ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 186

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 62
11 ta' Lulju 2019


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament (UE) 2019/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prekursuri tal-isplussivi, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 98/2013 ( 1 )

1

 

*

Regolament (UE) 2019/1149 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tax-Xogħol, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 883/2004, (UE) Nru 492/2011, u (UE) 2016/589 u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2016/344 ( 2 )

21

 

*

Regolament (UE) 2019/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-promozzjoni tal-korrettezza u tat-trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ( 1 )

57

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva (UE) 2019/1151 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li temenda d-Direttiva (UE) 2017/1132 fir-rigward tal-użu ta’ għodod u proċessi diġitali fil-liġi dwar il-kumpaniji ( 1 )

80

 

*

Direttiva (UE) 2019/1152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar kondizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli fl-Unjoni Ewropea

105

 

*

Direttiva (UE) 2019/1153tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li tistabbilixxi regoli li jiffaċilitaw l-użu ta’ informazzjoni finanzjarja u informazzjoni oħra għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ ċerti reati kriminali, u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/642/ĠAI

122

 


 

(1)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE

 

(2)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE u għall-Isvizzera

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

REGOLAMENTI

11.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 186/1


REGOLAMENT (UE) 2019/1148 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-20 ta’ Ġunju 2019

dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prekursuri tal-isplussivi, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 98/2013

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trasmissjoni tal-abbozz tal-att leġislattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 98/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) stabbilixxa regoli armonizzati dwar it-tqegħid għad-dispożizzjoni, l-introduzzjoni, il-pussess u l-użu ta’ sustanzi jew taħlitiet li jistgħu jiġu użati ħażin għall-manifattura illeċita tal-isplussivi, bil-għan li tiġi limitata d-disponibbiltà tagħhom għall-pubbliku ġenerali, u jiġi żgurat rapportar adegwat ta’ tranżazzjonijiet suspettużi tul il-katina tal-provvista.

(2)

Għalkemm ir-Regolament (UE) Nru 98/2013 ikkontribwixxa għat-tnaqqis tat-theddida ppreżentata mill-prekursuri tal-isplussivi fl-Unjoni, hemm bżonn li tissaħħaħ is-sistema ta’ kontrolli fuq prekursuri li jistgħu jintużaw għall-manifattura ta’ splussivi artiġjanali. Minħabba l-għadd ta’ tibdiliet meħtieġa, huwa xieraq li r-Regolament (UE) Nru 98/2013 jiġi sostitwit għal raġunijiet ta’ ċarezza.

(3)

Ir-Regolament (UE) Nru 98/2013 illimita l-aċċess u l-użu ta’ prekursuri tal-isplussivi mill-membri tal-pubbliku ġenerali. Minkejja dik il-limitazzjoni, l-Istati Membri xorta setgħu jiddeċiedu li jagħtu lill-membri tal-pubbliku ġenerali aċċess għal dawn is-sustanzi permezz ta’ sistema ta’ liċenzji u ta’ reġistrazzjoni. Għalhekk ir-restrizzjonijiet u l-kontrolli fuq il-prekursuri tal-isplussivi fl-Istati Membri kienu diverġenti u setgħu jikkawżaw ostakli għall-kummerċ fi ħdan l-Unjoni, u b’hekk jostakolaw il-funzjonament tas-suq intern. Barra minn hekk, ir-restrizzjonijiet u l-kontrolli eżistenti ma żgurawx livelli suffiċjenti ta’ sigurtà pubblika, peress li ma waqqfux b’mod adegwat lill-kriminali milli jakkwistaw prekursuri tal-isplussivi. It-theddid ippreżentat minn splussivi artiġjanali baqa’ għoli u qed ikompli jevolvi.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li s-sistema għall-prevenzjoni tal-manifattura illeċita tal-isplussivi tkompli tiġi msaħħa u armonizzata fid-dawl tat-theddida li qed tevolvi għas-sigurtà pubblika kkawżata mit-terroriżmu u minn attivitajiet kriminali serji oħra. Jenħtieġ li tali tisħiħ u armonizzazzjoni jiżguraw ukoll il-moviment liberu ta’ prekursuri tal-isplussivi fis-suq intern u jenħtieġ li jippromwovu ukoll il-kompetizzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi u jħeġġeġ l-innovazzjoni, pereżempju, billi jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta’ sustanzi kimiċi aktar siguri sabiex jieħdu post il-prekursuri tal-isplussivi.

(5)

Il-kriterji għad-determinazzjoni ta’ liema miżuri jenħtieġ li japplikaw għal liema prekursuri tal-isplussivi jinkludu l-livell ta’ theddida assoċjat mal-prekursur tal-isplussivi kkonċernat, il-volum ta’ kummerċ fil-prekursur tal-isplussivi kkonċernat, u jekk ikunx possibbli li jiġi stabbilit livell ta’ konċentrazzjoni li taħtu l-prekursur tal-isplussivi jista’ xorta jintuża għall-għanijiet leġittimi li għalihom ikun disponibbli filwaqt li jiżgura li jkun ferm inqas probabbli li dak il-prekursur jintuża għall-manifattura illeċita ta’ splussivi.

(6)

Jenħtieġ li l-membri tal-pubbliku ġenerali ma jitħallewx jakkwistaw, jintroduċu, jippossjedu jew jużaw ċerti prekursuri tal-isplussivi f’konċentrazzjonijiet li jaqbżu ċerti valuri limitu, espressi bħala perċentwal skont il-piż (w/w). Madankollu, jenħtieġ li l-membri tal-pubbliku ġenerali jitħallew jakkwistaw, jintroduċu, jippossjedu jew jużaw xi prekursuri tal-isplussivi f’konċentrazzjonijiet li jaqbżu dawk il-valuri limitu għal finijiet leġittimi, sakemm ikollhom liċenzja biex jagħmlu dan. Meta l-applikant ikun persuna ġuridika, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tqis il-kuntest tal-persuna ġuridika u ta’ kwalunkwe persuna, li taġixxi individwalment jew bħala parti minn organu tal-persuna ġuridika li jkollha pożizzjoni ta’ tmexxija fi ħdan il-persuna ġuridika, abbażi ta’ setgħa ta’ rappreżentanza tal-persuna ġuridika, awtorità li tieħu deċiżjonijiet f’isem il-persuna ġuridika jew awtorità li teżerċita kontroll fi ħdan il-persuna ġuridika.

(7)

Għal xi prekursuri tal-isplussivi ristretti f’konċentrazzjonijiet li jaqbżu l-valuri limitu previst f’dan ir-Regolament, ma jeżisti l-ebda użu leġittimu minn membri tal-pubbliku ġenerali. Għalhekk, jenħtieġ li jitwaqqaf il-liċenzjar tal-klorat tal-potassju, tal-perklorat tal-potassju, tal-klorat tas-sodju u tal-perklorat tas-sodju. Jenħtieġ li l-liċenzjar jitħalla biss għal għadd limitat ta’ prekursuri tal-isplussivi ristretti li għalihom jeżisti użu leġittimu minn membri tal-pubbliku ġenerali. Jenħtieġ li tali liċenzjar ikun limitat għal konċentrazzjonijiet li ma jaqbżux l-ogħla valur limitu previst f’dan ir-Regolament. Meta jinqabeż dak l-ogħla valur limitu r-riskju tal-manifattura illeċita tal-isplussivi jegħleb l-użu leġittimu negliġibbli ta’ dawk il-prekursuri tal-isplussivi mill-membri tal-pubbliku ġenerali, fid-dawl tal-fatt li għal dawk il-prekursuri jeżistu alternattivi jew konċentrazzjonijiet aktar baxxi li jistgħu jilħqu l-istess effett. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jiddetermina wkoll iċ-ċirkostanzi li l-awtoritajiet kompetenti, bħala minimu, jieħdu inkunsiderazzjoni meta jkunu qed jikkunsidraw jekk joħorġux liċenzja. Flimkien mal-format ta’ liċenzja li jinsab fl-Anness III, jenħtieġ li dan jiffaċilita r-rikonoxximent tal-liċenzji li jinħarġu minn Stati Membri oħra.

(8)

Jenħtieġ li jkun possibbli li r-rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji li jinħargu minn Stati Membri oħra jsir b’mod bilaterali jew multilaterali, sabiex jintlaħqu l-objettivi tas-suq uniku.

(9)

Sabiex japplikaw ir-restrizzjonijiet u l-kontrolli ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li dawk l-operaturi ekonomiċi li jbiegħu lil utenti professjonali jew lil membri tal-pubbliku ġenerali li jkollhom liċenzja jkunu jistgħu joqogħdu fuq l-informazzjoni li tkun disponibbli aktar ‘il fuq fil-katina tal-provvista. Għalhekk jenħtieġ li kull operatur ekonomiku fil-katina tal-provvista jinforma lir-riċevitur ta’ dawk il-prekursuri tal-isplussivi regolati li t-tqegħid għad-dispożizzjoni, l-introduzzjoni, il-pussess jew l-użu ta’ dak il-prekursur tal-isplussivi minn membri tal-pubbliku ġenerali huwa soġġett għal dan ir-Regolament, pereżempju, billi titwaħħal tikketta adatta mal-imballaġġ, billi jiġi verifikat li tkun twaħħlet tikketta adatta mal-imballaġġ, jew billi dik l-informazzjoni tiġi inkluża fl-iskeda ta’ data ta’ sigurtà kkompilata skont l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(10)

Id-differenza bejn operatur ekonomiku u utent professjonali hija li l-operaturi ekonomiċi jagħmlu prekursur tal-isplussivi disponibbli għal persuna oħra, filwaqt li utenti professjonali jakkwistaw jew jintroduċu prekursur tal-isplussivi unikament għall-użu propju. Jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi li jbiegħu lill-utenti professjonali, lil operaturi ekonomiċi oħra jew lil membri tal-pubbliku ġenerali li jkollhom liċenzja jiżguraw li l-persunal tagħhom involut fil-bejgħ tal-prekursuri tal-isplussivi jkunu jafu liema mill-prodotti li huma jqiegħdu għad-dispożizzjoni fihom prekursuri tal-isplussivi, pereżempju billi jinkludu informazzjoni li prodott ikun fih prekursur tal-isplussivi fil-barcode tal-prodott.

(11)

Id-distinzjoni bejn utenti professjonali, li fir-rigward tagħhom jenħtieġ li jkun possibbli li prekursuri tal-isplussivi ristretti jkunu disponibbli, u membri tal-pubbliku ġenerali li fir-rigward tagħhom jenħtieġ li ma jkunux disponibbli, tiddependi fuq jekk il-persuna għandhiex l-intenzjoni li tuża l-prekursur tal-isplussivi kkonċernat għal skopijiet marbuta mal-kummerċ, man-negozju jew mal-professjoni speċifikata’ dik il-persuna, inkluż il-forestrija, l-ortikultura u attività agrikola, kemm jekk titwettaq fuq bażi full-time jew fuq bażi part-time u mhux neċessarjament relatat mad-daqs tal-medda tal-art li fuqha titwettaq dik l-attività. Għalhekk jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi ma jqiegħdux prekursur tal-isplussivi ristrett għad-dispożizzjoni ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkunu professjonalment attivi f’oqsma fejn hemm it-tendenza li l-prekursuri tal-isplussivi ristretti speċifiċi ma jintużawx għal skopijiet professjonali, jew għad-dispożizzjoni ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkunu involuti f’attivitajiet li ma jkunux marbuta ma’ xi skop professjonali.

(12)

Jenħtieġ li l-persunal tal-operaturi ekonomiċi li jkun involut fit-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ prekursuri tal-isplussivi ikun soġġett għall-istess regoli taħt dan ir-Regolament li japplikaw għall-membri tal-pubbliku ġenerali meta juża tali prekursuri ta’ splussivi fil-kapaċità personali tiegħu.

(13)

Jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi jżommu d-data dwar it-tranżazzjonijiet sabiex jassistu lill-awtoritajiet b’mod sostanzjali fil-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni, u l-prosekuzzjoni ta’ reati serji li jitwettqu b’apparat splussiv artiġjanali kif ukoll fil-verifika tal-konformità ma’ dan ir-Regolament. L-identifikazzjoni tal-atturi kollha fil-katina tal-provvista u tal-klijenti kollha hija essenzjali għal dan il-għan, sew jekk ikunu membri tal-pubbliku ġenerali, utenti professjonali jew operaturi ekonomiċi. Billi l-manifattura u l-użu illeċiti ta’ splussivi artiġjanali jistgħu jseħħu biss ammont ta’ żmien sinifikanti wara l-bejgħ tal-prekursur ta’ splussivi, jenħtieġ li d-data dwar it-tranżazzjonijiet tinżamm għal dak iż-żmien kollu li jkun neċessarju, proporzjonali u xieraq biex jiġu ffaċilitati l-investigazzjonijiet b’kont meħud tal-perijodi ta’ spezzjoni medji.

(14)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika wkoll għall-operaturi ekonomiċi li joperaw online, inkluż dawk li joperaw fi swieq online. Għalhekk, jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi li joperaw online jħarrġu wkoll lill-persunal tagħhom u jenħtieġ ukoll li jkollhom proċeduri xierqa fis-seħħ biex jiġu identifikati tranżazzjonijiet suspettużi. Barra minn hekk, jenħtieġ li jqiegħdu prekursuri tal-isplussivi ristretti biss għad-dispożizzjoni ta’ membru tal-pubbliku ġenerali fl-Istati Membri li jżommu jew li jistabbilixxu reġim ta’ liċenzjar f’konformità ma’ dan ir-Regolament, u biss wara li jkunu vverifikaw li dak il-membru tal-pubbliku ġenerali għandu liċenzja valida. Wara li jkun ivverifika l-identità tal-klijent prospettiv, pereżempju permezz tal-mekkaniżmi previsti fir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), jenħtieġ li l-operatur ekonomiku jivverifika li l-liċenzja li tkun inħarġet tkopri t-tranżazzjoni intenzjonata, pereżempju permezz ta’ spezzjoni fiżika tal-liċenzja fil-ħin tal-kunsinna tal-prekursur tal-isplussivi jew, bil-kunsens tal-klijent prospettiv, billi jikkuntattja lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jkun ħareġ il-liċenzja. Jenħtieġ ukoll li l-operaturi ekonomiċi li joperaw online, bl-istess mod ta’ dawk li joperaw offline, jitolbu l-utenti professjonali jipprovdu dikjarazzjonijiet dwar l-użu finali.

(15)

Is-swieq online jaġixxu bħala sempliċi intermedjarji bejn l-operaturi ekonomiċi fuq naħa waħda, u l-membri tal-pubbliku ġenerali, jew utenti professjonali jew operaturi ekonomiċi oħra, fuq in-naħa l-oħra. Għalhekk, jenħtieġ li s-swieq online ma jaqgħux taħt id-definizzjoni ta’ operatur ekonomiku u ma jkunux meħtieġa li jagħtu struzzjonijiet lill-persunal tagħhom involut fil-bejgħ ta’ prekursuri tal-isplussivi ristretti rigward l-obbligi tagħhom taħt dan ir-Regolament jew li jivverifikaw l-identità u, fejn xieraq, il-liċenzja tal-klijent prospettiv, jew li jitolbu informazzjoni oħra mingħand il-klijent prospettiv. Madankollu, minħabba r-rwol ċentrali li għandhom is-swieq online fit-tranżazzjonijiet online, inkluż fir-rigward tal-bejgħ ta’ prekursuri tal-isplussivi regolati, jenħtieġ li dawn jinformaw lill-utenti tagħhom li jkollhom l-għan li jrendu disponibbli prekursuri tal-isplussivi regolati permezz tal-użu tas-servizzi tagħhom dwar l-obbligi taħt dan ir-Regolament, b’mod ċar u effettiv. Barra minn hekk, jenħtieġ li s-swieq online jieħdu miżuri biex jgħinu sabiex jiġi żgurat li l-utenti tagħhom jikkonformaw mal-obbligi proprji tagħhom fir-rigward tal-verifika, pereżempju billi joffru għodod biex tiġi ffaċilitata l-verifika tal-liċenzji. Fid-dawl tas-sinifikat dejjem akbar tas-swieq online għal kull tip ta’ provvista u l-importanza ta’ dan il-mezz ta’ akkwist, inkluż għal finijiet ta’ terroriżmu, jenħtieġ li s-swieq online ikunu soġġetti għall-istess obbligi ta’ identifikazzjoni u rappurtar bħall-operaturi ekonomiċi, għalkemm jenħtieġ li l-proċeduri biex jiġu identifikati tranżazzjonijiet suspettużi jiġu adattati kif suppost għall-ambjent online speċifiku.

(16)

Jenħtieġ li l-obbligi fuq is-swieq online skont dan ir-Regolament ma jwasslux għal obbligu ġenerali ta’ monitoraġġ. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi biss obbligi speċifiċi għal swieq online fir-rigward tal-identifikazzjoni u r-rappurtar ta’ tranżazzjonijiet suspettużi li jsiru fuq is-siti web tagħhom jew li jużaw is-servizzi tal-informatika tagħhom. Jenħtieġ li s-swieq online ma jinżammux responsabbli, abbażi ta’ dan ir-Regolament, għal tranżazzjonijiet li ma kinux identifikati minkejja li s-suq online kellu fis-seħħ proċeduri xierqa, raġonevoli u proporzjonati biex tiġi identifikata tali tranżazzjonijiet suspettużi.

(17)

Dan ir-Regolament jeżiġi li l-operaturi ekonomiċi jirrapportaw tranżazzjonijiet suspettużi, irrispettivament minn jekk il-klijent prospettiv huwiex membru tal-pubbliku ġenerali, utent professjonali jew operatur ekonomiku. Jenħtieġ li l-obbligi li jirrigwardaw prekursuri tal-isplussivi regolati, inkluż l-obbligu tar-rappurtar ta’ tranżazzjonijiet suspettużi, japplikaw għas-sustanzi kollha elenkati tal-Annessi I u II, irrispettivament mill-konċentrazzjoni tagħhom. Madankollu, il-prodotti li ma fihomx prekursuri tal-isplussivi ħlief għal limitu tant baxx u f’taħlitiet tant kumplessi li l-estrazzjoni tal-prekursuri tal-isplussivi hija teknikament ferm diffiċli jenħtieġ li jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(18)

Biex titjieb l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li kemm l-operaturi ekonomiċi kif ukoll l-awtoritajiet pubbliċi jipprovdu taħriġ adegwat rigward l-obbligi taħt dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu awtoritajiet ta’ spezzjoni u jenħtieġ li jorganizzaw azzjonijiet regolari biex jiżdied l-għarfien li jkunu adattati għall-ispeċifiċitajiet ta’ kull wieħed mis-setturi differenti, u jenħtieġ li jżommu djalogu permanenti mal-operaturi ekonomiċi f’kull livell tal-katina tal-provvista, inkluż l-operaturi ekonomiċi li joperaw online.

(19)

L-għażla tas-sustanzi li jintużaw mill-kriminali għall-manifattura illeċita tal-isplussivi tista’ tinbidel malajr. Għalhekk, jenħtieġ li jkun possibbli li jiddaħħlu sustanzi addizzjonali taħt l-obbligu ta’ rappurtar previst minn dan ir-Regolament, fejn ikun meħtieġ b’urġenza. Sabiex jiġu akkomodati l-iżviluppi possibbli fl-użu ħażin ta’ sustanzi bħala prekursuri tal-isplussivi, jenħtieġ li s-setgħa li tal-adozzjoni ta’ atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar ta’ dan ir-Regolament bil-modifika tal-valuri limitu ta’ ċerti sustanzi li huma ristretti taħt dan ir-Regolament li meta jinqabżu ma għandhomx jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-membri tal-pubbliku ġenerali, u tal-elenkar ta’ sustanzi addizzjonali li fir-rigward tagħhom għandhom jiġu rapportati tranżazzjonijiet suspettużi. Huwa ta’ importanza partikolari li waqt il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa anke fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jsiru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (6). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(20)

Sabiex jiġu indirizzati s-sustanzi li mhumiex diġà elenkati fl-Anness I jew II, iżda li fir-rigward tagħhom Stat Membru jiskopri raġunijiet tajbin biex jemmen li dawn jistgħu jintużaw għall-manifattura illeċita tal-isplussivi, jenħtieġ li tiġi pprovduta klawżola ta’ salvagwardja għal proċedura adegwata tal-Unjoni. Barra minn hekk, fid-dawl tar-riskji speċifiċi li għandhom jiġu indirizzati f’dan ir-Regolament, huwa opportun li jkun permess li l-Istati Membri, f’ċerti ċirkostanzi, jadottaw miżuri ta’ salvagwardja, inkluż fir-rigward ta’ sustanzi li jkunu diġà soġġetti għal miżuri taħt dan ir-Regolament. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jżommu miżuri nazzjonali li ikunu diġà infurmaw jew innotifikaw lill-Kummissjoni dwarhom f’konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 98/2013.

(21)

Il-qafas regolatorju jiġi ssimplifikat permezz tal-integrazzjoni tar-restrizzjonijiet rilevanti orjentati lejn is-sigurtà dwar it-tqegħid għad-dispożizzjoni tan-nitrat tal-ammonju mir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 f’dan ir-Regolament. Għal dik ir-raġuni, jenħtieġ li l-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jiġi emendat skont dan.

(22)

Dan ir-Regolament jirrikjedi l-ipproċessar ta’ data personali u l-iżvelar ulterjuri tagħha lil persuni terzi fil-każ ta’ tranżazzjonijiet suspettużi. Tali pproċessar u żvelar jimplikaw interferenza mad-drittijiet fundamentali għar-rispett tal-ħajja privata tal-individwu u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi żgurat li d-dritt fundamentali għall-protezzjoni tad-data personali ta’ individwi li d-data personali tagħhom tiġi pproċessata fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament ikun debitament protett. Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) jirregola l-ipproċessar ta’ data personali li jsir fil-qafas ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk, jenħtieġ li l-ipproċessar ta’ data personali involuta fil-liċenzjar u ta’ rapportar ta’ tranżazzjonijiet suspettużi jsir skont ir-Regolament (UE) 2016/679, inklużi l-prinċipji ġenerali relatati mal-protezzjoni tad-data ta’ legalità, ġustizzja u trasparenza, limitazzjoni tal-iskop, minimizzazzjoni tad-data, preċiżjoni, limitazzjoni tal-ħżin, integrità u kunfidenzjalità u r-rekwiżit li jintwera rispett dovut lejn id-drittijiet tas-suġġett tad-data.

(23)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament ibbażata fuq il-kriterji ta’ effikaċja, effettività, rilevanza, koerenza u valur miżjud tal-UE, Jenħtieġ li dik l-evalwazzjoni tipprovdi l-bażi għall-valutazzjonijiet tal-impatt ta’ miżuri oħra possibbli. Jenħtieġ li l-informazzjoni tinġabar fuq bażi regolari għall-finijiet tal-evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(24)

Minħabba li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-limitazzjoni tal-aċċess tal-membri tal-pubbliku ġenerali għal prekursuri tal-isplussivi, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista’, minħabba l-iskala u l-effetti tal-limitazzjoni, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.

(25)

Jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 98/2013 jitħassar,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli armonizzati li jikkonċernaw it-tqegħid għad-dispożizzjoni, l-introduzzjoni, il-pussess u l-użu ta’ sustanzi jew taħlitiet li jistgħu jiġu użati ħażin għall-manifattura illeċita tal-isplussivi, bil-għan li tiġi limitata d-disponibbiltà ta’ dawk is-sustanzi jew taħlitiet għall-membri tal-pubbliku ġenerali, u bil-ħsieb li jiġi żgurat ir-rapportar adegwat ta’ tranżazzjonijiet suspettużi tul il-katina tal-provvista.

Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħrajn aktar stretti tad-dritt tal-Unjoni dwar is-sustanzi elenkati f’ Anness I u II.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament japplika għas-sustanzi elenkati fl-Annessi I u II u għat-taħlitiet u s-sustanzi li fihom dawk is-sustanzi.

2.   Dan ir-Regolament ma japplikax għal:

(a)

oġġetti kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;

(b)

oġġetti pirotekniċi kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2013/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8);

(c)

oġġetti pirotekniċi intenzjonati għall-użu mhux kummerċjali skont il-liġi nazzjonali mill-forzi armati, mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew mis-servizzi tat-tifi tan-nar;

(d)

tagħmir pirotekniku li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9);

(e)

oġġetti pirotekniċi intenzjonati għall-użu fl-industrija tal-ajruspazju;

(f)

kapsuli ta’ perkussjoni intenzjonati għall-ġugarelli;

(g)

prodotti mediċinali li kienu tqiegħdu b’mod leġittimu għad-dispożizzjoni ta’ membru tal-pubbliku ġenerali abbażi ta’ preskrizzjoni medika skont il-liġi nazzjonali applikabbli.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

"sustanza" tfisser sustanza kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;

(2)

"taħlita" tfisser taħlita kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;

(3)

"oġġett" tfisser oġġett kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;

(4)

"tqegħid għad-dispożizzjoni" tfisser kwalunkwe provvista, kemm jekk bi ħlas kif ukoll jekk mingħajr ħlas;

(5)

"introduzzjoni" tfisser l-att li bih tinġieb sustanza fit-territorju ta’ Stat Membru, irrispettivament mid-destinazzjoni tagħha fl-Unjoni, kemm jekk minn Stat Membru ieħor kif ukoll jekk minn pajjiż terz, skont kwalunkwe proċedura doganali, kif definit fir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) inkluż it-tranżitu;

(6)

"użu" tfisser użu kif definit fil-punt (24) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;

(7)

"tranżazzjoni suspettuża" tfisser kwalunkwe tranżazzjoni li tikkonċerna prekursuri tal-isplussivi regolati li għaliha, wara li jkunu tqiesu l-fatturi rilevanti kollha, ikun hemm raġunijiet tajbin biex wieħed jissuspetta li s-sustanza jew it-taħlita kkonċernata hija intenzjonata għall-manifattura illeċita ta’ splussivi;

(8)

"membru tal-pubbliku ġenerali" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun qed taġixxi għal finijiet mhux konnessi mal-kummerċ, in-negozju, jew il-professjoni ta’ dik il-persuna;

(9)

"utent professjonali" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew entità pubblika jew grupp ta’ tali persuni jew entitajiet li jkollha ħtieġa dimostrabbli għal prekursur tal-isplussivi ristrett għal skopijiet marbuta mal-kummerċ, in-negozju, jew il-professjoni tagħha, inkluż attività agrikola, kemm jekk titwettaq fuq bażi full-time jew fuq bażi part-time u mhux neċessarjament relatat mad-daqs tal-medda tal-art li fuqha titwettaq dik l-attività agrikola, sakemm tali skopijiet ma jinkludux it-tqegħid tal-prekursur tal-isplussivi ristrett għad-dispożizzjoni ta’ persuna oħra;

(10)

"operatur ekonomiku" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew entità pubblika jew grupp ta’ tali persuni jew entitajiet li jagħmlu prekursuri tal-isplussivi regolati disponibbli fis-suq, sew jekk offline jew online, u inkluż fi swieq online;

(11)

"suq online" tfisser fornitur ta’ servizz intermedjarju li jippermetti l-operaturi ekonomiċi, fuq in-naħa l-waħda, u membri tal-pubbliku ġenerali, utenti professjonali, jew operaturi ekonomiċi oħrajn, fuq in-naħa l-oħra, jikkonkludu tranżazzjonijiet fir-rigward ta’ prekursuri tal-isplussivi regolati permezz ta’ bejgħ online jew kuntratti ta’ servizzi, jew fuq is-sit web tas-suq online jew fuq is-sit web ta’ operatur ekonomiku li juża’ servizzi tal-informatika pprovduti mis-suq online;

(12)

"prekursur tal-isplussivi ristrett" tfisser sustanza elenkata fl-Anness I li tkun f’konċentrazzjoni li teċċedi l-valur limitu korrispondenti u stabbilit fil-kolonna nru 2 tat-tabella fl-Anness I inkluż taħlita jew sustanza oħra li fiha tkun preżenti sustanza elenkata f’dak l-Anness f’konċentrazzjoni li teċċedi l-valur limitu korrispondenti;

(13)

"prekursur tal-isplussivi regolat" tfisser sustanza elenkata fl-Anness I jew II inkluż taħlita jew sustanza oħra li fiha tkun preżenti sustanza elenkata f’dawk l-Annessi, bl-esklużjoni ta’ taħlitiet omoġenji ta’ aktar minn 5 ingredjenti li fihom il-konċentrazzjoni ta’ kull sustanza elenkata fl-Anness I jew II tkun inqas minn 1 % piż b’piż;

(14)

"attività agrikola" tfisser il-produzzjoni, it-trobbija jew it-tkabbir ta’ prodotti agrikoli inkluż il-ħsad, it-taħlib, it-tnissil tal-annimali u ż-żamma ta’ annimali għal skopijiet agrikoli, jew iż-żamma taż-żona agrikola fi stat agrikolu u ambjentali tajjeb kif stabbilit skont l-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11).

Artikolu 4

Moviment liberu

Sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan ir-Regolament jew f’atti legali oħra tal-Unjoni, l-Istati Membri ma għandhomx jipprojbixxu, jirrestrinġu jew jimpedixxu t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ prekursur tal-isplussivi regolat, abbażi ta’ raġunijiet relatati mal-prevenzjoni tal-manifattura illeċita tal-isplussivi.

Artikolu 5

Tqegħid għad-dispożizzjoni, introduzzjoni, pussess u użu

1.   Prekursuri tal-isplussivi ristretti ma għandhomx jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’, jew jiġu introdotti, ikunu fil-pussess ta’ jew użati minn, membri tal-pubbliku ġenerali.

2.   Ir-restrizzjoni skont il-paragrafu 1 tapplika wkoll għal taħlitiet li fihom klorati jew perklorati elenkati fl-Anness I, fejn il-konċentrazzjoni totali ta’ dawk is-sustanzi fit-taħlita taqbeż il-valur limitu għal kwalunkwe waħda mis-sustanzi indikati fil-kolonna 2 tat-tabella fl-Anness I.

3.   Stat Membru jista’ jżomm jew jistabbilixxi reġim ta’ liċenzjar li jippermetti li ċerti prekursuri tal-isplussivi ristretti jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’, jew jiġu introdotti, ikunu fil-pussess ta’ jew użati minn, membri tal-pubbliku ġenerali f’konċentrazzjonijiet li ma jaqbżux l-ogħla valuri limitu korrispondenti stabbiliti fil-kolonna 3 tat-tabella fl-Anness I.

Taħt tali reġimi ta’ liċenzjar, membru tal-pubbliku ġenerali għandu jikseb, u, jekk jintalab, jippreżenta liċenzja għall-akkwist, għall-introduzzjoni, għall-pussess jew għall-użu ta’ prekursuri tal-isplussivi ristretti. Tali liċenzji għandhom jinħarġu f’konformità mal-Artikolu 6 minn awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn dak il-prekursur tal-isplussivi ristrett huwa intenzjonat li jiġi akkwistat, introdott, ippossjedut jew użat.

4.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-miżuri kollha li jieħdu sabiex jimplimentaw ir-reġim ta’ liċenzjar previst fil-paragrafu 3 lill-Kummissjoni mingħajr dewmien. In-notifika għandha tistabbilixxi l-prekursuri tal-isplussivi ristretti li fir-rigward tagħhom l-Istat Membru jipprevedi reġim ta’ liċenzjar skont il-paragrafu 3.

5.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel pubblikament disponibbli lista ta’ miżuri nnotifikati mill-Istati Membri skont il-paragrafu 4.

Artikolu 6

Liċenzji

1.   Kull Stat Membru li joħroġ liċenzji lil membri tal-pubbliku ġenerali li għandhom interess leġittimu fl-akkwist, fl-introduzzjoni, fil-pussess jew fl-użu ta’ prekursuri tal-isplussivi ristretti għandu jistabbilixxi regoli għall-ħruġ ta’ liċenzja f’konformità mal-Artikolu 5(3). Meta tkun qiegħda tikkunsidra jekk toħroġx liċenzja, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tqis iċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, b’mod partikolari:

(a)

il-ħtieġa dimostrabbli għall-prekursur tal-isplussivi ristrett u l-leġittimità tal-użu intenzjonat tiegħu;

(b)

id-disponibbiltà tal-prekursur tal-isplussivi ristrett f’konċentrazzjonijiet aktar baxxi jew ta’ sustanzi alternattivi b’effett simili;

(c)

il-kuntest tal-applikant, inkluż informazzjoni dwar kundanni kriminali preċedenti tal-applikant fi kwalunkwe post fl-Unjoni;

(d)

l-arranġamenti ta’ ħżin li jkunu ġew proposti biex jiġi żgurat li l-prekursur tal-isplussivi ristrett jinħażen b’mod sikur.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tiġi rifjutata li toħroġ liċenzja jekk ikollha raġunijiet fondati sabiex tiddubita l-leġittimità tal-użu intenzjonat jew l-intenzjonijiet tal-membru tal-pubbliku ġenerali biex juża l-prekursur tal-isplussivi ristrett għal għan leġittimu.

3.   L-awtorità kompetenti tista’ tagħżel li tillimita l-validità tal-liċenzja, billi tippermetti l-użu uniku jew multiplu. Il- perjodu tal-validità tal-liċenzja ma għandux jaqbeż tliet snin. Sal-iskadenza indikata tal-liċenzja, l-awtorità kompetenti tista’ tobbliga lid-detentur tal-liċenzja biex juri li l-kondizzjonijiet li taħthom tkun inħarġet il-liċenzja għadhom qed jiġu ssodisfati. Il-liċenzja għandha tindika l-prekursuri tal-isplussivi ristretti li fir-rigward tagħhom tkun inħarġet.

4.   L-awtorità kompetenti tista’ teżiġi li l-applikanti jħallsu tariffa għall-applikazzjoni ta’ liċenzja. Tali tariffi ma għandhomx jaqbżu l-kost tal-ipproċessar tal-applikazzjoni.

5.   L-awtorità kompetenti tista’ tissospendi jew tirrevoka l-liċenzja kull fejn ikollha raġunijiet fondati biex temmen li l-kondizzjonijiet li taħthom tkun inħarġet il-liċenzja ma għadhomx sodisfatti. L-awtorità kompetenti għandha tinforma lid-detenturi tal-liċenzji bi kwalunkwe suspett jew revoka tal-liċenzji mingħajr dewmien, sakemm dan ma jipperikolax investigazzjonijiet attwali li jkunu għaddejjin.

6.   L-appelli kontra kwalunkwe deċiżjoni tal-awtorità kompetenti, u tilwim li jittratta l-konformità mal-kondizzjonijiet tal-liċenzji, għandhom jinstemgħu minn korp adatt li jkun responsabbli għal tali appelli u tilwim skont il-liġi nazzjonali.

7.   Stat Membru jista’ jirrikonoxxi liċenzji maħruġa minn Stati Membri oħra skont dan ir-Regolament.

8.   L-Istati Membri jistgħu jużaw il-format għal liċenzja indikat fl-Anness III.

9.   L-awtorità kompetenti għandha tikseb l-informazzjoni dwar kundanni kriminali preċedenti tal-applikant fi Stati Membri oħra kif imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, permezz tas-sistema stabbilita mid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI (12). L-awtoritajiet ċentrali msemmija fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Qafas għandhom jipprovdu tweġibiet għal talbiet għal tali informazzjoni fi żmien għaxart’ijiem ta’ xogħol mid-data li fiha tasal it-talba.

Artikolu 7

Informazzjoni lill-katina tal-provvista

1.   Operatur ekonomiku li jqiegħed prekursur tal-isplussivi ristrett għad-dispożizzjoni ta’ operatur ekonomiku ieħor għandu jinforma lil dak l-operatur ekonomiku li l-akkwist, l-introduzzjoni, il-pussess jew l-użu ta’ dak il-prekursur tal-isplussivi ristrett minn membri tal-pubbliku ġenerali huwa soġġett għal restrizzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 5(1) u (3).

Operatur ekonomiku li jqiegħed prekursur tal-isplussivi regolat għad-dispożizzjoni ta’ operatur ekonomiku ieħor għandu jinforma lil dak l-operatur ekonomiku li l-akkwist, l-introduzzjoni, il-pussess jew l-użu ta’ dak il-prekursur tal-isplussivi regolat minn membri tal-pubbliku ġenerali huwa soġġett għal obbligi ta’ rapportar kif stabbilit fl-Artikolu 9.

2.   Operatur ekonomiku li jqiegħed prekursuri tal-isplussivi regolati għad-dispożizzjoni ta’ utent professjonali jew ta’ membru tal-pubbliku ġenerali għandu jiżgura u għandu jkun jista’ juri lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ spezzjoni msemmija fl-Artikolu 11 li l-persunal tiegħu involut fil-bejgħ ta’ prekursuri tal-isplussivi regolati:

(a)

jaf liema mill- prodotti li jqiegħed għad-dispożizzjoni fihom prekursuri tal-isplussivi regolati;

(b)

huwa mħarreġ dwar l-obbligi skont l-Artikolu 5 u 9.

3.   Suq online għandu jieħu miżuri biex jiżgura li l-utenti tiegħu, meta jkunu qed iqiegħdu għad-dispożizzjoni xi prekursuri tal-isplussivi regolati permezz tas-servizzi tiegħu, ikunu infurmati dwar l-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament.

Artikolu 8

Verifika waqt il-bejgħ

1.   Operatur ekonomiku li jqiegħed prekursur tal-isplussivi ristrett għad-dispożizzjoni ta’ membru tal-pubbliku ġenerali f’konformità mal-Artikolu 5(3) għandu, għal kull tranżazzjoni, jivverifika l-identità u l-liċenzja ta’ dak il-membru tal-pubbliku ġenerali f’konformità mar-reġim ta’ liċenzjar stabbilit mill-Istat Membru fejn il-prekursur tal-isplussivi ristrett jitqiegħed għad-dispożizzjoni u jirreġistra l-ammont tal-prekursur tal-isplussivi ristrett fuq il-liċenzja.

2.   Sabiex jiġi vverifikat li klijent prospettiv huwa utent professjonali jew operatur ekonomiku ieħor, l-operatur ekonomiku li jqiegħed prekursur tal-isplussivi ristrett għad-dispożizzjoni ta’ utent professjonali jew operatur ekonomiku ieħor għandu jitlob, għal kull tranżazzjoni, l-informazzjoni li ġejja, sakemm tali verifika għal dak il-klijent prospettiv ma tkunx diġà saret f’perijodu ta’ sena qabel id-data tat-tranżazzjoni u t-tranżazzjoni ma tiddevjax b’mod sinifikanti minn tranżazzjonijiet preċedenti:

(a)

prova tal-identità tal-individwu intitolat li jirrappreżenta lill-klijent prospettiv;

(b)

il-kummerċ, in-negozju, jew il-professjoni flimkien mal-isem tal-kumpannija, l-indirizz u n-numru tal-identifikazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud jew kwalunkwe numru ta’ reġistrazzjoni tal-kumpannija rilevanti ieħor, jekk ikun hemm, tal-klijent prospettiv;

(c)

l-użu intenzjonat tal-prekursuri tal-isplussivi ristretti mill-klijent prospettiv.

L-Istati Membri jistgħu jużaw il-mudell tad-dikjarazzjoni tal-klijent indikat fl-Anness IV.

3.   Sabiex jiġi vverifikat l-użu intenzjonat tal-prekursur tal-isplussivi ristrett, l-operatur ekonomiku għandu jivvaluta jekk l-użu intenzjonat huwiex konsistenti mal-kummerċ, man-negozju jew mal-professjoni tal-klijent prospettiv. L-operatur ekonomiku jista’ jirrifjuta t-tranżazzjoni jekk ikollu raġunijiet tajbin biex jiddubita l-leġittimità tal-użu intenzjonat jew l-intenzjoni tal-klijent prospettiv li juża l-prekursur tal-isplussivi ristrett għal skop leġittimu. L-operatur ekonomiku għandu jirrapporta tali tranżazzjonijiet jew tali tranżazzjonijiet li ppruvaw isiru f’konformità mal-Artikolu 9.

4.   Sabiex tiġi vverifikata l-konformità ma’ dan ir-Regolament u tiġi evitata u identifikata l-manifattura illeċita tal-isplussivi, l-operaturi ekonomiċi għandhom iżommu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għal 18-il xahar mid-data tat-tranżazzjoni. Matul dak il-perijodu, l-informazzjoni għandha titqiegħed disponibbli għal spezzjoni fuq talba tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ spezzjoni jew tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi.

5.   Suq online għandu jieħu miżuri biex jgħin jiżgura li l-utenti tiegħu, meta jkunu qed iqiegħdu għad-dispożizzjoni prekursuri tal-isplussivi ristretti permezz tas-servizz tiegħu, jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont dan l-Artikolu.

Artikolu 9

Rapportar ta’ tranżazzjonijiet suspettużi, għajbien u serq

1.   Għall-fini tal-prevenzjoni u tal-identifikazzjoni tal-manifattura illeċita tal-isplussivi, l-operaturi ekonomiċi u s-swieq online għandhom jirrapportaw tranżazzjonijiet suspettużi. L-operaturi ekonomiċi u s-swieq online għandhom jagħmlu dan wara li jkunu qiesu ċ-ċirkostanzi kollha u, b’mod partikolari, fejn il-klijent prospettiv jaġixxi b’waħda jew aktar mill-modi li ġejjin:

(a)

jidher inċert dwar l-użu intenzjonat tal-prekursuri tal-isplussivi regolati;

(b)

jidher li ma jkunx familjari mal-użu intenzjonat tal-prekursuri tal-isplussivi regolati jew ma jistax jispjegah b’mod kredibbli;

(c)

biħsiebu jixtri prekursuri tal-isplussivi regolati fi kwantitajiet, kombinazzjonijiet jew konċentrazzjonijiet li mhumiex komuni għal użu leġittimu;

(d)

ma jkunx irid jagħti prova tal-identità, tal-post ta’ residenza jew, fejn xieraq, tal-istatus bħala utent professjonali jew operatur ekonomiku;

(e)

jinsisti li juża metodi insoliti ta’ pagament, inklużi ammonti kbar ta’ flus.

2.   L-operaturi ekonomiċi u s-swieq online għandu jkollhom fis-seħħ proċeduri adatti, raġonevoli u proporzjonati għall-identifikazzjoni ta’ tranżazzjonijiet suspettużi, adattati għall-ambjent speċifiku li fih jitqiegħdu għad-dispożizzjoni l-prekursuri tal-isplussivi regolati.

3.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi punt jew punti ta’ kuntatt nazzjonali b’numru tat-telefon faċilment identifikabbli, u indirizz elettroniku, formola online jew kwalunkwe għodda effettiva oħra, għar-rapportar ta’ tranżazzjonijiet suspettużi u għajbien u serq sinifikanti. Il-punti ta’ kuntatt nazzjonali għandhom ikunu disponibbli 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa.

4.   L-operaturi ekonomiċi u s-swieq online jistgħu jirrifjutaw it-tranżazzjoni suspettuża. Huma għandhom jirrappurtaw it-tranżazzjoni suspettuża jew it-tranżazzjoni suspettuża li ppruvat issir fi żmien 24 siegħa minn meta ġiet ikkunsidrata suspettuża. Meta jirrappurtaw tali tranżazzjonijiet, huma għandhom jagħtu l-identità tal-klijent jekk possibbli u d-dettalji kollha li wassluhom biex jikkunsidraw li t-tranżazzjoni hi suspettuża lill-punt ta’ kuntatt nazzjonali tal-Istat Membru fejn it-tranżazzjoni suspettuża tkun ġiet konkluża, jew ippruvat issir.

5.   Operaturi ekonomiċi u utenti professjonali għandhom jirrapportaw għajbien u serq sinifikanti ta’ prekursuri tal-isplussivi regolati fi żmien 24 siegħa mill-identifikazzjoni lill-punt ta’ kuntatt nazzjonali tal-Istat Membru fejn ikun seħħ l-għajbien jew is-serq. Meta jkunu qed jiddeċiedu dwar jekk l-għajbien jew is-serq huwiex sinifikattiv, għandhom iqisu jekk l-ammont huwiex insolitu b’kunsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi kollha tal-każ.

6.   Membri tal-pubbliku ġenerali li jkunu kisbu prekursuri tal-isplussivi ristretti skont l-Artikolu 5(3) għandhom jirrapportaw għajbien u serq sinifikanti ta’ prekursuri tal-isplussivi ristretti fi żmien 24 siegħa mill-identifikazzjoni lill-punt ta’ kuntatt nazzjonali tal-Istat Membru fejn ikun seħħ l-għajbien jew is-serq.

Artikolu 10

Taħriġ u għarfien

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw riżorsi adegwati għal taħriġ u jipprovdu taħriġ lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, lill-persuni li joffru l-ewwel intervent u lill-awtoritajiet doganali, sabiex ikunu kapaċi jagħrfu prekursuri tal-isplussivi regolati fil-qadi ta’ dmirijiethom u jirreaġixxu f’ħin opportun u b’mod adegwat f’każ ta’ attività suspettuża. L-Istati Membri jistgħu jitolbu taħriġ speċifiku addizzjonali mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) stabbilita permezz tar-Regolament (UE) 2015/2219 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13).

2.   L-Istati Membri għandhom jorganizzaw, tal-anqas darba fis-sena, azzjonijiet biex jiżdied l-għarfien adattati għall-ispeċifiċitajiet ta’ kull wieħed mis-setturi differenti li jużaw prekursuri tal-isplussivi regolati.

3.   Sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni u jiġi żgurat li l-partijiet kollha kkonċernati jimplimentaw dan ir-Regolament b’mod effettiv, l-Istati Membri għandhom jorganizzaw skambji regolari bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, l-awtoritajiet nazzjonali ta’ kontroll, l-operaturi ekonomiċi u s-swieq online kif ukoll ir-rappreżentanti tas-setturi li jużaw prekursuri tal-isplussivi regolati. L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu responsabbli biex jipprovdu informazzjoni lill-persunal tagħhom dwar il-mod ta’ kif il-prekursuri tal-isplussivi għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni skont dan ir-Regolament u biex iżidu l-għarfien tal-persunal f’dan ir-rigward.

Artikolu 11

Awtoritajiet nazzjonali ta’ spezzjoni

1.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li jkun hemm awtoritajiet kompetenti stabbiliti għal spezzjonijiet u kontrolli tal-applikazzjoni korretta tal-Artikoli 5 sa 9 ("awtoritajiet nazzjonali ta’ spezzjoni").

2.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtoritajiet nazzjonali ta’ spezzjoni jkollhom ir-riżorsi u s-setgħat investigattivi meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-eżekuzzjoni xierqa tal-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament.

Artikolu 12

Linji gwida

1.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi linji gwida aġġornati fuq bażi regolari sabiex tgħin lill-atturi fil-katina tal-provvista kimika u lill-awtoritajiet kompetenti, u biex tiġi faċilitata l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi ekonomiċi. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-Kumitat Permanenti dwar il-Prekursuri rigward kwalunkwe linji gwida jew l-aġġornamenti tagħhom. Il-linji gwida għandhom, b’mod partikolari, jipprovdu:

(a)

informazzjoni dwar kif għandhom isiru l-ispezzjonijiet;

(b)

informazzjoni dwar kif għandhom jiġu applikati r-restrizzjonijiet u l-kontrolli taħt dan ir-Regolament għal prekursuri tal-isplussivi regolati li jiġu ordnati mill-bogħod minn membri tal-pubbliku ġenerali jew minn utenti professjonali;

(c)

informazzjoni dwar il-miżuri possibbli li għandhom jiġu adottati minn swieq online biex tiġi żgurata l-konformità ma’ dan ir-Regolament;

(d)

informazzjoni dwar kif għandha tiġi skambjata informazzjoni rilevanti bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-punti ta’ kuntatt nazzjonali u bejn l-Istati Membri;

(e)

informazzjoni dwar il-mod kif wieħed jirrikonoxxi u jirrapporta tranżazzjonijiet suspettużi;

(f)

informazzjoni dwar l-arranġamenti ta’ ħżin li jiżguraw li l-prekursur tal-isplussivi regolat jinħażen b’mod sikur;

(g)

informazzjoni oħra, li tista’ titqies utli.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-linji gwida previsti fil-paragrafu 1 jiġu ċċirkolati fuq bażi regolari b’mod li jitqies bħala adegwat mill-awtoritajiet kompetenti skont l-objettivi tal-linji gwida.

3.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-linji gwida msemmija fil-paragrafu 1 ikunu disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni.

Artikolu 13

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Artikolu 14

Klawżola ta’ salvagwardja

1.   Fejn Stat Membru jkollu raġunijiet tajbin biex jemmen li sustanza speċifika li ma tkunx elenkata fl-Anness I jew II tista’ tintuża għall-manifattura illeċita tal-isplussivi, dan jista’ jirrestrinġi jew jipprojbixxi t-tqegħid għad-dispożizzjoni, l-introduzzjoni, il-pussess u l-użu ta’ dik is-sustanza, jew ta’ kwalunkwe taħlita jew sustanza li fiha dik is-sustanza, jew jipprevedi li s-sustanza tkun soġġetta għal obbligi ta’ rapportar f’konformità mal-Artikolu 9.

2.   Fejn Stat Membru jkollu raġunijiet tajbin biex jemmen li sustanza speċifika elenkata fl-Anness I tista’ tintuża għall-manifattura illeċita tal-isplussivi f’konċentrazzjoni daqs jew aktar baxxa mill-valuri limitu stabbiliti fil-kolonna 2 jew 3 tat-tabella fl-Anness I, dan jista’ jirrestrinġi jew jipprojbixxi ulterjorment it-tqegħid għad-dispożizzjoni, l-introduzzjoni, il-pussess u l-użu ta’ dik is-sustanza billi jimponi valur limitu aktar baxx.

3.   Fejn Stat Membru jkollu raġunijiet fondati biex jistabbilixxi valur limitu li meta jinqabeż minn sustanza elenkata fl-Anness II għandha tkun soġġetta għar-restrizzjonijiet li japplikaw għal prekursuri tal-isplussivi ristretti, hu jista’ jirrestrinġi jew jipprojbixxi t-tqegħid għad-dispożizzjoni, l-introduzzjoni, il-pussess u l-użu ta’ dik is-sustanza billi jimponi dak il-valur limitu.

4.   Stat Membru li jirrestrinġi jew jipprojbixxi sustanzi f’konformità mal-paragrafu 1, 2 jew 3 għandu jinforma minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn b’restrizzjonijiet jew projbizzjonijiet bħal dawn, u jagħti r-raġunijiet tiegħu għal dan.

5.   Stat Membru li jirrestrinġi jew jipprojbixxi sustanzi f’konformità mal-paragrafi 1, 2 jew 3 għandu jżid l-għarfien dwar tali restrizzjonijiet jew projbizzjonijiet fost l-operaturi ekonomiċi u s-swieq online fit-territorju tiegħu.

6.   Meta tirċievi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, il-Kummissjoni għandha teżamina minnufih jekk tħejjijx emendi għall-Annessi f’konformità mal-Artikolu 15(1) jew jekk tħejjijx proposta leġislattiva biex jiġu emendati l-Annessi. Fejn adatt, l-Istat Membru kkonċernat għandu jemenda jew iħassar il-miżuri nazzjonali tiegħu sabiex jieħu kont ta’ kwalunkwe tali emenda ta’ dawk l-Annessi.

7.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 6, il-Kummissjoni tista’, wara konsultazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat u, jekk xieraq, ma’ partijiet terzi, tieħu deċiżjoni li l-miżura meħuda minn dak l-Istat Membru mhijiex ġustifikata u teżiġi li dak l-Istat Membru jirrevoka jew jemenda l-miżura proviżorja. Il-Kummissjoni għandha tieħu tali deċiżjonijiet fi żmien 60 jum minn meta tkun irċeviet l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4. L-Istat Membru kkonċernat għandu jżid l-għarfien dwar tali deċiżjonijiet fost l-operaturi ekonomiċi u s-swieq online fit-territorju tiegħu.

8.   Il-miżuri li dwarhom l-Istati Membri jkunu infurmaw jew innotifikaw lill-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Frar 2021 skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 98/2013 ma għandhomx jiġu affettwati minn dan l-Artikolu.

Artikolu 15

Emendi għall-Annessi

1.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 16 li jemendaw dan ir-Regolament li:

(a)

jimmodifikaw il-valuri limitu fl-Anness I sa fejn meħtieġ biex jiġu akkomodati l-iżviluppi fl-użu ħażin ta’ sustanzi bħala prekursuri tal-isplussivi, jew abbażi ta’ riċerka u ttestjar;

(b)

iżidu sustanzi fl-Anness II, fejn ikun meħtieġ biex jiġu akkomodati l-iżviluppi fl-użu ħażin ta’ sustanzi bħala prekursuri tal-isplussivi.

Il-Kummissjoni għandha, bħala parti mit-tħejjija tagħha ta’ dawk l-atti delegati, tikkonsulta mal-partijiet interessati rilevanti, b’mod partikolari dawk fis-settur tal-bejgħ bl-imnut.

Fejn ikun hemm tibdil f’daqqa fil-valutazzjoni tar-riskju f’dak li għandu x’jaqsam mal-użu ħażin ta’ sustanzi għall-manifattura illeċita ta’ splussivi u raġunijiet imperattivi ta’ urġenza jeżiġu dan, il-proċedura prevista fl-Artikolu 17 għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat separat fir-rigward ta’ kull modifika tal-valuri limiti fl-Anness I u fir-rigward ta’ kull sustanza ġdida li tiżdied fl-Anness II. Kull att delegat għandu jkun ibbażat fuq analiżi li turi li l-emenda mhijiex probabbli li twassal għal piżijiet sproporzjonati fuq l-operaturi ekonomiċi jew fuq il-konsumaturi, b’kont debitament meħud tal-objettivi segwiti.

Artikolu 16

Eżerċizzju tad-delega

1.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati, soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 15 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mill-31 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħat mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħat għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perjodi ta’ tul identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponix għal din l-estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 15 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-esperti nnominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Mal-adozzjoni ta’ att delegat, il-Kummissjoni għandha tibgħat notifika dwaru simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 15 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu esprimew oġġezzjoni jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 17

Proċedura ta’ urġenza

1.   Atti delegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma ssir l-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika ta’ att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta’ urġenza.

2.   Kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill jistgħu joġġezzjona għal att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 16(6). F’dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att minnufih wara n-notifika tad-deċiżjoni ta’ oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

Artikolu 18

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

Fl-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-entrata 58. (Nitrat tal-ammonju (AN)) il-kolonna 2, il-paragrafi 2 u 3 jitħassru.

Artikolu 19

Rapportar

1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni sat-2 ta’ Frar 2022 u sussegwentement fuq bażi annwali, informazzjoni dwar:

(a)

l-għadd ta’ tranżazzjonijiet suspettużi, għajbien u serq sinifikanti rrapportati rispettivament;

(b)

l-għadd ta’ applikazzjonijiet għal liċenzji riċevuti taħt kwalunkwe reġim ta’ liċenzjar li jkunu żammu jew stabbilixxew skont l-Artikolu 5(3), kif ukoll l-għadd ta’ liċenzji maħruġa, u r-raġunijiet l-aktar komuni għar-rifjut tal-ħruġ ta’ liċenzji;

(c)

azzjonijiet biex jiżdied l-għarfien kif imsemmi fl-Artikolu 10(2);

(d)

spezzjonijiet imwettqa kif imsemmi fl-Artikolu 11, inkluż l-għadd ta’ spezzjonijiet u operaturi ekonomiċi koperti.

2.   Meta jittrasmettu l-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (c) u (d) tal-paragrafu 1 lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jiddistingwi bejn rapporti, azzjonijiet u spezzjonijiet li jirrigwardaw attivitajiet online u dawk li jirrigwardaw attivitajiet offline.

Artikolu 20

Programmi ta’ monitoraġġ

1.   Sal-1 ta’ Awwissu 2020, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm dettaljat għall-monitoraġġ tal-eżiti, tar-riżultati u tal-impatt ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-programm ta’ monitoraġġ għandu jistabbilixxi l-mezzi li permezz tagħhom, u l-intervalli li fihom, għandha tinġabar id-data u evidenza oħra meħtieġa. Għandu jispeċifika l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri fil-ġbir u fl-analiżi ta’ dik id-data u l-evidenza oħra.

3.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu d-data u evidenza oħra meħtieġa lill-Kummissjoni għall-monitoraġġ.

Artikolu 21

Evalwazzjoni

1.   Sat-2 ta’ Frar 2026, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Il- evalwazzjoni għandha ssir skont il-Linji Gwida tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni aħjar.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa lill-Kummissjoni għat-tħejjija tar-Rapport.

Artikolu 22

Tħassir

1.   Ir-Regolament (UE) Nru 98/2013 jitħassar b’effett mill-1 ta’ Frar 2021.

2.   Referenzi għar-Regolament (UE) Nru 98/2013 li tħassar għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 23

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Frar 2021.

3.   Minkejja l-paragrafu 2, il-liċenzji li nħarġu b’mod validu skont ir-Regolament (UE) Nru 98/2013 għandhom jibqgħu validi sad-data ddikjarata oriġinarjament fuq dawk il-liċenzji, jew sat-2 ta’ Frar 2022, skont liema minnhom tiġi l-ewwel.

4.   Kwalunkwe applikazzjoni għat-tiġdid tal-liċenzji msemmija fil-paragrafu 3 li tkun saret fl-1 ta’ Frar 2021 jew wara dik id-data għandha ssir f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

5.   Minkejja l-Artikolu 5(1), il-pussess, l-introduzzjoni u l-użu minn membri tal-pubbliku ġenerali ta’ prekursuri tal-isplussivi ristretti li kienu akkwistati legalment qabel l-1 ta’ Frar 2021 għandhom ikunu permessi sat-2 ta’ Frar 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2019.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

G. CIAMBA


(1)  ĠU C 367, 10.10.2018, p. 35.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ April 2019 għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2019.

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 98/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta’ Jannar 2013 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prekursuri tal-isplussivi (ĠU L 39, 9.2.2013, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).

(6)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(7)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(8)  Id-Direttiva 2013/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 12 ta’ Ġunju 2013 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għad-disponibbiltà fis-suq ta’ oġġetti pirotekniċi (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 27).

(9)  Id-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ Lulju 2014 dwar tagħmir tal-baħar u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 146).

(10)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(11)  Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).

(12)  Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009 dwar l-organizzazzjoni u l-kontenut tal-iskambju bejn l-Istati Membri, ta’ informazzjoni estratta mir-rekords kriminali (ĠU L 93, 7.4.2009, p. 23).

(13)  Regolament (UE) 2015/2219 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) u li jissostitwixxi u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI (ĠU L 319, 4.12.2015, p. 1).


ANNESS I

PREKURSURI TAL-ISPLUSSIVI RISTRETTI

Lista ta’ sustanzi li ma għandhomx jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’, jew jiġu introdotti, ikunu fil-pussess ta’ jew użati minn, membri tal-pubbliku ġenerali, kemm waħedhom kif ukoll f’taħlitiet jew f’sustanzi li jinkludu dawk is-sustanzi, sakemm il-konċentrazzjoni ma tkunx ugwali jew aktar baxxa mill-valuri limitu indikati fil-kolonna 2, u li fir-rigward tagħhom għandhom jiġu rrapportati tranżazzjonijiet suspettużi u għajbien u serq sinifikanti fi żmien 24 siegħa:

1.

Isem tas-sustanza u n-Numru tar-Reġistru tas-Servizz tat-Taqsiriet tas-Sustanzi Kimiċi (CAS RN)

2.

Valur limitu

3.

L-ogħla valur limitu għall-fini ta’ liċenzjar skont l-Artikolu 5(3)

4.

Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (NM) għal kompost separat definit b’mod kimiku li jissodisfa r-rekwiżiti tan-Nota 1 tal-Kapitolu 28 jew 29 tan-NM, rispettivament (1)

5.

Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (NM) għal taħlita mingħajr kostitwenti (per eż. merkurju, metalli prezzjużi jew metalli rari jew sustanzi radjuattivi) li jiddeterminaw il-klassifika taħt kodiċi ieħor tan-NM (1)

Aċidu nitriku (CAS RN 7697-37-2)

3 % w/w

10 % w/w

ex 2808 00 00

ex 3824 99 96

Perossidu tal-idroġenu (CAS RN 7722-84-1)

12 % w/w

35 % w/w

2847 00 00

ex 3824 99 96

Aċidu kubrit (CAS RN 7664-93-9)

15 % w/w

40 % w/w

ex 2807 00 00

ex 3824 99 96

Nitrometan (CAS RN 75-52-5)

16 % w/w

100 % w/w

ex 2904 20 00

ex 3824 99 92

Nitrat tal-ammonju (CAS 6484-52-2)

16 % w/w ta’ nitroġenu fir-rigward tan-nitrat tal-ammonju (4)

Liċenzjar mhux permess

3102 30 10 (f’soluzzjoni milwiema)

3102 30 90 (oħrajn)

ex 3824 99 96

Klorat tal-potassju (CAS RN 3811-04-9)

40 % w/w

Liċenzjar mhux permess

ex 2829 19 00

ex 3824 99 96

Perklorat tal-potassju (CAS RN 7778-74-7)

40 % w/w

Liċenzjar mhux permess

ex 2829 90 10

ex 3824 99 96

Klorat tas-sodju (CAS RN 7775-09-9)

40 % w/w

Liċenzjar mhux permess

2829 11 00

ex 3824 99 96

Perklorat tas-sodju (CAS RN 7601-89-0)

40 % w/w

Liċenzjar mhux permess

ex 2829 90 10

ex 3824 99 96


(1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1925 (2). Għandhom jiġu kkonsultati l-emendi sussegwenti tal-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (3) fir-rigward tal-kodiċijiet NM aġġornati.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/1925 tas-12 ta’ Ottubru 2017 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 282, 31.10.2017, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(4)  16 % w/w ta’ nitroġenu fir-rigward tan-nitrat tal-ammonju jikkorrispondi għal 45.7 % ta’ nitrat tal-ammonju, wara li jitneħħew l-impuritajiet.


ANNESS II

PREKURSURI TAL-ISPLUSSIVI RAPPORTABBLI

Lista ta’ sustanzi waħedhom jew f’taħlitiet jew f’sustanzi li fir-rigward tagħhom għandhom jiġu rrapportati tranżazzjonijiet suspettużi u għajbien u serq sinifikanti fi żmien 24 siegħa:

1.

Isem tas-sustanza u n-Numru tar-Reġistru tas-Servizz tat-Taqsiriet tas-Sustanzi Kimiċi (CAS RN)

2.

Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (NM) (1)

3.

Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (NM) għal taħlitiet mingħajr kostitwenti (per eż. merkurju, metalli prezzjużi jew metalli rari jew sustanzi radjuattivi) li jiddeterminaw il-klassifika taħt kodiċi ieħor tan-NM (1)

Eżammina (CAS RN 100-97-0)

ex 2933 69 40

ex 3824 99 93

Aċeton (CAS RN 67-64-1)

2914 11 00

ex 3824 99 92

Nitrat tal-potassju (CAS RN 7757-79-1)

2834 21 00

ex 3824 99 96

Nitrat tas-sodju (CAS RN 7631-99-4)

3102 50 00

ex 3824 99 96

Nitrat tal-kalċju (CAS RN 10124-37-5)

ex 2834 29 80

ex 3824 99 96

Nitrat tal-ammonju tal-kalċju (CAS RN 15245-12-2)

ex 3102 60 00

ex 3824 99 96

Manjeżju, trabijiet (CAS RN 7439-95-4) (2)  (3)

ex 8104 30 00

 

Nitrat tal-manjeżju eżaidrat (CAS RN 13446-18-9)

ex 2834 29 80

ex 3824 99 96

Aluminju, trabijiet (CAS RN 7429-90-5) (2)  (3)

7603 10 00

ex 7603 20 00

 


(1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1925. Għandhom jiġu kkonsultati l-emendi sussegwenti tal-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 fir-rigward tal-kodiċijiet NM aġġornati.

(2)  B'daqs tal-partiċella inqas minn 200 μm.

(3)  Bħala sustanza jew f’ taħlitiet li jkun fihom 70 % w/w jew iktar ta’ aluminju jew manjeżju.


ANNESS III

FORMAT GĦAL LIĊENZJA

Il-format għal liċenzja għal membru tal-pubbliku ġenerali biex jakkwista, jintroduċi, jippossjedi u juża’ prekursuri tal-isplussivi ristretti, kif imsemmi fl-Artikolu 6(8).

Image 1

Test ta 'immaġni

Image 2

Test ta 'immaġni

ANNESS IV

DIKJARAZZJONI TAL-KLIJENT

dwar l-użu jew l-użi speċifiċi ta’ prekursur tal-isplussivi ristrett kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2019/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)

(Imla b’ittri kapitali) (*1)

Is-sottoskritt,

Isem (klijent):

Prova ta’ identità (numru, awtorità emittenti):

Ir-rappreżentant awtorizzat ta’:

Kumpannija (prinċipal):

Numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud jew numru ta’ identifikazzjoni ieħor tal-kumpannija (*2)/Indirizz:

_

Kummerċ/negozju/professjoni:

Isem kummerċjali tal-prodott

Prekursuri tal-isplussivi ristrett

CAS Nru.

Ammont (kg/litru)

Konċentrazzjoni

Użu intenzjonat

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Jiena hawnhekk niddikjara li l-prodott kummerċjali u s-sustanza jew it-taħlita li fih għandhom jintużaw biss għall-użu indikat, li fi kwalunkwe każ huwa leġittimu, u ser jiġu mibjugħa jew ikkonsenjati lil klijent ieħor biss jekk jagħmel dikjarazzjoni simili dwar l-użu, b’rispett għar-restrizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 2019/1148 biex jitqiegħdu għad-disponibbiltà tal-membri tal-pubbliku ġenerali.

Firma: Isem:

Kariga: Data:


(1)  Ir-Regolament (UE) 2019/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-kummerċjalizzazzjoni u l-użu ta’ prekursuri tal-isplussivi, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 98/2013 (ĠU L 186, 11.7.2019, p. 1).

(*1)  Tista’ iżżid ir-ringieli meħtieġa fit-tabella tas-sustanzi.

(*2)  Tista’ tivverifika l-validità ta’ numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT ta’ operatur ekonomiku permezz tas-sit web VIES tal-Kummissjoni. Skont ir-regoli nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data, ċerti Stati Membri jipprovdu wkoll l-isem u l-indirizz marbutin man-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT mogħti billi dawn huma rreġistrati fil-bażijiet ta’ data nazzjonali.


11.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 186/21


REGOLAMENT (UE) 2019/1149 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-20 ta’ Ġunju 2019

li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tax-Xogħol, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 883/2004, (UE) Nru 492/2011, u (UE) 2016/589 u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2016/344

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE u għall-Iżvizzera)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 46 u 48 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Il-moviment liberu tal-ħaddiema, il-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà tal-forniment ta’ servizzi huma prinċipji fundamentali tas-suq intern tal-Unjoni, minquxa fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

(2)

Skont l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), l-Unjoni trid taħdem għal ekonomija tas-suq soċjali kompetittiva ħafna, fejn timmira għal impjiegi għal kulħadd u progress soċjali, u tippromwovi l-ġustizzja u protezzjoni soċjali, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni. F’konformità mal-Artikolu 9 tat-TFUE, l-Unjoni, fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u tal-attivitajiet tagħha, trid tqis ir-rekwiżiti marbuta mal-promozzjoni ta’ livell għoli ta’ impjiegi, il-garanzija ta’ protezzjoni soċjali adegwata, il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali, u l-promozzjoni ta’ livell għoli ta’ edukazzjoni, taħriġ u l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.

(3)

Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali kien is-suġġett ta’ proklamazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni fis-Summit Soċjali għall-Impjiegi Ġusti u t-Tkabbir f’Gothenburg fis-17 ta’ Novembru 2017. Dak is-Summit enfasizza l-ħtieġa li l-persuni jiġu l-ewwel, sabiex inkomplu niżviluppaw id-dimensjoni soċjali tal-Unjoni, u li nippromwovu l-konverġenza permezz ta’ sforzi fil-livelli kollha, kif ġie konfermat fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew wara l-laqgħa tiegħu tal-14 u l-15 ta’ Diċembru 2017.

(4)

Fid-Dikjarazzjoni Konġunta tagħhom dwar il-prijoritajiet leġiżlattivi tal-UE għall-2018 sa 2019, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni impenjaw rwieħhom li jieħdu azzjoni biex jirrinfurzaw id-dimensjoni soċjali tal-Unjoni, billi jaħdmu biex itejbu l-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, billi jipproteġu lill-ħaddiema mir-riskji tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol, billi jiżguraw trattament ġust għal kulħadd fis-suq tax-xogħol tal-Unjoni permezz ta’ regoli modernizzati dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema, u billi jkomplu jtejbu l-infurzar transfruntier tal-liġi tal-Unjoni.

(5)

Sabiex jiġu protetti d-drittijiet tal-ħaddiema mobbli u titrawwem kompetizzjoni ġusta bejn il-kumpaniji, b’mod partikolari l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs). Huwa kruċjali li jittejjeb l-infurzar transfruntier tal-liġi tal-Unjoni fil-qasam tal-mobbiltà tal-ħaddiema u li jiġi indirizzat l-abbuż.

(6)

Jenħtieġ li tiġi stabbilita Awtorità Ewropea tax-Xogħol (l-"Awtorità") sabiex tgħin issaħħaħ il-ġustizzja u l-fiduċja fis-suq intern. L-għanijiet tal-Awtorità jenħtieġ li jiġu definiti b’mod ċar b’konċentrazzjoni qawwija fuq għadd limitat ta’ kompiti, sabiex jiżguraw li l-mezzi disponibbli jintużaw bl-aktar mod effiċjenti possibbli f’oqsma li fihom l-Awtorità tista’ tipprovdi l-akbar valur miżjud. Għal dak l-għan, l-Awtorità jenħtieġ li tassisti lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni fit-tisħiħ tal-aċċess għall-informazzjoni, jenħtieġ li tappoġġa l-konformità u l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fl-applikazzjoni u l-infurzar konsistenti, effiċjenti u effettiva tal-liġi tal-Unjoni relatat mal-mobbiltà tal-ħaddiema fl-Unjoni kollha, u l-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali fl-Unjoni, u jenħtieġ li timmedja u tiffaċilita soluzzjoni fil-każ ta’ tilwim.

(7)

It-titjib tal-aċċess għall-informazzjoni għall-individwi u għal min iħaddem, partikolarment l-SMEs dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom fl-oqsma tal-mobbiltà tal-ħaddiema, il-moviment liberu tas-servizzi u l-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali, huwa essenzjali sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-potenzjal sħiħ tas-suq intern.

(8)

L-Awtorità jenħtieġ li twettaq l-attivitajiet tagħha fl-oqsma tal-mobbiltà tal-ħaddiema fl-Unjoni kollha u tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali transfruntiera, inkluż il-moviment liberu tal-ħaddiema, l-istazzjonar tal-ħaddiema u servizzi mobbli ħafna. Jenħtieġ li ttejjeb ukoll il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fl-indirizzar tax-xogħol mhux dikjarat u sitwazzjonijiet oħra li jipperikolaw il-funzjonament xieraq tas-suq intern, bħall-entitajiet kaxxa tal-ittri u l-impjiegi indipendenti fittizji, mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Istati Membri li jiddeċiedu dwar miżuri nazzjonali. Fejn waqt li tkun qed twettaq l-attivitajiet tagħha, l-Awtorità ssir konxja ta’ irregolaritajiet suspettati f’oqsma tal-liġi tal-Unjoni, bħal ksur tal-kundizzjonijiet tax-xogħol jew tar-regoli tas-saħħa u tas-sikurezza, jew l-isfruttament ta’ ħaddiema, jenħtieġ li tkun tista’ tirrapportahom u tikkoopera dwar dawk il-kwistjonijiet mal-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri kkonċernati u, fejn ikun xieraq, mal-Kummissjoni u ma’ korpi oħra kompetenti tal-Unjoni.

(9)

Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet tal-Awtorità jenħtieġ li jkopri atti ġuridiċi speċifiċi tal-Unjoni elenkati f’dan ir-Regolament, inkluż emendi għal dawk l-atti. Dik il-lista jenħtieġ li tiġi estiża fil-każ ta’ atti ġuridiċi ulterjuri tal-Unjoni li qed jiġu adottati fil-qasam tal-mobbiltà tal-ħaddiema madwar l-Unjoni.

(10)

L-Awtorità jenħtieġ li tikkontribwixxi b’mod proattiv għall-isforzi tal-Unjoni u nazzjonali fil-qasam tal-mobbiltà tal-ħaddiema madwar l-Unjoni u l-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali, billi twettaq il-kompiti tagħha b’kooperazzjoni sħiħa mal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni u l-Istati Membri, filwaqt li tevita kwalunkwe xogħol doppju u tippromwovi s-sinerġija u l-komplementarjetà.

(11)

L-Awtorità jenħtieġ li tikkontribwixxi għall-iffaċilitar tal-applikazzjoni u l-infurzar tal-liġi tal-Unjoni fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u li tappoġġa l-infurzar ta’ dawk id-dispożizzjonijiet implimentati permezz ta’ ftehimiet kollettivi applikabbli b’mod universali f’konformità mal-prattiki tal-Istati Membri. Għal dak il-għan, l-Awtorità jenħtieġ li tistabbilixxi sit web tal-Unjoni uniku għall-fini ta’ aċċess għas-siti web rilevanti kollha tal-Unjoni, u s-siti web nazzjonali stabbiliti skont id-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u skont id-Direttiva 2014/54/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Mingħajr preġudizzju għall-kompiti u l-attivitajiet tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) ("il-Kummissjoni Amministrattiva"), l-Awtorità jenħtieġ li tgħin ukoll fil-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali.

(12)

F’ċerti każijiet, il-liġi tal-Unjoni speċifiku skont is-settur ġie adottat sabiex iwieġeb għall-ħtiġijiet speċifiċi f’dak is-settur, bħall-qasam tat-trasport internazzjonali, inkluż it-trasport bit-triq, ferrovjarju, marittimu, il-passaġġi fuq l-ilma intern u l-avjazzjoni. Fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-Awtorità jenħtieġ li tittratta wkoll l-aspetti transfruntiera tal-mobbiltà tal-ħaddiema u tas-sigurtà soċjali tal-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni speċifika skont is-settur. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet tal-Awtorità, b’mod partikolari jekk l-attivitajiet tiegħu għandhomx jiġu estiżi għal atti ġuridiċi oħra tal-Unjoni li jkopru l-ħtiġijiet speċifiċi tas-settur fil-qasam tat-trasport internazzjonali, jenħtieġ li jkun suġġett għal evalwazzjoni u, jekk xieraq, rieżami perjodiċi.

(13)

L-attivitajiet tal-Unjoni jenħtieġ li jkopru lill-individwi li jkunu soġġetti għal-liġi tal-Unjoni fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluż ħaddiema, persuni li jaħdmu għal rashom u persuni li qed ifittxu x-xogħol. Tali individwi jenħtieġ li jinkludu ċittadini tal-Unjoni kif ukoll ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma residenti legalment fl-Unjoni, bħal ħaddiema stazzjonati, trasferimenti intrakorporattivi jew residenti fit-tul, kif ukoll il-membri tal-familja tagħhom f’konformità mal-liġi tal-Unjoni li jirregola l-mobbiltà tagħhom fi ħdan l-Unjoni.

(14)

L-istabbiliment tal-Awtorità jenħtieġ li ma joħloqx drittijiet jew obbligi ġodda għall-individwi jew għal min iħaddem, inkluż għall-operaturi ekonomiċi jew għall-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ minħabba li l-attivitajiet tal-Awtorità jenħtieġ li jqisu tali individwi u min iħaddem sal-punt li jkunu koperti mil-liġi tal-Unjoni fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament. Jenħtieġ li aktar kooperazzjoni fil-qasam tal-infurzar ma tpoġġix piż amministrattiv eċċessiv fuq il-ħaddiema mobbli jew fuq min iħaddem, b’mod partikolari l-SMEs, u lanqas ma tiskoraġġixxi l-mobbiltà tal-ħaddiema.

(15)

Sabiex ikun żgurat li l-individwi u min iħaddem ikunu jistgħu jibbenefikaw minn suq intern ġust u effettiv, l-Awtorità jenħtieġ li tappoġġa lill-Istati Membri fil-promozzjoni ta’ opportunitajiet għall-mobbiltà tal-ħaddiema jew il-provvediment ta’ servizzi u reklutaġġ f’kull post fl-Unjoni, inklużi opportunitajiet ta’ aċċess għal mobbiltà transfruntiera, bħat-tqabbil tal-impjiegi, tat-traineeships u tal-apprendistati transfruntiera u l-iskemi tal-mobbiltà bħal L-ewwel impjieg EURES tiegħek jew ErasmusPRO. L-Awtorità jenħtieġ li tikkontribwixxi wkoll għat-titjib tat-trasparenza tal-informazzjoni, inkluż dwar id-drittijiet u l-obbligi previstifil-liġi tal-Unjoni, u l-aċċess għal servizzi għall-individwi u min iħaddem, f’kooperazzjoni ma’ servizzi ta’ informazzjoni tal-Unjoni oħrajn, bħall-Pariri tal-Ewropa Tiegħek, u li tieħu vantaġġ sħiħ u tiżgura konsistenza mal-Portal l-Ewropa Tiegħek, li jenħtieġ li jifforma s-sinsla tal-gateway diġitali unika stabbilit mir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

(16)

Għal dawk il-għan, l-Awtorità jenħtieġ li tikkoopera ma’ inizjattivi u netwerks rilevanti oħrajn tal-Unjoni, b’mod partikolari in-Netwerk Ewropew tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi, in-Netwerk Enterprise Europe, il-Punt Fokali tal-Fruntieri SOLVIT, u l-Kumitat tal-Ispetturi Għolja tax-Xogħol, kif ukoll mas-servizzi nazzjonali rilevanti bħall-korpi biex tippromwovi trattament ekwu u biex tappoġġa lill-ħaddiema tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom, maħtura mill-Istati Membri skont id-Direttiva 2014/54/UE. L-Awtorità jenħtieġ li tieħu post il-Kummissjoni fil-ġestjoni tal-uffiċċju Ewropew għall-Koordinazzjoni tan-Netwerk tas-Servizzi Ewropej tax-Xogħol (EURES) stabbilit mir-Regolament (UE) 2016/589 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), inkluż l-istabbiliment tal-ħtiġijiet tal-utent u tar-rekwiżiti tan-negozju għall-effettività tal-portal EURES u tas-servizzi tat-teknoloġija tal-informazzjoni (IT) relatati, iżda teskludi l-forniment tal-IT, u l-operat u l-iżvilupp tal-infrastruttura tal-IT, li se tkompli tkun żgurata mill-Kummissjoni.

(17)

Bil-ħsieb li tiżgura l-applikazzjoni ġusta, sempliċi u effettiva u l-infurzar tal-liġi tal-Unjoni, l-Awtorità jenħtieġ li tappoġġa l-kooperazzjoni u l-iskambju f’waqtu tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri. Flimkien ma’ persunal ieħor, l-Uffiċjali Nazzjonali ta’ Kollegament li jaħdmu fi ħdan l-Awtorità jenħtieġ li jappoġġaw il-konformità tal-Istati Membri mal-obbligi ta’ kooperazzjoni, iħaffu l-iskambji bejniethom permezz ta’ proċeduri dedikati biex inaqqsu d-dewmien, u jiżguraw rabtiet ma’ uffiċċji nazzjonali ta’ kollegament, korpi u punti ta’ kuntatt taħt il-liġi tal-Unjoni. L-Awtorità jenħtieġ li tħeġġeġ l-użu ta’ approċċi innovattivi għal kooperazzjoni transfruntiera effettiva u effiċjenti, inkluż għodod tal-iskambju tad-data elettronika bħas-sistema ta’ Skambju Elettroniku ta’ Informazzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali (EESSI) u s-sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI), u jenħtieġ li tikkontribwixxi biex tkompli tiddiġitalizza l-proċeduri u ttejjeb l-għodod tal-IT użati għall-iskambju tal-messaġġi bejn l-awtoritajiet nazzjonali.

(18)

Sabiex tiżdied il-kapaċità tal-Istati membri li jiżguraw il-protezzjoni tal-persuni li jeżerċitaw id-dritt tagħhom għall-moviment liberu u li jindirizzaw l-irregolaritajiet b’dimensjoni transfruntiera f’rabta mal-liġi tal-Unjoni fil-kamp tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-Awtorità jenħtieġ li tappoġġa l-awtoritajiet nazzjonali fit-twettiq ta’ spezzjonijiet miftiehma u konġunti, inkluż billi tiffaċilita l-ispezzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 10 tad-Direttiva 2014/67/UE. Dawk l-ispezzjonijiet jenħtieġ li jseħħu fuq talba tal-Istati Membri jew fuq il-qbil tagħhom mas-suġġeriment tal-Awtorità. L-Awtorità jenħtieġ li tipprovdi appoġġ strateġiku, loġistiku u tekniku lill-Istati Membri li jipparteċipaw fl-ispezzjonijiet miftiehma jew konġunti b’rispett komplut lejn ir-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità. L-ispezzjonijiet jenħtieġ li jitwettqu fi qbil mal-Istati Membri kkonċernati u jeħtieġ li jseħħu fi ħdan il-qafas ġuridiku tal-liġi jew il-prattika nazzjonali tal-Istati Membri li fihom huma jsiru. L-Istati Membri jenħtieġ li jagħtu segwitu lill-eżiti tal-ispezzjonijiet miftiehma u konġunti skont il-liġi jew il-prattika nazzjonali.

(19)

L-ispezzjonijiet miftiehma u konġunti la għandhom jissostitwixxu u lanqas jimminaw il-kompetenzi nazzjonali. L-awtoritajiet nazzjonali jenħtieġ li jkunu wkoll assoċjati bis-sħiħ fil-proċess ta’ tali spezzjonijiet u jenħtieġ li jkollhom awtorità sħiħa. Meta t-trade unions ikunu responsabbli għall-ispezzjonijiet fil-livell nazzjonali, jenħtieġ li jsiru spezzjonijiet miftiehma u konġunti wara ftehim mas-sħab soċjali u b’kooperazzjoni magħhom.

(20)

Sabiex iżżomm kont tax-xejriet, tal-isfidi jew tal-lakuni emerġenti fl-oqsma tal-mobbiltà tal-ħaddiema u tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali, l-Awtorità jenħtieġ li tiżviluppa, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri u, fejn ikun xieraq, mas-sħab soċjali kapaċità analitika u ta’ valutazzjoni tar-riskju. Din jenħtieġ li tinvolvi t-twettiq ta’ analiżi u studji tas-suq tax-xogħol, kif ukoll reviżjonijiet bejn il-pari. L-Awtorità jenħtieġ li timmonitorja l-iżbilanċi potenzjali f’termini tal-ħiliet u tal-flussi tax-xogħol transfruntiera, inkluż l-impatt possibbli tagħhom fuq il-koeżjoni territorjali. L-Awtorità jenħtieġ li tappoġġa wkoll il-valutazzjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2014/67/UE. L-Awtorità jenħtieġ li tiżgura sinerġiji u komplementarjetà ma’ aġenziji tal-Unjoni, servizzi jew netwerks. Dan jenħtieġ li jinkludi t-tfittix ta’ input minn SOLVIT u servizzi simili dwar l-isfidi speċifiċi għas-settur u l-problemi rikorrenti dwar il-mobbiltà tal-ħaddiema fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. L-Awtorità jenħtieġ li tiffaċilita wkoll u tissimplifika l-attivitajiet tal-ġbir tad-data previsti mil-liġi tal-Unjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dan ma jinvolvix il-ħolqien ta’ obbligi ta’ rapportar ġodda għall-Istati Membri.

(21)

Biex issaħħaħ il-kapaċità tal-awtoritajiet nazzjonali fl-oqsma tal-mobbiltà tal-ħaddiema u l-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali u ttejjeb il-konsistenza fl-applikazzjoni mal-liġi tal-Unjoni fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-Awtorità jenħtieġ li tipprovdi assistenza operattiva lill-awtoritajiet nazzjonali, inkluż l-iżvilupp ta’ linji gwida prattiċi, l-istabbiliment ta’ programmi ta’ taħriġ u tagħlim bejn il-pari, inkluż għall-ispettorati tax-xogħol biex jindirizzaw l-isfidi bħall-impjiegi indipendenti fittizji u l-abbużi tal-istazzjonar, il-promozzjoni ta’ proġetti ta’ assistenza reċiproka, l-iffaċilitar tal-iskambji tal-persunal bħal dawk msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2014/67/UE, u appoġġ għall-Istati Membri fl-organizzazzjoni ta’ kampanji ta’ sensibilizzazzjoni li jinformaw lill-individwi u lil min iħaddem dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom. L-Awtorità jenħtieġ li tippromwovi l-iskambju, id-disseminazzjoni u l-użu ta’ prattiki tajbin u ta’ għarfien, u tippromwovi l-fehim reċiproku ta’ sistemi u prattiki nazzjonali differenti.

(22)

L-Awtorità jenħtieġ li tiżviluppa sinerġiji bejn il-kompitu tagħha li tiżgura mobbiltà ġusta tal-ħaddiema u li tindirizza x-xogħol mhux dikjarat. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-’indirizzar’ ta’ xogħol mhux dikjarat tfisser il-prevenzjoni, l-iskoraġġiment u l-ġlieda kontra x-xogħol mhux dikjarat kif ukoll il-promozzjoni tad-dikjarazzjoni tiegħu. Filwaqt li tibni fuq l-għarfien u l-metodi ta’ ħidma tal-Pjattaforma Ewropea biex issaħħaħ il-kooperazzjoni fl-indirizzar ta’ xogħol mhux dikjarat, stabbilit bid-Deċiżjoni (UE) 2016/344 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) l-Awtorità jenħtieġ li tistabbilixxi, bl-involviment tas-sħab soċjali, grupp ta’ ħidma permanenti msejjaħ ukoll Pjattaforma biex issaħħaħ il-kooperazzjoni fl-indirizzar ta’ xogħol mhux dikjarat. L-Awtorità jenħtieġ li tiżgura tranżizzjoni bla xkiel tal-attivitajiet eżistenti tal-pjattaforma stabbilita bid-Deċiżjoni (UE) 2016/344 għall-grupp ta’ ħidma fi ħdan l-Awtorità.

(23)

L-Awtorità jenħtieġ li jkollha rwol ta’ medjazzjoni. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jirreferu każijiet individwali kkontestati lill-Awtorità għall-medjazzjoni wara li jonqsu milli jsolvuhom permezz ta’ 'kuntatt dirett u bi djalogu. Il-medjazzjoni jenħtieġ li tikkonċerna biss tilwim bejn l-Istati Membri, filwaqt li l-individwi u min iħaddem li jkunu qed jaffaċċaw diffikultajiet fl-eżerċitar tad-drittijiet tal-Unjoni tagħhom jenħtieġ li jibqa' jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom is-servizzi nazzjonali u tal-Unjoni dedikati biex jittrattaw każijiet bħal dawn, bħan-netwerk SOLVIT, li lilu l-Awtorità jenħtieġ li tirreferi tali każijiet. In-netwerk SOLVIT jenħtieġ li jkun jista’ wkoll jirreferi lill-Awtorità għall-konsiderazzjoni tagħha każijiet fejn il-problema ma tistax tissolva minħabba differenzi bejn l-amministrazzjonijiet nazzjonali. L-Awtorità jenħtieġ li twettaq ir-rwol tagħha ta’ medjazzjoni mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (il-Qorti tal-Ġustizzja) fir-rigward tal-interpretazzjoni mal-liġi tal-Unjoni u mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Kummissjoni Amministrattiva.

(24)

Il-Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà (EIF) joffri prinċipji u rakkomandazzjonijiet dwar kif titjib il-governanza tal-attivitajiet tal-interoperabbiltà u t-twettiq tas-servizzi pubbliċi, l-istabbiliment ta’ relazzjonijiet bejn l-organizzazzjonijiet u transfruntiera, is-simplifikazzjoni tal-proċessi li jappoġġaw l-iskambji diġitali minn tarf sa tarf, u l-iżgurar li kemm il-leġiżlazzjoni eżistenti kif ukoll dik ġdida jappoġġaw il-prinċipji tal-interoperabbiltà. L-Arkitettura Ewropea ta’ Referenza għall-Interoperabbiltà (EIRA) hija struttura ġenerika, magħmula minn prinċipji u linji gwida li japplikaw għall-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet tal-interoperabbiltà, imsemmija fid-Deċiżjoni (UE) 2015/2240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). Kemm l-EIF u l-EIRA jenħtieġ li jiggwidaw u jappoġġaw lill-Awtorità meta tikkunsidra kwistjonijiet tal-interoperabbiltà.

(25)

L-Awtorità jenħtieġ li jkollha l-għan li tipprovdi aċċess aħjar għal informazzjoni u servizzi online għal partijiet ikkonċernati nazzjonali u tal-Unjoni u tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni bejniethom. Għalhekk, l-użu ta’ għodod diġitali jenħtieġ li jitħeġġeġ mill-Awtorità, kull meta jkun possibbli. Apparti s-sistemi tal-IT u s-siti web, għodod diġitali bħalma huma l-pjattaformi online u l-bażijiet tad-data qed jaqdu rwol dejjem aktar ċentrali fis-suq tal-mobbiltà tax-xogħol transfruntier. B’hekk, dawn l-għodod huma utli biex jipprovdu aċċess faċli għal informazzjoni online rilevanti u jiffaċilitaw l-iskambju ta’ informazzjoni għal partijiet ikkonċernati nazzjonali u tal-Unjoni rigward l-attivitajiet transfruntiera tagħhom.

(26)

L-Awtorità jenħtieġ li tistinka għas-siti web u applikazzjonijiet mobbli stabbiliti għall-implimentazzjoni tal-kompiti stipulati f’dan ir-Regolament biex ikunu konformi mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà rilevanti tal-Unjoni. Id-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) teħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li s-siti elettroniċi tal-entitajiet pubbliċi tagħhom ikunu aċċessibbli skont il-prinċipji ta’ perċezzjoni, operabbiltà, komprensibbiltà u robustezza u li dawn jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dik id-Direttiva. Dik id-Direttiva ma tapplikax għal siti web jew applikazzjonijiet mobbli ta’ istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni. Madankollu, l-Awtorità jenħtieġ li tagħmel ħilitha biex tikkonforma mal-prinċipji stabbiliti f’dik id-Direttiva.

(27)

L-Awtorità jenħtieġ li tkun amministrata u operata f’konformità mal-prinċipji tad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-aġenziji deċentralizzati tad-19 ta’ Lulju 2012.

(28)

Il-prinċipju tal-ugwaljanza huwa prinċipju fundamentali tal-liġi tal-Unjoni. L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija żgurata fl-oqsma kollha, inkluż fl-impjieg, ix-xogħol u l-paga. Il-partijiet kollha jenħtieġ li jimmiraw biex jiksbu rappreżentanza bilanċjata bejn in-nisa u l-irġiel fuq il-Bord tat-Tmexxija u l-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati. Dak l-għan jenħtieġ li jiġi segwit ukoll mill-Bord tat-Tmexxija fir-rigward tal-President u l-Viċi Presidenti tiegħu.

(29)

L-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ li jkunu rappreżentati fuq Bord tat-Tmexxija, sabiex ikun żgurat il-funzjonament effettiv tal-Awtorità. Il-Parlament Ewropew kif ukoll l-organizzazzjonijiet tas-sħab soċjali transindustrijali fil-livell tal-Unjoni, b’rappreżentazzjoni ugwali ta’ trade union u l-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem u b’rappreżentanza adegwata tal-SMEs, jistgħu wkoll jinnominaw rappreżentanti għall-Bord tat-Tmexxija. Il-kompożizzjoni tal-Bord tat-Tmexxija, inkluż l-għażla tal-President u tal-Viċi President, jenħtieġ li tirrispetta l-prinċipji tal-bilanċ bejn is-sessi, l-esperjenza u l-kwalifiki. Fid-dawl tal-funzjonament effettiv u effiċjenti tal-Awtorità, il-Bord tat-Tmexxija, b’mod partikolari, jenħtieġ li jadotta programm ta’ ħidma annwali, iwettaq il-funzjonijiet tiegħu marbuta mal-baġit tal-Awtorità, jadotta r-regoli finanzjarji applikabbli għall-Awtorità, jaħtar Direttur Eżekuttiv, u jistabbilixxi proċeduri għat-teħid tad-deċiżjonijiet marbuta mal-kompiti operattivi tal-Awtorità mid-Direttur Eżekuttiv. Rappreżentanti minn pajjiżi terzi li japplikaw ir-regoli tal-Unjoni fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jkunu jistgħu jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija bħala osservaturi.

(30)

F’każijiet eċċezzjonali, fejn meħtieġ li jinżamm il-livell massimu ta’ kunfidenzjalità, l-espert indipendenti maħtur mill-Parlament Ewropew u r-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tas-sħab soċjali transindustrijali fil-livell tal-Unjoni jenħtieġ li ma jipparteċipawx fid-deliberazzjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija. Tali dispożizzjoni jenħtieġ li tiġi speċifikata b’mod ċar fir-regoli ta’ proċedura tal-Bord tat-Tmexxija u jenħtieġ li tkun limitata għal informazzjoni sensittiva dwar każijiet individwali, sabiex jiġi żgurat li l-parteċipazzjoni effettiva tal-espert u r-rappreżentanti fil-ħidma tal-Bord tat-Tmexxija ma tkunx limitata b’mod mhux xieraq.

(31)

Jenħtieġ li jinħatar Direttur Eżekuttiv biex jiżgura l-ġestjoni amministrattiva ġenerali tal-Awtorità u l-implimentazzjoni tal-kompiti assenjati lill-Awtorità. Membri oħra tal-persunal jistgħu jissostitwixxu lid-Direttur Eżekuttiv meta dan ikun meqjus li hu meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni ta’ kuljum tal-Awtorità, f’konformità mar-regoli interni tal-Awtorità, mingħajr ma jinħolqu pożizzjonijiet maniġerjali addizzjonali.

(32)

Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni, il-Bord tat-Tmexxija u d-Direttur Eżekuttiv jenħtieġ li jkunu indipendenti fil-prestazzjoni ta’ dmirijiethom u jaġixxu fl-interess pubbliku.

(33)

L-Awtorità jenħtieġ li tiddependi direttament fuq l-għarfien espert tal-partijiet ikkonċernati rilevanti fl-oqsma fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament permezz ta’ Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati dedikat. Il-membri jenħtieġ li jkunu rappreżentanti tas-sħab soċjali fil-livell tal-Unjoni, inklużi sħab soċjali settorjali rikonoxxuti tal-Unjoni li jirrappreżentaw setturi differenti partikolarment ikkonċernati minn kwistjonijiet tal-mobbiltà tal-ħaddiema. Jenħtieġ li l-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati jirċievi tgħarrif minn qabel u jkun jista’ jressaq l-opinjonijiet tiegħu lill-Awtorità, fuq talba jew fuq inizjattiva proprja. Fit-twettiq tal-attivitajiet tiegħu, il-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati se jqis debitament l-opinjonijiet u jieħu mill-għarfien espert tal-Kumitat ta’ Konsulenza għall-Kordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u l-Kumitat Konsultattiv dwar il-Libertà ta’ Moviment għall-Ħaddiema skont ir-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12).

(34)

Sabiex tiggarantixxi l-awtonomija u l-indipendenza kompluta tagħha, l-Awtorità jenħtieġ li tingħata baġit awtonomu, bi dħul li ġej mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja volontarja mill-Istati Membri u kwalunkwe kontribuzzjoni minn pajjiżi terzi li jkunu qed jipparteċipaw fil-ħidma tal-Awtorità. F’każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati jenħtieġ li tkun ukoll f’pożizzjoni li tirċievi ftehimiet ta’ delega jew għotjiet ad hoc, u li titlob ħlas għall-pubblikazzjonijiet u kwalunkwe servizz fornut mill-Awtorità.

(35)

Is-servizzi tat-traduzzjoni meħtieġa għall-funzjonament tal-Awtorità jenħtieġ li jiġu pprovduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (Ċentru tat-Traduzzjoni). L-Awtorità jenħtieġ li taħdem flimkien maċ-Ċentru tat-Traduzzjoni biex tistabbilixxi indikaturi għall-kwalità, il-puntwalità u l-kunfidenzjalità, biex tidentifika b’mod ċar il-ħtiġijiet u l-prijoritajiet tal-Awtorità, u toħloq proċeduri trasparenti u oġġettivi għall-proċess tat-traduzzjoni.

(36)

L-ipproċessar tad-data personali mwettaq fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jitwettaq f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 (13), jew (UE) 2018/1725 (14) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif applikabbli. Dan jinkludi t-tqegħid fis-seħħ tal-miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa għall-konformità mal-obbligi imposti minn dawk ir-Regolamenti, b’mod partikolari miżuri marbuta mal-legalità tal-ipproċessar, is-sigurtà tal-attivitajiet tal-ipproċessar, il-forniment tal-informazzjoni u d-drittijiet tas-suġġetti tad-data.

(37)

Sabiex ikun żgurat l-operat trasparenti tal-Awtorità, ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) jenħtieġ li japplika għall-Awtorità. L-attivitajiet tal-Awtorità jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-iskrutinju tal-Ombudsman Ewropew f’konformità mal-Artikolu 228 tat-TFUE.

(38)

Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) jenħtieġ li japplika għall-Awtorità, li jenħtieġ li taderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej li jikkonċerna l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF).

(39)

L-Istat Membru ospitanti tal-Awtorità jenħtieġ li jipprovdi l-aħjar kundizzjonijiet possibbli biex jiżgura l-funzjonament kif suppost tal-Awtorità.

(40)

Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet tal-impjieg miftuħa u trasparenti u trattament ekwu tal-persunal, ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Uffiċjali Oħra tal-Unjoni stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (17) (magħrufa bħala r-"Regolamenti tal-Persunal" u l-"Kondizzjonijiet ta’ Impjieg", rispettivament), jenħtieġ li japplikaw għall-persunal u għad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità, inkluż ir-regoli tas-segretezza professjonali jew funzjonijiet ekwivalenti oħrajn tal-kunfidenzjalità.

(41)

Fi ħdan il-qafas tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, l-Awtorità jenħtieġ li tikkoopera ma’ aġenziji tal-Unjoni, b’mod partikolari dawk stabbiliti fil-qasam tal-impjieg u tal-politika soċjali, fejn tibni fuq l-għarfien espert tagħhom u timmassimizza s-sinerġiji: il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound), iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop), l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) u l-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF), kif ukoll, fir-rigward tal-ġlieda kontra l-kriminalità u t-traffikar tal-bnedmin, mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust). Tali kooperazzjoni jenħtieġ li tiżgura l-koordinazzjoni, tippromwovi s-sinerġiji u tevita kwalunkwe duplikazzjoni fl-attivitajiet tagħhom.

(42)

Fil-qasam tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali, l-Awtorità u l-Kummissjoni Amministrattiva jenħtieġ li jikkooperaw mill-qrib bil-għan li jiksbu sinerġiji u jevitaw kwalunkwe duplikazzjoni.

(43)

Sabiex iġib dimensjoni operattiva għall-attivitajiet tal-korpi eżistenti fl-oqsma fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-Awtorità jenħtieġ li twettaq il-kompiti tal-Kumitat Tekniku dwar il-Libertà ta’ Moviment għall-Ħaddiema stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru 492/2011, il-Kumitat ta’ Esperti dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema stabbilit permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/17/KE (18), inkluż l-iskambju ta’ informazzjoni dwar kooperazzjoni amministrattiva, l-assistenza fi kwistjonijiet dwar l-implimentazzjoni kif ukoll l-infurzar transfruntier, u l-pjattaforma stabbilita permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2016/344. Ladarba l-Awtorità tkun operattiva, dawk il-korpi jenħtieġ li ma jibqgħux jeżistu. Il-Bord tat-Tmexxija jista’ jiddeċiedi li jistabbilixxi gruppi ta’ ħidma jew panels ta’ esperti dedikati.

(44)

Il-Kumitat ta’ Konsulenza għall-Kordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali u l-Kumitat Konsultattiv dwar il-Libertà ta’ Moviment għall-Ħaddiema jipprovdu forum għall-konsultazzjoni tas-sħab soċjali u tar-rappreżentanti governattivi fil-livell nazzjonali. L-Awtorità jenħtieġ li tikkontribwixxi għal xogħolhom u tista’ tipparteċipa fil-laqgħat tagħhom.

(45)

Sabiex jirriflettu s-sistema istituzzjonali ġdida, ir-Regolamenti (KE) Nru 883/2004, (UE) Nru 492/2011, u (UE) 2016/589 jenħtieġ li jiġu emendati, u d-Deċiżjoni (UE) 2016/344 jenħtieġ li titħassar ladarba l-Awtorità tkun operattiva.

(46)

L-Awtorità jenħtieġ li tirrispetta d-diversità tas-sistemi nazzjonali tar-relazzjonijiet industrijali kif ukoll l-awtonomija tas-sħab soċjali kif espliċitament rikonoxxut mit-TFUE. Il-parteċipazzjoni fl-attivitajiet tal-Awtorità hija mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi, l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-Istati Membri, taħt, fost l-oħrajn, konvenzjonijiet rilevanti u applikabbli tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), bħall-Konvenzjoni Nru 81 dwar l-Ispezzjoni tax-Xogħol fl-Industrija u fil-Kummerċ, u għas-setgħat tal-Istati Membri li jirregolaw, jimmedjaw jew jimmonitorjaw relazzjonijiet nazzjonali industrijali, b’mod partikolari dwar l-eżerċizzju tad-dritt ta’ negozjar kollettiv u li tittieħed azzjoni kollettiva.

(47)

Minħabba li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jingħata kontribut, fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu, għall-iżgurar ta’ mobbiltà tax-xogħol ġusta madwar l-Unjoni u li tingħata assistenza lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni fil-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali fl-Unjoni ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri li jaġixxu b’mod mhux ikkoordinat, iżda jistgħu, minħabba r-raġuni tan-natura transfruntiera ta’ dawk l-attivitajiet u l-ħtieġa għal żieda fil-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(48)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji approvati, b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif rikonoxxut fl-Artikolu 6 tat-TUE,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

PRINĊIPJI

Artikolu 1

Stabbiliment, suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (l-"Awtorità").

2.   L-Awtorità għandha tassisti lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, fl-applikazzjoni u fl-infurzar effettivi tagħhom tal-liġi tal-Unjoni relatata mal-mobbiltà tal-ħaddiema fl-Unjoni u l-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali fl-Unjoni. L-Awtorità għandha taġixxi fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-atti tal-Unjoni mniżżla fil-paragrafu 4, inklużi d-direttivi, ir-regolamenti, u d-deċiżjonijiet kollha bbażati fuq dawk l-atti, u ta’ kull att tal-Unjoni legalment vinkolanti li jagħti kompiti lill-Awtorità.

3.   Dan ir-Regolament ma għandu bl-ebda mod jaffettwa l-eżerċitar tad-drittijiet fundamentali kif rikonoxxuti fl-Istati Membri u fil-livell tal-Unjoni, inkluż id-dritt jew il-libertà tal-istrajk jew li jittieħdu azzjonijiet oħra koperti bis-sistemi speċifiċi ta’ relazzjonijiet industrijali fl-Istati Membri f’konformità mal-liġi jew mal-prattika nazzjonali. Lanqas ma jaffettwa d-dritt tan-negozjar, il-konklużjoni u l-infurzar ta’ ftehimiet kollettivi, jew li tittieħed azzjoni kollettiva f’konformità mal-liġi jew mal-prattika nazzjonali.

4.   Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet tal-Awtorità għandu jkopri l-atti tal-Unjoni li ġejjin, inklużi l-emendi futuri kollha ta’ dawn l-atti:

(a)

id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19);

(b)

id-Direttiva 2014/67/UE;

(c)

ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20), inkluż id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 (21) u (KEE) Nru 574/72 (22) sakemm dawn ikunu għadhom applikabbli, ir-Regolament (UE) Nru 1231/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 859/2003 (24) li jestendi d-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti b’dawn ir-Regolamenti unikament minħabba ċ-ċittadinanza tagħhom;

(d)

ir-Regolament (UE) Nru 492/2011;

(e)

id-Direttiva 2014/54/UE;

(f)

ir-Regolament (UE) 2016/589;

(g)

ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25);

(h)

id-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26);

(i)

ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27).

5.   Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet tal-Awtorità għandu jkopri l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri sabiex jiġi indirizzat ix-xogħol mhux dikjarat.

6.   Dan ir-Regolament għandu jirrispetta l-kompetenzi tal-Istati Membri fir-rigward tal-applikazzjoni u l-infurzar tal-liġi tal-Unjoni elenkati fil-paragrafu 4.

Dan la għandu jaffettwa d-drittijiet jew l-obbligi tal-individwi jew ta’ min iħaddem mogħtija mil-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali, u lanqas id-drittijiet u l-obbligi tal-awtoritajiet nazzjonali derivati minnhom, kif ukoll l-awtonomija tas-sħab soċjali kif rikonoxxuta mit-TFUE.

Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għal ftehimiet bilaterali eżistenti u għal arranġamenti amministrattivi ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, b’mod partikolari dawk relatati ma’ spezzjonijiet konġunti u miftiehma.

Artikolu 2

Għanijiet

L-Awtorità għandu jkollha l-għanijiet li tikkontribwixxi għall-iżgurar ta’ mobbiltà ġusta tal-ħaddiema madwar l-Unjoni u li tassisti lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni fil-koordinazzjoni ta’ sistemi tas-sigurtà soċjali fl-Unjoni. Għal dan il-fini, u fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 1, l-Awtorità għandha:

(a)

tiffaċilita l-aċċess għall-informazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi fir-rigward tal-mobbiltà tal-ħaddiema kif ukoll is-servizzi rilevanti;

(b)

tiffaċilita u ssaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fl-infurzar tal-liġi rilevanti tal-Unjoni madwar l-Unjoni, inkluż l-iffaċilitar ta’ spezzjonijiet miftiehma u konġunti;

(c)

timmedja u tiffaċilita soluzzjoni fil-każijiet ta’ tilwim transfruntier bejn l-Istati Membri; u

(d)

tappoġġa l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fl-indirizzar ta’ xogħol mhux dikjarat.

Artikolu 3

Status ġuridiku

1.   L-Awtorità għandha tkun entità tal-Unjoni b’personalità ġuridika.

2.   F’kull Stat Membru, l-Awtorità għandha tgawdi l-iżjed kapaċità ġuridika estensiva mogħtija lil persuni ġuridiċi skont il-liġi nazzjonali tagħhom. Tista’, b’mod partikolari, takkwista u tiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli u tkun parti għall-proċedimenti ġuridiċi.

KAPITOLU II

KOMPITI TAL-AWTORITÀ

Artikolu 4

Kompiti tal-Awtorità

Sabiex tikseb l-għanijiet tagħha, l-Awtorità għandha twettaq il-kompiti li ġejjin:

(a)

tiffaċilita l-aċċess għall-informazzjoni u tikkoordina l-EURES skont l-Artikoli 5 u 6;

(b)

tiffaċilita l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri bil-ħsieb tal-applikazzjoni u l-infurzar konsistenti, effiċjenti u effettivi tal-liġi rilevanti tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 7;

(c)

tikkoordina u tappoġġa spezzjonijiet miftiehma u konġunti, f’konformità mal-Artikoli 8 u 9;

(d)

twettaq analiżi u valutazzjoni tar-riskju dwar kwistjonijiet tal-mobbiltà tal-ħaddiema transfruntiera, f’konformità mal-Artikolu 10;

(e)

tappoġġa lill-Istati Membri b’kapaċità ta’ bini fir-rigward tal-applikazzjoni u l-infurzar effettivi tal-liġi rilevanti tal-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 11;

(f)

tappoġġa lill-Istati Membri fl-indirizzar tax-xogħol mhux dikjarat, f’konformità mal-Artikolu 12;

(g)

timmedja tilwim bejn l-Istati Membri dwar l-applikazzjoni tal-liġi rilevanti tal-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 13;

Artikolu 5

Informazzjoni dwar il-mobbiltà tal-ħaddiema

L-Awtorità għandha ttejjeb id-disponibbiltà, il-kwalità u l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni ta’ natura ġenerali offruta lill-individwi, lil min iħaddem u l-organizzazzjonijiet tas-sħab soċjali dwar id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mill-atti tal-Unjoni mniżżla fl-Artikolu 1(4) biex tiffaċilita l-mobbiltà tal-ħaddiema madwar l-Unjoni. Għal dak il-fini, l-Awtorità għandha:

(a)

tikkontribwixxi għall-għoti ta’ informazzjoni rilevanti dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-individwi f’sitwazzjonijiet ta’ mobbiltà tal-tal-ħaddiema transfruntiera, inkluż permezz ta’ sit elettroniku uniku għall-Unjoni kollha li jaġixxi bħala portal uniku għall-aċċess ta’ sorsi ta’ informazzjoni dwar id-drittijiet, il-proċeduri u s-servizzi fil-livell tal-Unjoni u f’dak nazzjonali, fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni stabbiliti bir-Regolament (UE) 2018/1724;

(b)

tappoġġa lill-Istati Membri fl-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/589;

(c)

tappoġġa lill-Istati Membri jikkonformaw mal-obbligi tad-disseminazzjoni tal-informazzjoni u l-aċċess għaliha relatata mal-moviment liberu tal-ħaddiema, b’mod partikolari kif hemm stabbilit fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2014/54/UE u fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2016/589, għall-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali kif hemm stabbilit fl-Artikolu 76(4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, u mal-istazzjonar tal-ħaddiema kif hemm stabbilit fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2014/67/UE, inkluż permezz ta’ referenza għal sorsi ta’ informazzjoni nazzjonali bħas-sit web nazzjonali uffiċjali uniku;

(d)

tappoġġa lill-Istati Membri fit-titjib tal-korrettezza, tal-kompletezza u tal-iffaċilitar tal-użu għall-utenti tas-sorsi u s-servizzi tal-informazzjoni nazzjonali rilevanti, f’konformità mal-kriterji tal-kwalità stipulati fir-Regolament (UE) 2018/1724;

(e)

tappoġġa lill-Istati Membri fis-simplifikazzjoni tal-forniment tal-informazzjoni u tas-servizzi lill-individwi u lil min iħaddem fil-qasam tal-mobbiltà transfruntiera fuq bażi volontarja;

(f)

tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn il-korpi kompetenti maħtura f’konformità mad-Direttiva 2014/54/UE biex jipprovdu informazzjoni, gwida u assistenza lill-individwi u lil min iħaddem fil-qasam tal-mobbiltà tal-ħaddiema fis-Suq Intern.

Artikolu 6

Koordinazzjoni tal-EURES

Sabiex l-Istati Membri jiġu appoġġati fl-għoti ta’ servizzi lil individwi u lil min iħaddem permezz tal-EURES, bħat-tqabbil transfruntier ta’ impjiegi, traineeship u postijiet vakanti ta’ traineeship bis-CVs, u b’hekk tiġi ffaċilitata l-mobbiltà tal-ħaddiema madwar l-Unjoni, l-Awtorità għandha timmaniġġja l-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni tal-EURES, stabbilit taħt l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2016/589.

L-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni għandu, taħt il-ġestjoni tal-Awtorità, jissodisfa r-responsabbiltajiet tiegħu f’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2016/589, ħlief għall-operat u l-iżvilupp tekniku tal-portal EURES u s-servizzi relatati tal-IT, li ser ikomplu jiġu amministrati mill-Kummissjoni. L-Awtorità, taħt ir-responsabbiltà tad-Direttur Eżekuttiv kif stipulat fil-punt (n) tal-Artikolu 22(4) ta’ dan ir-Regolament, għandha tiżgura li din l-attività tikkonforma kompletament mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-protezzjoni tad-data applikabbli, inkluż ir-rekwiżit tal-ħatra ta’ Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Data, f’konformità mal-Artikolu 36 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 7

Kooperazzjoni u skambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri

1.   L-Awtorità għandha tiffaċilita l-kooperazzjoni u l-aċċelerazzjoni tal-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri u tappoġġa l-konformità effettiva tagħhom mal-obbligi tal-kooperazzjoni, inkluż dwar l-iskambju tal-informazzjoni, kif definit fil-liġi tal-Unjoni fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Għal dak il-għan, l-Awtorità għandha b’mod partikolari:

(a)

fuq talba ta’ Stat Membru wieħed jew aktar, tappoġġa l-awtoritajiet nazzjonali fl-identifikazzjoni tal-punti ta’ kuntatt rilevanti tal-awtoritajiet nazzjonali fi Stati Membri oħrajn;

(b)

fuq talba ta’ Stat Membru wieħed jew aktar, tiffaċilita s-segwitu għal talbiet u skambji ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali billi tipprovdi appoġġ loġistiku u tekniku, inkluż servizzi ta’ traduzzjoni u interpretazzjoni, u permezz ta’ skambji tal-istatus tal-każijiet;

(c)

tippromwovi, tikkondividi u tikkontribwixxi għat-tixrid tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri;

(d)

fuq talba ta’ Stat Membru wieħed jew aktar, fejn ikun rilevanti, tiffaċilita u tappoġġa l-proċeduri ta’ infurzar transfruntiera relatati mal-penali u tal-multi, fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament f’konformità mal-Artikolu 1;

(e)

tirrapporta lill-Kummissjoni darbtejn fis-sena dwar talbiet mhux riżolti bejn l-Istati Membri u tqisx jekk għandhiex tirreferi dawk it-talbiet għal medjazzjoni f’konformità mal-Artikolu 13(2).

2.   Fuq talba ta’ Stat Membru wieħed jew aktar u fit-twettiq tal-kompiti tagħha, l-Awtorità għandha tipprovdi informazzjoni li tappoġġa lill-Istat Membru kkonċernat fl-applikazzjoni effettiva tal-atti tal-Unjoni li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Awtorità.

3.   L-Awtorità għandha tippromwovi l-użu tal-għodod u l-proċeduri elettroniċi għall-iskambju tal-messaġġi bejn l-awtoritajiet nazzjonali, inkluż is-sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI).

4.   L-Awtorità għandha tħeġġeġ l-użu ta’ approċċi innovattivi għal kooperazzjoni transfruntiera effettiva u effiċjenti, u għandha tippromwovi l-użu potenzjali tal-mekkaniżmi tal-iskambju elettroniku u l-bażijiet tad-data bejn l-Istati Membri biex jiffaċilitaw l-aċċess għad-data f’ħin reali u d-detezzjoni tal-frodi, u tista’ tissuġġerixxi titjib possibbli fl-użu ta’ dawk il-mekkaniżmi u l-bażijiet tad-data. L-Awtorità għandha tipprovdi rapporti lill-Kummissjoni bil-ħsieb tal-iżvilupp ulterjuri tal-mekkaniżmi tal-iskambju elettroniku u tal-bażijiet tad-data.

Artikolu 8

Koordinazzjoni u appoġġ ta’ spezzjonijiet miftiehma u konġunti

1.   Fuq talba ta’ Stat Membru wieħed jew aktar, l-Awtorità għandha tikkoordina u tappoġġa spezzjonijiet miftiehma jew konġunti fl-oqsma fil-kompetenza tal-Awtorità. L-Awtorità tista’ wkoll, fuq l-inizjattiva tagħha stess, tissuġġerixxi lill-awtoritajiet tal-Istati Membri konċernati li jwettqu spezzjoni miftiehma jew konġunta.

Spezzjonijiet miftiehma u konġunti għandhom ikunu soġġetti għall-qbil tal-Istati Membri kkonċernati.

L-organizzazzjonijiet tas-sħab soċjali fil-livell nazzjonali jistgħu jressqu l-każijiet għall-attenzjoni tal-Awtorità.

2.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

(a)

spezzjonijiet miftiehma huma spezzjonijiet imwettqa f’żewġ Stati Membri jew aktar fl-istess ħin rigward każijiet relatati, b’kull awtorità nazzjonali li topera fit-territorju tagħha stess, u appoġġati, fejn xieraq, mill-persunal tal-Awtorità;

(b)

spezzjonijiet konġunti huma spezzjonijiet imwettqa fi Stat Membru bil-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ Stat Membru wieħed jew aktar, u appoġġati, fejn xieraq, mill-persunal tal-Awtorità.

3.   F’konformità mall-prinċipju ta’ kooperazzjoni sinċiera, l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jipparteċipaw fi spezzjonijiet miftiehma jew konġunti.

Spezzjoni miftiehma jew konġunta għandha tkun soġġetta għall-qbil minn qabel tal-Istati Membri parteċipanti kollha, u tali qbil għandu jiġi notifikat permezz tal-Uffiċjali Nazzjonali ta’ Kollegament tagħhom skont l-Artikolu 32.

Fil-każ li Stat Membru wieħed jew iktar jiddeċiedu li ma jipparteċipawx fi spezzjoni miftiehma jew konġunta, l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri l-oħra għandhom iwettqu t-tali spezzjoni biss fl-Istati Membri parteċipanti. L-Istati Membri li jiddeċiedu li ma jipparteċipawx għandhom iżommu kunfidenzjali l-informazzjoni dwar it-tali spezzjoni.

4.   L-Awtorità għandha tistabbilixxi u tadotta l-modalitajiet biex tiżgura segwitu xieraq meta Stat Membru jiddeċiedi li ma jipparteċipax fi spezzjoni miftiehma jew konġunta.

F’każijiet bħal dawn, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Awtorità u lill-Istati Membri l-oħra kkonċernati bil-miktub, inkluż permezz ta’ mezzi elettroniċi, mingħajr dewmien żejjed ta’ raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu u possibbilment dwar il-miżuri li jkun biħsiebu jieħu biex isolvi l-każ, kif ukoll, ladarba jkun magħruf, dwar l-eżiti ta’ tali miżuri. L-Awtorità tista’ tissuġġerixxi li l-Istat Membru li ma pparteċipax fi spezzjoni miftiehma jew konġunta jwettaq l-ispezzjoni tiegħu fuq bażi volontarja.

5.   L-Istati Membri u l-Awtorità għandhom iżommu kunfidenzjali l-informazzjoni dwar spezzjonijiet previsti fir-rigward ta’ partijiet terzi.

Artikolu 9

Arranġamenti għal spezzjonijiet miftiehma u konġunti

1.   Ftehim biex titwettaq spezzjoni miftiehma jew spezzjoni konġunta bejn l-Istati Membri parteċipanti u l-Awtorità għandu jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għat-twettiq ta’ dik l-ispezzjoni, inkluż il-kamp ta’ applikazzjoni u l-fini tal-ispezzjoni u, jekk rilevanti, kwalunkwe arranġament dwar il-parteċipazzjoni tal-persunal tal-Awtorità. Il-ftehim jista’ jinkludi dispożizzjonijiet li jagħmluha possibbli biex ladarba maqbula u ppjanati l-ispezzjonijiet miftiehma jew konġunti jseħħu malajr. L-Awtorità għandha tistabbilixxi ftehim mudell f’konformità mal-liġi tal-Unjoni, kif ukoll il-liġi u l-prattika nazzjonali.

2.   L-ispezzjonijiet miftiehma u konġunti għandhom jitwettqu f’konformità mal-liġi jew il-prattika tal-Istati Membri fejn jitwettqu l-ispezzjonijiet. Kwalunkwe segwitu għal tali spezzjonijiet għandu jitwettaq f’konformità mal-liġijew il-prattika tal-Istati Membri kkonċernati.

3.   Spezzjonijiet miftiehma u konġunti għandhom jitwettqu b’mod li jkun effettivament operattiv. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom, fil-ftehim ta’ spezzjon, jagħtu lill-uffiċjali minn Stat Membru ieħor parteċipanti fi spezzjonijiet bħal dawn rwol u status xieraq, skont il-liġi jew il-prattika tal-Istat Membru fejn titwettaq l-ispezzjoni.

4.   L-Awtorità għandha tipprovdi appoġġ kunċettwali, loġistiku u tekniku u, fejn xieraq, gwida ġuridika jekk tintalab mill-Istati Membri kkonċernati, li jistgħu jinkludu servizzi tat-traduzzjoni u tal-interpretazzjoni, lill-Istati Membri li jwettqu spezzjonijiet miftiehma jew konġunti.

5.   Il-persunal tal-Awtorità jista’ jattendi l-ispezzjoni bħala osservaturi u jista’ jipprovdi appoġġ loġistiku u jista’ jipparteċipa fi spezzjoni miftiehma jew konġunta bil-qbil minn qabel tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkunu se jipprovdu l-assistenza tagħhom għall-ispezzjoni f’konformità mal-liġi jew il-prattika tal-Istat Membru.

6.   L-Awtorità ta’ Stat Membru li twettaq spezzjoni miftiehma jew konġunta għandha tibgħat rapport lill-Awtorità dwar l-eżitu tal-ispezzjoni fi ħdan dak l-Istat Membru rispettiv u dwar it-tħaddim kumplessiv tal-ispezzjoni miftiehma jew konġunta mhux aktar tard minn sitt xhur wara t-tmiem tal-ispezzjoni.

7.   Għandu jkun possibbli li tintuża l-informazzjoni miġbura waqt spezzjonijiet miftiehma jew konġunti bħala evidenza fi proċedimenti ġuridiċi fl-Istati Membri kkonċernati, skont il-liġi jew il-prattika ta’ dak l-Istat Membru.

8.   L-informazzjoni dwar l-ispezzjonijiet miftiehma u konġunti kkoordinati mill-Awtorità, kif ukoll l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri u mill-Awtorità kif imsemmi fl-Artikolu 8(2) u (3) għandha tkun inkluża fir-rapporti li għandhom jiġu ppreżentati lill-Bord tat-Tmexxija darbtejn fis-sena. Dawn ir-rapporti għandhom jintbagħtu wkoll lill-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati, b’informazzjoni sensittiva li tkun ġiet riveduta kif xieraq. Fir-rapport tal-attività annwali tal-Awtorità għandu jkun hemm inkluż rapport annwali dwar l-ispezzjonijiet appoġġati mill-Awtorità.

9.   Fil-każ li l-Awtorità, matul l-ispezzjonijiet miftiehma jew konġunti, jew matul kwalunkwe mill-attivitajiet tagħha, tiġi konxja ta’ irregolaritajiet suspettati fl-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni, hi tista’ tirrapporta dawk l-irregolaritajiet suspettati, fejn ikun opportun, lill-Istati Membri kkonċernati u lill-Kummissjoni.

Artikolu 10

Analiżi u valutazzjoni tar-riskju tal-mobbiltà tal-ħaddiema

1.   L-Awtorità għandha, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri u fejn ikun xieraq, mas-sħab soċjali, tivvaluta r-riskji u twettaq analiżi fir-rigward tal-mobbiltà tal-ħaddiema u l-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali madwar l-Unjoni. Il-valutazzjoni tar-riskju u l-ħidma analitika għandhom jindirizzaw suġġetti bħall-iżbilanċi tas-suq tax-xogħol, sfidi speċifiċi skont is-settur u problemi rikorrenti, u l-Awtorità tista’ twettaq ukoll analiżi u studji profondi ffukati biex tinvestiga kwistjonijiet speċifiċi. Fit-twettiq tal-valutazzjoni tar-riskji u tal-ħidma analitika tagħha, l-Awtorità għandha, safejn hu possibbli, tuża data statistika rilevanti u attwali disponibbli minn stħarriġ eżistenti, u tiżgura komplementarjetà ma’, u sserraħ fuq l-għarfien espert ta’, aġenziji jew servizzi oħra tal-Unjoni u tal-awtoritajiet nazzjonali, aġenziji jew servizzi nazzjonali fil-qasam tal-frodi, l-isfruttar, id-diskriminazzjoni, il-ħiliet ta’ tbassir u tas-saħħa u tas-sikurezza fuq ix-xogħol.

2.   L-Awtorità għandha torganizza reviżjonijiet bejn il-pari fost l-Istati Membri li jaqblu li jipparteċipaw sabiex:

(a)

teżamina kwalunkwe mistoqsija, diffikultà u kwistjonijiet speċifiċi li jistgħu jirriżultaw fir-rigward tal-implimentazzjoni u l-applikazzjoni prattika tal-liġi tal-Unjoni fil-kompetenza tal-Awtorità, kif ukoll l-infurzar tiegħu fil-prattika;

(b)

issaħħaħ il-konsistenza fil-forniment tas-servizzi lill-individwi u lin-negozji;

(c)

ittejjeb l-għarfien u l-fehim reċiproku tas-sistemi u tal-prattiki differenti, kif ukoll tivvaluta l-effettività ta’ miżuri ta’ politika differenti, inkluż il-miżuri ta’ prevenzjoni u deterrent.

3.   Meta jitwettqu valutazzjoni tar-riskju jew kull tip ta’ ħidma analitika, l-Awtorità għandha tirrapporta s-sejbiet tagħha lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-Istati Membri konċernati direttament, fejn tispjega l-miżuri possibbli biex tindirizza d-dgħufijiet identifikati.

L-Awtorità għandha wkoll tinkludi sommarju tas-sejbiet tagħha fir-rapporti annwali tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni.

4.   L-Awtorità għandha, kull meta jkun xieraq, tiġbor id-data statistika miġbura u pprovduta mill-Istati Membri fl-oqsma tal-liġi tal-Unjoni fil-kompetenza tal-Awtorità. Meta tagħmel dan, l-Awtorità għandha tipprova tissimplifika l-attivitajiet attwali tal-ġabra tad-data f’dawk l-oqsma biex tevita d-duplikazzjoni tal-ġbir tad-data. Fejn rilevanti, għandu japplika l-Artikolu 15. L-Awtorità għandha tikkomunika mal-Kummissjoni (Eurostat) u tikkondividi r-riżultati tal-attivitajiet tal-ġbir tad-data tagħha, fejn xieraq.

Artikolu 11

Appoġġ għall-bini tal-kapaċità

L-Awtorità għandha tappoġġa lill-Istati Membri fil-bini tal-kapaċità mmirata lejn il-promozzjoni tal-infurzar konsistenti tal-liġi tal-Unjoni fl-oqsma kollha elenkati fl-Artikolu 1. L-Awtorità għandha, b’mod partikolari, twettaq l-attivitajiet li ġejjin:

(a)

f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali u, fejn ikun opportun, mas-sħab soċjali, tiżviluppa linji gwida komuni mhux vinkolanti għall-użu mill-Istati Membri u s-sħab soċjali, inkluż gwida għall-ispezzjonijiet fil-każijiet ta’ dimensjoni transfruntiera, kif ukoll definizzjonijiet kondiviżi u kunċetti komuni, fejn tibni fuq il-ħidma rilevanti fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni;

(b)

tippromwovi u tappoġġa l-assistenza reċiproka, bejn il-pari jew fil-forma ta’ attivitajiet fi grupp, kif ukoll skambji tal-persunal u skemi ta’ sekondar bejn l-awtoritajiet nazzjonali;

(c)

tippromwovi l-iskambju u d-disseminazzjoni tal-esperjenzi u l-prattiki tajbin, inkluż eżempji ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti;

(d)

tiżviluppa programmi ta’ taħriġ settorjali u transsettorjali, anke għall-ispettorati tax-xogħol, u materjal dedikat ta’ taħriġ, anke permezz tal-metodi ta’ tagħlim online;

(e)

tippromwovi kampanji ta’ sensibilizzazzjoni, inkluż kampanji ta’ informazzjoni għall-individwi u għal min iħaddem, speċjalment SMEs, dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom u l-opportunitajiet disponibbli għalihom.

Artikolu 12

Pjattaforma Ewropea biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fl-indirizzar tax-xogħol mhux dikjarat

1.   Il-Pjattaforma Ewropea biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fl-indirizzar tax-xogħol mhux dikjarat (il-"Pjattaforma") stabbilita skont l-Artikolu 16(2) għandha tappoġġa l-attivitajiet tal-Awtorità dwar l-indirizzar tax-xogħol mhux dikjarat billi:

(a)

issaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet rilevanti u atturi oħra involuti tal-Istati Membri sabiex tindirizza b’mod aktar effiċjenti u effettiv ix-xogħol mhux dikjarat fil-forom varji tiegħu u x-xogħol dikjarat b’mod falz assoċjat miegħu, inkluż l-impjieg indipendenti fittizju;

(b)

ittejjeb il-kapaċità tal-awtoritajiet u l-atturi rilevanti differenti tal-Istati Membri biex jindirizzaw ix-xogħol mhux dikjarat fir-rigward tal-aspetti transfruntiera tiegħu; u b’dan il-mod jingħata kontribut għal kondizzjonijiet ekwivalenti;

(c)

iżżid is-sensibilizzazzjoni pubblika dwar kwistjonijiet relatati max-xogħol mhux dikjarat u l-ħtieġa urġenti ta’ azzjoni xierqa kif ukoll tħeġġeġ lill-Istati Membri jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex jindirizzaw ix-xogħol mhux dikjarat;

(d)

twettaq l-attivitajiet elenkati fl-Anness.

2.   Il-Pjattaforma għandha tħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri permezz ta’:

(a)

l-iskambju tal-aħjar prattiki u informazzjoni;

(b)

l-iżvilupp ta’ għarfien espert u analiżi, filwaqt li tiġi evitata kwalunkwe duplikazzjoni;

(c)

l-inkoraġġiment u l-faċilitazzjoni ta’ approċċi innovattivi lejn il-kooperazzjoni transfruntiera effettiva u effiċjenti u l-evalwazzjoni tal-esperjenzi;

(d)

il-kontribuzzjoni għal fehim orizzontali ta’ kwistjonijiet relatati max-xogħol mhux dikjarat.

3.   Il-Pjattaforma għandha tkun magħmula minn:

(a)

rappreżentant għoli wieħed maħtur minn kull Stat Membru;

(b)

rappreżentant tal-Kummissjoni;

(c)

massimu ta’ erba’ rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tas-sħab soċjali transindustrijali fil-livell tal-Unjoni, maħtura minn dawk l-organizzazzjonijiet, b’rappreżentanza ugwali tal-organizzazzjonijiet tat-trade unions u ta’ min iħaddem.

4.   Il-partijiet interessati li ġejjin jistgħu jattendu l-laqgħat tal-Pjattaforma bħala osservaturi u l-kontribuzzjonijiet tagħhom għandhom jiġu kkunsidrati:

(a)

massimu ta’ 14-il rappreżentant tal-organizzazzjonijiet tas-sħab soċjali fis-setturi b’inċidenza għolja ta’ xogħol mhux dikjarat, maħtura minn dawk l-organizzazzjonijiet, b’rappreżentanza ugwali tal-organizzazzjonijiet tat-trade unions u ta’ min iħaddem;

(b)

rappreżentant wieħed minn Eurofound, EU-OSHA u ILO;

(c)

rappreżentant minn kull pajjiż terz taż-Żona Ekonomika Ewropea.

Osservaturi oħrajn barra dawk imsemmija fl-ewwel subparagrafu jistgħu jkunu mistiedna biex jattendu l-laqgħat tal-Pjattaforma u l-kontribuzzjonijiet tagħhom għandhom jiġu debitament ikkunsidrati.

Il-Pjattaforma għandha tiġi preseduta minn rappreżentant tal-Awtorità.

Artikolu 13

Medjazzjoni bejn l-Istati Membri

1.   L-Awtorità tista’ tiffaċilita soluzzjoni fil-każ ta’ tilwima bejn żewġ Stati Membri jew aktar fir-rigward ta’ każijiet individwali tal-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni f’oqsma koperti minn dan ir-Regolament, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Qorti tal-Ġustizzja. Il-fini ta’ tali medjazzjoni għandha tkun ir-rikonċiljazzjoni tal-punti ta’ fehmiet diverġenti bejn l-Istati Membri li huma parti fit-tilwima u biex tadotta opinjoni mhux vinkolanti.

2.   Meta tilwima ma tkunx tista’ tissolva permezz ta’ kuntatt dirett u djalogu bejn l-Istati Membri li huma parti fit-tilwima, l-Awtorità għandha tniedi proċedura ta’ medjazzjoni fuq talba ta’ wieħed jew aktar mill-Istati Membri kkonċernati. L-Awtorità tista’ wkoll tissuġġerixxi t-tnedija ta’ proċedura ta’ medjazzjoni fuq l-inizjattiva tagħha stess. Il-medjazzjoni għandha titwettaq bi qbil mal-Istati Membri kollha li huma parti fit-tilwima.

3.   L-ewwel stadju ta’ medjazzjoni għandu jitwettaq bejn l-Istati Membri li huma parti fit-tilwima u medjatur, li għandu jadotta opinjoni mhux vinkolanti bi ftehim komuni. L-esperti mill-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Awtorità jistgħu jipparteċipaw fl-ewwel stadju tal-medjazzjoni f’kapaċità konsultattiva.

4.   Jekk ma tinstab l-ebda soluzzjoni fl-ewwel stadju tal-medjazzjoni, l-Awtorità għandha tniedi t-tieni stadju tal-medjazzjoni quddiem il-Bord tal-Medjazzjoni tagħha, soġġett għall-qbil tal-Istati Membri kollha li huma parti fit-tilwima.

5.   Il-Bord tal-Medjazzjoni, magħmul minn esperti mill-Istati Membri oħra minbarra dawk li huma parti fit-tilwima, għandu jfittex li jirrikonċilja l-opinjonijiet tal-Istati Membri li huma parti fit-tilwim u għandu jaqbel fuq opinjoni mhux vinkolanti. L-esperti mill-Kummissjoni u l-Awtorità jistgħu jipparteċipaw fit-tieni stadju tal-medjazzjoni f’kapaċità konsultattiva.

6.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura għall-medjazzjoni, inklużi arranġamenti ta’ ħidma u l-ħatra ta’ medjaturi, l-iskadenzi applikabbli, l-involviment ta’ esperti mill-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Awtorità, u l-possibbiltà tal-Bord tal-Medjazzjoni li jiltaqa’ f’panels magħmula minn diversi membri.

7.   Il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri li huma parti fit-tilwima fiż-żewġ stadji tal-medjazzjoni għandha tkun volontarja. Meta tali Stat Membru jiddeċiedi li ma jipparteċipax fil-medjazzjoni, għandu jinforma lill-Awtorità u l-Istati Membri l-oħra li huma parti fit-tilwima bil-miktub, inkluż b’mezzi elettroniċi, dwar ir-raġunijiet tad-deċiżjoni tiegħu fil-perijodu stabbilit fir-regoli ta’ proċedura msemmija fil-paragrafu 6.

8.   Meta jippreżentaw każ għall-medjazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data personali kollha marbuta ma’ dak il-każ tiġi anonimizzata b’tali mod li s-suġġett tad-data ma jkunx jew ma jibqax identifikabbli. L-Awtorità ma għandhiex tipproċessa d-data tal-individwi konċernati mill-każ fi kwalunkwe punt matul il-proċedura tal-medjazzjoni.

9.   Każijiet li fihom hemm għaddejjin proċeduri tal-qorti fil-livell nazzjonali jew tal-Unjoni ma għandhomx ikunu ammissibbli għall-medjazzjoni mill-Awtorità. Meta l-proċedimenti tal-qorti jinbdew matul il-medjazzjoni, il-proċedura ta’ medjazzjoni għandha tiġi sospiża.

10.   Il-medjazzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Kummissjoni Amministrattiva inklużi d-deċiżjonijiet kollha li tieħu. Il-medjazzjoni għandha tqis id-deċiżjonijiet rilevanti kollha tal-Kummissjoni Amministrattiva.

11.   Meta tilwima jkollha x’taqsam, kompletament jew parzjalment, ma’ kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali, l-Awtorità għandha tinforma lill-Kummissjoni Amministrattiva.

Sabiex tiġi żgurata kooperazzjoni tajba, biex jiġu kkoordinati l-attivitajiet bi ftehim reċiproku u biex tiġi evitata kwalunkwe duplikazzjoni f’każijiet ta’ medjazzjoni li jikkonċernaw kemm kwistjonijiet tas-sigurtà soċjali kif ukoll il-liġi tax-xogħol, il-Kummissjoni Amministrattiva u l-Awtorità għandhom jistabbilixxu ftehim ta’ kooperazzjoni.

Fuq talba tal-Kummissjoni Amministrattiva u bi qbil mal-Istati Membri li huma parti fit-tilwima, l-Awtorità għandha tirreferi l-kwistjoni dwar is-sigurtà soċjali lill-Kummissjoni Amministrattiva skont l-Artikolu 74a(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004. Il-medjazzjoni tista’ tkompli dwar il-kwistjonijiet li ma jikkonċernawx is-sigurtà soċjali.

Fuq talba ta’ kwalunkwe Stat Membru li huwa parti fit-tilwima, l-Awtorità għandha tirreferi l-kwistjoni dwar il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali lill-Kummissjoni Amministrattiva. Dak ir-riferiment jista’ jsir fi kwalunkwe stadju tal-medjazzjoni. Il-medjazzjoni tista’ tkompli dwar il-kwistjonijiet li ma jikkonċernawx is-sigurtà soċjali.

12.   Fi żmien tliet xhur mill-adozzjoni tal-opinjoni mhux vinkolanti, l-Istati Membri li huma parti fit-tilwima għandhom jirrapportaw lill-Awtorità fir-rigward tal-miżuri li jkunu ħadu għall-iskop ta’ segwitu għall-opinjoni jew, fejn ma jkunux ħadu miżuri fir-rigward tar-raġunijiet għaliex ma għamlux dan.

13.   L-Awtorità għandha tirrapporta lill-Kummissjoni darbtejn fis-sena fir-rigward tal-eżitu tal-każijiet ta’ medjazzjoni li tkun wettqet u dwar każijiet li ma ġewx segwiti.

Artikolu 14

Kooperazzjoni ma’ aġenziji u korpi speċjalizzati

L-awtorità fl-attivitajiet kollha tagħha għandu jkollha l-għan li tiżgura l-kooperazzjoni, tevita d-duplikazzjonijiet, tippromwovi s-sinerġiji u l-komplementarjetà ma’ aġenziji deċentralizzati oħra tal-Unjoni u korpi speċjalizzati, bħall-Kummissjoni Amministrattiva. Għal dak il-għan, l-Awtorità tista’ tikkonkludi ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ aġenziji rilevanti tal-Unjoni, bħas-Cedefop, il-Eurofound, l-EU-OSHA, l-ETF, il-Europol u l-Eurojust.

Artikolu 15

Interoperabbiltà u skambju tal-informazzjoni

L-Awtorità għandha tikkoordina, tiżviluppa u tapplika l-oqfsa ta’ interoperabbiltà sabiex tiggarantixxi l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri kif ukoll mal-Awtorità. Dawk l-oqfsa tal-interoperabbiltà għandhom ikunu bbażati fuq, u appoġġati mill-Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà u l-Arkitettura Ewropea ta’ Referenza għall-Interoperabbiltà msemmija fid-Deċiżjoni (UE) 2015/2240.

KAPITOLU III

L-ORGANIZZAZZJONI TAL-AWTORITÀ

Artikolu 16

Struttura amministrattiva u maniġerjali

1.   L-istruttura amministrattiva u maniġerjali tal-Awtorità għandha tinkludi:

(a)

Bord tat-Tmexxija;

(b)

Direttur Eżekuttiv;

(c)

Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati.

2.   L-Awtorità tista’ twaqqaf gruppi ta’ ħidma jew panels tal-esperti li jinkludu rappreżentati mill-Istati Membri jew mill-Kummissjoni, jew esperti esterni wara proċedura tal-għażla, jew taħlita tagħhom, għat-twettiq tal-kompiti speċifiċi tagħha jew għal oqsma ta’ politika speċifiċi. Hi għandha twaqqaf il-Pjattaforma msemmija fl-Artikolu 12 bħala grupp ta’ ħidma permanenti, u l-Bord ta’ Medjazzjoni msemmi fl-Artikolu 13.

Ir-regoli tal-proċedura ta’ tali gruppi ta’ ħidma u panels għandhom jiġu stabbiliti mill-Awtorità wara konsultazzjoni tal-Kummissjoni.

Artikolu 17

Kompożizzjoni tal-Bord tat-Tmexxija

1.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkun magħmul minn:

(a)

membru wieħed minn kull Stat Membru;

(b)

żewġ membri li jirrappreżentaw lill-Kummissjoni;

(c)

espert indipendenti maħtur mill-Parlament Ewropew;

(d)

erba’ membri li jirrappreżentaw l-organizzazzjonijiet tas-sħab soċjali transindustrijali fil-livell tal-Unjoni, b’rappreżentanza ugwali tat-trade unions u organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem.

Il-membri msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu biss għandu jkollhom id-dritt għal vot.

2.   Kull membru tal-Bord tat-Tmexxija għandu jkollu sostitut għalih. Is-sostitut għandu jirrappreżenta lill-membru fl-assenza tiegħu.

3.   Il-membri msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u s-sostituti tagħhom għandhom ikunu maħtura mill-Istat Membru tagħhom.

Il-Kummissjoni għandha taħtar il-membri msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.

Il-Parlament Ewropew għandu jaħtar l-espert imsemmi fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.

L-organizzazzjonijiet tas-sħab soċjali transindustrijali fil-livell tal-Unjoni għandhom jaħtru r-rappreżentanti tagħhom u l-Parlament Ewropew għandu jaħtar l-espert indipendenti tiegħu.

Il-membri tal-Bord tat-Tmexxija u s-sostituti tagħhom għandhom jinħatru abbażi tal-għarfien tagħhom fil-oqsma msemmija fl-Artikolu 1, filwaqt li jitqiesu l-ħiliet maniġerjali, amministrattivi u baġitarji rilevanti.

Il-partijiet kollha rappreżentati fuq il-Bord tat-Tmexxija għandhom jippruvaw jillimitaw il-bdil tar-rappreżentanti tagħhom, sabiex jiżguraw il-kontinwità tal-ħidma tiegħu. Il-partijiet kollha għandhom jimmiraw li jiksbu rappreżentanza bilanċjata bejn in-nisa u l-irġiel fil-Bord tat-Tmexxija.

4.   Il-membri u s-sostituti għandhom jiffirmaw dikjarazzjoni bil-miktub meta jieħdu l-kariga fejn jiddikjaraw li mhumiex f’sitwazzjoni ta’ konflitt ta’ interessi. Il-membri u l-membri sostituti għandhom jaġġornaw id-dikjarazzjoni tagħhom fil-każ li jkun hemm bidla fiċ-ċirkostanzi fir-rigward tal-konflitt ta’ interessi. L-Awtorità għandha tippubblika d-dikjarazzjonijiet tal-interessi u l-aġġornamenti fuq is-sit web tagħha.

5.   Il-mandat għall-membri u għas-sostituti tagħhom għandu jkun erba’ snin. Dak il-mandat għandu jkun jista’ jiġġedded.

6.   Ir-rappreżentanti mill-pajjiżi terzi, li qed japplikaw il-liġi tal-Unjoni fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament, jistgħu jipparteċipaw fil-laqgħat u d-deliberazzjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija bħala osservaturi.

7.   Rappreżentant tal-Eurofound, rappreżentant tal-EU-OSHA, rappreżentant tas-Cedefop u rappreżentant tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ jistgħu jiġu mistiedna jipparteċipaw bħala osservaturi fil-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija sabiex jittejbu l-effiċjenza tal-aġenziji u s-sinerġiji bejniethom.

Artikolu 18

Funzjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija

1.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu, b’mod partikolari:

(a)

jipprovdi orjentazzjoni strateġika u jissorvelja l-attivitajiet tal-Awtorità;

(b)

jadotta, b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu intitolati għall-vot, il-baġit annwali tal-Awtorità u jeżerċita funzjonijiet oħrajn fir-rigward tal-baġit tal-Awtorità skont il-Kapitolu IV;

(c)

jivvaluta u jadotta r-rapport konsolidat tal-attività annwali dwar l-attivitajiet tal-Awtorità, inkluż ħarsa ġenerali lejn l-issodisfar tal-kompiti tagħha, u jibagħtu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri sal-1 ta’ Lulju kull sena u jippubblika r-rapport konsolidat dwar l-attività annwali.

(d)

jadotta r-regoli finanzjarji applikabbli għall-Awtorità f’konformità mal-Artikolu 29;

(e)

jadotta strateġija kontra l-frodi, proporzjonata mar-riskji ta’ frodi, filwaqt li jqis l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-miżuri li għandhom jiġu implimentati;

(f)

jadotta regoli għall-prevenzjoni u għall-ġestjoni ta’ kunflitti ta’ interessi fir-rigward tal-membri tiegħu u tal-esperti indipendenti, kif ukoll tal-membri tal-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati u tal-gruppi ta’ ħidma u panels tal-Awtorità stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 16(2) kif ukoll tal-esperti nazzjonali sekondati u ta’ persunal ieħor mhux impjegat mill-Awtorità kif imsemmi fl-Artikolu 33, u għandu jippubblika fuq is-sit web tiegħu kull sena d-dikjarazzjonijiet ta’ interessi tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija;

(g)

jadotta u regolarment jaġġorna l-pjanijiet ta’ komunikazzjoni u disseminazzjoni msemmija fl-Artikolu 36(3), abbażi ta’ analiżi tal-ħtiġijiet;

(h)

jadotta r-regoli tal-proċedura;

(i)

jadotta r-regoli ta’ proċedura tal-medjazzjoni skont l-Artikolu 13;

(j)

jistabbilixxi gruppi ta’ ħidma u panels skont l-Artikolu 16(2) u jadotta r-regoli ta’ proċedura tagħhom;

(k)

jeżerċita, f’konformità mal-paragrafu 2, fir-rigward tal-persunal tal-Awtorità, is-setgħat tal-Awtorità tal-Ħatra mogħtija mir-Regolamenti tal-Persunal u l-Awtorità Mogħtija s-Setgħa biex Tikkonkludi Kuntratti ta’ Impjieg mogħtija mill-Kondizzjonijiet ta’ Impjieg Applikabbli (is-"setgħa tal-awtorità tal-ħatra");

(l)

jadotta regoli ta’ implimentazzjoni biex jidħlu fis-seħħ ir-Regolamenti tal-Persunal u tal-Kondizzjonijiet ta’ Impjieg f’konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal;

(m)

jistabbilixxi, fejn xieraq, kapaċità ta’ awditu intern;

(n)

jaħtar u, fejn rilevanti, jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv jew ineħħih mill-kariga, f’konformità mal-Artikolu 31;

(o)

jaħtar Uffiċjal tal-Kontabbiltà, soġġett għar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet ta’ Impjieg li għandu jkun totalment indipendenti fil-prestazzjoni ta’ dmirijietu;

(p)

jiddetermina l-proċedura tal-għażla għall-membri u għas-sostituti tal-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati stabbilit f’konformità mal-Artikolu 23 u jaħtar il-membri u s-sostituti msemmija;

(q)

jiżgura segwitu adegwat tas-sejbiet u tar-rakkomandazzjoni li jirriżultaw mir-rapporti u mill-evalwazzjonijiet tal-awditu intern jew estern, kif ukoll mill-investigazzjonijiet mill-OLAF;

(r)

jieħu d-deċiżjonijiet kollha dwar l-istabbiliment tal-kumitati interni jew korpi oħra tal-Awtorità u, fejn meħtieġ, il-modifika tagħhom, filwaqt li jikkunsidra l-ħtiġijiet tal-attività tal-Awtorità u b’konsiderazzjoni ta’ ġestjoni finanzjarja tajba;

(s)

japprova l-abbozz tad-dokument uniku ta’ programmazzjoni tal-Awtorità msemmi fl-Artikolu 24 qabel is-sottomissjoni tiegħu lill-Kummissjoni għall-opinjoni tagħha;

(t)

jadotta, wara li jkun irċieva l-opinjoni tal-Kummissjoni, id-dokument uniku ta’ programmazzjoni tal-Awtorità permezz ta’ maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tal-Bord ta’ Tmexxija li huma ntitolati għal vot u skont l-Artikolu 24;

2.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta, f’konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, deċiżjoni bbażata fuq l-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Artikolu 6 tal-Kondizzjonijiet ta’ Impjieg li tiddelega s-setgħat rilevanti tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom din id-delega tas-setgħat tista’ tiġi sospiża. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun awtorizzat li jissottodelega dawk is-setgħat.

3.   Fejn ċirkostanzi eċċezzjonali hekk jirrikjedu, il-Bord tat-Tmexxija jista’, permezz ta’ deċiżjoni, jissospendi temporanjament id-delega tas-setgħat tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u dawk sottodelegati mid-Direttur Eżekuttiv u jeżerċitahom huwa stess jew jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew xi membru tal-persunal li mhux id-Direttur Eżekuttiv.

Artikolu 19

President tal-Bord tat-Tmexxija

1.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jeleġġi President u Viċi President minn fost il-membri li għandhom drittijiet tal-vot, u għandu jistinka għall-bilanċ bejn is-sessi. Il-President u l-Viċi President għandhom jiġu eletti b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija bid-dritt tal-vot.

Fil-każ li l-ewwel vot ma jilħaqx maġġoranza ta’ żewġ terzi, jiġi organizzat it-tieni vot fejn il-President u l-Viċi President jiġu eletti permezz ta’ maġġoranza sempliċi tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija li għandhom dritt tal-vot.

Il-Viċi President għandu jieħu post il-President awtomatikament jekk il-President ma jkunx jista’ jattendi għal dmirijietu.

2.   Il-mandat tal-President u tal-Viċi President għandu jkun ta’ tliet snin. Il-mandat tagħhom jista’ jiġi mġedded darba. Fejn, madankollu, is-sħubija tagħhom tal-Bord tat-Tmexxija tiġi tterminata fi kwalunkwe mument matul il-mandat tagħhom, il-mandat tagħhom jiskadi awtomatikament f’dik id-data.

Artikolu 20

Il-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija

1.   Il-President għandu jsejjaħ il-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija.

2.   Il-President għandu jorganizza d-deliberazzjonijiet skont il-punti fuq l-aġenda. Il-membri msemmija fil-punti (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 17(1) ma għandhomx jipparteċipaw f’deliberazzjonijiet dwar elementi relatati ma’ informazzjoni sensittiva dwar każijiet individwali, kif speċifikat fir-regoli ta’ proċedura tal-Bord tat-Tmexxija.

3.   Id-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità għandu jipparteċipa fid-deliberazzjonijiet, mingħajr dritt tal-vot.

4.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jsejjaħ mill-inqas żewġ laqgħat ordinarji fis-sena. Addizzjonalment, għandu jiltaqa’ fuq talba tal-President tiegħu, jew fuq talba tal-Kummissjoni, jew fuq talba ta’ mill-inqas terz tal-membri tiegħu.

5.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jsejjaħ il-laqgħat mal-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati tal-inqas darba fis-sena.

6.   Il-Bord tat-Tmexxija jista’ jistieden kwalunkwe persuna jew organizzazzjoni li l-opinjoni tagħha tista’ tkun ta’ interess biex tattendi l-laqgħat tiegħu bħala osservatur, inklużi membri tal-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati.

7.   Il-membri tal-Bord tat-Tmexxija u s-sostituti tagħhom jistgħu, suġġett għar-regoli tal-proċedura tiegħu, ikunu assistiti fil-laqgħat minn konsulenti jew esperti.

8.   L-Awtorità għandha tipprovdi s-segretarjat tal-Bord tat-Tmexxija.

Artikolu 21

Regoli tal-votazzjoni tal-Bord tat-Tmexxija

1.   Mingħajr preġudizzju għall-punti (b) u (t) tal-Artikolu 18(1), l-Artikolu 19(1) u l-Artikolu 31(8), il-Bord tat-Tmexxija għandu jieħu deċiżjonijiet skont il-maġġoranza tal-membri li għandhom dritt tal-vot.

2.   Kull membru bid-dritt għal vot għandu jkollu vot wieħed. Fin-nuqqas ta’ membru bi dritt tal-vot, is-sostitut ikun intitolat jeżerċita d-dritt tal-vot tal-membru.

3.   Id-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità għandu jipparteċipa fid-deliberazzjonijiet, mingħajr dritt tal-vot.

4.   Ir-regoli tal-proċedura tal-Bord tat-Tmexxija għandhom jistabbilixxu arranġamenti tal-votazzjoni iktar dettaljati, b’mod partikolari ċ-ċirkostanzi li fihom membru jista’ jaġixxi f’isem membru ieħor u ċ-ċirkostanzi li fihom għandhom jintużaw għall-votazzjoni l-proċeduri bil-miktub.

Artikolu 22

Responsabbiltajiet tad-Direttur Eżekuttiv

1.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli għat-tmexxija tal-Awtorità u għandu jimmira li jikseb bilanċ bejn is-sessi fi ħdan l-Awtorità. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli quddiem il-Bord tat-Tmexxija.

2.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat rapport lill-Parlament Ewropew dwar il-qadi ta’ dmirijietu meta jintalab jagħmel dan. Il-Kunsill jista’ jistieden lid-Direttur Eżekuttiv jibgħat rapport dwar il-qadi ta’ dmirijietu.

3.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ir-rappreżentant legali tal-Awtorità.

4.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-kompiti assenjati lill-Awtorità minn dan ir-Regolament, b’mod partikolari:

(a)

l-amministrazzjoni ta’ kuljum tal-Awtorità;

(b)

id-deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni adottati mill-Bord tat-Tmexxija;

(c)

it-tħejjija tal-abbozz tad-dokument uniku ta’ programmazzjoni u jissottomettih lill-Bord tat-Tmexxija għall-approvazzjoni;

(d)

jimplimenta d-dokument uniku ta’ programmazzjoni u jirrapporta lill-Bord tat-Tmexxija dwar l-implimentazzjoni tiegħu;

(e)

iħejji l-abbozz ta’ rapport annwali konsolidat dwar l-attivitajiet tal-Awtorità u jippreżentah lill-Bord tat-Tmexxija għall-valutazzjoni u l-adozzjoni;

(f)

iħejji pjan ta’ azzjoni li jsegwi l-konklużjonijiet tar-rapporti tal-evalwazzjonijiet tal-awditu intern jew estern, kif ukoll l-investigazzjonijiet minn OLAF u jirrapporta dwar il-progress darbtejn fis-sena lill-Kummissjoni u regolarment lill-Bord tat-Tmexxija;

(g)

jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni billi japplika miżuri ta’ prevenzjoni kontra l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħrajn, mingħajr ma jippreġudika l-kompetenza investigattiva ta’ OLAF permezz ta’ kontrolli effettivi u, jekk jiġu skoperti irregolaritajiet, billi jirkupra l-ammonti mħallsa b’mod żbaljat u, fejn xieraq, billi jimponi penali amministrattivi, inkluż penali finanzjarji, li huma effettivi, proporzjonati u dissważivi;

(h)

iħejji strateġija kontra l-frodi għall-Awtorità u jippreżentaha lill-Bord tat-Tmexxija għall-approvazzjoni;

(i)

iħejji l-abbozz ta’ regoli finanzjarji applikabbli għall-Awtorità u jirrapportahom lill-Bord tat-Tmexxija;

(j)

iħejji l-abbozz tad-dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u l-infiq bħala parti mid-dokument ta’ programmazzjoni tal-Awtorità, u l-implimentazzjoni tal-baġit tagħha;

(k)

f’konformità mad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 18(2), jieħu deċiżjonijiet fir-rigward tal-ġestjoni tar-riżorsi umani;

(l)

jieħu deċiżjonijiet fir-rigward tal-istrutturi interni tal-Awtorità inklużi, meta jkun meħtieġ, funzjonijiet sostituttivi li jistgħu jkopru t-tmexxija ta’ kuljum tal-Awtorità u, fejn meħtieġ, l-emendar tagħhom, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet relatati mal-attivitajiet tal-Awtorità u l-ġestjoni baġitarja soda;

(m)

fejn rilevanti, il-kooperazzjoni ma’ aġenziji tal-Unjoni u l-konklużjoni ta’ ftehimiet ta’ kooperazzjoni magħhom;

(n)

jimplimenta miżuri stabbiliti mill-Bord tat-Tmexxija għall-applikazzjoni tar-Regolament(UE) 2018/1725 mill-Awtorità;

(o)

jinforma lill-Bord tat-Tmexxija dwar is-sottomissjonijiet mill-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati.

5.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddeċiedi jekk hux neċessarju li jiġi stazzjonat membru tal-persunal wieħed jew iktar fi Stat Membru wieħed jew iktar, kif ukoll jekk hux neċessarju li jistabbilixxi uffiċċju ta’ kollegament fi Brussell sabiex tissaħħaħ ulterjorment il-kooperazzjoni tal-Awtorità mal-istituzzjonijiet u l-korpi rilevanti tal-Unjoni. Qabel ma jiddeċiedi li jistabbilixxi uffiċċju lokali jew uffiċċju ta’ kollegament, id-Direttur Eżekuttiv għandu jikseb kunsens minn qabel tal-Bord tat-Tmexxija u tal-Istat Membru fejn għandu jinsab l-uffiċċju lokali. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika l-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet li jridu jitwettqu fl-uffiċċju b’mod li jiġu evitati spejjeż mhux meħtieġa u d- duplikazzjoni tal-funzjonijiet amministrattivi tal-Awtorità. Jista’ jkun meħtieġ ftehim dwar il-kwartieri ġenerali mal-Istat Membru fejn għandu jinsab l-uffiċċju lokali jew l-uffiċċju ta’ kollegament.

Artikolu 23

Il-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati

1.   Sabiex tiġi ffaċilitata l-konsultazzjoni tal-partijiet ikkonċernati rilevanti u sabiex jibbenefika mill-għarfien espert tagħhom kopert permezz ta’ dan ir-Regolament, għandu jiġi stabbilit Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati. Il-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati għandu jkun marbut mal-Awtorità u għandu jkollu funzjonijiet konsultattivi.

2.   Il-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati għandu jirċievi informazzjoni minn qabel u jista’, fuq talba tal-Awtorità jew fuq inizjattiva proprja, jippreżenta opinjonijiet lill-Awtorità dwar:

(a)

kwistjonijiet relatati mal-applikazzjoni u l-infurzar tal-liġi tal-Unjoni fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament, inkluż dwar l-analiżi tal-mobbiltà tal-ħaddiema transfruntiera u l-valutazzjoni tar-riskju, kif imsemmi fl-Artikolu 10;

(b)

l-abbozz ta’ rapport konsolidat tal-attività annwali dwar l-attivitajiet tal-Awtorità imsemmi fl-Artikolu 18;

(c)

l-abbozz uniku ta’ dokument ta’ programmazzjoni imsemmi fl-Artikolu 24.

3.   Il-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati għandu jitmexxa mid-Direttur Eżekuttiv u għandu jiltaqa’ mill-inqas darbtejn fis-sena fuq l-inizjattiva tad-Direttur Eżekuttiv jew fuq talba tal-Kummissjoni.

4.   Il-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati għandu jkun magħmul minn żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni u għaxar rappreżentanti tas-sħab soċjali fil-livell tal-Unjoni b’rappreżentanza ugwali ta’ trade unions u organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem, inklużi sħab soċjali settorjali tal-Unjoni rrikonoxxuti li huma kkonċernati b’mod partikolari minn kwistjonijiet ta’ mobbiltà tal-ħaddiema.

5.   Il-membri tal-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati u s-sostituti tagħhom għandhom jiġu nominati mill-organizzazzjonijiet rispettivi tagħhom u għandhom jinħatru mill-Bord tat-Tmexxija. Il-membri sostituti għandhom jinħatru mill-Bord tat-Tmexxija, f’konformità mal-istess kundizzjonijiet bħall-membri, u għandhom awtomatikament jieħdu post kwalunkwe membru li jkun assenti jew indispost. Sa fejn huwa possibbli, għandhom jinkisbu bilanċ xieraq bejn is-sessi, kif ukoll rappreżentazzjoni adegwata tal-SMEs.

6.   L-Awtorità għandha tipprovdi s-segretarjat għall-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati. Il-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati għandu jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu permezz ta’ maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu intitolati għal vot. Ir-regoli tal-proċedura għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni mill-Bord tat-Tmexxija.

7.   Il-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati jista’ jistieden lil esperti jew rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti għal-laqgħat tiegħu.

8.   L-Awtorità għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-opinjonijiet, il-pariri u r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati u r-riżultati tal-konsultazzjonijiet tiegħu, ħlief fil-każ ta’ rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità.

KAPITOLU IV

STABBILIMENT U STRUTTURA TAL-BAĠIT TAL-AWTORITÀ

TAQSIMA 1

Dokument uniku ta’ programmazzjoni tal-awtorità

Artikolu 24

Programmazzjoni annwali u pluriennali

1.   Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal dokument uniku ta’ programmazzjoni li jkun fih b’mod partikolari programmazzjoni pluriennali u annwali f’konformità mar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (28), filwaqt li jikkunsidra l-linji gwida stabbiliti mill-Kummissjoni u kwalunkwe parir mogħti mill-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati.

2.   Sat-30 ta’ Novembru ta’ kull sena, il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta l-abbozz tad-dokument uniku ta’ programmazzjoni msemmi fil-paragrafu 1. Għandu jgħaddih lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Jannar tas-sena sussegwenti, kif ukoll kwalunkwe verżjoni aġġornata aktar tard ta’ dak id-dokument.

Id-dokument uniku tal-ipprogrammar għandu jsir definittiv wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni u, jekk meħtieġ, għandu jiġi aġġustat skont dan

3.   Il-programm ta’ ħidma annwali għandu jistabbilixxi l-għanijiet dettaljati u r-riżultati mistennija inkluż l-indikaturi tal-prestazzjoni. Għandu jkollu fih ukoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati u indikazzjoni tar-riżorsi finanzjarji u umani allokati għal kull azzjoni. Il-programm ta’ ħidma annwali għandu jkun konsistenti mal-programm ta’ ħidma pluriennali msemmi fil-paragrafu 4. Għandu jindika b’mod ċar il-kompiti li ġew miżjuda, mibdula jew imħassra fi tqabbil mas-sena finanzjarja preċedenti. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jemenda l-programm ta’ ħidma annwali adottat meta kompitu ġdid jingħata lill-Awtorità fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Kwalunkwe emendar sostanzjali fil-programm ta’ ħidma annwali għandu jiġi adottat skont l-istess proċedura bħal tal-programm ta’ ħidma annwali inizjali. Il-Bord tat-Tmexxija jista’ jiddelega s-setgħa li jsiru emendi mhux sostanzjali fil-programm ta’ ħidma annwali lid-Direttur Eżekuttiv.

4.   Il-programm ta’ ħidma pluriennali għandu jistabbilixxi l-programmazzjoni strateġika kumplessiva inkluż l-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi ta’ prestazzjoni. Għandu juri wkoll, għal kull attività, ir-riżorsi finanzjarji u umani indikattivi kkunsidrati neċessarji biex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti.

Il-programmazzjoni strateġika għandha tiġi aġġornata fejn jixraq, b’mod partikolari biex tindirizza l-eżitu tal-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 40.

Artikolu 25

L-istabbiliment tal-baġit

1.   Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal abbozz ta’ stima provviżorja tad-dħul u tan-nefqa tal-Awtorità għas-sena finanzjarja sussegwenti, inkluż il-pjan ta’ stabbiliment, u jibagħtu lill-Bord tat-Tmexxija.

2.   L-abbozz provviżorju tal-estimi għandu jkun ibbażat fuq l-għanijiet u r-riżultati mistennija tad-dokument ta’ programmazzjoni annwali msemmi fl-Artikolu 24(3), u għandu jqis ir-riżorsi finanzjarji meħtieġa sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet u r-riżultati mistennija, f’konformità mal-prinċipju ta’ baġitjar abbażi tal-prestazzjoni.

3.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu, abbażi tal-abbozz proviżorju tal-estimi, jadotta abbozz tal-estimi tad-dħul tal-Awtorità għas-sena finanzjarja ta’ wara, u għandu jibagħtu lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Jannar kull sena.

4.   Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-abbozz tal-istima lill-awtorità baġitarja flimkien mal-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni. L-abbozz tal-estimi għandu jkun disponibbli wkoll għall-Awtorità.

5.   Abbażi tal-abbozz tal-istima, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni, li għandha tippreżentah quddiem l-awtorità baġitarja f’konformità mal-Artikoli 313 u 314 TFUE, l-istimi li tikkunsidra neċessarji għall-pjan ta’ stabbiliment u l-ammont tal-kontribuzzjoni li trid tintalab mill-baġit ġenerali.

6.   L-awtorità baġitarja għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għall-kontribuzzjoni mill-baġit ġenerali tal-Unjoni lill-Awtorità.

7.   L-awtorità baġitarja għandha tadotta l-pjan ta’ stabbiliment tal-Awtorità.

8.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta l-baġit tal-Awtorità. Għandu jsir finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni u, jekk ikun neċessarju, għandu jiġi aġġustat skont dan.

9.   Għal kwalunkwe proġett ta’ bini li x’aktarx ikollu implikazzjonijiet sinifikanti għall-baġit tal-Awtorità, għandu japplika r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013.

TAQSIMA 2

Preżentazzjoni, implimentazzjoni u kontroll tal-baġit tal-awtorità

Artikolu 26

Struttura tal-baġit

1.   L-estimi tad-dħul u l-infiq kollu tal-Awtorità għandhom jitħejjew għal kull sena finanzjarja, u għandhom jidhru fil-baġit tal-Awtorità. Is-sena finanzjarja għandha tikkorrispondi għas-sena kalendarja.

2.   Il-baġit tal-Awtorità għandu jkun bilanċjat f’termini ta’ dħul u nefqa.

3.   Mingħajr preġudizzju għal riżorsi oħrajn, id-dħul tal-Awtorità għandu jkun magħmul:

(a)

kontribuzzjoni mill-Unjoni mdaħħla fil-baġit ġenerali tal-Unjoni;

(b)

kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja volontarja mill-Istati Membri;

(c)

kwalunkwe kontribuzzjoni mill-pajjiżi terzi li jipparteċipaw fil-ħidma tal-Awtorità, kif previst mill-Artikolu 42;

(d)

finanzjament possibbli tal-Unjoni fil-forma ta’ ftehimiet ta’ delegazzjoni jew għotjiet ad hoc f’konformità mar-regoli finanzjarji tal-Awtorità msemmija fl-Artikolu 29 u mad-dispożizzjonijiet tal-istrumenti rilevanti li jappoġġaw il-politiki tal-Unjoni;

(e)

imposti għall-pubblikazzjonijiet u kwalunkwe servizz ipprovdut mill-Awtorità.

4.   In-nefqa tal-Awtorità għandha tinkludi r-remunerazzjoni tal-persunal, l-ispejjeż amministrattivi u tal-infrastruttura u n-nefqa operattiva.

Artikolu 27

Implimentazzjoni tal-baġit

1.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jimplimenta l-baġit tal-Awtorità.

2.   Kull sena d-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat lill-awtorità baġitarja l-informazzjoni kollha rilevanti għas-sejbiet tal-proċeduri tal-evalwazzjoni.

Artikolu 28

Preżentazzjoni tal-kontijiet u kwittanza

1.   L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Awtorità għandu jibgħat il-kontijiet proviżorji għas-sena finanzjarja (sena N) lill-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri sal-1 ta’ Marzu tas-sena finanzjarja ta’ wara (sena N + 1).

2.   L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Awtorità għandu jipprovdi wkoll l-informazzjoni tal-kontabbiltà meħtieġa għall-finijiet ta’ konsolidazzjoni lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni, fil-mod u fil-format meħtieġ minnha, sal-1 ta’ Marzu tas-sena N + 1.

3.   L-Awtorità għandha tibgħat ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għas-sena N lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri sal-31 ta’ Marzu tas-sena N + 1.

4.   L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Awtorità, malli jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet proviżorji għas-sena N, għandu jfassal il-kontijiet finali tal-Awtorità taħt ir-responsabbiltà tiegħu jew tagħha. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżentahom lill-Bord tat-Tmexxija għal opinjoni.

5.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jibgħat opinjoni dwar il-kontijiet finali tal-Awtorità għas-sena N.

6.   L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Awtorità għandu jibgħat, sal-1 ta’ Lulju tas-sena N + 1, il-kontijiet finali għas-sena N lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, flimkien mal-opinjoni tal-Bord tat-Tmexxija.

7.   Sal-15 ta’ Novembru tas-sena N + 1, għandha tiġi ppubblikata link għall-paġni tas-sit web li fihom il-kontijiet finali tal-Awtorità f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

8.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat lill-Qorti tal-Awdituri risposta dwar l-osservazzjonijiet magħmula fir-rapport annwali tagħha, sat-30 ta’ Settembru tas-sena N + 1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat ukoll din ir-risposta lill-Bord tat-Tmexxija u lill-Kummissjoni.

9.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta’ dan tal-aħħar, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni bla intoppi tal-proċedura ta’ kwittanza għas-sena N, skont l-Artikolu 261(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29).

10.   Fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill li jaġixxi permezz ta’ maġġoranza kwalifikata, il-Parlament Ewropew għandu, qabel il-15 ta’ Mejju tas-sena N + 2, jagħti kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tas-sena N.

Artikolu 29

Regoli finanzjarji

Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Awtorità għandhom jiġu adottati mill-Bord tat-Tmexxija wara li tikkonsulta lill-Kummissjoni. Ma għandhomx imorru lil hinn mir-Regolament Delegat (UE) Nru 1271/2013 sakemm tali tluq ma jkunx meħtieġ speċifikament għall-operat tal-Awtorità u l-Kummissjoni tkun tat il-kunsens tagħha minn qabel.

KAPITOLU V

PERSUNAL

Artikolu 30

Dispożizzjoni ġenerali

Ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet ta’ Impjieg u r-regoli adottati permezz tal-ftehim bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni biex jidħlu fis-seħħ ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet ta’ Impjieg għandhom japplikaw għall-persunal tal-Awtorità.

Artikolu 31

Direttur Eżekuttiv

1.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiġi impjegat bħala aġent temporanju tal-Awtorità f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 2 tal-Kondizzjonijiet ta’ Impjieg.

2.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord tat-Tmexxija minn lista ta’ kandidati proposta mill-Kummissjoni, wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti. Il-kandidat magħżul għandu jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-Parlament Ewropew u jwieġeb mistoqsijiet mill-Membri tal-Parlament. Dak l-iskambju ta’ fehmiet ma għandux idewwem il-ħatra bla bżonn tad-Direttur Eżekuttiv.

3.   Għall-fini tal-konklużi tal-kuntratt mad-Direttur Eżekuttiv, l-Awtorità għandha tkun rappreżentata mill-President tal-Bord tat-Tmexxija.

4.   Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta’ ħames snin. Qabel tmiem dak il-perijodu, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni li tqis evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv u tal-kompiti u tal-isfidi futuri tal-Awtorità.

5.   Il-Bord tat-Tmexxija jista’, filwaqt li jqis il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, jista’ jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba u għal mhux aktar minn ħames snin.

6.   Il-Direttur Eżekuttiv li l-mandat tiegħu jkun ġie estiż skont il-paragrafu 5 ma jistgħax jipparteċipa fi proċedura oħra ta’ għażla għall-istess kariga fit-tmiem tal-perijodu ġenerali.

7.   Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jitneħħa mill-kariga biss b’deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija. Fid-deċiżjoni tiegħu, il-Bord tat-Tmexxija għandu jqis il-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv, kif imsemmi fil-paragrafu 4.

8.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra, l-estensjoni tal-mandat jew it-tneħħija tal-mandat tad-Direttur Eżekuttiv abbażi ta’ maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri ntitolati għal vot.

Artikolu 32

Uffiċjali Nazzjonali ta’ Kollegament

1.   Kull Stat Membru għandu jaħtar Uffiċjal Nazzjonali ta’ Kollegament wieħed bħala espert nazzjonali sekondat lill-Awtorità u biex jaħdem fis-sede tagħha, skont l-Artikolu 33.

2.   L-Uffiċjali Nazzjonali ta’ Kollegament għandhom jikkontribwixxu għall-eżekuzzjoni tal-kompiti tal-Awtorità, inkluż billi jiffaċilitaw il-kooperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni stabbilit fl-Artikolu 7 u bl-appoġġ u l-koordinament tal-ispezzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8. Huma għandhom jaġixxu wkoll bħala punti nazzjonali ta’ kuntatt għall-mistoqsijiet mill-Istati Membri tagħhom u marbuta mal-Istati Membri tagħhom, billi jwieġbu dawk il-mistoqsijiet direttament jew billi jikkollegaw mal-amministrazzjonijiet nazzjonali tagħhom.

3.   L-Uffiċjali Nazzjonali ta’ Kollegament għandhom ikunu intitolati li jitolbu u li jirċievu l-informazzjoni kollha rilevanti mill-Istati Membri tagħhom, kif previst minn dan ir-Regolament, filwaqt li jirrispettaw b’mod sħiħ il-liġi nazzjonali jew il-prattika tal-Istati Membri tagħhom, b’mod partikolari fir-rigward tal-protezzjoni tad-data u r-regoli dwar il-kunfidenzjalità.

Artikolu 33

Esperti nazzjonali sekondati u persunal ieħor

1.   Minbarra l-Uffiċjali Nazzjonali ta’ Kollegament, l-Awtorità tista’ tagħmel użu fi kwalunkwe qasam ta’ ħidmietha ta’ esperti nazzjonali sekondati oħrajn jew persunal ieħor li mhux impjegat mill-Awtorità.

2.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta deċiżjoni adatta li tistipula r-regoli għall-esperti nazzjonali sekondati, inklużi l-Uffiċjali Nazzjonali ta’ Kollegament.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Artikolu 34

Privileġġi u immunitajiet

Il-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea għandu japplika għall-Awtorità u għall-persunal tagħha.

Artikolu 35

Arranġamenti lingwistiċi

1.   Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill Nru 1 (30) għandhom japplikaw għall-Awtorità.

2.   Is-servizzi tat-traduzzjoni meħtieġa għall-funzjonament tal-Awtorità għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni.

Artikolu 36

Trasparenza, protezzjoni tad-data personali u komunikazzjoni

1.   Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għandu japplika għad-dokumenti miżmuma mill-Awtorità. Il-Bord tat-Tmexxija għandu, fi żmien sitt xhur mid-data tal-ewwel laqgħa tiegħu, jadotta r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

2.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jistabbilixxi miżuri biex jikkonforma mal-obbligi stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/1725, b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw il-ħatra ta’ Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Awtorità u dawk marbuta mal-legalità tal-ipproċessar tad-data, is-sigurtà tal-attivitajiet tal-ipproċessar, il-forniment tal-informazzjoni u d-drittijiet tas-suġġetti tad-data.

3.   L-Awtorità tista’ tipparteċipa f’attivitajiet ta’ komunikazzjoni fuq l-inizjattiva tagħha stess fi ħdan il-qasam tal-kompetenza tagħha. L-allokazzjoni tar-riżorsi għall-attivitajiet tal-komunikazzjoni ma għandhomx ikunu ta’ detriment għall-eżerċizzju effettiv tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 4. L-attivitajiet ta’ komunikazzjoni għandhom jitwettqu f’konformità mal-pjanijiet rilevanti ta’ komunikazzjoni u disseminazzjoni adottati mill-Bord tat-Tmexxija.

Artikolu 37

Ġlieda kontra l-frodi

1.   Sabiex tiffaċilita l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħrajn f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013, l-Awtorità għandha, sa sitt xhur mill-jum li ssir operattiva, taderixxi għall-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej li jikkonċerna l-investigazzjonijiet interni minn OLAF u għandha tadotta dispożizzjonijiet xierqa applikabbli għall-impjegati kollha tal-Awtorità billi tuża l-mudell stipulat fl-Anness ta’ dak il-Ftehim.

2.   Il-Qorti tal-Awdituri għandu jkollha s-setgħa tal-awditu, abbażi tad-dokumenti u kontrolli fuq il-post, fuq il-benefiċjarji, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi tal-għotjiet kollha li jkunu rċevew fondi tal-Unjoni mill-Awtorità.

3.   OLAF jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni f’rabta mal-għotja jew mal-kuntratt iffinanzjati mill-Awtorità, f’konformità mad-dispożizzjonijiet u mal-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (31).

4.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2 u 3, il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, kuntratti, ftehimiet ta’ għotja u deċiżjonijiet ta’ għotja tal-Awtorità għandu jkun fihom dispożizzjonijiet li b’mod espliċitu jagħtu setgħa lill-Qorti tal-Awdituri u lil OLAF biex iwettqu tali awditi u investigazzjonijiet, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

Artikolu 38

Regoli tas-sigurtà dwar il-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata u sensittiva iżda mhux klassifikata

L-Awtorità għandha tadotta r-regoli tas-sigurtà tagħha ekwivalenti għar-regoli tas-sigurtà tal-Kummissjoni għall-protezzjoni tal-Informazzjoni Klassifikata tal-Unjoni Ewropea (IKUE) u informazzjoni sensittiva mhux klassifikata, stabbilita fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 (32) u (UE, Euratom) 2015/444 (33). Ir-regoli tas-sigurtà għandhom ikopru, fost l-oħrajn, dispożizzjonijiet għall-iskambju, l-ipproċessar u l-ħażna ta’ tali informazzjoni.

Artikolu 39

Responsabbiltà

1.   Ir-responsabbiltà kuntrattwali tal-Awtorità għandha tkun amministrata mil-liġi applikabbli tal-kuntratt inkwistjoni.

2.   Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha jkollha l-kompetenza li tiddeċiedi skond kwalunkwe klawżola ta’ arbitraġġ li tkun tinsab f’kuntratt konkluż mill-Awtorità.

3.   Fil-każ ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Awtorità għandha, f’konformità mal-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet tal-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kwalunkwe ħsara kkawżata mid-dipartimenti tagħha jew mill-persunal tagħha fil-prestazzjoni ta’ dmirijiethom.

4.   Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha l-ġurisdizzjoni fit-tilwim dwar kumpens għal ħsara imsemmi fil-paragrafu 3.

5.   Ir-responsabbiltà personali tal-persunal tagħha lejn l-Awtorità għandu jkun amministrat mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal u fil-Kundizzjonijiet ta’ Impjieg applikabbli għalihom.

Artikolu 40

Evalwazzjoni u rieżami

1.   Sal-1 ta’ Awwissu 2024, kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-prestazzjoni tal-Awtorità f’rabta mal-għanijiet, mal-mandat u mal-kompiti tagħha. L-evalwazzjoni għandha, b’mod partikolari, tindirizza l-esperjenzi miksuba mill-proċedura ta’ medjazzjoni skont l-Artikolu 13. Hija għandha tivvaluta wkoll jekk hemmx il-ħtieġa għal modifika tal-mandat tal-Awtorità u l-ambitu tal-attivitajiet tagħha, inkluża l-estensjoni tal-ambitu tagħha biex tkopri l-ħtiġijiet speċifiċi għas-settur, u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ kwalunkwe modifika tali, b’kunsiderazzjoni wkoll tal-ħidma mwettqa mill-aġenziji tal-Unjoni f’dawk l-oqsma. L-evalwazzjoni għandha tesplora wkoll sinerġiji ulterjuri u tissimplifika ma’ aġenziji fil-qasam tal-impjiegi u tal-politika soċjali. Abbażi tal-evalwazzjoni, il-Kummissjoni tista’, kif xieraq, tressaq proposti leġiżlattivi għar-rieżami tal-ambitu ta’ dan ir-Regolament.

2.   Fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kontinwazzjoni tal-Awtorità ma għadhiex ġustifikata fir-rigward tal-għanijiet, tal-mandat u tal-kompiti tagħha, tista’ tipproponi li dan ir-Regolament jiġi emendat jew jitħassar skont dan.

3.   Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Bord tat-Tmexxija dwar is-sejbiet tal-evalwazzjoni. Is-sejbiet tal-evalwazzjoni għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

Artikolu 41

Inkjesti amministrattivi

L-attivitajiet tal-Awtorità għandhom ikunu soġġetti għall-inkjesti tal-Ombudsman Ewropew f’konformità mal-Artikolu 228 TFUE.

Artikolu 42

Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali

1.   Sa fejn huwa neċessarju sabiex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, u mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Istati Membri u tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, l-Awtorità tista’ tikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali.

Għal dak il-fini, l-Awtorità tista’, soġġett għall-awtorizzazzjoni tal-Bord tat-Tmexxija u wara l-approvazzjoni tal-Kummissjoni, tistabbilixxi arranġamenti mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali. Dawk l-arranġamenti ma għandhomx joħolqu obbligi ġuridiċi fuq l-Unjoni jew l-Istati Membri.

2.   L-Awtorità għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi li daħlu fi ftehimiet mal-Unjoni għal dak il-għan.

Skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, l-arranġamenti għandhom jiġu żviluppati fejn jispeċifikaw, b’mod partikolari, in-natura, l-estent u l-manjiera li fihom il-pajjiżi terzi konċernati għandhom jipparteċipaw fil-ħidma tal-Awtorità, inkluż id-dispożizzjonijiet marbuta mal-parteċipazzjoni fl-inizjattivi mwettqa mill-Awtorità, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji u l-persunal. Fir-rigward tal-kwistjonijiet tal-persunal, dawk l-arranġamenti għandhom, fi kwalunkwe każ, jikkonformaw mar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet ta’ Impjieg.

3.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Awtorità topera fi ħdan il-mandat tagħha u l-qafas istituzzjonali eżistenti billi tikkonkludi arranġament xieraq ta’ ħidma mad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità.

Artikolu 43

Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali u l-kundizzjonijiet tal-operat

1.   L-arranġamenti neċessarji li jikkonċernaw l-akkomodazzjoni li għandha tkun ipprovduta għall-Awtorità fl-Istat Membru ospitanti, flimkien mar-regoli speċifiċi applikabbli fl-Istat Membru ospitanti għad-Direttur Eżekuttiv, għall-membri tal-Bord tat-Tmexxija, għall-persunal u l-membri tal-familji tagħhom, għandhom ikunu stabbiliti fi ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali bejn l-Awtorità u l-Istat Membru fejn se tkun lokalizzata s-sede, li għandu jiġi konkluż wara l-kisba tal-approvazzjoni tal-Bord tat-Tmexxija u sa mhux iktar tard mill-1 ta’ Awwissu 2021.

2.   L-Istat Membru ospitanti tal-Awtorità għandu jipprovdi l-aqwa kundizzjonijiet possibbli sabiex jiżgura l-funzjonament bla xkiel u effiċjenti tal-Awtorità, inkluż skejjel b’orjentazzjoni Ewropea multilingwi u konnessjonijiet tat-trasport adattati.

Artikolu 44

Bidu tal-attivitajiet tal-Awtorità

1.   L-Awtorità għandha ssir operattiva bil-kapaċità li timplimenta l-baġit proprju tagħha sal-1 ta’ Awwissu 2021.

2.   Il-Kummissjoni għandha tkun responabbli għall-istabbiliment u l-operat inizjali tal-Awtorità sakemm l-Awtorità ssir operattiva. Għal dak il-għan:

(a)

sakemm id-Direttur Eżekuttiv jibda/tibda jaqdi/taqdi dmirijietu/a wara l-ħatra tiegħu/tagħha mill-Bord tat-Tmexxija f’konformità mal-Artikolu 31, il-Kummissjoni tista’ taħtar uffiċjal tal-Kummissjoni biex jaġixxi ta’ Direttur Eżekuttiv interim u jeżerċita d-doveri assenjati lid-Direttur Eżekuttiv;

(b)

permezz ta’ deroga mill-punt (j) tal-Artikolu 18(1) u sal-adozzjoni ta’ deċiżjoni kif jissemma fl-Artikolu 18(2), id-Direttur Eżekuttiv interim għandu jeżerċita s-setgħa tal-awtorità tal-ħatra;

(c)

il-Kummissjoni tista’ toffri assistenza lill-Awtorità, b’mod partikolari billi tissekonda uffiċjali tal-Kummissjoni biex iwettqu l-attivitajiet tal-Awtorità taħt ir-responsabbiltà tad-Direttur Eżekuttiv interim jew tad-Direttur Eżekuttiv;

(d)

id-Direttur Eżekuttiv interim jista’ jawtorizza l-pagamenti kollha koperti mill-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit tal-Awtorità wara l-approvazzjoni mill-Bord tat-Tmexxija u jista’ jikkonkludi kuntratti inkluż kuntratti tal-persunal, wara l-adozzjoni tal-pjan ta’ stabbiliment tal-Awtorità.

Artikolu 45

Emendi tar-Regolament (KE) Nru 883/2004

Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1, jiddaħħal il-punt li ġej:

“(na)

‘Awtorità Ewropea tax-Xogħol’ tfisser il-korp stabbilit permezz tar-Regolament 2019/1149 tal-Parlament Ewropew tal-Kunsill (*1) u msemmija fl-Artikolu 74a;

(*1)  Ir-Regolament (UE) 2019/1149 tal-Parlament Ewropew tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tax-Xogħol, li temenda r-Regolamenti (KE) Nru 883/2004, (UE) Nru 492/2011, u (UE) 2016/589 u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2016/344 (ĠU L 186, 11.7.2019, p. 21).”;"

(2)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 74a

L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol

1.   Mingħajr preġudizzju għall-kompiti u l-attivitajiet tal-Kummissjoni Amministrattiva, l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol għandha tappoġġa l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament f’konformità mal-kompiti tagħha stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/1149. Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tikkoopera mal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol sabiex jikkoordinaw l-attivitajiet bi qbil reċiproku u jevitaw kull irduppjar. Għal dak il-għan, hija għandha tikkonkludi ftehim ta’ kooperazzjoni mal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol.

2.   Il-Kummissjoni Amministrattiva tista’ titlob lill-Awtorità Ewropea tax-Xogħol biex tirreferi kwistjoni rigward is-sigurtà soċjali taħt medjazzjoni bi qbil mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 13(11) tar-Regolament (UE) 2019/1149.”.

Artikolu 46

Emendi tar-Regolament (UE) Nru 492/2011

.

Ir-Regolament (UE) Nru 492/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 26, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol stabbilita permezz tar-Regolament (UE) 2019/1149 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2) għandha tipparteċipa fil-laqgħat tal-Kumitat Konsultattiv bħala osservatur, tipprovdi input tekniku u għarfien espert kif rilevanti.

(*2)  Ir-Regolament (UE) 2019/1149 tal-Parlament Ewropew tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tax-Xogħol, li temenda r-Regolamenti (KE) Nru 883/2004, (UE) Nru 492/2011, u (UE) 2016/589 u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2016/344 (ĠU L 186, 11.7.2019, p. 21).”;"

(2)

L-Artikoli 29 sa 34 jitħassru b’effett mid-data li fiha l-Awtorità ssir operattiva skont l-Artikolu 44(1) ta’ dan ir-Regolament;

(3)

L-Artikolu 35 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 35

Ir-regoli tal-proċedura tal-Kumitat Konsultattiv fis-seħħ fit-8 ta’ Novembru 1968 għandhom jibqgħu japplikaw.”;

(4)

L-Artikolu 39 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 39

In-nefqa amministrattiva tal-Kumitat Konsultattiv għandha tkun inkluża fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea fit-taqsima marbuta mal-Kummissjoni.”

Artikolu 47

Emendi tar-Regolament (UE) 2016/589

Ir-Regolament (UE) 2016/589 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:

“(a)

l-organizzazzjoni tan-netwerk EURES bejn il-Kummissjoni, l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol u l-Istati Membri;”;

(b)

il-punt (b) jinbidel b’dan li ġej:

“(b)

il-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni, l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol u l-Istati Membri dwar il-kondiviżjoni ta’ data disponibbli rilevanti dwar il-postijiet tax-xogħol battala, l-applikazzjonijiet għax-xogħol u s-CVs;”;

(c)

il-punt (f) jinbidel b’dan li ġej:

“(f)

il-promozzjoni tan-netwerk EURES fil-livell tal-Unjoni permezz ta’ miżuri ta’ komunikazzjoni effettivi meħuda mill-Kummissjoni, mill-Awtorità Ewropea tax-Xogħol u mill-Istati Membri.”;

(2)

Fl-Artikolu 3 jiżdied il-punt li ġej:

“(8)

‘Awtorità Ewropea tax-Xogħol’ tfisser il-korp stabbilit permezz tar-Regolament (UE) 2019/1149 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3).

(*3)  Ir-Regolament (UE) 2019/1149 tal-Parlament Ewropew tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tax-Xogħol, li temenda r-Regolamenti (KE) Nru 883/2004, (UE) Nru 492/2011, u (UE) 2016/589 u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2016/344 (ĠU L 186, 11.7.2019, 21).”;"

(3)

fl-Artikolu 4, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Għandha tiġi żgurata l-aċċessibbiltà min-naħa ta’ persuni b’diżabiltajiet għall-informazzjoni pprovduta fuq il-portal EURES u għas-servizzi ta’ appoġġ disponibbli fil-livell nazzjonali. Il-Kummissjoni, l-Uffiċċju Ewropew għall-Koordinazzjoni u l-Membri u s-Sħab tal-EURES għandhom jiddeterminaw il-mezzi biex jiżguraw dan fir-rigward tal-obbligi rispettivi tagħhom.”;

(4)

L-Artikolu 7(1) huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:

“(a)

Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni, li għandu jiġi stabbilit fi ħdan l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol u li għandu jkun responsabbli biex jassisti lin-netwerk EURES fit-twettiq tal-attivitajiet tiegħu;”;

(b)

jiżdied il-punt li ġej:

“(e)

il-Kummissjoni.”;

(5)

L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 jiġi emendat kif ġej:

(i)

il-kliem introduttorju jinbidel b’dan li ġej:

“L-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni għandu jassisti lin-netwerk EURES fit-twettiq tal-attivitajiet tiegħu, b’mod partikolari billi jiżviluppa u jwettaq, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-NCOs u mal-Kummissjoni, l-attivitajiet li ġejjin:”;

(ii)

fil-punt (a), il-punt (i) jinbidel b’dan li ġej:

“(i)

bħala s-sid tas-sistema għall-portal EURES, u s-servizzi relatati tal-IT, id-definizzjoni tal-ħtiġijiet tal-utenti u r-rekwiżiti tan-negozji li trid tiġi trażmessa lill-Kummissjoni għall-operat u l-iżvilupp tal-portal, inkluż is-sistemi u l-proċeduri tiegħu għall-iskambju tal-postijiet vakanti tal-impjiegi, l-applikazzjonijiet tal-impjiegi, CVs u dokumenti ta’ appoġġ u informazzjoni oħra, f’kooperazzjoni ma’ informazzjoni tal-Unjoni rilevanti oħrajn servizzi konsultattivi jew netwerks, u inizjattivi;”;

(b)

il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.   L-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni għandu jkun immaniġġjat mill-Awtorità Ewropea tax-Xogħol. L-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni għandu jistabbilixxi djalogu regolari mar-rappreżentanti tas-sħab soċjali fil-livell tal-Unjoni.”;

(c)

il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

“3.   L-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni għandu,wara li jikkonsultalill-Grupp ta’ Koordinazzjoni msemmi fl-Artikolu 14 u lill-Kummissjoni, ifassal il-programmi ta’ ħidma pluriennali tiegħu.”;

(6)

fl-Artikolu 9(2), il-punt (b) jinbidel b’dan li ġej:

“(b)

il-kooperazzjoni mal-Kummissjoni, mal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol u mal-Istati Membri dwar l-approvazzjoni fi ħdan il-qafas stabbilit fil-Kapitolu III;”;

(7)

fl-Artikolu 14, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“1.   Il-Grupp ta’ Koordinazzjoni għandu jkun magħmul minn rappreżentanti fil-livell adattat tal-Kummissjoni, tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni u tal-NCOs.”;

(8)

fl-Artikolu 16, il-paragrafu 6 jinbidel b’dan li ġej:

“6.   L-Istati Membri għandhom, flimkien mal-Kummissjoni u mal-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjnoni, jeżaminaw kull possibbiltà biex tingħata prijorità liċ-ċittadini tal-Unjoni meta jimtlew postijiet tax-xogħol battala sabiex jinkiseb bilanċ bejn il-provvista ta’ ħaddiema u d-domanda għall-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni. L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri meħtieġa għal dak il-għan.”;

(9)

fl-Artikolu 19, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jikkooperaw ma’ xulxin, mal-Kummissjoni u mal-Uffiċċju Ewropew ta’ Koordinazzjoni rigward l-interoperabbiltà bejn sistemi nazzjonali u l-klassifikazzjoni Ewropea żviluppata mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Istati Membri infurmati dwar l-iżvilupp tal-klassifikazzjoni Ewropea.”;

(10)

L-Artikolu 29 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 29

Skambju tal-informazzjoni dwar il-flussi u x-xejriet

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iwettqu monitoraġġ u jippublikaw il-flussi u x-xejriet marbutin mal-mobbiltà tax-xogħol fi ħdan l-Unjoni abbażi ta’ rapporti mill-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, li tuża l-istatistika ta’ Eurostat u d-data nazzjonali disponibbli.”.

Artikolu 48

Tħassir

Id-Deċiżjoni (UE) 2016/344 hija mħassra b’effett mid-data li fiha l-Awtorità ssir operattiva skont l-Artikolu 44(1) ta’ dan ir-Regolament.

Ir-referenzi għad-Deċiżjoni mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 49

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2019.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

G. CIAMBA


(1)  ĠU C 440, 6.12.2018, p. 128.

(2)  ĠU C 461, 21.12.2018, p. 16.

(3)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ April 2019 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2019.

(4)  Id-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta’ ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta’ servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern ("ir-Regolament tal-IMI") (ĠU L 159, 28.5.2014, p. 11).

(5)  Id-Direttiva 2014/54/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar miżuri li jiffaċilitaw l-eżerċizzju tad-drittijiet konferiti fuq ħaddiema fil-kuntest tal-moviment liberu tal-ħaddiema (ĠU L 128, 30.4.2014, p. 8).

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1).

(7)  Ir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għal informazzjoni, għal proċeduri u għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (UE) 2016/589 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ April 2016 dwar netwerk Ewropew ta’ servizzi tal-impjiegi (EURES), aċċess tal-ħaddiema għas-servizzi ta’ mobbiltà u integrazzjoni ulterjuri tas-swieq tax-xogħol u li jemenda Regolamenti (UE) Nru 492/2011 u (UE) Nru 1296/2013 (ĠU L 107, 22.4.2016, p. 1).

(9)  Id-Deċiżjoni (UE) 2016/344 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar l-istabbiliment ta’ Pjattaforma Ewropea biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fl-indirizzar ta’ xogħol mhux iddikjarat (ĠU L 65, 11.3.2016, p. 12).

(10)  Id-Deċiżjoni (UE) 2015/2240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 li tistabbilixxi programm dwar soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà u oqfsa komuni għall-amministrazzjonijiet pubbliċi, in-negozji u ċ-ċittadini Ewropej (Programm ISA2) bħala mezz għall-modernizzazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 318, 4.12.2015, p. 1).

(11)  Id-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku (ĠU L 327, 2.12.2016, p. 1).

(12)  Ir-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 141, 27.5.2011, p. 1).

(13)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(14)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(15)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(16)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

(17)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.

(18)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/17/KE tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar it-twaqqif tal-Kumitat ta’ Esperti dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema (ĠU L 8, 13.1.2009, p. 26).

(19)  Id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1).

(20)  Ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1).

(21)  Ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU L 149, 5.7.1971, p. 2).

(22)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 tal-21 ta’ Marzu 1972 li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali għal persuni impjegati u l-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità (ĠU L 74, 27.3.1972, p. 1).

(23)  Ir-Regolament (UE) Nru 1231/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jestendi r-Regolament (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti b’dawn ir-Regolamenti unikament minħabba n-nazzjonalità tagħhom (ĠU L 344, 29.12.2010, p. 1).

(24)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 859/2003 ta’ l-14 ta’ Mejju 2003 li jestendi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u r-Regolament (KEE) Nru 574/72 għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti b’dawk id-dispożizzjonijiet unikament minħabba ċ-ċittadinanza tagħhom (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 1).

(25)  Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1).

(26)  Id-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u (KEE) Nru 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam ma’ attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 35).

(27)  Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51).

(28)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta’ Settembru 2013 dwar regolament finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(29)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(30)  Ir-Regolament Nru 1 tal-15 ta’ April 1958 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU 17, 6.10.1958, p. 385/58).

(31)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

(32)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar is-Sigurtà fil-Kummissjoni (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 41).

(33)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).


ANNESS

ATTIVITAJIET TAL-PJATTAFORMA STABBILITI F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 16(2)

B'appoġġ għall-għanijiet tal-Awtorità biex jiġi indirizzat ix-xogħol mhux iddikjarat, il-Pjattaforma għandha, b'mod partikolari, tfittex li:

(1)

ittejjeb l-għarfien dwar ix-xogħol mhux iddikjarat, inklużi l-kawżi, id-differenzi reġjonali u l-aspetti transfruntiera tagħhom, permezz ta’ definizzjonijiet kondiviżi u kunċetti komuni, għodod ta’ kejl ibbażati fuq l-evidenza u l-promozzjoni ta’ analiżi komparattiva; tiżviluppa l-għarfien reċiproku tas-sistemi u tal-prattiki differenti bil-għan li jiġi indirizzat ix-xogħol mhux iddikjarat u l-analiżi tal-effikaċja ta’ miżuri ta’ politika, inklużi miżuri u pieni preventivi;

(2)

tiffaċilita u tevalwa l-forom differenti ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, u fejn rilevanti l-pajjiżi terzi, bħall-iskambju ta’ persunal, l-użu ta’ bażijiet tad-data, attivitajiet konġunti u taħriġ konġunt, u l-istabbiliment ta’ sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni għall-kooperazzjoni amministrattiva, bl-użu ta’ modulu speċifiku dwar ix-xogħol mhux iddikjarat skont is-sistema tal-IMI;

(3)

tistabbilixxi għodod, pereżempju bank tal-għarfien, għall-kondiviżjoni effikaċi ta’ informazzjoni u esperjenzi u l-iżvilupp ta’ linji gwida għall-infurzar, manwali ta’ prattika tajba, prinċipji kondiviżi għall-ispezzjonijiet li jindirizzaw ix-xogħol mhux iddikjarat u attivitajiet komuni bħal kampanji Ewropej; tevalwa l-esperjenzi dwar dawn l-għodod;

(4)

tiżviluppa programm ta’ tagħlim bejn il-pari għall-identifikazzjoni ta’ prattiki tajba fl-oqsma kollha rilevanti biex jiġi indirizzat ix-xogħol mhux iddikjarat fl-Istati Membri li jagħżlu li jipparteċipaw f'dawn ir-rieżamijiet;

(5)

tiskambja l-esperjenzi tal-awtoritajiet nazzjonali fl-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni li hija rilevanti għall-indirizzar tax-xogħol mhux iddikjarat.


11.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 186/57


REGOLAMENT (UE) 2019/1150 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-20 ta’ Ġunju 2019

dwar il-promozzjoni tal-korrettezza u tat-trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u bmod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz ta att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Is-servizzi tal-intermedjazzjoni online huma faċilitaturi ewlenin tal-intraprenditorija u ta mudelli kummerċjali ġodda, tal-kummerċ u tal-innovazzjoni, li jistgħu wkoll itejbu l-benesseri tal-konsumaturi u li kulma jmur qed jintużaw dejjem aktar mis-settur privat u mis-settur pubbliku. Dawn joffru aċċess għal swieq ġodda u opportunitajiet kummerċjali li jippermettu lill-impriżi jaħsdu l-benefiċċji tas-suq intern. Dawn jippermettu lill-konsumaturi fl-Unjoni jisfruttaw dawk il-benefiċċji, l-aktar għax tiżdied l-għażla tagħhom tal-prodotti u tas-servizzi, kif ukoll għax jiġu offruti prezzijiet kompetittivi online, iżda huma jżidu wkoll l-isfidi li jeħtieġ jiġu indirizzati sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali.

(2)

Is-servizzi tal-intermedjazzjoni online jistgħu jkunu kruċjali għas-suċċess kummerċjali tal-impriżi li jużaw dawn is-servizzi biex jaslu għand il-konsumaturi. Biex jitgawdew bmod sħiħ il-benefiċċji tal-ekonomija tal-pjattaformi online, huwa għalhekk importanti li l-impriżi jkunu jistgħu jafdaw lis-servizzi tal-intermedjazzjoni online li magħhom jidħlu frelazzjonijiet kummerċjali. Dan huwa importanti l-iktar għaliex l-intermedjazzjoni dejjem akbar tat-tranżazzjonijiet permezz ta servizzi tal-intermedjazzjoni online, xprunata minn effetti tan-netwerk qawwija u indiretti mmexxija mid-data, twassal biex tiżdied id-dipendenza ta dawn l-utenti kummerċjali, b’mod partikolari tal-intrapriżi mikro, żgħar u ta daqs medju (SMEs), fuq dawn is-servizzi biex ikunu jistgħu jaslu għand il-konsumaturi. Peress li d-dipendenza qed dejjem tiżdied, il-fornituri ta dawk is-servizzi ta spiss ikollhom superjorità fil-poter tan-negozjar li jippermettilhom biex, fil-fatt, iġibu ruħhom bmod unilaterali bmod li jista jkun inġust u li jista jagħmel ħsara lill-interessi leġittimi tal-utenti kummerċjali tagħhom u, indirettament, anki tal-konsumaturi fl-Unjoni. Pereżempju, bmod unilaterali, jistgħu jimponu prattiki fuq l-utenti kummerċjali li jitbiegħdu ħafna minn imġiba kummerċjali tajba, jew imorru kontra l-bona fide u n-negozjar ġust. Dan ir-Regolament jindirizza tensjonijiet potenzjali bħal dawn fl-ekonomija tal-pjattaforma online.

(3)

Il-konsumaturi laqgħu tajjeb l-użu tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online. Huwa essenzjali li jkun hemm ekosistema online li tkun kompetittiva, ġusta u trasparenti, li fiha l-kumpaniji jġibu ruħhom bmod responsabbli, għal finijiet tal-benesseri tal-konsumaturi. L-iżgurar tat-trasparenza ta u l-fiduċja fl-ekonomija tal-pjattaformi online frelazzjonijiet bejn negozju u ieħor, jista wkoll jgħin bmod indirett biex titjieb il-fiduċja tal-konsumaturi fl-ekonomija tal-pjattaformi online. Madankollu, l-impatti diretti tal-iżvilupp tal-ekonomija tal-pjattaformi online fuq il-konsumaturi huma indirizzati minn liġi oħra tal-Unjoni, speċjalment l-acquis tal-konsumatur.

(4)

Bl-istess mod, il-magni tat-tiftix online jistgħu jkunu sorsi importanti ta traffiku tal-Internet għan-negozji li joffru prodotti u servizzi lill-konsumaturi permezz tas-siti web u li għalhekk jistgħu jaffettwaw ferm is-suċċess kummerċjali ta dawn l-utenti ta siti web korporattivi li joffru l-prodotti jew is-servizzi tagħhom online fis-suq intern. Fdan ir-rigward, l-ikklassifikar tas-siti web mill-fornituri tal-magni tat-tiftix online, inkluż ta dawk is-siti web li fihom l-utenti ta siti web korporattivi joffru l-prodotti u s-servizzi tagħhom lill-konsumaturi, iħalli impatt importanti fuq l-għażla tal-konsumaturi u fuq is-suċċess kummerċjali ta dawk l-utenti ta siti web korporattivi. Għalhekk, anki fin-nuqqas ta relazzjoni kuntrattwali mal-utenti ta siti web korporattivi, il-fornituri tal-magni tat-tiftix online jistgħu, fil-fatt, iġibu ruħhom bmod unilaterali bmod li jista jkun inġust u li jista jagħmel ħsara lill-interessi leġittimi tal-utenti ta siti web korporattivi u, indirettament, anki tal-konsumaturi fl-Unjoni.

(5)

Barra minn hekk, in-natura tar-relazzjoni bejn il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti kummerċjali tista twassal ukoll għal sitwazzjonijiet li fihom l-utenti kummerċjali ta spiss ikollhom possibbiltajiet limitati biex ifittxu rimedju meta l-azzjonijiet unilaterali tal-fornituri ta dawk is-servizzi jwasslu għal tilwima. Fħafna każijiet, dawk il-fornituri ma joffrux sistemi interni tat-trattament tal-ilmenti li jkunu aċċessibbli u effettivi. Il-mekkaniżmi alternattivi eżistenti tar-riżoluzzjoni tat-tilwim barra l-qorti jistgħu jkunu ineffettivi wkoll għal bosta raġunijiet varji, fosthom in-nuqqas ta medjaturi speċjalizzati u l-biża ta ritaljazzjoni li jkollhom l-utenti kummerċjali.

(6)

Is-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-magni tat-tiftix online, kif ukoll it-tranżazzjonijiet iffaċilitati minn dawk is-servizzi, għandhom potenzjal intrinsiku transfruntier u għandhom importanza partikolari għall-funzjonament xieraq tas-suq intern tal-Unjoni fl-ekonomija ta żmienna. Il-prattiki kummerċjali potenzjalment inġusti u dannużi ta ċerti fornituri ta dawk is-servizzi, u n-nuqqas ta mekkaniżmi ta rimedju effettivi, ixekklu l-ħatfa sħiħa ta dak il-potenzjal u jaffettwaw bmod negattiv il-funzjonament xieraq tas-suq intern.

(7)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti sett ta regoli obbligatorji fil-livell ta Unjoni biex jiżguraw ambjent ta negozju online ġust, prevedibbli, sostenibbli u affidabbli fis-suq intern. Bmod partikolari, l-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jkollhom it-trasparenza xierqa, kif ukoll il-possibbiltajiet ta rimedju effettiv, mal-Unjoni kollha sabiex jiġi ffaċilitat in-negozju transfruntier fi ħdan l-Unjoni u bhekk jittejjeb il-funzjonament tajjeb tas-suq intern u sabiex tiġi indirizzata l-frammentazzjoni emerġenti possibbli fl-oqsma speċifiċi koperti b’dan ir-Regolament.

(8)

Dawk ir-regoli jenħtieġ li jipprovdu wkoll inċentivi xierqa biex jiġu promossi l-korrettezza u t-trasparenza, speċjalment fejn jidħol l-ikklassifikar tal-utenti ta siti web korporattivi fir-riżultati ta’ tiftix iġġenerati mill-magni tat-tiftix online. Fl-istess ħin, dawk ir-regoli jenħtieġ li jirrikonoxxu u jissalvagwardjaw il-potenzjal importanti tal-innovazzjoni fl-ekonomija usa tal-pjattaformi online u jippermettu li jkun hemm kompetizzjoni tajba li twassal għal għażla akbar għall-konsumaturi. Huwa xieraq li jiġi ċċarat li dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jaffettwax il-liġi ċivili nazzjonali, bmod partikolari l-liġi kuntrattwali, bħar-regoli dwar il-validità, il-formazzjoni, l-effetti jew it-terminazzjoni ta kuntratt, sa fejn ir-regoli tal-liġi ċivili nazzjonali jkunu konformi mal-liġi tal-Unjoni u sa fejn l-aspetti rilevanti ma jkunux koperti b’dan ir-Regolament. L-Istati Membri jenħtieġ li jibqgħu liberi li japplikaw il-liġijiet nazzjonali li jipprojbixxu jew jissanzjonaw imġiba unilaterali jew prattiki kummerċjali inġusti sal-punt li l-aspetti rilevanti ma jkunux koperti minn dan ir-Regolament.

(9)

Peress li s-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-magni tat-tiftix online tipikament ikollhom dimensjoni globali, dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun japplika għall-fornituri ta dawk is-servizzi irrispettivament minn jekk ikunux stabbiliti fxi Stat Membru jew barra mill-Unjoni, diment li jiġu ssodisfati żewġ kundizzjonijiet kumulattivi. L-ewwel nett, l-utenti kummerċjali jew l-utenti ta siti web korporattivi jenħtieġ li jkunu stabbiliti fl-Unjoni. It-tieni nett, permezz tal-forniment ta dawk is-servizzi, l-utenti kummerċjali jew l-utenti ta siti web korporattivi jenħtieġ li joffru l-prodotti jew is-servizzi tagħhom lil konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni mill-inqas għal parti mit-tranżazzjoni. Sabiex jiġi ddeterminat jekk utenti kummerċjali jew utenti ta siti web korporattivi humiex qed joffru prodotti jew servizzi lil konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni, jenħtieġ li jiġi aċċertat jekk huwiex evidenti li l-utenti kummerċjali jew l-utenti ta siti web korporattivi jidderieġux l-attivitajiet tagħhom lejn il-konsumaturi li jinsabu fi Stat Membru wieħed jew aktar. Dan il-kriterju jenħtieġ li jiġi interpretat bkonformità mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar il-punt (c) tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u l-punt (b) tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Dawn il-konsumaturi jenħtieġ li jkunu jinsabu fl-Unjoni, iżda la hu meħtieġ li jkollhom il-post tar-residenza tagħhom fl-Unjoni u lanqas ma jeħtieġ ikollhom iċ-ċittadinanza ta xi Stat Membru. Għaldaqstant, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jkunx japplika meta utenti kummerċjali jew utenti ta siti web korporattivi ma jkunux stabbiliti fl-Unjoni, jew meta jkunu stabbiliti fl-Unjoni iżda jużaw servizzi tal-intermedjazzjoni online jew magni tat-tiftix online li joffru prodotti jew servizzi esklussivament għal konsumaturi li jinsabu barra l-Unjoni jew għal persuni li mhumiex konsumaturi. Barra minn hekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika irrispettivament mil-liġi li altrimenti tkun applikabbli għal kuntratt.

(10)

Varjetà wiesgħa ta relazzjonijiet bejn in-negozji u l-konsumaturi huma intermedjati online minn fornituri li joperaw servizzi bdiversi naħat li essenzjalment huma bbażati fuq l-istess mudell tan-negozju tal-bini ta ekosistemi. Biex ikopru s-servizzi rilevanti, is-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jiġu definiti bmod preċiż u teknoloġikament newtrali. Bmod partikolari, is-servizzi jenħtieġ li jkunu jikkonsistu fservizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni, li huma kkaratterizzati mill-fatt li għandhom l-għan li jiffaċilitaw il-bidu ta tranżazzjonijiet diretti bejn l-utenti kummerċjali u l-konsumaturi, irrispettivament minn jekk it-tranżazzjonijiet ikunux finalment konklużi online, fuq il-portal online tal-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online inkwistjoni jew fuq dak tal-utent kummerċjali, offline jew fuq l-ebda wieħed minnhom, li jfisser li jenħtieġ li ma hemm l-ebda rekwiżit għal kwalunkwe relazzjoni kuntrattwali bejn l-utenti kummerċjali u l-konsumaturi bħala prekundizzjoni għal servizzi tal-intermedjazzjoni online fi ħdan il-kamp ta applikazzjoni ta dan ir-Regolament. Is-sempliċi inklużjoni ta servizz ta natura marġinali biss jenħtieġ li ma titqiesx li tagħmel l-għan ta sit web jew servizz li jiffaċilita t-tranżazzjonijiet fis-sens tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online. Barra minn hekk, is-servizzi jenħtieġ li jingħataw abbażi ta relazzjonijiet kuntrattwali bejn il-fornituri u l-utenti kummerċjali li joffru prodotti jew servizzi lill-konsumaturi. Din ir-relazzjoni kuntrattwali jenħtieġ li titqies li teżisti meta ż-żewġ partijiet konċernati jesprimu l-intenzjoni tagħhom li jintrabtu bmod inekwivokabbli fuq mezz durabbli, mingħajr ma jkun bilfors meħtieġ xi ftehim espress bil-miktub.

(11)

Għalhekk eżempji ta servizzi tal-intermedjazzjoni online li jkopri dan ir-Regolament jenħtieġ li jinkludu swieq tal-kummerċ elettroniku online, fosthom dawk kollaborattivi li fihom l-utenti kummerċjali jkunu attivi, servizzi tal-applikazzjonijiet online bħall-ħwienet tal-applikazzjonijiet, u s-servizzi online tal-midja soċjali, irrispettivament mit-teknoloġija li tintuża biex jingħataw tali servizzi. Fdan is-sens, is-servizzi tal-intermedjazzjoni online jistgħu jingħataw ukoll permezz tat-teknoloġija ta assistenza vokali. Jenħtieġ ukoll li ma jkunx rilevanti jekk dawk it-tranżazzjonijiet bejn l-utenti kummerċjali u l-konsumaturi jinvolvux kwalunkwe ħlas monetarju jew jekk huma jiġux konklużi parzjalment offline. Madankollu, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jkunx japplika għas-servizzi tal-intermedjazzjoni online bejn il-pari mingħajr il-preżenza ta utenti kummerċjali, servizzi tal-intermedjazzjoni online purament minn negozju għal negozju li mhumiex offruti lill-konsumaturi, għodod tar-reklamar online u skambji tar-reklamar online li mhumiex provduti bil-għan li jiffaċilitaw il-bidu ta tranżazzjonijiet diretti u li ma jinvolvux relazzjoni kuntrattwali mal-konsumaturi. Għall-istess raġuni, is-servizzi tas-software għall-ottimizzazzjoni tal-magni tat-tiftix kif ukoll servizzi li jduru madwar software li jimblokka r-reklamar jenħtieġ li ma jkunux koperti minn dan ir-Regolament. Il-funzjonalitajiet u l-interfaċċji teknoloġiċi li jorbtu biss il-hardware u l-applikazzjonijiet jenħtieġ li ma jkunux koperti minn dan ir-Regolament, peress li normalment ma jissodisfawx ir-rekwiżiti għas-servizzi tal-intermedjazzjoni online. Madankollu, tali funzjonalitajiet jew interfaċċi jistgħu jkunu direttament konnessi jew anċillari għal ċerti servizzi tal-intermedjazzjoni online u fejn dan ikun il-każ, il-fornituri rilevanti tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jkunu soġġetti għal rekwiżiti ta trasparenza relatati mat-trattament differenzjat abbażi ta dawn il-funzjonalitajiet u l-interfaċċi. Jenħtieġ li dan ir-Regolament lanqas ma jkun japplika għas-servizzi tal-pagament online għax dawn minnhom infushom ma jissodisfawx ir-rekwiżiti applikabbli, iżda huma awżiljarji bmod inerenti għat-tranżazzjoni għall-forniment ta prodotti u servizzi lill-konsumaturi kkonċernati.

(12)

Bkonformità mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u fid-dawl tal-fatt li l-pożizzjoni dipendenti tal-utenti kummerċjali ġiet osservata prinċipalment fir-rigward tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online li jservu ta portal għall-konsumaturi bl-għamla ta persuni fiżiċi, il-kunċett ta konsumatur użati biex jiddelinja l-kamp ta applikazzjoni ta dan ir-Regolament jenħtieġ li jinftiehem bħala li jirreferi biss għall-persuni fiżiċi, li jkunu qed jaġixxu għal finijiet li huma barra mill-kummerċ, min-negozju, mis-sengħa jew mill-professjoni tagħhom.

(13)

Meta wieħed iqis il-pass mgħaġġel tal-innovazzjoni, id-definizzjoni ta magna tat-tiftix online użata fdan ir-Regolament jenħtieġ li tkun teknoloġikament newtrali. Bmod partikolari, id-definizzjoni jenħtieġ li tinftiehem fis-sens li tħaddan ukoll ir-rikjesti vokali.

(14)

Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom it-tendenza li jużaw termini u kundizzjonijiet ifformulati minn qabel u biex jipproteġi bmod effettiv lill-utenti kummerċjali meta meħtieġ, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika meta t-termini u l-kundizzjonijiet ta relazzjoni kuntrattwali, irrispettivament mill-isem jew l-għamla tagħhom, huma determinati bmod unilaterali mill-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online. Jekk it-termini u l-kundizzjonijiet ikunux iddeterminati bmod unilaterali jenħtieġ li jiġi evalwat każ b’każ abbażi ta valutazzjoni ġenerali. Għal dik il-valutazzjoni ġenerali, id-daqs relattiv tal-partijiet ikkonċernati, il-fatt li negozjati seħħu, jew li ċerti dispożizzjonijiet tagħhom setgħu kienu soġġetti għal tali negozjati u ddeterminati flimkien mill-fornituri rilevanti u l-utent kummerċjali jenħtieġ li, minnu nnifsu, ma jkunx deċiżiv. Barra minn hekk, l-obbligu għall-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online li jagħmlu t-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom faċilment disponibbli għall-utenti kummerċjali, inkluż fl-istadju prekuntrattwali tar-relazzjoni kummerċjali tagħhom, ifisser li l-utenti kummerċjali mhux se jiġu mċaħħda mit-trasparenza li tirriżulta minn dan ir-Regolament minħabba li jistgħu bxi mod jinnegozjaw bsuċċess.

(15)

Biex jiżguraw li t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali ta relazzjoni kuntrattwali jkunu jippermettu li l-utenti kummerċjali jiddeterminaw il-kundizzjonijiet għall-użu, it-terminazzjoni u s-sospensjoni tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, u jiksbu l-prevedibbiltà fir-rigward tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħhom, dawk it-termini u l-kundizzjonijiet jenħtieġ li jitfasslu blingwaġġ sempliċi u intelliġibbli. Jenħtieġ li t-termini u l-kundizzjonijiet ma jitqisux li tfasslu blingwaġġ sempliċi u intelliġibbli meta dawn ikunu vagi, mhux speċifiċi jew mingħajr ċertu dettall dwar kwistjonijiet kummerċjali importanti u għalhekk jonqsu milli jagħtu livell raġonevoli ta prevedibbiltà lill-utenti kummerċjali fejn jidħlu l-aktar aspetti importanti tar-relazzjoni kuntrattwali. Barra minn hekk, lingwaġġ qarrieqi jenħtieġ li ma jitqiesx sempliċi u intelliġibbli.

(16)

Bil-għan li jkun żgurat li l-utenti kummerċjali jkollhom biżżejjed ċarezza fir-rigward tal-post fejn l-oġġetti jew is-servizzi tagħhom qegħdin jiġu kkummerċjalizzati u dwar min huma d-destinatarji ta tali kummerċjalizzazzjoni, jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jiżguraw, fil-konfront tal-utenti kummerċjali tagħhom, it-trasparenza fir-rigward ta kwalunkwe mezz ta’ distribuzzjoni i u programm affiljat potenzjali addizzjonali li huma jistgħu jużaw biex jikkummerċjalizzaw dawk l-prodotti jew is-servizzi. Mezzi u programmi affiljati addizzjonali jenħtieġ li jinftiehmu bmod teknoloġikament newtrali iżda jistgħu, fost l-oħrajn, jinkludu siti web, apps jew servizzi oħrajn tal-intermedjazzjoni online użati biex jikkummerċjalizzaw il-prodotti jew is-servizzi offruti mill-utent kummerċjali.

(17)

Is-sjieda u l-kontroll tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali online jista jkollhom importanza ekonomika sinifikanti kemm għall-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online kif ukoll għall-utenti kummerċjali tagħhom. Sabiex jiġu żgurati ċ-ċarezza u t-trasparenza għall-utenti kummerċjali u għall-fehim aħjar tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jinkludu, fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, informazzjoni ġenerali, jew aktar dettaljata, jekk ikunu jixtiequ, rigward l-effetti globali, jekk ikun hemm, ta’ dawk it-termini u l-kundizzjonijiet dwar is-sjieda u l-kontroll tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-utent kummerċjali. Tali informazzjoni tista, inter alia, tinkludi informazzjoni bħall-użu ġenerali ta logos, trademarks jew ismijiet ta ditti.

(18)

Li tkun żgurata t-trasparenza fit-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali tista tkun essenzjali biex jiġu promossi relazzjonijiet kummerċjali sostenibbli u biex tkun evitata l-imġiba inġusta għad-detriment tal-utenti kummerċjali. Għalhekk jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jiżguraw li t-termini u l-kundizzjonijiet ikunu disponibbli faċilment fl-istadji kollha tar-relazzjoni kummerċjali, inkluż għall-utenti kummerċjali prospettivi fil-fażi prekuntrattwali, u li kwalunkwe bidla fdawk it-termini tiġi notifikata lill-utenti kummerċjali kkonċernati fuq mezz durabbli u fi żmien perijodu ta notifika stabbilit li jkun raġonevoli u proporzjonat fid-dawl taċ-ċirkostanzi speċifiċi u ta mill-inqas 15-il jum. Perijodi ta avviż proporzjonati itwal ta aktar minn 15-il jum jenħtieġ li jingħataw meta l-bidliet proposti għat-termini u l-kundizzjonijiet jirrikjedu li l-utenti kummerċjali jagħmlu adattamenti tekniċi jew kummerċjali sabiex jikkonformaw mal-bidla, pereżempju billi jitolbuhom jagħmlu aġġustamenti tekniċi sinifikanti għall-prodotti u s-servizzi tagħhom. Jenħtieġ li dak il-perijodu ta notifika ma jkunx japplika jekk, u sa fejn, dan jiġi rinunzjat bmod mhux ambigwu mill-utent kummerċjali kkonċernat jew meta, u sa fejn, il-ħtieġa li tiġi implimentata l-bidla mingħajr rispett għall-perijodu ta notifika tkun toħroġ minn obbligu legali jew regolatorju impost fuq il-fornitur tas-servizzi skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali. Madankollu, tibdiliet editorjali proposti jenħtieġ li ma jkunux koperti mit-terminu "bidla" sakemm dawn ma jbiddlux il-kontenut jew it-tifsira tat-termini u l-kundizzjonijiet. Ir-rekwiżit li jiġu nnotifikati l-bidliet proposti fuq mezz durabbli jenħtieġ li jippermetti lill-utenti kummerċjali biex jirrieżaminaw bmod effettiv dawn il-bidliet fi stadju aktar tard. L-utenti kummerċjali jenħtieġ li jkollhom id-dritt li jtemmu l-kuntratt tagħhom fi żmien 15-il jum mill-wasla ta-notifika ta’ kwalunkwe bidla, dment li ma japplikax perijodu iqsar tal-kuntratt, pereżempju li jirriżulta mil-liġi ċivili nazzjonali.

(19)

Bmod ġenerali, is-sottomissjoni ta prodtti jew servizzi ġodda, inklużi applikazzjonijiet ta software, għas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li tiġi kkunsidrata bħala azzjoni affermattiva ċara, li tirriżulta fir-rinunzja, mill-utent kummerċjali, tal-perijodu ta notifika meħtieġ għall-bidliet fit-termini u l-kundizzjonijiet. Madankollu, meta l-perijodu ta notifika raġonevoli u proporzjonat huwa ta aktar minn 15-il jum għax il-bidliet fit-termini u l-kundizzjonijiet jirrikjedu lill-utent kummerċjali jagħmel aġġustamenti tekniċi sinifikanti lill-prodotti jew lis-servizzi tiegħu, il-fatt li l-utent kummerċjali jippreżenta prodotti u servizzi ġodda jenħtieġ li ma jitqiesx bħala rinunzja awtomatika għall-perijodu ta notifika. Jenħtieġ li l-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jistenna li l-bidliet fit-termini u l-kundizzjonijiet jirrikjedu lill-utent kummerċjali jagħmel aġġustamenti tekniċi sinifikanti meta, pereżempju, jitneħħew jew jiżdiedu karatteristiċi sħaħ tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online li għalihom l-utenti kummerċjali kellhom aċċess, jew meta l-utenti kummerċjali jistgħu jkollhom bżonn jadattaw il-prodotti tagħhom jew jagħmlu riprogrammazzjoni tas-servizzi tagħhom biex ikunu jistgħu jkomplu joperaw permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.

(20)

Biex jitħarsu l-utenti kummerċjali u biex tiġi pprovduta ċertezza legali għaż-żewġ naħat, termini u kundizzjonijiet li ma jkunux konformi jenħtieġ li jkunu nulli u bla effett, jiġifieri, daqslikieku qatt ma eżistew, beffetti erga omnes u ex tunc. Jenħtieġ li dan madankollu jikkonċerna biss id-dispożizzjonijiet speċifiċi tat-termini u l-kundizzjonijiet li ma jkunux konformi. Il-bqija tad-dispożizzjonijiet jenħtieġ li jibqgħu validi u infurzabbli, sakemm dawn ikunu jistgħu jinfirdu mid-dispożizzjonijiet li mhumiex konformi. Kull bidla li ssir ħesrem fit-termini u l-kundizzjonijiet eżistenti tista tfixkel bmod sinifikanti l-operazzjonijiet tal-utenti kummerċjali. Għaldaqstant, biex jiġu limitati dawn l-effetti negattivi fuq l-utenti kummerċjali u jkun skoraġġit dan it-tip ta aġir, il-bidliet li jsiru bi ksur tal-obbligu li jingħata perijodu ta notifika stabbilit jenħtieġ li jkunu nulli u bla effett, jiġifieri, daqslikieku qatt ma eżistew, beffetti erga omnes u ex tunc.

(21)

Sabiex jiġi żgurat li l-utenti kummerċjali jkunu jistgħu jisfruttaw bis-sħiħ l-opportunitajiet kummerċjali offruti mis-servizzi tal-intermedjazzjoni online, il-fornituri ta dawn is-servizzi jenħtieġ li ma jipprevenux kompletament lill-utenti kummerċjali tagħhom milli juru l-identità tan-negozjar tagħhom bħala parti mill-offerta jew mill-preżenza tagħhom għas-servizzi tal-intermedjazzjoni online rilevanti. Madankollu, din il-projbizzjoni ta interferenza jenħtieġ li ma tinftiehemx bħala dritt li l-utenti kummerċjali jiddeterminaw bmod unilaterali l-preżentazzjoni tal-offerta jew tal-preżenza tagħhom fuq is-servizzi tal-intermedjazzjoni online rilevanti.

(22)

Fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jista jkollu raġunijiet leġittimi biex jiddeċiedi li jirrestrinġi, jissospendi jew itemm il-forniment tas-servizzi tiegħu lil xi utent kummerċjali partikolari, inkluż billi jneħħi mil-lista xi prodotti jew servizzi individwali ta utent kummerċjali partikolari jew effettivament billi jneħħi r-riżultati ġġenerati mit-tiftix. Jekk ma jkunux sospiżi, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jistgħu wkoll jirrestrinġu l-elenki individwali ta utenti kummerċjali; pereżempju, billi jitniżżlu l-isfel fil-klassifika jew billi tiġi affettwata b’mod negattiv l-apparenza tal-utenti kummerċjali (“dimming”) li tista tinkludi t-tniżżil l-isfel fl-ikklassifikar. Madankollu, minħabba li dawn id-deċiżjonijiet jistgħu jaffettwaw ferm l-interessi tal-utent kummerċjali kkonċernat, dawn jenħtieġ li, qabel jew fil-ħin li r-restrizzjoni jew is-sospensjoni jkollha effett, jiġu pprovduti bdikjarazzjoni tar-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni fuq mezz durabbli. Sabiex jiġi minimizzat l-impatt negattiv ta tali deċiżjonijiet fuq l-utenti kummerċjali, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jippermettu wkoll li jiġu ċċarati l-fatti li wasslu għal dik id-deċiżjoni fil-qafas tal-proċess intern tat-trattament tal-ilmenti, li se jgħinu lill-utent kummerċjali, fejn dan ikun possibbli, biex tiġi stabbilita l-konformità mill-ġdid. Barra minn hekk, meta l-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jirrevoka d-deċiżjoni li tirrestrinġi, tissospendi jew ittemm, pereżempju minħabba li d-deċiżjoni tkun saret bi żball jew il-ksur tat-termini u l-kundizzjonijiet li wasslu għal din id-deċiżjoni ma jkunx twettaq in mala fede u jkun ġie rimedjat bmod sodisfaċenti, il-fornitur jenħtieġ li jintegra mill-ġdid l-utent kummerċjali kkonċernat mingħajr dewmien żejjed, inkluż jipprovdi lill-utenti kummerċjali bi kwalunkwe aċċess għad-data personali jew data oħra, jew it-tnejn, disponibbli qabel id-deċiżjoni.

Id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet rigward id-deċiżjoni li tirrestrinġi, tissospendi jew ittemm il-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li tippermetti li l-utenti kummerċjali jaċċertaw jekk hemmx lok għal kontestazzjoni tad-deċiżjoni, u bhekk jitjiebu l-possibbiltajiet tal-utenti kummerċjali li jfittxu rimedju effettiv meta meħtieġ. Id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet jenħtieġ li tidentifika r-raġunijiet tad-deċiżjoni, abbażi tar-raġunijiet li l-fornitur kien stabbilixxa minn qabel fit-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu, u jenħtieġ li tirreferi bmod proporzjonat għaċ-ċirkostanzi speċifiċi rilevanti, inklużi notifiki ta partijiet terzi, li wasslu għal dik id-deċiżjoni. Madankollu, l-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li ma jkunx obbligat li jipprovdi dikjarazzjoni tar-raġunijiet għal restrizzjonijiet, sospensjonijiet jew terminazzjonijiet jekk ikun qed jikser obbligu legali jew regolatorju. Barra minn hekk, jenħtieġ li dikjarazzjoni tar-raġunijiet ma tkunx meħtieġa fejn fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jista juri li l-utent kummerċjali kkonċernat ikun ripetutament kiser it-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli, li jirriżulta fit-terminazzjoni tal-forniment tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni online kollha inkwistjoni.

(23)

It-terminazzjoni tas-servizzi kollha tal-intermedjazzjoni online u t-tħassir ta data relatat ipprovdut għall-użu jew iġġenerat permezz tal-forniment ta servizzi tal-intermedjazzjoni online jirrappreżentaw telf ta informazzjoni essenzjali li jista jkollu impatt sinifikanti fuq l-utenti kummerċjali u jista jfixkel ukoll il-kapaċità tagħhom li jeżerċitaw kif jixraq id-drittijiet l-oħra mogħtija lilhom minn dan ir-Regolament. Għalhekk, il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jipprovdi lill-utent kummerċjali kkonċernat dikjarazzjoni tar-raġunijiet fuq mezz durabbli, mill-inqas 30 jum qabel ma tidħol fis-seħħ it-terminazzjoni tal-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online kollha tiegħu. Madankollu, fkażijiet fejn obbligu legali jew regolatorju jirrikjedi li fornitur ta servizzi tal-intermedjazzjoni online jtemm il-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online kollha tiegħu lil utent kummerċjali partikolari, dan il-perijodu ta notifika jenħtieġ li ma japplikax. Bl-istess mod, il-perijodu ta notifika ta 30 jum jenħtieġ li ma japplikax fejn fornitur ta servizzi tal-intermedjazzjoni online jinvoka d-drittijiet ta terminazzjoni skont il-liġi nazzjonali bkonformità mal-liġi tal-Unjoni li jippermettu t-terminazzjoni immedjata fejn, meta jitqiesu ċ-ċirkostanzi kollha tal-każ speċifiku u filwaqt li jiġu kkunsidrati l-interessi taż-żewġ partijiet, ma jistax jiġi raġonevolment mistenni li jkompli r-relazzjoni kuntrattwali sat-tmiem miftiehem jew sal-iskadenza ta perijodu ta notifika. Fl-aħħar nett, il-perijodu ta notifika ta 30 jum jenħtieġ li ma japplikax fejn fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jista juri ksur ripetut tat-termini u l-kundizzjonijiet. Id-diversi eċċezzjonijiet għall-perijodu ta notifika ta 30 jum jistgħu bmod partikolari jinħolqu brabta mal-kontenut illeċitu jew mhux xieraq, is-sikurezza ta prodott jew servizz, il-falsifikazzjoni, il-frodi, il-malware, l-ispam, il-ksur tad-data, riskji oħra ta ċibersigurtà jew l-adegwatezza tal-prodott jew is-servizz għall-minorenni. Sabiex tiġi żgurata l-proporzjonalità, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li, fejn ikun raġonevoli u teknikament fattibbli, ineħħu biss prodotti jew servizzi individwali ta utent kummerċjali. It-terminazzjoni tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online kollha tikkostitwixxi l-aktar miżura severa.

(24)

L-ikklassifikar tal-prodotti u s-servizzi mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online iħalli impatt importanti fuq l-għażla tal-konsumaturi u, għaldaqstant, fuq is-suċċess kummerċjali tal-utenti kummerċjali li joffru dawk il-prodotti u s-servizzi lill-konsumaturi. L-ikklassifikar jirreferi għall-prominenza relattiva tal-offerti tal-utenti kummerċjali jew ir-rilevanza li tingħata lir-riżultati ġġenerati mit-tiftix kif ippreżentati, organizzati jew ikkomunikati mill-fornituri ta servizzi tal-intermedjazzjoni online jew mill-fornituri tal-magni tat-tiftix online, li jirriżultaw mill-użu ta sekwenzar algoritmiku, mekkaniżmi tal-ikklassifikar jew tar-riċensjoni, prominenza viżwali jew għodod oħra li jagħtu prominenza, jew kombinamenti ta dawn. Il-prevedibbiltà tinvolvi li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jiddeterminaw l-ikklassifikar bmod mhux arbitrarju. Għalhekk, il-fornituri jenħtieġ li jiddeskrivu l-parametri prinċipali li jiddeterminaw l-ikklassifikar minn qabel, biex titjieb il-prevedibbiltà għall-utenti kummerċjali, biex ikunu jistgħu jifhmu aħjar il-funzjonament tal-mekkaniżmu tal-ikklassifikar u biex dawn ikunu jistgħu jqabblu l-prattiki tal-ikklassifikar ta fornituri differenti. Id-disinn speċifiku ta dan l-obbligu ta trasparenza huwa importanti għall-utenti kummerċjali peress li jimplika l-identifikazzjoni ta sett limitat ta parametri li huma l-aktar rilevanti għal għadd possibbilment ferm akbar ta parametri li jkollhom xi impatt fuq l-ikklassifikar. Din id-deskrizzjoni motivata jenħtieġ li tgħin lill-utenti kummerċjali biex itejbu l-preżentazzjoni tal-prodotti u s-servizzi tagħhom, jew xi karatteristiċi inerenti ta dawk il-prodotti jew is-servizzi. Il-kunċett ta parametri prinċipali jenħtieġ li jinftiehem li qed jirreferi għal kwalunkwe kriterji ġenerali, proċessi, sinjali speċifiċi inkorporati fl-algoritmi jew mekkaniżmi oħra ta aġġustament jew tnaqqis fil-klassifika użati fil-kuntest tal-ikklassifikar.

(25)

Jenħtieġ li d-deskrizzjoni tal-parametri prinċipali li jiddeterminaw l-ikklassifikar tkun tinkludi wkoll spjegazzjoni ta kwalunkwe possibbiltà li jkollhom l-utenti kummerċjali biex jinfluwenzaw bmod attiv l-ikklassifikar mar-rimunerazzjoni, kif ukoll spjegazzjoni tal-effetti relattivi tagħhom. Fdan ir-rigward, ir-rimunerazzjoni tista tirreferi għal ħlasijiet magħmula bil-għan ewlieni jew uniku li jittejjeb l-ikklassifikar, kif ukoll għal rimunerazzjoni indiretta fl-għamla tal-aċċettazzjoni minn utent kummerċjali ta obbligi addizzjonali ta kwalunkwe tip li jista jkollhom dan it-titjib bħala l-effett prattiku tagħhom, bħall-użu ta servizzi li huma anċillari jew ta’ kwalunkwe karatteristiċi primjum. Il-kontenut tad-deskrizzjoni, inkluż l-għadd u t-tip tal-parametri prinċipali, jista għaldaqstant ivarja ħafna skont is-servizzi speċifiċi tal-intermedjazzjoni online, iżda jenħtieġ li din id-deskrizzjoni tipprovdi lill-utenti kummerċjali fehim sew ta kif il-mekkaniżmu tal-ikklassifikar ikun qed iqis il-karatteristiċi tal-prodotti jew is-servizzi proprja li joffri l-utent kummerċjali, u r-rilevanza tagħhom għall-konsumaturi tas-servizzi speċifiċi tal-intermedjazzjoni online. L-indikaturi li jintużaw biex titkejjel il-kwalità tal-prodotti jew is-servizzi tal-utenti kummerċjali, l-użu ta edituri u l-kapaċità tagħhom li jinfluwenzaw l-ikklassifikar ta dawk il-prodotti jew servizzi, l-ilħuq tal-impatt tar-rimunerazzjoni fuq l-ikklassifikar kif ukoll l-elementi li mhumiex relatati, jew inkella huma biss relatati bmod remot mal-prodott jew is-servizz innifsu, bħall-karatteristiċi tal-preżentazzjoni tal-offerta online, jistgħu jkunu eżempji ta parametri prinċipali li, meta jiġu inklużi fdeskrizzjoni ġenerali tal-mekkaniżmu tal-ikklassifikar blingwaġġ sempliċi u intelliġibbli, jenħtieġ li jgħinu lill-utenti kummerċjali jiksbu l-fehim adegwat meħtieġ tal-funzjonament tiegħu.

(26)

Bl-istess mod, l-ikklassifikar tas-siti web mill-fornituri tal-magni tat-tiftix online, notevolment ta dawk is-siti web li permezz tagħhom l-impriżi joffru prodotti u servizzi lill-konsumaturi, iħalli impatt importanti fuq l-għażla tal-konsumaturi u fuq is-suċċess kummerċjali tal-utenti ta siti web korporattivi. Għalhekk jenħtieġ li l-fornituri tal-magni tat-tiftix online jipprovdu deskrizzjoni tal-parametri prinċipali li jiddeterminaw l-ikklassifikar tas-siti web, kollha indiċjati, u l-importanza relattiva ta dawk il-parametri prinċipali fil-konfront ta parametri oħrajn, inkluż dawk tal-utenti ta siti web korporattivi kif ukoll ta siti web oħrajn. Minbarra l-karatteristiċi tal-prodotti u tas-servizzi u r-rilevanza tagħhom għall-konsumaturi, fil-każ tal-magni tat-tiftix online, din id-deskrizzjoni jenħtieġ li tippermetti li l-utenti ta siti web korporattivi jiksbu fehim adegwat jekk humiex qed jitqiesu ċerti karatteristiċi tad-disinn tas-sit web użat, bħalma huma l-ottimizzazzjoni tagħhom biex jidhru fuq it-tagħmir tat-telekomunikazzjoni mobbli, u jekk iva kif u sa liema punt. Jenħtieġ li tinkludi wkoll spjegazzjoni ta kwalunkwe possibbiltà li l-utenti ta’ siti web korporattivi jinfluwenzaw bmod attiv l-ikklassifikar permezz ta rimunerazzjoni, kif ukoll spjegazzjoni tal-effetti relattivi ta dan. Fin-nuqqas ta relazzjoni kuntrattwali bejn il-fornituri tal-magni tat-tiftix online u l-utenti ta siti web korporattivi, dik id-deskrizzjoni jenħtieġ li tkun aċċessibbli għall-pubbliku bmod viżibbli u faċilment aċċessibbli fuq il-magna tat-tiftix online rilevanti. Jenħtieġ li ma jinftiehemx li ż-żoni tas-siti web li jirrikjedu lill-utenti biex jilloggjaw jew jirreġistraw huma faċilment u pubblikament disponibbli fdan is-sens.

Biex tkun żgurata l-prevedibbiltà tal-utenti ta siti web korporattivi, id-deskrizzjoni jenħtieġ li tinżamm ukoll aġġornata, inkluż il-possibbiltà li kwalunkwe bidla fil-parametri prinċipali jenħtieġ li tkun identifikabbli faċilment. L-eżistenza ta deskrizzjoni aġġornata tal-parametri prinċipali tkun ukoll ta ġid tal-utenti tal-magna tat-tiftix online li mhumiex utenti ta siti web korporattivi. Fxi każijiet, il-fornituri tal-magni tat-tiftix online jistgħu jiddeċiedu li jinfluwenzaw l-ikklassifikar fkaż speċifiku jew ineħħu sit web partikolari minn ikklassifikar abbażi ta notifika minn parti terza. Għall-kuntrarju tal-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, minħabba n-nuqqas ta kwalunkwe relazzjoni kuntrattwali bejn il-partijiet, il-fornituri tal-magni tat-tiftix online ma jistgħux ikunu mistennija jinnotifikaw lil utent ta siti web korporattivi direttament dwar tibdil fl-ordni tal-ikklassifikar jew tneħħija mil-lista minħabba notifika minn parti terza. Madankollu, utent ta sit web korporattiv jenħtieġ li jkun jista jispezzjona l-kontenut tan-notifika li tkun wasslet għat-tibdil fl-ordni tal-ikklassifikar f’każ speċifiku jew għat-tneħħija mil-lista ta’ sit web partikolari, billi jinvestiga l-kontenut tan-notifika bħal pereżempju fbażi tad-data online aċċessibbli pubblikament. Dan jista jgħin inaqqas l-abbużi potenzjali, mill-kompetituri, ta’ notifiki li jistgħu jwasslu għal tneħħija mil-lista.

(27)

Il-fornituri ta servizzi tal-intermedjazzjoni online jew ta magni tat-tiftix online jenħtieġ li ma jkunux meħtieġa jiżvelaw id-dettalji tal-funzjonament tal-mekkaniżmi tal-ikklassifikar tagħhom, inkluż l-algoritmi, taħt dan ir-Regolament. Il-kapaċità tagħhom li jaġixxu kontra l-manipulazzjoni bmala fede tal-ikklassifikar minn partijiet terzi, inkluż fl-interess tal-konsumaturi, jenħtieġ li daqstant ieħor ma tiddgħajjifx. Deskrizzjoni ġenerali tal-parametri prinċipali tal-ikklassifikar jenħtieġ li tissalvagwardja dawk l-interessi, filwaqt li tipprovdi lill-utenti kummerċjali u lill-utenti ta siti web korporattivi fehim adegwat tal-funzjonament tal-ikklassifikar fil-kuntest tal-użu tagħhom ta servizzi speċifiċi tal-intermedjazzjoni online jew ta magni ta tiftix online. Biex jiġi żgurat li jintlaħaq l-objettiv ta dan ir-Regolament jenħtieġ li l-kunsiderazzjoni tal-interessi kummerċjali tal-fornituri ta servizzi tal-intermedjazzjoni online jew ta magni tat-tiftix online ma għandha, għalhekk, qatt twassal għal rifjut li jiġu żvelati l-parametri prinċipali li jiddeterminaw l-ikklassifikar. Fdan ir-rigward, filwaqt li dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għad-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), id-deskrizzjoni mogħtija jenħtieġ li, tal-inqas tkun ibbażata fuq data reali dwar ir-rilevanza tal-parametri ta kklassifikar użati.

(28)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżviluppa linji gwida biex tassisti lill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u lill-fornituri tal-magni tat-tiftix online fl-applikazzjoni tar-rekwiżiti tat-trasparenza tal-ikklassifikar stabbiliti minn dan ir-Regolament. Jenħtieġ li dan l-isforz jgħin biex jiġi ottimizzat il-mod li bih il-parametri ewlenin li jiddeterminaw l-ikklassifikar jiġu identifikati u ppreżentati lill-utenti kummerċjali u lill-utenti ta siti web korporattivi.

(29)

Jenħtieġ li t-terminu ta’ prodotti u servizzi anċillari jinftiehem bħala prodotti u servizzi offruti lill-konsumaturi immedjatament qabel it-twettiq tat-tranżazzjoni li bdiet fuq is-servizzi tal-intermedjazzjoni online sabiex jikkomplementaw il-prodott jew is-servizz primarju offrut mill-utent kummerċjali. Prodotti u servizzi anċillari jirreferu għall-prodotti li tipikament jiddependu fuq, u huma direttament relatati mal-prodott jew servizz primarju sabiex ikunu jistgħu jiffunzjonaw. Għalhekk, it-terminu jenħtieġ li jeskludi prodotti u servizzi li huma biss qed jinbiegħu addizzjonalment għall-prodott jew servizz inkwistjoni iżda mingħajr ma jkunu komplementari fin-natura tagħhom. Eżempji ta’ servizzi anċillari jinkludu servizzi ta’ tiswija għal prodott speċifiku jew għal prodotti finanzjarji bħal assigurazzjoni għall-kiri tal-karozza offruti sabiex jikkomplimentaw il-prodotti jew is-servizzi speċifiċi offruti mill-utent kummerċjali. Bl-istess mod, prodotti anċillari jistgħu jinkludu prodotti li jikkomplimentaw il-prodott speċifiku li qed jiġi offrut mill-utent kummerċjali billi jikkostitwixxu “upgrade” jew għodda ta’ personalizzazzjoni marbuta ma’ dak il-prodott speċifiku. Fornituri ta’ servizzi tal-intermedjazzjoni online li joffru prodotti u servizzi lill-konsumaturi li huma anċillari għal prodott jew servizz li qiegħed jinbiegħ minn utent kummerċjali, permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tagħhom, jenħtieġ li jistabbilixxu fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom deskrizzjoni tat-tip ta’ prodotti u servizzi anċillari li qed jiġu offruti. Tali deskrizzjoni jenħtieġ li tkun disponibbli fit-termini u l-kundizzjonijiet sew jekk il-prodott jew servizz anċillari qiegħed jiġi pprovdut mill-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online nnifsu sew jekk minn parti terza. Tali deskrizzjoni jenħtieġ li tinftiehem biżżejjed sabiex utent kummerċjali jkun jista’ jifhem jekk kwalunkwe prodott jew servizz huwiex qiegħed jinbiegħ bħala anċillari għal prodott jew servizz tal-utent kummerċjali. Dik id-deskrizzjoni jenħtieġ li mhux neċessarjament tinkludi l-prodott jew is-servizz speċifiku, iżda pjuttost it-tip tal-prodott li qed jiġi offrut bħala komplimentari għall-prodott primarju tal-utent kummerċjali. Barra minn hekk, din id-deskrizzjoni jenħtieġ li tinkludi fiċ-ċirkustanzi kollha jekk u taħt liema kundizzjonijiet utent kummerċjali jista’ joffri l-prodott jew s-servizz anċillari tiegħu stess flimkien mal-prodott jew servizz primarju li huwa qiegħed joffri permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.

(30)

Meta fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online joffri ċerti prodotti jew servizzi lill-konsumaturi permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tiegħu stess, jew inkella jagħmel dan permezz ta utent kummerċjali kkontrollat minnu, dak il-fornitur jista jikkompeti direttament ma utenti kummerċjali oħrajn tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tiegħu li mhumiex ikkontrollati mill-fornitur, li jista jagħti lill-fornitur inċentiv ekonomiku u l-kapaċità li juża l-kontroll tiegħu fuq is-servizzi tal-intermedjazzjoni online biex jiggarantixxi lill-offerti tiegħu stess, jew lil dawk ta utent kummerċjali kkontrollat minnu, vantaġġi tekniċi jew ekonomiċi li jista jiċħad lill-utenti kummerċjali li jikkompetu miegħu. Din l-imġiba tista tikkomprometti l-kompetizzjoni ġusta u tillimita l-possibbiltajiet ta għażla tal-konsumaturi. Fdawn is-sitwazzjonijiet bmod partikolari, hu importanti li l-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jaġixxi bmod trasparenti u jipprovdi deskrizzjoni xierqa u jistabbilixxi l-kunsiderazzjonijiet għal kwalunkwe trattament differenzjat, permezz ta mezzi ġuridiċi, kummerċjali jew tekniċi, bħal funzjonalitajiet li jinvolvu sistemi operattivi li jaf ikun jagħti brabta mal-prodotti u s-servizzi li joffri hu stess, meta mqabbla ma dawk offruti mill-utenti kummerċjali. Biex tkun żgurata l-proporzjonalità, dan l-obbligu jenħtieġ li jkun japplika fil-livell tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ġenerali, u mhux fil-livell ta prodotti jew servizzi individwali offruti permezz ta dawk is-servizzi.

(31)

Meta fornitur ta’ magna tat-tiftix online nnifsu joffri ċerti prodotti jew servizzi lill-konsumaturi permezz tal-magna tat-tiftix online tiegħu stess, jew inkella jagħmel dan permezz ta utent ta siti web korporattivi li hu jikkontrolla, dak il-fornitur jista jikkompeti direttament ma utenti ta siti web korporattivi oħra tal-magna tat-tiftix online li mhumiex ikkontrollati mill-fornitur. Fdawn is-sitwazzjonijiet bmod partikolari, hu importanti li l-fornitur tal-magna tat-tiftix online jaġixxi bmod trasparenti u jipprovdi deskrizzjoni ta kwalunkwe trattament differenzjat, permezz ta mezzi ġuridiċi, kummerċjali jew tekniċi, li jaf ikun jagħti brabta mal-prodotti u s-servizzi li joffri hu stess jew permezz ta’ utent ta sit web korporattiv li huwa jikkontrolla, meta mqabbla ma dawk offruti mill-utenti ta siti web korporattivi li qed jikkompetu miegħu. Biex tkun żgurata l-proporzjonalità, dan l-obbligu jenħtieġ li jkun japplika fil-livell tal-magni tat-tiftix online ġenerali, u mhux fil-livell ta prodotti jew servizzi individwali offruti permezz ta dawk is-servizzi.

(32)

Jenħtieġ li fdan ir-Regolament jiġu indirizzati termini kuntrattwali speċifiċi, bmod partikolari fsitwazzjonijiet ta setgħa ta negozjar żbilanċjata, sabiex jiġi żgurat li r-relazzjonijiet kuntrattwali jitwettqu in bona fide u abbażi ta negozjar ġust. Il-prevedibbiltà u t-trasparenza jirrikjedu li l-utenti kummerċjali jingħataw opportunità reali biex isiru familjari mal-bidliet fit-termini u l-kundizzjonijiet, li allura jenħtieġ li ma jiġux imposti beffett retroattiv sakemm ma jkunux ibbażati fuq obbligu legali jew regolatorju jew ikunu ta benefiċċju għal dawk l-utenti kummerċjali. L-utenti kummerċjali jenħtieġ li, barra minn hekk, ikunu offruti ċarezza dwar il-kundizzjonijiet li taħthom ir-relazzjoni kummerċjali tagħhom mal-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tista tintemm. Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jiżguraw li l-kundizzjonijiet għat-terminazzjoni huma dejjem proporzjonati u jistgħu jiġu eżerċitati mingħajr diffikultà bla bżonn. Fl-aħħar nett, l-utenti kummerċjali jenħtieġ li jkunu infurmati bmod sħiħ dwar kwalunkwe aċċess li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online iżommu, wara l-iskadenza tal-kuntratt, għall-informazzjoni li l-utenti kummerċjali jipprovdu jew jiġġeneraw fil-kuntest tal-użu tagħhom tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.

(33)

L-abbiltà ta aċċess għad-data, u tal-użu tagħha, inkluż tad-data personali, tista tippermetti l-ħolqien ta valur importanti fl-ekonomija tal-pjattaformi online, kemm bmod ġenerali kif ukoll għall-utenti kummerċjali u s-servizzi tal-intermedjazzjoni involuti. Għaldaqstant, hu importanti li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jipprovdu lill-utenti kummerċjali deskrizzjoni ċara tal-ambitu, in-natura u l-kundizzjonijiet tal-aċċess tagħhom għal ċerti kategoriji tad-data, u l-użu tagħha. Jenħtieġ li d-deskrizzjoni tkun proporzjonata u tista tkun tirreferi għal kundizzjonijiet tal-aċċess ġenerali, minflok identifikazzjoni eżawrjenti tad-data attwali, jew ta kategoriji tad-data. Madankollu, l-identifikazzjoni u l-aċċess għal kundizzjonijiet speċifiċi għal ċerti tipi ta data attwali li tista tkun rilevanti ħafna għall-utenti kummerċjali jistgħu jiġu inklużi wkoll fid-deskrizzjoni. Tali data tista tinkludi kklassifikar u riċensjonijiet akkumulati minn utenti kummerċjali dwar is-servizzi tal-intermedjazzjoni online. Kollox ma kollox, jenħtieġ li d-deskrizzjoni tippermetti l-utenti kummerċjali jkunu jistgħu jifhmu jekk jistgħux jużaw id-data biex itejbu l-ħolqien tal-valur, inkluż billi possibbilment iżommu servizzi tad-data minn parti terza.

(34)

Fl-istess linja, huwa importanti għall-utenti kummerċjali li jifhmu jekk il-fornitur jikkondividix ma partijiet terzi xi data ġġenerata permezz tal-użu tas-servizz tal-intermedjazzjoni mill-utent kummerċjali. Jenħtieġ li, bmod partikolari, l-utenti kummerċjali jiġu mgħarrfa dwar kwalunkwe kondiviżjoni ta data ma partijiet terzi li sseħħ għal finijiet li mhumiex meħtieġa għall-funzjonament adatt tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online; pereżempju fejn il-fornitur irendi d-data fi flus taħt kunsiderazzjonijiet kummerċjali. Sabiex l-utenti kummerċjali jkunu jistgħu jeżerċitaw bis-sħiħ id-drittijiet disponibbli biex jinfluwenzaw tali kondiviżjoni tad-data, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jkunu espliċiti wkoll dwar kwalunkwe possibbiltà li ma jipparteċipawx fil-kondiviżjoni tad-data meta dawn ikunu jeżistu taħt ir-relazzjoni kuntrattwali tagħhom mal-utent kummerċjali.

(35)

Dawk ir-rekwiżiti jenħtieġ li ma jinftiehmux bħala kwalunkwe obbligu għall-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online li jxerrdu jew li ma jxerrdux data personali jew mhux personali lill-utenti kummerċjali tagħhom. Madankollu, il-miżuri ta trasparenza jistgħu jikkontribwixxu biex tiżdied il-kondiviżjoni tad-data u jissaħħu, bħala sors ewlieni ta innovazzjoni u tkabbir, l-għanijiet li jinħoloq spazju komuni Ewropew tad-data. Jenħtieġ li l-ipproċessar tad-data personali jkun konformi mal-qafas ġuridiku tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u r-rispett tal-ħajja privata u l-protezzjoni tad-data personali fil-komunikazzjonijiet elettroniċi, partikolarment ir-Regolament (UE) 2016/679 (6), id-Direttiva (UE) 2016/680 (7) u d-Direttiva 2002/58/KE (8) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(36)

Fċerti każijiet, fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jistgħu jirrestrinġu l-abbiltà tal-utenti kummerċjali li joffru prodotti jew servizzi lill-konsumaturi bkundizzjonijiet aktar favorevoli permezz ta mezzi oħra apparti permezz ta’ dawk is-servizzi tal-intermedjazzjoni online. Fdawk il-każijiet, il-fornituri kkonċernati jenħtieġ li jistabbilixxu r-raġunijiet għal dan, bmod partikolari breferenza għall-kunsiderazzjonijiet ekonomiċi, kummerċjali jew ġuridiċi ewlenin għar-restrizzjonijiet. Iżda jenħtieġ li dan l-obbligu tat-trasparenza ma jkunx jinftiehem li jaffettwa l-valutazzjoni tal-legalità ta dawn ir-restrizzjonijiet skont atti oħrajn tal-liġi tal-Unjoni jew il-liġi tal-Istati Membri li hija skont il-liġi tal-Unjoni, inkluż fl-oqsma tal-kompetizzjoni u prattiki kummerċjali inġusti, u l-applikazzjoni ta dawn il-liġijiet.

(37)

Biex l-utenti kummerċjali, inkluż dawk li ġarrbu restrizzjoni, sospensjoni jew terminazzjoni tal-użu tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online rilevanti, ikollhom aċċess għal possibbiltajiet ta rimedju immedjat, xieraq u effettiv, jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jipprovdu għal sistema interna tat-trattament tal-ilmenti. Dik is-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti jenħtieġ li tkun ibbażata fuq il-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ trattament ugwali applikati għal sitwazzjonijiet ekwivalenti, bil-għan li tiżgura li proporzjon sinifikanti tal-ilmenti jkunu jistgħu jissolvew bmod bilaterali mill-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti kummerċjali rilevanti fperijodu ta żmien raġonevoli. Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jistgħu jżommu fis-seħħ matul il-perijodu tal-ilment id-deċiżjoni li jkunu ħadu. Kwalunkwe tentattiv biex jintlaħaq ftehim permezz tal-proċess intern tat-trattament tal-ilmenti ma jippreġudikax id-drittijiet tal-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew tal-utenti kummerċjali kkonċernati li jibdew proċedimenti ġudizzjarji fi kwalunkwe ħin matul jew wara l-proċess intern tat-trattament tal-ilment. Barra minn hekk, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jippubblikaw u, tal-inqas darba fis-sena, jivverifikaw informazzjoni dwar il-funzjonament u l-effikaċja tas-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti tagħhom biex jgħinu lill-utenti kummerċjali biex jifhmu t-tipi ewlenin ta kwistjonijiet li jistgħu jinqalgħu fil-kuntest tal-forniment ta servizzi tal-intermedjazzjoni online differenti u l-possibbiltà li tinstab riżoluzzjoni bilaterali malajr u effettiva.

(38)

Ir-rekwiżiti ta dan ir-Regolament brabta mas-sistemi interni tat-trattament tal-ilmenti għandhom l-għan li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jiksbu livell raġonevoli ta flessibbiltà meta joperaw dawk is-sistemi u jindirizzaw ilmenti individwali, ħalli jonqos kemm jista jkun il-piż amministrattiv. Barra minn hekk, is-sistemi interni tat-trattament tal-ilmenti jenħtieġ li jippermettu lill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online biex jindirizzaw, meta meħtieġ, bmod proporzjonat kwalunkwe użu in mala fede ta dawk is-sistemi min-naħa ta ċerti utenti kummerċjali. Fid-dawl tal-ispejjeż biex jinħolqu u jitħaddmu dawn is-sistemi, jixraq li jiġi eżentat minn dawk l-obbligi kwalunkwe fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online li jikkostitwixxi intrapriża żgħira, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (9). Ir-regoli ta konsolidazzjoni stipulati fdik ir-Rakkomandazzjoni jiżguraw li tiġi prevenuta kwalunkwe evażjoni. Dik l-eżenzjoni jenħtieġ li ma taffettwax id-dritt ta tali impriżi li jistabbilixxu, fuq bażi volontarja, sistema interna tat-trattament tal-ilmenti li tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fdan ir-Regolament.

(39)

L-użu tal-kelma "interna" jenħtieġ li ma tinftiehemx bħala li tipprevjeni d-delega tas-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti lil fornitur ta servizzi estern jew lil struttura korporattiva oħra, dment li tali fornitur jew struttura korporattiva oħra jkollu awtorità sħiħa u l-kapaċità li jiżgura l-konformità tas-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti mar-rekwiżiti ta dan ir-Regolament.

(40)

Permezz tal-medjazzjoni, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti kummerċjali tagħhom jistgħu jiksbu mezz għar-riżoluzzjoni tat-tilwim bmod sodisfaċenti, mingħajr il-bżonn li jintużaw proċedimenti ġudizzjarji li jistgħu jkunu twal u għaljin. Għalhekk, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jiffaċilitaw il-medjazzjoni, bmod partikolari, billi jidentifikaw minn tal-inqas żewġ medjaturi pubbliċi jew privati li magħhom ikunu lesti jimpenjaw ruħhom. L-għan li tiġi rikjesta l-identifikazzjoni ta’ għadd minimu ta medjaturi huwa sabiex tiġi ssalvagwardjata n-newtralità tal-medjaturi. Il-medjaturi li jipprovdu s-servizzi tagħhom minn post barra mill-Unjoni jenħtieġ li jiġu identifikati biss meta jkun żgurat li l-użu ta dawn is-servizzi bl-ebda mod ma jċaħħdu lill-utenti kummerċjali kkonċernati minn xi protezzjoni legali offruta lilhom skont il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi tal-Istati Membri, inkluż ir-rekwiżiti ta dan ir-Regolament u l-liġi applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data personali u s-sigrieti kummerċjali. Biex ikunu aċċessibbli, ġusti, u kemm jista jkun rapidi, effiċjenti u effettivi, dawn il-medjaturi jenħtieġ jissodisfaw ċerti kriterji stabbiliti. Madankollu, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti kummerċjali tagħhom jenħtieġ li jibqgħu liberi biex jidentifikaw bmod konġunt kwalunkwe medjatur tal-għażla tagħhom wara li tkun inqalgħet tilwima bejniethom. F’konformità mad-Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), il-medjazzjoni prevista fdan ir-Regolament jenħtieġ li tkun proċess volontarju fis-sens li l-partijiet stess ikunu inkarigati mill-proċess u jkunu jistgħu jibdew u jitterminaw fi kwalunkwe ħin. Minkejja n-natura volontarja tagħha, il-fornituri ta servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jeżaminaw in bona fide t-talbiet għal involviment fil-medjazzjoni prevista fdan ir-Regolament.

(41)

Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jġarrbu proporzjon raġonevoli tal-ispejjeż totali tal-medjazzjoni, filwaqt li jitqiesu l-elementi rilevanti kollha tal-każ inkwistjoni. Għal dan il-għan, il-medjatur jenħtieġ li jissuġġerixxi liema proporzjon hu raġonevoli fdak il-każ individwali. Fid-dawl tal-ispejjeż u tal-piż amministrattiv assoċjati mal-ħtieġa li jiġu identifikati medjaturi fit-termini u l-kundizzjonijiet, jixraq li jiġi eżentat minn dak l-obbligu kwalunkwe fornitur ta servizzi tal-intermedjazzjoni online li huwa intrapriża żgħira, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE. Ir-regoli ta konsolidazzjoni stipulati fdik ir-Rakkomandazzjoni jiżguraw li tiġi prevenuta kwalunkwe evażjoni ta’ dak l-obbligu. Madankollu, dan jenħtieġ li ma jaffettwax id-dritt ta tali intrapriżi li jidentifikaw medjaturi fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom li jikkonformaw mal-kriterji stipulati fdan ir-Regolament.

(42)

Peress li jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jkunu dejjem meħtieġa jidentifikaw il-medjaturi li magħhom huma disposti jimpenjaw ruħhom, u jenħtieġ li jkunu obbligati jidħlu in bona fide fkwalunkwe tentattiv ta medjazzjoni mwettaq skont dan ir-Regolament, dawn l-obbligi jenħtieġ li jkun stabbilit btali mod li jimpedixxi l-abbuż tas-sistema ta medjazzjoni min-naħa tal-utenti kummerċjali. Jenħtieġ li l-utenti kummerċjali jkunu obbligati wkoll jidħlu fmedjazzjoni in bona fide. Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li ma jkunux obbligati jidħlu fmedjazzjoni meta utent kummerċjali jippreżenta każ dwar suġġett li fir-rigward tiegħu tali utent kummerċjali jkun preċedentement ippreżenta każ għal medjazzjoni u fejn il-medjatur ikun iddetermina fdak il-każ li l-utent kummerċjali ma jkunx aġixxa in bona fide. Barra minn hekk, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li ma jkollhomx l-obbligu li jidħlu fmedjazzjoni mal-utenti kummerċjali li jkunu għamlu tentattivi ta medjazzjoni ripetuti li fallew. Dawn is-sitwazzjonijiet eċċezzjonali jenħtieġ li ma jillimitawx il-kapaċità tal-utent kummerċjali li jippreżenta każ għal medjazzjoni meta, kif iddeterminat mill-medjatur, is-suġġett tal-medjazzjoni mhuwiex relatat mal-każijiet preċedenti.

(43)

Biex teħfief ir-riżoluzzjoni tat-tilwim relatat mal-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online li jużaw il-medjazzjoni fl-Unjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li, fkooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, tinkoraġġixxi t-twaqqif ta organizzazzjonijiet speċjalizzati tal-medjazzjoni, li bħalissa huma neqsin. Jenħtieġ li l-involviment tal-medjaturi bgħarfien speċjalizzat fis-servizzi tal-intermedjazzjoni online kif ukoll fis-setturi speċifiċi tal-industrija li fi ħdanhom jiġu pprovduti dawk is-servizzi, iżid il-fiduċja taż-żewġ partijiet fil-proċess tal-medjazzjoni u jżid il-probabbiltà li l-proċess iwassal għal eżitu mingħajr dewmien, ġust u sodisfaċenti.

(44)

Diversi fatturi, bħal mezzi finanzjarji limitati, il-biża ta ritaljazzjoni u l-għażla esklussiva ta liġijiet u d-dispożizzjonijiet tal-forum fit-termini u l-kundizzjonijiet, jistgħu jillimitaw l-effikaċja tal-possibbiltajiet eżistenti ta rimedju ġudizzjarju, bmod partikolari dawk li jirrikjedu li l-utenti kummerċjali jew l-utenti ta siti web korporattivi jaġixxu individwalment u bmod identifikabbli. Biex tkun żgurata applikazzjoni effettiva ta dan ir-Regolament, l-organizzazzjonijiet, l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-utenti kummerċjali jew lill-utenti ta siti web korporattivi, kif ukoll il-korpi pubbliċi stabbiliti fl-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw il-possibbiltà li jieħdu azzjoni quddiem il-qrati nazzjonali skont il-liġi nazzjonali, inklużi r-rekwiżiti proċedurali nazzjonali. Jenħtieġ li azzjoni bħal din quddiem il-qrati nazzjonali jkollha l-għan li twaqqaf jew tipprojbixxi każijiet ta ksur tar-regoli stabbiliti fdan ir-Regolament u li tevita dannu futur li jista jxekkel ir-relazzjonijiet kummerċjali sostenibbli fl-ekonomija tal-pjattaformi online. Biex ikun żgurat li tali organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet jeżerċitaw dak id-dritt bmod effettiv u kif xieraq, dawn jenħtieġ li jissodisfaw ċerti kriterji. Bmod partikolari, huma jeħtiġilhom jiġu debitament stabbiliti skont il-liġi ta Stat Membru, ikunu ta natura mingħajr skop ta qligħ u jilħqu l-objettivi tagħhom fuq bażi sostenibbli. Dawk ir-rekwiżiti jenħtieġ li jipprevjenu kwalunkwe stabbiliment ta organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet ad hoc għall-fini ta azzjoni speċifika jew azzjonijiet speċifiċi, jew għall-fini ta profitti.

Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda influwenza mhux dovuta minn kwalunkwe fornitur ta parti terza ta finanzjament fuq it-teħid ta deċiżjonijiet minn dawk l-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet. Sabiex jiġi evitat kunflitt ta interess, jenħtieġ li, bmod partikolari, jiġi evitat li l-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw l-utenti kummerċjali jew l-utenti ta siti web korporattivi jkunu soġġetti għal influwenza mhux xierqa minn kwalunkwe fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew ta kwalunkwe magna tat-tiftix online. L-iżvelar sħiħ u pubbliku tal-informazzjoni dwar is-sħubija u s-sors tal-finanzjament jenħtieġ li jiffaċilita l-qrati nazzjonali fli jivvalutaw jekk dawn il-kriterji ta eliġibbiltà humiex issodisfati. Meta jitqies l-istatus partikolari tal-korpi pubbliċi rilevanti fl-Istati Membri fejn dawn il-korpi jkunu ġew stabbiliti, jenħtieġ jintalab biss li dawn ikunu speċifikament responsabbli, skont ir-regoli rilevanti tal-liġi nazzjonali, biex iressqu dawn l-azzjonijiet fl-interess kollettiv tal-partijiet konċernati jew fl-interess ġenerali, mingħajr ma jkun hemm bżonn li jiġu applikati dawk il-kriterji għal dawn il-korpi pubbliċi. Jenħtieġ li kwalunkwe azzjoni bħal din bl-ebda mod ma taffettwa d-drittijiet tal-utenti kummerċjali u tal-utenti ta siti web korporattivi li jieħdu azzjoni ġudizzjarja fuq bażi individwali.

(45)

L-identità ta’ organizzazzjonijiet, assoċjazzjonijiet u korpi pubbliċi li, fil-fehma tal-Istati Membri, jenħtieġ li jkunu kwalifikati li jieħdu azzjoni taħt dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li, matul komunikazzjoni bħal din, l-Istati Membri jirreferu speċifikament għad-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti li permezz tagħhom l-organizzazzjoni, l-assoċjazzjoni jew il-korp pubbliku jkun ġie stabbilit u, fejn xieraq, jirreferu għar-reġistru pubbliku rilevanti fejn tkun reġistrata l-organizzazzjoni jew l-assoċjazzjoni. Din l-opzjoni addizzjonali ta ħatra mill-Istati Membri jenħtieġ li tipprovdi ċertu livell ta ċertezza legali u prevedibbiltà li l-utenti kummerċjali u l-utenti ta siti web korporattivi jistgħu jiddependu fuqhom. Fl-istess ħin, għandha l-għan li tirrendi l-proċeduri ġudizzjarji aktar effiċjenti u iqsar, li jidher xieraq fdan il-kuntest. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura l-pubblikazzjoni ta lista ta dawk l-organizzazzjonijiet, l-assoċjazzjonijiet u l-korpi pubbliċi fIl-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Inklużjoni f’dik il-lista jenħtieġ li sservi bħala prova li tkun tista’ tiġi kkonfutata tal-kapaċità legali tal-organizzazzjoni, tal-assoċjazzjoni jew tal-korp pubbliku li jkunu qed jieħdu l-azzjoni. Fejn ikun hemm kwalunkwe tħassib dwar ħatra, jenħtieġ li l-Istat Membru li jkun ħatar organizzazzjoni, assoċjazzjoni jew korp pubbliku jinvestiga dak it-tħassib. Organizzazzjonijiet, assoċjazzjonijiet u korpi pubbliċi li mhumiex maħtura minn Stat Membru jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jressqu azzjoni quddiem il-qrati nazzjonali soġġett għal eżami tal-kapaċità legali skont il-kriterji stabbiliti fdan ir-Regolament.

(46)

L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu meħtieġa jiżguraw infurzar adegwat u effikaċji ta dan ir-Regolament. Diġà jeżistu sistemi differenti ta infurzar fl-Istati Membri, u jenħtieġ li dawn ma jkunux obbligati jistabbilixxu korpi nazzjonali ġodda tal-infurzar. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom l-opzjoni li jinkarigaw l-awtoritajiet eżistenti, inkluż il-qrati, bl-infurzar ta dan ir-Regolament. Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jobbligax lill-Istati Membri jipprevedu infurzar ex officio jew li jimponu multi.

(47)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni timmonitorja kontinwament l-applikazzjoni ta dan ir-Regolament fkooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri. Fdan il-kuntest, il-Kummissjoni jenħtieġ li timmira li tistabbilixxi netwerk ta skambju tal-informazzjoni wiesa billi tħeġġeġ korpi ta esperti, ċentri tal-eċċellenza kif ukoll l-Osservatorju dwar l-Ekonomija tal-Pjattaformi Online. Fl-istess ħin, l-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu, fuq talba, kwalunkwe informazzjoni rilevanti li jkollhom fdan il-kuntest lill-Kummissjoni. Fl-aħħar nett, dan l-eżerċizzju jenħtieġ li jibbenefika mit-trasparenza mtejba ġenerali fir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-utenti kummerċjali u l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u bejn l-utenti ta’ siti web korporattivi u l-magni tat-tiftix online li dan ir-Regolament għandu l-għan li jikseb. Sabiex twettaq id-dmirijiet tagħha ta’ monitoraġġ u rieżami bmod effettiv skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ li tagħmel ħilitha biex tiġbor informazzjoni mingħand il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online. Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jenħtieġ li jikkooperaw in bona fide biex jiffaċilitaw il-ġbir ta tali data, fejn applikabbli.

(48)

Il-kodiċijiet ta kondotta, imfassla mill-fornituri tas-servizzi kkonċernati jew mill-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom, jistgħu jikkontribwixxu għall-applikazzjoni xierqa ta dan ir-Regolament u għalhekk jenħtieġ li jkunu mħeġġa. Meta jkunu qed jitfasslu dawn il-kodiċijiet ta kondotta, bkonsultazzjoni mal-partijiet konċernati rilevanti kollha, jenħtieġ li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tas-setturi kkonċernati u l-karatteristiċi speċifiċi tal-SMEs. Dawn il-kodiċijiet ta kondotta jenħtieġ li jiġu fformulati bmod oġġettiv u nondiskriminatorju.

(49)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa dan ir-Regolament minn żmien għal żmien u timmonitorja mill-qrib l-effetti tiegħu fuq l-ekonomija tal-pjattaformi online, bmod partikolari bil-għan li tiddetermina l-ħtieġa għal tibdil fid-dawl ta żviluppi teknoloġiċi jew kummerċjali rilevanti. Din l-evalwazzjoni jenħtieġ li tinkludi l-effetti fuq l-utenti kummerċjali li jistgħu jirriżultaw mill-użu ġenerali tal-għażla esklużiva ta dispożizzjonijiet tal-liġi u tal-forum ftermini u kundizzjonijiet li huma unilateralment determinati mill-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online. Sabiex tinkiseb stampa wiesgħa tal-iżviluppi fis-settur, l-evalwazzjoni jenħtieġ li tqis l-esperjenzi tal-Istati Membri u l-partijiet interessati rilevanti. Il-grupp ta esperti għall-Osservatorju dwar l-Ekonomija tal-Pjattaformi Online stabbilit skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018)2393 għandu rwol ewlieni biex jinforma l-evalwazzjoni ta dan ir-Regolament mill-Kummissjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni, għalhekk, tikkunsidra bmod dovut l-opinjonijiet u r-rapporti ppreżentati lilha mill-grupp. Wara l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tieħu l-miżuri xierqa. Miżuri ulterjuri, inklużi ta natura leġislattiva, jistgħu jkunu xierqa jekk u fejn id-dispożizzjonijiet stabbiliti fdan ir-Regolament ikunu insuffiċjenti biex jindirizzaw bmod adegwat l-iżbilanċi u l-prattiki kummerċjali inġusti li jippersistu fis-settur.

(50)

Meta tingħata l-informazzjoni meħtieġa skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jitqiesu kemm jista jkun il-ħtiġijiet partikolari tal-persuni bdiżabbiltà, bkonformità mal-għanijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni bDiżabbiltà (11).

(51)

Minħabba li l-għan ta dan ir-Regolament, jiġifieri li jkun żgurat ambjent ta’ negozju online ġust, prevedibbli, sostenibbli u affidabbli fi ħdan is-suq intern, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jista jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit fdak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(52)

Dan ir-Regolament għandu l-għan li jiżgura r-rispett sħiħ tad-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust kif stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u jippromwovi l-applikazzjoni tal-libertà ta’ intrapriża kif stabbilit fl-Artikolu 16 tal-Karta,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta applikazzjoni

1.   L-għan ta dan ir-Regolament huwa li jikkontribwixxi għall-funzjonament xieraq tas-suq intern billi jistabbilixxi regoli li jiżguraw li l-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti ta siti web korporattivi fir-rigward tal-magni tat-tiftix online jingħataw trasparenza xierqa, korrettezza u possibbiltajiet ta rimedju effettiv.

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika għas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u tal-magni tat-tiftix online mogħtija, jew offruti biex jingħataw, lill-utenti kummerċjali u lill-utenti ta siti web korporattivi rispettivament, li l-post tal-istabbiliment jew tar-residenza tagħhom ikun fl-Unjoni u li, permezz ta’ dawk is-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew permezz tal-magni tat-tiftix online, joffru prodotti jew servizzi lil konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni, irrispettivament mill-post tal-istabbiliment jew tar-residenza tal-fornituri ta dawk is-servizzi u irrispettivament mil-liġi li kieku tkun applikabbli.

3.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal servizzi ta pagament online jew għal għodod tar-reklamar online jew għall-iskambji tar-reklamar online li mhumiex provduti bil-għan li jiffaċilitaw il-bidu ta tranżazzjonijiet diretti u li ma jinvolvux relazzjoni kuntrattwali mal-konsumaturi.

4.   Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali li, bkonformità mal-liġi tal-Unjoni, jipprojbixxi jew jissanzjona imġiba unilaterali jew prattiki kummerċjali inġusti sal-punt li l-aspetti rilevanti ma jkunux koperti b’dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-liġi ċivili nazzjonali, bmod partikolari l-liġi kuntrattwali, bħar-regoli dwar il-validità, il-formazzjoni, l-effetti jew it-terminazzjoni ta kuntratt, sa fejn ir-regoli tal-liġi ċivili nazzjonali jkunu konformi mal-liġi tal-Unjoni, u sa fejn l-aspetti rilevanti ma jkunux koperti b’dan ir-Regolament.

5.   Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni, bmod partikolari l-liġi tal-Unjoni applikabbli fl-oqsma tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fmaterji ċivili, il-kompetizzjoni, il-protezzjoni tad-data, il-protezzjoni ta sigrieti kummerċjali, il-ħarsien tal-konsumatur, il-kummerċ elettroniku u s-servizzi finanzjarji.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta dan ir-Regolament, japplikaw dawn id-definizzjonijiet:

(1)

"utent kummerċjali" tfisser kwalunkwe individwu privat li jaġixxi fkapaċità kummerċjali jew professjonali li, jew kwalunkwe persuna ġuridika li, permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online toffri prodotti jew servizzi lill-konsumaturi tagħha, għal finijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha;

(2)

"servizzi tal-intermedjazzjoni online" tfisser servizzi li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

jikkostitwixxu servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12);

(b)

ikunu jippermettu lill-utenti kummerċjali li joffru prodotti jew servizzi lill-konsumaturi, bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat il-bidu ta tranżazzjonijiet diretti bejn dawk l-utenti kummerċjali u l-konsumaturi, irrispettivament minn fejn jiġu konklużi finalment dawk it-tranżazzjonijiet;

(c)

jingħataw lill-utenti kummerċjali abbażi ta relazzjonijiet kuntrattwali bejn il-fornitur ta dawn is-servizzi u dawk l-utenti kummerċjali li joffru prodotti u servizzi lill-konsumaturi;

(3)

"fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tipprovdi, jew li toffri li tipprovdi, servizzi tal-intermedjazzjoni online lill-utenti kummerċjali;

(4)

"konsumatur" tfisser kwalunkwe persuna fiżika li qed taġixxi għal finijiet li ma għandhomx xjaqsmu mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha;

(5)

"magna tat-tiftix online" tfisser servizz diġitali li jippermetti lill-utenti jdaħħlu talbiet biex iwettqu tiftix, fil-prinċipju, tas-siti web kollha, jew tas-siti web blingwa partikolari kollha, abbażi ta talba dwar kwalunkwe suġġett fil-forma ta kelma muftieħ, talba bil-vuċi, frażi jew input ieħor, u li tagħti lura riżultati fi kwalunkwe format ta fejn tista tinstab informazzjoni relatata mal-kontenut mitlub;

(6)

"fornitur tal-magna tat-tiftix online" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tipprovdi, jew li toffri li tipprovdi, magni tat-tiftix online lill-konsumaturi;

(7)

"utent ta sit web korporattiv" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tuża interfaċċa online, jiġifieri kwalunkwe software, inkluż sit web jew parti minnu u applikazzjonijiet, inklużi applikazzjonijiet mobbli, biex toffri prodotti jew servizzi lill-konsumaturi, għal finijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha;

(8)

"ikklassifikar" tfisser il-prominenza relattiva mogħtija lill-prodotti jew lis-servizzi offruti permezz ta servizzi tal-intermedjazzjoni online, jew ir-rilevanza li tingħata lir-riżultati ġġenerati mit-tiftix permezz ta magni tat-tiftix online, kif ippreżentati, organizzati jew ikkomunikati mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew mill-fornituri tal-magni tat-tiftix online, rispettivament, irrispettivament mill-mezzi teknoloġiċi użati għal dawn il-preżentazzjoni, l-organizzazzjoni jew il-komunikazzjoni;

(9)

"kontroll" tfisser proprjetà ta impriża, jew l-abbiltà li tiġi eżerċitata influwenza deċiżiva fuq impriża, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (13);

(10)

"termini u kundizzjonijiet" tfisser kull terminu u kundizzjoni jew speċifikazzjoni, irrispettivament mill-isem jew il-forma tagħhom, li jirregolaw ir-relazzjoni kuntrattwali bejn il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti kummerċjali tiegħu, u huma determinati bmod unilaterali mill-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, bl-evalwazzjoni ta’ dik d-determinazzjoni unilaterali abbażi ta valutazzjoni ġenerali, li għaliha d-daqs relattiv tal-partijiet ikkonċernati, il-fatt li negozjati seħħu, jew li ċerti dispożizzjonijiet tagħhom setgħu kienu soġġetti għal tali negozjati u ddeterminati flimkien mill-fornituri rilevanti u l-utent tan-negozju ma huwiex, minnu nnifsu, deċiżiv.

(11)

"prodotti u servizzi anċillari" tfisser prodotti u servizzi offruti lill-konsumaturi qabel it-twettiq tat-tranżazzjoni li bdiet fuq is-servizzi tal-intermedjazzjoni online flimkien u komplementari għall-prodott jew għas-servizz primarju offrut mill-utent kummerċjali permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.

(12)

"medjazzjoni" tfisser kwalunkwe proċess strutturat kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/52/KE;

(13)

"mezz durabbli" tfisser kwalunkwe strument li jippermetti lill-utenti kummerċjali jaħżnu informazzjoni indirizzata personalment lilhom bmod aċċessibbli għal referenza futura għal perijodu ta żmien adegwat għall-finijiet ta informazzjoni u li jippermetti r-riproduzzjoni mhux mibdula tal-informazzjoni maħżuna.

Artikolu 3

Termini u kundizzjonijiet

1.   Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jiżguraw li t-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom:

(a)

jitfasslu blingwaġġ sempliċi u intelliġibbli;

(b)

ikunu disponibbli faċilment lill-utenti kummerċjali fl-istadji kollha tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħhom mal-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, inkluż l-istadju prekuntrattwali;

(c)

jistabbilixxu r-raġunijiet għad-deċiżjonijiet li jissospendu jew jitterminaw jew jimponu kwalunkwe tip ieħor ta restrizzjoni fuq, għalkollox jew parzjalment, il-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tagħhom lill-utenti kummerċjali.

(d)

jinkludu informazzjoni dwar kwalunkwe mezz ta distribuzzjoni addizzjonali u programmi affiljati potenzjali li permezz tagħhom fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jistgħu jikkummerċjalizzaw prodotti u servizzi offruti mill-utenti kummerċjali;

(e)

jinkludu informazzjoni ġenerali dwar l-effetti tat-termini u l-kundizzjonijiet fuq is-sjieda u l-kontroll tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-utenti kummerċjali.

2.   Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jinnotifikaw permezz ta mezz durabbli, lill-utenti kummerċjali kkonċernati kwalunkwe bidla proposta fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom.

Il-bidliet proposti ma għandhomx jiġu implimentati qabel l-iskadenza ta perijodu ta notifika li jkun raġonevoli u proporzjonat għan-natura u l-firxa tal-bidliet previsti u għall-konsegwenzi tagħhom fuq l-utent kummerċjali kkonċernat. Dak il-perijodu ta notifika għandu jkun ta mill-inqas 15-il jum li jibdew mid-data meta l-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jinnotifika lill-utenti kummerċjali kkonċernati dwar il-bidliet proposti. Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jagħtu perijodi ta’ notifika itwal meta dan ikun meħtieġ biex jippermettu lill-utenti kummerċjali jagħmlu adattamenti tekniċi jew kummerċjali biex jikkonformaw mal-bidliet.

L-utent kummerċjali kkonċernat għandu jkollu d-dritt li jittermina l-kuntratt mal-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online qabel l-iskadenza tal-perijodu ta notifika. Din it-terminazzjoni għandha tidħol fis-seħħ fi żmien 15-il jum mill-wasla ta’ notifika skont l-ewwel subparagrafu, sakemm ma jkunx japplika għall-kuntratt perijodu iqsar.

L-utent kummerċjali kkonċernat jista jagħmel dikjarazzjoni bil-miktub jew azzjoni affermattiva ċara biex jirrinunzja mill-perijodu ta notifika msemmi fit-tieni subparagrafu fi kwalunkwe mument mill-wasla tan-notifika skont l-ewwel subparagrafu.

Matul il-perijodu ta notifika, is-sottomissjoni ta prodotti jew servizzi ġodda għas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandha tiġi kkunsidrata azzjoni affermattiva ċara biex jiġi rinunzjat il-perijodu ta notifika, ħlief fkażijiet fejn il-perijodu ta notifika raġonevoli u proporzjonat ikun itwal minn 15-il jum minħabba li l-bidliet fit-termini u l-kundizzjonijiet jirrikjedu li l-utent kummerċjali jagħmel aġġustamenti tekniċi sinifikanti tal-prodotti jew tas-servizzi tiegħu. Fkażijiet bħal dawn, il-perijodu ta notifika ma għandux jitqies awtomatikament irrinunzjat fejn l-utent kummerċjali jissottometti prodotti u servizzi ġodda.

3.   It-termini u l-kundizzjonijiet, jew id-dispożizzjonijiet speċifiċi tagħhom, li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-paragrafu 1, kif ukoll il-bidliet fit-termini u l-kundizzjonijiet implimentati minn fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online li jmorru kontra d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 għandhom ikunu nulli u bla effett.

4.   Il-perijodu ta notifika stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ma għandux japplika meta fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online:

(a)

soġġett għal obbligu legali jew regolatorju li jitolbu jibdel it-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu bmod li ma jippermettilux jirrispetta l-perijodu ta notifika msemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2;

(b)

ikollu b’mod eċċezzjonali jbiddel it-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu biex jindirizza periklu mhux previst u periklu imminenti li jiddefendi s-servizzi tal-intermedjazzjoni online, il-konsumaturi jew utenti kummerċjali minn frodi, malware, spam, ksur tad-data jew riskji oħra taċ-ċibersigurtà.

5.   Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jiżguraw li l-identità tal-utent kummerċjali li jipprovdi l-prodotti jew is-servizzi fuq is-servizz tal-intermedjazzjoni online tkun viżibbli b mod ċar.

Artikolu 4

Restrizzjoni, sospensjoni u terminazzjoni

1.   Meta fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jiddeċiedi li jirrestrinġi jew jissospendi il-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tiegħu lil utent kummerċjali partikolari fdak li jikkonċerna prodotti jew servizzi individwali offruti minn dak l-utent kummerċjali, dan għandu jipprovdi lill-utent kummerċjali kkonċernati, qabel jew fil-mument meta r-restrizzjoni jew is-sospensjoni tidħol fis-seħħ, bdikjarazzjoni tar-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni fuq mezz durabbli.

2.   Meta fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jiddeċiedi li jittermina l-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online kollha tiegħu lil utent kummerċjali partikolari, dan għandu jipprovdi lill-utent kummerċjali kkonċernat, mill-inqas 30 jum qabel ma tidħol fis-seħħ it-terminazzjoni, dikjarazzjoni tar-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni fuq mezz durabbli.

3.   Fil-każ ta restrizzjoni, sospensjoni jew terminazzjoni, il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandu jagħti lill-utent kummerċjali l-opportunità li jiċċara l-fatti u ċ-ċirkostanzi fil-qafas tal-proċess intern tat-trattament tal-ilmenti msemmi fl-Artikolu 11. Fejn ir-restrizzjoni, is-sospensjoni jew it-terminazzjoni jiġu revokati mill-fornitur tas-servizzi intermedjarji online, dan għandu jintegra mill-ġdid lill-utent kummerċjali mingħajr dewmien żejjed, inkluż jipprovdi lill-utent kummerċjali bi kwalunkwe aċċess għal data personali jew data oħra, jew it-tnejn li huma, li jkun irriżulta mill-użu tiegħu tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online rilevanti qabel ma jkunu daħlu fis-seħħ ir-restrizzjoni, is-sospensjoni jew it-terminazzjoni.

4.   Il-perijodu ta notifika fil-paragrafu 2 ma għandux japplika meta fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online:

(a)

ikun soġġett għal obbligu legali jew regolatorju li jobbligah jittermina l-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online kollha tiegħu lil utent kummerċjali partikolari bmod li ma jippermettilux jirrispetta dak il-perijodu ta notifika; jew

(b)

jeżerċita dritt ta terminazzjoni għal raġuni imperattiva skont liġi nazzjonali li hija konformi mal-liġijiet tal-Unjoni;

(c)

jista juri li l-utent kummerċjali kkonċernat ikun ripetutament kiser it-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli, li jirriżultaw fit-tmiem tal-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online kollha inkwistjoni.

Fkażijiet fejn il-perijodu ta notifika fil-paragrafu 2 ma japplikax, il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandu jipprovdi lill-utent kummerċjali kkonċernat, mingħajr dewmien żejjed, bdikjarazzjoni tar-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni fuq mezz durabbli.

5.   Id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet imsemmija fil-paragrafi 1, u 2 u fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4 għandha tagħmel referenza għall-fatti jew iċ-ċirkustanzi speċifiċi, inkluż kontenut ta notifiki ta partijiet terzi, li wasslu għad-deċiżjoni tal-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, u referenza għar-raġunijiet applikabbli għal dik id-deċiżjoni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 3(1).

Il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online mgħandux għalfejn jipprovdi dikjarazzjoni tar-raġunijiet fejn hu soġġett għal obbligu legali jew regolatorju li ma jipprovdix il-fatti jew iċ-ċirkostanzi speċifiċi jew ir-referenza għar-raġuni jew raġunijiet applikabbli, jew meta fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jista juri li l-utent kummerċjali kkonċernat ikun ripetutament kiser it-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli, li jirriżulta fit-terminazzjoni tal-forniment tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni online kollha inkwistjoni.

Artikolu 5

Ikklassifikar

1.   Fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jistabbilixxu l-parametri prinċipali li jiddeterminaw l-ikklassifikar u r-raġunijiet għall-importanza relattiva ta dawk il-parametri prinċipali meta mqabbla ma parametri oħra.

2.   Il-fornituri tal-magni tat-tiftix online għandhom jistabbilixxu l-parametri prinċipali, li bmod individwali jew kollettiv huma l-aktar sinifikanti fli jiddeterminaw l-ikklassifikar u l-importanza relattiva ta dawk il-parametri prinċipali, billi jipprovdu deskrizzjoni aċċessibbli faċilment u disponibbli għall-pubbliku mfassla blingwaġġ sempliċi u intelliġibbli, dwar il-magni tat-tiftix online ta dawk il-fornituri. Dawn għandhom iżommu dik id-deskrizzjoni aġġornata.

3.   Meta l-parametri prinċipali jinkludu l-possibbiltà li jinfluwenzaw l-ikklassifikar brimunerazzjoni diretta jew indiretta mħallsa mill-utenti kummerċjali jew mill-utenti ta siti web korporattivi lill-fornitur rispettiv, dak il-fornitur għandu jistabbilixxi wkoll deskrizzjoni ta dawk il-possibbiltajiet u tal-effetti ta tali rimunerazzjoni fuq l-ikklassifikar f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2.

4.   Meta fornitur ta magna tat-tiftix online jkun biddel l-ordni tal-ikklassifikar fkaż speċifiku jew neħħa mil-lista sit web partikolari wara notifika ta parti terza, il-fornitur għandu joffri l-possibbiltà biex l-utent ta siti web korporattivi jispezzjona l-kontenut tan-notifika.

5.   Id-deskrizzjonijiet msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom ikunu biżżejjed biex l-utenti kummerċjali jew l-utenti ta siti web korporattivi jkunu jistgħu jiksbu għarfien xieraq ta jekk il-mekkaniżmu tal-ikklassifikar jikkunsidrax dawn li ġejjin, u jekk iva kif u sa liema punt:

(a)

il-karatteristiċi tal-prodotti u tas-servizzi offruti lill-konsumaturi permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew il-magna tat-tiftix online;

(b)

ir-rilevanza ta dawk il-karatteristiċi għal dawk il-konsumaturi;

(c)

fir-rigward tal-magna tat-tiftix online, il-karatteristiċi tad-disinn tas-sit web użat mill-utenti ta siti web korporattivi.

6.   Meta jikkonformaw mar-rekwiżiti ta dan l-Artikolu, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-fornituri tal-magni tat-tiftix online ma għandhomx jintalbu jiżvelaw algoritmi jew kwalunkwe informazzjoni li, bċertezza raġonevoli, tirriżulta fli tippermetti li l-konsumaturi jiġu mqarrqa jew issirilhom ħsara permezz tal-manipulazzjoni tar-riżultati ġġenerati mit-tiftix. Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-Direttiva (UE) 2016/943.

7.   Sabiex tiġi ffaċilitata l-konformità tal-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u tal-fornituri tal-magni tat-tiftix online mar-rekwiżiti ta dan l-Artikolu u l-infurzar tagħhom, il-Kummissjoni għandha takkumpanja r-rekwiżiti tat-trasparenza stabbiliti fdan l-Artikolu permezz ta linji gwida.

Artikolu 6

Prodotti u servizzi anċillari

Meta prodotti u servizzi anċillari, inkluż prodotti finanzjarji, huma offruti lill-konsumaturi permezz ta servizzi tal-intermedjazzjoni online, jew mill-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew minn partijiet terzi, il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandu jikteb fit-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu deskrizzjoni tat-tip ta prodotti u servizzi anċillari li huma offruti u deskrizzjoni dwar jekk u taħt liema kundizzjonijiet utent kummerċjali huwa awtorizzat li joffri l-prodotti u s-servizzi anċillari tiegħu permezz tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.

Artikolu 7

Trattament differenzjat

1.   Fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jinkludu deskrizzjoni ta kwalunkwe trattament differenzjat li jagħtu, jew li jistgħu jagħtu, fir-rigward tal-prodotti jew tas-servizzi offruti lill-konsumaturi permezz ta dawk is-servizzi tal-intermedjazzjoni online, minn, min-naħa, jew dak il-fornitur stess jew minn xi utent kummerċjali kkontrollat minn dak il-fornitur u, min-naħa l-oħra, mill-utenti kummerċjali oħrajn. Dik id-deskrizzjoni għandha tirreferi għall-kunsiderazzjonijiet prinċipali ekonomiċi, kummerċjali jew legali għal tali trattament differenzjat.

2.   Il-fornituri tal-magni tat-tiftix online għandhom jistabbilixxu deskrizzjoni ta kwalunkwe trattament differenzjat li jagħtu, jew li jistgħu jagħtu, fir-rigward tal-prodotti jew tas-servizzi offruti lill-konsumaturi permezz ta dawk il-magni tat-tiftix online minn, min-naħa, jew dak il-fornitur stess jew minn kwalunkwe utent ta siti web korporattivi kkontrollat minn dak il-fornitur u, min-naħa l-oħra, mill-utenti ta siti web korporattivi oħra.

3.   Id-deskrizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikopru bmod partikolari, meta applikabbli, kwalunkwe trattament differenzjat permezz ta miżuri speċifiċi meħuda mill-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew mill-fornitur tal-magna tat-tiftix online, jew bl-imġiba tiegħu, relatati ma xi waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

l-aċċess li l-fornitur, jew li l-utenti kummerċjali jew l-utenti ta’ siti web korporattivi li dak il-fornitur jikkontrolla, jista jkollhom għal xi data personali jew data oħra, jew it-tnejn li huma, li l-utenti kummerċjali, l-utenti ta siti web korporattivi jew il-konsumaturi jipprovdu għall-użu tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew tal-magni tat-tiftix online kkonċernati jew li huma ġġenerati permezz tal-forniment ta dawk is-servizzi;

(b)

l-ikklassifikar jew settings oħra applikati mill-fornitur li jinfluwenzaw l-aċċess tal-konsumaturi għal prodotti jew servizzi offruti permezz ta dawk is-servizzi tal-intermedjazzjoni online minn utenti kummerċjali oħrajn jew permezz ta dawk il-magni tat-tiftix online minn utenti ta siti web korporattivi oħra;

(c)

kwalunkwe rimunerazzjoni diretta jew indiretta mħallsa għall-użu tas-servizz tal-intermedjazzjoni online jew tal-magni tat-tiftix online kkonċernati;

(d)

l-aċċess għal servizzi, il-kundizzjonijiet jew kwalunkwe rimunerazzjoni diretta jew indiretta mitluba għall-użu ta servizzi jew funzjonalitajiet jew interfaċċi tekniċi li huma rilevanti għall-utent kummerċjali jew l-utent ta siti web korporattivi u li huma konnessi direttament jew anċillari għall-użu tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew tal-magni tat-tiftix online kkonċernati.

Artikolu 8

Termini kuntrattwali speċifiċi

Sabiex jiġi żgurat li r-relazzjonijiet kuntrattwali bejn il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti kummerċjali jsiru in bona fide u abbażi ta trattament ġust, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom:

(a)

ma jimponux bidliet retroattivi fit-termini u l-kundizzjonijiet, ħlief meta dawn ikunu meħtieġa biex jirrispettaw obbligu legali jew regolatorju jew meta l-bidliet retroattivi ikunu ta benefiċċju għall-utenti kummerċjali;

(b)

jiżguraw li t-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom jinkludu informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet li taħthom l-utenti kummerċjali jistgħu jtemmu r-relazzjoni kuntrattwali mal-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online; u

(c)

fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom jinkludu deskrizzjoni tal-aċċess tekniku u kuntrattwali, jew in-nuqqas tiegħu, tal-informazzjoni pprovduta jew iġġenerata mill-utent kummerċjali, li huma jżommu wara l-iskadenza tal-kuntratt bejn il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utent kummerċjali.

Artikolu 9

Aċċess għad-data

1.   Fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jinkludu deskrizzjoni tal-aċċess tekniku u kuntrattwali, jew in-nuqqas tiegħu, tal-utenti kummerċjali għal xi data personali jew data oħra, jew it-tnejn li huma, li l-utenti kummerċjali jew il-konsumaturi jipprovdu għall-użu tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ikkonċernati jew li huma ġġenerati permezz tal-forniment ta dawk is-servizzi.

2.   Bid-deskrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jinfurmaw lill-utenti kummerċjali kif xieraq bmod partikolari dwar dawn li ġejjin:

(a)

jekk il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandux aċċess għal data personali jew għal data oħra, jew it-tnejn li huma, li l-utenti kummerċjali jew il-konsumaturi jipprovdu għall-użu ta dawk is-servizzi jew li huma ġġenerati permezz tal-forniment ta dawk is-servizzi, u jekk iva, għal liema kategoriji ta dik id-data u bliema kundizzjonijiet;

(b)

jekk utent kummerċjali għandux aċċess għal data personali jew għal data oħra, jew għat-tnejn li huma, mogħtija minn dak l-utent kummerċjali brabta mal-użu tiegħu tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ikkonċernati jew iġġenerata permezz tal-forniment ta dawk is-servizzi lil dak l-utent kummerċjali u lill-konsumaturi tal-prodotti jew is-servizzi tiegħu, u jekk iva, għal liema kategoriji ta dik id-data u bliema kundizzjonijiet;

(c)

minbarra l-punt (b), jekk utent kummerċjali għandux aċċess għal data personali jew għal data oħra, jew għat-tnejn li huma, inkluż fforma aggregata, mogħtija jew iġġenerata permezz tal-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online kollha lil kull utent kummerċjali u lill-konsumaturi tagħhom, u jekk iva, għal liema kategoriji ta dik id-data u bliema kundizzjonijiet; u

(d)

jekk kwalunkwe data taħt il-punt (a) hijiex ipprovduta lil partijiet terzi, flimkien ma’, meta l-forniment ta tali data lil partijiet terzi ma jkunx meħtieġ għall-funzjonament tajjeb tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, informazzjoni li tispeċifika l-għan ta tali kondiviżjoni tad-data, kif ukoll kwalunkwe possibbiltà li l-utenti kummerċjali jagħżlu li ma jipparteċipawx fil-kondiviżjoni tad-data.

3.   Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/679, tad-Direttiva (UE) 2016/680 u tad-Direttiva 2002/58/KE.

Artikolu 10

Restrizzjonijiet biex jiġu offruti kundizzjonijiet differenti bmezzi oħra

1.   Meta, fil-forniment tas-servizzi tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jillimitaw l-abbiltà tal-utenti kummerċjali li joffru l-istess prodotti u servizzi lill-konsumaturi bkundizzjonijiet differenti permezz ta mezzi oħra, għajr permezz ta dawk is-servizzi, dawn għandhom jinkludu r-raġunijiet għal dik ir-restrizzjoni fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom u jagħmlu dawk ir-raġunijiet disponibbli faċilment għall-pubbliku. Dawk ir-raġunijiet għandhom jinkludu il-kunsiderazzjonijiet ekonomiċi, kummerċjali jew ġuridiċi ewlenin għal dawk ir-restrizzjonijiet.

2.   L-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ma għandux jaffettwa l-projbizzjonijiet jew il-limitazzjonijiet minħabba l-impożizzjoni ta restrizzjonijiet bħal dawn li ġġib magħha l-applikazzjoni ta atti oħrajn tal-liġi tal-Unjoni jew tal-liġi tal-Istati Membri li hi fkonformità mal-liġi tal-Unjoni u li għalihom huma soġġetti l-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.

Artikolu 11

Sistema interna tat-trattament tal-ilmenti

1.   Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jipprovdu sistema interna li tittratta l-ilmenti tal-utenti kummerċjali.

Dik is-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti għandha tkun aċċessibbli faċilment u bla ħlas għall-utenti kummerċjali u għandha tiżgura trattament fperijodu ta żmien raġonevoli. Din għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji ta trasparenza u trattament ugwali applikati għal sitwazzjonijiet ekwivalenti, u tittratta l-ilmenti bmod li jkun proporzjonat mal-importanza u l-kumplessità tagħhom. Din għandha tippermetti lill-utenti kummerċjali jressqu lmenti direttament lill-fornitur ikkonċernat brabta ma xi wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

l-allegat nuqqas ta konformità minn dak il-fornitur ma kwalunkwe obbligu legali stabbilit fdan ir-Regolament u li jaffettwa lill-utent kummerċjali li ppreżenta ilment (“l-ilmentatur”);

(b)

kwistjonijiet teknoloġiċi li għandhom xjaqsmu direttament mal-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, u li jaffettwaw lill-ilmentatur;

(c)

miżuri meħuda minn dak il-fornitur, jew bl-imġiba tiegħu, li għandhom xjaqsmu direttament mal-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, u li jaffettwaw lill-ilmentatur.

2.   Bħala parti mis-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom:

(a)

jikkunsidraw kif xieraq l-ilmenti u s-segwitu li jaf ikollhom bżonn jagħtu lill-ilment biex il-kwistjoni tiġi indirizzata sew;

(b)

jipproċessaw l-ilmenti malajr u bmod effettiv, skont l-importanza u l-kumplessità tal-kwistjoni;

(c)

jgħarrfu lill-ilmentatur dwar l-eżitu tal-proċess intern tat-trattament tal-ilmenti, bmod individwalizzat u mfassal blingwaġġ sempliċi u intelliġibbli.

3.   Fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jipprovdu l-informazzjoni kollha rilevanti dwar l-aċċess għas-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti tagħhom u t-tħaddim tagħha.

4.   Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jistabbilixxu informazzjoni dwar il-funzjonament u l-effikaċja tas-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti tagħhom, u jagħmluha aċċessibbli faċilment għall-pubbliku. Huma għandhom jivverifikaw l-informazzjoni mill-inqas kull sena u fejn huma meħtieġa bidliet sinifikanti, huma għandhom jaġġornaw dik l-informazzjoni.

Dik l-informazzjoni għandha tinkludi l-għadd totali ta lmenti mressqa, it-tipi prinċipali ta ilmenti, il-perijodu medju taż-żmien meħtieġ biex jiġu pproċessati l-ilmenti u l-informazzjoni aggregata rigward l-eżitu tal-ilmenti.

5.   Id-dispożizzjonijiet ta dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għall-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online li huma intrapriżi żgħar, skont it-tifsira tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE.

Artikolu 12

Medjazzjoni

1.   Fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom jidentifikaw żewġ medjaturi jew iktar li huma lesti jimpenjaw ruħhom biex jippruvaw jilħqu ftehim mal-utenti kummerċjali dwar ir-riżoluzzjoni, barra mill-qorti, ta kwalunkwe tilwim bejn il-fornitur u l-utent kummerċjali li jinqala brabta mal-forniment tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ikkonċernati, inkluż ilmenti li ma setgħux jissolvew bis-sistema interna tat-trattament tal-ilmenti msemmija fl-Artikolu 11.

Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jistgħu jidentifikaw biss lill-medjaturi li jipprovdu s-servizzi tal-medjazzjoni tagħhom minn post barra l-Unjoni fejn ikun żgurat li l-utenti kummerċjali kkonċernati ma jiġux imċaħħda effettivament mill-benefiċċju tas-salvagwardji legali stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni jew fil-liġi tal-Istati Membri minħabba l-fatt li l-medjaturi jkun qed jipprovdu dawn is-servizzi minn barra l-Unjoni.

2.   Il-medjaturi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

ikunu imparzjali u indipendenti;

(b)

is-servizzi tal-medjazzjoni tagħhom ikunu affordabbli għal utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ikkonċernati;

(c)

ikunu kapaċi jipprovdu s-servizzi tal-medjazzjoni tagħhom bil-lingwa tat-termini u l-kundizzjonijiet li jirregolaw ir-relazzjoni kuntrattwali bejn il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utent kummerċjali kkonċernat;

(d)

ikunu aċċessibbli faċilment, kemm fiżikament fil-post tal-istabbiliment jew tar-residenza tal-utent kummerċjali, jew mill-bogħod permezz ta teknoloġiji tal-komunikazzjoni;

(e)

ikunu kapaċi jipprovdu s-servizzi tal-medjazzjoni tagħhom mingħajr dewmien żejjed;

(f)

ikunu jifhmu biżżejjed ir-relazzjonijiet kummerċjali ġenerali bejn in-negozji, li jippermettulhom jikkontribwixxu bmod effettiv biex jippruvaw isolvu t-tilwim.

3.   Minkejja n-natura volontarja tal-medjazzjoni, il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti kummerċjali għandhom jimpenjaw ruħhom in bona fede fkwalunkwe tentattiv ta medjazzjoni mwettaq skont dan l-Artikolu.

4.   Il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandhom iġarrbu proporzjon raġonevoli tal-ispejjeż totali tal-medjazzjoni fkull każ individwali. Proporzjon raġonevoli ta dawk l-ispejjeż totali għandu jiġi ddeterminat, abbażi ta suġġeriment mill-medjatur, billi jitqiesu l-elementi rilevanti kollha ta dan il-każ inkwistjoni, bmod partikolari l-merti relattivi tal-pretensjonijiet tal-partijiet tat-tilwima, il-kondotta tal-partijiet, u d-daqs u l-qawwa finanzjarja tal-partijiet bmod relattiv għal xulxin.

5.   Kwalunkwe tentattiv biex jintlaħaq ftehim permezz tal-medjazzjoni għar-riżoluzzjoni tat-tilwim skont dan l-Artikolu ma għandux jaffettwa d-drittijiet tal-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u tal-utenti kummerċjali kkonċernati milli jiftħu proċedimenti ġudizzjarji fi kwalunkwe ħin qabel, waqt jew wara l-proċess tal-medjazzjoni.

6.   Jekk mitluba minn utent kummerċjali, qabel ma jidħlu jew waqt il-medjazzjoni, il-fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni, tal-utent kummerċjali, informazzjoni dwar il-funzjonament u l-effikaċja tal-medjazzjoni relatata mal-attivitajiet tiegħu.

7.   L-obbligu stipulat fil-paragrafu 1 mgħandux japplika għall-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online li huma intrapriżi żgħar skont it-tifsira tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE.

Artikolu 13

Medjaturi speċjalizzati

Il-Kummissjoni għandha, fkooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, tinkoraġġixxi lill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, kif ukoll l-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom biex, individwalment jew bmod konġunt, jistabbilixxu organizzazzjoni waħda jew iktar li jipprovdu servizzi tal-medjazzjoni li jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 12(2), għall-għan speċifiku li tiġi ffaċilitata r-riżoluzzjoni barra mill-qorti ta tilwim mal-utenti kummerċjali li jinqala brabta mal-forniment ta dawk is-servizzi, filwaqt li titqies bmod partikolari n-natura transfruntiera tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.

Artikolu 14

Proċedimenti ġudizzjarji minn organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet rappreżentattivi u minn korpi pubbliċi

1.   L-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet li għandhom interess leġittimu fli jirrappreżentaw lill-utenti kummerċjali jew fli jirrappreżentaw lill-utenti ta siti web korporattivi, kif ukoll il-korpi pubbliċi stabbiliti fl-Istati Membri, għandu jkollhom id-dritt li jieħdu azzjoni quddiem il-qrati nazzjonali kompetenti fl-Unjoni, skont ir-regoli tal-liġi tal-Istat Membru fejn tkun tressqet l-azzjoni, biex jitterminaw jew jipprojbixxu xi nuqqas ta konformità mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew mill-fornituri tal-magni tat-tiftix online, mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fdan ir-Regolament.

2.   Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ lill-Istati Membri jiskambjaw l-aħjar prattiki u informazzjoni ma Stati Membri oħra, abbażi tar-reġistri ta atti illegali li kienu soġġetti għal ordnijiet ta inġunzjoni quddiem il-qrati nazzjonali, fejn tali reġistri huma stabbiliti minn korpi pubbliċi jew awtoritajiet rilevanti.

3.   L-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet għandu jkollhom id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 biss jekk dawn ikunu jissodisfaw kull rekwiżiti li ġejjin:

(a)

ikunu stabbiliti sew skont il-liġi ta Stat Membru;

(b)

ikunu qed isegwu għanijiet li huma fl-interess kollettiv tal-grupp ta utenti kummerċjali jew utenti ta siti web korporattivi li jirrappreżentaw fuq bażi sostnuta;

(c)

ikunu mingħajr skop ta qligħ;

(d)

it-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom ma jiġix influwenzat bla bżonn minn kwalunkwe fornitur terz ta finanzjament, bmod partikolari minn fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew ta magni tat-tiftix online.

Għal dan il-għan, l-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet għandhom jiżvelaw bis-sħiħ u pubblikament informazzjoni dwar l-isħubija u s-sors tagħhom ta finanzjament.

4.   Fl-Istati Membri fejn hemm stabbiliti dawn il-korpi pubbliċi, dawk il-korpi pubbliċi għandu jkollhom id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1, fejn huma responsabbli biex jiddefendu l-interessi kollettivi tal-utenti kummerċjali jew tal-utenti ta siti web korporattivi, jew biex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fdan ir-Regolament, skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat.

5.   L-Istati Membri jistgħu jaħtru lil:

(a)

organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet stabbiliti fl-Istat Membru tagħhom li jissodisfaw mill-inqas ir-rekwiżiti tal-paragrafu 3 fuq talba ta’ dawk l-organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet;

(b)

korpi pubbliċi stabbiliti fl-Istat Membru tagħhom li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 4

li jingħataw id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-isem u l-fini ta’ kwalunkwe tali organizzazzjoni, assoċjazzjoni jew korpi pubbliċi maħtura.

6.   Il-Kummissjoni għandha tfassal lista tal-organizzazzjonijiet, assoċjazzjonijiet u korpi pubbliċi maħtura skont il-paragrafu 5. Dik il-lista għandha tispeċifika l-fini ta’ dawk l-organizzazzjonijiet, assoċjazzjonijiet u korpi pubbliċi. Dik il-lista għandha tkun ippubblikata fIl-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Bidliet għal din il-lista għandhom ikunu ppubblikati mingħajr dewmien u, fi kwalunkwe każ, lista aġġornata għandha tkun imfassla u ppubblikata kull sitt xhur.

7.   Il-qrati għandhom jaċċettaw il-lista msemmija fil-paragrafu 6 bħala prova tal-kapaċità legali tal-organizzazzjoni, tal-assoċjazzjoni jew tal-korp pubbliku, mingħajr preġudizzju tad-dritt tal-qorti li teżamina jekk il-fini tar-rikorrent jiġġustifikax it-teħid ta azzjoni fkaż speċifiku.

8.   Jekk Stat Membru jew il-Kummissjoni jqajmu xi tħassib rigward il-konformità, minn organizzazzjoni jew assoċjazzjoni, mal-kriterji stipulati fil-paragrafu 3, jew, minn korp pubbliku, mal-kriterji stipulati fil-paragrafu 4, l-Istat Membru li ħatar dik l-organizzazzjoni, assoċjazzjoni jew korp pubbliku skont il-paragrafu 5 għandu jinvestiga t-tħassib u, fejn adatt, jirrevoka l-ħatra jekk ma jkunx hemm konformità ma kriterju wieħed jew aktar.

9.   Id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-utenti kummerċjali u tal-utenti ta siti web korporattivi biex jibdew kwalunkwe azzjoni individwali quddiem qrati nazzjonali kompetenti, skont ir-regoli tal-liġi tal-Istat Membru fejn tkun tressqet l-azzjoni, li hija bbażata fuq drittijiet individwali u għandha l-għan li twaqqaf kwalunkwe nuqqas ta konformità, mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jew fornituri tal-magni tat-tiftix online, mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fdan ir-Regolament.

Artikolu 15

Infurzar

1.   Kull Stat Membru għandu jiżgura infurzar adegwat u effettiv ta dan ir-Regolament.

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli li jistipulaw il-miżuri applikabbli għall-ksur ta dan ir-Regolament u għandhom jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-miżuri previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Artikolu 16

Monitoraġġ

Il-Kummissjoni, fkooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, għandha timmonitorja mill-qrib l-impatt ta dan ir-Regolament fuq ir-relazzjonijiet bejn is-servizzi tal-intermedjazzjoni online u l-utenti kummerċjali tagħhom u bejn il-magni tat-tiftix online u l-utenti tas-siti web korporattivi tagħhom. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tiġbor informazzjoni rilevanti biex timmonitorja l-bidliet fdawn ir-relazzjonijiet, inkluż billi twettaq studji rilevanti. L-Istati Membri għandhom jassistu lill-Kummissjoni billi jipprovdu, fuq talba, kwalunkwe informazzjoni rilevanti miġbura inkluż dwar każijiet speċifiċi. Il-Kummissjoni tista għall-finijiet ta dan l-Artikolu u tal-Artikolu 18, tfittex li tiġbor informazzjoni mingħand il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.

Artikolu 17

Kodiċijiet ta kondotta

1.   Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ it-tfassil ta kodiċijiet ta kondotta, mill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online u mill-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom, flimkien mal-utenti kummerċjali, inklużi l-SMEs u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, li għandhom il-ħsieb li jikkontribwixxu għall-applikazzjoni xierqa ta dan ir-Regolament, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tad-diversi setturi li fihom jingħataw servizzi tal-intermedjazzjoni online, kif ukoll tal-karatteristiċi speċifiċi tal-SMEs.

2.   Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ lill-fornituri tal-magni tat-tiftix online u lill-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom biex ifasslu kodiċijiet ta kondotta, li huma speċifikament maħsuba biex jikkontribwixxu għall-applikazzjoni xierqa tal-Artikolu 5.

3.   Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ lill-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online biex jadottaw u jimplimentaw kodiċijiet ta kondotta speċifiċi għas-settur, fejn jeżistu tali kodiċijiet ta kondotta speċifiċi għas-settur u fejn dawn jintużaw ħafna.

Artikolu 18

Rieżami

1.   Sat-13 ta’ Jannar 2022, u mbagħad kull tliet snin, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni ta dan ir-Regolament u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

2.   L-ewwel evalwazzjoni ta dan ir-Regolament għandha ssir, bmod partikolari, fid-dawl tal-aspetti li ġejjin:

(a)

il-valutazzjoni tal-konformità mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 3 sa 10 u tal-impatt tagħhom fuq l-ekonomija tal-pjattaformi online;

(b)

il-valutazzjoni tal-impatt u tal-effikaċja ta kwalunkwe kodiċi ta kondotta stabbilit biex jitjiebu l-korrettezza u t-trasparenza;

(c)

l-investigazzjoni ulterjuri tal-problemi kkawżati mid-dipendenza tal-utenti kummerċjali mis-servizzi tal-intermedjazzjoni online, u l-problemi kkawżati mill-prattiki kummerċjali inġusti min-naħa tal-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online, u għad-determinazzjoni ulterjuri tal-punt sa liema tali prattiki għadhom mifruxin;

(d)

l-investigazzjoni ta jekk il-kompetizzjoni bejn il-prodotti jew is-servizzi offruti minn utent kummerċjali u l-prodotti jew is-servizzi offruti jew ikkontrollati minn fornitur tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online tikkostitwixxix kompetizzjoni ġusta u jekk il-fornituri tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online jużawx ħażin id-data privileġġjata fdan ir-rigward;

(e)

il-valutazzjoni tal-effett ta dan ir-Regolament dwar kwalunkwe żbilanċ possibbli fir-relazzjonijiet bejn il-fornituri tas-servizzi operattivi u l-utenti kummerċjali tagħhom;

(f)

il-valutazzjoni ta jekk il-kamp ta applikazzjoni ta dan ir-Regolament, speċjalment għal dak li għandu xjaqsam mad-definizzjoni ta "utent kummerċjali", huwiex adatt biex ma jinkoraġġix impjieg indipendenti fittizju.

L-ewwel evalwazzjoni u l-evalwazzjonijiet sussegwenti għandhom jistabbilixxu jekk hemmx bżonn regoli addizzjonali, inkluż rigward l-infurzar, biex jiżguraw ambjent ta’ negozju online ġust, prevedibbli, sostenibbli u affidabbli fis-suq intern. Wara l-evalwazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha twettaq miżuri xierqa li jistgħu jinkludu proposti leġislattivi.

3.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu kwalunkwe informazzjoni rilevanti li jkollhom li tintalab mill-Kummissjoni bl-iskop li jitfassal ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1.

4.   Waqt li tkun qed twettaq l-evalwazzjoni ta dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tqis fost l-oħrajn l-opinjonijiet u r-rapporti ppreżentati lilha mill-grupp ta esperti għall-Osservatorju dwar l-Ekonomija tal-Pjattaformi Online. Għandha tqis ukoll il-kontenut u l-funzjonament ta kwalunkwe kodiċi ta kondotta msemmi fl-Artikolu 17, meta xieraq.

Artikolu 19

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fIl-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Dan għandu japplika mit-12 ta’ Lulju 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2019.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

G. CIAMBA


(1)  ĠU C 440, 6.12.2018, p. 177.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2019… (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2019.

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6).

(5)  Id-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni ta konoxxenza u ta informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom (ĠU L 157, 15.6.2016, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta data personali u dwar il-moviment liberu ta tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(7)  Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta April 2016 dwar il-protezzjoni ta persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).

(8)  Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

(9)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta Mejju 2003 dwar id-definizzjoni tal-intrapriżi mikro, żgħar u medji (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

(10)  Id-Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta Mejju 2008 dwar ċerti aspetti ta medjazzjoni fmaterji ċivili u kummerċjali (ĠU L 136, 24.5.2008, p. 3).

(11)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE tas-26 ta’ Novembru 2009 dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b Diżabbiltà (ĠU L 23, 27.1.2010, p. 37).

(12)  Id-Direttiva 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).

(13)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta Jannar 2004 fuq il-kontroll ta konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar il-mergers) (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1).


DIRETTIVI

11.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 186/80


DIRETTIVA (UE) 2019/1151 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-20 ta’ Ġunju 2019

li temenda d-Direttiva (UE) 2017/1132 fir-rigward tal-użu ta’ għodod u proċessi diġitali fil-liġi dwar il-kumpaniji

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 50(1) u l-punti (b), (c), (f) u (g) tal-Artikolu 50(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) tistabbilixxi, inter alia, regoli dwar l-iżvelar u l-interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji tal-Istati Membri.

(2)

L-użu ta’ għodod u proċessi diġitali biex attività ekonomika tinbeda b'mod aktar faċli, rapidu, effiċjenti fil-ħin u kosteffettiv billi tiġi stabbilita kumpanija jew tinfetaħ fergħa ta’ dik il-kumpanija fi Stat Membru ieħor, u biex tiġi provduta informazzjoni komprensiva u aċċessibbli dwar il-kumpaniji, huwa wieħed mill-prerekwiżiti għall-funzjonament effettiv, il-modernizzazzjoni u t-tneħħija tal-burokrazija żejda ta’ suq intern kompetittiv u biex tiġi żgurata l-kompetittività u l-affidabbiltà tal-kumpaniji.

(3)

L-iżgurar ta’ ambjent legali u amministrattiv ugwali għall-isfidi soċjali u ekonomiċi ġodda tal-globalizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni li jeżistu huwa essenzjali, minn naħa, sabiex jiġu pprovduti s-salvagwardji neċessarji kontra l-abbuż u l-frodi u, min-naħa l-oħra, biex jiġu segwiti objettivi bħall-promozzjoni tat-tkabbir ekonomiku, il-ħolqien tal-impjiegi u l-attirar tal-investiment lejn l-Unjoni Ewropea, li kollha joffru benefiċċji ekonomiċi u soċjali lis-soċjetà kollha kemm hi.

(4)

Bħalissa jeżistu differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri fir-rigward tad-disponibbiltà ta’ għodod online għall-imprendituri u għall-kumpaniji sabiex ikunu jistgħu jikkomunikaw mal-awtoritajiet dwar kwistjonijiet tal-liġi dwar il-kumpaniji. Is-servizzi tal-Gvern elettroniku jvarjaw bejn Stat Membru u ieħor. Uħud mill-Istati Membri jipprovdu servizzi komprensivi u faċli għall-utenti li huma disponibbli għalkollox online, filwaqt li oħrajn mhumiex f'pożizzjoni li jipprovdu soluzzjonijiet online f'ċerti stadji ewlenin taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ kumpanija. Pereżempju, xi Stati Membri jippermettu li biss l-iffurmar tal-kumpaniji, jew il-preżentazzjoni ta’ bidliet għal dokumenti u informazzjoni mar-reġistru, isir fiżikament, oħrajn jippermettu li dawk l-azzjonijiet isiru jew fiżikament jew online, u f’xi Stati Membri oħra dawn jistgħu jsiru biss online.

(5)

Barra minn hekk, fir-rigward tal-aċċess għall-informazzjoni tal-kumpaniji, il-liġi tal-Unjoni tistipula li sett minimu ta’ data dejjem irid jiġi pprovdut mingħajr ħlas. Madankollu, l-ambitu ta’ tali informazzjoni jibqa’ limitat. L-aċċess għal tali informazzjoni jvarja, b'aktar informazzjoni disponibbli mingħajr ħlas f'xi Stati Membri milli f'oħrajn, u b'hekk tinħoloq sitwazzjoni ta’ żbilanċ fl-Unjoni.

(6)

Il-Kummissjoni, fil-Komunikazzjoni tagħha “Strateġija ta’ Suq Diġitali Uniku għall-Ewropa” u fil-Komunikazzjoni tagħha “Pjan ta’ Azzjoni għal Gvern elettroniku tal-UE 2016-2020: L-aċċellerazzjoni tat-trasformazzjoni diġitali tal-gvern”, enfasizzat ir-rwol tal-amministrazzjonijiet pubbliċi biex jgħinu lin-negozji biex jibdew l-attivitajiet tagħhom faċilment, joperaw online u jespandu bejn fruntiera u oħra. Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar il-Gvern elettroniku rrikonoxxa b'mod speċifiku l-importanza ta’ titjib fl-użu tal-għodod diġitali fil-konformità mar-rekwiżiti relatati mal-liġi dwar il-kumpaniji. Barra minn hekk, fid-dikjarazzjoni ta’ Tallinn dwar il-Gvern elettroniku tas-6 ta’ Ottubru 2017, l-Istati Membri għamlu talba b'saħħitha biex jiżdiedu l-isforzi għall-provvediment ta’ proċeduri elettroniċi effiċjenti u li jirrivolvu madwar l-utent fl-Unjoni.

(7)

f'Ġunju 2017 bdiet topera l-interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji tal-Istati Membri, u b'hekk ġie ffaċilitat bil-kbir l-aċċess transfruntier għall-informazzjoni tal-kumpaniji fl-Unjoni u jippermetti lir-reġistri fl-Istati Membri jikkomunikaw ma’ xulxin b'mod elettroniku rigward ċerti operazzjonijiet transfruntiera li jaffettwaw lill-kumpaniji.

(8)

Sabiex jiġu faċilitati l-formazzjoni tal-kumpaniji u r-reġistrazzjoni tal-fergħat, u sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż, il-ħin u l-piżijiet amministrattivi assoċjati ma’ dawk il-proċessi, b'mod partikolari fil-każ ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (“SMEs”) kif definiti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (4), jenħtieġ li jitpoġġew fis-seħħ proċeduri li jippermettu li l-formazzjoni tal-kumpaniji u r-reġistrazzjoni tal-fergħat jitwettqu għalkollox online. Din id-Direttiva jenħtieġ li ma tobbligax lill-kumpaniji jużaw dan it-tip ta’ proċeduri. Jenħtieġ madankollu li l-Istati Membri jkunu jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu l-proċeduri online kollha, jew wħud minnhom, mandatorji. L-ispejjeż u l-piżijiet attwali assoċjati mal-proċeduri ta’ formazzjoni u reġistrazzjoni jirriżultaw mhux biss mit-tariffi amministrattivi imposti biex tiġi ffurmata kumpanija jew rreġistrata fergħa, iżda wkoll minn rekwiżiti oħrajn li jtawlu l-proċess kollu, b'mod partikolari meta tkun meħtieġa l-preżenza fiżika tal-applikant. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-informazzjoni dwar tali proċeduri tkun disponibbli online u mingħajr ħlas.

(9)

Ir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), li jistabbilixxi gateway diġitali unika jipprevedi regoli ġenerali għall-aċċess online għal informazzjoni, proċeduri u servizzi ta’ assistenza rilevanti għall-funzjonament tas-suq intern. Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli speċifiċi relatati mal-formazzjoni online ta’ kumpanijib' responsabbiltà limitati, reġistrazzjoni tal-fergħat, u preżentazzjoni ta’ dokumenti u informazzjoni minn kumpaniji u fergħat (“proċeduri online”), li mhumiex koperti minn dan ir-Regolament. b'mod partikolari, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu informazzjoni speċifika dwar proċeduri online previsti f'din id-Direttiva u mudelli tal-istrumenti tal-kostituzzjoni (“mudelli”) fuq is-siti web aċċessibbli permezz tal-Gateway Diġitali Unika.

(10)

Il-possibbiltà li l-formazzjoni tal-kumpaniji, ir-reġistrazzjoni tal-fergħat u l-preżentazzjoni tad-dokumenti u tal-informazzjoni jsiru kompletament online tippermetti lill-kumpaniji jużaw għodod diġitali avvanzati fil-kuntatti tagħhom mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Sabiex isaħħu l-fiduċja, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li identifikazzjoni elettronika sigura u l-użu ta’ servizzi fiduċjarji jkunu possibbli għal utenti nazzjonali kif ukoll għal utenti transfruntiera skont ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Barra minn hekk, sabiex tkun permessa l-identifikazzjoni elettronika transfruntiera, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu skemi ta’ identifikazzjoni elettronika li jipprevedu mezzi awtentikati ta’ identifikazzjoni elettronika. Tali skemi nazzjonali se jintużaw bħala bażi għar-rikonoxximent ta’ mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika maħruġa fi Stat Membru ieħor. Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ fiduċja f'sitwazzjonijiet transfruntiera, jenħtieġ li jiġu rikonoxxuti biss il-mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika li jikkonformaw mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014. f'kull każ, jenħtieġ li din id-Direttiva tobbliga biss lill-Istati Membri sabiex jagħmlu possibbli l-formazzjonita’ kumpaniji u r-reġistrazzjoni tal-fergħat tagħhom online u l-preżentazzjoni tad-dokumenti u l-informazzjoni online minn applikanti li huma ċittadini tal-Unjoni permezz tar-rikonoxximent tal-mezzi tagħhom ta’ identifikazzjoni elettronika. L-Istati Membri jenħtieġ li jiddeċiedu l-mod li bih il-mezzi ta’ identifikazzjoni li huma jirrikonoxxu, inklużi dawk li ma jaqgħux taħt ir-Regolament (UE) Nru 910/2014, isiru disponibbli għall-pubbliku.

(11)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jibqgħu liberi li jiddeċiedu liema persuna jew persuni jiġu kkunsidrati taħt il-liġi nazzjonali bħala applikanti fir-rigward tal-proċeduri online tal-kumpaniji, dment li dan ma jillimitax il-kamp ta’ applikazzjoni u l-objettiv ta’ din id-Direttiva.

(12)

Sabiex jiġu faċilitati proċeduri online għall-kumpaniji, jenħtieġ li r-reġistri tal-Istati Membri jiżguraw li r-regoli dwar it-tariffi applikabbli għall-proċeduri online previsti f'din id-Direttiva jkunu trasparenti u jiġu applikati b'mod mhux diskriminatorju. Madankollu, ir-rekwiżit tat-trasparenza tar-regoli dwar it-tariffi jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għal-libertà kuntrattwali, fejn tapplika, bejn l-applikanti u l-persuni li jgħinuhom fi kwalunkwe parti tal-proċeduri online, inkluża l-libertà li jinnegozjaw prezz xieraq għal servizzi bħal dawn.

(13)

It-tariffi imposti mill-reġistri jenħtieġ li jiġu kkalkulati abbażi tal-ispejjeż tas-servizzi konċernati. Tali tariffi jistgħu, inter alia, ikopru wkoll l-ispejjeż ta’ servizzi minuri mwettqa mingħajr ħlas. Fil-kalkolu tal-ammont tagħhom, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu intitolati jqisu l-ispejjeż kollha li għandhom x'jaqsmu mat-twettiq tal-proċeduri online, inkluż il-proporzjon tal-ispejjeż ġenerali li jista’ jiġi attribwit lilha. Barra minn hekk, jenħtieġ li Stati Membri jkunu permessi jimponu tariffi b'rata fissa u jiffissa l-ammont ta’ tali tariffi għal perjodu indefinit, bil-kundizzjoni li jivverifika f'intervalli regolari li tali tariffi jibqgħu ma jeċċedux l-ispiża medja tas-servizzi kkonċernati. Jenħtieġ li kwalunkwe tariffa għal proċeduri online imposta mir-reġistru fl-Istati Membri ma taqbiżx l-ispiża tal-irkupru tal-forniment ta’ servizzi bħal dawn. Barra minn hekk, fejn it-tlestija għalkollox tal-proċedura teħtieġ pagament, jenħtieġ li jkun possibbli li l-ħlas ikun jista’ jsir permezz ta’ servizzi ta’ pagament transfruntiera disponibbli b'mod wiesa’, bħall-karti ta’ kreditu u t-trasferimenti bankarji.

(14)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jassistu lill-persuni li jfittxu li jiffurmaw kumpanija jew jirreġistraw fergħa billi jipprovdu ċerta informazzjoni permezz tal-Gateway Diġitali Unika u, meta huwa applikabbli, fuq il-Portal tal-Ġustizzja Elettronika, b'mod konċiż u faċli għall-utent, rigward il-proċeduri u r-rekwiżiti relatati mal-formazzjoni ta’ kumpaniji b'responsabbiltà limitata, ir-reġistrazzjoni tal-fergħat tagħhom, u l-preżentazzjoni ta’ dokumenti u informazzjoni, ir-regoli relatati mal-iskwalifika tad-diretturi u ħarsa ġenerali dwar is-setgħat u r-responsabbiltajiet tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji tal-kumpaniji.

(15)

Jenħtieġ li jkun possibbli li l-kumpaniji jiġu ffurmati kompletament online. Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu permessi jillimitaw il-formazzjoni online għal ċerti tipi ta’ kumpaniji b'responsabbiltà limitata, kif speċifikat f'din id-Direttiva, minħabba l-kumplessità tal-formazzjoni ta’ tipi oħra ta’ kumpaniji fil-liġijiet nazzjonali online. Fi kwalunkwe każ, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu regoli dettaljati tal-formazzjoni. Jenħtieġ li jkun possibbli li l-formazzjoni online titwettaq bil-preżentazzjoni tad-dokumenti jew informazzjoni f'forma elettronika, mingħajr preġudizzju materjali u r-rekwiżiti proċedurali tal-Istati Membri, inklużi dawk relatati mal-proċeduri legali għat-tfassil tal-istrumenti tal-kostituzzjoni, u l-awtentiċità, il-preċiżjoni, l-affidabbiltà u l-forma ġuridika xierqa ta’ dokumenti jew informazzjoni li huma preżentati. Madankollu, dawk ir-rekwiżiti materjali u proċedurali jenħtieġ li ma jagħmlux impossibbli l-proċeduri online, b'mod partikolari dawk għall-formazzjoni online ta’ kumpanija u r-reġistrazzjoni online ta’ fergħa. Fejn il-ksib ta’ kopji elettroniċi ta’ dokumenti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Istati Membri mhux teknikament possibbli, jaf ikunu meħtieġa, eċċezzjonalment, id-dokumenti f’forma stampata.

(16)

Fejn ikunu twettqu l-formalitajiet kollha meħtieġa għall-formazzjoni online ta’ kumpanija, inkluż r-rekwiżit li d-dokumenti u l-informazzjoni kollha jiġu pprovduti b'mod korrett mill-kumpanija, il-formazzjoni online quddiem kwalunkwe awtorità jew kwalunkwe persuna jew korp responsabbli taħt il-liġi nazzjonali biex jittrattaw kwalunkwe aspett tal-proċeduri online, jenħtieġ li tkun rapida. Madankollu, f'każijiet fejn ikun hemm dubji dwar it-twettiq tal-formalitajiet neċessarji, inkluża l-identità kkonċernata ta’ applikant, il-legalità tal-isem tal-kumpanija, l-iskwalifika ta’ direttur jew il-konformità ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dokument oħra b'rekwiżiti legali, jew f'każijiet ta’ suspett ta’ frodi jew abbuż, il-formazzjoni online tista’ tieħu aktar żmien, u l-iskadenza għall-awtoritajiet jenħtieġ li ma tibdiex qabel ma jkun hemm konformità ma’ tali formalitajiet. Fi kwalunkwe każ, meta ma jkunx possibbli li l-proċedura titwettaq għalkollox sal-iskadenzi, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-applikant jiġi notifikat dwar ir-raġunijiet għal kwalunkwe dewmien.

(17)

Sabiex tiġi żgurata l-formazzjoni online f'ħinha ta’ kumpanija jew r-reġistrazzjoni online ta’fergħa, jenħtieġ li l-Istati Membri ma jagħmlux il-formazzjoni jew ir-reġistrazzjoni kundizzjonali fuq il-kisba ta’ kwalunkwe liċenzja jew awtorizzazzjoni qabel ma tkun tista’ titlesta għalkollox dik il-formazzjoni jew ir-reġistrazzjoni ħlief meta dan ikun ipprovdut fil-liġi nazzjonali għall-fini tal-iżgurar ta’ sorveljanza xierqa ta’ ċerti attivitajiet. Wara l-formazzjoni jew ir-reġistrazzjoni, jenħtieġ li l-liġi nazzjonali tirregola s-sitwazzjonijiet fejn kumpaniji jew fergħat ma jistgħux iwettqu ċerti attivitajiet mingħajr ma jiksbu liċenzja jew awtorizzazzjoni.

(18)

Sabiex jiġu assistiti n-negozji, u b'mod partikolari l-SMEs, fl-istabbiliment tan-negozju, jenħtieġ li jkun possibbli li tiġi iffurmata kumpanija privata b'responsabbiltà limitata bl-użu ta’ mudelli li jenħtieġ li jkunu disponibbli online. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li tali mudelli jkunu jistgħu jintużaw għal formazzjonijiet online, u jenħtieġ li jibqgħu liberi li jiddeterminaw il-valur legali tagħhom. Tali mudelli jistgħu jinkludu sett definit minn qabel ta’ għażliet skont il-liġi nazzjonali. Jenħtieġ li l-applikanti jkunu jistgħu jagħżlu bejn l-użu ta’ dan il-mudell jew il-formazzjoni ta’ kumpanija bi strumenti tal-kostituzzjoni mfassla apposta, u l-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom l-għażla li jipprovdu wkoll mudelli għal tipi oħra ta’ kumpaniji.

(19)

Sabiex jiġu rispettati t-tradizzjonijiet eżistenti rigward il-liġi dwar il-kumpaniji tal-Istati Membri, huwa importanti li tkun permessa flessibbiltà fir-rigward tal-mod li bih jipprovdu sistema kompletament online tal-formazzjoni ta’ kumpaniji, tar-reġistrazzjoni ta’ fergħat u tal-preżentazzjoni ta’ dokumenti u informazzjoni, inkluż fir-rigward tar-rwol tan-nutara jew l-avukati fi kwalunkwe parti minn tali proċeduri online. Jenħtieġ li kwistjonijiet li jikkonċernaw proċeduri online li mhumiex regolati f'din id-Direttiva jkomplu jkunu regolati mil-liġi nazzjonali.

(20)

Barra minn hekk, sabiex jiġu indirizzati l-frodi u l-ħtif tal-kumpaniji u jiġu pprovduti salvagwardji għall-affidabbiltà ta’ dokumenti u informazzjoni li tinsab f'reġistri nazzjonali, id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-proċeduri online previsti f’din id-Direttiva jenħtieġ li jinkludu wkoll verifiki tal-identità u l-kapaċità ġuridika ta’ persuni li qegħdin ifittxu li jiffurmaw kumpanija jew jirreġistraw fergħa jew li jippreżentaw dokumenti u informazzjoni. Dawk il-kontrolli jistgħu jkunu parti mill-verifika tal-legalità meħtieġa minn xi Stati Membri. L-iżvilupp u l-adozzjoni tal-mezzi u l-metodi għat-twettieq ta’ dawn il-kontrolli jenħtieġ li jitħallew f'idejn l-Istati Membri. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jirrikjedu l-involviment ta’ nutara jew avukati fi kwalunkwe parti mill-proċeduri online. Madankollu, dan it-tip ta’ involviment jenħtieġ li ma jipprevjenix it-tlestija tal-proċedura online mill-bidu sal-aħħar.

(21)

Fejn ikun ġustifikat għal raġunijiet ta’ interess pubbliku li jiġi pprevenut l-użu ħażin jew l-alterazzjoni tal-identità, jew li jiġi żgurat li r-regoli dwar il-kapaċità ġuridika u dwar l-awtorità tal-applikanti li jirrappreżentaw kumpanija jitħarsu, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jieħdu miżuri, f'konformità mal-liġi nazzjonali, li jistgħu jirrikjedu l-preżenza fiżika tal-applikant quddiem kwalunkwe awtorità jew persuna jew korp responsabbli taħt il-liġi nazzjonali biex jittrattaw kwalunkwe aspett tal-proċeduri online tal-Istati Membri fejn il-kumpanija u fergħa għandha tiġi ffurmata u fejn fergħa għandha tiġi rreġistrata. Madankollu, preżenza fiżika bħal din jenħtieġ li ma tkunx meħtieġa b'mod sistematiku, iżda biss fuq bażi ta’ każ b'każ, fejn ikun hemm raġunijiet li jqajmu suspett ta’ falsifikazzjoni tal-identità tal-applikant, jew nuqqas ta’ konformità mar-regoli dwar il-kapaċità ġuridika u l-awtorità tal-applikanti li jirrappreżentaw kumpanija. Jenħtieġ li tali suspett ikun ibbażat fuq informazzjoni disponibbli għall-awtoritajiet jew persuni jew korpi responsabbli taħt il-liġi nazzjonali biex iwettqu dawn it-tipi ta’ kontrolli. f'każ li tkun meħtieġa preżenza fiżika, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li kwalunkwe pass ieħor tal-proċedura jista’ jitwettaq online. Jenħtieġ li l-kunċett tal-kapaċità ġuridika jinftiehem li jinkludi l-kapaċità li tittieħed azzjoni.

(22)

L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu wkoll jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti, persuni jew korpi tagħhom jivverifikaw, permezz ta’ kontrolli elettroniċi komplementari tal-identità, il-kapaċità ġuridika u l-legalità, jekk ġewx issodisfati l-kundizzjonijiet kollha meħtieġa għall-formazzjoni tal-kumpaniji. Tali kontrolli jistgħu jinkludu, inter alia, vidjokonferenzi jew mezzi oħra online li jipprovdu konnessjoni awdjoviżiva f'ħin reali.

(23)

Sabiex jiżguraw li l-persuni kollha li jinteraġixxu mal-kumpaniji huma mħarsa, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu kapaċi jipprevjenu mġiba frodolenti jew imġiba abbużiva oħra billi jirrifjutaw il-ħatra ta’ persuna bħala direttur ta’ kumpanija, filwaqt li titqies mhux biss l-imġiba preċedenti ta’ dik il-persuna fit-territorju tagħha stess, iżda fejn stabbiliti taħt il-liġi nazzjonali, anke informazzjoni pprovduta minn Stati Membri oħra. L-Istati Membri jenħtieġ għalhekk, li jkunu permessi jitolbu informazzjoni mingħand Stati Membri oħra. It-tweġiba tista’ tikkonsisti jew f'informazzjoni dwar skwalifika fis-seħħ jew informazzjoni oħra li tkun rilevanti għal skwalifika fl-Istat Membru li rċieva t-talba. Jenħtieġ li tali talbiet għall-informazzjoni jkunu possibbli permezz tas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri. f'dak ir-rigward, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu ħielsa li jagħżlu l-aħjar mod biex jiġbru din l-informazzjoni, bħala pereżempju billi jiġbru l-informazzjoni rilevanti minn kwalunkwe reġistru jew postijiet oħra fejn tkun maħżuna f’konformità mar-regoli nazzjonali tagħhom jew billi joħolqu reġistri apposta jew taqsimiet apposta f'reġistri kummerċjali. Fejn tkun meħtieġa aktar informazzjoni, pereżempju dwar il-perjodu ta’ skwalifika jew ir-raġunijiet għaliha, l-Istati Membri għandhom ikunu permessi jipprovdu l-informazzjoni permezz tas-sistemi kollha disponibbli tal-iskambju ta’ informazzjoni, f'konformità mal-liġijiet nazzjonali. Madankollu, din id-Direttiva jenħtieġ li ma toħloqx obbligu li tintalab informazzjoni bħal din f'kull każ. Barra minn hekk, il-possibbiltà li titqies l-informazzjoni dwar skwalifika fi Stat Membru ieħor jenħtieġ li ma tobbligax lill-Istati Membri jirrikonoxxu skwalifiki fis-seħħ fi Stati Membri oħra.

(24)

Sabiex ikun żgurat li l-persuni kollha li jinteraġixxu ma’ kumpaniji jew fergħat huma mħarsa u li tiġi pprevenuta mġiba frodulenti jew imġiba abbużiva oħra, huwa importanti li l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jkunu jistgħu jivverifikaw jekk il-persuna li għandha tiġi maħtura bħala direttur tkunx ipprojbita milli twettaq id-dmirijiet ta’ direttur. Għal dak il-għan, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jkunu jafu wkoll jekk il-persuna konċernata hijiex inkluża f'xi wieħed mir-reġistri rilevanti għall-iskwalifika ta’ diretturi fi Stati Membri oħra, permezz tas-sistema tal-interkonnessjoni tar-reġistri kummerċjali. Ir-reġistri, l-awtoritajiet jew persuni jew korpi responsabbli taħt il-liġi nazzjonali li jittrattaw kwalunkwe aspett tal-proċeduri online jenħtieġ li ma jaħżnux data personali ta’ dan it-tip għal żmien itwal minn dak li hu neċessarju biex jivvalutaw l-eliġibbiltà tal-persuna li għandha tiġi maħtura bħala direttur. Madankollu, tali entitajiet jista’ jkollhom bżonn jaħżnu tali informazzjoni għal perjodu ta’ żmien itwal għall-fini tar-rieżami possibbli ta’ deċiżjoni negattiva. Fi kwalunkwe każ, il-perjodu taż-żamma jenħtieġ li ma jeċċedix il-perjodu stipulat fir-regoli nazzjonali dwar iż-żamma ta’ kwalunkwe data personali relatata mal-formazzjoni ta’ kumpanija jew ir-reġistrazzjoni ta’ fergħa jew il-preżentazzjoni relatata ta’ dokumenti u informazzjoni.

(25)

L-obbligi previsti f’din id-Direttiva relatati mal-formazzjoni online tal-kumpaniji u mar-reġistrazzjoni online tal-fergħat jenħtieġ li jkunu mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe formalità oħra mhux relatata mal-liġi dwar il-kumpaniji li dik il-kumpanija trid twettaq sabiex tibda topera skont il-liġi tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali.

(26)

Bħal b’formazzjoni online tal-kumpaniji u tar-reġistrazzjoni online tal-fergħat, sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż u l-piżijiet fuq il-kumpaniji, jenħtieġ li jkun possibbli wkoll, matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-kumpaniji, li jiġu preżentati dokumenti u informazzjoni kompletament online lir-reġistri nazzjonali. Fl-istess ħin, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu liberi biex jippermettu li d-dokumenti u l-informazzjoni jiġu ppreżentati b'mezzi oħra, inkluż f'format stampat. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-iżvelar ta’ dik l-informazzjoni ta’ kumpanija jsir ladarba l-informazzjoni ssir disponibbli pubblikament f'dawk ir-reġistri nazzjonali, peress li issa dawn ikunu interkonnessi u jipprovdu punt ta’ referenza komprensiv għall-utenti. Sabiex jiġi evitat tfixkil fis-sistemi eżistenti tal-iżvelar, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom l-għażla li jippubblikaw ukoll l-informazzjoni kollha ta’ kumpanija jew parti minnha f'gazzetta nazzjonali, filwaqt li fl-istess ħin jiżguraw li l-informazzjoni tintbagħat b'mod elettroniku mir-reġistru lil dik il-gazzetta nazzjonali. Din id-Direttiva jenħtieġ li ma tolqotx ir-regoli nazzjonali relatati mal-valur legali tar-reġistru u r-rwol tal-gazzetta nazzjonali.

(27)

Sabiex jiġi faċilitat il-mod kif jista’ jsir tiftix fl-informazzjoni maħżuna mir-reġistri nazzjonali u tiġi skambjata ma’ sistemi oħra, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li wara li jkun skada l-perjodu ta’ tranżizzjoni rilevanti, id-dokumenti u l-informazzjoni kollha pprovduti lil kwalunkwe awtorità jew persuna jew korp responsabbli skont il-liġi nazzjonali biex jittrattaw kwalunkwe aspett tal-proċeduri online bħala parti mill-proċeduri online previsti f’din id-Direttiva, li jistgħu jinħażnu mir-reġistri f'format li jinqara mill-magni u li tista’ ssir tfittxija fih, jew inkella bħala data strutturata. Dak ifisser li l-format tal-fajl jenħtieġ li jkun strutturat b'tali mod li l-applikazzjonijiet tas-softwer ikunu jistgħu jidentifikaw, jirrikonoxxu u jisiltu faċilment id-data speċifika u l-istruttura interna tagħha. Ir-rekwiżit biex jiġi żgurat li l-format ta’ dokumenti u informazzjoni jippermetti t-tiftix jenħtieġ li ma jinkludix firem skennjati jew data oħra li mhix adatta biex tinqara mill-magni. Peress li dan jista’ jirrikjedi bidliet fis-sistemi ta’ informazzjoni eżistenti tal-Istati Membri, jenħtieġ li jkun hemm perjodu itwal ta’ traspożizzjoni għal dan ir-rekwiżit.

(28)

Sabiex inaqqsu l-ispejjeż u l-piż amministrattiv u t-tul tal-proċeduri fuq il-kumpaniji, jenħtieġ li l-Istati Membri japplikaw il-prinċipju ta’ “darba biss” fil-qasam tal-liġi dwar il-kumpaniji, li huwa stabbilit fl-Unjoni, kif evidenzjat, inter alia, mir-Regolament (UE) 2018/1724, il-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Gvern Elettroniku tal-Kummissjoni Ewropea u d-Dikjarazzjoni ta’ Tallinn dwar il-Gvern Elettroniku. L-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ “darba biss” timplika li l-kumpaniji ma jiġux mitluba jippreżentaw l-istess informazzjoni lill-awtoritajiet pubbliċi iktar minn darba. Pereżempju, jenħtieġ li l-kumpaniji ma jkollhomx għalfejn jippreżentaw l-istess informazzjoni lir-reġistru nazzjonali u lill-gazzetta nazzjonali. Minflok, jenħtieġ li r-reġistru jipprovdi l-informazzjoni diġà ppreżentata direttament lill-gazzetta nazzjonali. Bl-istess mod, meta kumpanija tkun iffurmata fi Stat Membru u tkun trid tirreġistra fergħa fi Stat Membru ieħor, jenħtieġ li jkun possibbli għall-kumpanija li tagħmel użu mid-dokumenti jew l-informazzjoni ppreżentati qabel lil reġistru. Barra minn hekk, meta kumpanija tkun iffurmata fi Stat Membru iżda jkollha fergħa fi Stat Membru ieħor, jenħtieġ li jkun possibbli li l-kumpanija tippreżenta ċerti bidliet fl-informazzjoni tal-kumpanija tagħha lir-reġistru ta’ fejn hi reġistrata biss, mingħajr il-bżonn li tippreżenta l-istess informazzjoni lir-reġistru ta’ fejn hi reġistrata l-fergħa. Minflok, informazzjoni bħal bidla f'isem il-kumpanija jew bidla fl-uffiċċju reġistrat tal-kumpanija jenħtieġ li tiġi skambjata b'mod elettroniku, bejn ir-reġistru ta’ fejn hi reġistrata l-kumpanija u r-reġistru ta’ fejn hi reġistrata l-fergħa bl-użu tas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri.

(29)

Sabiex jiġi żgurat li tkun disponibbli informazzjoni konsistenti u aġġornata dwar il-kumpaniji fl-Unjoni u biex tkompli tiżdied it-trasparenza, jenħtieġ li jkun possibbli li tintuża l-interkonnessjoni tar-reġistri biex tiġi skambjata informazzjoni dwar kwalunkwe tip ta’ kumpanija preżenti fir-reġistri tal-Istati Membri, f'konformità mal-liġi nazzjonali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom l-għażla li jagħmlu l-kopji elettroniċi tad-dokumenti u tal-informazzjoni ta’ dawk it-tipi ta’ kumpaniji oħrajn disponibbli anke permezz ta’ dik is-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri.

(30)

Fl-interess tat-trasparenza u l-protezzjoni tal-interessi tal-ħaddiema, tal-kredituri u tal-azzjonisti minoritarji u biex jippromwovu l-fiduċja fi tranżazzjonijiet ta’ negozju, inkluż dawk ta’ natura transfruntiera fi ħdan is-suq intern, huwa importanti li investituri, partijiet ikkonċernati, imsieħba fin-negozju u awtoritajiet ikunu jistgħu jaċċessaw b'mod faċli l-informazzjoni ta’ kumpanija. Biex titjieb l-aċċessibbiltà ta’ dik l-informazzjoni, jenħtieġ li aktar informazzjoni tkun disponibbli mingħajr ħlas fl-Istati Membri kollha. Jenħtieġ li tali informazzjoni tinkludi l-istatus tal-kumpanija u informazzjoni dwar il-fergħat tagħha fi Stati Membri oħra, kif ukoll informazzjoni dwar il-persuni li, jew bħala korp jew bħala membri ta’ kwalunkwe korp ta’ dan it-tip, huma awtorizzati li jirrappreżentaw il-kumpanija. Barra minn hekk, il-prezz biex tinkiseb kopja ta’ kull dokument u informazzjoni, jew ta’ parti minnhom, li jkunu ġew żvelati mill-kumpanija, f'forma stampata jew f'forma elettronika, jenħtieġ li ma jkunx ogħla mill-ispiża amministrattiva tagħhom, inklużi l-ispejjeż tal-iżvilupp u l-manutenzjoni tar-reġistri, sakemm il-prezz ma jkunx sproporzjonat fir-rigward tal-informazzjoni mitluba.

(31)

Fil-preżent huwa possibbli li l-Istati Membri jistabbilixxu punti ta’ aċċess fakultattivi fir-rigward tas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri. Madankollu, mhuwiex possibbli li l-Kummissjoni tikkonnettja partijiet ikkonċernati oħrajn mas-sistema tal-interkonnessjoni tar-reġistri. Sabiex partijiet ikkonċernati oħrajn jibbenifikaw mill-interkonnessjoni tar-reġistri u jiżguraw li s-sistemi tagħhom iżommu informazzjoni preċiża, aġġornata u affidabbli dwar il-kumpaniji, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun awtorizzata tistabbilixxi punti ta’ aċċess addizzjonali. Jenħtieġ li tali punti ta’ aċċess jirreferu għal sistemi żviluppati u operati mill-Kummissjoni jew istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji oħra tal-Unjoni sabiex iwettqu l-funzjonijiet amministrattivi jew biex tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni.

(32)

Sabiex il-kumpaniji stabbiliti fis-suq intern jiġu megħjuna jespandu l-attività kummerċjali tagħhom b'mod transfruntier u b'mod aktar faċli, jenħtieġ li jkun possibbli għalihom li jiftħu u jirreġistraw fergħat fi Stat Membru ieħor online. Jenħtieġ għalhekk li l-Istati Membri jagħmlu possibbli, b'mod simili għall-kumpaniji, ir-reġistrazzjoni online tal-fergħat u l-preżentazzjoni online tad-dokumenti u l-informazzjoni, biex b'hekk jgħinu biex jitnaqqsu l-ispejjeż, filwaqt li jonqsu l-piż amministrattiv u t-tul ta’ żmien tal-formalitajiet relatati ma’ espansjoni transfruntiera.

(33)

Meta tkun qed tiġi reġistrata fergħa ta’ kumpanija reġistrata fi Stat Membru ieħor, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jivverifikaw ukoll ċerta informazzjoni dwar il-kumpanija permezz ta’ sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri. Barra minn hekk, fejn fergħa tingħalaq fi Stat Membru wieħed, jenħtieġ li r-reġistru ta’ dak l-Istat Membru jinforma lill-Istat Membru fejn tkun reġistrata l-kumpanija dwar tali għeluq permezz tas-sistema tal-interkonnessjoni tar-reġistri, u ż-żewġ reġistri jenħtieġ li jirrekordjaw din l-informazzjoni.

(34)

Biex tiġi żgurata l-konsistenza mal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali, huwa neċessarju li titħassar id-dispożizzjoni relatata mal-Kumitat ta’ Kuntatt li m’għadux jeżisti, u li jiġu aġġornati t-tipi ta’ kumpaniji stabbiliti fl-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2017/1132.

(35)

Sabiex jiġu akkomodati bidliet futuri fil-liġijiet tal-Istati Membri u fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rigward tipi ta’ kumpaniji, jenħtieġ li is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi delegata lill-Kummissjoni biex taġġorna l-lista tat-tipi ta’ kumpaniji inkluża fl-Annessi I, II u IIA tad-Direttiva (UE) 2017/1132. Huwa partikolarment importanti li waqt il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (7). b'mod partikulari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom għandhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(36)

Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, inklużi l-obbligi għar-reġistrazzjoni tal-kumpaniji, ma jaffettwawx il-liġijiet nazzjonali li jirrigwardaw miżuri tat-taxxa tal-Istati Membri, jew tas-subdiviżjonijiet territorjali u amministrattivi tagħhom.

(37)

Jenħtieġ li s-setgħa tal-Istati Membri li jiċħdu applikazzjonijiet għall-formazzjoni ta’ kumpaniji u r-reġistrazzjoni ta’ fergħat f’każ ta’ frodi jew abbuż, u l-azzjonijiet ta’ investigazzjoni u ta’ nfurzar mill-Istati Membri, inkluż mill-pulizija jew minn awtoritajiet kompetenti oħra, ma jiġux affettwati minn din id-Direttiva. Obbligi oħra taħt il-liġi nazzjonali u tal-Unjoni, inklużi dawk li jirriżultaw minn regoli kontra l-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu u s-sjieda benefiċjarja, jenħtieġ ukoll li jibqgħu mhux milquta. Din id-Direttiva ma tolqotx id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) li tindirizza r-riskji tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, b'mod partikulari l-obbligi relatati mat-twettiq tal-miżuri xierqa ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijent abbażi ta’ sensittività għar-riskju u mal-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tas-sid benefiċjarju ta’ kwalunkwe entità li tkun għadha kemm inħolqot fl-Istat Membru tal-inkorporazzjoni tagħha.

(38)

Jenħtieġ li din id-Direttiva tiġi applikata b'mod konformi mal-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data u dwar il-protezzjoni tal-privatezza u tad-data personali kif stabbilit fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Kwalunkwe pproċessar ta’ data personali ta’ persuni fiżiċi skont din id-Direttiva għandu jsir f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9).

(39)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) u ta opinjoni fis-26 ta’ Lulju 2018.

(40)

Minħabba li l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li jiġu pprovduti aktar soluzzjonijiet diġitali għall-kumpaniji fis-suq intern, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista’, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. f'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jilħaq dak il-għan.

(41)

f'konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta’ Settembru 2011 tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni (11), l-Istati Membri ntrabtu li, f'każijiet ġustifikati, jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom b'dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta’ traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġislatur iqis li t-trażmissjoni ta’ dan it-tip ta’ dokumenti hi ġustifikata.

(42)

Minħabba l-kumplessità tal-bidliet meħtieġa fis-sistemi nazzjonali sabiex ikun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, u d-differenzi sostanzjali attwali bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-użu ta’ għodod u proċessi diġitali f'il-qasam tal-liġi dwar il-kumpaniji, huwa xieraq li jiġi stipulat li jenħtieġ li l-Istati Membri li jiltaqgħu ma’ diffikultajiet partikolari fit-traspożizzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jkunu jistgħu jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-ħtieġa tagħhom li jibbenefikaw minn estensjoni ta’ mhux aktar minn sena tal-perjodu ta’ implimentazzjoni rilevanti. L-Istati Membri jenħtieġ li jiddikjaraw ir-raġunijiet oġġettivi tagħhom għalfejn applikaw għal tali estensjoni.

(43)

Il-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq evalwazzjoni ta’ din id-Direttiva. Skont il-paragrafu 22 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, tat-13 ta’ April 2016, jenħtieġ li din l-evalwazzjoni tkun ibbażata fuq il-ħames kriterji ta’ effiċjenza, effettività, rilevanza, koerenza u valur miżjud, u jenħtieġ li tipprovdi l-bażi għal valutazzjonijiet tal-impatt ta’ miżuri ulterjuri possibbli. L-Istati Membri jenħtieġ li jgħinu fit-twettiq ta’ din l-evalwazzjoni billi jipprovdu lill-Kummissjoni d-data li jkunu disponibbli għalihom dwar kif qed taħdem fil-prattika l-formazzjoni online, pereżempju data dwar l-għadd ta’ formazzjonijiet online, l-għadd ta’ każijiet li fihom intużaw il-mudelli, jew fejn kienet meħtieġa l-preżenza fiżika, u t-tul ta’ żmien u l-ispejjeż medji tal-formazzjonijiet online.

(44)

L-informazzjoni jenħtieġ li tinġabar sabiex tiġi vvalutata l-prestazzjoni ta’ din id-Direttiva apparagun tal-objettiv li trid tilħaq, u sabiex twettaq evalwazzjoni skont il-paragrafu 22 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

(45)

Jenħtieġ għalhekk li d-Direttiva (UE) 2017/1132 tiġi emendata skont dan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva (UE) 2017/1132

Id-Direttiva (UE) 2017/1132 tiġi emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1, jiddaħħal l-inċiż li ġej wara t-tieni inċiż:

“—

ir-regoli dwar il-formazzjoni online tal-kumpaniji, ir-reġistrazzjoni online tal-fergħat tagħhom u dwar il-preżentazzjoni online ta’ dokumenti u informazzjoni mill-kumpaniji u l-fergħat,”;

(2)

fit-Titolu I, it-titolu tal-Kapitolu III jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Proċeduri online (formazzjoni, reġistrazzjoni u preżentazzjoni), żvelar u reġistri”;

(3)

l-Artikolu 13 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 13

Kamp ta’ applikazzjoni

Il-miżuri ta’ koordinazzjoni preskritti minn din it-Taqsima u fit-Taqsima 1A għandhom japplikaw għal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrelataw mat-tipi ta’ kumpaniji mniżżla fl-Anness II, u, fejn speċifikat, mat-tipi ta’ kumpaniji mniżżla fl-Annessi I u IIA.”;

(4)

jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 13a

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu:

(1)

‘mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika’ tfisser mezz ta’ identifikazzjoni elettronika kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1);

(2)

‘skema ta’ identifikazzjoni elettronika’ tfisser skema ta’ identifikazzjoni elettronika kif definit fil-punt (4) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014;

(3)

‘mezzi elettroniċi’ tfisser tagħmir elettroniku wżat għall-ipproċessar, inkluża l-kompressjoni diġitali, u l-ħżin ta’ data, u li permezz tiegħu l-informazzjoni inizjalment tintbagħat u tasal fid-destinazzjoni tagħha; dik l-informazzjoni tiġi trażmessa, imwassla u riċevuta kompletament b'mod li għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri;

(4)

‘formazzjoni’ tfisser il-proċess kollu tal-istabbiliment ta’ kumpanija f'konformità mal-liġi nazzjonali, inkluż it-tfassil tal-istrument tal-kostituzzjoni tal-kumpanija u l-passi kollha neċessarji għad-dħul ta’ kumpanija fir-reġistru;

(5)

‘reġistrazzjoni ta’ fergħa’ tfisser proċess li jwassal għall-iżvelar tad-dokumenti u tal-informazzjoni relatati ma’ fergħa li tkun għadha kemm infetħet fi Stat Membru;

(6)

‘mudell’ tfisser mudell għall-istrument tal-kostituzzjoni ta’ kumpanija li jkun imfassal mill-Istati Membri b'mod konformi mal-liġi nazzjonali u użat għall-formazzjoni online ta’ kumpanija f'konformità mal-Artikolu 13g.

Artikolu 13b

Rikonoxximent tal-mezzi ta’ identifikazzjoni għall-finijiet ta’ proċeduri online

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika li ġejjin jistgħu jintużaw minn applikanti li huma ċittadini tal-Unjoni fil-proċeduri online imsemmija f'dan il-Kapitolu:

(a)

mezz ta’ identifikazzjoni elettronika maħruġ taħt skema ta’ identifikazzjoni elettronika approvata mill-Istat Membru tagħhom stess;

(b)

mezz ta’ identifikazzjoni elettronika maħruġ fi Stat Membru ieħor u rikonoxxut għall-fini tal-awtentikazzjoni transfruntiera skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014.

2.   L-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw li jirrikonoxxu l-mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika meta l-livelli ta’ assigurazzjoni ta’ dawk il-mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika ma jkunux jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014.

3.   Il-mezzi ta’ identifikazzjoni kollha rikonoxxuti mill-Istati Membri għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.

4.   Meta jkun ġustifikat għal raġunijiet ta’ interess pubbliku għall-prevenzjoni ta’ użu ħażin jew alterazzjoni tal-identità, l-Istati Membri jistgħu għall-finijiet ta’ verifika tal-identità ta’ applikant jieħdu miżuri li jaf jeħtieġu preżenza fiżika ta’ dak l-applikant quddiem kwalunkwe awtorità jew persuna jew korp responsabbli taħt il-liġi nazzjonali biex jittrattaw kwalunkwe aspett tal-proċeduri online imsemmija f'dan il-Kapitolu, inkluż it-tfassil tal-istrument tal-kostituzzjoni ta’ kumpanija. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-preżenza fiżika tal-applikant tkun tenħtieġ biss fuq bażi ta’ każ b'każ meta jkun hemm raġunijiet biex tiġi suspettata falsifikazzjoni tal-identità, u li kwalunkwe pass ieħor tal-proċedura jista’ jitlesta online.

Artikolu 13c

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar proċeduri online

1.   Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għal-liġijiet nazzjonali li, f'konformità mas-sistemi legali u t-tradizzjonijiet legali tal-Istati Membri, jaħtru kwalunkwe awtorità, jew kwalunkwe persuna jew korp responsabbli taħt il-liġi nazzjonali biex jittrattaw kwalunkwe aspett tal-formazzjoni online ta’ kumpaniji, reġistrazzjoni online tal-fergħat u tal-preżentazzjoni online ta’ dokumenti u informazzjoni.

2.   Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-proċeduri u r-rekwiżiti stabbiliti mil-liġi nazzjonali, inklużi dawk relatati ma’ proċeduri legali għat-tfassil ta’ strumenti tal-kostituzzjoni, sakemm il-formazzjoni online ta’ kumpanija, kif imsemmi fl-Artikolu 13g, u r-reġistrazzjoni online ta’ fergħa, kif imsemmi fl-Artikolu 28a, kif ukoll il-preżentazzjoni online ta’ dokumenti u informazzjoni, kif imsemmi fl-Artikoli 13j u 28b, huma possibbli.

3.   Ir-rekwiżiti skont il-liġi nazzjonali applikabbli li jikkonċernaw l-awtentiċità, il-preċiżjoni, l-affidabbiltà u l-forma ġuridika xierqa tad-dokumenti jew informazzjoni ppreżentati għandhom jibqgħu mhux milquta minn din id-Direttiva, sakemm il-formazzjoni online, kif imsemmi fl-Artikolu 13g, u r-reġistrazzjoni online ta’ fergħa, kif imsemmi fl-Artikolu 28a, kif ukoll il-preżentazzjoni online ta’ dokumenti u informazzjoni, kif imsemmi fl-Artikoli 13j u 28b, huma possibbli.

Artikolu 13d

Tariffi għall-proċeduri online

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regoli dwar it-tariffi applikabbli għall-proċeduri online msemmija f'dan il-Kapitolu jkunu trasparenti u jiġu applikati b'mod nondiskriminatorju.

2.   Kwalunkwe tariffa għal proċeduri online imposta mir-reġistri msemmija fl-Artikolu 16 m’għandhiex teċċedi l-irkupru tal-ispejjeż tal-forniment ta’ tali servizzi.

Artikolu 13e

Pagamenti

Fejn it-tlestija ta’ proċedura stabbilita f'dan il-Kapitolu tirrikjedi pagament, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dak il-pagament ikun jista’ jsir permezz ta’ servizz ta’ pagament online disponibbli b'mod wiesa’ li jista’ jintuża għal pagamenti transfruntiera, li jippermetti l-identifikazzjoni tal-persuna li għamlet il-pagament u jiġi pprovdut minn istituzzjoni finanzjarja jew fornitur ta’ servizzi tal-pagament stabbiliti fi Stat Membru.

Artikolu 13f

Rekwiżiti ta’ informazzjoni

L-Istati Membru għandhom jiżguraw li informazzjoni konċiża u faċli biex tintuża, ipprovduta mingħajr ħlas u mill-inqas f'lingwa mifhuma b'mod wiesa’ mill-akbar għadd possibbli ta’ utenti transfruntiera, tkun disponibbli fil-portals jew websites tar-reġistrazzjoni aċċessibbli permezz tal-Gateway Diġitali Unika, biex tassisti fil-formazzjoni tal-kumpaniji u r-reġistrazzjoni tal-fergħat. L-informazzjoni għandha tkopri mill-inqas dan li ġej:

(a)

ir-regoli dwar il-formazzjoni tal-kumpaniji, inklużi l-proċeduri online msemmija fl-Artikoli 13g u 13j, u r-rekwiżiti relatati mal-użu ta’ mudelli u ma’ kwalunkwe dokument ieħor tal-formazzjoni, l-identifikazzjoni tal-persuni, l-użu tal-lingwi u t-tariffi applikabbli;

(b)

ir-regoli dwar ir-reġistrazzjoni tal-fergħat, inklużi l-proċeduri online msemmija fl-Artikoli 28a u 28b, u r-rekwiżiti relatati mad-dokumenti tar-reġistrazzjoni, l-identifikazzjoni tal-persuni u l-użu tal-lingwi;

(c)

ħarsa ġenerali tar-regoli applikabbli dwar kif wieħed isir membru tal-korp amministrattiv, tal-korp maniġerjali jew tal-korp superviżorju ta’ kumpanija, fosthom tar-regoli dwar l-iskwalifika ta’ diretturi u dwar l-awtoritajiet jew korpi responsabbli għaż-żamma tal-informazzjoni dwar diretturi skwalifikati;

(d)

ħarsa ġenerali tas-setgħat u r-responsabbiltajiet tal-korp amministrattiv, il-korp maniġerjali u l-korp superviżorju ta’ kumpanija, inkluża l-awtorità li tirrappreżenta kumpanija f’negozjati ma’ partijiet terzi.

(*1)  Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).”"

(5)

fit-Titolu I, il-Kapitolu III, tiddaħħal it-Taqsima li ġejja:

Taqsima 1A

Formazzjoni online, preżentazzjoni online u żvelar

Artikolu 13g

Formazzjoni online tal-kumpaniji

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-formazzjoni online tal-kumpaniji tista’ ssir kompletament online mingħajr il-bżonn li l-applikanti jidhru fiżikament quddiem kwalunkwe awtorità jew persuna jew korp responsabbli taħt il-liġi nazzjonali biex jittrattaw kwalunkwe aspett tal-formazzjoni online tal-kumpaniji, fosthom it-tfassil tal-istrument tal-kostituzzjoni ta’ kumpanija, suġġett għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13b(4) u l-paragrafu (8) ta’ dan l-Artikolu.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jipprovdux għal proċeduri ta’ formazzjoni online għal tipi ta’ kumpaniji apparti dawk elenkati fl-Anness IIA.

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dettaljati għall-formazzjoni online tal-kumpaniji, inkluż regoli dwar l-użu ta’ mudelli kif imsemmi fl-Artikolu 13h, u dwar id-dokumenti u l-informazzjoni meħtieġa għall-formazzjoni ta’ kumpanija. Bħala parti minn dawk ir-regoli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali formazzjoni online tista’ ssir permezz tal-preżentazzjoni ta’ dokumenti jew informazzjoni f'forma elettronika, inkluż kopji elettroniċi tad-dokumenti u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 16a(4).

3.   Ir-regoli, imsemmija fil-paragrafu 2, għandhom jipprevedu tal-inqas dan li ġej:

(a)

il-proċeduri biex tiġi żgurata li l-applikanti għandhom il-kapaċità ġuridika neċessarja u għandhom l-awtorità li jirrappreżentaw il-kumpanija;

(b)

il-mezzi għall-verifika tal-identità tal-applikanti f'konformità mal-Artikolu 13b;

(c)

ir-rekwiżiti li l-applikanti jużaw is-servizzi fiduċjarji msemmija fir-Regolament (UE) Nru 910/2014;

(d)

il-proċeduri li jivverifikaw il-legalità tal-għan tal-kumpanija safejn verifiki bħal dawn ikunu previsti mil-liġi nazzjonali;

(e)

il-proċeduri li jivverifikaw il-legalità tal-isem tal-kumpanija safejn verifiki bħal dawn ikunu previsti mil-liġi nazzjonali;

(f)

il-proċeduri li jivverifikaw il-ħatra tad-diretturi.

4.   Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 2 jistgħu, b'mod partikolari, jipprevedu wkoll dan li ġej:

(a)

il-proċeduri li jiżguraw il-legalità tal-istrumenti tal-kostituzzjoni tal-kumpanija, inkluż il-verifika tal-użu korrett tal-mudelli;

(b)

il-konsegwenzi ta’ skwalifika ta’ direttur mill-awtorità kompetenti fi kwalunkwe Stat Membru;

(c)

ir-rwol ta’ nutar jew ta’ kwalunkwe persuna jew korp ieħor responsabbli taħt il-liġi nazzjonali biex jittratta kwalunkwe aspett tal-proċess ta’ formazzjoni online ta’ kumpanija;

(d)

l-esklużjoni ta’ formazzjoni online f'każijiet fejn il-kapital tal-ishma tal-kumpanija jitħallas b'kontribuzzjonijiet in natura.

5.   L-Istati Membri m'għadhomx jagħmlu l-formazzjoni online ta’ kumpanija kundizzjonali fuq il-kisba ta’ kwalunkwe liċenzja jew awtorizzazzjoni qabel tiġi rreġistrata l-kumpanija, sakemm taħt kundizzjoni ma tkunx indispensabbli għas-sorveljanza xierqa stabbilita fil-liġi nazzjonali ta’ ċerti attivitajiet.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta l-pagament ta’ kapital tal-ishma jkun meħtieġ bħala parti mill-proċedura għall-formazzjoni ta’ kumpanija, tali pagament jista’ jsir online, f'konformità mal-Artikolu 13e, lil kont bankarju ta’ bank li jopera fl-Unjoni. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li prova ta’ pagamenti bħal dawn tista’ tiġi pprovduta online ukoll.

7.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-formazzjoni online titlesta fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol, fejn il-kumpanija hija ffurmata esklużivament minn persuni fiżiċi li jużaw il-mudelli msemmija fl-Artikolu 13h, jew fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol f'każijiet oħra, mill-aktar waħda tard minn dawn li ġejjin:

(a)

id-data tat-tlestija għalkollox tal-formalitajiet kollh meħtieġa għall-formazzjoni online, inkluża l-wasla tad-dokumenti u l-informazzjoni kollha li jikkonformaw mal-liġi nazzjonali, għand awtorità jew persuna jew korp responsabbli taħt il-liġi nazzjonali biex jittrattaw kwalunkwe aspett tal-formazzjoni ta’ kumpanija;

(b)

id-data tal-pagament ta’ tariffa ta’ reġistrazzjoni, il-pagament fi flus kontanti għall-kapital tal-ishma, jew il-pagament għall-kapital tal-ishma se jsir b'kontribuzzjoni in natura, kif previst taħt il-liġi nazzjonali.

Fejn mhux possibbli li l-proċedura titlesta għalkollox sal-iskadenzi msemmija f'dan il-paragrafu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikant jiġi mgħarraf dwar ir-raġunijiet għad-dewmien.

8.   Fejn ġustifikat għal raġunijiet ta’ interess pubbliku, sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli dwar il-kapaċità ġuridika u dwar l-awtorità tal-applikanti biex jirrappreżentaw kumpanija, kwalunkwe awtorità jew kwalunkwe persuna jew korp responsabbli taħt il-liġi nazzjonali biex jittrattaw kwalunkwe aspett tal-formazzjoni online ta’ kumpanija, inkluż it-tfassil tal-istrument tal-kostituzzjoni, jistgħu jitolbu l-preżenza fiżika tal-applikant. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li f'dan it-tip ta’ każijiet, il-preżenza fiżika ta’ applikant tista’ tiġi meħtieġa bissabbażi ta’ każ b'każ fejn hemm raġunijiet biex tiġi suspettata nuqqas ta’ konformità mar-regoli msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe pass ieħor tal-proċedura xorta jkun jista’ madankollu jitlesta online.

Artikolu 13h

Mudelli għall-formazzjoni online tal-kumpaniji

1.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu mudelli disponibbli, għat-tipi ta’ kumpaniji elenkati fl-Anness IIA, fuq il-portals jew websites tar-reġistrazzjoni aċċessibbli permezz tal-Gateway Diġitali Unika. L-Istati Membri jistgħu wkoll jagħmlu disponibbli online l-mudelli għall-formazzjoni ta’ tipi oħra ta’ kumpaniji.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-mudelli, imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jistgħu jintużaw mill-applikanti bħala parti mill-proċedura tal-formazzjoni online imsemmija fl-Artikolu 13g. Meta dawk il-mudelli jintużaw mill-applikanti f'konformità mar-regoli msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 13g(4), ir-rekwiżit li l-istrumenti tal-kostituzzjoni tal-kumpanija jkunu mfasslin u ċċertifikati f'għamla legali xierqa fejn il-kontroll preventiv amministrattiv jew ġudizzjarju ma jkunx previst, kif stabbilit fl-Artikolu 10, għandu jitqies li huwa ssodisfat.

Din id-Direttiva ma għandha taffettwa l-ebda rekwiżit taħt il-liġi nazzjonali li t-tfassil tal-istrumenti ta’ kostituzzjoni jkunu mfassla f'forma legali xierqa, sakemm il-formazzjoni online msemmija fl-Artikolu 13g hi possibbli.

3.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-mudelli disponibbli mill-inqas b'lingwa uffiċjali waħda tal-Unjoni li tinftiehem mill-ikbar għadd possibbli ta’ utenti transfruntiera. Id-disponibbiltà ta’ mudelli f'lingwi oħra minbarra l-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat għandha tkun għal skopijiet ta’ informazzjoni biss, sakemm dak l-Istat Membru ma jiddeċidix li jkun possibbli ukoll li kumpanija tiġi ffurmata b'mudelli b'tali lingwi oħrajn.

4.   Is-sustanza tal-mudelli għandha tkun irregolata mil-liġi nazzjonali.

Artikolu 13i

Diretturi skwalifikati

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkollhom regoli dwar l-iskwalifika tad-diretturi. Dawk ir-regoli għandhom jinkludu li jipprovdu għall-possibbiltà li titqies kwalunkwe skwalifika fis-seħħ, jew informazzjoni rilevanti għal skwalifika fi Stat Membru ieħor. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, diretturi għandha tal-anqas tinkludi l-persuni msemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 14(d).

2.   L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-persuni li japplikaw biex isiru diretturi jiddikjaraw jekk ikunux konxji minn xi ċirkostanzi li jistgħu jwasslu għal skwalifika fl-Istat Membru kkonċernat.

L-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw il-ħatra ta’ persuna bħala direttur ta’ kumpanija fejn din il-persuna hija attwalment skwalifikata milli taġixxi bħala direttur fi Stat Membru ieħor.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu kapaċi jwieġbu talba mingħand Stat Membru ieħor għal informazzjoni rilevanti għall-iskwalifika tad-diretturi skont il-liġi tal-Istat Membru li jwieġeb għat-talba.

4.   Sabiex iwieġbu talba msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom tal-anqas jagħmlu l-arranġamenti neċessarji biex jiżguraw li jkunu kapaċi jipprovdu mingħajr dewmien l-informazzjoni dwar jekk persuna partikolari hix skwalifikata jew hix reġistrata f'xi wieħed mir-reġistri tagħhom, li jkun fih informazzjoni rilevanti għall-iskwalifika tad-diretturi, permezz tas-sistema msemmija fl-Artikolu 22. L-Istati Membri jistgħu wkoll jiskambjaw informazzjoni ulterjuri, bħal pereżempju informazzjoni dwar il-perjodu u r-raġunijiet tal-iskwalifika. Dan l-iskambju għandu jkun regolat mil-liġijiet nazzjonali.

5.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi arranġamenti dettaljati u d-dettalji tekniċi tal-iskambju tal-informazzjoni msemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu permess tal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 24.

6.   Il-paragrafi 1 sa 5 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw mutatis mutandis għal istanzi fejn kumpanija tippreżenta informazzjoni dwar il-ħatra ta’ direttur ġdid fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 16.

7.   Id-data personali tal-persuni msemmija f'dan l-Artikolu għandha tiġi proċessata f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 u mal-liġi nazzjonali sabiex tippermetti lill-awtorità kompetenti jew il-persuna jew korp responsabbli taħt il-liġi nazzjonali biex jivvalutaw l-informazzjoni neċessarja relatata mal-iskwalifika tal-persuna bħala direttur, bil-għan li tiġi prevenuta mġiba frodolenti jew imġiba abbużiva oħra u tiġi żgurata li l-l-persuni kollha li jinteraġixxu ma’ kumpaniji jew fergħat huma protetti.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reġistri msemmija fl-Artikolu 16, l-awtoritajiet jew persuni jew korpi responsabbli taħt il-liġi nazzjonali biex jittrattaw kwalunkwe aspett tal-proċeduri online ma jaħżnux id-data personali trażmessa għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu għal żmien itwal milli neċessarju, u fi kwalunkwe każ mhux għal żmien itwal minn dak tal-ħżin ta’ kwalunkwe data personali relatata mal-formazzjoni ta’ kumpanija, ir-reġistrazzjoni ta’ fergħa jew il-preżentazzjoni minn kumpanija jew fergħa.

Artikolu 13j

Preżentazzjoni online tad-dokumenti u l-informazzjoni ta’ kumpanija

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dokumenti u l-informazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 14, inkluż kwalunkwe modifika tagħhom, ikunu jistgħu jiġu preżentati online lir-reġistru fil-limitu ta’ żmien previst mil-liġijiet tal-Istat Membru fejn hija reġistrata l-kumpanija. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali preżentazzjoni tista’ ssir online mill-bidu sal-aħħar mingħajr il-bżonn li l-applikant jidher fiżikament quddiem kwalunkwe awtorità jew persuna jew korp responsabbli taħt il-liġi nazzjonali biex jittrattaw il-preżentazzjoni online, suġġett għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13b(4) u fejn japplika, l-Artikolu 13g(8).

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-oriġini u l-integrità tad-dokumenti preżentati online tista’ tiġi vverifikata b'mod elettroniku.

3.   L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li ċerti kumpaniji jew li l-kumpaniji kollha jippreżentaw id-dokumenti u l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 1, jew uħud minnhom, online.

4.   L-Artikolu 13g (2) sa (5) għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-preżentazzjoni online ta’ dokumenti u informazzjoni.

5.   L-Istati Membri jistgħu jkomplu jippermettu forom oħra ta’ preżentazzjoni barra minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1, inkluż b’mezzi elettroniċi jew stampati, minn kumpaniji, nutara jew minn kwalunkwe persuna jew korp oħra responsabbli taħt il-liġi nazzjonali biex jittratta tali forom ta’ preżentazzjonijiet.”;

(6)

L-Artikolu 16 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 16

Żvelar fir-reġistru

1.   f'kull Stat Membru, għandu jinfetaħ fajl f'reġistru ċentrali, kummerċjali jew tal-kumpaniji (‘ir-reġistru’), għal kull waħda mill-kumpaniji reġistrati fih.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji jkollhom identifikatur uniku Ewropew (‘EUID’), imsemmi fil-punt (8) tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/884 (*2), li jippermettilhom li jiġu identifikati bla ekwivoku fil-komunikazzjonijiet bejn ir-reġistri permezz tas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri stabbilita skont l-Artikolu 22 (‘is-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri’). Dak l-identifikatur uniku għandu jinkludi, tal-anqas, elementi li jippermettu l-identifikazzjoni tal-Istat Membru tar-reġistru, ir-reġistru domestiku ta’ oriġini u n-numru tal-kumpanija f'dak ir-reġistru u, fejn xieraq, karatteristiċi sabiex ikunu evitati żbalji tal-identifikazzjoni.

2.   Id-dokumenti u l-informazzjoni kollha li huma meħtieġa li jiġu żvelati skont l-Artikolu 14 għandhom jinżammu fil-fajl imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jew jiddaħħlu direttament fir-reġistru, u s-suġġett tal-entrati fir-reġistru għandu jiġi rrekordjat fil-fajl.

Id-dokumenti u l-informazzjoni kollha msemmija fl-Artikolu 14, irrispettivament mill-mezzi li permezz tagħhom jiġu preżentati, għandhom jinżammu fil-fajl fir-reġistru jew jiddaħħlu dirett fih f'forma elettronika. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reġistru jibdel dawk id-dokumenti u l-informazzjoni kollha li jkunu ppreżentati f'forma stampata, f'forma elettronika mill-aktar fis possibbli.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dokumenti u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14 li ġew preżentati f'forma stampata qabel il-31 ta’ Diċembru 2006 jiġu kkonvertiti f'forma elettronika mir-reġistru mal-wasla ta’ applikazzjoni għal żvelar ippreżentata f'forma elettronika.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iżvelar tad-dokumenti u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14 isir billi jiġu magħmula pubblikament disponibbli fir-reġistru. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jippubblikaw ukoll dawk id-dokumenti u dik l-informazzjoni kollha jew uħud minnhom fil-gazzetta nazzjonali nnominata għal dak l-għan jew b'mezzi ugwalment effettivi. Dawk il-mezzi għandhom jinvolvu mill-inqas l-użu ta’ sistema li permezz tagħha d-dokument u l-informazzjoni ppubblikata tista’ tiġi aċċessata f'ordni kronoloġiku permezz ta’ pjattaforma elettronika ċentrali. f'tali każijiet, ir-reġistru għandu jiżgura li dawk id-dokumenti u l-informazzjoni jintbagħtu b'mod elettroniku mir-reġistru lill-gazzetta nazzjonali jew lil pjattaforma elettronika ċentrali.

4.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jevitaw kwalunkwe diskrepanza bejn dak li hemm fir-reġistru u fil-fajl.

L-Istati Membri li jeħtieġu l-pubblikazzjoni tad-dokumenti u l-informazzjoni f'gazzetta nazzjonali jew fuq pjattaforma elettronika ċentrali għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jevitaw kwalunkwe diskrepanza bejn dak li jiġi żvelat f'konformità mal-paragrafu 3 u dak li jiġi ppubblikat fil-gazzetta jew fuq il-pjattaforma.

f'każijiet ta’ kwalunkwe diskrepanza skont dan l-Artikolu, id-dokumenti u l-informazzjoni disponibbli fir-reġistru għandhom jipprevalu.

5.   Id-dokumenti u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14 jistgħu jintużaw mill-kumpanija kontra partijiet terzi unikament wara li jkunu ġew żvelati skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, sakemm il-kumpanija ma tagħtix prova li dawk il-partijiet terzi kienu jafu biha.

Madankollu, rigward tranżazzjonijiet li jsiru qabel is-sittax-il jum wara li jiġu żvelati, id-dokumenti u l-informazzjoni m'għandhomx jintużaw kontra partijiet terzi li jkunu taw prova li kien impossibbli għalihom li jkunu jafu bihom.

Partijiet terzi jistgħu dejjem jużaw kwalunkwe dokument u informazzjoni li fir-rigward tagħhom, il-formalitajiet tal-iżvelar ikunu għadhom ma ġewx kompluti, ħlief meta n-nuqqas ta’ żvelar ta’ tali dokumenti jew informazzjoni jikkawża li ma jkollhomx effett.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dokumenti u l-informazzjoni kollha ppreżentati bħala parti mill-formazzjoni ta’ kumpanija, ir-reġistrazzjoni ta’ fergħa, jew preżentazzjoni minn kumpanija jew fergħa, jinħażnu mir-reġistri f'format li jinqara mill-magni u li tista’ tfittex fih jew bħala data strutturata.”;

(*2)  ‘Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/884 tat-8 ta’ Ġunju 2015 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-proċeduri meħtieġa għas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri stabbilita bid-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 144, 10.6.2015, p. 1).’"

(7)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 16a

Aċċess għal informazzjoni żvelata

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kopji ta’ kull dokument u informazzjoni jew ta’ kwalunkwe parti minnhom, imsemmija fl-Artikolu 14, jistgħu jinkisbu mir-reġistru mal-applikazzjoni, u li tali applikazzjoni tista’ tiġi preżentata lir-reġistru f'forma stampata jew elettronika.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ċerti tipi jew partijiet tad-dokumenti u l-informazzjoni li ġew preżentati f'forma stampata fil-31 ta’ Diċembru 2006 jew qabel, ma jistgħux jinkisbu f'forma elettronika fejn ikun għadda perjodu speċifikat bejn id-data tal-preżentazzjoni u d-data tal-applikazzjoni. Perjodu speċifikat bħal dan ma jistax ikun anqas minn 10 snin.

2.   Il-prezz biex tinkiseb kopja tad-dokumenti u l-informazzjoni kollha msemmija fl-Artikolu 14 jew ta’ parti minnhom, f'forma stampata jew elettronika, m'għandux ikun ogħla mill-ispiża amministrattiva tagħhom, inklużi l-ispejjeż tal-iżvilupp u l-manutenzjoni tar-reġistri.

3.   Kopji elettroniċi u stampati li jingħataw lil applikant għandhom ikunu ċċertifikati bħala ‘kopji veri’ sakemm l-applikant jiddikjara li ma jeħtieġx dik iċ-ċertifikazzjoni.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kopji u siltiet elettroniċi tad-dokumenti u l-informazzjoni pprovduti mir-reġistru ġew awtentikati permezz tas-servizzi fiduċjarji msemmija fir-Regolament (UE) Nru 910/2014, sabiex ikun garantit li l-kopji jew siltiet elettroniċi ġew ipprovduti mir-reġistru u li l-kontenut tagħhom huwa kopja veru tad-dokument miżmum mir-reġistru jew li hu konsistenti mal-informazzjoni li fih.”;

(8)

fl-Artikolu 17, il-paragrafu 1 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tkun magħmula disponibbli informazzjoni aġġornata li tispjega d-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li skonthom il-partijiet terzi jistgħu jużaw l-informazzjoni u kull tip ta’ dokument imsemmi fl-Artikolu 14, skont l-Artikolu 16(3), (4) u (5).”;

(9)

l-Artikolu 18 jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Il-kopji f'forma elettronika tad-dokumenti u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14 għandhom ikunu wkoll disponibbli pubblikament permezz tas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu d-dokumenti u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14 disponibbli wkoll għal tipi ta’ kumpaniji oħra apparti dawk elenkati fl-Anness II.”;

(b)

fil-paragrafu 3, il-punt (a) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

id-dokumenti u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14, inkluż għal tipi ta’ kumpaniji oħra apparti dawk elenkati fl-Anness II, fejn tali dokumenti jiġu magħmula disponibbli mill-Istati Membri;”;

(10)

l-Artikolu 19 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 19

Tariffi li jistgħu jiġu imposti għal dokumenti u informazzjoni

1.   It-tariffi imposti għall-kisba tad-dokumenti u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14 permezz tas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri m'għandhomx ikunu ogħla mill-ispejjeż amministrattivi tagħhom, inklużi l-ispejjeż tal-iżvilupp u l-manutenzjoni tar-reġistri.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tal-anqas l-informazzjoni u d-dokumenti li ġejjin ikunu disponibbli mingħajr ħlas permezz tas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri:

(a)

l-isem jew l-ismijiet u l-forma ġuridika tal-kumpanija;

(b)

l-uffiċċju reġistrat tal-kumpanija u l-Istat Membru fejn hu rreġistrat;

(c)

in-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija u l-EUID tagħha;

(d)

id-dettalji tal-website tal-kumpanija, fejn dettalji bħal dawn huma mdaħħlin fir-reġistru nazzjonali;

(e)

l-istatus tal-kumpanija, bħal meta hija magħluqa, maqtugħa mir-reġistru, likwidata, xolta, ekonomikament attiva jew inattiva kif definit mil-liġi nazzjonali u fejn ikun imniżżel fir-reġistri nazzjonali;

(f)

l-għan tal-kumpanija, fejn huwa rrekordjat fir-reġistru nazzjonali;

(g)

id-dettalji ta’ kwalunkwe persuna, li jew bħala korp jew bħala membru ta’ kwalunkwe korp ta’ dan it-tip, bħalissa hija awtorizzata mill-kumpanija biex tirrappreżentaha f'negozjati ma’ partijiet terzi u fi proċedimenti legali u informazzjoni rigward jekk il-persuni awtorizzati biex jirrappreżentaw il-kumpanija jistgħux jagħmlu dan waħedhom jew humiex meħtieġa jaġixxu b'mod konġunt;

(h)

informazzjoni dwar kwalunkwe fergħa miftuħa mill-kumpanija fi Stat Membru ieħor inkluż l-isem, in-numru tar-reġistrazzjoni, l-EUID u l-Istat Membru fejn hija reġistrata l-fergħa.

3.   L-iskambju ta’ kwalunkwe informazzjoni permezz tas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri għandu jkun mingħajr ħlas għar-reġistri.

4.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-informazzjoni msemmija fil-punti (d) u (f) għandha ssir disponibbli mingħajr ħlas għall-awtoritajiet ta’ Stati Membri oħra biss.”;

(11)

l-Artikolu 20(3) huwa mħassar;

(12)

l-Artikolu 22 jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 4, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi wkoll punti ta’ aċċess fakultattivi għas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri. Tali punti ta’ aċċess għandhom jikkonsistu f'sistemi żviluppati u operati mill-Kummissjoni jew istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji oħra tal-Unjoni sabiex iwettqu l-funzjonijiet amministrattivi tagħhom jew jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri mingħajr dewmien indebitu dwar l-istabbiliment ta’ tali punti ta’ aċċess u dwar kwalunkwe bidla sinifikanti fl-operat tagħhom.”;

(b)

il-paragrafu 5 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“5.   L-aċċess għall-informazzjoni mis-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri għandu jkun ipprovdut permezz tal-portal u permezz tal-punti ta’ aċċess fakultattivi stabbiliti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni.”;

(13)

l-Artikolu 24 jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-punt (d) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(d)

l-ispeċifikazzjoni teknika li tiddefinixxi l-metodi ta’ skambju ta’ informazzjoni bejn ir-reġistru tal-kumpanija u r-reġistru tal-fergħa kif imsemmi fl-Artikoli 20, 28a, 28c, 30a u 34;”;

(b)

il-punt (e) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(e)

il-lista dettaljata ta’ data li għandha tiġi trażmessa għall-fini ta’ skambju ta’ informazzjoni bejn ir-reġistri, kif imsemmi fl-Artikoli 20, 28a, 28c, 30a, 34 u 130;”;

(c)

il-punt (n) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(n)

il-proċedura u r-rekwiżiti tekniċi għall-konnessjoni tal-punti ta’ aċċess fakultattivi mal-pjattaforma kif imsemmi fl-Artikolu 22;”;

(d)

jiżdied il-punt li ġej:

“(o)

l-arranġamenti dettaljati għal u d-dettalji tekniċi tal-iskambju bejn ir-reġistri tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 13i.”;

(e)

fi tmiem l-Artikolu, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni konformi mal-punti (d), (e), (n) u (o) sal-1 ta’ Frar 2021.”;

(14)

fit-Titolu I, il-Kapitolu III, it-Taqsima 2, it-titolu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

Regoli ta’ reġistrazzjoni u żvelar applikabbli għall-fergħat ta’ kumpaniji minn Stati Membri oħra ”;

(15)

fit-Titolu I, il-Kapitolu III, it-Taqsima 2, jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 28a

Reġistrazzjoni online tal-fergħat

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reġistrazzjoni ta’ fergħa ta’ kumpanija fi Stat Membru, li hija regolata mil-liġi ta’ Stat Membru ieħor, tista’ ssir online kompletament mingħajr il-bżonn li l-applikanti jidhru fiżikament quddiem kwalunkwe awtorità jew kwalunkwe persuna jew korp responsabbli taħt il-liġi nazzjonali biex jittrattaw kwalunkwe aspett tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-fergħat, suġġett għall-Artikolu 13b(4) u mutatis mutandis għall-Artikolu 13g(8).

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dettaljati għar-reġistrazzjoni online ta’ fergħat, inkluż regoli dwar id-dokumenti u l-informazzjoni li jeħtieġ li jiġu preżentati lil awtorità kompetenti. Bħala parti minn dawn ir-regoli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reġistrazzjoni online tista’ ssir billi l-informazzjoni jew dokumenti jiġu preżentati f'forma elettronika, inkluż kopji elettroniċi tad-dokumenti u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 16a(4), jew billi jintużaw l-informazzjoni jew dokumenti ppreżentati qabel lil reġistru.

3.   Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 2, għandhom jipprevedu tal-inqas dan li ġej:

(a)

il-proċeduri biex jiġi żgurat li l-applikanti għandhom il-kapaċità ġuridika neċessarja u li għandhom l-awtorità li jirrappreżentaw il-kumpanija;

(b)

il-mezzi għall-verifika tal-identità tal-persuna jew persuni li qed jirreġistraw il-fergħa, jew ir-rappreżentanti tagħhom;

(c)

ir-rekwiżiti għall-applikanti biex jużaw is-servizzi fiduċjarji msemmija fir-Regolament (UE) Nru 910/2014.

4.   Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 2 jistgħu jipprevedu wkoll il-proċeduri li ġejjin biex:

(a)

issir verifika tal-legalità tal-għan tal-fergħa;

(b)

issir verifika tal-isem tal-fergħa;

(c)

issir verifika tal-legalità tad-dokumenti u l-informazzjoni ppreżentati għar-reġistrazzjoni tal-fergħa;

(d)

jiġi previst ir-rwol ta’ nutar jew ta’ kwalunkwe persuna jew korp ieħor involuti fil-proċess ta’ reġistrazzjoni ta’ fergħa taħt id-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli.

5.   L-Istati Membri jistgħu jivverifikaw l-informazzjoni dwar il-kumpanija permezz tas-sistema tal-interkonnessjoni tar-reġistri meta tkun qed tiġi reġistrata fergħa ta’ kumpanija stabbilita fi Stat Membru ieħor.

L-Istati Membri m'għandhomx jagħmlu r-reġistrazzjoni online ta’ fergħa kundizzjonali fuq il-kisba ta’ kwalunkwe liċenzja jew awtorizzazzjoni qabel tiġi rreġistrata l-fergħa, sakemm tali kondizzjonijiet tkun indispensabbli għas-superviżjoni xierqa stabbilita fil-liġi nazzjonali ta’ ċerti attivitajiet.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reġistrazzjoni online ta’ fergħa titlesta għalkollox fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mit-tlestija għalkollox tal-formalitajiet kollha, inkluża l-wasla tad-dokumenti u l-informazzjoni kollha neċessarji li jikkonformaw mal-liġi nazzjonali għand awtorità jew għand persuna jew korp responsabbli taħt il-liġi nazzjonali biex jittrattaw kwalunkwe aspett tar-reġistrazzjoni ta’ fergħa.

Fejn mhuwiex possibbli li fergħa tiġi reġistrata sal-iskadenzi msemmija f'dan il-paragrafu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikant jiġi mgħarraf dwar ir-raġunijiet għad-dewmien.

7.   Wara r-reġistrazzjoni ta’ fergħa ta’ kumpanija stabbilita taħt il-liġijiet ta’ Stat Membru ieħor, ir-reġistru ta’ dik il-fergħa tal-Istat Membru fejn hija reġistrata l-fergħa għandu jinnotifika lill-Istat Membru fejn hija reġistrata l-kumpanija dwar ir-reġistrazzjoni tal-fergħa permezz tas-sistema tal-interkonnessjoni tar-reġistri. L-Istat Membru fejn hija reġistrata l-kumpanija għandu jirrikonoxxi l-wasla ta’ din in-notifika u għandu jdaħħal l-informazzjoni fir-reġistru tiegħu mingħajr dewmien.

Artikolu 28b

Preżentazzjoni online tad-dokumenti u l-informazzjoni għall-fergħat

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dokumenti u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 30 jew kwalunkwe modifika tagħhom jistgħu jiġu preżentati online fil-perjodu previst mil-liġijiet tal-Istat Membru fejn hi stabbilita l-fergħa. L-Istati Membru għandhom jiżguraw li tali preżentazzjoni tista’ ssir online mill-bidu sal-aħħar mingħajr il-bżonn li l-applikanti jidhru fiżikament quddiem kwalunkwe awtorità jew persuna jew korp responsabbli taħt il-liġi nazzjonali li jittrattaw l-preżentazzjoni online, suġġett għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13b(4) u mutatis mutandis fl-Artikolu 13g(8).

2.   L-Artikolu 28a (2) sa (5) għandu japplikamutatis mutandis għall-preżentazzjoni online għall-fergħat.

3.   L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li d-dokumenti u l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 1, jew uħud minnhom, jiġu preżentati online biss.

Artikolu 28c

Għeluq ta’ fergħat

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li mal-wasla tad-dokumenti u l-informazzjoni msemmija fil-punt (h) tal-Artikolu 30(1), ir-reġistru ta’ Stat Membru fejn hija reġistrata fergħa ta’ kumpanija jinforma, permezz tas-sistema tal-interkonnessjoni tar-reġistri, lir-reġistru ta’ Stat Membru fejn hija reġistrata l-kumpanija li l-fergħa tagħha ngħalqet u titneħħa mir-reġistru. Ir-reġistru tal-Istat Membru tal-kumpanija għandu jirrikonoxxi l-wasla ta’ din in-notifika, ukoll permezz ta’ dik is-sistema u għandu jdaħħal l-informazzjoni mingħajr dewmien.”;

(16)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 30a

Bidliet fid-dokumenti u l-informazzjoni tal-kumpanija

L-Istat Membru fejn hija reġistrata kumpanija għandu jinnotifika, mingħajr dewmien u permezz tas-sistema tal-interkonnessjoni tar-reġistri, lill-Istat Membru fejn hija reġistrata reġistrata fergħa ta’ kumpanija, fil-każ li tiġi preżentata bidla fir-rigward ta’ kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

isem il-kumpanija;

(b)

l-uffiċċju reġistrat tal-kumpanija;

(c)

in-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija fir-reġistru;

(d)

il-forma ġuridika tal-kumpanija;

(e)

id-dokumenti u l-informazzjoni msemmija fil-punti (d) u (f) tal-Artikolu 14.

Mal-wasla tan-notifika msemmija fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu, ir-reġistru li fih il-fergħa hija reġistrata għandu, permezz tas-sistema tal-interkonnessjoni tar-reġistri, jirrikonoxxi l-wasla ta’ din in-notifika u għandu jiżgura li d-dokumenti u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 30(1) jiġu aġġornati mingħajr dewmien.”;

(17)

fl-Artikolu 31, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-iżvelar obbligatorju tad-dokumenti tal-kontijiet imsemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 30(1) jista’ jiġi kkunsidrat imwettaq mill-iżvelar fir-reġistru tal-Istat Membri fejn hi reġistrata l-kumpanija skont il-punt (f) tal-Artikolu 14.”;

(18)

l-Artikolu 43 jitħassar;

(19)

l-Artikolu 161 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 161

Protezzjoni tad-data

L-ipproċessar ta’ kwalunkwe data personali mwettaq fil-kuntest ta’ din id-Direttiva se jkun suġġett għar-Regolament (UE) 2016/679.”;

(20)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 162a

Emendi għall-Annessi

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe bidla fit-tipi ta’ kumpaniji b'responsabbiltà limitata previsti fil-liġi nazzjonali tagħhom li tolqot il-kontenuti tal-Annessi I, II u IIA.

Fejn Stat Membru jinforma lill-Kummissjoni skont l-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadatta l-lista tat-tipi ta’ kumpaniji inkluża fl-Annessi I, II u IIA f'konformità mal-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 163.”;

(21)

l-Artikolu 163 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 163

Eżerċitar tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 25(3) u fl-Artikolu 162a għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien mhux determinat mil-31 ta’ Lulju 2019.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 25(3) u fl-Artikolu 162a tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Din m'għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma’ tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti innominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 25(3) jew l-Artikolu 162a għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”;

(22)

fl-Anness I, is-sebgħa u għoxrin inċiż jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“—

:

L-Iżvezja

:

publikt aktiebolag;”;

(23)

fl-Anness II, is-sebgħa u għoxrin inċiż jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“—

:

L-Iżvezja

:

privat aktiebolag

publikt aktiebolag;”;

(24)

jiddaħħal l-Anness IIA, kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-1 ta’ Awwissu 2021. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

2.   Minkejja l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw mal-punt (5) tal-Artikolu 1 ta’ din id-Direttiva, fir-rigward tal-Artikolu 13i u l-Artikolu 13j(2) tad-Direttiva (UE) 2017/1132, u l-punt (6) tal-Artikolu 1 ta’ din id-Direttiva, fir-rigward tal-Artikolu 16(6) tad-Direttiva (UE) 2017/1132, sal-1 ta’ Awwissu 2023.

3.   b'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri li jkollhom diffikultajiet partikolari biex jittrasponu din id-Direttiva għandhom ikunu intitolati li jibbenefikaw minn estensjoni tal-perjodu previst fil-paragrafu 1 ta’ mhux aktar minn sena. Huma għandhom jipprovdu raġunijiet oġġettivi għall-ħtieġa ta’ estensjoni bħal din. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li jagħmlu tali estensjoni sal-1 ta’ Frar 2021.

4.   Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-mod kif għandha ssir dik ir-referenza.

5.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Rappurtar, rieżamiu ġbir ta’ data

1.   Il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard mill-1 ta’ Awwissu 2024, jew jekk xi Stat Membru jagħmel użu mid-deroga prevista fl-Artikolu 2(3) mhux aktar tard mill-1 ta’ Awwissu 2025, twettaq evalwazzjoni tad-dispożizzjonijiet introdotti mid-Direttiva fid-Direttiva (UE) 2017/1132 u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, għajr fir-rigward tad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(2), li għalihom l-evalwazzjoni u dan ir-rapport għandhom jitwettqu mhux aktar tard mill-1 ta’ Awwissu 2026.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni neċessarja għall-preparazzjoni tar-rapporti, jiġifieri billi tipprovdi d-data dwar l-għadd ta’ reġistrazzjonijiet online u l-ispejjeż relatati.

2.   Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jevalwa, inter alia, dan li ġej:

(a)

il-fattibbiltà tal-provvediment ta’ reġistrazzjoni kompletament online tat-tipi ta’ kumpaniji apparti dawk elenkati fl-Anness IIA;

(b)

il-fattibbiltà tal-provvediment ta’ mudelli mill-Istati Membri għat-tipi kollha ta’ kumpaniji b'responsabbiltà limitata u l-bżonn u l-fattibbiltà tal-provvediment ta’ mudell armonizzat madwar l-Unjoni li se jintuża mill-Istati Membri kollha għat-tipi ta’ kumpaniji elenkati fl-Anness IIA;

(c)

l-esperjenza prattika tal-applikazzjoni tar-regoli dwar l-iskwalifika tad-diretturi msemmija fl-Artikolu 13i;

(d)

il-metodi tal-preżentazzjoni online u tal-aċċess online, inkluż l-użu ta’ interfaċċi għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet;

(e)

il-ħtieġa u l-fattibbiltà li iktar informazzjoni issir disponibbli mingħajr ħlas minn dak meħtieġ fl-Artikolu 19(2) u li jkun żgurat aċċess mingħajr xkiel għal tali informazzjoni;

(f)

il-ħtieġa u l-fattibbiltà ta’ applikazzjoni ulterjuri tal-prinċipju ta’ “darba biss.”

3.   Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposti għal emendi tad-Direttiva (UE) 2017/1132.

4.   Bl-għan li tkun provduta evalwazzjoni affidabbli tad-dispożizzjonijiet introdotti minn din id-Direttiva fid-Direttiva (UE) 2017/1132, l-Istati Membri għandhom jiġbru data dwar kif il-formazzjoni online qed taħdem fil-prattika. Normalment, din l-informazzjoni għandha tinkludi l-għadd ta’ formazzjonijiet online, l-għadd ta’ każijiet li fihom intużaw il-mudelli jew fejn kienet meħtieġa l-preżenza fiżika, u l-medja tat-tul ta’ żmien u tal-ispejjeż tal-formazzjonijiet online. Huma għandhom jinnotifikaw din l-informazzjoni lill-Kummissjoni darbtejn, mhux aktar tard minn sentejn wara d-data tat-traspożizzjoni.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Destinatarji

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2019.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

G. CIAMBA


(1)  ĠU C 62, 15.2.2019, p. 24.

(2)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ April 2019 (għadha mhijiex ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tt-13 ta’ Ġunju 2019.

(3)  Id-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar ċerti aspetti tal-liġi dwar il-kumpaniji (ĠU L 169, 30.6.2017, p. 46).

(4)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 fir-rigward tad-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għal informazzjoni, għal proċeduri u għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).

(7)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(8)  Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).

(9)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(10)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(11)  ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.


ANNESS

“ANNESS IIA

TIPI TA' KUMPANIJI

MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 13, 13f, 13g, 13h u 162a

:

Il-Belġju

:

société privée à responsabilité limitée/besloten vennootschap met beperkte aansprakelijkheid,

société privée à responsabilité limitée unipersonnelle/Eenpersoons besloten vennootschap met beperkte aansprakelijkheid;

:

Il-Bulgarija

:

дружество с ограничена отговорност,

еднолично дружество с ограничена отговорност;

:

Ir-Repubblika Ċeka

:

společnost s ručením omezeným;

:

Id-Danimarka

:

Anpartsselskab;

:

Il-Ġermanja

:

Gesellschaft mit beschränkter Haftung;

:

L-Estonja

:

osaühing;

:

L-Irlanda

:

private company limited by shares or by guarantee/cuideachta phríobháideach faoi theorainn scaireanna nó ráthaíochta,

designated activity company/cuideachta ghníomhaíochta ainmnithe;

:

Il-Greċja

:

εταιρεία περιορισμένης ευθύνης,

ιδιωτική κεφαλαιουχική εταιρεία;

:

Spanja

:

sociedad de responsabilidad limitada;

:

Franza

:

société à responsabilité limitée,

entreprise unipersonnelle à responsabilité limitée,

société par actions simplifiée,

société par actions simplifiée unipersonnelle;

:

Il-Kroazja

:

društvo s ograničenom odgovornošću,

jednostavno društvo s ograničenom odgovornošću;

:

L-Italja

:

società a responsabilità limitata,

società a responsabilità limitata semplificata;

:

Ċipru

:

ιδιωτική εταιρεία περιορισμένης ευθύνης με μετοχές ή/και με εγγύηση;

:

Il-Latvja

:

sabiedrība ar ierobežotu atbildību;

:

Il-Litwanja

:

uždaroji akcinė bendrovė;

:

Il-Lussemburgu

:

société à responsabilité limitée;

:

L-Ungerija

:

korlátolt felelősségű társaság;

:

Malta

:

private limited liability company/kumpannija privata;

:

In-Netherlands

:

besloten vennootschap met beperkte aansprakelijkheid;

:

L-Awstrija

:

Gesellschaft mit beschränkter Haftung;

:

Il-Polonja

:

spółka z ograniczoną odpowiedzialnością;

:

Il-Portugall

:

sociedade por quotas;

:

Ir-Rumanija

:

societate cu răspundere limitată;

:

Is-Slovenja

:

družba z omejeno odgovornostjo;

:

Is-Slovakkja

:

spoločnosť s ručením obmedzeným;

:

Il-Finlandja

:

yksityinen osakeyhtiö/privat aktiebolag;

:

L-Iżvezja

:

privat aktiebolag;

:

Ir-Renju Unit

:

private company limited by shares or guarantee.”


11.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 186/105


DIRETTIVA (UE) 2019/1152 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-20 ta’ Ġunju 2019

dwar kondizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli fl-Unjoni Ewropea

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-punt (b) tal-Artikolu 153(2), flimkien mal-punt (b) tal-Artikolu 153(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

L-Artikolu 31 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jgħid li kull ħaddiem għandu d-dritt għal kondizzjonijiet tax-xogħol li jirrispettaw is-saħħa, is-sigurtà u d-dinjità tiegħu, għal limitazzjoni ta’ sigħat massimi tax-xogħol, għal perijodi ta’ mistrieħ kuljum u fil-ġimgħa u għal perijodu annwali ta’ leave imħallas.

(2)

Il-Prinċipju Nru 5 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, ipproklamat f’Gothenburg fis-17 ta’ Novembru 2017, jgħid li, irrispettivament mit-tip u t-tul tar-relazzjoni tax-xogħol, il-ħaddiema għandhom id-dritt għal trattament ġust u ugwali fir-rigward tal-kondizzjonijiet tax-xogħol, l-aċċess għall-protezzjoni soċjali u t-taħriġ, u li titrawwem it-tranżizzjoni lejn forom ta’ impjieg miftuħa; li, f’konformità mal-leġislazzjoni u l-ftehimiet kollettivi, tiġi żgurata l-flessibbiltà neċessarja biex l-impjegaturi jadattaw ruħhom malajr għal bidliet fil-kuntest ekonomiku; li jitrawmu forom ta’ xogħol innovattivi li jiżguraw kondizzjonijiet tax-xogħol ta’ kwalità, li jiġu mħeġġa l-intraprenditorija u l-impjieg indipendenti u li tiġi ffaċilitata l-mobbiltà okkupazzjonali; u li jiġu evitati relazzjonijiet tax-xogħol li jwasslu għal kondizzjonijiet tax-xogħol prekarji, inkluż billi jiġi pprojbit l-abbuż ta’ kuntratti atipiċi, u li kwalunkwe perijodu ta’ prova jkun ta’ tul raġonevoli.

(3)

Il-Prinċipju Nru 7 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jgħid li, fil-bidu tal-impjieg, il-ħaddiema għandhom id-dritt jiġu infurmati bil-miktub dwar id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mir-relazzjoni tax-xogħol tagħhom, inkluż dwar kwalunkwe perijodu ta’ prova; li qabel jitkeċċew għandhom id-dritt jiġu infurmati bir-raġunijiet u jingħataw perijodu ta’ avviż raġonevoli; u li għandhom id-dritt għall-aċċess għal riżoluzzjoni tat-tilwim effettiva u imparzjali u, fil-każ ta’ tkeċċija mhux ġustifikata, dritt għal rimedju, inkluż kumpens adegwat.

(4)

Mill-adozzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/533/KEE (4), is-swieq tax-xogħol għaddew minn bidliet kbar minħabba l-iżviluppi demografiċi u d-diġitalizzazzjoni li wasslu għall-ħolqien ta’ forom ġodda ta’ impjieg, li tejbu l-innovazzjoni, il-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir tas-suq tax-xogħol. Xi forom ġodda ta’ impjieg jvarjaw b’mod sinifikanti minn relazzjonijiet tax-xogħol tradizzjonali fir-rigward ta’ prevedibbiltà, u joħolqu inċertezza fir-rigward tad-drittijiet applikabbli u l-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema kkonċernati. F’din id-dinja tax-xogħol li qed tevolvi, għalhekk hemm ħtieġa ikbar li l-ħaddiema jkunu infurmati bis-sħiħ dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol essenzjali tagħhom, li jenħtieġ li jsir f’waqtu u bil-miktub, b’mod faċilment aċċessibbli għall-ħaddiema. Sabiex l-iżvilupp ta’ forom ġodda ta’ impjieg jiġi inkwadrat b’mod adegwat, il-ħaddiema fl-Unjoni jenħtieġ li jingħataw ukoll għadd ta’ drittijiet minimi ġodda mmirati lejn il-promozzjoni tas-sigurtà u l-prevedibbiltà fir-relazzjonijiet tax-xogħol filwaqt li tinkiseb konverġenza ’l fuq fl-Istati Membri u tiġi ppreservata l-adattabbiltà tas-suq tax-xogħol.

(5)

Skont id-Direttiva 91/533/KEE, il-maġġoranza tal-ħaddiema fl-Unjoni għandhom id-dritt li jirċievu informazzjoni bil-miktub dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol tagħhom. Madankollu, id-Direttiva 91/533/KEE ma tapplikax għall-ħaddiema kollha fl-Unjoni. Barra minn hekk, minħabba żviluppi fis-suq tax-xogħol mill-1991 inħolqu lakuni fil-protezzjoni għal forom ġodda ta’ impjiegi.

(6)

Jenħtieġ, għalhekk, li jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi relatati mal-informazzjoni dwar l-aspetti essenzjali tar-relazzjoni tax-xogħol u l-kondizzjonijiet tax-xogħol applikabbli għal kull ħaddiem fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġi żgurat li l-ħaddiema kollha fl-Unjoni jkollhom livell adegwat ta’ trasparenza u prevedibbiltà fir-rigward tal-kondizzjonijiet tax-xogħol, filwaqt li tinżamm il-flessibbiltà raġonevoli ta’ impjieg mhux standard, u għaldaqstant jiġu ppreservati l-benefiċċji tiegħu għall-ħaddiema u l-impjegaturi.

(7)

Il-Kummissjoni għamlet konsultazzjoni f’żewġ fażijiet mas-sħab soċjali, f’konformità mal-Artikolu 154 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dwar it-titjib tal-kamp ta’ applikazzjoni u l-effikaċja tad-Direttiva 91/533/KEE u t-twessigħ tal-għanijiet tagħha sabiex jiġu stabbiliti drittijiet ġodda għall-ħaddiema. Dan ma rriżultax fi ftehim fost is-sħab soċjali sabiex jidħlu f’negozjati dwar dawk il-kwistjonijiet. Madankollu, kif ikkonfermat mill-eżitu tal-konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħin li fittxew il-fehmiet ta’ diversi partijiet ikkonċernati u ċittadini, huwa importanti li tittieħed azzjoni fil-livell tal-Unjoni f’dan il-qasam billi l-qafas legali attwali jiġi mmodernizzat u adattat għal żviluppi ġodda.

(8)

Fil-ġurisprudenza tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Qorti tal-Ġustizzja) stabbiliet kriterji biex jiġi determinat l-istatus ta’ ħaddiem (5). Fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva jenħtieġ li titqies l-interpretazzjoni ta’ dawn il-kriterji min-naħa tal-Qorti tal-Ġustizzja. Dment li jissodisfaw dawn il-kriterji, il-ħaddiema domestiċi, il-ħaddiema fuq talba, il-ħaddiema intermittenti, il-ħaddiema li jitħallsu bil-vawċers, il-ħaddiema tal-pjattaforma, it-trainees u l-apprendisti jistgħu jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Jenħtieġ li l-persuni li ġenwinament jaħdmu għal rashom ma jkunux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva peress li ma jissodisfawx dawk il-kriterji. L-abbuż tal-istatus ta’ persuni li jaħdmu għal rashom, kif definit fil-liġi nazzjonali, sew fil-livell nazzjonali jew f’sitwazzjonijiet transkonfinali, huwa forma ta’ xogħol iddikjarat b’mod falz li sikwit ikun assoċjat ma’ xogħol mhux iddikjarat. Impjieg indipendenti fittizju jseħħ meta persuna tkun iddikjarata bħala impjegata għal rasha filwaqt li tissodisfa l-kondizzjonijiet li jikkaratterizzaw relazzjoni tax-xogħol, sabiex jiġu evitati ċerti obbligi legali jew fiskali. Jenħtieġ li dawn il-persuni ma jidħlux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Jenħtieġ li d-determinazzjoni tal-eżistenza ta’ relazzjoni tax-xogħol tkun iggwidata mill-fatti relatati mat-twettiq effettiv tax-xogħol u mhux mid-deskrizzjoni mill-partijiet tar-relazzjoni.

(9)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà jiddeċiedu, meta jkun ġustifikat għal raġunijiet oġġettivi, li ċerti dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva ma jkunux applikabbli għal kategoriji partikolari ta’ impjegati taċ-ċivil, is-servizzi ta’ emerġenza pubbliċi, il-forzi armati, l-awtoritajiet tal-pulizija, l-imħallfin, il-prosekuturi, l-investigaturi jew servizzi oħra tal-infurzar tal-liġi minħabba n-natura speċifika ta’ dmirijiethom jew il-kondizzjonijiet tax-xogħol tagħhom.

(10)

Ir-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva fir-rigward tal-kwistjonijiet li ġejjin jenħtieġ li ma japplikawx għall-baħħara jew is-sajjieda marittimi, minħabba l-ispeċifiċitajiet tal-kondizzjonijiet tax-xogħol tagħhom: l-impjieg parallel, meta dan ikun inkompatibbli max-xogħol imwettaq abbord vapuri jew bastimenti tas-sajd, il-prevedibbiltà minima tax-xogħol, il-ħaddiema mibgħuta fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz, it-tranżizzjoni għal forma oħra ta’ impjieg, u l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-identità tal-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali li jirċievu l-kontribuzzjonijiet soċjali. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, jenħtieġ li l-baħħara u s-sajjieda marittimi, kif definiti fid-Direttivi tal-Kunsill 2009/13/KE (6) u (UE) 2017/159 (7) rispettivament, jitqiesu bħala li jaħdmu fl-Unjoni meta jkunu qed jagħmlu xogħol abbord bastimenti jew bastimenti tas-sajd reġistrati fi Stat Membru jew li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru.

(11)

Minħabba l-għadd dejjem jikber ta’ ħaddiema esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 91/533/KEE abbażi ta’ esklużjonijiet magħmula mill-Istati Membri skont l-Artikolu 1 ta’ dik id-direttiva, huwa meħtieġ li dawk l-esklużjonijiet jiġu sostitwiti mill-possibbiltà li l-Istati Membri ma japplikawx id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għal relazzjoni tax-xogħol b’sigħat tax-xogħol determinati minn qabel u effettivi li jammontaw għal medja ta’ tliet sigħat jew inqas fil-ġimgħa f’perijodu ta’ referenza ta’ erba’ ġimgħat konsekuttivi. Jenħtieġ li l-kalkolu ta’ dawk is-sigħat jinkludi l-ħin kollu li jkun inħadem għal impjegatur, bħas-sahra jew ix-xogħol supplimentari għal dak garantit jew antiċipat fil-kuntratt tax-xogħol jew ir-relazzjoni tax-xogħol. Mill-mument li ħaddiem ikun għadda dak il-limitu, id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva japplikaw għalih, irrispettivament min-numru ta’ sigħat tax-xogħol li l-ħaddiem jaħdem sussegwentement jew in-numru ta’ sigħat tax-xogħol previsti fil-kuntratt tax-xogħol.

(12)

Il-ħaddiema li ma jkollhomx ħin tax-xogħol garantit, inklużi dawk li jkollhom kuntratti “żero-hour” u ċerti kuntratti għal xogħol fuq talba, ikunu f’sitwazzjoni partikolarment vulnerabbli. Għalhekk, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva japplikaw għalihom, ikun xi jkun l-għadd ta’ sigħat li fil-fatt jaħdmu.

(13)

Diversi persuni fiżiċi jew ġuridiċi differenti, jew entitajiet oħra, jistgħu jkollhom il-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet ta’ impjegatur fil-prattika. L-Istati Membri jenħtieġ li jibqgħu liberi li jiddeterminaw b’mod aktar preċiż il-persuni li huma kkunsidrati totalment jew parzjalment responsabbli għall-eżekuzzjoni tal-obbligi li din id-Direttiva tistabbilixxi għall-impjegaturi, dment li dawk l-obbligi jkunu kollha ssodisfati. Jenħtieġ ukoll li l-Istati Membri jkunu jistgħu jiddeċiedu li wħud minn dawk l-obbligi, jew ilkoll kemm huma, għandhom jiġu assenjati lil persuna fiżika jew ġuridika li ma tkunx parti mill-kuntatt tax-xogħol jew ir-relazzjoni tax-xogħol.

(14)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jistabbilixxu regoli speċifiċi biex jeskludu mir-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva lill-individwi li jaġixxu bħala impjegaturi ta’ ħaddiema domestiċi f’unitajiet domestiċi, fir-rigward tal-kwistjonijiet li ġejjin: li jikkunsidraw u jwieġbu għal talbiet għal tipi differenti ta’ impjieg, jipprovdu taħriġ obbligatorju mingħajr ħlas, u jipprovdu mekkaniżmi ta’ rimedju li huma bbażati fuq preżunzjonijiet favorevoli fil-każ ta’ informazzjoni li tkun nieqsa mid-dokumentazzjoni li trid tingħata lill-ħaddiem skont din id-Direttiva.

(15)

Id-Direttiva 91/533/KEE introduċiet lista ta’ aspetti essenzjali tal-kuntratt tax-xogħol jew ir-relazzjoni tax-xogħol li l-ħaddiema għandhom ikunu infurmati bil-miktub dwarhom. Dik il-lista, li tista’ titkabbar mill-Istati Membri, jeħtieġ li tiġi adattata sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-suq tax-xogħol, b’mod partikolari ż-żieda f’forom ta’ impjieg mhux standard.

(16)

Ħaddiem li ma jkollux post tax-xogħol fiss jew ewlieni jenħtieġ li jirċievi informazzjoni dwar l-arranġamenti, jekk ikun hemm, biex jivvjaġġa bejn il-postijiet tax-xogħol.

(17)

Jenħtieġ li jkun hemm il-possibbiltà li l-informazzjoni dwar l-intitolament għat-taħriġ mogħti mill-impjegatur tinkludi l-għadd ta’ jiem ta’ taħriġ, jekk ikun il-każ, li l-ħaddiem ikun intitolat għalihom kull sena, u informazzjoni dwar il-politika ġenerali tal-impjegatur dwar it-taħriġ.

(18)

Jenħtieġ li jkun hemm il-possibbiltà li l-informazzjoni dwar il-proċedura li trid tiġi osservata mill-impjegatur u mill-ħaddiem jekk ir-relazzjoni tax-xogħol tagħhom tintemm tista’ tinkludi l-iskadenza biex titressaq azzjoni li tikkontesta t-tkeċċija.

(19)

L-informazzjoni dwar il-ħin tax-xogħol jenħtieġ li tkun konsistenti ma’ id-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), u jenħtieġ li tinkludi informazzjoni dwar waqfiet, perijodi ta’ mistrieħ u fil-ġimgħa u l-ammont ta’ leave imħallas, biex b’hekk tiżgura l-protezzjoni tas-sikurezza u s-saħħa tal-ħaddiema.

(20)

L-informazzjoni li trid tingħata dwar ir-remunerazzjoni jenħtieġ li tinkludi l-elementi kollha tar-remunerazzjoni indikati separatament, inklużi, jekk applikabbli, il-kontribuzzjonijiet fi flus jew in natura, il-pagamenti għas-sahra, il-bonusijiet u intitolamenti oħra, li l-ħaddiem jirċievi direttament jew indirettament b’rabta max-xogħol tiegħu. L-għoti ta’ din l-informazzjoni jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għal-libertà tal-impjegaturi li jipprovdu elementi addizzjonali ta’ remunerazzjoni bħal ħlasijiet ta’ darba. Jenħtieġ li l-fatt li l-elementi ta’ remunerazzjoni dovuti mil-liġi jew minn ftehim kollettiv ma jkunux ġew inklużi f’dik l-informazzjoni ma jikkostitwixxix raġuni għalfejn ma jingħatawx lill-ħaddiem.

(21)

Jekk ma jkunx possibbli li tiġi indikata skeda tax-xogħol fissa minħabba n-natura tal-impjieg, bħal fil-każ ta’ kuntratt għal xogħol fuq talba, jenħtieġ li l-impjegaturi jinfurmaw lill-ħaddiema dwar kif se jiġi stabbilit il-ħin tax-xogħol tagħhom, inklużi l-perijodi ta’ ħin li fihom jistgħu jintalbu jaħdmu u l-perijodu ta’ avviż minimu li jenħtieġ li jirċievu qabel jibdew inkarigu.

(22)

L-informazzjoni dwar is-sistemi tas-sigurtà soċjali jenħtieġ li tinkludi informazzjoni dwar l-identità tal-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali li jirċievu l-kontribuzzjonijiet għas-sigurtà soċjali, fejn rilevanti, fir-rigward tal-benefiċċji tal-mard, tal-maternità, tal-paternità u parentali, benefiċċji għal inċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard okkupazzjonali, kif ukoll benefiċċji tal-anzjanità, l-invalidità, is-superstiti, il-qgħad, l-irtirar bikri u l-familja. Jenħtieġ li l-impjegaturi ma jkunux obbligati jipprovdu dik l-informazzjoni jekk il-ħaddiem jagħżel l-istituzzjoni tas-sigurtà soċjali. L-informazzjoni dwar il-protezzjoni tas-sigurtà soċjali pprovduta mill-impjegatur jenħtieġ li tinkludi, meta rilevanti, l-eżistenza ta’ kopertura minn skemi ta’ pensjoni supplimentari skont it-tifsira tad-Direttiva 2014/50/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u d-Direttiva tal-Kunsill 98/49/KE (10).

(23)

Il-ħaddiema jenħtieġ li jkollhom id-dritt li jiġu infurmati bil-miktub fil-bidu tal-impjieg dwar id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mir-relazzjoni tax-xogħol tagħhom. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-informazzjoni bażika tasal għandhom kemm jista’ jkun malajr u mhux aktar tard minn ġimgħa kalendarja mill-ewwel jum tax-xogħol tagħhom. Jenħtieġ li l-bqija tal-informazzjoni tasal għandhom fi żmien xahar mill-ewwel jum tax-xogħol tagħhom. Jenħtieġ li l-ewwel jum tax-xogħol jinftiehem bħala l-bidu effettiv tal-prestazzjoni tax-xogħol min-naħa tal-ħaddiem fir-relazzjoni tax-xogħol. Jenħtieġ li l-Istati Membri jimmiraw li jkollhom l-informazzjoni rilevanti dwar ir-relazzjoni tax-xogħol ipprovduta mill-impjegaturi qabel it-tmiem tat-tul miftiehem inizjalment tal-kuntratt.

(24)

Fid-dawl tal-użu dejjem akbar tal-għodod ta’ komunikazzjoni diġitali, informazzjoni li trid tingħata bil-miktub skont din id-Direttiva tista’ tingħata b’mezzi elettroniċi.

(25)

Sabiex jgħinu lill-impjegaturi jipprovdu informazzjoni f’waqtha, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu kapaċi jipprovdu mudelli fil-livell nazzjonali li jinkludu informazzjoni li tkun rilevanti u komprensiva biżżejjed dwar il-qafas legali applikabbli. Dawk il-mudelli jistgħu jiġu żviluppati aktar fil-livell settorjali jew lokali, mill-awtoritajiet nazzjonali u s-sħab soċjali. Il-Kummissjoni se tgħin lill-Istati Membri fl-iżvilupp ta’ mudelli u formati u tqegħdhom għad-dispożizzjoni b’mod estensiv, skont il-każ.

(26)

Ħaddiema mibgħuta barra l-pajjiż jenħtieġ li jirċievu informazzjoni addizzjonali speċifika għas-sitwazzjoni tagħhom. Għal inkarigi suċċessivi mwettqa f’diversi Stati Membri jew pajjiżi terzi, jenħtieġ li jkun hemm il-possibbiltà li l-informazzjoni għal diversi inkarigi tiġi raggruppata qabel l-ewwel tluq u wara tiġi modifikata fil-każ ta’ kwalunkwe bidla. Ħaddiema li jikkwalifikaw bħala ħaddiema stazzjonati skont id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), jenħtieġ li jiġu nnotifikati wkoll dwar is-sit web nazzjonali uffiċjali uniku żviluppat mill-Istat Membru ospitanti fejn ikunu jistgħu jsibu l-informazzjoni rilevanti dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol li japplikaw għas-sitwazzjoni tagħhom. Sakemm l-Istati Membri ma jiddeċidux mod ieħor, dawk l-obbligi japplikaw jekk it-tul tal-perijodu tax-xogħol barra l-pajjiż ikun itwal minn erba’ ġimgħat konsekuttivi.

(27)

Il-perijodi ta’ prova jippermettu lill-partijiet fir-relazzjoni tax-xogħol jivverifikaw li l-ħaddiema u l-pożizzjonijiet li jkunu impjegati biex jimlew ikunu kompatibbli filwaqt li jagħtuhom appoġġ fl-għamla ta’ akkumpanjament. Jenħtieġ li dħul fis-suq tax-xogħol jew tranżizzjoni lejn pożizzjoni ġdida ma jkunux soġġetti għal insigurtà fit-tul. Kif stabbilit fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, il-perijodi ta’ prova jenħtieġ li għalhekk ikunu ta’ tul raġonevoli.

(28)

Għadd sostanzjali ta’ Stati Membri stabbilixxew tul massimu ġenerali ta’ bejn tlieta u sitt xhur għall-perijodu ta’ prova, u dan jenħtieġ li jitqies bħala raġonevoli. Bħala eċċezzjoni, jenħtieġ li jkun hemm il-possibbiltà li l-perijodi ta’ prova jdumu aktar minn sitt xhur meta dan ikun ġustifikat minħabba n-natura tal-impjieg, bħal pożizzjonijiet maniġerjali jew eżekuttivi u pożizzjonijiet fis-servizz pubbliku, jew meta fl-interessi tal-ħaddiem, bħal fil-kuntest ta’ miżuri speċifiċi li jippromwovu l-impjiegi permanenti, b’mod partikolari għall-ħaddiema żgħażagħ. Jenħtieġ ukoll li l-perijodi ta’ prova jkunu jistgħu jiġu estiżi b’mod korrispondenti f’każijiet fejn il-ħaddiem kien nieqes mix-xogħol waqt il-perijodu ta’ prova, pereżempju minħabba mard jew leave, biex l-impjegatur ikun jista’ jivvaluta jekk il-ħaddiem ikunx adatt għall-kompitu inkwistjoni. Fil-każ ta’ relazzjonijiet tax-xogħol b’terminu fiss ta’ inqas minn 12-il xahar, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li t-tul tal-perijodu ta’ prova jkun adegwat u proporzjonat mat-tul mistenni tal-kuntratt u n-natura tax-xogħol. Meta previst mil-liġi jew il-prattika nazzjonali, jenħtieġ li l-ħaddiema jkunu jistgħu jakkumulaw d-drittijiet tax-xogħol matul il-perijodu ta’ prova.

(29)

Jenħtieġ li impjegaturi ma jwaqqfux lil ħaddiem milli jaħdem ma’ impjegaturi oħrajn, lil hinn mill-iskeda tax-xogħol stabbilita ma’ dak l-impjegatur, u lanqas ma jimmaltrattah talli jkun għamel hekk. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-użu ta’ restrizzjonijiet ta’ inkompatibbiltà, mifhuma bħala restrizzjonijiet fuq ix-xogħol għal impjegaturi oħrajn għal raġunijiet oġġettivi, bħall-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema, inkluż permezz ta’ limiti fuq il-ħin tax-xogħol, il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tan-negozju, l-integrità tas-servizz pubbliku jew l-evitar ta’ kunflitti ta’ interess.

(30)

Ħaddiema li r-ritmu tax-xogħol tagħhom ikun imprevedibbli għalkollox, jew fil-biċċa l-kbira, jenħtieġ li jibbenefikaw minn livell ta’ prevedibbiltà minimu fejn l-iskeda tax-xogħol tkun iddeterminata prinċipalment mill-impjegatur, kemm direttament, pereżempju billi jalloka inkarigi, jew indirettament, pereżempju billi jirrikjedi li l-ħaddiem iwieġeb għat-talbiet tal-klijenti.

(31)

Is-sigħat u l-jiem ta’ referenza, li għandhom jiġu mifhuma bħala slots ta’ ħin li matulhom jsir xogħol fuq talba tal-impjegatur, jenħtieġ li jiġu stabbiliti bil-miktub fil-bidu tar-relazzjoni tax-xogħol.

(32)

Perijodu ta’ avviż minimu raġonevoli, li j jenħtieġ li jiġi mifhum bħala l-perijodu ta’ żmien bejn il-mument li fih l-ħaddiem ikun infurmat dwar inkarigu ġdid u l-mument li fih jibda l-inkarigu, jikkostitwixxi element neċessarju ieħor ta’ prevedibbiltà tax-xogħol għar-relazzjonijiet tax-xogħol b’ritmu tax-xogħol li jkun imprevedibbli għalkollox, jew fil-biċċa l-kbira. It-tul tal-perijodu ta’ avviż jista’ jvarja skont il-ħtiġijiet tas-settur ikkonċernat, filwaqt li tkun żgurata l-protezzjoni adegwata tal-ħaddiema. Il-perijodu ta’ avviż minimu japplika mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12).

(33)

Ħaddiem jenħtieġ li jkollu l-possibbiltà li jirrifjuta inkarigu jekk dan ma jkunx fis-sigħat u l-jiem ta’ referenza jew jekk il-ħaddiem ma jkunx ġie notifikat dwar l-inkarigu f’konformità mal-perijodu ta’ avviż minimu, mingħajr ma jsofri konsegwenzi negattivi għal dan ir-rifjut. Il-ħaddiem jenħtieġ li jkollu wkoll il-possibbiltà li jaċċetta l-inkarigu jekk jixtieq.

(34)

Meta ħaddiem li r-ritmu tax-xogħol tiegħu jkun imprevedibbli għalkollox, jew fil-biċċa l-kbira, ikun ftiehem mal-impjegatur tiegħu li jwettaq inkarigu speċifiku, jenħtieġ li l-ħaddiem ikun jista’ jippjana f’dan is-sens. Jenħtieġ li l-ħaddiem ikun protett mit-telf ta’ dħul li jirriżulta jekk l-inkarigu miftiehem jiġi kkanċellat tard billi jirċievi kumpens adegwat.

(35)

Kuntratti ta’ xogħol fuq talba jew simili, inklużi kuntratti “żero-hour”, li jagħtu l-flessibbiltà lill-impjegatur li jsejjaħ lill-ħaddiem biex jaħdem kif u meta jkun hemm bżonn, ikunu partikolarment imprevedibbli għall-ħaddiem. Jenħtieġ li l-Istati Membri li jippermettu dawn il-kuntratti jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ miżuri effikaċi biex jiġi evitat l-abbuż. Dawn il-miżuri jistgħu jieħdu l-għamla ta’ limitazzjonijiet għall-użu u t-tul ta’ kuntratti bħal dawn, preżunzjoni konfutabbli tal-eżistenza ta’ kuntratt tax-xogħol jew relazzjoni tax-xogħol b’ammont garantit ta’ sigħat imħallsa abbażi tas-sigħat maħduma fil-perijodu ta’ referenza preċedenti, jew miżuri ekwivalenti oħra li jiżguraw il-prevenzjoni effettiva ta’ prattiki abbużivi.

(36)

Meta l-impjegaturi jkollhom il-possibbiltà li joffru kuntratti tax-xogħol full-time jew indefiniti għall-ħaddiema f’forom ta’ impjieg mhux standard, jenħtieġ li, f’konformità mal-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, tiġi promossa t-tranżizzjoni lejn forom ta’ impjieg aktar siguri. Il-ħaddiema jenħtieġ li jkunu jistgħu jitolbu forma ta’ impjieg aktar prevedibbli u sigura, meta disponibbli, u jirċievu risposta motivata bil-miktub mill-impjegatur, li tqis il-ħtiġijiet tal-impjegatur u tal-ħaddiem. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jillimitaw il-frekwenza ta’ talbiet bħal dawn. Jenħtieġ li din id-Direttiva ma twaqqafx lill-Istati Membri milli jistabbilixxu li, fil-każ ta’ pożizzjonijiet fis-servizz pubbliku li għalihom isir eżami kompetittiv, dawk il-pożizzjonijiet ma jitqisux bħala disponibbli fuq sempliċi talba tal-ħaddiem, u għalhekk ma jidħlux fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt li tintalab forma ta’ impjieg b’kondizzjonijiet tax-xogħol aktar prevedibbli u siguri.

(37)

Meta l-impjegaturi jkunu obbligati bil-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali jew permezz ta’ ftehimiet kollettivi li jipprovdu taħriġ lill-ħaddiema sabiex iwettqu x-xogħol li jkunu impjegati għalih, huwa importanti li jiġi żgurat li tali taħriġ jingħata lill-ħaddiema kollha ndaqs, inkluż lil dawk f’forom ta’ impjieg mhux standard. Jenħtieġ li l-ispejjeż ta’ dan it-taħriġ ma jitħallsux mill-ħaddiem u lanqas ma jinżammu jew jitnaqqsu mir-remunerazzjoni tal-ħaddiem. Jenħtieġ li dan it-taħriġ jgħodd bħala ħin tax-xogħol u, jekk jista jkun, jenħtieġ li jitwettaq waqt il-ħinijiet tax-xogħol. Dak l-obbligu ma jkoprix it-taħriġ vokazzjonali jew taħriġ ieħor meħtieġ biex il-ħaddiema jiksbu, iżommu jew iġeddu kwalifika professjonali dment li l-impjegatur ma jkunx obbligat bil-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali jew permezz ta’ ftehim kollettiv li jipprovdih lill-ħaddiem. Jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipproteġu lill-ħaddiema minn prattiki abbużivi fir-rigward tat-taħriġ.

(38)

Jenħtieġ li l-awtonomija tas-sħab soċjali u l-kapaċità tagħhom bħala rappreżentanti tal-ħaddiema u l-impjegaturi jiġu rispettati. Għaldaqstant jenħtieġ li jkun possibbli għas-sħab soċjali li jikkunsidraw li, sabiex jintlaħaq l-għan ta’ din id-Direttiva, f’setturi jew f’sitwazzjonijiet speċifiċi jkunu aktar xierqa dispożizzjonijiet differenti milli ċerti standards minimi stabbiliti f’din id-Direttiva. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jippermettu lis-sħab soċjali jżommu, jinnegozjaw, jikkonkludu u jinfurzaw ftehimiet kollettivi li jvarjaw minn ċerti dispożizzjonijiet f’din id-Direttiva, dment li ma jitnaqqasx il-livell ġenerali tal-protezzjoni tal-ħaddiema.

(39)

Il-konsultazzjoni pubblika dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali wriet il-ħtieġa li jissaħħaħ l-infurzar tal-liġi tal-Unjoni fil-qasam tax-xogħol sabiex tiġi żgurata l-effikaċja tagħha. L-evalwazzjoni tad-Direttiva 91/533/KEE mwettqa fil-qafas tal-Programm tal-Kummissjoni dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni kkonfermat li mekkaniżmi ta’ infurzar aktar b’saħħithom jistgħu jtejbu l-effikaċja tal-liġi tal-Unjoni fil-qasam tax-xogħol. Il-konsultazzjoni wriet li s-sistemi ta’ rimedju bbażati biss fuq talbiet għal danni huma inqas effettivi minn sistemi li jipprevedu penali wkoll, bħal somom f’daqqa jew telf ta’ permessi, għal impjegaturi li ma jagħmlux dikjarazzjonijiet bil-miktub. Hija wriet ukoll li l-impjegati rari jfittxu rimedju matul ir-relazzjoni tax-xogħol, li jipperikola l-għan tad-dispożizzjoni tad-dikjarazzjoni bil-miktub, li hu li tiżgura li l-ħaddiema jkunu infurmati dwar il-karatteristiċi essenzjali tar-relazzjoni tax-xogħol. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu introdotti dispożizzjonijiet ta’ infurzar li jiżguraw l-użu ta’ preżunzjonijiet favorevoli fejn ma tingħatax informazzjoni dwar ir-relazzjoni tax-xogħol, jew l-użu ta’ proċedura li biha l-impjegatur jista’ jkun obbligat jipprovdi l-informazzjoni nieqsa u jista’ jkun soġġett għal penali f’każ li ma jagħmilx hekk, jew it-tnejn. Jenħtieġ li jkun possibbli li dawn il-preżunzjonijiet favorevoli jinkludu l-preżunzjoni li l-ħaddiem għandu relazzjoni tax-xogħol miftuħa, li ma hemm l-ebda perijodu ta’ prova jew li l-ħaddiem għandu pożizzjoni full-time, meta l-informazzjoni rilevanti tkun nieqsa. Ir-rimedju jista’ jkun soġġett għal proċedura li biha l-impjegatur jiġi notifikat mill-ħaddiem jew minn parti terza bħal rappreżentant tal-ħaddiem, entità jew awtorità kompetenti oħra li jkun hemm informazzjoni nieqsa u li għandu jipprovdi l-informazzjoni sħiħa u korretta mill-aktar fis.

(40)

Mid-Direttiva 91/533/KEE fl-Unjoni ġiet adottata sistema estensiva ta’ dispożizzjonijiet ta’ infurzar għall-acquis soċjali, b’mod partikolari fil-qasam tat-trattament indaqs, li elementi minnha jenħtieġ li jiġu applikati għal din id-Direttiva sabiex jiġi żgurat li l-ħaddiema jkollhom aċċess għal riżoluzzjoni tat-tilwim effikaċi u imparzjali, bħal qorti ċivili jew tax-xogħol kif ukoll dritt għal rimedju, li jista’ jinkludi kumpens adegwat, bħalma jipprevedi l-Prinċipju Nru 7 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.

(41)

Speċifikament, meta titqies in-natura fundamentali tad-dritt għal protezzjoni legali effettiva, il-ħaddiema jenħtieġ li jkomplu jgawdu minn protezzjoni bħal din anke wara t-tmiem tar-relazzjoni tax-xogħol li tkun wasslet għall-allegat ksur tad-drittijiet tal-ħaddiem skont din id-Direttiva.

(42)

L-implimentazzjoni effettiva ta’ din id-Direttiva tirrikjedi protezzjoni ġudizzjarja u amministrattiva adegwata kontra kwalunkwe trattament negattiv bħala reazzjoni għal tentattiv sabiex jiġu eżerċitati d-drittijiet previsti f’din id-Direttiva, kwalunkwe lment mal-impjegatur jew kwalunkwe proċedura legali jew amministrattiva mmirata sabiex tinforza l-konformità ma’ din id-Direttiva.

(43)

Il-ħaddiema li jeżerċitaw id-drittijiet previsti f’din id-Direttiva jenħtieġ li jgawdu mill-protezzjoni kontra t-tkeċċija jew kwalunkwe preġudizzju ekwivalenti, pereżempju ħaddiem fuq talba li ma jibqax jiġi assenjat xogħol, jew kwalunkwe tħejjija għall-possibbiltà ta’ tkeċċija għax ħaddiem ikun ipprova jeżerċita dawn id-drittijiet. Jekk ħaddiem jikkunsidra li jkun tkeċċa jew sofra preġudizzju ekwivalenti għal dawk ir-raġunijiet, il-ħaddiem u l-awtoritajiet jew il-korpi kompetenti jenħtieġ li jkunu jistgħu jitolbu li l-impjegatur jipprovdi raġunijiet debitament sostanzjati għat-tkeċċija jew il-miżura ekwivalenti.

(44)

L-oneru tal-prova fir-rigward tal-istabbiliment li ma kienx hemm tkeċċija jew preġudizzju ekwivalenti minħabba li l-ħaddiema jkunu eżerċitaw id-drittijiet tagħhom previsti f’din id-Direttiva, jenħtieġ li jaqa’ fuq l-impjegaturi meta l-ħaddiema jistabbilixxu, quddiem qorti, awtorità jew korp kompetenti ieħor, fatti li minnhom jista’ jkun preżunt li tkeċċew, jew li ġew soġġetti għal miżuri b’effett ekwivalenti, għal dawn ir-raġunijiet. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li ma japplikawx dik ir-regola fi proċedimenti fejn ikun il-kompitu ta’ qorti, awtorità jew korp kompetenti ieħor li jinvestigaw il-fatti, partikolarment f’sistemi fejn it-tkeċċija tkun trid tiġi approvata minn qabel minn tali awtorità jew korp.

(45)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jipprevedu penali effettivi, proporzjonati u dissważivi għall-ksur tal-obbligi f’din id-Direttiva. Il-penali jistgħu jinkludu penali amministrattivi u finanzjarji, bħal multi jew ħlas ta’ kumpens, kif ukoll tipi oħra ta’ penali.

(46)

Minħabba li l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li jittejbu l-kondizzjonijiet tax-xogħol billi jiġi promoss impjieg iktar trasparenti u previdibbli waqt li tiġi żgurata l-adattabbiltà tas-suq tax-xogħol, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista’, minħabba l-ħtieġa li jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi komuni, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(47)

Din id-Direttiva tistabbilixxi rekwiżiti minimi, u għalhekk ma taffettwax il-prerogattiva tal-Istati Membri sabiex jintroduċu u jżommu dispożizzjonijiet aktar favorevoli. Id-drittijiet akkwistati skont il-qafas legali eżistenti jenħtieġ li jkomplu japplikaw, dment li ma jkunux introdotti dispożizzjonijiet aktar favorevoli minn din id-Direttiva. L-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva ma tistax tintuża sabiex tnaqqas drittijiet eżistenti stabbiliti fil-liġi eżistenti tal-Unjoni jew nazzjonali f’dan il-qasam u lanqas ma tista’ tikkostitwixxi raġunijiet validi għat-tnaqqis tal-livell ġenerali ta’ protezzjoni mogħti lill-ħaddiema fil-qasam kopert b’din id-Direttiva. B’mod partikolari, jenħtieġ li ma tkunx ġustifikazzjoni għall-introduzzjoni ta’ kuntratti “żero-hour” jew tipi ta’ kuntratti simili.

(48)

Fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva l-Istati Membri jenħtieġ li jevitaw li jimponu restrizzjonijiet amministrattivi, finanzjarji u legali b’tali mod li jżommu lura l-ħolqien u l-iżvilupp tal-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju. L-Istati Membri huma għalhekk mistiedna jevalwaw l-impatt tal-att ta’ traspożizzjoni tagħhom fuq l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju biex jiżguraw li dawn ma jiġux affettwati b’mod sproporzjonat, filwaqt li tingħata attenzjoni speċifika lill-mikrointrapriżi u lill-piż amministrattiv, u jippubblikaw ir-riżultati ta’ dawn il-valutazzjonijiet.

(49)

L-Istati Membri jistgħu jinkarigaw lis-sħab soċjali bl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, meta s-sħab soċjali jitolbu b’mod konġunt li jagħmlu dan u l-Istati Membri jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li fi kwalunkwe mument jistgħu jiggarantixxu r-riżultati mitluba minn din id-Direttiva. Skont il-liġi u l-prattika nazzjonali, jenħtieġ li jieħdu wkoll miżuri adegwati biex jiżguraw l-involviment effettiv tas-sħab soċjali u biex jippromwovu u jtejbu d-djalogu soċjali bil-ħsieb li jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

(50)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu kwalunkwe miżura adegwata biex jiżguraw it-twettiq tal-obbligi li jirriżultaw minn din id-Direttiva, pereżempju billi jwettqu spezzjonijiet, skont il-każ.

(51)

Fid-dawl tal-bidliet sostanzjali introdotti minn din id-Direttiva u fir-rigward tal-għan, il-kamp ta’ applikazzjoni u l-kontenut tad-Direttiva 91/533/KEE, ma jkunx xieraq li dik id-Direttiva tiġi emendata. Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 91/533/KEE titħassar.

(52)

F’konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta’ Settembru 2011 tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni (13), l-Istati Membri impenjaw ruħhom li jżidu man-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom, f’każijiet ġustifikati, dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet ekwivalenti tal-istrumenti nazzjonali ta’ traspożizzjoni. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġislatur iqis li t-trażmissjoni ta’ dokumenti ta’ dak it-tip hija ġustifikata,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Għan, suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li ttejjeb il-kondizzjonijiet tax-xogħol billi tippromwovi impjiegi aktar trasparenti u prevedibbli filwaqt li tiżgura l-adattabbiltà tas-suq tax-xogħol.

2.   Din id-Direttiva tistabbilixxi drittijiet minimi li japplikaw għal kull ħaddiem fl-Unjoni li jkollu kuntratt tax-xogħol jew relazzjoni tax-xogħol kif definita mil-liġi, mill-ftehimiet kollettivi jew mill-prattika fis-seħħ f’kull Stat Membru fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.

3.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx l-obbligi f’din id-Direttiva għal ħaddiema li għandhom relazzjoni tax-xogħol li fiha l-ħin tax-xogħol determinat minn qabel u effettiv tagħhom ikun ugwali għal jew inqas minn medja ta’ tliet sigħat fil-ġimgħa f’perijodu ta’ referenza ta’ erba’ ġimgħat konsekuttivi. Il-ħin maħdum mal-impjegaturi kollha li jiffurmaw jew jappartjenu għall-istess intrapriża, grupp jew entità għandu jgħodd għal dik il-medja ta’ tliet sigħat.

4.   Il-paragrafu 3 ma għandux japplika għal relazzjoni tax-xogħol fejn, qabel jibda l-impjieg, ma jiġi determinat minn qabel l-ebda ammont garantit ta’ xogħol imħallas.

5.   L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw liema persuni huma responsabbli għat-twettiq tal-obbligi għall-impjegaturi stabbiliti b’din id-Direttiva dment li dawk l-obbligi kollha jkunu ssodisfati. Huma jistgħu wkoll jiddeċiedu li dawk l-obbligi kollha, jew parti minnhom, jiġu assenjati lil persuna fiżika jew ġuridika li ma tkunx parti mir-relazzjoni tax-xogħol.

Dan il-paragrafu japplika mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14).

6.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, għal raġunijiet oġġettivi, li d-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu III ma japplikawx għall-impjegati taċ-ċivil, is-servizzi ta’ emerġenza pubbliċi, il-forzi armati, l-awtoritajiet tal-pulizija, l-imħallfin, il-prosekuturi, l-investigaturi jew servizzi oħra tal-infurzar tal-liġi.

7.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 12 u 13 u fil-punt (a) tal-Artikolu 15(1) għal persuni fiżiċi f’unitajiet domestiċi li jaġixxu bħala impjegaturi fejn ikun qed isir xogħol għal dawk l-unitajiet domestiċi.

8.   Il-Kapitolu II ta’ din id-Direttiva japplika għall-baħħara u għas-sajjieda marittimi mingħajr preġudizzju għad-Direttivi 2009/13/KE u (UE) 2017/159, rispettivament. L-obbligi stabbiliti fil-punti (m) u (o) tal-Artikolu 4(2), u l-Artikoli 7, 9, 10 u 12 ma għandhomx japplikaw għall-baħħara jew is-sajjieda.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“skeda tax-xogħol” tfisser l-iskeda li tiddetermina s-sigħat u l-jiem li fihom tibda u tispiċċa l-prestazzjoni tax-xogħol;

(b)

“sigħat u jiem ta’ referenza” tfisser slots ta’ ħin f’jiem speċifiċi li matulhom ix-xogħol jista’ jsir fuq talba tal-impjegatur;

(c)

“ritmu tax-xogħol” tfisser il-forma tal-organizzazzjoni tal-ħin u t-tqassim tax-xogħol skont ċertu ritmu determinat mill-impjegatur.

Artikolu 3

Għoti ta’ informazzjoni

L-impjegatur għandu jipprovdi l-informazzjoni mitluba minn din id-Direttiva bil-miktub lil kull ħaddiem. L-informazzjoni għandha tingħata u tiġi trażmessa fuq karta jew, sakemm dik l-informazzjoni tkun aċċessibbli għall-ħaddiem, li tista’ tinħażen u tiġi stampata, u li l-impjegatur iżomm prova tat-trażmissjoni jew tal-wasla f’forma elettronika.

KAPITOLU II

INFORMAZZJONI DWAR IR-RELAZZJONI TAX-XOGĦOL

Artikolu 4

Obbligu ta’ għoti ta’ informazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impjegaturi jkunu obbligati jinfurmaw lill-ħaddiema dwar l-aspetti essenzjali tar-relazzjoni tax-xogħol.

2.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi mill-inqas dan li ġej:

(a)

l-identitajiet tal-partijiet fir-relazzjoni tax-xogħol;

(b)

il-post tax-xogħol; meta ma jkunx hemm post tax-xogħol fiss jew ewlieni, il-prinċipju li l-ħaddiem huwa impjegat f’diversi postijiet jew huwa liberu li jiddetermina l-post tax-xogħol tiegħu, u l-post tan-negozju rreġistrat jew, fejn xieraq, id-domiċilju tal-impjegatur;

(c)

jew:

(i)

it-titlu, il-grad, in-natura jew il-kategorija tax-xogħol li għalih huwa impjegat il-ħaddiem jew

(ii)

speċifikazzjoni jew deskrizzjoni qasira tax-xogħol;

(d)

id-data tal-bidu tar-relazzjoni tax-xogħol;

(e)

fil-każ ta’ relazzjoni tax-xogħol b’terminu fiss, id-data tat-tmiem jew it-tul mistenni tagħha;

(f)

fil-każ ta’ ħaddiema temporanji permezz ta’ aġenzija, l-identità tal-impriżi utenti, meta u malli tkun magħrufa;

(g)

it-tul u l-kondizzjonijiet tal-perijodu ta’ prova, jekk ikun hemm;

(h)

l-intitolament għal taħriġ ipprovdut mill-impjegatur, jekk ikun il-każ;

(i)

l-ammont ta’ leave imħallas li huwa intitolat għalih il-ħaddiem jew, meta dan ma jkunx jista’ jiġi indikat meta tingħata l-informazzjoni, il-proċeduri sabiex dak il-leave jiġi allokat u ddeterminat;

(j)

il-proċedura li l-impjegatur u l-ħaddiem iridu josservaw, li tinkludi r-rekwiżiti formali u t-tul tal-perijodi ta’ avviż, meta r-relazzjoni tax-xogħol tagħhom tintemm jew, meta t-tul tal-perijodi ta’ avviż ma jkunx jista’ jiġi indikat meta tingħata l-informazzjoni, il-metodu sabiex jiġu determinati tali perijodi ta’ avviż;

(k)

ir-remunerazzjoni, inkluż l-ammont bażiku inizjali, kwalunkwe element ta’ komponenti ieħor, jekk applikabbli, indikat separatament, u l-frekwenza u l-metodu ta’ ħlas tar-remunerazzjoni li l-ħaddiem huwa intitolat għaliha;

(l)

jekk ir-ritmu tax-xogħol ikun imprevedibbli għalkollox, jew fil-biċċa l-kbira, it-tul tal-jum tax-xogħol jew tal-ġimgħa standard tal-ħaddiem u kwalunkwe arranġament għas-sahra u r-remunerazzjoni tagħha u, jekk applikabbli, kwalunkwe arranġament għal bidliet fix-shift;

(m)

jekk ir-ritmu tax-xogħol ikun imprevedibbli għal kollox, jew fil-biċċa l-kbira, l-impjegatur għandu jinforma lill-ħaddiem dwar:

(i)

il-prinċipju li l-iskeda tax-xogħol hija varjabbli, in-numru ta’ sigħat imħallsa garantiti u r-remunerazzjoni għal xogħol imwettaq lil hinn minn dawk is-sigħat garantiti;

(ii)

is-sigħat u l-jiem ta’ referenza li fihom il-ħaddiem jista’ jkun mitlub jaħdem;

(iii)

il-perijodu ta’ preavviż minimu li l-ħaddiem huwa intitolat għalih qabel il-bidu ta’ inkarigu u, jekk applikabbli, l-iskadenza msemmija fl-Artikolu 10(3) biex l-impjegatur jikkanċella;

(n)

kwalunkwe ftehim kollettiv li jirregola l-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiem jew fil-każ ta’ ftehimiet kollettivi konklużi barra n-negozju minn korpi jew istituzzjonijiet konġunti speċjali, l-isem ta’ tali korpi jew istituzzjonijiet li fi ħdanha ġew konklużi l-ftehimiet;

(o)

fejn tkun ir-responsabbiltà tal-impjegatur, l-identità tal-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali li jirċievu l-kontribuzzjonijiet soċjali marbutin mar-relazzjoni tax-xogħol u kwalunkwe protezzjoni relatata mas-sigurtà soċjali pprovduta mill-impjegatur.

3.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2(g) sa (l) u (o) tista’, fejn xieraq, tingħata f’forma ta’ referenza għal-liġijiet, ir-regolamentazzjoni u d-dispożizzjonijiet amministrattivi jew statutorji jew il-ftehimiet kollettivi li jirregolaw dawk il-punti.

Artikolu 5

Żmien u mezzi ta’ informazzjoni

1.   Jekk ma tkunx ingħatat qabel, l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (e), (g), (k), (l) u (m) tal-Artikolu 4(2) għandha tingħata individwalment lill-ħaddiem fl-għamla ta’ dokument wieħed jew aktar matul perijodu li jibda fl-ewwel jum tax-xogħol u li jispiċċa mhux aktar tard mis-seba’ jum tal-kalendarju. L-informazzjoni l-oħra msemmija fl-Artikolu 4(2) għandha tingħata individwalment lill-ħaddiem fl-għamla ta’ dokument fi żmien xahar mill-ewwel jum tax-xogħol.

2.   L-Istati Membri jistgħu jiżviluppaw mudelli u formati għad-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 u jqegħduhom għad-dispożizzjoni tal-ħaddiem u tal-impjegatur, inkluż billi jagħmluhom disponibbli fuq sit web nazzjonali uffiċjali uniku jew permezz ta’ mezzi xierqa oħrajn.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-liġijiet, ir-regolamentazzjoni u d-dispożizzjonijiet amministrattivi jew statutorji jew il-ftehimiet kollettivi li japplikaw b’mod universali li jirregolaw il-qafas legali applikabbli li għandha tiġi kkomunikata mill-impjegaturi ssir ġeneralment disponibbli mingħajr ħlas b’mod ċar, trasparenti, komprensiv u faċilment aċċessibbli mill-bogħod u permezz ta’ mezzi elettroniċi, inkluż permezz ta’ portals online eżistenti.

Artikolu 6

Bidla fir-relazzjoni tax-xogħol

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe bidla fl-aspetti tar-relazzjoni tax-xogħol imsemmija fl-Artikolu 4(2) u kwalunkwe bidla fl-informazzjoni addizzjonali għall-ħaddiema mibgħuta fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz fl-Artikolu 7 għandha tiġi pprovduta fl-għamla ta’ dokument mill-impjegatur lill-ħaddiem mal-ewwel opportunità u mhux aktar tard mill-jum li fih issir effettiva.

2.   Id-dokument imsemmi fil-paragrafu 1 ma għandux japplika għal bidliet li jirriflettu biss bidla fil-liġijiet, fir-regolamenti u fid-dispożizzjonijiet amministrattivi jew statutorji jew fil-ftehimiet kollettivi li jissemmew fid-dokumenti msemmija fl-Artikolu 5(1), u, meta rilevanti, fl-Artikolu 7.

Artikolu 7

Informazzjoni addizzjonali għall-ħaddiema mibgħuta fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta ħaddiem ikun mitlub jaħdem fi Stat Membru jew f’pajjiż terz li mhux l-Istat Membru li fih jaħdem normalment, l-impjegatur għandu jipprovdi d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 5(1) qabel it-tluq tal-ħaddiem u d-dokumenti għandhom jinkludu mill-inqas l-informazzjoni addizzjonali li ġejja:

(a)

il-pajjiż jew il-pajjiżi li fihom se jitwettaq ix-xogħol barra mill-pajjiż u t-tul antiċipat tiegħu;

(b)

il-munita li għandha tintuża għall-ħlas tar-remunerazzjoni;

(c)

jekk applikabbli, il-benefiċċji fi flus kontanti jew in natura relatati mal-inkarigu;

(d)

informazzjoni dwar jekk hijiex prevista r-ripatrijazzjoni u, jekk iva, il-kondizzjonijiet li jirregolaw ir-ripatrijazzjoni tal-ħaddiem.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ħaddiem stazzjonat kopert mid-Direttiva 96/71/KE għandu jiġi nnotifikat ukoll dwar:

(a)

ir-remunerazzjoni li l-ħaddiem huwa intitolat għaliha skont il-liġi applikabbli tal-Istat Membru ospitanti;

(b)

fejn applikabbli, kwalunkwe konċessjoni speċifika għall-istazzjonar u kwalunkwe arranġament biex jiġi rimborżat l-infiq fuq il-vjaġġi, l-ikel u l-akkomodazzjoni;

(c)

il-link għas-sit web nazzjonali uffiċjali uniku żviluppat mill-Istat Membru ospitanti skont l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15).

3.   L-informazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 u l-punt (a) tal-paragrafu 2 tista’, fejn xieraq, tingħata f’forma ta’ referenza għal dispożizzjonijiet speċifiċi tal-liġijiet, ir-regolamentazzjoni u l-atti amministrattivi jew statutorji jew il-ftehimiet kollettivi li jirregolaw dik l-informazzjoni.

4.   Sakemm l-Istati Membri ma jiddeċidux mod ieħor, il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw jekk it-tul ta’ kull perijodu tax-xogħol barra mill-Istat Membru li fih jaħdem normalment il-ħaddiem ikun ta’ erba’ ġimgħat konsekuttivi jew inqas.

KAPITOLU III

REKWIŻITI MINIMI RELATATI MAL-KONDIZZJONIJIET TAX-XOGĦOL

Artikolu 8

Tul massimu ta’ kwalunkwe perijodu ta’ prova

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta relazzjoni tax-xogħol tkun soġġetta għal perijodu ta’ prova kif definit fil-liġi jew fil-prattika nazzjonali, dak il-perijodu ma jaqbiżx is-sitt xhur.

2.   Fil-każ ta’ relazzjonijiet tax-xogħol b’terminu fiss, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tul ta’ tali perijodu ta’ prova jkun proporzjonat mat-tul mistenni tal-kuntratt u n-natura tax-xogħol. Fil-każ tat-tiġdid ta’ kuntratt għall-istess funzjoni u kompiti, ir-relazzjoni tax-xogħol ma għandhiex tkun soġġetta għal perijodu ta’ prova ġdid.

3.   L-Istati Membri, fuq bażi eċċezzjonali, jistgħu jipprevedu perijodi ta’ prova itwal fejn dan ikun ġustifikat minħabba n-natura tal-impjieg jew ikun fl-interess tal-ħaddiem. Fejn il-ħaddiem kien nieqes mix-xogħol matul il-perijodu ta’ prova, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-perijodu ta’ prova jkun jista’ jiġi estiż b’mod korrispondenti, skont kemm ikun dam nieqes.

Artikolu 9

Impjieg parallel

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impjegatur ma jwaqqafx ħaddiem milli jaħdem ma’ impjegaturi oħrajn, lil hinn mill-iskeda tax-xogħol stabbilita ma’ dak l-impjegatur, u lanqas ma jimmaltratta lil ħaddiem talli jkun għamel hekk.

2.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kondizzjonijiet għall-użu ta’ restrizzjonijiet ta’ inkompatibbiltà min-naħa tal-impjegaturi, abbażi ta’ raġunijiet oġġettivi, bħalma huma s-saħħa u s-sikurezza, il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità kummerċjali, l-integrità tas-servizz pubbliku jew l-evitar ta’ kunflitti ta’ interess.

Artikolu 10

Prevedibbiltà minima tax-xogħol

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta r-ritmu tax-xogħol ta’ ħaddiem ikun imprevedibbli għalkollox, jew fil-biċċa l-kbira, l-impjegatur ma għandux jobbliga lill-ħaddiem jaħdem sakemm ma jiġux issodisfati ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ix-xogħol isir f’sigħat u jiem ta’ referenza determinati minn qabel kif imsemmi fil-punt (m)(ii) tal-Artikolu 4(2); u

(b)

il-ħaddiem ikun infurmat mill-impjegatur tiegħu dwar inkarigu f’perijodu ta’ avviż raġonevoli, stabbilit skont il-liġi, il-ftehimiet kollettivi jew il-prattika nazzjonali kif msemmi fil-punt (m)(iii) tal-Artikolu 4(2).

2.   Meta wieħed mir-rekwiżiti jew iż-żewġ rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ma jiġux issodisfati, ħaddiem għandu jkollu d-dritt jirrifjuta inkarigu mingħajr konsegwenzi negattivi.

3.   Meta l-Istati Membri jippermettu lil impjegatur jikkanċella inkarigu mingħajr kumpens, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa, skont il-liġi, il-ftehimiet kollettivi jew il-prattika nazzjonali, biex jiżguraw li l-ħaddiem ikun intitolat għal kumpens jekk l-impjegatur jikkanċella, wara skadenza raġonevoli u speċifika, l-inkarigu miftiehem minn qabel mal-ħaddiem.

4.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu modalitajiet għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, skont il-liġi, il-ftehimiet kollettivi jew il-prattika nazzjonali.

Artikolu 11

Miżuri komplementari għall-kuntratti fuq talba

Meta l-Istati Membri jippermettu l-użu ta’ xogħol fuq talba jew kuntratti ta’ impjieg simili, għandhom jieħdu waħda mill-miżuri li ġejjin jew aktar biex jimpedixxu prattiki abbużivi:

(a)

limitazzjonijiet fuq l-użu u t-tul ta’ kuntratti għal xogħol fuq talba jew kuntratti tax-xogħol simili;

(b)

suppożizzjoni konfutabbli dwar l-eżistenza ta’ kuntratt tax-xogħol li jipprevedi ammont minimu ta’ sigħat imħallsa abbażi tal-medja ta’ sigħat maħduma f’perijodu partikolari;

(c)

miżuri ekwivalenti oħra li jiżguraw il-prevenzjoni effettiva ta’ prattiki abbużivi.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dawn il-miżuri.

Artikolu 12

Tranżizzjoni għal forma oħra ta’ impjieg

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ħaddiem li jkun ħadem mill-inqas sitt xhur mal-istess impjegatur, li jkun temm il-perijodu ta’ prova tiegħu, jekk ikun il-każ, jista’ jitlob forma ta’ impjieg b’kondizzjonijiet tax-xogħol aktar prevedibbli u siguri jekk ikun disponibbli u jirċievi risposta motivata bil-miktub. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw il-frekwenza tat-talbiet li jiskattaw l-obbligu skont dan l-Artikolu.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impjegatur jipprovdi r-risposta motivata bil-miktub msemmija fil-paragrafu 1 fi żmien xahar mit-talba. Fir-rigward ta’ persuni fiżiċi li jaġixxu bħala impjegaturi u intrapriżi mikro, żgħar jew ta’ daqs medju, l-Istati Membri jistgħu jiddisponu li dik l-iskadenza tiġi estiża għal mhux aktar minn tliet xhur u jippermettu li tingħata risposta bil-fomm għal talba sussegwenti simili mressqa mill-istess ħaddiem jekk il-ġustifikazzjoni għat-tweġiba fir-rigward tas-sitwazzjoni tal-ħaddiem tibqa’ l-istess.

Artikolu 13

Taħriġ obbligatorju

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta l-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali jew il-ftehimiet kollettivi jkunu jirrikjedu li impjegatur jipprovdi t-taħriġ lil ħaddiem sabiex ikun jista’ jwettaq ix-xogħol li jkun ġie impjegat għalih, dan it-taħriġ għandu jingħata lill-ħaddiem mingħajr ħlas, jgħodd bħala ħin tax-xogħol u, fejn possibbli, għandu jsir waqt il-ħinijiet tax-xogħol.

Artikolu 14

Ftehimiet kollettivi

L-Istati Membri jistgħu jippermettu li s-sħab soċjali jżommu, jinnegozjaw, jikkonkludu u jinfurzaw ftehimiet kollettivi, f’konformità mal-liġi jew mal-prattika nazzjonali, li, filwaqt li jirrispettaw il-protezzjoni ġenerali tal-ħaddiema, jistabbilixxu arranġamenti dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema li jkunu differenti minn dawk imsemmija fl-Artikoli minn 8 sa 13.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET ORIZZONTALI

Artikolu 15

Preżunzjonijiet legali u mekkaniżmu għal soluzzjoni bikrija

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta ħaddiem ma jkunx irċieva fil-ħin id-dokumenti kollha, jew parti minnhom, imsemmija fl-Artikolu 5(1) jew fl-Artikolu 6, għandha tapplika waħda minn dawn li ġejjin jew it-tnejn li huma:

(a)

il-ħaddiem għandu jibbenefika minn preżunzjonijiet favorevoli definiti mill-Istat Membru li l-impjegaturi għandu jkollhom il-possibbiltà li jirribattu;

(b)

il-ħaddiem għandu jkollu l-possibbiltà li jressaq ilment lill-awtorità jew korp kompetenti u li jirċievi rimedju adegwat b’mod effettiv u f’waqtu.

2.   L-Istati Membri jistgħu jiddisponu li l-applikazzjoni tal-preżunzjonijiet u l-mekkaniżmu msemmija fil-paragrafu 1 tkun soġġetta għan-notifika tal-impjegatur u n-nuqqas tiegħu li jipprovdi l-informazzjoni nieqsa f’waqtha.

Artikolu 16

Dritt għal rimedju

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħaddiema, inklużi dawk li r-relazzjoni tax-xogħol tagħhom tkun intemmet, ikollhom aċċess għal riżoluzzjoni tat-tilwim effettiva u imparzjali u dritt għal rimedju f’każ ta’ ksur tad-drittijiet li jirriżultaw minn din id-Direttiva.

Artikolu 17

Protezzjoni kontra trattament jew konsegwenzi negattivi

L-Istati Membri għandhom jintroduċu l-miżuri meħtieġa sabiex jipproteġu lill-ħaddiema, inklużi dawk li jkunu rappreżentanti tal-ħaddiema, minn kwalunkwe trattament negattiv min-naħa tal-impjegatur u minn kwalunkwe konsegwenza negattiva li tirriżulta minn ilment imressaq quddiem l-impjegatur jew li jirriżultaw minn kwalunkwe proċediment mibdi bil-għan li tiġi infurzata l-konformità mad-drittijiet previsti f’din id-Direttiva.

Artikolu 18

Protezzjoni mit-tkeċċija u oneru tal-provi

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprojbixxu t-tkeċċija jew l-ekwivalenti tagħha u t-tħejjijiet kollha għat-tkeċċija tal-ħaddiema għal raġuni li jkunu eżerċitaw id-drittijiet previsti f’din id-Direttiva.

2.   Ħaddiema li jikkunsidraw li jkunu tkeċċew, jew li kienu soġġetti għal miżuri b’effett ekwivalenti, għal raġuni li jkunu eżerċitaw id-drittijiet previsti f’din id-Direttiva, jistgħu jitolbu lill-impjegatur jipprovdi raġunijiet debitament sostanzjati għat-tkeċċija jew il-miżuri ekwivalenti. L-impjegatur għandu jagħti dawk ir-raġunijiet bil-miktub.

3.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li, meta l-ħaddiema msemmija fil-paragrafu 2 jistabbilixxu, quddiem qorti jew awtorità jew korp kompetenti oħrajn, fatti li minnhom jista’ jiġi preżunt li kien hemm tkeċċija ta’ dan it-tip jew il-miżuri ekwivalenti, għandu jkun l-impjegatur li juri li t-tkeċċija kienet ibbażata fuq raġunijiet differenti minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1.

4.   Il-paragrafu 3 ma għandux jimpedixxi lill-Istati Membri milli jintroduċu regoli ta’ evidenza li jkunu aktar favorevoli għall-ħaddiema.

5.   L-Istati Membri ma għandhomx jinħtieġu japplikaw il-paragrafu 3 għal proċedimenti fejn huma l-qorti jew awtorità jew korp kompetenti oħrajn li għandhom jinvestigaw il-fatti tal-każ.

6.   Il-paragrafu 3 ma għandux japplika għal proċedimenti kriminali, sakemm ma jkunx previst mod ieħor mill-Istat Membru.

Artikolu 19

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva jew id-dispożizzjonijiet rilevanti diġà fis-seħħ dwar id-drittijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 20

Nonrigressjoni u dispożizzjonijiet aktar favorevoli

1.   Din id-Direttiva ma għandhiex tikkostitwixxi raġuni valida għat-tnaqqis tal-livell ġenerali ta’ protezzjoni diġà mogħti lill-ħaddiema fl-Istati Membri.

2.   Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-prerogattiva tal-Istati Membri li japplikaw jew li jintroduċu liġijiet, regolamentazzjoni jew dispożizzjonijiet amministrattivi li huma aktar favorevoli għall-ħaddiema jew li jinkoraġġixxu jew jippermettu l-applikazzjoni ta’ ftehimiet kollettivi li huma aktar favorevoli għall-ħaddiema.

3.   Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dritt ieħor mogħti lill-ħaddiema minn atti legali oħra tal-Unjoni.

Artikolu 21

Traspożizzjoni u implimentazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-1 ta’ Awwissu 2022. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan minnufih.

2.   Meta l-Istati Membri jadottaw il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

3.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

4.   L-Istati Membri għandhom, skont il-liġi u l-prattika nazzjonali tagħhom, jieħdu miżuri adegwati biex jiżguraw l-involviment effettiv tas-sħab soċjali u biex jippromwovu u jtejbu d-djalogu soċjali bil-ħsieb li tiġi implimentata din id-Direttiva.

5.   L-Istati Membri jistgħu jinkarigaw lis-sħab soċjali bl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, meta s-sħab soċjali jitolbu b’mod konġunt li jagħmlu dan u dment li l-Istati Membri jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li fi kwalunkwe mument jistgħu jiggarantixxu r-riżultati mitluba minn din id-Direttiva.

Artikolu 22

Arranġamenti tranżitorji

Id-drittijiet u l-obbligi stabbiliti f’din id-Direttiva għandhom japplikaw għal kull relazzjoni tax-xogħol sal-1 ta’ Awwissu 2022. Madankollu, impjegatur għandu jipprovdi jew jikkomplementa d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 5(1), l-Artikolu 6 u l-Artikolu 7 fuq talba ta’ ħaddiem li huwa diġà impjegat f’dik id-data biss. In-nuqqas ta’ tali talba ma għandux ikollu l-effett li jeskludi lill-ħaddiema mid-drittijiet minimi stabbiliti skont l-Artikoli minn 8 sa 13.

Artikolu 23

Rieżami mill-Kummissjoni

Sal-1 ta’ Awwissu 2027, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-Istati Membri u mas-sħab soċjali fil-livell tal-Unjoni u filwaqt li tqis l-impatt fuq l-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, twettaq rieżami tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u, jekk ikun il-każ, tipproponi emendi leġislattivi.

Artikolu 24

Tħassir

Id-Direttiva 91/533/KEE għandha titħassar b’effett mill-1 ta’ Awwissu 2022. Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva.

Artikolu 25

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 26

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2019.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

G. CIAMBA


(1)  ĠU C 283, 10.8.2018, p. 39.

(2)  ĠU C 387, 25.10.2018, p. 53.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ April 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2019.

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/533/KEE tal-14 ta’ Ottubru 1991 dwar l-obbligazzjoni ta’ min iħaddem li jgħarraf lill-ħaddiema bil-kondizzjonijiet applikabbli għall-kuntratt jew għar-relazzjoni tal-impjieg (ĠU L 288, 18.10.1991, p. 32).

(5)  Is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ Lulju 1986, Deborah Lawrie-Blum vs Land Baden-Württemberg, C-66/85, ECLI:EU:C:1986:284; l-14 ta’ Ottubru 2010, Union Syndicale Solidaires Isère vs Premier ministre et., C-428/09, ECLI:EU:C:2010:612; id-9 ta’ Lulju 2015, Ender Balkaya vs Kiesel Abbruch- und Recycling Technik GmbH, C-229/14, ECLI:EU:C:2015:455; l-4 ta’ Diċembru 2014, FNV Kunsten Informatie en Media vs Staat der Nederlanden, C-413/13, ECLI:EU:C:2014:2411; u s-17 ta’ Novembru 2016, Betriebsrat der Ruhrlandklinik gGmbH vs Ruhrlandklinik gGmbH, C-216/15, ECLI:EU:C:2016:883.

(6)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/13/KE tas-16 ta’ Frar 2009 li timplimenta l-Ftehim konkluż mill-Assoċjazzjonijiet tas-Sidien tal-Bastimenti tal-Komunità Ewropea (ECSA) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu, 2006, u li temenda d-Direttiva 1999/63/KE (ĠU L 124, 20.5.2009, p. 30).

(7)  Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/159 tad-19 ta’ Diċembru 2016 li timplimenta l-Ftehim li jikkonċerna l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol fis-Sajd, 2007, tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol konkluż fil-21 ta’ Mejju 2012 bejn il-Konfederazzjoni Ġenerali tal-Kooperattivi Agrikoli fl-Unjoni Ewropea (COGECA), il-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) u l-Assoċjazzjoni ta’ Organizzazzjonijiet Nazzjonali tal-Intrapriżi tas-Sajd fl-Unjoni Ewropea (Europêche) (ĠU L 25, 31.1.2017, p. 12).

(8)  Id-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU L 299, 18.11.2003, p. 9).

(9)  Id-Direttiva 2014/50/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar ir-rekwiżiti minimi sabiex tiżdied il-mobbiltà tal-ħaddiema minn Stat Membru għal ieħor permezz ta’ titjib fil-ksib u l-preservazzjoni tad-drittijiet għal pensjoni supplimentari (ĠU L 128, 30.4.2014, p. 1).

(10)  Id-Direttiva tal-Kunsill 98/49/KE tad-29 ta’ Ġunju 1998 dwar is-salvagwardja tad-drittijiet għall-pensjoni supplimentari ta’ persuni impjegati u li jaħdmu għal rashom li jiċċaqilqu fil-Komunità (ĠU L 209, 25.7.1998, p. 46).

(11)  Id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-istazzjonar ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1).

(12)  Id-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2002 dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta’ ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq (ĠU L 80, 23.3.2002, p. 35).

(13)  ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.

(14)  Id-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija (ĠU L 327, 5.12.2008, p. 9).

(15)  Id-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta’ ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta’ servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (“ir-Regolament tal-IMI”) (ĠU L 159, 28.5.2014, p. 11).


11.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 186/122


DIRETTIVA (UE) 2019/1153TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-20 ta’ Ġunju 2019

li tistabbilixxi regoli li jiffaċilitaw l-użu ta’ informazzjoni finanzjarja u informazzjoni oħra għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ ċerti reati kriminali, u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/642/ĠAI

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 87(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw mal- -Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

L-iffaċilitar tal-użu ta’ informazzjoni finanzjarja huwa meħtieġ għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reati serji.

(2)

Sabiex tissaħħaħ is-sigurtà, titjieb il-prosekuzzjoni ta’ reati finanzjarji, jiġi miġġieled il-ħasil tal-flus u jiġu evitati reati fiskali fl-Istati Membri u madwar l-Unjoni, jeħtieġ li jitjieb l-aċċess għal informazzjoni mill-Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja (“UIF”) u l-awtoritajiet pubbliċi responsabbli għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reati serji, sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tagħhom li jwettqu investigazzjonijiet finanzjarji u titjieb il-kooperazzjoni bejniethom.

(3)

Skont l-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), l-Unjoni u -l-Istati Membri jeħtieġ li jassistu lil xulxin. Jenħtieġ li jimpenjaw ruħhom ukoll li jikkooperaw b’mod leali u rapidu.

(4)

Fil-komunikazzjoni tagħha tat-2 ta’ Frar 2016 dwar “Pjan ta” Azzjoni biex issaħħaħ il-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu’, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tesplora l-possibbiltà ta’ strument legali distint u awtonomu sabiex twessa’ l-aċċess għar-reġistri ċentrali tal-kontijiet bankarji u ta’ pagament mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, inkluż mill-awtoritajiet kompetenti għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali, mill-Uffiċċji għall-Irkupru tal-Assi, mill-awtoritajiet tat-taxxa u mill-awtoritajiet kontra l-korruzzjoni. Barra minn hekk, dak il-Pjan ta’ Azzjoni appella wkoll għall-immappjar tal-ostakli għall-aċċess għall-informazzjoni u għall-iskambju u l-użu tagħha kif ukoll għall-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-UIF.

(5)

Il-ġlieda kontra l-kriminalità serja, inkluż il-frodi finanzjarja u l-ħasil tal-flus, tibqa’ prijorità għall-Unjoni.

(6)

Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) tesiġi li l-Istati Membri jistabbilixxu reġistri ċentrali tal-kontijiet bankarji jew sistemi għall-irkupru tad-data li jippermettu l-identifikazzjoni f’waqtha tal-persuni li għandhom kontijiet bankarji u ta’ pagament u kaxxiforti tad-depożitu.

(7)

Skont id-Direttiva (UE) 2015/849, l-informazzjoni miżmuma f’tali reġistri ċentralizzati tal-kontijiet bankarji trid tkun direttament aċċessibbli għall-UIF u tkun aċċessibbli wkoll għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus, tar-reati predikati assoċjati u tal-finanzjament tat-terroriżmu.

(8)

Aċċess immedjat u dirett għall-informazzjoni miżmuma fir-reġistri ċentrali tal-kontijiet bankarji spiss huwa indispensabbli għas-suċċess ta’ investigazzjoni kriminali jew għall-identifikazzjoni, l-intraċċar u l-iffriżar f’waqthom ta’ assi relatati bil-ħsieb tal-konfiska tagħhom. Aċċess dirett huwa l-aktar tip ta’ aċċess immedjat għall-informazzjoni miżmuma fir-reġistri ċentrali tal-kontijiet bankarji. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Direttiva tistabbilixxi regoli li jagħtu aċċess dirett għall-informazzjoni miżmuma fir-reġistri ċentrali tal-kontijiet bankarji għall-awtoritajiet innominati tal-Istati Membri kompetenti għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali. Meta Stat Membru jipprovdi aċċess għal informazzjoni dwar il-kontijiet bankarji permezz ta’ sistema elettronika ċentrali ta’ rkupru ta’ data, jenħtieġ li dak l-Istat Membru jiżgura li l-awtorità li topera s-sistema ta’ rkupru tirrapporta r-riżultati tat-tiftix b’mod immedjat u mhux iffiltrat lill-awtoritajiet kompetenti nnominati. Jenħtieġ li din id-Direttiva ma taffettwax kanali għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti jew is-setgħat tagħhom biex jiksbu informazzjoni minn entitajiet obbligati skont il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali. Kwalunkwe aċċess għal informazzjoni miżmuma f’reġistri ċentrali mill-awtoritajiet nazzjonali għal finijiet oħra minbarra dawk ta’ din id-Direttiva jew fir-rigward ta’ reati kriminali għajr dawk koperti minn din id-Direttiva ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha.

(9)

Peress li f’kull Stat Membru hemm diversi awtoritajiet jew korpi li huma kompetenti għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali, u sabiex jiġi żgurat aċċess proporzjonat għal informazzjoni finanzjarja u informazzjoni oħra skont din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa jinnominaw liema awtoritajiet jew korpi jingħataw is-setgħa li jkollhom aċċess għar-reġistri ċentrali tal-kontijiet bankarji u li jkunu kapaċi jitolbu informazzjoni mill-UIF għall-finijiet ta’ din id-Direttiva. Jenħtieġ li, waqt li jimplimentaw din id-Direttiva, l-Istati Membri jieħdu kont tan-natura, l-istatus organizzattiv, il-kompiti u l-prerogattivi ta’ tali awtoritajiet u korpi kif stabbiliti mil-liġi nazzjonali tagħhom, inkluż mekkaniżmi eżistenti għall-protezzjoni tas-sistemi finanzjarji kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.

(10)

L-Uffiċċji għall-Irkupru tal-Assi jenħtieġ li jiġu nnominati minn fost l-awtoritajiet kompetenti u jkollhom aċċess dirett għall-informazzjoni miżmuma fir-reġistri ċentrali tal-kontijiet bankarji meta jipprevjenu, jidentifikaw jew jinvestigaw reat kriminali serju speċifiku jew jappoġġjaw investigazzjoni kriminali speċifika, inkluż l-identifikazzjoni, l-intraċċar u l-iffriżar tal-assi.

(11)

Sakemm l-awtoritajiet tat-taxxa u l-aġenziji kontra l-korruzzjoni jkunu kompetenti għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali skont il-liġi nazzjonali, jenħtieġ li dawn jitqiesu wkoll bħala awtoritajiet li jistgħu jiġu nnominati għall-finijiet ta’ din id-Direttiva. L-investigazzjonijiet amministrattivi għajr dawk imwettqa mill-UIF fil-kuntest tal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-ġlieda effettiva kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu jenħtieġ li ma jkunux koperti minn din id-Direttiva.

(12)

L-awturi ta’ reati kriminali, b’mod partikolari l-gruppi kriminali u t-terroristi, spiss joperaw fi Stati Membri differenti u l-assi tagħhom, inkluż il-kontijiet bankarji, spiss ikunu jinsabu fi Stati Membri oħra. Minħabba d-dimensjoni transkonfinali ta’ reati serji, inkluż it-terroriżmu, u tal-attivitajiet finanzjarji relatati, spiss ikun meħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jwettqu investigazzjonijiet kriminali fi Stat Membru wieħed biex jaċċessaw informazzjoni dwar il-kontijiet bankarji miżmuma fi Stati Membri oħra.

(13)

L-informazzjoni miksuba mill-awtoritajiet kompetenti minn reġistri ċentrali nazzjonali tal-kontijiet bankarji tista’ tiġi skambjata mal-awtoritajiet kompetenti li jinsabu fi Stat Membru ieħor, skont id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2006/960/ĠAI (4), id-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u r-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.

(14)

Id-Direttiva (UE) 2015/849 tejbet b’mod sostanzjali l-qafas legali tal-Unjoni li jirregola l-attività u l-kooperazzjoni tal-UIF, inkluż l-evalwazzjoni mill-Kummissjoni tal-possibbiltà li jiġi stabbilit mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni u appoġġ. L-istatus legali tal-UIF ivarja bejn l-Istati Membri minn status amministrattiv jew tal-infurzar tal-liġi għal oħrajn ibridi. Is-setgħat tal-UIF jinkludu d-dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni finanzjarja, amministrattiva u dwar l-infurzar tal-liġi li huma jeħtieġu biex jipprevjenu, jidentifikaw u jiġġieldu l-ħasil tal-flus, ir-reati predikati assoċjati u l-finanzjament tat-terroriżmu. Madankollu, il-liġi tal-Unjoni ma tistabbilixxix l-għodod u l-mekkaniżmi speċifiċi kollha li l-UIF jenħtieġ li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom sabiex jaċċessaw dik l-informazzjoni u jwettqu l-kompiti tagħhom. Peress li l-Istati Membri huma kompletament responsabbli biex jistabbilixxu u jiddeċiedu dwar in-natura organizzattiva tal-UIF, UIF differenti għandhom gradi differenti ta’ aċċess għall-bażijiet tad-data regolatorji, li jwassal għal skambju insuffiċjenti ta’ informazzjoni bejn is-servizzi tal-infurzar tal-liġi jew ta’ prosekuzzjoni u l-UIF.

(15)

Sabiex tissaħħaħ iċ-ċertezza legali u l-effettività operazzjonali, din id-Direttiva jenħtieġ li tistabbilixxi regoli biex issaħħaħ il-kapaċità tal-UIF li jikkondividu l-informazzjoni finanzjarja u l-analiżi finanzjarja mal-awtoritajiet kompetenti nnominati fl-Istati Membri tagħhom għar-reati kriminali serji kollha. Aktar preċiżament, jenħtieġ li l-UIF jkunu meħtieġa jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti nnominati tal-Istati Membri tagħhom u jkunu kapaċi jwieġbu, f’waqthom, għal talbiet motivati għal informazzjoni finanzjarja jew analiżi finanzjarja minn dawk l-awtoritajiet kompetenti nnominati, fejn dik l-informazzjoni finanzjarja jew l-analiżi finanzjarja tkun meħtieġa, fuq bażi ta’ każ b’każ u meta tali talbiet ikunu motivati minn tħassib relatat mal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali serji, soġġett għall-eżenzjonijiet previsti fl-Artikolu 32(5) tad-Direttiva (UE) 2015/849. Jenħtieġ li dan ir-rekwiżit ma jipprekludix l-awtonomija tal-UIF skont id-Direttiva (UE) 2015/849. B’mod partikolari, f’każijiet fejn l-informazzjoni mitluba toriġina minn UIF ta’ Stat Membru ieħor, jenħtieġ li jkun hemm konformità ma’ kwalunkwe restrizzjoni u kondizzjoni imposta minn dik l-UIF għall-użu ta’ dik l-informazzjoni. Kwalunkwe użu għal finijiet li jmorru lil hinn minn dawk oriġinarjament approvati jenħtieġ li jkun soġġett għall-kunsens minn dik l-UIF. L-UIF jenħtieġ li jispjegaw b’mod adatt kwalunkwe ċaħda li tiġi mwieġba talba għal informazzjoni jew analiżi. Din id-Direttiva jenħtieġ li ma taffettwax l-indipendenza u l-awtonomija operazzjonali tal-UIF skont id-Direttiva (UE) 2015/849, inkluż l-awtonomija tal-UIF li spontanjament ixerrdu informazzjoni fuq inizjattiva tagħhom stess għall-finijiet ta’ din id-Direttiva.

(16)

Din id-Direttiva jenħtieġ li tistabbilixxi wkoll qafas legali ddefinit b’mod ċar sabiex tippermetti lill-UIF jitolbu data rilevanti maħżuna mill-awtoritajiet kompetenti nnominati fl-Istati Membri tagħhom sabiex ikunu jistgħu jipprevjenu, jidentifikaw u jiġġieldu l-ħasil tal-flus, ir-reati predikati assoċjati u l-finanzjament tat-terroriżmu b’mod effettiv.

(17)

L-UIF jenħtieġ li jagħmlu l-almu tagħhom biex jiskambjaw l-informazzjoni finanzjarja jew l-analiżi finanzjarja minnufih f’każijiet eċċezzjonali u urġenti, fejn tali informazzjoni jew analiżi tkun relatata mat-terroriżmu jew ma’ kriminalità organizzata assoċjata mat-terroriżmu.

(18)

Jenħtieġ li tali skambju ma jxekkilx ir-rwol attiv ta’ UIF skont id-Direttiva (UE) 2015/849 fit-tixrid tal-analiżi tagħha lil UIF oħrajn fejn dik l-analiżi tiżvela fatti, imġiba jew suspett ta’ ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu ta’ interess dirett għal dawk l-UIF l-oħrajn. L-analiżi finanzjarja tkopri analiżi operazzjonali li tiffoka fuq każijiet individwali u miri speċifiċi jew fuq informazzjoni magħżula xierqa, skont it-tip u l-volum tad-divulgazzjonijiet riċevuti u l-użu mistenni tal-informazzjoni wara t-tixrid, kif ukoll analiżi strateġika li tindirizza x-xejriet u t-tendenzi tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu. Madankollu, jenħtieġ li din id-Direttiva tkun mingħajr preġudizzju għall-istatus organizzattiv u r-rwol mogħti lill-UIF skont il-liġi nazzjonali tal-Istati Membri.

(19)

Minħabba s-sensittività tad-data finanzjarja li trid tiġi analizzata mill-UIF u s-salvagwardji meħtieġa tal-protezzjoni tad-data, din id-Direttiva jenħtieġ li tistabbilixxi speċifikament it-tip u l-ambitu tal-informazzjoni li jistgħu jiġu skambjati bejn l-UIF u l-awtoritajiet kompetenti nnominati u bejn l-awtoritajiet kompetenti nnominati tal-Istati Membri differenti. Din id-Direttiva jenħtieġ li ma tibdilx il-metodi ta’ ġbir tad-data miftiehma attwalment. Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jiddeċiedu li jwessgħu l-ambitu tal-informazzjoni finanzjarja u tal-informazzjoni tal-kontijiet bankarji li jistgħu jiġu skambjati bejn l-UIF u l-awtoritajiet kompetenti nnominati. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jiffaċilitaw ukoll l-aċċess tal-awtoritajiet kompetenti nnominati għall-informazzjoni finanzjarja u l-informazzjoni tal-kontijiet bankarji għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali minbarra reati kriminali serji. Din id-Direttiva jenħtieġ li ma tidderogax mir-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.

(20)

Skont il-kompetenzi u l-kompiti speċifiċi tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi stabbilita mir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), kif stabbilit f’dak ir-Regolament, l-Europol tipprovdi appoġġ għall-investigazzjonijiet transkonfinali tal-Istati Membri fl-attivitajiet tal-ħasil tal-flus ta’ organizzazzjonijiet kriminali transnazzjonali. F’dak il-kuntest, jenħtieġ li l-Europol tinnotifika lill-Istati Membri bi kwalunkwe informazzjoni u konnessjoni bejn ir-reati kriminali li jikkonċernaw lil dawk l-Istati Membri. Skont dak ir-Regolament, l-unitajiet nazzjonali tal-Europol huma l-korpi ta’ kollegament bejn il-Europol u l-awtoritajiet tal-Istati Membri li huma kompetenti biex jinvestigaw reati kriminali. Sabiex il-Europol tingħata l-informazzjoni meħtieġa biex twettaq il-kompiti tagħha, jenħtieġ li kull Stat Membru jippermetti lill-UIF tiegħu li twieġeb għat-talbiet għal informazzjoni finanzjarja u analiżi finanzjarja magħmula mill-Europol permezz tal-unità nazzjonali tal-Europol ta’ dak l-Istat Membru jew, fejn xieraq, permezz ta’ kuntatti diretti. L-Istati Membri jenħtieġ li jipprevedu wkoll li l-unità nazzjonali tal-Europol tagħhom u, fejn xieraq, l-awtoritajiet kompetenti nnominati tagħhom, ikunu intitolati li jwieġbu għat-talbiet għal informazzjoni dwar il-kontijiet bankarji mill-Europol. It-talbiet magħmula mill-Europol jenħtieġ li jiġu debitament iġġustifikati. Jenħtieġ li dawn isiru fuq bażi ta’ każ b’każ, fi ħdan il-limiti tar-responsabbiltajiet tal-Europol u għat-twettiq tal-kompiti tagħha. Jenħtieġ li l-indipendenza u l-awtonomija operazzjonali tal-UIF ma jkunux kompromessi u d-deċiżjoni dwar jekk tingħatax l-informazzjoni jew l-analiżi mitluba jenħtieġ li tibqa’ f’idejn l-UIF. Sabiex tiġi żgurata kooperazzjoni rapida u effikaċi, jenħtieġ li l-UIF iwieġbu fil-ħin għat-talbiet tal-Europol. F’konformità mar-Regolament (UE) 2016/794, jenħtieġ li l-Europol tkompli l-prattika attwali tagħha li tipprovdi reazzjonijiet lill-Istati Membri dwar l-użu li sar mill-informazzjoni jew l-analiżi pprovduti skont din id-Direttiva.

(21)

Din id-Direttiva jenħtieġ li tqis ukoll il-fatt li, fejn applikabbli, skont l-Artikolu 43 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 (7), il-Prosekuturi Delegati Ewropej tal-Uffiċċju Ewropew tal-Prosekuzzjoni Pubblika (UPPE) ikollhom is-setgħa li jiksbu kwalunkwe informazzjoni rilevanti maħżuna fil-bażijiet tad-data nazzjonali tal-investigazzjoni kriminali u tal-infurzar tal-liġi, kif ukoll reġistri rilevanti oħra tal-awtoritajiet pubbliċi, inklużi r-reġistri ċentrali tal-kontijiet bankarji u s-sistemi għall-irkupru tad-data taħt l-istess kondizzjonijiet bħal dawk li japplikaw taħt il-liġi nazzjonali f’każijiet simili.

(22)

Sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-UIF, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-impatt fil-futur qrib sabiex tevalwa l-possibbiltà u l-adegwatezza tal-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni u appoġġ, bħal “UIF tal-UE”.

(23)

Sabiex jinkiseb bilanċ xieraq bejn l-effiċjenza u livell għoli tal-protezzjoni tad-data, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jiżguraw li l-ipproċessar ta’ informazzjoni finanzjarja sensittiva li tista’ tiżvela data sensittiva ta’ persuna li tikkonċerna r-razza jew l-oriġini etnika, l-opinjonijiet politiċi, ir-reliġjon jew it-twemmin filosofiku, is-sħubija fi trade union, jew ta’ data li tikkonċerna s-saħħa, il-ħajja sesswali jew l-orjentazzjoni sesswali ta’ persuna fiżika, għandu jkun permess biss minn persuni speċifikament awtorizzati u f’konformità mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.

(24)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Artikolu 6 TUE u mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari d-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u għall-ħajja tal-familja, id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, il-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni, il-libertà tat-twettiq ta’ negozju, id-dritt għal rimedju effettiv u proċess imparzjali, il-preżunzjoni ta’ innoċenza u d-dritt għad-difiża u l-prinċipji tal-legalità u l-proporzjonalità ta’ reati kriminali u ta’ pieni, kif ukoll id-drittijiet fundamentali u l-prinċipji previsti fil-liġi internazzjonali u ftehimiet internazzjonali li għalihom l-Unjoni jew l-Istati Membri kollha huma partijiet, inkluż il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, u fil-kostituzzjonijiet tal-Istati Membri, fl-oqsma ta’ applikazzjoni rispettivi tagħhom.

(25)

Huwa essenzjali li jiġi żgurat li l-ipproċessar ta’ data personali skont din id-Direttiva jirrispetta bis-sħiħ id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali. Kwalunkwe pproċessar bħal dan huwa soġġett għar-Regolament (UE) 2016/679 (8) u għad-Direttiva (UE) 2016/680 (9) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fil-kamp ta’ applikazzjoni rispettiv tagħhom. Sa fejn jikkonċerna l-aċċess tal-Uffiċċji għall-Irkupru tal-Assi għar-reġistri ċentrali tal-kontijiet bankarji u għas-sistemi għall-irkupru tad-data, tapplika d-Direttiva (UE) 2016/680, filwaqt li ma japplikax l-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/845/ĠAI (10). Fir-rigward tal-Europol, japplika r-Regolament (UE) 2016/794. F’din id-Direttiva jenħtieġ li jiġu stabbiliti salvagwardji u kondizzjonijiet speċifiċi u addizzjonali biex tiġi żgurata l-protezzjoni ta’ data personali fir-rigward tal-mekkaniżmi sabiex jiġi żgurat l-ipproċessar ta’ data sensittiva u rekords ta’ talbiet għal informazzjoni.

(26)

Kwalunkwe data personali miksuba skont din id-Direttiva jenħtieġ li tiġi pproċessata biss f’konformità mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data mill-awtoritajiet kompetenti fejn ikun meħtieġ u proporzjonat għall-finijiet ta’ prevenzjoni, identifikazzjoni, investigazzjoni jew prosekuzzjoni ta’ reat serju.

(27)

Barra minn hekk, sabiex jiġi rispettat id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali u d-dritt għall-privatezza, u biex jiġi limitat l-impatt tal-aċċess għall-informazzjoni li tinsab f’reġistri ċentrali tal-kontijiet bankarji u f’ sistemi għall-irkupru tad-data, huwa essenzjali li jiġu previsti kondizzjonijiet li jillimitaw tali aċċess. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li politiki u miżuri xierqa dwar il-protezzjoni tad-data japplikaw għall-aċċess għal data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta’ din id-Direttiva. Jenħtieġ li l-persunal awtorizzat biss ikollu aċċess għal informazzjoni li fiha data personali li tista’ tinkiseb mir-reġistri ċentrali tal-kontijiet bankarji jew permezz ta’ proċessi ta’ awtentikazzjoni. Jenħtieġ li l-persunal li jingħata aċċess għal data sensittiva bħal din jingħata taħriġ dwar il-prattiki ta’ sigurtà fir-rigward tal-iskambju u t-trattament tad-data.

(28)

It-trasferiment ta’ data finanzjarja lejn pajjiżi terzi u sħab internazzjonali, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva jenħtieġ li jkun permess biss taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fil- Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2016/679 jew il-Kapitolu V tad-Direttiva (UE) 2016/680.

(29)

Il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrapporta dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva tliet snin wara d-data tat-traspożizzjoni tagħha, u kull tliet snin wara dan. Skont il-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (11) il-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq ukoll evalwazzjoni ta’ din id-Direttiva fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta’ arranġamenti ta’ monitoraġġ speċifiċi sabiex tivvaluta l-effetti attwali tad-Direttiva u l-ħtieġa ta’ kwalunkwe azzjoni ulterjuri.

(30)

Din id-Direttiva għandha l-għan li tiżgura li jiġu adottati regoli biex iċ-ċittadini tal-Unjoni jiġu pprovduti b’livell ogħla ta’ sigurtà billi tiġi evitata u miġġielda l-kriminalità, skont l-Artikolu 67 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Minħabba n-natura transnazzjonali tiegħu, it-theddid terroristiku u kriminali jaffettwa l-Unjoni kollha kemm hi u jeħtieġ rispons mal-Unjoni kollha. Il-kriminali jistgħu jisfruttaw, u jibbenefikaw min-nuqqas ta’ użu effiċjenti ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet bankarji u informazzjoni finanzjarja fi Stat Membru, li jista’ jkollu konsegwenzi fi Stat Membru ieħor.

(31)

Minħabba li l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li jtejjeb l-aċċess għall-informazzjoni mill-UIF u l-awtoritajiet pubbliċi responsabbli għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reati serji, li jtejjeb l-abbiltà tagħhom li jmexxu investigazzjonijiet finanzjarji u li jtejjeb il-kooperazzjoni bejniethom,ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista’, minħabba l-iskala u l-efetti tal-azzjoni, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 TUE. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(32)

Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, rigward awtorizzazjonijiet tal-Istati Membri sabiex japplikaw proviżorjament jew jikkonkludu ftehimiet ma’ pajjiżi terzi li huma partijiet kontraenti taż-Żona Ekonomika Ewropea, dwar materji li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Kapitolu II ta’ din id-Direttiva, jenħtieġ li setgħat ta’ implimentazzjoni jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12).

(33)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/642/ĠAI jenħtieġ li titħassar billi s-suġġett tagħha huwa regolat minn atti oħra tal-Unjoni u ma hemmx iktar bżonn tagħha.

(34)

F’konformità mal-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-TUE u t-TFUE, ir-Renju Unit u l-Irlanda nnotifikaw ix-xewqa tagħhom li jieħdu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

(35)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-TFUE, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Direttiva u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(36)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) u ta opinjoni fil-10 ta’ Settembru 2018,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

1.   Din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri li jiffaċilitaw l-aċċess għal u l-użu ta’ informazzjoni finanzjarja u informazzjoni dwar il-kontijiet bankarji mill-awtoritajiet kompetenti għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali serji. Hija tistabbilixxi wkoll miżuri li jiffaċilitaw l-aċċess għal informazzjoni dwar l-infurzar tal-liġi mill-Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja (“UIF”) għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, ta’ reati predikati assoċjati u tal-finanzjament tat-terroriżmu u miżuri biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni bejn l-UIF.

2.   Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju:

(a)

għad-Direttiva (UE) 2015/849 u d-dispożizzjonijiet relatati tal-liġi nazzjonali, inkluż l-istatus organizzattiv mogħti lill-UIF skont il-liġi nazzjonali kif ukoll l-indipendenza u l-awtonomija operazzjonali tagħhom;

(b)

għall-kanali għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti jew is-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti skont il-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali biex jiksbu informazzjoni minn entitajiet obbligati;

(c)

għar-Regolament (UE) 2016/794;

(d)

għall-obbligi li jirriżultaw minn strumenti tal-Unjoni dwar assistenza legali reċiproka jew dwar rikonoxximent reċiproku ta’ deċiżjonijiet rigward materji kriminali u mid-Deċiżjoni Qafas 2006/960/ĠAI.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“reġistri ċentrali tal-kontijiet bankarji” tfisser il-mekkaniżmi awtomatizzati ċentrali, bħal reġistri ċentrali jew sistemi elettroniċi ċentrali ta’ rkupru ta’ data, stabbiliti skont l-Artikolu 32a(1) tad-Direttiva (UE) 2015/849;

(2)

“Uffiċċji għall-Irkupru tal-Assi” tfisser l-uffiċċji nazzjonali stabbiliti jew innominati minn kull Stat Membru skont id-Deċiżjoni 2007/845/ĠAI;

(3)

“Unità tal-Intelligence Finanzjarja (‘UIF’)” tfisser UIF kif stabbilita skont l-Artikolu 32 tad-Direttiva (UE) 2015/849;

(4)

“entitajiet obbligati” tfisser l-entitajiet stabbiliti fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva (UE) 2015/849;

(5)

“informazzjoni finanzjarja” tfisser kwalunkwe tip ta’ informazzjoni jew data, bħal data dwar assi finanzjarji, movimenti ta’ fondi jew relazzjonijiet kummerċjali finanzjarja, li diġà hija miżmuma mill-UIF biex jipprevjenu, jidentifikaw u jiġġieldu b’mod effettiv kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu;

(6)

“informazzjoni dwar l-infurzar tal-liġi” tfisser:

(i)

kwalunkwe tip ta’ informazzjoni jew data diġà miżmuma mill-awtoritajiet kompetenti fil-kuntest tal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali;

(ii)

kwalunkwe tip ta’ informazzjoni jew data miżmuma mill-awtoritajiet pubbliċi jew mill-entitajiet privati fil-kuntest tal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali u li hija disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti mingħajr ma jittieħdu miżuri repressivi skont il-liġi nazzjonali;

tali informazzjoni tista’ tkun, fost oħrajn, rekords kriminali, informazzjoni dwar investigazzjonijiet, informazzjoni dwar l-iffriżar jew is-sekwestru ta’ assi jew dwar miżuri investigattivi jew proviżorji oħrajn u informazzjoni dwar kundanni u konfiski;

(7)

“informazzjoni dwar il-kontijiet bankarji” tfisser l-informazzjoni li ġejja dwar il-kontijiet bankarji u tal-pagamenti u l-kaxxiforti tad-depożitu li tinsab fir-reġistri ċentrali tal-kontijiet bankarji:

(i)

fir-rigward tad-detentur tal-kont tal-klijent u kwalunkwe persuna li tidher li taġixxi f’isem il-klijent: l-isem, ikkomplementat jew b’data tal-identifikazzjoni l-oħra meħtieġa skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali għat-traspożizzjoni tal-punt (a) tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva (UE) 2015/849, jew b’numru tal-identifikazzjoni uniku;

(ii)

fir-rigward tas-sid benefiċjarju tad-detentur tal-kont tal-klijent: l-isem, ikkomplementat jew b’data tal-identifikazzjoni oħra meħtieġa skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali għat-traspożizzjoni tal-punt (b) tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva (UE) 2015/849 jew b’numru tal-identifikazzjoni uniku;

(iii)

fir-rigward tal-kont bankarju jew il-kont ta’ pagament: in-numru tal-IBAN u d-data tal-ftuħ u l-għeluq tal-kont;

(iv)

fir-rigward tal-kaxxaforti tad-depożitu: l-isem tal-lokatorju, ikkomplementat b’data tal-identifikazzjoni oħra meħtieġa skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali għat-traspożizzjoni tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva (UE) 2015/849, jew numru tal-identifikazzjoni uniku u d-durata tal-perjodu tal-kirja;

(8)

“ħasil tal-flus” tfisser l-imġiba ddefinita fl-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2018/1673 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14);

(9)

“reati predikati assoċjati” tfisser ir-reati msemmija fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/1673;

(10)

“finanzjament tat-terroriżmu” tfisser l-imġiba ddefinita fl-Artikolu 11 tad-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15);

(11)

“analiżi finanzjarja” tfisser ir-riżultati tal-analiżi operazzjonali u strateġika li diġà twettqet mill-UIF fit-twettiq tal-kompiti tagħhom skont id-Direttiva (UE) 2015/849;

(12)

“reati kriminali serji” tfisser il-forom ta’ kriminalità elenkati fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2016/794.

Artikolu 3

Nomina tal-awtoritajiet kompetenti

1.   Kull Stat Membru għandu jinnomina, fost l-awtoritajiet kompetenti tiegħu għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali, l-awtoritajiet kompetenti li għandhom is-setgħa li jaċċessaw u jfittxu fir-reġistru ċentrali nazzjonali tal-kontijiet bankarji tiegħu. Dawk l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinkludu mill-inqas l-Uffiċċji għall-Irkurpu tal-Assi.

2.   Kull Stat Membru għandu jinnomina, fost l-awtoritajiet kompetenti tiegħu għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali, l-awtoritajiet kompetenti li jistgħu jitolbu u jirċievu informazzjoni finanzjarja jew analiżi finanzjarja mill-UIF.

3.   Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bl-awtoritajiet kompetenti tiegħu nnominati skont il-paragrafi 1 u 2 sat-2 ta’ Diċembru 2021, u għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bi kwalunkwe emenda għal dan. Il-Kummissjoni għandha tippubblika n-notifiki f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

KAPITOLU II

AĊĊESS MILL-AWTORITAJIET KOMPETENTI GĦAL INFORMAZZJONI DWAR IL-KONTIJIET BANKARJI

Artikolu 4

Aċċess għal u tiftix ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet bankarji mill-awtoritajiet kompetenti

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti nnominati skont l-Artikolu 3(1) jkollhom is-setgħa li jaċċessaw u jfittxu, direttament u immedjatament, informazzjoni dwar il-kontijiet bankarji meta jkun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħhom għall-finijiet ta’ prevenzjoni, identifikazzjoni, investigazzjoni jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali serji jew l-appoġġ ta’ investigazzjoni kriminali dwar reat kriminali serju, inkluż l-identifikazzjoni, l-intraċċar u l-iffriżar tal-assi relatati ma’ tali investigazzjoni. L-aċċess u t-tiftix għandhom jiġu kkunsidrati bħala diretti u immedjati, fost l-oħrajn, meta l-awtoritajiet nazzjonali li joperaw ir-reġistri ċentrali tal-kontijiet bankarji jibagħtu b’mod rapidu l-informazzjoni dwar il-kontijiet bankarji permezz ta’ mekkaniżmu awtomatizzat lill-awtoritajiet kompetenti, dment li l-ebda istituzzjoni intermedjarja ma tkun tista’ tinterferixxi fir-rigward tad-data mitluba jew l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta.

2.   L-informazzjoni addizzjonali li l-Istati Membri jikkunsidraw bħala essenzjali u jinkludu fir-reġistri ċentrali tal-kontijiet bankarji skont l-Artikolu 32a(4) tad-Direttiva (UE) 2015/849 ma għandhiex tkun aċċessibbli u li tista’ tiġi mfittxija mill-awtoritajiet kompetenti skont din id-Direttiva.

Artikolu 5

Kondizzjonijiet għall-aċċess u għat-tiftix mill-awtoritajiet kompetenti

1.   L-aċċess għal u t-tiftix ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet bankarji skont l-Artikolu 4 għandhom jitwettqu biss fuq bażi ta’ każ b’każ mill-persunal f’kull awtorità kompetenti li jkun ġie innominat u awtorizzat speċifikament biex iwettaq dawk il-kompiti.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persunal tal-awtoritajiet kompetenti nnominati jżomm standards professjonali għoljin ta’ kunfidenzjalità u protezzjoni tad-data, li jkun ta’ integrità għolja u li jkollu ħiliet xierqa.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu stabbiliti miżuri tekniċi u organizzattivi biex jiżguraw is-sigurtà tad-data għal standards teknoloġiċi għolja għall-finijiet tal-eżerċizzju mill-awtoritajiet kompetenti tas-setgħa ta’ aċċess u tiftix ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet bankarji skont l-Artikolu 4.

Artikolu 6

Monitoraġġ tal-aċċess u t-tiftix mill-awtoritajiet kompetenti

1.   L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-awtoritajiet li joperaw ir-reġistri ċentrali tal-kontijiet bankarji jiżguraw li jinżammu reġistrazzjonijiet ta’ kull darba li l-awtoritajiet kompetenti nnominati jaċċessaw u jfittxu informazzjoni dwar il-kontijiet bankarji. Ir-reġistrazzjonijiet għandhom jinkludu, b’mod partikolari, dawn li ġejjin:

(a)

ir-referenza tal-fajl nazzjonali;

(b)

id-data u l-ħin tad-domanda jew tat-tiftix;

(c)

it-tip ta’ data użata għat-tnedija tad-domanda jew tat-tiftix;

(d)

l-identifikatur uniku tar-riżultati;

(e)

l-isem tal-awtorità kompetenti nnominata li tikkonsulta r-reġistru;

(f)

l-identifikatur uniku tal-utent tal-uffiċjal li għamel id-domanda jew li wettaq it-tiftix u, fejn applikabbli, tal-uffiċjal li ordna d-domanda jew it-tiftix u, sa fejn ikun possibbli, l-identifikatur uniku tal-utent ta’ min jirċievi r-riżultati tad-domanda jew tat-tiftix.

2.   L-uffiċjali tal-protezzjoni tad-data għar-reġistri ċentralizzati tal-kontijiet bankarji għandhom jivverifikaw ir-reġistrazzjonijiet b’mod regolari. Ir-reġistrazzjonijiet għandhom isiru disponibbli, fuq talba, lill-awtorità superviżorja kompetenti stabbilita skont l-Artikolu 41 tad-Direttiva (UE) 2016/680.

3.   Ir-reġistrazzjonijiet għandhom jintużaw biss għall-monitoraġġ tal-protezzjoni tad-data, inkluż il-verifika tal-ammissibbiltà ta’ talba u tal-legalità tal-ipproċessar ta’ data, u għall-iżgurar tas-sigurtà tad-data. Dawn għandhom ikunu protetti permezz ta’ miżuri xierqa kontra aċċess mhux awtorizzat u għandhom jitħassru ħames snin wara li jinħolqu, sakemm ma jkunux meħtieġa għal proċeduri ta’ monitoraġġ li diġà għaddejjin.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet li joperaw ir-reġistri ċentrali tal-kontijiet bankarji jieħdu l-miżuri xierqa sabiex il-persunal ikun konxju mil-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali applikabbli, inkluż ir-regoli applikabbli tal-protezzjoni tad-data. Tali miżuri għandhom jinkludu programmi ta’ taħriġ speċjalizzati.

KAPITOLU III

SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI BEJN L-AWTORITAJIET KOMPETENTI U L-UIF, U BEJN L-UIF

Artikolu 7

Talbiet għal informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti lil UIF

1.   Soġġett għas-salvagwardji proċedurali nazzjonali, kull Stat Membru għandu jiżgura li l-UIF nazzjonali tiegħu tkun meħtieġa tikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti nnominati tiegħu msemmija fl-Artikolu 3(2) u tkun kapaċi twieġeb, f’waqtu, għal talbiet motivati għal informazzjoni finanzjarja jew analiżi finanzjarja minn dawk l-awtoritajiet kompetenti nnominati fl-Istat Membru rispettiv tagħhom, fejn dik l-informazzjoni finanzjarja jew l-analiżi finanzjarja hija meħtieġa fuq bażi ta’ każ b’każ, u fejn it-talba tkun motivata minn tħassib relatat mal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali serji.

2.   Fejn ikun hemm raġunijiet oġġettivi biex jiġi preżunt li l-għoti ta’ tali informazzjoni jkollu impatt negattiv fuq investigazzjonijiet jew analiżi li jkunu għaddejjin, jew, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, meta jkun jidher ċar li d-divulgazzjoni tal-informazzjoni tkun sproporzjonata meta mqabbla mal-interessi leġittimi ta’ persuna fiżika jew ġuridika jew irrelevanti fir-rigward tal-finijiet li għalihom tkun intalbet, l-UIF ma għandha tkun taħt l-ebda obbligu li tissodisfa t-talba għall-informazzjoni.

3.   Kwalunkwe użu għal finijiet li jmorru lil hinn minn dawk oriġinarjament approvati għandu jkun soġġett għall-kunsens minn qabel ta’ dik l-UIF. L-UIF għandhom jispjegaw b’mod adatt kwalunkwe ċaħda li tiġi mwieġba talba magħmula skont il-paragrafu 1.

4.   Id-deċiżjoni biex wieħed jipproċedi għat-tixrid ta’ informazzjoni għandha tibqa’ f’idejn l-UIF.

5.   L-awtoritajiet kompetenti nnominati jistgħu jipproċessaw l-informazzjoni finanzjarja u l-analiżi finanzjarja riċevuta mill-UIF għall-finijiet speċifiċi ta’ prevenzjoni, identifikazzjoni, investigazzjoni jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali serji għajr il-finijiet li għalihom id-data personali tinġabar skont l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva (UE) 2016/680.

Artikolu 8

Talbiet għal informazzjoni minn UIF lil awtoritajiet kompetenti

Soġġett għas-salvagwardji proċedurali nazzjonali u flimkien mal-aċċess għal informazzjoni mill-UIF, kif previst fl-Artikolu 32(4) tad-Direttiva (UE) 2015/849, kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti nnominati tiegħu huma meħtieġa jwieġbu, f’waqthom, għat-talbiet għal informazzjoni dwar l-infurzar tal-liġi magħmula mill-UIF nazzjonali, fuq bażi ta’ każ b’każ, fejn l-informazzjoni tkun meħtieġa għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, ir-reati predikati assoċjati u l-finanzjament tat-terroriżmu.

Artikolu 9

Skambju ta’ informazzjoni bejn l-UIF ta’ Stati Membri differenti

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, f’każijiet eċċezzjonali u urġenti, l-UIF tagħhom ikunu intitolati li jiskambjaw informazzjoni finanzjarja jew analiżi finanzjarja li tista’ tkun rilevanti għall-ipproċessar jew l-analiżi ta’ informazzjoni relatata mat-terroriżmu jew ma’ kriminalità organizzata assoċjata mat-terroriżmu.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u soġġett għal-limitazzjonijiet operazzjonali tagħhom, l-UIF jagħmlu l-almu tagħhom biex jiskambjaw din l-informazzjoni fil-pront.

Artikolu 10

Skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri differenti

1.   Soġġett għas-salvagwardji proċedurali nazzjonali, kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tiegħu nnominati skont l-Artikolu 3(2) ikunu jistgħu jiskambjaw informazzjoni finanzjarja jew analiżi finanzjarja miksuba mill-UIF tal-Istat Membru tagħhom, fuq talba u fuq bażi ta’ każ b’każ, ma’ awtorità kompetenti nnominata fi Stat Membru ieħor, fejn dik l-informazzjoni finanzjarja jew l-analiżi finanzjarja tkun meħtieġa għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, ir-reati predikati assoċjati u l-finanzjament tat-terroriżmu.

Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti nnominati tiegħu jużaw l-informazzjonifinanzjarja jew l-analiżi finanzajrja skambjata skont dan l-Artikolu biss għall-fini li għalih tkun intalbet jew ingħatat.

Kull Stat Membru għandu jiżgura li kwalunkwe tixrid ta’ informazzjoni finanzjarja jew analiżi finanzjarja miksuba mill-awtoritajiet kompetenti nnominati tiegħu mingħand l-UIF ta’ dak l-Istat Membru lil kwalunkwe awtorità, aġenzija jew dipartiment oħra jew kwalunkwe użu ta’ dik l-informazzjoni għal finijiet oħra għajr dawk oriġinarjament approvati jsir soġġett għall-kunsens minn qabel tal-UIF li tipprovdi l-informazzjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li talba li ssir skont dan l-Artikolu u t-tweġiba tagħha jiġu trasmessi bl-użu ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi siguri li jiżguraw livell għoli ta’ sigurtà tad-data.

KAPITOLU IV

SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI MAL-EUROPOL

Artikolu 11

Għoti ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet bankarji lill-Europol

Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tiegħu jkunu intitolati li jwieġbu, permezz tal-unità nazzjonali tal-Europol jew, jekk dawn ikunu permessi minn dak l-Istat Membru, permezz ta’ kuntatti diretti mal-Europol, għal talbiet debitament iġġustifikati relatati mal-informazzjoni dwar il-kontijiet bankarji magħmula mill-Europol fuq bażi ta’ każ b’każ fi ħdan il-limiti tar-responsabbiltajiet tagħha u għat-twettiq tal-kompiti tagħha. L-Artikolu 7(6) u 7(7) tar-Regolament (UE) 2016/794 japplika.

Artikolu 12

Skambju ta’ informazzjoni bejn il-Europol u l-UIF

1.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-UIF tiegħu tkun intitolata li twieġeb għat-talbiet debitament ġustifikati magħmula mill-Europol permezz tal-unità nazzjonali tal-Europol jew, jekk dawn ikunu permessi minn dak l-Istat Membru, permezz ta’ kuntatti diretti bejn l-UIF u l-Europol. Dawn it-talbiet għandhom ikunu relatati mal-informazzjoni finanzjarja u l-analiżi finanzjarja u jsiru fuq bażi ta’ każ b’każ fil-limiti tar-responsabbiltajiet tal-Europol u għat-twettiq tal-kompiti tagħha.

2.   L-Artikolu 32(5) tad-Direttiva (UE) 2015/849 u l-Artikolu 7(6) u 7(7) tar-Regolament (UE) 2016/794 japplikaw għall-iskambji li jsiru skont dan l-Artikolu.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe nuqqas ta’ konformità ma’ talba jkun spjegat b’mod adatt.

Artikolu 13

Arranġamenti dettaljati għall-iskambju ta’ informazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskambju ta’ informazzjoni skont l-Artikoli 11 u 12 ta’ din id-Direttiva jsiru skont ir-Regolament (UE) 2016/794 b’mod elettroniku permezz ta’:

(a)

SIENA jew is-suċċessur tagħha fil-lingwa applikabbli għas-SIENA; jew

(b)

fejn applikabbli, FIU.Net jew is-suċċessur tiegħu.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskambju ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 12 isir f’waqtu u li f’dak ir-rigward it-talbiet għal informazzjoni magħmula mill-Europol ikunu ttrattati bħallikieku joriġinaw minn UIF oħra.

Artikolu 14

Rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data

1.   L-ipproċessar ta’ data personali relatata mal-informazzjoni dwar il-kontijiet bankarji, l-informazzjoni finanzjarja u l-analiżi finanzjarja msemmija fl-Artikoli 11 u 12 ta’ din id-Direttiva għandu jitwettaq f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/794 u biss mill-persunal tal-Europol li jkunu ġew innominati u awtorizzati speċifikament biex iwettqu dawk il-kompiti.

2.   Il-Europol għandha tinforma lill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) 2016/794 ta’ kull skambju ta’ informazzjoni skont l-Artikoli 11, 12 u 13 ta’ din id-Direttiva.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET ADDIZZJONALI RELATATI MAL-IPPROĊESSAR TA’ DATA PERSONALI

Artikolu 15

Kamp ta’ applikazzjoni

Dan il-Kapitolu japplika biss għall-awtoritajiet kompetenti nnominati u l-UIF fir-rigward tal-iskambju ta’ informazzjoni skont il-Kapitolu III u fir-rigward tal-iskambju ta’ informazzjoni finanzjarja u analiżi finanzjarja li jinvolvu l-unitajiet nazzjonali tal-Europol skont il-Kapitolu IV.

Artikolu 16

Ipproċessar ta’ data personali sensittiva

1.   L-ipproċessar ta’ data personali li tiżvela r-razza jew l-oriġini razzjali jew etnika, l-opinjonijiet politiċi, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, jew is-sħubija fi trade union jew ta’ data li tikkonċerna s-saħħa, il-ħajja sesswali jew l-orjentazzjoni sesswali ta’ persuna ta’ persuna fiżika għandu jkun permess biss soġġett għal salvagwardji xierqa għad-drittijiet u l-libertajiet tas-soġġett tad-data f’konformità mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.

2.   Huwa biss il-persunal li jkunu ġew imħarrġa speċifikament u li ġew awtorizzati speċifikament mill-kontrollur li jistgħu jaċċessaw u jipproċessaw id-data msemmija fil-paragrafu 1 skont il-gwida tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data.

Artikoli 17

Rekords ta’ talbiet għal informazzjoni

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jinżammu rekords relatati mat-talbiet għal informazzjoni skont din id-Direttiva. Dawk ir-rekords għandu jkun fihom mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-organizzazzjoni u tal-membru tal-persunal li jitlob l-informazzjoni u, sa fejn ikun possibbli, ta’ min jirċievi r-riżultati tad-domanda jew tat-tiftix;

(b)

ir-referenza għall-każ nazzjonali li fir-rigward tiegħu tintalab l-informazzjoni;

(c)

is-suġġett tat-talbiet; u

(d)

kwalunkwe miżura ta’ eżekuzzjoni ta’ tali talbiet.

Ir-rekords għandhom jinżammu għal perjodu ta’ ħames snin wara l-ħolqien tagħhom u għandhom jintużaw biss għall-finijiet ta’ verifika tal-legalità tal-ipproċessar ta’ data personali. L-awtoritajiet ikkonċernati għandhom jagħmlu r-rekords kollha disponibbli lill-awtorità superviżorja nazzjonali fuq talba tagħha.

Artikolu 18

Restrizzjonijiet għad-drittijiet tas-suġġetti tad-data

L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri leġiżlattivi li jirrestrinġu, kompletament jew parzjalment, id-dritt tas-suġġett tad-data ta’ aċċess għal data personali relatata magħhom ipproċessata skont din id-Direttiva, f’konformità mal-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 jew mal-Artikolu 15(1) tad-Direttiva (UE) 2016/680, kif applikabbli.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 19

Monitoraġġ

1.   L-Istati Membri għandhom jirrieżaminaw l-effettività tas-sistemi tagħhom sabiex jiġu miġġielda r-reati kriminali serji billi jżommu statistika komprensiva.

2.   Sal-1 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm dettaljat għall-monitoraġġ tal-eżiti, tar-riżultati u tal-impatt ta’ din id-Direttiva.

Dak il-programm għandu jistabbilixxi l-mezzi li permezz tagħhom, u l-intervalli li fihom, ser tinġabar id-data u evidenza oħra meħtieġa. Għandu jispeċifika l-azzjoni li għandha tittieħed mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri fil-ġbir u fl-analiżi tad-data u ta’ evidenza oħra.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni d-data u evidenza oħra meħtieġa għall-monitoraġġ.

3.   Fi kwalunkwe każ, l-istatistika msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-għadd ta’ tiftix imwettaq mill-awtoritajiet kompetenti nnominati skont l-Artikolu 4;

(b)

data li tkejjel il-volum tat-talbiet maħruġa minn kull awtorità skont din id-Direttiva, is-segwitu mogħti lil dawk it-talbiet, l-għadd ta’ każijiet investigati, l-għadd ta’ persuni mħarrka u l-għadd ta’ persuni li nstabu ħatja għal reati kriminali serji, fejn tali informazzjoni hija disponibbli;

(c)

data li tkejjel iż-żmien li awtorità teħtieġ biex twieġeb għal talba wara l-wasla tat-talba;

(d)

jekk disponibbli, data li tkejjel il-kost tar-riżorsi umani jew tal-IT li huma ddedikati għal talbiet domestiċi jew transkonfinali li jaqgħu taħt din id-Direttiva.

4.   L-Istati Membri għandhom jorganizzaw il-produzzjoni u l-ġbir tal-istatistika u għandhom jittrasmettu l-istatistika msemmija fil-paragrafu 3 lill-Kummissjoni fuq bażi annwali.

Artikolu 20

Relazzjoni ma’ strumenti oħra

1.   Din id-Direttiva ma għandhiex tipprekludi lill-Istati Membri milli jżommu jew jikkonkludu ftehimiet jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali bejniethom dwar l-iskambju tal-informazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti, sa fejn dawn il-ftehimiet jew arranġamenti jkunu kompatibbli mal-liġiritt tal-Unjoni, b’mod partikolari ma’ din id-Direttiva.

2.   Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe obbligu jew impenn tal-Istati Membri jew tal-Unjoni skont ftehimiet bilaterali jew multilaterali eżistenti ma’ pajjiżi terzi.

3.   Mingħajr preġudizzju għad-diviżjoni tal-kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri, skont il-liġi tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li jidħlu f’negozjati dwar, u li jikkonkludu, ftehimiet bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi li huma partijiet kontraenti taż-Żona Ekonomika Ewropea dwar materji li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Kapitolu II ta’ din id-Direttiva.

Jekk, fi żmien xahrejn mill-wasla tan-notifika tal-intenzjoni ta’ Stat Membru li jidħol fin-negozjati msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni tikkonkludi li n-negozjati x’aktarx ifixklu l-politiki rilevanti tal-Unjoni jew iwasslu għal ftehim li ma jkunx kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni, hija għandha tinforma lill-Istat Membru skont il-każ.

L-Istati Membri għandhom iżommu lill-Kummissjoni regolarment infurmata dwar negozjati bħal dawn u, fejn meħtieġ, jistiednu lill-Kummissjoni tipparteċipa bħala osservatur.

L-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati japplikaw proviżorjament jew jikkonkludu ftehimiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, dment li dawn ikunu kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni u ma jkunux ta’ ħsara għall-objettiv u l-fini tal-politiki rilevanti tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta tali deċiżjonijiet ta’ awtorizzazzjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 22.

Artikolu 21

Evalwazzjoni

1.   Sat-2 ta’ Awwissu 2024, u kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u tissottomettih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport għandu jsir pubbliku.

2.   F’konformità mal-Artikolu 65(2) tad-Direttiva (UE) 2015/849, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ostakli u l-opportunitajiet biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-UIF fl-Unjoni inkluż il-possibbiltà u l-adegwatezza tal-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni u appoġġ.

3.   Sat-2 ta’ Awwissu 2024, il-Kummissjoni għandha toħroġ rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex tivvaluta l-ħtieġa għal u l-proporzjonalità tal-estensjoni tad-definizzjoni ta’ informazzjoni finanzjarja għal kwalunkwe tip ta’ informazzjoni jew data li tinżamm mill-awtoritajiet pubbliċi jew mill-entitajiet obbligati u li hija disponibbli għall-UIF mingħajr ma jittieħdu miżuri repressivi skont il-liġi nazzjonali, u għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva, jekk xieraq.

4.   Sat-2 ta’ Awwissu 2024, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni tal-opportunitajiet u l-isfidi rigward l-estensjoni tal-iskambju ta’ informazzjoni finanzjarja jew analiżi finanzjarja bejn l-UIF fi ħdan l-Unjoni biex tkopri skambji relatati ma’ reati kriminali serji għajr it-terroriżmu jew kriminalità organizzata assoċjata mat-terroriżmu.

5.   Mhux qabel it-2 ta’ Awwissu 2027, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ din id-Direttiva u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport għandu jinkludi wkoll evalwazzjoni ta’ kif id-drittijiet fundamentali u l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ġew irrispettati.

6.   Għall-finijiet tal-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tqis l-istatistika sottomessa mill-Istati Membri skont l-Artikolu 19 u tista’ titlob informazzjoni addizzjonali mill-Istati Membri u l-awtoritajiet superviżorji.

Artikolu 22

Proċedura ta’ kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 23

Traspożizzjoni

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-1 ta’ Awwissu 2021. Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni f’dak ir-rigward.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jinkludu dik ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir dik ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 24

Tħassir tad-Deċiżjoni 2000/642/ĠAI

Id-Deċiżjoni 2000/642/ĠAI hija mħassra b’effett mill-1 ta’ Awwissu 2021.

Artikolu 25

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 26

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2019.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

G. CIAMBA


(1)  ĠU C 367, 10.10.2018, p. 84.

(2)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2019.

(3)  Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).

(4)  Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2006/960/ĠAI tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar is-simplifikazzjoni tal-iskambju ta’ informazzjoni u intelligence bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 386 tad-29.12.2006, p. 89).

(5)  Id-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew f’materji kriminali (ĠU L 130, 1.5.2014, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53).

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”), (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(9)  Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).

(10)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/845/ĠAI tas-6 ta’ Diċembru 2007 dwar il-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċji għall-Irkupru tal-Assi tal-Istati Membri fil-qasam tar-rintraċċar u l-identifikazzjoni ta’ rikavati mill-kriminalità, jew proprjetà oħra relatata magħha (ĠU L 332, 18.12.2007, p. 103).

(11)  Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).

(12)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(13)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità dwar il-moviment liberu ta’ tali data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(14)  Id-Direttiva (UE) 2018/1673 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus permezz tal-liġi kriminali. (ĠU L 284, 12.11.2018, p. 22).

(15)  Id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI (ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6).