’ vetturi tqal mingħajr emissjonijiet jenħtieġ li tikkontribwixxi wkoll għall-indirizzar tal-problemi tal-mobilità urbana. Filwaqt li huwa essenzjali li jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 mit-trasport bit-triq, il-promozzjoni ta’ tali vetturi tqal mill-manifatturi hija importanti wkoll biex jitnaqqsu b’mod effettiv is-sustanzi li jniġġsu l-arja u l-livelli tal-ħoss eċċessivi fil-bliet u fiż-żoni urbani.

(11)

Sabiex jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal tal-effiċjenza enerġetika u jkun żgurat li s-settur tat-trasport bit-triq kollu kemm hu jikkontribwixxi għat-tnaqqis miftiehem fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra, huwa xieraq li l-istandards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 diġà eżistenti għall-karozzi tal-passiġġieri ġodda u għall-vetturi kummerċjali ħfief ġodda jiġu kkomplementati billi jiġu stabbiliti standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda. Dawk l-istandards tal-prestazzjoni se jkunu forza li tagħti spinta lill-innovazzjoni f’teknoloġiji effiċjenti fl-użu tal-fjuwil, u jikkontribwixxu biex tissaħħaħ il-pożizzjoni fuq quddiem fit-teknoloġija tal-manifatturi u tal-fornituri tal-Unjoni, u jiżguraw impjiegi ta’ livell għoli ta’ ħiliet fuq terminu ta’ żmien twil.

(12)

Filwaqt li jitqiesu li t-tibdil fil-klima hu problema transfruntiera u l-ħtieġa li jitħares suq uniku li jiffunzjona sew għas-servizzi tat-trasport bit-triq u anki għall-vetturi tqal filwaqt li tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-suq, huwa xieraq li jiġu stabbiliti standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal fil-livell tal-Unjoni. Jenħtieġ li dawk l-istandards tal-prestazzjoni jkunu mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni.

(13)

Meta jkunu qed jiġu ddefiniti l-livelli tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 li jenħtieġ li tilħaq il-flotta tal-vetturi tqal tal-Unjoni, jenħtieġ li jitqiesu l-effikaċja ta’ dawk il-livelli tat-tnaqqis fejn jidħol il-kontribut kosteffettiv li jagħtu biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 mis-setturi koperti bir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) sal-2030, l-ispejjeż u l-iffrankar li jkollhom is-soċjetà, il-manifatturi, l-operaturi tat-trasport, u l-konsumaturi, kif ukoll l-implikazzjonijiet diretti u indiretti tagħhom fuq l-impjiegi, l-innovazzjoni u l-kobenefiċċji ġġenerati mil-lat ta’ tnaqqis fit-tniġġis tal-arja u sigurtà aħjar tal-enerġija.

(14)

Jenħtieġ li tiġi żgurata tranżizzjoni soċjalment aċċettabbli u ġusta lejn mobilità mingħajr emissjonijiet. Għalhekk huwa importanti li jitqiesu l-effetti soċjali tat-tranżizzjoni tul il-katina kollha tal-valur tas-settur awtomobilistiku u jiġu indirizzati b’mod proattiv l-implikazzjonijiet fuq l-impjiegi. Għaldaqstant, iridu jiġu kkunsidrati programmi mmirati fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali għat-taħriġ mill-ġdid, it-titjib tal-ħiliet u r-riallokazzjoni tal-ħaddiema, kif ukoll inizjattivi dwar l-edukazzjoni u t-tiftix ta’ impjieg f’komunitajiet u reġjuni milquta ħażin, fi djalogu mill-qrib mas-sħab soċjali u l-awtoritajiet kompetenti. Bħala parti minn dik it-tranżizzjoni, jenħtieġ li jissaħħu l-opportunitajiet ta’ xogħol għan-nisa kif ukoll l-opportunitajiet indaqs f’dak is-settur.

(15)

Biex t-tranżizzjoni għal mobilità mingħajr emissjonijiet tirnexxi, hemm bżonn ta’ approċċ integrat u tal-ambjent it-tajjeb li jippermetti li tiġi stimulata l-innovazzjoni u tinżamm is-supremazija teknoloġika tal-Unjoni fis-settur tat-trasport bit-triq. Dan jinkludi investimenti pubbliċi u privati fir-riċerka u l-innovazzjoni, żieda fil-provvista ta’ vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi, l-introduzzjoni tal-infrastruttura tal-iċċarġjar u tal-forniment tal-fjuwil, integrazzjoni fis-sistemi tal-enerġija, kif ukoll il-provvista sostenibbli tal-materjali għall-batteriji, u l-produzzjoni sostenibbli, ir-riutilizzazzjoni u r-riċiklaġġ tal-batteriji fl-Ewropa. Dan jirrikjedi azzjoni koerenti fil-livell tal-Unjoni kif ukoll f’dak nazzjonali, reġjonali u lokali, anke permezz ta’ inċentivi li jappoġġjaw l-użu ta’ vetturi tqal mingħajr emissjonijiet jew b’emissjonijiet baxxi.

(16)

Iddaħħlet proċedura ġdida għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil ta’ vetturi tqal individwali, bħala parti mill-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400 (6) jipprovdi metodoloġija, abbażi tal-għodda VECTO, li permezz tagħha jistgħu jiġu simulati l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil ta’ vetturi tqal sħaħ. Dik il-metodoloġija tippermetti li jitqiesu d-diversità tas-settur tal-vetturi tqal u l-grad għoli ta’ personalizzazzjoni tal-vetturi tqal individwali. Bħala l-ewwel pass, mill-1 ta’ Lulju 2019, l-emissjonijiet tas-CO2 jiġu ddeterminati għal erba’ gruppi ta’ vetturi tqal li jammontaw għal madwar 65 % sa 70 % tal-emissjonijiet kollha tas-CO2 għall-flotta tal-vetturi tqal tal-Unjoni.

(17)

Fid-dawl tal-innovazzjoni u biex titqies l-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji ġodda li jtejbu l-effiċjenza tal-fjuwil tal-vetturi tqal, l-għodda tas-simulazzjoni VECTO kif ukoll ir-Regolament (UE) 2017/2400 se jiġu aġġornati kontinwament u fil-ħin.

(18)

Id-data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 iddeterminata skont ir-Regolament (UE) 2017/2400 trid tiġi mmonitorjata skont ir-Regolament (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Jenħtieġ li dik id-data tifforma l-bażi biex jiġu ddeterminati l-miri tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 li jridu jilħqu l-erba’ gruppi ta’ vetturi tqal li jiġġeneraw l-iżjed emissjonijiet fl-Unjoni, u biex jiġu ddeterminati wkoll l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ tas-CO2 ta’ manifattur f’perijodu ta’ rapportar partikolari.

(19)

Jenħtieġ li tiġi stabbilita mira tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-2025 bħala tnaqqis relattiv ibbażat fuq l-emissjonijiet tas-CO2 medji ta’ dawk il-vetturi tqal li ġew irreġistrati għall-ewwel darba fil-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020, li tkun tirrifletti l-użu ta’ teknoloġiji kosteffettivi disponibbli faċilment għall-vetturi konvenzjonali. Mill-2030 ’il quddiem, jenħtieġ li tiġi stabbilita wkoll mira ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2. Dik il-mira jenħtieġ li tapplika sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor skont ir-rieżami li għandu jsir fl-2022. Il-mira tal-2030 jenħtieġ li tiġi vvalutata b’konformità mal-impenji tal-Unjoni Ewropea skont il-Ftehim ta’ Pariġi.

(20)

Sabiex tiġi żgurata r-robustezza tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza fir-rigward tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi tqal li jkunu qed jiżdiedu minħabba mezzi proċedurali indebiti, li ma jirrappreżentax sitwazzjoni fejn l-emissjonijiet tas-CO2 diġà huma regolati, ikun adatt li tiġi pprovduta metodoloġija għall-korrezzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza fejn ikun meħtieġ.

(21)

Il-gass naturali likwifikat (LNG) hu fjuwil alternattiv disponibbli għad-diżil għall-vetturi tqal. L-użu ta’ teknoloġiji attwali u futuri aktar innovattivi u bbażati fuq l-LNG se jgħin biex jintlaħqu l-miri tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 fit-terminu qasir u medju għax l-użu tat-teknoloġiji tal-gass naturali likwifikat (LNG) iwassal għal inqas emissjonijiet tas-CO2 meta mqabbel mal-vetturi li jaħdmu bid-diżil. Il-potenzjal ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi bl-LNG diġà hu rifless għalkollox fil-VECTO. Minbarra dan, it-teknoloġiji attwali tal-LNG jiżguraw livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa tal-arja, bħall-NOx u l-materja partikulata. Infrastruttura minima biżżejjed għar-riforniment hija wkoll fis-seħħ u qed tintuża iżjed bħala parti minn oqfsa ta’ politika nazzjonali għal infrastruttura tal-fjuwils alternattivi.

(22)

Fil-kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza li jservi bħala l-bażi biex jiġu determinati l-miri speċifiċi tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-2025 u għall-2030, jenħtieġ li jitqies il-potenzjal tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mistenni fil-flotta tal-vetturi tqal. Għaldaqstant jixraq li l-vetturi vokazzjonali jiġu esklużi, fosthom il-vetturi użati għall-ġbir tal-iskart jew għall-kostruzzjoni, minn dak il-kalkolu. Dawk il-vetturi għandhom kilometraġġ relattivament baxx u, minħabba x-xejriet tas-sewqan speċifiċi tagħhom, ma jidhirx li miżuri tekniċi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-konsum tal-fjuwil huma kosteffettivi bħalma huma għall-vetturi tqal użati għall-ġarr tal-merkanzija.

(23)

Jenħtieġ li r-rekwiżiti tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 jiġu espressi fi grammi ta’ CO2 għal kull tunnellata/kilometru biex jirriflettu l-utilità tal-vetturi tqal.

(24)

Jeħtieġ li tiġi żgurata distribuzzjoni ġusta tar-rekwiżiti tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 ġenerali fost il-manifatturi, filwaqt li titqies id-diversità tal-vetturi tqal fejn jidħlu d-disinn tagħhom u x-xejriet tas-sewqan, il-kilometraġġ annwali, it-tagħbija u l-konfigurazzjoni tat-trejler. Għalhekk jixraq li ssir distinzjoni bejn il-vetturi tqal skont subgruppi tal-vetturi differenti u separati li jirriflettu x-xejra tipika tal-użu tal-vetturi u karatteristiċi tekniċi speċifiċi. Bl-istabbiliment ta’ miri speċifiċi annwali tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-manifatturi bħala medja ponderata tal-miri ddefiniti għal kull tali subgrupp tal-vetturi, il-manifatturi jkunu qed jingħataw il-mezzi biex jibbilanċjaw b’mod effettiv xi sottoprestazzjoni possibbli ta’ vetturi f’ċerti subgruppi tal-vetturi bi prestazzjoni superjuri għall-miri f’subgruppi oħra tal-vetturi, filwaqt li jkunu qed jitqiesu l-emissjonijiet tas-CO2 medji tul il-ħajja tal-vetturi f’subgruppi tal-vetturi differenti.

(25)

Il-konformità tal-manifattur mal-miri speċifiċi annwali tiegħu tal-emissjonijiet tas-CO2 jenħtieġ li tiġi vvalutata abbażi tal-emissjonijiet tas-CO2 medji tiegħu. Għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji, jenħtieġ li jitqiesu wkoll l-ispeċifiċitajiet li huma riflessi fil-miri tas-subgruppi differenti tal-vetturi. Minħabba f’hekk, jenħtieġ li l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji ta’ manifattur jiġu bbażati fuq l-emissjonijiet medji tas-CO2 ddeterminati għal kull subgrupp tal-vetturi, inklużi ponderazzjoni bbażata fuq il-kilometraġġ annwali medja preżunta u t-tagħbija medja tiegħu, li tirrifletti l-emissjonijiet tas-CO2 totali tul il-ħajja. Minħabba l-potenzjal tat-tnaqqis limitat tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi professjonali, jenħtieġ li dawn il-vetturi ma jitqisux għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2.

(26)

Sabiex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bla xkiel lejn mobilità mingħajr emissjonijiet, u biex jingħataw inċentivi għall-iżvilupp u l-użu ta’ vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi fis-suq tal-Unjoni li jikkomplementaw l-istrumenti tan-naħa tad-domanda, bħad-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), jenħtieġ li jiġi introdott mekkaniżmu ddedikat fil-forma ta’ krediti speċjali għall-perijodi ta’ rapportar qabel l-2025 u jenħtieġ li jiġi stabbilit punt ta’ riferiment għas-sehem ta’ vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi fil-flotta tal-manifattur għall-perijodi ta’ rapportar mill-2025 ’il quddiem.

(27)

Is-sistema ta’ inċentivi jenħtieġ li tiġi ddisinjata b’mod li jiżgura ċ-ċertezza tal-investiment għall-fornituri u l-manifatturi tal-infrastruttura tal-iċċarġjar bil-għan li tiġi promossa l-introduzzjoni rapida fis-suq tal-Unjoni ta’ vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi, filwaqt li titħalla ċerta flessibbiltà għall-manifatturi biex jiddeċiedu dwar il-kalendarju għall-investiment tagħhom.

(28)

Għall-finijiet tal-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 ta’ manifattur, fil-perijodi ta’ rapportar qabel l-2025, kull vettura tqila mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi jenħtieġ li tingħadd għal ħafna drabi. Għall-perijodi ta’ rapportar mill-2025 ’il quddiem, jenħtieġ li l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 ta’ manifattur jiġu kkalkulati billi titqies il-prestazzjoni tiegħu fil-konfront tal-punt ta’ riferiment ta’ vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi. Jenħtieġ li l-livell tal-inċentivi jvarja skont l-emissjonijiet tas-CO2 attwali tal-vettura. Biex jiġi evitat li jiddgħajfu l-għanijiet ambjentali, it-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 li jirriżulta jenħtieġ li jkun soġġett għal limitu massimu.

(29)

Jenħtieġ li l-vetturi tqal b’emissjonijiet baxxi jiġu inċentivati biss jekk l-emissjonijiet tas-CO2 tagħhom ikunu inqas min-nofs tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza tal-vetturi kollha fis-subgrupp tal-vetturi li għalih tappartjeni l-vettura tqila. Dak jinċentiva l-innovazzjoni f’dan il-qasam.

(30)

Meta jkun qed jitfassal il-mekkaniżmu tal-inċentivi għall-użu tal-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet, dan jenħtieġ li jinkludi wkoll it-trakkijiet iżgħar li mhumiex soġġetti għall-miri tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 skont dan ir-Regolament. Dawk il-vetturi għandhom benefiċċji sinifikanti wkoll meta jgħinu biex jingħelbu l-problemi tat-tniġġis tal-arja fil-bliet. Biex ikun żgurat li l-inċentivi huma bbilanċjati sew bejn it-tipi t-tnaqqis fil-medja tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi ta’ manifattur li jirriżulta minn trakkijiet iżgħar mingħajr emissjonijiet ikun soġġett ukoll għal limitu massimu.

(31)

Biex tiġi promossa implimentazzjoni kosteffettiva tar-rekwiżiti tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2, filwaqt li jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-kompożizzjoni tal-flotta ta’ vetturi tqal u l-emissjonijiet tas-CO2 tul is-snin, il-manifatturi jenħtieġ li jkunu jistgħu jibbilanċjaw il-prestazzjoni superjuri għall-miri tagħhom fil-konformità mal-mira tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tagħhom f’sena ma’ sottoprestazzjoni f’sena oħra.

(32)

Biex jiġi inċentivat it-tnaqqis bikri tal-emissjonijijet tas-CO2, jenħtieġ li l-manifatturi b’emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 medji inqas mit-trajettorja tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 definiti mill-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza u l-mira tal-emissjoni tas-CO2 tal-2025, ikunu jistgħu jakkumulaw dawk il-krediti tal-emissjonijiet għall-finijiet tal-konformità mal-mira tal-2025. Bl-istess mod, jenħtieġ li manifattur b’emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 medji inqas mit-trajettorja tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 bejn il-mira għall-2025 u l-mira applikabbli mill-2030 ’il quddiem, ikun jista’ jakkumula dawk il-krediti tal-emissjonijiet għall-finijiet tal-konformità mal-miri tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-1 ta’ Lulju 2025 sat-30 ta’ Ġunju 2030.

(33)

F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-mira tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifika tiegħu f’xi wieħed mill-perijodi ta’ rapportar ta’ 12-il xahar li jibda mill-1 ta’ Lulju 2025 sat-30 ta’ Ġunju 2030, jenħtieġ li manifattur ikun jista’ jikseb ukoll dejn limitat tal-emissjonijiet. Madankollu, il-manifatturi jenħtieġ li jxejnu kull dejn tal-emissjonijiet li jkun fadal fil-perijodu ta’ rapportar tas-sena 2029 li jintemm fit-30 ta’ Ġunju 2030.

(34)

Il-krediti tal-emissjonijiet u d-djun tal-emissjonijiet jenħtieġ li jitqiesu biss għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-konformità ta’ manifattur mal-mira tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tiegħu u mhux bħala assi li huma trasferibbli jew soġġetti għal miżuri fiskali.

(35)

Il-Kummissjoni jenħtieġ li timponi penali finanzjarja, fil-forma ta’ primjum għall-emissjonijiet tas-CO2 żejda, meta manifattur jinstab li għandu emissjonijiet tas-CO2 żejda, filwaqt li jitqiesu l-krediti tal-emissjonijiet u d-djun tal-emissjonijiet. L-informazzjoni dwar l-emissjonijiet tas-CO2 żejda tal-manifatturi jenħtieġ li tkun disponibbli għall-pubbliku. Biex il-manifatturi jingħataw inċentiv biżżejjed ħalli jieħdu miżuri biex jonqsu l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi mill-vetturi tqal, huwa importanti li l-primjum ikun ogħla mill-ispejjeż marġinali medja tat-teknoloġiji meħtieġa biex jintlaħqu l-miri tal-emissjonijiet tas-CO2. Il-metodoloġija għall-ġbir tal-primjums jenħtieġ li tiġi ddeterminata permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, filwaqt li titqies il-metodoloġija adottata skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). Jenħtieġ li l-primjum jitqies bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Bħala parti mill-evalwazzjoni li għandha titwettaq skont ir-Regolament (UE) 2019/631, jenħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa l-possibbiltà li dawn l-ammonti jiġu allokati għal fond speċifiku jew programm rilevanti li jkollu l-għan li jiżgura tranżizzjoni ġusta lejn mobilità mingħajr emissjonijiet u li jappoġġja t-taħriġ mill-ġdid, it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ tal-ħiliet l-oħra tal-ħaddiema fis-settur awtomobilistiku.

(36)

Hemm bżonn mekkaniżmu robust tal-konformità ħalli jkun żgurat li jintlaħqu l-miri tal-emissjonijiet tas-CO2 skont dan ir-Regolament. L-obbligi fuq il-manifatturi biex jipprovdu data preċiża skont ir-Regolament (UE) 2018/956 u l-multi amministrattivi li jistgħu jiġu imposti fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ dak l-obbligu jikkontribwixxu biex jiżguraw ir-robustezza tad-data użata għall-finijiet tal-konformità mal-miri skont dan ir-Regolament.

(37)

Biex jinkiseb it-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 skont dan ir-Regolament, hu essenzjali li l-emissjonijiet tas-CO2 mill-vetturi tqal użati jkunu konformi maċ-ċifri ddeterminati skont ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu. Għaldaqstant, jenħtieġ li jkun possibbli li fil-kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji ta’ manifattur, il-Kummissjoni tqis kwalunkwe nuqqas ta’ konformità sistematika misjub mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi tqal użati.

(38)

Biex tkun f’pożizzjoni li tieħu miżuri bħal dawn, il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha s-setgħat li tistabbilixxi u timplimenta proċedura biex tiġi vverifikata l-korrispondenza bejn l-emissjonijiet ta’ CO2 tal-vetturi tqal waqt is-servizz, kif stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu u ċ-ċifri tal-emissjonijiet ta’ CO2 rreġistrati fiċ-ċertifikati ta’ konformità, iċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni individwali jew il-fajls ta’ informazzjoni tal-konsumatur. Meta tiġi żviluppata dik il-proċedura, jenħtieġ li titqies b’mod partikolari l-identifikazzjoni ta’ metodi, inkluż l-użu ta’ data mill-apparat abbord tal-monitoraġġ tal-konsum tal-fjuwil u/jew tal-enerġija, biex tinkixef kwalunkwe strateġija li permezz tagħha tittejjeb artifiċjalment il-prestazzjoni ta’ vettura f’termini ta’ CO2 fil-proċedura ta’ ttestjar tal-approvazzjoni tat-tip. Jekk waqt dawn il-verifiki jinstabu devjazzjonijiet jew strateġiji li jtejbu artifiċjalment il-prestazzjoni ta’ vettura f’termini ta’ CO2, dawk is-sejbiet għandhom jitqiesu bħala raġuni biżżejjed biex jiġi suspettat riskju serju ta’ nonkonformità mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 595/2009 u fir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), u jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu, fuq dik il-bażi, il-miżuri meħtieġa skont il-Kapitolu XI tar-Regolament (UE) 2018/858.

(39)

L-effikaċja tal-miri tal-emissjonijiet tas-CO2 stipulati f’dan ir-Regolament hi ferm dipendenti fuq ir-rappreżentanza f’kundizzjonijiet reali tal-metodoloġija użata biex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet tas-CO2. Konformi mal-Opinjoni tal-2016 tal-Mekkaniżmu għall-Parir Xjentifiku (SAM) b’rabta mal-vetturi ħfief, u r-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew wara l-inkjesta tiegħu dwar il-kejl tal-emissjonijiet fis-settur awtomobilistiku, jixraq ukoll fil-każ tal-vetturi tqal li jiddaħħal fis-seħħ mekkaniżmu li jivvaluta r-rappreżentanza f’kundizzjonijiet reali taċ-ċifri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-enerġija ddeterminati skont ir-Regolament (UE) 2017/2400. L-aktar mod affidabbli biex tiġi żgurata r-rappreżentanza f’kundizzjonijiet reali ta’ dawk iċ-ċifri huwa billi tintuża data mil-apparat abbord tal-monitoraġġ tal-konsum tal-fjuwil u/jew tal-konsum tal-enerġija. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħat biex tiżviluppa l-proċeduri meħtieġa għall-ġbir u l-ipproċessar tad-data dwar il-konsum tal-fjuwil u l-enerġija meħtieġa għat-twettiq ta’ valutazzjonijiet bħal dawn u biex tiżgura t-tqegħid ta’ din id-data għad-dispożizzjoni tal-pubbliku filwaqt li tagħmel dispożizzjonijiet għall-protezzjoni ta’ kwalunkwe data personali.

(40)

Il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta kif id-data dwar il-konsum tal-fjuwil u l-enerġija tista’ tgħin biex jiġi żgurat li l-emissjonijiet ta’ CO2 mill-vetturi stabbiliti permezz tal-għodda VECTO skont ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu jibqgħu rappreżentattivi tal-emissjonijiet tas-CO2 f’kundizzjonijiet reali fuq tul ta’ żmien għall-manifatturi kollha u, b’mod aktar preċiż, kif din id-data tista’ tintuża biex tiġi sorveljata d-diskrepanza bejn iċ-ċifri tal-emissjonijiet tas-CO2 stabbiliti mill-għodda VECTO u l-emissjonijiet tas-CO2 f’kundizzjonijiet reali u, jekk ikun hemm bżonn, jiġi evitat milli tiżdied din id-diskrepanza.

(41)

Fl-2022, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta l-effikaċja tal-istandards tar-rendiment tal-emissjonijiet tas-CO2 stabbiliti f’dan ir-Regolament u b’mod partikolari l-livell tal-mira ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 li jrid jintlaħaq sal-2030, il-modalitajiet li jenħtieġ li jkunu disponibbli biex tintlaħaq dik il-mira u lil hinn, kif ukoll l-iffissar ta’ miri tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 għal tipi oħra ta’ vetturi tqal, bħat-trakkijiet iżgħar, il-vetturi vokazzjonali, ix-xarabanks, il-kowċis u t-trejlers. Dik il-valutazzjoni jenħtieġ li tinkludi wkoll, strettament għall-fini ta’ dan ir-Regolament, konsiderazzjonijiet ta’ vetturi tqal u ta’ kombinazzjonijiet ta’ vetturi, b’kont meħud tal-piżijiet u d-dimensjonijiet applikabbli għat-trasport nazzjonali, pereżempju kunċetti modulari u intermodali, waqt li jiġu vvalutati wkoll aspetti tas-sikurezza u l-effiċjenza tat-trasport possibbli, effetti intermodali, ambjentali, infrastrutturali u ta’ rikorrenza kif ukoll il-pożizzjoni ġeografika tal-Istati Membri.

(42)

Huwa importanti li jiġu vvalutati l-emissjonijiet tas-CO2 kollha taċ-ċiklu tal-ħajja minn vetturi tqal fil-livell tal-Unjoni. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa, mhux iktar tard mill-2023, il-possibbiltà li tiżviluppa metodoloġija komuni tal-Unjoni għall-valutazzjoni u r-rapportar konsistenti tad-data dwar l-emissjonijiet ta’ CO2 ta’ vetturi tqal introdotti fis-suq tal-Unjoni tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tagħhom. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta miżuri ta’ segwitu, inklużi, fejn xieraq, proposti leġislattivi.

(43)

Biex ikun żgurat li l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tal-vetturi tqal jibqgħu rappreżentattivi u aġġornati għalkollox, l-emendi tar-Regolament (KE) Nru 595/2009, u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu li jaffettwaw dawk l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2, jeħtieġ li jiġu riflessi f’dan ir-Regolament. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha s-setgħat biex tiddetermina metodoloġija għad-definizzjoni ta’ vettura tqila rappreżentattiva għal kull subgrupp tal-vetturi, li skontha jenħtieġ li jiġu vvalutati l-bidliet fl-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi.

(44)

Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, is-setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-pubblikazzjoni ta’ lista ta’ ċerta data u r-rendiment tal-manifattur jenħtieġ li jingħataw lill-Kummissjoni.

(45)

Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, is-setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-identifikazzjoni ta’ vetturi li huma ċċertifikati bħala vetturi vokazzjonali u tal-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet għall-emissjonijiet tas-CO2 medji annwali ta’ manifattur, tal-ġbir ta’ primjums tal-emissjonijiet tas-CO2 eċċessivi, tar-rapportar ta’ devjazzjonijiet taċ-ċifri ta’ emissjonijiet tas-CO2 u t-teħid inkunsiderazzjoni tagħhom fil-kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji, tal-valutazzjoni tal-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet li taħthom l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza ġew stabbiliti u l-kriterji sabiex jiġi stabbilit jekk dawk l-emissjonijiet żdidux indebitament u, jekk iva, kif għandhom jiġu kkoreġuti, tal-iżgurar li ċerti parametri li jirrigwardaw emissjonijiet tas-CO2 fir-realta’ u konsum tal-enerġija ta’ vetturi tqal ikunu disponibbli għall-Kummissjoni, tat-twettiq ta’ verifiki li ċ-ċifri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil fil-fajls ta’ informazzjoni tal-klijent jikkorrispondu għall-emissjoni tas-CO2 minn vetturi tqal waqt is-servizz u għall-konsum tal-fjwuil tal-vetturi tqal waqt is-servizz u dwar il-preżenza ta’ strateġiji sabiex jitjieb b’mod artifiċjali r-rendiment tal-vettura fit-testijiet imwettqa jew fil-kalkoli li jsiru, u tad-definizzjoni ta’ vettura rappreżentattiva waħda jew aktar ta’ subgrupp tal-vetturi abbażi ta’ liema aġġustament tat-tagħbija għandu jiġi stabbilit, jenħtieġ li jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 595/2009, is-setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-istabbiliment ta’ ċerti aspetti tar-rendiment ambjentali ta’ vetturi fil-kategoriji M2, M3, N2, N3, O3 u O4 jenħtieġ li jingħataw lill-Kummissjoni. Is-setgħat ta’ implimentazzjoni msemmija f’din il-premessa jenħtieġ li jkunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11).

(46)

Biex jiġu emendati jew issupplementati l-elementi mhux essenzjali tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-aġġustament tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza, dwar l-istabbiliment tal-prinċipji gwida u l-kriterji għad-definizzjoni tal-proċeduri sabiex jivverifikaw l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ vetturi tqal waqt is-servizz u fir-rigward tal-emenda tal-Annessi għal dan ir-Regolament fir-rigward ta’ ċerti parametri tekniċi, inklużi l-ponderazzjonijiet tal-profili tal-missjoni, iċ-ċifri tat-tagħbijiet, ċ-ċifri tal-kilometraġġi annwali u l-fatturi tal-aġġustament tat-tagħbija. Hu importanti b’mod partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa tul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, anke fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru b’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (12). B’mod partikolari, biex jiżguraw parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jenħtieġ li jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u jenħtieġ li, sistematikament, l-esperti tagħhom ikollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jieħdu ħsieb it-tħejjija tal-atti delegati.

(47)

Minħabba li l-għan ta’ dan ir-Regolament, notevolment l-istabbiliment ta’ standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-vetturi tqal ġodda, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jista’, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, b’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(48)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolamenti (KE) Nru 595/2009 u (UE) 2018/956 u d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE (13) jiġu emendati wkoll skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u għanijiet

Sabiex jikkontribwixxu għat-twettiq tal-mira tal-Unjoni li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tagħha bi 30 % inqas mil-livelli tal-2005 sal-2030 fis-setturi koperti bl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2018/842, u biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi, u biex ikun żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda, fejn l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tal-flotta tal-Unjoni ta’ vetturi tqal ġodda għandhom jitnaqqsu, meta mqabbel mal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza, kif ġej:

(a)

għall-perijodi ta’ rapportar tas-sena 2025 ’il quddiem bi 15 %;

(b)

għall-perijodi ta’ rapportar tas-sena 2030 ’il quddiem bi 30 %, sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor skont ir-rieżami msemmi fl-Artikolu 15.

L-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza għandhom ikunu bbażati fuq id-data tal-monitoraġġ irrapportata skont ir-Regolament (UE) 2018/956 għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020, minn issa ’l quddiem (“il-perijodu ta’ referenza”), għajr il-vetturi vokazzjonali, u għandhom jiġu kkalkulati skont il-punt 3 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għall-vetturi tqal ġodda tal-kategoriji N2 u N3 li jissodisfaw il-karatteristiċi li ġejjin:

(a)

trakkijiet riġidi b’konfigurazzjoni tal-fus 4×2 u massa tat-tagħbija massima teknikament possibbli iżjed minn 16-il tunnellata;

(b)

trakkijiet riġidi b’konfigurazzjoni tal-fus 6×2;

(c)

tratturi b’konfigurazzjoni tal-fus 4×2 u massa tat-tagħbija massima teknikament possibbli iżjed minn 16-il tunnellata; u

(d)

tratturi b’konfigurazzjoni tal-fus 6×2.

Dan għandu japplika wkoll, għall-finijiet tal-Artikolu 5 ta’, u tal-punt 2.3 tal-Anness I ta’, dan ir-Regolament, għall-vetturi tqal ġodda tal-kategorija N li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) u li ma jissodisfawx il-karatteristiċi stabbiliti fil-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu.

Il-kategoriji ta’ vetturi msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu jirreferu għall-kategoriji ta’ vetturi kif definiti fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15).

2.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-vetturi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitqiesu bħala vetturi tqal ġodda f’perijodu ta’ 12-il xahar partikolari li jibda mill-1 ta’ Lulju, jekk dawn ikunu rreġistrati fl-Unjoni għall-ewwel darba f’dak il-perijodu u ma kienu ġew qatt irreġistrati qabel barra mill-Unjoni.

Reġistrazzjoni preċedenti barra mill-Unjoni li tkun saret f’inqas minn tliet xhur qabel ir-reġistrazzjoni fl-Unjoni ma għandhiex tiġi kkunsidrata.

3.   Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta proċedura speċifika għall-identifikazzjoni ta’ vetturi tqal li huma ċċertifikati bħala vetturi vokazzjonali skont ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu iżda mhumiex irreġistrati bħala tali, u għandha tapplika korrezzjonijiet għall-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji annwali ta’ manifattur biex jitqiesu dawk il-vetturi, mill-perijodu ta’ rapportar tas-sena 2021 u għal kull perijodu ta’ rapportar sussegwenti. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 16(2) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza” tfisser il-medja tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi fil-perijodu ta’ referenza msemmi fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 tal-vetturi tqal ġodda kollha f’kull wieħed mis-subgruppi tal-vetturi, għajr il-vetturi vokazzjonali, iddeterminata skont il-punt 3 tal-Anness I;

(2)

“emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi” tfisser l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ vettura tqila individwali ddeterminati skont il-punt 2.1 tal-Anness I;

(3)

“perijodu ta’ rapportar tas-sena Y” tfisser il-perijodu mill-1 ta’ Lulju tas-sena Y sat-30 ta’ Ġunju tas-sena Y+1;

(4)

“emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji” tfisser il-medja tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tal-vetturi tqal ġodda ta’ manifattur f’perijodu ta’ rapportar partikolari ddeterminat skont il-punt 2.7 tal-Anness I;

(5)

“mira ta’ emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi” tfisser il-mira tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ manifattur individwali, espressa fi g/tkm u ddeterminata kull sena għall-perijodu ta’ rapportar preċedenti skont il-punt 4 tal-Anness I;

(6)

“trakk riġidu” tfisser trakk li mhux imfassal jew mibni biex jirmonka semi-trailer;

(7)

“trattur” tfisser unità ta’ trattur mfassla u mibnija esklussivament jew primarjament biex tirmonka semi-trailer;

(8)

“subgrupp tal-vetturi” tfisser grupp ta’ vetturi kif iddefinit fil-punt 1 tal-Anness I, li huma kkaratterizzati minn sett komuni u distint ta’ kriterji tekniċi rilevanti għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil ta’ dawn il-vetturi;

(9)

“vettura vokazzjonali” tfisser vettura tqila li għaliha ġew iddeterminati l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil, skont ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu, biss għal profili tal-missjoni għajr dawk definiti fil-punt 2.1 tal-Anness I għal dan ir-Regolament;

(10)

“manifattur” tfisser il-persuna jew il-korp responsabbli għas-sottomissjoni tad-data relatata mal-vetturi tqal ġodda skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2018/956 jew, fil-każ ta’ vetturi tqal mingħajr emissjonijiet, il-persuna jew il-korp responsabbli lejn l-awtorità tal-approvazzjoni għall-aspetti kollha tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għall-vetturi sħaħ jew tal-proċedura tal-approvazzjoni individwali skont id-Direttiva 2007/46/KE u biex tiġi żgurata l-konformità tal-produzzjoni;

(11)

“vettura tqila mingħajr emissjonijiet” tfisser vettura tqila mingħajr magna tal-kombustjoni interna, jew b’magna tal-kombustjoni interna li tirrilaxxa anqas minn 1 g CO2/kWh kif iddeterminat skont ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu, jew li tirrilaxxa anqas minn 1 g CO2/km kif iddeterminat skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu;

(12)

“vettura tqila b’emissjonijiet baxxi” tfisser vettura tqila, li mhix vettura tqila mingħajr emissjonijiet, li għandha emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi ta’ inqas min-nofs tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza tal-vetturi kollha fis-subgrupp tal-vetturi li għalih tappartjeni l-vettura tqila, kif iddeterminat skont il-punt 2.3.3 tal-Anness I;

(13)

“profil tal-missjoni” tfisser kombinazzjoni ta’ ċiklu tal-veloċità mmirata, ċifra tat-tagħbija utli, konfigurazzjoni tal-karozzerija jew tat-trejler, u parametri oħra, jekk applikabbli, li jirrifletti l-użu speċifiku ta’ vettura, li abbażi tagħhom ġew iddeterminati l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil uffiċjali ta’ vettura tqila;

(14)

“ċiklu tal-veloċità mmirata” tfisser id-deskrizzjoni tal-veloċità tal-vettura li s-sewwieq irid jilħaq jew li hu limitat biha minħabba l-kundizzjonijiet tat-traffiku, bħala funzjoni tad-distanza koperta bi vjaġġ;

(15)

“tagħbija” tfisser il-piż tal-merkanzija li vettura qed iġorr skont kundizzjonijiet differenti.

Artikolu 4

Medja tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi ta’ manifattur

Mill-1 ta’ Lulju 2020, u f’kull perijodu ta’ rapportar sussegwenti, il-Kummissjoni għandha tiddetermina għal kull manifattur, l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji fi g/tkm għall-perijodu ta’ rapportar preċedenti, billi jitqies dan li ġej:

(a)

id-data rrapportata skont ir-Regolament (UE) 2018/956 għall-vetturi tqal ġodda tal-manifattur irreġistrati fil-perijodu ta’ rapportar preċedenti, għajr il-vetturi vokazzjonali; u

(b)

il-fattur ta’ mingħajr emissjonijiet u ta’ emissjonijiet baxxi ddeterminat skont l-Artikolu 5.

L-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 għandhom jiġu ddeterminati b’konformità mal-punt 2.7 tal-Anness I.

Artikolu 5

Vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi

1.   Mill-1 ta’ Lulju 2020 u għal kull perijodu ta’ rapportar sussegwenti, il-Kummissjoni għandha tiddetermina għal kull manifattur, il-fattur tal-vetturi mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi għall-perijodu ta’ rapportar preċedenti.

Il-fattur tal-vetturi mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi għandu jqis l-għadd u l-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi fil-flotta tal-manifattur f’perijodu ta’ rapportar, inklużi l-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1), kif ukoll il-vetturi vokazzjonali mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi u għandu jiġi ddeterminat skont il-punt 2.3 tal-Anness I.

2.   Għall-perijodi ta’ rapportar mill-2019 sal-2024, il-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi għandhom jitqiesu kif ġej għall-finijiet tal-paragrafu 1:

(a)

vettura tqila mingħajr emissjonijiet għandha tingħadd bħala żewġ vetturi; u

(b)

l-vetturi tqal b’emissjonijiet baxxi għandhom jingħaddu sa massimu ta’ żewġ vetturi skont funzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tagħhom u l-livell limitu tal-emissjonijiet baxxi tas-subgrupp tal-vettura li fih tappartjeni l-vettura kif definit fil-punt 2.3.3 tal-Anness I.

Il-fattur ta’ mingħajr emissjonijiet u ta’ emissjonijiet baxxi għandu jiġi ddeterminat skont il-punt 2.3.1 tal-Anness I.

3.   Għall-perijodi ta’ rapportar mill-2025, ’il quddiem, il-fattur ta’ mingħajr emissjonijiet u ta’ emissjonijiet baxxi għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi ta’ punt ta’ riferiment ta’ 2 % skont il-punt 2.3.2 tal-Anness I.

4.   Il-fattur tal-vetturi mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi għandu jnaqqas l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji ta’ manifattur b’massimu ta’ 3 %. Il-kontribut tal-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1) għal dak il-fattur għandu jnaqqas l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji ta’ manifattur b’massimu ta’ 1,5 %.

Artikolu 6

Il-miri tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi ta’ manifattur

Mill-1 ta’ Lulju 2026 u f’kull perijodu ta’ rapportar sussegwenti, il-Kummissjoni għandha tiddetermina għal kull manifattur, mira tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi fil-perijodu ta’ rapportar preċedenti. Dik il-mira tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi għandha tkun is-somma, tas-subgruppi tal-vetturi kollha, tal-prodotti ta’ dawn il-valur li ġejjin:

(a)

il-mira tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 imsemmija fil-punt (a) jew (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1, kif applikabbli;

(b)

l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza;

(c)

is-sehem tal-vetturi li għandu l-manifattur f’kull subgrupp;

(d)

il-fatturi tal-kilometraġġ annwali u tal-ponderazzjoni tat-tagħbija applikati għal kull subgrupp tal-vetturi.

Il-mira tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi għandha tiġi ddeterminata skont il-punt 4 tal-Anness I.

Artikolu 7

Il-krediti tal-emissjonijiet u d-djun tal-emissjonijiet

1.   Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-konformità ta’ manifattur mal-miri tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tiegħu fil-perijodi ta’ rapportar tas-snin 2025 sa 2029, għandhom jitqiesu l-krediti tal-emissjonijiet jew id-djun tal-emissjonijiet tiegħu ddeterminati skont il-punt 5 tal-Anness I, li jikkorrispondu għall-għadd ta’ vetturi tqal ġodda, għajr il-vetturi vokazzjonali, tal-manifattur f’perijodu ta’ rapportar, immultiplikati:

(a)

bid-differenzi bejn it-trajettorja tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 kif imsemmija fil-paragrafu 2 u l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji ta’ dak il-manifattur, jekk dik id-differenza tkun pożittiva (“il-krediti tal-emissjonijiet”); jew

(b)

bid-differenza bejn l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji u l-mira tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi ta’ dak il-manifattur, jekk dik id-differenza tkun pożittiva (“id-djun tal-emissjonijiet”).

Il-krediti tal-emissjonijiet għandhom jinkisbu fil-perijodi ta’ rapportar tas-snin 2019 sa 2029. Madankollu, il-krediti tal-emissjonijiet miksuba fil-perijodi ta’ rapportar tas-snin 2019 sa 2024 għandhom jitqiesu għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-konformità tal-manifattur mal-mira tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tal-perijodu ta’ rapportar tas-sena 2025 biss.

Id-djun tal-emissjonijiet għandhom jinkisbu fil-perijodi ta’ rapportar tas-snin 2025 sa 2029. Madanakollu, id-dejn tal-emissjoni totali tal-manifattur ma għandhomx jaqbeż il-5 % tal-mira tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tal-manifattur fil-perijodu ta’ rapportar tas-sena 2025, immultiplikat bl-għadd ta’ vetturi tqal tal-manifattur f’dak il-perijodu (“il-limitu tad-djun tal-emissjonijiet”).

Il-krediti u d-djun tal-emissjonijiet miksuba fil-perijodi ta’ rapportar mill-2025 sal-2028, meta applikabbli, għandhom jiġu riportati minn perijodu ta’ rapportar għal perijodu ta’ rapportar li jmiss. Kwalunkwe djun tal-emissjonijiet li jkun fadal għandhom jixxejnu fil-perijodu ta’ rapportar tas-sena 2029.

2.   It-trajettorja tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 għandha tiġi stabbilita għal kull manifattur skont il-punt 5.1 tal-Anness I, abbażi ta’ trajettorja lineari bejn l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 u l-mira tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-perijodu ta’ rapportar tas-sena 2025 kif speċifikat fil-punt (a) tal-ewwel paragrafu ta’ dak l-Artikolu, u bejn il-mira tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-perijodu ta’ rapportar tas-sena 2025 u l-mira tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-perijodi ta’ rapportar tas-sena 2030 ’il quddiem kif speċifikat fil-punt (b) tal-ewwel paragrafu ta’ dak l-Artikolu.

Artikolu 8

Konformità mal-miri tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi

1.   Meta manifattur jinstab, skont il-paragrafu 2, li għandu emissjonijiet tas-CO2 żejda f’perijodu ta’ rapportar partikolari mill-2025 ’il quddiem, il-Kummissjoni għandha timponi primjum għall-emissjonijiet tas-CO2 żejda kkalkulat skont il-formula li ġejja:

(a)

mill-2025 sal-2029,

(il-primjum għall-emissjonijiet tas-CO2 żejda) = (l-emissjonijiet tas-CO2 żejda × 4 250 €/gCO2/tkm)

(b)

mill-2030 ’il quddiem,

(il-primjum għall-emissjonijiet tas-CO2 żejda) = (l-emissjonijiet tas-CO2 żejda × 6 800 €/gCO2/tkm).

2.   Manifattur għandu jitqies li għandu emissjonijiet tas-CO2 żejda f’xi wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

jekk, fi kwalunkwe perijodu ta’ rapportar tas-snin bejn l-2025 u l-2028, is-somma tad-djun tal-emissjonijiet mingħajr is-somma tal-krediti tal-emissjonijiet tkun taqbeż il-limitu tad-dejn tal-emissjonijiet imsemmi fit-tielet subparagrafu fl-Artikolu 7(1);

(b)

jekk, fil-perijodu ta’ rapportar tas-sena 2029, is-somma tad-djun tal-emissjonijiet mingħajr is-somma tal-krediti tal-emissjonijiet tkun pożittiva;

(c)

jekk, mill-perijodu ta’ rapportar tas-sena 2030 ’il quddiem, l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji tal-manifattur ikunu jaqbżu l-mira tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tiegħu.

L-emissjonijiet tas-CO2 żejda f’perijodu ta’ rapportar partikolari għandhom jiġu kkalkulati skont il-punt 6 tal-Anness I.

3.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddetermina l-modi għall-ġbir ta’ primjums għall-emissjonijiet tas-CO2 eċċessivi taħt il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).

4.   Il-primjums għall-emissjonijiet tas-CO2 żejda għandhom jitqiesu bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 9

Verifika tad-data tal-monitoraġġ

1.   L-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni, mingħajr dewmien, bi kwalunkwe devjazzjoni misjuba fiċ-ċifri tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi tqal waqt is-servizz meta mqabbla maċ-ċifri indikati fiċ-ċertifikati tal-konformità jew fil-fajl tal-informazzjoni tal-klijenti msemmija fl-Artikolu 9(4) tar-Regolament (UE) 2017/2400 b’riżultat tal-verifiki mwettqa skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-Kummissjoni għandha tqis id-devjazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 biex tikkalkula l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji ta’ manifattur.

3.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dettaljati dwar il-proċeduri għar-rapportar ta’ dawn id-devjazzjonijiet u biex jitqiesu fil-kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).

Artikolu 10

Valutazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza

Sabiex tiżgura r-robustezza u r-rappreżentanza tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza bħala bażi għad-determinazzjoni tal-miri tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-flotta kollha tal-UE, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi metodoloġija għall-valutazzjoni tal-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet li skonthom ġew iddeterminati u tistabbilixxi l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza u l-kriterji biex jiġu ddeterminati jekk dawk l-emissjonijiet ġewx miżjuda b’mod mhux xieraq u jekk iva, kif se jiġu korretti.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).

Artikolu 11

Pubblikazzjoni tad-data u tal-prestazzjoni ta’ manifattur

1.   Sat-30 ta’ April ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tippubblika lista, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, biex tindika:

(a)

mill-1 ta’ Lulju 2020, għal kull manifattur, l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji tiegħu fil-perijodu ta’ rapportar preċedenti, kif imsemmi fl-Artikolu 4;

(b)

mill-1 ta’ Lulju 2020, għal kull manifattur, il-fattur ta’ mingħajr emissjonijiet u ta’ emissjonijiet baxxi fil-perijodu ta’ rapportar preċedenti, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1);

(c)

mill-1 ta’ Lulju 2026, għal kull manifattur, l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tiegħu fil-perijodu ta’ rapportar preċedenti, kif imsemmi fl-Artikolu 6;

(d)

mill-1 ta’ Lulju 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2031, għal kull manifattur, it-trajettorja tat-tnaqqis tal-emissjoniji tas-CO2 tiegħu, il-krediti tal-emissjonijiet tiegħu u, mill-1 ta’ Lulju 2026 sat-30 ta’ Ġunju 2031, id-djun tal-emissjonijiet tiegħu fil-perijodu ta’ rapportar preċedenti, kif imsemmi fl-Artikolu 7;

(e)

mill-1 ta’ Lulju 2026, għal kull manifattur, l-emissjonijiet tas-CO2 żejda tiegħu fil-perijodu ta’ rapportar preċedenti, kif imsemmi fl-Artikolu 8(1);

(f)

mill-1 ta’ Lulju 2020, il-medja tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi għall-vetturi tqal ġodda kollha rreġistrati fl-Unjoni fil-perijodu ta’ rapportar preċedenti.

Il-lista li għandha tiġi ppubblikata sat-30 ta’ April 2021 għandha tinkludi l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1.

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 17 li jaġġustaw l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza b’konformità ma’ dan li ġej:

(a)

meta l-ponderazzjonijiet tal-profil tal-missjoni jew iċ-ċifri tat-tagħbija jkunu ġew aġġustati skont il-punt (b) jew (c) tal-Artikolu 14(1), billi tapplika l-proċedura stabbilita fil-punt 1 tal-Anness II;

(b)

meta fatturi tal-aġġustament ikunu ġew iddeterminati skont l-Artikolu 14(2), billi jiġu applikati dawk il-fatturi tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza;

(c)

meta tkun ġiet iddeterminata żieda indebita fl-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza skont il-metodoloġija msemmija fl-Artikolu 10, billi tikkoreġi l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza sat-30 ta’ April 2022.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika ċ-ċifri aġġustati tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza u għandha tapplikahom għall-kalkolu tal-miri tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tal-manifattur applikabbli fil-perijodi ta’ rapportar li jibdew mid-data ta’ applikazzjoni tal-atti delegati li jaġġustaw iċ-ċifri.

Artikolu 12

L-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-enerġija f’kundizzjonijiet reali

1.   Il-Kummissjoni għandha timmonitorja u tivvaluta r-rappreżentanza f’kundizzjonijiet reali taċ-ċifri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-enerġija ddeterminati fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 595/2009.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tiġbor regolarment data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-enerġija f’kundizzjonijiet reali ta’ vetturi tqal bl-użu ta’ apparat abbord ta’ monitoraġġ tal-konsum tal-fjuwil u/jew tal-enerġija u għandha tibda tagħmel dan bil-vetturi tqal ġodda rreġistrati mid-data ta’ applikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 5c tar-Regolament (KE) Nru 595/2009.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-pubbliku jkun infurmat kif dik ir-rappreżentanza qed tevolvi maż-żmien.

2.   Għall-fini tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-parametri li ġejjin relatati mal-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-enerġija f’kundizzjonijiet reali ta’ vetturi tqal ikunu disponibbli għaliha f’perijodi ta’ żmien regolari, mid-data ta’ applikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 5c tar-Regolament (KE) Nru 595/2009, mill-manifatturi, l-awtoritajiet nazzjonali jew permezz tat-trasferiment dirett ta’ data mill-vetturi, skont il-każ:

(a)

in-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura;

(b)

il-fjuwil u l-enerġija elettrika kkunsmati;

(c)

id-distanza totali koperta;

(d)

it-tagħbija;

(e)

għal vetturi elettriċi tqal ibridi li jiġu ċċarġjati esternament, il-fjuwil u l-enerġija elettrika kkunsmati, u d-distanza koperta, distribwiti fuq modalitajiet ta’ sewqan differenti;

(f)

parametri oħra meħtieġa biex jiġi żgurat li l-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu ssodisfatti.

Il-Kummissjoni għandha tipproċessa d-data li tirċievi taħt l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu biex toħloq sett ta’ data anonimizzata u aggregata, inkluż skont il-manifattur, għall-finijiet tal-paragrafu 1. In-numri ta’ identifikazzjoni tal-vetturi għandhom jintużaw biss għall-fini tal-ipproċessar ta’ dik id-data u ma għandhomx jinżammu aktar milli jkun hemm bżonn għal dak il-fini.

3.   Sabiex jiġi evitat li d-diskrepanza fl-emissjonijiet f’kundizzjonijiet reali tkompli tiżdied, mhux aktar tard minn sentejn u ħames xhur wara d-data ta’ applikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 5c tar-Regolament (KE) Nru 595/2009, il-Kummissjoni għandha tivvaluta kif id-data dwar il-konsum tal-fjuwil u l-enerġija tista’ tintuża biex jiġi żgurat li ċ-ċifri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-enerġija tal-vetturi stabbiliti skont dak ir-Regolament jibqgħu rappreżentattivi tal-emissjonijiet f’kundizzjonijiet reali fuq tul ta’ żmien għal kull manifattur.

Kull sena, il-Kummissjoni għandha timmonitorja u tirrapporta fuq kif id-diskrepanza msemmija fl-ewwel subparagrafu tevolvi, u, bil-għan li tiġi evitata żieda f’dik id-diskrepanza, fl-2027 għandha tivvaluta l-fattibbiltà ta’ mekkaniżmu li jaġġusta l-emissjonijiet ta’ CO2 speċifiċi medji tal-manifattur mill-2030 ’il quddiem u, jekk ikun il-każ, tressaq proposta leġislattiva biex timplimenta tali mekkaniżmu.

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-proċedura dettaljata għall-ġbir u l-ipproċessar tad-data msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).

Artikolu 13

Verifika tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ vetturi tqal waqt is-servizz

1.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li ċ-ċifri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil irreġistrati fil-fajl ta’ informazzjoni għall-klijent imsemmi fl-Artikolu 9(4) tar-Regolament (UE) 2017/2400 li jikkorrispondu għall-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil tal-vetturi tqal waqt is-servizz kif stabbiliti skont dak ir-Regolament.

2.   Wara d-dħul fis-seħħ tal-proċeduri msemmija fil-paragrafu 4, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip għandhom jivverifikaw, għal dawk il-manifatturi li ngħataw liċenzja biex joperaw l-għodda ta’ simulazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu, abbażi ta’ kampjuni ta’ vetturi xierqa u rappreżentattivi, li ċ-ċifri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil irreġistrati fil-fajls ta’ informazzjoni għall-klijent jikkorrispondu għall-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil tal-vetturi tqal waqt is-servizz kif stabbiliti skont dak ir-Regolament u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu, billi jikkunsidraw, fost l-oħrajn, l-użu ta’ data disponibbli minn tagħmir ta’ monitoraġġ abbord tal-konsum tal-fjuwil u/jew l-enerġija.

L-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip għandhom jivverifikaw ukoll il-preżenza ta’ kwalunkwe strateġija abbord jew b’rabta mal-vetturi fil-kampjun li ttejjeb artifiċjalment il-prestazzjoni tal-vettura fit-testijiet imwettqa jew fil-kalkoli magħmula għall-fini ta’ ċertifikazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil billi, fost l-oħrajn, jużaw data mill-apparat ta’ monitoraġġ abbord tal-konsum tal-fjuwil u/jew tal-enerġija.

3.   Meta nuqqas ta’ korrispondenza taċ-ċifri tal-emissjoni tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil li ma tistax tiġi attribwita għal funzjonament ħażin tal-għodda ta’ simulazzjoni, jew il-preżenza ta’ kwalunkwe strateġija li ttejjeb artifiċjalment il-prestazzjonit ta’ vettura, tinstab b’riżultat tal-verifiki mwettqa skont il-paragrafu 2, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip responsabbli għandha, minbarra li tieħu l-miżuri meħtieġa stabbiliti fil-Kapitolu XI tar-Regolament (UE) 2018/858, tiżgura li l-fajls ta’ informazzjoni għall-klijent, iċ-ċertifikati ta’ konformità u ċ-ċertifikati ta’ approvazzjoni individwali huma kkoreġuti, skont il-każ.

4.   Il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-proċeduri għat-twettiq tal-verifiki msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa, qabel ma tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, tadotta att delegat skont l-Artikolu 17, sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi jistabbilixxi l-prinċipji gwida u l-kriterji għad-definizzjoni tal-proċeduri msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Artikolu 14

Emendi fl-Annessi I u II

1.   Biex ikun żgurat li l-parametri tekniċi użati għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 ta’ manifattur skont l-Artikolu 4 u l-kalkolu tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 skont l-Artikolu 6 jqisu l-progress tekniku u l-iżvilupp tal-loġistika tat-trasport tal-merkanzija, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 17 biex temenda d-dispożizzjonijiet li ġejjin stabbiliti fl-Annessi I u II:

(a)

l-entrati għat-tip ta’ kabina u għall-potenza tal-magna stabbiliti fit-Tabella 1 tal-Anness I u d-definizzjonijiet ta’ “kabina tal-irqad” u “kabina tal-jum” imsemmija f’dik it-Tabella;

(b)

il-ponderazzjonijiet tal-profil tal-missjoni stabbiliti fit-Tabella 2 tal-Anness I;

(c)

iċ-ċifri tat-tagħbija stabbiliti fit-Tabella 3 tal-Anness I, u l-fatturi tal-aġġustament tat-tagħbija stabbiliti fit-Tabella 1 tal-Anness II;

(d)

iċ-ċifri tal-kilometraġġ annwali stabbiliti fit-Tabella 4 tal-Anness I.

2.   Meta l-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 595/2009 u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu jiġu modifikati b’emendi għajr dawk imsemmija fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu b’tali mod biex il-livell tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi rappreżentattivi definiti skont dan il-paragrafu jiżdied jew jonqos b’aktar minn 5 g CO2/km, il-Kummissjoni, b’konformità mal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(2), għandha tapplika fattur ta’ aġġustament għall-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza li għandu jiġi kkalkulat b’konformità mal-formula stabbilita fil-punt 2 tal-Anness II.

3.   Il-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, għandha tistabbilixxi metodoloġija għad-definizzjoni ta’ vettura rappreżentattiva waħda jew aktar ta’ subgrupp tal-vetturi, inklużi l-ponderazzjonijiet statistiċi tagħhom, li abbażi tagħha għandu jiġi ddeterminat l-aġġustament imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, filwaqt li titqies id-data tal-monitoraġġ irrappurtata skont ir-Regolament (UE) 2018/956 u l-karatteristiċi tekniċi tal-vetturi elenkati fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2017/2400. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura ta’ eżami stabbilita fl-Artikolu 16(2) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 15

Rieżami u rapport

1.   Sal-31 ta’ Diċembru 2022, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-effikaċja ta’ dan ir-Regolament, dwar il-mira tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-livell tal-mekkaniżmu ta’ inċentivi għall-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi applikabbli mill-2030, dwar l-iffissar ta’ miri tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 għal tipi oħra ta’ vetturi tqal, inkluż it-trejlers, ix-xarabanks u kowċis, u l-vetturi vokazzjonali, u dwar l-introduzzjoni ta’ miri vinkolanti ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal għall-2035 u mill-2040 ’il quddiem. Il-mira tal-2030 għandha tiġi vvalutata b’konformità mal-impenji tal-Unjoni Ewropea skont il-Ftehim ta’ Pariġi.

2.   Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jinkludi wkoll, b’mod partikolari, dan li ġej:

(a)

valutazzjoni tal-effikaċja tas-sistema tal-krediti tal-emissjonijiet u tad-djun tal-emissjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7 u l-adegwatezza tal-estensjoni tal-applikazzjoni tagħha fl-2030 u lil hinn;

(b)

valutazzjoni tal-użu ta’ vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi, filwaqt li jitqiesu l-miri stabbiliti fid-Direttiva 2009/33/KE kif ukoll il-parametri u l-kundizzjonijiet rilevanti li jaffettwaw it-tqegħid fis-suq ta’ tali vetturi tqal;

(c)

valutazzjoni tal-effikaċja tal-mekkaniżmu ta’ inċentivi għal vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi stabbilit fl-Artikolu 5 u l-adegwatezza tal-elementi differenti tiegħu, bil-għan li jiġi aġġustat għall-perijodu wara l-2025 lejn divrenzjar possibbli skont il-medda tas-sewqan mingħajr emissjonijiet u s-subgrupp tal-vettura, flimkien mal-fatturi ta’ ponderazzjoni tat-tagħbija u tal-kilometraġġ, b’data ta’ applikazzjoni li tagħti mill-inqas tliet snin ta’ tħejjija;

(d)

valutazzjoni tal-introduzzjoni tal-infrastruttura meħtieġa ta’ ċċarġjar u ta’ riforniment ta’ fjuwil, tal-possibbiltà li jkunu introdotti standards tar-rendiment tal-emissjoni tas-CO2 għall-magni, b’mod partikolari għal vetturi vokazzjonali, u tar-rappreżentanza f’kundizzjonijiet reali taċ-ċifri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil determinati f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/2400;

(e)

strettament għall-fini ta’ dan ir-Regolament, kunsiderazzjonijiet ta’ vetturi tqal u ta’ kombinazzjonijiet ta’ vetturi b’kont meħud tal-piżijiet u d-dimensjonijiet applikabbli għat-trasport nazzjonali, pereżempju kunċetti modulari u intermodali, filwaqt li jiġu vvalutati wkoll l-aspetti possibbli tas-sikurezza u l-effiċjenza tat-trasport, l-effetti intermodali, ambjentali, infrastrutturali u ta’ rikorrenza kif ukoll il-pożizzjoni ġeografika tal-Istati Membri;

(f)

valutazzjoni tal-għodda ta’ simulazzjoni VECTO biex ikun żgurat li din l-għodda tiġi aġġornata kontinwament u fi żmien xieraq;

(g)

valutazzjoni tal-possibbiltà li tiġi żviluppata metodoloġija biex jiġi inkluż il-kontribut potenzjali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 fl-użu ta’ fjuwils rinnovabbli alternattivi sintetiċi u avvanzati, likwidi u gassużi, inklużi l-e-fuels, prodotti b’enerġija rinnovabbli u li jissodisfaw il-kriterji ta’ sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra msemmija fid-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17);

(h)

valutazzjoni tal-fattibbiltà tal-introduzzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ akkomunament miftuħ, trasparenti u mhux diskriminatorju bejn il-manifatturi;

(i)

valutazzjoni tal-livell tal-primjum għall-emissjonijiet tas-CO2 żejda biex ikun żgurat li huwa jeċċedi l-ispejjeż marġinali medji tat-teknoloġiji meħtieġa biex il-miri tal-emissjonijiet tas-CO2 jintlaħqu.

3.   Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, meta jkun xieraq, għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġislattiva biex dan ir-Regolament jiġi emendat.

4.   Bħala parti mill-evalwazzjoni skont l-Artikolu 15(5) tar-Regolament (UE) 2019/631, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-possibbiltà li tassenja d-dħul mill-primjums għall-emissjonijiet tas-CO2 żejda għal fond speċifiku jew programm rilevanti, bil-għan li tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta lejn ekonomija newtrali fir-rigward tal-klima kif imsemmi fl-Artikolu 4.1 tal-Ftehim ta’ Pariġi, b’mod partikolari biex jiġu appoġġati t-taħriġ mill-ġdid, it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ tal-ħiliet oħrajn u r-riallokazzjoni tal-ħaddiema fis-settur awtomobilistiku fl-Istati Membri kollha affettwati, b’mod partikolari fl-aktar reġjuni u komunitajiet affettwati mit-tranżizzjoni. Il-Kummissjoni, jekk ikun xieraq, għandha tressaq proposta leġislattiva f’dak is-sens sa mhux aktar tard mill-2027.

5.   Sa mhux aktar tard mill-2023, il-Kummissjoni għandha, tevalwa l-possibbiltà li tiżviluppa metodoloġija komuni tal-Unjoni għall-valutazzjoni, u r-rapportar konsistenti ta’ data, dwar l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ vetturi tqal ġodda li jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-evalwazzjoni, inklużi, meta jkun xieraq, proposti adatti għal miżuri ta’ segwitu, bħal proposti leġislattivi, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 16

Proċedura ta’ kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 44(1) tar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Meta l-kumitat ma jagħti ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 17

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 11(2), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(4) u l-Artikolu 14(1) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mill-14 ta’ Awwissu 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.

3.   Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 11(2), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(4) u l-Artikolu 14(1) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 11(2), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(4) u l-Artikolu 14(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 18

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 595/2009

Ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2, tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Għandu japplika wkoll, għall-fini tal-Artikoli 5a, 5b u 5c, għal vetturi tal-kategoriji O3 u O4.”;

(2)

jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 5a

Rekwiżiti speċifiċi għall-manifatturi fir-rigward tal-prestazzjoni ambjentali ta’ vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2, N3, O3 u O4

1.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li vetturi ġodda tal-kategoriji O3 u O4 li jinbiegħu, jiġu rreġistrati jew jiddaħħlu fis-servizz jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-influwenza ta’ dawk il-vetturi fuq l-emissjonijiet tas-CO2, il-konsum tal-fjuwil, il-konsum tal-elettriku u l-medda ta’ sewqan mingħajr emissjonijiet tal-vetturi bil-mutur tkun iddeterminata b’konformità mal-metodoloġija msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 5c;

(b)

jiġu attrezzati b’apparat abbord għall-monitoraġġ u r-reġistrazzjoni tat-tagħbija b’konformità mar-rekwiżiti msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 5c.

2.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li vetturi ġodda tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3 li jinbiegħu, jiġu rreġistrati jew jiddaħħlu fis-servizz jiġu attrezzati b’apparat abbord għall-monitoraġġ u r-reġistrazzjoni tal-konsum tal-fjuwil u/jew tal-enerġija, tat-tagħbija u tal-kilometraġġ b’konformità mar-rekwiżiti msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 5c.

Għandhom jiżguraw ukoll li l-medda ta’ sewqan mingħajr emissjonijiet u l-konsum tal-elettriku ta’ dawk il-vetturi jiġu determinati b’konformità mal-metodoloġija msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 5c.

Artikolu 5b

Rekwiżiti speċifiċi għall-Istati Membri fir-rigward tal-prestazzjoni ambjentali ta’ vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2, N3, O3 u O4

1.   L-awtoritajiet nazzjonali, b’konformità mal-miżuri ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5c, għandhom jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-UE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta’ tipi ta’ vetturi ġodda tal-kategoriji M2, M3, N2, N3, O3 u O4 li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti f’dawk il-miżuri ta’ implimentazzjoni.

2.   L-awtoritajiet nazzjonali, b’konformità mal-miżuri ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5c, għandhom jipprojbixxu l-bejgħ, ir-reġistrazzjoni jew id-dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda tal-kategoriji M2, M3, N2, N3, O3 u O4 li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti f’dawk il-miżuri ta’ implimentazzjoni.

Artikolu 5c

Miżuri għad-determinazzjoni ta’ ċerti aspetti tal-prestazzjoni ambjentali ta’ vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2, N3, O3 u O4

Sal-31 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, għandha tadotta l-miżuri li ġejjin:

(a)

metodoloġija għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni ta’ vetturi tal-kategoriji O3 u O4 fir-rigward tal-influwenza tagħhom fuq l-emissjonijiet tas-CO2, il-konsum tal-fjuwil, il-konsum tal-elettriku u l-medda ta’ sewqan mingħajr emissjonijiet ta’ vetturi bil-mutur;

(b)

rekwiżiti tekniċi għat-tqegħid ta’ apparat abbord għall-monitoraġġ u r-reġistrazzjoni tal-konsum tal-fjuwil u/jew tal-enerġija u tal-kilometraġġ ta’ vetturi bil-mutur tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3, u għad-determinazzjoni u r-reġistrazzjoni tat-tagħbijiet jew il-piż totali ta’ vetturi li jissodisfaw il-karatteristiċi stabbiliti fil-punt (a), (b), (c) jew (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) u tal-kombinazzjonijiet tagħhom ma’ vetturi tal-kategoriji O3 u O4, inkluża t-trażmissjoni ta’ data bejn il-vetturi fi ħdan kombinazzjoni, kif ikun meħtieġ;

(c)

metodoloġija għad-determinazzjoni tal-medda ta’ sewqan mingħajr emissjonijiet u tal-konsum tal-elettriku ta’ vetturi ġodda tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 13a.

(*1)  Ir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 595/2009 u (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 202).”;"

(3)

jiżdied l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 13a

Proċedura ta’ kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur stabbilit bir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Meta l-Kumitat ma jagħti ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(*2)  Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).”."

Artikolu 19

Emendi għar-Regolament (UE) 2018/956

Ir-Regolament (UE) 2018/956 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3), fir-Regolament (KE) Nru 595/2009 u fir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*4).

(*3)  Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1)."

(*4)  Ir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 595/2009 u (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 202).”;"

(2)

fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Mill-1 ta’ Jannar 2019, l-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw id-data speċifikata fil-Parti A tal-Anness I relatata ma’ vetturi tqal ġodda rreġistrati għall-ewwel darba fl-Unjoni.

Sat-30 ta’ Settembru ta’ kull sena, mill-2020 ’il quddiem, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jirrappurtaw din id-data tal-perijodu ta’ rapportar preċedenti mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju lill-Kummissjoni b’konformità mal-proċedura ta’ rapportar stabbilita fl-Anness II.

Fir-rigward tal-2019, id-data rrappurtata sat-30 ta’ Settembru 2020 għandha tinkludi d-data mmonitorjata mill-1 ta’ Jannar 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020.

Id-data relatata ma’ vetturi tqal ġodda li ġew irreġistrati preċedentement barra l-Unjoni ma għandhiex tiġi mmonitorjata u rrappurtata, sakemm dik ir-reġistrazzjoni ma tkunx saret inqas minn tliet xhur qabel ir-reġistrazzjoni fl-Unjoni.”;

(3)

fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Mis-snin tal-bidu stabbiliti fil-punt 1 tal-Parti B tal-Anness I, il-manifatturi tal-vetturi tqal għandhom jimmonitorjaw id-data speċifikata fil-punt 2 tal-Parti B tal-Anness I, għal kull vettura tqila ġdida.

Sat-30 ta’ Settembru ta’ kull sena, mis-snin tal-bidu stabbiliti fil-punt 1 tal-Parti B tal-Anness I, il-manifatturi ta’ vetturi tqal għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni dik id-data għal kull vettura tqila ġdida b’data ta’ simulazzjoni li taqa’ fil-perijodu ta’ rapportar preċedenti mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju, b’konformità mal-proċedura ta’ rapportar stabbilita fl-Anness II.

Fir-rigward tal-2019, il-manifatturi għandhom jirrappurtaw id-data għal kull vettura tqila ġdida b’data ta’ simulazzjoni li taqa’ fil-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020.

Id-data ta’ simulazzjoni għandha tkun id-data rrappurtata b’konformità mal-entrata tad-data 71 fil-punt 2 tal-Parti B tal-Anness I.”;

(4)

fl-Artikolu 10, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Sat-30 ta’ April ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport annwali bl-analiżi tagħha tad-data trażmessa mill-Istati Membri u l-manifatturi għall-perijodu ta’ rapportar preċedenti.”;

(5)

fl-Anness II, il-punt 3.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.2.

Id-data relatata ma’ vetturi tqal irreġistrati fil-perijodu ta’ rapportar preċedenti u rreġistrata fir-Reġistru għandha ssir pubblika sat-30 ta’ April ta’ kull sena, mill-2021, bl-eċċezzjoni tal-entrati tad-data speċifikati fl-Artikolu 6(1).”.

Artikolu 20

Emendi tad-Direttiva 96/53/KE

Id-Direttiva 96/53/KE hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2, id-definizzjoni li ġejja tiddaħħal wara d-definizzjoni ta’ “vettura li taħdem bi fjuwil alternattiv”:

“—

‘vettura mingħajr emissjonijiet’ tfisser vettura tqila mingħajr emissjonijiet kif definita fil-punt (11) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*5),

(*5)  Ir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 595/2009 u (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 202).”;"

(2)

l-Artikolu 10b huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 10b

Il-piżijiet massimi awtorizzati ta’ vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattiv jew mingħajr emissjonijiet għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-punti 2.2.1, 2.2.2, 2.2.3, 2.2.4, 2.3.1, 2.3.2 u 2.4 tal-Anness I.

Il-vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattivi jew mingħajr emissjonijiet għandhom jikkonformaw ukoll mal-limiti massimi awtorizzati tal-piż tal-fusijiet stabbiliti fil-punt 3 tal-Anness I.

Il-piż addizzjonali meħtieġ mill-vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattiv jew mingħajr emissjonijiet għandu jiġi definit abbażi tad-dokumentazzjoni pprovduta mill-produttur meta l-vettura inkwistjoni tiġi approvata. Dak il-piż addizzjonali għandu jiġi indikat fil-prova uffiċjali meħtieġa b’konformità mal-Artikolu 6.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 10h biex taġġorna, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, il-lista ta’ fjuwils alternattivi msemmija fl-Artikolu 2 li jeħtieġu piż addizzjonali. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni ssegwi l-prassi abitwali tagħha u twettaq konsultazzjonijiet ma’ esperti, inklużi esperti tal-Istati Membri, qabel ma tadotta dawk l-atti delegati.”;

(3)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

is-subparagrafu li ġej jiżdied mat-tieni kolonna tal-punti 2.2.1, 2.2.2, 2.2.3 u 2.2.4:

“Fil-każ ta’ kombinazzjonijiet ta’ vetturi, inklużi l-vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattiv jew mingħajr emissjonijiet, il-piżijiet massimi awtorizzati previsti f’din it-taqsima għandhom jiżdiedu bil-piż addizzjonali tat-teknoloġija tal-fjuwils alternattivi jew ta’ mingħajr emissjonijiet b’massimu ta’ 1 tunnellata u 2 tunnellati rispettivament.”;

(b)

is-subparagrafu li ġej jiżdied fit-tieni kolonna tal-punt 2.3.1:

“Vetturi mingħajr emissjonijiet: il-piż massimu awtorizzat ta’ 18-il tunnellata jiżdied bil-piż addizzjonali meħtieġ għat-teknoloġija ta’ mingħajr emissjonijiet b’massimu ta’ 2 tunnellati.”;

(c)

is-subparagrafu li ġej jiżdied fit-tielet kolonna tal-punt 2.3.2:

“Vetturi mingħajr emissjonijiet bi tliet fusijiet: il-piż massimu awtorizzat ta’ 25 tunnellata, jew 26 tunnellata meta l-fus tas-sewqan ikun attrezzat b’tajers doppji u sospensjoni tal-arja jew sospensjoni rikonoxxuta bħala ekwivalenti fl-Unjoni kif definit fl-Anness II jew meta kull fus tas-sewqan ikun attrezzat b’tajers doppji u l-piż massimu ta’ kull fus ma jaqbiżx 9,5 tunnellati, jiżdied bil-piż addizzjonali meħtieġ għat-teknoloġija ta’ mingħajr emissjonijiet b’massimu ta’ 2 tunnellati.”;

(d)

is-subparagrafu li ġej jiżdied fit-tielet kolonna tal-punt 2.4:

“Xarabanks artikolati bi tliet fusijiet li jkunu vetturi mingħajr emissjonijiet: il-piż massimu awtorizzat ta’ 28 tunnellata jiżdied bil-piż addizzjonali tat-teknoloġija mingħajr emissjonijietv b’massimu ta’ 2 tunnellati.”.

Artikolu 21

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Ġunju 2019.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

G. CIAMBA


(1)  ĠU C 62, 15.2.2019, p. 286.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ April 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2019.

(3)  Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 26).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400 tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil tal-vetturi tqal u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 (ĠU L 349, 29.12.2017, p. 1).

(7)  Ir-Regolament (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum ta’ fjuwil minn vetturi heavy-duty ġodda (ĠU L 173, 9.7.2018, p. 1).

(8)  Id-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni ta’ vetturi ta’ trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija (ĠU L 120, 15.5.2009, p. 5).

(9)  Ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi ħfief (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1).

(10)  Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).

(11)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(12)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(13)  Id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta’ Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59).

(14)  Ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2011 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief (ĠU L 145, 31.5.2011, p. 1).

(15)  Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).

(16)  Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1).

(17)  Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).

(18)  Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).


ANNESS I

L-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċimedji, il-miri tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi,u l-emissjonijiet tas-CO2 żejda

1.   SUBGRUPPI TAL-VETTURA

Kull vettura tqila ġdida għandha tiġi attribwita lil xi wieħedmis-subgruppi tal-vettura definiti fit-Tabella 1 skont il-kundizzjonijietstabbiliti fiha.

Tabella 1

Subgruppi tal-vettura (sg)

Vetturi tqal

Tip ta’ kabina

Potenza tal-magna

Subgrupp tal-vettura (sg)

Trakkijiet riġidi b’konfigurazzjoni tal-fus4×2 u massa tat-tagħbija massima teknikament possibbli > 16-il tunnellata

Kollha

< 170 kW

4-UD

B’kabina tal-jum

≥ 170 kW

4-RD

B’kabina tal-irqad

≥ 170 kW u < 265 kW

B’kabina tal-irqad

≥ 265 kW

4-LH

Trakkijiet riġidi b’konfigurazzjoni tal-fus6×2

B’kabina tal-jum

Kollha

9-RD

B’kabina tal-irqad

9-LH

Tratturi b’konfigurazzjoni tal-fus 4×2 umassa tat-tagħbija massima teknikament possibbli > 16-il tunnellata

B’kabina tal-jum

Kollha

5-RD

B’kabina tal-irqad

< 265 kW

B’kabina tal-irqad

≥ 265 kW

5-LH

Tratturi b’konfigurazzjoni tal-fus 6×2

B’kabina tal-jum

Kollha

10-RD

B’kabina tal-irqad

10-LH

“Kabina tal-irqad” tfisser tip ta’ kabinali għandha kompartiment wara s-sit tas-sewwieq maħsub għall-irqadkif irrapportat skont ir-Regolament (UE) 2018/956.

“Kabina tal-jum” tfisser tip ta’ kabinali mhix kabina tal-irqad.

Jekk vettura tqila ġdida ma tkunx tista’ tiġi attribwita għal subgrupptal-vettura għax l-informazzjoni dwar it-tip ta’ kabina jew il-potenzatal-magna ma tkunx disponibbli, din għandha tiġi attribwita għas-subgrupptal-vetturi għal distanzi twal (long-haul, LH) li jkun jikkorrispondigħat-tip ta’ xażi tagħha (trakk riġidu jew trattur) u l-konfigurazzjonital-fus (4×2 jew 6×2).

Meta xi vettura tqila ġdida tiġi attribwita għas-subgrupp tal-vettura4-UD, iżda d-data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 fi g/km ma tkunx disponibbli għall-profili tal-missjoni UDL jewUDR kif definit fit-Tabella 2 tal-punt 2.1, il-vettura tqila ġdidagħandha tiġi attribwita għas-subgrupp tal-vettura 4-RD.

2.   L-EMISSJONIJIET TAS-CO2 SPEĊIFIĊI MEDJI TA’MANIFATTUR

2.1.   L-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi ta’ vetturatqila ġdida

L-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi fi g/km ta’vettura tqila ġdida v (CO2v ), attribwita għal subgrupp tal-vettura sg għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:

Formula

fejn,

Formula

mp

hi s-somma tal-profili tal-missjoni kollha mp elenkati fit-Tabella 2;

sg

hu s-subgrupp tal-vettura li għalih tkun ġiet attribwital-vettura tqila ġdida v skont il-punt 1 ta’dan l-Anness;

W sg,mp

hu l-piż tal-profil tal-missjoni speċifikat fit-Tabella2;

CO2 v,mp

huma l-emissjonijiet tas-CO2 fi g/kmta’ vettura tqila ġdida v iddeterminati għalprofil tal-missjoni mp u rrappurtati skontir-Regolament (UE) 2018/956.

L-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi ta’ vetturatqila mingħajr emissjonijiet għandhom jiġu stabbiliti bħala 0 g CO2/km.

L-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi ta’ vetturavokazzjonali għandhom ikunu l-medja tal-emissjonijiet tas-CO2 fi g/km irrappurtati skont ir-Regolament (UE) 2018/956.

Tabella 2

Piżijiet tal-profil tal-missjoni(Wsg,mp)

Subgrupp tal-vettura (sg)

Profil tal-missjoni (1) (mp)

RDL

RDR

LHL

LHR

UDL

UDR

REL, RER, LEL, LER

4-UD

0

0

0

0

0,5

0,5

0

4-RD

0,45

0,45

0,05

0,05

0

0

0

4-LH

0,05

0,05

0,45

0,45

0

0

0

9-RD

0,27

0,63

0,03

0,07

0

0

0

9-LH

0,03

0,07

0,27

0,63

0

0

0

5-RD

0,27

0,63

0,03

0,07

0

0

0

5-LH

0,03

0,07

0,27

0,63

0

0

0

10-RD

0,27

0,63

0,03

0,07

0

0

0

10-LH

0,03

0,07

0,27

0,63

0

0

0


Definizzjonijiet tal-profiltal-missjoni

RDL

It-tagħbija tal-ġarr reġjonali hi baxxa

RDR

It-tagħbija tal-ġarr reġjonali hi rappreżentattiva

LHL

It-tagħbija tal-ġarr fit-tul hi baxxa

LHR

It-tagħbija tal-ġarr fit-tul hi rappreżentattiva

UDL

It-tagħbija tal-ġarr urban hi baxxa

UDR

It-tagħbija tal-ġarr urban hi rappreżentattiva

REL

It-tagħbija (EMS) tal-ġarr reġjonali hi baxxa

RER

It-tagħbija (EMS) tal-ġarr reġjonali hi rappreżentattiva

LEL

It-tagħbija (EMS) tal-ġarr fit-tul hi baxxa

LER

It-tagħbija (EMS) tal-ġarr fit-tul hi rappreżentattiva

2.2.   L-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji tal-vetturitqal ġodda f’subgrupp tal-vettura għal manifattur

Għal kull manifattur u għal kull perijodu ta’ rapportar, l-emissjonijiettas-CO2 speċifiċi medji fi g/tkm tal-vetturi tqalġodda kollha f’subgrupp tal-vettura sg (avgCO2sg )għandhom jiġu kkalkulatikif ġej:

Formula

fejn,

Formula

v

hi s-somma tal-vetturi tqal ġodda tal-manifattur fis-subgrupptal-vettura sg, għajr il-vetturi vokazzjonali,skont il-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4;

CO2 v

huma l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċita’ vettura tqila ġdida v iddeterminati skontil-punt 2.1;

Vsg

hi l-għadd ta’ vetturi tqal ġodda tal-manifattur fis-subgrupptal-vettura sg, għajr il-vetturi vokazzjonali,skont il-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4;

PL sg

hi t-tagħbija medja tal-vetturi fis-subgrupp tal-vettura sg kif iddeterminat fil-punt 2.5.

2.3.   Il-fattur ta’ mingħajr emissjonijiet u tal-emissjonijiet baxximsemmi fl-Artikolu 5

2.3.1.   Perijodi ta’ rapportar 2019 sa 2024

Għal kull manifattur u għal kull perijodu ta’ rapportar mill-2019sal-2024, il-fattur ta’ mingħajr emissjonijiet u tal-emissjonijietbaxxi (ZLEV) imsemmi fl-Artikolu 5 għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

Formula b’minimu ta’ 0,97

fejn,

V

hu l-għadd ta’ vetturi tqal ġodda tal-manifattur li jissodisfawil-karatteristiċi stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(1),għajr il-vetturi vokazzjonali, skont il-punt (a) tal-ewwel paragrafutal-Artikolu 4;

Vconv

hu l-għadd ta’ vetturi tqal ġodda tal-manifattur li jissodisfawil-karatteristiċi stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(1),għajr il-vetturi vokazzjonali, skont il-punt (a) tal-ewwel paragrafutal-Artikolu 4 u għajr il-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijietbaxxi;

Vzlev

hi s-somma ta’ Vin u Vout,

fejn,

VinFormula

hi Formula hi s-somma tal-vetturi tqal kollha mingħajr emissjonijietu b’emissjonijiet baxxi li jissodisfaw il-karatteristiċi stabbilitifl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(1);

CO2v

huma l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċifi g/km ta’ vettura tqila mingħajr emissjonijiet jew b’emissjonijietbaxxi v iddeterminati skont il-punt 2.1;

LETsg

hu l-livell limitu ta’ emissjonijiet baxxi tas-subgrupptal-vettura sg li għalih tappartjeni l-vettura v kif definit fil-punt 2.3.3;

Vout

hu l-għadd totali ta’ vetturi tqal mingħajr emissjonijietli għadhom kif ġew irreġistrati msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu2(1), immultiplikat bi 2, u b’massimu ta’ 1,5 % ta’ Vconv.

2.3.2.   Perijodi ta’ rapportar mill-2025 ’il quddiem

Għal kull manifattur u għal kull perijodu ta’ rapportar, il-fatturta’ mingħajr emissjonijiet u tal-emissjonijiet baxxi (ZLEV) imsemmifl-Artikolu 5 għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

Formula sakemm din is-somma ma tkunx akbar minn 1 jew iżgħar minn0,97, f’liema każ il-fattur ZLEV għandu jkun stabbilit għal 1 jew0,97, skont il-każ

fejn,

x

hu 0,02

y

hi s-somma ta’ Vin u Vout, diviża b’Vtotal, fejn:

Vin

hu l-għadd totali ta’ vetturi tqal mingħajr emissjonijietu b’emissjonijiet baxxi li għadhom kif ġew irreġistrati li jissodisfawil-karatteristiċi stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(1),fejn kull waħda minnhom tingħadd bħala ZLEVspecific skont il-formulata’ hawn taħt:

Formula

fejn:

CO2v

huma l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċifi g/km ta’ vettura tqila mingħajr emissjonijiet jew b’emissjonijietbaxxi v iddeterminati skont il-punt 2.1;

LETsg

hu l-livell limitu ta’ emissjonijiet baxxi tas-subgrupptal-vettura sg li għalih tappartjeni l-vettura v kif definit fil-punt 2.3.3;

Vout

hu l-għadd totali ta’ vetturi tqal mingħajr emissjonijietli għadhom kif ġew irreġistrati msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu2(1), u b’massimu ta’ 0,035 % ta’ Vtotal;

Vtotal

hu l-għadd totali ta’ vetturi tqal ġodda li għadhom kifġew irreġistrati tal-manifattur f’dak il-perijodu ta’ rapportar.

Meta s-somma Vin/Vtotal tkun aktar baxxa minn 0,0075, il-fattur ZLEVgħandu jkun stabbilit għal 1.

2.3.3.   Livell limitu ta’ emissjonijiet baxxi

Il-livell limitu ta’ emissjonijiet baxxi LETsg tas-subgrupp tal-vettura sg huwa definitkif ġej:

Formula

fejn,

rCO2 sg

huma l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenzatas-subgrupp tal-vettura sg, kif iddeterminati fil-punt 3;

PLsg

hi t-tagħbija medja tal-vetturi fis-subgrupp tal-vettura sg kif iddeterminat fil-punt 2.5.

2.4.   Is-sehem tal-manifattur ta’ vetturi tqal ġodda f’subgrupp tal-vettura

Għal kull manifattur u għal kull perijodu ta’ rapportar, is-sehemta’ vetturi tqal ġodda f’subgrupp tal-vettura sg (sharesg ) għandu jiġikkalkulat kif ġej:

Formula

fejn,

Vsg

hu l-għadd ta’ vetturi tqal ġodda tal-manifattur f’subgrupptal-vettura sg, għajr il-vetturi vokazzjonali,skont il-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4;

V

hu l-għadd ta’ vetturi tqal ġodda tal-manifattur, għajril-vetturi vokazzjonali, skont il-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu4.

2.5.   Iċ-ċifri tat-tagħbija medja tal-vetturi kollha f’subgrupp tal-vettura

Iċ-ċifra tat-tagħbija medja ta’ vettura f’subgrupp tal-vettura sg (PLsg ) għandha tiġi kkalkulatakif ġej:

Formula

fejn,

Formula

mp

hi s-somma tal-profili tal-missjoni kollha mp;

W,sg,mp

hu l-piż tal-profil tal-missjoni speċifikat fit-Tabella2 taħt il-punt 2.1;

PL sg,mp

hi ċ-ċifra tat-tagħbija attribwita lill-vetturi fis-subgrupptal-vettura sg għall-profil tal-missjoni mp, kif speċifikata fit-Tabella 3.

Tabella 3

Ċifri tat-tagħbija PLsg, mp (f’tunnellati)

Subgrupp tal-vettura sg

Profil tal-missjoni (2) mp

RDL

RDR

LHL

LHR

UDL

UDR

REL

RER

LEL

LER

4-UD

0,9

4,4

1,9

14

0,9

4,4

3,5

17,5

3,5

26,5

4-RD

4-LH

5-RD

2,6

12,9

2,6

19,3

2,6

12,9

3,5

17,5

3,5

26,5

5-LH

9-RD

1,4

7,1

2,6

19,3

1,4

7,1

3,5

17,5

3,5

26,5

9-LH

10-RD

2,6

12,9

2,6

19,3

2,6

12,9

3,5

17,5

3,5

26,5

10-LH

2.6.   Il-kilometraġġ u l-ponderazzjoni tat-tagħbija

Il-fattur tal-kilometraġġ u tal-ponderazzjoni tat-tagħbija (MPWsg) ta’ subgrupp tal-vettura sg hu ddefinit bħala l-multiplikazzjoni tal-kilometraġġannwali speċifikat fit-Tabella 4 u ċ-ċifra tat-tagħbija għal kullsubgrupp speċifikata fit-Tabella 3 tal-punt 2.5, normalizzat għaċ-ċifrarispettiva għas-subgrupp tal-vettura 5-LH, u għandu jiġi kkalkulatkif ġej:

Formula

fejn,

AMsg

hu l-kilometraġġ annwali speċifikat fit-Tabella 4 għall-vetturifis-subgrupp tal-vettura rispettiv;

AM 5-LH

hu l-kilometraġġ annwali speċifikat għas-subgrupp tal-vettura5-LH fit-Tabella 4;

PLsg

hi ċ-ċifra tat-tagħbija medja kif iddeterminat fil-punt2.5;

PL 5-LH

hi ċ-ċifra tat-tagħbija medja għas-subgrupp tal-vettura5-LH kif iddeterminat fil-punt 2.5.

Tabella 4

Kilometraġġi annwali

Subgrupp tal-vettura sg

Kilometraġġ annwali AMsg (f’km)

4-UD

60 000

4-RD

78 000

4-LH

98 000

5-RD

78 000

5-LH

116 000

9-RD

73 000

9-LH

108 000

10-RD

68 000

10-LH

107 000

2.7.   L-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji fig/tkm ta’ manifattur imsemmi fl-Artikolu 4

Għal kull manifattur u għal kull perijodu ta’rapportar, l-emissjonijiet medji tas-CO2 fig/tkm (CO2) għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:

Formula

fejn,

Formula

hi s-somma tas-subgruppi tal-vettura kollha;

ZLEV

hu l-fattur mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxikif iddeterminat fil-punt 2.3;

share,sg

hu s-sehem tal-vetturi tqal ġodda fis-subgrupp tal-vetturi sg kif iddeterminat fil-punt 2.4;

MPWsg

hu l-fattur tal-kilometraġġ u tal-ponderazzjoni tat-tagħbijakif iddeterminat fil-punt 2.6;

avgCO2sg

hu l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċimedji f’g/tkm kif iddeterminat fil-punt 2.2.

3.   L-EMISSJONIJIET TAS-CO2 TA’ REFERENZAMSEMMIJA FIT-TIENI PARAGRAFU TAL-ARTIKOLU 1

L-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza (rCO2sg) għandhom jiġu kkalkulatigħal kull subgrupp tal-vettura sg abbażi tal-vetturitqal ġodda kollha tal-manifatturi kollha tal-perijodu ta’ referenzakif ġej:

Formula

fejn,

Formula

hi s-somma tal-vetturi tqal ġodda kollha rreġistrati fil-perijoduta’ referenza fis-subgrupp tal-vettura sg, għajr il-vetturi vokazzjonali,skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 1;

CO2v

huma l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċital-vettura tqila ġdida v iddeterminati skontil-punt 2.1 u, jekk applikabbli, aġġustati skont l-Anness II;

rVsg

hu l-għadd ta’ vetturi tqal ġodda kollha rreġistrati fil-perijoduta’ referenza fis-subgrupp tal-vettura sg,għajr il-vetturi vokazzjonali, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu1;

PLsg

hi t-tagħbija medja tal-vetturi fis-subgrupp tal-vettura sg kif iddeterminat fil-punt 2.5.

4.   L-EMISSJONIJIET TAS-CO2 SPEĊIFIĊITA’ MANIFATTUR IMSEMMI FL-ARTIKOLU 6

Għal kull manifattur u għal kull perijodu ta’ rapportar, mill-1 ta’ Lulju 2025 ’il quddiem, il-mira tal-emissjonijiettas-CO2 speċifiċi T għandha tiġi kkalkulata kifġej:

Formula

fejn,

Formula

hi s-somma tas-subgruppi tal-vettura kollha;

sharesg

hu s-sehem ta’ vetturi tqal ġodda fis-subgrupp tal-vettura sg kif iddeterminat fil-punt 2.4;

MPWsg

hu l-fattur tal-kilometraġġ u tal-ponderazzjoni tat-tagħbijakif iddeterminat fil-punt 2.6;

rf

hi l-mira tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 (bħala %) applikabbli f’dak il-perijodu ta’ rapportar speċifiku;

rCO2sg

hi r-referenza tal-emissjonijiet tas-CO2 kif iddeterminata fil-punt 3;

5.   IL-KREDITI TAL-EMISSJONIJIET U D-DJUN TAL-EMISSJONIJIETIMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 7

5.1.   It-trajettorja ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-krediti tal-emissjonijiet

Għal kull manifattur u għal kull perijodu ta’ rapportar tas-sninY mill-2019 sal-2030, trajettorja ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 (ETY) hi ddefinita kif ġej:

Formula

fejn,

Formula

hi s-somma tas-subgruppi tal-vettura kollha;

share,sg

hu s-sehem ta’ vetturi tqal ġodda fis-subgrupp tal-vettura sg kif iddeterminat fil-punt 2.4;

MPWsg

hu l-fattur tal-kilometraġġ u tal-ponderazzjoni tat-tagħbijakif iddeterminat fil-punt 2.6;

rCO2sg

hi l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenzakif iddeterminat fil-punt 3;

R-ETY

hija definita kif ġej:

għall-perijodi ta’ rapportartas-snin Y mill-2019 sal-2025:

Formula

u, għall-perijodi ta’ rapportar tas-snin Y mill-2026sal-2030:

Formula

rf2025 u rf2030

huma l-miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 (bħala %) applikabbli għall-perijodi ta’ rapportartas-snin 2025 u 2030, rispettivament.

5.2.   Il-krediti tal-emissjonijiet u d-djun tal-emissjonijiet f’kullperijodu ta’ rapportar

Għal kull manifattur u għal kull perijodu ta’ rapportar tas-sninY mill-2019 sal-2029, il-krediti tal-emissjonijiet (cCO2Y ) u d-djun tal-emissjonijiet (dCO2Y ) għandhom jiġu kkalkulatikif ġej:

Jekk CO2Y < ETY:

Formula

dCO2Y = 0

Jekk CO2Y > TY għas-snin 2025 sa 2029:

Formula

dCO2Y = 0

Fil-bqija tal-każijiet kollha, dCO2Y u cCO2Y huma stabbiliti bħala 0.

fejn,

ETY

hi t-trajettorja tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-manifattur fil-perijodu ta’ rapportar tas-senaY iddeterminata skont il-punt 5.1;

CO2Y

huma l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċimedji tal-manifattur fil-perijodu ta’ rapportar tas-sena Y iddeterminatiskont il-punt 2.7;

TY

hi l-mira tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tal-manifattur fil-perijodu ta’ rapportar tas-sena Y iddeterminataskont il-punt 4;

VY

hu l-għadd ta’ vetturi tqal ġodda tal-manifattur fil-perijoduta’ rapportar tas-sena Y, għajr il-vetturi vokazzjonali, skont il-punt(a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4.

5.3.   Limitu tad-djun tal-emissjonijiet

Għal kull manifattur, il-limitu tad-djun tal-emissjonijiet (limCO2) hu ddefinit kif ġej:

Formula

fejn,

T2025

hi l-mira ta’ emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tal-manifattur fil-perijodu ta’ rapportar tas-sena 2025iddeterminata skont il-punt 4;

V2025

hu l-għadd ta’ vetturi tqal ġodda tal-manifattur fil-perijoduta’ rapportar tas-sena 2025, għajr il-vetturi vokazzjonali, skontil-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4.

5.4.   Il-krediti tal-emissjonijiet miksuba qabel is-sena 2025

Id-djun tal-emissjonijiet miksuba għall-perijodu ta’ rapportartas-sena 2025 għandhom jitnaqqsu b’ammont (redCO2) li jikkorrispondi għall-krediti tal-emissjonijiet miksuba qabeldak il-perijodu ta’ rapportar, li huma ddeterminati għal kull manifatturkif ġej:

Formula

fejn,

min

hu l-minimu taż-żewġ ċifri msemmija bejn il-parenteżi;

Formula

hi s-somma tul il-perijodi ta’ rapportar tas-snin Y mill-2019sal-2024;

dCO22025

huma d-djun tal-emissjonijiet għall-perijodu ta’ rapportartas-sena 2025 kif iddeterminati skont il-punt 5.2;

cCO2Y

huma l-krediti tal-emissjonijiet għall-perijodu ta’ rapportartas-sena Y kif iddeterminati skont il-punt 5.2.

6.   L-EMISSJONIJIET TAS-CO2 ŻEJDA TAL-MANIFATTURIMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 8(2)

Għal kull manifattur u għal kull perijodu ta’ rapportar mis-sena2025 ’il quddiem, iċ-ċifra tal-emissjonijiet tas-CO2 żejda (exeCO2Y ) għandha tiġi kkalkulata kif ġej, jekk iċ-ċifra hi pożittiva:

 

Għall-perijodu ta’ rapportar tas-sena 2025

Formula

 

Għall-perijodi ta’ rapportar tas-snin Y mill-2026 sal-2028

Formula

 

Għall-perijodu ta’ rapportar tas-sena 2029

Formula

 

Għall-perijodi ta’ rapportar tas-snin Y mill-2030 ’il quddiem

Formula

fejn,

Formula

hi s-somma tul il-perijodi ta’ rapportar tas-snin Y mill-2019sal-2025;

Formula

hi s-somma tul il-perijodi ta’ rapportar tas-snin I mill-2025sas-sena Y;

Formula

hi s-somma tul il-perijodi ta’ rapportar tas-snin J mill-2025sas-sena (Y-1);

Formula

hi s-somma tul il-perijodi ta’ rapportar tas-snin J mill-2025sal-2028;

Formula

hi s-somma tul il-perijodi ta’ rapportar tas-snin I mill-2025sal-2029;

dCO2Y

huma d-djun tal-emissjonijiet għall-perijodu ta’ rapportartas-sena Y kif iddeterminati skont il-punt 5.2;

cCO2Y

huma l-krediti tal-emissjonijiet għall-perijodu ta’ rapportartas-sena Y kif iddeterminati skont il-punt 5.2;

limCO2

hu l-limitu tad-djun tal-emissjonijiet kif iddeterminatskont il-punt 5.3;

redCO2

hu t-tnaqqis fid-djun tal-emissjonijiet tal-perijodu ta’rapportar tas-sena 2025 kif iddeterminat skont il-punt 5.4.

Fil-bqija tal-każijiet kollha, iċ-ċifra tal-emissjonijiet tas-CO2 żejda exeCO2Y għandha tiġi stabbilita bħala 0.


(1)  Ara d-definizzjonijiet tal-profil tal-missjoni taħt din it-Tabella

(2)  Ara d-definizzjonijiet tal-profil tal-missjoni taħt it-Tabella2 tal-punt 2.1


ANNESS II

Proċeduri ta’ aġġustament

1.   IL-FATTURI TAL-AĠĠUSTAMENT TAT-TAGĦBIJA MSEMMIJA FIL-PUNT C TAL-ARTIKOLU 14(1)

Soġġett għall-punt (a) tal-Artikolu 11(2), għall-finijiet tal-kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza msemmi fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1, il-ponderazzjonijiet tal-profil tal-missjoni u ċ-ċifri tat-tagħbija applikabbli fil-perijodu ta’ rapportar meta l-bidliet imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 14(1) jibdew japplikaw għall-vetturi tqal ġodda kollha għandhom jintużaw u l-emissjonijiet tas-CO2 fi g/km ta’ vettura tqila v iddeterminati għal profil ta’ missjoni mp imsemmi fit-Tabella 2 fil-punt 2.1 tal-Anness I għandhom jiġu aġġustati kif ġej:

Formula

fejn,

sg

hu s-subgrupp tal-vettura li għalih tappartjeni l-vettura v;

CO2(RP)v,mp

huma l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi ta’ vettura v fi g/km, kif iddeterminati fuq il-profil tal-missjoni mp u abbażi tad-data tal-monitoraġġ għall-perijodu ta’ referenza kif irrappurtat skont ir-Regolament (UE) 2018/956;

PL(RP)sg, mp

hi ċ-ċifra tat-tagħbija, li kienet attribwita għall-vettura v fis-subgrupp tal-vettura sg fuq il-missjoni tal-profil mp fil-perijodu ta’ referenza, skont it-Tabella 3 tal-punt 2.5 tal-Anness I, għall-finijiet tal-istabbiliment tad-data tal-monitoraġġ għall-perijodu ta’ referenza kif irrappurtat skont ir-Regolament (UE) 2018/956;

PLsg, mp

hi ċ-ċifra tat-tagħbija attribwita għall-vetturi fis-subgrupp tal-vettura sg fuq il-profil tal-missjoni mp fil-perijodu ta’ rapportar meta l-bidliet imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 14(1) jibdew japplikaw għall-vetturi tqal ġodda kollha, skont it-Tabella 3 tal-punt 2.5 tal-Anness I;

PLasg, mp

hu l-fattur tal-aġġustament tat-tagħbija ddefinit fit-Tabella 5.

Tabella 5

Fatturi tal-aġġustament tat-tagħbija PLasg, mp

PLasg,mp

(f’1/tunnellati)

Profili tal-missjoni mp (1)

RDL, RDR

REL, RER

LHL, LHR

LEL, LER

UDL, UDR

Subgruppi tal- vettura sg

4-UD

0,026

N.A.

0,015

N.A.

0,026

4-RD

4-LH

5-RD

0,022

0,022

0,017

0,017

0,022

5-LH

9-RD

0,026

0,025

0,015

0,015

0,026

9-LH

10-RD

0,022

0,021

0,016

0,016

0,022

10-LH

2.   IL-FATTURI TAL-AĠĠUSTAMENT IMSEMMIJA FIL-PUNT (B) TAL-ARTIKOLU 11(2)

Soġġett għal-punt (b) tal-Artikolu 11(2), għall-finijiet tal-kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1, il-ponderazzjonijiet tal-profil tal-missjoni u ċ-ċifri tat-tagħbija applikabbli fil-perijodu ta’ rapportar meta l-bidliet imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 14(1) jibdew japplikaw għall-vetturi tqal ġodda kollha għandhom jintużaw u l-emissjonijiet tas-CO2 fi g/km ta’ vettura tqila v iddeterminati għal profil ta’ missjoni mp imsemmi fil-punt 2.1 tal-Anness I għandhom jiġu aġġustati kif ġej:

Formula

fejn,

Formula

hi s-somma tal-vetturi rappreżentattivi kollha r għas-subgrupp tal-vettura sg;

sg

hu s-subgrupp tal-vettura li għalih tappartjeni l-vettura v;

s r,sg

hu l-piż statistiku tal-vettura rappreżentattiva r fis-subgrupp tal-vettura sg;

CO2(RP)v,mp

huma l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi ta’ vettura v fi g/km, kif iddeterminati fuq il-profil tal-missjoni mp u abbażi tad-data tal-monitoraġġ tal-perijodu ta’ referenza kif irrappurtat skont ir-Regolament (UE) 2018/956;

CO2(RP)r,mp

huma l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tal-vettura rappreżentattiva r fi g/km, kif iddeterminati fuq il-profil tal-missjoni mp skont ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu fil-perijodu ta’ referenza meta CO2(RP)v,mp ġie ddeterminat;

CO2r,mp

huma l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tal-vettura rappreżentattiva r, kif iddeterminati fuq il-profil tal-missjoni mp skont ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu fil-perijodu ta’ rapportar meta l-bidliet imsemmija fl-Artikolu 14(2) ta’ dan ir-Regolament jibdew japplikaw għall-vetturi tqal ġodda kollha.

Il-vettura rappreżentattiva r għandha tiġi ddefinita skont il-metodoloġija msemmija fl-Artikolu 14(3) ta’ dan ir-Regolament.


(1)  ara d-definizzjonijiet tal-profil tal-missjoni fil-punt 2.1 tal-Anness I.


25.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/241


REGOLAMENT (UE) 2019/1243 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-20 ta’ Ġunju 2019

li jadatta għadd ta’ atti legali li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 33, l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 53(1), l-Artikolu 62, l-Artikolu 91, l-Artikolu 100(2), l-Artikolu 114, l-Artikolu 153(2)(b), l-Artikolu 168(4)(b), l-Artikolu 172, l-Artikolu 192(1), l-Artikolu 207(2), l-Artikolu 214(3), u l-Artikolu 338(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

It-Trattat ta’ Lisbona mmodifika l-qafas legali li jirregola s-setgħat ikkonferiti lill-Kummissjoni mil-leġiżlatur, billi jintroduċi distinzjoni bejn is-setgħat iddelegati lill-Kummissjoni biex tadotta atti mhux leġiżlattivi ta’ applikazzjoni ġenerali sabiex tissupplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali ta’ att leġiżlattiv (atti delegati), u s-setgħat li ġew kkonferiti lill-Kummissjoni biex tadotta atti biex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-atti tal-Unjoni legalment vinkolanti (atti ta’ implimentazzjoni).

(2)

L-atti leġiżlattivi adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona jikkonferixxu setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta miżuri skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju stabbilita mill-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE (4).

(3)

Proposti li saru qabel b’rabta mal-allinjament tal-leġiżlazzjoni li jirreferu għall-proċedura regolatorja bi skrutinju bil-qafas legali introdott mit-Trattat ta’ Lisbona ġew irtirati (5) minħabba l-istaġnar fin-negozjati interistituzzjonali.

(4)

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni sussegwentement qablu dwar qafas ġdid għall-atti delegati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (6) u rrikonoxxew il-ħtieġa għall-allinjament tal-leġiżlazzjoni kollha eżistenti mal-qafas legali introdott mit-Trattat ta’ Lisbona. B’mod partikolari, huma qablu dwar il-ħtieġa li tingħata prijorità għolja lill-allinjament fil-pront tal-atti bażiċi kollha li għadhom jirreferu għall-proċedura regolatorja bi skrutinju. Il-Kummissjoni impenjat ruħha biex tipprepara proposta għal dan l-allinjament sa tmiem l-2016.

(5)

Il-biċċa l-kbira tas-setgħat fl-atti bażiċi li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 290(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropa (TFUE) u jenħtieġ li jiġu adattati għal dik id-dispożizzjoni.

(6)

Setgħat oħrajn fl-atti bażiċi li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 291(2) TFUE u jenħtieġ li jiġu adattati għal dik id-dispożizzjoni.

(7)

Meta jiġu kkonferiti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni, dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

(8)

F’għadd limitat ta’ atti bażiċi li attwalment jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju is-setgħat rispettivi ma għadhomx meħtieġa u għalhekk jenħtieġ li jitħassru.

(9)

Il-punt 31 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet jiddikjara li bil-kondizzjoni li l-Kummissjoni tipprovdi ġustifikazzjonijiet oġġettivi abbażi tar-rabta sostantiva bejn żewġ setgħat mogħtija jew aktar li jinsabu f’att leġiżlattiv uniku, u sakemm l-att leġiżlattiv ma jipprovdix mod ieħor, is-setgħat mogħtija jistgħu jiġu raggruppati. Il-konsultazzjonijiet fit-tħejjija ta’ atti delegati jservu wkoll biex jindikaw liema konferimenti tas-setgħat jitqiesu li huma marbuta sostanzjalment. F’każijiet bħal dawn, kwalunkwe oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill ser tindika b’mod ċar liema setgħa mogħtija qed tirrigwarda speċifikament. F’għadd limitat ta’ atti bażiċi elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament, dispożizzjoni ċara dwar l-adozzjoni ta’ atti delegati għal setgħat delegati differenti ġiet inkluża fl-att bażiku.

(10)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jaffettwax il-proċeduri pendenti li dwarhom il-kumitat diġà ta l-opinjoni tiegħu skont l-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(11)

Ladarba l-adattamenti u l-emendi li għandhom isiru jikkonċernaw biss proċeduri fil-livell tal-Unjoni, dawn ma jkollhomx għalfejn, fil-każ tad-direttivi, jiġu trasposti mill-Istati Membri.

(12)

Għalhekk jenħtieġ li l-atti kkonċernati jiġu emendati skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-atti elenkati fl-Anness huma emendati kif indikat fih.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-proċeduri pendenti li dwarhom kumitat ikun diġà ta l-opinjoni tiegħu skont l-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2019.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

G. CIAMBA


(1)  ĠU C 288, 31.8.2017, p. 29.

(2)  ĠU C 164, 8.5.2018, p. 82.

(3)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2019.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23).

(5)  ĠU C 80, 7.2.2015, p. 17.

(6)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).


ANNESS

I.   NETWERKS TA' KOMUNIKAZZJONI, KONTENUT U TEKNOLOĠIJA

1.   Ir-Regolament (KE) Nru 733/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ April 2002 dwar l-implimentazzjoni tal-Qasam tal-Ogħla Livell EU (1)

Sabiex jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-kodiċi tal-pajjiż tal-Qasam tal-Ogħla Livell (ccTLD).eu stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 733/2002, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE sabiex tissupplimenta dak ir-Regolament bil-kriterji u l-proċedura għad-deżinjazzjoni tar-Reġistru u b’regoli tal-politika pubblika dwar l-implimentazzjoni u l-funzjoni tal-Qasam tal-Ogħla Livell (TLD).eu u l-prinċipji tal-politika pubblika dwar ir-reġistrazzjoni. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 733/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 3(1), il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 5a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi jiġu stabbiliti l-kriterji u l-proċedura għad-deżinjazzjoni tar-Reġistru.

Meta, fil-każ tal-istabbiliment tal-kriterji u l-proċedura għad-deżinjazzjoni tar-Reġistru, ikun hemm raġunijiet imperattivi ta’ urġenza li jkunu jirrikjedu dan, jenħtieġ li l-proċedura prevista fl-Artikolu 5b tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu;”;

(2)

l-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Wara li tikkonsulta dan ir-Reġistru, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 5a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli tal-politika pubblika dwar l-implimentazzjoni u l-funzjoni tat-TLD.eu u l-prinċipji tal-politika pubblika dwar ir-reġistrazzjoni.”;

(b)

fil-paragrafu 2, it-tielet subparagrafu jiġi sostitwit b’li ġej:

“Meta Stat Membru jew il-Kummissjoni jqajmu oġġezzjoni, fi żmien 30 jum mill-pubblikazzjoni, għal oġġett inkluż f’lista nnotifikata, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 5a sabiex tirrimedja s-sitwazzjoni billi tissupplimenta dan ir-Regolament.”;

(3)

jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 5a

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 5(1) u (2) għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħat għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perijodi tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonax għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perijodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 3(1) u fl-Artikolu 5(1) u (2) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*1).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 5(1) u (2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 5b

Proċedura ta’ urġenza

1.   L-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni f’konformità mal-paragrafu 2. In-notifika ta’ att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet li għalihom tkun intużat il-proċedura ta’ urġenza.

2.   Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista’ joġġezzjona għal att delegat f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 5a(6). F’każ bħal dan, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att immedjatament wara n-notifika tad-deċiżjoni ta’ oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

(*1)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;"

(4)

fl-Artikolu 6, jitħassru l-paragrafi 3 u 4.

2.   Id-Deċiżjoni Nru 626/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2008 dwar l-għażla u l-awtorizzazzjoni ta’ sistemi li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita (MSS) (2)

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 626/2008/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni dwar il-modalitajiet xierqa għall-applikazzjoni kkoordinata tar-regoli dwar l-infurzar. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Għaldaqstant, id-Deċiżjoni Nru 626/2008/KE hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 9, il-paragrafu 3 jiġi sostitwit b’li ġej:

“3.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, miżuri li jiddefinixxu kwalunkwe modalità għall-applikazzjoni kkoordinata tar-regoli dwar l-infurzar imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, inklużi regoli għas-sospensjoni jew l-irtirar ikkoordinati tal-awtorizzazzjonijiet għal ksur tal-kondizzjonijiet komuni previsti fl-Artikolu 7(2). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(3).”;

(2)

fl-Artikolu 10, jitħassar il-paragrafu 4.

II.   GĦAJNUNA UMANITARJA U PROTEZZJONI ĊIVILI

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 tal-20 ta’ Ġunju 1996 rigward l-għajnuna umanitarja (3)

Minn mindu ġie adottat fl-1996, qatt ma kien hemm bżonn li jiġu adottati miżuri mill-Kummissjoni konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju sabiex jiġu emendati elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 1257/96. Lanqas ma jidher li hemm ħtieġa prevedibbli li jsir dan fil-futur. Il-possibbiltà tal-adozzjoni ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju għalhekk għandha titneħħa mir-Regolament (KE) Nru 1257/96, mingħajr ma jkun hemm ħtieġa li tingħata xi setgħa lill-Kummissjoni.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1257/96 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 15, jitħassar il-paragrafu 1;

(2)

fl-Artikolu 17, jitħassar il-paragrafu 4.

III.   IMPJIEGI, AFFARIJIET SOĊJALI U INKLUŻJONI

1.   Id-Direttiva tal-Kunsill 89/654/KEE tat-30 ta’ Novembru 1989 dwar il-ħtiġiet minimi ta’ sigurtà u ta’ saħħa fuq il-post tax-xogħol (l-ewwel direttiva individwali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (4)

Sabiex jittieħed kont tal-armonizzazzjoni teknika u l-istandardizzazzjoni tad-disinn, il-manifattura jew il-kostruzzjoni ta’ partijiet mill-postijiet tax-xogħol, il-progress tekniku, il-bidliet fir-regolamenti jew fl-ispeċifikazzjonijiet internazzjonali u l-għarfien fir-rigward tal-postijiet tax-xogħol, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE sabiex tagħmel emendi strettament tekniċi għall-Annessi għad-Direttiva 89/654/KEE. B’mod partikolari huwa importanti li waqt il-ħidma preparatorja, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2003 (5), il-Kummissjoni hija assistita mill-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol fit-tħejjija, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ attivitajiet fl-oqsma tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol.

Għaldaqstant, id-Direttiva 89/654/KEE hija emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 9

Emendi għall-Annessi

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 9a sabiex tagħmel emendi strettament tekniċi għall-Annessi, sabiex jittieħed kont tal-armonizzazzjoni teknika u l-istandardizzazzjoni tad-disinn, il-manifattura jew il-kostruzzjoni ta’ partijiet mill-postijiet tax-xogħol, il-progress tekniku, il-bidliet fir-regolamenti jew fl-ispeċifikazzjonijiet internazzjonali u l-għarfien fir-rigward tal-postijiet tax-xogħol.

Fejn, f’każijiet debitament ġustifikati u eċċezzjonali li jinvolvu riskji imminenti, diretti u serji għas-saħħa u s-sikurezza fiżiċi tal-ħaddiema u persuni oħra, raġunijiet imperattivi ta’ urġenza jeħtieġu azzjoni f’perijodu ta’ żmien qasir ħafna, jenħtieġ li l-proċedura prevista fl-Artikolu 9b tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.”;

(2)

jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 9a

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 9 għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħat għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perijodi tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonax għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perijodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 9 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*2).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 9 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 9b

Proċedura ta’ urġenza

1.   L-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni f’konformità mal-paragrafu 2. In-notifika ta’ att delegat lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet li għalihom tkun intużat il-proċedura ta’ urġenza.

2.   Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista’ joġġezzjona għal att delegat f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 9a(6). F’dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att immedjatament wara n-notifika tad-deċiżjoni ta’ oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

(*2)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”."

2.   Id-Direttiva tal-Kunsill 89/656/KEE tat-30 ta’ Novembru 1989 dwar il-ħtiġiet minimi ta’ sigurtà u ta’ saħħa għall-użu ta’ tagħmir ta’ protezzjoni personali mill-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol (It-tielet Direttiva individwali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (6)

Sabiex jittieħed kont tal-armonizzazzjoni teknika u l-istandardizzazzjoni, il-progress tekniku, il-bidliet fir-regolamenti jew fl-ispeċifikazzjonijiet internazzjonali u l-għarfien fir-rigward tat-tagħmir ta’ protezzjoni personali, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE sabiex tagħmel emendi strettament tekniċi għall-Annessi għad-Direttiva 89/656/KEE. Hija ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, anki fil-livell ta’ esperti u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċievuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2003, il-Kummissjoni hija assistita mill-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol fit-tħejjija, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ attivitajiet fl-oqsma tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol.

Għaldaqstant, id-Direttiva 89/656/KEE hija emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 9

Emendi għall-Annessi

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 9a sabiex tagħmel emendi strettament tekniċi għall-Annessi, sabiex jittieħed kont tal-armonizzazzjoni teknika u l-istandardizzazzjoni fir-rigward tat-tagħmir ta’ protezzjoni personali, il-progress tekniku, il-bidliet fir-regolamenti jew fl-ispeċifikazzjonijiet internazzjonali u l-għarfien fil-qasam tat-tagħmir ta’ protezzjoni personali.

Fejn, f’każijiet debitament ġustifikati u eċċezzjonali li jinvolvu riskji imminenti, diretti u serji għas-saħħa u s-sikurezza fiżiċi tal-ħaddiema u ta’ persuni oħra, raġunijiet imperattivi ta’ urġenza jeħtieġu azzjoni f’perijodu qasir ħafna ta’ żmien, il-proċedura prevista fl-Artikolu 9b għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.”;

(2)

jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 9a

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 9 għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħat għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perijodi tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonax għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perijodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 9 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*3).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 9 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 9b

Proċedura ta’ urġenza

1.   L-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni f’konformità mal-paragrafu 2. In-notifika ta’ att delegat lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet li għalihom tkun intużat il-proċedura ta’ urġenza.

2.   Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista’ joġġezzjona għal att delegat f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 9a(6). F’dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att immedjatament wara n-notifika tad-deċiżjoni ta’ oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

(*3)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”."

3.   Id-Direttiva tal-Kunsill 90/269/KEE tad-29 ta’ Mejju 1990 dwar il-ħtiġijiet minimi tas-saħħa u tas-sigurtà għat-tqandil manwali tat-tagħbija fejn hemm riskju partikolarment ta’ korriment tad-dahar għall-ħaddiema (Ir-raba’ Direttiva individwali fit-tifsira ta’ Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (7)

Sabiex jittieħed kont tal-progress tekniku, il-bidliet fir-regolamenti jew fl-ispeċifikazzjonijiet internazzjonali u l-għarfien fir-rigward tat-tqandil manwali tat-tagħbija fejn hemm riskju partikolarment ta’ korriment tad-dahar għall-ħaddiema, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE sabiex tagħmel emendi strettament tekniċi għall-Annessi għad-Direttiva 90/269/KEE. Hija ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, anki fil-livell ta’ esperti u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2003, il-Kummissjoni hija assistita mill-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol fit-tħejjija, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ attivitajiet fl-oqsma tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol.

Għaldaqstant, id-Direttiva 90/269/KEE hija emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 8

Emendi għall-Annessi

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 8a sabiex tagħmel emendi strettament tekniċi għall-Annessi, sabiex jittieħed kont tal-progress tekniku, il-bidliet fir-regolamenti jew fl-ispeċifikazzjonijiet internazzjonali u l-għarfien fil-qasam tat-tqandil manwali tat-tagħbija.

Fejn, f’każijiet debitament ġustifikati u eċċezzjonali li jinvolvu riskji imminenti, diretti u serji għas-saħħa u s-sikurezza fiżiċi tal-ħaddiema u ta’ persuni oħra, raġunijiet imperattivi ta’ urġenza jeħtieġu azzjoni f’perijodu qasir ħafna ta’ żmien, il-proċedura prevista fl-Artikolu 8b għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.”;

(2)

jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 8a

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 8 għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħat għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perijodi tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonax għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perijodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 8 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*4).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 8 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 8b

Proċedura ta’ urġenza

1.   L-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni f’konformità mal-paragrafu 2. In-notifika ta’ att delegat lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet li għalihom tkun intużat il-proċedura ta’ urġenza.

2.   Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista’ joġġezzjona għal att delegat f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 8a(6). F’dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att immedjatament wara n-notifika tad-deċiżjoni ta’ oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

(*4)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”."

4.   Id-Direttiva tal-Kunsill 90/270/KEE tad-29 ta’ Mejju 1990 dwar il-ħtiġijiet minimi ta’ saħħa u sigurtà għax-xogħol b’tagħmir li għandu display screen (Il-ħames Direttiva individwali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (8)

Sabiex jittieħed kont tal-progress tekniku, il-bidliet fir-regolamenti jew fl-ispeċifikazzjonijiet internazzjonali u l-għarfien fir-rigward tat-tagħmir li għandu display screen, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE sabiex tagħmel emendi strettament tekniċi għall-Annessi għad-Direttiva 90/270/KEE. Hija ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, anki fil-livell ta’ esperti u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċievuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2003, il-Kummissjoni hija assistita mill-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol fit-tħejjija, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ attivitajiet fl-oqsma tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol.

Għaldaqstant, id-Direttiva 90/270/KEE hija emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 10 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 10

Emendi għall-Anness

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 10a sabiex tagħmel emendi strettament tekniċi għall-Anness, sabiex jittieħed kont tal-progress tekniku, l-iżviluppi fir-regolamenti jew fl-ispeċifikazzjonijiet internazzjonali u l-għarfien fil-qasam tat-tagħmir li għandu display screen.

Fejn, f’każijiet debitament ġustifikati u eċċezzjonali li jinvolvu riskji imminenti, diretti u serji għas-saħħa u s-sikurezza fiżiċi tal-ħaddiema u ta’ persuni oħra, raġunijiet imperattivi ta’ urġenza jeħtieġu azzjoni f’perijodu qasir ħafna ta’ żmien, il-proċedura prevista fl-Artikolu 10b għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.”;

(2)

jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 10a

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 10 għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħat għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perijodi tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonax għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perijodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 10 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*5).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 10 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 10b

Proċedura ta’ urġenza

1.   L-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni f’konformità mal-paragrafu 2. In-notifika ta’ att delegat lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet li għalihom tkun intużat il-proċedura ta’ urġenza.

2.   Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista’ joġġezzjona għal att delegat f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 10a(6). F’dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att immedjatament wara n-notifika tad-deċiżjoni ta’ oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

(*5)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”."

5.   Id-Direttiva tal-Kunsill 92/29/KEE tal-31 ta’ Marzu 1992 dwar ħtiġiet minimi ta’ sigurtà u ta’ saħħa għal trattament mediku mtejjeb abbord bastimenti (9)

Sabiex jittieħed kont tal-progress tekniku jew tal-bidliet fir-regolamenti jew fl-ispeċifikazzjonijiet internazzjonali u tas-sejbiet ġodda fir-rigward tat-tagħmir mediku abbord bastimenti, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE sabiex tagħmel emendi strettament tekniċi għall-Annessi għad-Direttiva 92/29/KEE. B’mod partikolari huwa importanti li waqt il-ħidma preparatorja, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2003, il-Kummissjoni hija assistita mill-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol fit-tħejjija, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ attivitajiet fl-oqsma tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol.

Għaldaqstant, id-Direttiva 92/29/KEE hija emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 8

Emendi għall-Annessi

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 8a sabiex tagħmel emendi strettament tekniċi għall-Annessi, sabiex jittieħed kont tal-progress tekniku jew il-bidliet fir-regolamenti jew fl-ispeċifikazzjonijiet internazzjonali u s-sejbiet ġodda dwar it-trattament mediku abbord bastimenti.

Fejn, f’każijiet debitament ġustifikati u eċċezzjonali li jinvolvu riskji imminenti, diretti u serji għas-saħħa u s-sikurezza fiżiċi tal-ħaddiema u ta’ persuni oħra, raġunijiet imperattivi ta’ urġenza jeħtieġu azzjoni f’perijodu qasir ħafna ta’ żmien, il-proċedura prevista fl-Artikolu 8b għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.”;

(2)

jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 8a

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 8 għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħat għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perijodi tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonax għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perijodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 8 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*6).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 8 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 8b

Proċedura ta’ urġenza

1.   L-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni f’konformità mal-paragrafu 2. In-notifika ta’ att delegat lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet li għalihom tkun intużat il-proċedura ta’ urġenza.

2.   Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista’ joġġezzjona għal att delegat f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 8a(6). F’dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att immedjatament wara n-notifika tad-deċiżjoni ta’ oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

(*6)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”."

6.   Id-Direttiva tal-Kunsill 92/57/KEE tal-24 ta’ Ġunju 1992 dwar il-ħtiġiet minimi ta’ sigurtà u saħħa li għandhom jiġu implimentati f’postijiet ta’ kostruzzjoni temporanji jew mobbli (It-tmien Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (10)

Sabiex jittieħed kont tal-armonizzazzjoni teknika u l-istandardizzazzjoni, il-progress tekniku, il-bidliet fir-regolamenti jew fl-ispeċifikazzjonijiet internazzjonali u l-għarfien fir-rigward tal-postijiet ta’ kostruzzjoni temporanji jew mobbli, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE sabiex tagħmel emendi strettament tekniċi għall-Anness IV għad-Direttiva 92/57/KEE. Hija ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, anki fil-livell ta’ esperti u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2003, il-Kummissjoni hija assistita mill-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol fit-tħejjija, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ attivitajiet fl-oqsma tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol.

Għaldaqstant, id-Direttiva 92/57/KEE hija emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 13 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 13

Emendi għall-Anness IV

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 13a sabiex tagħmel emendi strettament tekniċi għall-Annessi IV, sabiex jittieħed kont tal-armonizzazzjoni teknika u l-istandardizzazzjoni fir-rigward tal-postijiet tax-xogħol temporanji jew mobbli, kif ukoll il-progress tekniku, il-bidliet fir-regolamenti jew fl-ispeċifikazzjonijiet internazzjonali u l-għarfien fil-qasam tal-postijiet tax-xogħol temporanji jew mobbli.

Fejn, f’każijiet debitament ġustifikati u eċċezzjonali li jinvolvu riskji imminenti, diretti u serji għas-saħħa u s-sikurezza fiżiċi tal-ħaddiema u ta’ persuni oħra, raġunijiet imperattivi ta’ urġenza jeħtieġu azzjoni f’perijodu qasir ħafna ta’ żmien, il-proċedura prevista fl-Artikolu 13b għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.”;

(2)

jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 13a

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 13 għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħat għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perijodi tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonax għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perijodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 13 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*7).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 13 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 13b

Proċedura ta’ urġenza

1.   L-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni f’konformità mal-paragrafu 2. In-notifika ta’ att delegat lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet li għalihom tkun intużat il-proċedura ta’ urġenza.

2.   Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista’ joġġezzjona għal att delegat f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 13a(6). F’dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att immedjatament wara n-notifika tad-deċiżjoni ta’ oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

(*7)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”."

7.   Id-Direttiva tal-Kunsill 92/58/KEE tal-24 ta’ Ġunju 1992 dwar il-ħtiġijiet minimi għall-provvista ta’ sinjali tas-sigurtà u/jew tas-saħħa fuq ix-xogħol (Id-disa’ Direttiva individwali fl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (11)

Sabiex jittieħed kont tal-armonizzazzjoni teknika u l-istandardizzazzjoni, il-progress tekniku, il-bidliet fir-regolamenti jew fl-ispeċifikazzjonijiet internazzjonali u l-għarfien fir-rigward tas-sinjali tas-sigurtà u tas-saħħa fuq ix-xogħol, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE sabiex tagħmel emendi strettament tekniċi għall-Annessi għad-Direttiva 92/58/KEE. Hija ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, anki fil-livell ta’ esperti u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċievuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2003, il-Kummissjoni hija assistita mill-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol fit-tħejjija, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ attivitajiet fl-oqsma tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol.

Għaldaqstant, id-Direttiva 92/58/KEE hija emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 9 jiġi sostitwit b’li ġej:

“Artikolu 9

Emendi għall-Annessi

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 9a sabiex tagħmel emendi strettament tekniċi għall-Annessi, sabiex jittieħed kont tal-armonizzazzjoni teknika u l-istandardizzazzjoni fir-rigward tad-disinn u l-manifattura ta’ sinjali jew tagħmir tas-sigurtà u/jew tas-saħħa fuq ix-xogħol, kif ukoll il-progress tekniku, il-bidliet fir-regolamenti jew fl-ispeċifikazzjonijiet internazzjonali u l-avvanzi fl-għarfien fil-qasam tas-sinjali jew tat-tagħmir tas-sigurtà u/jew tas-saħħa fuq ix-xogħol.

Fejn, f’każijiet debitament ġustifikati u eċċezzjonali li jinvolvu riskji imminenti, diretti u serji għas-saħħa u s-sikurezza fiżiċia tal-ħaddiema u ta’ persuni oħra, raġunijiet imperattivi ta’ urġenza jeħtieġu azzjoni f’perijodu qasir ħafna ta’ żmien, il-proċedura prevista fl-Artikolu 9b għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.”

(2)

jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 9a

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 9 għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħat għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perijodi tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonax għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perijodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 9 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*8).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 9 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 9b

Proċedura ta’ urġenza

1.   L-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni f’konformità mal-paragrafu 2. In-notifika ta’ att delegat lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet li għalihom tkun intużat il-proċedura ta’ urġenza.

2.   Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista’ joġġezzjona għal att delegat f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 9a(6). F’dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att immedjatament wara n-notifika tad-deċiżjoni ta’ oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

(*8)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”."

8.   Id-Direttiva tal-Kunsill 94/33/KE tat-22 ta’ Ġunju 1994 dwar il-protezzjoni taż-żgħażagħ fuq ix-xogħol (12)

Sabiex tinkiseb protezzjoni adegwata taż-żgħażagħ fuq ix-xogħol u sabiex jittieħed kont tal-progress tekniku, il-bidliet fir-regoli jew fl-ispeċifikazzjonijiet internazzjonali u l-avvanzi fl-għarfien, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE sabiex tagħmel emendi strettament tekniċi għall-Anness għad-Direttiva 94/33/KE. Hija ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, anki fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2003, il-Kummissjoni hija assistita mill-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol fit-tħejjija, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ attivitajiet fl-oqsma tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol.

Għaldaqstant, id-Direttiva 94/33/KE hija emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 15 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 15

Emendi għall-Anness

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 15a sabiex tagħmel emendi strettament tekniċi għall-Anness, fid-dawl tal-progress tekniku, il-bidliet fir-regolamenti jew fl-ispeċifikazzjonijiet internazzjonali u l-avvanzi fl-għarfien dwar il-protezzjoni taż-żgħażagħ fuq ix-xogħol.”;

(2)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 15a

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 15 għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħat għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perijodi tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonax għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perijodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 15 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*9).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 15 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

(*9)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”."

9.   Id-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE tas-7 ta’ April 1998 dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x’jaqsmu mal-aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol (L-erbatax-il Direttiva individwali fit-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (13)

Sabiex tinkiseb protezzjoni adegwata tal-ħaddiema mir-riskji għas-saħħa u s-sigurtà tagħhom u sabiex jittieħed kont tal-armonizzazzjoni teknika u l-istandardizzazzjoni, il-progress tekniku, il-bidliet fl-istandards jew fl-ispeċifikazzjonijiet internazzjonali u s-sejbiet ġodda dwar l-aġenti kimiċi, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE sabiex tagħmel emendi strettament tekniċi għall-Annessi għad-Direttiva 98/24/KE, u sabiex tissupplimenta dik id-Direttiva billi tistabbilixxi jew tirrevedi l-valuri limiti indikattivi tal-espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol. Hija ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, anki fil-livell ta’ esperti u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

Għaldaqstant, id-Direttiva 98/24/KE hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 3(2), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 12a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi jew tirrevedi l-valuri limiti indikattivi tal-espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, b’kont meħud tad-disponibbiltà tat-tekniki tal-kejl.

L-Istati Membri għandhom iżommu lill-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u ta’ min iħaddem informati bil-valuri limiti indikattivi tal-espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol iffissati fil-livell tal-Unjoni.

Fejn, f’każijiet debitament ġustifikati u eċċezzjonali li jinvolvu riskji imminenti, diretti u serji għas-saħħa u s-sikurezza fiżiċi tal-ħaddiema u ta’ persuni oħra, raġunijiet imperattivi ta’ urġenza jeħtieġu azzjoni f’perijodu qasir ħafna ta’ żmien, il-proċedura prevista fl-Artikolu 12b għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.”;

(2)

fl-Artikolu 12, il-paragrafu 1 jiġi sostitwit b’li ġej:

“1.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 12a sabiex tagħmel emendi strettament tekniċi għall-Annessi, sabiex jittieħed kont tal-armonizzazzjoni teknika u l-istandardizzazzjoni rigward l-aġenti kimiċi, kif ukoll il-progress tekniku, il-bidliet fl-istandards jew fl-ispeċifikazzjonijiet internazzjonali jew sejbiet ġodda fir-rigward tal-aġenti kimiċi.

Fejn, f’każijiet debitament ġustifikati u eċċezzjonali li jinvolvu riskji imminenti, diretti u serji għas-saħħa u s-sikurezza fiżiċi tal-ħaddiema u ta’ persuni oħra, raġunijiet imperattivi ta’ urġenza jeħtieġu azzjoni f’perijodu qasir ħafna ta’ żmien, il-proċedura prevista fl-Artikolu 12b għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.”;

(3)

jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 12a

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 12(1) għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħat għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perijodi tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonax għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perijodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 12(1) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata hemm. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*10).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 12(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 12b

Proċedura ta’ urġenza

1.   L-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni f’konformità mal-paragrafu 2. In-notifika ta’ att delegat lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet li għalihom tkun intużat il-proċedura ta’ urġenza.

2.   Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista’ joġġezzjona għal att delegat f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 12a(6). F’dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att immedjatament wara n-notifika tad-deċiżjoni ta’ oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

(*10)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”."

10.   Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/44/KE tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar il-ħtiġijiet minimi tas-saħħa u tas-sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji li jinħolqu mill-aġenti fiżiċi (il-vibrazzjoni) (Is-sittax-il Direttiva individwali fit-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (14)

Sabiex jittieħed kont tal-armonizzazzjoni teknika u l-istandardizzazzjoni fir-rigward tad-disinn, il-bini, il-manifattura jew il-kostruzzjoni tat-tagħmir tax-xogħol u tal-postijiet tax-xogħol, il-progress tekniku, il-bidliet fl-ispeċifikazzjonijiet jew fl-istandards Ewropej armonizzati u s-sejbiet ġodda dwar il-vibrazzjoni mekkanika, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE sabiex tagħmel emendi strettament tekniċi għall-Anness tad-Direttiva 2002/44/KE. Hija ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, anki fil-livell ta’ esperti u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2003, il-Kummissjoni hija assistita mill-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol fit-tħejjija, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ attivitajiet fl-oqsma tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2002/44/KE hija emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 11 jiġi sostitwit b’li ġej:

“Artikolu 11

Emendi għall-Anness

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 11a sabiex tagħmel emendi strettament tekniċi għall-Anness sabiex jittieħed kont tal-armonizzazzjoni teknika u l-istandardizzazzjoni fir-rigward tad-disinn, il-bini, il-manifattura jew il-kostruzzjoni tat-tagħmir tax-xogħol u tal-postijiet tax-xogħol, il-progress tekniku, il-bidliet fl-ispeċifikazzjonijiet jew fl-istandards Ewropej armonizzati u s-sejbiet ġodda dwar il-vibrazzjoni mekkanika.

Fejn, f’każijiet debitament ġustifikati u eċċezzjonali li jinvolvu riskji imminenti, diretti u serji għas-saħħa u s-sikurezza fiżiċi tal-ħaddiema u ta’ persuni oħra, raġunijiet imperattivi ta’ urġenza jeħtieġu azzjoni f’perijodu qasir ħafna ta’ żmien, il-proċedura prevista fl-Artikolu 11b għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.”;

(2)

jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 11a

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 11 għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħat għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perijodi tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonax għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perijodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 11 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*11).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 11 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 11b

Proċedura ta’ urġenza

1.   L-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni f’konformità mal-paragrafu 2. In-notifika ta’ att delegat lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet li għalihom tkun intużat il-proċedura ta’ urġenza.

2.   Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista’ joġġezzjona għal att delegat f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 11a(6). F’dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att immedjatament wara n-notifika tad-deċiżjoni ta’ oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

(*11)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;"

(3)

jitħassar l-Artikolu 12.

11.   Id-Direttiva 2003/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Frar 2003 dwar il-ħtiġiet minimi ta’ saħħa u sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni ta’ ħaddiema għal riskji li jirriżultaw minn aġenti fiżiċi (ħoss) (Is-sbatax-il Direttiva individwali skont it-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (15)

Sabiex jittieħed kont tal-armonizzazzjoni teknika u l-istandardizzazzjoni fir-rigward tad-disinn, il-bini, il-manifattura jew il-kostruzzjoni tat-tagħmir tax-xogħol u tal-postijiet tax-xogħol, il-progress tekniku, il-bidliet fl-ispeċifikazzjonijiet jew fl-istandards Ewropej armonizzati u s-sejbiet ġodda dwar il-ħoss, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE sabiex tagħmel emendi strettament tekniċi għad-Direttiva 2003/10/KE. Hija ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, anki fil-livell ta’ esperti u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2003, il-Kummissjoni hija assistita mill-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol fit-tħejjija, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ attivitajiet fl-oqsma tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2003/10/KE hija emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 12 jiġi sostitwit b’li ġej:

“Artikolu 12

Emendi għad-Direttiva

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 12a sabiex tagħmel emendi strettament tekniċi għal din id-Direttiva sabiex jittieħed kont tal-armonizzazzjoni teknika u l-istandardizzazzjoni fir-rigward tad-disinn, il-bini, il-manifattura jew il-kostruzzjoni tat-tagħmir tax-xogħol u tal-postijiet tax-xogħol, il-progress tekniku, il-bidliet fl-ispeċifikazzjonijiet jew fl-istandards Ewropej armonizzati u s-sejbiet ġodda dwar il-ħoss.

Fejn, f’każijiet debitament ġustifikati u eċċezzjonali li jinvolvu riskji imminenti, diretti u serji għas-saħħa u s-sikurezza fiżiċi tal-ħaddiema u ta’ persuni oħra, raġunijiet imperattivi ta’ urġenza jeħtieġu azzjoni f’perijodu qasir ħafna ta’ żmien, il-proċedura prevista fl-Artikolu 12b għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.”;

(2)

jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 12a

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 12 għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħat għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perijodi tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonax għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perijodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 12 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*12).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 12 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 12b

Proċedura ta’ urġenza

1.   L-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni f’konformità mal-paragrafu 2. In-notifika ta’ att delegat lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet li għalihom tkun intużat il-proċedura ta’ urġenza.

2.   Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista’ joġġezzjona għal att delegat f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 12a(6). F’dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att immedjatament wara n-notifika tad-deċiżjoni ta’ oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

(*12)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;"

(3)

jitħassar l-Artikolu 13.

12.   Id-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (Is-sitt Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE) (16)

Sabiex jittieħed kont tal-progress tekniku, il-bidliet fir-regolamenti jew fl-ispeċifikazzjonijiet internazzjonali u s-sejbiet ġodda fir-rigward tal-karċinoġeni jew il-mutaġeni, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE sabiex tagħmel emendi strettament tekniċi għall-Anness II għad-Direttiva 2004/37/KE. Hija ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, anki fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2003, il-Kummissjoni hija assistita mill-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol fit-tħejjija, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ attivitajiet fl-oqsma tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2004/37/KE hija emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 17 jiġi sostitwit b’li ġej:

“Artikolu 17

Emenda tal-Anness II

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 17a sabiex tagħmel emendi strettament tekniċi għall-Anness II, sabiex jittieħed kont tal-progress tekniku, il-bidliet fir-regolamenti jew fl-ispeċifikazzjonijiet internazzjonali u s-sejbiet ġodda fir-rigward tal-karċinoġeni jew tal-mutaġeni.

Fejn, f’każijiet debitament ġustifikati u eċċezzjonali li jinvolvu riskji imminenti, diretti u serji għas-saħħa u s-sikurezza fiżiċi tal-ħaddiema u ta’ persuni oħra, raġunijiet imperattivi ta’ urġenza jeħtieġu azzjoni f’perijodu qasir ħafna ta’ żmien, il-proċedura prevista fl-Artikolu 17b għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.”;

(2)

jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 17a

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 17 għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħat għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perijodi tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonax għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perijodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 17 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*13).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 17 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 17b

Proċedura ta’ urġenza

1.   L-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni f’konformità mal-paragrafu 2. In-notifika ta’ att delegat lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet li għalihom tkun intużat il-proċedura ta’ urġenza.

2.   Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista’ joġġezzjona għal att delegat f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 17a(6). F’dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att immedjatament wara n-notifika tad-deċiżjoni ta’ oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

(*13)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”."

13.   Id-Direttiva 2006/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar il-ħtiġijiet minimi ta’ saħħa u sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji li jirriżultaw mill-aġenti fiżiċi (radjazzjoni ottika artifiċjali) (Id-19-il Direttiva individwali fit-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (17)

Sabiex jittieħed kont tal-armonizzazzjoni teknika u l-istandardizzazzjoni fir-rigward tad-disinn, il-bini, il-manifattura jew il-kostruzzjoni tat-tagħmir tax-xogħol jew tal-postijiet tax-xogħol, il-progress tekniku, il-bidliet fl-ispeċifikazzjonijiet jew fl-istandards Ewropej armonizzati u s-sejbiet xjentifiċi ġodda dwar l-espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol għar-radjazzjoni ottika, jenħtieġ li tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE sabiex tagħmel emendi strettament tekniċi għall-Annessi għad-Direttiva 2006/25/KE. Hija ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, anki fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2003, il-Kummissjoni hija assistita mill-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol fit-tħejjija, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ attivitajiet fl-oqsma tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2006/25/KE hija emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 10 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 10

Emenda tal-Annessi

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 10a sabiex tagħmel emendi strettament tekniċi għall-Annessi, sabiex jittieħed kont tal- armonizzazzjoni teknika u l-istandardizzazzjoni fir-rigward tad-disinn, il-bini, il-manifattura jew il-kostruzzjoni tat-tagħmir tax-xogħol jew tal-postijiet tax-xogħol, il-progress tekniku, il-bidliet fl-ispeċifikazzjonijiet jew fl-istandards Ewropej armonizzati u s-sejbiet xjentifiċi ġodda dwar l-espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol għar-radjazzjoni ottika. Dawk l-emendi ma għandhomx jirriżultaw f’modifika tal-valuri limiti indikattivi stabbiliti fl-Annessi.

Fejn, f’każijiet debitament ġustifikati u eċċezzjonali li jinvolvu riskji imminenti, diretti u serji għas-saħħa u s-sikurezza fiżiċi tal-ħaddiema u ta’ persuni oħra, raġunijiet imperattivi ta’ urġenza jeħtieġu azzjoni f’perijodu qasir ħafna ta’ żmien, il-proċedura prevista fl-Artikolu 10b għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.”;

(2)

jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 10a

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 10 għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħat għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perijodi tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonax għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perijodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 10 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*14).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 10 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 10b

Proċedura ta’ urġenza

1.   L-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni f’konformità mal-paragrafu 2. In-notifika ta’ att delegat lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet li għalihom tkun intużat il-proċedura ta’ urġenza.

2.   Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista’ joġġezzjona għal att delegat f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 10a(6). F’dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att immedjatament wara n-notifika tad-deċiżjoni ta’ oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

(*14)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;"

(3)

jitħassar l-Artikolu 11.

14.   Id-Direttiva 2009/148/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji konnessi mal-espożizzjoni għall-asbestos fuq ix-xogħol (18).

Sabiex jittieħed kont tal-progress tekniku, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE sabiex temenda l-Anness I għad-Direttiva 2009/148/KE. Hija ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, anki fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2003, il-Kummissjoni hija assistita mill-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol fit-tħejjija, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ attivitajiet fl-oqsma tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2009/148/KE hija emendata kif ġej:

(1)

jitħassar l-Artikolu 9;

(2)

fl-Artikolu 18, il-paragrafu 2 jiġi sostitwit b’li ġej:

“2.   Għandha tkun disponibbli valutazzjoni tal-istat tas-saħħa ta’ kull ħaddiem qabel ma jibda jkun espost għat-trab li jiġi mill-asbestos jew minn materjali li jkun fihom l-asbestos fuq il-post tax-xogħol.

Dik il-valutazzjoni għandha tinkludi eżami speċifiku tas-sider. L-Anness I jagħti rakkomandazzjonijiet prattiċi li l-Istati Membri jistgħu jirreferu għalihom għas-sorveljanza klinika tal-ħaddiema. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 18a li jemendaw l-Anness I, sabiex jiġi adattat għall-progress tekniku.

Fejn, f’każijiet debitament ġustifikati u eċċezzjonali li jinvolvu riskji imminenti, diretti u serji għas-saħħa u s-sikurezza fiżiċi tal-ħaddiema u ta’ persuni oħra, raġunijiet imperattivi ta’ urġenza jeħtieġu azzjoni f’perijodu qasir ħafna ta’ żmien, il-proċedura prevista fl-Artikolu 18b għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.

Valutazzjoni ġdida għandha tkun disponibbli mill-anqas darba kull tliet snin sakemm tkompli l-espożizzjoni.

Għandu jiġi stabbilit rekord individwali tas-saħħa f’konformità mal-liġijiet u/jew il-prattiki nazzjonali għal kull ħaddiem imsemmi fl-ewwel subparagrafu.”;

(3)

jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 18a

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 18(2) għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħat għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perijodi tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonax għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perijodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 18(2) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*15).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 18(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 18b

1.   L-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni f’konformità mal-paragrafu 2. In-notifika ta’ att delegat lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet li għalihom tkun intużat il-proċedura ta’ urġenza.

2.   Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista’ joġġezzjona għal att delegat f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 18a(6). F’dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att immedjatament wara n-notifika tad-deċiżjoni ta’ oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

(*15)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”."

IV.   ENERĠIJA

Ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra (19)

Sabiex jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-adattamenti tekniċi għar-Regolament (KE) Nru 1222/2009, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE sabiex temenda l-Annessi għal dak ir-Regolament bil-għan li tadattahom għall-progress tekniku. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Artikolu 11 jiġi sostitwit b’li ġej:

“Artikolu 11

Emendi u adattament għall-progress tekniku

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 12a li jemendaw dan ir-Regolament fir-rigward ta’ dawn li ġejjin:

(a)

l-introduzzjoni ta’ rekwiżiti ta’ informazzjoni fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajers C2 u C3, dment li jkunu disponibbli metodi ta’ ttestjar armonizzati adatti;

(b)

l-adattament, fejn rilevanti, tal-klassifikazzjoni tal-qabda għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta’ tajers iddisinjati primarjament biex f’kundizzjonijiet ta’ silġ u/jew ta’ borra, jagħtu prestazzjoni aqwa minn dik ta’ tajer normali fir-rigward tal-abbiltà tagħhom li jibdew, imantnu, jew iwaqqfu l-moviment tal-vettura;

(c)

l-adattament tal-Annessi I sa V għall-progress tekniku.”;

(2)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 12a

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 11 għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perijodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 11 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*16).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 11 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

(*16)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;"

(3)

jitħassar l-Artikolu 13.

V.   AMBJENT

1.   Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/63/KE tal-20 ta’ Diċembru 1994 dwar il-kontroll ta’ emissjonijiet ta’ komposti organiċi volatili (VOC) li jirriżultaw mill-ħażna tal-petrol u d-distribuzzjoni tiegħu minn terminals għall-istazzjonijiet tas-servizz (20)

Sabiex jiġi żgurat li l-ispeċifikazzjonijiet għat-tagħmir ta’ tagħbija mill-qiegħ stipulati fid-Direttiva 94/63/KE jiġu riveduti, fejn xieraq, u sabiex l-Annessi jiġu adattati għall-progress tekniku, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE sabiex temenda l-Annessi għal dik id-Direttiva. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

Għaldaqstant, id-Direttiva 94/63/KE hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 4(1), is-sitt subparagrafu jiġi sostitwit b’li ġej:

“It-terminals kollha b’faċilitajiet ta’ tagħbija għall-bawżers għandhom ikunu mgħammra b’mill-anqas struttura ta’ rfid waħda li tissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet għat-tagħmir ta’ tagħbija mill-qiegħ stipulati fl-Anness IV. Il-Kummissjoni għandha terġa’ teżamina dawk l-ispeċifikazzjonijiet f’intervalli regolari u għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 7a li jemenda l-Anness IV fid-dawl tar-riżultat ta’ dak ir-rieżami.”;

(2)

l-Artikolu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 7

Adattament għall-progress tekniku

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 7a li jemendaw l-Annessi sabiex jiġu adattati għall-progress tekniku, bl-eċċezzjoni tal-valuri ta’ limitu stipulati fil-punt 2 tal-Anness II.”;

(3)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 7a

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 7 għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 4(1) u fl-Artikolu 7 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*17).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 7 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

(*17)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;"

(4)

jitħassar l-Artikolu 8.

2.   Id-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2002 li tirrigwarda l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali (21)

Sabiex id-Direttiva 2002/49/KE tiġi adattata għall-progress tekniku u xjentifiku, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE sabiex temenda l-Annessi għal dik id-Direttiva. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2002/49/KE hija emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 12a li jemendaw l-Anness II sabiex jiġu stabbiliti metodi ta’ valutazzjoni komuni għad-determinazzjoni ta’ Lden u Lnight.”;

(b)

fil-paragrafu 3, jiżdied it-tieni subparagrafu li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 12a li jemendaw l-Anness III sabiex jiġu stabbiliti metodi ta’ valutazzjoni komuni għad-determinazzjoni tal-effetti perikolużi.”;

(2)

l-Artikolu 12 jiġi sostitwit b’li ġej:

“Artikolu 12

Adattament għall-progress tekniku u xjentifiku

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 12a li jemendaw il-punt 3 tal-Anness I u l-Annessi II u III sabiex jiġu adattati għall-progress tekniku u xjentifiku.”;

(3)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 12a

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(2) u (3) u l-Artikolu 12 għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 6(2) u (3) u fl-Artikolu 12 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*18).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 6(2) u (3) u l-Artikolu 12 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

(*18)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1;”"

(4)

fl-Artikolu 13, jitħassar il-paragrafu 3;

(5)

fl-Anness III, it-tieni sentenza tal-kliem introduttorju tiġi sostitwita b’li ġejja:

“Ir-relazzjonijiet tal-effett tad-doża introdotti mir-reviżjonijiet futuri ta’ dan l-Anness jikkonċernaw, b’mod partikolari:”.

3.   Id-Direttiva 2004/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar il-limitazzjonijiet ta’ emissjonijiet ta’ kompożizzjonijiet organiċi volatili minħabba l-użu ta’ solventi f’ċerti żebgħa u lostri u prodotti ta’ lostru mill-ġdid ta’ vetturi u li temenda d-Direttiva 1999/13/KE (22)

Sabiex jiġi żgurat l-użu ta’ metodi analitiċi aġġornati għad-determinazzjoni tal-konformità mal-valuri ta’ limitu tal-kontenut ta’ kompożizzjonijiet organiċi volatili, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE sabiex temenda l-Anness III għad-Direttiva 2004/42/KE sabiex tadattah għall-progress tekniku. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2004/42/KE hija emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 11 jiġi sostitwit b’li ġej:

“Artikolu 11

Adattament għall-progress tekniku

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 11a li jemendaw l-Anness III sabiex jiġi adattat għall-progress tekniku.”;

(2)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 11a

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 11 għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 11 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*19).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 11 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

(*19)  ĠU L 123, 12.5.2016. p. 1.”;"

(3)

fl-Artikolu 12, jitħassar il-paragrafu 3.

4.   Ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 2006 dwar il-ħolqien ta’ Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE (23)

Sabiex ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 jiġi adattat għall-progress tekniku u għall-evoluzzjoni tal-liġi internazzjonali u sabiex jiġi żgurat rapportar aħjar, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE sabiex temenda l-Annessi II u III għal dak ir-Regolament bil-għan li tadattahom għall-progress tekniku jew xjentifiku jew bħala riżultat tal-adozzjoni mil-Laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta’ kwalunkwe emenda tal-Annessi għall-Protokoll tal-UNECE dwar ir-Reġistri tar-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti, kif ukoll tissupplimenta dak ir-Regolament billi tibda rapportar dwar ir-rilaxxi ta’ inkwinanti rilevanti minn sors diffuż wieħed jew aktar. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 8, il-paragrafu 3 jiġi sostitwit b’li ġej:

“3.   Meta tiddetermina li ma teżisti ebda data dwar ir-rilaxxi minn sorsi diffużi, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 18a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tibda rapportar dwar ir-rilaxxi ta’ inkwinanti rilevanti minn sors diffuż wieħed jew aktar billi jintużaw, fejn ikunu xierqa, metodoloġiji approvati f’livell internazzjonali.”;

(2)

l-Artikolu 18 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 18

Emendi għall-Annessi

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 18a li jemendaw l-Annessi II u III għall-finijiet li ġejjin:

(a)

sabiex tadattahom għall-progress tekniku jew xjentifiku;

(b)

sabiex tadattahom bħala riżultat tal-adozzjoni mil-Laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta’ kwalunkwe emenda tal-Annessi għall-Protokoll.”;

(3)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 18a

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 8(3) u l-Artikolu 18 għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 8(3) u fl-Artikolu 18 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*20).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 8(3) u l-Artikolu 18 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

(*20)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;"

(4)

fl-Artikolu 19, jitħassar il-paragrafu 3.

5.   Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (24)

Sabiex jiġi żgurat li r-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jiġi aġġornat regolarment, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE sabiex:

temenda l-Anness VI għal dak ir-Regolament sabiex tarmonizza l-klassifikazzjoni u t-tikkettar tas-sustanzi;

temenda l-Anness VIII biex tarmonizza aktar l-informazzjoni marbuta mar-reazzjoni ta’ emerġenza relatata mas-saħħa u l-miżuri preventivi;

temenda ċerti dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament u l-Annessi I sa VIII għal dak ir-Regolament sabiex tadattahom għall-progress tekniku u xjentifiku.

Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 37, il-paragrafu 5 jiġi sostitwit b’li ġej:

“5.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati mingħajr dewmien bla bżonn f’konformità mal-Artikolu 53a, fejn hija ssib li l-armonizzazzjoni tal-klassifikazzjoni u t-tikkettar tas-sustanza kkonċernata hija xierqa, sabiex temenda l-Anness VI permezz tal-inklużjoni ta’ dik is-sustanza flimkien mal-elementi rilevanti ta’ klassifikazzjoni u tikkettar fit-Tabella 3.1 tal-Parti 3 tal-Anness VI u, fejn ikunu xierqa, il-limiti speċifiċi ta’ konċentrazzjoni jew il-fatturi-M.

Entrata korrispondenti jenħtieġ li tiġi inkluża fit-Tabella 3.2 tal-Parti 3 tal-Anness VI soġġett għall-istess kundizzjonijiet, sal-31 ta’ Mejju 2015.

Meta, fil-każ tal-armonizzazzjoni tal-klassifikazzjoni u tat-tikkettar tas-sustanzi, ir-raġunijiet imperattivi ta’ urġenza jkunu jirrikjedu dan, jenħtieġ li l-proċedura prevista fl-Artikolu 53b tapplika għall-atti delegati adottati skont dan il-paragrafu.”;

(2)

fl-Artikolu 45, il-paragrafu 4 jiġi sostitwit b’li ġej:

“4.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 53a li jemendaw l-Anness VIII biex tiġi armonizzata aktar l-informazzjoni marbuta mar-reazzjoni ta’ emerġenza relatata mas-saħħa u l-miżuri preventivi, wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti, bħall-Assoċjazzjoni Ewropea ta’ Ċentri għal Kontra l-Velenu u ta’ Tossikoloġisti Kliniċi (EAPCCT).”;

(3)

fl-Artikolu 53, il-paragrafu 1 jiġi sostitwit b’li ġej:

“1.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 53a li jemendaw l-Artikolu 6(5), l-Artikolu 11(3), l-Artikoli 12 u 14, il-punt (b) tal-Artikolu 18(3), l-Artikolu 23, l-Artikoli 25 sa 29, it-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 35(2) u l-Annessi I sa VIII sabiex jiġu adattati għall-progress tekniku u xjentifiku, billi jittieħed f’kunsiderazzjoni l-iżvilupp ulterjuri tal-GHS, b’mod partikolari kwalunkwe emendi tan-NU li jirrigwardjaw l-użu ta’ informazzjoni dwar taħlitiet simili u billi jiġu kkunsidrati l-iżviluppi fi programmi kimiċi rikonoxxuti f’livell internazzjonali u tad-data minn bażijiet ta’ data dwar l-aċċidenti.

Meta jkun hemm raġunijiet imperattivi ta’ urġenza li jkunu jirrikjedu dan, jenħtieġ li l-proċedura prevista fl-Artikolu 53b tapplika għall-atti delegati adottati skont dan il-paragrafu.”;

(4)

jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 53a

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 37(5), l-Artikolu 45(4) u l-Artikolu 53(1) għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 37(5), fl-Artikolu 45(4) u fl-Artikolu 53(1) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*21).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 37(5), l-Artikolu 45(4) u l-Artikolu 53(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 53b

Proċedura ta’ urġenza

1.   L-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni f’konformità mal-paragrafu 2. In-notifika ta’ att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet li għalihom tkun intużat il-proċedura ta’ urġenza.

2.   Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista’ joġġezzjona għal att delegat f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 53a(6). F’każ bħal dan, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att immedjatament wara n-notifika tad-deċiżjoni ta’ oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

Artikolu 53c

Atti delegati separati għal setgħat delegati differenti

Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat separat fir-rigward ta’ kull setgħa delegata lilha skont dan ir-Regolament.

(*21)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;"

(5)

fl-Artikolu 54, jitħassru l-paragrafi 3 u 4.

6.   Id-Direttiva 2009/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar il-Fażi II tal-irkupru tal-fwar tal-petrol waqt ir-riforniment bil-karburant tal-vetturi bil-mutur fl-istazzjonijiet ta’ servizz (25)

Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-istandards rilevanti mħejjija mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE sabiex temenda ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/126/KE sabiex tadattahom għall-progress tekniku. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2009/126/KE hija emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 8

Adattamenti tekniċi

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 8a li jemendaw l-Artikoli 4 u 5 sabiex jiġu adattati għall-progress tekniku, fejn meħtieġ, sabiex tiżgura l-konsistenza ma’ kwalunkwe standard rilevanti mħejji mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN).

Id-delega tas-setgħa msemmija fl-ewwel paragrafu ma għandhiex tapplika għall-effikaċja tal-qbid tal-fwar tal-petrol u l-proporzjon ta’ fwar/petrol speċifikati fl-Artikolu 4 u għall-perijodi ta’ żmien speċifikati fl-Artikolu 5.”;

(2)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 8a

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 8 għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 8 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*22).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 8 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

(*22)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;"

(3)

jitħassar l-Artikolu 9.

VI.   Eurostat

1.   Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90, kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (26)

Sabiex ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 jiġi adattat għall-iżviluppi ekonomiċi u teknoloġiċi u sabiex NACE Rev. 2 tiġi allinjata ma’ klassifikazzjonijiet ekonomiċi u soċjali oħrajn, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE sabiex temenda l-Anness I għal dak ir-Regolament. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu jiġi sostitwit b’li ġej:

“Atti delegati u ta’ implimentazzjoni”;

(b)

il-paragrafu 2 jiġi sostitwit b’li ġej:

“2.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 6a li jemenda l-Anness I sabiex jiġu kkunsidrati l-iżviluppi ekonomiċi jew teknoloġiċi jew sabiex tallinjah ma’ klassifikazzjonijiet ekonomiċi u soċjali oħrajn.”;

(2)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 6a

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa li jiġu adottati l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 6(2) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*23).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 6(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

(*23)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;"

(3)

fl-Artikolu 7, jitħassar il-paragrafu 3.

2.   Ir-Regolament (KE) Nru 451/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi klassifikazzjoni statistika ġdida tal-prodotti skont l-attività (KPA) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3696/93 (27)

Sabiex ir-Regolament (KE) Nru 451/2008 jiġi adattat għall-iżviluppi ekonomiċi jew teknoloġiċi u jiġi allinjat ma’ klassifikazzjonijiet ekonomiċi u soċjali oħrajn, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE sabiex temenda l-Anness għal dak ir-Regolament. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 451/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu jiġi sostitwit b’li ġej:

“Atti delegati u ta’ implimentazzjoni”;

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 6a li jemendaw l-Anness sabiex jiġu kkunsidrati l-iżviluppi ekonomiċi jew teknoloġiċi jew sabiex jiġi allinjat ma’ klassifikazzjonijiet ekonomiċi u soċjali oħrajn.

Meta teżerċita dik is-setgħa, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-atti delegati ma jimponux piż jew spiża addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri jew fuq ir-rispondenti.”;

(2)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 6a

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa li jiġu adottati l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 6(2) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*24).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 6(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

(*24)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;"

(3)

fl-Artikolu 7, jitħassar il-paragrafu 3.

VII.   SUQ INTERN, INDUSTRIJA, INTRAPRENDITORIJA U SMES

1.   Id-Direttiva tal-Kunsill 76/211/KEE tal-20 ta’ Jannar 1976 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-prekundizzjonament bil-piż jew bil-volum ta’ ċerti prodotti f’imballaġġ minn qabel (28)

Sabiex id-Direttiva 76/211/KEE tiġi adattata għall-progress tekniku, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE sabiex temenda l-Annessi I u II għal dik id-Direttiva. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

Għaldaqstant, id-Direttiva 76/211/KEE hija emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 6

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 6a li jemendaw l-Annessi I u II biex jiġu adattati għall-progress tekniku.”;

(2)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 6a

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 6 għal perijodu ta’ żmien ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 6 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*25).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 6 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

(*25)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;"

2.   Id-Direttiva 2000/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar emissjoni tal-ħoss fl-ambjent minn tagħmir għall-użu ta’ barra (29)

Sabiex id-Direttiva 2000/14/KE tiġi adattata għall-progress tekniku, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE sabiex temenda l-Anness III għal dik id-Direttiva. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2000/14/KE hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 18, jitħassar il-paragrafu 2;

(2)

l-Artikolu 18a jiġi sostitwit b’li ġej:

“Artikolu 18a

Emendi għall-Anness III

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 18b li jemendaw l-Anness III sabiex jiġi adattat għall-progress tekniku. Dawk l-atti delegati ma għandu jkollhom ebda impatt dirett fuq il-livell imkejjel tal-potenza akustika tat-tagħmir elenkat fl-Artikolu 12, b’mod partikolari permezz tal-inklużjoni ta’ referenzi għall-istandards Ewropej rilevanti.”;

(3)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 18b

Eżerċizzju tad-delega

1.   Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 18a għal perijodu ta’ żmien ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport b’rabta mad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħat għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perijodi tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonax għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perijodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 18a tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata hemm. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*26).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 18a għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

(*26)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;"

(4)

fl-Artikolu 19, jitħassar il-punt (b).

3.   Direttiva 2004/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 dwar l-ispezzjoni u verifika ta’ prassi tajba ta’ laboratorji (GLP) (30)

Sabiex jiġi adottat l-adattament tekniku meħtieġ għad-Direttiva 2004/9/KE, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE sabiex:

temenda dik id-Direttiva sabiex issolvi n-nuqqas ta’ qbil b’rabta mal-konformità mal-GLP;

temenda l-formula tal-approvazzjoni f’dik id-Direttiva;

temenda l-Anness I għal dik id-Direttiva sabiex tikkunsidra l-progress tekniku.

Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2004/9/KE hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 6, il-paragrafu 3 jiġi sostitwit b’li ġej:

“3.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 6a li jemendaw din id-Direttiva sabiex jiġu riżoluti l-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1. L-emendi għall-Anness I ma għandhomx ibiddlu n-natura tiegħu li jipprovdi gwida għall-proċeduri ta’ kontroll ta’ konformità għall-GLP u għat-twettiq ta’ spezzjonijiet tal-faċilità tat-testijiet u l-eżamijiet tal-istudju.”;

(2)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 6a

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(3) u l-Artikolu 8(2) għal perijodu ta’ żmien ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 6(3) u fl-Artikolu 8(2) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*27).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 6(3) u l-Artikolu 8(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

(*27)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;"

(3)

fl-Artikolu 7, jitħassar il-paragrafu 3;

(4)

fl-Artikolu 8, il-paragrafu 2 jiġi sostitwit b’li ġej:

“2.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 6a li jemendaw:

(a)

il-formula fl-Artikolu 2(2);

(b)

l-Anness I, sabiex tikkunsidra l-progress tekniku.”.

4.   Id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006, dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (31)

Sabiex jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-iżviluppi ġodda, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE sabiex temenda l-lista indikattiva ta’ komponenti tas-sikurezza fl-Anness V għad-Direttiva 2006/42/KE. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-Direttiva Nru 2006/42/KE, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-miżuri meħtieġa għat-trattament ta’ makkinarju potenzjalment perikoluż. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2006/42/KE hija emendata kif ġej:

(1)

fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 2, it-tieni subparagrafu tal-punt (c) jiġi sostitwit b’li ġej:

“Lista indikattiva tal-komponenti tas-sikurezza tinsab fl-Anness V.”;

(2)

fl-Artikolu 8, il-paragrafu 1 jiġi sostitwit b’li ġej:

“1.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 21a li jemendaw l-Anness V sabiex tiġi aġġornata l-lista indikattiva ta’ komponenti tas-sikurezza.”;

(3)

fl-Artikolu 9(3), it-tieni u t-tielet subparagrafi jiġu sostitwiti b’li ġej:

“Filwaqt li tieħu kont dovut tar-riżultati ta’ dik il-konsultazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri meħtieġa permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 22(3).”;

(4)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 21a

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 8(1) għal perijodu ta’ żmien ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu..

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 8(1) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*28).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 8(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

(*28)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;"

(5)

fl-Artikolu 22, il-paragrafu 3 jiġi sostitwit b’li ġej:

“3.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*29).

(*29)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).”."

5.   Id-Direttiva 2009/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar dispożizzjonijiet komuni kemm għall-istrumenti tal-kejl kif ukoll għall-metodi ta’ kontroll metroloġiku (32)

Sabiex jiġi żgurat li jsiru l-adattamenti tekniċi meħtieġa għad-Direttiva 2009/34/KE, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE biex temenda l-Annessi għal dik id-Direttiva biex tadattahom għall-progress tekniku. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

Sa fejn hija kkonċernata s-setgħa mogħtija fl-Artikolu 5(3), li tistabbilixxi li l-Istati Membri li taw l-approvazzjoni limitata ta’ mudell KE għandhom japplikaw għal aġġustament għall-progress tekniku tal-Annessi I u II, tali approvazzjonijiet limitati ta’ mudell KE ma għadhomx jeżistu. Għalhekk, is-setgħa mogħtija msemmija fl-Artikolu 5(3) jenħtieġ li titħassar.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2009/34/KE hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 5, jitħassar il-paragrafu 3;

(2)

l-Artikolu 16 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 16

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 16a li jemendaw l-Annessi I u II biex jiġu adattati għall-progress tekniku.”;

(3)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 16a

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 16 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ żmien ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ta' ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 16 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*30).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 16 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

(*30)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;"

(4)

jitħassar l-Artikolu 17.

6.   Id-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità (33)

Sabiex jiġi żgurat li l-lista ta’ prodotti relatati mad-difiża stabbilita fl-Anness għad-Direttiva 2009/43/KE tkun tikkorrispondi strettament għal-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE biex temenda dak l-Anness u temenda dik id-Direttiva fir-rigward taċ-ċirkostanzi li fihom l-Istati Membri jistgħu jeżentaw it-trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża mill-obbligu ta’ awtorizzazzjoni minn qabel. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2009/43/KE hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 4, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 13a li jemendaw il-paragrafu 2, fuq it-talba ta’ Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, sabiex jiġu inklużi każijiet fejn:

(a)

it-trasferiment isir taħt kundizzjonijiet li ma jaffettwawx l-ordni pubbliku jew is-sigurtà pubblika;

(b)

l-obbligu ta’ awtorizzazzjoni minn qabel ikun sar inkompatibbli mal-impenji internazzjonali tal-Istati Membri sussegwenti għall-adozzjoni ta’ din id-Direttiva;

(c)

ikun meħtieġ għall-kooperazzjoni intergovernattiva, kif imsemmi fl-Artikolu 1(4).”;

(2)

l-Artikolu 13 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 13

Emendi għall-Anness

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 13a li jemendaw il-lista ta’ prodotti relatati mad-difiża stabbilita fl-Anness, sabiex din tkun tikkorrispondi strettament għal-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea.

Fejn ikun hemm raġunijiet imperattivi ta’ urġenza li jkunu jirrikjedu dan, il-proċedura prevista fl-Artikolu 13b għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.”;

(3)

jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 13a

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 13 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ żmien ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 4(3) u fl-Artikolu 13 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*31).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 13 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw ikunu t-tnejn infurmaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 13b

Proċedura ta’ urġenza

1.   L-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika ta’ att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet li għalihom tkun intużat il-proċedura ta’ urġenza.

2.   Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista’ joġġezzjona għal att delegat f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 13a(6). F’dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att immedjatament wara n-notifika tad-deċiżjoni ta’ oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

(*31)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;"

(4)

jitħassar l-Artikolu 14.

7.   Ir-Regolament (KE) Nru 79/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Jannar 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi motorizzati li jaħdmu bl-idroġenu u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE (34)

Sabiex ir-Regolament (KE) Nru 79/2009 jiġi adattat għall-progress tekniku fir-rigward tas-sikurezza ta’ vettura motorizzata li taħdem bl-idroġenu, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE biex tissupplimenta dak ir-Regolament b’rekwiżiti tekniċi għal tali vetturi, kif ukoll b’dispożizzjonijiet amministrattivi, mudelli għad-dokumenti amministrattivi u mudelli għall-immarkar. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 79/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Artikolu 12 jiġi sostitwit b’li ġej:

“Artikolu 12

Setgħat delegati

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 12a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress tekniku billi jiġu stabbiliti:

(a)

regoli dettaljati għall-proċeduri tal-ittestjar stabbiliti fl-Annessi II sa V;

(b)

regoli dettaljati dwar ir-rekwiżiti għall-installazzjoni tal-komponenti u tas-sistemi tal-idroġenu stabbiliti fl-Anness VI;

(c)

regoli dettaljati dwar ir-rekwiżiti għall-funzjonament sikur u affidabbli tal-komponenti u tas-sistemi tal-idroġenu stabbiliti fl-Artikolu 5;

(d)

l-ispeċifikazzjonijiet għar-rekwiżiti li jirrigwardjaw kwalunkwe wieħed mill-punti li ġejjin:

(i)

l-użu ta’ idroġenu pur jew ta’ taħlita ta’ idroġenu u gass naturali/bijometanu;

(ii)

forom ġodda ta’ ħażna jew użu tal-idroġenu;

(iii)

il-protezzjoni tal-vetturi mill-impatti fir-rigward tal-integrità tal-komponenti u tas-sistemi tal-idroġenu;

(iv)

ir-rekwiżiti tas-sikurezza ta’ sistema integrata, li jkopru mill-anqas l-individwazzjoni ta’ tnixxija u r-rekwiżiti li jirrigwardjaw il-gass mitiganti;

(v)

l-iżolament elettriku u s-sikurezza elettrika;

(e)

dispożizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vetturi fir-rigward tal-propulsjoni bl-idroġenu u ta’ komponenti u sistemi tal-idroġenu;

(f)

regoli dwar l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-manifatturi għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip u l-ispezzjoni msemmija fl-Artikolu 4(4) u (5);

(g)

regoli dettaljati għall-ittikkettar jew mezzi oħrajn ta’ identifikazzjoni ċara u rapida tal-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu msemmija fil-punt 16 tal-Anness VI; u

(h)

miżuri oħra meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.”;

(2)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 12a

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 12 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ żmien ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 12 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*32).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 12 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

(*32)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;"

(3)

jitħassar l-Artikolu 13.

8.   Id-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li temenda d-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE (35)

Sabiex id-Direttiva 2009/81/KE tiġi adattata għall-iżviluppi tekniċi, ekonomiċi u regolatorji, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE biex temenda l-ammonti ta’ limitu għall-kuntratti bil-għan li tallinjahom ma’ dawk stipulati fid-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (36), biex temenda r-referenzi għall-Vokabularju Komuni tal-Akkwist (nomenklatura tas-CPV) u temenda ċerti numri ta’ referenza fin-nomenklatura tas-CPV u l-proċeduri għar-referenza fl-avviżi għal ċerti intestaturi fin-nomenklatura tas-CPV. Minħabba li d-dettalji tekniċi u l-karatteristiċi tal-apparat għal irċevuta elettronika jenħtieġ li jinżammu aġġornati mal-iżviluppi teknoloġiċi, jenħtieġ ukoll li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li temenda d-dettalji tekniċi u l-karatteristiċi tal-apparat għal irċevuta elettronika.]. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2009/81/KE hija emendata kif ġej:

(1)

jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 66a

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 68(1) u l-Artikolu 69(2) hija mogħtija lill-Kummissjoni perijodu ta’ żmien ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 68(1) u fl-Artikolu 69(2) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*33).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 68(1) u l-Artikolu (69)(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 66b

Proċedura ta’ urġenza

1.   L-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni f’konformità mal-paragrafu 2. In-notifika ta’ att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet li għalihom tkun intużat il-proċedura ta’ urġenza.

2.   Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista’ joġġezzjona għal att delegat f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 66a(6). F’dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att immedjatament wara n-notifika tad-deċiżjoni ta’ oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

(*33)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;"

(2)

fl-Artikolu 67, jitħassru l-paragrafi 3 u 4;

(3)

l-Artikolu 68(1) huwa emendat kif ġej:

(a)

it-tieni subparagrafu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 66a li jemendaw il-limiti stabbiliti previsti fl-ewwel subparagrafu.”;

(b)

jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Meta jkun meħtieġ li jiġu riveduti l-limiti stabbiliti previsti fl-ewwel subparagrafu, filwaqt li l-limitazzjonijiet taż-żmien jipprevjenu l-użu tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 66a u, għalhekk, ikun hemm raġunijiet imperattivi ta’ urġenza li jkunu jirrikjedu dan, il-proċedura prevista fl-Artikolu 66b għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan il-paragrafu.”;

(4)

fl-Artikolu 69, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 66a li jemendaw:

(a)

in-numri ta’ referenza għan-nomenklatura CPV stabbiliti fl-Annessi I u II, sa fejn dan ma jbiddilx il-kamp ta’ applikazzjoni materjali ta’ din id-Direttiva, u l-proċeduri għal referenza fl-avviżi għal intestaturi partikolari fin-nomenklatura CPV fi ħdan il-kategoriji ta’ servizzi elenkati f’dawk l-Annessi;

(b)

id-dettalji u l-karatteristiċi tekniċi tat-tagħmir għar-riċeviment elettroniku msemmija fil-punti (a), (f) u (g) tal-Anness VIII.”.

VIII.   ĠUSTIZZJA U KONSUMATURI

1.   Id-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (l-għaxar Direttiva partikolari fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (37)

Sabiex jittieħed kont tal-progress tekniku, il-bidliet fir-regolamenti jew fl-ispeċifikazzjonijiet internazzjonali u s-sejbiet ġodda, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE biex tagħmel emendi strettament tekniċi għall-Anness I għad-Direttiva 92/85/KEE. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2003, il-Kummissjoni hija assistita mill-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol fit-tħejjija, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ attivitajiet fl-oqsma tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol.

Għaldaqstant, id-Direttiva 92/85/KEE hija emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 13 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 13

Emendi għall-Anness I

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 13a sabiex tagħmel emendi strettament tekniċi għall-Anness I, sabiex jittieħed kont tal-progress tekniku, il-bidliet fir-regolamenti jew fl-ispeċifikazzjonijiet internazzjonali u s-sejbiet ġodda.

Fejn, f’każijiet debitament ġustifikati u eċċezzjonali li jinvolvu riskji imminenti, diretti u serji għas-saħħa u s-sikurezza fiżiċi tal-ħaddiema u ta’ persuni oħra, raġunijiet imperattivi ta’ urġenza jeħtieġu azzjoni f’perijodu qasir ħafna ta’ żmien, il-proċedura prevista fl-Artikolu 13b għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.”;

(2)

jiddaħħlu dawn li ġejjin:

“Artikolu 13a

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 13 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħat għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonax għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 13 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*34).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 13 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 13b

Proċedura ta’ urġenza

1.   L-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni f’konformità mal-paragrafu 2. In-notifika ta’ att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet li għalihom tkun intużat il-proċedura ta’ urġenza.

2.   Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista’ joġġezzjona għal att delegat f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 13a(6). F’każ bħal dan, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att immedjatament wara n-notifika tad-deċiżjoni ta’ oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

(*34)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”."

2.   Id-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (38)

Sabiex id-Direttiva 2008/48/KE tiġi aġġornata, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE biex temenda dik id-Direttiva bil-għan li żżid suppożizzjonijiet addizzjonali għall-kalkolu tar-rata perċentwali annwali tal-imposta jew timmodifika s-suppożizzjonijiet eżistenti. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2008/48/KE hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 19, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   Fejn meħtieġ, is-suppożizzjonijiet addizzjonali stabbiliti fl-Anness I jistgħu jintużaw fil-kalkolu tar-rata perċentwali annwali tal-imposta.

Jekk is-suppożizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Parti II tal-Anness I ma jkunux biżżejjed biex ir-rata perċentwali annwali tal-imposta tiġi kkalkolata b’mod uniformi jew ma jkunux għadhom adatti għas-sitwazzjonijiet kummerċjali fis-suq, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 24a li jemendaw dan l-Artikolu u l-Parti II tal-Anness I biex jiżdiedu s-suppożizzjonijiet addizzjonali meħtieġa għall-kalkolu tar-rata perċentwali annwali tal-imposta jew biex jiġu modifikati dawk eżistenti.”;

(2)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 24a

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 19(5) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 19(5) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*35).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 19(5) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

(*35)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;"

(3)

jitħassar l-Artikolu 25.

IX.   MOBBILTÀ U TRASPORT

1.   Id-Direttiva tal-Kunsill 95/50/KE tas-6 ta’ Ottubru 1995 dwar proċeduri uniformi għal verifiki fuq it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq (39)

Sabiex id-Direttiva 95/50/KE tiġi adattata għall-progress tekniku u xjentifiku, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE biex temenda l-Annessi għal dik id-Direttiva, b’mod partikolari biex jittieħed kont tal-emendi għad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (40). Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

Għaldaqstant, id-Direttiva 95/50/KE hija emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 9a huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 9a

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 9aa li jemendaw l-Annessi sabiex jiġu adattati għall-progress tekniku u xjentifiku fl-oqsma koperti minn din id-Direttiva, b’mod partikolari biex jittieħed kont tal-emendi tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*36).

(*36)  Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13).”;"

(2)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 9aa

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 9a hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 9a tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*37).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 9a għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

(*37)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;"

(3)

jitħassar l-Artikolu 9b.

2.   Id-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE (41)

Sabiex id-Direttiva 2002/59/KE tiġi adattata għall-evoluzzjoni tal-liġi internazzjonali u tal-Unjoni u għall-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tagħha, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE biex temenda:

ir-referenzi għall-istrumenti tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) u tal-Unjoni f’dik id-Direttiva, sabiex iġġibhom f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali jew tal-Unjoni,

ċerti referenzi f’dik id-Direttiva, sabiex iġġibhom f’konformità ma’ dispożizzjonijiet oħrajn tal-liġi internazzjonali jew tal-Unjoni;

l-Annessi I, III u IV għal dik id-Direttiva fid-dawl tal-progress tekniku u l-esperjenza miksuba b’dik id-Direttiva.

Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2002/59/KE hija emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 27 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 27

Emendi

1.   Fl-ambitu ta’ din id-Direttiva kif definit fl-Artikolu 2, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 27a li jemendaw ir-referenzi għall-istrumenti tal-OMI u tal-Unjoni f’din id-Direttiva u d-definizzjonijiet fl-Artikolu 3 u l-Annessi sabiex jinġiebu f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali jew tal-Unjoni li ġew adottati jew emendati jew li daħlu fis-seħħ.

2.   Fl-ambitu ta’ din id-Direttiva kif definit fl-Artikolu 2, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 27a li jemendaw l-Annessi I, III u IV fid-dawl tal-progress tekniku u l-esperjenza miksuba b’din id-Direttiva.”;

(2)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 27a

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 27 għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 27 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*38).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 27 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

(*38)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;"

(3)

jitħassar l-Artikolu 28.

3.   Ir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Bastimenti (COSS) u li jemenda r-Regolamenti dwar is-sigurtà marittima u l-prevenzjoni ta’ tniġġis minn bastimenti (42)

Sabiex tiġi aġġornata l-lista ta’ atti tal-Unjoni li jirreferu għall-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Bastimenti (COSS) fir-Regolament (KE) Nru 2099/2002, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE biex temenda dak ir-Regolament bil-għan li tinkludi referenza għall-atti tal-Unjoni li jagħtu setgħat lis-COSS illi daħlu fis-seħħ. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 3, jitħassar il-paragrafu 3;

(2)

l-Artikolu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 7

Is-setgħat tas-COSS u l-emendi

Is-COSS għandu jeżerċita s-setgħat mogħtija lilu permezz tal-leġiżlazzjoni marittima tal-Unjoni fis-seħħ.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 7a li jemendaw il-punt 2 tal-Artikolu 2 sabiex jiġu inklużi referenza għall-atti tal-Unjoni li jagħtu setgħat lis-COSS illi daħlu fis-seħħ wara l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.”;

(3)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 7a

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 7 għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 7 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*39).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 7 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

(*39)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”."

4.   Id-Direttiva 2003/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ April 2003 dwar il-ħtiġiet ta’ stabbiltà speċifiċi għall-vapuri tal-passiġġieri ro-ro (43)

Sabiex id-Direttiva 2003/25/KE tiġi adattata għall-progress tekniku, għall-iżviluppi fil-livell internazzjonali u għall-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tagħha, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE biex temenda l-Annessi għal dik id-Direttiva. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2003/25/KE hija emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 10 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 10

Emenda tal-Annessi

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 10a li jemendaw l-Annessi sabiex jittieħed kont tal-iżviluppi fil-livell internazzjonali, b’mod partikolari fl-OMI, u biex tittejjeb l-effettività ta’ din id-Direttiva fid-dawl tal-esperjenza u l-progress tekniku.”;

(2)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 10a

Eżerċizzju tad-delega

1.   Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 10 għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 10 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*40).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 10 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

(*40)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;"

(3)

jitħassar l-Artikolu 11.

5.   Id-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perijodiku ta’ sewwieqa ta’ ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta’ prodotti jew passiġġieri, li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u d-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 76/914/KEE (44)

Sabiex id-Direttiva 2003/59/KE tiġi adattata għall-progress xjentifiku u tekniku, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE biex temenda l-Annessi I u II għal dik id-Direttiva. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2003/59/KE hija emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 11 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 11

Adattament għall-progress xjentifiku u tekniku

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 11a li jemendaw l-Annessi I u II biex jiġu adattati għall-progress tekniku u xjentifiku.”;

(2)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 11a

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 11 għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 11 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*41).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 11 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

(*41)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;"

(3)

jitħassar l-Artikolu 12.

6.   Ir-Regolament (KE) Nru 785/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar ir-rekwiżiti tal-assigurazzjoni tat-trasportaturi tal-ajru u l-operaturi tal-ajruplani (45)

Sabiex ir-Regolament (KE) Nru 785/2004 jiġi adattat għall-evoluzzjoni tal-liġi internazzjonali, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE biex tkun tista’ temenda ċerti valuri f’dak ir-Regolament fid-dawl tal-emendi fil-ftehimiet internazzjonali. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 785/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 6, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 8a li jemendaw il-valuri msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, meta l-emendi għall-ftehimiet internazzjonali rilevanti jagħmlu dan neċessarju.”;

(2)

fl-Artikolu 7, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 8a li jemendaw il-valuri msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, meta l-emendi għall-ftehimiet internazzjonali rilevanti jagħmlu dan neċessarju.”;

(3)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 8a

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa li jiġu adottati l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(5) u l-Artikolu 7(2) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 6(5) u fl-Artikolu 7(2) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*42).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 6(5) u l-Artikolu 7(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

(*42)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;"

(4)

fl-Artikolu 9, jitħassar il-paragrafu 3.

7.   Ir-Regolament (KE) Nru 789/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar it-trasferiment tal-bastimenti tat-tagħbija u tal-passiġġieri bejn ir-reġistri ġewwa l-Komunità u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 613/91 (46)

Sabiex ir-Regolament (KE) Nru 789/2004 jiġi adattat għall-iżviluppi fil-livell internazzjonali, b’mod partikolari fl-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali, u biex tittejjeb l-effettività ta’ dak ir-Regolament fid-dawl tal-esperjenza u l-progress tekniku, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 789/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 7, jitħassar il-paragrafu 3;

(2)

fl-Artikolu 9, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament kif definit fl-Artikolu 3, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 9a li jemendaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 sabiex jittieħed kont tal-iżviluppi fil-livell internazzjonali, b’mod partikolari fl-OMI, u biex tittejjeb l-effettività ta’ din id-Direttiva fid-dawl tal-esperjenza u l-progress tekniku.”;

(3)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 9a

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 9(1) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 9(1) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*43).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 9(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

(*43)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”."

8.   Id-Direttiva 2005/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar is-Servizzi Armonizzati ta’ Informazzjoni tax-Xmajjar (RIS) f’passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità (47)

Sabiex id-Direttiva 2005/44/KE tiġi adattata għall-progress tekniku u tittieħed kunsiderazzjoni tal-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni tagħha, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE biex temenda l-Annessi I u II għal dik id-Direttiva. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2005/44/KE hija emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 10 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 10

Emendi għall-Annessi I u II

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 10a li jemendaw l-Annessi I u II fid-dawl tal-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u sabiex jadattaw dawk l-Annessi għall-progress tekniku.”;

(2)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 10a

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 10 għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 10 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*44).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 10 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

(*44)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;"

(3)

fl-Artikolu 11, jitħassar il-paragrafu 4.

9.   Id-Direttiva 2005/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar it-titjib tas-sigurtà fil-portijiet (48)

Sabiex jiġu aġġornati l-miżuri tekniċi meħtieġa biex jiżguraw is-sigurtà fil-portijiet fuq bażi regolari, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE biex temenda l-Annessi I sa IV għad-Direttiva 2005/65/KE. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2005/65/KE hija emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 14 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 14

Emendi għall-Annessi I sa IV

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 14a li jemendaw l-Annessi I sa IV sabiex jiġu adattati għall-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tagħhom mingħajr ma jitwessa’ l-ambitu ta’ din id-Direttiva.

Meta, fil-każ tal-emendi meħtieġa għall-adattament tal-Annessi I sa IV, ir-raġunijiet imperattivi ta’ urġenza jkunu jirrikjedu dan, il-proċedura prevista fl-Artikolu 14b għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.”;

(2)

jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 14a

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 14 għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 14 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*45).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 14 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 14b

Proċedura ta’ urġenza

1.   L-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni f’konformità mal-paragrafu 2. In-notifika ta’ att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet li għalihom tkun intużat il-proċedura ta’ urġenza.

2.   Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista’ joġġezzjona għal att delegat f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 14a(6). F’każ bħal dan, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att immedjatament wara n-notifika tad-deċiżjoni ta’ oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

(*45)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;"

(3)

jitħassar l-Artikolu 15.

10.   Ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ kumpanniji tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpannija tal-ajru li topera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (49)

Sabiex ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 jiġi adattat għall-progress tekniku u xjentifiku u biex jiġu speċifikati aktar il-proċeduri applikabbli, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE biex temenda l-Anness għal dak ir-Regolament u tissupplimenta dak ir-Regolament b’regoli dettaljati fir-rigward ta’ ċerti proċeduri. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 3, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Il-kriterji komuni biex tiġi imposta projbizzjoni operattiva fuq trasportatur tal-ajru, li għandhom ikunu bbażati fuq l-istandards rilevanti tas-sikurezza, huma stabbiliti fl-Anness u minn hawn ‘il quddiem issir referenza għalihom bħala “kriterji komuni”.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 14a li jemendaw l-Anness sabiex jiġu mmodifikati l-kriterji komuni bil-għan li jiġu kkunsidrati l-iżviluppi tekniċi u xjentifiċi.”;

(2)

l-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 8

Regoli dettaljati

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 14a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistipula regoli dettaljati fir-rigward tal-proċeduri msemmija f’dan il-Kapitolu filwaqt li jittieħed kont debitu tal-ħtieġa li jittieħdu deċiżjonijiet malajr fuq l-aġġornament tal-lista Komunitarja.

Meta, fil-każ tal-miżuri msemmija fl-ewwel paragrafu, ir-raġunijiet imperattivi ta’ urġenza jkunu jirrikjedu dan, il-proċedura prevista fl-Artikolu 14b għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.”;

(3)

jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 14a

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 8 għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 3(2) u fl-Artikolu 8 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*46).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 8 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahar min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahar fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 14b

Proċedura ta’ urġenza

1.   L-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni f’konformità mal-paragrafu 2. In-notifika ta’ att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet li għalihom tkun intużat il-proċedura ta’ urġenza.

2.   Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista’ joġġezzjona għal att delegat f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 14a(6). F’każ bħal dan, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att immedjatament wara n-notifika tad-deċiżjoni ta’ oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

(*46)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;"

(4)

fl-Artikolu 15, jitħassar il-paragrafu 4.

11.   Ir-Regolament (KE) Nru 336/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà fi ħdan il-Komunità u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3051/95 (50)

Sabiex jiġu aġġornati d-dispożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali dwar il-Ġestjoni tas-Sikurezza, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE biex temenda l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 336/2006. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 336/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 11, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament kif definit fl-Artikolu 3, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 11a li jemendaw l-Anness II sabiex jittieħed kont tal-iżviluppi fil-livell internazzjonali u, b’mod partikolari, fl-OMI, jew biex tittejjeb l-effettività ta’ dan ir-Regolament fid-dawl tal-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tiegħu.”;

(2)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 11a

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa li jiġu adottati l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 11(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 11(2) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*47).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 11(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

(*47)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;"

(3)

fl-Artikolu 12, jitħassar il-paragrafu 3.

12.   Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (51)

Sabiex id-Direttiva 2008/68/KE tiġi adattata għall-progress tekniku u xjentifiku, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE biex temenda l-Annessi għal dik id-Direttiva. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2008/68/KE hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 8, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 8a li jemendaw l-Annessi sabiex jittieħed kont tal-emendi għall-ADR, RID u ADN, b’mod partikolari dawk relatati mal-progress xjentifiku u tekniku, inkluż l-użu ta’ teknoloġiji ta’ insegwiment u traċċar.”;

(2)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 8a

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa li jiġu adottati l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 8(1) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 8(1) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*48).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 8(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

(*48)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;"

(3)

fl-Artikolu 9, jitħassar il-paragrafu 3.

13.   Id-Direttiva 2009/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjonijiet marittimi (52)

Sabiex id-Direttiva 2009/15/KE tiġi adattata għall-evoluzzjoni tal-istrumenti internazzjonali rilevanti u biex jiġu mmodifikati l-ammonti massimi pagabbli biex jikkumpensaw lil dawk korruti, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE biex temenda dik id-Direttiva sabiex:

tinkorpora l-emendi sussegwenti għal ċerti konvenzjonijiet internazzjonali, protokolli, kodiċijiet u riżoluzzjonijiet relatati magħhom illi daħlu fis-seħħ;

tbiddel ċerti ammonti speċifikati fihom.

Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2009/15/KE hija emendata kif ġej:

(1)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 5a

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa li jiġu adottati l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 7(1) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 7(1) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*49).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 7(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

(*49)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;"

(2)

fl-Artikolu 6, jitħassar il-paragrafu 3;

(3)

fl-Artikolu 7, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 5a li jemendaw din id-Direttiva, mingħajr ma jitwessa’ l-ambitu tagħha, sabiex:

(a)

tinkorpora, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, l-emendi sussegwenti għall-konvenzjonijiet, il-protokolli, il-kodiċijiet u r-riżoluzzjonijiet internazzjonali relatati magħha msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 2, fl-Artikolu 3(1) u fl-Artikolu 5(2), li daħlu fis-seħħ;

(b)

tbiddel l-ammonti speċifikati fil-punt (b)(ii) u (iii) tal-Artikolu 5(2).”.

14.   Ir-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri (53)

Sabiex ir-Regolament (KE) Nru 391/2009 jiġi kkompletat u adattat għall-evoluzzjoni tar-regoli internazzjonali, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE:

temenda l-kriterji minimi stabbiliti fl-Anness I għal dak ir-Regolament billi tieħu kont, b’mod partikolari, tad-deċiżjonijiet rilevanti tal-OMI;

tissupplimenta dak ir-Regolament bi kriterji biex titkejjel l-effettività tar-regoli u tal-proċeduri, kif ukoll il-prestazzjoni tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti fir-rigward tas-sikurezza u l-prevenzjoni tat-tniġġis mill-vapuri kklassifikati tagħhom, filwaqt li tqis b’mod partikolari d-data prodotta mill-Memorandum ta’ Qbil ta’ Pariġi dwar il-Kontroll mill-Istat tal-Port jew minn skemi simili oħrajn;

tissupplimenta dak ir-Regolament bi kriterji biex jiġi ddeterminat meta tali prestazzjoni għandha titqies bħala theddida inaċċettabbli għas-sikurezza jew għall-ambjent, li jistgħu jieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkostanzi speċifiċi li jaffettwaw organizzazzjonijiet ta’ daqs iżgħar jew speċjalizzati ħafna;

tissupplimenta dak ir-Regolament b’regoli dettaljati dwar il-multi u l-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali u l-irtirar tar-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri.

Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 391/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 12, jitħassar il-paragrafu 4;

(2)

fl-Artikolu 13, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 14a li jemendaw l-Anness I, mingħajr ma jitwessa’ l-ambitu tiegħu, sabiex jiġu aġġornati l-kriterji minimi stabbiliti fih, filwaqt li jittieħed kont, b’mod partikolari, tad-deċiżjonijiet rilevanti tal-OMI.”;

(3)

fl-Artikolu 14, il-paragrafi 1 u 2 jiġu sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“1.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 14a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi dan li ġej:

(a)

il-kriterji biex titkejjel l-effettività tar-regoli u tal-proċeduri, kif ukoll il-prestazzjoni tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti fir-rigward tas-sikurezza u l-prevenzjoni tat-tniġġis mill-vapuri kklassifikati tagħhom, filwaqt li tqis b’mod partikolari d-data mill-Memorandum ta’ Qbil ta’ Pariġi dwar il-Kontroll mill-Istat tal-Port jew minn skemi simili oħrajn;

(b)

il-kriterji biex jiġi determinat meta tali prestazzjoni għandha titqies bħala theddida inaċċettabbli għas-sikurezza jew għall-ambjent, li jistgħu jieħdu kont taċ-ċirkostanzi speċifiċi li jaffettwaw organizzazzjonijiet ta’ daqs iżgħar jew speċjalizzati ħafna.

2.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 14a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-impożizzjoni ta’ multi u ħlasijiet perjodiċi ta’ penali skont l-Artikolu 6 u, jekk ikun meħtieġ, fir-rigward tal-irtirar tar-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri skont l-Artikolu 7.”;

(4)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 14a

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 14(1) u (2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 13(1) u fl-Artikolu 14(1) u (2) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*50).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 14(1) u (2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

(*50)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”."

15.   Ir-Regolament (KE) Nru 392/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-responsabbiltà ta’ trasportaturi ta’ passiġġieri bil-baħar fil-każ ta’ aċċidenti (54)

Sabiex ir-Regolament (KE) Nru 392/2009 jiġi adattat għal regoli internazzjonali u tal-Unjoni oħrajn, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE biex:

temenda l-Anness I għal dak ir-Regolament sabiex tinkorpora l-emendi għad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta’ Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 1974 kif emendata bil-Protokoll tal-2002;

temenda l-limiti stabbiliti fl-Anness I għal dak ir-Regolament għall-vapuri tal-Klassi B skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (55);

temenda l-Anness II għal dak ir-Regolament sabiex tinkorpora l-emendi għad-dispożizzjonijiet tal-Linji Gwida tal-OMI.

Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 392/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Artikolu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 9

Emenda tal-Annessi

1.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 9a li jemendaw l-Anness I għal dan ir-Regolament sabiex jiġu inkorporati l-emendi għal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 3(1), fl-Artikolu 4bis(1), fl-Artikolu 7(1) u fl-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni ta’ Ateni bil-għan li jiġu kkunsidrati d-deċiżjonijiet meħuda skont l-Artikolu 23 ta’ dik il-Konvenzjoni.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta, sal-31 ta’ Diċembru 2016, abbażi ta’ valutazzjoni tal-impatt adegwata, atti delegati f’konformità mal-Artikolu 9a li jemenda l-limiti stabbiliti fl-Anness I għal dan ir-Regolament għall-vapuri tal-Klassi B skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*51), filwaqt li jittieħed kont tal-konsegwenzi għan-nollijiet u l-ħila tas-suq li jikseb polza ta’ assigurazzjoni bi prezz li jista’ jintlaħaq fil-livell meħtieġ fl-isfond tal-politika ta’ tisħiħ tad-drittijiet tal-passiġġieri, kif ukoll in-natura staġjonali ta’ ftit mit-traffiku.

2.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 9a li jemendaw l-Anness II sabiex jiġu inkorporati emendi għad-dispożizzjonijiet tal-Linji Gwida tal-OMI.

(*51)  Id-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar regoli u standards ta’ sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri (ĠU L 163, 25.6.2009, p. 1).”;"

(2)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 9a

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 9(1) u (2) għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 9(1) u (2) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*52).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 9(1) u (2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

(*52)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;"

(3)

jitħassar l-Artikolu 10.

X.   SAĦĦA U SIKUREZZA ALIMENTARI

1.   Ir-Regolament (KE) Nru 141/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1999 dwar il-prodotti mediċinali orfni (56)

Sabiex jinkisbu l-objettivi tar-Regolament (KE) Nru 141/2000, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE biex tissupplimenta dak ir-Regolament b’definizzjonijiet ta’ “prodott mediċinali simili” u “superjorità klinika”. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 141/2000 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 8, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 10b sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament permezz tal-adozzjoni tad-definizzjonijiet ta’ “prodott mediċinali simili” u “superjorità klinika”.”;

(2)

fl-Artikolu 10a, jitħassar il-paragrafu 3;

(3)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 10b

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa li jiġu adottati l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 8(4) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 8(4) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*53).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 8(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

(*53)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”."

2.   Id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (57)

Sabiex jinkisbu l-objettivi tad-Direttiva 2001/18/KE, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE biex temenda l-Annessi għal dik id-Direttiva u tissupplimenta dik id-Direttiva bi:

kriterji derogatorji u rekwiżiti ta’ informazzjoni għan-notifika għat-tqegħid fis-suq ta’ ċerti tipi ta’ organiżmi ġenetikament modifikati (OĠM);

limiti minimi li taħthom il-prodotti fejn ma jistgħux jiġu esklużi traċċi aċċidentali u teknikament inevitabbli ta’ OĠM awtorizzati ma għandhomx bżonn jiġu ttikkettati bħala OĠM;

limiti stabbiliti aktar baxxi minn 0,9 %, li taħthom ir-rekwiżiti tal-ittikkettar stabbiliti fid-Direttiva ma japplikawx għat-traċċi ta’ OĠM fil-prodotti maħsuba għal ipproċessar dirett;

rekwiżiti speċifiċi tal-ittikkettar għall-OĠM li ma jitqiegħdux fis-suq skont it-tifsira ta’ din id-Direttiva.

Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2001/18/KE hija emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 29a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi l-kriterji u r-rekwiżiti tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, kif ukoll kwalunkwe rekwiżit xieraq għal sommarju tad-dossier, wara konsultazzjoni tal-Kumitat Xjentifiku rilevanti. Il-kriterji u r-rekwiżiti ta’ informazzjoni għandhom ikunu tali li jassiguraw livell għoli ta’ sigurtà lis-saħħa tal-bniedem u l-ambjent u jkunu bbażati fuq evidenza xjentifika disponibbli fuq din is-sigurtà u mill-esperjenza miksuba mir-rilaxx ta’ GMOs komparabbli.”;

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Qabel ma tadotta atti delegati skont il-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tagħmel il-proposta disponibbli għall-pubbliku. Il-pubbliku jista’ jagħmel kummenti lill-Kummissjoni fi żmien 60 jum. Il-Kummissjoni għandha tibgħat kwalunkwe dokumenti bħal dawn, flimkien ma’ analiżi, lill-esperti msemmija fl-Artikolu 29a(4).”;

(2)

l-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Għall-prodotti fejn ma jistgħux jiġu esklużi traċċi aċċidentali jew teknikament inevitabbli ta’ OĠM awtorizzati, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 29a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi limiti minimi li taħthom dawn il-prodotti ma għandhomx bżonn jiġu ttikkettati f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Il-livelli ta’ limitu għandhom jiġu stabbiliti skont il-prodott ikkonċernat.”;

(b)

fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 29a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi l-limiti msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.”;

(3)

fl-Artikolu 26, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 29a li jemendaw l-Anness IV billi jiġu stabbiliti rekwiżiti speċifiċi tal-ittikkettar msemmija fil-paragrafu 1, mingħajr ma jiġu dupplikati jew jinħolqu inkonsistenzi mad-dispożizzjonijiet dwar l-ittikkettar stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni eżistenti. Fit-twettiq ta’ dan, jenħtieġ li jittieħed kont, kif xieraq, tad-dispożizzjonijiet dwar l-ittikkettar stabbiliti mill-Istati Membri f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.”;

(4)

l-Artikolu 27 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 27

Adattament tal-Annessi għall-progress tekniku

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 29a li jemendaw it-Taqsimiet C u D tal-Anness II, l-Annessi III sa VI u t-Taqsima C tal-Anness VII, sabiex jiġu adattati għall-progress tekniku.”;

(5)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 29a

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 16(2), fl-Artikolu 21(2) u (3), fl-Artikolu 26(2) u fl-Artikolu 27 għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu..

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 16(2), fl-Artikolu 21(2) u (3), fl-Artikolu 26(2) u fl-Artikolu 27 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*54).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 16(2), l-Artikolu 21(2) u (3), l-Artikolu 26(2) u l-Artikolu 27 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

(*54)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;"

(6)

fl-Artikolu 30, jitħassar il-paragrafu 3.

3.   Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (58)

Sabiex jinkisbu l-objettivi tad-Direttiva 2001/83/KE, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE biex:

temenda dik id-Direttiva fir-rigward ta’ waħda mill-kondizzjonijiet li jridu jissodisfaw il-prodotti mediċinali omeopatiċi sabiex jibbenifikaw minn proċedura ta’ reġistrazzjoni simplifikata u speċjali jekk l-evidenza xjentifika ġdida titlob dan;

temenda dik id-Direttiva fir-rigward tat-tipi ta’ operazzjonijiet li jitqiesu bħala li jikkostitwixxu l-manifattura ta’ sustanzi attivi li jintużaw bħala materjali tal-bidu, biex jittieħed kont tal-progress tekniku u xjentifiku;

temenda l-Anness I għal dik id-Direttiva biex jittieħed kont tal-progress tekniku u xjentifiku;

tissupplimenta dik id-Direttiva billi tispeċifika l-prinċipji u l-linji gwida ta’ prassi tajba ta’ manifattura għal prodotti mediċinali.

Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2001/83/KE hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 14(1), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 121a li jemendaw it-tielet inċiż tal-ewwel subparagrafu jekk l-evidenza xjentifika ġdida titlob dan.”;

(2)

fl-Artikolu 46a, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’ dan li ġej:

“2.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 121a li jemendaw il-paragrafu 1 biex jittieħed kont tal-progress tekniku u xjentifiku.”;

(3)

fl-Artikolu 47, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 121a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tispeċifika l-prinċipji u l-linji gwida tal-prassi tajba ta’ manifattura għall-prodotti mediċinali msemmija fl-Artikolu 46(f).”;

(4)

l-Artikolu 120 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 120

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 121a li jemendaw l-Anness I biex jittieħed kont tal-progress tekniku u xjentifiku.”;

(5)

fl-Artikolu 121, jitħassar il-paragrafu 2a;

(6)

l-Artikolu 121a huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 121a

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 14(1), fl-Artikolu 22b, fl-Artikolu 23b, fl-Artikolu 46a, fl-Artikolu 47, fl-Artikolu 52b, fl-Artikolu 54a u fl-Artikolu 120 għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 14(1), fl-Artikolu 22b, fl-Artikolu 23b, fl-Artikolu 46a, fl-Artikolu 47, fl-Artikolu 52b, fl-Artikolu 54a u fl-Artikolu 120 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*55).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 14(1), l-Artikolu 22b, l-Artikolu 23b, l-Artikolu 46a, l-Artikolu 47, l-Artikolu 52b, l-Artikolu 54a u l-Artikolu 120 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

(*55)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”."

4.   Id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali (59)

Sabiex jinkisbu l-objettivi tad-Direttiva 2002/32/KE, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE biex temenda l-Annessi I u II għal dik id-Direttiva biex tadattahom għall-progress tekniku u tissupplimenta dik id-Direttiva bi kriterji ta’ aċċettabbiltà għall-proċessi ta’ detossifikazzjoni. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2002/32/KE hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 7(2), l-ewwel u t-tieni subparagrafi huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“2.   Għandha tittieħed deċiżjoni immedjata dwar jekk jenħtieġx li jiġu emendati l-Annessi I u II. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 10a li jemendaw dawk l-Annessi.

Meta, fil-każ ta’ dawk l-emendi, ikun hemm raġunijiet imperattivi ta’ urġenza li jkunu jirrikjedu dan, il-proċedura prevista fl-Artikolu 10b għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.

L-Istat Membru jista’ jżomm il-miżuri li jkun implimenta sakemm il-Kummissjoni ma tkun ħadet ebda deċiżjoni.”;

(2)

l-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 10a li jemendaw l-Annessi I u II biex jiġu adattati għall-iżviluppi tekniċi u xjentifiċi.

Meta, fil-każ ta’ dawk l-emendi, ikun hemm raġunijiet imperattivi ta’ urġenza li jkunu jirrikjedu dan, il-proċedura prevista fl-Artikolu 10b għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.”;

(b)

fil-paragrafu 2, it-tieni inċiż huwa sostitwit b’dan li ġej

“—

għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 10a sabiex jissupplimentaw din id-Direttiva billi tiddefinixxi kriterji ta’ aċċettabbiltà għall-proċessi ta’ detossifikazzjoni kumplimentari għall-kriterji pprovduti għall-prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali li jkunu għaddew minn tali proċessi.”;

(3)

jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 10a

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa li jiġu adottati l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 7(2) u l-Artikolu 8(1) u (2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 7(2) u fl-Artikolu 8(1) u (2) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*56).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 7(2) u l-Artikolu 8(1) u (2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 10b

1.   L-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni f’konformità mal-paragrafu 2. In-notifika ta’ att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet li għalihom tkun intużat il-proċedura ta’ urġenza.

2.   Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista’ joġġezzjona għal att delegat f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 10a(6). F’każ bħal dan, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att immedjatament wara n-notifika tad-deċiżjoni ta’ oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

(*56)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;"

(4)

fl-Artikolu 11, jitħassru l-paragrafi 3 u 4.

5.   Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (60)

Sabiex jinkisbu l-objettivi tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE biex temenda dak ir-Regolament fir-rigward tan-numru u l-ismijiet tal-Bordijiet Xjentifiċi, u biex tissupplimenta dak ir-Regolament bil-proċedura li għandha tiġi applikata mill-Awtorità għat-talbiet għal opinjoni xjentifika, bil-kriterji għall-inklużjoni ta’ istitut fuq il-lista ta’ organizzazzjonijiet kompetenti nnominati mill-Istati Membri u bl-arranġamenti biex jiġu stabbiliti r-rekwiżiti armonizzati tal-kwalità u r-regoli finanzjarji li jirregolaw kwalunkwe appoġġ finanzjarju. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 28(4), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 57a li jemendaw l-ewwel subparagrafu fir-rigward tan-numru u l-ismijiet tal-Bordijiet Xjentifiċi, fid-dawl tal-iżvilupp tekniku u xjentifiku, fuq talba tal-Awtorità.”;

(2)

l-Artikolu 29(6) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.   Sabiex tapplika dan l-Artikolu, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-Awtorità, għandha tadotta:

(a)

atti delegati f’konformità mal-Artikolu 57a sabiex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu l-proċedura li għandha tiġi applikata mill-Awtorità għat-talbiet għal opinjoni xjentifika;

(b)

atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw il-linji gwida li jirregolaw l-evalwazzjoni xjentifika ta’ sustanzi, prodotti jew proċessi li skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, huma soġġetti għal sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel jew għad-dħul fuq lista pożittiva, b’mod partikolari fejn il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tipprevedi jew tawtorizza li dossier jiġi ppreżentat għal dan il-għan mill-applikant. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 58(2).”;

(3)

fl-Artikolu 36(3), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 57a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-kriterji għall-inklużjoni ta’ istitut fuq il-lista ta’ organizzazzjonijiet kompetenti nnominati mill-Istati Membri, l-arranġamenti biex jiġu stabbiliti rekwiżiti armonizzati ta’ kwalità u r-regoli finanzjarji li jirregolaw kwalunkwe appoġġ finanzjarju.”;

(4)

fil-Kapitolu V, it-titolu tat-Taqsima 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“TAQSIMA 1

EZERĊIZZJU TAD-DELEGA, PROĊEDURI TA’ KUMITAT U TA’ MEDJAZZJONI”;

(5)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej wara t-titolu tat-Taqsima 1:

“Artikolu 57a

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 28(4), l-Artikolu 29(6) u l-Artikolu 36(3) għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 28(4), fl-Artikolu 29(6) u fl-Artikolu 36(3) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*57).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 28(4), l-Artikolu 29(6) u l-Artikolu 36(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

(*57)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;"

(6)

fl-Artikolu 58, jitħassar il-paragrafu 3.

6.   Ir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar it-traċċjabilità u l-ittikkettar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċjabilità ta’ prodotti ta’ ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE (61)

Sabiex jinkisbu l-objettivi tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE biex tissupplimenta dak ir-Regolament billi tistabbilixxi sistema għall-iżvilupp u l-assenjazzjoni ta’ identifikaturi uniċi lil organiżmi ġenetikament modifikati. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 8

Identifikaturi uniċi

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 9a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi u tadatta sistema għall-iżvilupp u l-assenjazzjoni ta’ identifikaturi uniċi lill-OĠM, billi tikkunsidra l-iżviluppi fil-fora internazzjonali.”;

(2)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 9a

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 8 għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 8 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*58).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 8 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

(*58)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;"

(3)

fl-Artikolu 10, jitħassar il-paragrafu 2;

(4)

fl-Artikolu 13, jitħassar il-paragrafu 2.

7.   Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (62)

Sabiex jinkisbu l-objettivi tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE biex temenda l-Annessi I sa IV għal dak ir-Regolament sabiex tadattahom għall-progress tekniku u tissupplimenta dak ir-Regolament b’regoli li jippermettu dispożizzjonijiet simplifikati għall-awtorizzazzjoni ta’ addittivi li kienu awtorizzati għall-użu fl-ikel. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 3, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 21a li jemendaw l-Anness IV sabiex jiġu adattati l-kondizzjonijiet ġenerali stabbiliti fih għall-progress teknoloġiku jew għall-iżvilupp xjentifiku.”;

(2)

fl-Artikolu 6, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 21a li jemendaw l-Anness I sabiex jiġu adattati l-kategoriji tal-addittivi fl-għalf u l-gruppi funzjonali bħala riżultat tal-progress teknoloġiku jew tal-iżvilupp xjentifiku.”;

(3)

fl-Artikolu 7(5), it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 21a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli li jippermettu dispożizzjonijiet simplifikati għall-awtorizzazzjoni tal-addittivi li kienu ġew awtorizzati biex jintużaw fl-ikel.”;

(4)

fl-Artikolu 16, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 21a li jemendaw l-Anness III biex jittieħed kont tal-progress teknoloġiku u l-iżvilupp xjentifiku.”;

(5)

fl-Artikolu 21, ir-raba’ paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 21a li jemendaw l-Anness II.”;

(6)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 21a

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(5), fl-Artikolu 6(3), fl-Artikolu 7(5), fl-Artikolu 16(6) u fl-Artikolu 21 għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 3(5), fl-Artikolu 6(3), fl-Artikolu 7(5), fl-Artikolu 16(6) u fl-Artikolu 21 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*59).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 3(5), l-Artikolu 6(3), l-Artikolu 7(5), l-Artikolu 16(6) u l-Artikolu 21 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

(*59)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;"

(7)

fl-Artikolu 22, jitħassar il-paragrafu 3.

8.   Ir-Regolament (KE) Nru 2065/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Novembru 2003 dwar it-taħwir bl-affumikazzjoni użat jew intiż għall-użu fi jew fuq l-ikel (63)

Sabiex jinkisbu l-objettivi tar-Regolament (KE) Nru 2065/2003, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE biex temenda l-Annessi għal dak ir-Regolament wara talba lill-Awtorità għal assistenza teknika u/jew xjentifika u biex tissupplimenta dak ir-Regolament bi kriterji ta’ kwalità għall-metodi analitiċi validati. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 2065/2003 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 17, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 18a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi kriterji tal-kwalità għall-metodi analitiċi vvalidati msemmija fil-punt 4 tal-Anness II, inkluż is-sustanzi li għandhom jitkejlu. Dawk l-atti delegati għandhom jieħdu kont tal-evidenza xjentifika disponibbli.”;

(2)

fl-Artikolu 18, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 18a li jemendaw l-Annessi wara talba lill-Awtorità għal assistenza teknika u/jew xjentifika.”;

(3)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 18a

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa li jiġu adottati l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 17(3) u l-Artikolu 18(1) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 17(3) u fl-Artikolu 18(1) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*60).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 17(3) u l-Artikolu 18(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

(*60)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;"

(4)

fl-Artikolu 19, jitħassar il-paragrafu 3.

9.   Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (64)

Sabiex jinkisbu l-objettivi tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE biex temenda l-Annessi II u III għal dak ir-Regolament u tissupplimenta dak ir-Regolament fir-rigward tal-użu ta’ sustanzi oħrajn minbarra l-ilma tajjeb għax-xorb biex titneħħa l-kontaminazzjoni superfiċjali mill-prodotti li joriġinaw mill-annimali, fir-rigward tal-emendi tal-garanziji speċjali li jirrigwardjaw it-tqegħid ta’ ċertu ikel li joriġina mill-annimali fis-suq fl-Iżvezja jew fil-Finlandja u fir-rigward tad-derogi mill-Annessi II u III għal dak ir-Regolament. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 3, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-operaturi fin-negozju tal-ikel ma għandhom jużaw l-ebda sustanza oħra ħlief l-ilma tajjeb għax-xorb jew, meta r-Regolament (KE) Nru 852/2004 jew dan ir-Regolament jippermetti l-użu tiegħu, l-ilma nadif, biex titneħħa l-kontaminazzjoni superfiċjali minn prodotti li joriġinaw mill-annimali, sakemm l-użu tas-sustanza ma jkunx ġie approvat mill-Kummissjoni. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 11a li jissupplimentaw dan ir-Regolament. L-operaturi fin-negozju tal-ikel għandhom jikkonformaw ukoll ma kwalunkwe kondizzjoni għall-użu li tista’ tiġi adottata bl-istess proċedura. L-użu ta’ sustanza approvata ma għandux jaffettwa l-obbligu tal-operatur fin-negozju tal-ikel li jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.”;

(2)

fl-Artikolu 8(3), il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 11a li jemendaw il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu sabiex jiġu aġġornati r-rekwiżiti stabbiliti f’dawk il-paragrafi, b’kont meħud tal-bidliet fil-programmi ta’ kontroll tal-Istati Membri jew l-adozzjoni ta’ kriterji mikrobijoloġiċi f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 852/2004.”;

(3)

jitħassar l-Artikolu 9;

(4)

fl-Artikolu 10, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“1.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 11a li jemendaw l-Annessi II u III. L-emendi għandu jkollhom l-għan li jiżguraw u jiffaċilitaw il-kisba tal-objettivi ta’ dan ir-Regolament, wara li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-fatturi ta’ riskju rilevanti, u għandhom jiġu ġustifikati abbażi ta’:

(a)

l-esperjenza miksuba mill-operaturi fin-negozju tal-ikel u/jew mill-awtoritajiet kompetenti, b’mod partikolari dwar l-implimentazzjoni tas-sistemi bbażati fuq l-HACCP skont l-Artikolu 5;

(b)

l-esperjenza miksuba mill-Kummissjoni, b’mod partikolari dwar l-eżitu tal-verifiki tagħha;

(c)

l-iżviluppi teknoloġiċi u l-konsegwenzi prattiċi tagħhom u l-aspettattivi tal-konsumaturi fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-ikel;

(d)

il-pariri xjentifiċi, b’mod partikolari valutazzjonijiet tar-riskju ġodda;

(e)

il-kriterji mikrobijoloġiċi u tat-temperatura għall-oġġetti tal-ikel;

(f)

il-bidliet fix-xejriet tal-konsum.

L-emendi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jikkonċernaw:

(a)

ir-rekwiżiti dwar l-immarkar ta’ identifikazzjoni tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali;

(b)

l-objettivi tal-proċeduri bbażati fuq l-HACCP;

(c)

ir-rekwiżiti fuq l-informazzjoni dwar il-katina alimentari;

(d)

ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ iġjene għall-postijiet ta’ negozju, inkluż il-mezzi tat-trasport, fejn il-prodotti li joriġinaw mill-annimali jiġu manifatturati, immaniġġjati, ipproċessati, maħżuna jew distribwiti;

(e)

ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ iġjene għall-operazzjonijiet li jinvolvu l-produzzjoni, l-immaniġġjar, l-ipproċessar, il-ħażna, it-trasport jew id-distribuzzjoni tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali;

(f)

ir-regoli għat-trasport tal-laħam waqt li jkun għadu sħun;

(g)

l-istandards jew il-kontrolli tas-saħħa, fejn ikun hemm evidenza xjentifika li tindika li dawn huma meħtieġa biex titħares is-saħħa pubblika;

(h)

l-estensjoni tal-Anness III, it-Taqsima VII, il-Kapitolu IX għall-molluski bivalvi ħajjin minbarra l-pectinidae;

(i)

il-kriterji biex jiġi determinat meta d-data epidemjoloġika tindika li post għas-sajd ma jippreżenta ebda periklu għas-saħħa fir-rigward tal-preżenza ta’ parassiti u, konsegwentement, biex jiġi determinat meta l-awtorità kompetenti tkun tista’ tawtorizza lill-operaturi fin-negozju tal-ikel biex ma jiffriżawx prodotti tas-sajd f’konformità mal-Anness III, it-Taqsima VIII, il-Kapitolu III, il-Parti D;

(j)

l-istandards tas-saħħa addizzjonali għall-molluski bivalvi ħajjin f’kooperazzjoni mal-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni rilevanti, inkluż:

(i)

valuri ta’ limitu u metodi analitiċi għal bijotossini tal-baħar oħrajn;

(ii)

proċeduri għall-ittestjar ta’ vajrus u standards virologiċi; u

(iii)

pjanijiet għall-ġbir tal-kampjuni u l-metodi u t-tolleranzi analitiċi li għandhom jiġu applikati biex tiġi kkontrollata l-konformità mal-istandards tas-saħħa;

2.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 11a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tagħti derogi mill-Annessi II u III, filwaqt li jittieħed kont tal-fatturi ta’ riskji rilevanti u dment li tali derogi ma jaffettwawx il-kisba tal-objettivi li ġejjin ta’ dan ir-Regolament:

(a)

li jiġi ffaċilitat l-issodisfar, minn negozji żgħar, tar-rekwiżiti stipulati fl-Annessi;

(b)

li jkun permess l-użu kontinwu ta’ metodi tradizzjonali fi kwalunkwe wieħed mill-istadji tal-produzzjoni, l-ipproċessar jew id-distribuzzjoni tal-ikel;

(c)

li jiġu akkomodati l-ħtiġijiet tan-negozji tal-ikel li jinsabu f’reġjuni li huma soġġetti għal limitazzjonijiet ġeografiċi speċjali;

(d)

li tiġi ffaċilitata l-ħidma tal-istabbilimenti li jipproduċu materja prima li hija maħsuba għall-produzzjoni ta’ prodotti tal-ikel raffinati ħafna li jkunu għaddew minn trattament biex tiġi żgurata s-sikurezza tagħhom.”;

(5)

l-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ġenerali tal-Artikolu 9 u tal-Artikolu 10(1), il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi l-miżuri li ġejjin permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2):”;

(b)

jitħassru l-punti 1, 5, 6, 7 u 8;

(6)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 11a

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(2), fl-Artikolu 8(3)(a) u fl-Artikolu 10(1) u (2) għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 3(2), fl-Artikolu 8(3)(a) u fl-Artikolu 10(1) u (2) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*61).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 3(2), l-Artikolu 8(3)(a) u l-Artikolu 10(1) u (2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

(*61)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;"

(7)

fl-Artikolu 12, jitħassar il-paragrafu 3.

10.   Ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Jannar 2005 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-iġjene tal-għalf (65)

Sabiex jinkisbu l-objettivi tar-Regolament (KE) Nru 183/2005, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE biex temenda l-Annessi I, II u III għal dak ir-Regolament sabiex tadattahom għall-progress tekniku u tissupplimenta dak ir-Regolament billi tiddefinixxi l-kriterji u l-miri mikrobijoloġiċi speċifiċi, billi tirrikjedi l-approvazzjoni tal-istabbilimenti fin-negozju tal-għalf u billi tagħti derogi mill-Annessi I, II u III għal dak ir-Regolament. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 5(3), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 30a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddefinixxi l-kriterji u l-miri msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu.”;

(2)

fl-Artikolu 10, il-punt (3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(3)

hija meħtieġa approvazzjoni minn Regolament Delegat li l-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta f’konformità mal-Artikolu 30a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament.”;

(3)

fl-Artikolu 27, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 30a biex temenda l-Annessi I, II u III.”;

(4)

l-Artikolu 28 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 28

Derogi mill-Annessi I, II u III

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 30a sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tagħti derogi mill-Annessi I, II u III għal raġunijiet partikolari, dment li tali derogi ma jaffettwawx il-kisba tal-objettivi ta’ dan ir-Regolament.”;

(5)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 30a

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 5(3), il-punt (3) tal-Artikolu 10, l-Artikolu 27 u l-Artikolu 28 għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 5(3), fil-punt (3) tal-Artikolu 10, fl-Artikolu 27 u fl-Artikolu 28 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata hemm. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*62).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 5(3), il-punt (3) tal-Artikolu 10, l-Artikolu 27 u l-Artikolu 28 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

(*62)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;"

(6)

fl-Artikolu 31, jitħassar il-paragrafu 3.

11.   Ir-Regolament (KE) Nru 1394/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar prodotti mediċinali ta’ terapija avvanzata u li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 (66)

Sabiex jinkisbu l-objettivi tar-Regolament (KE) Nru 1394/2007, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE biex temenda l-Annessi għal dak ir-Regolament biex tadattahom għall-progress tekniku u xjentifiku. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1394/2007 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Artikolu 24 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 24

Emendi għall-Annessi

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 25a li jemendaw l-Annessi biex jiġu adattati għall-progress tekniku u xjentifiku, wara li tikkonsulta mal-Aġenzija.”;

(2)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 25a

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 24 għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport b’rabta mad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħat għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi tal-istess tul, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perijodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 24 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*63).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 24 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

(*63)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;"

(3)

fl-Artikolu 26, jitħassar il-paragrafu 3.

12.   Id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (67)

Sabiex jiġi stabbilit qafas għal azzjoni tal-Unjoni bil-għan li jinkiseb l-użu sostenibbli tal-pestiċidi, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE biex temenda l-Annessi I sa IV għad-Direttiva 2009/128/KE sabiex jittieħed kont tal-progress tekniku u xjentifiku. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

Għaldaqstant, id-Direttiva 2009/128/KE hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 5, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 20a li jemendaw l-Anness I sabiex jittieħed kont tal-progress tekniku u xjentifiku.”;

(2)

fl-Artikolu 8, il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“7.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 20a li jemendaw l-Anness II sabiex jittieħed kont tal-progress tekniku u xjentifiku.”;

(3)

fl-Artikolu 14(4), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 20a li jemendaw l-Anness III sabiex jittieħed kont tal-progress tekniku u xjentifiku.”;

(4)

fl-Artikolu 15(1), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 20a li jemenda l-Anness IV sabiex tieħu kont tal-progress tekniku u xjentifiku.”;

(5)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 20a

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 5(3), l-Artikolu 8(7), l-Artikolu 14(4) u l-Artikolu 15(1) għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 5(3), fl-Artikolu 8(7), fl-Artikolu 14(4) u fl-Artikolu 15(1) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*64).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 5(3), l-Artikolu 8(7), l-Artikolu 14(4) u l-Artikolu 15(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

(*64)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;"

(6)

fl-Artikolu 21, jitħassar il-paragrafu 2.

XI.   TASSAZZJONI U UNJONI DOGANALI

Id-Deċiżjoni Nru 70/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar ambjent mingħajr karti għad-dwana u l-kummerċ (68)

Skont l-Artikolu 15 tad-Deċiżjoni Nru 70/2008/KE, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li testendi ċerti limiti ta’ żmien f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE (69). Dik is-setgħa mogħtija qatt ma ġiet eżerċitata u ma għadhiex meħtieġa. Għalhekk, mhuwiex meħtieġ li tingħata xi setgħa lill-Kummissjoni. Minflok, jenħtieġ li tiġi revokata s-setgħa fid-Deċiżjoni Nru 70/2008/KE u jenħtieġ li jitħassru l-Artikoli 15 u 16 ta’ dik id-Deċiżjoni.

Għaldaqstant, fid-Deċiżjoni Nru 70/2008/KE, jitħassru l-Artikoli 15 u 16.


(*1)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;

(*2)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”.

(*3)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”.

(*4)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”.

(*5)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”.

(*6)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”.

(*7)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”.

(*8)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”.

(*9)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”.

(*10)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”.

(*11)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;

(*12)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;

(*13)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”.

(*14)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;

(*15)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”.

(*16)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;

(*17)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;

(*18)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1;”

(*19)  ĠU L 123, 12.5.2016. p. 1.”;

(*20)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;

(*21)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;

(*22)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;

(*23)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;

(*24)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;

(*25)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;

(*26)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;

(*27)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;

(*28)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;

(*29)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).”.

(*30)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;

(*31)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;

(*32)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;

(*33)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;

(*34)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”.

(*35)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;

(*36)  Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13).”;

(*37)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;

(*38)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;

(*39)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”.

(*40)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;

(*41)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;

(*42)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;

(*43)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”.

(*44)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;

(*45)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;

(*46)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;

(*47)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;

(*48)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;

(*49)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;

(*50)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”.

(*51)  Id-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar regoli u standards ta’ sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri (ĠU L 163, 25.6.2009, p. 1).”;

(*52)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;

(*53)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”.

(*54)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;

(*55)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”.

(*56)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;

(*57)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;

(*58)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;

(*59)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;

(*60)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;

(*61)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;

(*62)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;

(*63)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;

(*64)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;”


(1)  ĠU L 113, 30.4.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 172, 2.7.2008, p. 15.

(3)  ĠU L 163, 2.7.1996, p. 1.

(4)  ĠU L 393, 30.12.1989, p. 1.

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2003 li tistabbilixxi Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (ĠU C 218, 13.9.2003, p. 1).

(6)  ĠU L 393, 30.12.1989, p. 18.

(7)  ĠU L 156, 21.6.1990, p. 9.

(8)  ĠU L 156, 21.6.1990, p. 14.

(9)  ĠU L 113, 30.4.1992, p. 19.

(10)  ĠU L 245, 26.8.1992, p. 6.

(11)  ĠU L 245, 26.8.1992, p. 23.

(12)  ĠU L 216, 20.8.1994, p. 12.

(13)  ĠU L 131, 5.5.1998, p. 11.

(14)  ĠU L 177, 6.7.2002, p. 13.

(15)  ĠU L 42, 15.2.2003, p. 38.

(16)  ĠU L 158, 30.4.2004, p. 50.

(17)  ĠU L 114, 27.4.2006, p. 38.

(18)  ĠU L 330, 16.12.2009, p. 28.

(19)  ĠU L 342, 22.12.2009, p. 46.

(20)  ĠU L 365, 31.12.1994, p. 24.

(21)  ĠU L 189, 18.7.2002, p. 12.

(22)  ĠU L 143, 30.4.2004, p. 87.

(23)  ĠU L 33, 4.2.2006, p. 1.

(24)  ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.

(25)  ĠU L 285, 31.10.2009, p. 36.

(26)  ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1.

(27)  ĠU L 145, 4.6.2008, p. 65.

(28)  ĠU L 46, 21.2.1976, p. 1.

(29)  ĠU L 162, 3.7.2000, p. 1.

(30)  ĠU L 50, 20.2.2004, p. 28.

(31)  ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24.

(32)  ĠU L 106, 28.4.2009, p. 7.

(33)  ĠU L 146, 10.6.2009, p. 1.

(34)  ĠU L 35, 4.2.2009, p. 32.

(35)  ĠU L 216, 20.8.2009, p. 76.

(36)  Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).

(37)  ĠU L 348, 28.11.1992, p. 1.

(38)  OJ L 133, 22.5.2008, p. 66.

(39)  ĠU L 249, 17.10.1995, p. 35.

(40)  Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13).

(41)  ĠU L 208, 5.8.2002, p. 10.

(42)  ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1.

(43)  ĠU L 123, 17.5.2003, p. 22.

(44)  ĠU L 226, 10.9.2003, p. 4.

(45)  ĠU L 138, 30.4.2004, p. 1.

(46)  ĠU L 138, 30.4.2004, p. 19.

(47)  ĠU L 255, 30.9.2005, p. 152.

(48)  ĠU L 310, 25.11.2005, p. 28.

(49)  ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15.

(50)  ĠU L 64, 4.3.2006, p. 1.

(51)  ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13.

(52)  ĠU L 131, 28.5.2009, p. 47.

(53)  ĠU L 131, 28.5.2009, p. 11.

(54)  ĠU L 131, 28.5.2009, p. 24.

(55)  Id-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar regoli u standards ta’ sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri (ĠU L 163, 25.6.2009, p. 1).

(56)  ĠU L 18, 22.1.2000, p. 1.

(57)  ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1.

(58)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67.

(59)  ĠU L 140, 30.5.2002, p. 10.

(60)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(61)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24.

(62)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(63)  ĠU L 309, 26.11.2003, p. 1.

(64)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(65)  ĠU L 35, 8.2.2005, p. 1.

(66)  ĠU L 324, 10.12.2007, p. 121.

(67)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71.

(68)  ĠU L 23, 26.1.2008, p. 21.

(69)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23).