ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 132 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 62 |
|
|
Rettifika |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
20.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 132/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/798
tas-17 ta' Mejju 2019
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta' Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-18 ta' Jannar 2012 il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja. |
(2) |
Abbażi tar-rieżami tal-miżuri, l-entrati għal 59 persuni soġġetti għal miżuri restrittivi kif indikati fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 jenħtieġ li jiġu emendati. |
(3) |
Jenħtieġ li disa' entrati jitħassru mil-lista ta' persuni u entitajiet deżinjati. |
(4) |
Wara s-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta' Jannar 2019 fil-Kawża T-667/17, Alkarim for Trade and Industry vs il-Kunsill, u fil-Kawża T-559/17, Abdulkarim vs il-Kunsill, Alcarim for Trade and Industry u Mouhamad Wael Abdulkarim mhumiex inklużi fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012. |
(5) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif indikat fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Mejju 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
E.O. TEODOROVICI
ANNESS
L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif ġej:
(1) |
il-Parti A (“Persuni”) hija emendata kif ġej:
|
(2) |
fil-Parti B (“Entitajiet”), jitneħħew l-entrati li ġejjin:
|
20.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 132/12 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/799
tas-17 ta' Mejju 2019
li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tneħħija tas-sustanza aromatizzanti furan-2(5H)-on mil-lista tal-Unjoni
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(6) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' aromatizzanti u ta' materjali tas-sors approvati għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel, u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
(2) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 (3) adotta lista ta' sustanzi aromatizzanti u introduċa dik il-lista fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008. |
(3) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 jista' jiġi aġġornat skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, kemm fuq inizjattiva tal-Kummissjoni kif ukoll wara applikazzjoni sottomessa minn Stat Membru jew minn parti interessata. |
(4) |
Il-Parti A tal-lista tal-Unjoni fiha kemm is-sustanzi aromatizzanti evalwati kif ukoll is-sustanzi aromatizzanti taħt evalwazzjoni. |
(5) |
Is-sustanza aromatizzanti furan-2(5H)-on (Nru FL 10.066) hija inkluża fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 bħala sustanza aromatizzanti taħt evalwazzjoni, u li għaliha ntalbet data xjentifika addizzjonali mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”). Din id-data ġiet sottomessa mill-applikant. |
(6) |
L-Awtorità evalwat id-data sottomessa u kkonkludiet fl-opinjoni xjentifika tagħha tal-11 ta' Diċembru 2018 (4) li furan-2(5H)-on (Nru FL 10.066) tqajjem tħassib għas-sikurezza fir-rigward tal-ġenotossicità peress li hija ġenotossika in vivo. |
(7) |
Għalhekk l-użu ta' furan-2 (5H) -on (Nru FL 10.066) ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet ġenerali tal-użu għall-aromatizzanti stabbiliti fl-Artikolu 4(a) tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008. Konsegwentement, jenħtieġ li dik is-sustanza titneħħa mil-lista mingħajr dewmien biex tiġi protetta s-saħħa tal-bniedem. |
(8) |
Fir-rigward tad-dettalji ta' identifikazzjoni ta' furan-2(5H)-on (Nru FL 10.066), fl-opinjoni tagħha l-Awtorità tipprovdi elementi addizzjonali dwar l-identità u l-karatterizzazzjoni ta' din is-sustanza li mhumiex inklużi fl-entrata attwali tagħha fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008. Sabiex jiġu żgurati ċ-ċarezza u ċ-ċertezza dwar l-identità tas-sustanza u biex il-partijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jidentifikaw kif xieraq din is-sustanza, huwa rilevanti li wieħed jinnota li d-dettalji ulterjuri dwar l-identifikazzjoni ta' furan-2(5H)-on (Nru FL 10.066) ipprovduti mill-Awtorità fl-Opinjoni tagħha huma: in-Nru tal-CAS li huwa 497-23-4, in-Nru tal-JECFA li huwa 2000 u l-isem tal-JECFA li huwa aċidu 4-idrossi-2-butenojku gamma latton. |
(9) |
Peress li s-sustanza tqajjem tħassib għas-sikurezza, jenħtieġ li l-Kummissjoni tuża l-proċedura ta' urġenza għat-tneħħija ta' furan-2(5H)-on mil-lista tal-Unjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tiġi emendata skont dan. |
(10) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Mejju 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34.
(2) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 tal-1 ta' Ottubru 2012 li jadotta l-lista ta' sustanzi aromatizzanti stipulati bir-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jintroduċiha fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1565/2000 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/217/KE (ĠU L 267, 2.10.2012, p. 1).
(4) Il-Bord tal-EFSA dwar il-FAF (Il-Bord tal-EFSA dwar l-Addittivi tal-Ikel u l-Aromatizzanti). “Scientific Opinion on Flavouring Group Evaluation 217 Revision 2 (FGE.217Rev2), consideration of genotoxicity potential for alpha, beta unsaturated ketones and precursors from chemical subgroup 4.1 of FGE.19: lactones”; EFSA Journal 2019;17(1):5568.
ANNESS
Fit-Taqsima 2 tal-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008, titħassar l-entrata li ġejja:
“10.066 |
Furan-2(5H)-on |
|
|
|
|
|
2 |
EFSA” |
20.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 132/15 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/800
tas-17 ta' Mejju 2019
li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-estensjoni tal-użu tal-aċidu karminiku, il-carmine (E 120) f'ċerti prodotti tal-laħam tradizzjonali fit-Territorji Franċiżi extra-Ewropej
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
(2) |
Din il-lista tista' tiġi aġġornata skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li ssir applikazzjoni. |
(3) |
L-aċidu karminiku, il-carmine (E 120), hija sustanza awtorizzata biex tintuża bħala kolorant f'tipi diversi ta' ikel skont l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. |
(4) |
Fit-23 ta' Ġunju 2017, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-użu tal-aċidu karminiku, il-carmine (E 120), f'ċerti prodotti tal-laħam mingħajr trattament ta' sħana. Imbagħad, l-applikazzjoni saret disponibbli għall-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008. |
(5) |
L-applikant talab l-awtorizzazzjoni għall-użu tal-aċidu karminiku, il-carmine (E 120), sabiex jinkiseb il-kulur roża mixtieq għal ċerti speċjalitajiet tradizzjonali taċ-ċanga u tal-ġewwieni tal-majjal immellaħ u taċ-ċanga, bħal groin de porc à la créole, queue de porc à la créole, pied de porc à la créole u paleron de bœuf à la créole, biex jiġu ssodisfati l-aspettattivi tal-konsumaturi fit-Territorji Franċiżi extra-Ewropej fejn dawn il-prodotti ilhom parti minn tradizzjoni kulinarja mis-seklu 18. |
(6) |
L-aċidu karminiku, il-carmine (E 120), jiżdied mas-salmura li jkun fiha ħafna melħ u li fiha jiġi mgħaddas il-ġewwieni. Fi prodotti mqiegħda fis-suq, il-kontenut tal-melħ ikun tal-inqas 70 g għal kull kg ta' laħam sabiex tiġi salvagwardjata l-istabbiltà mikrobijoloġika u ħajja fuq l-ixkaffa twila (spiss 12-il xahar). Qabel it-tisjir, il-prodotti jridu jitpoġġew fl-ilma biex jitneħħielhom il-melħ. L-aċidu karminiku, il-carmine (E120), joqgħod l-aktar fuq il-wiċċ tal-laħam u l-istabbiltà tiegħu għat-temperatura, id-dawl, il-pH u l-ossiġenu tiżgura l-apparenza karatteristika anki wara t-tisjir. |
(7) |
Il-premessa 7 tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tistipula li l-approvazzjoni tal-addittivi tal-ikel għandha tieħu kont ukoll ta' fatturi oħrajn rilevanti għall-kwistjoni li tkun qed tiġi kkunsidrata fost l-oħrajn, fatturi tradizzjonali. Għalhekk, huwa xieraq li jinżammu ċerti prodotti tradizzjonali fis-suq f'xi Stati Membri fejn l-użu tal-additivi tal-ikel jikkonforma mal-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1333/2008. |
(8) |
Fit-18 ta' Novembru 2015, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ippubblikat Opinjoni Xjentifika li regġħet evalwat is-sikurezza tal-aċidu karminiku, il-carmine (E 120), bħala addittiv tal-ikel (3). L-awtorità kkonkludiet li ma kien hemm l-ebda raġuni biex jiġi rivedut il-valur aċċettabbli tal-konsum ta' kuljum (ADI) ta' 2,5 mg ta' aċidu karminiku għal kull kg ta' piż kuljum u li l-istimi tal-esponiment raffinat għax-xenarju mhux tal-marka kummerċjali huma inqas mill-ADI għall-gruppi kollha tal-popolazzjoni. L-aċidu karminiku, il-carmine (E120), huwa awtorizzat għall-użu f'varjetà wiesgħa ta' ikel. L-użu estiż huwa propost għal ftit prodotti niċċa tal-laħam u f'livell massimu aktar baxx mill-użi l-oħra attwalment awtorizzati fil-kategorija tal-ikel 08.3.1 “Prodotti tal-laħam mingħajr trattament ta' sħana” fil-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. Peress li skont l-Opinjoni Xjentifika, il-prodotti tal-laħam mhumiex fost il-kontributuri ewlenin għall-esponiment totali għall-aċidu karminiku, għall-carmine (E 120), mhuwiex mistenni li l-użu propost se jkollu impatt sinifikanti fuq l-esponiment ġenerali li għalhekk se jibqa' taħt l-ADI. |
(9) |
Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni trid titlob l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel sabiex taġġorna l-lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel stipulata fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, għajr meta l-aġġornament ikkonċernat ma jkunx mistenni li jkollu effett fuq is-saħħa tal-bniedem. Peress li l-użu estiż tal-aċidu karminiku, carmine (E120), mhux mistenni li jkollu effett fuq is-saħħa tal-bniedem, ma hemmx għalfejn tintalab l-opinjoni tal-Awtorità. |
(10) |
Jenħtieġ għalhekk li l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jiġi emendat skont dan. |
(11) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Mejju 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1).
(3) EFSA Journal 2015; 13(11):4288.
ANNESS
Fil-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, fil-kategorija tal-ikel 08.3.1 “Prodotti tal-laħam mingħajr trattament ta' sħana”, l-entrata l-ġdida li ġejja għal E 120 tiddaħħal wara l-annotazzjoni għal E 110:
|
“E 120 |
Aċidu karminiku, Carmine |
50 |
|
l-ispeċjalitajiet taċ-ċanga u tal-ġewwieni tal-majjal immellaħ li ġejjin biss: groin de porc à la créole, queue de porc à la créole, pied de porc à la créole u paleron de bœuf à la créole. Dawn il-prodotti jiġu kkunsmati wara t-tneħħija tal-melħ u t-tisjir.” |
20.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 132/18 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/801
tas-17 ta' Mejju 2019
li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tal-mono- u d-digliċeridi tal-aċidi xaħmin (E 471) fuq ċertu frott frisk
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
(2) |
Din il-lista tista'tiġi aġġornata skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li ssir applikazzjoni. |
(3) |
Il-mono- u d-digliċeridi tal-aċidi xaħmin (E 471) huma addittivi tal-ikel awtorizzati f'varjetà ta' ikel f'konformità mal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. |
(4) |
Fis-17 ta' Frar 2017, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-użu tal-mono- u d-digliċeridi tal-aċidi xaħmin (E 471) fil-frott u fil-ħxejjex friski kollha. Imbagħad, l-applikazzjoni saret disponibbli għall-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008. |
(5) |
Il-mono- u d-digliċeridi tal-aċidi xaħmin (E 471), meta jintużaw bħala aġent tal-igglejżjar għat-trattament tal-wiċċ tal-frott u tal-ħaxix frisk, jiffurmaw saff ostaklu fiżiku irqiq u inert kontra t-telf tal-indewwa u l-ossidazzjoni biex tiġi protetta l-kwalità nutrittiva u tiġi estiża l-ħajja fuq l-ixkaffa. Skont l-applikant, l-użu propost se jindirizza domanda dejjem tikber għal disponibbiltà ta' prodotti friski matul is-sena kollha, inaqqas il-ħela tal-ikel u jtejjeb l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi naturali fil-produzzjoni agrikola permezz ta' tnaqqis fit-telf u l-użu ta' metodi tat-trasport b'emissjonijiet aktar baxxi tad-diossidu tal-karbonju. |
(6) |
L-applikazzjoni ġiet diskussa mill-Grupp ta' Ħidma tal-Esperti Governattivi dwar l-Addittivi. Il-Grupp ta' Ħidma nnota li hemm bżonn teknoloġiku b'mod partikolari għat-trattament estern ta' ċertu frott li huwa prinċipalment importat minn pajjiżi bi klima tropikali u li jeħtieġ li jkun protett matul vjaġġi twal. Il-qxur ta' dak il-frott normalment ma jiġux ikkunsmati. |
(7) |
Fl-10 ta' Novembru 2017, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ippubblikat opinjoni xjentifika li tevalwa mill-ġdid is-sikurezza tal-mono- u d-digliċeridi tal-aċidi xaħmin (E 471) bħala addittivi tal-ikel (3). L-Awtorità kkonkludiet li ma kienx hemm bżonn ta' kwantitattiv numeriku għad-doża aċċettabbli ta' kuljum u li l-addittivi tal-ikel “il-mono- u d-digliċeridi tal-aċidi xaħmin (E 471)” ma jagħtu l-ebda tħassib dwar is-sikurezza fl-użi u fil-livelli tal-użu rrappurtati. Din il-konklużjoni tintuża għal sustanzi ta' tħassib ta' sikurezza baxx ħafna u biss jekk ikun hemm informazzjoni affidabbli kemm dwar l-esponiment kif ukoll dwar it-tossiċità u jkun hemm probabbiltà baxxa ta' effetti negattivi fuq is-saħħa fil-bnedmin f'dożi li ma jwasslux għal żbilanċ nutrittiv fl-annimali (4). Madankollu, l-Awtorità rrakkomandat xi modifiki tal-ispeċifikazzjonijiet tal-UE għall-addittivi tal-ikel “il-mono- u d-digliċeridi tal-aċidi xaħmin (E 471)”. Il-Kummissjoni se teżamina dawn ir-rakkomandazzjonijiet separatament filwaqt li ssegwi l-approċċ ġenerali li ntuża fir-rigward tal-opinjonijiet tal-Awtorità li fihom ġie identifikat xi tħassib (5). |
(8) |
Barra minn hekk, il-mono- u d-digliċeridi tal-aċidi xaħmin (E 471) huma maħsuba biex jintużaw għat-trattament estern u mhumiex mistennija li jemigraw lejn il-parti interna li tittiekel tal-frott. It-trattament fuq frott li l-qxur tiegħu ma jittikilx mhux mistenni li jkollu effett fuq is-saħħa tal-bniedem. Huwa għalhekk xieraq li jkun permess l-użu tal-mono- u d-digliċeridi tal-aċidi xaħmin (E 471) fuq ċertu frott li huwa prinċipalment importat minn pajjiżi bi klima tropikali/subtropikali u li normalment il-qxur tagħhom ma jiġux ikkunsmati, jiġifieri il-frott taċ-ċitru, il-bettieħ, l-ananas, il-banana, il-papaja, il-mango, l-avokado u r-rummien. |
(9) |
Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni trid tfittex li tikseb l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”) sabiex taġġorna l-lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel stipulata fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, għajr meta l-aġġornament inkwistjoni ma jkunx mistenni li jkollu effett fuq is-saħħa tal-bniedem. Billi l-awtorizzazzjoni tal-użu tal-mono- u d-digliċeridi tal-aċidi xaħmin (E 471) fuq il-frott taċ-ċitru, il-bettieħ, l-ananas, il-banana, il-papaja, il-mango, l-avokado u r-rummien tikkostitwixxi aġġornament ta' dik il-lista li mhux mistenni jħalli effett fuq is-saħħa tal-bniedem, m'hemmx bżonn tintalab l-opinjoni tal-Awtorità. |
(10) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jiġi emendat skont dan. |
(11) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Mejju 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1).
(3) EFSA Journal 2017;15(11):5045
(4) EFSA Journal 2014;12(6):3697, Statement on a conceptual framework for the risk assessment of certain food additives re-evaluated under Commission Regulation (EU) No 257/2010. (Dikjarazzjoni dwar qafas kunċettwali għall-valutazzjoni tar-riskju ta' ċerti addittivi tal-ikel ivvalutati mill-ġdid skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 257/2010).
(5) https://ec.europa.eu/food/sites/food/files/safety/docs/fs-improv-approach.pdf
ANNESS
Fil-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, fil-kategorija tal-ikel 04.1.1 “Frott u ħxejjex friski, sħaħ”, tiddaħħal l-entrata l-ġdida li ġejja wara l-entrata għall-E 464:
|
“E 471 |
Mono- u digliċeridi tal-aċidi xaħmin |
quantum satis |
|
Għat-trattament tal-wiċċ tal-frott taċ-ċitru, tal-bettieħ, tal-ananas, tal-banana, tal-papaja, tal-mango, tal-avokado u tar-rummien biss” |
20.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 132/21 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/802
tas-17 ta' Mejju 2019
li jikkoreġi l-verżjoni tal-lingwa Griega tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/775 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, fir-rigward tar-regoli biex jiġi indikat il-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta' provenjenza tal-ingredjent primarju ta' ikel
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (1),u b'mod partikolari l-Artikolu 26(8) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-verżjoni tal-lingwa Griega tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/775 (2) fiha l-iżbalji fl-Artikolu 1(1) u (2) fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni ta' dak ir-Regolament. |
(2) |
Il-verżjoni tal-lingwa Griega tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/775 għalhekk jenħtieġ li tiġi kkoreġuta kif xieraq. Il-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra mhumiex affettwati. |
(3) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
(ma japplikax għal-lingwa Maltija)
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Mejju 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/775 tat-28 ta' Mejju 2018 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, fir-rigward tar-regoli biex jiġi indikat il-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta' provenjenza tal-ingredjent primarju ta' ikel (ĠU L 131, 29.5.2018, p. 8).
20.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 132/23 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/803
tas-17 ta' Mejju 2019
dwar ir-rekwiżiti tekniċi fir-rigward tal-kontenut tar-rapporti ta' kwalità dwar l-istatistika Ewropea tal-prezzijiet tal-gass naturali u tal-elettriku skont ir-Regolament (UE) 2016/1952 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1952 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-26 ta' Ottubru 2016 dwar l-istatistika Ewropea tal-prezzijiet tal-gass naturali u tal-elettriku (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/1952 jistabbilixxi l-qafas għall-produzzjoni ta' statistika Ewropea komparabbli dwar il-prezzijiet tal-gass naturali u tal-elettriku. |
(2) |
Skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2016/1952, kull tliet (3) snin, l-Istati Membri għandhom jipprovdu rapporti ta' kwalità standard dwar id-data lill-Kummissjoni (il-Eurostat) skont il-kriterji tal-kwalità stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Dawk ir-rapporti għandhom jinkludu informazzjoni dwar l-ambitu u l-ġbir tad-data, il-kriterji tal-kalkolu, il-metodoloġija u s-sorsi tad-data użati, u kull tibdil fihom. |
(3) |
Skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) 2016/1952, il-Kummissjoni (il-Eurostat) għandha tivvaluta l-kwalità tad-data ppreżentata u għandha tuża dik il-valutazzjoni u analiżi tar-rapporti ta' kwalità biex tħejji u tippubblika rapport dwar il-kwalità tal-istatistika Ewropea koperta mir-Regolament (UE) 2016/1952. |
(4) |
Wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2016/1952, il-Kummissjoni (il-Eurostat) ħadmet mill-qrib mal-Istati Membri biex tivvaluta r-rekwiżiti tekniċi rilevanti tal-assigurazzjoni tal-kwalità rigward il-kontenut u ż-żmien xieraq tar-rapporti ta' kwalità. |
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
(1) Ir-rekwiżiti tekniċi tal-assigurazzjoni tal-kwalità rigward il-kontenut tar-rapporti ta' kwalità dwar id-data rigward il-prezzijiet tal-gass naturali u tal-elettriku huma stabbiliti fl-Anness.
(2) L-Istati Membri għandhom jippreżentaw l-ewwel rapporti ta' kwalità sal-15 ta' Ġunju 2019.
(3) Kull rapport ta' kwalità għandu jkopri s-snin kollha mir-rapport preċedenti ta' kwalità. Madankollu, l-ewwel rapporti ta' kwalità għandhom ikopru s-snin ta' referenza 2017 u 2018.
Artikolu 2
Ir-rapporti ta' kwalità għandhom jingħataw permezz tal-punt uniku ta' dħul ipprovdut mill-Kummissjoni (il-Eurostat) biex il-Kummissjoni (il-Eurostat) tkun tista' tirċievi dawk ir-rapporti ta' kwalità b'mezzi elettroniċi.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Mejju 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 311, 17.11.2016, p. 1.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta' data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).
ANNESS
IR-REKWIŻITI TEKNIĊI TAL-ASSIGURAZZJONI TAL-KWALITÀ RIGWARD IL-KONTENUT TAR-RAPPORTI TA' KWALITÀ TAL-ISTATISTIKA EWROPEA DWAR IL-PREZZIJIET TAL-GASS NATURALI U TAL-ELETTRIKU
Ir-rapporti tal-kwalità għandu jkun fihom informazzjoni dwar il-kriterji kollha tal-kwalità stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.
1. IR-RILEVANZA:
Fir-rapporti ta' kwalità, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
deskrizzjoni tal-utenti, il-ħtiġijiet rispettivi tagħhom u ġustifikazzjoni ta' dawn il-ħtiġijiet; |
(b) |
il-proċeduri użati għall-kejl tas-sodisfazzjon tal-utenti u l-produzzjoni tar-riżultati; |
(c) |
kemm hija disponibbli l-istatistika meħtieġa. |
2. IL-PREĊIŻJONI:
Ir-rapporti ta' kwalità għandhom jinkludu:
(a) |
valutazzjoni tal-preċiżjoni li tiġbor fil-qosor il-komponenti varji tas-sett tad-data; |
(b) |
deskrizzjoni tal-erruri waqt it-teħid tal-kampjuni; |
(c) |
deskrizzjoni ta' erruri oħrajn. |
3. IT-TEMPESTIVITÀ U L-PUNTWALITÀ:
L-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar:
(a) |
it-tul taż-żmien bejn l-avveniment jew il-fenomenu li jkunu qed jiddeskrivu u d-disponibbiltà tad-data (it-tempestività); |
(b) |
it-tul taż-żmien bejn id-data mmirata tat-twassil tad-data u d-data proprja tat-twassil tad-data (il-puntwalità); |
(c) |
l-għadd ta' iterazzjonijiet meħtieġa biex ikun hemm data vvalidata għalkollox (iterazzjonijiet ta' validazzjoni). |
4. L-AĊĊESSIBBILTÀ U Ċ-ĊAREZZA:
L-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar il-kundizzjonijiet u l-mezzi li bihom l-utenti jistgħu:
(a) |
jiksbu u jużaw id-data (inkluż, iżda mhux limitat għal stqarrijiet tal-aħbarijiet, pubblikazzjonijiet, bażijiet tad-data online, aċċess għall-mikrodata); |
(b) |
jinterpretaw id-data bħall-għoti ta' dokumentazzjoni dwar il-metodoloġija u l-ġestjoni tal-kwalità. |
5. IL-KOMPARABBILTÀ:
L-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar kemm hija komparabbli l-istatistika:
(a) |
bejn iż-żoni ġeografiċi; |
(b) |
tul iż-żmien |
6. IL-KOERENZA:
L-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar kemm l-istatistika hi:
(a) |
rikonċiljabbli mad-data miksuba minn sorsi oħra (koerenza transsettorjali); |
(b) |
konsistenti fi ħdan sett ta' data partikolari (koerenza interna). |
L-Istati Membri għandhom jirrapportaw ukoll dwar l-aspetti ta' kwalità addizzjonali li ġejjin:
1. IL-ĠESTJONI TAL-KWALITÀ:
L-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar is-sistemi u l-oqfsa fis-seħħ għall-ġestjoni tal-kwalità tal-prodotti u l-proċessi statistiċi. Għandhom jirrapportaw ukoll dwar il-valutazzjoni tagħhom tal-kwalità tad-data.
2. IR-REVIŻJONI TAD-DATA:
L-Istati Membri għandhom jispjegaw għalfejn tkun ġiet riveduta d-data validata. Ir-raġunijiet jistgħu jinkludu informazzjoni ta' sors ġdid tad-data disponibbli, metodi ġodda jew informazzjoni rilevanti oħra. Ir-rapport għandu jinkludi wkoll id-data, id-daqs u id-daqs tar-reviżjonijiet.
B'konformità mal-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2016/1952, dawk ir-rapporti għandhom jinkludu informazzjoni dwar l-ambitu u l-ġbir tad-data, il-kriterji tal-kalkolu, il-metodoloġija u s-sorsi tad-data użati, u kull tibdil li jsirilhom.
1. IL-PREŻENTAZZJONI STATISTIKA:
L-Istati Membri għandhom jipprovdu d-deskrizzjoni li ġejja tad-data mxerrda li tista' tintwera lill-utenti bħala tabelli, graffs jew mapep:
(a) |
deskrizzjoni tad-data; |
(b) |
sistema tal-klassifikazzjoni; |
(c) |
kopertura tas-setturi; |
(d) |
kunċetti u definizzjonijiet tal-istatistika; |
(e) |
unità tal-istatistika; |
(f) |
popolazzjoni tal-istatistika; |
(g) |
żona ta' referenza (ambitu ġeografiku); |
(h) |
kopertura taż-żmien (it-tul taż-żmien meta d-data hi disponibbli); |
(i) |
perjodu ta' referenza (il-perjodu kopert mir-rapport); |
(j) |
unità tal-kejl. |
2. L-IPPROĊESSAR TAL-ISTATISTIKA:
Ir-rapporti ta' kwalità għandhom ikopru deskrizzjoni tal-proċeduri kollha użati għall-ġbir, il-validazzjoni u l-kompilazzjoni tad-data u għall-kisba ta' informazzjoni ġdida.
3. IL-POLITIKA TAR-RILAXX:
Ir-rapporti ta' kwalità għandhom jirrapportaw dwar ir-regoli għat-tixrid tad-data fil-livell nazzjonali.
4. IL-FREKWENZA TAT-TIXRID:
Ir-rapporti għandhom jindikaw ukoll il-frekwenza kif għandha tinxtered id-data fil-livell nazzjonali.
B'konformità mal-prinċipji tal-istatistika stabbiliti fil-punti (e) u (f) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar:
1. IL-KUNFIDENZJALITÀ:
Ir-rapporti ta' kwalità għandhom jinkludu informazzjoni dwar il-miżuri leġiżlattivi jew proċeduri formali oħra, li jevitaw l-iżvelar mhux awtorizzat tad-data li jista' jikkawża l-identifikazzjoni diretta jew indiretta ta' persuna jew entità ekonomika. Jiddeskrivu wkoll ir-regoli applikati biex tkun żgurata l-kunfidenzjalità tal-istatistika u jkun evitat l-iżvelar mhux awtorizzat.
2. L-ISPEJJEŻ U L-PIŻIJIET:
Ir-rapporti ta' kwalità għandhom jinkludu informazzjoni dwar l-ispejjeż u l-piżijiet assoċjati mal-ġbir u l-produzzjoni tal-prodott statistiku.
20.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 132/28 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/804
tas-17 ta' Mejju 2019
li jikkonċerna t-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-forma organika tas-selenju prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3060 u tas-selenometijonina prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae NCYC R397 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1750/2006 u (KE) Nru 634/2007
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti u għat-tiġdid ta' tali awtorizzazzjoni. |
(2) |
Il-forma organika tas-selenju prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3060 kienet awtorizzata għal 10 snin bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1750/2006 (2). Is-selenometijonina prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae NCYC R397 kienet awtorizzata għal 10 snin bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 634/2007 (3). |
(3) |
F'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġew ippreżentati applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-forma organika tas-selenju prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3060 u tas-selenometijonina prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae NCYC R397 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, biex jintalab li dawk l-addittivi jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrizzjonali”. Flimkien ma' dawk l-applikazzjonijiet intbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(4) |
Fl-opinjonijiet tagħha tal-5 ta' Lulju 2018 (4) u tat-28 ta' Novembru 2018 (5), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li l-applikanti pprovdew id-data li turi li l-addittivi jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti. L-Awtorità kkonfermat il-konklużjonijiet preċedenti tagħha li l-forma organika tas-selenju prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3060 u tas-selenometijonina prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae NCYC R397 ma għandhomx effetti avversi fuq is-saħħa tal-annimali, is-sikurezza tal-konsumatur jew l-ambjent. Għall-forma organika tas-selenju prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3060, iddikjarat ukoll li għandha kapaċitajiet ta' sensitizzatur respiratorju u li hija perikoluża meta tiġi inalata, u għas-selenometijonina prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae NCYC R397, iddikjarat li għandha kapaċitajiet ta' irritant tal-għajnejn u tal-mukożi, u ta' sensitizzatur respiratorju u tal-ġilda. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti avversi fuq is-saħħa tal-bniedem, b'mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. Finalment, l-Awtorità tirrakkomanda li tinbidel id-denominazzjoni tal-addittivi. |
(5) |
Jixraq li jiġu aġġornati l-metodi ta' analiżi għas-selenju u għas-selenometijonina abbażi tar-rapporti reċenti rispettivi tal-Laboratorju ta' Referenza stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(6) |
Il-valutazzjoni tal-forma organika tas-selenju prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3060 u tas-selenometijonina prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae NCYC R397 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għalhekk, l-awtorizzazzjoni ta' dawk l-addittivi jenħtieġ li tiġġedded kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(7) |
Bħala konsegwenza tat-tiġdid tal-awtorizzazzjonijiet tal-forma organika tas-selenju prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3060 u tas-selenometijonina prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae NCYC R397 bħala addittivi tal-għalf skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li r-Regolamenti (KE) Nru 1750/2006 u (KE) Nru 634/2007 jitħassru. |
(8) |
Peress li r-raġunijiet ta' sikurezza ma jirrikjedux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għall-forma organika tas-selenju prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3060 u għas-selenometijonina prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae NCYC R397, jixraq li jingħata perjodu tranżizzjonali biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mit-tiġdid tal-awtorizzazzjoni. |
(9) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-awtorizzazzjoni tal-addittivi speċifikati fl-Anness, li jiffurmaw parti mill-kategorija ta' addittivi “addittivi nutrizzjonali” u mill-grupp funzjonali “komposti ta' oligoelementi”, tiġġedded soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.
Artikolu 2
1. Il-forma organika tas-selenju prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3060, is-selenometijonina prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae NCYC R397 u t-taħlitiet lesti minn qabel li fihom dawn is-sustanzi, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel id-9 ta' Diċembru 2019 f'konformità mar-regoli applikabbli qabel id-9 ta' Ġunju 2019 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti.
2. Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li fihom is-sustanzi msemmija fil-punt 1, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel id-9 ta' Ġunju 2020 f'konformità mar-regoli applikabbli qabel id-9 ta' Ġunju 2019 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti jekk ikunu maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel.
3. Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li fihom is-sustanzi msemmija fil-punt 1, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel id-9 ta' Ġunju 2021 f'konformità mar-regoli applikabbli qabel id-9 ta' Ġunju 2019 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti jekk ikunu maħsuba għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.
Artikolu 3
Ir-Regolamenti (KE) Nru 1750/2006 u (KE) Nru 634/2007 jitħassru.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Mejju 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1750/2006 tas-27 ta' Novembru 2006 rigward l-awtorizzazzjoni tas-selenometjonina bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 330, 28.11.2006, p. 9).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 634/2007 tas-7 ta' Ġunju 2007 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tas-selenometjonina prodotta minn Saccharomyces cerevisiae NCYC R397 bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 146, 8.6.2007, p. 14).
(4) EFSA Journal 2018;16(7):5386.
(5) EFSA Journal 2019;17(1):5539.
ANNESS
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimali |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||||
Selenju f'mg/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % |
|||||||||||||||||||||||||||||||||
Kategorija ta' addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: komposti tal-oligoelementi |
|||||||||||||||||||||||||||||||||
3b810 |
— |
Ħmira selenizzata Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3060, mhux attivata |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparazzjoni ta' selenju organiku:
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Selenometijonina prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3060 Formula kimika: C5H11NO2Se Metodu analitiku (1) Għad-determinazzjoni tas-selenometijonina fl-addittiv tal-għalf:
Għad-determinazzjoni tas-selenju totali fl-addittiv tal-għalf:
Għad-determinazzjoni tas-selenju totali fit-taħlitiet lesti minn qabel, fl-għalf kompost u fil-materjali tal-għalf:
|
L-ispeċijiet kollha |
— |
|
0,50 (total) |
|
id-9 ta' Ġunju 2029 |
||||||||||||||||||||||||
3b811 |
— |
Ħmira selenizzata Saccharomyces cerevisiae NCYC R397, mhux attivata |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparazzjoni ta' selenju organiku:
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Selenometijonina prodotta permezz tas-Saccharomyces cerevisiae NCYC R397 Formula kimika: C5H11NO2Se Metodu analitiku (1) Għad-determinazzjoni tas-selenometijonina fl-addittiv tal-għalf:
Għad-determinazzjoni tas-selenju totali fl-addittiv tal-għalf:
Għad-determinazzjoni tas-selenju totali fit-taħlitiet lesti minn qabel, fl-għalf kompost u fil-materjali tal-għalf:
|
L-ispeċijiet kollha |
— |
|
0,50 (total) |
|
id-9 ta' Ġunju 2029 |
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea li ġej: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/authorisation/evaluation_reports/Pages/index.aspx
20.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 132/33 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/805
tas-17 ta' Mejju 2019
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni tal-muramidażi prodotta minn Trichoderma reesei DSM 32338 bħala addittiv fl-għalf tat-tiġieġ għas-simna u ta' speċijiet minuri tat-tjur għas-simna (id-detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Products Ltd., irrappreżentat fl-UE minn DSM Nutritional Products Sp. Z o.o)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill ta' 22 ta' Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' tali awtorizzazzjoni. |
(2) |
B'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni tal-muramidażi prodotta minn Trichoderma reesei DSM 32338. Ma' din l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) ta' dak ir-Regolament. |
(3) |
Dik l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni tal-muramidażi prodotta minn Trichoderma reesei DSM 32338 bħala addittiv fl-għalf tat-tiġieġ għas-simna u ta' speċijiet minuri ta' tjur għas-simna, li trid tiġi klassifikata fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”. |
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tal-14 ta' Ġunju 2018 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-preparazzjoni tal-muramidażi prodotta minn Trichoderma reesei DSM 32338 ma għandhiex effett negattiv fuq saħħet l-annimali, fuq saħħet il-konsumaturi jew fuq l-ambjent. Ġie konkluż ukoll li l-addittiv jista' jkollu potenzjal ta' irritazzjoni tal-ġilda/tal-għajnejn u potenzjal ta' sensitizzazzjoni tal-ġilda. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu l-miżuri protettivi xierqa biex jiġu evitati effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, b'mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. L-awtorità kkonkludiet ukoll li l-addittiv wera titjib fil-proporzjon tal-għalf maż-żieda fil-piż fit-tiġieġ għas-simna. L-awtorità qieset li din il-konklużjoni tista' tiġi estrapolata għall-ispeċijiet minuri ta' tjur għas-simna. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(5) |
Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni tal-muramidażi prodotta minn Trichoderma reesei DSM 32338 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta' dik il-preparazzjoni jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tagħmel parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “addittivi żootekniċi oħrajn”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Mejju 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) EFSA Journal 2018;16(7):5342.
ANNESS
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimali |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||
Unitajiet ta' attività/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % |
|||||||||||||
Kategorija ta' addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: addittivi żootekniċi oħra (titjib tal-proporzjon tal-għalf maż-żieda fil-piż) |
|||||||||||||
4d16 |
DSM Nutritional Products Ltd. irrappreżentata fl-UE minn DSM Nutritional Products Sp. Z o.o |
Muramidażi (EC 3.2.1.17) |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparazzjoni tal-muramidażi (EC 3.2.1.17) (liżożima) prodotta minn Trichoderma reesei (DSM 32338) b'attività minima ta' 60 000 LSU(F)/g (1 (1) Forom solidi u likwidi Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Muramidażi (EC 3.2.1.17) (liżożima) prodotta minn Trichoderma reesei (DSM 32338) Metodu tal-analiżi (2) Għall-kwantifikazzjoni tal-muramidażi: metodu ta' analiżi tal-enżimi abbażi tal-fluworexxenza li jiddetermina d-depolimerizzazzjoni kkatalizzata bl-enżimi ta' preparazzjoni ta' peptidoglikani ttikettati bil-fluworexxeina f'pH ta' 6,0 u fi 30 °C. |
Tiġieġ għas-simna Speċijiet minuri ta' tjur għas-simna. |
— |
25 000 LSU(F) |
— |
|
id-9 ta' Ġunju 2029 |
(1) Unità LSU(F) waħda hija definita bħala l-ammont ta' enzima li żżid il-fluworexxenza ta' 12,5 μg/ml ta' peptidoglikan ittikkettat bil-fluworexxeina kull minuta f'pH 6,0 u fi 30 °C b'valur li jikkorrispondi mal-fluworexxenza ta' madwar 0,06 nmol tal-isomeru I tal-isotjoċjanat tal-fluworexxeina.
(2) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports.
DEĊIŻJONIJIET
20.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 132/36 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/806
tas-17 ta' Mejju 2019
li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-31 ta' Mejju 2013 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK (1). |
(2) |
Fit-28 ta' Mejju 2018 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/778 (2), li estendiet il-miżuri restrittivi indikati fid-Deċiżjoni 2013/255/PESK sal-1 ta' Ġunju 2019. |
(3) |
Abbażi ta' rieżami, il-Kunsill iddeċieda li l-miżuri restrittivi jenħtieġ li jiġu estiżi sal-1 ta' Ġunju 2020. |
(4) |
L-entrati għal 59 persuni soġġetti għal miżuri restrittivi kif indikati fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK jenħtieġ li jiġu emendati. |
(5) |
Jenħtieġ li disa' entrati jitħassru mil-lista ta' persuni u entitajiet deżinjati. |
(6) |
Wara s-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta' Jannar 2019 fil-Kawża T-667/17, Alkarim for Trade and Industry vs il-Kunsill, u fil-Kawża T-559/17, Abdulkarim vs il-Kunsill, Alcarim for Trade and Industry u Mouhamad Wael Abdulkarim mhumiex inklużi fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK. |
(7) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2013/255/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2013/255/PESK hija emendata kif ġej:
(1) |
l-Artikolu 34 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 34 Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-1 ta' Ġunju 2020. Hija għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Hija tista' tiġġedded, jew tiġi emendata kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”; |
(2) |
l-Anness I huwa emendat kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Mejju 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
E.O. TEODOROVICI
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta' Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/778 tat-28 ta' Mejju 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L131, 29.5.2018, p. 16).
ANNESS
L-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK huwa emendat kif ġej:
(1) |
il-Parti A (“Persuni”) hija emendata kif ġej:
|
(2) |
fil-Parti B (“Entitajiet”), jitneħħew l-entrati li ġejjin:
|
Rettifika
20.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 132/47 |
Rettifika għar-Regolament (UE) 2018/231 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta' Jannar 2018 dwar rekwiżiti ta' rappurtar statistiku għal fondi tal-pensjoni (BĊE/2018/2)
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 45 tas-17 ta' Frar 2018 )
Fil-paġna 13, fis-subintestatura tat-Tabella 1c:
minflok:
“Assi meħtieġa li jiġu pprovduti fuq bażi trimestrali u dejta tal-obbligazzjonijiet meħtieġa li jiġu pprovduti fuq bażi (1) annwali”
aqra:
“Dejta dwar assi li trid tingħata fuq bażi trimestrali u dejta dwar obbligazzjonijiet li trid tingħata fuq bażi annwali (1)”