ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 141

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 62
28 ta' Mejju 2019


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament (UE) 2019/833 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 li jistabbilixxi miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar li japplikaw fiż-Żona Regolatorja tal-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral, li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1627 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2115/2005 u (KE) Nru 1386/2007

1

 

*

Regolament (UE) 2019/834 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-obbligu tal-ikklerjar, is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar, ir-rekwiżiti tar-rapportar, it-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju għal kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklerjati minn kontroparti ċentrali, ir-reġistrazzjoni u s-superviżjoni ta' repożitorji tat-tranżazzjonijiet u r-rekwiżiti għar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet ( 1 )

42

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

REGOLAMENTI

28.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 141/1


REGOLAMENT (UE) 2019/833 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-20 ta' Mejju 2019

li jistabbilixxi miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar li japplikaw fiż-Żona Regolatorja tal-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral, li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1627 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2115/2005 u (KE) Nru 1386/2007

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Wieħed mill-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd, kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), huwa li tiżgura sfruttament tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar li jipprovdi kundizzjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali sostenibbli.

(2)

Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/392/KE (4), l-Unjoni approvat il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar u l-Ftehim dwar l-Implimentazzjoni tad-Dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta' Diċembru 1982 relatati mal-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta' Stokkijiet ta' Ħut Transżonali u Stokkijiet ta' Ħut li Jpassi Ħafna, li fihom prinċipji u regoli marbutin mal-konservazzjoni u mal-ġestjoni tar-riżorsi ħajjin tal-baħar. Fil-kuntest tal-obbligi internazzjonali aktar ġenerali tagħha, l-Unjoni tieħu sehem fl-isforzi li jsiru fl-ibħra internazzjonali għall-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut.

(3)

L-Unjoni hija parti għall-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali Futura dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (“il-Konvenzjoni” ), li ġiet approvata permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3179/78 (5). Fit-28 ta' Settembru 2007 ġiet adottata emenda tal-Konvenzjoni tan-NAFO li ġiet approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/717/UE (6).

(4)

L-Organizzazzjoni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (NAFO) għandha l-awtorità tadotta deċiżjonijiet li jorbtu legalment għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd li huma f'idejha. Dawk id-deċiżjonijiet huma indirizzati b'mod ewlieni lill-Partijiet Kontraenti tan-NAFO, iżda jinkludu wkoll obbligi għall-operaturi (pereżempju għall-kaptan tal-bastiment). Malli jidħlu fis-seħħ, il-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar (CEM) tan-NAFO jibdew jorbtu lill-Partijiet Kontraenti kollha tan-NAFO u, fil-każ tal-Unjoni, iridu jiddaħħlu fil-liġi tal-Unjoni sal-punt li fih ma jkunux diġà koperti mil-liġi tal-Unjoni.

(5)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1386/2007 (7) ittraspona s-CEM fil-liġi tal-Unjoni.

(6)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2115/2005 (8) stabbilixxa pjan ta' rkupru għall-provvista tal-ħalibatt tal-Groenlandja fis-Subżona 2 tan-NAFO u Diviżjonijiet 3KLMNO.

(7)

Is-CEM ġew emendati minn kull laqgħa annwali tal-Partijiet Kontraenti tan-NAFO mill-2008 'l hawn. Id-dispożizzjonijiet il-ġodda jridu jiddaħħlu fil-liġi tal-Unjoni, inklużi miżuri ta' konservazzjoni għal ċerti speċijiet, għall-ħarsien tal-ekosistemi vulnerabbli tal-baħar, għall-proċeduri ta' spezzjoni fuq il-baħar u fil-portijiet, għar-rekwiżiti marbutin mal-bastimenti, għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tas-sajd u għal miżuri addizzjonali tal-Istat tal-port.

(8)

B'kunsiderazzjoni li ċerti dispożizzjonijiet tas-CEM qed jiġu emendati iktar ta' sikwit mill-Partijiet Kontraenti tal-NAFO u li dawn huma mistennija li jkomplu jiġu emendati iktar fil-ġejjieni, sabiex l-emendi għas-CEM jiddaħħlu malajr fil-liġi tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) b'rabta mal-aspetti li ġejjin: il-lista ta' attivitajiet tal-bastimenti tar-riċerka; il-miżuri marbutin mas-sajd tal-gamblu tat-Tramuntana; il-bidliet fil-fond tas-sajd u r-referenzi għaż-żoni ristretti jew għaż-żoni magħluqin; il-proċeduri marbutin mal-bastimenti awtorizzati li jkollhom abbord ħut li b'kollox ikun jiżen iktar minn 50 tunnellata ta' piż ħaj li jkun inqabad 'il barra miż-Żona Regolatorja u li jkunu deħlin f'dik iż-żona biex jistadu għall-ħalibatt ta' Greenland u l-prerekwiżiti biex wieħed jibda jistad għall-ħalibatt ta' Greenland; il-kontenut tat-trażmissjoni elettronika, il-lista tad-dokumenti validi li jridu jinġarru abbord il-bastimenti u l-kontenut tal-pjanijiet ta' kapaċità; id-dokumenti dwar l-arranġamenti tal-kiri li jridu jinġarru abbord il-bastimenti; id-data tas-sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti (VMS); id-dispożizzjonijiet dwar ir-rappurtar elettroniku u dwar il-kontenut tan-notifiki; u l-obbligi tal-kaptan tal-bastiment waqt l-ispezzjoni. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, inkluż fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (9). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(9)

Il-Kummissjoni, li tkun qed tirrappreżenta lill-Unjoni fil-laqgħat tan-NAFO, ta' kull sena taqbel ma' għadd ta' dispożizzjonijiet purament tekniċi tas-CEM, b'mod partikulari dwar il-format u l-kontenut tal-iskambju tal-informazzjoni, dwar it-terminoloġija xjentifika jew dwar l-għeluq ta' żoni vulnerabbli. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta wkoll att delegat li jissuplimenta dan ir-Regolament b'dawk id-dispożizzjonijiet u bl-Annessi għas-CEM u jenħtieġ li tingħata s-setgħa li temendah.

(10)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolamenti (KE) Nru 2115/2005 u (KE) Nru 1386/2007 jitħassru.

(11)

F'Novembru 2018, il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) adottat ir-Rakkomandazzjoni 18-02 li tistabbilixxi pjan ta' ġestjoni għat-tonn li ser jidħol fis-seħħ fil-21 ta' Ġunju 2019. Ir-Rakkomandazzjoni 18-02 tħassar ir-Rakkomandazzjoni 17-07, li kienet temenda r-Rakkomandazzjoni 14-04 li tistabbilixxi pjan ta' rkupru tat-tonn li ġiet implimentata fil-liġi tal-Unjoni permezz tar-Regolament (UE) 2016/1627 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). Ir-Rakkomandazzjoni 18-02 fiha dispożizzjonijiet aktar flessibbli minn dawk implimentati fir-Regolament (UE) 2016/1627.

(12)

Il-Kummissjoni għandha l-pjan li tadotta proposta għal Regolament bil-għan li timplimenta r-Rakkomandazzjoni 18-02 matul l-ewwel tliet xhur tal-2019. Huwa improbabbli li l-koleġislaturi ser jadottaw dak ir-Regolament qabel id-dħul fis-seħħ tar-Rakkomandazzjoni 18-02.

(13)

Matul laqgħa teknika dwar kwistjonijiet relatati mal-ICCAT fil-11 ta' Diċembru 2018, l-Istati Membri esprimew ix-xewqa tagħhom li jimplimentaw mill-inqas ċerti dispożizzjonijiet tar-Rakkomandazzjoni 18-02 relatati mal-qabdiet aċċessorji, it-trobbija tal-ħut u l-kapaċità tas-sajd u l-istaġuni miftuħin mill-21 ta' Ġunju 2019, biex jiżguraw kondizzjonijiet ekwivalenti bejn l-operaturi kollha għall-qbid tat-tonn. Barra minn hekk, hemm dispożizzjonijiet ta' kontroll rinfurzati ġodda, inkluż għal kontrolli każwali ġewwa l-farms, kummerċ ta' ħut ħaj u prattiki ta' trobbija, li l-Istati Membri ser jimplimentaw ukoll mill-21 ta' Ġunju 2019, abbażi ta' kompetenza kondiviża dwar dik il-politika.

(14)

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ekwivalenti bejn il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u flotot oħra li jistadu għat-tonn, il-miżuri tal-ICCAT stipulati fir-Rakkomandazzjoni 18-02 relatati mal-qabdiet inċidentali, it-trobbija tal-ħut u l-kapaċità tas-sajd u l-istaġuni miftuħa jenħtieġ li jiġu inklużi fir-Regolament (UE) 2016/1627.

(15)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2016/1627 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Sakemm ma jkunx previst mod ieħor, dan ir-Regolament japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jintużaw jew li maħsubin li jintużaw għall-finijiet tal-attivitajiet kummerċjali tas-sajd li jitwettqu fir-riżorsi tas-sajd fiż-Żona Regolatorja tan-NAFO, kif iddefinit fl-Anness I għall-Konvenzjoni, kif ukoll l-attivitajiet minn bastimenti ta' pajjiżi terzi skont il-Konvenzjoni fl-ilmijiet jew fit-territorju tal-Unjoni.

2.   Dan ir-Regolament japplika mingħajr preġudizzju għall-obbligi li hemm fir-regolamenti eżistenti fis-settur tas-sajd, b'mod partikolari r-Regolament (UE) 2017/2403 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), u fir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 (12) u (KE) Nru 1224/2009 (13).

3.   Sakemm ma jkunx previst mod ieħor f'dan ir-Regolament, il-bastimenti tar-riċerka tal-Unjoni ma għandhomx jiġu llimitati mill-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni marbutin mal-qbid tal-ħut, b'mod partikolari fir-rigward tad-daqs tal-malji, il-limiti tad-daqs u ż-żoni u l-istaġuni magħluqin.

Artikolu 2

Suġġett

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni mill-Unjoni tas-CEM sabiex dawn jiġu implimentati b'mod uniformi u effettiv fl-Unjoni.

2.   Barra minn hekk, dan ir-Regolament jemenda ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/1627.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“il-Konvenzjoni” tfisser il-Konvenzjoni tal-1979 dwar il-Kooperazzjoni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral, kif emendata minn żmien għall-ieħor;

(2)

“iż-Żona tal-Konvenzjoni” tfisser iż-żona li għaliha tapplika l-Konvenzjoni, kif deskritta fl-Artikolu IV, il-paragrafu 1 tagħha. Iż-Żona tal-Konvenzjoni hija maqsuma f'Subżoni, f'Diviżjonijiet u f'Subdiviżjonijiet xjentifiċi u statistiċi li huma mniżżlin fl-Anness I għall-Konvenzjoni;

(3)

“iż-Żona Regolatorja” tfisser dik il-parti taż-Żona tal-Konvenzjoni li tinsab lil hinn mill-ġurisdizzjoni nazzjonali;

(4)

“riżorsi tas-sajd” tfisser il-ħut, il-molluski u l-krustaċji kollha fiż-Żona tal-Konvenzjoni minbarra:

(a)

l-ispeċijiet sedentarji li fuqhom l-Istati kostali jistgħu jeżerċitaw drittijiet sovrani skont l-Artikolu 77 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar; u

(b)

l-istokkijiet anadromi u katadromi u l-ispeċijiet li jpassu ħafna mniżżlin fl-Anness I għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar, safejn ikunu ġestiti abbażi ta' trattati internazzjonali oħrajn;

(5)

“attivitajiet tas-sajd” tfisser il-ġbir tar-riżorsi tas-sajd jew l-ipproċessar tagħhom, il-ħatt l-art tar-riżorsi tas-sajd jew ta' prodotti li ġejjin mir-riżorsi tas-sajd jew it-trażbord tagħhom, jew kull attività oħra bi tħejjija għall-ġbir tar-riżorsi tas-sajd fiż-Żona Regolatorja jew biex tappoġġah, jew li ssir b'rabta miegħu, fosthom:

(a)

it-tentattivi biex jitfittxu jew jinqabdu r-riżorsi tas-sajd, jew it-tiftix jew il-qbid tagħhom fir-realtà;

(b)

kull attività li, b'mod raġonevoli, wieħed jista' jistenna li se tirriżulta fil-lokalizzazzjoni, il-qbid jew il-ġbir tar-riżorsi tas-sajd għal kwalunkwe għan; u

(c)

kull ħidma fuq il-baħar li ssir b'appoġġ jew bi tħejjija għal kull attività deskritta f'din id-definizzjoni iżda li ma tinkludix il-ħidmiet relatati ma' emerġenza li jinvolvu s-saħħa u s-sikurezza tal-membri tal-ekwipaġġ jew is-sikurezza ta' bastiment;

(6)

“bastiment tas-sajd” tfisser kull bastiment tal-Unjoni li huwa involut f'attivitajiet tas-sajd jew li kien involut fihom, fosthom il-bastimenti tal-ipproċessar tal-ħut u l-bastimenti involuti fit-trażbord jew f'kull attività oħra bi tħejjija għall-attivitajiet tas-sajd jew b'rabta magħhom, jew li jkunu involuti f'attivitajiet tas-sajd sperimentali jew esploratorju;

(7)

“bastiment tar-riċerka” tfisser bastiment li jintuża b'mod permanenti għar-riċerka jew bastiment li s-soltu jintuża għall-attivitajiet tas-sajd jew għal attivitajiet li jappoġġaw is-sajd iżda li qed jintuża b'mod temporanju għar-riċerka dwar is-sajd;

(8)

“CEM” tfisser il-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar fis-seħħ kif adottati mill-Kummissjoni NAFO;

(9)

“opportunitajiet tas-sajd” tfisser il-kwoti tas-sajd allokati lil Stat Membru permezz ta' att tal-Unjoni fis-seħħ għaż-Żona Regolatorja;

(10)

“EFCA” tfisser l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd hekk kif stabbilita bir-Regolament (UE) 2019/473 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14);

(11)

“jum tas-sajd” tfisser kull jum tal-kalendarju, jew kull parti minnu, li matulu bastiment tas-sajd ikun jinsab fi kwalunkwe Diviżjoni taż-Żona Regolatorja;

(12)

“port” tfisser, fost oħrajn, it-terminals lil hinn mill-kosta u installazzjonijiet oħrajn għall-ħatt l-art, għat-trażbord, għall-ippakkjar, għall-ipproċessar, għall-forniment mill-ġdid ta' karburant jew ta' provvisti;

(13)

“bastiment ta' parti li mhix Parti Kontraenti” tfisser bastiment li jtajjar il-bandiera ta' Stat li mhuwiex Parti Kontraenti tan-NAFO jew li mhuwiex Stat Membru, jew bastiment li hemm suspett li ma hu rreġistrat fl-ebda pajjiż;

(14)

“trażbord” tfisser it-trasferiment tar-riżorsi tas-sajd jew tal-prodotti tas-sajd minn fuq bastiment tas-sajd għal ieħor, mill-ġenb tal-bastiment;

(15)

“xibka tat-tkarkir tan-nofs fond” tfisser xibka tat-tkarkir maħsuba għas-sajd għall-ispeċijiet pelaġiċi li l-ebda parti minnha ma hi maħsuba biex tmiss il-qiegħ jew ma titħaddem b'tali mod li tmissu fi kwalunkwe ħin. Ix-xibka ma għandux ikollha diski, bobini jew rombli mal-kalament taċ-ċomb tagħha, jew kwalunkwe aċċessorju ieħor li jkun maħsub biex imiss il-qiegħ, iżda jista' jkollha inforr tat-taħkik;

(16)

“ekosistemi vulnerabbli tal-baħar” jew “VMEs” tfisser l-ekosistemi vulnerabbli tal-baħar li jissemmew fil-paragrafi 42 u 43 tal-Linji Gwida Internazzjonali tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO) għall-Ġestjoni tas-Sajd fil-Baħar Fond fl-Ibħra Internazzjonali;

(17)

“impronta”, li hija magħrufa wkoll bħala “żoni eżistenti tas-sajd tal-qiegħ”, tfisser dik il-parti miż-Żona Regolatorja fejn, b'mod storiku, kien isir is-sajd tal-qiegħ, u li hija definita mill-koordinati mogħtija fit-Tabella 4 u murija fl-Istampa 2 tas-CEM imsemmija fil-punti 1 u 2 tal-Anness għal dan ir-Regolament;

(18)

“attivitajiet tas-sajd tal-qiegħ” tfisser kull attività li matulha l-irkaptu tas-sajd imiss ma' qiegħ il-baħar jew li x'aktarx ikun se jmiss miegħu matul l-andament normali tal-ħidmiet tas-sajd;

(19)

“ħut ipproċessat” tfisser kull organiżmu tal-baħar li jkun inbidel fiżikament minn x'ħin inqabad, fosthom ħut li jkun tqatta' fi fletti, ġie msewwi, ġie ppakkjat, tqiegħed fil-bottijiet, ġie ffriżat, ġie affumikat, tmellaħ, issajjar, tqiegħed fis-salmura, ġie mnixxef jew li jkun tlesta għas-suq bi kwalunkwe mod ieħor;

(20)

“attivitajiet tas-sajd esploratorju tal-qiegħ” tfisser attivitajiet tas-sajd tal-qiegħ li jitwettqu 'l barra mill-impronta, jew li jitwettqu fl-impronta b'tibdil sinifikanti fil-mod kif jitwettaq is-sajd jew fit-teknoloġija li tintuża matulu;

(21)

“speċijiet indikatur ta' VME” tfisser l-ispeċijiet li juru li hemm VMEs, kif speċifikat fil-Parti VI tal-Anness I.E għas-CME imsemmija fil-punt 3 tal-Anness għal dan ir-Regolament;

(22)

“numru tal-OMI” tfisser numru magħmul minn seba' ċifri li jingħata lil bastiment taħt l-awtorità tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali;

(23)

“spettur”, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, tfisser spettur tas-servizzi ta' kontroll tas-sajd ta' Parti Kontraenti tan-NAFO li jkun assenjat għall-Iskema Konġunta ta' Spezzjoni u ta' Sorveljanza msemmija fil-Kapitolu VII;

(24)

“sajd IUU” tfisser l-attivitajiet deskritti fil-Pjan ta' Azzjoni Internazzjonali tal-FAO biex is-Sajd Illegali, Mhux Irrappurtat u Mhux Iddikjarat Ikun Prevenut, Skoraġġut u Eliminat adottat mill-FAO;

(25)

“vjaġġ tas-sajd” għal bastiment tas-sajd jinkludi l-ħin mid-dħul tiegħu sat-tluq tiegħu miż-Żona Regolatorja u jkompli sal-ħatt l-art jew it-trażbord tal-ħut kollu abbord li jkun inqabad miż-Żona Regolatorja;

(26)

“ĊMS” tfisser ċentru tal-monitoraġġ tas-sajd li jinsab fuq l-art tal-Istat Membru tal-bandiera;

(27)

“lista tal-bastimenti IUU” tfisser il-lista stabbilita skont l-Artikoli 52 u 53 tas-CME;

(28)

“impatti negattivi sinifikanti” tfisser l-impatti negattivi sinifikanti li jissemmew fil-paragrafi 17 sa 20 tal-Linji Gwida Internazzjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd fil-Fond fl-Ibħra Internazzjonali tal-FAO;

(29)

“element indikatur ta' ekosistema vulnerabbli tal-baħar” tfisser l-element indikatur ta' VME imsemmi fil-karatteristiċi topografiċi, idrofiżiċi jew ġeoloġiċi li jista' jkun li jappoġġaw il-VMEs, kif speċifikat fil-Parti VII tal-Anness I.E għas-CME imsemmi fil-punt 4 tal-Anness għal dan ir-Regolament;

(30)

“osservatur” tfisser persuna li hija awtorizzata u ċċertifikata minn Stat Membru jew minn Parti Kontraenti biex tosserva, timmonitorja u tiġbor informazzjoni abbord il-bastimenti tas-sajd.

KAPITOLU II

MIŻURI TA' KONSERVAZZJONI U TA' ĠESTJONI

Artikolu 4

Bastimenti tar-riċerka

1.   Bastiment tar-riċerka ma għandux:

(a)

iwettaq attivitajiet tas-sajd li ma jkunux konsistenti mal-pjan tar-riċerka tiegħu; jew

(b)

jaqbad għadd ta' gambli tat-Tramuntana mid-Diviżjoni 3L li jkun aktar mill-għadd allokat tal-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment.

2.   Tal-inqas għaxart ijiem qabel ma jibda perijodu tar-riċerka tas-sajd, l-Istat Membru tal-bandiera għandu:

(a)

javża lill-Kummissjoni, b'mod elettroniku u fil-format preskritt fl-Anness II.C għas-CEM imsemmi fil-punt 5 tal-Anness għal dan ir-Regolament, bil-bastimenti kollha tar-riċerka li jtajru l-bandiera tiegħu li huwa jkun awtorizza biex iwettqu attivitajiet tar-riċerka fiż-Żona Regolatorja; u

(b)

jibgħat pjan tar-riċerka lill-Kummissjoni għall-bastimenti kollha li jtajru l-bandiera tiegħu li jkunu awtorizzati jwettqu r-riċerka, inkluż l-għan, il-post u, għal bastimenti li jkunu qed iwettqu r-riċerka b'mod temporanju, id-dati li matulhom il-bastiment ser ikun qed jintuża bħala bastiment tar-riċerka.

3.   L-Istat Membru tal-bandiera għandu javża minnufih lill-Kummissjoni dwar it-terminazzjoni tal-attivitajiet ta' riċerka minn kull bastiment li jkun impenjat b'mod temporanju fir-riċerka.

4.   L-Istat Membru tal-bandiera għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b'kull tibdil fil-pjan tar-riċerka tal-inqas għaxart ijiem qabel id-data li fiha jsiru effettivi dawk il-tibdiliet. Il-bastiment tar-riċerka għandu jżomm reġistru tat-tibdil abbord.

5.   Il-bastimenti li jkunu qed iwettqu r-riċerka għandhom iżommu dejjem abbord kopja tal-pjan tar-riċerka bl-Ingliż.

6.   Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-informazzjoni li l-Istati Membri tal-bandiera jkunu bagħtulha skont il-paragrafi 3, 4 u 5 lis-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO sa mhux aktar tard minn sebat ijiem qabel ma jibda l-perijodu tas-sajd, jew, f'każ ta' tibdil fil-pjan tar-riċerka, sebat ijiem qabel id-data li fiha tidħol fis-seħħ kull bidla fil-pjan tar-riċerka.

Artikolu 5

Limiti tal-qbid u tal-isforz

1.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-limiti kollha tal-qbid u/jew tal-isforz japplikaw għall-istokkijiet identifikati fl-opportunitajiet tas-sajd fis-seħħ u, sakemm ma jiġix indikat mod ieħor, il-kwoti kollha għandhom jingħataw bħala piż ħaj f'tunnellati metriċi.

2.   L-Istati Membri jistgħu jippermettu li bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom jistadu għall-istokkijiet li għalihom ma jkunx ingħata kwota skont l-opportunitajiet tas-sajd fis-seħħ (il-kwota “Oħrajn”), jekk tkun teżisti t-tali kwota u jekk is-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO ma jkunx għarrfu li ngħalaq dak is-sajd.

3.   Għall-istokkijiet identifikati fl-opportunitajiet tas-sajd fis-seħħ li jinqabdu fiż-Żona Regolatorja minn bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu, kull Stat Membru tal-bandiera għandu:

(a)

jiżgura li l-ispeċijiet kollha mill-istokkijiet imniżżlin fl-opportunitajiet tas-sajd fis-seħħ maqbuda minn bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu jitnaqqsu mill-kwota allokata lil dak l-Istat Membru, inklużi l-qabdiet aċċessorji tar-redfish mid-Diviżjoni 3M li jinqabdu bejn id-data li fiha jkun stmat li jkunu nqabdu 50 % mill-qabdiet totali permissibbli (TAC) għar-redfish fid-Diviżjoni 3M u l-1 ta' Lulju;

(b)

jiżgura li abbord il-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu ma jinżammx iktar redfish mid-Diviżjoni 3M wara d-data li fiha jkun stmat li jkunu nqabdu 100 % tat-TAC tar-redfish mid-Diviżjoni 3M, bl-eċċezzjoni tar-redfish mid-Diviżjoni 3M maqbud qabel l-għeluq;

(c)

jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-EFCA dwar l-ismijiet tal-bastimenti tal-Unjoni li jkun beħsiebhom jistadu għall-kwota “oħrajn” tal-inqas 48 siegħa qabel kull dħul fiż-Żona Regolatorja u wara minimu ta' 48 siegħa mill-ħruġ miż-Żona Regolatorja. Jekk ikun possibbli, ma' dik in-notifika għandha tintbagħat stima tal-qabda mistennija. Dik in-notifika għandha tiġi ppubblikata fuq is-sit web tan-NAFO Monitor, Control and Surveillance (MCS).

4.   Għal kull ġbir, l-ispeċi li tkun tirrappreżenta l-ogħla perċentwal, skont il-piż, tal-qabda totali li tkun saret f'dak il-ġbir għandha titqies bħala l-ispeċi maqbuda f'sajd dirett għall-istokk ikkonċernat.

Artikolu 6

Għeluq tas-sajd

1.   Kull Stat Membru għandu:

(a)

jagħlaq is-sajd għall-istokkijiet imniżżlin fl-opportunitajiet tas-sajd fis-seħħ fiż-Żona Regolatorja fid-data li fiha d-data disponibbli tindika li tkun se tintuża l-kwota kollha allokata lil dak l-Istat Membru għall-istokkijiet ikkonċernati; inkluż l-istima tal-kwantità li tkun se tinqabad qabel ma jingħalaq is-sajd, il-qbid skartat u l-istima tal-qabdiet mhux irrappurtati tal-bastimenti kollha li jtajru l-bandiera ta' dak l-Istat Membru,

(b)

jiżgura li l-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu jwaqqfu mill-ewwel l-attivitajiet tas-sajd tagħhom li jistgħu jwasslu għall-qabdiet meta l-Kummissjoni tinnotifikah, skont il-paragrafu 3, li l-kwota allokata lil dak l-Istati Membru tkun intużat kollha. Jekk l-Istat Membru jista' juri li jkun għad baqagħlu ammont tal-kwota disponibbli għal dak l-istokk skont il-paragrafu 2, il-bastimenti ta' dak l-Istat Membru jistgħu jerġgħu jibdew jistadu għal dak l-istokk;

(c)

jagħlaq is-sajd għall-gambli tat-Tramuntana fid-Diviżjoni 3M meta jkun intlaħaq l-għadd ta' jiem tas-sajd li jkun ġie allokat lil dak l-Istat Membru. L-għadd ta' jiem tas-sajd għal kull bastiment għandu jiġi stabbilit billi tintuża d-data tal-VMS dwar il-pożizzjoni fid-Diviżjoni 3M b'kull parti minn jum titqies bħala jum sħiħ;

(d)

jagħlaq is-sajd dirett għar-redfish mid-Diviżjoni 3M bejn id-data li fiha jkun stmat li l-qabda totali rrappurtata tkun laħqet il-50 % mit-TAC għar-redfish fid-Diviżjoni 3M, kif innotifikat skont il-paragrafu 3, u l-1 ta' Lulju;

(e)

jagħlaq is-sajd dirett għar-redfish fid-Diviżjoni 3M fid-data li fiha jkun stmat li l-qabda totali rrappurtata tkun laħqet il-100 % mit-TAC għar-redfish fid-Diviżjoni 3M, kif innotifikat skont il-paragrafu 3;

(f)

jinnotifika lill-Kummissjoni minnufih bid-data tal-għeluq prevista fil-punti (a) sa (e);

(g)

jipprojbixxi lill-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu milli jkomplu jistadu b'mod dirett għal stokk partikolari fiż-Żona Regolatorja skont il-kwota “Oħrajn” minn ħamest ijiem wara n-notifika tas-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO, kif trasmess mill-Kummissjoni li huwa stmat li dik il-kwota partikolari “Oħrajn” intużat kollha skont il-paragrafu 3;

(h)

jiżgura li l-ebda bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu ma jibda jistad b'mod dirett għal stokk partikolari fiż-Żona Regolatorja skont il-kwota “Oħrajn” wara n-notifika tas-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO li huwa stmat li dik il-kwota partikolari intużat kollha, skont il-paragrafu 3;

(i)

wara li jagħlaq is-sajd tiegħu skont dan il-paragrafu, jiżgura li abbord il-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu ma jinżamm l-ebda ħut mill-istokk ikkonċernat sakemm dan ma jkunx awtorizzat mod ieħor permezz ta' dan ir-Regolament.

2.   Is-sajd li jkun ingħalaq skont il-paragrafu 1 jista' jerġa' jinfetaħ fi żmien 15-il jum mid-data tan-notifika tal-Kummissjoni, wara komunikazzjoni mas-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO:

(a)

jekk is-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO jikkonferma li l-Kummissjoni tkun uriet li għad baqgħalha ammont tal-kwota disponibbli mill-allokazzjoni oriġinali tagħha; jew

(b)

jekk trasferiment tal-kwoti mingħand Parti Kontraenti oħra tan-NAFO skont l-opportunitajiet tas-sajd, twassal għal kwota addizzjonali għall-istokk partikolari li jkun soġġett għal għeluq.

3.   Il-Kummissjoni għandha tavża lill-Istati Membri minnufih bid-data tal-għeluq imsemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 7

Qabdiet aċċessorji li jinżammu abbord

1.   Il-kaptan tal-bastiment tas-sajd, inkluż ta' bastiment mikri f'konformità mal-Artikolu 23, għandu jiżgura li l-bastiment inaqqas kemm jista' jkun il-qabdiet aċċessorji tal-ispeċijiet tal-istokkijiet identifikati fl-opportunitajiet tas-sajd rispettivi tiegħu li jkunu fis-seħħ meta jkunu qed jistadu fiż-Żona Regolatorja.

2.   Speċi mniżżla fl-opportunitajiet tas-sajd li jkunu fis-seħħ għandha tiġi kklassifikata bħala qabda aċċessorja meta tinqabad f'Diviżjoni li fiha jkun hemm xi waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

meta l-Istat Membru ma jkun ingħata l-ebda kwota għal dak l-istokk f'dik id-Diviżjoni, skont l-opportunitajiet tas-sajd li jkunu fis-seħħ;

(b)

meta jkun hemm projbizzjoni fis-seħħ fuq is-sajd għal dak l-istokk partikolari (moratorji); jew

(c)

meta l-kwota “Oħrajn” għal stokk partikolari tkun intużat għalkollox, wara notifika mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 6.

3.   Il-kaptan tal-bastiment tas-sajd, inkluż ta' bastiment mikri f'konformità mal-Artikolu 23, għandu jiżgura li l-bastiment jillimita li jżomm abbord speċijiet ikklassifikati bħala qabdiet aċċessorji għall-ammonti massimi speċifikati hawn taħt:

(a)

għall-bakkaljaw fid-Diviżjoni 3M, għar-redfish fid-Diviżjoni 3LN u għall-barbun ilsien il-kelb fid-Diviżjoni 3NO: 1 250 kg jew 5 %, skont liema minnhom ikun l-ikbar;

(b)

għall-bakkaljaw fid-Diviżjonijiet 3NO: 1 000 kg jew 4 %, skont liema minnhom ikun l-ikbar;

(c)

għall-istokkijiet l-oħrajn kollha mniżżlin fl-opportunitajiet tas-sajd meta l-Istat Membru ma jkun ingħata l-ebda kwota speċifika għalihom: 2 500 kg jew 10 %, skont liema minnhom ikun l-ikbar;

(d)

meta jkun hemm projbizzjoni fuq is-sajd (moratorji), jew meta l-kwota “Oħrajn” li tkun infetħet għal dak l-istokk tkun intużat għalkollox: 1 250 kg jew 5 %, skont liema minnhom ikun l-ikbar;

(e)

ladarba jingħalaq is-sajd dirett għar-redfish fid-Diviżjoni 3M skont il-punt (d) tal-Artikolu 6(1): 1 250 kg jew 5 %, skont liema minnhom ikun l-ikbar;

(f)

filwaqt li jitwettaq sajd dirett għall-barbun denbu isfar fid-Diviżjonijiet 3LNO: 15 % tal-barbun tat-tbajja' Amerikan; inkella għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar qabdiet aċċessorji stabbiliti fil-punt (d).

4.   Il-limiti u l-perċentwali previsti fil-paragrafu 3 jiġu kkalkulati għal kull Diviżjoni bħala l-perċentwal, skont il-piż, ta' kull stokk mill-qabda totali tal-istokkijiet imniżżlin fl-opportunitajiet tas-sajd fis-seħħ għal dik id-Diviżjoni miżmumin abbord fil-mument tal-ispezzjoni, abbażi taċ-ċifri mogħtija fil-ġurnal ta' abbord dwar is-sajd.

5.   Il-kalkolu tal-livell tal-qabdiet aċċessorji tal-ħut tal-qiegħ imsemmi fil-paragrafu 3 ma għandux jinkludi l-qabdiet tal-gamblu tat-Tramuntana fil-qabda totali miżmuma abbord.

Artikolu 8

Qbiż tal-limiti tal-qabdiet aċċessorji fi ġbir wieħed

1.   Il-kaptan tal-bastiment tas-sajd għandu jiżgura li l-bastiment:

(a)

ma jwettaqx sajd b'mod dirett għall-ispeċijiet imsemmijin fl-Artikolu 7(2);

(b)

iħares ir-rekwiżiti li ġejjin meta, bl-eċċezzjoni ta' sajd dirett għal gambli tat-Tramuntana, il-piż ta' kull speċi soġġetta għal limiti tal-qabdiet aċċessorji jkun jaqbeż l-ikbar limitu minn fost dawk speċifikati fl-Artikolu 7(3) fi ġbir wieħed:

(i)

jersqu minnufih distanza minima ta' 10 mil nawtiku minn kull pożizzjoni tat-tkarkir/tal-kalata ta' qabel u jibqgħu f'dik il-pożizzjoni tul it-tkarkir/il-kalata ta' wara;

(ii)

joħorġu mid-Diviżjoni u ma jerġgħux jidħlu fiha tal-inqas għal 60 siegħa jekk il-limiti tal-qabdiet aċċessorji speċifikati fl-Artikolu 7(3) jerġgħu jinqabżu wara l-ewwel tkarkir/kalata wara li jkunu resqu skont il-punt (i);

(iii)

jagħmlu tkarkir bi prova għal durata massima ta' tliet sigħat qabel ma jibdew jistadu mill-ġdid wara li jkun ilhom neqsin għal tal-inqas 60 siegħa. Jekk l-istokkijiet li għalihom ikun hemm limiti tal-qabdiet aċċessorji jkunu jirrappreżentaw l-ogħla perċentwal, skont il-piż, tal-qabda totali li jkun hemm minn dak il-ġbir, dan is-sajd ma għandux jitqies bħala sajd dirett għal dawk l-istokkijiet, u l-bastiment għandu jibdel il-pożizzjoni tiegħu minnufih skont il-punti (i) u (ii); u

(iv)

jidentifikaw kull tkarkir bi prova li jagħmlu skont il-punt (b) u jirreġistraw il-koordinati tal-pożizzjoni tal-bidu u tat-tmiem ta' kull tkarkir bi prova li jkunu għamlu fil-ġurnal ta' abbord dwar is-sajd.

2.   Waqt is-sajd dirett għall-gamblu tat-Tramuntana, il-bidla fil-pożizzjoni msemmija fil-punti (i) u (ii) u fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandha tapplika meta, fi ġbir wieħed, il-kwantità totali maqbuda tal-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ elenkati fl-opportunitajiet tas-sajd fis-seħħ ikun jaqbeż il-5 % fid-Diviżjoni 3M jew it-2,5 % fid-Diviżjoni 3L.

3.   Meta bastiment ikun qed jistad b'mod dirett għar-rebekkini b'irkaptu b'daqs tal-malja legali li jkun adattat għal dak it-tip ta' sajd, l-ewwel darba li jagħmel qabdiet tal-istokkijiet li għalihom ikun hemm limiti tal-qabdiet aċċessorji, kif speċifikat fl-Artikolu 7(2), li jkunu jirrappreżentaw l-ogħla perċentwal, skont il-piż, tal-qabda totali li jkun għamel f'dak il-ġbir, dawk il-qabdiet għandhom jitqiesu bħala qabdiet inċidentali, iżda l-bastiment għandu jibdel minnufih il-pożizzjoni tiegħu hekk kif speċifikat fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

4.   Il-perċentwal tal-qabdiet aċċessorji fi ġbir wieħed jiġi kkalkulat bħala l-perċentwal, skont il-piż, ta' kull stokk elenkat fl-opportunitajiet tas-sajd li jkunu fis-seħħ mill-qabda totali minn dak il-ġbir.

Artikolu 9

Gambli tat-Tramuntana

1.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, id-Diviżjoni 3M tinkludi dik il-parti tad-Diviżjoni 3L li hija delimitata mil-linji li jgħaqqdu flimkien il-punti deskritti fit-Tabella 1 u murija fl-Istampa 1(1) tas-CEM imsemmija fil-punt 6 tal-Anness għal dan ir-Regolament.

2.   Bastiment li jkun qed jistad għall-gambli tat-Tramuntana u għal speċijiet oħrajn fl-istess vjaġġ għandu jibgħat rapport lill-Kummissjoni biex javżaha li bidel it-tip ta' sajd. L-għadd ta' jiem tas-sajd għandu jiġi kkalkulat skont dan.

3.   Il-jiem tas-sajd imsemmijin f'dan l-Artikolu ma għandhomx ikunu trasferibbli bejn Parti Kontraenti tan-NAFO u oħra. Il-jiem tas-sajd ta' Parti Kontraenti tan-NAFO jistgħu jintużaw minn bastiment li jtajjar il-bandiera ta' Parti Kontraenti oħra tan-NAFO skont l-Artikolu 23 biss.

4.   L-ebda bastiment ma għandu jistad għall-gambli tat-Tramuntana fid-Diviżjoni 3M bejn 00:01 f'ħin universali kkoordinat (UTC) fl-1 ta' Ġunju u 24:00 UTC tal-31 ta' Diċembru fiż-żona deskritta fit-Tabella 2 u murija fl-Istampa 1(2) tas-CEM imsemmija fil-punt 7 tal-Anness għal dan ir-Regolament.

5.   Is-sajd kollu għall-gambli tal-Tramuntana fid-Diviżjoni 3L għandu jsir f'fond ta' iktar minn 200 metru. Is-sajd fiż-Żona Regolatorja għandu jkun limitat għal żona li tinsab fil-Lvant ta' linja delimitata mill-koordinati deskritti fit-Tabella 3 u murija fl-Istampa 1(3) tas-CEM imsemmija fil-punt 8 tal-Anness għal dan ir-Regolament.

6.   Kull bastiment li jkun stad għall-gambli tat-Tramuntana fid-Diviżjoni 3L, jew ir-rappreżentanti tiegħu f'ismu, għandu jibgħat avviż bil-quddiem, tal-inqas 24 siegħa qabel, lill-awtorità kompetenti tal-port, dwar il-ħin mistenni tal-wasla tiegħu fil-port u dwar l-istima tal-kwantitajiet ta' gambli tat-Tramuntana li għandu abbord skont id-Diviżjoni.

Artikolu 10

Ħalibatt ta' Greenland

1.   Il-miżuri li ġejjin japplikaw għall-bastimenti b'tul ta' 24 metru jew aktar u li jkunu qed jistadu għall-ħalibatt tal-Greenland fis-Subżona 2 u fid-Diviżjonijiet 3KLMNO:

(a)

kull Stat Membru għandu jqassam il-kwota tiegħu għall-ħalibatt ta' Greenland fost il-bastimenti awtorizzati tiegħu;

(b)

bastiment awtorizzat għandu jħott l-art il-qabdiet tiegħu tal-ħalibatt ta' Greenland f'port magħżul biss ta' Parti Kontraenti tan-NAFO. Għal dak il-għan, kull Stat Membru għandu jagħżel port wieħed jew iktar fit-territorju tiegħu fejn il-bastimenti awtorizzati jistgħu jħottu l-art il-ħalibatt ta' Greenland;

(c)

kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-isem ta' kull port li jkun għażel għal dan il-għan. Kull bidla sussegwenti f'dik il-lista għandha tintbagħat biex tieħu post il-lista l-oħra tal-inqas 20 jum qabel ma tidħol fis-seħħ dik il-bidla. Il-Kummissjoni għandha titfa' dik l-informazzjoni fuq is-sit web tan-NAFO marbut mal-MCS;

(d)

tal-inqas 48 siegħa qabel il-ħin mistenni tal-wasla tiegħu fil-port, bastiment awtorizzat jew ir-rappreżentant tiegħu f'ismu, għandu javża lill-awtorità tal-kontroll tas-sajd kompetenti tal-port bil-ħin mistenni tal-wasla tiegħu fil-port, bl-istima tal-kwantità totali ta' ħalibatt ta' Greenland li għandu abbord, u l-informazzjoni dwar id-Diviżjoni jew id-Diviżjonijiet minn fejn ikun qabad dan il-ħut;

(e)

kull Stat Membru għandu jispezzjona l-ħatt l-art kollu tal-ħalibatt ta' Greenland fil-portijiet tiegħu u għandu jħejji rapport tal-ispezzjoni fil-format preskritt fl-Anness IV.C għas-CEM imsemmi fil-punt 9 tal-Anness għal dan ir-Regolament u jibagħtu lill-Kummissjoni fi żmien 12-il jum tax-xogħol mid-data meta jkun temm l-ispezzjoni, u jibgħat kopja tiegħu lill-EFCA. Fir-rapport għandhom jiġu identifikati l-każijiet kollha ta' ksur ta' dan ir-Regolament li jkunu ġew innutati waqt l-ispezzjoni fil-port u għandhom jingħataw id-dettalji dwarhom. Għandu jkun fih l-informazzjoni rilevanti kollha li tkun disponibbli b'rabta mal-każijiet ta' ksur li jkunu ġew innutati fuq il-baħar waqt il-vjaġġ attwali tal-bastiment tas-sajd spezzjonat. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik l-informazzjoni fuq is-sit web tan-NAFO marbut mal-MCS.

2.   Il-proċeduri li ġejjin għandhom japplikaw għall-bastimenti awtorizzati li jkollhom abbord ħut li b'kollox ikun jiżen iktar minn 50 tunnellata ta' piż ħaj li jkun inqabad 'il barra miż-Żona Regolatorja u li jkunu deħlin f'dik iż-żona biex jistadu għall-ħalibatt ta' Greenland:

(a)

tal-inqas 72 siegħa qabel ma l-bastiment jidħol fiż-Żona Regolatorja, il-kaptan tal-bastiment għandu javża lis-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO, b'ittra elettronika jew b'faks, bl-ammont ta' ħut li jkollu abbord, bil-pożizzjoni skont il-latitudni u l-lonġitudni fejn huwa jkun beħsiebu jibda jistad, bil-ħin li fih mistenni jasal f'dik il-pożizzjoni u bl-informazzjoni ta' kuntatt tal-bastiment tas-sajd (pereżempju d-dettalji tal-kuntatt bir-radju, it-telefown bis-satellita jew l-indirizz tal-posta elettronika tal-bastiment);

(b)

bastiment ta' spezzjoni li jkun beħsiebu jispezzjona bastiment tas-sajd qabel ma dan jibda jistad għall-ħalibatt ta' Greenland għandu javża lil dak il-bastiment tas-sajd u lis-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO bil-koordinati tal-post magħżul għall-ispezzjoni, li ma għandux ikun iktar minn 60 mil nawtiku 'l bogħod mill-pożizzjoni fejn il-kaptan tal-bastiment jistenna li l-bastiment ikun se jibda jistad, u għandu jgħarraf lill-bastimenti l-oħrajn ta' spezzjoni li jistgħu jkunu qed jaħdmu fiż-Żona Regolatorja b'dan kif xieraq;

(c)

bastiment tas-sajd li jkun irċieva notifika skont il-punt (b) għandu:

(i)

jipproċedi lejn il-punt ta' spezzjoni magħżul; u

(ii)

jiżgura li l-pjan tal-istivar għall-qabda abbord mad-dħul fiż-Żona Regolatorja tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 25(5) u li jkun disponibbli għall-ispetturi meta jitolbuh;

(d)

bastiment tas-sajd ma jistax jibda jistad qabel ma jiġi spezzjonat skont dan l-Artikolu, sakemm:

(i)

huwa ma jirċievi l-ebda notifika fi żmien 72 siegħa minn meta jkun bagħat in-notifika tiegħu skont il-punt (a); jew

(ii)

fi żmien tliet sigħat mill-wasla fil-post magħżul għall-ispezzjoni, il-bastiment ta' spezzjoni ma jkunx beda l-ispezzjoni li kien beħsiebu jagħmel.

3.   Huwa pprojbit il-ħatt l-art tal-ħalibatt ta' Greenland minn bastimenti ta' partijiet li mhumiex Partijiet Kontraenti li jkunu wettqu attivitajiet tas-sajd fiż-Żona Regolatorja.

Artikolu 11

Klamar

Is-sajd għall-klamar bejn 00:01 UTC tal-1 ta' Jannar u 24:00 UTC tat-30 ta' Ġunju fis-Subżoni 3 u 4 għandu jkun ipprojbit.

Artikolu 12

Konservazzjoni u ġestjoni tal-klieb il-baħar

1.   L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw il-qabdiet kollha tal-klieb il-baħar, fosthom id-data storika disponibbli, skont il-proċeduri għar-rappurtar tal-qabdiet u tal-isforz tas-sajd stabbiliti fl-Artikolu 25.

2.   Għall-ġbir osservat kollu li jkun fih klieb il-baħar ta' Greenland, l-osservaturi għandhom jirreġistraw l-għadd, il-piż stmat u t-tul imkejjel (tul stmat jekk mhux possibbli t-tul imkejjel) għal kull ġbir jew kalata, is-sess, id-dispożizzjoni tal-qabda (ħajja, mejta jew mhux magħruf) ta' kull kelb il-baħar ta' Greenland individwali.

3.   Għandu jkun ipprojbit li:

(a)

jitneħħew il-pinen tal-klieb il-baħar abbord il-bastimenti;

(b)

jinżammu abbord, jiġu trażbordati jew jinħattu l-art pinen tal-klieb il-baħar maqlugħin għalkollox minn mal-karkassa.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, sabiex ikun iffaċilitat il-ħżin abbord, il-pinen tal-klieb il-baħar jistgħu jinqatgħu b'mod parzjali u jintwew għal fuq il-karkassa.

5.   L-ebda bastiment tas-sajd ma għandu jżomm abbord, jittrażborda jew iħott l-art pinen li jkun ġabar bi ksur ta' dan l-Artikolu.

6.   Fis-sajd li mhux maħsub għall-klieb il-baħar, kull Stat Membru għandu jinkoraġġixxi lil kull bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu, biex jeħles il-klieb il-baħar ħajjin, speċjalment il-frieħ, li ma jkunux maħsubin biex jintużaw għall-ikel jew għas-sussistenza.

7.   Meta possibbli, l-Istati Membri għandhom:

(a)

jagħmlu riċerka sabiex jidentifikaw modi kif l-irkaptu tas-sajd ikun iktar selettiv biex jitħarsu l-klieb il-baħar;

(b)

jagħmlu riċerka dwar il-parametri ewlenin bijoloġiċi u ekoloġiċi, dwar l-istorja ta' ħajjet il-klieb il-baħar, dwar l-imġiba u dwar ix-xejriet tal-migrazzjoni tagħhom, kif ukoll dwar l-identifikazzjoni tal-immappjar potenzjali tal-ispeċijiet ewlenin tal-klieb il-baħar u taż-żoni ta' twelid u ta' tkabbir tagħhom.

8.   L-Istati Membri għandhom jgħaddu r-riżultati tat-tali riċerka lill-Kummissjoni sabiex din tibgħathom lis-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO.

Artikolu 13

Qisien tal-malji

1.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, id-daqs tal-malji għandu jitkejjel, bl-użu tal-istrumenti ta' kejl speċifikati mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 517/2008 (15), skont l-Anness III.A għas-CEM imsemmi fil-punt 10 tal-Anness għal dan ir-Regolament.

2.   L-ebda bastiment ma għandu jistad bi xbieki li jkollu daqs tal-malja li jkun iżgħar minn dak preskritt għal kull waħda mill-ispeċijiet li ġejjin:

(a)

40 mm għall-gambli tat-Tramuntana u għall-gambli (PRA);

(b)

60 mm għat-totlu (SQI);

(c)

280 mm fil-manka u 220 mm fil-partijiet l-oħrajn kollha fil-każ tax-xibka tat-tkarkir għar-rebekkini (SKA);

(d)

130 mm għall-ħut tal-qiegħ l-ieħor kollu, kif elenkat fl-Anness I.C tas-CEM imsemmi fil-punt 11 tal-Anness għal dan ir-Regolament;

(e)

100 mm għall-ispeċi pelaġika Sebastes mentella (REB) fis-Subżona 2 u fid-Diviżjonijiet 1F u 3K; u

(f)

90 mm għar-redfish (RED) għas-sajd bix-xbieki tat-tkarkir tan-nofs fond fid-Diviżjonijiet 3O, 3M u 3LN.

3.   Bastiment li jkun qed jistad għal speċi msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu li jkollu abbord xbieki b'daqs tal-malja li jkun iżgħar minn dak speċifikat f'dak il-paragrafu, għandu jiżgura li t-tali xbieki ikun marbut sewwa u jkun stivat tajjeb u ma jkunx disponibbli biex jintuża fil-pront waqt dak is-sajd.

4.   Madankollu, bastiment li jkun qed jistad b'mod dirett għal speċijiet oħrajn minbarra dawk speċifikati fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jista' jaqbad l-ispeċijiet irregolati bi xbieki li jkollu daqs tal-malja li jkun iżgħar minn dak speċifikat f'dak il-paragrafu sakemm iħares ir-rekwiżiti marbutin mal-qabdiet aċċessorji stipulati fl-Artikolu 7(3).

Artikolu 14

Użu tal-aċċessorji u mmarkar tal-irkaptu

1.   Ix-xbieki tat-tkarkir jista' jkollhom ħbula tar-rinforz, ċineg tal-qsim u kaprajjes tal-manka, sakemm dawk l-aċċessorji ma jkunu jillimitaw bl-ebda mod il-malja awtorizzata u ma jkunux jimblukkaw il-ftuħ tal-malja.

2.   L-ebda bastiment ma għandu juża mezzi jew tagħmir li jimblokka l-malji jew li jċekken id-daqs tagħhom. Madankollu, il-bastimenti jistgħu jwaħħlu t-tagħmir deskritt fl-Anness III.B imsejjaħ “Inforor tat-taħkik superjuri awtorizzati/ktajjen tat-tip” toggle “awtorizzati għall-gambli” tas-CEM imsemmi fil-punt 12 tal-Anness għal dan ir-Regolament, man-naħa ta' fuq tal-manka b'tali mod li dan ma jkunx jimblokka l-malji tal-manka, fosthom kull biċċa għat-titwil tagħha. Man-naħa ta' taħt tal-manka ta' xibka, jista' jitwaħħal kanvas, xbieki jew xi materjal ieħor biss sal-punt meħtieġ biex ma ssirx ħsara lill-manka jew biex titnaqqas kemm jista' jkun it-tali ħsara.

3.   Il-bastimenti li jistadu għall-gambli tat-Tramuntana fid-Diviżjonijiet 3L jew 3M għandhom jużaw għeriebel jew gradilji li jkollhom spazju massimu ta' 22 mm bejn il-vireg tagħhom. Il-bastimenti li jistadu għall-gambli tat-Tramuntana fid-Diviżjoni 3L għandu jkollhom ukoll ktajjen tat-tip “toggle” li jkunu twal mill-inqas 72 cm, kif imkejjel skont l-Anness III.B għaas-CEM imsemmi fil-punt 12 tal-Anness għal dan ir-Regolament.

4.   Fil-każ tas-sajd fiż-żoni msemmija fl-Artikolu 18(1), jistgħu jintużaw biss xbieki tat-tkarkir tan-nofs fond.

5.   L-ebda bastiment tas-sajd ma għandu:

(a)

juża rkaptu li ma jkunx immarkat skont l-istandards internazzjonali aċċettati b'mod ġenerali, b'mod partikulari skont il-Konvenzjoni tal-1967 dwar it-Twettiq tal-Ħidmiet tas-Sajd fl-Atlantiku tat-Tramuntana; jew

(b)

juża bagi ta' mmarkar jew oġġetti simili li jżommu f'wiċċ l-ilma u li jkunu maħsubin biex juru fejn ikun jinsab l-irkaptu fiss tas-sajd mingħajr ma jimmarkahom bin-numru tar-reġistrazzjoni tal-bastiment.

Artikolu 15

Irkaptu tas-sajd mitluf jew abbandunat, irkuprar tal-irkaptu tas-sajd

1.   Il-kaptan tal-bastiment li jistad fiż-Żona Regolatorja għandu:

(a)

ikollu tagħmir abbord il-bastiment tas-sajd biex jirkupra l-irkaptu mitluf;

(b)

jekk l-irkaptu jew parti minnu jintilef, għandu jagħmel minn kollox biex jipprova jirkuprah malajr kemm jista' jkun; u

(c)

ma għandux jabbanduna l-irkaptu tas-sajd bi ħsieb, ħlief għal raġunijiet ta' sikurezza.

2.   Jekk l-irkaptu mitluf ma jkunx jista' jiġi rkuprat, il-kaptan tal-bastiment għandu jgħarraf lill-Istat Membru tal-bandiera fi żmien 24 siegħa b'dan li ġej:

(a)

l-isem u s-sinjal tas-sejħa tal-bastiment;

(b)

it-tip ta' rkaptu mitluf;

(c)

il-kwantità ta' rkaptu mitluf;

(d)

il-ħin meta l-irkaptu ntilef;

(e)

il-pożizzjoni fejn intilef l-irkaptu; u

(f)

il-miżuri meħuda mill-bastiment biex jirkupra l-irkaptu mitluf.

3.   Meta jiġi rkuprat irkaptu mitluf, il-kaptan tal-bastiment għandu jgħarraf lill-Istat Membru tal-bandiera fi żmien 24 siegħa b'dan li ġej:

(a)

l-isem u s-sinjal tas-sejħa tal-bastiment li jkun irkupra l-irkaptu;

(b)

l-isem u s-sinjal tas-sejħa tal-bastiment li jkun tilef l-irkaptu (jekk ikun magħruf);

(c)

it-tip ta' rkaptu li ġie rkuprat;

(d)

il-kwantità ta' rkaptu li ġie rkuprat;

(e)

il-ħin meta jkun ġie rkuprat l-irkaptu; u

(f)

il-pożizzjoni fejn ikun ġie rkuprat l-irkaptu.

4.   L-Istat Membru għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni bl-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3 sabiex din tgħaddiha lis-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO.

Artikolu 16

Rekwiżiti marbutin mad-daqs minimu tal-ħut

1.   L-ebda bastiment ma għandu jżomm abbord ħut iżgħar mid-daqs minimu stabbilit skont l-Anness I.D għas-CEM imsemmi fil-punt 13 tal-Anness għal dan ir-Regolament, u għandu jerġa' jitfgħu mill-ewwel il-baħar.

2.   Il-ħut ipproċessat li jkun iżgħar mit-tul ekwivalenti preskritt għal dik l-ispeċi fl-Anness I.D għas-CEM imsemmi fil-punt 13 tal-Anness għal dan ir-Regolament għandu jitqies li jkun ġej minn ħut li jkun iżgħar mid-daqs minimu tal-ħut preskritt għal dik l-ispeċi.

3.   Meta fi ġbir wieħed, l-għadd ta' ħut li kien iżgħar milli suppost jaqbeż l-10 % tal-għadd totali ta' ħut li jkun inqabad f'dak il-ġbir, dak il-bastiment, għat-tkarkir tiegħu li jmiss, għandu jżomm distanza ta' 5 mili nawtiċi minn kull pożizzjoni li kien fiha waqt it-tkarkir ta' qabel.

KAPITOLU III

ĦARSIEN TAL-VMES FIŻ-ŻONA REGOLATORJA MILL-ATTIVITAJIET TAS-SAJD TAL-QIEGĦ

Artikolu 17

Mappa tal-impronta (żoni eżistenti tas-sajd tal-qiegħ)

Il-mappa taż-żoni eżistenti tas-sajd tal-qiegħ fiż-Żona Regolatorja murija fl-Istampa 2 tas-CEM imsemmija fil-punt 2 tal-Anness għal dan ir-Regolament, hija delimitata mill-konfini taż-Żona Ekonomika Esklużiva tal-Kanada fuq in-naħa tal-Punent u mill-koordinati mogħtija fit-Tabella 4 tas-CEM imsemmijin fil-punt 1 tal-Anness għal dan ir-Regolament, fuq in-naħa tal-Lvant.

Artikolu 18

Restrizzjonijiet taż-żoni għall-attivitajiet tas-sajd tal-qiegħ

1.   Sal-31 ta' Diċembru 2020, l-ebda bastiment ma għandu jwettaq attivitajiet tas-sajd tal-qiegħ fi kwalunkwe żona murija fl-Istampa 3 tas-CEM imsemmija fil-punt 14 tal-Anness għal dan ir-Regolament, u ddefinita billi jingħaqdu l-koordinati speċifikati fit-Tabella 5 tas-CEM imsemmija fil-punt 15 tal-Anness għal dan ir-Regolament, fl-ordni numerika tagħhom u mbagħad lura għall-koordinat 1.

2.   Sal-31 ta' Diċembru 2020, l-ebda bastiment ma għandu jwettaq attivitajiet tas-sajd tal-qiegħ fiż-żona tad-Diviżjoni 3O murija fl-Istampa 4 tas-CEM imsemmija fil-punt 16 tal-Anness għal dan ir-Regolament, u ddefinita billi jingħaqdu l-koordinati speċifikati fit-Tabella 6 tas-CEM imsemmija fil-punt 17 tal-Anness għal dan ir-Regolament, fl-ordni numerika tagħhom u mbagħad lura għall-koordinat 1.

3.   Sal-31 ta' Diċembru 2020, l-ebda bastiment ma għandu jwettaq attivitajiet tas-sajd tal-qiegħ fiż-żoni 1-13 murija fl-Istampa 5 tas-CEM imsemmija fil-punt 18 tal-Anness għal dan ir-Regolament, u ddefinita billi jingħaqdu l-koordinati speċifikati fit-Tabella 7 tas-CEM imsemmijin fil-punt 19 tal-Anness għal dan ir-Regolament, f'ordni numerika u mbagħad lura għall-koordinat 1.

4.   Sal-31 ta' Diċembru 2018, l-ebda bastiment ma għandu jwettaq attivitajiet tas-sajd tal-qiegħ fiż-żona 14 murija fl-Istampa 5 tas-CEM msemmija fil-punt 18 tal-Anness għal dan ir-Regolament, u ddefinita billi jingħaqdu l-koordinati speċifikati fit-Tabella 7 tas-CEM imsemmijin fil-punt 19 tal-Anness għal dan ir-Regolament, fl-ordni numerika tagħhom u mbagħad lura għall-koordinat 1.

Artikolu 19

Attivitajiet tas-sajd esploratorju tal-qiegħ

1.   L-attivitajiet tas-sajd esploratorju tal-qiegħ għandhom ikunu soġġetti għal esplorazzjoni minn qabel li ssir skont il-protokoll għas-sajd esploratorju stabbilit fl-Anness I.E għas-CEM imsemmi fil-punt 20 tal-Anness għal dan ir-Regolament.

2.   Għall-finijiet tal-evalwazzjoni, l-Istati Membri li l-bastimenti tagħhom jixtiequ jwettqu attivitajiet tas-sajd esploratorju tal-qiegħ għandhom:

(a)

jibagħtu lill-Kummissjoni n-“Notifika li beħsiebhom iwettqu sajd esploratorju tal-qiegħ” skont l-Anness I.E għas-CEM imsemmija fil-punt 21 tal-Anness għal dan ir-Regolament, flimkien mal-valutazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 20(1);

(b)

jibagħtu lill-Kummissjoni r-“Rapport tal-vjaġġ tas-sajd esploratorju tal-qiegħ” skont l-Anness I.E għas-CEM imsemmi fil-punt 22 tal-Anness għal dan ir-Regolament, fi żmien xahrejn minn meta jitlestew l-attivitajiet tas-sajd esploratorju tal-qiegħ.

3.   Il-kaptan tal-bastiment għandu:

(a)

jibda l-attivitajiet tas-sajd esploratorju tal-qiegħ biss wara li jkunu ġew awtorizzati skont il-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar adottati mill-Kummissjoni tan-NAFO biex jiġu evitati l-impatti negattivi sinifikanti fuq il-VMEs mill-attivitajiet tas-sajd esploratorju;

(b)

jkollu osservatur xjentifiku abbord għad-durata tal-attività tas-sajd esploratorju tal-qiegħ.

Artikolu 20

Valutazzjoni preliminari tal-attivitajiet tas-sajd esploratorju tal-qiegħ proposti

1.   Biex jappoġġa l-proposta tiegħu, Stat Membru li jipproponi li jieħu sehem f'attivitajiet tas-sajd esploratorju tal-qiegħ għandu jibgħat valutazzjoni preliminari tal-impatti magħrufin u previsti fuq il-VMEs mill-attività tas-sajd tal-qiegħ li jkun se jwettaq il-bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu.

2.   Il-valutazzjoni preliminari msemmija fil-paragrafu 1 għandha:

(a)

tintbagħat lill-Kummissjoni tal-inqas ġimgħa qabel ma tibda l-laqgħa tal-Kunsill Xjentifiku tan-NAFO li ssir f'Ġunju;

(b)

tindirizza l-elementi għall-valutazzjoni tal-attivitajiet esploratorji tas-sajd tal-qiegħ proposti skont l-Anness I.E għas-CEM imsemmijin fil-punt 23 tal-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 21

Sejbiet ta' speċijiet indikaturi ta' VME

1.   Sejba ta' speċijiet indikaturi ta' VME hija ddefinita bħala qabda ta' iktar minn 7 kg ta' pjumi tal-baħar u/jew ta' 60 kg ta' qroll ħaj ieħor u/jew ta' 300 kg ta' sponoż f'kull ġbir (pereżempju fit-tkarkir tax-xbieki, f'sett bil-konzijiet jew f'sett bl-għeżula).

2.   Kull Stat Membru għandu jeżiġi li l-kaptani tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu u li jkunu qed iwettqu attivitajiet tas-sajd tal-qiegħ fiż-Żona Regolatorja jikkwantifikaw il-qabda tal-ispeċijiet indikaturi ta' VME, meta, waqt il-ħidmiet tas-sajd tagħhom, isibu evidenza ta' speċijiet indikaturi ta' VME skont il-Parti VI tal-Anness I.E għas-CME imsemmijin fil-punt 3 tal-Anness għal dan ir-Regolament.

3.   Jekk l-ammont ta' speċijiet indikaturi ta' VME li jinqabdu fil-ħidma tas-sajd imsemmija fil-paragrafu 2 (bħat-tkarkir tax-xbieki jew sett bil-konzijiet jew bl-għeżula) ikun jaqbeż il-limitu massimu ddefinit fil-paragrafu 1, il-kaptan tal-bastiment għandu:

(a)

jirrapporta s-sejba mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera inkluż il-pożizzjoni li l-bastiment jipprovdi, jew il-punt ta' tmiem tat-tkarkir jew tal-kalata jew pożizzjoni oħra li tkun l-eqreb waħda għall-post eżatt tas-sejba, l-ispeċijiet indikaturi ta' VME li jkun sab, il-kwantità (f'kg) ta' dawn speċijiet indikaturi ta' VME li jkun sab; u

(b)

jieqaf mis-sajd u jersaq tal-inqas żewġ mili nawtiċi 'l bogħod mill-punt ta' tmiem tat-tkarkir/tal-kalata fid-direzzjoni li tkun l-inqas probabbli li twassal għal iktar sejbiet. Il-kaptan tal-bastiment għandu juża l-aħjar ġudizzju tiegħu abbażi tas-sorsi ta' informazzjoni kollha disponibbli.

4.   Kull Stat Membru għandu jeżiġi li, għaż-żoni 'l barra mill-impronta, jintbagħat osservatur b'biżżejjed għarfien espert xjentifiku skont il-punt (b) tal-Artikolu 19(3), li għandu:

(a)

jidentifika l-qroll, l-isponoż u l-organiżmi l-oħrajn sal-inqas livell tassonomiku possibbli, bl-użu tal-“Formola għall-Ġbir tad-Data Dwar is-Sajd Esploratorju” skont l-Anness I.E għas-CEM imsemmija fil-punt 25 tal-Anness għal dan ir-Regolament; u

(b)

jagħti r-riżultati tat-tali identifikazzjoni lill-kaptan tal-bastiment sabiex jiffaċilita l-kwantifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

5.   Kull Stat Membru għandu:

(a)

jibgħat l-informazzjoni rrappurtata mill-kaptan tal-bastiment dwar is-sejbiet lill-Kummissjoni mingħajr dewmien jekk l-ammont ta' speċijiet indikaturi ta' VME li jinqabdu f'ħidma tas-sajd (bħat-tkarkir, il-kalata ta' xbieki bil-konzijiet jew bl-għeżula) ikun jaqbeż il-limitu massimu ddefinit fil-paragrafu 1;

(b)

joħroġ twissija minnufih dwar din is-sejba għall-bastimenti tas-sajd kollha li jtajru l-bandiera tiegħu; u

(c)

jagħlaq b'mod temporanju, meta dan ikun possibbli, żona b'raġġ ta' żewġ mili madwar kull post fejn ikun ġie rrappurtat li nstab VME li jkun jinsab barra mill-impronta meta l-Kummissjoni tibgħat notifika dwar dan.

Il-Kummissjoni tista' terġa' tiftaħ, b'mod temporanju, iż-żoni magħluqin meta n-NAFO tibgħat notifika dwar dan.

KAPITOLU IV

REKWIŻITI MARBUTIN MAL-BASTIMENTI U L-KIRI

Artikolu 22

Rekwiżiti marbutin mal-bastimenti

1.   Kull Stat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni b'dan li ġej bl-użu ta' mezzi elettroniċi:

(a)

il-lista tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu u li huwa jista' jawtorizza biex iwettqu l-attivitajiet tas-sajd fiż-Żona Regolatorja (“il-bastimenti nnotifikati”), fil-format preskritt fl-Anness II.C1 għas-CEM imsemmi fil-punt 25 tal-Anness għal dan ir-Regolament;

(b)

kull bastiment li jitħassar mil-lista tal-bastimenti nnotifikati, mingħajr dewmien, fil-format preskritt fl-Anness II.C2 għas-CEM imsemmi fil-punt 26 tal-Anness għal dan ir-Regolament.

2.   L-ebda bastiment tas-sajd ma għandu jkun permess li jwettaq attivitajiet tas-sajd fiż-Żona Regolatorja sakemm:

(a)

ma jkunx imniżżel fil-lista bħala bastiment innotifikat;

(b)

ma jkunx inħariġlu numru tal-OMI; u

(c)

ma tkunx inħarġitlu awtorizzazzjoni mill-Istat Membru tal-bandiera sabiex iwettaq it-tali attivitajiet tas-sajd (“bastiment awtorizzat”).

3.   L-ebda Stat Membru ma għandu jawtorizza lil bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera tiegħu li jwettaq attivitajiet tas-sajd fiż-Żona Regolatorja sakemm huwa ma jkunx jista' jwettaq b'mod effettiv dmirijietu bħala l-Istat tal-bandiera b'rabta ma' dak il-bastiment.

4.   Kull Stat Membru għandu jamministra l-għadd ta' bastimenti awtorizzati u l-isforz tas-sajd tagħhom b'tali mod li jqis kif xieraq l-opportunitajiet tas-sajd li huwa jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu fiż-Żona Regolatorja.

5.   Kull Stat Membru għandu jibgħat dan li ġej lill-Kummissjoni bl-użu ta' mezzi elettroniċi:

(a)

l-awtorizzazzjoni individwali ta' kull bastiment fuq il-lista tal-bastimenti nnotifikati li huwa jkun awtorizza biex iwettaq attivitajiet tas-sajd fiż-Żona Regolatorja, fil-format speċifikat fl-Anness II.C3 sas-CEM imsemmi fil-punt 27 tal-Anness għal dan ir-Regolament u sa mhux aktar tard minn 40 jum qabel ma jibdew l-attivitajiet tas-sajd għal dik is-sena kalendarja.

Kull awtorizzazzjoni għandha tidentifika, b'mod partikolari, id-dati tal-bidu u tat-tmiem tal-validità tagħha u l-ispeċijiet li għalihom jista' jsir is-sajd dirett, sakemm dan ma jkunx eżentat skont l-Anness II.C3 għas-CEM imsemmi fil-punt 27 tal-Anness għal dan ir-Regolament. Jekk il-bastiment ikun beħsiebu jistad għal speċijiet regolati msemmijin fl-opportunitajiet tas-sajd fis-seħħ, l-identifikazzjoni għandha tirreferi għall-istokk meta l-ispeċi regolata tkun marbuta maż-żona kkonċernata;

(b)

is-sospensjoni tal-awtorizzazzjoni, fil-format preskritt fl-Anness II.C4 għas-CEM imsemmi fil-punt 28 tal-Anness għal dan ir-Regolament, u mingħajr dewmien, f'każ li titneħħa l-awtorizzazzjoni kkonċernata jew issir modifika bi kwalunkwe mod il-kontenut tagħha, meta t-tneħħija jew il-modifika sseħħ matul il-perijodu ta' validità tagħha;

(c)

it-tkomplija tal-awtorizzazzjoni sospiża, mibgħuta skont il-proċedura stabbilita fil-punt (a).

6.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-perijodu ta' validità tal-awtorizzazzjoni jaqbel mal-perijodu taċ-ċertifikazzjoni marbut maċ-ċertifikazzjoni tal-pjan ta' kapaċità msemmi fil-paragrafi 10 u 11.

7.   Kull bastiment tas-sajd għandu jkollu fuqu marki li jkunu jistgħu jiġu identifikati b'mod faċli skont l-istandards aċċettati b'mod internazzjonali, bħall-Ispeċifikazzjonijiet tal-Istandards għall-Immarkar u għall-Identifikazzjoni tal-Bastimenti tas-Sajd li ħarġet l-FAO.

8.   L-ebda bastiment tas-sajd ma għandu jaħdem fiż-Żona Regolatorja mingħajr ma jkollu abbord dokumenti validi attwali maħruġa mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera u li jkunu jistabbilixxu tal-inqas id-dettalji li ġejjin dwar il-bastiment:

(a)

ismu, jekk ikollu isem;

(b)

l-ittra jew l-ittri tal-port jew tad-distrett fejn huwa rreġistrat, jekk ikunu jeżistu;

(c)

in-numru jew in-numri li bih huwa rreġistrat;

(d)

in-numru tal-OMI;

(e)

is-sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju tiegħu, jekk ikun jeżisti;

(f)

l-ismijiet u l-indirizzi tas-sid jew tas-sidien u, meta jkun japplika, tan-noleġġaturi;

(g)

it-tul totali tiegħu;

(h)

is-saħħa tal-magna tiegħu;

(i)

il-pjan ta' kapaċità msemmi fil-paragrafu 10; u

(j)

l-istima tal-kapaċità tal-iffriżar jew iċ-ċertifikazzjoni tas-sistema ta' tkessiħ.

9.   L-ebda bastiment tas-sajd ma għandu jwettaq attivitajiet tas-sajd fiż-Żona Regolatorja mingħajr ma jkollu abbord pjan aġġornat u preċiż tal-kapaċità li jkun iċċertifikat minn awtorità kompetenti jew li jkun irrikonoxxut mill-Istat Membru tal-bandiera tiegħu.

10.   Il-pjan ta' kapaċità għandu:

(a)

jkun fil-forma ta' tpinġija jew ta' deskrizzjoni tal-post għall-ħżin tal-ħut, inkluż il-kapaċità ta' ħżin ta' kull post għall-ħżin tal-ħut f'metri kubi, u t-tpinġija għandha tikkonsisti fit-taqsima lonġitudinali tal-bastiment, inkluż pjanta ta' kull gverta li fiha jkun hemm post għall-ħżin tal-ħut u tkun turi fejn jinsabu l-friżi;

(b)

juri b'mod partikolari fejn ikun jinsab kull bieb, bokkaport u kull aċċess ieħor għal dawn il-postijiet għall-ħżin tal-ħut, b'referenza għall-paratiji;

(c)

jindika d-dimensjonijiet ewlenin tat-tankijiet għall-ħżin tal-ħut (it-tankijiet għall-ilma baħar imkessaħ) u jindika, għal kull wieħed minnhom, l-ikkalibrar f'metri kubi f'intervalli ta' 10 cm; u

(d)

jagħti l-iskala vera, indikata biċ-ċar fuq it-tpinġija.

11.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li, kull sentejn, l-awtorità kompetenti tiċċertifika li l-pjan ta' kapaċità tal-bastimenti awtorizzati tiegħu ikun korrett.

Artikolu 23

Arranġamenti tal-kiri

1.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, “Parti Kontraenti li qed tikri” għandha tirreferi għall-Parti Kontraenti li għandha allokazzjoni kif indikat fl-Anness I.A u fl-Anness I.B għas-CEM, jew għall-Istat Membru li għandu allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd, u “Stat Membru tal-bandiera” għandha tirreferi għall-Istat Membru fejn huwa rreġistrat il-bastiment mikri.

2.   L-allokazzjoni kollha, jew parti minnha, tas-sajd ta' Parti Kontraenti li qed tikri tista' tinġabar bl-użu ta' bastiment awtorizzat mikri (“bastiment mikri”) li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru, soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-Istat Membru tal-bandiera jkun qabel bil-miktub mal-arranġament tal-kiri;

(b)

l-arranġament tal-kiri huwa limitat għal bastiment wieħed tas-sajd għal kull Stat Membru tal-bandiera f'kull sena kalendarja;

(c)

f'sena kalendarja, il-perijodu tal-ħidmiet tas-sajd skont l-arranġament tal-kiri ma jaqbiżx is-sitt xhur meta jittieħed kollu f'daqqa; u

(d)

il-bastiment mikri ma jkunx bastiment li qabel kien ġie identifikat bħala bastiment li wettaq is-sajd IUU.

3.   Il-qabdiet u l-qabdiet aċċessorji kollha li l-bastiment mikri jagħmel skont l-arranġament tal-kiri għandhom jiġu attribwiti lill-Parti Kontraenti li qed tikri.

4.   L-Istat Membru tal-bandiera ma għandux jawtorizza lill-bastiment mikri, meta jwettaq ħidma tas-sajd taħt l-arranġament tal-kiri, li jistad għal xi waħda mill-allokazzjonijiet tal-Istat Membru tal-bandiera jew skont arranġament tal-kiri ieħor fl-istess ħin.

5.   Ma jista' jsir l-ebda trażbord fuq il-baħar mingħajr l-awtorizzazzjoni minn qabel tal-Parti Kontraenti li qed tikri, li għandha tiżgura li dan isir taħt is-superviżjoni ta' osservatur li jkun abbord.

6.   Qabel ma jibda jitħaddem l-arranġament tal-kiri, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bil-miktub li huwa jaqbel miegħu.

7.   L-Istat Membru tal-bandiera għandu jgħarraf lill-Kummissjoni mill-ewwel malli jseħħ kwalunkwe wieħed mill-avvenimenti li ġejjin:

(a)

malli jinbdew il-ħidmiet tas-sajd skont l-arranġament tal-kiri;

(b)

malli jiġu sospiżi l-ħidmiet tas-sajd skont l-arranġament tal-kiri;

(c)

malli jerġgħu jinbdew il-ħidmiet tas-sajd skont l-arranġament tal-kiri li jkunu ġew sospiżi;

(d)

malli jintemmu l-ħidmiet tas-sajd skont l-arranġament tal-kiri.

8.   L-Istat Membru tal-bandiera għandu jżomm reġistru separat tad-data dwar il-qabdiet u dwar il-qabdiet aċċessorji mill-ħidmiet tas-sajd skont kull arranġament tal-kiri ta' bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu u għandu jibgħat rapport dwarhom lill-Parti Kontraenti li qed tikri u lill-Kummissjoni.

9.   Il-bastiment mikri għandu dejjem iżomm abbord id-dokumenti li ġejjin:

(a)

l-isem, ir-reġistrazzjoni tal-Istat tal-bandiera, in-numru tal-OMI u l-Istat tal-bandiera tal-bastiment;

(b)

l-isem jew l-ismijiet u l-Istat jew l-Istati tal-bandiera ta' qabel, jekk kellu;

(c)

l-isem u l-indirizz tas-sid jew tas-sidien u tal-operaturi tal-bastiment;

(d)

kopja tal-arranġament tal-kiri u ta' kull awtorizzazzjoni jew liċenzja tas-sajd li l-Parti Kontraenti li qed tikri tkun ħarġet għall-bastiment mikri; u

(e)

l-allokazzjoni mogħtija lill-bastiment.

KAPITOLU V

MONITORAĠĠ TAS-SAJD

Artikolu 24

Rekwiżiti marbutin mat-tikkettar tal-prodotti

1.   Meta jiġu pproċessati, l-ispeċijiet kollha li jkunu nġabru miż-Żona Regolatorja għandhom jiġu ttikkettati b'tali mod li kull speċi u kull kategorija tal-prodott tkun tista' tiġi identifikata. L-ispeċijiet kollha jridu jiġu ttikkettati bl-użu tad-data li ġejja:

(a)

isem il-bastiment tal-qbid;

(b)

il-Kodiċi Alfa-3 għal kull speċi kif imniżżel fl-Anness I.C għas-CEM imsemmi fil-punt 11 tal-Anness għal dan ir-Regolament;

(c)

fil-każ tal-gambli tat-Tramuntana, id-data meta nqabdu;

(d)

iż-Żona Regolatorja u d-Diviżjoni fejn sar is-sajd; u

(e)

il-kodiċi tal-preżentazzjoni tal-forma tal-prodott kif imniżżel fl-Anness II.K għas-CEM imsemmi fil-punt 29 tal-Anness għal dan ir-Regolament.

2.   It-tikketti għandhom jitwaħħlu b'mod sikur, jiġu stampati jew inkella jinkitbu fuq l-imballaġġ meta jiġi stivat il-prodott u għandhom ikunu kbar biżżejjed biex l-ispetturi jkunu jistgħu jaqrawhom waqt il-qadi normali ta' dmirijiethom.

3.   It-tikketti għandhom ikunu mmarkati bil-linka fuq sfond li joħloq kuntrast magħha.

4.   Kull pakkett għandu jkun fih biss:

(a)

kategorija waħda tal-forma tal-prodott;

(b)

Diviżjoni waħda tal-qbid;

(c)

data waħda tal-qbid (fil-każ tal-gambli tat-Tramuntana); u

(d)

speċi waħda.

Artikolu 25

Monitoraġġ tal-qabda

1.   Sabiex jiġu mmonitorjati l-qabdiet, kull bastiment tas-sajd għandu jkollu ġurnal ta' abbord dwar is-sajd, ġurnal ta' abbord tal-produzzjoni u pjan tal-istivar biex jirreġistra l-attivitajiet tas-sajd tiegħu fiż-Żona Regolatorja.

2.   Kull bastiment tas-sajd għandu jżomm ġurnal ta' abbord dwar is-sajd li jinżamm abbord għal mill-inqas 12-il xahar u skont l-Anness II.A għas-CEM imsemmi fil-punt 30 tal-Anness għal dan ir-Regolament, u li:

(a)

fih jiġu rreġistrati b'mod preċiż il-qabdiet minn kull tkarkir jew minn kull kalata b'rabta mal-iżgħar żona ġeografika li għaliha tkun ingħatat kwota;

(b)

fih jiġi indikat it-tqassim tal-qabdiet minn kull tkarkir jew minn kull kalata, fosthom l-ammont (f'kg ta' piż ħaj) ta' kull stokk li jkun inżamm abbord, li jkun ġie skartat jew li jkun ġie ttrażbordat matul il-vjaġġ tas-sajd attwali.

3.   Kull bastiment tas-sajd għandu jżomm ġurnal ta' abbord tal-produzzjoni li għandu jinżamm abbord għal mill-inqas 12-il xahar u li fih:

(a)

tiġi rreġistrata l-produzzjoni ta' kuljum, meħuda kollha f'daqqa, li kien hemm bejn 00:01 f'UTC u 24:00 f'UTC tal-ġurnata ta' qabel għal kull speċi u għal kull tip ta' prodott f'kg;

(b)

il-produzzjoni ta' kull speċi u ta' kull tip ta' prodott tintrabat mal-iżgħar żona ġeografika li għaliha tkun ingħatat kwota;

(c)

jitniżżlu l-fatturi ta' konverżjoni li jintużaw biex il-piż tal-produzzjoni ta' kull tip ta' prodott jinqaleb f'piż ħaj meta l-prodott jiġi rreġistrat fil-ġurnal ta' abbord dwar is-sajd;

(d)

kull entrata tiġi ttikkettata skont l-Artikolu 24.

4.   Filwaqt li jitqiesu s-sikurezza u r-responsabbiltajiet tal-kaptan tal-bastiment marbutin mat-tbaħħir, kull bastiment tas-sajd għandu jistiva l-qabdiet kollha miż-Żona Regolatorja b'mod separat mill-qabdiet l-oħrajn kollha li jkunu saru 'l barra miż-Żona Regolatorja, u għandu jiżgura li t-tali separazzjoni tiġi ddelimitata biċ-ċar permezz tal-plastik, tal-plywood jew tax-xbieki.

5.   Kull bastiment tas-sajd għandu jżomm pjan tal-istivar:

(a)

li juri biċ-ċar:

(i)

fejn tkun tinsab kull speċi f'kull stiva tal-ħut u l-kwantità tagħha, mogħti bħala piż tal-prodott f'kg;

(ii)

fejn ikunu jinsabu l-gambli maqbuda fid-Diviżjoni 3L u fid-Diviżjoni 3M f'kull stiva, inkluż l-ammont ta' gambli, imqassam skont id-Diviżjoni minn fejn ikun inqabad, f'kg;

(iii)

id-dehra minn fuq tal-prodotti f'kull stiva tal-ħut;

(b)

jiġi aġġornat ta' kuljum bl-informazzjoni għal bejn 00:01 f'UTC u 24:00 f'UTC tal-ġurnata ta' qabel; u

(c)

li jinżamm abbord sa ma l-qabdiet kollha jkunu nħattu għalkollox minn fuq il-bastiment.

6.   Kull bastiment tas-sajd għandu jibgħat b'mod elettroniku u skont il-format u l-kontenut preskritti għal kull tip ta' rapport fl-Anness II.D u fl-Anness II.F għas-CEM imsemmijin fil-punti 31 u 32 tal-Anness għal dan ir-Regolament, rapporti dwar l-affarijiet li ġejjin liċ-ĊMS tiegħu:

(a)

il-qabda mad-dħul (COE): il-kwantità ta' qabdiet abbord il-bastiment, imqassmin skont l-ispeċi, mad-dħul tiegħu fiż-Żona Regolatorja, li għandha tintbagħat tal-inqas sitt sigħat qabel id-dħul tal-bastiment;

(b)

il-qabda mal-ħruġ (COX): il-kwantità ta' qabdiet abbord il-bastiment, imqassmin skont l-ispeċi, mal-ħruġ tiegħu miż-Żona Regolatorja, li għandha tintbagħat tal-inqas sitt sigħat qabel il-ħruġ tal-bastiment;

(c)

rapport tal-qabda (CAT): l-għadd ta' ħut li nżamm u l-għadd ta' ħut li ġie skartat fil-jum ta' qabel ir-rapport, imqassam skont l-ispeċi u skont id-Diviżjoni, inkluż is-sajd li matulu ma nqabad l-ebda ħut, li għandu jintbagħat ta' kuljum qabel 12:00 f'UTC. Is-sajd li matulu ma jkun inqabad l-ebda ħut li nżamm jew li ġie skartat għandu jiġi rrappurtat billi jintuża l-kodiċi alfa-3 MZZ (speċijiet tal-baħar mhux speċifikati) u l-kwantità ta' “0”, hekk kif juru l-eżempji li ġejjin: (//CA/MZZ 0//u//RJ/MZZ 0//);

(d)

qabda abbord (COB): għandu jintbagħat qabel id-dħul fid-Diviżjoni 3L jew il-ħruġ minnha fil-każ ta' kull bastiment li jkun qed jistad għall-gambli tat-Tramuntana f'dik id-Diviżjoni, u għandu jintbagħat siegħa qabel ma l-bastiment jaqsam il-konfini ta' dik id-Diviżjoni;

(e)

it-trażbord (TRA):

(i)

il-bastiment li minn fuqu jkun qed jiġi ttrażbordat il-ħut għandu jibgħat dan ir-rapport tal-inqas 24 siegħa qabel ma jsir it-trażbord; u

(ii)

il-bastiment li jkun qed jirċievi l-ħut għandu jibagħtu sa mhux aktar tard minn siegħa wara li jsir it-trażbord;

(f)

port tal-ħatt l-art (POR): il-bastiment li jkun irċieva l-ħut permezz tat-trażbord għandu jibgħat dan ir-rapport tal-inqas 24 siegħa qabel ma jħott il-ħut l-art.

Il-qabdiet tal-ispeċijiet elenkati fl-Anness I.C għas-CEM li l-piż totali tagħhom abbord ikun ta' inqas minn 100 kg f'piż ħaj jistgħu jiġu rrappurtati billi jintuża l-kodiċi tal-alfa-3 “MZZ” (speċijiet tal-baħar mhux speċifikati), ħlief fil-każ tal-klieb il-baħar. Il-klieb il-baħar kollha għandhom jiġu rrappurtati fil-livell tal-ispeċi taħt il-kodiċi korrispondenti alfa-3 tagħhom ippreżentat fl-Anness.I.C għas-CEM jew, jekk ma jinsabux fl-Anness I.C għas-CEM jew fil-Lista tal-FAO ASFIS tal-Ispeċijiet għal Skopijiet ta' Statistika dwar is-Sajd, sa fejn possibbli. Meta l-ispeċijiet tal-klieb il-baħar ma jkunux jistgħu jiġu rrappurtati skont l-ispeċi speċifika tagħhom, dawn għandhom jiġu rreġistrati jew bħala klieb il-baħar kbar (SHX) jew bħala mazzola (DGX), skont kif ikun xieraq u skont il-kodiċijiet alfa-3 mogħtija fl-Anness I.C għas-CEM imsemmi fil-punt 11 tal-Anness għal dan ir-Regolament. Il-piż stmat ta' kull kelb il-baħar maqbud għal kull ġbir jew kalata tax-xbieki wkoll għandu jiġi rreġistrat.

7.   Ir-rapporti msemmijin fil-paragrafu 6 jistgħu jitħassru permezz ta' rapport ta' tħassir fil-format speċifikat fl-Anness II.F(8) għas-CEM imsemmi fil-punt 32 tal-Anness għal dan ir-Regolament. Jekk xi wieħed minn dawn ir-rapporti jkun soġġett għal korrezzjoni, għandu jintbagħat rapport ġdid mingħajr dewmien wara r-rapport ta' tħassir fil-limiti taż-żmien stabbiliti f'dan l-Artikolu.

Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat javża lill-Kummissjoni minnufih li huwa jaqbel mat-tħassir tar-rapport min-naħa tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu.

8.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li, malli jirċievi r-rapporti msemmijin fil-paragrafu 6, iċ-ĊMS tiegħu jibgħathom minnufih lis-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO b'mod elettroniku fil-format preskritt fl-Anness II.D għas-CEM imsemmi fil-punt 31 tal-Anness għal dan ir-Regolament, u jibgħat kopja tagħhom lill-Kummissjoni u lill-EFCA.

9.   Kull Stat Membru għandu:

(a)

jibgħat rapport dwar il-qabdiet provviżorji ta' kull xahar tiegħu, imqassmin skont l-ispeċi u skont iż-żona tal-istokk, u dwar il-jiem provviżorji tas-sajd ta' kull xahar tiegħu għall-gambli tat-Tramuntana fid-Diviżjoni 3M, kemm jekk ikollu kwota jew sforz allokati għalih għall-istokkijiet rilevanti u kemm jekk le; huwa għandu jibgħat dawk ir-rapporti lill-Kummissjoni fi żmien 20 jum minn tmiem ix-xahar kalendarju li fih ikunu saru l-qabdiet;

(b)

jiżgura li l-informazzjoni fil-ġurnal ta' abbord tintbagħat lill-Kummissjoni fi żmien 60 jum minn meta jintemm kull vjaġġ tas-sajd jew fil-format tal-“Extensible Markup Language” (XML) jew bħala fajl tal-“Microsoft Excel”, u li din ikun fiha tal-inqas l-informazzjoni deskritta fl-Anness II.N għas-CEM imsemmi fil-punt 33 tal-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 26

Sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti (VMS)

1.   Kull bastiment tas-sajd li jaħdem fiż-Żona Regolatorja għandu jkun mgħammar b'tagħmir għall-monitoraġġ bis-satellita li jkun kapaċi jittrażmetti, b'mod awtomatiku u kontinwu, il-pożizzjoni tiegħu liċ-ĊMS tiegħu li jkun jinsab fuq l-art, tal-inqas darba fis-siegħa, flimkien mad-data tas-sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti li ġejja:

(a)

l-identifikazzjoni tal-bastiment;

(b)

l-iktar pożizzjoni riċenti tal-bastiment, skont il-latitudni u l-lonġitudni, b'marġni ta' tolleranza tal-iżbalji ta' mhux iktar minn 500 metru u b'intervall ta' kunfidenza ta' 99 %;

(c)

id-data u l-ħin f'UTC meta ġiet stabbilita l-pożizzjoni; u

(d)

ir-rotta jew id-direzzjoni tal-bastiment u l-veloċità tiegħu.

2.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li ċ-ĊMS tiegħu:

(a)

jirċievi d-data dwar il-pożizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u jirreġistraha bl-użu tal-kodiċijiet bi tliet ittri li ġejjin:

(i)

bil-kodiċi “ENT” fil-każ tal-ewwel pożizzjoni tal-VMS li kull bastiment jibgħat malli jidħol fiż-Żona Regolatorja;

(ii)

bil-kodiċi “POS” fil-każ ta' kull pożizzjoni sussegwenti tal-VMS li kull bastiment jibgħat miż-Żona Regolatorja; u

(iii)

bil-kodiċi “EXI” fil-każ tal-ewwel pożizzjoni tal-VMS li kull bastiment jibgħat malli joħroġ miż-Żona Regolatorja;

(b)

ikun mgħammar bil-hardware u bis-software tal-kompjuter għall-ipproċessar awtomatiku tad-data u għat-trażmissjoni elettronika tad-data u japplika proċeduri ta' riżerva u ta' rkupru, u jirreġistra d-data li jirċievi mingħand il-bastimenti tas-sajd f'forma li tista' tinqara mill-kompjuter u jżommha għal tal-inqas tliet snin; u

(c)

javża lill-Kummissjoni u lill-EFCA b'ismu, bl-indirizz tiegħu, bin-numru tat-telefon tiegħu, bl-indirizz tat-telex tiegħu, bl-indirizz tal-posta elettronika tiegħu jew bin-numru tal-fax tiegħu u b'kull tibdil sussegwenti fihom mingħajr dewmien.

3.   Kull Stat Membru għandu jieħu f'idejh l-ispejjeż kollha marbutin mal-VMS tiegħu stess.

4.   Meta spettur jinnota bastiment tas-sajd fiż-Żona Regolatorja u ma jkunx irċieva data dwaru skont il-paragrafu 1, 2 jew 8, dak l-ispettur għandu javża lill-kaptan tal-bastiment u lill-Kummissjoni b'dan.

5.   L-Istat Membru għandu jiżgura li l-kaptan tal-bastiment jew is-sid ta' bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera tiegħu jew ir-rappreżentant tiegħu jkunu infurmati meta jkun jidher li t-tagħmir għall-monitoraġġ bis-satellita tal-bastiment ikun difettuż jew ma jkunx qed jaħdem.

6.   Meta t-tagħmir għall-monitoraġġ bis-satellita ma jibdiex jaħdem, il-kaptan tal-bastiment għandu jiżgura li dan jissewwa jew jinbidel fi żmien xahar minn meta ma jibdiex jaħdem, jew, meta vjaġġ tas-sajd idum iktar minn xahar, li dan jissewwa jew jinbidel malli l-bastiment jidħol fil-port id-darba ta' wara.

7.   L-ebda bastiment tas-sajd ma jista' jibda vjaġġ tas-sajd b'tagħmir għall-monitoraġġ bis-satellita li jkun difettuż.

8.   Kull bastiment tas-sajd li jkun qed jaħdem b'tagħmir għall-monitoraġġ bis-satellita li jkun difettuż għandu jibgħat id-data tal-VMS dwar il-pożizzjoni liċ-ĊMS tal-Istat Membru tal-bandiera tiegħu, tal-inqas darba kull erba' sigħat, b'mezzi ta' komunikazzjoni oħrajn li jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu, b'mod partikolari permezz tas-satellita, tal-posta elettronika, tar-radju, tal-fax jew tat-telex.

9.   L-Istat Membru tal-bandiera għandu jiżgura:

(a)

li ċ-ĊMS jibgħat id-data tal-VMS dwar il-pożizzjoni lis-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO, u jibgħat kopja tagħha lill-Kummissjoni u lill-EFCA, malajr kemm jista' jkun iżda mhux aktar tard minn 24 siegħa wara li jirċeviha, u huwa jista' jawtorizza lill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu jibagħtu d-data tal-VMS dwar il-pożizzjoni tagħhom permezz tas-satellita, tal-posta elettronika, tar-radju, tal-fax jew tat-telex direttament lis-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO; u

(b)

li d-data tal-VMS dwar il-pożizzjoni li tintbagħat lis-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO tkun konformi mal-format għall-iskambju tad-data li jinsab fl-Anness II.E għas-CEM imsemmi fil-punt 34 tal-Anness għal dan ir-Regolament u deskritt f'aktar dettall fl-Anness II.D għas-CEM imsemmi fil-punt 31 tal-Anness għal dan ir-Regolament.

10.   Kull Stat Membru jista' juża d-data tal-VMS tan-NAFO għat-tiftix u s-salvataġġ jew għall-finijiet tas-sikurezza marittima.

KAPITOLU VI

SKEMA TA' OSSERVAZZJONI

Artikolu 27

Programm ta' osservazzjoni

1.   L-osservaturi għandhom ikunu indipendenti u imparzjali, u jkollhom it-taħriġ, l-għarfien, il-ħiliet u l-kapaċitajiet biex iwettqu d-dmirijiet, il-funzjonijiet u r-rekwiżiti kollha kif speċifikat f'dan l-Artikolu. L-osservaturi għandhom iwettqu d-dmirijiet u l-funzjonijiet tagħhom b'mod imparzjali irrispettivament min-nazzjonalità u minn liema bandiera jkun qed itajjar il-bastiment u għandhom ikunu ħielsa minn influwenza mhux xierqa jew benefiċċju marbut mal-attività tas-sajd ta' kwalunkwe bastiment li jistad fiż-Żona Regolatorja.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-eċċezzjoni fil-paragrafu 3, kull bastiment tas-sajd, filwaqt li jwettaq attivitajiet ta' sajd fiż-Żona Regolatorja, għandu f'kull ħin iġorr tal-inqas osservatur wieħed f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-programm ta' osservazzjoni. Bastiment tas-sajd ma għandux jibda jistad sakemm l-osservatur ikun intbagħat fuq il-bastiment tas-sajd. In-nuqqas li jinġarr osservatur jekk ikun meħtieġ jitqies ksur serju.

3.   B'deroga mill-paragrafu 2, u dment li n-NAFO ma tkunx talbet livell ogħla ta' preżenza ta' osservaturi, Stat Membru jista' jippermetti lill-bastimenti tas-sajd li qed itajru l-bandiera tiegħu jġorru osservatur għal anqas minn 100 %, iżda mhux anqas minn 25 %, tal-vjaġġi tas-sajd li tagħmel il-flotta tiegħu, jew tal-jiem li l-bastimenti tas-sajd ikunu preżenti fiż-Żona Regolatorja matul is-sena, bil-kondizzjoni li l-Istat Membru tal-bandiera, għall-bastimenti li ma jkunux qed iġorru osservatur:

(a)

jiżgura li l-bastimenti kkonċernati jimmiraw speċijiet f'żoni fejn tkun mistennija sseħħ qabda aċċessorja negliġibbli ta' speċijiet oħrajn;

(b)

jiżgura li l-bastiment jikkonforma mar-rekwiżiti kollha ta' rappurtar f'ħin reali;

(c)

fiżikament jispezzjona jew jevalwa b'mod ieħor kif xieraq, wara valutazzjoni tar-riskju, kull ħatt l-art fil-portijiet tiegħu mill-bastiment ikkonċernat skont il-proċeduri nazzjonali ta' monitoraġġ, kontroll u sorveljanza. Jekk jiġi identifikat u kkonfermat kwalunkwe ksur ta' dan ir-Regolament, għandu jħejji rapport ta' spezzjoni fil-format preskritt fl-Anness IV.C għas-CEM imsemmi fil-punt 9 tal-Anness għal dan ir-Regolament. u jibagħtu lill-Kummissjoni kemm jista' jkun malajr wara li l-ksur ikun ġie kkonfermat.

(d)

mill-aktar kmieni possibbli qabel il-vjaġġ tas-sajd, jibgħat lill-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja:

(i)

l-isem, in-numru tal-OMI, u s-sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju tal-bastiment;

(ii)

il-fatturi li jappoġġaw id-deċiżjoni li tingħata d-deroga mill-preżenza ta' 100 %;

(e)

jippreżenta lill-Kummissjoni sal-15 ta' Frar ta' kull sena, għas-sena kalendarja ta' qabel, rapport li fih tqabbil tal-attivitajiet ta' sajd kollha rilevantili juru d-differenza bejn il-vjaġġi fejn il-bastiment kellu osservatur abbord u dawk fejn ma kienx hemm osservatur. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi din l-informazzjoni lis-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO sal-1 ta' Marzu ta' kull sena.

4.   Meta spettur joħroġ avviż ta' każ ta' ksur lil bastiment tas-sajd li fuqu ma jkunx hemm osservatur, ħlief fejn l-assenza ta' osservatur hija f'konformità mal-paragrafu 3, meta jinħareġ dan l-avviż, il-ksur għandu jitqies bħala ksur serju għall-finijiet tal-Artikolu 35(1) u, fejn l-Istat Membru tal-bandiera ma jitlobx li l-bastiment tas-sajd jidħol minnufih fil-port skont l-Artikolu 35(3), għandu jassenja osservatur fuq il-bastiment tas-sajd mingħajr dewmien.

5.   Kull Stat Membru għandu:

(a)

kull sena, qabel il-bastimenti jtajru l-bandiera tiegħu jibdew jistadu fiż-Żona Regolatorja, jibgħat lill-Kummissjoni lista aġġornata ta' osservaturi (isem u numru tal-identità jekk applikabbli) li beħsiebu jibgħat fuq il-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu li joperaw fiż-Żona Regolatorja;

(b)

jitlob lill-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu li jġorru osservatur mil-lista msemmija fil-punt (a), skont il-programm ta' osservazzjoni;

(c)

sa fejn prattikabbli, jiżgura li osservaturi individwali ma jintbagħtux fuq vjaġġi konsekuttivi fuq l-istess bastiment;

(d)

jiżgura li l-osservaturi jkunu mgħammra b'tagħmir indipendenti ta' komunikazzjoni f'żewġ direzzjonijiet fuq il-baħar;

(e)

jieħu l-azzjoni xierqa b'rabta mal-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu biex jiżgura kondizzjonijiet sikuri ta' xogħol, il-protezzjoni, is-sigurtà u l-ġid tal-osservaturi fit-twettiq ta' dmirijiethom, b'mod konsistenti ma' standards jew linji gwida internazzjonali;

(f)

jiżgura li l-osservaturi jittrattaw id-data u l-informazzjoni kollha marbuta mal-operazzjonijiet tas-sajd miġbura waqt li jkunu fuq il-bastimenti, inkluż l-immaġnijiet u filmati li jittieħdu, skont ir-rekwiżiti applikabbli ta' kunfidenzjalità.

6.   Mal-wasla tar-rapport tal-osservatur minn osservatur li jirrapporta diskrepanzi mas-CEM jew inċident, inkluż kull każ ta' xkiel, intimidazzjoni, interferenza, jew prevenzjoni b'mod ieħor biex l-osservatur ma jkunx jista' jwettaq dmirijietu, b'rabta ma' bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu, Stat Membru għandu:

(a)

jittratta r-rapport bl-akbar sensittività u diskrezzjoni, f'konformità mar-rekwiżiti ta' kunfidenzjalità applikabbli;

(b)

jivvaluta d-diskrepanzi identifikati fir-rapport tal-osservatur u jieħu kwalunkwe azzjoni ta' segwitu li titqies xierqa;

(c)

joħloq rapport dwar l-azzjonijiet ta' segwitu u jippreżentah lill-Kummissjoni.

7.   Kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni:

(a)

mhux aktar tard minn 24 siegħa qabel ma osservatur jintbagħat abbord bastiment tas-sajd, l-isem tal-bastiment tas-sajd u s-sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju, flimkien mal-isem u n-numru tal-identità (jekk applikabbli) tal-osservatur ikkonċernat;

(b)

elettronikament u mingħajr dewmien wara li jiġi riċevut, ir-rapport ta' kuljum tal-osservatur imsemmi fil-punt (e) tal-paragrafu 11;

(c)

fi żmien 20 jum wara l-wasla tal-bastiment fil-port, ir-rapport tal-osservatur dwar il-vjaġġ imsemmi fil-paragrafu 11;

(d)

sal-15 ta' Frar kull sena għas-sena kalendarja ta' qabel, rapport dwar il-konformità tiegħu mal-obbligi stabbilit f'dan l-Artikolu.

8.   Jekk bastiment tas-sajd ikun qed iġorr osservatur minn Stat Membru ieħor jew Parti Kontraenti oħra tan-NAFO, dak l-osservatur għandu jirrapporta lill-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment.

9.   Jekk bastiment tas-sajd li jkun meħtieġ li jġorr osservatur ma jkunx qiegħed iġorr osservatur, l-Istat Membru tal-bandiera jista' jippermetti lil kwalunkwe Parti Kontraenti oħra tibgħat osservatur fuq il-bastiment.

10.   Jekk, waqt li jkun fuq il-bastiment, jiġi determinat li jeżisti riskju serju għall-osservatur, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jieħu passi biex jiżgura li l-osservatur jiċċaqlaq mill-bastiment sakemm ir-riskju ma jiġix indirizzat, u sa meta r-riskju jiġi indirizzat.

11.   Osservatur li jkun fuq bastiment għandu, bħala minimu, iwettaq id-dmirijiet elenkati hawn taħt:

(a)

jirreġistra għal kull ġbir/kalata, fil-format indikat fl-Anness II.M għas-CEM imsemmi fil-punt 35 tal-Anness ta' dan ir-Regolament(“ir-rapport tal-osservatur dwar il-vjaġġ”):

(i)

il-kwantità tal-qabda kollha, skont l-ispeċi, inkluż għall-qbid skartat u l-indikatur tal-ispeċijiet ta' VME kif imsemmij fl-Anness I.E għas-CEM imsemmi fil-punt 3 tal-Anness għal dan ir-Regolament:

kif irreġistrata fil-ġurnali abbord dwar is-sajd u tal-produzzjoni tal-bastiment,

kif stmata b'mod indipendenti mill-osservatur.

Għal ġbir fejn ma jkunux possibbli stimi indipendenti tal-osservatur, iċ-ċelloli rilevanti ta' data jenħtieġ li jitħallew vojta u jenħtieġ li jitniżżlu fit-taqsima tal-kummenti;

(ii)

kwalunkwe diskrepanza identifikata bejn is-sorsi differenti ta' data dwar il-qabda;

(iii)

it-tip ta' rkaptu, id-daqs tal-malji tax-xibka, l-aċċessorji;

(iv)

data dwar l-isforz;

(v)

il-lonġitudni u l-latitudni, il-fond tas-sajd;

(vi)

fil-każ ta' sajd bit-tkarkir, il-ħin minn tmiem il-kalata sal-bidu tal-irfigħ tal-irkaptu. Fi kwalunkwe każ ieħor, il-bidu tal-kalata u tmiem l-irfigħ;

(b)

iwettaq monitoraġġ tal-pjan tal-istivar tal-bastiment imsemmi fl-Artikolu 25, u jirreġistra fir-rapport tal-osservatur kwalunkwe diskrepanza identifikata;

(c)

jirreġistra kwalunkwe interruzzjoni ta' jew interferenza osservata fil-VMS;

(d)

jiffissa l-istrumenti tal-bastiment biss bil-qbil tal-kaptan tal-bastiment;

(e)

kuljum jibagħt, sew jekk il-bastiment ikun qed jistad u sew jekk le, qabel 12:00 UTC liċ-ĊMS tal-Istat Membru tal-bandiera, skont l-Anness II.G għas-CEM imsemmi fil-punt 36 tal-Anness għal dan ir-Regolament, ir-rapport tal-osservatur, skont id-Diviżjoni;

(f)

iwettaq din il-ħidma, inkluż għal skopijiet xjentifiċi, li tista' titlob in-NAFO;

(g)

jippreżenta r-rapport tal-osservatur, f'forma li tinqara minn kompjuter, fejn possibbli bl-immaġnijiet assoċjati meħuda mill-osservatur mehmuża:

(i)

kemm jista' jkun malajr wara t-tluq miż-Żona Regolatorja u mhux aktar tard mill-wasla tal-bastiment fil-port, lill-Istat Membru tal-bandiera;

(ii)

minnufih mal-wasla fil-port, lill-awtorità lokali ta' spezzjoni tal-portijiet jekk issir spezzjoni fil-port;

(h)

ikun disponibbli għall-ispetturi fuq il-baħar, jew fil-port mal-wasla tal-bastiment, għal skopijiet ta' investigazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment;

(i)

b'referenza għal kull inċident ta' nuqqas ta' konformità ma' dan ir-Regolament:

(i)

jirrapporta mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment, kwalunkwe diskrepanza mar-Regolament, inkluż kwalunkwe każ ta' xkiel, intimidazzjoni, interferenza jew prevenzjoni b'mod ieħor biex l-osservatur ma jkunx jista' jwettaq dmirijietu, bl-użu tat-tagħmir indipendenti ta' komunikazzjoni f'żewġ direzzjonijiet, u

(ii)

iżomm rekords dettaljati, inkluż immaġnijiet rilevanti u filmati, ta' kwalunkwe ċirkostanza u informazzjoni marbuta ma' kwalunkwe każ ta' diskrepanzi ma' dan ir-Regolament, biex jintbagħtu liċ-ĊMS tal-Istat Membru tal-bandiera kemm jista' jkun kmieni, u mhux aktar tard mill-wasla tal-bastiment fil-port;

12.   Il-kaptani tal-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru għandhom:

(a)

jikkooperaw mal-osservatur u jgħinuhom kif ikun hemm bżonn sabiex l-osservaturi jkunu jistgħu jwettqu dmirijiethom. Din il-kooperazzjoni għandha tinkludi l-fatt li l-osservatur jingħata l-aċċess li jista' jkun meħtieġ għall-qabda, fosthom dawk li l-bastiment jista' jkun beħsiebu jiskarta;

(b)

jipprovdu lill-osservatur b'akkomodazzjoni u ikel li ma jkunux ta' standard inqas minn dawk ipprovduti lill-uffiċjali abbord. Jekk ma tkunx disponibbli akkomodazzjoni tal-uffiċjali, l-osservatur għandu jiġi pprovdut akkomodazzjoni ta' standard kemm jista' jkun qrib dik tal-uffiċjali iżda mhux inqas minn dik ipprovduta lill-ekwipaġġ;

(c)

jipprovdu aċċess għaż-żoni operazzjonali kollha tal-bastiment meħtieġa biex l-osservatur jaqdi dmirijietu, inkluż l-istiva/i, iż-żona/i ta' produzzjoni, il-pont, it-tagħmir tal-ipproċessar taż-żibel u t-tagħmir ta' navigazzjoni u ta' komunikazzjoni tal-bastiment;

(d)

ma jxekklux, ma jintimidawx, ma jinterferixxux, ma jxaħħmux jew ma jippruvawx ixaħħmu osservatur fit-twettiq ta' dmirijietu;

(e)

jinkludu lill-osservaturi fl-eżerċizzji kollha ta' simulazzjoni ta' emerġenza li jsiru abbord; u

(f)

jinnotifikaw lill-osservatur meta tim ta' spezzjoni jkun wera l-intenzjoni tiegħu li jitla' fuq il-bastiment.

13.   Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor ma' Parti Kontraenti oħra tan-NAFO jew ma' Stat Membru tal-bandiera ieħor, kull Stat Membru għandu jġarrab l-ispejjeż tal-ħlas tal-osservaturi li jkun bagħat. L-Istat Membru tal-bandiera jista' jippermetti li l-operaturi tas-sajd jikkontribwixxu għall-ispejjeż tal-ħlas tal-osservaturi mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 14.

14.   L-osservaturi ma għandux ikollhom interess finanzjarju jew benefiċjarju fi kwalunkwe bastiment(i) tan-NAFO, u għandhom jitħallsu b'mod li juri indipendenza finanzjarja minn kwalunkwe bastiment li jistad fiż-Żona Regolatorja.

15.   L-informazzjoni li l-Istati Membri huma meħtieġa jipprovdu f'konformità mal-punti (c) u (d) tal-paragrafu 3, mal-punt (a) tal-paragrafu 5, mal-punt (c) tal-paragrafu 6 u mal-paragrafu 7 għandha tintbagħat lill-Kummissjoni jew lil korp magħżul minnha, li għandu jiżgura li din l-informazzjoni tintbagħat lis-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO mingħajr dewmien, sabiex tiġi ppubblikata fuq is-sit web tan-NAFO marbut mal-MCS.

KAPITOLU VII

SKEMA KONĠUNTA TA' SPEZZJONI U TA' SORVELJANZA

Artikolu 28

Dispożizzjonijiet Ġenerali

1.   L-EFCA għandha tikkoordina l-attivitajiet ta' spezzjoni u ta' sorveljanza għall-Unjoni. Flimkien mal-Istati Membri kkonċernati, hija tista' tfassal programmi operattivi konġunti ta' spezzjoni u ta' sorveljanza għal dak il-għan (“l-Iskema”). L-Istati Membri li l-bastimenti tagħhom ikunu qed jaħdmu fiż-Żona Regolatorja tas-sajd għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa sabiex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-Iskema, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mar-riżorsi umani u materjali meħtieġa u mal-perijodi meta għandhom jintużaw dawn ir-riżorsi u maż-żoni fejn dawn għandhom jintużaw.

2.   L-ispezzjoni u s-sorveljanza għandhom iwettquhom l-ispetturi li l-Istati Membri jassenjaw għal dan u li l-EFCA tkun ġiet mgħarrfa bihom permezz tal-Iskema.

3.   F'kollaborazzjoni mal-Kummissjoni u mal-EFCA, l-Istati Membri jistgħu jibagħtu spetturi u koordinaturi tal-EFCA li l-EFCA tkun assenjat għall-Iskema fuq pjattaforma ta' spezzjoni ta' Parti Kontraenti oħra tan-NAFO, bi qbil reċiproku magħha.

4.   Meta fiż-Żona Regolatorja jkun hemm iktar minn 15-il bastiment tas-sajd tal-Istati Membri fl-istess ħin, l-EFCA u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, matul dak il-perijodu:

(a)

fiż-Żona Regolatorja jkun hemm spettur jew awtorità kompetenti oħra; jew

(b)

li, fit-territorju ta' Parti Kontraenti tan-NAFO li jkun imiss maż-Żona tal-Konvenzjoni, ikun hemm awtorità kompetenti;

(c)

li l-Istati Membri jwieġbu mingħajr dewmien għal kull avviż ta' każ ta' ksur fiż-Żona Regolatorja minn bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera tagħhom.

5.   L-Istati Membri li jkunu qed jieħdu sehem fl-Iskema għandhom jagħtu lil kull pjattaforma ta' spezzjoni, malli din tidħol fiż-Żona Regolatorja, lista tal-lemħ u tat-tlugħ abbord li huma jkunu wettqu fl-għaxart ijiem ta' qabel, fosthom id-dati, il-koordinati u kull informazzjoni rilevanti oħra.

6.   F'koordinazzjoni mal-Kummissjoni jew mal-EFCA, kull Stat Membru li jkun qed jieħu sehem fl-Iskema għandu jiżgura li kull pjattaforma ta' spezzjoni li ttajjar il-bandiera tiegħu u li tkun qed taħdem fiż-Żona Regolatorja żżomm kuntatt sikur, u ta' kuljum, meta dan ikun possibbli, ma' kull pjattaforma oħra ta' spezzjoni li tkun qed taħdem fiż-Żona Regolatorja, sabiex taqsam magħha l-informazzjoni li tkun meħtieġa biex dawn jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom.

7.   L-ispetturi li jżuru bastiment tar-riċerka għandhom jinnutaw l-istatus tal-bastiment u għandhom jillimitaw il-proċeduri ta' spezzjoni għal dawk li huma meħtieġa biex jiżguraw ruħhom li l-bastiment qed iwettaq attivitajiet li huma konsistenti mal-pjan tar-riċerka tiegħu. Meta l-ispetturi jkollhom raġunijiet validi biex jissuspettaw li l-bastiment qed iwettaq attivitajiet li mhumiex konsistenti mal-pjan tar-riċerka tiegħu, il-Kummissjoni u l-EFCA għandhom jiġu infurmati mill-ewwel b'dan.

8.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispetturi tagħhom jittrattaw il-bastimenti li jkunu qed jaħdmu fiż-Żona Regolatorja b'mod ekwu u bl-istess mod billi jevitaw għadd mhux proporzjonat ta' spezzjonijiet fuq bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Parti Kontraenti partikolari tan-NAFO. Għal kull perijodu annwali ta' kull tliet xhur, safejn ikun possibbli, l-għadd ta' spezzjonijiet li l-ispetturi tiegħu jwettqu fuq il-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Parti Kontraenti oħra tan-NAFO għandu jirrifletti l-proporzjon tal-attività kollha tas-sajd fiż-Żona Regolatorja, li jkun jinkludi, fost l-oħrajn, il-livell tal-qabdiet u l-jiem tal-bastimenti. Huma u jistabbilixxu l-frekwenza tal-ispezzjonijiet, l-ispetturi jistgħu jqisu x-xejriet tas-sajd ta' kull bastiment tas-sajd u l-livell ta' konformità tiegħu fil-passat.

9.   Meta Stat Membru jkun qed jieħu sehem fl-Iskema, għandu jiżgura dan li ġej b'rabta mal-ispetturi u mal-ispetturi li jkun għadhom qed jitħarrġu li jkunu assenjati għal din l-Iskema, ħlief meta dawn ikunu qed jispezzjonaw bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera tiegħu skont il-liġi domestika tiegħu:

(a)

li dawn jibqgħu taħt il-kontroll operattiv tiegħu;

(b)

li huma jimplimentaw id-dispożizzjonijiet tal-Iskema;

(c)

li huma ma jġorrux armi fuqhom meta jitilgħu abbord il-bastiment;

(d)

li huma joqogħdu lura milli jinfurzaw il-liġijiet u r-regolamenti marbutin mal-ibħra tal-Unjoni;

(e)

li huma jħarsu r-regolamenti, il-proċeduri u l-prattiki internazzjonali aċċettati b'mod ġenerali b'rabta mas-sikurezza tal-bastiment li qed jiġi spezzjonat u tal-ekwipaġġ tiegħu;

(f)

li huma ma jfixklux l-attivitajiet tas-sajd jew l-istivar tal-prodotti tas-sajd u, safejn ikun fattibbli, li huma jevitaw li jieħdu azzjonijiet li jistgħu jaffettwaw ħażin il-kwalità tal-qabda li jkun hemm abbord; u

(g)

li huma jiftħu l-kontenituri b'tali mod li jiffaċilita l-issiġillar mill-ġdid, l-ippakkjar mill-ġdid u, eventwalment, il-ħżin mill-ġdid fil-pront tagħhom.

10.   Ir-rapporti kollha ta' spezzjoni, ta' sorveljanza u ta' investigazzjoni msemmijin f'dan il-Kapitolu u l-immaġnijiet u l-evidenza assoċjati għandhom jiġu ttrattati bħala kunfidenzjali, skont l-Anness II.B għas-CEM imsemmi fil-punt 37 tal-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 29

Rekwiżiti ta' notifika

1.   Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Novembru ta' kull sena, kull Stat Membru għandu jibgħat l-informazzjoni li ġejja lill-EFCA (u kopja tagħha lill-Kummissjoni), li għandha tippubblika l-informazzjoni fuq is-sit web tan-NAFO marbut mal-MCS:

(a)

id-dettalji ta' kuntatt tal-awtorità kompetenti li għandha taġixxi bħala l-punt ta' kuntatt għall-finijiet tan-notifika mill-ewwel ta' ksur fiż-Żona Regolatorja, u kull tibdil sussegwenti fihom, mill-inqas 15-il jum qabel ma jidħol fis-seħħ dak it-tibdil;

(b)

l-ismijiet tal-ispetturi u tal-ispetturi li jkun għadhom qed jitħarrġu u isem kull pjattaforma ta' spezzjoni li huwa jkun assenja għall-Iskema, kif ukoll is-sinjal tas-sejħa bir-radju tagħha u d-dettalji ta' kuntatt għall-komunikazzjoni magħha. Huwa għandu jagħti notifika tat-tibdil fid-dettalji nnotifikati b'dan il-mod tal-inqas 60 jum minn qabel kull meta dan ikun possibbli.

2.   Meta Stat Membru jkun qed jieħu sehem fl-Iskema, għandu jiżgura li l-EFCA tkun mgħarrfa minn qabel bid-data, il-ħin tal-bidu u t-tmiem ta' kull pattulja minn pjattaforma tal-ispezzjoni li jkun qabbadha tagħmel dan.

Artikolu 30

Proċeduri ta' sorveljanza

1.   Meta spettur jinnota bastiment tas-sajd fiż-Żona Regolatorja li jtajjar il-bandiera ta' Parti Kontraenti tan-NAFO u li dwaru jkun hemm raġunijiet biex jissuspetta li qed jikser dan ir-Regolament, u meta ma jkunx prattiku li ssir spezzjoni minnufih, l-ispettur għandu:

(a)

jimla l-Formola tar-Rapport ta' Sorveljanza f'konformità mal-Anness IV.A tas-CEM imsemmi fil-punt 38 tal-Anness għal dan ir-Regolament. Jekk l-ispettur ikun għamel evalwazzjoni volumetrika jew tal-kompożizzjoni tal-qabda tal-kontenut ta' ġbir, fir-rapport ta' sorveljanza għandha tingħata l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-kompożizzjoni tat-tkarkir u għandha ssir referenza għall-metodu użat għall-evalwazzjoni volumetrika;

(b)

jieħu immaġnijiet tal-bastiment u jirreġistra l-pożizzjoni, id-data u l-ħin meta ġiet irreġistrata l-immaġni; u

(c)

jibgħat ir-rapport ta' sorveljanza u l-immaġnijiet lill-awtorità kompetenti tiegħu minnufih b'mod elettroniku.

2.   Minnufih, l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru li tirċievi t-tali rapport ta' sorveljanza għandha:

(a)

tibgħat it-tali rapport ta' sorveljanza lill-EFCA, li għandha tippubblikah fuq is-sit web tan-NAFO marbut mal-MCS, sabiex jintbagħat lill-Parti Kontraenti li tkun l-Istat tal-bandiera tal-bastiment;

(b)

tibgħat kopja tal-immaġnijiet irreġistrati lill-EFCA li, min-naħa tagħha, għandha tibgħathom lill-Parti Kontraenti li tkun l-Istat tal-bandiera tal-bastiment jew lill-Istat Membru tal-bandiera jekk dan ikun differenti mill-Istat Membru li jkun qed iwettaq l-ispezzjoni;

(c)

tiżgura s-sigurtà u l-kontinwità tal-evidenza għall-ispezzjonijiet ta' wara.

3.   Malli awtorità kompetenti ta' Stat Membru tirċievi rapport ta' sorveljanza dwar bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu, hija għandha twettaq kull investigazzjoni li tista' tkun meħtieġa sabiex tiddeċiedi dwar l-azzjoni x-xierqa ta' segwitu.

4.   Kull Stat Membru għandu jibgħat ir-rapport tal-investigazzjoni lill-EFCA, li għandha tippubblikah fuq is-sit web tan-NAFO marbut mal-MCS u tibagħtu lill-Kummissjoni.

Artikolu 31

Proċeduri tat-tlugħ abbord u ta' spezzjoni għall-Partijiet Kontraenti

Kull Stat Membru għandu jiżgura li, fil-każ ta' spezzjoni mwettqa skont l-Iskema, l-ispetturi tiegħu:

(a)

jgħarrfu lill-bastiment tas-sajd bir-radju b'isem il-pjattaforma ta' spezzjoni, billi jużaw il-Kodiċi Internazzjonali tas-Sinjali, qabel ma jitilgħu abbord;

(b)

juru, fuq il-bastiment ta' spezzjoni u fuq il-bastiment ta' tlugħ abbord, il-bandiera murija fl-Anness IV.E għas-CEM imsemmi fil-punt 39 tal-Anness għal dan ir-Regolament;

(c)

jiżguraw li, waqt it-tlugħ abbord, il-bastiment ta' spezzjoni jżomm distanza sikura mill-bastimenti tas-sajd;

(d)

ma jeżiġux lill-bastiment tas-sajd jieqaf jew jimmanuvra waqt li jkun qed ikala x-xbieki, waqt li jkun qed ikarkru jew waqt li jkun qed itellgħu mill-baħar;

(e)

jillimitaw kull tim tal-ispezzjoni għal massimu ta' erba' spetturi, inkluż kull spettur li jkun għadu qed jitħarreġ li jista' jakkumpanja lit-tim tal-ispezzjoni għal raġunijiet ta' taħriġ biss. Meta l-ispetturi jkollhom magħhom spettur li jkun għadu qed jitħarreġ, malli jitilgħu abbord, l-ispetturi għandhom jgħidu lill-kaptan tal-bastiment liema hu l-ispettur li jkun għadu qed jitħarreġ. L-ispettur li jkun għadu qed jitħarreġ għandu biss josserva l-ħidma ta' spezzjoni li jwettqu l-ispetturi awtorizzati u ma għandu bl-ebda mod jinterferixxi fl-attivitajiet tal-bastiment tas-sajd;

(f)

jippreżentaw id-dokumenti ta' identità tagħhom tan-NAFO maħruġin mis-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO skont l-Artikolu 32.3(b) tas-CEM lill-kaptan tal-bastiment malli jitilgħu abbord;

(g)

jillimitaw l-ispezzjonijiet għal erba' sigħat jew għall-ħin meħtieġ biex ix-xibka tittella' mill-baħar u x-xibka u l-qabda jiġu spezzjonati, skont liema minnhom ikun l-itwal, ħlief fil-każijiet li ġejjin:

(i)

fil-każ ta' ksur; jew

(ii)

meta, skont l-istimi tal-ispetturi, l-ammont tal-qabdiet abbord ikun differenti mill-ammont tal-qabdiet irreġistrat fil-ġurnal ta' abbord dwar is-sajd, f'liema każ l-ispetturi se jillimitaw l-ispezzjoni għal siegħa oħra sabiex jivverifikaw il-kalkoli u l-proċeduri u sabiex jerġgħu jeżaminaw id-dokumenti rilevanti li jkunu ntużaw biex jiġu kkalkulati l-qabdiet li saru fiż-Żona Regolatorja u l-qabdiet abbord il-bastiment;

(h)

jiġbru kull informazzjoni rilevanti użata biex tiġi identifikata l-konformità ma' dan ir-Regolament li jipprovdi osservatur.

Artikolu 32

Obbligi tal-kaptan tal-bastiment waqt l-ispezzjoni

Kull kaptan tal-bastiment għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiffaċilita l-ispezzjoni billi:

(a)

meta bastiment ta' spezzjoni jkun avżah li ser tibda spezzjoni, jiżgura li kull xibka li tkun ser tittella' mill-baħar ma tittellax għal mill-inqas 30 minuta wara li jirċievi l-avviż mingħand il-bastiment ta' spezzjoni;

(b)

fuq talba tal-pjattaforma ta' spezzjoni u sa fejn ikun kompatibbli mal-prinċipji ta' tbaħħir tajjeb, jiffaċilita t-tlugħ abbord tal-ispetturi;

(c)

jipprovdi sellum għat-tlugħ abbord skont l-Anness IV.G għas-CEM imsemmi fil-punt 40 tal-Anness għal dan ir-Regolament;

(d)

jiżgura li kull parank mekkaniku għall-imbark tal-pilota jkun adattat għall-użu b'mod sikur, fosthom l-aċċess sikur bejn il-parank u l-gverta;

(e)

jipprovdi aċċess lill-ispetturi għaż-żoni, għall-gverti u għall-kmamar kollha rilevanti, għall-qabdiet ipproċessati u mhux ipproċessati, għax-xbieki u għall-irkaptu l-ieħor, għat-tagħmir u għal kull dokument rilevanti li huma jqisu li huwa meħtieġ biex jivverifikaw il-konformità ma' dan ir-Regolament;

(f)

jirreġistra l-koordinati marbutin mal-pożizzjoni fil-bidu u fi tmiem kull tkarkir bi prova mwettaq f'konformità mal-punt (iii) tal-punt (b) tal-Artikolu 8(1) u jgħaddihom lill-ispetturi jekk dawn jitolbuhomlu;

(g)

fuq talba tal-ispetturi, jipprovdilhom id-dokumenti ta' reġistrazzjoni, tpinġijiet jew deskrizzjonijiet tal-kmamar fejn jinżamm il-ħut, il-ġurnali ta' abbord tal-produzzjoni u l-pjanijiet tal-istivar, u jagħtihom kull għajnuna li jkollhom bżonn b'mod raġonevoli biex jiżguraw ruħhom li l-istivar reali tal-ħut jaqbel mal-pjan tal-istivar;

(h)

joqgħod lura milli jinterferixxi fi kwalunkwe kuntatt bejn l-ispetturi u l-osservatur inkluż li jirrispetta l-privatezza meħtieġa sabiex l-ispetturi u l-osservatur iwettqu dmirijiethom;

(i)

jiffaċilita t-teħid ta' kampjuni ta' ħut ipproċessat mill-ispetturi, għall-iskop tal-identifikazzjoni tal-ispeċijiet permezz ta' analiżi tad-DNA;

(j)

jieħu kull azzjoni li tista' tkun meħtieġa sabiex jippreserva l-integrità ta' kull siġill li l-ispetturi jkunu waħħlu u ta' kull evidenza li jkun għad hemm abbord, sakemm l-Istat tal-bandiera ma jagħtihx ordnijiet mod ieħor;

(k)

jiffirma t-taqsima rilevanti tar-rapport ta' spezzjoni u b'hekk jirrikonoxxi li twaħħlu s-siġilli, sabiex jiżgura l-kontinwità tal-evidenza meta jkunu twaħħlu siġilli u/jew meta l-evidenza tkun tpoġġiet taħt sigurtà;

(l)

jieqaf mis-sajd meta l-ispetturi jitolbuh jagħmel dan skont il-punt (b) tal-Artikolu 35(2);

(m)

meta jintalab dan, iħalli lill-ispetturi jużaw it-tagħmir ta' komunikazzjoni tal-bastiment u l-operatur ta' dan it-tagħmir sabiex dawn ikunu jistgħu jibagħtu u jirċievu l-messaġġi;

(n)

meta l-ispetturi jitolbuh jagħmel dan, ineħħi kull parti tal-irkaptu tas-sajd li tkun tidher li ma tkunx awtorizzata skont dan ir-Regolament;

(o)

meta l-ispetturi jkunu daħħlu xi entrata fil-ġurnali ta' abbord, jagħtihom kopja ta' kull paġna fejn ikun hemm it-tali entrati u, meta jitolbuh jagħmel dan, jiffirma kull paġna biex jikkonferma li hija kopja vera; u

(p)

meta jintalab jieqaf mis-sajd, ma jerġax jibda jistad qabel ma:

(i)

l-ispetturi jkunu lestew l-ispezzjoni u jkunu poġġew taħt sigurtà l-evidenza; u

(ii)

il-kaptan tal-bastiment ikun iffirma t-taqsima rilevanti tar-rapport ta' spezzjoni kif imsemmi fil-punt (k).

Artikolu 33

Rapport tal-ispezzjoni u segwitu għalih

1.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-ispetturi tiegħu jimlew rapport tal-ispezzjoni fil-formola li tinsab fl-Anness IV.B għas-CEM imsemmi fil-punt 41 tal-Anness għal dan ir-Regolament (“ir-rapport ta' spezzjoni”) b'rabta ma' kull spezzjoni.

2.   Għall-finijiet tar-rapport tal-ispezzjoni:

(a)

vjaġġ tas-sajd għandu jitqies li huwa vjaġġ attwali meta l-bastiment spezzjonat ikollu qabdiet abbord li jkunu nġabru miż-Żona Regolatorja matul il-vjaġġ;

(b)

meta jkunu qed iqabblu l-entrati tal-ġurnal ta' abbord tal-produzzjoni ma' dawk tal-ġurnal ta' abbord dwar is-sajd, l-ispetturi għandhom jaqilbu l-piż tal-produzzjoni f'piż ħaj iggwidati mill-fatturi ta' konverżjoni stabbiliti fl-Annessi XIII, XIV u XV għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 (16) għall- bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fir-rigward ta' speċijiet u preżentazzjonijiet koperti minn dawk l-Annessi u mill-fatturi ta' konverżjoni użati mill-kaptan tal-bastiment f'każijiet oħrajn;

(c)

l-ispetturi għandhom:

(i)

jiġbru fil-qosor il-qabdiet tal-bastiment fiż-Żona Regolatorja għall-vjaġġ tas-sajd attwali skont l-ispeċi u skont id-Diviżjoni mir-reġistri tal-ġurnali ta' abbord;

(ii)

jirreġistraw dawn is-sommarji fit-Taqsima 12 tar-rapport tal-ispezzjoni, kif ukoll id-differenzi bejn il-qabdiet irreġistrati u l-istimi tagħhom tal-qabdiet abbord fit-Taqsima 14.1 tar-rapport tal-ispezzjoni;

(iii)

jiffirmaw ir-rapport tal-ispezzjoni malli jlestu l-ispezzjoni u jgħadduh lill-kaptan tal-bastiment biex dan jiffirmah u jikteb kull kumment li jista' jkollu, u lil kull xhud li jkun jixtieq jagħmel xi dikjarazzjoni;

(iv)

jgħarrfu mill-ewwel lill-awtorità kompetenti tagħhom b'dan u jibagħtulha l-informazzjoni u l-immaġnijiet fi żmien 24 siegħa jew mill-aktar fis possibbli; u

(v)

jagħtu kopja tar-rapport lill-kaptan tal-bastiment u jniżżlu, kif xieraq, il-fatt li l-kaptan tal-bastiment ikun irrifjuta li jirrikonoxxi li rċevih fit-taqsima rilevanti tar-rapport ta' spezzjoni, jekk dan ikun il-każ.

3.   L-Istat Membru li jkun qed iwettaq l-ispezzjoni għandu:

(a)

jibgħat ir-rapport tal-ispezzjoni fuq il-baħar lill-EFCA, jekk jista' jkun fi żmien 20 jum minn meta ssir l-ispezzjoni, sabiex jiġi ppubblikat fuq is-sit web tan-NAFO marbut mal-MCS;

(b)

iħares il-proċedura msemmija fl-Artikolu 34(2) wara li l-ispetturi joħorġu avviż ta' każ ta' ksur.

4.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li r-rapporti ta' spezzjoni u ta' sorveljanza li l-ispetturi tan-NAFO jħejju jkollhom l-istess status ta' evidenza biex jiġu stabbiliti l-fatti bħar-rapporti ta' spezzjoni u ta' sorveljanza tal-ispetturi tiegħu stess.

5.   L-Istati Membri għandhom jikkooperaw sabiex jiffaċilitaw il-proċedimenti ġudizzjarji jew proċedimenti oħrajn li jinbdew b'segwitu għal rapport li spettur tan-NAFO jkun ressaq skont l-Iskema.

Artikolu 34

Proċeduri marbutin mal-każijiet ta' ksur

1.   Kull Stat Membru li jkun qed iwettaq l-ispezzjoni għandu jiżgura li, malli l-ispetturi tiegħu jindunaw bi ksur ta' dan ir-Regolament, huma:

(a)

jirreġistraw il-każ ta' ksur fir-rapport tal-ispezzjoni;

(b)

idaħħlu entrata fil-ġurnal ta' abbord dwar is-sajd jew f'dokument ieħor rilevanti tal-bastiment spezzjonat li fiha jiktbu d-data, il-koordinati ġeografiċi u n-natura tal-ksur u jiffirmawha, u jagħmlu kopja ta' kull entrata rilevanti u jitolbu lill-kaptan tal-bastiment jiffirma kull paġna biex jivverifika li hija kopja vera tal-oriġinal;

(c)

jieħdu immaġnijiet tal-irkaptu, tal-qabdiet jew ta' kull evidenza oħra li huma jqisu li huma meħtieġa b'rabta mal-każ ta' ksur;

(d)

iwaħħlu b'mod sikur is-siġill tal-ispezzjoni muri fis-Siġill tal-Ispezzjoni tan-NAFO mogħti fl-Anness IV.F għas-CEM imsemmi fil-punt 42 tal-Anness għal dan ir-Regolament, kif ikun xieraq, u jniżżlu l-azzjonijiet li jkunu ttieħdu u n-numru tas-serje ta' kull siġill fir-rapport tal-ispezzjoni;

(e)

jitolbu lill-kaptan tal-bastiment:

(i)

jiffirma t-taqsima rilevanti tar-rapport ta' spezzjoni u b'hekk jirrikonoxxi li twaħħlu s-siġilli, sabiex jiżguraw il-kontinwità tal-evidenza; u

(ii)

jagħmel dikjarazzjoni bil-miktub fit-taqsima rilevanti tar-rapport ta' spezzjoni;

(f)

jitolbu lill-kaptan tal-bastiment ineħħi kull parti mill-irkaptu tas-sajd li tkun tidher li ma tkunx awtorizzata skont dan ir-Regolament; u

(g)

jgħarrfu lill-osservatur bil-każ ta' ksur meta dan ikun fattibbli.

2.   L-Istat Membru li jkun qed iwettaq l-ispezzjoni għandu:

(a)

jibgħat notifika bil-miktub lill-Kummissjoni u lill-EFCA dwar il-każ ta' ksur irrappurtat mill-ispetturi tiegħu fi żmien 24 siegħa minn x'ħin jinstab il-ksur u, min-naħa tagħha, l-EFCA għandha tibgħat din in-notifika lill-awtorità kompetenti tal-Parti Kontraenti li tkun l-Istat tal-bandiera jew tal-Istat Membru tal-bandiera, jekk dan ikun differenti mill-Istat Membru li jkun qed iwettaq l-ispezzjoni, u lis-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO. In-notifika bil-miktub għandu jkun fiha l-informazzjoni mdaħħla fil-punt 15 tar-rapport ta' spezzjoni fl-Anness IV.B għas-CEM imsemmi fil-punt 41 tal-Anness għal dan ir-Regolament; għandha ssemmi l-miżuri rilevanti u tiddeskrivi fid-dettall il-bażi għall-ħruġ tal-avviż ta' każ ta' ksur, u l-evidenza li tappoġġa l-avviż; u meta dan ikun possibbli, għandu jkollha magħha l-immaġnijiet tal-irkaptu, tal-qabdiet jew ta' kull evidenza oħra marbuta mal-każ ta' ksur imsemmijin fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;

(b)

jibgħat ir-rapport tal-ispezzjoni lill-Kummissjoni u lill-EFCA fi żmien ħamest ijiem minn meta l-bastiment ta' spezzjoni jerġa' lura fil-port;

l-EFCA għandha tippubblika r-rapport ta' spezzjoni fuq is-sit web tan-NAFO marbut mal-MCS bħala dokument PDF.

3.   L-Istat Membru tal-bandiera għandu jagħti segwitu lill-każijiet ta' ksur skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 36.

Artikolu 35

Proċeduri addizzjonali għall-każijiet ta' ksur serju

1.   Kull wieħed mill-każijiet ta' ksur li ġejjin jikkostitwixxi ksur serju, fit-tifsira tal-Artikolu 90 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009:

(a)

is-sajd għall-istokkijiet skont il-kwota “għal stokkijiet oħrajn” mingħajr ma l-Kummissjoni tiġi avżata bil-quddiem bi ksur tal-Artikolu 5;

(b)

is-sajd għall-istokkijiet skont il-kwota “għal stokkijiet oħrajn” iktar minn ħamest ijiem ta' xogħol wara li jingħalaq dak is-sajd bi ksur tal-Artikolu 5;

(c)

is-sajd dirett gћal stokk li fuqu hemm moratorju jew li s-sajd għalih huwa pprojbit mod ieħor bi ksur tal-Artikolu 6;

(d)

is-sajd dirett gћal stokkijiet jew gћal speċijiet wara d-data tal-għeluq tas-sajd min-naħa tal-Istat Membru tal-bandiera nnotifikata lill-Kummissjoni bi ksur tal-Artikolu 6;

(e)

is-sajd f'żona magħluqa bi ksur tal-Artikolu 9(5) u tal-Artikolu 11;

(f)

is-sajd b'irkaptu tas-sajd tal-qiegħ f'żona magħluqa għall-attivitajiet tas-sajd tal-qiegħ bi ksur tal-Kapitolu III;

(g)

l-użu ta' daqs tal-malja mhux awtorizzat bi ksur tal-Artikolu 13;

(h)

is-sajd mingħajr awtorizzazzjoni valida;

(i)

ir-reġistrazzjoni ħażina tal-qabdiet bi ksur tal-Artikolu 25;

(j)

in-nuqqas li bastiment ikollu abbord sistema ta' monitoraġġ bis-satellita jew it-tbagħbis fit-tħaddim tagħha bi ksur tal-Artikolu 26;

(k)

in-nuqqas li jintbagħtu messaġġi dwar il-qabdiet bi ksur tal-Artikolu 10(3) jew tal-Artikolu 25;

(l)

il-fatt li l-ispetturi jew l-osservaturi jiġu mfixkla milli jwettqu dmirijiethom jew li jiġu intimidati, jew li jkun hemm indħil waqt li dawn ikunu qed iwettqu dmirijiethom jew li dawn ma jitħallewx iwettqu dmirijiethom b'xi mod ieħor, jew li ssir kull forma oħra ta' pressjoni indiretta;

(m)

it-twettiq ta' ksur meta ma jkunx hemm osservatur abbord il-bastiment;

(n)

il-ħabi, it-tbagħbis jew it-twarrib tal-evidenza marbuta ma' investigazzjoni, fosthom il-ksur jew it-tbagħbis tas-siġilli jew il-kisba ta' aċċess għal żoni magħluqin;

(o)

il-preżentazzjoni ta' dokumenti ffalsifikati lil spettur jew l-għoti ta' informazzjoni falza lilu li jwasslu biex ksur serju ma jiġix innutat;

(p)

il-ħatt l-art, it-trażbord jew l-użu ta' servizzi portwarji oħrajn:

(i)

f'port li ma jkunx magħżul skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 39(1); jew

(ii)

mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Istat tal-port imsemmija fl-Artikolu 39(6);

(q)

in-nuqqas ta' ħarsien tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 41(1);

(r)

in-nuqqas li jkun hemm osservatur, jekk dan ikun meħtieġ.

2.   Meta l-ispettur iħarrek bastiment talli jkun wettaq ksur serju, huwa għandu:

(a)

jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura s-sigurtà u l-kontinwità tal-evidenza, fosthom billi jissiġilla l-istiva tal-bastiment u/jew l-irkaptu tas-sajd tiegħu għal iktar spezzjonijiet, kif ikun xieraq;

(b)

jitlob lill-kaptan tal-bastiment iwaqqaf l-attivitajiet kollha tas-sajd li jkunu jidhru li jikkostitwixxu ksur serju; u

(c)

jgħarraf mill-ewwel lill-awtorità kompetenti tiegħu u jibagħtilha l-informazzjoni rilevanti u, meta dan ikun possibbli, l-immaġnijiet, fi żmien 24 siegħa. L-awtorità kompetenti li tirċievi din l-informazzjoni għandha tgħarraf lill-Parti Kontraenti li tkun l-Istat tal-bandiera jew lill-Istat Membru tal-bandiera jekk dan ikun differenti mill-Istat Membru li jkun qed iwettaq l-ispezzjoni, skont l-Artikolu 34.

3.   Fil-każ ta' ksur serju min-naħa ta' bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu, l-Istat Membru tal-bandiera għandu:

(a)

jirrikonoxxi mingħajr dewmien li rċieva l-informazzjoni u l-immaġnijiet relatati ma' dan il-ksur;

(b)

jiżgura li l-bastiment spezzjonat ma jerġax jibda jistad qabel ma jingħata notifika oħra dwar dan;

(c)

jeżamina l-każ bl-użu tal-informazzjoni kollha u tal-materjal kollu li jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu u, fi żmien 72 siegħa jitlob lill-bastiment jidħol minnufih f'port biex issirlu spezzjoni sħiħa taħt l-awtorità tiegħu jekk ikun jidher li jkun hemm xi wieħed mill-każijiet ta' ksur serju li ġejjin:

(i)

is-sajd dirett gћal stokk li fuqu hemm moratorju;

(ii)

is-sajd dirett gћal stokk li s-sajd għalih huwa pprojbit skont l-Artikolu 6;

(iii)

ir-reġistrazzjoni ħażina tal-qabdiet, bi ksur tal-Artikolu 25; jew

(iv)

ir-repetizzjoni tal-istess każ ta' ksur serju fuq perijodu ta' sitt xhur.

4.   Meta l-ksur serju jkun ir-reġistrazzjoni ħażina tal-qabdiet, għandu jkun żgurat li l-ispezzjoni sħiħa tkun tinkludi spezzjoni fiżika u l-istabbiliment tal-ammont totali tal-qabda li jkun hemm abbord il-bastiment, imqassma skont l-ispeċi u skont id-Diviżjoni.

5.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, “ir-reġistrazzjoni ħażina tal-qabdiet” tfisser differenza ta' mill-inqas 10 tunnellati jew ta' 20 %, skont liema minnhom ikun l-ikbar, bejn l-istimi tal-qabda pproċessata li jkun hemm abbord, b'kollox jew imqassma skont l-ispeċi, li jkunu għamlu l-ispetturi, u ċ-ċifri rreġistrati fil-ġurnal ta' abbord tal-produzzjoni, ikkalkulata bħala perċentwal taċ-ċifri mogħtija fil-ġurnal ta' abbord tal-produzzjoni.

6.   Bil-qbil tal-Istat Membru tal-bandiera u jekk il-Parti Kontraenti tan-NAFO li tkun l-Istat tal-port ma tkunx l-istess bħall-Istat Membru tal-ispettur, l-ispetturi ta' dik il-Parti Kontraenti tan-NAFO tal-port jew l-Istat Membru tal-port jistgħu jieħdu sehem fl-ispezzjoni sħiħa u fl-istabbiliment tal-ammont tal-qabda.

7.   Jekk ma jkunx japplika l-punt (c) tal-paragrafu 3, l-Istat Membru tal-bandiera għandu:

(a)

jew jippermetti lill-bastiment jerġa' jibda jistad. F'dan il-każ, sa mhux iktar tard minn jumejn wara l-avviż tal-każ ta' ksur, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jibgħat ġustifikazzjoni bil-miktub lill-Kummissjoni dwar ir-raġuni għaliex il-bastiment ma ġiex ordnat jidħol fil-port. Il-Kummissjoni għandha tibgħat din il-ġustifikazzjoni lis-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO; jew

(b)

jew inkella jitlob lill-bastiment jidħol minnufih f'port biex issirlu spezzjoni fiżika sħiħa taħt l-awtorità tiegħu.

8.   Meta l-Istat Membru tal-bandiera jitlob lill-bastiment spezzjonat jidħol fil-port, l-ispetturi jistgħu jitilgħu abbord il-bastiment jew jibqgћu abbord il-bastiment huwa u jidħol lejn il-port, dejjem jekk l-Istat Membru tal-bandiera ma jitlobx lill-ispetturi jinżlu minn fuq il-bastiment.

Artikolu 36

Azzjonijiet ta' segwitu għall-każijiet ta' ksur

1.   Fil-każ ta' ksur min-naħa ta' bastiment li jkollu d-dritt itajjar il-bandiera tiegħu, l-Istat Membru għandu:

(a)

jinvestiga l-każ bis-sħiħ, fosthom billi jispezzjona l-bastiment tas-sajd b'mod fiżiku mill-aktar fis possibbli jekk ikun hemm bżonn;

(b)

jikkoopera mal-Parti Kontraenti tan-NAFO li tkun qed twettaq l-ispezzjoni jew mal-Istat Membru li jkun qed iwettaq l-ispezzjoni jekk dan ikun differenti minnu, sabiex l-evidenza u l-katina tal-kustodja jiġu ppreservati f'forma li tiffaċilita l-proċedimenti skont il-liġijiet tiegħu;

(c)

jieħu azzjonijiet ġudizzjarji jew amministrattivi minnufih kontra l-persuni li huma responsabbli għall-bastiment, skont il-leġislazzjoni nazzjonali tiegħu; u

(d)

jiżgura li s-sanzjonijiet li japplikaw fil-każijiet ta' ksur ikunu severi biżżejjed biex ikunu effettivi biex jiżguraw li jkun hemm il-konformità, biex iservu ta' deterrent biex ma jkunx hemm iktar ksur jew biex il-ksur ma jiġix ripetut, u biex iċaħħdu lil min ikun wettaq il-ksur mill-benefiċċji li jkunu ġejjin minn dak il-ksur.

2.   Skont il-gravità tal-każ u skont il-liġi domestika, l-azzjonijiet ġudizzjarji jew amministrattivi u s-sanzjonijiet imsemmijin fil-punti (c) u (d) tal-paragrafu 1 jistgħu jinkludu l-affarijiet li ġejjin, iżda m'għandhomx ikunu limitati għalihom biss:

(a)

il-multi;

(b)

is-sekwestru tal-bastiment, tal-irkaptu illegali tas-sajd u tal-qabdiet illegali;

(c)

is-sospensjoni jew l-irtirar tal-awtorizzazzjoni biex jitwettqu l-attivitajiet tas-sajd; u

(d)

it-tnaqqis jew it-tħassir tal-allokazzjonijiet tas-sajd.

3.   Kull Stat Membru tal-bandiera għandu jiżgura li huwa jittratta l-avviżi kollha tal-każijiet ta' ksur daqslikieku kienu rrappurtati mill-ispetturi tiegħu stess.

4.   L-Istat Membru tal-bandiera u l-Istat Membru tal-port għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni minnufih bl-affarijiet li ġejjin:

(a)

bl-azzjonijiet ġudizzjarji jew amministrattivi u bis-sanzjonijiet imsemmijin fil-punti (c) u (d) tal-paragrafu 1;

(b)

malajr kemm jista' jkun mil-lat prattiku iżda mhux aktar tard minn erba' xhur wara li jseħħ ksur serju, b'rapport dwar il-progress li jkun qed isir fl-investigazzjoni, fosthom id-dettalji dwar kull azzjoni li jkunu ħadu jew li jkunu bdew jieħdu b'rabta mal-kaz ta' ksur; u

(c)

malli jlestu l-investigazzjoni tagħhom, b'rapport dwar l-eżitu finali.

Artikolu 37

Rapporti tal-Istati Membri dwar l-ispezzjoni, is-sorveljanza u l-każijiet ta' ksur

1.   Kull Stat Membru għandu jibgħat rapport lill-Kummissjoni u lill-EFCA sal-1 ta' Frar ta' kull sena, skont l-Iskema, u li jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-għadd ta' spezzjonijiet tal-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu u tal-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' Parti Kontraenti oħra tan-NAFO li jkunu twettqu matul is-sena kalendarja ta' qabel;

(b)

isem kull bastiment tas-sajd li dwaru l-ispetturi tagħha jkunu ħarġu avviż ta' każ ta' ksur, fosthom id-data u l-pożizzjoni tal-ispezzjoni u n-natura tal-ksur;

(c)

l-għadd ta' sigħat li l-inġenji tal-ajru tas-sorveljanza tagħha jkunu taru fuq pattulja, l-għadd ta' lemħ li dawn għamlu, l-għadd ta' rapporti ta' sorveljanza li hija tkun bagħtet u, għal kull rapport ta' dan it-tip, id-data, il-ħin u l-pożizzjoni tal-lemħ;

(d)

l-azzjonijiet li tkun ħadet matul is-sena ta' qabel, fosthom deskrizzjoni tat-termini speċifiċi ta' kull azzjoni ġudizzjarja jew amministrattiva jew ta' kull sanzjoni imposta (pereżempju l-ammont tal-multi, il-valur tal-ħut u/jew tal-irkaptu kkonfiskat u t-twissijiet bil-miktub li tkun ħarġet), b'rabta ma':

(i)

kull ksur li spettur ikun semmilha b'rabta mal-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħha; u

(ii)

kull rapport ta' sorveljanza li tkun irċeviet.

Sal-1 ta' Marzu ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tibgħat l-informazzjoni msemmija fil-ewwel subparagrafu lis-Segretarju Eżekuttiv tal-NAFO.

2.   Fir-rapporti msemmijin fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandu jingħata l-istatus attwali tal-każ. L-Istat Membru għandu jkompli jniżżel it-tali ksur f'kull rapport sussegwenti sakemm jibgħat ir-rapport dwar l-eżitu finali tal-ksur.

3.   Stat Membru għandu jagħti spjegazzjoni ddettaljata biżżejjed dwar kull ksur li dwaru ma jkun ħa l-ebda azzjoni jew li b'rabta miegħu ma jkun impona l-ebda piena.

KAPITOLU VIII

KONTROLL MILL-ISTAT TAL-PORT TA' BASTIMENTI LI JTAJRU L-BANDIERA TA' PARTI KONTRAENTI OĦRA

Artikolu 38

Kamp ta' applikazzjoni

Dan il-Kapitolu japplika għall-ħatt l-art u għat-trażbord fil-portijiet tal-Istati Membri min-naħa ta' bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' Parti Kontraenti oħra tan-NAFO u li jkunu qed iwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-Żona Regolatorja, u għall-użu tat-tali portijiet min-naħa ta' dawn il-bastimenti. Dan il-Kapitolu japplika għal bastimenti li jġorru qabdiet fiż-Żona Regolatorja, jew għall-prodotti tal-ħut li jkunu ġejjin mit-tali qabdiet li ma jkunux inħattu l-art jew ġew ittrażbordati f'port qabel.

Artikolu 39

Dmirijiet tal-Istat Membru tal-port

1.   L-Istat Membru tal-port għandu jibgħat lill-Kummissjoni u lill-EFCA lista tal-portijiet magħżulin li fihom jistgħu jitħallew jidħlu l-bastimenti tas-sajd biex iħottu l-art il-ħut, biex jittrażbordawh u/jew biex jingħataw servizzi portwarji, u għandu jiżgura li, kemm jista' jkun, kull port magħżul ikollu biżżejjed kapaċità biex fih jitwettqu spezzjonijiet skont dan il-Kapitolu. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista tal-portijiet magħżulin fuq is-sit web tan-NAFO marbut mal-MCS bħala dokument PDF. Kull bidla sussegwenti f'dik il-lista għandha tiġi ppubblikata tal-inqas ħmistax-il jum qabel ma tidħol fis-seħħ dik il-bidla u dik il-lista għandha tieħu post il-lista l-oħra.

2.   L-Istat Membru tal-port għandu jistabbilixxi perijodu minimu għat-talba minn qabel. Il-perijodu għat-talba minn qabel għandu jkun ta' tlett ijiem tax-xogħol qabel il-ħin mistenni tal-wasla tal-bastiment fil-port. Madankollu, bi qbil mal-Kummissjoni, l-Istat Membru tal-port jista' jipprevedi perijodu ieħor għat-talba minn qabel, filwaqt li jqis, fost l-oħrajn, it-tip ta' prodott maqbud u d-distanza bejn il-postijiet għas-sajd u l-portijiet tiegħu. L-Istat Membru tal-port għandu jibgħat l-informazzjoni dwar il-perijodu għat-talba minn qabel lill-Kummissjoni, li għandha tippubblikaha fuq is-sit web tan-NAFO marbut mal-MCS bħala dokument PDF.

3.   L-Istat Membru tal-port għandu jaħtar lill-awtorità kompetenti li ser taġixxi bħala l-punt ta' kuntatt biex tirċievi t-talbiet skont l-Artikolu 41, biex tirċievi l-konfermi skont l-Artikolu 40(2) u biex toħroġ l-awtorizzazzjonijiet skont il-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu. L-Istat Membru tal-port għandu jibgħat l-isem tal-awtorità kompetenti u d-dettalji ta' kuntatt tagħha lill-Kummissjoni, li għandha tippubblika din l-informazzjoni fuq is-sit web tan-NAFO marbut mal-MCS bħala dokument PDF.

4.   Ir-rekwiżiti mogħtija fil-paragrafi 1, 2 u 3 ma japplikawx meta l-Unjoni ma tkunx tippermetti l-ħatt l-art, it-trażbord jew l-użu tal-portijiet minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Parti Kontraenti oħra tan-NAFO.

5.   L-Istat Membru tal-port għandu jibgħat kopja tal-formola msemmija fl-Artikolu 41(1) u (2) mingħajr dewmien lill-Parti Kontraenti tan-NAFO li tkun l-Istat tal-bandiera tal-bastiment u lill-Parti Kontraenti tan-NAFO li tkun l-Istat tal-bandiera tal-bastimenti li minn fuqhom ikun qed jiġi ttrażbordat il-ħut meta l-bastiment ikun wettaq ħidmiet ta' trażbord.

6.   Il-bastimenti tas-sajd ma jistgħux jidħlu fil-port mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-port. L-awtorizzazzjoni biex bastiment iħott il-ħut l-art jew jittrażbordah jew juża servizzi portwarji oħrajn għandha tingħata biss jekk tkun waslet il-konferma min-naħa tal-Parti Kontraenti tan-NAFO li tkun l-Istat tal-bandiera msemmija fl-Artikolu 40(2).

7.   B'deroga mill-paragrafu 6, jekk ma tkunx waslet il-konferma msemmija f'dak il-paragrafu l-Istat Membru tal-port jista' jawtorizza l-ħatt l-art tal-ħut kollu, jew ta' parti minnu, bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-ħut ikkonċernat għandu jinħażen taħt il-kontroll tal-awtoritajiet kompetenti;

(b)

il-ħut jista' jiġi rrilaxxat biex jinbiegħ, biex jingħata lil ħaddieħor, biex jiġi prodott jew biex jiġi ttrasportat biss ladarba tkun waslet il-konferma msemmija fil-paragrafu 6;

(c)

jekk il-konferma ma tasalx fi żmien 14-il jum mit-tmiem tal-operazzjonijiet ta' ħatt l-art, l-Istat Membru tal-port jista' jikkonfiska l-ħut u jiddisponi minnu skont ir-regoli nazzjonali.

8.   L-Istat Membru tal-port għandu jgħarraf minnufih lill-kaptan tal-bastiment bid-deċiżjoni tiegħu li jawtorizza jew jirrifjuta d-dħul fil-port jew, f'każ li l-bastiment ikun fil-port, il-ħatt l-art, it-trażbord jew xi użu ieħor tal-port. Jekk id-dħul fil-port jiġi awtorizzat, l-Istat Membru tal-port għandu jagħti lura lill-kaptan tal-bastiment kopja tal-Formola għat-talba minn qabel marbuta mal-kontroll mill-Istat tal-port fl-Anness II.L għas-CEM imsemmija fil-punt 43 tal-Anness għal dan ir-Regolament bil-Parti C mimlija kif xieraq. Din il-kopja għandha tintbagħat ukoll lill-Kummissjoni minnufih, li għandha tippubblikaha fuq is-sit web tan-NAFO marbut mal-MCS. F'każ li jiġi rrifjutat id-dħul fil-port, l-Istat Membru tal-port għandu javża wkoll lill-Parti Kontraenti tan-NAFO li tkun l-Istat tal-bandiera b'dan.

9.   F'każ li t-talba minn qabel titħassar kif imsemmi fl-Artikolu 41(2), l-Istat Membru tal-port għandu jibgħat kopja tal-Formola għat-talba minn qabel marbuta mal-kontroll mill-Istat tal-port li tkun tħassret lill-Kummissjoni, li għandha tippubblikaha fuq is-sit web tan-NAFO marbut mal-MCS, sabiex din tintbagħat b'mod awtomatiku lill-Parti Kontraenti tan-NAFO li tkun l-Istat tal-bandiera.

10.   Sakemm ma jkunx meħtieġ mod ieħor fi pjan ta' rkupru, l-Istat Membru tal-port għandu jwettaq spezzjonijiet tal-inqas fuq 15 % mill-ħatt l-art jew mit-trażbord kollu ta' dan it-tip matul kull sena tar-rappurtar. Huwa u jiddeċiedi liema bastimenti ser jispezzjona, l-Istat Membru tal-port għandu jagħti prijorità:

(a)

lill-bastimenti li ma jkunux ġew awtorizzati jidħlu f'port jew jużawh qabel skont dan il-Kapitolu jew skont kull dispożizzjoni oħra ta' dan ir-Regolament; u

(b)

lit-talbiet mingħand Partijiet Kontraenti oħrajn tan-NAFO, mingħand Stati oħrajn jew mingħand organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd (RMFOs) li bastiment partikolari għandu jiġi spezzjonat.

11.   L-ispezzjonijiet għandhom isiru b'mod konsistenti mal-Anness IV.H għas-CEM imsemmi fil-punt 44 tal-Anness għal dan ir-Regolament, u jitwettqu minn spetturi awtorizzati tal-Istat Membru tal-port li għandhom jippreżentaw id-dokumenti ta' identità tagħhom lill-kaptan tal-bastiment qabel ma jwettqu l-ispezzjoni.

12.   Bil-qbil tal-Istat Membru tal-port, il-Kummissjoni tista' tistieden lil spetturi ta' Partijiet Kontraenti oħrajn tan-NAFO jakkumpanjaw lill-ispetturi tagħha stess u josservaw l-ispezzjoni.

13.   Kull spezzjoni fil-port għandha tinkludi l-monitoraġġ tal-ħatt l-art jew tat-trażbord kollu tar-riżorsi tas-sajd f'dak il-port. Matul kull spezzjoni ta' dan it-tip, l-ispettur tal-Istat Membru tal-port għandu, bħala minimu:

(a)

iqabbel mal-ammonti ta' kull speċi li tkun inħattet l-art jew li tkun ġiet ittrażbordata:

(i)

l-ammonti rreġistrati fil-ġurnal ta' abbord, imqassmin skont l-ispeċi;

(ii)

ir-rapporti dwar l-attivitajiet u dwar il-qabdiet; u

(iii)

l-informazzjoni kollha dwar il-qabdiet li tkun ingħatat fil-Formoli għat-talba minn qabel marbuta mal-kontroll mill-Istat tal-port kif tinsab fl-Anness II.L għas-CEM imsemmija fil-punt 43 tal-Anness għal dan ir-Regolament, li jkunu ntbagħtu minn qabel;

(b)

jivverifika l-ammonti tal-qabdiet li jkun għad baqa' abbord il-bastiment meta jitlesta l-ħatt l-art jew it-trażbord, imqassmin skont l-ispeċi, u jirreġistrahom;

(c)

jivverifika kull informazzjoni li tkun ħarġet mill-ispezzjonijiet li jkunu twettqu skont il-Kapitolu VII;

(d)

jivverifika x-xbieki kollha abbord il-bastiment u jirreġistra l-kejl tad-daqs tal-malji;

(e)

jivverifika d-daqs tal-ħut għall-konformità mar-rekwiżiti marbutin mad-daqs minimu;

(f)

fejn ikun rilevanti, jivverifika l-ispeċijiet għal konformità mal-preċiżjoni tad-dikjarazzjoni tal-qabda.

14.   Meta dan ikun possibbli, l-Istat Membru tal-port għandu jikkomunika mal-kaptan tal-bastiment jew mal-membri tal-ekwipaġġ li għandhom kariga għolja, kif ukoll mal-osservatur u, meta dan ikun possibbli u meħtieġ, għandu jiżgura li l-ispettur ikollu miegħu interpretu.

15.   Meta jkun possibbli, l-Istat Membru tal-port għandu jevita li jdewwem lill-bastiment tas-sajd bla bżonn u għandu jiżgura li jkun hemm l-inqas inkonvenjent u l-inqas xkiel possibbli għall-bastiment, fosthom li jiġi evitat li titnaqqas il-kwalità tal-ħut bla bżonn.

16.   Kull spezzjoni għandha tiġi ddokumentata billi timtela l-formola msejħa “PSC 3” (il-Formola tal-ispezzjoni marbuta mal-kontroll mill-Istat tal-port) kif tinsab fl-Anness IV.C għas-CEM imsemmija fil-punt 9 tal-Anness għal dan ir-Regolament. Il-proċess biex jimtela r-rapport dwar l-ispezzjoni marbuta mal-kontroll mill-Istat tal-port u biex dan il-proċess jiġi ttrattat għandu jinkludi dan li ġej:

(a)

l-ispetturi għandhom jidentifikaw kull każ ta' ksur ta' dan ir-Regolament li jkun ġie nnutat waqt l-ispezzjoni fil-port u għandhom jagħtu d-dettalji dwaru. Dawn id-dettalji għandhom jinkludu l-informazzjoni rilevanti kollha li tkun disponibbli b'rabta mal-każijiet ta' ksur li jkunu ġew innutati fuq il-baħar waqt il-vjaġġ attwali tal-bastiment tas-sajd spezzjonat;

(b)

l-ispetturi jistgħu jżidu kull kumment li jqisu li jkun rilevanti;

(c)

il-kaptan tal-bastiment għandu jingħata ċ-ċans iżid il-kummenti tiegħu jew l-oġġezzjonijiet tiegħu għar-rapport u jikkuntattja lill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat tal-bandiera kif ikun xieraq, b'mod partikolari meta huwa jkollu diffikultajiet serji biex jifhem il-kontenut tar-rapport;

(d)

l-ispetturi għandhom jiffirmaw ir-rapport u għandhom jitolbu lill-kaptan tal-bastiment jiffirmah. Il-firma tal-kaptan tal-bastiment fuq ir-rapport għandha sservi biss biex turi li rċieva kopja tiegħu;

(e)

il-kaptan tal-bastiment għandu jingħata kopja tar-rapport li jkun fih ir-riżultat tal-ispezzjoni, fosthom il-miżuri possibbli li jistgħu jittieħdu.

17.   L-Istat Membru tal-port għandu jibgħat kopja ta' kull rapport dwar l-ispezzjoni marbuta mal-kontroll mill-Istat tal-port lill-Kummissjoni u lill-EFCA minnufih. Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-rapport dwar l-ispezzjoni marbuta mal-kontroll mill-Istat tal-port fuq is-sit web tan-NAFO marbut mal-MCS bħala dokument PDF sabiex dan jintbagħat b'mod awtomatiku lill-Parti Kontraenti tan-NAFO li tkun l-Istat tal-bandiera u lill-Istat tal-bandiera ta' kull bastiment li jkun ittrażborda qabdiet għal fuq il-bastiment tas-sajd spezzjonat.

Artikolu 40

Dmirijiet tal-Istat Membru tal-bandiera

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kaptan ta' bastiment li jtajjar il-bandiera tagħhom iħares l-obbligi marbutin mal-kaptani tal-bastiment stabbiliti fl-Artikolu 41.

2.   L-Istat Membru ta' bastiment tas-sajd li jkun beħsiebu jħott il-ħut l-art jew jittrażbordah jew juża servizzi portwarji oħrajn, jew li jkun wettaq ħidmiet ta' trażbord 'il barra minn port, għandu jikkonferma dan billi jibgħat lura kopja tal-Formola għat-talba minn qabel marbuta mal-kontroll mill-istat tal-port stabbilita fl-Anness II.L għas-CEM imsemmija fil-punt 43 tal-Anness għal dan ir-Regolament, mibgħuta skont l-Artikolu 39(5) bil-Parti B mimlija kif xieraq, li fiha jistqarr dan li ġej:

(a)

li l-bastiment tas-sajd iddikjarat li qabad il-ħut kellu biżżejjed kwota għall-ispeċijiet iddikjarati;

(b)

li l-ammont ta' ħut iddikjarat abbord ġie rrappurtat kif xieraq skont l-ispeċi u tqies fil-kalkolu ta' kull limitu tal-qbid jew tal-isforz li jista' jkun applikabbli;

(c)

li l-bastiment tas-sajd iddikjarat li qabad il-ħut kien awtorizzat jistad fiż-żoni ddikjarati; u

(d)

li l-preżenza tal-bastiment fiż-żona li minnha ddikjara li qabad il-ħut ġiet ivverifikata permezz tad-data tas-sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti.

3.   L-Istat Membru għandu jibgħat id-dettalji ta' kuntatt tal-awtorità kompetenti li ser taġixxi bħala l-punt ta' kuntatt biex tirċievi t-talbiet skont l-Artikolu 39(5) u biex tibgħat il-konfermi skont l-Artikolu 39(6) lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika din l-informazzjoni fuq is-sit web tan-NAFO marbut mal-MCS bħala dokument PDF.

Artikolu 41

Obbligi tal-kaptan tal-bastiment

1.   Il-kaptan jew l-aġent ta' bastiment tas-sajd li jkun beħsiebu jidħol fil-port għandu jgħaddi t-talba għad-dħul lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-port fil-perijodu għat-talba msemmi fl-Artikolu 39(2). Mat-tali talba għandha tintbagħat il-Formola għat-talba minn qabel marbuta mal-kontroll mill-istat tal-port, stabbilita fl-Anness II.L għas-CEM, imsemmija fil-punt 43 tal-Anness għal dan ir-Regolament, mimlija kif xieraq, kif ġej:

(a)

meta l-bastiment ikollu abbord il-qabda tiegħu stess jew ikun ser iħott l-art jew jittrażborda t-tali qabda, għandha tintuża l-Formola għat-talba minn qabel marbuta mal-kontroll mill-Istat tal-port imsejħa “PSC 1”, imsemmija fl-Anness II.L.A għas-CEM; u

(b)

meta l-bastiment ikun wettaq ħidmiet ta' trażbord, għandha tintuża l-Formola għat-talba minn qabel marbuta mal-kontroll mill-istat tal-port imsejħa “PSC 2”, imsemmija fl-Anness II.L.B għas-CEM. Għandha tintuża formola separata għal kull bastiment li minn fuqu jkun ġie ttrażbordat il-ħut;

(c)

il-formoli msejħin “PSC 1” u “PSC 2” it-tnejn għandhom jimtlew f'każ li l-bastiment ikollu abbord il-qabda tiegħu stess u qabda li jkun irċieva permezz tat-trażbord jew inkella f'każ li dan ikun qed iħott l-art jew jittrażborda t-tali qabdiet.

2.   Kaptan tal-bastiment jew aġent jistgħu jħassru talba minn qabel billi javżaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-port li kien beħsiebhom jużaw. Mat-tali talba għandha tintbagħat kopja tal-Formola oriġinali għat-talba minn qabel marbuta mal-kontroll mill-istat tal-port stabbilita fl-Anness II.L għas-CEM imsemmija fil-punt 43 tal-Anness għal dan ir-Regolament, bil-kelma “mħassra” miktuba fuqha.

3.   Il-kaptan tal-bastiment tas-sajd ma għandux jibda l-ħidmiet ta' ħatt l-art jew trażbord, jew juża servizzi portwarji oħrajn, qabel ma tkun ingħatat awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru jew qabel ma jkun għalaq il-ħin mistenni tal-wasla (ETA) kif irrappurtat fil-“PSC 1” jew il-“PSC 2”. Madankollu, bil-permess tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-port, il-ħidmiet ta' ħatt l-art jew ta' trażbord u l-użu ta' servizzi portwarji oħrajn jistgħu jinbdew qabel il-ħin mistenni tal-wasla tal-bastiment fil-port.

4.   Il-kaptan tal-bastiment tas-sajd:

(a)

għandu jikkoopera u jgħin fl-ispezzjoni tal-bastiment tas-sajd li titwettaq skont dawn il-proċeduri, u ma għandux ifixkel lill-ispetturi tal-Istat tal-port waqt li dawn ikunu qed iwettqu dmirijiethom jew jintimidahom jew jindaħlilhom waqt li jkunu qed jagħmlu dan;

(b)

għandu jipprovdi aċċess għal kull żona, gverta, kamra, qabda, xibka jew irkaptu ieħor jew tagħmir, u għandu jagħti lill-ispetturi tal-Istat tal-port kull informazzjoni rilevanti li huma jitolbuh, fosthom kopji ta' kull dokument rilevanti.

Artikolu 42

Każijiet ta' ksur li jkunu ġew innutati waqt l-ispezzjonijiet fil-port

Id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikoli 34 sa 37 għandhom japplikaw meta jiġi nnutat każ ta' ksur waqt spezzjoni fil-port.

Artikolu 43

Kunfidenzjalità

L-Istati Membri, l-awtoritajiet kompetenti, l-operaturi, il-kaptani tal-bastimenti u l-ekwipaġġ għandhom jittrattaw ir-rapporti kollha ta' spezzjoni u ta' investigazzjoni u l-immaġnijiet u l-evidenza kollha assoċjati magħhom u l-formoli msemmijin f'dan il-Kapitolu bħala kunfidenzjali skont ir-regoli dwar il-kunfidenzjalità stabbiliti fl-Anness II.B għas-CEM imsemmi fil-punt 37 tal-Anness għal dan ir-Regolament.

KAPITOLU IX

PARTI LI MHIX PARTI KONTRAENTI

Artikolu 44

Suppożizzjoni ta' sajd IUU

Bastiment ta' parti li mhix Parti Kontraenti għandu jitqies li jkun xekkel l-effettività ta' dan ir-Regolament u li jkun wettaq sajd IUU:

(a)

jekk ikun intlemaħ iwettaq attivitajiet tas-sajd fiż-Żona Regolatorja jew jekk ikun ġie identifikat jagħmel dan b'mod ieħor;

(b)

jekk ikun involut fit-trażbord ma' bastiment ieħor ta' parti li mhix Parti Kontraenti li jkun intlemaħ jew ġie identifikat iwettaq attivitajiet tas-sajd fiż-Żona Regolatorja jew 'il barra minnha; u/jew

(c)

jekk ikun imniżżel fil-lista tal-IUU tal-Kummissjoni tas-Sajd tal-Atlantiku tal-Grigal (NEAFC) (17).

Artikolu 45

Lemħ u spezzjoni fiż-Żona Regolatorja ta' bastimenti ta' parti li mhix Parti Kontraenti

Kull Stat Membru li jkun qed iwettaq spezzjoni u/jew sorveljanza fiż-Żona Regolatorja awtorizzati skont l-Iskema Konġunta ta' Spezzjoni u ta' Sorveljanza li jilmaħ jew jidentifika bastiment ta' parti li mhix Parti Kontraenti jwettaq attivitajiet tas-sajd fiż-Żona Regolatorja, għandu:

(a)

jibgħat l-informazzjoni lill-Kummissjoni minnufih billi juża l-format tar-rapport ta' sorveljanza li jinsab fl-Anness IV.A għas-CEM imsemmi fil-punt 38 tal-Anness għal dan ir-Regolament;

(b)

jipprova jinforma lill-kaptan tal-bastiment li l-bastiment qed jitqies li qed iwettaq sajd IUU u li din l-informazzjoni ser tintbagħat lill-Partijiet Kontraenti kollha, lill-organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd rilevanti u lill-Istat tal-bandiera tal-bastiment;

(c)

jitlob permess lill-kaptan tal-bastiment biex jitla' abbord il-bastiment u jispezzjonah, jekk dan ikun xieraq; u

(d)

meta l-kaptan tal-bastiment jaqbel li ssir din l-ispezzjoni:

(i)

jibgħat is-sejbiet tal-ispettur lill-Kummissjoni minnufih billi juża l-formola tar-rapport tal-ispezzjoni stabbilita fl-Anness IV.B għas-CEM imsemmi fil-punt 41 tal-Anness għal dan ir-Regolament; u

(ii)

jagħti kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-kaptan tal-bastiment.

Artikolu 46

Dħul fil-port u spezzjoni ta' bastimenti ta' parti li mhix Parti Kontraenti

1.   Kull kaptan ta' bastiment ta' parti li mhix Parti Kontraenti għandu jitlob permess mingħand l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-port biex jidħol fil-port skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 41.

2.   Kull Stat Membru tal-port għandu:

(a)

jibgħat l-informazzjoni li jkun irċieva skont l-Artikolu 41 minnufih lill-Istat tal-bandiera tal-bastiment u lill-Kummissjoni;

(b)

jirrifjuta d-dħul fil-port lil kull bastiment ta' parti li mhix Parti Kontraenti meta:

(i)

il-kaptan tal-bastiment ma jkunx issodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 41(1); jew

(ii)

l-Istat tal-bandiera ma jkunx ikkonferma l-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment skont l-Artikolu 40(2);

(c)

jgħarraf lill-kaptan tal-bastiment jew lill-aġent, lill-Istat tal-bandiera ta' dak il-bastiment u lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tiegħu li jirrifjuta d-dħul fil-port, il-ħatt l-art, it-trażbord jew xi użu ieħor tal-port għal bastiment ta' parti li mhix Parti Kontraenti;

(d)

jirtira r-rifjut tad-dħul fil-port biss jekk huwa jkun stabbilixxa li hemm biżżejjed provi li r-raġunijiet għaliex kien ġie rrifjutat id-dħul fil-port ma kinux adegwati jew kienu żbaljati, jew li t-tali raġunijiet ma għadhomx japplikaw;

(e)

jgħarraf lill-kaptan tal-bastiment jew lill-aġent, lill-Istat tal-bandiera ta' dak il-bastiment u lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tiegħu li jirtira r-rifjut tad-dħul fil-port, tal-ħatt l-art, tat-trażbord jew ta' xi użu ieħor tal-port għal bastiment ta' kwalunkwe parti li mhix Parti Kontraenti;

(f)

jiżgura, meta jippermetti d-dħul, li l-bastiment jiġi spezzjonat minn uffiċjali awtorizzati kif xieraq li jkunu jifhmu f'dan ir-Regolament u li l-ispezzjoni titwettaq skont l-Artikolu 39(11) sa (17); u

(g)

jibgħat kopja tar-rapport tal-ispezzjoni u d-dettalji dwar kull azzjoni sussegwenti li jkun ħa lill-Kummissjoni minnufih.

3.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-ebda bastiment ta' parti li mhix Parti Kontraenti ma jwettaq ħatt l-art jew ħidmiet ta' trażbord jew ma juża l-portijiet tiegħu b'xi mod ieħor sakemm il-bastiment ma jkunx ġie spezzjonat mill-uffiċjali awtorizzati kif xieraq tiegħu li jkunu jifhmu f'dan ir-Regolament u sakemm il-kaptan tal-bastiment ma jkunx stabbilixxa li l-ispeċijiet tal-ħut li jkun hemm abbord u li jkunu jaqgħu taħt il-Konvenzjoni tan-NAFO, ikunu nġabru 'l barra miż-Żona Regolatorja jew skont dan ir-Regolament.

Artikolu 47

Lista provviżorja ta' bastimenti li jwettqu sajd IUU

1.   Minbarra l-informazzjoni li l-Istati Membri jibagħtu skont l-Artikoli 42 u 44, kull Stat Membru jista' jibgħat lill-Kummissjoni minnufih kull informazzjoni li tista' tgħinha tidentifika kull bastiment ta' parti li mhix Parti Kontraenti li jaf ikun qed iwettaq sajd IUU fiż-Żona Regolatorja.

2.   Jekk Parti Kontraenti toġġezzjona li bastiment li jkun fil-lista tal-IUU tan-NEAFC jiddaħħal fil-lista tan-NAFO ta' bastimenti li jwettqu sajd IUU jew jitħassar minnha, is-Segretarju Eżekuttiv tan-NAFO għandu jniżżel it-tali bastiment fil-lista provviżorja tal-bastimenti li jwettqu sajd IUU.

Artikolu 48

Azzjonijiet kontra l-bastimenti mniżżlin fil-lista tal-bastimenti li jwettqu sajd IUU

Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiskoraġġixxi, biex jipprevjeni u biex jelimina s-sajd IUU b'rabta ma' kull bastiment imniżżel fil-lista tal-bastimenti li jwettqu sajd IUU, fosthom:

(a)

li jipprojbixxi lil kull bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu milli jieħu sehem f'attivitajiet tas-sajd mat-tali bastimenti, inkluż, iżda mhux biss, il-ħidmiet konġunti tas-sajd magħhom, ħlief f'każijiet ta' forza maġġuri;

(b)

li jipprojbixxi l-forniment ta' provvisti, ta' karburant jew ta' servizzi oħrajn lit-tali bastimenti;

(c)

li jipprojbixxi d-dħul fil-portijiet tiegħu għat-tali bastimenti u, jekk it-tali bastimenti jkunu fil-port, li jipprojbixxi l-użu tal-port min-naħa tagħhom, ħlief f'każijiet ta' forza maġġuri jew ta' periklu, għall-finijiet ta' spezzjoni, jew biex jittieħdu l-azzjonijiet xierqa ta' nfurzar;

(d)

li jipprojbixxi li jinbidel l-ekwipaġġ, ħlief kif ikun meħtieġ b'rabta ma' każ ta' forza maġġuri;

(e)

li jirrifjuta li jawtorizza lit-tali bastimenti jistadu fl-ibħra li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni nazzjonali tiegħu;

(f)

li jipprojbixxi l-kiri tat-tali bastimenti;

(g)

li jirrifjuta li jagħti d-dritt lit-tali bastimenti jtajru l-bandiera tiegħu;

(h)

li jipprojbixxi l-ħatt l-art u l-importazzjoni tal-ħut minn fuq it-tali bastimenti jew il-ħut li jkun jista' jiġi ttraċċat għat-tali bastimenti;

(i)

li jinkoraġġixxi lill-importaturi, lit-trasportaturi u lis-setturi kkonċernati l-oħrajn joqogħdu lura milli jinnegozjaw it-trażbord tal-ħut mat-tali bastimenti; u

(j)

li jiġbor l-informazzjoni xierqa dwar it-tali bastimenti u jaqsamha mal-Partijiet Kontraenti l-oħrajn, ma' partijiet li mhumiex Partijiet Kontraenti u mal-organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd bil-għan li jiġi nnutat, skoraġġut u pprevenut l-użu ta' ċertifikati foloz tal-importazzjoni jew tal-esportazzjoni b'rabta mal-ħut jew mal-prodotti tal-ħut mit-tali bastimenti.

KAPITOLU X

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 49

Kunfidenzjalità

Minbarra l-obbligi stipulati fl-Artikoli 112 u 113 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rapporti u l-messaġġi elettroniċi li jintbagħtu lin-NAFO u li jaslu mingħandha skont il-punt (a) tal-Artikolu 4(2), l-Artikolu 4(6), il-punt (c) tal-Artikolu 5(3), l-Artikolu 10(2), l-Artikolu 15(4), l-Artikolu 22(1), (5) u (6), l-Artikolu 23(6), l-Artikolu 25(8), l-Artikolu 26(9), l-Artikolu 27(3), (5), (6), (7) u (15), l-Artikolu 29(1) u (2), l-Artikolu 34(2), l-Artikolu 36(4), l-Artikolu 37(1) u l-Artikolu 39(8) jiġu ttrattati b'mod kunfidenzjali.

Artikolu 50

Proċedura għall-emendi

1.   Il-Kummissjoni għandha tadotta sat-18 ta' Diċembru 2019 att delegat skont l-Artikolu 51 li jissupplimenta dan ir-Regolament bid-dispożizzjonijiet u l-Annessi għas-CEM imsemmijin fl-Anness għal dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 51 biex temenda sussegwentement dak l-att delegat.

2.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 51 li jemendaw dan ir-Regolament sabiex jadattawh għall-miżuri adottati min-NAFO li jorbtu lill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha dwar:

(a)

il-lista ta' attivitajiet tal-bastimenti tar-riċerka msemmija fl-Artikolu 4(1);

(b)

il-miżuri marbutin maż-żoni tas-sajd għall-gamblu tat-Tramuntana previsti fl-Artikolu 9; ir-rappurtar rilevanti, il-bidliet fis-sajd, il-fond tas-sajd u r-referenzi għaż-żoni ristretti jew għaż-żoni magħluqin;

(c)

il-proċeduri li jikkonċernaw bastimenti b' qabda totali abbord ta' aktar minn 50 tunnellata ta' piż ħaj, li jidħlu fiż-Żona Regolatorja biex jistadu għall-ħalibatt ta' Greenland b'rabta mal-kontenut tan-notifiki previsti fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 10(2), u l-kondizzjonijiet għall-bidu tas-sajd previsti fil-punt (d) tal-Artikolu 10(2);

(d)

il-kontenut tat-trażmissjoni elettronika stabbilit fl-Artikolu 22(5), il-lista tad-dokumenti validi li jridu jinġarru abbord ta' bastiment f'konformità mal-Artikolu 22(8) u l-kontenut tal-pjan ta' kapaċità deskritt fl-Artikolu 22(10);

(e)

id-dokumenti li jridu jinġarru abbord il-bastiment mikri skont l-Artikolu 23(9);

(f)

id-data tal-VMS li trid tiġi trażmessa b'mod awtomatiku u kontinwu kif stabbilit fl-Artikolu 26(1), kif ukoll dmirijiet marbutin maċ-ĊMS kif stabbilit fl-Artikolu 26(2) u (9);

(g)

ir-rati perċentwali għall-preżenza ta' osservatur kif stabbilit fl-Artikolu 27(3), ir-rappurtar mill-Istati Membri kif stabbilit fl-Artikolu 27(7), id-dmirijiet ta' osservatur kif stabbilit fl-Artikolu 27(11), u d-dmirijiet tal-kaptan tal-bastiment kif stabbilit fl-Artikolu 27(12);

(h)

l-obbligi tal-kaptan tal-bastiment waqt l-ispezzjoni, kif stabbiliti fl-Artikolu 32;

3.   L-emendi skont il-paragrafu 1 għandhom ikunu limitati biss għall-implimentazzjoni tal-emendi tas-CEM fil-liġi tal-Unjoni.

Artikolu 51

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 50 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta' żmien ta' ħames snin mis-17 ta' Ġunju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.

3.   Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 50 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. M'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 50 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta jkunu ġew mgħarrfin bih jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, kemm il-Parlament Ewropew u kif ukoll il-Kunsill it-tnejn ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw għalih. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 52

Tħassir

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2115/2005 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1386/2007 huma b'dan imħassra.

Artikolu 53

Emendi għar-Regolament (UE) 2016/1627

Ir-Regolament (UE) 2016/1627 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 3, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(27)

“bastiment kbir tas-sajd bil-konz tal-wiċċ” tfisser bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ li b'kollox ikun itwal minn 24 metru;

(28)

“tartaruni tal-borża” tfisser kwalunkwe xibka ċirkolanti li l-parti ta' taħt tagħha tingħaqad permezz ta' tartarun tal-borża li jkun fil-qiegħ nett tax-xibka, li jgħaddi minn sensiela ta' ħoloq mqabbda mal-ħabel ta' taħt, li jippermetti x-xibka tinġieb lura u tingħalaq;”.

(2)

L-Artikolu 9 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 9

Pjanijiet annwali għall-ġestjoni tal-kapaċità tas-sajd

1.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi pjan annwali għall-ġestjoni tal-kapaċità tas-sajd biex jaġġusta l-għadd ta' bastimenti tas-sajd, sabiex juri li l-kapaċità tas-sajd tikkorrispondi għall-opportunitajiet tas-sajd allokati lill-bastimenti fil-perijodu ta' żmien rilevanti.

2.   L-Istati Membri għandhom jaġġustaw il-kapaċità tas-sajd bl-użu tal-parametri proposti ‘mis-SCRS’ u adottati mill-ICCAT fl-2009.

L-Istati Membri jistgħu jallokaw kwoti settorjali għal bastimenti kostali fuq skala żgħira awtorizzati biex jistadu għat-tonn u għandhom jindikawhom fil-pjanijiet tas-sajd tagħhom. Għandhom jinkludu wkoll il-miżuri addizzjonali biex jissorveljaw mill-qrib il-konsum tal-kwota ta' dik il-flotta fil-pjanijiet ta' monitoraġġ, kontroll u spezzjoni tagħhom. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw għadd differenti ta' bastimenti biex jużaw b'mod sħiħ l-opportunitajiet tas-sajd tagħhom, bl-użu tal-parametri msemmijin fil-paragrafu 1.

3.   Il-Portugall u Spanja jistgħu jallokaw kwoti settorjali għal dgħajjes tas-sajd bil-lixka li joperaw fl-ilmijiet madwar l-Azores, Madeira u l-Gżejjer Kanarji. Il-kwota settorjali u l-miżuri addizzjonali għall-monitoraġġ tal-konsum tagħha għandhom jiġu definiti b'mod ċar fil-pjanijiet annwali rispettivi tagħhom.

4.   Meta l-Istati Membri jallokaw kwoti settorjali f'konformità mal-paragrafu 2 jew 3, ir-rekwiżit minimu tal-kwota ta' 5 tunnellati definit mill-SCRS fl-2009 ma għandux japplika.

5.   L-aġġustament tal-kapaċità tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd bit-tartarun għandu jkun limitat għal żieda massima ta' 20 % meta mqabbla mal-kapaċità tas-sajd bażi tal-2018.

6.   Għall-perijodu 2019-2020, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw għadd ta' tunnari użati fis-sajd għat-tonn li jippermetti li jiġu sfruttati b'mod sħiħ tal-opportunitajiet tas-sajd tagħhom.”.

(3)

L-Artikolu 10 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 10

Pjanijiet annwali għall-ġestjoni tat-trobbija tal-ħut

1.   Sal-31 ta' Jannar ta' kull sena, kull Stat Membru li għandu kwota tat-tonn għandu jibgħat lill-Kummissjoni pjan annwali għall-ġestjoni tat-trobbija tal-ħut skont dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tiġbor u tintegra l-pjanijiet fil-pjan tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dak il-pjan lis-Segretarjat tal-ICCAT sal-15 ta' Frar ta' kull sena għad-diskussjoni u l-approvazzjoni mill-ICCAT.

3.   Fil-pjan annwali għall-ġestjoni tat-trobbija tal-ħut, kull Stat Membru għandu juri li l-kapaċità totali tal-ħut maqbud u l-kapaċità totali tat-trobbija tal-ħut ikunu jikkorrispondu għall-ammont stmat ta' tonn disponibbli għat-trobbija.

4.   L-Istati Membri għandhom jillimitaw il-kapaċità tagħhom ta' trobbija tat-tonn għall-kapaċità totali ta' trobbija reġistrata fir-“rekord ta' faċilitajiet għat-trobbija tat-tonn” tal-ICCAT jew awtorizzata u ddikjarata lill-ICCAT fl-2018.

5.   L-ammont massimu ta' tonn salvaġġ maqbud li jista' jiddaħħal fl-irziezet tat-tonn ta' Stat Membru għandu jkun limitat għal-livell tal-kwantitajiet imdaħħlin irreġistrati mal-ICCAT fir-“rekord ta' faċilitajiet għat-trobbija tat-tonn” mill-irziezet tat-tonn ta' dak l-Istat Membru fl-2005, l-2006, l-2007 jew l-2008.

6.   Jekk Stat Membru jkun jeħtieġ li jżid l-ammont massimu ta' tonn salvaġġ maqbud f'razzett tat-tonn wieħed jew għadd ta' rziezet tat-tonn tiegħu, dik iż-żieda għandha tkun tikkorrispondi għall-opportunitajiet tas-sajd allokati lil dak l-Istat Membru, inkluż importazzjonijiet ta' tonn ħaj.

7.   L-Istati Membri li għandhom rziezet tal-ħut għandhom jiżguraw li x-xjentisti li l-SCRS tqabbad għal provi biex jiġu identifikati r-rati ta' tkabbir waqt il-perijodu ta' tismin ikollhom aċċess għal u, kif meħtieġ mill-protokoll, assistenza biex iwettqu, provi skont il-protokoll standardizzat żviluppat mill-SCRS għall-monitoraġġ ta' ħut individwali li jista' jingħaraf.”.

(4)

L-Artikolu 11 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 11

Staġuni tas-sajd

1.   Is-sajd bit-tartarun tal-borża għat-tonn għandu jkun permess fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran matul il-perijodu mis-26 ta' Mejju sal-1 ta' Lulju.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, is-sajd bit-tartarun tal-borża għat-tonn fil-Baħar Adrijatiku jista' jibqa' miftuħ sal-15 ta' Lulju għall-ħut imrobbi fil-Baħar Adrijatiku (żona tas-sajd 37.2.1 tal-FAO).

3.   B'deroga mill-paragrafu 1, jekk Stat Membru jista' juri li, minħabba rjiħat li jilħqu forza 5 jew aktar fuq l-iskala Beaufort, xi wħud mill-bastimenti tiegħu li jaqbdu t-tonn bit-tartarun tal-borża fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran ma setgħux jużaw il-jiem normali tas-sajd tagħhom matul is-sena, dak l-Istat Membru jista' jmexxi massimu ta' 10 ijiem mitlufin sal-11 ta' Lulju għall-bastimenti kkonċernati tul is-sena.

4.   Is-sajd għat-tonn għandu jkun permess fil-Lvant tal-Oċean Atlantiku u fil-Baħar Mediterran minn bastimenti kbar tas-sajd bil-konz tal-wiċċ matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Mejju.

5.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu staġuni miftuħin għall-flotot tagħhom, għajr bastimenti tas-sajd bit-tartarun u bastimenti kbar tas-sajd bil-konz tal-wiċċ, fil-pjanijiet annwali tas-sajd tagħhom.”.

(5)

L-Artikolu 16 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 16

Qabdiet aċċessorji

1.   Kull Stat Membru għandu jipprevedi qabdiet aċċessorji tat-tonn fil-kwota tiegħu u għandu jgħarraf lill-Kummissjoni b'dan meta jibgħatilha l-pjan annwali tas-sajd tiegħu.

2.   Il-livell ta' qabdiet aċċessorji tat-tonn ma għandux jaqbeż 20 % tal-qabdiet totali abbord fi tmiem kull vjaġġ tas-sajd. Il-metodoloġija użata biex jiġu kkalkulati dawk il-qabdiet aċċessorji, b'rabta mal-qabda totali abbord, għandha tiġi definita b'mod ċar fil-pjan annwali tas-sajd. Il-qabdiet aċċessorji jistgħu jiġu kkalkulati skont il-piż jew skont l-għadd ta' kampjuni. Il-kalkolu skont l-għadd ta' kampjuni għandu japplika biss għat-tonn u għall-ispeċijiet simili għalih ġestiti mill-ICCAT. Il-livell ta' qabdiet aċċessorji awtorizzati għall-flotta ta' bastimenti kostali fuq skala żgħira jista' jiġi kkalkulat fuq bażi annwali.

3.   Il-qabdiet aċċessorji kollha tat-tonn, miżmuma abbord jew skartati għandhom jitnaqqsu mill-kwota tal-Istat Membru tal-bandiera, u jiġu reġistrati u rrappurtati lill-Kummissjoni.

4.   Għall-Istati Membri li ma għandhomx kwota għat-tonn, il-qabdiet aċċessorji kkonċernati għandhom jitnaqqsu mill-kwota speċifika tal-Unjoni għall-qabdiet aċċessorji tat-tonn stabbilita f'konformità mat-TFUE u mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

5.   Jekk il-kwota allokata għall-Istat Membru tal-bastiment tas-sajd jew tunnara kkonċernata tkun diġà eżawrita, ma għandu jiġi permess il-qbid ta' ebda tonn u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżgura ir-rilaxx tiegħu. L-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta' tonn mejjet għandhom ikunu pprojbiti u l-qabdiet kollha għandhom jiġu reġistrati. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw l-informazzjoni dwar qabdiet bħal dawn fuq bażi annwali lill-Kummissjoni, li għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT.

6.   Il-bastimenti li ma jistadux attivament għat-tonn għandhom jisseparaw b'mod ċar kwalunkwe kwantità ta' tonn miżmum abbord minn speċijiet oħrajn, biex jippermettu li l-awtoritajiet ta' kontroll jissorveljaw il-konformità ma' dan l-Artikolu. Dawk il-qabdiet aċċessorji jistgħu jiġu kkummerċjalizzati ġaladarba jkunu akkumpanjati mill-eBCD.”.

Artikolu 54

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 53 għandu japplika mill-21 ta' Ġunju 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Mejju 2019.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

G. CIAMBA


(1)  Opinjoni tat-23 ta' Jannar 2019.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta' Mejju 2019.

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/392/KE tat-23 ta' Marzu 1998 li tirrigwarda l-konklużjoni mill-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta' Diċembru 1982 dwar il-Liġi tal-Baħar u l-Ftehim tat-28 ta' Lulju 1994 li għandu x'jaqsam mal-implimentazzjoni tal-Parti XI tagħha (ĠU L 179, 23.6.1998, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3179/78 tat-28 ta' Diċembru 1978 li jirrigwarda l-konklużjoni mill-Komunità Ekonomika Ewropea tal-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali Futura dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (ĠU L 378, 30.12.1978, p. 1).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/717/UE tat-8 ta' Novembru 2010 dwar l-approvazzjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Emenda għall-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali fil-Ġejjieni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (ĠU L 321, 7.12.2010, p. 1).

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1386/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar li japplikaw fiż-Żona Regolatorja tal-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (ĠU L 318, 5.12.2007, p. 1).

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2115/2005 tat-20 ta' Diċembru 2005 li jistabbilixxi pjan ta' rkupru tal-provvista tal-ħalibatt tal-Groenlandja fil-qafas tal-Organizzazzjoni tas-Sajd tal-Atlantiku tal-Majjistral (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 3).

(9)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(10)  Ir-Regolament (UE) 2016/1627 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar pjan pluriennali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009 (ĠU L 252, 16.9.2016, p. 1).

(11)  Ir-Regolament (UE) 2017/2403 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 dwar il-ġestjoni sostenibbli ta' flotot tas-sajd esterni, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 81).

(12)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1).

(13)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).

(14)  Ir-Regolament (UE) 2019/473 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2019 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (ĠU L 83, 25.3.2019, p. 18).

(15)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 517/2008 tal-10 ta' Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 fir-rigward tad-determinazzjoni tad-daqs tal-malja u l-assessjar tal-ħxuna tal-ispag tax-xbieki tas-sajd (ĠU L 151, 11.6.2008, p. 5).

(16)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 tat-8 ta' April 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 112, 30.4.2011, p. 1).

(17)  Il-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali fil-Ġejjieni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal, li ġiet iffirmata f'Londra fit-18 ta' Novembru 1980 u li daħlet fis-seħħ fis-17 ta' Marzu 1982, li l-Komunità Ewropea ssieħbet fiha fit-13 ta' Lulju 1981 (ĠU L 227, 12.8.1981, p. 22).


ANNESS

(1)

It-Tabella 4 tas-CEM imsemmija fil-punt 17 tal-Artikolu 3 u fl-Artikolu 17;

(2)

Il-Figura 2 tas-CEM imsemmija fil-punt 17 tal-Artikolu 3 u fl-Artikolu 17;

(3)

Il-Parti VI tal-Anness I.E għas-CEM imsemmija fil-punt 21 tal-Artikolu 3, fl-Artikolu 21(2) u fil-punt (i) tal-punt (a) tal-Artikolu 27(11);

(4)

Il-Parti VII tal-Anness I.E għas-CEM imsemmija fil-punt 29 tal-Artikolu 3;

(5)

Il-Format preskritt fl-Anness II.C għas-CEM imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 4(2);

(6)

It-Tabella 1 u l-Figura 1(1) tas-CEM imsemmijin fl-Artikolu 9(1);

(7)

It-Tabella 2 u l-Figura 1(2) tas-CEM imsemmija fl-Artikolu 9(4);

(8)

It-Tabella 3 u l-Figura 1(3) tas-CEM imsemmija fl-Artikolu 9(5);

(9)

Il-Format preskritt fl-Anness IV.C għas-CEM imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 10(1), il-punt (c) tal-Artikolu 27(3) u l-Artikolu 39(16);

(10)

L-Anness III.A għas-CEM imsemmi fl-Artikolu 13(1);

(11)

L-Anness I.C għas-CEM imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 13(2), fil-punt (b) tal-Artikolu 24(1) u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 25(6);

(12)

L-Anness III.B għas-CEM imsemmi fl-Artikolu 14(2) u (3);

(13)

L-Anness I.D għas-CEM imsemmi fl-Artikolu 16(1) u (2);

(14)

Il-Figura 3 tas-CEM imsemmija fl-Artikolu 18(1);

(15)

It-Tabella 5 tas-CEM imsemmija fl-Artikolu 18(1);

(16)

Il-Figura 4 tas-CEM imsemmija fl-Artikolu 18(2);

(17)

It-Tabella 6 tas-CEM imsemmija fl-Artikolu 18(2);

(18)

Il-Figura 5 tas-CEM imsemmija fl-Artikolu 18(3) u (4);

(19)

It-Tabella 7 tas-CEM imsemmija fl-Artikolu 18(3) u (4);

(20)

Il-Protokoll esploratorju fl-Anness I.E għas-CEM imsemmi fl-Artikolu 19(1);

(21)

In-Notifika li beħsiebhom iwettqu sajd esploratorju tal-qiegħ fl-Anness I.E għas-CEM imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 19(2);

(22)

Ir-Rapport tal-vjaġġ tas-sajd esploratorju tal-qiegħ fl-Anness I.E għas-CEM imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 19(2);

(23)

L-Elementi għall-valutazzjoni tal-attivitajiet esploratorji tas-sajd tal-qiegħ proposti fl-Anness I.E tas-CEM imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 20(2);

(24)

Il-Formola tal-Ġbir tad-Data tas-Sajd Esploratorju fl-Anness I.E għas-CEM imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 21(4);

(25)

Il-Format preskritt għal-lista ta' bastimenti fl-Anness II.C1 għas-CEM imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 22(1);

(26)

Il-Format preskritt għat-tħassir mil-lista ta' bastimenti fl-Anness II.C2 għas-CEM imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 22(1);

(27)

Il-Format speċifikat għal awtorizzazzjoni individwali għal kull bastiment fl-Anness II.C3 tas-CEM imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 22(5);

(28)

Il-Format preskritt għas-sospensjoni tal-awtorizzazzjoni fl-Anness II.C4 għas-CEM imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 22(5);

(29)

Il-Lista ta' kodiċijiet ta' formoli ta' preżentazzjoni fl-Anness II.K għas-CEM imsemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 24(1);

(30)

Il-Mudell għall-ġurnal ta' abbord tas-sajd fl-Anness II.A għas-CEM imsemmi fl-Artikolu 25(2);

(31)

Il-Format għar-rapport dwar il-qbid fl-Anness II.D għas-CEM imsemmi fl-Artikolu 25(6) u (8) u fil-punt (b) tal-Artikolu 26(9);

(32)

Il-Format għall-kanċellazzjoni tar-rapport tal-qbid fl-Anness II.F għas-CEM imsemmi fl-Artikolu 25(6) u (7);

(33)

L-Anness II.N għas-CEM imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 25(9);

(34)

Il-Format għall-iskambju tad-data fl-Anness II.E għas-CEM imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 26(9);

(35)

Ir-Rapport tal-Osservatur fl-Anness II.M għas-CEM imsemmi fil-punt (a) Artikolu 27(11);

(36)

Ir-Rapport fl-Anness II.G għas-CEM mibgħut kuljum mill-osservatur kif imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 27(11);

(37)

Ir-Regoli dwar il-kunfidenzjalità fl-Anness II.B għas-CEM imsemmija fl-Artikolu 28(10) u fl-Artikolu 43;

(38)

Il-Formola ta' Rapport ta' Sorveljanza fl-Anness IV.A għas-CEM imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 30(1) u fil-punt (a) tal-Artikolu 45;

(39)

L-Immaġni ta' bandiera fl-Anness IV.E għas-CEM imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 31;

(40)

Ir-Regoli dwar il-forniment ta' sellum għat-tlugħ abbord fl-Anness IV.G għas-CEM imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 32;

(41)

Ir-Rapport ta' spezzjoni fl-Anness IV.B għas-CEM imsemmi fl-Artikolu 33(1), fil-punt (a) tal-Artikolu 34(2) u fil-punt (d) tal-Artikolu 45;

(42)

Is-Siġill ta' Spezzjoni tan-NAFO fl-Anness IV.F għas-CEM imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 34(1);

(43)

Il-Formola ta' Talba għal Kontroll minn Qabel mill-Istat tal-Port fl-Anness II.L għas-CEM imsemmija fl-Artikolu 39(8) u fil-punt (iii) tal-punt (a) tal-Artikolu 39(13), l-Artikolu 40(2) u l-Artikolu 41(1) u (2);

(44)

L-Anness IV.H għas-CEM dwar spezzjonijiet imsemmi fl-Artikolu 39(11).


28.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 141/42


REGOLAMENT (UE) 2019/834 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-20 ta' Mejju 2019

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-obbligu tal-ikklerjar, is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar, ir-rekwiżiti tar-rapportar, it-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju għal kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklerjati minn kontroparti ċentrali, ir-reġistrazzjoni u s-superviżjoni ta' repożitorji tat-tranżazzjonijiet u r-rekwiżiti għar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) daħal fis-seħħ fis-16 ta' Awwissu 2012. Ir-rekwiżiti li jinsabu fih, jiġifieri, l-ikklerjar ċentrali ta' kuntratti tad-derivattivi barra l-Borża (OTC, over-the counter) standardizzati, rekwiżiti tal-marġini u rekwiżiti ta' mitigazzjoni tar-riskju operazzjonali għal kuntratti tad-derivattivi OTC li mhumiex ikklerjati ċentralment, obbligi ta' rapportar għal kuntratti tad-derivattivi, rekwiżiti għal kontropartijiet ċentrali (CCPs) u rekwiżiti għal repożitorji tat-tranżazzjonijiet, jikkontribwixxu għat-tnaqqis tar-riskju sistemiku billi tiżdied it-trasparenza tas-suq tad-derivattivi OTC u jitnaqqas ir-riskju ta' kreditu tal-kontroparti u r-riskju operazzjonali assoċjat mad-derivattivi OTC.

(2)

Is-simplifikazzjoni ta' ċerti oqsma koperti mir-Regolament (UE) Nru 648/2012 u approċċ aktar proporzjonat għal dawk l-oqsma huma allinjati mal-programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni tal-Kummissjoni li jenfasizza l-bżonn għat-tnaqqis tal-ispejjeż u s-simplifikazzjoni sabiex il-politiki tal-Unjoni jilħqu l-objettivi tagħhom bl-aktar mod effiċjenti, u jimmiraw, b'mod partikolari, li jnaqqsu l-piżijiet regolatorji u amministrattivi. Madankollu, jenħtieġ li dik is-simplifikazzjoni u approċċ aktar proporzjonat ikunu mingħajr preġudizzju għall-objettivi ewlenin tal-promozzjoni tal-istabbiltà finanzjarja u tal-mitigazzjoni tar-riskji sistemiċi f'konformità mad-dikjarazzjoni mill-mexxejja tal-G-20 fis-Summit tas-26 ta' Settembru 2009 f'Pittsburgh.

(3)

Sistemi ta' wara n-negozjar u swieq tal-kollateral effiċjenti u reżiljenti huma elementi essenzjali ta' unjoni tas-swieq kapitali li taħdem tajjeb l-, u huma l-bażi għall-isforzi biex jiġu appoġġati l-investimenti, it-tkabbir u l-impjiegi, f'konformità mal-prijoritajiet politiċi tal-Kummissjoni.

(4)

Fl-2015 u fl-2016, il-Kummissjoni għamlet żewġ konsultazzjonijiet pubbliċi dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. Il-Kummissjoni rċeviet ukoll input dwar l-applikazzjoni ta' dak ir-Regolament mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (AETS), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u s-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ). Minn dawk il-konsultazzjonijiet pubbliċi deher li l-objettivi tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 kienu appoġġati mill-partijiet ikkonċernati u li ma kien meħtieġ l-ebda tiġdid maġġuri ta' dak ir-Regolament. Fit-23 ta' Novembru 2016, il-Kummissjoni adottat rapport ġenerali skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012. Għalkemm mhux id-dispożizzjonijiet kollha tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 kienu kompletament applikabbli u għalhekk evalwazzjoni komprensiva ta' dak ir-Regolament ma kinitx possibbli, dak ir-rapport identifika oqsma li għalihom kienet meħtieġa azzjoni mmirata biex jiġi żgurat li l-objettivi tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 kienu ntlaħqu b'mod aktar proporzjonat, effiċjenti u effettiv.

(5)

Jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 648/2012 ikopri l-kontropartijiet finanzjarji kollha li jistgħu joħolqu riskju sistemiku importanti għas-sistema finanzjarja. Għaldaqstant id-definizzjoni ta' kontroparti finanzjarja jenħtieġ li tiġi emendata.

(6)

Pjanijiet ta' xiri ta' azzjonijiet mill-impjegati huma skemi, normalment stabbiliti minn impriża li permezz tagħhom persuni jistgħu direttament jew indirettament, jissottoskrivu, jixtru, jirċievu jew ikollhom fil-pussess tagħhom ishma ta' impriża jew ta' impriża oħra fl-istess grupp, dment li dak il-pjan ikun ta' benefiċċju tal-inqas għall-impjegati jew impjegati preċedenti ta' dik l-impriża jew ta' impriża oħra fl-istess grupp, jew għall-membri jew membri preċedenti tal-bord ta' dik l-impriża jew ta' impriża oħra fl-istess grupp. Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Ġunju 2017 dwar ir-Rieżami ta' Nofs it-Terminu tal-Pjan ta' Azzjoni dwar is-Swieq Kapitali tal-Unjoni jidentifika miżuri relatati ma' pjanijiet ta' xiri ta' azzjonijiet mill-impjegati bħala miżura possibbli biex tissaħħaħ l-unjoni tas-swieq kapitali bil-ħsieb li jitrawwem l-investiment għall-konsumaturi. Għalhekk, u f'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, impriża ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) jew fond ta' investiment alternattiv (AIF) li jkun stabbilit esklussivament bil-għan li sservi pjan jew pjanijiet ta' xiri ta' azzjonijiet mill-impjegati, jenħtieġ li ma jiġix kwalifikat bħala kontroparti finanzjarja.

(7)

Ċerti kontropartijiet finanzjarji għandhom volum ta' attività fis-swieq tad-derivattivi OTC li huwa baxx wisq biex joħloq riskju sistemiku importanti għas-sistema finanzjarja u huwa baxx wisq biex l-ikklerjar ċentrali jkun ekonomikament vijabbli. Dawk il-kontropartijiet, magħrufa komunement bħala kontropartijiet finanzjarji żgħar, jenħtieġ li jiġu eżentati mill-obbligu tal-ikklerjar, iżda jenħtieġ li jibqgħu soġġetti għar-rekwiżit għall-iskambju tal-kollateral biex jiġi mitigat kwalunkwe riskju sistemiku. Madankollu, fejn il-pożizzjoni meħuda mill-kontroparti finanzjarja teċċedi l-limitu għall-ikklerjar għal mill-inqas klassi waħda ta' derivattivi OTC, ikkalkolat fil-livell tal-grupp, jenħtieġ li l-obbligu tal-ikklerjar japplika għall-klassijiet kollha ta' derivattivi OTC, fid-dawl tal-interkonnessjoni bejn il-kontropartijiet finanzjarji u tar-riskju sistemiku possibbli għas-sistema finanzjarja li jista' jirriżulta jekk dawk il-kuntratti tad-derivattivi OTC ma jiġux ikklerjati ċentralment. Jenħtieġ li l-kontroparti finanzjarja jkollha l-possibbiltà li turi, fi kwalunkwe ħin, li l-pożizzjonijiet tagħha ma għadhomx jeċċedu l-limitu tal-ikklerjar għal kwalunkwe klassi ta' derivattivi OTC, u f'dak il-każ l-obbligu tal-ikklerjar jenħtieġ li ma jibqax japplika.

(8)

Il-kontropartijiet mhux finanzjarji huma anqas interkonnessi minn kontropartijiet finanzjarji. Barra dan, huma ta' spiss attivi b'mod predominanti fi klassi waħda biss ta' derivattivi OTC. Għalhekk, l-attività tagħhom toħloq inqas riskju sistemiku għas-sistema finanzjarja mill-attività ta' kontropartijiet finanzjarji. L-ambitu tal-obbligu tal-ikklerjar għal kontropartijiet mhux finanzjarji li jagħżlu li jikkalkulaw il-pożizzjonijiet tagħhom darba kull 12-il xahar skont il-limiti tal-ikklerjar jenħtieġ għalhekk li jiġi ristrett. Dawk il-kontropartijiet mhux finanzjarji jenħtieġ ikunu soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar biss fir-rigward tal-klassijiet ta' derivattivi OTC li jeċċedu l-limitu tal-ikklerjar. Jenħtieġ li l-kontropartijiet mhux finanzjarji xorta waħda jibqgħu soġġetti għar-rekwiżit li jiskambjaw il-kollateral fejn jinqabeż xi wieħed mil-limiti tal-ikklerjar. Il-kontropartijiet mhux finanzjarji li jagħżlu li ma jikkalkulawx il-pożizzjonijiet tagħhom skont il-limiti tal-ikklerjar, jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar għall-klassijiet kollha ta' derivattivi OTC. Il-kontroparti mhux finanzjarja jenħtieġ li jkollha il-possibbiltà li turi, fi kwalunkwe ħin, li l-pożizzjonijiet tagħha ma għadhomx jeċċedu l-limitu tal-ikklerjar għal klassi ta' derivattivi OTC, u f'dak il-każ l-obbligu tal-ikklerjar għal dik il-klassi ta' derivattivi OTC jenħtieġ li ma jibqax japplika.

(9)

Sabiex jittieħed kont ta' kwalunkwe żvilupp fis-swieq finanzjarji, jenħtieġ li l-AETS tirriezamina perjodikament il-limiti tal-ikklerjar u li taġġornahom, fejn meħtieġ. Dak ir-rieżami perjodiku jenħtieġ li jkun akkumpanjat minn rapport.

(10)

Ir-rekwiżit tal-ikklerjar ta' ċerti kuntratti tad-derivattivi OTC konklużi qabel ma jidħol fis-seħħ l-obbligu tal-ikklerjar joħloq inċertezza legali u kumplikazzjonijiet operazzjonali, filwaqt li jipprovdi benefiċċji limitati. B'mod partikolari, dak ir-rekwiżit joħloq spejjeż u piżijiet addizzjonali għall-kontropartijiet ta' dawk il-kuntratti, u jista' wkoll jaffettwa l-funzjonament bla xkiel tas-suq mingħajr titjib sinifikanti fl-applikazzjoni uniformi u koerenti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew fl-istabbiliment ta' kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-parteċipant fis-suq. Dan ir-rekwiżit għalhekk jenħtieġ li jitneħħa.

(11)

Il-kontropartijiet li għandhom volum limitat ta' attività fis-suq tad-derivattivi OTC jiffaċċjaw diffikultajiet biex ikollhom aċċess għall-ikklerjar ċentrali, kemm bħala klijent ta' membru tal-ikklerjar kif ukoll permezz ta' arranġamenti ta' ikklerjar indirett. Il-membri tal-ikklerjar u l-klijenti tal-membri tal-ikklerjar li jipprovdu servizzi tal-ikklerjar, kemm b'mod dirett lil kontropartijiet oħrajn jew b'mod indirett billi jippermettu lill-klijenti tagħhom stess jipprovdu dawk is-servizzi lil kontropartijiet oħrajn, jenħtieġ li għalhekk jiġu rikjesti li jagħmlu dan skont termini kummerċjali ġusti, raġonevoli, nondiskriminatorji u trasparenti. Filwaqt li jenħtieġ li dan ir-rekwiżit ma jirriżultax f'regolamentazzjoni tal-prezzijiet jew f'obbligu li jiġu stipulati kuntratti, jenħtieġ li membri tal-ikklerjar u l-klijenti jkunu jistgħu jikkontrollaw ir-riskji relatati mas-servizzi tal-ikklerjar offruti, bħar-riskji tal-kontroparti.

(12)

L-informazzjoni dwar l-istrumenti finanzjarji koperti mill-awtorizzazzjonijiet ta' CCPs tista' ma tispeċifikax il-klassijiet kollha ta' derivattivi OTC li CCP hija awtorizzata li tikklerja. Sabiex ikun żgurat li l-AETS tkun tista' twettaq il-kompiti u d-dmirijiet tagħha fir-rigward tal-obbligu tal-ikklerjar, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jinnotifikaw lill-AETS mingħajr dewmien bi kwalunkwe informazzjoni li jirċievu minn CCP dwar l-intenzjoni tas-CCP li tibda tikklerja klassi ta' derivattivi OTC li hi koperta mill-awtorizzazzjoni eżistenti tagħha.

(13)

F'ċerti sitwazzjonijiet eċċezzjonali jenħtieġ li jkun possibbli li l-obbligu tal-ikklerjar jiġi sospiż temporanjament. Tali sospensjoni jenħtieġ li tkun possibbli fejn il-kriterji li abbażi tagħhom klassijiet speċifiċi ta' derivattivi OTC jkunu saru soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar ma għadhomx jiġu ssodisfati. Dan jista' jkun il-każ fejn klassijiet partikolari ta' derivattivi OTC isiru inadatti għall-ikklerjar ċentrali obbligatorju jew fejn kien hemm bidla materjali f'waħda minn dawk il-kriterji fir-rigward ta' klassijiet partikolari ta' derivattivi OTC. Jenħtieġ li sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar tkun possibbli wkoll fejn CCP tieqaf toffri servizz tal-ikklerjar għal klassijiet speċifiċi ta' derivattivi OTC jew għal tip speċifiku ta' kontroparti u CCPs oħrajn ma jistgħux jintervjenu malajr biżżejjed biex jieħdu f'idejhom dawk is-servizzi ta' kklerjar. Is-sospensjoni tal- obbligu tal-ikklerjar jenħtieġ li tkun ukoll possibbli fejn din tkun ikkunsiderata neċessarja biex tiġi evitata theddida serja għall-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni. Sabiex tiġi żgurata l-istabbiltà finanzjarja u biex jiġi evitat tfixkil tas-suq, jenħtieġ li l-AETS, filwaqt li tqis l-objettivi tal-G20, tiżgura li, fejn tkun xierqa l-abolizzjoni tal-obbligu tal-ikklerjar, dik l-abolizzjoni tkun instigata waqt is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar u fi żmien biżżejjed biex tippermetti l-l-emenda tal-istandards tekniċi regolatorji rilevanti.

(14)

L-obbligu stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) li kontropartijiet jinnegozjaw derivattivi li huma soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar għaċ-ċentri tan-negozjar jiġi, f'konformità mal-proċedura tal-obbligu tan-negozjar speċifikata f'dak ir-Regolament, skattat meta klassi ta' derivattivi tkun dikjarata li tkun soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar. Is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar tista' tipprevjeni lill-kontropartijiet milli jkunu jistgħu jikkonformaw mal-obbligu tan-negozjar. Bħala konsegwenza, fejn is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar tkun intalbet, u fejn ikun ikkunsidrat li hemm bidla materjali fil-kriterji biex l-obbligu tan-negozjar jieħu effett, jenħtieġ li jkun possibbli li l-AETS tipproponi s-sospensjoni konkorrenti tal-obbligu tan-negozjar abbażi tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 minflok ir-Regolament (UE) Nru 600/2014.

(15)

Ir-rapportar ta'kuntratti storiċi wera li huwa diffiċli peress li ċerti dettalji li issa meħtieġa li jiġu rrapportati ma kinux meħtieġa li jiġu rrapportati qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. Dan wassal għal rata għolja ta' falliment fir-rapportar u għal kwalità fqira ta' data rrapportata, filwaqt li l-piż tar-rapportar ta' dawk il-kuntratti għadu sinifikanti. Għalhekk hemm probabbiltà għolja li dik id-data storika tibqa' ma tintużax. Barra minn hekk, sakemm issir effettiva l-iskadenza għar-rapportar ta' kuntratti storiċi, għadd ta' dawk il-kuntratti ikunu diġà skadew u, magħhom, l-iskoperturi u r-riskji korrispondenti. Għal dik ir-raġuni, jenħtieġ li r-rekwiżit li jiġu rrapportati kuntratti storiċi jitneħħa.

(16)

It-tranżazzjonijiet intragrupp li jinvolvu kontropartijiet mhux finanzjarji jirrappreżentaw frazzjoni relattivament żgħira tal-kuntratti ta' derivattivi OTC kollha u jintużaw primarjament għall-hedging intern fi ħdan gruppi. Dawk it-tranżazzjonijiet għalhekk ma jikkontribwixxux b'mod sinifikanti għar-riskju sistemiku u għall-interkonnessjoni, iżda l-obbligu li jiġu rrapportati tali tranżazzjonijiet jimponi spejjeż u piżijiet sinifikanti fuq kontropartijiet mhux finanzjarji. It-tranżazzjonijiet bejn kontropartijiet fi ħdan grupp, fejn mill-inqas waħda mill-kontropartijiet tkun kontroparti mhux finanzjarja, jenħtieġ li għalhekk jiġu eżentati mill-obbligu ta' rapportar, irrispettivament mill-post fejn tkun stabbilita l-kontroparti mhux finanzjarja.

(17)

Fl-2017, il-Kummissjoni nediet kontroll tal-idoneità dwar ir-rapportar pubbliku mill-kumpaniji. L-għan ta' dak il-kontroll huwa li tinġabar evidenza dwar il-konsistenza, il-koerenza, l-effettività u l-effiċjenza tal-qafas tar-rapportar tal-Unjoni. F'dak l-isfond, għandha tiġi analizzata aktar fil-fond il-possibbiltà li tiġi evitata duplikazzjoni bla bżonn tar-rapportar u l-possibbiltà ta' tnaqqis jew simplifikazzjoni tar-rapportar ta' kuntratti ta' derivattivi mhux OTC, b'kont meħud tal-ħtieġa għal rapportar f'waqtu u l-miżuri adottati bis-saħħa tar-Regolamenti (UE) Nru 648/2012 u (UE) Nru 600/2014. B'mod partikolari, dik l-analiżi għandha tikkunsidra d-dettalji rapportati, l-aċċessibbiltà tad-data mill-awtoritajiet rilevanti, kif ukoll il-miżuri għas-simplifikazzjoni ulterjuri tal-katini tar-rapportar għal kuntratti ta' derivattivi mhux OTC mingħajr telf żejjed ta' informazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward ta' kontropartijiet mhux finanzjarji li mhumiex soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar. Valutazzjoni aktar ġenerali tal-effettività u l-effiċjenza tal-miżuri li ġew introdotti fir-Regolament (UE) Nru 648/2012 biex jittejjeb il-funzjonament u jitnaqqas il-piż tar-rapportar ta' kuntratti ta' derivattivi OTC jenħtieġ li tiġi kkunsidrata, meta jkunu disponibbli esperjenza u data suffiċjenti dwar l-applikazzjoni ta' dak ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward tal-kwalità u tal-aċċessibbiltà tad-data rapportata lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet u l-aċċettazzjoni u fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' rapportar delegat.

(18)

Biex jitnaqqas il-piż tar-rapportar ta' kuntratti ta'derivattivi OTC għal kontropartijiet mhux finanzjarji li mhumiex soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar, jenħtieġ li l-kontroparti finanzjarja, bħala regola, tkun unikament responsabbli, anki legalment, għar-rapportar kemm f'isimha kif ukoll f'isem kontropartijiet mhux finanzjarji li mhumiex soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar fir-rigward ta' kuntratti ta' derivattivi OTC konklużi minn dawk il-kontropartijiet, kif ukoll għall-iżgurar tal-korrettezza tad-dettalji rapportati. Sabiex jiġi żgurat li l-kontroparti finanzjarja jkollha d-data li għandha bżonn sabiex tissodisfa l-obbligu ta' rapportar tagħha, jenħtieġ li l-kontroparti mhux finanzjarja tipprovdi d-dettalji relatati mal-kuntratti tad-derivattivi OTC li l-kontroparti finanzjarja ma tistax tkun raġonevolment mistennija li jkollha. Madankollu, jenħtieġ li jkun possibbli li kontropartijiet mhux finanzjarji jagħżlu li jirrapportaw il-kuntratti tad-derivattivi OTC tagħhom. F'tali -każijiet, il-kontroparti mhux finanzjarja jenħtieġ li tinforma kif xieraq lill-kontroparti finanzjarja u jenħtieġ li tkun responsabbli, anki legalment, għar-rapportar ta' dik id-data u għall-iżgurar tal-korrettezza tagħha.

(19)

Jenħtieġ li tiġi determinata wkoll ir-responsabbiltà għar-rapportar ta' kuntratti ta'derivattivi OTC fejn waħda mill-kontropartijiet, jew it-tnejn li huma, ikunu UCITS jew AIF. Jenħtieġ għalhekk li jiġi speċifikat li l-kumpannija ta' ġestjoni ta' UCITS hija responsabbli, anki legalment, għar-rapportar f'isem dik l-UCITS fir-rigward tal-kuntratti ta' derivattivi OTC konklużi minn dik l-UCITS, kif ukoll għall-iżgurar tal-korrettezza tad-dettalji rapportati. Bl-istess mod, jenħtieġ li l-maniġer ta' AIF ikun responsabbli,, anki legalment, għar-rapportar f'isem dak l-AIF fir-rigward ta' kuntratti ta' derivattivi OTC konklużi minn dak l-AIF, kif ukoll għall-iżgurar tal-korrettezza i tad-dettalji rapportati.

(20)

Biex jiġu evitati inkonsistenzi madwar l-Unjoni fl-applikazzjoni tat-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju, minħabba l-kumplessità tal-proċeduri ta' ġestjoni tar-riskju li jirrikjedu l-iskambju f'waqtu, preċiż u segregat b'mod xieraq tal-kollateral tal-kontropartijiet li jinvolvu l-użu ta' mudelli interni, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jivvalidaw dawk il-proċeduri ta' ġestjoni tar-riskju jew kwalunkwe bidla sinifikanti f'dawk il-proċeduri, qabel ma jiġu applikati.

(21)

Il-ħtieġa ta' konverġenza regolatorja internazzjonali u l-ħtieġa li l-kontropartijiet mhux finanzjarji u l-kontropartijiet finanzjarji żgħar inaqqsu r-riskji assoċjati mal-iskoperturi għar-riskju tal-valuta tagħhom joħolqu n-neċessità li jiġu stabbiliti proċeduri ta' ġestjoni tar-riskju speċjali għal tranżazzjonijiet forward tal-kambju saldati b'mod fiżiku u swap tal-valuti skont ir-rata tal-kambju saldati b'mod fiżiku. Fid-dawl tal-profil tar-riskju speċifiku tagħhom, huwa xieraq li jiġi ristrett l-iskambju obbligatorju ta' marġini ta' varjazzjoni fuq tranżazzjonijiet forward tal-kambju saldati b'mod fiżiku għal tranżazzjonijiet bejn l-aktar kontropartijiet sistemiċi sabiex tiġi limitata l-akkumulazzjoni ta' riskju sistemiku u biex tiġi evitata diverġenza regolatorja internazzjonali. Il-konverġenza regolatorja internazzjonali jenħtieġ li tiġi żgurata wkoll fir-rigward tal-proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju għal klassijiet oħra ta' derivattivi.

(22)

Is-servizzi għat-tnaqqis tar-riskju wara n-negozjar jinkludu servizzi bħall-kompressjoni tal-portafoll. Il-kompressjoni tal-portafoll hija eskluża mill-kamp ta' applikazzjoni tal-obbligu ta' negozjar stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 600/2014. Sabiex ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 jiġi allinjat mar-Regolament (UE) Nru 600/2014, fejn meħtieġ u xieraq, filwaqt li jittieħed kont tad-differenzi bejn dawk iż-żewġ Regolamenti, il-potenzjal ta' ċirkomvenzjoni tal-obbligu tal-ikklerjar u l-punt sa liema s-servizzi ta' tnaqqis tar-riskju ta' wara n-negozjar itaffu jew inaqqsu r-riskji, jenħtieġ li l-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-AETS u l-BERS, tivvaluta liema tranżazzjonijiet li jirriżultaw minn servizzi ta' tnaqqis tar-riskju ta' wara n-negozjar, jekk ikun hemm, jenħtieġ li jingħataw eżenzjoni mill-obbligu tal-ikklerjar.

(23)

Biex tiżdied it-trasparenza u l-prevedibbiltà tal-marġni inizjali u biex is-CCPs jinżammu milli jimmodifikaw il-mudelli tal-marġni inizjali tagħhom b'modi li jistgħu jidhru proċikliċi, is-CCPs jenħtieġ li jipprovdu lill-membri tal-ikklerjar tagħhom b'għodod biex jissimulaw ir-rekwiżiti tal-marġni inizjali tagħhom u jenħtieġ li jipprovdulhom ħarsa ġenerali dettaljata tal-mudelli tal-marġni inizjali li jużaw. Dan huwa konsistenti mal-istandards internazzjonali ppubblikati mill-Kumitat dwar l-Infrastrutturi tal-Pagamenti u tas-Swieq u l-Bord tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli, b'mod partikolari mal-qafas ta' divulgazzjoni ppubblikat f'Diċembru 2012 u l-istandards tad-divulgazzjoni kwantitattiva pubblika għas-CCPs fl-2015, li huma rilevanti għat-trawwim ta' fehim tajjeb tar-riskji u l-ispejjeż involuti fi kwalunkwe parteċipazzjoni f'CCP minn membri tal-ikklerjar u t-titjib tat-trasparenza ta' CCPs lejn il-parteċipanti fis-suq.

(24)

Il-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri dwar l-insolvenza ma għandhomx ifixklu lis-CCPs milli jkunu jistgħu jwettqu b'ċertezza legali suffiċjenti t-trasferiment tal-pożizzjonijiet tal-klijenti jew li jħallsu r-rikavati ta' likwidazzjoni direttament lill-klijenti f'każ ta' insolvenza ta' membru tal-ikklerjar fir-rigward ta' assi miżmuma f'kontijiet tal-klijent segregati omnibus jew individwali. Biex jingħataw inċentivi għall-ikklerjar u biex jitjieb l-aċċess għalih, jenħtieġ li l-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri dwar l-insolvenza ma jfixklux lil CCPs milli jsegwu l-proċeduri ta' inadempjenza f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-assi u l-pożizzjonijiet f'kontijiet tal-klijenti segregati omnibus jew individwali miżmuma għand il-membru tal-ikklerjar u għand is-CCP. Jenħtieġ li fejn ikunu stabbiliti arranġamenti ta' kklerjar indiretti, il-klijenti indiretti jkomplu xorta waħda jibbenefikaw mill-protezzjoni li tkun ekwivalenti għal dik prevista taħt ir-regoli ta' segregazzjoni u portabbiltà u l-proċeduri ta' inadempjenza stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 648/2012.

(25)

Il-multi imposti mill-AETS fuq ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet taħt is-superviżjoni diretta tagħha jenħtieġ li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi biżżejjed biex tiġi żgurata l-effettività tas-setgħat superviżorji tal-AETS u biex tiżdied it-trasparenza tal-pożizzjonijiet u l-iskopertura tad-derivattivi. L-ammonti tal-multi previsti inizjalment fir-Regolament (UE) Nru 648/2012 taw prova li ma humiex dissważivi biżżejjed fid-dawl tal-fatturat tar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet, u dan jista' potenzjalment ikun ta' xkiel għall-effettività tas-setgħat superviżorji tal-AETS skont dak ir-Regolament, fir-rigward tar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet. Għalhekk jenħtieġ li l-limitu massimu tal-ammonti bażiċi tal-multi jiżdied.

(26)

L-awtoritajiet tal-pajjiżi terzi jenħtieġ li jkollhom aċċess għad-data rrapportata lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet tal-Unjoni fejn ċerti kundizzjonijiet li jiggarantixxu t-trattament ta' dik id-data jiġu ssodisfati mill-pajjiż terz u fejn dak il-pajjiż terz jipprevedi obbligu legalment vinkolanti u infurzabbli li jagħti aċċess dirett lill-awtoritajiet tal-Unjoni għal data rrapportata lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet f'dak il-pajjiż terz.

(27)

Ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) jippermetti li ssir proċedura simplifikata ta' reġistrazzjoni għar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet li huma diġà rreġistrati skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 u li jixtiequ jestendu dik ir-reġistrazzjoni biex jipprovdu s-servizzi tagħhom fir-rigward ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli. Jenħtieġ li tiddaħħal fis-seħħ proċedura tar-reġistrazzjoni simplifikata simili għar-reġistrazzjoni tar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet li huma diġà reġistrati skont ir-Regolament (UE) 2015/2365 u jixtiequ jestendu dik ir-reġistrazzjoni biex jipprovdu s-servizzi tagħhom fir-rigward tal-kuntratt ta' derivattivi.

(28)

Il-kwalità u trasparenza insuffiċjenti tad-data li r-repożitorji tat-tranżazzjonijiet jagħmlu disponibbli tagħmilha diffiċli għall-entitajiet li ngħataw aċċess għal dik id-data biex jużawha biex jimmonitorjaw is-swieq tad-derivattivi u tipprevjeni lir-regolaturi u lis-superviżuri milli jidentifikaw riskji ta' stabbiltà finanzjarja fi żmien debitu. Biex titjieb il-kwalità u t-trasparenza tad-data, u biex jiġu allinjati r-rekwiżiti ta' rapportar tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 ma' dawk tar-Regolamenti (UE) 2015/2365 u (UE) Nru 600/2014, hija meħtieġa aktar armonizzazzjoni tar-regoli u r-rekwiżiti tar-rapportar, b'mod partikolari, aktar armonizzazzjoni tal-istandards tad-data, tal-formats, tal-metodi, u l-arranġamenti għar-rapportar tad-data, kif ukoll aktar armonizzazzjoni tal-proċeduri li għandhom jiġu applikati mir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet għall-validazzjoni tad-data rrapportata fir-rigward tal-kompletezza u l-korrettezza tagħhom u tal-proċeduri għar-rikonċiljazzjoni tad-data ma' repożitorji tat-tranżazzjonijiet oħrajn. Barra minn hekk, ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet jenħtieġ li jagħtu lill-kontropartijiet li ma jirrappurtawx aċċess għad-data kollha rrapportata f'isimhom b'termini kummerċjali raġonevoli fuq talba.

(29)

F'termini tas-servizzi pprovduti mir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet, ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 stabbilixxa ambjent kompetittiv. Jenħtieġ li l-kontropartijiet għalhekk ikunu jistgħu jagħżlu r-repożitorju tat-tranżazzjonijiet li jixtiequ jirrapportaw lilu u jenħtieġ li jkunu jistgħu jbiddlu r-repożitorju tat-tranżazzjonijiet jekk jagħżlu li jagħmlu dan. Biex tiġi ffaċilitata tali bidla u biex tiġi żgurata d-disponibbiltà kontinwa tad-data mingħajr duplikazzjoni, ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet jenħtieġ li jistabbilixxu politiki xierqa biex jiżguraw it-trasferiment tad-data rrapportata lejn repożitorji tat-tranżazzjonijiet oħrajn fejn ikun mitlub minn kontroparti li hija soġġetta għall-obbligu ta' rapportar.

(30)

Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 jistabbilixxi li l-obbligu tal-ikklerjar ma għandux japplika għal arranġamenti tal-iskema tal-pensjonijiet sakemm tiġi żviluppata soluzzjoni teknika xierqa mis-CCPs għat-trasferiment ta' kollateral mhux fi flus bħala marġini ta' varjazzjoni. Billi sa issa għadha ma ġietx żviluppata soluzzjoni vijabbli li tiffaċilita l-parteċipazzjoni ta' arranġamenti tal-iskema tal-pensjonijiet fl-ikklerjar ċentrali, jenħtieġ li dak il-perijodu transitorju jiġi estiż biex japplika għal mill-inqas sentejn oħra. L-ikklerjar ċentrali jenħtieġ li madankollu jibqa' l-għan aħħari, meta jitqies li l-iżviluppi regolatorji u tas-suq attwali jippermettu lill-parteċipanti tas-suq biex jiżviluppaw soluzzjonijiet tekniċi xierqa f'dak il-perijodu. Bl-għajnuna tal-AETS, tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (EBA) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) (EIOPA) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) u tal-BERS, jenħtieġ li l-Kummissjoni timmonitorja l-progress magħmul mis-CCPs, il-membri tal-ikklerjar u l-arranġamenti tal-iskema tal-pensjonijiet lejn soluzzjonijiet vijabbli li jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni tal-arranġamenti tal-iskema tal-pensjonijiet fl-ikklerjar ċentrali u tħejji rapport dwar dak il-progress. Dak ir-rapport jenħtieġ li jkopri wkoll is-soluzzjonijiet u l-ispejjeż relatati għall- arranġamenti tal-iskema tal-pensjonijiet, u b'hekk jittieħed kont tal-iżviluppi regolatorji u tas-suq bħal bidliet għat-tip ta' kontroparti finanzjarja li hija soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar. Sabiex tipprevedi għal żviluppi li ma kienux previsti fiż-żmien tal-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li testendi dak il-perijodu transitorju darbtejn għal perjodu ta' sena, wara li tkun ivvalutat bir-reqqa l-ħtieġa għal estensjoni bħal din.

(31)

Il-perijodu transitorju li matulu arranġamenti tal-iskema tal-pensjonijiet kienu eżentati mill-obbligu tal-ikklerjar skada fis-16 ta' Awwissu 2018. Għal raġunijiet ta' ċertezza legali, u biex tkun evitata kwalunkwe diskontinwità, huwa neċessarju li tiġi applikata b'mod retroattiv l-estensjoni ta' dak il-perijodu transitorju għall-kuntratti ta' derivattivi OTC konklużi minn arranġamenti tal-iskema tal-pensjonijiet mis-17 ta' Awwissu 2018 sas-16 ta' Ġunju 2019.

(32)

Sabiex il-qafas regolatorju jiġi simplifikat, jenħtieġ li jiġi kkunsidrat il-miżura sa liema jkun meħtieġ u xieraq li jiġi allinjat l-obbligu tan-negozjar taħt ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 mat-tibdil magħmul taħt dan ir-Regolament għall-obbligu tal-ikklerjar għad-derivattivi, b'mod partikolari, għall-ambitu tal-entitajiet li huma soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar. Meta jkunu disponibbli esperjenza u data suffiċjenti dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li ssir valutazzjoni aktar ġenerali tal-effetti ta' dan ir-Regolament fuq il-livell ta' kklerjar minn tipi differenti ta' kontroparti u fuq id-distribuzzjoni tal-ikklerjar f'kull tip ta' kontroparti, kif ukoll tal-aċċessibbiltà tas-servizzi tal-ikklerjar, inkluż l-effiċjenza tat-tibdil magħmul taħt dan ir-Regolament fir-rigward tal-forniment ta' servizzi tal-ikklerjar skont termini kummerċjali ġusti, raġonevoli, nondiskriminatorji u trasparenti biex ikun iffaċilitat l-aċċess għall-ikklerjar.

(33)

Biex tkun żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta' meta t-termini kummerċjali relatati mal-forniment ta' servizzi tal-ikklerjar huma meqjusa ġusti, raġonevoli, nondiskriminatorji u trasparenti, u sabiex jingħata żmien addizzjonali biex il-parteċipanti tas-suq jiżviluppaw soluzzjonijiet tal-ikklerjar għall-arranġamenti tal-iskemi tal-pensjonijiet taħt ċerti kondizzjonijiet, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tal-kondizzjonijiet li taħthom it-termini kummerċjali relatati mal-forniment ta' servizzi tal-ikklerjar huma kkunsidrati ġusti, raġonevoli, nondiskriminatorji u trasparenti, u fir-rigward tal-estensjoni tal-perijodu transitorju li matulu l-obbligu tal-ikklerjar jenħtieġ li ma japplikax għal kuntratti ta' derivattivi OTC konklużi minn arranġamenti tal-iskemi tal-pensjonijiet Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (11). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li fih jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom sistematikament aċċess għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(34)

Biex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, u b'mod partikolari fir-rigward tas-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar u tal-obbligu tan-negozjar u fir-rigward tal-aċċess dirett mill-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiżi terzi għal informazzjoni li tkun tinsab fir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet stabbiliti ġewwa l-Unjoni, is-setgħat ta' implimentazzjoni jenħtieġ li jingħataw lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12). Il-Kummissjoni jenħtieġ li tadotta minnufih atti ta' implimentazzjoni applikabbli biex jiġu sospiżi l-obbligu tal-ikklerjar u l-obbligu tan-negozjar għal klassijiet speċifiċi ta' derivattivi OTC peress li huwa neċessarju li jkun hemm deċiżjoni rapida li tiżgura ċ-ċertezza legali dwar l-eżitu tal-proċedura ta' sospensjoni u għalhekk ikun hemm raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament ġustifikati.

(35)

Biex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti tar-regoli dwar it-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju, ir-reġistrazzjoni tar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet u r-rekwiżiti ta' rapportar, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji żviluppati mill-EBA jew mill-AETS fir-rigward ta' dawn li ġejjin: proċeduri superviżorji biex tiġi żgurata validazzjoni inizjali u kontinwa tal-proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju li jeħtieġu l-iskambju f'waqtu, preċiż u segregat b'mod xieraq tal-kollateral; id-dettalji tal-applikazzjoni ssimplifikata għal estensjoni tar-reġistrazzjoni ta' repożitorju tat-tranżazzjonijiet li huwa diġà reġistrat taħt ir-Regolament (UE) 2015/2365; il-proċeduri għar-rikonċiljazzjoni tad-data bejn ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet, il-proċeduri li għandhom jiġu applikati mir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet biex jivverifika l-konformità mar-rekwiżiti tar-rapportar mill-kontroparti tar-rapportar jew mill-entità li tippreżenta u biex jivverifika l-kompletezza u l-korrettezza tad-data rrapportata; it-termini u l-kundizzjonijiet, l-arranġamenti u d-dokumentazzjoni meħtieġa li taħthom ċerti entitajiet huma mogħtija aċċess għar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta dawk l-istandards tekniċi regolatorji permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 290 TFUE u skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 1095/2010.

(36)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata wkoll is-setgħa li tadotta standards tekniċi ta' implimentazzjoni żviluppati mill-AETS fir-rigward tal-istandards tad-data għall-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata għall-klassijiet differenti tad-derivattivi u fir-rigward tal-metodi u l-arranġamenti għar-rapportar u l-format tal-applikazzjoni għal estensjoni tar-reġistrazzjoni ta' repożitorju tat-tranżazzjonijiet li jkun diġà reġistrat taħt ir-Regolament (UE) 2015/2365. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta dawk l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 TFUE u f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

(37)

Billi l-objettivi ta' dan ir-Regolament, jiġifieri, li jiġi żgurat li r-regoli huma proporzjonati, ma jwasslux għal piżijiet amministrattivi jew spejjeż ta' konformità mhux meħtieġa, ma jqiegħdux f'riskju l-istabbiltà finanzjarja, u jżidu t-trasparenza tal-pożizzjonijiet u l-iskoperturi ta' derivattivi OTC, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda minflok, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif imniżżel f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(38)

L-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li għalhekk tiġi ddiferita biex jiġu stabbiliti l-miżuri ta' implimentazzjoni essenzjali kollha u biex il-parteċipanti fis-suq jkunu jistgħu jieħdu l-passi kollha neċessarji għal skopijiet ta' konformità.

(39)

Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 hu emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2, il-punt (8) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(8)

“kontroparti finanzjarja” tfisser:

(a)

ditta tal-investiment awtorizzata skont id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1);

(b)

istituzzjoni tal-kreditu awtorizzata skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2);

(c)

impriża tal-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni awtorizzata skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3);

(d)

UCITS u, fejn rilevanti, il-kumpannija ta' ġestjoni tagħha, awtorizzata skont id-Direttiva 2009/65/KE, sakemm dik l-UCITS ma tkunx stabbilita esklussivament bil-għan li sservi pjan wieħed jew aktar ta' xiri ta' azzjonijiet mill-impjegati;

(e)

istituzzjoni għall-provvista ta' irtirar okkupazzjonali (IORP), kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*4);

(f)

fond ta' investiment alternattiv (AIF), kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE, li huwa jew stabbilit fl-Unjoni jew inkella ġestit minn maniġer ta' fondi ta' investiment alternattiv (AIFM) awtorizzat jew reġistrat f'konformità ma' dik id-Direttiva, sakemm dak l-AIF ma jkunx stabbilit esklussivament bil-għan li jservi pjan wieħed jew aktar ta' xiri ta' azzjonijiet mill-impjegati, jew sakemm dak l-AIF ma jkunx entità bi skop speċjali ta' titolizzazzjoni kif imsemmi fil-punt (g) tal-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2011/61/UE, u, fejn rilevanti, l-AIFM tagħha jkun stabbilit fl-Unjoni;

(g)

depożitorju ċentrali tat-titoli awtorizzat skont ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*5);

(*1)  Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349)."

(*2)  Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338)."

(*3)  Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1)."

(*4)  Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta' istituzzjonijiet għall-provvista ta' rtirar okkupazzjonali (IORPs) (ĠU L 354, 23.12.2016, p. 37)."

(*5)  Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1).”;"

(2)

l-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punti (a)(i) sa (a)(iv) huma sostitwiti b'dan li ġej:

“(i)

bejn żewġ kontropartijiet finanzjarji li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4a(1);

(ii)

bejn kontroparti finanzjarja li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4a(1) u kontroparti mhux finanzjarja li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1);

(iii)

bejn żewġ kontropartijiet mhux finanzjarji li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1);

(iv)

bejn, minn naħa waħda, kontroparti finanzjarja li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4a(1) jew kontroparti mhux finanzjarja li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1), u, min-naħa l-oħra, entità stabbilita f'pajjiż terz li kieku kienet stabbiltà fl-Unjoni kienet tkun soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar;”;

(ii)

il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

dawn jiġu konklużi jew innovati fid-data li fiha l-obbligu tal-ikklerjar jieħu effett, jew aktar tard dment li, fid-data meta jiġu konklużi jew innovati, iż-żewġ kontropartijiet jissodisfaw il-kondizzjonijiet imniżżla fil-punt (a);”;

(b)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“3a.   Mingħajr ma jkunu obbligati li jkollhom kuntratt, il-membri tal-ikklerjar u l-klijenti li jipprovdu servizzi tal-ikklerjar, kemm direttament jew indirettament, għandhom jipprovdu dawk is-servizzi skont termini kummerċjali ġusti, raġonevoli, nondiskriminatorji u trasparenti. Tali klijenti u membri tal-ikklerjar għandhom jieħdu l-miżuri raġonevoli kollha biex jidentifikaw, jipprevjenu, jiġġestixxu u jimmonitorjaw il-kunflitti ta' interess, b'mod partikolari bejn l-unità tan-negozjar u l-unità tal-ikklerjar, li jistgħu jaffettwaw b'mod avvers il-forniment ġust, raġonevoli, nondiskriminatorju u trasparenti tas-servizzi tal-ikklerjar. Għandhom jittieħdu wkoll tali miżuri fil-każ fejn is-servizzi kummerċjali u tal-ikklerjar ikunu provduti minn entitajiet legali differenti li jappartjenu għall-istess grupp.

Il-klijenti u l-membri tal-ikklerjar għandhom jingħataw permess jikkontrollaw ir-riskji relatati mas-servizzi tal-ikklerjar offruti.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 82 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jiġu speċifikati l-kondizzjonijiet li taħthom it-termini kummerċjali msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom ikunu meqjusa li huma ġusti, raġonevoli, nondiskriminatorji u trasparenti, abbażi ta' dawn li ġejjin:

(a)

rekwiżiti ta' ġustizzja u trasparenza fir-rigward tal-miżati, il-prezzijiet, il-politiki dwar l-iskontijiet u t-termini u l-kondizzjonijiet kuntrattwali ġenerali oħra rigward il-lista tal-prezzijiet, mingħajr preġudizzju għall-kunfidenzjalità tal-arranġamenti kuntrattwali ma' kontropartijiet individwali;

(b)

fatturi li jikkostitwixxu termini kummerċjali raġonevoli biex jiżguraw arranġamenti kuntrattwali imparzjali u razzjonali;

(c)

rekwiżiti li jiffaċilitaw servizzi tal-ikklerjar fuq bażi ġusta u nondiskriminatorja, b'kont meħud tal-ispejjeż u r-riskji, sabiex kwalunkwe differenza fil-prezzijiet mitluba tkun proporzjonata għall-ispejjeż, ir-riskji u l-benefiċċji; u

(d)

kriterji ta' kontroll tar-riskju għall-membru tal-ikklerjar jew il-klijent relatati mas-servizzi tal-ikklerjar offruti.”;

(3)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 4a

Kontropartijiet finanzjarji li huma soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar

1.   Kull 12-il xahar, kontroparti finanzjarja li tieħu pożizzjonijiet f'kuntratti ta' derivattivi OTC tista' tikkalkula l-pożizzjoni aggregata medja tagħha fi tmiem ix-xahar għat-12-il xahar preċedenti skont il-paragrafu 3.

Meta kontroparti finanzjarja ma tikkalkulax il-pożizzjonijiet tagħha, jew fejn ir-riżultat ta' dak il-kalkolu jaqbeż kwalunkwe wieħed mil-limiti tal-ikklerjar speċifikati skont il-punt (b) tal-Artikolu 10(4), il-kontroparti finanzjarja għandha:

(a)

tinnotifika minnufih lill-AETS u lill-awtorità kompetenti rilevanti tagħha, u, fejn rilevanti, tindika l-perijodu użat għall-kalkolu;

(b)

tistabbilixxi arranġamenti ta' kklerjar fi żmien erba' xhur wara n-notifika msemmija fil-punt (a) ta' dan is-subparagrafu; u

(c)

issir soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4 għal kuntratti tad-derivattivi OTC kollha li jappartjenu għall-kwalunkwe klassi ta' derivattivi ta' OTC li tkun soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar konkluż jew innovat aktar minn erba' xhur wara n-notifika msemmija fil-punt (a) ta' dan is-subparagrafu.

2.   Kontroparti finanzjarja li tkun soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4 fis-17 ta' Ġunju 2019 jew li ssir soġġetta għal l-obbligu tal-ikklerjar skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, għandha tibqa' soġġetta għal dak l-obbligu u għandha tkompli l-ikklerjar sakemm dik il-kontroparti finanzjarja turi lill-awtorità kompetenti rilevanti li l-pożizzjoni aggregata medja tagħha fi tmiem ix-xahar għat-12-il xahar preċedenti ma taqbiżx il-limitu għall-ikklerjar speċifikat skont punt (b) tal-Artikolu 10(4).

Il-kontroparti finanzjarja għandha tkun tista' turi lill-awtorità kompetenti rilevanti li l-kalkolu tal-pożizzjoni aggregata medja fi tmiem ix-xahar għat-12-il xahar preċedenti ma jirriżultax f'sottovalutazzjoni sistematika ta' dik il-pożizzjoni.

3.   Meta tikkalkula l-pożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-kontroparti finanzjarja għandha tinkludi il-kuntratti tad-derivattivi OTC konklużi minn dik il-kontroparti finanzjarja jew konklużi minn entitajiet oħrajn fil-grupp li għalih tappartjeni dik il-kontroparti finanzjarja.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, fir-rigward ta' UCITS u AIF, il-pożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu kkalkulati fil-livell tal-fond.

Il-kumpaniji ta' ġestjoni ta' UCITS li jiġġestixxu aktar minn UCITS waħda u l-AIFM li jiġġestixxu aktar minn AIF wieħed għandhom ikunu jistgħu juru lill-awtorità kompetenti rilevanti li l-kalkolu tal-pożizzjonijiet fil-livell tal-fond ma jwassalx għal:

(a)

sottovalutazzjoni sistematika tal-pożizzjonijiet ta' kwalunkwe wieħed mill-fondi li jiġġestixxu jew il-pożizzjonijiet tal-maniġer; u

(b)

ċirkomvenzjoni tal-obbligu tal-ikklerjar.

L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti tal-kontroparti finanzjarja u tal-entitajiet l-oħra fil-grupp għandhom jistabbilixxu proċeduri ta' kooperazzjoni biex jiżguraw il-kalkolu effettiv tal-pożizzjonijiet fil-livell tal-grupp.”;

(4)

l-Artikolu 5, huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Fejn awtorità kompetenti tawtorizza lil CCP biex tikklerja klassi ta' derivattivi OTC skont l-Artikolu 14 jew 15, jew fejn klassi ta' derivattivi OTC li CCP biħsiebha tibda tikklerja tkun koperta minn awtorizzazzjoni eżistenti mogħtija skont l-Artikolu 14 jew 15, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika minnufih lill-AETS b'dik l-awtorizzazzjoni jew bil-klassi ta' derivattivi OTC li s-CCP biħsiebha tibda tikklerja.”;

(b)

fil-paragrafu 2, jitħassar il-punt (c);

(5)

l-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, jitħassar il-punt (e);

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Fejn CCP ma tkunx għadha awtorizzata jew rikonoxxuta f'konformità ma' dan ir-Regolament biex tikklerja klassi speċifika ta' derivattivi OTC, l-AETS għandha tneħħi dik is-CCP minnufih mir-reġistru pubbliku tagħha fir-rigward ta' dik il-klassi ta' derivattivi OTC.”;

(6)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 6a

Sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar

1.   L-AETS tista' titlob li l-Kummissjoni tissospendi l-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4(1) għal klassijiet speċifiċi ta' derivattivi OTC jew għal tip speċifiku ta' kontroparti, fejn tkun ġiet issodisfata waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-klassijiet speċifiċi ta' derivattivi OTC ma jkunux aktar adatti għall-ikklerjar ċentrali skont il-kriterji msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(4) u fl-Artikolu 5(5);

(b)

CCP probabbli li tieqaf tikklerja dawk il-klassijiet speċifiċi ta' derivattivi OTC u l-ebda CCP oħra ma tkun kapaċi tikklerja dawk il-klassijiet speċifiċi ta' derivattivi OTC mingħajr interruzzjoni;

(c)

is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar għal dawk il-klassijiet speċifiċi ta' derivattivi OTC jew għal tip speċifiku ta' kontroparti hija meħtieġa biex tiġi evitata jew indirizzata theddida serja għall-istabbiltà finanzjarja jew għall-funzjonament tajjeb tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni u dik is-sospensjoni hija proporzjonata għal dawk l-għanijiet.

Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, qabel it-talba msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-AETS għandha tikkonsulta lill-BERS u lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti maħtura skont l-Artikolu 22.

It-talba msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun akkumpanjata minn evidenza li turi li mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fih hija ssodisfata.

Fejn is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar titqies mill-AETS li tkun bidla materjali fil-kriterji biex l-obbligu tan-negozjar jieħu effett imsemmija fl-Artikolu 32(5) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, it-talba msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu tista' tinkludi wkoll talba biex jiġi sospiż l-obbligu ta' nnegozjar stipulat fl-Artikolu 28(1) u (2) ta' dak ir-Regolament għall-istess klassijiet speċifiċi tad-derivattivi OTC li huma soġġetti għat-talba li tiġi sospiża l-obbligu tal-ikklerjar.

2.   Skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli mis-superviżjoni ta' membri tal-ikklerjar u l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 22 jistgħu jitolbu li l-AETS tagħmel talba għal sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar lill-Kummissjoni. It-talba mill-awtorità kompetenti għandha tipprovdi r-raġunijiet u tippreżenta evidenza li turi li mill-inqas waħda mill-kondizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu hija ssodisfata.

L-AETS għandha, fi żmien 48 siegħa minn meta tasal it-talba msemmija mill-awtorità kompetenti fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, abbażi tar-raġunijiet u l-evidenza pprovduti mill-awtorità kompetenti, jew titlob li l-Kummissjoni tissospendi l-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4(1) jew tirrifjuta t-talba msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. L-AETS għandha tinforma lill-awtorità kompetenti kkonċernata bid-deċiżjoni tagħha. Meta l-AETS tirrifjuta t-talba mill-awtorità kompetenti, hija għandha tagħti r-raġunijiet għal dan bil-miktub.

3.   It-talbiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx isiru disponibbli għall-pubbliku.

4.   Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien żejjed wara l-wasla tat-talba msemmija fil-paragrafu 1, abbażi tar-raġunijiet u l-evidenza pprovduti mill-AETS, tissospendi l-obbligu tal-ikklerjar għall-klassijiet speċifiċi tad-derivattivi OTC jew għat-tip speċifiku ta' kontroparti msemmi fil-paragrafu 1 permezz ta' att ta' implimentazzjoni, jew inkella tirrifjuta s-sospensjoni mitluba. Fejn il-Kummissjoni tirrifjuta s-sospensjoni mitluba, għandha tipprovdi raġunijiet għal dan bil-miktub lill-AETS. Il-Kummissjoni għandha tinforma minnufih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'dan u tgħaddi lilhom ir-raġunijiet pprovduti lill-AETS. Dik l-informazzjoni ma għandhiex issir pubblika.

L-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jiġi adottat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 86(3).

5.   Fejn mitlub mill-AETS skont ir-raba' subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-att ta' implimentazzjoni li jissospendi l-obbligu tal-ikklerjar għal klassijiet speċifiċi ta' derivattivi OTC jista' jissospendi wkoll l-obbligu ta' negozjar stipulat fl-Artikolu 28(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 għall-istess klassijiet speċifiċi ta' derivattivi OTC li huma soġġetti għas-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar.

6.   Is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar u, fejn applikabbli, l-obbligu tan-negozjar għandhom jiġu kkomunikati lill-AETS u għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fuq is-sit web tal-Kummissjoni u fir-reġistru pubbliku msemmi fl-Artikolu 6.

7.   Is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar imsemmija fil-paragrafu 4 għandha tkun valida għal perijodu inizjali ta' mhux aktar minn tliet xhur mid-data tal-applikazzjoni ta' dik is-sospensjoni.

Is-sospensjoni tal-obbligu ta' negozjar imsemmija fil-paragrafu 5 għandha tkun valida għall-istess perijodu inizjali.

8.   Fejn ir-raġunijiet għas-sospensjoni jkunu għadhom japplikaw, il-Kummissjoni tista', permezz ta' att ta' implimentazzjoni, testendi s-sospensjoni msemmija fil-paragrafu 4 għal perijodi addizzjonali ta' mhux aktar minn tliet xhur, bil-perijodu totali tas-sospensjoni ma jeċċedix 12-il xahar. Kull estensjoni tas-sospensjoni għandha tiġi ppubblikata f'konformità mal-paragrafu 6.

L-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jiġi adottat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 86(3).

L-AETS għandha, fi żmien biżżejjed qabel tmiem il-perijodu ta' sospensjoni msemmi fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu jew tal-perijodu ta' estensjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan is-subparagrafu, toħroġ opinjoni lill-Kummissjoni dwar jekk għadhomx japplikaw ir-raġunijiet għas-sospensjoni. Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-AETS għandha tikkonsulta lill-BERS u lill-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 22. L-AETS għandha tibgħat kopja ta' dik l-opinjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dik l-opinjoni ma għandhiex issir pubblika.

L-att ta' implimentazzjoni li jestendi s-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar tista' wkoll testendi l-perijodu tas-sospensjoni tal-obbligu ta' negozjar imsemmi fil-paragrafu 7.

L-estensjoni tas-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar għandha tkun valida għall-istess perijodu tal-estensjoni tas-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar.”;

(7)

l-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Il-kontropartijiet u s-CCPs għandhom jiżguraw li d-dettalji ta' kwalunkwe kuntratt tad-derivattivi li jkunu kkonkludew u kwalunkwe modifika jew terminazzjoni tal-kuntratt jiġu rrapportati skont il-paragrafi 1a sa 1f ta' dan l-Artikolu lil repożitorju tat-tranżazzjonijiet rreġistrat skont l-Artikolu 55 jew rikonoxxut skont l-Artikolu 77. Id-dettalji għandhom jiġu rrapportati mhux iżjed tard mill-jum tax-xogħol wara l-konklużjoni, il-modifika jew it-terminazzjoni tal-kuntratt.

L-obbligu ta' rapportar għandu japplika għal kuntratti tad-derivattivi li:

(a)

ġew konklużi qabel it-12 ta' Frar 2014 u li jibqgħu pendenti f'dik id-data;

(b)

ġew konklużi fit-12 ta' Frar 2014 jew wara.

Minkejja l-Artikolu 3, l-obbligu ta' rapportar ma għandux japplika għal kuntratti tad-derivattivi fl-istess grupp fejn mill-inqas waħda mill-kontropartijiet hija kontroparti mhux finanzjarja jew kienet tikkwalifika bħala kontroparti mhux finanzjarja kieku kienet stabbilita fl-Unjoni, dment li:

(a)

iż-żewġ kontropartijiet huma inklużi fl-istess konsolidazzjoni fuq bażi sħiħa;

(b)

iż-żewġ kontropartijiet huma soġġetti għal proċeduri ċentralizzati ta' evalwazzjoni, kejl u kontroll tar-riskju; u

(c)

l-impriża prinċipali ma tkunx kontroparti finanzjarja.

Il-kontropartijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom bl-intenzjoni tagħhom li japplikaw l-eżenzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu. L-eżenzjoni għandha tkun valida ħlief jekk l-awtoritajiet kompetenti notifikati ma jaqblux li huma sodisfatti l-kundizzjonijiet imsemmija fit-tielet subparagrafu fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika.”;

(b)

jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:

“1a.   il-kontropartijiet finanzjarji għandhom ikunu unikament responsabbli, anki legalment, għar-rapportar f'isem iż-żewġ kontropartijiet, tad-dettalji tal-kuntratti tad-derivattivi OTC konklużi ma' kontroparti mhux finanzjarja li ma tissodisfax il-kondizzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1), kif ukoll għall-iżgurar tal-korrettezza tad-dettalji rrapportati.

Biex jiġi żgurat li l-kontroparti finanzjarja jkollha d-data kollha li jkollha bżonn biex tissodisfa l-obbligu ta' rapportar, il-kontroparti mhux finanzjarja għandha tipprovdi lill-kontroparti finanzjarja d-dettalji tal-kuntratti tad-derivattivi OTC konklużi bejniethom, li l-kontroparti finanzjarja ma tistax tkun raġonevolment mistennija li jkollha. Il-kontroparti mhux finanzjarja għandha tkun responsabbli biex tiżgura li dawk id-dettalji jkunu korretti.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, kontropartijiet mhux finanzjarji li diġà investew f'sistema ta' rapportar jistgħu jiddeċiedu li jirrapportaw id-dettalji tal-kuntratti tad-derivattivi OTC tagħhom ma' kontropartijiet finanzjarji lil repożitorju tat-tranżazzjonijiet. F'dak il-każ, il-kontropartijiet mhux finanzjarji għandhom jinformaw lill-kontropartijiet finanzjarji li magħhom ikkonkludew kuntratti tad-derivattivi OTC dwar id-deċiżjoni tagħhom qabel ma jirrapportaw dawk id-dettalji. F'dik is-sitwazzjoni, il-kontropartijiet mhux finanzjarji għandhom ikunu responsabbli, anki legalment, għar-rapportar dawk id-dettalji u għall-iżgurar tal-korrettezza.

Kontroparti mhux finanzjarja li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1) u li tikkonkludi kuntratt tad-derivattivi OTC ma' entità stabbilita f'pajjiż terz ma għandhiex tkun meħtieġa tirrapporta skont dan l-Artikolu u ma għandhiex tkun legalment responsabbli għar-rapportar jew għall-iżgurar tal-korrettezza tad-dettalji ta' tali kuntratti tad-derivattivi OTC, dment li:

(a)

dik l-entità tal-pajjiż terz tkun kwalifikata bħala kontroparti finanzjarja kieku kienet stabbilita fl-Unjoni;

(b)

is-sistema legali għar-rapportar li l-entità tal-pajjiż terz hi soġġetta għaliha tkun ġiet dikjarata ekwivalenti bis-saħħa tal-Artikolu 13; u

(c)

il-kontroparti finanzjarja tal-pajjiż terz tkun irrapportat tali informazzjoni skont is-sistema legali għar-rapportar ta' dak il-pajjiż terz tagħha lil repożitorju tat-tranżazzjonijiet li huwa soġġett għal obbligu legalment vinkolanti u infurzabbli li jagħtu lill-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 81(3) aċċess dirett u immedjat għad-data.

1b.   il-kumpannija ta' ġestjoni ta' UCITS għandha tkun responsabbli, anki legalment, għar-rapportar tad-dettalji tal-kuntratti tad-derivattivi OTC li għalihom dik l-UCITS hija kontroparti, kif ukoll għall-iżgurar tal-korrettezza tad-dettalji rrapportati.

1c.   l-AIFM għandu jkun responsabbli, anki legalment, għar-rapportar tad-dettalji ta' kuntratti tad-derivattivi OTC li għalihom l-AIF rilevanti huwa kontroparti, kif ukoll għall-iżgurar tal-korrettezza tad-dettalji rrapportati.

1d.   L-entità awtorizzata li hija responsabbli mill-ġestjoni ta' u li taġixxi f'isem IORP li, skont il-liġi nazzjonali, ma għandhiex personalità legali għandha tkun responsabbli, anki legalment, mir-rappurtar tad-dettalji ta' kuntratti tad-derivattivi OTC li għalihom dik l-IORP hi kontroparti kif ukoll milli tiżgura l-korrettezza tad-dettalji rrappurtati.

1e.   il-kontropartijiet u s-CCPs li huma meħtieġa jirrapportaw id-dettalji tal-kuntratti tad-derivattivi għandhom jiżguraw li tali dettalji tal- jiġu rapportati b'mod korrett u mingħajr duplikazzjoni.

1f.   Il-kontropartijiet u s-CCPs li huma soġġetti għall-obbligu ta' rapportar imsemmi fil-paragrafu 1 jistgħu jiddelegaw dak l-obbligu ta' rapportar.”;

(c)

il-paragrafu 6 huwa sostitwit b' dan li ġej:

“6.   Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi tal-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 3, l-AETS għandha, f'kooperazzjoni mill-qrib mas-SEBĊ, tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw:

(a)

l-istandards u l-formats tad-data għall-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata, li għandhom jinkludu mill-inqas dawn li ġejjin:

(i)

identifikaturi globali tal-entitajiet ġuridiċi (LEIs);

(ii)

numri internazzjonali għall-identifikazzjoni tat-titoli (international securities identification numbers, ISINs);

(iii)

identifikaturi uniċi tat-tranżazzjoni (unique trade identifiers, UTIs);

(b)

il-metodi u l-arranġamenti għar-rapportar;

(c)

il-frekwenza tar-rapporti;

(d)

id-data sa meta l-kuntratti tad-derivattivi għandhom jiġu rrapportati.

Fl-iżvilupp ta' dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni, l-AETS għandha tqis l-iżviluppi u l-istandards internazzjonali miftiehma fil-livell tal-Unjoni jew dak globali, u l-konsistenza tagħhom mar-rekwiżiti tar-rapportar stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2015/2365 (*6) u l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

L-AETS għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentattivi lill-Kummissjoni sat-18 ta' Ġunju 2020.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

(*6)  Ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar it-trasparenza ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 1).”;"

(8)

l-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“1.   Kull 12-il xahar, kontroparti mhux finanzjarja li tieħu pożizzjonijiet f'kuntratti tad-derivattivi OTC tista' tikkalkula l-pożizzjoni aggregata medja tagħha fi tmiem ix-xahar għat-12-il xahar preċedenti skont il-paragrafu 3.

Fejn kontroparti mhux finanzjarja ma tikkalkulax il-pożizzjonijiet tagħha, jew fejn ir-riżultat ta' dak il-kalkolu msemmi fir-rigward ta' klassi waħda jew aktar ta' derivattivi OTC jaqbeż il-livelli limiti tal-ikklerjar speċifikati skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4, dik il-kontroparti mhux finanzjarja għandha:

(a)

minnufih tinnotifika lill-AETS u lill-awtorità kompetenti rilevanti, u, fejn rilevanti, tindika l-perijodu użat għall-kalkolu;

(b)

tistabbilixxi arranġamenti ta' kklerjar fi żmien erba' xhur min-notifika msemmija fil-punt (a) ta' dan is-subparagrafu;

(c)

issir soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4 għall-kuntratti tad-derivattivi OTC konklużi jew innovati aktar minn erba' xhur wara n-notifika msemmija fil-punt (a) ta' dan is-subparagrafu li jappartjenu għal dawk il-klassijiet tal-assi li fir-rigward tagħhom ir-riżultat tal-kalkolu jaqbeż il-limiti tal-ikklerjar jew, fejn il-kontroparti mhux finanzjarja ma tkunx ikkalkulat il-pożizzjoni tagħha, li jappartjenu għal kwalunkwe klassi ta' derivattivi OTC li hija soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar.

2.   Kontroparti mhux finanzjarja li tkun soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4 fis-17 ta' Ġunju 2019 jew li ssir soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, għandha tibqa' soġġetta għal dak l-obbligu u għandha tkompli l-ikklerjar sakemm dik il-kontroparti mhux finanzjarja turi lill-awtorità kompetenti rilevanti li l-pożizzjoni aggregata medja tagħha fi tmiem ix-xahar għat-12-il xahar preċedenti ma teċċedix il-limitu minimu għall-ikklerjar speċifikat skont il-punt (b) tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

Il-kontroparti mhux finanzjarja għandha tkun tista' turi lill-awtorità kompetenti rilevanti li l-kalkolu tal-pożizzjoni aggregata medja tagħha fi tmiem ix-xahar għat-12-il xahar ta' qabel ma jwassalx għal sottovalutazzjoni sistematika tal-pożizzjoni.”;

(b)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“2a.   L-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-kontroparti mhux finanzjarja u entitajiet l-oħra fil-grupp għandhom jistabbilixxu proċeduri biex jiżguraw il-kalkolu effettiv tal-pożizzjonijiet fil-livell tal-grupp.”;

(c)

fil-paragrafu 4, ir-raba' subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Wara li tikkonsulta mal-BERS u awtoritajiet rilevanti oħra, l-AETS għandha tirrieżamina perjodikament il-livelli limitu tal-ikklerjar imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu u, fejn meħtieġ b'kont meħud, b'mod partikolari, tal-interkonnessjoni bejn il-kontropartijiet finanzjarji, tipproponi emendi tal-istandards tekniċi regolatorji f'konformità ma' dan il-paragrafu.

Dak ir-rieżami perjodiku għandu jkun akkumpanjat minn rapport mill-AETS dwar is-suġġett.”;

(9)

fl-Artikolu 11, il-paragrafu 15 huwa emendat kif ġej:

(a)

l-ewwel subparagrafu huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

il-proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju, inkluż il-livelli u t-tip ta' kollateral u l-arranġamenti tas-segregazzjoni msemmija fil-paragrafu 3;”;

(ii)

jiddaħħal il-punt li ġej:

“(aa)

il-proċeduri superviżorji biex jiżguraw validazzjoni inizjali u kontinwa ta' dawk il-proċeduri ta' ġestjoni tar-riskju;”;

(b)

it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“L-ESAs għandhom jippreżentaw dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji, ħlief għal dawk imsemmija fil-punt (aa) tal-ewwel subparagrafu, lill-Kummissjoni sat-18 ta' Lulju 2018.

L-EBA, f'kooperazzjoni mal-AETS u l-EIOPA, għandha tippreżenta l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji msemmi fil-punt (aa) tal-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-18 ta' Ġunju 2020.”;

(10)

fl-Artikolu 38, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“6.   CCP għandha tipprovdi għodda ta' simulazzjoni lill-membri tal-ikklerjar tagħha li tippermettilhom jiddeterminaw l-ammont tal-marġini inizjali addizzjonali, fuq bażi grossa, li s-CCP tista' tirrikjedi mal-ikklerjar ta' tranżazzjoni ġdida. Dik l-għodda għandha tkun aċċessibbli biss fuq bażi ta' aċċess sigur, u r-riżultati tas-simulazzjoni ma għandhomx ikunu vinkolanti.

7.   CCP għandha tipprovdi lill-membri tal-ikklerjar tagħha b'informazzjoni dwar il-mudelli tal-marġni inizjali li tuża. Dik l-informazzjoni għandha:

(a)

tispjega b'mod ċar id-disinn tal-mudell tal-marġni inizjali u kif jaħdem;

(b)

tiddeskrivi b'mod ċar is-suppożizzjonijiet u l-limitazzjonijiet ewlenin tal-mudell tal-marġini inizjali u ċ-ċirkostanzi li taħthom dawn is-suppożizzjonijiet ma jkunux iżjed validi;

(c)

tkun iddokumentata.”;

(11)

fl-Artikolu 39, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“11.   Il-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri dwar l-insolvenza ma għandhomx iwaqqfu lil CCP milli taġixxi skont l-Artikolu 48(5), (6) u (7) fir-rigward tal-assi u l-pożizzjonijiet irreġistrati fil-kontijiet kif imsemmi fil-paragrafi 2 sa 5 ta' dan l-Artikolu.”;

(12)

l-Artikolu 56 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Għall-iskopijiet tal-Artikolu 55(1), ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jippreżenta waħda minn dawn li ġejjin lill-AETS:

(a)

applikazzjoni għar-reġistrazzjoni;

(b)

applikazzjoni għal estensjoni tar-reġistrazzjoni fejn ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikun diġà rreġistrat taħt il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2015/2365.”;

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta' dan l-Artikolu, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifika dan li ġej:

(a)

id-dettalji tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1;

(b)

id-dettalji tal-applikazzjoni ssimplifikata għall-estensjoni tar-reġistrazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1.

L-AETS għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta' Ġunju 2020.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”;

(c)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.   Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi tal-applikazzjoni tal-paragrafu 1, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi li jispeċifikaw dan li ġej:

(a)

il-format tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1;

(b)

il-format tal-applikazzjoni għal estensjoni tar-reġistrazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1.

Fir-rigward tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-AETS għandha tiżviluppa format issimplifikat.

L-AETS għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sat-18 ta' Ġunju 2020.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”;

(13)

fl-Artikolu 62, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“5.   Jekk talba għal rekords tat-traffiku tat-telefon jew tad-data msemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 1 tkun teħtieġ li awtorità kompetenti nazzjonali tkun awtorizzata minn awtorità ġudizzjarja skont ir-regoli nazzjonali, l-AETS għandha wkoll tapplika għal tali awtorizzazzjoni. L-AETS tista' tapplika wkoll għal tali awtorizzazzjoni bħala miżura ta' prekawzjoni.”;

(14)

l-Artikolu 63 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“1.   Biex twettaq id-dmirijiet tagħha skont dan ir-Regolament, l-AETS tista' twettaq l-ispezzjonijiet kollha meħtieġa fi kwalunkwe bini tan-negozju, art jew proprjetà tal-persuni ġuridiċi msemmijin fl-Artikolu 61(1). Meta t-twettiq u l-effiċjenza adatti tal-ispezzjonijiet ikunu jeħtieġu hekk, l-AETS tista' twettaq spezzjonijiet fil-post mingħajr notifika minn qabel.

2.   L-uffiċjali u persuni oħra awtorizzati mill-AETS biex iwettqu spezzjoni fil-post jistgħu jidħlu fi kwalunkwe bini tan-negozju, art jew proprjetà tal-persuni ġuridiċi li huma soġġetti għal deċiżjoni ta' investigazzjoni adottata mill-AETS u għandu jkollhom is-setgħat kollha msemmija fl-Artikolu 62(1). Huma għandu jkollhom ukoll is-setgħa li jissiġillaw kwalunkwe bini u kotba jew rekords għall-perjodu tal-ispezzjoni jew sa fejn meħtieġ għaliha.”;

(b)

il-paragrafu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“8.   Jekk l-ispezzjoni fuq il-post prevista fil-paragrafu 1 jew jekk l-assistenza prevista fil-paragrafu 7 teħtieġ li awtorità kompetenti nazzjonali tkun awtorizzata minn awtorità ġudizzjarja skont ir-regoli nazzjonali,, l-AETS għandha wkoll tapplika għal tali awtorizzazzjoni. L-AETS tista' tapplika wkoll għal tali awtorizzazzjoni bħala miżura ta' prekawzjoni.”;

(15)

l-Artikolu 64 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.   Meta jissottometti l-fajl bis-sejbiet imsemmija fil-paragrafu 3 lill-AETS, l-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jinnotifika lill-persuni li jkunu soġġetti għall-investigazzjonijiet. Tali persuni għandhom ikunu intitolati li jkollhom aċċess għall-fajl, soġġett għall-interess leġittimu ta' persuni oħra fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom. Id-dritt ta' aċċess għall-fajl ma għandux jestendi għal informazzjoni kunfidenzjali jew id-dokumenti preparatorji interni tal-AETS.”;

(b)

il-paragrafu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“8.   L-AETS għandha tirreferi kwistjonijiet lill-awtoritajiet relevanti għall-investigazzjoni u prosekuzzjoni kriminali possibbli meta, fit-twettiq ta' dmirijietha skont dan ir-Regolament, hija ssib li jkun hemm indikazzjonijiet serji tal-eżistenza possibbli ta' fatti li taf li jkunu jistgħu jikkostitwixxu reat kriminali skont il-liġi applikabbli. Barra minn hekk, l-AETS għandha toqgħod lura milli timponi multi jew pagamenti ta' penali perjodiċi meta tkun taf li liberazzjoni minn akkuża jew kundanna preċedenti li tirriżulta minn fatt jew fatti identiċi li jkunu sostanzjalment l-istess tkun diġà saret res judicata bħala riżultat tal-proċeduri kriminali skont il-liġi nazzjonali.”;

(16)

fl-Artikolu 65, il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (a), “EUR 20 000” huwa sostitwit b'“EUR 200 000”;

(b)

il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:,

“(b)

għall-ksur imsemmi fil-punti (a), (b) u (d) sa (k) tat-Taqsima I tal-Anness I, u fil-punti (a), (b) u (h) tat-Taqsima II tal-Anness I, l-ammonti tal-multi għandhom ikunu mill-inqas EUR 5 000 u ma għandhomx jeċċedu l-EUR 100 000.”;

(c)

jiddaħħal il-punt li ġej:

“(c)

għall-ksur imsemmi fit-Taqsima IV tal-Anness I, l-ammonti tal-multi għandhom ikunu mill-inqas EUR 5 000 u ma għandhomx jeċċedu EUR 10 000.”;

(17)

fl-Artikolu 67, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Qabel ma tieħu kwalunkwe deċiżjoni skont l-Artikolu 73(1) u dwar pagament ta' penali perjodiku skont l-Artikolu 66, l-AETS għandha tagħti lill-persuni li huma soġġetti għall-proċeduri l-opportunità li jinstemgħu dwar is-sejbiet tagħha. L-AETS għandha tibbaża d-deċiżjonijiet tagħha biss fuq sejbiet li dwarhom il-persuni li huma soġġetti għall-proċeduri kellhom l-opportunità li jikkummentaw.

L-ewwel subparagrafu ta' dan l-Artikolu ma għandux japplika għad-deċiżjonijiet imsemmija fil-punti (a), (c) u (d) tal-Artikolu 73(1) jekk tkun meħtieġa azzjoni urġenti biex tiġi evitata ħsara sinifikanti u imminenti għas-sistema finanzjarja jew biex tiġi evitata ħsara sinifikanti u imminenti għall-integrità, it-trasparenza, l-effiċjenza u l-funzjonament ordnat tas-swieq finanzjarji, inkluż għall-istabbiltà jew il-korrettezza tad-data rrapportata lil repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet. F'każ bħal dan, l-AETS tista' tadotta deċiżjoni interim u għandha tagħti lill-persuni kkonċernati l-opportunità li jinstemgħu malajr kemm jista' jkun wara li tieħu d-deċiżjoni tagħha.”;

(18)

fl-Artikolu 72, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   “L-ammont ta' kwalunkwe tariffa mitluba lil repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jkopri l-ispejjeż amministrattivi raġonevoli kollha mġarrba mill-AETS fir-rigward tar-reġistrazzjoni tagħha u tal-attivitajiet superviżorji tal-AETS u għandu jkun proporzjonat għall-fatturat tar-repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikkonċernat u t-tip ta' reġistrazzjoni u superviżjoni eżerċitati mill-AETS.”;

(19)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 76a

Aċċess dirett reċiproku għad-data

1.   Meta meħtieġ għall-eżerċizzju tad-dmirijiet tagħhom, l-awtoritajiet rilevanti ta' pajjiżi terzi li fihom huwa stabbilit repożitorju tat-tranżazzjonijiet wieħed jew aktar għandu jkollhom aċċess dirett għall-informazzjoni f'repożitorji tat-tranżazzjonijiet stabbiliti fl-Unjoni, dment li l-Kummissjoni tkun adottat att ta' implimentazzjoni skont il-paragrafu 2 għal dak l-għan.

2.   Mal-preżentazzjoni ta' talba mill-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni, skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 86(2), fejn jiġi ddeterminat jekk il-qafas legali tal-pajjiż terz tal-awtorità rikjedenti jkunx jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet stabbiliti f'dak il-pajjiż terz ikunu debitament awtorizzati;

(b)

is-superviżjoni u l-infurzar effettivi tar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet f'dak il-pajjiż terz isiru fuq bażi kontinwa;

(c)

ikunu jeżistu garanziji ta' segretezza professjonali, inkluż il-protezzjoni ta' sigrieti ta' negozju kondiviżi ma' partijiet terzi mill-awtoritajiet, u dawn ikunu mill-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament;

(d)

ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet awtorizzati f'dak il-pajjiż terz ikunu soġġetti għal obbligu legalment vinkolanti u infurzabbli li jagħtu lill-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 81(3) aċċess dirett u immedjat għad-data.”;

(20)

fl-Artikolu 78, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“9.   Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jistabbilixxi l-proċeduri u l-politiki li ġejjin:

(a)

proċeduri għar-rikonċiljazzjoni effettiva tad-data bejn ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet;

(b)

proċeduri għall-verifika tal-kompletezza u l-korrettezza tad-data rrapportata;

(c)

politiki għat-trasferiment b'mod ordnat tad-data lejn repożitorji tat-tranżazzjonijiet oħrajn fejn ikun mitlub mill-kontropartijiet jew mis-CCPs imsemmija fl-Artikolu 9 jew inkella fejn ikun meħtieġ.

10.   Bil-għan li tiżgura l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:

(a)

il-proċeduri għar-rikonċiljazzjoni effettiva tad-data bejn ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet;

(b)

il-proċeduri li għandhom jiġu applikati mir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet biex tiġi vverifikata l-konformità mill-kontroparti tar-rapportar jew mill-entità li tippreżenta mar-rekwiżiti ta' rapportar u biex jiġu vverifikati l-kompletezza u l-korrettezza tad-data rrapportata skont l-Artikolu 9.

L-AETS għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta' Ġunju 2020.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”;

(21)

fl-Artikolu 80, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“5a.   Fuq talba, repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jipprovdi lill-kontropartijiet li ma jkunux meħtieġa li jirrapportaw id-dettalji tal-kuntratti tad-derivattivi OTC tagħhom skont l-Artikolu 9 (1a) sa (1d) u lill-kontropartijiet u lis-CCPs li jkunu ddelegaw l-obbligi ta' rapportar tagħhom skont l-Artikolu 9(1f) l-aċċess għall-informazzjoni rrapportata f'isimhom.”;

(22)

L-Artikolu 81 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 3, jiżdied il-punt li ġej:

“(q)

l-awtoritajiet rilevanti ta' pajjiż terz li fir-rigward tiegħu jkun ġie adottat att ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 76a.”;

(b)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b' dan li ġej:

“5.   Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta' dan l-Artikolu, l-AETS għandha, wara li tikkonsulta mal-membri tas-SEBĊ, tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw dan li ġej:

(a)

l-informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata jew issir disponibbli skont il-paragrafi 1 u 3;

(b)

il-frekwenza tal-pubblikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1;

(c)

l-istandards operattivi meħtieġa biex tiġi aggregata u mqabbla d-data minn repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għal ieħor u biex l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 3 jkollhom aċċess għal dik l-informazzjoni;

(d)

it-termini u l-kundizzjonijiet, l-arranġamenti u d-dokumentazzjoni meħtieġa li taħthom ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet jagħtu aċċess lill-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 3.

L-AETS għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta' Ġunju 2020.

Fl-iżvilupp ta' dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji, l-AETS għandha tiżgura li l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tiżvelax l-identità ta' kwalunkwe parti għal kwalunkwe kuntratt.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”;

(23)

fl--Artikoli 82, il-paragrafi2 sa 6 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“2.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 1(6), 4(3a), 64(7), l-Artikolu 70, l-Artikoli 72(3), u 85(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' żmien indeterminat.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 1(6), 4(3a), 64(7), l-Artikolu 70, l-Artikoli 72(3) u 85(2) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data sussegwenti speċifikata fiha. Ma għandha taffettwa l-validità ta' ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tikkonsulta l-AETS u għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah b'mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikoli 1(6), 4(3a), 64(7), l-Artikolu 70, l-Artikoli 72(3) u 85(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa ebda oġġezzjoni min-naħa tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu infurmaw, it-tnejn li huma, lill-Kummissjoni li mhumiex ser iqajmu oġġezzjoni. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”;

(24)

L-Artikolu 85 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Sat-18 ta' Ġunju 2024, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u tipprepara rapport ġenerali. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' kwalunkwe proposta adatta.”;

(b)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.   Sas-17 ta' Ġunju 2023 l-AETS għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni dwar dawn li ġejjin:

(a)

l-impatt tar-Regolament (UE) 2019/834 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*7) fuq il-livell tal-ikklerjar minn kontropartijiet finanzjarji u mhux finanzjarji u fuq id-distribuzzjoni tal-ikklerjar f'kull tip ta' kontroparti, b'mod partikolari fir-rigward tal-kontropartijiet finanzjarji li jkollhom b'volum limitat ta' attività f'derivattivi OTC u fir-rigward tal-adegwatezza tal-limiti ta' kklerjar imsemmija fl-Artikolu 10(4);

(b)

l-impatt tar-Regolament (UE) 2019/834 fuq il-kwalità u l-aċċessibbiltà tad-data rapportata lir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet, kif ukoll il-kwalità tal-informazzjoni li ssir disponibbli mir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet;

(c)

il-bidliet lill-qafas ta' rappurtar, inkluż l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tar-rappurtar delegat kif stipulat fl-Artikolu 9(1a) u b'mod partikolari l-impatt tagħha fuq il-piż tar-rappurtar għall-kontropartijiet mhux finanzjarji li huma soġġetti għall-obbligu ta' kklerjar;

(d)

l-aċċessibbiltà ta' servizzi ta' kklerjar, b'mod partikolari jekk ir-rekwiżit li jiġu pprovduti servizzi ta' kklerjar, direttament jew indirettament, skont termini kummerċjali ġusti, raġonevoli, mhux diskriminatorji u trasparenti msemmija fl-Artikolu 4(3a) kienx effettiv fl-iffaċilitar tal-aċċess għall-ikklerjar.

(*7)  Regolament (UE) 2019/834 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-obbligu tal-ikklerjar, is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklerjar, ir-rekwiżiti tar-rapportar, ir-rekwiżiti tat-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju għal kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklerjati minn kontroparti ċentrali, ir-reġistrazzjoni u s-superviżjoni ta' repożitorji tat-tranżazzjonijiet u r-rekwiżiti għar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet (ĠU L 141, 28.5.2019, p. 42).”;"

(c)

il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“2.   Sat-18 ta' Ġunju 2020, u kull 12-il xahar wara sal-estensjoni finali msemmija fit-tielet subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport li jivvaluta jekk ġewx żviluppati soluzzjonijiet tekniċi vijabbli għat-trasferiment mill-arranġamenti tal-iskema tal-pensjonijiet ta' kollateral fi flus jew mhux fi flus bħala marġni ta' varjazzjoni u l-ħtieġa għal kwalunkwe miżura biex jiġu ffaċilitati dawk is-soluzzjonijiet tekniċi vijabbli.

L-AETS għandha, sat-18 ta' Diċembru 2019, u kull 12-il xahar wara sal-estensjoni finali msemmija fit-tielet subparagrafu, f'kooperazzjoni mal-EIOPA, l-EBA u l-BERS, tissottometti rapport lill-Kummissjoni li jivvaluta dan li ġej:

(a)

jekk is-CCPs, il-membri tal-ikklerjar u l-arranġamenti tal-iskema tal-pensjonijiet għamlux sforz xieraq u jkunux żviluppaw soluzzjonijiet tekniċi vijabbli li jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni ta' tali arranġamenti fl-ikklerjar ċentrali billi jiġi impustat kollateral fi flus jew mhux fi flus bħala marġni ta' varjazzjoni, inklużi l-implikazzjonijiet ta' dawk is-soluzzjonijiet fuq il-likwidità u l-proċikliċità fis-suq u l-implikazzjonijiet legali potenzjali tagħhom jew implikazzjonijiet oħra;

(b)

il-volum u n-natura tal-attività tal-arranġamenti tal-iskema tal-pensjonijiet fi swieq tad-derivattivi OTC ikklerjati u mhux ikklerjati, f'kull klassi ta' assi, u kwalunkwe riskju sistemiku relatat mas-sistema finanzjarja;

(c)

il-konsegwenzi li l-arranġamenti tal-iskema tal-pensjonijiet jissodisfaw ir-rekwiżit tal-ikklerjar fuq l-istrateġiji tal-investiment tagħhom, inkluż kwalunkwe tibdil fl-allokazzjoni tagħhom ta' assi fi flus u mhux fi flus;

(d)

l-implikazzjonijiet tal-livelli limiti tal-ikklerjar speċifikati skont il-punt (b) tal-Artikolu 10(4) għall-arranġamenti tal-iskema tal-pensjonijiet;

(e)

l-impatt ta' rekwiżiti legali oħrajn fuq id-differenzjal tal-ispejjeż bejn kuntratti ta' derivattivi OTC ikklerjati u mhux ikklerjati, inklużi rekwiżiti tal-marġini għal derivattivi mhux ikklerjati u l-kalkolu tal-proporzjon tal-lieva finanzjarja skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(f)

jekk humiex neċessarji aktar miżuri biex tiġi ffaċilitata soluzzjoni ta' kklerjar għall-arranġamenti tal-iskema tal-pensjonijiet.

Il-Kummissjoni tista' tadotta att delegat skont l-Artikolu 82 biex testendi l-perjodu ta' sentejn imsemmi fl-Artikolu 89(1) darbtejn, kull darba b'sena, fejn tikkonkludi li ma ġiet żviluppata l-ebda soluzzjoni teknika vijabbli u li l-effett avvers tal-ikklerjar b'mod ċentrali ta' kuntratti tad-derivattivi fuq il-benefiċċji tal-irtirar ta' pensjonanti futuri jibqa' mhux mibdul.

Is-CCPs, il-membri tal-ikklerjar u l-arranġamenti tal-iskema tal-pensjonijiet għandhom jagħmlu l-almu kollu tagħhom biex jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' soluzzjonijiet tekniċi vijabbli li jiffaċilitaw l-ikklerjar ta' kuntratti tad-derivattivi OTC minn tali arranġamenti.

Il-Kummissjoni għandha twaqqaf grupp ta' esperti magħmul minn rappreżentanti tas-CCPs, membri tal-ikklerjar u arranġamenti tal-iskema tal-pensjonijiet u partijiet rilevanti oħra għal tali soluzzjonijiet tekniċi vijabbli biex jimmonitorja l-isforzi tagħhom u jivvaluta l-progress li jkun sar fl-iżvilupp ta' soluzzjonijiet tekniċi vijabbli li jiffaċilitaw l-ikklerjar ta' kuntratti tad-derivattivi OTC mill-arranġamenti tal-iskema tal-pensjonijiet, inkluż it-trasferiment minn tali arranġamenti ta' kollateral fi flus u mhux fi flus bħala marġini ta' varjazzjoni. Il-grupp ta' esperti għandu jiltaqa' tal-inqas kull sitt xhur. Il-Kummissjoni għandha tqis l-isforzi li jkunu saru mis-CCPs, il-membri tal-ikklerjar u l-arranġamenti tal-iskema tal-pensjonijiet meta tabbozza r-rapport tagħha skont l-ewwel subparagrafu.

3.   Sat-18 ta' Diċembru 2020 il-Kummissjoni għandha tħejji rapport li jivvaluta:

(a)

jekk l-obbligi li jiġu rrappurtati tranżazzjonijiet skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u skont dan ir-Regolament joħolqux obbligu doppju ta' rappurtar ta' tranżazzjoni għal derivattivi mhux ta' OTC u jekk ir-rappurtar ta' tranżazzjonijiet mhux ta' OTC jistax jitnaqqas jew jiġi ssimplifikat għall-kontropartijiet kollha mingħajr telf mhux debitu ta' informazzjoni;

(b)

in-neċessità u l-adegwatezza ta' allinjament tal-obbligu tan-negozjar għad-derivattivi skont ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 mat-tibdil magħmul skont ir-Regolament (UE) 2019/834 għall-obbligu tal-ikklerjar għad-derivattivi, b'mod partikolari għall-ambitu tal-entitajiet li huma soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar;

(c)

jekk xi tranżazzjonijiet li jirriżultaw direttament minn servizzi ta' tnaqqis tar-riskju ta' wara n-negozjar, inkluż kompressjoni tal-portafoll, għandhomx ikunu eżentati mill-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4(1), b'kont meħud ta' kemm dawk is-servizzi jnaqqsu r-riskju, b'mod partikolari r-riskju ta' kreditu tal-kontroparti u r-riskju operazzjonali, il-potenzjal għal ċirkomvenzjoni tal-obbligu tal-ikklerjar u d-diżinċentiv potenzjali għall-ikklerjar ċentrali.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' kwalunkwe proposta adatta.”

(d)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“3a.   Sat-18 ta' Mejju 2020, l-AETS għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni. Dak ir-rapport għandu jivvaluta:

(a)

il-konsistenza tar-rekwiżiti ta' rappurtar għal derivattivi mhux OTC skont ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 u skont l-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament, kemm f'termini tad-dettalji tal-kuntratti tad-derivattivi li għandhom jiġu rrappurtati kif ukoll tal-aċċess għad-data mill-entitajiet rilevanti u jekk dawk ir-rekwiżiti għandhomx jiġu allinjati;

(b)

il-fattibbiltà li jiġu ssimplifikati aktar il-ktajjen tar-rappurtar għall-kontropartijiet kollha, inkluż għall-klijenti indiretti kollha, filwaqt li titqies il-ħtieġa għar-rappurtar f'waqtu u b'kont meħud tal-miżuri adottati skont l-Artikolu 4(4) ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;

(c)

l-allinjament tal-obbligu tan-negozjar għad-derivattivi skont ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 mat-tibdil magħmul skont ir-Regolament (UE) 2019/834 mal-obbligu tal-ikklerjar għad-derivattivi, b'mod partikolari għall-ambitu tal-entitajiet li huma soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar;

(d)

f'kooperazzjoni mal-BERS, jekk xi tranżazzjonijiet li jirriżultaw direttament minn servizzi ta' tnaqqis tar-riskju ta' wara n-negozjar, inkluż il-kompressjoni tal-portafoll, għandhomx ikunu eżentati mill-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4(1); dak ir-rapport għandu:

(i)

jinvestiga l-kompressjoni tal-portafoll u servizzi disponibbli oħrajn ta' tnaqqis tar-riskju wara n-negozjar li ma jifformawx prezz, li jnaqqsu r-riskji mhux tas-suq fil-portafolli tad-derivattivi mingħajr ma jinbidel ir-riskju tas-suq tal-portafolli, bħal tranżazzjonijiet ta' riekwilibriju;

(ii)

jispjega l-iskopijiet u l-funzjonament ta' tali servizzi ta' tnaqqis tar-riskju wara n-negozjar, kemm itaffu r-riskju, b'mod partikolari r-riskju ta' kreditu tal-kontroparti u r-riskju operattiv, u jivvaluta l-ħtieġa li jiġu kklerjati tali tranżazzjonijiet jew li jiġu eżentati mill-ikklerjar, sabiex jiġi ġestit ir-riskju sistemiku; u

(iii)

jivvaluta sa fejn kwalunkwe eżenzjoni mill-obbligu tal-ikklerjar għal tali servizzi tiskoraġġixxi l-ikklerjar ċentrali u tista' twassal għaċ-ċirkomvenzjoni min-naħa tal-kontropartijiet tal-obbligu tal-ikklerjar;

(e)

jekk il-lista ta' strumenti finanzjarji li huma meqjusa bħala likwidi ħafna b'riskju minimu ta' kreditu u tas-suq, skont l-Artikolu 47, tistax tiġi estiża u jekk dik il-lista tistax tinkludi fond wieħed jew aktar tas-suq monetarju awtorizzati skont ir-Regolament (UE) 2017/1131 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*8).

(*8)  Regolament (UE) 2017/1131 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar il-fondi tas-suq monetarju (ĠU L 169, 30.6.2017, p. 8).”;"

(25)

fl-Artikolu 86, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.”;

(26)

fl-Artikolu 89(1), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Sat-18 ta' Ġunju 2021, l-obbligu tal-ikklerjar stipulat fl-Artikolu 4 ma għandux japplika għall-kuntratti tad-derivattivi OTC li huma oġġettivament miżurabbli bħala li jnaqqsu r-riskji ta' investiment direttament relatati mas-solvenza finanzjarja tal-arranġamenti tal-iskema tal-pensjonijiet, u għal entitajiet stabbiliti biex jipprovdu kumpens lill-membri ta' tali arranġamenti f'każ ta' inadempjenza.

L-obbligu tal-ikklerjar stipulat fl-Artikolu 4 ma għandux japplika għal kuntratti tad-derivattivi OTC kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu li jidħlu għalihom arranġamenti tal-iskema tal-pensjonijiet mis-17 ta' Awwissu 2018 sas-16 ta' Ġunju 2019.”;

(27)

L-Anness I huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ, għajr għal dawn li ġejjin:

(a)

id-dispożizzjonijiet indikati fil-punti (10) u (11) tal-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament, fir-rigward tal-Artikoli 38(6) u (7) u 39(11) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, għandhom japplikaw mit-18 ta' Diċembru 2019;

(b)

id-dispożizzjonijiet indikati fil-punt (7)(b) tal-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament, fir-rigward tal-Artikolu 9(1a) sa (1d) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, għandhom japplikaw mit-18 ta' Ġunju 2020;

(c)

id-dispożizzjonijiet indikati fil-punt (2)(b) u l-punt (20) tal-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament, fir-rigward tal-Artikoli 4(3a) u 78(9) u (10) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, għandhom japplikaw mit-18 ta' Ġunju 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Mejju 2019.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

G. CIAMBA


(1)  ĠU C 385, 15.11.2017, p. 10.

(2)  ĠU C 434, 15.12.2017, p. 63.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2019 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta' Mejju 2019.

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1).

(7)  Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).

(8)  Ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar it-trasparenza ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 1).

(9)  Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

(10)  Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).

(11)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(12)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).


ANNESS

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(1)

fit-Taqsima I, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(i)

repożitorju tat-tranżazzjonijiet jikser il-punt (a) tal-Artikolu 78(9) billi ma jistabbilixxix proċeduri adegwati għar-rikonċiljazzjoni effettiva tad-data bejn ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet;

(j)

repożitorju tat-tranżazzjonijiet jikser il-punt (b) tal-Artikolu 78(9) billi ma jistabbilixxix proċeduri adegwati biex jivverifika l-kompletezza u l-korrettezza tad-data rapportata;

(k)

repożitorju tat-tranżazzjonijiet jikser il-punt (c) tal-Artikolu 78(9) billi ma jistabbilixxix politika adegwata għat-trasferiment b'ordni ta' data lejn repożitorji tat-tranżazzjonijiet oħrajn meta mitlub mill-kontropartijiet u s-CCPs imsemmija fl-Artikolu 9 jew meta jkun meħtieġ mod ieħor.”;

(2)

fit-Taqsima IV, jiżdied il-punt li ġej:

“(d)

repożitorju tat-tranżazzjonijiet jikser l-Artikolu 55(4) billi ma jinnotifikax lill-AETS fil-ħin debitu b'kull tibdil materjali fil-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni tiegħu.”.