ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 184

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 62
10 ta' Lulju 2019


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1172 tas-6 ta' Ġunju 2019 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha, u tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI dwar l-akkreditament tal-fornituri ta' servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorji

1

 

 

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha, u tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI dwar l-akkreditament tal-fornituri ta' servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorji

3

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1173 tat-2 ta' Lulju 2019 li jdaħħal isem fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet tal-Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (Ayrshire New Potatoes/Ayrshire Earlies (IĠP))

11

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1174 tad-9 ta' Lulju 2019 li jistabbilixxi l-livelli massimi tal-baġit għall-2019 applikabbli għal ċerti skemi diretti ta' appoġġ previsti fir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

12

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1175 tad-9 ta' Lulju 2019 dwar ir-rikonoxximent tal-iskema volontarja msejħa Roundtable on Sustainable Palm Oil RED sabiex tintwera l-konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà skont id-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

21

 

 

REGOLI TA' PROĊEDURA

 

*

Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew — Marzu 2019

23

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

10.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 184/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1172

tas-6 ta' Ġunju 2019

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha, u tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI dwar l-akkreditament tal-fornituri ta' servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorji

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-punt (d) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 82(1) u l-punt (a) tal-Artikolu 87(2), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fl-10 ta' Ġunju 2016 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha, u tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI dwar l-akkreditament tal-fornituri ta' servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorji (“il-Ftehim”).

(2)

In-negozjati ġew konklużi b'suċċess bl-inizjalar tal-Ftehim fl-24 ta' Mejju 2018.

(3)

It-titjib tal-iskambju ta' informazzjoni dwar l-infurzar tal-liġi għall-fini li tinżamm is-sigurtà fl-Unjoni ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom, minħabba n-natura ta' kriminalità internazzjonali, li mhijiex limitata għall-fruntieri tal-Unjoni. Il-possibbiltà li l-Istati Membri kollha u għall-Prinċipat tal-Liechtenstein ikollhom aċċess reċiproku għal bażijiet ta' data nazzjonali rigward fajls tal-analiżi tad-DNA, sistemi ta' identifikazzjoni dattiloskopika u d-data dwar ir-reġistrazzjoni ta' vetturi huwa ta' importanza ċentrali fit-trawwim tal-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi transkonfinali.

(4)

L-Irlanda hija marbuta bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI (1), id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI (2) u l-Anness tagħha, u d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI (3), u għalhekk qed tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

(5)

Ir-Renju Unit huwa marbut bid-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, id-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI u l-Anness tagħha, u d-Deċiżjoni Qafas 2009/905/ĠAI, u għalhekk qed jieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

(6)

F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(7)

Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi ffirmat f'isem l-Unjoni u jenħtieġ li d-Dikjarazzjoni mehmuża miegħu tiġi approvata. Jenħtieġ li ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim jiġu applikati fuq bażi proviżorja, sakemm jitlestew il-proċeduri neċessarji għad-dħul fis-seħħ tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha, u tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI dwar l-akkreditament tal-fornituri ta' servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorji huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-Ftehim imsemmi.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-Dikjarazzjoni mehmuża mal-Ftehim għandha tiġi approvata f'isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jindika l-persuna jew persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni.

Artikolu 4

F'konformità mal-Artikolu 8(3) tal-Ftehim, l-Artikolu 5(1) u (2) tal-Ftehim għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja mill-iffirmar tal-Ftehim (4), sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-6 ta' Ġunju 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

A. BIRCHALL


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 12).

(3)  Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 dwar l-akkreditament tal-fornituri ta' servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorji (ĠU L 322, 9.12.2009, p. 14).

(4)  Id-data tal-iffirmar tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


10.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 184/3


FTEHIM

bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha, u tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI dwar l-akkreditament tal-fornituri ta' servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorji

L-UNJONI EWROPEA,

minn naħa waħda, u

Il-PRINĊIPAT TAL-LIECHTENSTEIN,

min-naħa l-oħra,

minn hawn' il quddiem flimkien imsejħa “il-Partijiet Kontraenti”,

FILWAQT LI JIXTIEQU jtejbu l-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein, mingħajr preġudizzju għar-regoli li jipproteġu l-libertà individwali,

FILWAQT LI JQISU li r-relazzjonijiet attwali bejn il-Partijiet Kontraenti, b'mod partikolari l- Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis (1) ta' Schengen, juru kooperazzjoni mill-qrib fil-ġlieda kontra l-kriminalità,

FILWAQT LI JINNOTAW l-interess komuni tal-Partijiet Kontraenti li jiżguraw li l-kooperazzjoni tal-pulizija bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein titwettaq b'mod rapidu u effiċjenti kompatibbli mal-prinċipji bażiċi tas-sistemi legali nazzjonali tagħhom, u f'konformità mad-drittijiet u l-prinċipji individwali tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f'Ruma fl-4 ta' Novembru 1950,

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2006/960/ĠAI tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-simplifikazzjoni tal-iskambju ta' informazzjoni u intelligence bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (2) diġà tistipula regoli li permezz tagħhom l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein jistgħu jiskambjaw informazzjoni u intelligence eżistenti malajr u b'mod effettiv għall-iskop tat-twettiq ta' investigazzjonijiet kriminali jew operazzjonijiet ta' intelligence kriminali,

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li, biex tiġi stimulata l-kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tal-infurzar tal-liġi, huwa ta' importanza fundamentali li informazzjoni preċiża tkun tista' tiġi skambjata malajr u b'mod effiċjenti,

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li l-għan huwa li jiġu introdotti proċeduri għall-promozzjoni ta' mezzi rapidi, effiċjenti u rħas għall-iskambju tad-data, u li, għall-użu konġunt tad-data, jenħtieġ li dawk il-proċeduri jkunu soġġetti għall-obbligu ta' rendikont u jenħtieġ li jinkorporaw garanziji xierqa fir-rigward tal-akkuratezza u s-sigurtà tad-data matul it-trażmissjoni u l-ħżin kif ukoll il-proċeduri għar-reġistrazzjoni tal-iskambju tad-data u r-restrizzjonijiet dwar l-użu tal-informazzjoni skambjata,

FILWAQT LI JISPEĊIFIKAW li dan il-Ftehim għalhekk fih dispożizzjonijiet li huma bbażati fuq id-dispożizzjonijiet ewlenin tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAItat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (3) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (4), u l-Anness tagħha, u tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 dwar l-akkreditament tal-fornituri ta' servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorji (5), u li huma mfassla biex itejbu l-iskambju ta' informazzjoni fejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein jagħtu lil xulxin drittijiet ta' aċċess għall-fajls awtomatizzati tagħhom ta' analiżi tad-DNA, sistemi awtomatizzati ta' identifikazzjoni dattiloskopika u data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi,

FILWAQT LI JISPEĊIFIKAW li fil-każ ta' data minn fajls ta' analiżi nazzjonali tad-DNA u sistemi awtomatizzati ta' identifikazzjoni dattiloskopika, sistema hit/no hit jenħtieġ li tippermetti lill-Istat li jagħmel it-tfittxija, fit-tieni pass, li jitlob data personali speċifika relatata mill-Istat li jamministra l-fajl u, fejn meħtieġ, jitlob aktar informazzjoni permezz ta' proċeduri ta' assistenza reċiproka, inkluż dawk adottati skont id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2006/960/ĠAI,

FILWAQT LI JQISU li dawk id-dispożizzjonijiet iħaffu konsiderevolment il-proċeduri eżistenti li jippermettu lill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u lill-Prinċipat tal-Liechtenstein jsiru jafu jekk Stat ieħor għandux l-informazzjoni li jeħtieġ, u jekk iva, liema Stat,

FILWAQT LI JQISU li t-tqabbil tad-data bejn pajjiż u ieħor ser jiftaħ dimensjoni ġdida fil-ġlieda kontra l-kriminalità u li l-informazzjoni miksuba permezz tat-tqabbil tad-data ser tiftaħ approċċi investigattivi ġodda u għalhekk għandha rwol kruċjali biex tgħin lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u ġudizzjarji tal-Istati,

FILWAQT LI JQISU li r-regoli huma bbażati fuq il-bażijiet ta' data nazzjonali tal-Istati ta' netwerking,

FILWAQT LI JQISU li soġġett għal ċerti kundizzjonijiet, jenħtieġ li l-Istati jkunu jistgħu jipprovdu data personali u mhux personali sabiex itejbu l-iskambju ta' informazzjoni bil-għan li jiġu evitati reati kriminali u jinżammu l-ordni u s-sigurtà pubblika b'rabta ma' avvenimenti maġġuri b'dimensjoni transkonfinali,

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li, minbarra t-titjib tal-iskambju ta' informazzjoni, hemm bżonn li jiġu rregolati forom oħra ta' kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-awtoritajiet tal-pulizija, b'mod partikolari permezz ta' operazzjonijiet ta' sigurtà konġunti (eż. pattulji konġunti),

FILWAQT LI JQISU li s-sistema hit/no hit tipprovdi għal struttura ta' tqabbil ta' profili anonimi, fejn, data personali addizzjonali tiġi skambjata biss wara hit, li l-provvista u l-wasla tagħhom tkun irregolata mil-liġi nazzjonali, inkluż ir-regoli dwar l-assistenza legali, u li din l-istruttura tiggarantixxi sistema adegwata ta' protezzjoni tad-data, filwaqt li jkun mifhum li l-forniment ta' data personali lil Stat ieħor jeħtieġ livell adegwat ta' protezzjoni tad-data min-naħa tal-Istat riċeventi,

FILWAQT LI JQISU li jenħtieġ li l-Prinċipat tal-Liechtenstein iħallas l-ispejjeż magħmula mill-awtoritajiet tiegħu b'konnessjoni mal-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim,

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li, peress li l-akkreditament tal-fornituri ta' servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorji huwa pass importanti lejn skambju aktar sikur u effettiv ta' informazzjoni forensika, jenħtieġ li l-Prinċipat tal-Liechtenstein jikkonforma ma' ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI,

FILWAQT LI JQISU li l-ipproċessar ta' data personali, skont dan il-Ftehim, mill-awtoritajiet tal-Prinċipat tal-Liechtenstein għall-finijiet tal-prevenzjoni, is-sejbien jew l-investigazzjoni tat-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali jenħtieġ li jkun soġġett għal standard ta' protezzjoni ta' data personali skont il-liġi nazzjonali tal-Prinċipat tal-Liechtenstein li tkun konformi mad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (6),

FILWAQT LI JIBBAŻAW RUĦHOM fuq il-fiduċja reċiproka tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein fl-istruttura u l-funzjonament tas-sistemi legali tagħhom,

FILWAQT LI JQISU l-fatt li, skont il-Ftehim bejn il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein li jirreferi għall-kooperazzjoni fil-qafas tas-sistemi ta' informazzjoni Żvizzeri li jirrigwardaw id-data dattiloskopika u l-profili tad-DNA (7), iż-żewġ pajjiżi jikkondividu l-istess bażi ta' data u l-istess sistemi tal-iskambju ta' informazzjoni li jirrigwardaw id-data tad-DNA u d-data dattiloskopika, rispettivament,

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li d-dispożizzjonijiet ta' kull ftehim bilaterali u multilaterali jibqgħu applikabbli għall-kwistjonijiet kollha koperti minn dan il-Ftehim,

IDDEĊIDEW LI JIKKONKLUDU DAN IL-FTEHIM:

Artikolu 1

Suġġett u skop

1.   Soġġett għal dan il-Ftehim, l-Artikoli 1 sa 24, l-Artikolu 25(1) u l-Artikoli 26-sa 32 u 34 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, għandhom ikunu applikabbli fir-relazzjonijiet bilaterali bejn il-Prinċipat tal-Liechtenstein u kull wieħed mill-Istati Membri.

2.   Soġġett għal dan il-Ftehim, l-Artikoli 1 sa 19 u 21 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha, minbarra l-punt 1 tal-Kapitolu 4 tagħha, għandhom ikunu applikabbli fir-relazzjonijiet bilaterali bejn il-Prinċipat tal-Liechtenstein u kull wieħed mill-Istati Membri.

3.   Id-dikjarazzjonijiet magħmula mill-Istati Membri skont id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2008/615/ĠAI u 2008/616/ĠAI għandhom ukoll ikunu applikabbli fir-relazzjonijiet bilaterali tagħhom mal-Prinċipat tal-Liechtenstein.

4.   Soġġett għal dan il-Ftehim, l-Artikoli 1 sa5 u l-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI dwar l-akkreditament tal-fornituri ta' servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorji għandhom ikunu applikabbli fir-relazzjonijiet bilaterali bejn il-Prinċipat tal-Liechtenstein u kull wieħed mill-Istati Membri.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“Partijiet Kontraenti” tfisser l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein;

(2)

“Stat Membru” tfisser Stat Membru tal-Unjoni Ewropea;

(3)

“Stat” tfisser Stat Membru jew il-Prinċipat tal-Liechtenstein.

Artikolu 3

Applikazzjoni u interpretazzjoni uniformi

1.   Bil-ħsieb li jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1 jiġu applikati u interpretati b'mod kemm jista' jkun uniformi, il-Partijiet Kontraenti għandhom iżommu taħt reviżjoni kostanti l-iżvilupp tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u tal-qrati kompetenti tal-Prinċipat tal-Liechtenstein li tikkonċerna dawk id-dispożizzjonijiet. Għal dan l-għan, għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu li jiżgura l-iskambju reċiproku regolari ta' tali ġurisprudenza.

2.   Il-Prinċipat tal-Liechtenstein għandu jkun intitolat jissottometti noti jew osservazzjonijiet bil-miktub lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea meta kwistjoni tkun ġiet riferita lilha minn qorti jew tribunal ta' Stat Membru għal deċiżjoni preliminari dwar l-interpretazzjoni ta' kwalunkwe dispożizzjoni msemmija fl-Artikolu 1.

Artikolu 4

Soluzzjoni tat-tilwim

Kwalunkwe tilwima bejn il-Prinċipat tal-Liechtenstein u Stat Membru rigward l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim jew ta' kwalunkwe waħda mid-dispożizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 1 kif ukoll tal-emendi tagħhom tista' tiġi riferita minn Parti involuta fit-tilwima għal laqgħa tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri u l-Prinċipat tal-Liechtenstein, bil-ħsieb li din tiġi riżolta rapidament.

Artikolu 5

Emendi

1.   Fejn huwa meħtieġ li jiġu emendati d-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1, l-Unjoni Ewropea għandha tgħarraf lill-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-ewwel okkażjoni possibbli u tiġbor kwalunkwe kumment li jista' jkollu.

2.   Il-Prinċipat tal-Liechtenstein għandu jiġi notifikat mill-Unjoni Ewropea bi kwalunkwe emenda tad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1 hekk kif tiġi adottata l-emenda.

Il-Prinċipat tal-Liechtenstein għandu jiddeċiedi b'mod indipendenti jekk jaċċettax il-kontenut tal-emenda u jekk jimplimentahx fl-ordinament ġuridiku intern tiegħu. Dik id-deċiżjoni għandha tiġi notifikata lill-Unjoni Ewropea fi żmien tliet xhur tan-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu.

3.   Jekk il-kontenut tal-emenda jista' jkun vinkolanti fuq il-Prinċipat tal-Liechtenstein biss wara li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kostituzzjonali, il-Prinċipat tal-Liechtenstein għandu jinforma lill-Unjoni Ewropea dwar dan fil-mument tan-notifika tiegħu. Il-Prinċipat tal-Liechtenstein għandu jinforma mingħajr dewmien lill-Unjoni Ewropea bil-kitba meta jkun wettaq ir-rekwiżiti kostituzzjonali kollha. Meta referendum ma jkunx meħtieġ, in-notifika għandha ssir hekk kif jiskadi r-referendum. Jekk huwa meħtieġ referendum, il-Prinċipat tal-Liechtenstein għandu jkollu massimu ta' tmintax-il xahar mid-data ta' notifika mill-Unjoni Ewropea biex jagħmel in-notifika tiegħu. Mid-data stabbilita għad-dħul fis-seħħ tal-emenda għall-Prinċipat tal-Liechtenstein u sakemm dan ikun ta notifika li r-rekwiżiti kostituzzjonali ġew issodisfati, il-Prinċipat tal-Liechtenstein għandu, fejn ikun possibbli, japplika il-kontenut tal-emenda fuq bażi proviżorja.

4.   Jekk il-Prinċipat tal-Liechtenstein ma jaċċettax il-kontenut tal-emenda, dan il-Ftehim għandu jiġi sospiż. Għandha tissejjaħ laqgħa tal-Partijiet Kontraenti biex tiġi eżaminata kull possibbiltà bil-ħsieb li l-Ftehim ikun jista' jibqa' jiffunzjona, inkluż il-possibilità li tiġi rikonoxxuta l-ekwivalenza tal-leġislazzjoni. Is-sospensjoni għandha tintemm hekk kif il-Prinċipat tal-Liechtenstein jinnotifika l-aċċettazzjoni tiegħu tal-kontenut tal-emenda jew jekk il-Partijiet Kontraenti jaqblu li japplikaw mill-ġdid il-Ftehim.

5.   Jekk, wara l-perijodu ta' sospensjoni ta' sitt xhur, il-Partijiet Kontraenti ma jkunux qablu li japplikawh mill-ġdid, dan il-Ftehim għandu jieqaf japplika.

6.   Il-paragrafi 4 u 5 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għal emendi relatati mal-Kapitoli 3, 4 jew 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI jew l-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI li fir-rigward tagħhom il-Prinċipat tal-Liechtenstein nnotifika lill-Unjoni Ewropea li ma jaċċettax l-emenda, filwaqt li jiddikjara r-raġunijiet għall-oġġezzjoni tiegħu. F'tali każijiet, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10 ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet rilevanti fil-verżjoni tagħhom qabel l-emenda għandhom ikomplu jkunu applikabbli fir-relazzjonijiet bilaterali bejn il-Prinċipat tal-Liechtenstein u kull wieħed mill-Istati Membri.

Artikolu 6

Rieżami

Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li jwettqu reviżjoni komuni ta' dan il-Ftehim mhux iktar tard minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. Ir-rieżami għandu jindirizza, b'mod partikolari, l-implimentazzjoni prattika, l-interpretazzjoni u l-iżvilupp tal-Ftehim u għandu jinkludi wkoll kwistjonijiet bħall-konsegwenzi tal-iżvilupp tal-Unjoni Ewropea rigward is-suġġett ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 7

Relazzjoni ma' strumenti oħra

1.   Il-Prinċipat tal-Liechtenstein għandu jkompli japplika kull ftehim jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali dwar kooperazzjoni transkonfinali ma' Stati Membri li jkunu fis-seħħ fid-data li fiha jiġi konkluż dan il-Ftehim sa fejn tali ftehim jew dawn l-arranġamenti ma jkunux inkompatibbli mal-objettivi ta' dan il-Ftehim. Il-Prinċipat tal-Liechtenstein għandu jinnotifika lill-Unjoni Ewropea bi kwalunkwe tali ftehim jew arranġament li ser ikomplu japplikaw.

2.   Il-Prinċipat tal-Liechtenstein jista' jikkonkludi jew idaħħal fis-seħħ kull ftehim jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali addizzjonali dwar kooperazzjoni transkonfinali ma' Stati Membri wara li jkun daħal fis-seħħ dan il-Ftehim sa fejn tali ftehimiet jew arranġamenti jipprevedu li l-objettivi ta' dan il-Ftehim jiġu estiżi jew jitwessgħu. Il-Prinċipat tal-Liechtenstein għandu jinnotifika lill-Unjoni Ewropea bi kwalunkwe ftehim jew arranġament ġdid fi żmien tliet xhur mill-iffirmar jew, fil-każ ta' ftehimiet jew arranġamenti li ġew iffirmati qabel id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, fi żmien tliet xhur mid-dħul fis-seħħ tagħhom.

3.   Dawn il-ftehimiet jew l-arranġamenti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx jaffettwaw ir-relazzjonijiet ma' Stati Membri li mhumiex partijiet għalih.

4.   Dan il-Ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kull ftehim eżistenti dwar l-assistenza legali jew ir-rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi tal-qrati.

Artikolu 8

Notifiki, dikjarazzjonijiet u dħul fis-seħħ

1.   Il-Partijiet Kontraenti għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa biex jesprimu l-kunsens tagħhom li jintrabtu b'dan il-Ftehim.

2.   L-Unjoni Ewropea tista' tesprimi l-kunsens tagħha li tkun marbuta b'dan il-Ftehim anke jekk id-deċiżjonijiet fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali li huma jew li kienu fornuti b'mod konformi mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI għadhom ma ttieħdux fir-rigward tal-Istati Membri kollha.

3.   L-Artikolu 5(1) u (2) għandu japplika fuq bażi proviżorja mid-data tal-iffirmar ta' dan il-Ftehim.

4.   Fir-rigward tal-emendi għad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1 adottati wara l-iffirmar ta' dan il-Ftehim iżda qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu, il-perijodu ta' tliet xhur imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) għandu jibda jiddekorri mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

5.   Meta jagħti n-notifika tiegħu skont il-paragrafu 1 jew, jekk ikun hekk previst, fi kwalunkwe żmien wara, il-Prinċipat tal-Liechtenstein għandu jagħmel id-dikjarazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(3).

6.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tielet xahar wara l-jum tal-aħħar notifika msemmija fil-paragrafu 1.

7.   Il-forniment mill-Istati Membri u l-Prinċipat tal-Liechtenstein ta' data personali skont dan il-Ftehim ma għandux isir sakemm id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI ikunu ġew implimentati fil-liġi nazzjonali tal-Istati involuti f'tali forniment.

Sabiex jiġi vverifikat jekk dan huwiex il-każ għall-Prinċipat tal-Liechtenstein, għandha ssir żjara ta' evalwazzjoni u prova pilota fir-rigward ta' u taħt kundizzjonijiet u arranġamenti aċċettabbli għall-Prinċipat tal-Liechtenstein, simili għal dawk konklużi fir-rigward tal-Istati Membri skont il-Kapitolu 4 tal-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI.

Abbażi ta' rapport ta' evalwazzjoni ġenerali u billi jiġu segwiti l-istess passi bħal dawk użati għat-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fl-Istati Membri, il-Kunsill għandu jiddetermina d-data/i li minnhom data personali tista' tiġi pprovduta mill-Istati Membri lill-Prinċipat tal-Liechtenstein skont dan il-Ftehim.

8.   Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandhom jiġu implimentati u applikati mill-Prinċipat tal-Liechtenstein. Il-Prinċipat tal-Liechtenstein għandu jikkomunika lill-Kummissjoni Ewropea t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin adottati fil-qasam kopert minn dik id-Direttiva.

9.   L-Artikoli 1 sa 24, l-Artikolu 25(1) u l-Artikolu 26 sa 32 u 34 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI għandhom jiġu implimentati u applikati mill-Prinċipat tal-Liechtenstein. Il-Prinċipat tal-Liechtenstein għandu jikkomunika lill-Kummissjoni Ewropea t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin adottati fil-qasam kopert minn dik id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill.

10.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Prinċipat tal-Liechtenstein ma għandhomx japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI sakemm dan ma jkunx implimenta u applika l-miżuri msemmija fil-paragrafi 8 u 9ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 9

Adeżjoni ta' Stati Membri ġodda mal-Unjoni Ewropea

L-adeżjoni ta' Stati Membri ġodda mal-Unjoni Ewropea għandha toħloq drittijiet u obbligi taħt dan il-Ftehim bejn dawk l-Istati Membri ġodda u l-Prinċipat tal-Liechtenstein.

Artikolu 10

Terminazzjoni

1.   Dan il-Ftehim jista' jiġi terminat fi kwalunkwe mument minn waħda mill-Partijiet Kontraenti permezz tad-depożitu ta' notifika tat-terminazzjoni lill-Parti Kontraenti l-oħra.

2.   It-terminazzjoni ta' dan il-Ftehim skont il-paragrafu 1 għandha tieħu effett sitt xhur wara d-depożitu tan-notifika tat-terminazzjoni.

Dan il-Ftehim għandu jitfassal b'mod duplikat bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol, bit-Taljan, bl-Ungeriż u bl-Iżvediż, u t-testi kollha huma ugwalment awtentiċi.

Съставено в Брюксел на двадесет и седми юни две хиляди и деветнадесета година.

Hecho en Bruselas, el veintisiete de junio de dos mil diecinueve.

V Bruselu dne dvacátého sedmého června dva tisíce devatenáct.

Udfærdiget i Bruxelles den syvogtyvende juni to tusind og nitten.

Geschehen zu Brüssel am siebenundzwanzigsten Juni zweitausendneunzehn.

Kahe tuhande üheksateistkümnenda aasta juunikuu kahekümne seitsmendal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι εφτά Ιουνίου δύο χιλιάδες δεκαεννέα.

Done at Brussels on the twenty-seventh day of June in the year two thousand and nineteen.

Fait à Bruxelles, le vingt-sept juin deux mille dix-neuf.

Sastavljeno u Bruxellesu dvadeset sedmog lipnja godine dvije tisuće devetnaeste.

Fatto a Bruxelles, addì ventisette giugno duemiladiciannove.

Briselē, divi tūkstoši deviņpadsmitā gada divdesmit septītajā jūnijā.

Priimta du tūkstančiai devynioliktų metų birželio dvidešimt septintą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizenkilencedik év június havának huszonhetedik napján.

Magħmul fi Brussell, fis-sebgħa u għoxrin jum ta' Ġunju fis-sena elfejn u dsatax.

Gedaan te Brussel, zevenentwintig juni tweeduizend negentien.

Sporządzono w Brukseli dnia dwudziestego siódmego czerwca roku dwa tysiące dziewiętnastego.

Feito em Bruxelas, em vinte e sete de junho de dois mil e dezanove.

Întocmit la Bruxelles la douăzeci și șapte iunie două mii nouăsprezece.

V Bruseli dvadsiateho siedmeho júna dvetisícdevätnásť.

V Bruslju, dne sedemindvajsetega junija leta dva tisoč devetnajst.

Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenäseitsemäntenä päivänä kesäkuuta vuonna kaksituhattayhdeksäntoista.

Som skedde i Bryssel den tjugosjunde juni år tjugohundranitton.

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image 1

За Княжество Лихтенщайн

Por el Principado de Liechtenstein

Za Lichtenštejnské knížectví

For Fyrstendømmet Liechtenstein

Für das Fürstentum Liechtenstein

Liechtensteini Vürstiriigi nimel

Για το Πριγκιπάτο του Λιχτενστάιν

For the Principality of Liechtenstein

Pour la Principauté de Liechtenstein

Za Kneževinu Lihtenštajn

Per il Principato del Liechtenstein

Lihtenšteinas Firstistes vārdā –

Lichtenšteino Kunigaikštystės vardu

A Liechtensteini Hercegség részéről

Għall-Prinċipat tal-Liechtenstein

Voor het Vorstendom Liechtenstein

W imieniu Księstwa Liechtensteinu

Pelo Principado do Listenstaine

Pentru Principatul Liechtenstein

Za Lichtenštajnské kniežatstvo

Za Kneževino Lihtenštajn

Liechtensteinin ruhtinaskunnan puolesta

För Furstendömet Liechtenstein


(1)  ĠU UE L 160, 18.6.2011, p. 3.

(2)  ĠU UE L 386, 29.12.2006, p. 89.

(3)  ĠU UE L 210, 6.8.2008, p. 1.

(4)  ĠU UE L 210, 6.8.2008, p. 12.

(5)  ĠU UE L 322, 9.12.2009, p. 14.

(6)  ĠU UE L 119, 4.5.2016, p. 89.

(7)  Ġabra uffiċjali tal-Leichtenstein LGBI. 2006 Nr. 75; Ġabra klassifikata tal-Liechtenstein LR 0.369.101.2


Dikjarazzjoni tal-Partijiet Kontraenti fl-okkażjoni tal-iffirmar tal-Ftehim

L-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein, Partijiet Kontraenti tal-Ftehim dwar l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha, u tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI dwar l-akkreditament tal-fornituri ta' servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorji (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”),

 

niddikjara:

 

L-implimentazzjoni tal-iskambju ta' data dwar ir-reġistrazzjoni tad-DNA, tal-marki tas-swaba' u tal-vetturi skont il-Ftehim ser teħtieġ li l-Prinċipat tal-Liechtenstein jistabbilixxi konnessjonijiet bilaterali għal kull waħda minn dawn il-kategoriji ta' data ma' kull wieħed mill-Istati Membri.

 

Biex dan jiġi ffaċilitat, il-Prinċipat tal-Liechtenstein jingħata d-dokumenti disponibbli kollha, software speċifiku u lista ta' kuntatti utli. Il-Prinċipat tal-Liechtenstein jista' jibbenefika minn sħubija informali mal-Istati Membri li diġà implimentaw tali skambji, bil-ħsieb li jikkondividu esperjenzi miksubin u hekk jiksbu assistenza prattika u teknika. Il-modalitajiet ta' sħubiji bħal dawn huma suġġetti għal ftehim dirett bejn l-Istati Membri kkonċernati.

 

L-esperti tal-Liechtenstein jistgħu f'kull mument jidħlu f'kuntatt mal-Presidenza tal-Kunsill, il-Kummissjoni Ewropea jew ma' esperti rikonoxxuti fl-oqsma li dwarhom huma jixtiequ jiksbu informazzjoni, kjarifika jew tip ieħor ta' assistenza. Bl-istess mod, il-Kummissjoni, kull meta bi tħejjija għal proposti jew komunikazzjonijiet, tikkuntattja lir-rappreżentanti tal-Istati Membri, tagħmel użu mill-opportunità li tikkuntattja wkoll lir-rappreżentanti tal-Prinċipat tal-Liechtenstein.

 

L-esperti tal-Liechtenstein jistgħu jiġu mistiedna jattendu laqgħat li fihom l-esperti tal-Istati Membri jiddiskutu fil-Kunsill l-aspetti tekniċi li huma direttament rilevanti għall-applikazzjoni korretta u l-iżvilupp tal-kontenut tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill imsemmijin hawn fuq.


REGOLAMENTI

10.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 184/11


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1173

tat-2 ta' Lulju 2019

li jdaħħal isem fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet tal-Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (“Ayrshire New Potatoes”/“Ayrshire Earlies” (IĠP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tar-Renju Unit għar-reġistrazzjoni tal-isem “Ayrshire New Potatoes”/“Ayrshire Earlies” ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk jenħtieġ li l-isem “Ayrshire New Potatoes”/“Ayrshire Earlies” jiġi rreġistrat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-isem “Ayrshire New Potatoes”/“Ayrshire Earlies” (IĠP) huwa rreġistrat.

L-isem imsemmi fl-ewwel paragrafu jidentifika prodott tal-Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Lulju 2019.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 94, 12.3.2019, p. 5.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


10.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 184/12


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1174

tad-9 ta' Lulju 2019

li jistabbilixxi l-livelli massimi tal-baġit għall-2019 applikabbli għal ċerti skemi diretti ta' appoġġ previsti fir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 22(1), 36(4), 42(2), 47(3), 49(2), 51(4) u 53(7) tiegħu,

Billi:

(1)

Għal kull Stat Membru li jimplimenta l-iskema ta' pagament bażiku stipulata fil-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-limitu massimu nazzjonali annwali msemmi fl-Artikolu 22(1) ta' dak ir-Regolament għall-2019 għandu jiġi ffissat mill-Kummissjoni billi jitnaqqsu l-ammonti massimi ffissati skont l-Artikoli 42, 47, 49, 51 u 53 ta' dak ir-Regolament mil-limitu massimu nazzjonali annwali stabbilit fl-Anness II ta' dak ir-Regolament. Skont l-Artikolu 22(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għandhom jiġu kkunsidrati ż-żidiet kollha applikati mill-Istati Membri skont din id-dispożizzjoni.

(2)

Għal kull Stat Membru li jimplimenta l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja stipulata fil-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-limitu massimu nazzjonali annwali msemmi fl-Artikolu 36(4) ta' dak ir-Regolament għall-2019 għandu jiġi ffissat mill-Kummissjoni billi jitnaqqsu l-ammonti massimi ffissati skont l-Artikoli 42, 47, 49, 51 u 53 ta' dak ir-Regolament mil-limitu massimu nazzjonali annwali stabbilit fl-Anness II ta' dak ir-Regolament. B'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 36(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, meta l-Kummissjoni tiffissa l-limitu massimu nazzjonali annwali għall-iskema ta' pagament uniku skont l-erja, din trid tieħu kont taż-żidiet applikati mill-Istati Membri b'rabta ma' din id-dispożizzjoni.

(3)

Għal kull Stat Membru li jagħti l-pagament ridistributtiv previst fil-Kapitolu 2 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-limitu massimu nazzjonali annwali msemmi fl-Artikolu 42(2) ta' dak ir-Regolament għas-sena 2019 għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni abbażi tal-persentaġġ innotifikat minn dawk l-Istati Membri skont l-Artikolu 42(1) ta' dak ir-Regolament.

(4)

Fir-rigward tal-pagament għal prattiki agrikoli li huma ta' benefiċċju għall-klima u l-ambjent previst fil-Kapitolu 3 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 fl-2019, il-limiti massimi nazzjonali annwali msemmija fl-Artikolu 47(3) ta' dak ir-Regolament għall-2019 għandhom jiġu kkalkulati skont l-Artikolu 47(1) ta' dak ir-Regolament u jammontaw għal 30 % tal-limitu massimu nazzjonali tal-Istat Membru rilevanti kif stabbilit fl-Anness II ta' dak ir-Regolament.

(5)

Għal Stati Membri li jagħtu l-pagament għal żoni b'restrizzjonijiet naturali previst fil-Kapitolu 4 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-limiti massimi nazzjonali annwali msemmija fl-Artikolu 49(2) ta' dak ir-Regolament għall-2019 għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni abbażi tal-persentaġġ innotifikat mill-Istati Membri rilevanti skont l-Artikolu 49(1) ta' dak ir-Regolament.

(6)

Fir-rigward tal-pagament għal bdiewa żgħażagħ previst fil-Kapitolu 5 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-limiti massimi nazzjonali annwali msemmija fl-Artikolu 51(4) ta' dak ir-Regolament għall-2019 għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni abbażi tal-persentaġġ innotifikat mill-Istati Membri skont l-Artikolu 51(1) ta' dak ir-Regolament u ma jridux ikunu iżjed minn 2 % tal-limitu massimu annwali ffissat fl-Anness II.

(7)

Meta l-ammont totali tal-pagament għal bdiewa żgħażagħ applikat fl-2019 fi Stat Membru jkun jaqbeż il-limitu massimu stabbilit skont l-Artikolu 51(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għal dak l-Istat Membru, id-differenza għandha tiġi ffinanzjata mill-Istat Membru b'konformità mal-Artikolu 51(2) ta' dak ir-Regolament filwaqt li jiġi rrispettat l-ammont massimu stabbilit fl-Artikolu 51(1) ta' dak ir-Regolament. Għal raġunijiet ta' ċarezza, huwa xieraq li jiġi stabbilit dan l-ammont massimu għal kull Stat Membru.

(8)

Għal kull Stat Membru li jagħti l-appoġġ akkoppjat volontarju previst fil-Kapitolu 1 tat-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 fl-2019, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-limiti massimi nazzjonali annwali msemmija fl-Artikolu 53(7) ta' dak ir-Regolament għall-2019 abbażi tal-persentaġġ innotifikat mill-Istat Membru rilevanti skont l-Artikolu 54(1) ta' dak ir-Regolament.

(9)

Fir-rigward tas-sena 2019, l-implimentazzjoni tal-iskemi diretti ta' appoġġ previsti fir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 bdiet fl-1 ta' Jannar 2019. Għal raġunijiet ta' konsistenza bejn l-applikabbiltà ta' dak ir-Regolament għas-sena tat-talba 2019 u l-applikabbiltà tal-limiti massimi baġitarji korrispondenti, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-istess data.

(10)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Pagamenti Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2019 għall-iskema ta' pagament bażiku msemmija fl-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt I tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2019 għall-iskema ta' pagament uniku skont l-erja msemmija fl-Artikolu 36(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt II tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

3.   Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2019 għall-pagament ridistributtiv imsemmi fl-Artikolu 42(2) tar-Regolament(UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt III tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

4.   Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2019 għall-pagamenti ta' prattiki agrikoli ta' benefiċċju għall-klima u l-ambjent imsemmi fl-Artikolu 47(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt IV tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

5.   Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2019 għall-pagament għal żoni b'restrizzjonijiet naturali msemmi fl-Artikolu 49(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt V tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

6.   Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2019 għall-pagament għal bdiewa żgħażagħ imsemmi fl-Artikolu 51(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt VI tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

7.   L-ammonti massimi għall-2019 għall-pagament għal bdiewa żgħażagħ imsemmi fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt VII tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

8.   Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2019 għall-appoġġ akkoppjat volontarju msemmi fl-Artikolu 53(7) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt VIII tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Lulju 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608.


ANNESS

I.   Il-livelli massimi nazzjonali annwali għall-iskema ta' pagament bażiku msemmija fl-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

(f'eluf ta' EUR)

Sena kalendarja

2019

Il-Belġju

211 289

Id-Danimarka

531 810

Il-Ġermanja

2 988 165

L-Irlanda

825 611

Il-Greċja

1 091 170

Spanja

2 845 377

Franza

3 025 958

Il-Kroazja

143 257

L-Italja

2 155 184

Il-Lussemburgu

22 741

Malta

650

In-Netherlands

466 930

L-Awstrija

470 383

Il-Portugall

279 562

Is-Slovenja

75 223

Il-Finlandja

262 840

L-Iżvezja

403 066

Ir-Renju Unit

2 092 657

II.   Il-livelli massimi nazzjonali annwali għall-iskema ta' pagament uniku skont l-erja msemmija fl-Artikolu 36(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

(f'eluf ta' EUR)

Sena kalendarja

2019

Il-Bulgarija

378 884

Ir-Repubblika Ċeka

472 211

L-Estonja

93 655

Ċipru

29 672

Il-Latvja

148 482

Il-Litwanja

187 426

L-Ungerija

733 206

Il-Polonja

1 576 884

Ir-Rumanija

987 609

Is-Slovakkja

253 038

III.   Il-livelli massimi nazzjonali annwali għall-pagament ridistributtiv imsemmi fl-Artikolu 42(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

(f'eluf ta' EUR)

Sena kalendarja

2019

Il-Belġju

46 100

Il-Bulgarija

55 900

Il-Ġermanja

335 480

Franza

687 718

Il-Kroazja

31 765

Il-Litwanja

72 552

Il-Polonja

298 036

Il-Portugall

23 050

Ir-Rumanija

101 799

Ir-Renju Unit

81 479

IV.   Il-livelli massimi nazzjonali annwali għall-pagament għal prattiki agrikoli ta' benefiċċju għall-klima u l-ambjent kif imsemmija fl-Artikolu 47(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

(f'eluf ta' EUR)

Sena kalendarja

2019

Il-Belġju

144 557

Il-Bulgarija

238 888

Ir-Repubblika Ċeka

258 509

Id-Danimarka

245 627

Il-Ġermanja

1 437 770

L-Estonja

43 190

L-Irlanda

363 320

Il-Greċja

550 385

Spanja

1 468 030

Franza

2 063 154

Il-Kroazja

95 294

L-Italja

1 111 301

Ċipru

14 593

Il-Latvja

84 046

Il-Litwanja

145 104

Il-Lussemburgu

10 030

L-Ungerija

402 860

Malta

1 573

In-Netherlands

201 261

L-Awstrija

207 521

Il-Polonja

1 035 154

Il-Portugall

179 807

Ir-Rumanija

570 959

Is-Slovenja

40 283

Is-Slovakkja

135 498

Il-Finlandja

157 389

L-Iżvezja

209 930

Ir-Renju Unit

961 573

V.   Il-livelli massimi nazzjonali annwali għall-pagament għal erjas b'restrizzjonijiet naturali msemmija fl-Artikolu 49(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

(f'eluf ta' EUR)

Sena kalendarja

2019

Id-Danimarka

2 857

Is-Slovenja

2 122

VI.   Il-livelli massimi nazzjonali annwali għall-pagament għall-bdiewa żgħażagħ imsemmi fl-Artikolu 51(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

(f'eluf ta' EUR)

Sena kalendarja

2019

Il-Belġju

9 095

Il-Bulgarija

3 176

Ir-Repubblika Ċeka

1 723

Id-Danimarka

14 328

Il-Ġermanja

47 926

L-Estonja

979

L-Irlanda

24 221

Il-Greċja

36 692

Spanja

97 869

Franza

68 772

Il-Kroazja

6 353

L-Italja

37 043

Ċipru

657

Il-Latvja

5 603

Il-Litwanja

6 046

Il-Lussemburgu

501

L-Ungerija

5 371

Malta

21

In-Netherlands

13 417

L-Awstrija

13 835

Il-Polonja

34 505

Il-Portugall

11 987

Ir-Rumanija

23 752

Is-Slovenja

2 014

Is-Slovakkja

1 706

Il-Finlandja

5 246

L-Iżvezja

10 497

Ir-Renju Unit

16 405

VII.   L-ammonti massimi għall-pagament għall bdiewa żgħażagħ imsemmi fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

(f'eluf ta' EUR)

Sena kalendarja

2019

Il-Belġju

9 637

Il-Bulgarija

15 926

Ir-Repubblika Ċeka

17 234

Id-Danimarka

16 375

Il-Ġermanja

95 851

L-Estonja

2 879

L-Irlanda

24 221

Il-Greċja

36 692

Spanja

97 869

Franza

137 544

Il-Kroazja

6 353

L-Italja

74 087

Ċipru

973

Il-Latvja

5 603

Il-Litwanja

9 674

Il-Lussemburgu

669

L-Ungerija

26 857

Malta

105

In-Netherlands

13 417

L-Awstrija

13 835

Il-Polonja

69 010

Il-Portugall

11 987

Ir-Rumanija

38 064

Is-Slovenja

2 686

Is-Slovakkja

9 033

Il-Finlandja

10 493

L-Iżvezja

13 995

Ir-Renju Unit

64 105

VIII.   Il-livelli massimi nazzjonali annwali għall-appoġġ akkoppjat volontarju msemmi fl-Artikolu 53(7) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

(f'eluf ta' EUR)

Sena kalendarja

2019

Il-Belġju

80 935

Il-Bulgarija

119 444

Ir-Repubblika Ċeka

129 255

Id-Danimarka

24 135

L-Estonja

6 142

L-Irlanda

3 000

Il-Greċja

182 056

Spanja

584 919

Franza

1 031 577

Il-Kroazja

47 647

L-Italja

478 600

Ċipru

3 891

Il-Latvja

42 023

Il-Litwanja

72 552

Il-Lussemburgu

160

L-Ungerija

201 430

Malta

3 000

In-Netherlands

3 350

L-Awstrija

14 526

Il-Polonja

505 933

Il-Portugall

117 535

Ir-Rumanija

259 043

Is-Slovenja

17 456

Is-Slovakkja

67 740

Il-Finlandja

102 828

L-Iżvezja

90 970

Ir-Renju Unit

53 129


DEĊIŻJONIJIET

10.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 184/21


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1175

tad-9 ta' Lulju 2019

dwar ir-rikonoxximent tal-iskema volontarja msejħa “Roundtable on Sustainable Palm Oil RED” sabiex tintwera l-konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà skont id-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7c(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (2), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(4) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikoli 7b u 7c u l-Anness IV tad-Direttiva 98/70/KE u l-Artikoli 17 u 18 u l-Anness V tad-Direttiva 2009/28/KE jistipulaw kriterji simili ta' sostenibbiltà għall-bijokarburanti u għall-bijolikwidi, u proċeduri simili għall-verifika tal-konformità tal-bijokarburanti u tal-bijolikwidi ma' dawk il-kriterji.

(2)

Meta l-bijokarburanti u l-bijolikwidi jkunu jridu jitqiesu għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 17(1)(a), (b) u (c) tad-Direttiva 2009/28/KE, jenħtieġ li l-Istati Membri jesiġu li l-operaturi ekonomiċi juru li l-bijokarburanti u l-bijolikwidi jikkonformaw mal-kriterji ta' sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 17(2) sa (5) ta' dik id-Direttiva.

(3)

Għall-finijiet tal-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2009/28/KE, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li l-iskemi volontarji nazzjonali jew internazzjonali li jistabbilixxu l-istandards għall-produzzjoni tal-prodotti tal-bijomassa fihom data preċiża, u/jew juru li l-konsenji tal-bijokarburanti jew tal-bijolikwidi jikkonformaw mal-kriterji ta' sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 17(3), (4) u (5), u/jew li l-ebda materjal ma ġie mmodifikat jew imwarrab intenzjonalment sabiex il-konsenja jew parti minnha tkun tista' taqa' taħt l-Anness IX. Meta operatur ekonomiku jagħti provi jew jipprovdi data miksuba skont skema volontarja rikonoxxuta mill-Kummissjoni, safejn dan ikun previst bid-deċiżjoni tar-rikonoxximent, jenħtieġ li Stat Membru ma jesiġix li l-fornitur jipprovdi evidenza ulterjuri ta' konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà.

(4)

It-talba biex jiġi rikonoxxut li l-iskema volontarja msejħa “Roundtable on Sustainable Palm Oil RED” turi li l-konsenji tal-bijokarburanti jikkonformaw mal-kriterji ta' sostenibbiltà stabbiliti fid-Direttiva 98/70/KE u fid-Direttiva 2009/28/KE tressqet quddiem il-Kummissjoni fl-24 ta' April 2018. L-iskema li hija bbażata f'Menara UOA Bangsar, Nru 5, Jalan Bansar Utaa 1, 59000 Kuala Lumpur, il-Malasja, tkopri prodotti bbażati fuq iż-żejt tal-palm u l-katina tal-kustodja kollha kemm hi. Jenħtieġ li d-dokumenti tal-iskema rikonoxxuta jkunu disponibbli fil-pjattaforma ta' trasparenza stabbilita skont id-Direttiva 2009/28/KE.

(5)

Hija u tivvaluta l-iskema volontarja msejħa “Roundtable on Sustainable Palm Oil RED”, il-Kummissjoni sabet li din tkopri b'mod adegwat il-kriterji ta' sostenibbiltà kollha stabbiliti fid-Direttiva 98/70/KE u fid-Direttiva 2009/28/KE, u barra minn hekk li tapplika metodoloġija tal-bilanċ tal-massa skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 7c(1) tad-Direttiva 98/70/KE u tal-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2009/28/KE.

(6)

Mill-valutazzjoni tal-iskema volontarja msejħa “Roundtable on Sustainable Palm Oil RED” irriżulta li din tilħaq standards xierqa ta' affidabbiltà, ta' trasparenza u ta' awditjar indipendenti, kif ukoll li tikkonforma mar-rekwiżiti metodoloġiċi stabbiliti fl-Anness IV tad-Direttiva 98/70/KE u fl-Anness V tad-Direttiva 2009/28/KE.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sostenibbiltà tal-Bijokarburanti u l-Bijolikwidi,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iskema volontarja msejħa “Roundtable on Sustainable Palm Oil RED” (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-iskema”), li fl-24 ta' April 2018 tressqet quddiem il-Kummissjoni għar-rikonoxximent, turi li l-konsenji tal-bijokarburanti u tal-bijolikwidi prodotti skont l-istandards għall-produzzjoni tal-bijokarburanti u tal-bijolikwidi stabbiliti fl-iskema jikkonformaw mal-kriterji ta' sostenibbiltà kif stabbiliti fl-Artikolu 7b(3), (4) u (5) tad-Direttiva 98/70/KE u fl-Artikolu 17(3), (4) u (5) tad-Direttiva 2009/28/KE.

L-iskema fiha wkoll data preċiża għall-finijiet tal-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2009/28/KE u tal-Artikolu 7b(2) tad-Direttiva 98/70/KE.

Artikolu 2

F'każ li l-kontenut tal-iskema, kif imressqa fl-24 ta' April 2018 quddiem il-Kummissjoni għar-rikonoxximent, jinbidel b'mod li jista' jaffettwa l-bażi ta' din id-Deċiżjoni, it-tali bidliet għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni mingħajr dewmien. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-bidliet innotifikati bil-ħsieb li tistabbilixxi jekk l-iskema tkunx għadha tkopri b'mod adegwat il-kriterji ta' sostenibbiltà li għalihom tkun ġiet rikonoxxuta.

Artikolu 3

Il-Kummissjoni tista' tħassar din id-Deċiżjoni, inter alia, fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

jekk ikun intwera biċ-ċar li l-iskema ma tkunx implimentat elementi meqjusa bħala deċiżivi għal din id-Deċiżjoni, jew jekk ikun sar ksur gravi u strutturali ta' dawk l-elementi;

(b)

jekk l-iskema ma tippreżentax rapporti annwali lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7c(6) tad-Direttiva 98/70/KE u skont l-Artikolu 18(6) tad-Direttiva 2009/28/KE;

(c)

jekk l-iskema ma timplimentax l-istandards tal-awditjar indipendenti speċifikati fl-atti ta' implimentazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7c(5) tad-Direttiva 98/70/KE u fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 18(5) tad-Direttiva 2009/28/KE jew it-titjib ta' elementi oħra tal-iskema meqjusa bħala deċiżivi biex ir-rikonoxximent jitkompla.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika sat-30 ta' Ġunju 2021.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Lulju 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 350, 28.12.1998, p. 58.

(2)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16.


REGOLI TA' PROĊEDURA

10.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 184/23


REGOLI TA' PROĊEDURA TAL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW

Marzu 2019

L-EWWEL PARTI

TESTI KOSTITUTTIVI

Osservazzjonijiet preliminari

1.

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali kien stabbilit permezz tat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, li ġew iffirmati f'Ruma fil-25 ta' Marzu 1957 u li daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1958.

Minn dak iż-żmien 'l hawn iż-żewġ trattati msemmija ġew emendati diversi drabi.

2.

Meta l-verżjoni kkodifikata ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura daħlet fis-seħħ (15 ta' Marzu 2019), it-testi kostituttivi li jikkonċernaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew kienu miġbura fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (Artikolu 13) u fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (Artikoli 300 sa 304), kif emendati u stabbiliti, rispettivament, mit-Trattat ta' Lisbona, li ġie ffirmat fit-13 ta' Diċembru 2007 u li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2009.

Avviż:

Għal kwalunkwe kwistjoni jew kumment rigward it-test ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura jew tad-Dispożizzjonijiet ta' Implimentazzjoni tagħhom, kif ukoll rigward l-implimentazzjoni tagħhom, il-qarrej huwa mitlub jikkuntattja lir-Reġistru tal-KESE. ( _UniteGreffeCESE@eesc.europa.eu )

TRATTAT DWAR L-UNJONI EWROPEA

Artikolu 13

1.   L-Unjoni għandha qafas istituzzjonali maħsub sabiex jippromwovi l-valuri tagħha, isegwi l-objettivi tagħha, iservi l-interessi tagħha, dawk taċ-ċittadini tagħha u dawk tal-Istati Membri, kif ukoll sabiex jassigura l-koerenza, l-effiċjenza u l-kontinwità tal-politika u tal-azzjonijiet tagħha.

L-istituzzjonijiet tal-Unjoni huma:

il-Parlament Ewropew,

il-Kunsill Ewropew,

il-Kunsill,

il-Kummissjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsejħa l-“Kummissjoni”),

il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea,

il-Bank Ċentrali Ewropew,

il-Qorti tal-Awdituri.

2.   Kull Istituzzjoni għandha taġixxi fil-limiti tal-kompetenzi mogħtija lilha mit-Trattati, u skont il-proċeduri, il-kondizzjonijiet u l-finijiet previsti minnhom. L-istituzzjonijiet għandhom jipprattikaw bejniethom il-koperazzjoni leali.

3.   Id-dispożizzjonijiet dwar il-Bank Ċentrali Ewropew u dwar il-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll id-dispożizzjonijiet dettaljati dwar l-istituzzjonijiet l-oħrajn, jinsabu fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

4.   Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom ikunu assistiti minn Kumitat Ekonomiku u Soċjali u minn Kumitat tar-Reġjuni, li jeżerċitaw funzjonijiet konsultattivi.

TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA

KAPITOLU 3 – KORPI KONSULTATTIVI TAL-UNJONI

Artikolu 300

1.   Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom ikunu assistiti minn Kumitat Ekonomiku u Soċjali u minn Kumitat tar-Reġjuni, li jeżerċitaw funzjonijiet konsultattivi.

2.   Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għandu jkun kompost minn rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet ta' min iħaddem, ta' impjegati, u ta' partijiet oħra li jirrappreżentaw is-soċjetà ċivili, speċjalment fl-oqsma soċjoekonomiċi, ċiviċi, professjonali u kulturali.

3.   Il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta' awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

4.   Il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u tal-Kumitat tar-Reġjuni m'għandhom ikunu marbuta minn ebda mandat obbligatorju. Għandhom jaqdu dmirijiethom f'indipendenza sħiħa, fl-interess ġenerali tal-Unjoni.

5.   Ir-regoli previsti fil-paragrafi 2 u 3 dwar in-natura tal-kompożizzjoni ta' dawn il-Kumitati għandhom jiġu riveduti f'intervalli regolari mill-Kunsill sabiex jieħdu inkunsiderazzjoni l-iżviluppi ekonomiċi, soċjali u demografiċi fi ħdan l-Unjoni. Il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, għandu jadotta deċiżjonijiet għal dan il-għan.

TAQSIMA 1

IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI

Artikolu 301

In-numru tal-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali m'għandux jaqbeż it-tliet mija u ħamsin.

Il-Kunsill, li jaġixxi b'mod unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni, għandu jadotta deċiżjoni li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat.

Il-Kunsill jiffissa l-indennizz tal-membri tal-Kumitat.

Artikolu 302

1.   Il-membri tal-Kumitat jinħatru għal ħames snin. Il-Kunsill jadotta l-lista tal-membri magħmula skont il-proposti preżentati minn kull wieħed mill-Istati Membri. Il-mandat tal-membri tal-Kumitat jista' jiġġedded.

2.   Il-Kunsill għandu jaġixxi wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Jista' jikseb l-opinjoni tal-korpi Ewropej li jirrappreżentaw is-setturi ekonomiċi u soċjali differenti, u s-soċjetà ċivili konċernati mill-attivitajiet tal-Unjoni.

Artikolu 303

Il-Kumitat għandu jeleġġi l-president u l-uffiċjali tiegħu minn fost il-membri tiegħu għal perjodu ta' sentejn u nofs.

Dan għandu jadotta r-regolamenti ta' proċedura tiegħu.

Il-Kumitat għandu jitlaqqa' mill-president tiegħu fuq talba tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni. Jista' jitlaqqa' wkoll b'inizjattiva tiegħu stess.

Artikolu 304

Il-Kumitat għandu jiġi kkonsultat mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni fil-każijiet previsti mit-Trattati. Il-Kumitat jista' jiġi kkonsultat minn dawn l-istituzzjonijiet kull meta jidhrilhom xieraq. Jista' joħroġ opinjoni fuq inizjattiva tiegħu stess meta jidhirlu li jkun xieraq li jagħmel hekk.

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill jew il-Kummissjoni għandhom, jekk jaħsbu li jkun hemm bżonn ta' dan, jagħtu żmien definit lill-Kumitat sabiex jippreżenta l-opinjoni tiegħu, liema terminu m'għandux ikun ta' anqas minn xahar mid-data meta l-president jirċievi n-notifika f'dan is-sens. Meta jagħlaq iż-żmien stabbilit, in-nuqqas ta' opinjoni m'għandux jimpedixxi azzjoni ulterjuri.

L-opinjoni tal-Kumitat, flimkien ma' rendikont tal-proċeduri, għandhom jintbagħtu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

PROTOKOLL Nru 7 TAT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA DWAR IL-PRIVILEĠĠI U L-IMMUNITAJIET TAL-UNJONI EWROPEA – KAPITOLU IV (SILTA)

Artikolu 10

Rappreżentanti ta' Stati Membri li jkunu qed jieħdu sehem fil-ħidma tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, il-konsulenti u l-esperti tekniċi tagħhom għandhom, fil-qadi tad-doveri tagħhom u waqt li jkunu qed jivvjaġġaw lejn u mill-post tal-laqgħa jgawdu mill-privileġġi, l-immunitajiet u l-faċilitajiet konswetudinarji.

Dan l-Artikolu japplika wkoll għal membri ta' korpi ta' konsulenza tal-Unjoni.

DEĊIŻJONI (UE) 2015/1157 TAL-KUNSILL TAL-14 TA' LULJU 2015 LI TIDDITERMINA L-KOMPOŻIZZJONI TAL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW (SILTA)

L-ewwel Artikolu

L-għadd tal-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għandu jkun kif ġej:

Belġju

12

Bulgarija

12

Repubblika Ċeka

12

Danimarka

9

Ġermanja

24

Estonja

6

Irlanda

9

Greċja

12

Spanja

21

Franza

24

Kroazja

9

Italja

24

Ċipru

5

Latvja

7

Litwanja

9

Lussemburgu

5

Ungerija

12

Malta

5

Netherlands

12

Awstrija

12

Polonja

21

Portugall

12

Rumanija

15

Slovenja

7

Slovakkja

9

Finlandja

9

Svezja

12

Renju Unit

24

IT-TIENI PARTI

REGOLI TA' PROĊEDURA

VERŻJONI KODIFIKATA TAR-REGOLI TA' PROĊEDURA TAL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW (DĦUL FIS-SEĦĦ FIL-15 TA' MARZU 2019)

- OSSERVAZZJONIJIET -

A.

Din l-edizzjoni tiġbor fiha:

Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adottati fis-sessjoni plenarja tas-17 ta' Lulju 2002 (ĠU L 268 tal-4 ta' Ottubru 2002), li daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Awwissu 2002, b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 78 tiegħu,

il-bidliet li rriżultaw minn dawn l-atti:

1.

emendi tas-27 ta' Frar 2003 għar-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (ĠU L 258 tal-10 ta' Ottubru 2003),

2.

emendi tal-31 ta' Marzu 2004 għar-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (ĠU L 310 tas-7 ta' Ottubru 2004),

3.

emendi tal-5 ta' Lulju 2006 għar-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (ĠU L 93 tat-3 ta' April 2007),

4.

emendi tat-12 ta' Marzu 2008 għar-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (ĠU L 159 tal-20 ta' Ġunju 2009),

5.

emendi tal-14 ta' Lulju 2010 għar-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

6.

emendi tal-20 ta' Frar 2019 għar-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

il-kodiċi ta' kondotta għall-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, anness mar-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, wara d-deċiżjoni tal-assemblea tal-Kumitat tal-20 ta' Frar 2019.

B.

Din l-edizzjoni tħejjiet mis-segretarjat ġenerali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u tiġbor l-emendi differenti approvati mill-assemblea tal-Kumitat.

C.

Id-Dispożizzjonijiet ta' Implimentazzjoni ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura, li ġew adottati mill-Bureau tal-Kumitat b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 86(3), huma ppreżentati separatament.

PREAMBOLU

1.

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew jirrappreżenta d-diversi komponenti ekonomiċi u soċjali tas-soċjetà ċivili organizzata. Dan huwa korp istituzzjonali konsultattiv stabbilit permezz tat-Trattat ta' Ruma fl-1957.

2.

Ir-rwol konsultattiv tal-Kumitat jippermetti lill-membri tiegħu, u għalhekk lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw, li jipparteċipaw fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Unjoni Ewropea. Id-diverġenza fl-opinjonijiet kultant kuntrarji ta' xulxin u d-djalogu bejn il-membri ħafna drabi titlob negozjati serji li jinvolvu mhux biss l-imsieħba soċjali abitwali, jiġifieri min iħaddem (Grupp I) u l-impjegati (Grupp II), iżda wkoll l-interessi soċjoprofessjonali l-oħra kollha rappreżentati (Grupp III). L-għarfien espert, id-diskussjonijiet kif ukoll l-isforz li tinstab konverġenza jistgħu jtejbu l-kwalità u l-kredibbiltà tad-deċiżjoni politika tal-Unjoni Ewropea, b'tali mod li dan il-proċess jinftiehem u jsir aċċettat aktar miċ-ċittadini Ewropej, kif ukoll tiżdied it-trasparenza li tant hija meħtieġa għad-demokrazija.

3.

Fl-isfond tal-istruttura istituzzjonali Ewropea, il-Kumitat jaqdi rwol speċifiku: dan huwa l-lok ewlieni li fih il-fehmiet tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tal-Unjoni Ewropea jiġu rappreżentati u diskussi, u huwa wkoll il-korp ideali sabiex jagħmilha ta' medjatur bejn is-soċjetà ċivili organizzata u l-Unjoni Ewropea.

4.

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, bħala forum ta' dibattitu u lok fejn jitħejjew l-opinjonijiet, jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kredenzjali demokratiċi tal-proċess tal-iżvilupp tal-Unjoni Ewropea, inkluż it-tkattir tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-gruppi soċjoekonomiċi f'pajjiżi terzi. Permezz ta' dan, huwa jgħin fit-tisħiħ ta' kuxjenza Ewropea ġenwina.

5.

Sabiex iwettaq il-missjonijiet tiegħu b'suċċess, fis-17 ta' Lulju 2002, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu, b'konformità mal-Artikolu 260(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (1).

6.

Il-Kumitat adotta l-aħħar verżjoni ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura fis-sessjoni plenarja tal-20 ta' Frar 2019.

TITOLU I

ORGANIZZAZZJONI TAL-KUMITAT

KAPITOLU I

BIDU TAL-KARIGA TAL-KUMITAT

Artikolu 1

1.   Il-mandat tal-Kumitat jiġġedded kull ħames snin.

2.   L-ewwel laqgħa tal-Kumitat wara t-tiġdid ta' mandat ta' ħames snin għandha titlaqqa' mill-iżjed membru anzjan fl-età, possibbilment mhux aktar tard minn xahar wara li l-membri tal-Kumitat jiġu mgħarrfa bil-ħatra tagħhom mill-Kunsill.

3.   Il-membri tal-Kumitat mhuma marbuta bl-ebda mandat obbligatorju. Huma jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom b'indipendenza sħiħa, fl-interess ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Waqt it-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom u matul il-vjaġġi tagħhom lejn u mill-post tal-laqgħa, il-membri jgawdu mill-privileġġi u l-immunitajiet kif definiti mill-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea. B'mod speċifiku, huma jibbenefikaw mil-libertà tal-moviment, l-invjolabilità personali u l-immunità. Il-membri għandhom jirrispettaw id-dinjità tal-Kumitat u m'għandhomx jagħmlu ħsara lir-reputazzjoni tiegħu.

4.   Fil-qadi ta' dmirijiethom, il-membri tal-Kumitat għandhom jirrispettaw id-dinjità fuq il-post tax-xogħol. Għandhom iżommu lura minn kwalunkwe forma ta' fastidju u jikkundannaw din il-prattika. Il-membri tal-Kumitat jimpenjaw ruħhom li jirrispettaw, u jiffirmaw il-kodiċi ta' kondotta li jinsab mehmuż ma' dawn ir-Regoli ta' Proċedura bħala anness.

Jekk ma jkunx iffirma d-dikjarazzjoni dwar il-kodiċi ta' kondotta, membru tal-Kumitat ma jistax jiġi elett għal kariga fi ħdan wieħed mill-korpi tal-Kumitat, jinħatar relatur jew jieħu sehem f'missjoni uffiċjali.

5.   Fil-politiki kollha tiegħu, il-Kumitat għandu jiżgura r-rispett tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi u tal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni, kif definiti mil-liġi tal-Unjoni. Huwa għandu jagħmel ħiltu biex jiżgura li, fil-korpi kollha tal-Kumitat, il-proporzjon tan-nisa jkun akbar mill-proporzjon tagħhom fl-assemblea. Il-Bureau għandu jivvaluta l-iżviluppi rigward il-bilanċ bejn is-sessi u, jekk meħtieġ, jadotta rakkomandazzjonijiet speċifiċi. Fi tmiem kull nofs mandat, jitressaq rapport lill-Bureau biex jivvaluta dan l-iżvilupp.

Artikolu 2

1.   Il-Kumitat huwa magħmul minn dawn il-korpi: l-assemblea, il-Bureau, il-President u s-sezzjonijiet.

2.   Il-Kumitat għandu jkun strutturat fi tliet gruppi, li l-kompożizzjoni u r-rwol tagħhom huma stabbiliti fl-Artikolu 30.

3.   Il-membri tal-Kumitat mhuma marbuta bl-ebda mandat obbligatorju. Huma jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom b'indipendenza sħiħa, fl-interess ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Waqt it-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom u matul il-vjaġġi tagħhom lejn u mill-post tal-laqgħa, il-membri jgawdu mill-privileġġi u l-immunitajiet definiti mill-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea. B'mod speċifiku, huma jibbenefikaw mil-libertà tal-moviment, l-invjolabilità personali u l-immunità.

Artikolu 3

1.   Il-Kumitat jagħraf u jadotta s-simboli tal-Unjoni Ewropea li ġejjin:

a)

il-bandiera b'ċirku ta' tnax-il stilla tad-deheb fuq sfond blu,

b)

l-innu meħud minn “Odi lill-Hena” mid-Disa' Sinfonija ta' Ludwig van Beethoven,

c)

il-motto “Magħqudin fid-diversità”.

2.   Il-Kumitat jiċċelebra Jum l-Ewropa fid-9 ta' Mejju.

3.   Il-bandiera għandha tidher fil-bini tal-Kumitat u fl-avvenimenti uffiċjali.

4.   L-innu għandu jindaqq f'kull ċerimonja inawgurali fil-bidu tal-mandat u f'okkażjonijiet formali oħra, b'mod speċjali sabiex tingħata merħba lill-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern, jew sabiex jintlaqgħu l-membri l-ġodda wara t-tkabbir.

KAPITOLU II

BUREAU

Artikolu 4

1.   Fl-elezzjoni tal-membri tal-Bureau għandu jinżamm bilanċ globali u ġeografiku bejn il-gruppi, b'mhux inqas minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u b'mhux aktar minn tlieta. Il-gruppi għandhom jinnegozjaw u jfasslu proposta għall-kompożizzjoni tal-Bureau biex jippreżentawha lill-assemblea.

Il-Bureau jinkludi:

a)

il-President u ż-żewġ viċi presidenti,

b)

il-presidenti tat-tliet gruppi eletti b'konformità mal-Artikolu 30,

c)

il-presidenti tas-sezzjonijiet,

d)

għadd varjabbli ta' membri, li ma jaqbiżx l-għadd ta' Stati Membri.

2.   Il-President huwa magħżul minn fost it-tliet gruppi permezz ta' rotazzjoni.

3.   Il-President u l-viċi presidenti ma jistgħux jerġgħu jingħataw il-funzjonijiet rispettivi tagħhom. Sentejn u nofs wara li jintemm il-mandat tiegħu, il-President ma jistax ikun membru tal-Bureau bħala viċi president, president ta' grupp jew ta' sezzjoni.

4.   Il-viċi presidenti jintgħażlu minn fost il-membri taż-żewġ gruppi li l-President ma jkunx imsieħeb fihom.

Artikolu 5

1.   Fl-ewwel laqgħa tiegħu, li ssir skont l-Artikolu 1, il-Kumitat, ippresedut mill-aktar membru anzjan fl-età, għandu jaħtar minn fost il-membri tiegħu President, żewġ viċi presidenti, il-presidenti tas-sezzjonijiet u l-membri l-oħra tal-Bureau minbarra l-presidenti tal-gruppi għal mandat ta' sentejn u nofs li jibda mid-data tal-bidu tal-kariga tal-Kumitat.

2.   Huma biss il-kwistjonijiet li jikkonċernaw l-elezzjonijiet imsemmija li jistgħu jiġu diskussi taħt il-presidenza tal-aktar membru anzjan fl-età.

Artikolu 6

Il-laqgħa li matulha jiġi elett il-Bureau għall-aħħar sentejn u nofs tal-mandat ta' ħames snin għandha tissejjaħ mill-President li jkun għadu kif intemm il-mandat tiegħu. Din issir fil-bidu tas-sessjoni fix-xahar li fih jintemm il-mandat tal-ewwel Bureau, taħt il-presidenza tal-president li jkun għadu kif intemm il-mandat tiegħu.

Artikolu 7

1.   Il-Kumitat jista' jistabbilixxi kummissjoni preparatorja magħmula minn rappreżentant minn kull Stat Membru u tkun inkarigata tirċievi l-kandidaturi u tressaq il-lista tal-kandidati quddiem l-assemblea, b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4.

2.   Il-Kumitat, b'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, għandu jieħu deċiżjoni fuq il-lista jew listi ta' kandidati għall-Bureau u l-presidenza.

3.   Il-Kumitat għandu jaħtar il-membri tal-Bureau li mhumiex presidenti tal-gruppi permezz ta' votazzjoni waħda jew aktar skont il-ħtieġa, b'konformità mal-proċeduri rilevanti għall-votazzjoni fuq lista waħda jew għadd ta' listi tal-ismijiet.

4.   Fil-votazzjoni jistgħu jintużaw biss dawk il-listi tal-kandidati li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 u li tkun mehmuża magħhom dikjarazzjoni li fiha kull kandidat jaċċetta l-kandidatura tiegħu.

5.   Dawk il-kandidati fuq il-lista li tikseb l-akbar numru ta' voti validi mixħuta, u tal-anqas kwart minnhom, għandhom jiġu eletti membri tal-Bureau.

6.   Il-President u l-viċi presidenti tal-Kumitat jiġu eletti mill-assemblea b'maġġoranza sempliċi.

7.   Il-Kumitat imbagħad jaħtar il-presidenti tas-sezzjonijiet b'maġġoranza sempliċi.

8.   Fl-aħħar nett, il-Kumitat għandu jivvota għall-Bureau kollu kemm hu. Tal-inqas żewġ terzi tal-voti validi mixħuta jridu jkunu favur.

Artikolu 8

F'każ li membru tal-Bureau jkun f'sitwazzjoni fejn ma jistax iwettaq il-mandat tiegħu jew f'sitwazzjonijiet oħra stabbiliti fl-Artikolu 75(2), għandu jiġi sostitwit b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7 għat-tul tal-mandat li jkun fadal. L-assemblea għandha tivvota fuq din is-sostituzzjoni fuq il-bażi ta' proposta mressqa mill-grupp ikkonċernat.

Artikolu 9

1.   Il-laqgħat tal-Bureau għandhom jissejħu mill-President, li jaġixxi f'kapaċità ex officio, jew fuq it-talba ta' għaxar membri.

2.   Għandhom jittieħdu l-minuti għal kull laqgħa tal-Bureau. Dawn il-minuti għandhom jitressqu quddiem il-Bureau għall-approvazzjoni tiegħu.

3.   Il-Bureau għandu jistabbilixxi r-regoli ta' ħidma tiegħu.

4.   Huwa għandu jkun responsabbli għall-organizzazzjoni u l-proċeduri ta' ħidma tal-Kumitat. Huwa għandu jadotta d-Dispożizzjonijiet ta' Implimentazzjoni tar-Regoli ta' Proċedura wara li jikkonsulta 'l-gruppi.

5.   Il-Bureau u l-President jeżerċitaw is-setgħat baġitarji u finanzjarji previsti fir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit tal-Unjoni u r-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat.

6.   Il-Bureau għandu jiddetermina d-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni marbuta mal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-indennizzi tal-membri, tas-sostituti tagħhom maħtura b'konformità mal-Artikolu 21, u tad-delegati u s-sostituti tagħhom maħtura b'konformità mal-Artikolu 27, u tal-esperti tagħhom maħtura b'konformità mal-Artikolu 26, u skont il-proċeduri baġitarji u finanzjarji.

7.   Il-Bureau għandu jieħu r-responsabbiltà politika tat-tmexxija tal-Kumitat. B'mod partikolari, huwa għandu jiżgura li l-attivitajiet tal-Kumitat, il-korpi u l-persunal tiegħu jkunu konformi mar-rwol istituzzjonali tiegħu.

8.   Il-Bureau għandu r-responsabbiltà jiżgura li, fit-twettiq tal-kompiti fdati lilu permezz tat-Trattat, il-Kumitat juża tajjeb ir-riżorsi umani, finanzjarji u tekniċi għad-dispożizzjoni tiegħu. Il-Bureau jipparteċipa b'mod partikolari fil-proċeduri baġitarji u l-organizzazzjoni tas-Segretarjat.

9.   Il-Bureau jista' jistabbilixxi fi ħdanu gruppi ad hoc sabiex jeżaminaw kull kwistjoni fil-kompetenza tiegħu. Ħlief għall-kwistjonijiet marbuta mal-ħatra tal-uffiċjali, il-membri l-oħra jistgħu jiġu involuti fil-ħidma ta' dawn il-gruppi.

10.   Kull sitt xhur il-Bureau għandu jeżamina l-passi li ttieħdu dwar l-opinjonijiet maħruġa mill-Kumitat, fuq il-bażi ta' rapport imħejji għal dan il-għan.

11.   Fuq talba ta' wieħed mill-membri jew tas-segretarju ġenerali, il-Bureau għandu jiċċara l-interpretazzjoni tar-Regoli ta' Proċedura u d-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni. Il-konklużjonijiet tiegħu għandhom jitqiesu vinkolanti, iżda soġġetti għad-dritt ta' appell lill-assemblea sabiex tittieħed deċiżjoni finali.

12.   Waqt it-tiġdid ta' kull ħames snin, il-Bureau li jkun temm il-kariga tiegħu jkun inkarigat mill-ħidma attwali sakemm il-Kumitat il-ġdid jiltaqa' għall-ewwel darba. F'każijiet ta' eċċezzjoni, jista' jinkariga membru tal-Kumitat preċedenti sabiex iwettaq kompiti speċifiċi jew kompiti li għandhom jitlestew sa żmien iddeterminat, li jeħtieġu għarfien partikolari.

Artikolu 10

Fil-qafas tal-kooperazzjoni interistituzzjonali, il-Bureau jista' jawtorizza lill-President jikkonkludi ftehimiet ta' kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 11

1.   Għandha tiġi stabbilita Kummissjoni għall-Affarijiet Finanzjarji u Baġitarji (CAF), inkarigata biex tagħti pariri lill-Bureau u lill-President u biex tipprepara kull abbozz ta' deċiżjoni li l-Bureau għandu jadotta fil-qasam finanzjarju u baġitarju jew organizzattiv.

2.   Il-Kummissjoni għall-Affarijiet Finanzjarji u Baġitarji għandha tkun ippreseduta minn wieħed miż-żewġ viċi presidenti tal-Kumitat.

Għandu jkollha tnax-il membru maħtura mill-Bureau fuq proposta tal-gruppi.

3.   Il-Kummissjoni għall-Affarijiet Finanzjarji u Baġitarji għandha tħejji proposta ta' baġit tal-Kumitat, li tressaq quddiem il-Bureau għall-approvazzjoni, u tiżgura li l-baġit jiġi implimentat kif imiss u tissorvelja l-konformità mal-obbligu li jinħareġ rapport.

Il-Kummissjoni għall-Affarijiet Finanzjarji u Baġitarji għandha tagħti pariri:

dwar kwalunkwe kwistjoni ta' importanza li tista' tikkomprometti l-ġestjoni tajba tal-approprjazzjonijiet jew timpedixxi l-ksib tal-objettivi previsti, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda l-previżjoni dwar l-użu tal-approprjazzjonijiet,

dwar l-implimentazzjoni tal-baġit attwali, it-trasferimenti ta' approprjazzjonijiet, l-implikazzjonijiet baġitarji relatati mal-organigrammi, l-approprjazzjonijiet amministrattivi u l-operazzjonijiet relatati ma' proġetti ta' bini; b'mod partikolari, għandha tipprovdi valutazzjoni tas-sitwazzjoni attwali u tissuġġerixxi azzjonijiet futuri,

dwar is-sorveljanza tal-proċess ta' kwittanza, bil-kooperazzjoni mill-qrib tas-Segretarju ġenerali u tar-rapporteur tal-Parlament Ewropew.

4.   Il-baġit tal-Kumitat jirrispetta l-prinċipji ta' unità u ta' preċiżjoni tal-baġit, annwalità, ekwilibriju, unità tal-kontijiet, universalità, speċifikazzjoni, amministrazzjoni finanzjarja tajba u trasparenza.

5.   Il-Bureau jista' jassenja aktar kompetenzi lill-Kummissjoni għall-Affarijiet Finanzjarji u Baġitarji għal ċerti kwistjonijiet addizzjonali.

6.   Il-Kummissjoni għall-Affarijiet Finanzjarji u Baġitarji għandha tadotta d-deċiżjonijiet tagħha skont ir-regoli interni tal-operat tagħha, li għandhom jinkludu d-dispożizzjonijiet li ġejjin:

a)

il-proposti li tadotta b'unanimità għandhom jitressqu quddiem il-Bureau għall-approvazzjoni tiegħu mingħajr dibattitu,

b)

il-proposti li tadotta b'maġġoranza sempliċi jew iċ-ċaħdiet ta' dawn il-proposti għandhom ikunu ġġustifikati sabiex wara jkunu jistgħu jkomplu jiġu evalwati mill-Bureau.

7.   Il-Kummissjoni għall-Affarijiet Finanzjarji u Baġitarji għandha tressaq rendikont annwali lill-Bureau.

8.   Il-president tal-Kummissjoni għall-Affarijiet Finanzjarji u Baġitarji jippresiedi d-delegazzjoni inkarigata min-negozjati mal-awtorità baġitarja tal-Unjoni Ewropea u jħejji rapport dwar dan għall-Bureau.

9.   Is-segretarjat għandu jipprovdi lill-Kummissjoni għall-Affarijiet Finanzjarji u Baġitarji l-informazzjoni kollha meħtieġa biex twettaq il-kompitu tagħha ta' konsulenza lill-Bureau u lill-President tal-Kumitat.

Artikolu 12

1.   Għandha tiġi stabbilita Kummissjoni tal-Komunikazzjoni (COCOM), bl-inkarigu li tipprovdi l-impulsi meħtiġin għall-istrateġija ta' komunikazzjoni tal-Kumitat u li tiżgura li jingħata segwitu għal din il-ħidma. Il-mandat tal-Kummissjoni tal-Komunikazzjoni għandu jinkludi l-missjoni li tipprovdi konsulenza lill-Bureau u lill-President tal-Kumitat.

2.   Il-Kummissjoni tal-Komunikazzjoni għandha tkun ippreseduta minn wieħed miż-żewġ viċi presidenti tal-Kumitat. Għandu jkollha tnax-il membru maħtura mill-Bureau fuq proposta tal-gruppi.

3.   Il-Kummissjoni tal-Komunikazzjoni għandha tikkoordina l-attivitajiet tal-istrutturi responsabbli għall-komunikazzjoni, għar-relazzjonijiet mal-istampa u l-mezzi tax-xandir, u għall-kultura, filwaqt li tiżgura li dawn l-attivitajiet jikkonformaw mal-istrateġija u l-programmi approvati.

4.   Kull sena, il-Kummissjoni tal-Komunikazzjoni għandha tressaq rapport annwali tal-attivitajiet quddiem il-Bureau, b'mod partikolari dwar it-twettiq tal-kompiti tagħha, kif ukoll programm ta' attivitajiet għas-sena ta' wara.

KAPITOLU III

Il-PRESIDENZA U L-PRESIDENT

Artikolu 13

1.   Il-presidenza hija komposta mill-President u ż-żewġ viċi presidenti.

2.   Il-presidenza tal-Kumitat għandha tiltaqa' mal-presidenti tal-gruppi bil-għan li titħejja ħidmet il-Bureau u l-assemblea. Il-presidenti tas-sezzjonijiet jistgħu jkunu mistiedna jattendu l-laqgħat.

3.   Bil-għan li jiġi definit il-programm ta' ħidma tal-Kumitat u sabiex issir evalwazzjoni tal-progress tiegħu, il-presidenza tal-Kumitat għandha tiltaqa' tal-inqas darbtejn fis-sena mal-presidenti tal-gruppi u tas-sezzjonijiet.

Artikolu 14

1.   Il-President jiddirieġi l-attivitajiet kollha tal-Kumitat u tal-korpi tiegħu b'konformità mat-Trattat u r-Regoli ta' Proċedura preżenti. Huwa għandu f'idejh is-setgħat kollha meħtieġa biex jippresiedi d-diskussjonijiet tal-Kumitat u biex jiggarantixxi li dan jiffunzjona tajjeb.

2.   Il-President għandu jinvolvi b'mod permanenti l-viċi presidenti fl-attivitajiet tiegħu; huwa għandu l-jedd jinkarigahom b'kompiti speċifiċi jew responsabbiltajiet speċifiċi li huma fil-kompetenza tiegħu.

3.   Il-President għandu l-jedd jagħti kompiti speċifiċi lis-Segretarju ġenerali għal perjodu limitat.

4.   Il-President jirrappreżenta lill-Kumitat. Huwa jista' jiddelega din is-setgħa ta' rappreżentanza lil wieħed mill-viċi presidenti jew, jekk ikun hemm bżonn, lil wieħed mill-membri.

5.   Il-President għandu jagħti lill-Kumitat rendikont tal-passi u l-miżuri li jittieħdu għan-nom tiegħu fil-perjodu bejn is-sessjonijiet plenarji. Dawn ir-rapporti m'għandhomx jiġu segwiti minn dibattitu.

6.   Wara li jiġi elett, il-President għandu jippreżenta programm ta' ħidma għall-perjodu tal-kariga tiegħu. Bl-istess mod, fl-aħħar tal-mandat tiegħu, għandu jippreżenta rendikont ta' dak li jkun inkiseb.

Dawn iż-żewġ komunikazzjonijiet jistgħu jiġu diskussi fl-assemblea.

Artikolu 15

Iż-żewġ viċi presidenti huma rispettivament il-president tal-Kummissjoni għall-Affarijiet Finanzjarji u Baġitarji u l-president tal-Kummissjoni tal-Komunikazzjoni u jeżerċitaw dan il-kompitu taħt l-awtorità tal-President tal-Kumitat.

Artikolu 16

1.   Il-presidenza estiża għandha tkun magħmula mill-President u ż-żewġ viċi presidenti tal-Kumitat u l-presidenti tal-gruppi.

2.   Ir-rwol tal-presidenza estiża għandu jkun li:

a)

tħejji u tiffaċilita l-ħidma tal-Bureau u l-assemblea.

b)

tiffaċilita t-teħid tad-deċiżjonijiet meħtieġa f'każ ta' urġenza jew f'ċirkostanzi eċċezzjonali.

Għal dan l-għan, il-presidenti tas-sezzjonijiet u tal-kummissjonijiet konsultattivi, kif ukoll persuni oħra, jistgħu jiġu mistiedna jieħdu sehem fil-laqgħat tagħha.

3.   Il-presidenza estiża għandha tiltaqa' tal-inqas darbtejn fis-sena mal-presidenti tas-sezzjonijiet u l-kummissjonijiet konsultattivi biex jiġi definit il-programm ta' ħidma tal-Kumitat u jevalwaw l-implimentazzjoni tiegħu.

KAPITOLU IV

SEZZJONIJIET

Artikolu 17

1.   Il-Kumitat huwa kompost minn sitt sezzjonijiet. Jistgħu jiġu stabbiliti sezzjonijiet oħra mill-assemblea plenarja fuq proposta tal-Bureau, fl-oqsma koperti mit-Trattati.

2.   Il-Kumitat għandu jistabbilixxi s-sezzjonijiet wara kull tiġdid ta' mandat ta' ħames snin, matul is-sessjoni inawgurali.

3.   Il-lista tas-sezzjonijiet u l-kompetenzi tagħhom jistgħu jerġgħu jiġu eżaminati matul kull tiġdid ta' mandat ta' ħames snin.

Artikolu 18

1.   L-għadd tal-membri tas-sezzjonijiet għandu jkun deċiż mill-Kumitat fuq proposta tal-Bureau.

2.   Kull membru tal-Kumitat minbarra l-President għandu jkun imsieħeb f'tal-anqas waħda mis-sezzjonijiet.

3.   L-ebda membru ma jista' jkun imsieħeb f'aktar minn żewġ sezzjonijiet, ħlief jekk ikun ġej minn Stat Membru b'disa' membri jew inqas. L-ebda membru ma jista' jappartjeni għal aktar minn tliet sezzjonijiet.

4.   Il-membri tas-sezzjonijiet għandhom jinħatru mill-Kumitat għal perjodu ta' sentejn u nofs, li jista' jiġġedded.

5.   Il-proċedura għall-ħatra tal-membri tas-sezzjonijiet għandha tintuża wkoll meta dawn il-membri jinbidlu.

Artikolu 19

1.   Il-Bureau ta' sezzjoni, elett għal perjodu ta' sentejn u nofs, huwa magħmul minn tnax-il membru, li wieħed minnhom huwa l-president u tlieta minnhom viċi presidenti, jiġifieri wieħed minn kull grupp.

2.   L-elezzjoni tal-presidenti tas-sezzjonijiet u tal-membri l-oħra tal-Bureau ssir mill-Kumitat.

3.   Il-president u l-membri l-oħra tal-Bureau ta' sezzjoni jistgħu jiġu eletti mill-ġdid.

4.   Kull sentejn u nofs, il-presidenza tat-tliet sezzjonijiet għandha tinbidel permezz ta' rotazzjoni bejn il-gruppi. L-istess grupp ma jistax jokkupa l-presidenza ta' sezzjoni għal aktar minn ħames snin konsekuttivi.

Artikolu 20

1.   Huwa l-kompitu tas-sezzjonijiet li jadottaw opinjonijiet jew rapporti ta' informazzjoni dwar kwistjonijiet li jkunu riferuti lilhom skont l-Artikolu 37 ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura.

2.   Bil-għan li jindirizzaw il-kwistjonijiet li jkunu riferuti lilhom, is-sezzjonijiet jistgħu jiġu stabbiliti minn fost il-membri tagħhom grupp ta' studju jew grupp ta' abbozzar jew inkella jaħtru relatur uniku.

3.   Il-ħatra tar-relaturi, u jekk ikun hemm bżonn, tal-korelaturi, kif ukoll il-kompożizzjoni tal-gruppi ta' studju u l-gruppi ta' abbozzar, għandhom ikunu deċiżi fuq il-bażi tal-proposti mressqa mill-gruppi.

4.   Sabiex il-gruppi ta' studju jkunu jistgħu jibdew ħidmiethom tagħhom malajr u f'każ li jkun hemm ftehim bejn il-presidenti tat-tliet gruppi dwar il-proposta għall-ħatra tar-relaturi u, jekk ikun il-każ, tal-korelaturi, kif ukoll dwar il-kompożizzjoni tal-gruppi ta' studju jew ta' abbozzar, il-presidenti tas-sezzjonijiet għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex tibda l-ħidma.

5.   Ir-relatur għandu jiġi inkarigat, jekk ikun hemm bżonn bl-għajnuna tal-espert tiegħu, mis-segwitu tal-opinjoni wara li din tkun ġiet adottata fis-sessjoni plenarja. Ir-relatur jiġi megħjun iwettaq dan ir-rwol mis-segretarjat tas-sezzjoni kkonċernata. Is-sezzjoni tiġi informata b'dan is-segwitu.

6.   Il-gruppi ta' studju ma jistgħux isiru korpi permanenti, ħlief f'każi ta' eċċezzjoni li jiġu awtorizzati minn qabel mill-Bureau tal-Kumitat għall-istess perjodu ta' sentejn u nofs.

Artikolu 21

1.   Kwalunkwe membru tal-Kumitat li ma jkunx jista' jieħu sehem fil-ħidma preparatorja jista' jiġi rappreżentat mis-sostitut tiegħu.

2.   Is-sostituti qatt ma jkollhom id-dritt tal-vot.

3.   Waqt li membru jkun qed jokkupa l-kariga ta' president ta' sezzjoni jew ta' grupp ta' studju, ta' membru tal-Bureau ta' sezzjoni jew ta' relatur, dan ma jistax jiġi sostitwit mis-sostitut tiegħu fl-eżerċizzju ta' din il-kariga.

4.   L-isem u t-titlu tas-sostitut magħżul għandhom jingħataw lill-Bureau tal-Kumitat għall-approvazzjoni tiegħu.

5.   Waqt il-ħidma preparatorja, is-sostitut jaqdi l-istess dmirijiet tal-membru li jkun qed jissostitwixxi u huwa soġġett għall-istess kondizzjonijiet fir-rigward tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u l-indennizzi.

KAPITOLU IV

SOTTOKUMITATI U RELATUR ĠENERALI

Artikolu 22

1.   Fuq l-inizjattiva tal-Bureau tiegħu, f'każi ta' eċċezzjoni l-Kumitat jista' jistabbilixxi sottokumitati minn fost il-membri tiegħu sabiex ifasslu abbozzi ta' opinjonijiet jew abbozzi ta' rapporti ta' informazzjoni dwar kwistjonijiet strettament orizzontali ta' natura ġenerali, li għandhom l-ewwel jitressqu quddiem il-Bureau u mbagħad quddiem il-Kumitat.

2.   Bejn is-sessjonijiet, il-Bureau jista' jistabbilixxi sottokumitati, bil-kondizzjoni li l-Kumitat jirratifikahom aktar 'il quddiem. L-ebda sottokumitat ma jista' jiġi stabbilit għal aktar minn suġġett wieħed. Dan ixolji hekk kif il-Kumitat jivvota fuq l-abbozz ta' opinjoni jew l-abbozz ta' rapport ta' informazzjoni li jkun ħejja.

3.   Meta kwistjoni tiddependi mill-kompetenzi ta' diversi sezzjonijiet, is-sottokumitat għandu jkun magħmul minn membri tas-sezzjonijiet kkonċernati.

4.   Ir-regoli relatati mas-sezzjonijiet japplikaw bl-istess mod għas-sottokumitati.

Artikolu 23

Il-Kumitat jista', speċjalment fil-każ ta' konsultazzjonijiet li jikkonċernaw suġġetti ta' interess sekondarju jew li huma urġenti, jaħtar relatur ġenerali li jressaq rapport quddiem l-assemblea waħdu u mingħajr ma jgħaddi mis-sezzjoni.

KAPITOLU VI

OSSERVATORJI, SEDUTI, ESPERTI

Artikolu 24

1.   Il-Kumitat jista' jistabbilixxi osservatorji kull meta n-natura, il-firxa u l-kumplessità tas-suġġett indirizzat jitolbu strateġija partikolari fil-metodi ta' ħidma, proċeduri u strumenti li jiġu applikati.

2.   L-osservatorji jiġu stabbiliti fuq deċiżjoni tal-assemblea plenarja, li tirratifika d-deċiżjoni li tkun ittieħdet minn qabel mill-Bureau fuq il-proposta ta' grupp jew ta' sezzjoni.

3.   Id-deċiżjoni li jiġi stabbilit osservatorju għandha tistabbilixxi l-għan, l-istruttura, il-kompożizzjoni u l-perjodu ta' ħidma tiegħu.

4.   L-osservatorji jistgħu jfasslu dokument ta' informazzjoni annwali dwar l-applikazzjoni tal-klawżoli orizzontali tat-Trattat (klawżola soċjali, klawżola ambjentali u klawżola tal-ħarsien tal-konsumatur) u l-impatt tagħhom fuq il-politiki tal-Unjoni Ewropea. Fuq deċiżjoni tal-assemblea, dan ir-rapport jista' jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

5.   Kull osservatorju jaħdem taħt il-patroċinju u l-kontroll ta' sezzjoni.

Artikolu 25

Jekk l-importanza ta' kwistjoni fuq suġġett partikolari tiġġustifika dan, id-diversi korpi u strutturi tal-Kumitat jistgħu jistiednu kelliema esterni għal waħda mis-seduti. Jekk biex jinġieb kelliem estern ikunu involuti spejjeż addizzjonali, il-korp ikkonċernat għandu jitlob awtorizzazzjoni minn qabel mill-Bureau tal-Kumitat u jippreżenta programm li jiġbor fih ir-raġunijiet għaliex fil-fehma tiegħu ċerti aspetti jitolbu assistenza esterna.

Artikolu 26

1.   F'każ ta' bżonn u għat-tħejjija ta' ċerti kompiti, il-presidenti tal-gruppi jistgħu jaħtru esperti, fuq proposta tar-relaturi u/jew tal-korelaturi.

2.   Il-presidenti tal-gruppi jistgħu jaħtru wkoll esperti tal-gruppi.

3.   L-esperti jieħdu sehem fil-ħidma preparatorja skont l-istess kondizzjonijiet li japplikaw għall-membri fir-rigward tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-indennizzi.

4.   Meta l-preżenza tagħhom tkun utli, l-esperti tar-relaturi jew tal-korelaturi jistgħu, fuq proposta tagħhom, jattendu l-laqgħat tas-sezzjonijiet jew il-kummissjonijiet konsultattivi meta jiġu diskussi l-opinjonijiet jew ir-rapporti ta' informazzjoni li kienu nħatru għat-tħejjija tagħhom.

Il-president tas-sezzjoni jew tal-kummissjoni konsultattiva kkonċernata jrid l-ewwel jagħti l-approvazzjoni tiegħu.

5.   L-esperti ma jirrappreżentawx lill-Kumitat u m'għandhomx ikunu awtorizzati jitkellmu f'ismu.

6.   Il-membri tal-Kumitat ma jistgħux jinħatru bħala esperti.

Is-sostituti tagħhom jistgħu jinħatru, bil-kundizzjoni li l-mandat tagħhom ta' sostitut ikun sospiż temporanjament.

Id-delegati tal-kummissjonijiet konsultattivi jistgħu biss jinħatru esperti għall-grupp li ħatarhom jew għal relatur imsieħeb f'dan il-grupp.

KAPITOLU VI

KUMMISSJONIJIET KONSULTATTIVI

Artikolu 27

1.   Il-Kumitat jista' jagħżel li jistabbilixxi kummissjonijiet konsultattivi. Dawn għandhom ikunu magħmulin minn membri tal-Kumitat u minn delegati li ġejjin mill-oqsma tas-soċjetà ċivili organizzata li l-Kumitat ikun jixtieq jinvolvi f'ħidmietu.

2.   Dawn il-kummissjonijiet għandhom jiġu stabbiliti skont deċiżjoni meħuda mill-assemblea plenarja li tikkonferma deċiżjoni meħuda mill-Bureau. Id-deċiżjoni li toħloq dawn il-kummissjonijiet għandha tiddefinixxi l-għan, l-istruttura, il-kompożizzjoni, it-tul ta' żmien u r-regoli tagħhom.

3.   B'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 24(1) u (2), tista' tiġi stabbilita Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali (CCMI) magħmula minn membri tal-Kumitat u minn delegati minn organizzazzjonijiet rappreżentattivi tas-setturi ekonomiċi u soċjali kif ukoll mis-soċjetà ċivili, li għandhom interess partikolari fil-bidliet industrijali. Il-president ta' din il-kummissjoni għandu jkun membru tal-Bureau tal-Kumitat li lilu jirrapporta kull sentejn u nofs dwar l-attivitajiet tas-CCMI. Huwa jintgħażel minn fost il-membri tal-Bureau msemmija fl-Artikolu 4(1)(d) ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura. Id-delegati u s-sostituti tagħhom li jieħdu sehem fil-ħidma preparatorja jgawdu l-istess kondizzjonijiet tar-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-indennizzi bħall-membri.

KAPITOLU VIII

DJALOGU MA' ORGANIZZAZZJONIJIET EKONOMIĊI U SOĊJALI TAL-UNJONI EWROPEA U TA' PAJJIŻI TERZI

Artikolu 28

1.   Il-Kumitat, fuq inizjattiva tal-Bureau, jista' jkollu relazzjonijiet strutturati mal-kunsilli ekonomiċi u soċjali u istituzzjonijiet simili u mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili ta' natura ekonomika u soċjali tal-Unjoni Ewropea u ta' pajjiżi terzi.

2.   Bl-istess mod, huwa għandu jwettaq azzjonijiet li jippromovu l-ħolqien ta' kunsilli ekonomiċi u soċjali jew istituzzjonijiet simili fil-pajjiżi fejn għadhom ma jeżistux.

Artikolu 29

1.   Il-Kumitat, fuq proposta tal-Bureau, jista' jaħtar għadd ta' delegazzjonijiet sabiex jibnu relazzjonijiet mad-diversi komponenti ekonomiċi u soċjali tas-soċjetà ċivili organizzata fl-istati jew assoċjazzjonijiet ta' stati li mhumiex imsieħba fl-Unjoni Ewropea.

2.   Il-kooperazzjoni bejn il-Kumitat u l-imsieħba tas-soċjetà ċivili organizzata fil-pajjiżi kandidati għandha tieħu l-għamla ta' kumitati konsultattivi konġunti, f'każ li dawn ikunu ġew iffurmati mill-kunsilli ta' assoċjazzjoni. F'każi oħra, din issir permezz ta' gruppi ta' kuntatt.

3.   Il-kumitati konsultattivi konġunti u l-gruppi ta' kuntatt għandhom iħejju rapporti u dikjarazzjonijiet li jistgħu jintbagħtu mill-Kumitat lill-istituzzjonijiet kompetenti u lill-partijiet ikkonċernati.

KAPITOLU IX

GRUPPI

Artikolu 30

1.   Il-Kumitat għandu jkun magħmul minn tliet gruppi ta' membri li jirrappreżentaw rispettivament lil dawk li jħaddmu, l-impjegati u d-diversi komponenti ekonomiċi u soċjali l-oħra tas-soċjetà ċivili organizzata.

2.   Il-gruppi għandhom jeleġġu l-presidenti u l-viċi presidenti tagħhom. Dawn il-gruppi għandhom jieħdu sehem fit-tħejjija, l-organizzazzjoni u l-koordinazzjoni tal-ħidma tal-Kumitat u l-korpi tiegħu. Għandhom jagħtu l-kontribut tagħhom billi jipprovdulhom informazzjoni. Kull grupp għandu jkollu segretarjat għad-dispożizzjoni tiegħu.

3.   Il-gruppi għandhom jipproponu lill-assemblea l-kandidati għall-elezzjoni tal-President u tal-viċi presidenti tal-Kumitat b'konformità mal-Artikolu 7(6), u skont il-prinċipju tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, kif definit mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

4.   Il-presidenti tal-gruppi għandhom ikunu membri tal-Bureau tal-Kumitat b'konformità mal-Artikolu 4(1)(b).

5.   Il-presidenti tal-gruppi għandhom jassistu lill-presidenza tal-Kumitat fil-formulazzjoni tal-politiki u, jekk meħtieġ, fil-monitoraġġ tal-infiq.

6.   Il-presidenti tal-gruppi għandhom jiltaqgħu mal-presidenza tal-Kumitat sabiex jikkontribwixxu għat-tħejjija tal-ħidma tal-Bureau u l-assemblea.

7.   Il-gruppi għandhom iressqu proposti quddiem l-Assemblea għall-elezzjoni tal-presidenti tas-sezzjonijiet b'konformità mal-Artikolu 7(7) u l-Bureaux tas-sezzjonijiet b'konformità mal-Artikolu 19.

8.   Il-gruppi għandhom iressqu proposti għall-kompożizzjoni tal-Kummissjoni għall-Affarijiet Finanzjarji u Baġitarji mfassla mill-Bureau skont l-Artikolu 11(1).

9.   Il-gruppi għandhom iressqu proposti għall-kompożizzjoni tal-osservatorji u l-kummissjonijiet konsultattivi li għandhom jiġu stabbiliti mill-assemblea b'konformità mal-Artikolu 24 u l-Artikolu 27 rispettivament.

10.   Il-gruppi għandhom iressqu proposti għall-kompożizzjoni tad-delegazzjonijiet u l-kumitati konsultattivi konġunti li għandhom jiġu stabbiliti b'konformità mal-Artikolu 29(1) u (2) rispettivament.

11.   Il-gruppi għandhom iressqu proposti għall-għażla tar-relaturi u l-kompożizzjoni tal-gruppi ta' studju u l-gruppi ta' abbozzar li għandhom jinħatru jew jiġu stabbiliti mis-sezzjonijiet b'konformità mal-Artikolu 20(3).

12.   Fl-implimentazzjoni tal-Artikolu 27(7) sa (11), il-gruppi għandhom jikkunsidraw ir-rappreżentanza fi ħdan il-Kumitat tal-Istati Membri, id-diversi komponenti tal-attività ekonomika u soċjali, it-termini ta' referenza u l-kriterji tat-tmexxija tajba.

13.   Il-membri jistgħu, fuq bażi volontarja, jingħaqdu ma' wieħed mill-gruppi bil-kondizzjoni li l-eliġibbiltà tagħhom tkun approvata mill-membri ta' dak il-grupp. Membru ma jistax jissieħeb f'aktar minn grupp wieħed fl-istess ħin.

14.   Is-segretarjat ġenerali għandu jipprovdi lill-membri li ma jkunux imsieħba f'wieħed mill-gruppi l-għajnuna materjali u teknika meħtieġa għall-qadi ta' dmirijiethom. Il-parteċipazzjoni tagħhom fil-gruppi ta' studju u korpi interni oħra għandha ssir fuq deċiżjoni tal-President wara konsultazzjoni mal-gruppi.

KAPITOLU IX

KATEGORIJI

Artikolu 31

1.   Il-membri tal-Kumitat jistgħu, fuq bażi volontarja, jiffurmaw kategoriji rappreżentattivi tad-diversi interessi ekonomiċi u soċjali tas-soċjetà ċivili organizzata fl-Unjoni Ewropea.

2.   Kategorija tista' tkun magħmula minn membri tat-tliet gruppi fil-Kumitat. L-ebda membru ma jista' jissieħeb f'aktar minn kategorija waħda fl-istess ħin.

3.   Il-ħolqien ta' kategorija huwa soġġett għall-approvazzjoni tal-Bureau, li għandu jinforma lill-assemblea.

4.   Id-deċiżjoni tal-Bureau li tapprova l-ħolqien ta' kategorija għandha tistabbilixxi l-għan, l-istruttura, il-kompożizzjoni, it-tul ta' żmien u r-regoli ta' ħidma.

Din id-deċiżjoni tista' tiġi sussegwentement emendata jew revokata mill-Bureau.

L-għadd minimu meħtieġ biex tiġi ffurmata kategorija għandu jkun ta' għaxar membri.

TITOLU II

FUNZJONAMENT TAL-KUMITAT

KAPITOLU I

KONSULTAZZJONI TAL-KUMITAT

Artikolu 32

1.   Il-Kumitat għandu jitlaqqa' mill-President tiegħu bil-għan li jadotta l-opinjonijiet mitluba mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill jew il-Kummissjoni.

2.   Il-Kumitat għandu jitlaqqa' mill-President tiegħu, fuq proposta tal-Bureau u bil-kunsens tal-maġġoranza tal-membri tiegħu, biex joħroġ opinjonijiet fuq inizjattiva proprja dwar kull suġġett marbut mal-Unjoni Ewropea, il-politiki tagħha u l-iżviluppi possibbli.

Artikolu 33

1.   It-talbiet għal opinjoni msemmijin fl-Artikolu 32(1) għandhom jiġu indirizzati lill-President. Il-President, flimkien mal-Bureau, għandu jorganizza l-ħidma tal-Kumitat u, kemm jista' jkun, jirrispetta l-limiti ta' żmien stabbiliti fit-talba għal opinjoni.

2.   Il-Bureau jistabbilixxi l-ordni ta' prijorità għall-analiżi tal-opinjonijiet billi jaqsamhom f'kategoriji.

3.   Is-sezzjonijiet għandhom iħejju proposta għall-allokazzjoni tal-opinjonijiet fost it-tliet kategoriji msemmija aktar 'l isfel. Huma jagħtu indikazzjoni proviżorja tad-daqs tal-grupp ta' studju. Wara li jsir l-arbitraġġ min-naħa tal-presidenza tal-Kumitat u l-presidenti tal-gruppi, il-proposta titressaq quddiem il-Bureau għal deċiżjoni. F'xi każi partikolari, il-presidenti tal-gruppi jistgħu jipproponu li jinbidel id-daqs tal-grupp ta' studju. Waqt il-laqgħa segwenti, il-Bureau jikkonferma din il-proposta ġdida u jistabbilixxi d-daqs definittiv tal-grupp ta' studju.

It-tliet kategoriji huma definiti skont il-kriterji li ġejjin:

 

Kategorija A (konsultazzjonijiet dwar suġġetti rikonoxxuti bħala prijoritarji). Din il-kategorija tinkludi:

kull talba għal opinjoni esploratorja (Parlament Ewropew, presidenzi futuri tal-Kunsill, Kummissjoni),

kull proposta għal opinjoni fuq inizjattiva proprja adottata,

ċerti konsultazzjonijiet obbligatorji jew fakultattivi.

Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom jiġu ttrattati minn gruppi ta' studju ta' daqs varjabbli (6, 9, 12, 15, 18, 21 jew 24 membru) li jibbenefikaw mill-mezzi adatti.

 

Kategorija B (konsultazzjonijiet obbligatorji jew fakultattivi dwar suġġetti ta' interess sekondarju jew urġenti)

Normalment, dawn il-konsultazzjonijiet jiġu ttrattati minn relatur uniku jew ġenerali. F'xi każi ta' eċċezzjoni, jekk il-Bureau jiddeċiedi dan, konsultazzjoni tal-kategorija B tista' tiġi ttrattata fi ħdan grupp ta' abbozzar ta' tliet membri (kategorija “B +”). In-numru ta' laqgħat u tal-lingwi ta' ħidma jiġi deċiż mill-Bureau.

 

Kategorija Ċ (konsultazzjonijiet obbligatorji jew fakultattivi, ta' natura purament teknika).

Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom jiġu ttrattati permezz tat-tħejjija ta' opinjoni standard li l-Bureau jressaq quddiem l-assemblea. Din il-proċedura la timplika l-ħatra ta' relatur u lanqas l-analiżi minn sezzjoni, iżda timplika biss l-adozzjoni jew iċ-ċaħda waqt is-sessjoni plenarja. Meta dawn it-testi jiġu ttrattati f'sessjoni plenarja, l-assemblea l-ewwel tiġi mistiedna tgħid jekk hix favur jew kontra t-trattament tal-konsultazzjonijiet skont il-proċedura msemmija hawn fuq, u mbagħad tivvota favur jew kontra l-adozzjoni tal-opinjoni standard.

4.   Għal kwistjonijiet urġenti japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 63 ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura.

Artikolu 34

Il-Kumitat jista', fuq proposta tal-Bureau, jiddeċiedi li jħejji rapport ta' informazzjoni biex jeżamina kwalunkwe kwistjoni relatata mal-politiki tal-Unjoni Ewropea u l-iżviluppi potenzjali tagħhom.

Artikolu 35

Il-Kumitat jista', fuq proposta ta' sezzjoni, ta' wieħed mill-gruppi jew ta' terz mill-membri tiegħu, iħejji riżoluzzjonijiet fuq temi attwali, li wara jiġu adottati mill-assemblea b'konformità mal-Artikolu 61(2). L-abbozzi ta' riżoluzzjoni għandhom jingħataw prijorità fl-aġenda tal-assemblea.

Artikolu 36

1.   Il-Bureau jista' jieħu deċiżjonijiet ġenerali u, permezz ta' deċiżjonijiet speċifiċi, jawtorizza attivitajiet direttament jew indirettament marbutin mar-rwol konsultattivi tiegħu, u b'mod partikolari:

l-istabbiliment, il-kompożizzjoni u l-ġestjoni min-naħa tal-Kumitat ta' fora, pjattaformi jew strutturi oħra ta' konsultazzjoni tematika, kif ukoll il-format ta' parteċipazzjoni tal-Kumitat u tal-membri tiegħu fl-istrutturi stabbiliti mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew li jieħdu sehem fihom dawn l-istituzzjonijiet,

it-twettiq jew l-ikkummissjonar ta' studji u l-pubblikazzjoni tagħhom,

l-organizzazzjoni ta' żjarat ta' ħidma u avvenimenti barra mis-sede,

il-valutazzjonijiet ta' politiki deċiżi mill-Bureau jew mitlubin mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, b'mod partikolari fil-forma ta' opinjonijiet jew rapporti ta' informazzjoni skont it-tifsira ta' dawn ir-Regoli. “Valutazzjoni tal-politiki” għandha tfisser valutazzjoni ex post, li tirrigwarda politika jew leġislazzjoni li l-implimentazzjoni tagħha hija diġà fis-seħħ. Valutazzjoni bħal din tesprimi l-evalwazzjonijiet u t-talbiet tal-organizzazzjonijiet rappreżentati fil-Kumitat (2).

2.   Billi jipprovdi valutazzjonijiet ex post tiegħu stess (rapporti ta' informazzjoni), il-KESE jiġbor il-fehmiet tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili dwar l-impatt tal-politiki tal-UE. Il-valutazzjoni ex-post għandha tkun kwalitattiva u mmirata. Dan l-eżerċizzju ta' valutazzjoni għandu jqis l-impatti soċjali, ekonomiċi u ambjentali.

3.   Il-parteċipazzjoni tal-membri fil-korpi esterni hija deċiża mill-Bureau u hija soġġetta għal monitoraġġ u evalwazzjoni regolari. Ir-rappreżentanza tal-membri fil-korpi esterni għandha tkun ibbilanċjata u bbażata fuq sistema ta' rotazzjoni.

KAPITOLU II

ORGANIZZAZZJONI TAL-ĦIDMA

A.   ĦIDMET IS-SEZZJONIJIET

Artikolu 37

1.   Sabiex jitħejjew opinjoni jew rapport ta' informazzjoni, il-Bureau tal-Kumitat, b'konformità mal-Artikolu 9(4), għandu jaħtar is-sezzjoni responsabbli għat-tħejjija tal-ħidma involuta. Meta s-suġġett li jkun ser jiġi ttrattat jaqa' b'mod ċar fl-ambitu ta' sezzjoni partikolari, il-President għandu jinkariga lil dik is-sezzjoni u jgħarraf lill-Bureau bid-deċiżjoni tiegħu.

2.   Jekk is-sezzjoni li tkun inħatret biex tħejji opinjoni tkun tixtieq tisma' l-fehma tal-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali (CCMI), jew jekk is-CCMI tkun tixtieq tesprimi fehmietha dwar opinjoni ta' sezzjoni, il-Bureau tal-Kumitat jista' jawtorizza lis-CCMI tħejji opinjoni komplementari dwar punt jew għadd ta' punti diskussi fl-opinjoni mitluba. Il-Bureau jista' wkoll jieħu din id-deċiżjoni minn rajh. Il-Bureau għandu jorganizza l-ħidma tal-Kumitat b'tali mod li s-CCMI tkun tista' tħejji l-opinjoni tagħha fil-ħin biex titqies mis-sezzjoni.

Is-sezzjoni biss għandha l-kompetenza li tressaq rapport quddiem il-Kumitat. Madankollu, mal-opinjoni tagħha hija għandha tehmeż l-opinjoni mħejjija mis-CCMI.

3.   Il-President għandu jgħarraf lill-president tas-sezzjoni kkonċernata bid-deċiżjoni u d-data sa meta għandha titlesta l-ħidma tas-sezzjoni.

4.   Il-President għandu jinforma lill-membri tal-Kumitat dwar il-konsultazzjoni kif ukoll dwar id-data meta s-suġġett ikun ser jiġi diskuss fis-sessjoni plenarja.

Artikolu 38

Il-President, bi qbil mal-Bureau, jista' jawtorizza lil waħda mis-sezzjonijiet torganizza laqgħa konġunta ma' kumitat tal-Parlament Ewropew jew kummissjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni.

Artikolu 39

Is-sezzjonijiet inkarigati mill-konsultazzjoni dwar kwistjoni partikolari skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dawn ir-Regoli ta' Proċedura għandhom jitlaqqgħu mill-presidenti tagħhom.

Artikolu 40

1.   Il-laqgħat tas-sezzjonijiet għandhom jitħejjew mill-presidenti tas-sezzjonijiet wara li jikkonsultaw il-Bureau tas-sezzjoni.

2.   Il-laqgħat għandhom jiġu ppreseduti mill-presidenti tas- sezzjonijiet jew, fl-assenza tagħhom, minn wieħed mill-viċi presidenti.

Artikolu 41

1.   Is-seduti tas-sezzjonijiet jsiru jekk aktar minn nofs il-membri jkunu preżenti jew rappreżentati.

2.   Jekk il-kworum ma jintlaħaqx, il-president għandu jagħlaq is-seduta u jsejjaħ seduta oħra fil-ħin u bid-dispożizzjonijiet li jikkonsidra adatti, iżda matul l-istess ġurnata. Din il-laqgħa ssir irrispettivament min-numru ta' membri preżenti jew rappreżentati.

Artikolu 42

Is-sezzjonijiet għandhom jadottaw l-opinjonijiet b'referenza għall-abbozz ta' opinjoni mressaq mir-relatur u, jekk jagħti l-każ, mill-korelatur.

Artikolu 43

1.   L-opinjoni mressqa mis-sezzjoni għandha tinkludi biss dawk it-testi adottati minnha b'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 61 ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura.

2.   It-test tal-emendi miċħuda, flimkien mar-riżultat tal-votazzjoni, għandu jinhemeż fl-Anness jekk l-emendi jkunu kisbu tal-inqas kwart tal-voti mixħuta.

Artikolu 44

L-opinjoni tas-sezzjoni, flimkien mad-dokumenti mehmuża b'konformità mal-Artikolu 43, għandha tintbagħat mill-president tas-sezzjoni lill-President tal-Kumitat, u għandha titressaq quddiem il-Kumitat mill-Bureau tiegħu mill-aktar fis possibbli. Dawn id-dokumenti għandhom jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-membri tal-Kumitat fiż-żmien adegwat.

Artikolu 45

Għandhom jitħejjew il-minuti fil-qosor ta' kull laqgħa tas-sezzjonijiet u tal-kummissjonijiet konsultattivi. Il-minuti għandhom jitressqu għall-approvazzjoni tas-sezzjoni.

Artikolu 46

Il-President, bi qbil mal-Bureau jew, skont il-każ, mal-assemblea, jista' jitlob lil waħda mis-sezzjonijiet terġa' teżamina kwistjoni partikolari jekk jikkunsidra li l-proċedura marbuta mat-tfassil tal-opinjonijiet stabbilita f'dawn ir-Regoli ta' Proċedura ma tkunx ġiet rispettata jew jekk ikun jinħtieġ studju addizzjonali.

Artikolu 47

1.   Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20(2), il-ħidma preparatorja tas-sezzjonijiet għandha titwettaq, fil-prinċipju, fil-qafas ta' grupp ta' studju.

2.   Ir-relatur, megħjun mill-espert tiegħu u, jekk ikun hemm bżonn, minn korelatur wieħed jew aktar, għandu janalizza l-problema mressqa, jikkonsidra l-fehmiet espressi u, fuq il-bażi ta' dan, iħejji abbozz ta' opinjoni li jintbagħat lill-president tas-sezzjoni.

3.   Il-gruppi ta' studju ma jivvotawx.

B.   ĦIDMET IS-SESSJONIJIET PLENARJI

Artikolu 48

L-assemblea, magħmula mill-membri kollha tal-Kumitat, għandha tiltaqa' għal diversi sessjonijiet.

Artikolu 49

1.   Is-sessjonijiet jitħejjew mill-President bil-kollaborazzjoni tal-Bureau. Il-Bureau għandu jiltaqa' qabel kull sessjoni u, jekk ikun hemm bżonn, matul is-sessjoni, sabiex jorganizza l-proċedimenti.

2.   Il-Bureau jista' jistabbilixxi limitu ta' ħin għad-diskussjoni ġenerali ta' kull opinjoni matul is-sessjoni plenarja.

Artikolu 50

1.   Minn tal-inqas ħmistax-il jum qabel il-ftuħ tas-sessjoni, il-President tal-Kumitat għandu jibgħat l-abbozz tal-aġenda, li jiġi deċiż mill-Bureau fuq proposta tal-presidenza u bil-kollaborazzjoni tal-presidenti tal-gruppi, lill-membri kollha tal-Kumitat kif ukoll lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

2.   L-abbozz tal-aġenda għandu jintbagħat għall-approvazzjoni tal-assemblea mal-ftuħ ta' kull sessjoni. Hekk kif l-aġenda tkun adottata, il-punti għandhom jiġu eżaminati matul is-seduta li jkunu allokati fiha. Id-dokumenti neċessarji għad-deliberazzjonijiet tal-Kumitat għandhom jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-membri b'konformità mal-Artikolu 44.

Artikolu 51

1.   Is-seduti tal-Kumitat isiru jekk aktar minn nofs il-membri tiegħu jkunu preżenti jew rappreżentati.

2.   Jekk il-kworum ma jintlaħaqx, il-President għandu jagħlaq is-seduta u jsejjaħ seduta oħra f'ħin li jikkonsidra adatt, iżda matul l-istess sessjoni. Din is-seduta ssir irrispettivament min-numru ta' membri preżenti jew rappreżentati.

Artikolu 52

Meta l-aġenda titressaq għall-approvazzjoni, il-President iħabbar, jekk jagħti l-każ, id-diskussjoni ta' suġġett ta' attwalità.

Artikolu 53

Il-Kumitat jista' jemenda l-abbozz tal-aġenda bil-għan li jiġu eżaminati l-abbozzi ta' riżoluzzjoni li jitressqu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 35.

Artikolu 54

1.   Il-President jiftaħ is-seduta, imexxi d-dibattiti u jara li jiġu osservati r-Regoli ta' Proċedura. Għandu jiġi assistit mill-viċi presidenti.

2.   F'każ ta' assenza, il-viċi presidenti jissostitwixxu lill-President. F'każ li l-viċi presidenti jkunu assenti wkoll, is-sostituzzjoni ssir mill-aktar membru anzjan fl-età tal-Bureau.

3.   Il-Kumitat jibbaża d-diskussjonijiet tiegħu fuq ħidmet is-sezzjoni kompetenti biex tressaq rapport quddiem l-assemblea.

4.   Jekk test jiġi adottat fis-sezzjoni b'inqas minn ħames voti kontra, il-Bureau jista' jipproponi li jiddaħħal fl-aġenda tas-sessjoni plenarja bil-proċedura ta' votazzjoni bla dibattitu.

Din il-proċedura ma tapplikax:

jekk jopponu mill-inqas ħamsa u għoxrin membru,

jekk jitressqu emendi sabiex jiġu analizzati fis-sessjoni plenarja,

jew jekk is-sezzjoni kkonċernata tiddeċiedi li t-test għandu jiġi diskuss waqt sessjoni plenarja.

5.   Jekk test ma jirċevix il-maġġoranza tal-voti fl-assemblea, il-President, bi ftehim mal-assemblea, jista' jibagħtu lis-sezzjoni kompetenti biex terġa' tanalizzah, jew jaħtar relatur ġenerali li jippreżenta abbozz ta' test ġdid matul l-istess sessjoni jew matul sessjoni oħra.

Artikolu 55

1.   L-emendi għandhom isiru bil-miktub, ikunu ffirmati minn min jiktibhom u jintbagħtu lis-segretarjat qabel il-ftuħ tas-sessjoni.

2.   Sabiex il-ħidma tal-assemblea tiġi organizzata sew, il-Bureau għandu jistabbilixxi l-proċeduri għat-tressiq tal-emendi.

3.   Madankollu, il-Kumitat għandu jaċċetta l-proposti għal emendi li jitressqu qabel il-ftuħ tas-seduta jekk dawn ikollhom il-firma ta' mill-anqas 25 membru.

4.   L-emendi għandhom jindikaw għal liema parti tat-test qed jirreferu u għandhom jinkludu raġuni konċiża għaliex qed jitressqu. L-emendi b'kontenut jew forma ripetittiva għandhom jiġu eżaminati flimkien.

5.   B'mod ġenerali, għal kull emenda l-assemblea tisma' biss lil min ikun kitibha, kelliem kontra u lir-relatur.

6.   Waqt l-analiżi ta' emenda, ir-relatur jista' jippreżenta bil-fomm proposta ta' kompromess, bil-kunsens ta' min ikun kiteb l-emenda inkwistjoni. F'dan il-każ, l-assemblea tivvota biss fuq il-proposta ta' kompromess.

7.   Jekk ikun hemm bżonn, il-President tal-Kumitat, bi ftehim mal-president u r-relatur tas-sezzjoni kompetenti, għandu d-dritt jipproponi lill-Kumitat li l-emendi jiġu ttrattati b'tali mod li tinżamm il-koerenza tat-test finali.

Artikolu 56

1.   L-emenda jew l-emendi kollha li jesprimu pożizzjoni globalment differenti mill-opinjoni mressqa minn sezzjoni jew minn kummissjoni konsultattiva għandhom jitqiesu bħala kontropinjoni. Kontropinjoni għandha tkun qasira u konċiża u għandha tkun dokument awtonomu, jiġifieri tinkludi konklużjonijiet u spjegazzjonijiet.

2.   Il-gruppi jistgħu jitolbu lill-Bureau jikkwalifika emenda waħda jew aktar bħala kontropinjoni.

3.   Il-Bureau għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu wara li jikkonsulta mal-president tas-sezzjoni jew tal-kummissjoni konsultattiva kkonċernata.

4.   Wara li jkun ikkwalifika emenda waħda jew aktar bħala kontropinjoni, il-Bureau jista' jiddeċiedi li jibgħat lura lis-sezzjoni jew lill-kummissjoni konsultattiva kkonċernata l-opinjoni, flimkien mal-kontropinjoni, sabiex jerġgħu jiġu analizzati, bil-kundizzjoni li l-limitu ta' żmien għall-adozzjoni tal-opinjoni jippermetti dan.

5.   Meta emenda ma tkunx tressqet fil-ħin biex il-Bureau jkun jista' jieħu deċiżjoni dwar jekk għandhiex tiġi kwalifikata bħala kontropinjoni, din id-deċiżjoni, kif ukoll dik dwar il-possibbiltà ta' rinviju lill-korp ikkonċernat, għandhom jittieħdu mill-assemblea fuq proposta tal-presidenza estiża u wara konsultazzjoni tal-president tal-korp ikkonċernat.

6.   Jekk, fis-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 5, il-kwistjoni ma tiġix riferuta lill-korp ikkonċernat, jew jekk it-test propost ma jitqiesx bħala kontropinjoni, l-assemblea plenarja tivvota dwar l-emendi proposti, bl-istess mod kif isiru l-emendi tal-grupp.

7.   Jekk il-kontropinjoni tikseb il-maġġoranza tal-voti fil-plenarja, tiġi adottata.

Jittieħed vot ġdid dwar jekk it-test oriġinali għandux jiġi anness mal-opinjoni adottata. It-test oriġinali għandu jiġi anness mat-test il-ġdid jekk ikun kiseb mill-inqas kwart tal-voti mitfugħa.

8.   Jekk il-kontropinjoni ma tiksibx il-maġġoranza iżda tal-inqas kwart tal-voti mitfugħa, din għandha tkun annessa mal-opinjoni oriġinali.

Artikolu 57

1.   Il-President jista', minn rajh jew fuq talba ta' wieħed mill-membri, jistieden lill-Kumitat jieħu deċiżjoni dwar limitu fuq il-ħin li wieħed jista' jdum jitkellem jew dwar in-numru ta' interventi, dwar is-sospensjoni ta' seduta jew dwar l-għeluq tad-dibattiti. Wara li jingħalqu d-dibattiti, l-ebda membru ma jista' jitkellem ħlief biex jispjega l-vot tiegħu; dan jista' jsir wara li tingħalaq il-votazzjoni u fil-limitu tal-ħin stabbilit mill-President.

2.   Kwalunkwe membru jista' f'kull mument jitlob u jingħata prijorità biex iressaq mozzjoni ta' proċedura.

Artikolu 58

1.   Għal kull sessjoni plenarja għandhom jitħejjew il-minuti. Id-dokument jitressaq għall-approvazzjoni tal-Kumitat.

2.   Il-minuti f'forma definittiva għandhom jiġu ffirmati mill-President u mis-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat.

Artikolu 59

1.   Minbarra l-bażi legali, l-opinjonijiet tal-Kumitat għandhom jinkludu r-raġunijiet u l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-problema kollha kemm hi.

2.   Ir-riżultat tal-votazzjoni fuq it-test kollu tal-opinjoni għandu jidher fil-parti proċedurali. Meta l-votazzjoni ssir b'sejħa tal-ismijiet, għandhom jitniżżlu l-ismijiet tal-votanti.

3.   It-test u r-raġunijiet tal-emendi miċħuda fis-sessjoni plenarja, flimkien mar-riżultat tal-votazzjoni, għandhom jiġu mehmuża fl-opinjoni bħala anness, jekk l-emendi jkunu kisbu tal-inqas kwart tal-voti mixħuta. Dan ir-rekwiżit għandu japplika wkoll għall-kontropinjonijiet.

4.   It-test tal-opinjoni tas-sezzjoni li jiġi miċħud favur l-emendi adottati mill-assemblea għandu jiġi indikat ukoll, flimkien mal-voti mitfugħa, fl-opinjoni tal-Kumitat bħala anness, sakemm tal-inqas kwart tal-voti mitfugħa kienu favur.

5.   Kull meta wieħed mill-gruppi mwaqqfa fi ħdan il-Kumitat b'konformità mal-Artikolu 30, jew waħda mill-kategoriji tal-ħajja ekonomika u soċjali mwaqqfa b'konformità mal-Artikolu 31, jadottaw pożizzjoni diverġenti iżda uniformi dwar suġġett li jkun tressaq għall-analiżi quddiem l-assemblea, din il-pożizzjoni tista' titniżżel fil-qosor, wara votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet meta d-dibattitu dwar is-suġġett jingħalaq, fi stqarrija fil-qosor li tinhemeż mal-opinjoni.

Artikolu 60

1.   L-opinjonijiet adottati mill-Kumitat u l-minuti tas-sessjoni tal-Kumitat għandhom jintbagħtu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

2.   L-opinjonijiet adottati mill-Kumitat jistgħu jiġu trażmessi lil kwalunkwe istituzzjoni jew entità oħra kkonċernata.

TITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

KAPITOLU I

METODI TA' VOTAZZJONI

Artikolu 61

1.   Il-voti validi huma dawk mixħuta “favur”, “kontra” jew “astensjoni”.

2.   Sakemm ma jiġix previst mod ieħor f'dawn ir-Regoli ta' Proċedura, it-testi u d-deċiżjonijiet tal-Kumitat u tal-korpi tiegħu għandhom jiġu adottati b'maġġoranza tal-voti meta jitqiesu l-voti “favur” jew “kontra”.

3.   Il-votazzjoni għandha ssir jew permezz ta' vot pubbliku jew b'vot b'sejħa tal-ismijiet jew b'vot sigriet.

4.   Il-votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet fuq riżoluzzjoni, emenda, kontropinjoni, opinjoni sħiħa jew kwalunkwe test ieħor għandha ssir jekk kwart tal-membri preżenti jew rappreżentati jitolbu dan.

5.   L-elezzjoni għall-karigi rappreżentattivi differenti għandha dejjem issir b'votazzjoni sigrieta. Fil-każi l-oħra, il-votazzjoni ssir b'vot sigriet jekk il-maġġoranza tal-membri preżenti jew rappreżentati jitolbu dan.

6.   Jekk in-numru ta' voti favur ikun daqs in-numru ta' voti kontra, il-vot tal-president tas-seduta jkun deċiżiv.

7.   L-aċċettazzjoni mir-relatur ta' emenda m'għandhiex tikkostitwixxi raġuni biex ma ssirx votazzjoni fuq dik l-emenda.

KAPITOLU II

PROĊEDURA TA' URĠENZA

Artikolu 62

1.   Jekk l-urġenza tirriżulta minn limitu ta' żmien impost fuq il-Kumitat, sabiex jissottometti l-opinjoni tiegħu, mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni, l-applikazzjoni tal-proċedura ta' urġenza tista' tiġi deċiża jekk il-President isib li jkun meħtieġ biex il-Kumitat ikun jista' jadotta l-opinjoni tiegħu fil-ħin.

2.   F'każijiet urġenti fil-livell tal-Kumitat, il-President jista', mingħajr konsultazzjoni minn qabel mal-Bureau, jieħu minnufih il-passi kollha meħtieġa biex jiżgura li x-xogħol tal-Kumitat jipproċedi. Huwa għandu jinforma lill-membri tal-Bureau.

3.   Il-miżuri li jieħu l-President għandhom jitressqu biex jiġu ratifikati mill-Kumitat matul is-sessjoni segwenti.

Artikolu 63

1.   Jekk l-urġenza tirriżulta minn limitu ta' żmien impost fuq waħda mis-sezzjonijiet biex tressaq l-opinjoni tagħha, il-president jista', bi qbil mal-presidenti tat-tliet gruppi, jorganizza l-ħidma b'mod differenti mid-dispożizzjonijiet ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura relatati mal-organizzazzjoni tal-ħidma tas-sezzjonijiet.

2.   Il-miżuri li jieħu l-president tas-sezzjoni għandhom jiġu ratifikati mis-sezzjoni matul is-sessjoni segwenti.

KAPITOLU III

ASSENZI U RAPPREŻENTAZZJONI

Artikolu 64

1.   Kull membru tal-Kumitat li ma jkunx jista' jattendi laqgħa li għaliha jkun ġie mistieden, għandu javża minn qabel lill-president ikkonċernat.

2.   Jekk membru tal-Kumitat ikun assenti minn aktar minn tliet sessjonijiet plenarji konsekuttivi mingħajr ma jkun irrappreżentat u mingħajr raġuni rikonoxxuta bħala valida, il-President jista', wara li jikkonsulta mal-Bureau u jistieden lill-membru kkonċernat jispjega l-assenza tiegħu/, jitlob lill-Kunsill itemm il-mandat tiegħu.

3.   Jekk membru ta' sezzjoni jkun assenti minn aktar minn tliet laqgħat konsekuttivi mingħajr ma jkun rappreżentat, u lanqas ma jagħti raġuni valida rikonoxxuta, il-president tas-sezzjoni jista', wara li jistiednu jipprovdi r-raġunijiet għan-nuqqas tiegħu, jitlob li jiġi sostitwit fis-sezzjoni u jinforma lill-Bureau tal-Kumitat dwar dan.

Artikolu 65

1.   Kull membru tal-Kumitat li ma jkunx jista' jattendi sessjoni jew laqgħa tas-sezzjoni jista', wara li javża lill-president ikkonċernat dwar dan, jiddelega d-dritt tal-vot tiegħu, bil-miktub, lil membru ieħor tal-Kumitat jew tas-sezzjoni.

2.   Membru ma jistax ikollu aktar minn delega tal-vot waħda f'sessjoni plenarja jew f'sezzjoni.

Artikolu 66

1.   Kull membru li ma jkunx jista' jattendi laqgħa li għaliha jkun ġie mistieden jista', wara li jkun avża bil-miktub lill-president ikkonċernat, jitlob direttament jew permezz tas-segretarjat tal-grupp li membru ieħor tal-Kumitat jirrappreżentah fil-laqgħa inkwistjoni. Din l-għażla m'għandhiex tapplika għal-laqgħat tal-Bureau tal-Kumitat u tal-Kummissjoni għall-Affarijiet Finanzjarji u Baġitarji.

2.   Il-mandat ta' rappreżentazzjoni huwa validu biss għal-laqgħa li jinħareġ għalih.

3.   Barra minn hekk, meta jkun ser jiġi stabbilit grupp ta' studju, kull membru ta' dan il-grupp jista' jitlob li jiġi sostitwit minn membru ieħor tal-Kumitat. Din is-sostituzzjoni hija valida fir-rigward ta' suġġett speċifiku u sakemm tintemm ħidmet is-sezzjoni fuq is-suġġett, ma tistax tiġi revokata. Meta ħidmet il-grupp ta' studju tkompli wara tmiem il-mandat ta' sentejn u nofs jew dak ta' ħames snin, is-sostituzzjoni għandha tibqa' valida biss sakemm jintemm il-mandat li matulu tkun ġiet deċiża din is-sostituzzjoni.

KAPITOLU IV

PUBBLIKAZZJONI U DISTRIBUZZJONI TAL-ĦIDMA

Artikolu 67

1.   Il-Kumitat għandu jippubblika l-opinjonijiet tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont il-proċeduri stabbiliti mill-Kunsill u mill-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Bureau tal-Kumitat.

2.   Il-kompożizzjoni tal-Kumitat, tal-Bureau tiegħu u tas-sezzjonijiet kif ukoll il-bidliet kollha tagħhom għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fuq il-websajt tal-Kumitat.

Artikolu 68

1.   Il-Kumitat għandu jiggarantixxi t-trasparenza tad-deċiżjonijiet tiegħu b'konformità mad-dispożizzjonijiet tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1, tat-Trattat dwar il-Funzjonament l-Unjoni Ewropea.

2.   Is-segretarju ġenerali għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiggarantixxi d-dritt li l-pubbliku jkollu aċċess għad-dokumenti korrispondenti.

3.   B'konformità mar-raba' subparagrafu tal-Artikolu 24 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kull ċittadin tal-Unjoni Ewropea jista' jikteb lill-Kumitat b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jirċievi tweġiba miktuba bl-istess lingwa.

Artikolu 69

1.   Is-sessjonijiet plenarji tal-Kumitat u l-laqgħat tas-sezzjonijiet għandhom ikunu miftuħa għall-pubbliku.

2.   Ċerti dibattiti li ma jikkonċernawx il-ħidma konsultattiva jistgħu jiġu ddikjarati kunfidenzjali permezz ta' deċiżjoni tal-Kumitat fuq talba ta' istituzzjoni jew korp ikkonċernat jew fuq proposta mill-Bureau.

3.   Il-laqgħat l-oħra m'għandhomx ikunu miftuħa għall-pubbliku. Madankollu, f'każijiet li fil-fehma tal-president tas-seduta jkunu ġġustifikati, persuni oħra jistgħu jattendu bħala osservaturi.

Artikolu 70

1.   Il-membri tal-istituzzjonijiet Ewropej jistgħu jattendu u jitkellmu f'laqgħat tal-Kumitat u l-korpi kostitwenti tiegħu.

2.   Il-membri ta' korpi oħra u l-uffiċjali awtorizzati mill-istituzzjonijiet u l-korpi jistgħu jiġu mistiedna jattendu, jindirizzaw jew iwieġbu mistoqsijiet fil-laqgħat, taħt it-tmexxija tal-president tal-laqgħa.

KAPITOLU IV

TITOLI, PRIVILEĠĠI, IMMUNITAJIET U STATUT TAL-MEMBRI, KWESTURI

Artikolu 71

1.   Kull membru tal-Kumitat għandu t-titlu ta' Membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

2.   Id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu IV, Artikolu 10 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, li huwa mehmuż mat-Trattati, għandhom japplikaw għall-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

Artikolu 72

1.   L-istatut tal-membri għandu jinkludi d-drittijiet u d-dmirijiet tal-membri tal-Kumitat kif ukoll ir-regoli relatati mal-attività tagħhom u r-relazzjonijiet tagħhom mal-istituzzjoni u s-servizzi tagħha. Dan jinkludi sanzjonijiet f'każ ta' mġiba mhux xierqa.

L-istatut tal-membri għandu jiddetermina wkoll il-miżuri li jistgħu jittieħdu f'każ li jinkisru r-Regoli ta' Proċedura jew l-istatut.

2.   Il-Kodiċi ta' Kondotta, li jiddefinixxi u jiċċara l-obbligi applikabbli għall-membri u s-sostituti tal-Kumitat, huwa mehmuż ma' dawn ir-Regoli ta' Proċedura.

3.   Fil-bidu tal-mandat tagħhom, il-membri għandhom jieħdu impenn li jirrispettaw u jiffirmaw il-Kodiċi ta' Kondotta adottat mill-assemblea. L-imġiba tal-membri għandha tkun ikkaratterizzata minn rispett reċiproku, u tkun ibbażata fuq il-valuri u l-prinċipji stabbiliti fit-Trattati. Huma għandhom jaġixxu b'dinjità filwaqt li jirrispettaw ir-reputazzjoni tal-Kumitat. Waqt id-dibattiti, il-membri m'għandhomx jirrikorru għal lingwaġġ jew imġiba difamatorji, razzisti, sessisti jew ksenofobiċi.

Nuqqas ta' konformità ma' dawn l-istandards u dawn ir-regoli jista' jwassal għall-applikazzjoni tal-miżuri stabbiliti fil-Kodiċi ta' Kondotta.

L-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu m'għandhiex tillimita l-libertà tal-kelma tal-membri.

Għandha tkun ibbażata fuq rispett sħiħ għall-prerogattivi tal-membri, kif definiti fil-liġi primarja tal-Unjoni u fl-Istatut applikabbli għall-membri.

Hija msejsa fuq il-prinċipju tat-trasparenza u tiżgura li d-dispożizzjonijiet rilevanti kollha jinġiebu għall-attenzjoni tal-membri, li jkunu infurmati individwalment dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom.

Meta persuna impjegata minn membru, jew persuna oħra li lilha l-membru jkun iffaċilita aċċess għall-bini jew tagħmir tal-Kumitat, tikser ir-regoli ta' kondotta msemmija hawn fuq, il-penali previsti jistgħu, fejn xieraq, ikunu imposti fuq il-membru kkonċernat.

Il-penali li għandhom jiġu imposti fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mar-regoli ta' kondotta huma stabbiliti fil-Kodiċi ta' Kondotta adottat mill-assemblea.

Il-KESE jikkonforma mar-regoli tal-Parlament Ewropew sakemm dawn ikunu kompatibbli mal-Istatut tal-Membri tal-KESE u jistabbilixxi l-korpi xierqa għal dan il-għan.

Kumitat konsultattiv dwar l-imġiba tal-membri huwa stabbilit (skont il-Kodiċi ta' Kondotta għall-Membri tal-KESE).

4.   Mal-ħatra tagħhom, il-membri għandhom iħejju dikjarazzjoni li ssemmi kull interess, finanzjarju jew ta' tip ieħor, li jista' jkollu impatt fuq il-ħidma tagħhom fi ħdan il-Kumitat.

Huma għandhom jivvalidaw il-kontenut b'mod espliċitu mill-inqas darba fis-sena u jirrettifikawh malli tinbidel is-sitwazzjoni tagħhom.

Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-membri u l-Kodiċi ta' Kondotta għall-membri u s-sostituti għandhom ukoll jiddeterminaw il-miżuri li jistgħu jittieħdu f'każ ta' nuqqas ta' konformità ma' dawn ir-Regoli ta' Proċedura, il-Kodiċi ta' Kondotta u r-Regolamenti tal-Persunal.

Artikolu 73

1.   Fuq proposta tal-Bureau, l-assemblea għandha, għal perjodu ta' sentejn u nofs, teleġġi tliet membri li ma jkollhom l-ebda responsabbiltà permanenti oħra fl-istruttura tal-Kumitat, sabiex jiffurmaw il-Kumitat Konsultattiv dwar l-imġiba tal-Membri.

2.   Fil-każ ta' ksur allegat tal-Kodiċi ta' Kondotta tal-KESE minn membru u fuq talba personali ta' membru, il-kumitat konsultattiv dwar l-imġiba tal-membri għandu jipprovdi, b'mod kunfidenzjali u fi żmien 30 jum kalendarju, gwida dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kodiċi ta' Kondotta. Il-membru kkonċernat għandu jkun intitolat iserraħ fuq tali gwida.

3.   Fuq talba tal-President tal-Kumitat, il-kumitat konsultattiv dwar l-imġiba tal-membri għandu jivvaluta wkoll l-allegat ksur tal-Kodiċi ta' Kondotta u jagħti parir lill-President dwar azzjoni possibbli li għandha tittieħed.

Artikolu 74

Fuq proposta tal-Bureau, l-assemblea għandha, għal perjodu ta' sentejn u nofs, teleġġi tliet membri li ma jkollhom l-ebda responsabbiltà permanenti oħra fl-istruttura tal-Kumitat, sabiex jiffurmaw il-grupp tal-kwesturi bil-funzjonijiet li ġejjin:

a)

jimmonitorja u jissorvelja l-implimentazzjoni xierqa tal-istatut tal-membri,

b)

ifassal proposti adatti għall-irfinar u t-titjib tal-istatut tal-membri,

c)

jieħu l-inizjattivi adatti biex isolvi kull każ dubjuż jew kunflitt fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-istatut tal-membri,

d)

jiżgura r-relazzjonijiet bejn il-membri tal-Kumitat u s-segretarjat ġenerali f'dak li jikkonċerna l-applikazzjoni tal-istatut tal-membri.

KAPITOLU VI

TMIEM IL-MANDAT TAL-MEMBRI, INKOMPATIBILITAJIET

Artikolu 75

1.   Il-mandat tal-membri tal-Kumitat jiskadi meta jintemm il-perjodu ta' ħames snin stabbilit mill-Kunsill meta jiġġedded il-Kumitat.

2.   Il-mandat ta' membru tal-Kumitat jintemm b'riżenja, bi tneħħija mill-kariga, b'mewt, b'force majeure jew b'inkompatibbilità.

3.   Il-funzjonijiet ta' membru tal-Kumitat huma inkompatibbli ma' dawk ta' membru ta' gvern jew ta' parlament, ta' istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll tal-Kumitat tar-Reġjuni u tal-bord tad-diretturi tal-Bank Ewropew tal-Investiment u ma' dik ta' uffiċjal jew impjegat attiv tal-Unjoni Ewropea.

4.   Ir-riżenja għandha tiġi notifikata permezz ta' ittra lill-President.

5.   It-tneħħija mill-kariga sseħħ skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 64(2) ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura. F'tali każ, jekk il-Kunsill jiddeċiedi li jtemm il-mandat tal-membru kkonċernat, għandha tinbeda l-proċedura ta' sostituzzjoni.

6.   F'każ ta' riżenja, mewt, force majeure jew inkompatibbiltà, il-President għandu jinnotifika lill-Kunsill, li għandu jistabbilixxi l-post battal u jimplimenta l-proċedura ta' sostituzzjoni. Fi kwalunkwe każ, fil-każ ta' riżenja, il-membru li jirriżenja għandu jibqa' fil-kariga sad-data li fiha tidħol fis-seħħ il-ħatra ta' min se jieħu postu, sakemm dak il-membru li jirriżenja ma jindikax mod ieħor.

7.   Fil-każijiet kollha previsti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, min jieħu post il-membru jinħatar għall-bqija tal-mandat.

Artikolu 76

1.   Fuq proposta tal-Bureau adottata minn tal-inqas minn tliet kwarti tal-membri tal-Bureau, tista' titressaq quddiem l-assemblea mozzjoni ta' sfiduċja, għal raġunijiet serji u debitament ivverifikati, fir-rigward tal-President.

F'dan il-każ, din il-mozzjoni għandha titniżżel bħala l-ewwel punt fuq l-aġenda tas-sessjoni plenarja li jkun imiss.

2.   L-assemblea għandha tiddeċiedi permezz ta' vot sigriet u mingħajr il-possibbiltà ta' delega tal-voti, wara li tkun semgħet, fl-ordni, membru minn kull grupp segwiti mill-membri tal-presidenza li jixtiequ jitkellmu, u, fl-aħħar nett, il-President.

Il-mozzjoni għandha titqies bħala adottata jekk tiġi approvata minn maġġoranza ta' tliet kwarti tal-membri preżenti. F'każ kuntrarju, il-mozzjoni għandha titqies miċħuda.

3.   Fil-każ tal-adozzjoni ta' mozzjoni ta' sfiduċja, l-assemblea għandha minnufih tipproċedi għas-sostituzzjoni tal-President minn membru tal-istess grupp.

Għal dan il-għan, l-assemblea għandha tkun ippreseduta temporanjament mill-viċi president tal-Kumitat li jagħmel parti mill-grupp li għandu jassumi l-presidenza li jmiss tal-KESE.

4.   Jekk l-assemblea ma tkunx tista' tipproċedi minnufih għal din is-sostituzzjoni, il-ħidma tagħha għandha tiġi sospiża sabiex il-gruppi jkunu jistgħu jfasslu proposta u terġa' tissejjaħ l-assemblea, possibbilment fl-istess ġurnata, mill-persuna li tkun qed tippresiedi temporanjament.

5.   Min jissostitwixxi lill-President, mill-istess grupp, għandu jibqa' fil-kariga sa tmiem il-mandat attwali.

KAPITOLU VII

AMMINISTRAZZJONI TAL-KUMITAT

Artikolu 77

1.   Il-Kumitat għandu jiġi megħjun minn segretarjat ġenerali taħt it-tmexxija ta' segretarju ġenerali li jaqdi dmirijietu taħt l-awtorità tal-President, li jirrappreżenta l-Bureau.

2.   Is-segretarju ġenerali għandu jipparteċipa f'kapaċità konsultattiva fil-laqgħat tal-Bureau, u jżomm il-minuti.

3.   Għandu jieħu impenn solenni quddiem il-Bureau li jaqdi dmirijietu b'imparzjalità totali u skont il-kuxjenza.

4.   Huwa għandu jiżgura l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet meħuda mill-assemblea, il-Bureau u l-President, skont dawn ir-Regoli ta' Proċedura, u jirrapporta bil-miktub kull tliet xhur lill-President dwar il-kriterji u d-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni adottati jew previsti fir-rigward ta' problemi amministrattivi jew organizzattivi u kwistjonijiet relatati mal-persunal.

5.   Is-segretarju ġenerali jista' jiddelega s-setgħa tiegħu fil-limiti stabbiliti mill-President.

6.   Il-Bureau, fuq proposta tas-segretarju ġenerali, għandu jfassal organigramma tas-segretarjat ġenerali b'tali mod li jiżgura l-funzjonament tal-Kumitat u tal-korpi kostitwenti tiegħu, u jgħin lill-membri fil-qadi ta' dmirijiethom, notevolment fl-organizzazzjoni tal-laqgħa u t-tfassil ta' opinjonijiet.

7.   Is-setgħat mogħtija lis-segretarju ġenerali minħabba d-delega tas-setgħat tal-President huma temporanji: għandhom jintemmu mhux aktar tard minn tmiem il-mandat tal-President.

Artikolu 78

Il-proċedura applikabbli biex jinħatar segretarju ġenerali ġdid għandha tkun kif ġej:

1.

Il-Bureau:

jieħu deċiżjoni dwar l-istatus tal-post tas-segretarju ġenerali (uffiċjal jew impjegat temporanju), jaħtar kumitat ta' tmexxija magħmul minn tliet membri u mbagħad ifassal il-kontenut tal-avviż ta' post battal,

jaħtar kumitat ta' preselezzjoni magħmul minn sitt membri tal-Kumitat, u jistabbilixxi l-limiti ta' żmien sa meta dan il-kumitat għandu jippreżentalu r-riżultati ta' ħidmietu.

2.

Il-kumitat ta' preselezzjoni għandu l-kariga li jeżamina l-applikazzjonijiet, iwettaq l-intervisti u jfassal rapport motivat li jkun jinkludi klassifika tal-kandidati fl-ordni ta' preferenza, skont il-kompetenzi tagħhom, b'konformità mal-proċeduri u l-kriterji stabbiliti fl-avviż ta' post battal, kif ukoll li jipproponi kandidat jew lista ta' kanditati għall-post.

3.

Il-kumitat ta' preselezzjoni għandu jaħdem b'indipendenza sħiħa, imparzjalità u kunfidenzjalità, abbażi ta' kriterji definiti mill-Bureau meta jitwaqqaf il-kumitat imsemmi.

Dan għandu jiġi megħjun mis-servizzi kompetenti tas-segretarjat tal-Kumitat u, jekk ikun meħtieġ, jista' jitlob għal għarfien espert minn barra l-Kumitat.

4.

Il-Bureau, wara li jkun ikkonsulta r-rapport tal-kumitat ta' preselezzjoni, għandu jieħu d-deċiżjoni finali permezz ta' votazzjoni, u għal diversi rawnds, jekk meħtieġ.

Il-kandidat li, fl-ewwel votazzjoni, jirċievi vot favur mingħand aktar minn nofs in-numru tal-membri tal-Bureau, inkluż dawk assenti, għandu jinħatar mingħajr il-ħtieġa tat-tieni rawnd.

Jekk l-ebda kandidat ma jissodisfa din il-kundizzjoni fl-ewwel rawnd, il-Bureau għandu jgħaddi għat-tieni rawnd ta' votazzjoni għaż-żewġ kandidati li jkunu ġabu l-akbar numru ta' voti favur, u wara għandu jinħatar il-kandidat li jkun kiseb l-akbar numru ta' voti favur mill-membri preżenti fit-tieni rawnd.

Fil-każ li jkun hemm voti indaqs li jagħmilha impossibbli li jintgħażlu żewġ kandidati biss wara l-ewwel rawnd jew li jinħatar segretarju ġenerali fl-aħħar tat-tieni rawnd, għandha tissejjaħ laqgħa oħra tal-Bureau f'data possibbli għall-ħatra tas-segretarju ġenerali.

Artikolu 79

1.   Is-setgħat kollha li r-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea jagħtu lill-awtorità tal-ħatra u li l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea (CEOS) jagħtu lill-awtorità bis-setgħa li tikkonkludi kuntratti ta' impjieg għandhom ikunu, fil-każ tas-segretarju ġenerali, f'idejn il-Bureau.

2.   Is-setgħat li r-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea jagħtu lill-awtorità tal-ħatra għandhom jiġu eżerċitati kif ġej:

fir-rigward tal-viċi segretarji ġenerali u d-diretturi, mill-Bureau, fuq proposta tas-segretarju ġenerali, fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikoli 29, 30, 31, 40, 41, 49, 50, 51, 78 u 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal; għad-dispożizzjonijiet l-oħra tal-istatut, inkluż l-Artikolu 90(2), mill-President, li jaġixxi fuq proposta tas-segretarju ġenerali;

f'dak li jirrigwarda:

il-viċi diretturi,

il-kapijiet ta' unità,

mill-President, fuq proposta tas-segretarju ġenerali u wara konsultazzjoni tal-presidenza estiża;

mis-segretarju ġenerali, fil-każ tal-uffiċjali tal-grupp ta' funzjonijiet AD li ma jwettqux funzjoni ta' ġestjoni fil-livell ta' kap ta' unità jew ogħla u fil-każ tal-uffiċjali tal-grupp ta' funzjonijiet AST u AST/SC.

3.   Is-setgħat li s-CEOS (Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea) jagħtu lill-awtorità bis-setgħa li tikkonkludi l-kuntratti ta' impjieg għandhom jiġu eżerċitati:

fir-rigward tal-aġenti temporanji li jinħatru bħala viċi segretarju ġenerali jew direttur, mill-Bureau, fuq proposta tas-segretarju ġenerali, fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikoli 11, 17, 33 u 48 tas-CEOS; għad-dispożizzjonijiet l-oħra tas-CEOS, mill-President, li jaġixxi fuq proposta tas-segretarju ġenerali,

fir-rigward tal-aġenti temporanji li jinħatru bħala viċi direttur jew kap tal-unità, mill-President, li jaġixxi fuq proposta tas-segretarju ġenerali,

fir-rigward tal-aġenti temporanji tal-grupp ta' funzjonijiet AD li ma jwettqux funzjoni ta' ġestjoni fil-livell ta' kap ta' unità jew ogħla u l-aġenti temporanji tal-gruppi ta' funzjonijiet AST u AST/SC, mis-segretarju ġenerali,

fil-każ tal-konsulenti speċjali, u tal-aġenti kuntrattwali, mis-segretarju ġenerali.

4.   Is-setgħat mogħtija lill-istituzzjoni permezz tal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal bil-għan li jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet ġenerali għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal u tar-regoli adottati bi ftehim komuni għandhom jiġu eżerċitati mill-President. Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet l-oħra ta' natura ġenerali, dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati mis-segretarju ġenerali.

5.   Il-Bureau, il-President u s-segretarju ġenerali jistgħu jiddelegaw is-setgħat mogħtija lilhom skont dan l-Artikolu.

6.   L-atti tad-delega skont il-paragrafu preċedenti għandhom jistabbilixxu l-ambitu tas-setgħat mogħtija kif ukoll il-limiti u l-iskadenzi tagħhom, u għandhom jiddeterminaw jekk min jirċievi din id-delega jistax jiddelega s-setgħat tiegħu lil ħaddieħor.

7.   Għall-ħatra ta' uffiċjali f'karigi ta' viċi segretarju ġenerali, direttur, viċi direttur, kap tal-unità għall-ħidmiet konsultattivi:

l-avviż ta' post battal għandu jiġi ppubblikat simultanjament fl-istituzzjonijiet Ewropej kollha,

qabel jiġu eżaminati l-applikazzjonijiet, is-segretarju ġenerali għandu jħejji skeda ta' evalwazzjoni fuq il-bażi tal-avviż ta' post battal,

fil-fażi tal-analiżi tal-applikazzjonijiet differenti, is-segretarju ġenerali għandu jkun assistit minn tliet membri tal-Bureau,

fi tmiem il-proċedura, għandu jressaq il-proposta għall-ħatra quddiem il-Bureau, li għandu jiddeċiedi fuq din il-bażi.

Artikolu 80

1.   Il-gruppi għandu jkollhom segretarjat, li jiddependi direttament mill-president tal-grupp ikkonċernat.

2.   Is-setgħat tal-awtorità tal-ħatra għandhom jiġu eżerċitati, fir-rigward tal-uffiċjali li jagħmlu parti mill-gruppi skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 37(a) tar-Regolamenti tal-Persunal, fuq proposta tal-president tal-grupp ikkonċernat, rigward l-applikazzjoni tal-Artikolu 38 tar-Regolamenti tal-Persunal, inklużi d-deċiżjonijiet dwar l-iżvilupp tal-karriera tagħhom fi ħdan il-grupp.

Meta uffiċjal sekondat fi ħdan grupp jidħol mill-ġdid fis-segretarjat tal-Kumitat, hu għandu jitqiegħed fil-grad li għalih kien ikun intitolat bħala uffiċjal.

3.   Is-setgħat tal-awtorità bis-setgħa li tikkonkludi l-kuntratti ta' impjieg għandhom jiġu eżerċitati, fir-rigward tal-aġenti temporanji li jagħmlu parti mill-gruppi skont l-Artikolu 2(c) tas-CEOS, fuq proposta tal-president tal-grupp ikkonċernat, rigward l-applikazzjoni tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 8, tal-Artikolu 9 u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 10 tas-CEOS.

Artikolu 81

1.   Il-President għandu jkollu segretarjat privat.

2.   Il-persunal tas-segretarjat jiġi ingaġġat taħt il-baġit bħala persunal temporanju, il-poteri mogħtija lill-awtorità li hija responsabbli biex tikkonkludi kuntratti ta' servizz jiġu eżerċitati mill-President.

Artikolu 82

1.   Qabel l-1 ta' Ġunju ta' kull sena, is-segretarju ġenerali għandu jippreżenta lill-Bureau l-abbozz tal-estimi tal-infiq u d-dħul tal-Kumitat għas-sena finanzjarja ta' wara. Il-Kummissjoni għall-Affarijiet Finanzjarji u Baġitarji għandha teżamina l-abbozz qabel id-diskussjoni fil-Bureau u, jekk ikun meħtieġ, tagħmel kummenti jew tipproponi emendi. Il-Bureau għandu jfassal estimi tal-infiq u d-dħul tal-Kumitat. Għandu jgħaddihom skont il-kundizzjonijiet u fil-limiti ta' żmien stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

2.   Skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, il-President għandu jwettaq, jew jagħmel l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-infiq u tad-dħul.

Artikolu 83

1.   Għandu jiġi stabbilit kumitat tal-awditjar biex jeżerċita funzjoni ta' konsulenza lill-President u lill-Bureau dwar l-awditjar. Dan għandu jkun indipendenti fil-qadi ta' dmirijietu, b'konformità mar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u, b'mod partikolari, mas-setgħat u d-dmirijiet tal-awditur intern.

B'mod partikolari, il-kumitat tal-awditjar għandu jwettaq is-sorveljanza tal-proċessi kollha ta' rappurtar u tas-sistemi ta' kontroll intern, kif ukoll il-proċessi kollha ta' monitoraġġ rigward il-konformità ma' liġijiet, regolamenti, standards professjonali u etiċi u kodiċijiet ta' kondotta.

2.   Il-kumitat tal-awditjar għandu jibgħat ir-rapporti tiegħu lill-President, li għandu jikkomunikahom lill-Bureau mingħajr dewmien.

3.   L-istruttura, il-kompożizzjoni, ir-responsabbiltajiet u r-regoli ta' funzjonament tal-kumitat tal-awditjar għandhom jiġu deċiżi mill-Bureau.

4.   Il-membri tal-kumitat tal-awditjar għandhom jinħatru mill-Bureau fuq proposta tal-gruppi.

Il-kariga ta' membru tal-kumitat tal-awditjar hija inkompatibbli ma' dik ta' membru tal-Bureau tal-Kumitat, membru tal-Kummissjoni għall-Affarijiet Finanzjarji u Baġitarji u ta' membru tal-Grupp tal-Kwesturi.

5.   Il-kumitat tal-awditjar għandu jadotta r-regoli interni tiegħu sabiex ikun żgurat li jaqdi r-rwol u l-missjoni tiegħu u jimplimenta r-responsabbiltajiet, id-drittijiet u l-obbligi tiegħu kif deskritti f'dan l-Artikolu.

6.   Is-sostituzzjoni ta' membru tal-kumitat tal-awditjar għandha ssegwi l-istess proċedura prevista fl-ewwel inċiż tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 84

Il-korrispondenza lill-Kumitat għandha tkun indirizzata lill-President jew lis-segretarju ġenerali.

KAPITOLU VIII

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 85

Għad-dmirijiet u l-kompiti msemmija f'dawn ir-Regoli ta' Proċedura, it-termini użati għandhom japplikaw kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel.

Artikolu 86

1.   Il-Kumitat jiddeċiedi, b'maġġoranza assoluta tal-membri tiegħu, jekk hemmx bżonn li jiġu riveduti r-Regoli ta' Proċedura.

2.   Għar-reviżjoni tar-Regoli ta' Proċedura, il-Kumitat għandu jistabbilixxi kumitat magħruf bħala kumitat dwar ir-regoli ta' proċedura. Il-Kumitat għandu jaħtar relatur ġenerali responsabbli biex ifassal abbozz tar-Regoli ta' Proċedura l-ġodda.

3.   Wara li r-Regoli ta' Proċedura jiġu adottati, b'maġġoranza assoluta, l-assemblea għandha ġġedded il-mandat tal-kummissjoni tar-Regoli ta' Proċedura għal massimu ta' sittin jum sabiex din tħejji, jekk meħtieġ, proposta għal emenda tad-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni li għandha titressaq quddiem il-Bureau, li jiddeċiedi wara li jkun irċieva l-opinjonijiet tal-gruppi.

4.   Id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regoli ta' Proċedura l-ġodda u tal-emendi tad-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni tiġi deċiża waqt l-adozzjoni tagħhom mill-Kumitat.

Artikolu 87

Dawn ir-Regoli ta' Proċedura għandhom jidħlu fis-seħħ fil-15 ta' Marzu 2019.

IT-TIELET PARTI

INDIĊI TAR-REGOLI TA' PROĊEDURA

INDIĊI

A

AĠENDA TAS-SESSJONI PLENARJA 50, 52, 53, 76
AMMINISTRAZZJONI TAL-KUMITAT 77-84

ASSEMBLEA

aġenda 50, 52, 53
kworum 51
l-opinjoni tintbagħat lura lis-sezzjoni 46, 54
minuti 58
mozzjoni ta' proċedura 57
organizzazzjoni tal-ħidma 48-60
parteċipazzjoni tal-istituzzjonijiet 70
preparazzjoni tas-sessjonijiet 49, 50
pubbliċità tad-deċiżjonijiet 68
pubbliċità tal-laqgħat 69, 70
sessjonijiet 48
żvolġiment tad-dibattiti 54
ASSENZA tal-membri 64-66

B

BAĠIT

eżekuzzjoni tal-baġit 11, 82
Kummissjoni għall-Affarijiet Finanzjarji u Baġitarji (CAF) 11
stima tad-dħul u l-infiq 82

BUREAU TAL-KUMITAT

avviż ta' laqgħa 9
elezzjoni tal-president 4-8
ħatra tal-uffiċjali 79
infurzar tad-deċiżjonijiet 77
interpretazzjoni tar-Regoli ta' Proċedura 9
kompożizzjoni 4
responsabbiltajiet u regoli ta' ħidma 9
sostituzzjoni ta' membru 8
tul tal-mandat 4

BUREAUX TAS-SEZZJONIJIET

elezzjoni 19
kompożizzjoni 19
tul tal-mandat 19

D

DELEGA TAD-DRITT TAL-VOT 65
DELEGI TAL-KUMITAT 29
DĦUL FIS-SEĦĦ TAR-REGOLI TA' PROĊEDURA 87
DIBATTITI 54
DIKJARAZZJONI TAL-VOT ta' membru ara VOTAZZJONI, Spjegazzjoni tal-votazzjoni
DIKJARAZZJONI/POŻIZZJONI ta' grupp, ta' kategorija 59
DJALOGU STRUTTURAT MAS-SOĊJETÀ ĊIVILI 28, 29

DOKUMENTI

korrispondenza 84
pubblikazzjoni u distribuzzjoni 67, 68

E

ELEZZJONIJIET

presidenza u Bureau tal-Kumitat 4-8
presidenza u bureau tas-sezzjoni 19
EMENDI 55
analiżi 55
emenda fis-sezzjoni ara SEZZJONI
emenda globali (ara KONTROPINJONI) 56
emenda miċħuda 59
forma 55
tressiq tal-emendi 55
ESPERTI 26

G

GRUPPI

awtorità tal-ħatra 80
rwol tal-gruppi 30
segretarjati tal-gruppi 30, 80
stabbiliment u organizzazzjoni 30
GRUPPI TA' STUDJU PERMANENTI 20
GRUPPI TA' ABBOZZAR 20

GRUPPI TA' KUNTATT

rwol u kompożizzjoni 20, 47
stabbiliment 20, 47

GRUPPI TA' STUDJU

sostituti 21
sostituzzjoni ta' membru 66
ĠURNAL UFFIĊJALI 67

H

ĦATRA TA' UFFIĊJALI U AĠENTI 79, 80

I

IMMUNITAJIET 2, 71

INKOMPATIBILITAJIET

inkompatibilitajiet għall-membri 75
INTERPRETAZZJONI TAR-REGOLI TA' PROĊEDURA 9

K

KATEGORIJI

stabbiliment, kompożizzjoni u approvazzjoni 31
KODIĊI TA' KONDOTTA GĦALL-MEMBRI TAL-KESE 72
KONSULTAZZJONIJIET 32, 33
KONTROPINJONI 56, 59
KOOPERAZZJONI INTERISTITUZZJONALI 10
KORELATURI 20, 47
KORPI TAL-KUMITAT 2

KUMITAT

avviż ta' laqgħa 1, 32
bidu tal-kariga 1, 2
funzjonament 48-54
rappreżentazzjoni esterna 14
KUMITAT KONSULTATTIV DWAR L-IMĠIBA TAL-MEMBRI 73
KUMITAT TAL-AWDITJAR 83
KUMITATI KONSULTATTIVI KONĠUNTI 29
KUMMISSJONI DWAR IR-REGOLI TA' PROĊEDURA 86
KUMMISSJONI GĦALL-AFFARIJIET FINANZJARJI U BAĠITARJI (CFA) 11
KUMMISSJONI KONSULTATTIVA DWAR IL-BIDLIET INDUSTRIJALI 27, 37
KUMMISSJONI PREPARATORJA 7
KUMMISSJONI TAL-KOMUNIKAZZJONI (COCOM) 12
KUMMISSJONIJIET KONSULTATTIVI 27
KWESTURI 74

KWORUM

sessjoni plenarja 51
sezzjoni 41

L

LAQGĦAT KONĠUNTI 38
LIMITU TA' ĦIN GĦALL-INTERVENTI 57
L-IŻJED MEMBRU ANZJAN FL-ETÀ 1
L-OPINJONI TINTBAGĦAT LURA LIS-SEZZJONI 46, 54

M

MAĠĠORANZA MEĦTIEĠA

A)   Għall-elezzjoni

bureau tal-Kumitat

*membri 4, 7
*president 4, 7
*viċi president 4, 7

B)   Għal deċiżjoni

gruppi ta' studju u relaturi 20, 47
reviżjoni tar-Regoli ta' Proċedura 86
sejħa tal-Bureau tal-Kumitat 9
MEMBRI ara MEMBRI TAL-KUMITAT

MEMBRI TAL-KUMITAT

assenzi 64-65
delega tad-dritt tal-vot 65
inkompatibilità 75
mandat, privileġġi u immunitajiet tal-membri 2, 71
riżenja 75
sostituti 21
sostituzzjoni 66
statut tal-membri 72, 74
tmiem il-mandat 75

MINUTI

sessjoni plenarja 58
sezzjoni 45
MOZZJONI TA' PROĊEDURA 57
MOZZJONI TA' SFIDUĊJA 76

O

OPINJONIJIET

forma u kontenut 59
klassifikazzjoni f'kategoriji (A, B u C) 33
l-opinjoni tintbagħat lura lis-sezzjoni 46, 54
opinjoni fuq inizjattiva proprja 32
opinjoni ta' sezzjoni (ara SEZZJONIJIET, Preparazzjoni tal-opinjoni) 33
pubblikazzjoni 67
segwitu tal-opinjoni 20
talbiet għal opinjoni 32, 33

trażmissjoni

*opinjoni tal-Kumitat 60
votazzjoni ara VOTAZZJONI
OSSERVATORJI 24

P

PJANAR TAL-ĦIDMA 13
PRESIDENT TAL-KUMITAT ara PRESIDENZA TAL-KUMITAT
PRESIDENZA ESTIŻA 16

PRESIDENZA TAL-KUMITAT

dmirijiet tal-president

*avviż ta' laqgħa tal-bureau 9
*avviż ta' laqgħa tal-Kumitat 32
*ħatra tal-uffiċjali 79
*kompetenzi finanzjarji u baġitarji 11
*preparazzjoni tas-sessjonijiet 49, 50
*rappreżentazzjoni esterna 14
*tmexxija tad-dibattiti 54, 55, 57
elezzjoni tal-President 4-7, 30
programm ta' ħidma 14, 16
rendikont ta' dak li nkiseb mill-President 14
segretarjat tal-President 81
sostituzzjoni tal-President wara l-adozzjoni ta' mozzjoni ta' sfiduċja 76
PRIVILEĠĠI U IMMUNITAJIET 2, 71
PROĊEDURA TA' URĠENZA 62, 63
PUBBLIĊITÀ TAS-SESSJONIJIET U L-LAQGĦAT 69, 70
PUBBLIKAZZJONI U DISTRIBUZZJONI TAD-DOKUMENTI 67-70

R

RAPPORTI TA' INFORMAZZJONI 22, 34, 37
RAPPREŻENTANZA TAL-KUMITAT 14
REGOLI TA' IMPLIMENTAZZJONI 9, 86
RELATURI ĠENERALI 23, 54, 86
RELAZZJONIJIET ESTERNI TAL-KUMITAT 14, 28, 29
REVIŻJONI TAR-REGOLI TA' PROĊEDURA 86
RIŻENJA 75
RIŻOLUZZJONIJIET 35, 53

S

SEDUTA

mistednin esterni 25
SEGRETARJAT ĠENERALI 77, 79
SEGRETARJATI TAL-GRUPPI 80

SEGRETARJU ĠENERALI

dmirijiet 77, 79, 82
proċedura tal-ħatra 78
SEGWITU TAL-OPINJONIJIET 9

SEZZJONIJIET

assenzi 64, 65, 66
avviż ta' laqgħa 39
bureau (ara BUREAU TAS-SEZZJONI) 19
dmirijiet 20
emenda 55
esperti 26
għadd ta' membri 18
għadd ta' sezzjonijiet 17
ħatra tal-membri 18
kompetenzi 17
kompożizzjoni 18
kworum 41
laqgħat 39, 40
laqgħat konġunti 38
minuti 45
opinjoni 20, 43, 44
proċedura ta' urġenza 63
pubbliċità tal-laqgħat 69, 70
rapport ta' informazzjoni 22, 34, 37
sostituzzjoni ta' membru 18
stabbiliment 17
tfassil tal-opinjoni 42, 43
tmexxija tal-ħidma 37-47
tul tal-mandat tal-membri 18
SOĊJETÀ ĊIVILI ORGANIZZATA (ara l-preambolu) 28, 29
SOSTITUTI 21
SOTTOKUMITATI 22
STATUT TAL-MEMBRI 72
STIMA TAD-DĦUL U L-INFIQ 82
SUĠĠETTI TA' ATTWALITÀ 52

T

TALBIET GĦAL OPINJONI (ara KONSULTAZZJONIJIET) 32, 33
TNEĦĦIJA MILL-KARIGA 75

U

URĠENZA (PROĊEDURA TA')

fil-Kumitat 62
fis-sezzjonijiet 63

V

VIĊI PRESIDENTI

dmirijiet 15-16
elezzjoni 7

VOTAZZJONI

delega tad-dritt tal-vot 65
dikjarazzjonijiet kollettivi tal-vot (jew dikjarazzjonijiet tal-minoranza) 59
metodi ta' votazzjoni 61
spjegazzjoni tal-votazzjoni 57
votazzjoni mingħajr dibattitu 54

IR-RABA' PARTI

KODIĊI TA' KONDOTTA GĦALL-MEMBRI TAL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW

Il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 2 (3), l-Artikolu 3 (4) u l-Artikolu 13(4) (5),

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 300 sa 304 tiegħu (6),

Wara li kkunsidraw id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu IV, Artikolu 10 tal-Protokoll (Nru 7) anness mat-Trattati, dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea;

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-artikoli 8, 10, 19, 25, 43(2), 46 u 50, 59(1), 91(1), 95(3), 100(2), 113, 114 u 115, 148(2), 149, 151, 153 u 156, 157(3), 159 u 164, 165(4), l-ewwel inċiż, 166(4), 168(4) u (5), 169(3), 172, 173(3), 175, 177, 178, 182, 188 u 192, 194(2) (7), dwar il-kapaċità konsultattiva tal-Kumitat,

Wara li kkunsidraw ir-Regoli ta' Proċedura (8) u l-Istatut tal-Membri (9) tal-Kumitat,

Wara li kkunsidraw il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

Billi mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Istatut tal-Membri u r-Regoli ta' Proċedura, ċerti obbligi li jirriżultaw minn dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu stabbiliti f'Kodiċi ta' Kondotta,

Billi matul is-sħubija tagħhom f'konformità mal-Artikolu 300 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-membri tal-Kumitat għandhom ikunu kompletament indipendenti fil-qadi ta' dmirijiethom, fl-interess ġenerali tal-Unjoni Ewropea u ċ-ċittadini Ewropej. Waqt it-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom u matul il-vjaġġi tagħhom lejn u mill-post tal-laqgħa, il-membri jgawdu mill-privileġġi u l-immunitajiet definiti mill-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea (10). Speċifikament, huma għandhom jaġixxu b'rispett u integrità waqt il-mandat tagħhom,

Billi, il-Kodiċi ta' Kondotta, li jiddefinixxi u jiċċara l-obbligi applikabbli tal-membri u s-sostituti tal-Kumitat, għandu jiġi rivedut sabiex titqies l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tiegħu u sabiex jirrispetta l-istandards etiċi għoljin li huma mistennija mill-membri tal-Kumitat,

ġie deċiż mill-membri b'vot tal-assemblea plenarja tagħhom, fuq proposta tal-kwesturi tal-Kumitat u wara konsultazzjoni mal-Bureau tal-Kumitat, li jadottaw dan il-Kodiċi ta' Kondotta.

Il-Kodiċi ta' Kondotta għandu japplika għall-każijiet kollha ta' membru ma' membru jew membru ma' kwalunkwe persuna oħra li taħdem fil-Kumitat.

Fil-bidu tal-mandat tagħhom, il-Membri jintrabtu skont dan il-Kodiċi ta' Kondotta, kif adottat mill-assemblea fis-sessjoni tagħha tal-20 ta' Frar 2019.

Artikolu 1

Prinċipji ġenerali

1.   Il-Kodiċi ta' Kondotta għandu japplika għall-membri tal-Kumitat u għas-sostituti tagħhom.

2.   Il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew jirrappreżentaw diversi kategoriji ta' partijiet interessati ekonomiċi u soċjali. Dawn jinħatru għal ħames snin mill-Kunsill (11) wara li jkunu nħatru mill-gvern tagħhom.

3.   Il-membri tal-Kumitat “għandhom jaqdu dmirijiethom f'indipendenza sħiħa” (12) u, b'konformità mat-Trattat, m'għandhom ikunu marbuta bl-ebda mandat obbligatorju.

4.   Il-membri tal-Kumitat jispiraw ruħhom u jaġixxu skont il-prinċipji ta' kondotta ġenerali li ġejjin: integrità, trasparenza, diliġenza, onestà, responsabilità u rispett għar-reputazzjoni tal-Kumitat.

5.   Il-membri tal-Kumitat jaġixxu b'mod indipendenti fil-qadi ta' dmirijiethom, fl-interess ġenerali tal-Unjoni Ewropea u ċ-ċittadini Ewropej.

6.   F'konformità mal-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-membri tal-Kumitat, fil-qadi ta' dmirijiethom, għandhom jiżguraw il-promozzjoni, il-protezzjoni effettiva u r-rispett ta' drittijiet u valuri, bħad-dinjità tal-bniedem, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-libertà, is-solidarjetà, il-prinċipju tal-istat tad-dritt u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel (13).

7.   Meta jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Kumitat, il-membri ma jistgħux ipoġġu l-interess individwali qabel l-interess ġenerali tal-Unjoni (14).

Artikolu 2

Responsabbiltajiet marbutin mal-kariga

1.   Il-membri tal-Kumitat jaqdu r-rwol konsultattiv tal-Kumitat (15).

2.   Minkejja li l-membri jirrappreżentaw lill-Kumitat b'mod permanenti, huma mhux dejjem ikunu preżenti fis-sede tal-istituzzjoni.

3.   Il-membri jeżerċitaw il-missjoni tagħhom fi spirtu ta' kooperazzjoni li tħalli l-frott.

4.   Fil-missjoni tagħhom, il-membri għandhom jippromovu d-demokrazija u l-valuri msejsa fuq id- drittijiet tal-bniedem.

5.   Il-membri għandhom iwettqu bis-sħiħ il-kompiti tagħhom bħala membri u għandhom jikkontribwixxu għall-ħidmiet konsultattivi.

6.   Il-membri għandhom jintrabtu li jiżguraw is-segwitu tal-opinjonijiet tal-Kumitat.

Artikolu 3

Libertà, indipendenza u rispett

Il-membri għandhom jintrabtu li, meta jkunu qed iwettqu l-missjoni tagħhom u b'referenza għall-Artikolu 1(4) ta' hawn fuq, jilħqu l-aħjar kunsens bejniethom fi spirtu ta' rispett reċiproku lejn il-libertà ta' kull persuna u fl-interess ta' kulħadd, irrispettivament mill-għażliet li jagħmlu fil-ħajja privata tagħhom (16).

Artikolu 4

Dinjità

1.   Mingħajr preġudizzju għal-libertà tal-espressjoni tagħhom, fil-qadi ta' dmirijiethom il-membri għandhom jimpenjaw ruħhom biex iwettqu l-kompiti tagħhom b'dinjità fuq il-post tax-xogħol. Il-membri tal-Kumitat għandhom iżommu lura minn kwalunkwe forma ta' fastidju u jikkundannaw din il-prattika (17).

2.   Huma għandhom jintrabtu li jużaw b'mod adatt l-immunità tagħhom u l-faċilitajiet ipprovduti fl-interess tal-Kumitat u tar-rwol konsultattiv tagħhom.

3.   Huma għandhom jikkonformaw mar-rekwiżit ta' kunfidenzjalità fejn huwa meħtieġ mit-Trattat u l-istatut tagħhom (18).

Artikolu 5

Integrità u trasparenza finanzjarja

1.   Huma u jeżerċitaw ir-rwol konsultattiv tagħhom, il-membri jirċievu l-indennizzi stabbiliti mill-Kunsill (19), iżda ma jirċievu l-ebda remunerazzjoni mill-Kumitat.

2.   Jekk il-missjonijiet tagħhom jiġu rimborżati mill-Kumitat, dawn ma jistgħux jerġgħu jiġu rimborżati minn parti terza (20).

3.   Għalkemm l-opinjonijiet li jivvutaw fuqhom huma purament konsultattivi, b'konformità mal-prinċipju tat-trasparenza, il-membri għandhom jibagħtu dikjarazzjoni tal-interessi finanzjarji tagħhom lill-President hekk kif jibdew iwettqu l-kompiti tagħhom.

4.   L-obbligu li l-membri jiddikjaraw l-interessi finanzjarji tagħhom daħal fis-seħħ matul l-2011 għall-membri tal-Kumitat fil-kariga. Id-dikjarazzjoni ta' interessi finanzjarji għandha tinkludi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5a tal-Istatut tal-Membri (21).

Artikolu 6

Kunflitti ta' interess

Il-Membri tal-Kumitat għandhom jevitaw kwalunkwe sitwazzjoni li tista' tagħti lok għal kunflitt ta' interess personali jew li tista'raġonevolment tiġi pperċepita bħala tali. Kunflitt ta' interess personali jirriżulta meta interess personali jista' jinfluwenza l-qadi indipendenti tad-dmirijiet tagħhom kif imfisser fl-Artikolu 300 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fir-Regoli ta' Proċedura 2019 tal-Kumitat, b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) u l-Artikolu 9 tal-Istatut tal-Membri.

Artikolu 7

Kumitat Konsultattiv dwar l-Imġiba tal-Membri

1.   Huwa stabbilit Kumitat Konsultattiv dwar l-Imġiba tal-Membri (“Kumitat Konsultattiv”).

2.   Fuq proposta tal-Bureau, l-assemblea għandha, għal perjodu ta' sentejn u nofs, teleġġi tliet membri li ma jkollhom l-ebda responsabbiltà permanenti oħra fl-istruttura tal-Kumitat (22), sabiex jiffurmaw il-Kumitat Konsultattiv.

3.   Fuq talba personali minn membru, il-Kumitat Konsultattiv għandu jipprovdilu, b'mod kunfidenzjali u fi żmien 30 jum kalendarju, gwida dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kodiċi ta' Kondotta. Il-membru kkonċernat għandu jkun intitolat iserraħ fuq tali gwida.

4.   Fuq talba tal-President, il-Kumitat Konsultattiv għandu jevalwa wkoll il-każijiet ta' ksur allegat ta' dan il-Kodiċi ta' Kondotta u jagħti parir lill-President dwar il-miżuri eventwali li għandhom jittieħdu.

Artikolu 8

Proċedura f'każ ta' ksur eventwali tal-Kodiċi ta' Kondotta

1.   B'rispett tal-preżunzjoni tal-innoċenza u l-protezzjoni tal-vittmi, fejn ikun hemm raġuni li tagħti x'wieħed jaħseb li membru seta' kiser dan il-Kodiċi ta' Kondotta, il-President għandu jinforma bil-miktub lill-membri involuti u immedjatament jirreferi l-kwistjoni lill-Kumitat Konsultattiv (23).

2.   Il-Kumitat Konsultattiv għandu jeżamina ċ-ċirkostanzi tal-ksur allegat u għandu jisma' lill-membri kkonċernati f'kunfidenzjalità totali. Fuq il-bażi tal-konklużjonijiet tiegħu, għandu jagħmel rakkomandazzjoni lill-President tal-Kumitat dwar deċiżjoni possibbli.

3.   B'kont meħud tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Konsultattiv, u wara li jkun stieden lill-membru kkonċernat iressaq osservazzjonijiet bil-miktub, il-President tal-Kumitat għandu jikkonsulta lill-presidenza estiża u mbagħad jitlob lill-Bureau għal deċiżjoni dwar il-miżuri li jistgħu jittieħdu kif iddikjarat fl-Istatut tal-Membri, u fir-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat.

Skont il-grad ta' severità tal-imġiba tal-membru, is-sanzjonijiet li ġejjin jistgħu jiġu applikati:

twissija bil-miktub,

l-inklużjoni ta' twissija bil-miktub fil-protokoll tal-Bureau u, fejn applikabbli, fil-minuti tas-sessjoni plenarja,

sospensjoni temporanja tal-membru mir-rwol ta' relatur, presidenza u sħubija ta' gruppi ta' studju, missjonijiet u laqgħat straordinarji.

Artikolu 9

Applikazzjoni tal-Kodiċi

Il-President għandu jkun responsabbli biex jiżgura li l-membri jirrispettaw dan il-Kodiċi. F'każ ta' diffikultajiet fl-applikazzjoni tal-Kodiċi, il-President għandu jikkonsulta lill-presidenza estiża u mbagħad jitlob lill-Bureau jieħu deċiżjoni.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ

Dan il-Kodiċi ta' Kondotta għandu jidħol fis-seħħ hekk kif jiġi adottat permezz ta' votazzjoni fl-assemblea plenarja tal-Kumitat.


(1)  Dawn ir-Regoli ta' Proċedura kienu sussegwentement emendati fis-27 ta' Frar 2003, il-31 ta' Marzu 2004, il-5 ta' Lulju 2006, it-12 ta' Marzu 2008 u l-14 ta' Lulju 2010.

(2)  Id-definizzjoni kompluta abbażi tad-deċiżjoni tal-Bureau tad-19 ta' Jannar 2016 ser tiġi inkluża fid-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura.

(3)  ĠU C 326, 26.10.2012, p. 13 – B'mod partikolari, l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jiddikjara li “l-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi. Dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri f'soċjetà fejn jipprevalu l-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel.”

(4)  ĠU C 326, 26.10.2012, p. 13 – L-Artikolu 3 ikompli jispeċifika li “l-għan ewlieni ta' l-Unjoni hu li tippromwovi l-paċi, il-valuri tagħha u l-benessri tal-popli tagħha.”

(5)  ĠU C 326, 26.10.2012, p. 13 – Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jiġu assistiti minn Kumitat Ekonomiku u Soċjali u minn Kumitat tar-Reġjuni, li jeżerċitaw funzjonijiet konsultattivi.

(6)  ĠU C 326, 26.10.2012, p. 47.

(7)  ĠU C 326, 26.10.2012, p. 47.

(8)  Ir-Regoli ta' Proċedura 2019.

(9)  L-Istatut tal-Membri 2012, b'mod partikolari l-Artikolu 2 dwar l-inkompatibbiltajiet u r-Regoli ta' Proċedura 2019, l-Artikolu 75.

(10)  L-Artikolu 2(3) tar-Regoli ta' Proċedura 2019 u l-Artikolu 9 tal-Istatut tal-Membri

(11)  L-Artikolu 302(1) u (2) tat-TFUE.

(12)  L-Artikolu 300(4) tat-TFUE u l-Artikolu 2(3) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat.

(13)  ĠU C 326, 26.10.2012, p. 13, Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

(14)  L-Artikolu 300(4) u l-Artikolu 304 tat-TFUE.

(15)  L-Artikolu 300(1) u l-Artikolu 304 tat-TFUE.

(16)  Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, l-Artikolu 11(1).

(17)  Dwar din il-kwistjoni, il-persunal tal-KESE huwa marbut mir-Regolament Nru 31 (K.E.E.) 11 (K.E.E.A.), li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (CEOS).

(18)  L-Artikolu 339 tat-TFUE, l-Artikolu 8 tal-Istatut tal-Membri tal-KESE.

(19)  L-Artikolu 301 tat-TFUE.

(20)  Id-Deċiżjoni tal-KESE tal-11 ta' Ottubru 1999 u l-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 (investigazzjonijiet interni tal-OLAF).

(21)  L-Istatut tal-membri tal-KESE 2012 – l-Artikolu 5a (Dikjarazzjoni ta' interessi finanzjarji).

(22)  Il-President u l-viċi presidenti tal-KESE, il-presidenti tal-Gruppi u tas-Sezzjonijiet/tas-CCMI, u l-kwesturi.

(23)  Il-President tal-Kumitat għandu jippreżenta minnufih kull ilment li jirċievi lill-Kumitat Konsultattiv.