ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 150

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 62
7 ta' Ġunju 2019


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament (UE) 2019/876 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar il-proporzjon ta' lieva finanzjarja, il-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett, rekwiżiti għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, riskju ta' kreditu tal-kontroparti, riskju tas-suq, skoperturi għal kontropartijiet ċentrali, skoperturi għal impriżi ta' investiment kollettiv, skoperturi kbar, rekwiżiti ta' rappurtar u divulgazzjoni, u r-Regolament (UE) Nru 648/2012 ( 1 )

1

 

*

Regolament (UE) 2019/877 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 806/2014 dwar il-kapaċità ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment ( 1 )

226

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva (UE) 2019/878 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 li temenda d-Direttiva 2013/36/UE fir-rigward ta' entitajiet eżentati, kumpanniji azzjonarji finanzjarji, kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta, remunerazzjoni, miżuri u setgħat superviżorji u miżuri ta' konservazzjoni ta' kapital ( 1 )

253

 

*

Direttiva (UE) 2019/879 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 li temenda d-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward tal-kapaċità ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni ta' istituzzjonijiet tal-kreditu u ditti tal-investiment u d-Direttiva 98/26/KE

296

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

REGOLAMENTI

7.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 150/1


REGOLAMENT (UE) 2019/876 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-20 ta' Mejju 2019

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar il-proporzjon ta' lieva finanzjarja, il-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett, rekwiżiti għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, riskju ta' kreditu tal-kontroparti, riskju tas-suq, skoperturi għal kontropartijiet ċentrali, skoperturi għal impriżi ta' investiment kollettiv, skoperturi kbar, rekwiżiti ta' rappurtar u divulgazzjoni, u r-Regolament (UE) Nru 648/2012

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Wara l-kriżi finanzjarja li żviluppat fl-2007-2008, l-Unjoni implimentat riforma sostanzjali tal-qafas regolatorju tas-servizzi finanzjarji biex issaħħaħ ir-reżiljenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji tagħha. Dik ir-riforma kienet ibbażata l-iktar fuq standards internazzjonali maqbula fl-2010 mill-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (BCBS), magħrufa bħala l-qafas ta' Basel III. Fost il-ħafna miżuri tiegħu l-pakkett ta' riforma kien jinkludi l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), li saħħew ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment (istituzzjonijiet).

(2)

Filwaqt li r-riforma għamlet is-sistema finanzjarja iktar stabbli u reżiljenti kontra ħafna tipi ta' xokkijiet u kriżijiet possibbli fil-futur, ma indirizzatx il-problemi kollha identifikati. Raġuni importanti għal dan kienet li dak iż-żmien dawk li jiffissaw l-istandards internazzjonali, bħall-BCBS u l-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja (FSB), ma kinux temmew il-ħidma tagħhom fuq soluzzjonijiet miftiehma internazzjonalment biex jindirizzaw dawk il-problemi. Issa li tlestiet il-ħidma fuq riformi addizzjonali importanti, il-problemi pendenti għandhom jiġu indirizzati.

(3)

Fil-komunikazzjoni tagħha tal-24 ta' Novembru 2015 intitolata “Lejn it-tlestija tal-Unjoni Bankarja”, il-Kummissjoni rrikonoxxiet il-ħtieġa għal iktar tnaqqis fir-riskju u impenjat ruħha li tressaq proposta leġislattiva li tibni fuq l-istandards miftiehma internazzjonalment. Il-ħtieġa li jittieħdu iktar passi leġislattivi konkreti f'termini ta' tnaqqis tar-riskju fis-settur finanzjarju ġiet rikonoxxuta mill-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu tas-17 ta' Ġunju 2016 u mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Marzu 2016 dwar l-Unjoni Bankarja – Rapport Annwali 2015 (6).

(4)

Il-miżuri ta' tnaqqis fir-riskju mhux biss għandhom isaħħu iktar ir-reżiljenza tas-sistema bankarja Ewropea u l-kunfidenza tas-swieq fiha, iżda jipprovdu wkoll il-bażi għal iktar progress fit-tlestija tal-unjoni bankarja. Dawk il-miżuri għandhom jitqiesu wkoll fl-isfond ta' sfidi usa' li jaffettwaw l-ekonomija tal-Unjoni, b'mod partikolari l-ħtieġa li jiġu promossi t-tkabbir u l-impjiegi fi żminijiet ta' perspettiva ekonomika inċerta. F'dak il-kuntest, diversi inizjattivi ta' politika ewlenin, bħall-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa u l-unjoni tas-swieq kapitali, ġew imnedija sabiex isaħħu l-ekonomija tal-Unjoni. Għalhekk huwa importanti li l-miżuri kollha ta' tnaqqis fir-riskju jinteraġixxu bla xkiel ma' dawk l-inizjattivi ta' politika kif ukoll ma' riformi reċenti usa' fis-settur finanzjarju.

(5)

Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu ekwivalenti għal standards miftiehma internazzjonalment u jiżguraw l-ekwivalenza kontinwa tad-Direttiva 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 mal-qafas ta' Basel III. L-aġġustamenti fil-mira sabiex jirriflettu l-ispeċifiċitajiet tal-Unjoni u kunsiderazzjonijiet ta' politika usa' għandhom ikunu limitati f'termini ta' skop jew żmien sabiex ma jaffettwawx is-solidità globali tal-qafas prudenzjali.

(6)

Il-miżuri ta' tnaqqis fir-riskju eżistenti kif ukoll b'mod partikolari r-rekwiżiti ta' rappurtar u ta' divulgazzjoni għandhom jitjiebu wkoll biex jiġi żgurat li jkunu jistgħu jiġu applikati b'mod iktar proporzjonat u li ma joħolqux piż ta' konformità eċċessiv, b'mod speċjali għal istituzzjonijiet iżgħar u inqas kumplessi.

(7)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-proporzjonalità, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi jiġu definiti b'mod ċar u preċiż. Waħdu, livell limitu assolut uniformi wieħed ma jiħux kont tal-ispeċifiċitajiet tas-swieq bankarji nazzjonali. Huwa għalhekk meħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw id-diskrezzjoni tagħhom sabiex iġibu l-livell limitu konformi maċ-ċirkostanzi domestiċi u jaġġustawh 'l isfel kif xieraq. Peress li d-daqs ta' istituzzjoni waħdu mhuwiex deċiżiv għall-profil tar-riskju ta' istituzzjoni, jenħtieġ ukoll li jiġi żgurat, permezz ta' kriterji addizzjonali kwalitattivi, li istituzzjoni titqies biss bħala istituzzjoni żgħira u mhux kumplessa u tkun tista' tibbenefika minn regoli aktar proporzjonati meta l-istituzzjoni tissodisfa l-kriterji rilevanti kollha.

(8)

Il-proporzjonijiet ta' lieva finanzjarja jikkontribwixxu għall-preservazzjoni ta' stabbiltà finanzjarja billi jaġixxu ta' garanzija ta' kontinġenza għar-rekwiżiti kapitali bbażati fuq ir-riskju u billi jirrestrinġu l-akkumulazzjoni ta' lieva finanzjarja eċċessiv matul irkupri ekonomiċi. Il-BCBS irreveda l-istandard internazzjonali dwar il-proporzjon ta' lieva finanzjarja sabiex jispeċifika iktar ċerti aspetti tad-disinn ta' dak il-proporzjon. Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 jenħtieġ li jiġi allinjat mal-istandard rivedut sabiex jiżgura kondizzjonijiet ekwi internazzjonalment għall-istituzzjonijiet stabbiliti ġewwa l-Unjoni iżda li joperaw barra mill-Unjoni, u biex jiġi żgurat li l-proporzjon ta' lieva finanzjarja jibqa' komplement effettiv għar-rekwiżiti ta' fondi proprji bbażati fuq ir-riskju. Għalhekk, ir-rekwiżit ta' proporzjon ta' lieva finanzjarja għandu jiġi introdott biex jikkumplimenta s-sistema attwali ta' rappurtar u divulgazzjoni tal-proporzjon ta' lieva finanzjarja.

(9)

Sabiex ma jiġix ristrett bla bżonn is-self minn istituzzjonijiet lil kumpanniji u unitajiet domestiċi privati u biex jiġu evitati impatti ħżiena mhux iġġustifikati fuq il-likwidità tas-suq, ir-rekwiżit ta' proporzjon ta' lieva finanzjarja għandu jiġi stabbilit f'livell fejn jaġixxi ta' garanzija ta' kontinġenza kredibbli għar-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiv mingħajr ma jfixkel it-tkabbir ekonomiku.

(10)

L-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (ABE), stabbilita permezz tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), ikkonkludiet fir-rapport tagħha tat-3 ta' Awwissu 2016 dwar ir-rekwiżit tal-proporzjon ta' lieva finanzjarja li l-kapital tal-Grad 1 ikkalibrat f'livell ta' 3 % għal kwalunkwe tip ta' istituzzjoni ta' kreditu jikkostitwixxi funzjoni ta' garanzija ta' kontinġenza kredibbli. Intlaħaq ukoll qbil f' livell internazzjonali mill-BCBS dwar rekwiżit ta' proporzjon ta' lieva finanzjarja ta' 3 %. Ir-rekwiżit ta' proporzjon ta' lieva finanzjarja għandu għalhekk jiġi kkalibrat fil-livell ta' 3 %.

(11)

Ir-rekwiżit ta' proporzjon ta' lieva finanzjarja ta' 3 % madankollu jirrestrinġi ċerti mudelli kummerċjali u linji ta' negozju iktar minn oħrajn. B'mod partikolari, is-self pubbliku minn banek pubbliċi tal-iżvilupp u l-krediti għall-esportazzjoni appoġġati b'mod uffiċjali jintlaqtu b'mod sproporzjonat. Il-proporzjon ta' lieva finanzjarja għandu għalhekk jiġi aġġustat għal dawk it-tipi ta' skoperturi. Għalhekk jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji ċari li jgħinu fl-aċċertazzjoni tal-mandat pubbliku ta' tali istituzzjonijiet ta' kreditu u li jkopru aspetti bħall-istabbiliment tagħhom, it-tip ta' attivitajiet imwettqa, l-għan tagħhom, l-arranġamenti ta' garanzija mill-korpi pubbliċi u l-limiti għall-attivitajiet ta' teħid ta' depożiti. Il-forma u l-mod tal-istabbiliment ta' tali istituzzjonijiet ta' kreditu jenħtieġ li jibqgħu madankollu fid-diskrezzjoni tal-gvern ċentrali, il-gvern reġjonali jew l-awtorità lokali tal-Istat Membru u jistgħu jikkonsistu fl-istabbiliment ta' istituzzjoni ta' kreditu ġdida, l-akkwist jew it-teħid tal-kontroll, inkluż permezz ta' konċessjonijiet u fil-kuntest ta' proċedimenti ta' riżoluzzjoni, ta' entità diġà eżistenti, minn tali awtoritajiet pubbliċi.

(12)

Proporzjon ta' lieva finanzjarja ukoll ma għandux jimmina l-forniment ta' servizzi ta' kklerjar ċentrali mill-istituzzjonijiet lill-klijenti. Għalhekk, il-marġnijiet inizjali fuq tranżazzjonijiet tad-derivattivi kklerjati ċentralment li jirċievu l-istituzzjonijiet mill-klijenti tagħhom u li huma jgħaddu lill-kontropartijiet ċentrali (CCPs), għandhom jiġu esklużi mill-kejl tal-iskopertura totali.

(13)

F'ċirkostanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw l-esklużjoni ta' ċerti skoperturi għall-banek ċentrali mill-proporzjon ta' lieva finanzjarja u sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-politiki monetarji, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jkunu jistgħu jeskludu tali skoperturi mill-kejl tal-iskopertura totali fuq bażi temporanja. Għal dak l-għan, jenħtieġ li huma jiddikjaraw pubblikament, wara konsultazzjoni mal-bank ċentrali rilevanti, li tali ċirkostanzi eċċezzjonali jeżistu. Ir-rekwiżit ta' proporzjon ta' lieva finanzjarja għandu jiġi kalibrat mill-ġdid b'mod proporzjonat biex ipatti għall-impatt tal-esklużjoni. Tali rikalibrazzjoni jenħtieġ li tiżgura l-esklużjoni ta' riskji għall-istabbiltà finanzjarja li jaffettwaw is-setturi bankarji rilevanti, u li tinżamm ir-reżiljenza pprovduta mill-proporzjon ta' lieva finanzjarja.

(14)

Huwa xieraq li jiġi implimentat rekwiżit ta' buffer għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja għal istituzzjonijiet identifikati bħala istituzzjonijiet globali sistemikament importanti (G-SIIs) f'konformità mad-Direttiva 2013/36/UE u mal-istandard tal-BCBS dwar buffer għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja għal banek globali sistemikament importanti (G-SIBs) ippubblikat f'Diċembru 2017. Il-buffer għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja ġie ikkalibrat mill-BCBS għall-għan speċifiku li jtaffi r-riskji komparattivament akbar għall-istabbiltà finanzjarja maħluqin mill-G-SIBs u, f'dan il-kuntest, jenħtieġ li japplika biss għall-G-SIIs f'dan l-istadju. Madankollu, għandha ssir analiżi ulterjuri biex jiġi determinat jekk ikunx xieraq li jiġi applikat ir-rekwiżit ta' buffer għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja għal istituzzjonijiet sistemikament importanti oħrajn (O-SIIs), kif definit fid-Direttiva 2013/36/UE, u, jekk dan huwa l-każ, b'liema mod il-kalibrazzjoni jenħtieġ li tkun adattata għall-karatteristiċi speċifiċi ta' dawk l-istituzzjonijiet.

(15)

Fid-9 ta' Novembru 2015, l-FSB ippubblika d-Dokument dwar il-Kondizzjonijiet tal-Kapaċità Totali ta' Assorbiment tat-Telf (TLAC) (l-“istandard TLAC”) li ġie approvat mill-G20 fis-summit ta' Novembru 2015 fit-Turkija. L-istandard TLAC jeħtieġ li l-G-SIBs iżommu ammont suffiċjenti ta' obbligazzjonijiet li għandhom assorbiment tat-telf għoli (kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna) biex jiżguraw assorbiment tat-telf u rikapitalizzazzjoni f'każ ta' riżoluzzjoni mingħajr xkiel u malajr. L-istandard TLAC jenħtieġ li jiġi implimentat fil-liġi tal-Unjoni.

(16)

Fl-implimentazzjoni tal-istandard TLAC fil-liġi tal-Unjoni jeħtieġ li jiġi meqjus ir-rekwiżit minimu eżistenti speċifiku għall-istituzzjoni għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli (MREL), stipulat fid-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). Billi l-istandard TLAC u l-MREL isegwu l-istess objettiv li jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet ikollhom biżżejjed kapaċità ta' assorbiment tat-telf, jenħtieġ li ż-żewġ rekwiżiti ikunu elementi komplementari ta' qafas komuni. Operazzjonalment, il-livell minimu armonizzat tal-istandard TLAC għandu jiġi introdott fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 permezz ta' rekwiżit ġdid għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, filwaqt li ż-żieda speċifika għall-istituzzjoni għal G-SIIs u r-rekwiżit speċifiku għall-istituzzjoni għal dawk li mhumiex G-SIIs għandhom jiġu introdotti permezz ta' emendi mmirati għad-Direttiva 2014/59/UE u r-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). Id-dispożizzjonijiet li jintroduċu l-istandard TLAC fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 jenħtieġ li jinqraw flimkien mad-dispożizzjonijiet li huma introdotti fid-Direttiva 2014/59/UE u r-Regolament (UE) Nru 806/2014, u mad-Direttiva 2013/36/UE.

(17)

Skont l-istandard TLAC li jkopri biss G-SIBs, ir-rekwiżit minimu għal ammont suffiċjenti ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet li jassorbu ħafna t-telf introdott f'dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika biss għal G-SIIs. Madankollu, ir-regoli li jikkonċernaw l-obbligazzjonijiet eliġibbli introdotti f'dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw għall-istituzzjonijiet kollha, f'konformità mal-aġġustamenti u r-rekwiżiti komplementari stabbiliti fid-Direttiva 2014/59/UE.

(18)

F'konformità mal-istandard TLAC, ir-rekwiżit għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għandu japplika għal entitajiet ta' riżoluzzjoni li jew huma G-SIIs huma stess jew huma parti minn grupp identifikat bħala G-SII. Ir-rekwiżit għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għandu japplika jew fuq bażi individwali jew fuq bażi konsolidata, skont jekk dawn l-entitajiet ta' riżoluzzjoni humiex istituzzjonijiet awtonomi mingħajr sussidjarji, jew impriżi prinċipali.

(19)

Id-Direttiva 2014/59/UE tippermetti li l-għodod tar-riżoluzzjoni jintużaw mhux biss għal istituzzjonijiet iżda wkoll għal kumpanniji holding finanzjarji u kumpanniji holding finanzjarji mħallta. Il-kumpanniji holding finanzjarji prinċipali u l-kumpanniji holding finanzjarji prinċipali mħallta għandhom għalhekk ikollhom biżżejjed kapaċità ta' assorbiment tat-telf bl-istess mod bħall-istituzzjonijiet prinċipali.

(20)

Biex tiġi żgurata l-effettività tar-rekwiżit għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, huwa essenzjali li l-istrumenti li jinżammu biex jiġi ssodisfat dak ir-rekwiżit ikollhom kapaċità għolja ta' assorbiment tat-telf. L-obbligazzjonijiet li huma esklużi mill-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna msemmija fid-Direttiva 2014/59/UE ma għandhomx dik il-kapaċità, u lanqas ma għandhom obbligazzjonijiet oħra li, għalkemm għandhom kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna fil-prinċipju jistgħu jiltaqgħu ma' diffikultajiet biex issir ir-rikapitalizzazzjoni interna fil-prattika. Dawk l-obbligazzjonijiet għandhom għalhekk ma jitqisux eliġibbli għar-rekwiżit għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli. Min-naħa l-oħra, l-istrumenti kapitali, kif ukoll l-obbligazzjonijiet subordinati għandhom kapaċità għolja ta' assorbiment tat-telf. Barra minn hekk, il-potenzjal għall-assorbiment tat-telf ta' obbligazzjonijiet li jikklassifikaw pari passu ma' ċerti obbligazzjonijiet esklużi għandu jiġi rikonoxxut sa ċertu punt, f'konformità mal-istandard TLAC.

(21)

Biex jiġi evitat l-għadd doppju ta' obbligazzjonijiet għall-finijiet tar-rekwiżit għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, għandhom jiġu introdotti regoli għat-tnaqqis ta' holdings ta' elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli li jirriflettu l-approċċ ta' tnaqqis korrispondenti diġà żviluppat fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal strumenti kapitali. Taħt dak l-approċċ, il-holdings ta' strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli għandhom l-ewwel jitnaqqsu mill-obbligazzjonijiet eliġibbli u, sakemm ma jkunx hemm biżżejjed obbligazzjonijiet, dawk l-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli jenħtieġ li jitnaqqsu mill-istrumenti tal-Grad 2.

(22)

L-istandard TLAC fih xi kriterji ta' eliġibbiltà għall-obbligazzjonijiet li huma iktar stretti mill-kriterji ta' eliġibbiltà attwali għall-istrumenti kapitali. Biex tiġi żgurata l-konsistenza, il-kriterji ta' eliġibbiltà għall-istrumenti kapitali għandhom jiġu allinjati fir-rigward tan-nuqqas ta' eliġibbiltà ta' strumenti maħruġa permezz ta' entitajiet bi skop speċjali mill-1 ta' Jannar 2022.

(23)

Jenħtieġ li jiġi previst proċess ċar u trasparenti ta' approvazzjoni għal strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 li jistgħu jikkontribwixxu biex tinżamm il-kwalità għolja ta' dawk l-istrumenti. Għal dak l-għan, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jkunu responsabbli għall-approvazzjoni ta' dawk l-istrumenti qabel ma l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu jikklassifikawhom bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1. Madankollu, ma jenħtieġx li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom permess minn qabel ta' strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 li jkunu maħruġa abbażi ta' dokumentazzjoni legali diġà approvata mill-awtorità kompetenti u rregolata minn sostanzjalment l-istess dispożizzjonijiet bħal dawk li jirregolaw l-istrumenti kapitali li għalihom l-istituzzjoni rċeviet permess minn qabel mill-awtorità kompetenti biex tikklassifikahom bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1. F'każ bħal dan, minflok ma jitolbu approvazzjoni minn qabel, għandu jkun possibbli għall-istituzzjonijiet li jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom dwar l-intenzjoni tagħhom li joħorġu strumenti bħal dawn. Jenħtieġ li jagħmlu dan fi żmien biżżejjed qabel il-klassifikazzjoni tal-istrumenti bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 biex jagħtu ċans lill-awtoritajiet kompetenti biex jirrieżaminaw l-istrumenti jekk neċessarju. Minħabba r-rwol tal-ABE fil-konverġenza ulterjuri tal-prattiki superviżorji u t-tisħiħ tal-kwalità tal-istrumenti ta' fondi proprji, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonsultaw lill-ABE qabel ma japprovaw kwalunkwe forma ġdida ta' strument ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1.

(24)

L-istrumenti kapitali huma eliġibbli bħala Strumenti Addizzjonali ta' Grad 1 jew ta' Grad 2 għajr sa fejn dawn ikunu konformi mal-kriterji rilevanti ta' eliġibbiltà. Tali strumenti kapitali jistgħu jikkonsistu f'ekwità jew obbligazzjonijiet, inkluż self subordinat li jissodisfa dawk il-kriterji.

(25)

Strumenti kapitali jew partijiet ta' strumenti kapitali għandhom ikunu eliġibbli biss biex jikkwalifikaw bħala strumenti ta' fondi proprji sal-punt li huma mħallsa totalment. Sakemm partijiet ta' strument ma jkunux imħallsa totalment, dawk il-partijiet ma għandhomx ikunu eliġibbli biex jikkwalifikaw bħala strumenti ta' fondi proprji.

(26)

Strumenti ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli ma għandhomx ikunu soġġetti għal arranġamenti ta' tpaċija jew ta' netting li jimminaw il-kapaċità tagħhom ta' assorbiment tat-telf f'każ ta' riżoluzzjoni. Dan ma għandux ifisser li d-dispożizzjonijiet kuntrattwali li jirregolaw l-obbligazzjonijiet jenħtieġ li jinkludu klawżola li tiddikjara espliċitament li l-istrument mhux soġġett għal drittijiet ta' tpaċija jew ta' netting.

(27)

Minħabba l-evoluzzjoni tas-settur bankarju f'ambjent saħansitra aktar diġitali, is-softwer qiegħed isir tip ta' assi iktar importanti. Assi ta' softwer valutati b'mod prudenti, li l-valur tagħhom mhux materjalment affettwat mir-riżoluzzjoni, l-insolvenza jew il-likwidazzjoni ta' istituzzjoni jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għat-tnaqqis ta' assi intanġibbli mill-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1. Dik l-ispeċifikazzjoni hija importanti peress li s-softwer huwa kunċett wiesa' li jkopri diversi tipi ta' assi li mhux kollha jippreservaw il-valur tagħhom f'sitwazzjoni ta' negozju mhux avvjat. F'dak il-kuntest, jenħtieġ li jitqiesu differenzi fil-valutazzjoni u l-amortizzazzjoni ta' assi ta' softwer u l-bejgħ realizzat ta' tali assi. Barra minn hekk, jenħtieġ li tingħata konsiderazzjoni lill-iżviluppi internazzjonali u d-differenzi fit-trattament regolatorju ta' investimenti f'softwer, lir-regoli prudenzjali differenti li japplikaw għal istituzzjonijiet u impriżi tal-assigurazzjoni, u lid-diversità tas-settur finanzjarju fl-Unjoni inkluż entitajiet mhux regolati bħal pereżempju l-kumpanniji teknoloġiċi finanzjarji.

(28)

Sabiex jiġu evitati effetti ta' preċipizju, jenħtieġ li tiġi prevista klawżola ta' anterjorità għall-istrumenti eżistenti fir-rigward ta' ċerti kriterji ta' eliġibbiltà. Għal obbligazzjonijiet maħruġa qabel is-27 ta' Ġunju 2019, ċerti kriterji ta' eliġibbiltà għall-istrumenti ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli jenħtieġ li jiġu rinunzjati. Jenħtieġ li tali anterjorità tapplika kemm għall-obbligazzjonijiet li jgħoddu, meta applikabbli, għall-porzjoni subordinata tat-TLAC u l-porzjoni subordinata tal-MREL skont id-Direttiva 2014/59/UE, kif ukoll għall-obbligazzjonijiet li jgħoddu, meta applikabbli, għall-porzjoni mhux subordinata tat-TLAC, u għall-porzjoni mhux subordinata tal-MREL skont id-Direttiva 2014/59/UE. Għal strumenti ta' fondi proprji, l-anterjorità jenħtieġ li tintemm fit-28 ta' Ġunju 2025.

(29)

Strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli, inkluż dawk li għandhom maturità residwa ta' anqas minn sena, jistgħu jinfdew biss wara li l-awtorità ta' riżoluzzjoni tkun tat il-permess tagħha minn qabel. Tali permess minn qabel jista' wkoll ikun permess ġenerali minn qabel, f'liema każ it-tifdija tkun trid isseħħ fi ħdan il-perijodu ta' żmien limitat u għal ammont predeterminat kopert minn dan il-permess ġenerali minn qabel.

(30)

Sa mill-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istandard internazzjonali dwar it-trattament prudenzjali tal-iskoperturi tal-istituzzjonijiet għas-CCPs ġie emendat sabiex jittejjeb it-trattament tal-iskoperturi tal-istituzzjonijiet għas-CCPs kwalifikanti (QCCPs). Reviżjonijiet notevoli ta' dak l-istandard kienu jinkludu l-użu ta' metodu uniku għad-determinazzjoni tar-rekwiżit ta' fondi proprji għal skoperturi minħabba l-kontribuzzjonijiet għall-fond ta' inadempjenza, limitu massimu espliċitu fuq ir-rekwiżiti globali ta' fondi proprji applikati għal skoperturi għall-QCCPs, u approċċ iktar sensittiv għar-riskju għall-kopertura tal-valur tad-derivattivi fil-kalkolu tar-riżorsi ipotetiċi ta' QCCP. Fl-istess ħin, it-trattament ta' skoperturi għal CCPs mhux kwalifikanti ma nbidilx. Billi l-istandards internazzjonali riveduti introduċew trattament li huwa iktar adatt għall-ambjent ta' kklerjar ċentrali, il-liġi tal-Unjoni għandha tiġi emendata biex tinkorpora dawk l-istandards.

(31)

Sabiex jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet jiġġestixxu b'mod adegwat l-iskoperturi tagħhom fil-forma ta' unitajiet jew ishma f'impriżi ta' investiment kollettiv (CIUs), ir-regoli li jiddeskrivu fid-dettall it-trattament ta' dawk l-iskoperturi għandhom ikunu sensittivi għar-riskju u għandhom jippromwovu t-trasparenza fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti tas-CIUs. Il-BCBS għalhekk adotta standard rivedut li jistabbilixxi ġerarkija ċara ta' approċċi biex jiġu kkalkulati l-ammonti ta' skoperturi mwieżna għar-riskju għal dawk l-iskoperturi. Dik il-ġerarkija tirrifletti l-grad ta' trasparenza fuq l-iskoperturi sottostanti. Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandu jiġi allinjat ma' dawk ir-regoli miftiehma internazzjonalment.

(32)

Għal istituzzjoni li tipprovdi impenn ta' valur minimu għall-benefiċċju aħħari tal-klijenti mhux professjonali għal investiment f'unità jew sehem f'CIU inkluż bħala parti minn skema ta' pensjoni privata sponsorjata mill-gvern, l-ebda pagament mill-istituzzjoni jew l-impriża inkluż fl-istess ambitu ta' konsolidazzjoni prudenzjali ma huwa meħtieġ sakemm il-valur tal-ishma tal-klijent jew l-unitajiet fis-CIU jaqgħu taħt l-ammont garantit f'punt wieħed jew aktar ta' żmien speċifikati fil-kuntratt. Il-probabbiltà tal-eżerċizzju tal-impenn hija għalhekk baxxa fil-prattika. Fejn l-impenn ta' valur minimu ta' istituzzjoni huwa limitat għal perċentwal tal-ammont li klijent kien investa oriġinarjament f'ishma jew unitajiet f'CIU (impenn ta' valur minimu b'ammont fiss) jew għal ammont li jiddependi fuq il-prestazzjoni ta' indikaturi finanzjarji jew indiċi tas-suq sa ħin stabbilit, kwalunkwe differenza pożittiva bejn il-valur tal-ishma jew l-unitajiet tal-klijent u l-valur attwali tal-ammont garantit f'data partikolari tikkostitwixxi buffer u tnaqqas ir-riskju li l-istituzzjoni jkollha tħallas l-ammont garantit. Dawk ir-raġunijiet kollha jiġġustifikaw fattur tal-konverżjoni mnaqqas.

(33)

Għall-kalkolu tal-valur tal-iskopertura ta' tranżazzjonijiet ta' derivattivi taħt il-qafas tar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti, ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 attwalment jagħti lill-istituzzjonijiet l-għażla bejn tliet approċċi standardizzati differenti: il-Metodu Standardizzat (SM), il-Metodu ta' Valwazzjoni Skont is-Suq (MtMM) u l-Metodu ta' Skopertura Oriġinali (OEM).

(34)

Dawk l-approċċi standardizzati madankollu ma jirrikonoxxux b'mod xieraq in-natura tat-tnaqqis tar-riskju tal-kollateral fl-iskoperturi. Il-kalibrazzjonijiet tagħhom huma skaduti u ma jirriflettux il-livell għoli ta' volatilità osservat matul il-kriżi finanzjarja. Lanqas ma jirrikonoxxu l-benefiċċji ta' netting b'mod xieraq. Biex jiġu indirizzati dawk in-nuqqasijiet, il-BCBS iddeċieda li jissostitwixxi l-SM u l-MtMM b'approċċ standardizzat ġdid biex jiġi kkalkulat il-valur tal-iskopertura tal-iskoperturi għad-derivattivi, l-hekk imsejjaħ Approċċ Standardizzat għar-Riskju ta' Kreditu tal-Kontroparti (SA-CCR). Billi l-istandards internazzjonali riveduti introduċew approċċ standardizzat ġdid li huwa iktar adatt għall-ambjent ta' kklerjar ċentrali, il-liġi tal-Unjoni għandha tiġi emendata biex tinkorpora dawk l-istandards.

(35)

L-SA-CCR huwa iktar sensittiv għar-riskju mill-SM u l-MtMM u għalhekk għandu jwassal għal rekwiżiti ta' fondi proprji li jirriflettu aħjar ir-riskji relatati ma' tranżazzjonijiet tad-derivattivi tal-istituzzjonijiet. Fl-istess ħin, għal xi wħud mill-istituzzjonijiet li bħalissa jużaw l-MtMM, l-SA-CCR jista' jkun wisq kumpless u ta' piż biex jimplimentawh. Għall-istituzzjonijiet li jissodisfaw kriterji ta' eliġibbiltà predefiniti, u għal istituzzjonijiet li huma parti minn grupp li jissodisfa dawk il-kriterji fuq bażi konsolidata, jenħtieġ li tiġi introdotta verżjoni ssimplifikata tal-SA-CCR (l-“SA-CCR issimplifikat”). Billi tali verżjoni ssimplifikata ser tkun inqas sensittiva għar-riskju mill-SA-CCR, din għandha tiġi kkalibrata kif xieraq sabiex jiġi żgurat li ma tissottovalutax il-valur tal-iskopertura tat-tranżazzjonijiet tad-derivattivi.

(36)

Għal istituzzjonijiet li għandhom skoperturi għad-derivattivi limitati u li bħalissa jużaw l-MtMM jew l-OEM, kemm l-SA-CCR kif ukoll l-SA-CCR issimplifikat jistgħu jkunu wisq kumplessi biex jiġu implimentati. Jenħtieġ għalhekk li l-OEM jiġi riservat bħala approċċ alternattiv għal dawk l-istituzzjonijiet li jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà predefiniti, u għal istituzzjonijiet li huma parti minn grupp li jissodisfa dawk il-kriterji fuq bażi konsolidata, iżda jenħtieġ li jiġi rivedut sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet ewlenin tiegħu.

(37)

Biex l-istituzzjoni tiġi ggwidata fl-għażla tagħha ta' approċċi permessi għandhom jiġu introdotti kriterji ċari. Dawk il-kriterji għandhom ikunu bbażati fuq id-daqs tal-attivitajiet derivattivi ta' istituzzjoni li jindika l-grad ta' sofistikazzjoni li istituzzjoni għandha tkun kapaċi tikkonforma miegħu biex tikkalkula l-valur tal-iskopertura.

(38)

Matul il-kriżi finanzjarja, it-telf fil-portafoll tan-negozjar għal xi istituzzjonijiet stabbiliti fl-Unjoni kien sostanzjali. Għal xi wħud minnhom, il-livell ta' kapital meħtieġ kontra dak it-telf wera li ma kienx biżżejjed, u wassalhom biex ifittxu appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju. Dawk l-osservazzjonijiet wasslu lill-BCBS biex ineħħi għadd ta' dgħufijiet mit-trattament prudenzjali għall-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar li huma r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq.

(39)

Fl-2009, l-ewwel sett ta' riformi ġie ffinalizzat fil-livell internazzjonali u ġie traspost fil-liġi tal-Unjoni permezz tad-Direttiva 2010/76/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). Madankollu, ir-riforma tal-2009 ma indirizzatx d-dgħufijiet strutturali tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għall-istandards tar-riskju tas-suq. In-nuqqas ta' ċarezza dwar il-konfini bejn il-portafoll tan-negozjar u dak bankarju wassal għal opportunitajiet ta' arbitraġġ regolatorju filwaqt li n-nuqqas ta' sensittività għar-riskju tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq ma ppermettiex li tiġi koperta l-firxa sħiħa ta' riskji li għalihom kienu esposti l-istituzzjonijiet.

(40)

Il-BCBS tat bidu għar-rieżami fundamentali tal-portafoll tan-negozjar (FRTB) biex jiġu indirizzati d-dgħufijiet strutturali tar-rekwiżiti għal fondi proprji għall-istandards tar-riskju tas-suq. Dik il-ħidma wasslet għall-pubblikazzjoni f'Jannar 2016 ta' qafas rivedut tar-riskji tas-suq. F'Diċembru 2017, il-Grupp tal-Gvernaturi tal-Banek Ċentrali u l-Kapijiet tas-Superviżjoni qablu li jestendu d-data ta' implimentazzjoni tal-qafas rivedut tar-riskji tas-suq, sabiex jagħtu lill-istituzzjonijiet żmien addizzjonali biex jiżviluppaw l-infrastruttura tas-sistemi neċessarja iżda anke biex il-BCBS jindirizza ċerti kwistjonijiet speċifiċi relatati mal-qafas. Dan jinkludi rieżami tal-kalibrazzjonijiet tal-approċċi mudell standardizzati u interni biex tiġi żgurata l-konsistenza mal-aspettattivi oriġinali tal-BCBS. Hekk kif jiġi ffinalizzat dan ir-rieżami, u qabel ma titwettaq valutazzjoni tal-impatt biex jiġu vvalutati l-impatti fuq istituzzjonijiet fl-Unjoni tar-reviżjonijiet li jirriżultaw għall-qafas FRTB, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet kollha li jkunu soġġetti għall-qafas FRTB fl-Unjoni jibdew jirrapportaw il-kalkoli derivati mill-approċċ standardizzat rivedut. Għal dak il-għan, sabiex tagħmel il-kalkoli għar-rekwiżiti ta' rappurtar kompletament operazzjonali f'konformità mal-iżviluppi internazzjonali, is-setgħa li jiġi adottat att f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tadotta dak l-att delegat sal-31 ta' Diċembru 2019. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jibdew jirrappurtaw dak il-kalkolu mhux aktar tard minn sena wara l-adozzjoni ta' dak l-att delegat. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet li jiksbu approvazzjoni biex jużaw approċċ mudell intern rivedut tal-qafas FRTB għal finijiet ta' rappurtar jirrappurtaw ukoll il-kalkolu skont l-approċċ mudell intern tliet snin wara li jsir operazzjonali għalkollox.

(41)

Jenħtieġ li l-introduzzjoni ta' rekwiżiti ta' rappurtar għall-approċċi FRTB titqies bħala l-ewwel pass lejn l-implimentazzjoni sħiħa tal-qafas FRTB fl-Unjoni. B'kont meħud tar-reviżjonijiet finali tal-qafas FRTB imwettqa mill-BCBS, ir-riżultati tal-impatt ta' dawk ir-reviżjonijiet fuq l-istituzzjonijiet fl-Unjoni u fuq l-approċċi FRTB diġà stabbiliti f'dan ir-Regolament għal rekwiżiti ta' rappurtar, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta, fejn xieraq, proposta leġislattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-30 ta' Ġunju 2020 dwar kif għandu jiġi implimentat il-qafas FRTB fl-Unjoni biex jiġu stabbiliti r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq.

(42)

Jenħtieġ li trattament proporzjonali għar-riskju tas-suq japplika wkoll għal istituzzjonijiet b'attivitajiet limitati fil-portafoll tan-negozjar, biex jippermetti iktar istituzzjonijiet b'attivitajiet żgħar ta' portafoll tan-negozjar li japplikaw il-qafas tar-riskju ta' kreditu għall-pożizzjonijiet tal-portafoll bankarju kif stabbilit taħt verżjoni riveduta tad-deroga għan-negozju żgħir fil-portafoll tan-negozjar. Jenħtieġ li jittieħed ukoll kont tal-prinċipju ta' proporzjonalità meta l-Kummissjoni tivvaluta mill-ġdid kif l-istituzzjonijiet b'portafolli tan-negozjar ta' daqs medju għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-kalibrazzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq għall-istituzzjonijiet b'portafoll tan-negozjar ta' daqs medju tiġi rieżaminata fid-dawl tal-iżviluppi fil-livell internazzjonali. Sadanittant, istituzzjonijiet b'portafoll tan-negozjar ta' daqs medju, kif ukoll istituzzjonijiet b'portafoll tan-negozjar ta' daqs żgħir, jenħtieġ li jiġu eżentati mir-rekwiżiti ta' rappurtar taħt l-FRTB.

(43)

Il-qafas ta' skoperturi kbar għandu jissaħħaħ biex tittejjeb il-kapaċità tal-istituzzjonijiet li jassorbu t-telf u biex ikun hemm konformità aħjar mal-istandards internazzjonali. Għal dak il-għan, kwalità ogħla ta' kapital għandha tintuża bħala l-bażi kapitali għall-kalkolu tal-limitu ta' skoperturi kbar u l-iskoperturi għal derivattivi tal-kreditu għandhom jiġu kkalkulati f'konformità mal-SA-CCR. Barra minn hekk, il-limitu fuq l-iskoperturi li l-G-SIIs jista' jkollhom għal G-SIIs oħra għandu jitbaxxa biex jonqsu r-riskji sistemiċi relatati ma' interkonnessjonijiet bejn istituzzjonijiet kbar u l-impatt li l-inadempjenza tal-kontroparti tal-G-SIIs jista' jkollha fuq l-istabbiltà finanzjarja.

(44)

Filwaqt li l-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità (LCR) jiżgura li l-istituzzjonijiet ser ikunu kapaċi jifilħu għal stress qawwi fuq żmien qasir, ma jiżgurax li dawk l-istituzzjonijiet ser ikollhom struttura ta' finanzjament stabbli fuq perijodu ta' żmien itwal. Għalhekk qed jidher biċ-ċar li għandu jiġi żviluppat rekwiżit iddettaljat vinkolanti ta' finanzjament stabbli fil-livell tal-Unjoni li għandu jiġi ssodisfat il-ħin kollu bil-għan li jiġu evitati diskrepanzi fil-maturità eċċessivi bejn l-assi u l-obbligazzjonijiet u dipendenza żejda fuq finanzjament tal-operaturi fuq żmien qasir.

(45)

B'konsistenza mal-istandard tal-finanzjament stabbli tal-BCBS, għalhekk, jenħtieġ li jiġu adottati regoli biex jiddefinixxu r-rekwiżit ta' finanzjament stabbli bħala proporzjon tal-ammont ta' finanzjament stabbli disponibbli tal-istituzzjoni għall-ammont tagħha ta' finanzjament stabbli meħtieġ fuq perijodu ta' sena. Dak ir-rekwiżit vinkolanti jenħtieġ li jissejjaħ ir-rekwiżit ta' ffinanzjar stabbli nett (NSFR). L-ammont ta' finanzjament stabbli disponibbli għandu jiġi kkalkulat billi jiġu mmultiplikati l-obbligazzjonijiet u l-fondi proprji tal-istituzzjoni b'fatturi xierqa li jirriflettu l-grad ta' affidabbiltà tagħhom fuq il-perijodu ta' sena tal-NSFR. L-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ għandu jiġi kkalkulat billi jiġu mmultiplikati l-assi u l-iskoperturi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni b'fatturi xierqa li jirriflettu l-karatteristiċi tal-likwidità tagħhom u l-maturitajiet residwi fuq il-perijodu ta' sena tal-NSFR.

(46)

L-NSFR għandu jiġi espress bħala perċentwal u jiġi stabbilit f'livell minimu ta' 100 %, li jindika li istituzzjoni għandha biżżejjed finanzjament stabbli biex tissodisfa l-ħtiġijiet ta' finanzjament tagħha fuq perijodu ta' sena taħt kondizzjonijiet kemm normali kif ukoll ta' stress. Jekk l-NSFR tagħha jaqa' taħt il-livell ta' 100 %, l-istituzzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 għar-restawr f'waqtu tal-NSFR tagħha għal-livell minimu. L-applikazzjoni tal-miżuri superviżorji fil-każijiet ta' nuqqas ta' konformità mar-rekwiżit tal-NSFR jenħtieġ li ma tkunx awtomatika. L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ minflok li jivvalutaw ir-raġunijiet għan-nuqqas ta' konformità mar-rekwiżit tal-NSFR qabel ma jiġu definiti l-miżuri superviżorji potenzjali.

(47)

Skont ir-rakkomandazzjonijiet li saru mill-ABE fir-rapport tagħha tal-15 ta' Diċembru 2015, dwar ir-rekwiżiti ta' finanzjament stabbli nett skont l-Artikolu 510 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ir-regoli għall-kalkolu tal-NSFR għandhom jiġu allinjati mill-qrib mal-istandards tal-BCBS, inkluż żviluppi f'dawk l-istandards rigward it-trattament ta' tranżazzjonijiet derivattivi. Il-ħtieġa li jitqiesu xi speċifiċitajiet Ewropej biex jiġi żgurat li r-rekwiżit tal-NSFR ma jfixkilx il-finanzjament tal-ekonomija reali Ewropea madankollu tiġġustifika l-adozzjoni ta' xi aġġustamenti għall-NSFR żviluppati mill-BCBS għad-definizzjoni tar-rekwiżit tal-NSFR Ewropew. Dawk l-aġġustamenti minħabba l-kuntest Ewropew huma rakkomandati mill-ABE u jirrelataw prinċipalment għal trattamenti speċifiċi għal mudelli pass-through b'mod ġenerali u l-ħruġ ta' bonds koperti b'mod partikolari; attivitajiet ta' finanzjament tal-kummerċ; tfaddil regolat ċentralizzat; self garantit residenzjali; unjonijiet tal-kreditu; is-CCPs u d-depożitorji ċentrali tat-titoli (CSDs) li ma jwettqu l-ebda trasformazzjoni sinifikanti tal-maturità. Dawk it-trattamenti speċifiċi proposti jirriflettu b'mod wiesa' t-trattament preferenzjali mogħti lil dawk l-attivitajiet fl-LCR Ewropew meta mqabbel mal-LCR żviluppat mill-BCBS. Billi l-NSFR jikkomplementa l-LCR, dawk iż-żewġ proporzjonijiet għandhom ikunu konsistenti fid-definizzjoni u fil-kalibrazzjoni tagħhom. Dan huwa b'mod partikolari l-każ għal fatturi tal-finanzjament stabbli meħtieġ applikati għal assi likwidi ta' kwalità għolja tal-LCR għall-kalkolu tal-NSFR li jenħtieġ li jirriflettu d-definizzjonijiet u l-haircuts tal-LCR Ewropew, irrispettivament mill-konformità mar-rekwiżiti ġenerali u operazzjonali stabbiliti għall-kalkolu tal-LCR li mhumiex xierqa fil-perijodu ta' żmien ta' sena tal-kalkolu tal-NSFR.

(48)

Lil hinn mill-ispeċifiċitajiet Ewropej, it-trattament ta' tranżazzjonijiet derivattivi fl-NSFR żviluppati mill-BCBS jista' jkollu impatt importanti fuq l-attivitajiet derivattivi tal-istituzzjonijiet u, konsegwentement, fuq is-swieq finanzjarji Ewropej u fuq l-aċċess għal xi operazzjonijiet għall-utenti finali. It-tranżazzjonijiet derivattivi u xi tranżazzjonijiet interkonnessi, inkluż attivitajiet ta' kklerjar, jistgħu jiġu milquta indebitament u b'mod sproporzjonat mill-introduzzjoni tal-NSFR żviluppati mill-BCBS mingħajr ma jkunu ġew soġġetti għal studji tal-impatt kwantitattivi estensivi u konsultazzjoni pubblika. Ir-rekwiżit addizzjonali biex jinżamm bejn 5 % u 20 % ta' finanzjament stabbli kontra obbligazzjonijiet derivattivi gross huwa ġeneralment meqjus bħala miżura mhux preċiża li tindividwa r-riskji ta' finanzjament addizzjonali relatati maż-żieda potenzjali ta' obbligazzjonijiet derivattivi fuq perijodu ta' sena u huwa soġġett għal rieżami fil-livell tal-BCBS. Dak ir-rekwiżit, imdaħħal f'livell ta' 5 % f'konformità mad-diskrezzjoni li tħalliet f'idejn il-ġurisdizzjonijiet mill-BCBS biex jitnaqqas il-fattur tal-finanzjament stabbli meħtieġ fuq obbligazzjonijiet derivattivi gross, jista' mbagħad jiġi emendat biex jieħu kont tal-iżviluppi fil-livell tal-BCBS u biex jevita konsegwenzi possibbli mhux intenzjonati bħat-tfixkil tal-funzjonament tajjeb tas-swieq finanzjarji Ewropej u l-forniment ta' għodda għall-hedging tar-riskju lil istituzzjonijiet u utenti finali, inkluż kumpanniji, biex jiġi żgurat il-finanzjament tagħhom bħala objettiv tal-unjoni tas-swieq kapitali.

(49)

It-trattament asimetriku tal-BCBS tal-finanzjament fuq żmien qasir, bħar-riakkwisti (il-finanzjament stabbli mhux rikonoxxut) u s-self fuq żmien qasir, bħar-riakkwisti inversi (xi finanzjament stabbli meħtieġ – 10 % jekk kollateralizzat b'assi likwidi ta' kwalità għolja ta' livell 1 (HQLA) kif iddefiniti f'LCR u 15 % għal tranżazzjonijiet oħra) għal klijenti finanzjarji huwa maħsub biex jiskoraġġixxi r-rabtiet estensivi ta' finanzjament fuq żmien qasir bejn klijenti finanzjarji peress li tali rabtiet huma sors ta' interkonnessjoni u jagħmluha iktar diffiċli li istituzzjoni partikolari tiġi riżolta mingħajr kontaġju tar-riskju għall-bqija tas-sistema finanzjarja fil-każ ta' falliment. Madankollu, il-kalibrazzjoni tal-asimetrija hija konservattiva u tista' taffettwa l-likwidità tat-titoli normalment użati bħala kollateral fi tranżazzjonijiet fuq medda qasira ta' żmien, b'mod partikolari l-bonds sovrani, billi l-istituzzjonijiet probabbilment inaqqsu l-volum tal-operazzjonijiet tagħhom fuq is-swieq ta' riakkwist. Tista' wkoll timmina l-attivitajiet ta' ġenerazzjoni tas-suq, għaliex is-swieq ta' riakkwist jiffaċilitaw il-ġestjoni tal-inventarju meħtieġ, biex b'hekk jikkontradixxu l-objettivi tal-unjoni tas-swieq kapitali. Sabiex jippermetti biżżejjed ħin għall-istituzzjonijiet biex jadattaw progressivament għal dik il-kalibrazzjoni konservattiva, jenħtieġ li jiġi introdott perijodu ta' tranżizzjoni, li matulu l-fatturi tal-finanzjament stabbli meħtieġ jitnaqqsu temporanjament. Id-daqs tat-tnaqqis temporanju fil-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġa jenħtieġ li jiddependi fuq it-tipi ta' tranżazzjonijiet u fuq it-tip ta' kollateral użat f'dawk it-tranżazzjonijiet.

(50)

Minbarra r-rikalibrazzjoni temporanja tal-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ tal-BCBS li japplika għal tranżazzjonijiet ta' riakkwisti inversi fuq perijodu qasir ma' klijenti finanzjarji assigurati b'bonds sovrani, xi aġġustamenti oħra wrew li kienu meħtieġa biex jiżguraw li l-introduzzjoni tar-rekwiżit tal-NSFR ma tfixkilx il-likwidità tas-swieq tal-bonds sovrani. Il-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ tal-BCBS ta' 5 % li japplika għall-HQLA ta' livell 1, inkluż il-bonds sovrani, jimplika li istituzzjonijiet ikollhom iżommu finanzjament mhux assigurat fit-tul disponibbli faċilment f'tali perċentwal irrispettivament miż-żmien li matulu jistennew li jżommu dawn il-bonds sovrani. Dan jista' potenzjalment jinċentiva iktar lill-istituzzjonijiet jiddepożitaw flus f'banek ċentrali iktar milli jaġixxu ta' negozjanti primarji u jipprovdu likwidità fis-swieq tal-bonds sovrani. Barra minn hekk, mhuwiex konsistenti mal-LCR li jirrikonoxxi l-likwidità sħiħa ta' dawk l-assi anke fi żmien ta' pressjoni qawwija fuq il-likwidità (haircut ta' 0 %). Il-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ tal-HQLA ta' livell 1 kif iddefinit f'LCR Ewropew, bl-eċċezzjoni ta' bonds koperti ta' kwalità estremament għolja, għandu għalhekk jitnaqqas minn 5 % għal 0 %.

(51)

Barra minn hekk, l-HQLA ta' livell 1 kollha kif iddefiniti f'LCR Ewropew, bl-eċċezzjoni ta' bonds koperti ta' kwalità estremament għolja, riċevuti bħala marġnijiet ta' varjazzjoni f'kuntratti tad-derivattivi jenħtieġ li jpattu għall-assi derivattivi filwaqt li l-NSFR żviluppat mill-BCBS jaċċetta biss il-flus biex jirrispetta l-kondizzjonijiet tal-qafas ta' lieva finanzjarja għall-kumpens ta' assi derivattivi. Dak ir-rikonoxximent usa' ta' assi riċevuti bħala marġnijiet ta' varjazzjoni ser jikkontribwixxi għal-likwidità tas-swieq tal-bonds sovrani, biex jiġi evitat li jiġu ppenalizzati l-utenti finali li jżommu ammonti kbar ta' bonds sovrani iżda ftit flus (bħal fondi ta' pensjoni) u biex jiġi evitat li jiżdiedu tensjonijiet addizzjonali fuq id-domanda għall-flus fis-swieq ta' riakkwist.

(52)

Ir-rekwiżit tal-NSFR għandu japplika għal istituzzjonijiet kemm fuq bażi individwali kif ukoll fuq bażi konsolidata, sakemm l-awtoritajiet kompetenti ma jirrinunzjawx għall-applikazzjoni tar-rekwiżit tal-NSFR fuq bażi individwali. Meta l-applikazzjoni tar-rekwiżit tal-NSFR fuq bażi individwali ma tkunx ġiet irrinunzjata, it-tranżazzjonijiet bejn żewġ istituzzjonijiet li jappartjenu għall-istess grupp jew għall-istess skema ta' protezzjoni istituzzjonali għandhom fil-prinċipju jirċievu fatturi ta' finanzjament stabbli disponibbli b'mod simmetriku u meħtieġa biex jevitaw it-telf ta' finanzjament fis-suq intern u biex ma jimpedixxux il-ġestjoni tal-likwidità effettiva fi gruppi Ewropej fejn il-likwidità hija ġestita b'mod ċentrali. Dawn it-trattamenti simmetriċi preferenzjali għandhom jingħataw biss lil tranżazzjonijiet intragrupp fejn is-salvagwardji kollha meħtieġa jkunu f'posthom, abbażi ta' kriterji addizzjonali għal tranżazzjonijiet transfruntiera, u biss bl-approvazzjoni minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti involuti għaliex ma jistax jiġi preżunt li l-istituzzjonijiet li jkunu qed jesperjenzaw diffikultajiet biex jilħqu l-obbligi tal-ħlas tagħhom ser jirċievu dejjem l-appoġġ ta' finanzjament minn impriżi oħra li jappartjenu għall-istess grupp jew għall-istess skema ta' protezzjoni istituzzjonali.

(53)

L-istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi jenħtieġ li jingħataw il-possibbiltà li japplikaw verżjoni ssimplifikata tar-rekwiżit tal-NSFR. Jenħtieġ li verżjoni simplifikata u inqas granulari tal-NSFR tinvolvi l-ġbir ta' għadd limitat ta' punti tad-data, tnaqqas il-kumplessità tal-kalkolu għal dawk l-istituzzjonijiet f'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, filwaqt li tiżgura li dawk l-istituzzjonijiet għad għandhom biżżejjed fattur ta' finanzjament stabbli permezz ta' kalibrazzjoni li jenħtieġ li tkun konservattiva tal-inqas daqs dak ir-rekwiżit tal-NSFR komplet. Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jkunu jistgħu jeħtieġu li l-istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi japplikaw ir-rekwiżit tal-NSFR komplet minflok il-verżjoni simplifikata.

(54)

Il-konsolidazzjoni ta' sussidjarji f'pajjiżi terzi għandha tqis kif xieraq ir-rekwiżiti tal-finanzjament stabbli applikabbli f'dawk il-pajjiżi. Għaldaqstant, ir-regoli ta' konsolidazzjoni fl-Unjoni ma għandhomx jintroduċu trattament iktar favorevoli għall-finanzjament stabbli disponibbli u meħtieġ f'sussidjarji ta' pajjiżi terzi mit-trattament li huwa disponibbli skont il-liġi nazzjonali ta' dawk il-pajjiżi terzi.

(55)

L-istituzzjonijiet għandhom ikunu meħtieġa jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom fil-munita tar-rappurtar l-NSFR dettaljat vinkolanti għall-elementi kollha u b'mod separat għal elementi ddenominati f'kull munita sinifikanti biex jiġi żgurat monitoraġġ xieraq tal-ispariġġi possibbli fil-muniti. Ir-rekwiżit tal-NSFR ma għandux jissoġġetta lill-istituzzjonijiet għal ebda rekwiżit ta' rappurtar doppju jew għal rekwiżiti ta' rappurtar mhux konformi mar-regoli fis-seħħ u l-istituzzjonijiet għandhom jingħataw biżżejjed żmien biex jitħejjew għad-dħul fis-seħħ ta' rekwiżiti ġodda ta' rappurtar.

(56)

Peress li l-għoti ta' informazzjoni sinifikanti u komparabbli għas-suq dwar metriċi ta' riskji ewlenin komuni tal-istituzzjonijiet huwa prinċipju fundamentali ta' sistema bankarja soda, huwa essenzjali li titnaqqas l-asimetrija tal-informazzjoni kemm jista' jkun u tiġi ffaċilitata l-komparabbiltà tal-profili tar-riskju tal-istituzzjonijiet ta' kreditu fi ħdan il-ġurisdizzjonijiet u bejniethom. Il-BCBS ippubblika l-istandards dwar id-divulgazzjonijiet riveduti tal-Pilastru 3 f'Jannar 2015 sabiex tittejjeb il-komparabbiltà, il-kwalità u l-konsistenza tad-divulgazzjonijiet regolatorji tal-istituzzjonijiet għas-suq. Huwa xieraq, għalhekk, li jiġu emendati r-rekwiżiti tad-divulgazzjoni eżistenti biex jiġu implimentati dawk l-istandards internazzjonali l-ġodda.

(57)

Dawk li wieġbu għas-Sejħa tal-Kummissjoni għal evidenza dwar il-qafas regolatorju tal-UE għas-servizzi finanzjarji kkunsidraw ir-rekwiżiti tad-divulgazzjoni attwali bħala sproporzjonati u ta' piż għal istituzzjonijiet iżgħar. Mingħajr preġudizzju għal allinjament tal-iskoperturi iktar mill-qrib ma' standards internazzjonali, istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi jenħtieġ li jkunu meħtieġa li jipproduċu divulgazzjonijiet inqas frekwenti u dettaljati mill-pari ikbar minnhom, u b'hekk jitnaqqas il-piż amministrattiv li huma soġġetti għalih.

(58)

Għandhom isiru xi kjarifiki dwar id-divulgazzjonijiet tar-remunerazzjoni. Ir-rekwiżiti tad-divulgazzjoni li jirrigwardaw ir-rimunerazzjoni kif stabbilita f'dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu kompatibbli mal-għanijiet tar-regoli tar-rimunerazzjoni, prinċipalment sabiex jiġu stabbiliti u jinżammu, għal kategoriji tal-persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom ikollhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju ta' istituzzjonijiet, politiki u prattiki ta' rimunerazzjoni li jkunu konsistenti mal-ġestjoni effikaċi tar-riskji. Barra minn hekk, l-istituzzjonijiet li jibbenefikaw minn deroga minn ċerti regoli dwar ir-remunerazzjoni għandhom ikunu meħtieġa jiddivulgaw informazzjoni li tikkonċerna din id-deroga.

(59)

L-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) huma wieħed mill-pilastri tal-ekonomija tal-Unjoni hekk kif għandhom rwol fundamentali fil-ħolqien tat-tkabbir ekonomiku u tal-impjiegi. Minħabba l-fatt li l-SMEs għandhom riskju sistematiku iktar baxx minn kumpanniji ikbar, ir-rekwiżiti kapitali għall-iskoperturi tal-SMEs għandhom ikunu iktar baxxi minn dawk għal kumpanniji kbar biex jiġi żgurat il-finanzjament bankarju ottimali tal-SMEs. Attwalment, skoperturi tal-SMEs sa EUR 1,5 miljun huma soġġetti għal tnaqqis ta' 23,81 % fl-ammont tal-iskopertura ponderata għar-riskju. Billi l-livell limitu ta' EUR 1,5 miljun għal skopertura tal-SMEs mhuwiex indikattiv ta' tibdil fir-riskju ta' SME, it-tnaqqis fir-rekwiżiti kapitali jenħtieġ li jiġi estiż għal skoperturi tal-SMEs sa EUR 2,5 miljun u l-parti tal-iskopertura tal-SME li taqbeż EUR 2,5 miljun jenħtieġ li tkun soġġetta għal tnaqqis ta' 15 % f'rekwiżiti ta' kapital.

(60)

L-investimenti fl-infrastruttura huma essenzjali biex isaħħu l-kompetittività tal-Ewropa u biex jistimulaw il-ħolqien tal-impjiegi. L-irkupru u t-tkabbir futur tal-ekonomija tal-Unjoni jiddependu ħafna mid-disponibbiltà ta' kapital għal investimenti strateġiċi ta' sinifikat Ewropew fl-infrastruttura, b'mod partikolari fin-netwerks tal-broadband u tal-enerġija, kif ukoll fl-infrastruttura tat-trasport inkluż l-elettromobbiltà tal-infrastruttura, b'mod partikolari f'ċentri industrijali; l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni; u l-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika. Il-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa għandu l-għan li jippromwovi finanzjament addizzjonali għal proġetti ta' infrastruttura vijabbli, fost l-oħrajn, permezz tal-mobilizzazzjoni ta' sorsi ta' finanzjament privati addizzjonali. Għal għadd ta' investituri potenzjali, it-tħassib prinċipali huwa l-perċezzjoni ta' nuqqas ta' proġetti vijabbli u l-kapaċità limitata li jiġi evalwat kif xieraq ir-riskju minħabba n-natura kumplessa intrinsika tagħhom.

(61)

Sabiex jiġu inkoraġġuti l-investimenti privati u pubbliċi fi proġetti tal-infrastruttura huwa essenzjali li jiġi stabbilit ambjent regolatorju li jkun kapaċi jippromwovi proġetti ta' infrastruttura ta' kwalità għolja u jitnaqqsu r-riskji għall-investituri. B'mod partikolari, r-rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi għal proġetti tal-infrastruttura għandhom jitnaqqsu, sakemm ikunu jikkonformaw ma' sett ta' kriterji li kapaċi jnaqqsu l-profil tar-riskju tagħhom u jsaħħu l-prevedibbiltà tal-flussi tal-flus. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrevedi d-dispożizzjoni dwar il-proġetti infrastrutturali ta' kwalità għolja sabiex tivvaluta: l-impatt tagħha fuq il-volum ta' investimenti fl-infrastruttura mill-istituzzjonijiet u l-kwalità ta' investimenti billi jitqiesu l-objettivi tal-Unjoni li nimxu lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju, reżiljenti għat-tibdil fil-klima u ċirkolari; u l-adegwatezza tagħha mil-lat prudenzjali. Il-Kummissjoni għandha tqis ukoll jekk il-kamp ta' applikazzjoni u dawk id-dispożizzjonijiet għandhomx jiġu estiżi għal investimenti fl-infrastruttura minn kumpanniji.

(62)

Kif rakkomandat mill-ABE, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ESMA) stabbilita permezz tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) u l-Bank Ċentrali Ewropew, is-CCPs, minħabba l-mudell ta' negozju distint tagħhom, jenħtieġ li jkunu eżentati mir-rekwiżit tal-proporzjon ta' lieva finanzjarja, għax huma meħtieġa jiksbu liċenzja bankarja sempliċement sabiex jiġu mogħtija aċċess għall-faċilitajiet ta' bank ċentrali matul il-lejl u biex jissodisfaw ir-rwoli tagħhom bħala mezzi ewlenin biex jinkisbu l-objettivi politiċi u regolatorji importanti fis-settur finanzjarju.

(63)

Barra minn hekk, skoperturi ta' CSDs awtorizzati bħala istituzzjonijiet ta' kreditu u skoperturi ta' istituzzjonijiet ta' kreditu deżinjati skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), bħal bilanċi ta' flus li jirriżultaw mill-forniment ta' kontijiet ta' flus kontanti lil, u l-aċċettazzjoni ta' depożiti minn, parteċipanti f'sistema ta' saldu tat-titoli u detenturi ta' kontijiet ta' titoli, jenħtieġ li jkunu esklużi mill-miżura ta' skopertura totali peress li dawn ma joħolqux riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiv hekk kif dawk l-bilanċi tal-flus huma użati biss għall-fini ta' saldu ta' tranżazzjoni f'sistemi ta' saldu tat-titoli.

(64)

Minħabba li l-gwida dwar fondi proprji addizzjonali msemmija fid-Direttiva 2013/36/UE hija mira tal-kapital li tirrifletti l-aspettattivi superviżorji, din tenħtieġ li ma tkunx soġġetta għal divulgazzjoni obbligatorja jew għal projbizzjoni ta' divulgazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew dik id-Direttiva.

(65)

Sabiex tiġi żgurata definizzjoni xierqa ta' xi dispożizzjonijiet tekniċi speċifiċi tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u biex jitqiesu l-iżviluppi possibbli fil-livell internazzjonali, is-setgħa biex jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 TFUE jenħtieġ li tkun iddelegata lill-Kummissjoni: fir-rigward tal-emendar tal-lista ta' prodotti jew servizzi li l-assi u l-obbligazzjonijiet tagħhom jistgħu jitqiesu bħala interdipendenti; fir-rigward tal-emendar tal-lista ta' banek ta' żvilupp multilaterali; fir-rigward tal-emendar tar-rekwiżiti dwar ir-rappurtar tar-riskju tas-suq; u fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni ta' rekwiżiti ta' likwidata addizzjonali. Qabel l-adozzjoni ta' dawk l-atti, huwa ta' importanza partikolari li, matul il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (13). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċievuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(66)

Standards tekniċi jenħtieġ li jiżguraw l-armonizzazzjoni konsistenti tar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013. Bħala entità b'kompetenza esperta speċjalizzata ħafna, jenħtieġ li l-ABE tingħata l-mandat li tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji li ma jinvolvux għażliet ta' politika, li jiġu sottomessi lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li jiġu żviluppati standards tekniċi regolatorji fl-oqsma ta' konsolidazzjoni prudenzjali, fondi proprji, TLAC, it-trattament ta' skoperturi garantiti b'ipoteki fuq proprjetà immobbli, investiment ta' ekwità f'fondi, il-kalkolu tat-telf li jirriżulta mill-inadempjenzi skont l-Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjonijiet Interni għar-riskju tal-kreditu, ir-riskju tas-suq, l-iskoperturi kbar u l-likwidità. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta dawk l-istandards tekniċi regolatorji permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 290 TFUE u f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Il-Kummissjoni u l-ABE jenħtieġ li jiżguraw li dawk l-istandards u r-rekwiżiti jkunu jistgħu jiġu applikati mill-istituzzjonijiet kollha kkonċernati b'mod li jkun proporzjonali man-natura, l-iskala u l-kumplessità ta' dawk l-istituzzjonijiet u l-attivitajiet tagħhom.

(67)

Biex tiġi ffaċilitata l-komparabbiltà tad-divulgazzjonijiet, l-ABE jenħtieġ li tingħata l-mandat biex tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-mudelli ta' divulgazzjoni standardizzati li jkopru r-rekwiżiti ta' divulgazzjoni sostanzjali kollha stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013. Meta jiġu żviluppati dawk l-istandards, l-ABE jenħtieġ li tqis id-daqs u l-kumplessità tal-istituzzjonijiet, kif ukoll in-natura u l-livell ta' riskju tal-attivitajiet tagħhom. L-ABE jenħtieġ li tirrapporta dwar fejn tista' tittejjeb il-proporzjonalità tal-pakkett ta' rappurtar superviżorju tal-Unjoni f'termini ta' ambitu, granularità jew frekwenza u għandha mill-inqas tfassal rakkomandazzjonijiet konkreti, bħal kif l-ispejjeż tal-konformità għall-istituzzjonijiet żgħar jistgħu jitnaqqsu idealment b'20 % jew iktar u b'mill-inqas 10 % permezz ta' simplifikazzjoni xierqa tar-rekwiżiti. Jenħtieġ li l-ABE tingħata l-mandat li tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni li għandhom jakkumpanjaw dak ir-rapport. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta dawk l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 TFUE u f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

(68)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-konformità tal-istituzzjonijiet mar-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament u fid-Direttiva 2013/36/UE, kif ukoll mal-istandards tekniċi regolatorji, li jimplimentaw l-istandards tekniċi, il-linji gwida u l-mudelli adottati biex jiġu implimentati dawk ir-regoli, l-ABE għandha tiżviluppa għodda tal-IT immirata biex tiggwida lill-istituzzjonijiet fir-rigward tad-dispożizzjonijiet, l-istandards, il-linji gwida u l-mudelli rilevanti fir-rigward tad-daqs tagħhom u tal-mudell ta' negozju.

(69)

Minbarra r-rapport dwar tnaqqis possibbli fl-ispiża, sat-28 ta' Ġunju 2020 l-ABE jenħtieġ li – f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti kollha, jiġifieri dawk l-awtoritajiet li huma responsabbli għas-superviżjoni prudenzjali, l-iskemi ta' riżoluzzjoni u ta' garanzija tad-depożiti u b'mod partikolari s-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ) – tħejji rapport ta' fattibbiltà fir-rigward tal-iżvilupp ta' sistema konsistenti u integrata għall-ġbir ta' data statistika, ta' data ta' riżoluzzjoni u data prudenzjali. B'kont meħud tal-ħidma preċedenti tas-SEBĊ dwar il-ġbir tad-data integrata, dak ir-rapport jenħtieġ li jipprovdi analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji fir-rigward tal-ħolqien ta' punt tal-ġbir tad-data ċentrali għal sistema ta' rappurtar tad-data integrata fir-rigward ta' data statistika u regolatorja għall-istituzzjonijiet kollha li jinsabu fl-Unjoni. Sistema bħal din jenħtieġ li, fost affarijiet oħra, tuża definizzjonijiet u standards konsistenti għad-data li għandha tinġabar, u tiggarantixxi skambju ta' informazzjoni affidabbli u permanenti bejn l-awtoritajiet kompetenti biex b'hekk tkun żgurata konfidenzjalità stretta tad-data miġbura, awtentikazzjoni b'saħħitha u ġestjoni tad-dritt ta' aċċess għas-sistema kif ukoll għaċ-ċibersigurtà. Permezz taċ-ċentralizzazzjoni u l-istandardizzazzjoni tax-xenarju tar-rappurtar Ewropew, l-għan huwa li jiġu evitati talbiet multipli ta' data simili jew identika minn awtoritajiet differenti u b'hekk jitnaqqsu b'mod sinifikanti l-piżijiet amministrattivi u finanzjarji, kemm għall-awtoritajiet kompetenti kif ukoll għall-istituzzjonijiet. Jekk ikun xieraq, u b'kont meħud tar-rapport ta' fattibbiltà mill-ABE, il-Kummissjoni jenħtieġ li tippreżenta proposta leġislattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(70)

L-awtoritajiet kompetenti jew iddeżinjati rilevanti għandu jkollhom l-għan li jevitaw kwalunkwe forma ta' użu duplikat jew inkonsistenti tas-setgħat makroprudenzjali stipulati fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE. B'mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti jew iddeżinjati rilevanti jenħtieġ li jikkunsidraw kif xieraq jekk il-miżuri li jieħdu skont l-Artikoli 124, 164 jew 458 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jidduplikawx jew humiex inkonsistenti ma' miżuri oħra eżistenti jew li jmiss skont l-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/UE.

(71)

Fid-dawl tal-emendi għat-trattament tal-iskoperturi għal QCCPs, b'mod speċifiku għat-trattament tal-kontribuzzjonijiet tal-istituzzjonijiet għall-fondi ta' inadempjenza tal-QCCPs, stipulati f'dan ir-Regolament, id-dispożizzjonijiet rilevanti fir-Regolament (UE) Nru 648/2012 (14) li ġew introdotti fih mir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u li jiddefinixxu b'mod ċar il-kalkolu tal-kapital ipotetiku tas-CCPs li mbagħad jintuża mill-istituzzjonijiet biex jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom għalhekk jenħtieġ li jiġu emendati skont dan.

(72)

Minħabba li l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu rafforzati u elaborati atti legali tal-Unjoni diġa' eżistenti li jiżguraw rekwiżiti prudenzjali uniformi li japplikaw għall-istituzzjonijiet madwar l-Unjoni, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(73)

Sabiex jiġi permess ċessjoni ordnata mill-holdings tal-assigurazzjoni li ma humiex soġġetti għal superviżjoni supplimentari, jenħtieġ li tiġi applikata verżjoni emendata tad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali fir-rigward tal-eżenzjoni mit-tnaqqis tal-holdings ta' ekwita' fil-kumpanniji tal-assigurazzjoni, b'effett retroattiv mill-1 ta' Jannar 2019.

(74)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 575/2013 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendar tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-Artikoli 1 u 2 jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

“Artikolu 1

Il-Kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli uniformi li jikkonċernaw rekwiżiti prudenzjali ġenerali li l-istituzzjonijiet, il-kumpanniji holding finanzjarji u l-kumpanniji holding finanzjarji mħallta sorveljati skont id-Direttiva 2013/36/UE għandhom jikkonformaw magħhom fir-rigward tal-elementi li ġejjin:

(a)

rekwiżiti ta' fondi proprji li jirrelataw ma' elementi totalment kwantifikabbli, uniformi u standardizzati ta' riskju tal-kreditu, riskju tas-suq, riskju operazzjonali, riskju tas-saldu u lieva finanzjarja;

(b)

rekwiżiti li jillimitaw skoperturi kbar;

(c)

rekwiżiti tal-likwidità li jirrelataw ma' elementi totalment kwantifikabbli, uniformi u standardizzati ta'r-riskju tal-likwidità;

(d)

rekwiżiti ta' rappurtar li jirrelataw mal-punti (a), (b) u (c);

(e)

rekwiżiti ta' divulgazzjoni pubblika.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli uniformi li jikkonċernaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli li entitajiet ta' riżoluzzjoni li huma istituzzjonijiet globali sistematikament importanti (G-SIIs) jew parti minn G-SIIs u sussidjarji materjali ta' G-SIIs mhux tal-UE għandhom jikkonformaw magħhom.

Dan ir-Regolament ma jirregolax ir-rekwiżiti tal-pubblikazzjoni għall-awtoritajiet kompetenti fil-qasam tar-regolazzjoni prudenzjali u s-superviżjoni tal-istituzzjonijiet kif stipulat fid-Direttiva 2013/36/UE.

Artikolu 2

Setgħat superviżorji

1.   Għall-fini li tiġi żgurata l-konformità ma' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħat u għandhom isegwu l-proċeduri stipulati fid-Direttiva 2013/36/UE u f'dan ir-Regolament.

2.   Għall-fini li tiġi żgurata l-konformità ma' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandu jkollhom is-setgħat u għandhom isegwu l-proċeduri stipulati fid-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) u f'dan ir-Regolament.

3.   Għall-fini li tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti li jikkonċernaw il-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jikkooperaw.

4.   Għall-finijiet li tiġi żgurata l-konformità fi ħdan il-kompetenzi rispettivi tagħhom il-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni stabbilit bl-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2), u l-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' kwistjonijiet relatati mal-kompiti kkonferiti lilu bir-Regolament (UE) Nru 1024/2013 (*3) għandhom jiżguraw l-iskambju regolari u affidabbli ta' informazzjoni rilevanti.

(*1)  Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190)."

(*2)  Ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1)."

(*3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).”;"

(2)

L-Artikolu 4 jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 jiġi emendat kif ġej:

(i)

il-punt (7) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(7)

“impriża ta' investiment kollettiv” jew “CIU” tfisser UCITS kif definita fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*4) jew fond ta' investiment alternattiv (AIF) kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*5);

(*4)  Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32)."

(*5)  Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).”;"

(ii)

il-punt (20) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(20)

“kumpannija holding finanzjarja” tfisser istituzzjoni finanzjarja, is-sussidjarji li huma esklużivament jew prinċipalment istituzzjonijiet jew istituzzjonijiet finanzjarji, u li mhijiex kumpannija holding finanzjarja mħallta; is-sussidjarji ta' istituzzjoni finanzjarja fejn tal-inqas waħda minnhom tkun istituzzjoni u fejn iktar minn 50 % tal-ekwità tal-istituzzjoni finanzjarja, assi konsolidati, dħul, persunal jew indikatur ieħor tal-istituzzjoni finanzjarja ikkunsidrat rilevanti mill-awtorità kompetenti huma assoċjati ma' sussidjarji li huma istituzzjonijiet jew istituzzjonijiet finanzjarji;”;

(iii)

il-punt (26) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(26)

“istituzzjoni finanzjarja” tfisser impriża għajr istituzzjoni u għajr kumpannija holding industrijali pura, li l-attività prinċipali tagħha tkun l-akkwiżizzjoni ta' holdings jew li ssegwi attività waħda jew iktar minn dawk elenkati fil-punti 2 sa 12 u l-punt 15 tal-Anness I għad-Direttiva 2013/36/UE, inkluż kumpannija holding finanzjarja, kumpannija holding finanzjarja mħallta, istituzzjoni ta' pagament kif definita fil-punt (4) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*6), u kumpannija ta' ġestjoni tal-assi, iżda esklużi kumpanniji holding tal-assigurazzjoni u kumpanniji holding tal-assigurazzjoni b'attività mħallta kif definiti, rispettivament, fil-punti (f) u (g) tal-Artikolu 212(1) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(*6)  Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar is-servizzi ta' pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE, 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35).”;"

(iv)

il-punt (28) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(28)

“istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru” tfisser istituzzjoni fi Stat Membru li jkollha istituzzjoni, istituzzjoni finanzjarja jew impriża ta' servizzi anċillari bħala sussidjarja jew li jkollha sehem f'istituzzjoni, istituzzjoni finanzjarja jew impriża ta' servizzi anċillari, u li ma tkunx hija stess sussidjarja ta' istituzzjoni oħra awtorizzata fl-istess Stat Membru, jew ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta stabbilita fl-istess Stat Membru”;

(v)

jiddaħħlu l-punti li ġejjin:

“(29a)

“ditta ta' investiment prinċipali fi Stat Membru” tfisser istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru li hija ditta ta' investiment;

(29b)

“ditta ta' investiment prinċipali tal-UE” tfisser istituzzjoni prinċipali tal-UE li hija ditta ta' investiment;

(29c)

“istituzzjoni ta' kreditu prinċipali fi Stat Membru” tfisser istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru li hija istituzzjoni ta' kreditu;

(29d)

“istituzzjoni ta' kreditu prinċipali tal-UE” tfisser istituzzjoni prinċipali tal-UE li hija istituzzjoni ta' kreditu;”;

(vi)

fil-punt (39), jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew iktar li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) jew (b) minħabba l-iskopertura diretta tagħhom għall-istess CCP għall-finijiet tal-attivitajiet ta' kklerjar mhumiex meqjusa li jikkostitwixxu grupp ta' klijenti relatati;”;

(vii)

il-punt (41) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(41)

“superviżur tal-konsolidazzjoni” tfisser awtorità kompetenti responsabbli mill-eżerċizzju tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata skont l-Artikolu 111 tad-Direttiva 2013/36/UE;”;

(viii)

fil-punt (71), il-frażi introduttorja fil-punt (b) tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“(b)

għall-finijiet tal-Artikolu 97 tfisser is-somma ta' dawn li ġejjin:”;

(ix)

fil-punt (72), il-punt (a) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

huwa suq regolat jew suq ta' pajjiż terz li huwa meqjus ekwivalenti għal suq regolat skont il-proċedura stabbilita fil-punt (a) tal-Artikolu 25(4) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*7);

(*7)  Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).”;"

(x)

il-punt (86) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(86)

“portafoll tan-negozjar” tfisser il-pożizzjonijiet kollha fl-istrumenti finanzjarji u fil-komoditajiet miżmuma minn istituzzjoni bil-ħsieb ta' negozju jew biex tiħħeġġja l-pożizzjonijiet miżmuma bil-ħsieb ta' negozju f'konformità mal-Artikolu 104;”;

(xi)

il-punt (91) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(91)

“skopertura ta' negozju” tfisser skopertura attwali, inkluż marġini ta' varjazzjoni dovut lill-membru tal-ikklerjar iżda li għadha ma ġietx riċevuta, u kwalunkwe skopertura potenzjali futura ta' membru tal-ikklerjar jew klijent, lil CCP li tirriżulta minn kuntratti u tranżazzjonijiet elenkati fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 301(1), kif ukoll marġni inizjali;”;

(xii)

il-punt (96) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(96)

“ħeġġ intern” tfisser pożizzjoni li materjalment tikkumpensa l-elementi tar-riskju tal-komponent bejn pożizzjoni tal-portafoll tan-negozjar u pożizzjoni waħda jew iktar tal-portafoll mhux tan-negozjar jew bejn żewġ postijiet tan-negozjar;”;

(xiii)

fil-punt (127), il-punt (a) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

l-istituzzjonijiet jaqgħu fi ħdan l-istess skema ta' protezzjoni istituzzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 113(7) jew huma affiljati b'mod permanenti ma' netwerk f'korp ċentrali;”;

(xiv)

il-punt (128) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(128)

“elementi distribwibbli” tfisser l-ammont tal-profitti fi tmiem l-aħħar sena finanzjarja flimkien ma kwalunkwe profitt riportat għas-sena ta' wara u riżervi disponibbli għal dak l-għan, qabel id-distribuzzjonijiet lil detenturi ta' strumenti ta' fondi proprji, bit-tnaqqis ta' kwalunkwe telf riportat għas-sena ta' wara, kwalunkwe profitt mhux distribwibbli skont il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali jew il-liġi sekondarja tal-istituzzjoni u kwalunkwe somma li tqiegħdet f'riżervi mhux distribwibbli f'konformità mal-liġi nazzjonali jew l-istatuti tal-istituzzjoni, f'kull każ fir-rigward ta' kategorija speċifika ta' strumenti ta' fondi proprji, li għaliha japplikaw il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali, il-liġijiet sekondarji tal-istituzzjonijiet, jew l-istatuti; tali profitti, telf u riżervi ddeterminati abbażi tal-kontijiet individwali tal-istituzzjoni u mhux abbażi tal-kontijiet ikkonsolidata;”;

(xv)

jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(130)

“awtorità ta' riżoluzzjoni” tfisser awtorità ta' riżoluzzjoni kif definita fil-punt (18) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE;

(131)

“entità ta' riżoluzzjoni” tfisser entità ta' riżoluzzjoni kif definita fil-punt (83a) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE;

(132)

“grupp ta' riżoluzzjoni” tfisser grupp ta' riżoluzzjoni kif definit fil-punt (83b) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE;

(133)

“istituzzjoni globali sistemikament importanti” jew “G-SII” tfisser G-SII li tkun ġiet identifikata skont l-Artikolu 131(1) u (2) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(134)

“istituzzjoni globali sistemikament importanti mhux tal-UE” jew “G-SII mhux tal-UE” tfisser grupp bankarju globali sistematikament importanti jew bank (G-SIBs) li mhuwiex G-SIIs u li huwa inkluż fil-lista ta' G-SIBs ippubblikata mill-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja, kif aġġornata b'mod regolari;

(135)

“sussidjarja materjali” tfisser sussidjarja li fuq bażi individwali jew konsolidata tissodisfa kwalunkwe waħda minn dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

is-sussidjarja għandha iktar minn 5 % tal-assi konsolidati ponderati għar-riskju tal-impriża prinċipali oriġinali tagħha;

(b)

is-sussidjarja tiġġenera iktar minn 5 % tal-introjtu operatorju totali tal-impriża prinċipali oriġinali tagħha;

(c)

il-kejl tal-iskopertura totali, imsemmi fl-Artikolu 429(4) ta' dan ir-Regolament, tas-sussidjarja huwa iktar minn 5 % tal-kejl tal-iskopertura totali konsolidata tal-impriża prinċipali oriġinali tagħha;

għall-fini li tiġi ddeterminata s-sussidjarja materjali, fejn japplika l-Artikolu 21b(2) tad-Direttiva 2013/36/UE, iż-żewġ impriżi prinċipali intermedji tal-UE għandhom jitqiesu bħala sussidjarja unika fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħhom;

(136)

“entità G-SII” tfisser entità b'personalità ġuridika li hija G-SII jew hija parti minn G-SII jew minn G-SII mhux tal-UE;

(137)

“għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna” tfisser għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna kif definita fil-punt (57) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE;

(138)

“grupp” tfisser grupp ta' impriżi li minnhom tal-inqas waħda hija istituzzjoni u li jikkonsisti minn impriża prinċipali u s-sussidjarji tagħha, jew minn impriżi li huma relatati ma' xulxin kif stabbilit fl-Artikolu 22 tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*8);

(139)

“tranżazzjoni ta' finanzjament tat-titoli” tfisser tranżazzjoni ta' riakkwist, tranżazzjoni ta' għoti jew teħid b'self ta' titoli jew ta' komoditajiet, jew tranżazzjoni ta' self b'marġni;

(140)

“marġni inizjali” jew “IM” tfisser kwalunkwe kollateral, għajr il-marġni varjabbli, miġbur minn jew mogħti lil entità biex tkopri l-iskopertura attwali u futura potenzjali ta' tranżazzjoni jew ta' portafoll ta' tranżazzjonijiet fil-perijodu meħtieġ biex jiġu likwidati dawk it-tranżazzjonijiet, jew biex jiġu ħħeġġjati mill-ġdid ir-riskju tas-suq tagħhom, wara l-inadempjenza tal-kontroparti għat-tranżazzjoni jew il-portafoll ta' tranżazzjonijiet;

(141)

“riskju tas-suq” tfisser ir-riskju ta' telf li jirriżulta minn movimenti fil-prezzijiet tas-suq, inkluż fir-rati tal-kambju jew fil-prezzijiet ta' komoditajiet;

(142)

“riskju tal-kambju” tfisser ir-riskju ta' telf li jirriżulta minn movimenti fir-rati tal-kambju;

(143)

“riskju ta' komoditajiet” tfisser ir-riskju ta' telf li jirriżulta minn movimenti fil-prezzijiet tal-komoditajiet;

(144)

“post tan-negozjar” tfisser grupp identifikat tajjeb ta' kummerċjanti stabbilit mill-istituzzjoni biex jimmaniġġja b'mod konġunt portafoll ta' pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar skont strateġija kummerċjali definita tajjeb u konsistenti u li jopera taħt l-istess struttura ta' ġestjoni tar-riskju;

(145)

“istituzzjoni żgħira u mhux kumplessa” tfisser istituzzjoni li tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

ma tkunx istituzzjoni kbira;

(b)

il-valur totali tal-assi tagħha fuq bażi individwali jew, fejn applikabbli, fuq bażi konsolidata f'konformità ma' dan ir-Regolament u d-Direttiva 2013/36/UE tkun bħala medja indaqs jew inqas mil-livell limitu ta' EUR 5 biljun matul il-perijodu ta' erba' snin immedjatament qabel il-perijodu annwali attwali ta' rappurtar; L-Istati Membri jistgħu jbaxxu dak il-livell limitu;

(c)

hi ma tkun soġġetta għal ebda obbligu jew tkun soġġetta għal obbligi simplifikati, b'rabta mal-ippjanar ta' rkupru u ta' riżoluzzjoni f'konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/59/UE;

(d)

il-portafoll tan-negozjar tagħha jkun ikklassifikat bħala żgħir fis-sens tal-Artikolu 94(1);

(e)

il-valur totali tal-pożizzjonijiet derivattivi tagħha miżmuma b'intenzjoni ta' negozjar ma jaqbiżx 2 % tat-total tal-assi u tal-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ totali tagħha u il-valur totali tal-pożizzjonijiet derivattivi totali tagħha ma jaqbiżx 5 %, it-tnejn ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 273a(3);

(f)

aktar minn 75 % tal-assi u tal-obbligazzjonijiet totali konsolidati tal-istituzzjoni, eskluż fiż-żewġ każijiet l-iskoperturi intragrupp, jirrelataw għal attivitajiet ma' kontropartijiet li jinsabu fiż-Żona Ekonomika Ewropea;

(g)

l-istituzzjoni ma tużax mudelli interni biex tissodisfa r-rekwiżiti prudenzjali skont dan ir-Regolament ħlief għal sussidjarji li jużaw mudelli interni żviluppati fuq livell ta' grupp, sakemm il-grupp ikun soġġett għar-rekwiżiti ta' divulgazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 433a jew 433c fuq bażi konsolidata;

(h)

l-istituzzjoni ma opponietx il-kwalifika ta' istituzzjoni żgħira u mhux kumplessa mal-awtoritajiet kompetenti;

(i)

l-awtorità kompetenti ma ddeċidietx li, abbażi ta' analiżi tad-daqs, l-interkonnettività, il-kumplessità jew il-profil tar-riskju, l-istituzzjoni ma għandhiex titqies bħala istituzzjoni żgħira u mhux kumplessa;

(146)

“istituzzjoni kbira” tfisser istituzzjoni li tissodisfa kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

hi G-SII;

(b)

hi tkun ġiet identifikata bħala istituzzjoni sistemikament importanti oħra (O-SII) f'konformità mal-Artikolu 131(1) u (3) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(c)

hi tkun, fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita, waħda mill-ikbar tliet istituzzjonijiet skont il-valur totali ta' assi;

(d)

il-valur totali tal-assi tagħha fuq bażi individwali jew, fejn applikabbli, fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħha f'konformità ma' dan ir-Regolament u d-Direttiva 2013/36/UE jkun indaqs jew akbar minn EUR 30 biljun;

(147)

“sussidjarja kbira” tfisser sussidjarja li tikkwalifika bħala istituzzjoni kbira;

(148)

“istituzzjoni mhux elenkata” tfisser istituzzjoni li ma tkunx ħarġet it-titoli li huma ammessi għan-negozjar f'suq regolat ta' xi Stat Membru, kif definit fil-punt (21) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(149)

“rapport finanzjarju” tfisser, għall-finijiet tal-Parti Tmienja, rapport finanzjarju fis-sens tal-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*9).

(*8)  Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19)."

(*9)  Id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38).”;"

(b)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw f'liema ċirkostanzi jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (39) tal-paragrafu 1.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2020.

Il-Kummissjoni hija ddelegata bis-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”;

(3)

L-Artikolu 6 jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-Partijiet Tnejn, Tlieta, Erbgħa, Sebgħa, Sebgħa A u Tmienja ta' dan ir-Regolament u fil-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402 fuq bażi individwali, bl-eċċezzjoni tal-punt (d) tal-Artikolu 430(1) ta' dan ir-Regolament.”;

(b)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.   B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet biss identifikati bħala entitajiet ta' riżoluzzjoni, li huma wkoll G-SIIs jew li huma parti minn G-SII, u li ma għandhomx sussidjarji għandhom jikkonformaw mar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 92a fuq bażi individwali.

Sussidjarji materjali ta' G-SII mhux tal-UE għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 92b fuq bażi individwali, meta jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni;

(b)

ma għandhomx sussidjarji;

(c)

mhumiex is-sussidjarji ta' istituzzjoni prinċipali tal-UE.”;

(c)

il-paragrafi 3, 4 u 5 jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

“3.   L-ebda istituzzjoni li tkun jew impriża prinċipali jew inkella sussidjarja, u l-ebda istituzzjoni inkluża fil-konsolidazzjoni skont l-Artikolu 18, ma għandha tkun meħtieġa li tikkonforma mal-obbligi stipulati fil-Parti Tmienja fuq bażi individwali.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1a ta' dan l-Artikolu għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 437a u l-punt (h) tal-Artikolu 447 fuq bażi individwali.

4.   Istituzzjonijiet ta' kreditu, u ditti ta' investiment li jkunu awtorizzati jipprovdu s-servizzi u l-attivitajiet tal-investiment elenkati fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE għandhom jikkonformaw mal-obbligi stipulati fil-Parti Sitta u l-punt (d) tal-Artikolu 430(1) ta' dan ir-Regolament fuq bażi individwali.

L-istituzzjonijiet li ġejjin ma għandhomx ikunu meħtieġa jikkonformaw mal-Artikolu 413(1) u mar-rekwiżiti assoċjati ta' rappurtar tal-likwidità stipulati fil-Parti Sebgħa A ta' dan ir-Regolament:

(a)

l-istituzzjonijiet li huma awtorizzati wkoll f'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(b)

istituzzjonijiet li huma awtorizzati wkoll f'konformità mal-Artikolu 16 u l-punt (a) tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*10), sakemm dawn ma jwettqu l-ebda trasformazzjoni tal-maturità sinifikanti; u

(c)

istituzzjonijiet li huma deżinjati f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014, dment li:

(i)

l-attivitajiet tagħhom huma limitati sabiex joffru servizzi ta' tip bankarju, li huma elenkati fil-punti (a) sa (e) tat-Taqsima C tal-Anness għal dak ir-Regolament, għal depożitorji ċentrali tat-titoli awtorizzati f'konformità mal-Artikolu 16 ta' dak ir-Regolament; u

(ii)

dawn ma jwettqu l-ebda trasformazzjoni tal-maturità sinifikanti.

Sakemm ikun lest ir-rapport tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 508(3), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw id-ditti ta' investiment milli jikkonformaw mal-obbligi stipulati fil-Parti Sitta u l-punt (d) tal-Artikolu 430(1) b'kont meħud tan-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom.

5.   Id-ditti ta' investiment imsemmija fl-Artikoli 95(1) u 96(1) ta' dan ir-Regolament, l-istituzzjonijiet li fir-rigward tagħhom l-awtoritajiet kompetenti jkunu eżerċitaw id-deroga speċifikata fl-Artikolu 7(1) jew (3) ta' dan ir-Regolament, u istituzzjonijiet li huma wkoll awtorizzati skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, ma għandhomx ikunu meħtieġa jikkonformaw mal-obbligi stipulati fil-Parti Sebgħa u mar-rekwiżiti assoċjati ta' rappurtar ta' proporzjon tal-lieva finanzjarja stipulati fil-Parti Sebgħa A ta' dan ir-Regolament fuq bażi individwali.

(*10)  Ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1).”;"

(4)

L-Artikolu 8 jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-punt (b) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

l-istituzzjoni prinċipali fuq bażi konsolidata jew l-istituzzjoni sussidjarja fuq bażi subkonsolidata timmonitorja u għandha superviżjoni l-ħin kollu fuq il-pożizzjonijiet ta' likwidità tal-istituzzjonijiet kollha fi ħdan il-grupp jew is-sottogrupp, li huma soġġetti għar-rinunzja, timmonitorja u għandha superviżjoni l-ħin kollu fuq il-pożizzjonijiet ta' finanzjament tal-istituzzjonijiet kollha fi ħdan il-grupp jew is-sottogrupp fejn ir-rekwiżit tal-proporzjon ta' finanzjament stabbli (NSFR) stabbilit fit-Titolu IV tal-Parti Sitta jiġi rinunzjat, u li tiżgura livell suffiċjenti ta' likwidità, u ta' finanzjament stabbli fejn ir-rekwiżit tal-NSFR stabbilit fit-Titolu IV tal-Parti Sitta jiġi rinunzjat, għal dawk l-istituzzjonijiet kollha;”;

(b)

fil-paragrafu 3, il-punti (b) u (c) jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

“(b)

id-distribuzzjoni tal-ammonti, il-post u s-sjieda tal-assi likwidi meħtieġa li jridu jinżammu fi ħdan is-sottogrupp ta' likwidità uniku, fejn ir-rekwiżit tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità (LCR) kif stabbilit fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) ikun irrinunzjat, u d-distribuzzjoni tal-ammonti u l-post ta' finanzjament stabbli disponibbli fi ħdan is-sottogrupp ta' likwidità uniku fejn jiġi rrinunzjat ir-rekwiżit tal-NSFR stabbilit fit-Titolu IV tal-Parti Sitta;

(c)

id-determinazzjoni tal-ammonti minimi tal-assi likwidi li għandhom jinżammu mill-istituzzjonijiet li għalihom l-applikazzjoni tar-rekwiżit tal-LCR kif stabbilit fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) tiġi rrinunzjata u d-determinazzjoni tal-ammonti minimi tal-finanzjament stabbli disponibbli li għandu jinżamm mill-istituzzjonijiet li għalihom l-applikazzjoni tar-rekwiżit tal-NSFR stabbilit fit-Titolu IV tal-Parti Sitta tiġi rrinunzjata;”;

(c)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“6.   Fejn, f'konformità ma' dan l-Artikolu, awtorità kompetenti tirrinunzja, parzjalment jew totalment, l-applikazzjoni tal-Parti Sitta għal istituzzjoni, hija tista' wkoll tirrinunzja l-applikazzjoni tar-rekwiżiti assoċjati tar-rappurtar tal-likwidità skont il-punt (d) tal-Artikolu 430(1) għal dik l-istituzzjoni.”;

(5)

fl-Artikolu 10(1), il-frażi introduttorja tal-ewwel subparagrafu tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“1.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, f'konformità mal-liġi nazzjonali, parzjalment jew totalment jirrinunzjaw l-applikazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fil-Partijiet Tnejn sa Tmienja ta' dan ir-Regolament u l-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402 għal istituzzjoni ta' kreditu waħda jew aktar li jinsabu fl-istess Stat Membru u li huma affiljati permanentement ma' korp ċentrali li jissorveljhom u li huwa stabbilit fl-istess Stat Membru, jekk jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:”;

(6)

L-Artikoli 11 jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 1 u 2 jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

“1.   L-istituzzjonijiet prinċipali fi Stat Membru għandhom jikkonformaw, sal-punt u bil-mod stabbilit fl-Artikolu 18, mal-obbligi stipulati fil-Partijiet Tnejn, Tlieta, Erbgħa, Sebgħa u Sebgħa A fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħhom, bl-eċċezzjoni tal-punt (d) tal-Artikolu 430(1). L-impriżi prinċipali u s-sussidjarji tagħhom li huma soġġetti għal dan ir-Regolament għandhom jistabbilixxu struttura organizzattiva tajba u mekkaniżmi ta' kontroll intern adatti sabiex ikun żgurat li d-data meħtieġa għall-konsolidazzjoni tiġi debitament ipproċessata u mibgħuta. B'mod partikolari, huma għandhom jiżguraw li s-sussidjarji li ma jkunux soġġetti għal dan ir-Regolament jimplimentaw l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi biex jiżguraw konsolidazzjoni korretta.

2.   Għall-fini li tiġi żgurata l-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament fuq bażi konsolidata, it-termini “istituzzjoni”, “istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru”, “istituzzjoni prinċipali tal-UE” u “impriża prinċipali”, skont il-każ, għandhom jirreferu wkoll għal:

(a)

kumpannija holding finanzjarja jew kumpannija holding finanzjarja mħallta approvata skont l-Artikolu 21a tad-Direttiva 2013/36/UE;

(b)

istituzzjoni deżinjata kontrollata minn kumpannija holding finanzjarja prinċipali jew kumpannija holding finanzjarja mħallta prinċipali fejn tali kumpannija prinċipali mhix soġġetta għall-approvazzjoni skont l-Artikolu 21a(4) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(c)

kumpannija holding finanzjarji, kumpannija holding finanzjarji mħallta jew istituzzjoni deżinjata skont il-punt (d) tal-Artikolu 21a(6) tad-Direttiva 2013/36/UE.

Is-sitwazzjoni konsolidata ta' impriża msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandha tkun is-sitwazzjoni konsolidata tal-kumpanija holding finanzjarja prinċipali jew il-kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali li mhijiex soġġetta għal approvazzjoni skont l-Artikolu 21a(4) tad-Direttiva 2013/36/UE. Is-sitwazzjoni konsolidata ta' impriża msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandha tkun is-sitwazzjoni konsolidata tal-kumpannija holding finanzjarja prinċipali jew il-kumpannija holding finanzjarja mħallta prinċipali tagħha.”;

(b)

il-paragrafu 3 jiġi mħassar;

(c)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“3a.   B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet prinċipali biss identifikati bħala entitajiet ta' riżoluzzjoni, li huma G-SIIs, parti minn G-SII jew parti minn G-SII mhux tal-UE għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 92a ta' dan ir-Regolament fuq bażi konsolidata, sal-punt u bil-mod stabbilit fl-Artikolu 18 ta' dan ir-Regolament.

Impriżi prinċipali tal-UE biss li huma sussidjarja materjali ta' G-SII mhux tal-UE u li mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 92b ta' dan ir-Regolament fuq bażi konsolidata sal-punt u bil-mod stabbilit fl-Artikolu 18 ta' dan ir-Regolament. Meta japplika l-Artikolu 21b(2) tad-Direttiva 2013/36/UE, iż-żewġ impriżi prinċipali intermedji tal-UE identifikati b'mod konġunt bħala sussidjarja materjali kull waħda minnhom għandha tikkonforma mal-Artikolu 92b ta' dan ir-Regolament abbażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħhom.”;

(d)

il-paragrafi 4 u 5 jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

“4.   L-istituzzjonijiet prinċipali tal-UE għandhom jikkonformaw mal-Parti Sitta u l-punt (d) tal-Artikolu 430(1) ta' dan ir-Regolament abbażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħhom meta l-grupp jinkludi istituzzjoni ta' kreditu jew ditta ta' investiment waħda jew iktar li huma awtorizzati li jipprovdu s-servizzi u l-attivitajiet tal-investiment elenkati fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE. Sakemm ikun lest ir-rapport mill-Kummissjoni msemmi fl-Artikolu 508(2) ta' dan ir-Regolament, u meta l-grupp jinkludi biss ditti ta' investiment, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw lill-istituzzjonijiet prinċipali tal-UE mill-konformità mal-Parti Sitta u l-punt (d) tal-Artikolu 430(1) ta' dan ir-Regolament fuq bażi konsolidata, b'kont meħud tan-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tad-ditta ta' investiment.

Meta tkun ingħatat rinunzja skont l-Artikolu 8(1) sa (5), l-istituzzjonijiet u, fejn applikabbli, il-kumpanniji holding finanzjarji jew il-kumpanniji holding finanzjarji mħallta li huma parti minn sottogrupp ta' likwidità għandhom jikkonformaw mal-Parti Sitta u l-punt (d) tal-Artikolu 430(1) fuq bażi konsolidata jew fuq il-bażi subkonsolidata tas-sottogrupp ta' likwidità.

5.   Meta japplika l-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament, il-korp ċentrali msemmi f'dak l-Artikolu għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Partijiet Tnejn sa Tmienja ta' dan ir-Regolament u l-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402 fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-korp ċentrali kollu kif ikkostitwit flimkien mal-istituzzjonijiet affiljati tiegħu.

6.   Minbarra r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1 sa 5 ta' dan l-Artikolu, u mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħra ta' dan ir-Regolament u d-Direttiva 2013/36/UE, meta jkun ġustifikat għal fini ta' superviżjoni mill-ispeċifiċitajiet tar-riskju jew tal-istruttura kapitali ta' istituzzjoni jew fejn Stati Membri jadottaw liġijiet nazzjonali li jirrikjedu s-separazzjoni strutturali ta' attivitajiet fi ħdan grupp bankarju, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li istituzzjoni tikkonforma mal-obbligi stipulati fil-Partijiet Tnejn sa Tmienja ta' dan ir-Regolament u fit-Titolu VII tad-Direttiva 2013/36/UE fuq bażi subkonsolidata.

L-applikazzjoni tal-approċċ stipulat fl-ewwel subparagrafu għandha tkun mingħajr preġudizzju għal superviżjoni effettiva fuq bażi konsolidata u ma għandha la timplika effetti negattivi sproporzjonati fuq is-sistema finanzjarja kollha jew partijiet minnha, fi Stati Membri oħra jew fl-Unjoni fl-intier tagħha u lanqas tifforma jew toħloq ostaklu għall-funzjonament tas-suq intern.”;

(7)

l-Artikolu 12 jiġi mħassar;

(8)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 2a

Kalkolu kkonsolidat għal G-SIIs b'entitajiet ta' riżoluzzjoni multipli

Meta mill-anqas żewġ entitajiet G-SII li jappartjeni għall-istess G-SII huma entitajiet ta' riżoluzzjoni, l-istituzzjoni prinċipali tal-UE ta' dik il-G-SII għandha tikkalkula l-ammont ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 92a(1) ta' dan ir-Regolament. Dak il-kalkolu għandu jitwettaq abbażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-istituzzjoni prinċipali tal-UE daqslikieku kienet l-unika entità ta' riżoluzzjoni tal-G-SII.

Meta l-ammont ikkalkulat skont l-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu jkun iktar baxx mis-somma tal-ammonti ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 92a(1) ta' dan ir-Regolament tal-entitajiet ta' riżoluzzjoni kollha li jappartjenu għal dik il-G-SII, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jaġixxu skont l-Artikoli 45d(3) u 45h(2) tad-Direttiva 2014/59/UE.

Meta l-ammont ikkalkulat skont l-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu jkun ogħla mis-somma tal-ammonti ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fl-Artikolu 92a(1)(a) ta' dan ir-Regolament tal-entitajiet ta' riżoluzzjoni kollha li jappartjenu għal dik il-G-SII, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jaġixxu skont l-Artikoli 45d(3) u 45h(2) tad-Direttiva 2014/59/UE.”;

(9)

l-Artikoli 13 u 14 jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

“Artikolu 13

Applikazzjoni ta' rekwiżiti ta' divulgazzjoni fuq bażi kkonsolidata

1.   L-istituzzjonijiet prinċipali tal-UE għandhom jikkonformaw mal-Parti Tmienja fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħhom.

Sussidjarji kbar ta' istituzzjonijiet prinċipali tal-UE għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni speċifikata fl-Artikoli 437, 438, 440, 442, 450, 451, 451a u 453 fuq bażi individwali jew, fejn applikabbli skont dan ir-Regolament u d-Direttiva 2013/36/UE, fuq bażi subkonsolidata.

2.   L-istituzzjonijiet identifikati bħala entitajiet ta' riżoluzzjoni li huma G-SIIs jew li huma parti minn G-SII għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 437a u l-punt (h) tal-Artikolu 447 abbażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-grupp ta' riżoluzzjoni tagħhom.

3.   L-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-istituzzjonijiet prinċipali tal-UE, kumpanniji holding finanzjarji prinċipali tal-UE, kumpanniji holding finanzjarji mħallta prinċipali tal-UE jew entitajiet ta' riżoluzzjoni meta jkunu inklużi f'divulgazzjonijiet ekwivalenti fuq bażi konsolidata pprovduti minn impriża prinċipali stabbilita f'pajjiż terz.

It-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 għandu japplika għal sussidjarji ta' impriżi prinċipali stabbiliti f'pajjiż terz fejn dawk is-sussidjarji jikkwalifikaw bħala sussidjarji kbar.

4.   Meta japplika l-Artikolu 10, il-korp ċentrali msemmi f'dak l-Artikolu għandu jikkonforma mal-Parti Tmienja fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-korp ċentrali. L-Artikolu 18(1) għandu japplika għall-korp ċentrali u l-istituzzjonijiet affiljati għandhom jiġu ttrattati bħala sussidjarji tal-korp ċentrali.

Artikolu 14

Applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2017/2402 fuq bażi konsolidata

1.   L-impriżi prinċipali u s-sussidjarji tagħhom li huma soġġetti għal dan ir-Regolament għandhom ikunu meħtieġa li jissodisfaw l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2017/2402 fuq bażi konsolidata jew subkonsolidata, biex jiżguraw li l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi tagħhom meħtieġa minn dawk id-dispożizzjonijiet ikunu konsistenti u integrati tajjeb u li kwalunkwe data u informazzjoni rilevanti għall-fini tas-superviżjoni jkunu jistgħu jiġu prodotti. B'mod partikolari, huma għandhom jiżguraw li s-sussidjarji li ma jkunux soġġetti għal dan ir-Regolament jimplimentaw l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi biex jiżguraw il-konformità ma' dawk id-dispożizzjonijiet.

2.   L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw piż tar-riskju addizzjonali f'konformità mal-Artikolu 270a ta' dan ir-Regolament meta japplikaw l-Artikolu 92 ta' dan ir-Regolament fuq bażi konsolidata jew subkonsolidata jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 5 tar-Regolament (UE) 2017/2402 jinkisru fil-livell ta' entità stabbilita f'pajjiż terz inkluż fil-konsolidazzjoni f'konformità mal-Artikolu 18 ta' dan ir-Regolament jekk il-ksur ikun materjali fir-rigward tal-profil tar-riskju kumplessiv tal-grupp.”;

(10)

fl-Artikolu 15(1), il-frażi introduttorja tal-ewwel subparagrafu tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“1.   Is-superviżur konsolidanti jista' jirrinunzja, skont il-każ, l-applikazzjoni tal-Parti Tlieta, tar-rekwiżiti assoċjati ta' rappurtar fil-Parti Sebgħa A ta' dan ir-Regolament, u tal-Kapitolu 4 tat-Titolu VII tad-Direttiva 2013/36/UE, bl-eċċezzjoni tal-punt (d) tal-Artikolu 430(1) ta' dan ir-Regolament fuq bażi konsolidata, dment li jeżistu l-kondizzjonijiet li ġejjin:”;

(11)

Artikolu 16 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 16

Deroga mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta' proporzjon ta' lieva finanzjarja fuq bażi konsolidata għal gruppi ta' ditti ta' investiment

Fejn l-entitajiet kollha fi grupp ta' ditti tal-investiment, inkluż l-entità prinċipali, ikunu ditti ta' investimenti li huma eżenti mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti stipulati fil-Parti Sebgħa fuq bażi individwali skont l-Artikolu 6(5), id-ditta ta' investiment prinċipali tista' tagħżel li ma tapplikax ir-rekwiżiti stipulati fil-Parti Sebgħa u r-rekwiżiti ta' rappurtar ta' proporzjon ta' lieva finanzjarja assoċjati fil-Parti Sebgħa A fuq bażi konsolidata.”;

(12)

L-Artikolu 18 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 18

Metodi ta' konsolidazzjoni prudenzjali

1.   Istituzzjonijiet, kumpanniji holding finanzjarji u kumpanniji holding finanzjarji mħallta li huma meħtieġa jikkonformaw mar-rekwiżiti msemmija fit-Taqsima 1 ta' dan il-Kapitolu abbażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħhom għandhom iwettqu konsolidazzjoni sħiħa tal-istituzzjonijiet u l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha li jkunu s-sussidjarji tagħhom. Il-paragrafi 3 sa 6 u l-paragrafu 9 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw meta tapplika l-Parti Sitta u l-punt (d) tal-Artikolu 430(1) fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata ta' istituzzjoni, kumpannija holding finanzjarja jew kumpannija finanzjarja mħallta jew fuq is-sitwazzjoni subkonsolidata ta' sottogrupp ta' likwidità kif stabbilit fl-Artikoli 8 u 10.

Għall-finijiet tal-Artikolu 11(3a), istituzzjonijiet li huma meħtieġa jikkonformaw mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 92a jew 92b fuq bażi konsolidata għandhom iwettqu konsolidazzjoni sħiħa tal-istituzzjonijiet u l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha li jkunu s-sussidjarji tagħhom fil-gruppi ta' riżoluzzjoni rilevanti.

2.   Impriżi ta' servizzi anċillari għandhom ikunu inklużi f'konsolidazzjoni fil-każijiet, u skont il-metodi, stabbiliti f'dan l-Artikolu.

3.   Fejn l-impriżi jkunu relatati skont it-tifsira tal-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw kif titwettaq il-konsolidazzjoni.

4.   Is-superviżur konsolidanti għandu jeħtieġ il-konsolidazzjoni proporzjonali skont is-sehem tal-kapital miżmum tal-parteċipazzjonijiet fl-istituzzjonijiet u l-istituzzjonijiet finanzjarji mmaniġġati minn impriża inkluża fil-konsolidazzjoni flimkien ma' impriża waħda jew iktar mhux inklużi fil-konsolidazzjoni, meta l-obbligazzjoni ta' dawk l-impriżi tkun limitata għas-sehem tal-kapital li għandhom.

5.   Fil-każ tal-parteċipazzjonijiet jew rabtiet kapitali għajr dawk imsemmija fil-paragrafi 1 u 4, awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw jekk għandhiex titwettaq konsolidazzjoni u kif għandha titwettaq. B'mod partikolari, huma jistgħu jippermettu jew jeħtieġu l-użu tal-metodu tal-ekwità. Dak il-metodu ma għandux, madankollu, jikkostitwixxi inklużjoni tal-impriżi konċernati f'superviżjoni fuq bażi konsolidata.

6.   Awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw jekk għandhiex titwettaq konsolidazzjoni u kif din għandha titwettaq fil-każijiet li ġejjin:

(a)

meta, fl-opinjoni tal-awtoritajiet kompetenti, istituzzjoni teżerċita influwenza sinifikanti fuq istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja waħda jew iktar, iżda mingħajr ma jkollha parteċipazzjoni jew rabtiet kapitali oħra f'dawk l-istituzzjonijiet; u

(b)

meta żewġ istituzzjonijiet jew istituzzjonijiet finanzjarji jew iktar jitpoġġew taħt maniġment uniku differenti minn dak skont il-kuntratt, il-klawżoli tal-memoranda jew l-Artikoli ta' assoċjazzjoni tagħhom.

B'mod partikolari, awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu jew jeħtieġu l-użu tal-metodu previst fl-Artikolu 22(7), (8) u (9) tad-Direttiva 2013/34/UE. Dak il-metodu ma għandux, madankollu, jikkostitwixxi inklużjoni tal-impriżi konċernati f'superviżjoni konsolidata.

7.   Meta istituzzjoni għandha sussidjarja li hija impriża għajr istituzzjoni, istituzzjoni finanzjarja jew impriża ta' servizzi anċillari jew għandha parteċipazzjoni f'tali impriża, hija għandha tapplika l-metodu tal-ekwità lil dik is-sussidjarja jew il-parteċipazzjoni. Dak il-metodu ma għandux, madankollu, jikkostitwixxi inklużjoni tal-impriżi konċernati f'superviżjoni fuq bażi konsolidata.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu jew jitolbu lill-istituzzjonijiet japplikaw metodu differenti għal tali sussidjarji jew parteċipazzjonijiet, inkluż il-metodu meħtieġ mill-qafas ta' kontabbiltà applikabbli, dment li:

(a)

l-istituzzjoni ma tapplikax diġà l-metodu tal-ekwità fit-28 ta' Diċembru 2020;

(b)

ikun ta' piż sproporzjonat li jiġi applikat il-metodu tal-ekwità jew il-metodu tal-ekwità ma jirriflettix b'mod adegwat ir-riskji li l-impriża msemmija fl-ewwel subparagrafu toħloq lill-istituzzjoni; u

(c)

il-metodu applikat ma jirriżultax f'konsolidazzjoni sħiħa jew proporzjonali ta' dik l-impriża.

8.   Awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu konsolidazzjoni sħiħa jew proporzjonali ta' sussidjarja jew impriża li fiha istituzzjoni jkollha parteċipazzjoni meta dik is-sussidjarja jew impriża mhijiex istituzzjoni, istituzzjoni finanzjarja jew impriża ta' servizzi anċillari u fejn jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-impriża mhijiex impriża tal-assigurazzjoni, impriża tal-assigurazzjoni ta' pajjiż terz, impriża tar-riassigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni ta' pajjiż terz, kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew impriża eskluża mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE skont l-Artikolu 4 ta' dik id-Direttiva;

(b)

hemm riskju sostanzjali li l-istituzzjoni tiddeċiedi li tipprovdi għajnuna finanzjarja lil dik l-impriża f'kondizzjonijiet ta' stress, fin-nuqqas ta', jew lil hinn minn kwalunkwe obbligu kuntrattwali li jiġi provdut tali appoġġ.

9.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kondizzjonijiet li f'konformità magħhom għandha titwettaq il-konsolidazzjoni fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 3 sa 6 u l-paragrafu 8.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2020.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”;

(13)

L-Artikolu 22 jiġi sostitwit b'dan li ġej

“Artikolu 22

Subkonsolidazzjoni fil-każ ta' entitajiet f'pajjiżi terzi

1.   L-istituzzjonijiet sussidjarji għandhom japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 89, 90 u 91 u l-Partijiet Tlieta, Erbgħa, u Sebgħa u r-rekwiżiti assoċjati ta' rappurtar stipulati fil-Parti Sebgħa A fuq il-bażi tas-sitwazzjoni subkonsolidata tagħhom jekk dawk l-istituzzjonijiet għandhom istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja bħala sussidjarja f'pajjiż terz, jew ikollhom parteċipazzjoni f'tali impriża.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet sussidjarji jistgħu jagħżlu li ma japplikawx ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 89, 90 u 91 u l-Partijiet Tlieta, Erbgħa, u Sebgħa u r-rekwiżiti assoċjati ta' rappurtar stipulati fil-Parti Sebgħa A fuq il-bażi tas-sitwazzjoni subkonsolidata tagħhom meta l-assi totali u l-entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tas-sussidjarji tagħhom jew parteċipazzjonijiet f'pajjiżi terzi jkunu inqas minn 10 % tal-ammont totali tal-assi u tal-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni sussidjarja.”;

(14)

it-titolu tal-Parti Tnejn jiġi sostitwit b'dan li ġej:

FONDI PROPRJI U OBBLIGAZZJONIJIET ELIĠIBBLI”;

(15)

fl-Artikolu 26, il-paragrafu 3 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jevalwaw jekk il-ħruġ ta' strumenti kapitali jissodisfax il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 28, jew, fejn applikabbli, l-Artikolu 29. L-istituzzjonijiet għandhom jikklassifikaw il-ħruġ tal-istrumenti kapitali bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 biss wara li jingħataw permess mill-awtoritajiet kompetenti.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, istituzzjonijiet jistgħu jikklassifikaw bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 ħruġ sussegwenti ta' forma ta' strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 li għalihom ikunu diġà rċevew din l-awtorizzazzjoni, dment li jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

id-dispożizzjonijiet li jirregolaw dak il-ħruġ sussegwenti huma sostanzjalment l-istess bħal dawk id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-ħruġ li għalihom l-istituzzjonijiet ikunu diġà rċevew permess;

(b)

l-istituzzjonijiet ikunu nnotifikaw dak il-ħruġ sussegwenti lill-awtoritajiet kompetenti fi żmien biżżejjed qabel il-klassifikazzjoni tiegħu bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonsultaw lill-ABE qabel ma jingħata permess għal forom ġodda ta' strumenti kapitali sabiex jiġu kklassifikati bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu b'mod dovut l-opinjoni tal-ABE u, meta jiddeċiedu li jiddevjaw minnha, għandhom jiktbu lill-ABE fi żmien tliet xhur mid-data ta' meta jirċievu l-opinjoni tal-ABE billi jispjegaw ir-raġunament għad-devjazzjoni mill-opinjoni rilevanti. Dan is-subparagrafu ma għandux japplika għall-istrumenti kapitali msemmija fl-Artikolu 31.

Abbażi ta' informazzjoni miġbura mill-awtoritajiet kompetenti, l-ABE għandha tistabbilixxi, iżżomm u tippubblika lista tal-forom kollha ta' strumenti kapitali f'kull Stat Membru li jikkwalifikaw bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1. Skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-ABE tista' tiġbor kull informazzjoni b'rabta ma' strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 li hija tqis meħtieġa biex tistabbilixxi l-konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 28, jew fejn applikabbli, fl-Artikolu 29 ta' dan ir-Regolament u għall-fini li tinżamm u tiġi aġġornata l-lista msemmija f'dan is-subparagrafu.

Wara l-proċess ta' analiżi stabbilit fl-Artikolu 80 u, fejn ikun hemm evidenza sinifikanti li l-istrumenti ta' kapital rilevanti ma jissodisfawx jew waqfu milli jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 28 jew, fejn applikabbli, l-Artikolu 29, l-ABE tista' tiddeċiedi li ma żżidx dawk l-istrumenti fil-lista msemmija fir-raba' subparagrafu jew tneħħihom minn dik il-lista, skont il-każ. L-ABE għandha tagħmel notifika f'dak is-sens u għandha tirreferi wkoll għall-pożizzjoni tal-awtorità kompetenti rilevanti dwar il-kwistjoni. Dan is-subparagrafu ma japplikax għall-istrumenti kapitali msemmija fl-Artikolu 31.”;

(16)

L-Artikolu 28 jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 jiġi emendat kif ġej:

(i)

il-punt (b) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

l-istrumenti jkunu sottoskritti u l-akkwist tas-sjieda ta' dawk l-istrumenti ma jkunx iffinanzjat direttament jew indirettament mill-istituzzjoni;”;

(ii)

jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, il-parti ta' strument kapitali li hija mħallsa kompletament biss għandha tkun eliġibbli biex tikkwalifika bħala strument ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1.”;

(b)

fil-paragrafu 3, jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

“Il-kundizzjoni stabbilita fil-punt (h)(v) tal-paragrafu 1 għandha titqies sodisfatta minkejja sussidjarja tkun soġġetta għal ftehim ta' trasferiment ta' profitti u telf mal-impriża prinċipali tagħha, skont liema s-sussidjarja hija obbligata li tittrasferixxi, wara t-tħejjija tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali tagħha, ir-riżultat annwali tagħha lill-impriża prinċipali, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-impriża prinċipali tippossjedi 90 % jew aktar tad-drittijiet tal-vot u tal-kapital tas-sussidjarja;

(b)

l-impriża prinċipali u s-sussidjarja jkunu stabbiliti fl-istess Stat Membru;

(c)

il-ftehim ġie konkluż għal finijiet ta' taxxa leġittimi;

(d)

fit-tħejjija tad-dikjarazzjoni finanzjarja annwali, is-sussidjarja għandha d-diskrezzjoni li tnaqqas l-ammont tad-distribuzzjonijiet billi talloka parti jew it-totalità tal-profitti tagħha lir-riżervi jew il-fondi proprji tagħha għal riskju bankarju ġenerali qabel ma tagħmel kwalunkwe ħlas lill-impriża prinċipali tagħha;

(e)

l-impriża prinċipali hija obbligata skont il-ftehim li tikkumpensa b'mod sħiħ lis-sussidjarja għat-telf kollu tas-sussidjarja;

(f)

il-ftehim huwa soġġett għal perijodu ta' avviż li jgħid li l-ftehim jista' jiġi terminat biss minn tmiem sena fiskali, b'tali tmiem ikun effettiv mhux qabel il-bidu tas-sena fiskali ta' wara, u b'hekk ma jbiddilx l-obbligu tal-impriża prinċipali li tikkumpensa bis-sħiħ lis-sussidjarja għal kull telf imġarrab matul is-sena fiskali attwali.

Meta istituzzjoni tkun daħlet fi ftehim ta' trasferiment ta' profitti u telf, hija għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien u tipprovdi lill-awtorità kompetenti b'kopja tal-ftehim. L-istituzzjoni għandha tinnotifika wkoll lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien b'kull tibdil għall-ftehim ta' trasferiment ta' profitti u telf u t-tmiem tiegħu. Istituzzjoni ma għandhiex tidħol f'aktar minn ftehim wieħed ta' trasferiment ta' profitti u telf.”;

(17)

fl-Artikolu 33(1), il-punt (c) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(c)

profitt u telf tal-valur ġust fuq obbligazzjonijiet derivattivi tal-istituzzjoni li jirriżultaw minn tibdil fir-riskju ta' kreditu proprju tal-istituzzjoni.”;

(18)

L-Artikolu 36 jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 jiġi emendat kif ġej:

(i)

il-punt (b) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

assi intanġibbli bl-eċċezzjoni ta' assi ta' software valutati b'mod prudenti li l-valur tagħhom ma jkunx affettwat b'mod negattiv mir-riżoluzzjoni, l-insolvenza jew il-likwidazzjoni tal-istituzzjoni;”;

(ii)

jiżdied il-punt li ġej:

“(n)

għal impenn ta' valur minimu msemmi fl-Artikolu 132c(2), kull ammont li bih il-valur attwali tas-suq tal-unitajiet jew l-ishma f'CIUs sottostanti l-impenn ta' valur minimu huwa inqas mill-valur preżenti tal-impenn ta' valur minimu u li għalih l-istituzzjoni ma tkunx diġà rrikonoxxiet tnaqqis tal-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1.”;

(b)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-applikazzjoni tat-tnaqqis imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1, inkluż il-materjalità ta' effetti negattivi fuq il-valur li ma tikkawżax tħassib prudenzjali.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2020.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tissuplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”;

(19)

fl-Artikolu 37, jiżdied il-punt li ġej:

“(c)

l-ammont li għandu jitnaqqas għandu jitnaqqas bl-ammont tar-rivalutazzjoni kontabilistika tal-assi intanġibbli tas-sussidjarji derivati mill-konsolidazzjoni ta' sussidjarji attribwibbli għal persuni għajr l-impriżi inklużi fil-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed.”;

(20)

fl-Artikolu 39(2), l-ewwel subparagrafu l-frażi introduttorja tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Assi ta' taxxa differita li ma jiddependux fuq il-profittabbiltà futura għandhom ikunu limitati għal assi ta' taxxa differita li nħolqu qabel it-23 ta' Novembru 2016 u li jirriżultaw minn differenzi temporanji, meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:”;

(21)

fl-Artikolu 45, il-punt (a)(i) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(i)

id-data tal-maturità tal-pożizzjoni qasira tkun l-istess, jew iktar tard mid-data tal-maturità tal-pożizzjoni twila jew il-maturità residwa tal-pożizzjoni qasira tkun tal-inqas sena waħda;”;

(22)

L-Artikolu 49 jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Dan il-paragrafu ma għandux japplika meta jiġu kkalkulati l-fondi proprji għall-finijiet tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 92a u 92b, li għandhom jiġu kkalkolati skont il-qafas ta' tnaqqis stabbilit fl-Artikolu 72e(4).”;

(b)

il-paragrafu 3 jiġi emendat kif ġej:

(i)

fil-punt (a)(iv), l-aħħar sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Il-karta ta' bilanċ konsolidata jew il-kalkolu aggregat estiż għandhom jiġu rapportati lill-awtoritajiet kompetenti bil-frekwenza stabbilita fl-istandards tekniċi tal-implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 430(7)”;

(ii)

fil-punt (a)(v), l-ewwel sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“(v)

l-istituzzjonijiet inklużi fi skema ta' protezzjoni istituzzjonali jissodisfaw flimkien fuq bażi konsolidata jew aggregata estiża r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 92 u jwettqu r-rappurtar tal-konformità ma' dawk ir-rekwiżiti skont l-Artikolu 430.”;

(23)

L-Artikolu 52(1) jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-punt (a) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

l-istrumenti jinħarġu direttament minn istituzzjoni u jkunu mħallsa totalment”;

(b)

il-frażi introduttorja tal-punt (b) tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“(b)

l-istrumenti mhumiex proprjetà ta' kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:”;

(c)

il-punt (c) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(c)

l-akkwist tas-sjieda tal-istrumenti ma jkunx direttament jew indirettament iffinanzjat mill-istituzzjoni;”;

(d)

il-punt (h) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(h)

meta l-istrumenti jinkludu għażla ta' tifdija bikrija waħda jew aktar inkluż opzjonijiet ta' xiri, l-opzjonijiet huma eżerċitabbli fid-diskrezzjoni totali tal-emittent;”;

(e)

il-punt (j) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(j)

id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti ma jindikawx b'mod espliċitu jew impliċitu li l-istrumenti jistgħu jinxtraw, jinfdew jew jinxtraw mill-ġdid, kif applikabbli, mill-istituzzjoni għajr fil-każ tal-insolvenza jew il-likwidazzjoni tal-istituzzjoni u l-istituzzjoni ma tipprovdix b'mod ieħor tali indikazzjoni.”;

(f)

il-punt (p) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(p)

meta l-emittent ikun stabbilit f'pajjiż terz u jkun ġie ddeżinjat f'konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/59/UE bħala parti ta' grupp ta' riżoluzzjoni li l-entità ta' riżoluzzjoni tiegħu hija stabbilita fl-Unjoni jew fejn hija stabbilita fi Stat Membru, il-liġi jew id-dispożizzjonijiet kuntrattwali li jirregolaw l-istrumenti jkunu jeħtieġu li, meta tittieħed deċiżjoni mill-awtorità ta' riżoluzzjoni biex teżerċita s-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni msemmija fl-Artikolu 59 ta' dik id-Direttiva, l-ammont prinċipali tal-istrumenti għandu jonqos fil-valur fuq bażi permanenti jew l-istrumenti jiġu konvertiti fi strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1;

fejn l-emittent ikun stabbilit f'pajjiż terz u ma jkunx ġie ddeżinjat f'konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/59/UE bħala parti ta' grupp ta' riżoluzzjoni li l-entità ta' riżoluzzjoni tiegħu hija stabbilita fl-Unjoni, il-liġi jew id-dispożizzjonijiet kuntrattwali li jirregolaw l-istrumenti jkunu jeħtieġu li, meta tittieħed deċiżjoni mill-awtorità tal-pajjiż terz rilevanti, l-ammont prinċipali tal-istrumenti għandu jonqos fil-valur fuq bażi permanenti jew l-istrumenti għandhom jiġu konvertiti fi strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1;”;

(g)

jiżdiedu il-punti li ġejjin:

“(q)

meta l-emittent huwa stabbilit f'pajjiż terz u jkun ġie ddeżinjat f'konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/59/UE bħala part minn grupp ta' riżoluzzjoni li l-entità ta' riżoluzzjoni tiegħu hija stabbilita fl-Unjoni jew fejn l-emittent huwa stabbilit fi Stat Membru, l-istrumenti jistgħu jinħarġu biss skont il-liġijiet ta' pajjiż terz, jew inkella jkunu soġġetti għalihom, meta skont dawk il-liġijiet, l-eżerċizzju tas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva u tal-konverżjoni msemmi fl-Artikolu 59 ta' dik id-Direttiva huwa effettiv u infurzabbli abbażi ta' dispożizzjonijiet statutorji jew dispożizzjonijiet kuntrattwali infurzabbli legalment li jirrikonoxxu r-riżoluzzjoni jew azzjonijiet oħra ta' tnaqqis fil-valur jew konverżjoni;

(r)

l-istrumenti mhumiex soġġetti għal arranġamenti ta' tpaċija jew ta' netting li jimminaw il-kapaċità tagħhom li jassorbu t-telf.”;

(h)

jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, il-parti ta' strument kapitali li hija sottoskritta biss għandha tkun eliġibbli biex tikkwalifika bħala strument Addizzjonali ta' Grad 1.”;

(24)

fl-Artikolu 54(1), jiżdied il-punt li ġej:

“(e)

meta l-istrumenti ta' Grad 1 Addizzjonali jinħarġu minn impriża sussidjarja stabbilita f'pajjiż terz, l-iskattatur ta' 5,125 % jew ogħla msemmi fil-punt (a) għandu jiġi kkalkolat skont il-liġi nazzjonali ta' dak il-pajjiż terz jew id-dispożizzjonijiet kuntrattwali tal-pajjiż terz li jirregolaw l-istrumenti, dment li l-awtorità kompetenti, wara li tikkonsulta mal-ABE, tkun ssodisfata li dawk id-dispożizzjonijiet huma tal-inqas ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Artikolu.”;

(25)

fl-Artikolu 59, il-punt (a)(i) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(i)

id-data tal-maturità tal-pożizzjoni qasira tkun jew l-istess, jew iktar tard mid-data tal-maturità tal-pożizzjoni twila jew il-maturità residwa tal-pożizzjoni qasira tkun tal-inqas sena waħda;”;

(26)

fl-Artikolu 62, il-punt (a) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

strumenti kapitali fejn il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 63 ikunu ssodisfati, u sal-punt speċifikat fl-Artikolu 64;”;

(27)

L-Artikolu 63 jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-frażi introduttorja tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“L-istrumenti kapitali għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta' Grad 2 dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:”;

(b)

il-punt (a) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

l-istrumenti jinħarġu direttament minn istituzzjoni u jkunu mħallsa totalment;”;

(c)

fil-punt (b), il-frażi introduttorja tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“(b)

l-istrumenti mhumiex proprjetà ta' kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:”;

(d)

il-punti (c) u (d) jiġu sostitwiti b'dawn li ġejjin:

“(c)

l-akkwist tas-sjieda tal-istrumenti ma jkunx direttament jew indirettament iffinanzjat mill-istituzzjoni;

(d)

il-pretensjoni fuq l-ammont prinċipali tal-istrumenti skont id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti tikklassifika taħt kwalunkwe pretensjoni minn strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli;”;

(e)

fil-punt (e), il-frażi introduttorja tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“(e)

l-istrumenti ma jkunux koperti jew ma jkunux soġġetti għal garanzija li ssaħħaħ is-superjorità tal-pretensjoni minn xi waħda minn dawn li ġejjin:”;

(f)

il-punti (f) sa (n) jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

“(f)

l-istrumenti ma jkunux soġġetti għal ebda arranġament li b'mod ieħor itejjeb is-superjorità tal-pretensjoni skont l-istrumenti;

(g)

l-istrumenti għandhom maturità oriġinali ta' mill-inqas ħames snin;

(h)

id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti ma jinkludu l-ebda inċentiv biex l-ammont kapitali tagħhom jinfeda jew jitħallas lura, kif applikabbli mill-istituzzjoni qabel il-maturità tagħhom;

(i)

meta l-istrumenti jinkludu dritt wieħed jew iktar ta' ħlas lura bikri inkluż opzjonijiet ta' xiri, l-opzjonijiet huma eżerċitabbli fid-diskrezzjoni totali tal-emittent;

(j)

l-istrumenti jistgħu jinxtraw, jinfdew, jitħallsu lura jew jinxtraw mill-ġdid b'mod bikri biss meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 77 jiġu ssodisfati, u mhux qabel ħames snin wara d-data tal-ħruġ ħlief meta jkunu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 78(4);

(k)

id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti ma jindikawx b'mod espliċitu jew impliċitu li l-istrumenti ser jistgħu jinxtraw, jinfdew, jitħallsu lura jew jinxtraw mill-ġdid b'mod bikri, kif applikabbli, mill-istituzzjoni għajr fil-każ tal-insolvenza jew il-likwidazzjoni tal-istituzzjoni u l-istituzzjoni ma tipprovdix b'mod ieħor tali indikazzjoni;

(l)

id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti ma jagħtux lid-detentur id-dritt li jgħaġġel il-pagamenti skedati fil-futur tal-imgħax jew tal-ammont tal-kapital, ħlief fil-każ tal-insolvenza jew il-likwidazzjoni tal-istituzzjoni;

(m)

il-livell ta' imgħax jew ta' pagamenti ta' dividendi, kif applikabbli, dovuti fuq l-istrumenti ma jiġix emendat abbażi tal-istatus tal-kreditu tal-istituzzjoni jew l-impriża prinċipali tagħha;

(n)

meta l-emittent ikun stabbilit f'pajjiż terz u jkun ġie ddeżinjat skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/59/UE bħala parti ta' grupp ta' riżoluzzjoni li l-entità ta' riżoluzzjoni tiegħu hija stabbilita fl-Unjoni jew fejn hija stabbilita fi Stat Membru, il-liġi jew id-dispożizzjonijiet kuntrattwali li jirregolaw l-istrumenti jkunu jeħtieġu li, meta tittieħed deċiżjoni mill-awtorità ta' riżoluzzjoni biex teżerċita s-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni msemmija fl-Artikolu 59 ta' dik id-Direttiva, l-ammont prinċipali tal-istrumenti għandu jkollu valwazzjoni negattiva fuq bażi permanenti jew l-istrumenti jiġu konvertiti fi strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1;

fejn l-emittent ikun stabbilit f'pajjiż terz u ma jkunx ġie ddeżinjat skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/59/UE bħala parti ta' grupp ta' riżoluzzjoni li l-entità ta' riżoluzzjoni tiegħu hija stabbilita fl-Unjoni, il-liġi jew id-dispożizzjonijiet kuntrattwali li jirregolaw l-istrumenti jkunu jeħtieġu li, meta tittieħed deċiżjoni mill-awtorità tal-pajjiż terz rilevanti, l-ammont prinċipali tal-istrumenti għandu jonqos fil-valur fuq bażi permanenti jew l-istrumenti għandhom jiġu konvertiti fi strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1;”;

(g)

jiżdiedu il-punti li ġejjin:

“(o)

meta l-emittent huwa stabbilit f'pajjiż terz u jkun ġie ddeżinjat skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/59/UE bħala part minn grupp ta' riżoluzzjoni li l-entità ta' riżoluzzjoni tiegħu hija stabbilita fl-Unjoni jew fejn hi stabbilita fi Stat Membru, l-istrumenti jistgħu jinħarġu biss skont il-liġijiet ta' pajjiż terz, jew inkella jkunu soġġetti għalihom, meta skont dawk il-liġijiet, l-eżerċizzju tas-setgħa tat-tnaqqis fil-valur u tal-konverżjoni msemmi fl-Artikolu 59 ta' dik id-Direttiva huwa effettiv u infurzabbli abbażi ta' dispożizzjonijiet statutorji jew dispożizzjonijiet kuntrattwali infurzabbli legalment li jirrikonoxxu r-riżoluzzjoni jew azzjonijiet oħra ta' tnaqqis fil-valur jew konverżjoni;

(p)

l-istrumenti mhumiex soġġetti għal arranġamenti ta' tpaċija jew ta' netting li jimminaw il-kapaċità tagħhom li jassorbu t-telf.”;

(h)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel paragrafu, il-parti biss ta' strument kapitali li hija sottoskritta għandha tkun eliġibbli biex tikkwalifika bħala strument ta' Grad 2.”;

(28)

L-Artikolu 64 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 64

Amortizzazzjoni tal-istrumenti ta' Grad 2

1.   L-ammont sħiħ tal-istrumenti ta' Grad 2 b'maturità residwa ta' iktar minn ħames snin għandu jikkwalifika bħala elementi ta' Grad 2.

2.   Il-punt sa fejn strumenti ta' Grad 2 jikkwalifikaw bħala elementi ta' Grad 2 matul l-aħħar ħames snin ta' maturità tal-istrumenti jiġi kkalkulat billi r-riżultat derivat mill-kalkolu msemmi fil-punt (a) jiġi mmultiplikat bl-ammont imsemmi fil-punt (b) kif ġej:

(a)

l-ammont irrappurtat tal-istrumenti fl-ewwel jum tal-perijodu finali ta' ħames snin tal-maturità kuntrattwali tagħhom diviż bin-numru ta' jiem f'dak il-perijodu;

(b)

in-numru ta' jiem ta' maturità kuntrattwali li jibqa' tal-istrumenti”;

(29)

fl-Artikolu 66, jiżdied il-punt li ġej:

“(e)

l-ammont ta' elementi meħtieġa li għandhom jitnaqqsu minn elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 72e li jaqbeż l-elementi tal-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni.”;

(30)

fl-Artikolu 69, il-punt (a)(i) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(i)

id-data tal-maturità tal-pożizzjoni qasira tkun jew l-istess, jew iktar tard mid-data tal-maturità tal-pożizzjoni twila jew il-maturità residwa tal-pożizzjoni qasira tkun tal-inqas sena waħda;”;

(31)

il-Kapitolu li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 72:

KAPITOLU 5a

Obbligazzjonijiet eliġibbli

Taqsima 1

Elementi u strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli

Artikolu 72a

Elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli

1.   L-elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli għandhom jikkonsistu minn dawn li ġejjin, sakemm ma jaqgħux fi kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta' obbligazzjonijiet esklużi stipulati fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, u sal-limitu speċifikat fl-Artikolu 72c:

(a)

l-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 72b jiġu ssodisfati, sal-punt li ma jikkwalifikawx bħala elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, Addizzjonali ta' Grad 1 jew ta' Grad 2;

(b)

L-istrumenti ta' Grad 2 b'maturità residwa ta' mill-inqas sena, sal-punt li ma jikkwalifikawx bħala elementi ta' Grad 2 skont l-Artikolu 64.

2.   L-obbligazzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu esklużi mill-elementi tal-obbligazzjonijiet eliġibbli:

(a)

depożiti koperti;

(b)

depożiti ta' domanda u depożiti b'terminu qasir b'maturità oriġinali ta' inqas minn sena;

(c)

il-parti ta' depożiti eliġibbli minn persuni fiżiċi u minn impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju li taqbeż il-livell ta' kopertura msemmi fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*11);

(d)

depożiti li jkunu depożiti eliġibbli minn persuni fiżiċi u minn impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju jekk ma jkunux saru permezz ta' fergħat li jinsabu barra mill-Unjoni ta' istituzzjonijiet stabbiliti fl-Unjoni;

(e)

obbligazzjonijiet iggarantiti, inkluż bonds koperti u obbligazzjonijiet fil-forma ta' strumenti finanzjarji użati għal skopijiet ta' ħħeġġjar li jifformaw parti integrali mill-pool ta' kopertura u li f'konformità mal-liġi nazzjonali huma żgurati b'mod simili għal bonds koperti, sakemm l-assi ggarantiti kollha relatati ma' pool ta' kopertura ta' bonds koperti jibqgħu mhux affettwati, segregati u b'finanzjament biżżejjed u bl-esklużjoni ta' kwalunkwe parti ta' obbligazzjoni ggarantita jew obbligazzjoni li għaliha jkun ġie ppleġġjat kollateral li jaqbeż il-valur tal-assi, tal-pleġġ, tar-rahan jew tal-kollateral li kontriha jkunu ggarantiti;

(f)

kwalunkwe obbligazzjoni li tinħoloq bis-saħħa taż-żamma ta' assi ta' klijenti jew flus ta' klijenti inkluż assi ta' klijenti jew flus ta' klijenti miżmuma f'isem impriżi ta' investiment kollettiv, sakemm tali klijent ikun protett taħt il-liġi tal-insolvenza applikabbli;

(g)

kwalunkwe obbligazzjoni li tinħoloq bis-saħħa ta' relazzjoni fiduċjarja bejn l-entità ta' riżoluzzjoni jew kwalunkwe sussidjarja tagħha (bħala fiduċjarja) u persuna oħra (bħala benefiċjarja), sakemm tali benefiċjarja tkun protetta taħt il-liġi tal-insolvenza jew ċivili applikabbli;

(h)

obbligazzjonijiet tal-istituzzjonijiet, minbarra l-obbligazzjonijiet tal-entitajiet li huma parti mill-istess grupp, b'maturità oriġinali ta' inqas minn sebat ijiem;

(i)

obbligazzjonijiet b'maturità li jifdal ta' anqas minn sebat ijiem, dovuti lil:

(i)

sistemi jew operaturi ta' sistemi deżinjati skont id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (*12);

(ii)

parteċipanti f'sistema deżinjata skont id-Direttiva 98/26/KE u li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni f'tali sistema; jew

(iii)

CCPs ta' pajjiżi terzi rikonoxxuti skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(j)

obbligazzjoni lejn kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(i)

impjegat, fir-rigward ta' salarji, benefiċċji ta' pensjoni jew remunerazzjoni fissa oħra dovuti, ħlief għall-komponent varjabbli tar-remunerazzjoni li mhux regolat bi ftehim ta' negozjar kollettiv, u ħlief għall-komponent varjabbli tar-remunerazzjoni ta' dawk li jieħdu riskji sinifikanti kif imsemmi fl-Artikolu 92(2) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(ii)

kreditur kummerċjali jew ta' negozju meta l-obbligazzjoni tinħoloq mill-forniment lill-istituzzjoni jew lill-impriża prinċipali ta' oġġetti jew servizzi li huma kritiċi għall-funzjonament ta' kuljum tal-operazzjonijiet tal-istituzzjoni jew tal-impriża prinċipali, inkluż servizzi tal-IT, utilitajiet u l-kiri, il-manutenzjoni u ż-żamma ta' postijiet;

(iii)

awtoritajiet tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali, sakemm dawk l-obbligazzjonijiet huma preferuti skont il-liġi applikabbli;

(iv)

skemi ta' garanzija ta' depożiti meta l-obbligazzjoni tinħoloq minn kontribuzzjonijiet dovuti skont id-Direttiva 2014/49/UE;

(k)

obbligazzjonijiet li jinħolqu minn derivattivi;

(l)

obbligazzjonijiet li jinħolqu minn strumenti tad-dejn b'derivattivi inkorporati.

Għall-finijiet tal- punt (l) tal-ewwel subparagrafu, strumenti ta' dejn li fihom għażliet ta' tifdija bikrija eżerċitabbli fid-diskrezzjoni totali tal-emittent jew tad-detentur, u strumenti ta' dejn b'interessi varjabbli li ġejjin minn rata ta' referenza ġeneralment użata bħall-Euribor jew il-Libor, ma għandhomx jitqiesu bħala strumenti ta' dejn b'derivattivi inkorporati unikament minħabba fatturi bħal dawn.

Artikolu 72b

Strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli

1.   L-obbligazzjonijiet għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli dment li jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu u biss sal-punt speċifikat f'dan l-Artikolu.

2.   L-obbligazzjonijiet għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli dment li l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu ssodisfati:

(a)

l-obbligazzjonijiet ikunu nħarġu jew ingħataw direttament, kif applikabbli, minn istituzzjoni u jkunu tħallsu kompletament;

(b)

l-obbligazzjonijiet mhumiex proprjetà ta' ebda waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

l-istituzzjoni jew entità inkluża fl-istess grupp ta' riżoluzzjoni;

(ii)

impriża li fiha l-istituzzjoni jkollha parteċipazzjoni diretta jew indiretta fil-forma ta' sjieda, diretta jew permezz ta' kontroll, ta' 20 % jew iktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital ta' dik l-impriża;

(c)

l-akkwist tas-sjieda tal-obbligazzjonijiet ma jkunx direttament jew indirettament iffinanzjat mill-entità ta' riżoluzzjoni;

(d)

il-pretensjoni fuq l-ammont prinċipali tal-obbligazzjonijiet skont id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti tkun totalment subordinata għal pretensjonijiet li jinħolqu mill-obbligazzjonijiet esklużi msemmija fl-Artikolu 72a(2); dak ir-rekwiżit ta' subordinazzjoni għandu jitqies li ġie ssodisfat fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(i)

id-dispożizzjonijiet kuntrattwali li jirregolaw l-obbligazzjonijiet jispeċifikaw li fil-każ ta' proċedimenti ta' insolvenza normali kif definiti fil-punt (47) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, il-pretensjoni fuq l-ammont prinċipali tal-istrumenti tikklassifika taħt pretensjonijiet li jinħolqu minn kwalunkwe obbligazzjoni eskluża msemmija fl-Artikolu 72a(2) ta' dan ir-Regolament;

(ii)

il-liġi applikabbli tispeċifika li fil-każ ta' proċedimenti ta' insolvenza normali kif definiti fil-punt (47) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, il-pretensjoni fuq l-ammont prinċipali tal-istrumenti tikklassifika taħt pretensjonijiet li jinħolqu minn kwalunkwe obbligazzjoni eskluża msemmija fl-Artikolu 72a(2) ta' dan ir-Regolament;

(iii)

l-istrumenti jinħarġu minn entità ta' riżoluzzjoni li fuq il-karta tal-bilanċ tagħha ma jkollhiex obbligazzjonijiet esklużi kif imsemmi fl-Artikolu 72a(2) ta' dan ir-Regolament li jikklassifikaw pari passu jew inqas mill-istrumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli;

(e)

l-obbligazzjonijiet la huma ggarantiti, u lanqas soġġetti għal garanzija jew kwalunkwe arranġament ieħor li jsaħħaħ is-superjorità tal-pretensjoni minn xi waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

l-istituzzjoni jew is-sussidjarji tagħha;

(ii)

l-impriża prinċipali tal-istituzzjoni jew is-sussidjarji tagħha;

(iii)

kwalunkwe impriża li jkollha rabtiet mill-qrib mal-entitajiet imsemmija fil-punti (i) u (ii);

(f)

l-obbligazzjonijiet mhumiex soġġetti għal arranġamenti ta' tpaċija jew ta' netting li jimminaw il-kapaċità tagħhom li jassorbu t-telf f'każ ta' riżoluzzjoni;

(g)

id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-obbligazzjonijiet ma jinkludu l-ebda inċentiv biex l-ammont prinċipali tagħhom jinxtara, jinfeda jew jinxtara mill-ġdid qabel il-maturità tagħhom jew jitħallas lura b'mod bikri mill-istituzzjoni, kif applikabbli, għajr fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 72c(3);

(h)

l-obbligazzjonijiet ma jistgħux jinfdew mid-detenturi tal-istrumenti qabel il-maturità tagħhom, għajr fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 72c(2);

(i)

soġġett għall-Artikolu 72c(3) u (4), meta l-obbligazzjonijiet jinkludu opzjoni ta' ħlas lura bikri waħda jew aktar inkluż opzjonijiet ta' xiri, l-opzjonijiet huma eżerċitabbli fid-diskrezzjoni totali tal-emittent, għajr fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 72c(2);

(j)

l-obbligazzjonijiet jistgħu jinxtraw, jinfdew, jitħallsu lura jew jinxtraw mill-ġdid b'mod bikri biss meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 77 u 78a jiġu ssodisfati;

(k)

id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-obbligazzjonijiet ma jindikawx b'mod espliċitu jew impliċitu li l-obbligazzjonijiet ser jinxtraw, jinfdew, jitħallsu lura jew jinxtraw mill-ġdid b'mod bikri, kif applikabbli mill-entità ta' riżoluzzjoni għajr fil-każ tal-insolvenza jew il-likwidazzjoni tal-istituzzjoni u l-istituzzjoni ma tipprovdix b'mod ieħor tali indikazzjoni;

(l)

id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-obbligazzjonijiet ma jagħtux lid-detentur id-dritt li jgħaġġel il-pagamenti skedati fil-futur tal-imgħax jew tal-prinċipal, ħlief fil-każ tal-insolvenza jew tal-likwidazzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni;

(m)

il-livell ta' imgħax jew ta' pagamenti ta' dividendi, kif applikabbli, dovut fuq l-obbligazzjonijiet ma jiġix emendat abbażi tal-istatus tal-kreditu tal-entità ta' riżoluzzjoni jew tal-impriża prinċipali tagħha;

(n)

għal strumenti maħruġa wara t-28 ta' Ġunju 2021 id-dokumentazzjoni kuntrattwali rilevanti u, fejn applikabbli, il-prospett, relatati mal-ħruġ jirreferu b'mod espliċitu għall-eżerċizzju possibbli tas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva u ta' konverżjoni skont l-Artikolu 48 tad-Direttiva 2014/59/UE.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, il-partijiet tal-obbligazzjonijiet li huma sottoskritti biss għandhom ikunu eliġibbli biex jikkwalifikaw bħala strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli.

Għall-finijiet tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu ta' dan l-Artikolu, fejn xi wħud mill-obbligazzjonijiet esklużi msemmija fl-Artikolu 72a(2) ikunu subordinati għal talbiet mhux garantiti ordinarji taħt il-liġi nazzjonali tal-insolvenza, fost l-oħrajn, minħabba li jkunu miżmuma minn kreditur li jkollu rabtiet mill-qrib mad-debitur, billi jkun jew billi kien azzjonist, f'relazzjoni ta' kontroll jew ta' grupp, membru tal-korp maniġerjali jew relatat ma' kwalunkwe waħda minn dawk il-persuni, is-subordinazzjoni ma għandhiex tiġi vvalutata b'referenza għat-talbiet li jirriżultaw minn dawn l-obbligazzjonijiet esklużi.

3.   Minbarra l-obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' tippermetti li l-obbligazzjonijiet jikkwalifikaw bħala strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli sa ammont aggregat li ma jaqbiżx it-3,5 % tal-ammont tal-iskopertura totali tar-riskju kkalkulat skont l-Artikolu 92(3) u (4), sakemm:

(a)

il-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 2, ħlief għall-kondizzjoni fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, huma ssodisfati;

(b)

l-obbligazzjonijiet jikklassifikaw pari passu mal-obbligazzjonijiet esklużi fl-iktar klassifikazzjoni baxxa msemmija fl-Artikolu 72a(2) bl-eċċezzjoni tal-obbligazzjonijiet esklużi li huma subordinati esklużi għal pretensjonijiet mhux garantiti ordinarji taħt il-liġi nazzjonali tal-insolvenza msemmija fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu; u

(c)

l-inklużjoni ta' dawk l-obbligazzjonijiet fl-elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli mhix ser twassal għal riskju materjali ta' kontestazzjoni legali li tirnexxi jew pretensjonijiet validi ta' kumpens kif ivvalutati mill-awtorità ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-prinċipji msemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 34(1) u l-Artikolu 75 tad-Direttiva 2014/59/UE.

4.   L-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' tippermetti li obbligazzjonijiet jikkwalifikaw bħala strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli barra mill-obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, dment li:

(a)

l-istituzzjoni ma titħalliex tinkludi fl-elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli l-obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3;

(b)

il-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 2, ħlief għall-kondizzjoni fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, huma ssodisfati;

(c)

l-obbligazzjonijiet jikklassifikaw pari passu jew huma superjuri għall-obbligazzjonijiet esklużi fl-iktar klassifikazzjoni baxxa msemmija fl-Artikolu 72a(2) bl-eċċezzjoni tal-obbligazzjonijiet subordinati esklużi għal pretensjonijiet mhux garantiti ordinarji taħt il-liġi nazzjonali tal-insolvenza msemmija fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;

(d)

fuq il-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni, l-ammont tal-obbligazzjonijiet esklużi msemmija fl-Artikolu 72a(2) li jikklassifikaw pari passu jew taħt dawk l-obbligazzjonijiet fl-insolvenza ma jaqbiżx il-5 % tal-ammont tal-fondi proprji u tal-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni;

(e)

l-inklużjoni ta' dawk l-obbligazzjonijiet fl-elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli mhix ser twassal għal riskju materjali ta' kontestazzjoni legali li tirnexxi jew pretensjonijiet validi ta' kumpens kif ivvalutati mill-awtorità ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-prinċipji msemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 34(1) u l-Artikolu 75 tad-Direttiva 2014/59/UE.

5.   L-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' biss tippermetti li istituzzjoni tinkludi l-obbligazzjonijiet imsemmija jew fil-paragrafu 3 jew 4 bħala elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli.

6.   L-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tikkonsulta lill-awtorità kompetenti meta teżamina jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu ġewx issodisfati.

7.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

(a)

il-forom u n-natura applikabbli ta' finanzjament indirett tal-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli;

(b)

il-forma u n-natura tal-inċentivi għat-tifdija għall-finijiet tal-kondizzjoni stabbilita fil-punt (g) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu 72c(3).

Dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji għandhom ikunu allinjati b'mod sħiħ mal-att delegat imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 28(5) u fil-punt (a) tal-Artikolu 52(2).

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Diċembru 2019.

Il-Kummissjoni hija ddelegata bis-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 72c

Amortizzazzjoni ta' strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli

1.   L-istrumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli b'maturità residwa ta' mill-inqas sena għandhom jikkwalifikaw bis-sħiħ bħala elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli.

L-istrumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli b'maturità residwa ta' inqas minn sena ma għandhomx jikkwalifikaw bħala elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, meta strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli jinkludu għażla ta' tifdija għad-detentur eżerċitabbli qabel il-maturità oriġinali ddikjarata tal-istrument, il-maturità tal-istrument għandha tiġi ddefinita bħala l-iktar data kmieni possibbli li fiha d-detentur jista' jeżerċita l-għażla ta' tifdija u jitlob it-tifdija jew il-ħlas lura tal-istrument.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, meta strument ta' obbligazzjonijiet eliġibbli jinkludi inċentiv għall-emittent biex jixtri, jifdi, iħallas lura jew jixtri mill-ġdid l-istrument qabel il-maturità oriġinali ddikjarata tal-istrument, il-maturità tal-istrument għandha tiġi ddefinita bħala l-iktar data kmieni possibbli li fiha l-emittent jista' jeżerċita dik l-opzjoni u jitlob it-tifdija jew il-ħlas lura tal-istrument.

4.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, meta strument ta' obbligazzjonijiet eliġibbli jinkludi opzjonijiet ta' tifdija bikrija li huma eżerċitabbli fid-diskrezzjoni totali tal-emittent qabel il-maturità oriġinali ddikjarata tal-istrument, iżda fejn id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrument ma jinkludu l-ebda inċentiv biex l-istrument jinxtara, jiġi mifdi, jitħallas lura jew mixtri mill-ġdid qabel il-maturità u ma jinkludux l-ebda opzjoni ta' tifdija jew ħlas lura fid-diskrezzjoni tad-detenturi, il-maturità tal-istrument għandha tiġi definita bħala il-maturità oriġinali ddikjarata.

Artikolu 72d

Il-konsegwenzi jekk il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà ma jibqgħux jiġu ssodisfati

Meta fil-każ ta' strument ta' obbligazzjonijiet eliġibbli l-kondizzjonijiet applikabbli stabbiliti fl-Artikolu 72b ma jibqgħux jiġu ssodisfati, l-obbligazzjonijiet għandhom jieqfu immedjatament jikkwalifikaw bħala strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli.

L-obbligazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 72b(2) jistgħu jibqgħu jgħoddu bħala strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli sakemm jikkwalifikaw bħala strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 72b(3) jew (4).

Taqsima 2

Tnaqqis minn elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli

Artikolu 72e

Tnaqqis minn elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli

1.   L-istituzzjonijiet li huma soġġetti għall-Artikolu 92a għandhom inaqqsu dawn li ġejjin mill-elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli:

(a)

parteċipazzjonijiet diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta' strumenti proprji ta' obbligazzjonijiet eliġibbli, inkluż obbligazzjonijiet proprji li dik l-istituzzjoni tista' tkun obbligata li tixtri bħala riżultat ta' obbligi kuntrattwali eżistenti;

(b)

holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni tal-istrumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli ta' entitajiet G-SII li magħhom l-istituzzjoni għandha parteċipazzjonijiet inkroċjati reċiproċi li l-awtorità kompetenti tikkunsidra li jkunu ġew deżinjati biex artifiċjalment ikabbru l-kapaċità tal-entità ta' riżoluzzjoni tal-assorbiment tat-telf u tar-rikapitalizzazzjoni;

(c)

l-ammont applikabbli ddeterminat skont l-Artikolu 72i ta' assi materjali diretti, indiretti u sintetiċi ta' strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ta' entitajiet G-SII, meta l-istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f'dawk l-entitajiet;

(d)

holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta' strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ta' entitajiet G-SII, meta l-istituzzjoni jkollha investiment sinifikanti f'dawk l-entitajiet, esklużi pożizzjonijiet ta' sottoskrizzjoni miżmuma għal ħamest ijiem tax-xogħol jew anqas.

2.   Għall-finijiet ta' din it-Taqsima, l-istrumenti kollha li jikklassifikaw pari passu mal-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli għandhom jiġu trattati bħala strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli, bl-eċċezzjoni ta' strumenti li jikklassifikaw pari passu ma' strumenti rikonoxxuti bħala obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 72b(3) u (4).

3.   Għall-finijiet ta' din it-Taqsima, l-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw l-ammont ta' assi materjali ta' strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fl-Artikolu 72b(3) kif ġej:

Formula

fejn:

h

=

l-ammont ta' assi materjali tal-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fl-Artikolu 72b(3);

i

=

l-indiċi li juri l-istituzzjoni emittenti;

Hi

=

l-ammont totali ta' assi materjali ta' obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni emittenti i msemmija fl-Artikolu 72b(3);

li

=

l-ammont ta' obbligazzjonijiet inklużi fl-elementi tal-obbligazzjonijiet eliġibbli mill-istituzzjoni emittenti i fil-limiti speċifikati fl-Artikolu 72b(3) skont l-aħħar divulgazzjonijiet mill-istituzzjoni emittenti; u

Li

=

l-ammont totali tal-obbligazzjonijiet pendenti tal-istituzzjoni emittenti i msemmija fl-Artikolu 72b(3) skont l-aħħar divulgazzjonijiet mill-emittent.

4.   Meta istituzzjoni prinċipali tal-UE jew istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru li hija soġġetta għall-Artikolu 92a jkollha assi materjali diretti, indiretti jew sintetiċi ta' strumenti ta' fondi proprji jew strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ta' sussidjarja waħda jew iktar li ma jappartjenux għall-istess grupp ta' riżoluzzjoni bħal dik l-istituzzjoni prinċipali, l-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' dik l-istituzzjoni prinċipali, wara li tqis debitament l-opinjoni tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' kwalunkwe sussidjarja kkonċernata, tista' tippermetti lill-istituzzjoni prinċipali tnaqqas tali parteċipazzjonijiet billi tnaqqas ammont iktar baxx speċifikat mill-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' dik l-istituzzjoni prinċipali. Dak l-ammont aġġustat għandu jkun tal-inqas daqs l-ammont (m) ikkalkulat kif ġej:

 

mi = max{0; OPi + LPi – max{0; β · [Oi + Li – ri · aRWAi ]}}

fejn:

i

=

l-indiċi li juri s-sussidjarja;

OPi

=

l-ammont ta' strumenti ta' fondi proprji maħruġa mis-sussidjarja i u miżmuma mill-istituzzjoni prinċipali;

LPi

=

l-ammont ta' elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli maħruġa mis-sussidjarja i u miżmuma mill-istituzzjoni prinċipali;

β

=

perċentwali ta' strumenti ta' fondi proprji u elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli maħruġa mis-sussidjarja i u miżmuma mill-impriża prinċipali;

Oi

=

l-ammont ta' fondi proprji tas-sussidjarja i, mingħajr ma jittieħed kont tat-tnaqqis ikkalkolat skont dan il-paragrafu;

Li

=

l-ammont ta' obbligazzjonijiet eliġibbli tas-sussidjarja i, mingħajr ma jittieħed kont tat-tnaqqis ikkalkolat skont dan il-paragrafu;

ri

=

il-proporzjon applikabbli għas-sussidjarja i fil-livell tal-grupp ta' riżoluzzjoni rispettiv skont il-punt (a) tal-Artikolu 92a(1) ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 45d tad-Direttiva 2014/59/UE; u

aRWAi

=

l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju tal-entità G-SII i kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) u (4) b'kont meħud tal-aġġustamenti stabbiliti fl-Artikolu 12a.

Meta l-istituzzjoni prinċipali titħalla tnaqqas l-ammont aġġustat skont l-ewwel subparagrafu, id-differenza bejn l-ammont ta' parteċipazzjonijiet ta' strumenti ta' fondi proprji u ta' strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fl-ewwel subparagrafu u dak l-ammont aġġustat għandu jitnaqqas mis-sussidjarja.

Artikolu 72f

Tnaqqis ta' assi materjali ta' strumenti proprji ta' obbligazzjonijiet eliġibbli

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 72e(1), l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw assi materjali abbażi tal-pożizzjonijiet grossi twal soġġetti għall-eċċezzjonijiet li ġejjin:

(a)

istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw l-ammont tal-parteċipazzjoni fuq il-bażi tal-pożizzjoni twila netta, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i)

il-pożizzjonijiet twal u qosra jkunu qegħdin fl-istess skopertura sottostanti u l-pożizzjonijiet qosra ma jinvolvux riskju għall-kontroparti;

(ii)

jew kemm il-pożizzjonijiet twal kif ukoll dawk qosra jinżammu fil-portafoll ta' negozjar jew it-tnejn jinżammu fil-portafoll mhux ta' negozjar;

(b)

l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont li jrid jitnaqqas għal assi materjali diretti, indiretti u sintetiċi ta' titoli tal-indiċi bil-kalkolu tal-iskopertura sottostanti għall-istrumenti proprji ta' obbligazzjonijiet eliġibbli f'dawk l-indiċi;

(c)

l-istituzzjonijiet jistgħu jikkumpensaw il-pożizzjonijiet grossi twal fl-istrumenti proprji tal-obbligazzjonijiet eliġibbli li jirriżultaw minn assi materjali ta' titoli tal-indiċi kontra pożizzjonijiet qosra fl-istrumenti proprji tal-obbligazzjonijiet eliġibbli li jirriżultaw minn pożizzjonijiet qosra fl-indiċi sottostanti, inkluż fejn dawk il-pożizzjonijiet qosra jinvolvu riskju għall-kontroparti, dment li jiġu ssodisfati dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i)

il-pożizzjonijiet twal u qosra jkunu qegħdin fl-istess indiċi sottostanti;

(ii)

jew kemm il-pożizzjonijiet twal kif ukoll dawk qosra jinżammu fil-portafoll ta' negozjar jew it-tnejn jinżammu fil-portafoll mhux ta' negozjar.

Artikolu 72g

Bażi ta' tnaqqis għal elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli

Għall-finijiet tal-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 72e(1), l-istituzzjonijiet għandhom inaqqsu l-pożizzjonijiet grossi twal soġġetti għall-eċċezzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 72h u 72i.

Artikolu 72h

Tnaqqis ta' assi materjali ta' obbligazzjonijiet eliġibbli ta' entitajiet G-SII oħra

L-istituzzjonijiet li ma jkunux qed jagħmlu użu mill-eċċezzjoni stabbilita fl-Artikolu 72j għandhom jagħmlu t-tnaqqis imsemmi fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 72e(1) skont dawn li ġejjin:

(a)

huma jistgħu jikkalkulaw assi materjali diretti, indiretti u sintetiċi ta' strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli abbażi tal-pożizzjoni netta twila fl-istess skopertura sottostanti, dment li jiġu ssodisfati ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

(i)

id-data tal-maturità tal-pożizzjoni qasira jew tkun l-istess bħal, inkella iktar tard, mid-data tal-maturità tal-pożizzjoni twila jew il-maturità residwa tal-pożizzjoni qasira tkun tal-inqas sena waħda;

(ii)

jew kemm il-pożizzjoni twila kif ukoll dik qasira jinżammu fil-portafoll tan-negozjar jew it-tnejn jinżammu fil-portafoll mhux ta' negozjar;

(b)

huma għandhom jiddeterminaw l-ammont li jrid jitnaqqas għal assi materjali diretti, indiretti u sintetiċi ta' titoli tal-indiċi billi jikkalkulaw l-iskopertura sottostanti għall-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli f'dawk l-indiċi.

Artikolu 72i

Tnaqqis ta' obbligazzjonijiet eliġibbli meta l-istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f'entitajiet G-SII

1.   Għall-finijiet tal-punt (c) tal-Artikolu 72e(1), l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont applikabbli li jrid jitnaqqas billi jimmultiplikaw l-ammont imsemmi fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu bil-fattur derivat mill-kalkolu msemmi fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:

(a)

l-ammont aggregat li bih l-assi materjali diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta' strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, ta' Grad 1 Addizzjonali, ta' Grad 2 ta' entitajiet tas-settur finanzjarju u strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ta' entitajiet G-SII li fl-ebda minnhom l-istituzzjoni ma għandha investiment sinifikanti jaqbeż l-10 % tal-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-istituzzjoni wara li jiġu applikati dawn li ġejjin:

(i)

Artikoli 32 sa 35;

(ii)

il-punti (a) sa (g), il-punti (k)(ii) sa (k)(v) u l-punt (l) tal-Artikolu 36(1), eskluż l-ammont li jrid jitnaqqas bħala assi ta' taxxa differita li jiddependi fuq profittabbiltà futura u jirriżulta minn differenzi temporanji;

(iii)

Artikoli 44 u 45;

(b)

l-ammont ta' assi materjali diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni tal-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ta' entitajiet G-SII li fihom l-istituzzjoni ma għandhiex investiment sinifikanti diviż bl-ammont aggregat tal-holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta' strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, ta' Grad 1 Addizzjonali u ta' Grad 2 ta' entitajiet tas-settur finanzjarju u strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ta' entitajiet G-SII li fl-ebda minnhom l-entità ta' riżoluzzjoni ma għandha investiment sinifikanti.

2.   L-istituzzjonijiet għandhom jeskludu pożizzjonijiet ta' sottoskrizzjoni miżmuma għal ħamest ijiem tax-xogħol jew inqas mill-ammonti msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 u mill-kalkolu tal-fattur skont il-punt (b) tal-paragrafu 1.

3.   L-ammont li għandu jitnaqqas skont il-paragrafu 1 għandu jitqassam fuq kull strument tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ta' entità G-SII miżmum mill-istituzzjoni. L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont ta' kull strument tal-obbligazzjonijiet eliġibbli li jitnaqqas skont il-paragrafu 1 billi l-ammont speċifikat fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu jiġi mmultiplikat bil-proporzjon speċifikat fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:

(a)

l-ammont ta' assi materjali li jeħtieġ jitnaqqas skont il-paragrafu 1;

(b)

il-proporzjon tal-ammont aggregat ta' assi materjali diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni tal-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ta' entitajiet G-SII li fihom l-istituzzjoni ma għandhiex investiment sinifikanti rappreżentat minn kull strument tal-obbligazzjonijiet eliġibbli miżmum mill-istituzzjoni.

4.   L-ammont ta' assi materjali imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 72e(1) li jkun ugwali għal jew inqas minn 10 % tal-elementi ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni tal-istituzzjoni wara l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a)(i), (a)(ii) u (a)(iii) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandux jitnaqqas u għandu jkun soġġett għall-ippeżar tar-riskji applikabbli skont il-Kapitolu 2 jew 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta u r-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu IV tal-Parti Tlieta, kif ikun applikabbli.

5.   L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont ta' kull strument tal-obbligazzjonijiet eliġibbli li huwa mwieżen għar-riskji skont il-paragrafu 4 billi l-ammont ta' assi materjali meħtieġa li jkunu mwieżna għar-riskji skont il-paragrafu 4 jiġi mmultiplikat bil-proporzjon li jirriżulta mill-kalkolu speċifikat fil-punt (b) tal-paragrafu 3.

Artikolu 72j

Eċċezzjoni tal-portafoll tan-negozjar mit-tnaqqis minn elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli

1.   L-istituzzjonijiet jistgħu jiddeċiedu li ma jnaqqsux parti deżinjata mill-parteċipazzjoni diretta, indiretta u sintetika tagħhom ta' strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli, li bħala aggregat u mkejla fuq bażi twila grossa tkun ugwali għal jew inqas minn 5 % tal-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-istituzzjoni wara l-applikazzjoni tal-Artikoli 32 sa 36, dment li dawn il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu ssodisfati:

(a)

l-assi materjali ikunu fil-portafoll tan-negozjar;

(b)

l-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli jinżammu għal mhux iktar minn 30 jum ta' negozju.

2.   L-ammonti tal-elementi li ma jitnaqqsux skont il-paragrafu 1 għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta' fondi proprji għal elementi fil-portafoll tan-negozjar.

3.   Meta fil-każ ta' assi materjali mhux imnaqqsa skont il-paragrafu 1 il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dak il-paragrafu ma jibqgħux jiġu ssodisfati, l-assi materjali għandhom jitnaqqsu skont l-Artikolu 72g mingħajr l-applikazzjoni tal-eċċezzjonijiet stipulati fl-Artikoli 72h u 72i.

Taqsima 3

Fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli

Artikolu 72k

Obbligazzjonijiet eliġibbli

L-obbligazzjonijiet eliġibbli ta' istituzzjoni għandu jikkonsisti mill-elementi tal-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni wara t-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 72e.

Artikolu 72l

Fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli

Il-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli ta' istituzzjoni għandhom jikkonsistu mis-somma tal-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tagħha.

(*11)  Id-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar skemi ta' garanzija tad-depożiti (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 149)."

(*12)  Id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 1998 dwar finalità ta' saldu f'sistemi ta' saldu ta' pagamenti u titoli (ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45).”;"

(32)

it-Titolu I tal-Parti Tnejn, tat-titolu tal-Kapitolu 6 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

Rekwiżiti ġenerali għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli ”;

(33)

L-Artikolu 73 jiġi emendat kif ġej:

(a)

it-titolu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

Distribuzzjonijiet fuq strumenti”;

(b)

il-paragrafi 1 sa 4 jiġu sostitwiti b' dan li ġej:

“1.   Strumenti kapitali u obbligazzjonijiet li dwarhom istituzzjoni jkollha diskrezzjoni esklużiva biex tiddeċiedi tħallas distribuzzjonijiet f'forma li ma tkunx fi flus kontanti jew strumenti ta' fondi proprji ma għandhomx ikunu eliġibbli li jikkwalifikaw bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, ta' Grad 1 Addizzjonali, ta' Grad 2 jew tal-obbligazzjonijiet eliġibbli, sakemm l-istituzzjoni ma tkunx irċeviet minn qabel permess mill-awtorità kompetenti.

2.   Awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu l-permess minn qabel imsemmi fil-paragrafu 1 unikament meta jikkunsidraw li l-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu ġew issodisfati:

(a)

il-kapaċità tal-istituzzjoni tikkanċella pagamenti skont l-istrument ma tkunx affettwata ħażin mid-diskrezzjoni msemmija fil-paragrafu 1, jew il-forma li biha jistgħu jsiru d-distribuzzjonijiet;

(b)

il-ħila tal-istrument kapitali jew tal-obbligazzjoni li tassorbi t-telf ma tkunx affettwata ħażin mid-diskrezzjoni msemmija fil-paragrafu 1, jew mill-forma li biha jistgħu jsiru d-distribuzzjonijiet;

(c)

l-kwalità tal-istrument kapitali jew tal-obbligazzjoni ma tonqosx b'xi mod ieħor minħabba d-diskrezzjoni msemmija fil-paragrafu 1, jew minħabba l-forma li biha jistgħu jsiru d-distribuzzjonijiet.

L-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta mal-awtorità ta' riżoluzzjoni rigward il-konformità tal-istituzzjoni ma' dawk il-kondizzjonijiet qabel tagħti l-permess minn qabel imsemmi fil-paragrafu 1.

3.   L-istrumenti kapitali u l-obbligazzjonijiet li dwarhom persuna ġuridika għajr l-istituzzjoni li tkun ħarġithom ikollha d-diskrezzjoni biex tiddeċiedi jew tesiġi li l-pagament ta' distribuzzjonijiet rigward dawk l-istrumenti jew obbligazzjonijiet għandhom isiru f'forma li ma tkunx fi flus jew strumenti ta' fondi proprji ma għandhomx ikunu eliġibbli li jikkwalifikaw bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, ta' Grad 1 Addizzjonali, ta' Grad 2 jew ta' obbligazzjonijiet eliġibbli.

4.   L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw indiċi wiesa' tas-suq bħala waħda mill-bażijiet biex jiġi ddeterminat il-livell tad-distribuzzjonijiet fuq l-istrumenti ta' Grad 1 Addizzjonali, ta' Grad 2 u tal-obbligazzjonijiet eliġibbli.”;

(c)

il-paragrafu 6 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“6.   L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw u jiddivulgaw l-indiċi wesgħin tas-suq li jiddependu fuqhom l-istrumenti kapitali u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tagħhom.”;

(34)

fl-Artikolu 75, il-frażi introduttorja tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Ir-rekwiżiti ta' maturità għal pożizzjonijiet qosra msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 45, fil-punt (a) tal-Artikolu 59, fil-punt (a) tal-Artikolu 69 u fil-punt (a) tal-Artikolu 72h għandhom jitqiesu li ntlaħqu fir-rigward ta' pożizzjonijiet miżmuma meta jkunu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:”;

(35)

fl-Artikolu 76, il-paragrafi 1, 2 u 3 jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

“1.   Għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 42, tal-punt (a) tal-Artikolu 45, tal-punt (a) tal-Artikolu 57, tal-punt (a) tal-Artikolu 59, tal-punt (a) tal-Artikolu 67, tal-punt (a) tal-Artikolu 69 u tal-punt (a) tal-Artikolu 72h, l-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-ammont ta' pożizzjoni twila fi strument kapitali bil-porzjon ta' indiċi li hu magħmul mill-istess skopertura sottostanti li qed tiġi ħħeġġjata, sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

jew kemm il-pożizzjoni twila li qed tiġi ħħeġġjata kif ukoll il-pożizzjoni qasira f'indiċi wżat biex jiħħeġġja dik il-pożizzjoni twila jinżammu fil-portafoll tan-negozjar jew it-tnejn jinżammu fil-portafolli mhux ta' negozjar;

(b)

il-pożizzjonijiet imsemmija fil-punt (a) jinżammu bil-valur ġust fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni;

(c)

il-pożizzjoni qasira msemmija fil-punt (a) tikkwalifika bħala ħeġġ effettiv taħt il-proċessi ta' kontroll intern tal-istituzzjoni;

(d)

l-awtoritajiet kompetenti jivvalutaw l-adegwatezza tal-proċessi ta' kontroll intern imsemmija fil-punt (c) minn tal-inqas fuq bażi annwali u jkunu ssodisfati bl-adegwatezza kontinwata tagħhom.

2.   Fejn l-awtorità kompetenti tkun tat il-permess minn qabel tagħha, istituzzjoni tista' tuża stima konservattiva tal-iskopertura sottostanti tal-istituzzjoni għall-istrumenti inklużi fl-indiċi bħala alternattiva għal istituzzjoni li tikkalkula l-iskopertura tagħha għall-elementi msemmija f'wieħed jew iktar minn dawn il-punti li ġejjin:

(a)

l-istrumenti proprji ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, ta' Grad 1 Addizzjonali, ta' Grad 2 u ta' obbligazzjonijiet eliġibbli inklużi fl-indiċi;

(b)

l-istrumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, ta' Grad 1 Addizzjonali u ta' Grad 2 ta' entitajiet tas-settur finanzjarju, inklużi fl-indiċi;

(c)

strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ta' istituzzjonijiet, inklużi fl-indiċi.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu l-permess minn qabel imsemmi fil-paragrafu 2 biss meta l-istituzzjoni tkun uriet għas-sodisfazzjon tagħhom li jkun operazzjonalment ta' piż għall-istituzzjoni li timmonitorja l-iskopertura sottostanti tagħha għall-elementi msemmija f'wieħed jew iktar mill-punti tal-paragrafu 2, kif applikabbli.”;

(36)

L-Artikolu 77 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 77

Kondizzjonijiet għat-tnaqqis ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli

1.   Istituzzjoni għandha tikseb il-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti biex tagħmel kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

tnaqqas, tifdi jew tixtri mill-ġdid strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 maħruġa mill-istituzzjoni f'mod li jkun permess skont id-dritt nazzjonali applikabbli;

(b)

tnaqqas, tqassam u tikklassifika mill-ġdid bħala entrata oħra ta' fondi proprji il-kontijiet tal-premium azzjonarju relatati ma' strumenti ta' fondi proprji;

(c)

twettaq ix-xiri, it-tifdija, il-ħlas lura jew ix-xiri mill-ġdid ta' strumenti Addizzjonali ta' Grad 1 jew ta' Grad 2 qabel id-data tal-maturità kuntrattwali tagħhom.

2.   Istituzzjoni għandha tikseb il-permess minn qabel tal-awtorità ta' riżoluzzjoni biex twettaq ix-xiri, it-tifdija, il-ħlas lura jew ix-xiri mill-ġdid ta' strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli li mhumiex koperti mill-paragrafu 1, qabel id-data tal-maturità kuntrattwali tagħhom.”;

(37)

L-Artikolu 78 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 78

Permess superviżorju għat-tnaqqis tal-fondi proprji

1.   L-awtorità kompetenti għandha tagħti permess biex istituzzjoni tnaqqas, tixtri, tifdi, tħallas lura jew tixtri mill-ġdid strumenti ta' Grad 1 tal-Ekwità Komuni, Addizzjonali ta' Grad 1 jew ta' Grad 2, jew biex tnaqqas, tiddistribwixxi jew tikklassifika mill-ġdid kontijiet tal-premium azzjonarju relatati, meta xi waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin tiġi ssodisfata:

(a)

qabel jew fl-istess ħin ta' kwalunkwe azzjoni msemmija fl-Artikolu 77(1), l-istituzzjoni tissostitwixxi l-istrumenti jew il-kontijiet tal-premium azzjonarju msemmija fl-Artikolu 77(1) bi strumenti ta' fondi proprji li jkunu ta' kwalità ugwali jew ogħla f'termini li jkunu sostenibbli għall-kapaċità tal-introjtu tal-istituzzjoni;

(b)

l-istituzzjoni wriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni sejrin, wara l-azzjoni msemmija fl-Artikolu 77(1) ta' dan ir-Regolament, jeċċedu r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament u fid-Direttivi 2013/36/UE u 2014/59/UE b'marġni li l-awtorità kompetenti tqis meħtieġ.

Meta l-istituzzjoni tipprovdi biżżejjed salvagwardji dwar il-kapaċità tagħha li topera b'fondi proprji li jeċċedu l-ammonti meħtieġa f'dan ir-Regolament u d-Direttiva 2013/36/UE, l-awtorità kompetenti tista' tagħti lil dik l-istituzzjoni permess ġenerali minn qabel biex tieħu kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet stipulati fl-Artikolu 77(1) ta' dan ir-Regolament, soġġett għall-kriterji li jiżguraw li kwalunkwe azzjonijiet futuri bħal din tkun skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu. Dan il-permess ġenerali minn qabel għandu jingħata biss għal perijodu speċifikat, li ma għandux jaqbeż is-sena, u wara jista' jiġi mġedded. Dan il-permess ġenerali minn qabel għandu jingħata għal ċertu ammont predeterminat, li għandu jiġi stabbilit mill-awtorità kompetenti. Fil-każ ta' strumenti ta' Grad 1 tal-Ekwità Komuni, dak l-ammont predeterminat ma għandux jaqbeż it-3 % tal-ħruġ rilevanti u ma għandux jaqbeż l-10 % tal-ammont li bih il-kapital ta' Grad 1 tal-Ekwità Komuni jeċċedi s-somma tar-rekwiżiti tal-kapital ta' Grad 1 tal-Ekwità Komuni stabbiliti f'dan ir-Regolament, fid-Direttivi 2013/36/UE u 2014/59/UE b'marġni li l-awtorità kompetenti tqis meħtieġ. Fil-każ ta' strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali jew ta' Grad 2, dak l-ammont predeterminat ma għandux jaqbeż l-10 % tal-ħruġ rilevanti u ma għandux jaqbeż it-3 % tal-ammont totali ta' strumenti pendenti ta' Grad 1 Addizzjonali jew ta' Grad 2, kif applikabbli.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirtiraw il-permess ġenerali minn qabel meta l-istituzzjoni tikser kwalunkwe kriterju pprovdut għall-finijiet ta' dak il-permess.

2.   Meta jivvalutaw is-sostenibbiltà tal-istrumenti ta' sostituzzjoni għall-kapaċità ta' introjtu tal-istituzzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw il-grad sa fejn dawk l-istrumenti kapitali ta' sostituzzjoni jkunu aktar għalja għall-istituzzjoni milli dawk l-istrumenti kapitali jew kontijiet tal-premium azzjonarju li jissostitwixxu.

3.   Meta istituzzjoni tieħu azzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 77(1) u r-rifjut ta' tifdija ta' strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 msemmija fl-Artikolu 27 ikun projbit mil-liġi nazzjonali applikabbli, l-awtorità kompetenti tista' teżenta l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, sakemm l-awtorità kompetenti teħtieġ li l-istituzzjoni tillimita t-tifdija ta' dawn l-istrumenti fuq bażi xierqa.

4.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu permess lill-istituzzjonijiet li jixtru, jifdu, jħallsu lura jew jixtru mill-ġdid strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali jew ta' Grad 2 jew kontijiet tal-premium azzjonarju relatati matul il-ħames snin wara d-data tal-ħruġ tagħhom meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 u waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ikun hemm bidla fil-klassifika regolatorja ta' dawk l-istrumenti li tkun x'aktarx tirriżulta fl-esklużjoni tagħhom mill-fondi proprji jew fir-riklassifikazzjoni tagħhom bħala fondi proprji ta' kwalità inferjuri, u jiġu ssodisfati ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

(i)

l-awtorità kompetenti tikkunsidra li tali bidla hi suffiċjentement ċerta;

(ii)

l-istituzzjoni turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li r-riklassifikazzjoni regolatorja ta' dawk l-istrumenti ma kinitx raġonevolment prevedibbli fil-ħin tal-ħruġ tagħhom;

(b)

ikun hemm bidla fit-trattament applikabbli tat-taxxa ta' dawk l-istrumenti li l-istituzzjoni turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li tkun materjali u ma kinitx raġonevolment prevedibbli fil-ħin tal-ħruġ tagħhom;

(c)

l-istrumenti u l-kontijiet tal-premium azzjonarju relatati għandhom anterjorità skont l-Artikolu 494b;

(d)

qabel jew fl-istess ħin tal-azzjoni msemmija fl-Artikolu 77(1), l-istituzzjoni tissostitwixxi l-istrumenti jew il-kontijiet tal-premium azzjonarju relatati msemmija fl-Artikolu 77(1) bi strumenti ta' fondi proprji li jkunu ta' kwalità ugwali jew ogħla f'termini li jkunu sostenibbli għall-kapaċità tal-introjtu tal-istituzzjoni u l-awtorità kompetenti tkun ippermettiet dik l-azzjoni abbażi tad-determinazzjoni li tkun ta' benefiċċju mil-lat prudenzjali u ġġustifikata b'ċirkostanzi eċċezzjonali;

(e)

l-istrumenti tal-Grad 1 Addizzjonali jew tal-Grad 2 jinxtraw mill-ġdid għall-finijiet tal-ġenerazzjoni tas-suq.

5.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dan li ġej:

(a)

it-tifsira ta' “sostenibbli għall-kapaċità tal-introjtu tal-istituzzjoni”;

(b)

il-bażijiet xierqa għal-limitazzjoni tat-tifdija msemmija fil-paragrafu 3;

(c)

il-proċess li jinkludi l-limiti u l-proċeduri għall-għoti ta' approvazzjoni bil-quddiem mill-awtoritajiet kompetenti għal azzjoni elenkata fl-Artikolu 77(1), u r-rekwiżiti ta' data biex istituzzjoni tapplika għall-permess tal-awtorità kompetenti biex twettaq azzjoni elenkata fih, inkluż il-proċess li għandu jiġi applikat fil-każ ta' fidi ta' ishma maħruġa lil membri ta' soċjetajiet kooperattivi u l-perijodu ta' żmien għall-ipproċessar ta' tali applikazzjoni.

L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Lulju 2013.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”;

(38)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 78a

Permess biex jitnaqqsu strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli

1.   L-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tagħti permess biex istituzzjoni tixtri, tifdi, tħallas lura jew tixtri mill-ġdid strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli meta waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin tiġi ssodisfata:

(a)

qabel jew fl-istess ħin ta' kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 77(2), l-istituzzjoni tissostitwixxi l-istrumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli bi strumenti ta' fondi proprji jew ta' obbligazzjonijiet eliġibbli li jkunu tal-istess kwalità jew ogħla f'termini li jkunu sostenibbli għall-kapaċità tal-introjtu tal-istituzzjoni;

(b)

l-istituzzjoni wriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità ta' riżoluzzjoni li l-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni sejrin, wara l-azzjoni msemmija fl-Artikolu 77(2) ta' dan ir-Regolament, jeċċedu r-rekwiżiti għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli stabbiliti f'dan ir-Regolament, fid-Direttiva 2013/36/UE u 2014/59/UE b'marġni li l-awtorità ta' riżoluzzjoni, fi qbil mal-awtorità kompetenti, tqis meħtieġ;

(c)

l-istituzzjoni wriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità ta' riżoluzzjoni li s-sostituzzjoni parzjali jew sħiħa tal-obbligazzjonijiet eliġibbli bi strumenti ta' fondi proprji hija meħtieġa sabiex tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti ta' fondi proprji stabbiliti f'dan ir-Regolament u fid-Direttiva 2013/36/UE għall-kontinwazzjoni tal-awtorizzazzjoni.

Meta istituzzjoni tipprovdi biżżejjed salvagwardji dwar il-kapaċità tagħha li topera bil-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli billi teċċedi l-ammont tar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament u fid-Direttivi 2013/36/UE u 2014/59/UE, l-awtorità ta' riżoluzzjoni, wara li tikkonsulta lill-awtorità kompetenti, tista' tagħti lil dik l-istituzzjoni permess ġenerali minn qabel biex twettaq ix-xiri, il-fidi, il-pagamenti lura jew ix-xiri mill-ġdid ta' strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli, soġġett għal kriterji li jiżguraw li kwalunkwe azzjoni futura bħal din tkun skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu. Dak il-permess ġenerali minn qabel għandu jingħata biss għal perijodu speċifikat, li ma għandux jaqbeż is-sena, u wara jista' jiġi mġedded. Il-permess ġenerali minn qabel għandu jingħata għal ċertu ammont predeterminat, li għandu jiġi stabbilit mill-awtorità ta' riżoluzzjoni. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar kwalunkwe permess ġenerali mogħti minn qabel.

L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jirtiraw il-permess ġenerali minn qabel meta istituzzjoni tikser kwalunkwe kriterju pprovdut għall-finijiet ta' dak il-permess.

2.   Meta skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 tkun qed tiġi vvalutata s-sostenibbiltà tal-istrumenti ta' sostituzzjoni għall-kapaċità ta' introjtu tal-istituzzjoni, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jikkunsidraw sa fejn dawk l-istrumenti kapitali jew l-obbligazzjonijiet ta' sostituzzjoni eliġibbli jkunu ta' spiża akbar għall-istituzzjoni milli dawk li jissostitwixxu.

3.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dan li ġej:

(a)

il-proċess ta' kooperazzjoni bejn l-awtorità kompetenti u l-awtorità ta' riżoluzzjoni;

(b)

il-proċedura, inkluż il-limiti ta' żmien u r-rekwiżiti ta' informazzjoni, għall-għoti ta' permess f'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1;

(c)

il-proċedura, inkluż il-limiti ta' żmien u r-rekwiżiti ta' informazzjoni, għall-għoti ta' permess minn qabel f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1;

(d)

it-tifsira ta' “sostenibbli għall-kapaċità tal-introjtu tal-istituzzjoni”.

Għall-finijiet tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji għandhom ikunu allinjati b'mod sħiħ mal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 78.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Diċembru 2019.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”;

(39)

L-Artikolu 79 jiġi emendat kif ġej:

(a)

it-titolu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Rinunzja temporanja mit-tnaqqis mill-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli”;

(b)

il-paragrafu 1 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Meta istituzzjoni jkollha strumenti kapitali jew obbligazzjonijiet li jikkwalifikaw bħala strumenti ta' fondi proprji f'entità tas-settur finanzjarju jew bħala strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli f'istituzzjoni u fejn l-awtorità kompetenti tqis li dawk l-assi materjali ikunu għall-finijiet ta' operazzjoni ta' assistenza finanzjarja maħsuba biex jorganizzaw mill-ġdid u jirkupraw mill-ġdid il-vijabbiltà ta' dik l-entità jew dik l-istituzzjoni, l-awtorità kompetenti tista' teżenta fuq bażi temporanja d-dispożizzjonijiet fuq tnaqqis li kieku japplikaw għal dawk l-istrumenti.”;

(40)

l-Artikolu li ġej jiddaħħal:

“Artikolu 79a

Valutazzjoni ta' konformità mal-kondizzjonijiet għal fondi proprji u strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli

L-istituzzjonijiet għandhom iqisu l-karatteristiċi sostanzjali tal-istrumenti u mhux biss il-forma legali tagħhom meta tkun qed tiġi valutata l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti Tnejn. Il-valutazzjoni tal-aspetti sostanzjali ta' strument għandha tqis l-arranġamenti kollha relatati mal-istrumenti, anki meta dawn mhumiex stipulati b'mod espliċitu fit-termini u l-kondizzjonijiet tal-istrumenti nfushom, bil-għan li jiġi stabbilit li l-effetti ekonomiċi kkombinati ta' dawn l-arranġamenti huma konformi mal-objettiv tad-dispożizzjonijiet rilevanti.”;

(41)

L-Artikolu 80 jiġi emendat kif ġej:

(a)

it-titolu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Analiżi kontinwa tal-kwalità ta' strumenti ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli”;

(b)

il-paragrafu 1 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.   L-ABE għandha timmonitorja l-kwalità tal-istrumenti tal-fondi proprji u tal-obbligazzjonijiet eliġibbli maħruġa minn istituzzjonijiet madwar l-Unjoni u għandha minnufih tinnotifika lill-Kummissjoni fejn ikun hemm evidenza sinifikanti li dawk l-istrumenti ma jilħqux il-kriterji tal-eliġibbiltà rispettivi stabbiliti f'dan ir-Regolament.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom, bla dewmien u fuq talba tal-ABE, jibagħtu l-informazzjoni kollha lill-ABE li l-ABE tqis bħala rilevanti rigward l-istrumenti kapitali ġodda jew tipi ġodda ta' obbligazzjonijiet maħruġa sabiex l-ABE tkun tista' timmonitorja l-kwalità tal-istrumenti tal-fondi proprji u tal-obbligazzjonijiet eliġibbli maħruġa minn istituzzjonijiet fl-Unjoni kollha.”;

(c)

fil-paragrafu 3, il-frażi introduttorja tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“3.   L-ABE għandha tipprovdi parir tekniku lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe tibdil sinifikanti li tikkunsidra li jkun meħtieġ għad-definizzjoni tal-fondi proprji u tal-obbligazzjonijiet eliġibbli bħala riżultat ta' xi waħda minn dawn li ġejjin:”;

(42)

fl-Artikolu 81, il-paragrafu 1 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Interessi minoritarji għandhom jinkludu s-somma tal-elementi ta' sussidjarja ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 meta l-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:

(a)

is-sussidjarja tkun waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

istituzzjoni;

(ii)

impriża li skont il-liġi nazzjonali applikabbli tkun soġġetta għar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u tad-Direttiva 2013/36/UE;

(iii)

kumpannija holding finanzjarja intermedjarja f'pajjiż terz li hija soġġetta għal rekwiżiti prudenzjali li huma daqstant stretti daqs dawk applikati għall-istituzzjonijiet ta' kreditu ta' dak il-pajjiż terz u fejn il-Kummissjoni tkun iddeċidiet skont l-Artikolu 107(4) li dawk ir-rekwiżiti prudenzjali jkunu tal-inqas ekwivalenti għal dawk ta' dan ir-Regolament;

(b)

is-sussidjarja tkun inkluża totalment fil-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed;

(c)

l-elementi tal-Ekwità Komuni ta' Grad 1, imsemmija fil-parti introduttorja ta' dan il-paragrafu, ikunu proprjetà ta' persuni minbarra mill-impriżi inklużi fil-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed.”;

(43)

L-Artikolu 82 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 82

Kapital kwalifikattiv ta' Grad 1 Addizzjonali, ta' Grad 1, ta' Grad 2 u fondi proprji kwalifikattivi

Kapital kwalifikattiv ta' Grad 1 Addizzjonali, ta' Grad 1, ta' Grad 2 u fondi proprji kwalifikattivi għandhom jinkludu l-interess minoritarju, l-istrumenti Addizzjonali ta' Grad 1 jew ta' Grad 2, kif applikabbli, flimkien mal-profitt miżmum u l-kontijiet tal-premium azzjonarju relatati, ta' sussidjarja meta l-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:

(a)

is-sussidjarja tkun waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

istituzzjoni;

(ii)

impriża li skont il-liġi nazzjonali applikabbli tkun soġġetta għar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u tad-Direttiva 2013/36/UE;

(iii)

kumpannija holding finanzjarja intermedjarja f'pajjiż terz li hija soġġetta għal rekwiżiti prudenzjali li huma daqstant stretti daqs dawk applikati għall-istituzzjonijiet ta' kreditu ta' dak il-pajjiż terz u fejn il-Kummissjoni tkun iddeċidiet skont l-Artikolu 107(4) li dawk ir-rekwiżiti prudenzjali jkunu tal-inqas ekwivalenti għal dawk ta' dan ir-Regolament;

(b)

is-sussidjarja tkun inkluża totalment fl-ambitu tal-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed;

(c)

dawk l-istrumenti jkunu proprjetà ta' persuni minbarra mill-impriżi inklużi fil-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed.”;

(44)

fl-Artikolu 83(1), il-frażi introduttorja tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“1.   Strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali u ta' Grad 2 maħruġa minn entità b'għan speċjali, u l-kontijiet tal-premium azzjonarju relatati, ikunu inklużi sal-31 ta' Diċembru 2021 fil-kapital kwalifikattiv ta' Grad 1 Addizzjonali, Grad 1 jew ta' Grad 2 jew fil-fondi proprji kwalifikattivi, kif applikabbli, biss meta l-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:”;

(45)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 88a

Strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli

Obbligazzjonijiet maħruġa minn sussidjarja stabbilita fl-Unjoni li tappartjeni għall-istess grupp ta' riżoluzzjoni bħala l-entità ta' riżoluzzjoni għandhom jikkwalifikaw għall-inklużjoni fl-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli konsolidati ta' istituzzjoni soġġett għall-Artikolu 92a, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

jinħarġu skont il-punt (a) tal-Artikolu 45f(2) tad-Direttiva 2014/59/UE;

(b)

jinxtraw minn azzjonist eżistenti li mhuwiex parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni sakemm l-eżerċizzju tas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni skont l-Artikoli 59 sa 62 tad-Direttiva 2014/59/UE ma jaffettwax il-kontroll tas-sussidjarja mill-entità ta' riżoluzzjoni;

(c)

ma jaqbżux l-ammont determinat mit-tnaqqis tal-ammont imsemmi fil-punt (i) mill-ammont imsemmi fil-punt (ii):

(i)

is-somma tal-obbligazzjonijiet maħruġa lil u mixtrija mill-entità ta' riżoluzzjoni jew direttament inkella indirettament permezz ta' entitajiet oħra fl-istess grupp ta' riżoluzzjoni u l-ammont ta' strumenti ta' fondi proprji maħruġa f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 45f(2) tad-Direttiva 2014/59/UE;

(ii)

l-ammont meħtieġ f'konformità mal-Artikolu 45f(1) tad-Direttiva 2014/59/UE.”;

(46)

L-Artikolu 92 jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, jiddaħħal il-punt li ġej:

“(d)

proporzjon ta' lieva finanzjarja ta' 3 %”;

(b)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.   Flimkien mar-rekwiżit stabbilit fil-punt (d) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, G-SII għandha żżomm buffer għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja ekwivalenti għall-miżura tal-iskopertura totali tal-G-SIIs imsemmija fl-Artikolu 429(4) ta' dan ir-Regolament immultiplikata b'50 % tar-rata tal-buffer applikabbli għall-G-SII skont l-Artikolu 131 tad-Direttiva 2013/36/UE.

G-SII għandha tissodisfa r-rekwiżit ta' buffer għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja mal-kapital ta' Grad 1 biss. Kapital ta' Grad 1 li huwa wżat biex jissodisfa rekwiżit ta' buffer għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja ma għandux jintuża biex jissodisfa kwalunkwe rekwiżit ibbażat fuq l-lieva finanzjarja stabbilita f'dan ir-Regolament u fid-Direttiva 2013/36/UE, sakemm dan ma jkunx espliċitament previst mod ieħor hemmhekk.

Fejn G-SII ma tissodisfax ir-rekwiżit ta' buffer għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja, din għandha tkun soġġetta għar-rekwiżit kapitali ta' konservazzjoni skont l-Artikolu 141b tad-Direttiva 2013/36/UE.

Fejn G-SII ma tissodisfax fl-istess ħin ir-rekwiżit ta' buffer għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja u r-rekwiżit għal buffer kombinata kif definit fil-punt (6) tal-Artikolu 128 tad-Direttiva 2013/36/UE, din għandha tkun soġġetta għall-ogħla mir-rekwiżiti kapitali ta' konservazzjoni skont l-Artikoli 141 u 141b ta' dik id-Direttiva.”;

(c)

il-paragrafu 3 jiġi emendat kif ġej:

(i)

il-punti (b) u (c) jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

“(b)

ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għan-negozju fil-portafoll tan-negozjar ta' istituzzjoni għal dawn li ġejjin:

(i)

ir-riskju tas-suq kif determinat skont it-Titolu IV ta' din il-Parti, bl-esklużjoni tal-approċċi stabbiliti fil-Kapitoli 1a u 1b ta' dak it-Titolu;

(ii)

skoperturi kbar li jeċċedu l-limiti speċifikati fl-Artikoli 395 sa 401, sal-limitu li istituzzjoni titħalla taqbeż dawk il-limiti, kif determinat skont il-Parti Erbgħa;

(c)

ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq kif determinat fit-Titolu IV ta' din il-Parti, bl-esklużjoni tal-approċċi stabbiliti fil-Kapitoli 1a u 1b ta' dak it-Titolu, għall-attivitajiet tan-negozju kollha li huma soġġetti għar-riskju tal-kambju jew għar-riskju tal-komoditajiet;”;

(ii)

jiżdied il-punt li ġej:

“(ca)

ir-rekwiżiti ta' fondi proprji kkalkulati skont it-Titolu V ta' din il-Parti, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 379 għar-riskju ta' saldu.”;

(47)

jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 92a

Rekwiżiti għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għall-G-SII

1.   Soġġetti għall-Artikoli 93 u 94 u għall-eċċezzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet identifikati bħala entitajiet ta' riżoluzzjoni u li huma G-SII jew huma parti minn G-SII għandhom dejjem jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli:

(a)

proporzjon ibbażat fuq ir-riskju ta' 18 %, li jirrappreżenta l-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkulat skont l-Artikolu 92(3) u (4);

(b)

proporzjon mhux ibbażat fuq ir-riskju ta' 6,75 %, li jirrappreżenta l-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni espress bħala perċentwal tal-kejl totali tal-iskopertura msemmi fl-Artikolu 429(4).

2.   Ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw fil-każijiet li ġejjin:

(a)

fit-tliet snin ta' wara d-data li fiha l-istituzzjoni jew il-grupp li tagħmel parti minnu l-istituzzjoni jkun ġie identifikat bħala G-SII;

(b)

fis-sentejn ta' wara d-data li fiha l-awtorità ta' riżoluzzjoni tkun applikat l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna skont id-Direttiva 2014/59/UE;

(c)

fis-sentejn ta' wara d-data li fiha l-entità ta' riżoluzzjoni tkun daħħlet fis-seħħ miżura alternattiva għas-settur privat imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 32(1) tad-Direttiva 2014/59/UE li permezz tagħha strumenti kapitali u obbligazzjonijiet oħra jkunu tnaqqsu fil-valur jew ġew ikkonvertiti f'punti tal-Ekwità Komuni tal-Grad 1 sabiex jikkapitalizzaw mill-ġdid l-entità ta' riżoluzzjoni mingħajr l-applikazzjoni tal-għodda ta' riżoluzzjoni.

3.   Meta l-aggregat li jirriżulta mill-applikazzjoni tar-rekwiżit stabbilit fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għal kull entità ta' riżoluzzjoni tal-istess G-SII jaqbeż ir-rekwiżit għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli kkalkulati skont l-Artikolu 12a ta' dan ir-Regolament, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-istituzzjoni prinċipali tal-UE tista', wara li tkun ikkonsultat l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni l-oħra rilevanti, taġixxi skont l-Artikolu 45d(4) jew 45h(1) tad-Direttiva 2014/59/UE.

Artikolu 92b

Rekwiżit għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għall-G-SIIs mhux tal-UE

1.   L-istituzzjonijiet li huma sussidjarji materjali ta' G-SIIs mhux tal-UE u li mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni għandhom dejjem jissodisfaw rekwiżit għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli ugwali għal 90 % tar-rekwiżiti għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli stabbiliti fl-Artikolu 92a.

2.   Għall-fini ta' konformità mal-paragrafu 1, l-istrumenti ta' Grad 1 Addizzjonali, ta' Grad 2 u tal-obbligazzjonijiet eliġibbli għandhom jitqiesu biss fejn dawk l-istrumenti huma s-sjieda tal-impriża prinċipali apikali ta' G-SII mhux fl-UE u nħarġu direttament jew indirettament permezz ta' entitajiet oħra fi ħdan l-istess grupp, sakemm dawn l-entitajiet kollha huma stabbiliti fl-istess pajjiż terz bħala dik l-intrapriża prinċipali apikali jew fi Stat Membru.

3.   Strument tal-obbligazzjonijiet eliġibbli għandu jitqies biss għall-fini ta' konformità mal-paragrafu 1 fejn dan jissodisfa l-kondizzjonijiet addizzjonali kollha li ġejjin:

(a)

fl-eventwalità ta' proċedimenti ta' insolvenza normali kif definiti fil-punt (47) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, il-pretensjoni li tirriżulta mill-obbligazzjoni tikklassifika taħt pretensjonijiet li jirriżultaw minn obbligazzjonijiet li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u li ma jikkwalifikawx bħala fondi proprji;

(b)

dan huwa soġġett għas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni f'konformità mal-Artikoli 59 sa 62 tad-Direttiva 2014/59/UE.”;

(48)

L-Artikolu 94 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 94

Deroga għal negozji żgħar fil-portafoll tan-negozjar

1.   B'deroga mill-punt (b) tal-Artikolu 92(3), l-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit ta' fondi proprji għan-negozju tal-portafoll tan-negozjar tagħhom skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu dment li d-daqs tan-negozju fil-portafoll tan-negozjar fil-karta tal-bilanċ u barra l-karta tal-bilanċ tal-istituzzjonijiet huwa daqs jew inqas miż-żewġ livelli limitu li ġejjin abbażi ta' valutazzjoni mwettqa fuq bażi ta' kull xahar bl-użu tad-data sal-aħħar jum tax-xahar:

(a)

5 % tat-total ta' assi tal-istituzzjoni;

(b)

EUR 50 miljun.

2.   Fejn iż-żewġ kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 jiġu ssodisfati, l-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit ta' fondi proprji għan-negozju tal-portafoll tan-negozjar tagħhom kif ġej:

(a)

għall-kuntratti elenkati fil-punt 1 tal-Anness II, il-kuntratti relatati mal-ekwitajiet li huma msemmija fil-punt 3 ta' dak l-Anness u d-derivattivi ta' kreditu, l-istituzzjonijiet jistgħu jeżentaw dawk il-pożizzjonijiet mir-rekwiżit ta' fondi proprji msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 92(3);

(b)

għal pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar għajr dawk imsemmija fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet jistgħu jissostitwixxu r-rekwiżit ta' fondi proprji msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 92(3) bir-rekwiżit ikkalkulat skont il-punt (a) tal-Artikolu 92(3).

3.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw id-daqs tan-negozju tal-portafoll tan-negozjar fil-karta tal-bilanċ u barra l-karta tal-bilanċ tagħhom abbażi tad-data sal-aħħar jum ta' kull xahar għall-finijiet tal-paragrafu 1 skont ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

il-pożizzjonijiet kollha assenjati fil-portafoll tan-negozjar skont l-Artikolu 104 għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu ħlief għal dawn li ġejjin:

(i)

pożizzjonijiet li jikkonċernaw il-kambju u l-komoditajiet;

(ii)

pożizzjonijiet fid-derivattivi ta' kreditu li huma rikonoxxuti bħala ħħeġġjar intern kontra l-iskoperturi għar-riskju ta' kreditu ta' portafoll mhux tan-negozjar jew skoperturi għar-riskju tal-kontroparti u tat-tranżazzjonijiet derivattivi tal-kreditu li ipaċu perfettament ir-riskju tas-suq ta' dak l-iħħeġġjar intern kif imsemmi fl-Artikolu 106(3);

(b)

il-pożizzjonijiet kollha inklużi fil-kalkolu f'konformità mal-punt (a) għandhom jiġu stmati bil-valuri tas-suq tagħhom f'dik id-data partikolari; meta l-valur tas-suq ta' pożizzjoni ma jkunx disponibbli f'data partikolari, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu l-valur ġust tas-suq għal dik il-pożizzjoni f'dik id-data; meta l-valur tas-suq u l-valur ġust ta' pożizzjoni ma jkunux disponibbli f'dik id-data, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu l-valur tas-suq jew il-valur ġust l-iktar reċenti għal dik il-pożizzjoni;

(c)

il-valur assolut ta' pożizzjonijiet twal għandu jingħadd mal-valur assolut ta' pożizzjonijiet qosra.

4.   Fejn jintlaħqu ż-żewġ kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, irrispettivament mill-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 74 u 83 tad-Direttiva 2013/36/UE, l-Artikolu 102(3) u (4), l-Artikoli 103 u 104b ta' dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw.

5.   L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti meta jikkalkulaw, jew jieqfu jikkalkulaw, ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tan-negozju tal-portafoll tan-negozjar tagħhom skont il-paragrafu 2.

6.   Istituzzjoni li ma tibqax tissodisfa waħda jew iktar mill-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 għandha tinnotifika mill-ewwel lill-awtorità kompetenti dwar dan.

7.   Istituzzjoni għandha tieqaf tikkalkola r-rekwiżiti ta' fondi proprji tan-negozju tal-portafoll tan-negozjar tagħha skont dan il-paragrafu 2 fi żmien tliet xhur li jseħħ wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

l-istituzzjoni ma tissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) jew (b) tal-paragrafu 1 għal tliet xhur konsekuttivi;

(b)

l-istituzzjoni ma tissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) jew (b) tal-paragrafu 1 għal aktar minn 6 xhur mill-aħħar 12-il xahar.

8.   Meta istituzzjoni ma baqgħetx tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji tan-negozju tal-portafoll tan-negozjar tagħha skont dan l-Artikolu, għandha tkun permessa biss tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji tan-negozju tal-portafoll tan-negozjar tagħha skont dan l-Artikolu meta turi lill-awtorità kompetenti li ġew issodisfati l-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 1 għal perijodu sħiħ mhux interrott ta' sena.

9.   L-istituzzjonijiet ma għandhomx jidħlu fi, jixtru jew ibiegħu pożizzjoni tal-portafoll tan-negozjar bl-uniku skop li jikkonformaw ma' waħda mill-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 matul il-valutazzjoni ta' kull xahar.”;

(49)

fit-Titolu I tal-Parti Tlieta, il-Kapitolu 2 huwa mħassar;

(50)

L-Artikolu 102 jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 2, 3 u 4 jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

“2.   L-intenzjoni ta' negozjar għandha tintwera fuq bażi tal-istrateġiji, il-politiki u l-proċeduri stabbiliti mill-istituzzjoni biex timmaniġja l-pożizzjoni jew il-portafoll skont l-Artikoli 103, 104 u 104a.

3.   L-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu sistemi u jieħdu ħsieb il-manutenzjoni tagħhom u jistabbilixxu kontrolli biex jamministraw il-portafoll tan-negozjar tagħhom skont l-Artikolu 103.

4.   Għall-finijiet tar-rekwiżiti ta' rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 430b(3), pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar għandhom jiġu assenjati lil postijiet tan-negozjar stabbiliti skont l-Artikolu 104b.”;

(b)

jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“5.   Il-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta' valwazzjoni prudenti speċifikati fl-Artikolu 105.

6.   L-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw l-iħħeġġjar intern skont l-Artikolu 106.”;

(51)

L-Artikolu 103 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 103

Ġestjoni tal-portafoll tan-negozjar

1.   L-istituzzjonijiet għandu jkollhom fis-seħħ politiki u proċeduri definiti b'mod ċar għall-immaniġġjar globali tal-portafoll tan-negozjar. Dawn il-politiki u proċeduri għandhom mill-inqas jindirizzaw:

(a)

l-attivitajiet li l-istituzzjoni tikkunsidra bħala negozjar kummerċjali u bħala parti kostitwenti tal-portafoll tan-negozjar għall-finijiet tar-rekwiżit ta' fondi proprji;

(b)

il-punt sa fejn pożizzjoni tista' tiġi vvalutata kuljum skont il-valur tas-suq b'riferiment għal suq likwidu, attiv u bidirezzjonali;

(c)

fil-każ ta' pożizzjonijiet li jingħatalhom valur skont mudell, il-punt sa fejn l-istituzzjoni tista':

(i)

tidentifika r-riskji materjali kollha tal-pożizzjoni;

(ii)

tiħħeġġja r-riskji materjali kollha tal-pożizzjoni bi strumenti li għalihom jeżisti suq attiv, likwidu u bidirezzjonali;

(iii)

tikseb estimi affidabbli għas-suppożizzjonijiet u l-parametri ewlenin użati fil-mudell;

(d)

il-punt sa fejn l-istituzzjoni tista', u tkun obbligata li, tiġġenera valwazzjonijiet għall-pożizzjoni li jistgħu jiġu vvalidati esternament b'mod konsistenti;

(e)

il-punt sa fejn ir-restrizzjonijiet legali jew rekwiżiti operazzjonali oħra jipprekludu l-abbiltà tal-istituzzjoni li teffettwa likwidazzjoni jew ħeġġ tal-pożizzjoni fuq terminu qasir;

(f)

il-punt sa fejn l-istituzzjoni tista', u tkun obbligata li, timmaniġġja b'mod attiv ir-riskji ta' pożizzjonijiet fl-operat tan-negozjar tagħha;

(g)

il-punt sa fejn l-istituzzjoni tista' tirrikklassifika riskji jew pożizzjonijiet bejn il-portafolli mhux tan-negozjar u l-portafolli tan-negozjar u r-rekwiżiti għal tali riklassifikazzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 104a.

2.   Fl-immaniġġjar tal-pożizzjonijiet jew tal-portafolli ta' pożizzjonijiet tagħha fil-portafoll tan-negozjar, l-istituzzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

l-istituzzjoni għandu jkollha fis-seħħ strateġija tan-negozjar dokumentata b'mod ċar għall-pożizzjoni jew portafolli fil-portafoll tan-negozjar, li għandha tkun approvata mill-maniġment superjuri u tinkludi l-perijodu ta' holding mistenni;

(b)

l-istituzzjoni għandu jkollha fis-seħħ politiki u proċeduri definiti b'mod ċar għall-ġestjoni attiva ta' pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar; dawk il-politiki u proċeduri għandhom jinkludu li ġejjin:

(i)

liema pożizzjonijiet jew portafolli ta' pożizzjonijiet jista' jidħol fihom kull post tan-negozjar jew, kif jista' jkun il-każ, minn negozjanti deżinjati;

(ii)

l-iffissar ta' limiti tal-pożizzjoni u li jiġu mmonitorjati għall-adegwatezza;

(iii)

l-iżgurar li n-negozjanti għandhom l-awtonomija biex jieħdu u jimmaniġġjaw il-pożizzjoni fil-limiti miftiehma u skont l-istrateġija approvata;

(iv)

l-iżgurar li l-pożizzjonijiet jiġu rrappurtati lill-maniġment superjuri bħala parti integrali mill-proċess għall-ġestjoni tar-riskju tal-istituzzjoni;

(v)

l-iżgurar li l-pożizzjonijiet ikunu mmonitorjati attivament b'referenza għal sorsi ta' informazzjoni tas-suq u li ssir valutazzjoni tal-kummerċjabbiltà jew tal-kapaċità li tiġi ħħeġġjata l-pożizzjoni jew ir-riskji tal-komponenti tagħha, inkluż il-valutazzjoni, il-kwalità u d-disponibbiltà tal-input tas-suq għall-proċess ta' valutazzjoni, il-livell tal-fatturat tas-suq, id-daqs tal-pożizzjonijiet nnegozjati fis-suq;

(vi)

il-proċeduri u kontrolli attivi kontra l-frodi;

(c)

l-istituzzjoni għandu jkollha fis-seħħ politiki u proċeduri ddefiniti b'mod ċar għall-monitoraġġ tal-pożizzjonijiet kontra l-istrateġija tan-negozjar tal-istituzzjoni, inkluż il-monitoraġġ tal-fatturat u pożizzjonijiet li għalihom il-perijodu ta' holding li kien oriġinarjament intiż ikun inqabeż.”;

(52)

fl-Artikolu 104, jitħassar il-paragrafu 2;

(53)

jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 104a

Riklassifikazzjoni ta' pożizzjoni

1.   L-istituzzjonijiet għandu jkollhom fis-seħħ politiki definiti b'mod ċar biex jiġu identifikati ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw ir-riklassifikazzjoni ta' pożizzjoni tan-negozjar bħala portafoll mhux tan-negozjar jew, għall-kuntrarju, ir-riklassifikazzjoni ta' pożizzjoni mhux tan-negozjar bħala pożizzjoni fil-portafoll tan-negozjar, għall-fini li jiġu determinati r-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti. L-istituzzjonijiet għandhom jirrevedu dawk il-politiki tal-inqas darba fis-sena.

L-ABE għandha tissorvelja l-firxa ta' prattiki superviżorji u għandha toħroġ linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 sat-28 ta' Ġunju 2024 dwar it-tifsira ta' ċirkostanzi eċċezzjonali għall-finijiet ta' l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Sakemm l-ABE toħroġ dawk il-linji gwida, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ABE dwar, u jipprovdu r-raġuni għal, id-deċiżjonijiet tagħhom dwar jekk jagħtux jew le permess lil istituzzjoni biex tirriklassifika pożizzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu permess biex pożizzjoni fil-portafoll tan-negozjar tiġi riklassifikata bħala pożizzjoni fil-portafoll mhux tan-negozjar jew għall-kuntrarju pożizzjoni fil-portafoll mhux tan-negozjar bħala pożizzjoni fil-portafoll tan-negozjar għall-fini li jiġu determinati r-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom fil-każ biss meta l-istituzzjoni tkun ipprovdiet lill-awtoritajiet kompetenti b'evidenza bil-miktub li d-deċiżjoni tagħha li terġa' tikklassifika dik il-pożizzjoni hija r-riżultat ta' ċirkostanza eċċezzjonali li hija konsistenti mal-politiki li l-istituzzjoni għandha fis-seħħ skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Għal dan il-għan, l-istituzzjoni għandha tipprovdi biżżejjed evidenza li l-pożizzjoni ma għadhiex tissodisfa l-kondizzjoni biex tiġi kklassifikata bħala pożizzjoni fil-portafoll tan-negozjar jew mhux tan-negozjar skont l-Artikolu 104.

Id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi approvata mill-korp maniġerjali.

3.   Meta l-awtorità kompetenti tat il-permess għar-riklassifikazzjoni ta' pożizzjoni skont il-paragrafu 2, l-istituzzjoni li tirċievi dak il-permess għandha:

(a)

tiżvela pubblikament, mingħajr dewmien,

(i)

l-informazzjoni li l-pożizzjoni tagħha ġiet riklassifikata, u

(ii)

fejn l-effett ta' dik ir-riklassifikazzjoni huwa tnaqqis fir-rekwiżiti ta' fondi proprji tal-istituzzjoni, id-daqs ta' dak it-tnaqqis; u

(b)

fejn l-effett ta' dik ir-riklassifikazzjoni huwa tnaqqis fir-rekwiżiti ta' fondi proprji tal-istituzzjoni, ma tirrikonoxxix dak l-effett sakemm il-pożizzjoni timmatura, sakemm l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni tippermettihiex li tirrikonoxxi dak l-effett f'data aktar bikrija.

4.   L-istituzzjoni għandha tikkalkula l-bidla netta fl-ammont tar-rekwiżiti tal-fondi proprji tagħha li tirriżulta mir-riklassifikazzjoni tal-pożizzjoni, bħala d-differenza bejn ir-rekwiżiti ta' fondi proprji immedjatament wara r-riklassifikazzjoni u r-rekwiżiti ta' fondi proprji immedjatament qabel ir-riklassifikazzjoni, kull wieħed ikkalkulat skont l-Artikolu 92. Il-kalkolu ma għandu jieħu kont tal-effetti tal-ebda fattur ieħor apparti r-riklassifikazzjoni.

5.   Ir-riklassifikazzjoni ta' pożizzjoni skont dan l-Artikolu għandha tkun irrevokabbli.

Artikolu 104b

Rekwiżiti għall-post tan-negozjar

1.   Għall-finijiet tar-rekwiżit ta' rappurtar stabbilit fl-Artikolu 430b(3), l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu postijiet tan-negozjar u għandhom jassenjaw kull waħda mill-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar tagħhom lil wieħed minn dawk il-postijiet tan-negozjar. Il-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar għandhom jiġu attribwiti lill-istess portafoll tan-negozjar fil-każ biss meta jkunu jissodisfaw l-istrateġija tan-negozjar miftiehma għall-post tan-negozjar u huma ġestiti b'mod konsistenti u mmonitorjati skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

2.   Il-postijiet tan-negozjar tal-istituzzjonijiet għandhom dejjem jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

kull post tan-negozjar għandu jkollu strateġija tan-negozjar u struttura tal-ġestjoni tar-riskju ċara u distintiva li hija adegwata għall-istrateġija tan-negozjar tiegħu;

(b)

kull post tan-negozjar għandu jkollu struttura organizzattiva ċara; pożizzjonijiet f'post tan-negozjar partikolari għandhom jiġu ġestiti minn negozjanti deżjinati fi ħdan l-istituzzjoni; kull negozjant għandu jkollu funzjonijiet dedikati fil-post tan-negozjar; kull negozjant għandu jiġi assenjat għal post tan-negozjar wieħed biss;

(c)

għandhom jiġu stabbiliti limiti tal-pożizzjoni f'kull post tan-negozjar skont l-istrateġija tan-negozjar ta' dak il-post tan-negozjar;

(d)

tal-inqas darba f'ġimgħa, għandhom jiġu prodotti rapporti dwar l-attivitajiet, il-profittabbiltà, il-ġestjoni tar-riskju u r-rekwiżiti regolatorji fil-livell tal-post tan-negozjar, li għandhom jintbagħtu lill-korp maniġerjali fuq bażi regolari;

(e)

kull post tan-negozjar għandu jkollu pjan ta' direzzjoni tan-negozju annwali ċar li jinkludi politika ta' remunerazzjoni definita sew abbażi ta' kriterji sodi wżati għall-kejl tal-prestazzjoni;

(f)

rapporti dwar pożizzjonijiet li jimmaturaw, ksur ta' limiti tan-negozjar fl-istess jum, ksur ta' limiti tan-negozjar ta' kuljum u azzjonijiet meħuda mill-istituzzjoni biex tindirizza dak il-ksur, kif ukoll il-valutazzjonijiet tal-likwidità tas-suq għandhom ikunu ppreparati għal kull post tan-negozjar fuq bażi ta' kull xahar u jkunu disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti.

3.   B'deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 2, istituzzjoni tista' tassenja lil negozjant aktar minn post tan-negozjar wieħed, dment li l-istituzzjoni turi għas-sodisfazzjoni tal-awtorità kompetenti tagħha li l-ħidma saret minħabba l-konsiderazzjonijiet tan-negozju jew tar-riżorsi u l-ħidma tippreserva r-rekwiżiti kwalitattivi oħra stabbiliti f'dan l-Artikolu applikabbli għal negozjanti u postijiet tan-negozjar.

4.   L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar il-mod li bih huma jikkonformaw mal-paragrafu 2. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu lil istituzzjoni tibdel l-istruttura jew l-organizzazzjoni tal-postijiet tan-negozjar tagħha biex tikkonforma ma' dan l-Artikolu.”;

(54)

L-Artikolu 105 jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Il-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar u l-pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar kollha mkejla b'valur ġust għandhom ikunu soġġetti għall-istandards ta' valwazzjoni prudenti speċifikati f'dan l-Artikolu. L-istituzzjonijiet għandhom b'mod partikolari jiżguraw li l-valwazzjoni prudenti tal-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar tagħhom tilħaq grad xieraq ta' ċertezza fid-dawl tan-natura dinamika tal-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar u l-pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar imkejla b'valur ġust, id-domandi ta' solidità prudenzjali u l-mod ta' operat u l-għan tar-rekwiżiti ta' kapital fir-rigward tal-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar u l-pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar imkejla b'valur ġust.”;

(b)

il-paragrafi 3 u 4 jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

“3.   L-istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw mill-ġdid il-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar b'valur ġust tal-inqas darba kuljum. Il-bidliet fil-valur ta' dawn il-pożizzjonijiet għandhom jiġu rrapportati fir-rapport tal-introjtu tal-istituzzjoni.

4.   L-istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw il-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar u l-pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar tagħhom imkejla b'valur ġust għas-suq, kull meta jkun possibbli, inkluż meta jiġi applikat it-trattament tal-kapital rilevanti għal dawk il-pożizzjonijiet.”;

(c)

il-paragrafu 6 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“6.   Fejn ma tkunx possibbli valwazzjoni skont is-suq, l-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu valwazzjoni skont mudell konservattiv tal-pożizzjonijiet u l-portafolli tagħhom, inkluż meta jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għal pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar imkejla b'valur ġust fil-portafoll mhux tan-negozjar.”;

(d)

fil-paragrafu 7, it-tieni subparagrafu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Għall-finijiet tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, il-mudell għandu jiġi żviluppat jew approvat indipendentement mill-postijiet tan-negozjar u għandu jiġi ttestjat b'mod indipendenti, inkluż il-validazzjoni tal-matematika, is-suppożizzjonijiet u l-implimentazzjoni tas-softwer.”;

(e)

fil-paragrafu 11, il-punt (a) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

l-ammont addizzjonali ta' żmien li jkun meħtieġ biex tiġi ħħeġġjata l-pożizzjoni jew ir-riskji fil-pożizzjoni lil hinn mill-orizzonti ta' likwidità li ġew assenjati lill-fatturi tar-riskju tal-pożizzjoni skont l-Artikolu 352bd;”;

(55)

L-Artikolu 106 jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 2 u 3 jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

“2.   Ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti applikabbli għall-pożizzjoni ħħeġġjata fil-portafoll mhux tan-negozjar jew il-portafoll tan-negozjar, fejn rilevanti.

3.   Meta istituzzjoni tiħħeġġja skopertura għar-riskju ta' kreditu ta' portafoll mhux tan-negozjar jew skopertura għar-riskju tal-kontroparti permezz ta' derivattiv ta' kreditu mniżżel fil-portafoll tan-negozjar tagħha, dik il-pożizzjoni fid-derivattiv ta' kreditu għandha tiġi rikonoxxuta bħala ħeġġ intern tal-iskopertura għar-riskju ta' kreditu ta' portafoll mhux tan-negozjar jew skopertura għar-riskju tal-kontroparti għall-fini tal-kalkolu tal-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 92(3) meta l-istituzzjoni tidħol fi tranżazzjoni derivattiva tal-kreditu oħra ma' fornitur ta' protezzjoni ta' parti terza eliġibbli li jissodisfa r-rekwiżiti għall-protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu fil-portafoll mhux tan-negozjar u jpaċi perfettament ir-riskju tas-suq tal-ħeġġ intern.

Kemm ħeġġ intern rikonoxxut skont l-ewwel subparagrafu kif ukoll id-derivattiv ta' kreditu li jiġi konkluż mal-parti terza għandhom jiġu inklużi fil-portafoll tan-negozjar għall-fini tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq.”;

(b)

jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“4.   Meta istituzzjoni tiħħeġġja skopertura għar-riskju ta' ekwità ta' portafoll mhux tan-negozjar permezz ta' derivattiv ta' ekwità mniżżel fil-portafoll tan-negozjar tagħha, din il-pożizzjoni fid-derivattiv ta' ekwità għandha tiġi rikonoxxuta bħala ħeġġ intern tal-iskopertura għar-riskju ta' ekwità ta' portafoll mhux tan-negozjar għall-fini tal-kalkolu tal-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 92(3) meta l-istituzzjoni tidħol fi tranżazzjoni derivattiva tal-ekwità oħra ma' fornitur ta' protezzjoni ta' parti terza eliġibbli li jissodisfa r-rekwiżiti għall-protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu fil-portafoll mhux tan-negozjar u tpaċi perfettament ir-riskju tas-suq tal-ħeġġ intern.

Kemm ħeġġ intern rikonoxxut skont l-ewwel subparagrafu kif ukoll id-derivattiv ta' ekwità li jiġi konkluż ma' fornitur ta' protezzjoni ta' parti terza eliġibbli għandhom jiġu inklużi fil-portafoll tan-negozjar għall-fini tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq.

5.   Meta istituzzjoni tiħħeġġja skoperturi għar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax ta' portafoll mhux tan-negozjar permezz ta' pożizzjoni ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax imniżżla fil-portafoll tan-negozjar tagħha, dik il-pożizzjoni ta' riskju tar-rata tal-imgħax għandha tiġi kkunsidrata bħala ħeġġ intern għall-finijiet tal-valutazzjoni tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jirriżultaw mill-pożizzjonijiet mhux tan-negozjar skont l-Artikoli 84 u 98 tad-Direttiva 2013/36/UE meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-pożizzjoni ġiet assenjata lil portafoll separat mill-pożizzjoni l-oħra fil-portafoll tan-negozjar, li l-istrateġija ta' negozju tagħha hija ddedikata unikament għall-ġestjoni u l-mitigazzjoni tar-riskju tas-suq ta' ħħeġġjar intern ta' skopertura għar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax; għal dak l-għan, l-istituzzjoni tista' tassenja lil dan il-portafoll pożizzjonijiet oħra tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li tkun daħlet għalihom ma' partijiet terzi, jew il-portafoll tan-negozjar tagħha stess dment li l-istituzzjoni tpaċi perfettament ir-riskju tas-suq ta' dawk il-pożizzjonijiet tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li daħlet għalihom bil-portafoll tan-negozjar tagħha stess billi tidħol f'pożizzjonijiet opposti tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax ma' partijiet terzi;

(b)

għall-finijiet tar-rekwiżiti ta' rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 430b(3), il-pożizzjoni tkun ġiet assenjata lil post tan-negozjar stabbilit skont l-Artikolu 104b li l-istrateġija tan-negozjar tiegħu hija ddedikata unikament għall-ġestjoni u l-mitigazzjoni tar-riskju tas-suq tal-iħħeġġjar intern ta' skopertura għar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax; għal dan il-għan, dak il-post tan-negozjar jista' jidħol f'pożizzjonijiet tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax oħra ma' partijiet terzi jew postijiet tan-negozjar oħra tal-istituzzjoni, sakemm dawk il-postijiet tan-negozjar l-oħrajn ipaċu perfettament ir-riskju tas-suq ta' dawk il-pożizzjonijiet tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax l-oħra billi jidħlu f'pożizzjonijiet opposti tar-riskju tar-rata tal-imgħax ma' partijiet terzi;

(c)

l-istituzzjoni dokumentat b'mod sħiħ kif il-pożizzjoni timmitiga r-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jirriżulta minn pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar għall-finijiet tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 84 u 98 tad-Direttiva 2013/36/UE.

6.   Ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq tal-pożizzjonijiet kollha assenjati lil portafoll separat kif imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 5 għandhom jiġu kkalkulati fuq bażi awtonoma u għandhom ikunu flimkien mar-rekwiżiti ta' fondi proprji għall-pożizzjonijiet l-oħra fil-portafoll tan-negozjar.

7.   Għall-finijiet tar-rekwiżiti ta' rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 430b, il-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq tal-pożizzjonijiet kollha assenjati lill-portafoll separat kif imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu jew lill-post tan-negozjar jew li daħal għalihom il-post tan-negozjar imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, fejn xieraq, għandu jiġi kkalkulat fuq bażi awtonoma bħala portafoll separat u għandu jkun addizzjonali għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għall-pożizzjonijiet l-oħra fil-portafoll tan-negozjar.”;

(56)

fl-Artikolu 107, il-paragrafu 3 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, l-iskoperturi għal ditti ta' investiment ta' pajjiż terz, għal istituzzjoni ta' kreditu ta' pajjiż terz u għal kambju ta' pajjiż terz għandhom jiġu ttrattati bħala skoperturi għal istituzzjoni fil-każ biss meta l-pajjiż terz japplika rekwiżiti prudenzjali u superviżorji għal dik l-entità li huma tal-inqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni.”;

(57)

L-Artikolu 117, paragrafu 2 jiġi emendat kif ġej:

(a)

jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(o)

l-Assoċjazzjoni Internazzjonali għall-Iżvilupp;

(p)

il-Bank Ażjatiku tal-Investiment fl-Infrastruttura”;

(b)

jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li temenda dan ir-Regolament billi tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 462 li temenda, f'konformità mal-istandards internazzjonali, il-lista ta' banek ta' żvilupp multilaterali msemmija fl-ewwel subparagrafu.”;

(58)

fl-Artikolu 118, il-punt (a) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika;”;

(59)

fl-Artikolu 123, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Skoperturi minħabba self mogħti minn istituzzjoni ta' kreditu lill-pensjonanti jew impjegati b'kuntratt permanenti kontra t-trasferiment mingħajr kondizzjonijiet ta' parti mill-pensjoni jew mis-salarju ta' min jissellef lil dik l-istituzzjoni ta' kreditu għandhom jiġu assenjati ponderazzjoni tar-riskju ta' 35 %, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

sabiex jitħallas lura s-self, min jissellef jawtorizza mingħajr kondizzjonijiet il-fond tal-pensjoni jew lill-impjegatur biex jagħmlu pagamenti diretti lill-istituzzjoni ta' kreditu billi jitnaqqsu l-pagamenti ta' kull xahar tas-self mill-pensjoni jew mis-salarju kull xahar ta' min jissellef;

(b)

ir-riskji ta' mewt, inkapaċità għax-xogħol, il-qgħad jew it-tnaqqis nett fix-xahar tal-pensjoni jew tas-salarju ta' min jissellef huma koperti kif xieraq permezz ta' polza tal-assigurazzjoni sottoskritta minn min jissellef għall-benefiċċju tal-istituzzjoni ta' kreditu;

(c)

il-pagamenti ta' kull xahar li għandhom isiru minn min jissellef fuq is-self kollu li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) ma għandhomx jaqbżu, meta aggregati, l-20 % mill-pensjoni jew mis-salarju nett fix-xahar ta' min jissellef;

(d)

il-massimu ta' maturità oriġinali tas-self huwa ugwali għal jew inqas minn għaxar snin.”;

(60)

L-Artikolu 124 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 124

Skoperturi garantiti permezz ta' ipoteki fuq proprjetà immobbli

1.   Skopertura jew kwalunkwe parti minn skopertura totalment iggarantita permezz ta' ipoteka fuq proprjetà immobbli għandha tiġi assenjata piż tar-riskju ta' 100 %, meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 125 jew 126 ma jiġux issodisfati, ħlief għal kwalunkwe parti tal-iskopertura li tkun assenjata lil klassi ta' skopertura oħra. Il-parti tal-iskopertura li taqbeż il-valur tal-ipoteka tal-proprjetà immobbli għandha tiġi assenjata l-piż tar-riskju applikabbli għall-iskoperturi mhux iggarantiti tal-kontroparti involuta.

Il-parti minn skopertura li hija ttrattata bħala totalment iggarantita permezz ta' proprjetà immobbli ma għandhiex tkun akbar mill-ammont mirhun tal-valur tas-suq jew f'dawk l-Istati Membri li jkunu stabbilixxew kriterji rigorużi għall-valutazzjoni tal-valur tas-self ipotekarju f'dispożizzjonijiet statutorji jew regolatorji, il-valur tas-self ipotekarju tal-proprjetà immobbli inkwistjoni.

1a.   L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw awtorità li tkun responsabbli għall-applikazzjoni tal-paragrafu 2. Dik l-awtorità għandha tkun l-awtorità kompetenti jew l-awtorità deżinjata.

Fejn l-awtorità deżinjata minn Stat Membru għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu hija l-awtorità kompetenti, hija għandha tiżgura li l-korpi u l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti li jkollhom mandat makroprudenzjali jiġu infurmati kif dovut bl-intenzjoni tal-awtorità kompetenti li tagħmel użu minn dan l-Artikolu, u jiġu involuti kif jixraq fil-valutazzjoni ta' tħassib ta' stabbiltà finanzjarja fl-Istat Membru tagħha f'konformità mal-paragrafu 2.

Fejn l-awtorità deżinjata mill-Istat Membru għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu hija differenti mill-awtorità kompetenti, l-Istat Membru għandu jadotta d-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jiżgura koordinazzjoni u skambju ta' informazzjoni xierqa bejn l-awtorità kompetenti u l-awtorità deżinjata għall-applikazzjoni xierqa ta' dan l-Artikolu. B'mod partikolari, l-awtoritajiet għandhom ikunu meħtieġa jikkooperaw mill-qrib u li jikkondividu l-informazzjoni kollha li tista' tkun neċessarja għall-prestazzjoni xierqa tad-dmirijiet imposti fuq l-awtorità deżinjata skont dan l-Artikolu. Dik il-kooperazzjoni għandha timmira li tevita kwalunkwe forma ta' azzjoni duplikata jew inkonsistenti bejn l-awtorità kompetenti u l-awtorità deżinjata, kif ukoll li jkun żgurat li l-interazzjoni ma' miżuri oħra, b'mod partikolari miżuri meħuda skont l-Artikolu 458 ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/UE, titqies kif jixraq.

2.   Abbażi tad-data miġbura skont l-Artikolu 430a u kwalunkwe indikatur rilevanti ieħor, l-awtorità deżinjata skont il-paragrafu 1a ta' dan l-Artikolu għandha perjodikament, u mill-inqas annwalment, tivvaluta jekk il-piż tar-riskju ta' 35 % għal skoperturi ta' segment wieħed jew aktar ta' proprjetà ggarantit/i b'ipoteki fuq proprjetà residenzjali kif imsemmi fl-Artikolu 125 li jinsab/u f'parti waħda jew aktar tat-territorju tal-Istat Membru tal-awtorità rilevanti huma u l-piż tar-riskju ta' 50 % għal skoperturi ggarantiti b'ipoteki fuq proprjetà immobbli kummerċjali msemmija fl-Artikolu 126 li jinsabu f'waħda jew aktar mit-territorji tal-Istat Membru tal-awtorità rilevanti huma bbażati kif xieraq fuq:

(a)

l-esperjenza ta' telf ta' skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà immobbli;

(b)

żviluppi tas-suq li jħarsu 'l quddiem fir-rigward ta' proprjetà immobbli.

Fejn, abbażi tal-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-awtorità deżinjata skont il-paragrafu 1a ta' dan l-Artikolu tikkonkludi li l-piżijiet tar-riskju stabbiliti fl-Artikolu 125(2) u 126(2) ma jirriflettux b'mod adegwat ir-riskji attwali relatati ma' segment wieħed jew aktar tal-proprjetà ta' skoperturi garantiti kompletament permezz ta' ipoteki fuq proprjetà residenzjali jew fuq proprjetà kummerċjali immobbli li jinsabu f'parti waħda jew iktar tat-territorju tal-Istat Membru tal-awtorità rilevanti, u jekk tqis li din l-inadegwatezza ta' piżijiet ta' riskju jista' jkollha effett negattiv fuq l-istabbiltà finanzjarja attwali jew futura fl-Istat Membru tagħha, hija tista' żżid il-piżijiet tar-riskju applikabbli għal dawk l-iskoperturi fi ħdan meded stabbiliti fir-raba' subparagrafu ta' dan il-paragrafu jew timponi kriterji aktar stretti minn dawk stabbiliti fl-Artikolu 125(2) jew 126(2).

L-awtorità deżinjata skont il-paragrafu 1a ta' dan l-Artikolu għandha tinnotifika lill-ABE u lill-BERS bi kwalunkwe aġġustament għall-piżijiet tar-riskju u l-kriterji applikati skont dan il-paragrafu. Fi żmien xahar minn meta jirċievu dik in-notifika, l-ABE u l-BERS għandhom jipprovdu l-opinjoni tagħhom lill-Istat Membru kkonċernat. L-ABE u l-BERS għandhom jippubblikaw il-piżijiet tar-riskju u l-kriterji għall-iskoperturi msemmija fl-Artikoli 125, 126 u l-punt (a) tal-Artikolu 199(1) kif implimentati mill-awtorità rilevanti.

Għall-finijiet tat-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-awtorità deżinjata skont il-paragrafu 1a tista' tistabbilixxi l-piżijiet tar-riskju fil-meded li ġejjin:

(a)

35 % sa 150 % għal skoperturi garantiti permezz ta' ipoteka fuq proprjetà residenzjali;

(b)

50 % sa 150 % għal skoperturi garantiti b'ipoteki fuq proprjetà immobbli kummerċjali.

3.   Meta l-awtorità deżinjata skont il-paragrafu 1a tistabbilixxi piżijiet tar-riskju ogħla jew kriterji aktar stretti skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, l-istituzzjonijiet għandu jkollhom perijodu transizzjonali ta' sitt xhur biex japplikawhom.

4.   L-ABE, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-BERS, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kriterji rigorużi għall-valutazzjoni tal-valur tas-self ipotekarju msemmi fil-paragrafu 1 u t-tipi ta' fatturi li jridu jiġu kkunsidrati għall-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-piżijiet ta' riskju msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2019.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta lil dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

5.   Il-BERS jista', permezz ta' rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010, u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-ABE, jagħti gwida lill-awtoritajiet deżinjati skont il-paragrafu 1a ta' dan l-Artikolu dwar dan li ġej:

(a)

fatturi li jista' jkollhom “effett negattiv fuq l-istabbiltà finanzjarja attwali jew futura” imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2; u

(b)

punti ta' riferiment indikattivi li l-awtorità deżinjata skont il-paragrafu 1a għandha tqis meta tiddetermina piżijiet tar-riskju ogħla.

6.   L-istituzzjonijiet ta' Stat Membru għandhom japplikaw il-piżijiet tar-riskji u l-kriterji li ġew stabbiliti mill-awtoritajiet ta' Stat Membru ieħor skont il-paragrafu 2 għall-iskoperturi korrispondenti kollha tagħhom garantiti permezz ta' ipoteki fuq proprjetà residenzjali jew proprjetà immobbli kummerċjali li jinsabu f'parti waħda jew aktar ta' dak l-Istat Membru.”;

(61)

fl-Artikolu 128, il-paragrafi 1 u 2 jiġu sostitwiti ma' dawn li ġejjin:

“1.   L-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw ponderazzjoni tar-riskju ta' 150 % lill-iskoperturi li huma assoċjati ma' riskji partikolarment għoljin.

2.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom kwalunkwe waħda mill-iskoperturi li ġejjin bħala skoperturi assoċjati ma' riskji partikolarment għoljin:

(a)

investimenti f'ditti ta' kapital ta' riskju, ħlief meta dawk l-investimenti huma ttrattati skont l-Artikolu 132;

(b)

investimenti f'ekwità privata, ħlief meta dawk l-investimenti huma ttrattati skont l-Artikolu 132;

(c)

finanzjament spekulattiv ta' proprjetà immobbli.”;

(62)

L-Artikolu 132 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 132

Rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet fis-CIUs

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura ponderata għar-riskju għall-iskoperturi tagħhom fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet f'CIU billi jimmultiplikaw l-ammont tal-iskopertura ponderata għar-riskju tal-iskoperturi tas-CIU, ikkalkulat skont l-approċċi msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, bil-perċentwal ta' unitajiet jew azzjonijiet miżmuma minn dawk l-istituzzjonijiet.

2.   Meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu jiġu ssodisfati, l-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw il-prinċipju taċ-ċar kristall skont l-Artikolu 132a(1) jew l-approċċ ibbażat fuq il-mandat skont l-Artikolu 132a(2).

Soġġett għall-Artikolu 132b(2), l-istituzzjonijiet li ma japplikawx il-prinċipju taċ-ċar kristall jew l-approċċ ibbażat fuq il-mandat għandhom jassenjaw ponderazzjoni tar-riskju ta' 1 250 % (“approċċ ta' riżerva”) għall-iskoperturi tagħhom fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet f'CIU.

L-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw l-iskopertura mwieżna għar-riskju għall-iskoperturi tagħhom fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet f'CIU billi jużaw kombinament tal-approċċi msemmija f'dan l-ewwel paragrafu, sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet għall-użu ta' dawk l-approċċi.

3.   L-istituzzjonijiet jistgħu jiddeterminaw l-ammont ta' skopertura mwieżna għar-riskju ta' skopertura ta' CIU skont l-approċċi stabbiliti fl-Artikolu 132a meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

is-CIU hija waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

impriża ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS), irregolata mid-Direttiva 2009/65/KE;

(ii)

AIF ġestit minn AIFM tal-UE rreġistrat skont l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2011/61/UE;

(iii)

AIF ġestit minn AIFM tal-UE awtorizzat skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2011/61/UE;

(iv)

AIF ġestit minn AIFM mhux tal-UE awtorizzat skont l-Artikolu 37 tad-Direttiva 2011/61/UE;

(v)

AIF mhux tal-UE ġestit minn AIFM mhux tal-UE u kkummerċjalizzat skont l-Artikolu 42 tad-Direttiva 2011/61/UE;

(vi)

AIF mhux tal-UE li mhux ikkummerċjalizzat fl-Unjoni u mmaniġġjat minn AIFM mhux tal-UE stabbilit f'pajjiż terz li huwa kopert minn att delegat imsemmi fl-Artikolu 67(6) tad-Direttiva 2011/61/UE;

(b)

il-prospett tas-CIU jew dokument ekwivalenti jinkludi dan li ġej:

(i)

il-kategorija ta' assi li fiha s-CIU tkun awtorizzata tinvesti;

(ii)

fejn japplikaw limiti fuq l-investiment, il-limiti relattivi u l-metodoloġiji għall-kalkolu tagħhom;

(c)

ir-rappurtar mis-CIU jew il-kumpannija maniġerjali tas-CIU lill-istituzzjoni jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

l-iskoperturi tas-CIU huma rrappurtati mill-inqas bl-istess frekwenza bħal dawk tal-istituzzjoni;

(ii)

il-granularità tal-informazzjoni finanzjarja hija suffiċjenti biex l-istituzzjoni tkun tista' tikkalkula l-ammont tal-iskopertura mwieżna għar-riskju tas-CIU skont l-approċċ magħżul mill-istituzzjoni;

(iii)

meta l-istituzzjoni tapplika l-prinċipju taċ-ċar kristall, l-informazzjoni dwar l-iskoperturi sottostanti tiġi vverifikata minn parti terza indipendenti.

B'deroga mill-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, il-banek ta' żvilupp multilaterali u bilaterali u istituzzjonijiet oħra li jikkoinvestu f'CIU ma' banek ta' żvilupp multilaterali jew bilaterali jistgħu jiddeterminaw l-ammont ta' skopertura ponderata għar-riskju ta' dawk l-iskoperturi ta' CIU skont l-approċċi stabbiliti fl-Artikolu 132a dment li l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu huma ssodisfati u li l-mandat tal-investiment tas-CIU tillimita t-tipi ta' assi li s-CIU tista' tinvesti f'assi li jippromwovu żvilupp sostenibbli f'pajjiżi li qed jiżviluppaw.

L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tagħhom dwar is-CIUs li għalihom japplikaw it-trattament imsemmi fit-tieni subparagrafu.

B'deroga mill-punt (c)(i) tal-ewwel subparagrafu, meta l-istituzzjoni tiddetermina l-ammont ta' skopertura ponderata għar-riskju ta' skopertura tas-CIU skont l-approċċ ibbażat fuq il-mandat, ir-rappurtar mis-CIU jew il-kumpannija maniġerjali tas-CIU lill-istituzzjoni jista' jkun limitat għall-mandat tal-investiment tas-CIU u kull tibdil tiegħu u jista' jsir biss meta l-istituzzjoni ġġarrab l-iskopertura lis-CIU għall-ewwel darba u meta jkun hemm tibdil fil-mandat tal-investiment tas-CIU.

4.   L-istituzzjonijiet li ma għandhomx data jew informazzjoni xierqa biex jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura mwieżna għar-riskju ta' skopertura ta' CIU skont l-approċċi stabbiliti fl-Artikolu 132a jistgħu jibbażaw ruħhom fuq il-kalkoli ta' parti terzi, sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-parti terza hija waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

id-depożitarju jew id-depożitarju finanzjarju tas-CIU, sakemm is-CIU tinvesti b'mod esklużiv f'titoli u tiddepożita t-titoli kollha f'dak depożitarju jew depożitarju finanzjarju;

(ii)

fil-każ ta' CIUs mhux koperti mill-punt (i) ta' dan il-punt, il-kumpannija maniġerjali tas-CIU, sakemm il-kumpannija tissodisfa l-kondizzjoni stabbilita fil-punt (a) tal-paragrafu 3;

(b)

il-parti terza twettaq il-kalkolu skont l-approċċi stabbiliti fl-Artikolu 132a(1), (2) jew (3), kif applikabbli;

(c)

awditur estern ikun ikkonferma l-korrettezza tal-kalkolu tal-parti terza.

L-istituzzjonijiet li jibbażaw ruħhom fuq il-kalkoli ta' parti terza għandhom jimmultiplikaw l-ammont tal-iskopertura mwieżna għar-riskju ta' skopertura ta' CIU li tirriżulta minn dawn il-kalkoli b'fattur ta' 1,2.

B'deroga mit-tieni subparagrafu, meta l-istituzzjoni jkollha aċċess mhux ristrett għall-kalkoli dettaljati mwettqa minn parti terza, il-fattur ta' 1,2 ma għandux japplika. L-istituzzjoni għandha tipprovdi dawk il-kalkoli lill-awtorità kompetenti tagħha fuq talba.

5.   Meta istituzzjoni tapplika l-approċċi msemmija fl-Artikolu 132a għall-fini li tikkalkula l-ammont tal-iskopertura ponderata għar-riskju ta' skopertura ta' CIU (“CIU ta' livell 1”), u kwalunkwe waħda mill-iskoperturi sottostanti tas-CIU ta' livell 1 hija skopertura fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet f'CIU oħra (“CIU ta' livell 2”), l-ammont tal-iskopertura ponderata għar-riskju tal-iskoperturi tas-CIU ta' livell 2 jista' jiġi kkalkulat permezz ta' kwalunkwe wieħed mit-tliet approċċi deskritti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. L-istituzzjoni tista' tuża l-prinċipju taċ-ċar kristall biex tikkalkula l-ammonti tal-iskopertura ponderata għar-riskju tal-iskoperturi tas-CIU fil-livell 3 u kwalunkwe livell sussegwenti, fil-każ biss fejn użat dak l-approċċ għall-kalkolu fil-livell preċedenti. Fi kwalunkwe xenarju ieħor, din għandha tuża l-approċċ ta' riżerva.

6.   L-ammont tal-iskopertura ponderata għar-riskju għall-iskoperturi ta' CIU kkalkulat skont il-prinċipju taċ-ċar kristall u l-approċċ ibbażat fuq il-mandat kif stabbilit fl-Artikolu 132a (1) u (2) għandu jiġi limitat għall-ammont ponderat għar-riskju ta' dawk l-iskoperturi ta' CIU kkalkulat skont l-approċċ ta' riżerva.

7.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet li japplikaw l-approċċ taċ-ċar kristall skont l-Artikolu 132a(1) jistgħu jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura ponderata għar-riskju għall-iskoperturi tagħhom fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet f'CIU billi jimmultiplikaw il-valuri tal-iskoperturi ta' dawk l-iskoperturi, ikkalkulati skont l-Artikolu 111, bil-piż tar-riskju (Formula) ikkalkulat skont il-formula stipulata fl-Artikolu 132c, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-istituzzjonijiet ikejlu il-valur tal-parteċipazzjonijiet tagħhom ta' unitajiet jew ishma f'CIU bil-prezz storiku iżda jkejlu l-valur tal-assi sottostanti tas-CIU bil-valur ġust jekk dawn japplikaw l-approċċ taċ-ċar kristall;

(b)

bidla fil-valur tas-suq tal-unitajiet jew l-ishma li għalihom l-istituzzjonijiet jkejlu l-valur bil-prezz storiku la jbiddel l-ammont tal-fondi proprji ta' dawk l-istituzzjonijiet u lanqas il-valur tal-iskopertura assoċjat ma' dawk il-parteċipazzjonijiet.”;

(63)

jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 132a

Approċċi għall-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura mwieżna għar-riskju tas-CIUs

1.   Meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 132(3), l-istituzzjonijiet li għandhom biżżejjed informazzjoni dwar l-iskoperturi sottostanti individwali ta' CIU għandhom jirreferu għal dawk l-iskoperturi biex jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura mwieżna għar-riskju tas-CIU, filwaqt li jivvalutaw ir-riskju tal-iskoperturi sottostanti kollha tas-CIU bħallikieku kienu miżmuma direttament minn dawk l-istituzzjonijiet.

2.   Meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 132(3), l-istituzzjonijiet li ma għandhomx biżżejjed informazzjoni dwar l-iskoperturi sottostanti individwali ta' CIU biex jużaw il-prinċipju taċ-ċar kristall, jistgħu jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura mwieżna għar-riskju ta' dawk l-iskoperturi skont il-limiti stabbiliti fil-mandat tas-CIU u l-liġi rilevanti.

L-istituzzjonijiet għandhom iwettqu l-kalkoli msemmija fl-ewwel subparagrafu skont is-suppożizzjoni li s-CIU l-ewwel iġġarrab l-iskoperturi sal-punt massimu permess taħt il-mandat tagħha jew liġi rilevanti fl-iskoperturi li jattiraw ir-rekwiżit tal-ogħla fondi proprji u mbagħad tkompli ġġarrab l-iskoperturi f'ordni dixxendenti sakemm jintlaħaq il-limitu massimu totali tal-iskopertura, u li s-CIU tapplika lieva finanzjarja sal-massimu possibbli permess skont il-mandat jew il-liġi rilevanti tagħha, fejn applikabbli.

L-istituzzjonijiet għandhom iwettqu l-kalkoli msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-metodi stabbiliti f'dan il-Kapitolu, fil-Kapitolu 5, u fit-Taqsima 3, 4 jew 5 tal-Kapitolu 6 ta' dan it-Titolu.

3.   B'deroga mill-punt (d) tal-Artikolu 92(3), l-istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura mwieżna għar-riskju tal-iskoperturi ta' CIU skont il-paragrafu 1 jew 2 ta' dan l-Artikolu jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ta' valwazzjoni tal-kreditu ta' skoperturi għal derivattiva ta' dik is-CIU bħala ammont ugwali għal 50 % tal-valur tar-rekwiżit ta' fondi proprji għal dawk l-iskoperturi ta' derivattiva kkalkulati skont it-Taqsima 3, 4 jew 5 tal-Kapitolu 6 ta' dan it-Titolu, kif applikabbli.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, istituzzjoni tista' teskludi l-iskoperturi għal derivattiva ta' riskju li ma jkunux soġġetti għal dak ir-rekwiżit li kieku kienu mġarrba direttament mill-istituzzjoni, mill-kalkolu tar-rekwiżit ta' fondi proprji għall-aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu.

4.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika kif l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura mwieżna għar-riskju msemmi fil-paragrafu 2 meta wieħed jew aktar mill-inputs meħtieġ għal dak il-kalkolu ma jkunx disponibbli.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Marzu 2020.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta lil dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 132b

Esklużjonijiet mill-approċċi għall-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura mwieżna għar-riskju tas-CIUs

1.   L-istituzzjonijiet jistgħu jeskludu mill-kalkoli msemmija fl-Artikolu 132 l-istrumenti ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni, ta' Grad 1 Addizzjonali, ta' Grad 2 u l-istrumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli miżmuma minn CIU li l-istituzzjonijiet għandhom inaqqsu skont l-Artikolu 36(1), u l-Artikoli 56, 66 u 72e rispettivament.

2.   L-istituzzjonijiet jistgħu jeskludu l-iskoperturi fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet fis-CIUs imsemmija fil-punti (g) u (h) tal-Artikolu 150(1) mill-kalkoli msemmija fl-Artikolu 132 u minflok japplikaw it-trattament stabbilit fl-Artikolu 133 għal dawk l-iskoperturi.

Artikolu 132c

Trattament ta' skoperturi li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ għas-CIUs

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw l-ammont ta' skopertura ponderata għar-riskju għal entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tagħhom bil-potenzjal li jiġi kkonvertit fi skoperturi fis-sura ta' unitajiet jew azzjonijiet f'CIU billi jiġu mmultiplikati l-valuri tal-iskopertura ta' dawk l-iskoperturi kkalkolat skont l-Artikolu 111, bil-piż tar-riskju li ġej:

(a)

għall-iskoperturi kollha li għalihom l-istituzzjonijiet jużaw wieħed mill-approċċi stipulati fl-Artikolu 132a:

Formula

fejn:

Formula

=

il-piż tar-riskju;

i

=

l-indiċi li juri s-CIU:

RWAEi

=

l-ammont kalkulat skont l-Artikolu 132a għas-CIUi;

Formula

=

il-valur tal-iskopertura tal-iskoperturi tas-CIUi;

Ai

=

il-valur kontabbli tal-assi tas-CIUi; u

EQi

=

il-valur kontabbli tal-ekwità tas-CIUi.

(b)

għall-iskoperturi l-oħra kollha,

Formula

.

2.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura ta' impenn ta' valur minimu li jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu bħala l-valur preżenti mraħħas tal-ammont garantit bl-użu ta' fattur ta' skont mingħajr riskju ta' inadempjenza. L-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-valur tal-iskopertura ta' impenn ta' valur minimu bi kwalunkwe telf rikonoxxut fir-rigward tal-impenn ta' valur minimu skont l-istandard tal-kontabilità applikabbli.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw l-ammont ta' skopertura ponderata għar-riskju għal skoperturi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li jirriżultaw minn valur minimu ta' impenji li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu billi jimmultiplikaw il-valur tal-iskopertura ta' dawk l-iskoperturi b'fattur ta' konverżjoni ta' 20 % u l-ponderazzjoni tar-riskju derivati skont l-Artikolu 132 jew 152.

3.   L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju għal skoperturi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li jirriżultaw minn valur minimu ta' impenji skont il-paragrafu 2 fejn jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-iskopertura li ma tidhirx fuq il-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni huwa impenn ta' valur minimu għal investiment f'unitajiet jew ishma ta' CIU waħda jew aktar li bihom l-istituzzjoni hija obbligata biss tħallas taħt il-impenn ta' valur minimu fejn il-valur tas-suq tal-iskoperturi sottostanti tas-CIU jew CIUs huwa inqas mil-limitu predefinit f'punt wieħed jew aktar fiż-żmien, kif speċifikat fil-kuntratt;

(b)

is-CIU hija kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(i)

UCITS kif definita fid-Direttiva 2009/65/KE; jew

(ii)

AIF kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE li jinvesti biss f'titoli trasferibbli jew f'assi likwidi finanzjarji oħrajn imsemmija fl-Artikolu 50(1) tad-Direttiva 2009/65/KE, fejn il-mandat tal-AIF ma jippermettix lieva finanzjarja ogħla minn dak permess skont l-Artikolu 51(3) tad-Direttiva 2009/65/KE;

(c)

il-valur tas-suq kurrenti tal-iskoperturi sottostanti ta' CIU sottostanti l-impenn ta' valur minimu mingħajr ma jitqies l-effett tal-impenji ta' valur minimu li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ ikopri jew jaqbeż il-valur kurrenti il-valur kurrenti ta' limitu speċifikat fl-impenn ta' valur minimu;

(d)

meta jonqos l-eċċess tal-valur tas-suq tal-iskoperturi sottostanti tas-CIU jew CIUs fuq il-valur attwali tal-impenn ta' valur minimu, istituzzjoni, jew impriża oħra sa fejn hija koperta mis-superviżjoni fuq bażi konsolidata li għaliha l-istituzzjoni stess hija soġġetta skont dan ir-Regolament u d-Direttiva 2013/36/UE jew id-Direttiva 2002/87/KE, tista' tinfluwenza l-kompożizzjoni tal-iskoperturi sottostanti tas-CIU jew CIUs jew tillimita l-potenzjal għal aktar tnaqqis tal-eċċess b'modi oħra;

(e)

il-benefiċjarju aħħari dirett jew indirett tal-impenn ta' valur minimu huwa tipikament klijent konsumatur kif definit fil-punt (11) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE.”;

(64)

Fl-Artikolu 144(1), il-punt (g) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(g)

l-istituzzjoni tkun ikkalkulat skont l-Approċċ IRB ir-rekwiżiti tal-fondi proprji bħala riżultat tal-istimi tal-parametri tar-riskji u tkun kapaċi tissottometti r-rappurtar kif meħtieġ mill-Artikolu 430;”;

(65)

L-Artikolu 152 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 152

Trattament ta' skoperturi fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet f'CIUs

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammonti tal-iskopertura ponderata għar-riskju għall-iskoperturi tagħhom fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet f'CIU billi jimmultiplikaw l-ammont tal-iskopertura ponderata għar-riskju tas-CIU, ikkalkulat skont l-approċċi stabbiliti fil-paragrafi 2 u 5, bil-perċentwal ta' unitajiet jew azzjonijiet miżmuma minn dawk l-istituzzjonijiet.

2.   Meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 132(3), l-istituzzjonijiet li għandhom biżżejjed informazzjoni dwar l-iskoperturi sottostanti individwali ta' CIU għandhom jirreferu għal dawk l-iskoperturi sottostanti biex jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura ponderata għar-riskju tas-CIU, filwaqt li jivvalutaw ir-riskju tal-iskoperturi sottostanti kollha tas-CIU bħallikieku kienu miżmuma direttament minn dawk l-istituzzjonijiet.

3.   B'deroga mill-punt (d) tal-Artikolu 92(3), l-istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura ponderata għar-riskju tas-CIU skont il-paragrafu 1 jew 2 ta' dan l-Artikolu jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit ta' fondi proprji għal riskju ta' aġġustament ta' valwazzjoni tal-kreditu ta' skoperturi għal derivattiva ta' dik is-CIU bħala ammont ugwali għal 50 % tar-rekwiżit ta' fondi proprji għal dawk l-iskoperturi għal derivattiva kkalkulati skont it-Taqsimiet 3, 4 jew 5 tal-Kapitolu 6 ta' dan it-Titolu, kif applikabbli.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, istituzzjoni tista' teskludi l-iskoperturi għal derivattiva ta' riskju li ma jkunux soġġetti għal dak ir-rekwiżit li kieku kienu mġarrba direttament mill-istituzzjoni, mill-kalkolu tar-rekwiżit ta' fondi proprji għall-aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu.

4.   L-istituzzjonijiet li japplikaw l-approċċ ta' trasparenza skont il-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet għall-użu parzjali permanenti skont l-Artikolu 150, jew li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet għall-użu tal-metodi stabbiliti f'dan il-Kapitolu jew ta' metodu wieħed jew aktar stabbiliti fil-Kapitolu 5 għall-iskoperturi sottostanti tas-CIU kollha jew parti minnhom, għandhom jikkalkulaw l-ammonti ta' skoperturi ponderata għar-riskju u l-ammonti ta' telf mistennija skont il-prinċipji li ġejjin:

(a)

għal skoperturi assenjati għall-klassi ta' skopertura ta' ekwità msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 147(2), l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw l-approċċ sempliċi ta' ponderazzjoni tar-riskju stabbilit fl-Artikolu 155(2);

(b)

għal skoperturi assenjati għall-punti li jirrappreżentaw il-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 147(2), l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw it-trattament stabbilit fl-Artikolu 254 bħallikieku dawk l-iskoperturi kienu miżmuma direttament minn dawk l-istituzzjonijiet;

(c)

għall-iskoperturi sottostanti l-oħrajn kollha, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw l-approċċ standardizzat stabbilit fil-Kapitolu 2 ta' dan it-Titolu.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, meta l-istituzzjoni ma tkunx tista' tiddistingwi bejn l-iskoperturi ta' ekwità privata, l-iskoperturi negozjati f'kambju u skoperturi ta' ekwità oħra, għandha tittratta l-iskoperturi konċernati bħala skoperturi ta' ekwità oħra.

5.   Meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 132(3), l-istituzzjonijiet li ma għandhomx biżżejjed informazzjoni dwar l-iskoperturi sottostanti individwali ta' CIU jistgħu jikkalkulaw l-ammont tal-iskopertura ponderata għar-riskju għal dawk l-iskoperturi skont l-approċċ ibbażat fuq il-mandat stabbilit fl-Artikolu 132a(2). Madankollu, għall-iskoperturi elenkati fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw l-approċċi stabbiliti fih.

6.   Soġġett għall-Artikolu 132b(2), l-istituzzjonijiet li ma japplikawx il-prinċipju taċ-ċar kristall skont il-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu jew l-approċċ ibbażat fuq il-mandat skont il-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw l-approċċ ta' riżerva msemmi fl-Artikolu 132(2).

7.   L-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw l-iskopertura mwieżna għar-riskju għall-iskoperturi tagħhom fil-forma ta' unitajiet jew azzjonijiet f'CIU billi jużaw kombinament tal-approċċi msemmija f'dan l-Artikolu, sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet għall-użu ta' dawk l-approċċi.

8.   L-istituzzjonijiet li ma għandhomx data jew informazzjoni xierqa biex jikkalkulaw l-ammont ponderat għar-riskju ta' CIU skont l-approċċi stabbiliti fil-paragrafi 2, 3, 4 u 5 jistgħu jibbażaw ruħhom fuq il-kalkoli ta' parti terza, sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-parti terza hija waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

id-depożitarju jew id-depożitarju finanzjarju tas-CIU, sakemm is-CIU tinvesti b'mod esklużiv f'titoli u tiddepożita t-titoli kollha f'dak depożitarju jew depożitarju finanzjarju;

(ii)

għal CIUs mhux koperti mill-punt (i) ta' dan il-punt, il-kumpannija maniġerjali tas-CIU, sakemm il-kumpannija maniġerjali tas-CIU tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 132(3);

(b)

għal skoperturi oħra minbarra dawk elenkati fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, il-parti terza twettaq il-kalkolu skont l-approċċ taċ-ċar kristall stabbilit fl-Artikolu 132a(1);

(c)

għal skoperturi elenkati fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 4, il-parti terza twettaq il-kalkolu skont l-approċċi stabbiliti fih;

(d)

awditur estern ikun ikkonferma l-korrettezza tal-kalkolu tal-parti terza.

L-istituzzjonijiet li jibbażaw ruħhom fuq il-kalkoli ta' parti terza għandhom jimmultiplikaw l-ammonti tal-iskopertura ponderata għar-riskju tal-iskoperturi ta' CIU li jirriżultaw minn dawk il-kalkoli b'fattur ta' 1,2.

B'deroga mit-tieni subparagrafu, meta l-istituzzjoni jkollha aċċess mhux ristrett għall-kalkoli dettaljati mwettqa minn parti terza, il-fattur 1,2 ma għandux japplika. L-istituzzjoni għandha tipprovdi dawk il-kalkoli lill-awtorità kompetenti tagħha fuq talba.

9.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, għandhom japplikaw l-Artikolu 132(5) u (6), u l-Artikolu 132b. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, għandu japplika l-Artikolu 132c, bl-użu tal-piżijiet tar-riskju kkalkulati skont il-Kapitolu 3 ta' dan it-Titolu.”;

(66)

fl-Artikolu 158, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“9a.   L-ammont ta' telf mistenni għal impenn ta' valur li jissodisfa r-rekwiżiti kollha stipulati fl-Artikolu 132c(3) għandu jkun żero.”;

(67)

L-Artikolu 164 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 164

Telf fil-Każ ta' Inadempjenza (LGD)

1   L-istituzzjonijiet għandhom jipprovdu l-istimi proprji tal-LGDs soġġetti għar-rekwiżiti speċifikati fit-Taqsima 6 ta' dan il-Kapitolu u l-permess tal-awtoritajiet kompetenti mogħti skont l-Artikolu 143. Għar-riskju ta' dilwizzjoni ta' riċevibbli mixtrija, għandu jintuża valur tal-LGD ta' 75 %. Jekk istituzzjoni tista' tqassam l-istimi tal-EL tagħha għar-riskju ta' dilwizzjoni tar-riċevibbli mixtrija f'PDs u LGDs b'mod affidabbli, l-istituzzjoni tista' tuża l-istima proprja tal-LGD.

2.   Il-protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata tista' tiġi rikonoxxuta bħala eliġibbli billi jiġu aġġustati l-istimi tal-PD jew tal-LGD soġġetti għar-rekwiżiti kif speċifikat fl-Artikolu 183(1), (2) u (3) u l-permess tal-awtoritajiet kompetenti b'appoġġ ta' skopertura individwali jew b'appoġġ ta' pool ta' skoperturi. Istituzzjoni ma għandhiex tassenja għal skoperturi ggarantiti PD jew LGD aġġustat b'mod li l-piż ta' riskju aġġustat ikun aktar baxx minn dak ta' skopertura komparabbli u diretta għall-garanti.

3.   Għall-finijiet tal-Artikolu 154(2), l-LGD ta' skopertura diretta komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni msemmi fl-Artikolu 153(3) għandu jkun jew l-LGD assoċjat ma' faċilità mhux iħħeġġjata għall-garanti jew il-faċilità mhux iħħeġġjata tad-debitur, skont jekk, fil-każ li kemm il-garanti kif ukoll id-debitur isiru inadempjenti matul il-ħajja tat-tranżazzjoni ħħeġġjata, il-provi disponibbli u l-istruttura tal-garanzija jindikawx jekk l-ammont irkuprat ikunx jiddependi mill-kondizzjoni finanzjarja tal-garanti jew id-debitur, rispettivament.

4.   L-LGD medju ponderat skont l-iskopertura għall-iskoperturi kollha fil-livell tal-konsumatur iggarantiti bi proprjetà residenzjali u li ma jibbenefikawx minn garanziji minn gvernijiet ċentrali ma għandux ikun inqas minn 10 %.

L-LGD medju ponderat skont l-iskopertura għall-iskoperturi kollha fil-livell tal-konsumatur iggarantiti minn proprjetà immobbli kummerċjali u li ma jibbenefikawx minn garanziji minn gvernijiet ċentrali ma għandux ikun inqas minn 15 %.

5.   L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw awtorità li tkun responsabbli għall-applikazzjoni tal-paragrafu 6. Dik l-awtorità għandha tkun l-awtorità kompetenti jew l-awtorità deżinjata.

Fejn l-awtorità deżinjata minn Stat Membru għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu hija l-awtorità kompetenti, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-korpi u l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti li jkollhom mandat makroprudenzjali jiġu infurmati kif dovut bl-intenzjoni tal-awtorità kompetenti li tagħmel użu minn dan l-Artikolu, u jiġu involuti kif jixraq fil-valutazzjoni ta' tħassib ta' stabbiltà finanzjarja fl-Istat Membru tagħha f'konformità mal-paragrafu 6.

Fejn l-awtorità deżinjata mill-Istat Membru għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu hija differenti mill-awtorità kompetenti, l-Istati Membru għandu jadottaw id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jiżguraw koordinazzjoni u skambju ta' informazzjoni xierqa bejn l-awtorità kompetenti u l-awtorità deżinjata għall-applikazzjoni xierqa ta' dan l-Artikolu. B'mod partikolari, l-awtoritajiet għandhom jintalbu jikkooperaw mill-qrib u li jikkondividu l-informazzjoni kollha li tista' tkun neċessarja għall-prestazzjoni xierqa tad-dmirijiet imposti fuq l-awtorità deżinjata skont dan l-Artikolu. Dik il-kooperazzjoni għandha timmira li tevita kwalunkwe forma ta' azzjoni duplikata jew inkonsistenti bejn l-awtorità kompetenti u l-awtorità deżinjata, kif ukoll li jkun żgurat li l-interazzjoni ma' miżuri oħra, b'mod partikolari miżuri meħuda skont l-Artikolu 458 ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/UE, titqies kif jixraq.

6.   Abbażi tad-data miġbura skont l-Artikolu 430a u fuq kwalunkwe indikatur rilevanti ieħor, u b'kont meħud tal-iżviluppi li jħarsu 'l quddiem tas-suq tal-proprjetà immobbli, l-awtorità deżinjata skont il-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu għandha perjodikament, u mill-inqas annwalment, tivvaluta jekk il-valuri minimi tal-LGD imsemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, humiex adatti għal skoperturi ggarantiti permezz ta' ipoteki fuq proprjetà residenzjali jew proprjetà immobbli kummerċjali li jinsabu f'parti waħda jew aktar mit-territorju tal-Istat Membru tal-awtorità rilevanti.

Meta, abbażi tal-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-awtorità deżinjata skont il-paragrafu 5 tikkonkludi li l-valuri minimi tal-LGD imsemmija fil-paragrafu 4 mhumiex adegwati, u jekk tqis li l-inadegwatezza tal-valuri tal-LGD tista' taffettwa b'mod negattiv l-istabbiltà finanzjarja attwali jew futura fl-Istat Membru tagħha, din tista' tiffissa valuri minimi tal-LGD ogħla għal dawk l-iskoperturi li jinsabu f'parti waħda jew aktar mit-territorju tal-Istat Membru tal-awtorità rilevanti. Dawk il-valuri minimi ogħla jistgħu jiġu applikati wkoll fil-livell ta' segment wieħed jew aktar ta' proprjetà ta' skoperturi bħal dawn.

L-awtorità deżinjata skont il-paragrafu 5 għandha tinnotifika lill-ABE u lill-BERS qabel tieħu d-deċiżjoni msemmija f'dan il-paragrafu. Fi żmien xahar minn meta jirċievu n-notifika, l-ABE u l-BERS għandhom jipprovdu l-opinjoni tagħhom lill-Istat Membru kkonċernat. L-ABE u l-BERS għandhom jippubblikaw dawk il-valuri tal-LGD.

7.   Meta l-awtorità deżinjata skont il-paragrafu 5 tistabbilixxi valuri minimi tal-LGD ogħla skont il-paragrafu 6, l-istituzzjonijiet għandu jkollhom perijodu transizzjonali ta' sitt xhur biex japplikawhom.

8.   L-ABE, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-BERS, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kondizzjonijiet li l-awtorità deżinjata skont il-paragrafu 5 għandha tqis meta ssir il-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-valuri tal-LGD bħala parti mill-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 6.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2019.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta lil dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

9.   Il-BERS jista', permezz ta' rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010, u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-ABE, jagħti gwida lill-awtoritajiet deżinjati skont il-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu dwar dan li ġej:

(a)

liema fatturi jista' jkollhom “effett negattiv fuq l-istabbiltà finanzjarja attwali jew futura” msemmija fil-paragrafu 6; u

(b)

punti ta' riferiment indikattivi li l-awtorità deżinjata skont il-paragrafu 5 għandha tqis meta tiddetermina valuri minimi tal-LGD ogħla.

10.   L-istituzzjonijiet ta' Stat Membru wieħed għandhom japplikaw il-valuri minimi tal-LGD ogħla li jkunu ġew determinati mill-awtoritajiet ta' Stat Membru ieħor skont il-paragrafu 6 għall-iskoperturi korrispondenti kollha tagħhom garantiti permezz ta' ipoteki fuq proprjetà residenzjali jew proprjetà immobbli kummerċjali li jinsabu f'parti jew aktar ta' dak l-Istat Membru.”;

(68)

fl-Artikolu 201(1), il-punt (h) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(h)

kontropartijiet ċentrali li jikkwalifikaw.”;

(69)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 204a

Tipi eliġibbli ta' derivattivi ta' ekwità

1.   L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw id-derivattivi ta' ekwità li huma swaps tar-redditu totali jew effettivament simili mill-aspett ekonomiku, bħala protezzjoni ta' kreditu eliġibbli għall-uniku skop li jwettqu ħħeġġjar intern.

Fejn istituzzjoni tixtri l-protezzjoni tal-kreditu permezz ta' swap tar-redditu totali u tirreġistra l-pagamenti netti rċevuti mas-swap bħala introjtu nett, iżda ma tirreġistrax id-deterjorament fit-tpaċija fil-valur tal-assi li huwa protett jew billi tnaqqas il-valur ġust jew permezz ta' żieda fir-riżervi, dik il-protezzjoni tal-kreditu ma għandhiex tikkwalifika bħala protezzjoni tal-kreditu eliġibbli.

2.   Fejn istituzzjoni twettaq ħeġġ interna permezz ta' derivattiv ta' ekwità, sabiex il-ħeġġ intern jikkwalifika bħala protezzjoni tal-kreditu eliġibbli għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, ir-riskju tal-kreditu trasferit fil-portafoll tan-negozjar għandu jiġi ttrasferit lil parti terza jew partijiet terzi.

Fejn ikun twettaq ħeġġ intern skont l-ewwel subparagrafu u jkunu ntlaħqu r-rekwiżiti f'dan il-Kapitolu, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir-regoli stabbiliti fit-Taqsimiet 4 sa 6 ta' dan il-Kapitolu għall-kalkolu tal-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju u l-ammonti ta' telf mistennija fejn dawn jakkwistaw protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu.”;

(70)

L-Artikolu 223 jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 3, it-tielet subparagrafu jiġi sostitwit b'li ġej:

“Fil-każ ta' tranżazzjonijiet derivattivi OTC, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-EVA permezz tal-metodu stabbilit fit-Taqsima 6 tal-Kapitolu 6 kif ġej:

 

EVA = E.”;

(b)

fil-paragrafu 5, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Fil-każ ta' tranżazzjonijiet derivattivi OTC, l-istituzzjonijiet li jużaw il-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3, 4 u 5 tal-Kapitolu 6 għandhom iqisu l-effetti tal-mitigazzjoni tar-riskju ta' kollateral skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsimiet 3, 4 u 5 tal-Kapitolu 6, kif applikabbli.”;

(71)

L-Artikolu 272 jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-punt (6) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(6)

“sett ta' hedging” tfisser grupp ta' tranżazzjonijiet fi ħdan sett tan-netting uniku għal liema hija permessa tpaċija sħiħa jew parzjali biex tiġi determinata l-iskopertura futura potenzjali skont il-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3 jew 4 ta' dan il-Kapitolu;”;

(b)

jiddaħħal il-punt li ġej:

“(7a)

‘ftehim ta' marġni b'direzzjoni waħda’ tfisser ftehim ta' marġni taħt liema istituzzjoni hija rikjesta tippreżenta marġnijiet ta' varjazzjoni lil kontroparti iżda mhijiex intitolata tirċievi marġni ta' varjazzjoni minn dik il-kontroparti jew viċi-versa;”;

(c)

il-punt (12) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(12)

“valur tas-suq kurrenti” jew “CMV” tfisser il-valur tas-suq nett tat-tranżazzjonijiet kollha fi ħdan sett tan-netting gross minn kwalunkwe kollateral miżmum jew sottomess meta l-valuri tas-suq pożittivi u negattivi jiġu kkalkulati b'mod nett biex jinħadem is-CMV;”;

(d)

jiddaħħal il-punt li ġej:

“(12a)

“ammont ta' kollateral indipendenti nett” jew “NICA” tfisser is-somma tal-valur aġġustat għall-volatilità tal-kollateral nett irċevut jew sottomess, kif applikabbli, għas-sett tan-netting minbarra l-marġni ta' varjazzjoni;”;

(72)

L-Artikolu 273 jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura tal-kuntratti elenkati fl-Anness II abbażi ta' wieħed mill-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3 sa 6 skont dan l-Artikolu.

Istituzzjoni li ma tissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 273a(1) ma għandhiex tuża l-metodu stabbilit fit-Taqsima 4. Istituzzjoni li ma tissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 273a(2) ma għandhiex tuża l-metodu stabbilit fit-Taqsima 5.

L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw f'kombinazzjoni l-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3 sa 6 fuq bażi permanenti fi grupp. Istituzzjoni waħda ma għandhiex tuża f'kombinazzjoni l-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3 sa 6 fuq bażi permanenti.”;

(b)

il-paragrafi 6, 7 u 8 jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

“6.   Skont il-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3 sa 6, il-valur tal-iskopertura għal kontroparti partikolari għandu jkun daqs is-somma tal-valuri tal-iskoperturi ikkalkulata għal kull sett ta' netting ma' dik il-kontraparti.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, fejn ftehim ta' marġni wieħed japplika għal settijiet tan-netting multipli ma' dik il-kontroparti u l-istituzzjoni qiegħda tuża wieħed mill-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3 sa 6 biex tikkalkula l-valur tal-iskopertura ta' dawk is-settijiet tan-netting, il-valur tal-iskopertura għandu jiġi kkalkulat skont it-Taqsima rilevanti.

Għal kontroparti partikolari, il-valur tal-iskopertura għal sett tan-netting partikolari ta' strumenti derivattivi OTC elenkati fl-Anness II kkalkulat skont dan il-Kapitolu għandu jkun l-akbar minn żero u d-differenza bejn is-somma tal-valuri tal-iskoperturi fis-settijiet kollha tan-netting mal-kontroparti u s-somma tal-aġġustamenti fil-valwazzjoni tal-kreditu għal dik il-kontroparti rikonoxxuti mill-istituzzjoni bħala tnaqqis fil-valur imġarrab. L-aġġustamenti fil-valwazzjoni tal-kreditu għandhom jiġu kkalkulati mingħajr ma jitqies ebda aġġustament tal-valwazzjoni tad-debitu ta' tpaċija attribwit għar-riskju tal-kreditu proprju tad-ditta li tkun diġà ġiet eskluża mill-fondi proprji skont il-punt (c) tal-Artikolu 33(1).

7.   Fil-kalkolu tal-valur tal-iskopertura skont il-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3, 4 u 5, l-istituzzjonijiet jistgħu jittrattaw żewġ kuntratti derivattivi OTC inklużi fl-istess ftehim tan-netting li jaqblu perfettament bħallikieku kienu kuntratt wieħed bi prinċipju nozzjonali ugwali għal żero.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, żewġ kuntratti tad-derivattivi OTC jaqblu perfettament meta jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-pożizzjonijiet ta' riskju tagħhom huma opposti;

(b)

il-karatteristiċi tagħhom, bl-eċċezzjoni tad-data tan-negozju, huma l-istess;

(c)

il-flussi tal-flus tagħhom ipaċu kompletament lil xulxin.

8.   L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-valur tal-iskopertura għall-iskoperturi li ġejjin minn tranżazzjonijiet ta' saldu fit-tul permezz ta' kwalunkwe wieħed mill-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3 sa 6 ta' dan il-Kapitolu, irrispettivament minn liema metodu tkun għażlet l-istituzzjoni għat-trattament ta' derivattivi OTC u tranżazzjonijiet ta' riakkwist, tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid b'self ta' titoli jew komoditajiet, u tranżazzjonijiet ta' self b'marġni. Fil-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għal tranżazzjonijiet ta' saldu fit-tul, istituzzjoni li tuża l-approċċ stabbilit fil-Kapitolu 3 tista' tassenja l-ponderazzjonijiet tar-riskju skont l-approċċ stabbilit fil-Kapitolu 2 fuq bażi permanenti u irrispettivament mill-materjalità ta' dawk il-pożizzjonijiet.”;

(c)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“9.   Għall-metodi mniżżla fit-Taqsimiet 3 sa 6 ta' dan il-Kapitolu, l-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw bħala adatti, it-tranżazzjonijiet fejn ikun ġie identifikat riskju speċifiku ta' korrelazzjoni ħażina (wrong-way risk) skont l-Artikolu 291(2), (4), (5) u (6).”;

(73)

jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 273a

Kondizzjonijiet għall-użu ta' metodi simplifikati għall-kalkolu tal-valur tal-iskopertura

1.   Istituzzjoni tista' tikkalkula l-valur tal-iskopertura tal-pożizzjonijiet fid-derivattivi tagħha skont il-metodu stabbilit fit-Taqsima 4, sakemm id-daqs tan-negozju ta' derivattiv fil-karta tal-bilanċ u barra l-karta tal-bilanċ tiegħu huwa daqs jew anqas miż-żewġ livelli ta' limitu li ġejjin abbażi ta' valutazzjoni mwettqa fuq bażi ta' kull xahar permezz tad-data sal-aħħar jum tax-xahar:

(a)

10 % tat-total ta' assi tal-istituzzjoni;

(b)

EUR 300 miljun.

2.   Istituzzjoni tista' tikkalkula l-valur tal-iskopertura tal-pożizzjonijiet fid-derivattivi skont il-metodu stabbilit fit-Taqsima 5, sakemm id-daqs tan-negozju ta' derivattiv fil-karta tal-bilanċ u barra l-karta tal-bilanċ tiegħu huwa daqs jew anqas miż-żewġ livelli limiti li ġejjin abbażi ta' valutazzjoni mwettqa fuq bażi ta' kull xahar permezz tad-data sal-aħħar jum tax-xahar:

(a)

5 % tat-total ta' assi tal-istituzzjoni;

(b)

EUR 100 miljun.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw id-daqs tan-negozju ta' derivattiv fil-karta tal-bilanċ u barra l-karta bilanċ tagħhom abbażi tad-data sal-aħħar jum ta' kull xahar skont ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

il-pożizzjonijiet fid-derivattivi għandhom jiġu stmati bil-valuri tas-suq tagħhom f'dik id-data partikolari; meta l-valur tas-suq ta' pożizzjoni ma jkunx disponibbli f'data partikolari, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu l-valur ġust tas-suq għal dik il-pożizzjoni f'dik id-data; meta l-valur tas-suq u l-valur ġust ta' pożizzjoni ma jkunux disponibbli f'dik id-data, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu l-valur tas-suq jew il-valur ġust l-iktar reċenti għal dik il-pożizzjoni;

(b)

il-valur assolut ta' pożizzjonijiet fid-derivattivi twal għandu jingħadd mal-valur assolut ta' pożizzjonijiet fid-derivattivi qosra;

(c)

il-pożizzjonijiet kollha fid-derivattivi jkunu inklużi, minbarra d-derivattivi ta' kreditu li huma rikonoxxuti bħala ħħeġġjar intern kontra l-iskoperturi għar-riskju ta' kreditu fil-portafoll mhux tan-negozjar.

4.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1 jew 2, kif applikabbli, meta n-negozju tad-derivattivi fuq bażi konsolidata ma jaqbiżx il-limiti stabbiliti fil-paragrafu 1 jew 2, kif applikabbli, istituzzjoni li tkun inkluża fil-konsolidazzjoni u li jkollha tapplika l-metodu stabbilit fit-Taqsima 3 jew 4, minħabba li taqbeż dawk il-limiti fuq bażi individwali, tista', soġġetta għall-approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, minflok tagħżel li tapplika l-metodu li jkun japplika fuq bażi konsolidata.

5.   L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar il-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 4 jew 5 li jużaw, jew li jieqfu jużaw, kif applikabbli, biex jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura tal-pożizzjonijiet fid-derivattivi tagħhom.

6.   L-istituzzjonijiet ma għandhomx jidħlu fi tranżazzjoni ta' derivattiva jew jixtru jew ibiegħu strument derivattiv bl-unika skop li jikkonformaw ma' waħda mill-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 matul il-valutazzjoni ta' kull xahar.

Artikolu 273b

Nuqqas ta' konformità mal-kondizzjonijiet għall-użu ta' metodi simplifikati għall-kalkolu tal-valur tal-iskopertura tad-derivattivi

1.   Istituzzjoni li ma tibqax tissodisfa xi waħda jew aktar mill-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 273a(1) jew (2) għandha tinnotifika mill-ewwel lill-awtorità kompetenti dwar dan.

2.   Istituzzjoni għandha tieqaf tikkalkula l-valur tal-iskoperturi tal-pożizzjonijiet fid-derivattivi tagħha f'konformità mat-Taqsima 4 jew 5, kif applikabbli, fi żmien tliet xhur minn meta jseħħ wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

l-istituzzjoni ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 273a(1) jew (2), kif applikabbli, jew il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (b) tal-Artikolu 273a(1) jew (2), kif applikabbli, għal tliet xhur konsekuttivi;

(b)

l-istituzzjoni ma tissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 273a(1) jew (2), kif applikabbli, jew il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (b) tal-Artikolu 273a(1) jew (2), kif applikabbli, għal aktar minn sitt xhur mit-12-il xahar ta' qabel.

3.   Meta istituzzjoni tkun waqfet tikkalkula l-valuri tal-iskoperturi ta' pożizzjonijiet fid-derivattivi tagħha f'konformità mat-Taqsima 4 jew 5, kif applikabbli, din titħalla biss tibda tikkalkula l-valur tal-iskopertura ta' pożizzjonijiet fid-derivattivi tagħha kif stabbilit fit-Taqsima 4 jew 5, meta turi lill-awtorità kompetenti li ġew issodisfati l-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 273a(1) jew (2) għal perijodu mhux interrott ta' sena.”;

(74)

fil-Kapitolu 6 ta' Titolu II tal-Parti Tlieta, Taqsimiet 3, 4 u 5 jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

Taqsima 3

Approċċ standardizzat għar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti

Artikolu 274

Valur tal-iskopertura

1.   Istituzzjoni tista' tikkalkula valur tal-iskopertura uniku fil-livell tas-sett tan-netting għat-tranżazzjonijiet kollha koperti minn ftehim ta' netting kuntrattwali meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-ftehim ta' netting jappartjeni għal wieħed mit-tipi ta' ftehimiet ta' netting kuntrattwali msemmija fl-Artikolu 295;

(b)

il-ftehim ta' netting ġie rikonoxxut mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 296;

(c)

l-istituzzjoni ssodisfat l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 297 fir-rigward tal-ftehim ta' netting.

Meta xi waħda mill-kondizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ma tiġix issodisfata, l-istituzzjoni għandha tittratta kull tranżazzjoni bħallikieku kienet sett tan-netting tagħha stess.

2.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura ta' sett tan-netting skont l-approċċ standardizzat għar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti kif ġej:

 

Valur tal-iskopertura = α · (RC + PFE)

fejn:

RC

=

l-ispiża tas-sostituzzjoni kkalkulata skont l-Artikolu 275; u

PFE

=

l-iskopertura futura potenzjali kkalkulata skont l-Artikolu 278;

α

=

1,4.

3.   Il-valur tal-iskopertura ta' sett tan-netting li hu soġġett għal ftehim ta' marġni kuntrattwali għandu jiġi limitat għall-valur tal-iskopertura tas-sett tan-netting li ma hu soġġett għall-ebda forma ta' ftehim ta' marġni.

4.   Meta japplika iktar minn ftehim ta' marġni wieħed għall-istess sett tan-netting, l-istituzzjonijiet għandhom jallokaw kull ftehim ta' marġni lill-grupp ta' tranżazzjonijiet fis-sett tan-netting li dak il-ftehim ta' marġni japplika kuntrattwalment għalih u jikkalkulaw valur ta' skopertura b'mod separat għal kull waħda minn dawk it-tranżazzjonijiet fi grupp.

5.   L-istituzzjonijiet jistgħu jistabbilixxu l-valur tal-iskopertura ta' sett tan-netting għal żero biex b'hekk jissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

is-sett tan-netting huwa magħmul biss minn opzjonijiet mibjugħa;

(b)

il-valur tas-suq kurrenti tas-sett tan-netting huwa dejjem negattiv;

(c)

il-premium tal-opzjonijiet kollha inklużi fis-sett tan-netting ġie riċevut bil-quddiem mill-istituzzjoni biex tiġi ggarantita l-eżekuzzjoni tal-kuntratti;

(d)

is-sett tan-netting ma hu soġġett għal ebda ftehim ta' marġni.

6.   F'sett tan-netting, l-istituzzjonijiet għandhom jissostitwixxu tranżazzjoni li hija kombinazzjoni lineari definita ta' opzjonijiet ta' call jew ta' put mixtrija jew mibjugħa bl-opzjonijiet uniċi kollha li jiffurmaw dik il-kombinazzjoni lineari, meħuda bħala tranżazzjoni individwali, għall-fini li jiġi kkalkulat il-valur tal-iskopertura tas-sett tan-netting skont din it-Taqsima. Kull tali kombinazzjoni ta' opzjonijiet għandha tiġi trattata bħala tranżazzjoni individwali fis-sett tan-netting li fih hija inkluża l-kombinazzjoni għall-fini li jiġi kkalkulat il-valur tal-iskopertura.

7.   Il-valur tal-iskopertura ta' tranżazzjoni ta' derivattivi tal-kreditu jirrappreżenta pożizzjoni twila fis-sottostanti jista' jkun limitat għall-ammont tal-premium pendenti mhux imħallas dment li jkun ttrattat bħala s-sett tan-netting tiegħu stess li mhuwiex soġġett għal ftehim ta' marġni.

Artikolu 275

Prezz tas-sostituzzjoni

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-prezz tas-sostituzzjoni RC għas-settijiet tan-netting li mhumiex soġġetti għal ftehim ta' marġni, skont il-formula li ġejja:

 

RC = max{CMV – NICA, 0}

2.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-prezz tas-sostituzzjoni għal settijiet tan-netting uniċi li huma soġġetti għal ftehim ta' marġni skont il-formula li ġejja:

 

RC = max{CMV – VM – NICA, TH + MTA – NICA, 0}

fejn:

RC

=

il-prezz tas-sostituzzjoni

VM

=

il-valur aġġustat għall-volatilità tal-marġni ta' varjazzjoni nett irċevut jew sottomess, kif applikabbli, għas-sett tan-netting fuq bażi regolari biex jiġu mmitigati l-bidliet fis-CMV tas-sett tan-netting;

TH

=

il-livell limitu ta' marġni applikabbli għas-sett tan-netting taħt il-ftehim ta' marġni taħt liema l-istituzzjoni ma tistax titlob kollateral; u

MTA

=

l-ammont minimu ta' trasferiment applikabbli għas-sett tan-netting taħt il-ftehim ta' marġni.

3.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-prezz tas-sostituzzjoni għal settijiet tan-netting multipli li huma soġġetti għal ftehim tal-istess marġni skont il-formula li ġejja:

Formula

fejn:

RC

=

il-prezz tas-sostituzzjoni;

i

=

l-indiċi li jindika s-settijiet tan-netting li huma soġġetti għall-ftehim ta' marġni waħdieni;

CMVi

=

is-CMV tas-sett tan-netting i;

VMMA

=

is-somma tal-valur aġġustat għall-volatilità ta' kollateral irċevut jew sottomess, kif applikabbli, għal settijiet tan-netting multipli fuq bażi regolari biex jiġu mmitigati l-bidliet fis-CMV tagħhom; u

NICAMA

=

is-somma tal-valur aġġustat għall-volatilità ta' kollateral irċevut jew sottomess, kif applikabbli, għal settijiet tan-netting multipli oħra minbarra l-VWMA.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-NICAMA jista' jiġi kkalkulat fil-livell tan-negozju, fil-livell tas-sett tan-netting jew fil-livell tas-settijiet tan-netting kollha li japplika għalihom il-ftehim ta' marġni skont il-livell li japplika fih il-ftehim ta' marġni.

Artikolu 276

Rikonoxximent u trattament tal-kollateral

1.   Għall-finijiet ta' din it-Taqsima, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammonti ta' kollateral ta' VM, VMMA, NICA u NICAMA, billi japplikaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

fejn it-tranżazzjonijiet kollha inklużi f'sett tan-netting jappartjenu għall-portafoll tan-negozjar, għandu jiġi rikonoxxut biss il-kollateral li huwa eliġibbli skont l-Artikoli 197 u 299;

(b)

meta sett tan-netting jinkludi tal-inqas tranżazzjoni waħda li tappartjeni għall-portafoll mhux tan-negozjar, għandu jiġi rikonoxxut biss il-kollateral li huwa eliġibbli skont l-Artikolu 197;

(c)

il-kollateral irċevut minn kontroparti għandu jingħaraf minn sinjal pożittiv u kollateral sottomess lil kontroparti għandu jingħaraf minn sinjal negattiv;

(d)

il-valur aġġustat għall-volatilità ta' kwalunkwe tip ta' kollateral irċevut jew sottomess għandu jiġi kkalkulat skont l-Artikolu 223; għall-finijiet ta' dak il-kalkolu, l-istituzzjonijiet ma għandhomx jużaw il-metodu stabbilit fl-Artikolu 225;

(e)

l-istess kollateral ma għandux jiġi inkluż kemm fil-VM kif ukoll fl-NICA fl-istess ħin;

(f)

l-istess kollateral ma għandux jiġi inkluż kemm fil-VMMA kif ukoll fl-NICAMA fl-istess ħin;

(g)

kwalunkwe kollateral mogħti lill-kontroparti li huwa segregat mill-assi ta' dik il-kontroparti u, bħala riżultat ta' dik is-segregazzjoni, huwa falliment remot fil-każ ta' inadempjenza jew insolvenza ta' dik il-kontroparti ma għandux jiġi rikonoxxut fil-kalkolu tal-NICA u l-NICAMA.

2.   Għall-kalkolu tal-valur aġġustat għall-volatilità tal-kollateral mogħti li huwa msemmi fil-punt (d) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom jissostitwixxu l-formula stabbilita fl-Artikolu 223(2) bil-formula li ġejja:

 

CVA = C · (1 + HC + Hfx)

fejn:

 

CVA= il-valur aġġustat għall-volatilità tal-kollateral mogħti; u

 

C= il-kollateral;

 

Hc u Hfx huma definiti skont l-Artikolu 223(2).

3.   Għall-finijiet tal-punt (d) tal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-perijodu ta' likwidazzjoni rilevanti għall-kalkolu tal-valur aġġustat għall-volatilità ta' kwalunkwe kollateral irċevut jew sottomess skont wieħed mill-perijodi ta' żmien li ġejjin:

(a)

sena waħda fis-settijiet tan-netting imsemmija fl-Artikolu 275(1);

(b)

il-perijodu ta' marġni ta' riskju determinat skont il-punt (b) tal-Artikolu 279c(1) għas-settijiet tan-netting imsemmija fl-Artikolu 275(2) u (3).

Artikolu 277

Klassifikazzjoni ta' tranżazzjonijiet għall-kategoriji ta' riskju

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jikklassifikaw kull tranżazzjoni ta' sett tan-netting għal waħda mill-kategoriji ta' riskju li ġejjin biex jiddeterminaw l-iskopertura futura potenzjali tas-sett tan-netting imsemmi fl-Artikolu 278:

(a)

riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax;

(b)

riskju tal-kambju;

(c)

riskju ta' kreditu;

(d)

riskju ta' ekwità;

(e)

riskju ta' komodità;

(f)

riskji oħrajn.

2.   L-istituzzjonijiet għandhom iwettqu l-klassifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fuq il-bażi tal-motivatur tar-riskju primarju ta' tranżazzjoni ta' derivattiv. Il-motivatur tar-riskju primarju għandu jkun l-unika motivatur tar-riskju materjali ta' tranżazzjoni ta' derivattivi.

3.   B'deroga mill-paragrafu 2, l-istituzzjonijiet għandhom jikklassifikaw it-tranżazzjonijiet derivattivi li għandhom iktar minn motivatur tar-riskju materjali wieħed għal iktar minn kategorija tar-riskju waħda. Meta l-motivaturi tar-riskju materjali kollha ta' waħda minn dawk it-tranżazzjonijiet jappartjenu għall-istess kategorija ta' riskju, l-istituzzjonijiet għandhom ikunu rikjesti biss jikklassifikaw dik it-tranżazzjoni darba għal dik il-kategorija tar-riskju abbażi tal-iktar motivatur tar-riskju materjali minnhom. Meta l-motivaturi tar-riskju materjali ta' waħda minn dawk it-tranżazzjonijiet jappartjenu għal kategoriji ta' riskju differenti, l-istituzzjonijiet għandhom jikklassifikaw dik it-tranżazzjoni darba għal kull kategorija tar-riskju għal liema t-tranżazzjoni għandha tal-inqas motivatur tar-riskju materjali wieħed, abbażi tal-iktar motivatur tar-riskju materjali f'dik il-kategorija tar-riskju.

4.   Minkejja l-paragrafi 1, 2 u 3, meta t-tranżazzjonijiet jiġu kklassifikati għall-kategoriji tar-riskju elenkati fil-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

meta l-motivatur tar-riskju primarju ta' tranżazzjoni, jew l-aktar motivatur tar-riskju materjali f'kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3, huwa varjabbli tal-inflazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom jikklassifikaw it-tranżazzjoni għall-kategorija tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax;

(b)

meta l-motivatur tar-riskju primarju ta' tranżazzjoni, jew l-aktar motivatur tar-riskju materjali f'kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3, huwa varjabbli tal-kondizzjonijiet klimatiċi, l-istituzzjonijiet għandhom jikklassifikaw it-tranżazzjoni għall-kategorija tar-riskju tal-komoditajiet.

5.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

(a)

il-metodu biex jiġu identifikati t-tranżazzjonijiet b'motivatur tar-riskju materjali wieħed biss;

(b)

il-metodu biex jiġu identifikati t-tranżazzjonijiet b'iktar minn motivatur tar-riskju materjali wieħed u biex jiġi identifikat l-iktar motivatur tar-riskju materjali minnhom għall-finijiet tal-paragrafu 3;

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Diċembru 2019.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta lil dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 277a

Settijiet ta' hedging

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu s-settijiet ta' hedging rilevanti għal kull kategorija tar-riskju ta' sett tan-netting u jassenjaw kull tranżazzjoni lil dawk is-settijiet ta' hedging kif ġej:

(a)

it-tranżazzjonijiet ikklassifikati fil-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax għandhom jiġu assenjati lill-istess sett ta' hedging fil-każ biss meta l-motivatur tar-riskju primarju tagħhom, jew l-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 277(3), huwa denominat fl-istess munita;

(b)

it-tranżazzjonijiet ikklassifikati fil-kategorija ta' riskju tal-kambju għandhom jiġu assenjati lill-istess sett ta' hedging fil-każ biss meta l-motivatur tar-riskju primarju tagħhom, jew l-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 277(3), huwa bbażat fuq l-istess muniti akkoppjati;

(c)

it-tranżazzjonijiet kollha kklassifikati fil-kategorija ta' riskju ta' kreditu għandhom jiġu assenjati lill-istess sett ta' hedging;

(d)

it-tranżazzjonijiet kollha kklassifikati fil-kategorija ta' riskju ta' ekwità għandhom jiġu assenjati lill-istess sett ta' hedging;

(e)

it-tranżazzjonijiet ikklassifikati fil-kategorija ta' riskju tal-komoditajiet għandhom jiġu assenjati lil wieħed mis-settijiet ta' hedging li ġejjin abbażi tan-natura tal-motivatur tar-riskju primarju tagħhom, jew l-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 277(3):

(i)

l-enerġija;

(ii)

il-metalli;

(iii)

il-prodotti agrikoli;

(iv)

komoditajiet oħra;

(v)

il-kondizzjonijiet klimatiċi;

(f)

it-tranżazzjonijiet ikklassifikati f'kategorija ta' riskji oħrajn għandhom jiġu assenjati lill-istess sett ta' hedging fil-każ biss meta l-motivatur tar-riskju primarju tagħhom, jew l-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 277(3), huwa identiku.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, it-tranżazzjonijiet ikklassifikati fil-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li għandhom varjabbli ta' inflazzjoni bħala l-motivatur tar-riskju primarju għandhom jiġu assenjati lil settijiet ta' hedging separati, minbarra s-settijiet ta' hedging stabbiliti għal tranżazzjonijiet ikklassifikati fil-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li ma għandhomx varjabbli ta' inflazzjoni bħala l-motivatur tar-riskju primarju. Dawn it-tranżazzjonijiet għandhom jiġu assenjati lill-istess sett ta' hedging fil-każ biss meta l-motivatur tar-riskju primarju tagħhom, jew l-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 277(3), huwa denominat fl-istess munita.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu settijiet ta' hedging individwali separati f'kull kategorija ta' riskju għat-tranżazzjonijiet li ġejjin:

(a)

it-tranżazzjonijiet għal liema l-motivatur tar-riskju primarju, jew l-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 277(3), huwa jew il-volatilità implikata tas-suq jew il-volatilità realizzata ta' motivatur tar-riskju jew il-korrelazzjoni bejn żewġ motivaturi tar-riskju;

(b)

it-tranżazzjonijiet għal liema l-motivatur tar-riskju primarju, jew l-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 277(3), huwa d-differenza bejn żewġ motivaturi tar-riskju kklassifikati fl-istess kategorija tar-riskju jew tranżazzjonijiet li jikkonsistu f'żewġ komponenti ta' pagament denominati fl-istess munita u għal liema motivatur tar-riskju mill-istess kategorija ta' riskju tal-motivatur tar-riskju primarju huwa inkluż fil-komponent tal-pagament l-ieħor minn dak li fih il-motivatur tar-riskju primarju.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw tranżazzjonijiet lill-istess sett ta' hedging tal-kategorija ta' riskju rilevanti fil-każ biss meta l-motivatur tar-riskju tagħhom, jew l-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 277(3), huwa identiku.

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw tranżazzjonijiet lill-istess sett ta' hedging tal-kategorija ta' riskju rilevanti fil-każ biss meta l-par motivaturi tar-riskju f'dawk it-tranżazzjonijiet kif imsemmi f'dan il-punt huwa identiku u ż-żewġ motivaturi tar-riskju inklużi f'dan il-par huma korrelatati b'mod pożittiv. Inkella, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw it-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu lil wieħed mis-settijiet ta' hedging stabbiliti skont il-paragrafu 1, fuq il-bażi ta' wieħed biss miż-żewġ motivaturi tar-riskju msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu.

3.   L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu disponibbli fuq talba mill-awtoritajiet kompetenti n-numru ta' settijiet ta' hedging stabbiliti skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għal kull kategorija ta' riskju, bil-motivatur tar-riskju primarju, jew l-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 277(3), jew il-par motivaturi tar-riskju ta' kull wieħed minn dawk is-settijiet ta' hedging u bin-numru ta' tranżazzjonijiet f'kull wieħed minn dawk is-settijiet ta' hedging.

Artikolu 278

L-iskopertura futura potenzjali

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-iskopertura futura potenzjali ta' sett tan-netting kif ġej:

Formula

fejn:

PFE

=

l-iskopertura futura potenzjali;

a

=

l-indiċi li jindika l-kategoriji ta' riskju inklużi fil-kalkolu tal-iskopertura futura potenzjali tas-sett tan-netting;

AddOn(a)

=

is-suppliment għall-kategorija ta' riskju “a” kkalkulat skont l-Artikoli 280a sa 280f, kif applikabbli; u

multiplikatur

=

il-fattur ta' multiplikazzjoni kkalkulat skont il-formula msemmija fil-paragrafu 3.

Għall-fini ta' dan il-kalkolu, l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu s-suppliment ta' kategorija ta' riskju partikolari fil-kalkolu tal-iskopertura futura potenzjali ta' sett tan-netting fejn mill-inqas tranżazzjoni waħda mis-sett tan-netting ġiet ikklassifikata f'dik il-kategorija ta' riskju.

2.   L-iskopertura futura potenzjali ta' settijiet tan-netting multipli li huma soġġetti għal ftehim ta' marġni wieħed, kif imsemmi fl-Artikolu 275(3), għandha tiġi kkalkulata bħala s-somma tal-iskoperturi futuri potenzjali tas-settijiet tan-netting individwali kollha bħallikieku ma kienu soġġetti għal ebda forma ta' ftehim ta' marġni.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-multiplikatur għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

multiplikatur =

 

1 if z ≥ 0

Formula

if

Formula

fejn:

 

Limitu minimum = 5 %;

 

y = 2 · (1 – Floorm) · ΣaAddOn(a)

z =

 

CMV – NICA għas-settijiet tan-netting imsemmija fl-Artikolu 275(1)

CMV – VM – NICA għas-settijiet tan-netting imsemmija fl-Artikolu 275(2)

CMVi – NICAi għas-settijiet tan-netting imsemmija fl-Artikolu 275(3)

NICAi

=

l-ammont ta' kollateral indipendenti nett ikkalkulat biss għat-tranżazzjonijiet li huma inklużi fis-sett tan-netting i. NICAi għandu jiġi kkalkulat fil-livell ta' negozju jew fil-livell ta' sett tan-netting skont il-ftehim ta' marġni.

Artikolu 279

Kalkolu tal-pożizzjoni ta' riskju

Għall-fini ta' kalkolu tas-supplimenti tal-kategorija ta' riskju msemmija fl-Artikoli 280a sa 280f, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-pożizzjoni ta' riskju ta' kull tranżazzjoni ta' sett tan-netting kif ġej:

 

Pożizzjoni ta' riskju = δ * AdjNot * MF

fejn:

δ

=

id-delta ta' superviżjoni tat-tranżazzjoni kkalkulata skont il-formula stabbilita fl-Artikolu 279a;

AdjNot

=

l-ammont nozzjonali aġġustat tat-tranżazzjoni kkalkulat skont l-Artikolu 279b; u

MF

=

il-fattur ta' maturità tat-tranżazzjoni kkalkulat skont il-formula stabbilita fl-Artikolu 279c.

Artikolu 279a

Delta ta' superviżjoni

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw id-delta ta' superviżjoni kif ġej:

(a)

għal opzjonijiet ta' xiri u ta' put li jagħtu dritt lix-xerrej ta' opzjoni jixtri jew ibigħ strument sottostanti bi prezz pożittiv f'data waħda jew dati multipli fil-futur, ħlief meta dawn l-opzjonijiet huma kklassifikati fil-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-formula li ġejja:

Formula

fejn:

δ

=

id-delta ta' superviżjoni;

sign

=

– 1 fejn it-tranżazzjoni hija opzjoni ta' call mibjugħa jew opzjoni ta' put mixtrija;

sign

=

+1 fejn it-tranżazzjoni hija opzjoni ta' call mixtrija jew opzjoni ta' put mibjugħa;

type

=

– 1 fejn it-tranżazzjoni hija opzjoni ta' put;

type

=

+ 1 fejn it-tranżazzjoni hija opzjoni ta' call;

N(x)

=

l-funzjoni kumulattiva ta' distribuzzjoni għal varjabbli aleatorju normali standard jiġifieri l-probabbiltà li varjabbli aleatorju normali b'medja ta' żero u b'varjanza ta' wieħed tkun inqas minn jew ugwali għal x;

P

=

il-prezz spot jew forward tal-istrument sottostanti tal-opzjoni; għal opzjonijiet il-flussi ta' flus taghħom li jiddependu fuq valur medju tal-prezz tal-istrument sottostanti, P għandu jkun daqs il-valur medju fid-data tal-kalkolu;

K

=

il-prezz tal-eżerċitar tal-opzjoni;

T

=

id-data tal-iskadenza tal-opzjoni; għal opzjonijiet li jistgħu jiġu eżerċitati f'data futura waħda biss, id-data tal-iskadenza hija ugwali għal dik id-data; għal opzjonijiet li jistgħu jiġu eżerċitati f'dati multipli futuri, id-data tal-iskadenza hija ugwali għall-aħħar waħda minn dawk id-dati; id-data ta' skadenza għandha tiġi espressa fi snin permezz tal-konvenzjoni rilevanti dwar il-jum tax-xogħol; u

σ

=

il-volatilità superviżorja tal-opzjoni determinata skont it-Tabella 1 fuq il-bażi tal-kategorija tar-riskju tat-tranżazzjoni u n-natura tal-istrument sottostanti tal-opzjoni.

Tabella 1

Kategorija tar-riskju

Strument sottostanti

Volatilità superviżorja

Kambju

Kollha

15 %

Kreditu

Strument b'isem wieħed

100 %

Strument b'għadd ta' ismijiet

80 %

Ekwità

Strument b'isem wieħed

120 %

Strument b'għadd ta' ismijiet

75 %

Komodità

Elettriku

150 %

Komoditajiet oħrajn (eskluż l-elettriku)

70 %

Oħrajn

Kollha

150 %

Istituzzjonijiet li jużaw l-prezz forward tal-istrument sottostanti ta' opzjoni għandhom jiżguraw li:

(i)

il-prezz forward huwa konsistenti mal-karatteristiċi tal-opzjoni;

(ii)

il-prezz forward huwa kkalkulat permezz ta' rata tal-imgħax rilevanti li jkun hemm fid-data ta' rappurtar;

(iii)

il-prezz forward jintegra l-flussi ta' flus mistennija tal-istrument sottostanti qabel l-iskadenza tal-opzjoni;

(b)

fil-każ ta' segmenti ta' titolizzazzjonijiet sintetiċi u derivattiva ta' kreditu n-eżmu inadempjenti, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-formula li ġejja:

Formula

fejn:

sinjal =

 

+ 1 fejn il-protezzjoni tal-kreditu nkisbet permezz tat-tranżazzjoni

– 1 fejn il-protezzjoni tal-kreditu ġiet ipprovduta permezz tat-tranżazzjoni

A

=

il-punt ta' akkoppjament tas-segment; għal tranżazzjoni ta' derivattiva ta' kreditu n-eżmu inadempjenti abbażi tal-entitajiet ta' referenza k, A = (n – 1)/k; u

D

=

il-punt ta' distakkament tas-segment; għal tranżazzjoni ta' derivattiva ta' kreditu n-eżmu inadempjenti abbażi tal-entitajiet ta' referenza k, D = n/k;

(c)

fil-każ ta' tranżazzjonijiet mhux imsemmija fil-punt (a) jew (b), l-istituzzjonijiet għandhom jużaw id-delta ta' superviżjoni li ġejja:

δ =

 

+ 1 “jekk it-tranżazzjoni hija pożizzjoni twila f'motivatur tar-riskju primarju jew fl-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija”

– 1 “jekk it-tranżazzjoni hija pożizzjoni qasira f'motivatur tar-riskju primarju jew fl-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija”

2.   Għall-finijiet ta' din it-Taqsima, pożizzjoni twila f'motivatur tar-riskju primarju, jew fl-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 277(3) tfisser li l-valur tas-suq tat-tranżazzjoni jiżdied meta jkun hemm żieda fil-valur ta' dak il-motivatur tar-riskju u pożizzjoni qasira fil-motivatur tar-riskju primarju jew fl-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 277(3) tfisser li l-valur tas-suq tat-tranżazzjoni jonqos meta jkun hemm żieda fil-valur ta' dak il-motivatur tar-riskju.

3.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

(a)

f'konformità mal-iżviluppi regolatorji internazzjonali, il-formula li l-istituzzjonijiet għandhom jużaw biex jikkalkulaw id-delta ta' superviżjoni tal-opzjonijiet ta' xiri u put ikklassifikati fil-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax kompatibbli mal-kondizzjonijiet tas-suq li fihom ir-rati tal-imgħax jistgħu jkunu negattivi kif ukoll il-volatilità superviżorja li hija adatta għal dik il-formula;

(b)

il-metodu biex jiddeterminaw jekk tranżazzjoni hijiex pożizzjoni twila jew qasira fil-motivatur tar-riskju primarju jew fl-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 277(3).

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Diċembru 2019.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta lil dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 279b

Ammont nozzjonali aġġustat

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont nozzjonali aġġustat kif ġej:

(a)

għal tranżazzjonijiet ikklassifikati fil-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax jew fil-kategorija ta' riskju ta' kreditu, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont nozzjonali aġġustat bħala l-prodott tal-ammont nozzjonali tal-kuntratt tad-derivattivi u l-fattur ta' durata tas-superviżjoni, li għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

Formula

fejn:

R

=

ir-rata ta' skont fuq is-superviżjoni; R = 5 %;

S

=

il-perijodu bejn id-data tal-bidu ta' tranżazzjoni u d-data tar-rappurtar, li għandha tiġi espressa fi snin permezz tal-konvenzjoni rilevanti dwar il-jum tax-xogħol; u

E

=

il-perijodu bejn id-data tat-tmiem ta' tranżazzjoni u d-data tar-rappurtar, li għandha tiġi espressa fi snin permezz tal-konvenzjoni rilevanti dwar il-jum tax-xogħol.

Il-bidu ta' tranżazzjoni li hija l-eqreb data li fiha tal-anqas pagament kuntrattwali skont it-tranżazzjoni, lil jew mill-istituzzjoni, ikun jew fiss jew skambjat, minbarra l-pagamenti relatati mal-kambju ta' kollateral fi ftehim ta' marġni. Meta tranżazzjoni tkun diġà qiegħda tistipula jew tagħmel pagamenti fid-data ta' rappurtar, id-data ta' bidu tat-tranżazzjoni għandha tkun 0.

Meta tranżazzjoni tinvolvi data kuntrattwali futura waħda jew aktar futuri li fiha l-istituzzjoni jew il-kontroparti jistgħu jiddeċiedu li jtemmu t-tranżazzjoni qabel il-maturità kuntrattwali tagħha, id-data ta' bidu tat-tranżazzjoni għandha tkun ugwali għall-eqreb data minn dawn li ġejjin:

(i)

id-data jew l-eqreb data mid-dati futuri multipli li ġejjin li fiha l-istituzzjoni jew il-kontroparti jistgħu jiddeċiedu li jtemmu t-tranżazzjoni qabel il-maturità kuntrattwali tagħha;

(ii)

id-data li fiha tranżazzjoni tibda tistipula jew tagħmel il-pagamenti, minbarra l-pagamenti relatati mal-kambju ta' kollateral fi ftehim ta' marġni.

Meta tranżazzjoni jkollha strument finanzjarju bħala l-istrument sottostanti li jista' jwassal għal obbligi kuntrattwali addizzjonali għal dawk tat-tranżazzjoni, id-data ta' bidu ta' tranżazzjoni għandha tkun determinata abbażi tal-eqreb data li fiha l-istrument sottostanti jibda jistipula jew jagħmel il-pagamenti.

Id-data ta' tmiem ta' tranżazzjoni hija d-data li fiha l-aħħar pagament kuntrattwali skont it-tranżazzjoni, lil jew mill-istituzzjoni, huwa jew jista' jiġi skambjat.

Meta tranżazzjoni għandha strument finanzjarju bħala l-istrument sottostanti li jista' jwassal għal obbligi kuntrattwali addizzjonali għal dawk tat-tranżazzjoni, id-data ta' tmien ta' tranżazzjoni għandha tiġi determinata abbażi tal-aħħar pagament kuntrattwali tal-istrument sottostanti tat-tranżazzjoni.

Fejn tranżazzjoni tiġi strutturati sabiex tiġi saldata skopertura pendenti wara dati ta' pagament speċifikati u fejn it-termini huma ssettjati mill-ġdid sabiex il-valur tas-suq tat-tranżazzjoni jkun żero f'dawk id-dati speċifikati, is-saldu ta' skopertura pendenti f'dawk id-dati speċifikati huwa kkunsidrat bħala pagament kuntrattwali taħt l-istess tranżazzjoni;

(b)

għal tranżazzjonijiet ikklassifikati fil-kategorija ta' riskju tal-kambju, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont nozzjonali aġġustat kif ġej:

(i)

meta t-tranżazzjoni tikkonsisti f'komponent ta' pagament wieħed, l-ammont nozzjonali aġġustat għandu jkun l-ammont nozzjonali tal-kuntratt tad-derivattivi;

(ii)

meta t-tranżazzjoni tikkonsisti f'żewġ komponenti ta' pagamenti u l-ammont nozzjonali ta' komponent ta' pagament wieħed huwa denominat fil-munita tar-rappurtar tal-istituzzjoni, l-ammont nozzjonali aġġustat għandu jkun l-ammont nozzjonali tal-komponent ta' pagament l-ieħor;

(iii)

meta t-tranżazzjoni tikkonsisti f'żewġ komponenti ta' pagament u l-ammont nozzjonali ta' kull pagament huwa denominat f'munita differenti mill-munita tar-rappurtar tal-istituzzjoni, l-ammont nozzjonali aġġustat għandu jkun l-akbar wieħed mill-ammonti nozzjonali taż-żewġ komponenti ta' pagamenti wara li dawn l-ammonti jkunu ġew ikkonvertiti fil-munita tar-rappurtar tal-istituzzjoni fir-rata tal-kambju spot prevalenti;

(c)

għal tranżazzjonijiet ikklassifikati fil-kategorija ta' riskju tal-ekwità jew fil-kategorija ta' riskju tal-komoditajiet, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont nozzjonali aġġustat bħala l-prodott tal-prezz tas-suq ta' unità waħda tal-istrument sottostanti tat-tranżazzjoni u n-numru ta' unitajiet fl-istrument sottostanti li ssir referenza għalih fit-tranżazzjoni;

meta tranżazzjoni kklassifikata fil-kategorija ta' riskju ta' ekwità jew kategorija ta' riskju tal-komoditajiet hija espressa b'mod kontrattwali bħala ammont nozzjonali, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw l-ammont nozzjonali tat-tranżazzjoni pjuttost milli n-numru ta' unitajiet fl-istrument sottostanti, bħala l-ammont nozzjonali aġġustat;

(d)

għal tranżazzjonijiet ikklassifikati għall-kategorija ta' riskji oħrajn, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont nozzjonali aġġustat abbażi tal-metodu l-aktar xieraq fost il-metodi stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c), skont in-natura u l-karatteristiċi tal-istrument sottostanti tat-tranżazzjoni.

2.   L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont nozzjonali jew in-numru ta' unitajiet tal-istrument sottostanti għall-fini tal-kalkolu tal-ammont nozzjonali aġġustat ta' tranżazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 kif ġej:

(a)

meta l-ammont nozzjonali jew in-numru ta' unitajiet tal-istrument sottostanti ta' tranżazzjoni mhuwiex stipulat sal-maturità kuntrattwali tiegħu:

(i)

għal ammonti nozzjonali deterministiċi u n-numru ta' unitajiet tal-istrument sottostanti, l-ammont nozzjonali għandu jkun il-medja ppeżata tal-valuri deterministiċi kollha tal-ammonti nozzjonali jew in-numru ta' unitajiet tal-istrument sottostanti, kif applikabbli, sal-maturità kuntrattwali tat-tranżazzjoni, fejn il-piżijiet huma l-proporzjon tal-perijodu ta' żmien li matulu japplika kull valur ta' ammont nozzjonali;

(ii)

għal ammonti nozzjonali stokastiċi u n-numri ta' unitajiet tal-istrument sottostanti, l-ammont nozzjonali għandu jkun l-ammont determinat mill-istipular tal-valuri tas-suq kurrenti fil-formula għall-kalkolu tal-valuri futuri tas-suq;

(b)

għal kuntratti b'kambji multipli tal-ammont nozzjonali, l-ammont nozzjonali għandu jkun immultiplikat bin-numru ta' pagamenti li jkun għad fadal isiru skont il-kuntratti;

(c)

għal kuntratti li jipprovdu għal multiplikazzjoni tal-pagamenti tal-fluss ta' flus jew għal multiplikazzjoni tas-sottostanti tal-kuntratt tad-derivattivi, l-ammont nozzjonali għandu jiġi aġġustat minn istituzzjoni biex iqis l-effetti tal-multiplikazzjoni fuq l-istruttura tar-riskju ta' dawn il-kuntratti.

3.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkonvertu l-ammont nazzjonali aġġustat ta' tranżazzjoni fil-munita tar-rappurtar tagħhom bir-rata tal-kambju spot prevalenti meta l-ammont nozzjonali aġġustat huwa kkalkulat skont dan l-Artikolu minn ammont nozzjonali kuntrattwali jew prezz tas-suq tan-numru ta' unitajiet tal-istrument sottostanti denominat f'munita oħra.

Artikolu 279c

Fattur ta' Maturità

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-fattur ta' maturità kif ġej:

(a)

għal tranżazzjonijiet inklużi fis-settijiet tan-netting kif imsemmi fl-Artikolu 275(1), l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-formula li ġejja:

Formula

fejn:

MF

=

il-fattur ta' maturità;

M

=

il-maturità li jifdal tat-tranżazzjoni li hija ugwali għall-perijodu ta' żmien meħtieġ għat-terminazzjoni tal-obbligi kuntrattwali kollha tat-tranżazzjoni; għal dak il-għan, kwalunkwe dritt ta' għażla ta' kuntratt tad-derivattivi għandu jiġi kkunsidrat bħala obbligu kuntrattwali; il-maturità li jifdal għandha tiġi espressa fi snin permezz tal-konvenzjoni rilevanti dwar il-jum tax-xogħol;

meta tranżazzjoni għandha kuntratt tad-derivattivi ieħor bħala strument sottostanti li jista' jwassal għal obbligi kuntrattwali addizzjonali lil hinn mill-obbligi kuntrattwali tat-tranżazzjoni, il-maturità li jifdal tat-tranżazzjoni għandha tkun ugwali għall-perijodu meħtieġ għat-terminazzjoni tal-obbligi kuntrattwali kollha tal-istrument sottostanti;

meta tranżazzjoni tiġi strutturata sabiex skopertura pendenti tingħalaq wara dati ta' pagament speċifikati u fejn it-termini jiġu ffissati mill-ġdid sabiex il-valur tas-suq tat-tranżazzjoni ikun żero f'dawk id-dati speċifikati, il-maturità li jifdal tat-tranżazzjoni għandha tkun daqs iż-żmien sad-data tal-iffissar mill-ġdid li jmiss; u

SenaNegozju

=

sena waħda espressa f'jiem tax-xogħol permezz tal-konvenzjoni rilevanti dwar il-jum tax-xogħol;

(b)

għal tranżazzjonijiet inklużi fis-settijiet tan-netting imsemmija fl-Artikolu 275(2) u (3), il-fattur ta' maturità huwa definit bħala:

Formula

fejn:

MF

=

il-fattur ta' maturità;

MPOR

=

il-perijodu ta' marġni ta' riskju tas-sett tan-netting determinat skont l-Artikolu 285(2) sa (5); u

SenaNegozju

=

sena waħda espressa f'jiem tax-xogħol permezz tal-konvenzjoni rilevanti dwar il-jum tax-xogħol;

Meta tiddetermina l-perijodu ta' marġni tar-riskju għal tranżazzjonijiet bejn klijent u membru tal-ikklerjar, istituzzjoni li taġixxi jew bħala l-klijent jew bħala l-membru tal-ikklerjar għandha tissostitwixxi l-perijodu minimu stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 285(2) b'ħamest ijiem tax-xogħol.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-maturità li jifdal għandha tkun ugwali għall-perijodu ta' żmien sad-data tal-issettjar mill-ġdid li jmiss għal tranżazzjonijiet li huma strutturati biex tiġi saldata skopertura pendenti wara dati ta' pagament speċifikati u fejn it-termini huma ssettjati mill-ġdid b'tali mod li l-valur tas-suq tal-kuntratt ikun żero f'dawk id-dati ta' pagamenti speċifikati.

Artikolu 280

Koeffiċjent tal-fattur ta' superviżjoni tas-sett ta' hedging

Għall-fini tal-kalkolu tas-suppliment ta' sett ta' hedging kif imsemmi fl-Artikoli 280a sa 280f, il-koeffiċjent tal-fattur ta' superviżjoni ta' sett ta' hedging ‘є’ għandu jkun dan li ġej:

є =

 

1 għas-settijiet ta' hedging stabbiliti skont l-Artikolu 277a(1)

5 għas-settijiet ta' hedging stabbiliti skont il-punt (a) tal-Artikolu 277a(1))

0,5 għas-settijiet ta' hedging stabbiliti skont il-punt (b) tal-Artikolu 277a(2)

Artikolu 280a

Suppliment tal-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 278, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment tal-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax għal sett tan-netting partikolari kif ġej:

Formula

fejn:

AddOnIR

=

is-suppliment tal-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax;

j

=

l-indiċi li jindika s-settijiet kollha ta' hedging ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax stabbiliti skont il-punt (a) tal-Artikolu 277a(1) u skont l-Artikolu 277a(2) għas-sett tan-netting; u

Formula

=

is-suppliment tal-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax għas-sett ta' hedging j ikkalkulat skont il-paragrafu 2.

2.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment tas-sett ta' hedging j tal-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax:

Formula

fejn:

єj

=

il-koeffiċjent tal-fattur ta' superviżjoni tas-sett ta' hedging j determinat skont il-valur applikabbli speċifikat fl-Artikolu 280;

SFIR

=

il-fattur ta' superviżjoni għall-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax b'valur ugwali għal 0,5 %; u

Formula

=

l-ammont nozzjonali effettiv tas-sett ta' hedging j ikkalkulat skont il-paragrafu 3.

3.   Għall-fini tal-kalkolu tal-ammont nozzjonali effettiv tas-sett ta' hedging j, l-istituzzjonijiet għandhom l-ewwel jikklassifikaw kull tranżazzjoni tas-sett ta' hedging lill-bucket ix-xieraq fit-Tabella 2. Dawn għandhom jagħmlu hekk abbażi tad-data ta' tmiem ta' kull tranżazzjoni kif determinat skont il-punt (a) tal-Artikolu 279b(1):

Tabella 2

Bucket

Data tat-tmiem

(fi snin)

1

> 0 u <= 1

2

> 1 u <= 5

3

> 5

Sussegwentement, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont nozzjonali effettiv tas-sett ta' hedging j skont il-formula li ġejja:

Formula

fejn:

Formula

=

l-ammont nozzjonali effettiv tas-sett ta' hedging j; u

Dj,k

=

l-ammont nozzjonali effettiv tal-bucket k tas-sett ta' hedging j huwa kkalkulat kif ġej:

Formula

fejn:

l

=

l-indiċi li jindika l-pożizzjoni ta' riskju.

Artikolu 280b

Suppliment tal-kategorija ta' riskju tal-kambju

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 278, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment ta' kategorija ta' riskji tal-kambju għal sett tan-netting partikolari kif ġej:

Formula

fejn:

AddOnFX

=

is-suppliment ta' kategorija ta' riskju tal-kambju;

j

=

l-indiċi li jindika s-settijiet ta' hedging ta' riskji tal-kambju stabbiliti skont il-punt (b) tal-Artikolu 277a(1) u skont l-Artikolu 277a(2) għas-sett tan-netting; u

Formula

=

is-suppliment ta' kategorija ta' riskju tal-kambju għas-sett ta' hedging j ikkalkulat skont il-paragrafu 2.

2.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment ta' kategorija ta' riskju tal-kambju għas-sett ta' hedging j kif ġej:

Formula

fejn:

єj

=

il-koeffiċjent tal-fattur ta' superviżjoni tas-sett ta' hedging j determinat skont l-Artikolu 280;

SFFX

=

il-fattur ta' superviżjoni għall-kategorija ta' riskju tal-kambju b'valur ugwali għal 4 %;

Formula

=

l-ammont nozzjonali effettiv tas-sett ta' hedging j ikkalkulat kif ġej:

Formula

fejn:

l

=

l-indiċi li jindika l-pożizzjoni ta' riskju.

Artikolu 280c

Suppliment tal-kategorija ta' riskju ta' kreditu

1.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-entitajiet referenzjarji tal-kreditu rilevanti tas-sett tan-netting skont dan li ġej:

(a)

għandu jkun hemm entità referenzjarja tal-kreditu waħda għal kull emittent ta' strument ta' dejn ta' referenza sottostanti għal tranżazzjoni b'isem wieħed allokata lill-kategorija ta' riskju ta' kreditu; it-tranżazzjonijiet b'isem wieħed għandhom jiġu assenjati lill-istess entità referenzjarja ta' kreditu fil-każ biss meta l-istrument ta' dejn ta' referenza sottostanti ta' dawk it-tranżazzjonijiet jinħareġ mill-istess emittent;

(b)

għandu jkun hemm entità referenzjarja ta' kreditu waħda għal kull grupp ta' strumenti ta' dejn ta' referenza jew derivattivi ta' kreditu b'isem wieħed sottostanti għal tranżazzjoni b'ħafna ismijiet allokata lill-kategorija ta' riskju ta' kreditu; it-tranżazzjonijiet b'ħafna ismijiet għandhom jiġu assenjati lill-istess entità referenzjarja ta' kreditu fil-każ biss meta l-grupp ta' strumenti ta' dejn ta' referenza sottostanti jew derivattivi ta' kreditu b'isem wieħed ta' dawk it-tranżazzjonijiet ikollu l-istess kostitwenti.

2.   Għall-finijiet tal-Artikolu 278, l-istituzzjoni għandha tikkalkula s-suppliment ta' kategorija ta' riskji ta' kreditu għal sett tan-netting partikolari kif ġej:

Formula

fejn:

AddOnCredit

=

is-suppliment ta' kategorija ta' riskji ta' kreditu;

j

=

l-indiċi li jindika s-settijiet kollha ta' hegding ta' riskju ta' kreditu stabbiliti skont il-punt (c) tal-Artikolu 277a(1) u l-Artikolu 277a(2) għas-sett tan-netting; u

Formula

=

is-suppliment tal-kategorija ta' riskju ta' kreditu għas-sett ta' hedging j ikkalkulat skont il-paragrafu 3.

3.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment ta' kategorija ta' riskju ta' kreditu għal sett ta' hedging j kif ġej:

Formula

fejn:

Formula

=

is-suppliment ta' kategorija ta' riskju ta' kreditu għal sett ta' hedging j;

єj

=

il-koeffiċjent tal-fattur ta' superviżjoni tas-sett ta' hedging j determinat skont l-Artikolu 280;

k

=

l-indiċi li jindika li l-entitajiet referenzjarji ta' kreditu tas-sett tan-netting stabbiliti skont il-paragrafu 1;

Formula

=

il-fattur ta' korrelazzjoni tal-entità referenzjarja ta' kreditu k; meta l-entità referenzjarja ta' kreditu k ġiet stabbilita skont il-punt (a) tal-paragrafu 1,Formula, meta l-entità referenzjarja ta' kreditu k ġiet stabbilita skont il-punt (b) tal-paragrafu 1,Formula; u

AddOn(Entityk)

=

is-suppliment għall-entità referenzjarja ta' kreditu k determinat skont il-paragrafu 4.

4.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment għall-entità referenzjarja ta' kreditu k kif ġej:

Formula

fejn:

Formula

=

l-ammont nozzjonali effettiv ta' entità referenzjarja ta' kreditu k ikkalkulat kif ġej:

Formula

fejn:

l

=

l-indiċi li jindika l-pożizzjoni ta' riskju; u

Formula

=

il-fattur ta' superviżjoni applikabbli għall-entità referenzjarja ta' kreditu k ikkalkolat skont il-paragrafu 5.

5.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-fattur ta' superviżjoni applikabbli għall-entità referenzjarja ta' kreditu k kif ġej:

(a)

għall-entità referenzjarja ta' kreditu k stabbilita skont il-punt (a) tal-paragrafu 1,

Formula

għandu jiġi kklassifikat f'wieħed mis-sitt fatturi ta' superviżjoni stabbiliti fit-Tabella 3 ta' dan il-paragrafu abbażi ta' valutazzjoni ta' kreditu esterna minn ECAI nominata tal-emittent individwali korrispondenti; għal emittent individwali għal liema valutazzjoni ta' kreditu minn ECAI nominata mhijiex disponibbli:

(i)

istituzzjoni li tuża l-approċċ imsemmi fil-Kapitolu 3 għandha tikklassifika l-klassifikazzjoni interna tal-emittent individwali f'waħda mill-valutazzjonijiet tal-kreditu esterni;

(ii)

istituzzjoni li tuża l-approċċ imsemmi fil-Kapitolu 2 għandha tassenja l-

Formula

lil dik l-entità referenzjarja ta' kreditu; madankollu, meta istituzzjoni tapplika l-Artikolu 128 għal skoperturi għar-riskju ta' kreditu ta' kontroparti għall-piż tar-riskju għal dan l-emittent individwali, għandu jiġi assenjat l-

Formula

lil dik l-entità referenzjarja ta' kreditu;

(b)

għal entità referenzjarja ta' kreditu k stabbilita skont il-punt (b) tal-paragrafu 1:

(i)

meta pożizzjoni ta' riskju l assenjata lill-entità referenzjarja ta' kreditu k hija indiċi ta' kreditu elenkata f'kambju rikonoxxut, l-

Formula

għandu jiġi kklassifikat f'wieħed miż-żewġ fatturi ta' superviżjoni stabbiliti fit-Tabella 4 ta' dan il-paragrafu abbażi tal-kwalità tal-kreditu tal-maġġoranza tal-kostitwenti individwali tagħha;

(ii)

meta pożizzjoni ta' riskju l assenjata lill-entità referenzjarja ta' kreditu k mhijiex imsemmija fil-punt (i) ta' dan il-punt,

Formula

għandu jkun il-medja ppeżata tal-fatturi ta' superviżjoni kklassifikati f'kull kostitwent skont il-metodu stabbilit fil-punt (a), meta l-piżijiet huma definiti mill-proporzjon ta' nozzjonali tal-kostitwenti f'dik il-pożizzjoni.

Tabella 3

Skala tal-kwalità kreditizja

Fattur ta' superviżjoni għal tranżazzjonijiet b'isem wieħed

1

0,38 %

2

0,42 %

3

0,54 %

4

1,06 %

5

1,6 %

6

6,0 %

Tabella 4

Kwalità kreditizja dominanti

Fattur ta' superviżjoni għal indiċijiet ikkwotati

Grad ta' investiment

0,38 %

Grad mhux ta' investiment

1,06 %

Artikolu 280d

Suppliment tal-kategorija ta' riskju ta' ekwità

1.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-entitajiet referenzjarji ta' ekwità rilevanti tas-sett tan-netting skont dan li ġej:

(a)

għandu jkun hemm entità referenzjarja ta' ekwità waħda għal kull emittent ta' strument ta' ekwità referenzjarja sottostanti għal tranżazzjoni b'isem wieħed allokata lill-kategorija ta' riskju ta' ekwità; it-tranżazzjonijiet b'isem wieħed għandhom jiġu assenjati lill-istess entità referenzjarja ta' ekwità fil-każ biss meta l-istrument ta' ekwità referenzjarja sottostanti ta' dawk it-tranżazzjonijiet jinħareġ mill-istess emittent;

(b)

għandu jkun hemm entità referenzjarja ta' ekwità waħda għal kull grupp ta' strumenti ta' ekwità referenzjarja jew derivattivi ta' ekwità b'isem wieħed sottostanti għal tranżazzjoni b'ħafna ismijiet allokata lill-kategorija ta' riskju ta' ekwità; it-tranżazzjonijiet b'ħafna ismijiet għandhom jiġu assenjati lill-istess entità referenzjarja ta' ekwità fil-każ biss meta l-grupp ta' strumenti ta' ekwità referenzjarja sottostanti jew derivattivi ta' ekwità b'isem wieħed ta' dawk it-tranżazzjonijiet, kif applikabbli, ikollu l-istess kostitwenti.

2.   Għall-fini tal-Artikolu 278, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment ta' kategorija ta' riskji ta' ekwità għal sett tan-netting partikolari kif ġej:

Formula

fejn:

AddOnEquity

=

is-suppliment ta' kategorija ta' riskji ta' ekwità;

j

=

l-indiċi li jindika s-settijiet kollha ta' hedging ta' riskju ta' ekwità stabbiliti skont il-punt (d) tal-Artikolu 277a(1) u l-Artikolu 277a(2) għas-sett tan-netting; u

Formula

=

is-suppliment tal-kategorija ta' riskju ta' ekwità għas-sett ta' hedging j ikkalkulat skont il-paragrafu 3.

3.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment ta' kategorija ta' riskju għal ekwità ta' sett ta' hedging j kif ġej:

Formula

fejn:

Formula

=

is-suppliment tal-kategorija ta' riskju ta' ekwità għas-sett ta' hedging j;

єj

=

il-koeffiċjent tal-fattur ta' superviżjoni tas-sett ta' hedging j determinat skont l-Artikolu 280;

k

=

l-indiċi li jindika li l-entitajiet referenzjarji ta' ekwità tas-sett tan-netting stabbiliti skont il-paragrafu 1;

Formula

=

il-fattur ta' korrelazzjoni tal-entità referenzjarja ta' ekwità k; meta l-entità referenzjarja ta' ekwità k tkun ġiet stabbilita skont il-punt (a) tal-paragrafu 1, Formula; meta l-entità referenzjarja ta' ekwità k tkun ġiet stabbilita skont il-punt (b) tal-paragrafu 1, Formula; u

AddOn(Entityk)

=

is-suppliment għall-entità referenzjarja tal-ekwità k determinat skont il-paragrafu 4.

4.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment għall-entità referenzjarja ta' ekwità k kif ġej:

Formula

fejn:

AddOn(Entityk)

=

is-suppliment għall-entità referenzjarja ta' ekwità k;

Formula

=

il-fattur ta' superviżjoni applikabbli għall-entità referenzjarja ta' ekwità k; meta l-entità referenzjarja ta' kreditu k tkun ġiet stabbilita skont il-punt (a) tal-paragrafu 1, Formula; meta l-entità referenzjarja ta' kreditu k tkun ġiet stabbilita skont il-punt (b) tal-paragrafu 1, Formula; u

Formula

=

l-ammont nozzjonali effettiv ta' entità referenzjarja ta' ekwità k ikkalkulat kif ġej:

Formula

fejn:

l

=

l-indiċi li jindika l-pożizzjoni ta' riskju.

Artikolu 280e

Suppliment ta' kategorija ta' riskju tal-komoditajiet

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 278, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment ta' kategorija ta' riskju tal-komoditajiet għal sett tan-netting partikolari kif ġej:

Formula

fejn:

AddOnCom

=

is-suppliment ta' kategorija ta' riskju tal-komoditajiet;

j

=

l-indiċi li jindika s-settijiet kollha ta' hedging tal-komoditajiet stabbiliti skont il-punt (e) tal-Artikolu 277a(1) u skont l-Artikolu 277a(2) għas-sett tan-netting; u

Formula

=

is-suppliment tas-sett ta' hedging j tal-kategorija ta' riskju tal-komoditajiet ikkalkulat skont il-paragrafu 4.

2.   Għall-fini tal-kalkolu tas-suppliment għal sett ta' hedging tal-komoditajiet ta' sett tan-netting partikolari skont il-paragrafu 4, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu t-tipi referenzjarji ta' komoditajiet rilevanti ta' kull sett ta' hedging. It-tranżazzjonijiet derivattivi tal-komoditajiet għandhom jiġu assenjati lill-istess tip referenzjarju ta' komoditajiet fil-każ biss meta l-istrument tal-komoditajiet sottostanti dawk it-tranżazzjonijiet għandu l-istess natura, irrispettivament mill-post ta' kunsinnja u l-kwalità tal-istrument tal-komoditajiet.

3.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu lil istituzzjoni li hija esposta b'mod sinifikanti għar-riskju ta' bażi ta' pożizzjonijiet differenti li jikkondividu l-istess natura kif imsemmi fil-paragrafu 2 biex jistabbilixxu t-tipi referenzjarji tal-komoditajiet għal dawk il-pożizzjonijiet li jużaw iktar karatteristiċi minn sempliċiment n-natura tal-istrument tal-komoditajiet sottostanti. F'sitwazzjoni bħal din, it-tranżazzjonijiet derivattivi tal-komoditajiet għandhom jiġu assenjati l-istess tip referenzjarju ta' komoditajiet fil-każ biss meta huma jikkondividu dawk il-karatteristiċi.

4.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment ta' kategorija ta' riskju għal ekwità ta' sett ta' hedging j kif ġej:

Formula

fejn:

Formula

=

is-suppliment ta' kategorija ta' riskju għal ekwità ta' sett ta' hedging j;

єj

=

il-koeffiċjent tal-fattur ta' superviżjoni tas-sett ta' hedging j determinat skont l-Artikolu 280;

ρCom

=

il-fattur ta' korrelazzjoni tal-kategorija ta' riskju tal-komoditajiet b'valur ugwali għal 40 %;

k

=

l-indiċi li jindika t-tipi referenzjarji tal-komoditajiet tas-sett tan-netting stabbilit skont il-paragrafu 2; u

Formula

=

is-suppliment għal tip referenzjarju ta' komoditajiet k ikkalkulat skont il-paragrafu 5.

5.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment għat-tip referenzjarju tal-komoditajiet k kif ġej:

Formula

fejn:

Formula

=

is-suppliment għat-tip referenzjarju tal-komoditajiet k;

Formula

=

il-fattur ta' superviżjoni applikabbli għat-tip referenzjarju tal-komoditajiet k; meta t-tip referenzjarju tal-komoditajiet k jikkorrispondi għat-tranżazzjonijiet allokati lis-sett ta' hedging imsemmi fil-punt (e)(i) tal-Artikolu 277a(1), eskluż tranżazzjonijiet li jikkonċernaw l-elettriku, Formula; għal tranżazzjonijiet li jikkonċernaw l-elettriku, Formula; u

Formula

=

l-ammont nozzjonali effettiv tat-tip referenzjarju tal-komoditajiet k ikkalkulat kif ġej:

Formula

fejn:

l

=

l-indiċi li jindika l-pożizzjoni ta' riskju.

Artikolu 280f

Suppliment tal-kategorija ta' riskji oħrajn

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 278, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment ta' kategorija ta' riskji oħrajn għal sett tan-netting partikolari kif ġej:

Formula

fejn:

AddOnOther

=

is-suppliment ta' kategorija ta' riskji oħrajn;

j

=

l-indiċi li jindika s-settijiet ta' hedging ta' riskji oħrajn stabbiliti skont il-punt (f) tal-Artikolu 277a(1) u l-Artikolu 277a(2) għas-sett tan-netting; u

Formula

=

is-suppliment ta' kategorija ta' riskji oħrajn għal sett ta' hedging j ikkalkulat skont il-paragrafu 2.

2.   Istituzzjoni għandha tikkalkula s-suppliment ta' kategorija ta' riskji oħrajn għas-sett ta' hedging j kif ġej:

Formula

fejn:

Formula

=

is-suppliment ta' kategorija ta' riskji oħrajn għas-sett ta' hedging j;

єj

=

il-koeffiċjent tal-fattur ta' superviżjoni tas-sett ta' hedging j determinat skont l-Artikolu 280; u

SFOther

=

il-fattur ta' superviżjoni għall-kategorija ta' riskji oħrajn b'valur ugwali għal 8 %;

Formula

=

l-ammont nozzjonali effettiv tas-sett ta' hedging j ikkalkulat kif ġej:

Formula

fejn:

l

=

l-indiċi li jindika l-pożizzjoni ta' riskju.

Taqsima 4

Approċċ standardizzat simplifikat għal riskju ta' kreditu tal-kontroparti

Artikolu 281

Kalkolu tal-valur tal-iskopertura

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw valur tal-iskopertura uniku fil-livell ta' sett tan-netting f'konformità mat-Taqsima 3, soġġett għall-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

2.   Il-valur tal-iskopertura ta' sett tan-netting għandu jiġi kkalkulat skont ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-istituzzjonijiet ma għandhomx japplikaw it-trattament imsemmi fl-Artikolu 274(6);

(b)

b'deroga mill-Artikolu 275(1), għas-settijiet tan-netting li ma jissemmewx fl-Artikolu 275(2), l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-prezz tas-sostituzzjoni skont il-formula li ġejja:

RC = max{CMV, 0}

fejn:

RC

=

kost tas-sostituzzjoni; u

CMV

=

valur tas-suq kurrenti.

(c)

b'deroga mill-Artikolu 275(2) ta' dan ir-Regolament, għas-settijiet tan-netting ta' transazzjonijiet: li huma nnegozjati fuq borża rikonoxxuta; li huma kklerjati ċentralment minn kontroparti ċentrali awtorizzata f'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew rikonoxxuta f'konformità mal-Artikolu 25 ta' dak ir-Regolament; jew li l-kollateral għalihom huwa skambjat bilateralment mal-kontroparti f'konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-kost tas-sostituzzjoni skont il-formula li ġejja:

RC = TH + MTA

fejn:

RC

=

kost tas-sostituzzjoni;

TH

=

il-livell limitu ta' marġni applikabbli għas-sett tan-netting taħt il-ftehim ta' marġni taħt liema l-istituzzjoni ma tistax titlob kollateral; u

MTA

=

l-ammont minimu ta' trasferiment applikabbli għas-sett tan-netting taħt il-ftehim ta' marġni;

(d)

b'deroga mill-Artikolu 275(3), għal settijiet tan-netting multipli soġġetti għal ftehim ta' marġni, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-prezz tas-sostituzzjoni bħala s-somma tal-prezz tas-sostituzzjoni ta' kull sett tan-netting individwali, ikkalkulat skont il-paragrafu 1 bħallikieku ma kinux marġinalizzati;

(e)

is-settijiet ta' ħħeġġjar kollha għandhom jiġu stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 277a(1);

(f)

l-istituzzjonijiet għandhom jissettjaw għal 1 il-multiplikatur fil-formula li jintuża biex tiġi kkalkulata l-iskopertura futura potenzjali fl-Artikolu 278(1), kif ġej:

Formula

fejn:

PFE

=

l-iskopertura futura potenzjali; u

AddOn(a)

=

is-suppliment ta' kategorija 'a' ta' riskju;

(g)

b'deroga mill-Artikolu 279a(1), għal kull transazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw id-delta ta' superviżjoni kif ġej:

δ =

 

+1 “fejn it-tranżazzjoni tkun pożizzjoni twila fil-motivatur tar-riskju primarju”

– 1 “fejn it-tranżazzjoni tkun pożizzjoni qasira fil-motivatur tar-riskju primarju”

fejn:

δ

=

id-delta ta' superviżjoni;

(h)

il-formula msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 279b(1) li tintuża biex jiġi kkalkulat il-fattur ta' durata tas-superviżjoni għandha taqra kif ġej:

fattur ta' durata tas-superviżjoni = E – S

fejn:

E

=

il-perijodu bejn id-data ta' skadenza ta' tranżazzjoni u d-data tar-rappurtar; u

S

=

il-perijodu bejn id-data tal-bidu ta' tranżazzjoni u d-data tar-rappurtar;

(i)

il-fattur ta' maturità msemmi fl-Artikolu 279c(1) għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

(i)

fil-każ ta' tranżazzjonijiet inklużi fis-settijiet tan-netting imsemmija fl-Artikolu 275(1), MF = 1;

(ii)

fil-każ ta' tranżazzjonijiet inklużi fis-settijiet tan-netting imsemmija fl-Artikolu 275(2) u (3), MF = 0,42;

(j)

il-formula msemmija fl-Artikolu 280a(3) li tintuża biex jiġi kkalkulat l-ammont nozzjonali effettiv ta' sett ta' ħħeġġjar j għandha taqra kif ġej:

Formula

fejn:

Formula

=

l-ammont nozzjonali effettiv ta' sett ta' ħħeġġjar j; u

Dj,k,

=

l-ammont nozzjonali effettiv tal-bucket k ta' sett ta' ħħeġġjar j;

(k)

il-formula msemmija fl-Artikolu 280c(3) li tintuża biex jiġi kkalkulat is-suppliment ta' kategorija ta' riskju ta' kreditu għas-sett ta' ħħeġġjar j għandha taqra kif ġej:

Formula

fejn:

Formula

=

is-suppliment ta' kategorija ta' riskju ta' kreditu għas-sett ta' ħħeġġjar j; u

AddOn( Entitàk )

=

is-suppliment għall-entità 'k' ta' referenza ta' kreditu;

(l)

il-formula msemmija fl-Artikolu 280d(3) li tintuża biex jiġi kkalkulat is-suppliment ta' kategorija ta' riskju ta' ekwità għas-sett ta' ħħeġġjar j għandha taqra kif ġej:

Formula

fejn:

Formula

=

is-suppliment ta' kategorija ta' riskju ta' ekwità għas-sett ta' ħħeġġjar j; u

AddOn(Entitàk)

=

is-suppliment għall-entità 'k' ta' referenza ta' kreditu;

(m)

il-formula msemmija fl-Artikolu 280e(4) li tintuża biex jiġi kkalkulat is-suppliment ta' kategorija ta' riskju tal-komoditajiet għas-sett ta' ħħeġġjar j għandha taqra kif ġej:

Formula

fejn:

Formula

=

is-suppliment ta' kategorija ta' riskju tal-komoditajiet għas-sett ta' ħħeġġjar j; u

Formula

=

is-suppliment għat-tip 'k' ta' referenza tal-komoditajiet.

Taqsima 5

Metodu tal-iskopertura oriġinali

Artikolu 282

Kalkolu tal-valur tal-iskopertura

1.   L-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw valur tal-iskopertura uniku għat-tranżazzjonijiet kollha fi ftehim tan-netting kuntrattwali meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 274(1). Inkella, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw valur tal-iskopertura b'mod separat għal kull transazzjoni, li għandha tiġi ttrattata bħala s-sett tan-netting tagħha stess.

2.   Il-valur tal-iskopertura ta' sett tan-netting jew ta' transazzjoni għandu jkun il-prodott ta' 1,4 drabi s-somma tal-prezz tas-sostituzzjoni kurrenti u l-iskopertura futura potenzjali.

3.   Il-kost tas-sostituzzjoni kurrenti msemmi fil-paragrafu 2 għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

(a)

għas-settijiet tan-netting ta' tranżazzjonijiet: li huma nnegozjati fuq borża rikonoxxuta; ikklerjati ċentralment minn kontroparti ċentrali awtorizzata f'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew rikonoxxuta f'konformità mal-Artikolu 25 ta' dak ir-Regolament; jew li l-kollateral għalihom huwa skambjat bilateralment mal-kontroparti f'konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-formula li ġejja:

RC = TH + MTA

fejn:

RC

=

kost tas-sostituzzjoni;

TH

=

il-livell limitu ta' marġni applikabbli għas-sett tan-netting taħt il-ftehim ta' marġni taħt liema l-istituzzjoni ma tistax titlob kollateral; u

MTA

=

l-ammont minimu ta' trasferiment applikabbli għas-sett tan-netting taħt il-ftehim ta' marġni;

(b)

għas-settijiet tan-netting l-oħrajn kollha jew it-tranżazzjonijiet individwali, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-formula li ġejja:

RC = max{CMV, 0}

fejn:

RC

=

kost tas-sostituzzjoni; u

CMV

=

valur tas-suq kurrenti.

Sabiex jikkalkulaw il-kost tas-sostituzzjoni kurrenti, l-istituzzjonijiet għandhom jaġġornaw il-valuri tas-suq kurrenti tal-inqas darba f'xahar.

4.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-iskopertura futura potenzjali msemmija fil-paragrafu 2 kif ġej:

(a)

l-iskopertura futura potenzjali ta' sett tan-netting hija s-somma tal-iskopertura futura potenzjali tat-tranżazzjonijiet kollha inklużi fis-sett tan-netting, ikkalkulat f'konformità mal-punt (b);

(b)

l-iskopertura futura potenzjali ta' tranżazzjoni waħda hija l-ammont nozzjonali tagħha multiplikat bi:

(i)

il-prodott ta' 0.5 % u l-maturità residwa tat-tranżazzjoni espressa fi snin għall-kuntratti tad-derivattivi ta' rata tal-imgħax;

(ii)

il-prodott ta' 6 % u l-maturità residwa tat-tranżazzjoni espressa fi snin għall-kuntratti tad-derivattivi ta' kreditu;

(iii)

4 % għal derivattivi tal-kambju;

(iv)

18 % għal derivattivi tad-deheb u tal-komoditajiet minbarra derivattivi tal-elettriku;

(v)

40 % għal derivattivi tal-elettriku;

(vi)

32 % għal derivattivi ta' ekwità;

(c)

l-ammont nozzjonali msemmi fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu għandu jiġi determinat f'konformità mal-Artikolu 279b(2) u (3) għad-derivattivi kollha elenkati f'dak il-punt; barra minn hekk, l-ammont nozzjonali tad-derivattivi msemmija fil-punti (b)(iii) sa (b)(vi) ta' dan il-paragrafu għandu jiġi determinat f'konformità mal-punti (b) u (c) tal-Artikolu 279b(1);

(d)

l-iskopertura futura potenzjali tas-settijiet tan-netting imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3 għandha tiġi mmultiplikata b'0,42.

Għall-kalkolu tal-iskopertura potenzjali ta' derivattivi ta' rati tal-imgħax u derivattivi ta' kreditu f'konformità mal-punti b(i) u (b)(ii), istituzzjoni tista' tagħżel li tuża l-maturità oriġinali minflok il-maturità residwa tal-kuntratti.”;

(75)

fl-Artikolu 283, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.   Għat-tranżazzjonijiet tad-derivati OTC kollha u għat-tranżazzjonijiet b'saldu fit-tul li għalihom istituzzjoni ma rċevietx permess skont il-paragrafu 1 sabiex tuża l-IMM, l-istituzzjoni għandha tuża l-metodi stabbiliti fit-Taqsima 3. Dawk il-metodi jistgħu jintużaw f'kombinazzjoni fuq bażi permanenti fi ħdan grupp.”;

(76)

l-Artikolu 298 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 298

Effetti tar-rikonoxximent tan-netting bħala tnaqqis tar-riskju

In-netting għall-finijiet tat-Taqsimiet 3 sa 6 għandu jiġi rikonoxxut kif stabbilit f'dawk it-Taqsimiet.”;

(77)

fl-Artikolu 299(2), jitħassar il-punt (a);

(78)

l-Artikolu 300 huwa emendat kif ġej:

(a)

is-sentenza introduttorja tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Għall-finijiet ta' din it-Taqsima u tal-Parti Sebgħa, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:”;

(b)

jiżdiedu il-punti li ġejjin:

“(5)

“tranżazzjoni fi flus” tfisser tranżazzjoni fi flus, strumenti ta' dejn jew ekwitajiet, tranżazzjoni ta' kambju spot jew tranżazzjoni ta' komoditajiet spot; madankollu, tranżazzjonijiet ta' riakkwist, tranżazzjonijiet ta' għoti b'self ta' titoli jew komoditajiet u ta' teħid b'self ta' titoli jew komoditajiet mhumiex tranżazzjonijiet fi flus;

(6)

“arranġament ta' kklerjar indirett” tfisser arranġament li jissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(7)

“klijent ta' livell superjuri” tfisser entità li tipprovdi servizzi tal-ikklerjar lil klijent ta' livell inferjuri;

(8)

“klijent ta' livell inferjuri” tfisser entità li taċċessa s-servizzi ta' CCP permezz ta' klijent ta' livell superjuri;

(9)

“struttura tal-klijenti b'ħafna livelli” tfisser arranġament ta' kklerjar indirett taħt liema jiġu pprovduti servizz tal-ikklerjar lil istituzzjoni minn entità li mhijiex membru tal-ikklerjar, iżda hija hi stess klijent ta' membru tal-ikklerjar jew ta' klijent ta' livell superjuri;

(10)

“kontribuzzjoni mhux iffinanzjata għal fond tal-inadempjenza” tfisser kontribuzzjoni li istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar ħadet l-impenn kuntrattwali li tipprovdi lil CCP wara li s-CCP eżawrit il-fond tal-inadempjenza tagħha biex tkopri t-telf li ġarrbet wara l-inadempjenza ta' wieħed jew iktar mill-membri tal-ikklerjar tagħha;

(11)

“tranżazzjoni ta' għoti jew teħid b'self ta' depożiti ggarantita għalkollox” tfisser tranżazzjoni tas-suq tal-flus kollateralizzata għalkollox li fiha żewġ kontropartijiet jiskambjaw id-depożiti u CCP tpoġġi lilha nnifisha bejniethom biex tiżgura l-eżekuzzjoni ta' dawk l-obbligi ta' pagament tal-kontropartijiet.”;

(79)

l-Artikolu 301 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 301

Kamp ta' applikazzjoni materjali

1.   Din it-Taqsima tapplika għall-kuntratti u t-tranżazzjonijiet li ġejjin sakemm ikunu pendenti ma' CCP:

(a)

il-kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II u d-derivattivi ta' kreditu;

(b)

tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli u tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid b'self ta' depożiti ggarantiti għalkollox; u

(c)

tranżazzjonijiet ta' saldu fit-tul.

Din it-Taqsima ma tapplikax għal skoperturi li jirriżultaw mis-saldu ta' tranżazzjonijiet fi flus. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw it-trattament stabbilit fit-Titolu V għal skoperturi ta' negozju li jirriżultaw minn dawk it-tranżazzjonijiet u piż tar-riskju ta' 0 % għal kontribuzzjonijiet tal-fond tal-inadempjenza li jkopru dawk it-tranżazzjonijiet biss. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw it-trattament stabbilit fl-Artikolu 307 għal kontribuzzjonijiet tal-fond tal-inadempjenza li jkopru kwalunkwe kuntratt imniżżel fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu flimkien mat-tranżazzjonijiet fi flus.

2.   Għall-finijiet ta' din it-Taqsima, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

il-marġni inizjali ma għandux jinkludi kontribuzzjonijiet għal CCP għal arranġamenti tal-kondiviżjoni tat-telf mutwalizzat;

(b)

il-marġni inizjali għandu jinkludi kollateral depożitat minn istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar jew minn klijent li jisboq l-ammont minimu meħtieġ rispettivament mis-CCP jew mill-istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar, sakemm is-CCP jew l-istituzzjoni li taġixxi bħala l-membru tal-ikklerjar tista', f'każijiet xierqa, twaqqaf lill-istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar jew il-klijent milli tirtira tali kollateral eċċessiv;

(c)

meta CCP tuża l-marġni inizjali biex timmutwalizza t-telf fost il-membri tal-ikklerjar tagħha, l-istituzzjonijiet li jaġixxu bħala membri tal-ikklerjar għandhom jittrattaw dak il-marġni inizjali bħala kontribuzzjoni tal-fond tal-inadempjenza.”;

(80)

fl-Artikolu 302, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   L-istituzzjonijiet, permezz ta' analiżi tax-xenarji u ttestjar tal-istress xierqa, għandhom jivvalutaw jekk il-livell ta' fondi proprji miżmuma kontra l-iskoperturi għal CCP, inkluż l-iskoperturi potenzjali, futuri jew kontinġenti ta' kreditu, l-iskoperturi minn kontribuzzjonijiet ta' fondi tal-inadempjenza u, meta l-istituzzjoni qiegħda taġixxi bħala membru tal-ikklerjar, l-iskoperturi li jirriżultaw minn arranġamenti kuntrattwali kif stabbiliti fl-Artikolu 304, jirrelatax b'mod adegwat mar-riskji inerenti ta' dawk l-iskoperturi.”;

(81)

l-Artikolu 303 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 303

Trattament tal-iskoperturi tal-membri ta' kklerjar għal CCPs

1.   Istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar kemm għal finijiet tagħha stess kif ukoll bħala intermedjarju finanzjarju bejn klijent u CCP, għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għall-iskoperturi tagħha għal CCP kif ġej:

(a)

hija għandha tapplika t-trattament stabbilit fl-Artikolu 306 għall-iskoperturi ta' negozju tagħha mas-CCP;

(b)

hija għandha tapplika t-trattament stabbilit fl-Artikolu 307 għall-kontribuzzjonijiet tal-fond inadempjenza tagħha għas-CCP.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, is-somma ta' rekwiżiti ta' fondi proprji ta' istituzzjoni għall-iskoperturi tagħha għal QCCP minħabba skoperturi ta' negozju u kontribuzzjonijiet tal-fond tal-inadempjenza għandha tkun soġġetta għal limitu massimu ugwali għas-somma tar-rekwiżiti ta' fondi proprji li tkun applikata għal dawk l-istess skoperturi jekk is-CCP kienu CCP mhux kwalifikati.”;

(82)

l-Artikolu 304 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar u, f'dik il-kapaċità, taġixxi bħala intermedjarju finanzjarju bejn klijent u CCP, għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għat-tranżazzjonijiet relatati mas-CCP tagħha mal-klijent f'konformità mat-Taqsimiet 1 sa 8 ta' dan il-Kapitolu, mat-Taqsima 4 tal-Kapitolu 4 ta' dan it-Titolu u mat-Titolu VI, kif applikabbli.”;

(b)

il-paragrafi 3, 4 u 5 jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

“3.   Meta istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar tuża l-metodi stabbiliti fit-Taqsima 3 jew 6 ta' dan il-Kapitolu biex tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għall-iskoperturi tagħha, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

b'deroga mill-Artikolu 285(2), l-istituzzjoni tista' tuża perijodu ta' marġni ta' riskju ta' mill-inqas ħames ġranet tax-xogħol għall-iskoperturi tagħha fil-konfront ta' klijent;

(b)

l-istituzzjoni għandha tapplika perijodu ta' marġni ta' riskju ta' mill-inqas 10 ġranet tax-xogħol għall-iskoperturi tagħha fil-konfront ta' CCP;

(c)

b'deroga mill-Artikolu 285(3), meta sett tan-netting inkluż fil-kalkolu jissodisfa l-kondizzjoni stabbilita fil-punt (a) ta' dak il-paragrafu, l-istituzzjoni tista' tinjora l-limitu stabbilit f'dak il-punt, sakemm is-sett tan-netting ma jissodisfax il-kondizzjoni stabbilita fil-punt (b) ta' dak il-paragrafu u ma jinkludi l-ebda negozju kkontestat jew opzjonijiet eżotiċi;

(d)

meta CCP iżżomm il-marġni ta' varjazzjoni fil-konfront ta' tranżazzjoni u l-kollateral tal-istituzzjoni mhuwiex protett kontra l-insolvenza tas-CCP, l-istituzzjoni għandha tapplika perijodu ta' marġni ta' riskju li huwa inferjuri għal sena u l-maturità li jifdal tat-tranżazzjoni, b'minimu ta' 10 ġranet tax-xogħol.

4.   B'deroga mill-punt (i) tal-Artikolu 281(2), meta istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar tuża l-metodu stabbilit fit-Taqsima 4 biex tikkalkula r-rekwiżit ta' fondi proprji għall-iskoperturi tagħha fil-konfront ta' klijent, l-istituzzjoni tista' tuża fattur ta' maturità ta' 0,21 għall-kalkolu tagħha.

5.   B'deroga mill-punt (d) tal-Artikolu 282(4), meta istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar tuża l-metodu stabbilit fit-Taqsima 5 biex tikkalkula r-rekwiżit ta' fondi proprji għall-iskoperturi tagħha fil-konfront ta' klijent, dik l-istituzzjoni tista' tuża fattur ta' maturità ta' 0,21 f'dak il-kalkolu.”;

(c)

jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“6.   Istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar tista' tuża l-iskopertura mnaqqsa fil-mument tal-inadempjenza li tirriżulta mill-kalkoli stabbiliti fil-paragrafi 3, 4 u 5 għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħha għal riskju CVA skont it-Titolu VI.

7.   Istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar li jiġbor kollateral minn klijent għal tranżazzjoni relatata mas-CCP u jgħaddi l-kollateral lis-CCP tista' tirrikonoxxi dak il-kollateral biex tnaqqas l-iskopertura tagħha fil-konfront tal-klijent għal dik it-tranżazzjoni relatata mas-CCP.

Fil-każ ta' struttura ta' klijenti b'ħafna livelli, it-trattament stabbilit fl-ewwel subparagrafu jista' jiġi applikat f'kull livell ta' dik l-istruttura.”;

(83)

l-Artikolu 305 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Istituzzjoni li hija klijent għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għat-tranżazzjonijiet tagħha relatati mas-CCP mal-membru tal-ikklerjar tagħha f'konformità mat-Taqsimiet 1 sa 8 ta' dan il-Kapitolu, mat-Taqsima 4 tal-Kapitolu 4 ta' dan it-Titolu u mat-Titolu VI, kif applikabbli.”;

(b)

il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (c) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(c)

il-klijent ikun wettaq reviżjoni legali bir-reqqa biżżejjed, li żammha aġġornata, li tissostanzja li l-arranġamenti li jiżguraw li l-kondizzjoni stabbilita fil punt (b) hija ssodisfata, huma legali, validi, vinkolanti u infurzabbli skont il-liġijiet rilevanti tal-ġurisdizzjoni jew il-ġurisdizzjonijiet rilevanti;”;

(ii)

jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Meta tivvaluta l-konformità tagħha mal-kondizzjoni stabbilita fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, istituzzjoni tista' tqis kwalunkwe preċedent ċar ta' trasferimenti ta' pożizzjonijiet tal-klijent u ta' kollateral korrispondenti f'CCP, u kwalunkwe intenzjoni tal-industrija li tkompli b'dik il-prattika.”;

(c)

il-paragrafi 3 u 4 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“3.   B'deroga mill-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, meta istituzzjoni li hija klijent tonqos milli tissodisfa l-kondizzjoni stabbilita fil-punt (a) ta' dak il-paragrafu minħabba li dik l-istituzzjoni mhijiex protetta minn telf f'każ li l-membru tal-ikklerjar u klijent ieħor tal-membru tal-ikklerjar ikunu inadempjenti b'mod konġunt, dment li l-kondizzjonijiet l-oħrajn kollha stabbiliti fil-punti (a) sa (d) ta' dak il-paragrafu huma ssodisfati, l-istituzzjoni tista' tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għall-iskoperturi ta' negozju tagħha għal tranżazzjonijiet relatati mas-CCP mal-membru tal-ikklerjar tagħha skont l-Artikolu 306, soġġett għas-sostituzzjoni tal-piż tar-riskju ta' 2 % stabbilit fil-punt (a) tal-Artikolu 306(1) b'piż tar-riskju ta' 4 %.

4.   Fil-każ ta' struttura ta' klijenti b'ħafna livelli, istituzzjoni li hija klijent ta' livell inferjuri li taċċessa s-servizzi ta' CCP permezz ta' klijent ta' livell superjuri tista' tapplika t-trattament stabbilit fil-paragrafu 2 jew 3 fil-każ biss meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fihom jiġu ssodisfati f'kull livell ta' dik l-istruttura.”;

(84)

l-Artikolu 306 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (c) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(c)

meta istituzzjoni taġixxi bħala intermedjarju finanzjarju bejn klijent u CCP u t-termini tat-tranżazzjoni relatata mas-CCP jistipulaw li l-istituzzjoni ma hi meħtieġa tirrimborża lill-klijent għall-ebda telf li jkun ġarrab minħabba kambjamenti fil-valur ta' dik it-tranżazzjoni fil-każ ta' inadempjenza ta' CCP, dik l-istituzzjoni tista' tistabbilixxi l-valur tal-iskopertura tal-iskopertura ta' negozju mas-CCP li tikkorrispondi għal dik it-tranżazzjoni relatata mas-CCP għal żero;”;

(ii)

jiddaħħal il-punt li ġej:

“(d)

meta istituzzjoni taġixxi bħala intermedjarju finanzjarju bejn klijent u CCP u t-termini tat-tranżazzjoni relatata mas-CCP, jistipulaw li l-istituzzjoni hija meħtieġa tirrimborża lill-klijent għal kwalunkwe telf li jkun ġarrab minħabba kambjamenti fil-valur ta' dik it-tranżazzjoni f'każ ta' inadempjenza tas-CCP, dik l-istituzzjoni għandha tapplika t-trattament fil-punt (a) jew (b), kif applikabbli, għall-iskopertura ta' negozju mas-CCP li tikkorrispondi għal dik it-tranżazzjoni relatata mas-CCP.”;

(b)

il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“2.   B'deroga mill-paragrafu 1, fejn assi depożitati bħala kollateral għal CCP jew għal membru tal-ikklerjar huma falliment remot fil-każ li s-CCP, il-membru tal-ikklerjar jew wieħed jew iktar mill-klijenti l-oħrajn tal-membru tal-ikklerjar isiru insolventi, istituzzjoni tista' tattribwixxi valur tal-iskopertura ta' żero għall-iskoperturi għar-riskju tal-kreditu tal-kontroparti għal dawk l-assi.

3.   Istituzzjoni għandha tikkalkula l-valuri tal-iskopertura ta' negozju tagħha ma' CCP f'konformità mat-Taqsimiet 1 sa 8 ta' dan il-Kapitolu u t-Taqsim 4 tal-Kapitolu 4, kif applikabbli.”;

(85)

l-Artikolu 307 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 307

Rekwiżiti ta' fondi proprji għal kontribuzzjonijiet tal-fond tal-inadempjenza ta' CCP

Istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar għandha tapplika t-trattament li ġej għall-iskoperturi tagħha li jirriżultaw mill-kontribuzzjonijiet tagħha għall-fond tal-inadempjenza ta' CCP:

(a)

hija għandha tikkalkula r-rekwiżit ta' fondi proprji għall-kontribuzzjonijiet prefinanzjati tagħha għall-fond tal-inadempjenza ta' QCCP f'konformità mal-approċċ stabbilit fl-Artikolu 308;

(b)

hija għandha tikkalkula r-rekwiżit ta' fondi proprji għall-kontribuzzjonijiet prefinanzjati u ffinanzjati tagħha għall-fond tal-inadempjenza ta' CCP mhux kwalifikanti f'konformità mal-approċċ stabbilit fl-Artikolu 309;

(c)

hija għandha tikkalkula r-rekwiżit ta' fondi proprji għall-kontribuzzjonijiet mhux iffinanzjati tagħha għall-fond tal-inadempjenza ta' QCCP f'konformità mat-trattament stabbilit fl-Artikolu 310.”;

(86)

l-Artikolu 308 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“2.   Istituzzjoni għandha tikkalkula r-rekwiżit ta' fondi proprji sabiex tkopri l-iskopertura li tirriżulta mill-kontribuzzjoni prefinanzjata tagħha kif ġej:

Formula

fejn:

Ki

=

ir-rekwiżit ta' fondi proprji;

i

=

l-indiċi li jindika l-membru ta' kklerjar;

KCCP

=

il-kapital ipotetiku tal-QCCP ikkomunikat lill-istituzzjoni mill-QCCP skont l-Artikolu 50c tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

DFi

=

il-kontribuzzjoni prefinanzjata;

DFCCP

=

ir-riżorsi finanzjarji prefinanzjati tas-CCP ikkomunikati lill-istituzzjoni mis-CCP f'konformità mal-Artikolu 50c tar-Regolament (UE) Nru 648/2012; u

DFCM

=

is-somma tal-kontribuzzjonijiet prefinanzjati tal-membri tal-ikklerjar kollha tal-QCCP ikkomunikata lill-istituzzjoni mill-QCCP f'konformità mal-Artikolu 50c tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

3.   Istituzzjoni għandha tikkalkula l-ammonti ta' skoperturi peżati għar-riskju għal skoperturi li jirriżultaw mill-kontribuzzjoni prefinanzjata ta' dik l-istituzzjoni għall-fond tal-inadempjenza ta' QCCP għall-finijiet tal-Artikolu 92(3) bħala r-rekwiżit ta' fondi proprji, ikkalkulati f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, immultiplikati bi 12,5.”;

(b)

il-paragrafi 4 u 5 jitħassru;

(87)

l-Artikoli 309, 310 u 311 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“Artikolu 309

Rekwiżit ta' fondi proprji għall-kontribuzzjonijiet prefinanzjati għall-fond tal-inadempjenza f'każ ta' inadempjenza ta' CCP mhux kwalifikanti u għall-kontribuzzjonijiet mhux iffinanzjati ta' CCP mhux kwalifikanti

1.   Istituzzjoni għandha tapplika l-formula li ġejja biex tikkalkula r-rekwiżit ta' fondi proprji għall-iskoperturi li jirriżultaw mill-kontribuzzjonijiet prefinanzjati tagħha għall-fond tal-inadempjenza ta' CCP mhux kwalifikanti u minn kontribuzzjonijiet mhux iffinanzjati għal tali CCP:

 

K = DF + UC

fejn:

Ki

=

ir-rekwiżit ta' fondi proprji;

DF

=

il-kontribuzzjonijiet prefinanzjati għall-fond tal-inadempjenza ta' CCP mhux kwalifikanti; u

UC

=

il-kontribuzzjonijiet mhux iffinanzjati għall-fond tal-inadempjenza ta' CCP mhux kwalifikanti.

2.   Istituzzjoni għandha tikkalkula l-ammonti ta' skoperturi ppeżati għar-riskju għall-iskoperturi li jirriżultaw mill-kontribuzzjoni ta' dik l-istituzzjoni għall-fond tal-inadempjenza ta' CCP mhux kwalifikanti għall-finijiet tal-Artikolu 92(3) bħala r-rekwiżit ta' fondi proprji, ikkalkulati f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, immultiplikati bi 12,5.’;

Artiklu 310

Rekwiżit ta' fondi proprji għal kontribuzzjonijiet mhux iffinanzjati għall-fond tal-inadempjenza ta' QCCP

Istituzzjoni għandha tapplika piż ta' riskju ta' 0 % għall-kontribuzzjonijiet mhux iffinanzjati tagħha għall-fond tal-inadempjenza ta' QCCP.

Artikolu 311

Rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi lil CCPs li ma jibqgħux jissodisfaw ċerti kondizzjonijiet

1.   L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw it-trattament stabbilit f'dan l-Artikolu fejn isiru saru jafu, wara tħabbira jew notifika pubblika mill-awtorità kompetenti ta' CCP użata minn dawk l-istituzzjonijiet jew minn dik is-CCP innifisha, li s-CCP mhijiex ser tikkonforma iktar mal-kondizzjonijiet għal awtorizzazzjoni jew rikonoxximent, kif applikabbli.

2.   Meta tiġi ssodisfata l-kondizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet, fi żmien tliet xhur minn meta saru jafu biċ-ċirkostanza msemmija hemmhekk, jew preċedentement jekk l-awtoritajiet kompetenti ta' dawk l-istituzzjoni jeħtieġu hekk, jagħmlu dan li ġej fir-rigward tal-iskoperturi tagħhom fil-konfront ta' dik is-CCP:

(a)

japplikaw it-trattament stipulat fil-punt (b) tal-Artikolu 306(1) għall-iskoperturi kummerċjali tagħhom għal dik is-CCP;

(b)

japplikaw it-trattament stipulat fl-Artikolu 309 għall-kontribuzzjonijiet prefinanzjati tagħhom għall-fond tal-inadempjenza ta' dik is-CCP u għall-kontribuzzjonijiet mhux iffinanzjati tagħhom fil-konfront ta' dik is-CCP;

(c)

jittrattaw l-iskoperturi tagħhom għal dik is-CCP, minbarra dawk l-iskoperturi mniżżla fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu bħala skoperturi fil-konfront ta' korporattiva f'konformità mal-Approċċ Standardizzat għar-riskju ta' kreditu stipulat fil-Kapitolu 2.”;

(88)

fl-Artikolu 316(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet jistgħu jagħżlu li ma japplikawx il-kategoriji ta' kontabilità għall-kont ta' qligħ u telf skont l-Artikolu 27 tad-Direttiva 86/635/KEE għal kirjiet finanzjarji u operattivi għall-finijiet tal-kalkolu tal-indikatur rilevanti, u jistgħu minflok:

(a)

jinkludu l-introjtu mill-imgħax minn kirjiet finanzjarji u operattivi u l-profitti minn assi mikrija fil-kategorija msemmija fil-punt 1 tat-Tabella 1;

(b)

jinkludu l-ispejjeż tal-imgħax minn kirjiet finanzjarji u operattivi, telf, deprezzament u indeboliment ta' assi mikrija operattivi fil-kategorija msemmija fil-punt 2 tat-Tabella 1.”;

(89)

fit-Titolu IV tal-Parti Tlieta, il-Kapitolu 1 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“KAPITOLU 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 325

Approċċi għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq

1.   Istituzzjoni għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq ta' kull pożizzjoni fil-portafoll tan-negozjar u pożizzjoni fil-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għal riskju tal-kambju jew riskju tal-komoditajiet f'konformità mal-approċċi li ġejjin:

(a)

l-approċċ standardizzat imsemmi fil-paragrafu 2;

(b)

l-approċċ mudell intern simplifikat stabbilit fil-Kapitolu 5 ta' dan it-Titolu għal dawk il-kategoriji ta' riskju li għalihom l-istituzzjoni ngħatat permess f'konformità mal-Artikolu 363 biex tuża dak l-approċċ.

2.   Ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq ikkalkulati f'konformità mal-approċċ standardizzat imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandhom ifissru s-somma tar-rekwiżiti ta' fondi proprji li ġejjin, kif applikabbli:

(a)

ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju fil-pożizzjonijiet imsemmija fil-Kapitolu 2;

(b)

ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tal-kambju msemmi fil-Kapitolu 3;

(c)

ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tal-komoditajiet imsemmi fil-Kapitolu 4.

3.   Istituzzjoni li mhijiex eżentata mir-rekwiżiti ta' rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 430b f'konformità mal-Artikolu 325a għandhom jirrapportaw il-kalkolu f'konformità mal-Artikolu 430b għall-pożizzjonijiet kollha fil-portafoll tan-negozjar u l-pożizzjonijiet kollha fil-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għal riskju tal-kambju jew riskju tal-komoditajiet f'konformità mal-approċċi li ġejjin:

(a)

l-approċċ standardizzat alternattiv stabbilit fil-Kapitolu 1a;

(b)

l-approċċ mudell intern alternattiv stabbilit fil-Kapitolu 1b.

4.   Istituzzjoni tista' tuża f'kombinazzjoni l-approċċi stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fuq bażi permanenti fi ħdan grupp f'konformità mal-Artikolu 363.

5.   L-istituzzjonijiet ma għandhomx jużaw l-approċċ stabbilit fil-punt (b) tal-paragrafu 3 għall-istrumenti fil-portafoll tan-negozjar tagħhom li huma pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni jew pożizzjonijiet inklużi fil-portafoll ta' negozjar ta' korrelazzjoni alternattiva (ACTP) kif stabbilit fil-paragrafi 6, 7 u 8.

6.   Il-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni u d-derivattivi ta' kreditu n-eżmu inadempjenti li jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin għandhom jiġu inklużi fl-ACTP:

(a)

il-pożizzjonijiet la jkunu pożizzjonijiet ta' rititolizzazzjoni, la opzjonijiet fuq segment ta' titolizzazzjoni, u lanqas xi derivati oħra ta' skoperturi ta' titolizzazzjoni li ma jipprovdux sehem pro rata fir-rikavat ta' segment ta' titolizzazzjoni;

(b)

l-istrumenti sottostanti kollha tagħhom huma:

(i)

strumenti b'isem wieħed, inklużi derivattivi ta' kreditu b'isem wieħed, li għalihom ikun jeżisti suq likwidu bidirezzjonali;

(ii)

indiċijiet negozjati spiss ibbażati fuq l-istrumenti msemmija fil-punt (i).

Suq bidirezzjonali jitqies li jeżisti meta jkun hemm offerti bona fide indipendenti għax-xiri u l-bejgħ b'tali mod li prezz relatat li hu raġonevolment relatat mal-aħħar prezz ta' bejgħ jew offerta kompetittiva bona fide kurrenti u kwotazzjonijiet tal-offerti jkunu jistgħu jiġu determinati fi żmien ġurnata u saldati b'dak il-prezz fi żmien relattivament qasir b'konformità mal-prattika tan-negozjar.

7.   Il-pożizzjonijiet bi kwalunkwe wieħed mill-istrumenti li ġejjin ma għandhomx jiġu inklużi fl-ACTP:

(a)

l-istrumenti sottostanti li huma assenjati lill-klassijiet ta' skopertura msemmija fil-punt (h) jew (i) tal-Artikolu 112;

(b)

pretensjoni fuq entità bi skop speċjali, ikkollateralizzata direttament jew indirettament, b'pożizzjoni, f'konformità mal-paragrafu 6, li hija nnifisha ma tkunx eliġibbli għal inklużjoni fl-ACTP.

8.   Fil-pożizzjonijiet tal-ACTP, l-istituzzjonijiet jistgħu jinkludu pożizzjonijiet li la huma pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni u lanqas derivattivi ta' kreditu n-eżmu inadempjenti iżda li jiħħeġġjaw pożizzjonijiet oħra f'dak il-portafoll, sakemm jeżisti suq bidirezzjonali likwidu kif deskritt fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 6 għall-istrument jew l-istrumenti sottostanti tiegħu.

9.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika kif l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq għal pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għal riskju tal-kambju jew riskju tal-komoditajiet f'konformità mal-approċċi stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 3.

L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Settembru 2020.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 325a

Eżenzjonijiet minn rekwiżiti ta' rappurtar speċifiċi għal riskju tas-suq

1.   Istituzzjoni għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta' rappurtar stabbilit fl-Artikolu 430b, dment li d-daqs tan-negozju fil-karta tal-bilanċ u barra l-karta tal-bilanċ li huwa soġġett għar-riskju tas-suq ikun ugwali għal jew inqas għal kull wieħed mil-livelli limitu li ġejjin jew inqas minnhom abbażi ta' valutazzjoni mwettqa kull xahar permezz tad-data sal-aħħar ġurnata tax-xahar:

(a)

10 % tat-total ta' assi tal-istituzzjoni;

(b)

EUR 500 miljun.

2.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw id-daqs tan-negozju tagħhom fil-karta tal-bilanċ u barra l-karta tal-bilanċ li huwasoġġett għar-riskji tas-suq bl-użu tad-data sal-aħħar ġurnata ta' kull xahar f'konformità mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

il-pożizzjonijiet kollha assenjati lill-portafoll tan-negozjar għandhom ikunu inklużi, minbarra d-derivattivi ta' kreditu li huma rikonoxxuti bħala ħħeġġjar intern kontra l-iskoperturi għar-riskju ta' kreditu fil-portafoll mhux tan-negozjar u tat-tranżazzjonijiet ta' derivattivi ta' kreditu li jpaċu perfettament għar-riskju tas-suq tal-iħħeġġjar intern kif imsemmi fl-Artikolu 106(3);

(b)

il-pożizzjonijiet kollha fil-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għar-riskju tal-kambju jew għar-riskju tal-komoditajiet għandhom jiġu inklużi;

(c)

il-pożizzjonijiet kollha għandhom jiġu stmati bil-valuri tas-suq tagħhom f'dik id-data, ħlief il-pożizzjonijiet imsemmija fil-punt (b); meta l-valur tas-suq ta' pożizzjoni ma jkunx disponibbli f'data partikolari, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu valur ġust għall-pożizzjoni f'dik id-data; meta l-valur ġust u l-valur tas-suq ta' pożizzjoni ma jkunux disponibbli f'data partikolari, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu l-valur tas-suq jew il-valur ġust l-iktar reċenti għal dik il-pożizzjoni;

(d)

il-pożizzjonijiet kollha fil-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għar-riskju tal-kambju għandhom jiġu kkunsidrati bħala pożizzjoni tal-kambju netta globali u stmati f'konformità mal-Artikolu 352;

(e)

il-pożizzjonijiet kollha fil-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għar-riskji tal-komoditajiet għandhom jiġu stmati skont l-Artikoli 357 u 358;

(f)

il-valur assolut ta' pożizzjonijiet twal għandu jiżdied mal-valur assolut ta' pożizzjonijiet qosra.

3.   L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti meta jikkalkulaw, jew jieqfu jikkalkulaw, ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom għar-riskju tas-suq f'konformità ma' dan l-Artikolu.

4.   Istituzzjoni li ma tissodisfax waħda jew iktar mill-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 għandha tinnotifika mill-ewwel lill-awtorità kompetenti dwar dan.

5.   L-eżenzjoni mir-rekwiżiti ta' rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 430b għandha tieqaf tapplika fi żmien tliet xhur minn kwalunkwe wieħed minn dawn il-każijiet li ġejjin:

(a)

l-istituzzjoni ma tissodisfax il-kondizzjoni stipulata fil-punt (a) jew (b) tal-paragrafu 1 għal tliet xhur konsekuttivi; jew

(b)

l-istituzzjoni ma tissodisfax il-kondizzjoni stipulata fil-punt (a) jew (b) tal-paragrafu 1 għal aktar minn 6 xhur mill-aħħar 12-il xahar.

6.   Meta istituzzjoni tkun saret soġġetta għar-rekwiżiti ta' rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 430b f'konformità mal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjoni għandha tkun eżentata minn dawk ir-rekwiżiti ta' rappurtar biss meta turi lill-awtorità kompetenti li l-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ġew issodisfati għal perijodu ta' sena sħiħa mingħajr ebda interruzzjoni.

7.   L-istituzzjonijiet ma għandhomx jidħlu fi, jixtru jew ibigħu pożizzjoni biss bl-iskop li jikkonformaw ma' waħda mill-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 matul il-valutazzjoni ta' kull xahar.

8.   Istituzzjoni li hija eliġibbli għat-trattament stabbilit fl-Artikolu 94 għandha tkun eżentata mir-rekwiżiti ta' rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 430b.

Artikolu 325b

Permess għal rekwiżiti konsolidati

1.   Soġġett għall-paragrafu 2 u bl-unika skop li jiġu kkalkulati l-pożizzjonijiet netti u r-rekwiżiti ta' fondi proprji f'konformità ma' dan it-Titolu fuq bażi konsolidata, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw il-pożizzjonijiet f'istituzzjoni jew impriża partikolari biex ipaċu l-pożizzjonijiet f'istituzzjoni jew impriża oħra.

2.   L-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw il-paragrafu 1 biss bil-permess tal-awtoritajiet kompetenti, li għandu jingħata jekk jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

ikun hemm allokazzjoni sodisfaċenti ta' fondi proprji fi ħdan il-grupp;

(b)

il-qafas regolatorju, legali jew kuntrattwali li fih joperaw l-istituzzjonijiet jiggarantixxi appoġġ finanzjarju reċiproku fi ħdan il-grupp.

3.   Minbarra l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2, meta jkun hemm impriżi li jinsabu f'pajjiżi terzi għandhom jiġu ssodisfati wkoll il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

dawn l-impriżi jkunu ġew awtorizzati f'pajjiż terz u jew jissodisfaw id-definizzjoni ta' istituzzjoni ta' kreditu jew huma rikonoxxuti bħala impriżi ta' investiment ta' pajjiż terz;

(b)

fuq bażi individwali, tali impriżi jkunu konformi ma' rekwiżiti ta' fondi proprji ekwivalenti għal dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament;

(c)

ma jkun jeżisti l-ebda regolament fil-pajjiżi terzi inkwistjoni li jista' jaffettwa b'mod sinifikanti t-trasferiment ta' fondi fi ħdan il-grupp.”;

(90)

fit-Titolu IV tal-Parti Tlieta, jiddaħħlu l-Kapitoli li ġejjin:

KAPITOLU 1a

L-approċċ standardizzat alternattiv

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 325c

Kamp ta' applikazzjoni u struttura tal-approċċ standardizzat alternattiv

1.   L-approċċ standardizzat alternattiv kif jinsab f'dan il-Kapitolu għandu jintuża biss għall-finijiet tar-rekwiżit ta' rappurtar stabbilit fl-Artikolu 430b(1).

2.   Istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq f'konformita' mal-approċċ standardizzat alternattiv għal portafoll ta' pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar jew pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għal-kambju barrani u riskju tal-komoditajiet bħala s-somma tat-tliet komponenti li ġejjin:

(a)

ir-rekwiżit ta' fondi proprji skont il-metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet stabbilit fit-Taqsima 2;

(b)

ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza stabbilit fit-Taqsima 5 li huwa applikabbli biss għall-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar imsemmi f'dik it-Taqsima;

(c)

ir-rekwiżit ta' fondi proprji għal riskji residwi stabbiliti fit-Taqsima 4 li huma applikabbli biss għall-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar imsemmija f'dik it-Taqsima.

Taqsima 2

Metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet għall-kalkolu tar-rekwiżit ta' fondi proprji

Artikolu 325d

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“klassi ta' riskju” tfisser waħda mis-seba' kategoriji li ġejjin:

(i)

riskju ġenerali taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax;

(ii)

riskju ta' firxiet ta' kreditu (CSR, credit spread risk) għal nontitolizzazzjoni;

(iii)

riskju ta' firxiet ta' kreditu għal titolizzazzjoni mhux inkluża fil-portafoll tan-negozjar ta' korrelazzjoni alternattiva (non-ACTP CSR);

(iv)

riskju ta' firxiet ta' kreditu għal titolizzazzjoni inkluża fil-portafoll tan-negozjar ta' korrelazzjoni alternattiva (ACTP CSR);

(v)

riskju ta' ekwità;

(vi)

riskju ta' komodità;

(vii)

riskju tal-kambju.

(2)

“sensittività” tfisser il-bidla relattiva fil-valur ta' pożizzjoni, bħala riżultat ta' bidla fil-valur ta' wieħed mill-fatturi ta' riskju rilevanti tal-pożizzjoni, ikkalkulata bil-mudell ta' pprezzar tal-istituzzjoni f'konformità mas-Subtaqsima 2 tat-Taqsima 3.

(3)

“bucket” tfisser subkategorija ta' pożizzjonijiet fi ħdan klassi ta' riskju waħda bi profil ta' riskju simili għal liema huwa assenjat piż tar-riskju kif definit fis-Subtaqsima 1 tat-Taqsima 3.

Artikolu 325e

Komponenti tal-metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq skont il-metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet bl-aggregazzjoni tat-tliet tipi li ġejjin ta' rekwiżiti ta' fondi proprji f'konformità mal-Artikolu 325h:

(a)

rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskju delta li jaqbdu r-riskju ta' bidliet fil-valur ta' strument minħabba l-movimenti fil-fatturi ta' riskju relatati man-non-volatilità tiegħu;

(b)

rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskju vega li jaqbdu r-riskju ta' bidliet fil-valur ta' strument minħabba l-movimenti fil-fatturi ta' riskju relatati mal-volatilità tiegħu;

(c)

rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskju kurvatura li jaqbdu r-riskju ta' bidliet fil-valur ta' strument minħabba l-movimenti fil-fatturi ta' riskju ewlenin mhux relatati mal-volatilità li mhumiex koperti mir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju delta.

2.   Għall-fini tal-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1,

(a)

il-pożizzjonijiet kollha tal-istrumenti b'opzjonalità għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta' fondi proprji msemmija fil-punti (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 1;

(b)

il-pożizzjonijiet kollha ta' strumenti mingħajr opzjonalità għandhom ikunu soġġetti biss għar-rekwiżiti ta' fondi proprji msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1.

Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, strumenti b'opzjonalità jinkludu, fost l-oħrajn: opzjonijiet, opzjonijiet put, limiti massimi, limiti minimi, opzjonijiet swap, opzjonijiet ta' barriera u opzjonijiet eżotiċi. L-opzjonijiet integrati, bħal prepagamenti jew opzjonijiet attitudinali, għandhom jiġu kkunsidrati bħala opzjonijiet awtonomi għall-fini li jiġu kkalkulati r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji tas-suq.

Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, l-istrumenti li l-flussi ta' flus tagħhom jistgħu jiġu vvalutati bħala funzjoni lineari tal-ammont nozzjonali ta' sottostanti għandhom jiġu kkunsidrati bħala strumenti mingħajr dritt ta' għażla.

Artikolu 325f

Rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskji delta u vega

1.   L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-fatturi ta' riskju delta u vega deskritti fis-Subtaqsima 1 tat-Taqsima 3 biex jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskji delta u vega.

2.   L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-proċess stabbilit fil-paragrafi 3 sa 8 biex jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskji delta u vega.

3.   Għal kull klassi ta' riskju, is-sensittività tal-istrumenti kollha li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskji delta jew vega għal kull wieħed mill-fatturi ta' riskju delta jew vega applikabbli inklużi f'dik il-klassi ta' riskju għandha tiġi kkalkulata permezz tal-formuli korrispondenti fis-Subtaqsima 2 tat-Taqsima 3. Jekk il-valur ta' strument jiddependi fuq diversi fatturi ta' riskju, is-sensittività għandha tiġi determinata b'mod separat għal kull fattur ta' riskju.

4.   Għandhom jiġu assenjati sensittivitajiet lil wieħed mill-buckets “b” fi ħdan kull klassi ta' riskju.

5.   Fi ħdan kull bucket “b”, is-sensittivitajiet pożittivi u negattivi għall-istess fattur ta' riskju għandhom jiġu kkalkulati b'mod nett, u dan jagħti lok għal sensittivitajiet netti (sk) għal kull fattur ta' riskju k fi ħdan bucket.

6.   Is-sensittivitajiet netti għal kull fattur ta' riskju fi ħdan kull bucket għandhom jiġu mmultiplikati bil-piżijiet tar-riskju korrispondenti stipulati fit-Taqsima 6, u dan jagħti lok għal sensittivitajiet ppeżati għal kull fattur ta' riskju fi ħdan dak il-bucket f'konformità mal-formula li ġejja:

 

WSk = RWk · sk

fejn:

WSk

=

is-sensittivitajiet ppeżati;

RWk

=

il-piżijiet tar-riskju; u

sk

=

il-fattur ta' riskju.

7.   Is-sensittivitajiet ppeżati għall-fatturi ta' riskju differenti fi ħdan kull bucket għandhom jiġu aggregati f'konformità mal-formula ta' hawn taħt, fejn il-kwantità fi ħdan il-funzjoni ta' għerq kwadrat hija limitata għal żero, u dan jagħti lok għal sensittività speċifika għall-bucket. Għandhom jintużaw il-korrelazzjonijiet korrispondenti għal sensittivitajiet ppeżati fi ħdan l-istess bucket (ρkl), stipulati fit-Taqsima 6.

 

Formula

fejn:

Kb

=

is-sensittività speċifika għall-bucket; u

WS

=

is-sensittivitajiet ppeżati.

8.   Is-sensittività speċifika għall-bucket għandha tiġi kkalkulata għal kull bucket fi ħdan klassi ta' riskju f'konformità mal-paragrafi 5, 6 u 7. Ladarba s-sensittività speċifika għall-bucket tkun ġiet ikkalkulata għall-buckets kollha, is-sensittivitajiet ppeżati għal kull fattur ta' riskju fil-buckets għandhom jiġu aggregati f'konformità mal-formula ta' hawn taħt, permezz tal-korrelazzjonijiet korrispondenti γbc għal sensittivitajiet ppeżati f'buckets differenti stipulati fit-Taqsima 6, u dan jagħti lok għar-rekwiżit ta' fondi proprji għall-klassi ta' riskju speċifikament għar-riskju delta jew vega:

Formula

fejn

Sb

=

Σk WSk għall-fatturi ta' riskju kollha fil-bucket b u Sck WSk fil-bucket c; fejn dawk il-valuri għal Sb u Sc jagħtu numru negattiv għas-somma totali ta'Formula, l-istituzzjoni għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għall-klassi ta' riskju speċifikament għar-riskju delta jew vega permezz ta' speċifikazzjoni alternattiva fejn

Sb

=

max [min (Σk WSk, Kb), – Kb] għall-fatturi ta' riskju kollha fil-bucket b u

Sc

=

max [min (Σk WSk, Kc), – Kc] għall-fatturi ta' riskju kollha fil-bucket c.

Ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tar-riskju għall-klassi ta' riskju delta jew vega speċifiċi għandhom jiġu kkalkulati għal kull klassi ta' riskju f'konformità mal-paragrafi 1 sa 8.

Artikolu 325g

Rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskju kurvatura

L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskju kurvatura f'konformita' mal-l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 461a.

Artikolu 325h

Aggregazzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji speċifiċi għall-klassi tar-riskju għal riskji delta, vega u kurvatura

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jaggregaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji speċifiċi għall-klassi ta' riskju għal riskji delta, vega u kurvatura f'konformità mal-proċess stabbilit fil-paragrafi 2, 3 u 4.

2.   Il-proċess biex jiġu kkalkulati r-rekwiżiti ta' fondi proprji speċifiċi għall-klassi ta' riskju delta, riskji vega u ta' kurvatura deskritti fl-Artikoli 325f u 325g għandu jitwettaq tliet darbiet għal kull klassi ta' riskju, kull darba permezz ta' sett differenti ta' parametri ta' korrelazzjoni ρkl (korrelazzjoni bejn il-fatturi ta' riskju fi ħdan bucket) u γbc (korrelazzjoni bejn buckets fi ħdan klassi ta' riskju). Kull wieħed minn dawn it-tliet settijiet għandu jikkorrispondi għal xenarju differenti, kif ġej:

(a)

ix-xenarju “korrelazzjonijiet medji”, fejn il-parametri ta' korrelazzjoni ρkl u γbc jibqgħu l-istess bħal dawk speċifikati fit-Taqsima 6;

(b)

ix-xenarju ta' “korrelazzjonijiet għoljin”, fejn il-parametri ta' korrelazzjoni ρkl u γbc li huma speċifikati fit-Taqsima 6 għandhom jiġu mmultiplikati b'mod uniformi b'1,25, b'limitu massimu ta' 100 % ρkl u γbc soġġett għalih.

(c)

ix-xenarju ta' “korrelazzjonijiet baxxi” għandu jiġi speċifikat fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 461a.

3.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw is-somma tar-rekwiżiti ta' fondi proprji delta, vega u kurvatura speċifiċi għal kull xenarju biex jistabbilixxu tliet rekwiżiti ta' fondi proprji speċifiċi għax-xenarju.

4.   Ir-rekwiżit ta' fondi proprji taħt il-metodu bbażat fuq s-sensittivitajiet għandu jkun l-għola mit-tliet rekwiżiti ta' fondi proprji speċifiċi għax-xenarju li jissemmew fil-paragrafu 3.

Artikolu 325i

Trattament ta' strumenti indiċi u opzjonijiet b'ħafna strumenti sottostanti

L-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw l-istrumenti indiċi u l-opzjonijiet b'ħafna strumenti sottostanti f'konformita' mal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 461a.

Artikolu 325j

Trattament ta' impriżi ta' investiment kollettiv

L-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw lil impriżi ta' investiment kollettiv f'konformita' mal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 461a.

Artikolu 325k

Pożizzjonijiet sottoskritti

1.   L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw il-proċess stabbilit f'dan l-Artikolu għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq ta' pożizzjonijiet sottoskritti ta' strumenti ta' dejn jew ta' ekwità.

2.   L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw wieħed mill-fatturi multiplikanti xierqa elenkati fit-Tabella 1 għas-sensittivitajiet netti tal-pożizzjonijiet sottoskritti kollha f'kull emittent individwali, bl-esklużjoni tal-pożizzjonijiet sottoskritti li huma sottoskritti jew sotto-sottoskritti minn partijiet terzi fuq il-bażi ta' ftehimiet formali, u jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq f'konformità mal-approċċ stabbilit f'dan il-Kapitolu fuq il-bażi tas-sensittivitajiet netti aġġustati.

Tabella 1

Ġurnata tax-xogħol 0

0 %

Ġurnata tax-xogħol 1

10 %

Ġranet tax-xogħol 2 u 3

25 %

Ġurnata tax-xogħol 4

50 %

Ġurnata tax-xogħol 5

75 %

Wara l-ġurnata tax-xogħol 5

100 %

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, “ġurnata tax-xogħol 0” tfisser il-ġurnata tax-xogħol li fiha l-istituzzjoni tieħu l-impenn mingħajr kondizzjonijiet li taċċetta kwantità magħrufa ta' titoli bi prezz miftiehem.

3.   L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar l-applikazzjoni tal-proċess stabbilit f'dan l-Artikolu.

Taqsima 3

Fattur ta' riskju u definizzjonijiet tas-sensittività

Subtaqsima 1

Definizzjonijiet tal-fattur ta' riskju

Artikolu 325l

Fatturi ta' riskju ġenerali tar-rata tal-imgħax

1.   Għall-fatturi ta' riskju ġenerali kollha tar-rata tal-imgħax, inkluż ir-riskju ta' inflazzjoni u r-riskju bażi ta' bejn il-muniti, għandu jkun hemm bucket wieħed għal kull munita, b'kull waħda tinkludi tipi ta' fatturi ta' riskju differenti.

Il-fatturi delta ta' riskju ġenerali tar-rata tal-imgħax applikabbli għal strumenti sensittivi għar-rata tal-imgħax għandhom ikunu r-rati mingħajr riskju rilevanti għal kull munita u għal kull waħda mill-maturitajiet li ġejjin: 0,25 sena, 0,5 sena, sena, sentejn, 3 snin, 5 snin, 10 snin, 15-il sena, 20 sena, 30 sena. L-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw fatturi ta' riskju lill-punti speċifikati b'interpolazzjoni lineari jew billi jużaw metodu li huwa l-iktar konsistenti mal-funzjonijiet tal-ipprezzar użati mill-funzjoni ta' kontroll tar-riskju indipendenti tal-istituzzjoni biex tirrapporta r-riskju tas-suq jew il-profitti u t-telf lill-maniġment superjuri.

2.   L-istituzzjonijiet għandhom jiksbu r-rati mingħajr riskju għal kull munita mill-istrumenti tas-suq monetarju miżmuma fil-portafoll tan-negozjar tal-istituzzjoni li għandhom l-iktar riskju ta' kreditu baxx, bħal swaps tal-indiċi mil-lum għall-għada.

3.   Meta l-istituzzjonijiet ma jkunux jistgħu japplikaw l-approċċ imsemmi fil-paragrafu 2, ir-rati mingħajr riskju għandhom ikunu bbażati fuq kurva ta' swaps implikata mis-suq waħda jew iktar użati mill-istituzzjoni biex tipprezza l-pożizzjonijiet skont il-valur tas-suq, bħall-kurvi ta' swaps ta' rati interbankarji offruti.

Meta d-data dwar kurvi ta' swaps implikati mis-suq deskritti fil-paragrafu 2 u fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu hija insuffiċjenti, ir-rati mingħajr riskju jistgħu jiġu derivati mill-kurva tal-bonds sovrani l-iktar xierqa għal munita partikolari.

Meta l-istituzzjonijiet jużaw il-fatturi ta' riskju ġenerali tar-rata tal-imgħax derivati f'konformità mal-proċedura stabbilita fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu għal strumenti tad-dejn sovran, l-istrumenti tad-dejn sovran m'għandhomx ikunu eżenti mir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tal-firxa ta' kreditu. F'dawk il-każijiet, fejn ma jkunx possibbli li tifred ir-rata mingħajr riskju mill-komponent tal-firxa ta' kreditu, is-sensittività għall-fattur ta' riskju għandu jiġi allokat kemm għar-riskju ġenerali tar-rati tal-imgħax kif ukoll għall-klassijiet tar-riskju tal-firxa ta' kreditu.

4.   Fil-każ ta' fatturi ta' riskju ġenerali tar-rati tal-imgħax, kull munita għandha tikkostitwixxi bucket separat. L-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw fatturi ta' riskju fl-istess bucket, iżda b'maturitajiet differenti, piż ta' riskju differenti, f'konformità mat-Taqsima 6.

L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw fatturi ta' riskju addizzjonali għar-riskju tal-inflazzjoni għal strumenti tad-dejn li l-flussi tal-flus tagħhom huma funzjonalment dipendenti fuq ir-rati tal-inflazzjoni. Dawk il-fatturi ta' riskju addizzjonali għandhom jikkonsistu f'vettur wieħed ta' rati tal-inflazzjoni implikati mis-suq ta' maturitajiet differenti għal kull munita. Għal kull strument, il-vettur għandu jinkludi komponenti daqskemm ikun hemm rati tal-inflazzjoni użati bħala varjabbli mill-mudell tal-ipprezzar tal-istituzzjoni għal dak l-istrument.

5.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittività tal-istrument għall-fattur ta' riskju addizzjonali għar-riskju tal-inflazzjoni msemmi fil-paragrafu 4 bħala l-bidla fil-valur tal-istrument, skont il-mudell tal-ipprezzar tiegħu, bħala riżultat ta' ċaqliq ta' punt bażi f'kull wieħed mill-komponenti tal-vettur. Kull munita għandha tikkostitwixxi bucket separat. F'kull bucket, l-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw l-inflazzjoni bħala fattur ta' riskju uniku, irrispettivament min-numru ta' komponenti ta' kull vettur. L-istituzzjonijiet għandhom ipaċu s-sensittivitajiet kollha għall-inflazzjoni f'bucket, ikkalkulati kif deskritt f'dan il-paragrafu, sabiex tirriżulta f'sensittività netta waħda għal kull bucket.

6.   L-istrumenti tad-dejn li jinvolvu ħlasijiet f'muniti differenti wkoll għandhom ikunu soġġetti għal riskju bażi bejn il-muniti bejn dawk il-muniti. Għall-finijiet tal-metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet, il-fatturi ta' riskju li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għandhom ikunu r-riskju bażi bejn il-muniti ta' kull munita kontra d-dollaru Amerikan jew l-euro. L-istituzzjonijiet għandhom jaħdmu l-bażijiet ta' bejn il-muniti li ma jirrelatawx mal-bażi kontra d-dollaru Amerikan jew il-bażi kontra l-euro bħala “bażi kontra d-dollaru Amerikan” jew “bażi kontra l-euro”.

Kull fattur ta' riskju bażi bejn il-muniti għandu jikkonsisti f'vettur wieħed ta' bażi bejn il-muniti ta' maturitajiet differenti għal kull munita. Għal kull strument, il-vettur għandu jinkludi komponenti daqskemm ikun hemm bażijiet bejn il-muniti użati bħala varjabbli mill-mudell tal-ipprezzar tal-istituzzjoni għal dak l-istrument. Kull munita għandha tikkostitwixxi bucket differenti.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittività tal-istrument għall-fattur ta' riskju bażi bejn il-muniti bħala l-bidla fil-valur tal-istrument, skont il-mudell tal-ipprezzar tiegħu, bħala riżultat ta' ċaqliq ta' punt bażi f'kull wieħed mill-komponenti tal-vettur. Kull munita għandha tikkostitwixxi bucket separat. F'kull bucket għandu jkun hemm żewġ fatturi distinti possibbli: bażi kontra l-euro u bażi kontra d-dollaru Amerikan, irrispettivament min-numru ta' komponenti li jkun hemm f'kull vettur bażi bejn il-muniti. In-numru massimu ta' sensittivitajiet netti għal kull bucket għandu jkun tnejn.

7.   Il-fatturi vega ta' riskju ġenerali tar-rata tal-imgħax applikabbli għal opzjonijiet b'sottostanti li huma sensittivi għar-rata ġenerali tal-imgħax għandhom ikunu l-volatilitajiet implikati tar-rati mingħajr riskju rilevanti kif deskritt fil-paragrafi 2 u 3, li għandhom jiġu assenjati għal buckets skont il-munita u kklassifikati għal dawn il-maturitajiet li ġejjin f'kull bucket: 0,5 sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin. Għandu jkun hemm bucket wieħed għal kull munita.

Għall-finijiet ta' netting, l-istituzzjonijiet għandhom iqisu l-volatilitajiet implikati marbuta mal-istess rati mingħajr riskju u kklassifikati għall-istess maturitajiet biex jikkostitwixxu l-istess fattur ta' riskju.

Meta l-istituzzjonijiet jikklassifikaw il-volatilitajiet implikati għall-maturitajiet kif imsemmi f'dan il-paragrafu, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

fejn il-maturità tal-opzjoni hija allinjata mal-maturità tas-sottostanti, għandu jitqies fattur ta' riskju uniku, li għandu jkun ikklassifikat ma' dik il-maturità;

(b)

fejn il-maturità tal-opzjoni hija iqsar mill-maturità tas-sottostanti, il-fatturi ta' riskju li ġejjin għandhom jitqiesu kif ġej:

(i)

l-ewwel fattur ta' riskju għandu jiġi kklassifikat mal-maturità tal-opzjoni;

(ii)

it-tieni fattur ta' riskju għandu jiġi kklassifikat mal-maturità residwa tas-sottostanti tal-opzjoni fid-data ta' skadenza tal-opzjoni.

8.   Il-fatturi ta' riskju ġenerali tar-rata tal-imgħax tal-kurvatura li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għandhom jikkonsistu minn vettur wieħed ta' rati mingħajr riskju, li jirrappreżentaw kurva tar-rendiment mingħajr riskju speċifika, għal kull munita. Kull munita għandha tikkostitwixxi bucket differenti. Għal kull strument, il-vettur għandu jinkludi komponenti daqskemm ikun hemm maturitajiet differenti ta' rati mingħajr riskju użati bħala varjabbli mill-mudell tal-ipprezzar tal-istituzzjoni għal dak l-istrument.

9.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittività tal-istrument għal kull fattur ta' riskju użat fil-formola tar-riskju tal-kurvatura f'konformità mal-Artikolu 325g. Għall-finijiet tar-riskju ta' kurvatura, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw vetturi li jikkorrispondu għal kurvi tar-rendiment differenti u b'numru differenti ta' komponenti bħall-istess fattur ta' riskju, sakemm dawk il-vetturi jikkorrispondu għall-istess munita. L-istituzzjonijiet għandhom ipaċu s-sensittivitajiet għall-istess fattur ta' riskju. Għandu jkun hemm sensittività netta waħda għal kull bucket.

M'għandux ikun hemm rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tal-kurvatura għall-inflazzjoni u għar-riskji bażi bejn il-muniti.

Artikolu 325m

Fatturi ta' riskju tal-firxa tal-kreditu għal nontitolizzazzjoni

1.   Il-fatturi delta ta' riskju tal-firxa tal-kreditu li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għal strumenti ta' nontitolizzazzjoni li huma sensittivi għall-firxa tal-kreditu għandhom ikunu r-rati tal-firxa tal-kreditu tal-emittent ta' dawk l-istrumenti, inferiti mill-istrumenti tad-dejn u mis-swaps ta' inadempjenza tal-kreditu rilevanti, u kklassifikati għal kull waħda mill-maturitajiet li ġejjin: 0,5 sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw fattur ta' riskju wieħed għal kull emittent u maturità, irrispettivament minn jekk dawk ir-rati ta' firxa tal-kreditu tal-emittent humiex inferiti mill-istrumenti tad-dejn jew mis-swaps ta' inadempjenza tal-kreditu. Il-buckets għandhom ikunu buckets settorjali, kif imsemmi fit-Taqsima 6, u kull bucket għandu jinkludi l-fatturi ta' riskju kollha allokati għas-settur rilevanti.

2.   Il-fatturi vega ta' riskju tal-firxa tal-kreditu li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għal opzjonijiet b'sottostanti ta' nontitolizzazzjoni li huma sensittivi għall-firxa tal-kreditu għandhom ikunu l-volatilitajiet implikati tar-rati tal-firxa tal-kreditu tal-emittent tas-sottostanti inferiti kif stabbilit fil-paragrafu 1, li għandhom jiġu kklassifikati għall-maturitajiet li ġejjin f'konformità mal-maturità tal-opzjoni soġġetta għar-rekwiżiti ta' fondi proprji: 0,5 sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin. L-istess buckets għandhom jintużaw bħall-buckets li ntużaw għar-riskju delta tal-firxa tal-kreditu għan-nontitolizzazzjoni.

3.   Il-fatturi ta' riskju tal-firxa tal-kreditu tal-kurvatura li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għall-istrumenti ta' nontitolizzazzjoni għandhom jikkonsistu minn vettur wieħed ta' rati tal-firxa tal-kreditu, li jirrappreżentaw kurva tal-firxa tal-kreditu speċifika għall-emittent. Għal kull strument, il-vettur għandu jinkludi komponenti daqskemm ikun hemm maturitajiet differenti ta' rati tal-firxa tal-kreditu użati bħala varjabbli mill-mudell tal-ipprezzar tal-istituzzjoni għal dak l-istrument. L-istess buckets għandhom jintużaw bħall-buckets li ntużaw għar-riskju delta tal-firxa tal-kreditu għan-nontitolizzazzjoni.

4.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittività tal-istrument għal kull fattur ta' riskju użat fil-formola tar-riskju tal-kurvatura f'konformità mal-Artikolu 325g. Għall-finijiet tar-riskju ta' kurvatura, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw vetturi inferiti mill-istrumenti tad-dejn jew mis-swaps ta' inadempjenza tal-kreditu rilevanti u b'numru differenti ta' komponenti bħall-istess fattur ta' riskju dment li dawk il-vetturi jikkorrispondu għall-istess emittent.

Artikolu 325n

Fatturi ta' riskju tal-firxa tal-kreditu għal nontitolizzazzjoni

1.   L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-fatturi ta' riskju tal-firxa tal-kreditu msemmija fil-paragrafu 3 għall-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni li huma inklużi fil-ACTP, kif imsemmi fl-Artikolu 325(6), (7) u (8),

L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-fatturi ta' riskju tal-firxa tal-kreditu tat-titolizzazzjonijiet mhux tal-ACTP imsemmija fil-paragrafu 5 għall-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni li ma humiex inklużi fil-ACTP, kif imsemmi fl-Artikolu 325(6), (7) u (8).

2.   Il-buckets applikabbli għar-riskju tal-firxa tal-kreditu għal titolizzazzjonijiet li huma inklużi fl-ACTP għandhom ikunu l-istess bħall-buckets applikabbli għar-riskju tal-firxa tal-kreditu għal nontitolizzazzjonijiet, kif imsemmi fit-Taqsima 6.

Il-buckets applikabbli għar-riskju tal-firxa tal-kreditu għal titolizzazzjonijiet li ma humiex inklużi fil-ACTP għandhom ikunu speċifiċi għal dik il-kategorija ta' klassi tar-riskju, kif imsemmi fit-Taqsima 6.

3.   Il-fatturi ta' riskju tal-firxa tal-kreditu li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għal pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni li huma inklużi fil-ACTP huma dawn li ġejjin:

(a)

il-fatturi delta ta' riskju għandhom ikunu r-rati kollha rilevanti tal-firxa tal-kreditu tal-emittenti tal-iskoperturi sottostanti tal-pożizzjoni tat-titolizzazzjoni, inferiti mill-istrumenti tad-dejn u mis-swaps ta' inadempjenza tal-kreditu rilevanti, u għal kull waħda mill-maturitajiet li ġejjin: 0,5 sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin.

(b)

il-fatturi vega ta' riskju applikabbli għal opzjonijiet b'pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni li huma inklużi fil-ACTP bħala sottostanti għandhom ikunu l-volatilitajiet implikati tal-firxiet tal-kreditu tal-emittenti tal-iskoperturi sottostanti tal-pożizzjoni ta' titolizzazzjoni, inferiti kif deskritt fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu, li għandhom jiġu kklassifikati għall-maturitajiet li ġejjin f'konformità mal-maturità tal-opzjoni korrispondenti soġġetta għar-rekwiżiti ta' fondi proprji: 0,5 sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin.

(c)

il-fatturi ta' riskju tal-kurvatura għandhom ikunu l-kurvi tar-rendiment rilevanti tal-firxa tal-kreditu tal-emittenti tal-iskoperturi sottostanti tal-pożizzjoni tat-titolizzazzjoni espressi bħala vettur tar-rati tal-firxa tal-kreditu għal maturitajiet differenti, inferiti kif indikat fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu; għal kull strument, il-vettur għandu jinkludi komponenti daqskemm ikun hemm maturitajiet differenti ta' rati tal-firxa tal-kreditu li jintużaw bħala varjabbli mill-mudell tal-ipprezzar tal-istituzzjoni għal dak l-istrument.

4.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittività tal-pożizzjoni tat-titolizzazzjoni għal kull fattur ta' riskju użat fil-formola tar-riskju tal-kurvatura s_ik kif speċifikat fl-Artikolu 325g. Għall-finijiet tar-riskju ta' kurvatura, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw vetturi inferiti jew mill-istrumenti tad-dejn jew mis-swaps ta' inadempjenza tal-kreditu rilevanti u b'numru differenti ta' komponenti bħall-istess fattur ta' riskju, sakemm dawk il-vetturi jikkorrispondu għall-istess emittent.

5.   Il-fatturi ta' riskju tal-firxa tal-kreditu li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għal pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni li ma humiex inklużi fil-ACTP għandhom jirreferu għall-firxa tas-segment iktar milli l-firxa tal-istrumenti sottostanti u għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

il-fatturi delta ta' riskju għandhom ikunu r-rati rilevanti tal-firxa tal-kreditu tas-segment, ikklassifikati għall-maturitajiet li ġejjin, f'konformità mal-maturità tas-segment: 0,5 sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin.

(b)

il-fatturi vega ta' riskju applikabbli għal opzjonijiet b'pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni li ma humiex inklużi fil-ACTP bħala sottostanti għandhom ikunu l-volatilitajiet implikati tal-firxiet tal-kreditu tas-segmenti, b'kull waħda kklassifikata għall-maturitajiet li ġejjin f'konformità mal-maturità tal-opzjoni soġġett għar-rekwiżiti ta' fondi proprji: 0,5 sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin.

(c)

il-fatturi ta' riskju tal-kurvatura għandhom ikunu l-istess bħal dawk deskritti fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu; għal dawk il-fatturi ta' riskju kollha, għandha tiġi applikata piż tar-riskju komuni, kif imsemmija fit-Taqsima 6.

Artikolu 325o

Fatturi tar-riskju tal-ekwità

1.   Il-buckets għall-fatturi kollha tar-riskju tal-ekwità għandhom ikunu l-buckets settorjali msemmija fit-Taqsima 6.

2.   Il-fatturi delta tar-riskju tal-ekwità li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għandhom ikunu l-prezzijiet spot kollha tal-ekwità u r-ratirepo tal-ekwità.

Għall-finijiet tar-riskju tal-ekwità, kurva repo tal-ekwità speċifika għandha tikkostitwixxi fattur ta' riskju uniku, li jkun espress bħala vettur ta' rati repo għal maturitajiet differenti. Għal kull strument, il-vettur għandu jinkludi komponenti daqskemm ikun hemm maturitajiet differenti ta' rati repo li jintużaw bħala varjabbli mill-mudell tal-ipprezzar tal-istituzzjoni għal dak l-istrument.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittività ta' strument għal fattur ta' riskju tal-ekwità bħala l-bidla fil-valur tal-istrument, skont il-mudell tal-ipprezzar tiegħu, bħala riżultat ta' ċaqliq ta' punt bażi f'kull wieħed mill-komponenti tal-vettur. L-istituzzjonijiet għandhom ipaċu s-sensittivitajiet għall-fattur ta' riskju tar-rata repo tal-istess titolu tal-ekwità, irrispettivament min-numru ta' komponenti ta' kull vettur.

3.   Il-fatturi vega ta' riskju tal-ekwità li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għal opzjonijiet b'sottostanti li huma sensittivi għall-ekwità għandhom ikunu l-volatilitajiet implikati tal-prezzijiet spot tal-ekwità, li għandhom jiġu kklassifikati għall-maturitajiet li ġejjin f'konformità mal-maturitajiet tal-opzjonijiet korrispondenti soġġett għar-rekwiżiti ta' fondi proprji: 0,5 sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin. Ma għandux ikun hemm rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskju vega għal rati repo tal-ekwità.

4.   Il-fatturi ta' riskju ta' kurvatura tal-ekwità li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għal opzjonijiet b'sottostanti li huma sensittivi għall-ekwità huma l-prezzijiet spot kollha tal-ekwità, irrispettivament mill-maturità tal-opzjonijiet korrispondenti. M'għandux ikun hemm rekwiżiti ta' fondi proprji ta' riskju kurvatura għar-rati repo tal-ekwità.

Artikolu 325p

Fatturi tar-riskju tal-komodità

1.   Il-buckets għall-fatturi kollha tar-riskju tal-komoditajiet għandhom ikunu l-buckets settorjali msemmija fit-Taqsima 6.

2.   Il-fatturi delta tar-riskju tal-komoditajiet li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għall-istrumenti sensittivi għall-komoditajiet għandhom ikunu l-prezzijiet spot kollha tal-komoditajiet għal kull tip ta' komodità u għal kull waħda minn dawn il-maturitajiet: 0,25 sena, 0,5 sena, sena, sentejn, 3 snin, 5 snin, 10 snin, 15-il sena, 20 sena, 30 sena. L-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw biss żewġ prezzijiet tal-komoditajiet fuq l-istess tip ta' komodità, u bl-istess maturitàbiex jikkostitwixxu l-istess fattur ta' riskju meta s-sett ta' termini legali rigward il-post ta' kunsinna huma identiċi.

3.   Il-fatturi vega ta' riskju tal-komoditajiet li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għal opzjonijiet b'sottostanti li huma sensittivi għall-komoditajiet għandhom ikunu l-volatilitajiet implikati tal-prezzijiet tal-komoditajiet għal kull tip ta' komodità, li għandhom jiġu kklassifikati għall-maturitajiet li ġejjin f'konformità mal-maturitajiet tal-opzjonijiet korrispondenti soġġett għar-rekwiżiti ta' fondi proprji: 0,5 sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin. L-istituzzjonijiet għandhom iqisu s-sensittivitajiet għall-istess tip ta' komodità u allokati għall-istess maturità bħala fattur ta' riskju uniku, li l-istituzzjonijiet għandhom imbagħad ipaċu.

4.   Il-fatturi ta' riskju ta' kurvatura tal-komoditajiet li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għal opzjonijiet b'sottostanti li huma sensittivi għall-komoditajiet għandhom ikunu sett wieħed ta' prezzijiet tal-komoditajiet b'maturitajiet differenti għal kull tip ta' komodità, espressi bħala vettur. Għal kull strument, il-vettur għandu jinkludi komponenti daqskemm ikun hemm prezzijiet ta' dik il-komodità li jintużaw bħala varjabbli mill-mudell tal-ipprezzar tal-istituzzjoni għal dak l-istrument. L-istituzzjonijiet m'għandhomx jiddifferenzjaw bejn il-prezzijiet ta' komoditajiet skont il-post ta' kunsinna.

Is-sensittività tal-istrument għal kull fattur ta' riskju użat fil-formola tar-riskju tal-kurvatura sik għandha tiġi kkalkulata kif speċifikat fl-Artikolu 325g. Għall-fini tar-riskju ta' kurvatura, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw vetturi li għandhom numru differenti ta' komponenti biex jikkostitwixxu l-istess fattur ta' riskju, sakemm dawk il-vetturi jikkorrispondu għall-istess tip ta' komodità.

Artikolu 325q

Fatturi ta' riskju tal-kambju

1.   Il-fatturi delta tar-riskju tal-kambju li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għall-istrumenti sensittivi għall-kambju għandhom ikunu r-rati tal-kambju spot kollha bejn il-munita li fiha huwa ddenominat l-istrument u l-munita tar-rappurtar tal-istituzzjoni. Għandu jkun hemm bucket wieħed għal kull sett ta' muniti akkoppjati, li jkun jinkludi fattur ta' riskju uniku u sensittività netta unika.

2.   Il-fatturi vega ta' riskju tal-kambju li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għal opzjonijiet b'sottostanti li huma sensittivi għall-kambju għandhom ikunu l-volatilitajiet implikati tar-rati tal-kambju bejn il-muniti akkoppjati msemmija fil-paragrafu 1. Dawk il-volatilitajiet implikati tar-rati tal-kambju għandhom jiġu kklassifikati għal dawn il-maturitajiet li ġejjin f'konformità mal-maturitajiet tal-opzjonijiet korrispondenti soġġett għar-rekwiżiti ta' fondi proprji: 0,5 sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin.

3.   Il-fatturi ta' riskju ta' kurvatura tal-kambju li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għal opzjonijiet b'sottostanti li huma sensittivi għall-kambju għandhom ikunu l-istess bħal dawk imsemmija fil-paragrafu 1.

4.   L-istituzzjonijiet m'għandhomx jintalbu jiddistingwu bejn varjanti onshore u offshore ta' munita għall-fatturi kollha ta' riskju delta, vega u ta' kurvatura tal-kambju.

Subtaqsima 2:

Definizzjonijiet tas-sensittività

Artikolu 325r

Sensittivitajiet għar-riskju delta

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw fatturi delta ta' riskju ġenerali tar-rata tal-imgħax (GIRR) kif ġej:

(a)

is-sensittivitajiet għall-fatturi ta' riskju li jikkonsistu f'rati mingħajr riskju għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:

Formula

fejn:

Formula

=

is-sensittivitajiet għall-fatturi ta' riskju li jikkonsistu f'rati mingħajr riskju;

rkt

=

ir-rata ta' kurva mingħajr riskju k b'maturità t;

Vi (.)

=

il-funzjoni tal-ipprezzar tal-istrument i; u

x,y

=

fatturi ta' riskju minbarra rkt fil-funzjoni tal-ipprezzarVi;

(b)

is-sensittivitajiet għall-fatturi ta' riskju li jikkonsistu f'riskju tal-inflazzjoni u bażi bejn il-muniti għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:

Formula

fejn:

Formula

=

is-sensittivitajiet għall-fatturi ta' riskju li jikkonsistu f'riskju tal-inflazzjoni u bażi bejn il-muniti;

Formula

=

vettur ta' komponenti m li jirrappreżenta l-kura tal-inflazzjoni implikata jew il-kurva bażi bejn il-muniti għal munita speċifika j bil-m tkun ugwali għan-numru ta' varjabbli relatati mal-inflazzjoni jew bejn il-muniti użati fil-mudell tal-ipprezzar tal-istrument i;

Formula

=

il-matriċi tal-unità ta' dimensjoni (1 × m);

Vi (.)

=

il-funzjoni tal-ipprezzar tal-istrument i; u

y, z

=

varjabbli oħra fil-mudell tal-ipprezzar.

2.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittivitajiet delta tar-riskju tal-firxa tal-kreditu għall-pożizzjonijiet kollha ta' titolizzazzjoni u nontitolizzazzjoni kif ġej:

Formula

fejn:

Formula

=

is-sensittivitajiet delta tar-riskju tal-firxa tal-kreditu għall-pożizzjonijiet kollha ta' titolizzazzjoni u nontitolizzazzjoni;

cskt

=

il-valur tar-rata tal-firxa tal-kreditu ta' emittent j fil-maturità t;

Vi (.)

=

il-funzjoni tal-ipprezzar tal-istrument i; u

x,y

=

fatturi ta' riskju minbarra cskt fil-funzjoni tal-ipprezzar Vi.

3.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittivitajiet ta' riskju delta tal-ekwità kif ġej:

(a)

is-sensittivitajiet għall-fatturi ta' riskju k li jikkonsistu fi prezzijiet spot tal-ekwità għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:

Formula

fejn:

sk

=

is-sensittivitajiet għall-fatturi ta' riskju k li jikkonsistu fi prezzijiet spot tal-ekwità;

k

=

hija titolu ta' ekwità speċifiku;

EQk

=

il-valur tal-prezz spot ta' dak it-titolu ta' ekwità;

Vi (.)

=

il-funzjoni tal-ipprezzar tal-istrument i; u

x,y

=

fatturi ta' riskju minbarra EQk fil-funzjoni tal-ipprezzar Vi;

(b)

is-sensittivitajiet għall-fatturi ta' riskju li jikkonsistu f'rati repo tal-ekwità għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:

Formula

fejn:

Formula

=

is-sensittivitajiet għall-fatturi ta' riskju li jikkonsistu f'rati repo tal-ekwità;

k

=

l-indiċi li jindika l-ekwità;

Formula

=

vettur ta' komponenti m li jirrappreżenta l-istruttura tat-terminu tar-repo għal ekwità speċifika k bil-m tkun ugwali għan-numru ta' rati repo li jikkorrispondu għal maturitajiet differenti użati fil-mudell tal-ipprezzar tal-istrument i;

Formula

=

il-matriċi tal-unità ta' dimensjoni (1 · m);

Vi (.)

=

il-funzjoni tal-ipprezzar tal-istrument i; u

y,z

=

fatturi ta' riskju minbarra Formula fil-funzjoni tal-ipprezzar Vi.

4.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittivitajiet ta' riskju delta tal-komoditajiet għal kull fattur ta' riskju k kif ġej:

Formula

fejn:

sk

=

is-sensittivitajiet ta' riskju delta tal-komoditajiet;

k

=

fattur ta' riskju partikolari għall-komoditajiet;

CTYk

=

il-valur tal-fattur ta' riskju k;

Vi (.)

=

il-valur tas-suq tal-istrument i bħala funzjoni tal-fattur ta' riskju k; u

y, z

=

fatturi ta' riskju minbarra CTYk fil-mudell tal-ipprezzar tal-istrument i.

5.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittivitajiet ta' riskju delta tal-kambju għal kull fattur ta' riskju tal-kambju k kif ġej:

Formula

fejn:

sk

=

is-sensittivitajiet ta' riskju delta tal-kambju;

k

=

fattur ta' riskju partikolari tal-kambju;

FXk

=

il-valur tal-fattur ta' riskju;

Vi (.)

=

il-valur tas-suq tal-istrument i bħala funzjoni tal-fattur ta' riskju k; u

y, z

=

fatturi ta' riskju minbarra FXk fil-mudell tal-ipprezzar tal-istrument i.

Artikolu 325s

Sensittivitajiet għar-riskju vega

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittività għar-riskju vega ta' opzjoni għal fattur ta' riskju partikolari k kif ġej:

Formula

fejn:

sk

=

is-sensittività għar-riskju vega ta' opzjoni;

k

=

fattur ta' riskju vega speċifiku, li jikkonsisti f'volatilità implikata;

volk

=

il-valur ta' dak il-fattur ta' riskju, li għandu jkun espress bħala perċentwal; u

x,y

=

fatturi ta' riskju minbarra volk fil-funzjoni tal-ipprezzar Vi.

2.   Fil-każ ta' klassijiet tar-riskju fejn il-fatturi ta' riskju vega għandhom dimensjoni ta' maturità, iżda fejn ir-regoli biex jiġu kklassifikati l-fatturi ta' riskju mhumiex applikabbli għaliex l-opzjonijiet m'għandhomx maturità, l-istituzzjonijiet għandhom jikklassifikaw dawk il-fatturi ta' riskju għall-itwal maturità preskritta. Dawk l-opzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għaż-żieda ta' riskji residwi.

3.   Fil-każ ta' opzjonijiet li m'għandhomx prezz tal-eżerċitar jew barriera u opzjonijiet li għandhom prezzijiet tal-eżerċitar jew barrieri multipli, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-klassifikazzjoni għall-prezzijiet tal-eżerċitar u l-maturità użati internament mill-istituzzjoni biex tipprezza l-opzjoni. Dawk l-opzjonijiet għandhom ikunu soġġetti wkoll għas-suppliment tar-riskji residwi.

4.   L-istituzzjonijiet m'għandhomx jikkalkulaw ir-riskju vega għas-segmenti tat-titolizzazzjoni inklużi fl-ACTP, kif imsemmija fl-Artikolu 325(6), (7) u (8) li m'għandhomx volatilità implikata. Ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju delta u tal-kurvatura għandhom jinħadmu għal dawk is-segmenti tat-titolizzazzjoni.

Artikolu 325t

Rekwiżiti dwar komputazzjonijiet tas-sensittività

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jidderivaw sensittivitajiet mill-mudelli tal-ipprezzar tal-istituzzjoni li jservu bħala bażi għar-rappurtar tal-profitt u t-telf lill-maniġment superjuri, permezz tal-formuli stabbiliti f'din is-Subtaqsima.

Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeħtieġu li istituzzjoni li ngħatat il-permess tuża l-approċċ mudell intern alternattiv stabbilit fil-Kapitolu 1b tuża l-funzjonijiet ta' pprezzar tas-sistema ta' kejl tar-riskju tal-approċċ mudell intern tagħhom fil-kalkolu ta' sensittivitajiet skont dan il-Kapitolu għall-kalkolu u r-rappurtar tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq f'konformità mal-Artikolu 430b(3).

2.   Meta jikkalkulaw is-sensittivitajiet għar-riskju delta tal-istrumenti b'opzjonalità kif imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 325e(2), l-istituzzjonijiet jistgħu jassumu li l-fatturi ta' riskju ta' volatilità implikata jibqgħu kostanti.

3.   Meta jikkalkulaw is-sensittivitajiet għar-riskju vega tal-istrumenti b'opzjonalità kif imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 325e(2), għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

għar-riskju ġenerali fir-rata tal-imgħax u r-riskju ta' firxa tal-kreditu, l-istituzzjonijiet għandhom jassumu, għal kull munita, li s-sottostanti tal-fatturi ta' riskju ta' volatilità li għalihom huwa kkalkulat ir-riskju vega jew isegwu distribuzzjoni lognormali jew normali fil-mudelli ta' pprezzar użati għal dawk l-istrumenti;

(b)

għal riskju ta' ekwità, riskju ta' komodità u riskju tal-kambju, l-istituzzjonijiet għandhom jassumu li s-sottostanti tal-fatturi ta' riskju ta' volatilità li għalihom huwa kkalkulat ir-riskju vega jsegwu distribuzzjoni lognormali fil-mudelli ta' pprezzar użati għal dawk l-istrumenti.

4.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittivitajiet kollha ħlief għas-sensittivitajiet għall-aġġustamenti tal-valwazzjoni tal-kreditu.

5.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, soġġetta għall-permess mill-awtoritajiet kompetenti, istituzzjoni tista' tuża definizzjonijiet alternattivi ta' sensittivitajiet għar-riskju delta fil-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji ta' pożizzjoni ta' portafoll tan-negozjar skont dan il-Kapitolu, dment li l-istituzzjoni tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

dawn id-definizzjonijiet alternattivi huma użati għall-finijiet ta' ġestjoni tar-riskju intern u biex jiġu rrappurtati l-profitti u t-telf lill-maniġment superjuri minn unità indipendenti tal-kontroll tar-riskju fi ħdan istituzzjoni;

(b)

l-istituzzjoni turi li dawk id-definizzjonijiet alternattivi huma aktar xierqa biex ikopru s-sensittivitajiet għall-pożizzjoni milli l-formoli stabbiliti f'din is-Subtaqsima u li s-sensittivitajiet li jirriżultaw ma jvarjawx materjalment minn dawk il-formoli.

6.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, soġġetta għall-permess mill-awtoritajiet kompetenti, istituzzjoni tista' tikkalkula sensittivitajiet vega abbażi ta' trasformazzjoni lineari ta' definizzjonijiet alternattivi fil-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji ta' pożizzjoni ta' portafoll tan-negozjar skont dan il-Kapitolu, dment li l-istituzzjoni tissodisfa ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

dawk id-definizzjonijiet alternattivi huma użati għall-finijiet ta' ġestjoni tar-riskju intern u għar-rappurtar tal-profitt u t-telf lill-maniġment superjuri minn unità indipendenti tal-kontroll tar-riskju fi ħdan istituzzjoni;

(b)

l-istituzzjoni turi li dawk id-definizzjonijiet alternattivi huma aktar xierqa biex ikopru s-sensittivitajiet rilevanti għall-pożizzjoni milli huma l-formoli stabbiliti f'din is-Subtaqsima u li t-trasformazzjoni lineari msemmija fl-ewwel subparagrafu tirrifletti sensittività għar-riskju vega.

Taqsima 4

Suppliment tar-riskju residwu

Artikolu 325u

Rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji residwi

1.   Minbarra r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq stabbiliti fit-Taqsima 2, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali għal strumenti esposti għal riskji residwi f'konformità ma' dan l-Artikolu.

2.   L-istrumenti jkunu meqjusa esposti għal riskji residwi meta jissodisfaw kwalunkwe waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-istrument jirreferi għal sottostanti eżotiku, li, għall-iskopijiet ta' dan il-Kapitolu, tfisser strument ta' portafoll ta' negozjar li jirreferi għal skopertura sottostanti li mhix fl-ambitu tat-trattamenti tar-riskju delta, vega jew kurvatura skont il-metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet stabbilit fit-Taqsima 2 jew ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza stipulat fit-Taqsima 5;

(b)

l-istrument huwa strument li għandu riskji residwi oħra, li, għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, tfisser kwalunkwe waħda minn dawn l-istrumenti li ġejjin:

(i)

l-istrumenti li huma soġġetti għar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju vega u kurvatura taħt il-metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet stipulat fit-Taqsima 2 u jiġġenera gwadanji li ma jistgħux jiġu replikati bħala kombinazzjoni lineari definita ta' opzjonijiet vanilla b'biċċa ekwità sottostanti unika, prezz tal-komoditajiet, rata tal-kambju, prezz ta' bond, prezz ta' swap ta' inadempjenza ta' kreditu jew swap tar-rati tal-imgħax;

(ii)

l-istrumenti li huma pożizzjonijiet li huma inklużi fl-ACTP imsemmija fl-Artikolu 325(6); iħħeġġjar li huma inklużi fl-ACTP, kif imsemmi fl-Artikolu 325(8), m'għandux jitqies.

3.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali msemmija fil-paragrafu 1 bħala s-somma tal-ammonti nozzjonali grossi tal-istrumenti msemmija fil-paragrafu 2 multiplikata bil-piżijiet tar-riskju li ġejjin:

(a)

1,0 % fil-każ ta' strumenti msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2;

(b)

0,1 % fil-każ ta' strumenti msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2.

4.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-istituzzjoni m'għandhiex tapplika r-rekwiżit ta' fondi proprji għal riskji residwi għal strument li jissodisfa kwalunkwe waħda minn dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-istrument ikun elenkat fuq borża rikonoxxuta;

(b)

l-istrument huwa eliġibbli għall-ikklerjar ċentrali f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(c)

l-istrument ipaċi b'mod perfett ir-riskju tas-suq ta' pożizzjoni oħra fil-portafoll tan-negozju, f'liema każ iż-żewġ pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar li jaqblu perfettament għandhom jiġu eżentati mir-rekwiżit ta' fondi proprji għal riskji residwi.

5.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex jiġi speċifikat x'inhu sottostanti eżotiku u liema strumenti huma strumenti li għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika għandhom riskji residwi oħra għall-finijiet tal-paragrafu 2.

Meta tiżviluppa dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji, l-ABE għandha teżamina jekk ir-riskju ta' lonġevità, it-temp, id-diżastri naturali u l-volatilità rrealizzata fil-futur għandhomx jitqiesu bħala sottostanti eżotiċi.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2021.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Taqsima 5

Rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza

Artikolu 325v

Definizzjonijiet u dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Għall-finijiet ta' din it-Taqsima, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“skopertura qasira” tfisser li l-inadempjenza ta' emittent jew grupp ta' emittenti twassal għal gwadann għall-istituzzjoni, irrispettivament mit-tip ta' strument jew tranżazzjoni li toħloq l-iskopertura;

(b)

“skopertura twila” tfisser li l-inadempjenza ta' emittent jew grupp ta' emittenti twassal għal telf għall-istituzzjoni, irrispettivament mit-tip ta' strument jew tranżazzjoni li toħloq l-iskopertura;

(c)

“l-ammont gross ta' inadempjenza immedjata u mhux mistennija (gross JTD)” tfisser id-daqs stmat tat-telf jew tal-profitt li l-inadempjenza tal-obbligant tipproduċi għal skopertura speċifika;

(d)

“l-ammont nett ta' inadempjenza immedjata u mhux mistennija (JTD net)” tfisser id-daqs stmat tat-telf jew tal-profitt li ġġarrab istituzzjoni minħabba l-inadempjenza ta' obbligant, wara li tkun saret it-tpaċija bejn l-ammonti grossi ta' JTD,

(e)

“telf fil-każ ta' inadempjenza” jew “LGD” huwa t-telf fil-każ ta' inadempjenza tal-obbligant fuq strument maħruġ minn dan l-obbligant espress bħala ammont nozzjonali tal-istrument;

(f)

“piż tar-riskju ta' inadempjenza” tfisser il-perċentwal li jirrappreżenta l-probabbiltà stmati tal-inadempjenza ta' kull obbligant, f'konformità mal-affidabbiltà kreditizja ta' dak l-obbligant.

2.   Ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza għandhom japplikaw għal strumenti tad-dejn u tal-ekwità, għal strumenti derivattivi li jkollhom dawk l-istrumenti bħala sottostanti u għal derivattivi, li l-gwadanji jew il-valuri ġusti tagħhom huma affettwati mill-inadempjenza ta' obbligant għajr il-kontroparti għall-istrument derivattiv innifsu. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' riskju ta' inadempjenza b'mod separat għal kull wieħed mit-tipi ta' strumenti li ġejjin: nontitolizzazzjonijiet, titolizzazzjonijiet li ma humiex inklużi fil-ACTP u titolizzazzjonijiet li huma inklużi fil-ACTP. Ir-rekwiżiti finali ta' fondi proprji sabiex ir-riskju ta' inadempjenza jiġi applikat mill-istituzzjoni għandhom ikunu s-somma ta' dawk it-tliet komponenti.

Subtaqsima 1

Rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza għal nontitolizzazzjonijiet

Artikolu 325w

Ammonti grossi ta' inadempjenza immedjata u mhux mistennija

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammonti grossi ta' JTD għal kull skopertura twila għall-istrumenti tad-dejn kif ġej:

 

JTDtwila = massimu{LGD Vnozzjonali + P&Ltwil + Aġġustamenttwil; 0}

fejn:

JTDtwila

=

l-ammont gross ta' JTD għall-iskopertura twila;

Vnotional

=

l-ammont nozzjonali tal-istrument;

P&Ltwil

=

terminu li jaġġusta għall-profitt jew it-telf diġà meqjusa mill-istituzzjoni minħabba tibdil fil-valur ġust tal-istrument li joħloq l-iskopertura twila; il-profitt għandu jidħol fil-formula b'sinjal pożittiv u t-telf b'sinjal negattiv; u

Aġġustamenttwil

=

l-ammont li bih, minħabba l-istruttura tal-istrument derivattiv, it-telf tal-istituzzjoni fil-każ ta' inadempjenza jiżdied jew jitnaqqas b'mod relattiv għat-telf sħiħ fuq l-istrument sottostanti; iż-żidiet għandhom jidħlu fl-Aġġustamenttwil b'sinjal pożittiv u t-tnaqqis b'sinjal negattiv.

2.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammonti grossi ta' JTD għal kull skopertura qasira għall-istrumenti tad-dejn kif ġej:

 

JTDqasir = min{LGD Vnotional + P&Lqasir + Aġġustamentqasir; 0}

fejn:

JTDqasir

=

l-ammont gross ta' JTD għall-iskopertura qasira;

Vnotional

=

l-ammont nozzjonali tal-istrument li għandu jidħol fil-formula b'sinjal negattiv;

P&Lqasir

=

terminu li jaġġusta għall-profitt jew it-telf diġà meqjusa mill-istituzzjoni minħabba tibdil fil-valur ġust tal-istrument li joħloq l-iskopertura qasira; il-profitt għandu jidħol fil-formula b'sinjal pożittiv u t-telf għandu jidħol fil-formula b'sinjal negattiv; u

Aġġustamentqasir

=

l-ammont li bih, minħabba l-istruttura tal-istrument derivattiv, il-profitt tal-istituzzjoni fil-każ ta' inadempjenza jiżdied jew jitnaqqas b'mod relattiv għat-telf sħiħ fuq l-istrument sottostanti; it-tnaqqis għandu jidħol fl-Aġġustament qasir b'sinjal pożittiv u ż-żidiet għandhom jidħlu fl-Aġġustamentqasir b'sinjal negattiv.

3.   Għall-finijiet tal-kalkolu stabbilit fil-paragrafi 1 u 2, l-LGD għall-istrumenti tad-dejn li għandu jiġi applikat mill-istituzzjonijiet għandu jkun dan li ġej:

(a)

skoperturi għal strumenti tad-dejn mhux superjuri għandhom jiġu assenjati LGD ta' 100 %;

(b)

skoperturi għal strumenti tad-dejn superjuri għandhom jiġu assenjati LGD ta' 75 %;

(c)

skoperturi għal bonds koperti, kif imsemmi fl-Artikolu 129, għandhom jiġu assenjati LGD ta' 25 %.

4.   Għall-finijiet tal-kalkoli stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2, l-ammonti nozzjonali għandhom jiġu determinati kif ġej:

(a)

fil-każ ta' strumenti ta' dejn, l-ammont nozzjonali huwa l-valur nominali tal-istrument tad-dejn;

(b)

fil-każ ta' strumenti derivattivi fuq sottostanti tat-titolu tad-dejn, l-ammont nozzjonali huwa l-ammont nozzjonali tal-istrument derivattiv.

5.   Għall-iskoperturi għal strumenti tal-ekwità, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammonti grossi ta' JTD kif ġej, minflok jużaw il-formuli msemmija fil-paragrafi 1 u 2:

 

JTDtwila = massimu{LGD · V + P&Ltwila + Aġġustamenttwila; 0}

 

JTDqasir = minimu{LGD · V + P&Lqasir + Aġġustamentqasir; 0}

fejn:

JTDtwila

=

l-ammont gross ta' JTD għall-iskopertura twila;

JTDqasir

=

l-ammont gross ta' JTD għall-iskopertura qasira; u

V

=

il-valur ġust tal-ekwità jew, fil-każ ta' strumenti derivattivi b'ekwitajiet sottostanti, il-valur ġust tal-ekwità sottostanti.

6.   L-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw LGD ta' 100 % għal strumenti tal-ekwità għall-finijiet tal-kalkolu stabbilit fil-paragrafu 5.

7.   Fil-każ ta' skoperturi għar-riskju ta' inadempjenza li jirriżulta minn strumenti derivattivi li l-gwadanji tagħhom fil-każ ta' inadempjenza tal-obbligant mhumiex relatati mal-ammont nozzjonali ta' strument speċifiku maħruġ minn dan l-obbligant jew għal-LGD tal-obbligant jew strument maħruġ minn dan l-obbligant, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw metodoloġiji alternattivi biex jistmaw l-ammonti grossi ta' JTD.

8.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

(a)

kif l-istituzzjonijiet iridu jikkalkulaw l-ammonti ta' JTD għat-tipi differenti ta' strumenti f'konformità ma' dan l-Artikolu;

(b)

li metodoloġiji alternattivi iridu jużaw l-istituzzjonijiet għall-finijiet tal-istima tal-ammonti grossi ta' JTD imsemmija fil-paragrafu 7.

(c)

l-ammonti nozzjonali ta' strumenti minbarra dawk li jissemmew fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 4.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2021.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 325x

Ammonti netti ta' inadempjenza immedjata u mhux mistennija

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammonti netti ta' JTD billi jpaċu l-ammonti grossi ta' JTD ta' skoperturi qosra u skoperturi twal. It-tpaċija għandha tkun possibbli bejn skoperturi għall-istess obbligant meta l-iskoperturi qosra jkollhom l-istess superjorità bħal, jew superjorità iktar baxxa, l-iskoperturi twal.

2.   It-tpaċija għandha tkun sħiħa jew parzjali skont il-maturitajiet tal-iskoperturi ta' tpaċija:

(a)

it-tpaċija għandha tkun sħiħa meta l-iskoperturi kollha ta' tpaċija jkollhom maturitajiet ta' sena jew iktar.

(b)

it-tpaċija għandha tkun parzjali meta tal-inqas waħda mill-iskoperturi ta' tpaċija jkollha maturità ta' inqas minn sena, f'liema każ, id-daqs tal-ammont ta' JTD ta' kull skopertura b'maturità ta' inqas minn sena għandu jiġi multiplikat bil-proporzjon tal-maturità tal-iskopertura relattiv għal sena.

3.   Meta t-tpaċija ma tkunx possibbli l-ammonti grossi ta' JTD għandhom ikunu ugwali għall-ammonti netti ta' JTD fil-każ ta' skoperturi b'maturitajiet ta' sena jew iktar. L-ammonti grossi ta' JTD b'maturitajiet ta' inqas minn sena għandhom jiġu multiplikati bil-proporzjon tal-maturità tal-iskopertura relattiv għal sena, b'minimu ta' tliet xhur, biex jiġu kkalkulati l-ammonti netti ta' JTD.

4.   Għall-finijiet tal-paragrafi 2 u 3, pjuttost għandhom jiġu kkunsidrati l-maturitajiet tal-kuntratti tad-derivattivi milli dawk tas-sottostanti tagħhom. L-iskoperturi għall-ekwità ta' flus għandhom jiġu assenjati maturità ta' sena jew ta' tliet xhur, skont id-diskrezzjoni tal-istituzzjoni.

Artikolu 325y

Kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza

1.   L-ammonti netti ta' JTD, irrispettivament mit-tip ta' kontroparti, għandhom jiġu mmultiplikati bil-piżijiet tar-riskju ta' inadempjenza li jikkorrispondu mal-kwalità kreditizja tagħhom kif speċifikat fit-Tabella 2:

Tabella 2

Kategorija tal-kwalità kreditizja

Piż tar-riskju ta' inadempjenza

L-ewwel skala tal-kwalità kreditizja

0.5 %

It-tieni skala tal-kwalità kreditizja

3 %

It-tielet skala tal-kwalità kreditizja

6 %

Ir-raba' skala tal-kwalità kreditizja

15 %

Il-ħames skala tal-kwalità kreditizja

30 %

Is-sitt skala tal-kwalità kreditizja

50 %

Mhux klassifikati

15 %

Inadempjenti

100 %

2.   L-iskoperturi li kienu jirċievu piż tar-riskju ta' 0 % skont l-Approċċ Standardizzat għar-riskju ta' kreditu f'konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II għandhom jirċievu piż tar-riskju ta' inadempjenza ta' 0 % għar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza.

3.   L-ammonti netti ta' JTD ippeżati għandhom ikunu allokati lill-buckets segwenti: kumpaniji, sovrani, u gvernijiet/muniċipalitajiet lokali.

4.   L-ammonti netti ta' JTD ippeżati għandhom jiġu aggregati f'kull bucket f'konformità mal-formula li ġejja:

 

DRCb = max {(Σi ∈ Long RWi · net JTDi) – WtS · (Σi ∈ Short RWi |net JTDi|); 0}

fejn:

DRCb

=

ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza għall-bucket b;

i

=

l-indiċi li jindika strument li jappartjeni għall-bucket b;

RWi

=

il-piż tar-riskju; u

WtS

=

proporzjon li jirrikonoxxi benefiċċju għar-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar f'bucket, li għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

Formula

Għall-finijiet tal-kalkolu tad-DRCb u l-WtS, il-pożizzjonijiet twal u qosra għandhom jiġu aggregati għall-pożizzjonijiet kollha f'bucket irrispettivament mill-iskala tal-kwalità kreditizja li għaliha jkunu ġew allokati dawk il-pożizzjonijiet, biex jipproduċu r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza speċifiċi għall-bucket.

5.   Ir-rekwiżit finali ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza għan-nontitolizzazzjonijiet għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma sempliċi tar-rekwiżiti ta' fondi proprji fil-livell tal-bucket.

Subtaqsima 2

Rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza għal titolizzazzjonijiet mhux inklużi fl-Actp

Artikolu 325z

Ammonti ta' inadempjenza immedjata u mhux mistennija

1.   L-ammonti grossi ta' inadempjenza immedjata u mhux mistennija għall-iskoperturi ta' titolizzazzjoni għandhom ikunu l-valur tas-suq tagħhom jew, jekk ma jkunx disponibbli l-valur tas-suq tagħhom, il-valur ġust tagħhom determinat skont il-qafas kontabilistiku applikabbli.

2.   L-ammonti netti ta' inadempjenza immedjata u mhux mistennija għandhom jiġu ddeterminati bit-tpaċija ta' ammonti grossi twal ta' inadempjenza immedjata u mhux mistennija ammonti grossi qosra ta' inadempjenza immedjata u mhux mistennija. It-tpaċija għandha tkun possibbli biss bejn skoperturi ta' titolizzazzjoni bl-istess pool ta' assi sottostanti u li jappartjenu għall-istess segment. M'għandha tkun permessa l-ebda tpaċija bejn skoperturi ta' titolizzazzjoni b'pools ta' assi sottostanti differenti, anke meta l-punti ta' attakkament u ta' distakkament huma l-istess.

3.   Meta, permezz ta' skoperturi ta' titolizzazzjoni eżistenti li jitqassmu jew li jiġu kkombinati, skoperturi ta' titolizzazzjoni eżistenti oħra jistgħu jiġu replikati b'mod perfett, ħlief għad-dimensjoni tal-maturità, l-iskoperturi li jirriżultaw minn dak it-tqassim jew mill-kombinament jistgħu jintużaw minflok skoperturi ta' titolizzazzjoni eżistenti għall-finijiet tat-tpaċija.

4.   Meta, permezz ta' skoperturi eżistenti f'ismijiet sottostanti li jitqassmu jew li jiġu kkombinati, l-istruttura kollha tas-segment ta' skopertura ta' titolizzazzjoni eżistenti tista' tiġi replikata b'mod perfett, l-iskoperturi li jirriżultaw minn dak it-tqassim jew mill-kombinament jistgħu jintużaw minflok l-iskoperturi ta' titolizzazzjoni eżistenti għall-finijiet tat-tpaċija. Meta l-ismijiet sottostanti jintużaw b'dan il-mod, dawn għandhom jitneħħew mit-trattament ta' riskju ta' inadempjenza tan-nontitolizzazzjoni.

5.   L-Artikolu 325x għandu japplika kemm għal skoperturi ta' titolizzazzjoni eżistenti kif ukoll għal skoperturi ta' titolizzazzjoni użati skont il-paragrafu 3 jew 4 ta' dan l-Artikolu. Il-maturitajiet rilevanti għandhom ikunu dawk tas-segmenti ta' titolizzazzjoni.

Artikolu 325aa

Kalkolu tar-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza għal titolizzazzjonijiet

1.   L-ammonti netti ta' JTD għall-iskoperturi ta' titolizzazzjoni għandhom jiġu mmultiplikati bi 8 % tal-piż tar-riskju li japplika għall-iskopertura ta' titolizzazzjoni rilevanti, inkluż it-titolizzazzjonijiet STS, fil-portafoll mhux tan-negozjar skont il-ġerarkija ta' approċċi stabbiliti fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu 5 tat-Titolu II u irrispettivament mit-tip ta' kontroparti.

2.   Maturità ta' sena għandha tiġi applikata għas-segmenti kollha, fejn il-piżijiet ta' riskju huma kkalkulati f'konformità mas-SEC-IRBA u s-SEC-ERBA.

3.   L-ammonti ta' JTD ippeżati għar-riskju għal skoperturi ta' titolizzazzjoni ta' flus individwali għandhom ikunu limitati għall-valur ġust tal-pożizzjoni.

4.   L-ammonti netti ta' JTD ippeżati għar-riskju għandhom jiġu assenjati għall-buckets li ġejjin:

(a)

bucket komuni wieħed għall-kumpaniji kollha, irrispettivament mir-reġjun;

(b)

44 buckets differenti li jikkorrispondu għal bucket wieħed għal kull reġjun għal kull waħda mill-ħdax-il klassi tal-assi ddefiniti fit-tieni subparagrafu.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-11-il klassi tal-assi huma ABCP, self/leases għal karozzi, titoli abbażi ta' ipoteki residenzjali (RMBS), karti tal-kreditu, titoli abbażi ta' ipoteka kummerċjali (CMBS), obbligi fuq self kollateralizzat, obbligu kwadrat ta' dejn kollateralizzat (CDO kwadrat), intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (“SMEs”), self għall-istudenti, bejgħ bl-imnut ieħor, bejgħ bl-ingrossa ieħor. L-erba' reġjuni huma l-Asja, l-Ewropa, l-Amerka ta' Fuq, u l-bqija tad-dinja.

5.   Sabiex tiġi assenjata skopertura ta' titolizzazzjoni għal bucket, l-istituzzjonijiet għandhom jiddependu fuq klassifikazzjoni użata b'mod komuni fis-suq. L-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw kull skopertura ta' titolizzazzjoni għal bucket wieħed biss imsemmija fil-paragrafu 4. Kwalunkwe skopertura ta' titolizzazzjoni li l-istituzzjoni ma tkunx tista' tassenja għal bucket għal klassi ta' assi jew reġjun għandha tiġi assenjata għall-klassi ta' assi “bl-imnut oħrajn”, “bl-ingrossa oħrajn” jew għall-bqija tad-dinja, rispettivament.

6.   L-ammonti netti ppeżati ta' JTD għandhom jiġu aggregati f'kull bucket bl-istess mod bħar-riskju ta' inadempjenza ta' skoperturi ta' nontitolizzazzjoni, bl-użu tal-formula fl-Artikolu 325y(4), li tirriżulta fir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza għal kull bucket.

7.   Ir-rekwiżit finali ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza għal titolizzazzjonijiet mhux inklużi fl-Actp għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma sempliċi tar-rekwiżiti ta' fondi proprji fil-livell tal-bucket.

Subtaqsima 3

Rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza għal titolizzazzjonijiet inklużi fl-ACTP

Artikolu 325ab

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Għall-ACTP, ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għandhom jinkludu r-riskju ta' inadempjenza għal skoperturi ta' titolizzazzjoni u għall-iħħeġġjar mhux tat-titolizzazzjoni. Dak l-iħħeġġjar għandu jitneħħa mill-kalkoli tar-riskju ta' inadempjenza għan-nontitolizzazzjoni. M'għandux ikun hemm benefiċċju ta' diversifikazzjoni bejn rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza għan-nontitolizzazzjonijiet, rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza għal titolizzazzjonijiet mhux inklużi fl-Actp u rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza għal titolizzazzjonijiet inklużi fl-Actp.

2.   Għal derivattivi tal-kreditu u tal-ekwità ta' nontitolizzazzjoni nnegozjati, l-ammonti ta' JTD skont il-kostitwenti individwali għandhom jiġu ddeterminati bl-applikazzjoni ta' approċċ taċ-ċar kristall.

Artikolu 325ac

Ammonti ta' inadempjenza immedjata u mhux mistennija għall-ACTP

1.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a)

“tqassim permezz ta' mudell tal-valutazzjoni” tfisser li kostitwent b'isem uniku ta' titolizzazzjoni huwa vvalutat bħala d-differenza bejn il-valur mhux kondizzjonat tat-titolizzazzjoni u l-valur kondizzjonat tat-titolizzazzjoni fuq is-suppożizzjoni li dak l-isem uniku jfalli b'LGD ta' 100 %;

(b)

“replikazzjoni” tfisser li l-kombinament ta' segmenti individwali tal-indiċi ta' titolizzazzjoni huma kkombinati biex jirreplikaw segment ieħor tal-istess serje tal-indiċi, jew biex jirreplikaw pożizzjoni mhux segmentata fis-serje tal-indiċi;

(c)

“tqassimchar” tfisser ir-replikazzjoni ta' indiċi b'titolizzazzjoni li tagħha l-iskoperturi sottostanti fil-pool huma identiċi għall-iskoperturi ta' isem uniku li jagħmlu l-indiċi.

2.   L-ammonti grossi ta' JTD għall-iskoperturi ta' titolizzazzjoni u l-iskoperturi mhux ta' titolizzazzjoni fil-PNK għandhom ikunu l-valur tas-suq tagħhom jew, jekk ma jkunx disponibbli l-valur tas-suq tagħhom, il-valur ġust tagħhom determinat skont il-qafas kontabilistiku applikabbli.

3.   Il-prodotti li fihom ikun hemm nuqqas Neżmu tal-obbligi għandhom jiġu ttrattati bħala prodotti ssegmentati bil-punti ta' attakkament u distakkament li ġejjin:

(a)

punt ta' attakkament = (N – 1) / Ismijiet Totali;

(b)

punt ta' distakkament = N / Ismijiet Totali;

fejn “Ismijiet Totalichar” għandu jkun in-numru totali ta' ismijiet fil-basket jew fil-pool sottostanti.

4.   L-ammonti netti ta' JTD u mhux mistennija għandhom jiġu ddeterminati bit-tpaċija ta' ammonti grossi twal ta' JTD u mhux mistennija ammonti grossi qosra ta' JTD u mhux mistennija. It-tpaċija għandha tkun possibbli biss bejn skoperturi li mill-bqija huma identiċi ħlief għall-maturità. It-tpaċija għandha tkun possibbli biss kif ġej:

(a)

għal indiċijiet, segmenti tal-indiċi u segmenti personalizzati, it-tpaċija għandha tkun possibbli fost maturitajiet fl-istess familja tal-indiċi, serje u segment, soġġett għad-dispożizzjonijiet dwar l-iskoperturi ta' inqas minn sena stabbiliti fl-Artikolu 325x; l-ammonti JTD grossi twal u l-ammonti JTD gross qosra li huma replikazzjonijiet perfetti jistgħu jkunu paċuti permezz ta' tqassim fi skoperturi ekwivalenti b'isem uniku bl-użu ta' mudell tal-valutazzjoni; f'każijiet bħal dawn, is-somma tal-ammonti JTD gross ta' skoperturi ekwivalenti b'isem uniku miksuba permezz tat-tqassim għandha tkun ugwali għall-ammont JTD gross tal-iskopertura mhux imqassma;

(b)

it-tpaċija permezz ta' tqassim kif stabbilit fil-punt (a) m'għandux ikun permess għar-rititolizzazzjonijiet jew derivattivi fuq it-titolizzazzjoni;

(c)

għall-indiċi u s-segmenti tal-indiċi, it-tpaċija għandha tkun possibbli fost maturitajiet fl-istess familja tal-indiċi, serje u segment permezz ta' replikazzjoni jew permezz ta' tqassim; meta l-iskoperturi twal u l-iskoperturi qosra huma mill-bqija ekwivalenti ħlief għal komponent residwu wieħed, it-tpaċija għandha tkun permessa u l-ammont nett ta' JTD għandu jirrifletti l-iskopertura residwa;

(d)

segmenti differenti tal-istess serje tal-indiċi, serje differenti tal-istess indiċi u familji tal-indiċi differenti ma jistgħux jintużaw biex ipaċu lil xulxin.

Artikolu 325ad

Kalkolu tar-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza għall-ACTP

1.   L-ammonti netti ta' JTD għandhom jiġu multiplikati bi:

(a)

għal prodotti ssegmentati, il-piżijiet tar-riskju ta' inadempjenza li jikkorrispondu għall-kwalità tal-kreditu kif speċifikat fl-Artikolu 325y(1) u (2);

(b)

għal prodotti mhux issegmentati, il-piżijiet tar-riskju ta' inadempjenza msemmija fl-Artikolu 325aa(1).

2.   L-ammonti netti ta' JTD ippeżati għar-riskju għandhom jiġu assenjati għal buckets li jikkorrispondu għal indiċi.

3.   L-ammonti netti ta' JTD ippeżati għandhom jiġu aggregati f'kull bucket f'konformità mal-formula li ġejja:

 

DRCb = max {(Σi ∈ Long RWi · net JTDi) – WtSACTP · (Σi ∈ Short RWi · |net JTDi|); 0}

fejn:

DRCb

=

ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza għall-bucket b;

i

=

strument li jappartjeni għall-bucket b; u

WtSACTP

=

il-proporzjon li jirrikonoxxi benefiċċju għal relazzjonijiet tal-iħħeġġjar fi ħdan bucket, li għandu jiġi kalkulat f'konformità mal-formula WtS stabbilita fl-Artikolu 325y(4), iżda bl-użu ta' pożizzjonijiet twal u pożizzjonijiet qosra fl-ACTP kollu kemm hu u mhux biss il-pożizzjonijiet fil-bucket partikolari.

4.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza għall-ACTP billi jużaw il-formula li ġejja:

Formula

fejn:

DRCACTP

=

ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza tal-ACTP; u

DRCb

=

ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza għall-bucket b.

Taqsima 6

Piżijiet u korrelazzjonijiet tar-riskju

Subtaqsima 1

Piżijiet u korrelazzjonijiet tar-riskju delta

Artikolu 325ae

Piżijiet tar-riskju għar-riskju ġenerali taċ-ċaqliq fir-rati tal-imgħax

1.   Għal muniti mhux inklużi fl-iktar subkategorija likwida tal-muniti kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 325bd(7), il-piżijiet tar-riskju tas-sensittivitajiet għall-fatturi ta' riskju tar-rata mingħajr riskju għal kull bucket fit-Tabella 3 għandhom ikunu speċifikati skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 461a.

Tabella 3

Bucket

Maturità ta' (snin)

1

0,25

2

0,5

3

1

4

2

5

3

6

5

7

10

8

15

9

20

10

30

2.   Piż tar-riskju komuni kemm għas-sensitivitajiet kollha għall-fatturi tar-riskju tal-inflazzjoni kif ukoll għal dawk tal-bażi bejn il-muniti għandu jkun speċifikat fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 461a.

3.   Għall-muniti inklużi fl-iktar subkategorija likwida tal-muniti kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 325bd(7) u l-munita domestika tal-istituzzjoni, il-piżijiet tar-riskju tal-fatturi tar-riskju tar-rata mingħajr riskju għandhom ikunu l-piżijiet tar-riskju msemmija fit-Tabella 3 diviżi bi √2.

Artikolu 325af

Korrelazzjonijiet intrabucket għar-riskju ġenerali taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax

1.   Bejn żewġ sensitivitajiet ippeżati ta' fatturi tar-riskju ġenerali taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax WSk u WSl fi ħdan l-istess bucket, u bl-istess maturità assenjata iżda li tikkorrispondi għal kurvi differenti, il-korrelazzjoni ρkl għandha tiġi stabbilita għal 99,90 %.

2.   Bejn żewġ sensitivitajiet ippeżati ta' fatturi tar-riskju ġenerali taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax WSk u WSl fi ħdan l-istess bucket, li jikkorrispondu għall-istess kurva, iżda li jkollhom maturitajiet differenti, il-korrelazzjoni għandha tiġi stabbilita f'konformità mal-formula li ġejja:

Formula

fejn:

Tk (rispettivament Tl)

=

il-maturità li tirrelata għar-rata mingħajr riskju;

θ

=

3 %

3.   Bejn żewġ sensitivitajiet ippeżati ta' fatturi tar-riskju ġenerali taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax WSk u WSl fi ħdan l-istess bucket, li jikkorrispondu għal kurvi differenti u li jkollhom maturitajiet differenti, il-korrelazzjoni ρklgħandha tkun ugwali għall-parametru ta' korrelazzjoni speċifikat fil-paragrafu 2 multiplikat b'99.90 %.

4.   Bejn kwalunkwe sensittività ppeżata ta' fatturi tar-riskju ġenerali taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax WSk u kwalunkwe sensittività ppeżata ta' fatturi ta' riskju tal-inflazzjoni WSl, il-korrelazzjoni għandha tiġi stabbilita għal 40 %.

5.   Bejn kwalunkwe sensittività ppeżata ta' fatturi ta' riskju tal-bażi ta' bejn il-muniti WSk u kwalunkwe sensittività ppeżata partikolari ta' fatturi tar-riskju ġenerali taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax WSl, inkluż fattur ta' riskju ieħor tal-bażi ta' bejn il-muniti, il-korrelazzjoni għandha tiġi stabbilita għal 0 %.

Artikolu 325ag

Korrelazzjonijiet bejn buckets għar-riskju ġenerali taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax

1.   Il-parametru γbc = 50 % għandu jintuża biex jaggrega l-fatturi tar-riskju li jappartjenu għal buckets differenti.

2.   Il-parametru γbc = 80 % għandu jintuża biex jiġi aggregat fattur ta' riskju tar-rata tal-imgħax ibbażat fuq munita kif imsemmi fl-Artikolu 325av(3) u fattur ta' riskju tar-rata tal-imgħax ibbażat fuq l-ewro.

Artikolu 325ah

Piżijiet tar-riskju għar-riskju ta' firxiet tal-kreditu għan-nontitolizzazzjonijiet

1.   Il-piżijiet tar-riskju għas-sensittivitajiet għall-fatturi ta' riskju ta' firxa tal-kreditu (mhux titolizzazzjonijiet) għandhom ikunu l-istess għall-maturitajiet kollha (0.5 ta' sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin) f'kull bucket fit-Tabella 4:

Tabella 4

Numru tal-bucket

Kwalità tal-kreditu

Settur

Ponderazzjoni tar-riskju

(punti perċentwali)

1

Kollha

Il-gvern ċentrali, inkluż il-banek ċentrali, ta' Stat Membru

0,50 %

2

L-ewwel sat-tielet skala tal-kwalità tal-kreditu

Il-gvern ċentrali, inkluż il-banek ċentrali, ta' pajjiż terz, il-banek ta' żvilupp multilaterali u organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 117(2) jew fl-Artikolu 118

0,5 %

3

L-awtorità reġjonali jew lokali u l-entitajiet tas-settur pubbliku

1,0 %

4

L-entitajiet tas-settur finanzjarju inkluż l-istituzzjonijiet ta' kreditu inkorporati jew stabbiliti minn gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali u selliefa promozzjonali

5,0 %

5

Materjali bażiċi, enerġija, industrijali, agrikoltura, manifattura, xogħol fil-minjieri u fil-barrieri

3,0 %

6

Oġġetti tal-konsum u servizzi, trasport u ħżin, attivitajiet ta' servizz amministrattiv u ta' sostenn

3,0 %

7

Teknoloġija, telekomunikazzjonijiet

2,0 %

8

Kura tas-saħħa, utilitajiet, attivitajiet professjonali u tekniċi

1,5 %

9

Bonds koperti maħruġa minn istituzzjonijiet ta' kreditu fl-Istati Membri

1,0 %

11

Ir-raba' sas-sitt skala tal-kwalità tal-kreditu

Il-gvern ċentrali, inkluż il-banek ċentrali, ta' pajjiż terz, il-banek ta' żvilupp multilaterali u organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 117(2) jew fl-Artikolu 118

 

12

L-awtorità reġjonali jew lokali u l-entitajiet tas-settur pubbliku

4,0 %

13

L-entitajiet tas-settur finanzjarju inkluż l-istituzzjonijiet ta' kreditu inkorporati jew stabbiliti minn gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali u selliefa promozzjonali

12,0 %

14

Materjali bażiċi, enerġija, industrijali, agrikoltura, manifattura, xogħol fil-minjieri u fil-barrieri

7,0 %

15

Oġġetti tal-konsum u servizzi, trasport u ħżin, attivitajiet ta' servizz amministrattiv u ta' sostenn

8,5 %

16

Teknoloġija, telekomunikazzjonijiet

5,5 %

17

Kura tas-saħħa, utilitajiet, attivitajiet professjonali u tekniċi

5,0 %

18

Settur ieħor

12,0 %

2.   Biex jassenjaw skopertura għar-riskju fil-konfromt ta' settur, l-istituzzjonijiet għandhom jiddependu fuq klassifikazzjoni li tkun użata ta' spiss fis-suq għar-raggruppament ta' emittenti skont is-settur. L-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw kull emittent għal wieħed mill-buckets ta' settur fit-Tabella 4. L-iskoperturi għar-riskju minn kwalunkwe emittent li istituzzjoni ma tistax tassenja għal settur b'dan il-mod għandhom jiġu assenjati għall-bucket 18 fit-Tabella 4.

Artikolu 325ai

Korrelazzjonijiet intrabucket għar-riskju ta' firxiet tal-kreditu għan-nontitolizzazzjonijiet

1.   Il-parametru ta' korrelazzjoni ρkl bejn żewġ sensittivitajiet WSk u WSl fl-istess bucket għandu jiġi stabbilit kif ġej:

 

ρkl = ρkl (isem) · ρkl (maturità) · ρkl (bażi)

fejn

 

ρkl (isem) għandu jkun ugwali għal 1 fejn iż-żewġ ismijiet tas-sensitivitajiet k u l ikunu identiċi, f'każijiet oħra għandha tkun ugwali għal 35 %;

 

ρkl (maturità) għandu jkun ugwali għal 1 fejn iż-żewġ punti tas-sensitivitajiet k u l ikunu identiċi, f'każijiet oħra għandha tkun ugwali għal 65 %; u

 

ρkl (bażi) għandu jkun ugwali għal 1 fejn iż-żewġ sensitivitajiet ikunu relatati mal-istess kurvi, f'każijiet oħra għandha tkun ugwali għal 99,90 %.

2.   Il-parametri ta' korrelazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għall-bucket 18 imsemmi fit-Tabella 4 tal-Artikolu 325ah(1). Ir-rekwiżit kapitali għall-formula tal-aggregazzjoni tar-riskju delta fil-bucket 18 għandu jkun ugwali għas-somma tal-valuri assoluti tas-sensitivitajiet ippeżati netti allokati għal dak il-bucket:

Formula

Artikolu 325aj

Korrelazzjonijiet bejn il-buckets għar-riskju ta' firxiet tal-kreditu għan-nontitolizzazzjonijiet

Il-parametru ta' korrelazzjoni γbc li japplika għall-aggregazzjoni ta' sensitivitajiet bejn buckets differenti għandu jiġi stabbilit kif ġej:

 

γbc = γbc (klassifikazzjoni) · γbc (settur)

fejn:

 

γbc (klassifikazzjoni) ikun ugwali għal 1 fejn iż-żewġ buckets ikollhom l-istess kategorija ta' kwalità tal-kreditu (jew kwalità tal-kreditu mill-ewwel sat-tielet skala inkella kwalità tal-kreditu mir-raba' sas-sitt skala), f'każijiet oħra għandha tkun ugwali għal 50 %; għall-finijiet ta' dan il-kalkolu, il-bucket 1 għandu jiġi kkunsidrat bħala li jappartejni għall-istess kategorija ta' kwalità tal-kreditu bħall-buckets li għandhom kwalità tal-kreditu mill-ewwel sat-tielet skala; u

 

γbc (settur) għandu jkun ugwali għal 1 fejn iż-żewġ buckets jappartjenu għall-istess settur, u f'każijiet oħra ugwali għall-perċentwal korrispondenti stabbilita fit-Tabella 5:

Tabella 5

Bucket

1, 2 u 11

3 u 12

4 u 13

5 u 14

6 u 15

7 u 16

8 u 17

9

1,2 u 11

 

75 %

10 %

20 %

25 %

20 %

15 %

10 %

3 u 12

 

 

5 %

15 %

20 %

15 %

10 %

10 %

4 u 13

 

 

 

5 %

15 %

20 %

5 %

20 %

5 u 14

 

 

 

 

20 %

25 %

5 %

5 %

6 u 15

 

 

 

 

 

25 %

5 %

15 %

7 u 16

 

 

 

 

 

 

5 %

20 %

8 u 17

 

 

 

 

 

 

 

5 %

9

 

 

 

 

 

 

 

Artikolu 325ak

Piżijiet tar-riskju għal titolizzazzjonijiet tar-riskju ta' firxiet tal-kreditu inklużi fl-ACTP

Il-piżijiet tar-riskju għas-sensittivitajiet għall-fatturi ta' riskju ta' firxa tal-kreditu għal titolizzazzjonijiet inklużi fl-ACTP għandhom ikunu l-istess għall-maturitajiet kollha (0,5 ta' sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin) f'kull bucket u għandhom jiġu speċifikati għal kull bucket fit-Tabella 6 skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 461a:

Tabella 6

Numru tal-bucket

Kwalità tal-kreditu

Settur

1

Kollha

Il-gvern ċentrali, inkluż il-banek ċentrali, ta' Stati Membri

2

L-ewwel sat-tielet skala tal-kwalità tal-kreditu

Il-gvern ċentrali, inkluż il-banek ċentrali, ta' pajjiż terz, il-banek ta' żvilupp multilaterali u l-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikoli 117(2) jew fl-Artikolu 118

3

L-awtorità reġjonali jew lokali u l-entitajiet tas-settur pubbliku

4

L-entitajiet tas-settur finanzjarju inkluż l-istituzzjonijiet ta' kreditu inkorporati jew stabbiliti minn gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali u selliefa promozzjonali

5

Materjali bażiċi, enerġija, industrijali, agrikoltura, manifattura, xogħol fil-minjieri u fil-barrieri

6

Oġġetti tal-konsum u servizzi, trasport u ħżin, attivitajiet ta' servizz amministrattiv u ta' sostenn

7

Teknoloġija, telekomunikazzjonijiet

8

Kura tas-saħħa, utilitajiet, attivitajiet professjonali u tekniċi

9

Bonds koperti maħruġa minn istituzzjonijiet ta' kreditu fl-Istati Membri

10

Bonds koperti maħruġa minn istituzzjonijiet ta' kreditu f'pajjiżi terzi

11

Ir-raba' sas-sitt skala tal-kwalità tal-kreditu

Il-gvern ċentrali, inkluż il-banek ċentrali, ta' pajjiż terz, il-banek ta' żvilupp multilaterali u l-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikoli 117(2) jew fl-Artikolu 118

12

L-awtorità reġjonali jew lokali u l-entitajiet tas-settur pubbliku

13

L-entitajiet tas-settur finanzjarju inkluż l-istituzzjonijiet ta' kreditu inkorporati jew stabbiliti minn gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali u selliefa promozzjonali

14

Materjali bażiċi, enerġija, industrijali, agrikoltura, manifattura, xogħol fil-minjieri u fil-barrieri

15

 

Oġġetti tal-konsum u servizzi, trasport u ħżin, attivitajiet ta' servizz amministrattiv u ta' sostenn

16

Teknoloġija, telekomunikazzjonijiet

17

Kura tas-saħħa, utilitajiet, attivitajiet professjonali u tekniċi

18

Settur ieħor

Artikolu 325al

Korrelazzjonijiet għal titolizzazzjonijiet tar-riskju ta' firxiet tal-kreditu inklużi fl-ACTP

1.   Il-korrelazzjoni tar-riskju delta ρkl għandha tkun derivata f'konformità mal-Artikolu 325ai, ħlief li, għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, ρkl (bażi) għandu jkun ugwali għal 1 fejn iż-żewġ sensitivitajiet ikunu relatati mal-istess kurvi, f'każijiet oħra għandha tkun ugwali għal 99.00 %.

2.   Il-korrelazzjoni γbcc għandha tiġi derivata f'konformità mal-Artikolu 325aj.

Artikolu 325am

Piżijiet tar-riskju għal titolizzazzjonijiet tar-riskju ta' firxiet tal-kreditu mhux inklużi fl-ACTP

1.   Il-piżijiet tar-riskju għas-sensittivitajiet għall-fatturi ta' riskju tal-firxa tal-kreditu għal titolizzazzjoni mhux inkluża fl-ACTP għandhom ikunu l-istess għall-maturitajiet kollha (0,5 ta' sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin) f'kull bucket fit-Tabella 7 u għandhom jiġu speċifikati għal kull bucket fit-Tabella 7 skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 461a:

Tabella 7

Numru tal-bucket

Kwalità tal-kreditu

Settur

1

Superjuri u l-ewwel sat-tielet skala tal-Kwalità tal-kreditu

RMBS - Prima

2

RMBS - Nofs-Prima

3

RMBS - Sub-Prima

4

CMBS

5

Titoli garantiti b'assi (ABS) - Self għall-istudenti

6

ABS - Karti tal-kreditu

7

ABS - Karozzi

8

Obbligi kollateralizzati ta' self (CLO) mhux ACTP

9

Mhux superjuri u l-ewwel sat-tielet skala tal-Kwalità tal-kreditu

RMBS - Prima

10

RMBS - Nofs-Prima

11

RMBS - Sub-Prima

12

 

CMBS

13

ABS - Self lill-istudenti

14

ABS - Karti tal-kreditu

15

ABS - Karozzi

16

CLO mhux ACTP

17

Ir-raba' sas-sitt skala tal-kwalità tal-kreditu

RMBS - Prima

18

RMBS - Nofs-Prima

19

RMBS - Sub-Prima

20

CMBS

21

ABS - Self lill-istudenti

22

ABS - Karti tal-kreditu

23

ABS - Karozzi

24

CLO mhux ACTP

25

Settur ieħor

2.   Biex jassenjaw skopertura għar-riskju fil-konfromt ta' settur, l-istituzzjonijiet għandhom jiddependu fuq klassifikazzjoni li tkun użata ta' spiss fis-suq għar-raggruppament ta' emittenti skont is-settur. L-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw kull segment għal waħda mill-buckets tas-settur fit-Tabella 7. L-iskoperturi għar-riskju minn kwalunkwe segment li istituzzjoni ma tistax tassenja għal settur b'din il-manjiera għandhom jiġu assenjati għal bucket 25.

Artikolu 325an

Korrelazzjonijiet intrabucket għal titolizzazzjonijiet tar-riskju ta' firxiet tal-kreditu mhux inklużi fl-ACTP

1.   Bejn żewġ sensittivitajiet WSk u WSl fl-istess bucket, il-parametru ta' korrelazzjoni ρkl għandu jiġi stabbilit kif ġej:

 

ρkl = ρkl (segment) · ρkl (maturità) · ρkl (bażi)

fejn:

 

ρkl (segment) għandha tkun ugwali għal 1 fejn iż-żewġ ismijiet ta' sensitivitajiet k u l ikunu fl-istess bucket u huma relatati mal-istess segment ta' titolizzazzjoni (aktar minn 80 % ta' sovrapożizzjoni f'termini nozzjonali), f'każijiet oħra għandha tkun ugwali għal 40 %;

 

ρkl (maturità) għandu jkun ugwali għal 1 fejn iż-żewġ punti tas-sensitivitajiet k u l ikunu identiċi, f'każijiet oħra għandha tkun ugwali għal 80 %; u

 

ρkl (bażi) għandu jkun ugwali għal 1 fejn iż-żewġ sensitivitajiet ikunu relatati mal-istess kurvi, f'każijiet oħra għandha tkun ugwali għal 99,90 %.

2.   Il-parametri ta' korrelazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 m'għandhomx japplikaw għall-bucket 25 fit-Tabella 7 tal-Artikolu 325am(1). Ir-rekwiżit ta' fondi proprji għall-formula tal-aggregazzjoni tar-riskju delta fil-bucket 25 għandu jkun ugwali għas-somma tal-valuri assoluti tas-sensittivitajiet ippeżati netti allokati għal dak il-bucket:

Formula

Artikolu 325ao

Korrelazzjonijiet bejn il-buckets għal titolizzazzjonijiet tar-riskju ta' firxiet tal-kreditu mhux inklużi fl-ACTP

1.   Il-parametru ta' korrelazzjoni γbcgħandu japplika għall-aggregazzjoni ta' sensitivitajiet bejn buckets differenti u għandu jiġi stabbilit għal 0 %.

2.   Ir-rekwiżit ta' fondi proprji għall-bucket 25 għandu jiżdied mal-kapital globali tal-livell tal-klassi tar-riskju, bl-ebda diversifikazzjoni jew effetti ta' ħħeġġjar rikonoxxuti ma' kwalunkwe bucket ieħor.

Artikolu 325ap

Piżijiet tar-riskju għar-riskju tal-ekwità

1.   Il-piżijiet tar-riskju għas-sensitivitajiet għall-fatturi ta' riskju ta' ekwità u rata repo tal-ekwità għandhom ikunu speċifikati għal kull bucket fit-Tabella 8 skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 461a:

Tabella 8

Numru tal-bucket

Kapitalizzazzjoni tas-suq

Ekonomija

Settur

1

Kbira

Ekonomija tas-suq emerġenti

Oġġetti tal-konsum u servizzi, trasport u ħżin, attivitajiet ta' servizz amministrattiv u ta' sostenn, kura tas-saħħa, utilitajiet

2

Telekomunikazzjonijiet, industrijali

3

Materjal bażiku, enerġija, agrikoltura, manifattura, xogħol fil-minjieri u fil-barrieri

4

Finanzjarji inkluż finanzjarji appoġġati mill-gvern, attivitajiet fil-proprjetà immobbli, teknoloġija

5

Ekonomija avvanzata

Oġġetti tal-konsum u servizzi, trasport u ħżin, attivitajiet ta' servizz amministrattiv u ta' sostenn, kura tas-saħħa, utilitajiet

6

Telekomunikazzjonijiet, industrijali

7

Materjal bażiku, enerġija, agrikoltura, manifattura, xogħol fil-minjieri u fil-barrieri

8

Finanzjarji inkluż finanzjarji appoġġati mill-gvern, attivitajiet fil-proprjetà immobbli, teknoloġija

9

Żgħira

Ekonomija tas-suq emerġenti

Is-setturi kollha deskritti taħt il-buckets bin-numri 1, 2, 3 u 4

10

Ekonomija avvanzata

Is-setturi kollha deskritti taħt il-buckets bin-numri 5, 6, 7 u 8

11

Settur ieħor

2.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, dak li jikkostitwixxi kapitalizzazzjoni tas-suq żgħira u kbira għandu jiġi speċifikat fl-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-Artikolu 325bd(7).

3.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika x'jikkostitwixxi suq emerġenti u biex tispeċifika x'jikkostitwixxi ekonomija avvanzata.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2021.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

4.   Meta jassenjaw skopertura għar-riskju għal settur, l-istituzzjonijiet għandhom jiddependu fuq klassifikazzjoni użata b'mod komuni fis-suq għar-raggruppament ta' emittenti skont is-settur. L-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw kull emittent għal waħda mill-buckets tas-settur fit-Tabella 8 u għandhom jassenjaw l-emittenti kollha mill-istess industrija għall-istess settur. L-iskoperturi għar-riskju minn kwalunkwe emittent li istituzzjoni ma tistax tassenja għal settur b'dan il-mod għandhom jiġu assenjati għall-bucket 11 fit-Tabella 8. L-emittenti tal-ekwità multinazzjonali jew multisettorjali għandhom jiġu assenjati għal bucket partikolari fuq il-bażi tal-iktar reġjun u settur materjali li fih jopera l-emittent tal-ekwità.

Artikolu 325aq

Korrelazzjonijiet intrabucket għar-riskju tal-ekwità

1.   Il-parametru ta' korrelazzjoni tar-riskju delta ρkl bejn iż-żewġ sensitivitajiet WSk uWSl fl-istess bucket għandu jiġi stabbilit għal 99,90 % fejn waħda tkun sensittività għall-prezz spot ta' ekwità u l-oħra tkun sensittività għar-rata repo ta' ekwità, fejn it-tnejn ikunu relatati mal-istess isem l-emittent tal-ekwità.

2.   F'każijiet oħra ħlief il-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-parametru ta' korrelazzjoni ρkl bejn iż-żewġ sensitivitajiet WSk u WSl għall-prezz spot tal-ekwità fl-istess bucket għandu jiġi stabbilit kif ġej:

(a)

15 % bejn żewġ sensittivitajiet fl-istess bucket li jaqgħu fil-kategorija kapitalizzazzjoni tas-suq kbira, ekonomija ta' suq emerġenti (bucket numru 1, 2, 3 u 4);

(b)

25 % bejn żewġ sensittivitajiet fl-istess bucket li jaqgħu fil-kategorija kapitalizzazzjoni tas-suq kbira, ekonomija avvanzata (bucket numru 5, 6, 7 jew 8);

(c)

7,5 % bejn żewġ sensittivitajiet fl-istess bucket li jaqgħu fil-kategorija kapitalizzazzjoni tas-suq żgħira, ekonomija ta' suq emerġenti (bucket numru 9);

(d)

12,5 % bejn żewġ sensittivitajiet fl-istess bucket li jaqgħu fil-kategorija kapitalizzazzjoni tas-suq żgħira, ekonomija avvanzata (bucket numru 10).

3.   Il-parametru ta' korrelazzjoni ρkl bejn iż-żewġ sensittivitajiet WSk u WSl fl-istess bucket għandu jiġi stabbilit f'konformità mal-paragrafu 2.

4.   Bejn iż-żewġ sensittivitajiet WSk u WSl l-istess bucket fejn waħda tkun sensittività għal prezz spot tal-ekwità u l-oħra sensittività għal rata repo tal-ekwità u ż-żewġ sensitivitajiet jirrelataw ma' isem ta' emittent tal-ekwità differenti, il-parametru ta' korrelazzjoni ρkl għandu jiġi stabbilit fil-parametri ta' korrelazzjoni speċifikati fil-paragrafu 2, immultiplikat b'99,90 %.

5.   Il-parametri ta' korrelazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 m'għandhomx japplikaw għall-bucket 11. Ir-rekwiżit kapitali għall-formula tal-aggregazzjoni tar-riskju delta fi ħdan il-bucket 11 għandu jkun ugwali għas-somma tal-valuri assoluti tas-sensittivitajiet ippeżati netti allokati għal dak il-bucket:

Formula

Artikolu 325ar

Korrelazzjonijiet bejn buckets għar-riskju tal-ekwità

Il-parametru ta' korrelazzjoni γbc għandu japplika għall-aggregazzjoni ta' sensittivitajiet bejn buckets differenti. Huwa għandu jiġi stabbilit għal 15 % meta ż-żewġ buckets jaqgħu fi ħdan il-buckets 1 sa 10.

Artikolu 325as

Piżijiet tar-riskju għar-riskju tal-komoditajiet

Il-piżijiet tar-riskju għas-sensitivitajiet għall-fatturi ta' riskju tal-komoditajiet għandhom ikunu speċifikati għal kull bucket fit-Tabella 9 skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 461a:

Tabella 9

Numru tal-bucket

Isem tal-bucket

1

Enerġija - kombustibbli solidi

2

Enerġija - kombustibbli likwidi

3

Enerġija - elettriku u skambju tal-karbonju

4

Merkanzija

5

Metalli – mhux prezzjużi

6

Kombustibbli gassużi

7

Metalli prezzjużi (inkluż id-deheb)

8

Qmuħ u żrieragħ żejtnin

9

Bhejjem u prodotti tal-ħalib

10

Komoditajiet agrikoli bażiċi u agrikoli oħra

11

Komodità oħra

Artikolu 325at

Korrelazzjonijiet intrabucket għar-riskju tal-komoditajiet

1.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, kwalunkwe żewġ komoditajiet għandhom jitqiesu komoditajiet distinti meta fis-suq jeżistu żewġ kuntratti li huma differenzjati biss mill-komodità sottostanti li għandha titwassal skont kull kuntratt.

2.   Il-parametru ta' korrelazzjoni ρkl bejn żewġ sensittivitajiet WSk u WSl fl-istess bucket għandu jiġi stabbilit kif ġej:

 

ρkl = ρkl (komodità) · ρkl (maturità) · ρkl (bażi)

fejn:

 

ρkl (komodità) għandu jkun ugwali għal 1 fejn iż-żewġ komoditajiet tas-sensittivitajiet k u l ikunu identiċi, f'każijiet oħra għandu jkun ugwali għall-korrelazzjonijiet intrabucket fit-Tabella 10;

 

ρkl (maturità) għandu jkun ugwali għal 1 fejn iż-żewġ punti tas-sensitivitajiet k u l ikunu identiċi, f'każijiet oħra għandha tkun ugwali għal 99 %; u

 

ρkl (bażi) għandu jkun ugwali għal 1 fejn iż-żewġ sensitivitajiet ikunu identiċi fil-post ta' kunsinna ta' komodità, f'każijiet oħra għandu jkun ugwali għal 99,90 %.

3.   Il-korrelazzjonijiet intrabucket ρkl (komodità) huma:

Tabella 10

Numru tal-bucket

Isem tal-bucket

Korrelazzjoni

ρkl (komodità)

1

Enerġija - kombustibbli solidi

55 %

2

Enerġija - kombustibbli likwidi

95 %

3

Enerġija - elettriku u skambju tal-karbonju

40 %

4

Merkanzija

80 %

5

Metalli – mhux prezzjużi

60 %

6

Kombustibbli gassużi

65 %

7

Metalli prezzjużi (inkluż id-deheb)

55 %

8

Qmuħ u żrieragħ żejtnin

45 %

9

Bhejjem u prodotti tal-ħalib

15 %

10

Prodotti agrikoli bażiċi u komoditajiet agrikoli oħra

40 %

11

Komodità oħra

15 %

4.   Minkejja l-paragrafu 1, japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Żewġ fatturi tar-riskju li huma allokati għall-bucket 3 fit-Tabella 10 u li jikkonċernaw l-elettriku li huwa ġġenerat f'reġjuni differenti jew jiġi konsenjat f'perijodi differenti skont il-ftehim kuntrattwali għandhom jiġu kunsidrati bħala fatturi tar-riskju distinti tal-komoditajiet;

(b)

Żewġ fatturi tar-riskju li huma allokati għall-bucket 4 fit-Tabella 10 u li jikkonċernaw il-merkanzija fejn ir-rotta tal-merkanzija jew il-ġimgħa ta' konsenja għandhom jiġu kunsidrati bħala fatturi tar-riskju distinti tal-komoditajiet.

Artikolu 325au

Korrelazzjonijiet bejn buckets għar-riskju tal-komoditajiet

Il-parametru ta' korrelazzjoni γbc li japplika għall-aggregazzjoni ta' sensitivitajiet bejn buckets differenti għandu jiġi stabbilit għal:

(a)

20 % meta ż-żewġ buckets jaqgħu fi ħdan il-buckets 1 sa 10;

(b)

0 % meta jew wieħed jew l-ieħor miż-żewġ buckets ikun il-bucket numru 11.

Artikolu 325av

Piżijiet tar-riskju għar-riskju tal-kambju

1.   Il-piżijiet tar-riskju għas-sensitivitajiet kollha għall-fatturi ta' riskju tal-kambju għandhom ikunu speċifikati fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 461a.

2.   Il-piż tar-riskju tal-fatturi tar-riskju tal-kambju li jikkonċernaw muniti akkoppjati li jkunu komposti mill-euro u mill-munita ta' Stat Membru li qed jipparteċipa fit-tieni stadju tal-unjoni ekonomika u monetarja (ERM II) għandha tkun waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

il-ponderazzjoni tar-riskju msemmija fil-paragrafu 1, diviża bi 3;

(b)

il-fluttwazzjoni massima fil-faxxa ta' fluttwazzjoni li formalment intlaħaq qbil dwarha mill-Istati Membri u l-Bank Ċentrali Ewropew, jekk dik il-faxxa ta' fluttwazzjoni hija idjaq mill-faxxa ta' fluttwazzjoni definita skont l-ERM II.

3.   Minkejja l-paragrafu 2, il-ponderazzjoni tar-riskju tal-fatturi tar-riskju tal-kambju li jikkonċernaw il-muniti msemmija fil-paragrafu 2 li jipparteċipaw fl-ERM II b'faxxa ta' fluttwazzjoni li formalment intlaħaq qbil dwarha idjaq mill-faxxa standard ta' bejn wieħed u ieħor 15 % għandha tkun ugwali għall-fluttwazzjoni massima tal-perċentwal f'din il-faxxa idjaq.

4.   Il-piż tar-riskju tal-fatturi tar-riskju tal-kambju inklużi fl-iktar subkategorija likwida tal-muniti akkoppjati kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 325bd(7) għandha tkun il-ponderazzjoni tar-riskju msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu diviża bi √2.

5.   Fejn id-data ta' kuljum dwar ir-rata tal-kambju għat-tliet snin preċedenti turi li muniti akkoppjati magħmula mill-euro u munita li ma tkunx l-euro ta' Stat Membru jkunu kostanti u li l-istituzzjoni hija dejjem kapaċi tiffaċċa firxa offerta/talba ta' żero fuq in-negozju rispettiv relatat ma' dawk il-muniti akkoppjati, l-istituzzjoni tista' tapplika l-piż tar-riskju msemmi fil-paragrafu 1 diviż bi 2, sakemm din għandha l-permess espliċitu mill-awtorità kompetenti tagħha biex tagħmel dan.

Artikolu 325aw

Korrelazzjonijiet għar-riskju tal-kambju

Parametru ta' korrelazzjoni uniformi γbc ugwali għal 60 % għandu japplika għall-aggregazzjoni ta' sensitivitajiet għar-riskju tal-kambju.

Subtaqsima 2

Piżijiet u korrelazzjonijiet tar-riskju vega u ta' kurvatura

Artikolu 325ax

Piżijiet tar-riskju vega u ta' kurvatura

1.   Il-fatturi ta' riskju vega għandhom jużaw il-buckets delta msemmija fis-Subtaqsima 1.

2.   Il-piż tar-riskju għal fattur tar-riskju vega partikolari k għandu jiġi determinat bħala sehem tal-valur attwali ta' dak il-fattur tar-riskju k, li jirrappreżenta l-volatilità implikata ta' sottostanti, kif deskritt fit-Taqsima 3.

3.   Is-sehem imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jkun dipendenti fuq il-likwidità preżunta ta' kull tip ta' fattur tar-riskju f'konformità mal-formula li ġejja:

Formula

fejn:

 

RWk = il-piż tar-riskju għal fattur tar-riskju vega partikolari k;

 

RWσ għandha tiġi stabbilita għal 55 %; u

 

LHrisk class hija l-perijodu ta' likwidità regolatorju li għandu jiġi preskritt fid-determinazzjoni ta' kull fattur tar-riskju vega k. Il-perijodu LHrisk class huwa determinat f'konformità mat-tabella li ġejja:

Tabella 11

Klassi tar-riskju

LHklassi ta' riskju

GIRR

60

Nontitolizzazzjonijiet CSR

120

Titolizzazzjonijiet CSR (ACTP)

120

Titolizzazzjonijiet CSR (mhux ACTP)

120

Ekwità (suq kbir)

20

Ekwità (suq żgħir)

60

Komodità

120

Kambju

40

4.   Il-buckets użati fil-kuntest tar-riskju delta fis-Subtaqsima 1 għandhom jintużaw fil-kuntest tar-riskju ta' kurvatura sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'dan il-Kapitolu.

5.   Għall-fatturi ta' riskju tal-kambju u ta' kurvatura tal-ekwità, il-piżijiet tar-riskju ta' kurvatura għandhom ikunu ċaqliq relattiv ugwali għall-piżijiet tar-riskju delta msemmija fis-Subtaqsima 1.

6.   Għall-fatturi ta' riskju tar-rata tal-imgħax ġenerali, tal-firxa tal-kreditu u tal-komoditajiet, il-ponderazzjoni tar-riskju ta' kurvatura għandha tkun iċ-ċaqliq parallel tal-punti kollha għal kull kurva abbażi tal-ogħla ponderazzjoni tar-riskju delta msemmija fis-Subtaqsima 1 għall-klassi ta' riskju rilevanti.

Artikolu 325ay

Korrelazzjonijiet tar-riskju vega u ta' kurvatura

1.   Bejn is-sensittivitajiet tar-riskju vega fl-istess bucket tal-klassi tar-riskju ġenerali tar-rata ta' imgħax (GIRR), il-parametru ta' korrelazzjoni rkl għandu jiġi stabbilit kif ġej:

Formula

fejn:

 

Formula għandu jkun ugwali għal Formula fejn α għandu jiġi stabbilit għal 1 %, Tk u Tl għandhom ikunu ugwali għall-maturitajiet tal-opzjonijiet li għalihom ikunu derivati s-sensittivitajiet vega, espressi bħala numru ta' snin; u

 

Formula ikunu ugwali għal Formula, fejn α huwa stabbilit għal 1 %, Formula u Formula għandhom ikunu ugwali għall-maturitajiet tas-sottostanti tal-opzjonijiet li għalihom ikunu derivati s-sensittivitajiet vega, bit-tnaqqis tal-maturitajiet tal-opzjonijiet korrispondenti, espressi fiż-żewġ każijiet bħala numru ta' snin.

2.   Bejn is-sensittivitajiet tar-riskju vega fi ħdan bucket tal-klassijiet l-oħra ta' riskju, il-parametru ta' korrelazzjoni ρkl għandu jiġi stabbilit kif ġej:

Formula

fejn:

 

Formula għandu jkun ugwali għall-korrelazzjoni intrabucket delta li tikkorrispondi għall-bucket li għalih jiġu allokati l-fatturi ta' riskju vega k u l; u

 

Formula għandha tiġi stabbilita f'konformità mal-paragrafu 1.

3.   Fir-rigward tas-sensittivitajiet għar-riskju vega bejn buckets f'klassi ta' riskju (GIRR u mhux GIRR), l-istess parametri ta' korrelazzjoni għal γbc, kif speċifikat għall-korrelazzjonijiet delta għal kull klassi ta' riskju fit-Taqsima 4, għandhom jintużaw fil-kuntest tar-riskju vega.

4.   Ma għandu jkun hemm l-ebda diversifikazzjoni jew benefiċċju tal-iħħeġġjar rikonoxxut fl-approċċ standardizzat bejn il-fatturi ta' riskju vega u l-fatturi ta' riskju delta. L-imposti għar-riskju vega u l-imposti għar-riskju delta għandhom jiġu aggregati b'addizzjoni sempliċi.

5.   Il-korrelazzjonijiet tar-riskju ta' kurvatura għandhom ikunu l-kwadrat tal-korrelazzjonijiet tar-riskju delta korrispondenti ρkl u γbc imsemmi fis-Subtaqsima 1.

KAPITOLU 1b

Approċċ mudell intern alternattiv

Taqsima 1

Permess u rekwiżiti ta' fondi proprji

Artikolu 325az

Approċċ mudell intern alternattiv u permess għall-użu ta' mudelli interni alternattivi

1.   L-approċċ mudell intern alternattiv kif jinsab f'dan il-Kapitolu għandu jintuża biss għall-finijiet tar-rekwiżit ta' rappurtar stabbilit fl-Artikolu 430b(3).

2.   Wara li tiġi vverifikata l-konformità tal-istituzzjonijiet mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 325bh, 325bi u 325bj, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu permess lil dawk l-istituzzjonijiet biex jikkalkulaw ir-rekwiżiti tagħhom ta' fondi proprji għall-portafoll tal-pożizzjonijiet kollha assenjati lill-postijiet tan-negozjar billi jużaw il-mudelli interni alternattivi tagħhom skont l-Artikolu 325ba, sakemm jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

il-postijiet tan-negozjar ġew stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 104b;

(b)

l-istituzzjoni pprovdiet lill-awtorità kompetenti b'raġunament għall-inklużjoni tal-postijiet tan-negozjar fl-ambitu tal-approċċ mudell intern alternattiv.

(c)

il-postijiet tan-negozjar ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti tal-ittestjar retrospettiv imsemmija fl-Artikolu 325bf(3) għas-sena preċedenti;

(d)

l-istituzzjoni rrapportat lill-awtoritajiet kompetenti tagħha r-riżultati tar-rekwiżit tal-attribuzzjoni ta' profitti u telf (“attribuzzjoni P&L”) għall-postijiet tan-negozjar stabbilit fl-Artikolu 325bg;

(e)

għall-postijiet tan-negozjar li ġew assenjati mill-inqas waħda mill-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar imsemmija fl-Artikolu 325bl, il-postijiet tan-negozjar jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 325bm għall-mudell intern tar-riskju ta' inadempjenza;

(f)

ebda pożizzjoni ta' titolizzazzjoni jew rititolizzazzjoni ma ġiet assenjata lill-postijiet tan-negozjar.

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, in-nuqqas ta' inklużjoni tal-post tan-negozjar fl-ambitu tal-approċċ mudell intern alternattiv m'għandux ikun motivat mill-fatt li r-rekwiżit ta' fondi proprji kkalkulat skont l-approċċ standardizzat alternattiv stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 325(3) ikun inqas mir-rekwiżit ta' fondi proprji kkalkulat skont l-approċċ mudell intern alternattiv;

3.   L-istituzzjonijiet li rċevew il-permess biex jintuża l-approċċ mudell intern alternattivgħandhom jirrappurtaw lill-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-Artikolu 430b(3).

4.   Istituzzjoni li tkun ingħatat il-permess imsemmi fil-paragrafu 2 għandha immedjatament tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tagħha li wieħed mill-postijiet tan-negozjar tagħha ma għadux jissodisfa mill-inqas wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti f'dak il-paragrafu. Dik l-istituzzjoni m'għandhiex iktar titħalla tapplika dan il-Kapitolu għall-ebda waħda mill-pożizzjonijiet assenjati għal dak il-post tan-negozjar u għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq f'konformità mal-approċċ stabbilit fil-Kapitolu 1a għall-pożizzjonijiet kollha assenjati għal dak il-post tan-negozjar mill-iktar data tar-rappurtar kmieni u sakemm l-istituzzjoni turi lill-awtoritajiet kompetenti li l-post tan-negozjar jissodisfa mill-ġdid ir-rekwiżiti kollha stabbiliti fil-paragrafu 2.

5.   B'deroga mill-paragrafu 4, f'ċirkostanzi straordinarji l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lil istituzzjoni tkompli tuża l-mudelli interni alternattivi tagħha għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq ta' post tan-negozjar li ma jkunx għadu jissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u tal-Artikolu 325bg(1). Meta l-awtoritajiet kompetenti jeżerċitaw dik id-diskrezzjoni, għandhom jinnotifikaw lill-ABE u jissostanzjaw id-deċiżjoni tagħhom.

6.   Għal pożizzjonijiet assenjati għall-postijiet tan-negozjar li għalihom istituzzjoni ma tkunx ingħatat permess kif imsemmi fil-paragrafu 2, ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq għandhom jiġu kkalkulati minn dik l-istituzzjoni f'konformità mal-Kapitolu 1a ta' dan it-Titolu. Għall-finijiet ta' dak il-kalkolu, dawk il-pożizzjonijiet kollha għandhom jitqiesu fuq bażi awtonoma bħala portafoll separat.

7.   Bidliet materjali fl-użu ta' mudelli interni alternattivi li l-istituzzjoni tkun irċeviet permess li tuża, l-estensjoni tal-użu ta' mudelli interni alternattivi li l-istituzzjoni tkun irċeviet permess li tuża, u bidliet materjali fl-għażla mill-istituzzjoni tas-subsett tal-fatturi ta' riskju mudellabbli msemmija fl-Artikolu 325bc(2), għandhom jeħtieġu permess separat mill-awtoritajiet kompetenti tagħha.

L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti bl-estensjonijiet u l-bidliet l-oħra kollha fl-użu tal-mudelli interni alternattivi li għalihom l-istituzzjoni tkun irċeviet permess.

8.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

(a)

il-kondizzjonijiet għall-valutazzjoni tal-materjalità tal-estensjonijiet u l-bidliet fl-użu ta' mudelli interni alternattivi u bidliet fis-subsett tal-fatturi ta' riskju mudellabbli msemmija fl-Artikolu 325bc;

(b)

il-metodoloġija ta' valutazzjoni li biha l-awtoritajiet kompetenti jivverifikaw il-konformità ta' istituzzjoni mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 325bh, 325bi, 325bn, 325bo u 325bp.

L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2024.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

9.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika ċ-ċirkostanzi straordinarji li taħthom l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu istituzzjoni:

(a)

li tkompli tuża l-mudelli interni alternattivi tagħha għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq ta' post tan-negozjar li ma jkunx għadu jissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 325bg(1);

(b)

li tillimita s-suppliment għall-wieħed li jirriżulta mill-qabżiet fil-valur skont l-ittestjar retrospettiv tat-tibdil ipotetiku.

L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2024.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 325ba

Rekwiżiti ta' fondi proprji meta jintużaw mudelli interni alternattivi

1.   Istituzzjoni li tuża mudell intern alternattiv għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għall-portafoll tal-pożizzjonijiet kollha assenjati għall-postijiet tan-negozjar li għalihom l-istituzzjoni ngħatat permess kif imsemmi fl-Artikolu 325az(2) bħala l-ogħla minn dawn li ġejjin:

(a)

it-total tal-valuri li ġejjin:

(i)

il-miżura tar-riskju tan-nuqqas mistenni tal-ġurnata ta' qabel tal-istituzzjoni, ikkalkulata f'konformità mal-Artikolu 325bb (ESt-1), u

(ii)

il-miżura tar-riskju tax-xenarju ta' stress tal-ġurnata ta' qabel tal-istituzzjoni, ikkalkulata f'konformità mat-Taqsima 5 (SSt-1); jew

(b)

it-total tal-valuri li ġejjin:

(i)

il-medja tal-miżura tar-riskju tan-nuqqas mistenni ta' kuljum ta' istituzzjoni, ikkalkulata f'konformità mal-Artikolu 325bb għal kull waħda mis-sittin ġurnata tax-xogħol preċedenti (ESmedja), multiplikata bil-fattur ta' multiplikazzjoni (mc); u

(ii)

il-medja tal-miżura tar-riskju tax-xenarju ta' stress ta' kuljum ta' istituzzjoni kkalkulata f'konformità mat-Taqsima 5 għal kull waħda mis-sittin ġurnata tax-xogħol preċedenti (SSmedja).

2.   L-istituzzjonijiet li għandhom pożizzjonijiet fi strumenti ta' dejn u ekwità negozjati li jkunu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-mudell intern tar-riskju ta' inadempjenza u assenjati għall-postijiet tan-negozjar imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jissodisfaw rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali, espress bħala l-ogħla mill-valuri li ġejjin:

(a)

l-iktar rekwiżit reċenti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza, ikkalkulat f'konformità mat-Taqsima 3;

(b)

il-medja tal-ammont imsemmi fil-punt (a) matul it-12-il ġimgħa ta' qabel.

Taqsima 2

Rekwiżiti ġenerali

Artikolu 325bb

Miżura tar-riskju tan-nuqqas mistenni

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-miżura tar-riskju tan-nuqqas mistenni imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 325ba(1) għal kwalunkwe data partikolari “t” u għal kwalunkwe portafoll partikolari ta' pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar kif ġej:

Formula

fejn:

ESt

=

il-miżura tar-riskju tan-nuqqas mistenni;

i

=

l-indiċi li jindika l-ħames kategoriji wiesgħa ta' fatturi ta' riskju elenkati fl-ewwel kolonna tat-Tabella 2 tal-Artikolu 325bd;

UESt

=

il-miżura ta' nuqqas mistenni mingħajr restrizzjonijiet ikkalkulata kif ġej:

Formula

Formula

=

il-miżura ta' nuqqas mistenni mingħajr restrizzjonijiet għall-kategorija wiesgħa ta' fatturi ta' riskju i u kkalkulata kif ġej:

Formula

ρ

=

il-fattur ta' korrelazzjoni superviżorju fil-kategoriji wiesgħa tar-riskju; ρ = 50 %;

Formula

=

il-miżura tan-nuqqas parzjali mistenni li għandha tiġi kkalkulata għall-pożizzjonijiet kollha fil-portafoll f'konformità mal-Artikolu 325bc(2);

Formula

=

il-miżura tan-nuqqas parzjali mistenni li għandha tiġi kkalkulata għall-pożizzjonijiet kollha fil-portafoll f'konformità mal-Artikolu 325bc(3);

Formula

=

il-miżura tan-nuqqas parzjali mistenni li għandha tiġi kkalkulata għall-pożizzjonijiet kollha fil-portafoll f'konformità mal-Artikolu 325bc(4);

Formula

=

il-miżura tan-nuqqas parzjali mistenni għall-kategorija wiesgħa ta' fatturi ta' riskju i li għandha tiġi kkalkulata għall-pożizzjonijiet kollha fil-portafoll f'konformità mal-Artikolu 325bc(2);

Formula

=

il-miżura tan-nuqqas parzjali mistenni għall-kategorija wiesgħa ta' fatturi ta' riskju i li għandha tiġi kkalkulata għall-pożizzjonijiet kollha fil-portafoll f'konformità mal-Artikolu 325bc(3); u

Formula

=

il-miżura tan-nuqqas parzjali mistenni għall-kategorija wiesgħa ta' fatturi ta' riskju i li għandha tiġi kkalkulata għall-pożizzjonijiet kollha fil-portafoll f'konformità mal-Artikolu 325bc(4).

2.   L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw biss xenarji ta' xokkijiet futuri għas-sett speċifiku ta' fatturi ta' riskju mudellabbli applikabbli għall-miżura ta' kull nuqqas parzjali mistenni, kif stabbilit fl-Artikolu 325bc, meta jiddeterminaw il-miżura ta' kull nuqqas parzjali mistenni għall-kalkolu tal-miżura tar-riskju tan-nuqqas mistenni f'konformità mal-paragrafu 1.

3.   Meta tal-inqas tranżazzjoni waħda tal-portafoll ikollha tal-inqas fattur ta' riskju mudellabbli wieħed li jkun ġie kklassifikat għall-kategorija wiesgħa tal-fatturi ta' riskju i f'konformità mal-Artikolu 325bd, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-miżura ta' nuqqas mistenni mingħajr restrizzjonijiet għall-kategorija wiesgħa tal-fatturi ta' riskju i u jinkluduha fil-formula għall-miżura tar-riskju tan-nuqqas mistenni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

4.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, istituzzjoni tista' tnaqqas il-frekwenza ta' kalkolu tal-miżuri ta' nuqqas mistenni mingħajr restrizzjonijiet Formula u tal-miżuri tan-nuqqasijiet parzjali mistennija Formula, Formula u Formula għal kategoriji wiesgħa tal-fatturi ta' riskju i ta' kuljum għal kull ġimgħa, sakemm jiġu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-istituzzjoni tkun kapaċi turi lill-awtorità kompetenti tagħha li l-kalkolu tal-miżuri ta' nuqqas mistenni mingħajr restrizzjonijiet

Formula

ma jissottovalutax ir-riskju tas-suq tal-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar rilevanti;

(b)

l-istituzzjoni tkun tista' żżid il-frekwenza tal-kalkolu tal-

Formula

,

Formula

,

Formula

u

Formula

ta' kuljum għal kull ġimgħa fejn ikun mitlub mill-awtorità kompetenti tagħha.

Artikolu 325bc

Kalkoli tan-nuqqas parzjali mistenni

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-miżuri kollha tan-nuqqasijiet parzjali mistennija msemmija fl-Artikolu 325bb(1) kif ġej:

(a)

kalkoli ta' kuljum tal-miżuri tan-nuqqasijiet parzjali mistennija;

(b)

intervall ta' fiduċja unilaterali tas-97,5 perċentil;

(c)

għal portafoll partikolari ta' pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar, l-istituzzjoni għandha tikkalkula l-miżuri tan-nuqqas parzjali mistenni fiż-żmien 't' f'konformità mal-formula li ġejja:

Formula

fejn:

PESt

=

il-miżura tan-nuqqas parzjali mistenni fiż-żmien t;

j

=

l-indiċi li jindika l-ħames perijodi ta' likwidità elenkati fl-ewwel kolonna tat-Tabella 1;

LHj

=

it-tul tal-perijodi ta' likwidità j kif espressi fi ġranet fit-Tabella 1;

T

=

il-perijodu ta' żmien bażi, fejn T= 10 ijiem;

PESt(T)

=

il-miżura tan-nuqqas parzjali mistenni li hija determinata bl-applikazzjoni ta' xenarji ta' xokkijiet futuri b'perijodu ta' żmien ta' 10 ijiem biss għas-sett speċifiku ta' fatturi ta' riskju mudellabbli tal-pożizzjonijiet fil-portafoll stabbiliti fil-paragrafi 2, 3 u 4 għal kull miżura tan-nuqqas parzjali mistenni msemmi fl-Artikolu 325bb(1); u

PESt(T, j)

=

il-miżura tan-nuqqas parzjali mistenni li hija determinata bl-applikazzjoni ta' xenarji ta' xokkijiet futuri b'perijodu ta' żmien ta' 10 ijiem biss għas-sett speċifiku ta' fatturi ta' riskju mudellabbli tal-pożizzjonijiet fil-portafoll stabbiliti fil-paragrafi 2, 3 u 4 għal kull miżura tan-nuqqas parzjali mistenni msemmija fl-Artikolu 325bb(1) u li l-perijodu ta' likwidità effettiv tagħha, kif determinat f'konformità mal-Artikolu 325bd(2), huwa ugwali għal jew itwal minn LHj.

Tabella 1

Perijodu ta' likwidità j

Tul tal-perijodu ta' likwidità j

(fi ġranet)

1

10

2

20

3

40

4

60

5

120

2.   Għall-finijiet tal-kalkolu tal-miżuri tan-nuqqas parzjali mistenni Formula u Formula imsemmija fl-Artikolu 325bb(1), flimkien mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

fil-kalkolu tal-

Formula

, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw biss xenarji ta' xokkijiet futuri għal subsett tal-fatturi ta' riskju mudellabbli tal-pożizzjonijiet fil-portafoll li jkun intgħażel mill-istituzzjoni, għas-sodisfazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, sabiex il-kondizzjoni li ġejja tiġi sodisfatta bis-somma meħuda mis-60 ġurnata tax-xogħol preċedenti:Formula

Istituzzjoni li ma tibqax tissodisfa r-rekwiżit imsemmi fl-ewwel paragrafu ta' dan il-punt għandha immedjatament tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tagħha u għandha taġġorna s-subsett tal-fatturi ta' riskju mudellabbli fi żmien ġimagħtejn sabiex tissodisfa dak ir-rekwiżit; meta, wara ġimagħtejn, dik l-istituzzjoni tkun naqset li tissodisfa dak ir-rekwiżit, l-istituzzjoni għandha tmur lura għall-approċċ stabbilit fil-Kapitolu 1a biex tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq għal xi postijiet tan-negozjar, sakemm dik l-istituzzjoni tkun tista' turi lill-awtorità kompetenti li qed tissodisfa r-rekwiżit stabbilit fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt;

(b)

fil-kalkolu tal-

Formula

, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw biss xenarji ta' xokkijiet futuri għas-subsett tal-fatturi ta' riskju mudellabbli tal-pożizzjonijiet fil-portafoll magħżul mill-istituzzjoni għall-finijiet tal-punt (a) ta' dan il-paragrafu u li jkunu ġew ikklassifikati għall-kategorija wiesgħa ta' fatturi ta' riskju i f'konformità mal-Artikolu 325bd;

(c)

l-inputs tad-data użati biex jiġu ddeterminati x-xenarji ta' xokkijiet futuri applikati għall-fatturi ta' riskju mudellabbli msemmija fil-punti (a) u (b) għandhom jiġu kkalibrati għad-data storika minn perijodu kontinwu ta' 12-il xahar ta' stress finanzjarju li għandu jiġi identifikat mill-istituzzjoni sabiex jiġi mmassimizzat il-valur tal-

Formula

. Għall-fini tal-identifikazzjoni ta' dak il-perijodu ta' stress, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw perijodu ta' osservazzjoni li jibda mill-inqas mill-1 ta' Jannar 2007, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti; u

(d)

l-inputs tad-data tal-

Formula

għandhom jiġu kkalibrati għall-perijodu ta' stress ta' 12-il xahar li jkun ġie identifikat mill-istituzzjoni għall-finijiet tal-punt (c).

3.   Għall-fini tal-kalkolu tal-miżuri tan-nuqqasijiet parzjali mistennija Formula u Formula imsemmija fl-Artikolu 325bb(1), l-istituzzjonijiet għandhom, flimkien mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

fil-kalkolu tal-

Formula

, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw biss xenarji ta' xokkijiet futuri għas-subsett tal-fatturi ta' riskju mudellabbli tal-pożizzjonijiet fil-portafoll imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2;

(b)

fil-kalkolu tal-

Formula

, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw biss xenarji ta' xokkijiet futuri għas-subsett ta' fatturi ta' riskju mudellabbli ta' pożizzjonijiet fil-portafoll imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2;

(c)

l-inputs tad-data użati biex jiġu ddeterminati x-xenarji ta' xokkijiet futuri applikati għall-fatturi ta' riskju mudellabbli msemmija fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu għandhom jiġu kkalibrati għal data storika msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 4. Dik id-data għandha tiġi aġġornata mill-inqas fuq bażi ta' kull xahar.

4.   Għall-fini tal-kalkolu tal-miżuri tan-nuqqasijiet parzjali mistennija Formula u Formula imsemmija fl-Artikolu 325bb(1), l-istituzzjonijiet għandhom, flimkien mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

fil-kalkolu tal-

Formula

, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw xenarji ta' xokkijiet futuri għall-fatturi ta' riskju mudellabbli kollha tal-pożizzjonijiet fil-portafoll;

(b)

fil-kalkolu tal-

Formula

, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw xenarji ta' xokkijiet futuri għall-fatturi ta' riskju mudellabbli kollha ta' pożizzjonijiet fil-portafoll li jkunu ġew ikklassifikati għall-kategorija wiesgħa ta' fatturi ta' riskju i f'konformità mal-Artikolu 325bd;

(c)

l-inputs tad-data użati biex jiġu ddeterminati x-xenarji ta' xokkijiet futuri applikati għall-fatturi ta' riskju mudellabbli msemmija fil-punti (a) u (b) għandhom jiġu kkalibrati għad-data storika mill-perijodu ta' 12-il xahar preċedenti; meta jkun hemm żieda f'daqqa sinifikanti fil-volatilità tal-prezz ta' numru materjali ta' fatturi ta' riskju mudellabbli ta' portafoll ta' istituzzjoni li mhumiex fis-subsett tal-fatturi ta' riskju msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu istituzzjoni tuża data storika għal perijodu iqsar mit-12-il xahar preċedenti, iżda tali perijodu iqsar m'għandux ikun iqsar mis-sitt xhur preċedenti; l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ABE bi kwalunkwe deċiżjoni li teħtieġ li istituzzjoni tuża data storika minn perijodu iqsar minn 12-il xahar u għandhom jissostanzjaw dik id-deċiżjoni.

5.   Għall-kalkolu ta' miżura partikolari ta' nuqqas parzjali mistenni msemmija fl-Artikolu 325bb(1), l-istituzzjonijiet għandhom iżommu l-valuri tal-fatturi ta' riskju mudellabbli li għalihom ma kinux meħtieġa li japplikaw xenarji ta' xokkijiet futuri għal dik il-miżura ta' nuqqas parzjali mistenni skont il-paragrafi 2, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 325bd

Perijodi ta' likwidità

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jikklassifikaw kull fattur ta' riskju ta' pożizzjonijiet assenjati għall-postijiet ta' negozjar li għalihom ikunu ngħataw permess kif imsemmi fl-Artikolu 325az(2), jew li għalihom ikunu fil-proċess li jingħataw dan il-permess, għal waħda mill-kategoriji wiesgħa ta' fatturi ta' riskju elenkati fit-Tabella 2 u għal waħda mis-subkategoriji wiesgħa ta' fatturi ta' riskju elenkati f'dik it-Tabella.

2.   Il-perijodu ta' likwidità ta' fattur ta' riskju tal-pożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun il-perijodu ta' likwidità tas-subkategorija wiesgħa korrispondenti ta' fatturi ta' riskju li għalihom ikun ġie kklassifikat.

3.   B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, għal post tan-negozjar partikolari, istituzzjoni tista' tiddeċiedi li tissostitwixxi l-perijodu ta' likwidità ta' subkategorija wiesgħa ta' fatturi ta' riskju elenkata fit-Tabella 2 ta' dan l-Artikolu b'wieħed mill-perijodi itwal ta' likwidità elenkati fit-Tabella 1 tal-Artikolu 325bc. Meta istituzzjoni tieħu din id-deċiżjoni, il-perijodu ta' likwidità itwal għandu japplika għall-fatturi ta' riskju mudellabbli kollha tal-pożizzjonijiet assenjati għal dak il-post tan-negozjar li jkun ġie kklassifikat għal dik is-subkategorija wiesgħa ta' fatturi ta' riskju għall-fini tal-kalkolu tal-miżuri ta' nuqqas parzjali mistenni f'konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 325bc(1).

Istituzzjoni għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti bil-postijiet tan-negozjar u s-subkategoriji wiesgħa ta' fatturi ta' riskju li għalihom tiddeċiedi li tapplika t-trattament imsemmi fl-ewwel subparagrafu.

4.   Għall-fini tal-kalkolu tal-valuri tal-miżuri tan-nuqqasijiet parzjali mistennija f'konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 325bc(1), il-perijodu ta' likwidità effettiv ta' fattur ta' riskju mudellabbli partikolari ta' pożizzjoni partikolari fil-portafoll tan-negozjar għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

EffectiveLH =

 

SubCatLH if Mat > LH5

min (SubCatLH, minj{LHj/LHj ≥ Mat}) if LH1 ≤ Mat ≤ LH5

LH1 if Mat < LH1

fejn:

EffectiveLH

=

il-perijodu ta' likwidità effettiv;

Mat

=

il-maturità tal-pożizzjoni fil-portafoll tan-negozjar;

SubCatLH

=

it-tul tal-perijodu ta' likwidità tal-fattur ta' riskju mudellabbli ddeterminat f'konformità mal-paragrafu 1; u

minj {LHj/LHj ≥ Mat}

=

it-tul ta' wieħed mill-perijodi ta' likwidità elenkati fit-Tabella 1 tal-Artikolu 325bc li huwa l-eqreb perijodu ta' likwidità li jaqbeż il-maturità tal-pożizzjoni fil-portafoll tan-negozjar.

5.   Muniti akkoppjati li jkunu komposti mill-euro u l-munita ta' Stat Membru li qed jipparteċipa fl-ERM II għandhom jiġu inklużi fl-iktar subkategorija likwida tal-muniti akkoppjati tal-kategorija wiesgħa ta' fatturi ta' riskju tal-kambju tat-Tabella 2.

6.   Istituzzjoni għandha tivverifika l-adegwatezza tal-immappjar imsemmi fil-paragrafu 1 tal-inqas fuq bażi ta' kull xahar.

7.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

(a)

kif l-istituzzjonijiet għandhom jikklassifikaw il-fatturi ta' riskju tal-pożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għal kategoriji wiesgħa ta' fatturi ta' riskju u subkategoriji wiesgħa ta' fatturi ta' riskju għall-finijiet tal-paragrafu 1;

(b)

liema muniti jikkostitwixxu l-iktar subkategorija likwida tal-muniti tal-kategorija wiesgħa ta' fatturi ta' riskju tar-rati tal-imgħax tat-Tabella 2;

(c)

liema muniti akkoppjati jikkostitwixxu l-iktar subkategorija likwida tal-muniti akkoppjati tal-kategorija wiesgħa ta' fatturi ta' riskju tal-kambju tat-Tabella 2;

(d)

id-definizzjonijiet ta' kapitalizzazzjoni tas-suq żgħira u kapitalizzazzjoni tas-suq kbira għall-finijiet tas-subkategorija tal-prezz tal-ekwità u tal-volatilità tal-kategorija wiesgħa ta' fatturi ta' riskju tal-ekwità tat-Tabella 2.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Marzu 2020.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Tabella 2

Kategoriji wiesgħa ta' fatturi ta' riskju

Subkategoriji wiesgħa ta' fatturi ta' riskju

Perijodi ta' likwidità

Tul tal-perijodu ta' likwidità (fi ġranet)

Rata tal-imgħax

L-iktar muniti likwidi u l-munita lokali

1

10

Muniti oħrajn (bl-esklużjoni tal-iktar muniti likwidi)

2

20

Volatilità

4

60

Tipi oħra

4

60

Firxa tal-kreditu

Il-gvern ċentrali, inkluż il-banek ċentrali, ta' Stati Membri

2

20

Bonds koperti maħruġa minn istituzzjonijiet ta' kreditu fi Stati Membri (Grad ta' Investiment)

2

20

Sovran (Grad ta' investiment)

2

20

Sovran (Rendiment għoli)

3

40

Kumpanniji (Grad ta' investiment)

3

40

Kumpanniji (Rendiment għoli)

4

60

Volatilità

5

120

Tipi oħra

5

120

Ekwità

Prezz tal-ekwità (Kapitalizzazzjoni tas-suq kbira)

1

10

Prezz tal-ekwità (Kapitalizzazzjoni tas-suq żgħira)

2

20

Volatilità (Kapitalizzazzjoni tas-suq kbira)

2

20

Volatilità (Kapitalizzazzjoni tas-suq żgħira)

4

60

Tipi oħra

4

60

Kambju

L-iktar muniti akkoppjati likwidi

1

10

Muniti oħra akkoppjati (bl-esklużjoni tal-iktar muniti akkoppjati likwidi)

2

20

Volatilità

3

40

Tipi oħra

3

40

Komodità

Prezz tal-enerġija u prezz tal-emissjonijiet tal-karbonju

2

20

Prezz tal-metall prezzjuż u prezz tal-metall mhux ferruż

2

20

Prezzijiet oħra ta' komoditajiet (bl-esklużjoni tal-prezz tal-enerġija, il-prezz tal-emissjonijiet tal-karbonju, il-prezz tal-metall prezzjuż u l-prezz tal-metall mhux ferruż)

4

60

Volatilità tal-enerġija u volatilità tal-emissjonijiet tal-karbonju

4

60

Volatilità tal-metall prezzjuż u volatilità tal-metall mhux ferruż

4

60

Volatilitajiet oħra ta' komoditajiet (bl-esklużjoni tal-volatilità tal-enerġija, il-volatilità tal-emissjonijiet tal-karbonju, il-volatilità tal-metall prezzjuż u l-volatilità tal-metall mhux ferruż)

5

120

Tipi oħra

5

120

Artikolu 325be

Valutazzjoni tal-mudellabbiltà tal-fatturi ta' riskju

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw, il-mudellabbiltà tal-fatturi kollha ta' riskju tal-pożizzjonijiet assenjati għall-postijiet ta' negozjar li għalihom ikunu ngħataw il-permess imsemmi fl-Artikolu 325az(2) jew ikunu fil-proċess li jingħataw dak il-permess.

2.   Bħala parti mill-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq f'konformità mal-Artikolu 325bk għal dawk il-fatturi ta' riskju li mhumiex mudellabbli.

3.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kriterji biex jiġi vvalutat il-mudellabbiltà ta' fatturi tar-riskju f'konformità mal-paragrafu 1 u biex tispeċifika l-frekwenza ta' dik il-valutazzjoni.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Marzu 2020.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 325bf

Rekwiżiti tal-ittestjar retrospettiv regolatorju u fatturi ta' multiplikazzjoni

1.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, “qabża fil-valur” tfisser bidla ta' ġurnata fil-valur ta' portafoll magħmul mill-pożizzjonijiet kollha assenjati għall-post tan-negozjar li jaqbeż in-numru tal-valur fir-riskju relatat ikkalkulat abbażi tal-mudell intern alternattiv tal-istituzzjoni f'konformità mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

il-kalkolu tal-valur fir-riskju għandu jkun soġġett għal perijodu ta' żamma ta' ġurnata waħda;

(b)

xenarji ta' xokkijiet futuri għandhom japplikaw għall-fatturi ta' riskju tal-pożizzjonijiet tal-post tan-negozjar imsemmija fl-Artikolu 325bg(3) u li jitqiesu mudellabbli f'konformità mal-Artikolu 325be;

(c)

inputs tad-data użati biex jiġu determinati x-xenarji ta' xokkijiet futuri applikati għall-fatturi ta' riskju mudellabbli għandhom jiġu kkalibrati għal data storika msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 325bc(4);

(d)

sakemm mhux iddikjarat mod ieħor f'dan l-Artikolu, il-mudell intern alternattiv tal-istituzzjoni għandu jkun ibbażat fuq l-istess suppożizzjonijiet ta' mudellar bħal dawk użati għall-kalkolu tal-miżura ta' riskju ta' nuqqas mistenni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 325ba(1).

2.   L-istituzzjonijiet għandhom jgħoddu l-qabżiet fil-valur ta' kuljum fuq il-bażi tal-ittestjar retrospettiv tat-tibdil ipotetiku u attwali fil-valur tal-portafoll magħmul mill-pożizzjonijiet kollha assenjati għall-post tan-negozjar.

3.   Il-post tan-negozjar ta' istituzzjoni għandu jitqies li jissodisfa r-rekwiżiti tal-ittestjar retrospettiv fejn in-numru ta' qabżiet fil-valur għal dak il-post tan-negozjar li seħħew matul l-iktar 250 ġurnata tax-xogħol reċenti ma jaqbiżx l-ebda waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

12-il qabża fil-valur għan-numru tal-valur fir-riskju, ikkalkulati f'intervall ta' fiduċja unilaterali tad-99 perċentil fuq il-bażi tal-ittestjar retrospettiv tat-tibdil ipotetiku fil-valur tal-portafoll;

(b)

12-il qabża fil-valur għan-numru tal-valur fir-riskju, ikkalkulati f'intervall ta' fiduċja unilaterali tad-99 perċentil fuq il-bażi tal-ittestjar retrospettiv tat-tibdil reali fil-valur tal-portafoll;

(c)

30 qabża fil-valur għan-numru tal-valur fir-riskju, ikkalkulati f'intervall ta' fiduċja unilaterali tas-97,5 perċentil fuq il-bażi tal-ittestjar retrospettiv tat-tibdil ipotetiku fil-valur tal-portafoll;

(d)

30 qabża fil-valur għan-numru tal-valur fir-riskju, ikkalkulati f'intervall ta' fiduċja unilaterali tas-97,5 perċentil fuq il-bażi tal-ittestjar retrospettiv tat-tibdil reali fil-valur tal-portafoll.

4.   L-istituzzjonijiet għandhom jgħoddu l-qabżiet fil-valur ta' kuljum f'konformità ma' dan li ġej:

(a)

l-ittestjar retrospettiv ta' tibdil ipotetiku fil-valur tal-portafoll għandu jkun ibbażat fuq tqabbil bejn il-valur fi tmiem il-ġurnata tal-portafoll u, bis-suppożizzjoni li l-pożizzjonijiet ma jinbidlux, il-valur tal-portafoll fi tmiem il-ġurnata sussegwenti;

(b)

l-ittestjar retrospettiv tat-tibdil reali fil-valur tal-portafoll għandu jkun ibbażat fuq tqabbil bejn il-valur fi tmiem il-ġurnata tal-portafoll u l-valur attwali tiegħu fi tmiem il-ġurnata sussegwenti, bl-esklużjoni ta' tariffi u kummissjonijiet;

(c)

għandha tingħadd qabża fil-valur għal kull ġurnata tax-xogħol li għaliha l-istituzzjoni ma tkunx tista' tivvaluta l-valur tal-portafoll jew ma tkunx tista' tikkalkula n-numru tal-valur fir-riskju msemmi fil-paragrafu 3;

5.   Istituzzjoni għandha tikkalkula, f'konformità mal-paragrafi 6 u 7 ta' dan l-Artikolu, il-fattur tal-multiplikazzjoni (mc) imsemmi fl-Artikolu 325ba għall-portafoll tal-pożizzjonijiet kollha assenjati għall-postijiet tan-negozjar li għalihom tkun ingħatat permess biex tuża mudelli interni alternattivi msemmija fl-Artikolu 325az(2).

6.   Il-fattur ta' multiplikazzjoni (mc) għandu jkun is-somma tal-valur ta' 1,5 u suppliment bejn 0 u 0,5 f'konformità mat-Tabella 3. Għall-portafoll imsemmi fil-paragrafu 5, dan is-suppliment għandu jiġi kkalkulat abbażi tan-numru ta' qabżiet fil-valur li jkunu seħħew matul l-iktar 250 ġurnata tax-xogħol reċenti kif evidenzjat mill-ittestjar retrospettiv tal-istituzzjoni tan-numru tal-valur fir-riskju kkalkulat f'konformità mal-punt (a) ta' dan is-subparagrafu. Il-kalkolu tas-suppliment għandu jkun soġġett għar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

qabża fil-valur għandha tkun bidla f'ġurnata waħda fil-valur tal-portafoll li taqbeż in-numru tal-valur fir-riskju relatat ikkalkulat permezz tal-mudell intern tal-istituzzjoni f'konformità ma' dawn li ġejjin:

(i)

perijodu ta' żamma ta' ġurnata waħda;

(ii)

intervall ta' fiduċja unilaterali tad-99 perċentil;

(iii)

xenarji ta' xokkijiet futuri għandhom japplikaw għall-fatturi ta' riskju tal-pożizzjonijiet tal-postijiet tan-negozjar imsemmija fl-Artikolu 325bg(3) u li jitqiesu mudellabbli f'konformità mal-Artikolu 325be;

(iv)

l-inputs tad-data użati biex jiġu determinati x-xenarji ta' xokkijiet futuri applikati għall-fatturi ta' riskju mudellabbli għandhom jiġu kkalibrati mad-data storika msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 325bc(4);

(v)

sakemm mhux iddikjarat mod ieħor f'dan l-Artikolu, il-mudell intern tal-istituzzjoni għandu jkun ibbażat fuq l-istess suppożizzjonijiet ta' mudellar bħal dawk użati għall-kalkolu tal-miżura ta' riskju ta' nuqqas mistenni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 325ba(1);

(b)

in-numru ta' qabżiet fil-valur għandu jkun ugwali għall-akbar min-numru ta' qabżiet fil-valur taħt it-tibdiliet ipotetiċi u reali fil-valur tal-portafoll.

Tabella 3

Numru ta' qabżiet fil-valur

Suppliment

Inqas minn 5

0,00

5

0,20

6

0,26

7

0,33

8

0,38

9

0,42

Iktar minn 9

0,50

F'ċirkostanzi straordinarji, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jillimitaw is-suppliment għal dak li jirriżulta mill-qabżiet fil-valur taħt l-ittestjar retrospettiv ta' tibdil ipotetiku fejn in-numru tal-qabżiet fil-valur taħt l-ittestjar retrospettiv ta' tibdil attwali ma jirriżultax min-nuqqasijiet fil-mudell intern.

7.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmonitorjaw l-adegwatezza tal-fattur ta' multiplikazzjoni msemmi fil-paragrafu 5 u l-konformità tal-postijiet tan-negozjar mar-rekwiżiti tal-ittestjar retrospettiv imsemmi fil-paragrafu 3. L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw minnufih, lill-awtoritajiet kompetenti dwar il-qabżiet fil-valur li jirriżultaw mill-programm tagħhom ta' ttestjar retrospettiv u jipprovdu spjega għal dawk il-qabżiet fil-valur, u fi kwalunkwe każ għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti b'dan mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol wara li sseħħ il-qabża fil-valur.

8.   Permezz ta' deroga mill-paragrafi 2 u 6 ta' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li istituzzjoni ma tgħoddx qabża tal-valur meta bidla ta' ġurnata fil-valur tal-portafoll tagħha li jaqbeż in-numru tal-valur fir-riskju relatat ikkalkulat permezz tal-mudell intern ta' dik l-istituzzjoni tkun attribwibbli għal fattur ta' riskju mhux mudellabbli. Biex tagħmel dan, l-istituzzjoni għandha turi lill-awtorità kompetenti tagħha li l-miżura ta' riskju tax-xenarju ta' stress ikkalkulata f'konformità mal-Artikolu 325bk għal dan il-fattur tar-riskju mhux mudellabbli hija ogħla mid-differenza pożittiva bejn il-bidla fil-valur tal-portafoll tal-istituzzjoni u n-numru tal-valur fir-riskju relatat.

9.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-elementi tekniċi li għandhom jiġu inklużi fit-tibdil reali u ipotetiku fil-valur tal-portafoll ta' istituzzjoni għall-finijiet ta' dan l-Artikolu.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Marzu 2020.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 325bg

Rekwiżit ta' attribuzzjoni ta' profitti u telf

1.   Il-post tan-negozjar ta' istituzzjoni jissodisfa r-rekwiżiti tal-attribuzzjoni ta' P&L meta dak il-post tan-negozjar jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Ir-rekwiżit tal-attribuzzjoni P&L għandu jiżgura li t-tibdiliet teoretiċi fil-valur tal-portafoll tal-post tan-negozjar, fuq il-bażi tal-mudell tal-kejl tar-riskju tal-istituzzjoni, ikunu qrib biżżejjed għat-tibdiliet ipotetiċi fil-valur tal-portafoll tal-post tan-negozjar, fuq il-bażi tal-mudell tal-ipprezzar tal-istituzzjoni.

3.   Għal kull pożizzjoni ta' post tan-negozjar partikolari, il-konformità ta' istituzzjoni mar-rekwiżit tal-attribuzzjoni P&L għandha twassal għall-identifikazzjoni ta' lista preċiża ta' fatturi ta' riskju li jitqiesu adatti għall-verifika tal-konformità tal-istituzzjoni mar-rekwiżit tal-ittestjar retrospettiv stabbilit fl-Artikolu 325bf.

4.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

(a)

il-kriterji meħtieġa biex jiżguraw li t-tibdiliet teoretiċi fil-valur tal-portafoll tal-post tan-negozjar jkunu qrib biżżejjed għat-tibdiliet ipotetiċi fil-valur tal-portafoll tal-post tan-negozjar għall-finijiet tal-paragrafu 2, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi regolatorji internazzjonali;

(b)

il-konsegwenzi għal istituzzjoni f'każ li t-tibdiliet teoretiċi fil-valur tal-portafoll tal-post tan-negozjar ma jkunux qrib biżżejjed għat-tibdiliet ipotetiċi fil-valur tal-portafoll tal-post tan-negozjar għall-finijiet tal-paragrafu 2;

(c)

il-frekwenza li biha l-attribuzzjoni tal-P&L għandha titwettaq minn istituzzjoni;

(d)

l-elementi tekniċi li għandhom jiġu inklużi fit-tibdiliet teoretiċi u ipotetiċi fil-valur tal-portafoll ta' post tan-negozjar għall-finijiet ta' dan l-Artikolu;

(e)

il-manjiera li biha l-istituzzjonijiet li jużaw il-mudell intern għandhom jaggregaw ir-rekwiżit ta' fondi proprji totali għar-riskju tas-suq għall-pożizzjonijiet kollha tal-portafoll tan-negozjar tagħhom u l-pożizzjonijiet kollha fil-portafoll mhux tan-negozjar tagħhom li huma soġġetti għal riskju tal-kambju jew riskju tal-komoditajiet, b'kont meħud tal-konsegwenzi msemmija fil-punt (b).

L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Marzu 2020.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 325bh

Rekwiżiti għall-kejl tar-riskju

1.   L-istituzzjonijiet li jużaw mudell intern għall-kalkolu tar-riskju li jintuża għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq kif imsemmi fl-Artikolu 325ba għandhom jiżguraw li dak il-mudell jissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

il-mudell tal-kejl tar-riskju intern għandu jkopri numru biżżejjed ta' fatturi ta' riskju, li għandhom jinkludu tal-inqas il-fatturi ta' riskju msemmija fis-Subtaqsima 1 tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 1a sakemm l-istituzzjoni ma turix lill-awtoritajiet kompetenti li l-ommissjoni ta' dawk il-fatturi ta' riskju m'għandhiex impatt materjali fuq ir-riżultati tar-rekwiżit tal-attribuzzjoni P&L imsemmi fl-Artikolu 325bg; istituzzjoni għandha tkun tista' tispjega lill-awtoritajiet kompetenti għaliex tkun inkorporat fattur tar-riskju fil-mudell tal-ipprezzar tagħha iżda mhux fil-mudell tal-kejl tar-riskji intern tagħha;

(b)

il-mudell għall-kalkolu tar-riskju intern għandu jkopri nonlinearitajiet għal opzjonijiet u prodotti oħra kif ukoll ir-riskju tal-korrelazzjoni u r-riskju tal-bażi;

(c)

il-mudell tal-kejl tar-riskju intern għandu jinkludi sett ta' fatturi tar-riskju li jikkorrispondu mar-rati tal-imgħax f'kull munita li fiha l-istituzzjoni jkollha pożizzjonijiet sensittivi għar-rata tal-imgħax li jidhru jew li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ; l-istituzzjoni għandha timmudella l-kurvi tar-rendiment permezz ta' wieħed mill-approċċi ġeneralment aċċettati; il-kurva tar-rendiment għandha tinqasam f'diversi segmenti ta' maturità biex tkopri l-varjazzjonijiet ta' volatilità tar-rati tul il-kurva tar-rendiment; għal skoperturi materjali għar-riskju tar-rata tal-imgħax fil-muniti u s-swieq ewlenin, il-kurva tar-rendiment għandha tiġi mmudellata bl-użu ta' mill-inqas sitt segmenti ta' maturità, u l-għadd ta' fatturi tar-riskju li jintużaw biex jimmudellaw il-kurvi tar-rendiment għandu jkun proporzjonat man-natura u l-kumplessità tal-istrateġiji ta' negozjar tal-istituzzjoni; il-mudell għandu jkopri wkoll il-firxa tar-riskju ta' movimenti korrelatati mhux b'mod perfett bejn kurvi tar-rendiment differenti jew strumenti finanzjarji differenti fl-istess emittent sottostanti;

(d)

il-mudell tal-kejl tar-riskju intern għandu jiġbor fih il-fatturi tar-riskju li jikkorrispondu għad-deheb u għall-muniti barranin individwali li fihom ikunu denominati l-pożizzjonijiet tal-istituzzjoni; għas-CIUs, għandhom jiġu kkunsidrati l-pożizzjonijiet reali tal-kambju tas-CIU; l-istituzzjonijiet jistgħu joqogħdu fuq rappurtar magħmul minn partijiet terzi dwar il-pożizzjoni tal-kambju tas-CIU, sakemm il-korrettezza ta' dak ir-rapport tkun żgurata b'mod adegwat; pożizzjonijiet tal-kambju ta' CIU li istituzzjoni ma tkunx konxja dwarhom għandhom jitneħħew mill-approċċ tal-mudelli interni u jiġu ttrattati f'konformità mal-Kapitolu 1a;

(e)

is-sofistikazzjoni tat-teknika tal-immudellar għandha tkun proporzjonata mal-materjalità tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet fis-swieq tal-ekwità; il-mudell tal-kejl tar-riskju intern għandu juża fattur tar-riskju separat mill-inqas għal kull wieħed mis-swieq tal-ekwità li fihom l-istituzzjoni jkollha pożizzjonijiet sinifikanti u mill-inqas fattur tar-riskju wieħed li jkopri movimenti sistemiċi fil-prezzijiet tal-ekwità u d-dipendenza ta' dak il-fattur tar-riskju fuq il-fatturi tar-riskju individwali għal kull suq tal-ekwità;

(f)

il-mudell tal-kejl tar-riskju intern għandu juża fattur ta' riskju separat tal-inqas għal kull komodità li fiha l-istituzzjoni jkollha pożizzjonijiet sinifikanti, sakemm l-istituzzjoni ma jkollhiex pożizzjoni aggregata żgħira fil-komodità meta mqabbla mal-attivitajiet tan-negozjar kollha tagħha, f'liema każ tista' tuża fattur ta' riskju separat għal kull tip wiesa' ta' komodità; għal skoperturi materjali għas-swieq tal-komoditajiet; il-mudell għandu jkopri r-riskju ta' movimenti mhux perfettament korrelatati bejn komoditajiet li huma simili, iżda mhux identiċi, l-iskopertura għall-bidliet fil-prezzijiet forward li jirriżultaw minn diskrepanzi fil-maturità, u l-kurva tal-konvenjenza bejn pożizzjonijiet ta' derivattivi u ta' flus;

(g)

l-indikaturi użati għandhom juru prova ta' rekord tajba għall-pożizzjoni reali miżmuma, għandhom ikunu konservattivi b'mod adatt u għandhom jintużaw biss meta d-data disponibbli ma tkunx biżżejjed, bħal matul il-perijodu ta' stress imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 325bc(2);

(h)

għal skoperturi materjali għal riskji ta' volatilità fi strumenti b'opzjonalità, il-mudell tal-kejl tar-riskju intern għandu jkopri d-dipendenza tal-volatilitajiet implikati fil-prezzijiet tal-eżerċitar u fil-maturitajiet tal-opzjonijiet.

2.   L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw korrelazzjonijiet empiriċi fil-kategoriji wiesgħa ta' fatturi ta' riskju u, għall-finijiet tal-kalkolu tal-miżura ta' nuqqas mistenni mingħajr restrizzjonijiet UESt kif imsemmi fl-Artikolu 325bb(1), fil-kategoriji wiesgħa ta' fatturi ta' riskju biss fejn l-approċċ tal-istituzzjoni għall-kejl ta' dawk il-korrelazzjonijiet huwa validu, konsistenti mal-perijodi ta' likwidità applikabbli, u implimentat b'integrità.

3.   Sat-28 ta' Settembru 2020, l-ABE għandha toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, li jispeċifikaw il-kriterji għall-użu tal-inputs tad-data fil-mudell tal-kejl tar-riskju msemmija fl-Artikolu 325bc.

Artikolu 325bi

Rekwiżiti kwalitattivi

1.   Kwalunkwe mudell tal-kejl tar-riskju intern użat għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu għandu jkun kunċettwalment validu, għandu jkun ikkalkulat u implimentat b'integrità, u għandu jkun konformi mar-rekwiżiti kwalitattivi kollha li ġejjin:

(a)

kwalunkwe mudell tal-kejl tar-riskju intern użat għall-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali għar-riskju tas-suq għandu jkun integrat mill-viċin fil-proċess tal-ġestjoni tar-riskji ta' kuljum tal-istituzzjoni u għandu jservi bħala bażi għar-rappurtar tal-iskoperturi għar-riskju lill-maniġment superjuri;

(b)

istituzzjoni għandu jkollha unità għall-kontroll tar-riskji li tkun indipendenti mill-unitajiet tan-negozjar kummerċjali u li tirrapporta direttament lill-maniġment superjuri; dik l-unità għandha tkun responsabbli mit-tfassil u l-implimentazzjoni ta' kwalunkwe mudell tal-kejl tar-riskju intern; dik l-unità għandha twettaq validazzjoni inizjali u kontinwa ta' kwalunkwe mudell intern użat għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu u għandha tkun responsabbli għas-sistema ġenerali tal-ġestjoni tar-riskju; dik l-unità għandha tipproduċi u tanalizza rapporti ta' kuljum dwar l-output ta' kwalunkwe mudell intern użat għall-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali għar-riskju tas-suq, kif ukoll rapporti dwar il-miżuri adatti li għandhom jittieħdu rigward il-limiti tan-negozjar;

(c)

il-korp tal-ġestjoni u l-maniġment superjuri għandhom ikunu involuti attivament fil-proċess ta' kontroll tar-riskji, u r-rapporti ta' kuljum magħmulin mill-unità għall-kontroll tar-riskji għandhom jiġu analizzati f'livell ta' maniġment b'awtorità suffiċjenti biex jeħtieġ it-tnaqqis fil-pożizzjonijiet li jittieħdu minn operaturi individwali u biex jeħtieġ it-tnaqqis tal-iskopertura kumplessiva għar-riskju tal-istituzzjoni;

(d)

l-istituzzjoni għandu jkollha numru suffiċjenti ta' persunal b'livell ta' ħiliet li huwa adatt għas-sofistikazzjoni tal-mudelli tal-kejl tar-riskju intern, u numru suffiċjenti ta' persunal b'ħiliet fin-negozjar, fil-kontroll tar-riskji, fil-verifika u fl-oqsma tal-back office;

(e)

l-istituzzjoni għandu jkollha fis-seħħ sett dokumentat ta' politiki interni, proċeduri u kontrolli għall-monitoraġġ u sabiex tiżgura l-konformità mal-operat kumplessiv ta' mudelli tal-kejl tar-riskju intern tagħha;

(f)

kwalunkwe mudell tal-kejl tar-riskju intern, inkluż kwalunkwe mudell ta' pprezzar, għandu jkollu prova ta' rekord li huwa preċiż b'mod raġonevoli fil-kejl tar-riskji u ma għandux ivarja b'mod sinifikanti mill-mudelli li l-istituzzjoni tuża għall-ġestjoni interna tar-riskju tagħha;

(g)

l-istituzzjoni għandha twettaq b'mod frekwenti programmi rigorużi ta' ttestjar tal-istress, inkluż testijiet tal-istress bl-invers, li għandu jinkludi kwalunkwe mudell għall-kejl tar-riskju intern; ir-riżultati ta' dawk it-testijiet tal-istress għandhom jiġu analizzati mill-maniġment superjuri tal-inqas fuq bażi ta' kull xahar u għandhom jikkonformaw mal-politiki u l-limiti approvati mill-korp ta' ġestjoni; l-istituzzjoni għandha tieħu azzjonijiet adatti meta r-riżultati ta' dawk it-testijiet tal-istress juru telf eċċessiv li jirriżulta min-negozju tan-negozjar tal-istituzzjoni taħt ċerti ċirkostanzi;

(h)

l-istituzzjoni għandha twettaq analiżi indipendenti ta' mudell tal-kejl tar-riskju intern tagħha, bħala parti mill-proċess ta' awditjar intern regolari tagħha, jew billi jingħata mandat lil impriża ta' parti terza biex twettaq dik l-analiżi, li għandha titwettaq għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti.

Għall-finijiet tal-punt (h) tal-ewwel subparagrafu, impriża ta' parti terza tfisser impriża li tipprovdi servizzi ta' awditjar jew ta' konsulenza lil istituzzjonijiet u li għandha persunal li għandu biżżejjed ħiliet fil-qasam tar-riskju tas-suq fl-attivitajiet tan-negozjar.

2.   L-analiżi msemmija fil-punt (h) tal-paragrafu 1 għandu jinkludi kemm l-attivitajiet tal-unitajiet ta' negozjar kummerċjali kif ukoll l-unità indipendenti għall-kontroll tar-riskji. L-istituzzjoni għandha twettaq analiżi tal-proċess ġenerali tal-ġestjoni tar-riskju tagħha mill-inqas darba fis-sena. Dik l-analiżi għandha tivvaluta dan li ġej:

(a)

l-adegwatezza tad-dokumentazzjoni tas-sistema u l-proċess tal-ġestjoni tar-riskji u l-organizzazzjoni tal-unità għall-kontroll tar-riskji;

(b)

l-integrazzjoni tal-kalkolu tar-riskju fil-ġestjoni ta' kuljum tar-riskji u l-integrità tas-sistema ta' informazzjoni ta' ġestjoni;

(c)

il-proċessi li tuża l-istituzzjoni sabiex tapprova l-mudelli ta' pprezzar tar-riskju u s-sistemi ta' valutazzjoni li jintużaw mill-persunal tal-uffiċċji prinċipali u tal-back office;

(d)

il-kamp ta' applikazzjoni tar-riskji koperti mill-mudell, il-preċiżjoni u l-adegwatezza tas-sistema tal-kalkolu tar-riskju, u l-validazzjoni ta' kwalunkwe bidla sinifikanti fil-mudell tal-kejl tar-riskju intern;

(e)

il-preċiżjoni u l-kompletezza tad-data dwar il-pożizzjoni, il-preċiżjoni u l-adegwatezza tas-suppożizzjonijiet dwar il-volatilità u l-korrelazzjoni, il-preċiżjoni tal-valutazzjoni u l-kalkoli tas-sensittività għar-riskji, u l-preċiżjoni u l-adegwatezza għall-ġenerazzjoni ta' indikaturi tad-data fejn id-data disponibbli mhix biżżejjed biex tissodisfa r-rekwiżit stabbilit f'dan il-Kapitolu;

(f)

il-proċess ta' verifika li l-istituzzjoni tuża sabiex tevalwa l-konsistenza, il-prontezza u l-affidabbiltà tas-sorsi tad-data użati sabiex joperaw kwalunkwe mudell tal-kejl tar-riskju intern tagħha, inkluż l-indipendenza ta' dawk is-sorsi tad-data;

(g)

il-proċess ta' verifika li l-istituzzjoni tuża sabiex tevalwa r-rekwiżiti tal-ittestjar retrospettiv u r-rekwiżiti tal-attribuzzjoni P&L li jitwettqu sabiex tiġi valutata l-preċiżjoni tal-mudelli tal-kejl tar-riskju interni tagħha;

(h)

meta l-analiżi titwettaq minn impriża ta' parti terza f'konformità mal-punt (h) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-verifika li l-proċess ta' validazzjoni interna stabbilit fl-Artikolu 325bj jissodisfa l-objettivi tiegħu.

3.   L-istituzzjonijiet għandhom jaġġornaw it-tekniki u l-prattiki li jużaw għal kwalunkwe mill-mudelli tal-kejl tar-riskju interni użati għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu biex jittieħed kont tal-evoluzzjoni ta' tekniki ġodda u l-aħjar prattiki li jiżviluppaw fir-rigward ta' dawk il-mudelli tal-kejl tar-riskju interni.

Artikolu 325bj

Validazzjoni interna

1.   L-istituzzjonijiet għandhom ikollhom fis-seħħ proċessi li jiżguraw li kwalunkwe mudell tal-kejl tar-riskju intern użat għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu jkun ġie validat adegwatament minn partijiet ikkwalifikati sewwa li jkunu indipendenti mill-proċess tal-iżvilupp, sabiex jiżguraw li kwalunkwe mudelli bħal dan ikun kunċettwalment validu u jkopri b'mod adegwat ir-riskji materjali kollha.

2.   L-istituzzjonijiet għandhom iwettqu l-validazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

meta kwalunkwe mudell tal-kejl tar-riskju intern jiġi żviluppat l-ewwel darba u meta jsiru kwalunkwe tibdiliet sinifikanti f'dak il-mudell;

(b)

fuq bażi perjodika, u meta jkunu saru bidliet strutturali sinifikanti fis-suq jew bidliet fil-kompożizzjoni tal-portafoll li jistgħu jwasslu sabiex il-mudell tal-kejl tar-riskju intern ma jibqax adegwat.

3.   Il-validazzjoni tal-mudelli tal-kejl tar-riskju intern ta' istituzzjoni m'għandhiex tkun limitata għar-rekwiżiti tal-ittestjar retrospettiv u l-attribuzzjoni P&L, iżda għandha, bħala minimu, tinkludi dan li ġej:

(a)

testijiet biex jiġi vverifikat jekk is-suppożizzjonijiet li saru fil-mudell intern ikunux adatti u ma jissottovalutawx jew ma jissopravalutawx ir-riskju;

(b)

it-testijiet ta' validazzjoni tal-mudelli interni tagħhom, inkluż l-ittestjar retrospettiv flimkien mal-programmi tal-ittestjar retrospettiv regolatorju, fir-rigward tar-riskji u l-istrutturi tal-portafolli tagħhom;

(c)

l-użu ta' portafolli ipotetiċi biex jiġi żgurat li l-mudell tal-kejl tar-riskju intern ikun kapaċi jqis karatteristiċi strutturali partikolari li jistgħu jinqalgħu, pereżempju, riskji ta' bażi materjali u riskji ta' konċentrazzjoni, jew ir-riskji assoċjati mal-użu tal-indikaturi.

Artikolu 325bk

Kalkolu tal-miżura tar-riskju tax-xenarju ta' stress

1.   Il-“kejl tar-riskju tax-xenarju ta' stress ta' fattur ta' riskju mhux mudellabbli partikolari” jfisser it-telf li jseħħ fil-pożizzjonijiet kollha tan-negozjar jew il-pożizzjonijiet kollha mhux tan-negozjar li huma soġġetti għal riskju tal-kambju jew riskju tal-komoditajiet tal-portafoll li jinkludi dak il-fattur ta' riskju mhux mudellabbli meta xenarju estrem ta' xokkijiet futuri jiġi applikat għal dak il-fattur ta' riskju.

2.   L-istituzzjonijiet għandhom jiżviluppaw xenarji estremi adatti ta' xokkijiet futuri għall-fatturi ta' riskju mhux mudellabbli kollha, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom.

3.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

(a)

kif l-istituzzjonijiet għandhom jiżviluppaw xenarji estremi ta' xokkijiet futuri applikabbli għal fatturi ta' riskju mhux mudellabbli u kif għandhom japplikaw dawk ix-xenarji estremi ta' xokkijiet futuri għal dawk il-fatturi ta' riskju;

(b)

xenarju estrem regolatorju ta' xokkijiet futuri għal kull subkategorija wiesgħa ta' fatturi ta' riskju elenkata fit-Tabella 2 tal-Artikolu 325bd, li l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw meta ma jkunux jistgħu jiżviluppaw xenarju estrem ta' xokkijiet futuri f'konformità mal-punt (a) ta' dan is-subparagrafu, jew li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeħtieġu li dik l-istituzzjoni tapplika jekk dawk l-awtoritajiet ma jkunux sodisfatti bix-xenarju estrem ta' xokkijiet futuri żviluppat mill-istituzzjoni;

(c)

iċ-ċirkostanzi li fihom l-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw miżura tar-riskju tax-xenarju ta' stress għal aktar minn fattur wieħed ta' riskju mhux mudellabbli;

(d)

kif l-istituzzjonijiet għandhom jaggregaw il-miżuri tar-riskju tax-xenarju ta' stress tal-fatturi ta' riskju mhux mudellabbli inklużi fil-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar u l-pożizzjonijiet mhux tan-negozjar tagħhom li huma soġġetti għal riskju tal-kambju jew riskju tal-komoditajiet.

Fl-iżvilupp ta' dawk l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji, l-ABE għandha tqis ir-rekwiżit li l-livell ta' rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq ta' fattur ta' riskju mhux mudellabbli kif stabbilit f'dan l-Artikolu għandu jkun għoli daqs il-livell tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq li kien ikkalkulat taħt dan il-Kapitolu kieku dak il-fattur ta' riskju kien mudellabbli.

L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Settembru 2020.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Taqsima 3

Mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza

Artikolu 325bl

Kamp ta' applikazzjoni tal-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza

1.   Il-pożizzjonijiet kollha ta' istituzzjoni li jkunu ġew assenjati għal postijiet tan-negozjar li għalihom l-istituzzjoni tkun ingħatat permess kif imsemmi fl-Artikolu 325az(2) għandhom ikunu soġġetti għal rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza meta dawk il-pożizzjonijiet ikun fihom tal-inqas fattur ta' riskju wieħed li kien ikklassifikat għall-kategoriji wiesgħa ta' fatturi ta' riskju “ekwità” jew “firxa ta' kreditu” f'konformità mal-Artikolu 325bd(1). Dak ir-rekwiżit ta' fondi proprji, li huwa inkrementali għar-riskji koperti mir-rekwiżiti ta' fondi proprji msemmija fl-Artikolu 325ba(1), għandu jiġi kkalkulat bl-użu tal-mudell intern tal-istituzzjoni għar-riskju ta' inadempjenza. Dak il-mudell li għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti f'din it-Taqsima.

2.   Għal kull waħda mill-pożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, istituzzjoni għandha tidentifika emittent wieħed ta' strumenti ta' dejn u ta' ekwità negozjati relatat ma' tal-inqas fattur ta' riskju wieħed.

Artikolu 325bm

Permess biex jintuża mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu permess lil istituzzjoni biex tuża mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza biex ikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji msemmija fl-Artikolu 325ba(2) għall-pożizzjonijiet kollha tal-portafoll tan-negozjar imsemmija fl-Artikolu 325bl li jkunu attribwiti għal post tan-negozjar li għalih il-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 325bi, 325bj, 325bn, 325bo u 325bp.

2.   Meta l-post tan-negozjar ta' istituzzjoni, li għalih tal-inqas waħda mill-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar imsemmija fl-Artikolu 325bl tkun ġiet assenjata, ma jkunx jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq tal-pożizzjonijiet kollha f'dak il-post tan-negozjar għandhom jiġu kkalkulati f'konformità mal-approċċ stabbilit fil-Kapitolu 1a.

Artikolu 325bn

Rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza bl-użu ta' mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza bl-użu ta' mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza għall-portafoll tal-pożizzjonijiet kollha tal-portafoll tan-negozjar imsemmija fl-Artikolu 325bl kif ġej:

(a)

ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għandhom ikunu ugwali għan-numru tal-valur fir-riskju li jkejjel it-telf potenzjali fil-valur tas-suq tal-portafoll ikkawżat mill-inadempjenza ta' emittenti relatati ma' dawk il-pożizzjonijiet fl-intervall ta' kunfidenza ta' 99,9 % fuq perijodu ta' żmien ta' sena;

(b)

it-telf potenzjali msemmi fil-punt (a) ifisser telf dirett jew indirett fil-valur tas-suq ta' pożizzjoni li kien ikkawżat mill-inadempjenza tal-emittenti u li huwa inkrementali għal kwalunkwe telf diġà meqjus fil-valutazzjoni attwali tal-pożizzjoni; l-inadempjenza tal-emittenti ta' pożizzjonijiet ta' ekwità għandha tiġi rappreżentata mill-valur tal-prezzijiet tal-ekwità tal-emittenti stabbilit għal żero;

(c)

l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-korrelazzjonijiet ta' inadempjenza bejn emittenti differenti abbażi ta' metodoloġija kunċettwalment valida, bl-użu ta' data storika oġġettiva fuq firxiet tal-kreditu tas-suq jew prezzijiet tal-ekwità li jkopru tal-inqas perijodu ta' 10 snin li jinkludi l-perijodu ta' stress identifikat mill-istituzzjoni f'konformità mal-Artikolu 325bc(2); il-kalkolu tal-korrelazzjonijiet ta' inadempjenza bejn emittenti differenti għandu jkun ikkalibrat ma' perijodu ta' żmien ta' sena;

(d)

il-mudell tal-kejl ta' riskju intern għandu jkun ibbażat fuq preżunzjoni ta' pożizzjoni kostanti għal sena.

2.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza bl-użu ta' mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza kif imsemmi fil-paragrafu 1 tal-inqas fuq il-bażi ta' kull ġimgħa.

3.   Permezz ta' deroga mill-punti (a) u (c) tal-paragrafu 1, istituzzjoni tista' tissostitwixxi l-perijodu ta' żmien ta' sena b'perijodu ta' żmien ta' sittin ġurnata għall-finijiet tal-kalkolu tar-riskju ta' inadempjenza ta' xi wħud mill-pożizzjonijiet ta' ekwità jew kollha kemm huma, fejn adatt. F'każ bħal dan, il-kalkolu tal-korrelazzjonijiet ta' inadempjenza bejn il-prezzijiet tal-ekwità u l-probabbiltajiet ta' inadempjenza għandu jkun konsistenti ma' perijodu ta' żmien ta' sittin ġurnata u l-kalkolu tal-korrelazzjonijiet ta' inadempjenza bejn il-prezzijiet tal-ekwità u l-prezzijiet tal-bonds għandu jkun konsistenti ma' perijodu ta' żmien ta' sena.

Artikolu 325bo

Rikonoxximent tal-ħeġġijiet f'mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza

1.   L-istituzzjonijiet jistgħu jinkorporaw ħeġġijiet fil-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza tagħhom u jistgħu jinnettjaw pożizzjonijiet fejn il-pożizzjonijiet twal u l-pożizzjonijiet qosra jirrelataw għall-istess strument finanzjarju.

2.   Fil-mudelli interni għar-riskju ta' inadempjenza tagħhom l-istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu biss l-effetti tal-iħħeġġjar jew tad-diversifikazzjoni assoċjati ma' pożizzjonijiet twal u qosra li jinvolvu strumenti differenti jew titoli differenti tal-istess debitur, kif ukoll pożizzjonijiet twal u qosra f'emittenti differenti bl-immudellar espliċitu tal-pożizzjonijiet twal u qosra totali fl-istrumenti differenti, inkluż l-immudellar ta' riskji bażi bejn l-emittenti differenti.

3.   Fil-mudelli interni għar-riskju ta' inadempjenza tagħhom, l-istituzzjonijiet għandhom ikopru r-riskji materjali bejn istrument ta' ħħeġġjar u l-istrument iħħeġġjat li jistgħu jseħħu matul l-intervall bejn il-maturità ta' istrument ta' ħħeġġjar u l-perijodu ta' żmien ta' sena, kif ukoll il-potenzjal għal riskji ta' bażi sinifikanti fl-istrateġiji tal-iħħeġġjar li jirriżulta minn differenzi fit-tip ta' prodott, il-prijorità fl-istruttura kapitali, il-klassifikazzjonijiet interni jew esterni, il-maturità, il-kumulu (vintage) u differenzi oħra. L-istituzzjonijiet għandhom jirrikonoxxu istrument ta' ħħeġġjar biss sakemm dan ikun jista' jinżamm anki waqt li d-debitur javviċina avveniment ta' kreditu jew avveniment ieħor.

Artikolu 325bp

Rekwiżiti partikolari għal mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza

1.   Il-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza msemmi fl-Artikolu 325bm(1) għandu jkun kapaċi jimmudella l-inadempjenza ta' emittenti individwali kif ukoll l-inadempjenza simultanja ta' emittenti multipli, u għandu jikkunsidra l-impatt ta' dawk l-inadempjenzi fil-valuri tas-suq tal-pożizzjonijiet li huma inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dak il-mudell. Għal dak il-għan, l-inadempjenza ta' kull emittent individwali għandha tiġi mmudellata bl-użu ta' żewġ tipi ta' fatturi ta' riskju sistematiku.

2.   Il-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza għandu jirrifletti ċ-ċiklu ekonomiku, inkluż id-dipendenza bejn ir-rati ta' rkupru u l-fatturi ta' riskju sistematiku msemmi fil-paragrafu 1.

3.   Il-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza għandu jirrifletti l-impatt nonlineari ta' opzjonijiet u pożizzjonijiet oħra b'imġiba nonlineari materjali fir-rigward tal-bidliet fil-prezzijiet. L-istituzzjonijiet għandhom jagħtu kunsiderazzjoni adatta lill-ammont ta' riskju tal-mudell inerenti fil-valutazzjoni u l-istima tar-riskji tal-prezzijiet assoċjati ma' dawk il-prodotti.

4.   Il-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza għandu jkun ibbażat fuq data li tkun oġġettiva u aġġornata.

5.   Biex tiġi simulata l-inadempjenza tal-emittenti fil-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza, l-istimi tal-istituzzjoni tal-probabbiltajiet ta' inadempjenza għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

il-probabbiltajiet ta' inadempjenza għandu jkollhom minimu ta' 0,03 %;

(b)

il-probabbiltajiet ta' inadempjenza għandhom ikunu bbażati fuq perijodu ta' żmien ta' sena, sakemm mhux iddikjarat mod ieħor f'din it-Taqsima;

(c)

il-probabbiltajiet ta' inadempjenza għandhom jitkejlu bl-użu, waħidha jew flimkien mal-prezzijiet tas-suq attwali, id-data osservata matul perijodu storiku ta' mill-inqas ħames snin u tnaqqis estrem fil-prezzijiet tas-suq ekwivalenti għal avvenimenti ta' inadempjenzata' inadempjenzi reali li ġraw fil-passat; il-probabbiltajiet ta' inadempjenza m'għandhomx ikunu implikati biss mill-prezzijiet tas-suq attwali.

(d)

istituzzjoni li tkun ingħatat permess li tistma l-probabbiltajiet ta' inadempjenza f'konformità mat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 3 tat-Titolu II għandha tuża l-metodoloġija stabbilita fiha biex tikkalkula l-probabbiltajiet ta' inadempjenza;

(e)

istituzzjoni li ma tkunx ingħatat permess li tistma l-probabbiltajiet ta' inadempjenza f'konformità mat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 3 tat-Titolu II għandha tiżviluppa metodoloġija interna jew tuża sorsi esterni biex tistma l-probabbiltajiet ta' inadempjenza; fiż-żewġ sitwazzjonijiet, l-istimi tal-probabbiltajiet ta' inadempjenza għandhom ikunu konsistenti mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Artikolu.

6.   Biex tiġi simulata l-inadempjenza tal-emittenti fil-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza, l-istimi tal-istituzzjoni tat-telf fil-każ ta' inadempjenza għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-istimi tat-telf fil-każ ta' inadempjenza għandhom minimu ta' 0 %;

(b)

l-istimi tat-telf fil-każ ta' inadempjenza għandhom jirriflettu s-superjorità ta' kull pożizzjoni;

(c)

istituzzjoni li tkun ingħatat permess li tistma telf fil-każ ta' inadempjenza f'konformità mat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 3 tat-Titolu II għandha tuża l-metodoloġija stabbilita fiha biex tikkalkula stimi ta' telf fil-każ ta' inadempjenza;

(d)

istituzzjoni li ma tkunx ingħatat permess li tistma telf fil-każ ta' inadempjenza f'konformità mat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 3 tat-Titolu II għandha tiżviluppa metodoloġija interna jew tuża sorsi esterni biex tistma t-telf fil-każ ta' inadempjenza; fiż-żewġ sitwazzjonijiet, l-istimi ta' telf fil-każ ta' inadempjenza għandu jkun konsistenti mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Artikolu.

7.   Bħala parti mill-analiżi u l-validazzjoni indipendenti tal-mudelli interni li jużaw għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, inkluż is-sistema tal-kalkolu tar-riskji, l-istituzzjonijiet għandhom:

(a)

jivverifikaw li l-approċċ tagħhom għall-immudellar ta' korrelazzjonijiet u bidliet fil-prezzijiet ikun adatt għall-portafoll tagħhom, inkluż l-għażla u l-piżijiet tal-fatturi sistematiċi tar-riskju fil-mudell;

(b)

iwettqu varjetà ta' testijiet tal-istress, fosthom analiżi tas-sensittività u analiżi tax-xenarji, biex jivvalutaw ir-raġonevolezza kwalitattiva u kwantitattiva tal-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza, b'mod partikolari fir-rigward tat-trattament tal-konċentrazzjonijiet.; u

(c)

tapplika validazzjoni kwantitattiva adatta li tinkludi punti ta' riferiment interni rilevanti ta' mudellar.

It-testijiet imsemmija fil-punt (b) ma għandhomx ikunu limitati għall-firxa ta' avvenimenti passati esperjenzati.

8.   Il-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza għandu jirrifletti kif adatt il-konċentrazzjonijiet tal-emittent u l-konċentrazzjonijiet li jistgħu jinqalgħu fi ħdan u bejn klassijiet ta' prodotti taħt kondizzjonijiet ta' stress.

9.   Il-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza għandu jkun konsistenti mal-metodoloġiji interni tal-ġestjoni tar-riskju tal-istituzzjoni għall-identifikazzjoni, il-kalkolu u l-ġestjoni tar-riskji tan-negozju.

10.   L-istituzzjonijiet għandu jkollhom politiki u proċeduri definiti b'mod ċar biex jiddeterminaw is-suppożizzjonijiet tal-inadempjenza għall-korrelazzjonijiet bejn emittenti differenti f'konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 325bn(1) u l-għażla preferuta ta' metodu biex jiġu stmati l-probabbiltajiet ta' inadempjenza fil-punt (e) tal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu u t-telf li jirriżulta mill-inadempjenza fil-punt (d) tal-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu.

11.   L-istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw il-mudelli interni tagħhom sabiex is-suppożizzjonijiet ta' korrelazzjoni u suppożizzjonijiet oħra tal-immudellar ikunu trasparenti għall-awtoritajiet kompetenti.

12.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika r-rekwiżiti li l-metodoloġija interna ta' istituzzjoni jew sorsi esterni jridu jissodisfaw biex jiġu stmati l-probabbiltajiet ta' inadempjenza u t-telf fil-każ ta' inadempjenza f'konformità mal-punt (e) tal-paragrafu 5 u l-punt (d) tal-paragrafu 6.

L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Settembru 2020.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”;

(91)

fl-Artikolu 384(1), id-definizzjoni ta'

Formula

hija sostitwita b'dan li ġej:

Formula

=

il-valur totali ta' skopertura għar-riskju tal-kreditu ta' kontroparti 'i' (magħduda għas-settijiet ta' netting) inkluż l-effett ta' kollateral f'konformità mal-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3 sa 6 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu II kif applikabbli għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti għal dik il-kontroparti”;

(92)

l-Artikolu 385 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 385

Alternattiva għall-użu ta' metodi CVA għall-kalkolu ta' rekwiżiti ta' fondi proprji

Bħala alternattiva għall-Artikolu 384, għal strumenti msemmija fl-Artikolu 382 u soġġett għall-kunsens minn qabel mill-awtorità kompetenti, istituzzjonijiet li jużaw il-Metodu tal-Iskopertura Oriġinali kif stabbilit fl-Artikolu 282 jistgħu japplikaw fattur ta' multiplikazzjoni ta' 10 għall-ammonti tal-iskopertura ppeżati għar-riskju li jirriżultaw għar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti għal dawk l-iskoperturi minflok jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju CVA.”;

(93)

l-Artikolu 390 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 390

Kalkolu tal-valur ta' skopertura

1.   L-iskoperturi totali għal grupp ta' klijenti konnessi għandhom jiġu kalkulati billi jingħaddu l-iskoperturi għall-klijenti individwali f'dak il-grupp.

2.   L-iskoperturi kumplessivi għall-klijenti individwali għandhom jiġu kalkulati billi jingħaddu l-iskoperturi fil-portafoll tan-negozjar u l-iskoperturi fil-portafoll mhux tan-negozjar.

3.   Għal skoperturi fil-portafoll tan-negozjar, l-istituzzjonijiet jistgħu:

(a)

ipaċu l-pożizzjonijiet twal u l-pożizzjonijiet qosra tagħhom fl-istess strumenti finanzjarji maħruġa minn klijent partikolari, bil-pożizzjoni netta f'kull strument differenti tiġi kalkulata f'konformità mal-metodi stabbiliti fil-Kapitolu 2 tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta;

(b)

ipaċu l-pożizzjonijiet twal u l-pożizzjonijiet qosra tagħhom fi strumenti finanzjarji differenti maħruġa minn klijent partikolari, iżda biss meta l-istrument finanzjarju li jsostni l-pożizzjoni qasira tkun subordinata għall-istrument finanzjarju li jsostni l-pożizzjoni twila jew fejn l-istrumenti sottostanti jkunu tal-istess superjorità.

Għall-finijiet tal-punti (a) u (b), jistgħu jiġu allokati strumenti finanzjarji f'buckets abbażi ta' gradi differenti ta' superjorità sabiex tiġi determinata s-superjorità relattiva tal-pożizzjonijiet.

4.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-valuri tal-iskopertura tal-kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II u ta' kuntratti tad-derivattivi ta' kreditu li jkunu daħlu fihom direttament ma' klijent f'konformità ma' wieħed mill-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3, 4 u 5 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, kif applikabbli. L-iskoperturi li jirriżultaw mit-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 378, 379 u 380 għandhom jiġu kalkulati bil-mod stabbilit f'dawk l-Artikoli.

Meta jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura għall-kuntratti msemmija fl-ewwel subparagrafu, fejn dawk il-kuntratti jkunu allokati fil-portafoll tan-negozjar, l-istituzzjonijiet għandhom ikunu konformi wkoll mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 299.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-istituzzjonijiet li għandhom permess jużaw il-metodi msemmija fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu 4 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta u t-Taqsima 6 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta jistgħu jużaw dawk il-metodi għall-kalkolu tal-valur tal-iskopertura għal tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli.

5.   L-istituzzjonijiet għandhom iżidu mal-iskopertura totali għal klijent l-iskoperturi li jirriżultaw minn kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II u minn kuntratti tad-derivattivi ta' kreditu, fejn il-kuntratt ma kienx daħal fih b'mod dirett ma' dak il-klijent iżda l-istrument sottostanti ta' dejn jew ta' ekwità kien maħruġ minn dak il-klijent.

6.   L-iskoperturi ma għandhom jinkludu l-ebda minn dawn li ġejjin:

(a)

fil-każ ta' tranżazzjonijiet tal-kambju, skoperturi li jsiru matul il-perkors ordinarju ta' saldu matul il-jumejn ta' xogħol ta' wara l-pagament;

(b)

fil-każ ta' tranżazzjonijiet għall-iskopijiet ta' xiri jew bejgħ ta' titoli, skoperturi involuti fil-perkors ordinarju ta' saldu matul il-ħamest ijiem tax-xogħol wara l-pagament jew il-wasla tat-titoli, skont liema minnhom ikun l-iktar kmieni;

(c)

fil-każ tal-provvediment ta' trasmissjoni ta' flus fosthom l-eżekuzzjoni ta' servizzi ta' ħlas, l-ikklerjar u s-saldu fi kwalunkwe munita u kklerjar korrispondenti ta' strumenti bankarji jew finanzjarji, is-servizzi ta' saldu jew ta' kustodja lill-klijenti, riċevuti ttardjati fil-finanzjament u skoperturi oħra li jirriżultaw mill-attività tal-klijenti li ma jdumux iktar mill-ġurnata tax-xogħol li jkun imiss;

(d)

fil-każ tal-provvediment ta' trasmissjoni ta' flus li jinkludi l-eżekuzzjoni ta' servizzi ta' ħlas, l-ikklerjar u s-saldu fi kwalunkwe munita u servizzi bankarji korrispondenti, l-iskoperturi ta' dakinhar stess għall-istituzzjonijiet li jipprovdu dawk is-servizzi;

(e)

l-iskoperturi mnaqqsa mill-elementi ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni jew mill-elementi ta' Grad 1 Addizzjonali f'konformità mal-Artikoli 36 u 56 jew kwalunkwe tnaqqis ieħor minn dawk il-elementi li jnaqqas il-proporzjon tas-solvenza.

7.   Biex tiġi determinata l-iskopertura ġenerali lil klijent jew grupp ta' klijenti konnessi, fir-rigward ta' klijenti li għalihom l-istituzzjoni jkollha skoperturi permezz tat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punti (m) u (o) tal-Artikolu 112 jew permezz ta' tranżazzjonijiet oħrajn fejn ikun hemm skopertura għal assijiet sottostanti, l-istituzzjoni għandha tivvaluta l-iskoperturi sottostanti tagħha b'kont meħud tas-sustanza ekonomika tal-istruttura tat-tranżazzjoni u r-riskji inerenti fl-istruttura tat-tranżazzjoni nfisha, sabiex jiġi determinat jekk din tikkostitwixxix skopertura addizzjonali.

8.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

(a)

il-kundizzjonijiet u l-metodoloġiji li għandhom jintużaw sabiex tiġi determinata l-iskopertura ġenerali għal klijent jew grupp ta' klijenti konnessi għat-tipi ta' skoperturi msemmija fil-paragrafu 7;

(b)

il-kondizzjonijiet li bihom l-istruttura tat-transazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 7 ma jikkostitwixxux skopertura addizzjonali.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2014.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

9.   Għall-finijiet tal-paragrafu 5, l-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika kif jiġu determinati l-iskoperturi li jirriżultaw minn kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II u minn kuntratti ta' derivattivi ta' kreditu, fejn il-kuntratt ma sarx direttament ma' klijent iżda l-istrument sottostanti ta' dejn jew ta' ekwità kien maħruġ minn dak il-klijent għall-inklużjoni tagħhom fl-iskoperturi għall-klijent.

L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Marzu 2020.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”;

(94)

fl-Artikolu 391, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Għall-finijiet tal-ewwel paragrafu, il-Kummissjoni tista' tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, u soġġett għall-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 464(2), deċiżjonijiet dwar jekk pajjiż terz japplikax rekwiżiti superviżorji u regolatorji prudenzjali li tal-inqas ikunu ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni.”;

(95)

l-Artikolu 392 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 392

Definizzjoni ta' skopertura kbira

L-iskopertura ta' istituzzjoni għal klijent jew grupp ta' klijenti konnessi għandha tiġi kkunsidrata bħala skopertura kbira meta l-valur tal-iskopertura jkun ugwali għal jew jaqbeż l-10 % tal-kapital ta' Grad 1 tagħha.”;

(96)

l-Artikolu 394 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 394

Rekwiżiti ta' rappurtar

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw din l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom għal kull skopertura kbira li jżommu, inkluż skoperturi kbar eżentati mill-applikazzjoni tal-Artikolu 395(1):

(a)

l-identità tal-klijent jew tal-grupp ta' klijenti konnessi li għalihom l-istituzzjoni għandha skopertura kbira;

(b)

il-valur tal-iskopertura qabel ma jittieħed kont tal-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu, meta applikabbli;

(c)

fejn tintuża, it-tip ta' protezzjoni ta' kreditu finanzjata jew mhux finanzjata;

(d)

il-valur tal-iskopertura, wara li jitqies l-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu kalkulat għall-finijiet tal-Artikolu 395(1), fejn applikabbli.

L-istituzzjonijiet li huma soġġetti għall-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta għandhom jirrapportaw l-akbar 20 skopertura tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom fuq bażi konsolidata, bl-esklużjoni tal-iskoperturi eżentati mill-applikazzjoni tal-Artikolu 395(1).

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw ukoll skoperturi ta' valur akbar minn jew ugwali għal EUR 300 miljun iżda inqas minn 10 % tal-kapital ta' Grad 1 tal-istituzzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom fuq bażi konsolidata.

2.   Flimkien mal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom b'rabta mal-akbar 10 skoperturi tagħhom lill-istituzzjonijiet fuq bażi konsolidata, kif ukoll l-akbar 10 skoperturi tagħhom lill-entitajiet bankarji paralleli li jwettqu attivitajiet bankarji barra mill-qafas regolat fuq bażi konsolidata, inkluż l-iskoperturi kbar eżentati mill-applikazzjoni tal-Artikolu 395(1):

(a)

l-identità tal-klijent jew tal-grupp ta' klijenti konnessi li għalihom istituzzjoni għandha skopertura kbira;

(b)

il-valur tal-iskopertura qabel ma jittieħed kont tal-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu, meta applikabbli;

(c)

fejn tintuża, it-tip ta' protezzjoni ta' kreditu finanzjata jew mhux finanzjata;

(d)

il-valur tal-iskopertura wara li jitqies l-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu kalkulat għall-finijiet tal-Artikolu 395(1), fejn applikabbli.

3.   L-istituzzjonijiet għandhom jirrappurtaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom mill-inqas fuq bażi ta' kull sitt xhur.

4.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kriterji għall-identifikazzjoni tal-entitajiet bankarji paralleli msemmija fil-paragrafu 2.

Fl-iżvilupp ta' dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji, l-ABE għandha tqis l-iżviluppi internazzjonali u l-istandards maqbula internazzjonalment dwar sistema bankarja parallela u għandha tqis jekk:

(a)

ir-relazzjoni ma' entità individwali jew grupp ta' entitajiet jista' jkollha riskji għas-solvenza jew il-pożizzjoni ta' likwidità tal-istituzzjoni;

(b)

l-entitajiet li jkunu soġġetti għar-rekwiżiti ta' solvenza jew ta' likwidità simili għal dawk imposti minn dan ir-Regolament u d-Direttiva 2013/36/UE għandhom ikunu totalment jew parzjalment esklużi mill-obbligu li jkunu rappurtati msemmi fil-paragrafu 2 dwar entitajiet bankarji paralleli.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2020.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”;

(97)

l-Artikolu 395 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Istituzzjoni ma għandhiex iġġarrab skopertura, wara li jiġi kunsidrat l-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu f'konformità mal-Artikoli 399 sa 403, għal klijent jew grupp ta' klijenti konnessi li l-valur tagħhom jaqbeż il-25 % tal-kapital ta' Grad 1 tagħha. Fejn dak il-klijent ikun istituzzjoni jew fejn grupp ta' klijenti konnessi jinkludi istituzzjoni waħda jew iktar, dak il-valur ma għandux jaqbeż il-25 % tal-kapital ta' Grad 1 tal-istituzzjoni jew EUR 150 miljun, liema minnhom ikun l-ogħla, bil-kondizzjoni li s-somma tal-valuri tal-iskopertura, wara li jiġi kunsidrat l-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu f'konformità mal-Artikoli 399 sa 403, għall-klijenti konnessi kollha li mhumiex istituzzjonijiet ma tkunx taqbeż il-25 % tal-kapital ta' Grad 1 tal-istituzzjoni.

Fejn l-ammont ta' EUR 150 miljun ikun ogħla minn 25 % tal-kapital ta' Grad 1 tal-istituzzjoni, il-valur tal-iskopertura, wara li jkun ġie kunsidrat l-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu f'konformità mal-Artikoli 399 sa 403 ta' dan ir-Regolament, ma għandux jaqbeż limitu raġonevoli f'termini tal-kapital ta' Grad 1 ta' dik l-istituzzjoni. Dak il-limitu għandu jiġi determinat mill-istituzzjoni f'konformità mal-politiki u l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 81 tad-Direttiva 2013/36/UE sabiex jiġi indirizzat u kontrollat ir-riskju ta' konċentrazzjoni. Dak il-limitu ma għandux jaqbeż il-100 % tal-kapital ta' Grad 1 tal-istituzzjoni.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jistabbilixxu limitu iżgħar minn EUR 150 miljun, f'liema każ għandhom jinfurmaw b'dan lill-ABE u lill-Kummissjoni.

Permess ta' deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, G-SII ma għandhiex iġġarrab skopertura għal G-SII jew G-SII mhux tal-UE oħra, li l-valur tagħha, wara li jiġi kunsidrat l-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu f'konformità mal-Artikoli 399 sa 403, jaqbeż il-15 % tal-kapital ta' Grad 1 tagħha. G-SII għandha tikkonforma ma' dan il-limitu mhux iktar tard minn 12-il xahar mid-data meta ġiet identifikata bħala G-SII. Fejn il-G-SII għandha skopertura għal istituzzjoni jew grupp ieħor li huma identifikati bħala G-SII jew bħala G-SII mhux tal-UE, hija għandha tikkonforma ma' tali limitu mhux aktar tard minn 12-il xahar mid-data li fiha l-istituzzjoni jew il-grupp l-ieħor kienu ġew identifikati bħala G-SII jew bħala G-SII mhux tal-UE”;

(b)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“5.   Il-limiti stipulati f'dan l-Artikolu jistgħu jinqabżu għall-iskoperturi fil-portafoll tan-negozjar tal-istituzzjoni, sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-iskopertura fil-portafoll mhux tan-negozjar għall-klijent jew il-grupp ta' klijenti konnessi inkwistjoni ma taqbiżx il-limitu stabbilit fil-paragrafu 1, fejn dan il-limitu jiġi kalkulat b'referenza għall-kapital ta' Grad 1, sabiex l-eċċess jirriżulta kollu kemm hu fil-portafoll tan-negozjar;

(b)

l-istituzzjoni tilħaq rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali fuq il-parti tal-iskopertura f'eċċess tal-limitu stabbilit fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu li jiġi kalkulat f'konformità mal-Artikoli 397 u 398;

(c)

meta jkunu għaddew għaxart ijiem jew inqas minn meta jkun seħħ l-eċċess imsemmi fil-punt (b), l-iskopertura fil-portafoll tan-negozjar għall-klijent jew grupp ta' klijenti konnessi inkwistjoni ma taqbiżx il-500 % tal-kapital ta' Grad 1 tal-istituzzjoni;

(d)

kwalunkwe eċċess li jippersisti għal iktar minn għaxart ijiem ma jaqbiżx, b'mod aggregat, is-600 % tal-kapital ta' Grad 1 tal-istituzzjoni.

Kull darba li jinqabeż il-limitu, l-istituzzjoni għandha tirrapporta lill-awtoritajiet kompetenti mingħajr dewmien l-ammont tal-eċċess u l-isem tal-klijent ikkonċernat u, fejn applikabbli, l-isem tal-grupp ta' klijenti konnessi konċernati.”;

(98)

l-Artikolu 396 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 jiġi emendat kif ġej:

(i)

it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Fejn ikun applikabbli l-ammont ta' EUR 150 miljun imsemmi fl-Artikolu 395(1), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li jinqabeż il-limitu ta' 100 % f'termini tal-kapital ta' Grad 1 tal-istituzzjoni skont il-każ.”;

(ii)

jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Meta, fil-każijiet eċċezzjonali msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu, awtorità kompetenti tippermetti li istituzzjoni taqbeż il-limitu stabbilit fl-Artikolu 395(1) għal perijodu itwal minn tliet xhur, l-istituzzjoni għandha tippreżenta pjan għar-ritorn f'waqtu għall-konformità ma' dak il-limitu għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti u għandha twettaq dak il-pjan fil-perijodu maqbul mal-awtorità kompetenti. L-awtorità kompetenti għandha timmonitorja l-implimentazzjoni tal-pjan u għandha tesiġi r-ritorn għall-konformità iktar rapidu jekk adatt.”;

(b)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-ABE għandha toħroġ linji gwida f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 biex tispeċifika kif l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeterminaw:

(a)

il-każijiet eċċezzjonali msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;

(b)

iż-żmien meqjus adatt għar-ritorn għall-konformità;

(c)

il-miżuri li għandhom jittieħdu biex jiġi żgurat ir-ritorn f'waqtu għall-konformità tal-istituzzjoni.”;

(99)

fl-Artikolu 397, fil-Kolonna 1 tat-Tabella 1, it-terminu 'kapital eliġibbli' huwa sostitwit bit-terminu 'kapital ta' Grad 1';

(100)

l-Artikolu 399 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Istituzzjoni għandha tuża teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu fil-kalkolu ta' skopertura meta tkun użat dik it-teknika biex tikkalkula r-rekwiżiti ta' kapital għar-riskju ta' kreditu f'konformità mat-Titolu II tal-Parti Tlieta, u sakemm it-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

Għall-finijiet tal-Artikoli 400 sa 403, it-terminu 'garanzija' għandu jinkludi derivati tal-kreditu rikonoxxuti taħt il-Kapitolu 4 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta għajr in-noti marbuta ma' kreditu”;

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   It-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu li jkunu disponibbli biss għall-istituzzjonijiet li jużaw wieħed mill-approċċi IRB ma għandhomx jintużaw biex inaqqsu l-valuri tal-iskoperturi għal finijiet ta' skopertura kbira ħlief għal skoperturi assigurati bi proprjetajiet immobbli f'konformità mal-Artikolu 402.”;

(101)

l-Artikolu 400 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu huwa emendat b'dan li ġej:

(i)

il-punt (j) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(j)

skoperturi kummerċjali tal-membri tal-ikklerjar u kontribuzzjonijiet għall-fond ta' inadempjenza għal kontropartijiet ċentrali kwalifikati;”;

(ii)

jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(l)

l-iskoperturi kummerċjali tal-klijenti msemmija fl-Artikolu 305(2) jew (3);

(m)

holdings ta' entitajiet ta' riżoluzzjoni, jew tas-sussidjarji tagħhom li huma stess mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni, ta' strumenti ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fl-Artikolu 45f(2) tad-Direttiva 2014/59/UE li nħarġu minn kwalunkwe waħda minn dawn l-entitajiet li ġejjin:

(i)

fir-rigward ta' entitajiet ta' riżoluzzjoni, entitajiet oħra li jappartjenu għall-istess grupp ta' riżoluzzjoni;

(ii)

fir-rigward ta' sussidjarji ta' entità ta' riżoluzzjoni li huma stess mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni, is-sussidjarji rilevanti tas-sussidjarja li jappartjenu għall-istess grupp ta' riżoluzzjoni;

(n)

skoperturi li jirriżultaw minn impenn ta' valur minimu li jissodisfa l-kondizzjonijiet kollha stipulati fl-Artikolu 132c(3).”;

(b)

il-paragrafu 2 jiġi emendat kif ġej:

(i)

il-punt (c) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(c)

skoperturi mġarrba minn istituzzjoni, inkluż permezz ta' parteċipazzjonijiet jew tipi oħra ta' holdings, għall-impriża prinċipali tagħha, għal sussidjarji oħra ta' dik l-impriża prinċipali jew għas-sussidjarji tagħha stess u holdings kwalifikanti, sakemm dawk l-impriżi ma jkunux koperti mis-superviżjoni fuq bażi konsolidata li għaliha tkun soġġetta l-istituzzjoni stess, f'konformità ma' dan ir-Regolament, id-Direttiva 2002/87/KE jew mal-istandards ekwivalenti fis-seħħ f'pajjiż terz; l-iskoperturi li ma jissodisfawx dawn il-kriterji, kemm jekk ikunu kif ukoll jekk ma jkunux eżentati mill-Artikolu 395(1) ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu ttrattati bħala skoperturi għal parti terza;”;

(ii)

il-punt (k) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(k)

skoperturi fil-forma ta' kollateral jew garanzija għal self residenzjali, ipprovduti minn fornitur tal-protezzjoni eliġibbli msemmi fl-Artikolu 201 li jikkwalifika għal klassifikazzjoni tal-kreditu li huwa tal-anqas aktar baxx minn dawn li ġejjin:

(i)

it-tieni skala tal-kwalità kreditizja;

(ii)

l-iskala tal-kwalità tal-kreditu li tikkorrispondi mal-klassifikazzjoni ta' munita barranija tal-gvern ċentrali tal-Istat Membru fejn ikunu jinsabu l-kwartieri ġenerali tal-fornitur tal-protezzjoni;”;

(iii)

jiżdied il-punt li ġej:

“(l)

skoperturi fil-forma ta' garanzija għal krediti għall-esportazzjoni appoġġati b'mod uffiċjali, pprovduti minn aġenzija tal-kreditu għall-esportazzjoni li tikkwalifika għall-klassifikazzjoni ta' kreditu li tkun mill-inqas aktar baxxa minn dawn li ġejjin:

(i)

it-tieni skala tal-kwalità kreditizja;

(ii)

l-iskala tal-kwalità tal-kreditu li tikkorrispondi mal-klassifikazzjoni ta' munita barranija tal-gvern ċentrali tal-Istat Membru fejn ikunu jinsabu l-kwartieri ġenerali tal-aġenzija tal-kreditu għall-esportazzjoni.”;

(c)

fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-ABE dwar jekk għandhomx il-ħsieb jużaw xi waħda mill-eżenzjonijiet previsti fil-paragrafu 2 f'konformità mal-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu u jipprovdu lill-ABE bir-raġunijiet li jissostanzjaw l-użu ta' dawk l-eżenzjonijiet.”;

(d)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   L-applikazzjoni simultanja ta' iktar minn eżenzjoni waħda stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 għall-istess skopertura m'għandux ikun permess.”;

(102)

l-Artikolu 401 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 401

Kalkolu tal-effett tal-użu ta' tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu

1.   Għall-kalkolu tal-valur ta' skoperturi għall-finijiet tal-Artikolu 395(1), istituzzjoni tista' tuża l-valur tal-iskopertura kompletament aġġustat (E*) kif kalkulat taħt il-Kapitolu 4 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, billi tiġi kunsidrata l-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu, l-aġġustamenti fil-volatilità, u kwalunkwe diskrepanza fil-maturità msemmija f'dak il-Kapitolu.

2.   Bl-eċċezzjoni ta' istituzzjonijiet li jużaw il-Metodu Ssimplifikat tal-Kollateral Finanzjarju, għall-finijiet tal-ewwel paragrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju, irrispettivament mill-metodu użat għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' kreditu.

B'deroga mill-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet li għandhom permess jużaw il-metodi msemmija fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu 4 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta u t-Taqsima 6 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, jistgħu jużaw dawk il-metodi għall-kalkolu tal-valur tal-iskopertura tat-tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli

3.   Fil-kalkolu tal-valur tal-iskoperturi għall-finijiet tal-Artikolu 395(1), l-istituzzjonijiet għandhom iwettqu testijiet perjodiċi tal-istress tal-konċentrazzjonijiet tar-riskju ta' kreditu tagħhom, inkluż fir-rigward tal-valur realizzabbli ta' kwalunkwe kollateral meħud.

It-testijiet perjodiċi tal-istress imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jindirizzaw ir-riskji li jirriżultaw minn bidliet potenzjali fil-kondizzjonijiet tas-suq li jistgħu jaffettwaw b'mod negattiv l-adegwatezza tal-fondi proprji tal-istituzzjonijiet u riskji li jirriżultaw mir-realizzazzjoni ta' kollateral f'sitwazzjonijiet ta' stress.

It-testijiet tal-istress imwettqa għandhom ikunu adegwati u adatti għall-valutazzjoni ta' dawk ir-riskji.

L-istituzzjonijiet għandhom jinkludu dan li ġej fl-istrateġiji tagħhom biex jindirizzaw ir-riskju ta' konċentrazzjoni:

(a)

politiki u proċeduri sabiex jindirizzaw riskji li jirriżultaw minn diskrepanzi fil-maturità bejn l-iskoperturi u kwalunkwe protezzjoni tal-kreditu fuq dawn l-iskoperturi;

(b)

politiki u proċeduri relatati mar-riskju tal-konċentrazzjoni li jirriżulta mill-applikazzjoni tat-tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskji ta' kreditu, b'mod partikolari minn skoperturi kbar għall-kreditu indirett, pereżempju, l-iskoperturi għal emittent uniku ta' titoli meħuda bħala kollateral.

4.   Meta istituzzjoni tnaqqas skopertura għal klijent li juża teknika ta' mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu eliġibbli f'konformità mal-Artikolu 399(1), l-istituzzjoni, bil-mod stabbilit fl-Artikolu 403, għandha tittratta l-parti tal-iskopertura li biha l-iskopertura għall-klijent tkun tnaqqset bħala li ġġarrbet għall-fornitur tal-protezzjoni iktar milli għall-klijent.”;

(103)

l-Artikolu 402, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“1.   Għall-kalkolu talvaluri tal-iskoperturi għall-finijiet tal-Artikolu 395, l-istituzzjonijiet, għajr meta dan ikun ipprojbit mill-liġi nazzjonali applikabbli, jistgħu jnaqqsu l-valur ta' skopertura jew kwalunkwe parti ta' skopertura li hija totalment iggarantita permezz ta' proprjetà residenzjali skont l-Artikolu 125(1) bl-ammont mirhun tal-valur tas-suq jew tas-self b'ipoteka tal-proprjetà immobbli kkonċernata, iżda b'mhux iktar minn 50 % tal-valur tas-suq jew 60 % tal-valur tas-self b'ipoteka f'dawk l-Istati Membri li stabbilixxew kriterji rigorużi għall-valutazzjoni tal-valur tas-self b'ipoteka f'dispożizzjonijiet statutorji jew regolatorji, sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ma jkunux stabbilixxew piż ta' riskju ogħla minn 35 % għal skoperturi jew partijiet minn skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali f'konformità mal-Artikolu 124(2);

(b)

l-iskopertura jew parti mill-iskopertura tkun totalment iggarantita bi kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

ipoteka waħda jew aktar fuq proprjetà residenzjali; jew

(ii)

proprjetà residenzjali fi tranżazzjoni ta' kiri li fiha s-sid iżomm is-sjieda sħiħa tal-proprjetà residenzjali u l-kerrej ikun għadu ma eżerċitax l-opzjoni tiegħu jew tagħha li jixtri jew tixtri;

(c)

ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 208 u l-Artikolu 229(1) jiġu ssodisfati.

2.   Għall-kalkolu tal-valuri tal-iskoperturi għall-finijiet tal-Artikolu 395, istituzzjoni tista', għajr meta dan ikun ipprojbit mill-liġi nazzjonali applikabbli, jistgħu jnaqqsu l-valur ta' skopertura jew kwalunkwe parti ta' skopertura li hija totalment iggarantita permezz ta' proprjetà immobbli kummerċjali skont l-Artikolu 126(1) bl-ammont mirhun tal-valur tas-suq jew tas-self b'ipoteka tal-proprjetà immobbli kkonċernata, iżda b'mhux iktar minn 50 % tal-valur tas-suq jew 60 % tal-valur tas-self b'ipoteka f'dawk l-Istati Membri li stabbilixxew kriterji rigorużi għall-valutazzjoni tal-valur tas-self b'ipoteka f'dispożizzjonijiet statutorji jew regolatorji, sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ma jkunux stabbilixxew piż ta' riskju ogħla minn 50 % għal skoperturi jew partijiet minn skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà immobbli kummerċjali skont l-Artikolu 124(2);

(b)

l-iskopertura tkun totalment iggarantita permezz ta' kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)

ipoteka waħda jew aktar fuq uffiċċji jew bini kummerċjali ieħor; jew

(ii)

uffiċċju jew bini kummerċjali ieħor wieħed jew aktar u l-iskoperturi relatati mat-transazzjonijiet ta' kiri ta' proprjetà;

(c)

ir-rekwiżiti fil-punt (a) tal-Artikolu 126(2) u fl-Artikolu 208 u l-Artikolu 229(1) jiġu ssodisfati;

(d)

il-proprjetà immobbli kummerċjali tkun kompletament mibnija.”;

(104)

l-Artikolu 403 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 403

Approċċ ta' sostituzzjoni

1.   Meta skopertura għal klijent tkun garantita minn parti terza, jew hija garantita minn kollateral maħruġ minn parti terza, istituzzjoni għandha:

(a)

tittratta l-parti tal-iskopertura li tkun garantita bħala skopertura lill-garanti minflok mill-klijent, sakemm l-iskopertura mhux garantita għall-garanti tkun assenjata piż ta' riskju li huwa ugwali għal jew inqas mill-piż ta' riskju tal-iskopertura mhux garantita għall-klijent skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta;

(b)

tittratta l-parti tal-iskopertura kollateralizzata skont il-valur tas-suq ta' kollateral rikonoxxut bħala skopertura mill-parti terza minflok mill-klijent, sakemm l-iskopertura tkun garantita minn kollateral u sakemm li l-parti kollateralizzata tal-iskopertura tingħata piż ta' riskju li huwa ugwali għal jew inqas mill-piż ta' riskju ta' skopertura mhux garantita għall-klijent skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta.

L-approċċ imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ma għandux jintuża minn istituzzjoni fejn ikun hemm diskrepanza bejn il-maturità tal-iskopertura u l-maturità tal-protezzjoni.

Għall-finijiet ta' din il-Parti, istituzzjoni tista' tuża kemm il-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju u t-trattament stipulat fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'dawk il-każi biss fejn hija awtorizzata tuża kemm il-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju u l-Metodu Ssimplifikat tal-Kollateral Finanzjarju għall-finijiet tal-Artikolu 92.

2.   Fejn istituzzjoni tapplika l-punt (a) tal-paragrafu 1, l-istituzzjoni:

(a)

fejn il-garanzija tkun denominata f'munita differenti minn dik li fiha tkun denominata l-iskopertura, għandha tikkalkula l-ammont tal-iskopertura li hija meqjusa bħala koperta skont id-dispożizzjonijiet dwar it-trattament tad-diskrepanza fil-munita għal protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu stipulat fil-Parti Tlieta;

(b)

għandha tittratta kwalunkwe diskrepanza bejn il-maturità tal-iskopertura u l-maturità tal-protezzjoni skont id-dispożizzjonijiet dwar it-trattament tan-nuqqas ta' diskrepanza stipulat fil-Kapitolu 4 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta;

(c)

tista' tirrikonoxxi kopertura parzjali f'konformità mat-trattament stabbilit fil-Kapitolu 4 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta.

3.   Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1, istituzzjoni tista' tissostitwixxi l-ammont fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu bl-ammont fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu, sakemm il-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (c), (d) u (e) ta' dan il-paragrafu huma ssodisfati:

(a)

l-ammont totali tal-iskopertura tal-istituzzjoni għal emittent tal-kollateral minħabba ftehimiet ta' riakkwist bejn tliet partijiet iffaċilitati minn aġent ta' tliet partijiet;

(b)

l-ammont totali tal-limiti li l-istituzzjoni tkun tat struzzjonijiet lill-aġent ta' tliet partijiet imsemmi fil-punt (a) sabiex japplika għat-titoli maħruġa mill-emittent tal-kollateral imsemmi f'dak il-punt;

(c)

l-istituzzjoni tkun ivverifikat li l-aġent ta' tliet partijiet għandu fis-seħħ salvagwardji xierqa sabiex jipprevjeni l-ksur tal-limiti msemmija fil-punt (b);

(d)

l-awtorità kompetenti ma tkunx esprimiet lill-istituzzjoni ebda tħassib materjali;

(e)

is-somma tal-ammont tal-limitu msemmi fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu u kwalunkwe skopertura oħra tal-istituzzjoni għall-emittent tal-kollateral ma taqbiżx il-limitu stipulat fl-Artikolu 395(1).

4.   L-ABE għandha toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, li jispeċifikaw il-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tat-trattament imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, inkluż il-kondizzjonijiet u l-frekwenza għad-determinazzjoni, il-monitoraġġ u r-reviżjoni tal-limiti msemmija fil-punt (b) ta' dak il-paragrafu.

L-ABE għandha tippubblika dawk il-linji gwida sal-31 ta' Diċembru 2019.”;

(105)

fil-Parti Sitta, l-intestatura tat-Titolu I hija sostitwita b'dan li ġej:

DEFINIZZJONIJIET U REKWIŻITI TAL-LIKWIDITÀ”;

(106)

l-Artikolu 411 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 411

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din il-Parti, id-definizzjonijiet li ġejjin japplikaw:

(1)

“klijent finanzjarju” tfisser klijent, inkluż klijent finanzjarju li jappartjeni għall-grupp ta' kumpanniji mhux finanzjarji, li jwettaq attività waħda jew iktar minn dawk elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2013/36/UE bħala n-negozju ewlieni tiegħu, jew li huwa waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

istituzzjoni ta' kreditu;

(b)

ditta tal-investiment;

(c)

entità bi skop speċjali ta' titolizzazzjoni (‘SSPE’);

(d)

impriża ta' investiment kollettiv (‘CIU’);

(e)

skema ta' investiment limitat;

(f)

impriża tal-assigurazzjoni;

(g)

impriża tar-riassigurazzjoni;

(h)

kumpannija holding finanzjarja jew kumpannija holding finanzjarja mħallta;

(i)

istituzzjoni finanzjarja;

(j)

arranġament għal skemi tal-pensjonijiet kif definit fil-punt (10) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(2)

“depożitu fil-livell ta' konsumatur” tfisser obbligazzjoni lejn persuna fiżika jew 'SME, fejn l-SME tkun tikkwalifika għall-klassi ta' skopertura fil-livell ta' konsumatur taħt l-approċċi standardizzati jew IRB għar-riskju tal-kreditu, jew obbligazzjoni lejn kumpannija li hija eliġibbli għat-trattament stipulat fl-Artikolu 153(4), u fejn id-depożiti aggregati minn dik l-SME jew kumpannija fuq il-bażi ta' grupp ma jkunux jaqbżu l-EUR 1 miljun;

(3)

“kumpanija ta' investiment personali” jew “PIC” tfisser impriża jew fond li is-sid jew is-sid benefiċjarju tagħhom ikun persuna fiżika jew grupp ta' persuni fiżiċi li jiġu minn xulxin mill-qrib, li ma jwettaqx kwalunkwe attività kummerċjali, industrijali jew professjonali u li kien stabbilit bl-għan uniku ta' ġestjoni tal-ġid tas-sid jew is-sidien, inkluż attivitajiet anċillari bħal segregazzjoni tal-assi tas-sidien mill-assi korporattivi, faċilitazzjoni tat-trażmissjoni tal-assi f'familja jew il-prevenzjoni ta' qsim fl-assi wara l-mewt ta' membru tal-familja, sakemm dawk l-attivitajiet anċillari ikunu marbutin mal-għan prinċipali tal-ġestjoni tal-ġid tas-sidien;

(4)

“sensar għad-depożiti” tfisser persuna fiżika jew impriża li tqiegħed id-depożiti minn partijiet terzi, inkluż depożiti fil-livell ta' konsumatur u depożiti ta' kumpanniji iżda bl-esklużjoni tad-depożiti minn istituzzjonijiet finanzjarji, ma' istituzzjonijiet tal-kreditu bi skambju għal ħlas;

(5)

“assi mhux aggravati” tfisser assi li mhumiex soġġetti għal xi restrizzjoni legali, kuntrattwali, regolatorja jew xi restrizzjoni oħra li tipprevjeni lill-istituzzjoni milli tillikwida, tbigħ, tittrasferixxi, tassenja jew, b'mod ġenerali, teħles minn dawk l-assi permezz ta' bejgħ dirett jew ftehim ta' riakkwist;

(6)

“sovrakollateralizzazzjoni mhux obbligatorja” tfisser kwalunkwe ammont ta' assi li l-istituzzjoni mhijiex obbligata torbot mal-ħruġ ta' bond kopert bis-saħħa ta' rekwiżiti legali jew regolatorji, impenji kuntrattwali jew għal raġunijiet ta' dixxiplina tas-suq, inkluż b'mod partikolari fejn l-assi jiġu pprovduti f'eċċess tar-rekwiżit ta' sovrakollateralizzazzjoni minimu legali, statutorju jew regolatorju applikabbli għall-bonds koperti skont il-liġi nazzjonali ta' Stat Membru jew pajjiż terz;

(7)

“rekwiżit ta' kopertura tal-assi” tfisser il-proporzjon tal-assi meta mqabblin mar-responsabbiltajiet kif determinat f'konformità mal-liġi nazzjonali ta' Stat Membru jew pajjiż terz għall-finijiet ta' titjib tal-kreditu b'rabta mal-bonds koperti;

(8)

“self ta' marġini” tfisser self kollateralizzat estiż lill-klijenti biex jieħdu pożizzjonijiet tan-negozjar ingranati;

(9)

“kuntratti tad-derivattivi” tfisser il-kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II u d-derivattivi tal-kreditu;

(10)

“stress” tfisser deterjorament f'daqqa jew gravi fil-pożizzjoni ta' solvenza jew ta' likwidità ta' istituzzjoni minħabba bidliet fil-kondizzjonijiet tas-suq jew fatturi idjosinkratiċi li b'riżultat tagħhom ikun hemm riskju sinifikanti li l-istituzzjoni ma tibqax kapaċi twettaq l-impenji tagħha meta jkunu dovuti fit-30 jum li jkun imiss;

(11)

“assi ta' livell 1” tfisser assi ta' likwidità u kwalità tal-kreditu għoljin ħafna kif inhu msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 416(1);

(12)

“assi ta' livell 2” tfisser assi ta' likwidità u kwalità ta' kreditu għoljin ħafna kif inhu msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 416(1) ta' dan ir-Regolament; l-assijiet ta' livell 2 jinqasmu ulterjorment f'assi tal-livell 2A u 2B kif stabbilit fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1);

(13)

“marġini ta' likwidità” tfisser l-ammont ta' assi ta' livell 1 u ta' livell 2 li istituzzjoni jkollha f'konformità mal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1);

(14)

“fluss ta' ħruġ nett tal-likwidità” tfisser l-ammont li jirriżulta mit-tnaqqis tal-flussi ta' dħul tal-likwidità ta' istituzzjoni mill-flussi ta' ħruġ tal-likwidità tagħha;

(15)

“munita tar-rappurtar” tfisser il-munita tal-Istat Membru fejn jinsab l-uffiċċju prinċipali tal-istituzzjoni;

(16)

“fatturament” tfisser ftehim kuntrattwali bejn negozju (l-“assenjatur”) u entità finanzjarja (il-“fattur”) fejn l-assenjatur jassenja jew ibigħ ir-riċevibbli tiegħu lill-fattur fi skambju għall-fattur biex jipprovdi lill-assenjatur b'wieħed jew aktar mis-servizzi li ġejjin fir-rigward tar-riċevibbli assenjati:

(a)

avvanz ta' perċentwal tal-ammont tar-riċevibbli assenjati, ġeneralment fuq terminu qasir, mhux impenjat u mingħajr riportament awtomatiku;

(b)

ġestjoni tar-riċevibbli, ġbir tar-riċevibbli u protezzjoni ta' kreditu, fejn, b'mod ġenerali, il-fattur jamministra r-reġistru tal-bejgħ tal-assenjatur u jiġbor ir-riċevibbli f'isem il-fattur;

għall-finijiet tat-Titolu IV, il-fatturament għandu jiġi ttrattat bħala finanzjament tal-kummerċ;

(17)

“kreditu impenjat jew faċilità ta' likwidità” tfisser faċilità ta' kreditu jew ta' likwidità li hija irrevokabbli jew kondizzjonalment revokabbli.”;

(107)

l-Artikolu 412 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   L-istituzzjonijiet ma għandhomx jgħoddu għal darbtejn il-fluss ta' ħruġ tal-likwidità, il-flussi ta' dħul tal-likwidità u l-assi likwidi.

Dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), fejn element jista' jingħadd f'iktar minn kategorija waħda ta' fluss ta' ħruġ, għandu jingħadd fil-kategorija ta' fluss ta' ħruġ li tipproduċi l-akbar fluss ta' ħruġ kuntrattwali għal dak l-element.”;

(b)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“4a.   L-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandu japplika għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti ta' investiment imsemmija fl-Artikolu 6(4).”;

(108)

l-Artikoli 413 u 414 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“Artikolu 413

Rekwiżit ta' finanzjament stabbli

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l-assi għal perijodu fit-tul u elementi mhux riflessi fil-karta tal-bilanċ jiġu trattati b'mod adegwat b'sett varjat ta' strumenti ta' finanzjament li huma stabbli kemm taħt kondizzjonijiet normali kif ukoll taħt kondizzjonijiet ta' stress.

2.   Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-Titolu III għandhom japplikaw b'mod esklussiv għall-fini tal-ispeċifikazzjoni tal-obbligi ta' rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 415 sakemm l-obbligi ta' rappurtar stabbiliti f'dak l-Artikolu għall-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett stabbilit fit-Titolu IV ġew speċifikati u introdotti fid-dritt tal-Unjoni.

3.   Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-Titolu IV għandhom japplikaw għall-fini tal-ispeċifikazzjoni tar-rekwiżit ta' finanzjament stabbli stabbilit fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u l-obbligi ta' rappurtar għall-istituzzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 415.

4.   L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet nazzjonali fil-qasam ta' rekwiżiti ta' finanzjament stabbli qabel ma jsiru applikabbli standards minimi vinkolanti għar-rekwiżiti ta' finanzjament stabbli nett stabbiliti fil-paragrafu 1.

Artikolu 414

Konformità mar-rekwiżiti tal-likwidità

Istituzzjoni li ma tissodisfax, jew li ma tistenniex li ser tissodisfa, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 412 jew fl-Artikolu 413(1), inkluż matul żmien ta' stress, għandha tinforma mmedjatament lill-awtoritajiet kompetenti dwar dan u għandha tippreżenta lill-awtoritajiet kompetenti mingħajr dewmien bla bżonn pjan biex isseħħ mill-ġdid filwaqt il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 412 jew l-Artikolu 413(1), kif adatt. Sakemm tiġi stabbilita mill-ġdid il-konformità, l-istituzzjoni għandha kuljum tirrapporta l-elementi msemmija fit-Titolu III, fit-Titolu IV, fl-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 415(3) jew (3a) jew fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), kif adatt, mhux aktar tard minn tmiem il-ġurnata tax-xogħol, sakemm l-awtorità kompetenti ma tawtorizzax frekwenza anqas tar-rappurtar u skadenza itwal tar-rappurtar. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu biss dawn l-awtorizzazzjonijiet fuq il-bażi tas-sitwazzjoni individwali tal-istituzzjoni, filwaqt li jittieħed kont tal-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jissorveljaw l-implimentazzjoni tat-tali pjan ta' stabbiliment mill-ġdid u jekk ikun meħtieġ għandhom jesiġu stabbiliment mill-ġdid tal-konformità iktar rapidu.”;

(109)

l-Artikolu 415 huwa emendat kif ġej:

(a)

l-paragrafi 1, 2 u 3 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“1.   L-istituzzjonijiet għandhom jirrappurtaw l-elementi msemmija fl-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fil-paragrafu 3 jew 3a ta' dan l-Artikolu, fit-Titolu IV u fl-att delegat msemmi fl-Artikolu 460(1) fil-munita tar-rappurtar lill-awtoritajiet kompetenti, irrispettivament mid-denominazzjoni attwali ta' dawk l-elementi. Sa dak iż-żmien li l-obbligi tar-rappurtar u l-format tar-rappurtar għall-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett stabbilit fit-Titolu IV ikunu ġew speċifikati u introdotti fid-dritt tal-Unjoni, l-istituzzjonijiet għandhom jirrappurtaw lill-awtoritajiet kompetenti l-elementi msemmija fit-Titolu III fil-munita tar-rappurtar, irrispettivament mid-denominazzjoni attwali ta' dawk l-elementi.

Il-frekwenza tar-rappurtar għandha tkun mill-inqas darba fix-xahar għall-elementi msemmija fl-att delegat msemmi fl-Artikolu 460(1) u mill-inqas kull tliet xhur għall-elementi msemmija fit-Titoli III u IV.

2.   Istituzzjoni għandha tirrapporta b'mod separat lill-awtoritajiet kompetenti, l-elementi msemmija fl-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fil-paragrafu 3 jew 3a ta' dan l-Artikolu, fit-Titolu III sa dak iż-żmien li l-obbligi tar-rappurtar u l-format tar-rappurtar għall-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett stabbilit fit-Titolu IV ikunu ġew speċifikati u introdotti fid-dritt tal-Unjoni, fit-Titolu IV u fl-att delegat msemmi fl-Artikolu 460(1), kif adatt, f'konformità ma' dan li ġej:

(a)

fejn l-elementi jkunu denominati f'munita għajr il-munita tar-rappurtar u l-istituzzjoni jkollha obbligazzjonijiet aggregati denominati f'tali munita li jammontaw għal jew jaqbżu l-5 % tal-obbligazzjonijiet totali tal-istituzzjoni jew tas-sottogrupp tal-likwidità waħdieni, bl-esklużjoni tal-fondi proprji u tal-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, ir-rappurtar għandu jsir fil-munita ta' denominazzjoni;

(b)

fejn l-elementi huma denominati fil-munita ta' Stat Membru ospitanti fejn l-istituzzjoni għandha fergħa sinifikanti kif imsemmi l-Artikolu 51 tad-Direttiva 2013/36/UE u dak l-Istat Membru ospitanti juża munita oħra barra l-munita tar-rappurtar, ir-rappurtar għandu jsir fil-munita tal-Istat Membru li fih tinsab il-fergħa sinifikanti;

(c)

fejn l-elementi jkunu denominati fil-munita tar-rappurtar, u l-ammont aggregat ta' obbligazzjonijiet f'muniti għajr il-munita tar-rappurtar jammonta għal jew jaqbeż il-5 % tal-obbligazzjonijiet totali tal-istituzzjoni jew tas-sottogrupp ta' likwidità waħdieni, bl-esklużjoni tal-fondi proprji u tal-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, ir-rappurtar għandu jsir fil-munita tar-rappurtar.

3.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi sabiex tispeċifika dawn li ġejjin:

(a)

formati uniformi u soluzzjonijiet tal-IT bi struzzjonijiet assoċjati għal frekwenzi u d-dati tar-referenza u ta' rimessa; il-formati tar- rappurtar u l-frekwenzi għandhom ikunu proporzjonali għan-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet differenti tal-istituzzjonijiet u għandhom jinkludu r-rappurtar meħtieġ skont il-paragrafi 1 u 2;

(b)

metriċi addizzjonali meħtieġa għall-monitoraġġ tal-likwidità, li jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jiksbu idea komprensiva tal-profil tar-riskju tal-likwidità ta' istituzzjoni, proporzjonali għan-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet ta' istituzzjoni.

L-ABE għandha tissottometti lill-Kummissjoni dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi għall-elementi speċifikati fil-punt (a) sat-28 ta' Lulju 2013 u għall-elementi speċifikati fil-punt (b) sal-1 ta' Jannar 2014.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummisjoni li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”;

(b)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“3a.   L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi sabiex tispeċifika liema metriċi addizzjonali għall-monitoraġġ tal-likwidità kif imsemmi fil-paragrafu 3 għandhom japplikaw għall-istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi.

L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2020.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummisjoni li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”;

(110)

l-Artikolu 416 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   F'konformità mal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet għandhom jirrappurtaw dawk l-assi li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin bħala assi likwidi:

(a)

l-assi jkunu mhux aggravati jew jinsabu disponibbli fi ħdan pools kollaterali biex jintużaw għall-kisba ta' fondi addizzjonali taħt linji ta' kreditu disponibbli għall-istituzzjoni li jkunu impenjati jew, fejn il-pool jitħaddem minn bank ċentrali, mhux impenjati iżda għad mhux finanzjati;

(b)

l-assi ma jinħarġux mill-istituzzjoni nnifisha, minn istituzzjonijiet prinċipali jew sussidjarji tagħha, jew minn sussidjarja oħra tal-istituzzjoni prinċipali tagħha jew kumpannija holding finanzjarja prinċipali;

(c)

ikun hemm qbil ġenerali bejn il-parteċipanti tas-suq dwar il-prezz tal-assi li jkun jista' faċilment jiġi osservat fis-suq, jew il-prezz jista' jiġi determinat minn formula li tkun faċli biex tiġi kalkulata fuq il-bażi ta' inputs pubblikament disponibbli u li ma tkunx tiddependi fuq suppożizzjonijiet solidi, kif inhu tipikament il-każ għall-prodotti strutturati jew eżotiċi;

(d)

l-assi jkunu kwotati f'kambju rikonoxxut jew ikunu kummerċjabbli permezz ta' bejgħ dirett jew permezz ta' sempliċi ftehim ta' xiri mill-ġdid fi swieq ta' xiri mill-ġdid; dawk il-kriterji għandhom jiġu valutati b'mod separat għal kull suq.

Il-kondizzjonijiet imsemmija fil-punti (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu ma għandhomx japplikaw għall-assi msemmija fil-punti (a), (e) u (f) tal-paragrafu 1.”;

(b)

il-paragrafi 5 u 6 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“5.   L-ishma jew l-unitajiet fis-CIUs jistgħu jiġu ttrattati bħala assi likwidi, sa ammont assolut ta' EUR 500 miljun jew l-ammont ekwivalenti f'munita domestika, fil-portafoll tal-assi likwidi ta' kull istituzzjoni, bil-kondizzjoni li jintlaħqu r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 132(3) u li s-CIU tinvesti biss f'assi likwidi kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, minbarra d-derivati għall-mitigazzjoni tar-rata tal-imgħax jew tar-riskju tal-kreditu jew tal-munita.

L-użu jew l-użu potenzjali minn CIU ta' strumenti ta' derivati biex jiġu koperti r-riskji tal-investimenti permessi m'għandux iwaqqaf lil dik is-CIU milli tkun eliġibbli għat-trattament imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Fejn il-valur tal-ishma jew tal-unitajiet tas-CIU mhux ipprezzat regolarment skont il-valur fis-suq mill-partijiet terzi msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 418(4) u l-awtorità kompetenti ma tkunx sodisfatta li istituzzjoni tkun żviluppat metodoloġiji u proċessi robusti għal tali valutazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 418(4), l-ishma jew l-unitajiet f'dik is-CIU ma għandhomx jiġu ttrattati bħala assi likwidi.

6.   Meta assi likwidu ma jibqax konformi mar-rekwiżit għall-assi likwidi kif stabbilit f'dan l-Artikolu, istituzzjoni xorta waħda tista' tkompli tqisu bħala assi likwidu għal perijodu addizzjonali ta' 30 jum. Fejn assi likwidu f'CIU ma jibqax eliġibbli għat-trattament imsemmi fil-paragrafu 5, l-ishma jew l-unitajiet fis-CIU jistgħu madankollu jitqiesu bħala assi likwidu għal perijodu addizzjonali ta' 30 ġurnata, sakemm dawk l-assi ma jkunux iktar minn 10 % tal-assi ġenerali tas-CIU.”;

(c)

jitħassar il-paragrafu 7;

(111)

l-Artikolu 419 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Fejn il-ħtiġijiet ġustifikati għal assi likwidi fid-dawl tar-rekwiżit fl-Artikolu 412 jaqbżu d-disponibbiltà ta' dawk l-assi likwidi f'munita, għandha tapplika deroga waħda jew iktar minn dawn li ġejjin:

(a)

permezz ta' deroga mill-punt (f) tal-Artikolu 417, id-denominazzjoni tal-assi likwidi tista' tkun inkonsistenti mad-distribuzzjoni skont il-munita tal-ħruġ tal-likwidità wara t-tnaqqis tad-dħul;

(b)

għall-muniti ta' Stat Membru jew ta' pajjiżi terzi, l-assi likwidi meħtieġa jistgħu jiġu sostitwiti minn linji ta' kreditu mill-bank ċentrali ta' dak l-Istat Membru jew tal-pajjiż terz li jkunu impenjati kuntrattwalment u b'mod irrevokabbli għat-30 ġurnata li jmiss u li jkunu pprezzati b'mod ġust, indipendentement mill-ammont attwalment miġbud, sakemm l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz jagħmlu l-istess u sakemm dak l-Istat Membru jew il-pajjiż terz ikollu fis-seħħ rekwiżiti tar-rappurtar komparabbli;

(c)

meta jkun hemm defiċit ta' assi ta' livell 1, jistgħu jinżammu assi addizzjonali ta' livell 2A mill-istituzzjoni, soġġett għal haircuts ogħla, u jista' jiġi emendat kwalunkwe massimu applikabbli għal dawk l-assi f'konformità mal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1).”;

(b)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“5.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika d-derogi msemmijin fil-paragrafu 2, inkluż il-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni tagħhom.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Diċembru 2019.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”;

(112)

l-Artikolu 422 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.   Is-servizzi ta' kklerjar, ta' kustodja jew ta' maniġġjar tal-flus jew servizzi oħra komparabbli msemmijin fil-punti (a) u (d) tal-paragrafu 3 għandhom ikopru biss dawk is-servizzi sakemm dawk is-servizzi jitwettqu fil-kuntest ta' relazzjoni stabbilita li fuqha d-depożitant ikollu dipendenza sostanzjali. Dawk is-servizzi ma għandhomx jikkonsistu sempliċiment minn servizzi bankarji korrispondenti jew ta' senserija primarja, u l-istituzzjonijiet għandu jkollhom provi li l-klijent ma jistax jiġbed l-ammonti legalment dovuti fuq perijodu ta' 30 ġurnata mingħajr ma jikkomprometti l-funzjonament operattiv tiegħu.

Sa meta tiġi stabbilita definizzjoni uniformi ta' relazzjoni operattiva stabbilita kif imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 3, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu huma stess il-kriterji sabiex jidentifikaw relazzjoni operattiva stabbilita skont liema jkollhom il-provi li l-klijent ma jistax jiġbed l-ammonti legalment dovuti fuq perijodu ta' 30 ġurnata mingħajr ma jikkomprometti l-funzjonament operattiv tagħha u għandhom jirrappurtaw dawk il-kriterji lill-awtoritajiet kompetenti. Fin-nuqqas ta' definizzjoni uniformi, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipprovdu gwida ġenerali li l-istituzzjonijiet għandhom isegwu sabiex jidentifikaw id-depożiti miżmuma mid-depożitant fil-kuntest ta' relazzjoni operattiva stabbilita.”;

(b)

il-paragrafu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“8.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu l-permess sabiex jiġi applikat perċentwal iżgħar ta' fluss 'il barra għall-l-obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 7 skont il-każ, sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-kontroparti tkun kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

istituzzjoni prinċipali jew sussidjarja tal-istituzzjoni jew sussidjarja oħra tal-istess istituzzjoni prinċipali;

(ii)

il-kontroparti hija marbuta mal-istituzzjoni permezz ta' relazzjoni fis-sens tal-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE;

(iii)

istituzzjoni li taqa' fi ħdan l-istess skema ta' protezzjoni istituzzjonali li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 113(7); jew

(iv)

l-istituzzjoni ċentrali jew membru f'netwerk f'konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 400(2);

(b)

ikun hemm raġunijiet għalfejn wieħed jistenna fluss 'l barra iktar baxx fuq it-30 ġurnata li jmiss anki f'xenarju kombinat ta' stress idjosinkratiku u fis-suq kollu;

(c)

b'deroga mill-Artikolu 425 il-kontroparti tapplika fluss 'il ġewwa simetriku korrispondenti u iktar konservattiv;

(d)

l-istituzzjoni u l-kontroparti jkunu stabbiliti fl-istess Stat Membru.”;

(113)

fl-Artikolu 423, il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti ma' dawn li ġejjin:

“2.   Istituzzjoni għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti bil-kuntratti kollha li jkunu saru fejn il-kondizzjonijiet kuntrattwali tagħhom iwasslu għal flussi 'l barra ta' likwidità jew ħtiġijiet addizzjonali ta' kollateral, fi żmien 30 jum wara degradazzjoni materjali fil-kwalità tal-kreditu tal-istituzzjoni. Meta l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw dawk il-kuntratti bħala materjali għall-flussi 'l barra potenzjali ta' likwidità tal-istituzzjoni, għandhom jeħtieġu li l-istituzzjoni żżid fluss 'il barra addizzjonali għal dawk il-kuntratti, li għandu jikkorrispondi għall-ħtiġijiet kollaterali addizzjonali li jirriżultaw minn degradazzjoni materjali fil-kwalità tal-kreditu tagħha, bħal deklassament ta' tliet livelli fil-valutazzjoni tal-kreditu esterna tagħha. L-istituzzjoni għandha regolarment tirrevedi d-daqs ta' din id-degradazzjoni materjali fid-dawl ta' dak li hu rilevanti taħt il-kuntratti li tkun daħlet għalihom, u għandha tinnotifika r-riżultat tar-reviżjoni tagħha lill-awtoritajiet kompetenti.

3.   L-istituzzjoni għandha żżid fluss'il barra addizzjonali li għandha tikkorrispondi għall-ħtiġijiet kollaterali li jirriżultaw mill-impatt ta' xenarju negattiv tas-suq fuq it-tranżazzjonijiet ta' derivattivi tagħha jekk ikunu materjali.

L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kondizzjonijiet li bihom il-kunċett tal-materjalità jista' jiġi applikat u li jispeċifikaw il-metodi għall-kalkolu tal-fluss 'il barra addizzjonali.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta' Marzu 2014.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”;

(114)

fl-Artikolu 424, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.   L-ammont impenjat ta' faċilità ta' likwidità li jkun ġie pprovdut lil SSPE bil-għan li jippermetti lil dik l-SSPE tixtri assi, għajr it-titoli, mingħand klijenti li mhumiex klijenti finanzjarji għandu jiġi multiplikat b'10 %, sakemm l-ammont impenjat jaqbeż l-ammont ta' assi attwalment mixtrija mill-klijenti u li l-ammont massimu li jista' jiġi prelevat ikun kuntrattwalment limitat għall-ammont ta' assi attwalment mixtrija.”;

(115)

fl-Artikolu 425(2), il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(c)

is-self b'data ta' skadenza kuntrattwali indefinita jiġi kunsidrat bi fluss ta' dħul ta' 20 %, diment li l-kuntratt jippermetti lill-istituzzjoni biex tirtira minn u titlob pagament fi żmien 30 ġurnata;”;

(116)

fil-Parti Sitta, it-titolu li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 428:

“TITOLU IV

IL-PROPORZJON TA' FINANZJAMENT STABBLI NETT

KAPITOLU 1

Il-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett

Artikolu 428a

Applikazzjoni fuq bażi konsolidata

Meta l-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett stipulat f'dan it-Titolu japplika fuq bażi konsolidata f'konformità mal-Artikolu 11(4), għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-assi u l-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ ta' sussidjarja li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha f'pajjiż terz li jkunu soġġetti għal fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġa skont ir-rekwiżit ta' finanzjament stabbli nett stipulat fil-liġi nazzjonali ta' dak il-pajjiż terz li jkunu ogħla minn dawk speċifikati fil-Kapitolu 4 għandhom ikunu soġġetti għal konsolidazzjoni f'konformità mal-fatturi ogħla speċifikati fil-liġi nazzjonali ta' dak il-pajjiż terz;

(b)

l-obbligazzjonijiet u l-fondi proprji f'impriża sussidjarja li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha f'pajjiż terz li jkunu soġġetti għal fatturi ta' finanzjament stabbli disponibbli skont ir-rekwiżit ta' finanzjament stabbli nett stipulat fil-liġi nazzjonali ta' dak il-pajjiż terz li jkunu aktar baxxi minn dawk speċifikati fil-Kapitolu 3 għandhom ikunu soġġetti għall-konsolidazzjoni f'konformità mal-fatturi aktar baxxi speċifikati fil-liġi nazzjonali ta' dak il-pajjiż terz;

(c)

l-assi ta' pajjiżi terzi li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) u li jkunu miżmumin minn impriża sussidjarja li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha f'pajjiż terz ma jkunux rikonoxxuti bħala assi likwidi għal finijiet għal konsolidazzjoni meta dawn ma jikkwalifikawx bħala assi likwidi skont il-liġi nazzjonali ta' dak il-pajjiż terz li jistabbilixxi r-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità;

(d)

ditti tal-investiment li mhumiex soġġetti għal dan it-Titolu skont l-Artikolu 6(4) fi ħdan il-grupp għandhom ikunu soġġetti għall-Artikoli 413 u 428b fuq bażi konsolidata; ħlief kif speċifikat f'dan il-punt, dawn id-ditti tal-investiment għandhom jibqgħu suġġetti għar-rekwiżit iddettaljat ta' ffinanzjar stabbli nett għad-ditti tal-investiment kif stabbilit fil-liġi nazzjonali.

Artikolu 428b

Il-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett

1.   Ir-rekwiżit ta' finanzjament stabbli nett stabbilit fl-Artikolu 413(1) għandu jkun ugwali għall-proporzjon tal-finanzjament stabbli disponibbli ta' istituzzjoni kif imsemmi fil-Kapitolu 3 għall-finanzjament stabbli meħtieġ tal-istituzzjoni kif imsemmi fil-Kapitolu 4, u għandu jiġi espress bħala perċentwali. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett tagħhom f'konformità mal-formula li ġejja:

Formula

2.   L-istituzzjonijiet għandhom iżommu proporzjon ta' finanzjament stabbli nett ta' mill-inqas 100 %, ikkalkulat fil-munita tar-rappurtar għat-tranżazzjonijiet tagħhom kollha, irrispettivament mid-denominazzjoni tal-munita attwali tagħhom.

3.   Meta, fi kwalunkwe ħin, il-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett ta' istituzzjoni jkun waqa' taħt il-100 %, jew jista' raġonevolment ikun mistenni li ser jaqa' taħt il-100 %, għandu japplika r-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 414. L-istituzzjoni għandu jkollha l-għan li tirrestawra l-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett tagħha għal-livell imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir-raġunijiet għan-nuqqas tal-istituzzjoni li tikkonforma mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu qabel ma jieħdu kwalunkwe miżura superviżorja.

4.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw u jimmonitorjaw il-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett tagħhom fil-munita tar-rappurtar għat-tranżazzjonijiet tagħhom kollha, irrispettivament mid-denominazzjoni tal-munita attwali tagħhom, u separatament għat-tranżazzjonijiet tagħhom denominati f'kull waħda mill-muniti li huma soġġetti għal rappurtar separat f'konformità mal-Artikolu 415(2).

5.   L-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li d-distribuzzjoni tal-profil ta' finanzjament tagħhom skont id-denominazzjoni tal-munita tkun ġeneralment konsistenti mad-distribuzzjoni tal-assi tagħhom skont il-munita. Fejn adatt, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeħtieġu lill-istituzzjonijiet jirrestrinġu l-ispariġġi bejn il-muniti billi jistabbilixxu limiti għall-proporzjon ta' finanzjament stabbli meħtieġ f'munita partikolari li jistgħu jintlaħqu mill-finanzjament stabbli disponibbli li mhuwiex denominat f'dik il-munita. Dik ir-restrizzjoni tista' tiġi applikata biss għal munita li tkun soġġetta għal rappurtar separat f'konformità mal-Artikolu 415(2).

Fid-determinazzjoni tal-livell ta' kwalunkwe restrizzjoni fuq spariġġi bejn il-muniti li tista' tiġi applikata f'konformità ma' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw tal-inqas:

(a)

jekk l-istituzzjoni għandhiex il-kapaċità tittrasferixxi l-finanzjament stabbli disponibbli minn munita waħda għal oħra u bejn ġurisdizzjonijiet u entitajiet legali fi ħdan il-grupp tagħha u l-abbiltà li taqleb il-muniti u tikseb fondi fis-swieq tal-kambju barrani matul il-perijodu ta' sena tal-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett;

(b)

l-impatt ta' movimenti ħżiena fir-rata tal-kambju fuq pożizzjonijiet ta' spariġġ eżistenti u fuq l-effettività ta' kwalunkwe hedges ta' skambju ta' valuti barranin li hemm fis-seħħ.

Kull restrizzjoni fuq l-ispariġġi bejn il-muniti, imposta f'konformità ma' dan l-Artikolu, għandha tikkostitwixxi rekwiżit ta' likwidità speċifiku kif msemmi fl-Artikolu 105 tad-Direttiva 2013/36/UE.

KAPITOLU 2

Regoli ġenerali għall-kalkolu tal-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett

Artikolu 428c

Kalkolu tal-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett

1.   Sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'dan it-Titolu, l-istituzzjonijiet għandhom iqisu l-assi, l-obbligazzjonijiet u l-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ fuq bażi grossa.

2.   Għall-fini tal-kalkolu tal-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett tagħhom, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-fatturi ta' finanzjament stabbli adatt stipulat fil-Kapitoli 3 u 4 għall-valur tal-kontabbiltà tal-assi, l-obbligazzjonijiet u l-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tagħhom, sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'dan it-Titolu.

3.   L-istituzzjonijiet ma għandhomx jgħoddu għal darbtejn il-finanzjament stabbli meħtieġ u l-finanzjament stabbli disponibbli.

Sakemm fejn speċifikat mod ieħor f'dan it-Titolu, fejn element jista' jiġi allokat lil iktar minn kategorija waħda ta' finanzjament stabbli meħtieġ, għandu jiġi allokat lill-kategorija ta' finanzjament stabbli meħtieġ li tipproduċi l-akbar finanzjament stabbli kuntrattwali meħtieġ għal dak l-element.

Artikolu 428d

Kuntratti tad-derivattivi

1.   L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dan l-Artikolu biex jikkalkulaw l-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ għal kuntratti tad-derivattivi kif imsemmi fil-Kapitoli 3 u 4.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 428ah(2), l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu kont tal-valur ġust ta' pożizzjonijiet derivattivi fuq bażi netta meta dawn il-pożizzjonijiet jkunu inklużi fl-istess sett tan-netting li jissodisfa r-rekwiżiti stipulat fl-Artikolu 429c(1). Meta dak ma jkunx il-każ, l-istituzzjonijiet għandhom iqisu l-valur ġust ta' pożizzjonijiet derivattivi fuq bażi grossa u għandhom jittrattaw dawk il-pożizzjonijiet derivattivi bħala li jappartjenu għas-sett tan-netting tagħhom stess għall-finijiet tal-Kapitolu 4.

3.   Għall-finijiet ta' dan it-Titolu, il-'valur ġust ta' sett tan-netting' ifisser is-somma tal-valuri ġusti tat-tranżazzjonijiet kollha inklużi f'sett tan-netting.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 428ah(2), il-kuntratti tad-derivattivi kollha elenkati fil-punti 2(a) sa (e) tal-Anness II li jinvolvu skambju sħiħ ta' ammonti prinċipali fl-istess data għandhom jiġu kalkulati fuq bażi netta bejn il-muniti, inkluż għall-fini tar-rappurtar f'munita li tkun soġġetta għal rappurtar separat f'konformità mal-Artikolu 415(2), anke fejn dawk it-tranżazzjonijiet mhumiex inklużi fl-istess sett ta' netting li jissodisfa r-rekwiżiti stipulat fl-Artikolu 429c(1).

5.   Il-flus li jiġu riċevuti bħala kollateral biex jimmitigaw l-iskopertura ta' pożizzjoni derivattiva għandhom jiġu trattati kif adatt u m'għandhomx jiġu trattati bħala depożiti li japplika għalihom il-Kapitolu 3.

6.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu, bl-approvazzjoni tal-bank ċentrali rilevanti, li jneħħu l-impatt tal-kuntratti derivattivi fuq il-kalkolu tal-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett, inkluż permezz tad-determinazzjoni ta' fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ u ta' provvedimenti u telf, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

dawk il-kuntratti għandhom maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur;

(b)

il-kontroparti hija l-BĊE jew il-bank ċentrali ta' Stat Membru;

(c)

il-kuntratti tad-derivattivi jservu l-politika monetarja tal-BĊE jew tal-bank ċentrali ta' Stat Membru.

Meta sussidjarja li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha f'pajjiż terz tibbenefika mir-rinunzja msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-liġi nazzjonali ta' dak il-pajjiż terz li jistabbilixxi r-rekwiżit ta' finanzjament stabbli nett, dik ir-rinunzja mit-tneħħija msemmija fl-ewwel subparagrafu, dik ir-rinunzja kif speċifikata fil-liġi nazzjonali tal-pajjiż terz għandha titqies għall-finijiet ta' konsolidazzjoni.

Artikolu 428e

Netting tat-tranżazzjonijiet tas-self garantit u tat-tranżazzjonijiet immotivati mis-suq kapitali

Assi u obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli ma' kontroparti unika għandhom jiġu kalkulati fuq bażi netta, dment li dawk l-assi u l-obbligazzjonijiet jikkonformaw mal-kondizzjonijiet tan-netting stipulat fl-Artikolu 429b(4).

Artikolu 428f

Assi u obbligazzjonijiet interdipendenti

1.   Soġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti, istituzzjoni tista' titratta assi u obbligazzjoni bħala interdipendenti, dment li jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-istituzzjoni taġixxi biss bħala unità pass-through biex twassal il-finanzjament mill-obbligazzjoni fl-assi interdipendenti korrispondenti;

(b)

l-assi u l-obbligazzjonijiet interdipendenti individwali jkunu identifikabbli b'mod ċar u jkollhom l-istess ammont prinċipali;

(c)

l-assi u l-obbligazzjoni interdipendenti għandhom maturitajiet sostanzjalment simetriċi, b'dewmien massimu ta' 20 ġurnata bejn il-maturità tal-assi u l-maturità tal-obbligazzjoni;

(d)

l-obbligazzjoni interdipendenti tkun ġiet mitluba skont impenn legali, regolatorju jew kuntrattwali u ma tintużax biex tiffinanzja assi oħra;

(e)

il-flussi ta' ħlas prinċipali mill-assi ma jintużawx għal finijiet oħra għajr il-ħlas lura tal-obbligazzjoni interdipendenti;

(f)

il-kontropartijiet għal kull par ta' assi u obbligazzjonijiet interdipendenti mhumiex l-istess.

2.   Assi u obbligazzjonijiet għandhom jitqiesu li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 u jitqiesu bħala interdipendenti fejn huma marbuta direttament mal-prodotti jew is-servizzi li ġejjin:

(a)

tfaddil regolat ċentralizzat, dment li l-istituzzjonijiet ikunu legalment meħtieġa jittrasferixxu d-depożiti regolati għal fond ċentralizzat li huwa stabbilit u kontrollat mill-gvern ċentrali ta' Stat Membru u li jipprovdi self biex jippromwovi l-objettivi ta' interess pubbliku, u dment li t-trasferiment ta' depożiti għall-fond ċentralizzat isseħħ tal-inqas fuq bażi ta' kull xahar;

(b)

self promozzjonali u faċilitajiet ta' kreditu u ta' likwidità li jissodisfaw il-kriterji sttipulati fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għal istituzzjonijiet li jaġixxu ta' intermedjarji sempliċi li ma jsofru l-ebda riskju ta' finanzjament;

(c)

bonds koperti li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i)

ikunu bonds imsemmija fl-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE jew jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' eliġibbiltà għat-trattament stipulat fl-Artikolu 129(4) jew (5) ta' dan ir-Regolament;

(ii)

is-self sottostanti jkun finanzjat b'mod kompletament mill-bonds koperti li kienu maħruġa jew il-bonds koperti jkollhom skattaturi tal-maturità estendibbli mhux diskrezzjonarji ta' sena waħda jew aktar sat-terminu tas-self sottostanti fil-każ ta' nuqqas ta' rifinanzjament fid-data tal-maturità tal-bond kopert;

(d)

attivitajiet tal-ikklerjar tal-klijenti tad-derivattivi, dment li l-istituzzjoni ma tipprovdix garanziji tal-prestazzjoni tas-CCP lill-klijenti tagħha u, b'riżultat, ma ssofri l-ebda riskju ta' finanzjament.

3.   L-ABE għandha timmonitorja l-assi u l-obbligazzjonijiet, kif ukoll il-prodotti u s-servizzi li huma ttrattati bħala assi u obbligazzjonijiet interdipendenti skont il-paragrafi 1 u 2, biex tiddetermina jekk u sa fejn huma ssodisfati l-kriterji ta' adegwatezza stabbiliti fil-paragrafu 1. L-ABE għandha tirrapporta lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati ta' dak il-monitoraġġ u għandha tagħti parir lill-Kummissjoni dwar jekk hijiex meħtieġa emenda għall-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 jew emenda għal-lista ta' prodotti u servizzi fil-paragrafu 2.

Artikolu 428g

Depożiti fi skemi ta' protezzjoni istituzzjonali u netwerks kooperattivi

Meta istituzzjoni tappartjeni għal skema ta' protezzjoni istituzzjonali tat-tip imsemmi fl-Artikolu 113(7), għal netwerk li jkun eliġibbli għar-rinunzja prevista fl-Artikolu 10, jew għal netwerk kooperattiv fi Stat Membru, id-depożiti ta' domanda li l-istituzzjoni żżomm mal-istituzzjoni ċentrali u li l-istituzzjoni depożitanti tqis bħala assi likwidi skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandhom ikunu soġġetti għal dawn li ġejjin:

(a)

l-istituzzjoni depożitanti għandha tapplika l-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ adatt skont it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 4, skont it-trattament ta' dawk id-depożiti ta' domanda bħala assi ta' livell 1, livell 2A jew livell 2B f'konformità mal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) u skont il-haircut rilevanti applikat lil dawk id-depożiti ta' domanda għall-kalkolu tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità;

(b)

l-istituzzjoni ċentrali li tirċievi d-depożitu għandha tapplika l-fattur ta' finanzjament stabbli simetriku korrispondenti disponibbli.

Artikolu 428h

Trattament preferenzjali fi ħdan grupp jew fi ħdan skema ta' protezzjoni istituzzjonali

1.   B'deroga mill-Kapitoli 3 u 4, fejn ma japplikax l-Artikolu 428g, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw lill-istituzzjonijiet fuq bażi ta' każ b'każ sabiex japplikaw fattur ta' finanzjament stabbli disponibbli ogħla jew fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ iktar baxx għall-assi, l-obbligazzjonijiet u l-faċilitajiet impenjati ta' kreditu jew ta' likwidità, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-kontroparti tkun waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

l-impriża prinċipali jew sussidjarja tal-istituzzjoni;

(ii)

sussidjarja oħra tal-istess istituzzjoni prinċipali;

(iii)

impriża li hija relatata mal-istituzzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE;

(iv)

membru tal-istess skema ta' protezzjoni istituzzjonali msemmija fl-Artikolu 113(7) ta' dan ir-Regolament bħala l-istituzzjoni;

(v)

il-korp ċentrali jew istituzzjoni ta' kreditu affiljata ta' netwerk jew grupp kooperattiv kif imsemmi fl-Artikolu 10 ta' dan r-Regolament;

(b)

jeżistu raġunijiet biex wieħed jistenna li l-obbligazzjoni jew il-faċilità impenjata ta' kreditu jew ta' likwidità riċevuta mill-istituzzjoni tikkostitwixxi sors ta' finanzjament iktar stabbli, jew li l-assi jew il-faċilità impenjata ta' kreditu jew ta' likwidità mogħtija mill-istituzzjoni tkun tirrikjedi finanzjament inqas stabbli fuq perijodu ta' sena tal-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett mill-istess obbligazzjoni, assi jew faċilità impenjata ta' kreditu jew ta' likwidità riċevuti jew mogħtija minn kontropartijiet oħra;

(c)

il-kontroparti tapplika fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ li jkun ugwali għal jew ogħla mill-fattur ogħla ta' finanzjament stabbli disponibbli jew japplika fattur ta' finanzjament stabbli disponibbli li jkun ugwali għal jew anqas mill-fattur aktar baxx ta' finanzjament stabbli meħtieġ;

(d)

l-istituzzjoni u l-kontroparti jkunu stabbiliti fl-istess Stat Membru.

2.   Meta l-istituzzjoni u l-kontroparti jkunu stabbiliti fi Stati Membri differenti, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrinunzjaw għall-kondizzjoni stabbilita fil-punt (d) tal-paragrafu 1, dment li, minbarra l-kriterji stipulati fil-paragrafu 1, ikunu ssodisfati l-kriterji li ġejjin:

(a)

jeżistu ftehimiet u impenji legalment vinkolanti bejn entitajiet ta' grupp rigward l-obbligazzjoni, l-assi jew il-faċilità impenjata ta' kreditu jew ta' likwidità;

(b)

il-fornitur tal-finanzjament jippreżenta profil tar-riskju tal-finanzjament baxx;

(c)

il-profil tar-riskju tal-finanzjament tar-riċevitur tal-finanzjament ikun ittieħed kont tiegħu b'mod adegwat fil-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità tal-fornitur tal-finanzjament.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonsultaw ma' xulxin f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 20(1) biex jiddeterminaw jekk humiex sodisfatti l-kriterji addizzjonali stipulati f'dan il-paragrafu.

KAPITOLU 3

Finanzjament stabbli disponibbli

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 428i

Kalkolu tal-ammont ta' finanzjament stabbli disponibbli

Sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'dan il-Kapitolu, l-ammont ta' finanzjament stabbli disponibbli għandu jiġi kalkulat billi jiġi multiplikat il-valur ta' kontabbiltà ta' diversi kategoriji jew tipi ta' obbligazzjonijiet u fondi proprji bil-fatturi ta' finanzjament stabbli disponibbli li għandhom jiġu applikati taħt it-Taqsima 2. L-ammont totali ta' finanzjament stabbli disponibbli għandu jkun is-somma tal-ammonti ponderati ta' obbligazzjonijiet u fondi proprji.

Bonds u titoli ta' dejn oħra li jinħarġu mill-istituzzjoni, mibjugħa b'mod esklussiv fis-suq tal-konsumatur, u miżmuma f'kont fil-livell ta' konsumatur, jistgħu jkunu ttrattati bħala li jappartjenu għall-kategorija adatta ta' depożiti fil-livell tal-konsumatur. Il-limitazzjonijiet għandhom ikunu fis-seħħ, b'tali mod li dawk l-istrumenti ma jistgħux jinxtraw u jinżammu minn partijiet oħra għajr klijenti fil-livell tal-konsumaturi.

Artikolu 428j

Maturità residwa ta' obbligazzjoni jew ta' fondi proprji

1.   Sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'dan il-Kapitolu, l-istituzzjonijiet għandhom iqisu l-maturità kuntrattwali residwa tal-obbligazzjonijiet u l-fondi proprji tagħhom biex jiddeterminaw il-fatturi ta' finanzjament stabbli disponibbli li għandhom jiġu applikati taħt it-Taqsima 2.

2.   L-istituzzjonijiet għandhom jieħdu kont tal-opzjonijiet eżistenti biex jiddeterminaw il-maturità residwa ta' obbligazzjoni jew ta' fondi proprji. Huma għandhom jagħmlu dan fuq is-suppożizzjoni li l-kontroparti tifdi opzjonijiet ta' xiri fl-iktar data kmieni possibbli. Għal opzjonijiet li jistgħu jiġu eżerċitati fid-diskrezzjoni tal-istituzzjoni, l-istituzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu kont ta' fatturi ta' reputazzjoni li jistgħu jillimitaw il-kapaċità tal-istituzzjoni li ma teżerċitax l-opzjoni, b'mod partikolari l-aspettattivi tas-suq li l-istituzzjonijiet għandhom jifdu ċerti obbligazzjonijiet qabel il-maturità tagħhom.

3.   L-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw depożiti b'perijodi ta' notifika fissi f'konformità mal-perijodu ta' notifika tagħhom, u għandhom jittrattaw id-depożiti ta' żmien fiss f'konformità mal-maturità residwa tagħhom. B'deroga mill-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet m'għandhomx iqisu opzjonijiet għall-prelevamenti kmieni, meta d-depożitant irid iħallas penali materjali għal prelevamenti kmieni li jseħħu f'anqas minn sena, it-tali penali kif stabbilit fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), biex jiddeterminaw il-maturità residwa ta' depożiti fil-livell ta' konsumatur ta' żmien fiss.

4.   Sabiex jiddeterminaw il-fatturi ta' finanzjament stabbli disponibbli li għandhom jiġu applikati taħt it-Taqsima 2, l-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw kwalunkwe porzjon ta' obbligazzjonijiet li jkollhom maturità residwa ta' sena jew iktar li timmatura f'inqas minn sitt xhur u kwalunkwe porzjon minn tali obbligazzjonijiet li jimmaturaw bejn sitt xhur u inqas minn sena bħala li għandhom maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur u bejn sitt xhur u inqas minn sena, rispettivament.

Taqsima 2

Fatturi ta' finanzjament stabbli disponibbli

Artikolu 428k

Fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli disponibbli

1.   Sakemm mhux speċifikat mod ieħor fl-Artikoli 428l sa 428o, l-obbligazzjonijiet kollha mingħajr maturità dikjarata, inkluż pożizzjonijiet qosra u pożizzjonijiet b'maturità miftuħa, għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli disponibbli, bl-eċċezzjoni ta' dawn li ġejjin:

(a)

obbligazzjonijiet ta' taxxa differita, li għandhom jiġu ttrattati f'konformità mal-eqreb data possibbli li fiha jistgħu jiġu realizzati tali obbligazzjonijiet;

(b)

interessi minoritarji, li għandhom jiġu ttrattati f'konformità mat-terminu tal-istrument.

2.   Obbligazzjonijiet ta' taxxa differita u interessi minoritarji kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom ikunu soġġetti għal wieħed mill-fatturi li ġejjin:

(a)

0 %, meta l-maturità residwa effettiva tal-obbligazzjoni ta' taxxa differita jew interess minoritarju jkun inqas minn sitt xhur;

(b)

50 %, meta l-maturità residwa effettiva tal-obbligazzjoni ta' taxxa differita jew interess minoritarju jkun ta' minimu ta' sitt xhur iżda inqas minn sena;

(c)

100 %, meta l-maturità residwa effettiva tal-obbligazzjoni ta' taxxa differita jew interess minoritarju tkun sena jew iktar.

3.   L-obbligazzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli disponibbli:

(a)

l-ammonti pagabbli skont id-data tan-negozju li jirriżultaw minn xiri ta' strumenti finanzjarji, ta' muniti barranin u ta' komoditajiet, li jkunu mistennija li jiġu saldati fiċ-ċiklu jew perijodu ta' saldu standard li huwa komuni għall-borża rilevanti jew it-tip ta' tranżazzjonijiet, jew li naqsu milli jiġu saldati, iżda xorta għadhom mistennija li jiġu saldati;

(b)

obbligazzjonijiet li jkunu kategorizzati bħala interdipendenti ma' assi f'konformità mal-Artikolu 428f;

(c)

obbligazzjonijiet b'maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur ipprovduti minn:

(i)

il-BĊE jew il-bank ċentrali ta' Stat Membru;

(ii)

il-bank ċentrali ta' pajjiż terz;

(iii)

klijenti finanzjarji;

(d)

kwalunkwe obbligazzjonijiet u elementi tal-kapital oħra mhux imsemmija fl-Artikoli 428l sa 428o.

4.   L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli disponibbli għall-valur assolut tad-differenza, jekk negattiv, bejn is-somma tal-valuri ġusti tas-settijiet kollha tan-netting b'valur ġust pożittiv u s-somma tal-valuri ġusti tas-settijiet kollha tan-netting b'valur ġust negattiv kalkulat f'konformità mal-Artikolu 428d.

Ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għall-kalkolu msemmi fl-ewwel subparagrafu:

(a)

marġni ta' varjazzjoni riċevut minn istituzzjonijiet mill-kontropartijiet tagħhom għandu jitnaqqas mill-valur ġust ta' sett tan-netting b'valur ġust pożittiv fejn il-kollateral riċevut bħala marġni ta' varjazzjoni jikkwalifika bħala assi ta' livell 1 skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), bl-esklużjoni tal-bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna speċifikati f'dak l-att delegat, u fejn l-istituzzjonijiet jkunu intitolati legalment u funzjonalment kapaċi li jużawhom mill-ġdid dak il-kollateral;

(b)

il-marġnijiet ta' varjazzjoni kollha depożitati minn istituzzjonijiet mal-kontropartijiet tagħhom għandhom jitnaqqsu mill-valur ġust ta' sett tan-netting b'valur ġust negattiv.

Artikolu 428l

Fattur ta' 50 % ta' finanzjament stabbli disponibbli

L-obbligazzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 50 % ta' finanzjament stabbli disponibbli:

(a)

depożiti riċevuti li jissodisfaw il-kriterji għal depożiti operazzjonali stipulati fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1);

(b)

obbligazzjonijiet b'maturità residwa ta' inqas minn sena pprovduti minn:

(i)

il-gvern ċentrali ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz;

(ii)

gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz;

(iii)

entitajiet tas-settur pubbliku fi Stat Membru jew f'pajjiż terz;

(iv)

banek ta' żvilupp multilaterali msemmija fl-Artikolu 117(2) u organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 118;

(v)

klijenti korporattivi nonfinanzjarji;

(vi)

għaqdiet ta' kreditu awtorizzati minn awtorità kompetenti, kumpanniji ta' investiment personali u klijenti li jkunu sensara tad-depożiti sa fejn dawk l-obbligazzjonijiet ma jaqgħux taħt il-punt (a) ta' dan il-paragrafu;

(c)

obbligazzjonijiet b'maturità kuntrattwali residwa ta' minimu ta' sitt xhur izda inqas minn sena li huma pprovduti minn:

(i)

il-BĊE jew il-bank ċentrali ta' Stat Membru;

(ii)

il-bank ċentrali ta' pajjiż terz;

(iii)

klijenti finanzjarji;

(d)

kwalunkwe obbligazzjoni oħra b'maturità residwa ta' minimu ta' sitt xhur iżda inqas minn sena mhux imsemmija fl-Artikoli 428m, 428n u 428o.

Artikolu 428m

Fattur ta' 90 % ta' finanzjament stabbli disponibbli

Id-depożiti ta' domanda fil-livell ta' konsumatur, id-depożiti fil-livell ta' konsumatur b' perijodu ta' notifika fiss ta' inqas minn sena u d-depożiti fil-livell ta' konsumatur ta' żmien fiss li għandhom maturità residwa ta' inqas minn sena li jissodisfaw il-kriterji rilevanti għal depożiti oħra fil-livell tal-konsumatur stipulati fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 90 % ta' finanzjament stabbli disponibbli.

Artikolu 428n

Fattur ta' 95 % ta' finanzjament stabbli disponibbli

Id-depożiti ta' domanda fil-livell ta' konsumatur, id-depożiti fil-livell ta' konsumatur b' perijodu ta' notifika fiss ta' inqas minn sena u d-depożiti fil-livell ta' konsumatur ta' żmien fiss li għandhom maturità residwa ta' inqas minn sena li jissodisfaw il-kriterji rilevanti għal depożiti stabbli fil-livell tal-konsumatur stipulati fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 95 % ta' finanzjament stabbli disponibbli.

Artikolu 428o

Fattur ta' 100 % ta' finanzjament stabbli disponibbli

L-obbligazzjonijiet u l-elementi u l-istrumenti kapitali li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 100 % ta' finanzjament stabbli disponibbli:

(a)

l-elementi ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni tal-istituzzjoni qabel l-aġġustamenti meħtieġa skont l-Artikoli 32 sa 35, it-tnaqqis skont l-Artikolu 36 u l-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet u l-alternattivi stabbiliti fl-Artikoli 48, 49 u 79;

(b)

l-elementi ta' Grad 1 Addizzjonali tal-istituzzjoni qabel it-tnaqqis tal-elementi msemmija fl-Artikolu 56 u qabel jiġi applikat għalihom l-Artikolu 79, bl-esklużjoni ta' kwalunkwe strument b'opzjonijiet espliċiti jew integrati li, jekk jiġu eżerċitati, inaqqsu l-maturità residwa effettiva għal inqas minn sena;

(c)

l-elementi ta' Grad 2 tal-istituzzjoni qabel it-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 66 u qabel jiġi applikat l-Artikolu 79, li għandhom maturità residwa ta' sena jew iktar, bl-esklużjoni ta' kwalunkwe strument b'opzjonijiet espliċiti jew integrati li, jekk jiġu eżerċitati, inaqqsu l-maturità residwa effettiva għal inqas minn sena;

(d)

kwalunkwe strument kapitali ieħor tal-istituzzjoni b'maturità residwa ta' sena jew iktar, bl-esklużjoni ta' kwalunkwe strument b'opzjonijiet espliċiti jew integrati li, jekk jiġu eżerċitati, inaqqsu l-maturità residwa effettiva għal inqas minn sena;

(e)

kull self u obbligazzjoni oħra garantiti u mhux garantiti b'maturità residwa ta' sena jew iktar, inkluż id-depożiti ta' żmien fiss, sakemm mhux speċifikat mod ieħor fl-Artikoli 428k sa 428n.

KAPITOLU 4

Finanzjament stabbli meħtieġ

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 428p

Kalkolu tal-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ

1.   Sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'dan il-Kapitolu, l-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ għandu jiġi kalkulat billi jiġi multiplikat il-valur ta' kontabbiltà ta' diversi kategoriji jew tipi ta' assi u elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ bil-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandhom jiġu applikati f'konformità mat-Taqsima 2. L-ammont totali ta' finanzjament stabbli meħtieġ għandu jkun is-somma tal-ammonti ponderati ta' assi u elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ.

2.   L-assi li l-istituzzjonijiet ikunu ssellfu, inkluż fi tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli għandhom jiġu esklużi mill-kalkolu tal-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ fejn dawk l-assi huma kontabilizzati fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni u l-istituzzjoni ma jkollhiex is-sjieda benefiċjarja tal-assi.

L-assi li l-istituzzjonijiet ikunu ssellfu, inkluż fi tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli, għandhom ikunu soġġetti għall-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandhom jiġu applikati taħt it-Taqsima 2 fejn dawk l-assi mhumiex kontabilizzati fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni iżda l-istituzzjoni ma jkollhiex is-sjieda benefiċjarja tal-assi.

3.   L-assi li l-istituzzjonijiet ikunu sellfu, inkluż fi tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli li fuqhom l-istituzzjoni żżomm is-sjieda benefiċjarja għandhom jitqiesu bħala assi aggravati għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu u għandhom ikunu soġġetti għall-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandu jiġi applikat taħt it-Taqsima 2, anke fejn l-assi ma jibqgħux fuq il-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni. Inkella, it-tali assi għandhom jiġu esklużi mill-kalkolu tal-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ.

4.   Assi li huma aggravati għal maturità residwa ta' sitt xhur jew aktar għandhom jiġu assenjati jew il-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ li jkun applikat taħt it-Taqsima 2 għal dawk l-assi li kieku kellhom jinżammu mhux aggravati jew inkella l-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ li huwa altrimenti applikabbli għal dawk l-assi aggravati, skont liema fattur huwa ogħla. L-istess għandu japplika meta l-maturità residwa tal-assi aggravat tkun iqsar mill-maturità residwa tat-tranżazzjoni li tkun is-sors ta' aggravar.

Assi li jkun fadlilhom inqas minn sitt xhur fil-perijodu ta' aggravar, għandhom ikunu soġġetti għall-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandhom jiġu applikati taħt it-Taqsima 2 għall-istess assi li kieku kellhom jinżammu mhux aggravati.

5.   Meta istituzzjoni tuża mill-ġdid jew twiegħed mill-ġdid assi li kienet issellfet, inkluż fi tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli, u dan l-assi ikun kontabilizzat bħala li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ, it-tranżazzjoni li fir-rigward tagħha jkun issellef dak l-assi għandha tiġi ttrattata bħala aggravata, dment li t-tranżazzjoni ma tistax timmatura mingħajr ma l-istituzzjoni tirritorna l-assi mislufa.

6.   L-assi li ġejjin ma għandhomx jitqiesu li jkunu aggravati:

(a)

assi inklużi f'pool li jkunu disponibbli għall-użu immedjat bħala kollateral biex jinkiseb finanzjament addizzjonali taħt linji ta' kreditu li huma disponibbli għall-istituzzjoni li jkunu impenjati jew, fejn il-pool titħaddem minn bank ċentrali, dawk mhux impenjati iżda għad mhux finanzjati; dawk l-assi għandhom jinkludu l-assi mqiegħda minn istituzzjoni ta' kreditu mal-istituzzjoni ċentrali f'netwerk kooperattiv jew skema ta' protezzjoni istituzzjonali; l-istituzzjonijiet għandhom jassumu li l-assi fil-pool ikunu aggravati f'ordni ta' likwidità li tiżdied abbażi tal-klassifikazzjoni tal-likwidità skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), billi jibdew mill-assi li mhumiex eliġibbli għar-riżerva ta' likwidità;

(b)

assi li l-istituzzjoni tkun irċeviet bħala kollateral għall-finijiet ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu f'self garantit, finanzjament garantit jew tranżazzjonijiet ta' skambju ta' kollateral u li l-istituzzjoni tista' tiddisponi minnhom;

(c)

assi marbuta bħala kollateralizzazzjoni eċċessiva mhux obbligatorja għall-ħruġ ta' bond kopert.

7.   F'każ ta' operazzjonijiet mhux standard u temporanji mwettqa mill-BĊE jew il-bank ċentrali ta' Stat Membru jew il-bank ċentrali ta' pajjiż terz sabiex jissodisfa l-mandat tiegħu f'perijodu ta' stress finanzjarju fis-suq kollu jew f'ċirkostanzi makroekonomiċi eċċezzjonali, l-assi li ġejjin jistgħu jirċievu fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ imnaqqas:

(a)

b'deroga mill-punt (f) tal-Artikolu 428ad u mill-punt (a) tal-Artikolu 428ah(1), assi aggravati għall-finijiet tal-operazzjonijiet imsemmija f'dan is-subparagrafu;

(b)

b'deroga mill-punti (d)(i) u (d)(ii) tal-Artikolu 428ad, minn punt (b) tal-Artikolu 428af u minn punt (c) tal-Artikolu 428ag, flejjes li jirriżultaw mill-operazzjonijiet imsemmija f'dan is-subparagrafu.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw, bi qbil mal-bank ċentrali li jkun il-kontroparti għat-tranżazzjoni, il-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandu jiġi applikat għall-assi msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu. Għall-assi aggravati kif imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, il-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandu jiġi applikat ma għandux ikun aktar baxx mill-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ li japplika taħt it-Taqsima 2 għal dawk l-assi kieku kellhom jinżammu mhux aggravati.

Meta japplikaw fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ imnaqqas f'konformità mat-tieni subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jissorveljaw mill-qrib l-impatt ta' dak il-fattur imnaqqas fuq il-pożizzjonijiet ta' finanzjament stabbli tal-istituzzjonijiet u għandhom jieħdu l-miżuri superviżorji adatti fejn meħtieġ.

8.   Sabiex jiġi evitat kwalunkwe għadd doppju, l-istituzzjonijiet għandhom jeskludu assi li huma assoċjati ma' kollateral li huwa rikonoxxut bħala marġni ta' varjazzjoni mdaħħla f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 428k(4) u 428ah(2), rikonoxxut bħala marġni inizjali mdaħħla, jew rikonoxxut bħala kontribuzzjoni għall-fond ta' inadempjenza ta' CCP f'konformità mal-punti (a) u (b) tal-Artikolu 428ag minn partijiet oħra tal-kalkolu tal-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ f'konformità ma' dan il-Kapitolu.

9.   L-istituzzjonijiet għandhom jinkludu valuti barranin u komoditajiet li għalihom tkun saret ordni tax-xiri fil-kalkolu tal-ammont ta' strumenti finanzjarji ta' finanzjament stabbli meħtieġ. Huma għandhom jeskludu strumenti finanzjarji, valuti barranin u komoditajiet li għalihom tkun saret ordni tal-bejgħ mill-kalkolu tal-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ, dment li dawk it-tranżazzjonijiet ma jkunux riflessi bħala derivattivi jew tranżazzjonijiet ta' finanzjament garantit fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjonijiet u li dawk it-tranżazzjonijiet għandhom jiġu riflessi fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjonijiet meta jiġu saldati.

10.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeterminaw il-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandhom jiġu applikati għal skoperturi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li mhumiex imsemmija f'dan il-Kapitolu biex jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet iżommu ammont adatt ta' finanzjament stabbli disponibbli għall-porzjon ta' dawk l-iskoperturi li jkunu mistennija li jkunu jeħtieġu finanzjament fuq il-perijodu ta' sena tal-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett. Biex jiddeterminaw dawk il-fatturi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu kont, b'mod partikolari, tad-dannu materjali fir-reputazzjoni lill-istituzzjoni li jista' jirriżulta mill-fatt li ma jipprovdux dan il-finanzjament.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrapportaw it-tipi ta' skoperturi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li għalihom ikunu determinaw il-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ lill-ABE mill-inqas darba fis-sena. F'dak ir-rapport għandhom jinkludu spjegazzjoni tal-metodoloġija applikata biex tiddetermina dawk il-fatturi.

Artikolu 428q

Maturità residwa ta' assi

1.   Sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'dan il-Kapitolu, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu kont tal-maturità kuntrattwali residwa tal-assi u t-tranżazzjonijiet li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tagħhom meta jiddeterminaw il-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandhom jiġu applikati għall-assi u l-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tagħhom taħt it-Taqsima 2.

2.   L-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw assi li ġew segregati f'konformità mal-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 f'konformità mal-iskopertura sottostanti ta' dawk l-assi. L-istituzzjonijiet għandhom, madankollu, jissoġġettaw dawk l-assi għal fatturi ogħla ta' finanzjament stabbli meħtieġ skont it-terminu ta' aggravar li għandu jiġi determinat mill-awtoritajiet kompetenti, li għandhom jikkunsidraw jekk l-istituzzjoni hix kapaċi li b'mod liberu tiddisponi minn jew tiskambja tali assi u għandha tqis it-terminu tal-obbligazzjonijiet għall-klijenti tal-istituzzjonijiet li jirrigwardahom dak ir-rekwiżit ta' segregazzjoni.

3.   Meta jikkalkulaw il-maturità residwa ta' assi, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu kont, abbażi tas-suppożizzjoni li l-emittent jew il-kontroparti ser teżerċita xi opzjoni biex testendi l-maturità ta' assi. Għal opzjonijiet li li jistgħu jiġu eżerċitati fid-diskrezzjoni tal-istituzzjoni, l-istituzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu kont ta' fatturi ta' reputazzjoni li jistgħu jillimitaw il-kapaċità tal-istituzzjoni li ma teżerċitax l-opzjoni, b'mod partikolari l-aspettattivi tas-swieq u tal-klijenti li l-istituzzjoni għandha testendi l-maturità ta' ċerti assi fid-data tal-maturità tagħhom.

4.   Sabiex jiddeterminaw il-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġa li għandhom jiġu applikati f'konformità mat-Taqsima 2, għall-amortizzazzjoni ta' self b'maturità kuntrattwali residwa ta' sena jew iktar, kwalunkwe porzjon li jimmatura f'inqas minn sitt xhur u kwalunkwe porzjon li jimmatura bejn sitt xhur u inqas minn sena għandu jiġi ttrattat bħala li għandu maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur u bejn sitt xhur u inqas minn sena, rispettivament.

Taqsima 2

Fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ

Artikolu 428r

Fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

1.   L-assi li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:

(a)

assi mhux aggravati li huma eliġibbli bħala assi likwidi ta' kwalità għolja ta' livell 1 skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), bl-esklużjoni ta' bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna speċifikat f'dak l-att delegat, u indipendentement minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali kif stabbilit f'dak l-att delegat;

(b)

ishma mhux aggravati jew unitajiet f'CIUs li huma eliġibbli għal haircut ta' 0 % għall-kalkolu tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżervi ta' likwidità, kif stabbilit f'dak l-att delegat;

(c)

ir-riżervi kollha miżmuma mill-istituzzjoni fil-BĊE jew fil-bank ċentrali ta' Stat Membru jew il-bank ċentrali ta' pajjiż terz, inkluż riżervi meħtieġa u riżervi eċċessivi;

(d)

it-talbiet kollha fuq il-BĊE, il-bank ċentrali ta' Stat Membru jew il-bank ċentrali ta' pajjiż terz li għandhom maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur;

(e)

l-ammonti riċevibbli skont id-data tan-negozju li jirriżultaw mill-bejgħ ta' strumenti finanzjarji, valuti barranin jew komoditajiet li jkunu mistennija jiġu saldati fiċ-ċiklu jew perijodu ta' saldu standard li huwa komuni għall-borża rilevanti jew għat-tip ta' tranżazzjoni, jew li naqsu milli jiġu saldati iżda xorta għadhom mistennija li jiġu saldati;

(f)

assi li jkunu kategorizzati bħala interdipendenti ma' obbligazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 428f;

(g)

flejjes dovuti minn tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli ma' klijenti finanzjarji, fejn dawk it-tranżazzjonijiet għandhom maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur, fejn dawk il-flejjes dovuti huma kollateralizzati minn assi li jikkwalifikaw bħala assi ta' livell 1 skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), minbarra l-bonds koperti ta' kwalità estremament għolja speċifikati fih, u fejn l-istituzzjoni tkun legalment intitolata u operazzjonalment kapaċi terġa' tuża dawk l-assi għad-durata tat-tranżazzjoni.

L-istituzzjonijiet għandhom jieħdu kont tal-flejjes dovuti msemmija fil-punt (g) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu fuq bażi netta fejn japplika l-Artikolu 428e.

2.   B'deroga mill-punt (c) tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu, bil-ftehim tal-bank ċentrali rilevanti, li japplikaw fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ ogħla għar-riżervi meħtieġa, billi jitqies, b'mod partikolari, il-punt sa fejn jeżistu r-rekwiżiti tar-riżervi fuq perijodu ta' sena u għalhekk jeħtieġu finanzjament stabbli assoċjat.

Għal sussidjarji li jkollhom l-uffiċċju prinċipali f'pajjiż terz, fejn ir-riżervi meħtieġa tal-bank ċentrali jkunu soġġetti għal fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ ogħla taħt ir-rekwiżit ta' finanzjament stabbli nett stipulat fil-liġi nazzjonali ta' dak il-pajjiż terz, dak il-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ ogħla għandu jitqies għall-finijiet ta' konsolidazzjoni.

Artikolu 428s

Fattur ta' 5 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

1.   L-assi u l-elementi li ġejjin li ma jidhrux fuq il-karta bilanċ għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 5 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:

(a)

ishma mhux aggravati jew unitajiet f'CIUs li huma eliġibbli għal haircut ta' 5 % għall-kalkolu tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat;

(b)

flejjes dovuti minn tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli ma' klijenti finanzjarji, fejn dawk it-tranżazzjonijiet għandhom maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur, għajr dawk imsemmijin fil-punt (g) tal-Artikolu 428r(1);

(c)

il-porzjon mhux prelevat ta' faċilitajiet ta' kreditu u ta' likwidità impenjati skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1);

(d)

prodotti relatati mal-finanzjament tal-kummerċ li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ imsemmija fl-Anness I b'maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur.

L-istituzzjonijiet għandhom jieħdu kont tal-flejjes dovuti msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu fuq bażi netta fejn japplika l-Artikolu 428e.

2.   Għas-settijiet kollha tan-netting ta' kuntratti tad-derivattivi, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw fattur ta' 5 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ għall-valur ġust assolut ta' dawk is-settijiet tan-netting ta' kuntratti tad-derivattivi, gross minn kwalunkwe kollateral depożitat, meta dawk is-settijiet tan-netting ikollhom valur ġust negattiv. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-valur ġust bħala gross minn kwalunkwe kollateral iddepożitat jew pagamenti ta' saldu u rċevuti relatati ma' bidliet fil-valwazzjoni tas-suq ta' tali kuntratti.

Artikolu 428t

Fattur ta' 7 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

Assi mhux aggravati li huma eliġibbli bħala bonds koperti ta' kwalità estremament għolja ta' livell 1 skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandhom ikunu soġġetti għal 7 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ, irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat.

Artikolu 428u

Fattur ta' 7,5 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

Prodotti relatati mal-finanzjament tal-kummerċ li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ kif imsemmija fl-Anness I b'maturità residwa ta' mill-inqas sitt xhur iżda inqas minn sena għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 7,5 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ.

Artikolu 428v

Fattur ta' 10 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

L-assi u l-elementi li ġejjin li ma jidhrux fuq il-karta bilanċ għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 10 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:

(a)

flejjes dovuti minn tranżazzjonijiet ma' klijenti finanzjarji li għandhom maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur għajr dawk imsemmijin fil-punt (g) tal-Artikolu 428r(1) u l-punt (b) tal-Artikolu 428s(1);

(b)

prodotti relatati mal-finanzjament tal-kummerċ li jidhru fil-karta tal-bilanċ b'maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur;

(c)

prodotti relatati mal-finanzjament tal-kummerċ li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ kif imsemmijin fl-Anness I b'maturità residwa ta' sena jew iktar.

Artikolu 428w

Fattur ta' 12 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

Ishma mhux aggravati jew unitajiet f'CIUs li jkunu eliġibbli għal haircut ta' 12 % għall-kalkolu tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 12 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ, irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat.

Artikolu 428x

Fattur ta' 15 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

Assi mhux aggravati li huma eliġibbli bħala assi ta' livell 2A skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandhom ikunu soġġetti għal 15 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ, irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat.

Artikolu 428y

Fattur ta' 20 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

Ishma mhux aggravati jew unitajiet f'CIUs li jkunu eliġibbli għal haircut ta' 20 % għall-kalkolu tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 20 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ, irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat.

Artikolu 428z

Fattur ta' 25 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

Titolizzazzjonijiet ta' livell 2B mhux aggravati skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandhom ikunu soġġetti għal 25 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ, irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat.

Artikolu 428aa

Fattur ta' 30 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

L-assi li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 30 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:

(a)

bonds koperti mhux aggravati ta' kwalità għolja ħafna skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), irrispettivament minn jekk dawn jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat;

(b)

ishma mhux aggravati jew unitajiet f'CIUs li jkunu eliġibbli għal haircut ta' 30 % għall-kalkolu tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat.

Artikolu 428ab

Fattur ta' 35 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

L-assi li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 35 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:

(a)

titolizzazzjonijiet mhux aggravati ta' livell 2B skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat;

(b)

ishma mhux aggravati jew unitajiet f'CIUs li jkunu eliġibbli għal haircut ta' 35 % għall-kalkolu tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), irrispettivament minn jekk dawn jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat.

Artikolu 428ac

Fattur ta' 40 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

Ishma mhux aggravati jew unitajiet f'CIUs li jkunu eliġibbli għal haircut ta' 40 % għall-kalkolu tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 40 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ, irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat.

Artikolu 428ad

Fattur ta' 50 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

L-assi li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 50 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:

(a)

assi mhux aggravati li jkunu eliġibbli bħala assi ta' livell 2B skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), minbarra titolizzazzjonijiet ta' livell 2B u bonds koperti ta' kwalità għolja skont dak l-att delegat, irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stabbilit dak l-att delegat;

(b)

depożiti miżmuma mill-istituzzjoni f'istituzzjoni finanzjarja oħra li jissodisfaw il-kriterji għal depożiti operazzjonali kif stipulat fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1);

(c)

flejjes dovuti minn tranżazzjonijiet b'maturità residwa ta' inqas minn sena ma':

(i)

il-gvern ċentrali ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz;

(ii)

gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali fi Stat Membru jew f'pajjiż terz;

(iii)

entitajiet tas-settur pubbliku ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz;

(iv)

banek ta' żvilupp multilaterali msemmija fl-Artikolu 117(2) u organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 118;

(v)

korporazzjonijiet mhux finanzjarji, klijenti fil-livell tal-konsumaturi u SMEs;

(vi)

għaqdiet ta' kreditu awtorizzati minn awtorità kompetenti, kumpanniji ta' investiment personali u klijenti li jkunu sensara tad-depożiti sa fejn dawk l-assi ma jaqgħux taħt il-punt (b) ta' dan il-paragrafu;

(d)

flejjes dovuti minn tranżazzjonijiet b'maturità residwa ta' mill-inqas sitt xhur iżda inqas minn sena ma':

(i)

il-Bank Ċentrali Ewropew jew il-bank ċentrali ta' Stat Membru;

(ii)

il-bank ċentrali ta' pajjiż terz;

(iii)

klijenti finanzjarji;

(e)

prodotti relatati mal-finanzjament tal-kummerċ li jidhru fil-karta tal-bilanċ b'maturità residwa ta' mill-inqas sitt xhur iżda inqas minn sena;

(f)

assi aggravati għal maturità residwa ta' mill-inqas sitt xhur iżda inqas minn sena, ħlief fejn dawk l-assi jkunu assenjati fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ iktar għoli f'konformità mal-Artikoli 428ae sa 428ah jekk ikunu miżmuma mhux aggravati, f'liema każ għandu japplika l-fattur ta' finanzjament iktar għoli għal dawk l-assi kieku kellhom jinżammu mhux aggravati;

(g)

kwalunkwe assi oħra b'maturità residwa ta' inqas minn sena, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-Artikoli 428r sa 428ac.

Artikolu 428ae

Fattur ta' 55 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

Ishma mhux aggravati jew unitajiet f'CIUs li jkunu eliġibbli għal haircut ta' 55 % għall-kalkolu tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 55 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ, irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat.

Artikolu 428af

Fattur ta' 65 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

L-assi li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 65 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:

(a)

self mhux aggravat iggarantit minn ipoteki fuq proprjetà residenzjali jew self residenzjali mhux aggravat totalment garantit minn fornitur tal-protezzjoni eliġibbli kif imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 129(1) b'maturità residwa ta' sena jew iktar, sakemm dawk is-self ikun assenjat ponderazzjoni tar-riskju ta' 35 % jew inqas f'konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tat-Tielet Parti;

(b)

self mhux aggravat b'maturità residwa ta' sena jew iktar, minbarra self lil klijenti finanzjarji u self imsemmi fl-Artikoli 428r sa 428ad, sakemm dak is-self ikun assenjat ponderazzjoni tar-riskju ta' 35 % jew inqas f'konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta.

Artikolu 428ag

Fattur ta' 85 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

L-assi u l-elementi li ġejjin li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 85 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:

(a)

kwalunkwe assi u element li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ, inkluż flus kontanti, depożitati bħala marġni inizjali għal kuntratti ta' derivattivi, sakemm dawk l-assi ma jiġux assenjati fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ iktar għoli f'konformità mal-Artikolu 428ah jekk ikunu miżmuma mhux aggravati, f'liema każ għandu japplika l-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ iktar għoli għal dawk l-assi kieku kellhom jinżammu mhux aggravati;

(b)

kwalunkwe assi u element li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ, inkluż flus kontanti, depożitati bħala kontribuzzjoni fil-fond inadempjenti ta' CCP, sakemm dawk ma jiġux assenjati fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ iktar għoli f'konformità mal-Artikolu 428ah jekk ikunu miżmuma mhux aggravati, f'liema każ għandu japplika l-ogħla fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandu jiġi applikat lill-assi mhux aggravat;

(c)

self mhux aggravat b'maturità residwa ta' sena jew iktar, minbarra self lil klijenti finanzjarji u self imsemmi fl-Artikoli 428r sa 428af, li ma jkunx sar dovut għal iktar minn 90 ġurnata u li jkunu assenjati ponderazzjoni tar-riskju ta' iktar minn 35 % f'konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta;

(d)

prodotti relatati mal-finanzjament tal-kummerċ li jidhru fil-karta tal-bilanċ, b'maturità residwa ta' sena jew iktar;

(e)

titoli mhux aggravati b'maturità residwa ta' sena jew iktar li mhumiex inadempjenti f'konformità mal-Artikolu 178 u li mhumiex eliġibbli bħala assi likwidi skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1);

(f)

ekwitajiet mhux aggravati nnegozjati f'kambju li mhumiex eliġibbli bħala assi ta' livell 2B skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1);

(g)

komoditajiet fiżiċi nnegozjati, inkluż deheb iżda esklużi derivattivi ta' komoditajiet;

(h)

assi aggravati għal maturità residwa ta' sena jew aktar fi grupp ta' kopertura finanzjat minn bonds koperti kif imsemmi fl-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE jew bonds koperti li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' eliġibbiltà għat-trattament kif stipulat fl-Artikolu 129(4) jew (5) ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 428ah

Fattur ta' 100 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

1.   L-assi li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 100 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:

(a)

sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'dan il-Kapitolu, kwalunkwe assi aggravat b'maturità residwa ta' sena jew iktar;

(b)

kwalunkwe assi li mhuwiex dak imsemmi fl-Artikoli 428r sa 428ag, inkluż self lil klijenti finanzjarji li jkollhom maturità kuntrattwali residwa ta' sena jew iktar, skoperturi improduttivi, oġġetti mnaqqsa minn fondi proprji, assi fissi, ekwitajiet negozjati mhux ta' kambju, interess ritenut, assi ta' assigurazzjoni, titoli inadempjenti.

2.   L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw fattur ta' 100 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ għad-differenza, jekk pożittiva, bejn is-somma tal-valuri ġusti tas-settijiet kollha tan-netting b'valur ġust pożittiv u s-somma tal-valuri ġusti tas-settijiet kollha tan-netting b'valur ġust negattiv kalkulat f'konformità mal-Artikolu 428d.

Ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għall-kalkolu msemmi fl-ewwel subparagrafu:

(a)

marġni ta' varjazzjoni riċevut minn istituzzjonijiet mill-kontropartijiet tagħhom għandu jitnaqqas mill-valur ġust ta' sett tan-netting b'valur ġust pożittiv fejn il-kollateral riċevut bħala marġni ta' varjazzjoni jikkwalifika bħala assi ta' livell 1 skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), bl-esklużjoni tal-bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna speċifikati f'dak l-att delegat, u fejn l-istituzzjonijiet jkunu intitolati legalment u funzjonalment kapaċi li jużawhom mill-ġdid dak il-kollateral;

(b)

il-marġnijiet kollha ta' varjazzjoni depożitati minn istituzzjonijiet mal-kontropartijiet tagħhom għandhom jitnaqqsu mill-valur ġust ta' sett tan-netting b'valur ġust negattiv.

KAPITOLU 5

Deroga għal istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi

Artikolu 428ai

Deroga għal istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi

B'deroga mill-Kapitoli 3 u 4, istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi jistgħu jagħżlu, bil-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti tagħhom, li jikkalkulaw il-proporzjon bejn il-finanzjament stabbli disponibbli ta' istituzzjoni kif imsemmi fil-Kapitolu 6, u l-finanzjament stabbli meħtieġ tal-istituzzjoni kif imsemmi fil-Kapitolu 7, espress bħala perċentwal.

Awtorità kompetenti tista' titlob istituzzjoni żgħira u mhux kumplessa biex tikkonforma mar-rekwiżit ta' finanzjament stabbli nett abbażi tal-finanzjament stabbli disponibbli ta' istituzzjoni kif imsemmi fil-Kapitolu 3 u l-finanzjament stabbli meħtieġ kif imsemmi fil-Kapitolu 4 fejn tqis li l-metodoloġija ssimplifikata mhijiex adegwata biex taqbad ir-riskji ta' finanzjament ta' dik l-istituzzjoni.

KAPITOLU 6

Finanzjament stabbli disponibbli għall-kalkolu ssimplifikat tal-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 428aj

Kalkolu ssimplifikat tal-ammont ta' finanzjament stabbli disponibbli

1.   Sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'dan il-Kapitolu, l-ammont ta' finanzjament stabbli disponibbli għandu jiġi kalkulat billi jiġi multiplikat il-valur ta' kontabbiltà ta' diversi kategoriji jew tipi ta' obbligazzjonijiet u fondi proprji bil-fatturi ta' finanzjament stabbli disponibbli li għandhom jiġu applikati taħt it-Taqsima 2. L-ammont totali ta' finanzjament stabbli disponibbli għandu jkun is-somma tal-ammonti ponderati ta' obbligazzjonijiet u fondi proprji.

2.   Bonds u titoli ta' dejn oħra li jinħarġu mill-istituzzjoni, jinbiegħu b'mod esklussiv fis-suq tal-konsumatur, u jinżammu f'kont fil-livell ta' konsumatur, jistgħu jkunu ttrattati bħala li jappartjenu f'kategorija adatta ta' depożiti fil-livell tal-konsumatur. Għandhom ikunu fis-seħħ limitazzjonijiet, b'tali mod li dawk l-istrumenti ma jistgħux jinxtraw u jinżammu minn partijiet oħra għajr klijenti fil-livell tal-konsumaturi.

Artikolu 428ak

Maturità residwa ta' obbligazzjoni jew fondi proprji

1.   Sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'dan il-Kapitolu, l-istituzzjonijiet għandhom iqisu l-maturità kuntrattwali residwa tal-obbligazzjonijiet u l-fondi proprji tagħhom biex jiddeterminaw il-fatturi ta' finanzjament stabbli disponibbli li għandhom jiġu applikati taħt it-Taqsima 2.

2.   L-istituzzjonijiet għandhom jieħdu kont tal-opzjonijiet eżistenti biex jiddeterminaw il-maturità residwa ta' obbligazzjoni jew tal-fondi proprji. Huma għandhom jagħmlu dan fuq is-suppożizzjoni li l-kontroparti tifdi opzjonijiet ta' xiri fl-iktar data kmieni possibbli. Għal opzjonijiet li jistgħu jiġu eżerċitati fid-diskrezzjoni tal-istituzzjoni, l-istituzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu kont ta' fatturi ta' reputazzjoni li jistgħu jillimitaw il-kapaċità ta' istituzzjoni li ma teżerċitax l-opzjoni, b'mod partikolari l-aspettattivi tas-suq li l-istituzzjonijiet għandhom jifdu ċerti obbligazzjonijiet qabel il-maturità tagħhom.

3.   L-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw depożiti b'perijodi ta' notifika fissi f'konformità mal-perijodu ta' notifika tagħhom, u għandhom jittrattaw id-depożiti ta' żmien fiss f'konformità mal-maturità residwa tagħhom. B'deroga mill-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet m'għandhomx iqisu opzjonijiet għall-prelevamenti kmieni, meta d-depożitant irid iħallas penali materjali għal prelevamenti kmieni li jseħħu f'anqas minn sena, it-tali penali kif stabbilit fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), biex jiddeterminaw il-maturità residwa ta' depożiti fil-livell ta' konsumatur ta' żmien fiss.

4.   Sabiex jiddeterminaw il-fatturi ta' finanzjament stabbli disponibbli li għandhom jiġu applikati taħt it-Taqsima 2, għall-obbligazzjonijiet b'maturità kuntrattwali residwa ta' sena jew iktar, kwalunkwe porzjon li jimmatura f'inqas minn sitt xhur u kwalunkwe porzjon li jimmatura bejn sitt xhur u inqas minn sena għandu jiġi ttrattat bħala li għandu maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur u bejn sitt xhur u inqas minn sena, rispettivament.

Taqsima 2

Fatturi ta' finanzjament stabbli disponibbli

Artikolu 428al

Fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli disponibbli

1.   Sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'din it-Taqsima, l-obbligazzjonijiet kollha mingħajr maturità dikjarata, inkluż pożizzjonijiet qosra u pożizzjonijiet b'maturità miftuħa, għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli disponibbli, bl-eċċezzjoni ta' dawn li ġejjin:

(a)

obbligazzjonijiet ta' taxxa differita, li għandhom jiġu ttrattati f'konformità mal-eqreb data possibbli li fiha jistgħu jiġu realizzati tali obbligazzjonijiet;

(b)

interessi minoritarji, li għandhom jiġu ttrattati f'konformità mat-terminu tal-istrument ikkonċernat.

2.   Obbligazzjonijiet ta' taxxa differita u interessi minoritarji kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom ikunu soġġetti għal wieħed mill-fatturi li ġejjin:

(a)

0 %, meta l-maturità residwa effettiva tal-obbligazzjoni ta' taxxa differita jew interess minoritarju tkun inqas minn sena;

(b)

100 %, meta l-maturità residwa effettiva tal-obbligazzjoni ta' taxxa differita jew interess minoritarju tkun sena jew iktar.

3.   L-obbligazzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli disponibbli:

(a)

l-ammonti pagabbli skont id-data tan-negozju li jirriżultaw minn xiri ta' strumenti finanzjarji, ta' valuti barranin u ta' komoditajiet, li jkunu mistennija li jiġu saldati fiċ-ċiklu jew perijodu ta' saldu standard li huwa komuni għall-borża rilevanti jew it-tip ta' tranżazzjoni, jew li naqsu milli jiġu saldati iżda xorta waħda għadhom mistennija li jiġu saldati;

(b)

obbligazzjonijiet li jkunu kategorizzati bħala interdipendenti ma' assi f'konformità mal-Artikolu 428f;

(c)

obbligazzjonijiet b'maturità residwa ta' inqas minn sena pprovduti minn:

(i)

il-BĊE jew il-bank ċentrali ta' Stat Membru;

(ii)

il-bank ċentrali ta' pajjiż terz;

(iii)

klijenti finanzjarji;

(d)

kwalunkwe obbligazzjoni u element jew strument tal-kapital ieħor mhux imsemmi f'dan l-Artikolu jew l-Artikoli 428am sa 428ap.

4.   L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli disponibbli għall-valur assolut tad-differenza, jekk negattiv, bejn is-somma tal-valuri ġusti tas-settijiet kollha tan-netting b'valur ġust pożittiv u s-somma tal-valuri ġusti tas-settijiet kollha tan-netting b'valur ġust negattiv kalkulat f'konformità mal-Artikolu 428d.

Ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għall-kalkolu msemmi fl-ewwel subparagrafu:

(a)

marġni ta' varjazzjoni riċevut minn istituzzjonijiet mill-kontropartijiet tagħhom għandu jitnaqqas mill-valur ġust ta' sett tan-netting b'valur ġust pożittiv fejn il-kollateral riċevut bħala marġni ta' varjazzjoni jikkwalifika bħala assi ta' livell 1 skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), bl-esklużjoni tal-bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna speċifikati f'dak l-att delegat, u fejn l-istituzzjonijiet jkunu intitolati legalment u funzjonalment kapaċi li jużawhom mill-ġdid dak il-kollateral;

(b)

il-marġnijiet kollha ta' varjazzjoni depożitati minn istituzzjonijiet mal-kontropartijiet tagħhom għandhom jitnaqqsu mill-valur ġust ta' sett tan-netting b'valur ġust negattiv.

Artikolu 428am

Fattur ta' 50 % ta' finanzjament stabbli disponibbli

L-obbligazzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 50 % ta' finanzjament stabbli disponibbli:

(a)

depożiti riċevuti li jissodisfaw il-kriterji għal depożiti operazzjonali stipulati fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1);

(b)

obbligazzjonijiet b'maturità residwa ta' inqas minn sena pprovduti minn:

(i)

il-gvern ċentrali ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz;

(ii)

gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali fi Stat Membru jew f'pajjiż terz;

(iii)

entitajiet tas-settur pubbliku ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz;

(iv)

banek ta' żvilupp multilaterali msemmija fl-Artikolu 117(2) u organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 118;

(v)

klijenti korporattivi nonfinanzjarji;

(vi)

għaqdiet ta' kreditu awtorizzati minn awtorità kompetenti, kumpanniji ta' investiment personali u klijenti li jkunu sensara tad-depożiti, bl-eċċezzjoni tad-depożiti riċevuti, li jissodisfaw il-kriterji għal depożiti operazzjonali kif stipulati fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1).

Artikolu 428an

Fattur ta' 90 % ta' finanzjament stabbli disponibbli

Id-depożiti ta' domanda fil-livell ta' konsumatur, id-depożiti fil-livell ta' konsumatur b' perijodu ta' notifika fiss ta' inqas minn sena u d-depożiti fil-livell ta' konsumatur ta' żmien fiss li għandhom maturità residwa ta' inqas minn sena li jissodisfaw il-kriterji rilevanti għal depożiti oħrajn fil-livell tal-konsumatur stipulati fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 90 % ta' finanzjament stabbli disponibbli.

Artikolu 428ao

Fattur ta' 95 % ta' finanzjament stabbli disponibbli

Id-depożiti ta' domanda fil-livell ta' konsumatur, id-depożiti fil-livell ta' konsumatur b' perijodu ta' notifika fiss ta' inqas minn sena u d-depożiti fil-livell ta' konsumatur ta' żmien fiss li għandhom maturità residwa ta' inqas minn sena li jissodisfaw il-kriterji rilevanti għal depożiti stabbli fil-livell tal-konsumatur stipulati fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 95 % ta' finanzjament stabbli disponibbli.

Artikolu 428ap

Fattur ta' 100 % ta' finanzjament stabbli disponibbli

L-obbligazzjonijiet u l-elementi u l-istrumenti kapitali li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 100 % ta' finanzjament stabbli disponibbli:

(a)

l-elementi ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni tal-istituzzjoni qabel l-aġġustamenti meħtieġa skont l-Artikoli 32 sa 35, it-tnaqqis skont l-Artikolu 36 u l-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet u l-alternattivi stabbiliti fl-Artikoli 48, 49 u 79;

(b)

l-elementi ta' Grad 1 Addizzjonali tal-istituzzjoni qabel it-tnaqqis tal-elementi msemmija fl-Artikolu 56 u qabel jiġi applikat għalihom l-Artikolu 79, bl-esklużjoni ta' kwalunkwe strument b'opzjonijiet espliċiti jew integrati li, jekk jiġu eżerċitati, inaqqsu l-maturità residwa effettiva għal inqas minn sena;

(c)

l-elementi ta' Grad 2 tal-istituzzjoni qabel it-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 66 u qabel jiġi applikat l-Artikolu 79, li għandhom maturità residwa ta' sena jew iktar, bl-esklużjoni ta' kwalunkwe strument b'opzjonijiet espliċiti jew integrati li, jekk jiġu eżerċitati, inaqqsu l-maturità residwa effettiva għal inqas minn sena;

(d)

kwalunkwe strument kapitali ieħor tal-istituzzjoni b'maturità residwa ta' sena jew iktar, bl-esklużjoni ta' kwalunkwe strument b'opzjonijiet espliċiti jew integrati li, jekk jiġu eżerċitati, inaqqsu l-maturità residwa effettiva għal inqas minn sena;

(e)

kull self u obbligazzjoni oħra garantiti u mhux garantiti b'maturità residwa ta' sena jew iktar, inkluż id-depożiti ta' żmien fiss, sakemm mhux speċifikat mod ieħor fl-Artikoli 428al sa 428ao.

KAPITOLU 7

Finanzjament stabbli meħtieġ għall-kalkolu ssemplifikat tal-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 428aq

Kalkolu ssemplifikat tal-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ

1.   Sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'dan il-Kapitolu, għall-istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi l-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ għandu jiġi kalkulat billi jiġi multiplikat il-valur ta' kontabbiltà ta' diversi kategoriji jew tipi ta' assi u elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ bil-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandhom jiġu applikati f'konformità mat-Taqsima 2. L-ammont totali ta' finanzjament stabbli meħtieġ għandu jkun is-somma tal-ammonti ponderati ta' assi u elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ.

2   L-assi li l-istituzzjonijiet ikunu ssellfu, inkluż fi tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli, li jkunu kontabilizzati fil-karta tal-bilanċ tagħhom u li fuqhom ma għandhomx sjieda benefiċjarja għandhom jiġu esklużi mill-kalkolu tal-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ.

L-assi li l-istituzzjonijiet ikunu ssellfu, inkluż fi tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli, li ma jkunux kontabilizzati fil-karta tal-bilanċ tagħhom iżda li fuqhom għandhom sjieda benefiċjarja għandhom jiġu soġġetti għall-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandhom jiġu applikati skont it-Taqsima 2.

3.   L-assi li l-istituzzjonijiet ikunu sellfu, inkluż fi tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli, li fuqhom iżommu s-sjieda benefiċjarja, anke fejn ma jibqgħux fil-karta tal-bilanċ tagħhom, għandhom jitqiesu bħala assi aggravati għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu u għandhom ikunu soġġetti għall-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandhom jiġu applikati taħt it-Taqsima 2. Inkella, tali assi għandhom jiġu esklużi mill-kalkolu tal-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ.

4.   Assi li huma aggravati għal maturità residwa ta' sitt xhur jew aktar għandhom jiġu assenjati jew il-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ li jkun applikat taħt it-Taqsima 2 għal dawk l-assi li kieku kellhom jinżammu mhux aggravati jew inkella l-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ li huwa altrimenti applikabbli għal dawk l-assi aggravati, skont liema fattur huwa ogħla. L-istess għandu japplika meta l-maturità residwa tal-assi aggravat tkun iqsar mill-maturità residwa tat-tranżazzjoni li tkun is-sors ta' aggravar.

Assi li jkun fadlilhom inqas minn sitt xhur fil-perijodu ta' aggravar, għandhom ikunu soġġetti għall-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandhom jiġu applikati taħt it-Taqsima 2 għall-istess assi li kieku kellhom jinżammu mhux aggravati.

5.   Meta istituzzjoni tuża mill-ġdid jew twiegħed mill-ġdid assi li kienet issellfet, inkluż fi tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli, u dan ikun kontabilizzat bħala li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ, it-tranżazzjoni li permezz tagħha ssellef dak l-assi għandha tiġi ttrattata bħala aggravata sa fejn din it-tranżazzjoni ma tistax timmatura mingħajr ma l-istituzzjoni tirritorna l-assi misluf.

6.   L-assi li ġejjin ma għandhomx jitqiesu li jkunu aggravati:

(a)

assi inklużi fi grupp li jkunu disponibbli għall-użu immedjat bħala kollateral biex jinkiseb finanzjament addizzjonali taħt linji ta' kreditu li jkunu impenjati jew, fejn il-grupp jitħaddem minn bank ċentrali, dawk mhux impenjati iżda għad mhux finanzjati disponibbli għall-istituzzjoni, inkluż assi mqiegħda minn istituzzjoni ta' kreditu mal-istituzzjoni ċentrali f'netwerk kooperattiv jew skema ta' protezzjoni istituzzjonali;;

(b)

assi li l-istituzzjoni tkun irċeviet bħala kollateral għall-finijiet ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu f'self garantit, finanzjament garantit jew tranżazzjonijiet ta' skambju ta' kollateral u li l-istituzzjoni tista' tiddisponi minnhom;

(c)

assi marbuta bħala kollateralizzazzjoni eċċessiva mhux obbligatorja għall-ħruġ ta' bond kopert.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jassumu li l-assi fil-grupp ikunu aggravati f'ordni ta' likwidità li tiżdied abbażi tal-klassifikazzjoni tal-likwidità stipulata fl-att delegat stipulat fl-Artikolu 460(1), li tibda mill-assi li mhumiex eliġibbli għar-riżerva ta' likwidità.

7.   Fil-każ ta' operazzjonijiet temporanji mhux standard imwettqa mill-BĊE jew mill-bank ċentrali ta' Stat Membru jew mill-bank ċentrali ta' pajjiż terz sabiex iwettaq il-mandat tiegħu f'perijodu ta' stress finanzjarju fis-suq kollu jew ta' ċirkostanzi makroekonomiċi eċċezzjonali, l-assi li ġejjin jistgħu jirċievu fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ imnaqqas:

(a)

b'deroga mill-Artikolu 428aw u mill-punt (a) tal-Artikolu 428az(1), assi aggravati għall-operazzjonijiet imsemmija f'dan is-subparagrafu;

(b)

b'deroga mill-Artikolu 428aw u mill-punt (b) tal-Artikolu 428ay, flejjes li jirriżultaw mill-operazzjonijiet imsemmija f'dan is-subparagrafu.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw, bi qbil mal-bank ċentrali li jkun il-kontroparti għat-tranżazzjoni, il-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandu jiġi applikat għall-assi msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu. Għall-assi aggravati msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, il-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandu jiġi applikat ma għandux ikun aktar baxx mill-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ li japplika skont it-Taqsima 2 għal dawk l-assi li kieku kellhom jinżammu mhux aggravati.

Meta japplikaw fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ imnaqqas f'konformità mat-tieni subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jissorveljaw mill-qrib l-impatt ta' dak il-fattur imnaqqas fuq il-pożizzjonijiet ta' finanzjament stabbli tal-istituzzjonijiet u jieħdu l-miżuri superviżorji adatti fejn meħtieġ.

8.   L-istituzzjonijiet għandhom jeskludu assi assoċjati ma' kollateral rikonoxxut bħala marġni ta' varjazzjoni li ddaħħal f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 428k(4) u l-Artikolu 428ah(2) jew bħala marġni inizjali li ddaħħal jew bħala kontribuzzjoni għall-fond ta' inadempjenza ta' CCP f'konformità mal-punti (a) u (b) tal-Artikolu 428ag minn partijiet oħra tal-kalkolu tal-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ f'konformità ma' dan il-Kapitolu sabiex jiġi evitat kwalunkwe għadd doppju.

9.   L-istituzzjonijiet għandhom jinkludu fil-kalkolu tal-ammont ta' strumenti finanzjarji ta' finanzjament stabbli meħtieġ, muniti barranin u komoditajiet li għalihom tkun saret ordni tax-xiri. Huma għandhom jeskludu mill-kalkolu tal-ammont ta' strumenti finanzjarji ta' finanzjament stabbli meħtieġ, muniti barranin u komoditajiet li għalihom tkun saret ordni tal-bejgħ, dment li dawk it-tranżazzjonijiet ma jkunux riflessi bħala derivattivi jew tranżazzjonijiet ta' finanzjament garantit fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjonijiet u li dawk it-tranżazzjonijiet għandhom jiġu riflessi fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjonijiet meta jiġu saldati.

10.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeterminaw il-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandhom jiġu applikati għal skoperturi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li mhumiex imsemmija f'dan il-Kapitolu biex jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet iżommu ammont adatt ta' finanzjament stabbli disponibbli għall-porzjon ta' dawk l-iskoperturi li jkunu mistennija li jkunu jeħtieġu finanzjament fuq il-perijodu ta' sena tal-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett. Biex jiddeterminaw dawk il-fatturi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu kont, b'mod partikolari, tad-dannu materjali fir-reputazzjoni għall-istituzzjoni li jista' jirriżulta mill-fatt li ma jipprovdux dan il-finanzjament.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrapportaw lill-ABE t-tipi ta' skoperturi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li għalihom ikunu determinaw il-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ mill-inqas darba fis-sena. F'dak ir-rapport għandhom jinkludu spjegazzjoni tal-metodoloġija applikata biex tiddetermina dawk il-fatturi.

Artikolu 428ar

Maturità residwa ta' assi

1.   Sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'dan il-Kapitolu, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu kont tal-maturità kuntrattwali residwa tal-assi u t-tranżazzjonijiet li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tagħhom meta jiddeterminaw il-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandhom jiġu applikati għall-assi u l-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tagħhom taħt it-Taqsima 2.

2.   L-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw assi li ġew segregati f'konformità mal-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 f'konformità mal-iskopertura sottostanti ta' dawk l-assi. L-istituzzjonijiet għandhom, madankollu, jissoġġettaw dawk l-assi għal fatturi ogħla ta' finanzjament stabbli meħtieġ, skont it-terminu ta' aggravar li għandu jiġi determinat mill-awtoritajiet kompetenti, li għandhom jikkunsidraw jekk l-istituzzjoni hix kapaċi li b'mod liberu tiddisponi minn jew tiskambja tali assi u għandha tqis it-terminu tal-obbligazzjonijiet għall-klijenti tal-istituzzjonijiet li jirrigwardahom dak ir-rekwiżit ta' segregazzjoni.

3.   Meta jikkalkulaw il-maturità residwa ta' assi, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu kont, abbażi tas-suppożizzjoni li l-emittent jew il-kontroparti ser teżerċita xi opzjoni biex testendi l-maturità ta' assi. Għal opzjonijiet li jistgħu jiġu eżerċitati fid-diskrezzjoni tal-istituzzjoni, l-istituzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu kont ta' fatturi ta' reputazzjoni li jistgħu jillimitaw il-kapaċità tal-istituzzjoni li ma teżerċitax l-opzjoni, b'mod partikolari billi jqisu l-aspettattivi tas-swieq u tal-klijenti li l-istituzzjoni għandha testendi l-maturità ta' ċerti assi fid-data tal-maturità tagħhom.

4.   Sabiex jiddeterminaw il-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġa li għandhom jiġu applikati f'konformità mat-Taqsima 2, għall-amortizzazzjoni ta' self b'maturità kuntrattwali residwa ta' sena jew iktar, il-porzjonijiet li jimmaturaw f'inqas minn sitt xhur u bejn sitt xhur u inqas minn sena għandu jiġi ttrattat bħala li għandhom maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur u bejn sitt xhur u inqas minn sena rispettivament.

Taqsima 2

Fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ

Artikolu 428as

Fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

1.   L-assi li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:

(a)

assi mhux aggravati li huma eliġibbli bħala assi likwidi ta' kwalità għolja ta' livell 1 skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), bl-esklużjoni ta' bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna speċifikati f'dak l-att delegat, indipendentement minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali stipulati f'dak l-att delegat;

(b)

ir-riżervi kollha miżmuma mill-istituzzjoni fil-BĊE jew fil-bank ċentrali ta' Stat Membru jew il-bank ċentrali ta' pajjiż terz, inkluż riżervi meħtieġa u riżervi eċċessivi;

(c)

it-talbiet kollha fuq il-BĊE, il-bank ċentrali ta' Stat Membru jew il-bank ċentrali ta' pajjiż terz li għandhom maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur;

(d)

assi li jkunu kategorizzati bħala interdipendenti ma' obbligazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 428f.

2.   B'deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu, bil-ftehim tal-bank ċentrali rilevanti, li japplikaw fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ ogħla għar-riżervi meħtieġa, billi jitqies, b'mod partikolari, il-punt sa fejn jeżistu r-rekwiżiti tar-riżervi fuq perijodu ta' sena u għalhekk jeħtieġu finanzjament stabbli assoċjat.

Għal sussidjarji li jkollhom l-uffiċċju prinċipali f'pajjiż terz, fejn ir-riżervi meħtieġa tal-bank ċentrali jkunu soġġetti għal fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ ogħla taħt ir-rekwiżit ta' finanzjament stabbli nett stipulat fil-liġi nazzjonali ta' dak il-pajjiż terz, dak il-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ ogħla għandu jitqies għall-finijiet ta' konsolidazzjoni.

Artikolu 428at

Fattur ta' 5 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

1.   Il-porzjon mhux prelevat ta' faċilitajiet ta' kreditu u ta' likwidità impenjati speċifikati fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandu jkun soġġett għal fattur ta' 5 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ.

2.   Għas-settijiet kollha tan-netting ta' kuntratti tad-derivattivi, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw fattur ta' 5 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ għall-valur ġust assolut ta' dawk is-settijiet tan-netting ta' kuntratti tad-derivattivi, gross minn kwalunkwe kollateral depożitat, meta dawk is-settijiet tan-netting ikollhom valur ġust negattiv. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-valur ġust bħala gross minn kwalunkwe kollateral depożitat jew pagamenti ta' saldu u rċevuti relatati ma' bidliet fil-valwazzjoni tas-suq ta' kuntratti bħal dawn.

Artikolu 428au

Fattur ta' 10 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

L-assi u l-elementi li ġejjin li ma jidhrux fuq il-karta bilanċ għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 10 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:

(a)

assi mhux aggravati li huma eliġibbli bħala bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna ta' Livell 1 skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat;

(b)

prodotti relatati mal-finanzjament tal-kummerċ li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ kif imsemmija fl-Anness I.

Artikolu 428av

Fattur ta' 20 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

Assi mhux aggravati li huma eliġibbli bħala assi tal-Livell 2A skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), u ishma mhux aggravati jew unitajiet f'CIUs skont dak l-att delegat għandhom ikunu suġġetti għal fattur ta' 20 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ, irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat.

Artikolu 428aw

Fattur ta' 50 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

L-assi li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 50 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:

(a)

self iggarantit u mhux iggarantit b'maturità residwa ta' inqas minn sena u dment li jkunu aggravati inqas minn sena;

(b)

kwalunkwe assi oħra b'maturità residwa ta' inqas minn sena, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-Artikoli 428as sa 428av;

(c)

assi aggravati għal maturità residwa ta' mill-inqas sitt xhur iżda ta' inqas minn sena, ħlief fejn dawk l-assi jkunu assenjati fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ ogħla skont l-Artikoli 428ax, 428ay u 428az jekk kienu miżmuma mhux aggravati, f'liema każ għandu japplika l-fattur ta' finanzjament meħtieġ ogħla li jkun japplika għal dawk l-assi kieku kellhom jinżammu mhux aggravati.

Artikolu 428ax

Fattur ta' 55 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

Assi li huma eliġibbli bħala assi tal-livell 2B skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), u ishma jew unitajiet f'CIUs skont dak l-att delegat għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 55 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ, irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali u mar-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità kif stipulati f'dak l-att delegat, dment li jkunu aggravati inqas minn sena.

Artikolu 428ay

Fattur ta' 85 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

L-assi u l-elementi li ġejjin li ma jidhrux fuq il-karta bilanċ għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 85 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:

(a)

kwalunkwe assi u element li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ, inkluż flus kontanti, li ddaħħlu bħala marġni inizjali għal kuntratti ta' derivattivi jew depożitati bħala kontribuzzjoni għall-fond ta' inadempjenza ta' CCP, sakemm dawk l-assi ma jiġux assenjati fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ iktar għoli f'konformità mal-Artikolu 428az jekk ikunu miżmuma mhux aggravati, f'liema każ għandu japplika l-fattur ta' finanzjament iktar għoli għal dawk l-assi kieku kellhom jinżammu mhux aggravati;

(b)

self mhux aggravat b'maturità residwa ta' sena jew iktar, eskluż self lil klijenti finanzjarji, li ma jkunx sar dovut għal iktar minn 90 jum;

(c)

prodotti relatati mal-finanzjament tal-kummerċ li jidhru fil-karta tal-bilanċ, b'maturità residwa ta' sena jew iktar;

(d)

titoli mhux aggravati b'maturità residwa ta' sena jew iktar li mhumiex inadempjenti f'konformità mal-Artikolu 178 u li mhumiex eliġibbli bħala assi likwidi skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1);

(e)

ekwitajiet mhux aggravati nnegozjati f'kambju li mhumiex eliġibbli bħala assi ta' livell 2B skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1);

(f)

komoditajiet fiżiċi nnegozjati, inkluż deheb iżda esklużi derivattivi ta' komoditajiet.

Artikolu 428az

Fattur ta' 100 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

1.   L-assi li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 100 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:

(a)

kwalunkwe assi aggravat b'maturità residwa ta' sena jew iktar;

(b)

kwalunkwe assi li mhuwiex dak imsemmi fl-Artikoli 428as sa 428ay, inkluż self lil klijenti finanzjarji li jkollhom maturità kuntrattwali residwa ta' sena jew iktar, skoperturi improduttivi, elementi mnaqqsa mill-fondi proprji, assi fissi, ekwitajiet negozjati mhux ta' kambju, interess ritenut, assi ta' assigurazzjoni, titoli inadempjenti.

2.   L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw fattur ta' 100 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ għad-differenza, jekk pożittiva, bejn is-somma tal-valuri ġusti tas-settijiet kollha tan-netting b'valur ġust pożittiv u s-somma tal-valuri ġusti tas-settijiet kollha tan-netting b'valur ġust negattiv kalkulat f'konformità mal-Artikolu 428d.

Ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għall-kalkolu msemmi fl-ewwel subparagrafu:

(a)

marġni ta' varjazzjoni riċevut minn istituzzjonijiet mill-kontropartijiet tagħhom għandu jitnaqqas mill-valur ġust ta' sett tan-netting b'valur ġust pożittiv fejn il-kollateral riċevut bħala marġni ta' varjazzjoni jikkwalifika bħala assi ta' livell 1 skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), bl-esklużjoni tal-bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna speċifikati f'dak l-att delegat, u fejn l-istituzzjonijiet jkunu intitolati legalment u funzjonalment kapaċi li jużawhom mill-ġdid dak il-kollateral;

(b)

il-marġnijiet kollha ta' varjazzjoni li ddaħħlu minn istituzzjonijiet mal-kontropartijiet tagħhom għandhom jitnaqqsu mill-valur ġust ta' sett tan-netting b'valur ġust negattiv.”;

(117)

Il-Parti Sebgħa hija sostitwita b'dan li ġej:

“PARTI SEBGĦA

LIEVA FINANZJARJA

Artikolu 429

Kalkolu tal-proporzjon ta' lieva finanzjarja

1.   L-istituzzjonijiet jikkalkulaw il-proporzjon ta' lieva finanzjarja tagħhom skont il-metodoloġija stipulata fil-paragrafi 2, 3 u 4.

2.   Il-proporzjon ta' lieva finanzjarja għandu jiġi kalkulat bħala l-miżura tal-kapital ta' istituzzjoni diviża bil-miżura tal-iskopertura totali ta' din l-istituzzjoni u għandu jiġi espress bħala perċentwal.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-proporzjon ta' lieva finanzjarja fid-data ta' referenza tar-rappurtar.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-miżura tal-kapital għandha tkun il-kapital ta' Grad 1.

4.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-miżura tal-iskopertura totali għandha tkun is-somma tal-valuri tal-iskopertura ta':

(a)

assi, eskluż il-kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II, id-derivattivi tal-kreditu u l-pożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 429e, ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 429b(1);

(b)

kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II u derivattivi tal-kreditu, inkluż dawk il-kuntratti u derivattivi ta' kreditu li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, ikkalkulati f'konformità mal-Artikoli 429c u 429d;

(c)

żidiet għar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli, inkluż dawk li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 429e;

(d)

elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, bl-esklużjoni tal-kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II, derivattivi tal-kreditu, tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli u pożizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 429d u 429g, ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 429f;

(e)

xiri jew bejgħ fi żmien regolari u li jistennew saldu, ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 429g.

L-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw tranżazzjonijiet ta' saldu twil f'konformità mal-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu, kif applikabbli.

L-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-valuri tal-iskopertura msemmija fil-punti (a) u (d) tal-ewwel subparagrafu bl-ammont korrispondenti ta' aġġustamenti ġenerali fir-riskju ta' kreditu għal elementi li jidhru u dawk li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, rispettivament, soġġett għal limitu ta' 0 fejn l-aġġustamenti fir-riskju ta' kreditu jkunu naqqsu l-kapital ta' Grad 1.

5.   B'deroga mill-punt (d) tal-paragrafu 4, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

strument derivattiv li jkun kunsidrat bħala element li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ skont il-punt (d) tal-paragrafu 4, iżda huwa ttrattat bħala derivattiv skont il-qafas ta' kontabbiltà applikabbli, għandu jkun soġġett għat-trattament stipulat f'dak il-punt;

(b)

meta klijent ta' istituzzjoni li jaġixxi bħala membru tal-ikklerjar jidħol direttament fi tranżazzjoni ta' derivattiva ma' CCP u l-istituzzjoni tiggarantixxi l-prestazzjoni tal-iskoperturi tan-negozju tal-klijent tagħha lis-CCP li jirriżultaw minn dik it-tranżazzjoni, l-istituzzjoni għandha tikkalkola l-iskopertura tagħha li tirriżulta mill-garanzija f'konformità mal-punt (b) tal-paragrafu 4, bħallikieku dik l-istituzzjoni daħlet direttament fit-tranżazzjoni mal-klijent, inkluż fir-rigward tar-riċeviment jew il-provvista tal-marġni ta' varjazzjoni ta' flus kontanti.

It-trattament stipulat fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll għal istituzzjoni li taġixxi bħala klijent ta' livell għoli li jiggarantixxi l-prestazzjoni tal-iskoperturi tan-negozju tal-klijent tagħha.

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu u tat-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet jistgħu jikkunsidraw entità affiljata bħala klijent biss meta dik l-entità tkun barra mill-ambitu tal-konsolidazzjoni regolatorja fil-livell li fih ir-rekwiżit stipulat fil-punt (d) tal-Artikolu 92(3) ikun applikat.

6.   Għall-finijiet tal-punt (e) tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu 429g, ''xiri jew bejgħ fi żmien regolari'' tfisser xiri jew bejgħ ta' titolu taħt kuntratti li għalihom it-termini jeħtieġu konsenja tat-titolu fil-perijodu stabbilit ġeneralment mil-liġi jew konvenzjoni fis-suq ikkonċernat.

7.   Sakemm ma jkunx espressament previst mod ieħor f'din il-Parti, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-miżura tal-iskopertura totali skont il-prinċipji li ġejjin:

(a)

kollateral fiżiku jew finanzjarju, garanziji jew mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu mixtrija ma għandhomx jintużaw biex inaqqsu l-miżura tal-iskopertura totali;

(b)

l-assi ma għandhomx jiġu nnettjati mal-obbligazzjonijiet.

8.   B'deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 7, l-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-valur tal-iskopertura ta' self ta' prefinanzjament jew self intermedju bil-bilanċ pożittiv fuq il-kont tat-tfaddil tad-debitur li lilu ngħata s-self u jinkludu biss l-ammont li jirriżulta fil-miżura tal-iskopertura totali, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-għoti tas-self huwa kondizzjonali fuq il-ftuħ tal-kont tat-tfaddil mal-istituzzjoni li tagħti s-self u kemm is-self kif ukoll l-kont tat-tfaddil huma rregolati mill-istess liġi settorjali;

(b)

il-bilanċ fuq il-kont tat-tfaddil ma jistax jiġi prelevat, parzjalment jew kollu kemm hu, mid-debitur għall-perijodu ta' żmien kollu tas-self;

(c)

l-istituzzjoni tista' tuża inkondizzjonalment u irrevokabbilment il-bilanċ fuq il-kont tat-tfaddil biex tiġi saldata kwalunkwe pretensjoni skont il-ftehim ta' self f'każijiet irregolati mil-liġi settorjali msemmija fil-punt (a), inkluż in-nuqqas ta' ħlas mid-debitur jew l-insolvenza tiegħu.

“Self ta' prefinanzjament” jew “self intermedju” jfissru self li jingħata lil min jissellef għal perijodu limitat ta' żmien sabiex jitnaqqsu l-lakuni fil-finanzjament tal-mutwatarju sakemm jingħata s-self finali f'konformità mal-kriterji stabbiliti fil-liġi settorjali li tirregola dawn it-tranżazzjonijiet.

Artikolu 429a

Skoperturi esklużi mill-miżura tal-iskopertura totali

1.   B'deroga mill- Artikolu 429(4), istituzzjoni tista' teskludi kwalunkwe skopertura li ġejja mill-miżura tal-iskopertura totali tagħha:

(a)

l-ammonti mnaqqsa mill-elementi ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni f'konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 36(1);

(b)

l-assi mnaqqsa fil-kalkolu tal-miżura kapitali msemmija fl-Artikolu 429(3);

(c)

l-iskoperturi li jkunu assenjati ponderazzjoni tar-riskju ta' 0 % f'konformità mal-Artikolu 113(6) jew (7);

(d)

meta l-istituzzjoni tkun istituzzjoni ta' kreditu għall-iżvilupp pubbliku, l-iskoperturi li jirriżultaw minn assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq gvernijiet ċentrali, gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali jew entitajiet tas-settur pubbliku fir-rigward ta' investimenti fis-settur pubbliku u self promozzjonali;

(e)

meta l-istituzzjoni ma tkunx istituzzjoni ta' kreditu għall-iżvilupp pubbliku, il-partijiet ta' skoperturi li jirriżultaw mit-trasferiment ta' self promozzjonali lil istituzzjonijiet ta' kreditu oħra;

(f)

il-partijiet garantiti ta' skoperturi li jirriżultaw minn krediti għall-esportazzjoni li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i)

il-garanzija hija pprovduta minn fornitur eliġibbli ta' protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata f'konformità mal-Artikoli 201 u 202, inkluż minn aġenziji tal-kreditu għall-esportazzjoni jew minn gvernijiet ċentrali;

(ii)

ponderazzjoni tar-riskju ta' 0 % tapplika għall-parti garantita tal-iskopertura f'konformità mal-Artikolu 114(2) jew (4) jew l-Artikolu 116(4);

(g)

meta l-istituzzjoni tkun membru tal-ikklerjar ta' QCCP, l-iskoperturi tan-negozju ta' dik l-istituzzjoni, dment li dawn ikunu kklerjati ma' dik il-QCCP u jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fil-punt (c) tal-Artikolu 306(1);

(h)

meta l-istituzzjoni tkun klijent ta' livell ogħla fi ħdan struttura ta' klijenti f'diversi livelli, l-iskoperturi tan-negozju lill-membru tal-ikklerjar jew lil entità li sservi bħala klijent ta' livell ogħla għal dik l-istituzzjoni, dment li l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 305(2) jiġu ssodisfati u dment li l-istituzzjoni ma tkunx obbligata tirrimborża lill-klijent tagħha għal kwalunkwe telf imġarrab fil-każ ta' inadempjenza tal-membru tal-ikklerjar jew tal-QCCP;

(i)

assi fiduċjarji li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i)

ikunu rikonoxxuti fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni minn prinċipji ta' kontabbiltà nazzjonali ġeneralment aċċettati, f'konformità mal-Artikolu 10 tad-Direttiva 86/635/KEE;

(ii)

jissodisfaw il-kriterji għan-nuqqas ta' rikonoxximent stipulati fl-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (IFRS) 9, kif applikati f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002;

(iii)

jissodisfaw il-kriterji għan-nuqqas ta' konsolidazzjoni stipulati fl-IFRS 10, kif applikati f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002, fejn applikabbli;

(j)

skoperturi li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i)

ikunu skoperturi għal entità tas-settur pubbliku;

(ii)

ikunu trattati f'konformità mal-Artikolu 116(4);

(iii)

jirriżultaw minn depożiti li l-istituzzjoni tkun legalment obbligata tittrasferixxi lill-entità tas-settur pubbliku msemmija fil-punt (i) għall-fini tal-finanzjament ta' investimenti ta' interess ġenerali;

(k)

il-kollateral eċċessiv depożitat ma' aġenti tripartitiċi li ma jkunx issellef;

(l)

meta skont il-qafas ta' kontabbiltà applikabbli, istituzzjoni tirrikonoxxi l-marġni ta' varjazzjoni mħallas fi flus kontanti lill-kontroparti tagħha bħala assi riċevibbli, l-assi riċevibbli, dment li jkunu ġew issodisfati l-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 429c(3);

(m)

l-iskoperturi titolizzati minn titolizzazzjonijiet tradizzjonali li jissodisfaw il-kondizzjonijiet għat-trasferiment ta' riskju sinifikanti stipulati fl-Artikolu 244(2);

(n)

l-iskoperturi li ġejjin għall-bank ċentrali tal-istituzzjoni li tkun daħlet għalihom wara li daħlet fis-seħħ l-eżenzjoni u soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 5 u 6:

(i)

muniti u karti tal-flus li jikkostitwixxu munita legali fil-ġurisdizzjoni tal-bank ċentrali;

(ii)

assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq il-bank ċentrali, inkluż riżervi miżmuma fil-bank ċentrali;

(o)

fejn l-istituzzjoni tkun awtorizzata f'konformità mal-Artikolu 16 u l-punt (a) tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014, l-iskoperturi tal-istituzzjoni dovuti għal servizzi anċillari tat-tip bankarju elenkati fil-punt (a) tat-Taqsima C tal-Anness għal dak ir-Regolament li huma direttament relatati mas-servizzi ewlenin jew anċillari elenkati fit-Taqsimiet A u B ta' dak l-Anness;

(p)

fejn l-istituzzjoni tkun nominata f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014, l-iskoperturi tal-istituzzjoni dovuti għal servizzi anċillari tat-tip bankarju elenkati fil-punt (a) tat-Taqsima C tal-Anness għal dak ir-Regolament li huma direttament relatati mas-servizzi ewlenin jew anċillari ta' depożitorju ċentrali tat-titoli, awtorizzati f'konformità mal-Artikolu 16 ta' dak ir-Regolament, elenkati fit-Taqsimiet A u B ta' dak l-Anness.

Għall-finijiet tal-punt (m) tal-ewwel subparagrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu kwalunkwe skopertura miżmuma fil-miżura tal-iskopertura totali.

2.   Għall-finijiet tal-punti (d) u (e) tal-paragrafu 1, 'istituzzjoni ta' kreditu għall-iżvilupp pubbliku' tfisser istituzzjoni ta' kreditu li tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

tkun ġiet stabbilita mill-gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali ta' Stat Membru;

(b)

l-attività tagħha tkun limitata għall-avvanz ta' objettivi speċifiċi ta' politika pubblika finanzjarja, soċjali jew ekonomika f'konformità mal-liġijiet u d-dispożizzjonijiet li jirregolaw dik l-istituzzjoni, inkluż artikoli ta' assoċjazzjoni, fuq bażi mhux kompetittiva;

(c)

il-mira tagħha mhijiex li timmassimizza l-profitt jew is-sehem tas-suq;

(d)

soġġett għal regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, il-gvern ċentrali, il-gvern reġjonali jew l-awtorità lokali għandhom obbligu li jipproteġu l-vijabbiltà tal-istituzzjoni ta' kreditu jew jiggarantixxu direttament jew indirettament mill-inqas 90 % tar-rekwiżiti tal-fondi proprji, ir-rekwiżiti ta' finanzjament jew is-self promozzjonali mogħti tal-istituzzjoni ta' kreditu;

(e)

ma tiħux depożiti koperti kif definit fil-punt (5) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/49/UE jew fil-liġi nazzjonali li timplimenta dik id-Direttiva li jistgħu jkunu klassifikati bħala depożiti ta' perijodu fiss jew ta' tfaddil minn konsumaturi kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*13).

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-objettivi ta' politika pubblika jistgħu jinkludu l-għoti ta' finanzjament għal finijiet promozzjonali jew ta' żvilupp lil setturi ekonomiċi jew żoni ġeografiċi speċifiċi tal-Istat Membru rilevanti.

Għall-finijiet tal-punti (d) u (e) tal-ewwel subparagrafu, u mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat u l-obbligi tal-Istati Membri skont dan, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fuq talba ta' istituzzjoni, jittrattaw unità indipendenti u awtonoma mil-lat organizzattiv, strutturali u finanzjarju ta' dik l-istituzzjoni bħala istituzzjoni ta' kreditu għall-iżvilupp pubbliku, dment li l-unità tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha elenkati fl-ewwel subparagrafu u li tali trattament ma jaffettwax l-effettività tas-superviżjoni ta' dik l-istituzzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u l-ABE bi kwalunkwe deċiżjoni li tittratta, għall-finijiet ta' dan is-subparagrafu, unità ta' istituzzjoni bħala istituzzjoni ta' kreditu għall-iżvilupp pubbliku. L-awtorità kompetenti għandha tirrieżamina ta' kull sena tali deċiżjoni.

3.   Għall-finijiet tal-punti (d) u (e) tal-paragrafu 1 u l-punt (d) tal-paragrafu 2, 'self promozzjonali' ifisser self mogħti minn istituzzjoni ta' kreditu għall-iżvilupp pubbliku jew entità stabbilita mill-gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali ta' Stat Membru, direttament jew permezz ta' istituzzjoni ta' kreditu intermedja fuq bażi mhux kompetittiva u mingħajr skop ta' qligħ, biex jiġu promossi l-objettivi tal-politika pubblika tal-gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali fi Stat Membru.

4.   L-istituzzjonijiet ma għandhomx jeskludu l-iskoperturi tan-negozju msemmija fil-punti (g) u (h) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, meta ma tiġix issodisfata l-kondizzjoni stipulata fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 429(5).

5.   L-istituzzjonijiet jistgħu jeskludu l-iskoperturi elenkati fil-punt (n) tal-paragrafu 1 fejn ikunu ssodisfati ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni tkun iddeterminat, wara konsultazzjoni mal-bank ċentrali rilevanti, u ddikjarat pubblikament li jeżistu ċirkostanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw l-esklużjoni sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta' politiki monetarji;

(b)

l-eżenzjoni tingħata għal perijodu ta' żmien limitat mhux itwal minn sena.

6.   L-iskoperturi li għandhom jiġu esklużi skont il-punt (n) tal-paragrafu 1 għandhom jissodisfaw iż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

huma denominati fl-istess munita bħad-depożiti meħuda mill-istituzzjoni;

(b)

il-maturità medja tagħhom ma taqbiżx b'mod sinifikanti l-maturità medja tad-depożiti meħuda mill-istituzzjoni.

7.   B'deroga mill-punt (d) tal-Artikolu 92(1), fejn istituzzjoni teskludi l-iskoperturi msemmija fil-punt (n) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, hija għandha tissodisfa fi kwalunkwe ħin ir-rekwiżit ta' proporzjon ta' lieva finanzjarja aġġustat li ġej għat-tul ta' żmien tal-esklużjoni:

Formula

fejn:

aLR

=

proporzjon ta' lieva finanzjarja aġġustat;

EMLR

=

il-miżura tal-iskopertura totali tal-istituzzjoni kif definita fl-Artikolu 429(4), inkluż l-iskoperturi esklużi f'konformità mal-punt (n) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu; u

CB

=

l-ammont ta' skoperturi esklużi f'konformità mal-punt (n) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 429b

Kalkolu tal-valur tal-iskopertura tal-assi

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura tal-assi, eskluż il-kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II, id-derivattivi tal-kreditu u l-pożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 429e f'konformità mal-prinċipji li ġejjin:

(a)

il-valur tal-iskopertura tal-assi tfisser valur tal-iskopertura kif imsemmi fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 111(1);

(b)

tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli ma għandhomx jiġu nnettjati.

2.   Arranġament ta' pooling ta' flus offrut minn istituzzjoni ma jiksirx il-kondizzjoni stipulata fil-punt (b) tal-Artikolu 429(7) biss meta l-arranġament jissodisfa ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-istituzzjoni li toffri l-arranġament ta' pooling ta' flus tittrasferixxi l-bilanċi ta' kreditu u ta' debitu ta' diversi kontijiet individwali ta' entitajiet ta' grupp inklużi fl-arranġament (''kontijiet oriġinali'') f'kont uniku separat u b'hekk tistabbilixxi l-bilanċi tal-kontijiet oriġinali għal żero;

(b)

l-istituzzjoni twettaq l-azzjonijiet imsemmija fil-punt (a) ta' dan is-subparagrafu ta' kuljum.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu u tal-paragrafu 3, arranġament ta' pooling ta' flus tfisser arranġament fejn il-bilanċi ta' kreditu jew ta' debitu ta' diversi kontijiet individwali jiġu kombinati għall-finijiet tal-ġestjoni tal-flus jew tal-likwidità.

3.   B'deroga mill-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, arranġament ta' pooling ta' flus li ma jissodisfax il-kondizzjoni stipulata fil-punt (b) ta' dak il-paragrafu, iżda li jissodisfa l-kondizzjoni stipulata fil-punt (a) ta' dak il-paragrafu, ma jiksirx il-kondizzjoni stipulata fil-punt (b) tal-Artikolu 429(7), dment li l-arranġament jissodisfa l-kondizzjonijiet addizzjonali kollha li ġejjin:

(a)

l-istituzzjoni għandha dritt legalment infurzabbli għal tpaċija tal-bilanċi tal-kontijiet oriġinali permezz tat-trasferiment f'kont wieħed fi kwalunkwe mument;

(b)

ma jkun hemm l-ebda diskrepanza fil-maturità bejn il-bilanċi tal-kontijiet oriġinali;

(c)

l-istituzzjoni timponi jew tħallas imgħax fuq il-bażi tal-bilanċ kombinat tal-kontijiet oriġinali;

(d)

l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni tikkunsidra li l-frekwenza li biha l-bilanċi tal-kontijiet oriġinali kollha huma trasferiti hija adegwata għall-għan li jiġi inkluż biss il-bilanċ kombinat tal-arranġament ta' pooling ta' flus fil-miżura tal-iskopertura totali.

4.   B'deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkolaw il-valur tal-iskopertura tal-flus riċevibbli u l-flus pagabbli taħt tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli mal-istess kontroparti fuq bażi netta biss meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

it-tranżazzjonijiet ikollhom l-istess data tas-saldu finali espliċita;

(b)

id-dritt li l-ammont dovut lill-kontroparti jiġi paċut bl-ammont dovut mill-kontroparti jkun legalment infurzabbli fil-perkors normali tan-negozju u f'każ ta' inadempjenza, insolvenza u falliment;

(c)

il-kontropartijiet ikollhom l-intenzjoni li jissaldaw fuq bażi netta, jew li jissaldaw fl-istess ħin, jew it-tranżazzjonijiet ikunu soġġetti għal mekkaniżmu ta' saldu li jirriżulta fl-ekwivalenti funzjonali ta' saldu nett.

5.   Għall-finijiet tal-punt (c) tal-paragrafu 4, l-istituzzjonijiet jistgħu jqisu li mekkaniżmu ta' saldu jirriżulta fl-ekwivalenti funzjonali ta' saldu nett biss jekk, fid-data tas-saldu, ir-riżultat nett tal-flussi ta' flus kontanti tat-tranżazzjonijiet taħt dak il-mekkaniżmu jkun ugwali għall-ammont nett uniku taħt saldu nett u jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

it-tranżazzjonijiet jiġu saldati permezz tal-istess sistema ta' saldu jew sistemi ta' saldu li jużaw infrastruttura ta' saldu komuni;

(b)

l-arranġamenti ta' saldu jiġu appoġġati minn flus kontanti jew faċilitajiet ta' kreditu ta' dakinhar stess maħsuba biex jiżguraw li s-saldu tat-tranżazzjonijiet iseħħ sa tmiem il-ġurnata tan-negozju;

(c)

ebda kwistjoni li tirriżulta mill-komponenti tat-titoli tat-tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli ma tfixkel it-tlestija tas-saldu nett tal-flus kontanti riċevibbli u pagabbli.

Il-kondizzjoni stipulata fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tiġi ssodisfata biss meta l-falliment ta' kwalunkwe tranżazzjoni ta' finanzjament tat-titoli fil-mekkaniżmu ta' saldu jista' jdewwem is-saldu tal-komponent tal-flus kontanti korrispondenti biss jew jista' joħloq obbligu għall-mekkaniżmu ta' saldu, appoġġat minn faċilità ta' kreditu assoċjata.

Meta jkun hemm falliment tal-komponent tat-titoli ta' tranżazzjoni ta' finanzjament tat-titoli fil-mekkaniżmu ta' saldu fi tmiem il-perijodu għas-saldu fil-mekkaniżmu ta' saldu, l-istituzzjonijiet għandhom jaqsmu din it-tranżazzjoni u l-komponent tal-flus kontanti korrispondenti mis-sett tan-netting u jittrattawhom fuq bażi grossa.

Artikolu 429c

Kalkolu tal-valur tal-iskopertura tad-derivattivi

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura tal-kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II u tad-derivattivi tal-kreditu, inkluż dawk li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, f'konformità mal-metodu stipulat fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta.

Meta jikkalkolaw il-valur tal-iskopertura, l-istituzzjonijiet jistgħu jieħdu kont tal-effetti ta' kuntratti għan-novazzjoni u arranġamenti oħra ta' netting f'konformità mal-Artikolu 295. L-istituzzjonijiet ma għandhomx jieħdu kont ta' netting bejn prodotti differenti, iżda jistgħu jinnettjaw fil-kategorija tal-prodott kif imsemmi fil-punt (25)(c) tal-Artikolu 272 u d-derivattivi tal-kreditu fejn ikunu soġġetti għal ftehim ta' netting kuntrattwali bejn prodotti differenti kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 295.

L-istituzzjonijiet għandhom jinkludu fil-miżura tal-iskopertura totali opzjonijiet mibjugħa anki meta l-valur tal-iskopertura tagħhom jista' jiġi stabbilit għal żero f'konformità mat-trattament stabbilit fl-Artikolu 274(5).

2.   Meta d-dispożizzjoni ta' kollateral relatata ma' kuntratti tad-derivattivi tnaqqas l-ammont ta' assi skont il-qafas ta' kontabbiltà applikabbli, l-istituzzjonijiet għandhom ireġġgħu lura dak it-tnaqqis.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ispiża ta' sostituzzjoni ta' kuntratti tad-derivattivi f'konformità mal-Artikolu 275 jistgħu jirrikonoxxu biss kollateral riċevut fi flus kontanti mingħand il-kontropartijiet tagħhom bħala l-marġni ta' varjazzjoni msemmi fl-Artikolu 275, meta l-qafas ta' kontabbiltà applikabbli ma jkunx diġà rrikonoxxa l-marġni ta' varjazzjoni bħala tnaqqis tal-valur tal-iskopertura u meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

għal negozjar mhux ikklerjat permezz ta' QCCP, il-flus kontanti riċevuti mill-kontroparti riċevitriċi mhumiex segregati;

(b)

il-marġni ta' varjazzjoni jiġi kalkulat u skambjat mill-inqas kuljum fuq il-bażi ta' valwazzjoni skont is-suq ta' pożizzjonijiet fid-derivattivi;

(c)

il-marġni ta' varjazzjoni riċevut ikun f'munita speċifikata fil-kuntratt tad-derivattivi, fil-ftehim ta' netting ewlieni li jirregolah, fl-anness ta' appoġġ għall-ftehim ta' netting ewlieni kwalifikanti jew kif definit minn kwalunkwe ftehim ta' netting ma' QCCP;

(d)

il-marġni ta' varjazzjoni riċevut ikun l-ammont sħiħ li jkun meħtieġ biex ineħħi l-iskopertura ta' valwazzjoni skont is-suq tal-kuntratt tad-derivattivi soġġett għal-livell limitu u l-ammonti ta' trasferiment minimi li jkunu applikabbli għall-kontroparti;

(e)

il-kuntratt tad-derivattivi u l-marġni ta' varjazzjoni bejn l-istituzzjoni u l-kontroparti għal dak il-kuntratt ikunu koperti minn ftehim ta' netting uniku li l-istituzzjoni tista' tittratta bħala li jnaqqas ir-riskju f'konformità mal-Artikolu 295.

Meta istituzzjoni tipprovdi kollateral fi flus kontanti lil kontroparti u dak il-kollateral jissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (a) sa (e) tal-ewwel subparagrafu, l-istituzzjoni għandha tikkunsidra dak il-kollateral bħala l-marġni ta' varjazzjoni ddepożitat mal-kontroparti u għandha tinkludih fil-kalkolu tal-ispiża ta' sostituzzjoni.

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, istituzzjoni għandha tiġi kunsidrata li ssodisfat il-kondizzjoni stipulata fih meta l-marġni ta' varjazzjoni jiġi skambjat fl-għodwa tal-jum ta' negozjar wara l-jum ta' negozjar li fih ġie stipulat il-kuntratt tad-derivattivi, dment li l-iskambju jkun ibbażat fuq il-valur tal-kuntratt fi tmiem il-jum ta' negozjar li fih ġie stipulat il-kuntratt.

Għall-finijiet tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, meta tinqala' tilwima dwar il-marġni, l-istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu l-ammont ta' kollateral mhux kontestat li jkun ġie skambjat.

4.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet ma għandhomx jinkludu kollateral riċevut fil-kalkolu tal-NICA kif definit fil-punt (12a) tal-Artikolu 272, ħlief fil-każ ta' kuntratti tad-derivattivi ma' klijenti meta dawk il-kuntratti jiġu kklerjati minn QCCP.

5.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-valur tal-multiplikatur użat fil-kalkolu tal-iskopertura futura potenzjali f'konformità mal-Artikolu 278(1) għal wieħed, ħlief fil-każ ta' kuntratti tad-derivattivi ma' klijenti meta dawk il-kuntratti jiġu kklerjati minn QCCP.

6.   B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw il-metodu stipulat fit-Taqsima 4 jew 5 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta biex jiddeterminaw il-valur tal-iskopertura tal-kuntratti tad-derivattivi elenkati fil-punti 1 u 2 tal-Anness II, iżda biss meta jużaw ukoll dak il-metodu biex jiddeterminaw il-valur tal-iskopertura ta' dawk il-kuntratti bl-għan li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-fondi proprji stipulati fl-Artikolu 92.

Meta l-istituzzjonijiet japplikaw wieħed mill-metodi msemmija fl-ewwel subparagrafu, ma għandhomx inaqqsu l-miżura tal-iskopertura totali bl-ammont tal-marġni li jkunu rċevew.

Artikolu 429d

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar il-kalkolu tal-valur tal-iskopertura tad-derivattivi ta' kreditu sottoskritti

1.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, ''derivattiv ta' kreditu sottoskritt'' tfisser kwalunkwe strument finanzjarju li permezz tiegħu istituzzjoni effettivament tipprovdi protezzjoni tal-kreditu inkluż swaps ta' inadempjenza ta' kreditu, swaps ta' redditu totali u opzjonijiet fejn l-istituzzjoni jkollha l-obbligu li tipprovdi protezzjoni tal-kreditu taħt il-kondizzjonijiet speċifikati fil-kuntratt tal-opzjonijiet.

2.   Minbarra l-kalkolu stabbilit fl-Artikolu 429c, l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu fil-kalkolu tal-valur tal-iskopertura ta' derivattivi ta' kreditu sottoskritti l-ammonti nozzjonali effettivi msemmija fid-derivattivi ta' kreditu sottoskritti mnaqqsa minn kwalunkwe bidla negattiva ta' valur ġust li tkun ġiet inkorporata fil-kapital ta' Grad 1 fir-rigward ta' dawk id-derivattivi ta' kreditu sottoskritti.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont nozzjonali effettiv tad-derivattivi ta' kreditu sottoskritti billi jaġġustaw l-ammont nozzjonali ta' dawk id-derivattivi biex jirrifletti l-iskopertura reali tal-kuntratti li għandhom effett ta' lieva finanzjarja jew b'mod ieħor imsaħħa bl-istruttura tat-tranżazzjoni.

3.   L-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu b'mod sħiħ jew parzjalment il-valur tal-iskopertura kkalkolat f'konformità mal-paragrafu 2 bl-ammont nozzjonali effettiv tad-derivattivi ta' kreditu mixtrija, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-maturità li jifdal tad-derivattiv ta' kreditu mixtri tkun ugwali jew ikbar mill-maturità li jifdal tad-derivattiv ta' kreditu sottoskritt;

(b)

id-derivattiv ta' kreditu mixtri jkun soġġett mod ieħor għall-istess termini materjali bħal dawk fid-derivattiv tal-kreditu sottoskritt korrispondenti jew aktar konservattivi minnhom;

(c)

id-derivattiv tal-kreditu mixtri ma nxtarax minn kontroparti li tesponi lill-istituzzjoni għal riskju Speċifiku ta' Korrelazzjoni Ħażina, kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 291(1);

(d)

meta l-ammont nozzjonali effettiv tad-derivattiv ta' kreditu sottoskritt jitnaqqas bi kwalunkwe bidla negattiva fil-valur ġust inkorporat fil-kapital ta' Grad 1 tal-istituzzjoni, l-ammont nozzjonali effettiv tad-derivattiv ta' kreditu mixtri jitnaqqas bi kwalunkwe bidla pożittiva fil-valur ġust li tkun ġiet inkorporata fil-kapital ta' Grad 1;

(e)

id-derivattiv ta' kreditu mixtri ma jkunx inkluż fi tranżazzjoni li tkun ġiet ikklerjata mill-istituzzjoni f'isem klijent jew li tkun ġiet ikklerjata mill-istituzzjoni fir-rwol tagħha bħala klijent ta' livell ogħla fi struttura tal-klijenti b'ħafna livelli u li għalih l-ammont nozzjonali effettiv referenzjat mid-derivattiv ta' kreditu sottoskritt korrispondenti jkun eskluż mill-miżura tal-iskopertura totali f'konformità mal-punt (g) jew (h) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 429a(1), kif applikabbli.

Għall-finijiet tal-kalkolu tal-iskopertura futura potenzjali f'konformità mal-Artikolu 429c(1), l-istituzzjonijiet jistgħu jeskludu mis-sett tan-netting il-porzjon ta' derivattiv ta' kreditu sottoskritt li ma jkunx paċut f'konformità mal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu u li għalih l-ammont nozzjonali effettiv ikun inkluż fil-miżura tal-iskopertura totali.

4.   Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 3, ''terminu materjali'' tfisser kwalunkwe karatteristika tad-derivattiv ta' kreditu li tkun rilevanti għall-valutazzjoni tiegħu, inkluż il-livell ta' subordinazzjoni, l-opzjonalità, l-avvenimenti ta' kreditu, l-entità jew il-grupp ta' entitajiet ta' referenza sottostanti, u l-obbligu ta' referenza sottostanti jew il-ġabra ta' obbligi, bl-eċċezzjoni tal-ammont nozzjonali u l-maturità residwa tad-derivattiv ta' kreditu. Żewġ ismijiet ta' referenza għandhom ikunu l-istess biss meta jirreferu għall-istess entità legali.

5.   B'deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 3, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw derivattivi ta' kreditu mixtrija fuq pool ta' ismijiet ta' referenza biex ipaċu derivattivi ta' kreditu sottoskritt fuq ismijiet ta' referenza individwali fi ħdan dak il-pool meta dak il-pool ta' entitajiet ta' referenza u l-livell ta' subordinazzjoni fiż-żewġ tranżazzjonijiet ikunu l-istess.

6.   L-istituzzjonijiet ma għandhomx inaqqsu l-ammont nozzjonali effettiv tad-derivattivi ta' kreditu sottoskritt meta jixtru protezzjoni tal-kreditu permezz ta' swap tar-redditu totali u jirreġistraw il-pagamenti netti riċevuti bħala introjtu nett, iżda ma jirreġistraw l-ebda deterjorazzjoni ta' tpaċija fil-valur tad-derivattiv ta' kreditu sottoskritt fil-kapital ta' Grad 1.

7.   Fil-każ ta' derivattivi ta' kreditu mixtrija fuq ġabra ta' obbligi ta' referenza, l-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-ammont nozzjonali effettiv tad-derivattivi ta' kreditu sottoskritt fuq l-obbligazzjonijiet ta' referenza individwali bl-ammont nozzjonali effettiv tad-derivattivi ta' kreditu mixtrija f'konformità mal-paragrafu 3 biss meta l-protezzjoni mixtrija tkun ekonomikament ekwivalenti għax-xiri ta' protezzjoni b'mod separat fuq kull waħda mill-obbligazzjonijiet individwali fil-ġabra.

Artikolu 429e

Suppliment tar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti għal tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli

1.   Flimkien mal-kalkolu tal-valur tal-iskopertura ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli, inkluż dawk li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ f'konformità mal-Artikolu 429b(1), l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu fil-miżura tal-iskopertura totali suppliment għal riskju ta' kreditu ta' kontroparti kkalkolat f'konformità mal-paragrafu 2 jew 3 ta' dan l-Artikolu, kif applikabbli.

2.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment għal tranżazzjonijiet ma' kontroparti li ma jkunux soġġetti għal ftehim prinċipali ta' netting li jissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 206 fuq il-bażi skont it-tranżazzjoni f'konformità mal-formula li ġejja:

Formula

fejn:

Formula

=

is-suppliment;

i

=

l-indiċi li jindika t-tranżazzjoni;

Ei

=

il-valur ġust tat-titoli jew il-flus kontanti mislufa lill-kontroparti taħt it-tranżazzjoni i; u

Ci

=

il-valur ġust tat-titoli jew tal-flus kontanti riċevuti mill-kontroparti taħt it-tranżazzjoni i.

L-istituzzjonijiet jistgħu jistabbilixxu

Formula

ekwivalenti għal żero fejn Ei jkun il-flus kontanti mislufa lil kontroparti u l-flus kontanti assoċjati riċevibbli ma jkunux eliġibbli għat-trattament tan-netting stipulat fl-Artikolu 429b(4).

3.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment għal tranżazzjonijiet ma' kontroparti li jkunu soġġetti għal ftehim prinċipali ta' netting li jissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 206 fuq il-bażi skont il-ftehim f'konformità mal-formula li ġejja:

Formula

fejn:

Formula

=

is-suppliment;

i

=

l-indiċi li jindika l-arranġament tan-netting;

Ei

=

il-valur ġust tat-titoli jew tal-flus kontanti mislufa lill-kontroparti għat-tranżazzjonijiet li huma soġġetti għall-ftehim prinċipali ta' netting i; u

Ci

=

il-valur ġust tat-titoli jew tal-flus kontanti riċevuti mill-kontroparti li huma soġġetti għall-ftehim prinċipali ta' netting i.

4.   Għall-finijiet tal-paragrafi 2 u 3, it-terminu kontroparti jinkludi wkoll aġenti tripartitiċi li jirċievu kollateral f'depożitu u jamministraw il-kollateral fil-każ ta' tranżazzjonijiet tripartitiċi.

5.   B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw il-metodu stipulat fl-Artikolu 222, soġġett għal limitu ta' 20 % għall-ponderazzjoni tar-riskju applikabbli, biex jiddeterminaw is-suppliment għat-tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli inkluż dawk li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ. L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw dan il-metodu biss meta jużawh ukoll biex jikkalkolaw il-valur tal-iskopertura ta' dawk it-tranżazzjonijiet bl-għan li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji kif stipulati fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 92(1).

6.   Meta tinkiseb kontabbiltà tal-bejgħ għal tranżazzjoni ta' riakkwist skont il-qafas ta' kontabbiltà applikabbli, l-istituzzjoni għandha treġġa' lura l-elementi ta' kontabbiltà kollha relatati mal-bejgħ.

7.   Meta istituzzjoni taġixxi bħala aġent bejn żewġ partijiet fi tranżazzjoni ta' finanzjament tat-titoli, inkluż tranżazzjoni li ma tidhirx fil-karta tal-bilanċ, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin għall-kalkolu tal-miżura tal-iskopertura totali tal-istituzzjoni:

(a)

meta l-istituzzjoni tipprovdi indennizz jew garanzija għal waħda mill-partijiet fit-tranżazzjoni ta' finanzjament tat-titoli, u l-indennizz jew il-garanzija tkun limitata għal kwalunkwe differenza bejn il-valur tat-titolu jew tal-flus kontanti li tkun sellfet il-parti u l-valur tal-kollateral li jkun ipprovda l-mutwatarju, l-istituzzjoni għandha tinkludi biss is-suppliment ikkalkolat f'konformità mal-paragrafu 2 jew 3, kif applikabbli, fil-miżura tal-iskopertura totali;

(b)

meta l-istituzzjoni ma tipprovdix indennizz jew garanzija lil xi waħda mill-partijiet involuti, it-tranżazzjoni ma għandhiex tiġi inkluża fil-miżura tal-iskopertura totali;

(c)

meta l-istituzzjoni tkun ekonomikament esposta għat-titolu sottostanti jew il-flus kontanti fit-tranżazzjoni għal ammont ikbar mill-iskopertura koperta mis-suppliment, hija għandha tinkludi wkoll fil-miżura tal-iskopertura totali l-ammont sħiħ tat-titolu jew tal-flus kontanti li tkun esposta għalihom;

(d)

meta l-istituzzjoni li taġixxi bħala aġent tipprovdi indennizz jew garanzija għaż-żewġ partijiet involuti fi tranżazzjoni ta' finanzjament tat-titoli, l-istituzzjoni għandha tikkalkola l-miżura tal-iskopertura totali tagħha f'konformità mal-punti (a) (b) u (c) b'mod separat għal kull parti involuta fit-tranżazzjoni.

Artikolu 429f

Kalkolu tal-valur tal-iskopertura ta' elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw, f'konformità mal-Artikolu 111(1), il-valur tal-iskopertura tal-elementi li ma jidhrux fuq il-karta bilanċjali, eskluż kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II, derivattivi tal-kreditu, tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli u pożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 429d.

Fejn impenn jirreferi għall-estensjoni ta' impenn ieħor, għandu japplika l-Artikolu 166(9).

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-ammont ekwivalenti tal-iskopertura ta' kreditu ta' element li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ bl-ammont korrispondenti ta' aġġustamenti speċifiċi tar-riskju ta' kreditu. Il-kalkolu għandu jkun soġġett għal minimu ta' żero.

3.   B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw fattur ta' konverżjoni ta' 10 % għall-elementi b'riskju baxx li ma jidhrux fil-karta bilanċ imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 111(1).

Artikolu 429g

Kalkolu tal-valur tal-iskopertura ta' xiri u bejgħ fi żmien regolari li jkunu qed jistennew saldu

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw flus kontanti relatati ma' bejgħ fi żmien regolari u titoli relatati ma' xiri fi żmien regolari li jibqgħu fil-karta tal-bilanċ sad-data ta' saldu bħala assi f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 429(4).

2.   L-istituzzjonijiet li, f'konformità mal-qafas tal-kontabbiltà applikabbli, japplikaw kontabbiltà skont id-data tan-negozju għal xiri u bejgħ fi żmien regolari li jkunu qed jistennew saldu għandhom ireġġgħu lura kwalunkwe tpaċija bejn flus kontanti riċevibbli għal bejgħ fi żmien regolari li jistenna saldu u flus kontanti pagabbli għal xiri fi żmien regolari li jistenna saldu permess taħt dak il-qafas. Wara li l-istituzzjonijiet ikunu reġġgħu lura t-tpaċija ta' kontabbiltà, jistgħu jpaċu bejn dak il-flus kontanti riċevibbli u l-flus kontanti pagabbli meta kemm il-bejgħ kif ukoll ix-xiri fi żmien regolari relatati jkunu saldati fuq bażi ta' kunsenja kontra ħlas.

3.   L-istituzzjonijiet li, f'konformità mal-qafas ta' kontabbiltà applikabbli, japplikaw kontabbiltà skont id-data tas-saldu għal xiri u bejgħ fi żmien regolari li jkunu qed jistennew saldu għandhom jinkludu fil-miżura tal-iskopertura totali l-valur nominali sħiħ tal-impenji li għandhom jitħallsu relatati ma' xiri fi żmien regolari.

L-istituzzjonijiet jistgħu jpaċu l-valur nominali sħiħ tal-impenji li għandhom jitħallsu relatati max-xiri fi żmien regolari mal-valur nominali sħiħ tal-flus kontanti riċevibbli relatati mal-bejgħ fi żmien regolari li jistenna saldu biss meta jiġu ssodisfati ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

kemm ix-xiri kif ukoll il-bejgħ fi żmien regolari jkunu saldati fuq il-bażi ta' kunsenja kontra ħlas;

(b)

l-assi finanzjarji mixtrija u mibjugħa li huma assoċjati ma' flus kontanti pagabbli u riċevibbli huma b'valur ġust mgħoddi bħala profitt u telf u inklużi fil-portafoll tan-negozjar tal-istituzzjoni.

(*13)  Id-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 dwar ftehim ta' kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66).”"

(118)

tiddaħħal il-Parti li ġejja wara l-Artikolu 429g:

“PARTI SEBGĦA A

REKWIŻITI TA' RAPPURTAR

Artikolu 430

Rappurtar dwar ir-rekwiżiti prudenzjali u informazzjoni finanzjarja

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom dwar:

(a)

rekwiżiti ta' fondi proprji, inkluż il-proporzjon ta' lieva finanzjarja, kif stipulat fl-Artikolu 92 u l-Parti Sebgħa;

(b)

ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 92a u 92b għal istituzzjonijiet li huma soġġetti għal dawk ir-rekwiżiti;

(c)

skoperturi kbar kif stipulat fl-Artikolu 394;

(d)

rekwiżiti ta' likwidità kif stipulat fl-Artikolu 415;

(e)

id-data aggregata għal kull suq ta' proprjetà immobbli nazzjonali kif stipulat fl-Artikolu 430a(1);

(f)

ir-rekwiżiti u l-gwida stipulati fid-Direttiva 2013/36/UE li jikkwalifikaw għal rappurtar standardizzat, ħlief għal kwalunkwe rekwiżit addizzjonali ta' rappurtar skont il-punt (j) tal-Artikolu 104(1) ta' dik id-Direttiva;

(g)

il-livell tal-aggravar tal-assi, inkluż diżaggregazzjoni skont it-tip ta' aggravar tal-assi, bħal ftehimiet ta' riakkwist, self ta' titoli, skoperturi titolizzati jew self.

L-istituzzjonijiet eżentati f'konformità mal-Artikolu 6(5) ma għandhomx ikunu soġġetti għar-rekwiżit ta' rappurtar dwar il-proporzjon ta' lieva finanzjarja stipulat fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu fuq bażi individwali.

2.   Minbarra r-rappurtar dwar il-proporzjon ta' lieva finanzjarja msemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jwettqu monitoraġġ tal-volatilità tal-proporzjon ta' lieva finanzjarja, b'mod partikolari madwar dati ta' referenza tar-rappurtar, l-istituzzjonijiet kbar għandhom jirrapportaw komponenti speċifiċi tal-proporzjon ta' lieva finanzjarja lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom abbażi ta' medji matul il-perijodu tar-rappurtar u d-data użata biex jiġu kkalkolati dawk il-medji.

3.   Minbarra r-rappurtar dwar ir-rekwiżiti prudenzjali msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom jirrappurtaw informazzjoni finanzjarja lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom meta jkunu waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

istituzzjoni li tkun soġġetta għall-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002;

(b)

istituzzjoni tal-kreditu li tħejji l-kontijiet ikkonsolidati tagħha f'konformità mal-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà skont il-punt (b) tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002.

4.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeħtieġu li l-istituzzjonijiet tal-kreditu li jiddeterminaw il-fondi proprji tagħhom fuq bażi kkonsolidata f'konformità mal-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà skont l-Artikolu 24(2) biex jirrapportaw informazzjoni finanzjarja f'konformità ma' dan l-Artikolu.

5.   Ir-rappurtar dwar informazzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafi 3 u 4 għandu jinkludi biss informazzjoni li hija meħtieġa biex tiġi pprovduta stampa komprensiva tal-profil tar-riskju tal-istituzzjoni u tar-riskji sistemiċi li l-istituzzjoni tippreżenta lis-settur finanzjarju jew l-ekonomija reali kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

6.   Ir-rekwiżiti ta' rappurtar stabbiliti f'dan l-Artikolu għandhom jiġu applikati għall-istituzzjonijiet b'mod proporzjonat, b'kont meħud tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 8, wara li jiġu kkunsidrati d-daqs, il-kumplessità u n-natura tagħhom u l-livell ta' riskju tal-attivitajiet tagħhom.

7.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tispeċifika l-formati u l-mudelli uniformi ta' rappurtar, l-istruzzjonijiet u l-metodoloġija dwar kif jintużaw dawk il-mudelli, il-frekwenza u d-dati tar-rappurtar, id-definizzjonijiet u s-soluzzjonijiet tal-IT għar-rappurtar imsemmi fil-paragrafi 1 sa 4.

Kwalunkwe rekwiżit ta' rappurtar ġdid indikat f'tali standards tekniċi ta' implimentazzjoni ma għandux ikun applikabbli qabel sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

Għall-finijiet tal-paragrafu 2, l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni għandhom jispeċifikaw liema komponenti tal-proporzjon ta' lieva finanzjarja għandhom jiġu rrapportati bl-użu tal-valuri fi tmiem il-ġurnata jew fi tmiem ix-xahar. Għal dan il-għan, l-ABE għandha tieħu kont taż-żewġ punti li ġejjin:

(a)

kemm komponent ikun suxxettibbli għal tnaqqis temporanju sinifikanti fil-volumi ta' tranżazzjonijiet li jistgħu jirriżultaw f'nuqqas ta' rappreżentanza tar-riskju tal-lieva finanzjarja eċċessiva fid-data ta' referenza tar-rappurtar;

(b)

żviluppi u sejbiet fil-livell internazzjonali.

L-ebda rekwiżit ta' rappurtar ġdid ma għandu jkun applikabbli qabel sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

L-ABE għandha tissottometti lill-Kummissjoni l-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu sat-28 ta' Ġunju 2021, ħlief fir-rigward ta' dawn li ġejjin:

(a)

il-proporzjon ta' lieva finanzjarja, li għandu jiġi ppreżentat sat-28 ta' Ġunju 2020;

(b)

l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 92a u 92b, li għandhom jiġu ppreżentati sat-28 ta' Ġunju 2020.

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta dawk l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

8.   L-ABE għandha tivvaluta l-ispejjeż u l-benefiċċji tar-rekwiżiti tar-rappurtar stipulati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 (*14) f'konformità ma' dan il-paragrafu u tirrapporta s-sejbiet tagħha lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2020. Din il-valutazzjoni għandha titwettaq b'mod partikolari fir-rigward ta' istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi. Għal dawk l-għanijiet, ir-rapport għandu:

(a)

jikklassifika l-istituzzjonijiet f'kategoriji abbażi tad-daqs, il-kumplessità u n-natura tagħhom u l-livell ta' riskju tal-attivitajiet tagħhom;

(b)

ikejjel l-ispejjeż ta' rappurtar imġarrba minn kull kategorija ta' istituzzjonijiet matul il-perijodu rilevanti biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta' rappurtar stipulati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014, b'kont meħud tal-prinċipji li ġejjin:

(i)

l-ispejjeż ta' rappurtar għandhom jitkejlu bħala l-proporzjon tal-ispejjeż ta' rappurtar relattivi għall-ispejjeż totali tal-istituzzjoni matul il-perijodu rilevanti;

(ii)

l-ispejjeż ta' rappurtar għandhom jinkludu l-infiq kollu relatat mal-implimentazzjoni u l-operazzjoni fuq bażi kontinwa tas-sistemi tar-rappurtar, inkluż l-infiq fuq il-persunal, sistemi tal-IT, servizzi legali, ta' kontabbiltà, ta' awditjar u ta' konsulenza;

(iii)

il-perijodu rilevanti għandu jirreferi għal kull perijodu annwali li matulu l-istituzzjonijiet ġarrbu spejjeż ta' rappurtar biex iħejju għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tar-rappurtar stipulati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 u biex ikomplu jħaddmu s-sistemi ta' rappurtar fuq bażi kontinwa;

(c)

jivvaluta jekk l-ispejjeż ta' rappurtar imġarrba minn kull kategorija ta' istituzzjonijiet kinux proporzjonati fir-rigward tal-benefiċċji mogħtija mir-rekwiżiti ta' rappurtar għall-finijiet tas-superviżjoni prudenzjali;

(d)

jivvaluta l-effetti ta' tnaqqis ta' rekwiżit ta' rappurtar fuq l-ispejjeż u l-effettività tas-superviżjoni; u

(e)

jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar kif jitnaqqsu r-rekwiżiti ta' rappurtar, tal-inqas għal istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi, li għal dan il-għan l-ABE għandha jkollha fil-mira tnaqqis mistenni tal-ispiża medja ta' mill-inqas 10 % iżda idealment 20 % ta' tnaqqis fl-ispejjeż. L-ABE għandha, b'mod partikolari, tivvaluta jekk:

(i)

ir-rekwiżiti ta' rappurtar imsemmija fil-punt (g) tal-paragrafu 1 jistgħux jitneħħew għal istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi fejn l-aggravar tal-assi kien taħt ċertu limitu;

(ii)

il-frekwenza tar-rappurtar meħtieġa f'konformità mal-punti (a), (c), u (g) tal-paragrafu 1 tistax titnaqqas għal istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi.

L-ABE għandha takkumpanja dak ir-rapport bl-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 7.

9.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonsultaw lill-ABE dwar jekk l-istituzzjonijiet, għajr dawk imsemmija fil-paragrafi 3 u 4, għandhomx jirrapportaw dwar l-informazzjoni finanzjarja fuq bażi konsolidata f'konformità mal-paragrafu 3, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-istituzzjonijiet rilevanti mhumiex diġà qegħdin jirrapportaw fuq bażi konsolidata;

(b)

l-istituzzjonijiet rilevanti huma soġġetti għal qafas ta' kontabbiltà f'konformità mad-Direttiva 86/635/KEE;

(c)

ir-rappurtar finanzjarju huwa meqjus neċessarju biex tiġi pprovduta stampa komprensiva tal-profil ta' riskju tal-attivitajiet ta' dawk l-istituzzjonijiet u tar-riskji sistemiċi li jippreżentaw għas-settur finanzjarju jew l-ekonomija reali kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tispeċifika l-formati u l-mudelli li l-istituzzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jużaw għall-finijiet stipulati fih.

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta dawk l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

10.   Fejn awtorità kompetenti tqis li l-informazzjoni mhux koperta mill-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 7 hija neċessarja għall-iskopijiet stipulati fil-paragrafu 5, hija għandha tinnotifika lill-ABE u lill-BERS dwar l-informazzjoni addizzjonali li hija tqis li huwa neċessarju li tiġi inkluża fl-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija f'dak il-paragrafu.

11.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jneħħu r-rekwiżit li jiġi ppreżentat xi wieħed mill-punti ta' data stipulati fil-mudelli ta' rappurtar speċifikati fl-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu meta dawk il-punti ta' data jkunu duplikattivi. Għal dawn il-finijiet, il-punti ta' data duplikattivi għandhom jirreferu għal kwalunkwe punt ta' data li huwa diġà disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti permezz ta' mezzi oħra għajr bil-ġbir ta' dawk il-mudelli ta' rappurtar, inkluż fejn dawk il-punti ta' data jistgħu jinkisbu minn data li hija diġà disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti f'formati jew livelli ta' granularità differenti; l-awtorità kompetenti tista' tagħti biss ir-rinunzji msemmija f'dan il-paragrafu jekk id-data riċevuta, miġbura jew aggregata permezz ta' dawn il-metodi alternattivi tkun identika għal dawk il-punti tad-data li nkella jkollhom jiġu rrapportati f'konformità mal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni rispettivi.

L-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u l-awtoritajiet nominati għandhom jużaw l-iskambju tad-data kull fejn ikun possibbli biex jitnaqqsu r-rekwiżiti ta' rappurtar. Id-dispożizzjonijiet dwar l-iskambju ta' informazzjoni u s-segretezza professjonali kif stabbiliti fit-Taqsima II tal-Kapitolu I tat-Titolu VII tad-Direttiva 2013/36/UE għandhom japplikaw.

Artikolu 430a

Obbligi ta' rappurtar speċifiċi

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom fuq bażi annwali d-data aggregata li ġejja għal kull suq ta' proprjetà immobbli nazzjonali li huma esposti għalih:

(a)

telf li joriġina minn skoperturi li għalihom istituzzjoni tkun irrikonoxxiet proprjetà residenzjali bħala kollateral, sal-ammont l-aktar baxx ta' dak mirhun u 80 % tal-valur tas-suq jew 80 % tal-valur tas-self ipotekarju, dment li ma jiġix deċiż mod ieħor skont l-Artikolu 124(2);

(b)

telf kumplessiv li joriġina minn skoperturi li għalihom istituzzjoni tkun irrikonoxxiet proprjetà residenzjali bħala kollateral, sal-parti tal-iskopertura ttrattata bħala totalment iggarantita permezz ta' proprjetà residenzjali f'konformità mal-Artikolu 124(1);

(c)

il-valur ta' skopertura tal-iskoperturi pendenti kollha li għalihom istituzzjoni tkun irrikonoxxiet proprjetà residenzjali bħala kollateral limitat għall-parti ttrattata bħala totalment iggarantita permezz ta' proprjetà residenzjali f'konformità mal-Artikolu 124(1);

(d)

telf li joriġina minn skoperturi li għalihom istituzzjoni tkun irrikonoxxiet proprjetà immobbli residenzjali bħala kollateral, sal-ammont l-aktar baxx ta' dak mirhun u 50 % tal-valur tas-suq jew 60 % tal-valur tas-self ipotekarju dment li ma jiġix deċiż b'mod ieħor skont l-Artikolu 124(2);

(e)

telf kumplessiv li joriġina minn skoperturi li għalihom istituzzjoni tkun irrikonoxxiet proprjetà immobbli kummerċjali bħala kollateral, sal-parti tal-iskopertura ttrattata bħala totalment iggarantita permezz ta' proprjetà immobbli kummerċjali f'konformità mal-Artikolu 124(1);

(f)

il-valur ta' skopertura tal-iskoperturi pendenti kollha li għalihom istituzzjoni tkun irrikonoxxiet proprjetà immobbli residenzjali bħala kollateral limitat għall-parti ttrattata bħala kompletament iggarantita permezz ta' proprjetà immobbli kummerċjali f'konformità mal-Artikolu 124(1).

2.   Id-data msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi rrapportata lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljarju tal-istituzzjoni rilevanti. Fejn istituzzjoni jkollha fergħa fi Stat Membru ieħor, id-data li tikkonċerna dik il-fergħa għandha wkoll tiġi rrapportata lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti. Id-data għandha tiġi rrapportata separatament għal kull suq tal-proprjetà immobbli fl-Unjoni li għalih tkun esposta l-istituzzjoni rilevanti.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw kull sena fuq bażi aggregata d-data speċifikata fil-punti (a) sa (f) tal-paragrafu 1, flimkien ma' data storika, meta disponibbli. Awtorità kompetenti għandha, fuq it-talba ta' awtorità kompetenti oħra fi Stat Membru jew mill-ABE tipprovdi lil dik l-awtorità kompetenti jew lill-ABE informazzjoni aktar dettaljata dwar il-kondizzjoni tas-swieq tal-proprjetà residenzjali jew tal-proprjetà immobbli kummerċjali f'dak l-Istat Membru.

Artikolu 430b

Rekwiżiti ta' rappurtar speċifiċi għar-riskji tas-suq

1.   Mid-data ta' applikazzjoni tal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 461a, l-istituzzjonijiet li la jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 94(1) u lanqas il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 325a(1) għandhom tirrapporta, għall-pożizzjonijiet kollha fil-portafoll tan-negozjar tagħhom u l-pożizzjonijiet kollha fil-portafoll mhux tan-negozjar tagħhom li huma soġġetti għal riskji tal-kambju jew tal-komoditajiet, ir-riżultati tal-kalkoli abbażi tal-użu tal-approċċ standardizzat alternattiv stabbiliti fil-Kapitolu 1a tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta fuq l-istess bażi li biha tali istituzzjoni jirrapportaw l-obbligi stipulati fil-punti (b)(i) u (c) tal-Artikolu 92(3).

2.   L-istituzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jirrapportaw separatament il-kalkoli stipulati fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 325c(2) għall-portafoll tal-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar jew il-pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar kollha li huma soġġetti għal riskji tal-kambju u tal-komoditajiet.

3.   Minbarra r-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, minn tmiem il-perijodu ta' tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-aħħar standards tekniċi regolatorji msemmija fl-Artikoli 325bd(7), 325be(3), 325bf(9), 325bg(4), l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw, għal dawk il-pożizzjonijiet assenjati għal postijiet ta' negozjar li għalihom l-istituzzjonijiet ikunu ngħataw permess mill-awtoritajiet kompetenti biex jużaw l-approċċ tal-mudell intern alternattiv f'konformità mal-Artikolu 325az(2), ir-riżultati tal-kalkoli abbażi tal-użu tal-approċċ stabbilit fil-Kapitolu 1b tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta fuq l-istess bażi li tali istituzzjonijiet jirrapportaw biha l-obbligi stabbiliti fil-punti (b)(i) u (c) tal-Artikolu 92(3).

4.   Għall-finijiet tar-rekwiżit ta' rappurtar fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw separatament il-kalkoli stipulati fil-punti (a)(i), (a)(ii), (b)(i) u (b)(ii) tal-Artikolu 325ba(1) u għall-portafoll tal-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar jew il-pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar kollha li huma soġġetti għal riskji tal-kambju u tal-komoditajiet assenjati lill-postijiet tan-negozjar li għalihom l-istituzzjoni tkun ngħatat permess mill-awtoritajiet kompetenti biex tuża l-approċċ tal-mudell intern alternattiv f'konformità mal-Artikolu 325az(2).

5.   L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw flimkien l-approċċi msemmija fil-paragrafi 1 u 3 fi ħdan grupp, dment li l-kalkolu skont l-approċċ imsemmi fil-paragrafu 1 ma jaqbiżx 90 % tal-kalkolu totali. Inkella, l-istituzzjoni għandha tuża l-approċċ msemmi fil-paragrafu 1 għall-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar kollha tagħha jew il-pożizzjonijiet fil-portafoll mhux tan-negozjar kollha tagħha li huma soġġetti għal riskju tal-kambju jew tal-komoditajiet.

6.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni, biex tispeċifika il-mudelli uniformi ta' rappurtar, l-istruzzjonijiet u l-metodoloġija dwar kif jintużaw il-mudelli, il-frekwenza u d-dati tar-rappurtar, id-definizzjonijiet u s-soluzzjonijiet tal-IT għar-rappurtar imsemmi f'dan l-Artikolu.

L-ebda rekwiżit ta' rappurtar ġdid stipulat f'tali standards tekniċi ta' implimentazzjoni ma għandu jkun applikabbli qabel sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju 2020.

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta dawk l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 430c

Rapport dwar il-fattibilità fir-rigward tas-sistema integrata ta' rappurtar

1.   L-ABE għandha tħejji rapport dwar il-fattibilità fir-rigward tal-iżvilupp ta' sistema konsistenti u integrata għall-ġbir ta' data statistika, data dwar ir-riżoluzzjoni u data prudenzjali, u tirrapporta s-sejbiet tagħha lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2020.

2.   Meta tabbozza r-rapport dwar il-fattibilità, l-ABE għandha tinvolvi lil awtoritajiet kompetenti, kif ukoll lil awtoritajiet li huma responsabbli għall-iskemi ta' garanzija tad-depożiti, ir-riżoluzzjoni u b'mod partikolari s-SEBĊ. Ir-rapport għandu jqis il-ħidma preċedenti tas-SEBĊ fir-rigward tal-ġabriet tad-data integrata għandu jkun ibbażat fuq analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji globali li jinkludi bħala minimu:

(a)

ħarsa ġenerali lejn il-kwantità u l-ambitu tad-data attwali miġbura mill-awtoritajiet kompetenti fil-ġurisdizzjoni tagħhom kif ukoll l-oriġini u l-granularità tagħha;

(b)

l-istabbiliment ta' dizzjunarju standard tad-data li għandha tinġabar, sabiex tiżdied il-konverġenza tar-rekwiżiti tar-rappurtar fir-rigward tal-obbligi regolari tar-rappurtar, u li jiġu evitati talbiet mhux meħtieġa;

(c)

l-istabbiliment ta' kumitat konġunt, li jinkludi bħala minimu l-ABE u s-SEBĊ, għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tas-sistema integrata ta' rappurtar;

(d)

il-fattibbiltà u t-tfassil possibbli ta' punt tal-ġbir tad-data ċentrali għas-sistema integrata ta' rappurtar, inkluż ir-rekwiżiti biex jiżguraw konfidenzjalità stretta tad-data miġbura, awtentikazzjoni b'saħħitha u ġestjoni tad-drittijiet ta' aċċess għas-sistema u ċ-ċibersigurtà, li:

(i)

fih repożitorju tad-data ċentrali bid-data statistika, id-data ta' riżoluzzjoni u d-data prudenzjali kollha fil-granularità u l-frekwenza meħtieġa għall-istituzzjoni partikolari u li jkun aġġornat f'intervalli meħtieġa;

(ii)

iservi ta' punt ta' kuntatt għall-awtoritajiet kompetenti fejn jirċievu, jipproċessaw u jiġbru t-talbiet kollha tad-data, fejn it-talbiet jitqabblu ma' data ta' rappurtar miġbura eżistenti u jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti aċċess rapidu għall-informazzjoni mitluba;

(iii)

jipprovdi appoġġ addizzjonali lill-awtoritajiet kompetenti għat-trasmissjoni ta' talbiet tad-data lill-istituzzjonijiet u li jdaħħal id-data mitluba fir-repożitorju tad-data ċentrali;

(iv)

jaqdi rwol ta' koordinazzjoni għall-iskambju tal-informazzjoni u d-data bejn l-awtoritajiet kompetenti; u

(v)

iqis l-aħjar prattiki u proċessi tal-awtoritajiet kompetenti u jittrasferihom f'sistema standardizzata.

3.   Sa sena wara l-preżentazzjoni tar-rapport imsemmi f'dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha, jekk xieraq u b'kont meħud tar-rapport ta' fattibbiltà tal-ABE, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta leġislattiva għall-istabbiliment ta' sistema standardizzata u integrata ta' rappurtar għal rekwiżiti ta' rappurtar.

(*14)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tar-rappurtar superviżorju ta' istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 191, 28.6.2014, p. 1).”;"

(119)

Il-Parti Tmienja hija sostitwita b'dan li ġej:

“PARTI TMIENJA

DIVULGAZZJONI MILL-ISTITUZZJONIJIET

TITOLU I

PRINĊIPJI ĠENERALI

Artikolu 431

Rekwiżiti u politiki ta' divulgazzjoni

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw pubblikament l-informazzjoni msemmija fit-Titoli II u III f'konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan it-Titolu, soġġett għall-eċċezzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 432.

2.   L-istituzzjonijiet li jkunu ngħataw il-permess mill-awtoritajiet kompetenti taħt il-Parti Tlieta għall-istrumenti u l-metodoloġiji msemmijin fit-Titolu III ta' din il-Parti għandhom jiddivulgaw pubblikament l-informazzjoni stabbilita fih.

3.   Il-korp maniġerjali jew il-maniġment superjuri għandu jadotta politiki formali biex jikkonforma mar-rekwiżiti ta' divulgazzjoni stabbiliti f'din il-Parti u jdaħħal fis-seħħ u jsostni proċessi, sistemi u kontrolli interni biex jivverifika li d-divulgazzjonijiet tal-istituzzjonijiet ikunu adatti u konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f'din il-Parti. Mill-inqas membru wieħed tal-korp maniġerjali jew il-maniġment superjuri għandu jiċċertifika bil-miktub li l-istituzzjoni rilevanti għamlet id-divulgazzjonijiet meħtieġa taħt din il-Parti f'konformità mal-politiki formali u l-proċessi, is-sistemi u l-kontrolli interni. L-attestazzjoni bil-miktubu l-elementi ewlenin tal-politiki formali tal-istituzzjoni biex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti ta' divulgazzjoni għandhom ikunu inklużi fid-divulgazzjonijiet tal-istituzzjonijiet.

L-informazzjoni li għandha tiġi divulgata f'konformità ma' din il-Parti għandha tkun soġġetta għall-istess livell ta' verifika interna bħal dak applikabbli għar-rapport maniġerjali inkluż fir-rapport finanzjarju tal-istituzzjoni.

L-istituzzjonijiet għandu jkollhom ukoll politiki fis-seħħ biex jivverifikaw li d-divulgazzjonijiet tagħhom jikkomunikaw il-profil tar-riskju tagħhom b'mod komprensiv lil parteċipanti tas-suq. Meta l-istituzzjonijiet isibu li d-divulgazzjonijiet meħtieġa skont din il-Parti ma jikkomunikawx il-profil tar-riskju b'mod komprensiv lil parteċipanti tas-suq, għandhom jiddivulgaw pubblikament l-informazzjoni flimkien mal-informazzjoni meħtieġa li tkun divulgata taħt din il-Parti. Madankollu,, l-istituzzjonijiet għandhom jenħtieġu jiddivulgaw biss informazzjoni li tkun sinifikattiva u mhux riżervata jew kunfidenzjali kif imsemmi fl-Artikolu 432.

4.   Id-divulgazzjonijiet kwantitattivi kollha għandhom ikunu akkumpanjati minn narrattiva kwalitattiva u kwalunkwe informazzjoni supplimentari oħra li tista' tenħtieġ sabiex l-utenti ta' dik l-informazzjoni jifhmu d-divulgazzjonijiet kwantitattivi, filwaqt li tiġi nnotata b'mod partikolari kwalunkwe bidla sinifikanti fi kwalunkwe divulgazzjoni partikolari meta mqabbel mal-informazzjoni li tinsab fid-divulgazzjonijiet preċedenti.

5.   L-istituzzjonijiet għandhom, jekk jintalbu, jispjegaw id-deċiżjonijiet ta' klassifikazzjoni tagħhom lill-SMEs u lil applikanti korporattivi oħra għal self, filwaqt li jipprovdu spjegazzjoni bil-miktub meta jintalbu jagħmlu dan. Il-prezzijiet amministrattivi ta' dik l-ispjegazzjoni għandhom ikunu proporzjonali mad-daqs tas-self.

Artikolu 432

Informazzjoni mhux sinifikattiva, proprjetarja jew kunfidenzjali

1.   Bl-eċċezzjoni tad-divulgazzjonijiet stabbiliti fil-punt (c) tal-Artikolu 435(2) u fl-Artikoli 437 u 450, l-istituzzjonijiet jistgħu jħallu barra divulgazzjoni waħda jew aktar minn dawk elenkati fit-Titoli II u III meta l-informazzjoni pprovduta minn dawk id-divulgazzjonijiet ma titqiesx bħala materjali.

L-informazzjoni fid-divulgazzjonijiet għandha titqies bħala materjali meta l-ommissjoni jew ir-rappurtar skorrett tagħha jista' jibdel jew jinfluwenza l-valutazzjoni jew id-deċiżjoni ta' utent ta' dik l-informazzjoni li jiddependi fuqha bl-għan li jieħu deċiżjonijiet ekonomiċi.

L-ABE għandha toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, dwar kif l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-materjalità b'rabta mar-rekwiżiti ta' divulgazzjoni tat-Titoli II u III.

2.   L-istituzzjonijiet jistgħu jħallu barra wkoll element wieħed jew iktar mill-informazzjoni msemmija fit-Titoli II u III jekk dawk l-elementi jinkludu informazzjoni li titqies bħala proprjetarja jew kunfidenzjali f'konformità ma' dan il-paragrafu, ħlief għad-divulgazzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 437 u 450.

L-informazzjoni għandha titqies bħala proprjetarja għall-istituzzjonijiet meta d-divulgazzjoni pubblikament tagħha timmina l-pożizzjoni kompetittiva tagħhom. L-informazzjoni proprjetarja tista' tinkludi informazzjoni dwar prodotti jew sistemi li tnaqqas il-valur tal-investimenti ta' istituzzjonijiet imsemmijin fiha, jekk tiġi kondiviża mal-kompetituri.

L-informazzjoni għandha titqies bħala kunfidenzjali meta l-istituzzjonijiet ikunu obbligati minn klijenti jew relazzjonijiet ta' kontropartijiet oħra li jżommu kunfidenzjali dik l-informazzjoni.

L-ABE għandha toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, dwar kif l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-proprjetarjetà u l-kunfidenzjalità b'rabta mar-rekwiżiti ta' divulgazzjoni tat-Titoli II u III.

3.   Fil-każijiet eċċezzjonali msemmijin fil-paragrafu 2, l-istituzzjoni konċernata għandha tiddikjara fid-divulgazzjonijiet tagħha l-fatt li elementi speċifiċi ta' informazzjoni mhumiex qed jiġu divulgati u r-raġuni għal dan in-nuqqas ta' divulgazzjoni ta' dawk l-elementi, u tippubblika informazzjoni aktar ġenerali dwar is-suġġett tar-rekwiżit ta' divulgazzjoni, ħlief meta dak is-suġġett ikun, fih innifsu, proprjetarju jew kunfidenzjali.

Artikolu 433

Frekwenza u portata tad-divulgazzjonijiet

L-istituzzjonijiet għandhom jippubblikaw id-divulgazzjonijiet meħtieġa taħt it-Titoli II u III bil-mod stipulat fl-Artikoli 433a, 443b u 433c.

Id-divulgazzjonijiet annwali għandhom jiġu pubblikati fl-istess data bħad-data li fiha l-istituzzjonijiet jippubblikaw id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħhom jew kemm jista' jkun malajr warajha.

Id-divulgazzjonijiet semiannwali u trimestrali għandhom jiġu pubblikati fl-istess data bħad-data li fiha l-istituzzjonijiet jippubblikaw ir-rapporti finanzjarji tagħhom għall-perijodu korrispondenti fejn applikabbli jew kemm jista' jkun malajr warajha.

Kwalunkwe dewmien bejn id-data ta' pubblikazzjoni tad-divulgazzjonijiet meħtieġa taħt din il-Parti u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji rilevanti għandu jkun raġonevoli u, fi kwalunkwe każ, ma għandux jaqbeż il-limitu ta' żmien stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 106 tad-Direttiva 2013/36/UE.

Artikolu 433a

Divulgazzjonijiet minn istituzzjonijiet kbar

1.   Istituzzjonijiet kbar għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni deskritta hawn taħt bil-frekwenza li ġejja:

(a)

l-informazzjoni kollha meħtieġa taħt din il-Parti fuq bażi annwali;

(b)

fuq bażi semiannwali l-informazzjoni msemmija fi:

(i)

il-punt (a) tal-Artikolu 437;

(ii)

punt (e) tal-Artikolu 438;

(iii)

il-punti (e) sa (l) tal-Artikolu 439;

(iv)

Artikolu 440;

(v)

il-punti (c), (e), (f) u (g) tal-Artikolu 442;

(vi)

punt (e) tal-Artikolu 444;

(vii)

Artikolu 445;

(viii)

il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 448(1);

(ix)

il-punti (j) sa (l) tal-Artikolu 449;

(x)

il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 451(1);

(xi)

l-Artikolu 451a(3);

(xii)

il-punt (g) tal-Artikolu 452;

(xiii)

il-punti (f) sa (j) tal-Artikolu 453;

(xiv)

il-punti (d), (e) u (g) tal-Artikolu 455;

(c)

fuq bażi trimestrali l-informazzjoni msemmija fi:

(i)

il-punti (d), u (h) tal-Artikolu 438;

(ii)

il-metrika ewlenija msemmija fl-Artikolu 447;

(iii)

l-Artikolu 451a(2).

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, istituzzjonijiet kbar ħlief G-SIIs li jkunu istituzzjonijiet mhux elenkati għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni deskritta hawn taħt bil-frekwenza li ġejja:

(a)

l-informazzjoni kollha meħtieġa taħt din il-Parti fuq bażi annwali;

(b)

il-metrika ewlenija msemmija fl-Artikolu 447 fuq bażi semiannwali.

3.   Istituzzjonijiet kbar li huma soġġetti għall-Artikolu 92a jew 92b għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni meħtieġa taħt l-Artikolu 437a fuq bażi semiannwali, ħlief għall-metrika ewlenija msemmija fil-punt (h) tal-Artikolu 447, li għandha tiġi divulgata fuq bażi trimestrali.

Artikolu 433b

Divulgazzjonijiet minn istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi

1.   Istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni deskritta hawn taħt bil-frekwenza li ġejja:

(a)

fuq bażi annwali l-informazzjoni msemmija fi:

(i)

il-punti (a), (e) u (f) tal-Artikolu 435(1);

(ii)

il-punt (d) tal-Artikolu 438;

(iii)

il-punti (a) sa (d), (h), (i), (j) tal-Artikolu 450(1);

(b)

fuq bażi semiannwali il-metrika ewlenija msemmija fl-Artikolu 447.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi li jkunu istituzzjonijiet mhux elenkati għandhom jiddivulgaw il-metrika ewlenija msemmija fl-Artikolu 447 fuq bażi annwali.

Artikolu 433c

Divulgazzjonijiet minn istituzzjonijiet oħra

1.   Istituzzjonijiet li ma jkunux soġġetti għall-Artikolu 433a jew 433b għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni deskritta hawn taħt bil-frekwenza li ġejja:

(a)

l-informazzjoni kollha meħtieġa taħt din il-Parti fuq bażi annwali;

(b)

il-metrika ewlenija msemmija fl-Artikolu 447 fuq bażi semiannwali.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, istituzzjonijiet oħra li jkunu istituzzjonijiet mhux elenkati għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fuq bażi annwali:

(a)

il-punti (a), (e) u (f) tal-Artikolu 435(1);

(b)

il-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 435(2);

(c)

il-punt (a) tal-Artikolu 437;

(d)

il-punti (c) u (d) tal-Artikolu 438;

(e)

il-metrika ewlenija msemmija fl-Artikolu 447;

(f)

il-punti (a) sa (d), (h) sa (k) tal-Artikolu 450(1).

Artikolu 434

Mezzi ta' divulgazzjonijiet

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni kollha meħtieġa taħt it-Titoli II u III f'format elettroniku u f'mezz jew post waħdieni. Il-mezz jew post waħdieni għandu jkun dokument awtonomu li jipprovdi sors aċċessibbli faċilment ta' informazzjoni prudenzjali għal utenti ta' dik l-informazzjoni jew sezzjoni distintiva inkluża fi jew mehmuża mad-dikjarazzjonijiet finanzjarji jew ir-rapporti finanzjarji tal-istituzzjonijiet li jkun fihom id-divulgazzjonijiet meħtieġa u jkunu faċilment identifikabbli għal dawk l-utenti.

2.   L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu disponibbli fis-sit web tagħhom jew, fin-nuqqas ta' sit web, fi kwalunkwe post ieħor adatt arkivju tal-informazzjoni meħtieġa li għandha tiġi divulgata f'konformità ma' din il-Parti. Dak l-arkivju għandu jinżamm aċċessibbli għal perijodu ta' żmien li ma għandux ikun inqas mill-perijodu ta' ħżin stabbilit mil-liġi nazzjonali għall-informazzjoni inkluża fir-rapporti finanzjarji tal-istituzzjonijiet.

Artikolu 434a

Formati ta' divulgazzjoni uniformi

L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw formati ta' divulgazzjoni uniformi, u struzzjonijiet assoċjati li f'konformità magħhom għandhom isiru d-divulgazzjonijiet meħtieġa taħt it-Titoli II u III.

Dawk il-formati ta' divulgazzjoni uniformi għandhom jikkomunikaw informazzjoni komprensiva u komparabbli biżżejjed għall-utenti ta' dik l-informazzjoni biex jivvalutaw il-profili tar-riskju tal-istituzzjonijiet u l-grad ta' konformità tagħhom mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Partijiet Wieħed sa Sebgħa. Biex jiffaċilitaw il-komparabbiltà tal-informazzjoni, l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni għandu jkollhom l-għan li jżommu l-konsistenza tal-formati ta' divulgazzjoni ma' standards internazzjonali dwar id-divulgazzjonijiet.

Il-formati ta' divulgazzjoni uniformi għandhom ikunu tabulari fejn adatt.

L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2020.

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta dawk l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

TITOLU II

KRITERJI TEKNIĊI DWAR TRASPARENZA U DIVULGAZZJONI

Artikolu 435

Divulgazzjoni ta' objettivi u politiki tal-ġestjoni tar-riskju

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-objettivi u l-politiki ta' ġestjoni tar-riskju tagħhom għal kull kategorija separata ta' riskju, inkluż ir-riskji msemmijin f'dan it-Titolu. Dawk id-divulgazzjonijiet għandhom jinkludu:

(a)

l-istrateġiji u l-proċessi għall-ġestjoni ta' dawk il-kategoriji ta' riskji;

(b)

l-istruttura u l-organizzazzjoni tal-funzjoni tal-ġestjoni tar-riskju rilevanti inkluż l-informazzjoni fuq il-bażi tal-awtorità tagħha, is-setgħat u r-responsabbiltà tagħha f'konformità mad-dokumenti ta' inkorporazzjoni u regolazzjoni tal-istituzzjoni;

(c)

il-portata u n-natura tas-sistemi tar-rappurtar u kejl tar-riskji;

(d)

il-politiki għall-hedging u l-mitigazzjoni tar-riskju, u l-istrateġiji u l-proċessi għall-monitoraġġ tal-effettività kontinwa tal-hedges u l-mitiganti;

(e)

dikjarazzjoni approvata mill-korp maniġerjali dwar l-adegwatezza ta' arranġamenti tal-ġestjoni tar-riskju tal-istituzzjoni rilevanti li tiggarantixxi li s-sistemi ta' ġestjoni tar-riskju fis-seħħ ikunu adegwati fir-rigward tal-profil u l-istrateġija tal-istituzzjoni;

(f)

dikjarazzjoni tar-riskju konċiża approvata mill-korp maniġerjali li fil-qosor tiddeskrivi l-profil ġenerali tar-riskju tal-istituzzjoni rilevanti assoċjat mal-istrateġija tan-negozju; dik id-dikjarazzjoni għandha tinkludi:

(i)

il-proporzjonijiet u ċ-ċifri ewlenin li jipprovdu lill-partijiet ikkonċernati esterni idea komprensiva tal-ġestjoni tar-riskju tal-istituzzjoni, inkluż kif il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni jinteraġixxi mat-tolleranza tar-riskju stabbilita mill-korp maniġerjali;

(ii)

informazzjoni dwar tranżazzjonijiet intragrupp u tranżazzjonijiet ma' partijiet relatati li jista' jkollhom impatt materjali tal-profil tar-riskju tal-grupp konsolidat.

2.   L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward ta' arranġamenti dwar il-governanza:

(a)

in-numru ta' direttorati miżmuma minn membri tal-korp maniġerjali;

(b)

il-politika ta' reklutaġġ għall-għażla ta' membri tal-korp maniġerjali u l-għarfien, il-ħiliet u l-għarfien espert proprju tagħhom;

(c)

il-politika dwar id-diversità fir-rigward tal-għażla ta' membri tal-korp maniġerjali, l-objettivi tagħha u kwalunkwe mira rilevanti stipulata f'dik il-politika, u kemm ikunu nkisbu dawk l-objettivi u l-miri;

(d)

jekk l-istituzzjoni stabbilixxietx jew le kumitat separat tar-riskju u kemm-il darba ltaqa' l-kumitat tar-riskju;

(e)

id-deskrizzjoni tal-fluss ta' informazzjoni dwar ir-riskju għall-korp maniġerjali.

Artikolu 436

Divulgazzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-kamp tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament kif ġej:

(a)

isem l-istituzzjoni li għaliha japplika dan ir-Regolament;

(b)

rikonċiljazzjoni bejn id-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati mħejjija f'konformità mal-qafas tal-kontabbiltà applikabbli u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati mħejjija f'konformità mar-rekwiżiti dwar il-konsolidazzjoni regolatorja skont it-Taqsimiet 2 u 3 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed; dik ir-rikonċiljazzjoni għandha tiddeskrivi d-differenzi bejn l-ambitu tal-kontabbiltà u dak regolatorju tal-konsolidazzjoni u l-entitajiet legali inklużi fl-ambitu tal-konsolidazzjoni regolatorja meta jkun differenti mill-ambitu tal-konsolidazzjoni tal-kontabbiltà; il-qafas tal-entitajiet legali inklużi fl-ambitu tal-konsolidazzjoni regolatorja għandu jiddeskrivi l-metodu ta' konsolidazzjoni regolatorja meta jkun differenti mill-metodu ta' konsolidazzjoni tal-kontabbiltà, jekk dawk l-entitajiet ikunux konsolidati bis-sħiħ jew b'mod proporzjonali u jekk il-holdings f'dawk l-entitajiet legali jitnaqqsux mill-fondi proprji;

(c)

diżaggregazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati mħejjija f'konformità mar-rekwiżiti dwar il-konsolidazzjoni regolatorja skont it-Taqsimiet 2 u 3 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed, diżaggregati skont it-tip ta' riskji kif imsemmi taħt din il-Parti;

(d)

rikonċiljazzjoni li tidentifika s-sorsi ewlenin ta' differenzi bejn l-ammonti ta' valur riportat fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji skont l-ambitu tal-konsolidazzjoni regolatorja kif definit fit-Taqsimiet 2 u 3 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed, u l-ammont ta' skopertura użat għal finijiet regolatorji; dik ir-rikonċiljazzjoni għandha tiġi supplimentata minn informazzjoni kwalitattiva dwar dawk is-sorsi ewlenin ta' differenzi;

(e)

għal skoperturi mill-portafoll tan-negozjar u mhux tan-negozjar li jkunu aġġustati f'konformità mal-Artikolu 34 u l-Artikolu 105, diżaggregazzjoni tal-ammonti tal-elementi kostitwenti ta' aġġustament prudenti tal-valwazzjoni tal-istituzzjoni, skont it-tip ta' riskji, u t-total ta' elementi kostitwenti b'mod separat għall-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar u mhux tan-negozjar;

(f)

kwalunkwe impediment sinifikattiv, prattiku jew legali attwali jew previst għat-trasferiment fil-pront ta' fondi proprji jew ta' ripagament tal-obbligazzjonijiet bejn l-impriża prinċipali u s-sussidjarji tagħha;

(g)

l-ammont aggregat li skontu l-fondi proprji attwali jkunu inqas minn dak meħtieġ fis-sussidjarji kollha mhux inklużi fil-konsolidazzjoni, u l-isem jew l-ismijiet ta' dawk is-sussidjarji;

(h)

fejn applikabbli, iċ-ċirkostanzi li fihom isir użu mid-deroga msemmija fl-Artikolu 7 jew il-metodu ta' konsolidazzjoni individwali stabbilit fl-Artikolu 9.

Artikolu 437

Divulgazzjoni ta' fondi proprji

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-fondi proprji tagħhom:

(a)

rikonċiljazzjoni tal-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, l-elementi ta' Grad 1 Addizzjonali, l-elementi ta' Grad 2 u l-filtri u t-tnaqqis applikati għall-fondi proprji tal-istituzzjoni skont l-Artikoli 32 sa 36, 56, 66 u 79 mal-karta tal-bilanċ fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati tal-istituzzjoni;

(b)

deskrizzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tal-istrumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 u dawk ta' Grad 1 Addizzjonali u l-istrumenti ta' Grad 2 maħruġa mill-istituzzjoni;

(c)

it-termini u l-kondizzjonijiet sħaħ tal-istrumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, dawk ta' Grad 1 Addizzjonali u ta' Grad 2 kollha;

(d)

divulgazzjoni separata tan-natura u l-ammonti ta' dawn li ġejjin:

(i)

kull filtru prudenzjali applikat skont l-Artikoli 32 sa 35;

(ii)

elementi mnaqqsa skont l-Artikoli 36, 56 u 66;

(iii)

elementi mhux imnaqqsa skont l-Artikoli 47, 48, 56, 66 u 79;

(e)

deskrizzjoni tar-restrizzjonijiet kollha applikati għall-kalkolu ta' fondi proprji f'konformità ma' dan ir-Regolament u l-istrumenti, il-filtri prudenzjali u t-tnaqqis li japplikaw għalihom dawk ir-restrizzjonijiet;

(f)

spjegazzjoni dettaljata tal-bażi li fuqha jiġu kalkulati proporzjonijiet kapitali fejn dawk il-proporzjonijiet kapitali jiġu kalkulati billi jintużaw elementi ta' fondi proprji determinati fuq bażi ħlief il-bażi stabbilita f'dan ir-Regolament.

Artikolu 437a

Divulgazzjoni ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli

L-istituzzjonijiet li huma soġġetti għall-Artikolu 92a jew 92b għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-fondi proprji jew l-obbligazzjonijiet eliġibbli tagħhom:

(a)

il-kompożizzjoni tal-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tagħhom, il-maturità tagħhom u l-karatteristiċi ewlenin tagħhom;

(b)

il-klassifikazzjoni tal-obbligazzjonijiet eliġibbli fil-ġerarkija tal-kredituri;

(c)

l-ammont totali ta' kull ħruġ ta' strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli msemmi fl-Artikolu 72b u l-ammont ta' dak il-ħruġ li jiġi inkluż fl-elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli fi ħdan il-limiti speċifikati fl-Artikolu 72b(3) u (4);

(d)

l-ammont totali ta' obbligazzjonijiet esklużi msemmi fl-Artikolu 72a(2).

Artikolu 438

Divulgazzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji u l-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-konformità tagħhom mal-Artikolu 92 ta' dan ir-Regolament u mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 73 u l-punt(a) tal-Artikolu 104(1) tad-Direttiva 2013/36/UE:

(a)

sommarju tal-approċċ tagħhom għall-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-kapital intern tagħhom għall-appoġġ ta' attivitajiet attwali u futuri;

(b)

l-ammont tar-rekwiżiti tal-fondi proprji addizzjonali bbażat fuq il-proċess ta' rieżami superviżorju kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 104(1) tad-Direttiva 2013/36/UE u l-kompożizzjoni tiegħu f'termini ta' strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, ta' Grad 1 addizzjonali u ta' Grad 2;

(c)

fuq talba mill-awtorità kompetenti rilevanti, ir-riżultat tal-proċess ta' valutazzjoni interna dwar l-adegwatezza tal-kapital tal-istituzzjoni;

(d)

l-ammont totali tal-iskopertura ponderata għar-riskju u r-rekwiżit korrispondenti tal-fondi proprji totali determinat f'konformità mal-Artikolu 92, li għandhom jiġu diżaggregati skont il-kategoriji ta' riskju differenti stipulati fil-Parti Tlieta u, fejn applikabbli, spjegazzjoni tal-effett fuq il-kalkolu ta' ammonti ta' fondi proprji u ta' skoperturi ponderati għar-riskju li jirriżulta mill-applikazzjoni ta' limiti kapitali u minn li ma jitnaqqsux elementi mill-fondi proprji;

(e)

l-iskoperturi li jidhru fil-karta tal-bilanċ u li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, l-ammonti ta' skopertura ponderata u t-telf mistenni assoċjat għal kull kategorija ta' self speċjalizzat imsemmija fit-Tabella 1 tal-Artikolu 153(5) u l-iskoperturi li jidhru fil-karta tal-bilanċ u li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ u l-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju għall-kategoriji ta' skoperturi ta' ekwità stipulati fl-Artikolu 155(2);

(f)

il-valur tal-iskopertura u l-ammont ta' skopertura ponderata għar-riskju tal-istrumenti ta' fondi proprji miżmuma fi kwalunkwe impriża tal-assigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni jew kumpannija holding ta' assigurazzjoni li l-istituzzjonijiet ma jnaqqsux mill-fondi proprji tagħhom f'konformità mal-Artikolu 49 meta jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' kapital tagħhom fuq bażi individwali, subkonsolidata u konsolidata;

(g)

ir-rekwiżit supplimentari ta' fondi proprji u l-proporzjon ta' adegwatezza tal-kapital tal-konglomerat finanzjarju kalkulati f'konformità mal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2002/87/KE u l-Anness I ta' dik id-Direttiva fejn jiġi applikat il-metodu 1 jew 2 stipulat f'dak l-Anness;

(h)

il-varjazzjonijiet fl-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju tal-perijodu tad-divulgazzjoni attwali meta mqabbel mal-perijodu tad-divulgazzjoni immedjatament preċedenti li jirriżultaw mill-użu ta' mudelli interni, inkluż deskrizzjoni tal-motivaturi ewlenin li jispjegaw dawk il-varjazzjonijiet.

Artikolu 439

Divulgazzjoni ta' skoperturi għal riskju ta' kreditu ta' kontroparti

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-iskopertura tagħhom għal riskju ta' kreditu tal-kontroparti kif imsemmi fil-Kapitolu 6 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta:

(a)

deskrizzjoni tal-metodoloġija użata biex tassenja limiti interni tal-kapital u l-kreditu għall-iskoperturi ta' kreditu tal-kontroparti, inkluż il-metodi biex jassenjaw dawk il-limiti lil skoperturi għal kontropartijiet ċentrali;

(b)

deskrizzjoni ta' politiki relatati ma' garanziji u mitiganti oħra tar-riskju ta' kreditu, bħall-politiki għall-iżgurar ta' kollateral u l-istabbiliment ta' riservi tal-kreditu;

(c)

deskrizzjoni ta' politiki fir-rigward ta' Riskju Ġenerali ta' Korrelazzjoni Ħażina u Riskju Speċifiku ta' Korrelazzjoni Ħażina kif definiti fl-Artikolu 291;

(d)

l-ammont ta' kollateral li l-istituzzjoni jkollha tipprovdi jekk il-klassifikazzjoni tal-kreditu tagħha titbaxxa;

(e)

l-ammont ta' kollateral segregat u mhux segregat riċevut u depożitat għal kull tip ta' kollateral, diżaggregat ulterjorment bejn kollateral użat għal derivattivi u tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli;

(f)

għal tranżazzjonijiet ta' derivattivi, il-valuri ta' skopertura qabel u wara l-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu kif determinat skont il-metodi stipulati fit-Taqsimiet 3 sa 6 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, skont liema metodu jkun applikabbli, u l-ammonti ta' skopertura tar-riskju assoċjat diżaggregat skont il-metodu applikabbli;

(g)

għal tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli, il-valuri ta' skopertura qabel u wara l-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu kif determinat skont il-metodi stipulati fil-Kapitoli 4 u 6 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, skont liema metodu jintuża, u l-ammonti ta' skopertura tar-riskju assoċjat diżaggregati skont il-metodu applikabbli;

(h)

il-valuri ta' skopertura wara l-effetti tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu u l-iskoperturi tar-riskju assoċjat għall-imposta kapitali tal-aġġustament ta' valutazzjoni tal-kreditu b'mod separat għal kull metodu kif stipulat fit-Titolu VI tal-Parti Tlieta;

(i)

il-valur ta' skopertura għal kontropartijiet ċentrali u l-iskoperturi tar-riskju assoċjat fl-ambitu tat-Taqsima 9 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, b'mod separat għall-kontropartijiet ċentrali kwalifikanti u mhux kwalifikanti, u diżaggregati skont it-tipi ta' skoperturi;

(j)

l-ammonti nozzjonali u l-valur ġust ta' tranżazzjonijiet ta' derivattivi tal-kreditu; It-tranżazzjonijiet ta' derivattivi tal-kreditu għandhom jiġu diżaggregati skont it-tip ta' prodott; fi ħdan kull tip ta' prodott, it-tranżazzjonijiet ta' derivattivi tal-kreditu għandhom jiġu diżaggregati ulterjorment skont il-protezzjoni ta' kreditu mixtrija u l-protezzjoni ta' kreditu mibjugħa;

(k)

l-istima tal-alpha meta l-istituzzjoni tkun irċeviet il-permess tal-awtoritajiet kompetenti biex tuża l-istima tal-alpha tagħha stess f'konformità mal-Artikolu 284(9);

(l)

b'mod separat, l-iskoperturi inklużi fil-punt (e) tal-Artikolu 444 u l-punt (g) tal-Artikolu 452;

(m)

għall-istituzzjonijiet li jużaw il-metodi stipulati fit-Taqsimiet 4 sa 5 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, id-daqs tan-negozju tad-derivattivi tagħhom li jidher fil-karta tal-bilanċ u li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ kif kalkulat skont l-Artikolu 273a(1) u (2), kif applikabbli.

Fejn il-bank ċentrali ta' Stat Membru jipprovdi l-assistenza ta' likwidità fil-forma ta' tranżazzjonijiet ta' swap kollaterali, l-awtorità kompetenti tista' teżenta l-istituzzjonijiet mir-rekwiżit fil-punti (d) u (e) tal-ewwel subparagrafu meta dik l-awtorità' kompetenti tqis li d-divulgazzjoni tal-informazzjoni msemmija fihom tista' tikxef li ġiet ipprovduta assistenza ta' likwidità ta' emerġenza. Għal dawk il-finijiet, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi livelli limiti adatti u kriterji objettivi.

Artikolu 440

Divulgazzjoni ta' buffers kapitali kontroċikliċi

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-konformità tagħhom mar-rekwiżit għal buffer kapitali kontroċikliku kif imsemmi fil-Kapitolu 4 tat-Titolu VII tad-Direttiva 2013/36/UE:

(a)

id-distribuzzjoni ġeografika tal-ammonti ta' skopertura u l-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju tal-iskoperturi tal-kreditu tagħha użati bħala bażi għall-kalkolu tal-buffer kapitali kontroċikliku tagħhom;

(b)

l-ammont tal-buffer kapitali kontroċikliku speċifiku għall-istituzzjoni tagħhom.

Artikolu 441

Divulgazzjoni tal-indikaturi ta' importanza sistemika globali

Il-G-SIIs għandhom jiddivulgaw, fuq bażi annwali, il-valuri tal-indikaturi użati biex jiddeterminaw il-punteġġ tagħhom f'konformità mal-metodoloġija ta' identifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 131 tad-Direttiva 2013/36/UE.

Artikolu 442

Divulgazzjoni ta' skoperturi għal riskju ta' kreditu u riskju ta' dilwizzjoni

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-iskoperturi tagħhom għar-riskju ta' kreditu u r-riskju ta' dilwizzjoni:

(a)

il-kamp ta' applikazzjoni u d-definizzjonijiet li jużaw għal finijiet ta' kontabbiltà ta' ''wara d-data tal-għeluq'' u ''danneġġati'' u d-differenzi, jekk ikun hemm, bejn id-definizzjonijiet ta' ''wara d-data tal-għeluq'' u ''awtomatiċi'' għal finijiet ta' kontabbiltà u regolatorji;

(b)

deskrizzjoni tal-approċċi u l-metodi adottati għad-determinazzjoni ta' aġġustamenti fir-riskju ta' kreditu speċifiku u ġenerali;

(c)

informazzjoni dwar l-ammont u l-kwalità ta' skoperturi produttivi, improduttivi u mrażżna għal self, titolizzazzjonijiet tad-dejn u skoperturi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, inkluż l-indeboliment akkumulat relatat tagħhom, id-dispożizzjonijiet u l-bidliet negattivi fil-valur ġust minħabba r-riskju tal-kreditu u l-ammonti ta' kollateral u garanziji finanzjarji riċevuti;

(d)

analiżi tal-età tal-kontabbiltà ta' skoperturi wara d-data ta' għeluq;

(e)

l-ammonti gross riportati ta' skoperturi kemm inadempjenti kif ukoll mhux inadempjenti, l-aġġustamenti speċifiċi u ġenerali akkumulati tar-riskju tal-kreditu, it-tħassir akkumulat magħmul kontra dawk l-iskoperturi u l-ammonti netti riportati u d-distribuzzjoni tagħhom skont iż-żona ġeografika u t-tip ta' industrija u għal self, titolizzazzjonijiet tad-dejn u skoperturi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ;

(f)

kwalunkwe bidla fl-ammont gross ta' skoperturi inadempjenti li jidher fil-karta tal-bilanċ u li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ, inkluż, bħala minimu, informazzjoni dwar il-ftuħ u l-għeluq ta' bilanċi ta' dawk l-iskoperturi, l-ammont gross ta' kwalunkwe waħda minn dawk l-iskoperturi mreġġa' lura għal status ta' mhux inadempjenti jew soġġetti għal tħassir;

(g)

id-diżaggregazzjoni ta' self u titoli tad-dejn skont il-maturità residwa.

Artikolu 443

Divulgazzjoni ta' assi aggravati u ta' assi mhux aggravati

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw informazzjoni dwar l-assi aggravati u ta' assi mhux aggravati tagħhom. Għal dawk il-finijiet, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw l-ammont riportat għal kull klassi ta' skopertura diżaggregat skont il-kwalità tal-assi u l-ammont totali tal-ammont riportat li jkun aggravat u mhux aggravat. Id-divulgazzjoni ta' informazzjoni dwar assi aggravati u mhux aggravati ma għandhiex tiżvela assistenza ta' likwidità ta' emerġenza pprovduta minn banek ċentrali.

Artikolu 444

Divulgazzjoni tal-użu tal-approċċ standardizzat

L-istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju f'konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja għal kull waħda mill-klassijiet ta' skopertura stipulati fl-Artikolu 112:

(a)

l-ismijiet tal-ECAIs u l-ECAs nominati u r-raġunijiet għal kwalunkwe bidla f'dawk in-nominazzjonijiet tul il-perijodu tad-divulgazzjoni;

(b)

il-klassijiet ta' skopertura li għalihom tintuża kull ECAI jew ECA;

(c)

deskrizzjoni tal-proċess użat biex jittrasferixxi lill-emittent u joħroġ klassifikazzjonijiet tal-kreditu fuq elementi mhux inklużi fil-portafoll tan-negozjar;

(d)

l-assoċjazzjoni tal-klassifikazzjoni esterna ta' kull ECAI jew ECA nominata bil-ponderazzjonijiet tar-riskju li jikkorrispondu għall-klassi tal-mertu tal-kreditu kif stipulat fil-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, filwaqt li jittieħed kont li mhuwiex neċessarju li tiġi divulgata dik l-informazzjoni meta l-istituzzjonijiet jikkonformaw mal-assoċjazzjoni standard pubblikata mill-ABE;

(e)

il-valuri ta' skopertura wara l-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu assoċjat ma' kull klassi tal-mertu tal-kreditu kif stipulat fil-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, skont il-klassijiet ta' skopertura, kif ukoll il-valuri ta' skopertura mnaqqsa mill-fondi proprji.

Artikolu 445

Divulgazzjoni ta' skoperturi għar-riskju tas-suq

L-istituzzjonijiet li jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom f'konformità mal-punti (b) u (c) tal-Artikolu 92(3) għandhom jiddivulgaw dawk ir-rekwiżiti b'mod separat għal kull riskju msemmi f'dawk il-punti. Barra minn hekk, ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju speċifiku tar-rata tal-imgħax tal-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni għandhom jiġu divulgati b'mod separat.

Artikolu 446

Divulgazzjoni tal-ġestjoni tar-riskju operazzjonali

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja dwar il-ġestjoni tar-riskju operazzjonali tagħhom:

(a)

l-approċċi għall-valutazzjoni ta' rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju operazzjonali li tikkwalifika għalihom l-istituzzjoni;

(b)

meta l-istituzzjoni tagħmel użu minnha, deskrizzjoni tal-metodoloġija stipulata fl-Artikolu 312(2), li għandha tinkludi diskussjoni tal-fatturi interni u esterni rilevanti li qed jiġu kunsidrati fl-approċċ avvanzat ta' kejl tal-istituzzjoni;

(c)

fil-każ ta' użu parzjali, il-portata u l-kopertura tal-metodoloġiji differenti użati.

Artikolu 447

Divulgazzjoni tal-metrika ewlenija

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw il-metrika ewlenija li ġejja f'format tabulari:

(a)

il-kompożizzjoni tal-fondi proprji tagħhom u r-rekwiżiti tal-fondi proprji tagħhom kif kalkulat f'konformità mal-Artikolu 92;

(b)

l-ammont totali ta' skopertura għar-riskju kif kalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3);

(c)

fejn applikabbli, l-ammont u l-kompożizzjoni ta' fondi proprji addizzjonali li l-istituzzjonijiet jenħtieġu li jżommu f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 104(1) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(d)

ir-rekwiżit għal buffer kombinat tagħhom li l-istituzzjonijiet jenħtieġu li jżommu f'konformità mal-Kapitolu 4 tat-Titolu VII tad-Direttiva 2013/36/UE;

(e)

il-proporzjon ta' lieva finanzjarja tagħhom u l-kejl tal-iskopertura totali kif kalkulat f'konformità mal-Artikolu 429;

(f)

l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità tagħhom kif kalkulat f'konformità mal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1):

(i)

il-medja jew il-medji, kif applikabbli, tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità tagħhom ibbażati fuq l-osservazzjonijiet tal-aħħar tax-xahar matul it-12 il-xahar preċedenti għal kull trimestru tal-perijodu ta' divulgazzjoni rilevanti;

(ii)

il-medja jew il-medji, kif applikabbli, ta' assi likwidi totali, wara l-applikazzjoni tal-haircuts rilevanti, inklużi fir-riżerva ta' likwidità skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), ibbażati fuq l-osservazzjonijiet tal-aħħar tax-xahar matul it-12 il-xahar preċedenti għal kull trimestru tal-perijodu ta' divulgazzjoni rilevanti;

(iii)

il-medji tal-flussi ta' ħruġ tal-likwidità, tal-flussi ta' dħul u l-flussi ta' ħruġ netti tal-likwidità tagħhom kif ikkalkulati skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), abbażi tal-osservazzjonijiet tal-aħħar tax-xahar matul it-12 il-xahar preċedenti għal kull trimestru tal-perijodu ta' divulgazzjoni rilevanti;

(g)

l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tar-rekwiżit ta' finanzjament stabbli nett tagħhom kif kalkulat f'konformità mat-Titolu IV tal-Parti Sitta:

(i)

il-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett fl-aħħar ta' kull trimestru tal-perijodu ta' divulgazzjoni rilevanti;

(ii)

il-finanzjament stabbli disponibbli fl-aħħar ta' kull trimestru tal-perijodu ta' divulgazzjoni rilevanti;

(iii)

il-finanzjament stabbli meħtieġ fl-aħħar ta' kull trimestru tal-perijodu ta' divulgazzjoni rilevanti;

(h)

il-proporzjonijiet tal-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tagħhom u l-komponenti, in-numeratur u d-denominatur tagħhom, kif kalkulati f'konformità mal-Artikoli 92a u 92b u diżaggregati fil-livell ta' kull grupp ta' riżoluzzjoni fejn applikabbli.

Artikolu 448

Divulgazzjoni tal-iskoperturi għar-riskju tar-rata tal-imgħax fuq pożizzjonijiet mhux miżmuma fil-portafoll tan-negozjar

1.   Mit-28 ta' Ġunju 2021, l-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva li ġejja dwar ir-riskji li jirriżultaw minn bidliet potenzjali fir-rati ta' imgħax li jaffettwaw kemm il-valur ekonomiku tal-ekwità kif ukoll l-introjtu mill-imgħax nett tal-attivitajiet fil-portafoll mhux kummerċjali tagħhom imsemmijin fl-Artikolu 84 u l-Artikolu 98(5) tad-Direttiva 2013/36/UE:

(a)

il-bidliet fil-valur ekonomiku tal-ekwità kalkulati skont is-sitt xenarji ta' xokk superviżorji msemmijin fl-Artikolu 98(5) tad-Direttiva 2013/36/UE għall-perijodi ta' divulgazzjoni attwali u preċedenti;

(b)

il-bidliet fl-introjtu mill-imgħax nett kalkulati skont iż-żewġ xenarji ta' xokk superviżorji msemmijin fl-Artikolu 98(5) tad-Direttiva 2013/36/UE għall-perijodi ta' divulgazzjoni attwali u preċedenti;

(c)

deskrizzjoni ta' suppożizzjonijiet ta' mudellar u parametriċi ewlenin, ħlief dawk imsemmijin fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 98(5a) tad-Direttiva 2013/36/UE użati biex jikkalkulaw bidliet fil-valur ekonomiku tal-ekwità u fl-introjtu mill-imgħax nett meħtieġ skont il-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu;

(d)

spjegazzjoni tas-sinifikat tal-miżuri ta' riskju divulgati skont il-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu u ta' kwalunkwe varjazzjoni sinifikanti ta' dawk il-miżuri ta' riskju mid-data ta' referenza tad-divulgazzjoni preċedenti;

(e)

id-deskrizzjoni ta' kif l-istituzzjonijiet jiddefinixxu, ikejlu, jimmitigaw u jikkontrollaw ir-riskju tar-rata tal-imgħax tal-attivitajiet tagħhom fil-portafoll mhux tan-negozjar għall-finijiet tar-rieżami tal-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-Artikolu 84 tad-Direttiva 2013/36/UE, inkluż:

(i)

deskrizzjoni tal-miżuri tar-riskju speċifiku li l-istituzzjonijiet jużaw biex jevalwaw bidliet fil-valur ekonomiku tagħhom tal-ekwità u fl-introjtu mill-imgħax nett tagħhom;

(ii)

deskrizzjoni tas-suppożizzjonijiet ta' mudellar u parametriċi ewlenin użati fis-sistemi ta' kejl interni tal-istituzzjonijiet li jkunu differenti mis-suppożizzjonijiet ta' mudellar u parametriċi komuni msemmijin fl-Artikolu 98(5a) tad-Direttiva 2013/36/UE għall-finijiet tal-kalkolu ta' bidliet fil-valur ekonomiku tal-ekwità u fl-introjtu mill-imgħax nett, inkluż ir-raġunament wara dawk id-differenzi;

(iii)

deskrizzjoni tax-xenarji ta' xokk tar-rata ta' imgħax li l-istituzzjonijiet jużaw biex jistmaw ir-riskju tar-rata tal-imgħax;

(iv)

ir-rikonoxximent tal-effett ta' hedges kontra dawk ir-riskji ta' rata tal-imgħax, inkluż hedges interni li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 106(3);

(v)

deskrizzjoni ġenerali ta' kemm-il darba sseħħ l-evalwazzjoni tar-riskju tar-rata tal-imgħax;

(f)

id-deskrizzjoni tal-istrateġiji ġenerali għall-ġestjoni u l-mitigazzjoni tar-riskju għal dawk ir-riskji;

(g)

il-maturità medja ta' pprezzar mill-ġdid u l-ogħla waħda assenjati għal depożiti mingħajr maturità.

2.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ir-rekwiżiti stipulati fil-punti (c) u (e)(i) sa (e)(iv) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għall-istituzzjonijiet li jużaw il-metodoloġija standardizzata jew il-metodoloġija standardizzata simplifikata kif hemm isemmi fl-Artikolu 84(1) tad-Direttiva 2013/36/UE.

Artikolu 449

Divulgazzjoni tal-iskoperturi għall-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni

L-istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju f'konformità mal-Kapitolu 5 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta jew ir-rekwiżiti ta' fondi proprji f'konformità mal-Artikolu 337 jew 338 għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja b'mod separat għall-attivitajiet tal-portafoll tan-negozjar u l-portafoll mhux tan-negozjar tagħhom:

(a)

deskrizzjoni tal-attivitajiet ta' titolizzazzjoni u ta' rititolizzazzjoni tagħhom, inkluż l-objettivi tagħhom ta' ġestjoni tar-riskju u ta' investiment b'konnessjoni ma' dawk l-attivitajiet, ir-rwol tagħhom fit-tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni u ta' rititolizzazzjoni, jekk jużawx it-titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata (STS) kif definit fil-punt (10) tal-Artikolu 242, u sa fejn huma jużaw tranżazzjonijiet tat-titolizzazzjoni biex jittrasferixxu r-riskju tal-kreditu tal-iskoperturi titolizzati lil partijiet terzi, fejn applikabbli, b'deskrizzjoni separata tal-politika tagħhom dwar trasferiment tar-riskju tat-titolizzazzjoni sintetika;

(b)

it-tip ta' riskji li jkunu esposti għalihom fl-attivitajiet tagħhom ta' titolizzazzjoni u ta' rititolizzazzjoni skont il-livell ta' anzjanità tal-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni rilevanti filwaqt li jipprovdu distinzjoni bejn pożizzjonijiet STS u dawk non-STS u:

(i)

r-riskju ritenut fi tranżazzjonijiet awtooriġinati;

(ii)

ir-riskju mġarrab fir-rigward ta' tranżazzjonijiet oriġinati minn partijiet terzi;

(c)

l-approċċi tagħhom għall-kalkolu tal-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju li japplikaw għall-attivitajiet ta' titolizzazzjoni tagħhom, inkluż it-tipi ta' pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni li għalihom japplika kull approċċ u b'distinzjoni bejn pożizzjonijiet STS u dawk non-STS;

(d)

lista ta' SSPEs li jaqgħu fi kwalunkwe waħda mill-kategoriji li ġejjin, b'deskrizzjoni tat-tipi tagħhom ta' skoperturi għal dawk l-SSPEs, inkluż kuntratti tad-derivattivi:

(i)

SSPEs li jakkwistaw skoperturi oriġinati mill-istituzzjonijiet;

(ii)

SSPEs sponsorjati mill-istituzzjonijiet;

(iii)

SSPEs jew entitajiet legali oħra li għalihom l-istituzzjonijiet jipprovdu servizzi relatati mat-titolizzazzjoni, bħal servizzi ta' konsulenza, ta' manutenzjoni tal-assi jew ta' ġestjoni;

(iv)

SSPEs inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' konsolidazzjoni regolatorja tal-istituzzjonijiet;

(e)

lista ta' kwalunkwe entità legali li fir-rigward tagħha l-istituzzjonijiet ikunu ddivulgaw li pprovdew appoġġ f'konformità mal-Kapitolu 5 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta;

(f)

lista ta' entitajiet legali affiljati mal-istituzzjonijiet u li jinvestu f'titolizzazzjonijiet oriġinati mill-istituzzjonijiet jew f'pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni maħruġa minn SSPEs sponsorjati mill-istituzzjonijiet;

(g)

sommarju tal-politiki ta' kontabbiltà tagħhom għall-attività ta' titolizzazzjoni, inkluż fejn rilevanti distinzjoni bejn pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni u ta' rititolizzazzjoni;

(h)

l-ismijiet tal-ECAIs użati għat-titolizzazzjonijiet u t-tipi ta' skopertura li għalihom tintuża kull aġenzija;

(i)

fejn applikabbli, deskrizzjoni tal-Approċċ ta' Valutazzjoni Interna kif stipulat fil-Kapitolu 5 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, inkluż l-istruttura tal-proċess ta' valutazzjoni interna u r-relazzjoni bejn il-valutazzjoni interna u l-klassifikazzjonijiet esterni tal-ECAI rilevanti divulgata f'konformità mal-punt (h), il-mekkaniżmi ta' kontroll għall-proċess ta' valutazzjoni interna inkluż diskussjoni tal-indipendenza, ir-responsabbiltà, u l-analiżi tal-proċess ta' valutazzjoni interna, it-tipi ta' skoperturi li għalihom jiġi applikat il-proċess ta' valutazzjoni interna u l-fatturi ta' stress użati biex jiddeterminaw il-livelli ta' titjib tal-kreditu;

(j)

b'mod separat għall-portafoll tan-negozjar u l-portafoll mhux tan-negozjar, l-ammont riportat ta' skoperturi titolizzati, inkluż informazzjoni dwar jekk l-istituzzjonijiet ikunux ittrasferixxew riskju tal-kreditu sinifikanti f'konformità mal-Artikoli 244 u 245, li għalih l-istituzzjonijiet jaġixxu bħala oriġinatur, sponsor jew investitur, b'mod separat għal titolizzazzjonijiet tradizzjonali u sintetiċi, u għal tranżazzjonijiet STS u non-STS u diżaggregati skont it-tip ta' skoperturi titolizzati;

(k)

għall-attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar, l-informazzjoni li ġejja:

(i)

l-ammont aggregat ta' pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni fejn l-istituzzjonijiet jaġixxu bħala oriġinatur jew sponsor u l-assi ponderati għar-riskju assoċjat u r-rekwiżiti ta' kapital minn approċċi regolatorji, inkluż skoperturi mnaqqsa minn fondi proprji jew ponderati għar-riskju fil-livell ta' 1 250 %, diżaggregat bejn titolizzazzjonijiet tradizzjonali u sintetiċi u bejn skoperturi ta' titolizzazzjoni u ta' rititolizzazzjoni, b'mod separat għall-pożizzjonijiet STS u non-STS, u diżaggregat ulterjorment f'numru sinifikanti ta' faxex ta' rekwiżiti ta' ponderazzjoni għar-riskju jew ta' kapital, u minn approċċ użat għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' kapital;

(ii)

l-ammont aggregat ta' pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni meta l-istituzzjonijiet jaġixxu ta' investitur u l-assi ponderati għar-riskju assoċjat u r-rekwiżiti ta' kapital minn approċċi regolatorji, inkluż skoperturi mnaqqsa minn fondi proprji jew ponderati għar-riskju fil-livell ta' 1 250 %, diżaggregat bejn titolizzazzjonijiet tradizzjonali u sintetiċi, pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni u ta' rititolizzazzjoni, u pożizzjonijiet STS u non-STS, u diżaggregat ulterjorment f'numru sinifikanti ta' faxex ta' rekwiżiti ta' ponderazzjoni għar-riskju jew ta' kapital, u minn approċċ użat għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' kapital;

(l)

għal skoperturi titolizzati mill-istituzzjoni, l-ammont ta' skoperturi inadempjenti u l-ammont ta' aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta' kreditu li saru mill-istituzzjoni matul il-perijodu attwali, diżaggregat skont it-tip ta' skopertura.

Artikolu 449a

Divulgazzjoni ta' riskji ambjentali, soċjali u ta' governanza (riskji ESG)

Mit-28 ta' Ġunju 2022, istituzzjonijiet kbar li jkunu ħarġu titoli ammessi għan-negozjar f'suq regolat ta' kwalunkwe Stat Membru, kif definit fil-punt (21) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, għandhom jiddivulgaw informazzjoni dwar riskji ESG, inkluż riskji fiżiċi u riskji ta' transizzjoni, kif definiti fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 98(8) tad-Direttiva 2013/36/UE.

L-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għandha tiġi divulgata fuq bażi annwali għall-ewwel sena u kull sentejn minn hemm 'il quddiem.

Artikolu 450

Divulgazzjoni tal-politika ta' remunerazzjoni

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja dwar il-politika u l-prattiki tagħhom ta' remunerazzjoni għal dawk il-kategoriji ta' persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom ikollhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet:

(a)

informazzjoni dwar il-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet użat biex jiddetermina l-politika ta' remunerazzjoni, kif ukoll in-numru ta' laqgħat li saru mill-korp ewlieni li jissorvelja r-remunerazzjoni matul is-sena finanzjarja, inkluż, fejn applikabbli, informazzjoni dwar il-kompożizzjoni u l-mandat ta' kumitat tar-remunerazzjoni, il-konsulent estern li s-servizzi tiegħu ntużaw għad-determinazzjoni tal-politika ta' remunerazzjoni u r-rwol tal-partijiet ikkonċernati rilevanti;

(b)

informazzjoni dwar ir-rabta bejn il-paga tal-persunal u l-prestazzjoni tagħhom;

(c)

l-iktar karatteristiċi importanti tat-tfassil tas-sistema ta' remunerazzjoni, inkluż informazzjoni dwar il-kriterji użati għall-kejl tal-prestazzjoni u l-aġġustament tar-riskju, il-politika ta' differiment u l-kriterji ta' vestiment;

(d)

il-proporzjonijiet bejn remunerazzjoni fissa u varjabbli stabbiliti f'konformità mal-punt (g) tal-Artikolu 94(1) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(e)

informazzjoni dwar il-kriterji ta' prestazzjoni li fuqhom ikun ibbażat l-intitolament għal ishma, opzjonijiet jew komponenti varjabbli ta' remunerazzjoni;

(f)

il-parametri ewlenin u r-raġuni għal kwalunkwe skema ta' komponent varjabbli u kwalunkwe benefiċċju ieħor mhux fi flus kontanti;

(g)

informazzjoni kwantitattiva aggregata dwar ir-remunerazzjoni, diżaggregata skont il-qasam ta' negozju;

(h)

informazzjoni kwantitattiva aggregata dwar ir-remunerazzjoni, diżaggregata skont il-maniġment superjuri u l-membri tal-persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom ikollhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet, li tindika dan li ġej:

(i)

l-ammonti ta' remunerazzjoni mogħtija għas-sena finanzjarja, maqsuma f'remunerazzjoni fissa inkluż deskrizzjoni tal-komponenti fissi, u remunerazzjoni varjabbli, u n-numru ta' benefiċjarji;

(ii)

l-ammonti u l-forom ta' remunerazzjoni varjabbli mogħtija, maqsuma fi flus kontanti, ishma, strumenti relatati mal-ishma u tipi oħra b'mod separat għall-parti mħallsa bil-quddiem u l-parti diferita;

(iii)

l-ammonti ta' remunerazzjoni differita mogħtija għal perijodi ta' prestazzjoni preċedenti, maqsuma fl-ammont dovut li jiġi vestit fis-sena finanzjarja u l-ammont dovut li jiġi vestit fi snin sussegwenti;

(iv)

l-ammont ta' remunerazzjoni diferita dovuta li tiġi vestita fis-sena finanzjarja li titħallas matul is-sena finanzjarja, u li titnaqqas permezz ta' aġġustamenti tal-prestazzjoni;

(v)

l-għotjiet varjabbli garantiti ta' remunerazzjoni matul is-sena finanzjarja, u n-numru ta' benefiċjarji ta' dawk l-għotjiet;

(vi)

il-ħlasijiet ta' terminazzjoni mogħtija f'perijodi preċedenti, li jkunu tħallsu matul is-sena finanzjarja;

(vii)

l-ammonti ta' ħlasijiet tat-terminazzjoni mogħtija matul is-sena finanzjarja, maqsuma f'dawk imħallsa bil-quddiem u dawk diferiti, in-numru ta' benefiċjarji ta' dawk il-ħlasijiet u l-ogħla ħlas li jkun ingħata lil persuna waħda;

(i)

in-numru ta' individwi li ngħataw remunerazzjoni ta' EUR 1 miljun jew iktar f'sena finanzjarja, bir-remunerazzjoni ta' bejn EUR 1 miljun u EUR 5 miljuni diżaggregata f'faxex ta' ħlas ta' EUR 500 000 u bir-remunerazzjoni ta' EUR 5 miljun u iktar diżaggregata f'faxex ta' ħlas ta' EUR 1 miljun;

(j)

fuq talba mill-Istat Membru jew l-awtorità kompetenti rilevanti, ir-remunerazzjoni totali għal kull membru tal-korp maniġerjali jew il-maniġment superjuri;

(k)

informazzjoni dwar jekk l-istituzzjoni tibbenefikax minn deroga stabbilita fl-Artikolu 94(3) tad-Direttiva 2013/36/UE.

Għall-finijiet tal-punt (k) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet li jibbenefikaw mit-tali deroga għandhom jindikaw jekk jibbenefikawx minn dik id-deroga abbażi tal-punt (a) jew (b) tal-Artikolu 94(3) tad-Direttiva 2013/36/UE. Huma għandhom jindikaw ukoll għal liema mill-prinċipji tar-remunerazzjoni japplikaw id-deroga/i, in-numru ta' membri tal-persunal li jibbenefikaw mid-deroga/i u r-remunerazzjoni totali tagħhom, maqsuma f'remunerazzjoni fissa u varjabbli.

2.   Għal istituzzjonijiet kbar, l-informazzjoni kwantitattiva dwar ir-rimunerazzjoni tal-korp maniġerjali kollettiv tal-istituzzjonijiet imsemmijin f'dan l-Artikolu għandha wkoll tkun disponibbli għall-pubbliku, filwaqt li ssir differenzjazzjoni bejn membri eżekuttivi u dawk mhux eżekuttivi.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati f'dan l-Artikolu b'mod li jkun adatt għad-daqs, l-organizzazzjoni interna u n-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom u mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*15).

Artikolu 451

Divulgazzjoni tal-proporzjon ta' lieva finanzjarja

1.   L-istituzzjonijiet li huma soġġetti għall-Parti Sebgħa għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja dwar il-proporzjon ta' lieva finanzjarja tagħhom kif kalkulat f'konformità mal-Artikolu 429 u l-ġestjoni tagħhom tar-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiv:

(a)

il-proporzjon ta' lieva finanzjarja u l-mod kif l-istituzzjonijiet japplikaw l-Artikolu 499(2);

(b)

diżaggregazzjoni tal-miżura tal-iskopertura totali msemmija fl-Artikolu 429(4), kif ukoll rikonċiljazzjoni tal-miżura tal-iskopertura totali bl-informazzjoni rilevanti divulgata f'dikjarazzjonijiet finanzjarji pubblikati;

(c)

fejn applikabbli, l-ammont ta' skoperturi kkalkulati skont l-Artikoli 429(8), u 429a(1) u l-proporzjon ta' lieva finanzjarja aġġustat ikkalkolat skont l-Artikolu 429a(7);

(d)

deskrizzjoni tal-proċessi użati għall-ġestjoni tar-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiv;

(e)

deskrizzjoni tal-fatturi li kellhom impatt fuq il-proporzjon ta' lieva finanzjarja matul il-perijodu li jirreferi għalih il-proporzjon ta' lieva finanzjarja divulgat.

2.   L-istituzzjonijiet ta' kreditu għall-iżvilupp pubbliku kif definiti fl-Artikolu 429a(2) għandhom jiddivulgaw il-proporzjon ta' lieva finanzjarja mingħajr l-aġġustament għall-miżura tal-iskopertura totali determinat f'konformità mal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 429a(1).

3.   Minbarra l-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, istituzzjonijiet kbar għandhom jiddivulgaw il-proporzjon ta' lieva finanzjarja u d-diżaggregazzjoni tal-miżura tal-iskopertura totali msemmija fl-Artikolu 429(4) abbażi tal-medji kkalkulati skont l-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 430(7).

Artikolu 451a

Divulgazzjoni ta' rekwiżiti ta' likwidità

1.   L-istituzzjonijiet li huma soġġetti għall-Parti Sitta għandhom jiddivulgaw informazzjoni dwar il-proporzjon ta' kopertura tal-likwidità, il-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett u l-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità tagħhom f'konformità ma' dan l-Artikolu.

2.   L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità tagħhom kif kalkulat f'konformità mal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1):

(a)

il-medja jew il-medji, kif applikabbli, tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità tagħhom ibbażati fuq l-osservazzjonijiet tal-aħħar tax-xahar matul it-12-il xahar preċedenti għal kull trimestru tal-perijodu ta' divulgazzjoni rilevanti;

(b)

il-medja jew il-medji, kif applikabbli, ta' assi likwidi totali, wara l-applikazzjoni tal-haircuts rilevanti, inkluż fir-riżerva ta' likwidità skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), fuq il-bażi tal-osservazzjonijiet tal-aħħar tax-xahar matul it-12-il xahar preċedenti għal kull trimestru tal-perijodu ta' divulgazzjoni rilevanti, u deskrizzjoni tal-kompożizzjoni tar-riżerva ta' likwidità;

(c)

il-medji tal-flussi ta' ħruġ u ta' dħul tal-likwidità u l-flussi ta' ħruġ netti tal-likwidità tagħhom kif kalkulati f'konformità mal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), fuq il-bażi tal-osservazzjonijiet tal-aħħar tax-xahar matul it-12-il xahar preċedenti għal kull trimestru tal-perijodu ta' divulgazzjoni rilevanti u d-deskrizzjoni tal-kompożizzjoni tagħhom.

3.   L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett tagħhom kif kalkulat f'konformità mat-Titolu IV tal-Parti Sitta:

(a)

iċ-ċifri tal-aħħar tat-trimestru tal-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett tagħhom kalkulati f'konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu IV tal-Parti Sitta għal kull trimestru tal-perijodu ta' divulgazzjoni rilevanti;

(b)

deskrizzjoni ġenerali tal-ammont ta' finanzjament stabbli disponibbli kalkulat f'konformità mal-Kapitolu 3 tat-Titolu IV tal-Parti Sitta;

(c)

deskrizzjoni ġenerali tal-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ kalkulat f'konformità mal-Kapitolu 4 tat-Titolu IV tal-Parti Sitta.

4.   L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-arranġamenti, is-sistemi, il-proċessi u l-istrateġiji fis-seħħ biex jidentifikaw, ikejlu, jimmaniġġaw u jimmonitorjaw ir-riskju tal-likwidità tagħhom f'konformità mal-Artikolu 86 tad-Direttiva 2013/36/UE.

TITOLU III

REKWIŻITI TA' KWALIFIKA GĦALL-UŻU TA' STRUMENTI JEW METODOLOĠIJI PARTIKOLARI

Artikolu 452

Divulgazzjoni tal-użu tal-Approċċ IRB għar-riskju tal-kreditu

L-istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju skont l-Approċċ IRB għar-riskju ta' kreditu għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-permess tal-awtorità kompetenti għall-approċċ jew it-transizzjoni approvata;

(b)

għal kull klassi ta' skopertura msemmija fl-Artikolu 147, il-perċentwal tal-valur tal-iskopertura totali ta' kull klassi ta' skopertura soġġett għall-Approċċ Standardizzat stabbilit fil-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta jew għall-Approċċ IRB stabbilit fil-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, kif ukoll il-parti ta' kull klassi ta' skopertura soġġett għal pjan ta' implimentazzjoni; meta l-istituzzjonijiet ikunu rċevew permess biex jużaw LGDs proprji u fatturi ta' konverżjoni għall-kalkolu tal-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju, għandhom jiddivulgaw b'mod separat il-perċentwal tal-valur tal-iskopertura totali ta' kull klassi ta' skopertura soġġett għal dak il-permess;

(c)

il-mekkaniżmi ta' kontroll għas-sistemi ta' klassifikazzjoni fl-istadji differenti ta' żvilupp, kontrolli u bidliet ta' mudellar, li għandhom jinkludu informazzjoni dwar:

(i)

ir-relazzjoni bejn il-funzjoni ta' maniġġar tar-riskju u l-funzjoni ta' awditu intern;

(ii)

l-analiżi tas-sistemi ta' klassifikazzjoni;

(iii)

il-proċedura biex tiżgura l-indipendenza tal-funzjoni inkarigata mill-analiżi tal-mudelli mill-funzjonijiet responsabbli għall-iżvilupp tal-mudelli;

(iv)

il-proċedura biex tiżgura r-responsabbiltà tal-funzjonijiet inkarigati biex jiżviluppaw u janalizzaw il-mudelli;

(d)

ir-rwol tal-funzjonijiet involuti fl-iżvilupp, l-approvazzjoni u l-bidliet sussegwenti tal-mudelli ta' riskju tal-kreditu;

(e)

il-portata u l-kontenut ewlieni tar-rappurtar relatat mal-mudelli ta' riskju tal-kreditu;

(f)

deskrizzjoni tal-proċess ta' klassifikazzjoni interna skont il-klassi ta' skopertura, inkluż in-numru ta' mudelli ewlenin użati fir-rigward ta' kull portafoll u diskussjoni qasira tad-differenzi ewlenin bejn il-mudelli fl-istess portafoll, li tkopri:

(i)

id-definizzjonijiet, il-metodi u d-data għall-istima u l-validazzjoni ta' PD, li għandhom jinkludu informazzjoni dwar kif jiġu stmati PDs għal portafolli b'riskju baxx ta' inadempjenza, jekk ikunx hemm livelli minimi regolatorji u l-ixprunaturi għal differenzi osservati bejn PD u rati ta' inadempjenza reali mill-inqas għall-aħħar tliet perijodi;

(ii)

fejn applikabbli, id-definizzjonijiet, il-metodi u d-data għall-istima u l-validazzjoni ta' LGD, bħall-metodi biex jikkalkulaw LGD ta' tnaqqis fir-ritmu tal-ekonomija, kif jiġu stmati LGDs għal portafoll b'riskju baxx ta' inadempjenza u l-ħin li jgħaddi bejn l-avveniment ta' inadempjenza u l-għeluq tal-iskopertura;

(iii)

fejn applikabbli, id-definizzjonijiet, il-metodi u d-data għall-istima u l-validazzjoni ta' fatturi ta' konverżjoni, inkluż suppożizzjonijiet użati fid-derivazzjoni ta' dawk il-varjabbli;

(g)

kif applikabbli, l-informazzjoni li ġejja fir-rigward ta' kull klassi ta' skopertura msemmija fl-Artikolu 147:

(i)

l-iskopertura gross tagħhom li tidher fil-karta tal-bilanċ;

(ii)

il-valuri ta' skopertura li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tagħhom qabel il-fattur ta' konverżjoni rilevanti;

(iii)

l-iskopertura tagħhom wara l-applikazzjoni tal-fattur ta' konverżjoni u l-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu rilevanti;

(iv)

kwalunkwe mudell, parametru jew input rilevanti għall-fehim tal-ponderazzjoni tar-riskju u l-ammonti ta' riskju ta' skopertura li jirriżultaw divulgati f'numru suffiċjenti ta' gradi ta' obbligant (inkluż inadempjenza) biex tippermetti differenzjazzjoni sinifikanti ta' riskju tal-kreditu;

(v)

b'mod separat għal dawk il-klassijiet ta' skopertura li fir-rigward tagħhom l-istituzzjonijiet ikunu rċevew permess li jużaw LGDs proprji u fatturi ta' konverżjoni għall-kalkolu ta' ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju, u għal skoperturi li għalihom l-istituzzjonijiet ma jużawx tali stimi, il-valuri msemmijin fil-punt (i), sa (iv) soġġett għal dak il-permess;

(h)

l-istimi tal-istituzzjonijiet ta' PDs kontra r-rata ta' inadempjenza attwali għal kull klassi ta' skopertura tul perijodu itwal, b'divulgazzjoni separata tal-medda ta' PD, l-ekwivalenti ta' klassifikazzjoni esterna, il-medja ponderata u dik aritmetika ta' PD, in-numru ta' obbliganti fi tmiem is-sena preċedenti u tas-sena taħt analiżi, in-numru ta' obbliganti inadempjenti inkluż l-obbliganti inadempjenti ġodda, u r-rata storika, medja, annwali ta' inadempjenza.

Għall-finijiet tal-punt (b) ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-valur ta' skopertura kif definit fl-Artikolu 166.

Artikolu 453

Divulgazzjoni tal-użu ta' tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu

L-istituzzjonijiet li jużaw tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-karatteristiċi prinċipali tal-politiki u l-proċessi prinċipali għan-netting li jidher fil-karta tal-bilanċ u dak li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ u indikazzjoni li turi sa fejn l-istituzzjonijiet jagħmlu użu min-netting tal-karta tal-bilanċ;

(b)

il-karatteristiċi prinċipali tal-politiki u l-proċessi għall-evalwazzjoni u l-maniġġar ta' kollateral eliġibbli;

(c)

deskrizzjoni tat-tipi ewlenin ta' kollateral meħuda mill-istituzzjoni biex jimmitigaw ir-riskju tal-kreditu;

(d)

għal garanziji u derivattivi tal-kreditu użati bħala protezzjoni tal-kreditu, it-tipi ewlenin ta' garantur u kontroparti tad-derivattivi tal-kreditu u l-affidabbiltà tal-kreditu tagħhom użati għall-finijiet ta' tnaqqis tar-rekwiżiti ta' kapital, eskluż dawk użati bħala parti minn strutturi ta' titolizzazzjoni sintetika;

(e)

informazzjoni dwar konċentrazzjonijiet tar-riskju tas-suq jew ta' kreditu fil-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu meħuda;

(f)

għal istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju skont l-Approċċ Standardizzat jew l-Approċċ IRB, il-valur tal-iskopertura totali mhux kopert mill-ebda protezzjoni ta' kreditu eliġibbli u l-valur tal-iskopertura totali kopert mill-protezzjoni ta' kreditu eliġibbli wara l-applikazzjoni ta' aġġustamenti tal-volatilità; id-divulgazzjoni stipulata f'dan il-punt għandha ssir b'mod separat mis-self u t-titolizzazzjoni tad-dejn u tinkludi diżaggregazzjoni tal-iskoperturi inadempjenti;

(g)

il-fattur ta' konverżjoni korrispondenti u l-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu assoċjat mal-iskopertura u l-inċidenza ta' tekniki ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu bl-effett ta' sostituzzjoni u mingħajru;

(h)

għal istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju skont l-Approċċ Standardizzat, il-valur ta' skopertura li jidher u dak li ma jidhirx fil-karti tal-bilanċ skont il-klassi ta' skopertura qabel u wara l-applikazzjoni ta' fatturi ta' konverżjoni u kwalunkwe mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu assoċjat;

(i)

għal istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju skont l-Approċċ Standardizzat, l-ammont ta' skopertura ponderata għar-riskju u l-proporzjon bejn dak l-ammont ta' skopertura ponderata għar-riskju u l-valur ta' skopertura wara l-applikazzjoni tal-fattur tal-konverżjoni korrispondenti u l-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu assoċjat mal-iskopertura; id-divulgazzjoni stipulata f'dan il-punt għandha ssir b'mod separat għal kull klassi ta' skopertura;

(j)

għal istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju taħt l-Approċċ IRB, l-ammont ta' skopertura ponderata għar-riskju qabel u wara r-rikonoxximent tal-impatt ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu ta' derivattivi tal-kreditu; meta l-istituzzjonijiet ikunu rċevew permess biex jużaw l-LGDs proprji u l-fatturi ta' konverżjoni għall-kalkolu tal-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju, għandhom jagħmlu d-divulgazzjoni stipulata f'dan il-punt b'mod separat għall-klassijiet ta' skopertura soġġett għal dik il-permess.

Artikolu 454

Divulgazzjoni tal-użu tal-Approċċi Avvanzati ta' Kejl għar-riskju operazzjonali

L-istituzzjonijiet li jużaw l-Approċċi Avvanzati ta' Kejl stipulati fl-Artikoli 321 sa 324 għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom għar-riskju operazzjonali għandhom jiddivulgaw deskrizzjoni tal-użu tagħhom ta' assigurazzjoni u ta' mekkaniżmi oħra ta' trasferiment tar-riskju għall-fini ta' mitigazzjoni ta' dak ir-riskju.

Artikolu 455

Użu tal-mudelli interni tar-riskju tas-suq

L-istituzzjonijiet li jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' kapital tagħhom skont l-Artikolu 363 għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja:

(a)

għal kull subportafoll kopert:

(i)

il-karatteristiċi tal-mudelli użati;

(ii)

fejn applikabbli, għall-mudelli interni għar-riskju inkrimentali ta' inadempjenza u ta' migrazzjoni u għan-negozjar ta' korrelazzjoni, il-metodoloġiji użati u r-riskji kkalkulati permezz tal-użu ta' mudell intern inkluż deskrizzjoni tal-approċċ użat mill-istituzzjoni sabiex jiġu ddeterminati l-perijodi ta' likwidità, il-metodoloġiji użati sabiex tinkiseb valutazzjoni tal-kapital li hija konsistenti mal-istandard ta' solidità meħtieġ u l-approċċi użati fil-validazzjoni tal-mudell;

(iii)

deskrizzjoni tal-ittestjar għal stress applikat għas-subportafoll;

(iv)

deskrizzjoni tal-approċċi użati għall-ittestjar b'lura u l-validazzjoni tal-preċiżjoni u l-konsistenza tal-mudelli interni u l-proċessi ta' mudellar;

(b)

l-ambitu tal-permess mill-awtorità kompetenti;

(c)

deskrizzjoni tal-firxa u l-metodoloġiji għall-konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 104 u 105;

(d)

l-ogħla, l-inqas u l-valur medju ta' dawn li ġejjin:

(i)

il-kalkoli ta' kuljum tal-valur fir-riskju tul il-perijodu tar-rappurtar u fi tmiem il-perijodu tar-rappurtar;

(ii)

il-kalkoli tal-valur fir-riskju taħt stress tul il-perijodu tar-rappurtar u fi tmiem il-perijodu tar-rappurtar;

(iii)

in-numri ta' riskju għar-riskju ta' inadempjenza inkrimentali u ta' migrazzjoni u għar-riskju speċifiku tal-portafoll tan-negozjar ta' korrelazzjoni fuq il-perijodu ta' rappurtar u fi tmiem il-perijodu tar-rappurtar;

(e)

l-elementi tar-rekwiżit għall-fondi proprji kif speċifikati fl-Artikolu 364;

(f)

il-perijodu ta' likwidità medja ponderata għal kull subportafoll kopert mill-mudelli interni għar-riskju inkrimentali ta' inadempjenza u ta' migrazzjoni u għan-negozjar ta' korrelazzjoni;

(g)

tqabbil tal-kalkoli tal-valur fir-riskju fi tmiem il-ġurnata ta' kull ġurnata mal-bidliet ta' ġurnata waħda fil-valur tal-portafoll sa tmiem il-jum ta' xogħol sussegwenti flimkien ma' analiżi ta' kull qbiż importanti fil-valur matul il-perijodu ta' rappurtar.

(*15)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).”;"

(120)

fl-Artikolu 456, jiżdied il-punt li ġej:

“(k)

l-emendi għar-rekwiżiti ta' divulgazzjoni stabbiliti fit-Titoli II u III tal-Parti Tmienja biex jittieħed kont ta' żviluppi jew emendi tal-istandards internazzjonali dwar id-divulgazzjoni.”;

(121)

fl-Artikolu 457, il-punt (i) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(i)

Il-Parti Tnejn u l-Artikolu 430 biss bħala riżultat tal-iżviluppi fl-istandards tal-kontabbiltà jew ir-rekwiżiti li jqisu l-atti leġislattivi tal-Unjoni”;

(122)

L-Artikolu 458 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Fejn l-awtorità nominata f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tidentifika bidliet fl-intensità ta' riskju makroprudenzjali jew sistemiku fis-sistema finanzjarja bil-potenzjal ta' konsegwenzi negattivi serji għas-sistema finanzjarja u l-ekonomija reali fi Stat Membru speċifiku u li dik l-awtorità tqis li ma jistgħux jiġu indirizzati permezz ta' għodod makroprudenzjali oħra stipulati f'dan ir-Regolament u d-Direttiva 2013/36/UE b'mod effettiv daqs l-implimentazzjoni ta' miżuri nazzjonali aktar stretti, hija għandha tinnotifika dan lill-Kummissjoni u lill-BERS. Il-BERS għandu jibgħat in-notifika lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, u lill-ABE mingħajr dewmien.

In-notifika għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti li ġejjin u tinkludi, fejn adatt, evidenza kwantitattiva jew kwalitattiva rilevanti dwar:

(a)

il-bidliet fl-intensità ta' riskju makroprudenzjali jew sistemiku;

(b)

ir-raġunijiet għalfejn tali bidliet jistgħu joħolqu theddida għall-istabbiltà finanzjarja fil-livell nazzjonali jew għall-ekonomija reali;

(c)

spjegazzjoni dwar għaliex l-awtorità tqis li l-għodod makroprudenzjali stipulati fl-Artikoli 124 u 164 ta' dan ir-Regolament u l-Artikoli 133 u 136 tad-Direttiva 2013/36/UE jkunu inqas adatti u effettivi biex jittrattaw dawk ir-riskji milli l-abbozz ta' miżuri nazzjonali msemmija fil-punt (d) ta' dan il-paragrafu;

(d)

l-abbozz ta' miżuri nazzjonali għal istituzzjonijiet awtorizzati domestikament, jew subsett ta' dawk l-istituzzjonijiet, maħsuba għall-mitigazzjoni tal-bidliet fl-intensità ta' riskju u dwar:

(i)

il-livell ta' fondi proprji stabbiliti fl-Artikolu 92;

(ii)

ir-rekwiżiti għal skoperturi kbar stabbiliti fl-Artikolu 392 u l-Artikoli 395 sa 403;

(iii)

rekwiżiti ta' likwidità stabbiliti fil-Parti Sitta;

(iv)

ponderazzjonijiet tar-riskju għall-individwar ta' bżieżaq spekulattivi ta' assi fis-settur tal-proprjetà residenzjali u tal-proprjetà immobbli kummerċjali;

(v)

ir-rekwiżiti ta' divulgazzjoni pubblika stabbiliti fil-Parti Tmienja;

(vi)

il-livell tal-buffer ta' konservazzjoni tal-kapital stabbilit fl-Artikolu 129 tad-Direttiva 2013/36/UE; jew

(vii)

skoperturi fi ħdan is-settur finanzjarju;

(e)

spjegazzjoni dwar għalfejn l-abbozz ta' miżuri jitqiesu mill-awtorità nominata f'konformità mal-paragrafu 1 li jkunu adatti, effettivi u proporzjonati biex jindirizzaw is-sitwazzjoni; u

(f)

valutazzjoni tal-impatt pożittiv jew negattiv probabbli tal-abbozz ta' miżuri dwar is-suq intern ibbażata fuq informazzjoni li tkun disponibbli għall-Istat Membru konċernat.”;

(b)

Il-paragrafi 4 u 5 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“4.   Is-setgħa li tadotta att ta' implimentazzjoni li jirrifjuta l-abbozz ta' miżuri nazzjonali msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 2 tingħata lill-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, fuq proposta mill-Kummissjoni.

Il-BERS u l-ABE għandhom, fi żmien xahar minn meta jirċievu n-notifika msemmija fil-paragrafu 2, jagħtu l-opinjonijiet tagħhom dwar il-kwistjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (f) ta' dak il-paragrafu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru konċernat.

Filwaqt li jittieħed l-akbar kont possibbli tal-opinjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu u jekk ikun hemm evidenza robusta, qawwija u dettaljata li l-miżura jkollha impatt negattiv fuq is-suq intern li tegħleb il-benefiċċji tal-istabbiltà finanzjarja li jirriżultaw fi tnaqqis tar-riskju makroprudenzjali jew sistemiku identifikat, il-Kummissjoni tista', fi żmien xahar, tipproponi lill-Kunsill att ta' implimentazzjoni li jirrifjuta l-abbozz ta' miżuri nazzjonali.

Fin-nuqqas ta' proposta tal-Kummissjoni f'dak il-perijodu ta' xahar, l-Istat Membru konċernat jista' b'mod immedjat jadotta l-abbozz ta' miżuri nazzjonali għal perijodu ta' mhux aktar minn sentejn jew sal-waqt meta ir-riskju makroprudenzjali jew sistemiku ma jibqax jeżisti jekk dan iseħħ qabel.

Il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar il-proposta tal-Kummissjoni fi żmien xahar wara l-wasla tal-proposta u jiddikjara r-raġunijiet tiegħu għar-rifjut jew le tal-abbozz ta' miżuri nazzjonali.

Il-Kunsill għandu jirrifjuta l-abbozz ta' miżuri nazzjonali biss jekk jikkunsidra li waħda jew aktar mill-kondizzjonijiet li ġejjin ma jintlaħqux:

(a)

il-bidliet fl-intensità ta' riskju makroprudenzjali jew sistemiku jkunu ta' tali natura li jkunu ta' riskju għall-istabbiltà finanzjarja fil-livell nazzjonali;

(b)

l-għodod makroprudenzjali stipulati f'dan ir-Regolament u fid-Direttiva 2013/36/UE huma inqas adatti jew effettivi mill-abbozz ta' miżuri nazzjonali biex jittrattaw ir-riskju makroprudenzjali jew sistemiku identifikat;

(c)

l-abbozz ta' miżuri nazzjonali ma jinvolvix effetti negattivi sproporzjonati fuq is-sistema finanzjarja kollha jew partijiet minnha fi Stati Membri oħrajn jew fl-Unjoni kollha, li b'hekk jifforma jew joħloq ostaklu għall-funzjonament tas-suq intern; u

(d)

il-kwistjoni tikkonċerna biss Stat Membru wieħed.

Il-valutazzjoni tal-Kunsill għandha tieħu kont tal-opinjoni tal-BERS u l-ABE u għandha tkun ibbażata fuq l-evidenza ppreżentata f'konformità mal-paragrafu 2 mill-awtorità nominata f'konformità mal-paragrafu 1.

Fin-nuqqas ta' att ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li jirrifjuta l-abbozz ta' miżuri nazzjonali fi żmien xahar minn meta jirċievu l-proposta mill-Kummissjoni, l-Istat Membru konċernat jista' jadotta l-miżuri u japplikahom għal perijodu ta' mhux aktar minn sentejn jew sal-waqt meta ir-riskju makroprudenzjali jew sistemiku ma jibqax jeżisti jekk dan iseħħ qabel.

5.   Stati Membri oħra jistgħu jirrikonoxxu l-miżuri adottati f'konformità ma' dan l-Artikolu u japplikawhom għal istituzzjonijiet awtorizzati domestikament, li jkollhom fergħat jew ikollhom skoperturi li jinsabu fl-Istat Membru awtorizzat li japplika l-miżura.”;

(c)

il-paragrafi 9 u 10 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“9.   Qabel l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni maħruġa f'konformità mal-paragrafu 4, l-Istat Membru konċernat għandu, f'konsultazzjoni mal-BERS u l-ABE, jirrevedi s-sitwazzjoni u jista' jadotta, f'konformità mal-proċedura msemmija fil-paragrafu 4, deċiżjoni ġdida għall-estensjoni tal-perijodu ta' applikazzjoni tal-miżuri nazzjonali għal mhux aktar minn sentejn addizzjonali kull darba. Wara l-ewwel estensjoni, il-Kummissjoni għandha f'konsultazzjoni mal-BERS u l-ABE tirrevedi s-sitwazzjoni tal-inqas kull sentejn wara.

10.   Minkejja l-proċedura kif stabbilit fil-paragrafi 3 sa 9 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jitħallew iżidu l-ponderazzjonijiet tar-riskju lil hinn minn dawk previsti f'dan ir-Regolament b'sa mhux aktar minn 25 %, għal dawk l-iskoperturi identifikati fil-punti (d)(iv) u (d)(vii) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u jirrestrinġu l-limitu ta' skopertura kbira previst fl-Artikolu 395 b'sa mhux aktar minn 15 % għal perijodu ta' mhux aktar minn sentejn jew sa meta r-riskju makroprudenzjali jew sistemiku ma jibqax jeżisti jekk dan iseħħ qabel, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet u r-rekwiżiti ta' notifika stipulati fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.”;

(123)

l-Artikolu 460 jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 462 biex tispeċifika fid-dettall ir-rekwiżit ġenerali stipulat fl-Artikolu 412(1). Atti delegati adottati f'konformità ma' dan il-paragrafu għandhom jkunu bbażati fuq l-elementi li għandhom jiġu rappurtati f'konformità mat-Titolu II tal-Parti Sitta u l-Anness III u għandhom jispeċifikaw ċ-ċirkostanzi li fihom l-awtoritajiet kompetenti għandhom jimponu livelli speċifiċi ta' flussi ta' dħul u ta' ħruġ fuq istituzzjonijiet sabiex ikunu koperti riskji speċifiċi li huma esposti għalihom u għandhom jirrispetta l-livelli limiti stipulati fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta atti delegati li jispeċifikaw ir-rekwiżiti tal-likwidità dettaljati għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 8(3), l-Artikoli 411 sa 416, 419, 422, 425, 428a, 428f, 428g, 428j sa 428n, 428p, 428r, 428s, 428w, 428ae, 428ag, 428ah, 428ak u 451a ta' dan ir-Regolament.”;

(b)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li temenda dan ir-Regolament billi tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 462 li jemendaw il-lista ta' prodotti jew servizzi stipulata fl-Artikolu 428f(2) jekk tqis li l-assi u l-obbligazzjonijiet marbutin direttament ma' prodotti jew servizzi oħra jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 428f(1).

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-att delegat imsemmi fl-ewwel subparagrafu sat-28 ta' Ġunju 2024.”;

(124)

jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 461a

Approċċ standardizzat alternattiv għar-riskju tas-suq

Għall-finijiet tar-rekwiżiti ta' rappurtar previsti fl-Artikolu 430b(1), il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 462, biex temenda dan ir-Regolament billi twettaq aġġustamenti tekniċi fl-Artikoli 325e, 325g sa 325j, 325p, 325q, 325ae, 325ak, 325am, 325ap sa 325at, 325av, 325ax, u tispeċifika l-ponderazzjoni tar-riskju tal-bucket 11 tat-Tabella 4 fl-Artikolu 325ah u l-ponderazzjonijiet tar-riskju ta' bonds koperti maħruġa minn istituzzjonijiet ta' kreditu f'pajjiżi terzi f'konformità mal-Artikolu 325ah, u l-korrelazzjoni ta' bonds koperti maħruġa minn istituzzjonijiet ta' kreditu f'pajjiżi terzi f'konformità mal-Artikolu 325aj tal-approċċ standardizzat alternattiv stipulat fil-Kapitolu 1a tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta, waqt li tqis l-iżviluppi fl-istandards regolatorji internazzjonali.

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 1 sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2019.”;

(125)

L-Artikolu 462 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 462

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 244(6) u 245(6), u fl-Artikoli 456 sa 460 u fl-Artikolu 461a għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' żmien indeterminat mit-28 ta' Ġunju 2013.

3.   Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikoli 244(6) u 245(6), u fl-Artikoli 456 sa 460 u fl-Artikolu 461a tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. M'għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ.

4.   Qabel tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikoli 244(6) u 245(6), u l-Artikoli 456 sa 460 u fl-Artikolu 461a għandu jidħol biss fis-seħħ jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perijodu ta' tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni bil-fatt li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”;

(126)

fl-Artikolu 471, il-paragrafu 1 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.   B'deroga mill-Artikolu 49(1), matul il-perijodu mill-31 ta' Diċembru 2018 sal-31 ta' Diċembru 2024, l-istituzzjonijiet jistgħu jagħżlu li ma jnaqqsux holdings ta' ekwità f'impriżi tal-assigurazzjoni, impriżi tar-riassigurazzjoni u kumpanniji azzjonarji tal-assigurazzjoni meta jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (a) u (e) tal-Artikolu 49(1);

(b)

l-awtoritajiet kompetenti jkunu sodisfatti bil-livell ta' kontroll tar-riskju u l-proċeduri tal-analiżi finanzjarja adottati speċifikament mill-istituzzjoni sabiex tissorvelja l-investiment fl-impriża jew kumpannija holding;

(c)

il-holdings ta' ekwità tal-istituzzjoni fl-impriża tal-assigurazzjoni, l-impriża tar-riassigurazzjoni jew kumpannija holding tal-assigurazzjoni ma jkunux aktar minn 15 % tal-istrumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 maħruġa minn dik l-entità ta' assigurazzjoni sal-31 ta' Diċembru 2012 u matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2013 sal-31 ta' Diċembru 2024;

(d)

l-ammont ta' holding ta' ekwità li ma jitnaqqasx ma jkunx aktar mill-ammont miżmum fl-istrumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 fl-impriża tal-assigurazzjoni, l-impriża tar-riassigurazzjoni jew il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni sal-31 ta' Diċembru 2012.”;

(127)

L-Artikolu 493 jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, l-ewwel sentenza hija sostitwita b'dan li ġej:

“Id-dispożizzjonijiet dwar skoperturi kbar kif stabbilit fl-Artikoli 387 sa 403 ta' dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għal ditti tal-investimenti li n-negozju ewlieni tagħhom jikkonsisti b'mod esklussiv fil-forniment ta' servizzi ta' investiment jew f'attivitajiet relatati mal-istrumenti finanzjarji stipulati fil-punti (5), (6), (7), (9), (10) u (11) tat-Taqsima C tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE u li fil-31 ta' Diċembru 2006 ma kinitx tapplika għalihom id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*16).

(*16)  Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1).”;"

(b)

fil-paragrafu 3, il-punt (c) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(c)

‘skoperturi, inkluż parteċipazzjonijiet jew tipi oħra ta' holdings, imġarrba minn istituzzjoni għall-impriża prinċipali tagħha, għal sussidjarji oħra ta' dik l-impriża prinċipali jew għas-sussidjarji tagħha stess u holdings kwalifikanti, sakemm dawk l-impriżi ma jkunux koperti mis-superviżjoni fuq bażi konsolidata li għaliha tkun soġġetta l-istituzzjoni stess, f'konformità ma' dan ir-Regolament, id-Direttiva 2002/87/KE jew mal-istandards ekwivalenti fis-seħħ f'pajjiż terz.; skoperturi li ma jissodisfawx dawk il-kriterji, kemm jekk ikunu eżentati kif ukoll jekk ma jkunux eżentati mill-Artikolu 395(1) ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu ttrattati bħala skoperturi għal parti terza;”;

(128)

L-Artikolu 494 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 494

Dispożizzjonijiet transizzjonali dwar ir-rekwiżit għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli

1.   B'deroga mill-Artikolu 92a, sa mis-27 ta' Ġunju 2019 sal-31 ta' Diċembru 2021, l-istituzzjonijiet identifikati bħala entitajiet ta' riżoluzzjoni li jkunu G-SIIs jew parti minn G-SII għandhom dejjem jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli:

(a)

proporzjon ibbażat fuq ir-riskju ta' 16 %, li jirrappreżenta l-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni espress bħala perċentwal tal-ammont tal-iskopertura għar-riskju totali kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) u (4);

(b)

proporzjon mhux ibbażat fuq ir-riskju ta' 6 %, li jirrappreżenta l-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni espress bħala perċentwal tal-kejl totali tal-iskopertura msemmi fl-Artikolu 429(4).

2.   B'deroga mill-Artikolu 72b(3), sa mis-27 ta' Ġunju 2019 sal-31 ta' Diċembru 2021, l-ammont kemm l-istrumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fl-Artikolu 72b(3) jistgħu jiġu inklużi fl-elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli għandu jkun sa 2,5 % tal-ammont totali ta' skopertura għar-riskju kalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) u (4).

3.   B'deroga mill-Artikolu 72b(3), sakemm l-awtorità ta' riżoluzzjoni tivvaluta għall-ewwel darba l-konformità mal-kondizzjoni stipulata fil-punt (c) ta' dak il-paragrafu, l-obbligazzjonijiet għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli sa ammont aggregat li, sal-31 ta' Diċembru 2021, ma jaqbiżx 2,5 % u, wara dik id-data, 3,5 % tal-ammont totali ta' skopertura għar-riskju kalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) u (4), dment li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 72b(3).”;

(129)

jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin:

“Artikolu 494a

Anterjorità ta' ħruġ permezz ta' entitajiet bi skop speċjali

1.   B'deroga mill-Artikolu 52, l-istrumenti kapitali mhux maħruġa direttament minn istituzzjoni għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali sal-31 ta' Diċembru 2021 biss meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 52(1), ħlief għall-kondizzjoni li teħtieġ li l-istrumenti jinħarġu direttament mill-istituzzjoni;

(b)

l-istrumenti jinħarġu permezz ta' entità fi ħdan il-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed;

(c)

ir-rikavati jkunu immedjatament disponibbli għall-istituzzjoni mingħajr limitazzjoni u f'forma li tissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati f'dan il-paragrafu.

2.   B'deroga mill-Artikolu 63, strumenti kapitali mhux maħruġa direttament minn istituzzjoni għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta' Grad 2 sal-31 ta' Diċembru 2021 biss meta jintlaħqu l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 63(1), ħlief għall-kondizzjoni li teħtieġ li l-istrumenti jinħarġu direttament mill-istituzzjoni;

(b)

l-istrumenti jinħarġu permezz ta' entità fi ħdan il-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed;

(c)

ir-rikavati jkunu immedjatament disponibbli għall-istituzzjoni mingħajr limitazzjoni u f'forma li tissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati f'dan il-paragrafu.

Artikolu 494b

Anterjorità ta' strumenti ta' fondi proprji u strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli

1.   B'deroga mill-Artikoli 51 u 52, l-istrumenti maħruġa qabel is-27 ta' Ġunju 2019 għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali sa mhux iktar tard mit-28 ta' Ġunju 2025, meta jilħqu l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 51 u 52, ħlief għall-kondizzjonijiet imsemmija fil-punti (p), (q) u (r) tal-Artikolu 52(1).

2.   B'deroga mill-Artikoli 62 u 63, l-istrumenti maħruġa qabel is-27 ta' Ġunju 2019 għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta' Grad 2 sa mhux aktar tard mit-28 ta' Ġunju 2025 fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju] meta jilħqu l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 62 u 63, ħlief għall-kondizzjonijiet imsemmija fil-punti (n), (o) u (p) tal-Artikoli 63.

3.   B'deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 72a(1), l-obbligazzjonijiet maħruġa qabel is-27 ta' Ġunju 2019 għandhom jikkwalifikaw bħala elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli meta jilħqu l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 72b, ħlief għall-kondizzjonijiet imsemmija fil-punt (b)(ii) u l-punti (f) sa (m) tal-Artikolu 72b(2).”;

(130)

l-Artikolu 497 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 497

Rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi għal CCPs

1.   Meta CCP ta' pajjiż terz tapplika għal rikonoxximent f'konformità mal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-istituzzjonijiet jistgħu jikkunsidraw dik is-CCP bħala QCCP mid-data li fiha ppreżentat l-applikazzjoni tagħha għal rikonoxximent lill-ESMA u sa waħda mid-dati li ġejjin:

(a)

meta l-Kummissjoni tkun diġà adottat l-att ta' implimentazzjoni imsemmi fl-Artikolu 25(6) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-pajjiż terz li fih is-CCP tkun stabbilita u dak l-att ta' implimentazzjoni jkun daħal fis-seħħ, sentejn wara d-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni;

(b)

meta l-Kummissjoni ma tkunx għadha adottat l-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 25(6) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-pajjiż terz li fih is-CCP tkun stabbilita jew meta dak l-att ta' implimentazzjoni jkun għadu ma daħalx fis-seħħ, l-ewwel data li sseħħ mid-dati li ġejjin:

(i)

sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att ta' implimentazzjoni;

(ii)

għal CCPs li jippreżentaw l-applikazzjoni wara s-27 ta' Ġunju 2019, sentejn wara d-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni;

(iii)

għal dawk is-CCPs li jippreżentaw l-applikazzjoni qabel is-27 ta' Ġunju 2019, it-28 ta' Ġunju 2021.

2.   Sal-iskadenza tad-data ta' skadenza msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, meta CCP imsemmija f'dak il-paragrafu ma jkollhiex fond ta' inadempjenza u ma jkollhiex fis-seħħ arranġament vinkolanti mal-membri ta' kklerjar tagħha li jippermettilha tuża l-marġni inizjali kollu jew parti minnu riċevut mill-membri ta' kklerjar tagħha daqs li kieku kienu kontribuzzjonijiet prefinanzjati, l-istituzzjoni għandha tissostitwixxi l-formula għall-kalkolu tar-rekwiżit ta' fondi proprji fl-Artikolu 308(2) ma' din li ġejja:

Formula

fejn:

Formula

=

ir-rekwiżit ta' fondi proprji;

KCCP

=

il-kapital ipotetiku tal-QCCP ikkomunikat lill-istituzzjoni mill-QCCP skont l-Artikolu 50c tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

DFCCP

=

ir-riżorsi finanzjarji prefinanzjati tas-CCP ikkomunikati lill-istituzzjoni mis-CCP skont l-Artikolu 50c tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

i

=

l-indiċi li jindika l-membru ta' kklerjar;

IMi

=

il-marġni inizjali kollokat mas-CCP mill-membru ta' kklerjar i; u

IM

=

l-ammont totali ta' marġni inizjali komunikat lill-istituzzjoni mis-CCP f'konformità mal-Artikolu 89(5a) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

3.   F'ċirkostanzi eċċezzjonali, meta jkun meħtieġ u proporzjonat sabiex jiġi evitat tfixkil għas-swieq finanzjarji internazzjonali, il-Kummissjoni tista' tadotta, b'atti ta' implimentazzjoni, u soġġett għall-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 464(2), deċiżjoni biex testendi darba, bi 12-il xahar, id-dispożizzjonijiet transizzjonali stipulati fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.”;

(131)

fl-Artikolu 498(1), l-ewwel subparagrafu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Id-dispożizzjonijiet dwar ir-rekwiżiti ta' fondi proprji kif stipulati f'dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għal ditti tal-investiment li n-negozju ewlieni tagħhom jikkonsisti b'mod esklussiv mill-forniment ta' servizzi tal-investiment jew f'attivitajiet relatati mal-istrumenti finanzjarji stipulati fil-punti (5), (6), (7), (9), (10) u (11) tat-Taqsima C tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE u li fil-31 ta' Diċembru 2006 ma kienetx tapplika għalihom id-Direttiva 2004/39/KE.”;

(132)

L-Artikolu 499(3) huwa mħassar;

(133)

l-Artikoli 500 u 501 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“Artikolu 500

Aġġustament għal disponimenti fuq skala kbira

1.   B'deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 181(1), istituzzjoni tista' taġġusta l-istimi tagħha tal-LGD billi tpaċi parzjalment jew għalkollox l-effett ta' disponimenti fuq skala kbira ta' skoperturi inadempjenti fuq LGDs realizzati sad-differenza bejn il-medja tal-istimi tal-LGD għal skoperturi inadempjenti komparabbli li jkunu għadhom ma ġewx likwidati b'mod finali u l-medja tal-LGDs realizzati inkluż abbażi tat-telf realizzat minħabba d-disponimenti fuq skala kbira, hekk kif jintlaħqu l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-istituzzjoni tkun innotifikat lill-awtorità kompetenti bi pjan li jipprovdi l-iskala, il-kompożizzjoni u d-dati tad-disponimenti tal-iskoperturi inadempjenti;

(b)

id-dati tad-disponimenti ta' skoperturi inadempjenti huma wara t-23 ta' Novembru 2016 iżda mhux aktar tard mit-28 ta' Ġunju 2022;

(c)

l-ammont kumulattiv ta' skoperturi inadempjenti disposti minn wara d- data tal-ewwel disponiment f'konformità mal-pjan imsemmi fil-punt (a) jkun qabeż 20 % tal-ammont kumulattiv tal-inadempjenzi kollha osservati sad-data tal-ewwel disponiment imsemmija fil-punti (a) u (b).

L-aġġustament imsemmi fl-ewwel subparagrafu jista' jsir biss sat-28 ta' Ġunju 2022 u l-effetti tiegħu jistgħu jdumu sakemm l-iskoperturi korrispondenti jkunu inklużi fl-istimi tal-LGD tal-istituzzjoni stess.

2.   L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien meta tkun intlaħqet il-kondizzjoni tal-punt (c) tal-paragrafu 1.

Artikolu 501

Aġġustament ta' skoperturi ponderati għar-riskju li mhumiex inadempjenti ta' SMEs

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jaġġustaw l-ammonti ta' skopertura ponderata għar-riskju għal skoperturi mhux inadempjenti għal SME (RWEA), li jiġu kalkulati f'konformità mal-Kapitolu 2 jew 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, kif applikabbli, f'konformità mal-formula li ġejja:

Formula

fejn:

RWEA*

=

ir-RWEA aġġustata b'fattur ta' appoġġ ta' SME; u

E*

=

l-ammont totali dovut lill-istituzzjoni, is-sussidjarji tagħha, l-impriżi prinċipali tagħha u sussidjarji oħra ta' dawk l-impriżi prinċipali, inkluż kwalunkwe skopertura inadempjenti, iżda bl-esklużjoni ta' pretensjonijiet jew pretensjonijiet kontinġenti żgurati fuq kollateral ta' proprjetà, mill-SME jew il-grupp ta' klijenti konnessi tal-SME.

2.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu:

(a)

l-iskopertura għal SME għandha tiġi inkluża jew fil-livell tal-konsumatur inkella f'dawk korporattivi jew iggarantiti minn ipoteki fuq klassijiet ta' proprjetà immobbli;

(b)

SME hija definita f'konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (*17); fost il-kriterji elenkati fl-Artikolu 2 tal-Anness għal dik ir-Rakkomandazzjoni il-fatturat annwali biss għandu jittieħed kont tiegħu;

(c)

l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu passi raġonevoli biex jiddeterminaw b'mod korrett E* u jiksbu l-informazzjoni meħtieġa taħt il-punt (b).

(*17)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).”;"

(134)

jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 501a

Aġġustament għar-rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskju tal-kreditu għall-iskoperturi għal entitajiet li joperaw jew jiffinanzjaw strutturi jew faċilitajiet fiżiċi, sistemi u netwerks li jipprovdu jew jappoġġaw servizzi pubbliċi essenzjali

1.   Rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskju tal-kreditu kalkulat f'konformità mat-Titolu II, Parti III għandhom jiġu multiplikati b'fattur ta' 0,75, dment li l-iskopertura tkun konformi mal-kriterji kollha li ġejjin:

(a)

l-iskopertura tiġi inkluża jew fil-klassi ta' skopertura korporattiva inkella fil-klassi ta' skoperturi ta' self speċjalizzat, bl-esklużjoni ta' skoperturi inadempjenti;

(b)

l-iskopertura hija għal entità li nħolqot speċifikament biex tiffinanzja jew topera strutturi jew faċilitajiet fiżiċi, sistemi u netwerks li jipprovdu jew jappoġġaw servizzi pubbliċi essenzjali;

(c)

is-sors tar-ripagament tal-obbligu hu rappreżentat b'mhux inqas minn żewġ terzi tal-ammont tiegħu mid-dħul ġenerat mill-assi li qed jiġu finanzjati, pjuttost milli l-kapaċità indipendenti ta' impriża kummerċjali usa', jew minn sussidji, għotjiet jew finanzjament ipprovduti minn waħda jew aktar mill-entitajiet elenkati fil-punti (b)(i) u (b)(ii) tal-paragrafu 2;

(d)

l-obbligant jista' jissodisfa l-obbligi finanzjarji tiegħu anki taħt kondizzjonijiet stressjati b'mod sever li jkunu rilevanti għar-riskju tal-proġett;

(e)

il-flussi ta' flus li l-obbligant jiġġenera jkunu prevedibbli u jkopru r-ripagamenti ta' self futuri kollha matul il-perijodu tas-self;

(f)

ir-riskju ta' finanzjament mill-ġdid tal-iskopertura jkun baxx jew mitigat b'mod adegwat, b'kont meħud ta' kwalunkwe sussidju, għotja jew finanzjament ipprovdut minn waħda jew aktar mill-entitajiet elenkati fil-punti (b)(i) u (b)(ii) tal-paragrafu 2;

(g)

l-arranġamenti kuntrattwali jipprovdu lis-selliefa grad għoli ta' protezzjoni inkluż dawn li ġejjin:

(i)

meta d-dħul tal-obbligant ma jkunx finanzjat permezz ta' pagamenti minn numru kbir ta' utenti, l-arranġamenti kuntrattwali għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li effettivament jipproteġu lis-selliefa kontra telf li jirriżulta mit-tmiem tal-proġett mill-parti li taqbel li tixtri l-prodotti jew is-servizzi provduti mill-obbligant;

(ii)

l-obbligant ikollu fondi ta' riserva suffiċjenti finanzjati bis-sħiħ bil-flus jew arranġamenti finanzjarji oħra ma' garanti bi klassifikazzjoni għolja biex ikopri l-finanzjament ta' kontinġenza u r-rekwiżiti ta' kapital operatorju tul il-ħajja tal-assi imsemmija fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu;

(iii)

is-selliefa jkollhom livell sostanzjali ta' kontroll fuq l-assi u d-dħul ġenerat mill-obbligant;

(iv)

is-selliefa jkollhom il-benefiċċju ta' sigurtà sa fejn permess mil-liġi applikabbli f'assi u kuntratti kritiċi għan-negozju tal-infrastruttura jew ikollhom mekkaniżmi alternattivi stabbiliti biex jiżguraw il-pożizzjoni tagħhom;

(v)

l-ekwità tintwiegħed lis-selliefa sabiex ikunu jistgħu jieħdu kontroll tal-entità mal-inadempjenza;

(vi)

ikun ristrett l-użu ta' flussi ta' flus operatorji netti wara pagamenti obbligatorji mill-proġett għal finijiet ħlief obbligi għall-ħlas tad-dejn;

(vii)

ikun hemm restrizzjonijiet kuntrattwali fuq il-kapaċità tal-obbligant biex iwettaq attivitajiet li jistgħu jkunu ta' detriment għas-selliefa, inkluż ir-restrizzjoni li dejn ġdid ma jistax jinħareġ mingħajr il-kunsens ta' fornituri tas-self eżistenti;

(h)

l-obbligu jkun privileġġat fir-rigward tal-pretensjonijiet l-oħra kollha ħlief pretensjonijiet statutorji u pretensjonijiet minn kontropartijiet derivattivi;

(i)

meta l-obbligant ikun fil-fażi ta' kostruzzjoni, il-kriterji li ġejjin għandhom jiġu sodisfatti mill-investitur tal-ekwità, jew meta jkun hemm iktar minn investitur wieħed tal-ekwità, il-kriterji li ġejjin għandhom jiġu sodisfatti minn grupp ta' investituri tal-ekwità kollu kemm hu:

(i)

l-investituri tal-ekwità jkollhom storja ta' sorveljanza b'suċċess ta' proġetti infrastrutturali, is-saħħa finanzjarja u l-għarfien espert rilevanti;

(ii)

l-investituri tal-ekwità jkollhom riskju baxx ta' inadempjenza, jew ikun hemm riskju baxx ta' telf materjali għall-obbligant bħala riżultat tal-inadempjenza tagħhom;

(iii)

ikun hemm mekkaniżmi adegwati fis-seħħ biex jallinjaw l-interess tal-investituri tal-ekwità mal-interessi tas-selliefa;

(j)

l-obbligant ikollu salvagwardji adegwati biex jiżguraw tlestija tal-proġett skont l-ispeċifikazzjoni, il-baġit jew id-data tat-tlestija miftiehma; inkluż garanziji b'saħħithom ta' tlestija jew l-involviment ta' kostruttur ta' esperjenza u dispożizzjonijiet adegwati fil-kuntratt għal danni likwidati;

(k)

meta r-riskji operatorji jkunu materjali, ikunu ġestiti tajjeb;

(l)

l-obbligant juża teknoloġija u disinn ittestjati;

(m)

ikunu nkisbu l-permessi u l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa kollha;

(n)

l-obbligant juża derivattivi biss għal finijiet ta' mitigazzjoni tar-riskju;

(o)

l-obbligant ikun wettaq valutazzjoni dwar jekk l-assi li qed jiġu ffinanzjati jikkontribwixxux għall-objettivi ambjentali li ġejjin:

(i)

il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima;

(ii)

l-adattament għat-tibdil fil-klima;

(iii)

l-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar;

(iv)

it-tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari, il-prevenzjoni u r-riċiklaġġ tal-iskart;

(v)

il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis;

(vi)

il-protezzjoni tal-ekosistemi b'saħħithom.

2.   Għall-finijiet ta' punt (e) tal-paragrafu 1, il-flussi ta' flus ġenerati ma għandhomx jitqiesu bħala prevedibbli sakemm parti sostanzjali tad-dħul ma tissodisfax il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

jiġi sodisfatt wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(i)

id-dħul ikun ibbażat fuq id-disponibbiltà;

(ii)

id-dħul ikun soġġett għal regolament tar-rata tar-redditu;

(iii)

id-dħul ikun soġġett għal kuntratt take-or-pay;

(iv)

il-livell ta' produzzjoni jew tal-użu u l-prezz għandhom b'mod indipendenti jissodisfaw wieħed mill-kriterji li ġejjin:

ikunu regolati,

ikunu ffissati b'kuntratt,

ikunu suffiċjentement prevedibbli b'riżultat ta' domanda baxxa tar-riskju;

(b)

meta d-dħul tal-obbligant ma jkunx finanzjat permezz ta' pagamenti minn numru kbir ta' utenti, il-parti li taqbel li tixtri l-prodotti jew is-servizzi pprovduti mill-obbligant għandha tkun waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

bank ċentrali, gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali, dment li dawn jiġu assenjati ponderazzjoni tar-riskju ta' 0 % f'konformità mal-Artikoli 114 u 115 jew jiġu assenjati klassifikazzjoni ECAI bi klassi tal-mertu tal-kreditu ta' mill-inqas 3;

(ii)

entità tas-settur pubbliku, dment li tkun assenjata lilha ponderazzjoni tar-riskju ta' 20 % jew inqas f'konformità mal-Artikolu 116 jew tkun assenjata lilha klassifikazzjoni ECAI bi klassi tal-mertu tal-kreditu ta' mill-inqas 3;

(iii)

bank multilaterali tal-iżvilupp imsemmi fl-Artikolu 117(2);

(iv)

organizzazzjoni internazzjonali msemmija fl-Artikolu 118;

(v)

entità korporattiva li ġiet assenjata klassifikazzjoni ECAI bi klassi tal-mertu tal-kreditu ta' mill-inqas 3;

(vi)

entità li tkun sostitwibbli mingħajr bidla sinifikanti fil-livell u fid-dewmien tad-dħul.

3.   L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti kull sitt xhur dwar l-ammont totali ta' skoperturi lill-entitajiet ta' proġetti tal-infrastruttura kkalkulat f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

4.   Il-Kummissjoni għandha, sat-28 ta' Ġunju 2022 tirrapporta dwar l-impatt tar-rekwiżiti ta' fondi proprji stabbiliti f'dan ir-Regolament fuq is-self lill-entitajiet ta' proġetti tal-infrastruttura u għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' proposta leġislattiva, jekk adatt.

5.   Għall-finijiet tal-paragrafu 4, l-ABE għandha tirrapporta dwar dan li ġej lill-Kummissjoni:

(a)

analiżi tal-evoluzzjoni tax-xejriet u l-kondizzjonijiet fis-swieq għal self tal-infrastruttura u l-finanzjament ta' proġetti tul il-perijodu msemmi fil-paragrafu 4;

(b)

analiżi tal-element ta' riskju effettiv tal-entitajiet imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 tul ċiklu ekonomiku sħiħ;

(c)

il-konsistenza tar-rekwiżiti ta' fondi proprji stabbiliti f'dan ir-Regolament bl-eżiti tal-analiżi taħt il-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu.

Artikolu 501b

Deroga mir-rekwiżiti tar-rappurtar

B'deroga mill-Artikolu 430, matul il-perijodu bejn id-data ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan ir-Regolament u d-data tal-ewwel rimessa tar-rapporti speċifikati fl-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija f'dak l-Artikolu, awtorità kompetenti tista' tirrinunzja mir-rekwiżit tar-rappurtar ta' informazzjoni fil-format speċifikat fil-mudelli li jinsabu fl-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 430(7) meta dawk il-mudelli ma jkunux ġew aġġornati biex jirriflettu d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.”;

(135)

fil-Parti Għaxra, l-artikolu li ġej jiddaħħal wara t-Titolu II: RAPPORTI U ANALIŻI:

“Artikolu 501c

It-trattament prudenzjali ta' skoperturi relatati ma' objettivi ambjentali u/jew soċjali

L-ABE, wara li tikkonsulta lill-BERS, għandha tivvaluta, abbażi tad-data disponibbli u s-sejbiet tal-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli tal-Kummissjoni dwar il-Finanzjament Sostenibbli jekk ikunx ġustifikat trattament prudenzjali dedikat tal-iskoperturi relatati mal-assi jew l-attivitajiet assoċjati sostanzjalment ma' objettivi ambjentali u/jew soċjali. B'mod partikolari, l-ABE għandha tivvaluta:

(a)

metodoloġiji għall-valutazzjoni tar-riskju effettiv ta' skoperturi relatati ma' assi u attivitajiet assoċjati sostanzjalment ma' objettivi ambjentali u/jew soċjali imqabbel mar-riskju ta' skoperturi oħra;

(b)

l-iżvilupp ta' kriterji adatti għall-valutazzjoni ta' riskji fiżiċi u riskji ta' transizzjoni, inkluż ir-riskji relatati mad-deprezzament ta' assi minħabba bidliet regolatorji;

(c)

l-effetti potenzjali ta' trattament prudenzjali dedikat ta' skoperturi relatati ma' assi u attivitajiet assoċjati sostanzjalment ma' objettivi ambjentali u/jew soċjali fuq l-istabbiltà finanzjarja u s-self bankarju fl-Unjoni.

L-ABE għandha tippreżenta rapport dwar is-sejbiet tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2025.

Abbażi ta' dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tissottometti, jekk ikun xieraq, proposta leġislattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.”;

(136)

jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 504a

Holdings ta' strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli

Sat-28 ta' Ġunju 2022 l-ABE għandha tagħti rapport lill-Kummissjoni dwar l-ammonti u d-distribuzzjoni tal-holdings ta' strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli fost l-istituzzjonijiet identifikati bħala G-SIIs jew O-SIIs u dwar l-impedimenti potenzjali għar-riżoluzzjoni u r-riskju ta' kontaġju fir-rigward ta' dawk il-holdings.

Abbażi tar-rapport mill-ABE, il-Kummissjoni għandha, sat-28 ta' Ġunju 2023, tagħti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-trattament adatt ta' tali holdings, akkumpanjat minn proposta leġislattiva, fejn ikun adatt.”;

(137)

l-Artikolu 507 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 507

Skoperturi kbar

1.   L-ABE għandha timmonitorja l-użu tal-eżenzjonijiet stipulati fil-punt (b) tal-Artikolu 390(6), il-punti (f) sa (m) tal-Artikolu 400(1), il-punt (a) u l-punti (c) sa (g), (i), (j) u (k) tal-Artikolu 400(2) u sat-28 ta' Ġunju 2021 tippreżenta rapport lill-Kummissjoni li jivvaluta l-impatt kwantitattiv li jkollha t-tneħħija ta' dawk l-eżenzjonijiet jew l-istabbiliment ta' limitu fuq l-użu tagħhom. Dak ir-rapport għandu jivvaluta, b'mod partikolari, għal kull eżenzjoni prevista f'dawk l-Artikoli:

(a)

in-numru ta' skoperturi kbar eżenti f'kull Stat Membru;

(b)

in-numru ta' istituzzjonijiet li jagħmlu użu mill-eżenzjoni f'kull Stat Membru;

(c)

l-ammont aggregat ta' skoperturi eżentati f'kull Stat Membru.

2.   Sal-31 ta' Diċembru 2023, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-derogi msemmija fl-Artikoli 390(4) u 401(2) dwar il-metodi għall-kalkolu ta' valur tal-iskopertura ta' tranżazzjonijiet tal-finanzjament ta' titolizzazzjonijiet, u b'mod partikolari l-ħtieġa li jittieħed kont tal-emendi fl-istandards internazzjonali li jiddeterminaw il-metodi għal tali kalkolu.”;

(138)

fl-Artikolu 510, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“4.   L-ABE għandha timmonitorja l-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ li jkopri r-riskju ta' finanzjament marbut mal-kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II u ta' derivattivi ta' kreditu matul l-orizzont ta' sena tal-proporzjon nett ta' finanzjament stabbli, b'mod partikolari r-riskju ta' finanzjament futur għal dawk il-kuntratti tad-derivattivi stipulati fl-Artikoli 428s(2) u 428at(2), u tirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-opportunità li jiġi adottat fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ ogħla jew miżura iktar sensittiva għar-riskju sat-28 ta' Ġunju 2024. Dak ir-rapport għandu mill-inqas jivvaluta:

(a)

l-opportunità li ssir distinzjoni bejn kuntratti tad-derivattivi marġinati u mhux marġinati;

(b)

l-opportunità li jitneħħa, jiżdied jew jiġi sostitwit ir-rekwiżit stipulat fl-Artikoli 428s(2) u fl-Artikolu 428at(2);

(c)

l-opportunità li jinbidel b'mod aktar ġenerali t-trattament ta' kuntratti tad-derivattivi fil-kalkolu tal-proporzjon nett ta' finanzjament stabbli, kif stipulat fl-Artikolu 428d, l-Artikoli 428k(4) u 428s(2), il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 428ag, l-Artikoli 428ah(2), 428al(4) u 428at(2), il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 428ay u l-Artikolu 428az(2), biex ikopri aħjar ir-riskju ta' finanzjament marbut ma' dawk il-kuntratti fuq l-orizzont ta' sena tal-proporzjon nett ta' finanzjament stabbli;

(d)

l-impatt tal-bidliet proposti fuq l-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ għall-kuntratti tad-derivattivi tal-istituzzjonijiet.

5.   Jekk l-istandards internazzjonali jaffettwaw it-trattament ta' kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II u d-derivattivi ta' kreditu għall-kalkolu tal-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett, il-Kummissjoni għandha, jekk adatt u filwaqt li tieħu kont tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 4, dawk il-bidliet ta' standards internazzjonali u d-diversità tas-settur bankarju fl-Unjoni, tippreżenta proposta leġislattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kif jiġu emendati d-dispożizzjonijiet rigward it-trattament ta' kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II u derivattivi ta' kreditu għall-kalkolu tal-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett kif stipulat fit-Titolu IV tal-Parti Sitta biex jittieħed kont aħjar tar-riskju ta' finanzjament marbut ma' dawk it-tranżazzjonijiet.

6.   L-ABE għandha timmonitorja l-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ biex ikopri r-riskju ta' finanzjament marbut ma' tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli, inkluż lil assi riċevuti jew mogħtija f'dawk it-tranżazzjonijiet, u ma' tranżazzjonijiet mhux garantiti b'maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur ma' klijenti finanzjarji u tirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-adegwatezza ta' dak it-trattament sat-28 ta' Ġunju 2023. Dak ir-rapport għandu mill-inqas jivvaluta:

(a)

l-opportunità li jiġu applikati fatturi ta' finanzjament stabbli ogħla jew iktar baxxi għal tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli ma' klijenti finanzjarji u għal tranżazzjonijiet mhux garantiti b'maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur ma' klijenti finanzjarji biex jittieħed kont aħjar tar-riskju ta' finanzjament tagħhom matul l-orizzont ta' sena tal-proporzjon nett ta' finanzjament stabbli u tal-effetti possibbli ta' kontaġju bejn klijenti finanzjarji;

(b)

l-opportunità li jiġi applikat it-trattament stipulat fil-punt (g) tal-Artikolu 428r(1) għat-tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli kollateralizzati ma' tipi oħra ta' assi;

(c)

l-opportunità li jiġu applikati fatturi ta' finanzjament stabbli għal elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ użati fi tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli bħala alternattiva għat-trattament stipulat fl-Artikolu 428p(5);

(d)

l-adegwatezza tat-trattament asimetriku bejn obbligazzjonijiet b'maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur ipprovduti minn klijenti finanzjarji li jkunu soġġetti għal fattur ta' finanzjament stabbli disponibbli ta' 0 % f'konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 428k(3) u l-assi li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet b'maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur ma' klijenti finanzjarji li jkunu soġġetti għal fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ ta' 0 %, 5 % jew 10 % f'konformità mal-punt (g) tal-Artikolu 428r(1), il-punt (c) tal-Artikolu 428s(1) u l-punt (b) tal-Artikolu 428v;

(e)

l-impatt tal-introduzzjoni ta' fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ ogħla jew iktar baxxi għal tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli, b'mod partikolari b'maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur ma' klijenti finanzjarji, fuq il-likwidità tas-suq ta' assi riċevuti bħala kollateral f'dawk it-tranżazzjonijiet, b'mod partikolari ta' bonds sovrani u korporattivi;

(f)

l-impatt tal-bidliet proposti fuq l-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ għat-tranżazzjonijiet ta' dawk l-istituzzjonijiet, b'mod partikolari għal tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli b'maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur ma' klijenti finanzjarji meta jiġu riċevuti bonds sovrani bħala kollateral f'dawk it-tranżazzjonijiet.

7.   Sat-28 ta' Ġunju 2024, il-Kummissjoni għandha, fejn ikun adatt u filwaqt li tieħu kont tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 6, kwalunkwe standard internazzjonali u d-diversità tas-settur bankarju fl-Unjoni, tippreżenta proposta leġislattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kif jiġu emendati d-dispożizzjonijiet rigward it-trattament ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli, inkluż tal-assi riċevuti jew mogħtija f'dawk it-tranżazzjonijiet, u t-trattament ta' tranżazzjonijiet mhux garantiti b'maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur ma' klijenti finanzjarji għall-kalkolu tal-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett kif stabbilit fit-Titolu IV tal-Parti Sitta fejn tkun tqisu adatt fir-rigward tal-impatt tat-trattament eżistenti fuq il-proporzjoni ta' finanzjament stabbli nett tal-istituzzjonijiet u biex jittieħed kont aħjar tar-riskju ta' finanzjament marbut ma' dawk it-tranżazzjonijiet.

8.   Sat-28 ta' Ġunju 2025, il-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ applikati għat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 428r(1), fil-punt (c) tal-Artikolu 428s(1) u fil-punt (b) tal-Artikolu 428v, għandhom jiżdiedu minn 0 % għal 10 %, minn 5 % għal 15 % u minn 10 % għal 15 % rispettivament, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f'att leġislattiv adottat abbażi ta' proposta mill-Kummissjoni, f'konformità mal-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu.

9.   L-ABE għandha tagħmel monitoraġġ fuq l-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ biex ikopri r-riskju tal-finanzjament marbut mal-holdings tal-istituzzjonijiet ta' titoli biex jiħħeġġjaw kuntratti tad-derivattivi. L-ABE għandha toħroġ rapport dwar jekk hux adatt it-trattament sat-28 ta' Ġunju 2023. Dak ir-rapport għandu mill-inqas jivvaluta:

(a)

l-impatt possibbli tat-trattament fuq il-kapaċità tal-investituri li jiksbu skopertura għal assi u l-impatt tat-trattament fuq il-provvista ta' kreditu fl-unjoni tas-swieq kapitali;

(b)

l-opportunità li jiġu applikati rekwiżiti aġġustati għal finanzjament stabbli għal titoli miżmuma biex jiħħeġġjaw derivattivi li huma ffinanzjati minn marġni inizjali, kemm totalment kif ukoll parzjalment;

(c)

l-opportunità li jiġu applikati rekwiżiti aġġustati għal finanzjament stabbli għal titoli miżmuma biex jiħħeġġjaw derivattivi li mhumiex ffinanzjati minn marġni inizjali.

10.   Sat-28 ta' Ġunju 2023 jew sena wara ftehim dwar standards internazzjonali li jkun żviluppat mill-BCBS, skont liema jiġi l-ewwel, il-Kummissjoni għandha, fejn adatt u b'kont meħud tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 9, kwalunkwe standard internazzjonali żviluppat mill-BCBS, id-diversità tas-settur bankarju fl-Unjoni u l-għanijiet tal-unjoni tas-swieq kapitali, tressaq proposta leġislattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kif għandhom jiġu emendati d-dispożizzjonijiet rigward it-trattament emendat it-trattament tal-holdings tal-istituzzjonijiet ta' titoli biex jiħħeġġjaw kuntratti tad-derivattivi għall-kalkolu tal-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett kif stipulat fit-Titolu IV tal-Parti Sitta fejn hija tikkunsidra li jkun adatt fir-rigward tal-impatt tat-trattament eżistenti fuq il-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett tal-istituzzjonijiet u biex jittieħed kont aħjar tar-riskju tal-finanzjament marbut ma' dawk it-tranżazzjonijiet.

11.   L-ABE għandha tivvaluta jekk ikunx ġustifikat li jitnaqqas il-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ għal assi użati biex jipprovdu servizzi ta' kklerjar u saldu ta' metalli prezzjużi bħad-deheb, il-fidda, il-platinu u l-palladju jew assi użati għall-forniment ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' metalli prezzjużi bħad-deheb, il-fidda, il-platinu u l-platinu ta' terminu ta' 180 ġurnata jew inqas. L-ABE għandha tippreżenta r-rapport tagħha lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2021.”;

(139)

l-Artikolu 511 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 511

Lieva finanzjarja

1.   Il-Kummissjoni għandha sal-31 ta' Diċembru 2020 tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar jekk:

(a)

ikunx adatt li tiġi introdotta żieda fil-proporzjon ta' lieva finanzjarja għal O-SIIs; u

(b)

id-definizzjoni u l-kalkolu tal-miżura tal-iskopertura totali msemmija fl-Artikolu 429(4), inkluż it-trattament ta' riżervi tal-bank ċentrali, ikunux adatti.

2.   Għall-finijiet tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tieħu kont ta' żviluppi internazzjonali u standards maqbula internazzjonalment. Fejn adatt, dak ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat minn proposta leġislattiva.”;

(140)

l-Artikolu 513 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 513

Regoli makroprudenzjali

1.   Sat-30 ta' Ġunju 2022, u kull ħames snin wara, il-Kummissjoni għandha, wara konsultazzjoni tal-BERS u l-ABE, tanalizza jekk ir-regoli makroprudenzjali f'dan ir-Regolament u fid-Direttiva 2013/36/UE humiex suffiċjenti biex jittaffew ir-riskji sistemiċi fis-setturi, ir-reġjuni u l-Istati Membri inkluż il-valutazzjoni ta':

(a)

jekk l-għodod makroprudenzjali attwali f'dan ir-Regolament u fid-Direttiva 2013/36/UE humiex effettivi, effiċjenti u trasparenti;

(b)

jekk il-kopertura u l-gradi possibbli ta' koinċidenza bejn l-għodod makroprudenzjali differenti biex jiġu mmirati riskji simili f'dan ir-Regolament u fid-Direttiva 2013/36/UE humiex adegwati u, jekk adatt, tipproponi regoli makroprudenzjali ġodda;

(c)

kif l-istandards internazzjonalment maqbula għal istituzzjonijiet sistemiċi jinteraġixxu mad-dispożizzjonijiet f'dan ir-Regolament u fid-Direttiva 2013/36/UE u, jekk adatt, tipproponi regoli ġodda filwaqt li tieħu kont ta' dawk l-istandards internazzjonalment maqbula;

(d)

jekk għandhomx jiżdiedu tipi oħra ta' strumenti, bħal strumenti bbażati fuq min jissellef, mal-għodod makroprudenzjali previsti f'dan ir-Regolament u fid-Direttiva 2013/36/UE biex jikkomplementaw strumenti bbażati fuq il-kapital u biex jippermettu l-użu armonizzat tal-istrumenti fis-suq intern; b'kunsiderazzjoni ta' jekk hemmx prerekwiżit ta' definizzjonijiet armonizzati ta' dawk l-istrumenti u tar-rappurtar tad-data rispettiva fil-livell tal-Unjoni għall-introduzzjoni ta' strumenti bħal dawn;

(e)

jekk ir-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja kif imsemmi fl-Artikolu 92(1a), għandux jiġi estiż għal istituzzjonijiet sistemikament importanti li mhumiex G-SIIs, jekk il-kalibrazzjoni tiegħu għandhiex tkun differenti mill-kalibrazzjoni għall-G-SIIs, u jekk il-kalibrazzjoni tiegħu għandhiex tkun skont il-livell ta' importanza sistemika tal-istituzzjoni;

(f)

jekk ir-reċiproċità volontarja attwali tal-miżuri makroprudenzjali għandhiex tinbidel għal reċiproċità obbligatorja u jekk il-qafas attwali tal-BERS għar-reċiproċità volontarja hux bażi adatta għal dan;

(g)

kif l-awtoritajiet makroprudenzjali rilevanti tal-Unjoni u nazzjonali jistgħu jingħataw mandat b'għodod biex jindirizzaw riskji sistemiċi emerġenti ġodda li jirriżultaw minn skoperturi tal-istituzzjonijiet ta' kreditu għas-settur mhux bankarju, b'mod partikolari minn swieq tad-derivattivi u ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli, is-settur tal-ġestjoni tal-assi u s-settur tal-assigurazzjoni.

2.   Sal-31 ta' Diċembru 2022, u kull ħames snin wara, il-Kummissjoni għandha, fuq il-bażi tal-konsultazzjoni mal-BERS u l-ABE, tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u, fejn adatt, tippreżenta proposta leġislattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.”;

(141)

l-Artikolu 514 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 514

Metodu għall-kalkolu tal-valur ta' skopertura ta' tranżazzjonijiet derivattivi

1.   L-ABE għandha, sat-28 ta' Ġunju 2023, tirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-impatt u l-kalibrazzjoni relattiva tal-approċċi stipulati fit-Taqsimiet 3, 4 u 5 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta biex jikkalkulaw il-valuri ta' skopertura ta' tranżazzjonijiet tad-derivattivi.

2.   Abbażi tar-rapport mill-ABE, il-Kummissjoni għandha, fejn adatt, tippreżenta proposta leġislattiva biex temenda l-approċċi stipulati fit-Taqsimiet 3, 4 u 5 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta.”;

(142)

jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 518a

Analiżi tad-dispożizzjonijiet ta' inadempjenza indiretta

Sat-28 ta' Ġunju 2022, il-Kummissjoni għandha tanalizza u tivvaluta jekk ikunx adatt rekwiżit li obbligazzjonijiet eliġibbli jkunu jistgħu jiġu rikapitalizzati internament mingħajr ma jiġu skattati klawżoli ta' inadempjenza indiretta f'kuntratti oħra, bil-ħsieb li kemm jista' jkun tissaħħaħ l-effettività tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna u jiġi valutat jekk għandhiex tkun inkluża dispożizzjoni ta' ebda inadempjenza indiretta li tirreferi għal obbligazzjonijiet eliġibbli fit-termini jew il-kuntratti li jirregolaw obbligazzjonijiet oħra. Fejn adatt, dik l-analiżi u l-valutazzjoni għandhom ikunu akkumpanjati minn proposta leġislattiva.”;

(143)

jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 519b

Rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq

1.   Sat-30 ta' Settembru 2019, l-ABE għandha tirrapporta dwar l-impatt, fuq l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, tal-istandards internazzjonali biex tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq.

2.   Sat-30 ta' Ġunju 2020, il-Kummissjoni għandha, b'kont meħud tar-riżultati tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 u l-istandards internazzjonali u l-approċċi stipulati fil-Kapitoli 1a u 1b tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta, tippreżenta rapport flimkien ma' proposta leġislattiva, fejn xieraq, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kif għandhom jiġu implimentati standards internazzjonali dwar rekwiżiti adegwati ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq.”;

(144)

fil-Parti Għaxra, jiddaħħal it-titolu li ġej:

“TITOLU IIa

IMPLEMENTAZZJONI TAR-REGOLI

Artikolu 519c

Għodda ta' konformità

1.   L-ABE għandha tiżviluppa għodda elettronika bil-għan li tiffaċilita l-konformità tal-istituzzjonijiet ma' dan ir-Regolament u d-Direttiva 2013/36/UE, kif ukoll ma' standards tekniċi regolatorji, standards, linji gwida u mudelli tekniċi ta' implimentazzjoni adottati biex jimplimentaw dan ir-Regolament u dik id-Direttiva.

2.   L-għodda msemmija fil-paragrafu 1 għandha mill-inqas tippermetti lil kull istituzzjoni:

(a)

tidentifika malajr id-dispożizzjonijiet rilevanti biex tikkonforma magħhom fir-rigward tad-daqs u l-mudell tan-negozju tal-istituzzjoni;

(b)

issegwi l-bidliet li saru fl-atti leġislattivi u fid-dispożizzjonijiet, il-linji gwida u l-mudelli ta' implimentazzjoni relatati.”;

(145)

l-Anness II jiġi emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 648/2012

Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 jiġi emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 50a, il-paragrafu 2 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   CCP għandha tikkalkula l-kapital ipotetiku (KCCP) kif ġej:

Formula

fejn:

KCCP

=

il-kapital ipotetiku;

i

=

l-indiċi li jindika l-membru ta' kklerjar;

EADi

=

l-ammont ta' skopertura tas-CCP għal membru ta' kklerjar i, inkluż it-tranżazzjonijiet tal-membru ta' kklerjar stess mas-CCP, it-tranżazzjonijiet ta' klijenti garantiti mill-membru ta' kklerjar, u l-valuri kollha ta' kollateral miżmum mis-CCP, inkluż il-kontribuzzjoni ta' finanzjament ta' inadempjenza prefinanzjata tal-membru ta' kklerjar, kontra dawk it-tranżazzjonijiet, relatata mal-valutazzjoni fl-aħħar tad-data tar-rappurtar regolatorju qabel jiġi skambjat il-marġni appellat fl-appell għall-marġni finali ta' dik il-ġurnata;

RW

=

ponderazzjoni tar-riskju ta' 20 %; u

proporzjon tal-kapital

=

8 %.”;

(2)

L-Artikolu 50b jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 50b

Regoli ġenerali għall-kalkolu tal-KCCP

Għall-finijiet tal-kalkolu ta' KCCP imsemmi fl-Artikolu 50a(2), għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Is-CCPs għandhom jikkalkulaw il-valur tal-iskoperturi li jkollhom għall-membri ta' kklerjar tagħhom kif ġej:

(i)

għal skoperturi li jirriżultaw mill-kuntratti u t-tranżazzjonijiet elenkati fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 301(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, is-CCPs għandhom jikkalkulaw il-valur f'konformità mal-metodu stabbilit fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta ta' dak ir-Regolament billi jużaw perijodu marġinali ta' riskju ta' 10 ġranet tan-negozju;

(ii)

għal skoperturi li jirriżultaw mill-kuntratti u t-tranżazzjonijiet elenkati fil-punt (b) tal-Artikolu 301(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, is-CCPs għandhom jikkalkulaw il-valur (EADi) f'konformità mal-formula li ġejja:

EADi = max{EBRMi – IMi – DFi; 0}

fejn:

EADi

=

l-valur tal-iskopertura;

i

=

l-indiċi li jindika l-membru ta' kklerjar;

EBRMi

=

il-valur ta' skopertura qabel il-mitigazzjoni tar-riskju li jkun daqs il-valur ta' skopertura tas-CCP għall-membru ta' kklerjar i li jirriżulta mill-kuntratti u t-tranżazzjonijiet kollha ma' dak il-membru ta' kklerjar, kalkulat mingħajr ma jittieħed kont tal-kollateral depożitat minn dak il-membru ta' kklerjar;

IMi

=

il-marġni inizjali kollokat mas-CCP mill-membru ta' kklerjar i;

DFi

=

il-kontribuzzjoni tal-fond inadempjenti prefinanzjat tal-membru ta' kklerjar i.

Il-valuri kollha f' din il-formula għandhom ikunu relatati mal-valutazzjoni fl-aħħar tal-ġurnata qabel jiġi skambjat il-marġni appellat fl-appell għall-marġni finali ta' dik il-ġurnata;

(iii)

għas-sitwazzjonijiet imsemmija fit-tielet sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 301(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, is-CCPs għandhom jikkalkulaw il-valur tat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-ewwel sentenza ta' dak is-subparagrafu f'konformità mal-formula stipulata fil-punt (a)(ii) ta' dan l-Artikolu, u għandhom jiddeterminaw l-EBRMi f'konformità mat-Titolu V tal-Parti Tlieta ta' dak ir-Regolament;

(b)

għall-istituzzjonijiet li jaqgħu taħt l-ambitu tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 is-settijiet tan-netting ikunu l-istess bħal dawk definiti fil-punt (4) tal-Artikolu 272 ta' dak ir-Regolament;

(c)

CCP li jkollha skoperturi għal CCP waħda jew iktar għandha tittratta dawk l-iskoperturi daqs li kieku kienu skoperturi għall-membri ta' kklerjar u tinkludi kwalunkwe marġni jew kontribuzzjoni prefinanzjata riċevuta mingħand dawk is-CCPs fil-kalkolu ta' KCCP;

(d)

CCP li jkollha fis-seħħ arranġament kuntrattwali vinkolanti mal-membri ta' kklerjar tagħha li jippermetti lil dik is-CCP tuża l-marġni inizjali kollu jew parti minnu mill-membri ta' kklerjar tagħha daqs li kieku kienu kontribuzzjonijiet prefinanzjati għandha tikkunsidra dak il-marġni inizjali bħala kontribuzzjonijiet prefinanzjati għall-finijiet tal-kalkolu fil-paragrafu 1 u mhux bħala marġni inizjali;

(e)

meta kollateral jinżamm kontra kont li jkun fih iktar minn wieħed mit-tipi ta' kuntratti u tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 301(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, is-CCPs għandhom jallokaw il-marġni inizjali pprovdut mill-membri ta' kklerjar jew il-klijenti tagħhom, kif applikabbli, proporzjonalment mal-EADs tat-tipi rispettivi ta' kuntratti u tranżazzjonijiet kalkulati f'konformità mal-punt (a) ta' dan il-paragrafu, mingħajr ma jittieħed kont tal-marġni inizjali fil-kalkolu;

(f)

CCPs li jkollhom iktar minn fond ta' inadempjenza wieħed għandhom iwettqu l-kalkolu għal kull fond ta' inadempjenza separatament;

(g)

meta membru ta' kklerjar jipprovdi servizzi ta' kklerjar tal-klijenti, u t-tranżazzjonijiet u l-kollateral tal-klijenti tal-membru ta' kklerjar jinżammu f'kontijiet sussidjarji li huma separati minn dawk tan-negozju proprjetarju tal-membru ta' kklerjar, is-CCPs għandhom iwettqu l-kalkolu tal-EADi għal kull kont sussidjarju separatament u għandhom jikkalkulaw l-EADi totali tal-membru ta' kklerjar bħala s-somma tal-EADs tal-kontijiet sussidjarji tal-klijenti u l-EAD tal-kont sussidjarju tan-negozju proprjetarju tal-membru ta' kklerjar;

(h)

għall-finijiet tal-punt (f), meta DFi ma jkunx maqsum bejn il-kontijiet sussidjarji tal-klijenti u l-kontijiet sussidjarji tan-negozju proprjetarju tal-membru ta' kklerjar, is-CCPs għandhom jallokaw DFi għal kull kont sussidjarju skont il-frazzjoni rispettiva li l-marġni inizjali ta' dak il-kont sussidjarju jkollu fir-rigward tal-marġni inizjali totali kollokat mill-membru ta' kklerjar jew għall-kont tal-membru ta' kklerjar;

(i)

is-CCPs m'għandhomx iwettqu l-kalkolu skont l-Artikolu 50a(2) meta l-fond tal-inadempjenza jkopri tranżazzjonijiet bi flus biss.

Għall-finijiet tal-punt (a)(ii) ta' dan l-Artikolu, is-CCP għandha tuża l-metodu speċifikat fl-Artikolu 223 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 bl-aġġustamenti superviżorji għall-volatilità stipulati fl-Artikolu 224 ta' dak ir-Regolament biex tikkalkola l-valur ta' skopertura.”;

(3)

fl-Artikolu 50c(1), jitħassru l-punti (d) u (e);

(4)

fl-Artikolu 50d, jitħassar il-punt (c);

(5)

fl-Artikolu 89, il-paragrafu 5a jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“5a.   Matul il-perijodu tranżitorju stipulat fl-Artikolu 497 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, CCP imsemmija f'dak l-Artikolu għandha tinkludi fl-informazzjoni li għandha tirrapporta f'konformità mal-Artikolu 50c(1) ta' dan ir-Regolament l-ammont totali ta' marġni inizjali, kif definit fil-punt 140 tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li tkun irċeviet mill-membri ta' kklerjar tagħha meta jiġu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

is-CCP ma jkollhiex fond inadempjenti;

(b)

is-CCP ma jkollhiex fis-seħħ arranġament vinkolanti mal-membri ta' kklerjar tagħha li jippermettilha tuża l-marġni inizjali kollu jew parti minnu riċevut minn dawk il-membri ta' kklerjar daqs li kieku kienu kontribuzzjonijiet prefinanzjati.”.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u data ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika mit-28 ta' Ġunju 2021, bl-eċċezzjonijiet elenkati fil-paragrafi 3 sa 8.

3.   Il-punti li ġejjin tal-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw mis-27 ta' Ġunju 2019:

(a)

il-punt (1), li fih id-dispożizzjonijiet dwar l-ambitu u s-setgħat superviżorji;

(b)

il-punt (2), li fih id-definizzjonijiet, sakemm ma jkunux jirrigwardaw esklużivament dispożizzjonijiet li japplikaw f'konformità ma' dan l-Artikolu minn data differenti, f'liema każ huma għandhom japplikaw minn tali data differenti;

(c)

il-punti (3)(b), (6)(c), (8), il-punt (9), fir-rigward tal-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-punt (12), fir-rigward tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(1), il-punti (14) sa (17), (19) sa (44), (47), (128) u (129), li fihom id-dispożizzjonijiet relatati mal-fondi proprji u d-dispożizzjonijiet dwar l-introduzzjoni tar-rekwiżiti l-ġodda għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli;

(d)

il-punt (9), fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar l-impatt ta' regoli ġodda dwar it-titolizzazzjoni stipulati fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(e)

il-punt (57), li fih id-dispożizzjonijiet dwar il-ponderazzjonijiet tar-riskju għall-banek ta' żvilupp multilaterali, u l-punt (58), li fih id-dispożizzjonijiet dwar il-ponderazzjonijiet tar-riskju għall-organizzazzjonijiet internazzjonali;

(f)

il-punt (53), fir-rigward tal-Artikolu 104b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-punti (89) u (90), il-punt (118), fir-rigward tal-Artikolu 430b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u l-punt (124), li fihom id-dispożizzjonijiet dwar ir-rekwiżiti tar-rappurtar għar-riskju tas-suq;

(g)

il-punt (130), li fih id-dispożizzjonijiet dwar ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi tas-CCP;

(h)

il-punt (133), fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar disponimenti fuq skala kbira stipulati fl-Artikolu 500 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(i)

il-punt (134), fir-rigward tal-Artikolu 501b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li fih id-dispożizzjonijiet dwar ir-rinunzja tar-rappurtar;

(j)

il-punt (144), li fih id-dispożizzjonijiet dwar l-għodda ta' konformità;

(k)

id-dispożizzjonijiet li jeħtieġu li l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej jew il-BERS jippreżentaw lill-Kummissjoni abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji jew ta' implimentazzjoni u rapporti, id-dispożizzjonijiet li jeħtieġu li l-Kummissjoni tipproduċi rapporti, id-dispożizzjonijiet li jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati jew atti ta' implimentazzjoni, id-dispożizzjonijiet dwar ir-reviżjoni u dwar proposti leġiżlattivi u d-dispożizzjonijiet li jeħtieġu lill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej sabiex joħorġu linji gwida, jiġifieri l-punt (2)(b); il-punt (12), fir-rigward tal-Artikolu 18(9) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; il-punt (18)(b); il-punt (31), fir-rigward tal-Artikolu 72b(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; il-punt (38), fir-rigward tal-Artikolu 78a(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; il-punt (57)(b); il-punt (60), fir-rigward tal-Artikolu 124(4) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; il-punt (63), fir-rigward tal-Artikolu 132a(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; il-punt (67), fir-rigward tal-Artikolu 164(8) u (9) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; il-punt (74), fir-rigward tal-Artikoli 277(5) u 279a(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; il-punt (89), fir-rigward tal-Artikolu 325(9) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; il-punt (90), fir-rigward tal-Artikoli 325u(5), 325w(8), 325ap(3), 325az(8) u (9), 325bd(7), 325be(3), 325bf(9), 325bg(4), 325bh(3), 325bk(3), 325bp(12) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; il-punt (93), fir-rigward tal-Artikolu 390(9) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

il-punt (94); il-punt (96), fir-rigward tal-Artikolu 394(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; il-punt (98)(b); il-punt (104), fir-rigward tal-Artikolu 403(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; il-punt (109)(b); il-punt (111)(b); il-punt (118), fir-rigward tal-Artikoli 430(7) u (8), 430b(6) u l-Artikolu 430c tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; il-punt (119), fir-rigward tal-Artikolu 432(1) u (2) u l-Artikolu 434a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; il-punt (123); il-punt (124); il-punt (125); il-punt (134), fir-rigward tal-Artikolu 501a(4) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; il-punt (135),; il-punt (136); il-punt (137); il-punt (138); il-punt (139); il-punt (140); il-punt (141), fir-rigward tal-Artikolu 514(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; il-punt (142); u l-punt (143).

Mingħajr preġudizzju għall-punt (f) tal-ewwel subparagrafu, id-dispożizzjonijiet dwar id-divulgazzjoni u dwar ir-rappurtar għandhom japplikaw mid-data ta' applikazzjoni tar-rekwiżit li għalih tirreferi d-divulgazzjoni jew ir-rappurtar.

4.   Il-punti li ġejjin tal-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw mit-28 ta' Diċembru 2020:

(a)

il-punti (6)(a), (6)(b), (6)(d), il-punti (7) u (12), fir-rigward tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18(1) u l-Artikolu 18(2) sa (8) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li fihom id-dispożizzjonijiet dwar il-konsolidazzjoni prudenzjali;

(b)

il-punt (60), li fih id-dispożizzjonijiet dwar skoperturi iggarantiti minn ipoteki fuq proprjetà immobbli, il-punt (67), li fih id-dispożizzjonijiet dwar it-telf fil-każ ta' inadempjenza, u l-punt (122), li fih id-dispożizzjonijiet dwar ir-riskju makroprudenzjali jew sistemiku identifikat fil-livell ta' Stat Membru.

5.   Il-punt 46(b) tal-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament, li fih id-dispożizzjonijiet dwar l-introduzzjoni ta' rekwiżit ġdid għal fondi proprji għall-G-SIIs għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2022.

6.   Il-punt (53), fir-rigward tal-Artikolu 104a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u l-punti (55) u (69) tal-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament, li fih id-dispożizzjonijiet dwar l-introduzzjoni tar-rekwiżit ġdid għal fondi proprji għar-risku tas-suq, għandhom japplikaw mit-28 ta' Ġunju 2023.

7.   Il-punt (18) tal-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament, fir-rigward tal-punt (b) tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li fih id-dispożizzjoni dwar l-eżenzjoni minn tnaqqis ta' assi ta' software valutati b'mod prudenti, għandu japplika minn 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-Artikolu 36(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

8.   Il-punt (126) tal-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament, li fih dispożizzjonijiet dwar l-eżenzjonijiet minn tnaqqis ta' holdings ta' ekwità, għandu japplika b'mod retrospettiv mill-1 ta' Jannar 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Mejju 2019.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

G. CIAMBA


(1)  ĠU C 34, 31.1.2018, p. 5.

(2)  ĠU C 209, 30.6.2017, p. 36.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta' Mejju 2019.

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(5)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(6)  ĠU C 50, 9.2.2018, p. 80.

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

(8)  Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).

(9)  Ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1).

(10)  Id-Direttiva 2010/76/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE dwar ir-rekwiżiti kapitali għall-kotba tal-kummerċ u għar-rititolizzazzjonijiet, u r-reviżjoni superviżorja tal-politika dwar ir-rimunerazzjoni (ĠU L 329, 14.12.2010, p. 3).

(11)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(12)  Ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1).

(13)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(14)  Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).


ANNESS

L-Anness II jiġi emendat kif ġej:

(1)

fil-punt 1, il-punt (e) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(e)

opzjonijiet tar-rati tal-imgħax;”;

(2)

fil-punt 2, il-punt (d) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(d)

opzjonijiet ta' munita;”;

(3)

il-punt 3 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.

Kuntratti simili għal dawk fil-punti 1(a) sa (e) u 2(a) sa (d) ta' dan l-Anness li jikkonċernaw elementi ta' referenza jew indiċi oħrajn. Bħala minimu, dan jinkludi l-istrumenti kollha speċifikati fil-punti (4) sa (7), (9), (10) u (11) tat-Taqsima C tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE mhux inklużi fil-punt 1 jew 2 ta' dan l-Anness.”.

7.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 150/226


REGOLAMENT (UE) 2019/877 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-20 ta' Mejju 2019

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 806/2014 dwar il-kapaċità ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Fid-9 ta' Novembru 2015, il-Bord għall-Istabilità Finanzjarja ippubblika d-Dokument dwar il-Kondizzjonijiet tal-Kapaċità Totali ta' Assorbiment tat-Telf (TLAC) (''l-istandard TLAC''), li ġie approvat mill-G-20 f'Novembru 2015. L-objettiv tal-istandard TLAC huwa li jiżgura li banek dinjija ta' importanza sistemika, magħrufa bħala istituzzjonijiet dinjija ta' importanza sistemika (''G-SIIs'') fil-qafas tal-Unjoni, ikollhom il-kapaċità neċessarja ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni sabiex jgħinu biex jiġi żgurat li, f'riżoluzzjoni u eżatt warajha, dawk l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu jissoktaw jaqdu l-funzjonijiet kritiċi mingħajr ma jitpoġġew fir-riskju l-fondi tal-kontribwenti, jiġifieri fondi pubbliċi, jew l-istabbiltà finanzjarja. Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-24 ta' Novembru 2015, “Lejn it-tlestija tal-Unjoni Bankarja”, il-Kummissjoni impenjat ruħha li sal-aħħar tal-2016 tressaq proposta leġislattiva sabiex l-istandard TLAC ikun jista' jiġi implimentat sal-iskadenza miftiehma internazzjonalment tal-2019.

(2)

L-implimentazzjoni tal-istandard TLAC fil-liġi tal-Unjoni trid tieħu kont tar-rekwiżit minimu eżistenti għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli ('MREL') speċifiku għall-istituzzjonijiet applikabbli għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment (istituzzjonijiet) kollha stabbiliti fl-Unjoni, kif ukoll għal kwalunkwe entità oħra kif stabbilit fid-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) (entitajiet). Peress li l-istandard TLAC u l-MREL jsegwu l-istess objettiv li jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet u entitajiet stabbiliti fl-Unjoni jkollhom kapaċità biżżejjed ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni, iż-żewġ rekwiżiti jenħtieġ li jkunu elementi kumplimentari ta' qafas komuni. Operazzjonalment, jenħtieġ li l-livell minimu armonizzat tal-istandard TLAC għall-G-SIIs (“ir-rekwiżit minimu tat-TLAC”) jiġi introdott fil-leġislazzjoni tal-Unjoni permezz ta' emendi għar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (5), filwaqt li s-supplimentazzjoni speċifika għall-istituzzjonijiet għall-G-SIIs u r-rekwiżit speċifiku għall-istituzzjonijiet għal dawk li mhumiex G-SIIs, magħruf bħala l-MREL, jenħtieġ li jiġu indirizzati permezz ta' emendi mmirati għad-Direttiva 2014/59/UE u għar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

Huwa meħtieġ li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, kif emendat minn dan ir-Regolament, dwar il-kapaċità ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet u entitajiet jiġu applikati b'mod konsistenti ma' dawk fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u fid-Direttivi 2013/36/UE (7) u 2014/59/UE.

(3)

In-nuqqas ta' regoli armonizzati fl-Istati Membri parteċipanti fil-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni (SRM) fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-istandard TLAC joħloq spejjeż addizzjonali u inċertezza legali u jagħmel l-applikazzjoni tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna għal istituzzjonijiet u entitajiet transfruntiera aktar diffiċli. In-nuqqas ta' regoli armonizzati tal-Unjoni jwassal ukoll għal distorsjonijiet ta' kompetizzjoni fis-suq intern peress li l-kosti għall-istituzzjonijiet u entitajiet biex jikkonformaw mar-rekwiżiti eżistenti u mal-istandard TLAC jistgħu jvarjaw b'mod konsiderevoli bejn l-Istati Membri parteċipanti fl-SRM. Għalhekk hemm bżonn li jitneħħew dawn l-ostakli għall-funzjonament tas-suq intern u sabiex jiġu evitati distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li jirriżultaw min-nuqqas ta' regoli armonizzati fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-istandard TLAC. Konsegwentement, il-bażi ġuridika adatta għal dan ir-Regolament hija l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(4)

F'konformità mal-istandard TLAC, ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 jenħtieġ li jkompli jirrikonoxxi kemm l-istrateġija ta' riżoluzzjoni tal-Punt Uniku ta' Dħul (SPE) kif ukoll l-istrateġija ta' riżoluzzjoni tal-Punt ta' Dħul Multiplu (MPE). Skont l-istrateġija ta' riżoluzzjoni SPE, tiġi riżolta biss entità unika fi grupp, ġeneralment l-impriża omm, filwaqt li entitajiet oħra tal-grupp, ġeneralment sussidjarji operattivi, ma jitpoġġewx taħt riżoluzzjoni, iżda jgħaddu t-telf tagħhom lill-entità li ser tiġi riżolta. Taħt l-istrateġija ta' riżoluzzjoni MPE, tista' tiġi riżolta aktar minn entità waħda fi grupp. Huwa importanti li jkun hemm identifikazzjoni ċara tal-entitajiet li ser jiġu riżolti (“entitajiet ta' riżoluzzjoni”), jiġifieri l-entitajiet li għalihom jistgħu jiġu applikati azzjonijiet ta' riżoluzzjoni, flimkien ma' sussidjarji li jappartjenu lilhom (“gruppi ta' riżoluzzjoni”), sabiex l-istrateġija ta' riżoluzzjoni mixtieqa tiġi applikata b'mod effettiv. Dik l-identifikazzjoni hija rilevanti wkoll għad-determinazzjoni tal-livell ta' applikazzjoni tar-regoli dwar il-kapaċità ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni li għandhom japplikaw l-istituzzjonijiet u l-entitajiet. Għalhekk jeħtieġ li jiġu introdotti l-kunċetti ta' 'entità ta' riżoluzzjoni' u ta' 'grupp ta' riżoluzzjoni' u li jiġi emendat ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 dwar l-ippjanar tar-riżoluzzjoni ta' grupp sabiex il-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni ('il-Bord') jintalab espliċitament jidentifika l-entitajiet ta' riżoluzzjoni u l-gruppi ta' riżoluzzjoni fi ħdan grupp u jqis b'mod xieraq l-implikazzjonijiet ta' kwalunkwe azzjoni ppjanata fi ħdan il-grupp sabiex tiġi żgurata riżoluzzjoni effikaċi ta' grupp.

(5)

Jenħtieġ li l-Bord jiżgura li l-istituzzjonijiet u l-entitajiet ikollhom biżżejjed kapaċità ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni sabiex jiġi żgurat assorbiment mingħajr xkiel u mgħaġġel tat-telf u rikapitalizzazzjoni f'każ ta' riżoluzzjoni, b'impatt minimu fuq il-kontribwenti u fuq l-istabbiltà finanzjarja. Jenħtieġ li dak jinkiseb permezz ta' konformità mill-istituzzjonijiet ma' MREL speċifiku għall-istituzzjonijiet kif previst fir-Regolament (UE) Nru 806/2014.

(6)

Sabiex id-denominaturi li jkejlu l-kapaċità ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet u l-entitajiet jiġu allinjati ma' dawk previsti fl-istandard TLAC, jenħtieġ li l-MREL jiġi espress bħala perċentwal tal-ammont tal-iskopertura totali tar-riskju u tal-miżura tal-iskopertura totali tal-istituzzjoni jew entità rilevanti, u l-istituzzjonijiet jew l-entitajiet jenħtieġ li simultanjament jilħqu l-livelli li jirriżultaw miż-żewġ eżerċizzji ta' kejl.

(7)

Sabiex jiġi żgurat livell ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-istituzzjonijiet u l-entitajiet stabbiliti fl-Unjoni, inkluż fuq livell globali, il-kriterji ta' eliġibbiltà għal obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna għall-MREL jenħtieġ li jkunu allinjati mill-qrib ma' dawk stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 għar-rekwiżit minimu tat-TLAC, iżda soġġetti għall-aġġustamenti kumplimentari u r-rekwiżiti introdotti f'dan ir-Regolament. B'mod partikolari, jenħtieġ li ċerti strumenti ta' dejn b'komponent ta' derivattiv inkorporat, bħal ċerti noti strutturati, ikunu eliġibbli, soġġetti għal ċerti kondizzjonijiet, bħala li jissodisfaw l-MREL sakemm dawn ikollhom ammont kapitali fiss jew dejjem akbar li jinfeda mal-maturità li jkun magħruf minn qabel filwaqt li redditu addizzjonali biss ikun marbut ma' dak il-komponent ta' derivattiv u jiddependi fuq il-prestazzjoni ta' assi ta' referenza. Fid-dawl ta' dawk il-kondizzjonijiet, dawk l-istrumenti ta' dejn huma mistennija jkollhom kapaċità kbira ta' assorbiment tat-telf u jkunu jistgħu jiġu faċilment soġġetti għal rikapitalizzazzjoni interna waqt riżoluzzjoni. Fejn l-istituzzjonijiet jew l-entitajiet ikollhom il-fondi proprji li jaqbżu r-rekwiżiti tal-fondi proprji, jenħtieġ li dak il-fatt ma jaffettwax minnu nnifsu deċiżjonijiet li jikkonċernaw id-determinazzjoni tal-MREL. Barra minn hekk, jenħtieġ li jkun possibbli għall-istituzzjonijiet u l-entitajiet li jissodisfaw kwalunkwe parti tal-MREL tagħhom permezz tal-fondi proprji.

(8)

L-ambitu ta' obbligazzjonijiet użati biex jissodisfaw l-MREL jinkludi, fil-prinċipju, l-obbligazzjonijiet kollha minn pretensjonijiet li jirriżultaw minn kredituri ordinarji mhux garantiti (obbligazzjonijiet mhux subordinati) sakemm ma jissodisfawx kriterji speċifiċi ta' eliġibbiltà pprovduti f'dan ir-Regolament. Biex titjieb ir-riżolvibbiltà ta' istituzzjonijiet u l-entitajiet permezz ta' użu effettiv tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna, jenħtieġ li l-Bord ikun jista' jitlob li l-MREL jiġi sodisfatt permezz ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet subordinati oħra, b'mod partikolari fejn jkun hemm indikazzjonijiet ċari li l-kredituri soġġetti għal rikapitalizzazzjoni interna x'aktarx ser iġarrbu telf waqt ir-riżoluzzjoni li jaqbeż it-telf li jġarrbu taħt proċedimenti ta' insolvenza normali. Jenħtieġ li l-Bord jivvaluta l-ħtieġa li l-istituzzjonijiet u l-entitajiet jintalbu jissodisfaw l-MREL b'fondi proprji u obbligazzjonijiet subordinati oħra fejn l-ammont ta' obbligazzjonijiet esklużi mill-applikazzjoni tal-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna jilħaq ċertu limitu fi klassi ta' obbligazzjonijiet li tinkludi l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-MREL. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet u l-entitajiet jissodisfaw l-MREL b'fondi proprji u obbligazzjonijiet subordinati oħra sa fejn neċessarju sabiex jiġi evitat telf mill-kredituri tagħhom li jkun ogħla minn dak li kieku dawk il-kredituri kienu jġarrbu taħt proċedimenti ta' insolvenza normali.

(9)

Huwa meħtieġ li kwalunkwe subordinazzjoni ta' strument ta' dejn rikjesta mill-Bord għall-MREL tkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li r-rekwiżit minimu tat-TLAC jiġi parzjalment sodisfatt permezz ta' strumenti ta' dejn mhux subordinat skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u kif permess mill-istandard TLAC. Għal entitajiet ta' riżoluzzjoni ta' G-SIIs, jew entitajiet ta' riżoluzzjoni ta' gruppi ta' riżoluzzjoni b'assi 'l fuq minn EUR 100 biljun (banek tal-ogħla grad), u għal entitajiet ta' riżoluzzjoni ta' gruppi ta' riżoluzzjoni anqas minn EUR 100 biljun li huma kkunsidrati mill-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni bħala li x'aktarx joħolqu riskju sistematiku fil-każ ta' falliment, b'kont meħud tal-prevalenza tad-depożiti u n-nuqqas ta' strumenti tad-dejn fil-mudell ta' finanzjament, aċċess limitat għas-swieq kapitali għal obbligazzjonijiet eliġibbli u dipendenza fuq kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni biex jiġi ssodisfat l-MREL, jenħtieġ li l-Bord ikun jista' jirrikjedi li parti mill-MREL li tkun ugwali għal-livell ta' assorbiment tat-telf u rikapitalizzazzjoni msemmija fl-Artikoli 27(7) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 kif emendat minn dan ir-Regolament tkun issodisfata b'fondi proprji u b'obbligazzjonijiet subordinati oħra, inklużi fondi proprji użati għall-konformità mar-rekwiżit ta' riżerva kombinat imsemmi fid-Direttiva 2013/36/UE.

(10)

Fuq talba ta' entità ta' riżoluzzjoni, jenħtieġ li l-Bord ikun jista' jnaqqas il-parti tal-MREL meħtieġa li tkun issodisfata b'fondi proprji u b'obbligazzjonijiet subordinati oħra sal-limitu li jirrappreżenta l-proporzjon ta' tnaqqis possibbli skont l-Artikolu 72b(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżit minimu tat-TLAC stipulat f'dak ir-Regolament.Jenħtieġ li l-Bord ikun jista' jitlob, f'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, li l-MREL jiġi ssodisfat b'fondi proprji u b'obbligazzjonijiet subordinati oħra sal-punt li l-livell ġenerali tas-subordinazzjoni meħtieġa fil-forma ta' elementi ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli minħabba l-obbligu tal-istituzzjonijiet u l-entitajiet li jikkonformaw mar-rekwiżit minimu tat-TLAC, l-MREL u, fejn applikabbli, ir-rekwiżit ta' riżerva kombinat skont id-Direttiva 2013/36/UE, ma jkunx ogħla mil-livell ta' assorbiment tat-telf u r-rikapitalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 27(7) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 kif emendat minn dan ir-Regolament jew il-formula stabbilita f'dan ir-Regolament ibbażata fuq ir-rekwiżiti prudenzjali tal-Pilastru 1 u l-Pilastru 2 u r-rekwiżit ta' riżerva kombinat.

(11)

Għal banek speċifiċi tal-ogħla grad, jenħtieġ li l-Bord, soġġett għall-kondizzjonijiet li għandhom jiġu vvalutati mill-Bord, jillimita l-livell tar-rekwiżit minimu tas-subordinazzjoni għal ċertu limitu massimu, b'kont meħud ukoll tar-riskju possibbli li jkun hemm impatt b'mod sproporzjonat fuq il-mudell tan-negozju ta' dawk l-istituzzjonijiet. Jenħtieġ li dik il-limitazzjoni tkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li jiġi stabbilit rekwiżit ta' subordinazzjoni ogħla minn dan il-limitu permezz tar-rekwiżit tas-subordinazzjoni taħt il-Pilastru 2, soġġett ukoll għall-kondizzjonijiet li japplikaw għall-Pilastru 2, abbażi ta' kriterji alternattivi, jiġifieri impedimenti għar-riżolvibbiltà, jew il-fattibbiltà u l-kredibbiltà tal-istrateġija tar-riżoluzzjoni, jew ir-riskju tal-istituzzjoni.

(12)

Jenħtieġ li l-MREL jippermetti li l-istituzzjonijiet u l-entitajiet jassorbu t-telf mistenni f'riżoluzzjoni jew fil-punt ta' nonvijabbiltà kif xieraq u li jiġu rikapitalizzati wara l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet previsti fil-pjan ta' riżoluzzjoni jew wara r-riżoluzzjoni tal-grupp ta' riżoluzzjoni. Jenħtieġ li l-Bord, abbażi tal-istrateġija ta' riżoluzzjoni magħżula minnhom, jiġġustifika kif xieraq il-livell impost tal-MREL u jenħtieġ li jirrieżamina mingħajr dewmien bla bżonn dak il-livell biex jirrifletti kwalunkwe bidla fil-livell tar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE. Bħala tali, il-livell impost tal-MREL jenħtieġ li dak il-livell ma jaqbiżx is-somma tal-ammont tat-telf mistenni fir-riżoluzzjoni li jikkorrispondi għar-rekwiżiti ta' fondi proprji tal-istituzzjoni jew entità u l-ammont ta' rikapitalizzazzjoni li jippermetti li wara r-riżoluzzjoni jew wara l-eżerċizzju tas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni, l-istituzzjoni jew entità tkun tista' tissodisfa r-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħha meħtieġa sabiex tkun awtorizzata biex tkompli bl-attivitajiet tagħha taħt l-istrateġija ta' riżoluzzjoni magħżula. Jenħtieġ li l-Bord jaġġusta l-ammonti ta' rikapitalizzazzjoni 'l isfel jew 'il fuq għal kwalunkwe bidla li tirriżulta mill-azzjonijiet stabbiliti fil-pjan ta' riżoluzzjoni.

(13)

Jenħtieġ li l-Bord ikun jista' wkoll iżid l-ammont ta' rikapitalizzazzjoni biex tiġi żgurata fiduċja suffiċjenti tas-suq fl-istituzzjoni jew entità wara l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet previsti fil-pjan ta' riżoluzzjoni. Jenħtieġ li l-livell mitlub tar-riżerva għall-fiduċja tas-suq jippermetti lill-istituzzjoni jew entità li tkompli tissodisfa l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni għal perijodu xieraq ta' żmien inkluż billi jippermetti lill-istituzzjoni jew entità sabiex tkopri l-ispejjeż relatati mar-ristrutturar tal-attivitajiet tagħha wara r-riżoluzzjoni, u sabiex issostni fiduċja suffiċjenti tas-suq. Ir-riżerva għall-fiduċja tas-suq jenħtieġ li tiġi stabbilita b'referenza għal parti mir-rekwiżit ta' riżerva kombinat skont id-Direttiva 2013/36/UE. Jeħtieġ li l-Bord jaġġusta 'l isfel il-livell tar-riżerva tal-fiduċja tas-suq jekk livell aktar baxx huwa biżżejjed biex tiġi żgurata biżżejjed fiduċja tas-suq jew jeħtieġ li jaġġustaw 'il fuq dak il-livell fejn livell ogħla huwa neċessarju biex ikun żgurat li, wara l-azzjonijiet previsti fil-pjan ta' riżoluzzjoni, l-entità tkompli tissodisfa l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tagħha għal perijodu xieraq ta' żmien u ssostni fiduċja suffiċjenti tas-suq.

(14)

F'konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1075 (8), jenħtieġ li l-Bord jeżamina l-bażi ta' investituri tal-istrumenti għall-MREL ta' istituzzjoni jew entità individwali. Jekk parti sinifikanti mill-MREL ta' istituzzjoni tkun miżmuma minn investituri individwali li jaf ma jkunux irċevew indikazzjoni ġusta u prominenti tar-riskji rilevanti, dak jista' minnu nnifsu jkun impediment għar-riżolvibbiltà. Barra minn hekk, jekk parti kbira mill-istrumenti għall-MREL ta' istituzzjoni jew entità tkun miżmuma minn istituzzjonijiet oħra, l-implikazzjonijietsistematiċi ta' valwazzjoni negattiva jew konverżjoni tista' wkoll tkun impediment għar-riżolvibbiltà. Fejn il-Bord isib impediment għar-riżolvibbiltà li jirriżulta mid-daqs u n-natura ta' ċerta bażi ta' investituri, jenħtieġ li huwa jkun jista' jirrakkomanda lil istituzzjoni jew entità biex tindirizza dak l-impediment.

(15)

Biex titjieb ir-riżolvibbiltà tagħhom, minbarra r-rekwiżit minimu tat-TLAC previst fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, jenħtieġ li l-Bord ikun jista' jimponi MREL speċifiku għall-istituzzjoni fuq il-G-SIIs. Jenħtieġ li dak l-MREL speċifiku għall-istituzzjoni jiġi impost jekk ir-rekwiżit minimu tat-TLAC ma jkunx biżżejjed biex jiġi assorbit it-telf u G-SII tiġi rikapitalizzata taħt l-istrateġija ta' riżoluzzjoni magħżula.

(16)

Meta jiġi stabbilit il-livell ta' MREL, jenħtieġ li l-Bord jikkunsidra l-grad ta' relevanza sistemika ta' istituzzjoni u l-impatt negattiv potenzjali tal-falliment tagħha fuq l-istabbiltà finanzjarja. Jenħtieġ li l-Bord jikkunsidra l-ħtieġa ta' kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni bejn il-G-SIIs u istituzzjonijiet jew entitajiet oħra paragunabbli li jkollhom relevanza sistemika fi ħdan l-Istati Membri parteċipanti. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-MREL ta' istituzzjonijiet jew entitajiet li ma jkunux G-SIIs iżda li r-relevanza sistemika tagħhom fi ħdan l-Istati Membri parteċipanti tkun paragunabbli mar-relevanza sistemika tal-G-SIIs ma jvarjax b'mod sproporzjonat mil-livell u l-għamla tal-MREL li ġeneralment ikun stabbilit għal G-SIIs.

(17)

F'konformità mar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jew entitajiet li huma identifikati bħala entitajiet ta' riżoluzzjoni jkunu soġġetti għall-MREL biss fil-livell konsolidat ta' grupp ta' riżoluzzjoni. Dak ifisser li jenħtieġ li l-entitajiet ta' riżoluzzjoni, biex jissodisfaw l-MREL, jkunu obbligati joħorġu strumenti u oġġetti eliġibbli lil kredituri esterni terzi li jkunu soġġetti għal rikapitalizzazzjoni interna fil-każ li l-entità ta' riżoluzzjoni tidħol f'riżoluzzjoni.

(18)

L-istituzzjonijiet jew entitajiet li mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni jenħtieġ li jkunu konformi mal-MREL fuq livell individwali. Ġeneralment il-ħtiġijiet ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni ta' dawk l-istituzzjonijiet għandhom jiġu pprovduti mill-entitajiet ta' riżoluzzjoni rispettivi tagħhom permezz tal-akkwiżizzjoni diretta jew indiretta minn dawk l-entitajiet ta' riżoluzzjoni ta' strumenti ta' fondi proprji u strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli maħruġa minn dawk l-istituzzjonijiet jew entitajiet u permezz tat-tniżżil fil-valur jew il-konverżjoni tagħhom fi strumenti ta' sjieda meta dawk l-istituzzjonijiet jew entitajiet ma jkunux għadhom vijabbli. Bħala tali, huwa meħtieġ li l-MREL applikabbli għal istituzzjonijiet jew entitajiet li mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni jiġi applikat flimkien u b'mod konsistenti mar-rekwiżiti applikabbli għal entitajiet ta' riżoluzzjoni. Dak għandu jippermetti li l-Bord jirriżolvi grupp ta' riżoluzzjoni mingħajr ma jpoġġi ċerti sussidjarji tiegħu taħt riżoluzzjoni, biex b'hekk jiġu evitati l-effetti potenzjalment ta' tfixkil fis-suq. Jenħtieġ li l-applikazzjoni tal-MREL għal istituzzjonijiet jew entitajiet li mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni tkun konformi mal-istrateġija ta' riżoluzzjoni magħżula, u b'mod partikolari, jenħtieġ li ma tbiddilx ir-relazzjoni ta' sjieda bejn l-istituzzjonijiet u l-grupp ta' riżoluzzjoni tagħhom wara li dawk l-istituzzjonijiet ikunu ġew rikapitalizzati.

(19)

Jekk kemm l-entità ta' riżoluzzjoni jew l-impriża omm kif ukoll is-sussidjarji tagħha jkunu stabbiliti fl-istess Stat Membru u jkunu jagħmlu parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni, jenħtieġ li l-Bord ikun jista' jirrinunzja l-applikazzjoni tal-MREL applikabbli għal dawk is-sussidjarji li mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni jew jippermetti li huma jissodisfaw l-MREL b'garanziji kollateralizzati bejn l-impriża omm u s-sussidjarji tagħha, li jistgħu jiġu skattati meta jkunu sodisfatti l-kondizzjonijiet ta' twaqqit ekwivalenti għal dawk li jippermettu l-valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni ta' obbligazzjonijiet eliġibbli. Jenħtieġ li l-kollateral ta' appoġġ għall-garanzija jkun ferm likwidu u jenħtieġ li jkollu riskju minimu ta' kreditu jew tas-suq.

(20)

Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 jipprevedi li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrinunzjaw l-applikazzjoni ta' ċerti rekwiżiti ta' solvenza u likwidità għal istituzzjonijiet ta' kreditu affiljati b'mod permanenti ma' korp ċentrali ('netwerks kooperattivi') fejn jiġu sodisfatti ċerti kondizzjonijiet speċifiċi. Sabiex jittieħed kont tal-ispeċifiċitajiet ta' tali netwerks kooperattivi, jenħtieġ li l-Bord ikun jista' wkoll jirrinunzja l-applikazzjoni tal-MREL li japplika għal istituzzjonijiet ta' kreditu bħal dawn u l-korp ċentrali taħt kondizzjonijiet simili għal dawk stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 meta l-istituzzjonijiet ta' kreditu u l-korp ċentrali huma stabbiliti fl-istess Stat Membru. Jenħtieġ li l-Bord ikun jista' wkoll jittratta l-istituzzjonijiet ta' kreditu u l-korp ċentrali bħala ħaġa waħda meta jivvaluta l-kondizzjonijiet għar-riżoluzzjonijiet skont il-karatteristiċi tal-mekkaniżmu ta' solidarjetà. Jenħtieġ li l-Bord ikun jista' jiżgura l-konformità mar-rekwiżit tal-MREL estern tal-grupp ta' riżoluzzjoni kollu b'modi differenti, skont il-karatteristiċi tal-mekkaniżmu ta' solidarjetà ta' kull grupp, billi jingħaddu l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-entitajiet li, f'konformità mal-pjan ta' riżoluzzjoni, huma meħtieġa mill-Bord biex joħorġu strumenti eliġibbli għall-MREL barra l-grupp ta' riżoluzzjoni.

(21)

Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni u l-Bord jindirizzaw u jirrimedjaw kif xieraq kwalunkwe ksur tar-rekwiżit minimu tat-TLAC u tal-MREL. Minħabba li ksur ta' dawk ir-rekwiżiti jista' jikkostitwixxi impediment għar-riżolvibbiltà ta' istituzzjoni jew ta' grupp, jenħtieġ li l-proċeduri eżistenti għat-tneħħija ta' impedimenti għar-riżolvibbiltà jitqassru sabiex kwalunkwe ksur tar-rekwiżiti jiġi indirizzat b'mod espedjenti. Barra minn hekk jenħtieġ li l-Bord ikun jista' jitlob lill-istituzzjonijiet sabiex jimmodifikaw il-profili ta' maturità ta' strumenti u ta' oġġetti eliġibbli u biex iħejju u jimplimentaw pjanijiet biex jirristawraw il-livell ta' dawk ir-rekwiżiti. Jenħtieġ li l-Bord ikun jista' wkoll jipprojbixxi ċertu distribuzzjonijiet meta jqis li istituzzjoni jew entitàma tkunx qed tilħaq ir-rekwiżiti ta' riżerva kombinat taħt id-Direttiva 2013/36/UE meta kkunsidrati flimkien mal-MREL.

(22)

Dan ir-Regolament huwa konformi mad-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari d-dritt għall-propjetà u l-libertà ta' intrapriża, u għandu jiġi applikat skont dawk id-drittijiet u l-prinċipji.

(23)

Minħabba li l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jistabbilixxi regoli komuni għall-fini tal-qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-Unjoni, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk, minħabba l-iskala tal-azzjoni, jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta dan ir-Regolament, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Konformement mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.

(24)

Sabiex jitħalla żmien xieraq għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li dan ir-Regolament jiġi applikat mit-28 ta' Diċembru 2020,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 806/2014

Ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Artikolu 3(1) huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (21) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(21)

'sussidjarja' tfisser sussidjarja kif definita fil-punt (16) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u għall-finijiet li jiġu applikati l-Artikolu 8, l-Artikolu 10(10), l-Artikoli 12 sa 12k, 21 u 53 ta' dan ir-Regolament għal gruppi ta' riżoluzzjoni msemmija fil-punt (b) tal-punt (24b) ta' dan il-paragrafu, tinkludi, fejn u kif adatt, istituzzjonijiet ta' kreditu li huma affiljati b'mod permanenti ma' korp ċentrali, il-korp ċentrali nnifsu, u s-sussidjarji rispettivi tagħhom, b'kont meħud tal-mod kif tali gruppi ta' riżoluzzjoni jikkonformaw mal-Artikolu 12f(3) ta' dan ir-Regolament;

(21a)

'sussidjarja materjali' tfisser sussidjarja materjali kif definita fil-punt (135) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;”;

(b)

jiddaħħlu l-punti li ġejjin:

“(24a)

'entità ta' riżoluzzjoni' tfisser persuna ġuridika stabbilita fi Stat Membru parteċipanti li, skont l-Artikolu 8, tiġi identifikata mill-Bord bħala entità li fir-rigward tagħha l-pjan ta' riżoluzzjoni jipprovdi għal azzjoni ta' riżoluzzjoni;

(24b)

''grupp ta' riżoluzzjoni'' tfisser:

(a)

entità ta' riżoluzzjoni, flimkien mas-sussidjarji tagħha li mhumiex:

(i)

entitajiet ta' riżoluzzjoni minnhom infushom;

(ii)

sussidjarji ta' entitajiet ta' riżoluzzjoni oħrajn; jew

(iii)

entitajiet stabbiliti f'pajjiż terz li mhumiex inklużi fil-grupp ta' riżoluzzjoni taħt il-pjan ta' riżoluzzjoni u s-sussidjarji tagħhom; jew

(b)

istituzzjonijiet ta' kreditu li huma affiljati b'mod permanenti ma' korp ċentrali u l-korp ċentrali stess meta għall-inqas waħda minn dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu jew il-korp ċentrali jkunu entità ta' riżoluzzjoni, u s-sussidjarji rispettivi tagħhom;

(24c)

''istituzzjoni dinjija ta' importanza sistemika'' jew “G-SII” tfisser G-SII kif definita fil-punt (133) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;”;

(c)

jiddaħħal il-punt li ġej:

“(45a)

“kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni” tfisser kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni kif ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;”;

(d)

fil-punt (48), il-kliem “obbligazzjonijiet eliġibbli” huma sostitwiti mill-kliem “obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna”;

(e)

il-punt (49) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(49)

“obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna” tfisser obbligazzjonijiet u strumenti kapitali li ma jikkwalifikawx bħala strumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, jew bħala strumenti addizzjonali tal-Grad 1 jew tal-Grad 2 ta' entità msemmija fl-Artikolu 2 u li mhumiex esklużi mill-ambitu tal-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 27(3);”;

(f)

jiddaħħlu l-punti li ġejjin:

“(49a)

“obbligazzjonijiet eliġibbli” tfisser obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna li jissodisfaw, kif applikabbli, il-kondizzjonijiet tal-Artikolu 12c jew tal-punt (a) tal-Artikolu 12g(2) ta' dan ir-Regolament, u strumenti tal-Grad 2 li jissodisfaw il-kondizzjonijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 72a(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(49b)

“strumenti eliġibbli subordinati” tfisser strumenti li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha msemmija fl-Artikolu 72a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ħlief għall-paragrafi (3) sa (5) tal-Artikolu 72b ta' dak ir-Regolament;”;

(g)

jiddaħħal il-punt li ġej:

“(55)

“rekwiżit ta' riżerva kombinata” tfisser rekwiżit ta' riżerva kombinata kif definit fil-punt (6) tal-Artikolu 128 tad-Direttiva 2013/36/UE.”;

(2)

fl-Artikolu 7(3), il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(d)

it-twaqqif tal-livell tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, skont l-Artikoli 12 sa 12k;”.

(3)

l-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“5.   Il-pjan ta' riżoluzzjoni għandu jistabbilixxi alternattivi għall-applikazzjoni tal-għodod ta' riżoluzzjoni u għall-eżerċitar tas-setgħat ta' riżoluzzjoni msemmija f'dan ir-Regolament għall-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1.”;

(b)

l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-paragrafu 6 ġew sostitwiti b'dan li ġej:

“Il-pjan ta' riżoluzzjoni għandu jipprevedi l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni li l-Bord jista' jieħu meta entità msemmija fil-paragrafu 1 tissodisfa l-kondizzjonijiet għal riżoluzzjoni.

L-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 9 għandha tiġi żvelata lill-entità kkonċernata.”;

(c)

fil-paragrafu 9, il-punti (o) u (p) huma sostitwiti b'dan li ġej:

“(o)

ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 12f u 12g u skadenza għall-ilħuq ta' dak il-livell, f'konformità mal-Artikolu 12k;

(p)

fejn il-Bord japplika l-Artikolu 12c(4), (5), jew (7), skeda ta' żmien għall-konformità mill-entità ta' riżoluzzjoni skont l-Artikolu 12k;”;

(d)

il-paragrafu 10 ġie sostitwit b'dan li ġej:

“10.   Il-pjanijiet ta' riżoluzzjoni tal-grupp għandhom jinkludu pjan għar-riżoluzzjoni tal-grupp imsemmi fil-paragrafu 1, immexxija mill-impriża omm tal-Unjoni stabbilita fi Stat Membru parteċipanti u għandhom jidentifikaw miżuri li għandhom jittieħdu fir-rigward ta':

(a)

l-impriża omm tal-Unjoni;

(b)

is-sussidjarji li huma parti mill-grupp u li jkunu stabbiliti fl-Unjoni;

(c)

l-entitajiet imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 2; u

(d)

soġġett għall-Artikolu 33, is-sussidjarji li huma parti mill-grupp u li jkunu stabbiliti barra mill-Unjoni.

Skont il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-pjan ta' riżoluzzjoni għandu jidentifika għal kull grupp l-entitajiet ta' riżoluzzjoni u l-gruppi ta' riżoluzzjoni.”;

(e)

fil-paragrafu 11, il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b'dan li ġej:

“(a)

jistabbilixxi l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni li għandhom jittieħdu għal entitajiet ta' riżoluzzjoni fix-xenarji msemmija fil-paragrafu 6 u l-implikazzjonijiet ta' dawk l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' entitajiet oħra tal-grupp, tal-impriża omm u tal-istituzzjonijiet sussidjarji msemmija fil-paragrafu 1;

(aa)

fejn grupp imsemmi fil-paragrafu 1 jinkludi aktar minn grupp wieħed ta' riżoluzzjoni, jistabbilixxi azzjonijiet ta' riżoluzzjoni li għandhom jittieħdu għall-entitajiet ta' riżoluzzjoni ta' kull grupp ta' riżoluzzjoni u l-implikazzjonijiet ta' dawk l-azzjonijiet fuq dawn it-tnejn li ġejjin:

(i)

entitajiet oħra tal-grupp li jappartjenu għall-istess grupp ta' riżoluzzjoni;

(ii)

gruppi oħra ta' riżoluzzjoni;

(b)

jeżamina sa liema punt l-għodod ta' riżoluzzjoni jistgħu jiġu applikati, u s-setgħat ta' riżoluzzjoni eżerċitati, fir-rigward ta' entitajiet ta' riżoluzzjoni stabbiliti fl-Unjoni b'mod koordinat, inklużi miżuri biex jiġi ffaċilitat ix-xiri minn parti terza tal-grupp sħiħ, jew ta' linji operatorji jew attivitajiet separati ta' negozju li huma fornuti minn għadd ta' entitajiet tal-grupp, jew ta' entitajiet partikolari tal-grupp jew gruppi ta' riżoluzzjoni, u jiġi identifikat kwalunkwe impediment potenzjali għal riżoluzzjoni koordinata;”;

(f)

fil-paragrafu 12 jiddaħħlu s-subparagrafi li ġejjin:

“Ir-rieżami msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jitwettaq wara l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jew l-eżerċizzju tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 21.

Meta jistabbilixxi l-iskadenzi msemmija fil-punti (o) u (p) tal-paragrafu 9 ta'dan l-Artikolu, fiċ-ċirkostanzi msemmija fit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu, il-Bord għandu jieħu kont tal-iskadenza għall-konformità mar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 104b tad-Direttiva 2013/36/UE.”;

(4)

l-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.   Grupp għandu jitqies bħala riżolvibbli jekk ikun fattibbli u kredibbli għall-Bord li jew iwettaq stralċ tal-entitajiet tal-grupp skont proċedimenti normali ta' insolvenza jew li jirriżolvihom billi japplika għodod ta' riżoluzzjoni għal, u jeżerċita setgħat ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta', entitajiet ta' riżoluzzjoni ta' dak il-grupp filwaqt li, sa fejn ikun possibbli, tiġi evitata kwalunkwe konsegwenza negattiva sinifikanti għas-sistemi finanzjarji tal-Istati Membri li fihom ikunu jinsabu entitajiet tal-grupp, jew ta' Stati Membri oħrajn jew tal-Unjoni, inklużi instabilità finanzjarja usa' jew avvenimenti mifruxa mas-sistema kollha, bil-għan li tiġi żgurata l-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi mwettqa minn dawk l-entitajiet tal-grupp, meta jistgħu jiġu faċilment separati f'ħin opportun jew b'mezzi oħrajn.

Il-Bord għandu jinnotifika lill-EBA f'ħin opportun fejn il-Bord iqis li l-grupp mhuwiex riżolvibbli.

Fejn grupp ikun magħmul minn aktar minn grupp wieħed ta' riżoluzzjoni, il-Bord għandu jivvaluta r-riżolvibbiltà ta' kull grupp ta' riżoluzzjoni skont dan l-Artikolu.

Il-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha ssir flimkien mal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà tal-grupp kollu.”;

(b)

fil-paragrafu 9 jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

“L-entità għandha, fi żmien ġimagħtejn mid-data tar-riċezzjoni ta' rapport magħmul f'konformità mal-Paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu, tipproponi lill-Bord miżuri possibbli u skeda ta' żmien għall-implimentazzjoni tagħhom sabiex jiġi żgurat li l-entità jew l-impriża omm tkun konformi mal-Artikolu 12f jew 12g, u r-rekwiżit ta' riżerva kombinata, fejn impediment sostantiv għar-riżolvibbiltà huwa dovut għal xi waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(i)

l-entità tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva kombinata meta kkunsidrat flimkien ma' kull wieħed mir-rekwiżiti msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 141a(1) tad-Direttiva 2013/36/UE, iżda ma tissodisfax ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata meta kkunsidrat flimkien mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 12d u 12e ta' dan ir-Regolament, meta kkalkulat f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 12a(2) ta' dan ir-Regolament; jew

(ii)

l-entità ma tissodisfax ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 92a u 494 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 12d u 12e ta' dan ir-Regolament.

Meta tipproponi l-iskeda ta' żmien għall-implimentazzjoni ta' miżuri msemmija fit-tieni subparagrafu, l-entità għandha tieħu kont tar-raġunijiet għall-impediment sostantiv. Il-Bord, wara li jikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE, għandu jivvaluta jekk dawk il-miżuri effettivament jindirizzawx jew ineħħux l-impediment sostantiv inkwistjoni.”;

(c)

il-paragrafu 11 huwa emendat kif ġej:

(i)

fil-punti (i) u (j), il-kliem ''Artikolu 12'' huma sostitwiti mill-kliem ''Artikoli 12f u l-Artikolu 12g'';

(ii)

jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(k)

li jeħtieġu li l-entità tissottometti pjan biex tirristawra l-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikoli 12f u 12g ta' dan ir-Regolament, espress bħala perċentwal tal-iskopertura totali tar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u, fejn applikabbli, mar-rekwiżit ta' riżerva kombinata u mar-rekwiżiti tal-Artikolu 12f jew 12g ta' dan ir-Regolament espressi bħala perċentwal tal-miżura tal-iskopertura totali msemmija fl-Artikoli 429 u 429a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(l)

għall-iskop li tiġi żgurata konformità kontinwa mal-Artikolu 12f jew 12g, sabiex entità tintalab tibdel il-profil ta' maturità ta':

(i)

strumenti ta' fondi proprji, wara li tkun kisbet il-qbil tal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE, u

(ii)

obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fl-Artikolu 12c u l-punt (a) tal-Artikolu 12g(2).”;

(5)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 10a

Setgħa għall-projbizzjoni ta' ċerti distribuzzjonijiet

1.   Fejn entità tkun f'sitwazzjoni fejn tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva kombinata meta kkunsidrat flimkien ma' kull wieħed mir-rekwiżiti msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 141a(1) tad-Direttiva 2013/36/UE, iżda ma tonqos milli tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva kombinata meta kkunsidrat flimkien mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 12d u 12e ta' dan ir-Regolament meta kkalkulat f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 12a(2) ta' dan ir-Regolament, il-Bord għandu jkollu s-setgħa, f'konformità mal-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, li jipprojbixxi entità milli tiddistribwixxi aktar mill-Ammont Massimu Distribwibbli relatat mar-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli (''M-MDA'') ikkalkulat f'konformità mal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu permezz ta' kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet li ġejjin:

(a)

jagħmel distribuzzjoni b'rabta mal-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni;

(b)

joħloq obbligu li jitħallsu rimunerazzjoni varjabbli jew benefiċċji diskrezzjonarji tal-pensjoni jew titħallas rimunerazzjoni varjabbli jekk l-obbligu ta' ħlas ikun inħoloq fi żmien meta l-entità tkun naqset milli tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva ta' kapital kombinati;

(c)

jagħmel pagamenti fuq strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali.

Meta entità tkun fis-sitwazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, hija għandha tinnotifika immedjatament l-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni u lill-Bord dwar dan.

2.   Fis-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-Bord, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE fejn applikabbli, għandu jivvaluta mingħajr dewmien bla bżonn jekk għandux jeżerċita s-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 filwaqt li jieħu kont tal-elementi li ġejjin kollha:

(a)

ir-raġuni, it-tul ta' żmien u d-daqs tan-nuqqas u l-impatt tiegħu fuq ir-riżolvibbiltà;

(b)

l-iżvilupp tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-entità u l-probabbiltà li, fil-futur prevedibbli, din tissodisfa l-kondizzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 18(1);

(c)

il-prospett li l-entità ser tkun tista' tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 fi żmien raġonevoli;

(d)

meta l-entità ma tkunx tista' tissostitwixxi l-obbligazzjonijiet li ma għadhomx jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà jew ta' maturità stabbiliti fl-Artikoli 72b u 72c tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-Artikolu 12c jew l-Artikolu 12g(2) ta' dan ir-Regolament, jekk dik l-inkapaċità hija idjosinkratika jew minħabba tfixkil fis-suq kollu

(e)

jekk l-eżerċizzju tas-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 ikunx l-aktar mezz adegwat u proporzjonat biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni tal-entità, b'kont meħud tal-impatt potenzjali tiegħu kemm fuq il-kondizzjonijiet ta' finanzjament kif ukoll fuq ir-riżolvibbiltà tal-entità kkonċernata.

Il-Bord għandu jirrepeti l-valutazzjoni tiegħu dwar jekk għandux jeżerċita s-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 mill-inqas kull xahar sakemm l-entità tkompli tkun fis-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

3.   Jekk il-Bord iqis li l-entità tkun għadha fis-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fi żmien disa' xhur wara li sitwazzjoni bħal din tkun ġiet innotifikata mill-entità, il-Bord, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE, għandu jeżerċita s-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 ħlief fejn il-Bord iqis, wara valutazzjoni, li jiġu ssodisfati tal-anqas tnejn mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

in-nuqqas huwa dovut għal tfixkil serju għall-funzjonament tas-swieq finanzjarji, li jwassal għal stress estensiv tas-suq finanzjarju fost diversi segmenti tas-swieq finanzjarji;

(b)

it-tfixkil imsemmi fil-punt (a) mhux biss jirriżulta f'volatilità akbar fil-prezz tal-istrumenti ta' strumenti ta' fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-entità jew spejjeż akbar għall-entità, iżda jwassal ukoll għal għeluq sħiħ jew parzjali tas-swieq li jżomm l-entità milli toħroġ strumenti ta' fondi proprji u strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli f'dawk is-swieq;

(c)

l-għeluq tas-suq imsemmi fil-punt (b) jiġi osservat mhux biss għall-entità kkonċernata, iżda wkoll għal diversi entitajiet oħra;

(d)

it-tfixkil imsemmi fil-punt (a) jipprevjeni l-entità kkonċernata milli toħroġ strumenti ta' fondi proprji u strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli f'volum suffiċjenti sabiex tirrimedja n-nuqqas;

(e)

eżerċizzju tas-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 twassal għal effetti konsegwenzjali għal parti mis-settur bankarju, li b'hekk potenzjalment jimminaw l-istabbiltà finanzjarja.

Meta tiġi applikata l-eċċezzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Bord għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti, inkluż lill-BĊE fejn applikabbli, bid-deċiżjoni tiegħu u jispjega l-valutazzjoni tiegħu bil-miktub.

Kull xahar, il-Bord għandu jirrepeti l-valutazzjoni tiegħu jekk hijiex applikabbli l-eċċezzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu.

4.   L-“M-MDA” għandu jiġi applikat billi tiġi mmultiplikata s-somma kkalkulata skont il-paragrafu 5 bil-fattur iddeterminat skont il-paragrafu 6. L-“M-MDA” għandu jitnaqqas bi kwalunkwe ammont riżultanti minn kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet msemmija fil-punti (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 1.

5.   Is-somma li tkun immultiplikata skont il-paragrafu 4 għandha tikkonsisti fi:

(a)

profitti interim mhux inklużi fil-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni skont l-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 netti minn kwalunkwe distribuzzjoni ta' profitti jew kwalunkwe ħlas riżultanti mill-azzjonijiet imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;

magħduda ma'

(b)

kwalunkwe profitt ta' tmiem is-sena mhux inkluż fil-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni skont l-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, nett minn kwalunkwe distribuzzjoni ta' profitti jew kwalunkwe ħlas riżultanti mill-azzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;

li minnhom jitnaqqsu

(c)

l-ammonti li jkunu pagabbli bħala taxxa li kieku kellhom jinżammu l-entrati speċifikati fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu.

6.   Il-fattur imsemmi fil-paragrafu 4 għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

(a)

meta l-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni miżmum mill-entità li ma jintużax biex jissodisfa ebda wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fl-Artikoli 12d u 12e ta' dan ir-Regolament espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ikun fl-ewwel kwart (jiġifieri, fl-aktar wieħed baxx) tar-rekwiżit ta' riżerva ta' kapital kombinat, il-fattur għandu jkun 0;

(b)

meta l-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni miżmum mill-entità li ma jintużax biex jissodisfa ebda wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fl-Artikoli 12d u 12e ta' dan ir-Regolament, espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ikun fit-tieni kwart tar-rekwiżit ta' riżerva ta' kapital kombinat, il-fattur għandu jkun 0,2;

(c)

meta l-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni miżmum mill- entità li ma jintużax biex jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fl-Artikoli 12d u 12e, espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ikun fit-tielet kwart tar-rekwiżit ta' riżerva ta' kapital kombinat, il-fattur għandu jkun 0,4;

(d)

meta l-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni miżmum mill-entità li ma jintużax biex jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fl-Artikoli 12d u 12e ta' dan ir-Regolament, espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ikun fir-raba' kwart (jiġifieri, fl-ogħla wieħed) tar-rekwiżit ta' riżerva ta' kapital kombinat, il-fattur għandu jkun 0,6;

Il-livelli inferjuri u superjuri ta' kull kwart tar-rekwiżit ta' riżerva għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:

 

Formula

 

Formula

fejn “Qn” = in-numru ordinali tal-kwart ikkonċernat.”;

(6)

l-Artikolu 12 huwa sostitwit b'dawn li ġejjin:

“Artikolu 12

Rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli

1.   Il-Bord għandu, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż mal-BĊE, jiddetermina r-rekwiżiti għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, kif imsemmi fl-Artikoli 12a sa 12i, soġġett għal setgħat ta' valwazzjoni negattiva u ta' konverżjoni, li huma meħtieġa li jiġu sodisfatti f'kull ħin mill-entitajiet u l-gruppi msemmija fl-Artikolu 7(2) u mill-entitajiet u gruppi msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 7(4) u fl-Artikolu 7(5) meta jkunu sodisfatti l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' dawn il-paragrafi.

2.   L-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, inklużi entitajiet li jagħmlu parti minn gruppi, għandhom jirraportaw l-informazzjoni f'konformità mal-Artikolu 45i(1), (2) u (4) tad-Direttiva 2014/59/UE lill-awtorità ta' riżoluzzjoni nazzjonali tal-Istat Membru parteċipanti li huma stabbiliti fih.

L-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandha tibgħat l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Bord mingħajr dewmien bla bżonn.

3.   Meta jabbozzaw pjanijiet ta' riżoluzzjoni skont l-Artikolu 9, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni nazzjonali għandhom jiddeterminaw ir-rekwiżiti għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, kif imsemmi fl-Artikoli 12a sa 12i, soġġett għas-setgħat ta' tniżżil fil-valur u ta' konverżjoni, li huma meħtieġa li jiġu sodisfatti f'kull ħin mill-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 7(3). F'dak ir-rigward għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 31.

4.   Il-Bord għandu jieħu kwalunkwe determinazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, b'mod parallel mal-iżvilupp u maż-żamma tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni skont l-Artikolu 8.

5.   Il-Bord għandu jindirizza d-determinazzjoni tiegħu lill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni nazzjonali għandhom jimplimentaw l-istruzzjonijiet tal-Bord skont l-Artikolu 29. Il-Bord għandu jitlob li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni nazzjonali jivverifikaw u jiżguraw li entitajiet u gruppi jżommu r-rekwiżiti għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

6.   Il-Bord għandu jinforma lill-BĊE u lill-EBA bir-rekwiżiti għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli li jkun iddetermina għal kull entità u grupp taħt il-paragrafu 1.

7.   Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni effettiva u konsistenti ta' dan l-Artikolu, il-Bord għandu joħroġ linji gwida u jindirizza istruzzjonijiet lill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni dwar entitajiet jew gruppi speċifiċi.

Artikolu 12a

L-applikazzjoni u l-kalkolu tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli

1.   Il-Bord u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni nazzjonali għandhom jiżguraw li l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 12(1) u (3) jissodisfaw, f'kull ħin, ir-rekwiżiti għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli fejn dan ikun meħtieġ minn, u f'konformità ma', dan l-Artikolu u l-Artikolu 12b sa 12i.

2.   Dan ir-rekwiżit imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jiġi kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 12d(3), (4), jew (6), kif applikabbli, bħala l-ammont ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli u jiġi espress bħala perċentwal ta':

(a)

l-ammont tal-iskopertura totali tar-riskju tal-entità rilevanti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; u

(b)

il-miżura tal-iskopertura totali tar-riskju tal-entità rilevanti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 429 u 429a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Artikolu 12b

Eżenzjoni mir-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli

1.   Minkejja l-Artikolu 12a, il-Bord għandu jeżenta mir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 12a(1) lill-istituzzjonijiet ta' kreditu ipotekarju ffinanzjati minn bonds koperti li, mhumiex permessi jirċievu depożiti taħt il-liġi nazzjonali, sakemm il-kondizzjonijiet kollha segwenti jkunu sodisfatti:

(a)

dawk l-istituzzjonijiet ser jiġu stralċjati fi proċedimenti nazzjonali ta' insolvenza jew f'tipi oħra ta' proċedimenti stabbiliti għal dawk l-istituzzjonijiet u implimentati skont l-Artikoli 38, 40 jew 42 tad-Direttiva 2014/59/UE; u

(b)

il-proċedimenti msemmija fil-punt (a) jiżguraw li l-kredituri ta' dawk l-istituzzjonijiet, inklużi d-detenturi ta' bonds koperti, fejn rilevanti, iġarrbu telf b'mod li jilħaq l-objettivi tar-riżoluzzjoni.

2.   L-istituzzjonijiet li huma eżentati mir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 12(1) ma għandhomx ikunu parti mill-konsolidazzjoni msemmija fl-Artikolu 12f(1).

Artikolu 12c

Obbligazzjonijiet eliġibbli għal entitajiet ta' riżoluzzjoni

1.   Obbligazzjonijiet għandhom jiġu inklużi fl-ammont tal-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-entitajiet ta' riżoluzzjoni biss meta dawn jissodisfaw il-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli li ġejjin tar-Regolament (UE) Nru 575/2013:

(a)

l-Artikolu 72a;

(b)

l-Artikolu 72b, bl-eċċezzjoni tal-punt (d) tal-paragrafu 2; u

(c)

Artikolu 72c.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, fil-każ li dan ir-Regolament jirreferi għar-rekwiżiti fl-Artikolu 92a jew l-Artikolu 92b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l- għall-fini ta' dawk l-Artikoli, l-obbligazzjonijiet eliġibbli għandhom jikkonsistu f'obbligazzjonijiet eliġibbli kif definiti fl-Artikolu 72k ta' dak ir-Regolament u jiġu ddeterminati f'konformità mal-Kapitolu 5a tat-Titolu I tal-Parti II ta' dak ir-Regolament.

2.   Obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn strumenti tad-dejn b'derivattivi inkorporati, bħal noti strutturati, li jissodisfaw il-kondizzjonijiet tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, ħlief għall-punt (l) tal-Artikolu 72a(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għandhom jiġu inklużi biss fl-ammont ta' fondi proprji u ta' obbligazzjonijiet eliġibbli meta tiġi ssodisfata xi waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-ammont prinċipali tal-obbligazzjoni li tirriżulta mill-istrument tad-dejn ikun magħruf fil-mument tal-ħruġ, ikun fiss jew qed jiżdied u mhux affettwat minn karatteristika ta' derivattiv inkorporat, u l-ammont totali tal-obbligazzjoni li tirriżulta mill-istrument tad-dejn, inkluż id-derivattiv inkorporat, jistgħu jiġu vvalutati fuq bażi ta' kuljum b'referenza għal suq bidirezzjonali attiv u likwidu għal strument ekwivalenti mingħajr riskju ta' kreditu f'konformità mal-Artikoli 104 u 105 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; jew

(b)

l-istrument tad-dejn jinkludi terminu kuntrattwali li jispeċifika li l-valur tal-pretensjoni f'każijiet kemm ta' insolvenza tal-emittent kif ukoll tar-riżoluzzjoni tal-emittent huwa fiss jew jiżdied, u ma jeċċedix l-ammont inizjalment imħallas totalment tal-obbligazzjoni.

L-istrumenti tad-dejn imsemmija fl-ewwel subparagrafu, inkluż id-derivattivi inkorporati tagħhom, m'għandhomxikunu soġġetti għal xi ftehim ta' netting u l-valutazzjoni ta' tali strumenti m'għandhiex tkun soġġetta għall-Artikolu 49(3) tad-Direttiva 2014/59/UE.

L-obbligazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu inklużi biss fl-ammont ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli fir-rigward tal-parti tal-obbligazzjoni li tikkorrispondi għall-ammont prinċipali msemmi fil-punt (a) ta' dak is-subparagrafu jew għall-ammont fiss jew li qed jiżdied imsemmi fil-punt (b) ta' dak is-subparagrafu.

3.   Fejn jinħarġu obbligazzjonijiet minn sussidjarja stabbilita fl-Unjoni għal xi azzjonist eżistenti li ma jkunx parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni, u dik is-sussidjarja tkun parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni bħall-entità ta' riżoluzzjoni, dawk l-obbligazzjonijiet għandhom jiġu inklużi fl-ammont ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli ta' dik l-entità ta' riżoluzzjoni dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

jinħarġu f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 12g(2);

(b)

l-eżerċizzju tas-setgħat ta' valutazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni fir-rigward ta' dawk l-obbligazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 21 ma jaffettwax il-kontroll tas-sussidjarja mill-entità ta' riżoluzzjoni;

(c)

dawk l-obbligazzjonijiet ma jaqbżux ammont determinat mit-tnaqqis:

(i)

is-somma tal-obbligazzjonijiet maħruġa lil u mixtrija mill-entità ta' riżoluzzjoni jew direttament inkella indirettament permezz ta' entitajiet oħra fl-istess grupp ta' riżoluzzjoni u l-ammont ta' fondi proprji maħruġa f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 12g(2) minn

(ii)

l-ammont meħtieġ f'konformità mal-Artikolu 12g(1).

4.   Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżit minimu fl-Artikolu 12d(4) u fil-punt (a) tal-Artikolu 12e(1), il-Bord, fuq inizjattiva proprja tiegħu wara li jkun ikkonsulta mal-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni jew fuq proposta minn awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni, għandu jiżgura li parti mir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12f daqs 8 % tal-obbligazzjonijiet totali, inklużi fondi proprji, għandha tiġi ssodisfata minn entitajiet ta' riżoluzzjoni li huma GSIIs jew entitajiet ta' riżoluzzjoni li huma soġġetti għall-Artikolu 12d(4) jew (5) bl-użu ta' fondi proprji, strumenti eliġibbli subordinati, jew obbligazzjonijiet kif imsemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Il-Bord jista' jippermetti li livell aktar baxx minn 8 % tal-obbligazzjonijiet totali, inklużi fondi proprji, tal-entità ta' riżoluzzjoni iżda ogħla mill-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-formula (1-X1/X2) × 8 % tal-obbligazzjonijiet totali, inklużi fondi proprji, għandu jiġi ssodisfat minn entitajiet ta' riżoluzzjoni li huma GSIIs jew entitajiet ta' riżoluzzjoni li huma soġġetti għall-Artikolu 12d(4) jew (5) bl-użu ta' fondi proprji, strumenti eliġibbli subordinati jew obbligazzjonijiet kif imsemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, dment li jkunu ssodisfati kollha l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 72b(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fejn, fid-dawl tat-tnaqqis li huwa possibbli skont l-Artikolu 72b(3) ta' dak ir-Regolament:

 

X1 = 3.5 % tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

 

X2 = l-ammont li jirriżulta mis-somma ta' 18 % tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u l-ammont tar-rekwiżit ta' riżerva kombinata.

Għall-entitajiet ta' riżoluzzjoni li huma soġġetti għall-Artikolu 12d(4), fejn l-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu twassal għal rekwiżit 'il fuq minn 27 % tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju għall-entità ta' riżoluzzjoni kkonċernata, il-Bord għandu jillimita l-parti tar-rekwiżit imsemmija fl-Artikolu 12f li għandha tiġi ssodisfata bl-użu ta' fondi proprji, strumenti eliġibbli subordinati, jew obbligazzjonijiet kif imsemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għal ammont daqt 27 % tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju jekk il-Bord ikun ivvaluta li:

(a)

l-aċċess għall-Fond mhux meqjus bħala opzjoni biex tiġi riżolta dik l-entità ta' riżoluzzjoni fil-pjan ta' riżoluzzjoni; u

(b)

fejn il-punt (a) ma japplikax, ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12f jippermetti dik l-entità ta' riżoluzzjoni tissodisfa r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 27(7).

Meta jagħmel il-valutazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu, il-Bord għandu jqis ukoll ir-riskju ta' impatt sproporzjonat fuq il-mudell kummerċjali tal-entità ta' riżoluzzjoni kkonċernata.

Għall-entitajiet ta' riżoluzzjoni soġġetti għall-Artikolu 12d(5), it-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma japplikax.

5.   Għal entitajiet ta' riżoluzzjoni li la huma GSIIs u lanqas ma huma entitajiet ta' riżoluzzjoni soġġetti għall-Artikolu 12d(4) jew (5), il-Bord, jew fuq inizjattiva proprja tiegħu wara li jikkonsulta mal-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni jew fuq proposta minn awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni, jista' jiddeċiedi li parti mir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12f sal-ogħla waħda mit-8 % tal-obbligazzjonijiet totali, inklużi fondi proprji, tal-entità u l-formula msemmija fil-paragrafu 7 ta'dan l-Artikolu, għandha tiġi ssodisfata permezz tal-użu ta' fondi proprji, strumenti eliġibbli subordinati, jew obbligazzjonijiet kif imsemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

obbligazzjonijiet mhux subordinati msemmija fil-paragrafi (1) u (2) ta' dan l-Artikolu għandhom l-istess klassifikazzjoni prijoritarja fil-ġerarkija nazzjonali tal-insolvenza bħal ċerti obbligazzjonijiet li huma esklużi mill-applikazzjoni tas-setgħat ta' valutazzjoni negattiva u ta' konverżjoni skont l-Artikolu27(3) jew l-Artikolu 27(5);

(b)

jeżisti r-riskju li, bħala riżultat ta' applikazzjoni ppjanata ta' setgħat ta' valutazzjoni negattiva u ta' konverżjoni lil obbligazzjonijiet mhux subordinati li mhumiex esklużi mill-applikazzjoni tas-setgħat ta' valutazzjoni negattiva u ta' konverżjoni skont l-Artikolu 27(3) jew l-Artikolu 27(5), kredituri li l-pretensjonijiet tagħhom jirriżultaw minn dawk l-obbligazzjonijiet iġarrbu telf ikbar milli kieku jġarrbu fi stralċ taħt proċedimenti normali ta' insolvenza;

(c)

l-ammont ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet subordinati oħra ma jaqbiżx l-ammont meħtieġ biex jiġi żgurat li l-kredituri msemmija fil-punt (b) ma għandhomx iġarrbu telf 'il fuq mil-livell tat-telf li altrimenti kienu jġarrbu fi stralċ taħt proċedimenti normali ta' insolvenza.

Fejn il-Bord jiddetermina li, fi ħdan klassi ta' obbligazzjonijiet li tinkludi obbligazzjonijiet eliġibbli, l-ammont tal-obbligazzjonijiet li huma esklużi jew hemm raġunijiet biex x'aktarx jiġu esklużi mill-applikazzjoni tas-setgħat ta' valutazzjoni negattiva u ta' konverżjoni skont l-Artikoli 27(3) jew 27(5), jammonta għal iktar minn 10 % ta' dik il-klassi, il-Bord għandu jivvaluta r-riskju msemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

6.   Għall-finijiet tal-paragrafi 4, 5, u 7, l-obbligazzjonijiet derivattivi għandhom jiġu inklużi fl-obbligazzjonijiet totali, fuq il-bażi li jingħata rikonoxximent sħiħ lid-drittijiet ta' nettjar tal-kontroparti.

Il-fondi proprji ta' entità ta' riżoluzzjoni użati biex tikkonforma mar-rekwiżit ta' riżerva kombinata għandhom ikunu eliġibbli għal konformità mar-rekwiżit imsemmi fil-paragrafi 4, 5 u 7.

7.   B'deroga mill-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, il-Bord jista' jiddeċiedi li r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12f ta' dan ir-Regolament għandu jiġi ssodisfat minn entitajiet ta' riżoluzzjoni li huma GSIIs jew entitajiet ta' riżoluzzjoni soġġetti għall-Artikolu 12d(4) jew (5) ta' dan ir-Regolament bl-użu ta' fondi proprji, strumenti eliġibbli subordinati, jew obbligazzjonijiet kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, sa fejn, minħabba l-obbligu tal-entitajiet ta' riżoluzzjoni li tikkonforma mar-rekwiżiti ta' riżerva kombinata msemmija fl-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-Artikolu 12d(4) u l-Artikolu 12f ta' dan ir-Regolament, is-somma ta' dawk il-fondi proprji, strumenti u obbligazzjonijiet ma taqbiżx l-ogħla minn:

(a)

8 % tal-obbligazzjonijiet totali, inklużi fondi proprji, tal-entità; jew

(b)

l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-formola A × 2 + B × 2 + C, fejn A, B u C huma l-ammonti li ġejjin:

A= l-ammont li jirriżulta mir-rekwiżit imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

B= l-ammont li jirriżulta mir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE;

C= l-ammont li jirriżulta mir-rekwiżit ta' riżerva kombinata.

8.   Il-Bord jista' jeżerċita s-setgħa msemmija fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu fir-rigward tal-entitajiet ta' riżoluzzjoni li huma G-SIIs jew li huma soġġetti għall-Artikolu 12d(4) jew (5), li jissodisfaw waħda mill-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a), (b) jew (c) tat-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu, sa limitu ta' 30 % tan-numru totali tal-entitajiet ta' riżoluzzjoni kollha li huma G-SIIs jew li huma soġġetti għall-Artikolu 12d (4) jew (5) li għalihom il-Bord jiddetermina r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12f.

Il-kondizzjonijiet għandhom jiġu kkunsidrati mill-Bord kif ġej:

(a)

fejn ġew identifikati impedimenti sostantivi għar-riżolvibbiltà fil-valutazzjoni preċedenti tar-riżolvibbiltà, u jew:

(i)

ma ttieħdet ebda azzjoni ta' rimedju wara l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 10(11) fl-iskeda ta' żmien mitluba mill-Bord, jew

(ii)

l-impediment sostantiv identifikat ma jistax jiġi indirizzat minn kwalunkwe waħda mill-miżuri msemmija fl-Artikolu 10(11), u l-eżerċizzju tas-setgħa msemmija fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu jkun jikkumpensa parzjalment jew kompletament għall-impatt negattiv ta' impediment sostantiv dwar ir-riżolvibbiltà;

(b)

il-Bord iqis li l-fattibbiltà u l-kredibbiltà tal-istrateġija ta' riżoluzzjoni ppreferuta tal-entità ta' riżoluzzjoni hija limitata, b'kont meħud tad-daqs tal-entità, l-interkonnettività, in-natura, l-ambitu, ir-riskju u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħha, l-istatus ġuridiku tagħha u l-istruttura tal-parteċipazzjoni azzjonarja tagħha; jew

(c)

ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE jirrifletti l-fatt li l-entità ta' riżoluzzjoni li hija G-SII jew li hija soġġetta għall-Artikolu 12d(4) jew (5) ta' dan ir-Regolament hija, f'termini ta stat ta' riskju, fost l-ogħla 20 % tal-istituzzjonijiet li fir-rigward tagħhom il-Bord jiddetermina r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) ta' dan ir-Regolament.

Għall-finijiet tal-perċentwali msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafu, il-Bord għandu jżid in-numru li jirriżulta mill-kalkolu sal-eqreb numru sħiħ.

9.   Wara li jikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE, il-Bord għandu jieħu d-deċiżjonijiet msemmija fil-paragrafu 5 jew 7.

Meta jkun qed jieħu dawk id-deċiżjonijiet, il-Bord għandu jqis ukoll:

(a)

il-profondità tas-suq għall-istrumenti ta' fondi proprji tal-entità ta' riżoluzzjoni u strumenti eliġibbli subordinati, l-ipprezzar ta' tali strumenti, u l-ħin meħtieġ biex titwettaq kwalunkwe transazzjoni meħtieġa għall-fini ta' konformità mad-deċiżjoni;

(b)

l-ammont ta' strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha msemmija fl-Artikolu 72a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 b'maturità residwa ta' inqas minn sena mid-data tad-deċiżjoni bil-ħsieb li jsiru aġġustamenti kwantitattivi għar-rekwiżiti imsemmija fil-paragrafi 5 u 7 ta' dan l-Artikolu;

(c)

id-disponibbiltà u l-ammont ta' strumenti li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha msemmija fl-Artikolu 72a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ħlief għall-punt (d) tal-Artikolu 72b(2) ta' dak ir-Regolament;

(d)

jekk l-ammont ta' obbligazzjonijiet esklużi mill-applikazzjoni tas-setgħat ta' valutazzjoni negattiva u ta' konverżjoni f'konformità mal-Artikolu 27(3) jew (5) li, fi proċedimenti ta' insolvenza normali, jikklassifikaw fl-istess livell ta' jew taħt l-obbligazzjonijiet eliġibbli bl-ogħla klassifikazzjoni jkun sinifikanti meta mqabbel mal-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-entità ta' riżoluzzjoni. Fejn l-ammont ta' obbligazzjonijiet esklużi ma jaqbiżx 5 % tal-ammont ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli tal-entità ta' riżoluzzjoni, l-ammont eskluż għandu jitqies bħala li mhux sinifikanti. 'Il fuq minn dak il-limitu, is-sinifikat tal-obbligazzjonijiet esklużi għandu jiġi vvalutat mill-Bord.

(e)

il-mudell kummerċjali, il-mudell ta' finanzjament, u l-profil ta' riskju tal-entità ta' riżoluzzjoni, kif ukoll l-istabbiltà u l-ħila tagħha li tikkontribwixxi għall-ekonomija; u

(f)

l-impatt ta' spejjeż ta' ristrutturar possibbli fuq ir-rikapitalizzazzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni.

Artikolu 12d

Determinazzjoni tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli

1.   Ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) għandu jiġi ddeterminat mill-Bord, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE, abbażi tal-kriterji li ġejjin:

(a)

il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-grupp ta' riżoluzzjoni jista' jiġi riżolt bl-applikazzjoni tal-għodod ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-entità ta' riżoluzzjoni inkluż, fejn ikun il-każ, l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna, b'mod li jintlaħqu l-objettivi tar-riżoluzzjoni;

(b)

il-ħtieġa li jiġi żgurat, fejn adatt, li l-entità ta' riżoluzzjoni u s-sussidjarji tagħhom li huma istituzzjonijiet, jew entitajiet imsemmija fl-Artikolu 12(1) u (3) iżda mhux entitajiet ta' riżoluzzjoni jkollhom fondi proprji suffiċjenti u obbligazzjonijiet eliġibbli biex jiżguraw li, jekk l-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna jew is-setgħat ta' valwazzjoni negattiva u ta' konverżjoni, rispettivament, kellhom jiġu applikati għalihom, it-telf ikun jista' jiġi assorbit u u li l-proporzjoni kapitali totali u, skont ma jkun applikabbli, il-proporzjon ta' ingranaġġ tal-entitajiet rilevanti jistgħu jiġu ristawrati għal livell meħtieġ biex ikunu jistgħu jkomplu jkunu konformi mal-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni u biex iwettqu l-attivitajiet li għalihom ikunu awtorizzati skont id-Direttiva 2013/36/UE jew id-Direttiva 2014/65/UE;

(c)

il-ħtieġa li jiġi żgurat li, jekk il-pjan ta' riżoluzzjoni jantiċipa li ċerti klassijiet ta' obbligazzjonijiet eliġibbli jistgħu jiġu esklużi minn rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 27(5) ta' dan ir-Regolament jew jistgħu jiġu kompletament trasferiti lil riċevitur taħt trasferiment parzjali, l-entità ta' riżoluzzjoni jkollha fondi proprji suffiċjenti u obbligazzjonijiet eliġibbli oħra biex tassorbi t-telf u tirrestawra l-proporzjon kapitali totali u, skont ma jkun applikabbli, il-proporzjon ta' ingranaġġ għal livell neċessarju sabiex tkun tista' tkompli tikkonforma mal-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni u biex tkompli bl-attivitajiet li hija awtorizzata għalihom skont id-Direttiva 2013/36/UE jew id-Direttiva 2014/65/UE;

(d)

id-daqs, il-mudell kummerċjali, il-mudell ta' finanzjament u l-profil ta' riskju tal-entità;

(e)

il-punt sa liema l-falliment tal-entità jkollu effett negattiv fuq l-istabbiltà finanzjarja, inkluż permezz tal-kontaġju fuq istituzzjonijiet jew entitajiet oħra, minħabba l-interkonnessjoni tal-entità ma' istituzzjonijiet jew entitajiet oħra jew mal-bqija tas-sistema finanzjarja.

2.   Fejn il-pjan ta' riżoluzzjoni jipprovdi li għandha tittieħed azzjoni ta' riżoluzzjoni jew li għandhom jiġu applikati setgħat ta' valutazzjoni negattiva u ta' konverżjoni fir-rigward ta' strumenti kapitali rilevanti skont l-Artikolu 21 f'konformità max-xenarju rilevanti msemmi fl-Artikolu 8(6), ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) għandu jkun ugwali għal ammont suffiċjenti biex jiġi żgurat li:

(a)

it-telf li hija mistennija ġġarrab l-entità jiġi kompletament assorbit (''assorbiment tat-telf'');

(b)

l-entità ta' riżoluzzjoni u s-sussidjarji tagħha li huma istituzzjonijiet jew entitajiet imsemmija fl-Artikolu 12(1) jew (3) iżda mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni jiġu rikapitalizzati għal livell neċessarju sabiex ikunu jistgħu jkomplu jikkonformaw mal-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni u jwettqu l-attivitajiet li għalihom huma awtorizzati taħt id-Direttiva 2013/36/UE, id-Direttiva 2014/65/UE jew att leġislattiv ekwivalenti għal perjodu xieraq li mhuwiex itwal minn sena (“rikapitalizzazzjoni”).

Fejn il-pjan ta' riżoluzzjoni jipprovdi li l-entità għandha tiġi stralċjata taħt proċedimenti ta' insolvenza normali jew proċeduri nazzjonali ekwivalenti oħra, il-Bord għandu jivvaluta jekk hux ġustifikat li r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) għal dik l-entità jiġi limitat biex ma jaqbiżx ammont suffiċjenti sabiex jiġi assorbit it-telf skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu.

Il-valutazzjoni mill-Bord għandha, b'mod partikolari, tevalwa l-limitu msemmi fit-tieni subparagrafu fir-rigward ta' kwalunkwe impatt possibbli fuq l-istabbiltà finanzjarja u fuq ir-riskju ta' kontaġju għas-sistema finanzjarja.

3.   Fil-każ ta' entitajiet ta' riżoluzzjoni, l-ammont imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandu jkun dan li ġej:

(a)

bil-għan li jiġi kkalkulat ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1), f'konformità mal-punt a) tal-Artikolu 12a(2), is-somma ta':

(i)

l-ammont ta' telf li jrid jiġi assorbit fir-riżoluzzjoni li jikkorrispondi għar-rekwiżiti msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE tal-entità ta' riżoluzzjoni fil-livell konsolidat ta' grupp ta' riżoluzzjoni; u

(ii)

ammont ta' rikapitalizzazzjoni li jippermetti lill-grupp ta' riżoluzzjoni li jirriżulta minn riżoluzzjoni li jirristawra l-konformità mar-rekwiżit ta' proporzjon ta' kapital totali tiegħu msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-rekwiżit tiegħu msemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE fil-livell konsolidat tal-grupp ta' riżoluzzjoni wara l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' riżoluzzjoni preferuta; u

(b)

bil-għan li jiġi kkalkulat ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1), f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 12a(2), is-somma ta':

(i)

l-ammont ta' telf li għandu jiġi assorbit fir-riżoluzzjoni li jikkorrispondi għar-rekwiżit ta' proporzjon ta' ingranaġġ tal-entità ta' riżoluzzjoni msemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fil-livell konsolidat tal-grupp ta' riżoluzzjoni; u

(ii)

ammont ta' rikapitalizzazzjoni li jippermetti lill-grupp ta' riżoluzzjoni li jirriżulta minn riżoluzzjoni li jirristawra l-konformità mar-rekwiżit tal-proporzjon ta' ingranaġġ imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fil-livell konsolidat tal-grupp ta' riżoluzzjoni wara l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' riżoluzzjoni preferuta.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 12a(2), ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) għandu jiġi espress f'termini perċentwali bħala l-ammont ikkalkulat skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu diviż bl-ammont tal-iskopertura totali tar-riskju.

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 12a(2), ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) għandu jiġi espress f'termini perċentwali bħala l-ammont ikkalkulat skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, diviż bil-mi'ura tal-iskopertura totali.

Meta jkun qed jistabbilixxi r-rekwiżit individwali provdut fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, il-Bord għandu jqis ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 27(7).

Meta jkun qed jistabbilixxi l-ammonti ta' rikapitalizzazzjoni msemmija fis-subparagrafi preċedenti, il-Bord għandu:

(a)

juża l-valuri l-aktar reċenti rrappurtati għall-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju jew il-miżura tal-iskopertura totali rilevanti, aġġustati għall-kwalunkwe bidla li tirriżulta mill-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni previsti fil-pjan ta' riżoluzzjoni; u

(b)

wara li jikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE, jaġġusta 'l isfel jew 'il fuq l-ammont li jikkorrispondi għar-rekwiżit attwali msemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE biex jiddetermina r-rekwiżit applikabbli għall-entità ta' riżoluzzjoni wara l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' riżoluzzjoni preferuta.

Il-Bord għandu jkun jista' jżid ir-rekwiżit previst fil-punt (a)(ii) tal-ewwel subparagrafu b'ammont xieraq meħtieġ biex jiġi żgurat li, wara r-riżoluzzjoni, l-entità hija kapaċi żżomm fiduċja suffiċjenti tas-suq għal perijodu xieraq li ma għandux jaqbeż sena.

Fejn japplika s-sitt subparagrafu ta' dan l-Artikolu, l-ammont imsemmi f'dak is-subparagrafu għandu jkun fl-istess livell tar-rekwiżit ta' riżerva kombinata li għandu japplika wara l-applikazzjoni tal-għodod ta' riżoluzzjoni, bit-tnaqqis tal-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-punt (6) tal-Artikolu 128 tad-Direttiva 2013/36/UE.

L-ammont imsemmi fis-sitt subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jkun aġġustat 'l isfel jekk, wara li jikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE, il-Bord jiddetermina li jkun fattibbli u kredibbli li ammont aktar baxx huwa suffiċjenti biex tinżamm il-fiduċja tas-suq u tiġi żgurata kemm il-provvista kontinwa ta' funzjonijiet ekonomiċi kritiċi mill-istituzzjoni jew entità msemmija fl-Artikolu 12(1) u l-aċċess minnha għall-finanzjament mingħajr rikors għal appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju minbarra kontribuzzjonijiet mill-Fond, skont l-Artikolu 27(7) u l-Artikolu 76(3), wara l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' riżoluzzjoni. Dak l-ammont għandu jkun aġġustat 'il fuq jekk, wara li jikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE, il-Bord jiddetermina li jkun meħtieġ ammont akbar biex tinżamm fiduċja tas-suq suffiċjenti u tiġi żgurata kemm il-provvista kontinwa ta' funzjonijiet ekonomiċi kritiċi mill-istituzzjoni jew l-entità msemmija fl-Artikolu 12(1) u l-aċċess minnha għall-finanzjament mingħajr rikors għal appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju minbarra kontribuzzjonijiet mill-Fond, skont l-Artikolu 27(7) u l-Artikolu 76(3), għal perijodu xieraq ta' żmien li ma għandux jaqbeż sena.

4.   Għal entitajiet ta' riżoluzzjoni li mhumiex soġġetti għall-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u li huma parti minn grupp ta' riżoluzzjoni, li l-assi totali tiegħu jaqbżu EUR 100 biljun, il-livell tar-rekwiżit imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għandu jkun tal-anqas daqs:

(a)

13,5 % meta kkalkulat skont il-punt (a) tal-Artikolu 12a(2); u

(b)

5 % meta kkalkulat skont il-punt (b) tal-Artikolu 12a(2).

B'deroga mill-Artikolu 12c, l-entitajiet ta' riżoluzzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom jissodisfaw livell tar-rekwiżit imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu li huwa daqs 13,5 % meta kkalkulat skont il-punt (a) tal-Artikolu 12a(2) u daqs 5 % meta kkalkulat skont il-punt (b) tal-Artikolu 12a(2) bl-użu ta' fondi proprji, strumenti eliġibbli subordinati, jew l-obbligazzjonijiet kif imsemmija fl-Artikolu 12c(3) ta' dan ir-Regolament.

5.   Fuq talba tal-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni ta' entità ta' riżoluzzjoni, il-Bord għandu japplika r-rekwiżiti minimi stipulati fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu għal entità ta' riżoluzzjoni li mhijiex soġġetta għall-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u hija parti minn grupp ta' riżoluzzjoni li l-assi totali tiegħu huma inqas minn EUR 100 biljun, u li hija meqjusa mill-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni li raġonevolment x'aktarx tippreżenta riskju sistemiku fil-każ tal-falliment tagħha.

Meta tkun qed tieħu deċiżjoni li tagħmel talba kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandha tqis:

(a)

il-prevalenza ta' depożiti u n-nuqqas ta' strumenti tad-dejn fil-mudell ta' finanzjament;

(b)

il-punt sa fejn l-aċċess huwa limitat għas-swieq kapitali għal obbligazzjonijiet eliġibbli;

(c)

il-punt sa fejn l-entità ta' riżoluzzjoni tiddipendi fuq kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12f.

In-nuqqas ta' talba mill-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe deċiżjoni tal-Bord taħt l-Artikolu 12c(5).

6.   Għal entitajiet li huma nfushom mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni, l-ammont imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandu jkun li ġej:

(a)

bil-għan li jiġi kkalkulat ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1), f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 12a(2), is-somma ta':

(i)

l-ammont ta' telf li għandu jiġi assorbit li jikkorrispondi għar-rekwiżiti msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE tal-entità; u

(ii)

ammont ta' rikapitalizzazzjoni li jippermetti lill-entità tirristawra l-konformità mar-rekwiżit tal-proporzjon totali tal-kapital tagħha msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-rekwiżit tiegħu msemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE wara l-eżerċizzju tas-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni ta' strumenti kapitali rilevanti u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 21 ta' dan ir-Regolament jew wara r-riżoluzzjoni tal-grupp ta' riżoluzzjoni; u

(b)

għall-fini li jiġi kkalkulat ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1), f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 12a(2), is-somma ta':

(i)

l-ammont ta' telf li għandu jiġi assorbit li jikkorrispondi għar-rekwiżit ta' proporzjon ta' ingranaġġ tal-entità msemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; u

(ii)

ammont ta' rikapitalizzazzjoni li jippermetti lill-entità tirristawra l-konformità mar-rekwiżit tal-proporzjon ta' ingranaġġ tagħha msemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 wara l-eżerċizzju tas-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni ta' strumenti kapitali rilevanti u obbligazzjonijiet eliġibbli f'konformità mal-Artikolu 21 ta' dan ir-Regolament jew wara r-riżoluzzjoni tal-grupp ta' riżoluzzjoni.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 12a(2), ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) għandu jiġi espress f'termini perċentwali bħala l-ammont ikkalkulat skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu diviż bl-ammont tal-iskopertura totali tar-riskju.

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 12a(2), ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) għandu jiġi espress f'termini perċentwali bħala l-ammont ikkalkulat skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, diviż bil-miżura tal-iskopertura totali.

Meta jkun qed jistabbilixxi r-rekwiżit individwali provdut fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, il-Bord għandu jqis ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 27(7).

Meta jkun qed jistabbilixxi l-ammonti ta' rikapitalizzazzjoni msemmija fil-paragrafi preċedenti, il-Bord għandu:

(a)

juża l-valuri l-aktar reċenti rrappurtati għall-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju jew għall-miżura ta' skopertura totali rilevanti, aġġustati għal kwalunkwe tibdil li jirriżulta mill-azzjonijiet previsti fil-pjan ta' riżoluzzjoni; u

(b)

wara li jkun ikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE, jaġġusta 'l isfel jew 'il fuq l-ammont li jikkorrispondi għar-rekwiżit attwali msemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE biex jiddetermina r-rekwiżit applikabbli għall-entità rilevanti wara l-eżerċizzju tas-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni ta' strumenti kapitali rilevanti u obbligazzjonijiet eliġibbli f'konformità mal-Artikolu 21 ta' dan ir-Regolament jew wara r-riżoluzzjoni tal-grupp ta' riżoluzzjoni..

Il-Bord għandu jkun jista' jżid ir-rekwiżit stipulat fil-punt (a)(ii) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu b'ammont adegwat meħtieġ biex jiżgura li, wara l-eżerċizzju tas-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni ta' strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli rilevanti f'konformità mal-Artikolu 21, l-entità hija kapaċi iżżomm fiduċja suffiċjenti tas-suq għal perijodu xieraq li m'għandux jaqbeż sena.

Fejn ikun applikabbli s-sitt subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-ammont imsemmi f'dak is-subparagrafu għandu jkun stabbilit fl-istess livell tar-rekwiżit ta' riżerva kombinata li għandu japplika wara l-eżerċizzju tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 21 jew wara r-riżoluzzjoni tal-grupp ta' riżoluzzjoni, bit-tnaqqis tal-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-punt (6) tal-Artikolu 128 tad-Direttiva 2013/36/UE.

L-ammont imsemmi fis-sitt subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jkun aġġustat 'l isfel jekk, wara li jikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE, il-Bord jiddetermina li jkun fattibbli u kredibbli li ammont aktar baxx huwa suffiċjenti biex tiġi żgurata l-fiduċja tas-suq u tiġi żgurata kemm il-provvista kontinwa ta' funzjonijiet ekonomiċi kritiċi mill-istituzzjoni jew l-entità msemmija fl-Artikolu 12(1) kif ukoll l-aċċess għall-finanzjament mingħajr rikors għal appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju għajr kontribuzzjonijiet mill-Fond, b'mod konsistenti mal-Artikolu 27(7) u l-Artikolu 76(3), wara l-eżerċizzju tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 21 jew ir-riżoluzzjoni tal-grupp ta' riżoluzzjoni. Dak l-ammont għandu jkun aġġustat 'il fuq jekk, wara li jikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE, il-Bord jiddetermina li huwa meħtieġ ammont ogħla biex tinżamm il-fiduċja tas-suq u tiġi żgurata kemm il-provvista kontinwa ta' funzjonijiet ekonomiċi kritiċi mill-istituzzjoni jew l-entità msemmija fl-Artikolu 12(1) kif ukoll l-aċċess għall-finanzjament mingħajr rikors għal appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju għajr kontribuzzjonijiet mill-Fond, skont l-Artikolu 27(7) u l-Artikolu 76(3) għal perijodu xieraq ta' żmien li ma għandux jaqbeż sena.

7.   Fejn il-Bord jistenna li ċerti klassijiet ta' obbligazzjonijiet eliġibbli raġonevolment x'aktarx li jiġu esklużi kompletament jew parzjalment mir-rikapitalizzazzjoni interna f'konformità mal-Artikolu 27(5) jew jistgħu jiġu trasferiti kompletament lil riċevitur taħt trasferiment parzjali, ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) għandu jiġi ssodisfat b'fondi proprji jew obbligazzjonijiet eliġibbli oħra b'mod suffiċjenti sabiex:

(a)

jiġi kopert l-ammont ta' obbligazzjonijiet esklużi identifikati skont l-Artikolu 27(5);

(b)

jiġi żgurat li l-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 huma ssodisfati.

8.   Kwalunkwe deċiżjoni tal-Bord li jimponi rekwiżit minimu ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli skont dan l-Artikolu għandu jkun fiha r-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni, inkluża valutazzjoni sħiħa tal-elementi msemmija fil-paragrafi 2 sa 7 ta' dan l-Artikolu, u għandha tiġi rieżaminata mill-Bord mingħajr dewmien bla bżonn biex tirrifletti kwalunkwe tibdil fil-livell tar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE.

9.   Għall-finijiet tal-paragrafi 3 u 6 ta' dan l-Artikolu, ir-rekwiżiti kapitali għandhom jiġu interpretati f'konformità mal-applikazzjoni tal-awtorità kompetenti tad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali stabbiliti fil-Kapitoli 1, 2 u 4 tat-Titolu I tal-Għaxar Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fid-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni nazzjonali li jeżerċitaw l-għażliet mogħtija lill-awtoritajiet kompetenti minn dak ir-Regolament.

Artikolu 12e

Determinazzjoni tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għal entitajiet ta' riżoluzzjoni ta' G-SIIs u sussidjarji materjali tal-Unjoni ta' G-SIIs mhux tal-UE

1.   Ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) għal entità ta' riżoluzzjoni li hija G-SII jew parti minn G-SII għandu jikkonsisti minn dawn li ġejjin:

(a)

ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 92a u 494 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; u

(b)

kwalunkwe rekwiżit addizzjonali għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli determinat mill-Bord speċifikament relattiv għal dik l-entità f'konformità mal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

2.   Ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) għal sussidjarja materjali tal-Unjoni ta' G-SII mhux tal-UE għandu jikkonsisti minn dawn li ġejjin:

(a)

ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 92b u 494 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; u

(b)

kwalunkwe rekwiżit addizzjonali għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli determinat mill-Bord speċifikament relattiv għal dik is-sussidjarja materjali f'konformità mal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, li għandu jiġi ssodisfat b'fondi proprji u obbligazzjonijiet li jissodisfaw il-kondizzjonijiet tal-Artikolu 12g u l-Artikolu 92b(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

3.   Il-Bord għandu jimponi rekwiżit addizzjonali għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu (1) u l-punt (b) tal-paragrafu 2 biss:

(a)

meta r-rekwiżit imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 jew il-punt (a) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu ma jkunx biżżejjed biex jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12d; u

(b)

sa punt li jiżgura li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12d jiġu ssodisfati.

4.   Kwalunkwe deċiżjoni mill-Bord li jimponi rekwiżit addizzjonali ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli skont il-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jew il-punt (b) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandu jkun fiha r-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni, inkluża valutazzjoni sħiħa tal-elementi msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, u għandha tiġi rieżaminata mill-Bord mingħajr dewmien bla bżonn biex tirrifletti kwalunkwe tibdil fil-livell tar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE applikabbli għall-grupp ta' riżoluzzjoni jew għas-sussidjarja materjali tal-Unjoni ta' G-SII mhux tal-UE.

Artikolu 12f

Applikazzjoni tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għal entitajiet ta' riżoluzzjoni

1.   Entitajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 12c sa 12e fuq bażi konsolidata fil-livell tal-grupp ta' riżoluzzjoni.

2.   Il-Bord, wara konsultazzjoni mal-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, jekk dik l-awtorità ma tkunx il-Bord, u s-superviżur konsolidanti, għandhom jiddeterminaw ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) għal entità ta' riżoluzzjoni stabbilita fi Stat Membru parteċipanti fil-livell konsolidat ta' grupp ta' riżoluzzjoni abbażi tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 12c sa 12e u abbażi ta' jekk is-sussidjarji ta' pajjiżi terzi tal-grupp għandhomx jiġu riżolti separatament skont il-pjan ta' riżoluzzjoni.

3.   Għall-gruppi ta' riżoluzzjoni identifikati skont il-punt (b) tal-punt (24b) tal-Artikolu 3(1), il-Bord għandu jiddeċiedi, skont il-karatteristiċi tal-mekkaniżmu ta' solidarjetà u tal-istrateġija preferuta ta' riżoluzzjoni, liema entitajiet fil-grupp ta' riżoluzzjoni huma meħtieġa jikkonformaw mal-Artikolu 12d(3) u (4) u l-Artikolu 12e(1), biex ikun żgurat li l-grupp ta' riżoluzzjoni bħala ħaġa waħda jikkonforma mal-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, u kif tali entitajiet għandhom jagħmlu dan f'konformità mal-pjan ta' riżoluzzjoni.

Artikolu 12g

Applikazzjoni tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għal entitajiet li huma nfushom mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni

1.   Istituzzjonijiet li huma sussidjarji ta' entità ta' riżoluzzjoni jew ta' entità ta' pajjiż terz u li mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni huma nfushom għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 12d fuq bażi individwali.

Il-Bord jista', wara li jkun ikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti inkluż il-BĊE, jiddeċiedi li japplika r-rekwiżit stabbilit f'dan l-Artikolu għal entità msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 2 li hija sussidjarja ta' entità ta' riżoluzzjoni u li mhijiex entità ta' riżoluzzjoni hija nnifisha.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-impriżi omm tal-Unjoni li mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni huma nfushom u huma sussidjarji ta' entitajiet ta' pajjiżi terzi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 12d u 12e fuq bażi konsolidata.

Għall-gruppi ta' riżoluzzjoni identifikati skont il-punt (b) tal-punt (24b) tal-Artikolu 3(1), dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu affiljati b'mod permanenti ma' korp ċentrali, iżda li huma nfushom mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni, korp ċentrali li mhuwiex entità ta' riżoluzzjoni, u kwalunkwe entità ta' riżoluzzjoni li mhijiex soġġetta għal rekwiżit taħt l-Artikolu 12f(3), għandhom jikkonformaw mal-Artikoli 12d(6) fuq bażi individwali.

Ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) għal entità msemmija f'dan il-paragrafu għandu jkun determinat abbażi tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 12d.

2.   Ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) għal entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jiġi ssodisfat permezz ta' wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

obbligazzjonijiet:

(i)

li jinħarġu lill-entità ta' riżoluzzjoni u li jinxtraw minnha, direttament jew indirettament permezz ta' entitajiet oħra fl-istess grupp ta' riżoluzzjoni li jkun xtara l-obbligazzjonijiet mill-entità soġġetta għal dan l-Artikolu jew li jinħarġu lil azzjonist eżistenti li mhux parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni, jew li huma mixtrija minnu, dment li l-eżerċizzju tas-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni f'konformità mal-Artikolu 21 ma jaffettwax il-kontroll tas-sussidjarja mill-entità ta' riżoluzzjoni;

(ii)

li jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà msemmija fl-Artikolu 72a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ħlief għall-punti (b), (c), (k), (l) u (m) tal-Artikolu 72b(2) u l-Artikolu 72b(3) sa (5) ta' dak ir-Regolament;

(iii)

li fi proċedimenti ta' insolvenza normali jikklassifikaw taħt obbligazzjonijiet li ma jissodisfawx il-kondizzjoni msemmija fil-punt (i) u li mhumiex eliġibbli għal rekwiżiti ta' fondi proprji;

(iv)

li huma soġġetti għal setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni skont l-Artikolu 21 b'mod li huwa konsistenti mal-istrateġija ta' riżoluzzjoni tal-grupp ta' riżoluzzjoni, b'mod partikolari billi ma jiġix affettwat il-kontroll tas-sussidjarja mill-entità ta' riżoluzzjoni;

(v)

li l-akkwist ta' sjieda tagħhom mhuwiex iffinanzjat direttament jew indirettament mill-entità soġġetta għal dan l-Artikolu;

(vi)

id-dispożizzjonijiet li jirregolawhom ma jindikawx b'mod espliċitu jew impliċitu li l-obbligazzjonijiet għandhom jinxtraw, jinfdew, jitħallsu lura jew jinxtraw mill-ġdid b'mod bikri, kif applikabbli mill-entità soġġetta għal dan l-Artikolu għajr fil-każ tal-insolvenza jew il-likwidazzjoni ta' dik l-entità, u dik l-entità ma tipprovdix b'mod ieħor indikazzjoni tali;

(vii)

id-dispożizzjonijiet li jirregolawhom ma jagħtux lid-detentur id-dritt li jaċċellera l-pagament skedat fil-futur tal-imgħax jew tal-kapital, ħlief fil-każ tal-insolvenza jew il-likwidazzjoni tal-entità soġġetta għal dan l-Artikolu;

(viii)

il-livell ta' pagamenti ta' mgħax jew dividenti, kif applikabbli, li huma dovuti fuq l-obbligazzjonijiet ma jiġix emendat abbażi tal-affidabbiltà kreditizja tal-entità soġġetta għal dan l-Artikolu jew tal-intrapriża omm tagħha;

(b)

fondi proprji, kif ġej:

(i)

kapital ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni, u

(ii)

fondi proprji oħrajn li:

huma maħruġa lil u mixtrija minn entitajiet li huma inklużi fl-istess grupp ta' riżoluzzjoni, jew

huma maħruġa lil u mixtrija minn entitajiet li mhumiex inklużi fl-istess grupp ta' riżoluzzjoni sakemm l-eżerċizzju tas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni f'konformità mal-Artikolu 21 ma jaffettwax il-kontroll tas-sussidjarja mill-entità ta' riżoluzzjoni.

3.   Il-Bord jista' jippermetti li r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 21a(1) jiġi ssodisfat kompletament jew parzjalment b'garanzija pprovduta mill-entità ta' riżoluzzjoni, li tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

kemm is-sussidjarja kif ukoll l-entità ta' riżoluzzjoni huma stabbiliti fl-istess Stat Membru parteċipanti u jagħmlu parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni;

(b)

l-entità ta' riżoluzzjoni tissodisfa r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12f:

(c)

il-garanzija tingħata għal mill-inqas ammont li huwa ekwivalenti għall-ammont tar-rekwiżit li tissostitwixxi;

(d)

il-garanzija tiġi skattata meta s-sussidjarja ma tkunx kapaċi tħallas id-djun tagħha jew obbligazzjonijiet oħra meta jsiru dovuti jew tkun saret determinazzjoni skont l-Artikolu 21(3) fir-rigward tas-sussidjarja, skont liema jiġi l-ewwel;

(e)

il-garanzija tkun kollateralizzata permezz ta' arranġament kollaterali finanzjarju kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) għal mill-inqas 50 % tal-ammont tagħha;

(f)

il-kollateral li jappoġġa l-garanzija jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 197 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li, wara valwazzjonijiet negattivi adegwatament konservattivi, ikun biżżejjed biex ikopri l-ammont kollateralizzat kif imsemmi fil-punt (e);

(g)

il-kollateral li jappoġġa l-garanzija mhux gravat u b'mod partikolari ma jintużax bħala kollateral biex jappoġġa kwalunkwe garanzija oħra;

(h)

il-kollateral għandu maturità effettiva li tissodisfa l-istess kondizzjoni ta' maturità bħal dik imsemmija fl-Artikolu 72c(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; u

(i)

ma hemm l-ebda ostaklu legali, regolatorju jew operattiv għat-trasferiment tal-kollateral mill-entità ta' riżoluzzjoni għas-sussidjarja rilevanti, inkluż fejn tittieħed azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-entità ta' riżoluzzjoni.

Għall-finijiet tal-punt (i) tal-ewwel subparagrafu, fuq talba tal-Bord, l-entità ta' riżoluzzjoni għandha tipprovdi opinjoni legali indipendenti, motivata u bil-miktub jew inkella għandha turi b'mod sodisfaċenti ieħor li ma hemm ebda ostaklu legali, regolatorju jew operattiv għat-trasferiment tal-kollateral mill-entità ta' riżoluzzjoni għas-sussidjarja rilevanti.

Artikolu 12h

Rinunzja tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli applikata għal entitajiet li huma nfushom mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni

1.   Il-Bord jista' jirrinunzja l-applikazzjoni tal-Artikolu 12g fir-rigward ta' sussidjarja ta' entità ta' riżoluzzjoni stabbilita fi Stat Membru parteċipanti fejn:

(a)

kemm is-sussidjarja kif ukoll l-entità ta' riżoluzzjoni jkunu stabbiliti fl-istess Stat Membru parteċipanti u jagħmlu parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni;

(b)

l-entità ta' riżoluzzjoni tikkonforma mar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12f;

(c)

ma hemm l-ebda impediment materjali, prattiku jew legali, attwali jew antiċipat għat-trasferiment immedjat tal-fondi proprji jew għall-ħlas lura tal-obbligazzjonijiet mill-entità ta' riżoluzzjoni lis-sussidjarja li fir-rigward tagħha tkun saret determinazzjoni skont l-Artikolu 21(3), b'mod partikolari meta tittieħed azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-entità ta' riżoluzzjoni.

2.   Il-Bord jista' jirrinunzja l-applikazzjoni tal-Artikolu 12g għal sussidjarja ta' entità ta' riżoluzzjoni stabbilita fi Stat Membru parteċipanti fejn:

(a)

kemm is-sussidjarja kif ukoll l-impriża omm tagħha huma stabbiliti fl-istess Stat Membru parteċipanti u jagħmlu parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni;

(b)

l-intrapriża omm tikkonforma fuq bażi konsolidata mar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) f'dak l-Istat Membru parteċipanti;

(c)

ma hemm l-ebda impediment materjali, prattiku jew legali, attwali jew antiċipat għat-trasferiment immedjat tal-fondi proprji jew għall-ħlas lura tal-obbligazzjonijiet mill-impriża omm lis-sussidjarja li fir-rigward tagħha tkun saret determinazzjoni skont l-Artikolu 21(3), b'mod partikolari meta tittieħed azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-impriża omm.

Artikolu 12i

Eżenzjoni għal korp ċentrali u istituzzjonijiet ta' kreditu affiljati b'mod permanenti ma' korp ċentrali

Il-Bord jista' jirrinunzja, parzjalment jew kompletament, l-applikazzjoni tal-Artikolu 12g fir-rigward ta' korp ċentrali jew ta' istituzzjoni ta' kreditu li tkun affiljata b'mod permanenti ma' korp ċentrali, fejn il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a)

l-istituzzjonijiet ta' kreditu u l-korp ċentrali huma soġġetti għal superviżjoni mill-istess awtorità kompetenti u huma stabbiliti fl-istess Stat Membru parteċipanti u huma parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni;

(b)

l-impenji tal-korp ċentrali u tal-istituzzjonijiet ta' kreditu affiljati b'mod permanenti tagħha huma konġunti u bosta obbligazzjonijiet jew l-impenji tal-istituzzjonijiet ta' kreditu affiljati b'mod permanenti tiegħu huma garantiti totalment mill-korp ċentrali;

(c)

ir-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, u s-solvenza u l-likwidità tal-korp ċentrali u tal-istituzzjonijiet ta' kreditu affiljati b'mod permanenti kollha huma sorveljati bħala ħaġa waħda abbażi ta' kontijiet konsolidati ta' dawk l-istituzzjonijiet;

(d)

fil-każ ta' rinunzja għal istituzzjoni ta' kreditu li tkun affiljata b'mod permanenti ma' korp ċentrali, il-maniġment tal-korp ċentrali għandu s-setgħa joħroġ struzzjonijiet lill-maniġment tal-istituzzjonijiet affiljati b'mod permanenti;

(e)

il-grupp ta' riżoluzzjoni rilevanti jikkonforma mar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12f(3); u,

(f)

ma hemm l-ebda impediment materjali, prattiku jew legali, attwali jew antiċipat għat-trasferiment immedjat ta' fondi proprji jew ħlas lura ta' obbligazzjonijiet bejn il-korp ċentrali u l-istituzzjonijiet ta' kreditu affiljati b'mod permanenti f'każ ta' riżoluzzjoni.

Artikolu 12j

Ksur tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli

1.   Kwalunkwe ksur tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fl-Artikoli 12f jew 12g għandu jiġi indirizzat abbażi ta' mill-inqas wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

setgħat biex jiġu indirizzati jew jitneħħew impedimenti għar-riżolvibbiltà skont l-Artikolu 10;

(b)

setgħat imsemmija fl-Artikolu 10a;

(c)

miżuri msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE;

(d)

miżuri ta' intervent bikri skont l-Artikolu 13;

(e)

penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra skont l-Artikoli 110 u 111 tad-Direttiva 2014/59/UE.

Barra minn hekk, il-Bord jew il-BĊE jistgħu jwettqu alutazzjoni ta' jekk l-istituzzjoni hux qed tfalli jew probabbilment ser tfalli f'konformità mal-Artikolu 18.,

2.   Il-Bord, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri parteċipanti għandhom jikkonsultaw ma' xulxin meta jeżerċitaw is-setgħat rispettivi tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 12k

Arranġamenti tranżizzjonali u ta' wara riżoluzzjoni

1.   B'deroga mill-Artikolu 12a(1), il-Bord u l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandhom jiddeterminaw perijodi tranżizzjonali adatti sabiex entitajiet imsemmija fl-Artikolu 12(1) u (3) jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Artikoli 12f jew 12g, jew mar-rekwiżiti derivanti mill-applikazzjoni tal-Artikolu 12c(4), (5) jew (7), skont il-każ. L-iskadenza gall-entitajiet biex ikunu konformi mar-rekwiżiti fl-Artikoli 12f jew 12g jew mar-rekwiżiti derivanti mill-applikazzjoni tal-Artikolu 12c(4), (5) jew (7) għandha tkun l-1 ta' Jannar 2024.

Il-Bord għandu jiddetermina livelli ta' mira intermedju għar-rekwiżiti fl-Artikoli 12f jew 12g jew għal rekwiżiti derivanti mill-applikazzjoni tal-Artikolu 12c(4), (5) jew (7), skont il-każ, li magħhom l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 12(1) u (3) għandhom jikkonformaw fl-1 ta' Jannar 2022. Il-livelli tal-mira intermedja għandhom, bħala regola, jiżguraw akkumulazzjoni lineari tal-obbligazzjonijiet eliġibbli u fondi proprji lejn ir-rekwiżit.

Il-Bord jista' jistabbilixxi perijodu tranżizzjonali li jkun itwal mill-1 ta' Jannar 2024 meta dan ikun debitament ġustifikat u adatt, abbażi tal-kriterji msemmija fil-paragrafu 7 u billi jittieħed kont ta':

(a)

l-iżvilupp tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-entità;

(b)

il-prospett li l-entità ser tkun tista' tiżgura l-konformità f'perijodu ta' żmien raġonevoli mar-rekwiżiti tal-Artikolu 12f jew 12g jew rekwiżit li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 12c(4), (5) jew (7); u

(c)

jekk l-entità tistax tissostitwixxi l-obbligazzjonijiet li m'għadhomx jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà jew ta' maturità stabbiliti fl-Artikoli 72b u 72c tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 12c jew l-Artikolu 12g(2) ta' dan ir-Regolament, u jekk le, jekk dik l-inabbiltà hijiex ta' natura idjosinkratika jew minħabba tfixkil fis-suq kollu.

2.   L-iskadenza għall-entitajiet ta' riżoluzzjoni biex ikunu konformi mal-livell minimu tar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 12d(4) jew (5) għandha tkun l-1 ta' Jannar 2022.

3.   Il-livelli minimi tar-rekwiżiti imsemmija fl-Artikolu 12d(4) u (5) ma għandhomx japplikaw fi żmien sentejn wara d-data:

(a)

li fiha l-Bord jew l-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni ikunu applikaw l-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna;

(b)

li fiha l-entità ta' riżoluzzjoni tkun stabbilixxiet miżura alternattiva għas-settur privat kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 18(1) li permezz tagħha strumenti kapitali u obbligazzjonijiet oħra jkunu ġew valwati negattivament jew ikkonvertiti fi strumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, jew li fiha ġew eżerċitati setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni, skont l-Artikolu 21, fir-rigward ta' dik l-entità ta' riżoluzzjoni, sabiex l-entità ta' riżoluzzjoni tkun rikapitilizzata mingħajr l-applikazzjoni ta' għodod ta' riżoluzzjoni.

4.   Ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 12c(4) u (7) kif ukoll fl-Artikolu 12d(4) u (5), kif applikabbli, ma għandhomx japplikaw fil-perjodu tat-tliet snin wara d-data li fiha l-entità ta' riżoluzzjoni jew il-grupp li l-entità ta' riżoluzzjoni hija parti minnu jkunu ġew identifikati bħala GSII, jew l-entità ta' riżoluzzjoni tibda tkun fil-pożizzjoni msemmija fl-Artikolu 12d(4) jew (5).

5.   B'deroga mill-Artikolu 12a(1), il-Bord u l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandhom jiddeterminaw perijodu tranżizzjonali xieraq għal konformità mar-rekwiżiti tal-Artikoli 12f jew 12g, jew rekwiżit derivanti mill-applikazzjoni tal-Artikolu 12c(4), (5) jew (7), kif xieraq, għal entitajiet li għalihom ġew applikati għodod ta' riżoluzzjoni jew is-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni msemmija fl-Artikolu 21.

6.   Għall-finijiet tal-paragrafi 1 sa 5, il-Bord u l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandhom jikkomunikaw lill-entità rekwiżit minimu ippjanat għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għal kull perijodu ta' tnax-il xahar matul il-perijodu tranżizzjonali bil-ħsieb li tiġi ffaċilitata akkumulazzjoni gradwali tal-kapaċità ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni tagħha. Fi tmiem il-perijodu tranżizzjonali, ir-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għandu jkun daqs l-ammont determinat skont l-Artikolu 12c(4), (5) jew (7), l-Artikolu 12d(4) jew (5), l-Artikolu 12f jew l-Artikolu 12g, kif applikabbli.

7.   Meta jiddetermina l-perijodi tranżizzjonali, il-Bord għandu jqis:

(a)

il-prevalenza ta' depożiti u n-nuqqas ta' strumenti tad-dejn fil-mudell ta' finanzjament;

(b)

l-aċċess għas-swieq kapitali għal obbligazzjonijiet eliġibbli;

(c)

sa fejn tkun id-dipendenza tal-entità ta' riżoluzzjoni fuq il-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni 1 biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12f.

8.   Soġġett għall-paragrafu 1, il-Bord ma għandux jiġi mwaqqaf milli sussegwentement jirrevedi jew il-perijodu tranżizzjonali jew kwalunkwe rekwiżit minimu ippjanat għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli ikkomunikat skont il-paragrafu 6.

(*1)  Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ġunju 2002 dwar arranġamenti ta' kollateral finanzjarju (ĠU L 168, 27.6.2002, p. 43).”;"

(7)

l-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Il-Bord għandu jieħu azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' impriża omm imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 2, fejn il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 18(1) ikunu ssodisfati.”;

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Minkejja l-fatt li impriża omm ma tkunx tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 18(1), il-Bord jista' jiddeċiedi dwar azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' dik l-impriża omm meta din tkun entità ta' riżoluzzjoni u meta sussidjarja waħda jew aktar mis-sussidjarji tagħha li jkunu istituzzjonijiet u mhux entitajiet ta' riżoluzzjoni jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 18(1) u l-assi u l-obbligazzjonijiet tagħhom jkunu tali li l-falliment tagħhom jhedded istituzzjoni jew lill-grupp kollu fl-intier tiegħu u azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' dik l-impriża omm tkun neċessarja jew għar-riżoluzzjoni ta' dawk is-sussidjarji li huma istituzzjonijiet jew għar-riżoluzzjoni tal-grupp ta' riżoluzzjoni rilevanti fl-intier tiegħu.”;

(8)

l-Artikolu 18 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

b'kont meħud taż-żmien u ta' ċirkostanzi rilevanti oħra, ma hemmx prospett raġonevoli li xi miżura alternattiva tas-settur privat, inklużi miżuri minn IPS, jew azzjoni ta' superviżjoni, inklużi miżuri ta' intervent bikri jew valwazzjoni negattiva jew konverżjoni ta' strumenti kapitali rilevanti u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 21, meħuda fir-rigward tal-entità, jistgħu jimpedixxu l-falliment tagħha f'limitu ta' żmien raġonevoli;”

(b)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.   Il-Bord jista' jadotta skema ta' riżoluzzjoni f'konformità mal-paragrafu 1 fir-rigward ta' korp ċentrali u l-istituzzjonijiet ta' kreditu kollha li huma affiljati b'mod permanenti magħha li huma parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni meta dak il-grupp ta' riżoluzzjoni jikkonforma bħala ħaġa waħda mal-kondizzjonijiet previsti fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.”;

(9)

l-Artikolu 20 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-kliem ''strumenti kapitali'' huma sostitwiti bil-kliem ''strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 21'';

(b)

il-paragrafu 5 huwa emendat kif ġej:

(i)

fil-punt (a), il-kliem ''strumenti kapitali'' huma sostitwiti bil-kliem ''strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 21'';

(ii)

il-punti (c) u (d) huma sostitwiti b'dan li ġej:

“(c)

meta tiġi applikata s-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni ta' strumenti kapitali rilevanti u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 21(7), biex tkun infurmata d-deċiżjoni dwar il-punt sa liema għandhom jiġu kkanċellati jew dilwiti l-istrumenti ta' sjieda, u l-punt sa liema għandhom jiġu vvalutati negattivament jew kkonvertiti l-istrumenti kapitali rilevanti u l-obbligazzjonijiet eliġibbli;

(d)

meta tiġi applikata l-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna, biex tkun infurmata d-deċiżjoni dwar il-punt sa liema għandhom jiġu valwati negattivament jew jiġu kkonvertiti l-obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna;”;

(iii)

fil-punt (g), il-kliem “strumenti kapitali” huma sostitwiti bil-kliem “strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 21”;

(c)

fil-paragrafi 6, 13 u 15, il-kliem “strumenti kapitali” huma sostitwiti bil-kliem “strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 21”;

(10)

l-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Valutazzjoni negattiva jew konverżjoni ta' strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli”;

(b)

fil-parti introduttorju u fil-punt (b) tal-paragrafu 1, il-kliem “strumenti kapitali” huma sostitwiti bil-kliem “strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli kif imsemmija fil-paragrafu 7a”;

(c)

fil-punt (b) tal-paragrafu 3, il-kliem “strumenti kapitali” huma sostitwiti bil-kliem “strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fil-paragrafu 7a”;

(d)

il-paragrafu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“7.   Jekk tiġi ssodisfata kondizzjoni waħda jew aktar imsemmija fil-paragrafu 1, il-Bord, filwaqt li jaġixxi skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18, għandu jiddetermina jekk is-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni ta' strumenti kapitali rilevanti u ta' obbligazzjonijiet eliġibbli għandhomx jiġu eżerċitati indipendentement jew flimkien ma' azzjoni ta' riżoluzzjoni f'konformità mal-proċedura taħt l-Artikolu 18,.

Fejn strumenti kapitali rilevanti u obbligazzjonijiet eliġibbli jkunu nxtraw mill-entità ta' riżoluzzjoni b'mod indirett permezz ta' entitajiet oħrajn fl-istess grupp ta' riżoluzzjoni, is-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni ta' dawk l-istrumenti kapitali rilevanti u obbligazzjonijiet eliġibbli għandha tiġi eżerċitata flimkien mal-eżerċizzju tal-istess setgħa fil-livell tal-intrapriża omm tal-entità kkonċernata jew fil-livell ta' intrapriżi omm oħrajn li mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni, sabiex it-telf jiġi effettivament mgħoddi lill-entità ta' riżoluzzjoni, u l-entità kkonċernata tiġi rikapitalizzata mill-entità ta' riżoluzzjoni.

Wara l-eżerċizzju tas-setgħa ta' valutazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni ta' strumenti kapitali rilevanti jew ta' obbligazzjonijiet eliġibbli indipendentement minn azzjoni ta' riżoluzzjoni, għandha titwettaq il-valwazzjoni prevista fl-Artikolu 20(16) u għandu japplika l-punt (e) tal-Artikolu 76(1).”;

(e)

jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:

“7a.   Is-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni ta' obbligazzjonijiet eliġibbli indipendentement minn azzjoni ta' riżoluzzjoni tista' tiġi eżerċitata biss fir-rigward ta' obbligazzjonijiet eliġibbli li jissodisfaw il-kondizzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 12g(2) ta' dan ir-Regolament, minbarra l-kondizzjoni relatata mal-maturità pendenti ta' obbligazzjonijiet kif stabbilita fl-Artikolu 72c(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Meta dik is-setgħa tkun eżerċitata, il-valutazzjoni negattiva jew il-konverżjoni għandhom isiru f'konformità mal-prinċipju msemmi fil-punt (g) tal-Artikolu 15(1).

7b.   Meta tittieħed azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' entità ta' riżoluzzjoni jew, f'ċirkostanzi eċċezzjonali b'devjazzjoni mill-pjan ta' riżoluzzjoni, fir-rigward ta' entità li ma tkunx entità ta' riżoluzzjoni, l-ammont li jitnaqqas, jiġi valwat b'mod negattiv jew jiġi konvertit f'konformità mal-Artikolu 21(10) fil-livell ta' tali entità għandu jgħodd lejn il-livelli limiti stipulati fil-punt (a) tal-Artikolu 27(7) applikabbli għall-entità kkonċernata.”;

(f)

fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 8, il-kliem “strumenti kapitali” huma sostitwiti bil-kliem “strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli kif imsemmija fil-paragrafu 7a”;

(g)

fil-paragrafu 10, jiżdied il-punt li ġej:

“(d)

l-ammont prinċipali ta' obbligazzjonijiet eliġibbli kif imsemmi fil-paragrafu 7a jiġi valutat b'mod negattiv jew konvertit fi strumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni jew it-tnejn, sal-punt meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi ta' riżoluzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 14 jew sal-punt tal-kapaċità tal-obbligazzjonijiet eliġibbli rilevanti, skont liema minnhom ikun l-aktar baxx.”;

(11)

l-Artikolu 27 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-kliem “obbligazzjonijiet eliġibbli” huma sostitwiti bil-kliem “obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna”;

(b)

il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (f) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(f)

obbligazzjonijiet b'maturità pendenti ta' inqas minn sebat ijiem, dovuti lil sistemi jew operaturi ta' sistemi maħsuba skont id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2) jew lill-parteċipanti tagħhom u li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni f'tali sistema, jew lil CCPs awtorizzati fl-Unjoni skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u CCPs ta' pajjiżi terzi rikonoxxuti mill-ESMA skont l-Artikolu 25 ta' dak ir-Regolament;

(*2)  Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 1998 dwar finalità ta' settlement fis-sistemi ta' settlement ta' pagamenti u titoli (ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45).”;"

(ii)

jiddaħħal il-punt li ġej:

“h)

obbligazzjonijiet lil entitajiet imsemmija fil-punt (a), (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2014/59/UE li jagħmlu parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni mingħajr ma jkunu huma nfushom entitajiet ta' riżoluzzjoni, irrispettivament mill-maturitajiet tagħhom, ħlief meta dawn l-obbligazzjonijiet jikklassifikaw 'l isfel minn obbligazzjonijiet ordinarji mhux garantiti skont il-liġi nazzjonali rilevanti tal-Istat Membru parteċipanti li tirregola l-proċedimenti normali ta' insolvenza applikabbli fit-28 ta' Diċembru 2020; fil-każijiet fejn tkun tapplika dik l-eċċezzjoni, il-Bord għandu jivvaluta jekk l-ammont ta' punti li jikkonformaw mal-Artikolu 12g(2) ikunx suffiċjenti biex jappoġġa l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' riżoluzzjoni preferuta.”;

(c)

fil-paragrafu 4, il-kliem “obbligazzjonijiet eliġibbli għal għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna” huma sostitwiti bil-kliem “obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna”;

(d)

fil-paragrafu 5, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Il-Bord għandu jivvaluta b'attenzjoni jekk l-obbligazzjonijiet lil istituzzjonijiet jew entitajiet li huma parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni mingħajr ma jkunu huma stess entitajiet ta' riżoluzzjoni u li mhumiex esklużi mill-applikazzjoni tas-setgħat ta' valutazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni taħt il-punt (h) tal-paragrafu 3 għandhomx jiġu esklużi jew esklużi parzjalment taħt il-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-istrateġija ta' riżoluzzjoni.

Fejn tiġi eskluża, għal kollox jew parzjalment, obbligazzjoni b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna jew klassi ta' obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna, taħt dan il- paragrafu, il-livell ta' valwazzjoni negattiva jew konverżjoni applikat għal obbligazzjonijiet oħra b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna jista' jiżdied sabiex jittieħed kont ta' tali l-esklużjonijiet, sakemm il-livell ta' valwazzjoni negattiva u konverżjoni applikat għal obbligazzjonijiet oħra b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna jkun jikkonforma mal-prinċipju stipulat fil-punt (g) tal-artikolu 15(1).”;

(e)

il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“6.   Fejn obbligazzjoni b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna jew klassi ta' obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna jiġu esklużi għal kollox jew parzjalment, skont il-paragrafu 5, u t-telf li kien jiġġarrab minn dawk l-obbligazzjonijiet ma jkunx għadda kollu fuq kredituri oħrajn, tista' ssir kontribuzzjoni mill-Fond lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni biex tagħmel waħda jew it-tnejn minn dawn li ġejjin:

(a)

tkopri kwalunkwe telf li ma jkunx ġie assorbit minn obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna u jiġi restawrat għal żero l-valur nett tal-assi tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni skont il-punt (a) tal-paragrafu 13;

(b)

jinxtraw strumenti ta' sjieda jew strumenti kapitali fl-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, sabiex l-istituzzjoni tiġi rikapitalizzata f'konformità mal-punt (b) tal-paragrafu 13.”;

(f)

fil-punt (a) tal-paragrafu 7, il-kliem “obbligazzjonijiet eliġibbli” huma sostitwiti bil-kliem “obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna”;

(g)

fil-paragrafu 13, il-kliem “obbligazzjonijiet eliġibbli” huma sostitwiti bil-kliem “obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna”;

(12)

fl-Artikolu 31(2), il-kliem “l-Artikolu 45(9) sa (13)” huma sostitwiti bil-kliem “l-Artikolu 45h”;

(13)

fl-Artikolu 32(1), il-kelma “12” hija sostitwita bil-kliem “12 sa 12k”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika mit-28 ta' Diċembru 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Mejju 2019.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

G. CIAMBA


(1)  ĠU C 34, 31.1.2018, p. 17.

(2)  ĠU C 209, 30.6.2017, p. 36.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta' Mejju 2019.

(4)  Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).

(5)  Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(6)  Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1).

(7)  Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(8)  Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1075 tat-23 ta' Marzu 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kontenut tal-pjanijiet ta' rkupru, il-pjanijiet ta' riżoluzzjoni u l-pjanijiet ta' riżoluzzjoni tal-grupp, il-kriterji minimi li l-awtorità kompetenti trid tivvaluta fir-rigward tal-pjanijiet ta' rkupru u l-pjanijiet ta' rkupru tal-grupp, il-kundizzjonijiet għall-appoġġ finanzjarju tal-grupp, ir-rekwiżiti għall-valutaturi indipendenti, ir-rikonoxximent kuntrattwali tas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva u konverżjoni u l-avviż tas-sospensjoni u l- funzjonament operattivi tal-kulleġġi ta' riżoluzzjoni (ĠU L 184, 8.7.2016, p. 1).


DIRETTIVI

7.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 150/253


DIRETTIVA (UE) 2019/878 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-20 ta' Mejju 2019

li temenda d-Direttiva 2013/36/UE fir-rigward ta' entitajiet eżentati, kumpanniji azzjonarji finanzjarji, kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta, remunerazzjoni, miżuri u setgħat superviżorji u miżuri ta' konservazzjoni ta' kapital

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 53(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trasmissjoni tal-abbozz ta' att leġislattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxu f'konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) ġew adottati b'rispons għall-kriżijiet finanzjarji li seħħew fl-2007-2008. Dawk il-miżuri leġislattivi kkontribwixxew b'mod sostanzjali għat-tisħiħ tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni u għamlu l-istituzzjonijiet aktar reżiljenti għal xokkijiet futuri possibbli. Minkejja li huma estremament komprensivi, dawk il-miżuri ma indirizzawx id-dgħufijiet kollha identifikati li jaffettwaw lill-istituzzjonijiet. Barra minn hekk, xi wħud mill-miżuri proposti inizjalment kienusoġġetti għal klawżoli ta' reviżjoni jew ma kinux ddettaljati b'mod suffiċjenti biex ikunu jistgħu jiġu implimentati bla xkiel.

(2)

Din id-Direttiva għandha l-għan li tindirizza l-kwistjonijiet imqajma b'rabta mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2013/36/UE li wrew li mhumiex ċari biżżejjed u li għalhekk kienu soġġetti għal interpretazzjonijiet diverġenti jew li tqiesu li huma ta' piż eċċessiv fuq ċerti istituzzjonijiet. Fiha wkoll aġġustamenti għad-Direttiva 2013/36/UE li huma neċessarji wara l-adozzjoni ta' atti legali rilevanti oħra tal-Unjoni, bħad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jew il-bidliet proposti b'mod parallel għar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Finalment, l-emendi proposti jallinjaw aħjar il-qafas regolatorju attwali mal-iżviluppi internazzjonali sabiex jiġu promossi l-konsistenza u l-komparabbiltà bejn il-ġurisdizzjonijiet.

(3)

Il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji u l-kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta jistgħu jkunu impriżi omm ta' gruppi bankarji u l-applikazzjoni ta' rekwiżiti prudenzjali hija meħtieġa fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata ta' tali kumpanniji azzjonarji. Peress li l-istituzzjoni kkontrollata minn tali kumpanniji finanzjarji mhijiex dejjem kapaċi tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti fuq bażi konsolidata fil-grupp kollu, huwa neċessarju li ċerti kumpanniji azzjonarji finanzjarji u kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta jinġiebu fl-ambitu dirett tas-setgħat superviżorji skont id-Direttiva 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 biex tiġi żgurata l-konformità fuq bażi konsolidata. Għalhekk, proċedura speċifika ta' approvazzjoni u setgħat superviżorji diretti fuq ċerti kumpanniji azzjonarji finanzjarji u kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta jenħtieġ li jiġu previsti sabiex jiġi żgurat li tali kumpanniji azzjonarji jkunu jistgħu jinżammu direttament responsabbli għall-iżgurar tal-konformità mar-rekwiżiti prudenzjali konsolidati, mingħajr ma jkunu soġġetti għal rekwiżiti prudenzjali addizzjonali fuq bażi individwali.

(4)

Jenħtieġ li l-approvazzjoni u s-superviżjoni ta' ċerti kumpanniji azzjonarji finanzjarji u kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta ma jipprevjenux lill-gruppi milli jiddeċiedu dwar l-arranġamenti interni speċifiċi u d-distribuzzjoni tal-kompiti fil-grupp kif jidhrilhom adatt biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti prudenzjali, u jenħtieġ li ma jipprevjenux azzjoni superviżorja diretta fuq dawk l-istituzzjonijiet fil-grupp bl-impenn li jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti prudenzjali fuq bażi konsolidata.

(5)

F'ċirkostanzi speċifiċi, kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta li ġiet stabbilita għall-fini li jkollha parteċipazzjonijiet f'impriżi tista' tkun eżentata mill-approvazzjoni. Għalkemm huwa rikonoxxut li kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta eżentata tista' tieħu deċiżjonijiet skont l-andament ordinarju tan-negozju tagħha, jenħtieġ li ma tiħux deċiżjonijiet ta' ġestjoni, operazzjonali jew finanzjarji li jaffettwaw lill-grupp jew dawk is-sussidjarji fil-grupp li jkunu istituzzjonijiet jew istituzzjonijiet finanzjarji. Fil-valutazzjoni tal-konformità ma' dak ir-rekwiżit, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jqisu r-rekwiżiti rilevanti skont id-dritt soċjetarju li għaliha tkun soġġetta l-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta.

(6)

Is-superviżur konsolidanti għandu r-responsabbiltajiet ewlenin fir-rigward tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata. Għalhekk, huwa neċessarju li s-superviżur konsolidanti jkun involut b'mod adatt fl-approvazzjoni u s-superviżjoni tal-kumpanniji azzjonarji finanzjarji u l-kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta. Fejn is-superviżur konsolidanti jkun differenti mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta, jenħtieġ li l-approvazzjoni tingħata permezz ta' deċiżjoni konġunta ta' dawk iż-żewġ awtoritajiet. Il-Bank Ċentrali Ewropew, fit-twettiq tal-kompitu tiegħu ta' superviżjoni fuq bażi konsolidata fuq il-kumpanniji prinċipali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (7), jenħtieġ ukoll li jeżerċita d-dmirijiet tiegħu b'rabta mal-approvazzjoni u s-superviżjoni tal-kumpanniji azzjonarji finanzjarji u l-kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta.

(7)

Ir-rapport tal-Kummissjoni tat-28 ta' Lulju 2016 dwar il-valutazzjoni tar-regoli ta' remunerazzjoni skont id-Direttiva 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 (“ir-rapport tal-Kummissjoni tat-28 ta' Lulju 2016”) żvela li, meta applikati għal xi istituzzjonijiet żgħar, xi wħud mill-prinċipji stabbiliti fid-Direttiva 2013/36/UE, jiġifieri r-rekwiżiti dwar id-differiment u l-pagament fl-istrumenti, joħolqu wisq piż u mhumiex proporzjonati mal-benefiċċji prudenzjali tagħhom. B'mod simili, tqies li l-kost tal-applikazzjoni ta' dawk ir-rekwiżiti huwa ogħla mill-benefiċċji prudenzjali tagħhom fil-każ tal-persunal b'livelli baxxi ta' remunerazzjoni varjabbli, peress li tali livelli ta' remunerazzjoni varjabbli jipproduċu ftit jew ebda inċentiv għall-persunal sabiex jieħu riskju eċċessiv. Konsegwentement, filwaqt li, b'mod ġenerali, l-istituzzjonijiet kollha jenħtieġ li jkun meħtieġ japplikaw il-prinċipji kollha għall-persunal kollu tagħhom li l-attivitajiet professjonali tiegħu għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni, huwa neċessarju li jiġu eżentati istituzzjonijiet żgħar u persunal b'livelli baxxi ta' rimunerazzjoni varjabbli mill-prinċipji dwar id-diferiment u l-pagament fl-istrumenti stabbiliti fid-Direttiva 2013/36/UE.

(8)

Kriterji ċari, konsistenti u armonizzati li jidentifikaw dawk l-istituzzjonijiet żgħar kif ukoll livelli baxxi ta' remunerazzjoni varjabbli huma neċessarji biex tiġi żgurata l-konverġenza superviżorja u jitrawmu kondizzjonijiet indaqs għall-istituzzjonijiet u l-protezzjoni adegwata tad-depożituri, l-investituri u l-konsumaturi fl-Unjoni kollha. Fl-istess ħin, huwa adatt li tiġi offruta xi flessibbiltà għall-Istati Membri biex jadottaw approċċ aktar strett fejn iqisuh neċessarju.

(9)

Il-prinċipju ta' ħlas ugwali għall-ħaddiema rġiel u nisa għal xogħol ugwali jew xogħol ta' valur ugwali huwa stipulat fl-Artikolu 157 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Dak il-prinċipju jeħtieġ li jiġi applikat b'mod konsistenti mill-istituzzjonijiet. Għalhekk, jenħtieġ li joperaw politika ta' remunerazzjoni newtrali fir-rigward tas-sessi.

(10)

L-għan tar-rekwiżiti ta' remunerazzjoni huwa li jippromwovu ġestjoni tar-riskju soda u effettiva tal-istituzzjonijiet billi jiġu allinjati l-interessi fit-tul kemm tal-istituzzjonijiet kif ukoll tal-persunal tagħhom li l-attivitajiet professjonali tagħhom ikollhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni (dawk li jieħdu riskju materjali). Fl-istess ħin, sussidjarji li mhumiex istituzzjonijiet u għalhekk mhux soġġetti għad-Direttiva 2013/36/UE fuq bażi individwali, jistgħu jkunu soġġetti għal rekwiżiti ta' remunerazzjoni oħra skont l-atti legali speċifiċi għas-settur rilevanti li jenħtieġ li tkun prevalenti. Għalhekk, bħala regola, ir-rekwiżiti ta' remunerazzjoni stabbiliti f'din id-Direttiva jenħtieġ li ma japplikawx fuq bażi konsolidata għal tali sussidjarji. Madankollu, biex jiġi evitat arbitraġġ possibbli, ir-rekwiżiti ta' remunerazzjoni stabbiliti f'din id-Direttiva jenħtieġ li japplikaw fuq bażi konsolidata għall-persunal li jkun impjegat fis-sussidjarji li jipprovdu servizzi speċifiċi, bħall-immaniġġjar ta' assi, il-ġestjoni tal-portafoll jew l-eżekuzzjoni tal-ordnijiet, fejn tali persunal ikollu mandat, irrispettivament mill-forma li jista' jieħu tali mandat, li jwettaq attivitajiet professjonali li jikkwalifikahom bħala “dawk li jieħdu riskju materjali” fil-livell tal-grupp bankarju. Tali mandati jenħtieġ li jinkludu arranġamenti ta' delega jew ta' esternalizzazzjoni konklużi bejn is-sussidjarja li timpjega l-persunal u istituzzjoni oħra fl-istess grupp. L-Istati Membri jenħtieġ li ma jkunux prevenuti milli japplikaw ir-rekwiżiti ta' remunerazzjoni stabbiliti f'din id-Direttiva fuq bażi konsolidata għal sett aktar wiesa' ta' impriżi sussidjarji u l-persunal tagħhom.

(11)

Id-Direttiva 2013/36/UE teħtieġ li sehem sostanzjali, u fi kwalunkwe każ tal-anqas 50 %, ta' kwalunkwe remunerazzjoni varjabbli, ikun jikkonsisti minn bilanċ ta' azzjonijiet jew interessi ta' sjieda ekwivalenti, soġġett għall-istruttura legali tal-istituzzjoni kkonċernata, jew strumenti marbuta ma' ishma jew strumenti ekwivalenti mhux fi flus, fil-każ ta' istituzzjoni mhux elenkata; u, fejn possibbli, ta' strumenti alternattivi tal-Grad 1 jew tal-Grad 2 li jissodisfaw ċerti kondizzjonijiet. Dak il-prinċipju jillimita l-użu ta' strumenti marbuta ma' ishma għall-istituzzjonijiet mhux elenkati u jeħtieġ li l-istituzzjonijiet elenkati jużaw l-ishma. Ir-rapport tal-Kummissjoni tat-28 ta' Lulju 2016 qies li l-użu tal-ishma jista' jwassal għal piżijiet u kostijiet amministrattivi konsiderevoli għall-istituzzjonijiet elenkati. Fl-istess ħin, jistgħu jinkisbu benefiċċji prudenzjali ekwivalenti billi l-istituzzjonijiet elenkati jitħallew jużaw strumenti marbuta mal-ishma li jittraċċaw il-valur tal-ishma. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-possibbiltà li jintużaw strumenti marbuta mal-ishma tiġi estiża għall-istituzzjonijiet elenkati.

(12)

Jenħtieġ li l-analiżi u l-evalwazzjoni superviżorji jqisu d-daqs, l-istruttura u l-organizzazzjoni interna tal-istituzzjonijiet u n-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom. Fejn istituzzjonijiet differenti jkollhom profili tar-riskju simili, pereżempju minħabba li jkollhom mudelli tan-negozju jew pożizzjoni ġeografika ta' skoperturi simili jew ikunu affiljati mal-istess skema ta' protezzjoni istituzzjonali, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jfasslu l-metodoloġija għall-proċess ta' analiżi u evalwazzjoni biex jinkludu l-karatteristiċi u r-riskji komuni tal-istituzzjonijiet b'tali profil tar-riskju li jkun l-istess. Madankollu, jenħtieġ li tali tfassil la jipprevjeni lill-awtoritajiet kompetenti milli jieħdu kont debitu tar-riskji speċifiċi li jaffettwaw kull istituzzjoni u lanqas jibdel in-natura speċifika għall-istituzzjoni tal-miżuri imposti.

(13)

Ir-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali impost mill-awtoritajiet kompetenti huwa mutur importanti tal-livell kumplessiv ta' fondi proprji ta' istituzzjoni u huwa rilevanti għall-parteċipanti fis-suq peress li l-livell ta' rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali imposti għandu impatt fuq il-punt ta' skattar għar-restrizzjonijiet fuq il-pagamenti ta' dividendi, il-pagamenti tal-bonus u l-pagamenti fuq Strumenti tal-Grad 1 addizzjonali. Jenħtieġ li tiġi pprovduta definizzjoni ċara tal-kondizzjonijiet li bihom għandu jiġi impost ir-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali biex jiġi żgurat li r-regoli jkunu applikati b'mod konsistenti bejn l-Istati Membri u biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

(14)

Jenħtieġ li r-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali li għandu jiġi impost mill-awtoritajiet kompetenti jiġu stabbiliti b'rabta mas-sitwazzjoni speċifika ta' istituzzjoni u jenħtieġ li jiġu ġustifikati kif adatt. Ir-rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali jistgħu jiġu imposti biex jindirizzaw ir-riskji jew l-elementi ta' riskju espliċitament esklużi jew mhux espliċitament koperti mir-rekwiżiti ta' fondi proprji stipulati fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 biss sa fejn dan jitqies neċessarju fid-dawl tas-sitwazzjoni speċifika ta' istituzzjoni. Dawk ir-rekwiżiti jenħtieġ li jiġu pożizzjonati fl-ordni rilevanti ta' akkumulazzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji f'livell ogħla mir-rekwiżiti ta' fondi proprji minimi rilevanti u f'livell inqas mir-rekwiżit ta' riżerva kombinata jew ir-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja, kif rilevanti. Jenħtieġ li n-natura speċifika għall-istituzzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali tipprevjeni l-użu tagħhom bħala għodda biex jiġu indirizzati riskji makroprudenzjali jew sistemiċi. Madankollu, jenħtieġ li dak ma jipprekludix lill-awtoritajiet kompetenti milli jindirizzaw, inkluż permezz ta' rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali, ir-riskji mġarrba mill-istituzzjonijiet individwali minħabba l-attivitajiet tagħhom, inkluż dawk li jirriflettu l-impatt ta' ċerti żviluppi ekonomiċi u tas-suq fuq il-profil tar-riskju ta' istituzzjoni individwali.

(15)

Ir-rekwiżit ta' proporzjon ta' lieva finanzjarja huwa rekwiżit parallel għar-rekwiżiti ta' fondi proprji bbażati fuq ir-riskju. Għaldaqstant, jenħtieġ li kwalunkwe rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali impost mill-awtoritajiet kompetenti għall-indirizzar tar-riskju ta' lieva eċċessiva jiżdied mar-rekwiżit tal-proporzjon ta' lieva finanzjarja minimu u mhux mar-rekwiżit ta' fondi proprji minimi bbażati fuq ir-riskju. Barra minn hekk, l-istituzzjonijiet jenħtieġ li jkunu jistgħu jużaw ukoll kwalunkwe kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni li huma jużaw biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tagħhom relatati mal-lieva biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji bbażat fuq ir-riskju, inkluż ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata.

(16)

Jenħtieġ li jkun possibbli għall-awtoritajiet kompetenti biex jikkomunikaw lil istituzzjoni f'forma ta' gwida kwalunkwe aġġustament għall-ammont ta' kapital ogħla mir-rekwiżiti ta' fondi proprji minimi rilevanti, ir-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali rilevanti u, kif rilevanti, ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata jew ir-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja li huma jistennew li jżommu tali istituzzjonijiet sabiex jindirizzaw xenarji ta' stress li jħarsu 'l quddiem. Minħabba li tali gwida tikkostitwixxi mira tal-kapital, jenħtieġ li titqies bħala ppożizzjonata ogħla mir-rekwiżiti ta' fondi proprji minimi rilevanti, ir-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali rilevanti u r-rekwiżit ta' riżerva kombinata jew ir-rekwiżit ta' riżerva ta' lieva, kif rilevanti. Jenħtieġ li n-nuqqas li tiġi ssodisfata tali mira ma tagħtix bidu għar-restrizzjonijiet fuq id-distribuzzjonijiet previsti fid-Direttiva 2013/36/UE. Minħabba li l-gwida dwar il-fondi proprji addizzjonali tirrifletti aspettattivi superviżorji, jenħtieġ li d-Direttiva 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 jenħtieġ li la jistabbilixxu obbligi ta' żvelar obbligatorji għall-gwida u lanqas ma jipprojbixxu lill-awtoritajiet kompetenti milli jitolbu l-iżvelar tal-gwida. Meta istituzzjoni ripetutament tonqos milli tilħaq il-mira tal-kapital, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tkun intitolata tieħu miżuri superviżorji u, fejn adatt, timponi rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali.

(17)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2013/36/UE dwar ir-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jirriżulta minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar huma marbuta mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jeħtieġu perijodu ta' implimentazzjoni itwal għall-istituzzjonijiet. Sabiex tiġi allinjata l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar ir-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jirriżulta minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet neċessarji għall-konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' din id-Direttiva japplikaw mill-istess data tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(18)

Sabiex jiġi armonizzat il-kalkolu tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jirriżulta minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar meta s-sistemi interni tal-istituzzjonijiet għall-kejl ta' dak ir-riskju ma jkunux sodisfaċenti, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji żviluppati mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (ABE), stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) fir-rigward tal-iżvilupp ta' metodoloġija standardizzata għall-fini ta' evalwazzjoni ta' tali riskju. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta dawk l-istandards tekniċi regolatorji permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 290 TFUE u f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

(19)

Sabiex tittejjeb l-identifikazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta' dawk l-istituzzjonijiet li jistgħu jkunu soġġetti għal telf eċċessiv fl-attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar tagħhom bħala riżultat ta' bidliet potenzjali fir-rati tal-imgħax, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji żviluppati mill-ABE. Dawk l-istandards tekniċi regolatorji jenħtieġ li jispeċifikaw: is-sitt xenarji ta' xokk superviżorji li l-istituzzjonijiet kollha jkollhom japplikaw sabiex jikkalkulaw il-bidliet fil-valur ekonomiku tal-ekwità; is-suppożizzjonijiet komuni li l-istituzzjonijiet ikollhom jimplimentaw fis-sistemi interni tagħhom għall-finijiet tal-kalkolu tal-valur ekonomiku tal-ekwità, u fir-rigward tad-determinazzjoni tal-ħtieġa potenzjali għal kriterji speċifiċi biex jiġu identifikati l-istituzzjonijiet li għalihom jista' jkun ġustifikat li jittieħdu miżuri superviżorji wara tnaqqis fid-dħul mill-imgħax nett attribwit għal bidliet fir-rati tal-imgħax; u x'jikkostitwixxi tnaqqis kbir. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta dawk l-istandards tekniċi regolatorji permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 290 TFUE u f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

(20)

Il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu hija essenzjali għaż-żamma tal-istabbiltà u l-integrità fis-sistema finanzjarja. Il-kxif ta' involviment ta' istituzzjoni fil-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu jista' jkollu impatt fuq il-vijabbiltà tagħha u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. Flimkien mal-awtoritajiet u l-korpi responsabbli għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus skont id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), l-awtoritajiet kompetenti inkarigati mill-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni prudenzjali jaqdu rwol importanti fl-identifikazzjoni u l-iddixxiplinar tad-dgħufijiet. Għalhekk, jenħtieġ li tali awtoritajiet kompetenti jqisu b'mod konsistenti t-tħassib dwar il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu fl-attivitajiet superviżorji rilevanti tagħhom, inkluż proċessi ta' reviżjoni u evalwazzjoni superviżorji, valutazzjonijiet tal-adegwatezza tal-arranġamenti ta' governanza, il-proċessi u l-mekkaniżmi tal-istituzzjonijiet u valutazzjonijiet tal-idoneità ta' membri tal-korp ta' ġestjoni, jinformaw kif meħtieġ dwar kwalunkwe sejba lill-awtoritajiet u l-korpi rilevanti responsabbli għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u jieħdu, kif adatt, miżuri superviżorji f'konformità mas-setgħat tagħhom skont id-Direttiva 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 575/2013. Jenħtieġ li l-informazzjoni tingħata abbażi tas-sejbiet żvelati fil-proċessi ta' awtorizzazzjoni, approvazzjoni jew reviżjoni li tali awtoritajiet kompetenti jkunu inkarigati minnhom, kif ukoll abbażi tal-informazzjoni riċevuta mill-awtoritajiet u l-korpi responsabbli għall-iżgurar tal-konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849.

(21)

Waħda mit-tagħlimiet ewlenin mill-kriżi finanzjarja fl-Unjoni kienet il-ħtieġa li jkun hemm qafas adegwat istituzzjonali u ta' politika għall-prevenzjoni u l-indirizzar tal-iżbilanċi fi ħdan l-Unjoni. Fid-dawl tal-iżviluppi istituzzjonali l-aktar reċenti fl-Unjoni, tinħtieġ reviżjoni komprensiva tal-qafas ta' politika makroprudenzjali.

(22)

Id-Direttiva 2013/36/UE jenħtieġ li ma tipprekludix lill-Istati Membri milli jimplimentaw miżuri fil-liġi nazzjonali mfassla biex itejbu r-reżiljenza tas-sistema finanzjarja bħal, iżda mhux limitati għal, limiti tal-proporzjon bejn is-self u l-valur, limiti tal-proporzjon bejn id-dejn u d-dħul, limiti tal-proporzjon bejn il-ħlas tad-dejn u d-dħul u strumenti oħra li jindirizzaw l-istandards tas-self.

(23)

Sabiex jiġi żgurat li r-riżervi ta' kapital kontroċikliċi jirriflettu tajjeb ir-riskju tat-tkabbir eċċessiv fil-kreditu għas-settur bankarju, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkalkulaw ir-riżervi speċifiċi għall-istituzzjoni tagħhom bħala medja ponderata tar-rati tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika li japplikaw fil-pajjiżi fejn jinsabu l-iskoperturi tal-kreditu tagħhom. Għalhekk, jenħtieġ li kull Stat Membru jaħtar awtorità responsabbli li tistabbilixxi r-rata tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika għall-iskoperturi li jkunu jinsabu f'dak l-Istat Membru. Jenħtieġ li dik ir-rata tar-riżerva tieħu kont tat-tkabbir fil-livelli tal-kreditu u l-bidliet fil-proporzjon tal-kreditu għall-Prodott Domestiku Gross (PDG) f'dak l-Istat Membru, u kwalunkwe varjabbli ieħor rilevanti għar-riskji għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja.

(24)

Flimkien ma' riżerva ta' konservazzjoni ta' kapital u riżerva ta' kapital kontroċiklika, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jirrikjedu li ċerti istituzzjonijiet iżommu riżerva għal riskju sistemiku sabiex jipprevjenu u jimmitigaw ir-riskji makroprudenzjali jew sistemiċi li mhumiex koperti mir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u mid-Direttiva 2013/36/UE, bħal riskju ta' tfixkil għas-sistema finanzjarja bil-potenzjal ta' konsegwenzi negattivi serji għas-sistema finanzjarja u għall-ekonomija reali fi Stat Membru speċifiku. Jenħtieġ li r-rata tar-riżerva għar-riskju sistemiku tapplika għall-iskoperturi kollha jew għal subsett ta' skoperturi u għall-istituzzjonijiet kollha, jew għal subsett wieħed jew aktar ta' dawk l-istituzzjonijiet, fejn l-istituzzjonijiet juru profili tar-riskju simili fl-attivitajiet kummerċjali tagħhom.

(25)

Huwa importanti li jiġi simplifikat il-mekkaniżmu ta' koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet, tiġi żgurata delineazzjoni ċara ta' responsabbiltajiet, tiġi simplifikata l-attivazzjoni tal-għodod ta' politika makroprudenzjali u li jitwessa' s-sett ta' għodod makroprudenzjali biex jiġi żgurat li l-awtoritajiet ikunu jistgħu jindirizzaw riskji sistemiċi fil-ħin u b'mod effettiv. Il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) mistenni jaqdi rwol ewlieni fil-koordinazzjoni ta' miżuri makroprudenzjali, kif ukoll fit-trasmissjoni ta' informazzjoni dwar miżuri makroprudenzjali ppjanati fl-Istati Membri, b'mod partikolarment permezz tal-pubblikazzjoni ta' miżuri makroprudenzjali adottati fuq is-sit web tiegħu u permezz tal-kondiviżjoni ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet wara n-notifiki ta' miżuri makroprudenzjali ppjanati. Sabiex jiġi żgurat rispons ta' politika adatt bejn l-Istati Membri, il-BERS mistenni jissorvelja s-suffiċjenza u l-konsistenza tal-politiki makroprudenzjali tal-Istati Membri, inkluż permezz tal-monitoraġġ ta' jekk l-għodod jintużawx b'mod konsistenti u distint minn xulxin.

(26)

L-awtoritajiet rilevanti kompetenti jew nominati jenħtieġ li jkollhom l-għan li jevitaw kwalunkwe użu duplikattiv jew inkonsistenti tal-miżuri makroprudenzjali stipulati fid-Direttiva 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 575/2013. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-awtoritajiet rilevanti kompetenti jew nominati jqisu b'mod debitu jekk il-miżuri meħuda skont l-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/UE jidduplikawx jew humiex inkonsistenti ma' miżuri eżistenti jew futuri oħra skont l-Artikolu 124, 164 jew 458 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(27)

L-awtoritajiet kompetenti jew nominati jenħtieġ li jkunu jistgħu jiddeterminaw il-livell jew il-livelli ta' applikazzjoni tar-riżerva tal-istituzzjonijiet sistematikament importanti (O-SIIs) l-oħra, abbażi tan-natura u d-distribuzzjoni tar-riskji inkorporati fl-istruttura tal-grupp. F'xi ċirkostanzi, jista' jkun adatt għall-awtorità kompetenti jew l-awtorità nominata li timponi riżerva ta' O-SII biss f'livell taħt l-ogħla livell ta' konsolidazzjoni.

(28)

F'konformità mal-metodoloġija tal-valutazzjoni għal banek globali sistemikament importanti ppubblikata mill-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (BCBS), il-pretensjonijiet transġudizzjarji u l-obbligazzjonijiet ta' istituzzjoni huma indikaturi tal-importanza sistemika globali tagħha u tal-impatt li l-falliment tagħha jista' jkollu fuq is-sistema globali finanzjarja. Dawk l-indikaturi jirriflettu t-tħassib speċifiku, pereżempju, dwar id-diffikultà akbar fil-koordinazzjoni tar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ma' attivitajiet transkonfinali sinifikanti. Il-progress li sar f'termini tal-approċċ komuni għal riżoluzzjoni li tirriżulta mir-rinforz tal-ġabra unika tar-regoli u mill-istabbiliment tal-Mekkaniżmu ta' Riżoluzzjoni Unika (SRM), żviluppa b'mod sinifikanti l-abbiltà fir-riżoluzzjoni b'mod ordnat tal-gruppi transkonfinali fi ħdan l-unjoni bankarja. Għaldaqstant u mingħajr preġudizzju għall-kapaċità ta' awtoritajiet kompetenti jew nominati li jeżerċitaw il-ġudizzju superviżorju tagħhom, jenħtieġ li jiġi kalkulat punteġġ alternattiv li jirrifletti dak il-progress u awtoritajiet kompetenti jew nominati jenħtieġ li jieħdu dak il-punteġġinkonsiderazzjoni meta jivvalutaw l-importanza sistemika tal-istituzzjonijiet ta' kreditu, mingħajr ma tkun affettwata d-data fornuta lill-BCBS għad-determinazzjoni ta' denominaturi internazzjonali. Jenħtieġ li l-ABE tiżviluppa abbozz aġġornat ta' standards tekniċi regolatorji biex tiġi speċifikata l-metodoloġija ta' identifikazzjoni addizzjonali għall-istituzzjonijiet globali sistematikament importanti (G-SIIs) biex ikunu jistgħu jiġu rikonoxxuti l-ispeċifiċitajiet tal-qafas ta' riżoluzzjoni Ewropew integrat fi ħdan il-kuntest tal-SRM. Dik il-metodoloġija jenħtieġ li tintuża biss għall-finijiet tal-kalibrazzjoni tar-riżerva ta' G-SII. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta dawk l-istandards tekniċi regolatorji permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 290 TFUE u f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

(29)

Minħabba li l-għanijiet ta' din id-Direttiva, jiġifieri li ssaħħaħ u tirfina l-atti legali eżistenti tal-Unjoni sabiex tiżgura rekwiżiti prudenzjali uniformi li japplikaw għall-istituzzjonijiet madwar l-Unjoni, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(30)

F'konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta' Settembru 2011 tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni (11), l-Istati Membri ntrabtu li, f'każijiet ġustifikati, jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom minn dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta' direttiva u l-partijiet korrispondenti ta' strumenti tat-traspożizzjoni nazzjonali. Rigward din id-Direttiva, il-leġislatur iqis li t-trasmissjoni ta' tali dokumenti hija ġustifikata.

(31)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 2013/36/UE tiġi emendata skont dan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 2013/36/UE

Id-Direttiva 2013/36/UE hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2, il-paragrafi 5 u 6 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“5.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal dan li ġej:

(1)

aċċess għall-attività ta' ditti tal-investiment sa fejn din tkun irregolata mid-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1);

(2)

il-banek ċentrali;

(3)

l-istituzzjonijiet giro tal-uffiċċji postali;

(4)

fid-Danimarka, l-‘Eksport Kredit Fonden’, l-‘Eksport Kredit Fonden A/S’, id-‘Danmarks Skibskredit A/S’ u l-‘KommuneKredit’;

(5)

fil-Ġermanja, l-impriżi ‘Kreditanstalt für Wiederaufbau’, ‘Landwirtschaftliche Rentenbank’, ‘Bremer Aufbau-Bank GmbH’, ‘Hamburgische Investitions- und Förderbank’, ‘Investitionsbank Berlin’, ‘Investitionsbank des Landes Brandenburg’, ‘Investitionsbank Schleswig-Holstein’, ‘Investitions- und Förderbank Niedersachsen – NBank’, ‘Investitions- und Strukturbank Rheinland-Pfalz’, ‘Landeskreditbank Baden-Württemberg – Förderbank’, ‘LfA Förderbank Bayern’, ‘NRW.BANK’, ‘Saarländische Investitionskreditbank AG’, ‘Sächsische Aufbaubank – Förderbank’, ‘Thüringer Aufbaubank’ li huma rikonoxxuti taħt il-‘Wohnungsgemeinnützigkeitsgesetz’ bħala korpi tal-politika tas-settur tal-abitazzjoni tal-Istat u mhumiex prinċipalment parteċipanti fi transazzjonijiet bankarji, u impriżi rikonoxxuti taħt dik il-liġi bħala impriżi tas-settur tal-abitazzjoni mingħajr skop ta' qligħ;

(6)

fl-Estonja, l-‘hoiu-laenuühistud’, bħala impriżi kooperattivi li huma rikonoxxuti taħt il-‘hoiu-laenuühistu seadus’;

(7)

fl-Irlanda, l-iStrategic Banking Corporation of Ireland, l-unjonijiet tal-kreditu u soċjetajiet ta' għajnuna reċiproka;

(8)

fil-Greċja, il-‘Ταμείο Παρακαταθηκών και Δανείων’ (Tamio Parakatathikon kai Danion);

(9)

fi Spanja, l-‘Instituto de Crédito Oficial’;

(10)

fi Franza, il-‘Caisse des dépôts et consignations’;

(11)

fil-Kroazja, il-‘kreditne unije’ u l-‘Hrvatska banka za obnovu i razvitak3’;

(12)

fl-Italja, il-‘Cassa depositi e prestiti’;

(13)

fil-Latvja, il-‘krājaizdevu sabiedrības’, impriżi li huma rikonoxxuti taħt il-‘krājaizdevu sabiedrību likums’ bħala impriżi kooperattivi li joffru servizzi finanzjarji lill-membri tagħhom biss;

(14)

fil-Litwanja, il-‘kredito unijos’ minbarra ‘centrinės kredito unijos’;

(15)

fl-Ungerija, il-‘MFB Magyar Fejlesztési Bank Zártkörűen Működő Részvénytársaság’ u l-‘Magyar Export-Import Bank Zártkörűen Működő Részvénytársaság’;

(16)

f'Malta, ‘The Malta Development Bank’;

(17)

fin-Netherlands, in-‘Nederlandse Investeringsbank voor Ontwikkelingslanden NV’, l-‘NV Noordelijke Ontwikkelingsmaatschappij’, l-‘NV Limburgs Instituut voor Ontwikkeling en Financiering’, l-‘Ontwikkelingsmaatschappij Oost-Nederland NV’ u kredietunies;

(18)

l-Awstrija, l-impriżi rikonoxxuti bħala assoċjazzjonijiet tal-akkomodazzjoni fl-interess pubbliku u l-‘Österreichische Kontrollbank AG’;

(19)

fil-Polonja, il-‘Spółdzielcze Kasy Oszczędnościowo — Kredytowe’ u l-‘Bank Gospodarstwa Krajowego’;

(20)

fil-Portugall, il-‘Caixas Económicas’ li kienu jeżistu fl-1 ta' Jannar 1986 bl-eċċezzjoni ta' dawk inkorporati bħala kumpanniji b'responsabbiltà limitata u tal-‘Caixa Económica Montepio Geral’;

(21)

fis-Slovenja, is-‘SID-Slovenska izvozna in razvojna banka, d.d. Ljubljana’;

(22)

fil-Finlandja, it-‘Teollisen yhteistyön rahasto Oy/Fonden för industriellt samarbete AB’, u l-‘Finnvera Oyj/Finnvera Abp’;

(23)

fl-Iżvezja, il-‘Svenska Skeppshypotekskassan’;

(24)

fir-Renju Unit, in-National Savings and Investments (NS&I), is-CDC Group plc, l-Agricultural Mortgage Corporation Ltd, il-Crown Agents for overseas governments and administrations, il-credit unions u l-municipal banks.

6.   L-entitajiet imsemmija fil-punt (1) u l-punti (3) sa (24) tal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu ttrattati bħala istituzzjonijiet finanzjarji għall-finijiet tal-Artikolu 34 u l-Kapitolu 3 tat-Titolu VII.

(*1)  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).”;"

(2)

l-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(60)

‘awtorità ta' riżoluzzjoni’ tfisser awtorità ta' riżoluzzjon kif definita fil-punt (18) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2);

(61)

‘istituzzjoni globali sistemikament importanti’ jew ‘G-SII’ tfisser G-SII kif definita fil-punt (133) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(62)

‘istituzzjoni globali sistemikament importanti mhux tal-UE’ jew ‘G-SII mhux tal-UE’ tfisser G-SII mhux tal-UE kif definita fil-punt (134) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(63)

‘grupp’ tfisser grupp kif definit fil-punt (138) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(64)

‘grupp ta' pajjiż terz’ tfisser grupp li l-impriża prinċipali tiegħu tkun stabbilita f'pajjiż terz;

(65)

‘politika ta' rimunerazzjoni newtrali fir-rigward tas-sessi’ tfisser politika ta' rimunerazzjoni bbażata fuq ħlas ugwali għal ħaddiema rġiel u nisa għal xogħol ugwali jew xogħol ta' valur ugwali.

(*2)  Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).”;"

(b)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   Sabiex ikun żgurat li r-rekwiżiti jew is-setgħat superviżorja stipulati f'din id-Direttiva jew fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 japplikaw fuq bażi konsolidata jew subkonsolidata skont din id-Direttiva u dan ir-Regolament, it-termini “istituzzjoni”, “istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru”, “istituzzjoni prinċipali tal-UE” u “impriża omm” għandhom jinkludu ukoll:

(a)

kumpanniji azzjonarji finanzjarji u kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta li ngħataw approvazzjoni f'konformità mal-Artikolu 21a ta' din id-Direttiva;

(b)

istituzzjonijiet nominati kkontrollati minn kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE, kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE, kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali fi Stat Membru jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru fejn il-kumpannija prinċipali rilevanti ma tkunx soġġetta għall-approvazzjoni f'konformità mal-Artikolu 21a(4) ta' din id-Direttiva; u

(c)

kumpanniji azzjonarji finanzjarji, kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta jew istituzzjonijiet nominati skont il-punt (d) tal-Artikolu 21a(6) ta' din id-Direttiva.”;

(3)

fl-Artikolu 4, il-paragrafu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“8.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn awtoritajiet għajr l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa ta' riżoluzzjoni, dawk l-awtoritajiet l-oħra jikkooperaw mill-qrib u jikkonsultaw lill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tat-tħejjija ta' pjanijiet tar-riżoluzzjoni u f'kull waqt ieħor fejn tali kooperazzjoni u konsultazzjoni jkunu meħtieġa minn din id-Direttiva, mid-Direttiva 2014/59/UE jew mir-Regolament (UE) Nru 575/2013.”;

(4)

l-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, il-punti (a) u (b) jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

“(a)

l-informazzjoni li għandha tingħata lill-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu, inkluż il-programm tal-operazzjonijiet, l-organizzazzjoni strutturali u l-arranġamenti ta' governanza previsti fl-Artikolu 10;

(b)

ir-rekwiżiti applikabbli għall-azzjonisti u l-membri b'parteċipazzjonijiet kwalifikanti, jew, fejn ma jkun hemm ebda parteċipazzjoni kwalifikanti, għall-akbar 20 azzjonist jew membru, skont l-Artikolu 14; u”;

(b)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“5.   L-ABE għandha toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti biex tiġi speċifikata metodoloġija ta' valutazzjoni komuni għall-għoti ta' awtorizzazzjonijiet f'konformità ma' din id-Direttiva.”;

(5)

fl-Artikolu 9, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“3.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-ABE bil-liġijiet nazzjonali li espliċitament jippermettu lill-impriżi ħlief l-istituzzjonijiet ta' kreditu li jwettqu n-negozju tat-teħid ta' depożiti u fondi ripagabbli oħra mill-pubbliku.

4.   Skont dan l-Artikolu, l-Istati Membri ma jistgħux jeżentaw lill-istituzzjonijiet ta' kreditu mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.”;

(6)

l-Artikolu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 10

Programm tal-operazzjonijiet, organizzazzjoni strutturali u arranġamenti ta' governanza

1.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni jkunu akkumpanjati minn programm tal-operazzjonijiet li jistabbilixxi t-tipi ta' negozju previsti u l-organizzazzjoni strutturali tal-istituzzjoni ta' kreditu, inkluż indikazzjoni tal-impriżi prinċipali, il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji u l-kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta fil-grupp. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu wkoll l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni li għandha tiġi akkumpanjata minn deskrizzjoni tal-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi msemmija fl-Artikolu 74(1).

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrifjutaw l-awtorizzazzjoni li tinbeda l-attività ta' istituzzjoni ta' kreditu sakemm ma jkunux issodisfati li l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi msemmija fl-Artikolu 74(1) jippermettu ġestjoni tar-riskju soda u effettiva minn dik l-istituzzjoni.”;

(7)

fl-Artikolu 14, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrifjutaw l-awtorizzazzjoni biex tinbeda l-attività ta' istituzzjoni ta' kreditu jekk, filwaqt li jittieħed kont tal-ħtieġa li tiġi żgurata l-ġestjoni soda u prudenti ta' istituzzjoni ta' kreditu, ma jkunux issodisfati dwar l-idoneità tal-azzjonisti jew il-membri f'konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 23(1). Għandhom japplikaw l-Artikolu 23(2) u (3) u l-Artikolu 24.”;

(8)

fl-Artikolu 18, il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(d)

ma tibqax tissodisfa r-rekwiżiti prudenzjali stabbiliti fil-Parti Tlieta, Erbgħa jew Sitta, ħlief għar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 92a u 92b, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew imposti taħt il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) jew l-Artikolu 105 ta' din id-Direttiva jew ma tibqax tkun affidabbli fit-twettiq tal-obbligi tagħha lejn il-kredituri tagħha, u, b'mod partikolari, ma tibqax tipprovdi garanzija għall-assi fdati lilha mid-depożitanti tagħha;”;

(9)

jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 21a

Approvazzjoni ta' kumpanniji azzjonarji finanzjarji u ta' kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta

1.   Kumpanniji azzjonarji finanzjarji prinċipali fi Stat Membru, kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta prinċipali fi Stat Membru, kumpanniji azzjonarji finanzjarji prinċipali tal-UE u kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta prinċipali tal-UE għandhom jitolbu l-approvazzjoni f'konformità ma' dan l-Artikolu. Kumpanniji azzjonarji finanzjarji jew kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta oħrajn għandhom jitolbu l-approvazzjoni skont dan l-Artikolu meta jkunu meħtieġa jikkonformaw ma' din id-Direttiva jew ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi subkonsolidata.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji jew il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta msemmija fih għandhom jagħtu lis-superviżur konsolidanti u, fejn ikun differenti, lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn ikunu stabbiliti, l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-organizzazzjoni strutturali tal-grupp li tkun parti minnha l-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta, b'indikazzjoni ċara tas-sussidjarji tagħha u, fejn applikabbli, l-impriżi prinċipali, u l-post u t-tip ta' attività li titwettaq minn kull waħda mill-entitajiet fil-grupp;

(b)

informazzjoni dwar in-nominazzjoni ta' tal-anqas żewġ persuni li effettivament imexxu l-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta u l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 121 dwar il-kwalifiki tad-diretturi;

(c)

informazzjoni dwar il-konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 14 dwar l-azzjonisti u l-membri, fejn il-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta jkollha istituzzjoni ta' kreditu bħala s-sussidjarja tagħha;

(d)

l-organizzazzjoni interna u d-distribuzzjoni tal-kompiti fil-grupp;

(e)

kwalunkwe informazzjoni oħra li tista' tkun neċessarja biex jitwettqu l-valutazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu.

Fejn l-approvazzjoni ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja jew ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta sseħħ fl-istess ħin tal-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 22, l-awtorità kompetenti għall-finijiet ta' dak l-Artikolu għandha tikkoordina, kif adatt, mas-superviżur konsolidanti u, fejn ikun differenti, l-awtorità kompetenti fl-Istat Membri fejn tkun stabbilita l-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta. F'dak il-każ, il-perijodu ta' valutazzjoni msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(3) għandu jkun sospiż għal perijodu li jaqbeż l-20 jum tax-xogħol sakemm titlesta l-proċedura stabbilita f'dan l-Artikolu.

3.   Tista' tingħata approvazzjoni lil kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta skont dan l-Artikolu biss fejn ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-arranġamenti interni u d-distribuzzjoni ta' kompiti fil-grupp ikunu adegwati għall-finijiet ta' konformità mar-rekwiżiti imposti minn din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi konsolidata jew subkonsolidata u, b'mod partikolari, ikunu effettivi:

(i)

fil-koordinazzjoni tas-sussidjarji kollha tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta inkluż, fejn meħtieġ, permezz ta' distribuzzjoni adegwata tal-kompiti fost l-istituzzjonijiet sussidjarji;

(ii)

fil-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-konflitti fil-grupp; u

(iii)

fl-infurzar tal-politiki tal-grupp kollu stabbiliti mill-kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali jew mill-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali fil-grupp kollu;

(b)

l-organizzazzjoni strutturali tal-grupp li minnu tagħmel parti kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta ma tostakolax jew tipprevjeni b'mod ieħor is-superviżjoni effettiva ta' istituzzjonijiet sussidjarji jew ta' istituzzjonijiet prinċipali rigward l-obbligi individwali, konsolidati u, fejn adatt, subkonsolidati li għalihom ikunu soġġetti. Il-valutazzjoni ta' dak il-kriterju għandha tieħu kont, b'mod partikolari:

(i)

tal-pożizzjoni tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta fi grupp b'ħafna saff;

(ii)

l-istruttura azzjonarja; u

(iii)

ir-rwol tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta fi ħdan il-grupp;

(c)

ikun hemm konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 14 u r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 121.

4.   L-approvazzjoni tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta skont dan l-Artikolu m'għandhiex tkun meħtieġa fejn ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-attività prinċipali tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja tkun li takkwista holdings fis-sussidjarji jew, fil-każ ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta, l-attività prinċipali tagħha rigward l-istituzzjonijiet jew l-istituzzjonijiet finanzjarji tkun li takkwista holdings fis-sussidjarji;

(b)

il-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta ma tkunx nominata bħala entità ta' riżoluzzjoni f'xi wieħed mill-gruppi ta' riżoluzzjoni tal-grupp f'konformità mal-istrateġija ta' riżoluzzjoni determinata mill-awtorità ta' riżoluzzjoni rilevanti skont id-Direttiva 2014/59/UE;

(c)

istituzzjoni ta' kreditu sussidjarja tinħatar bħala responsabbli biex tiżgura l-konformità tal-grupp mar-rekwiżiti prudenzjali fuq bażi konsolidata u tingħata l-mezzi u l-awtorità legali neċessarji kollha biex twettaq dawk l-obbligi b'mod effikaċi;

(d)

il-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta ma tkunx involuta fit-teħid ta' deċiżjonijiet ta' ġestjoni, operazzjonali jew finanzjarji li jaffettwaw lill-grupp jew lis-sussidjarji tagħha li jkunu istituzzjonijiet jew istituzzjonijiet finanzjarji;

(e)

ma jkunx hemm xi impediment għas-superviżjoni effikaċi tal-grupp fuq bażi konsolidata.

Il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji jew il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta eżentati mill-approvazzjoni skont dan il-paragrafu m'għandhomx ikunu esklużi mill-perimetru tal-konsolidazzjoni kif stabbilit f'din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

5.   Is-superviżur konsolidanti għandu jissorvelja l-konformità mal-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 jew, fejn applikabbli, il-paragrafu 4 fuq bażi kontinwa. Il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji u l-kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta għandhom jipprovdu lis-superviżur konsolidanti l-informazzjoni li jeħtieġu biex tiġi sorveljata fuq bażi kontinwa l-organizzazzjoni strutturali tal-grupp u l-konformità mal-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 jew, fejn applikabbli, il-paragrafu 4. Is-superviżur konsolidanti għandu jikkondividi dik l-informazzjoni mal-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta.

6.   Fejn is-superviżur konsolidanti jkun stabbilixxa li l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 ma jkunux issodisfati jew ma baqgħux ikunu ssodisfati, il-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta għandha tkun soġġetta għal miżuri superviżorji adatti biex jiġu żgurati jew jerġa' jkun hemm, skont il-każ, il-kontinwità u l-integrità ta' superviżjoni konsolidata u tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti stipulati f'din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi konsolidata. Fil-każ ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta, il-miżuri superviżorji għandhom, b'mod partikolari, iqisu l-effetti fuq il-konglomerat finanzjarju.

Il-miżuri superviżorji msemmija fl-ewwel subparagrafu jistgħu jinkludu:

(a)

is-sospensjoni tal-eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma tal-istituzzjonijiet sussidjarji miżmuma mill-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta;

(b)

il-ħruġ ta' inġunzjonijiet jew penali kontra l-kumpannija azzjonarja finanzjarja, il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta jew il-membri tal-korp ta' ġestjoni u l-maniġers, soġġett għall-Artikoli 65 sa 72;

(c)

l-għoti ta' struzzjonijiet jew direzzjonijiet lill-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew lill-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta biex tittrasferixxi lill-azzjonisti tagħha l-parteċipazzjonijiet fl-istituzzjonijiet sussidjarji tagħha;

(d)

fuq bażi temporanja ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja, kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta jew istituzzjoni oħra fil-grupp bħala responsabbli għall-konformità mar-rekwiżiti stipulati f' f'din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi konsolidata;

(e)

ir-restrizzjoni jew il-projbizzjoni ta' distribuzzjonijiet jew pagamenti tal-imgħax lill-azzjonisti;

(f)

il-ħtieġa li l-kumpanniji azzjonarji finanzjarji jew il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta jċedu jew inaqqsu holdings f'istituzzjonijiet jew entitajiet oħra tas-settur finanzjarju;

(g)

il-ħtieġa li l-kumpanniji azzjonarji finanzjarji jew il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta jippreżentaw pjan dwar ir-ritorn, mingħajr dewmien, lejn il-konformità.

7.   Fejn is-superviżur konsolidanti jkun stabbilixxa li ma jibqgħux issodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4, il-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta għandha tfittex approvazzjoni f'konformità ma' dan l-Artikolu.

8.   Għall-finijiet ta' teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-approvazzjoni u l-eżenzjoni mill-approvazzjoni msemmija fil-paragrafi 3 u 4, rispettivament, u l-miżuri superviżorji msemmija fil-paragrafi 6 u 7, fejn is-superviżur konsolidanti jkun differenti mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta, iż-żewġ awtoritajiet għandhom jaħdmu flimkien f'konsultazzjoni sħiħa. Is-superviżur konsolidanti għandu jħejji valutazzjoni dwar il-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafi 3, 4, 6 u 7, kif applikabbli, u għandu jibgħat dik il-valutazzjoni lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta. Iż-żewġ awtoritajiet għandhom jagħmlu dak kollu possibbli fil-limiti tas-setgħat tagħhom biex jilħqu deċiżjoni konġunta fi żmien xahrejn mid-data tal-wasla ta' dik il-valutazzjoni.

Id-deċiżjoni konġunta għandha tiġi debitament dokumentata u motivata. Is-superviżur konsolidanti għandu jikkomunika d-deċiżjoni konġunta lill-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew lill-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta.

Fil-każ ta' nuqqas ta' qbil, is-superviżur konsolidanti jew l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta għandu joqgħod lura milli jieħu deċiżjoni u għandu jirreferi l-kwistjoni lill-ABE f'konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar mill-wasla tar-riferiment lill-ABE. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jadottaw deċiżjoni konġunta f'konformità mad-deċiżjoni tal-ABE. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferita lill-ABE wara tmiem il-perijodu ta' xahrejn jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta.

9.   Fil-każ ta' kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta, fejn is-superviżur konsolidanti jew l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta tkun differenti mill-koordinatur determinat f'konformità mal-Artikolu 10 tad-Direttiva 2002/87/KE, il-qbil tal-koordinatur għandu jkun meħtieġ għall-finijiet tad-deċiżjonijiet jew id-deċiżjonijiet konġunti msemmija fil-paragrafi 3, 4, 6 u 7 ta' dan l-Artikolu, kif applikabbli. Fejn ikun meħtieġ il-qbil tal-koordinatur, in-nuqqas ta' qbil għandu jiġi riferut lill-Awtorità Superviżorja Ewropea rilevanti, jiġifieri, l-ABE jew l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) (EIOPA), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3), li għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar mill-wasla tar-riferiment. Kwalunkwe deċiżjoni li tittieħed skont dan il-paragrafu għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi skont id-Direttiva 2002/87/KE jew 2009/138/KE.

10.   Fejn tiġi rifjutata approvazzjoni ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta skont dan l-Artikolu, is-superviżur konsolidanti għandu javża lill-applikant bid-deċiżjoni u r-raġunijiet għaliha fi żmien erba' xhur mill-wasla tal-applikazzjoni, jew fejn l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, fi żmien erba' xhur mill-wasla tal-informazzjoni sħiħa meħtieġa għad-deċiżjoni.

F'kull każ, deċiżjoni għal għoti jew rifjut ta' approvazzjoni għandha, madankollu, tittieħed fi żmien sitt xhur mill-wasla ta' din l-applikazzjoni. Rifjut jista' jkun akkumpanjat, fejn meħtieġ, minn kwalunkwe waħda mill-miżuri msemmija fl-paragrafu 6.

Artikolu 21b

Impriża prinċipali intermedja tal-UE

1.   Żewġ istituzzjonijiet jew aktar fl-Unjoni, li jkunu parti mill-istess grupp minn pajjiż terz, għandu jkollhom impriża prinċipali intermedja unika tal-UE stabbilita fl-Unjoni.

2.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 li jkollhom żewġ impriżi prinċipali intermedji tal-UE fejn huma jiddeterminaw li l-istabbiliment ta' impriża prinċipali intermedja unika tal-UE ikun:

(a)

inkompatibbli ma' rekwiżit obbligatorju għas-separazzjoni tal-attivitajiet imposti mir-regoli jew l-awtoritajiet superviżorji tal-pajjiż terz fejn l-impriża prinċipali aħħarija tal-grupp minn pajjiż terz ikollha l-uffiċċju prinċipali tagħha; jew

(b)

jagħmel ir-riżolvibbiltà anqas effiċjenti milli fil-każ ta' żewġ impriżi prinċipali intermedji tal-UE skont valutazzjoni mwettqa mill-awtorità ta' riżoluzzjoni kompetenti tal-impriża prinċipali intermedja tal-UE.

3.   Impriża prinċipali intermedja tal-UE għandha tkun istituzzjoni ta' kreditu awtorizzata f'konformità mal-Artikolu 8, jew kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta li tkun ingħatat l-approvazzjoni f'konformità mal-Artikolu 21a.

Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, fejn l-ebda waħda mill-istituzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma tkun istituzzjoni ta' kreditu jew fejn it-tieni impriża prinċipali intermedja tal-UE trid tiġi stabbilita b'rabta ma' attivitajiet ta' investiment biex tikkonforma ma' rekwiżit obbligatorju kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-impriża prinċipali intermedja tal-UE jew it-tieni impriża prinċipali intermedja tal-UE, tista' tkun ditta tal-investiment awtorizzata f'konformità mal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2014/65/UE li huwa soġġett għad-Direttiva 2014/59/UE.

4.   Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx japplikaw fejn il-valur totali tal-assi fl-Unjoni tal-grupp minn pajjiż terz ikun anqas minn EUR 40 biljun.

5.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, il-valur totali tal-assi fl-Unjoni tal-grupp minn pajjiż terz għandu jkun it-total ta' dawn li ġejjin:

(a)

il-valur totali tal-assi ta' kull istituzzjoni fl-Unjoni tal-grupp minn pajjiż terz, kif jirriżulta mill-karta tal-bilanċ konsolidata tagħha jew kif jirriżulta mill-karta tal-bilanċ individwali tagħhom, fejn ma tkun konsolidata karta tal-bilanċ ta' istituzzjoni; u

(b)

il-valur totali tal-assi ta' kull fergħa tal-grupp minn pajjiż terz awtorizzata fl-Unjoni f'konformità ma' din id-Direttiva, mad-Direttiva 2014/65/UE jew mar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*4).

6.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward ta' kull grupp minn pajjiż terz li jopera fil-ġurisdizzjoni tagħhom lill-ABE:

(a)

l-ismijiet u l-valur totali tal-assi tal-istituzzjonijiet sorveljati li jappartjenu għal grupp minn pajjiż terz;

(b)

l-ismijiet u l-valur totali tal-assi li jikkorrispondu għall-fergħat awtorizzati f'dak l-Istat Membru f'konformità ma' din id-Direttiva, mad-Direttiva 2014/65/UE jew mar-Regolament (UE) Nru 600/2014, u t-tipi ta' attivitajiet li jkunu awtorizzati jwettqu;

(c)

l-isem u t-tip kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta' kwalunkwe impriża prinċipali intermedja tal-UE stabbilita f'dak l-Istat Membru u l-isem tal-grupp minn pajjiż terz li tagħmel parti minnu.

7.   L-ABE għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha lista tal-gruppi minn pajjiż terz kollha li joperaw fl-Unjoni u l-impriża jew l-impriżi prinċipali intermedji tal-UE tagħhom, fejn applikabbli.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li kull istituzzjoni taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom li tkun parti minn grupp minn pajjiż terz tissodisfa waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

għandha impriża prinċipali intermedja tal-UE;

(b)

hija impriża prinċipali intermedja tal-UE;

(c)

tkun l-unika istituzzjoni fl-Unjoni tal-grupp minn pajjiż terz; jew

(d)

tkun parti minn grupp minn pajjiż terz b' valur totali ta' assi fl-Unjoni ta' anqas minn EUR 40 biljun.

8.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, il-gruppi minn pajjiż terzi li joperaw permezz ta' aktar minn istituzzjoni waħda fl-Unjoni u b'valur totali tal-assi ugwali għal jew aktar minn EUR 40 biljun fis-27 ta' Ġunju 2019 għandu jkollhom impriża prinċipali intermedja tal-UE jew, jekk japplika l-paragrafu 2, żewġ impriżi prinċipali intermedji tal-UE sat-30 ta' Diċembru 2023.

9.   Sat-30 ta' Diċembru 2026 il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta l-ABE, tirrieżamina r-rekwiżiti imposti fuq l-istituzzjonijiet minn dan l-Artikolu u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport, tal-anqas, għandu jqis:

(a)

jekk ir-rekwiżiti stipulati f'dan l-Artikolu humiex operabbli, meħtieġa u proporzjonati u jekk ikunux aktar adatti miżuri oħra;

(b)

jekk ir-rekwiżiti imposti fuq l-istituzzjonijiet minn dan l-Artikolu għandhomx jiġu riveduti biex jirriflettu l-aħjar prassi internazzjonali.

10.   Sat-28 ta' Ġunju 2021, l-ABE għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar it-trattament tal-fergħat ta' pajjiżi terzi skont il-liġi nazzjonali tal-Istati Membri. Dak ir-rapport, tal-anqas, għandu jqis:

(a)

jekk u sa liema punt il-prattiki superviżorji skont il-liġi nazzjonali għall-fergħat ta' pajjiżi terzi humiex differenti bejn l-Istati Membri;

(b)

jekk trattament differenti tal-fergħat ta' pajjiżi terzi skont il-liġi nazzjonali jistax jirriżulta f'arbitraġġ regolatorju;

(c)

jekk armonizzazzjoni ulterjuri tar-reġimi nazzjonali għall-fergħat ta' pajjiżi terzi tkunx neċessarja u adatta, speċjalment fir-rigward ta' fergħat sinifikanti ta' pajjiżi terzi.

Il-Kummissjoni għandha, jekk adatt, tippreżenta proposta leġislattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ibbażata fuq ir-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-ABE.

(*3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48)."

(*4)  Ir-Regolament (UE) Nru Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).”;"

(10)

fl-Artikolu 23(1), il-punt (b) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

ir-reputazzjoni, l-għarfien, il-ħiliet u l-esperjenza, kif stabbiliti fl-Artikolu 91(1), ta' kwalunkwe membru tal-korp ta' ġestjoni li ser imexxi n-negozju tal-istituzzjoni ta' kreditu bħala riżultat tal-akkwiżizzjoni proposta;”;

(11)

l-Artikolu 47 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.   Stat Membru għandu jeħtieġ li l-fergħat tal-istituzzjonijiet ta' kreditu jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f'pajjiż terz biex jirrappurtaw mill-inqas darba fis-sena lill-awtoritajiet kompetenti l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-assi totali li jikkorrispondu għall-attivitajiet tal-fergħa awtorizzati f'dak l-Istat Membru;

(b)

informazzjoni dwar l-assi likwidi disponibbli għall-fergħa, b'mod partikolari d-disponibbiltà tal-assi likwidi f'muniti tal-Istati Membri;

(c)

il-fondi proprji għad-dispożizzjoni tal-fergħa;

(d)

l-arranġamenti għall-protezzjoni tad-depożiti disponibbli għad-depożituri fil-fergħa;

(e)

l-arranġamenti għall-ġestjoni tar-riskju;

(f)

l-arranġamenti għall-governanza, inkluż it-titolari ta' funzjonijiet ewlenin għall-attivitajiet tal-fergħa;

(g)

il-pjanijiet ta' rkupru li jkopru l-fergħa; u

(h)

kwalunkwe informazzjoni oħra li titqies neċessarja mill-awtorità kompetenti li tippermetti monitoraġġ komprensiv tal-attivitajiet tal-fergħa.”;

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ABE dwar dawn li ġejjin:

(a)

l-awtorizzazzjonijiet kollha għall-fergħat mogħtija lill-istituzzjonijiet ta' kreditu li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f'pajjiż terz u kwalunkwe bidla sussegwenti għal tali awtorizzazzjonijiet;

(b)

l-assi u l-obbligazzjonijiet totali tal-fergħat awtorizzati tal-istituzzjonijiet ta' kreditu li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f'pajjiż terz, kif irrapportati b'mod perjodiku;

(c)

l-isem tal-grupp minn pajjiż terz li tappartjeni għalih fergħa awtorizzata.

L-ABE għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha lista tal-fergħat kollha f'pajjiż terz awtorizzati biex joperaw fl-Unjoni, li tindika l-Istat Membru fejn huma awtorizzati joperaw.”;

(c)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“2a.   L-awtoritajiet kompetenti li jissorveljaw il-fergħat tal-istituzzjonijiet ta' kreditu li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f'pajjiż terz u l-awtoritajiet kompetenti tal-istituzzjonijiet li jagħmlu parti mill-istess grupp minn pajjiż terz għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw li l-attivitajiet kollha ta' dak il-grupp minn pajjiż terz fl-Unjoni jkunu soġġetti għal superviżjoni komprensiva, biex tiġi prevenuta ċ-ċirkomvenzjoni tar-rekwiżiti applikabbli għall-gruppi minn pajjiż terz skont din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 u biex jiġi prevenut kwalunkwe impatt detrimentali fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni.

L-ABE għandha tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, inkluż meta tivverifika jekk intlaħaqx il-limitu massimu msemmi fl-Artikolu 21b(4).”;

(12)

l-Artikolu 56 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (g) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(g)

awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni tal-entitajiet marbutin b'obbligu elenkati fil-punti (1) u (2) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*5) għall-konformità ma' dik id-Direttiva, u ma' unitajiet tal-intelligence finanzjarja;

(*5)  Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).”"

(b)

jiżdied il-punt li ġej:

“(h)

l-awtoritajiet kompetenti jew il-korpi responsabbli għall-applikazzjoni tar-regoli dwar is-separazzjoni strutturali fi ħdan grupp bankarju.”;

(13)

fl-Artikolu 57(1), il-frażi introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

“1.   Minkejja l-Artikoli 53, 54 u 55, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jista' jseħħ skambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza:”;

(14)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 58a

Trasmissjoni ta' informazzjoni lill-korpi internazzjonali

1.   Minkejja l-Artikolu 53(1) u l-Artikolu 54, awtoritajiet kompetenti jistgħu, soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu, jittrażmettu jew jikkondividu ċerta informazzjoni ma' dawn li ġejjin:

(a)

il-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Bank Dinji għall-finijiet ta' valutazzjonijiet tal-Programm ta' Valutazzjoni tas-Settur Finanzjarju;

(b)

il-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali, għall-finijiet tal-istudji tal-impatt kwantitattiv;

(c)

il-Bord għall-Istabilità Finanzjarja, għall-finijiet tal-funzjoni ta' sorveljanza tiegħu.

2.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkondividu informazzjoni kunfidenzjali biss wara rikjesta espliċita mill-korp rilevanti, fejn jiġu sodisfatti mill-inqas il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ir-rikjesta tkun debitament ġustifikata fid-dawl tal-kompiti speċifiċi li jitwettqu mill-korp rikjedenti f'konformità mal-mandat statutorju tiegħu;

(b)

ir-rikjesta tkun preċiża biżżejjed fir-rigward tan-natura, l-ambitu u l-format tal-informazzjoni meħtieġa, u l-mezz tal-iżvelar jew it-trasmissjoni tagħha;

(c)

l-informazzjoni mitluba tkun strettament neċessarja għat-twettiq tal-kompiti speċifiċi tal-korp rikjedenti u ma tmurx lil hinn mill-kompiti statutorji mogħtija lill-korp rikjedenti;

(d)

l-informazzjoni tkun trasmessa jew żvelata esklużivament lill-persuni direttament involuti fit-twettiq tal-kompitu speċifiku;

(e)

il-persuni li jkollhom aċċess għall-informazzjoni jkunu soġġetti għal rekwiżiti ta' segretezza professjonali tal-inqas ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artiklu 53(1).

3.   Fejn ir-rikjesta ssir minn xi waħda mill-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu biss jittrasmettu informazzjoni aggregata jew anonimizzata u jistgħu biss jikkondividu informazzjoni oħra fil-bini tal-awtorità kompetenti.

4.   Sa fejn dak l-iżvelar ta' informazzjoni jinvolvi l-ipproċessar ta' data personali, kwalunkwe pproċessar ta' data personali mill-korp rikjedenti għandu jkun f'konformità mar-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*6).

(*6)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).”;"

(15)

fl-Artikolu 63(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu s-sostituzzjoni ta' persuna msemmija fl-ewwel subparagrafu jekk dik il-persuna taġixxi bi ksur tal-obbligi tagħha skont l-ewwel subparagrafu.”;

(16)

l-Artikolu 64 jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw is-setgħat superviżorji kollha biex jintervjenu fl-attività tal-istituzzjonijiet, tal-kumpanniji azzjonarji finanzjarji jew tal-kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta li huma neċessarji għall-eżerċizzju tal-funzjoni tagħhom, inkluż b'mod partikolari d-dritt li jirtiraw awtorizzazzjoni f'konformità mal-Artikolu 18, is-setgħat imsemmija fl-Artikoli 18, 102, 104 u 105, u s-setgħat li jittieħdu l-miżuri msemmija fl-Artikolu 21a(6).”;

(b)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   Id-deċiżjonijiet meħuda minn awtoritajiet kompetenti fl-eżerċizzju tas-setgħat superviżorji u s-setgħat li jimponu penali tagħhom għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom ikunu bbażati.”;

(17)

fl-Artikolu 66(1), jiżdied il-punt li ġej:

“(e)

in-nuqqas ta' applikazzjoni għal approvazzjoni bi ksur tal-Artikolu 21a jew kwalunkwe ksur ieħor tar-rekwiżiti stabbiliti f'dak l-Artikolu.”;

(18)

fl-Artikolu 67(1), jiżdied il-punt li ġej:

“(q)

istituzzjoni prinċipali, kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tonqos milli tieħu xi azzjoni li tista' tkun meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti prudenzjali stabbiliti fil-Partijiet Tlieta, Erbgħa, Sitta jew Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew imposti skont il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) jew l-Artikolu 105 ta' din id-Direttiva fuq bażi konsolidata jew subkonsolidata.”;

(19)

l-Artikolu 74 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 74

Governanza interna u pjanijiet ta' rkupru u riżoluzzjoni

1.   L-istituzzjonijiet għandu jkollhom arranġamenti ta' governanza robusti, li jinkludu struttura organizzattiva ċara b'linji ta' responsabbiltà ddefiniti tajjeb, trasparenti u konsistenti, proċessi effettivi għall-identifikazzjoni, il-ġestjoni, il-monitoraġġ u r-rappurtar tar-riskji li huma jew li jistgħu jkunu esposti għalihom, mekkaniżmi ta' kontroll intern adegwati, inkluż proċeduri amministrattivi u kontabbilistiċi tajba, u politiki u prattiki ta' rimunerazzjoni li jkunu konsistenti ma' ġestjoni tar-riskji soda u effettivi u jippromwovuha.

Jenħtieġ li l-politiki u l-prattiki dwar ir-rimunerazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu jkunu newtrali fir-rigward tas-sessi.

2.   L-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu komprensivi u proporzjonati għan-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji inerenti fil-mudell tan-negozju u l-attivitajiet tal-istituzzjoni. Għandu jittieħed kont tal-kriterji tekniċi stabbiliti fl-Artikoli 76 sa 95.

3.   Jenħtieġ li l-ABE toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, dwar l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi msemmijin fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, b'kont meħud tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

L-ABE għandha toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, dwar il-politiki ta' rimunerazzjoni għall-istituzzjonijiet.

Fi żmien sentejn mid-data tal-pubblikazzjoni tal-linji gwida msemmija fit-tieni subparagrafu u abbażi tal-informazzjoni miġbura mill-awtoritajiet kompetenti, l-ABE għandha toħroġ rapport dwar l-applikazzjoni ta' politiki ta' rimunerazzjoni newtrali fir-rigward tas-sessi mill-istituzzjonijiet.”;

(20)

fl-Artikolu 75, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġbru l-informazzjoni żvelata f'konformità mal-kriterji għall-iżvelar stabbiliti fil-punti (g), (h), (i) u (k) tal-Artikolu 450(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif ukoll l-informazzjoni mogħtija mill-istituzzjonijiet dwar id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa u għandhom jużaw dik l-informazzjoni biex jagħmlu valutazzjoni komparattiva tax-xejriet u l-prattiki ta' rimunerazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu dik l-informazzjoni lill-ABE.”;

(21)

l-Artikolu 84 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 84

Riskji ta' ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jirriżultaw minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jimplimentaw sistemi interni, jużaw il-metodoloġija standardizzata jew il-metodoloġija standardizzata simplifikata biex jidentifikaw, jevalwaw, jimmaniġġjaw u jimmitigaw ir-riskji li jirriżultaw minn bidliet potenzjali fir-rati tal-imgħax li jaffettwaw kemm il-valur ekonomiku tal-ekwità kif ukoll id-dħul mill-imgħax nett tal-attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar ta' istituzzjoni.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jimplimentaw sistemi sabiex jivvalutaw u jissorveljaw ir-riskji li jirriżultaw minn tibdiliet potenzjali fil-firxiet tal-kreditu li jaffettwaw kemm il-valur ekonomiku tal-ekwità kif ukoll id-dħul mill-imgħax nett tal-attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar ta' istituzzjoni.

3.   Awtorità kompetenti tista' tirrikjedi li istituzzjoni tuża l-metodoloġija standardizzata msemmija fil-paragrafu 1 fejn ma jkunux sodisfaċenti s-sistemi interni implimentati minn dik l-istituzzjoni għall-fini tal-evalwazzjoni tar-riskji msemmija f'dak il-paragrafu.

4.   Awtorità kompetenti tista' tirrikjedi li istituzzjoni żgħira u mhux kumplessa kif definita fil-punt (145) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tuża l-metodoloġija standardizzata fejn tqis li l-metodoloġija standardizzata simplifikata ma tkunx adegwata biex tkopri riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jirriżulta minn attivitajiet ta' portafoll bankarju ta' dik l-istituzzjoni.

5.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika, għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, metodoloġija standardizzata li l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw għall-fini tal-evalwazzjoni tar-riskji msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, inkluż metodoloġija standardizzata simplifikata għal istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi kif definiti fil-punt (145) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li tkun tal-anqas konservattiva daqs il-metodoloġija standardizzata.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2020.

Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

6.   L-ABE għandha toħroġ linji gwida sabiex tispeċifika l-kriterji:

(a)

għall-evalwazzjoni tar-riskji msemmija fil-paragrafu 1 mis-sistema interna ta' istituzzjoni;

(b)

għall-identifikazzjoni, il-ġestjoni u l-mitigazzjoni tar-riskji msemmija fil-paragrafu 1 mill-istituzzjonijiet;

(c)

għall-valutazzjoni u l-monitoraġġ tar-riskji msemmija fil-paragrafu 2 mill-istituzzjonijiet;

(d)

għad-determinazzjoni ta' liema waħda mis-sistemi interni implimentati mill-istituzzjonijiet għall-finijiet tal-paragrafu 1 mhijiex sodisfaċenti kif imsemmi fil-paragrafu 3.

L-ABE għandha toħroġ dawk il-linji gwida sat-28 ta' Ġunju 2020.”

(22)

fl-Artikolu 85, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jimplimentaw politiki u proċessi għall-evalwazzjoni u l-ġestjoni tal-iskoperturi għar-riskju operattiv, inkluż ir-riskju involut fl-użu tal-mudelli u riskji li jirriżultaw mill-esternalizzazzjoni, u biex jiġu koperti avvenimenti severi ħafna mhux frekwenti. L-istituzzjonijiet għandhom jartikolaw dak li jikkostitwixxi riskju operattiv għall-finijiet ta' dawk il-politiki u l-proċeduri.”;

(23)

fl-Artikolu 88(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data fuq is-self lil membri tal-korp ta' ġestjoni u l-partijiet relatati tagħhom tkun iddokumentata kif meħtieġ u tkun disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti fuq talba.

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, it-terminu “parti relatata” ifisser:

(a)

konjugi, sieħeb reġistrat f'konformità mal-liġi nazzjonali, tifel jew tifla jew ġenitur ta' membru tal-korp ta' ġestjoni;

(b)

entità kummerċjali, li fiha membru tal-korp ta' ġestjoni jew membru qrib tal-familja tiegħu jew tagħha kif imsemmi fil-punt (a) ikollu parteċipazzjoni kwalifikanti ta' 10 % jew aktar tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot f'dik l-entità, jew li fiha dawk il-persuni jistgħu jeżerċitaw influwenza sinifikanti, jew li fiha dawk il-persuni jokkupaw pożizzjonijiet ta' maniġment superjuri jew ikunu membri tal-korp ta' ġestjoni.”;

(24)

fl-Artikolu 89, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“6.   Sal-1 ta' Jannar 2021, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-ABE, l-EIOPA u l-ESMA, għandha tirrieżamina jekk l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (f) tal-paragrafu 1 għadhiex adegwata, filwaqt li tqis il-valutazzjonijiet tal-impatt, ftehimiet internazzjonali u żviluppi leġislattivi preċedenti fl-Unjoni, u jekk rekwiżiti ta' aktar informazzjoni rilevanti jistgħux jiġu miżjuda mal-paragrafu 1.

Sat-30 ta' Ġunju 2021, il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-konsultazzjoni mal-ABE, mal-EIOPA u mal-ESMA, tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-valutazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu u, fejn adatt, tippreżenta proposta leġislattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.”;

(25)

l-Artikolu 91 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   L-istituzzjonijiet, kumpanniji azzjonarji finanzjarji u kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta, għandu jkollhom ir-responsabbiltà ewlenija li jiżguraw li l-membri tal-korp ta' ġestjoni huma dejjem ta' reputazzjoni tajba biżżejjed u jkollhom għarfien, ħiliet u esperjenza biżżejjed biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom. Il-membri tal-korp ta' ġestjoni għandhom, b'mod partikolari, jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 8.

Fejn membri tal-korp ta' ġestjoni ma jissodisfawx ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan il-paragrafu, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħa li jneħħu tali membri mill-korp ta' ġestjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw b'mod partikolari jekk għadhomx jiġu sodisfatti r-rekwiżiti stabbiliti f'dan il-paragrafu fejn ikollhom raġunijiet raġonevoli biex jissuspettaw li qed jitwettqu, jew twettqu, jew kien hemm tentattiv li jitwettqu, il-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, jew ikun hemm riskju miżjud ta' dan b'rabta ma' dik l-istituzzjoni.”;

(b)

il-paragrafi 7 u 8 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“7.   Il-korp ta' ġestjoni għandu jkollu għarfien, ħiliet u esperjenza kollettivi adegwati biex ikun jista' jifhem l-attivitajiet tal-istituzzjoni, inklużi r-riskji ewlenin. Il-kompożizzjoni ġenerali tal-korp ta' ġestjoni għandha tirrifletti firxa adegwatament wiesgħa ta' esperjenzi.

8.   Kull membru tal-korp ta' ġestjoni għandu jaġixxi b'onestà, integrità u indipendenza fil-ħsieb biex jivvaluta u jikkontesta b'mod effettiv id-deċiżjonijiet tal-maniġment superjuri fejn meħtieġ u biex jissorvelja u jwettaq monitoraġġ effettiv fuq it-teħid ta' deċiżjonijiet ta' ġestjoni. Li wieħed ikun membru ta' kumpanniji affiljati jew ta' entitajiet affiljati ma jikkostitwixxix fih innisfu ostaklu biex tittieħed azzjoni bl-indipendenza fil-ħsieb.”;

(c)

fil-paragrafu 12, jiżdied il-punt li ġej:

“(f)

l-applikazzjoni konsistenti tas-setgħa msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1.”;

(26)

l-Artikolu 92 huwa emendat kif ġej:

(a)

jitħassar il-paragrafu 1;

(b)

il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-parti introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

“L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jistabbilixxu u japplikaw il-politiki ta' rimunerazzjoni totali, inkluż is-salarji u l-benefiċċji tal-pensjoni diskrezzjonarji, għal kategoriji ta' persunal li l-attivitajiet professjonali tiegħu għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni, l-istituzzjonijiet jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin b'mod li jkun adatt għad-daqs tagħhom, għall-organizzazzjoni interna tagħhom, u għan-natura, għall-ambitu u għall-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom:”;

(ii)

jiddaħħal il-punt li ġej:

“(aa)

il-politika ta' rimunerazzjoni hija politika ta' rimunerazzjoni newtrali fir-rigward tas-sessi;”;

(c)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-kategoriji ta' persunal li l-attivitajiet professjonali tiegħu għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni għandhom, tal-inqas, jinkludu:

(a)

il-membri kollha tal-korp ta' ġestjoni u tal-maniġment superjuri;

(b)

il-membri tal-persunal b'responsabbiltajiet maniġerjali fuq il-funzjonijiet ta' kontroll jew l-unitajiet tan-negozju materjali tal-istituzzjoni;

(c)

membri tal-persunal intitolati għal rimunerazzjoni sinifikanti fis-sena finanzjarja preċedenti, dment li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i)

ir-rimunerazzjoni tal-membru tal-persunal tkun ugwali għal jew aktar minn EUR 500 000 u ugwali għal jew aktar mir-rimunerazzjoni medja mogħtija lill-membri tal-korp ta' ġestjoni tal-istituzzjoni u l-maniġment superjuri msemmija fil-punt (a);

(ii)

il-membru tal-persunal iwettaq l-attività professjonali fl-unità tan-negozju materjali u l-attività tkun tat-tip li għandha impatt sinifikanti fuq il-profil tar-riskju rilevanti tal-unità tan-negozju.”;

(27)

l-Artikolu 94 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (l)(i) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(i)

ishma jew, soġġetti għall-istruttura legali tal-istituzzjoni kkonċernata, interessi ta' sjieda ekwivalenti; jew strumenti marbuta mal-ishma jew, soġġett għall-istruttura legali tal-istituzzjoni kkonċernata, strumenti ekwivalenti mhux fi flus;”;

(ii)

il-punt (m) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(m)

porzjon sostanzjali, u fi kwalunkwe każ tal-anqas 40 % tal-komponent varjabbli tar-rimunerazzjoni jkun iddifferit matul perijodu ta' mhux inqas minn erba' sa ħames snin u jkun allinjat b'mod korrett man-natura tan-negozju, ir-riskji tiegħu u l-attivitajiet tal-membru tal-persunal ikkonċernat. Għal membri tal-korp ta' ġestjoni u l-maniġment superjuri ta' istituzzjonijiet li jkunu sinifikanti f'termini tad-daqs, l-organizzazzjoni interna u n-natura tagħhom, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom, il-perijodu ta' deferenza jenħtieġ li ma jkunx inqas minn ħames snin.

Ir-rimunerazzjoni li għandha titħallas skont l-arranġamenti ta' differiment m'għandhiex tvesti aktar malajr minn waħda fuq bażi pro-rata. Fil-każ ta' komponent varjabbli tar-rimunerazzjoni ta' ammont partikolarment għoli, tal-inqas 60 % tal-ammont għandu jiġi differit. It-tul tal-perjodu tad-differiment għandu jkun stabbilit f'konformità maċ-ċiklu ekonomiku, in-natura tan-negozju, ir-riskji tiegħu u l-attivitajiet tal-membru tal-persunal ikkonċernat;”;

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji għall-ispeċifikazzjoni tal-klassijiet tal-istrumenti li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (l)(ii) tal-paragrafu 1.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta' Marzu 2014.

Għall-fini li jiġi identifikat il-persunal li l-attivitajiet professjonali tiegħu għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 92(3), l-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jistabbilixxu l-kriterji biex jiġu definiti dawn li ġejjin:

(a)

responsabbiltà maniġerjali u funzjonijiet ta' kontroll;

(b)

unità tan-negozju materjali u impatt sinifikanti fuq il-profil tar-riskju tal-unità tan-negozju rilevanti; u

(c)

kategoriji oħrajn ta' persunal li ma jissemmewx b'mod espliċitu fl-Artikolu 92(3) li l-attivitajiet professjonali tiegħu għandhom impatt fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet li b'mod komparabbli huwa materjali daqs dak tal-kategoriji ta' persunal imsemmija hemm.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Diċembru 2019.

Qiegħda tiġi delegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel u fit-tielet subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”;

(c)

jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“3.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (l) u (m) u fit-tieni paragrafu tal-punt (o) ta' dak il-paragrafu ma għandhomx japplikaw għal:

(a)

istituzzjoni li ma tkunx istituzzjoni kbira kif definita fil-punt (146) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u li l-valur tal-assi tagħha jkun fil-medja u fuq bażi individwali f'konformità ma' din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 ugwali għal jew inqas minn EUR 5 biljun fuq il-perijodu ta' erba' snin immedjatament qabel is-sena finanzjarja attwali;

(b)

membru tal-persunal li r-rimunerazzjoni varjabbli annwali tiegħu ma taqbiżx EUR 50 000 u ma tirrappreżentax aktar minn terz tar-rimunerazzjoni annwali totali tal- membru tal-persunal.

4.   Permezz ta' deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 3, Stat Membru jista' jnaqqas jew iżid il-limitu massimu msemmi fih, dment li:

(a)

l-istituzzjoni li b'rabta magħha l-Istat Membru jagħmel użu minn din id-dispożizzjoni ma tkunx istituzzjoni kbira kif definita fil-punt (146) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u, meta l-limitu massimu jiġi miżjud:

(i)

l-istituzzjoni tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-punti (145)(c), (d) u (e) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; u

(ii)

il-limitu massimu ma jaqbiżx l-EUR 15-il biljun;

(b)

huwa adatt li jiġi modifikat il-livell massimu f'konformità ma' dan il-paragrafu filwaqt li jittieħed kont tan-natura tal-istituzzjoni, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħha, l-organizzazzjoni interna tagħha jew, jekk applikabbli, il-karatteristiċi tal-grupp li għalih tappartjeni.

5.   Permezz ta' deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 3, Stat Membru jista' jiddeċiedi li l-membri tal-persunal intitolati għal rimunerazzjoni varjabbli annwali inqas mil-limitu massimu u s-sehem imsemmi f'dak il-punt ma għandhomx ikunu soġġetti għall-eżenzjoni li tinsab fih minħabba speċifiċitajiet tas-suq nazzjonali f'termini ta' prattiki tar-rimunerazzjoni jew minħabba n-natura tar-responsabbiltajiet u l-profil tax-xogħol ta' dawk il-membri tal-persunal.

6.   Sat-28 ta' Ġunju 2023, il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-ABE, għandha tirrevedi u tirrapporta dwar l-applikazzjoni tal-paragrafi 3 sa 5 u għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien ma' proposta leġislattiva, jekk adatt.

7.   L-ABE għandha toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-paragrafi 3, 4 u 5 u li jiżguraw l-applikazzjoni konsistenti tagħhom.”;

(28)

l-Artikolu 97 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, jitħassar il-punt (b);

(b)

fil-paragrafu 4, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Meta jwettqu rieżami u evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw il-prinċipju tal-proporzjonalità f'konformità mal-kriterji żvelati skont il-punt (c) tal-Artikolu 143(1).”;

(c)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“4a.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jfasslu l-metodoloġiji apposta għall-applikazzjoni tar-rieżami u tal-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu biex iqisu istituzzjonijiet bi profil tar-riskju simili, bħalma huma mudelli tan-negozju jew il-pożizzjonijiet ġeografiċi ta' skoperturi simili. Tali metodoloġiji mfassla apposta jistgħu jinkludu punti ta' riferiment orjentati lejn ir-riskju u indikaturi kwantitattivi, għandhom jippermettu konsiderazzjoni dovuta tar-riskji speċifiċi li tista' tkun esposta għalihom kull istituzzjoni u ma għandhomx jaffettwaw in-natura tal-miżuri speċifiċi għall-istituzzjoni imposti f'konformità mal-Artikolu 104.

Fejn awtoritajiet kompetenti jużaw metodoloġiji mfassla apposta skont dan il-paragrafu, dawn għandhom jinnotifikaw lill-ABE. L-ABE għandha timmonitorja l-prattiki superviżorji u toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, waqt li tispeċifika kif profili tar-riskju simili għandhom jiġu evalwati għall-finijiet ta' dan il-paragrafu u biex tiżgura l-applikazzjoni konsistenti u proporzjonata ta' metodoloġiji madwar l-Unjoni li jkunu mfassla għal istituzzjonijiet simili.”;

(d)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“6.   Fejn rieżami, b'mod partikolari l-evalwazzjoni tal-arranġamenti ta' governanza, il-mudell tan-negozju, jew l-attivitajiet ta' istituzzjoni, jagħti lill-awtoritajiet kompetenti raġunijiet raġonevoli biex jissuspettaw li, b'rabta ma' dik l-istituzzjoni, qed jitwettqu, jew twettqu, jew kien hemm tentattiv li jitwettqu, il-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, jew ikun hemm riskju miżjud ta' dan, l-awtorità kompetenti għandha immedjatament tinnotifika l-ABE u lill-awtorità jew il-korp li jissorvelja l-istituzzjoni f'konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849 u li jkun kompetenti biex jiżgura l-konformità ma' dik id-Direttiva. Fil-każ ta' riskju miżjud potenzjali ta' ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu, l-awtorità kompetenti u l-awtorità jew il-korp li jissorvelja l-istituzzjoni f'konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849 u li jkun kompetenti biex jiżgura l-konformità ma' dik id-Direttiva għandhom jikkomunikaw u jinnotifikaw il-valutazzjoni komuni tagħhom immedjatament lill-ABE. L-awtorità kompetenti għandha tieħu, kif adatt, miżuri f'konformità ma' din id-Direttiva.”;

(29)

l-Artikolu 98 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, jitħassar il-punt (j);

(b)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“5.   Ir-rieżami u l-evalwazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti għandhom jinkludu l-iskopertura tal-istituzzjonijiet għar-riskju ta' ċaqliq fir-rata tal-imgħax minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar.

Is-setgħat superviżorji għandhom ikunu eżerċitati tal-anqas fil-każijiet li ġejjin:

(a)

fejn il-valur ekonomiku tal-ekwità tal-istituzzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 84(1) jonqos b'aktar minn 15 % tal-kapital tal-Grad 1 tagħha bħala riżultat ta' bidla f'daqqa u mhux mistennija fir-rati tal-imgħax kif stabbilit f'xi wieħed mis-sitt xenarji superviżorji ta' xokk applikati għar-rati tal-imgħax;

(b)

fejn id-dħul mill-imgħax nett tal-istituzzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 84(1) jesperjenza tnaqqis kbir bħala riżultat ta' bidla f'daqqa u mhux mistennija fir-rati tal-imgħax kif stabbilit f'xi wieħed miż-żewġ xenarji superviżorji ta' xokk applikati għar-rati tal-imgħax.

Minkejja t-tieni subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx ikunu obbligati jeżerċitaw setgħat superviżorji fejn iqisu, abbażi tar-rieżami u l-evalwazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu, li l-ġestjoni mill-istituzzjoni tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jirriżulta minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar tkun adegwata u li l-istituzzjoni ma tkunx eċċessivament esposta għar-riskju ta' ċaqliq fir-rata tal-imgħax minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar.

Għall-fini ta' dan il-paragrafu, it-terminu “setgħat superviżorji” ifisser is-setgħat imsemmija fl-Artikolu 104(1) jew is-setgħa li jiġu speċifikati preżunzjonijiet ta' mudellar u parametriċi, minbarra dawk identifikati mill-ABE skont il-punt (b) tal-paragrafu 5a ta' dan l-Artikolu, li l-istituzzjonijiet għandhom jirriflettu fil-kalkolu tagħhom tal-valur ekonomiku tal-ekwità skont l-Artikolu 84(1).”;

(c)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“5a.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex għall-finijiet tal-paragrafu 5 tispeċifika:

(a)

is-sitt xenarji ta' xokk superviżorji kif imsemmija fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5 u ż-żewġ xenarji ta' xokk superviżorji kif imsemmija fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5 li għandhom jiġu applikati għar-rati tal-imgħax għal kull munita;

(b)

fid-dawl ta' standards prudenzjali maqbula internazzjonalment, is-suppożizzjonijiet komuni ta' mudellar u parametriċi, eskluż suppożizzjonijiet ta' mġiba, li l-istituzzjonijiet għandhom jirriflettu fil-kalkoli tagħhom tal-valur ekonomiku tal-ekwità kif imsemmi fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5, li għandhom ikunu limitati għal:

(i)

it-trattament tal-ekwità stess tal-istituzzjoni;

(ii)

l-inklużjoni, il-kompożizzjoni u l-iskontar tal-flussi ta' flus sensittivi għar-rati tal-imgħax li jirriżultaw mill-assi, l-obbligazzjonijiet u l-entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni, inkluż it-trattament tal-marġini kummerċjali u komponenti tal-firxa oħra;

(iii)

l-użu ta' mudelli tal-karta tal-bilanċ dinamiċi jew statiċi u t-trattament li jirriżulta minn pożizzjonijiet ammortizzati u dawk li jimmaturaw.

(c)

fid-dawl ta' standards prudenzjali internazzjonalment maqbula, is-suppożizzjonijiet komuni ta' mudellar u parametriċi, eskluż suppożizzjonijiet ta' mġiba, li l-istituzzjonijiet għandhom jirriflettu fil-kalkoli tagħhom tal-valur ekonomiku tal-ekwità kif imsemmija fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5 li għandhom ikunu limitati għal:

(i)

L-inklużjoni u l-kompożizzjoni tal-flussi ta' flus sensittivi għar-rati tal-imgħax li jirriżultaw mill-assi, l-obbligazzjonijiet u l-entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni, inkluż it-trattament tal-marġini kummerċjali u komponenti tal-firxa oħra;

(ii)

l-użu ta' mudelli tal-karta tal-bilanċ dinamiċi u/jew statiċi u t-trattament li jirriżulta minn pożizzjonijiet ammortizzati u dawk li jimmaturaw;

(iii)

il-perijodu li matulu għandu jitkejjel l-introjtu nett futur mill-imgħax;

(d)

dak li jikkostitwixxi tnaqqis kbir kif imsemmi fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2020.

Qiegħda tiġi delegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tissuplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”;

(d)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“8.   L-ABE għandha tivvaluta l-inklużjoni potenzjali fir-rieżami u evalwazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tar-riskji ambjentali, soċjali u ta' governanza (riskji tal-ESG).

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-valutazzjoni tal-ABE għandu jkun fiha tal-inqas dan li ġej:

(a)

l-iżvilupp ta' definizzjoni uniformi ta' riskji tal-ESG, inkluż riskji fiżiċi u riskji ta' transizzjoni; dawn tal-aħħar għandhom jinkludu r-riskji relatati mad-deprezzament minħabba bidliet regolatorji;

(b)

l-iżvilupp ta' kriterji kwalitattivi u kwantitattivi adatti għall-valutazzjoni tal-impatt ta' riskji tal-ESG fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-istituzzjonijiet fit-terminu qasir, medju u twil; tali kriterji għandhom tinkludu proċessi ta' ttestjar għal stress u analiżijiet ta' xenarji biex jiġi valutat l-impatt ta' riskji tal-ESG skont xenarji b'severitajiet differenti;

(c)

l-arranġamenti, il-proċessi, il-mekkaniżmi u l-istrateġiji li għandhom jiġu implimentati mill-istituzzjonijiet biex jiġu identifikati, valutati u ġestiti r-riskji tal-ESG;

(d)

il-metodi u l-għodod ta' analiżi biex jivvalutaw l-impatt ta' riskji tal-ESG fuq is-self u l-attivitajiet ta' intermedjazzjoni finanzjarja tal-istituzzjonijiet.

L-ABE għandha tippreżenta rapport dwar is-sejbiet tagħha lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-28 ta' Ġunju 2021.

Abbażi tal-eżiti tar-rapport tagħha, l-ABE tista', jekk adatt, toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, rigward l-inklużjoni uniformi tar-riskji tal-ESG fil-proċess ta' reviżjoni u ta' evalwazzjoni superviżorji mwettaq mill-awtoritajiet kompetenti.”;

(30)

fl-Artikolu 99(2), jitħassar il-punt (b);

(31)

l-Artikolu 103 jitħassar;

(32)

l-Artikolu 104 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 97, tal-Artikolu 98(4) u (5), tal-Artikolu 101(4) u tal-Artikolu 102 ta' din id-Direttiva u tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom tal-anqas ikollhom is-setgħa li:

(a)

jirrikjedu li l-istituzzjonijiet ikollhom fondi proprji addizzjonali li jaqbżu r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, skont il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 104a ta' din id-Direttiva;

(b)

jirrikjedu r-rinforz tal-arranġamenti, il-proċessi, il-mekkaniżmi u l-istrateġiji implimentati f'konformità mal-Artikoli 73 u 74;

(c)

jirrikjedu li l-istituzzjonijiet jippreżentaw pjan biex tiġi stabbilita mill-ġdid il-konformità mar-rekwiżiti superviżorji skont din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 u jistabbilixxu skadenza għall-implimentazzjoni tiegħu, inkluż għat-titjib għal dak il-pjan rigward l-ambitu u l-iskadenza;

(d)

jirrikjedu li l-istituzzjonijiet japplikaw politika speċifika ta' proviżjonament jew it-trattament tal-assi fir-rigward tar-rekwiżiti ta' fondi proprji;

(e)

jirrikjedu jew jillimitaw in-negozju, l-attivitajiet jew in-netwerk tal-istituzzjonijiet jew li jitolbu ċ-ċessjoni tal-attivitajiet li joħolqu riskji eċċessivi għas-sodezza ta' istituzzjoni;

(f)

jirrikjedu t-tnaqqis tar-riskju inerenti fl-attivitajiet, il-prodotti u s-sistemi tal-istituzzjonijiet, inkluż attivitajiet esternalizzati;

(g)

jirrikjedu li l-istituzzjonijiet jillimitaw ir-rimunerazzjoni varjabbli bħala perċentwal tad-dħul nett fejn ma tkunx konsistenti maż-żamma ta' bażi kapitali soda;

(h)

jirrikjedu li l-istituzzjonijiet jużaw il-profitti netti biex isaħħu l-fondi proprji;

(i)

jirrestrinġu jew jipprojbixxu d-distribuzzjonijiet jew il-pagamenti tal-imgħax minn istituzzjoni lill-azzjonisti, il-membri jew id-detenturi tal-istrumenti tal-Grad 1 Addizzjonali fejn il-projbizzjoni ma tikkostitwixxix każ ta' inadempjenza mill-istituzzjoni;

(j)

jimponu rekwiżiti ta' rappurtar addizzjonali jew aktar frekwenti, inkluż rappurtar dwar il-fondi proprji, likwidità u lieva;

(k)

jimponu rekwiżiti speċifiċi ta' likwidità, inkluż restrizzjonijiet fuq id-diskrepanzi fil-maturità bejn l-assi u l-obbligazzjoni;

(l)

jirrikjedu żvelar addizzjonali.

2.   Għall-finijiet tal-punt (j) tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu biss jimponu obbligi ta' rapportar addizzjonali jew aktar spissi fuq l-istituzzjonijiet fejn l-informazzjoni rilevanti hija adatta u proporzjonata fir-rigward tal-għan li għalih l-informazzjoni addizzjonali tkun meħtieġa u ma tkunx duplikata l-informazzjoni mitluba.

Għall-finijiet tal-Artikoli 97 sa 102, kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tista' tkun meħtieġa mill-istituzzjonijiet għandha titqies bħala duplikattiva fejn l-istess jew sostanzjalment l-istess informazzjoni tkun diġà ġiet irrappurtata mod ieħor lill-awtorità kompetenti jew tista' tiġi prodotta mill-awtorità kompetenti.

L-awtorità kompetenti m'għandhiex teħtieġ li istituzzjoni tirrapporta informazzjoni addizzjonali fejn hija tkun preċedentement irċevietha f'format jew livell ta' granularità differenti u dak il-format jew il-granularità differenti ma jżommx lill-awtorità kompetenti milli tipproduċi informazzjoni tal-istess kwalità u affidabbiltà bħal dik prodotta fuq il-bażi tal-informazzjoni addizzjonali li nkella tiġi rappurtata mod ieħor.”;

(b)

jitħassar il-paragrafu 3;

(33)

jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 104a

Rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimponu r-rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 104(1) fejn, abbażi tar-rieżamijiet imwettqa f'konformità mal-Artikoli 97 u 101, dawn jiddeterminaw xi waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin għal istituzzjoni individwali:

(a)

l-istituzzjoni tkun esposta għal riskji jew għal elementi ta' riskju li mhumiex koperti jew li mhumiex koperti biżżejjed, kif speċifikat fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, mir-rekwiżiti ta' fondi proprji stabbiliti fil-Partijiet Tlieta, Erbgħa, u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fil-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*7);

(b)

l-istituzzjoni ma tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 73 u 74 ta' din id-Direttiva jew fl-Artikolu 393 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u jkun improbabbli li miżuri superviżorji oħrajn ikunu biżżejjed biex jiżguraw li dawk ir-rekwiżiti jistgħu jiġu sodisfatti f'perijodu ta' żmien adatta;

(c)

l-aġġustamenti msemmija fl-Artikolu 98(4) jitqiesu bħala insuffiċjenti sabiex l-istituzzjoni tkun tista' tbigħ jew tiħħeġġja l-pożizzjonijiet tagħha f'perijodu qasir bla ma ġġarrab telf materjali f'kondizzjonijiet normali tas-suq;

(d)

l-evalwazzjoni mwettqa f'konformità mal-Artikolu 101(4) turi li n-nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti għall-applikazzjoni tal-approċċ permess aktarx li jwassal għal rekwiżiti ta' fondi proprji inadegwati;

(e)

l-istituzzjoni ripetutament tonqos milli tistabbilixxi jew iżżomm livell adegwat ta' fondi proprji addizzjonali biex tkopri l-gwida kkomunikata f'konformità mal-Artikolu 104b(3);

(f)

sitwazzjonijiet oħrajn speċifiċi għall-istituzzjoni li jitqiesu bħala li jqajmu tħassib superviżorju materjali mill-awtorità kompetenti.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom biss jimponu r-rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali msemmija fl-Artikolu 104(1)(a) biex ikopru r-riskju mġarrab mill-istituzzjonijiet individwali minħabba l-attivitajiet tagħhom, inkluż dawk li jirriflettu l-impatt ta' ċerti fatturi ekonomiċi jew żviluppi tas-suq fuq il-profil tar-riskju ta' istituzzjoni individwali.

2.   Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ir-riskji jew l-elementi ta' riskju għandhom jiġu kkunsidrati mhux koperti jew mhux koperti biżżejjed mir-rekwiżiti ta' fondi proprji stipulati fil-Partijiet Tlieta, Erbgħa u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fil-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402 biss fejn l-ammonti, it-tipi u d-distribuzzjoni tal-kapital meqjusa adegwati mill-awtorità kompetenti, wara li jikkunsidraw ir-rieżami superviżorju tal-valutazzjoni mwettqa mill-istituzzjonijiet f'konformità mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 73 ta' din id-Direttiva jkunu ogħla mir-rekwiżiti ta' fondi proprji tal-istituzzjoni stabbiliti fil-Partijiet Tlieta, Erbgħa u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fil-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw, b'kont meħud tal-profil tar-riskju ta' kull istituzzjoni individwali, ir-riskji li għalihom hija esposta l-istituzzjoni, inkluż:

(a)

riskji speċifiċi għall-istituzzjoni jew elementi ta' tali riskji li huma esklużi b'mod espliċitu, jew li mhumiex espliċitament indirizzati, mir-rekwiżiti ta' fondi proprji stabbiliti fil-Partijiet Tlieta, Erbgħa u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fil-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402;

(b)

riskji speċifiċi għall-istituzzjoni jew elementi ta' tali riskji li x'aktarx ikunu sottovalutati minkejja l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-Partijiet Tlieta, Erbgħa u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fil-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402.

Sa fejn ir-riskji jew l-elementi ta' riskju jkunu soġġetti għal arranġamenti tranżizzjonali jew dispożizzjonijiet ta' anterjorità stipulati f'din id-Direttiva jew fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, huma m'għandhomx jitqiesu li huma riskji jew elementi ta' tali riskji li x'aktarx ikunu sottovalutati minkejja l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-Partijiet Tlieta, Erbgħa u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fil-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-kapital meqjus adegwat għandu jkopri r-riskji jew l-elementi kollha ta' riskji identifikati bħala materjali skont il-valutazzjoni prevista fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu li mhumiex koperti jew mhumiex koperti biżżejjed mir-rekwiżiti ta' fondi proprji stabbiliti fil-Partijiet Tlieta, Erbgħa u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fil-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402.

Ir-riskju ta' ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jirriżulta minn pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar jista' jitqies bħala materjali tal-anqas fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 98(5), sakemm l-awtoritajiet kompetenti, fit-twettiq tar-rieżami u tal-evalwazzjoni, ma jaslux għall-konklużjoni li l-ġestjoni mill-istituzzjoni tar-riskju ta' ċaqliq fir-rata tal-imgħax minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar tkun adegwata u li l-istituzzjoni ma tkunx eċċessivament esposta għar-riskju ta' ċaqliq fir-rata tal-imgħax minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar.

3.   Fejn fondi proprji addizzjonali huma meħtieġa biex jindirizzaw riskji oħra minbarra r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva mhux koperti biżżejjed mill-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il-livell tal-fondi proprji addizzjonali meħtieġa skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ta' din id-Direttiva bħala d-differenza bejn il-kapital meqjus adegwat skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u r-rekwiżiti ta' fondi proprji rilevanti stabbiliti fil-Partijiet Tlieta u Erbgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fil-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402.

Fejn fondi proprji addizzjonali huma meħtieġa biex jindirizzaw ir-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva mhux koperti biżżejjed mill-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il-livell tal-fondi proprji addizzjonali meħtieġa skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu bħala d-differenza bejn il-kapital meqjus adegwat skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u r-rekwiżiti ta' fondi proprji rilevanti stabbiliti fil-Partijiet Tlieta u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

4.   L-istituzzjoni għandha tagħmel tajjeb għar-rekwiżit tal-fondi proprji addizzjonali imposti mill-awtorità kompetenti taħt il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) mal-fondi proprji li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

tal-anqas tliet kwarti mir-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali għandhom jissodisfaw il-kapital tal-Grad 1;

(b)

tal-anqas tliet kwarti mill-kapital tal-Grad 1 imsemmi fil-punt (a) għandhom ikunu komposti mill-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni.

Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu, l-awtorità kompetenti tista' teħtieġ li l-istituzzjoni tissodisfa r-rekwiżit tagħha ta' fondi proprji addizzjonali b'sehem akbar ta' kapital tal-Grad 1 jew ta' kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, fejn ikun meħtieġ, u b'kunsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-istituzzjoni.

Fondi proprji li jintużaw biex jagħmlu tajjeb għar-rekwiżit tal-fondi proprji addizzjonali msemmijin fil-punt (a) tal-Artikolu 104(1) ta' din id-Direttiva impost mill-awtoritajiet kompetenti biex jindirizzaw riskji minbarra r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva ma għandhomx jintużaw biex jissodisfaw l-ebda wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

ir-rekwiżiti ta' fondi proprji stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata;

(c)

il-gwida dwar fondi proprji addizzjonali msemmija fl-Artikolu 104b(3) ta' din id-Direttiva fejn dik il-gwida tindirizza riskji oħra minbarra r-riskju ta' lieva finanzajrja eċċessiva.

Fondi proprji li jintużaw biex jagħmlu tajjeb għar-rekwiżit tal-fondi proprji addizzjonali msemmijin fil-punt (a) tal-Artikolu 104(1) ta' din id-Direttiva impost mill-awtoritajiet kompetenti biex jindirizzaw ir-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva li mhux kopert suffiċjentement mill-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ma għandhomx jintużaw biex jissodisfaw l-ebda wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

ir-rekwiżit ta' fondi proprji stabbilit fil-punti (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

ir-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja msemmi fl-Artikolu 92(1a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c)

il-gwida dwar fondi proprji addizzjonali msemmija fl-Artikolu 104b(3) ta' din id-Direttiva, fejn dik il-gwida tindirizza r-riskji ta' lieva finanzjarja eċċessiva.

5.   L-awtorità kompetenti għandha debitament tiġġustifika bil-miktub lil kull istituzzjoni d-deċiżjoni li timponi rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali skont il-punt (a) tal-Artikolu 104(1), tal-anqas billi tagħti rendikont ċar tal-valutazzjoni sħiħa tal-elementi msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 ta' dan l-Artikolu. Dik il-ġustifikazzjoni għandha tinkludi, fil-każ stabbilit fil-punt (e) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, dikjarazzjoni speċifika tar-raġunijiet li għalihom l-impożizzjoni ta' gwida dwar il-fondi proprji addizzjonali m'għadhiex meqjusa bħala suffiċjenti.

Artikolu 104b

Gwida dwar il-fondi proprji addizzjonali

1.   Skont l-istrateġiji u l-proċessi msemmija fl-Artikolu 73, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-kapital intern tagħhom f'livell adegwat ta' fondi proprji li jkun biżżejjed biex ikopri r-riskji kollha li istituzzjoni tkun esposta għalihom u jiżguraw li l-fondi proprji tal-istituzzjoni jkunu jistgħu jassorbu telf potenzjali li jirriżulta minn xenarji ta' stress, inkluż dawk identifikati fit-test tal-istress superviżorju msemmi fl-Artikolu 100.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżaminaw b'mod regolari l-livell tal-kapital intern stabbilit minn kull istituzzjoni f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu bħala parti mir-rieżamijiet u tal-evalwazzjonijiet imwettqa f'konformità mal-Artikoli 97 u 101, inkluż ir-riżultati tat-testijiet ta' stress msemmija fl-Artikolu 100.

Skont dak ir-rieżami, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw għal kull istituzzjoni l-livell globali tal-fondi proprji tagħhom li jqisu adatt.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw il-gwida tagħhom dwar il-fondi proprji addizzjonali lill-istituzzjonijiet.

Il-gwida dwar il-fondi proprji addizzjonali għandha tikkonsisti mill-fondi proprji li jaqbżu l-ammont rilevanti ta' fondi proprji meħtieġ skont il-partijiet Tlieta, Erbgħa u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402, il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) u l-punt (6) tal-Artikolu 128 ta' din id-Direttiva jew skont l-Artikolu 92(1a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif rilevanti, li huma meħtieġa biex jintlaħaq il-livell globali ta' fondi proprji meqjus adatt mill-awtoritajiet kompetenti skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

4.   Il-gwida tal-awtoritajiet kompetenti dwar il-fondi proprji addizzjonali skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għandha tkun speċifika għall-istituzzjoni. Il-gwida tista' tkopri r-riskji indirizzati mir-rekwiżit tal-fondi proprji addizzjonali impost skont il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) biss sal-punt li tkopri aspetti ta' dawk ir-riskji li mhumiex diġà koperti taħt dak ir-rekwiżit.

5.   Il-fondi proprji li jintużaw biex jagħmlu tajjeb għall-gwida dwar il-fondi proprji addizzjonali kkomunikati skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu biex jindirizzaw riskji minbarra r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva ma għandhomx jintużaw biex jissodisfaw l-ebda wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

ir-rekwiżiti tal-fondi proprji stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 104a ta' din id-Direttiva impost mill-awtoritajiet kompetenti biex jindirizza riskji oħra minbarra r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva u r-rekwiżit ta' riżerva kombinata.

Il-fondi proprji li jintużaw biex tintlaħaq il-gwida dwar fondi proprji addizzjonali kkomunikata skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu biex tindirizza r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva ma għandhomx jintużaw biex jiġi ssodisfat r-rekwiżit ta' fondi proprji stabbilit fil-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 104a ta' din id-Direttiva impost mill-awtoritajiet kompetenti biex jindirizza r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva u r-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja msemmi fl-Artikolu 92(1a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

6.   In-nuqqas li tiġi ssodisfata l-gwida msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu fejn istituzzjoni tissodisfa r-rekwiżiti rilevanti tal-fondi proprji stabbiliti fil-Parti Tlieta, Erbgħa u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u fil-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402, ir-rekwiżit għal fondi proprji addizzjonali msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 104(1) ta' din id-Direttiva u, kif rilevanti, ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata jew ir-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja msemmi fl-Artikolu 92(1a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 m'għandhomx jiskattaw ir-restrizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 141 jew l-Artikolu 141b ta' din id-Direttiva.

Artikolu 104c

Kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni rilevanti dwar ir-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali impost fuq l-istituzzjonijiet skont il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) u dwar kwalunkwe gwida dwar fondi proprji addizzjonali kkomunikata lill-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 104b(3).

(*7)  Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata, u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE u 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 35).”;"

(34)

fl-Artikolu 105, jitħassar il-punt (d);

(35)

fl-Artikolu 108, jitħassar il-paragrafu 3;

(36)

l-Artikolu 109 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b'dawn li ġejjin:

“2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu li l-impriża prinċipali u s-sussidjarji soġġetti għal din id-Direttiva jissodisfaw l-obbligi stabbiliti fit-Taqsima II ta' dan il-Kapitolu fuq bażi konsolidata jew subkonsolidata, sabiex jiżguraw li l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi meħtieġa mit-Taqsima II ta' dan il-Kapitolu huma konsistenti u integrati sew u li jistgħu jiġu prodotti kwalunkwe data u informazzjoni rilevanti għall-fini ta' superviżjoni. B'mod partikolari, għandhom jiżguraw li l-impriżi prinċipali u s-sussidjarji soġġetti għal din id-Direttiva jimplimentaw dawk l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi fis-sussidjarji tagħhom mhux soġġetti għal din id-Direttiva, inklużi dawk stabbiliti f'ċentri finanzjarji offshore. Dawk l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi għandhom ikunu wkoll konsistenti u integrati sew u dawk is-sussidjarji għandhom ikunu wkoll kapaċi jipproduċu kwalunkwe data u informazzjoni rilevanti għall-fini ta' superviżjoni. Impriżi sussidjarji li mhumiex huma stess soġġetti għal din id-Direttiva għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti speċifiċi għas-settur tagħhom fuq bażi individwali.

3.   L-obbligi li jirriżultaw mit-Taqsima II ta' dan il-Kapitolu rigward l-impriżi sussidjarji li mhumiex huma stess soġġetti għal din id-Direttiva ma għandhomx japplikaw jekk l-istituzzjoni prinċipali tal-UE tista' turi lill-awtoritajiet kompetenti li l-applikazzjoni tat-Taqsima II hija illegali skont il-liġijiet tal-pajjiż terz fejn hija stabbilita s-sussidjarja.”;

(b)

jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“4.   Ir-rekwiżiti tar-rimunerazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 92, 94 u 95 ma għandhomx japplikaw fuq bażi konsolidata għal kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

impriżi sussidjarji stabbiliti fl-Unjoni fejn huma soġġetti għal rekwiżiti ta' rimunerazzjoni speċifiċi f'konformità ma' atti legali oħra tal-Unjoni;

(b)

impriżi sussidjarji stabbiliti f'pajjiż terz fejn dawn jiġu soġġetti għal rekwiżiti ta' rimunerazzjoni speċifiċi f'konformità ma' atti legali oħra tal-Unjoni li kieku ġew stabbiliti fl-Unjoni.

5.   B'deroga mill-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, u sabiex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni tar-regoli stabbiliti fl-Artikoli 92, 94 u 95, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 92, 94 u 95 japplikaw għall-membri tal-persunal tas-sussidjarji li mhumiex soġġetti għal din id-Direttiva fuq bażi individwali fejn:

(a)

is-sussidjarja jew huwa kumpannija tal-ġestjoni tal-assi, jew impriża li tipprovdi s-servizzi u l-attivitajiet ta' investiment elenkati fil-punti (2), (3), (4), (6) u (7) tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE; u

(b)

dawk il-membri tal-persunal ingħataw mandat biex iwettqu attivitajiet professjonali li għandhom impatt materjali dirett fuq il-profil tar-riskju jew in-negozju tal-istituzzjonijiet fi ħdan il-grupp.

6.   Minkejja il-paragrafi 4 u 5 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu japplikaw l-Artikoli 92, 94 u 95 fuq bażi konsolidata għal ambitu usa' ta' impriżi sussidjarji u l-persunal tagħhom.”;

(37)

l-Artikolu 111 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 111

Determinazzjoni tas-superviżur konsolidanti

1.   Meta impriża prinċipali tkun istituzzjoni prinċipali ta' kreditu fi Stat Membru jew istituzzjoni prinċipali ta' kreditu tal-UE, is-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti li tissorvelja lil dik l-istituzzjoni prinċipali ta' kreditu fl-Istat Membru jew dik l-istituzzjoni prinċipali ta' kreditu tal-UE fuq bażi individwali.

Meta impriża prinċipali tkun kumpannija prinċipali ta' investiment fi Stat Membru jew kumpannija prinċipali ta' investiment tal-UE u l-ebda sussidjarju tagħha ma jkun istituzzjoni ta' kreditu, is-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti li tissorvelja lil dik l-impriża prinċipali ta' investiment fl-Istat Membru jew dik l-impriża prinċipali ta' investiment tal-UE fuq bażi individwali.

Meta impriża prinċipali tkun kumpannija prinċipali ta' investiment fi Stat Membru jew ditta prinċipali ta' investiment tal-UE, u mill-anqas sussidjarju wieħed tagħha jkun istituzzjoni ta' kreditu, is-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni ta' kreditu, jew fejn ikun hemm diversi istituzzjonijiet ta' kreditu, mill-istituzzjoni ta' kreditu bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ.

2.   Fejn l-omm ta' istituzzjoni tkun kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali fi Stat Membru, jew kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali mħallta fi Stat Membru, jew kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali fl-UE, jew kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali mħallta fl-UE, is-sorveljanza fuq bażi konsolidata għandha tiġi eżerċitata mill-awtorità kompetenti li tissorvelja l-istituzzjoni fuq bażi individwali.

3.   Fejn żewġ istituzzjonijiet jew aktar awtorizzati fl-Unjoni jkollhom l-istess kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali fi Stat Membru, jew kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali mħallta fi Stat Membru, jew kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali fl-UE, jew kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali mħallta fl-UE, is-sorveljanza fuq bażi konsolidata għandha tiġi eżerċitata minn:

(a)

l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni ta' kreditu fejn ikun hemm istituzzjonijiet ta' kreditu waħda biss fi ħdan il-grupp;

(b)

l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni ta' kreditu bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ, fejn ikun hemm diversi istituzzjonijiet ta' kreditu fi ħdan il-grupp; jew

(c)

l-awtorità kompetenti tad-ditta ta' investiment bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ, fejn il-grupp ma jinkludi l-ebda istituzzjoni ta' kreditu.

4.   Fejn il-konsolidazzjoni tkun meħtieġa skont l-Artikolu 18(3) jew (6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, is-superviżjoni fuq bażi konsolidata għandha tiġi eżerċitata mill-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni ta' kreditu bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ jew, fejn fil-grupp ma jkun hemm l-ebda istituzzjonijiet ta' kreditu, mill-awtorità kompetenti tad-ditta ta' investiment bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ.

5.   B'deroga mit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1, mill-punt (b) tal-paragrafu 3 u mill-paragrafu 4, fejn awtorità kompetenti tissorvelja fuq bażi individwali aktar minn istituzzjoni ta' kreditu waħda fi ħdan grupp, is-superviżur konsolidanti għandu jkun l-awtorità kompetenti li tissorvelja fuq bażi individwali istituzzjoni ta' kreditu waħda jew aktar, fi ħdan il-grupp fejn it-totali magħduda flimkien fil-karti tal-bilanċ ta' dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu ssorveljati jkunu ogħla minn dawk tal-istituzzjonijiet ta' kreditu ssorveljati fuq bażi individwali minn kwalunkwe awtorità kompetenti oħra.

B'deroga mil-punt (c) tal-paragrafu 3, fejn awtorità kompetenti tissorvelja fuq bażi individwali aktar minn ditta tal-investiment waħda fi ħdan grupp, is-superviżur konsolidanti għandu jkun l-awtorità kompetenti li tissorvelja fuq bażi individwali ditta waħda jew aktar tal-investiment fi ħdan il-grupp bl-akbar total aggregat fil-karta tal-bilanċ.

6.   F'każijiet partikolari, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrinunzjaw bi ftehim komuni l-kriterji msemmija fil-paragrafi 1, 3 u 4 u jaħtru awtorità kompetenti differenti biex fuq bażi konsolidata teżerċita s-sorveljanza fejn l-applikazzjoni tal-kriterji msemmijin fiha ma tkunx adatta, filwaqt li jittieħed kont tal-istituzzjonijiet ikkonċernati u tal-importanza relattiva tal-attivitajiet tagħhom fl-Istati Membri rilevanti, jew tal-ħtieġa li tiġi żgurata l-kontinwità tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata mill-istess awtorità kompetenti. F'każijiet bħal dawn, l-istituzzjoni prinċipali tal-UE, il-kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE, il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE jew l-istituzzjoni bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ, kif applikabbli, għandu jkollha d-dritt li tinstema' qabel l-awtoritajiet kompetenti jieħdu deċiżjoni.

7.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u l-ABE mingħajr dewmien rigward kwalunkwe ftehim li jaqa' fl-ambitu tal-paragrafu 6.”;

(38)

l-Artikolu 113 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 113

Deċiżjonijiet konġunti dwar rekwiżiti prudenzjali speċifiċi għall-istituzzjoni

1.   Is-superviżur konsolidanti u l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarji ta' istituzzjoni prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE għandhom jagħmlu kull ma jistgħu sabiex jaslu għal deċiżjoni konġunta:

(a)

dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 73 u 97 sabiex jistabbilixxu l-adegwatezza tal-livell konsolidat ta' fondi proprji miżmum mill-grupp ta' istituzzjonijiet fir-rigward tas-sitwazzjoni finanzjarja u l-profil tar-riskju tiegħu u l-livell meħtieġ ta' fondi proprji għall-applikazzjoni tal-punt (a) tal-Artikolu 104(1) għal kull entità fi ħdan il-grupp ta' istituzzjonijiet u fuq bażi konsolidata;

(b)

dwar il-miżuri sabiex jiġu indirizzati kwalunkwe kwistjoni sinifikanti u sejba materjali relatati mas-superviżjoni tal-likwidità inklużi dawk relatati mal-adegwatezza tal-organizzazzjoni u mat-trattament tar-riskji kif meħtieġ skont l-Artikolu 86 u relatati mal-bżonn ta' rekwiżiti tal-likwidità speċifiċi għall-istituzzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 105;

(c)

rigward kwalunkwe gwida dwar fondi proprji addizzjonali msemmijin fl-Artikolu 104b(3).

2.   Għandhom jintlaħqu d-deċiżjonijiet konġunti msemmija fil-paragrafu 1:

(a)

għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, fi żmien erba' xhur mis-sottomissjoni mis-superviżur konsolidanti ta' rapport li fih il-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp ta' istituzzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 104a lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti l-oħra;

(b)

għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, fi żmien erba' xhur mis-sottomissjoni mis-superviżur konsolidanti ta' rapport li fih il-valutazzjoni tal-profil tar-riskju ta' likwidità tal-grupp ta' istituzzjonijiet f'konformità mal-Artikoli 86 u 105;

(c)

għall-finijiet tal-punt (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, fi żmien erba' xhur mis-sottomissjoni mis-superviżur konsolidanti ta' rapport li fih il-valutazzjoni tar-riskju tal-grupp ta' istituzzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 104b.

Id-deċiżjonijiet konġunti msemmijin fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jikkunsidraw kif adatt ukoll il-valutazzjoni tar-riskju tas-sussidjarji mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti f'konformità mal-Artikoli 73, 97, 104a u 104b.

Id-deċiżjonijiet konġunti msemmijin fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 għandhom ikunu stabbiliti f'dokumenti li fihom ir-raġunijiet sħaħ li għandhom jiġu pprovduti lill-istituzzjoni prinċipali tal-UE mis-superviżur konsolidanti. F'każ ta' nuqqas ta' qbil, fuq it-talba ta' kwalunkwe awtorità kompetenti oħra kkonċernata, is-superviżur konsolidanti għandu jikkonsulta lill-ABE. Is-superviżur konsolidanti jista' jikkonsulta lill-ABE fuq inizjattiva tiegħu stess.

3.   Fin-nuqqas ta' tali deċiżjoni konġunta bejn l-awtoritajiet kompetenti fi ħdan il-perijodi ta' żmien imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 73, 86 u 97, il-punt (a) tal-Artikolu 104(1), tal-Artikolu 104b u tal-Artikolu 105 ta' din id-Direttiva għandha tittieħed fuq bażi konsolidata mis-superviżur konsolidanti wara kunsiderazzjoni adatta tal-valutazzjoni tar-riskju tas-sussidjarji mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti. Jekk, fi tmiem il-perijodi ta' żmien imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati tkun irriferiet il-kwistjoni lill-ABE skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, is-superviżur konsolidanti għandu jiddiferixxi d-deċiżjoni tiegħu u jistenna kwalunkwe deċiżjoni li tista' tieħu l-ABE skont l-Artikolu 19(3) ta' dak ir-Regolament, u għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu f'konformità mad-deċiżjoni tal-ABE. Il-perijodi ta' żmien imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jitqiesu bħala l-perijodi ta' konċiljazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar mill-wasla tar-riferiment lill-ABE. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferita lill-ABE wara tmiem il-perijodu ta' erba' xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta.

Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 73, 86 u 97, il-punt (a) tal-Artikolu 104(1), tal-Artikolu 104b u tal-Artikolu 105 ta' din id-Direttiva għandha tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti rispettivi responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarji ta' istituzzjoni ta' kreditu prinċipali tal-UE jew ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE fuq bażi individwali jew subkonsolidata wara kunsiderazzjoni adatta tal-fehmiet u tar-riservi espressi mis-superviżur konsolidanti. Jekk, fi tmiem il-perijodi ta' żmien imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati tkun irriferiet il-kwistjoni lill-ABE skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddiferixxu d-deċiżjoni tagħhom u jistennew kwalunkwe deċiżjoni li tista' tieħu l-ABE skont l-Artikolu 19(3) ta' dak ir-Regolament, u għandhom jieħdu d-deċiżjoni tagħhom f'konformità mad-deċiżjoni tal-ABE. Il-perijodi ta' żmien imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jitqiesu l-perijodi ta' konċiljazzjoni skont it-tifsira ta' dak ir-Regolament. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar mill-wasla tar-riferiment lill-ABE. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferita lill-ABE wara tmiem il-perijodu ta' erba' xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta.

Id-deċiżjonijiet għandhom ikunu stabbiliti f'dokument li jkun fih ir-raġunijiet kollha u għandhom iqisu l-valutazzjoni tar-riskju, il-fehmiet u r-riservi tal-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn espressi matul il-perijodi ta' żmien imsemmija fil-paragrafu 2. Id-dokument għandu jkun ipprovdut mis-superviżur konsolidanti lill-awtoritajiet kompetenti kollha kkonċernati u lill-istituzzjoni prinċipali tal-UE.

Meta tkun ġiet ikkonsultata l-ABE, l-awtoritajiet kompetenti kollha għandhom jikkunsidraw l-opinjoni tagħha, u jispjegaw kwalunkwe devjazzjoni sinifikanti minnha.

4.   Id-deċiżjonijiet konġunti msemmija fil-paragrafu 1 u d-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kompetenti fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jiġu rikonoxxuti bħala determinattivi u applikati mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kkonċernati.

Id-deċiżjonijiet konġunti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u kwalunkwe deċiżjoni meħuda fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta f'konformità mal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, għandhom jiġu aġġornati fuq bażi annwali jew, f'ċirkustanzi eċċezzjonali, fejn awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarji ta' istituzzjoni prinċipali tal-UE jew, kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE tagħmel talba bil-miktub u mmotivata bis-sħiħ lis-superviżur konsolidanti sabiex jaġġorna d-deċiżjoni fuq l-applikazzjoni tal-punt (a) tal-Artikolu 104(1), tal-Artikoli 104b u 105. F'dawk iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali, l-aġġornament jista' jkun indirizzat fuq bażi bilaterali bejn is-superviżur konsolidanti u l-awtorità kompetenti li tagħmel it-talba.

5.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni sabiex tiżgura kondizzjonijiet ta' applikazzjoni uniformi tal-proċess ta' deċiżjoni konġunta msemmi f'dan l-Artikolu, fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikoli 73, 86 u 97, il-punt (a) tal-Artikolu 104(1), tal-Artikoli 104b u 105 bl-għan li tiffaċilita d-deċiżjonijiet konġunti.

L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-1 ta' Lulju 2014.

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa tadotta standards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”;

(39)

fl-Artikolu 115, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   Fejn is-superviżur konsolidanti jkun differenti mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta li tkun ingħatat l-approvazzjoni f'konformità mal-Artikolu 21a tkun stabbilita, l-arranġamenti ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu konklużi wkoll mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-impriża prinċipali.”;

(40)

l-Artikolu 116 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.   Sabiex jiġu ffaċilitati l-kompiti msemmija fl-Artikoli 112(1), 114(1) u 115(1) ta' din id-Direttiva, is-superviżur konsolidanti għandu jistabbilixxi wkoll kulleġġi ta' superviżuri fejn is-sussidjarji transkonfinali kollha ta' istituzzjoni prinċipali tal-UE, ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE għandhom l-uffiċċji prinċipali tagħhom f'pajjiżi terzi, dment li l-awtoritajiet superviżorji tal-pajjiżi terzi huma soġġetti għal rekwiżiti ta' kunfidenzjalità li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima II tal-Kapitolu 1 ta' din id-Direttiva u, fejn applikabbli, fl-Artikoli 76 u 81 tad-Direttiva 2014/65/UE.”;

(b)

fil-paragrafu 6, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-awtorità kompetenti fl-Istati Membru fejn tkun stabbilita kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta li tkun ingħatat l-approvazzjoni f'konformità mal-Artikolu 21a tista' tipparteċipa fil-kulleġġ ta' superviżuri rilevanti.”;

(41)

fl-Artikolu 117, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“5.   L-awtoritajiet kompetenti, l-unitajiet u l-awtoritajiet tal-intelligence finanzjarja fdati bid-dmir pubbliku li jissorveljaw l-entitajiet marbutin b'obbligu elenkati fil-punti (1) u (2) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva (UE) 2015/849 għall-konformità ma' dik id-Direttiva, għandhom jikkooperaw mill-qrib ma' xulxin fi ħdan il-kompetenzi rispettivi tagħhom u għandhom jipprovdu lil xulxin b'informazzjoni rilevanti għall-kompiti rispettivi tagħhom taħt din id-Direttiva, ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u skont id-Direttiva (UE) 2015/849, dment li tali kooperazzjoni u skambju ta' informazzjoni ma jkollhomx effett negattiv fuq inkjesta, investigazzjoni jew proċedimenti li jkunu għaddejjin f'konformità mal-liġi kriminali jew amministrattiva tal-Istat Membru fejn ikunu jinsabu l-awtorità kompetenti, l-unità jew l-awtorità tal-intelligence finanzjarja fdati bid-dmir pubbliku li jissorveljaw l-entitajiet marbutin b'obbligu elenkati fil-punti (1) u (2) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva (UE) 2015/849.

L-ABE tista' tgħin lill-awtoritajiet kompetenti fil-każ ta' nuqqas ta' qbil dwar il-koordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji skont dan l-Artikolu fuq l-inizjattiva tagħha stess f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

6.   L-ABE għandha sal-1 ta' Jannar 2020 biex toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, li jispeċifikaw il-mod ta' kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, b'mod partikolari fir-rigward ta' gruppi transkonfinali u fil-kuntest tal-identifikazzjoni ta' ksur serju tar-regoli kontra l-ħasil tal-flus.”;

(42)

fl-Artikolu 119, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Soġġetti għall-Artikolu 21a, l-Istati Membri għandhom jadottaw kwalunkwe miżura neċessarja sabiex jinkludu lil kumpanniji azzjonarji finanzjarji u lil kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta fis-superviżjoni konsolidata.”;

(43)

fl-Artikolu 120, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Fejn kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta tkun soġġetta għal dispożizzjonijiet ekwivalenti skont din id-Direttiva u skont id-Direttiva 2009/138/KE b'mod partikolari f'termini tas-superviżjoni bbażata fuq ir-riskji, is-superviżur konsolidanti jista', bi qbil mas-superviżur tal-grupp fis-settur tal-assigurazzjoni, japplika biss għal dik il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva relatati mal-aktar settur finanzjarju sinifikanti kif iddefinit fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2002/87/KE.”;

(44)

fl-Artikolu 125(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Meta skont l-Artikolu 111 ta' din id-Direttiva, is-superviżur konsolidanti ta' grupp b'kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta omm ikun differenti mill-koordinatur determinat skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2002/87/KE, is-superviżur konsolidanti u l-koordinatur għandhom jikkooperaw għall-fini tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi konsolidata. Sabiex tiġi ffaċilitata u stabbilita kooperazzjoni effettiva, is-superviżur konsolidanti u l-koordinatur għandu jkollhom fis-seħħ arranġamenti ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni bil-miktub.”;

(45)

fl-Artikolu 128, il-paragrafi li ġejjin jiddaħħlu wara l-ewwel paragrafu:

“L-istituzzjonijiet ma għandhomx jużaw il-kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni li jinżamm sabiex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata msemmi fil-punt (6) tal-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu, sabiex jiġi ssodisfat kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ir-rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali impost skont l-Artikolu 104a ta' din id-Direttiva biex jindirizzaw riskji minbarra r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva, u l-gwida kkomunikata skont l-Artikolu 104b(3) ta' din id-Direttiva biex tindirizza riskji minbarra r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva.

L-istituzzjonijiet ma għandhomx jużaw il-kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni li jinżamm sabiex jiġi ssodisfat wieħed mill-elementi tar-rekwiżit ta' riżerva kombinata tiegħu biex jissodisfaw l-elementi applikabbli l-oħra tar-rekwiżit tar-riżerva kombinata tiegħu.

L-istituzzjonijiet ma għandhomx jużaw il-kapital tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni li jinżamm sabiex jiġi sodisfatt ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata msemmi fil-punt (6) tal-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu biex jissodisfaw il-komponenti bbażati fuq ir-riskju tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 92a u 92b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fl-Artikoli 45c u 45d tad-Direttiva 2014/59/UE.”;

(46)

l-Artikoli 129 u 130 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“Artikolu 129

Rekwiżit li tinżamm riżerva ta' konservazzjoni ta' kapital

1.   Minbarra l-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni li jinżamm biex jiġi sodisfatt wieħed mir-rekwiżiti tal-fondi proprji stipulati fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-istituzzjonijiet jżommu riżerva ta' konservazzjoni ta' kapital, ta' kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni ugwali għal 2.5 % tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju tagħhom ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) ta' dak r-Regolament fuq bażi individwali u kkonsolidata, kif applikabbli f'konformità mat-Titolu II tal-Parti Wieħed ta' dak ir-Regolament.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, Stat Membru jista' jeżenta ditti żgħar u ta' daqs medju tal-investiment milli jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1 jekk tali eżenzjoni ma theddidx l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja ta' dak l-Istat Membru.

Deċiżjonijiet dwar l-applikazzjoni tal-eżenzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu kompletament ġustifikata, għandhomjinkludu spjegazzjoni għalfejn l-eżenzjoni ma theddidx l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Istat Membru u għandu jkun fihom d-definizzjoni preċiża tad-ditti żgħar u ta' daqs medju tal-investiment li jridu jkunu eżenti.

L-Istati Membri li jiddeċiedu li japplikaw l-eżenzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jinnotifikaw lill-BERS b'dan. Il-BERS għandu jibgħat tali notifiki lill-Kummissjoni, lill-ABE u lill-awtoritajiet kompetenti u nnominati tal-Istati Membri kkonċernati mingħajr dewmien.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jinnominaw awtorità li tkun responsabbli għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu. Dik l-awtorità għandha tkun l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata.

4.   Għall-fini tal-paragrafu 2, id-ditti tal-investiment għandhom jiġu kkategorizzati bħala żgħar jew ta' daqs medju f'konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (*8).

5.   Fejn istituzzjoni tonqos milli tissodisfa bis-sħiħ ir-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, din għandha tkun soġġetta għar-restrizzjonijiet fuq id-distribuzzjonijiet stipulati fl-Artikolu 141(2) u (3).

Artikolu 130

Rekwiżit li tinżamm riżerva ta' kapital kontroċiklika speċifika għall-istituzzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-istituzzjonijiet iżommu riżerva ta' kapital kontroċikliku speċifika għall-istituzzjoni ekwivalenti għall-ammont tal-iskopertura totali tagħhom għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 immultiplikat bil-medja ponderata tar-rati ta' riżerva kontroċiklika kkalkulata f'konformità mal-Artikolu 140 ta' din id-Direttiva fuq bażi individwali u kkonsolidata, kif applikabbli f'konformità mat-Titolu II tal-Parti Wieħed ta' dak ir-Regolament. Dik ir-riżerva għandha tikkonsisti minn kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, Stat Membru jista' jeżenta ditti żgħar u ta' daqs medju tal-investiment milli jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1 jekk tali eżenzjoni ma theddidx l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja ta' dak l-Istat Membru.

Deċiżjonijiet dwar l-applikazzjoni tal-eżenzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun kompletament ġustifikata, għandha tinkludi spjegazzjoni dwar ir-raġuni għaliex l-eżenzjoni ma theddidx l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Istat Membru u għandu jkun fiha d-definizzjoni preċiża żgħar u ta' daqs medju tal-investiment li jridu jkunu eżenti.

L-Istati Membri li jiddeċiedu li ma japplikawx l-eżenzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jinnotifikaw lill-BERS b'dan. Il-BERS għandu jibgħat tali notifiki lill-Kummissjoni, lill-ABE u lill-awtoritajiet kompetenti u nnominati tal-Istati Membri kkonċernati mingħajr dewmien.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jinnominaw awtorità li tkun responsabbli għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu. Dik l-awtorità għandha tkun l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata.

4.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2, id-ditti tal-investiment għandhom jiġu kkategorizzati bħala żgħar jew ta' daqs medju f'konformità mar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE.

5.   Fejn istituzzjoni tonqos milli tissodisfa bis-sħiħ ir-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, din għandha tkun soġġetta għar-restrizzjonijiet fuq id-distribuzzjonijiet stipulati fl-Artikolu 141(2) u (3).

(*8)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).”"

(47)

l-Artikolu 131 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jinnominaw awtorità li tkun responsabbli għall-identifikazzjoni, fuq bażi konsolidata, ta' G-SIIs, u, fuq bażi individwali, subkonsolidata jew konsolidata, kif applikabbli, ta' istituzzjonijiet sistematikament importanti (O-SIIs), li ġew awtorizzati fil-ġurisdizzjoni tagħhom. Dik l-awtorità għandha tkun l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata. L-Istati Membri jistgħu jinnominaw aktar minn awtorità waħda.

Il-G-SIIs għandhom ikunu kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

grupp immexxi minn istituzzjoni prinċipali tal-UE, kumpannija azzjonarja finanzjarja omm tal-UE, jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta omm tal-UE; jew

(b)

istituzzjoni li mhijiex sussidjarja ta' istituzzjoni prinċipali tal-UE, ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja omm tal-UE jew ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta omm tal-UE.

L-O-SIIs jistgħu jkunu jew istituzzjoni jew grupp immexxi minn istituzzjoni prinċipali tal-UE, kumpannija azzjonarja finanzjarja omm tal-UE, kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta omm tal-UE, istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru, kumpannija azzjonarja finanzjarja omm fi Stati Membru jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta omm fi Stat Membru.”;

(b)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“2a.   Metodoloġija tal-identifikazzjoni addizzjonali għall-G-SIIs għandha tkun ibbażata fuq il-kategoriji li ġejjin:

(a)

il-kategoriji msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;

(b)

l-attività transkonfinali tal-grupp, eskluż l-attivitajiet tal-grupp bejn l-Istati Membri parteċipanti kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*9).

Kull kategorija għandha tirċievi ponderazzjoni ugwali u għandha tikkonsisti minn indikaturi kwantifikabbli. Għall-kategoriji msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-indikaturi għandhom ikunu l-istess bħall-indikaturi korrispondenti ddeterminati skont il-paragrafu 2.

Il-metodoloġija tal-identifikazzjoni addizzjonali għandha tipproduċi punteġġ globali addizzjonali għal kull entità msemmija fil-paragrafu 1 ivvalutat, li abbażi tiegħu l-awtoritajiet kompetenti jew nominati jistgħu jieħdu waħda mill-miżuri msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 10.

(*9)  Ir- Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1).”;"

(c)

fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“L-ABE, wara li tikkonsulta lill-BERS, għandha, sal-1 ta' Jannar 2015, toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 dwar il-kriterji li jiddeterminaw il-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu b'rabta mal-valutazzjoni tal-O-SIIs. Dawk il-linji gwida għandhom jieħdu kont tal-oqfsa internazzjonali għal istituzzjonijiet domestiċi sistemikament importanti u speċifiċitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll dawk nazzjonali.

Wara konsultazzjoni mal-BERS, l-ABE għandha tirrapporta lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2020 dwar il-metodoloġija adatta għat-tfassil u l-kalibrazzjoni tar-rati ta' riżerva ta' O-SII.”;

(d)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“5.   L-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata tista' teħtieġ lil kull O-SII, fuq bażi kkonsolidata, subkonsolidata jew individwali, skont kif japplika, biex iżżomm riżerva għal O-SII sa 3 % tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, waqt li jitqiesu l-kriterji għall-identifikazzjoni tal-O-SII. Dik ir-riżerva għandha tikkonsisti minn kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni.”;

(e)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“5a.   Soġġett għall-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni msemmija fit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata tista' teħtieġ lil kull O-SII, fuq bażi kkonsolidata, subkonsolidata jew individwali, skont kif japplika, biex iżżomm riżerva għal O-SII sa 3 % tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Dik ir-riżerva għandha tikkonsisti minn kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni.

Fi żmien sitt ġimgħat minn meta tasal in-notifika msemmija fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu, il-BERS għandu jipprovdi opinjoni lill-Kummissjoni dwar jekk ir-riżerva O-SII titqiesx adatta. L-ABE tista' wkoll tagħti lill-Kummissjoni l-opinjoni tagħha dwar ir-riżerva f'konformità mal-Artikolu 34(1) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Fi żmien tliet xhur minn meta l-BERS ikun bagħat in-notifika msemmija fil-paragrafu 7 lill-Kummissjoni, il-Kummissjoni, b'kont meħud tal-valutazzjoni tal-BERS u l-ABE, jekk rilevanti, u jekk tkun sodisfatta li r-riżerva O-SII ma jinvolvix effetti negattivi sproporzjonati fuq is-sistema finanzjarja kollha, jew partijiet minnha, ta' Stati Membri oħrajn jew fl-Unjoni inġenerali li jiffurmaw jew joħolqu xkiel għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern, għandha tadotta att li jawtorizza lill-awtorità kompetenti jew lill-awtorità nnominata biex tadotta l-miżura proposta.”;

(f)

fil-paragrafu 7, il-parti introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

“7.   Qabel ma tiffissa jew terġa' tiffissa riżerva ta' O-SII, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata għandha tinnotifika lill-BERS xahar qabel il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 5 u għandha tinnotifika lill-BERS tliet xhur qabel il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti jew dik innominata msemmija fil-paragrafu 5a. Il-BERS għandu jibgħat tali notifiki lill-Kummissjoni, lill-ABE u lill-awtoritajiet kompetenti u nnominati tal-Istati Membri kkonċernati mingħajr dewmien. Tali notifiki għandhom jistabbilixxu fid-dettall:”;

(g)

il-paragrafu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“8.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 133 u l-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, fejn O-SII tkun sussidjarja ta' G-SII jew ta' O-SII li hija jew istituzzjoni jew grupp immexxi minn istituzzjoni prinċipali tal-UE, u soġġetta għal riżerva ta' O-SII fuq bażi kkonsolidata, ir-riżerva li tapplika fuq bażi individwali jew subkonsolidat għall-O-SII m'għandhiex teċċedi l-iktar valur baxx minn:

(a)

it-total tal-ogħla rata ta' riżerva tal-G-SII jew l-O-SII applikabbli għall-grupp fuq bażi konsolidata u 1 % tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; u

(b)

3 % tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jew ir-rata li l-Kummissjoni awtorizzat biex tiġi applikata għall-grupp fuq bażi kkonsolidata skont il-paragrafu 5a ta' dan l-Artikolu.”;

(h)

il-paragrafi 9 u 10 jiġu sostitwiti b'dawn li ġejjin:

“9.   Għandu jkun hemm tal-inqas ħames subkategoriji ta' G-SIIs. Il-limitu l-aktar baxx u l-limiti ta' bejn kull subkategorija għandhom jiġu ddeterminati mill-punteġġi skont il-metodoloġija tal-identifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Il-punteġġi limitu bejn is-subkategoriji li jmissu ma' xulxin għandhom jiġu ddefiniti b'mod ċar u għandhom josservaw il-prinċipju li hemm żieda lineari kostanti ta' sinifikat sistemiku, bejn kull subkategorija li tirriżulta f'żieda lineari fir-rekwiżit ta' kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, bl-eċċezzjoni tas-subkategorija ħamsa u kwalunkwe subkategorija ogħla miżjuda. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, sinifikat sistemiku huwa l-impatt mistenni fuq is-suq finanzjarju globali kkawżat minn diffikultajiet għall-G-SII. Is-subkategorija l-aktar baxxa għandha tiġi assenjata riżerva ta' G-SII ta' 1 % tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-riżerva assenjata lil kull subkategorija għandha tiżdied b'differenzi li jkunu tal-anqas 0.5 % tal-ammont tal-skopertura totali għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) ta' dak ir-Regolament.

10.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 9 u filwaqt li jintużaw s-subkategoriji u l-punteġġi li jifirduhom imsemmija fil-paragrafu 9, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata tista', fl-eżerċizzju ta' valutazzjoni superviżorja korretta:

(a)

tirrialloka G-SII minn subkategorija aktar baxxa għal waħda ogħla;

(b)

talloka entità kif imsemmija fil-paragrafu 1 li jkollha punteġġ globali kif imsemmi fil-paragrafu 2 li jkun aktar baxx mill-punteġġ limitu tal-iktar subkategorija baxxa f'dik is-subkategorija jew f'subkategorija ogħla, u b'hekk tiġi nnominata bħala G-SII;

(c)

b'kont meħud tal-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni, fuq il-bażi tal-punteġġ globali addizzjonali msemmi fil-paragrafu 2a tirrialloka G-SII minn subkategorija aktar ogħla għal subkategorija aktar baxxa.”;

(i)

jitħassar il-paragrafu 11;

(j)

il-paragrafu 12 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“12.   L-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata għadha tinnotifika lill-BERS l-ismijiet tal-G-SIIs u l-O-SIIs u s-subkategorija rispettiva fejn tiġi allokata kull G-SII. In-notifika għandu jkun fiha r-raġunijiet kollha għalfejn ġie eżerċitat ġudizzju superviżorju jew le f'konformità mal-paragrafu 10, punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 10. Il-BERS għandu jibgħat tali notifiki lill-Kummissjoni u lill-ABE mingħajr dewmien, u għandu jiżvela isimhom pubblikament. L-awtoritajiet kompetenti jew l-awtoritajiet nominati għandhom jiżvelaw pubblikament is-subkategorija fejn tiġi allokata kull G-SII.

L-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata għandha kull sena tirrieżamina l-identifikazzjoni tal-G-SIIs u l-O-SIIs u l-allokazzjoni tal-G-SIIs fis-subkategoriji rispettivi u tirrapporta r-riżultat lill-istituzzjoni sistemikament importanti kkonċernata, lill-BERS li għandu jibgħat ir-riżultati lill-Kummissjoni u lill-ABE mingħajr dewmien. L-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata għandha tiżvela pubblikament l-lista aġġornata ta' istituzzjonijiet sistemikament importanti identifikati u s-subkategorija fejn tkun allokata kull G-SII identifikata.”;

(k)

jitħassar il-paragrafu 13;

(l)

il-paragrafi 14 u 15 jiġu sostitwiti b'dawn li ġejjin:

“14.   Fejn grupp, fuq bażi kkonsolidata, ikun soġġett għal riżerva ta' G-SII u għal riżerva ta' O-SII għandha tapplika r-riżerva l-aktar għolja.

15.   Fejn istituzzjoni tkun soġġetta għal riżerva għal riskju sistemiku, stabbilita f'konformità mal-Artikolu 133, dik ir-riżerva għandha tkun kumulattiva mar-riżerva O-SII jew ir-riżerva G-SII applikata f'konformità ma' dan l-Artikolu.

Fejn it-total tar-rata tar-riżerva għal riskju sistemiku kif ikkalkulata għall-fini tal-paragrafu 10, 11 jew 12 tal-Artikolu 133 u r-rata ta' riżerva ta' O-SII jew G-SII li għaliha hija soġġetta l-istess istituzzjoni ikun ogħla minn 5 %, għandha tapplika l-proċedura stipulata fil-paragrafu 5a ta' dan l-Artikolu.”;

(m)

jitħassru l-paragrafi 16 u 17;

(n)

il-paragrafu 18 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“18.   L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, il-metodoloġiji li għandha tintuża mill-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata biex tidentifika istituzzjoni jew grupp immexxi minn istituzzjoni prinċipali tal-UE, kumpannija azzjonarja finanzjarja omm tal-UE jew minn kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta omm tal-UE bħala G-SII u biex tiġi speċifikata l-metodoloġija għad-definizzjoni tas-subkategoriji u l-allokazzjoni tal-G-SIIs fis-subkategoriji abbażi tar-sinifikat sistemiku tagħhom, waqt li jitqiesu l-istandards maqbula fuq livell internazzjonali.

L-ABE għandha tippreżenta sat-30 ta' Ġunju 2014 dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni.

Qiegħda tiġi delegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija f'dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”;

(48)

l-Artikolu 132 jitħassar;

(49)

l-Artikoli 133 u 134 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“Artikolu 133

Rekwiżit biex tinżamm riżerva għal riskju sistemiku

1.   Kull Stat Membru jista' jintroduċi riżerva għal riskju sistemiku tal-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni għas-settur finanzjarju jew subsett wieħed jew aktar ta' dak is-settur fuq l-iskoperturi kollha jew subsett tagħhom kif imsemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, sabiex jipprevjeni u jtaffi r-riskji makroprudenzjali jew sistemiċi li mhumiex koperti bir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u bl-Artikoli 130 u 131 ta' din id-Direttiva, fis-sens ta' riskju ta' tħarbit fis-sistema finanzjarja bil-potenzjal ta' konsegwenzi negattivi serji għas-sistema finanzjarja u l-ekonomija reali fi Stat Membru speċifiku.

2.   L-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw ir-riżerva għal riskju sistemiku kif ġej:

Formula

fejn:

BSR = ir-riżerva għal riskju sistemiku;

rT = ir-rata ta' riżerva applikabbli għall-iskopertura tar-riskju totali ta' istituzzjoni;

ET = l-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju kkalkulat skont l-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

i= l-indiċi li jirrappreżenta s-subsett tal-iskoperturi kif imsemmija fil-paragrafu 5;

ri = ir-rata ta' riżerva applikabbli għall-ammont tal-iskopertura tar-riskju tas-subsett ta' skoperturi i; u

Ei = l-ammont tal-iskopertura għar-riskju ta' istituzzjoni għal subsett ta' skoperturi i kkalkulat skont l-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jinnominaw awtorità li tkun responsabbli għall-iffissar tar-riżerva għal riskju sistemiku u għall-identifikazzjoni tal-iskoperturi u s-subsettijiet ta' istituzzjonijiet li tapplika għalihom. Dik l-awtorità għandha tkun jew l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata.

4.   Għall-fini tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-awtorità rilevanti kompetenti jew nominata, kif applikabbli, tista' teħtieġ li l-istituzzjonijiet iżommu riżerva għal riskju sistemiku ta' kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni kkalkulata f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, fuq bażi individwali, konsolidata jew subkonsolidata, kif applikabbli f'konformità mat-Titolu II tal-Parti Wieħed tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

5.   Riżerva għal riskju sistemiku tista' tapplika għal:

(a)

l-iskoperturi kollha li jinsabu fl-Istat Membri li jistabbilixxi r-riżerva;

(b)

l-iskoperturi settorjali li jinsabu fl-Istat Membru li jistabbilixxi dik ir-riżerva:

(i)

l-iskoperturi kollha fil-livell tal-konsumatur għal persuni fiżiċi li huma ggarantiti bi proprjetà residenzjali;

(ii)

l-iskoperturi kollha għal persuni ġuridiċi li huma ggarantiti b'ipoteki fuq proprjetà kummerċjali immobbli;

(iii)

l-iskoperturi kollha għal persuni ġuridiċi għajr dawk speċifikati fil-punt (ii);

(iv)

l-iskoperturi kollha għal persuni fiżiċi għajr dawk speċifikati fil-punt (i);

(c)

l-iskoperturi kollha li jinsabu fi Stati Membri oħra, soġġetti għall-paragrafi 12 u 15;

(d)

l-iskoperturi settorjali, kif identifikati mill-punt (b) ta' dan il-pargrafu, li jinsabu fi Stati Membri oħra biss biex jippermettu r-rikonoxximent ta' rata ta' riżerva stabbilita minn Stat Membru ieħor f'konformità mal-Artikolu 134;

(e)

l-iskoperturi li jinsabu f'pajjiżi terzi;

(f)

subsettijiet ta' kwalunkwe kategorija ta' skopertura identifikata fil-punt (b).

6.   L-ABE, wara li tikkonsulta lill-BERS, għandha toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, sat-30 ta' Ġunju 2020 dwar is-subsettijiet adatti ta' skoperturi li għalihom l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata tista' tapplika riżerva għal riskju sistemiku f'konformità mal-punt (f) tal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu.

7.   Riżerva għal riskju sistemiku għandha tapplika għall-iskoperturi kollha, jew subsett ta' skoperturi kif imsemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, tal-istituzzjonijiet kollha, jew għal subsett wieħed jew iktar ta' dawk l-istituzzjonijiet, li għalihom l-awtoritajiet tal-Istat Membru kkonċernat ikunu kompetenti f'konformità ma' din id-Direttiva u għandha tiġi stabbilita b'passi gradwali ta' aġġustament ta' 0,5 punti perċentwali jew multipli tagħhom. Jistgħu jiġu introdotti rekwiżiti differenti għal subsettijiet differenti tal-istituzzjonijiet u tal-iskoperturi. Ir-riżerva tar-riskju sistemiku ma għandhiex tindirizza r-riskji koperti bl-Artikoli 130 u 131.

8.   Meta tesiġi li tinżamm riżerva għal riskju sistemiku l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata għandha tikkonforma ma' li ġej:

(a)

ir-riżerva għal riskju sistemiku ma tinvolvix effetti negattivi sproporzjonati fuq is-sistema finanzjarja kollha jew partijiet minnha fi Stati Membri oħrajn jew tal-Unjoni kollha kemm hi billi tifforma jew toħloq ostaklu għall-funzjonament xieraq tas-suq intern;

(b)

ir-riżerva għal riskju sistemiku għandha tiġi rieżaminata mill-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata tal-anqas kull sentejn;

(c)

ir-riżerva għal riskju sistemiku ma għandhiex tintuża sabiex tindirizza r-riskji li huma koperti bl-Artikoli 130 u 131.

9.   L-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata, skont kif japplika, għandha tinnotifika lill-BERS qabel il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 13. Il-BERS għandu jibgħat tali notifiki lill-Kummissjoni, lill-ABE u lill-awtoritajiet kompetenti u nnominati tal-Istati Membri kkonċernati mingħajr dewmien.

Fejn l-istituzzjoni li għaliha tapplika rata waħda jew aktar tar-riżerva għal riskju sistemiku tkun sussidjarja li l-prinċipali tagħha tkun stabbilita fi Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata għandha tinnotifika wkoll lill-awtoritajiet ta' dak l-Istat Membru.

Fejn tapplika rata tar-riżerva tar-riskju sistemiku għall-iskoperturi li jinsabu f'pajjiżi terzi, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata, skont kif japplika, għandha tinnotifika wkoll lill-BERS. Il-BERS għandu jibgħat tali notifiki mingħajr dewmien lill-awtoritajiet superviżorji ta' dawk il-pajjiżi terzi.

Tali notifiki għandhom jistabbilixxu fid-dettall:

(a)

ir-riskji makroprudenzjali jew sistemiċi fl-Istat Membru;

(b)

ir-raġunijiet għaliex id-dimensjoni tar-riskji makroprudenzjali jew sistemiċi thedded l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fil-livell nazzjonali li tiġġustifika r-rata tar-riżerva għal riskju sistemiku;

(c)

il-ġustifikazzjoni tar-raġuni għaliex ir-riżerva għal riskju sistemiku titqies li x'aktarx tkun effettiva u proporzjonata biex ittaffi r-riskju;

(d)

valutazzjoni tal-impatt probabbli, pożittiv jew negattiv, tar-riżerva għal riskju sistemiku fuq is-suq intern, ibbażata fuq informazzjoni li hija disponibbli għall-Istat Membru;

(e)

ir-rata jew ir-rati tar-riżerva għal riskju sistemiku li l-awtorità kompetenti jew dik innominata, skont kif japplika, beħsiebha timponi u l-iskoperturi li għalihom għandhom japplikaw tali rati u l-istituzzjonijiet li għandhom ikunu soġġetti għal tali rati;

(f)

fejn ir-rata tar-riżerva għal riskju sistemiku tapplika għall-iskoperturi kollha, ġustifikazzjoni għalfejn l-awtorità tqis li r-riżerva għal riskju sistemiku mhix qed tiddupplika l-funzjoni tar-riżerva O-SII prevista fl-Artikolu 131.

Fejn id-deċiżjoni biex tiġi ffissata r-rata tar-riżerva għal riskju sistemiku tirriżulta fi tnaqqis jew fl-ebda bidla mir-rata ta' riżerva ffissata qabel, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata, skont kif japplika, għandha tikkonforma biss ma' dan il-paragrafu.

10.   Fejn l-iffissar jew l-iffissar mill-ġdid ta' rata jew rati ta' riżerva għal riskju sistemiku fuq kwalunkwe sett jew subsett ta' skoperturi msemmija fil-paragrafu 5 soġġetti għal riżerva waħda jew aktar għal riskju sistemiku ma jirriżultax f'rata kombinata ta' riżerva għal riskju sistemiku ogħla minn 3 % għal kwalunkwe waħda minn dawk l-iskoperturi, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata, skont kif japplika, għandha tinnotifika lill-BERS f'konformità mal-paragrafu 9 xahar qabel il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 13.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, ir-rikonoxximent tar-rata tar-riżerva għal riskju sistemiku stabbilita minn Stat Membru ieħor f'konformità mal-Artikolu 134 ma għandhiex tgħodd għal-livell limitu ta' 3 %.

11.   Fejn l-iffissar jew l-iffissar mill-ġdid ta' rata jew rati ta' riżerva għal riskju sistemiku fuq kwalunkwe sett jew subsett ta' skoperturi msemmija fil-paragrafu 5 soġġetti għal riżerva waħda jew aktar għal riskju sistemiku jirriżulta f'rata kombinata ta' riżerva għal riskju sistemiku f'livell ogħla minn 3 % u sa 5 %għal kwalunkwe waħda minn dawk l-iskoperturi, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata tal-Istat Membru li jiffissa r-riżerva għandha titlob l-opinjoni tal-Kummissjoni fin-notifika ppreżentata skont il-paragrafu 9. Il-Kummissjoni għandha tagħti l-opinjoni tagħha fi żmien xahar minn meta tirċievi n-notifika.

Fejn l-opinjoni tal-Kummissjoni tkun negattiva, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata, skont kif japplika, tal-Istat Membru li jistabbilixxi r-riżerva għal riskju sistemiku għandha tikkonforma ma' dik l-opinjoni jew tagħti r-raġunijiet għalfejn m'għamlitx dan.

Fejn istituzzjoni li għaliha tapplika rata waħda jew aktar tar-riżerva għal riskju sistemiku tkun sussidjarja li l-prinċipali tagħha tkun stabbilita fi Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata għandha titlob rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni u l-BERS fin-notifika ppreżentata skont il-paragrafu 9.

Il-Kummissjoni u l-BERS għandhom kull wieħed jipprovdu rakkomandazzjoni fi żmien sitt ġimgħat minn meta tasal in-notifika.

Fejn l-awtoritajiet tal-istituzzjoni sussidjarja u ta' dik prinċipali ma jaqblux fuq ir-rata jew ir-rati tar-riżerva għal riskju sistemiku applikabbli għal dik l-istituzzjoni jew fil-każ ta' rakkomandazzjoni negattiva kemm mill-Kummissjoni kif ukoll mill-BERS, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata, skont kif japplika, tista' tirreferi l-kwistjoni lill-ABE u titlob l-għajnuna f'konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Id-deċiżjoni biex tiġi stabbilita rata jew rati ta' riżerva għal riskju sistemiku għal dawk l-iskoperturi għandha tiġi sospiża sakemm l-ABE tieħu deċiżjoni.

12.   Fejn l-iffissar jew l-iffissar mill-ġdid tar-rata jew tar-rati tar-riżerva għal riskju sistemiku fuq kull sett jew subsett tal-iskoperturi msemmija fil-paragrafu 5 suġġett għal rata waħda jew aktar ta' riżerva għal riskju sistemiku jirriżulta f'rata kombinata ta' riżerva għal riskju sistemiku ogħla minn 5 % għal kwalunkwe waħda minn dawk l-iskoperturi, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata, skont kif japplika, għandha titlob l-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni qabel l-implimentazzjoni tar-riżerva għal riskju sistemiku.

Fi żmien sitt ġimgħat minn meta tasal in-notifika msemmija fil-paragrafu 9 ta' dan l-Artikolu, il-BERS għandu jipprovdi opinjoni lill-Kummissjoni dwar jekk ir-riżerva għal riskju sistemiku titqiesx adatta. L-ABE tista' wkoll tagħti lill-Kummissjoni l-opinjoni tagħha dwar dik ir-riżerva għal riskju sistemiku f'konformità mal-Artikolu 34(1) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Fi żmien tliet xhur minn meta tasal in-notifika msemmija fil-paragrafu 9, il-Kummissjoni, b'kont meħud tal-valutazzjoni tal-BERS u l-ABE, jekk tkun rilevanti, u jekk tkun sodisfatta li r-rata jew ir-rati tar-riżerva għal riskju sistemiku ma jinvolvux effetti negattivi sproporzjonati fuq is-sistema finanzjarja kollha jew partijiet minnha ta' Stati Membri oħrajn jew fl-Unjoni inġenerali li jwasslu biex jiġi ffurmat jew jinħoloq xkiel għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern, għandha tadotta att li jawtorizza lill-awtorità kompetenti jew lill-awtorità nnominata, skont kif japplika, biex tadotta l-miżura proposta.

13.   Kull awtorità kompetenti, jew l-awtorità nnominata, skont kif japplika, għandha tħabbar l-iffissar jew l-iffissar mill-ġdid ta' rata waħda jew aktar tar-riżerva għal riskju sistemiku permezz tal-pubblikazzjoni f'sit web adatt. Dik il-pubblikazzjoni għandha tinkludi tal-anqas informazzjoni li ġejja:

(a)

ir-rata jew ir-rati tar-riżerva għal riskju sistemiku;

(b)

l-istituzzjonijiet li għalihom tapplika r-riżerva għal riskju sistemiku;

(c)

l-iskoperturi li għalihom tapplika r-rata jew ir-rati tar-riżerva għal riskju sistemiku;

(d)

ġustifikazzjoni għall-iffissar jew l-iffissar mill-ġdid tar-rata jew tar-rati tar-riżerva għal riskju sistemiku;

(e)

id-data minn meta l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw l-iffissar jew l-iffissar mill-ġdid tar-riżerva għal riskju sistemiku; u

(f)

l-ismijiet tal-pajjiżi fejn l-iskoperturi li qegħdin f'dawn il-pajjiżi jkunu rikonoxxuti fir-riżerva għal riskju sistemiku.

Fejn il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tista' tippreġudika l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, dik l-informazzjoni m'għandhiex tiġi inkluża fil-pubblikazzjoni.

14.   Fejn istituzzjoni tonqos milli tissodisfa bis-sħiħ ir-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, din għandha tkun soġġetta għar-restrizzjonijiet fuq id-distribuzzjonijiet stipulati fl-Artikolu 141(2) u (3).

Fejn l-applikazzjoni tar-restrizzjonijiet fuq id-distribuzzjonijiet twassal għal titjib mhux sodisfaċenti tal-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni tal-istituzzjoni fid-dawl tar-riskju sistemiku rilevanti, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jieħdu miżuri addizzjonali f'konformità mal-Artikolu 64.

15.   Fejn l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata, skont kif japplika, tiddeċiedi li tiffissa r-riżerva għal riskju sistemiku abbażi tal-iskoperturi li jinsabu fi Stati Membri oħra, ir-riżerva għandha tiġi ffissata ndaqs fuq l-iskoperturi kollha li jinsabu fl-Unjoni, sakemm ir-riżerva ma tkunx iffissata biex tirrikonoxxi r-rata tar-riżerva għal riskju sistemiku ffissata minn Stat Membru ieħor f'konformità mal-Artikolu 134.

Artikolu 134

Rikonoxximent ta' rata ta' riżerva għal riskju sistemiku

1.   Stati Membri oħrajn jistgħu jirrikonoxxu rata ffissata f'konformità mal-Artikolu 133 u jistgħu japplikaw dik ir-rata għal istituzzjonijiet awtorizzati domestikament għall-iskoperturi li qegħdin fl-Istat Membru li jiffissa dik ir-rata.

2.   Fejn l-Istati Membri jirrikonoxxu rata tar-riżerva għal riskju sistemiku għal istituzzjonijiet awtorizzati domestikament skont il-paragrafu 1, huma għandhom jinnotifikaw lill-BERS. Il-BERS għandu jibgħat tali notifiki lill-Kummissjoni, lill-ABE u lill-Istat Membru li jiffissa dik ir-rata mingħajr dewmien.

3.   Meta jiddeċiedi jekk jirrikonoxxix rata ta' riżerva għal riskju sistemiku skont il-paragrafu 1, Stat Membru għandu jqis l-informazzjoni ppreżentata mill-Istat Membru li jiffissa r-rata f'konformità mal-Artikolu 133(9) u (13).

4.   Fejn l-Istati Membri jirrikonoxxu rata tar-riżerva għal riskju sistemiku għal istituzzjonijiet rikonoxxuti domestikament, dik ir-riżerva għal riskju sistemiku tista' tkun kumulattiva mar-riżerva għal riskju sistemiku applikata f'konformità mal-Artikolu 133 dment li r-riżervi jindirizzaw riskji differenti. Fejn ir-riżervi jindirizzaw l-istess riskju, għandha tapplika biss l-ogħla riżerva.

5.   Stat Membru li jiffissa rata tar-riżerva għal riskju sistemiku f'konformità mal-Artikolu 133 ta' din id-Direttiva jista' jitlob lill-BERS biex joħroġ rakkomandazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010 lil Stat Membru wieħed jew aktar li jistgħu jirrikonoxxu r-rata tar-riżerva għal riskju sistemiku.”;

(50)

l-Artikolu 136 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 3, il-parti introduttorja hija ssostitwita b'dan li ġej:

“3.   Kull awtorità nnominata għandha tivvaluta l-intensità tar-riskju sistemiku ċikliku u l-adegwatezza tar-rata ta' riżerva kontroċiklika għall-Istat Membru tagħha kull tliet xhur u tiffissa jew taġġusta r-rata tar-riżerva, kif meħtieġ. Waqt li tagħmel dan, kull awtorità nominata għandha tieħu kont:”;

(b)

il-paragrafu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“7.   Kull awtorità nnominata għandha tippubblika kull tliet xhur tal-anqas l-informazzjoni li ġejja fuq is-sit web tagħha:

(a)

ir-rati tar-riżerva kontroċiklika applikabbli;

(b)

il-proporzjon rilevanti bejn il-kreditu u l-PDG u d-devjazzjoni tiegħu mix-xejra fit-tul;

(c)

il-gwida tar-riżerva kkalkulata skont il-paragrafu 2;

(d)

ġustifikazzjoni għal dik ir-rata tar-riżerva;

(e)

fejn ir-rata tar-riżerva tiżdied, id-data minn meta l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dik ir-rata ogħla tar-riżerva għall-finijiet tal-kalkolu tar-riżerva ta' kapital kontroċiklika speċifika għall-istituzzjoni tagħhom;

(f)

fejn id-data msemmija fil-punt (e) tkun inqas minn 12-il xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni skont dan il-paragrafu, referenza għaċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw dik l-iskadenza iqsar għall-applikazzjoni;

(g)

fejn ir-rata tar-riżerva titnaqqas, il-perijodu indikattiv li matulu ma tkun mistennija l-ebda żieda fir-rata tar-riżerva, flimkien ma' ġustifikazzjoni għal dak il-perijodu.

L-awtoritajiet nominati għandhom jieħdu l-passi kollha raġonevoli biex jikkoordinaw meta għandha ssir il-pubblikazzjoni.

L-awtoritajiet nominati għandhom jinnotifikaw lill-BERS dwar kull bidla fir-rata tar-riżerva kontroċiklika u l-informazzjoni meħtieġa speċifikata fil-punti (a) sa (g) tal-ewwel subparagrafu. Il-BERS għandu jippubblika, fuq is-sit web tiegħu, tali rati tar-riżervi ta' kapital kollha notifikati u l-informazzjoni relatata.”;

(51)

fl-Artikolu 141, il-paragrafi 1 sa 6 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“1.   Istituzzjoni li tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva kombinata ma għandhiex tagħmel distribuzzjoni b'rabta mal-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni tant li tnaqqas il-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni tagħha sa livell li fih ma jibqax sodisfatt ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata.

2.   Istituzzjoni li tonqos milli tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva kombinata għandha tikkalkula l-ammont massimu distribwibbli (AMD) f'konformità mal-paragrafu 4 u għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti b'dan.

Meta jkun japplika l-ewwel subparagrafu, l-istituzzjoni ma għandhiex twettaq xi waħda mill-azzjonijiet li ġejjin qabel ma tkun ikkalkulat l-AMD:

(a)

tagħmel distribuzzjoni b'rabta mal-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni;

(b)

toħloq obbligu li titħallas rimunerazzjoni varjabbli jew benefiċċji diskrezzjonarji tal-pensjoni jew li titħallas rimunerazzjoni varjabbli jekk l-obbligu ta' pagament ikun inħoloq fi żmien meta l-istituzzjoni tkun naqset milli tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva kombinata; jew

(c)

tagħmel pagamenti fuq strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali.

3.   Meta istituzzjoni tonqos milli tissodisfa jew taqbeż ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata tagħha, ma għandhiex tiddistribwixxi aktar mill-AMD ikkalkulat skont il-paragrafu 4 permezz ta' xi azzjoni msemmija fil-punt (a), (b) u (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2.

4.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-AMD billi jimmultiplikaw is-somma kkalkulata skont il-paragrafu 5 bil-fattur iddeterminat skont il-paragrafu 6. L-AMD għandu jitnaqqas bi kwalunkwe ammont li jirriżulta minn kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2.

5.   Is-somma li trid tiġi mmultiplikata skont il-paragrafu 4 għandha tikkonsisti f'dawn:

(a)

kwalunkwe profitti interim mhux inklużi fil-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni skont l-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, netti minn kwalunkwe distribuzzjoni ta' profitti jew kwalunkwe pagament li jirriżulta mill-azzjonijiet imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;

biż-żieda

(b)

kwalunkwe profitti ta' tmiem is-sena mhux inklużi fil-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni skont l-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 netti minn kwalunkwe distribuzzjoni ta' profitti jew kwalunkwe pagament li jirriżulta mill-azzjonijiet imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;

li minnhom jitnaqqsu

(c)

l-ammonti li jkunu pagabbli f'taxxa li kieku kellhom jinżammu l-elementi speċifikati fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu.

6.   Il-fattur għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

(a)

fejn il-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni miżmum mill-istituzzjoni li ma jintużax għall-issodisfar ta' kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti ta' fondi proprji stipulati fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali li jindirizza riskji oħra minbarra r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 104(1) ta' din id-Direttiva, espress bħala perċentwal tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) ta' dak ir-Regolament, ikun jaqa' fi ħdan l-ewwel (jiġifieri l-anqas) wieħed minn erbgħa tar-rekwiżit ta' riżerva kombinata, il-fattur għandu jkun ta' 0;

(b)

fejn il-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni miżmum mill-istituzzjoni li ma jintużax għall-issodisfar ta' kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti ta' fondi proprji stipulati fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali li jindirizza riskji oħra minbarra r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 104(1) ta' din id-Direttiva espress bħala perċentwal tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) ta' dak ir-Regolament, ikun jaqa' fi ħdan it-tieni wieħed minn erbgħa tar-rekwiżit ta' riżerva kombinata, il-fattur għandu jkun ta' 0,2;

(c)

fejn il-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni miżmum mill-istituzzjoni li ma jintużax għall-issodisfar tar-rekwiżiti ta' fondi proprji stipulati fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali li jindirizza riskji oħra minbarra r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 104(1) ta' din id-Direttiva espress bħala perċentwal tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) ta' dak ir-Regolament, ikun jaqa' fi ħdan it-tielet wieħed minn erbgħa tar-rekwiżit ta' riżerva kombinata, il-fattur għandu jkun ta' 0,4;

(d)

fejn il-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni miżmum mill-istituzzjoni li ma jintużax għall-issodisfar ta' kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti ta' fondi proprji stipulati fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali li jindirizza riskji oħra minbarra r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 104(1) ta' din id-Direttiva espress bħala perċentwal tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 92(3) ta' dak ir-Regolament, ikun jaqa' fi ħdan ir-raba' wieħed minn erbgħa (jiġifieri l-ogħla) tar-rekwiżit ta' riżerva kombinata, il-fattur għandu jkun ta' 0,6.

Il-livelli inferjuri u superjuri ta' kull wieħed minn erbgħa tar-rekwiżit ta' riżerva kombinata għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:

Formula

Formula

fejn:

Qn = in-numru ordinali tal-wieħed minn erbgħa kkonċernat.”;

(52)

jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin:

“Artikolu 141a

Nuqqas li jiġi sodisfatt ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata

Istituzzjoni għandha titqies li qed tonqos milli tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva kombinata għall-finijiet tal-Artikolu 141 fejn ma jkollhiex fondi proprji f'ammont u tal-kwalità meħtieġa sabiex fl-istess ħin tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva kombinat u kull wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin fi:

(a)

il-punt (a) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali li jindirizzaw riskji minbarra r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva skont il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) ta' din id-Direttiva;

(b)

il-punt (b) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali li jindirizzaw riskji minbarra r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva skont il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) ta' din id-Direttiva;

(c)

il-punt (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali li jindirizzaw riskji minbarra r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva skont il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) ta' din id-Direttiva.

Artikolu 141b

Restrizzjoni fuq id-distribuzzjonijiet f'każ ta' nuqqas ta' ssodisfar tar-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja

1.   Istituzzjoni li tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja skont l-Artikolu 92(1a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ma għandhiex tagħmel distribuzzjoni b'rabta mal-kapital tal-Grad 1 tant li tnaqqas il-kapital tal-Grad 1 tagħha sa livell li fih ma jibqax sodisfatt ir-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja.

2.   Istituzzjoni li tonqos milli tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja għandha tikkalkula l-ammont massimu distribwibbli marbut mal-proporzjon ta' lieva finanzjarja (L-MDA) f'konformità mal-paragrafu 4 u għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti b'dan.

Meta jkun japplika l-ewwel subparagrafu, l-istituzzjoni ma għandha twettaq l-ebda azzjoni minn dawn ġejjin qabel ma tkun ikkalkulat l-AMD marbut mal-proporzjon tal-ingranaġġ:

(a)

tagħmel distribuzzjoni b'rabta mal-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni;

(b)

toħloq obbligu li titħallas rimunerazzjoni varjabbli jew benefiċċji diskrezzjonarji tal-pensjoni jew li titħallas rimunerazzjoni varjabbli jekk l-obbligu ta' pagament ikun inħoloq fi żmien meta l-istituzzjoni tkun naqset milli tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva kombinata;

(c)

tagħmel pagamenti fuq strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali.

3.   Fejn istituzzjoni tonqos milli tissodisfa jew taqbeż ir-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja tagħha, ma għandhiex tiddistribwixxi aktar mill-AMD marbut mal-proporzjon tal-ingranaġġ ikkalkulat f'konformità mal-paragrafu 4 permezz ta' kwalunkwe azzjoni msemmija fil-punt (a), (b) u (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2.

4.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-AMD marbut mal-proporzjon tal-ingranaġġ billi jimmultiplikaw is-somma kkalkulata skont il-paragrafu 5 bil-fattur iddeterminat skont il-paragrafu 6. L-AMD marbut mal-proporzjon tal-ingranaġġ għandu jitnaqqas bi kwalunkwe ammont li jirriżulta minn kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2.

5.   Is-somma li trid tiġi mmultiplikata skont il-paragrafu 4 għandha tikkonsisti f'dawn:

(a)

kwalunkwe profitti interim mhux inklużi fil-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni skont l-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 netti minn kwalunkwe distribuzzjoni ta' profitti jew kwalunkwe pagament relatat mal-azzjonijiet imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;

biż-żieda

(b)

kwalunkwe profitti ta' tmiem is-sena mhux inklużi fil-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni skont l-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 netti minn kwalunkwe distribuzzjoni ta' profitti jew kwalunkwe pagament relatat mal-azzjonijiet imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;

li minnhom jitnaqqsu

(c)

l-ammonti li jkunu pagabbli f'taxxa li kieku kellhom jinżammu l-elementi speċifikati fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu.

6.   Il-fattur imsemmi fil-paragrafu 4 għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

(a)

fejn il-kapital tal-Grad 1 miżmum mill-istituzzjoni li ma jintużax għall-issodisfar tar-rekwiżiti skont il-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u skont il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) ta' din id-Direttiva meta jiġi indirizzat ir-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva li ma jkunx kopert biżżejjed mill-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, espress bħala perċentwal tal-miżura totali tal-iskopertura kkalkulata skont l-Artikolu 429(4) ta' dak ir-Regolament, ikun jaqa' fi ħdan l-ewwel (jiġifieri l-anqas) wieħed minn erbgħa tar-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja, il-fattur għandu jkun ta' 0;

(b)

fejn il-kapital tal-Grad 1 miżmum mill-istituzzjoni li ma jintużax għall-issodisfar tar-rekwiżiti skont il-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u skont il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) ta' din id-Direttiva meta jiġi indirizzat ir-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva li ma jkunx kopert biżżejjed mill-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, espress bħala perċentwal tal-miżura totali tal-iskopertura kkalkulata f'konformità mal-Artikolu 429(4) ta' dak ir-Regolament, ikun jaqa' fi ħdan it-tieni wieħed minn erbgħa tar-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja, il-fattur għandu jkun ta' 0,2;

(c)

fejn il-kapital tal-Grad 1 miżmum mill-istituzzjoni li ma jintużax għall-issodisfar tar-rekwiżiti skont il-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u skont il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) ta' din id-Direttiva meta jiġi indirizzat ir-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva li ma jkunx kopert biżżejjed mill-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, espress bħala perċentwal tal-miżura totali tal-iskopertura kkalkulata f'konformità mal-Artikolu 429(4) ta' dak ir-Regolament, ikun jaqa' fi ħdan it-tielet wieħed minn erbgħa tar-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja, il-fattur għandu jkun ta' 0,4;

(d)

fejn il-kapital tal-Grad 1 miżmum mill-istituzzjoni li ma jintużax għall-issodisfar tar-rekwiżiti skont il-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u skont il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) ta' din id-Direttiva meta jiġi indirizzat ir-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva li ma jkunx kopert biżżejjed mill-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, espress bħala perċentwal tal-miżura totali tal-iskopertura kkalkulata skont l-Artikolu 429(4) ta' dak ir-Regolament, ikun jaqa' fi ħdan ir-raba' wieħed minn erbgħa(jiġifieri l-ogħla) tar-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja, il-fattur għandu jkun ta' 0,6.

Il-livelli inferjuri u superjuri ta' kull wieħed minn erbgħa tar-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:

Formula

Formula

fejn:

Qn = in-numru ordinali tal-wieħed minn erbgħa kkonċernat.

7.   Ir-restrizzjonijiet imposti minn dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għall-pagamenti li jirriżultaw fi tnaqqis fil-kapital tal-Grad 1 jew fi tnaqqis tal-profitti, u fejn is-sospensjoni tal-pagament jew in-nuqqas li jsir il-pagament ma tikkostitwixxix każ ta' inadempjenza jew kondizzjoni għall-ftuħ ta' proċedimenti skont ir-reġim ta' insolvenza applikabbli għall-istituzzjoni.

8.   Fejn istituzzjoni tonqos milli tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja tagħha u beħsiebha tiddistribwixxi kwalunkwe profitt distribwibbli tagħha jew twettaq azzjoni msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, hija għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti u tipprovdi l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 141(8), bl-eċċezzjoni tal-punti (a)(iii) tiegħu, u tal-AMD marbut mal-proporzjon tal-ingranaġġ ikkalkulat f'konformità mal-paragrafu 4 ta'dan l-Artikolu.

9.   L-istituzzjonijiet għandhom iżommu arranġamenti biex jiżguraw li l-ammont tal-profitti distribwibbli u l-AMD marbut mal-proporzjon tal-ingranaġġ ikunu kkalkulati b'mod preċiż, u għandhom ikunu f'qagħda li juru dik il-preċiżjoni lill-awtorità kompetenti fuq talba.

10.   Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, id-distribuzzjoni marbuta mal-kapital tal-Grad 1 għandha tinkludi kwalunkwe element elenkat fl-Artikolu 141(10).

Artikolu 141c

Nuqqas li jiġi sodisfatt ir-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja

Istituzzjoni għandha titqies li mhijiex qed tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja tagħha għall-finijiet tal-Artikolu 141b ta' din id-Direttiva fejn ma jkollhiex kapital tal-Grad 1 fl-ammont meħtieġa sabiex fl-istess ħin tissodisfa r-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 92(1a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-rekwiżit stipulat fil punt (d) tal-Artikolu 92(1) ta' dak ir-Regolament u fil-punt (a) tal-Artikolu 104(1) ta' din id-Direttiva meta jiġi indirizzat ir-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva mhux kopert biżżejjed mill-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.”;

(53)

fl-Artikolu 142(1), l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Fejn istituzzjoni tonqos milli tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva jew, fejn applikabbli, ir-rekwiżit ta' friżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja tagħha, għandha tħejji pjan ta' konservazzjoni kapitali u tippreżentah lill-awtorità kompetenti mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol wara li tkun identifikat li kienet qed tonqos li tissodisfa dak ir-rekwiżit, sakemm l-awtorità kompetenti ma tawtorizzax dewmien itwal ta' mhux aktar minn 10 ijiem.”;

(54)

fl-Artikolu 143(1), il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(c)

il-kriterji ġenerali u l-metodoloġiji li jużaw fir-rieżami u l-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 97, inkluż il-kriterji għall-applikazzjoni tal-prinċipju ta' proporzjonalità kif imsemmi fl-Artikolu 97(4);”;

(55)

l-Artikolu 146 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 146

Atti ta' implimentazzjoni

Skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 147(2), bidla fl-ammont ta' kapital inizjali preskritt fl-Artikolu 12 u t-titolu IV biex jitqiesu l-iżviluppi fil-qasam ekonomiku u monetarju għandha tiġi adottata permezz ta' atti ta' implimentazzjoni.”;

(56)

il-Kapitolu li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 159:

KAPITOLU 1A

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali ta' kumpanniji azzjonarji finanzjarji u ta' kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta

Artikolu 159a

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali bl-approvazzjoni ta' kumpanniji azzjonarji finanzjarji u ta' kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta

Kumpanniji azzjonarji finanzjarji omm u kumpanniji azzjonarji finanzjarji omm imħallta diġà eżistenti dakinhar fis-27 ta' Ġunju 2019 għandhom japplikaw għall-approvazzjoni f'konformità mal-Artikolu 21a sat-28 ta' Ġunju 2021. Jekk il-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta tonqos milli tapplika għall-approvazzjoni sat-28 ta' Ġunju 2021, għandhom jittieħdu l-miżuri adatti skont l-Artikolu 21a(6).

Matul il-perijodu tranżizzjonali msemmija fl-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħat superviżorji kollha meħtieġa mogħtija lilhom minn din id-Direttiva fir-rigward ta' kumpanniji azzjonarji finanzjarji jew kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta soġġett għall-approvazzjoni f'konformità mal-Artikolu 21a għall-finijiet ta' superviżjoni kkonsolidata.”;

(57)

fl-Artikolu 161, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“10.   Sal-31 ta' Diċembru 2023, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina u tirrapporta dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tas-setgħat superviżorji msemmija fil-punt (j) u (l) tal-Artikolu 104(1) u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.”.

Artikolu 2

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sat-28 ta' Diċembru 2020, il-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dak ir-rigward.

Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mid-29 ta' Diċembru 2020. Madankollu, id-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-konformità mal-emendi stabbiliti fil-punt (21) u l-punti (29)(a), (b) u (c) tal-Artikolu 1 ta' din id-Direttiva fir-rigward tal-Artikolu 84 u l-Artikolu 98(5) u (5a) tad-Direttiva 2013/36/UE għandhom japplikaw mit-28 ta' Ġunju 2021 u d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-konformità mal-emendi stipulati fil-punti (52) u (53) tal-Artikolu 1 ta' din id-Direttiva fir-rigward tal-Artikoli 141b, 141c u l-Artikolu 142(1) tad-Direttiva 2013/36/UE għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2022.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Il-metodi ta' kif issir dik ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Mejju 2019.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

G. CIAMBA


(1)  ĠU C 34, 31.1.2018, p. 5.

(2)  ĠU C 209, 30.6.2017, p. 36.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2019 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta' Mejju 2019.

(4)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(6)  Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

(9)  Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).

(10)  Ir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1).

(11)  ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.


7.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 150/296


DIRETTIVA (UE) 2019/879 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-20 ta' Mejju 2019

li temenda d-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward tal-kapaċità ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni ta' istituzzjonijiet tal-kreditu u ditti tal-investiment u d-Direttiva 98/26/KE

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1)

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Fid-9 ta' Novembru 2015, il-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja ippubblika d-Dokument dwar il-Kondizzjonijiet tal-Kapaċità Totali ta' Assorbiment tat-Telf (TLAC) (“l-istandard TLAC”), li ġie approvat mill-G-20 f'Novembru 2015. L-objettiv tal-istandard TLAC huwa li jiżgura li l-banek dinjija ta' importanza sistemika, magħrufa bħala istituzzjonijiet dinjija ta' importanza sistemika (“G-SIIs”) fil-qafas tal-Unjoni, ikollhom il-kapaċità neċessarja ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni sabiex jgħinu biex jiġi żgurat li, f'riżoluzzjoni u eżatt warajha, dawk l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu jissoktaw jaqdu l-funzjonijiet kritiċi mingħajr ma jitpoġġew fir-riskju l-fondi tal-kontribwenti, jiġifieri l-fondi pubbliċi, jew l-istabbiltà finanzjarja. Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-24 ta' Novembru 2015, “Lejn it-tlestija tal-Unjoni Bankarja”, il-Kummissjoni impenjat ruħha li sal-aħħar tal-2016 tressaq proposta leġislattiva sabiex l-istandard TLAC ikun jista' jiġi implimentat fil-liġi tal-Unjoni sal-iskadenza miftiehma internazzjonalment tal-2019.

(2)

L-implimentazzjoni tal-istandard TLAC fil-liġi tal-Unjoni trid tieħu kont tar-rekwiżit minimu eżistenti għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli (“MREL”) speċifiku għall-istituzzjonijiet tal-kreditu u ditti tal-investiment (istituzzjonijiet) kollha stabbiliti fl-Unjoni, kif ukoll għal kwalunkwe entità oħra kif stabbilit fid-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) (entitajiet). Peress li l-istandard TLAC u l-MREL jsegwu l-istess objettiv li jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet u l-entitajiet stabbiliti fl-Unjoni jkollhom kapaċità biżżejjed ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni, iż-żewġ rekwiżiti għandhom ikunu elementi kumplimentari ta' qafas komuni.

Operazzjonalment, jenħtieġ li l-livell minimu armonizzat tal-istandard TLAC għall-G-SIIs (“ir-rekwiżit minimu tat-TLAC”) jiġi introdott fil-leġislazzjoni tal-Unjoni permezz ta' emendi għar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (5), filwaqt li s-supplimentazzjoni speċifika għall-istituzzjonijiet għall-G-SIIs u r-rekwiżit speċifiku għall-istituzzjonijiet għal dawk li mhumiex G-SIIs, magħruf bħala l-MREL għandhom jiġu indirizzati permezz ta' emendi mmirati għad-Direttiva 2014/59/UE u għar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Huwa meħtieġ li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/59/UE, kif emendata minn din id-Direttiva, dwar il-kapaċità ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet u l-entitajiet jiġu applikati b'mod konsistenti ma' dawk fir-Regolamenti (UE) Nru 575/2013 u (UE) Nru 806/2014 u fid-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

(3)

In-nuqqas ta' regoli armonizzati tal-Unjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-istandard TLAC fl-Unjoni joħloq spejjeż addizzjonali u inċertezza legali u jrendi l-applikazzjoni tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna (bail-in) għal istituzzjonijiet u entitajiet transkonfini aktar diffiċli. In-nuqqas ta' regoli tal-Unjoni armonizzati jirriżulta wkoll f'distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern minħabba li l-ispejjeż biex l-istituzzjonijiet u l-entitajiet jikkonformaw mar-rekwiżiti eżistenti u l-istandard TLAC jistgħu jkunu konsiderevolment differenti mal-Unjoni kollha. Jenħtieġ għalhekk li jitneħħew dawk l-ostakli għall-funzjonament tas-suq intern u li jkunu evitati distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li jirriżultaw min-nuqqas ta' regoli tal-Unjoni armonizzati fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-istandard TLAC. Konsegwentement, il-bażi legali adatta għal din id-Direttiva huwa l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(4)

F'konformità mal-istandard TLAC, huwa meħtieġ li d-Direttiva 2014/59/UE tkompli tirrikonoxxi kemm l-istrateġija ta' riżoluzzjoni tal-Punt ta' Dħul Uniku (SPE) kif ukoll dik tal-Punti Multipli ta' Dħul (MPE). Taħt l-istrateġija ta' riżoluzzjoni SPE, entità ta' grupp wieħed biss, ġeneralment l-impriża omm, hija riżolta filwaqt li entitajiet ta' grupp oħra, ġeneralment sussidjarji operattivi, ma jitqiegħdux f'riżoluzzjoni, iżda jgħaddu t-telf u l-ħtiġijiet ta' rikapitalizzazzjoni tagħhom lill-entità li għandha tiġi riżolta. Taħt l-istrateġija ta' riżoluzzjoni MPE, aktar minn entità ta' grupp waħda tista' tiġi riżolta. Huwa importanti, li jkun hemm identifikazzjoni ċara tal-entitajiet li ser jiġu riżolti (“entitajiet ta' riżoluzzjoni”), jiġifieri tal-entitajiet li għalihom jistgħu jiġu applikati azzjonijiet ta' riżoluzzjoni, flimkien ma' sussidjarji li jappartjenu lilhom (“gruppi ta' riżoluzzjoni”), sabiex l-istrateġija ta' riżoluzzjoni mixtieqa tiġi applikata b'mod effettiv. Dik l-identifikazzjoni hija rilevanti wkoll għad-determinazzjoni tal-livell ta' applikazzjoni tar-regoli dwar il-kapaċità tal-assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni li huwa meħtieġ li l-istituzzjonijiet u l-entitajiet japplikaw. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu introdotti l-kunċetti ta' “entità ta' riżoluzzjoni” u ta' “grupp ta' riżoluzzjoni” u li tiġi emendata d-Direttiva 2014/59/UE dwar ippjanar ta' riżoluzzjoni ta' grupp biex l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkunu espliċitament mitluba jidentifikaw l-entitajiet ta' riżoluzzjoni u l-gruppi ta' riżoluzzjoni fi ħdan grupp u jikkunsidraw kif xieraq l-implikazzjonijiet ta' kwalunkwe azzjoni ppjanata fi ħdan il-grupp biex tkun żgurata riżoluzzjoni ta' grupp effettiva.

(5)

Huwa meħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-istituzzjonijiet u l-entitajiet ikollhom kapaċità suffiċjenti ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni biex ikun żgurat assorbiment mingħajr xkiel u rapidu ta' telf u rikapitalizzazzjoni b'impatt minimu fuq il-kontribwenti u fuq l-istabbiltà finanzjarja. Huwa meħtieġ li dan jinkiseb permezz ta' konformità mill-istituzzjonijiet ma' MREL kif stabbilit fid-Direttiva 2014/59/UE.

(6)

Biex id-denominaturi li jkejlu l-kapaċità ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet u l-entitajiet jiġu allinjati ma' dawk provduti fl-istandard TLAC, huwa meħtieġ li l-MREL ikun espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju u tal-miżura tal-iskopertura totali tal-istituzzjoni jew entità rilevanti, u huwa meħtieġ li l-istituzzjonijiet u l-entitajiet jilħqu simultanjament il-livelli li jirriżultaw miż-żewġ kjiel.

(7)

Sabiex jiġi ffaċilitat l-ippjanar fit-tul għall-ħruġ ta' strumenti u sabiex tiġi stabbilita ċertezza fir-rigward tar-riżervi neċessarji, is-swieq jeħtieġu ċarezza f'waqtha dwar il-kriterji ta' eliġibbiltà meħtieġa sabiex l-istrumenti jiġu rikonoxxuti bħala obbligazzjonijiet eliġibbli ta' TLAC jew tal-MREL.

(8)

Sabiex jiġi żgurat livell ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-istituzzjonijiet u entitajiet stabbiliti fl-Unjoni, inkluż fuq livell globali, il-kriterji ta' eliġibbiltà għal obbligazzjonijiet minn kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna għall-MREL jenħtieġ li jkunu allinjati mill-qrib ma' dawk imniżżla fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 għar-rekwiżit minimu tat-TLAC, iżda soġġetti għall-konformità mal-aġġustamenti u r-rekwiżiti komplementarji introdotti f'din id-Direttiva. B'mod partikolari, huwa meħtieġ li ċerti strumenti ta' dejn b'komponent ta' derivattiv inkorporat, bħal ċerti noti strutturati, ikunu eliġibbli, soġġett għal ċerti kondizzjonijiet, bħala li jissodisfaw l-MREL sakemm dawn ikollhom ammont kapitali fiss jew dejjem akbar li jinfeda mal-maturità li jkun magħruf minn qabel filwaqt li redditu addizzjonali biss ikun marbut ma' dak il-komponent ta' derivattiv u jiddependi fuq il-prestazzjoni ta' assi ta' referenza. Fid-dawl ta' dawk il-kondizzjonijiet, dawk l-istrumenti ta' dejn huma mistennija li jkollhom kapaċità kbira ta' assorbiment tat-telf u faċilment ikollhom il-kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna waqt riżoluzzjoni. Fejn l-istituzzjonijiet u l-entitajiet ikollhom fondi proprji li jaqbżu r-rekwiżiti tal-fondi proprji, jenħtieġ li dak il-fatt ma jaffettwax minnu nnifsu deċiżjonijiet li jikkonċernaw id-determinazzjoni tal-MREL. Barra minn hekk, jenħtieġ li jkun possibbli għall-istituzzjonijiet u l-entitajiet li jissodisfaw kwalunkwe parti tal-MREL tagħhom permezz tal-fondi proprji.

(9)

L-ambitu ta' obbligazzjonijiet użati biex jissodisfaw l-MREL jinkludi, fil-prinċipju, l-obbligazzjonijiet kollha minn pretensjonijiet li jirriżultaw minn kredituri ordinarji mhux garantiti (obbligazzjonijiet mhux subordinati) sakemm ma jissodisfawx kriterji speċifiċi ta' eliġibbiltà stabbiliti f'din id-Direttiva. Biex tittejjeb ir-riżolvibbiltà tal-istituzzjonijiet u l-entitajiet permezz tal-użu effettiv tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna, huwa meħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkunu jistgħu jirrikjedu li l-MREL ikun issodisfat b'fondi proprji u b'obbligazzjonijiet subordinati oħrajn, b'mod partikolari meta jkun hemm indikazzjonijiet ċari li kredituri b'rikapitalizzazzjoni interna x'aktarx li jerfgħu t-telf f'riżoluzzjoni li jkun jaqbeż it-telf imġarrab minnhom taħt proċedimenti ta' insolvenza normali. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jivvalutaw il-ħtieġa li jirrikjedu li l-istituzzjonijiet u l-entitajiet jissodisfaw l-MREL b'fondi proprji u b'obbligazzjonijiet subordinati oħra fejn l-ammont ta' obbligazzjonijiet esklużi mill-applikazzjoni tal-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna tilħaq ċertu limitu massimu fi klassi ta' obbligazzjonijiet li tinkludi obbligazzjonijiet eliġibbli tal-MREL. Huwa meħtieġ li l-istituzzjonijiet u l-entitajiet jissodisfaw l-MREL b'fondi proprji u b'obbligazzjonijiet subordinati oħra sa fejn neċessarju sabiex jiġi evitat li l-kredituri tagħhom iġarrbu telf li jkun ogħla minn dak li kieku dawk il-kredituri kienu jġarrbu taħt proċedimenti ta' insolvenza normali.

(10)

Huwa meħtieġ li kwalunkwe subordinazzjoni ta' strumenti ta' dejn mitluba mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għall-MREL tkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li jkun parzjalment issodisfat ir-rekwiżit minimu ta' TLAC bi strumenti ta' dejn mhux subordinat f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif permess mill-istandard TLAC. Għal entitajiet ta' riżoluzzjoni ta' G-SIIs, entitajiet ta' gruppi ta' riżoluzzjoni b'assi 'l fuq minn EUR 100 biljun (banek tal-ogħla grad), u għal entitajiet ta' riżoluzzjoni ta' ċerti gruppi ta' riżoluzzjoni iżgħar li x'aktarx ikunu meqjusa bħala riskju sistemiku fil-każ ta' falliment, b'kont meħud tal-prevalenza tad-depożiti u n-nuqqas ta' strumenti tad-dejn fil-mudell ta' finanzjament, aċċess limitat għas-swieq kapitali għal obbligazzjonijiet eliġibbli u dipendenza fuq kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni biex jiġi ssodisfat l-MREL, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkunu jistgħu jirrikjedu li parti mill-MREL ugwali għal-livell tal-assorbiment tat-telf u r-rikapitalizzazzjoni msemmija fl-Artikoli 37(10) u 44(5) tad-Direttiva 2014/59/UE kif emendata minn din id-Direttiva jkun issodisfat b'fondi proprji u b'obbligazzjonijiet subordinati oħrajn, inklużi fondi proprji użati għal konformità mar-rekwiżit ta' riżerva kombinata stabbilit fid-Direttiva 2013/36/UE.

(11)

Fuq talba ta' entità ta' riżoluzzjoni, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkunu jistgħu jnaqqsu l-parti tal-MREL li jkun meħtieġ li jkun issodisfat b'fondi proprji u b'obbligazzjonijiet subordinati oħrajn sa' limitu li jirrappreżenta l-proporzjon tat-tnaqqis possibbli taħt l-Artikolu 72b(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżit minimu tat-TLAC stipulat f'dak ir-Regolament. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jesiġu, f'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, li l-MREL ikun issodisfat b'fondi proprji u b'obbligazzjonijiet subordinati oħrajn sal-punt li l-livell ġenerali tas-subordinazzjoni meħtieġa fil-forma ta' elementi ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli minħabba l-obbligu tal-istituzzjonijiet u l-entitajiet li josservaw ir-rekwiżit minimu tat-TLAC, l-MREL u, fejn applikabbli, ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata skont id-Direttiva 2013/36/UE ma jaqbiżx l-akbar mill-livell ta' assorbiment tat-telf u r-rikapitalizzazzjoni msemmija fl-Artikoli 37(10) u 44(5) tad-Direttiva 2014/59/UE kif emendata minn din id-Direttiva jew il-formula stipulatat f'din id-Direttiva bbażata fuq ir-rekwiżiti prudenzjali tal-Pilastru 1 u l-Pilastru 2 u r-rekwiżit ta' riżerva kombinata.

(12)

Għal banek speċifiċi tal-ogħla grad, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, soġġetti għall-kondizzjonijiet li għandhom jiġu vvalutati mill-awtorità ta' riżoluzzjoni, jillimitaw il-livell tar-rekwiżit minimu tas-subordinazzjoni għal ċertu limitu massimu, b'kont meħud ukoll tar-riskju possibbli li jkun hemm impatt b'mod sproporzjonat fuq il-mudell tan-negozju ta' dawk l-istituzzjonijiet. Dik il-limitazzjoni jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li jiġi stabbilitrekwiżit ta' subordinazzjoni ogħla minn dan il-limitu permezz tar-rekwiżit ta' subordinazzjoni taħt il-Pilastru 2, soġġett ukoll għall-kondizzjonijiet li japplikaw għall-Pilastru 2, abbażi ta' kriterji alternattivi jiġifieri impedimenti għar-riżolvibbiltà, jew il-fattibbiltà u l-kredibbiltà tal-istrateġija tar-riżoluzzjoni, jew ir-riskju tal-istituzzjoni.

(13)

Huwa meħtieġ li l-MREL jippermetti li l-istituzzjonijiet u l-entitajiet jassorbu t-telf mistenni f'riżoluzzjoni jew fil-punt ta' nonvijabbiltà, kif xieraq, u li jiġu rikapitalizzati wara l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet previsti fil-pjan ta' riżoluzzjoni jew wara r-riżoluzzjoni tal-grupp ta' riżoluzzjoni. Huwa meħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, abbażi tal-istrateġija ta' riżoluzzjoni magħżula minnhom, jiġġustifikaw kif xieraq il-livell impost tal-MREL u għandu jirrieżamina mingħajr dewmien mhux ġustifikat dak il-livell biex jirrifletti kwalunkwe bidla fil-livell tar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE. Bħala tali, huwa meħtieġ li dak il-livell impost tal-MREL ikun is-somma tal-ammont tat-telf mistenni fir-riżoluzzjoni li jikkorrispondi għar-rekwiżiti ta' fondi proprji tal-istituzzjoni u l-entità u l-ammont ta' rikapitalizzazzjoni li jippermetti li l-istituzzjoni u l-entità, wara r-riżoluzzjoni jew wara l-eżerċizzju tas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni, tkun tista' tissodisfa r-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħha meħtieġa sabiex tkun awtorizzata biex tkompli bl-attivitajiet tagħha taħt l-istrateġija ta' riżoluzzjoni magħżula. Jenħtieġ li l-awtorità ta' riżoluzzjoni taġġusta 'l isfel jew 'il fuq l-ammonti ta' rikapitalizzazzjoni għal kwalunkwe tibdil li jirriżulta mill-azzjonijiet stipulati fil-pjan ta' riżoluzzjoni.

(14)

Jenħtieġ li l-awtorità ta' riżoluzzjoni tkun tista' żżid l-ammont ta' rikapitalizzazzjoni biex tiġi żgurata biżżejjed fiduċja tas-suq fl-istituzzjoni jew l-entità wara l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet stabbiliti fil-pjan ta' riżoluzzjoni. Jenħtieġ li l-livell mitlub tar-riżerva għall-fiduċja tas-suq jippermetti lill-istituzzjoni jew l-entità li tkompli tissodisfa l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni għal perijodu xieraq ta' żmien inkluż billi jippermetti lill-istituzzjoni jew l-entità sabiex tkopri l-ispejjeż relatati mar-ristrutturar tal-attivitajiet tagħha wara r-riżoluzzjoni, u sabiex issostni fiduċja suffiċjenti fis-suq. Ir-riżerva għall-fiduċja tas-suq għandha tiġi stabbilita b'referenza għal parti mir-rekwiżit ta' riżerva kombinata taħt id-Direttiva 2013/36/UE. Jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jaġġustaw 'l isfel il-livell tar-riżerva tal-fiduċja fis-suq jekk livell aktar baxx huwa biżżejjed biex tiġi żgurata biżżejjed fiduċja fis-suq jew jeħtieġ li jaġġustaw 'il fuq dak il-livell fejn livell ogħla huwa neċessarju biex ikun żgurat li, wara l-azzjonijiet stabbiliti fil-pjan ta' riżoluzzjoni, l-entità tkompli tissodisfa l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tagħha għal perijodu xieraq u ssostni fiduċja suffiċjenti fis-suq.

(15)

Jenħtieġ li f'konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1075 (8) l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jeżaminaw il-bażi tal-investituri tal-istrumenti għall-MREL ta' istituzzjoni jew entità individwali. Jekk parti sinifikanti mill-istrumenti għall-MREL ta' istituzzjoni jew entità tkun miżmuma minn investituri individwali li jaf ma jkunux irċevew indikazzjoni adatta tar-riskji rilevanti, dan jista' minnu nnifsu jkun impediment għar-riżolvibbiltà. Barra minn hekk, jekk parti kbira mill-istrumenti għall-MREL ta' istituzzjoni jew entità tkun miżmuma minn istituzzjonijiet jew entitajiet oħra, l-implikazzjonijiet sistemiċi ta' valwazzjoni negattiva jew konverżjoni jistgħu wkoll jikkostitwixxu impediment għar-riżolvibbiltà. Meta awtorità ta' riżoluzzjoni ssib impediment għar-riżolvibbiltà bħala riżultat tad-daqs u n-natura ta' ċerta bażi ta' investituri, jenħtieġ li tkun tista' tirrakkomanda lil istituzzjoni jew entità biex tindirizza tali impediment.

(16)

Sabiex jiġi żgurat li l-investituri individwali ma jinvestux eċċessivament f'ċerti strumenti ta' dejn li huma eliġibbli għall-MREL, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-ammont ta' denominazzjoni minima ta' tali strumenti jkun relattivament għoli jew li l-investiment fi strumenti bħal dawn ma jirrappreżentax sehem eċċessiv tal-portafoll ta' investitur. Jenħtieġ li dan ir-rekwiżit japplika biss għal strumenti maħruġa wara d-data ta' traspożizzjoni ta' din id-Direttiva. Dan ir-rekwiżit mhuwiex kopert biżżejjed fid-Direttiva 2014/65/UE, u għalhekk jenħtieġ li jkun infurzabbli skont id-Direttiva 2014/59/UE u jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għar-regoli ta' protezzjoni tal-investitur previsti fid-Direttiva 2014/65/UE. Fejn matul il-qadi ta' dmirijiethom, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jsibu evidenza dwar ksur potenzjali tad-Direttiva 2014/65/UE, jenħtieġ li dawn ikunu jistgħu jiskambjaw informazzjoni kunfidenzjali mal-awtoritajiet ta' kondotta fis-suq għall-finijiet tal-infurzar ta' dik id-Direttiva. Barra minn hekk, jenħtieġ li jkun ukoll possibbli għall-Istati Membri li jkomplu jillimitaw aktar il-kummerċjalizzazzjoni u l-bejgħ ta' ċerti strumenti lil ċerti investituri.

(17)

Biex itejbu r-riżolvibbiltà tagħhom, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom ikunu jistgħu jimponu MREL speċifiku għal istituzzjoni fuq G-SIIs flimkien mar-rekwiżit minimu ta' TLAC stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 575/2013. Jenħtieġ li dak il-MREL speċifiku għall-istituzzjoni jiġi impost biss fejn ir-rekwiżit minimu tat-TLAC ma jkunx biżżejjed biex jiġi assorbit it-telf u G-SII tiġi rikapitalizzata taħt l-istrateġija ta' riżoluzzjoni magħżula.

(18)

Meta jiġi stabbilit il-livell tal-MREL, huwa meħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jikkunsidraw il-grad ta' relevanza sistemika ta' istituzzjoni jew entità u l-impatt potenzjali negattiv tal-falliment tagħha fuq l-istabbiltà finanzjarja. Huwa meħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jieħdu f'kunsiderazzjoni l-ħtieġa ta' kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni bejn G-SIIs u istituzzjonijiet jew entitajiet oħra paragunabbli b'relevanza sistemika fi ħdan l-Unjoni. Għalhekk, huwa meħtieġ li l-MREL ta' istituzzjonijiet jew entitajiet li ma humiex G-SIIs iżda li r-relevanza sistemika tagħhom fi ħdan l-Unjoni tkun paragunabbli mar-relevanza sistemika ta' G-SIIs ma tvarjax b'mod sproporzjonat mil-livell u l-għamla tal-MREL li tkun ġeneralment iffissata għal G-SIIs.

(19)

F'konformità mar-Regolament (UE) Nru 575/2013, huwa meħtieġ li l-istituzzjonijiet li jiġu identifikati bħala entitajiet ta' riżoluzzjoni jkunu soġġetti għall-MREL biss fil-livell ta' grupp ta' riżoluzzjoni konsolidat. Dan ifisser li sabiex jissodisfaw l-MREL tagħhom huwa meħtieġ li l-entitajiet ta' riżoluzzjoni jkunu obbligati joħorġu strumenti u elementi eliġibbli lil kredituri ta' parti terzi esterni li jkunu rikapitalizzati internament (bailed-in) fil-każ li l-entità ta' riżoluzzjoni tidħol f'riżoluzzjoni.

(20)

Huwa meħtieġ li l-istituzzjonijiet jew l-entitajiet li mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni jikkonformaw mal-MREL fil-livell individwali. Huwa meħtieġ li l-ħtiġijiet ta' telf ta' assorbiment u ta' rikapitalizzazzjoni ta' dawk l-istituzzjonijiet jew l-entitajiet ġeneralment ikunu provduti mill-entitajiet ta' riżoluzzjoni rispettivi tagħhom permezz tal-akkwiżizzjoni diretta jew indiretta minn dawk l-entitajiet ta' riżoluzzjoni ta' strumenti ta' fondi proprji u strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli minn dawk l-istituzzjonijiet jew l-entitajiet u l-valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni tagħhom fi strumenti ta' appartenenza fil-punt fejn dawk l-istituzzjonijiet jew l-entitajiet ma għadhomx aktar vijabbli. Bħala tali, huwa meħtieġ li l-MREL applikabbli għal istituzzjonijiet jew entitajiet li mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni jkunu applikati flimkien u b'mod konsistenti mar-rekwiżiti applikabbli għal entitajiet ta' riżoluzzjoni. Dak għandu jippermetti lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni biex jirriżolvu grupp ta' riżoluzzjoni mingħajr ma jqiegħdu xi wħud mis-sussidjarji tiegħu taħt riżoluzzjoni, u hekk jiġu evitati effetti li jistgħu potenzjalment ifixklu s-suq. Huwa meħtieġ li l-applikazzjoni tal-MREL għal istituzzjonijiet jew entitajiet li mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni jikkonformaw mal-istrateġija ta' riżoluzzjoni magħżula, b'mod partikolari ma għandhiex tbiddel ir-relazzjoni ta' appartenenza bejn l-istituzzjonijiet jew entitajiet u l-grupp ta' riżoluzzjoni tagħhom wara li dawk l-istituzzjonijiet jew entitajiet ikunu ġew rikapitalizzati.

(21)

Jekk kemm l-entità ta' riżoluzzjoni jew l-impriża omm kif ukoll is-sussidjarji tagħha jkunu stabbiliti fl-istess Stat Membru u jkunu jagħmlu parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni, jenħtieġ li l-awtorità ta' riżoluzzjoni tkun tista' tirrinunzja l-applikazzjoni tal-MREL applikabbli għal dawk is-sussidjarji li mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni jew tippermetti li huma jissodisfaw l-MREL b'garanziji kollateralizzati bejn l-impriża omm u s-sussidjarji tagħha, li jistgħu jiġu skattati meta jkunu sodisfatti l-kondizzjonijiet ta' twaqqif ekwivalenti għal dawk li jippermettu l-valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni ta' obbligazzjonijiet eliġibbli. Il-kollateral ta' appoġġ għall-garanzija jenħtieġ li jkun ferm likwidu u jkollu riskju minimu ta' kreditu u tas-suq.

(22)

Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 jipprevedi li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jirrinunzjaw l-applikazzjoni ta' ċerti rekwiżiti ta' solvenza u likwidità għal istituzzjonijiet ta' kreditu affiljati b'mod permanenti ma' korp ċentrali (“netwerks kooperattivi”)fejn jiġu sodisfatti ċerti kondizzjonijiet speċifiċi. Sabiex jittieħed kont tal-ispeċifiċitajiet ta' tali netwerks kooperattivi, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkunu jistgħu wkoll jirrinunzjaw l-applikazzjoni tal-MREL li tapplika għal tali istituzzjonijiet ta' kreditu u l-korp ċentrali taħt kondizzjonijiet simili għal dawk stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 meta l-istituzzjonijiet ta' kreditu u l-korp ċentrali huma stabbiliti fl-istess Stat Membru. Jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkunu jistgħu, skont id-diskrezzjoni tagħhom, jittrattaw l-istituzzjonijiet ta' kreditu u l-korp ċentrali bħala ħaġa waħda meta jivvalutaw il-kondizzjonijiet għar-riżoluzzjonijiet skont il-karatteristiċi tal-mekkaniżmu ta' solidarjetà. Jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkunu jistgħu jiżguraw il-konformità mar-rekwiżit tal-MREL estern tal-grupp ta' riżoluzzjoni fl-intier tiegħu b'modi differenti, skont il-karatteristiċi tal-mekkaniżmu ta' solidarjetà ta' kull grupp, billi jingħaddu l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-entitajiet li, f'konformità mal-pjan ta' riżoluzzjoni, huma mitluba mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni biex joħorġu strumenti eliġibbli għall-MREL barra l-grupp ta' riżoluzzjoni.

(23)

Biex ikunu żgurati livelli adatti tal-MREL għal finijiet ta' riżoluzzjoni, huwa meħtieġ li l-awtoritajiet responsabbli mill-istabbiliment tal-livell tal-MREL tkun l-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni, l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, li hija l-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-impriża omm aħħarija, u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' entitajiet oħra tal-grupp ta' riżoluzzjoni. Huwa meħtieġ li kwalunkwe tilwima bejn l-awtoritajiet tkun soġġetta għas-setgħat tal-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) skont ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) soġġett għall-kondizzjonijiet u l-limitazzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva.

(24)

Huwa meħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jindirizzaw b'mod xieraq u jirrimedjaw kwalunkwe ksur tar-rekwiżit minimu tat-TLAC u tal-MREL. Minħabba li ksur ta' dawk ir-rekwiżiti jista' jikkostitwixxi impediment għal riżolvibbiltà ta' istituzzjoni jew grupp, huwa meħtieġ li l-proċeduri eżistenti biex jitneħħew l-impedimenti għal riżolvibbiltà jitqassru biex jiġi indirizzat kwalunkwe ksur tar-rekwiżiti malajr. Jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkunu jistgħu wkoll jirrikjedu li l-istituzzjonijiet jew l-entitajiet jimmodifikaw il-profili ta' maturità ta' strumenti u elementi eliġibbli u li jħejju u jimplimentaw pjanijiet biex jirristawraw il-livell ta' dawk ir-rekwiżiti. Jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkunu jistgħu wkoll jipprojbixxu ċertu distribuzzjonijiet meta jqisu li istituzzjoni jew entità ma tkunx qed tilħaq ir-rekwiżiti ta' riżerva kombinata taħt id-Direttiva 2013/36/UE meta kkunsidrati addizzjonalment għall-MREL.

(25)

Biex jiżguraw applikazzjoni trasparenti tal-MREL, huwa meħtieġ li l-istituzzjonijiet u l-entitajiet jirrappurtaw lill-awtoritajiet kompetenti u ta' riżoluzzjoni tagħhom u jiżvelaw regolarment lill-pubbliku l-MREL tagħhom, il-livelli ta' obbligazzjonijiet eliġibbli tal-kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna u l-kompożizzjoni ta' dawk l-obbligazzjonijiet, inkluż il-profil ta' maturità tagħhom u l-klassifikazzjoni fi proċedimenti ta' insolvenza normali. Għal istituzzjonijiet jew entitajiet soġġetti għar-rekwiżit minimu tat-TLAC, għandu jkun hemm konsistenza fil-frekwenza tar-rappurtar superviżorju u d-divulgazzjoni tal-MREL speċifiku għall-istituzzjoni kif previst f'din id-Direttiva ma' dawk previsti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 għar-rekwiżit minimu tat-TLAC. Filwaqt li eżenzjonijiet totali jew parzjali mill-obbligi ta' rappurtar u ta' divulgazzjoni għal istituzzjonijiet jew entitajiet speċifiċi jenħtieġ li jkun permess f'ċerti każijiet speċifikati f'din id-Direttiva, jenħtieġ li dawn l-eżenzjonijiet ma jillimitawx is-setgħat tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni li jitolbu informazzjoni għall-finijiet tal-qadi ta' dmirijiethom skont id-Direttiva 2014/59/UE kif emendata minn din id-Direttiva.

(26)

Huwa meħtieġ li r-rekwiżit li jkun inkluż rikonoxximent kuntrattwali tal-effetti tal-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna fi ftehimiet jew strumenti li joħloq obbligazzjonijiet regolati mil-liġijiet ta' pajjiżi terzi jiffaċilita u jtejjeb il-proċess għar-rikapitalizzazzjoni interna ta' dawk l-obbligazzjonijiet fil-każ ta' riżoluzzjoni. L-arranġamenti kuntrattwali, meta jkunu abbozzati sew u adottati b'mod wiesa', jistgħu joffru soluzzjoni f'każijiet ta' riżoluzzjoni transkonfinali li taħdem sa meta jiġi viluppat approċċ statutorju taħt id-dritt tal-Unjoni jew sa meta jiġu żviluppati inċentivi biex jintgħażel il-liġi ta' Stat Membru bħala d-dritt applikabbli għall-kuntratti jew oqfsa ta' rikonoxximent statutorji biex tkun possibbli riżoluzzjoni transkonfinali effettiva fil-ġurisdizzjonijiet tal-pajjiżi terzi kollha. Anki jekk ikun hemm stabbiliti oqfsa ta' rikonoxximent statutorji, huwa meħtieġ li l-arranġamenti ta' rikonoxximent kuntrattwali jgħinu biex ikun rinfurzat l-għarfien tal-kredituri taħt arranġamenti kuntrattwali li mhumiex regolati mid-dritt tal-Unjoni dwar azzjoni ta' riżoluzzjoni possibbli fir-rigward ta' istituzzjonijiet jew entitajiet li huma regolati bil-liġi ta' Stat Membru. Madankollu, jista' jkun hemm każijiet fejn ma jkunx prattiku li l-istituzzjonijiet jew l-entitajiet jinkludu dawk it-termini kuntrattwali fi ftehimiet jew strumenti li joħolqu ċerti obbligazzjonijiet, b'mod partikolari obbligazzjonijiet li mhumiex esklużi mill-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna skont id-Direttiva 2014/59/UE, depożiti koperti jew strumenti ta' fondi proprji.

Pereżempju, taħt ċerti ċirkustanzi, jista' jkun ikkunsidrat mhux prattiku li jiġu nklużi klawżoli ta' rikonoxximent kuntrattwali ta' obbligazzjonijiet f'każijiet fejn huwa illegali taħt il-liġi tal-pajjiż terz li istituzzjoni jew entità tinkludi tali klawżoli fi ftehimiet jew strumenti li joħolqu obbligazzjonijiet regolati mil-liġijiet ta' dak il-pajjiż terz, fejn istituzzjoni jew entità ma għandha l-ebda setgħa fuq livell individwali biex temenda t-termini kuntrattwali kif inhuma imposti mill-protokolli internazzjonali jew huma bbażati fuq termini standard miftiehma internazzjonalment, jew fejn ir-responsabbiltà li tkun soġġetta għar-rekwiżit ta' rikonoxximent kuntrattwali hija kontinġenti fuq ksur ta' kuntratt jew tirriżulta minn garanziji, kontragaranziji jew strumenti oħra użati fil-kuntest ta' operazzjonijiet ta' finanzjament tal-kummerċ. Madankollu, rifjut mill-kontroparti li taqbel li tkun marbuta mill-klawżola ta' rikonoxximent kuntrattwali ta' rikapitalizzazzjoni interna m'għandux per se jiġi kkunsidrat bħala kawża ta' imprattikabbiltà. Jenħtieġ li l-EBA tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 10 u 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 biex tidentifika bi preċiżjoni akbar każijiet ta' imprattikabilità. Meta tapplika dawk l-istandards tekniċi regolatorji u b'kont meħud tal-ispeċifiċitajiet tas-suq ikkonċernat, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tispeċifika, fejn tqis li jkun meħtieġ, kategoriji ta' obbligazzjonijiet fejn jista' jkun hemm raġunijiet għal imprattikabbiltà. F'dak il-qafas, għandu jkun f'idejn istituzzjoni jew entità biex tiddetermina jekk id-dħul ta' klawżola ta' rikonoxximent ta' rikapitalizzazzjoni interna f'kuntratt jew klassi ta' kuntratti huwa imprattikabbli. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet u l-entitajiet jipprovdu aġġornamenti regolari lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, sabiex iżommuhom infurmati dwar il-progress lejn l-implimentazzjoni tat-termini ta' rikonoxximent kuntrattwali.

F'dan il-kuntest, l-istituzzjonijiet u l-entitajiet għandhom jindikaw il-kuntratti jew il-klassijiet ta' kuntratti li għalihom tkun imprattikabbli li tiddaħħal klawżola ta' rikonoxximent ta' rikapitalizzazzjoni interna u jindikaw raġuni għal din il-valutazzjoni. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom, f'qafas ta' żmien raġonevoli, jivvalutaw id-determinazzjoni li ssir minn istituzzjoni jew entità li jkun imprattikabbli li jiġu inklużi klawżoli ta' rikonoxximent kuntrattwali f'kuntratti ta' obbligazzjonijiet u jieħdu azzjoni biex jindirizzaw kwalunkwe valutazzjoni u impediment żbaljati għar-riżolvibbiltà bħala riżultat ta' klawżoli ta' rikonoxximent kuntrattwali mhux inklużi. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet u l-entitajiet jitħejjew biex jiġġustifikaw id-determinazzjoni li ssir minnhom jekk mitluba jagħmlu hekk mill-awtorità ta' riżoluzzjoni. Barra minn hekk, biex ikun żgurat li r-riżolvibbiltà tal-istituzzjonijiet u l-entitajiet ma tkunx affettwata, l-obbligazzjonijiet li għalihom id-dispożizzjonijiet kuntrattwali rilevanti mhumiex inklużi ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-MREL.

(27)

Huwa utli u neċessarju li tiġi aġġustata s-setgħa tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni li jiġu sospiżi, għal perijodu limitat, ċerti obbligi kuntrattwali ta' istituzzjonijiet u entitajiet. B'mod partikolari, jenħtieġ li jkun possibbli li awtorità tar-riżoluzzjoni teżerċita dik is-setgħa qabel istituzzjoni jew entità titqiegħed f'riżoluzzjoni, mill-mument meta ssir id-determinazzjoni li l-istituzzjoni jew entità qed tfalli jew x'aktarx li tfalli, jekk miżura tas-settur privat li, fl-opinjoni tal-awtorità tar-riżoluzzjoni, tipprevjeni, f'qafas ta' żmien raġonevoli, l-falliment tal-istituzzjoni jew entità ma tkunx disponibbli minnufih u jekk l-eżerċizzju ta' dik is-setgħa jkun meqjus meħtieġ sabiex tiġi evitata d-deterjorazzjoni ulterjuri tal-kondizzjonijiet finanzjarji tal-istituzzjoni jew entità. F'dak il-kuntest, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkunu jistgħu jeżerċitaw dik is-setgħa jekk ma jkunux sodisfatti b'miżura proposta tas-settur privat li tkun immedjatament disponibbli. Is-setgħa ta' sospensjoni ta' ċerti obbligi kuntrattwali tippermetti wkoll lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni biex jistabbilixxu jekk azzjoni ta' riżoluzzjoni hijiex fl-interess pubbliku, biex jagħżlu l-għodod ta' riżoluzzjoni l-aktar xierqa, jew biex jiżguraw l-applikazzjoni effettiva ta' għodda ta' riżoluzzjoni waħda jew aktar. Id-durata tas-sospensjoni għandha tkun limitata għal massimu ta' jumejn ta' negozju. Sa dak il-massimu, is-sospensjoni tista' tibqa' tapplika wara li tittieħed id-deċiżjoni ta' riżoluzzjoni.

(28)

Sabiex is-setgħa ta' sospensjoni ta' ċerti obbligi kuntrattwali tintuża b'mod proporzjonat, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandu jkollhom il-possibbiltà li jieħdu kont taċ-ċirkostanzi ta' kull każ individwali u li jiddeterminaw l-ambitu tas-sospensjoni kif meħtieġ. Barra minn hekk, huma għandhom ikunu jistgħu jawtorizzaw ċerti ħlasijiet – b'mod partikolari, iżda mhux limitati għal, spejjeż amministrattivi tal-istituzzjoni jew entità kkonċernata - abbażi ta' każ b'każ. Jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li s-setgħa ta' sospensjoni tkun tista' tapplika wkoll għad-depożiti eliġibbli. Madankollu, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jivvalutaw bir-reqqa l-adegwatezza tal-applikazzjoni ta' dik is-setgħa għal ċerti depożiti eliġibbli, b'mod partikolari depożiti kopert miżmuma minn persuni fiżiċi u impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju, u jenħtieġ li jivvalutaw ir-riskju jekk l-applikazzjoni ta' sospensjoni fir-rigward ta' depożiti bħal dawn tfixkilx b'mod gravi l-funzjonament tas-swieq finanzjarji. Fejn is-setgħa ta' sospensjoni ta' ċerti obbligi kuntrattwali tiġi eżerċitata fir-rigward ta' depożiti koperti, jenħtieġ li dawk id-depożiti ma jitqisux bħala mhux disponibbli għall-finijiet tad-Direttiva Nru 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). Sabiex jiġi żgurat li, matul il-perijodu ta' sospensjoni, id-depożitanti ma jiltaqgħux ma' diffikultajiet finanzjarji, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jipprevedu li huma permessi ċertu ammont ta' prelevamenti kuljum

(29)

Matul il-perijodu tas-sospensjoni, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jikkunsidraw ukoll, fost l-oħrajn abbażi tal-pjan ta' riżoluzzjoni għall-istituzzjoni jew l-entità, il-possibbiltà li l-istituzzjoni jew l-entità fl-aħħar mill-aħħar ma titpoġġiex taħt riżoluzzjoni iżda li minflok tiġi stralċjata skont il-liġi nazzjonali. F'dawn il-każijiet, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti li jidhrilhom xierqa biex jiksbu l-koordinazzjoni adegwata mal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti u jiġi żgurat li s-sospensjoni ma tfixkilx l-effettività tal-proċess ta' stralċ..

(30)

Is-setgħa li obbligazzjonijiet ta' ħlas jew ta' konsenja jiġu sospiżi ma għandhiex tapplika għal obbligi dovuti lil sistemi jew operaturi ta' sistemi deżinjati skont id-Direttiva 98/26/KE, jew lil banek ċentrali, lil kontropartijiet ċentrali awtorizzati (CCPs), jew lil CCPs ta' pajjiżi terzi rikonoxxuti mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ESMA). Id-Direttiva 98/26/KE tnaqqas ir-riskju assoċjat mal-parteċipazzjoni f'sistemi ta' saldu ta' ħlasijiet u titoli, b'mod partikolari billi tnaqqas it-tħarbit fil-każ tal-insolvenza ta' parteċipant f'tali sistema. Biex jiġi żgurat li dawk il-protezzjonijiet japplikaw b'mod adatt f'sitwazzjonijiet ta' kriżi, filwaqt li tinżamm ċertezza adatta għall-operaturi ta' sistemi ta' ħlas u ta' titoli u għal parteċipanti oħra tas-suq, id-Direttiva 2014/59/UE għandha tiġi emendata biex tipprovdi li miżura ta' prevenzjoni ta' kriżi, sospensjoni ta' obbligu taħt l-Artikolu 33a jew miżura ta' ġestjoni ta' kriżi ma għandhiex bħala tali titqies bħala li jikkostitwixxu proċedimenti ta' insolvenza fis-sens tad-Direttiva 98/26/KE, dment li l-obbligi sostantivi skont il-kuntratt ikomplu jitwettqu. Minkejja dan, ma hemm xejn fid-Direttiva 2014/59/UE li jippreġudika t-tħaddim ta' sistema deżinjata skont id-Direttiva 98/26/KE jew id-dritt għal titolu kollaterali garantit minn dik id-Direttiva.

(31)

Aspett ċentrali ta' riżoluzzjoni effettiva huwa li jiġi żgurat li, ladarba istituzzjonijiet jew entitajiet imsemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2014/59/UE jidħlu f'riżoluzzjoni, il-kontropartijiet tagħhom fil- kuntratti finanzjarji oħra ma jistgħux itemmu l-pożizzjonijiet tagħhom sempliċiment minħabba li dawk l-istituzzjonijiet jew entitajiet ikunu daħlu f'riżoluzzjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jingħataw is-setgħa li jissospendu l-obbligazzjonijiet ta' ħlas jew ta' konsenja dovuti taħt kuntratt ma' istituzzjoni taħt riżoluzzjoni u jenħtieġ li jkollhom is-setgħa li jirrestrinġu, għal perijodu limitat, id-drittijiet tal-kontropartijiet biex jagħlqu, jgħaġġlu jew inkella jtemmu kuntratti finanzjarji. Dawk ir-rekwiżiti ma għandhomx japplikaw direttament għal kuntratti taħt il-liġi ta' pajjiż terz. Fin-nuqqas ta' qafas statutorju għar-rikonoxximent transkonfinali, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-istituzzjonijiet u l-entitajiet imsemmijin fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2014/59/UE jinkludu terminu kuntrattwali f'kuntratti finanzjarji rilevanti li jagħraf li l-kuntratt jista' jiġi soġġett għall-eżerċizzju ta' setgħat mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni li jissospendu ċerti obbligi ta' ħlas u kunsinna, jew jirrestrinġu l-infurzar ta' interessi ta' sigurtà jew temporanjament jiġu sospiżi d-drittijiet ta' terminazzjoni u li jkunu marbuta bir-rekwiżiti tal-Artikolu 68 bħal li kieku l-kuntratt finanzjarju kien regolat bil-liġi tal-Istat Membru rilevanti. Jenħtieġ li tali obbligu jkun previst sa fejn il-kuntratt jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dawk id-dispożizzjonijiet. Għalhekk, l-obbligu li jiġi inkluż it-terminu kuntrattwali ma jirriżultax fir-rigward tal-Artikoli 33a, 69, 70 u 71 tad-Direttiva 2014/59/UE kif emendati b'din id-Direttiva, pereżempju f'kuntratti b'kontropartijiet ċentrali jew operaturi ta' sistemi deżinjati għall-finijiet tad-Direttiva 98/26/KE, billi fir-rigward ta' dawn il-kuntratti, anke meta jkunu regolati bil-liġi tal-Istat Membru rilevanti, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ma jkollhomx is-setgħat f'dawk l-Artikoli.

(32)

L-esklużjoni ta' obbligazzjonijiet speċifiċi ta' istituzzjonijiet jew entitajiet mill-applikazzjoni tal-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna jew mis-setgħat li jkunu sospiżi ċerti obbligi, li jiġi ristrett l-infurzar ta' interessi ta' sigurtà jew li temporanjament jiġu sospiżi d-drittijiet ta' terminazzjoni kif previsti fid-Direttiva 2014/59/UE, jenħtieġ li tkopri ukoll l-obbligazzjonijiet fir-rigward ta' CCPs stabbiliti fl-Unjoni u fir-rigward ta' CCPs ta' pajjiżi terzi rikonoxxuti mill-ESMA.

(33)

Sabiex ikun żgurat intendiment komuni tat-termini użati f'diversi strumenti legali, jixraq li fid-Direttiva 98/26/KE jiġu inkorporati d-definizzjonijiet u l-kunċetti introdotti mir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) fir-rigward ta' “kontroparti ċentrali” jew “CCP” jew “parteċipant”.

(34)

Id-Direttiva 98/26/KE tnaqqas ir-riskju assoċjat mal-parteċipazzjoni ta' istituzzjonijiet u entitajiet oħra f'sistemi ta' saldu ta' ħlasijiet u titoli, b'mod partikolari billi tnaqqas it-tħarbit fil-każ tal-insolvenza ta' parteċipant f'tali sistema. Il-premessa (7) ta' dik id-Direttiva tikkjarifika li l-Istati Membri għandhom l-għażla li japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva lill-istituzzjonijiet domestiċi li jipparteċipaw direttament fis-sistemi rregolati mil-liġi ta' pajjiż terz u għal sigurtà kollaterali pprovduta inkonnessjoni mal-parteċipazzjoni f'tali sistemi. Fid-dawl tad-daqs globali ta', u l-attivitajiet fi, xi sistemi regolati mil-liġijiet ta' pajjiż terz u żieda fil-parteċipazzjoni ta' entitajiet stabbiliti fl-Unjoni f'sistemi bħal dawn, jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrevedi kif l-Istati Membri japplikaw l-għażla prevista fil-premessa (7) ta' din id-Direttiva u tivvaluta l-ħtieġa għal aktar emendi għal dik id-Direttiva fir-rigward ta' tali sistemi.

(35)

Sabiex jippermettu l-applikazzjoni effettiva tas-setgħat li jnaqqsu, il-valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni ta' elementi ta' fondi proprji mingħajr ma jinkisru s-salvagwardji tal-kredituri skont din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pretensjonijiet li jirriżultaw minn elementi ta' fondi proprji jikklassifikaw fi proċedimenti ta' insolvenza normali taħt kwalunkwe pretensjoni subordinata oħra. Strumenti li huma biss parzjalment rikonoxxuti bħala fondi proprji jenħtieġ li xorta jkunu trattati bħala pretensjonijiet li jirriżultaw minn fondi proprji għall-ammont sħiħ tagħhom. Pereżempju r-rikonoxximent parzjali jista' jkun riżultat tal-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet ta' anterjorità li parzjalment tirtira r-rikonoxximent ta' strument jew ikun riżultat tal-applikazzjoni ta' kalendarju ta' amortizzazzjoni stabbilit għal strumenti ta' Grad 2 fir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(36)

Peress li l-objettiv ta' din id-Direttiva, jiġifieri li jiġu stabbiliti regoli uniformi dwar qafas ta' rkupru u riżoluzzjoni għal istituzzjonijiet u entitajiet, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għaldaqstant, minħabba l-iskala tal-azzjoni, jista' jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jinkiseb dak l-objettiv.

(37)

Sabiex l-Istati Membri jkollhom perijodu ta' żmien xieraq għat-traspożizzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva fil-liġijiet nazzjonali tagħhom, huma għandhom jkollhom tmintax-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tagħha biex jagħmlu dan. Madankollu, id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva dwar id-divulgazzjoni pubblika għandhom jiġu applikati mill-1 ta' Jannar 2024 sabiex jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet u l-entitajiet madwar l-Unjoni jingħataw perijodu xieraq biex jilħqu l-livell meħtieġ tal-MREL b'mod ordnat,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 2014/59/UE

Id-Direttiva 2014/59/UE hija emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 2(1) huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (5) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(5)

‘sussidjarja’ tfisser sussidjarja kif definita fil-punt (16) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u għall-finijiet li jiġu applikati l-Artikoli 7, 12, 17, 18, 45 sa 45m, 59 sa 62, 91 u 92 ta' din id-Direttiva għal gruppi ta' riżoluzzjoni msemmija fil-punt (b) tal-punt (83b) ta' dan il-paragrafu, tinkludi, fejn u kif adatt, istituzzjonijiet ta' kreditu li huma affiljati b'mod permanenti ma' korp ċentrali, il-korp ċentrali nnifsu, u s-sussidjarji rispettivi tagħhom, b'kont meħud tal-mod kif tali gruppi ta' riżoluzzjoni jikkonformaw mal-Artikolu 45e(3) ta' din id-Direttiva.”;

(5a)

‘sussidjarja materjali’ tfisser sussidjarja materjali kif definita fil-punt (135) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;”;

(b)

jiddaħħal il-punt li ġej:

“(68a)

“kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni” tfisser kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni kif ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;”;

(c)

fil-punt (70), il-kliem “obbligazzjonijiet eliġibbli” huma sostitwiti mill-kliem “obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna”;

(d)

il-punt (71) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(71)

‘obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna’ tfisser obbligazzjonijiet u strumenti kapitali li ma jikkwalifikawx bħala strumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, jew bħala strumenti addizzjonali tal-Grad 1 jew tal-Grad 2 ta' istituzzjoni jew entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) u li mhumiex esklużi mill-ambitu tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 44(2);

(71a)

‘obbligazzjonijiet eliġibbli’ tfisser obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna li jissodisfaw, kif applikabbli, il-kondizzjonijiet tal-Artikolu 45b jew tal-punt (a) tal-Artikolu 45g(2) ta' din id-Direttiva, u strumenti tal-Grad 2 li jissodisfaw il-kondizzjonijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 72a(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(71b)

‘strumenti eliġibbli subordinati’ tfisser strumenti li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha msemmija fl-Artikolu 72a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ħlief għall-paragrafi (3) sa (5) tal-Artikolu 72b ta' dak ir-Regolament;”;

(e)

jiddaħħlu l-punti li ġejjin:

“(83a)

‘entità ta' riżoluzzjoni’ tfisser:

(a)

persuna ġuridika stabbilita fl-Unjoni, li, skont l-Artikolu 12, tiġi identifikata mill-awtorità ta' riżoluzzjoni bħala entità li fir-rigward tagħha l-pjan ta' riżoluzzjoni jipprovdi għal i azzjoni ta' riżoluzzjoni; jew

(b)

istituzzjoni li mhijiex parti minn grupp li jkun soġġett għal superviżjoni konsolidata skont l-Artikoli 111 u 112 tad-Direttiva 2013/36/UE, li fir-rigward tagħha l-pjan ta' riżoluzzjoni mfassal skont l-Artikolu 10 ta' din id-Direttiva jipprevedi azzjoni ta' riżoluzzjoni;

(83b)

“grupp ta' riżoluzzjoni” tfisser;

(a)

entità ta' riżoluzzjoni u s-sussidjarji tagħha li mhumiex:

(i)

entitajiet ta' riżoluzzjoni minnhom infushom;

(ii)

sussidjarji ta' entitajiet ta' riżoluzzjoni oħrajn; jew

(iii)

entitajiet stabbiliti f'pajjiż terz li mhumiex inklużi fil-grupp ta' riżoluzzjoni skont il-pjan ta' riżoluzzjoni u s-sussidjarji tagħhom; jew

(b)

istituzzjonijiet ta' kreditu li huma affiljati b'mod permanenti ma' korp ċentrali u l-korp ċentrali stess meta għall-inqas waħda minn dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu jew il-korp ċentrali jkunu entità ta' riżoluzzjoni, u s-sussidjarji rispettivi tagħhom;

(83c)

‘istituzzjoni globali ta' importanza sistemika’ jew ‘G-SII’ tfisser G-SII kif definita fil-punt (133) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;”;

(f)

jiddaħħal il-punt li ġej:

“(109)

“rekwiżit ta' riżerva kombinata” tfisser rekwiżit ta' riżerva kombinata kif definit fil-punt (6) tal-Artikolu 128 tad-Direttiva 2013/36/UE.”;

(2)

l-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 6, jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

“Ir-reviżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandha ssir wara l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jew l-eżerċizzju tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 59.

Meta tistabbilixxi l-iskadenzi msemmija fil-punti (o) u (p) tal-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu fiċ-ċirkostanzi msemmija fit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tqis l-iskadenza għall-konformità mar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 104b tad-Direttiva 2013/36/UE.”;

(b)

fil-paragrafu 7, il-punti (o) u (p) huma sostitwiti b'dan li ġej:

“(o)

ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 45e u 45f u skadenza sa meta għandu jintlaħaq dak il-livell, skont l-Artikolu 45m;

(p)

fejn awtorità ta' riżoluzzjoni tapplika l-Artikolu 45b(4), (5) jew (7), skeda ta' żmien għall-konformità mill-entità ta' riżoluzzjoni skont l-Artikolu 45m;”;

(3)

l-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, flimkien mal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' sussidjarji u wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' fergħat sinifikattivi sa fejn ikun rilevanti għall-fergħa sinifikattiva, ifasslu pjanijiet ta' riżoluzzjoni tal-grupp. Il-pjan ta' riżoluzzjoni tal-grupp għandu jidentifika miżuri li għandhom jittieħdu fir-rigward ta':

(a)

l-impriża omm tal-Unjoni;

(b)

is-sussidjarji li huma parti mill-grupp u li huma stabbiliti fl-Unjoni;

(c)

l-entitajiet imsemmija fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 1(1); u

(d)

soġġett għat-Titolu VI, is-sussidjarji li huma parti mill-grupp u li huma stabbiliti barra mill-Unjoni.

F'konformità mal-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-pjan ta' riżoluzzjoni għandu jidentifika għal kull grupp l-entitajiet ta' riżoluzzjoni u l-gruppi ta' riżoluzzjoni.”;

(b)

il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b'dan li ġej:

“(a)

jistabbilixxi l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni li għandhom jittieħdu għall-entitajiet ta' riżoluzzjoni fix-xenarji msemmija fl-Artikolu 10(3), u l-implikazzjonijiet ta' dawk l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-entitajiet ta' grupp oħra msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1), l-impriża omm u l-istituzzjonijiet sussidjarji;

(aa)

fejn grupp jinkludi aktar minn grupp wieħed ta' riżoluzzjoni, jistabbilixxi l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni li għandhom jittieħdu għall-entitajiet ta' riżoluzzjoni ta' kull grupp ta' riżoluzzjoni u l-implikazzjonijiet ta' dawk l-azzjonijiet fuq it-tnejn li ġejjin:

(i)

entitajiet oħrajn tal-grupp li jappartjenu għall-istess grupp ta' riżoluzzjoni;

(ii)

gruppi ta' riżoluzzjoni oħrajn;

(b)

jeżamina l-punt sa fejn l-għodda tar-riżoluzzjoni jistgħu jiġu applikati, u sa fejn is-setgħat ta' riżoluzzjoni jistgħu jiġu eżerċitati fir-rigward ta' entitajiet ta' riżoluzzjoni stabbiliti fl-Unjoni b'mod koordinat, inklużi miżuri biex jiġi faċilitat ix-xiri minn parti terza tal-grupp bħala ħaġa waħda, ta' linji jew attivitajiet ta' negozju separati li huma provduti minn għadd ta' entitajiet ta' grupp, jew ta' entitajiet ta' grupp partikolari jew gruppi ta' riżoluzzjoni, u jidentifikaw kwalunkwe impediment potenzjali għal riżoluzzjoni koordinata;”;

(ii)

il-punt (e) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(e)

jistabbilixxi kwalunkwe azzjoni addizzjonali, mhux imsemmija f'din id-Direttiva, li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni rilevanti bi ħsiebhom jieħdu fir-rigward tal-entitajiet fi ħdan kull grupp ta' riżoluzzjoni;”;

(4)

l-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 4, is-subparagrafu li ġej jiddaħħal wara l-ewwel subparagrafu:

“Fejn grupp huwa magħmul minn aktar minn grupp ta' riżoluzzjoni wieħed, l-ippjanar tal-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni msemmija fil-punt (aa) tal-Artikolu 12(3) għandu jiġi inkluż f'deċiżjoni konġunta kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.”;

(b)

fil-paragrafu 6, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta bejn l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni fi żmien erba' xhur, kull awtorità ta' riżoluzzjoni li hija responsabbli għal sussidjarja u li ma taqbilx mal-pjan ta' riżoluzzjoni tal-grupp għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha stess u, fejn ikun il-każ, għandha tidentifika l-entità ta' riżoluzzjoni u tfassal u żżomm pjan ta' riżoluzzjoni għall-grupp ta' riżoluzzjoni magħmul minn entitajiet taħt il-ġurisdizzjoni tagħha. Kull waħda mid-deċiżjonijiet individwali għandha tkun iġġustifikata bis-sħiħ, għandha tistipula r-raġunijiet tan-nuqqas ta' qbil mal-pjan ta' riżoluzzjoni tal-grupp propost u għandha tqis il-fehmiet u r-riżervi tal-awtoritajiet kompetenti u tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni l-oħrajn. Kull awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tinnotifika d-deċiżjoni tagħha lill-membri l-oħra tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni.”;

(5)

l-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Grupp għandu jitqies bħala riżolvibbli jekk ikun vijabbli u kredibbli għall-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni li jillikwidaw entitajiet fil-grupp skont proċeduri normali ta' insolvenza jew li jirrisolvu dak il-grupp permezz tal-applikazzjoni ta' għodda ta' riżoluzzjoni, u l-eżerċizzju ta' setgħat ta' riżoluzzjoni, fir-rigward ta' entitajiet ta' riżoluzzjoni ta' dak il-grupp,filwaqt li jiġi evitat, kemm jista' jkun possibbli, kull konsegwenza negattiva sinifikanti għas-sistemi finanzjarji tal-Istati Membri li fihom l-entitajiet jew fergħat tal-grupp jinsabu, jew ta' Stati Membri oħrajn jew tal-Unjoni, inklużi instabbiltà finanzjarja usa' jew avvenimenti mifruxa mas-sistema kollha, bl-għan li tkun żgurata l-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi li jitwettqu minn dawk l-entitajiet tal-grupp, fejn dawn jistgħu jiġu separati faċilment b'mod f'waqtu, jew b'xi mezz ieħor.

L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandhom jinnotifikaw lill-EBA fil-ħin jekk huma jqisu li grupp mhuwiex riżolvibbli.”;

(b)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn grupp huwa magħmul minn aktar minn grupp ta' riżoluzzjoni wieħed, l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 jivvalutaw ir-riżolvibbiltà ta' kull grupp ta' riżoluzzjoni f'konformità ma' dan l-Artikolu.

Il-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandha ssir flimkien mal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà tal-grupp kollu u għandha issir fi ħdan il-proċedura tat-teħid ta' deċiżjonijiet stipulata fl-Artikolu 13.”;

(6)

jiżdied l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 16a

Setgħa li jiġu pprojbiti ċerti distribuzzjonijiet

1.   Fejn entità tkun f'sitwazzjoni fejn tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva kombinata meta kkunsidrat flimkien ma' kull wieħed mir-rekwiżiti msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 141a(1) tad-Direttiva 2013/36/UE, iżda ma tissodisfax dak ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata meta kkunsidrat flimkien mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 45c u 45d ta' din id-Direttiva, meta kkalkolat f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 45(2) ta' din id-Direttiva, l-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' dik l-entità għandha jkollha s-setgħa, f'konformità mal-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, li tipprojbixxi entità milli tiddistribwixxi aktar mill-Ammont Massimu Distribwibbli relatat mar-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli (‘M-MDA’) ikkalkolat f'konformità mal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, permezz ta' kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet li ġejjin:

(a)

tagħmel distribuzzjoni b'rabta mal-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni;

(b)

toħloq obbligu li jitħallsu rimunerazzjoni varjabbli jew benefiċċji diskrezzjonarji tal-pensjoni jew titħallas rimunerazzjoni varjabbli jekk l-obbligu ta' ħlas ikun inħoloq fi żmien meta l-entità tkun naqset milli tissodisfa r-rekwiżit tar-riżerva ta' kapital kombinata; jew

(c)

tagħmel pagamenti fuq strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali.

Fejn entità tinsab fis-sitwazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, għandha tinnotifika immedjatament lill-awtorità ta' riżoluzzjoni dwar dan.

2.   Fis-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità, wara li tikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti, għandha, mingħajr dewmien bla bżonn, tivvaluta jekk teżerċitax is-setgħa msemmija fil-paragrafu 1, b'kont meħud tal-elementi kollha li ġejjin:

(a)

ir-raġuni, it-tul ta' żmien u d-daqs tan-nuqqas u l-impatt tiegħu fuq ir-riżolvibbiltà;

(b)

l-iżvilupp tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-entità u l-probabbiltà li din tissodisfa, fil-futur prevedibbli, il-kondizzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 32(1);

(c)

il-prospett li l-entità ser tkun tista' tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 fi żmien raġonevoli;

(d)

fejn l-entità ma tkunx tista' tissostitwixxi l-obbligazzjonijiet li ma għadhomx jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà jew ta' maturità stabbiliti fl-Artikoli 72b u 72c tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-Artikolu 45b jew l-Artikolu 45f(2) ta' din id-Direttiva, kemm jekk din l-inkapaċità hija idjosinkratika jew hija dovuta għal tfixkil fis-suq kollu;

(e)

jekk l-eżerċizzju tas-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 huwiex l-aktar mezz adegwat u proporzjonat biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni tal-entità, b'kont meħud tal-impatt potenzjali tiegħu kemm fuq il-kondizzjonijiet finanzjarji kif ukoll ir-riżolvibbiltà tal-entità kkonċernata.

L-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tirrepeti l-valutazzjoni tagħha dwar jekk għandhiex teżerċita s-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 mill-inqas kull xahar matul iż-żmien li fih l-entità tkun fis-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

3.   Jekk l-awtorità ta' riżoluzzjoni ssib li l-entità tkun għadha fis-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fi żmien disa' xhur wara li sitwazzjoni bħal din tkun ġiet innotifikata mill-entità, l-awtorità ta' riżoluzzjoni, wara konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti, għandha teżerċita s-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 ħlief fejn l-awtorità ta' riżoluzzjoni ssib, wara valutazzjoni, li jiġu ssodisfati tal-anqas tnejn mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

in-nuqqas huwa dovut għal tfixkil serju fil-funzjonament tas-swieq finanzjarji, li jwassal għal stress estensiv tas-suq finanzjarju fost diversi segmenti tas-swieq finanzjarji;

(b)

it-tfixkil imsemmi fil-punt (a) mhux biss jirriżulta f'volatilità akbar fil-prezz tal-istrumenti ta' fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-entità jew spejjeż akbar għall-entità, iżda jwassal ukoll għal għeluq sħiħ jew parzjali tas-swieq li jżomm l-entità milli toħroġ strumenti ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli f'dawk is-swieq;

(c)

l-għeluq tas-suq imsemmi fil-punt (b) jiġi osservat mhux biss għall-entità kkonċernata iżda wkoll għal diversi entitajiet oħra;

(d)

it-tfixkil imsemmi fil-punt (a) jipprevjeni l-entità kkonċernata milli toħroġ strumenti ta' fondi proprji u strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli li jkunu suffiċjenti sabiex tirrimedja n-nuqqas;

(e)

eżerċizzju tas-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 twassal għal effetti konsegwenzjali għal parti mis-settur bankarju, li b'hekk potenzjalmentjipperikolaw l-istabbiltà finanzjarja.

Fejn tkun tapplika l-eċċezzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti bid-deċiżjoni tagħha u tispjega l-valutazzjoni tagħha bil-miktub.

Kull xahar l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tirrepeti l-valutazzjoni jekk hijiex applikabbli l-eċċezzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu.

4.   L-M-MDA għandu jiġi applikat billi tiġi mmultiplikata s-somma kkalkolata skont il-paragrafu 5 bil-fattur iddeterminat skont il-paragrafu 6. L-M-MDA għandu jitnaqqas bi kwalunkwe ammont li jirriżulta minn kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet msemmija fil-punti (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 1.

5.   Is-somma li tkun immultiplikata skont il-paragrafu 4 għandha tikkonsisti fi:

(a)

kwalunkwe profitt interim mhux inkluż fil-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni skont l-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 nett minn kwalunkwe distribuzzjoni ta' profitti jew kwalunkwe ħlas li jirriżulta mill-azzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;

magħduda ma'

(b)

kwalunkwe profitt ta' tmiem is-sena mhux inkluż fil-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni skont l-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 netti minn kwalunkwe distribuzzjoni ta' profitti jew kwalunkwe ħlas li jirriżulta mill-azzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;

li minnhom jitnaqqsu

(c)

l-ammonti li jkunu pagabbli bit-taxxa li kieku l-entrati speċifikati fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu kellhom jinżammu.

6.   Il-fattur imsemmi fil-paragrafu 4 għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

(a)

meta l-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni miżmum mill-entità li ma jintużax biex jissodisfa ebda wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fl-Artikoli 45c u 45d ta' din id-Direttiva espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkolat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ikun fl-ewwel kwart (jiġifieri, fl-aktar wieħed baxx) tar-rekwiżit ta' riżerva kombinata, il-fattur għandu jkun 0;

(b)

meta l-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni miżmum mill-entità li ma jintużax biex jissodisfa ebda wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fl-Artikoli 45c u 45d ta' din id-Direttiva espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkolat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ikun fit-tieni kwart tar-rekwiżit ta' riżerva kombinata, il-fattur għandu jkun 0,2;

(c)

meta l-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni miżmum mill-entità li ma jintużax biex jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fl-Artikoli 45c u 45d ta' din id-Direttiva espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkolat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ikun fit-tielet kwart tar-rekwiżit ta' riżerva kombinata, il-fattur għandu jkun 0,4;

(d)

meta l-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni miżmum mill-entità li ma jintużax biex jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fl-Artikoli 45c u 45d ta' din id-Direttiva espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkolat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ikun fir-raba' kwart (jiġifieri, fl-aktar wieħed għoli) tar-rekwiżit ta' riżerva kombinata, il-fattur għandu jkun 0,6;

Il-livelli inferjuri u superjuri ta' kull kwart tar-rekwiżit ta' riżerva għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:

Formula

Formula

fejn “Qn” = in-numru ordinali tal-kwart ikkonċernat.”;

(7)

l-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta, skont valutazzjoni tar-riżolvibbiltà għal entità mwettqa skont l-Artikoli 15 u 16, awtorità ta' riżoluzzjoni, wara konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti, tiddetermina li hemm impedimenti sostantivi għar-riżolvibbiltà ta' dik l-entità, dik l-awtorità tar-riżolvibbiltà għandha tinnotifika bil-miktub dik id-determinazzjoni lill-entità kkonċernata, lill-awtorità kompetenti u lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tal-ġurisdizzjonijiet fejn jinsabu fergħat sinifikattivi.”;

(b)

il-paragrafi 3 u 4 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“3.   Fi żmien erba' xhur minn meta tirċievi notifika magħmula skont il-paragrafu 1, l-entità għandha tipproponi lill-awtorità ta' riżoluzzjoni miżuri possibbli sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti sostantivi identifikati fin-notifika.

L-entità għandha, fi żmien ġimagħtejn minn meta tirċievi n-notifika magħmula skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, tipproponi lill-awtorità ta' riżoluzzjoni miżuri possibbli u l-iskeda ta' żmien għall-implimentazzjoni tagħhom biex tiżgura li l-entità tikkonforma mal-Artikoli 45e jew 45f ta' din id-Direttiva u r-rekwiżit ta' riżerva kombinata, meta impediment sostantiv għar-riżolvibbiltà huwa dovut għal kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-entità tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva kombinata meta kkunsidrat flimkien ma' kull wieħed mir-rekwiżiti msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 141a(1) tad-Direttiva 2013/36/UE, iżda ma tissodisfax ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata meta kkunsidrat flimkien mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 45c u 45d ta' din id-Direttiva, meta kkalkolat f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 45(2) ta' din id-Direttiva; jew

(b)

l-entità ma tissodisfax ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 92a u 494 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 45c u 45d ta' din id-Direttiva.

L-iskeda ta' żmien għall-implimentazzjoni ta' miżuri proposti taħt it-tieni subparagrafu għandha tieħu kont tar-raġunijiet għall-impediment sostantiv.

L-awtorità ta' riżoluzzjoni, wara li tikkonsulta lill-awtorità kompetenti, għandha tivvaluta jekk il-miżuri proposti taħt l-ewwel u t-tieni subparagrafi effettivament jindirizzawx jew ineħħux l-impedimenti sostantivi inkwistjoni.

4.   Fejn l-awtorità ta' riżoluzzjoni ssib li l-miżuri proposti minn entità skont il-paragrafu 3 ma jnaqqsux jew ma jneħħux effettivament l-impedimenti inkwistjoni, din għandha, jew direttament jew indirettament permezz tal-awtorità kompetenti, titlob lill-entità sabiex tieħu miżuri alternattivi li jistgħu jiksbu dak il-għan, u tinnotifika dawk il-miżuri bil-miktub lill-entità, li għandha tipproponi pjan fi żmien xahar sabiex tikkonforma magħhom.

Fl-identifikazzjoni ta' miżuri alternattivi, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha turi kif il-miżuri proposti mill-entità ma kinux kapaċi jneħħu l-impedimenti għar-riżolvibbiltà u kif il-miżuri alternattivi proposti huma proporzjonati għat-tneħħija tagħhom. L-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tqis it-theddida li dawk l-impedimenti għar-riżolvibbiltà jippreżentaw għall-istabilità finanzjarja u l-effett tal-miżuri fuq in-negozju tal-entità, l-istabbiltà tagħha u l-abilità tagħha li tikkontribwixxi għall-ekonomija.”;

(c)

il-paragrafu 5 huwa emendat kif ġej:

(i)

fil-punti (a), (b), (d), (e), (g) u (h) il-kelma 'istituzzjoni' hija sostitwita mill-kelma 'entità';

(ii)

jiddaħħal il-punt li ġej:

“(ha)

jitolbu lil istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ta' din id-Direttiva tippreżenta pjan biex tirristawra l-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikoli 45e jew 45f ta' din id-Direttiva, espressa bħala perċentwal tal-ammont totali ta' skopertura għar-riskju kkalkolat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u, fejn applikabbli, mar-rekwiżit ta' riżerva kombinata u mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 45e jew 45f ta' din id-Direttiva espressi bħala perċentwal tal-miżura tal-iskopertura totali msemmija fl-Artikoli 429 u 429a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;”;

(iii)

il-punti (i), (j) u (k) huma sostitwiti b'dan li ġej:

“(i)

jitolbu lil istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) joħorġu obbligazzjonijiet eliġibbli biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 45e jew l-Artikolu 45f;

(j)

jitolbu lil istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) jieħdu passi oħra sabiex jilħqu r-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 45e jew l-Artikolu 45f, inkluż b'mod partikolari sabiex jippruvaw jinnegozjaw kwalunkwe obbligazzjoni eliġibbli, strument ta' Grad 1 addizzjonali jew strument ta' Grad 2 li jkunu ħarġu, bil-ħsieb li jkun żgurat li kwalunkwe deċiżjoni tal-awtorità ta' riżoluzzjoni għal valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni ta' dak l-obbligazzjoni jew strument issir skont id-dritt tal-ġurisdizzjoni li tirregola dik l-obbligazzjoni jew strument;

(ja)

għall-fini li tkun żgurata l-konformità kontinwa mal-Artikolu 45e jew l-Artikolu 45f, jenħtieġ li istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1), tibdel il-profil ta' maturità ta':

(i)

strumenti ta' fondi proprji, wara li tkun kisbet il-qbil tal-awtorità kompetenti, u

(ii)

obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fl-Artikolu 45b u fil-punt (a) tal-Artikolu 45f(2).

(k)

meta entità tkun is-sussidjarja ta' kumpanija b'parteċipazzjoni ta' attività mħallta, jitolbu li l-kumpanija b'parteċipazzjoni ta' attività mħallta tistabbilixxi kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja separata sabiex tikkontrolla l-entità, jekk dan ikun meħtieġ sabiex tiġi ffaċilitata r-riżoluzzjoni tal-entità u sabiex jiġi evitat li l-applikazzjoni tal-għodod tar-riżoluzzjoni u l-eżerċizzju tas-setgħat imsemmija fit-Titolu IV ikollhom effett negattiv fuq il-parti mhux finanzjarja tal-grupp.”;

(d)

il-paragrafu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“7.   Qabel ma tidentifika kwalunkwe miżura msemmija fil-paragrafu 4, l-awtorità ta' riżoluzzjoni, wara konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti u, jekk adatt, mal-awtorità makroprudenzjali nazzjonali deżinjata, għandha debitament tikkunsidra kif dovut l-effett potenzjali ta' dawk il-miżuri fuq l-entità partikolari, is-suq intern għas-servizzi finanzjarji, u fuq l-istabbiltà finanzjarja fi Stati Membri oħra u fl-Unjoni kollha kemm hi.”;

(8)

fl-Artikolu 18, il-paragrafi 1 sa 7 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“1.   L-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, flimkien mal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' sussidjarji, wara konsultazzjoni mal-kulleġġ superviżorju u mal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tal-ġurisdizzjonijiet fejn jinsabu l-fergħat sinifikattivi sa fejn huwa rilevanti għall-fergħa sinifikattiva, għandha tikkunsidra l-valutazzjoni mitluba mill-Artikolu 16 fi ħdan il-kulleġġ ta' riżoluzzjoni u għandha tieħu l-passi raġonevoli kollha biex tittieħed deċiżjoni konġunta dwar l-applikazzjoni ta' miżuri identifikati f'konformità mal-Artikolu 17(4) fir-rigward tal-entitajiet ta' riżoluzzjoni kollha u s-sussidjarji tagħhom li huma entitajiet msemmija fl-Artikolu 1(1) u li huma parti mill-grupp.

2.   L-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, f'kooperazzjoni mas-superviżur konsolidattiv u l-EBA skont l-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, għandha tħejji u tippreżenta rapport lill-impriża omm tal-Unjoni, lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' sussidjarji, li għandhom jipprovduh lis-sussidjarji taħt is-superviżjoni tagħhom, u lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' ġurisdizzjonijiet fejn jinsabu fergħat sinifikanti. Ir-rapport għandu jitħejja wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, u għandu janalizza l-impedimenti sostantivi għall-applikazzjoni effettiva tal-għodda ta' riżoluzzjoni u l-eżerċizzju tas-setgħat ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-grupp, kif ukoll fir-rigward tal-gruppi ta' riżoluzzjoni fejn grupp ikun magħmul minn aktar minn grupp ta' riżoluzzjoni wieħed. Ir-rapport għandu jikkunsidra l-impatt fuq il-mudell ta' negozju tal-grupp u jirrakkomanda kwalunkwe miżura proporzjonata u mmirata li, fl-opinjoni tal-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, hija meħtieġa jew adatta sabiex jitneħħew dawk l-impedimenti.

Fejn impediment għar-riżolvibbiltà tal-grupp huwa dovut għal sitwazzjoni ta' entità ta' grupp imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(3), l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp għandha tinnotifika l-valutazzjoni tagħha ta' dak l-impediment lill-impriża omm tal-Unjoni wara li tkun ikkonsultat mal-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet sussidjarji tagħha.

3.   Fi żmien erba' xhur mid-data tar-riċevuta tar-rapport, l-impriża omm tal-Unjoni tista' tippreżenta osservazzjonijiet u tipproponi miżuri alternattivi lill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp biex tirrimedja l-impedimenti identifikati fir-rapport.

Meta l-impedimenti identifikati fir-rapport ikunu dovuti għal sitwazzjoni ta' entità ta' grupp imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(3) ta' din id-Direttiva, l-impriża omm tal-Unjoni għandha tipproponi, fi żmien ġimagħtejn minn meta tirċievi notifika li tkun saret skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, lill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp miżuri possibbli u l-iskeda ta' żmien għall-implimentazzjoni tagħhom biex jiġi żgurat li l-entità ta' grupp tikkonforma mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 45e jew 45f ta' din id-Direttiva espressi bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkolat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u, fejn applikabbli, mar-rekwiżit ta' riżerva kombinata, u mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 45e u 45f ta' din id-Direttiva espressi bħala perċentwal tal-miżura tal-iskopertura totali msemmija fl-Artikoli 429 u 429a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

L-iskeda ta' żmien għall-implimentazzjoni ta' miżuri proposti taħt it-tieni subparagrafu għandha tieħu kont tar-raġunijiet għall-impediment sostantiv. L-awtorità ta' riżoluzzjoni, wara li tikkonsulta lill-awtorità kompetenti, għandha tivvaluta jekk dawk il-miżuri effettivament jindirizzawx jew ineħħux l-impediment sostantiv.

4.   L-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tikkomunika kwalunkwe miżura proposta mill-impriża omm tal-Unjoni lis-superviżur konsolidattiv, lill-EBA, lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tas-sussidjarji u lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tal-ġurisdizzjonijiet fejn jinsabu fergħat sinifikattivi sa fejn ikun rilevanti għall-fergħa sinifikattiva. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tas-sussidjarji, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' ġurisdizzjonijiet fejn jinstabu fergħat sinifikanti, għandhom jagħmlu kull ma huwa fis-setgħa tagħhom sabiex jieħdu deċiżjoni konġunta fi ħdan il-kulleġġ ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-impedimenti sostantivi, u jekk ikun meħtieġ, il-valutazzjoni tal-miżuri proposti mill-impriża omm tal-Unjoni u l-miżuri mitluba mill-awtoritajiet sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti, li għandhom jikkunsidraw l-impatt potenzjali tal-miżuri fl-Istati Membri kollha fejn jopera l-grupp.

5.   Id-deċiżjoni konġunta għandha tittieħed fi żmien erba' xhur mis-sottomissjoni ta' kwalunkwe osservazzjoni mill-impriża omm tal-Unjoni. Meta l-impriża omm tal-Unjoni ma tkun ippreżentat ebda osservazzjoni, id-deċiżjoni konġunta għandha tittieħed fi żmien xahar mill-iskadenza tal-perijodu ta' erba' xhur imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3.

Id-deċiżjoni konġunta dwar l-impediment għal riżolvibbiltà minħabba sitwazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(3) għandha tittieħed fi żmien ġimagħtejn mill-preżentazzjoni ta' kwalunkwe osservazzjoni mill-impriża omm tal-Unjoni f'konformità mal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

Id-deċiżjoni konġunta għandha tkun iġġustifikata u mniżżla f'dokument li għandu jiġi provdut mill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp lill-impriża omm tal-Unjoni.

L-EBA tista', fuq it-talba tal-awtorità ta' riżoluzzjoni, tgħin lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jilħqu deċiżjoni konġunta skont il-punt (c) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

6.   Fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta fil-perijodu rilevanti msemmi fil-paragrafu 5, l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tieħu d-deċiżjoni proprja dwar il-miżuri xierqa li għandhom jittieħdu skont l-Artikolu 17(4) fil-livell ta' grupp.

Id-deċiżjoni għandha tkun kompletament iġġustifikata u għandha tqis il-fehmiet u r-riżervi ta' awtoritajiet ta' riżoluzzjoni oħrajn. Id-deċiżjoni għandha tingħata lill-impriża omm tal-Unjoni mill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp.

Jekk, fi tmien il-perijodu rilevanti msemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, kwalunkwe awtorità ta' riżoluzzjoni tkun irreferiet kwistjoni msemmija fil-paragrafu 9 ta' dan l-Artikolu lill-EBA skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tiddifferixxi d-deċiżjoni tagħha u tistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-EBA tista' tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta' dak ir-Regolament, u għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha skont id-deċiżjoni tal-EBA. Il-perijodu rilevanti msemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu għandu jitqies bħala li hu l-perijodu ta' konċiljazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-EBA għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferuta lill-EBA wara t-tmiem tal-perijodu rilevanti msemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu jew wara li tkun ittieħdet deċiżjoni konġunta. Fin-nuqqas ta' deċiżjoni mill-EBA, id-deċiżjoni tal-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp għandha tapplika.

6a.   Fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta fi żmien il-perijodu rilevanti msemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni rilevanti għandha tieħu deċiżjoni hija stess dwar il-miżuri xierqa li għandhom jittieħdu skont l-Artikolu 17(4) fil-livell tal-grupp ta' riżoluzzjoni.

Id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun motivata bis-sħiħ u għandha tieħu kont tal-fehmiet u r-riżervi tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' entitajiet oħra tal-istess grupp ta' riżoluzzjoni u l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp. Id-deċiżjoni għandha tingħata lill-entità ta' riżoluzzjoni mill-awtorità ta' riżoluzzjoni rilevanti.

Jekk, fi tmien il-perijodu rilevanti msemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, kwalunkwe awtorità ta' riżoluzzjoni tkun irreferiet kwistjoni msemmija fil-paragrafu 9 ta' dan l-Artikolu lill-EBA skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni għandha tiddifferixxi d-deċiżjoni tagħha u tistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-EBA tista' tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta' dak ir-Regolament, u għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha skont id-deċiżjoni tal-EBA. Il-perijodu rilevanti msemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu għandu jitqies bħala li hu l-perijodu ta' konċiljazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-EBA għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferuta lill-EBA wara t-tmiem tal-perijodu rilevanti msemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu jew wara li tkun ittieħdet deċiżjoni konġunta. Fin-nuqqas ta' deċiżjoni mill-EBA, għandha tapplika d-deċiżjoni tal-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni.

7.   Fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' sussidjarji li mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom stess dwar il-miżuri adatti li għandhom jittieħdu mis-sussidjarji fil-livell individwali skont l-Artikolu 17(4).

Id-deċiżjoni għandha tkun iġġustifikata bis-sħiħ u għandha tqis il-fehmiet u r-riżervi tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni l-oħrajn. Id-deċiżjoni għandha tingħata lill-sussidjarja kkonċernata u lill-entità ta' riżoluzzjoni tal-istess grupp ta' riżoluzzjoni, lill-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' dik l-entità ta' riżoluzzjoni u, fejn tkun differenti, lill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp.

Jekk, fi tmien il-perijodu rilevanti msemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, kwalunkwe awtorità ta' riżoluzzjoni tkun irreferiet kwistjoni msemmija fil-paragrafu 9 ta' dan l-Artikolu lill-EBA skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tas-sussidjarja għandha tiddifferixxi d-deċiżjoni tagħha u tistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-EBA tista' tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta' dak ir-Regolament, u għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha skont id-deċiżjoni tal-EBA. Il-perijodu rilevanti msemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu għandu jitqies bħala li hu l-perijodu ta' konċiljazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-EBA għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferuta lill-EBA wara t-tmiem tal-perijodu rilevanti msemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu jew wara li tkun ittieħdet deċiżjoni konġunta. Fin-nuqqas ta' deċiżjoni mill-EBA, id-deċiżjoni tal-awtorità ta' riżoluzzjoni tas-sussidjarja għandha tapplika.”;

(9)

fl-Artikolu 32(1), il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

b'kunsiderazzjoni taż-żmien u ċirkostanzi rilevanti oħra, ma hemm l-ebda prospett raġonevoli li kwalunkwe miżura alternattiva mis-settur privat, inklużi miżuri minn IPS, jew azzjoni superviżorja, inklużi miżuri ta' intervent bikri jew ta' valwazzjoni negattiva jew konverżjoni ta' strumenti ta' kapital u obbligazzjonijiet eliġibbli rilevanti skont l-Artikolu 59(2) meħuda fir-rigward tal-istituzzjoni, tkun tipprevjeni l-falliment tal-istituzzjoni fi ħdan perijodu ta' żmien raġonevoli;”;

(10)

jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 32a

Kondizzjonijiet għar-riżoluzzjoni fir-rigward ta' korp ċentrali u istituzzjonijiet ta' kreditu affiljati b'mod permanenti ma' korp ċentrali

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jieħdu azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' korp ċentrali u l-istituzzjonijiet ta' kreditu kollha permanentement affiljati magħha li huma parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni meta dak il-grupp ta' riżoluzzjoni jikkonforma bħala ħaġa waħda mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 32(1).

Artikolu 32b

Proċeduri ta' insolvenza fir-rigward tal-istituzzjonijiet u entitajiet li ma jkunux soġġetti għal azzjoni ta' riżoluzzjoni

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li istituzzjoni jew entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) li fir-rigward tagħhom l-awtorità ta' riżoluzzjoni tqis li l-kondizzjonijiet fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 32(1) huma ssodisfati, iżda li azzjoni ta' riżoluzzjoni ma tkunxfl-interess pubbliku skont il-punt (c) tal-Artikolu 32(1), għandha tiġi stralċjata b'mod ordnat skont il-liġi nazzjonali applikabbli.”;

(11)

fl-Artikolu 33, il-paragrafi 2, 3 u 4 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jieħdu azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' entità msemmija fil-punt (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1), meta dik l-entità tirrispetta l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 32(1).

3.   Meta l-istituzzjonijiet sussidjarji ta' kumpanija azzjonarja ta' attività mħallta huma miżmuma direttament jew indirettament minn kumpanija azzjonarja finanzjarja intermedja, il-pjan ta' riżoluzzjoni għandu jipprovdi li l-kumpanija azzjonarja finanzjarja intermedja tkun identifikata bħala entità ta' riżoluzzjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu azzjonijiet ta' riżoluzzjoni għall-finijiet ta' riżoluzzjoni tal-grupp fir-rigward tal-kumpanija azzjonarja finanzjarja intermedja. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ma jiħdux azzjonijiet ta' riżoluzzjoni għall-finijiet ta' riżoluzzjoni ta' grupp fir-rigward tal-kumpanija azzjonarja ta' attività mħallta.

4.   Soġġett għall-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u minkejja l-fatt li entità msemmija fil-punt (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ma tirrispettax il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 32(1), l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jieħdu azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' entità msemmija fil-punt (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) fejn il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin huma ssodisfati:

(a)

l-entità hija entità ta' riżoluzzjoni;

(b)

waħda jew aktar mis-sussidjarji tal-entità li huma istituzzjonijiet, iżda mhux entitajiet ta' riżoluzzjoni jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 32(1);

(c)

l-assi u l-obbligazzjonijiet tas-sussidjarji msemmija fil-punt (b) huma tali li l-falliment ta' dawk is-sussidjarji jhedded il-grupp ta' riżoluzzjoni fl-intier tiegħu u azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-entità hija neċessarja jew għar-riżoluzzjoni ta' tali sussidjarji li huma istituzzjonijiet inkella għar-riżoluzzjoni tal-grupp ta' riżoluzzjoni rilevanti bħala ħaġa waħda.”;

(12)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 33a

Setgħa ta' sospensjoni ta' ċerti obbligi

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, wara li jikkonsultaw mal-awtoritajiet kompetenti, li għandhom jirrispondu fi żmien xieraq, ikollhom is-setgħa jissospendu kwalunkwe obbligu ta' ħlas jew ta' konsenja skont kwalunkwe kuntratt li għalih istituzzjoni jew entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tkun parti, fejn jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

ikun ġie ddeterminat, taħt il-punt (a) tal-Artikolu 32(1), li istituzzjoni jew entità qed tfalli jew aktarx li tfalli;

(b)

ma jkun hemm l-ebda miżura, imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 32(1), tas-settur privat disponibbli minnufih li tipprevjeni l-falliment tal-istituzzjoni jew tal-entità;

(c)

l-eżerċizzju tas-setgħa ta' sospensjoni hija meqjusa neċessarja biex jiġi evitat id-deterjorament ulterjuri tal-kondizzjonijiet finanzjarji tal-istituzzjoni jew tal-entità; u

(d)

l-eżerċizzju tas-setgħa ta' sospensjoni jkun:

(i)

meħtieġ biex tinkiseb id-determinazzjoni prevista fil-punti (c) tal-Artikolu 32(1); jew

(ii)

meħtieġ biex jintgħażlu l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni xierqa jew biex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva ta' għodda ta' riżoluzzjoni waħda jew aktar.

2.   Is-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandhiex tapplika għal obbligi ta' ħlas u ta' konsenja lil dawn li ġejjin:

(a)

sistemi u operaturi ta' sistemi deżinjati skont id-Direttiva 98/26/KE;

(b)

is-CCPs awtorizzati fl-Unjoni skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u CCPs ta' pajjiż terz rikonoxxuti mill-ESMA skont l-Artikolu 25 ta' dak ir-Regolament;

(c)

banek ċentrali.

L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jistabbilixxu l-ambitu tas-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu filwaqt li jikkunsidraw iċ-ċirkustanzi ta' kull każ. B'mod partikolari, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jivvalutaw bir-reqqa l-adegwatezza ta' estensjoni tas-sospensjoni tad-depożiti eliġibbli skont id-definizzjoni fil-punt (4) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/49/UE, speċjalment għal depożiti koperti miżmuma minn persuni fiżiċi jew intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju.

3.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li fejn is-setgħa tas-sospensjoni tal-obbligazzjonijiet ta' ħlas jew konsenja tiġi eżerċitata fir-rigward ta' depożiti eliġibbli, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jiżguraw li d-depożitanti jkollhom aċċess għal ammonti xierqa ta' kuljum minn dawk id-depożiti.

4.   Il-perijodu tas-sospensjoni skont il-paragrafu 1 għandu jkun qasir kemm jista' jkun u ma għandux jeċċedi l-perijodu minimu ta' żmien li l-awtorità ta' riżoluzzjoni tqis meħtieġ għall-finijiet indikati fil-punti (c) u (d) tal-paragrafu u fi kwalunkwe każ ma għandux ikun itwal mill-perijodu mill-pubblikazzjoni ta' avviż ta' sospensjoni skont il-paragrafu 8 sa nofsillejl fl-Istat Membru tal-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-istituzzjoni jew l-entità fi tmiem il-jum tax-xogħol ta' wara l-jum tal-pubblikazzjoni.

Meta jiskadi l-perijodu ta' sospensjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu, is-sospensjoni għandha ssir bla effett.

5.   Meta jeżerċitaw is-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom iqisu l-impatt li l-eżerċizzju ta' dik is-setgħa jista' jkollu fuq il-funzjonament tajjeb tas-swieq finanzjarji u għandhom iqisu ir-regoli nazzjonali eżistenti kif ukoll is-setgħat superviżorji u ġudizzjarji, biex jiġu salvagwardjati d-drittijiet tal-kredituri u t-trattament indaqs tal-kredituri fi proċeduri normali ta' insolvenza. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom b'mod partikolari jikkunsidraw l-applikazzjoni potenzjali tal-proċeduri nazzjonali tal-insolvenza għall-istituzzjoni jew l-entità b'riżultat tad-determinazzjoni fil-punt (c) tal-Artikolu 32(1) u għandhom jagħmlu l-arranġamenti li huma jqisu xierqa biex tkun żgurata koordinazzjoni adegwata mal-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji nazzjonali.

6.   Meta l-obbligazzjonijiet ta' ħlas jew konsenja taħt kuntratt jkunu sospiżi skont il-paragrafu 1, l-obbligazzjonijiet ta' ħlas jew ta' konsenja ta' kwalunkwe wieħed mill-kontropartijiet ta' dak il-kuntratt għandhom jiġu sospiżi għall-istess perijodu ta' żmien.

7.   Obbligu ta' ħlas jew ta' konsenja li kien ikun dovut matul il-perijodu tas-sospensjoni għandu jkun dovut immedjatament mal-iskadenza ta' dak il-perijodu.

8.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jinnotifikaw l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) u lill-awtoritajiet imsemmija fil-punti (a) sa (h) tal-Artikolu 83(2) mingħajr dewmien meta jeżerċitaw is-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu wara li tkun saret determinazzjoni li l-istituzzjoni qed tfalli jew x'aktarx ser tfalli skont il-punt (a) tal-Artikolu 32(1) u qabel ma tittieħed id-deċiżjoni ta' riżoluzzjoni.

L-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tippubblika jew tiżgura l-pubblikazzjoni tal-ordni jew strument li bih l-obbligi huma sospiżi skont dan l-Artikolu u t-termini u l-perijodu ta' sospensjoni permezz tal-mezzi msemmija fl-Artikolu 83(4).

9.   Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet li jinsabu fil-liġi nazzjonali tal-Istati Membri li jagħtu setgħat ta' sospensjoni ta' obbligazzjonijiet ta' ħlas jew ta' konsenja tal-istituzzjonijiet u l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu qabel ma ssir determinazzjoni li dawk l-istituzzjonijiet jew entitajiet qed ifallu jew x'aktarx ifallu taħt il-punt (a) tal-Artikolu 32(1) jew ta' sospensjoni ta' obbligazzjonijiet ta' ħlas jew ta' konsenja ta' istituzzjonijiet jew entitajiet li jridu jiġu stralċjati skont proċedimenti normali ta' insolvenza, u li jeċċedu l-ambitu u d-durata previsti f'dan l-Artikolu. Tali setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont l-ambitu, id-durata u l-kondizzjonijiet previsti fil-liġijiet nazzjonali rilevanti. Il-kondizzjonijiet previsti f'dan l-Artikolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-kondizzjonijiet relatati ma' tali setgħa ta' sospensjoni tal-obbligazzjonijiet ta' ħlas jew konsenja.

10.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta awtorità ta' riżoluzzjoni teżerċita s-setgħa li tissospendi obbligazzjonijiet ta' ħlas jew ta' konsenja fir-rigward ta' istituzzjoni jew entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' wkoll, għat-tul ta' żmien ta' dik is-sospensjoni, teżerċita s-setgħa li:

(a)

tirrestrinġi lill-kredituri ggarantiti ta' dik l-istituzzjoni jew entità mill-infurzar ta' interessi ta' sigurtà fir-rigward ta' kwalunkwe ass ta' dik l-istituzzjoni jew entità, f'liema każ għandu japplika l-Artikolu 70(2), (3) u (4); u

(b)

tissospendi d-drittijiet ta' terminazzjoni ta' kwalunkwe parti għal kuntratt ma' dik l-istituzzjoni jew entità għall-istess tul ta' żmien, f'liema każ għandu japplika l-Artikolu 71(2) sa (8).

11.   F'każ li, wara li tkun saret determinazzjoni li l-istituzzjoni jew l-entità qed tfalli jew x'aktarx tfalli skont il-punt (a) tal-Artikolu 32(1), awtorità ta' riżoluzzjoni tkun eżerċitat is-setgħa li tissospendi l-obbligazzjonijiet ta' ħlas jew ta' konsenja fiċ-ċirkostanzi stabbiliti fil-paragrafu 1 jew 10 ta' dan l-Artikolu, u jekk l-azzjoni ta' riżoluzzjoni tittieħed sussegwentement fir-rigward ta' dik l-istituzzjoni jew entità, l-awtorità ta' riżoluzzjoni ma għandhiex teżerċita s-setgħat tagħha skont l-Artikolu 69(1), 70(1) jew 71(1), fir-rigward ta' dik l-istituzzjoni jew entità.”;

(13)

l-Artikolu 36 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-kliem “strumenti kapitali” huma sostitwiti bil-kliem “strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 59”;

(b)

il-paragrafu 4 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-kliem “strumenti kapitali” huma sostitwiti bil-kliem “strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 59”;

(ii)

fil-punt (d), il-kliem “obbligazzjonijiet eliġibbli” huma sostitwiti mill-kliem “obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna”;

(c)

fil-paragrafi 5, 12 u 13, il-kliem “strumenti kapitali” huma sostitwiti bil-kliem “strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 59”;

(14)

l-Artikolu 37 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, il-kliem “strumenti kapitali” huma sostitwiti bil-kliem “strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli”;

(b)

fil-punt (a) tal-paragrafu 10, il-kliem “obbligazzjonijiet eliġibbli” huma sostitwiti mill-kliem “obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna”;

(15)

l-Artikolu 44 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (f) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(f)

obbligazzjonijiet b'maturità residwa ta' inqas minn sebat ijiem, dovuti lil sistemi jew operaturi ta' sistemi deżinjati skont id-Direttiva 98/26/KE jew lill-parteċipanti tagħhom u li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni f'tali sistema, jew lil CCPs awtorizzati fl-Unjoni skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u CCPs ta' pajjiżi terzi rikonoxxuti mill-ESMA skont l-Artikolu 25 ta' dak ir-Regolament;”;

(ii)

jiżdied il-punt li ġej:

“(h)

obbligazzjonijiet lil istituzzjonijiet jew entitajiet imsemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) li huma parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni mingħajr ma jkunu huma stess entitajiet ta' riżoluzzjoni, irrispettivament mill-maturitajiet tagħhom, għajr meta dawk l-obbligazzjonijiet jikklassifikaw taħt obbligazzjonijiet mhux garantiti ordinarji skont il-liġi nazzjonali rilevanti li tirregola l-proċedimenti ta' insolvenza normali applikabbli fid-data tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva; f'każijiet li fihom tkun tapplika dik l-eċċezzjoni, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tas-sussidjarja rilevanti li mhijiex entità ta' riżoluzzjoni għandha tivvaluta jekk l-ammont ta' punti li jikkonformaw mal-Artikolu 45f(2) huwiex suffiċjenti biex jappoġġa l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' riżoluzzjoni ppreferuta.”;

(iii)

fil-ħames subparagrafu, il-kliem “obbligazzjonijiet eliġibbli għal għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna” huma sostitwiti mill-kliem “obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna”;

(b)

fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jivvalutaw bir-reqqa jekk l-obbligazzjonijiet lil istituzzjonijiet jew entitajiet imsemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) li huma parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni mingħajr ma huma stess entitajiet ta' riżoluzzjoni u li mhumiex esklużi mill-applikazzjoni tas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva u ta' konverżjoni skont il-punt (h) tal-paragrafu (2) ta' dan l-Artikolu għandhomx jiġu esklużi jew parzjalment esklużi skont il-punti minn (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-istrateġija tar-riżoluzzjoni.

Fejn awtorità ta' riżoluzzjoni tiddeċiedi li teskludi jew parzjalment teskludi obbligazzjoni b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna jew klassi ta' obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna taħt dan il-paragrafu, il-livell ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni applikat għal obbligazzjonijiet oħrajn b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna jista' jiġi miżjud sabiex jittieħed kont ta' tali esklużjonijiet, sakemm il-livell ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni applikat għal obbligazzjonijiet oħrajn b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna jikkonforma mal-prinċipju fil-punt (g) tal-Artikolu 34(1).”;

(c)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.   Fejn awtorità ta' riżoluzzjoni tiddeċiedi li teskludi jew parzjalment teskludi obbligazzjoni b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna jew klassi ta' obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna skont dan l-Artikolu, u t-telf imġarrab minn dawk l-obbligazzjonijiet ma jkunx ġie mgħoddi b'mod sħiħ lil kredituri oħrajn, l-arranġament tal-finanzjament tar-riżoluzzjoni jista' jagħmel kontribuzzjoni għall-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni biex tagħmel waħda minn dawn, jew it-tnejn, li ġejjin:

(a)

tkopri kwalunkwe telf li ma jkunx ġie assorbit minn obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna u tirristawra għal żero l-valur nett tal-assi tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni skont il-punt (a) tal-Artikolu 46(1);

(b)

tixtri ishma jew strumenti oħra ta' sjieda jew strumenti kapitali fl-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, sabiex tiġi rikapitalizzata l-istituzzjoni skont il-punt (b) tal-Artikolu 46(1).”;

(d)

fil-punt (a) tal-paragrafu 5, il-kliem “obbligazzjonijiet eliġibbli” huma sostitwiti mill-kliem “obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna”;

(16)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 44a

Bejgħ ta' obbligazzjonijiet subordinati eliġibbli lil klijenti mhux professjonali

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li bejjiegħ ta' obbligazzjonijiet eliġibbli li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha msemmija fl-Artikolu 72a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ħlief għall-punt (b) tal-Artikolu 72a(1) u l-paragrafi 3 sa 5 tal-Artikolu 72b ta' dak ir-Regolament jbigħ tali obbligazzjonijiet lil klijent mhux professjonali, kif definit fil-punt 11 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, biss fejn il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin huma ssodisfati:

(a)

il-bejjiegħ ikun wettaq test tal-adegwatezza skont l-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(b)

il-bejjiegħ huwa sodisfatt, abbażi tat-test imsemmi fil-punt (a), li tali obbligazzjonijiet eliġibbli huma adegwati għal dak il-klijent mhux professjonali;

(c)

il-bejjiegħ jiddokumenta l-adegwatezza skont l-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 2014/65/UE.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (a) sa (c) ta' dak is-subparagrafu għandhom japplikaw għal bejjiegħa ta' strumenti oħrajn li jikkwalifikaw bħala fondi proprji jew obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna.

2.   Meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ikunu ssodisfati u l-portafoll tal-istrument finanzjarju ta' dak il-klijent mhux professjonali, fil-mument tax-xiri, ma jeċċedix EUR 500 000, il-bejjiegħ għandu jiżgura, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-klijent mhux professjonali skont il-paragrafu 3, li ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin huma sodisfatti fil-mument tax-xiri:

(a)

il-klijent mhux professjonali ma jinvestix ammont aggregat li jaqbeż l-10 % tal-portafoll tal-istrument finanzjarju ta' dak il-klijent f'obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1;

(b)

dak l-ammont tal-investiment inizjali investit fi strumenti ta' obbligazzjoni waħda jew aktar imsemmija fil-paragrafu 1 huwa mill-inqas EUR 10 000.

3.   Il-klijent mhux professjonali għandu jipprovdi lill-bejjiegħ b'informazzjoni eżatta dwar il-portafoll tal-istrument finanzjarju tal-klijent mhux professjonali, li tinkludi kwalunkwe investimenti f'obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

4.   Għall-finijiet tal-paragrafi 2 u 3, il-portafoll tal-istrumenti finanzjarji tal-klijent mhux professjonali għandu jinkludi depożiti ta' flus kontanti u strumenti finanzjarji, iżda għandu jeskludi kwalunkwe strument finanzjarju li jkun ingħata bħala kollateral.

5.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 25 tad-Direttiva 2014/65/UE, u permezz ta' deroga mir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1 sa 4 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu ammont minimu ta' denominazzjoni ta' mill-inqas EUR 50 000 għal obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, filwaqt li jitqiesu l-kondizzjonijiet u l-prassi tas-suq ta' dak l-Istat Membru kif ukoll miżuri eżistenti ta' protezzjoni tal-konsumatur fil-ġurisdizzjoni ta' dak l-Istat Membru.

6.   Meta l-valur tal-assi totali tal-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) li huma stabbiliti fi Stat Membru u li huma soġġetti għar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45e ma jaqbiżx EUR 50 biljun, dak l-Istat Membru jista' permezz ta' deroga mir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 5 ta' dan l-Artikolu japplikaw biss ir-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 2(b) ta' dan l-Artikolu.

7.   L-Istati Membri m'għandhomx ikunu meħtieġa li japplikaw dan l-Artikolu għal obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 maħruġa qabel t-28 ta' Diċembru 2020.”;

(17)

l-Artikolu 45 huwa sostitwit bl-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 45

Applikazzjoni u kalkolu tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet u l-entitajiet imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) jissodisfaw, f'kull ħin, ir-rekwiżiti għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli fejn meħtieġ minn u skont dan l-Artikolu u l-Artikoli 45a sa 45i.

2.   Ir-rekwiżit imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jiġi kkalkolat skont l-Artikolu 45c(3), (5) jew (7), kif applikabbli, bħala l-ammont ta' fondi proprji u obbligazzjoni eliġibbli u espress bħala persentaġġi ta':

(a)

l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju tal-entità rilevanti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ikkalkolat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; u

(b)

il-miżura tal-iskopertura totali tal-entità rilevanti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ikkalkolata f'konformità mal-Artikoli 429 u 429a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Artikolu 45a

Eżenzjoni mir-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli

1.   Minkejja l-Artikolu 45, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jeżentaw mir-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 45(1) lill-istituzzjonijiet ta' kreditu ipotekarju ffinanzjati minn bonds koperti li ma mhumiex permessi jirċievu depożiti taħt il-liġi nazzjonali, sakemm il-kondizzjonijiet li ġejjin kollha huma ssodisfati:

(a)

dawk l-istituzzjonijiet ser jiġu stralċjati fi proċedimenti ta' insolvenza nazzjonali, jew f'tipi oħra ta' proċedimenti stabbiliti għal dawk l-istituzzjonijiet u implimentati skont l-Artikolu 38, 40 jew 42; u

(b)

il-proċedimenti msemmija fil-punt (a) jiżguraw li l-kredituri ta' dawk l-istituzzjonijiet, inklużi d-detenturi ta' bonds koperti, fejn rilevanti, iġarrbu t-telf b'mod li jissodisfa l-objettivi tar-riżoluzzjoni.

2.   L-istituzzjonijiet eżentati mir-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 45(1) ma għandhomx ikunu parti mill-konsolidazzjoni msemmija fl-Artikolu 45e(1).

Artikolu 45b

Obbligazzjonijiet eliġibbli għal entitajiet ta' riżoluzzjoni

1.   L-obbligazzjonijiet eliġibbli għandhom jiġu inklużi fl-ammont ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli ta' entitajiet ta' riżoluzzjoni biss fejn dawn jissodisfaw il-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli li ġejjin tar-Regolament (UE) Nru 575/2013:

(a)

Artikolu 72a;

(b)

l-Artikolu 72b, bl-eċċezzjoni tal-punt (d) tal-paragrafu 2; u

(c)

l-Artikolu 72c.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, meta din id-Direttiva tirreferi għar-rekwiżiti fl-Artikolu 92a jew l-Artikolu 92b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għall-fini ta' dawk l-Artikoli, l-obbligazzjonijiet eliġibbli għandhom jikkonsistu minn obbligazzjonijiet eliġibbli kif iddefiniti fl-Artikolu 72k ta' dak ir-Regolament u determinati skont il-Kapitolu 5a tat-Titolu I tat-Tieni Parti ta' dak ir-Regolament.

2.   L-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn strumenti tad-dejn b'derivattivi inkorporati, bħal noti strutturati, li jissodisfaw il-kondizzjonijiet tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, ħlief għall-punt (l) tal-Artikolu 72a(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għandhom jiġu inklużi biss fl-ammont ta' fondi proprji u ta' obbligazzjonijiet eliġibbli meta tiġi ssodisfata xi waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-ammont prinċipali tal-obbligazzjoni li tirriżulta mill-istrument tad-dejn ikun magħruf fil-mument tal-ħruġ, ikun fiss jew qed jiżdied u mhux affettwat minn karatteristika ta' derivattiv inkorporat u l-ammont totali tal-obbligazzjoni li tirriżulta mill-istrument tad-dejn, inkluż id-derivattiv inkorporat, jistgħu jiġu vvalutati fuq bażi ta' kuljum b'referenza għal suq bidirezzjonali attiv u likwidu għal strument ekwivalenti mingħajr riskju ta' kreditu, f'konformità mal-Artikoli 104 u 105 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; jew

(b)

l-istrument tad-dejn jinkludi terminu kuntrattwali li jispeċifika li l-valur tal-pretensjoni f'każijiet kemm ta' insolvenza tal-emittent kif ukoll ta' riżoluzzjoni tal-emittent ikun fiss jew qed jiżdied, u ma jeċċedix l-ammont inizjalment imħallas totalment tal-obbligazzjoni.

L-istrumenti tad-dejn imsemmija fl-ewwel subparagrafu, inkluż id-derivattivi inkorporati tagħhom, m'għandhomxikunu soġġetti għal xi ftehim ta' netting u l-valutazzjoni ta' tali strumenti m'għandhiex tkun soġġetta għall-Artikolu 49(3).

L-obbligazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu inklużi biss fl-ammont ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli fir-rigward tal-parti tal-obbligazzjoni li tikkorrispondi għall-ammont prinċipali msemmi fil-punt (a) ta' dak is-subparagrafu jew għall-ammont fiss jew li qed jiżdied imsemmi fil-punt (b) ta' dak is-subparagrafu.

3.   Fejn obbligazzjonijiet jinħarġu minn sussidjarja stabbilita fl-Unjoni għal azzjonist eżistenti li ma jkunx parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni, u dik is-sussidjarja tkun parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni bħall-entità ta' riżoluzzjoni, dawk l-obbligazzjonijiet għandhom jiġu inklużi fl-ammont ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli ta' dik l-entità ta' riżoluzzjoni dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

jinħarġu f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 45f(2);

(b)

l-eżerċizzju tas-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni fir-rigward ta' dawk l-obbligazzjonijiet f'konformità mal-Artikoli 59 jew 62 ma jaffettwax il-kontroll tas-sussidjarja mill-entità ta' riżoluzzjoni;

(c)

dawk l-obbligazzjonijiet ma jaqbżux ammont determinat mit-tnaqqis:

(i)

tas-somma tal-obbligazzjonijiet maħruġa lil u mixtrija mill-entità ta' riżoluzzjoni jew direttament inkella indirettament permezz ta' entitajiet oħra fl-istess grupp ta' riżoluzzjoni u l-ammont ta' fondi proprji maħruġa f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 45f(2)

(ii)

mill-ammont meħtieġ f'konformità mal-Artikolu 45f(1).

4.   Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżit minimu fl-Artikolu 45c(5) jew fil-punt (a) tal-Artikolu 45d(1), l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jiżguraw li parti mir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45e li tkun daqs 8 % mit-total tal-obbligazzjonijiet, inklużi l-fondi proprji, għandha tiġi ssodisfata minn entitajiet ta' riżoluzzjoni li huma G-SII jew li huma entitajiet ta' riżoluzzjoni li jkunu soġġetti għall-Artikolu 45c(5) jew (6) bl-użu ta' fondi proprji, strumenti eliġibbli subordinati, jew obbligazzjonijiet kif imsemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. L-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' tippermetti li livell aktar baxx minn 8 % mit-total tal-obbligazzjonijiet, inklużi fondi proprji, iżda ogħla mill-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-formula (1-X1/X2) x8 % tal-obbligazzjonijiet totali, inklużi fondi proprji, għandu jiġi ssodisfat minn entitajiet ta' riżoluzzjoni li huma G-SIIs jew huma entitajiet ta' riżoluzzjoni li jkunu soġġetti għall-Artikolu 45c(5) jew (6) bl-użu ta' fondi proprji, strumenti eliġibbli subordinati, jew obbligazzjonijiet kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, dment li jkunu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 72b(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fejn, fid-dawl tat-tnaqqis li jkun possibbli taħt l-Artikolu 72b(3) ta' dak ir-Regolament:

 

X1 = 3.5 % tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkolat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; u

 

X2 = l-ammont li jirriżulta mis-somma ta' 18 % tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkolat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-ammont tar-rekwiżit ta' riżerva kombinata.

Għall-entitajiet ta' riżoluzzjoni li jkunu soġġetti għall-Artikolu 45c(5), fejn l-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu twassal għal rekwiżit 'il fuq minn 27 % tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju, għall-entità ta' riżoluzzjoni kkonċernata, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tillimita l-parti tar-rekwiżit imsemmija fl-Artikolu 45e li għandha tiġi ssodisfata bl-użu ta' fondi proprji, strumenti eliġibbli subordinati, jew obbligazzjonijiet kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, għal ammont daqs 27 % tal-ammont tal-iskopertura totali għar-riskju, jekk l-awtorità ta' riżoluzzjoni tkun sabet mill-valutazzjoni li:

(a)

l-aċċess għal arranġament ta' finanzjament ta' riżoluzzjoni mhux meqjus bħala opzjoni biex tiġi riżolta dik l-entità ta' riżoluzzjoni fil-pjan ta' riżoluzzjoni; u

(b)

fejn il-punt (a) ma japplikax, ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45e jippermetti lil dik l-entità ta' riżoluzzjoni tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 44(5) jew 44(8) kif applikabbli.

Meta jwettqu l-valutazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tieħu kont ukoll tar-riskju ta' impatt sproporzjonat fuq l-entità ta' riżoluzzjoni kkonċernata.

Għall-entitajiet ta' riżoluzzjoni li jkunu soġġetti għall-Artikolu 45c(6), it-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma japplikax.

5.   Għal entitajiet ta' riżoluzzjoni li la huma G-SII u lanqas entitajiet ta' riżoluzzjoni li jkunu soġġetti għall-Artikolu 45c(5) jew (6), l-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' tiddeċiedi li parti mir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45e li tkun sal-ogħla waħda mit-8 % tat-total tal-obbligazzjonijiet, inklużi l-fondi proprji, tal-entità u tal-formula msemmija fil-paragrafu 7, għandha tiġi ssodisfata bl-użu ta' fondi proprji, strumenti eliġibbli subordinati, jew obbligazzjonijiet kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, sakemm il-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a)

obbligazzjonijiet mhux subordinati msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu għandhom l-istess klassifikazzjoni ta' prijorità fil-ġerarkija ta' insolvenza nazzjonali bħal ċerti obbligazzjonijiet li huma esklużi mill-applikazzjoni tas-setgħat ta' valutazzjoni negattiva u ta' konverżjoni skont l-Artikolu 44(2) jew l-Artikolu 44(3);

(b)

ikun hemm riskju li, b'riżultat ta' applikazzjoni ppjanata ta' setgħat ta' valutazzjoni negattiva u ta' konverżjoni għal obbligazzjonijiet mhux subordinati li mhumiex esklużi mill-applikazzjoni tas-setgħat ta' valutazzjoni negattiva u ta' konverżjoni skont l-Artikolu 44(2) jew l-Artikolu 44(3), kredituri li l-pretensjonijiet tagħhom jirriżultaw minn dawk l-obbligazzjonijiet iġarrbu telf akbar milli kienu kieku jġarrbu fi stralċ taħt proċedimenti ta' insolvenza normali;

(c)

l-ammont ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet subordinati oħra ma jaqbiżx l-ammont neċessarju biex jiġi żgurat li l-kredituri msemmijin fil-punt (b) ma jġarrbux telf ogħla mil-livell tat-telf li altrimenti kienu jġarrbu fi stralċ taħt proċedimenti normali ta' insolvenza.

Fejn l-awtorità ta' riżoluzzjoni tiddetermina li, fi klassi ta' obbligazzjonijiet li tinkludi obbligazzjonijiet eliġibbli, l-ammont tal-obbligazzjonijiet li huma esklużi jew li hemm probabbiltà raġonevoli li jiġu esklużi mill-applikazzjoni tas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva u ta' konverżjoni skont l-Artikolu 44(2) jew l-Artikolu 44(3), jammonta għal aktar minn 10 % ta' dik il-klassi, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tivvaluta r-riskju msemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

6.   Għall-finijiet tal-paragrafi 4, 5 u 7, l-obbligazzjonijiet derivattivi għandhom jiġu inklużi fl-obbligazzjonijiet totali fuq il-bażi li jingħata rikonoxximent sħiħ lid-drittijiet ta' nettjar tal-kontroparti.

Il-fondi proprji ta' entità ta' riżoluzzjoni li jkunu użati għall-konformità mar-rekwiżit ta' riżerva kombinata għandhom ikunu eliġibbli għall-konformità mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 4, 5 u 7.

7.   B'deroga mill-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' tiddeċiedi li r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45e ta' din id-Direttiva għandu jiġi ssodisfat minn entitajiet ta' riżoluzzjoni li huma GSII jew minn entitajiet ta' riżoluzzjoni li jkunu soġġetti għall-Artikoli 45c(5) jew (6) ta' din id-Direttiva bl-użu ta' fondi proprji, strumenti eliġibbli subordinati, jew obbligazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, sal-punt li, minħabba l-obbligu tal-entità ta' riżoluzzjoni li tikkonforma mar-rekwiżit ta' riżerva kombinata u r-rekwiżiti msemmijin fl-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fl-Artikolu 45c(5) u fl-Artikolu 45e ta' din id-Direttiva, is-somma totali ta' dawk il-fondi proprji, strumenti u obbligazzjonijiet ma taqbiżx l-ogħla ta':

(a)

8 % tal-obbligazzjonijiet totali, inklużi fondi proprji, tal-entità; jew,

(b)

l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-formola Ax2+Bx2+C, fejn A, B u C huma l-ammonti li ġejjin:

 

A = l-ammont li jirriżulta mir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 92(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

 

B = l-ammont li jirriżulta mir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE;

 

C = l-ammont li jirriżulta mir-rekwiżit ta' riżerva kombinata.

8.   L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jeżerċitaw is-setgħa msemmija fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu fir-rigward tal-entitajiet ta' riżoluzzjoni li huma G-SII jew li huma soġġetti għall-Artikolu 45c(5) jew (6), li jissodisfaw waħda mill-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu, sa limitu ta' 30 % tal-għadd totali tal-entitajiet kollha ta' riżoluzzjoni li huma G-SII jew li huma soġġetti għall-Artikolu 45c(5) jew (6) li għalihom l-awtorità ta' riżoluzzjoni tiddetermina r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45e.

Il-kondizzjonijiet għandhom jiġu kkunsidrati mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni kif ġej:

(a)

fejn ġew identifikati impedimenti sostantivi għar-riżolvibbiltà fil-valutazzjoni preċedenti tar-riżolvibbiltà, u jew:

(i)

ma tkun ittieħdet ebda azzjoni ta' rimedju wara l-applikazzjoni tal-miżuri msemmijin fl-Artikolu 17(5) fl-iskeda ta' żmien deċiża mill-awtorità ta' riżoluzzjoni, jew

(ii)

l-impedimenti sostantivi identifikati ma jistgħux jiġu indirizzati bl-użu ta' kwalunkwe waħda mil-miżuri msemmijin fl-Artikolu 17(5), u l-eżerċizzju tas-setgħa msemmija fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu jkun jikkumpensa parzjalment jew kompletament għall-impatt negattiv tal-impedimenti sostantivi fuq ir-riżolvibbiltà;

(b)

l-awtorità ta' riżoluzzjoni tqis li l-fattibbiltà u l-kredibbiltà tal-istrateġija ta' riżoluzzjoni preferuta mill-entità jkunu limitati, b'kont meħud tad-daqs tal-entità ta' riżoluzzjoni, l-interkonnettività, in-natura, l-iskop, ir-riskju u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħha, l-istatus legali tagħha u l-istruttura azzjonarja tagħha; jew

(c)

ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE jirrifletti l-fatt li l-entità ta' riżoluzzjoni li hija G-SII jew hija soġġetta għall-Artikolu 45c(5) jew (6) ta' din id-Direttiva tkun, f'termini ta' stat ta' riskju, fost l-aqwa 20 % tal-aktar istituzzjonijiet riskjużi li għalihom l-awtorità ta' riżoluzzjoni tiddetermina r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) ta' din id-Direttiva.

Għall-finijiet tal-perċentwali msemmijin fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha żżid in-numru li jirriżulta mill-kalkolu sal-eqreb numru sħiħ.

L-Istati Membri jistgħu, billi jqisu l-ispeċifiċitajiet tas-settur bankarju nazzjonali tagħhom, inkluż b'mod partikolari n-numru ta' entitajiet ta' riżoluzzjoni li huma G-SIIs jew li huma soġġetti għall-Artikolu 45c(5) jew (6) li għalihom l-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni tiddetermina r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45e, jiffissaw il-perċentwal imsemmi fl-ewwel subparagrafu fuq livell ogħla minn 30 %.

9.   L-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tieħu d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 5 jew 7 biss wara li tikkonsulta mal-awtorità kompetenti.

Meta tieħu dawk id-deċiżjonijiet, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tqis ukoll:

(a)

il-profondità tas-suq għall-istrumenti ta' fondi proprji u l-istrumenti eliġibbli subordinati tal-entità ta' riżoluzzjoni, l-ipprezzar ta' tali strumenti, fejn dawn jeżistu, u l-ħin meħtieġ biex titwettaq kwalunkwe transazzjoni meħtieġa għall-fini ta' konformità mad-deċiżjoni;

(b)

l-ammont ta' strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha msemmijin fl-Artikolu 72a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jkollhom maturità residwa ta' anqas minn sena mid-data tad-deċiżjoni, bil-ħsieb li jsiru aġġustamenti kwantitattivi għar-rekwiżiti msemmijin fil-paragrafi 5 u 7 ta' dan l-Artikolu;

(c)

id-disponibbiltà u l-ammont ta' strumenti li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha msemmijin fl-Artikolu 72a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 barra fil-punt (d) tal-Artikolu 72b(2) ta' dak ir-Regolament;

(d)

jekk l-ammont ta' obbligazzjonijiet li huma esklużi mill-applikazzjoni tas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva u ta' konverżjoni f'konformità mal-Artikolu 44(2) jew (3) u li, fi proċedimenti ta' insolvenza normali, jikklassifikaw fl-istess livell ta' jew taħt l-obbligazzjonijiet eliġibbli bl-ogħla klassifikazzjoni jkun sinifikanti meta mqabbel mal-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-entità ta' riżoluzzjoni. Fejn l-ammont ta' obbligazzjonijiet esklużi ma jaqbiżx il-5 % tal-ammont tal-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-entità ta' riżoluzzjoni, l-ammont eskluż għandu jitqies bħala mhux sinifikanti. Ogħla minn dak il-limitu, is-sinifikat tal-obbligazzjonijiet esklużi għandu jkun ivvalutat mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni;

(e)

il-mudell ta' negozju, il-mudell ta' finanzjament, u l-profil tar-riskju tal-entità ta' riżoluzzjoni, kif ukoll l-istabbiltà tagħha u l-abbiltà li tikkontribwixxi għall-ekonomija; u

(f)

l-impatt tal-ispejjeż ta' ristrutturar possibbli fuq ir-rikapitalizzazzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni.

Artikolu 45c

Determinazzjoni tar-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli

1.   Ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) għandu jiġi determinat mill-awtorità ta' riżoluzzjoni, wara li tikkonsulta l-awtorità kompetenti, abbażi tal-kriterji li ġejjin:

(a)

il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-grupp ta' riżoluzzjoni jista' jiġi riżolt bl-applikazzjoni tal-għodod tar-riżoluzzjoni għall-entità ta' riżoluzzjoni, inkluż, fejn xieraq, l-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna, b'mod li jiġu ssodisfati l-objettivi tar-riżoluzzjoni;

(b)

il-ħtieġa li jiġi żgurat, fejn xieraq, li l-entità ta' riżoluzzjoni u s-sussidjarji tagħha li huma istituzzjonijiet jew entitajiet imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1), iżda mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni, ikollhom fondi proprji suffiċjenti u obbligazzjonijiet eliġibbli biex ikun żgurat li, jekk l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna jew is-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni, rispettivament, kellhom jiġu applikati għalihom, it-telf ikun jista' jiġi assorbit u li jkun possibbli r-ristawr tal-proporzjon totali tal-kapital u, kif applikabbli, tal-proporzjon ta' ingranaġġ, tal-entitajiet rilevanti għal livell neċessarju biex ikunu jistgħu jkomplu jikkonformaw mal-kundizzjonijiet għal awtorizzazzjoni u biex ikomplu bl-attivitajiet li huma awtorizzati għalihom skont id-Direttiva 2013/36/UE jew id-Direttiva 2014/65/UE;

(c)

il-ħtieġa li jiġi żgurat, jekk il-pjan ta' riżoluzzjoni jantiċipa li ċerti klassijiet ta' obbligazzjonijiet eliġibbli jistgħu jiġu esklużi minn rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 44(3) ta' din id-Direttiva jew jistgħu jiġu trasferiti b'mod sħiħ lil benefiċjarju taħt trasferiment parzjali, li l-entità ta' riżoluzzjoni jkollha fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli oħra suffiċjenti biex tassorbi t-telf u tirristawra l-proporzjon totali tal-kapital tagħha, u, kif applikabbli, il-proporzjon ta' ingranaġġ tagħha għal livell neċessarju biex jippermettulha tkompli tikkonforma mal-kondizzjonijiet għal awtorizzazzjoni u biex tkompli bl-attivitajiet li għalihom hija awtorizzata skont id-Direttiva 2013/36/UE jew id-Direttiva 2014/65/UE;

(d)

id-daqs, il-mudell kummerċjali, il-mudell ta' finanzjament u l-profil ta' riskju tal-entità;

(e)

il-punt sa liema l-falliment tal-entità jkollu effett negattiv fuq l-istabbiltà finanzjarja, inkluż permezz tal-kontaġju fuq istituzzjonijiet jew entitajiet oħra, minħabba l-interkonnessjoni tal-entità ma' dawk l-istituzzjonijiet jew entitajiet oħrajn jew mal-bqija tas-sistema finanzjarja.

2.   Fejn il-pjan ta' riżoluzzjoni jipprovdi li għandha tittieħed azzjoni ta' riżoluzzjoni jew li għandha tiġi eżerċitata s-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni skont l-Artikolu 59 fir-rigward ta' strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli, skont ix-xenarju rilevanti msemmi fl-Artikolu 10(3), ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) għandu jkun daqs ammont suffiċjenti biex ikun żgurat li:

(a)

it-telf li jkun mistenni li jiġġarrab mill-entità jkun kompletament assorbit (“assorbiment ta' telf”);

(b)

l-entità ta' riżoluzzjoni u s-sussidjarji tagħha li huma istituzzjonijiet jew entitajiet imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) iżda mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni huma rikapitalizzati sa livell neċessarju biex ikunu jistgħu jkomplu jikkonformaw mal-kondizzjonijiet għal awtorizzazzjoni, u jwettqu l-attivitajiet li għalihom huma awtorizzati skont id-Direttiva 2013/36/UE, id-Direttiva 2014/65/UE jew att leġislattiv ekwivalenti għal perijodu ta' żmien xieraq ta' mhux aktar minn sena (“rikapitalizzazzjoni”).

Fejn il-pjan ta' riżoluzzjoni jipprovdi li l-entità trid tiġi stralċjata taħt proċedimenti ta' insolvenza normali jew proċeduri nazzjonali ekwivalenti oħra, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tivvaluta jekk ikunx iġġustifikat li jiġi limitat ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) għal dik l-entità, sabiex ma jaqbiżx ammont suffiċjenti biex jiġi assorbit it-telf skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu.

B'mod partikolari, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tivvaluta l-limitu msemmi fit-tieni subparagrafu fir-rigward ta' kwalunkwe impatt possibbli fuq l-istabbiltà finanzjarja u fuq ir-riskju ta' kontaġju għas-sistema finanzjarja.

3.   Fil-każ ta' entitajiet ta' riżoluzzjoni, l-ammont imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandu jkun dan li ġej:

(a)

bil-għan li jiġi kkalkolat ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1), f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 45(2), is-somma ta':

(i)

l-ammont tat-telf li jrid jiġi assorbit f'riżoluzzjoni li jikkorrispondi għar-rekwiżiti msemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE tal-entità ta' riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp ta' riżoluzzjoni konsolidat; u

(ii)

ammont ta' rikapitalizzazzjoni li jippermetti lill-grupp ta' riżoluzzjoni riżultanti minn riżoluzzjoni li jirristawra l-konformità mar-rekwiżit ta' proporzjon totali tal-kapital tiegħu msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-rekwiżit tiegħu msemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE fil-livell konsolidat tal-grupp ta' riżoluzzjoni wara l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' riżoluzzjoni preferuta; u

(b)

bil-għan li jiġi kkalkolat ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1), f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 45(2), is-somma ta':

(i)

l-ammont tat-telf li jrid jiġi assorbit f'riżoluzzjoni li jikkorrispondi mal-proporzjon ta' ingranaġġ tal-entità ta' riżoluzzjoni msemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fil-livell konsolidat tal-grupp ta' riżoluzzjoni; u

(ii)

ammont ta' rikapitalizzazzjoni li jippermetti lill-grupp ta' riżoluzzjoni riżultanti minn riżoluzzjoni li jirristawra l-konformità mar-rekwiżit tal-proporzjon ta' ingranaġġ imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fil-livell konsolidat tal-grupp ta' riżoluzzjoni wara l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' riżoluzzjoni preferuta.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 45(2), ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) għandu jkun espress f'termini perċentwali bħala l-ammont kkalkolat skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, diviż bl-ammont totali ta' skopertura għar-riskju.

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 45(2), ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) għandu jkun espress f'termini perċentwali bħala l-ammont kkalkolat skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, diviż bil-miżura tal-iskopertura totali.

Meta tistabbilixxi r-rekwiżit individwali previst fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tqis ir-rekwiżiti msemmijin fl-Artikoli 37(10), 44(5) u 44(8).

Meta tistabbilixxi l-ammonti ta' rikapitalizzazzjoni msemmijin fis-subparagrafu preċedenti, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha:

(a)

tuża l-valuri rappurtati l-aktar reċentement għall-ammont totali rilevanti tal-iskopertura għar-riskju jew għall-miżura tal-iskopertura totali rilevanti, aġġustati għall-kwalunkwe bidla riżultanti minn azzjonijiet ta' riżoluzzjoni stabbiliti fil-pjan ta' riżoluzzjoni; u

(b)

wara li tikkonsulta l-awtorità kompetenti, taġġusta l-ammont li jikkorrispondi għar-rekwiżit attwali msemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE 'il fuq jew 'l isfel biex tiddetermina r-rekwiżit applikabbli għall-entità ta' riżoluzzjoni wara l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' riżoluzzjoni preferuta.

L-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tkun tista' żżid ir-rekwiżit previst fil-punt (a)(ii) tal-ewwel subparagrafu b'ammont xieraq neċessarju biex jiġi żgurat li, wara r-riżoluzzjoni, l-entità tkun tista' żżomm fiduċja suffiċjenti fis-suq għal perijodu adegwat li ma għandux ikun aktar minn sena.

Fejn ikun japplika s-sitt subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-ammont imsemmi f'dak is-subparagrafu għandu jkun fl-istess livell tar-rekwiżit ta' riżerva kombinata li għandu japplika wara l-applikazzjoni tal-għodod ta' riżoluzzjoni, li minnu jitnaqqas l-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-punt (6) tal-Artikolu 128 tad-Direttiva 2013/36/UE.

L-ammont imsemmi fis-sitt subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jkun aġġustat 'l isfel jekk, wara li tikkonsulta lill-awtorità kompetenti, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tiddetermina li jkun fattibbli u kredibbli li ammont aktar baxx ikun suffiċjenti biex tinżamm il-fiduċja fis-suq u biex tiġi żgurata kemm il-provvista kontinwa ta' funzjonijiet ekonomiċi kritiċi mill-istituzzjoni jew entità msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) u l-aċċess tagħha għall-finanzjament mingħajr rikors għal appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju għajr il-kontribuzzjonijiet minn arranġamenti ta' finanzjament tar-riżoluzzjoni, skont l-Artikolu 44(5) u (8) u l-Artikolu 101(2), wara l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' riżoluzzjoni. Dak l-ammont għandu jkun aġġustat 'il fuq jekk, wara li tikkonsulta lill-awtorità kompetenti, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tiddetermina li jkun neċessarju ammont ogħla biex tinżamm il-fiduċja fis-suq u biex tiġi żgurata kemm il-provvista kontinwa ta' funzjonijiet ekonomiċi kritiċi mill-istituzzjoni jew entità msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) kif ukoll l-aċċess għall-finanzjament mingħajr rikors għal appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju għajr il-kontribuzzjonijiet minn arranġamenti ta' finanzjament tar-riżoluzzjoni, skont l- l-Artikolu 44(5) u (8) u l-Artikolu 101(2), għal perijodu adegwat li ma għandux ikun aktar minn sena.

4.   L-EBA għandha tfassal abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-metodoloġija li għandha tintuża mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni biex jagħmlu stima tar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE u r-rekwiżit ta' riżerva kombinata għal entitajiet ta' riżoluzzjoni fil-livell konsolidat tal-grupp ta' riżoluzzjoni fejn il-grupp ta' riżoluzzjoni ma jkunx soġġett għal dawk ir-rekwiżiti skont dik id-Direttiva.

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Diċembru 2019.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

5.   Għal entitajiet ta' riżoluzzjoni li mhumiex soġġetti għall-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u li huma parti minn grupp ta' riżoluzzjoni li l-assi totali tiegħu jaqbżu l-EUR 100 biljun, il-livell tar-rekwiżit imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għandu jkun tal-anqas daqs:

(a)

13,5 % meta kkalkolat skont il-punt (a) tal-Artikolu 45(2); u

(b)

5 % meta kkalkolat skont il-punt (b) tal-Artikolu 45(2).

B'deroga mill-Artikolu 45b, l-entitajiet ta' riżoluzzjoni msemmijin fis-subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom jilħqu livell tar-rekwiżit imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu li huwa daqs 13,5 % meta kkalkolat skont il-punt (a) tal-Artikolu 45(2) u daqs 5 % meta kkalkolat skont il-punt (b) tal-Artikolu 45(2) bl-użu ta' fondi proprji, strumenti eliġibbli subordinati, jew obbligazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 45b(3) ta' din id-Direttiva.

6.   Awtorità ta' riżoluzzjoni tista', wara li tikkonsulta lill-awtorità kompetenti, tiddeċiedi li tapplika r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu għal entità ta' riżoluzzjoni li mhix soġġetta għall-Artikolu 92a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u li hija parti minn grupp ta' riżoluzzjoni li l-assi totali tiegħu ma jaqbżux EUR 100 biljun u li l-awtorità ta' riżoluzzjoni tkun ivvalutat bħala raġonevolment probabbli li tippreżenta riskju sistemiku fil-każ tal-falliment tagħha.

Meta tieħu deċiżjoni kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tqis:

(a)

il-prevalenza ta' depożiti, u n-nuqqas ta' strumenti tad-dejn fil-mudell ta' finanzjament;

(b)

il-punt sa fejn l-aċċess għas-swieq kapitali għal obbligazzjonijiet eliġibbli jkun limitat;

(c)

il-punt sa fejn l-entità ta' riżoluzzjoni tiddipendi fuq kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45e.

In-nuqqas ta' deċiżjoni skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu huwa mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe deċiżjoni skont l-Artikolu 45b(5).

7.   Għal entitajiet li huma stess mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni, l-ammont imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandu jkun dan li ġej:

(a)

bil-għan li jiġi kkalkolat ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1), f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 45(2), is-somma ta':

(i)

l-ammont tat-telf li għandu jiġi assorbit li jikkorrispondi għar-rekwiżiti msemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE tal-entità; u

(ii)

ammont ta' rikapitalizzazzjoni li jippermetti li l-entità tirristawra l-konformità mar-rekwiżit tal-proporzjon totali tal-kapital tagħha msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-rekwiżit tiegħu msemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE wara l-eżerċitar tas-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni ta' strumenti kapitali rilevanti u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 59 ta' din id-Direttiva jew wara r-riżoluzzjoni tal-grupp ta' riżoluzzjoni; u

(b)

bil-għan li jiġi kkalkolat ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1), f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 45(2), is-somma ta':

(i)

l-ammont tat-telf li jrid jiġi assorbit li jikkorrispondi għall-proporzjon ta' ingranaġġ tal-entità msemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; u

(ii)

ammont ta' rikapitalizzazzjoni li jippermetti li l-entità tirristawra l-konformità mar-rekwiżit tal-proporzjon ta' ingranaġġ tagħha msemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 wara l-eżerċitar tas-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni ta' strumenti kapitali rilevanti u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 59 ta' din id-Direttiva jew wara r-riżoluzzjoni tal-grupp ta' riżoluzzjoni.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 45(2), ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) għandu jkun espress f'termini perċentwali bħala l-ammont ikkalkolat skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, diviż bl-ammont totali ta' skopertura għar-riskju.

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 45(2), ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) għandu jkun espress f'termini perċentwali bħala l-ammont ikkalkolat skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu diviż bil-miżura tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ.

Meta tistabbilixxi r-rekwiżit individwali previst fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tqis ir-rekwiżiti msemmijin fl-Artikoli 37(10), 44(5) u 44(8).

Meta tistabbilixxi l-ammonti ta' rikapitalizzazzjoni msemmijin fis-subparagrafu preċedenti, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha:

(a)

tuża l-valuri rappurtati l-aktar reċentement għall-ammont totali rilevanti tal-iskopertura għar-riskju jew għall-miżura tal-iskopertura totali rilevanti, aġġustati għall-kwalunkwe bidla riżultanti minn azzjonijiet stabbiliti fil-pjan ta' riżoluzzjoni; u

(b)

wara li tikkonsulta l-awtorità kompetenti, taġġusta l-ammont li jikkorrispondi għar-rekwiżit attwali msemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE 'il fuq jew 'l isfel biex tiddetermina r-rekwiżit applikabbli għall-entità rilevanti wara l-eżerċizzju tas-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni ta' strumenti kapitali rilevanti u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 59 ta' din id-Direttiva jew wara r-riżoluzzjoni tal-grupp ta' riżoluzzjoni.

L-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tkun kapaċi żżid ir-rekwiżit stipulat fil-punt (a)(ii) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu b'ammont adegwat meħtieġ biex tiżgura li, wara l-eżerċizzju tas-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni tal-istrumenti kapitali jew l-obbligazzjonijiet eliġibbli rilevanti skont l-Artikolu 59, l-entità tkun kapaċi żżomm fiduċja suffiċjenti fis-suq għal perijodu adegwat li ma għandux ikun aktar minn sena.

Fejn ikun japplika s-sitt subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-ammont imsemmi f'dak is-subparagrafu għandu jkun fl-istess livell tar-rekwiżit ta' riżerva kombinata li għandu japplika wara l-eżerċizzju tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 59 jew wara r-riżoluzzjoni tal-grupp ta' riżoluzzjoni, li minnu jitnaqqas l-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-punt (6) tal-Artikolu 128 tad-Direttiva 2013/36/UE.

L-ammont imsemmi fis-sitt subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jiġi aġġustat 'l isfel jekk, wara li tikkonsulta lill-awtorità kompetenti, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tiddetermina li jkun fattibbli u kredibbli li ammont aktar baxx ikun suffiċjenti biex jiżgura l-fiduċja fis-suq u jiżgura kemm il-provvista kontinwa ta' funzjonijiet ekonomiċi kritiċi mill-istituzzjoni jew entità msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) u l-aċċess tagħha għall-finanzjament mingħajr rikors għal appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju għajr il-kontribuzzjonijiet minn arranġamenti ta' finanzjament tar-riżoluzzjoni, skont il-paragrafi 5 u 8 tal-Artikolu 44 u l-Artikolu 101(2), wara l-eżerċizzju tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 59 jew wara r-riżoluzzjoni tal-grupp ta' riżoluzzjoni. Dak l-ammont għandu jiġi aġġustat 'il fuq jekk, wara li tikkonsulta lill-awtorità kompetenti, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tiddetermina li jkun meħtieġ ammont ogħla biex tiġi sostnuta l-fiduċja fis-suq u tiġi żgurata kemm il-provvista kontinwa ta' funzjonijiet ekonomiċi kritiċi mill-istituzzjoni jew entità msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) u l-aċċess tagħha għall-finanzjament mingħajr rikors għal appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju għajr il-kontribuzzjonijiet minn arranġamenti ta' finanzjament tar-riżoluzzjoni, skont l-Artikolu 44(5) u (8) u l-Artikolu 101(2) għal perijodu adegwat li ma għandux ikun aktar minn sena.

8.   Fejn awtorità ta' riżoluzzjoni tistenna li huwa raġonevolment probabbli li ċerti klassijiet ta' obbligazzjonijiet eliġibbli jiġu esklużi kompletament jew parzjalment minn rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 44(3) jew jistgħu jiġu trasferiti b'mod sħiħ lil benefiċjarju taħt trasferiment parzjali, ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) għandu jiġi ssodisfat bl-użu ta' fondi proprji jew obbligazzjonijiet eliġibbli oħra suffiċjenti biex:

(a)

ikopru l-ammont ta' obbligazzjonijiet esklużi identifikati skont l-Artikolu 44(3);

(b)

jiżguraw li l-kondizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 2 huma ssodisfati.

9.   Kwalunkwe deċiżjoni mill-awtorità ta' riżoluzzjoni li timponi rekwiżit minimu ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli taħt dan l-Artikolu għandu jkun fiha r-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni, inkluż valutazzjoni sħiħa tal-elementi msemmija fil-paragrafi 2 sa 8 ta' dan l-Artikolu u għandha tiġi rieżaminata mill-awtorità ta' riżoluzzjoni mingħajr dewmien mhux ġustifikat biex tirrifletti kwalunkwe bidla fil-livell tar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE.

10.   Għall-finijiet tal-paragrafi 3 u 7 ta' dan l-Artikolu, ir-rekwiżiti kapitali għandhom jiġu interpretati f'konformità mal-applikazzjoni mill-awtorità kompetenti tad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali stipulati fil-Kapitoli 1, 2 u 4 tat-Titolu I tal-Għaxar Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fid-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni nazzjonali li jeżerċitaw l-għażliet mogħtija lill-awtoritajiet kompetenti minn dak ir-Regolament.

Artikolu 45d

Determinazzjoni tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għal entitajiet ta' riżoluzzjoni ta' G-SIIs u sussidjarji materjali fl-Unjoni ta' G-SIIs mhux tal-UE

1.   Ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) għal entità ta' riżoluzzjoni li hija G-SII jew parti minn G-SII għandha tikkonsisti minn dan li ġej:

(a)

ir-rekwiżiti imsemmijin fl-Artikoli 92a u 494 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; u

(b)

kwalunkwe rekwiżit addizzjonali għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli li jkun ġie ddeterminat mill-awtorità ta' riżoluzzjoni speċifikament relattivament għal dik l-entità skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

2.   Ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) għal sussidjarja materjali fl-Unjoni ta' G-SII mhux tal-UE għandu jikkonsisti minn dan li ġej:

(a)

ir-rekwiżiti msemmijin fl-Artikoli 92b u 494 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; u

(b)

kwalunkwe rekwiżit addizzjonali għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli li jkun ġie ddeterminat mill-awtorità ta' riżoluzzjoni speċifikament relattivament għal dik is-sussidjarja materjali skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, li għandu jiġi ssodisfat bl-użu ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet li jissodisfaw il-kondizzjonijiet tal-Artikoli 45f u 89(2).

3.   L-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha timponi rekwiżit addizzjonali għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 u l-punt (b) tal-paragrafu 2 biss:

(a)

meta r-rekwiżit imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafi 1 jew il-punt (a) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu ma jkunx suffiċjenti biex jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 45c; u

(b)

sa livell li jiżgura li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 45c jiġu ssodisfati.

4.   Għall-finijiet tal-Artikolu 45h(2), fejn aktar minn entità ta' G-SII waħda li tappartjeni għall-istess G-SII tkun entità ta' riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni rilevanti għandhom jikkalkolaw l-ammont imsemmi fil-paragrafu 3:

(a)

għal kull entità ta' riżoluzzjoni;

(b)

għall-entità omm tal-Unjoni bħal li kieku kienet l-unika entità ta' riżoluzzjoni tal-G-SII.

5.   Kwalunkwe deċiżjoni mill-awtorità ta' riżoluzzjoni li timponi rekwiżit addizzjonali ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli skont il-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jew il-punt (b) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandu jkun fiha r-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni, inkluż valutazzjoni sħiħa tal-elementi msemmijin fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, u għandha tiġi rieżaminata mill-awtorità ta' riżoluzzjoni mingħajr dewmien mhux ġustifikat biex tirrifletti kwalunkwe bidla fil-livell tar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE li japplika għall-grupp ta' riżoluzzjoni jew għas-sussidjarja materjali fl-Unjoni ta' G-SII mhux tal-UE.

Artikolu 45e

Applikazzjoni tar-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għal entitajiet ta' riżoluzzjoni

1.   L-entitajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 45b sal-Artikolu 45d fuq bażi konsolidata fil-livell tal-grupp ta' riżoluzzjoni.

2.   L-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tiddetermina r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) ta' entità ta' riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp ta' riżoluzzjoni konsolidat skont l-Artikolu 45h, abbażi tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 45b sa 45d u abbażi ta' jekk is-sussidjarji ta' pajjiżi terzi tal-grupp għandhomx jiġu riżolti b'mod separat taħt il-pjan ta' riżoluzzjoni.

3.   Għall-gruppi ta' riżoluzzjoni identifikati skont il-punt (b) tal-punt (83b) tal-Artikolu 2(1), l-awtorità ta' riżoluzzjoni rilevanti għandha tiddeċiedi, skont il-karatteristiċi tal-mekkaniżmu ta' solidarjetà u skont l-istrateġija preferuta ta' riżoluzzjoni, liema entitajiet fil-grupp ta' riżoluzzjoni huma meħtieġa jikkonformaw mal-Artikolu 45c(3) u (5) u l-Artikolu 45d(1), biex ikun żgurat li l-grupp ta' riżoluzzjoni fl-intier tiegħu jikkonforma mal-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, u kif tali entitajiet għandhom jagħmlu dan f'konformità mal-pjan ta' riżoluzzjoni.

Artikolu 45f

Applikazzjoni tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għal entitajiet li mhumiex huma stess entitajiet ta' riżoluzzjoni

1.   Istituzzjonijiet li huma sussidjarji ta' entità ta' riżoluzzjoni jew entità ta' pajjiż terz, iżda li mhumiex huma stess entitajiet ta' riżoluzzjoni, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 45c fuq bażi individwali.

Awtorità ta' riżoluzzjoni tista', wara li tikkonsulta lill-awtorità kompetenti, tiddeċiedi li tapplika r-rekwiżit stipulat f'dan l-Artikolu għal entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) li hija sussidjarja ta' entità ta' riżoluzzjoni iżda li mhijiex entità ta' riżoluzzjoni hija stess.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-impriżi omm tal-Unjoni li mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni huma stess, iżda huma sussidjarji ta' entitajiet ta' pajjiżi terzi, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 45c u 45d fuq bażi konsolidata.

Għall-gruppi ta' riżoluzzjoni identifikati skont il-punt (b) tal-punt (83b) tal-Artikolu 2(1), dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu li huma affiljati b'mod permanenti ma' korp ċentrali, iżda li mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni huma stess, korp ċentrali li mhuwiex entità ta' riżoluzzjoni huwa stess, u kwalunkwe entità ta' riżoluzzjoni li mhijiex soġġetta għar-rekwiżit taħt l-Artikolu 45e(3), għandhom jikkonformaw mal-Artikoli 45c(7) fuq bażi individwali.

Ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) għal entità msemmija f'dan il-paragrafu għandu jiġi determinat skont l-Artikoli 45h u 89, fejn applikabbli, u abbażi tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 45c.

2.   Ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) għal entitajiet imsemmijin fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jiġi ssodisfat bl-użu ta' wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

obbligazzjonijiet:

(i)

li jinħarġu lil u jinxtraw mill-entità ta' riżoluzzjoni direttament jew indirettament permezz ta' entitajiet oħra f'dak l-istess grupp ta' riżoluzzjoni li xtara l-obbligazzjonijiet mill-entità li tkun soġġetta għal dan l-Artikolu jew li jinħarġu lil u jinxtraw minn azzjonist eżistenti li mhuwiex parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni sakemm l-eżerċizzju tas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni skont l-Artikoli 59 sa 62 ma jaffettwax il-kontroll tas-sussidjarja mill-entitajiet ta' riżoluzzjoni;

(ii)

li jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà msemmijin fl-Artikolu 72a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ħlief għall-punti (b), (c), (k), (l) u (m) tal-Artikolu 72b(2) u l-Artikolu 72b minn (3) sa (5) ta' dak ir-Regolament;

(iii)

li jikklassifikaw, fi proċedimenti ta' insolvenza normali, taħt l-obbligazzjonijiet li ma jissodisfawx il-kondizzjoni msemmija fil-punt (i) u li mhumiex eliġibbli għal rekwiżiti ta' fondi proprji;

(iv)

li huma soġġetti għas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni skont l-Artikoli 59 sa 62 b'mod li jkun konsistenti mal-istrateġija ta' riżoluzzjoni tal-grupp ta' riżoluzzjoni, b'mod partikolari billi ma jiġix affettwat il-kontroll tas-sussidjarja mill-entità ta' riżoluzzjoni;

(v)

li x-xiri ta' sjieda li mhuwiex iffinanzjat direttament jew indirettament mill-entità li tkun soġġetta għal dan l-Artikolu;

(vi)

li d-dispożizzjonijiet li jirregolawhom ma jindikawx b'mod espliċitu jew impliċitu li l-obbligazzjonijiet jinxtraw, jinfdew, jitħallsu lura jew jinxtraw mill-ġdid b'mod bikri, kif applikabbli, mill-entità li tkun soġġetta għal dan l-Artikolu għajr fil-każ tal-insolvenza jew il-likwidazzjoni ta' dik l-entità, u dik l-entità ma tipprovdix b'mod ieħor indikazzjoni tali;

(vii)

li d-dispożizzjonijiet li jirregolawhom ma jagħtux lid-detentur id-dritt li jaċċellera l-pagament skedat fil-futur tal-imgħax jew tal-kapital, ħlief fil-każ ta' insolvenza jew likwidazzjoni tal-entità li tkun soġġetta għal dan l-Artikolu;

(viii)

li l-livell ta' pagamenti ta' mgħax jew dividenti, kif applikabbli, dovut fuqhom ma jiġix emendat abbażi tal-affidabbiltà kreditizja tal-entità li tkun soġġetta għal dan l-Artikolu jew tal-impriża omm tagħha.

(b)

fondi proprji, kif ġej:

(i)

kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, u

(ii)

fondi proprji oħrajn li:

jinħarġu lil u jinxtraw minn entitajiet li huma inklużi fl-istess grupp ta' riżoluzzjoni, jew

jinħarġu lil u jinxtraw minn entitajiet li mhumiex inklużi fl-istess grupp ta' riżoluzzjoni sakemm l-eżerċizzju tas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni skont l-Artikoli 59 sa 62 ma jaffettwax il-kontroll tas-sussidjarja mill-entità ta' riżoluzzjoni.

3.   L-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' sussidjarja li mhix entità ta' riżoluzzjoni tista' tirrinunzja l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għal dik is-sussidjarja meta:

(a)

kemm is-sussidjarja kif ukoll l-entità ta' riżoluzzjoni huma stabbiliti fl-istess Stat Membru u huma parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni;

(b)

l-entità ta' riżoluzzjoni tikkonforma mar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45e;

(c)

ma hemm l-ebda impediment materjali prattiku jew legali attwali jew antiċipat għat-trasferiment minnufih ta' fondi proprji jew ħlas lura ta' obbligazzjonijiet mill-entità ta' riżoluzzjoni lis-sussidjarja li fir-rigward tagħha saret determinazzjoni skont l-Artikolu 59(3), b'mod partikolari fejn azzjoni ta' riżoluzzjoni tittieħed fir-rigward tal-entità ta' riżoluzzjoni;

(d)

l-entità ta' riżoluzzjoni tissodisfa lill-awtorità kompetenti rigward it-tmexxija prudenti tas-sussidjarja u tkun iddikjarat, bil-kunsens tal-awtorità kompetenti, li tiggarantixxi l-impenji li s-sussidjarja tkun daħlet għalihom, jew ir-riskji fis-sussidjarja ma huma tal-ebda sinifikat;

(e)

il-proċeduri tal-evalwazzjoni, il-kalkolu u l-kontroll tar-riskju tal-entità ta' riżoluzzjoni jkopru lis-sussidjarja;

(f)

l-entità ta' riżoluzzjoni għandha aktar minn 50 % tad-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma fil-kapital tas-sussidjarja jew għandha d-dritt li taħtar jew tneħħi maġġoranza tal-membri tal-korp maniġerjali tas-sussidjarja;

4.   L-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' sussidjarja li mhix entità ta' riżoluzzjoni tista' tirrinunzja ukoll l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għal dik is-sussidjarja meta:

(a)

kemm is-sussidjarja kif ukoll l-impriża omm tagħha huma stabbiliti fl-istess Stat Membru u huma parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni;

(b)

l-impriża omm tikkonforma fuq bażi konsolidata mar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) f'dak l-Istat Membru;

(c)

ma hemm l-ebda impediment materjali, prattiku jew legali attwali jew antiċipat għat-trasferiment minnufih ta' fondi proprji jew ħlas lura ta' obbligazzjonijiet mill-impriża omm lis-sussidjarja li fir-rigward tagħha saret determinazzjoni skont l-Artikolu 59(3), b'mod partikolari fejn jittieħdu azzjoni jew setgħat ta' riżoluzzjoni msemmijin fl-Artikolu 59(1) fir-rigward tal-impriża omm;

(d)

l-impriża omm tissodisfa lill-awtorità kompetenti rigward it-tmexxija prudenti tas-sussidjarja u tkun iddikjarat, bil-kunsens tal-awtorità kompetenti, li hi tiggarantixxi l-impenji li s-sussidjarja tkun daħlet għalihom, jew ir-riskji fis-sussidjarja mhuma ta' ebda sinifikat;

(e)

il-proċeduri tal-evalwazzjoni, tal-kalkolu u l-kontroll tar-riskju tal-impriża omm ikunu jkopru s-sussidjarja;

(f)

l-impriża omm ikollha aktar minn 50 % tad-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma fil-kapital tas-sussidjarja jew ikollha d-dritt li taħtar jew tneħħi l-maġġoranza tal-membri tal-korp maniġerjali tas-sussidjarja.

5.   Meta l-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 3 jiġu ssodisfati, l-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' sussidjarja tista' tippermetti li r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) jiġi ssodisfat bis-sħiħ jew parzjalment b'garanzija pprovduta mill-entità ta' riżoluzzjoni, li tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-garanzija hija prevista għal mill-inqas l-ammont li jkun ekwivalenti għall-ammont tar-rekwiżit li tissostitwixxih;

(b)

jingħata bidu għall-garanzija meta s-sussidjarja ma tkunx tista' tħallas id-djun tagħha jew obbligazzjonijiet oħra meta jaslu biex jitħallsu, jew tkun saret determinazzjoni skont l-Artikolu 59(3) fir-rigward tas-sussidjarja, skont liema waħda tkun tiġi l-ewwel;

(c)

il-garanzija hija kollateralizzata permezz ta' ftehim kollaterali finanzjarju kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2002/47/KE għal mill-inqas 50 % tal-ammont tagħha;

(d)

il-kollateral li jappoġġa l-garanzija jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 197 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li, wara haircuts adegwatament konservattivi, ikun biżżejjed biex ikopri l-ammont kollateralizzat kif imsemmi fil-punt (c);

(e)

il-kollateral li jkun qed jappoġġa l-garanzija mhuwiex gravat u, b'mod partikolari, mhuwiex użat bħala kollateral biex jappoġġa kwalunkwe garanzija oħra;

(f)

il-kollateral għandu maturità effettiva li tissodisfa l-istess kondizzjoni ta' maturità bħal dik imsemmija fl-Artikolu 72c(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; u

(g)

ma hemm l-ebda ostaklu legali, regolatorju jew operattiv għat-trasferiment tal-kollateral mill-entità ta' riżoluzzjoni għas-sussidjarja rilevanti, inkluż fejn tittieħed azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-entità ta' riżoluzzjoni.

Għall-finijiet tal-punt (g) tal-ewwel subparagrafu, fuq talba tal-awtorità ta' riżoluzzjoni, l-entità ta' riżoluzzjoni għandha tipprovdi opinjoni legali indipendenti bil-miktub u raġunat jew għandha turi b'mod sodisfaċenti li ma hemm l-ebda ostaklu legali, regolatorju jew operattiv għat-trasferiment tal-kollateral mill-entità ta' riżoluzzjoni għas-sussidjarja rilevanti.

6.   L-EBA għandha tfassal abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw aktar metodi biex jiġi evitat li l-istrumenti rikonoxxuti għall-finijiet ta' dan l-Artikolu sottoskritti b'mod indirett, parzjalment jew b'mod sħiħ, mill-entità ta' riżoluzzjoni, ifixklu l-implimentazzjoni bla xkiel tal-istrateġija ta' riżoluzzjoni. Tali metodi għandhom jiżguraw, b'mod partikolari, li t-telf jiġi trasferit b'mod xieraq lejn l-entità ta' riżoluzzjoni u li jiġi trasferit kapital b'mod xieraq mill-entità ta' riżoluzzjoni lejn l-entitajiet li huma parti mill-grupp ta' riżoluzzjoni iżda li huma stess mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni, u jipprovdu mekkaniżmu biex jiġi evitat li l-istrumenti eliġibbli rikonoxxuti għall-finijiet ta' dan l-Artikolu jingħaddu darbtejn. Dawn għandhom jikkonsistu minn sistema ta' tnaqqis jew approċċ robust b'mod ekwivalenti u għandhom jiżguraw lill-entitajiet li huma stess mhumiex l-entità ta' riżoluzzjoni eżitu li jkun ekwivalenti għal dak ta' sottoskrizzjoni diretta sħiħa mill-entità ta' riżoluzzjoni tal-istrumenti eliġibbli rikonoxxuti għall-finijiet ta' dan l-Artikolu.

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Diċembru 2019.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 45g

Eżenzjoni għal korp ċentrali u istituzzjonijiet ta' kreditu affiljati b'mod permanenti ma' korp ċentrali

L-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' tirrinunzja parzjalment jew kompletament l-applikazzjoni tal-Artikoli 45f fir-rigward ta' korp ċentrali jew ta' istituzzjoni ta' kreditu affiljata b'mod permanenti ma' korp ċentrali, fejn il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a)

l-istituzzjonijiet ta' kreditu u l-korp ċentrali huma soġġetti għal superviżjoni mill-istess awtorità kompetenti, huma stabbiliti fl-istess Stat Membru u huma parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni;

(b)

l-impenji tal-korp ċentrali u tal-istituzzjonijiet ta' kreditu affiljati b'mod permanenti tagħha huma obbligazzjonijiet in solidum, jew l-impenji tal-istituzzjonijiet ta' kreditu affiljati b'mod permanenti tiegħu huma garantiti totalment mill-korp ċentrali;

(c)

ir-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, u s-solvenza u l-likwidità tal-korp ċentrali u tal-istituzzjonijiet ta' kreditu affiljati b'mod permanenti kollha, huma sorveljati bħala ħaġa waħda abbażi ta' kontijiet konsolidati ta' dawk l-istituzzjonijiet;

(d)

fil-każ ta' rinunzja għal istituzzjoni ta' kreditu li tkun affiljata b'mod permanenti ma' korp ċentrali, il-maniġment tal-korp ċentrali għandu s-setgħa joħroġ struzzjonijiet lill-maniġment tal-istituzzjonijiet affiljati b'mod permanenti;

(e)

il-grupp ta' riżoluzzjoni rilevanti jikkonforma mar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45e(3); u

(f)

ma hemm l-ebda impediment materjali, prattiku jew legali attwali jew antiċipat għat-trasferiment immedjat ta' fondi proprji jew ħlas lura ta' obbligazzjonijiet bejn il-korp ċentrali u l-istituzzjonijiet ta' kreditu affiljati b'mod permanenti f'każ ta' riżoluzzjoni.

Artikolu 45h

Proċedura għad-determinazzjoni tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli

1.   L-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni, l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, fejn din tal-aħħar tkun differenti minn dik ta' qabel, u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni responsabbli mis-sussidjarji ta' grupp ta' riżoluzzjoni li jkunu soġġetti għar-rekwiżit fl-Artikolu 45f fuq bażi individwali għandhom jagħmlu dak kollu fil-limiti tas-setgħat tagħhom biex jaslu għal deċiżjoni konġunta dwar:

(a)

l-ammont tar-rekwiżit applikat fil-livell konsolidat tal-grupp ta' riżoluzzjoni għal kull entità ta' riżoluzzjoni; u

(b)

l-ammont tar-rekwiżit applikat fuq bażi individwali għal kull entità ta' grupp ta' riżoluzzjoni li mhix entità ta' riżoluzzjoni.

Id-deċiżjoni konġunta għandha tiżgura l-konformità mal-Artikoli 45e u 45f għandha tkun kompletament ġustifikata u pprovduta lil:

(a)

l-entità ta' riżoluzzjoni mill-awtorità ta' riżoluzzjoni tagħha;

(b)

l-entitajiet ta' grupp ta' riżoluzzjoni li mhumiex entità ta' riżoluzzjoni mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' dawk l-entitajiet;

(c)

l-impriża omm tal-Unjoni tal-grupp mill-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni, meta dik l-impriża omm tal-Unjoni ma tkunx hija stess entità ta' riżoluzzjoni mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni.

Id-deċiżjoni konġunta meħuda skont dan l-Artikolu tista' tipprovdi li, meta konsistenti mal-istrateġija ta' riżoluzzjoni u ma jkunux inxtraw strumenti suffiċjenti li jikkonformaw mal-Artikolu 45f(2) direttament jew indirettament mill-entità ta' riżoluzzjoni, ir-rekwiżiti msemmijin fl-Artikolu 45c(7) jkunu parzjalment issodisfati mis-sussidjarja f'konformità mal-Artikolu 45f(2) bi strumenti maħruġa lil u mixtrija minn entitajiet li ma jappartjenux għall-grupp ta' riżoluzzjoni.

2.   Fejn aktar minn entità G-SII waħda li jkunu jappartjenu għall-istess G-SII tkun entità ta' riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni msemmijin fis-subparagrafu 1 għandhom jiddiskutu u, fejn ikun il-każ u b'mod konsistenti mal-istrateġija ta' riżoluzzjoni tal-G-SII, jaqblu dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 72e tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u kwalunkwe aġġustament biex tkun minimizzata jew eliminata d-differenza bejn it-total tal-ammonti msemmijin fil-punt (a) tal-Artikolu 45d(4) u l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal entitajiet ta' riżoluzzjoni individwali u t-total tal-ammonti msemmijin fil-punt (b) tal-Artikolu 45d(4) u l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Tali aġġustament jista' jiġi applikat soġġett għal dawn li ġejjin:

(a)

l-aġġustament jista' jiġi applikat fir-rigward tad-differenzi fil-kalkolu tal-ammonti totali ta' skopertura għar-riskju bejn l-Istati Membri rilevanti billi jiġi aġġustat il-livell tar-rekwiżit;

(b)

l-aġġustament ma għandux jiġi applikat biex ikunu eliminati d-differenzi li jirriżultaw mill-iskoperturi bejn il-gruppi ta' riżoluzzjoni.

It-total tal-ammonti msemmijin fil-punt (a) tal-Artikolu 45d(4) ta' din id-Direttiva u l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal entitajiet ta' riżoluzzjoni individwali ma għandux ikun iktar baxx mit-total tal-ammonti msemmijin fil-punt (b) tal-Artikolu 45d(4) ta' din id-Direttiva u l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

3.   Fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta fi żmien erba' xhur, għandha tittieħed deċiżjoni skont il-paragrafi 4 sa 6.

4.   Fejn deċiżjoni konġunta ma titteħidx fi żmien erba' xhur minħabba nuqqas ta' qbil fir-rigward ta' rekwiżit ta' grupp ta' riżoluzzjoni konsolidat imsemmi fl-Artikolu 45e, għandha tittieħed deċiżjoni dwar dak ir-rekwiżit mill-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni wara li tkun ħadet kont debitament ta':

(a)

l-evalwazzjoni ta' entitajiet ta' grupp ta' riżoluzzjoni li mhumiex entità ta' riżoluzzjoni, imwettqa mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni rilevanti;

(b)

l-opinjoni tal-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, meta tkun differenti mill-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni.

Fejn, fi tmiem il-perijodu ta' erba' xhur, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni konċernati tkun irreferiet il-kwistjoni lill-EBA skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni għandha tiddifferixxi d-deċiżjoni tagħha u tistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-EBA tista' tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta' dak ir-Regolament, u għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha skont id-deċiżjoni tal-EBA.

Id-deċiżjoni tal-EBA għandha tqis il-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu.

Il-perijodu ta' erba' xhur għandu jitqies bħala l-perijodu ta' konċiljazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-EBA għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar.

Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferuta lill-EBA wara t-tmiem tal-perijodu ta' erba' xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta.

Fin-nuqqas ta' deċiżjoni tal-EBA fi żmien xahar mir-riferiment tal-kwistjoni lilha, għandha tapplika d-deċiżjoni tal-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità.

5.   Fejn deċiżjoni konġunta ma titteħidx fi żmien erba' xhur minħabba nuqqas ta' qbil dwar il-livell tar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45f li għandu jiġi applikat għal kwalunkwe entità ta' grupp ta' riżoluzzjoni fuq bażi individwali, id-deċiżjoni għandha tittieħed mill-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' dik l-entità, fejn il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin huma ssodisfati:

(a)

l-opinjonijiet u r-riżervi espressi bil-miktub mill-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni jkunu ġew meqjusa b'mod debitu, u

(b)

fejn l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp tkun differenti mill-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni, l-opinjonijiet u r-riżervi espressi bil-miktub mill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp ikunu ġew meqjusa b'mod debitu;

Fejn, fi tmiem il-perijodu ta' erba' xhur, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-awtorità ta' riżoluzzjoni jew l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp tkun irreferiet il-kwistjoni lill-EBA skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni responsabbli mis-sussidjarji fuq bażi individwali għandhom jiddiferixxu d-deċiżjonijiet tagħhom u jistennew kwalunkwe deċiżjoni li l-EBA tista' tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta' dak ir-Regolament, u għandhom jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom skont id-deċiżjoni tal-EBA. Id-deċiżjoni tal-EBA għandha tqis il-punti (a), u (b) tal-ewwel subparagrafu.

Il-perijodu ta' erba' xhur għandu jitqies bħala l-perijodu ta' konċiljazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-EBA għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar.

Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferuta lill-EBA wara t-tmiem tal-perijodu ta' erba' xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta.

L-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni jew l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp ma għandhomx jirreferu l-kwistjoni lill-EBA għal medjazzjoni vinkolanti meta l-livell stabbilit mill-awtorità ta' riżoluzzjoni tas-sussidjarja:

(a)

ikun fi ħdan it-2 % tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkolat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45e; u

(b)

jikkonforma mal-Artikolu 45c(7).

Jekk l-EBA tonqos milli tieħu deċiżjoni fi żmien xahar mir-riferiment tal-kwistjoni lilha, għandhom japplikaw id-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tas-sussidjarji.

Id-deċiżjoni konġunta u kwalunkwe deċiżjoni meħuda fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta għandhom jiġu rieżaminati u fejn rilevanti aġġornati fuq bażi regolari.

6.   Fejn deċiżjoni konġunta ma titteħidx fi żmien erba' xhur minħabba nuqqas ta' qbil dwar il-livell tar-rekwiżit konsolidat tal-grupp ta' riżoluzzjoni u l-livell tar-rekwiżit li għandu jiġi applikat għall-entitajiet tal-grupp ta' riżoluzzjoni fuq bażi individwali, għandu japplika dan li ġej:

(a)

għandha tittieħed deċiżjoni dwar il-livell tar-rekwiżit li għandu jiġi applikat għas-sussidjarji tal-grupp ta' riżoluzzjoni fuq bażi individwali skont il-paragrafu 5;

(b)

għandha tittieħed deċiżjoni dwar il-livell tar-rekwiżit konsolidat tal-grupp ta' riżoluzzjoni skont il-paragrafu 4.

7.   Id-deċiżjoni konġunta msemmija fil-paragrafu 1 u kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni msemmijin fil-paragrafi 4, 5 u 6 fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta għandhom ikunu vinkolanti fuq l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni kkonċernati.

Id-deċiżjoni konġunta u kwalunkwe deċiżjoni meħuda fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta għandhom jiġu rieżaminati u fejn rilevanti aġġornati fuq bażi regolari.

8.   L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, f'koordinazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, għandhom jirrikjedu u jivverifikaw li l-entitajiet jissodisfaw ir-rekwiżit msemmi fl-Artikolu 45(1), u għandhom jieħdu kwalunkwe deċiżjoni skont dan l-Artikolu b'mod parallel mal-iżvilupp u ż-żamma tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni.

Artikolu 45i

Rappurtar superviżorju u divulgazzjoni pubblika tar-rekwiżit

1.   L-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1(1) li jkunu soġġetti għar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) għandhom jirrappurtaw lill-awtoritajiet kompetenti u ta' riżoluzzjoni tagħhom dwar dan li ġej:

(a)

l-ammonti ta' fondi proprji li, meta applikabbli, jissodisfaw il-kondizzjonijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 45f(2) ta' din id-Direttiva, u l-ammonti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli, u l-espressjoni ta' dawk l-ammonti skont l-Artikolu 45(2) ta' din id-Direttiva wara kwalunkwe tnaqqis applikabbli skont l-Artikoli 72e sa 72j tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

l-ammonti ta' obbligazzjonijiet oħrajn b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna;

(c)

għall-elementi msemmijin fil-punti (a) u (b):

(i)

il-kompożizzjoni tagħhom, inkluż il-profil ta' maturità tagħhom,

(ii)

il-klassifikazzjoni tagħhom fi proċedimenti ta' insolvenza normali, u

(iii)

jekk humiex regolati mil-liġijiet ta' pajjiż terz u, jekk iva, liema pajjiż terz u jekk fihomx it-termini kuntrattwali msemmijin fl-Artikolu 55(1) ta' din id-Direttiva, il-punti (p) u (q) tal-Artikolu 52(1) u l-punti (n) u (o) tal-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

L-obbligu tar-rappurtar dwar l-ammonti ta' obbligazzjonijiet oħrajn b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma għandux japplika għal entitajiet li fid-data tar-rappurtar ta' dik l-informazzjoni jkollhom ammonti ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli ta' mill-inqas 150 %tar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) kif ikkalkolati skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

2.   L-entitajiet imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jirrapportaw:

(a)

mill-inqas fuq bażi semiannwali l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1, u

(b)

mill-inqas fuq bażi annwali l-informazzjoni msemmija fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1.

Madankollu, fuq it-talba tal-awtorità kompetenti jew tal-awtorità ta' riżoluzzjoni, l-entitajiet imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jirrapportaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 aktar frekwentement.

3.   L-entitajiet imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jagħmlu l-informazzjoni li ġejja pubblikament disponibbli mill-inqas fuq bażi annwali:

(a)

l-ammonti ta' fondi proprji li, meta applikabbli, jissodisfaw il-kondizzjonijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 45f(2) u obbligazzjonijiet eliġibbli;

(b)

il-kompożizzjoni tal-punti msemmijin fil-punt (a), inkluż il-profil ta' maturità u l-klassifikazzjoni tagħhom fi proċedimenti ta' insolvenza normali;

(c)

ir-rekwiżit applikabbli msemmi fl-Artikolu 45e jew l-Artikolu 45f espress skont l-Artikolu 45(2).

4.   Il-paragrafi 1 u 3 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għall-entitajiet li l-pjan ta' riżoluzzjoni tagħhom jipprevedi li l-entità għandha tiġi stralċjata skont proċeduri normali ta' insolvenza.

5.   L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi biex tispeċifika l-mudelli uniformi għar-rappurtar, l-istruzzjonijiet u l-metodoloġija dwar kif jintużaw il-mudelli, il-frekwenza u d-dati tar-rappurtar, id-definizzjonijiet u s-soluzzjonijiet tal-IT għar-rappurtar superviżorju msemmi fil-paragrafi 1 u 2.

Dawn l-abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi għandhom jispeċifikaw mod standardizzat biex tingħata l-informazzjoni dwar il-klassifikazzjoni ta' entrati msemmijin fil-punt (c) tal-paragrafu 1 applikabbli fi proċedimenti ta' insolvenza nazzjonali f'kull Stat Membru.

Għal istituzzjonijiet jew entitajiet imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) ta' din id-Direttiva li jkunu soġġetti għall-Artikolu 92a u l-Artikolu 92b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, dawn l-abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi għandhom ikunu allinjati, fejn xieraq, mal-istandards tekniċi implimentattivi adottati skont l-Artikolu 430 ta' dak ir-Regolament.

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-istandards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2020.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

6.   L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi biex jiġu speċifikati l-formati ta' divulgazzjoni uniformi, il-frekwenza u struzzjonijiet assoċjati li f'konformità magħhom għandhom isiru d-divulgazzjonijiet meħtieġa taħt il-paragrafu 3.

Dawk il-formati ta' divulgazzjoni uniformi għandhom jikkomunikaw informazzjoni suffiċjentement komprensiva u komparabbli biex issir valutazzjoni tal-profili tar-riskju tal-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1(1) u l-grad ta' konformità tagħhom mar-rekwiżit applikabbli msemmi fl-Artikolu 45e jew l-Artikolu 45f. Fejn adatt, il-formati ta' divulgazzjoni għandhom ikunu f'format tabulari.

Għal istituzzjonijiet jew entitajiet imsemmija imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) ta' din id-Direttiva li jkunu soġġetti għall-Artikolu 92a u l-Artikolu 92b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, dawn l-abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi għandhom ikunu allinjati, fejn xieraq, mal-istandards tekniċi implimentattivi adottati skont l-Artikolu 434a ta' dak ir-Regolament.

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-istandards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2020.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

7.   Fejn ikunu ġew implimentati azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jew ikunu ġew eżerċitati s-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni msemmijin fl-Artikolu 59, ir-rekwiżiti ta' divulgazzjoni pubblika msemmijin fil-paragrafu 3 għandhom japplikaw mid-data ta' skadenza għall-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 45e jew l-Artikolu 45f imsemmijin fl-Artikolu 45m.

Artikolu 45j

Rappurtar lill-EBA

1.   L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jinformaw lill-EBA dwar ir-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli li ġie stabbilit, skont l-Artikolu 45e jew l-Artikolu 45f, għal kull entità taħt il-ġurisdizzjoni tagħha.

2.   L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi biex jiġu speċifikati mudelli uniformi għar-rapportar, struzzjonijiet u metodoloġija dwar kif jintużaw dawk il-mudelli, il-frekwenza u d-dati tar-rappurtar, definizzjonijiet u soluzzjonijiet tal-IT għall-identifikazzjoni u t-trasmissjoni ta' informazzjoni mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, f'koordinazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, lill-EBA għall-finijiet tal-paragrafu 1.

L-EBA għandha tippreżenta dawn l-abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2020.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 45k

Ksur tar-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli

1.   Kwalunkwe ksur tar-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli msemmi fl-Artikolu 45e jew l-Artikolu 45f għandu jiġi indirizzat mill-awtoritajiet rilevanti abbażi ta' mill-inqas wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

is-setgħat biex jiġu indirizzati jew imneħħija impedimenti għar-riżolvibbiltà skont l-Artikoli 17 u 18;

(b)

is-setgħat msemmijin fl-Artikolu 16a;

(c)

il-miżuri msemmijin fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE;

(d)

il-miżuri ta' intervent bikri skont l-Artikolu 27;

(e)

il-penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra skont l-Artikoli 110 u 111.

L-awtoritajiet rilevanti jistgħu jwettqu wkoll valutazzjoni ta' jekk l-istituzzjoni jew entità msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) tkunx qed tfalli jew x'aktarx li tfalli, skont l-Artikolu 32, 32a jew l-Artikolu 33, kif applikabbli.

2.   L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u dawk kompetenti għandhom jikkonsultaw lil xulxin meta jeżerċitaw is-setgħat rispettivi tagħhom imsemmijin fil-paragrafu 1.

Artikolu 45l

Rapporti

1.   L-EBA għandha, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, tippreżenta annwalment rapport lill-Kummissjoni fejn tipprovdi valutazzjonijiet dwar mill-inqas dawn li ġejjin:

(a)

kif ikun ġie implimentat fil-livell nazzjonali r-rekwiżit għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli stabbilit skont l-Artikolu 45e jew l-Artikolu 45f, u b'mod partikolari jekk kienx hemm diverġenzi fil-livelli stabbiliti għal entitajiet komparabbli bejn l-Istati Membri;

(b)

kif is-setgħa msemmija fl-Artikolu 45b(4), (5) u (7) ġiet eżerċitata mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u jekk kienx hemm diverġenzi fl-eżerċizzju ta' dik is-setgħa bejn l-Istati Membri;

(c)

il-livell aggregat u l-kompożizzjoni ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli ta' istituzzjonijiet u entitajiet, l-ammonti ta' strumenti maħruġa matul il-perijodu, u l-ammonti addizzjonali neċessarji biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti applikabbli.

2.   Minbarra r-rapport annwali previst fil-paragrafu 1, l-EBA għandha, kull tliet snin, tippreżenta rapport lill-Kummissjoni, li jivvaluta dan li ġej:

(a)

l-impatt tar-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli, u kwalunkwe livell armonizzat propost tar-rekwiżit minimu fuq dan li ġej:

(i)

is-swieq finanzjarji inġenerali u swieq għal dejn mhux garantit u derivattivi b'mod partikolari;

(ii)

il-mudelli ta' negozju u l-istrutturi tal-karti tal-bilanċ ta' istituzzjonijiet, b'mod partikolari l-profil ta' finanzjament u l-istrateġija ta' finanzjament ta' istituzzjonijiet, u l-istruttura legali u operattiva tal-gruppi;

(iii)

il-profittabbiltà ta' istituzzjonijiet, b'mod partikolari l-kost tal-finanzjament tagħhom;

(iv)

il-migrazzjoni ta' skoperturi għal entitajiet li mhumiex soġġetti għal superviżjoni prudenzjali;

(v)

l-innovazzjoni finanzjarja;

(vi)

il-prevalenza ta' strumenti ta' fondi proprji u strumenti eliġibbli subordinati u n-natura u l-kummerċjabbiltà tagħhom.

(vii)

l-imġiba tal-istituzzjonijiet jew entitajiet imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) fir-rigward tat-teħid tar-riskji;

(viii)

il-livell ta' tfixkil għall-assi ta' istituzzjonijiet jew entitajiet imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1);

(ix)

l-azzjonijiet meħuda mill-istituzzjonijiet jew entitajiet imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) biex jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi, u b'mod partikolari l-punt sa fejn ir-rekwiżiti minimi ġew issodisfati mid-diżingranaġġ tal-assi, il-ħruġ ta' dejn fit-tul u l-ġenerazzjoni tal-kapital; u

(x)

il-livell ta' self mill-istituzzjonijiet ta' kreditu, b'enfasi partikolari fuq self lil impriżi mikro, żgħar u medji, awtoritajiet lokali, gvernijiet reġjonali u entitajiet tas-settur pubbliku u fuq il-finanzjament tan-negozju, inkluż is-self taħt skemi uffiċjali ta' assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni;

(b)

l-interazzjoni tar-rekwiżiti minimi mar-rekwiżiti għall-fondi proprji, il-proporzjon ta' ingranaġġ u r-rekwiżiti ta' likwidità stipulati fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fid-Direttiva 2013/36/UE;

(c)

il-kapaċità tal-istituzzjonijiet jew entitajiet imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) li indipendentement jiġġeneraw kapital jew finanzjament mis-swieq sabiex jissodisfaw kwalunkwe rekwiżit minimu armonizzat propost;

3.   Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni sat-30 ta' Settembru tas-sena kalendarja ta' wara l-aħħar sena koperta mir-rapport. L-ewwel rapport għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni sat-30 ta' Settembru tas-sena wara d-data ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jkopri tliet snin kalendarji u għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru tas-sena kalendarja ta' wara l-aħħar sena koperta mir-rapport. L-ewwel rapport għandu jiġi trasmess lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2022.

Artikolu 45m

Arranġamenti tranżizzjonali u ta' wara riżoluzzjoni

1.   Permezz ta' deroga mill-Artikolu 45(1), l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jiddeterminaw il-perijodi tranżizzjonali xierqa għall-istituzzjonijiet jew entitajiet imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) biex jikkonformaw mar-rekwiżiti fl-Artikoli 45e jew 45f jew ma' rekwiżiti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 45b(4), (5) jew (7), kif xieraq. L-iskadenza għall-istituzzjonijiet u entitajiet biex jikkonformaw mar-rekwiżiti fl-Artikoli 45e jew 45f jew mar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 45b(4), (5) jew (7), għandha tkun l-1 ta' Jannar 2024.

L-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tiddetermina livelli ta' mira intermedja għar-rekwiżiti fl-Artikoli 45e jew 45f jew għal rekwiżiti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 45b(4), (5) jew (7), kif xieraq, li magħhom l-istituzzjonijiet jew entitajiet imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) għandhom ikunu konformi fl-1 ta' Jannar 2022. Il-mira intermedja għandha, bħala regola, tiżgura żieda lineari ta' fondi proprji u ta' obbligazzjonijiet eliġibbli lejn ir-rekwiżit.

L-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' tistabbilixxi perijodu tranżizzjonali li jintemm wara l-1 ta' Jannar 2024 fejn ikun debitament iġġustifikat u adatt abbażi tal-kriterji msemmijin fil-paragrafu 7, b'kont meħud ta':

(a)

l-iżvilupp tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-entità;

(b)

il-prospett li l-entità tkun tista' tiżgura l-konformità f'perijodu ta' żmien raġonevoli mar-rekwiżiti tal-Artikolu 45e jew 45f jew ma' rekwiżit li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 45b(4), (5) jew (7); u

(c)

jekk l-entità tkunx tista' tissostitwixxi l-obbligazzjonijiet li ma għadhomx jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà u ta' maturità stipulati fl-Artikoli 72b u 72c tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-Artikolu 45b jew l-Artikolu 45f(2) ta' din id-Direttiva, u jekk le, jekk dik l-inkapaċità hijiex ta' natura idjosinkratika jew minħabba tfixkil fis-suq kollu.

2.   L-iskadenza għall-entitajiet ta' riżoluzzjoni biex jikkonformaw mal-livell minimu tar-rekwiżiti msemmijin fl-Artikolu 45c(5) jew (6) għandha tkun l-1 ta' Jannar 2022.

3.   Il-livelli minimi tar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 45c(5) u (6) ma għandux japplika matul is-sentejn ta' wara d-data:

(a)

li fiha l-awtorità ta' riżoluzzjoni tkun applikat l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna;

(b)

li fiha l-entità ta' riżoluzzjoni tkun daħħlet fis-seħħ miżura alternattiva għas-settur privat kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 32(1) li permezz tagħha strumenti kapitali u obbligazzjonijiet oħra jkunu ġew valwati negattivament jew ikkonvertiti fi strumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, jew li fuqhom ġew eżerċitati s-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni, skont l-Artikolu 59, fir-rigward tal-entità ta' riżoluzzjoni, sabiex l-entità ta' riżoluzzjoni tiġi rikapitalizzata mingħajr l-applikazzjoni tal-għodda ta' riżoluzzjoni.

4.   Ir-rekwiżiti msemmijin fl-Artikolu 45b(4) u (7) kif ukoll fl-Artikolu 45c(5) u (6), kif applikabbli, ma għandhomx japplikawmatul it-tliet snin wara d-data li fiha l-entità ta' riżoluzzjoni jew il-grupp li l-entità ta' riżoluzzjoni hija parti minnu jkunu ġew identifikati bħala GSII, jew l-entità ta' riżoluzzjoni tibda tkun fil-pożizzjoni msemmija fl-Artikolu 45c(5) jew (6).

5.   Permezz ta' deroga mill-Artikolu 45(1), l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jiddeterminaw perijodu tranżizzjonali adegwat li fih issir il-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikoli 45e jew 45f, jew ma' rekwiżit li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 45b(4), (5) jew (7), kif xieraq, għal istituzzjonijiet jew entitajiet imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) li għalihom ġew applikati l-għodod ta' riżoluzzjoni jew is-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni msemmija fl-Artikolu 59.

6.   Għall-finijiet tal-paragrafi 1 sa 5, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jikkomunikaw lill-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli li jkun ippjanat għal kull perijodu ta' 12-il xahar matul il-perijodu tranżizzjonali bil-ħsieb li jiġi faċilitat il-bini gradwali tal-kapaċità tal-assorbiment ta' telf u ta' rikapitalizzazzjoni tagħha. Fi tmiem il-perijodu tranżizzjonali, ir-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli għandu jkun daqs l-ammont determinat skont Artikolu 45b(4), (5) jew (7), l-Artikolu 45c(5) jew (6), l-Artikolu 45e jew l-Artikolu 45f, kif applikabbli.

7.   Meta jiġu ddeterminati l-perijodi tranżizzjonali, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom iqisu:

(a)

il-prevalenza ta' depożiti u n-nuqqas ta' strumenti ta' dejn fil-mudell ta' finanzjament;

(b)

l-aċċess għas-swieq kapitali għal obbligazzjonijiet eliġibbli;

(c)

il-punt sa fejn l-entità ta' riżoluzzjoni tiddependi fuq il-kapitaltal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45e.

8.   Soġġett għall-paragrafu 1, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ma għandhomx jiġu mwaqqfa milli sussegwentement jirrevedu jew il-perijodu tranżizzjonali inkella kwalunkwe rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli ippjanat li jkun ġie kkomunikat taħt il-paragrafu 6.”;

(18)

fl-Artikolu 46, il-kliem “obbligazzjonijiet eliġibbli” huma sostitwiti mill-kliem “obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna”;

(19)

fil-punt (b)(ii) tal-Artikolu 47(1), il-kliem “obbligazzjonijiet eliġibbli” huma sostitwiti mill-kliem “obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna”;

(20)

l-Artikolu 48 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-punt (e) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(e)

jekk, u biss jekk, it-tnaqqis totali ta' ishma jew strumenti oħrajn ta' sjieda, strumenti kapitali rilevanti u obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna skont il-punti (a) sa (d) ta' dan il-paragrafu jkun inqas mit-total tal-ammonti msemmijin fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 47(3), l-awtoritajiet inaqqsu sakemm meħtieġ l-ammont prinċipali tal-bqija tal-obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna, jew l-ammont pendenti pagabbli fir-rigward tagħhom, inkluż strumenti ta' dejn imsemmijin fl-Artikolu 108(3), skont il-ġerarkija ta' pretensjonijiet fi proċedimenti normali ta' insolvenza, inkluż il-klassifikazzjoni ta' depożiti prevista fl-Artikolu 108, skont l-Artikolu 44, flimkien mal-valwazzjoni negattiva skont il-punti (a) sa (d) ta' dan il-paragrafu biex jiġi prodott it-total tal-ammonti msemmijin fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 47(3).”;

(b)

fil-paragrafu 2, il-kliem “obbligazzjonijiet eliġibbli” huma sostitwiti mill-kliem “obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna”;

(c)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“7.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għall-entitajiet imsemmijin fil-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(1), il-pretensjonijiet kollha li jirriżultaw minn entrati ta' fondi proprji jkollhom, fil-liġijiet nazzjonali tagħhom li jirregolaw il-proċedimenti ta' insolvenza normali, klassifikazzjoni ta' prijorità inferjuri għal dik ta' kwalunkwe pretensjoni li ma tirriżultax minn entrata ta' fondi proprji.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, sa fejn strument huwa biss parzjalment rikonoxxut bħala entrata ta' fondi proprji, l-istrument kollu għandu jiġi ttrattat bħala pretensjoni li tirriżulta minn elementi ta' fondi proprji u għandu jkollu klassifikazzjoni inferjuri minn kwalunkwe pretensjoni li ma tirriżultax minn entrata ta' fondi proprji.”;

(21)

l-Artikolu 55 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 55

Rikonoxximent kuntrattwali tar-rikapitalizzazzjoni interna

1.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-istituzzjonijiet u l-entitajiet imsemmijin fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) jinkludu terminu kuntrattwali li permezz tiegħu l-kreditur jew il-parti għall-ftehim jew l-istrument li joħloq l-obbligazzjoni jirrikonoxxu li dik l-obbligazzjoni tista' tiġi soġġetta għal setgħat ta' valwazzjoni negattiva u ta' konverżjoni u jaqblu li jkunu marbuta bi kwalunkwe tnaqqis tal-ammont prinċipali jew pendenti dovut, konverżjoni jew kanċellazzjoni li jirriżultaw mill-eżerċizzju ta' dawk is-setgħat minn awtorità ta' riżoluzzjoni, dment li dik l-obbligazzjoni tikkonforma mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-obbligazzjoni mhix eskluża taħt l-Artikolu 44(2);

(b)

l-obbligazzjoni mhix depożitu kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 108;

(c)

l-obbligazzjoni hija regolata mil-liġi ta' pajjiż terz;

(d)

l-obbligazzjoni tinħareġ jew issir wara d-data li fiha Stat Membru japplika d-dispożizzjonijiet adottati għat-traspożizzjoni ta' din it-Taqsima.

L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jiddeċiedu li l-obbligu fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma għandux japplika għal istituzzjonijiet jew entitajiet li fir-rigward tagħhom ir-rekwiżit skont l-Artikolu 45(1) ikun daqs l-ammont ta' assorbiment ta' telf kif definit skont il-punt (a) tal-Artikolu 45c(2), dment li l-obbligazzjonijiet li jissodisfaw il-kondizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu u li ma jinkludux it-terminu kuntrattwali msemmi f'dak is-subparagrafu ma jingħaddux għall-fini ta' dak ir-rekwiżit.

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika fejn l-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' Stat Membru tiddetermina li l-obbligazzjonijiet jew l-istrumenti msemmijin fl-ewwel subparagrafu jistgħu jkunu soġġetti għal setgħat ta' valwazzjoni negattiva u konverżjoni mill-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' Stat Membru skont il-liġi tal-pajjiż terz jew ftehim vinkolanti konkluż ma' dak il-pajjiż terz.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tasal għad-determinazzjoni li huwa legalment jew b'xi mod ieħor imprattikabbli li fid-dispożizzjonijiet kuntrattwali li jirregolaw obbligazzjoni rilevanti jiġi inkluż terminu meħtieġ skont il-paragrafu 1, dik l-istituzzjoni jew entità tinnotifika d-determinazzjoni tagħha, inklużi d-deżinjazzjoni tal-kategorija tal-obbligazzjoni u ġustifikazzjoni ta' dik id-determinazzjoni, lill-awtorità ta' riżoluzzjoni. L-istituzzjoni jew l-entità għandha tipprovdi lill-awtorità ta' riżoluzzjoni l-informazzjoni kollha li l-awtorità ta' riżoluzzjoni titlob f'perijodu ta' żmien raġonevoli wara r-riċezzjoni tan-notifika, sabiex l-awtorità ta' riżoluzzjoni tevalwa l-effett ta' din in-notifika fuq ir-riżolvibbiltà ta' dik l-istituzzjoni jew entità.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-każ ta' notifika skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-obbligu li jiġi inkluż fid-dispożizzjonijiet kuntrattwali terminu meħtieġ skont il-paragrafu 1 huwa awtomatikament sospiż mill-mument li l-awtorità ta' riżoluzzjoni tirċievi n-notifika.

Fil-każ li l-awtorità ta' riżoluzzjoni tikkonkludi li ma huwiex legalment jew b'xi mod ieħor imprattikabbli li fid-dispożizzjonijiet kontrattwali jiġi inkluż terminu meħtieġ skont il-paragrafu 1, b'kont meħud tal-ħtieġa li tiġi żgurata r-riżolvibbiltà tal-istituzzjoni jew entità, hija għandha tirrikjedi, f'perijodu ta' żmien raġonevoli wara n-notifika skont l-ewwel subparagrafu, l-inklużjoni ta' din il-klawżola kuntrattwali. Barra minn hekk, l-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' teħtieġ li l-istituzzjoni jew l-entità temenda l-prattiki tagħha rigward l-applikazzjoni tal-eżenzjoni mir-rikonoxximent kuntrattwali tar-rikapitalizzazzjoni interna.

L-obbligazzjonijiet imsemmijin fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma għandhomx jinkludi strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali, strumenti tal-Grad 2 u strumenti ta' dejn imsemmijin fil-punt (48)(ii) tal-Artikolu 2(1), fejn dawk l-istrumenti jkunu obbligazzjonijiet mhux garantiti. Barra minn hekk, l-obbligazzjonijiet imsemmijin fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom ikunu superjuri għall-obbligazzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 108(2) u fl-Artikolu 108(3).

Fejn l-awtorità ta' riżoluzzjoni, fil-kuntest tal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà ta' istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) f'konformità mal-Artikoli 15 u 16, jew fi kwalunkwe ħin ieħor, tiddetermina li, fi klassi ta' obbligazzjonijiet li tinkludi obbligazzjonijiet eliġibbli, l-ammont ta' obbligazzjonijiet li, skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, ma jinkludux it-terminu kuntrattwali msemmi fil-paragrafu 1, flimkien ma' obbligazzjonijiet li huma esklużi mill-applikazzjoni tal-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 44(2) jew li x'aktarx jiġu esklużi skont l-Artikolu 44(3) jammonta għal aktar minn 10 % ta' dik il-klassi, hija għandha tivvaluta minnufih l-impatt ta' dan il-fatt partikolari fuq ir-riżolvibbiltà ta' dik l-istituzzjoni jew entità, inkluż l-impatt fuq ir-riżolvibbiltà li jirriżulta mir-riskju ta' ksur tas-salvagwardji tal-kreditur previsti fl-Artikolu 73 meta tiġi applikata s-setgħa ta' valwazzjoni negattiva u ta' konverżjoni għall-obbligazzjonijiet eliġibbli.

Fejn l-awtorità ta' riżoluzzjoni tikkonkludi abbażi tal-valutazzjoni msemmija fil-ħames subparagrafu ta' dan il-paragrafu li l-obbligazzjonijiet li, skont l-ewwel subparagrafu, ma jinkludux it-terminu kuntrattwali msemmi fil-paragrafu 1, joħolqu impediment sostantiv għar-riżolvibbiltà, hija għandha tapplika s-setgħat previsti fl-Artikolu 17 kif xieraq biex tneħħi dak l-impediment għar-riżolvibbiltà.

L-obbligazzjonijiet li fir-rigward tagħhom l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tonqos milli tinkludi fid-dispożizzjonijiet kuntrattwali t-terminu meħtieġ skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jew li fir-rigward tagħhom, skont dan il-paragrafu, dak ir-rekwiżit ma japplikax ma għandhomx jingħaddu għall-fini tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkunu jistgħu jeħtieġu li l-istituzzjonijiet u l-entitajiet imsemmijin fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) jipprovdu lill-awtoritajiet opinjoni ġuridika marbuta mal-infurzabbiltà u l-effettività ġuridika tat-terminu kuntrattwali msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

4.   Fejn istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) fid-dispożizzjonijiet kuntrattwali li jirregolaw obbligazzjoni rilevanti ma tinkludix terminu kuntrattwali meħtieġ skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, dak in-nuqqas ma għandux jipprevjeni lill-awtorità ta' riżoluzzjoni milli teżerċita s-setgħat ta' valwazzjoni negattiva u ta' konverżjoni fir-rigward ta' dik l-obbligazzjoni.

5.   L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tiddetermina ulterjorment il-lista ta' obbligazzjonijiet li għalihom tapplika l-esklużjoni fil-paragrafu 1, u l-kontenut tat-terminu kuntrattwali meħtieġ f'dak il-paragrafu, filwaqt li tieħu kont tal-mudelli ta' negozju differenti tal-istituzzjonijiet.

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta' Lulju 2015.

Il-Kummissjoni hija delegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

6.   L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika aktar:

(a)

il-kondizzjonijiet skont liema jkun legalment jew b'mod ieħor imprattikabbli li istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tinkludi t-terminu kuntrattwali msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu f'ċerti kategoriji ta' obbligazzjonijiet

(b)

il-kondizzjonijiet biex l-awtorità ta' riżoluzzjoni teħtieġ l-inklużjoni tat-terminu kuntrattwali kont it-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2.

(c)

il-perijodu ta' żmien raġonevoli biex l-awtorità ta' riżoluzzjoni teħtieġ l-inklużjoni ta' klawżola kuntrattwali skont it-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2.

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2020.

Il-Kummissjoni hija delegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

7.   L-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tispeċifika, fejn tqis neċessarju, il-kategoriji tal-obbligazzjonijiet li għalihom l-istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tista' tiddetermina li huwa legalment jew b'xi mod ieħor imprattikabbli li t-terminu kuntrattwali msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jiġi inkluż, abbażi tal-kondizzjonijiet speċifikati aktar bħala riżultat tal-applikazzjoni tal-paragrafu 6.

8.   L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi biex tispeċifika formati uniformi u mudelli għan-notifika lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għall-finijiet tal-paragrafu 2.

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2020.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”;

(22)

it-titolu tal-Kapitolu V tat-Titolu IV huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Valwazzjoni negattiva jew konverżjoni ta' strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli”;

(23)

l-Artikolu 59 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Rekwiżit għall-valwazzjoni negattiva jew għall-konverżjoni ta' strumenti kapitali rilevanti u obbligazzjonijiet eliġibbli”;

(b)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Is-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni ta' strumenti kapitali rilevanti jew obbligazzjonijiet eliġibbli tista' tiġi eżerċitata jew:

(a)

indipendentement mill-azzjoni ta' riżoluzzjoni; jew

(b)

flimkien ma' azzjoni ta' riżoluzzjoni, meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet għar-riżoluzzjoni speċifikati fl-Artikoli 32, 32a jew 33.

Fejn strumenti kapitali rilevanti u obbligazzjonijiet eliġibbli jkunu nxtraw mill-entità ta' riżoluzzjoni b'mod indirett permezz ta' entitajiet oħrajn fl-istess grupp ta' riżoluzzjoni, is-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni ta' dawk l-istrumenti kapitali rilevanti jew obbligazzjonijiet eliġibbli għandha tiġi eżerċitata flimkien mal-eżerċizzju tal-istess setgħa fil-livell tal-impriża omm tal-entità kkonċernata jew fil-livell ta' impriżi omm oħrajn li mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni, sabiex it-telf effettivament jiġi trasferit lill-entità ta' riżoluzzjoni, u l-entità kkonċernata tiġi rikapitalizzata mill-entità ta' riżoluzzjoni.

Wara l-eżerċizzju tas-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni ta' strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli rilevanti indipendentement minn azzjoni ta' riżoluzzjoni, għandha titwettaq il-valwazzjoni prevista fl-Artikolu 74 u għandu japplika l-Artikolu 75.”;

(c)

jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:

“1a.   Is-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni ta' obbligazzjonijiet eliġibbli indipendentement minn azzjoni ta' riżoluzzjoni tista' tiġi eżerċitata biss fir-rigward ta' obbligazzjonijiet eliġibbli li jissodisfaw il-kondizzjonijiet imsemmijin fil-punt (a) tal-Artikolu 45f(2) ta' din id-Direttiva, għajr il-kondizzjoni relatata mal-maturità residwa ta' obbligazzjonijiet kif stabbilita fl-Artikolu 72c(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Meta tiġi eżerċitata dik is-setgħa, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni ssir f'konformità mal-prinċipju msemmi fil-punt (g) tal-Artikolu 34(1).

1b.   Meta tittieħed azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' entità ta' riżoluzzjoni jew, f'ċirkostanzi eċċezzjonali b'devjazzjoni mill-pjan ta' riżoluzzjoni, fir-rigward ta' entità li ma tkunx entità ta' riżoluzzjoni, l-ammont li jitnaqqas, jiġi valwat b'mod negattiv jew jiġi konvertit f'konformità mal-Artikolu 60(1) fil-livell ta' din l-entità għandu jgħodd għal-livelli limiti stipulati fl-Artikolu 37(10) u fil-punt (a) tal-Artikolu 44(5) jew fil-punt (a) tal-Artikolu 44(8) li japplikaw għall-entità kkonċernata.”;

(d)

fil-paragrafu 2, il-kliem “strumenti kapitali” huma sostitwiti mill-kliem “strumenti kapitali, u obbligazzjonijiet eliġibbli kif imsemmijin fil-paragrafu 1a,”;

(e)

fil-paragrafu 3, il-parti introduttorja u l-punti (a) u (b) huma sostitwiti b'dan li ġej:

“3.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jeżerċitaw is-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni, skont l-Artikolu 60 u mingħajr dewmien, fir-rigward ta' strumenti kapitali rilevanti, u obbligazzjonijiet eliġibbli kif imsemmija fil-paragrafu 1a, maħruġa minn istituzzjoni jew minn entità msemmija fil- punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) meta waħda jew iżjed miċ-ċirkostanzi li ġejjin japplikaw:

(a)

fejn tkun saret id-determinazzjoni li l-kondizzjonijiet għal riżoluzzjoni speċifikati fl-Artikoli 32, 32a jew 33 ġew sodisfatti, qabel ma tkun ittieħdet kwalunkwe azzjoni ta' riżoluzzjoni; jew

(b)

l-awtorità xierqa tiddetermina li jekk dik is-setgħa ma tiġix eżerċitata fir-rigward tal-istrumenti kapitali rilevanti, u obbligazzjonijiet eliġibbli kif imsemmija fil-paragrafu 1a, l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ma tibqax aktar vijabbli;”;

(f)

fil-paragrafi 4 u 10, il-kliem “strumenti kapitali” huma sostitwiti mill-kliem “strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli kif imsemmijin fil-paragrafu 1a”;

(24)

l-Artikolu 60 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni ta' strumenti kapitali rilevanti u obbligazzjonijiet eliġibbli”;

(b)

fil-paragrafu 1, jiżdied il-punt li ġej:

“(d)

l-ammont prinċipali ta' obbligazzjonijiet eliġibbli msemmijin fl-Artikolu 59(1a) huwa valwat negattivament jew konvertit fi strumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni jew it-tnejn, sal-punt meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi ta' riżoluzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 31 jew sal-punt tal-kapaċità tal-obbligazzjonijiet eliġibbli rilevanti, skont liema huwa l-inqas.”;

(c)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Fejn l-ammont prinċipali ta' strument kapitali rilevanti jew obbligazzjoni eliġibbli kif imsemmijin fl-Article 59(1a) huma valwati negattivament:

(a)

it-tnaqqis ta' dak l-ammont prinċipali għandu jkun permanenti, soġġett għal kwalunkwe valwazzjoni pożittiva skont il-mekkaniżmu ta' rimborż taħt l-Artikolu 46(3);

(b)

l-ebda obbligazzjoni lejn id-detentur tal-istrument kapitali rilevanti, jew tal-obbligazzjoni eliġibbli msemmija fl-Artikolu 59(1a) ma għandha tibqa' taħt jew b'rabta ma' dak l-ammont tal-istrument, li jkun ġie valwat negattivament, għajr għal kwalunkwe obbligazzjoni diġà dovuta, u kwalunkwe obbligazzjoni għal danni li jistgħu jinħolqu bħala riżultat ta' appell li jikkontesta l-legalità tal-eżerċizzju tas-setgħa tal-valwazzjoni negattiva;

(c)

ma jitħallas l-ebda kumpens lil ebda detentur tal-istrumenti kapitali rilevanti, jew tal-obbligazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 59(1a),għajr skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.”;

(d)

il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-parti introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

“Sabiex issir konverżjoni ta' strumenti kapitali rilevanti, u tal-obbligazzjonijiet eliġibbli kif imsemmijin fl-Artikolu 59(1a) taħt il-punti (b), (c) u (d) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jeħtieġu li l-istituzzjonijiet u l-entitajiet imsemmijin fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) joħorġu strumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni lid-detenturi tal-istrumenti kapitali rilevanti u ta' obbligazzjonijiet bħal dawn. L-istrumenti kapitali rilevanti u obbligazzjonijiet eliġibbli tali jistgħu jiġu konvertiti biss meta jkunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:”

(ii)

fil-punt (d), il-kliem “kull strument kapitali rilevanti” huma sostitwiti mill-kliem “kull strument kapitali rilevanti, jew kull obbligazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 59(1a)”.;

(25)

fl-Artikolu 61(3), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Fejn l-istrumenti kapitali rilevanti, jew l-obbligazzjonijiet eliġibbli kif imsemmijin fl-Artikolu 59(1a) ta' din id-Direttiva, huma rikonoxxuti għall-finijiet li jkun sodisfatt ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45f(1) ta' din id-Direttiva fuq bażi individwali, l-awtorità responsabbli biex tagħmel id-determinazzjoni msemmija fl-Artikolu 59(3) ta' din id-Direttiva għandha tkun l-awtorità xierqa tal-Istat Membru fejn l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ta' din id-Direttiva tkun ġiet awtorizzata skont it-Titolu III tad-Direttiva 2013/36/UE.”;

(26)

l-Artikolu 62 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, qabel ma tagħmel determinazzjoni kif imsemmija fil-punt (b), (c), (d) jew (e) tal-Artikolu 59(3) fir-rigward ta' sussidjarja li toħroġ strumenti kapitali rilevanti, jew obbligazzjonijiet eliġibbli kif imsemmijin fl-Artikolu 59(1a) għall-finijiet li jkun sodisfatt ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45f fuq bażi individwali jew strumenti kapitali rilevanti li huma rikonoxxuti għall-finijiet tal-issodisfar tar-rekwiżiti ta' fondi proprji fuq bażi individwali u konsolidata, awtorità xierqa tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

meta tikkunsidra jekk tagħmilx determinazzjoni msemmija fil-punt (b), (c), (d) jew (e) tal-Artikolu 59(3), wara li tkun ikkonsultat mal-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni rilevanti, hija tinnotifika, fi żmien 24 siegħa mill-konsultazzjoni ma' dik l-awtorità ta' riżoluzzjoni:

(i)

lis-superviżur tal-konsolidazzjoni u, jekk differenti, lill-awtorità xierqa fl-Istat Membru fejn jinsab is-superviżur tal-konsolidazzjoni;

(ii)

l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' entitajiet oħra fi ħdan l-istess grupp ta' riżoluzzjoni li xtraw direttament jew indirettament obbligazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 45f(2) mill-entità li tkun soġġetta għall-Artikolu 45f(1);

(b)

meta tikkunsidra jekk tagħmilx determinazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 59(3), hija tinnotifika, mingħajr dewmien, lill-awtorità kompetenti responsabbli għal kull istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) li ħarġet l-istrumenti kapitali rilevanti li fir-rigward tagħhom għandhom jiġu eżerċitati s-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni jekk issir dik id-determinazzjoni, u, jekk differenti, lill-awtoritajiet xierqa fl-Istati Membri fejn jinsabu dawk l-awtoritajiet kompetenti u s-superviżur tal-konsolidazzjoni.”;

(b)

fil-paragrafu 4, il-parti introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

“Meta tkun saret notifika skont il-paragrafu 1, l-awtorità xierqa, wara li tkun ikkonsultat lill-awtoritajiet innotifikati skont il-punti (a)(i) jew (b) ta' dak il-paragrafu, għandha tivvaluta l-kwistjonijiet li ġejjin:”;

(27)

fil-punti (e), (f) u (j) tal-Artikolu 63(1), il-kliem “obbligazzjonijiet eliġibbli” huma sostitwiti mill-kliem “obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna”;

(28)

fl-Artikolu 66(4), il-kliem “obbligazzjonijiet eliġibbli” huma sostitwiti mill-kliem “obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna”;

(29)

l-Artikolu 68 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 3, il-parti introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

“Bil-kondizzjoni li l-obbligi sostanzjali fl-ambitu ta' dan il-kuntratt, inklużi l-obbligi ta' ħlas u ta' konsenja, u l-forniment ta' kollateral jibqgħu jiġu sodisfatti, miżura ta' prevenzjoni ta' kriżi, sospensjoni ta' obbligu taħt l-Artikolu 33a jew miżura ta' ġestjoni ta' kriżi, inkluż l-okkorrenza ta' kwalunkwe avveniment marbut direttament mal-applikazzjoni ta' din il-miżura, ma għandha, fiha stess, tippermetti li xi ħadd:”;

(b)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“5.   Sospensjoni jew restrizzjoni skont l-Artikoli 33a, 69, jew 70 ma għandhiex tikkostitwixxi ksur ta' obbligu kuntrattwali għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 3 ta' dan l-Artikolu u tal-Artikolu 71(1).”;

(30)

l-Artikolu 69 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.   Kwalunkwe sospensjoni skont il-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal obbligi ta' ħlas u ta' konsenja dovuti għal dan li ġej:

(a)

sistemi u operaturi ta' sistemi deżinjatif'konformità mad-Direttiva 98/26/KE;

(b)

CCPs awtorizzati fl-Unjoni skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u CCPs ta' pajjiż terz rikonoxxuti mill-ESMA skont l-Artikolu 25 ta' dak ir-Regolament;

(c)

banek ċentrali.”;

(b)

fil-paragrafu 5, jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

“L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jistabbilixxu l-ambitu ta' dik is-setgħa filwaqt li jikkunsidraw iċ-ċirkustanzi ta' kull każ. B'mod partikolari, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jivvalutaw bir-reqqa l-adegwatezza ta' estensjoni tas-sospensjoni għal depożiti eliġibbli kif definit fil-punt (4) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/49/UE, speċjalment għal depożiti koperti miżmuma minn persuni fiżiċi jew intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li fejn is-setgħa tas-sospensjoni tal-obbligi ta' ħlas jew konsenja tiġi eżerċitata fir-rigward ta' depożiti eliġibbli, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jiżguraw li d-depożitanti jkollhom aċċess għal ammont xierqa ta' kuljum minn dawk id-depożiti.”;

(31)

fl-Artikolu 70, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   “L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ma għandhomx jeżerċitaw is-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fir-rigward ta' kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

interess ta' garanzija ta' sistemi jew operaturi ta' sistemi deżinjati għall-finijiet tad-Direttiva 98/26/KE;

(b)

kontropartijiet ċentrali awtorizzati fl-Unjoni skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u kontropartijiet ċentrali ta' pajjiż terz rikonoxxuti mill-ESMA skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012; u

(c)

banek ċentrali, fuq assi mirhuna jew ipprovduti permezz ta' marġini jew kollateral mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni.”;

(32)

fl-Artikolu 71, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   L-ebda sospensjoni skont il-paragrafu 1 jew 2 ma għandha tapplika għal:

(a)

sistemi jew għal operaturi ta' sistemi deżinjati għall-finijiet tad-Direttiva 98/26/KE;

(b)

kontropartijiet ċentrali awtorizzati fl-Unjoni skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u kontropartijiet ċentrali ta' pajjiżi terzi rikonoxxuti mill-ESMA skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012: jew

(c)

banek ċentrali.”;

(33)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 71a

Rikonoxximent kuntrattwali ta' setgħat ta' sospensjoni tar-riżoluzzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-istituzzjonijiet u l-entitajiet imsemmijin fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) jinkludu fi kwalunkwe kuntratt finanzjarju li għalih jidħlu u li jkun regolat minn liġi ta' pajjiż terz, termini li bihom il-partijiet jirrikonoxxu li l-kuntratt finanzjarju jista' jkun soġġett għall-eżerċizzju tas-setgħat mill-awtorità ta' riżoluzzjoni li tissospendi jew tirrestrinġi d-drittijiet u l-obbligi skont l-Artikoli 33a, 69, 70 u 71 u jirrikonoxxu li huma marbutin bir-rekwiżiti tal-Artikolu 68.

2.   L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu wkoll li l-impriżi omm tal-Unjoni jiżguraw li s-sussidjarji tagħhom f'pajjiżi terzi jinkludu, fil-kuntratti finanzjarji msemmijin fil-paragrafu 1, termini li jeskludu li l-eżerċizzju tas-setgħa tal-awtorità ta' riżoluzzjoni li tissospendi jew tirrestrinġi d-drittijiet u l-obbligi tal-impriża omm tal-Unjoni, f'konformità mal-paragrafu 1, jikkostitwixxi raġuni valida għal terminazzjoni bikrija, sospensjoni, modifika, netting, l-eżerċizzju ta' drittijiet ta' tpaċija jew l-infurzar ta' interessi ta' sigurtà fir-rigward ta' dawk il-kuntratti.

Ir-rekwiżit fl-ewwel subparagrafu jista' japplika fir-rigward ta' sussidjarji ta' pajjiżi terzi li huma:

(a)

istituzzjonijiet ta' kreditu;

(b)

ditti ta' investiment (jew li kienu jkunu ditti ta' investimenti kieku kellhom l-uffiċċju prinċipali fl-Istat Membru rilevanti); jew

(c)

istituzzjonijiet finanzjarji.

3.   Il-paragrafu 1 għandu japplika għal kwalunkwe kuntratt finanzjarju li:

(a)

joħloq obbligu ġdid, jew li jemenda materjalment obbligu eżistenti wara d-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet adottati fil-livell nazzjonali għat-traspożizzjoni ta' dan l-Artikolu;

(b)

jipprevedi l-eżerċizzju ta' dritt ta' terminazzjoni wieħed jew aktar jew drittijiet ta' infurzar tal-interessi ta' sigurtà, li għalihom japplikaw l-Artikoli 33a, 68, 69, 70 jew 71 li kieku l-kuntratt finanzjarju kien regolat mil-liġijiet ta' Stat Membru.

4.   Fejn istituzzjoni jew entità ma tinkludix it-terminu kuntrattwali meħtieġ skont il-paragrafu 1 l-Artikolu, dan ma għandux jipprevjeni lill-awtorità ta' riżoluzzjoni milli tapplika s-setgħat imsemmija fl-Artikoli 33a, 68, 69, 70 jew 71 fir-rigward ta' dak il-kuntratt finanzjarju.

5.   L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tiddetermina ulterjorment il-kontenut tat-terminu meħtieġ fil-paragrafu 1, filwaqt li tieħu kont tal-mudelli ta' negozju differenti tal-istituzzjonijiet u l-entitajiet.

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2020.

Il-Kummissjoni hija delegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.”;

(34)

l-Artikolu 88 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Soġġett għall-Artikolu 89, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp għandhom jistabbilixxu kulleġġi ta' riżoluzzjoni biex iwettqu l-kompiti msemmijin fl-Artikoli 12, 13, 16, 18, 45 sa 45h, 91 u 92, u, fejn ikun il-każ, biex jiżguraw kooperazzjoni u koordinazzjoni ma' awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' pajjiżi terzi.”;

(b)

fil-paragrafu 1, fil-punt (i) tat-tieni subparagrafu, il-kliem “Artikolu 45” huma sostitwiti mill-kliem “Artikoli 45 sa 45h”;

(35)

l-Artikolu 89 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 89

Kulleġġi ta' riżoluzzjoni Ewropej

1.   Fejn istituzzjoni ta' pajjiż terz jew impriża omm ta' pajjiż terz ikollha sussidjarji stabbiliti fl-Unjoni jew impriżi omm tal-Unjoni, stabbiliti f'żewġ Stati Membri jew aktar, jew żewġ fergħat jew aktar tal-Unjoni li jkunu meqjusa bħala sinifikanti minn żewġ Stati Membri jew aktar, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tal-Istati Membri fejn ikunu stabbiliti dawk l-entitajiet jew fejn ikunu jinsabu dawk il-fergħat sinifikanti għandhom jistabbilixxu kulleġġ ta' riżoluzzjoni Ewropew uniku wieħed.

2.   Il-kulleġġ ta' riżoluzzjoni Ewropew li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jwettaq il-funzjonijiet u jwettaq il-kompiti speċifikati fl-Artikolu 88 fir-rigward tal-entitajiet imsemmijin fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u, sa fejn dawn il-kompiti jkunu rilevanti, għall-fergħat tagħhom.

Il-kompiti msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom jinkludu d-determinazzjoni tar-rekwiżit imsemmi fl-Artikoli 45 sa 45h.

Meta jistabbilixxu r-rekwiżit imsemmi fl-Artikoli 45 sa 45h, il-membri tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni Ewropew għandhom jieħdu kont tal-istrateġija ta' riżoluzzjoni globali, jekk ikun hemm, adottata mill-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi.

Fejn, skont l-istrateġija ta' riżoluzzjoni globali, is-sussidjarji stabbiliti fl-Unjoni jew impriża omm tal-Unjoni u l-istituzzjonijiet sussidjarji tagħha mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni u l-membri tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni Ewropew jaqblu ma' dik l-istrateġija, is-sussidjarji stabbiliti fl-Unjoni jew, fuq bażi konsolidata, l-impriża omm tal-Unjoni għandhom jikkonformaw mar-rekwiżit tal-Artikolu 45f(1) billi joħorġu strumenti msemmijin fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 45f(2) lill-aħħar impriża omm tagħhom stabbilita f'pajjiż terz, jew lis-sussidjarji ta' dik l-aħħar impriża omm li jkunu stabbiliti fl-istess pajjiż terz jew lil entitajiet oħra taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a)(i) u (b)(ii) tal-Artikolu 45f(2).

3.   Fejn impriża omm tal-Unjoni waħda biss ikollha s-sussidjarji tal-Unjoni kollha ta' istituzzjoni ta' pajjiż terz jew intrapriża prinċipali ta' pajjiż terz, il-kulleġġ ta' riżoluzzjoni Ewropew għandu jkun presedut mill-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-Istat Membru fejn l-intrapriża prinċipali tal-Unjoni tkun stabbilita.

Meta ma japplikax l-ewwel subparagrafu, l-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' impriża omm tal-Unjoni jew sussidjarja tal-Unjoni bl-ogħla valur ta' assi fuq il-karta tal-bilanċ totali miżmuma għandha tippresiedi l-kulleġġ ta' riżoluzzjoni Ewropew.

4.   L-Istati Membri jistgħu, bi qbil reċiproku tal-partijiet rilevanti kollha, jirrinunzjaw ir-rekwiżit li jiġi stabbilit kulleġġ ta' riżoluzzjoni Ewropew jekk grupp jew kulleġġ ieħor iwettaq l-istess funzjonijiet u jwettaq l-istess kompiti speċifikati f'dan l-Artikolu u jikkonforma mal-kondizzjonijiet u l-proċeduri kollha, inkluż dawk li jkopru s-sħubija u l-parteċipazzjoni f'kulleġġi ta' riżoluzzjoni Ewropej, stabbiliti f'dan l-Artikolu u fl-Artikolu 90. F'dak il-każ, ir-referenzi kollha għall-kulleġġi ta' riżoluzzjoni Ewropej f'din id-Direttiva għandhom ukoll jinftehmu bħala referenzi għal dawk il-gruppi jew il-kulleġġi l-oħra.

5.   Soġġett għall-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu, il-kulleġġ ta' riżoluzzjoni Ewropew għandu altrimenti jiffunzjona skont l-Artikolu 88.”;

(36)

fil-punt (6) tat-Taqsima B u fil-punt (17) tat-Taqsima C tal-Anness, il-kliem “obbligazzjonijiet eliġibbli” huma sostitwiti mill-kliem “obbligazzjonijiet b'kapaċità ta' rikapitalizzazzjoni interna”.

Artikolu 2

Emendi għad-Direttiva 98/26/KE

Id-Direttiva 98/26/KE hija emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(c)

‘kontroparti ċentrali’ jew ‘CCP’ tfisser CCP kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;”;

(b)

il-punt (f) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(f)

‘parteċipant’ tfisser istituzzjoni, kontroparti ċentrali, aġent għall-ħlas, stabbiliment ta' rilaxx, operatur ta' sistema jew membru tal-ikklirjar ta' CCP awtorizzata skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;”;

(2)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 12a

Sat-28 ta' Ġunju 2021, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina kif l-Istati Membri japplikaw din id-Direttiva għall-istituzzjonijiet domestiċi tagħhom li jipparteċipaw direttament fis-sistemi rregolati mil-liġi ta' pajjiż terz u għal sigurtà kollaterali pprovduta b'rabta mal-parteċipazzjoni f'sistemi bħal dawn. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta b'mod partikolari l-ħtieġa għal aktar emendi għal din id-Direttiva fir-rigward tas-sistemi regolati mil-liġi ta' pajjiż terz. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar dan lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat fejn adegwat minn proposti għar-reviżjoni ta' din id-Direttiva.”.

Artikolu 3

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex ikun hemm konformità ma' din id-Direttiva sat-28 ta' Diċembru 2020. Għalhekk għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk il-miżuri.

L-Istati Membri għandhom japplikaw dawk il-miżuri sa mid-data tad-dħul fis-seħħ tagħhom fil-liġi nazzjonali, li għandha tkun mhux iktar tard mit-28 ta' Diċembru 2020.

L-Istati Membri għandhom japplikaw il-punt (17) tal-Artikolu 1 ta' din id-Direttiva, fir-rigward tal-Artikolu 45i(3) tad-Direttiva 2014/59/UE mill-1 ta' Jannar 2024. Fejn, f'konformità mal-Artikolu 45m(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tkun stabbilixxiet skadenza għall-konformità li tintemm wara l-1 ta' Jannar 2024, id-data tal-applikazzjoni tal-punt (17) tal-Artikolu 1 ta' din id-Direttiva, fir-rigward tal-Artikolu 45i(3) tad-Direttiva 2014/59/UE għandha tkun l-istess bħal dik tal-iskadenza għall-konformità.

2.   Meta l-Istati Membri jadottaw il-miżuri msemmijin fil-paragrafu 1, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'tali referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza.

3.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-EBA t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Destinatarji

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Mejju 2019.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

G. CIAMBA


(1)  ĠU C 34, 31.1.2018, p. 17.

(2)  ĠU C 209, 30.6.2017, p. 36.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta' Mejju 2019.

(4)  Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).

(5)  Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012, (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(6)  Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, (ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1).

(7)  Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(8)  Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1075 tat-23 ta' Marzu 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kontenut tal-pjanijiet ta' rkupru, il-pjanijiet ta' riżoluzzjoni u l-pjanijiet ta' riżoluzzjoni tal-grupp, il-kriterji minimi li l-awtorità kompetenti trid tivvaluta fir-rigward tal-pjanijiet ta' rkupru u l-pjanijiet ta' rkupru tal-grupp, il-kundizzjonijiet għall-appoġġ finanzjarju tal-grupp, ir-rekwiżiti għall-valutaturi indipendenti, ir-rikonoxximent kuntrattwali tas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva u konverżjoni u l-avviż tas-sospensjoni u l- funzjonament operattivi tal-kulleġġi ta' riżoluzzjoni (ĠU L 184, 8.7.2016, p. 1).

(9)  Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE, (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

(10)  Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar skemi ta' garanzija tad-depożiti (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 149).

(11)  Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).