ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 132

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 62
20 ta' Mejju 2019


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/798 tas-17 ta' Mejju 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/799 tas-17 ta' Mejju 2019 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tneħħija tas-sustanza aromatizzanti furan-2(5H)-on mil-lista tal-Unjoni ( 1 )

12

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/800 tas-17 ta' Mejju 2019 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-estensjoni tal-użu tal-aċidu karminiku, il-carmine (E 120) f'ċerti prodotti tal-laħam tradizzjonali fit-Territorji Franċiżi extra-Ewropej ( 1 )

15

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/801 tas-17 ta' Mejju 2019 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tal-mono- u d-digliċeridi tal-aċidi xaħmin (E 471) fuq ċertu frott frisk ( 1 )

18

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/802 tas-17 ta' Mejju 2019 li jikkoreġi l-verżjoni tal-lingwa Griega tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/775 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, fir-rigward tar-regoli biex jiġi indikat il-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta' provenjenza tal-ingredjent primarju ta' ikel ( 1 )

21

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/803 tas-17 ta' Mejju 2019 dwar ir-rekwiżiti tekniċi fir-rigward tal-kontenut tar-rapporti ta' kwalità dwar l-istatistika Ewropea tal-prezzijiet tal-gass naturali u tal-elettriku skont ir-Regolament (UE) 2016/1952 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

23

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/804 tas-17 ta' Mejju 2019 li jikkonċerna t-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-forma organika tas-selenju prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3060 u tas-selenometijonina prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae NCYC R397 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1750/2006 u (KE) Nru 634/2007 ( 1 )

28

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/805 tas-17 ta' Mejju 2019 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni tal-muramidażi prodotta minn Trichoderma reesei DSM 32338 bħala addittiv fl-għalf tat-tiġieġ għas-simna u ta' speċijiet minuri tat-tjur għas-simna (id-detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Products Ltd., irrappreżentat fl-UE minn DSM Nutritional Products Sp. Z o.o) ( 1 )

33

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/806 tas-17 ta' Mejju 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

36

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament (UE) 2018/231 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta' Jannar 2018 dwar rekwiżiti ta' rappurtar statistiku għal fondi tal-pensjoni (BĊE/2018/2) ( ĠU L 45, 17.2.2018 )

47

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 132/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/798

tas-17 ta' Mejju 2019

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta' Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Jannar 2012 il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja.

(2)

Abbażi tar-rieżami tal-miżuri, l-entrati għal 59 persuni soġġetti għal miżuri restrittivi kif indikati fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 jenħtieġ li jiġu emendati.

(3)

Jenħtieġ li disa' entrati jitħassru mil-lista ta' persuni u entitajiet deżinjati.

(4)

Wara s-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta' Jannar 2019 fil-Kawża T-667/17, Alkarim for Trade and Industry vs il-Kunsill, u fil-Kawża T-559/17, Abdulkarim vs il-Kunsill, Alcarim for Trade and Industry u Mouhamad Wael Abdulkarim mhumiex inklużi fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012.

(5)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif indikat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Mejju 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

E.O. TEODOROVICI


(1)  ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.


ANNESS

L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-Parti A (“Persuni”) hija emendata kif ġej:

(a)

l-entrati li ġejjin jissostitwixxu l-entrati korrispondenti fil-lista:

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“6.

Muhammad (

Image 1

) Dib (

Image 2

) Zaytun (

Image 3

) (magħruf ukoll bħala Mohammed Dib Zeitoun; magħruf ukoll bħala Mohamed Dib Zeitun)

Data tat-twelid: 20.5.1951;

Post tat-twelid: Jubba, il-provinċja ta' Damasku, is-Sirja;

Passaport diplomatiku Nru D000001300;

Sess: raġel

Kap tad-Direttorat tas-Sigurtà Ġenerali; involut fil-vjolenza kontra d-dimostranti.

9.5.2011

7.

Amjad (

Image 4

) Abbas (

Image 5

) (magħruf ukoll bħala Al-Abbas)

Sess: raġel

Eks Kap tas-Sigurtà Politika f'Banyas, involut fil-vjolenza kontra d-dimostranti f'Baida. Promoss għall-grad ta' Kurunell fl-2018.

9.5.2011

10.

Jamil (

Image 6

) (magħruf ukoll bħala Jameel) Hassan (

Image 7

) (magħruf ukoll bħala al-Hassan)

Data tat-twelid: 7.7.1953;

Post tat-twelid: Qusayr, Provinċja ta' Homs, is-Sirja;

Kap tal-Intelligence tal-Forza tal-Ajru Sirjana;

Sess: raġel

Uffiċjal fil-grad ta' Maġġur Ġeneral fil-Forza tal-Ajru Sirjana fil-kariga wara Mejju 2011. Kap tal-Intelligence tal-Forza tal-Ajru Sirjana fil-kariga wara Mejju 2011. Responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

9.5.2011

14.

Brigadier Ġeneral Mohammed Bilal (magħruf ukoll bħala Logutenent Kurunell Muhammad Bilal)

Sess: raġel

Bħala uffiċjal għoli fis-Servizz tal-Intelligence tal-Forza tal-Ajru tas-Sirja, hu jappoġġa lir-reġim Sirjan u huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili. Hu assoċjat ukoll maċ-Ċentru ta' Riċerka tal-Istudji Xjentifiċi (SSRC) elenkat.

Kap tal-pulizija ta' Tartus minn Diċembru 2018.

21.10.2014

20.

Bassam (

Image 8

) Al Hassan (

Image 9

) (magħruf ukoll bħala Al Hasan)

Data tat-twelid: 1961

Sess: raġel

Konsulent Presidenzjali għall-Affarijiet Strateġiċi; involut fil-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili.

23.5.2011

31.

Maġġur Ġeneral Tawfiq (

Image 10

) (magħruf ukoll bħala Tawfik) Younes (

Image 11

) (magħruf ukoll bħala Yunes)

Sess: raġel

Eks Kap tad-Dipartiment għas-Sigurtà Interna tad-Direttorat tal-Intelligence Ġenerali; involut fil-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili.

1.8.2011

36.

Nizar (

Image 12

) al-Asaad (

Image 13

) (magħruf ukoll bħala Nizar Asaad)

Sess: raġel

Negozjant prominenti Sirjan b'rabtiet mill-qrib mar-reġim. Kuġin ta' Bashar Al-Assad, u assoċjat mal-familji Assad u Makhlouf.

Bħala tali, kien qed jipparteċipa fir-reġim Sirjan, igawdi minnu jew inkella jappoġġah.

Investitur ewlieni fiż-żejt u preċedentement kap tal-kumpannija “Nizar Oilfield Supplies”.

23.8.2011

41.

Ali (

Image 14

) Douba (

Image 15

)

Data tat-twelid: 1933;

Post tat-twelid: Karfis, is-Sirja;

Sess: raġel

Konsulent speċjali għall-President Al-Assad.

Bħala Konsulent Speċjali, jipparteċipa fir-reġim ta' Assad, igawdi minnu, u jappoġġah. Kien involut fir-repressjoni vjolenti tal-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

23.8.2011

48.

Samir (

Image 16

) Hassan (

Image 17

)

Sess: raġel

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b'interessi u/jew attivitajiet f'bosta setturi tal-ekonomija tas-Sirja. Għandu interessi fi u/jew għandu influwenza sinifikanti fl-Amir Group u Cham Holdings, żewġ konglomerati b'interessi fis-setturi tal-proprjetà, it-turiżmu, it-trasport u l-finanzi. Minn Marzu 2014 sa Settembru 2018, huwa okkupa l-kariga ta' President għar-Russja tal-Kunsilli ta' Negozju Bilaterali wara l-ħatra tiegħu mill-Ministru għall-Ekonomija, Khodr Orfali.

Samir Hassan jappoġġa l-isforz ta' gwerra tar-reġim permezz ta' donazzjonijiet ta' flus.

Samir Hassan huwa assoċjat ma' persuni li jgawdu mir-reġim u jappoġġawh. B'mod partikolari, huwa assoċjat ma' Rami Makhlouf u Issam Anbouba, li ġew deżinjati mill-Kunsill u jgawdu mir-reġim Sirjan.

27.9.2014

49.

Fares (

Image 18

) Chehabi (

Image 19

) (magħruf ukoll bħala Fares Shihabi; Fares Chihabi)

Iben Ahmad Chehabi

Data tat-twelid: 7.5.1972

Sess: raġel

President tal-Kamra tal-Industrija ta' Aleppo; President tal-Federazzjoni tal-Kmamar tal-Industrija mis-16.12.2018. Viċi President ta' Cham Holding. Jipprovdi appoġġ ekonomiku lir-reġim Sirjan. Membru tal-Parlament Sirjan mill-2016.

2.9.2011

51.

Issam (

Image 20

) Anbouba (

Image 21

)

President ta' Anbouba for Agricultural Industries Co.

Data tat-twelid: 1952; Post tat-twelid: Homs, Sirja;

Sess: raġel

Jipprovdi appoġġ finanzjarju għall-apparat repressiv u għall-gruppi paramilitari li jużaw il-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja. Jipprovdi proprjetà (binjiet, imħażen) għal ċentri ta' detenzjoni improvviżati. Għandu relazzjonijiet finanzjarji ma' uffiċjali għoljin Sirjani. Kofundatur u membru tal-bord ta' Cham Holding.

2.9.2011

55.

Kurunell Lu'ai (

Image 22

) (magħruf ukoll bħala Louay, Loai) al-Ali (

Image 23

)

Post tat-twelid: Jablah, Provinċja ta' Latakia

Sess: raġel

Kap tal-Intelligence Militari Sirjana, Fergħa ta' Dara'a. Responsabbli għall-vjolenza kontra d-dimostranti f'Dara'a.

14.11.2011

78.

Maġġur Ġeneral Ali (

Image 24

) Barakat (

Image 25

)

Sess: raġel

Il-103 Brigata tad-Diviżjoni tal-Gwardja Repubblikana. Uffiċjal militari involut fil-vjolenza f'Homs. Promoss għal Maġġur Ġeneral fl-2017.

1.12.2011

79.

Maġġur Ġeneral Talal (

Image 26

) Makhluf (

Image 27

) (magħruf ukoll bħala Makhlouf)

Sess: raġel

Eks kmandant tal-105 Brigata tal-Gwardja Repubblikana. Eks kmandant ġeneral tal-Gwardja Repubblikana. Kmandant attwali tat-Tieni Korp. Membru tal-Forzi Armati Sirjani fil-grad ta' Maġġur Ġeneral fil-kariga wara Mejju 2011. Uffiċjal militari involut fil-vjolenza f'Damasku.

1.12.2011

99.

Maġġur Ġeneral Mohamed (

Image 28

) (magħruf ukoll bħala Mohammad, Muhammad, Mohammed) Khaddor (

Image 29

) (magħruf ukoll bħala Khaddour, Khaddur, Khadour, Khudour)

Kmandant tal-106 Brigata, Gwardja Presidenzjali;

Sess: raġel

Ta ordnijiet lit-truppi biex isawtu d-dimostranti bil-bsaten u mbagħad jarrestawhom. Responsabbli għar-repressjoni ta' dimostranti paċifiċi f'Douma.

23.1.2012

104.

Mohamed (

Image 30

) (magħruf ukoll bħala Mohammad, Muhammad, Mohammed) Heikmat (

Image 31

) (magħruf ukoll bħala Hikmat, Hekmat) Ibrahim (

Image 32

)

Sess: raġel

Bħala eks Kap tal-Fergħa Operattiva tad-Direttorat għas-Sigurtà Politika, kien responsabbli għad-detenzjoni u t-tortura tad-detenuti.

23.1.2012

128.

Brigadier Ġeneral Burhan (

Image 33

) Qadour (

Image 34

) (magħruf ukoll bħala Qaddour, Qaddur)

Sess: raġel

Eks kap tal-Fergħa 291 (Damasku) tas-servizz tal-intelligence tal-armata tal-art. Responsabbli għat-tortura ta' avversarji detenuti.

24.7.2012

135.

Brigadier Ġeneral Suhail (

Image 35

) (magħruf ukoll bħala Suheil) Al-Abdullah (

Image 36

) (magħruf ukoll bħala Al- Abdallah)

Sess: raġel

Direttur tal-fergħa ta' Latakia tas-Servizz tal-Intelligence tal-Armata tal-Ajru. Responsabbli għat-tortura ta' avversarji detenuti.

24.7.2012

139.

Maġġur Ġeneral Hussam (

Image 37

) (magħruf ukoll bħala Husam, Housam, Houssam) Luqa (

Image 38

) (magħruf ukoll bħala Louqa, Louca, Louka, Luka)

Data tat-twelid: 1964;

Post tat-twelid: Damasku

Sess: raġel

Minn April 2012 sat-2.12.2018, kien il-kap tal-fergħa ta' Homs tad-Direttorat tas-Sigurtà Politika (wara l-Brigadier Ġeneral Nasr al-Ali). Mit-3.12.2018, kap tad-Direttorat tas-Sigurtà Politika. Responsabbli għat-tortura ta' avversarji detenuti.

24.7.2012

144.

Ahmed (

Image 39

) (magħruf ukoll bħala Ahmad) al-Jarroucheh (

Image 40

) (magħruf ukoll bħala Al-Jarousha, Al-Jarousheh, Al-Jaroucha, Al-Jarouchah, Al-Jaroucheh)

Data tat-twelid: 1957;

Sess: raġel

Eks kap tal-fergħa esterna tal-Intelligence Ġenerali (fergħa 279). Bħala tali, huwa responsabbli mill-mezzi tal-Intelligence Ġenerali fl-ambaxxati Sirjani.

24.7.2012

160.

Dr. Hazwan (

Image 41

) Al Wez (

Image 42

) (magħruf ukoll bħala Al Wazz)

Sess: raġel

Eks Ministru għall-Edukazzjoni, maħtur f'Lulju 2016.

Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

188.

Bishr Riyad Yazigi

Data tat-twelid: 1972;

Sess: raġel

Konsulent tal-President tas-Sirja. Ex-Ministru għat-Turiżmu. Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

24.6.2014

211.

Hilal Hilal (magħruf ukoll bħala Hilal al-Hilal) (

Image 43

)

Data tat-twelid: 1966;

Sess: raġel

Membru tal-milizzji affiljati mar-reġim magħrufin bħala “Kataeb al-Baath” (Il-milizzja tal-Partit Baath). Viċi President tal-Partit Baath. Jappoġġa r-reġim permezz tar-rwol tiegħu fir-reklutaġġ u l-organizzazzjoni tal-milizzja tal-Partit Baath.

28.10.2016

213.

Bishr al-Sabban (magħruf ukoll bħala Mohammed Bishr Al-Sabban; Bishr Mazin Al-Sabban)

Data tat-twelid: 1966;

Post tat-twelid: Damasku, Repubblika Għarbija Sirjana;

Sess: raġel

Ex-Gvernatur ta' Damasku, li nħatar minn, u hu assoċjat ma', Bashar al-Assad. Jappoġġa lir-reġim u huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja, inkluż it-twettiq ta' prattiki diskriminatorji kontra komunitajiet Sunniti fil-belt kapitali.

28.10.2016

214.

Ahmad Sheik Abdul-Qader

(magħruf ukoll bħala Ahmad Sheikh Abdul Qadir; Ahmad al-Sheik Abdulquader) (Image 44)

Sess: raġel

Eks Gvernatur ta' Quneitra, assoċjat ma' u maħtur minn Bashar al-Assad. Preċedentement Gvernatur ta' Latakia. Jappoġġa u jgawdi mir-reġim, inkluż permezz ta' appoġġ pubbliku għall-Forzi Armati Sirjani u l-milizzji li huma favur ir-reġim.

28.10.2016

215.

Dr. Ghassan Omar Khalaf (

Image 45

)

Sess: raġel

Eks Gvernatur ta' Hama, li nħatar minn, u hu assoċjat ma', Bashar al-Assad. Hu wkoll jappoġġa u jgawdi mir-reġim. Ghassan Omar Khalaf huwa assoċjat mill-qrib mal-membri ta' milizzja f'Hama affiljata mar-reġim magħrufa bħala l-Brigata ta' Hama.

28.10.2016

216.

Khayr al-Din al-Sayyed (magħruf ukoll bħala Khayr al-Din Abdul-Sattar al-Sayyed; Mohamed Khair al-Sayyed; Kheredden al-Sayyed; Khairuddin as-Sayyed; Khaireddin al-Sayyed; Kheir Eddin al-Sayyed; Kheir Eddib Asayed) (

Image 46

)

Sess: raġel

Eks Gvernatur ta' Idlib, assoċjat ma' u maħtur minn Bashar al-Assad. Igawdi mir-reġim u jappoġġah, inkluż billi jipprovdi appoġġ għall-Forzi Armati Sirjani u l-milizzji li huma favur ir-reġim. Assoċjat mal-Ministru ta' Awqaf tar-reġim, Dr. Mohammad Abdul-Sattar al-Sayyed, li huwa ħuh.

28.10.2016

217.

Atef Naddaf (

Image 47

)

Data tat-twelid: 1956;

Post tat-twelid: il-kampanja ta' Damasku;

Sess: raġel

Ministru għall-Kummerċ Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumatur.

Maħtur f'Novembru 2018.

Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

14.11.2016

218.

Hussein Makhlouf (magħruf ukoll bħala Makhluf) (

Image 48

)

Data tat-twelid: 1964;

Post tat-twelid: Lattakia;

Sess: raġel

Ministru għall-Amministrazzjoni Lokali.

Maħtur f'Lulju 2016.

Eks Gvernatur tal-Gvernorat ta' Damasku.

Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

Kuġin ta' Rami Makhlouf.

14.11.2016

219.

Ali Al-Zafir (

Image 49

)

Data tat-twelid: 1962;

Post tat-twelid: Tartus;

Sess: raġel

Ex-Ministru għall-Komunikazzjoni u t-Teknoloġija. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

14.11.2016

220.

Ali Ghanem (

Image 50

)

Data tat-twelid: 1963;

Post tat-twelid: Damasku;

Sess: raġel

Ministru għaż-Żejt u r-Riżorsi Minerali.

Maħtur f'Lulju 2016.

Bħala Ministru tal-Gvern, tikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

14.11.2016

222.

Mohammed (magħruf ukoll bħala Mohamed, Muhammad, Mohammad) al-Ahmed (magħruf ukoll bħala al-Ahmad) (

Image 51

)

Data tat-twelid: 1961;

Post tat-twelid: Lattakia;

Sess: raġel

Ministru għall-Kultura.

Maħtur f'Lulju 2016.

Bħala Ministru tal-Gvern, tikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

14.11.2016

223.

Ali Hamoud (magħruf ukoll bħala Hammoud) (

Image 52

)

Data tat-twelid: 1964;

Post tat-twelid: Tartus;

Sess: raġel

Ministru għat-Trasport.

Maħtur f'Lulju 2016.

Bħala Ministru tal-Gvern, tikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

14.11.2016

224.

Mohammed Zuhair (magħruf ukoll bħala Zahir) Kharboutli (

Image 53

)

Post tat-twelid: Damasku;

Sess: raġel

Ministru għall-Elettriku.

Maħtur f'Lulju 2016.

Bħala Ministru tal-Gvern, tikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

14.11.2016

225.

Maamoun (magħruf ukoll bħala Ma'moun) Hamdan (

Image 54

)

Data tat-twelid: 1958;

Post tat-twelid: Damasku;

Sess: raġel

Ministru għall-Finanzi.

Maħtur f'Lulju 2016.

Bħala Ministru tal-Gvern, tikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

14.11.2016

226.

Nabil al-Hasan (magħruf ukoll bħala al-Hassan) (

Image 55

)

Data tat-twelid: 1963;

Post tat-twelid: Aleppo;

Sess: raġel

Eks-Ministru għar-Riżorsi tal-Ilma.

Maħtur f'Lulju 2016.

Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

14.11.2016

228.

Abdullah al-Gharbi (magħruf ukoll bħala al-Qirbi) (

Image 56

)

Data tat-twelid: 1962;

Post tat-twelid: Damasku;

Sess: raġel

Eks-Ministru għan-Negozju Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumatur.

Maħtur f'Lulju 2016.

Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

14.11.2016

229.

Abdullah Abdullah (

Image 57

)

Data tat-twelid: 1956;

Sess: raġel

Ministru tal-Istat.

Maħtura f'Lulju 2016.

Bħala Ministru tal-Gvern, tikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

14.11.2016

230.

Salwa Abdullah (

Image 58

)

Data tat-twelid: 1953;

Post tat-twelid: Quneitra;

Sess: mara

Ministru tal-Istat.

Maħtura f'Lulju 2016.

Bħala Ministru tal-Gvern, tikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

14.11.2016

231.

Rafe'a Abu Sa'ad (magħruf ukoll bħala Saad) (

Image 59

)

Data tat-twelid: 1954;

Post tat-twelid: Raħal ta' Habran (provinċja ta' Sweida);

Sess: raġel

Ministru tal-Istat.

Maħtura f'Lulju 2016.

Bħala Ministru tal-Gvern, tikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

14.11.2016

232.

Wafiqa Hosni (

Image 60

)

Data tat-twelid: 1952;

Post tat-twelid: Damasku;

Sess: mara

Ministru tal-Istat.

Maħtura f'Lulju 2016.

Bħala Ministru tal-Gvern, tikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

14.11.2016

233.

Rima Al-Qadiri (magħrufa wkoll bħala Al-Kadiri) (

Image 61

)

Data tat-twelid: 1963;

Post tat-twelid: Damasku;

Sess: mara

Ministru għall-Affarijiet Soċjali (minn Awwissu 2015).

Bħala Ministru tal-Gvern, tikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

14.11.2016

234.

Duraid Durgham

Sess: raġel

Eks Gvernatur tal-Bank Ċentrali tas-Sirja.

Kien responsabbli għall-għoti ta' appoġġ ekonomiku u finanzjarju lir-reġim Sirjan permezz tal-funzjonijiet tiegħu bħala l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali tas-Sirja, li huwa wkoll elenkat.

14.11.2016

243.

Ali Wanus

(magħruf ukoll bħala: Ali Wannous) (Image 62)

Data tat-twelid: 5.2.1964;

Titlu: Maġġur Ġeneral;

Sess: raġel

Għandu l-grad ta' Maġġur Ġeneral, fil-kariga wara Mejju 2011.

Bħala uffiċjal militari għoli huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili u involut fil-ħżin u l-użu ta' armi kimiċi.

Huwa wkoll assoċjat mas-Syrian Scientific Studies and Research Centre (Ċentru tal-Istudji u r-Riċerka Xjentifiċi), entità elenkata.

18.7.2017

258.

Mohamed Mazen Ali Yousef (

Image 63

)

Data tat-twelid: 17.5.1969;

Post tat-twelid: il-kampanja ta' Damasku;

Sess: raġel

Ex-Ministru tal-Industrija. Maħtur f'Jannar 2018.

Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

26.2.2018

265.

Jamal Eddin Mohammed Nazer (magħruf ukoll bħala

Image 64

; Nazir Ahmad, Mohammed JamalEddine)

Sess: raġel

Kariga: Kofundatur u azzjonist maġġoritarju ta' Apex Development and Projects LLC u fundatur ta' A'ayan Company for Projects and Equipment.

Data tat-twelid: 2.1.1962

Post tat-twelid: Damasku, Repubblika Għarbija Sirjana

Nazzjonalità: Sirjana

Numru tal-passaport: N 011612445, ħarġa nru 002-17-L022286 (post tal-ħruġ: Repubblika Għarbija Sirjana)

In-numru tal-ID: 010-30208342 (Post tal-ħruġ: Repubblika Għarbija Sirjana)

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja b'investimenti sinifikanti fl-industrija tal-kostruzzjoni, inkluż sehem ta' kontroll ta' 90 % f'Apex Development and Projects LLC, li daħal f'impriża konġunta ta' USD 34.8 miljun għall-kostruzzjoni ta' Marota City, żvilupp residenzjali u kummerċjali ta' lussu appoġġat mir-reġim. Bil-parteċipazzjoni tiegħu fl-iżvilupp ta' Marota City, Jamal Eddin Mohammed Nazer igawdi mir-reġim Sirjan u/jew jappoġġah.

21.1.2019

272.

Hayan Kaddour (magħruf ukoll bħala Hayyan Kaddour bin Mohammed Nazem; Hayan Mohammad Nazem Qaddour)

Sess: raġel

Kariga: Azzjonist primarju ta' Exceed Development and Investment Company.

Data tat-twelid: 14.7.1970 jew 24.7.1970

Post tat-twelid: Damasku, Repubblika Għarbija Sirjana

Nazzjonalità: Sirjan, Żvizzeru

Numru tal-passaport: Nru X4662433 (Post tal-ħruġ: Żvizzera); N 004599905 (Post tal-ħruġ: Repubblika Għarbija Sirjana)

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, li għandu sehem ta' 67 % f'Exceed Development and Investment, li daħal f'impriża konġunta ta' USD 17,7 miljun għall-kostruzzjoni ta' Marota City, żvilupp residenzjali u kummerċjali ta' lussu appoġġat mir-reġim. Bil-parteċipazzjoni tiegħu fl-iżvilupp ta' Marota City, Hayan Mohammad Nazem Qaddour igawdi mir-reġim Sirjan u/jew jappoġġah.

21.1.2019

275.

Il-Maġġur Ġeneral Mohammad Khaled al-Rahmoun

Data tat-twelid: 1957;

Post tat-twelid: Idleb;

Sess: raġel

Ministru għall-Intern.

Maħtur f'Novembru 2018.

Bħala Ministru tal-Gvern, tikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

4.3.2019

276.

Mohammad Rami Radwan Martini

Data tat-twelid: 1970;

Post tat-twelid: Aleppo;

Sess: raġel

Ministru għat-Turiżmu.

Maħtur f'Novembru 2018.

Bħala Ministru tal-Gvern, tikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

4.3.2019

277.

Imad Muwaffaq al-Azab

Data tat-twelid: 1970;

Post tat-twelid: il-kampanja ta' Damasku;

Sess: raġel

Ministru għall-Edukazzjoni.

Maħtur f'Novembru 2018.

Bħala Ministru tal-Gvern, tikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

4.3.2019

278.

Bassam Bashir Ibrahim

Data tat-twelid: 1960;

Post tat-twelid: Hama;

Sess: raġel

Ministru għall-Edukazzjoni Għolja.

Maħtur f'Novembru 2018.

Bħala Ministru tal-Gvern, tikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

4.3.2019

279.

Suhail Mohammad Abdullatif

Data tat-twelid: 1961;

Post tat-twelid: Lattakia;

Sess: raġel

Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u d-Djar.

Maħtur f'Novembru 2018.

Bħala Ministru tal-Gvern, tikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

4.3.2019

280.

Iyad Mohammad al-Khatib

Data tat-twelid: 1974;

Post tat-twelid: Damasku;

Sess: raġel

Ministru għall-Komunikazzjoni u t-Teknoloġija.

Maħtur f'Novembru 2018.

Bħala Ministru tal-Gvern, tikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

4.3.2019

281.

Mohammad Maen Zein-al-Abidin Jazba

Data tat-twelid: 1962;

Post tat-twelid: Aleppo;

Sess: raġel

Ministru għall-Industrija.

Maħtur f'Novembru 2018.

Bħala Ministru tal-Gvern, tikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

4.3.2019”

(b)

jitneħħew l-entrati li ġejjin:

75.

Logutenent Ġeneral Fahid Al-Jassim;

88.

Brigadier Ġeneral Ahmed Yousef Jarad;

97.

Brigadier Ġeneral Mohsin Makhlouf;

100.

Ġeneral Maġġur Suheil Salman Hassan;

168.

Omran Ahed Al Zu'bi;

174.

Mohammed Turki Al Sayed;

249.

Isam Zahr Al-Din;

(c)

l-entrati 264 sa 269 għall-persuni ta' hawn taħt huma nnumerati mill-ġdid kif ġej:

Isem il-persuna

Numru tal-entrata attwali

Numru tal-entrata ġdida

Anas Talas

264

282

Jamal Eddin Mohammed Nazer

265

283

Mazin Al-Tarazi

266

284

Samer Foz

267

285

Khaldoun Al-Zoubi

268

286

Hussam Al-Qatirji

269

287

(2)

fil-Parti B (“Entitajiet”), jitneħħew l-entrati li ġejjin:

51.

Drex Technologies Holding S.A.;

70.

DK Group.


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 132/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/799

tas-17 ta' Mejju 2019

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tneħħija tas-sustanza aromatizzanti furan-2(5H)-on mil-lista tal-Unjoni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(6) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' aromatizzanti u ta' materjali tas-sors approvati għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel, u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 (3) adotta lista ta' sustanzi aromatizzanti u introduċa dik il-lista fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 jista' jiġi aġġornat skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, kemm fuq inizjattiva tal-Kummissjoni kif ukoll wara applikazzjoni sottomessa minn Stat Membru jew minn parti interessata.

(4)

Il-Parti A tal-lista tal-Unjoni fiha kemm is-sustanzi aromatizzanti evalwati kif ukoll is-sustanzi aromatizzanti taħt evalwazzjoni.

(5)

Is-sustanza aromatizzanti furan-2(5H)-on (Nru FL 10.066) hija inkluża fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 bħala sustanza aromatizzanti taħt evalwazzjoni, u li għaliha ntalbet data xjentifika addizzjonali mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”). Din id-data ġiet sottomessa mill-applikant.

(6)

L-Awtorità evalwat id-data sottomessa u kkonkludiet fl-opinjoni xjentifika tagħha tal-11 ta' Diċembru 2018 (4) li furan-2(5H)-on (Nru FL 10.066) tqajjem tħassib għas-sikurezza fir-rigward tal-ġenotossicità peress li hija ġenotossika in vivo.

(7)

Għalhekk l-użu ta' furan-2 (5H) -on (Nru FL 10.066) ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet ġenerali tal-użu għall-aromatizzanti stabbiliti fl-Artikolu 4(a) tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008. Konsegwentement, jenħtieġ li dik is-sustanza titneħħa mil-lista mingħajr dewmien biex tiġi protetta s-saħħa tal-bniedem.

(8)

Fir-rigward tad-dettalji ta' identifikazzjoni ta' furan-2(5H)-on (Nru FL 10.066), fl-opinjoni tagħha l-Awtorità tipprovdi elementi addizzjonali dwar l-identità u l-karatterizzazzjoni ta' din is-sustanza li mhumiex inklużi fl-entrata attwali tagħha fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008. Sabiex jiġu żgurati ċ-ċarezza u ċ-ċertezza dwar l-identità tas-sustanza u biex il-partijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jidentifikaw kif xieraq din is-sustanza, huwa rilevanti li wieħed jinnota li d-dettalji ulterjuri dwar l-identifikazzjoni ta' furan-2(5H)-on (Nru FL 10.066) ipprovduti mill-Awtorità fl-Opinjoni tagħha huma: in-Nru tal-CAS li huwa 497-23-4, in-Nru tal-JECFA li huwa 2000 u l-isem tal-JECFA li huwa aċidu 4-idrossi-2-butenojku gamma latton.

(9)

Peress li s-sustanza tqajjem tħassib għas-sikurezza, jenħtieġ li l-Kummissjoni tuża l-proċedura ta' urġenza għat-tneħħija ta' furan-2(5H)-on mil-lista tal-Unjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tiġi emendata skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Mejju 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34.

(2)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 tal-1 ta' Ottubru 2012 li jadotta l-lista ta' sustanzi aromatizzanti stipulati bir-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jintroduċiha fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1565/2000 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/217/KE (ĠU L 267, 2.10.2012, p. 1).

(4)  Il-Bord tal-EFSA dwar il-FAF (Il-Bord tal-EFSA dwar l-Addittivi tal-Ikel u l-Aromatizzanti). “Scientific Opinion on Flavouring Group Evaluation 217 Revision 2 (FGE.217Rev2), consideration of genotoxicity potential for alpha, beta unsaturated ketones and precursors from chemical subgroup 4.1 of FGE.19: lactones”; EFSA Journal 2019;17(1):5568.


ANNESS

Fit-Taqsima 2 tal-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008, titħassar l-entrata li ġejja:

“10.066

Furan-2(5H)-on

 

 

 

 

 

2

EFSA”


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 132/15


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/800

tas-17 ta' Mejju 2019

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-estensjoni tal-użu tal-aċidu karminiku, il-carmine (E 120) f'ċerti prodotti tal-laħam tradizzjonali fit-Territorji Franċiżi extra-Ewropej

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

Din il-lista tista' tiġi aġġornata skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li ssir applikazzjoni.

(3)

L-aċidu karminiku, il-carmine (E 120), hija sustanza awtorizzata biex tintuża bħala kolorant f'tipi diversi ta' ikel skont l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

(4)

Fit-23 ta' Ġunju 2017, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-użu tal-aċidu karminiku, il-carmine (E 120), f'ċerti prodotti tal-laħam mingħajr trattament ta' sħana. Imbagħad, l-applikazzjoni saret disponibbli għall-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008.

(5)

L-applikant talab l-awtorizzazzjoni għall-użu tal-aċidu karminiku, il-carmine (E 120), sabiex jinkiseb il-kulur roża mixtieq għal ċerti speċjalitajiet tradizzjonali taċ-ċanga u tal-ġewwieni tal-majjal immellaħ u taċ-ċanga, bħal groin de porc à la créole, queue de porc à la créole, pied de porc à la créole u paleron de bœuf à la créole, biex jiġu ssodisfati l-aspettattivi tal-konsumaturi fit-Territorji Franċiżi extra-Ewropej fejn dawn il-prodotti ilhom parti minn tradizzjoni kulinarja mis-seklu 18.

(6)

L-aċidu karminiku, il-carmine (E 120), jiżdied mas-salmura li jkun fiha ħafna melħ u li fiha jiġi mgħaddas il-ġewwieni. Fi prodotti mqiegħda fis-suq, il-kontenut tal-melħ ikun tal-inqas 70 g għal kull kg ta' laħam sabiex tiġi salvagwardjata l-istabbiltà mikrobijoloġika u ħajja fuq l-ixkaffa twila (spiss 12-il xahar). Qabel it-tisjir, il-prodotti jridu jitpoġġew fl-ilma biex jitneħħielhom il-melħ. L-aċidu karminiku, il-carmine (E120), joqgħod l-aktar fuq il-wiċċ tal-laħam u l-istabbiltà tiegħu għat-temperatura, id-dawl, il-pH u l-ossiġenu tiżgura l-apparenza karatteristika anki wara t-tisjir.

(7)

Il-premessa 7 tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tistipula li l-approvazzjoni tal-addittivi tal-ikel għandha tieħu kont ukoll ta' fatturi oħrajn rilevanti għall-kwistjoni li tkun qed tiġi kkunsidrata fost l-oħrajn, fatturi tradizzjonali. Għalhekk, huwa xieraq li jinżammu ċerti prodotti tradizzjonali fis-suq f'xi Stati Membri fejn l-użu tal-additivi tal-ikel jikkonforma mal-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

(8)

Fit-18 ta' Novembru 2015, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ippubblikat Opinjoni Xjentifika li regġħet evalwat is-sikurezza tal-aċidu karminiku, il-carmine (E 120), bħala addittiv tal-ikel (3). L-awtorità kkonkludiet li ma kien hemm l-ebda raġuni biex jiġi rivedut il-valur aċċettabbli tal-konsum ta' kuljum (ADI) ta' 2,5 mg ta' aċidu karminiku għal kull kg ta' piż kuljum u li l-istimi tal-esponiment raffinat għax-xenarju mhux tal-marka kummerċjali huma inqas mill-ADI għall-gruppi kollha tal-popolazzjoni. L-aċidu karminiku, il-carmine (E120), huwa awtorizzat għall-użu f'varjetà wiesgħa ta' ikel. L-użu estiż huwa propost għal ftit prodotti niċċa tal-laħam u f'livell massimu aktar baxx mill-użi l-oħra attwalment awtorizzati fil-kategorija tal-ikel 08.3.1 “Prodotti tal-laħam mingħajr trattament ta' sħana” fil-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. Peress li skont l-Opinjoni Xjentifika, il-prodotti tal-laħam mhumiex fost il-kontributuri ewlenin għall-esponiment totali għall-aċidu karminiku, għall-carmine (E 120), mhuwiex mistenni li l-użu propost se jkollu impatt sinifikanti fuq l-esponiment ġenerali li għalhekk se jibqa' taħt l-ADI.

(9)

Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni trid titlob l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel sabiex taġġorna l-lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel stipulata fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, għajr meta l-aġġornament ikkonċernat ma jkunx mistenni li jkollu effett fuq is-saħħa tal-bniedem. Peress li l-użu estiż tal-aċidu karminiku, carmine (E120), mhux mistenni li jkollu effett fuq is-saħħa tal-bniedem, ma hemmx għalfejn tintalab l-opinjoni tal-Awtorità.

(10)

Jenħtieġ għalhekk li l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jiġi emendat skont dan.

(11)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Mejju 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1).

(3)  EFSA Journal 2015; 13(11):4288.


ANNESS

Fil-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, fil-kategorija tal-ikel 08.3.1 “Prodotti tal-laħam mingħajr trattament ta' sħana”, l-entrata l-ġdida li ġejja għal E 120 tiddaħħal wara l-annotazzjoni għal E 110:

 

“E 120

Aċidu karminiku, Carmine

50

 

l-ispeċjalitajiet taċ-ċanga u tal-ġewwieni tal-majjal immellaħ li ġejjin biss: groin de porc à la créole, queue de porc à la créole, pied de porc à la créole u paleron de bœuf à la créole. Dawn il-prodotti jiġu kkunsmati wara t-tneħħija tal-melħ u t-tisjir.”


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 132/18


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/801

tas-17 ta' Mejju 2019

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tal-mono- u d-digliċeridi tal-aċidi xaħmin (E 471) fuq ċertu frott frisk

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

Din il-lista tista'tiġi aġġornata skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li ssir applikazzjoni.

(3)

Il-mono- u d-digliċeridi tal-aċidi xaħmin (E 471) huma addittivi tal-ikel awtorizzati f'varjetà ta' ikel f'konformità mal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

(4)

Fis-17 ta' Frar 2017, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-użu tal-mono- u d-digliċeridi tal-aċidi xaħmin (E 471) fil-frott u fil-ħxejjex friski kollha. Imbagħad, l-applikazzjoni saret disponibbli għall-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008.

(5)

Il-mono- u d-digliċeridi tal-aċidi xaħmin (E 471), meta jintużaw bħala aġent tal-igglejżjar għat-trattament tal-wiċċ tal-frott u tal-ħaxix frisk, jiffurmaw saff ostaklu fiżiku irqiq u inert kontra t-telf tal-indewwa u l-ossidazzjoni biex tiġi protetta l-kwalità nutrittiva u tiġi estiża l-ħajja fuq l-ixkaffa. Skont l-applikant, l-użu propost se jindirizza domanda dejjem tikber għal disponibbiltà ta' prodotti friski matul is-sena kollha, inaqqas il-ħela tal-ikel u jtejjeb l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi naturali fil-produzzjoni agrikola permezz ta' tnaqqis fit-telf u l-użu ta' metodi tat-trasport b'emissjonijiet aktar baxxi tad-diossidu tal-karbonju.

(6)

L-applikazzjoni ġiet diskussa mill-Grupp ta' Ħidma tal-Esperti Governattivi dwar l-Addittivi. Il-Grupp ta' Ħidma nnota li hemm bżonn teknoloġiku b'mod partikolari għat-trattament estern ta' ċertu frott li huwa prinċipalment importat minn pajjiżi bi klima tropikali u li jeħtieġ li jkun protett matul vjaġġi twal. Il-qxur ta' dak il-frott normalment ma jiġux ikkunsmati.

(7)

Fl-10 ta' Novembru 2017, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ippubblikat opinjoni xjentifika li tevalwa mill-ġdid is-sikurezza tal-mono- u d-digliċeridi tal-aċidi xaħmin (E 471) bħala addittivi tal-ikel (3). L-Awtorità kkonkludiet li ma kienx hemm bżonn ta' kwantitattiv numeriku għad-doża aċċettabbli ta' kuljum u li l-addittivi tal-ikel “il-mono- u d-digliċeridi tal-aċidi xaħmin (E 471)” ma jagħtu l-ebda tħassib dwar is-sikurezza fl-użi u fil-livelli tal-użu rrappurtati. Din il-konklużjoni tintuża għal sustanzi ta' tħassib ta' sikurezza baxx ħafna u biss jekk ikun hemm informazzjoni affidabbli kemm dwar l-esponiment kif ukoll dwar it-tossiċità u jkun hemm probabbiltà baxxa ta' effetti negattivi fuq is-saħħa fil-bnedmin f'dożi li ma jwasslux għal żbilanċ nutrittiv fl-annimali (4). Madankollu, l-Awtorità rrakkomandat xi modifiki tal-ispeċifikazzjonijiet tal-UE għall-addittivi tal-ikel “il-mono- u d-digliċeridi tal-aċidi xaħmin (E 471)”. Il-Kummissjoni se teżamina dawn ir-rakkomandazzjonijiet separatament filwaqt li ssegwi l-approċċ ġenerali li ntuża fir-rigward tal-opinjonijiet tal-Awtorità li fihom ġie identifikat xi tħassib (5).

(8)

Barra minn hekk, il-mono- u d-digliċeridi tal-aċidi xaħmin (E 471) huma maħsuba biex jintużaw għat-trattament estern u mhumiex mistennija li jemigraw lejn il-parti interna li tittiekel tal-frott. It-trattament fuq frott li l-qxur tiegħu ma jittikilx mhux mistenni li jkollu effett fuq is-saħħa tal-bniedem. Huwa għalhekk xieraq li jkun permess l-użu tal-mono- u d-digliċeridi tal-aċidi xaħmin (E 471) fuq ċertu frott li huwa prinċipalment importat minn pajjiżi bi klima tropikali/subtropikali u li normalment il-qxur tagħhom ma jiġux ikkunsmati, jiġifieri il-frott taċ-ċitru, il-bettieħ, l-ananas, il-banana, il-papaja, il-mango, l-avokado u r-rummien.

(9)

Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni trid tfittex li tikseb l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”) sabiex taġġorna l-lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel stipulata fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, għajr meta l-aġġornament inkwistjoni ma jkunx mistenni li jkollu effett fuq is-saħħa tal-bniedem. Billi l-awtorizzazzjoni tal-użu tal-mono- u d-digliċeridi tal-aċidi xaħmin (E 471) fuq il-frott taċ-ċitru, il-bettieħ, l-ananas, il-banana, il-papaja, il-mango, l-avokado u r-rummien tikkostitwixxi aġġornament ta' dik il-lista li mhux mistenni jħalli effett fuq is-saħħa tal-bniedem, m'hemmx bżonn tintalab l-opinjoni tal-Awtorità.

(10)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jiġi emendat skont dan.

(11)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Mejju 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1).

(3)  EFSA Journal 2017;15(11):5045

(4)  EFSA Journal 2014;12(6):3697, Statement on a conceptual framework for the risk assessment of certain food additives re-evaluated under Commission Regulation (EU) No 257/2010. (Dikjarazzjoni dwar qafas kunċettwali għall-valutazzjoni tar-riskju ta' ċerti addittivi tal-ikel ivvalutati mill-ġdid skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 257/2010).

(5)  https://ec.europa.eu/food/sites/food/files/safety/docs/fs-improv-approach.pdf


ANNESS

Fil-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, fil-kategorija tal-ikel 04.1.1 “Frott u ħxejjex friski, sħaħ”, tiddaħħal l-entrata l-ġdida li ġejja wara l-entrata għall-E 464:

 

“E 471

Mono- u digliċeridi tal-aċidi xaħmin

quantum satis

 

Għat-trattament tal-wiċċ tal-frott taċ-ċitru, tal-bettieħ, tal-ananas, tal-banana, tal-papaja, tal-mango, tal-avokado u tar-rummien biss”


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 132/21


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/802

tas-17 ta' Mejju 2019

li jikkoreġi l-verżjoni tal-lingwa Griega tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/775 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, fir-rigward tar-regoli biex jiġi indikat il-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta' provenjenza tal-ingredjent primarju ta' ikel

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (1),u b'mod partikolari l-Artikolu 26(8) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjoni tal-lingwa Griega tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/775 (2) fiha l-iżbalji fl-Artikolu 1(1) u (2) fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni ta' dak ir-Regolament.

(2)

Il-verżjoni tal-lingwa Griega tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/775 għalhekk jenħtieġ li tiġi kkoreġuta kif xieraq. Il-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra mhumiex affettwati.

(3)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Mejju 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/775 tat-28 ta' Mejju 2018 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, fir-rigward tar-regoli biex jiġi indikat il-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta' provenjenza tal-ingredjent primarju ta' ikel (ĠU L 131, 29.5.2018, p. 8).


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 132/23


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/803

tas-17 ta' Mejju 2019

dwar ir-rekwiżiti tekniċi fir-rigward tal-kontenut tar-rapporti ta' kwalità dwar l-istatistika Ewropea tal-prezzijiet tal-gass naturali u tal-elettriku skont ir-Regolament (UE) 2016/1952 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1952 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-26 ta' Ottubru 2016 dwar l-istatistika Ewropea tal-prezzijiet tal-gass naturali u tal-elettriku (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/1952 jistabbilixxi l-qafas għall-produzzjoni ta' statistika Ewropea komparabbli dwar il-prezzijiet tal-gass naturali u tal-elettriku.

(2)

Skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2016/1952, kull tliet (3) snin, l-Istati Membri għandhom jipprovdu rapporti ta' kwalità standard dwar id-data lill-Kummissjoni (il-Eurostat) skont il-kriterji tal-kwalità stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Dawk ir-rapporti għandhom jinkludu informazzjoni dwar l-ambitu u l-ġbir tad-data, il-kriterji tal-kalkolu, il-metodoloġija u s-sorsi tad-data użati, u kull tibdil fihom.

(3)

Skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) 2016/1952, il-Kummissjoni (il-Eurostat) għandha tivvaluta l-kwalità tad-data ppreżentata u għandha tuża dik il-valutazzjoni u analiżi tar-rapporti ta' kwalità biex tħejji u tippubblika rapport dwar il-kwalità tal-istatistika Ewropea koperta mir-Regolament (UE) 2016/1952.

(4)

Wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2016/1952, il-Kummissjoni (il-Eurostat) ħadmet mill-qrib mal-Istati Membri biex tivvaluta r-rekwiżiti tekniċi rilevanti tal-assigurazzjoni tal-kwalità rigward il-kontenut u ż-żmien xieraq tar-rapporti ta' kwalità.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(1)   Ir-rekwiżiti tekniċi tal-assigurazzjoni tal-kwalità rigward il-kontenut tar-rapporti ta' kwalità dwar id-data rigward il-prezzijiet tal-gass naturali u tal-elettriku huma stabbiliti fl-Anness.

(2)   L-Istati Membri għandhom jippreżentaw l-ewwel rapporti ta' kwalità sal-15 ta' Ġunju 2019.

(3)   Kull rapport ta' kwalità għandu jkopri s-snin kollha mir-rapport preċedenti ta' kwalità. Madankollu, l-ewwel rapporti ta' kwalità għandhom ikopru s-snin ta' referenza 2017 u 2018.

Artikolu 2

Ir-rapporti ta' kwalità għandhom jingħataw permezz tal-punt uniku ta' dħul ipprovdut mill-Kummissjoni (il-Eurostat) biex il-Kummissjoni (il-Eurostat) tkun tista' tirċievi dawk ir-rapporti ta' kwalità b'mezzi elettroniċi.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Mejju 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 311, 17.11.2016, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta' data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).


ANNESS

IR-REKWIŻITI TEKNIĊI TAL-ASSIGURAZZJONI TAL-KWALITÀ RIGWARD IL-KONTENUT TAR-RAPPORTI TA' KWALITÀ TAL-ISTATISTIKA EWROPEA DWAR IL-PREZZIJIET TAL-GASS NATURALI U TAL-ELETTRIKU

Ir-rapporti tal-kwalità għandu jkun fihom informazzjoni dwar il-kriterji kollha tal-kwalità stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.

1.   IR-RILEVANZA:

Fir-rapporti ta' kwalità, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja:

(a)

deskrizzjoni tal-utenti, il-ħtiġijiet rispettivi tagħhom u ġustifikazzjoni ta' dawn il-ħtiġijiet;

(b)

il-proċeduri użati għall-kejl tas-sodisfazzjon tal-utenti u l-produzzjoni tar-riżultati;

(c)

kemm hija disponibbli l-istatistika meħtieġa.

2.   IL-PREĊIŻJONI:

Ir-rapporti ta' kwalità għandhom jinkludu:

(a)

valutazzjoni tal-preċiżjoni li tiġbor fil-qosor il-komponenti varji tas-sett tad-data;

(b)

deskrizzjoni tal-erruri waqt it-teħid tal-kampjuni;

(c)

deskrizzjoni ta' erruri oħrajn.

3.   IT-TEMPESTIVITÀ U L-PUNTWALITÀ:

L-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar:

(a)

it-tul taż-żmien bejn l-avveniment jew il-fenomenu li jkunu qed jiddeskrivu u d-disponibbiltà tad-data (it-tempestività);

(b)

it-tul taż-żmien bejn id-data mmirata tat-twassil tad-data u d-data proprja tat-twassil tad-data (il-puntwalità);

(c)

l-għadd ta' iterazzjonijiet meħtieġa biex ikun hemm data vvalidata għalkollox (iterazzjonijiet ta' validazzjoni).

4.   L-AĊĊESSIBBILTÀ U Ċ-ĊAREZZA:

L-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar il-kundizzjonijiet u l-mezzi li bihom l-utenti jistgħu:

(a)

jiksbu u jużaw id-data (inkluż, iżda mhux limitat għal stqarrijiet tal-aħbarijiet, pubblikazzjonijiet, bażijiet tad-data online, aċċess għall-mikrodata);

(b)

jinterpretaw id-data bħall-għoti ta' dokumentazzjoni dwar il-metodoloġija u l-ġestjoni tal-kwalità.

5.   IL-KOMPARABBILTÀ:

L-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar kemm hija komparabbli l-istatistika:

(a)

bejn iż-żoni ġeografiċi;

(b)

tul iż-żmien

6.   IL-KOERENZA:

L-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar kemm l-istatistika hi:

(a)

rikonċiljabbli mad-data miksuba minn sorsi oħra (koerenza transsettorjali);

(b)

konsistenti fi ħdan sett ta' data partikolari (koerenza interna).

L-Istati Membri għandhom jirrapportaw ukoll dwar l-aspetti ta' kwalità addizzjonali li ġejjin:

1.   IL-ĠESTJONI TAL-KWALITÀ:

L-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar is-sistemi u l-oqfsa fis-seħħ għall-ġestjoni tal-kwalità tal-prodotti u l-proċessi statistiċi. Għandhom jirrapportaw ukoll dwar il-valutazzjoni tagħhom tal-kwalità tad-data.

2.   IR-REVIŻJONI TAD-DATA:

L-Istati Membri għandhom jispjegaw għalfejn tkun ġiet riveduta d-data validata. Ir-raġunijiet jistgħu jinkludu informazzjoni ta' sors ġdid tad-data disponibbli, metodi ġodda jew informazzjoni rilevanti oħra. Ir-rapport għandu jinkludi wkoll id-data, id-daqs u id-daqs tar-reviżjonijiet.

B'konformità mal-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2016/1952, dawk ir-rapporti għandhom jinkludu informazzjoni dwar l-ambitu u l-ġbir tad-data, il-kriterji tal-kalkolu, il-metodoloġija u s-sorsi tad-data użati, u kull tibdil li jsirilhom.

1.   IL-PREŻENTAZZJONI STATISTIKA:

L-Istati Membri għandhom jipprovdu d-deskrizzjoni li ġejja tad-data mxerrda li tista' tintwera lill-utenti bħala tabelli, graffs jew mapep:

(a)

deskrizzjoni tad-data;

(b)

sistema tal-klassifikazzjoni;

(c)

kopertura tas-setturi;

(d)

kunċetti u definizzjonijiet tal-istatistika;

(e)

unità tal-istatistika;

(f)

popolazzjoni tal-istatistika;

(g)

żona ta' referenza (ambitu ġeografiku);

(h)

kopertura taż-żmien (it-tul taż-żmien meta d-data hi disponibbli);

(i)

perjodu ta' referenza (il-perjodu kopert mir-rapport);

(j)

unità tal-kejl.

2.   L-IPPROĊESSAR TAL-ISTATISTIKA:

Ir-rapporti ta' kwalità għandhom ikopru deskrizzjoni tal-proċeduri kollha użati għall-ġbir, il-validazzjoni u l-kompilazzjoni tad-data u għall-kisba ta' informazzjoni ġdida.

3.   IL-POLITIKA TAR-RILAXX:

Ir-rapporti ta' kwalità għandhom jirrapportaw dwar ir-regoli għat-tixrid tad-data fil-livell nazzjonali.

4.   IL-FREKWENZA TAT-TIXRID:

Ir-rapporti għandhom jindikaw ukoll il-frekwenza kif għandha tinxtered id-data fil-livell nazzjonali.

B'konformità mal-prinċipji tal-istatistika stabbiliti fil-punti (e) u (f) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar:

1.   IL-KUNFIDENZJALITÀ:

Ir-rapporti ta' kwalità għandhom jinkludu informazzjoni dwar il-miżuri leġiżlattivi jew proċeduri formali oħra, li jevitaw l-iżvelar mhux awtorizzat tad-data li jista' jikkawża l-identifikazzjoni diretta jew indiretta ta' persuna jew entità ekonomika. Jiddeskrivu wkoll ir-regoli applikati biex tkun żgurata l-kunfidenzjalità tal-istatistika u jkun evitat l-iżvelar mhux awtorizzat.

2.   L-ISPEJJEŻ U L-PIŻIJIET:

Ir-rapporti ta' kwalità għandhom jinkludu informazzjoni dwar l-ispejjeż u l-piżijiet assoċjati mal-ġbir u l-produzzjoni tal-prodott statistiku.


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 132/28


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/804

tas-17 ta' Mejju 2019

li jikkonċerna t-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-forma organika tas-selenju prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3060 u tas-selenometijonina prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae NCYC R397 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1750/2006 u (KE) Nru 634/2007

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti u għat-tiġdid ta' tali awtorizzazzjoni.

(2)

Il-forma organika tas-selenju prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3060 kienet awtorizzata għal 10 snin bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1750/2006 (2). Is-selenometijonina prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae NCYC R397 kienet awtorizzata għal 10 snin bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 634/2007 (3).

(3)

F'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġew ippreżentati applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-forma organika tas-selenju prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3060 u tas-selenometijonina prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae NCYC R397 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, biex jintalab li dawk l-addittivi jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrizzjonali”. Flimkien ma' dawk l-applikazzjonijiet intbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Fl-opinjonijiet tagħha tal-5 ta' Lulju 2018 (4) u tat-28 ta' Novembru 2018 (5), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li l-applikanti pprovdew id-data li turi li l-addittivi jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti. L-Awtorità kkonfermat il-konklużjonijiet preċedenti tagħha li l-forma organika tas-selenju prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3060 u tas-selenometijonina prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae NCYC R397 ma għandhomx effetti avversi fuq is-saħħa tal-annimali, is-sikurezza tal-konsumatur jew l-ambjent. Għall-forma organika tas-selenju prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3060, iddikjarat ukoll li għandha kapaċitajiet ta' sensitizzatur respiratorju u li hija perikoluża meta tiġi inalata, u għas-selenometijonina prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae NCYC R397, iddikjarat li għandha kapaċitajiet ta' irritant tal-għajnejn u tal-mukożi, u ta' sensitizzatur respiratorju u tal-ġilda. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti avversi fuq is-saħħa tal-bniedem, b'mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. Finalment, l-Awtorità tirrakkomanda li tinbidel id-denominazzjoni tal-addittivi.

(5)

Jixraq li jiġu aġġornati l-metodi ta' analiżi għas-selenju u għas-selenometijonina abbażi tar-rapporti reċenti rispettivi tal-Laboratorju ta' Referenza stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Il-valutazzjoni tal-forma organika tas-selenju prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3060 u tas-selenometijonina prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae NCYC R397 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għalhekk, l-awtorizzazzjoni ta' dawk l-addittivi jenħtieġ li tiġġedded kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(7)

Bħala konsegwenza tat-tiġdid tal-awtorizzazzjonijiet tal-forma organika tas-selenju prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3060 u tas-selenometijonina prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae NCYC R397 bħala addittivi tal-għalf skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li r-Regolamenti (KE) Nru 1750/2006 u (KE) Nru 634/2007 jitħassru.

(8)

Peress li r-raġunijiet ta' sikurezza ma jirrikjedux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għall-forma organika tas-selenju prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3060 u għas-selenometijonina prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae NCYC R397, jixraq li jingħata perjodu tranżizzjonali biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mit-tiġdid tal-awtorizzazzjoni.

(9)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-awtorizzazzjoni tal-addittivi speċifikati fl-Anness, li jiffurmaw parti mill-kategorija ta' addittivi “addittivi nutrizzjonali” u mill-grupp funzjonali “komposti ta' oligoelementi”, tiġġedded soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

1.   Il-forma organika tas-selenju prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3060, is-selenometijonina prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae NCYC R397 u t-taħlitiet lesti minn qabel li fihom dawn is-sustanzi, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel id-9 ta' Diċembru 2019 f'konformità mar-regoli applikabbli qabel id-9 ta' Ġunju 2019 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti.

2.   Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li fihom is-sustanzi msemmija fil-punt 1, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel id-9 ta' Ġunju 2020 f'konformità mar-regoli applikabbli qabel id-9 ta' Ġunju 2019 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti jekk ikunu maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel.

3.   Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li fihom is-sustanzi msemmija fil-punt 1, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel id-9 ta' Ġunju 2021 f'konformità mar-regoli applikabbli qabel id-9 ta' Ġunju 2019 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti jekk ikunu maħsuba għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.

Artikolu 3

Ir-Regolamenti (KE) Nru 1750/2006 u (KE) Nru 634/2007 jitħassru.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Mejju 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1750/2006 tas-27 ta' Novembru 2006 rigward l-awtorizzazzjoni tas-selenometjonina bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 330, 28.11.2006, p. 9).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 634/2007 tas-7 ta' Ġunju 2007 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tas-selenometjonina prodotta minn Saccharomyces cerevisiae NCYC R397 bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 146, 8.6.2007, p. 14).

(4)  EFSA Journal 2018;16(7):5386.

(5)  EFSA Journal 2019;17(1):5539.


ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

Selenju f'mg/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %

Kategorija ta' addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: komposti tal-oligoelementi

3b810

Ħmira selenizzata Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3060, mhux attivata

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta' selenju organiku:

 

Kontenut ta' selenju: 2 000 sa 2 400 mg ta' Se/kg

 

Selenju organiku > 97 sa 99 % tas-selenju totali

 

Selenometijonina > 63 % tas-selenju totali

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Selenometijonina prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3060

Formula kimika: C5H11NO2Se

Metodu analitiku  (1)

Għad-determinazzjoni tas-selenometijonina fl-addittiv tal-għalf:

kromatografija likwida ta' rendiment għoli f'fażi inversa b'detezzjoni tal-UV (RP-HPLC-UV) jew

kromatografija likwida b'rendiment għoli u spettrometrija ta' massa bi plażma akkoppjata induttivament (HPLC-ICPMS) wara diġestjoni proteolitika trippla.

Għad-determinazzjoni tas-selenju totali fl-addittiv tal-għalf:

spettrometrija tal-emissjoni atomika bi plażma akkoppjata induttivament (ICP-AES) jew

spettrometrija ta' massa bi plażma akkoppjata induttivament (ICPMS).

Għad-determinazzjoni tas-selenju totali fit-taħlitiet lesti minn qabel, fl-għalf kompost u fil-materjali tal-għalf:

spettrometrija tal-assorbiment atomiku bil-ġenerazzjoni tal-idruri (HGAAS) wara diġestjoni bil-microwaves (EN 16159:2012).

L-ispeċijiet kollha

 

0,50 (total)

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta' taħlita lesta minn qabel.

2.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni. Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu għal livell minimu permezz ta' tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir personali protettiv, inkluż b'protezzjoni għan-nifs.

3.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, indika l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà.

4.

Supplimentazzjoni massima bis-selenju organiku:

0,20 mg Se/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %.

id-9 ta' Ġunju 2029

3b811

Ħmira selenizzata Saccharomyces cerevisiae NCYC R397, mhux attivata

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta' selenju organiku:

 

Kontenut ta' selenju: 2 000 sa 3 500 mg ta' Se/kg

 

Selenju organiku > 98 % tas-selenju totali

 

Selenometijonina > 63 % tas-selenju totali

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Selenometijonina prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae NCYC R397

Formula kimika: C5H11NO2Se

Metodu analitiku  (1)

Għad-determinazzjoni tas-selenometijonina fl-addittiv tal-għalf:

kromatografija likwida ta' rendiment għoli f'fażi inversa b'detezzjoni tal-UV (RP-HPLC-UV) jew

kromatografija likwida b'rendiment għoli u spettrometrija ta' massa bi plażma akkoppjata induttivament (HPLC-ICPMS) wara diġestjoni proteolitika trippla.

Għad-determinazzjoni tas-selenju totali fl-addittiv tal-għalf:

spettrometrija tal-emissjoni atomika bi plażma akkoppjata induttivament (ICP-AES) jew

spettrometrija ta' massa bi plażma akkoppjata induttivament (ICPMS).

Għad-determinazzjoni tas-selenju totali fit-taħlitiet lesti minn qabel, fl-għalf kompost u fil-materjali tal-għalf:

spettrometrija tal-assorbiment atomiku bil-ġenerazzjoni tal-idruri (HGAAS) wara diġestjoni bil-microwaves (EN 16159:2012).

L-ispeċijiet kollha

 

0,50 (total)

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta' taħlita lesta minn qabel.

2.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni jew mill-kuntatt mal-ġilda, mal-mukożi jew mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu għal livell minimu permezz ta' tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir personali protettiv, inkluż b'protezzjoni għan-nifs, u b'nuċċalijiet u b'ingwanti tas-sikurezza..

3.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, indika l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà.

4.

Supplimentazzjoni massima bis-selenju organiku:

0,20 mg Se/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %.

id-9 ta' Ġunju 2029


(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea li ġej: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/authorisation/evaluation_reports/Pages/index.aspx


20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 132/33


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/805

tas-17 ta' Mejju 2019

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni tal-muramidażi prodotta minn Trichoderma reesei DSM 32338 bħala addittiv fl-għalf tat-tiġieġ għas-simna u ta' speċijiet minuri tat-tjur għas-simna (id-detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Products Ltd., irrappreżentat fl-UE minn DSM Nutritional Products Sp. Z o.o)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill ta' 22 ta' Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' tali awtorizzazzjoni.

(2)

B'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni tal-muramidażi prodotta minn Trichoderma reesei DSM 32338. Ma' din l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) ta' dak ir-Regolament.

(3)

Dik l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni tal-muramidażi prodotta minn Trichoderma reesei DSM 32338 bħala addittiv fl-għalf tat-tiġieġ għas-simna u ta' speċijiet minuri ta' tjur għas-simna, li trid tiġi klassifikata fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tal-14 ta' Ġunju 2018 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-preparazzjoni tal-muramidażi prodotta minn Trichoderma reesei DSM 32338 ma għandhiex effett negattiv fuq saħħet l-annimali, fuq saħħet il-konsumaturi jew fuq l-ambjent. Ġie konkluż ukoll li l-addittiv jista' jkollu potenzjal ta' irritazzjoni tal-ġilda/tal-għajnejn u potenzjal ta' sensitizzazzjoni tal-ġilda. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu l-miżuri protettivi xierqa biex jiġu evitati effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, b'mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. L-awtorità kkonkludiet ukoll li l-addittiv wera titjib fil-proporzjon tal-għalf maż-żieda fil-piż fit-tiġieġ għas-simna. L-awtorità qieset li din il-konklużjoni tista' tiġi estrapolata għall-ispeċijiet minuri ta' tjur għas-simna. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni tal-muramidażi prodotta minn Trichoderma reesei DSM 32338 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta' dik il-preparazzjoni jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tagħmel parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “addittivi żootekniċi oħrajn”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Mejju 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  EFSA Journal 2018;16(7):5342.


ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

Unitajiet ta' attività/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %

Kategorija ta' addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: addittivi żootekniċi oħra (titjib tal-proporzjon tal-għalf maż-żieda fil-piż)

4d16

DSM Nutritional Products Ltd. irrappreżentata fl-UE minn DSM Nutritional Products Sp. Z o.o

Muramidażi

(EC 3.2.1.17)

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni tal-muramidażi (EC 3.2.1.17) (liżożima) prodotta minn Trichoderma reesei (DSM 32338) b'attività minima ta' 60 000 LSU(F)/g (1 (1)

Forom solidi u likwidi

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Muramidażi (EC 3.2.1.17) (liżożima) prodotta minn Trichoderma reesei (DSM 32338)

Metodu tal-analiżi  (2)

Għall-kwantifikazzjoni tal-muramidażi:

metodu ta' analiżi tal-enżimi abbażi tal-fluworexxenza li jiddetermina d-depolimerizzazzjoni kkatalizzata bl-enżimi ta' preparazzjoni ta' peptidoglikani ttikettati bil-fluworexxeina f'pH ta' 6,0 u fi 30 °C.

Tiġieġ għas-simna

Speċijiet minuri ta' tjur għas-simna.

25 000 LSU(F)

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u l-istabbiltà għat-trattament bis-sħana.

2.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-użu tagħhom. Fejn dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu kemm jista' jkun b'tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir protettiv personali li jinkludi protezzjoni għall-ġilda u għan-nifs.

id-9 ta' Ġunju 2029


(1)  Unità LSU(F) waħda hija definita bħala l-ammont ta' enzima li żżid il-fluworexxenza ta' 12,5 μg/ml ta' peptidoglikan ittikkettat bil-fluworexxeina kull minuta f'pH 6,0 u fi 30 °C b'valur li jikkorrispondi mal-fluworexxenza ta' madwar 0,06 nmol tal-isomeru I tal-isotjoċjanat tal-fluworexxeina.

(2)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports.


DEĊIŻJONIJIET

20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 132/36


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/806

tas-17 ta' Mejju 2019

li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Mejju 2013 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK (1).

(2)

Fit-28 ta' Mejju 2018 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/778 (2), li estendiet il-miżuri restrittivi indikati fid-Deċiżjoni 2013/255/PESK sal-1 ta' Ġunju 2019.

(3)

Abbażi ta' rieżami, il-Kunsill iddeċieda li l-miżuri restrittivi jenħtieġ li jiġu estiżi sal-1 ta' Ġunju 2020.

(4)

L-entrati għal 59 persuni soġġetti għal miżuri restrittivi kif indikati fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK jenħtieġ li jiġu emendati.

(5)

Jenħtieġ li disa' entrati jitħassru mil-lista ta' persuni u entitajiet deżinjati.

(6)

Wara s-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta' Jannar 2019 fil-Kawża T-667/17, Alkarim for Trade and Industry vs il-Kunsill, u fil-Kawża T-559/17, Abdulkarim vs il-Kunsill, Alcarim for Trade and Industry u Mouhamad Wael Abdulkarim mhumiex inklużi fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

(7)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2013/255/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2013/255/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 34 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 34

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-1 ta' Ġunju 2020. Hija għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Hija tista' tiġġedded, jew tiġi emendata kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”;

(2)

l-Anness I huwa emendat kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Mejju 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

E.O. TEODOROVICI


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta' Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/778 tat-28 ta' Mejju 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L131, 29.5.2018, p. 16).


ANNESS

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK huwa emendat kif ġej:

(1)

il-Parti A (“Persuni”) hija emendata kif ġej:

(a)

l-entrati li ġejjin jissostitwixxu l-entrati korrispondenti fil-lista:

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“6.

Muhammad (

Image 65

) Dib (

Image 66

) Zaytun (

Image 67

) (magħruf ukoll bħala Mohammed Dib Zeitoun; magħruf ukoll bħala Mohamed Dib Zeitun)

Data tat-twelid: 20.5.1951;

Post tat-twelid: Jubba, il-provinċja ta' Damasku, is-Sirja;

Passaport diplomatiku Nru D000001300;

Sess: raġel

Kap tad-Direttorat tas-Sigurtà Ġenerali; involut fil-vjolenza kontra d-dimostranti.

9.5.2011

7.

Amjad (

Image 68

) Abbas (

Image 69

) (magħruf ukoll bħala Al-Abbas)

Sess: raġel

Eks Kap tas-Sigurtà Politika f'Banyas, involut fil-vjolenza kontra d-dimostranti f'Baida. Promoss għall-grad ta' Kurunell fl-2018.

9.5.2011

10.

Jamil (

Image 70

) (magħruf ukoll bħala Jameel) Hassan (

Image 71

) (magħruf ukoll bħala al-Hassan)

Data tat-twelid: 7.7.1953;

Post tat-twelid: Qusayr, Provinċja ta' Homs, is-Sirja;

Kap tal-Intelligence tal-Forza tal-Ajru Sirjana;

Sess: raġel

Uffiċjal fil-grad ta' Maġġur Ġeneral fil-Forza tal-Ajru Sirjana fil-kariga wara Mejju 2011. Kap tal-Intelligence tal-Forza tal-Ajru Sirjana fil-kariga wara Mejju 2011. Responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

9.5.2011

14.

Brigadier Ġeneral Mohammed Bilal (magħruf ukoll bħala Logutenent Kurunell Muhammad Bilal)

Sess: raġel

Bħala uffiċjal għoli fis-Servizz tal-Intelligence tal-Forza tal-Ajru tas-Sirja, hu jappoġġa lir-reġim Sirjan u huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili. Hu assoċjat ukoll maċ-Ċentru ta' Riċerka tal-Istudji Xjentifiċi (SSRC) elenkat.

Kap tal-pulizija ta' Tartus minn Diċembru 2018.

21.10.2014

20.

Bassam (

Image 72

) Al Hassan (

Image 73

) (magħruf ukoll bħala Al Hasan)

Data tat-twelid: 1961

Sess: raġel

Konsulent Presidenzjali għall-Affarijiet Strateġiċi; involut fil-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili.

23.5.2011

31.

Maġġur Ġeneral Tawfiq (

Image 74

) (magħruf ukoll bħala Tawfik) Younes (

Image 75

) (magħruf ukoll bħala Yunes)

Sess: raġel

Eks Kap tad-Dipartiment għas-Sigurtà Interna tad-Direttorat tal-Intelligence Ġenerali; involut fil-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili.

1.8.2011

36.

Nizar (

Image 76

) al-Asaad (

Image 77

) (magħruf ukoll bħala Nizar Asaad)

Sess: raġel

Negozjant prominenti Sirjan b'rabtiet mill-qrib mar-reġim. Kuġin ta' Bashar Al-Assad, u assoċjat mal-familji Assad u Makhlouf.

Bħala tali, kien qed jipparteċipa fir-reġim Sirjan, igawdi minnu jew inkella jappoġġah.

Investitur ewlieni fiż-żejt u preċedentement kap tal-kumpannija “Nizar Oilfield Supplies”.

23.8.2011

41.

Ali (

Image 78

) Douba (

Image 79

)

Data tat-twelid: 1933;

Post tat-twelid: Karfis, is-Sirja;

Sess: raġel

Konsulent speċjali għall-President Al-Assad.

Bħala Konsulent Speċjali, jipparteċipa fir-reġim ta' Assad, igawdi minnu, u jappoġġah. Kien involut fir-repressjoni vjolenti tal-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

23.8.2011

48.

Samir (

Image 80

) Hassan (

Image 81

)

Sess: raġel

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b'interessi u/jew attivitajiet f'bosta setturi tal-ekonomija tas-Sirja. Għandu interessi fi u/jew għandu influwenza sinifikanti fl-Amir Group u Cham Holdings, żewġ konglomerati b'interessi fis-setturi tal-proprjetà, it-turiżmu, it-trasport u l-finanzi. Minn Marzu 2014 sa Settembru 2018, huwa okkupa l-kariga ta' President għar-Russja tal-Kunsilli ta' Negozju Bilaterali wara l-ħatra tiegħu mill-Ministru għall-Ekonomija, Khodr Orfali.

Samir Hassan jappoġġa l-isforz ta' gwerra tar-reġim permezz ta' donazzjonijiet ta' flus.

Samir Hassan huwa assoċjat ma' persuni li jgawdu mir-reġim u jappoġġawh. B'mod partikolari, huwa assoċjat ma' Rami Makhlouf u Issam Anbouba, li ġew deżinjati mill-Kunsill u jgawdu mir-reġim Sirjan.

27.9.2014

49.

Fares (

Image 82

) Chehabi (

Image 83

) (magħruf ukoll bħala Fares Shihabi; Fares Chihabi)

Iben Ahmad Chehabi

Data tat-twelid: 7.5.1972

Sess: raġel

President tal-Kamra tal-Industrija ta' Aleppo; President tal-Federazzjoni tal-Kmamar tal-Industrija mis-16.12.2018. Viċi President ta' Cham Holding. Jipprovdi appoġġ ekonomiku lir-reġim Sirjan. Membru tal-Parlament Sirjan mill-2016.

2.9.2011

51.

Issam (

Image 84

) Anbouba (

Image 85

)

President ta' Anbouba for Agricultural Industries Co.

Data tat-twelid: 1952; Post tat-twelid: Homs, Sirja;

Sess: raġel

Jipprovdi appoġġ finanzjarju għall-apparat repressiv u għall-gruppi paramilitari li jużaw il-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja. Jipprovdi proprjetà (binjiet, imħażen) għal ċentri ta' detenzjoni improvviżati. Għandu relazzjonijiet finanzjarji ma' uffiċjali għoljin Sirjani. Kofundatur u membru tal-bord ta' Cham Holding.

2.9.2011

55.

Kurunell Lu'ai (

Image 86

) (magħruf ukoll bħala Louay, Loai) al-Ali (

Image 87

)

Post tat-twelid: Jablah, Provinċja ta' Latakia

Sess: raġel

Kap tal-Intelligence Militari Sirjana, Fergħa ta' Dara'a. Responsabbli għall-vjolenza kontra d-dimostranti f'Dara'a.

14.11.2011

78.

Maġġur Ġeneral Ali (

Image 88

) Barakat (

Image 89

)

Sess: raġel

Il-103 Brigata tad-Diviżjoni tal-Gwardja Repubblikana. Uffiċjal militari involut fil-vjolenza f'Homs. Promoss għal Maġġur Ġeneral fl-2017.

1.12.2011

79.

Maġġur Ġeneral Talal (

Image 90

) Makhluf (

Image 91

) (magħruf ukoll bħala Makhlouf)

Sess: raġel

Eks kmandant tal-105 Brigata tal-Gwardja Repubblikana. Eks kmandant ġeneral tal-Gwardja Repubblikana. Kmandant attwali tat-Tieni Korp. Membru tal-Forzi Armati Sirjani fil-grad ta' Maġġur Ġeneral fil-kariga wara Mejju 2011. Uffiċjal militari involut fil-vjolenza f'Damasku.

1.12.2011

99.

Maġġur Ġeneral Mohamed (

Image 92

) (magħruf ukoll bħala Mohammad, Muhammad, Mohammed) Khaddor (

Image 93

) (magħruf ukoll bħala Khaddour, Khaddur, Khadour, Khudour)

Kmandant tal-106 Brigata, Gwardja Presidenzjali;

Sess: raġel

Ta ordnijiet lit-truppi biex isawtu d-dimostranti bil-bsaten u mbagħad jarrestawhom. Responsabbli għar-repressjoni ta' dimostranti paċifiċi f'Douma.

23.1.2012

104.

Mohamed (

Image 94

) (magħruf ukoll bħala Mohammad, Muhammad, Mohammed) Heikmat (

Image 95

) (magħruf ukoll bħala Hikmat, Hekmat) Ibrahim (

Image 96

)

Sess: raġel

Bħala eks Kap tal-Fergħa Operattiva tad-Direttorat għas-Sigurtà Politika, kien responsabbli għad-detenzjoni u t-tortura tad-detenuti.

23.1.2012

128.

Brigadier Ġeneral Burhan (

Image 97

) Qadour (

Image 98

) (magħruf ukoll bħala Qaddour, Qaddur)

Sess: raġel

Eks kap tal-Fergħa 291 (Damasku) tas-servizz tal-intelligence tal-armata tal-art. Responsabbli għat-tortura ta' avversarji detenuti.

24.7.2012

135.

Brigadier Ġeneral Suhail (

Image 99

) (magħruf ukoll bħala Suheil) Al-Abdullah (

Image 100

) (magħruf ukoll bħala Al- Abdallah)

Sess: raġel

Direttur tal-fergħa ta' Latakia tas-Servizz tal-Intelligence tal-Armata tal-Ajru. Responsabbli għat-tortura ta' avversarji detenuti.

24.7.2012

139.

Maġġur Ġeneral Hussam (

Image 101

) (magħruf ukoll bħala Husam, Housam, Houssam) Luqa (

Image 102

) (magħruf ukoll bħala Louqa, Louca, Louka, Luka)

Data tat-twelid: 1964;

Post tat-twelid: Damasku

Sess: raġel

Minn April 2012 sat-2.12.2018, kien il-kap tal-fergħa ta' Homs tad-Direttorat tas-Sigurtà Politika (wara l-Brigadier Ġeneral Nasr al-Ali). Mit-3.12.2018, kap tad-Direttorat tas-Sigurtà Politika. Responsabbli għat-tortura ta' avversarji detenuti.

24.7.2012

144.

Ahmed (

Image 103

) (magħruf ukoll bħala Ahmad) al-Jarroucheh (

Image 104

) (magħruf ukoll bħala Al-Jarousha, Al-Jarousheh, Al-Jaroucha, Al-Jarouchah, Al-Jaroucheh)

Data tat-twelid: 1957;

Sess: raġel

Eks kap tal-fergħa esterna tal-Intelligence Ġenerali (fergħa 279). Bħala tali, huwa responsabbli mill-mezzi tal-Intelligence Ġenerali fl-ambaxxati Sirjani.

24.7.2012

160.

Dr. Hazwan (

Image 105

) Al Wez (

Image 106

) (magħruf ukoll bħala Al Wazz)

Sess: raġel

Eks Ministru għall-Edukazzjoni, maħtur f'Lulju 2016.

Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2012

188.

Bishr Riyad Yazigi

Data tat-twelid: 1972;

Sess: raġel

Konsulent tal-President tas-Sirja. Ex-Ministru għat-Turiżmu. Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

24.6.2014

211.

Hilal Hilal (magħruf ukoll bħala Hilal al-Hilal) (

Image 107

)

Data tat-twelid: 1966;

Sess: raġel

Membru tal-milizzji affiljati mar-reġim magħrufin bħala “Kataeb al-Baath” (Il-milizzja tal-Partit Baath). Viċi President tal-Partit Baath. Jappoġġa r-reġim permezz tar-rwol tiegħu fir-reklutaġġ u l-organizzazzjoni tal-milizzja tal-Partit Baath.

28.10.2016

213.

Bishr al-Sabban (magħruf ukoll bħala Mohammed Bishr Al-Sabban; Bishr Mazin Al-Sabban)

Data tat-twelid: 1966;

Post tat-twelid: Damasku, Repubblika Għarbija Sirjana;

Sess: raġel

Ex-Gvernatur ta' Damasku, li nħatar minn, u hu assoċjat ma', Bashar al-Assad. Jappoġġa lir-reġim u huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja, inkluż it-twettiq ta' prattiki diskriminatorji kontra komunitajiet Sunniti fil-belt kapitali.

28.10.2016

214.

Ahmad Sheik Abdul-Qader

(magħruf ukoll bħala Ahmad Sheikh Abdul Qadir; Ahmad al-Sheik Abdulquader) (Image 108)

Sess: raġel

Eks Gvernatur ta' Quneitra, assoċjat ma' u maħtur minn Bashar al-Assad. Preċedentement Gvernatur ta' Latakia. Jappoġġa u jgawdi mir-reġim, inkluż permezz ta' appoġġ pubbliku għall-Forzi Armati Sirjani u l-milizzji li huma favur ir-reġim.

28.10.2016

215.

Dr. Ghassan Omar Khalaf (

Image 109

)

Sess: raġel

Eks Gvernatur ta' Hama, li nħatar minn, u hu assoċjat ma', Bashar al-Assad. Hu wkoll jappoġġa u jgawdi mir-reġim. Ghassan Omar Khalaf huwa assoċjat mill-qrib mal-membri ta' milizzja f'Hama affiljata mar-reġim magħrufa bħala l-Brigata ta' Hama.

28.10.2016

216.

Khayr al-Din al-Sayyed (magħruf ukoll bħala Khayr al-Din Abdul-Sattar al-Sayyed; Mohamed Khair al-Sayyed; Kheredden al-Sayyed; Khairuddin as-Sayyed; Khaireddin al-Sayyed; Kheir Eddin al-Sayyed; Kheir Eddib Asayed) (

Image 110

)

Sess: raġel

Eks Gvernatur ta' Idlib, assoċjat ma' u maħtur minn Bashar al-Assad. Igawdi mir-reġim u jappoġġah, inkluż billi jipprovdi appoġġ għall-Forzi Armati Sirjani u l-milizzji li huma favur ir-reġim. Assoċjat mal-Ministru ta' Awqaf tar-reġim, Dr. Mohammad Abdul-Sattar al-Sayyed, li huwa ħuh.

28.10.2016

217.

Atef Naddaf (

Image 111

)

Data tat-twelid: 1956;

Post tat-twelid: il-kampanja ta' Damasku;

Sess: raġel

Ministru għall-Kummerċ Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumatur.

Maħtur f'Novembru 2018.

Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

14.11.2016

218.

Hussein Makhlouf (magħruf ukoll bħala Makhluf) (

Image 112

)

Data tat-twelid: 1964;

Post tat-twelid: Lattakia;

Sess: raġel

Ministru għall-Amministrazzjoni Lokali.

Maħtur f'Lulju 2016.

Eks Gvernatur tal-Gvernorat ta' Damasku.

Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

Kuġin ta' Rami Makhlouf.

14.11.2016

219.

Ali Al-Zafir (

Image 113

)

Data tat-twelid: 1962;

Post tat-twelid: Tartus;

Sess: raġel

Ex-Ministru għall-Komunikazzjoni u t-Teknoloġija. Bħala ex-Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

14.11.2016

220.

Ali Ghanem (

Image 114

)

Data tat-twelid: 1963;

Post tat-twelid: Damasku;

Sess: raġel

Ministru għaż-Żejt u r-Riżorsi Minerali.

Maħtur f'Lulju 2016.

Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

14.11.2016

222.

Mohammed (magħruf ukoll bħala Mohamed, Muhammad, Mohammad) al-Ahmed (magħruf ukoll bħala al-Ahmad) (

Image 115

)

Data tat-twelid: 1961;

Post tat-twelid: Lattakia;

Sess: raġel

Ministru għall-Kultura.

Maħtur f'Lulju 2016.

Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

14.11.2016

223.

Ali Hamoud (magħruf ukoll bħala Hammoud) (

Image 116

)

Data tat-twelid: 1964;

Post tat-twelid: Tartus;

Sess: raġel

Ministru għat-Trasport.

Maħtur f'Lulju 2016.

Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

14.11.2016

224.

Mohammed Zuhair (magħruf ukoll bħala Zahir) Kharboutli (

Image 117

)

Post tat-twelid: Damasku;

Sess: raġel

Ministru għall-Elettriku.

Maħtur f'Lulju 2016.

Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

14.11.2016

225.

Maamoun (magħruf ukoll bħala Ma'moun) Hamdan (

Image 118

)

Data tat-twelid: 1958;

Post tat-twelid: Damasku;

Sess: raġel

Ministru għall-Finanzi.

Maħtur f'Lulju 2016.

Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

14.11.2016

226.

Nabil al-Hasan (magħruf ukoll bħala al-Hassan) (

Image 119

)

Data tat-twelid: 1963;

Post tat-twelid: Aleppo;

Sess: raġel

Eks-Ministru għar-Riżorsi tal-Ilma.

Maħtur f'Lulju 2016.

Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

14.11.2016

228.

Abdullah al-Gharbi (magħruf ukoll bħala al-Qirbi) (

Image 120

)

Data tat-twelid: 1962;

Post tat-twelid: Damasku;

Sess: raġel

Eks-Ministru għan-Negozju Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumatur.

Maħtur f'Lulju 2016.

Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

14.11.2016

229.

Abdullah Abdullah (

Image 121

)

Data tat-twelid: 1956;

Sess: raġel

Ministru tal-Istat.

Maħtur f'Lulju 2016.

Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

14.11.2016

230.

Salwa Abdullah (

Image 122

)

Data tat-twelid: 1953;

Post tat-twelid: Quneitra;

Sess: mara

Ministru tal-Istat.

Maħtura f'Lulju 2016.

Bħala Ministru tal-Gvern, tikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

14.11.2016

231.

Rafe'a Abu Sa'ad (magħruf ukoll bħala Saad) (

Image 123

)

Data tat-twelid: 1954;

Post tat-twelid: Raħal ta' Habran (provinċja ta' Sweida);

Sess: raġel

Ministru tal-Istat.

Maħtur f'Lulju 2016.

Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

14.11.2016

232.

Wafiqa Hosni (

Image 124

)

Data tat-twelid: 1952;

Post tat-twelid: Damasku;

Sess: mara

Ministru tal-Istat.

Maħtura f'Lulju 2016.

Bħala Ministru tal-Gvern, tikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

14.11.2016

233.

Rima Al-Qadiri (magħrufa wkoll bħala Al-Kadiri) (

Image 125

)

Data tat-twelid: 1963;

Post tat-twelid: Damasku;

Sess: mara

Ministru għall-Affarijiet Soċjali (minn Awwissu 2015).

Bħala Ministru tal-Gvern, tikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

14.11.2016

234.

Duraid Durgham

Sess: raġel

Eks Gvernatur tal-Bank Ċentrali tas-Sirja.

Kien responsabbli għall-għoti ta' appoġġ ekonomiku u finanzjarju lir-reġim Sirjan permezz tal-funzjonijiet tiegħu bħala l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali tas-Sirja, li huwa wkoll elenkat.

14.11.2016

243.

Ali Wanus

(magħruf ukoll bħala: Ali Wannous) (Image 126)

Data tat-twelid: 5.2.1964;

Titlu: Maġġur Ġeneral;

Sess: raġel

Għandu l-grad ta' Maġġur Ġeneral, fil-kariga wara Mejju 2011.

Bħala uffiċjal militari għoli huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili u involut fil-ħżin u l-użu ta' armi kimiċi.

Huwa wkoll assoċjat mas-Syrian Scientific Studies and Research Centre (Ċentru tal-Istudji u r-Riċerka Xjentifiċi), entità elenkata.

18.7.2017

258.

Mohamed Mazen Ali Yousef (

Image 127

)

Data tat-twelid: 17.5.1969;

Post tat-twelid: il-kampanja ta' Damasku;

Sess: raġel

Ex-Ministru tal-Industrija. Maħtur f'Jannar 2018.

Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

26.2.2018

265.

Jamal Eddin Mohammed Nazer (magħruf ukoll bħala

Image 128

; Nazir Ahmad, Mohammed JamalEddine)

Sess: raġel

Kariga: Kofundatur u azzjonist maġġoritarju ta' Apex Development and Projects LLC u fundatur ta' A'ayan Company for Projects and Equipment.

Data tat-twelid: 2.1.1962

Post tat-twelid: Damasku, Repubblika Għarbija Sirjana

Nazzjonalità: Sirjana

Numru tal-passaport: N 011612445, ħarġa nru 002-17-L022286 (post tal-ħruġ: Repubblika Għarbija Sirjana)

In-numru tal-ID: 010-30208342 (Post tal-ħruġ: Repubblika Għarbija Sirjana)

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja b'investimenti sinifikanti fl-industrija tal-kostruzzjoni, inkluż sehem ta' kontroll ta' 90 % f'Apex Development and Projects LLC, li daħal f'impriża konġunta ta' USD 34.8 miljun għall-kostruzzjoni ta' Marota City, żvilupp residenzjali u kummerċjali ta' lussu appoġġat mir-reġim. Bil-parteċipazzjoni tiegħu fl-iżvilupp ta' Marota City, Jamal Eddin Mohammed Nazer igawdi mir-reġim Sirjan u/jew jappoġġah.

21.1.2019

272.

Hayan Kaddour (magħruf ukoll bħala Hayyan Kaddour bin Mohammed Nazem; Hayan Mohammad Nazem Qaddour)

Sess: raġel

Kariga: Azzjonist primarju ta' Exceed Development and Investment Company.

Data tat-twelid: 14.7.1970 jew 24.7.1970

Post tat-twelid: Damasku, Repubblika Għarbija Sirjana

Nazzjonalità: Sirjan, Żvizzeru

Numru tal-passaport: Nru X4662433 (Post tal-ħruġ: Żvizzera); N 004599905 (Post tal-ħruġ: Repubblika Għarbija Sirjana)

Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, li għandu sehem ta' 67 % f'Exceed Development and Investment, li daħal f'impriża konġunta ta' USD 17,7 miljun għall-kostruzzjoni ta' Marota City, żvilupp residenzjali u kummerċjali ta' lussu appoġġat mir-reġim. Bil-parteċipazzjoni tiegħu fl-iżvilupp ta' Marota City, Hayan Mohammad Nazem Qaddour igawdi mir-reġim Sirjan u/jew jappoġġah.

21.1.2019

275.

Il-Maġġur Ġeneral Mohammad Khaled al-Rahmoun

Data tat-twelid: 1957;

Post tat-twelid: Idleb;

Sess: raġel

Ministru għall-Intern.

Maħtur f'Novembru 2018.

Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

4.3.2019

276.

Mohammad Rami Radwan Martini

Data tat-twelid: 1970;

Post tat-twelid: Aleppo;

Sess: raġel

Ministru għat-Turiżmu.

Maħtur f'Novembru 2018.

Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

4.3.2019

277.

Imad Muwaffaq al-Azab

Data tat-twelid: 1970;

Post tat-twelid: il-kampanja ta' Damasku;

Sess: raġel

Ministru għall-Edukazzjoni.

Maħtur f'Novembru 2018.

Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

4.3.2019

278.

Bassam Bashir Ibrahim

Data tat-twelid: 1960;

Post tat-twelid: Hama;

Sess: raġel

Ministru għall-Edukazzjoni Għolja.

Maħtur f'Novembru 2018.

Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

4.3.2019

279.

Suhail Mohammad Abdullatif

Data tat-twelid: 1961;

Post tat-twelid: Lattakia;

Sess: raġel

Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u d-Djar.

Maħtur f'Novembru 2018.

Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

4.3.2019

280.

Iyad Mohammad al-Khatib

Data tat-twelid: 1974;

Post tat-twelid: Damasku;

Sess: raġel

Ministru għall-Komunikazzjoni u t-Teknoloġija.

Maħtur f'Novembru 2018.

Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

4.3.2019

281.

Mohammad Maen Zein-al-Abidin Jazba

Data tat-twelid: 1962;

Post tat-twelid: Aleppo;

Sess: raġel

Ministru għall-Industrija.

Maħtur f'Novembru 2018.

Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.

4.3.2019”

(b)

jitneħħew l-entrati li ġejjin:

75.

Logutenent Ġeneral Fahid Al-Jassim;

88.

Brigadier Ġeneral Ahmed Yousef Jarad;

97.

Brigadier Ġeneral Mohsin Makhlouf;

100.

Ġeneral Maġġur Suheil Salman Hassan;

168.

Omran Ahed Al Zu'bi;

174.

Mohammed Turki Al Sayed;

249.

Isam Zahr Al-Din;

(c)

l-entrati 264 sa 269 għall-persuni ta' hawn taħt huma nnumerati mill-ġdid kif ġej:

Isem il-persuna

Numru tal-entrata attwali

Numru tal-entrata ġdida

Anas Talas

264

282

Jamal Eddin Mohammed Nazer

265

283

Mazin Al-Tarazi

266

284

Samer Foz

267

285

Khaldoun Al-Zoubi

268

286

Hussam Al-Qatirji

269

287

(2)

fil-Parti B (“Entitajiet”), jitneħħew l-entrati li ġejjin:

51.

Drex Technologies Holding S.A.;

70.

DK Group.


Rettifika

20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 132/47


Rettifika għar-Regolament (UE) 2018/231 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta' Jannar 2018 dwar rekwiżiti ta' rappurtar statistiku għal fondi tal-pensjoni (BĊE/2018/2)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 45 tas-17 ta' Frar 2018 )

Fil-paġna 13, fis-subintestatura tat-Tabella 1c:

minflok:

“Assi meħtieġa li jiġu pprovduti fuq bażi trimestrali u dejta tal-obbligazzjonijiet meħtieġa li jiġu pprovduti fuq bażi (1) annwali”

aqra:

“Dejta dwar assi li trid tingħata fuq bażi trimestrali u dejta dwar obbligazzjonijiet li trid tingħata fuq bażi annwali (1)”