ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 138

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 62
24 ta' Mejju 2019


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/835 tat-8 ta' April 2019 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

1

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/836 tat-13 ta' Mejju 2019 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat responsabbli għall-eżami ta' talba għall-ażil iddepożitata fid-Danimarka jew f'xi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea u l-Eurodac għat-tqabbil tal-marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta' Dublin fir-rigward ta' aċċess fil-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi

3

 

 

Protokoll għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat responsabbli għall-eżami ta' talba għall-ażil iddepożitata fid-Danimarka jew f'xi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea u l-Eurodac għat-tqabbil tal-marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta' Dublin fir-rigward ta' aċċess fil-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi

5

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/837 tal-14 ta' Mejju 2019 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u r-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tal-Iżlanda, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein, min-naħa l-oħra, dwar il-parteċipazzjoni ta' dawk l-Istati fl-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operazzjonali tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja

9

 

 

Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u r-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tal-Iżlanda, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein, min-naħa l-oħra, dwar il-parteċipazzjoni minn dawk l-istati fl-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja

11

 

*

Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat responsabbli għall-eżami ta' talba għall-ażil iddepożitata fid-Danimarka jew f'xi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea u l-Eurodac għat-tqabbil tal-marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta' Dublin fir-rigward tal-aċċess għall-Eurodac għal finijiet ta' infurzar tal-liġi

30

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/838 tal-20 ta' Frar 2019 dwar speċifikazzjonijiet tekniċi għal sistemi ta' trekkjar u traċċar tal-bastimenti u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 415/2007

31

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/839 tas-7 ta' Marzu 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 540/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livell ta' ħoss tal-vetturi bil-mutur u s-sostituzzjoni tas-sistemi tas-sajlenser ( 1 )

70

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/840 tat-12 ta' Marzu 2019 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2018/273 fir-rigward tal-importazzjoni tal-inbid li joriġina fil-Kanada u l-eżenzjoni tal-bejjiegħa bl-imnut milli jżommu reġistru tad-dħul u l-ħruġ

74

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/841 tal-14 ta' Marzu 2019 li jikkoreġi ċerti veżjonijiet tal-lingwa tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni

76

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/842 tat-22 ta' Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd

79

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/843 tat-23 ta' Mejju 2019 dwar il-prezz minimu għax-xiri tat-trab tal-ħalib xkumat għas-sitta u tletin sejħa parzjali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080

81

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/844 tal-14 ta' Mejju 2019 dwar l-eżerċizzju ta' setgħat mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill fir-rigward ta' lmenti mressqa lill-Kunsill minn kandidati għall-pożizzjoni ta' Kap Prosekutur Ewropew

82

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/845 tas-17 ta' Mejju 2019 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Grupp ta' Ħidma dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi stabbilit mill-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli tiegħu ta' proċedura

84

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2019/846 tal-21 ta' Mejju 2019 li taħtar żewġ membri tal-Qorti tal-Awdituri

89

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/847 tal-15 ta' Mejju 2019 dwar il-proposta għal inizjattiva taċ-ċittadini bl-isem Insalvaw in-naħal! Il-ħarsien tal-bijodiversità u t-titjib tal-ħabitats għall-insetti fl-Ewropa (notifikata bid-dokument C(2019) 3800)

90

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

24.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 138/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/835

tat-8 ta' April 2019

dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 217, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1)

Billi:

(1)

Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra (2) (“il-Ftehim”), ġie ffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2001. Il-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2004.

(2)

Ir-Repubblika tal-Kroazja saret Stat Membru tal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Lulju 2013.

(3)

F'konformità mal-Artikolu 6(2) tal-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Ftehim għandha tiġi maqbula permezz ta' protokoll mal-Ftehim konkluż bejn il-Kunsill, li jaġixxi unanimament f'isem l-Istati Membri, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu.

(4)

Fl-14 ta' Settembru 2012, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati mar-Repubblika Għarbija tal-EġittuIn-negozjati ġew konklużi b'suċċess.

(5)

F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/768 (3), il-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea ġie ffirmat f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha fi Brussell fl-10 ta' April 2017.

(6)

Il-Protokoll għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha (4).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Protokoll, sabiex jiġi espress il-kunsens tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha li jkunu marbuta bil-Protokoll (5).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-8 ta' April 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Kunsens tat-12 ta' Marzu 2019 (għadu mhux ippubblikat gil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 304, 30.9.2004, p. 39.

(3)  ĠU L 115, 4.5.2017, p. 1.

(4)  It-test tal-Protokoll ġie ppubblikat fil-ĠU L 115, 4.5.2017, flimkien mad-deċiżjoni dwar l-iffirmar tiegħu.

(5)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


24.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 138/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/836

tat-13 ta' Mejju 2019

dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat responsabbli għall-eżami ta' talba għall-ażil iddepożitata fid-Danimarka jew f'xi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea u l-“Eurodac” għat-tqabbil tal-marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta' Dublin fir-rigward ta' aċċess fil-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 87(2) u l-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 88(2) flimkien mal-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/395 (2), il-Protokoll għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat responsabbli għall-eżami ta' talba għall-ażil iddepożitata fid-Danimarka jew f'xi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea u l-“Eurodac” għat-tqabbil tal-marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta' Dublin fir-rigward ta' aċċess fil-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi (il-“Protokoll”) ġie ffirmat fis-27 ta' Marzu 2019, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard.

(2)

Sabiex tiġi appoġġata u msaħħa l-kooperazzjoni tal-pulizija bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u dawk tad-Danimarka għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-iskoperta u l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi u reati kriminali serji oħra, l-involviment tal-Unjoni huwa meħtieġ sabiex id-Danimarka tkun tista' tipparteċipa fl-aspetti tal-Eurodac relatati mal-infurzar tal-liġi.

(3)

Il-Protokoll jenħtieġ li jiġi approvat.

(4)

Ir-Renju Unit u l-Irlanda huma marbuta mir-Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u għalhekk qed jieħdu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

(5)

F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat responsabbli għall-eżami ta' talba għall-ażil iddepożitata fid-Danimarka jew f'xi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea u l-'Eurodac' għat-tqabbil tal-marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta' Dublin fir-rigward ta' aċċess fil-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 4(2) tal-Protokoll.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Mejju 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Kunsens tas-17 ta' April 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/395 tas-7 ta' Marzu 2019 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat responsabbli għall-eżami ta' talba għall-ażil iddepożitata fid-Danimarka jew f'xi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea u l-'Eurodac' għat-tqabbil tal-marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta' Dublin fir-rigward ta' aċċess fil-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi (ĠU L 71, 13.3.2019, p. 9).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-istabbiliment tal-“Eurodac” għat-tqabbil ta' marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida u dwar talbiet għat-tqabbil ma' data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 1).


24.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 138/5


PROTOKOLL GĦALL-FTEHIM

bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat responsabbli għall-eżami ta' talba għall-ażil iddepożitata fid-Danimarka jew f'xi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea u l-“Eurodac” għat-tqabbil tal-marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta' Dublin fir-rigward ta' aċċess fil-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi

L-UNJONI EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa l-“Unjoni”,

u

IR-RENJU TAD-DANIMARKA, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “id-Danimarka”,

minn hawn 'il quddiem konġuntement imsejħin “il-Partijiet”,

Filwaqt li JQISU li fl-10 ta' Marzu 2005 ġie ffirmat il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat responsabbli għall-eżami ta' talba għall-ażil iddepożitata fid-Danimarka jew f'xi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea u l-“Eurodac” għat-tqabbil tal-marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta' Dublin (1) (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim tal-10 ta' Marzu 2005”);

FILWAQT LI JIFAKKRU li fis-26 ta' Ġunju 2013 l-Unjoni adottat ir-Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2);

FILWAQT LI JIRREFERU għall-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li taħtu d-Danimarka ma ħadetx sehem fl-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 603/2013 u mhijiex marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu;

FILWAQT LI JIFAKKRU li l-proċeduri għat-tqabbil u għat-trasmissjoni tad-data għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi kif stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 603/2013 ma jikkostitwixxux emenda fid-dispożizzjonijiet tal-acquis tal-Eurodac fis-sens tal-Ftehim tal-10 ta' Marzu 2005 u għaldaqstant ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Ftehim tal-10 ta' Marzu 2005;

FILWAQT LI JQISU li jenħtieġ li jiġi konkluż protokoll bejn l-Unjoni u d-Danimarka sabiex id-Danimarka tkun tista' tipparteċipa fl-aspetti relatati mal-infurzar tal-liġi tal-Eurodac u li għaldaqstant jippermetti li l-awtoritajiet maħtura tal-infurzar tal-liġi tad-Danimarka jitolbu t-tqabbil tad-data tal-marki tas-swaba' trażmessa lis-Sistema Ċentrali tal-Eurodac minn Stati parteċipanti oħra;

FILWAQT LI JQISU li l-applikazzjoni għad-Danimarka tar-Regolament (UE) Nru 603/2013, għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi, jenħtieġ li tippermetti wkoll li l-awtoritajiet maħtura tal-infurzar tal-liġi tal-Istati parteċipanti l-oħra u l-Europol jitolbu t-tqabbil tad-data tal-marki tas-swaba' trażmessa lis-Sistema Ċentrali tal-Eurodac mid-Danimarka;

FILWAQT LI JQISU li l-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet maħtura tal-infurzar tal-liġi tal-Istati parteċipanti għall-finijiet ta' prevenzjoni, skoperta jew investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra skont dan il-Protokoll jenħtieġ li jkun suġġett għal standard ta' protezzjoni ta' data personali taħt il-liġi nazzjonali tagħhom konformi mad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3);

FILWAQT LI JQISU li d-Direttiva (UE) 2016/680 tikkostitwixxi żvilupp fid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen, taħt it-Titolu V tal-Tielet Parti tat-TFUE, u li fis-26 ta' Ottubru 2016 id-Danimarka, f'konformità mal-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, innotifikat lill-Kummissjoni li se timplimenta dik id-Direttiva fil-liġi nazzjonali tagħha. Id-Danimarka għaldaqstant jenħtieġ li tapplika dik id-Direttiva u l-kondizzjonijiet l-oħra stipulati fir-Regolament (UE) Nru 603/2013 fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali mill-awtoritajiet maħtura tad-Danimarka għall-finijiet ta' prevenzjoni, skoperta jew investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra;

FILWAQT LI JQISU li jenħtieġ li l-kondizzjonijiet l-oħra stipulati fir-Regolament (UE) Nru 603/2013 fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet maħtura tal-Istati parteċipanti, kif ukoll mill-Europol, għall-finijiet ta' prevenzjoni, skoperta jew investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra, japplikaw ukoll;

FILWAQT LI JQISU li jenħtieġ li l-aċċess għall-awtoritajiet maħtura tad-Danimarka jkun permess biss bil-kondizzjoni li t-tqabbil mal-bażijiet tad-data nazzjonali tal-marki tas-swaba tal-Istat rikjedenti u mas-sistemi awtomatizzati ta' identifikazzjoni tal-marki tas-swaba' tal-Istati parteċipanti l-oħra kollha taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI (4) ma jkunx wassal għad-determinazzjoni tal-identità tas-suġġett tad-data. Dik il-kondizzjoni tobbliga lill-Istat rikjedenti jagħmel tqabbil mas-sistemi awtomatizzati ta' identifikazzjoni tal-marki tas-swaba' tal-Istati parteċipanti l-oħra kollha taħt dik id-Deċiżjoni li jkunu teknikament disponibbli, sakemm dak l-Istat rikjedenti ma jkunx jista' juri li jeżistu raġunijiet validi li juru li dan ma jwassalx għad-determinazzjoni tal-identità tas-suġġett tad-data. Tali raġunijiet validi jkunu jeżistu b'mod partikolari fejn il-każ speċifiku ma jippreżenta l-ebda rabta operattiva jew investigattiva ma' xi Stat parteċipanti speċifiku. Dik il-kondizzjoni tenħtieġ l-implimentazzjoni legali u teknika minn qabel ta' dik id-Deċiżjoni mill-Istat rikjedenti fir-rigward ta' data dattiloskopika, billi ma dan għandux ikun permess li jagħmel verifika fil-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi fejn ma jkunux ittieħdu minn qabel dawk il-passi msemmija hawn fuq;

FILWAQT LI JQISU li qabel ma jfittxu fil-Eurodac, jenħtieġ ukoll li l-awtoritajiet maħtura tad-Danimarka, dment li jkunu ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet għal tqabbil, jikkonsultaw is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI (5);

FILWAQT LI JQISU li l-mekkaniżmi rigward emendi previsti fil-Ftehim tal-10 ta' Marzu 2005 jenħtieġ li japplikaw għall-emendi kollha rigward l-aċċess fil-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi;

FILWAQT LI JQISU li dan il-Protokoll huwa parti mill-Ftehim tal-10 ta' Marzu 2005,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   Ir-Regolament (UE) Nru 603/2013 għandu jiġi implimentat mid-Danimarka fir-rigward tat-tqabbil ta' data tal-marki tas-swaba' ma' dawk maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi kif definit fil-punt (i) tal-Artikolu 2(1) ta' dak ir-Regolament, u għandu, taħt il-liġi internazzjonali, japplika fir-relazzjonijiet tad-Danimarka mal-Istati parteċipanti l-oħra.

2.   L-Istati Membri tal-Unjoni ħlief għad-Danimarka għandhom ikunu kkunsidrati bħala Stati parteċipanti fis-sens tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Huma għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 603/2013 li jirrigwardaw l-aċċess għall-infurzar tal-liġi għad-Danimarka.

3.   L-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Iżvizzera għandhom ikunu kkunsidrati bħala Stati parteċipanti fis-sens tal-paragrafu 1 sa fejn xi ftehim simili għal dan il-Protokoll ikun jinsab fis-seħħ bejnhom u l-Unjoni li jirrikonoxxi lid-Danimarka bħala Stat parteċipanti.

Artikolu 2

1.   Id-Direttiva (UE) 2016/680 għandha tapplika fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mid-Danimarka li jsiru meta jiġi applikat dan il-Protokoll.

2.   Flimkien mal-paragrafu 1, il-kondizzjonijiet stipulati fir-Regolament (UE) Nru 603/2013 fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali għandhom japplikaw għad-Danimarka relattivament għall-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet maħtura tagħha għall-finijiet stabbilit fl-Artikolu 1(2) ta' dak ir-Regolament.

Artikolu 3

Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim tal-10 ta' Marzu 2005 fir-rigward ta' emendi għandhom japplikaw għall-emendi kollha relatati mal-aċċess fil-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi.

Artikolu 4

1.   Dan il-Protokoll għandu jiġi ratifikat jew approvat mill-Partijiet skont il-proċeduri rispettivi tagħhom.

2.   Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara n-notifika mill-Partijiet tat-tlestija tal-proċeduri rispettivi tagħhom meħtieġa għal dan l-iskop.

3.   Dan il-Protokoll ma għandux japplika qabel ma jiġi implimentat il-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI mid-Danimarka u qabel ma jkunu tlestew il-proċeduri ta' evalwazzjoni fir-rigward ta' data dattiloskopika taħt il-Kapitolu 4 tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI (6) fir-rigward tad-Danimarka.

Artikolu 5

1.   Kull Parti tista' tirtira minn dan il-Protokoll billi tagħti notifika lill-Parti l-oħra. Dik in-notifika għandha ssir effettiva sitt xhur wara d-data ta' tali notifika.

2.   Dan il-Protokoll ma għandux jibqa' effettiv jekk l-Unjoni jew id-Danimarka jirtiraw minnu.

3.   Dan il-Protokoll ma għandux jibqa' effettiv jekk il-Ftehim tal-10 ta' Marzu 2005 ma jibqax effettiv.

4.   L-irtirar minn, jew it-terminazzjoni ta', dan il-Protokoll ma għandhomx jaffettwaw l-applikazzjoni kontinwata tal-Ftehim tal-10 ta' Marzu 2005.

Artikolu 6

Dan il-Protokoll huwa mfassal duplikatament bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Kroata, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża u Żvediża, u kull wieħed minn dawn it-testi jkun ugwalment awtentiku.

Съставено в Брюксел на двадесет и седми март две хиляди и деветнадесета година.

Hecho en Bruselas, el veintisiete de marzo de dos mil diecinueve.

V Bruselu dne dvacátého sedmého března dva tisíce devatenáct.

Udfærdiget i Bruxelles den syvogtyvende marts to tusind og nitten.

Geschehen zu Brüssel am siebenundzwanzigsten März zweitausendneunzehn.

Kahe tuhande üheksateistkümnenda aasta märtsikuu kahekümne seitsmendal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι εφτά Μαρτίου δύο χιλιάδες δεκαεννέα.

Done at Brussels on the twenty-seventh day of March in the year two thousand and nineteen.

Fait à Bruxelles, le vingt-sept mars deux mille dix-neuf.

Sastavljeno u Bruxellesu dvadeset sedmog ožujka godine dvije tisuće devetnaeste.

Fatto a Bruxelles, addì ventisette marzo duemiladiciannove.

Briselē, divi tūkstoši deviņpadsmitā gada divdesmit septītajā martā.

Priimta du tūkstančiai devynioliktų metų kovo dvidešimt septintą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizenkilencedik év március havának huszonhetedik napján.

Magħmul fi Brussell, fis-sebgħa u għoxrin jum ta’ Marzu fis-sena elfejn u dsatax.

Gedaan te Brussel, zevenentwintig maart tweeduizend negentien.

Sporządzono w Brukseli dnia dwudziestego siódmego marca roku dwa tysiące dziewiętnastego.

Feito em Bruxelas, em vinte e sete de março de dois mil e dezanove.

Întocmit la Bruxelles la douăzeci și șapte martie două mii nouăsprezece.

V Bruseli dvadsiateho siedmeho marca dvetisícdevätnásť.

V Bruslju, dne sedemindvajsetega marca leta dva tisoč devetnajst.

Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenäseitsemäntenä päivänä maaliskuuta vuonna kaksituhattayhdeksäntoista.

Som skedde i Bryssel den tjugosjunde mars år tjugohundranitton.

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

ЗаКралство Дания

Por el Reino de Dinamarca

Za Dánské království

For Kongeriget Danmark

Für das Königreich Dänemark

Taani Kuningriigi nimel

Για το Βασίλειο της Δανίας

For the Kingdom of Denmark

Pour le Royaume de Danemark

Za Kraljevinu Dansku

Per il Regno di Danimarca

Dānijas Karalistes vārdā –

Danijos Karalystės vardu

A Dán Királyság részéről

Għar-Renju tad-Danimarka

Voor het Koninkrijk Denemarken

W imieniu Królestwa Danii

Pelo Reino da Dinamarca

Pentru Regatul Danemarcei

Za Dánske kráľovstvo

Za Kraljevino Dansko

Tanskan kuningaskunnan puolesta

På Konungariket Danmark


(1)  ĠU L 66, 8.3.2006, p. 38.

(2)  Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-istabbiliment tal-“Eurodac” għat-tqabbil ta' marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida u dwar talbiet għat- tqabbil ma' data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 1).

(3)  Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1).

(5)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 li tikkonċerna aċċess għall-konsultazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) minn awtoritajiet maħtura ta' Stati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif u ta' l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi u ta' reati kriminali serji oħra (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 129).

(6)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 12).


24.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 138/9


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/837

tal-14 ta' Mejju 2019

dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u r-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tal-Iżlanda, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein, min-naħa l-oħra, dwar il-parteċipazzjoni ta' dawk l-Istati fl-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operazzjonali tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 74, il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 77(2), il-punt (e) tal-Artikolu 78(2), il-punt (c) tal-Artikolu 79(2), il-punt (d) tal-Artikolu 82(1), l-Artikolu 85(1), il-punt (a) tal-Artikolu 87(2) u l-Artikolu 88(2), flimkien mal-punt (a)(v) tal-Artikolu 218(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) stabbilixxa l-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (l-'Aġenzija').

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 jistipula li, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet ta' assoċjazzjoni tagħhom, għandhom isiru arranġamenti sabiexjiġu speċifikati, fost l-oħrajn, in-natura u l-ambitu tal-parteċipazzjoni mill-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen u miżuri relatati mal-Eurodac fil-ħidma tal-Aġenzija, u r-regoli dettaljati għal din il-parteċipazzjoni, inklużi dispożizzjonijiet dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji, il-persunal u d-drittijiet għall-vot.

(3)

Il-Kummissjoni nnegozjat, f'isem l-Unjoni, Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u r-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tal-Iżlanda, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein, min-naħa l-oħra, dwar il-parteċipazzjoni minn dawk l-Istati fl-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (“l-Arranġament”). F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1549 (3), l-Arranġament ġie ffirmat fit-8 ta' Novembru 2018 suġġett għall-konklużjoni tiegħu.

(4)

Fl-14 ta' Novembru 2018 ir-Regolament (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) ġie adottat. Ir-Regolament (UE) 2018/1726 ħassar ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011. Kif speċifikat fir-Regolament (UE) 2018/1726, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-tmexxija operattiva ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, kif stabbilita minn dak ir-Regolament, tissostitwixxi u tissuċċedi l-Aġenzija, kif stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1077/2011. F'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1726, ir-referenzi għar-Regolament (UE) Nru 1077/2011 li ġie mħassar għandhom jitqiesu bħala referenzi għar-Regolament (UE) 2018/1726 u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness ta' dak ir-Regolament.

(5)

Kif speċifikat fil-premessa 52 tar-Regolament (UE) 2018/1726, ir-Renju Unit qed jieħu sehem f'dak ir-Regolament u huwa marbut bih. L-Irlanda talbet li tipparteċipa f'dak ir-Regolament (UE) 2018/1726 f'konformità mal-Protokoll Nru 19 dwar l-acquis ta' Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u nnotifikat ix-xewqa tagħha li taċċetta r-Regolament (UE) 2018/1726 f'konformità mal-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-TUE u mat-TFUE. Ir-Renju Unit u l-Irlanda jenħtieġ għalhekk li jagħtu effett lill-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2018/1726 billi jieħdu sehem f'din id-Deċiżjoni. Ir-Renju Unit u l-Irlanda għalhekk qed jieħdu sehem f'din id-Deċiżjoni.

(6)

Kif speċifikat fil-premessa 51 tar-Regolament (UE) 2018/1726, id-Danimarka mhix qed tieħu sehem f'dak ir-Regolament u mhix marbuta bih. Id-Danimarka għalhekk mhijiex qed tieħu sehem f'din id-Deċiżjoni. Minħabba li din id-Deċiżjoni, f'dak li jirrigwarda s-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS II) stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI (6), is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE (7), is-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) stabbilita bir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) u s-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) stabbilita bir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), tibni fuq l-acquis ta' Schengen, id-Danimarka għandha skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-TUE u mat-TFUE, tiddeċiedi fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwar din id-Deċiżjoni jekk hix ser timplimentaha fil-liġi nazzjonali tagħha.

F'konformità mal-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi għall-istabbiliment tal-Istat responsabbli għall-eżami ta' talba għall-asil li ssir fid-Danimarka jew fi kwalunkwe Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea u l-'Eurodac' għat-tqabbil tal-marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta' Dublin (10), id-Danimarka trid tinnotifika lill-Kummissjoni dwar jekk hix ser timplimenta l-kontenut ta' din id-Deċiżjoni, f'dak li jirrigwarda l-Eurodac u DubliNet.

(7)

L-Arranġament għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u r-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tal-Iżlanda, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein, min-naħa l-oħra, dwar il-parteċipazzjoni ta' dawk l-Istati fl-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operazzjonali tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni (11).

It-test tal-Arranġament huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Mejju 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

P. DAEA


(1)  Kunsens tat-13 ta' Marzu 2019 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 286, 1.11.2011, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1549 tal-11 ta' Ottubru 2018 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u r-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tal-Iżlanda, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein, min-naħa l-oħra, dwar il-parteċipazzjoni minn dawk l-Istati fl-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 260, 17.10.2018, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta' Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 99).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta' informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 381, 28.12.2006, p. 4).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI tat-12 ta' Ġunju 2007 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 205, 7.8.2007, p. 63).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE tat-8 ta' Ġunju 2004 li tistabbilixxi s-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) (ĠU L 213, 15.6.2004, p. 5).

(8)  Ir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2017 li jistabbilixxi Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi rreġistrata data dwar id-dħul u l-ħruġ u data dwar iċ-ċaħda tad-dħul ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri u li jiddetermina l-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta' infurzar tal-liġi, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L 327, 9.12.2017, p. 20).

(9)  Ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Settembru 2018 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (ĠU L 236, 19.9.2018, p. 1).

(10)  ĠU L 66, 8.3.2006, p. 38.

(11)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Arranġament ser jiġi ppubblikata f'Il Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


24.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 138/11


ARRANĠAMENT

bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u r-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tal-Iżlanda, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein, min-naħa l-oħra, dwar il-parteċipazzjoni minn dawk l-istati fl-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja

L-UNJONI EWROPEA,

minn naħa waħda, u

IR-RENJU TAN-NORVEĠJA, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “in-Norveġja”,

IR-REPUBBLIKA TAL-IŻLANDA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Iżlanda”,

IL-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Iżvizzera”, u

IL-PRINĊIPAT TAL-LIECHTENSTEIN, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Liechtenstein”,

min-naħa l-oħra,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim milħuq bejn il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn tal-aħħar mal-implimentazzjoni, applikazzjoni u żvilupp tal-acquis ta' Schengen (1), minn hawn'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ta' Schengen tal-Iżlanda u n-Norveġja”;

Wara li kkunsidraw il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi għall-istabbiliment tal-Istat responsabbli għall-eżami ta' talba għal ażilju ppreżentata fi Stat Membru jew fl-Iżlanda jew fin-Norveġja (2), minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ta' Dublin/Eurodac tal-Iżlanda u n-Norveġja”;

Wara li kkunsidraw il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (3), minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ta' Schengen tal-Iżvizzera”;

Wara li kkunsidraw il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit liema jkun l-Istat responsabbli għall-eżami ta' talba għall-ażil magħmula fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera (4), minn issa 'l quddiem “il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ta' Dublin/Eurodac tal-Iżvizzera”;

Wara li kkunsidraw il-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (5), minn hawn 'il quddiem “il-Protokoll ta' Assoċjazzjoni ta' Schengen tal-Liechtenstein”;

Wara li kkunsidraw il-Protokoll bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità ta' Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità ta' Liechtenstein mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta' talba għall-asil magħmula fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera (6), minn hawn 'il quddiem “il-Protocol ta' Assoċjazzjoni ta' Dublin/Eurodac tal-Liechtenstein”,

Billi

(1)

Permezz tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), l-Unjoni Ewropea stabbilixxiet l-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, minn hawn 'il quddiem “l-Aġenzija”.

(2)

Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 jikkostitwixxi, safejn jirrelata mas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS II), is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u s-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES, Entry/Exit System), żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ta' Schengen tal-Iżlanda u n-Norveġja. Safejn jirrelata mal-Eurodac u d-DubliNet, ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 jikkostitwixxi miżura ġdida fis-sens tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ta' Dublin/Eurodac tal-Iżlanda u n-Norveġja.

(3)

Fir-rigward tal-Iżvizzera, ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 jikkostitwixxi, safejn jirrigwarda s-SIS II, il-VIS u l-EES, żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ta' Schengen tal-Iżvizzera. Safejn jirrelata mal-Eurodac u d-DubliNet, ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 jikkostitwixxi miżura ġdida fis-sens tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ta' Dublin/Eurodac tal-Iżvizzera.

(4)

Fir-rigward tal-Liechtenstein, ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 jikkostitwixxi, safejn jirrigwarda s-SIS II, il-VIS u l-EES, żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Protokoll ta' Assoċjazzjoni ta' Schengen tal-Liechtenstein. Safejn jirrelata mal-Eurodac u d-DubliNet, ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 jikkostitwixxi miżura ġdida fis-sens tal-Protokoll ta' Assoċjazzjoni ta' Dublin/Eurodac tal-Liechtenstein.

(5)

Ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 jistipula li taħt id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet ta' assoċjazzjoni tagħhom għandhom isiru arranġamenti sabiex, fost l-oħrajn, jiġu speċifikati n-natura u l-ambitu tar-regoli dettaljati, għall-parteċipazzjoni mill-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen u miżuri relatati ma' Dublin u mal-Eurodac fil-ħidma tal-Aġenzija, inklużi dispożizzjonijiet dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji, il-persunal u d-drittijiet għall-vot.

(6)

Il-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni ma jindirizzawx il-modalitajiet tal-assoċjazzjoni tan-Norveġja, tal-Iżlanda, tal-Iżvizzera u tal-Liechtenstein mal-attivitajiet ta' korpi ġodda stabbiliti mill-Unjoni Ewropea fil-qafas tal-iżvilupp ulterjuri tal-acquis ta' Schengen u mal-miżuri relatati mal-Eurodac, u jeħtieġ li ċerti aspetti tal-assoċjazzjoni mal-Aġenzija jiġu ssodisfati f'arranġament addizzjonali bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni.

(7)

Iċ-ċifri tal-prodott nazzjonali gross (PNG) m'għadhomx jinġabru mill-Kummissjoni (Eurostat) u għalhekk il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tan-Norveġja u l-Iżlanda għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi taċ-ċifri tal-prodott domestiku gross (PDG), kif inhu l-każ għall-kontribuzzjonijiet tal-Iżvizzera u tal-Liechtenstein, minkejja r-referenzi għall-PNG fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ta' Schengen tal-Iżlanda u n-Norveġja u l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ta' Dublin/Eurodac tal-Iżlanda u n-Norveġja,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-ambitu tal-parteċipazzjoni

In-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein għandhom jipparteċipaw bis-sħiħ fl-attivitajiet tal-Aġenzija kif deskritt fir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 u skont it-termini stabbiliti f'dan l-Arranġament.

Artikolu 2

Bord tat-Tmexxija

1.   In-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein għandhom ikunu rappreżentati fil-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija kif stabbilit fl-Artikolu 13(5) tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011.

2.   Limitatament għas-sistemi ta' informazzjoni li fihom jipparteċipaw, in-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein għandu jkollhom id-dritt tal-vot fir-rigward ta' dawn li ġejjin:

(a)

deċiżjonijiet dwar l-ittestjar u dwar speċifikazzjonijiet tekniċi dwar l-iżvilupp u t-tmexxija operattiva tas-sistemi u l-infrastruttura tal-komunikazzjoni;

(b)

deċiżjonijiet dwar kompiti relatati ma' taħriġ dwar l-użu tekniku tas-SIS II, VIS, Eurodac u EES taħt, rispettivament, l-Artikoli 3, 4, 5 u 5a tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011, ħlief fuq l-istabbiliment tal-kurrikulu komuni ewlieni;

(c)

deċiżjonijiet dwar kompiti relatati ma' taħriġ dwar l-użu tekniku ta' sistemi oħrajn tal-IT fuq skala kbira, taħt l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011 għajr għall-istabbiliment tal-kurrikulu komuni ewlieni;

(d)

deċiżjonijiet dwar l-adozzjoni tar-rapporti dwar il-funzjonament tekniku tas-SIS II, VIS u EES, taħt il-punt (t) tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011;

(e)

deċiżjonijiet dwar l-adozzjoni tar-rapport annwali dwar l-attivitajiet tas-Sistema Ċentrali tal-Eurodac, taħt il-punt (u) tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011;

(f)

deċiżjonijiet dwar l-adozzjoni tar-rapporti dwar l-iżvilupp tal-EES, taħt il-punt (sa) tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011;

(g)

deċiżjonijiet dwar il-pubblikazzjoni ta' statistika relatata mas-SIS II, taħt il-punt (w) tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011;

(h)

deċiżjonijiet dwar il-ġbir ta' statistika dwar ix-xogħol tas-Sistema Ċentrali tal-Eurodac, taħt il-punt (x) tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011;

(i)

deċiżjonijiet dwar il-pubblikazzjoni ta' statistika relatata mal-EES, taħt il-punt (xa) tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011;

(j)

deċiżjonijiet dwar il-pubblikazzjoni annwali tal-lista ta' awtoritajiet kompetenti awtorizzati biex ifittxu direttament id-data li tinsab fis-SIS II, taħt il-punt (y) tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011;

(k)

deċiżjonijiet dwar il-pubblikazzjoni annwali tal-lista ta' unitajiet skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), taħt il-punt (z) tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011;

(l)

deċiżjonijiet dwar il-lista ta' awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) 2017/2226, taħt il-punt (za) tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011;

(m)

deċiżjonijiet dwar rapporti dwar il-funzjonament tekniku ta' sistemi oħrajn tal-IT fuq skala kbira fdati lill-Aġenzija b'att leġiżlattiv ġdid jew b'miżura leġiżlattiva ġdida li jikkostitwixxu żvilupp għad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ta' Schengen tal-Iżlanda u n-Norveġja, tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ta' Schengen tal-Iżvizzera u tal-Protokoll ta' Assoċjazzjoni ta' Schengen tal-Liechtenstein jew b'att leġislattiv ġdid jew b'miżura ġdida fis-sens tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ta' Dublin/Eurodac tal-Iżlanda u n-Norveġja, tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ta' Dublin/Eurodac tal-Iżvizzera u tal-Protokoll ta' Assoċjazzjoni ta' Dublin/Eurodac tal-Liechtenstein;

(n)

deċiżjonijiet dwar il-pubblikazzjoni ta' statistika relatata ma' sistemi oħrajn tal-IT fuq skala kbira fdati lill-Aġenzija b'att leġiżlattiv ġdid jew b'miżura leġiżlattiva ġdida li jikkostitwixxu żvilupp għad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ta' Schengen tal-Iżlanda u n-Norveġja, tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ta' Schengen tal-Iżvizzera u tal-Protokoll ta' Assoċjazzjoni ta' Schengen tal-Liechtenstein jew b'att leġiżlattiv ġdid jew b'miżura leġiżlattiva ġdida fis-sens tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ta' Dublin/Eurodac tal-Iżlanda u n-Norveġja, tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ta' Dublin/Eurodac tal-Iżvizzera u tal-Protokoll ta' Assoċjazzjoni ta' Dublin/Eurodac tal-Liechtenstein;

(o)

deċiżjonijiet dwar il-pubblikazzjoni annwali tal-lista ta' awtoritajiet kompetenti li għandhom aċċess għad-data rreġistrata f'sistemi oħrajn tal-IT fuq skala kbira fdati lill-Aġenzija b'att leġiżlattiv ġdid jew b'miżura leġiżlattiva ġdida li jikkostitwixxu żvilupp għad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ta' Schengen tal-Iżlanda u n-Norveġja, tal-Ftehim ta'Assoċjazzjoni ta' Schengen tal-Iżvizzera u tal-Protokoll ta' Assoċjazzjoni ta' Schengen tal-Liechtenstein jew b'att leġiżlattiv ġdid jew b'miżura leġiżlattiva ġdida fis-sens tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ta' Dublin/Eurodac tal-Iżlanda u n-Norveġja, tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ta' Dublin/Eurodac tal-Iżvizzera u tal-Protokoll ta' Assoċjazzjoni ta' Dublin/Eurodac tal-Liechtenstein.

Jekk id-deċiżjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (o) jittieħdu fil-kuntest tal-programm ta' ħidma pluriennali jew annwali, il-proċeduri ta' votazzjoni tal-Bord tat-Tmexxija għandhom jiżguraw li n-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein ikunu jistgħu jivvutaw.

3.   In-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein għandhom jitħallew jesprimu opinjonijiet dwar il-kwistjonijiet kollha li fuqhom mhumiex intitolati li jivvutaw.

Artikolu 3

Gruppi Konsultattivi

1.   In-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein għandhom ikunu rappreżentati fil-Gruppi Konsultattivi tal-Aġenzija kif stabbilit fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011.

2.   Huma għandu jkollhom drittijiet tal-vot fir-rigward tal-opinjonijiet tal-Gruppi Konsultattivi dwar id-deċiżjonijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2(2).

3.   Huma għandhom jitħallew jesprimu opinjonijiet dwar il-kwistjonijiet kollha li fuqhom mhumiex intitolati li jivvutaw.

Artikolu 4

Kontribuzzjonijiet finanzjarji

1.   Il-kontribuzzjonijiet individwali tan-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein għad-dħul tal-Aġenzija għandhom ikunu limitati għas-sistemi ta' informazzjoni li fihom jipparteċipa l-Istat rispettiv.

2.   In-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein għandhom jikkontribwixxu għad-dħul tal-Aġenzija, fir-rigward tas-SIS II u tal-VIS, somma annwali kkalkulata skont il-persentaġġ tal-PDG tal-pajjiż tagħhom fir-rigward tal-PDG tal-Istati parteċipanti kollha skont il-formula stabbilita fl-Anness I, skont l-Artikolu 11(3) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ta' Schengen tal-Iżvizzera u l-Artikolu 3 tal-Protokoll ta' Assoċjazzjoni ta' Schengen ta' Liechtenstein, li jirreferi għall-metodu ta' kontribuzzjoni msemmi fl-Artikolu 11(3) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ta' Schengen tal-Iżvizzera, u b'deroga mill-Artikolu 12(1) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ta' Schengen tal-Iżlanda u n-Norveġja, li jirreferi għall-PNG.

3.   In-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein għandhom jikkontribwixxu għad-dħul tal-Aġenzija, fir-rigward tal-EES, somma annwali kkalkulata skont il-persentaġġ tal-PDG tal-pajjiż tagħhom fir-rigward tal-PDG tal-Istati parteċipanti kollha skont il-formula stabbilita fl-Anness I, skont l-Artikolu 11(3) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ta' Schengen tal-Iżvizzera u l-Artikolu 3 tal-Protokoll ta' Assoċjazzjoni ta' Schengen ta' Liechtenstein, li jirreferi għall-metodu ta' kontribuzzjoni msemmi fl-Artikolu 11(3) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ta' Schengen tal-Iżvizzera, u b'deroga mill-Artikolu 12(1) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ta' Schengen tal-Iżlanda u n-Norveġja, li jirreferi għall-PNG.

4.   In-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein għandhom jikkontribwixxu għad-dħul tal-Aġenzija, fir-rigward tal-Eurodac, somma annwali, ikkalkulata skont il-formula stabbilita fl-Anness I skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ta' Dublin/Eurodac tal-Iżlanda u n-Norveġja, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(1) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ta' Dublin/Eurodac tal-Iżvizzera u l-Artikolu 6 tal-Protokoll ta' Assoċjazzjoni ta' Dublin/Eurodac tal-Liechtenstein.

5.   In-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein għandhom jikkontribwixxu għad-dħul tal-Aġenzija, fir-rigward ta' DubliNet, somma annwali kkalkulata skont il-perċentwal tal-PDG tal-pajjiż tagħhom fir-rigward tal-PDG tal-Istati parteċipanti kollha skont il-formula stabbilita fl-Anness I, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(1) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ta' Dublin/Eurodac tal-Iżvizzera, l-Artikolu 3 tal-Protokoll ta' Assoċjazzjoni ta' Dublin/Eurodac tal-Liechtenstein, li jirreferi għall-metodu ta' kontribuzzjoni msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(1) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ta' Dublin/Eurodac tal-Iżvizzera, u b'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ta' Dublin/Eurodac tal-Iżlanda u n-Norveġja li jirreferi għall-PNG.

6.   Sa fejn għandhom x'jaqsmu t-titoli 1 u 2 tal-baġit tal-Aġenzija, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafi 2 u 4 hija dovuta mill-1 ta' Diċembru 2012, id-data li fiha l-Aġenzija assumiet ir-responsabbiltajiet tagħha. Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 5 hija dovuta mill-31 ta' Lulju 2014, id-data li fiha l-appoġġ tekniku għat-tmexxija operattiva ta' DubliNet ġie trasferit lill-Aġenzija. Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 3 hija dovuta mid-29 ta' Diċembru 2017, id-data li fiha l-Aġenzija saret responsabbli għall-iżvilupp u t-tmexxija operattiva tal-EES. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji għandhom jitħallsu mill-jum ta' wara d-dħul fis-seħħ ta' dan l-Arranġament, inklużi l-ammonti dovuti għall-perjodu bejn l-1 ta' Diċembru 2012 u d-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

Sa fejn għandu x'jaqsam it-titolu 3 tal-baġit tal-Aġenzija, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafi 2 u 4 hija dovuta u pagabbli mill-1 ta' Diċembru 2012, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 5 mill-31 ta' Lulju 2014 u l-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 3 mid-29 ta' Diċembru 2017 fuq il-bażi tal-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni rispettivi u l-Protokoll ta' Assoċjazzjoni.

7.   Fejn xi att leġiżlattiv ġdid jew miżura leġiżlattiva ġdida li jikkostitwixxu żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ta' Schengen tal-Iżlanda u n-Norveġja, il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ta' Schengen tal-Iżvizzera u l-Protokoll ta' Assoċjazzjoni ta' Schengen tal-Liechtenstein jestendu l-mandat tal-Aġenzija billi jafdawha bl-iżvilupp u/jew bit-tmexxija operattiva ta' sistemi oħrajn ta' informazzjoni fuq skala kbira, in-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein għandhom jikkontribwixxu għad-dħul tal-Aġenzija somma annwali kkalkulata skont il-perċentwali tal-PDG tal-pajjiż tagħhom fir-rigward tal-PDG tal-Istati parteċipanti kollha kkalkulata skont il-formula stabbilita fl-Anness I, skont l-Artikolu 11(3) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ta' Schengen tal-Iżvizzera, u l-Artikolu 3 tal-Protokoll ta' Assoċjazzjoni ta' Schengen tal-Liechtenstein, li jirreferi għall-metodu ta' kontribuzzjoni msemmi fl-Artikolu 11(3) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ta' Schengen tal-Iżvizzera, u b'deroga mill-Artikolu 12(1) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ta' Schengen tal-Iżlanda u n-Norveġja li jirreferi għall-PNG.

8.   Fejn xi att leġiżlattiv ġdid jew miżura leġiżlattiva ġdida fis-sens tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ta' Dublin/Eurodac tal-Iżlanda u n-Norveġja, il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ta' Dublin/Eurodac tal-Iżvizzera u l-Protokoll ta' Assoċjazzjoni ta' Dublin/Eurodac tal-Liechtenstein jestendu l-mandat tal-Aġenzija billi jafdawha bl-iżvilupp u/jew bit-tmexxija operattiva ta' sistemi oħrajn ta' informazzjoni fuq skala kbira, in-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein għandhom jikkontribwixxu għad-dħul tal-Aġenzija somma annwali kkalkulata skont il-perċentwal tal-PDG tal-pajjiż tagħhom fir-rigward tal-PDG tal-Istati parteċipanti kollha kkalkulata skont il-formula stabbilita fl-Anness I, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(1) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ta' Dublin/Eurodac tal-Iżvizzera, l-Artikolu 3 tal-Protokoll ta' Assoċjazzjoni ta' Dublin/Eurodac tal-Liechtenstein, li jirreferi għall-metodu ta' kontribuzzjoni msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(1) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ta' Dublin/Eurodac tal-Iżvizzera, u b'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ta' Dublin/Eurodac tal-Iżlanda u n-Norveġja li jirreferi għall-PNG.

9.   Jekk in-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein ikunu diġà kkontribwixxew għall-iżvilupp jew tmexxija operattiva ta' sistema tal-IT fuq skala kbira permezz ta' strumenti oħrajn ta' finanzjament tal-Unjoni, jew jekk l-iżvilupp u/jew tmexxija operattiva ta' sistema tal-IT fuq skala kbira tkun iffinanzjata minn tariffi jew dħul assenjat ieħor, il-kontribuzzjonijiet rilevanti tan-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein lill-Aġenzija għandhom jiġu aġġustati kif adatt.

Artikolu 5

Status ġuridiku

L-Aġenzija għandu jkollha personalità ġuridika taħt il-liġi tan-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein u għandha tgawdi f'dawk l-Istati l-kapaċità legali l-aktar estensiva mogħtija lil persuni ġuridiċi taħt il-liġi ta' dawk l-Istati. B'mod partikolari, hija tista' tikseb jew tiddisponi minn proprjetà mobbli jew immobbli u tista' tkun parti għal proċeduri legali.

Artikolu 6

Responsabbiltà

Ir-responsabbiltà tal-Aġenzija għandha tkun regolata mill-Artikolu 24(1), (3) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011.

Artikolu 7

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

In-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein għandhom jirrikonoxxu l-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fuq l-Aġenzija, kif previst fl-Artikolu 24(2) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011.

Artikolu 8

Il-privileġġi u l-immunitajiet

In-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein għandhom japplikaw għall-Aġenzija u l-persunal tagħha r-regoli li jirregolaw il-privileġġi u l-immunitajiet stabbiliti fl-Anness II, li huma derivati mill-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll kwalunkwe regola adottata skont dak il-Protokoll relatata ma' kwistjonijiet tal-persunal tal-Aġenzija.

Artikolu 9

Persunal tal-Aġenzija

1.   Skont l-Artikolu 20(1) u l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011, ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet ta' Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea, ir-regoli adottati b'mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea sabiex ikunu applikati dawk ir-Regolamenti tal-Persunal u r-regoli ta' implimentazzjoni adottati mill-Aġenzija skont l-Artikolu 20(8) tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011 japplikaw għaċ-ċittadini tan-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein reklutati bħala membri tal-persunal tal-Aġenzija.

2.   B'deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 12(2) u l-punt (a) tal-Artikolu 82(3) tal-Kondizzjonijiet ta' Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea, iċ-ċittadini tan-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein li jgawdu d-drittijiet kollha tagħhom bħala ċittadini jistgħu jiġu ingaġġati permezz ta' kuntratt mid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija skont ir-regoli eżistenti għall-għażla u l-ingaġġ tal-persunal adottati mill-Aġenzija.

3.   L-Artikolu 20(6) tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011 għandu japplika mutatis mutandis għaċ-ċittadini tan-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein.

4.   Iċ-ċittadini tan-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein ma jistgħux, madankollu, jinħatru fil-kariga ta' Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija.

Artikolu 10

L-uffiċjali sekondati u l-esperti

Fir-rigward ta' uffiċjali u esperti sekondati, japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

kwalunkwe emolument, allowance u ħlas ieħor imħallsin mill-Aġenzija għandhom ikunu eżentati mit-taxxi nazzjonali;

(b)

sakemm jibqgħu koperti mis-sistema tas-sigurtà soċjali fil-pajjiż li minnu huma jkunu ssekondati lill-Aġenzija, huma għandhom ikunu eżenti mill-kontribuzzjonijiet obbligatorji kollha lill-organizzazzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-pajjiżi ospitanti tal-Aġenzija. Konsegwentement, matul dak iż-żmien m'għandhomx ikunu koperti mir-regolamenti tas-sigurtà soċjali tal-pajjiż ospitanti tal-Aġenzija li jaħdmu fih, sakemm ma jingħaqdux volontarjament mas-sistema tas-sigurtà soċjali ta' dak il-pajjiż.

Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-punt għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għall-membri tal-familja li jiffurmaw parti mill-unità domestika tal-esperti sekondati, sakemm ma jkunux impjegati minn impjegatur differenti mill-Aġenzija jew jirċievu benefiċċji tas-sigurtà soċjali minn pajjiż ospitanti tal-Aġenzija.

Artikolu 11

Il-ġlieda kontra l-frodi

1.   Sa fejn hija kkonċernata n-Norveġja, id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011 għandhom jiġu applikati u l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u l-Qorti tal-Awdituri jistgħu jeżerċitaw is-setgħat mogħtija lilhom.

L-OLAF u l-Qorti tal-Awdituri għandhom jinformaw lir-Riksrevisjonen fi żmien xieraq bi kwalunkwe intenzjoni li jwettqu kontrolli jew awditjar fil-post, li, jekk l-awtoritajiet Norveġiżi jixtiequ dan, jistgħu jsiru b'mod konġunt mar-Riksrevisjonen.

2.   Sa fejn hija kkonċernata l-Iżlanda, id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011 għandhom jiġu applikati u l-OLAF u l-Qorti tal-Awdituri jistgħu jeżerċitaw is-setgħat mogħtija lilhom.

L-OLAF u l-Qorti tal-Awdituri għandhom jinformaw lir-Ríkisendurskoðun fi żmien xieraq bi kwalunkwe intenzjoni li jwettqu kontrolli jew awditjar fil-post, li, jekk l-awtoritajiet Iżlandiżi hekk jixtiequ, jistgħu jsiru b'mod konġunt mar-Ríkisendurskoðun.

3.   Sa fejn hija kkonċernata l-Iżvizzera, id-dispożizzjonijiet fir-rigward tal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011 relatati mal-kontroll finanzjarju mill-Unjoni Ewropea fl-Iżvizzera li jikkonċerna l-parteċipanti Żvizzeri fl-attivitajiet tal-Aġenzija huma stabbiliti fl-Anness III.

4.   Sa fejn huwa kkonċernat il-Liechtenstein, id-dispożizzjonijiet fir-rigward tal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011 relatati mal-kontroll finanzjarju mill-Unjoni Ewropea fil-Liechtenstein li jikkonċerna l-parteċipanti mil-Liechtenstein fl-attivitajiet tal-Aġenzija huma stabbiliti fl-Anness IV.

Artikolu 12

Riżoluzzjoni ta' disputi

1.   Fil-każ ta' disputa li tikkonċerna l-applikazzjoni ta' dan l-Arranġament, il-kwistjoni għandha tiddaħħal offiċjalment bħala suġġett ta' disputa fl-aġenda tal-Kumitat Imħallat f'livell ministerjali.

2.   Il-Kumitat Imħallat għandu jkollu 90 jum mid-data tal-adozzjoni tal-aġenda li fiha tkun iddaħħlet id-disputa li matulu jkun jista' jirrisolvi d-disputa.

3.   Fil-każijiet fejn disputa li tkun tikkonċerna suġġetti relatati ma' Schengen ma tistax tiġi solvuta mill-Kumitat Imħallat fil-perjodu ta' 90 jum imsemmi fil-paragrafu 2, għandu jiġi osservat perjodu ieħor ta' 30 jum biex jintlaħaq ftehim finali. Jekk ma tintlaħaqx soluzzjoni finali, dan l-Arranġament għandu jintemm fir-rigward tal-Istat ikkonċernat mid-disputa sitt xhur wara l-iskadenza tal-perjodu ta' 30 jum.

4.   Fil-każijiet fejn disputa li tkun tikkonċerna suġġetti relatati ma' Eurodac ma tistax tiġi solvuta mill-Kumitat Konġunt/Imħallat fil-perjodu ta' 90 jum imsemmi fil-paragrafu 2, għandu jiġi osservat perjodu ieħor ta' 90 jum biex jintlaħaq ftehim finali. Jekk il-Kumitat Konġunt/Imħallat ma jkunx ħa deċiżjoni fit-tmiem ta' dak il-perjodu, dan l-Arranġament għandu jiġi kkunsidrat bħala terminat fir-rigward tal-Istat ikkonċernat mid-disputa fit-tmiem tal-aħħar jum ta' dak il-perjodu.

Artikolu 13

Annessi

L-Annessi għal dan l-Arranġament jikkostitwixxu parti integrali minn dan l-Arranġament.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

1.   Is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jaġixxi bħala d-depożitarju għal dan l-Arranġament.

2.   L-Unjoni Ewropea, in-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein għandhom japprovaw dan l-Arranġament skont il-proċeduri tagħhom stess.

3.   Id-dħul fis-seħħ ta' dan l-Arranġament għandu jeħtieġ l-approvazzjoni mill-Unjoni Ewropea u ta' mill-anqas Parti oħra għal dan l-Arranġament.

4.   Dan l-Arranġament għandu jidħol fis-seħħ fir-rigward ta' kwalunkwe Parti għal dan l-Arranġament fl-ewwel jum tal-ewwel xahar wara d-depożitu tal-istrument ta' approvazzjoni tiegħu mad-depożitarju.

Artikolu 15

Validità u terminazzjoni

1.   Dan l-Arranġament għandu jkun għal perjodu mhux limitat.

2.   Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, dan l-Arranġament ma għandux jibqa' fis-seħħ sitt xhur wara li l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ta' Schengen tal-Iżlanda u n-Norveġja jiġi ddenunzjat mill-Iżlanda jew min-Norveġja jew b'deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, jew jiġi terminati b'mod ieħor skont il- proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 8(4) jew 11(3) jew fl-Artikolu 16 ta' dak il-Ftehim. Dan l-Arranġament ma għandux jibqa' fis-seħħ ukoll sitt xhur wara li l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ta' Dublin/Eurodac tal-Iżlanda u n-Norveġja jiġi terminat jew denunzjat skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 4(7) jew 8(3) jew fl-Artikolu 15 ta' dak il-Ftehim.

Il-ftehim imsemmi fl-Artikolu 17 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ta' Schengen tal-Iżlanda u n-Norveġja għandu jkopri wkoll il-konsegwenzi tat-terminazzjoni ta' dan l-Arranġament.

3.   Fir-rigward tal-Iżvizzera, dan l-Arranġament ma għandux jibqa' fis-seħħ sitt xhur wara li l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ta' Schengen tal-Iżvizzera jiġi ddenunzjat mill-Iżvizzera jew b'deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, jew jiġi terminat b'mod ieħor skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 7(4 ) jew 10(3) jew fl-Artikolu 17 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ta' Schengen tal-Iżvizzera. Ma għandux jibqa' fis-seħħ ukoll sitt xhur wara li l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ta' Dublin/Eurodac tal-Iżvizzera jiġi terminat jew denunzjat skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 4(7) jew 7(3) jew fl-Artikolu 16 ta' dak il-Ftehim.

4.   Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan l-Arranġament ma għandux jibqa' fis-seħħ sitt xhur wara li l-Protokoll ta' Assoċjazzjoni ta' Schengen tal-Liechtenstein jiġi denunzjat mil-Liechtenstein jew b'deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, jew jiġi terminat b'mod ieħor skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 3 jew fl-Artikolu 5(4), 11(1) jew 11(3) ta' dak il-Protokoll. Ma għandux jibqa' fis-seħħ sitt xhur ukoll wara li l-Protokoll ta' Assoċjazzjoni ta' Dublin/Eurodac tal-Liechtenstein jiġi terminat jew denunzjat skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 3 jew fl-Artikolu 5(7), 11(1) jew 11(3) ta' dak il-Protokoll.

5.   Dan l-Arranġament huwa mfassal f'oriġinal wieħed bil-lingwa Bulgara, Kroata, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Żvediża, Iżlandiża u Norveġiża, b'kull wieħed minn dawk it-testi ugwalment awtentiku.

Съставено в Брюксел на осми ноември две хиляди и осемнадесета година.

Hecho en Bruselas, el ocho de noviembre de dos mil dieciocho.

V Bruselu dne osmého listopadu dva tisíce osmnáct.

Udfærdiget i Bruxelles den ottende november to tusind og atten.

Geschehen zu Brüssel am achten November zweitausendachtzehn.

Kahe tuhande kaheksateistkümnenda aasta novembrikuu kaheksandal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις οκτώ Νοεμβρίου δύο χιλιάδες δεκαοκτώ.

Done at Brussels on the eighth day of November in the year two thousand and eighteen.

Fait à Bruxelles, le huit novembre deux mille dix-huit.

Sastavljeno u Bruxellesu osmog studenoga godine dvije tisuće osamnaeste.

Fatto a Bruxelles, addì otto novembre duemiladiciotto.

Briselē, divi tūkstoši astoņpadsmitā gada astotajā novembrī.

Priimta du tūkstančiai aštuonioliktų metų lapkričio aštuntą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizennyolcadik év november havának nyolcadik napján.

Magħmul fi Brussell, fit-tmien jum ta' Novembru fis-sena elfejn u tmintax.

Gedaan te Brussel, acht november tweeduizend achttien.

Sporządzono w Brukseli dnia ósmego listopada roku dwa tysiące osiemnastego.

Feito em Bruxelas, em oito de novembro de dois mil e dezoito.

Întocmit la Bruxelles la opt noiembrie două mii optsprezece.

V Bruseli ôsmeho novembra dvetisícosemnásť.

V Bruslju, dne osmega novembra leta dva tisoč osemnajst.

Tehty Brysselissä kahdeksantena päivänä marraskuuta vuonna kaksituhattakahdeksantoista.

Som skedde i Bryssel den åttonde november år tjugohundraarton.

Utferdiget i Brussel, den åttende november totusenogatten.

Gjört í Brussel hinn áttunda dag nóvembermánaðar árið tvö þúsund og átján.

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image 1

For Kongeriket Norge

Image 2

Fyrir Ísland

Image 3

Für die Schweizerische Eidgenossenschaft

Pour la Confédération suisse

Per la Confederazione Svizzera

Image 4

Für das Fürstentum Liechtenstein

Image 5


(1)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(2)  ĠU L 93, 3.4.2001, p. 40.

(3)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(4)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 5.

(5)  ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.

(6)  ĠU L 160, 18.6.2011, p. 39.

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl- ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 286, 1.11.2011, p. 1), kif emendat l-aħħar mir- Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2017 li jistabbilixxi Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi rreġistrata data dwar id-dħul u l-ħruġ u data dwar iċ-ċaħda tad-dħul ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri u li jiddetermina l-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta' infurzar tal-liġi, u li jemenda l- Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L 327, 9.12.2017, p. 20).

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-istabbiliment tal-“Eurodac” għat-tqabbil ta' marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tar- Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida u dwar talbiet għat- tqabbil ma' data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 1).


ANNESS I

IL-FORMULA BIEX TIĠI KKALKULATA L-KONTRIBUZZJONI

1.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tan-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein għad-dħul tal-Aġenzija msemmija fl-Artikolu 32(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011 hija kkalkulata kif ġej:

Titolu 3

1.1

Fir-rigward tas-SIS II, il-VIS u l-EES u kwalunkwe sistema oħra ta' informazzjoni fuq skala kbira li hija fdata lill-Aġenzija b'att leġiżlattiv jew b'miżura leġiżlattiva li jkunu jikkostitwixxu żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ta' Schengen tal-Iżlanda u n-Norveġja, il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ta' Schengen tal-Iżvizzera u l-Protokoll ta' Assoċjazzjoni ta' Schengen tal-Liechtenstein, iċ-ċifri finali l-aktar aġġornati tal-PDG ta' kull pajjiż assoċjat disponibbli meta ssir il-fatturazzjoni fis-sena “n + 1” għas-sena “n” għandha tkun diviża bis-somma tal-figuri tal-PDG tal-Istati kollha li jkunu qed jipparteċipaw fl-Aġenzija u disponibbli għas-sena “n”. Il-persentaġġ miksub jiġi mmultiplikat bil-ħlasijiet totali għat-titlu 3 tal-baġit tal-Aġenzija għas-sistemi msemmija hawn fuq imwettqa fis-sena “n” sabiex tinkiseb il-kontribuzzjoni għal kull pajjiż assoċjat.

1.2.

Fir-rigward tal-Eurodac, il-kontribuzzjoni ta' kull pajjiż assoċjat għandha tikkonsisti f'somma annwali ta' persentaġġ fiss (għal-Liechtenstein ta' 0,071 %, għan-Norveġja ta' 4,995 %, għall-Iżlanda ta' 0,1 % u għall-Iżvizzera ta' 7,286 %) tal-approprjazzjonijiet rilevanti tal-baġit għas-sena baġitarja. Il-kontribuzzjoni ta' kull pajjiż assoċjat hija kkalkulata fis-sena “n + 1” u tinkiseb permezz tal-multiplikazzjoni tal-persentaġġ fiss bil-ħlasijiet totali għat-titolu 3 tal-baġit tal-Aġenzija għall-Eurodac eżegwit fis-sena “n”.

1.3.

Fir-rigward ta' DubliNet u ta' sistemi oħrajn ta' informazzjoni fuq skala kbira li huma fdati f'idejn l-Aġenzija b'att leġiżlattiv jew b'miżura leġiżlattiva fis-sens tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ta' Dublin/Eurodac tal-Iżlanda u n-Norveġja, il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ta' Dublin/Eurodac tal-Iżvizzera u l-Protokoll ta' Assoċjazzjoni Dublin/Eurodac tal-Liechtenstein, iċ-ċifri finali l-aktar aġġornati għall-PDG ta' kull pajjiż assoċjat li jkunu disponibbli meta ssir il-fatturazzjoni fis-sena “n + 1” għas-sena “n” għandhom jiġu diviżi bis-somma taċ-ċifri tal-PDG tal-Istati kollha li jipparteċipaw fl-Aġenzija disponibbli għas-sena “n”. Il-persentaġġ miksub jiġi mmultiplikat bil-ħlasijiet totali għat-titlu 3 tal-baġit tal-Aġenzija għas-sistemi msemmija hawn fuq imwettqa fis-sena 'n' sabiex tinkiseb il-kontribuzzjoni għal kull pajjiż assoċjat.

Titoli 1 u 2

1.4.

Il-kontribuzzjoni ta' kull pajjiż assoċjat għat-titoli 1 u 2 tal-baġit tal-Aġenzija għas-sistemi msemmija fil-paragrafi 1.1, 1.2 u 1.3 għandha tinkiseb billi ċ-ċifri finali l-aktar aġġornati tal-PDG ta' kull pajjiż assoċjat disponibbli meta ssir il-fatturazzjoni fis-sena “n + 1” għas-sena “n” jiġu diviżi bit-total taċ-ċifri tal-PDG tal-Istati kollha parteċipi fl-Aġenzija disponibbli għas-sena “n”. Il-persentaġġ miksub jiġi mmultiplikat bil-ħlasijiet totali għat-titoli 1 u 2 tal-baġit tal-Aġenzija għas-sistemi msemmija fil-paragrafi 1.1, 1.2 u 1.3 eżegwiti fis-sena “n”.

1.5.

Jekk ikun hemm sistemi tal-IT addizzjonali fuq skala kbira fdati lill-Aġenzija li fihom il-pajjiżi assoċjati ma jipparteċipawx, il-kalkolu dwar il-kontribuzzjoni tal-pajjiżi assoċjati mat-titoli 1 u 2 għandu jiġi rivedut kif meħtieġ.

2.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha titħallas f'euros.

3.

Kull pajjiż assoċjat għandu jħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja tiegħu mhux aktar tard minn 45 jum wara li jirċievi n-nota ta' debitu. Kull dewmien fil-ħlas tal-kontribuzzjoni għandu jwassal għal ħlas ta' imgħax ta' inadempjenza fuq l-ammont pendenti mid-data li fih ikun dovut. Ir-rata tal-imgħax għandha tkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tkun fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar li fih taħbat id-data tal-iskadenza, miżjuda bi 3,5 punti perċentwali.

4.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja ta' kull pajjiż assoċjat għandha tiġi adattata skont dan l-Anness f'każ ta' emenda għall-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni Ewropea mdaħħla fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 44 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

(1)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).


ANNESS II

IL-PRIVILEĠĠI U L-IMMUNITAJIET

1.

Il-postijiet u l-binjiet tal-Aġenzija għandhom ikunu invjolabbli. Għandhom ikunu eżentati minn tiftix, rekwiżizzjoni, konfiska jew esproprjazzjoni. Il-proprjetà u l-assi tal-Aġenzija ma għandhomx ikunu soġġetti għal kwalunkwe miżura amministrattiva jew legali ta' kostrizzjoni mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.

2.

L-arkivji tal-Aġenzija għandhom ikunu invjolabbli.

3.

L-Aġenzija, l-assi, dħul u proprjetà oħra tagħha għandhom ikunu eżentati mit-taxxi diretti kollha.

L-oġġetti u s-servizzi esportati lill-Aġenzija għall-użu uffiċjali tagħha min-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein m'għandhom ikunu soġġetti għal ebda dazju jew taxxa indiretti.

Fil-każ ta' oġġetti u servizzi pprovduti lill-Aġenzija fin-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein għall-użu uffiċjali tagħha, l-eżenzjoni mill-VAT għandha tingħata bħala rifużjoni jew rimessa.

Fil-każ ta' oġġetti pprovduti lill-Aġenzija fin-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein għall-użu uffiċjali tagħha, l-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa għandha tingħata bħala rifużjoni jew rimessa.

Kwalunkwe taxxa indiretta oħra pagabbli mill-Aġenzija fin-Norveġja, fl-Iżlanda, fl-Iżvizzera u fil-Liechtenstein għandha tiġi rimborżata jew rimessa.

Bħala regola, l-applikazzjonijiet għal rifużjoni għandhom jiġu pproċessati fi żmien tliet xhur.

Ma għandha tingħata l-ebda eżenzjoni fir-rigward ta' taxxi u pagamenti dovuti li jammontaw sempliċiment għal imposti għal servizzi ta' utilità pubblika.

Il-modalitajiet ta' eżenzjoni mill-VAT, mid-dazju tas-sisa u minn taxxi oħra indiretti fin-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein huma stabbiliti fl-Appendiċijiet għal dan l-Anness. In-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Aġenzija bi kwalunkwe modifika għall-Appendiċi rispettivi tagħhom. Tali notifika għandha, jekk possibbli, tingħata xahrejn qabel ma jidħlu fis-seħħ il-modifiki. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tinforma lill-Istati Membri tal-Unjoni bil-modifiki.

4.

L-Aġenzija għandha tkun eżentata mid-dazji doganali, projbizzjonijiet u restrizzjonijiet kollha fuq l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet fir-rigward tal-oġġetti maħsuba għall-użu uffiċjali tagħha: l-oġġetti importati b'dan il-mod ma għandhomx jintremew, irrispettivament jekk hux bi ħlas jew le, fit-territorju tal-pajjiż li fih ġew importati, ħlief taħt kondizzjonijiet approvati mill-gvern ta' dak il-pajjiż.

L-Aġenzija għandha tkun eżentata wkoll minn kwalunkwe dazju doganali u minn kwalunkwe projbizzjoni u restrizzjoni fuq l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet fir-rigward tal-pubblikazzjonijiet tagħha.

5.

Għall-komunikazzjonijiet uffiċjali tagħha u t-trażmissjoni tad-dokumenti kollha tagħha, l-Aġenzija għandha tgawdi fit-territorju ta' kull pajjiż assoċjat it-trattament mogħti minn dak l-Istat lill-missjonijiet diplomatiċi.

Il-korrispondenza uffiċjali u komunikazzjonijiet uffiċjali oħrajn tal-Aġenzija ma għandhomx ikunu soġġetti għaċ-ċensura.

6.

Ir-rappreżentanti tal-Istati Membri tal-Unjoni, kif ukoll dawk tan-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera, u l-Leichtenstein li jkunu qed jipparteċipaw fil-ħidma tal-Aġenzija, il-konsulenti u l-esperti tekniċi tagħhom għandhom, fit-twettiq ta' dmirijiethom u matul il-vjaġġi tagħhom lejn u mill-post tal-laqgħa, igawdu mill-privileġġi, immunitajiet u faċilitajiet konswetudinarji.

7.

Fit-territorju tan-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein u irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom, il-membri tal-persunal tal-Aġenzija fis-sens tal-Artikolu 1 tar-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 tal-Kunsill (1) għandhom:

(a)

soġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Trattati relatati, minn naħa waħda, mar-regoli dwar ir-responsabbiltà tal-uffiċjali u aġenti oħrajn lejn l-Unjoni u, min-naħa l-oħra, mal-ġuriżdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'disputi bejn l-Aġenzija u l-membri tal-persunal tagħha, ikollhom immunità minn proċedimenti legali fir-rigward ta' atti mwettqa minnhom fil-kapaċità uffiċjali tagħhom, inklużi kliemhom mitkellem jew miktub. Għandhom ikomplu jgawdu din l-immunità wara li jkunu waqfu mill-kariga tagħhom;

(b)

fir-rigward ta' regolamenti dwar il-munita jew il-kambju, jingħataw l-istess faċilitajiet kif jingħataw b'mod konswetudinarju lil uffiċjali ta' organizzazzjonijiet internazzjonali.

8.

Il-membri tal-persunal tal-Aġenzija għandhom iħallsu taxxa għall-benefiċċju tal-Unjoni fuq is-salarji, il-pagi jew l-emolumenti mħallsa lilhom mill-Aġenzija, f'konformità mal-kondizzjonijiet u mal-proċedura stabbilita mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill.

Il-membri tal-persunal tal-Aġenzija fis-sens tal-Artikolu 2 tar-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 għandhom ikunu eżentati minn taxxi nazzjonali, federali, kantonali, reġjonali, muniċipali u kommunali fuq is-salarji, il-pagi u l-emolumenti mħallsa mill-Aġenzija. Fir-rigward tal-Iżvizzera, din l-eżenzjoni għandha tingħata skont il-prinċipji tal-liġi nazzjonali tagħha.

Il-membri tal-persunal tal-Aġenzija m'għandhomx ikunu obbligati li jkunu membri tas-sistema tas-sigurtà soċjali Norveġiża, Iżlandiża, Żvizzera jew tal-Liechtenstein sakemm huma diġà koperti mill-iskema ta' benefiċċji tas-sigurtà soċjali għal uffiċjali u aġenti oħrajn tal-Unjoni. Il-membri tal-familja ta' membri tal-persunal tal-Aġenzija li jiffurmaw parti mill-unità domestika tagħhom għandhom ikunu koperti mir-Reġim Komuni tal-Assigurazzjoni tal-Mard tal-Unjoni Ewropea sakemm ma jkunux impjegati minn impjegatur differenti mill-Aġenzija u sakemm ma jirċevux benefiċċji tas-sigurtà soċjali minn Stat Membru tal-Unjoni jew min-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera jew il-Liechtenstein.

9.

Fl-applikazzjoni tat-taxxa fuq id-dħul, tat-taxxa fuq il-ġid u tat-taxxi tal-mewt u fl-applikazzjoni tal-konvenzjonijiet dwar l-evitar tat-tassazzjoni doppja konklużi bejn in-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera jew il-Liechtenstein u l-Istati Membri tal-Unjoni, il-membri tal-persunal tal-Aġenzija fis-sens tal-Artikolu 3 tar-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 li, unikament minħabba t-twettiq tad-doveri tagħhom fis-servizz tal-Aġenzija, jistabbilixxu r-residenza tagħhom fit-territorju ta' Stat Membru tal-Unjoni li ma kienx il-pajjiż tad-domiċilju tagħhom għal finijiet ta' taxxa fil-mument tad-dħul fis-servizz mal-Aġenzija, għandhom jitqiesu, kemm fil-pajjiż tar-residenza attwali tagħhom kif ukoll fil-pajjiż tad-domiċilju għal skopijiet ta' taxxa, bħala li żammew id-domiċilju tagħhom fil-pajjiż tal-aħħar sakemm ikun Stat Membru tal-Unjoni, jew in-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera jew il-Liechtenstein. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika wkoll għall-konjuġi, diment li tal-aħħar ma jkunx/tkunx separatament impjegat/a f'impjieg bi ħlas, u għat-tfal dipendenti fuq, u fil-kura ta', il-persuni msemmija f'din id-dispożizzjoni.

Il-proprjetà mobbli li tappartjeni għal persuni msemmija fil-paragrafu preċedenti u li tinsab fit-territorju ta' Stat Membru tal-Unjon fejn huma qed jgħixu għandha tkun eżentata mid-dazji tal-mewt f'dak il-pajjiż; tali proprjetà għandha, għall-valutazzjoni ta' tali dazju, tiġi kkunsidrata bħala li tinsab fil-pajjiż ta' domiċilju għall-finijiet ta' taxxa, soġġett għad-drittijiet tal-pajjiżi terzi u għall-applikazzjoni possibbli tad-dispożizzjonijiet tal-konvenzjonijiet internazzjonali dwar it-tassazzjoni doppja.

Kwalunkwe domiċilju miksub biss minħabba l-qadi ta' dmirijiet fis-servizz ta' organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn ma għandux jitqies fl-applikazzjoni taż-żewġ paragrafi preċedenti.

10.

Il-privileġġi, l-immunitajiet u l-faċilitajiet għandhom jingħataw lill-membri tal-persunal tal-Aġenzija fl-interessi tal-Aġenzija biss.

Id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija għandu jkun meħtieġ jirrinunzja għall-immunità mogħtija lil wieħed mill-membri tal-persunal tiegħu fil-każijiet kollha fejn tali immunità tfixkel il-kors tal-ġustizzja u kull fejn jidhirlu li r-rinunzja għal tali immunità ma tmurx kontra l-interessi tal-Aġenzija jew tal-Unjoni.

11.

L-Aġenzija għandha, għall-iskop li tapplika dan l-Anness, tikkoopera mal-awtoritajiet responsabbli tal-pajjiżi assoċjati jew l-Istati Membri kkonċernati tal-Unjoni.

(1)  Ir-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 tal-Kunsill tal-25 ta' Marzu 1969 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej lil liema d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 13 u l-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet japplikaw (ĠU L 74, 27.3.1969, p.1), kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 371/2009 tas-27 ta' Novembru 2008 (ĠU L 121, 15.5.2009, p. 1).

Appendiċi 1 tal-Anness II

In-Norveġja:

L-eżenzjoni mill-VAT għandha tingħata permezz ta' rifużjoni.

Ir-rifużjoni tal-VAT għandha tingħata mal-preżentazzjoni tal-formoli Norveġiżi pprovduti għal dan il-għan lid-Diviżjoni Prinċipali tal-Uffiċċju Amministrattiv Norveġiż tal-VAT (Skatt Øst). Bħala regola, l-applikazzjonijiet għal rifużjoni għandhom jiġu pproċessati fi ħdan it-tliet xhur li jiġu wara d-data li fiha jkunu ġew ippreżentati flimkien mad-dokumenti ta' appoġġ meħtieġa.

L-eżenzjoni mid-dazji tas-sisa u minn kwalunkwe taxxa indiretta oħra għandha tingħata bħala rifużjoni. Għandha tapplika l-istess proċedura bħal dik għar-rifużjonijiet tal-VAT.

Appendiċi 2 tal-Anness II

L-Iżlanda:

L-eżenzjoni mill-VAT għandha tingħata permezz ta' rifużjoni.

L-eżenzjoni mill-VAT għandha tingħata jekk il-prezz proprju tax-xiri tal-oġġetti u tas-servizzi msemmija fil-fattura jew dokument ekwivalenti jkollu total ta' mill-inqas 36 400 krona Iżlandiża (inkluża t-taxxa).

Ir-rifużjoni tal-VAT għandha tingħata mal-preżentazzjoni tal-formoli Iżlandiżi pprovduti għal dan il-għan lid-Direttorat tad-Dħul Intern Izlandiż (Ríkisskattstjóri). Bħala regola, l-applikazzjonijiet għal rifużjoni għandhom jiġu pproċessati fi ħdan it-tliet xhur li jiġu wara d-data li fiha jkunu ġew ippreżentati flimkien mad-dokumenti ta' appoġġ meħtieġa.

L-eżenzjoni mid-dazji tas-sisa u minn kwalunkwe taxxa indiretta oħra għandha tingħata bħala rifużjoni. Għandha tapplika l-istess proċedura bħal dik għar-rifużjonijiet tal-VAT.

Appendiċi 3 tal-Anness II

L-Iżvizzera:

L-eżenzjoni mill-VAT, mid-dazju tas-sisa u minn kull taxxa oħra indiretta għandha tingħata bħala rimessa mal-preżentazzjoni tal-formoli Żvizzeri, pprovduti għal dan il-għan, lill-fornitur ta'oġġetti jew servizzi.

L-eżenzjoni mill-VAT għandha tingħata jekk il-prezz proprju tax-xiri tal-oġġetti u tas-servizzi msemmija fil-fattura jew dokument ekwivalenti jkollu total ta' mill-inqas 100 frank Żvizzeru (inkluża t-taxxa).

Appendiċi 4 tal-Anness II

Il-Liechtenstein:

L-eżenzjoni mill-VAT, mid-dazju tas-sisa u minn kull taxxa oħra indiretta għandha tingħata bħala rimessa mal-preżentazzjoni tal-formoli tal-Liechtenstein, ipprovduti għal dan il-għan, lill-fornitur ta' oġġetti jew servizzi.

L-eżenzjoni mill-VAT għandha tingħata jekk il-prezz proprju tax-xiri tal-oġġetti u tas-servizzi msemmija fil-fattura jew dokument ekwivalenti jkollu total ta' mill-inqas 100 frank Żvizzeru (inkluża t-taxxa).


ANNESS III

KONTROLL FINANZJARJU FIR-RIGWARD TA' PARTEĊIPANTI ŻVIZZERI FL-ATTIVITAJIET TAL-AĠENZIJA

Artikolu 1

Komunikazzjoni diretta

L-Aġenzija u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jikkomunikaw direttament mal-persuni jew mal-entitajiet kollha stabbiliti fl-Iżvizzera u li jkunu qed jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Aġenzija, bħala kuntratturi, parteċipanti fil-programmi tal-Aġenzija, riċevituri ta' pagamenti mill-baġit tal-Aġenzija jew tal-Unjoni, jew sottokuntratturi. Tali persuni jistgħu jibagħtu direttament lill-Kummissjoni Ewropa u lill-Aġenzija l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni rilevanti kollha li huma meħtieġa jissottomettu abbażi tal-istrumenti msemmija f'dan l-Arranġament u ta' kuntratti jew ftehimiet konklużi u kwalunkwe deċiżjoni meħuda taħthom.

Artikolu 2

L-awditi

1.   F'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, mar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (1) u mal-istrumenti l-oħrajn msemmija f'dan l-Arranġament, il-kuntratti jew il-ftehimiet konklużi u d-deċiżjonijiet meħuda mal-benefiċjarji stabbiliti fl-Iżvizzera jistgħu jipprovdu għal awditi xjentifiċi, finanzjarji, teknoloġiċi jew awditi oħrajn li jkollhom isiru fi kwalunkwe mument fil-post tal-benefiċjarji u tas-sottokuntratturi tagħhom mill-uffiċjali tal-Aġenzija u tal-Kummissjoni Ewropea jew minn persuni oħra b'mandat mill-Aġenzija u mill-Kummissjoni Ewropea.

2.   L-uffiċjali tal-Aġenzija u tal-Kummissjoni Ewropea u persuni oħrajn b'mandat mill-Aġenzija u mill-Kummissjoni Ewropea għandu jkollhom aċċess adegwat għal siti, xogħlijiet u dokumenti u għall-informazzjoni kollha meħtieġa biex jagħmlu tali awditi, inkluż fil-forma elettronika. Dan id-dritt għall-aċċess għandu jiġi espliċitament stipulat fil-kuntratti jew fil-ftehimiet konklużi għall-implimentazzjoni tal-istrumenti msemmija f'dan l-Arranġament.

3.   Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandha jkollha l-istess drittijiet bħal dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

4.   L-awditi jistgħu jsiru sa ħames snin wara l-iskadenza ta' dan l-Arranġament jew skont it-termini tal-kuntratti jew ftehimiet konklużi u d-deċiżjonijiet meħuda.

5.   L-Uffiċċju tal-Awditjar Federali Svizzeru għandu jiġi avżat qabel l-awditi magħmulin fit-territorju Svizzeru. Din l-informazzjoni ma għandhiex tkun kondizzjoni legali għat-twettiq ta' tali awditi.

Artikolu 3

Verifiki fuq il-post

1.   Fi ħdan il-qafas ta' dan l-Arranġament, il-Kummissjoni Ewropea (l-OLAF) tista' tagħmel investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post fit-territorju Żvizzeru, skont it-termini u l-kondizzjonijiet stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (2) u fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) bil-għan li tistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea.

2.   Il-verifiki u spezzjonijiet fuq il-post għandhom jitħejjew u jitmexxew mill-OLAF f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċju tal-Awditjar Federali Żvizzeru jew ma' awtoritajiet Żvizzeri kompetenti oħrajn maħturin mill-Uffiċċju tal-Awditjar Federali Żvizzeru, li għandhom jiġu nnotifikati fi żmien xieraq dwar l-oġġett, l-iskop u l-bażi legali tal-verifiki u l-ispezzjonijiet, sabiex ikunu jistgħu jipprovdu l-għajnuna kollha meħtieġa. Għal dan il-għan, l-uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri jistgħu jipparteċipaw fil-verifiki u spezzjonijiet fuq il-post.

3.   Jekk l-awtoritajiet Żvizzeri kkonċernati jkunu jixtiequ hekk, il-verifiki u spezzjonijiet fuq il-post jistgħu jsiru b'mod konġunt mill-OLAF u minnhom.

4.   Fejn il-parteċipanti fil-programm jirreżistu verifika jew spezzjoni fuq il-post, l-awtoritajiet Żvizzeri, filwaqt li jaġixxu f'konformità mar-regoli nazzjonali, għandhom jagħtu tali assistenza lill-ispetturi tal-OLAF kif ikunu jeħtieġu biex jippermettulhom iwettqu d-dover tagħhom fit-twettiq ta' verifika jew spezzjoni fuq il-post.

5.   L-OLAF għandu jirrapporta, mill-aktar fis possibbli, lill-Uffiċċju tal-Awditjar Federali Żvizzeru jew lil awtoritajiet kompetenti oħrajn Żvizzeri maħturin mill-Uffiċċju tal-Awditjar Federali Żvizzeru dwar kull fatt jew suspett relatat ma' irregolarità li huwa jkun induna bihom waqt li kien qed iwettaq il-verifika jew l-ispezzjoni fuq il post. F'kull każ, l-OLAF għandu jinforma lill-awtorità msemmija fuq bir-riżultat ta' tali verifiki u spezzjonijiet.

Artikolu 4

Informazzjoni u konsultazzjoni

1.   Għall-għanijiet tal-implimentazzjoni korretta ta' dan l-Anness, l-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri u tal-Unjoni għandhom jiskambjaw regolarment informazzjoni bejniethom u, fuq talba ta' waħda mill-Partijiet Kontraenti għandhom ikollhom konsultazzjonijiet.

2.   L-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri għandhom jinformaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe fatt jew suspett li jkunu nnutaw relatat ma' irregolarità f'konnessjoni mal-konklużjoni u l-implimentazzjoni tal-kuntratti jew tal-ftehimiet konklużi fl-applikazzjoni tal-istrumenti msemmija f'dan l-Arranġament.

Artikolu 5

Kunfidenzjalità

L-informazzjoni kkomunikata jew miksuba f'kull forma skont dan l-Anness għandha tkun koperta bis-segretezza professjonali u mħarsa bl-istess mod kif tkun imħarsa informazzjoni simili mil-liġi Żvizzera u mid-dispożizzjonijiet korrispondenti applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

Tali informazzjoni ma għandhiex tiġi kkomunikata lil persuni oħrajn ħlief dawk li fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, fl-Istati Membri jew fl-Iżvizzera, li l-funzjonijiet tagħhom jirrikjedu li jkunu jafuha, u lanqas ma tista' tintuża għal għanijiet oħrajn ħlief dawk li jservu biex jiżguraw il-protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Partijiet Kontraenti.

Artikolu 6

Miżuri amministrattivi u penali

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-liġi kriminali Żvizzera, jistgħu jiġu imposti miżuri amministrattivi u penali mill-Aġenzija jew mill-Kummissjoni Ewropea skont ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1271/2013 u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (4).

Artikolu 7

Irkupru u infurzar

Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija jew mill-Kummissjoni Ewropea fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Arranġament li jimponu obbligu fil-forma ta' flus fuq il-persuni għajr minn Stati għandhom ikunu infurzabbli fl-Iżvizzera. L-ordni tal-infurzar għandha tinħareġ, mingħajr l-ebda kontroll ieħor għajr għall-verifika tal-awtentiċità tal-att, mill-awtorità maħtura mill-gvern Żvizzeru, li għandu jinforma lill-Aġenzija jew lill-Kummissjoni Ewropea b'dan. L-infurzar għandu jseħħ f'konformità mar-regoli ta' proċedura Żvizzeri. Il-legalità tad-deċiżjoni ta' infurzar għandha tkun soġġetta għall-kontroll mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Is-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea bis-saħħa ta' klawsola ta' arbitraġġ huma infurzabbli skont l-istess termini.


(1)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

(3)  Ir-Regolament (UE, EURATOM) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).


ANNESS IV

IL-KONTROLL FINANZJARJU FIR-RIGWARD TAL-PARTEĊIPANTI MIL-LIECHTENSTEIN FL-ATTIVITAJIET TAL-AĠENZIJA

Artikolu 1

Komunikazzjoni diretta

L-Aġenzija u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jikkomunikaw direttament mal-persuni jew mal-entitajiet kollha stabbiliti fil-Liechtenstein u li jkunu qed jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Aġenzija, bħala kuntratturi, parteċipanti fil-programmi tal-Aġenzija, riċevituri ta' pagamenti mill-baġit tal-Aġenzija jew tal-Unjoni, jew sottokuntratturi. Tali persuni jistgħu jibagħtu direttament lill-Kummissjoni Ewropa u lill-Aġenzija l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni rilevanti kollha li huma meħtieġa jissottomettu abbażi tal-istrumenti msemmija f'dan l-Arranġament u ta' kuntratti jew ftehimiet konklużi u kwalunkwe deċiżjoni meħuda taħthom

Artikolu 2

L-awditi

1.   F'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, mar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 u mal-istrumenti l-oħrajn msemmija f'dan l-Arranġament, il-kuntratti jew il-ftehimiet konklużi u d-deċiżjonijiet meħuda mal-benefiċjarji stabbiliti fil-Liechtenstein jistgħu jipprovdu għal awditi xjentifiċi, finanzjarji, teknoloġiċi jew awditi oħrajn li jkollhom isiru fi kwalunkwe mument fil-post tal-benefiċjarji u tas-sottokuntratturi tagħhom mill-uffiċjali tal-Aġenzija u tal-Kummissjoni Ewropea jew minn persuni oħra b'mandat mill-Aġenzija u mill-Kummissjoni Ewropea.

2.   L-uffiċjali tal-Aġenzija u tal-Kummissjoni Ewropea u persuni oħrajn b'mandat mill-Aġenzija u mill-Kummissjoni Ewropea għandu jkollhom aċċess adegwat għal siti, xogħlijiet u dokumenti u għall-informazzjoni kollha meħtieġa biex jagħmlu tali awditi, inkluż fil-forma elettronika. Dan id-dritt għall-aċċess għandu jiġi espliċitament stipulat fil-kuntratti jew fil-ftehimiet konklużi għall-implimentazzjoni tal-istrumenti msemmija f'dan l-Arranġament.

3.   Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandu jkollha l-istess drittijiet bħall-Kummissjoni Ewropea.

4.   L-awditi jistgħu jsiru sa ħames snin wara l-iskadenza ta' dan l-Arranġament jew taħt it-termini tal-kuntratti jew ftehimiet konklużi u d-deċiżjonijiet meħuda.

5.   L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjar tal-Liechtenstein għandu jiġi avżat qabel l-awditi magħmulin fit-territorju tal-Liechtenstein. Din l-informazzjoni ma għandhiex tkun kondizzjoni legali għat-twettiq ta' tali awditi.

Artikolu 3

Verifiki fuq il-post

1.   Fi ħdan il-qafas ta' dan il-Ftehim, il-Kummissjoni Ewropea (OLAF) tista' tagħmel investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post fit-territorju tal-Liechtenstein, skont it-termini u l-kondizzjonijiet stipulati fir-Regolamenti (Euratom, KE) Nru 2185/96 u (UE, Euratom) Nru 883/2013 bil-għan li tistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea.

2.   Il-verifiki u spezzjonijiet fuq il-post għandhom jitħejjew u jitmexxew mill-OLAF b'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjar tal-Liechtenstein jew ma' awtoritajiet kompetenti oħrajn fil-Liechtenstein maħtura mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjar, li għandhom ikunu informati fil-ħin dwar l-oġġett, l-iskop u l-bażi ġuridika tal-kontrolli u l-ispezzjonijiet, sabiex ikunu jistgħu jagħtu l-għajnuna kollha meħtieġa. Għal dan il-għan, l-uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti fil-Liechtenstein jistgħu jieħdu sehem fil-verifiki u spezzjonijiet fuq il-post.

3.   Jekk l-awtoritajiet tal-Liechtenstein ikkonċernati jkunu jixtiequ hekk, il-verifiki u spezzjonijiet fuq il-post jistgħu jsiru b'mod konġunt mill-OLAF u minnhom.

4.   Fejn il-parteċipanti fil-programm jirreżistu verifika jew spezzjoni fuq il-post, l-awtoritajiet tal-Liechtenstein, filwaqt li jaġixxu f'konformità mar-regoli nazzjonali, għandhom jagħtu tali assistenza lill-ispetturi tal-OLAF kif ikunu jeħtieġu biex jippermettulhom iwettqu d-dover tagħhom fit-twettiq ta' verifika jew spezzjoni fuq il-post.

5.   L-OLAF għandu jirrapporta, mill-aktar fis possibbli, lill-Uffiċċju tal-Awditjar Federali tal-Liechtenstein jew lill-awtoritajiet tal-Liechtenstein kompetenti l-oħrajn maħturin mill-Uffiċċju tal-Awditjar Nazzjonali tal-Liechtenstein dwar kull fatt jew suspett relatat ma' irregolarità li huwa jkun induna bihom waqt li kien qed iwettaq il-verifika jew l-ispezzjoni fuq il post. F'kull każ, l-OLAF għandu jinforma lill-awtorità msemmija fuq bir-riżultat ta' tali verifiki u spezzjonijiet.

Artikolu 4

Informazzjoni u konsultazzjoni

1.   Għall-finijiet tal-implimentazzjoni korretta ta' dan l-Anness, l-awtoritajiet kompetenti tal-Liechtenstein u tal-Unjoni għandhom jiskambjaw regolarment informazzjoni bejniethom u, f'każ li jkun hemm talba minn waħda mill-Partijiet Kontraenti, għandhom ikollhom konsultazzjonijiet.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Liechtenstein għandhom jinformaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe fatt jew suspett li jkunu nnutaw relatat ma' irregolarità f'konnessjoni mal-konklużjoni u l-implimentazzjoni tal-kuntratti jew tal-ftehimiet konklużi fl-applikazzjoni tal-istrumenti msemmija f'dan l-Arranġament.

Artikolu 5

Kunfidenzjalità

L-informazzjoni kkomunikata jew miksuba f'kull forma skont dan l-Anness għandha tkun koperta bis-segretezza professjonali u mħarsa bl-istess mod kif tkun imħarsa informazzjoni simili mil-liġi tal-Liechtenstein u mid-dispożizzjonijiet korrispondenti applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Tali informazzjoni ma għandhiex tiġi kkomunikata lil persuni oħrajn ħlief dawk li fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, fl-Istati Membri jew fil-Liechtenstein, li l-funzjonijiet tagħhom jirrikjedu li jkunu jafuha, u lanqas ma tista' tintuża għal għanijiet oħrajn ħlief dawk li jservu biex jiżguraw il-protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Partijiet Kontraenti.

Artikolu 6

Miżuri amministrattivi u penali

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-liġi kriminali tal-Liechtenstein, jistgħu jiġu imposti miżuri amministrattivi u penali mill-Aġenzija jew mill-Kummissjoni Ewropea skont ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1271/2013 u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95.

Artikolu 7

Irkupru u infurzar

Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija jew mill-Kummissjoni Ewropea fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Arranġament li jimponu obbligu fil-forma ta' flus fuq il-persuni għajr minn Stati għandhom ikunu infurzabbli fil-Liechtenstein. L-ordni tal-infurzar għandha tinħareġ, mingħajr l-ebda kontroll ieħor għajr għall-verifika tal-awtentiċità tal-att, mill-awtorità maħtura mill-gvern tal-Liechtenstein, li għandu jinforma lill-Aġenzija jew lill-Kummissjoni Ewropea b'dan. L-infurzar għandu jseħħ f'konformità mar-regoli ta' proċedura tal-Liechtenstein. Il-legalità tad-deċiżjoni ta' infurzar għandha tkun soġġetta għall-kontroll mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Is-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea bis-saħħa ta' klawsola ta' arbitraġġ huma infurzabbli skont l-istess termini.


24.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 138/30


Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat responsabbli għall-eżami ta' talba għall-ażil iddepożitata fid-Danimarka jew f'xi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea u l-“Eurodac” għat-tqabbil tal-marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta' Dublin fir-rigward tal-aċċess għall-Eurodac għal finijiet ta' infurzar tal-liġi

Peress li l-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll imsemmi hawn fuq (1) tlestew fit-13 ta' Mejju 2019, dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2019, f'konformità mal-Artikolu 4(2) tiegħu.


(1)  Protokoll għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-istat responsabbli għall-eżami ta' talba għall-ażil iddepożitata fid-Danimarka jew f'xi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea u l-“Eurodac” għat-tqabbil tal-marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta' Dublin fir-rigward ta' aċċess fil-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi (ara l-paġna 5 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


REGOLAMENTI

24.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 138/31


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/838

tal-20 ta' Frar 2019

dwar speċifikazzjonijiet tekniċi għal sistemi ta' trekkjar u traċċar tal-bastimenti u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 415/2007

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2005/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar is-Servizzi Armonizzati ta' Informazzjoni tax-Xmajjar (RIS) f'passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1)(d) tagħha,

Billi:

(1)

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għal sistemi ta' trekkjar u traċċar tal-bastimenti, previsti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 415/2007 (2), jenħtieġ li jiġu aġġornati u ċċarati, billi tiġi kkunsidrata l-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni tagħhom, kif ukoll il-progress teknoloġiku u l-aġġornament tal-istandards internazzjonali sottostanti.

(2)

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għal sistemi ta' trekkjar u traċċar tal-bastimenti jenħtieġ li jiġu bbażati fuq il-prinċipji tekniċi stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 2005/44/KE.

(3)

Skont l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2005/44/KE, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jridu jqisu b'mod xieraq ix-xogħol imwettaq mill-organizzazzjonijiet internazzjonali. Il-kontinwità trid tiġi żgurata b'servizzi tal-ġestjoni tat-traffiku modali oħrajn, b'mod partikolari servizzi tal-ġestjoni u informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti marittimi.

(4)

Sabiex titjieb l-effiċjenza tat-trasport b'passaġġi fuq l-ilma interni, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jenħtieġ li jiġu estiżi biex jinkludu dispożizzjonijiet relatati mal-Messaġġi Speċifiċi għall-Applikazzjoni għal sistemi ta' trekkjar u traċċar tal-bastimenti.

(5)

Sabiex titjieb is-sikurezza tan-navigazzjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għal sistemi ta' trekkjar u traċċar tal-bastimenti jenħtieġ li jiġu estiżi biex jinkludu dispożizzjonijiet relatati mal-Għajnuniet għan-Navigazzjoni f'navigazzjoni interna.

(6)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni.

(7)

Skont l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2005/44/KE, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jenħtieġ li jidħlu fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tagħhom, u jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu mitluba li japplikaw dawn l-ispeċifikazzjonijiet mhux aktar tard minn 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tagħhom.

(8)

Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 415/2007 jenħtieġ li jitħassar.

(9)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2005/44/KE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għal sistemi ta' trekkjar u traċċar tal-bastimenti fit-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 415/2007 jitħassar. Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mit-13 ta' Ġunju 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Frar 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 255, 30.9.2005, p. 152.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 415/2007 tat-13 ta' Marzu 2007 fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għal sistemi ta' trekkjar u traċċar [Monitoraġġ u Lokalizzazzjoni] tal-bastimenti imsemmija fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2005/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi armonizzati ta' informazzjoni tax-xmajjar (RIS) f'passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità (ĠU L 105, 23.4.2007, p. 35)

(3)  Id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1).


ANNESS

Trekkjar u traċċar tal-Bastimenti Standard għal Navigazzjoni Interna

WERREJ

1.

Dispożizzjonijiet ġenerali 37

1.1.

Introduzzjoni 37

1.2.

Referenzi 37

1.3.

Definizzjonijiet 38

1.4.

Servizzi ta' Trekkjar u Traċċar tal-Bastimenti u rekwiżiti minimi ta' sistemi ta' Trekkjar u Traċċar tal-Bastimenti 40

2.

Funzjonijiet tat-Trekkjar u Traċċar tal-Bastimenti Interni 41

2.1.

Daħla 41

2.2.

Navigazzjoni 41

2.2.1.

Navigazzjoni, għall-perjodu ta' żmien medju bil-quddiem 41

2.2.2.

In-navigazzjoni, għal perjodu qasir bil-quddiem 41

2.2.3.

In-navigazzjoni, għal żmien qasir ħafna bil-quddiem 42

2.3.

Il-ġestjoni tat-traffiku tal-bastimenti 42

2.3.1.

Is-servizzi tat-traffiku tal-bastimenti 42

2.3.1.1.

Servizz ta' informazzjoni 42

2.3.1.2.

Servizz ta' assistenza fin-navigazzjoni 42

2.3.1.3.

Servizz tal-organizzazzjoni tat-traffiku 42

2.3.2.

Ippjanar u operazzjoni tal-magħluqa 43

2.3.2.1.

Ippjanar tal-magħluqa, fuq żmien twil 43

2.3.2.2.

Ippjanar tal-magħluqa għal perjodu ta' medju 43

2.3.2.3.

Operazzjoni tal-magħluqa 43

2.3.3.

L-ippjanar u t-tħaddim tal-pontijiet 43

2.3.3.1.

L-ippjanar tal-pontijiet għall-perjodu ta' medju 43

2.3.3.2.

Ippjanar tal-pontijiet, żmien qasir 44

2.3.3.3.

Operazzjoni tal-pontijiet 44

2.4.

Il-prevenzjoni tad-diżastri 44

2.5.

Il-ġestjoni tat-trasport 44

2.5.1.

Ippjanar tal-vjaġġi 44

2.5.2.

Loġistika tat-trasport 44

2.5.3.

Il-ġestjoni intermodali tal-portijiet u tat-terminali 44

2.5.4.

Ġestjoni tat-merkanzija u tal-flotot 45

2.6.

Infurzar 45

2.7.

L-imposti tal-kanali navigabbli u l-infrastruttura tal-portijiet 45

2.8.

Ħtiġijiet tal-informazzjoni 45

3.

L-Ispeċifikazzjoni Teknika mill-AIS Interna 46

3.1.

Daħla 46

3.2.

Kamp ta' Applikazzjoni 47

3.3.

Rekwiżiti 48

3.3.1.

Rekwiżiti ġenerali 48

3.3.2.

Kontenut tal-informazzjoni 48

3.3.2.1.

Informazzjoni statika dwar il-bastiment 49

3.3.2.2.

Informazzjoni dinamika dwar il-bastiment 49

3.3.2.3.

Informazzjoni relatata mal-vjaġġ tal-vapur 50

3.3.2.4.

L-għadd ta' persuni abbord 50

3.3.2.5.

Messaġġi relatati mas-sikurezza 50

3.3.3.

L-intervall tar-rappurtar tat-trażmissjoni tal-informazzjoni 50

3.3.4.

Il-pjattaforma teknoloġika 52

3.3.5.

Kompatibilità ma' stazzjonijiet mobbli ta' Klassi A tal-AIS 52

3.3.6.

Identifikatur uniku 52

3.3.7.

Rekwiżiti tal-applikazzjoni 52

3.3.8.

Approvazzjoni tat-tip 52

3.4.

Emendi għall-protokoll għall-istazzjon mobbli tal-AIS Interna 52

3.4.1.

It-Tabella 3.2 Rapport dwar il-pożizzjoni 52

3.4.2.

Data statika tal-bastiment u relatata mal-vjaġġ (Messaġġ 5) 54

3.4.3.

Kmand ta' assenjament fi grupp (Messaġġ 23) 57

3.5.

Messaġġi tal-AIS Interna 57

3.5.1.

Messaġġi tal-AIS Interna addizzjonali 57

3.5.2.

Identifikatur tal-applikazzjoni għal Messaġġi Speċifiċi għall-Applikazzjoni tal-AIS Interna 57

3.5.3.

Kontenut ta' informazzjoni permezz ta' Messaġġi Speċifiċi għall-Applikazzjoni 57

3.5.3.1.

Data statika tal-bastiment u relatata mal-vjaġġ Interna (Messaġġ speċifiku intern FI 10) 57

3.5.3.2.

Għadd ta' persuni abbord (messaġġ speċifiku Intern FI 55) 58

4.

Stazzjonijiet mobbli tal-AIS oħra fuq passaġġi fuq l-ilma interni 59

4.1.

Daħla 59

4.2.

Rekwiżiti ġenerali għal stazzjonijiet mobbli tal-Klassi B tal-AIS fuq passaġġi fuq l-ilma interni 60

5.

AIS Għajnuniet lin-Navigazzjoni f'Navigazzjoni Interna 60

5.1.

Daħla 60

5.2.

Użu tal-Messaġġ 21: Rapport dwar l-Għajnuniet lil Navigazzjoni 60

5.3.

Estensjoni ta' Messaġġ 21 b'tip speċifiku intern ta' AtoN 64

1.   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

1.1.   Introduzzjoni

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għal sistemi ta' Trekkjar u Traċċar tal-Bastimenti (VTT) huma bbażati fuq ix-xogħol li jsir f'dan il-qasam minn organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, jiġifieri standards u speċifikazzjonijiet tekniċi li diġà huma eżistenti fin-navigazzjoni interna, marittima jew oqsma rilevanti oħra.

Minħabba l-applikazzjoni tas-sistemi VTT f'żoni ta' traffiku mħallta inkluż ambjenti ta' navigazzjoni kemm interna kif ukoll marittima, bħal portijiet tal-baħar u żoni kostali, is-sistemi VTT għandhom ikunu kompatibbli mal-istazzjonijiet mobbli AIS tal-Klassi A kif imsemmi fil-Kapitolu V tal-Konvenzjoni SOLAS.

Meta s-sistemi VTT jipprovdu servizzi essenzjali kif definit fid-Direttiva (UE) 2016/1148 (1) dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni, japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

1.2.   Referenzi

Il-ftehimiet internazzjonali, ir-rakkomandazzjonijiet, l-istandards u l-linji gwida li ġejjin huma msemmija f'dan l-Anness:

Titlu tad-dokument

Organizzazzjoni

Data tal-pubblikazzjoni

The World Association for Waterborne Transport Infrastructure (PIANC) Guidelines and Recommendations for River Information Services (Il-Linji Gwida u Rakkomandazzjonijiet għal Servizzi tal-Informazzjoni tax-Xmajjar tal-Assoċjazzjoni Dinjija għal Infrastruttura ta' Trasport fuq l-Ilma (PIANC))

PIANC

2011

Il-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar (SOLAS) mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO), il-Kapitolu V - Safety of navigation (Sigurtà ta' navigazzjoni), 1974, kif emendat

IMO

1974

Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO)

MSC.74(69) l-Anness 3, “Recommendation on Performance Standards for a Ship-borne Automatic Identification System (AIS)” (Ir-Rakkomandazzjoni dwar l-Istandards tal-Prestazzjoni għall-Sistema ta' Identifikazzjoni Awtomatika fuq il-Vapuri (AIS), 1998

IMO

1998

Ir-riżoluzzjoni tal-IMO A.915(22), “Revised Maritime Policy and Requirements for a future Global Navigation Satellite System (GNSS)” (Il-Politika Marittima Riveduta u r-Rekwiżiti għal Sistema utura tan-Navigazzjoni Globali bis-Satellita (GNSS), 2002

IMO

2002

Ir-riżoluzzjoni tal-IMO A.1106(29) Linji gwida Reveduti għall-Użu Operatorju Abbord ta' Sistema ta' Identifikazzjoni Awtomatika fuq il-Vapuri (AIS), 2015

IMO

2015

Rakkomandazzjoni mill-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni ITU-R M.585 “Assignment and use of identities in the maritime mobile service” (Assenjament u użu ta' identitajiet fis-servizz mobbli marittimu), 2015

ITU

2015

Rakkomandazzjoni mill-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni ITU-R M.1371 “Technical characteristics for a universal shipborne automatic identification system using time division multiple access in the VHF maritime mobile band” (Il-karatteristiċi tekniċi għal sistema universali ta' identifikazzjoni awtomatika ta' fuq il-vapuri u li tuża time division multiple access fil-frekwenza marittima mobbli tal-VHF)

ITU

2014

L-Istandard Internazzjonali mill-Kummissjoni Elettroteknika Internazzjonali (IEC)

61993-2, “In-navigazzjoni marittima u t-tagħmir u s-sistemi ta' komunikazzjoni bir-radju – sistema ta' Identifikazzjoni Awtomatika,

Parti 2: Tagħmir li jinsab fuq il-vapuri ta' Klassi A tas-sistema universali ta' identifikazzjoni awtomatika (AIS)”

IEC

2018

L-Istandard Internazzjonali IEC 61162-Serie, “Tagħmir u sistemi għan-navigazzjoni marittima u l-komunikazzjoni bir-radju — Interfejsis diġitali”:

Parti 1: Kelliem wieħed u bosta semmiegħa; Parti 2: Kelliem wieħed u bosta semmiegħa, trażmissjoni veloċi

IEC

Parti 1: 2016

Parti 2: 1998

L-Istandard Internazzjonali mill-Kummissjoni Elettroteknika Internazzjonali (IEC)

62287-Serje, Maritime navigation and radio communication equipment and systems - Class B shipborne equipment of the automatic identification system (AIS) (Navigazzjoni marittima u tagħmir u sistemi tal-komunikazzjoni bir-radju - Tagħmir li jinsab fuq il-vapuri ta' Klassi B tas-sistema universali ta' identifikazzjoni awtomatika (AIS))

Parti 1: Tekniki ta' carrier sense time division multiple access (CSTDMA);

Parti 2: Tekniki ta' self-organising time division multiple access (SOTDMA)

IEC

2017

Standards Rakkomandati tal-Kummissjoni Teknika tar-Radju għal Servizzi Marittimi (RTCM) għal Servizz GNSS (Sistema Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita) Differenzjali

RTCM

2010

Ir-rakkomandazzjoni Nru 28 tal-UNECE “Codes for Types of Means of Transport” (Kodiċijiet għal Tipi ta' Mezzi ta' Trasport)

NU/KEE

2010

1.3.   Definizzjonijiet

It-taqsiriet li ġejjin huma użati f'dan l-Anness:

(a)

Sistema ta' Identifikazzjoni Awtomatika

Sistema ta' Identifikazzjoni Awtomatika (AIS)

 

“Sistema ta' Identifikazzjoni Awtomatika (AIS)” tfisser sistema awtomatika ta' komunikazzjoni u ta' identifikazzjoni maħsuba biex ittejjeb is-sikurezza fin-navigazzjoni billi tgħin fl-operazzjoni effiċjenti tas-servizzi tat-traffiku tal-bastimenti (VTS), rappurtaġġ tal-bastimenti, operazzjonijiet ta' bastiment għal bastiment u ta' bastiment għax-xatt.

AIS Interna

 

“AIS Interna” tfisser AIS għall-użu fin-navigazzjoni interna u interoperabbli mal-AIS (marittima) li hija ffaċilitata teknikament minn emendi u estensjonijiet għall-AIS (marittima).

Trekkjar u Traċċar

 

“Trekkjar u Traċċar” tfisser il-proċess ta' monitoraġġ u rrekordjar tal-lokalitajiet passati u preżenti tat-tagħbija tal-bastiment, hekk kif jgħaddi minn ġesturi differenti fi triqtu għad-destinazzjoni tiegħu, minn netwerk. Traċċar tirreferi għal fejn kien il-prodott, filwaqt li trekkjar tirreferi għal fejn imissu jmur.

Binarju

 

“Binarju” tfisser il-passaġġ segwit jew li għandu jiġi segwit bejn pożizzjoni u oħra.

(b)

Servizzi

Servizzi tal-Informazzjoni tax-Xmajjar (RIS)

 

“Servizzi tal-Informazzjoni tax-Xmajjar (RIS)” tfisser servizzi pprovduti skont l-Artikolu 3(a) tad-Direttiva 2005/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

Ġestjoni tat-Traffiku tal-Bastimenti (VTM)

 

“Ġestjoni tat-Traffiku tal-Bastimenti (VTM)” tfisser il-qafas funzjonali ta' miżuri u servizzi armonizzati sabiex jitjiebu s-sikurezza, is-sigurtà, l-effiċjenza tat-trasport marittimu u l-protezzjoni tal-ambjent marittimu fl-ilmijiet navigabbli kollha.

Servizzi tat-Traffiku tal-Bastimenti (VTS) Interni

 

“Servizzi tat-Traffiku tal-Bastimenti (VTS) Interni” tfisser servizzi fi ħdan it-tifsira tal-punt 2.5 tal-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 414/2007 (3).

Informazzjoni dwar in-navigazzjoni

 

“Informazzjoni dwar in-navigazzjoni” hija informazzjoni provduta lill-kaptan abbord bħala għajnuna għat-teħid tad-deċiżjonijiet abbord.

Informazzjoni Tattika dwar it-Traffiku (TTI)

 

“Informazzjoni Tattika dwar it-Traffiku” tfisser l-informazzjoni li taffettwa d-deċiżjonijiet immedjati navigazzjonali fis-sitwazzjoni reali tat-traffiku u fiż-żoni ġeografiċi viċini. Informazzjoni Tattika dwar it-Traffiku tintuża biex tiġġenera Immaġni Tattika dwar it-Traffiku.

Informazzjoni Strateġika dwar it-Traffiku (STI)

 

“Informazzjoni Strateġika dwar it-Traffiku” tfisser l-informazzjoni li taffettwa d-deċiżjonijiet fuq perjodu medju u til tal-utenti tal-RIS. Informazzjoni Strateġika dwar it-Traffiku tintuża biex tiġġenera Immaġni Strateġika dwar it-Traffiku.

Trekkjar u Traċċar tal-Bastimenti (VTT)

 

“Trekkjar u Traċċar tal-Bastimenti” tfisser funzjoni fi ħdan it-tifsira tal-punt 2.12 tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 414/2007.

Identità tas-Servizz Mobbli Marittimu (MMSI)

 

“Identità tas-Servizz Mobbli Marittimu (MMSI)” tfisser serje ta' disa' numri li jiġu trażmessi fuq il-passaġġ tar-radju sabiex jidentifikaw b'mod uniku l-bastiment, l-istazzjonijiet, l-istazzjonijiet mal-kosta u t-telefonati fi grupp.

Rapportaġġ elettroniku internazzjonali (ERI)

 

“Rapportaġġ elettroniku internazzjonali (ERI)” tfisser il-Linji gwida u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti skont l-Artikolu 5(1)(b) tad-Direttiva 2005/44/KE.

Sistema Elettronika ta' Viżwalizzazzjoni ta' Mapep u ta' Informazzjoni Għan-Navigazzjoni Interna(ECDIS Interna)

 

“Sistema Elettronika ta' Viżwalizzazzjoni ta' Mapep u ta' Informazzjoni Għan-Navigazzjoni Interna(ECDIS Interna)” tfisser il-Linji gwida u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti skont l-Artikolu 5(1)(a) tad-Direttiva 2005/44/KE.

Parteċipanti

Kaptan tal-bastiment

 

“Kaptan tal-bastiment” tfisser il-persuna abbord il-bastiment li tikkmanda u li jkollha awtorità biex tieħu d-deċiżjonijiet kollha relatati man-navigazzjoni u l-ġestjoni tal-bastiment. It-termini “kaptan tal-bastiment”, “kaptan tad-dgħajsa” u “kaptan” għandhom jitqiesu ekwivalenti.

Kaptan diriġenti

 

“Kaptan diriġenti (Kaptan tan-navigazzjoni)” tfisser il-persuna li tinnaviga l-bastiment, skont l-istruzzjonijiet tal-pjan tal-vjaġġ tal-kaptan tal-bastiment.

Awtorità Kompetenti għal RIS

 

L-Awtorità Kompetenti għal RIS tfisser l-awtorità denominata mill-Istat Membru skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2005/44/KE.

Operatur tal-RIS

 

“Operatur tal-RIS” tfisser persuna li twettaq kompitu wieħed jew aktar relatati mal-għoti ta' servizzi RIS.

Utenti tal-RIS

 

“Utenti tal-RIS” tfisser il-gruppi ta' utenti differenti kollha kif definit fl-Artikolu 3(g) tad-Direttiva 2005/44/KE.

1.4.   Servizzi ta' Trekkjar u Traċċar tal-Bastimenti u rekwiżiti minimi ta' sistemi ta' Trekkjar u Traċċar tal-Bastimenti

Is-sistemi VTT għandhom ikunu jistgħu jappoġġjaw is-servizzi li ġejjin:

Navigazzjoni,

Informazzjoni dwar it-Traffiku,

Ġestjoni tat-Traffiku,

Tnaqqis tad-Diżastri,

Ġestjoni tat-Trasport,

Infurzar,

L-imposti tal-kanali navigabbli u l-infrastruttura tal-portijiet,

Servizzi ta' Informazzjoni tal-Passaġġ navigabbli,

Statistika.

Dan huwa mingħajr preġudizzju lejn id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 414/2007 applikabbli għal dawn is-servizzi.

L-aktar informazzjoni importanti tal-VTT tirrelata mal-identità tal-bastiment u l-pożizzjoni tiegħu. Il-VTT għandu jkun jista' jipprovdi – tal-inqas l-informazzjoni li ġejja dwar bażi awtomatika u perjodika għal bastimenti oħra għal bastimenti u stazzjonijiet tal-plajja oħra, diment li dawn il-bastimenti jew stazzjonijiet tal-plajja jkunu mgħammra kif xieraq:

Identifikazzjoni tal-bastiment unika: numru Uniku Ewropew ta' Identifikazzjoni tal-Bastiment (ENI)/numru tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (numru OMI),

Isem il-bastiment,

Sinjal tas-sejħa tal-bastiment,

L-istatus tan-navigazzjoni,

Tip ta' bastiment jew konvoj,

Dimensjonijiet tal-bastiment jew konvoj,

Pixka,

Indikazzjoni tal-merkanzija perikoluża (numru ta' koni blu f'konformità ma' ADN),

Status tat-tagħbija (mgħobbi/mhux mgħobbi),

Destinazzjoni,

Ħin Stmat tal-Wasla (ETA) fid-destinazzjoni,

L-għadd ta' persuni abbord,

Pożizzjoni (+ indikazzjoni tal-kwalità),

Veloċità (+ indikazzjoni tal-kwalità),

Rotta fuq l-Art (COG) (+ indikazzjoni tal-kwalità),

Direzzjoni (HDG) (+ indikazzjoni tal-kwalità),

Rata Tad-Dawrien (ROT),

Informazzjoni tas-sinjal blu,

Kronogramma tal-iffissar tal-pożizzjoni.

Dawn ir-rekwiżiti minimi jindikaw il-ħtiġijiet tal-utent u d-data meħtieġa għal sistemi VTT f'navigazzjoni interna.

Sistema VTT hija mfassla biex toffri flessibbiltà biżżejjed biex takkomoda rekwiżiti addizzjonali futuri.

2.   FUNZJONIJIET TAT-TREKKJAR U TRAĊĊAR TAL-BASTIMENTI INTERNI

2.1.   Daħla

Din it-taqsima tistabbilixxi r-rekwiżiti relatati mal-informazzjoni tal-VTT għal kategoriji differenti ta' servizz RIS. Ir-rekwiżiti għal kull kategorija ta' servizz huma elenkati billi jiddeskrivu l-gruppi tal-utent u l-użu tal-informazzjoni tal-VTT.

Il-ħarsa ġenerali tal-ħtiġijiet tal-informazzjoni tal-VTT hija pprovduta f'Tabella 2.1 fl-aħħar ta' din it-taqsima.

2.2.   Navigazzjoni

It-trekkjar u traċċar tal-bastimenti jistgħu jkunu użati għall-appoġġ tan-navigazzjoni attiva abbord. Il-grupp tal-utenti ewlieni huwa l-kaptani diriġenti.

Il-proċess tan-navigazzjoni jista' jiġi maqsum fi tliet fażijiet:

(a)

in-navigazzjoni, għal perjodu ta' żmien medju bil-quddiem,

(b)

in-navigazzjoni, għal perjodu ta' żmien qasir bil-quddiem,

(ċ)

in-navigazzjoni, għal perjodu ta' żmien qasir ħafna bil-quddiem.

Ir-rekwiżiti tal-utent huma differenti għal kull fażi.

2.2.1.   Navigazzjoni, għall-perjodu ta' żmien medju bil-quddiem

In-navigazzjoni għal perjodu ta' żmien medju bil-quddiem hija l-fażi tan-navigazzjoni li fiha l-kaptan josserva u janalizza s-sitwazzjoni tat-traffiku sa minn ftit minuti sa siegħa bil-quddiem, u jikkunsidra x'inhuma l-possibiltajiet ta' fejn ikun jista' jiltaqa' ma', jiskorri jew jissorpassa bastimenti oħra.

L-istampa tat-traffiku meħtieġa hija waħda li tipikament tesiġi li wieħed joqgħod attent għal dak li jista' jinqala' “kantuniera 'l bogħod”, u prinċipalment tkun 'il barra mill-firxa tad-distanza tar-radar abbord.

Ir-rata ta' aġġornament tiddependi fuq il-kompitu u tvarja skont is-sitwazzjoni li fiha jkun involut il-bastiment.

2.2.2.   In-navigazzjoni, għal perjodu qasir bil-quddiem

In-navigazzjoni, għal perjodu qasir bil-quddiem, hija l-fażi ta' deċiżjoni fil-proċess tan-navigazzjoni. F'din il-fażi l-informazzjoni dwar it-traffiku għandha relevanza għall-proċess tan-navigazzjoni, li jinkludi miżuri biex jiġu evitati kolliżjonijiet jekk ikun hemm bżonn. Din il-funzjoni tindirizza l-osservazzjoni ta' bastimenti oħra fil-viċinanzi tal-bastiment stess.

L-informazzjoni dwar it-traffiku reali għandha tiġi skambjata b'mod kontinwu tal-inqas kull 10 sekondi. Għal xi rotot, l-awtoritajiet jistgħu jistabbilixxu rata ta' aġġornament definita minn qabel (massimu żewġ sekondi).

2.2.3.   In-navigazzjoni, għal żmien qasir ħafna bil-quddiem

In-navigazzjoni, għal żmien qasir ħafna bil-quddiem, hija l-proċess operattiv tan-navigazzjoni. Din tikkonsisti fit-twettiq tad-deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu minn qabel, fuq il-post u l-monitoraġġ tal-effetti tagħhom. L-informazzjoni dwar it-traffiku meħtieġa minn bastimenti oħrajn speċjalment f'din is-sitwazzjoni hija marbuta mal-kondizzjonijiet tal-bastiment tiegħu stess, bħall-pożizzjoni relattiva, il-veloċità relattiva. F'din il-fażi huwa meħtieġ li wieħed isegwi informazzjoni preċiża ħafna.

Għalhekk, l-informazzjoni dwar it-trekkjar u t-traċċar ma tistax tintuża għal navigazzjoni għal żmien qasir ħafna.

2.3.   Il-ġestjoni tat-traffiku tal-bastimenti

Il-ġestjoni tat-traffiku tal-bastimenti (VTM) tikkonsisti f'mill-anqas l-elementi li ġejjin:

(a)

is-servizzi tat-traffiku tal-bastimenti,

(b)

l-ippjanar u l-operazzjoni tal-magħluqa,

(ċ)

il-ġestjoni u t-tħaddim tal-pontijiet.

2.3.1.   Is-servizzi tat-traffiku tal-bastimenti

Is-servizzi tat-traffiku tal-bastimenti jikkonsistu mis-servizzi li ġejjin:

(a)

servizz ta' informazzjoni,

(b)

servizz ta' assistenza fin-navigazzjoni,

(ċ)

servizz ta' organizzazzjoni tat-traffiku.

Il-gruppi tal-utent tas-Servizzi tat-Traffiku tal-Bastimenti (VTS) huma operaturi tal-VTS u kaptani.

Il-ħtiġijiet tal-utent relatati mal-informazzjoni dwar it-traffika huma indikati fil-punti 2.3.1.1 sa 2.3.1.3.

2.3.1.1.   Servizz ta' informazzjoni

Is-servizz ta' informazzjoni huwa pprovdut bix-xandir ta' informazzjoni f'ħinijiet u intervalli fissi jew meta meqjus neċessarju mill-VTS jew fuq talba ta' bastiment, u jista' jinkludi rapporti dwar il-pożizzjoni, l-identità u l-intenzjoni ta bastimenti oħra, kondizzjonijiet tal-kanali navigabbli, kondizzjonijiet tat-temp, sitwazzjonijiet perikolużi jew xi fatturi oħra li jistgħu jinfluwenzaw it-tranżitu tal-bastiment.

Għas-servizzi ta' informazzjoni hija meħtieġa ħarsa ġenerali tat-traffiku f'netwerk jew f'medda ta' passaġġ navigabbli.

L-awtorità kompetenti tista' tistabbilixxi rata ta' aġġornament definita minn qabel jekk tkun meħtieġa għal passaġġ sigur u affidabbli miż-żona.

2.3.1.2.   Servizz ta' assistenza fin-navigazzjoni

Servizz ta' assistenza fin-navigazzjoni jinforma lill-kaptan dwar ċirkostanzi tan-navigazzjoni jew metereoloġiċi diffiċli jew jassisti lill-kaptan f'każ ta' difetti jew defiċjenzi. Dan is-servizz normalment jingħata fuq-talba ta' bastiment jew mill-VTS meta jkun meqjus meħtieġ.

Biex jipprovdi informazzjoni individwali lill-kaptan, l-operatur tal-VTS ikollu bżonn ta' stampa ddettaljata tat-traffiku.

L-informazzjoni dwar it-traffiku reali għandha tiġi skambjata kontinwament (kull tliet sekondi, fi kważi ħin reali jew b'rata ta' aġġornament definita minn qabel oħra stabbilita mill-awtorità kompetenti).

L-informazzjoni l-oħra kollha għandha tkun disponibbli fuq talba tal-operatur tal-VTS jew f'okkażjonijiet speċjali.

2.3.1.3.   Servizz tal-organizzazzjoni tat-traffiku

Servizz tal-organizzazzjoni tat-traffiku jikkonċerna l-ġestjoni operazzjonali tat-traffiku u l-ippjanar tal-moviment tal-bastimenti biex ikunu evitati l-konġestjoni u s-sitwazzjonijiet perikolużi, u huwa partikolarment relevanti f'ħinijiet ta' traffiku qawwi jew meta l-moviment ta' trasporti speċjali jista' jeffetwa l-fluss ta' traffiku ieħor. Is-servizz jista' wkoll jinkludi t-twaqqif u l-operazzjoni ta' sistema ta' awtorizzazzjoni tat-traffiku jew pjanijiet ta' tbaħħir VTS jew it-tnejn b'rabta mal-prijorità tal-movimenti, l-allokazzjoni tal-ispazju (bħal postijiet ta' rmiġġ, spazju tal-magħluqa, rotot ta' tbaħħir), ir-rapportaġġ obbligatorju tal-movimenti fiż-żona tal-VTS, ir-rotot li għandhom jiġu segwiti, il-limiti ta' veloċità li għandhom jiġu osservati jew miżuri oħra xieraqa li huma kkunsidrati meħtieġa mill-Awtorità VTS.

2.3.2.   Ippjanar u operazzjoni tal-magħluqa

Il-proċessi tal-ippjanar tal-magħluqa - għal perjodu twil u medju - u l-proċess tal-operazzjoni tal-magħkuqa huma deskritti fil-punti 2.3.2.1 sa 2.3.2.3. Il-gruppi tal-utent ewlenin huma operaturi tal-magħluqa, kaptani u ġestituri tal-flotta.

2.3.2.1.   Ippjanar tal-magħluqa, fuq żmien twil

L-ippjanar tal-magħluqa fuq żmien twil jindirizza l-ippjanar ta' magħluqa sa minn ftit sigħat sa ġurnata bil-quddiem.

F'dan il-każ l-informazzjoni dwar it-traffiku tintuża biex titjieb l-informazzjoni dwar il-ħin li l-vapuri jdumu jistennew u jdumu biex jgħaddu fil-magħluq, li oriġinarjament ikunu bbażati fuq informazzjoni statistika.

Il-Ħin Stmat tal-Wasla (ETA) għandu jkun disponibbli fuq talba jew għandu jiġi skambjat jekk id-devjazzjoni mill-ETA oriġinali taqbeż id-devjazzjoni permessa mill-awtorità kompetenti. Il-ħin mitlub tal-wasla (RTA) huwa r-rispons għal raport ETA jew jista' jintbagħat minn magħluqa biex jiġi propost ħin tal-għeluq.

2.3.2.2.   Ippjanar tal-magħluqa għal perjodu ta' medju

L-ippjanar tal-magħluqa għal perjodu medju jindirizza l-ippjanar ta' magħluq sa minn żewġ jew erba' ċikli tal-magħluq bil-quddiem.

F'dan il-każ l-informazzjoni dwar it-traffiku tintuża biex il-bastimenti li qed jaslu jiġu mmappati skont iċ-ċikli tal-magħluq disponibbli u bbażati fuq l-ippjanar biex il-kaptani jkunu infurmati dwar l-RTA.

L-ETA għandu jkun disponibbli fuq talba jew għandu jiġi skambjat jekk id-devjazzjoni mill-ETA oriġinali taqbeż id-devjazzjoni permessa mill-awtorità kompetenti. L-informazzjoni l-oħra kollha għandha tkun disponibbli mal-ewwel kuntatt jew meta mitluba. RTA huwa r-rispons għal rapport ETA jew jista' jintbagħat minn magħluqa biex jiġi propost ħin tal-għeluq.

2.3.2.3.   Operazzjoni tal-magħluqa

F'operazzjoni tal-magħluqa jitwettaq il-proċess tal-għeluq.

L-informazzjoni dwar it-traffiku reali għandha tiġi skambjata kontinwament jew tiġi stabbilita rata ta' aġġornament definita minn qabel oħra mill-awtorità kompetenti.

L-eżattezza tal-informazzjoni VTT ma tippermettix applikazzjonijiet ta' preċiżjoni għolja bħall-għeluq tal-gradi tal-għeluq.

2.3.3.   L-ippjanar u t-tħaddim tal-pontijiet

Il-proċessi tal-ippjanar tal-pontijiet — fi żmien medju u qasir — u l-proċessi tal-operazzjoni tal-pontijiet huma deskritti fil-punti 2.3.3.1 sa 2.3.3.3. Il-gruppi tal-utent ewlenin huma operaturi tal-pontijiet, kaptani u ġestituri tal-fotta.

2.3.3.1.   L-ippjanar tal-pontijiet għall-perjodu ta' medju

Il-proċess tal-ippjanar tal-pontijiet għall-perjodu medju jindirizza t-titjib tal-fluss tat-traffiku b'tali mod li l-pontijiet ikunu miftuħa fil-ħin biex minnhom jgħaddu l-bastimenti (il-mewġa l-ħadra). Il-perjodu ta' żmien għall-ippjanar ivarja bejn 15-il minuta u sagħtejn. It-tul ta' ħin jiddependi fuq is-sitwazzjoni lokali.

L-ETA u l-informazzjoni dwar il-pożizzjoni għandhom ikunu disponibbli fuq talba, jew tali informazzjoni għandha tiġi skambjata hekk kif id-devjazzjoni bejn l-ETA aġġornat u l-ETA oriġinali taqbeż valur definit minn qabel stabbilit mill-awtorità kompetenti. L-informazzjoni l-oħra kollha ser tkun disponibbli mal-ewwel kuntatt jew meta mitluba. RTA huwa r-rispons dwar rapport ETA jew jista' jintbagħat minn pont biex jiġi propost ħin tal-passaġġ.

2.3.3.2.   Ippjanar tal-pontijiet, żmien qasir

F'każ ta' ppjanar ta' pontijiet għal perjodu qasir, id-deċiżjonijiet isiru abbażi tal-istrateġija għall-ftuħ tal-pont.

L-informazzjoni dwar it-traffiku reali rigward il-pożizzjoni, il-veloċità u d-direzzjoni għandha tkun disponibbli meta mitluba jew tiġi skambjata skont rata ta' aġġornament definita minn qabel, pereżempju, kull ħames minuti, kif stabbilit mill-awtorità kompetenti. L-ETA u l-informazzjoni dwar il-pożizzjoni għandhom ikunu disponibbli fuq talba, jew tali informazzjoni għandha tiġi skambjata malli d-devjazzjoni bejn l-ETA aġġornat u l-ETA oriġinali taqbeż valur definit minn qabel stabbilit mill-awtorità kompetenti. L-informazzjoni l-oħra kollha għandha tkun disponibbli mal-ewwel kuntatt jew meta mitluba. RTA huwa r-rispons dwar rapport ETA jew jista' jintbagħat minn pont biex jiġi propost ħin tal-passaġġ.

2.3.3.3.   Operazzjoni tal-pontijiet

Fil-fażi tal-operazzjoni tal-pontijiet iseħħ il-ftuħ u l-passaġġ tal-bastiment minn taħt il-pont.

L-informazzjoni dwar it-traffiku reali għandha tiġi skambjata kontinwament jew b'rata ta' aġġornament oħra stabbilita mill-awtorità kompetenti.

L-eżattezza tal-informazzjoni VTT ma tippermettix applikazzjonijiet ta' preċiżjoni għolja bħall-ftuħ jew l-għeluq tal-pont.

2.4.   Il-prevenzjoni tad-diżastri

F'dan il-kuntest it-tnaqqis tad-diżastri jiffoka fuq miżuri reppressivi: li jittrattaw ma' inċidenti reali u jipprovdu assistenza waqt l-emerġenzi. Il-gruppi tal-utent ewlenin huma operaturi fiċ-ċentru tad-diżastri, operaturi VTS, kaptani u l-awtoritajiet kompetenti.

F'każ ta' inċident l-informazzjoni dwar it-traffiku tista' tiġi pprovduta awtomatikament jew l-organizzazzjoni responsabbli għandha titlob l-informazzjoni rispettiva.

2.5.   Il-ġestjoni tat-trasport

Il-ġestjoni tat-trasport (TS) hija maqsuma fl-erba' attivitajiet li ġejjin:

(a)

l-ippjanar tal-vjaġġi,

(b)

il-loġistika tat-trasport,

(ċ)

il-ġestjoni tal-portijiet u tat-terminali,

(d)

il-ġestjoni tal-merkanzija u tal-flotot.

Il-gruppi tal-utent ewlenin huma kaptani, sensara tal-merkanzija, ġestituri tal-flotta, konsenjaturi, destinatarji, trażmettituri tal-provvista, awtoritajiet tal-port, operaturi tat-terminali, operaturi tal-magħluqa u operaturi tal-pont.

2.5.1.   Ippjanar tal-vjaġġi

L-ippjanar tal-vjaġġi f'dan il-kuntest jiffoka fuq l-ippjanar waqt il-vjaġġ. Waqt il-vjaġġ il-kaptan għandu jiċċekkja l-vjaġġ ippjanat tiegħu oriġinali.

2.5.2.   Loġistika tat-trasport

Il-loġistika tat-trasport tikkonsisti fl-organizzazzjoni, l-ippjanar, l-eżekuzzjoni u l-kontroll tat-trasport.

L-informazzjoni dwar it-traffiku kollha hija meħtieġa meta mitluba minn sid il-vapur jew il-partijiet ikkonċernati fil-loġistika.

2.5.3.   Il-ġestjoni intermodali tal-portijiet u tat-terminali

Il-ġestjoni intermodali tal-portijiet u tat-terminali tikkunsidra l-ippjanar tar-riżorsi fil-portijiet u fit-terminali.

Il-ġestitur tat-terminal u tal-port jitolb informazzjoni dwr it-traffiku jew jaqbel li f'sitwazzjonijiet definiti minn qabel, l-informazzjoni dwar it-traffiku ser tintbagħat awtomatikament.

2.5.4.   Ġestjoni tat-merkanzija u tal-flotot

Il-ġestjoni tal-merkanzija u tal-flotot tikkunsidra l-ippjanar u l-ottimizzar tal-użu tal-bastimenti, l-irranġar tal-merkanzija u t-trasport.

Il-kaptan jew sid il-vapur għandu jitlob l-informazzjoni dwar it-traffiku jew l-informazzjoni dwar it-traffiku għandha tintbagħat f'sitwazzjonijiet definiti minn qabel.

2.6.   Infurzar

Il-kamp ta' applikazzjoni tal-kompitu ta' infurzar huwa limitat għas-servizzi għall-prodotti perikolużi, il-kontroll tal-imigrazzjoni u d-dwana. Il-gruppi tal-utent ewlenin huma d-dwana, l-awtoritajiet komptenti u l-kaptani.

L-informazzjoni dwar it-traffiku għandha tiġi skambjata mal-awtoritajiet xierqa. L-iskambju tal-informazzjoni dwar it-traffiku għandha ssir meta mitluba jew f'postijiet fissi definiti minn qabel jew f'ċirkustanzi speċjali definiti mill-awtorità responsabbli.

2.7.   L-imposti tal-kanali navigabbli u l-infrastruttura tal-portijiet

F'bosta postijiet fl-Unjoni, l-użu tal-kanali navigabbli u l-portijiet huwa suġġett għall-ħlas ta' tariffi. Il-gruppi tal-utent ewlenin huma l-awtoritajiet kompetenti, il-kaptani, il-ġestituri tal-flotta, l-awtoritajiet tal-kanali navigabbli u l-awtoritajiet tal-port.

L-informazzjoni dwar it-traffiku għandha tiġi skambjata meta mitluba jew f'punti fissi, definiti mill-awtorità kompetenti tal-kanal navigabbli jew tal-port.

2.8.   Ħtiġijiet tal-informazzjoni

It-tabella 2.1 tipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-ħtiġijiet tal-informazzjoni tas-servizzi differenti.

Tabella 2.1

Ħarsa ġenerali lejn il-ħtiġijiet tal-informazzjoni

 

Identifikazzjoni

Isem

Sinjal tas-sejħa

L-istatus tan-navigazzjoni

Tip

Dimensjonijiet

Pixka

Merkanzija perikoluża

Status tat-tagħbija

Destinazzjoni

ETA fid-destinzzjoni

Numru ta' persuni

Pożizzjoni u ħin

Veloċità

Rotta/direzzjoni

Intestatura

Rata tad-dawrien

Sinjal blu

Informazzjoni oħra

Navigazzjoni - perjodu medju

X

X

 

X

X

X

 

X

X

X

 

 

X

X

X

 

 

X

 

Navigazzjoni - perjodu qasir

X

X

 

X

X

X

 

X

X

X

 

 

X

X

X

X

 

X

 

Navigazzjoni - perjodu qasir ħafna

Ir-rekwiżiti mhux issodisfati mill-VTT

VTM - Servizzi VTS

X

X

 

X

X

X

X

X

X

X

 

X

X

X

X

 

 

X

 

VTM - operazzjoni tal-magħluqa

X

X

 

X

X

 

X

X

 

 

 

 

X

 

X

 

 

 

Pixka tal-arja

VTM - ippjanar tal-magħluqa

X

X

 

X

X

X

X

X

 

 

 

 

X

X

X

 

 

 

Numru ta' lanċi tal-irmonk ta' assistenza, pixka tal-arja, ETA/RTA

VTM - operazzjoni tal-pont

X

X

 

 

X

X

 

 

 

 

 

 

X

X

X

 

 

 

Pixka tal-arja

VTM - ippjanar tal-pont

X

X

 

X

X

X

 

 

 

 

 

 

X

X

X

 

 

 

Pixka tal-arja, ETA/RTA

Il-prevenzjoni tad-diżastri

X

X

 

 

X

 

 

X

X

X

 

X

X

 

X

 

 

 

 

TM - ippjanar tal-vjaġġ

X

X

 

 

 

X

X

 

X

X

 

 

X

X

 

 

 

 

Pixka tal-arja, ETA/RTA

TM - loġistika tat-trasport

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

X

 

X

 

 

 

 

TM – ġestjoni ta' portijiet u terminali

X

X

 

X

X

X

 

X

X

 

 

 

X

 

X

 

 

 

ETA/RTA

TM – ġestjoni tal-merkanzija u tal-flotot

X

X

 

X

 

 

X

 

X

X

 

 

X

 

X

 

 

 

ETA/RTA

Infurzar

X

X

 

X

X

 

 

X

 

X

X

X

X

 

X

 

 

 

 

L-imposti tal-kanali navigabbli u tal-infrastruttura tal-portijiet

X

X

 

 

X

X

X

 

 

X

 

 

X

 

 

 

 

 

 

3.   L-ISPEĊIFIKAZZJONI TEKNIKA MILL-AIS INTERNA

3.1.   Daħla

Fin-navigazzjoni marittima, l-OMI introduċiet is-sistema ta' identifikazzjoni awtomatika (AIS): il-bastimenti ta' fuq il-baħar kollha fuq vjaġġ internazzjonali li jaqgħu taħt il-Kapitolu V tal-Konvenzjoni SOLAS għandhom ikunu mgħammra bi stazzjonijiet mobbli tal-Klassi A tal-AIS sa mill-aħħar tal-2004.

Id-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità għal bastimenti ta' fuq il-baħar li jkunu qegħdin iġorru oġġetti perikolużi jew niġġieża permez tal-AIS għal Rappurtar u Monitoraġġ dwar il-Bastimenti.

L-AIS titqies bħala soluzzjoni xierqa għal identifikazzjoni awtomatika u Trekkjar u Traċċar tal-Bastimenti f'navigazzjoni interna. L-eżekuzzjoni f'ħin reali tal-AIS u d-disponibbiltà tal-istandards u l-linji gwida mad-dinja kollha huma ta' benefiċċju għall-applikazzjonijiet marbuta mas-sikurezza.

Biex tissodisfa r-rekwiżiti speċifiċi meħtieġa tan-navigazzjoni interna, l-AIS għandha tkun żviluppata iżjed għal dik li hi msejħa l-ispeċifikazzjoni teknika tal-AIS Interna fil-waqt li tippriżerva kompatibbiltà sħiħa mal-AIS marittima u l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi eżistenti fin-navigazzjoni interna.

Minħabba li l-AIS Interna hija kompatibbli mal-AIS Marittima tagħmilha possibbli li jkun hemm skambju dirett ta' data bejn bastimenti li qed ibaħħru fuq il-baħar jew internament f'żoni bi traffiku varjat.

L-AIS hija:

sistema introdotta mill-OMI biex tappoġġja s-sikurezza marittima tan-navigazzjoni; rekwiżit obbligatorju ta' ġarr ta' tagħbijiet għall-bastimenti kollha skont il-Kapitolu V tal-Konvenzjoni SOLAS,

sistema li topera b'mod dirett minn vapur għal vapur kif ukoll mill-vapur għal fuq l-art, mill-art għal fuq vapur,

sistema ta' sikurezza b'rekwiżiti għoljin f'dak li għandu x'jaqsam ma' disponibbiltà, kontinwità u affidabbiltà,

sistema f'ħin reali minħabba l-iskambju ta' data minn vapur għal vapur b'mod dirett,

sistema li topera b'mod awtonomu u li torganizza lilha nfisha mingħajr stazzjon prinċipali. M'hemmx il-bżonn ta' intelliġenza ta' kontroll ċentrali,

abbażi ta' standards u proċeduri internazzjonali skont il-Kapitolu V tal-Konvenzjoni SOLAS,

sistema tat-tip approvat sabiex ittejjeb is-sikurezza fin-navigazzjoni wara proċedura ta' ċertifikazzjoni,

interoperabbli globalment.

L-iskop ta' din it-taqsima huwa li tiddefinixxi r-rekwiżiti tekniċi meħtieġa kollha, l-emendi u l-estensjonijiet għall-istazzjonijiet mobbli ta' Klassi A tal-AIS eżistenti sabiex jinħoloq stazzjoni mobbli tal-AIS Intern għall-użu fin-navigazzjoni interna.

3.2.   Kamp ta' Applikazzjoni

L-AIS hija sistema ta' data tar-radju ta' fuq il-vapuri, li tiskambja data dwar il-bastimenti statika, dinamika u relatata mal-vjaġġ bejn bastimenti mgħammra u bejn bastimenti mgħammra u stazzjonijiet tal-art. L-istazzjonijiet AIS ta' fuq il-vapuri jxandru l-idenità, il-pożizzjoni u data oħra tal-bastiment f'intervalli regolari. Billi jirċievu dawn it-trażmissjonijiet, stazzjonijiet tal-AIS fuq il-bastiment jew ibbażati fuq il-plajja fi ħdan il-medda tar-radju jistgħu awtomatikament isibu, jidentifikaw u jintraċċaw bastimenti mgħammra bl-AIS fuq viżwalizzazzjoni xierqa bħal radar jew sistemi elettroniċi ta' viżwalizzazzjoni ta' mapep bħas-Sistema Elettronika ta' Viżwalizzazzjoni ta' Mapep u ta' Informazzjoni Interna (ECDIS Interna) kif definit fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 909/2013 (5). L-AIS hija maħsuba sabiex ittejjeb is-sikurezza tan-navigazzjoni fl-użu minn vapur għall-vapur, fis-sorveljanza (VTS), fit-Trekkjar u Traċċar tal-Bastimenti, u fl-appoġġ għall-evitar tad-diżastri.

L-istazzjonijiet mobbli tal-AIS jinqasmu fit-tipi li ġejjin:

(a)

Stazzjonijiet mobbli tal-klassi A li għandhom jintużaw mill-bastimenti kollha li jbaħħru li jaqgħu taħt ir-rekwiżiti tat-tagħbija tal-Kapitolu V tal-Konvenzjoni SOLAS;

(b)

Stazzjon mobbli tal-AIS Interna, li jkollu funzjonalità sħiħa tal-Klassi A fuq livell tal-Kollegament tad-Data VHF, li jiddevja fil-funzjonijiet supplimentari mfassla għall-użu minn bastimenti interni;

(c)

Stazzjonijiet mobbli SO/CS tal-Klassi B b'funzjonalità limitata li jistgħu jintużaw minn bastimenti li ma jaqgħux taħt ir-rekwiżiti tat-tagħbija għal Klassi A jew stazzjonijiet mobbli tal-AIS Interna;

(d)

Stazzjonijiet tal-plajja tal-AIS, inkluż stazzjonijiet bażi tal-AIS u stazzjonijiet ripetituri tal-AIS.

Jistgħu jiġu distinti l-metodi ta' operazzjoni li ġejjin:

(a)

operazzjoni minn vapur għal vapur: il-bastimenti kollha mgħammra bl-AIS jistgħu jirċievu informazzjoni statika u dinamika mill-bastimenti l-oħra kollha mgħammra bl-AIS li huma milħuqin mir-radju;

(b)

operazzjoni minn vapur għal plajja: data minn bastimenti mgħammra bl-AIS tista' wkoll tkun riċevuta minn stazzjonijiet tal-plajja tal-AIS magħquda maċ-ċentru tal-RIS minn fejn tkun tista' tiġi ġġenerata stampa tat-traffiku (Immaġni tat-Traffiku Tattika u/jew Immaġini tat-Traffiku Strateġika);

(c)

operazzjoni mill-plajja għall-vapur: tista' tiġi trażmessa data dwar vjaġġ u relatata mas-sikurezza mill-plajja għall-bastiment.

Karatteristika tal-AIS hija l-modalità awtonomu, li tuża l-aċċess multiplu tad-diviżjoni tal-ħin awtoorganizzat (SOTDMA), mingħajr xi bżonn li jiġi organizzat stazzjon prinċipali. Il-protokoll tar-radju huwa mfassal b'tali mod li l-istazzjonijiet tal-bastimenti joperaw awtonomament b'mod li jorganizzaw lilhom inifushom billi jiskambjaw il-parametri tal-aċċess għall-konnessjonijiet. Il-ħin huwa maqsum f'oqfsa ta' minuta b'2 250 perjodu ta' ħin għal kull stazzjon tar-radju li hu sinkronizzat mal-ħin GNSS UTC. Kull parteċipant jorganizza l-aċċess tiegħu għall-istazzjon tar-radju billi jagħżel perjodi ta' ħin liberi billi jikkunsidra l-użu fil-futur ta' perjodi ta' ħin minn stazzjonijiet oħra. M'hemmx bżonn ta' intelliġenza ċentrali li tikkontrolla l-perjodi ta' ħin assenjati.

Stazzjon mobbli tal-AIS Interna ġeneralment jikkonsisti mill-komponenti li ġejjin:

(a)

riċetrażmettitur VHF (trażmettitur wieħed/żewġ riċevituri);

(b)

riċevitur GNSS;

(c)

proċessur tad-data.

L-AIS universali li jinġarr fuq il-vapur, kif definit mill-OMI, l-ITU u l-IEC, u rakkomandat għall-użu fin-navigazzjoni interna juża SOTDMA fil-frekwenza mobbli marittima VHF. L-AIS jopera fuq il-frekwenzi VHF imfassla internazzjonalment AIS 1 (161,975 MHz) u AIS 2 (162,025 MHz) u jista' jiġi maqlub għal fuq frekwenzi oħra fil-frekwenza mobbli marittima VHF.

Sabiex tissodisfa r-rekwiżiti tan-navigazzjoni interna, l-AIS għandha tkun żviluppata iżjed għal dik li hi msejħa l-AIS Interna filwaqt li tinżamm il-kompatibbiltà mal-AIS marittima.

Is-sistemi tat-Trekkjar u Traċċar tal-Bastimenti fin-navigazzjoni interna għandhom ikunu kompatibbli mal-istazzjonijiet mobbli tal-Klassi A tal-AIS, kif definit mill-OMI. Għalhekk, il-messaġġi tal-AIS Interna għandhom ikunu jistgħu jipprovdu t-tipi ta' informazzjoni li ġejjin:

(a)

informazzjoni statika, bħan-numru uffiċjali tal-bastiment, is-sinjal tas-sejħa tal-bastiment, l-isem tal-bastiment, it-tip ta' bastiment;

(b)

informazzjoni dinamika, bħall-pożizzjoni tal-bastimenti b'indikazzjoni tal-preċiżjoni u l-istatus ta' integrità;

(c)

informazzjoni relatata mal-vjaġġ, bħat-tul u l-wisa' tal-konvoj, merkanzija perikoluża abbord;

(d)

informazzjoni speċifika għan-navigazzjoni interna, bħall-għadd ta' koni blu/dwal skont l-ADN jew l-ETA fil-pont/magħluqa/terminal/fruntiera.

Għall-bastimenti mexjin, ir-rata ta' aġġornament għal informazzjoni dinamika fuq livell tattiku għandha tkun bejn 2 u 10 sekondi. Għall-bastimenti ankrati huwa rakkomandat li jkollhom rata ta' aġġornament ta' bosta minuti, jew jiġi skattat aġġornament meta l-informazzjoni tiġi emendata.

L-istazzjon mobbli tal-AIS Interna ma jissostitwix iżda tappoġġja s-servizzi tan-navigazzjoni bħat-trekkjar tal-miri bir-radar u l-VTS. L-istazzjon mobbli tal-AIS Interna jipprovdi input addizzjonali għal informazzjoni navigazzjonali: il-valuri tiegħu miżjud huwa biex jipprovdi mezzi ta' sorveljanza u traċċar ta' bastimenti mgħammra bl-AIS Interna. Il-preċiżjoni tal-pożizzjoni derviata minn stazzjon mobbli tal-AIS Interna permezz tal-GNSS interna (mhux korretta) tipikament tkun aktar minn 10 metri. Meta l-pożizzjoni tiġi korretta permezz tad-DGNSS minn jew servizz ta' korrezzjoni tad-differenzjal tas-sinjal marittimu, AIS Messaġġ 17 jew EGNOS (SBAS), il-preċiżjoni tipikament tkun taħt il-5 metri. Minħabba l-karatteristiċi differenti tagħhom, l-istazzjon mobbli tal-AIS Interna u r-radar jikkumplimentaw lil xulxin.

3.3.   Rekwiżiti

3.3.1.   Rekwiżiti ġenerali

L-istazzjon mobbli tal-AIS interna huwa bbażat fuq l-istazzjon mobbli tal-Klassi A tal-AIS skont il-Konvenzjoni SOLAS.

L-istazzjon mobbli tal-AIS Interna għandu jkopri l-funzjonalità ewlenija tal-istazzjonijiet mobbli tal-Klassi A tal-AIS filwaqt li jikkunsidra r-rekwiżiti speċifiċi għan-navigazzjoni interna.

L-AIS interna għandha tkun kompatibbli mall-AIS marittima u għandha tippermetti l-iskambju ta' data dirett bejn il-bastimenti li jbaħħru u dawk li jinnavigaw internament f'żona bi traffiku varjat.

Ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 3.3 sa 3.5 huma kumplimentari jew rekwiżiti addizzjonali għal AIS Interna, li tvajra minn stazzjonijiet mobbli tal-Klassi A tal-AIS.

Id-diżinn tal-istazzjon mobbli tal-AIS Interna għandu jikkunsidra l-“Kjarifiki tekniċi dwar l-istandard tat-Trekkjar u Traċċar tal-Bastimenti”.

Is-setting awtomatiku tal-potenza tat-trażmissjoni għandu jkun potenza għolja u għandu jkun ġie ssettjar għal potenza baxxa biss jekk ikun ġie dirett b'dan il-mod mill-awtorità kompetenti.

3.3.2.   Kontenut tal-informazzjoni

Informazzjoni dwar it-Trekkjar u Traċċar relatata mas-sikurezza biss għandha tiġi trażmessa permezz tal-istazzjon mobbli tal-AIS Interna.

Il-kontenut dwar l-informazzjoni stabbilit fil-punti 3.3.2.1 sa 3.3.2.5 għandu jiġi implimentat b'mod li jista' jintbagħad minn stazzjon mobbli tal-AIS Interna mingħajr il-bżonn ta' applikazzjoni esterna.

Il-messaġġi tal-AIS Interna għandhom ikun fihom l-informazzjoni li ġejja (il-punti mmarkati b'“*” għandhom jiġu mmaniġġjati b'mod differenti mill-bastimenti fuq il-baħar):

3.3.2.1.   Informazzjoni statika dwar il-bastiment

L-informazzjoni statika dwar il-bastiment għall-bastimenti interni għandha jkollha l-istess parametri u l-istess struttura bħall-istazzjonijiet mobbli tal-Klassi A tal-AIS sakemm tkun applikabbli. Kwalunkwe konverżjoni minn parametri interni għal marittimi għandha ssir awtomatikament fejn fattibbli. Oqsma ta' parametri mhux użati għandhom jiġu ssettjati bħala “mhux disponibbli”.

Għandha tiżdied informazzjoni statika speċifika interna dwar il-bastiment.

L-informazzjoni statika dwar il-bastiment hija mxandra b'mod awtonomu minn fuq il-bastiment jew meta mitluba.

Identifikatur tal-utent (MMSI)

fil-messaġġi kollha

Isem il-bastiment

AIS Messaġġ 5

Sinjal tas-sejħa tal-bastiment

AIS Messaġġ 5

In-numru tal-OMI

AIS Messaġġ 5 (mhux disponibbli għal bastimenti Interni)

Tip ta' bastiment/konvoj u merkanzija *

AIS Messaġġ 5 + Interna FI 10

It-tul totali (preċiż sad-decimetri) *

AIS Messaġġ 5 + Interna FI 10

Il-wisa' totali (preċiż sad-decimetri) *

AIS Messaġġ 5 + Interna FI 10

Numru Uniku Ewropew ta' identifikazzjoni tal-bastiment (ENI)

Interna FI 10

Punt ta' referenza tal-pożizzjoni rrappurtata dwar il-bastiment (lokalità tal-antenna) *

AIS Messaġġ 5

3.3.2.2.   Informazzjoni dinamika dwar il-bastiment

L-informazzjoni dinamika dwar il-bastiment għall-bastimenti interni għandha jkollha l-istess parametri u l-istess struttura bħal fl-istazzjonijiet mobbli tal-Klassi A tal-AIS sa fejn huwa applikabbli. L-oqsma tal-parametri li mhumiex użati għandhom jiġu ssettjati bħala “mhux disponibbli”.

Għandha tiżdied informazzjoni speċifika interna dinamika dwar il-bastiment.

L-informazzjoni dwar il-vapuri dinamika tixxandar awtonomament mill-bastiment jew fuq talba.

Pożizzjoni skont is-Sistema Ġeodetika tad-Dinja mill-1984 (WGS 84)

AIS Messaġġ 1, 2 u 3

Veloċità Fuq l-Art (SOG)

AIS Messaġġ 1, 2, u 3

COG tar-Rotta

AIS Messaġġ 1, 2, u 3

Intestatur HDG

AIS Messaġġ 1, 2, u 3

Rata tad-dawrien ROT

AIS Messaġġ 1, 2, u 3

Il-preċiżjoni tal-pożizzjoni (GNSS/DGNSS)

AIS Messaġġ 1, 2, u 3

Il-ħin ta' tagħmir biex tkun stabbilita il-pożizzjoni elettronika

AIS Messaġġ 1, 2, u 3

L-istatus tan-navigazzjoni

AIS Messaġġ 1, 2, u 3

Status ta' sinjal Blu *

AIS Messaġġ 1, 2, u 3

Il-kwalità tal-informazzjoni dwar il-veloċità

Interna FI 10

Il-kwalità tal-informazzjoni dwa ir-rotta

Interna FI 10

Il-kwalità tal-informazzjoni dwar id-direzzjoni

Interna FI 10

3.3.2.3.   Informazzjoni relatata mal-vjaġġ tal-vapur

L-informazzjoni relatata mal-vjaġġ tal-vapur għall-bastimenti interni għandha jkollha l-istess parametri u l-istess strutturi bħall-istazzjonijiet mobbli tal-Klassi A tal-AIS sakemm tkun applikabbli. Oqsma ta' parametri mhux użati għandhom jiġu ssettjati bħala “mhux disponibbli”.

Għandha tiżdied informazzjoni dwar il-vapur speċifika interna relatata mal-vjaġġ.

L-informazzjoni dwar il-vapur relatata mal-vjaġġ tixxandar awtonomament mill-vapur jew fuq talba.

Destinazzjoni (kodiċi tal-pożizzjoni ERI)

AIS Messaġġ 5

Kategorija ta' merkanzija perikoluża

AIS Messaġġ 5

ETA

AIS Messaġġ 5

Fundar statiku massimu preżenti *

AIS Messaġġ 5 + Interna FI 10

Indikazzjoni ta' merkanzija perikoluża

Interna FI 10

Bastiment mgħobbi/mhux mgħobbi

Interna FI 10

3.3.2.4.   L-għadd ta' persuni abbord

L-għadd ta' persuni abbord preferibbilment jiġi trażmess bħala messaġġ dirett jew messaġġ indirizzat mill-bastiment għall-plajja meta mitlub jew f'avveniment.

L-għadd ta' membri tal-ekwipaġġ abbord

Interna FI 55

L-għadd ta' passiġġieri abbord

Interna FI 55

L-għadd ta' persunal navali abbord

Interna FI 55

3.3.2.5.   Messaġġi relatati mas-sikurezza

Il-messaġġi relatati mas-sikurezza (jiġifieri messaġġi tal-kitba) jiġu trażmessi meta meħtieġa bħala messaġġi diretti jew indirizzati.

Messaġġ relatat mas-Sikurezza Indirizzat

AIS Messaġġ 12

Messaġġ relatat mas-Sikurezza Mxandar

AIS Messaġġ 14

3.3.3.   L-intervall tar-rappurtar tat-trażmissjoni tal-informazzjoni

It-tipi differenti ta' informazzjoni tal-messaġġi tal-AIS Interna għandhom jiġu trażmessi b'rati ta' rappurtar differenti.

Ir-rata ta' rappurtar għal informazzjoni dinamika tista' tinqaleb bejn modalità awtonoma u modalità assenjata għal bastimenti li jiċċaqilu f'żoni ta' passaġġ fuq l-ilma interni. Ir-rata ta' rappurtar tista' tiżdied għal 2 sekondi f'modalità assenjata. L-imġiba tar-rappurtar għandha tkun tista' tinqaleb minn stazzjon bażi AIS (permezz tal-AIS Messaġġ 23 għal assenjament ta' grupp jew Messaġġ 16 għal assenjament individwali) u permezz ta' ordnijiet minn sistemi ta' fuq il-bastiment esterni, permezz ta' interfaċċa IEC 61162 kif definit fl-Appendiċi B.

Għal informazzjoni statika u relatata mall-vjaġġ ir-rata ta' rappurtar għandha tkun 6 minuti, fuq talba, jew jekk l-informazzjoni tiġi emendata.

Għandhom jiġu applikabbli r-rati ta' rappurtar li ġejjin:

Informazzjoni statika dwar il-bastiment:

Kull 6 minuti, fuq talba jew d-data tkun inbidlet

Informazzjoni dinamika dwar il-bastiment:

Tiddependi fuq l-istatus tan-navigazzjoni u l-modalità tal-operazzjoni tal-bastiment, jew modalità awtonoma (stabbilita minn qabel) jew assenjata, ara Tabella 3.1

Informazzjoni dwar il-bastiment relatata mal-vjaġġ:

Kull 6 minuti, fuq talba jew meta d-data tkun inbidlet

L-għadd ta' persuni abbord:

Kif meħtieġ jew fuq talba

Messaġġi relatati mas-sikurezza:

Skont il-bżonn

Messaġġi Speċifiċi għall-Applikazzjoni:

Skont il-bżonn (għandha tkun definita mill-awtorità kompetenti)


Tabella 3.1

Ir-rata ta' aġġornament tal-informazzjoni dinamika dwar il-bastiment

Il-kundizzjonijiet dinamiċi tal-bastiment

Intervall għar-rappurtar nominali

Status tal-bastiment “ankrat” u mhux miexi b'iktar minn 3 nodi

3 minuti (6)

Status tal-vapur “ankrat” u miexi b'iktar minn 3 nodi

10 sekondi (6)

Bastiment li qed jopera fil-modalità awtonoma, miexi b'bejn 0 u 14-il nodalità

10 sekondi (6)

Bastiment li qed jopera fil-modalità awtonoma, miexi b'bejn 0 u 14-il nodalità u li qed jibdel ir-rotta

3 1/3 sekondi (6)

Bastiment li qed jopera bil-modalità awtonoma, miexi b'bejn 14 sa 23 nodalità

6 sekondi (6)

Bastiment li qed jopera bil-modalità awtonoma, miexi b'bejn 14 sa 23 nodalità u li jbiddel il-rotta

2 sekondi

Bastiment li qed jopera fil-modalità awtonoma, miexi b'aktar minn 23 nodalità

2 sekondi

Bastiment li qed jopera fil-modalità awtonoma, miexi b'aktar minn 23 nodalità u li qed jibdel ir-rotta

2 sekondi

Bastiment li qed jopera fil-modalità assenjata (7)

assenjat bejn 2 sekondi u 10 sekondi

3.3.4.   Il-pjattaforma teknoloġika

Il-pjattaforma għal stazzjon mobbli tal-AIS Interna huwa l-istazzjon mobbli tal-Klassi A tal-AIS.

Is-soluzzjoni teknika tal-istazzjon mobbli tal-AIS Interna hija bbażata fuq l-istess standards tekniċi bħall-istazzjonijiet mobbli tal-Klassi A tal-AIS (Rakkomandazzjoni ITU-R M.1371 u l-istandard internazzjonali IEC 61993-2).

3.3.5.   Kompatibilità ma' stazzjonijiet mobbli ta' Klassi A tal-AIS

L-istazzjonijiet mobbli tal-AIS Interna għandhom ikunu konformi ma' stazzjonijiet mobbli ta' Klassi A tal-AIS u għandhom ikunu jistgħu jirċievu u jipproċessaw il-messaġġi kollha tal-AIS (skont ir-Rakkomandazzjoni ITU-R M.1371 u kjariki tekniċi dwar ir-Rakkomandazzjoni ITU-R M.1371 mill-Assoċjazzjoni Internazzjonali ta' Għajnuniet Marittimi lil Awtoritajiet ta' Navigazzjoni u ta' Fanal tal-Portijiet (IALA)) u minbarra l-messaġġi definiti fil-punt 3.4.

3.3.6.   Identifikatur uniku

Sabiex tkun garantita l-kompatibilità ma' bastimenti marittimi, in-numru ta' Identifikatur tas-Servizz Mobbli Marittimu (MMSI) għandu jintuża bħala identikatur tal-istazzjon uniku (identifikatur ta' tagħmir tar-radju) għall-istazzjonijiet mobbli tal-AIS Interna.

3.3.7.   Rekwiżiti tal-applikazzjoni

L-informazzjoni msemmija fil-punt 3.3.2 għandha tiddaħħal, tinħażen u tidher direttament fl-istazzjon mobbli tal-AIS Interna.

L-istazzjon mobbli tal-AIS Interna għandu jkun kapaċi jaħżen ukoll id-data statika interna speċifika fil-memorja interna, sabiex iżpmm l-informazzjoni meta l-unità ma jkollhiex provvista ta' elettriku.

Il-konverżjonijiet meħtieġa tad-data għad-Displej tal-Keyboard Minimu (MKD) tal-kontenut ta' informazzjoni tal-AIS Interna (eż. nodalitajiet f'km/h) jew input u displej MKD ta' informazzjoni dwar it-tipi ta' bastimenti interni għandhom jiġu mmaniġġjati fl-istazzjon mobbli tal-AIS Interna.

Il-Messaġġi Speċifiċi għall-Applikazzjoni (ASM) għandhom jiddaħħlu/jintwerew minn applikazzjoni esterna bl-eżenzjoni ta' AIS Interna ASM DAC = 200 FI = 10 (data statika u relatata mal-vjaġġ tal-Bastiment f'ilmijiet Interni) u DAC = 200 FI = 55 (għadd ta' persuni abbord f'ilmijiet interni) li jiġu implimentati direttament fl-istazzjon mobbli tal-AIS Interna.

Sabiex id-data speċifika interna tiġi pprogrammata fit-transponder tal-AIS, is-sentenzi tal-interfaċċa diġitali huma definiti fl-Appendiċi B.

L-istazzjon mobbli tal-AIS Interna għandu jipprovdi - bħala minimu - interfaċċa esterna għall-input tal-korrezzjoni DGNSS u informazzjoni tal-integrità skont id-dispożizzjonijiet tal-Kummissjoni Teknika tar-Radju għall-Kumitat Speċjali tas-Servizzi Marittimi 104 fuq DGNSS.

3.3.8.   Approvazzjoni tat-tip

L-istazzjon mobbli tal-AIS Interna għandu jkun ta' tip approvat għall-konformità ma' dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.

3.4.   Emendi għall-protokoll għall-istazzjon mobbli tal-AIS Interna

Minħabba l-evoluzzjoni tar-Rakkomandazzjoni ITU-R M.1371, diversi parametri jippermettu l-użu ta' kodiċi ta' status ġodda. Dan ma jagħmilx ħsara lill-funzjonament tal-AIS iżda jista' jirriżulta f'kodiċijiet ta' status li ma jintgħarfux f'tagħmir ibbażat fuq reviżjonijiet preċedenti tal-istandard.

3.4.1.   It-Tabella 3.2 Rapport dwar il-pożizzjoni

Tabella 3.2

Rapport dwar il-pożizzjoni

Parametru

Għadd ta' bits

Deskrizzjoni

ID tal-messaġġ

6

Identifikatur għal dan il-messaġġ 1, 2 jew 3

Indikatur tar-ripetizzjoni

2

Użat mir-repetitur sabiex jindika kemm 'il darba kien ripetut messaġġ

0-3; Prestabbilit = 0; 3 = tirrepetix aktar

ID tal-utent (MMSI)

30

Numru MMSI

L-istatus tan-navigazzjoni

4

0 = l- ibaħħar bl-użu tal-magna; 1 = ankrat; 2 = mhux taħt kmand; 3 = manuvrabbiltà ristretta; 4 = mxekkla mill-pixka tagħha; 5 = irmiġġjat; 6 = fuq l-art;

7 = qed jistad; 8 = ibaħħar bil-qlugħ;

9 = riżervat għall-bidla fil-futur tal-Istatus tan-Navigazzjoni għal vapur ta' veloċità għolja

10 = riżervat għall-bidla fil-futur tal-Istatus tan-Navigazzjoni għall-madgard fuq l-art (WIG);

11 = bastiment xprunat mill-potenza li jittowja astern (użu reġjonali) (8)

12 = bastiment xprunat mill-potenza li jimbotta 'l quddiem jew jittowja mal-ġenb (użu reġjonali) (8);

13 = riżervat għall-użu fil-futur; 14 = AIS-SART (attiv);

15 = mhux definit = prestabbilit (jintuża wkoll mill-AIS)

Rata tad-dawrien ROT AIS

8

0 sa +126 = idur lejn il-lemin bi 708° kull minuta jew iktar

0 sa –126 = idur lejn ix-xellug b'708° kull minuta jew iktar

Il-valuri bejn 0 u 708 kull minuta kkodifikati minn ROTAIS = 4.733 SQRT(ROTsensor) gradi kull minuta fejn ROTsensor huwa r-Rata ta' Dawrien bħala input minn Indikatur ta' Rata ta' Dawrien estern. ROTAIS jitqarreb għall-eqreb valur sħiħ

+ 127 = idur lejn il-lemin b'aktar minn 5 kull 30 s (Indikatur tal-Ebda Dawrien disponibbli)

– 127 = idur lejn ix-xellug b'aktar minn 5 kull 30 s (Indikatur tal-Ebda Dawrien disponibbli)

– 128 (80 hexadecimal) jindika l-ebda informazzjoni dwar id-dawrien disponibbli (prestabbilit).

Id-data ROT m'għandhiex tiġi derivata minn informazzjoni COG

Veloċità fuq l-art

10

Il-veloċità fuq l-art fi 1/10 passi ta' nodi (0-102,2 nodi)

1 023 = mhux disponibbli; 1 022 = 102,2 nodi jew iktar (9)

Preċiżjoni tal-pożizzjoni

1

Il-bandiera tal-preċiżjoni tal-pożizzjoni (PA) għandha tiġi ddeterminata skont ITU-R M. 1371

1 = għolja (=< 10 m)

0 = baxxa (> 10 m)

0 = prestabbilit

Lonġitudni

28

Lonġitudni f'1/10 000 min (± 180°, Lvant = pożittiv (skont il-kumpliment ta' 2), Punent = negattiv (skont il-kumpliment ta' 2),

181= (6791AC0 hexadecimal) = mhux disponibbli = prestabbilit)

Latitudni

27

Latitudni f'1/10 000 min (± 90°, Tramuntana = pożittiv (skont il-kumpliment ta' 2), Nofsinhar = negattiv (skont il-kumpliment ta' 2), 91 = (3412140 hexadecimal) = mhux disponibbli = prestabbilit)

Rotta fuq l-art

12

Ir-rotta fuq l-art f'1/10o (0-3599). 3 600 (E10 hexadecimal)

= mhux disponibbli = stabbiliti minn qabel;

3 601 – 4 095 m'għandux jintuża

Direzzjoni reali

9

Gradi (0-359) (511 jindika li mhux disponibbli = assenjata).

Kronogramma

6

UTC sekonda meta r-rapport ġie ġġenerat mis-sistema ta' ffissar ta' pożizzjonar elettroniku (EPFS) (0-59, jew 60 jekk il-kronogramma ma tkunx disponibbli, li għandu jkun ukoll il-valur prestabbilit, jew 61 jekk is-sistema ta' pożizzjonar tkun f'modalità input manwali, jew 62 jekk is-Sistema ta' Ffissar ta' Pożizzjonar Elettroniku topera f'modalità stmata (navigazzjoni fuq stima), jew 63 jekk is-sistema ta' pożizzjonar tkun inoperattiva)

Indikatur tal-manuvru speċjali: sinjal blu

2

Indikazzjoni jekk is-sinjal blu jkun stabbilit (10)

0 = mhux disponibbli = prestabbilit,

1 = mhux involut f'manuvru speċjali = mhux stabbilit sinjal blu

2 = involut f'manuvru speċjali = stabbilit sinjal blu

iva,

3 jekk ma ntużax

Riżerva

3

Mhux użat. Għandu jkun stabbilit għal żero. Riżervat għall-użu fil-futur.

Bandiera RAIM

1

Bandiera tal-monitoraġġ integru awtonomu tar-riċevitur (RAIM) tat-tagħmir tal-iffissar tal-pożizzjoni elettroniku; 0 = RAIM mhux użat = prestabbilit; 1 = RAIM qed jintuża. Il-bandiera RAIM għandha tiġi ddeterminata skont ITU-R M. 1371

L-istat ta' komunikazzjoni

19

L-istat ta' komunikazzjoni għandu jiġi determinat skont ITU-R M. 1371

Total

168

Jokkupa perjodu ta' ħin wieħed

3.4.2.   Data statika tal-bastiment u relatata mal-vjaġġ (Messaġġ 5)

Tabella 3.3

Rapport dwar id-data statika u dinamika tal-vapur

Parametru

Għadd ta' bits

Deskrizzjoni

ID tal-messaġġ

6

L-identifikatur għal dan il-messaġġ 5

Indikatur tar-ripetizzjoni

2

Jintbagħat mir-repetitur sabiex jindika kemm 'il darba kien ripetut messaġġ 0-3; Prestabbilit = 0; 3 = tirrepetix aktar

ID tal-utent (MMSI)

30

Numru MMSI

Indikatur tal-verżjoni AIS

2

0 = L-istazzjon konfirmi mar-Rakkomandazzjoni ITU-R M. 1371-1;

1 = L-istazzjon konfirmi mar-Rakkomandazzjoni ITU-R M. 1371-3 (jew aktar tard),

2 = L-istazzjon konfirmi mar-Rakkomandazzjoni ITU-R M. 1371-5 (jew aktar tard),

3 = L-istazzjon konformi ma' edizzjonijiet futuri

In-numru tal-OMI

30

0 = mhux disponibbli = prestabbilit– mhux applikabbli għal inġenju tal-ajru tat-Tfittix u tas-Salvataġġ

0000000001-0000999999 mhux użat

0001000000-0009999999 = numru tal-OMI validu;

0010000000-1073741823 = numru tal-istat tal-bandiera uffiċjali. (11)

Sinjal tas-sejħa

42

7 × 6 bit karattri ASCII, “@@@@@@@” = mhux disponibbli = prestabbilit

Inġenju assoċjat ma' bastiment prinċipali, għandu juża “A” segwita mill-aħħar 6 numri tal-MMSI tal-bastiment prinċipali. Eżempji ta' dawn l-inġenji jinkludu bastimenti li jiġu rmunkati, dgħajjes ta' salvataġġ, tenders, dgħajjes tas-sopravivenza u ċattri tas-salvataġġ

Isem

120

Massimu 20 karattru 6 bit ASCII, ara ITU-R M. 1371;

@@@@@@@@@@@@@@@@@@@@ = mhux disponibbli = prestabbilit. Għal inġenju tal-ajru tat-Tiftix u tas-Salvataġġ (SAR), dan għandu jiġi stabbilit għal “SAR INĠENJU TAL-AJRU NNNNNNN” fejn NNNNNNN tfisser in-numru ta' reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru

It-tip ta' bastiment u merkanzija

8

0 = mhux disponibbli jew ebda bastiment = prestabbilit;

1 — 99 = kif definit fl-ITU-R M. 1371; (12)

100 — 199 = ippreżervat, għal użu reġjonali;

200 — 255 = ippreżervat, ġħal użu fil-futur

Mhux applikabbli għal inġenju tal-ajru SAR

Dimensjonijiet globali ta' bastiment/konvoj u referenza għal pożizzjoni

30

Punt ta' refernza għall-pożizzjoni rrappurtata; Jindika wkoll id-dimensjoni tal-bastiment f'metri (ara ITU-R M. 1371).

Għal inġenju tal-ajru SAR, l-użu ta' dan il-qasam jista' jiġi deċiż mill-amministrazzjoni responsabbli. Jekk jintuża, dan għandu jindika d-dimensjonijiet massimi tal-inġenju. Jekk il-valur prestabbilit ikun A = B = C = D għandu jiġi stabbilit għal “0” (13)  (14)  (15)

Tip ta' tagħmir tal-iffissar tal-pożizzjoni elettroniku

4

0 = Mhux definit (prestabbilit),

1 = GPS,

2 = GLONASS,

3 = GPS/GLONASS kombinat,

4 = Loran-C,

5 = Chayka,

6 = Sistema tan-Navigazzjoni Integrata,

7 = skandaljat,

8 = Galileo

9 — 14 = mhux użat

15 = GNSS interna

ETA

20

ETA; MMDDHHMM UTC

Bits 19 — 16: xahar; 1 — 12; 0 = mhux disponibbli = prestabbilit;

Bits 15 — 11: jum; 1 — 31; 0 = mhux disponibbli = prestabbilit;

Bits 10 — 6: siegħa; 0 — 23; 24 = mhux disponibbli = prestabbilit;

Bits 5 — 0: minuta; 0 — 59; 60 = mhux disponibbli = Prestabbilit

Għal inġenju tal-ajru SAR, l-użu ta' dan il-qasam jista' jiġi deċiż mill-amministrazzjoni responsabbli

Massimu pixka statika preżenti

8

f'1/10 m, 255 = pixka 25,5 m jew akbar, 0 = mhux disponibbli = prestabbilit (16)

Destinazzjoni

120

Massimu ta' 20 karattru bl-użu ta' ASCII 6-bit; @@@@@@@@@@@@@@@@@@@@ = mhux disponibbli. (17)

Tagħmir tad-Data tat-Terminal (DTE)

1

Ippreparat għad-data tat-terminal (0 = disponibbli, 1 = mhux disponibbli = prestabbilit)

Riżerva

1

Riżerva. Mhux użat. Għandu jiġi stabbilit għal żero. Riżervat għal użu futur

Total

424

Jokkupa żewġ perjodi ta' ħin

Figura 3.1.

Punt ta' referenza għal pożizzjoni rrappurtata u dimensjoni globali tal-bastiment/konvoj

Image 6

 

Għadd ta' bits

Oqsma ta' bits

Distanza (m)

 

A

9

Bit 21 – Bit 29

0 – 511

511 = 511 m jew ikbar

Punt ta' Referenza għall-pożizzjoni rrappurtata

B

9

Bit 12 – Bit 20

0 – 511

511 = 511 m jew ikbar

C

6

Bit 6 – Bit 11

0 – 63

63 = 63 m jew ikbar

D

6

Bit 0 – Bit 5

0 – 63

63 = 63 m jew ikbar

L = A + B

Definit f'Interna FI 10

Dimensjoni globali użata fi stazzjon mobbli tal-AIS Interna

W = C + D

Id-dimensjoni għandha tkun fid-direzzjoni tal-informazzjoni tal-intestatura trażmessa (pruwa).

Il-punt ta' referenza tal-pożizzjoni rrappurtata mhux disponbbli, iżda id-dimensjonijiet tal-bastiment/konvoj huma disponibbli: A = C = 0 u B ≠ 0 u D ≠ 0.

La l-punt ta' referenza tal-pożizzjoni rrappurtata u lanqas id-dimensjonijiet tal-bastiment/konvoj m'huma disponibbli: A = B = C = D = 0 (= prestabbilit).

Għall-użu tat-tabella tal-messaġġ, A = il-qasam l-aktar sinifikanti. D = il-qasam l-inqas sinifikanti

3.4.3.   Kmand ta' assenjament fi grupp (Messaġġ 23)

L-istazzjonijiet mobbli tal-AIS Interna għandhom jiġu indirizzati għal assenjament fi grupp skont Messaġġ 23 bl-użu tat-tipa tal-istazzjoni “6 = passaġġi fuq l-ilma interni”.

3.5.   Messaġġi tal-AIS Interna

3.5.1.   Messaġġi tal-AIS Interna addizzjonali

Sabiex jikkonformaw mal-ħtiġijiet tal-informazzjoni, messaġġi tal-AIS Interna speċifiċi huma definiti. Minbarra l-kontenut ta' informazzjoni li għandu jiġi implimentat direttament fl-istazzjon tal-AIS Interna, l-istazzjon mobbli tal-AIS Interna jista' jittrażmetti informazzjoni addizzjonali permezz ta' Messaġġi Speċifiċi għall-Applikazzjoni (ASM). Dan il-kontenut ta' informazzjoni normalment jiġi mmaniġġjat minn applikazzjoni esterna, bħal ECDIS Interna.

L-użu ta' ASM AIS Interna huwa fir-responsabbiltà tal-kummissjoni tax-xmara jew l-awtoritajiet kompetenti.

3.5.2.   Identifikatur tal-applikazzjoni għal Messaġġi Speċifiċi għall-Applikazzjoni tal-AIS Interna

Il-messaggi tal-applikazzjoni speċifiċi jikkonsistu mill-qafas tal-istazzjonijiet mobbli tal-Klassi A tal-AIS skont ir-Rakkomandazzjoni ITU-R M.1371 (l-ID tal-messaġġ, indikatur ripetut, l-ID tas-sors, l-ID tad-destinazzjoni), l-Identifikatur tal-Applikazzjoni (AI = DAC + FI) u l-kontenut tad-data (tul varjabbli sa massimu definit).

L-identifikatur tal-applikazzjoni b'16-il bit (AI = DAC + FI) jikkonsisti fl-elementi li ġejjin:

(a)

Kodiċi taż-żona indikat 10-bit (DAC): internazzjonali (DAC = 1) jew reġjonali (DAC > 1);

(b)

Identifikatur funzjonali b'6 bits (FI) — jippermetti 64 messaġġ speċifiċi b'applikazzjoni unika.

Għall-Messaġġi Speċifiċi tal-Applikazzjoni tal-AIS Interna armonizzati Ewropej jintuża d-DAC “200”.

Barra minn hekk, jista' jintuża DAC nazzjonali (lokali) f'ASM lokali eż. piloti ta' prova. Madankollu huwa rakkomandat ħafna li jiġi evitat l-użu ta' ASM reġjonali.

3.5.3.   Kontenut ta' informazzjoni permezz ta' Messaġġi Speċifiċi għall-Applikazzjoni

ASM DAC = 200 FI = 10 tal-AIS Interna (data statika tal-Bastiment u relatata mal-vjaġġ Interna) u DAC = 200 FI = 55 (għadd ta' persuni abbord) jiġu implimentati direttament fl-istazzjon mobbli tal-AIS Interna (ara l-punti 3.5.3.1 u 3.5.3.2).

3.5.3.1.    Data statika tal-bastiment u relatata mal-vjaġġ Interna (Messaġġ speċifiku intern FI 10)

Dan il-messaġġ għandu jintuża mill-bastimenti interni biss, biex ixandru data statika dwar il-vapur u dwar il-vjaġġ relatata mad-data flimkien mal-messaġġ 5. Il-messaġġ għandu jintbagħat mal-messaġġ binarju 8 mill-iktar fis (mill-perspettiva tal-AIS) wara l-messaġġ 5.

Tabella 3.4

Rapport dwar id-data tal-bastimenti interni

 

Parametru

Għadd ta' bits

Deskrizzjoni

ID tal-messaġġ

6

Identifikatur għall-messaġġ 8; dejjem 8

Indikatur tar-ripetizzjoni

2

Użat mir-repetitur sabiex jindika kemm-il darba kien ripetut messaġġ.

0-3; Prestabbilit = 0; 3 = tirrepetix aktar

ID tas-sors

30

Numru MMSI

Riżerva

2

Mhux użati, għandhom ikunu ssettjati fuq żero. Riżervat għal użu futur

Data binarja

Identifikatur tal-applikazzjoni

16

DAC = 200, FI = 10

Numru Uniku Ewropew ta' Identifikazzjoni tal-Bastiment (ENI)

48

karattri 8*6 Bit ASCII

00000000 = ENI mhux assenjat = prestabbilit

Tul tal-bastiment/konvoj

13

1 — 8 000 (il-kumplament ma għandux jintuża) it-tul tal-vapur/konvoj f'1/10m 0 = prestabbilit

Wisa' tal-bastiment/konvoj

10

1 — 1 000 (il-kumplament m'għandux jintuża) il-wisa' tal-bastiment/konvoj fi 1/10 m; 0 = prestabbilit

Tip ta' bastiment u konvoj

14

It-tip ta' bastiment u ta' konvoj numeriku kif deskritt fl-APPENDIĊI Ċ

0 = mhux disponibbli = prestabbilit

Indikazzjoni ta' merkanzija perikoluża

3

L-għadd ta' koni blu/id-dwal 0 — 3; 4 = B-Flag, 5 = prestabbilit = mhux magħruf

Pixka massima statika attwali

11

1 — 2 000 (il-kumplament mhux użat) il-pixka f'1/100m, 0 = prestabbilit = mhux magħruf

Mgħobbi/mhux mgħobbi

2

1 = mgħobbi, 2 = mhux mgħobbi, 0 = mhux disponibbli/prestabbilit, 3 m'għandux ikun użat

Il-kwalità tal-informazzjoni dwar il-veloċità

1

1 = għolja, 0 = baxxa/GNSS = prestabbilita (*1)

Il-kwalità tal-informazzjoni dwar ir-rotta

1

1 = għolja, 0 = baxxa/GNSS = prestabbilita (*1)

Il-kwalità tal-informazzjoni dwar id-direzzjoni

1

1 = għolja, 0 = baxxa = prestabbilita (*1)

Riżerva

8

Mhux użati, għandhom ikunu ssettjati fuq żero. Riżervat għal użu futur

 

Total

168

Jokkupa perjodu ta' ħin wieħed

3.5.3.2.   Għadd ta' persuni abbord (messaġġ speċifiku Intern FI 55)

Il-messaġġ għandu jintbagħat minn bastimenti interni biss, sabiex jinforma dwar l-għadd ta' persuni, (passiġġieri, ekwipaġġ, persunal navali) abbord. Il-messaġġ għandu jintbagħat bil-messaġġ binarju 6 preferibbilment fil-ħin tas-seħħ jew meta mitlub bl-użu tal-messaġġ funzjonali Identifikatur Internazzjonali tal-Applikazzjoni binarju 2.

Tabella 3.5

Rapport dwar l-għadd ta' Persuni abbord

 

Parametru

Bit

Deskrizzjoni

ID tal-messaġġ

6

Identifikatur għall-messaġġ 6; dejjem 6

Indikatur tar-ripetizzjoni

2

Użat mir-repetitur sabiex jindika kemm-il darba kien ripetut messaġġ.

0-3; Prestabbilit = 0; 3 = tirrepetix aktar

ID tas-sors

30

In-numru MMSI tal-istazzjon tas-sors

Numru tas-sekwenza

2

0 — 3

ID tad-destinazzjoni

30

In-numru MMSI tal-istazzjon tad-destinazzjoni

Bandiera tar-ritrażmissjoni

1

Il-bandiera tar-ritrażmissjoni għandha tkun issettjata fuq ir-ritrażmissjoni: 0 = ebda ritrażmissjoni = prestabbilit;

1 = ritrażmess.

Riżerva

1

Mhux użati, għandhom ikunu ssettjati fuq żero. Riżervat għal użu futur

Data binarja

Identifikatur tal-applikazzjoni

16

DAC = 200, FI = 55

L-għadd ta' membri tal-ekwipaġġ abbord

8

0 — 254 membri tal-ekwipaġġ, 255 = mhux magħruf = prestabbilit

L-għadd ta' passiġġieri abbord

13

0 — 8 190 passiġġier, 8 191 = mhux magħruf = prestabbilit

L-għadd ta' persunal navali abbord

8

0 — 254 persunal navali, 255 = mhux magħruf = prestabbilit

Riżerva

51

Mhux użati, għandhom ikunu ssettjati fuq żero. Riżervat għall-użu fil-futur

 

Total

168

Jokkupa perjodu ta' ħin wieħed

4.   STAZZJONIJIET MOBBLI TAL-AIS OĦRA FUQ PASSAĠĠI FUQ L-ILMA INTERNI

4.1.   Daħla

Il-bastimenti li mhumiex obbligati li joperaw stazzjonijiet mobbli tal-AIS Interna jistgħu jużaw stazzjonijiet mobbli tal-AIS oħra. Jistgħu jintużaw l-istazzjonijiet mobbli li ġejjin:

(a)

Stazzjon mobbli tal-Klassi A tal-AIS skont l-Artikolu 35(2) u 35(3) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2014/90/EU (18);

(b)

Stazzjon mobbli tal-Klassi B tal-AIS skont il-punt 4.2.

L-użu ta' tali stazzjonijiet f'passaġġi fuq l-ilma interni huwa r-responsabbiltà tal-Awtorità Kompetenti responsabbli għan-navigazzjoni f'din iż-żona.

Jekk tali stazzjonijiet jintużaw fuq bażi volontarja, il-kaptan għandu jżomm id-data tal-AIS li tiddaħħal manwalment aġġornata b'mod kostanti. L-ebda data skorretta m'għandha tiġi trażmessa fuq AIS.

4.2.   Rekwiżiti ġenerali għal stazzjonijiet mobbli tal-Klassi B tal-AIS fuq passaġġi fuq l-ilma interni

Klassi B tal-AIS għandha funzjonalitajiet ristretti meta mqabbla ma' stazzjonijiet mobbli tal-AIS Interna. Il-messaġġi li jintbagħtu minn stazzjon mobbli tal-Klassi B tal-AIS jiġu trażmessi bi prijorità baxxa meta mqabbel ma' stazzjonijiet mobbli tal-AIS Interna.”

Minbarra r-rekwiżiti li jirriżultaw minn atti legali oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari, id-Diretiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/53/KE (20), l-istazzjonijiet mobbli tal-Klassi B tal-AIS fuq bastimenti li jinnavigaw f'passaġġi fuq l-ilma interni tal-Unjoni għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fi:

(a)

Ir-Rakkomandazzjoni ITU-R M. 1371;

(b)

L-Istandard Internazzjonali 62287 (inkluż ġestjoni tal-kanal DSC).

Nota:

Hija r-responsabbiltà tal-Awtorità Kompetenti responsabbli għan-navigazzjoni f'din iż-żona li taċċerta l-konformità tal-istazzjonijiet mobbli tal-Klassi B tal-AIS mal-istandards u mar-rekwiżiti elenkati fit-tieni subparagrafu qabel il-ħruġ ta' liċenzja ta' stazzjon ta' vapur, li tassenja numru ta' Identifikatur tas-Servizz Mobbli Marittimu (MMSI), pereżempju skont it-tip ta' approvazzjoni ta' stazzjonijiet mobbli tal-Klassi B tal-AIS.

5.   AIS GĦAJNUNIET LIN-NAVIGAZZJONI F'NAVIGAZZJONI INTERNA

5.1.   Daħla

Għajnuna navigazzjonali (magħrufa wkoll bħala Għajnuna lin-Navigazzjoni, jew AtoN) hija markatur li tipprovdi appoġġ waqt navigazzjoni. Għajnuniet bħal dawn jinkludu markaturi għal sinjali, bagi, sinjali ta' ċpar, u beacons tal-ġurnata. Lista ta' tipi ta' AtoNs hija inkluża f'Tabella 5.2.

It-teknoloġija AIS tipprovdi l-possibbiltà li tiġi ttrasferita informazzjoni b'mod dinamiku dwar l-AtoNs.

Għall-użu fin-navigazzjoni interna, ir-rapport dwar l-AtoN tal-AIS marittima (Messaġġ 21) jeħtieġ li jiġi estiż biex jirrifletti d-dettalji tas-sistema ta' bagi interna.

Dan ir-rapport dwar l-AtoN tal-AIS marittima huwa bbażat fuq is-stema ta' bagi IALA. Għal navigazzjoni interna, ir-rapport dwar l-AtoN tal-AIS jeħtieġ li jirrifletti s-sistema tal-AtoN Interna deskritta fit-Taqsima 5.

Ir-rapport dwar l-AtoN tal-AIS jittrasferixxi l-pożizzjoni u t-tifsira tal-AtoN kif ukoll informazzjoni jekk baga tkun fil-pożizzjoni meħtieġa (f'pożizzjoni) jew le (mhux f'pożizzjoni).

5.2.   Użu tal-Messaġġ 21: Rapport dwar l-Għajnuniet lil Navigazzjoni

Għall-użu f'passaġġi fuq l-ilma interni, qiegħed jintuża r-rapport dwar l-AtoN tal-AIS (Messaġġ 21) kif definit fir-Rakkomandazzjoni ITU-R M.1371. It-tipi ta' AtoN Interni Ewropej addizzjonali jiġu kkodifikati permezz tal-bits tal-“istatus AtoN”.

Tabella 5.1

Rapport tal-AtoN tal-AIS

Parametru

Għadd ta' bits

Deskrizzjoni

ID tal-messaġġ

6

L-identifikatur għal dan il-messaġġ 21

Indikatur tar-ripetizzjoni

2

Użat mir-repetitur sabiex jindika kemm 'il darba kien ripetut messaġġ

0-3; Prestabbilit = 0; 3 = tirrepetix aktar

ID

30

Numru MMSI, (ara l-Artikolu 19 tar-RR u r-Rakkomandazzjoni ITU-R M.585)

Tipi ta' Għajnuniet lil Navigazzjoni

5

0 = mhux disponibbli = prestabbilit; irrferei għad-definizzjoni xierqa stabbilita mill-IALA; ara Figure 5-1 (21)

Isem ta' Għajnuniet lil Navigazzjoni

120

Massimu ta' 20 karattru 6 bit ASCII, kif definit fit-Tabella 47 “@@@@@@@@@@@@@@@@@@@@” = mhux disponibbli = prestabbilit.

L-isem tal-AtoN jista' jiġi estiż bil-parametru “Isem ta' Estenzjoni ta' Għajnuniet lil Navigazzjoni” taħt

Preċiżjoni tal-pożizzjoni (PA)

1

1 = għolja (≤ 10 m) 0 = baxxa (> 10 m) 0 = prestabbilita Il-bandiera PA għandha tiġi ddeterminata skont ir-Rakkomandazzjoni ITU-R M.1371 tabella “Determinazzjoni tal-informazzjoni dwar il-preċiżjoni tal-pożizzjoni”

Lonġitudni

28

Lonġitudni f'1/10 000 min ta' pożizzjoni ta' AtoN (± 180°, Lvant = pożittiv, Punent = negattiv181 = (6791AC0h) = mhux disponibbli = prestabbilit)

Latitudni

27

Latitudni fi 1/10 000 min ta' AtoN (± 90°, Tramuntana = pożittiv, Nofsinhar = negattiv 91 = (3412140h) = mhux disponibbli = prestabbilit)

Dimensjoni/referenza għal pożizzjoni

30

Punt ta' refernza għall-pożizzjoni rrappurtata; jindika wkoll id-dimensjoni ta' AtoN (m) (ara Figura 5-1), jekk rilevanti (22)

Tip ta' tagħmir tal-iffissar tal-pożizzjoni elettroniku;

4

0 = Mhux definit (prestabbilit)

1 = GPS

2 = GLONASS

3 = GPS/GLONASS kombinat

4 = Loran-C

5 = Chayka

6 = Sistema tan-Navigazzjoni Integrata

7 = skandaljat. Għal AtoN fiss u AtoN virtwali, għandha tintuża l-pożizzjoni mmarkata. Il-pożizzjoni preċiża ttejjeb il-funzjoni tiegħu bħala mira ta' referenza tar-radar

8 = Galileo

9-14 = mhux użat

15 = GNSS interna

Kronogramma

6

UTC sekonda meta r-rapport ġie ġġenerat mill-EPFS (0-59, jew 60) jekk il-kronogramma ma tkunx disponibbli, li għandu jkun ukoll il-valur prestabbilit, jew 61 jekk is-sistema ta' pożizzjonar tkun f'modalità input manwali jew 62 jekk is-sistema ta' ffissar ta' pożizzjonar elettroniku topera f'modalità stmata (navigazzjoni fuq stima), jew 63 jekk is-sistema ta' pożizzjonar tkun inoperattiva)

Indikatur mhux f'pożizzjoni

1

Għal AtoN fuq il-baħar, biss: 0 = f'pożizzjoni; 1 = mhux f'pożizzjoni.

NOTA 1 – Din il-bandiera għandha titqies valida biss mill-istazzjon li jirċiviha, jekk l-AtoN tkun għajnuna fuq il-baħar, u jekk il-kronogramma tkun daqs jew taħt 59. Għal AtoN fuq il-baħar, il-parametri taż-żona ta' gwardja għandhom jiġu stabbiliti mal-installazzjoni

Status tal-AtoN

8

Riżervat għall-indikazzjoni tal-istatus tal-AtoN

00000000 = prestabbilit (23)

Bandiera RAIM

1

Bandiera RAIM (Monitoraġġ tal-integrità awtonomu tar-riċevitur) tat-tagħmir tal-iffissar tal-pożizzjoni elettroniku; 0 = RAIM mhux użat = prestabbilit; 1 = RAIM f'użu; ara r-Rakkomandazzjoni ITU-R M.1371 tabella “Determinazzjoni tal-pożizzjoni tal-informazzjoni tal-preċiżjoni”

Bandiera virtwali AtoN

1

0 = prestabbilit = AtoN reali f'pożizzjoni indikata; 1 = AtoN virtwali, ma jeżistix fiżikament (24)

Bandiera modalità assenjata

1

0 = Stazzjon li jopera f'modalità awtonoma u kontinwa = prestabbilit 1 = Stazzjon li jopera f'modalità assenjata

Riżerva

1

Riżerva. Mhux użat. Għandu jkun stabbilit għal żero. Riżervat għal użu futur

Isem ta' Estensjoni ta' Għajnuniet lil Navigazzjoni

0, 6, 12, 18, 24, 30, 36, ... 84

Dan il-parametru sa 14-il karattru 6-bit ta' ASCII addizzjonali għal messaġġ ta' 2 punti ta' ħin jista' jiġi kkombinat mal-parametru “Isem tal-Għajnuniet lil Navigazzjoni” fl-aħħar ta' dan il-parametru, meta jkunu meħtieġa aktar minn 20 karattru għall-isem tal-AtoN. Dan il-parametru għandu jitneħħa meta ma jkunux meħtieġa aktar minn 20 karattru għall-isem tal-AtoN b'kollox. In-numru meħtieġ ta' karattri biss għandu jiġi trażmess, jiġifieri l-ebda karattru @ m'għandu jintuża

Riżerva

0, 2, 4 jew 6.

Riżerva. Jintuża biss meta jintuża l-parametru “Isem tal-Estensjoni ta' Għajnuniet lil Navigazzjoni”. Għandu jkun stabbilit għal żero. In-numru ta' bits ta' riżerva għandu jiġi aġġustat sabiex josserva l-konfini tal-byte

Total

272-360

Jokkupa żewġ perjodi ta' ħin

Figura 5-1

Punt ta' referenza għal pożizzjoni rrappurtata ta' AtoN marittima, jew id-dimensjoni ta' AtoN

Image 7

 

Numru ta' bits

Firxiet ta' bits

Distanza (m)

A

9

Bit 21 – Bit 29

0-511

511 – 511 m jew ikbar

B

9

Bit 12 – Bit 20

0-511

511 – 511 m jew ikbar

C

6

Bit 6 – Bit 11

0-63

63 – 63 m jew ikbar

D

6

Bit 0 – Bit 5

0-63

63 – 63 m jew ikbar

Jekk it-tip ta' AtoN li għandu jiġi trażmess jiġi kopert fit-tipi eżistenti ta' IALA ta' AtoN (skont it-Tabella 5.2) l-ebda tibdil m'għandu għalfejn jiġi applikat.

Tabella 5.2

Tipi ta' Għajnuniet lil Navigazzjoni

Kodiċi

Definizzjoni Marittima

 

0

Prestabbilit, Tip ta' AtoN mhux speċifikat

 

1

Punt ta' referenza

 

2

RACON

 

3

Strutturi fissi lil hinn mill-kosta, bħal pjattaformi taż-żejt, irziezet tar-riħ

(NOTA 1 – Dan il-kodiċi għandu jidentifika ostruzzjoni li tkun mgħammra bi stazzjon tal-AIS ta' AtoN)

 

4

Baga ta' Mmarkar ta' Ħabta ta' Emerġenza

AtoN fissa

5

Dawl, mingħajr setturi

6

Dawl, bis-setturi

7

Dawl Prinċipali ta' Quddiem

8

Dawl Prinċipali ta' Wara

9

Beacon, Kardinali N

10

Beacon, Kardinali E

11

Beacon, Kardinali S

12

Beacon, Kardinali W

13

Beacon, Naħa tal-port

14

Beacon, Naħa ta' bord il-lemin

15

Beacon, Naħa Preferita tal-Kanal tal-Port

16

Beacon, Naħa Preferita tal-Kanal ta' Bord il-lemin

17

Beacon, Periklu iżolat

18

Beacon, Ilma sigur

19

Beacon, Marka speċjali

AtoN fuq l-ilma

20

Marka Kardinali N

21

Marka Kardinali E

22

Marka Kardinali S

23

Marka Kardinali W

24

Marka tan-naħa tal-port

25

Marka tan-naħa ta' bord il-lemin

26

Naħa Preferita tal-Kanal tal-Port

27

Naħa Preferita tal-Kanal ta' Bord il-lemin

28

Periklu iżolat

29

Ilma sigur

30

Marka speċjali

31

Bastiment ħafif/LANBY/Rigi

NOTA 1 – It-tipi ta' AtoN elenkati hawn fuq huma bbażati fuq is-Sistema ta' Bagi Marittima ta' IALA, fejn applikabbli.

NOTA 2 – Hemm potenzjal għal konfużjoni meta jiġi deċiż jekk għajnuna hijiex immarkata jew le. L-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jixtiequ jużaw it-taqsima reġjonali/lokali tal-messaġġ biex jindikaw dan.

5.3.   Estensjoni ta' Messaġġ 21 b'tip speċifiku intern ta' AtoN

Il-qasam tal-parametru “status tal-AtoN” jintuża għall-estensjoni tal-Messaġġ 21 b'tip speċifiku intern ta' AtoN.

Il-qasam tal-parametru “status tal-AtoN” jiġi organizzat fi tmien paġni, li minnhom l-ID tal-paġna 0 hija 0 = prestabbilit, l-ID tal-paġna 1 sa 3 hija għal użu reġjonali u l-ID tal-paġna 4 sa 7 hija għal użu internazzjonali. L-ewwel tliet bits tal-istatus AtoN irreġistrat jiddefinixxi l-ID tal-paġna, il-5 bits li jifdal fihom l-informazzjoni tal-paġna.

Ir-reġjun, li fih hija applikabbli l-ID tal-paġna 1 sa 3 huwa definit min-Numri ta' Identifikazzjoni Marittimi fl-MMSI tal-istazzjon tal-AtoN tal-AIS li jittrażmetti. Għalhekk il-kodifikazzjoni tal-bit tal-5 bits tal-informazzjoni fil-lqasam tal-istatus tal-AtoN huwa biss applikabbli f'dan ir-reġjun speċifiku.

Fir-rigward tal-passaġġi fuq l-ilma intern tal-Unjoni, l-ID tal-paġna 1 tal-qasam tal-istatus tal-AtoN fih il-lista ta' tip speċifiku għall-intern ta' AtoN użat.

Biex jiġi stabbilit tip speċifiku għall-intern ta' AtoN fil-Messaġġ 21, għandhom isiru żewġ passi. L-ewwel il-parametru “Tip ta' għajnuniet lil navigazzjoni” f'Messaġġ 21 jeħtieġ li jiġi stabbilit għal “0 = Prestabbilit, tip ta' AtoN mhux speċifikat”. It-tieni, il-parametru “status tal-AIS” jeħtieġ li jiġi stabbilit għal ID tal-paġna 1 u l-kodiċi xieraq tat-tip speċifiku għall-Intern ta' AtoN, kif ġej:

Messaġġ 21 - status tal-AtoN:

Bits:

Image 8

Image 9

LSB

kodifikazzjoni:

ID tal-paġna

tip ta' AtoN (0-31)

 


(1)  Id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1).

(2)  Id-Direttiva 2005/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar is-Servizzi Armonizzati ta' Informazzjoni tax-Xmajjar (RIS) f'passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 152–159).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 414/2007 tat-13 ta' Marzu 2007 dwar il-linji gwida tekniċi għall-ippjanar, l-implimentazzjoni u l-użu operazzjonali tas-servizzi ta' informazzjoni tax-xmajjar (RIS) imsemmija fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2005/44/KE dwar is-servizzi armonizzati ta' informazzjoni tax-xmajjar (RIS) f'passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità (ĠU L 105, 23.4.2007, p. 1).

(4)  Id-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE (ĠU L 208, 5.8.2002, p. 10).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 909/2013 tal-10 ta' Settembru 2013 li jiddefinixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-sistema tad-displej tal-mapep elettroniċi u tal-informazzjoni għan-navigazzjoni interna (ECDIS Interna) kif imsemmija fid-Direttiva 2005/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 258, 28.9.2013, p. 1).

(6)  Meta stazzjoni mobbli jiddetermina li huwa s-semaforu (irreferi għar-Rakkomandazzjoni ITU-R M.1371, Anness 2, § 3.1.1.4), ir-rata ta' rappurtar għandha tiżdied għal darba kull żewġ sekondi (irreferi għar-Rakkomandazzjoni ITU-R M.1371, Annex 2, § 3.1.3.3.2).

(7)  Għandha tinqaleb skont l-awtorità kompetenti, meta jkun meħtieġ.

(8)  Mhux applikabbli fl-Unjoni għall-fini ta' dan ir-Regolament.

(9)  In-nodi għandhom jiġu kkalkulati f'km/h minn tagħmir estern abbord.

(10)  Għandu jkun evalwat biss jekk ir-rapport ġej minn stazzjon mobbli tal-AIS Interna u jekk l-informazzjoni tiġi derivata minn mezzi awtomatiċi (konnessjoni diretta mas-swiċċ).

(11)  Għandu jiġi stabbilit għal 0 għall-bastimenti f'ilmijiet interni.

(12)  It-tip ta' bastiment li huwa l-aktar applikabbli għandu jintuża għan-navigazzjoni interna (ara APPENDIĊI Ċ).

(13)  Id-dimensjonijiet għandhom jiġu stabbiliti għall-qies massimu rettangolari tal-konvoj.

(14)  Il-preċizjoni b'deċimetri tal-informazzjoni interna għandha tiġi aġġustata għaċ-ċifra sħiħa li jmiss.

(15)  L-informazzjoni tal-punt ta' referenza għandha tkun meħuda mis-sentenza tal-interfaċċa SSD bid-distinzjoni tal-qasam “identifikatur tas-sors”. L-informazzjoni dwar il-punt ta' referenza tal-pożizzjoni bl-identifikatur tas-sors AI għandha tkun maħżuna bħala waħda interna. Identifikaturi tas-sors oħrajn għandhom iwasslu għall-informazzjoni ta' punt ta' referenza għall-punt ta' referenza estern.

(16)  Il-preċizjoni b'ċentimetri dwar l-informazzjoni interna għandha tkun aġġustata għaċ-ċifra sħiħa li jmiss.

(17)  Il-Kodiċijiet tal-Lokalità ISRS bħala parti mill-Indiċi RIS għandhom jintużaw derivati mis-Sistema ta' Ġestjoni tad-Data ta' Referenza Ewropea (ERDMS) miżmuma mill-Kummissjoni Ewropea.

(*1)  Għandu jkun issettjat fuq 0 jekk ebda sensur ta' tip approvat (eż. gyro) ma jkun konness ma' transponder.

(18)  Id-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar tagħmir tal-baħar u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 146).

(19)  Id-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 1999 dwar it-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta' telekomunikazzjoni u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom (ĠU L 91, 7.4.1999, p. 10).

(20)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/53/KE tal-25 ta' Jannar 2005 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 3(3)(e) tad-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għat-tagħmir tar-radju li għandu bħala għan il-parteċipazzjoni fis-Sistema ta' Identifikazzjoni Awtomatika (AIS) ĠU L 22, 26.1.2005, p. 14).

(21)  F'każ li qed jiġi trażmess kodiċi tat-tip AtoN intern, dan il-qasam (tip ta' AtoN) għandu jiġi stabbilit għal 0 = mhux definit

(22)  Meta tintuża Figure 5-1 għal AtoN għandu jiġi osservat li ġej:

Għal AtoN fiss, AtoN virtwali, u għal strutturi lil hinn mill-kosta, l-orjentazzjoni stabbilita mid-dimensjoni A għandha tipponta lejn Tramuntana reali.

Għal għajnuniet fuq il-baħar akbar minn 2 m * 2 m id-dimensjonijiet tal-AtoN għandhom dejjem jingħataw qrib ċirku, jiġifieri d-dimensjonijiet għandhom dejjem ikunu kif ġej A = B = C = D ≠ 0. (Dan minħabba l-fatt li l-orjentazzjoni tal-AtoN fuq il-baħar ma tiġix trażmessa. Il-punt ta' referenza għal pożizzjoni rrappurtata huwa fiċ-ċentru taċ-ċirku).

A = B = C = D = 1 għandu jindika oġġetti (fissi jew fuq il-baħar) iżgħar minn jew daqs 2 m * 2 m. (Il-punt ta' referenza għal pożizzjoni rrappurtata huwa fiċ-ċentru taċ-ċirku.)

Strutturi lil hinn mill-kosta fuq il-baħar li mhumiex fissi, bħal rigi, għandhom jitqiesu bħala tip ta' Kodiċi 31 mit-Tabella 5.2. Dawn l-istrutturi għandhom ikollhom il-parametru tagħhom “Dimensjoni/referenza għal pożizzjoni kif determinat hawn fuq fin-Nota (1).

Għal strutturi lil hinn mill-kosta fissi, it-tip ta' Kodiċi 3 mit-Tabella 5.2, għandhom ikollhom il-parametru tagħhom” Dimensjoni/referenza għal pożizzjoni kif determinat hawn fuq fin-Nota (1). Għalhekk, l-AtON kollha u l-istrutturi lil hinn mill-kost għandhom id-dimensjoni ddeterminata bl-istess mod u d-dimensjonijiet reali jinsabu fil-Messaġġ 21.

(23)  Għal rapport dwar AtoN tal-AIS Interna dan il-qasam għandu jintuża biex jindika t-tip ta' AtoN Interna billi tintuża l-paġna 001

(24)  Meta tiġi trażmessa informazzjoni virtwali tal-AtoN, jiġifieri l-Bandiera fil-Mira tal-AtoN virtwali/psewdo tiġi stabbilita għal wieħed (1), id-dimensjonijiet għandhom jiġu stabbiliti għal A = B=C = D = 0 (prestabbilit). Dan għandu jkun il-każ ukoll meta tiġi trażmessa informazzjoni dwar il-“punt ta' referenza”

Appendiċi A

TAQSIRIET

AI

Identifikatur tal-Applikazzjoni

AIS

Sistema ta' Identifikazzjoni Awtomatika

ADN

Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta' Oġġetti Perikolużi fuq Passaġġi tal-Ilma Interni

ASCII

Il-kodiċi standard Amerikan għall-interkambju tal-informazzjoni

ASM

Messaġġ Speċifiku għall-Applikazzjoni

AtoN

Għajnuniet lil Navigazzjoni

DAC

Kodiċi taż-Żona Indikat

DGNSS

GNSS Differenzjali

FI

Identifikatur Funzjonali

GLONASS

Sistema Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita (Russa)

GNSS

Sistema Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita

GPS

Sistema ta' Pożizzjonament Globali

HDG

Intestatura

IAI

Identifikatur Internazzjonali tal-Applikazzjoni

ID

Identifikatur

ITU

Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni

MMSI

Identifikatur tas-Servizz Mobbli Marittimu kif imsemmi fir-Rakkomandazzjoni ITU-R M585

ROT

Rata tad-Dawrien

SO/CS tal-Klassi B

Stazzjonijiet mobbli tal-Klassi B li jużaw jew teknika ta' carrier-sense time division multiple access (CSTDMA) (“CO”) jew teknika ta' self-organising time division multiple access (“SO”)

SOLAS

Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar

SQRT

Ir-radiċi kwadrata

UTC

Il-ħin universali koordinat

VHF

Frekwenza Għolja Ħafna

VTS

Servizzi tat-Traffiku tal-Bastimenti

Appendiċi B

SENTENZI TAL-INTERFAĊĊA DIĠITALI GĦALL-AIS INTERNA

B.1   Sentenzi tal-input

L-interfaċċa diġitali serjali tal-AIS hija appoġjata mis-sentenzi eżistenti IEC 61162. Id-deskrizzjonijiet dettaljati għas-sentenzi tal-interfaċċa diġitali jinsabu fl-IEC 61162.

Barra minn hekk, is-sentenzi tal-interfaċċa diġitali li ġejjin huma definiti għal stazzjon mobbli tal-AIS Interna.

B.2    Data statika tal-bastiment dwar passaġġi fuq l-ilma interni

Din is-sentenza tintuża biex jinbidlu s-settings, li mhumiex koperti minn SSD u VSD.

$PIWWSSD,cccccccc,xxxx,x.x,x.x,x,x,x,x.x,x.x,x.x,x.x*hh<CR><LF>

qasam 1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 11

Qasam

Format

Deskrizzjoni

1

cccccccc

Numru ENI

2

xxxx

tip ta' bastiment intern skont APPENDIĊI Ċ

3

x.x

tul tal-bastiment 0 sa 800,0 metru

4

x.x

wisa' tal-bastiment 0 sa 100,0 metru

5

x

kwalità tal-veloċità tal-informazzjoni 1 = għolja jew 0 = baxxa

6

x

kwalità tal-informazzjoni tar-rotta 1 = għolja jew 0 = baxxa

7

x

kwalità tal-informazzjoni tal-intestatura 1 = għolja jew 0 = baxxa

8

x.x

valur B għal pożizzjoni ta' referenza interna (punt ta' referenza ta' distanza għall-poppa)

9

x.x

valur C għal pożizzjoni ta' referenza interna (punt ta' referenza ta' distanza għan-naħa tal-port)

10

x.x

valur B għal pożizzjoni ta' referenza interna (punt ta' referenza ta' distanza għall-poppa)

11

x.x

valur C għal pożizzjoni ta' referenza interna (punt ta' referenza ta' distanza għan-naħa tal-port)

B.3    Data dwar il-vjaġġ tal-passaġġi fuq l-ilma interni

Din is-sentenza tintuża biex tiddaħħal data tal-bastiment dwar il-vjaġġ tan-navigazzjoni interna fi stazzjon mobbli tal-AIS Interna. Biex tiġi stabbilita d-data relatata mal-vjaġġ intern, tintuża s-sentenza $PIWWIVD mal-kontenut li ġej

$PIWWIVD,x,x,x,x.x,x.x,x,xxx,xxxx,xxx,x.x,x.x,x.x,x.x*hh<CR><LF>

qasam 1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 11 12 13

Qasam

Format

Deskrizzjoni

1

x

Ara r-Rakkomandazzjoni ITU-R M.1371 Messaġġ 23 settings għall-intervall ta' rappurtar, setting prestabbilit: 0

2

x

l-għadd ta' koni blu: 0-3, 4 = Bandiera B, 5 = prestabbilit = mhux magħruf

3

x

0 = mhux disponibbli = prestabbilit, 1 = mgħobbi, 2 = mhux mgħobbi, il-bqija mhux użat

4

x.x

pixka statika tal-bastiment 0 sa 20,00 metru, 0 = mhux magħruf = prestabbilit, il-bqija mhux użat

5

x.x

pixka tal-arja tal-bastiment 0 sa 40,00 metru, 0 = mhux magħruf = prestabbilit, il-bqija mhux użat

6

x

numru ta' lanċi tal-irmonk ta' assistenza 0-6, 7 = prestabbilit = mhux magħruf, il-bqija mhux użat

7

xxx

numru ta' membri tal-ekwipaġġ abbord 0 sa 254, 255 = mhux magħruf = prestabbilit, il-bqija le

8

xxxx

numru ta' passiġġiera abbord 0 sa 8 190 , 8 191 = mhux magħruf = prestabbilit, il-bqija mhux użat

9

xxx

numru ta' persunal navali abbord 0 sa 254, 255 = mhux magħruf = prestabbilit, il-bqija mhux użat

10

x.x

Estensjoni tal-konvoj għall-pruwa f'(metri.deċimetru = riżoluzzjoni f'dm)

11

x.x

Estensjoni tal-konvoj għall-poppa f'(metri.deċimetru = riżoluzzjoni f'dm)

12

x.x

Estensjoni tal-konvoj għan-naħa tal-port f'(metri.deċimetru = riżoluzzjoni f'dm)

13

x.x

Estensjoni tal-konvoj għan-naħa ta' bord il-lemin f'(metri.deċimetru = riżoluzzjoni f'dm)

F'każ ta' oqsma vojta s-setting tal-konfigurazzjoni korrispondenti m'għandux jinbidel.

Appendiċi Ċ

TIPI TA' BASTIMENT U KONVOJ INTERN

Din it-tabella ta' korrispodnenza hija bbażata fuq silta mill-“Kodiċijiet għat-Tipi ta' Mezzi ta' Trasport” skont ir-Rakkomandazzjoni 28 tal-UNECE u t-tipi ta' vapuri marittimi kif definit fir-Rakkomandazzjoni ITU-R M.1371 “Technical characteristics for a universal shipborne automatic identification system using time division multiple access in the VHF maritime mobile band” (Il-karatteristiċi tekniċi għal sistema universali ta' identifikazzjoni awtomatika ta' fuq il-vapuri u li tuża time division multiple access fil-frekwenza marittima mobbli tal-VHF).

Tip ta' bastiment u konvoj

tip ta' vapur marittimu

kodiċi

isem il-bastiment

l-ewwel ċifra

it-tieni ċifra

8000

Vapur, tip mhux magħruf

9

9

8010

Bastiment tal-merkanzija bil-magni

7

9

8020

Tanker bil-magni

8

9

8021

Tanker bil-magni, tagħbija likwida, tip N

8

0

8022

Tanker bil-magni, tagħbija likwida, tip C

8

0

8023

Tanker bil-magni, tagħbija niexfa bħal-likwidu (eż. siment)

8

9

8030

Bastiment tal-kontejners

7

9

8040

Tanker tal-gass

8

0

8050

Bastiment tal-merkanzija bil-magni, lanċa tal-irmonk

7

9

8060

Tanker bil-magni, lanċa tal-irmonk

8

9

8070

Bastiment tal-merkanzija bil-magni b'bastiment wieħed jew iżjed maġenbu

7

9

8080

Bastiment tal-merkanzija bil-magni bit-tanker

8

9

8090

Bastiment tal-merkanzija bil-magni li jimbotta bastiment tal-merkanzija wieħed jew iżjed

7

9

8100

Bastiment tal-merkanzija bil-magni li jimbotta mill-inqas bastiment wieħed bit-tank

8

9

8110

Lanċa tal-irmonk, bastiment tal-merkanzija

7

9

8120

Lanċa tal-irmonk, tanker

8

9

8130

Lanċa tal-irmonk, bastiment tal-merkanzija, f'daqqa

3

1

8140

Lanċa tal-irmonk, bastiment tal-merkanzija/tanker, f'daqqa

3

1

8150

Barkun għall-ġarr tal-merkanzija

9

9

8160

Barkun bit-tank

9

9

8161

Barkun bit-tank, tagħbija likwida, tip N

9

0

8162

Barkun bit-tank, tagħbija likwida, tip C

9

0

8163

Barkun bit-tank, tagħbija niexfa bħal-likwidu (eż. siment)

9

9

8170

Barkun għall-ġarr tal-merkanzija b'kontejners

8

9

8180

Barkun bit-tank, gass

9

0

8210

Pushtow, barkun b'tagħbija waħda

7

9

8220

Pushtow, barkuni b'żewġ tagħbijiet

7

9

8230

Pushtow, barkuni bi tliet tagħbijiet

7

9

8240

Pushtow, barkuni b'erba' tagħbijiet

7

9

8250

Pushtow, barkuni b'ħames tagħbijiet

7

9

8260

Pushtow, barkuni b'sitt tagħbijiet

7

9

8270

Pushtow, barkuni b'seba' tagħbijiet

7

9

8280

Pushtow, barkuni bi tmien tagħbijiet

7

9

8290

Pushtow, barkuni b'disa' tagħbijiet jew aktar

7

9

8310

Pushtow, barkun b'tank/gass wieħed

8

0

8320

Pushtow, żewġ barkuni mill-inqas tanker jew barkun tal-gass wieħed

8

0

8330

Pushtow, tliet barkuni mill-inqas tanker jew barkun tal-gass wieħed

8

0

8340

Pushtow, erba' barkuni mill-inqas tanker jew barkun tal-gass wieħed

8

0

8350

Pushtow, ħames barkuni mill-inqas tanker jew barkun tal-gass wieħed

8

0

8360

Pushtow, sitt barkuni mill-inqas tanker jew barkun tal-gass wieħed

8

0

8370

Pushtow, seba' barkuni mill-inqas tanker jew barkun tal-gass wieħed

8

0

8380

Pushtow, tmien barkuni mill-inqas tanker jew barkun tal-gass wieħed

8

0

8390

Pushtow, disa' barkuni jew aktar li mill-inqas tanker jew barkun tal-gass wieħed

8

0

8400

Lanċa tal-irmonk, waħda

5

2

8410

Lanċa tal-irmonk, b'irmonk wieħed jew iżjed

3

1

8420

Lanċa tal-irmonk, li tassisti bastiment jew b'kombinazzjoni marbuta

3

1

8430

Pushboat, waħda

9

9

8440

Vapur tal-passiġġieri, lanċa, vapur tas-salib l-aħmar, bastiment tal-kruċiera

6

9

8441

Lanċa

6

9

8442

Bastiment tas-Salib l-Aħmar

5

8

8443

Bastiment tal-kruċiera

6

9

8444

Bastiment tal-passiġġieri mingħajr akkomodazzjoni

6

9

8445

Basiment b'veloċità għolja għal vjaġġ ta' matul il-jum

6

9

8446

Bastiment tal-aliskaf għal vjaġġ ta' matul il-jum

6

9

8447

Bastiment tal-kruċiera bil-qlugħ

6

9

8448

Bastiment tal-passiġġieri bil-qlugħ mingħajr akkomodazzjoni

6

9

8450

Bastiment tas-servizz, rondi tal-pulizija, servizz tal-port

9

9

8451

Bastiment tas-servizz

9

9

8452

Bastiment tar-rondi tal-pulizija

5

5

8453

Bastiment tas-servizz tal-port

9

9

8454

Bastiment ta' sorveljanza tan-navigazzjoni

9

9

8460

Bastiment, bastiment għall-manutenzjoni tax-xogħol, gruwi li jżommu f'wiċċ l-ilma, bastiment bil-kejbil, bastiment bil-bagi, karrakka tal-ħama

3

3

8470

Oġġett, irmunkat, mhux speċifikat b'mod ieħor

9

9

8480

Dgħajsa tas-sajd

3

0

8490

Vapur tal-bunker

9

9

8500

Ċattra, tanker, kimika

8

0

8510

Oġġett, mhux speċifikat b'mod ieħor

9

9

1500

Bastiment ta' merkanzija ġenerali marittimu

7

9

1510

Trasportatur ta' tagħbija bl-unità marittimu

7

9

1520

Trasportatur ta' tagħbija bl-ingrossa marittimu

7

9

1530

Tanker

8

0

1540

Tanker tal-gass likwifikat

8

0

1850

Opra tal-baħar għar-rikreazzjoni, itwal minn 20 metru

3

7

1900

Vapur jgħaġġel

4

9

1910

Aliskaf

4

9

1920

Katamaran jgħaġġel

4

9


24.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 138/70


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/839

tas-7 ta' Marzu 2019

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 540/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livell ta' ħoss tal-vetturi bil-mutur u s-sostituzzjoni tas-sistemi tas-sajlenser

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 540/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar il-livell ta' ħoss tal-vetturi bil-mutur u s-sostituzzjoni tas-sistemi tas-sajlenser, u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttiva 70/157/KEE (1), u b'mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 8 u l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 540/2014 jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-vetturi ġodda kollha tal-kategoriji M (vetturi użati għall-ġarr tal-passiġġieri) u N (vetturi użati għall-ġarr ta' merkanzija) fir-rigward tal-livell tal-ħoss tagħhom. Dak ir-Regolament jistabbilixxi wkoll miżuri dwar is-Sistema ta' Twissija Akustika tal-Vettura (AVAS) għal vetturi elettriċi ibridi u għal vetturi purament elettriċi, bil-għan li l-utenti vulnerabbli tat-triq jiġu mwissija dwar dawn il-vetturi.

(2)

Id-dokument ta' informazzjoni skont l-Anness I tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' vettura fir-rigward tal-livell permissibbli tal-ħoss jenħtieġ li jiġi rieżaminat biex jirrifletti r-rekwiżiti dettaljati relatati mal-AVAS.

(3)

Wara l-adozzjoni, fil-171 sessjoni tal-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti dwar il-Vetturi tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE), tas-serje ta' emendi 01 tar-Regolament tan-NU Nru 138 dwar l-approvazzjoni ta' vetturi tat-trasport bit-triq li ma jagħmlux storbju, l-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 540/2014 jenħtieġ li jiġi rieżaminat bil-għan li tiddaħħal projbizzjoni ufq il-funzjoni pause tal-AVAS.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 540/2014 jiġi emendat skont dan.

(5)

Filwaqt li jitqies li dan ir-Regolament jinkludi adattament li jirriflettu r-rekwiżiti li jikkonċernaw il-funzjoni pause tal-AVAS diġà applikabbli skont il-Ftehim tal-1958 tan-NU/KEE, u jintroduċi dispożizzjonijiet tranżizzjonali meħtieġa għall-applikazzjoni fl-2019, jenħtieġ li jidħol fis-seħħ b'urġenza,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I u VIII tar-Regolament (UE) Nru 540/2014 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Marzu 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 158, 27.5.2014, p. 131.

(2)  Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).


ANNESS

Ir-Regolament (UE) Nru 540/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Anness I, l-Appendiċi 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt 12.8 jitħassar;

(b)

jiżdied il-punt 12.9 li ġej:

“12.9.   AVAS

12.9.1.   In-numru tal-approvazzjoni ta' tip ta' vettura fir-rigward tal-emissjonijiet tal-ħoss tagħha skont ir-Regolament UNECE Nru 138 (1)

jew

12.9.2.   Ir-referenza sħiħa għar-riżultati tat-test tal-livelli tal-emissjonijiet tal-ħoss tal-AVAS, imkejla skont ir-Regolament (UE) Nru 540/2014 (1)”.

(2)

L-Anness VIII huwa emendat kif ġej:

(a)

it-taqsima I hi sostitwita b'dan li ġej:

“Taqsima I

Dan l-Anness jistipula l-miżuri li jikkonċernaw l-AVAS għal vetturi elettriċi ibridi u għal vetturi purament elettriċi.

I.1.   Minkejja l-punti I.2(a), I.2(b), I.3(a) u I.3(b), id-dispożizzjonijiet tat-taqsima II għandhom japplikaw għall-AVAS installata:

(a)

fi kwalunkwe vettura b'approvazzjoni tat-tip minn qabel l-1 ta' Lulju 2019;

(b)

fi kwalunkwe vettura ġdida bbażata fuq it-tip imsemmi fil-punt (a) u rreġistrata qabel l-1 ta' Lulju 2021.

I.2.   Minkejja l-punti I.3(a) u (b), id-dispożizzjonijiet tat-taqsima III għandhom japplikaw għall-AVAS installata:

(a)

fi kwalunkwe vettura b'approvazzjoni tat-tip minn qabel l-1 ta' Lulju 2019, jekk il-manifattur jagħżel li jagħmel dan;

(b)

fi kwalunkwe vettura ġdida bbażata fuq it-tip imsemmi fil-punt (a);

(c)

fi kwalunkwe vettura b'approvazzjoni tat-tip mill-1 ta' Lulju 2019 'il quddiem u qabel it-1 ta' Settembru 2021;

(d)

fi kwalunkwe vettura ġdida bbażata fuq it-tip imsemmi fil-punt (c) u rreġistrata qabel l-1 ta' Settembru 2023.

I.3.   Id-dispożizzjonijiet tat-taqsima IV għandhom japplikaw għall-AVAS installata:

(a)

fi kwalunkwe vettura b'approvazzjoni tat-tip minn qabel l-1 ta' Settembru 2021, jekk il-manifattur jagħżel li jagħmel dan;

(b)

fi kwalunkwe vettura ġdida bbażata fuq it-tip imsemmi fil-punt (a);

(c)

fi kwalunkwe vettura b'approvazzjoni tat-tip mill-1 ta' Settembru 2021 jew wara;

(d)

fi kwalunkwe vettura ġdida bbażata fuq it-tip imsemmi fil-punt (c);

(e)

fil-vetturi ġodda kollha rreġistrati fl-1 ta' Settembru 2023 jew wara.”;

(b)

tiddaħħal it-taqsima IV li ġejja:

“Taqsima IV

Id-dispożizzjonijiet tat-taqsima III għandhom japplikaw, bl-eċċezzjoni tal-punt III.2 (b). Barra minn hekk, għandu japplika dan li ġej:

Swiċċ

Kwalunkwe mekkaniżmu li jippermetti lis-sewwieq iwaqqaf l-operat ta' AVAS (“il-funzjoni pause”) għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-paragrafu 6.2.6 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 138, Suppliment 1 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament, is-serje ta' emendi 01 (ĠU L 204, 5.8.2017, p. 112).”.


24.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 138/74


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/840

tat-12 ta' Marzu 2019

li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2018/273 fir-rigward tal-importazzjoni tal-inbid li joriġina fil-Kanada u l-eżenzjoni tal-bejjiegħa bl-imnut milli jżommu reġistru tad-dħul u l-ħruġ

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 89(a) u l-Artikolu 147(3)(d) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 (2) jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tad-dokumenti ta' akkumpanjament għar-rilaxx ta' prodotti tal-inbid importati f'ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni.

(2)

L-Artikolu 23 tal-Ftehim konkluż bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kanada dwar il-kummerċ fl-inbejjed u l-ispirti (3) (“il-Ftehim”) jipprevedi li l-inbid li joriġina fil-Kanada, li huwa prodott taħt is-superviżjoni u l-kontroll ta' wieħed mill-korpi kompetenti elenkati fl-Anness VI tal-Ftehim, jista' jiġi importat skont id-dispożizzjonijiet simplifikati taċ-ċertifikazzjoni previsti skont ir-regoli tal-Unjoni. Skont l-Artikolu 26 tar-Regolament Delegat (UE) 2018/273, il-produtturi tal-inbid f'pajjiżi terzi jistgħu jfasslu u jiffirmaw id-dokument taċ-ċertifikazzjoni meta jkunu individwalment awtorizzati biex jagħmlu dan minn wieħed mill-korpi kompetenti ta' dawk il-pajjiżi terzi u jkunu soġġetti għall-ispezzjoni minn dawn tal-aħħar. Sabiex jiġi implimentat l-Artikolu 23 tal-Ftehim, jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2018/273 jiġi emendat biex jinkludi dispożizzjoni li tippermetti l-użu tal-proċedura simplifikata stabbilita fl-Artikolu 26 ta' dak ir-Regolament għall-importazzjoni fl-Unjoni ta' nbejjed li joriġinaw fil-Kanada.

(3)

Skont l-Artikolu 147(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkunu detenturi ta' prodotti tal-inbid fl-eżerċizzju tal-kummerċ tagħhom għandhom iżommu reġistru tad-dħul u l-ħruġ fir-rigward ta' dawk il-prodotti. Ir-Regolament Delegat (UE) 2018/273 jistabbilixxi eżenzjonijiet minn dan l-obbligu fir-rigward ta' ċerti kategoriji ta' operaturi. L-għan ta' dawk l-eżenzjonijiet huwa li l-operaturi li jbigħu jew iżommu ħażniet ta' kwantitajiet żgħar ta' prodotti tal-inbid jinħelsu minn piż amministrattiv sproporzjonat. Madankollu, il-bejjiegħa bl-imnut, li l-attività tagħhom skont id-definizzjoni tinkludi l-bejgħ tal-inbid u tal-most fi kwantitajiet żgħar, mhumiex koperti mill-eżenzjonijiet.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 436/2009 (4), li tħassar mir-Regolament Delegat (UE) 2018/273, eżenta lill-bejjiegħa bl-imnut mill-obbligu li jżommu reġistru tad-dħul u l-ħruġ. L-obbligu li jinżamm reġistru tad-dħul u l-ħruġ jikkostitwixxi piż amministrattiv sinifikanti għall-bejjiegħa bl-imnut, filwaqt li r-restawr tal-eżenzjoni għall-bejjiegħa bl-imnut ma jipprevjenix livell sodisfaċenti ta' traċċabbiltà tal-prodotti tal-inbid. Għaldaqstant jixraq li jiġi emendat ir-Regolament Delegat (UE) 2018/273 biex jeżenta lill-bejjiegħa bl-imnut mill-obbligu li jżommu reġistru tad-dħul u l-ħruġ.

(5)

Minħabba li dan ir-Regolament jirrestawra l-eżenzjoni mogħtija qabel skont ir-Regolament (KE) Nru 436/2009, għandu jiġi evitat li l-bejjiegħa bl-imnut ikunu soġġetti għall-obbligu li jżommu reġistru tad-dħul u l-ħruġ għall-perjodu bejn id-dħul fis-seħħ tar-Regolament Delegat (UE) 2018/273 u d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Għaldaqstant u f'ġieħ iċ-ċertezza ġuridika, jenħtieġ li l-eżenzjoni tapplika b'mod retroattiv, mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament Delegat (UE) 2018/273,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament Delegat (UE) 2018/273 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 28(1) qed jiżdied il-punt (c) li ġej:

“(c)

bejjiegħa bl-imnut.”;

(2)

It-taqsima B tal-Parti IV tal-Anness VII tinbidel b'dan li ġej:

“B.

Lista tal-pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 26:

l-Awstralja

il-Kanada

iċ-Ċilì

l-Istati Uniti tal-Amerka.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1(1) għandu japplika mit-3 ta' Marzu 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Marzu 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 tal-11 ta' Diċembru 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħlu l-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-taħwil tad-dwieli, ir-reġistru tal-vinji, id-dokumenti ta' akkumpanjament u ċ-ċertifikazzjoni, ir-reġistru tad-dħul u l-ħruġ, id-dikjarazzjonijiet obbligatorji, in-notifiki u l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni notifikata, u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli u penali rilevanti, li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008, (KE) Nru 606/2009 u (KE) Nru 607/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009 kif ukoll ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/560 (ĠU L 58, 28.2.2018, p. 1).

(3)  Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada dwar il-Kummerċ fl-Inbejjed u x-Xorb Spirituż tas-16 ta' Settembru 2003 (“il-Ftehim tal-2003 dwar l-Inbejjed u x-Xorb Spirituż”) kif emendat u inkorporat fil-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (ĠU L 11, 14.1.2017, p. 23).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009 tas-26 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 f'dak li jirrigwarda r-reġistru tal-vinji, il-prospetti obbligatorji u l-istabbiliment ta' tagħrif għall-monitoraġġ tas-suq, id-dokumenti ta' akkumpanjament fil-ġarr tal-prodotti u r-reġistri li għandhom jinżammu fis-settur tal-vinji tal-inbid (ĠU L 128, 27.5.2009, p. 15).


24.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 138/76


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/841

tal-14 ta' Marzu 2019

li jikkoreġi ċerti veżjonijiet tal-lingwa tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 7, 62, 156, 160, 212 u 253 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjoni tal-lingwa Ġermaniża tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 (2) fiha żball fid-definizzjoni stabbilita fl-Artikolu 1(21) fir-rigward tal-merkanzija għall-użu personali u b'hekk jinbidel il-kamp ta' applikazzjoni tad-definizzjoni.

(2)

Il-verżjoni tal-lingwa Slovakka tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 fiha żball fl-Artikolu 128(2) li ġie introdott bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/341 (3) fir-rigward tal-valur tal-oġġetti li għandhom l-istatus doganali ta' oġġetti tal-Unjoni, u b'hekk it-tifsira tad-dispożizzjoni hija opposta għal dik maħsuba.

(3)

Il-verżjoni tal-lingwa Taljana tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 fiha żball fil-punt (b) tal-Artikolu 226(1) fir-rigward tal-impjegat imsemmi fih.

(4)

Il-verżjoni tal-lingwa Estonjana tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 fiha żball fis-sentenza introduttorja tal-Artikolu 226(3) u t-tifsira tad-dispożizzjoni hija opposta għal dik maħsuba.

(5)

Il-verżjonijiet tal-lingwa Daniża, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Olandiża u Spanjola tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 fihom żball fl-Anness 22-01 fir-rigward tal-oġġetti elenkati f'dak l-Anness.

(6)

Għalhekk, jenħtieġ li l-verżjonijiet tal-lingwa Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Olandiża, Taljana, Slovakka u Spanjola tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 jiġu korretti skont dan. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra ma jintlaqtux,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Marzu 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/341 tas-17 ta' Diċembru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli tranżizzjonali għal ċerti dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni fejn is-sistemi rilevanti għadhom ma sarux operazzjonali u li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 (ĠU L 69, 15.3.2016, p. 1).


24.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 138/79


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/842

tat-22 ta' Mejju 2019

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 183(b) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 u (KE) Nru 614/2009 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (3) stabbilixxa r-regolamenti dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema ta' dazji addizzjonali tal-importazzjoni u ffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd.

(2)

Minn kontroll regolari tad-data li abbażi tagħha jiġu stabbiliti l-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li jenħtieġ li jiġu emendati l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti filwaqt li jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1484/95 jiġi emendat skont dan.

(4)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tibda tapplika kemm jista' jkun malajr wara li d-data aġġornata ssir disponibbli, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1484/95 huwa sostitwit bit-test mogħti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Mejju 2019.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 tat-28 ta' Ġunju 1995 li jistabbilixxi r-regolamenti dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema ta' dazji addizzjonali tal-importazzjoni u l-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u biex iħassar ir-Regolament Nru 163/67/KEE (ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47).


ANNESS

“ANNESS I

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Prezz rappreżentattiv

(f'EUR għal kull 100 kg)

Garanzija msemmija fl-Artikolu 3

(f'EUR għal kull 100 kg)

Oriġini (1)

0207 12 90

Karkassi ta' tjur tal-ispeċi Gallus domesticus, ippreżentati bħala “65 % tiġieġ”, iffriżati

120,2

0

AR

0207 14 10

Qatgħat bla għadam ta' tjur tal-ispeċi Gallus domesticus, iffriżati

255,6

13

AR

207,8

28

BR

219,7

24

TH

1602 32 11

Preparazzjonijiet ta' tjur tal-ispeċi Gallus domesticus, nejjin

276,2

3

BR


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7).


24.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 138/81


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/843

tat-23 ta' Mejju 2019

dwar il-prezz minimu għax-xiri tat-trab tal-ħalib xkumat għas-sitta u tletin sejħa parzjali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1240 tat-18 ta' Mejju 2016 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' intervent pubbliku u ta' għajnuna għall-ħżin privat (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 32 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2080 (3) fetaħ il-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti.

(2)

Fid-dawl tal-offerti li waslulhom b'risposta għas-sitta u tletin stedina għall-offerti parzjali, għandu jiġi ffissat prezz minimu tal-bejgħ.

(3)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sitta u tletin sejħa parzjali għall-offerti għall-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat fil-kuntest tal-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080, illi fir-rigward tagħha l-perjodu meta l-offerti kellhom jintefgħu ntemm fil-21 ta' Mejju 2019, il-prezz minimu tal-bejgħ għandu jkun ta' EUR 167,50/100 kg.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Mejju 2019.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 206, 30.7.2016, p. 71.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2080 tal-25 ta' Novembru 2016 dwar il-ftuħ tal-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti (ĠU L 321, 29.11.2016, p. 45).


DEĊIŻJONIJIET

24.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 138/82


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/844

tal-14 ta' Mejju 2019

dwar l-eżerċizzju ta' setgħat mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill fir-rigward ta' lmenti mressqa lill-Kunsill minn kandidati għall-pożizzjoni ta' Kap Prosekutur Ewropew

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1696 tat-13 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli ta' ħidma tal-bord tal-għażla previsti fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE) 2017/1939 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (1), u b'mod partikolari r-Regoli VI.1 u VII.1 tal-Anness tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (2) (“ir-Regolamenti tal-Persunal”), u b'mod partikolari l-Artikolu 2 u l-Artikolu 90(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont ir-Regola VI.1 tal-Anness għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/1696 (“regoli ta' ħidma tal-bord tal-għażla”), kandidati li huma esklużi mill-proċedura tal-għażla għall-ħatra ta' Kap Prosekutur Ewropew jistgħu jressqu lment fis-sens tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal lill-Kunsill.

(2)

Skont ir-Regola VII.1 tar-regoli ta' ħidma tal-bord tal-għażla, kandidati li mhumiex inklużi fil-lista mqassra ta' kandidati kwalifikati mħejjija mill-bord tal-għażla għall-ħatra ta' Kap Prosekutur Ewropew jistgħu jressqu lment fis-sens tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal lill-Kunsill.

(3)

L-Artikolu 2 tar-Regolamenti tal-Persunal jesiġi li kull istituzzjoni tiddeċiedi min fi ħdanu jeħtieġ li jeżerċita s-setgħat mogħtija permezz tar-Regolamenti tal-Persunal, li jinkludu s-setgħat tal-awtorità tal-ħatra prevista fl-Artikolu 90(2) tiegħu.

(4)

F'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 240(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kunsill huwa assistit mis-Segretarjat Ġenerali, taħt ir-responsabbiltà ta' Segretarju Ġenerali.

(5)

Is-setgħat tal-awtorità tal-ħatra, fir-rigward ta' lmenti fis-sens tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal imressqa lill-Kunsill minn kandidati fil-proċedura tal-għażla għall-ħatra tal-Kap Prosekutur Ewropew skont ir-Regoli VI.1 u VII.1 tar-regoli ta' ħidma tal-bord tal-għażla jenħtieġ li jiġi eżerċitat mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-setgħat konferiti bl-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal dwar l-awtorità tal-ħatra, fir-rigward ta' lmenti mressqa lill-Kunsill skont ir-Regoli VI.1 jew VII.1 tar-regoli ta' ħidma tal-bord tal-għażla minn kandidati li huma esklużi mill-proċedura tal-għażla jew li mhumiex inklużi fil-lista mqassra ta' kandidati kwalifikati mħejjija mill-bord tal-għażla għall-ħatra ta' Kap Prosekutur Ewropew, għandhom jiġu eżerċitati mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, f'isem u taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Mejju 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

P. DAEA


(1)  ĠU L 282, 12.11.2018, p. 8.

(2)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.


24.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 138/84


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/845

tas-17 ta' Mejju 2019

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Grupp ta' Ħidma dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi stabbilit mill-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli tiegħu ta' proċedura

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”) ġie konkluż mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2169 (2). Il-Ftehim daħal fis-seħħ fit-13 ta' Diċembru 2015.

(2)

L-Artikolu 15.3(1) tal-Ftehim jistabbilixxi l-Grupp ta' Ħidma dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi, taħt l-awspiċi tal-Kumitat għall-Kummerċ stabbilit permezz tal-Artikolu 15.1(1) tal-Ftehim.

(3)

Skont l-Artikolu 15(4) tar-regoli ta' proċedura tal-Kumitat għall-Kummerċ, adottat bid-Deċiżjoni Nru 1 tal-Kumitat għall-Kummerċ UE-Korea (3), kull Grupp ta' Ħidma jista' jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu stess li għandhom jiġu rrappurtati lill-Kumitat għall-Kummerċ.

(4)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli ta' proċedura tal-Grupp ta' Ħidma dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi.

(5)

Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Grupp ta' Ħidma dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi fir-rigward tar-regoli ta' proċedura tiegħu, għaliex dawn ir-regoli jkunu vinkolanti għall-Unjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Grupp ta' Ħidma dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta' proċedura tiegħu għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni ta' dak il-Grupp ta' Ħidma mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Mejju 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

E.O. TEODOROVICI


(1)  ĠU L 127, 14.5.2011, p. 6.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2169 tal-1 ta' Ottubru 2015 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (ĠU L 307, 25.11.2015, p. 2).

(3)  Deċiżjoni Nru 1 tal-Kumitat Kummerċjali tal-UE u l-Korea tat-23 ta' Diċembru 2011 dwar l-adozzjoni tar-regoli ta' proċedura tal-Kumitat tal-Kummerċ [2013/110/UE] (ĠU L 58, 1.3.2013, p. 9).


DEĊIŻJONI Nru 1/2019 TAL-GRUPP TA' ĦIDMA UE-KOREA DWAR L-INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI

ta' …

dwar l-adozzjoni tar-regoli ta' proċedura tiegħu

IL-GRUPP TA' ĦIDMA UE-KOREA DWAR L-INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”),

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1 tal-Kumitat għall-Kummerċ UE-Korea tat-23 ta' Diċembru 2011 dwar l-adozzjoni tar-regoli ta' proċedura tal-Kumitat għall-Kummerċ [2013/110/UE] (2), b'mod partikolari l-Artikoli 15.4 tal-Anness tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 15.4 tar-regoli ta' proċedura tal-Kumitat għall-Kummerċ, adottat bid-Deċiżjoni Nru 1 tal-Kumitat għall-Kummerċ UE-Korea, kull Kumitat Speċjalizzat u kull Grupp ta' Ħidma jista' jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu stess li għandhom jiġu rrappurtati lill-Kumitat għall-Kummerċ.

(2)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli ta' proċedura tal-Grupp ta' Ħidma dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-regoli ta' proċedura tal-Grupp ta' Ħidma dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi, kif stabbiliti fl-Anness, huma b'dan adottati.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi …,

Għall-Grupp ta' Ħidma dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi

Il-Mexxej tat-Tim

Il-Kap tal-Unità

Il-Ministeru tal-Kummerċ, l-Industrija u l-Enerġija tar-Repubblika tal-Korea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni Ewropea

Il-Kopresident tal-Grupp ta' Ħidma dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi

Il-Kopresident tal-Grupp ta' Ħidma dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi


(1)  ĠU L 127, 14.5.2011, p. 6.

(2)  ĠU L 58, 1.3.2013, p. 9.

ANNESS

REGOLI TA' PROĊEDURA TAL-GRUPP TA' ĦIDMA DWAR L-INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI

Artikolu 1

Kompożizzjoni u Presidenza

1.   Il-Grupp ta' Ħidma dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi (“il-Grupp ta' Ħidma dwar l-IĠ”) stabbilit skont l-Artikolu 15.3.1(g) tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) għandu jwettaq id-dmirijiet tiegħu kif previsti fl-Artikolu 10.25 tal-Ftehim.

2.   Il-Grupp ta' Ħidma dwar l-IĠ għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tar-Repubblika tal-Korea (“il-Korea”), minn naħa waħda, u minn rappreżentanti tal-Unjoni Ewropea, min-naħa l-oħra.

3.   Skont l-Artikolu 15.3.3 tal-Ftehim, il-Grupp ta' Ħidma dwar l-IĠ għandu jkun kopresedut minn rappreżentanti tal-Korea u tal-Unjoni Ewropea.

4.   Kull kopresident jista' jiddelega l-funzjonijiet tal-kopresident, kollha jew kwalunkwe waħda minnhom, lil deputat nominat, f'liema każ ir-referenzi kollha minn hawn 'il quddiem għall-kopresident għandhom japplikaw bl-istess mod għad-deputat nominat.

5.   Kull kopresident għandu jaħtar punt ta' kuntatt għall-kwistjonijiet kollha relatati mal-Grupp ta' Ħidma dwar l-IĠ. Dawk il-punti ta' kuntatt għandhom ikunu responsabbli b'mod konġunt għad-dmirijiet segretarjali tal-Grupp ta' Ħidma dwar l-IĠ.

Artikolu 2

Laqgħat

Skont l-Artikolu 10.25.2 tal-Ftehim, il-post tal-laqgħa għandu jalterna bejn il-Partijiet. Il-Grupp ta' Ħidma dwar l-IĠ għandu jiltaqa' f'ħin u post u b'mod li jista' jkun ukoll permezz ta' konferenza vidjo, li dwarhom iż-żewġ Partijiet jaqblu reċiprokament, iżda mhux aktar tard minn 90 jum wara t-talba minn kwalunkwe waħda mill-Partijiet.

Artikolu 3

Korrispondenza

1.   Il-korrispondenza lill-Presidenti tal-Grupp ta' Ħidma dwar l-IĠ għandha tiġi mgħoddija lill-punti ta' kuntatt għaċ-ċirkolazzjoni lill-membri tal-Grupp ta' Ħidma dwar l-IĠ.

2.   Il-korrispondenza tista' ssir permezz ta' kwalunkwe mezz bil-miktub, inkluża l-posta elettronika.

3.   Skont l-Artikolu 15 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat għall-Kummerċ, il-Kumitat għall-Kummerċ għandu jiġi infurmat dwar il-punti ta' kuntatt maħtura mill-Grupp ta' Ħidma dwar l-IĠ. Il-korrispondenza, dokumenti u komunikazzjonijiet kollha inkluż l-iskambju tal-emails bejn il-punti ta' kuntatt tal-Grupp ta' Ħidma dwar l-IĠ fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Ftehim għandhom jiġu mgħoddija simultanjament lis-Segretarjat tal-Kumitat għall-Kummerċ, lid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għar-Repubblika tal-Korea u lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Korea għall-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Aġendi għal-laqgħat

1.   Għandha titfassal aġenda provviżorja mill-punti ta' kuntatt qabel kull laqgħa. Din għandha tintbagħat, flimkien mad-dokumenti rilevanti, lill-membri tal-Grupp ta' Ħidma dwar l-IĠ inklużi l-kopresidenti tal-Grupp ta' Ħidma dwar l-IĠ mhux aktar tard minn 15-il jum qabel il-laqgħa. L-aġenda provviżorja tista' tinkludi kwalunkwe punt kopert mill-Artikolu 10.25 tal-Ftehim.

2.   Kwalunkwe Parti tista' titlob li punti koperti mill-Artikolu 10.25 tal-Ftehim jiġu inklużi fl-aġenda provviżorja mill-inqas 21 jum qabel il-laqgħa. Dawk il-punti għandhom jiġu inklużi fl-aġenda provviżorja.

3.   Verżjoni aħħarija tal-aġenda provviżorja għandha tiġi ċċirkolata lill-kopresidenti mill-inqas ħamest ijiem qabel il-laqgħa.

4.   L-aġenda għandha tiġi adottata mill-kopresidenti b'mod unanimu fil-bidu ta' kull laqgħa. Kwalunwe punt ieħor minbarra dawk li jidhru fl-aġenda provviżorja jista' jitqiegħed fl-aġenda jekk iż-żewġ kopresidenti jaqblu dwar dan.

Artikolu 5

Talbiet għal modifiki tal-Annessi 10-A jew 10-B tal-Ftehim

1.   Kwalunkwe Parti tista' titlob li żżid fl-Annessi 10-A jew 10-B tal-Ftehim, jew tneħħi minnhom, indikazzjonijiet ġeografiċi individwali permezz ta' ittra ffirmata mill-kopresident tal-Parti kkonċernata.

2.   Skont l-Artikoli 10.25.1 u 10.25.3 tal-Ftehim, il-Grupp ta' Ħidma dwar l-IĠ jista' jiddeċiedi b'konsensus li jimmodifika l-Annessi 10-A u 10-B biex iżid indikazzjonijiet ġeografiċi individwali tal-Unjoni Ewropea jew tal-Korea wara li tkun tlestiet il-proċedura rilevanti msemmija fil-Ftehim. Il-Grupp ta' Ħidma dwar l-IĠ jista' jiddeċiedi wkoll b'konsensus li jirrakkomanda ż-żieda jew it-tneħħija ta' indikazzjonijiet ġeografiċi għad-deċiżjoni finali fil-Kumitat għall-Kummerċ skont l-Artikolu 10.21.4, l-Artikolu 10.24 u l-Artikolu 10.25.

3.   Skont l-Artikolu 15.3.5, il-Kumitat għall-Kummerċ jista' jwettaq il-kompitu assenjat lill-Grupp ta' Ħidma dwar l-IĠ u jiddeċiedi li jimmodifika l-Annessi 10-A u 10-B. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 15.5.2, il-Kumitat għall-Kummerċ jista' jiddeċiedi li jemenda l-Annessi 10-A u 10-B u l-Partijiet jistgħu jadottaw id-deċiżjoni suġġett għar-rekwiżiti u proċeduri legali applikabbli rispettivi tagħhom.

4.   Il-Partijiet, meta jiddeċiedu li jimmodifikaw l-Annessi 10-A u 10-B, għandhom jagħmlu ħilithom biex iqisu kif dovut l-interessi rispettivi taż-żewġ Partijiet fir-rigward tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi.

Artikolu 6

Deċiżjonijiet u Rakkomandazzjonijiet

1.   Il-Grupp ta' Ħidma dwar l-IĠ għandu jadotta rakkomandazzjonijiet u deċiżjonijiet b'konsensus kif previst fl-Artikolu 10.25 tal-Ftehim.

2.   Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma dwar l-IĠ fis-sens tal-Artikolu 10.25 tal-Ftehim għandhom jiġu indirizzati lill-Partijiet u għandhom ikunu ffirmati mill-kopresidenti.

3.   Id-deċiżjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma dwar l-IĠ fis-sens tal-Artikolu 10.25 tal-Ftehim għandhom ikunu ffirmati mill-kopresidenti. Kull deċiżjoni għandha tipprevedi d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha.

4.   Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Grupp ta' Ħidma dwar l-IĠ għandhom juru numru tas-serje, id-data tal-adozzjoni u deskrizzjoni tas-suġġett tagħhom.

Artikolu 7

Proċedura bil-miktub

1.   Rakkomandazzjoni jew deċiżjoni tal-Grupp ta' Ħidma dwar l-IĠ tista' tiġi adottata bi proċedura bil-miktub fejn iż-żewġ Partijiet jaqblu. Il-proċedura bil-miktub għandha tikkonsisti minn skambju ta' noti bejn il-kopresidenti tal-Grupp ta' Ħidma dwar l-IĠ.

2.   Il-kopresident tal-Parti li tipproponi l-użu tal-proċedura bil-miktub għandu jissottometti l-abbozz ta' rakkomandazzjoni jew deċiżjoni lill-kopresident tal-Parti l-oħra, li għandu jwieġeb billi jindika jekk jaċċettax jew le l-abbozz ta' rakkomandazzjoni jew deċiżjoni. Il-kopresident tal-Parti l-oħra jista' wkoll jipproponi emendi jew jitlob aktar żmien għar-riflessjoni. Jekk ikun hemm qbil fuq l-abbozz, dan għandu jiġi adottat skont l-Artikolu 6.

Artikolu 8

Minuti

1.   L-abbozz tal-minuti ta' kull laqgħa għandu jitfassal mill-punti ta' kuntatt fi żmien 21 jum mil-laqgħa. L-abbozz tal-minuti għandu jiddikjara r-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet adottati u jinnota kwalunkwe konklużjoni oħra milħuqa.

2.   Il-minuti għandhom jiġu approvati bil-miktub miż-żewġ Partijiet fi żmien 28 jum mil-laqgħa jew sa kwalunkwe data oħra li jiftiehmu dwarha l-Partijiet. Hekk kif jiġu approvati, għandhom jiġu ffirmati żewġ kopji oriġinali mill-kopresidenti. Kopja oriġinali tal-minuti għandha tinżamm minn kull kopresident.

Artikolu 9

Rapporti

Il-Grupp ta' Ħidma dwar l-IĠ għandu jirrapporta lill-Kumitat għall-Kummerċ dwar l-attivitajiet tiegħu f'kull laqgħa regolari tal-Kumitat għall-Kummerċ kif previst fl-Artikolu 15.3.4 tal-Ftehim.

Artikolu 10

Spejjeż

1.   Kull Parti għandha tħallas l-ispejjeż li hija tagħmel biex tieħu sehem fil-laqgħat tal-Grupp ta' Ħidma dwar l-IĠ.

2.   L-ispejjeż marbutin mal-organizzazzjoni tal-laqgħat u mar-riproduzzjoni tad-dokumenti għandhom jitħallsu mill-Parti li tospita l-laqgħa.

Artikolu 11

Pubbliċità u konfidenzjalità

1.   Sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor mill-kopresidenti, il-laqgħat tal-Grupp ta' Ħidma dwar l-IĠ ma għandhomx ikunu pubbliċi.

2.   Meta Parti tissottometti informazzjoni meqjusa bħala kunfidenzjali skont il-liġijiet u r-regolamenti tagħha lill-Grupp ta' Ħidma dwar l-IĠ, il-Parti l-oħra għandha tittratta dik l-informazzjoni bħala kunfidenzjali kif previst fl-Artikolu 15.1.7 tal-Ftehim.

3.   Kull Parti tista' tiddeċiedi dwar il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma dwar l-IĠ fil-pubblikazzjoni uffiċjali rispettiva tagħha.


24.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 138/89


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2019/846

tal-21 ta' Mejju 2019

li taħtar żewġ membri tal-Qorti tal-Awdituri

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 286(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rumanija u r-Repubblika tal-Kroazja,

Wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-mandat tas-Sur George PUFAN ser jiskadi fit-30 ta' Ġunju 2019.

(2)

Il-mandat tas-Sur Neven MATES ser jiskadi fl-14 ta' Lulju 2019.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li jinħatru żewġ membri ġodda għall-Qorti tal-Awdituri,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b'dan maħturin membri tal-Qorti tal-Awdituri:

(a)

Is-Sur Viorel ȘTEFAN għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2019 sat-30 ta' Ġunju 2025;

(b)

Is-Sa Ivana MALETIĆ għall-perijodu mill-15 ta' Lulju 2019 sal-14 ta' Lulju 2025.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Mejju 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

G. CIAMBA


(1)  Opinjonijiet tas-16 ta' April 2019 (għadhom mhux ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali).


24.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 138/90


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/847

tal-15 ta' Mejju 2019

dwar il-proposta għal inizjattiva taċ-ċittadini bl-isem “Insalvaw in-naħal! Il-ħarsien tal-bijodiversità u t-titjib tal-ħabitats għall-insetti fl-Ewropa”

(notifikata bid-dokument C(2019) 3800)

(It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Is-suġġett tal-proposta għal inizjattiva taċ-ċittadini bl-isem “Insalvaw in-naħal! Il-ħarsien tal-bijodiversità u t-titjib tal-ħabitats għall-insetti fl-Ewropa” jirreferi għal dan li ġej: “L-insetti neħtiġuhom għall-ekosistemi tagħna u biex niżguraw is-sigurtà alimentari. Jeħtieġ li l-Kummissjoni tadotta leġiżlazzjoni li tħares u ttejjeb il-ħabitats għall-insetti bħala indikaturi ta' ambjent b'saħħtu”.

(2)

L-għanijiet tal-proposta għal inizjattiva taċ-ċittadini jirreferu għal dan li ġej: “Biex intejbu l-bażi naturali għall-ħajja b'mod evidenti nappellaw għal miri obbligatorji: biex il-promozzjoni tal-bijodiversità ssir għan ġenerali tal-PAK; biex jinqatal-użu tal-pestiċidi, jiġu pprojbiti pestiċidi dannużi mingħajr eċċezzjoni u ssir riforma tal-kriterji ta' eliġibbiltà; biex issir il-promozzjoni tad-diversità strutturali fil-pajsaġġi agrikoli; biex in-nutrijenti jitnaqqsu b'mod effettiv (pereż. Natura 2000); biex jinħolqu żoni ta' konservazzjoni b'mod effettiv (pereż. id-DQI); biex jiġu intensifikati r-riċerka u l-monitoraġġ u tissaħħaħ l-edukazzjoni.”

(3)

It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) isaħħaħ iċ-ċittadinanza tal-Unjoni u jqawwi aktar il-funzjonament demokratiku tal-Unjoni billi jipprevedi, fost l-oħrajn, li kull ċittadin ikollu d-dritt li jipparteċipa fil-ħajja demokratika tal-Unjoni permezz ta'inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej.

(4)

Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-proċeduri u l-kundizzjonijiet meħtieġa għal inizjattiva taċ-ċittadini jkunu ċari, sempliċi, faċli biex jintużaw u proporzjonati man-natura tal-inizjattiva taċ-ċittadini, sabiex tiġi mħeġġa l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u biex l-Unjoni ssir iktar aċċessibbli.

(5)

Jistgħu jiġu adottati atti ġuridiċi tal-Unjoni għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati:

għall-ħolqien tal-organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u d-dispożizzjonijiet l-oħra meħtieġa għat-twettiq tal-għanijiet tal-politika agrikola komuni, abbażi tal-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE);

għall-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati bil-liġi, b'regolamenti jew b'azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri li jkollhom bħala l-għan tagħhom l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern, abbażi tal-Artikolu 114 tat-TFUE;

għall-miżuri fl-oqsma veterinarji u fitosanitarji li l-għan dirett tagħhom ikun il-ħarsien tas-saħħa pubblika, abbażi tal-Artikolu 168(4)(b) TFUE;

għall-adozzjoni tal-programm qafas pluriennali li jistabbilixxi l-attivitajiet kollha tal-Unjoni fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku, abbażi tal-Artikolu 182(1) tat-TFUE;

għal azzjoni li tkun trid tittieħed biex jintlaħqu l-għanijiet tal-preservazzjoni, il-ħarsien u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent u ta' użu prudenti u razzjonali tar-riżorsi naturali, abbażi tal-Artikolu 192(1) tat-TFUE, aqra flimkien mal-Artikolu 191(1), l-ewwel u t-tielet inċiżi tat-TFUE.

(6)

Għal dawn ir-raġunijiet, il-proposta ta' inizjattiva taċ-ċittadini ma taqax manifestament barra mill-qafas tas-setgħat tal-Kummissjoni li tressaq proposta għal att legali tal-Unjoni għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati, b'konformità mal-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament.

(7)

Barra minn hekk, il-kumitat taċ-ċittadini ġie ffurmat u l-persuni ta' kuntatt inħatru skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament, u l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta la tidher li hija manifestament abbużiva, fiergħa jew vessatorja, u lanqas ma tidher li tmur manifestament kontra l-valuri tal-Unjoni, kif stipulati fl-Artikolu 2 tat-TUE.

(8)

Għaldaqstant il-proposta għal inizjattiva taċ-ċittadini bl-isem “Insalvaw in-naħal! Il-ħarsien tal-bijodiversità u t-titjib tal-ħabitats għall-insetti fl-Ewropa” jenħtieġ li tiġi rreġistrata.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-proposta għal inizjattiva taċ-ċittadini bl-isem “Insalvaw in-naħal! Il-ħarsien tal-bijodiversità u t-titjib tal-ħabitats għall-insetti fl-Ewropa” hija rreġistrata b'dan.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-27 ta' Mejju 2019.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-organizzaturi (il-membri tal-kumitat taċ-ċittadini) tal-proposta għal inizjattiva taċ-ċittadini bl-isem “Insalvaw in-naħal! Il-ħarsien tal-bijodiversità u t-titjib tal-ħabitats għall-insetti fl-Ewropa”, irrappreżentati mis-Sinjura Manuela RIPA u s-Sinjura Clara BORASIO, li huma l-persuni ta' kuntatt.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Mejju 2019.

Għall-Kummissjoni

Frans TIMMERMANS

L-Ewwel Viċi President


(1)  ĠU L 65, 11.3.2011, p. 1.