ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 122

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 62
10 ta' Mejju 2019


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/716 tat-30 ta' April 2019 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 22/2013 u (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva cyflumetofen ( 1 )

39

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/717 tat-8 ta' Mejju 2019 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva isossaflutol skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

44

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/718 tat-30 ta' April 2019 dwar il-proposta għal inizjattiva taċ-ċittadini bl-isem PRO-NUTRISCORE (notifikata bid-dokument C(2019) 3232)

49

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/719 tat-30 ta' April 2019 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bit-titolu Is-soluzzjoni rapida, ġusta u effettiva għat-tibdil fil-klima (notifikata bid-dokument C(2019) 3246)

51

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/720 tat-30 ta' April 2019 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta intitolata Intemmu l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-fjuwil tal-avjazzjoni fl-Ewropa (notifikata bid-dokument C(2019) 3250)

53

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/721 tat-30 ta' April 2019 dwar l-inizjattiva proposta taċ-ċittadini bit-titolu Politika ta' koeżjoni għall-ugwaljanza bejn ir-reġjuni u għas-sostenibbiltà tal-kulturi reġjonali (notifikata bid-dokument C(2019) 3304)

55

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/722 tat-30 ta' April 2019 dwar il-proposta għal inizjattiva taċ-ċittadin bit-titolu Inwaqqfu l-kummerċ ma' insedjamenti Iżraeljani li joperaw fit-Territorju Palestinjan Okkupat (notifikata bid-dokument C(2019) 3305)

57

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/329 tal-25 ta' Frar 2019 li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet dwar il-kwalità, ir-riżoluzzjoni u l-użu tal-marki tas-swaba' u tal-immaġni tal-wiċċ għall-verifika u l-identifikazzjoni bijometrika fis-Sistema ta' Dħul u Ħruġ (EES) ( ĠU L 57, 26.2.2019 )

59

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

10.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 122/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/715

tat-18 ta' Diċembru 2018

dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (2) jistabbilixxi r-regolament finanzjarju qafas għall-korpi li huma mwaqqfin mill-Unjoni skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u li għandhom personalità ġuridika u li jirċievu l-kontribuzzjonijiet li jitħallsu mill-baġit tal-Unjoni (“korpi tal-Unjoni”). Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1271/2013 huwa bbażat fuq ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3). Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 ġie sostitwit bir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

(2)

Huwa meħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1271/2013 jitħassar u li jiġi sostitwit b'dan ir-Regolament sabiex jiġi allinjat mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u biex jippermetti li jkun hemm aktar simplifikazzjoni u kjarifikazzjoni tar-regoli biex jittieħed kont tal-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tagħhom u biex itejbu l-organizzazzjoni tal-governanza tal-korpi tal-Unjoni u l-akkontabilità tagħhom.

(3)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u r-regoli bażiċi li japplikaw għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom li jirċievu kontribuzzjonijiet li jitħallsu mill-baġit tal-Unjoni u mingħajr preġudizzju għall-att kostitwenti. Fuq il-bażi ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li korpi tal-Unjoni jadottaw ir-regoli finanzjarji tagħhom stess li ma jistgħux ivarjaw mir-Regolament għajr meta l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom jirrikjedu dan u bil-kunsens bil-quddiem tal-Kummissjoni.

(4)

F'ġieħ il-konsistenza, korpi tal-Unjoni li kompletament jiffinanzjaw lilhom infushom u li għalihom dan ir-Regolament ma japplikax, jenħtieġ li japplikaw regoli simili fejn xieraq. F'konformità mal-istqarrija konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tad-19 ta' Lulju 2012 dwar aġenziji deċentralizzati, dawk il-korpi għandhom jippreżentaw lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport annwali dwar l-eżekuzzjoni tal-baġit tagħhom u jqisu kif jixraq it-talbiet tagħhom u r-rakkomandazzjonijiet.

(5)

Jenħtieġ li l-korpi tal-Unjoni jistabbilixxu u jimplimentaw il-baġit tagħhom f'konformità mal-prinċipji tal-unità, tal-akkuratezza, tal-universalità, tal-ispeċifikazzjoni, tal-ekwilibriju, tal-unità tal-kontijiet, tal-ġestjoni u l-prestazzjoni finanzjarja sodi, u t-trasparenza.

(6)

In-natura ta' ibbilanċjar tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandha tkun enfasizzata. Il-parti tar-riżultat baġitarju pożittiv tal-korp tal-Unjoni li taqbeż l-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni mħallas matul is-sena jenħtieġ li jintradd lura fil-baġit tal-Unjoni.

(7)

Fejn l-att kostitwenti jipprevedi li d-dħul huwa kostitwit minn tariffi jew imposti b'żieda mal-kontribuzzjoni tal-Unjoni u li d-dħul li jirriżulta minn tariffi u imposti jkun assenjat għal punti partikolari ta' nefqa, il-korpi tal-Unjoni jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jittrasferixxu l-bilanċ fil-forma ta' dħul assenjat. Sabiex ikun hemm lok għall-flessibbiltà, ir-riżultat negattiv relatat mad-dħul assenjat minn imposti u tariffi jista' jiġi kkumpensat bl-eċċess akkumulat minn snin preċedenti.

(8)

Huwa meħtieġ li jiġi żgurat illi t-tariffi huma stabbiliti f'livell xieraq biex ikopru l-kostijiet tal-forniment tas-servizzi u biex jevitaw surpluses sinifikanti.

(9)

Hemm bżonn li d-delegazzjoni ta' kompiti eċċezzjonali u l-għoti ta' għotjiet lill-korpi tal-Unjoni jkunu permessi fl-att kostitwenti jew f'att bażiku u li jiġi debitament ġustifikat mill-karatteristiki tal-kompiti u l-qasam ta' speċjalizzazzjoni tal-korp tal-Unjoni, filwaqt li jkun żgurat li jkun hemm ġestjoni finanzjarja tajba u l-kosteffiċjenza. Dawn il-kompiti addizzjonali jenħtieġ li jkunu jaqgħu fl-ambitu tal-objettivi tal-korp tal-Unjoni u jenħtieġ li jkunu kompatibbli mal-mandat tal-korp tal-Unjoni, kif definit fl-att kostitwenti.

(10)

Sabiex iżżid it-trasparenza jenħtieġ li l-Kummissjoni, fil-prinċipju, tikkonkludi ftehimiet ta' sħubija ma' korpi tal-UE li jkopru l-finanzjament kollu mogħti b'żieda mal-kontribuzzjoni annwali tal-Unjoni, partikolarment meta dan il-finanzjament ikollu impatt sinifikanti fuq l-operat tal-korp tal-Unjoni.

(11)

Id-dispożizzjonijiet dwar riport u dħul assenjat jenħtieġ li jiġu emendati biex jieħdu inkonsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. Fir-rigward tad-dħul, il-finanzjament ta' proġetti ġodda ta' bini permezz tad-dħul mill-kiri u l-bejgħ ta' bini jenħtieġ li jkun permess kif previst fir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. Għal dak l-għan, tali dħul jenħtieġ li jitqies bħala dħul assenjat intern li jista' jiġi riportat sa meta jintuża għalkollox.

(12)

Sabiex ikun hemm lok għal flessibbiltà addizzjonali, jenħtieġ li l-korpi tal-Unjoni jkunu jistgħu jagħmlu tranżazzjonijiet f'muniti li mhumiex l-euro għall-ħtiġijiet tal-ġestjoni amministrattiva.

(13)

F'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, id-diżaggregazzjoni ta' impenji mifruxa fuq għadd ta' snin f'porzjonijiet annwali jenħtieġ li tkun permessa biss meta l-att kostitwenti jew l-att bażiku jipprevedi dan jew meta l-impenji jkunu relatati man-nefqa amministrattiva.

(14)

Filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-korpi tal-Unjoni, l-aċċettazzjoni ta' donazzjonijiet jenħtieġ li tkun soġġetta għal skrutinju aktar b'saħħtu. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-korpi tal-Unjoni ma jkunux jistgħu jużaw sponsorizzar korporattiv.

(15)

Hemm bżonn li l-kunċett tal-prestazzjoni jiġi ċċarat. Il-prestazzjoni hemm bżonn li tkun marbuta mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba. Jenħtieġ li l-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba jkun iċċarat. Jenħtieġ li jkun hemm rabta bejn l-għanijiet stabbiliti u l-indikaturi tal-prestazzjoni, ir-riżultati u l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività fl-użu tal-approprjazzjonijiet.

(16)

Skont l-Artikolu 53 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, il-korp tal-Unjoni jrid jieħu sehem f'eżerċizzju ta' parametraġġ referenzjarju ma' korpi oħrajn tal-Unjoni u ma' istituzzjonijiet tal-Unjoni.

(17)

Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar il-pjan ta' azzjoni biex isir segwitu tal-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet perjodiċi ġenerali sabiex ikun żgurat li jiġu implimentati b'mod effiċjenti.

(18)

Biex tiġi żgurata programmazzjoni konsistenti, jenħtieġ li l-korp tal-Unjoni jfassal dokument uniku ta' programmazzjoni li jkun fih il-programmazzjoni annwali u pluriennali, stima tad-dħul u n-nefqa, programmazzjoni tar-riżorsi, informazzjoni dwar il-politika tal-bini tiegħu, strateġija għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u/jew organizzazzjonijiet internazzjonali, u strateġija biex jinkiseb titjib fl-effiċjenza u s-sinerġiji. Jenħtieġ li l-korp tal-Unjoni jfassal ukoll strateġija għall-immaniġġjar operazzjonali u sistemi ta' kontroll intern, inkluża strateġija kontra l-frodi. Id-dokument uniku ta' programmazzjoni jenħtieġ li jqis il-gwida tal-Kummissjoni.

(19)

Id-dokument ta' programmazzjoni jenħtieġ li jinkludi l-istrateġija għall-prevenzjoni tar-rikorrenza ta' każi ta' kunflitt ta' interess, irregolaritajiet u frodi, b'mod partikolari fejn id-dgħufijiet ikunu wasslu għal rakkomandazzjonijiet kritiċi.

(20)

L-iskeda għad-dokument uniku ta' programmazzjoni jenħtieġ li tkun allinjata mal-proċedura baġitarja biex tiġi żgurata l-effiċjenza tagħha kif ukoll il-konsistenza tad-dokumenti ta' programmazzjoni kollha.

(21)

Jenħtieġ li l-korpi tal-Unjoni jaġġustaw is-sistemi ta' kontroll intern tagħhom meta dawn ikollhom uffiċċji 'l bogħod mis-sede prinċipali.

(22)

Huwa xieraq li tiġi prevista l-possibbiltà li l-korpi tal-Unjoni jikkonkludu ftehimiet dwar il-livell ta' servizz f'konformità mal-Artikolu 59 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, b'mod partikolari bejniethom u ma' istituzzjonijiet tal-Unjoni, sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet tagħhom, meta dan ikun konformi mal-ġestjoni finanzjarja tajba. Jenħtieġ li jiġi żgurat rapportar xieraq dwar dawn il-ftehimiet dwar il-livell ta' servizz.

(23)

Huwa meħtieġ li tiġi ċċarata l-arkitettura tal-funzjonijiet ta' awditjar intern u tal-kontroll intern, u li r-rekwiżiti ta' rapportar jiġu razzjonalizzati. Il-funzjoni ta' awditjar intern f'korp tal-Unjoni jenħtieġ li ssir mill-awditur intern tal-Kummissjoni, li jrid jagħmel l-awditi meta dawn ikunu ġġustifikat bir-riskji involuti. Huwa neċessarju li jkunu pprovduti regoli dwar l-istabbiliment u l-funzjonament tal-kapaċitajiet tal-awditjar intern.

(24)

L-obbligi ta' rappurtar jenħtieġ li jiġu razzjonalizzati. Jenħtieġ li l-korpi tal-Unjoni jipprovdu rapport tal-attività annwali kkonsolidat li jkun fih informazzjoni komprensiva dwar il-kisba tal-objettivi u r-riżultati, l-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma tagħhom, tal-baġit, tal-politika tal-persunal, u dwar is-sistemi ta' mmaniġġjar operazzjonali ta' kontroll intern.

(25)

Sabiex titjieb il-kostefficjenza ta' korpi tal-Unjoni, huwa neċessarju li tkun prevista l-possibbiltà ta' kondiviżjoni tas-servizzi jew it-trasferiment tagħhom lil korp ieħor tal-Unjoni jew lill-Kummissjoni. Għaldaqstant, huwa neċessarju li jkun permess li l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni jkun fdat bil-kompiti kollha jew parti minnhom tal-uffiċjal tal-kontabilità tal-korp tal-Unjoni.

(26)

Sabiex ir-regoli dwar id-dħul assenjat jiġu allinjati ma' dawk tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, huwa neċessarju li jiġu previsti regoli dwar id-differenzazzjoni ta' dħul assenjat intern u estern u dwar ir-riport tagħhom.

(27)

Sabiex ir-regoli dwar it-trattament tal-imgħax iġġenerat mill-kontribuzzjoni tal-Unjoni lill-korp tal-Unjoni jiġu allinjati ma' dawk tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, huwa meħtieġ li jkun previst li l-imgħax mhuwiex dovut għall-baġit.

(28)

Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 jipprevedi l-possibbiltà li jsir impenn legali qabel impenn baġitarju f'każijiet speċifiċi. Jenħtieġ li l-korpi tal-Unjoni wkoll ikollhom dik il-possibbiltà.

(29)

Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza, ma jistgħux jiġu permessi dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-akkwist u l-għotjiet. L-applikazzjoni ta' sett uniku ta' regoli tiżgura s-simplifikazzjoni tal-ħidma ta' korp tal-Unjoni u tagħti lok għall-użu tal-linji gwida u l-mudelli mħejjija mill-Kummissjoni.

(30)

Jenħtieġ li l-korp tal-Unjoni jkollu l-possibbiltà li jagħti għotjiet u premjijiet f'konformità mal-att kostitwenti jew permezz ta' delega tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 62(1)(c)(iv) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

(31)

Minbarra l-forom ta' kontribuzzjoni tal-Unjoni diġà ferm stabbiliti (rimborż tal-kostijiet eliġibbli effettivament imġarrba, kost tal-unità, somom f'daqqa u finanzjament b'rata fissa), huwa xieraq li l-korpi tal-Unjoni jitħallew jagħtu finanzjament li ma jkunx marbut mal-kostijiet tal-operazzjonijiet rilevanti. Din il-forma addizzjonali ta' finanzjament jenħtieġ li tkun ibbażata fuq li ċerti kondizzjonijiet ex ante jiġu ssodisfati jew fuq il-kisba ta' riżultati mkejlin b'referenza għal tragwardi stabbiliti preċedentement jew permezz ta' indikaturi tal-prestazzjoni.

(32)

Sabiex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea, ir-regoli dwar sistema ta' identifikazzjoni bikrija u ta' esklużjoni unika mwaqqfa bir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 jenħtieġ li japplikaw għall-korpi tal-Unjoni.

(33)

F'konformità mal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 (4), il-korp tal-Unjoni għandhom jittrażmettu lill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi mingħajr dewmien kwalunkwe informazzjoni relatata ma' każijiet possibbli ta' frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. F'konformità mal-Artikolu 24(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 (5), il-korp tal-Unjoni għandhom, mingħajr dewmien żejjed, jirrapportaw lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew kull imġiba kriminali li fir-rigward tagħha jkun jista' jeżerċita l-kompetenza tiegħu f'konformità ma' dak ir-regolament. Sabiex tissaħħaħ il-governanza tal-korpi tal-Unjoni, jenħtieġ li dawn jirrapportaw każijiet ta' frodi, irregolaritajiet finanzjarji, kif ukoll investigazzjonijiet, lill-Kummissjoni mingħajr dewmien. Jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-korpi tal-Unjoni jattwaw proċeduri li jipproteġu kif dovut id-data personali u li jiżguraw ir-rispett tal-prinċipju ta' ħtieġa ta' tagħrif f'kull trażmissjoni ta' informazzjoni relatata ma' frodi preżunt u irregolaritajiet oħrajn u investigazzjonijiet li għaddejjin jew li tlestew.

(34)

Biex jidentifikaw u jiġġestixxu b'mod korrett ir-riskju ta' kunflitt ta' interess reali jew perċepit, korpi tal-Unjoni jenħtieġ li jkunu obbligati jadottaw regoli dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni ta' kunflitt ta' interessi. Tali regoli jenħtieġ li jqisu l-gwida żviluppata mill-Kummissjoni.

(35)

Id-drittijiet ta' aċċess komprensivi tal-Kummissjoni, tal-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi u tal-Qorti tal-Awdituri jenħtieġ li jkunu miktubin ċar f'dan ir-Regolament.

(36)

Id-dispożizzjonijiet dwar il-politika tal-bini, inklużi l-possibbiltà u l-kundizzjonijiet għall-korpi tal-Unjoni biex jiffinanzjaw proġetti ta' xiri ta' bini permezz ta' self, jenħtieġ li jkunu allinjati mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 biex tkun żgurata applikazzjoni konsistenti tar-regoli mill-korpi u l-istituzzjonjiet kollha tal-Unjoni.

(37)

Minħabba li r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012 (6) tħassar, ir-rekwiżit li l-korp tal-UE jadotta r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu stess bil-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni jenħtieġ li jitħassar ukoll.

(38)

Huwa meħtieġ li jkunu previsti dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-programmazzjoni u għar-rapportar tal-attività annwali kkonsolidat minħabba li l-Kummissjoni teħtieġ iż-żmien biex tiżviluppa l-linji gwida xierqa f'kooperazzjoni mal-korpi tal-Unjoni, u l-korpi tal-Unjoni jeħtieġu l-ħin biex jadattaw għall-programmazzjoni u r-rapportar il-ġdid.

(39)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sabiex il-korpi tal-Unjoni jilħqu jadottaw ir-regolamenti finanzjarji riveduti sa mhux iktar tard mill-1 ta' Lulju 2019, u sabiex l-aġenziji jibbenefikaw mis-simplifikazzjoni u l-allinjament mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli finanzjarji essenzjali għall-korpi li huma mwaqqfin mill-Unjoni skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u li għandhom personalità ġuridika u li jirċievu l-kontribuzzjonijiet li jitħallsu mill-baġit tal-Unjoni (“korpi tal-Unjoni”).

Abbażi ta' dan ir-Regolament, kull korp tal-Unjoni għandu jadotta r-regoli finanzjarji tiegħu. Ir-regoli finanzjarji ta' korp tal-Unjoni ma għandhomx jiddevjaw minn dan ir-Regolament ħlief meta l-ħtiġijiet speċifiċi tiegħu jkunu jirrikjedu dan, u dan bil-kunsens bil-quddiem tal-Kummissjoni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

“att kostitwenti” tfisser l-istrument tad-dritt tal-Unjoni li jirregola l-aspetti ewlenin tat-twaqqif u t-tħaddim tal-korp tal-Unjoni,

“bord maniġerjali” tfisser il-korp intern prinċipali tal-korp tal-Unjoni li huwa responsabbli għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet finanzjarji u baġitarji, irrispettivament mill-isem li jingħatalu fl-att kostitwenti,

“direttur” tfisser il-persuna responsabbli għall-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-bord maniġerjali u tal-baġit tal-korp tal-Unjoni bħala uffiċjal awtorizzanti, irrispettivament mit-titolu mogħti lil dik il-persuna fl-att kostitwenti,

“il-bord eżekuttiv” tfisser il-korp intern tal-korp tal-Unjoni li jassisti lill-bord maniġerjali u li r-responsabbiltajiet tiegħu u r-regoli tal-proċeduri, fil-prinċipju, huma stabbiliti fl-att kostitwenti, ikun xi jkun l-isem mogħti lil dan il-korp fl-att kostitwenti.

L-Artikolu 2 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandu japplika mutatis mutandis.

Artikolu 3

Perijodi, dati u limiti ta' żmien

Sakemm ma jkunx previst mod ieħor, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1182/71 (7) għandu japplika għall-iskadenzi stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Protezzjoni tad-data personali

Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tar-Regolamenti (UE) 2018/1725 (8) u (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9).

TITOLU II

IL-BAĠIT U L-PRINĊIPJI BAĠITARJI

Artikolu 5

Rispett għall-prinċipji baġitarji

Il-baġit tal-korp tal-Unjoni għandu jkun stabbilit u implimentat f'konformità mal-prinċipji tal-unità, tal-akkuratezza baġitarja, l-annwalità, l-ekwilibriju, l-unità tal-kontijiet, l-universalità, l-ispeċifikazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja tajba u t-trasparenza kif stipulat f'dan ir-Regolament.

KAPITOLU 1

PRINĊIPJI TAL-UNITÀ U TAL-PREĊIŻJONI BAĠITARJA

Artikolu 6

Kamp ta' applikazzjoni tal-baġit tal-korp tal-Unjoni

1.   Għal kull sena finanzjarja, il-baġit tal-korp tal-Unjoni għandu jbassar u jawtorizza d-dħul u n-nefqa kollha meqjusin neċessarji għall-korp tal-Unjoni. Għandu jinkludi d-dħul u n-nefqa tal-korp tal-Unjoni, fosthom in-nefqa amministrattiva.

2.   Il-baġit tal-korp tal-Unjoni għandu jkun fih dan li ġej:

(a)

approprjazzjonijiet mhux differenzjati;

(b)

meta ġġustifikat mill-ħtiġiet operazzjonali, approprjazzjonijiet differenzjati, li jikkonsistu minn approprjazzjonijiet ta' impenn u approprjazzjonijiet ta' pagament.

3.   L-approprjazzjonijiet awtorizzati għas-sena finanzjarja jikkonsistu minn:

(a)

approprjazzjonijiet li jikkonsistu mill-kontribuzzjoni annwali mogħtija mill-Unjoni;

(b)

approprjazzjonijiet li ġejjin mid-dħul proprju li jikkonsisti minn tariffi u imposti li l-korp tal-Unjoni huwa awtorizzat jiġbor bis-saħħa tal-kompiti fdati lilu, u kwalunkwe dħul ieħor;

(c)

approprjijazzjonijiet li jikkonsistu minn kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja mill-Istati Membri ospitanti;

(d)

approprjazzjonijiet ipprovduti wara li jiġi rċevut id-dħul assenjat tul is-sena finanzjarja għal partiti speċifiċi tan-nefqa skont l-Artikolu 20(1);

(e)

approprjazzjonijiet riportati mis-snin finanzjarji preċedenti.

4.   Id-dħul li jikkonsisti minn tariffi u imposti għandu jiġi assenjat biss f'każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati previsti fl-att kostitwenti.

5.   L-approprjazzjonijiet ta' impenn għandhom ikopru l-kost totali tal-impenji legali li jsiru matul is-sena finanzjarja, soġġett għall-Artikolu 75(2).

6.   L-approprjazzjonijiet ta' pagament għadhom ikopru l-pagamenti mwettqa biex jiġu rispettati l-impenji legali li jkunu saru matul is-sena finanzjarja jew fis-snin finanzjarji preċedenti.

7.   Il-paragrafi 3 u 5 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx jipprevjenu milli jiġu impenjati approprjazzjonijiet b'mod globali jew milli jsiru impenji baġitarji f'pagamenti annwali kif previst rispettivament fil-punt (b) tal-Artikolu 74(1) u l-Artikolu 74(2).

Artikolu 7

Ftehimiet ta' kontribuzzjoni, ftehimiet ta' għotja u sħubijiet ta' qafas finanzjarju

1.   F'każijiet eċċezzjonali jistgħu jiġu konklużi ftehimiet ta' kontribuzzjoni u ftehimiet ta' għotja bejn il-Kummissjoni u korp tal-Unjoni dment li l-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a)

l-att kostitwenti ta' korp tal-Unjoni jew att bażiku espliċitament jipprevedi tali possibbiltà;

(b)

il-konklużjoni ta' tali ftehim tkun debitament iġġustifikata min-natura speċjali tal-azzjoni u l-qasam ta' speċjalizzazzjoni speċifiku tal-korp tal-Unjoni;

(c)

il-kompiti li jkollhom jiġu implimentati mill-korp tal-Unjoni skont il-ftehim jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:

(i)

jaqgħu fl-ambitu tal-objettivi tal-korp tal-Unjoni u jkunu kompatibbli mal-mandat tal-korp tal-Unjoni, kif stipulat fl-att kostitwenti;

(ii)

il-kompiti ma jkunux jiffurmaw parti mill-kompiti assenjati lill-korp tal-Unjoni fl-att kostitwenti u ffinanzjati mill-kontribuzzjoni annwali mogħtija lilu mill-Unjoni.

2.   Meta l-ftehimiet ta' kontribuzzjoni u l-ftehimiet ta' għotja msemmija fil-paragrafu 1 u ftehimiet dwar il-livell ta' servizz jiġu konklużi għal servizzi offruti mill-korp tal-Unjoni lill-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi ftehim qafas ta' sħubija finanzjarja mal-korp tal-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 130 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

3.   L-għażla tal-korp tal-Unjoni mill-Kummissjoni għandha tieħu kont debitu tal-kosteffiċjenza li dawk il-kompiti jiġu fdati lilu.

4.   Meta l-Kummissjoni tiffirma, eċċezzjonalment, ftehim ta' kontribuzzjoni mal-korp tal-Unjoni, ir-regoli applikabbli għall-ġestjoni indiretta stipulati fit-Titolu V u t-Titolu VI tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandhom japplikaw għall-korp tal-Unjoni fir-rigward tal-fondi allokati għal dak il-ftehim u l-Artikoli 105 u 106 ta' dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw.

5.   Il-kompiti msemmija fil-paragrafu 1 jenħtieġ li jiġu inklużi fid-Dokument Uniku ta' Programmazzjoni tal-korp tal-Unjoni, imsemmi fl-Artikolu 32, għall-informazzjoni biss. Jenħtieġ li l-informazzjoni dwar il-ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 2 ikunu inklużi fir-rapport tal-attività annwali kkonsolidat imsemmi fl-Artikolu 48.

6.   L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jinforma lill-bord maniġerjali qabel ma jiffirma xi ftehim imsemmi fil-paragrafu 2.

Artikolu 8

Regoli speċifiċi dwar il-prinċipji tal-unità u l-akkuratezza baġitarja

1.   Id-dħul u n-nefqa kollha għandhom jiġu rreġistrati f'linja baġitarja fil-baġit tal-korp tal-Unjoni.

2.   L-ebda nefqa ma tista' tkun impenjata jew awtorizzata li taqbeż l-appropjazzjonijiet awtorizzati fil-baġit tal-korp tal-Unjoni.

3.   Approprjazzjoni tista' tiddaħħal fil-baġit tal-korp tal-Unjoni biss jekk din tkun għal entrata ta' nefqa meqjusa bħala neċessarja.

4.   L-imgħax iġġenerat mill-ħlasijiet tal-prefinanzjament magħmulin mill-baġit tal-korp tal-Unjoni ma għandux ikun dovut lill-korp tal-Unjoni ħlief jekk ikun previst mod ieħor fil-ftehimiet ta' kontribuzzjoni msemmija fl-Artikolu 7.

KAPITOLU 2

PRINĊIPJU TAL-ANNWALITÀ

Artikolu 9

Definizzjoni

L-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit tal-korp tal-Unjoni għandhom ikunu awtorizzati għal sena finanzjarja li għandha tibda fl-1 ta' Jannar u tispiċċa fil-31 ta' Diċembru.

Artikolu 10

Kontabilità baġitarja għad-dħul u l-approprjazzjonijiet

1.   Id-dħul tal-korp tal-Unjoni għal sena finanzjarja, kif imsemmi fl-Artikolu 6, għandu jiddaħħal fil-kontijiet għal dik is-sena finanzjarja abbżi tal-ammonti miġbura matul dik is-sena finanzjarja.

2.   Id-dħul tal-korp tal-Unjoni għandu jwassal għal ammont ekwivalenti ta' approprjazzjonijiet ta' pagament.

3.   L-impenji għandhom jiddaħħlu fil-kontijiet għal sena finanzjarja fuq il-bażi tal-impenji legali li jsiru sal-31 ta' Diċembru ta' dik is-sena. Madankollu, l-impenji baġitarji globali msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 74(1) għandhom jiddaħħlu fil-kontijiet għal sena finanzjarja fuq il-bażi tal-impenji baġitarji sal-31 ta' Diċembru ta' dik is-sena.

4.   Il-pagamenti għandhom jiddaħħlu fil-kontijiet għal sena finanzjarja fuq il-bażi tal-pagamenti magħmulin mill-uffiċjal tal-kontabbiltà sal-31 ta' Diċembru ta' dik is-sena.

5.   Fejn att kostitwenti jipprevedi li kompiti ddefiniti ċarament jiġu ffinanzjati separatament jew fejn il-korp tal-Unjoni jimplimenta ftehimiet konklużi f'konformià mal-Artikolu 7, il-korp tal-Unjoni għandu jkollu linji baġitarji speċifiċi dwar l-operazzjonijiet ta' dħul u nfiq. Il-korp tal-Unjoni għandu jidentifika b'mod ċar kull grupp ta' kompiti fil-programmazzjoni tar-riżorsi inkluża fid-dokument uniku ta' programmazzjoni mħejji skont l-Artikolu 32.

Artikolu 11

Impenn ta' approprjazzjonijiet

1.   L-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit tal-korp tal-Unjoni jistgħu jkunu impenjati b'effett mill-1 ta' Jannar, ladarba l-baġit tal-korp tal-Unjoni jkun ġie adottat b'mod definittiv.

2.   Sa mill-15 ta' Ottubru tas-sena finanzjarja, in-nefqa amministrattiva ta' rutina tista' tiġi impenjata bil-quddiem biex jagħmlu tajjeb għalihom l-approprjazzjonijiet previsti għas-sena finanzjarja segwenti, dment li n-nefqa tkun ġiet approvata fl-aħħar baġit tal-korp tal-Unjoni adottat kif dovut, u sa mhux iktar minn kwart tal-approprjazzjonijiet deċiżi mill-bord maniġerjali dwar il-linja baġitarja korrispondenti għas-sena finanzjarja attwali.

Artikolu 12

Tħassir u riport ta' approprjazzjonijiet

1.   Approprjazzjonijiet li ma jkunux intużaw sa tmiem is-sena finanzjarja li għaliha jkunu ġew irreġistrati għandhom jitħassru, sakemm ma jiġux riportati skont il-paragrafi 2 u 4.

2.   L-approprjazzjonijiet segwenti jistgħu jiġu riportati b'deċiżjoni meħuda skont il-paragrafu 3, iżda għas-sena finanzjarja ta' wara biss:

(a)

approprjazzjonijiet ta' impenn u approprjazzjonijiet mhux differenzjati, li għalihom il-parti l-kbira tal-istadji preparatorji tal-proċedura tal-impenn tkun tlestiet sal-31 ta' Diċembru tas-sena finanzjarja. Tali approprjazzjonijiet jistgħu jiġu impenjati sal-31 ta' Marzu tas-sena finanzjarja ta' wara, bl-eċċezzjoni ta' approprjazzjonijiet mhux differenzjati relatati ma' proġetti ta' bini li jistgħu jiġu impenjati sal-31 ta' Diċembru tas-sena finanzjarja ta' wara;

(b)

approprjazzjonijiet ta' pagament li huma meħtieġa biex ikopru impenji eżistenti jew impenji marbuta ma' approprjazzjonijiet ta' impenn riportati, meta l-approprjazzjonijiet ta' pagament li hemm provvediment dwarhom fil-linji baġitarji rilevanti għas-sena finanzjarja ta' wara ma jkunux biżżejjed.

Fir-rigward tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, il-korp tal-Unjoni kkonċernat għandu l-ewwel juża l-approprjazzjonijiet awtorizzati għas-sena finanzjarja kurrenti u ma għandux juża l-approprjazzjonijiet riportati qabel ma l-oħrajn jiġu eżawriti.

3.   Il-bord maniġerjali jew, meta l-att kostitwenti jippermetti, il-bord eżekuttiv, għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu dwar ir-riporti kif imsemmija fil-paragrafu 2 sal-15 ta' Frar tas-sena finanzjarja segwenti.

4.   L-approprjazzjonijiet għandhom jiġu riportati awtomatikament fir-rigward ta':

(a)

approprjazzjonijiet korrispondenti għal dħul assenjat intern. Tali approprjazzjonijiet jistgħu jiġu riportati biss għas-sena finanzjarja li jmiss u jistgħu jiġu impenjati sal-31 ta' Diċembru ta' dik is-sena, bl-eċċezzjoni tad-dħul assenjat intern mill-kirjiet u mill-bejgħ tal-bini u l-art imsemmijin fil-punt (e) tal-Artikolu 20(3) li jista' jiġi riportat sakemm jintuża għalkollox;

(b)

approprjazzjonijiet korrispondenti għal dħul assenjat estern. Tali approprjazzjonijiet għandhom jintużaw għalkollox sakemm l-operazzjonijiet kollha li jirrigwardaw il-programm jew l-azzjoni li jkunu ġew assenjati għalihom ikunu twettqu jew jistgħu jiġu riportati u jintużaw għall-programm jew għall-azzjoni suċċessiva.

5.   L-approprjazzjonijiet għall-ispejjeż tal-persunal ma għandhomx jiġu riportati. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-infiq għall-persunal jinkludi r-remunerazzjoni u gratifiki għall-persunal tal-korpi tal-Unjoni li huma soġġetti għar-Regolamenti tal-Persunal.

6.   L-approprjazzjonijiet mhux differenzjati legalment impenjati sa tmiem is-sena finanzjarja għandhom jitħallsu sa tmiem is-sena finanzjarja ta' wara.

Artikolu 13

Dispożizzjonijiet dettaljati dwar tħassir u r-riporti ta' approprjazzjonijiet

1.   L-approprjazzjonijiet ta' impenn u l-approprjazzjonijiet mhux differenzjati msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 12(2) jistgħu jiġu riportati biss jekk l-impenji ma setgħux isiru qabel il-31 ta' Diċembru tas-sena finanzjarja għal raġunijiet mhux attribwibbli għall-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni u jekk l-istadji ta' tħejjija jkunu avvanzati biżżejjed sabiex ikun raġonevoli li wieħed jistenna li l-impenn ikun ser isir sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu tas-sena finanzjarja ta' wara, jew, relattivament għal proġetti ta' bini, sal-31 ta' Diċembru tas-sena finanzjarja ta' wara.

2.   L-approprjazzjonijiet riportati f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 12(2) li ma jkunux ġew impenjati sal-31 ta' Marzu tas-sena finanzjarja ta' wara jew sal-31 ta' Diċembru tas-sena ta' wara għal ammonti relatati ma' proġetti ta' bini għandhom jitħassru awtomatikament.

3.   L-approprjazzjonijiet riportati li jkunu tħassru għandhom jiġu identifikati fil-kontjiiet.

Artikolu 14

Diżimpenn tal-approprjazzjonijiet

1.   Meta l-impenni baġitarji jiġu diżimpenjati fi kwalunkwe sena finanzjarja wara s-sena li fiha jkunu saru, b'riżultat ta' nuqqas ta' implimentazzjoni totali jew parzjali tal-azzjonijiet li għalihom kienu allokati, l-approprjazzjonijiet li jikkorrespondu għal tali diżimpenji għandhom jitħassru.

2.   Dan l-Artikolu ma għandux japplika għad-dħul assenjat estern imsemmi fl-Artikolu 20(2).

Artikolu 15

Regoli applikabbli fil-każ ta' adozzjoni tard tal-baġit tal-korp tal-Unjoni

1.   Jekk il-baġit tal-korp tal-Unjoni ma jkunx ġie definittivament adottat fil-bidu tas-sena finanzjarja, għandhom japplikaw ir-regoli stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 6.

2.   L-impenji jistgħu jsiru għal kull kapitolu sa massimu ta' kwart tat-total tal-approprjazzjonijiet awtorizzati fil-kapitolu rilevanti tal-baġit tal-korp tal-Unjoni għas-sena finanzjarja preċedenti flimkien ma' parti minn kull tnax għal kull xahar li jkun għadda.

Il-limitu tal-approprjazzjonijiet previst fir-rendikont tal-istima tad-dħul u n-nefqa ma għandux jinqabeż.

Il-pagamenti jistgħu jsiru kull xahar għal kull kapitolu sa mhux iktar minn parti minn tnax tal-approprjazzjonijiet awtorizzati fil-kapitolu rilevanti tal-baġit tal-korp tal-Unjoni għas-sena finanzjarja preċedenti. Madankollu, dik is-somma ma għandhiex tkun aktar minn parti minn tnax tal-approprjazzjonijiet previsti fl-istess kapitolu tar-rendikont tal-istimi tad-dħul u n-nefqa.

3.   L-approprjazzjonijiet awtorizzati fil-kapitolu rilevanti tal-baġit tal-korp tal-Unjoni għas-sena finanzjarja preċedenti, kif imsemmi fil-paragrafu 2, għandhom jinftiehmu li jirriferu għall-approprjazzjonijiet ivvutati fil-baġit tal-korp tal-Unjoni, inkluż permezz ta' baġits emendatorji, u wara aġġustament għat-trasferimenti li jkunu saru tul dik is-sena finanzjarja.

4.   Jekk il-kontinwità tal-azzjoni u l-ħtiġijiet ta' ġestjoni ta' korp tal-Unjoni jkunu jeħtieġu dan, il-bord maniġerjali jista', fuq talba tad-direttur, jawtorizza nefqa li taqbeż parti minn kull tnax proviżorja iżda li ma teċċedix total ta' erba' partijiet minn kull tnax proviżorji, ħlief f'każijiet debitament ġustifikati, kemm għal impenji kif ukoll għal impenji li jmorru lil hinn minn dawk li jkunu saru awtomatikament disponibbli f'konformità mal-paragrafu 2.

Il-partijiet minn kull tnax addizzjonali għandhom ikunu awtorizzati b'mod sħiħ u ma għandhomx ikunu diviżibbli.

5.   Jekk, għal kapitolu partikolari, l-awtorizzazzjoni ta' erba' partijiet minn kull tnax proviżorji mogħtija skont il-paragrafu 4 ma tkunx biżżejjed biex tiġi koperta n-nefqa meħtieġa biex tkun evitata interruzzjoni fil-kontinwità tal-azzjoni mill-korp tal-Unjoni fil-qasam kopert bil-kapitolu kkonċernat, tista eċċezzjonalment tingħata awtorizzazzjoni mill-bord maniġerjali, fuq talba tad-direttur, biex jinqabeż l-ammont tal-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-kapitolu korrispondenti tal-baġit tal-korp tal-Unjoni għas-sena finanzjarja preċedenti. Madankollu, it-total kumplessiv tal-approprjazzjonijiet disponibbli fil-baġit tal-korp tal-Unjoni tas-sena finanzjarja preċedenti jew fid-dikjarazzjoni tal-istima tad-dħul u n-nefqa, kif propost, ma għandu jinqabeż fl-ebda ċirkostanza.

KAPITOLU 3

PRINĊIPJU TAL-EKWILIBRIJU

Artikolu 16

Definizzjoni u kamp ta' applikazzjoni

1.   Id-dħul u l-approprjazzjonijiet ta' pagament għandhom jibbilanċjaw lil xulxin.

2.   Appropjazzjonijiet ta' impenn ma jistgħux jaqbżu l-ammont ta' kontribuzzjoni tal-Unjoni, flimkien mad-dħul proprju u kull dħul ieħor imsemmi fl-Artikolu 6.

3.   Għal korpi li għalihom id-dħul huwa kostitwit minn tariffi jew imposti b'żieda mal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, it-tariffi għandhom ikunu ffissati f'livell li jkun tali li tiġi evitata akkumulazzjoni sinifikanti ta' surplus. Meta jkun hemm rikorrenza ta' riżultat tal-baġit pożittiv jew negattiv sinifikanti, skont it-tifsira tal-Artikolu 99, il-livell tat-tariffi u l-imposti għandu jiġi rivedut.

4.   Il-korp tal-Unjoni ma jistax jissellef fil-qafas tal-baġit tal-korp tal-Unjoni.

5.   Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni lejn il-korp tal-Unjoni għandha tikkostitwixxi għall-baġit tal-korp tal-Unjoni kontribuzzjoni ta' bbilanċjar u tista' tinqasam f'għadd ta' pagamenti.

6.   Il-korp tal-Unjoni għandu jimplimenta ġestjoni rigoruża tal-likwidità, filwaqt li jqis id-dħul assenjat, sabiex jiżgura li l-bilanċ tal-kontanti tiegħu jkunu limitati għal bżonnijiet debitament ġustifikati. Mat-talbiet għall-pagamenti matul is-sena, huwa jippreżenta tbassir dettaljat u aġġornat tar-rekwiżiti kontanti tiegħu, inkluż informazzjoni dwar id-dħul assenjat.

Artikolu 17

Bilanċ mis-sena finanzjarja

1.   Jekk ir-riżultat tal-baġit skont it-tifsira tal-Artikolu 99 jkun pożittiv, għandu jitħallas lura lill-Kummissjoni sal-ammont tal-kontribuzzjonijiet imħallsa matul is-sena. Il-parti tar-riżultat tal-baġit li taqbeż l-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni mħallas matul il-perjodu ta' sena għandha tiddaħħal fil-baġit tal-korp tal-Unjoni għas-sena finanzjarja segwenti bħala dħul.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll meta d-dħul tal-korp tal-Unjoni jkun magħmul minn tariffi u imposti flimkien mal-kontribuzzjoni tal-Unjoni.

Id-differenza bejn il-kontribuzzjoni mdaħħla fil-baġit u dik fil-fatt imħallsa lill-korp tal-Unjoni għandha titħassar.

2.   F'każijiet eċċezzjonali, meta l-att kostitwenti jipprevedi li d-dħul li jirriżulta minn tariffi u imposti jkun assenjat għal partiti partikolari ta' nefqa, il-korp tal-Unjoni jista' jirriporta l-bilanċ tat-tariffi u l-imposti bħala dħul assenjat għall-attivitajiet relatati mal-forniment tas-servizzi li għalihom huma dovuti t-tariffi.

3.   Jekk ir-riżultat tal-baġit skont it-tifsira tal-Artikolu 99 ikun negattiv, għandu jiddaħħal fil-baġit tal-korp tal-Unjoni għas-sena finanzjarja ta' wara bħala approprjazzjonijiet ta' pagament jew, fejn xieraq, jagħmel tajjeb għalih riżultat pożittiv tal-baġit tal-korp tal-Unjoni fis-snin finanzjarji segwenti.

Meta t-tariffi u l-imposti jkunu dħul assenjat, ir-riżultat negattiv relatat ma' dan id-dħul assenjat jista' jiġi paċut bis-surplus akkumulat minn snin preċedenti, jekk ikun disponibbli.

4.   Id-dħul jew l-approprjazzjonijiet ta' pagament għandhom jiddaħħlu fil-baġit tal-korp tal-Unjoni waqt il-proċedura baġitarja permezz tal-proċedura tal-ittra ta' emenda stabbilita fl-Artikolu 42 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 jew, waqt li tkun għaddejja l-implimentazzjoni tal-baġit tal-korp tal-Unjoni, permezz ta' baġit emendatorju.

Stima tar-riżultat tal-baġit mis-sena N-1 se tiġi mogħtija mill-korp tal-Unjoni mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar tas-sena N. Din l-informazzjoni għandha titqies kif dovut mill-Kummissjoni meta tivvaluta l-ħtiġijiet finanzjarji tal-korp tal-Unjoni għas-sena N+1.

KAPITOLU 4

PRINĊIPJU TAL-UNITÀ TAL-KONTIJIET

Artikolu 18

L-użu tal-euro

1.   Il-baġit għandu jiġi mfassal u implimentat f'euro u l-kontijiet għandhom jiġu ppreżentati f'euro. Madankollu, għall-finijiet tal-flussi tal-flus imsemmija fl-Artikolu 49, l-uffiċjal tal-kontabilità, u fil-każ ta' kontijiet tal-imprest, l-amministraturi tal-impresti, u, għall-ħtiġiet tal-ġestjoni amministrattiva tal-korp tal-Unjoni, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, għandhom ikunu awtorizzati jwettqu operazzjonijiet f'valuti oħrajn.

2.   Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fir-regoli speċifiċi għas-setturi, jew f'kuntratti, ftehimiet ta' għotja, ftehimiet ta' kontribuzzjoni u ftehimiet ta' finanzjament speċifiċi, il-konverżjoni mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandha ssir bir-rata tal-kambju tal-euro ta' kuljum ippubblikata fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjal tal-Unjoni Ewropea dakinhar li d-dipartiment tal-awtorizzazzjoni joħroġ l-ordni ta' pagament jew l-ordni ta' rkupru.

Jekk ma tiġi ppubblikata l-ebda rata ta' kuljum bħal din, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu juża dik imsemmija fil-paragrafu 3.

3.   Għall-finijiet tal-kontijiet previsti fl-Artikoli 82, 83 u 84 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, il-konverżjoni bejn l-euro u munita oħra ssir bl-użu tar-rata tal-kambju tal-kontabilità ta' kull xahar tal-euro. Dik ir-rata tal-kambju tal-kontabilità għandha tiġi stabbilita mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni permezz ta' kwalunkwe sors ta' informazzjoni meqjus affidabbli, fuq il-bażi tar-rata tal-kambju fil-jum tax-xogħol ta' qabel tal-aħħar tax-xahar qabel dak li għalih tkun qed tiġi stabbilita r-rata.

4.   L-operazzjonijiet ta' konverżjoni tal-munita għandhom jitwettqu b'tali mod li jiġi evitat li jkollhom impatt sinifikanti fuq il-livell tal-kofinanzjament tal-Unjoni jew impatt detrimentali fuq il-baġit. Meta xieraq, ir-rata ta' konverżjoni bejn l-euro u muniti oħrajn tista' tiġi kkalkolata billi tittieħed il-medja tar-rata tal-kambju ta' kuljum f'perjodu partikolari.

KAPITOLU 5

PRINĊIPJU TAL-UNIVERSALITÀ

Artikolu 19

Kamp ta' Applikazzjoni

Mingħajr ħsara għall-Artikolu 20, id-dħul totali għandu jkopri l-approprjazzjonijiet ta' pagament totali. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 24, id-dħul u n-nefqa kollha għandhom ikunu rreġistrati bis-sħiħ mingħajr l-ebda aġġustament bejniethom.

Artikolu 20

Dħul assenjat

1.   Id-dħul assenjat estern u d-dħul assenjat intern għandhom jintużaw biex jiffinanzjaw entrati speċifiċi tan-nefqa.

2.   Dawn li ġejjin għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat estern:

(a)

kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri u pajjiżi terzi, inklużi fiż-żewġ każijiet l-aġenziji pubbliċi tagħhom, entitajiet, jew persuni fiżiċi għal ċerti attivitajiet, ta' korpi tal-Unjoni sakemm dan hu previst fil-ftehim milħuq bejn il-korp tal-Unjoni u l-Istati Membri, pajjiżi terzi jew aġenziji pubbliċi, entitajiet jew persuni naturali inkwistjoni;

(b)

kontribuzzjonijiet finanzjarji minn organizzazzjonijiet internazzjonali;

(c)

dħul allokat għal skop speċifiku, bħal dħul minn fondazzjonijiet, sussidji, rigali u legati;

(d)

kontribuzzjonijiet finanzjarji, mhux koperti mill-punt (a), għall-attivitajiet ta' korpi tal-Unjoni minn pajjiżi terzi jew minn korpi mhux tal-Unjoni;

(e)

dħul minn ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 7;

(f)

dħul assenjat intern imsemmi fil-paragrafu 3, sal-punt li dan ikun anċillari għad-dħul ieħor imsemmi fil-punti minn (a) sa (c) ta' dan il-paragrafu;

(g)

dħul minn tariffi u imposti msemmija fl-Artikolu 6(3).

3.   Dawn li ġejjin għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat intern:

(a)

dħul minn partijiet terzi fir-rigward ta' prodotti, servizzi jew xogħol fornuti fuq talba tagħhom stess, bl-eċċezzjoni tat-tariffi u l-imposti msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 6(3);

(b)

dħul li joriġina mill-ħlas lura, skont l-Artikolu 62, ta' ammonti mħallsa bi żball;

(c)

rikavat mill-forniment ta' prodotti, servizzi u xogħlijiet għal istituzzjonijiet tal-Unjoni jew korpi oħra tal-Unjoni;

(d)

ħlasijiet tal-assigurazzjoni riċevuti;

(e)

id-dħul mill-kirjiet u mill-bejgħ ta' bini u ta' art;

(f)

dħul iġġenerat minn rimborż sussegwenti ta' taxxi skont il-punt (b) tal-Artikolu 27(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

4.   Id-dħul assenjat għandu jiġi riportat u ttrasferit skont id-dispożizzjonijiet tal-punti (a) u (b) tal-Artikolu 12(4) u tal-Artikolu 27.

5.   Mingħajr preġudizzju għall-punt (f) tat-tieni paragrafu, l-att kostitwenti rilevanti jista' wkoll jassenja d-dħul li għalih jipprovdi f'entrati speċifiċi ta' nefqa. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-att kostitwenti relevanti, tali dħul jikkostitwixxi dħul assenjat intern.

6.   L-entrati kollha ta' dħul fis-sens tal-punti minn (a) sa (c) tal-paragrafu 2 u l-punti (a) u (c) tal-paragrafu 3 għandhom ikopru n-nefqa diretta jew indiretta kollha li ssir mill-attività jew għan inkwistjoni.

7.   Il-baġit tal-korp tal-Unjoni għandu jinkludi linji li jakkomodaw id-dħul assenjat estern u d-dħul assenjat intern u kull fejn possibbli għandu jindika l-ammont.

Id-dħul assenjat jista' jiġi inkluż fl-istima tad-dħul u n-nefqa biss għall-ammonti li huma ċerti fid-data tal-istabbiliment tal-istima.

Artikolu 21

Struttura biex takkomoda dħul assenjat u provvediment ta' approprjazzjonijiet korrispondenti

1.   L-istruttura biex takkomoda d-dħul assenjat fil-baġit tal-korp tal-Unjoni għandu jkun fiha:

(a)

fid-dikjarazzjoni tad-dħul, linja baġitarja biex tirċievi d-dħul;

(b)

fid-dikjarazzjoni tan-nefqa, il-kummenti baġitarji, inklużi kummenti ġenerali, li juru liema linji baġitarji jistgħu jirċievu l-approprjazzjonijiet korrispondenti għad-dħul assenjat li jsiru disponibbli.

Fil-każ imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, trid issir annotazzjoni “pro memoria”, filwaqt li d-dħul stmat għandu jiddaħħal fir-rimarki għal skopijiet ta' informazzjoni.

2.   L-approprjazzjonijiet li jikkorrispondu għad-dħul assenjat għandhom isiru disponibbli awtomatikament, kemm bħala approprjazzjonijiet ta' impenn kif ukoll bħala approprjazzjonijiet ta' pagament, meta d-dħul jiġi riċevut mill-korp tal-Unjoni.

3.   Permezz ta' eċċezzjoni mill-paragrafu 2, meta d-dħul assenjat ikun ġej mill-implimentazzjoni ta' ftehim ta' kontribuzzjoni msemmi konkluż skont l-Artikolu 7, l-ammont totali ta' approprjazzjonijiet ta' impenn jista' jsir disponibbli mad-dħul fis-seħħ tal-ftehim ikkonċernat dment li l-att bażiku fir-rigward tad-delegazzjoni tal-fondi għall-korp tal-Unjoni jipprevedi l-possibbiltà li jsir l-użu ta' pagamenti annwali.

Artikolu 22

Donazzjonijiet

1.   Id-direttur jista' jaċċetta kull donazzjoni li ssir lill-korp tal-Unjoni, bħalma huma fondazzjonijiet, sussidji, rigali u legati.

2.   L-aċċettazzjoni ta' donazzjoni ta' valur ta' EUR 50 000 jew aktar li tinvolvi imposta finanzjarja jew kwalunkwe tip ta' obbligazzjoni, inklużi kostijiet ta' segwitu, ta' aktar minn 10 % tal-valur tad-donazzjoni li tkun saret, għandha tkun soġġetta għall-awtorizzazzjoni preliminari mill-bord maniġerjali jew, fejn l-att kostitwenti jippermetti dan, tal-bord eżekuttiv. Il-bord maniġerjali jew il-bord eżekuttiv, kif applikabbli, għandu jieħu deċiżjoni fi żmien xahrejn mid-data li fiha t-talba għall-awtorizzazzjoni tkun ġiet ippreżentata lilu. Jekk il-bord maniġerjali jew, fejn permess mill-att kostitwenti, il-bord eżekuttiv, jonqos milli jiddeċiedi f'dak il-perjodu, id-donazzjoni tkun ikkunsidrata aċċettata.

3.   Id-direttur, fuq talba tal-bord maniġerjali, jew meta l-att kostitwenti jippermetti dan, tal-bord eżekuttiv, għandu janalizza, jistima u jispjega kif dovut l-imposti finanzjarji, inklużi kostijiet ta' segwitu, u kwalunkwe obbligu ieħor kif imsemmi fil-paragrafu 1 li l-aċċettazzjoni tad-donazzjoni tkun tinvolvi.

Artikolu 23

Sponsorizzar korporattiv

L-Artikolu 26 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 ma għandux japplika għall-korpi tal-Unjoni.

Artikolu 24

Regoli dwar it-tnaqqis u l-aġġustamenti minħabba r-rati tal-kambju

L-Artikolu 27 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandu japplika mutatis mutandis.

KAPITOLU 6

IL-PRINĊIPJU TAL-ISPEĊIFIKAZZJONI

Artikolu 25

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   L-approprjazzjonijiet għandhom ikunu mmirati għal skopijiet speċifiċi bit-titolu u l-kapitolu. Il-kapitoli jerġgħu jinqasmu f'artikoli u linji.

2.   Fil-baġit tal-korp tal-Unjoni, l-approprjazzjonijiet jistgħu jkunu ttrasferiti biss lejn linji baġitarji li għalihom il-baġit tal-korp tal-Unjoni għandu approprjazzjonijiet awtorizzati jew li jkollhom entrata pro memoria.

3.   Il-limiti msemmija fl-Artikolu 26 għandhom jiġu kkalkolati fiż-żmien li ssir it-talba għat-trasferiment u b'referenza għall-approprjazzjonijiet ipprovduti fil-baġit tal-korp tal-Unjoni, inkluż il-baġits emendatorji.

4.   L-ammont li jrid jiġi kkunsidrat għall-fini ta' kalkolu tal-limiti msemmija fl-Artikoli 26 għandu jkun is-somma tat-trasferimenti li jridu jsiru mil-linja baġitarja li minnha jkunu qegħdin isiru t-trasferimenti, wara li jkun sar l-aġġustament għat-trasferimenti li saru qabel.

Artikolu 26

Trasferimenti

1.   Id-direttur jista' jittrasferixxi approprjazzjonijiet:

(a)

minn titolu għal ieħor sa massimu ta' 10 % tal-approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja murija fil-linja li minnha jsir it-trasferiment;

(b)

minn kapitolu għal ieħor u fi ħdan kull kapitolu mingħajr limitu.

2.   Lil hinn mil-limitu msemmi fil-paragrafu 1, id-direttur jista' jipproponi trasferimenti ta' approprjazzjonijiet minn titolu wieħed għall-ieħor lill-bord maniġerjali jew, meta l-att kostitwenti jkun jippermetti dan, lill-bord eżekuttiv. Il-bord maniġerjali jew, fejn permess mill-att kostitwenti, il-bord eżekuttiv, għandu jkollu tliet ġimgħat biex jopponi t-trasferimenti proposti. Wara dan il-limitu ta' żmien, it-trasferimenti proposti għandhom jitqiesu bħala adottati.

3.   Proposti għal trasferimenti u trasferimenti mwettqa taħt il-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu akkompanjati bid-dokumenti ta' sostenn xierqa u dettaljati li juru l-implimentazzjoni ta' approprjazzjonijiet u estimi tar-rekwiżiti sa tmiem is-sena finanzjarja, kemm għall-intestaturi li jridu jkunu kkreditati u kemm għal dawk li jridu jsiru l-approprjazzjonijiet minnhom.

4.   L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jinforma lill-bord ta' ġestjoni mill-aktar fis possibbli dwar it-trasferimenti kollha li jsiru. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-trasferimenti kollha mwettqa skont il-paragrafu 2.

Artikolu 27

Regoli speċifiċi dwar it-trasferimenti

L-approprjazzjonijiet li jikkorrespondu għal dħul assenjat jistgħu jiġu ttrasferiti biss jekk dan id-dħul jintuża għall-iskop li għalih ikun ġie assenjat.

KAPITOLU 7

IL-PRINĊIPJU TAL-ĠESTJONI FINANZJARJA TAJBA U L-PRESTAZZJONI

Artikolu 28

Il-prestazzjoni u l-prinċipji ta' ekonomija, effiċjenza u effikaċja

1.   L-approprjazzjonijiet għandhom jintużaw skont il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, u b'hekk għandhom jiġu implimentati b'osservanza lejn il-prinċipji li ġejjin:

(a)

il-prinċipju tal-ekonomija, li jirrikjedi li r-riżorsi użati mill-korp tal-Unjoni fit-twettiq tal-attivitajiet tiegħu jkunu disponibbli f'waqt xieraq, fi kwantità u kwalità xierqa u bl-aħjar prezz;

(b)

il-prinċipju tal-effiċjenza li jikkonċerna l-aqwa relazzjoni bejn ir-riżorsi użati, l-attivitajiet imwettqa u l-kisba tal-objettivi;

(c)

il-prinċipju tal-effikaċja li jikkonċerna kemm intlaħqu l-objettivi fil-mira permezz tal-attivitajiet imwettqa.

2.   B'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba, l-użu tal-approprjazzjonijiet għandu jiffoka fuq il-prestazzjoni u għal dak il-għan:

(a)

l-objettivi għall-programmi u għall-attivitajiet għandhom jiġu stabbiliti minn qabel;

(b)

il-progress fil-kisba tal-objettivi għandu jiġi mmonitorjat bl-indikaturi tal-prestazzjoni;

(c)

il-progress li jsir fil-kisba ta' dawk l-objettivi u l-problemi esperjenzati biex dan isir għandhom jiġu rrapportati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill f'konformità mal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 32(5) u mal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 48(1).

3.   Fejn rilevanti, għandhom jiġu definiti objettivi speċifiċi, li jistgħu jitkejlu u jinkisbu, rilevanti u marbuta bil-ħin kif imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 u indikaturi rilevanti, aċċettati, kredibbli, faċli u robusti. L-indikaturi użati għall-monitoraġġ tal-kisba tal-objettivi għandhom ikopru s-setturi kollha. Id-Direttur għandu jipprovdi l-informazzjoni rilevanti lill-bord maniġerjali kull sena. Din għandha tkun inkluża fid-Dokument Uniku ta' Programmazzjoni msemmi fl-Artikolu 32.

4.   Il-korp tal-Unjoni għandu jagħmel eżerċizzju ta' parametraġġ referenzjarju msemmi fl-Artikolu 38 ta' dan ir-Regolament.

L-eżerċizzju ta' parametraġġ referenzjarju għandu jkun jinkludi:

(a)

analiżi tal-effiċjenza tas-servizzi orizzontali tal-korp tal-Unjoni,

(b)

analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-kondiviżjoni tas-servizzi jew it-trasferiment sħiħ tagħhom għal korp ieħor tal-Unjoni jew il-Kummissjoni.

Meta jwettaq l-eżerċizzju ta' parametraġġ referenzjarju msemmi fl-ewwel u t-tieni subparagrafu l-korp tal-Unjoni għandu jagħmel l-arranġamenti neċessarji biex jevita kwalunkwe kunflitt ta' interess.

Artikolu 29

Evalwazzjonijiet

1.   Il-programmi u l-attivitajiet li jinvolvu nfiq sinifikanti għandhom ikunu soġġetti għal evalwazzjonijiet ex ante u retrospettivi (“evalwazzjoni”), li għandhom ikunu proporzjonata għall-objettivi u n-nefqa.

2.   L-evalwazzjonijiet ex ante li jappoġġaw it-tħejjija tal-programmi u tal-attivitajiet għandhom ikunu bbażati fuq evidenza, jekk tkun disponibbli, dwar il-prestazzjoni tal-programmi jew tal-attivitajiet relatati u għandhom jidentifikaw u janalizzaw il-kwistjonijiet li jridu jiġu indirizzati, il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni, l-objettivi, l-effetti mistennija tal-alternattivi differenti u l-arranġamenti ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni.

3.   L-evalwazzjonijiet retrospettivi għandhom jivvalutaw il-prestazzjoni tal-programm jew tal-attività, inklużi aspetti bħall-effikaċja, l-effiċjenza, il-koerenza, ir-rilevanza u l-valur miżjud tal-UE. Evalwazzjonijiet retrospettivi għandhom ikunu bbażati fuq l-informazzjoni ġġenerata mill-arranġamenti u l-indikaturi ta' monitoraġġ stabbiliti għall-azzjoni kkonċernata. Dawn għandhom isiru perjodikament f'biżżejjed żmien sabiex il-konstatazzjonijiet ikunu jistgħu jiġu kkunsidrati fl-evalwazzjonijiet ex ante jew il-valutazzjonijiet tal-impatt li jappoġġjaw it-tħejjija tal-programmi u tal-attivitajiet relatati.

4.   Id-direttur għandu jħejji pjan ta' azzjoni biex isegwi fuq il-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 u jirrapporta dwar il-progress tagħhom lill-Kummissjoni fir-rapport tal-attività annwali kkonsolidat imsemmi fl-Artikolu 48 u regolarment lill-Bord Maniġerjali.

5.   Il-bord maniġerjali għandu jżomm l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni msemmi fil-paragrafu 4 taħt skrutinju.

Artikolu 30

Kontroll intern tal-implimentazzjoni tal-baġit

1.   Skont il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, il-baġit tal-korp tal-Unjoni għandu jiġi implimentat f'konformità ma' kontroll intern effettiv u effiċjenti.

2.   Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-korp tal-Unjoni, il-kontroll intern għandu jkun applikat fil-livelli kollha tal-ġestjoni u mfassal biex jipprovdi assigurazzjoni raġonevoli li jinkisbu l-objettivi li ġejjin:

(a)

l-effettività, l-effiċjenza u l-ekonomija tal-operazzjonijiet;

(b)

l-affidabilità tar-rappurtar;

(c)

is-salvagwardja tal-assi u tal-informazzjoni;

(d)

il-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u s-segwitu tal-frodi u tal-irregolaritajiet;

(e)

il-ġestjoni adegwata tar-riskji relatati mal-legalità u mar-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti, fejn jittieħed kont tan-natura pluriennali tal-programmi kif ukoll in-natura tal-pagamenti kkonċernati.

3.   Il-kontroll intern effettiv għandu jkun ibbażat fuq l-aħjar prattiki internazzjonali u l-Qafas ta' Kontroll Intern stipulat mill-Kummissjoni Ewropea għad-dipartimenti tagħha stess u għandu jinkludi, b'mod partikolari, l-elementi li ġejjin:

(a)

is-segregazzjoni tal-kompiti;

(b)

strateġija xierqa ta' ġestjoni u ta' kontroll tar-riskju li tinkludi l-kontroll fil-livell tar-riċevitur;

(c)

l-evitar ta' kunflitti ta' interessi;

(d)

rekord adegwat tal-awditjar u integrità tad-data f'sistemi tad-data;

(e)

proċeduri għall-monitoraġġ tal-effikaċja u l-effiċjenza;

(f)

proċeduri għas-segwitu ta' dgħufijiet u eċċezzjonijiet fil-kontroll intern li jkunu ġew identifikati;

(g)

valutazzjoni perjodika tal-funzjonament tajjeb tas-sistema ta' kontroll intern.

4.   Il-kontroll intern effiċjenti jkun ibbażat fuq l-elementi li ġejjin:

(a)

l-implimentazzjoni ta' strateġija xierqa għall-ġestjoni u ta' kontroll tar-riskju kkoordinata fost l-atturi xierqa involuti fil-katina tal-kontroll;

(b)

l-aċċessibilità għall-atturi xierqa kollha fil-katina tal-kontroll tar-riżultati tal-kontrolli mwettqa;

(c)

id-dipendenza, meta jkun xieraq, fuq opinjonijiet ta' awditjar indipendenti, dment li l-kwalità tax-xogħol sottostanti tkun adegwata u aċċettabbli u tkun saret bi qbil mal-istandards miftiehma;

(d)

l-applikazzjoni f'waqtha ta' miżuri korrettivi inkluż, fejn xieraq, pieni dissważivi;

(e)

l-eliminazzjoni ta' kontrolli multipli;

(f)

it-titjib tal-proporzjon kostijiet-benefiċċji tal-kontrolli.

5.   Meta l-korp tal-Unjoni jopera wkoll uffiċċji li jkunu 'l bogħod mis-sede ewlenija, is-sistema ta' kontroll intern għandha titfassal b'tali mod biex timmitiga r-riskji speċifiċi tal-attivitajiet ta' dawn l-uffiċċji.

KAPITOLU 8

PRINĊIPJU TAT-TRASPARENZA

Artikolu 31

Pubblikazzjoni ta' kontijiet u baġits

1.   Il-baġit tal-korp tal-Unjoni għandu jkun stabbilit u implementat u l-kontijiet ippreżentati b'konformità mal-prinċipju tat-trasparenza.

2.   Sommarju tal-baġit tal-korp tal-Unjoni u kwalunkwe baġit emendatorju tal-korp tal-Unjoni, kif adottat b'mod definittiv, għandhom ikunu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fi żmien tliet xhur minn meta jkunu addottati.

Is-sommarju għandu juri ċ-ċifri aggregati għal kull Titolu tal-baġit tal-korp tal-Unjoni, il-pjan ta' stabbiliment u stima tal-għadd ta' persunal kuntrattwali espress f'ekwivalenti full-time li għalihom huma bbaġitjati l-approprjazzjonijiet, u l-esperti nazzjonali sekondati. Huwa għandu jindika wkoll l-informazzjoni ekwivalenti għas-sena finanzjarja preċedenti.

3.   Il-baġit tal-korp tal-Unjoni inkluż il-pjan ta' stabbiliment u kwalunkwe baġit emendatorju tal-korp tal-Unjoni, kif adottati definittivament, kif ukoll indikazzjoni tan-numru ta' aġenti kuntrattwali espress f'ekwivalenti full-time li għalihom l-approprjazzjonijiet huma bbaġitjati, u l-għadd ta' esperti nazzjonali sekondati għandhom jiġu trażmessi għall-informazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Kummissjoni, u jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-korp tal-Unjoni fi żmien erba' ġimgħat minn meta jkunu addottati.

4.   Sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju tas-sena finanzjarja ta' wara s-sena finanzjarja li fiha l-fondi ġew impenjati legalment, il-korp tal-Unjoni għandu jagħmel disponibbli fuq is-sit web tiegħu informazzjoni dwar ir-riċevituri ta' fondi ffinanzjati mill-baġit tal-korp tal-Unjoni, inklużi esperti mogħtija kuntratti skont l-Artikolu 93 ta' dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 38 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 skont format ta' preżentazzjoni standard. Il-pubblikazzjoni tkun trid tkun aċċessibbli faċilment, trasparenti, u komprensiva. L-informazzjoni għandha ssir disponibbli b'osservanza xierqa tar-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità u tas-sigurtà, b'mod partikolari l-protezzjoni tad-data personali stipulati fir-Regolament (UE) 2018/1725.

TITOLU III

IT-TĦEJJIJA U L-ISTRUTTURA TAL-BAĠIT

KAPITOLU 1

IT-TĦEJJIJA TAL-BAĠIT TAL-KORP TAL-UNJONI

Artikolu 32

Dokument uniku ta' programmazzjoni

1.   F'konformità mal-Artikolu 40 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, il-korp tal-Unjoni għandu jibgħat sal-31 ta' Jannar ta' kull sena lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-abbozz tad-dokument uniku ta' programmazzjoni tiegħu, kif approvat mill-bord maniġerjali tiegħu, li jkun fih:

(a)

programm ta' ħidma pluriennali;

(b)

programm ta' ħidma annwali;

(c)

stima tad-dħul u n-nefqa tiegħu;

(d)

dokument ta' programmazzjoni tar-riżorsi;

(e)

informazzjoni dwar il-politika tal-bini tiegħu;

(f)

strateġija għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u/jew organizzazzjonijiet internazzjonali;

(g)

strateġija biex jinkiseb titjib fl-effiċjenza u sinerġiji;

(h)

strateġija għas-sistemi ta' ġestjoni organizzattiva u ta' kontroll intern inkluża l-istrateġija tagħhom kontra l-frodi kif l-aħħar aġġornata, u indikazzjoni ta' miżuri biex tiġi prevenuta r-rikorrenza ta' każi ta' kunflitt ta' interess, irregolaritajiet u frodi, b'mod partikolari fejn id-dgħufijiet, irrapportati skont l-Artikolu 48 jew il-paragrafu 6 tal-Artikolu 78, ikunu wasslu għal rakkomandazzjonijiet kritiċi.

L-istrateġiji msemmijin fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu vvalutati kull sena u jiġu aġġornati skont il-ħtieġa.

Id-dokument uniku ta' programmazzjoni għandu jitfassal huwa u jittieħed kont tal-linji gwida stabbiliti mill-Kummissjoni.

2.   Il-programm ta' ħidma pluriennali għandu jistabbilixxi l-programmazzjoni strateġika ġenerali għas-snin minn N+1 sa N+3, inklużi l-objettivi, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi tal-prestazzjoni biex tiġi mmonitorjata l-kisba tal-objettivi u r-riżultati.

Din il-programmazzjoni strateġika globali għandha wkoll turi, skont l-attività, ir-riżorsi indikattivi finanzjarji u umani meqjusa neċessarji biex jinkisbu l-objettivi stabbiliti u għandha turi wkoll il-kontribuzzjoni tal-korp tal-Unjoni għall-kisba tal-prijoritajiet politiċi tal-UE.

Din il-programmazzjoni strateġika se tiġi aġġornata fejn xieraq u, b'mod partikolari, biex jiġi indirizzat l-eżitu tal-evalwazzjonijiet kumplessivi msemmija fl-att kostitwenti.

3.   Il-programm ta' ħidma annwali għandu jistabbilixxi għas-sena N + 1:

(a)

ir-riżultati mistennija li se jikkontribwixxu għall-ksiba tal-objettivi stabbiliti fil-programazzjoni strateġika globali;

(b)

deskrizzjoni tal-attivitajiet li se jiġu ffinanzjati flimkien ma' indikazzjoni tal-ammont ta' riżorsi finanzjarji u umani, li turi l-għadd ta' uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali kif definit fir-Regolamenti tal-Persunal, kif ukoll l-Esperti Nazzjonali Sekondati.

Għandu jindika ċarament liema kompiti tal-korp tal-Unjoni jkunu ġew miżjuda, mibdula jew imneħħija b'paragun mal-programm ta' ħidma annwali li jkun ġie adottat għas-sena finanzjarja preċedenti. Ir-riżultati tal-evalwazzjoni għandhom jittieħdu inkonsiderazzjoni bħala evidenza tal-merti probabbli ta' żieda jew tnaqqis tal-baġit propost tal-korp tal-Unjoni meta mqabbel mal-baġit tiegħu għas-sena finanzjarja preċedenti.

Il-programm ta' ħidma annwali għandu jkun koerenti mal-programm pluriennali msemmi fil-paragrafu 2.

Kwalunkwe emenda sostanzjali fil-programm ta' ħidma annwali għandha tiġi adottata bl-istess proċedura bħall-programm ta' ħidma inizjali, skont id-dispożizzjonijiet tal-att kostitwenti.

Il-bord ta' ġestjoni jista' jiddelega s-setgħa li jagħmel emendi mhux sostanzjali fil-programm ta' ħidma annwali lill-uffiċjal awtorizzanti tal-korp tal-Unjoni.

4.   L-istima tad-dħul u n-nefqa tal-korp tal-Unjoni, sostnuta mil-linji gwida ġenerali sottostanti għal dik l-istima, għandha tinkludi:

(a)

stima tad-dħul diżaggregata skont it-Titolu, b'indikazzjoni tat-tariffi u l-imposti separata, fejn xieraq;

(b)

stima tan-nefqa (approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament), diżaggregati skont it-Titolu u l-Kapitolu tan-nefqa;

(c)

stima trimestrali tal-pagamenti fi flus u rċevuti;

(d)

pjan ta' stabbiliment li jistabbilixxi l-għadd ta' postijiet permanenti u temporanji skont il-grad u l-grupp ta' funzjoni awtorizzat fi ħdan il-limiti tal-approprjazzjonijiet tal-baġit mitluba għas-sena N+1. Meta jkun hemm bidla fl-għadd ta' postijiet fil-pjan ta' stabbiliment mitluba għas-sena N+1, għandha tingħata dikjarazzjoni li tiġġustifika t-talba għal postijiet ġodda;

L-istess informazzjoni għandha tiġi pprovduta dwar l-għadd ta' persunal kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati, u għandu jiġi espress f'ekwivalenti għall full-time.

5.   Il-programmazzjoni tar-riżorsi għandha tinkludi informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-kwistjonijiet ta' riżorsi umani u baġitari għall-finijiet ta' rapportar, b'mod partikolari:

(a)

stima tar-riżultat tal-baġit mis-sena N-1 kif imsemmi fl-Artikolu 17;

(b)

informazzjoni dwar il-kontribuzzjoni in natura mogħtija mill-Istat Membru ospitanti lill-korp tal-Unjoni għas-sena N-1;

(c)

informazzjoni dwar l-għadd ta' uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali kif definiti fir-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll esperti sekondati għas-sena N-1 u għas-sena N.

(d)

informazzjoni dwar il-kisba tal-objettivi stabbiliti preċedentement għall-attivitajiet għas-sena N-1, li turi l-użu reali tar-riżorsi finanzjarji u umani sa tmiem is-sena, maqsum skont l-attività.

Id-dokument dwar il-programmazzjoni tar-riżorsi għandu jiġi aġġornat kull sena.

6.   L-informazzjoni dwar il-politika tal-bini tal-korp tal-Unjoni għandha tinkludi:

(a)

għal kull binja, inklużi uffiċċji 'l bogħod mis-sede ewlenija, in-nefqa u l-erja tas-superfiċje koperti mill-approprjazzjonijiet tal-linji baġitarji korrispondenti fil-baġit tal-korp tal-Unjoni;

(b)

l-evoluzzjoni mistennija tal-programmazzjoni globali tal-erja tas-superfiċje u tal-binjiet għas-snin li ġejjin, b'deskrizzjoni tal-proġetti ta' bini fil-fażi ta' ppjanar li diġà ġew identifikati;

(c)

il-kundizzjonijiet u l-kostijiet finali kif ukoll l-informazzjoni rilevanti rigward l-implimentazzjoni tal-proġetti ta' bini ġodda li kienu tressqu preċedentement lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 266 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u li mhumiex inklużi fid-dokumenti ta' ħidma tas-sena ta' qabel.

7.   Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-opinjoni tagħha dwar l-abbozz tad-dokument uniku ta' programmazzjoni lill-korp tal-Unjoni fil-ħin, u f'kull każ mhux wara l-1 ta' Lulju tas-sena N.

Jekk il-korp tal-Unjoni ma jqisx b'mod sħiħ l-opinjoni tal-Kummissjoni, huwa għandu jagħti lill-Kummissjoni spjegazzjoni adegwata.

8.   Id-dokument uniku ta' programmazzjoni finali għandu jiġi adottat mill-bord maniġerjali.

9.   Il-korp tal-Unjoni għandu jibgħat kwalunkwe verżjoni aġġornata sussegwenti tad-dokument uniku ta' programmazzjoni, b'mod partikolari biex tirrifletti l-opinjoni tal-Kummissjoni u l-eżitu tal-proċedura baġitarja annwali, lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew, u lill-Kunsill.

Artikolu 33

It-tħejjija tal-baġit

1.   Il-baġit tal-korp tal-Unjoni għandu jkun stabbilit f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-att kostitwenti.

2.   Bħala parti mill-proċedura għall-adozzjoni tal-baġit, il-Kummissjoni għandha tibgħat id-dikjarazzjoni tal-estimi tal-korp tal-Unjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u tipproponi l-ammont tal-kontribuzzjoni għall-korp tal-Unjoni u l-għadd tal-persunal li hi tqis li l-korp jeħtieġ.

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-abbozz tal-pjan ta' stabbiliment tal-korpi tal-Unjoni u stima tal-għadd ta' persunal kuntrattwali u ta' esperti nazzjonali sekondati espress f'ekwivalenti ta' full-time li għalihom huma proposti approprjazzjonijiet malli l-Kummissjoni tkun stabbiliet l-abbozz tal-baġit.

3.   Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jadottaw il-pjan ta' stabbiliment tal-korp tal-Unjoni u kull emenda sussegwenti fih, f'konformità mal-Artikolu 34.

4.   Wara li l-Kummissjoni tadotta l-abbozz ta' baġit, id-dokument uniku ta' programmazzjoni għandu jiġi adottat mill-bord maniġerjali. Dan għandu jsir definittiv wara l-adozzjoni finali tal-baġit tal-Unjoni li jistabbilixxi l-ammont tal-kontribuzzjoni u l-pjan ta' stabbiliment. Jekk ikun meħtieġ, il-baġit tal-korp tal-Unjoni u l-pjan ta' stabbiliment tiegħu għandu jkun aġġustat kif xieraq.

5.   Meta tipproponi li tafda kompiti ġodda f'idejn korp tal-Unjoni, il-Kummissjoni, mingħajr ħsara għall-proċeduri leġiżlattivi għall-modifika tal-att kostitwenti, għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-informazzjoni neċessarja biex jiġi vvalutat l-impatt tal-kompiti l-ġodda fuq ir-riżorsi tal-korp tal-Unjoni sabiex janalizza, fejn ikun meħtieġ, il-finanzjament u l-livell ta' persunal tiegħu.

Artikolu 34

Baġits emendatorji

Kull emenda għall-baġit tal-korp tal-Unjoni, inkluż fil-pjan ta' stabbiliment, li tmur lil hinn mill-modifiki awtorizzati bl-Artikoli 26(1) u 38 (1) ta' dan ir-Regolament, għandha tkun is-suġġett ta' baġit emendatorju adottat bl-istess proċedura tal-baġit inizjali tal-korp tal-Unjoni, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-att kostitwenti u l-Artikolu 32 ta' dan ir-Regolament.

Il-baġits emendatorji għandhom ikunu akkumpanjati minn dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet u l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-snin finanzjarji preċedenti u dik attwali disponibbli fil-waqt tal-istabbiliment tagħhom.

KAPITOLU 2

STRUTTURA U PREŻENTAZZJONI TAL-BAĠIT TAL-KORP TAL-UNJONI

Artikolu 35

Struttura tal-baġit tal-korp tal-Unjoni

Il-baġit tal-korp tal-Unjoni għandu jkun magħmul minn dikjarazzjoni tad-dħul u dikjarazzjoni tan-nefqa.

Artikolu 36

In-nomenklatura tal-baġit

Sa fejn ikun iġġustifikat bin-natura tal-attivitajiet tal-korp tal-Unjoni, id-dikjarazzjoni tan-nefqa trid tkun ippreżentata fuq bażi ta' nomenklatura bi klassifikazzjoni skont l-iskop. Din in-nomenklatura għandha tiġi ddeterminata mill-korp tal-Unjoni u tagħmel distinzjoni ċara bejn approprjazzjonijiet amministrattivi u approprjazzjonijiet operatorji.

In-nomenklatura tal-baġit għandha timxi mal-prinċipji tal-ispeċifikazzjoni, tal-ġestjoni finanzjarja tajba u tat-trasparenza. Hija għandha tipprovdi ċ-ċarezza u t-trasparenza meħtieġa għall-proċess baġitarju, filwaqt li tiffaċilita l-identifikazzjoni tal-objettivi ewlenin kif riflessi fil-bażijiet ġuridiċi rilevanti, u tagħmel l-għażliet dwar il-prijoritajiet politiċi possibbli u tippermetti l-implimentazzjoni effiċjenti u effettiva.

Artikolu 37

Preżentazzjoni tal-baġit tal-korp tal-Unjoni

Il-baġit tal-korp tal-Unjoni għandu juri:

(a)

fid-dikjarazzjoni tad-dħul:

(i)

id-dħul stmat tal-korp tal-Unjoni għas-sena finanzjarja kkonċernata (“sena N”);

(ii)

id-dħul stmat għas-sena finanzjarja preċedenti u d-dħul għas-sena N-2;

(iii)

kummenti xierqa fuq kull linja tad-dħul.

(b)

fid-dikjarazzjoni tan-nefqa:

(i)

l-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament għas-sena N;

(ii)

l-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament għas-sena finanzjarja ta' qabel, u n-nefqa impenjata u n-nefqa mħallsa fis-sena N-2 — din tal-aħħar espressa wkoll bħala perċentwal tal-baġit tal-korp tal-Unjoni għas-sena N;

(iii)

dikjarazzjoni fil-qosor tal-iskeda ta' ħlasijiet dovuti fis-snin finanzjarji ta' wara biex jintlaħqu l-impenji tal-baġit mibdijin fi snin finanzjarji ta' qabel;

(iv)

kummenti xierqa fuq kull sottodiviżjoni.

Artikolu 38

Regoli dwar il-pjanijiet ta' stabbiliment għall-persunal

1.   Il-pjan ta' stabbiliment imsemmi fl-Artikolu 32(4) maġenb l-għadd ta' postijiet awtorizzati għas-sena finanzjarja għandu juri l-għadd awtorizzat għas-sena preċedenti u l-għadd ta' postijiet li fil-fatt imtlew. Dan għandu jkun limitu assolut għall-korp tal-Unjoni. Ma jistgħux isiru ħatriet li jaqbżu l-limitu li jkun ġie stabbilit.

Madankollu, ħlief fil-każ tal-gradi AD 16, AD 15, AD 14 u AD 13, il-bord maniġerjali jista' jimmodifika l-pjan ta' stabbiliment sa 10 % tal-postijiet awtorizzati, suġġett għall-kundizzjonijiet segwenti:

(a)

il-volum tal-approprjazzjonijiet tal-persunal li jikkorrispondu għal sena finanzjarja sħiħa ma jkunx affettwat;

(b)

il-limitu tal-għadd totali ta' postijiet awtorizzati mill-pjan ta' stabbiliment ma jinqabiżx;

(c)

il-korp tal-Unjoni jkun ħa sehem f'eżerċizzju ta' parametraġġ referenzjarju ma' korpi oħra tal-Unjoni kif mibdi mill-eżerċizzju ta' skrinjar tal-persunal tal-Kummissjoni.

2.   B'deroga għat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-effetti ta' xogħol part-time awtorizzat mill-awtorita li taħtar skont ir-Regolamenti tal-persunal jistgħu jkunu kkompensati b'ħatriet oħrajn. Meta membru tal-persunal jitlob l-irtirar tal-awtorizzazzjoni qabel l-iskadenza tal-perjodu mogħti, il-korp tal-Unjoni għandu jieħu l-miżuri xierqa biex jirrispetta l-limitu msemmi fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 malajr kemm jista' jkun.

TITOLU IV

IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT TAL-KORP TAL-UNJONI

KAPITOLU 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 39

Implimentazzjoni tal-baġit skont il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba

1.   Id-direttur għandu jaqdi d-dmirijiet tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni. Huwa għandu jimplimenta d-dħul u n-nefqa tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji tal-korp tal-Unjoni u l-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba fir-responsabbiltà tiegħu u fil-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati.

2.   Mingħajr ebda ħsara għar-responsabbiltajiet tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni fir-rigward tal-prevenzjoni u l-kxif ta' frodi u irregolaritajiet, il-korp tal-Unjoni għandu jieħu sehem f'attivijtaijet ta' prevenzjoni tal-frodi tal-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi.

Artikolu 40

Informazzjoni dwar it-trasferimenti ta' data personali għal finijiet ta' awditjar

Fi kwalunkwe sejħa li ssir fil-kuntest ta' għotjiet, ta' akkwist jew ta' premji implimentati f'implimentazzjoni diretta, il-benefiċjarji potenzjali, il-kandidati, l-offerenti u l-parteċipanti, f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għandhom jiġu informati li, bl-iskop li jkunu mħarsa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, id-data personali tagħhom tista' tiġi ttrasferita lis-servizzi ta' awditjar intern, lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri jew lill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi u bejn l-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni tal-korpi tal-Unjoni, tal-Kummissjoni u tal-aġenziji eżekuttivi.

Artikolu 41

Delegazzjoni tas-setgħat għall-implimentazzjoni tal-baġit

1.   Id-Direttur jista' jiddelega s-setgħat għall-implimentazzjoni tal-baġit lil persunal tal-korp tal-Unjoni kopert mir-Regolamenti tal-Persunal, f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fir-regoli finanzjarji tal-korp tal-Unjoni adottati mill-bord maniġerjali. Dawk li jingħataw din is-setgħa jistgħu jaġixxu biss fil-limiti tal-poteri espressament mogħtija lilhom.

2.   Il-persuna mogħtija d-delega tista' tissottodelega s-setgħat mogħtija lilha bil-qbil espliċitu tad-direttur.

Artikolu 42

Kunflitti ta' interess

1.   L-atturi finanzjarji skont it-tifsira tal-Kapitolu 3 ta' dan it-Titolu u persuni oħra, inklużi l-membri tal-Bord Maniġerjali, involuti fl-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-baġit, inklużi l-atti preparatorji tiegħu, l-awditu jew il-kontroll, ma għandhom jieħdu l-ebda azzjoni li tista' ġġib l-interessi tagħhom f'kunflitt ma' dawk tal-korp tal-Unjoni. Għandhom jieħdu wkoll miżuri xierqa sabiex jipprevjenu li jqum kunflitt ta' interess fil-funzjonijiet taħt ir-responsabbiltà tagħhom u sabiex jindirizzaw sitwazzjonijiet li jistgħu jiġu perċepiti b'mod oġġettiv bħala kunflitt ta' interess.

Meta jkun hemm riskju ta' kunflitt ta' interess, il-persuna kkonċernata għandha tirreferi l-affari lill-awtorità kompetenti. L-awtorità kompetenti għandha tikkonferma bil-miktub jekk instabx li hemm kunflitt ta' interess. F'dak il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-persuna kkonċernata twaqqaf kull attivita fil-kwistjoni. L-awtorità kompetenti għandha tieħu kwalunkwe azzjoni ulterjuri li tkun xierqa.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, kunflitt ta' interess ikun jeżisti fejn l-eżerċizzju imparzjali u oġġettiv tal-funzjonijiet ta' attur finanzjarju jew ta' persuna oħra, kif jissemma fil-paragrafu 1, ikun kompromess għal raġunijiet li jinvolvu l-familja, il-ħajja emozzjonali, l-affinità politika jew nazzjonali, l-interess ekonomiku jew kwalunkwe interess personali dirett jew indirett ieħor.

3.   L-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun id-direttur. Jekk il-membru tal-persunal ikkonċernat ikun id-direttur, l-awtorità kompetenti għandha tkun l-bord maniġerjali jew, fejn permess mill-att kostitwenti, il-bord eżekuttiv. F'każ ta' kunflitt ta' interess li jinvolvi membru tal-bord maniġerjali, l-awtorità kompetenti għandha tkun il-bord maniġerjali, bl-esklużjoni tal-membru kkonċernat.

4.   Il-korp tal-Unjoni għandu jadotta regoli dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, u kull sena għandu jippubblika fis-sit web tiegħu d-dikjarazzjoni tal-interessi tal-membri tal-bord maniġerjali.

KAPITOLU 2

Artikolu 43

Metodu ta' implimentazzjoni tal-baġit tal-korp tal-Unjoni

1.   Il-baġit tal-korp tal-Unjoni għandu jkun implimentat mid-direttur fid-dipartimenti taħt l-awtorità tiegħu.

2.   Sabiex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet tagħhom, il-korpi tal-Unjoni jistgħu jikkonkludu ftehimiet dwar il-livell ta' servizz kif imsemmi fl-Artikolu 59 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

3.   Kompiti li jinvolvu għarfien espert tekniku u kompiti amminstrattivi, preparatorji jew anċillarji li la jinvolvu l-eżerċitar ta' awtorità pubblika u lanqas l-użu ta' setgħat ta' ġudizzju diskrezzjonali jistgħu jingħataw b'kuntratt lil entitajiet esterni tal-qasam privat, fejn ma jistax isir mod ieħor.

KAPITOLU 3

ATTURI FINANZJARJI

TAQSIMA 1

Il-Prinċipju tas-Segregazzjoni tad-Dmirijiet

Artikolu 44

Is-segregazzjoni tad-dmirijiet

Id-dmirijiet tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni u tal-uffiċjal tal-kontabilità għandhom ikunu segregati u reċiprokament esklussivi.

Il-korp tal-Unjoni għandu jipprovdi lil kull attur finanzjarju bir-riżorsi meħtieġa sabiex ikun jista' jaqdi d-dmirijiet tiegħu u bi statut li jiddeskrivi fid-dettall il-kompiti, id-drittijiet u l-obbligi tiegħu.

TAQSIMA 2

Uffiċjal tal-Awtorizzazzjoni

Artikolu 45

Poteri u dmirijiet tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni

1.   L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tad-dħul u tan-nefqa b'konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, inkluż billi jiżgura r-rapportar dwar il-prestazzjoni u billi jiżgura l-konformità mar-rekwiżiti tal-legalità u regolarità u t-trattament indaqs ta' benefiċjarji ta' fondi tal-Unjoni.

2.   L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jqiegħed fis-seħħ l-istruttura organizzazzjonali u s-sistemi ta' kontroll intern li huma idonei għat-twettiq tad-dmirijiet tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni, f'konformità mal-istandards minimi jew il-prinċipji adottati mill-bord maniġerjali jew, meta l-att kostitwenti jippermetti dan, mill-bord eżekuttiv, skont il-Qafas ta' Kontroll Intern stipulat mill-Kummissjoni għad-dipartimenti tagħha stess u billi jittieħdu inkonsiderazzjoni r-riskji assoċjati mal-ambjent maniġerjali, inkluż, fejn applikabbli, riskji speċifiċi assoċjati mal-uffiċji deċentralizzati, u t-tip ta' azzjonijiet iffinanzjati.

L-istabbiliment ta' tali struttura u sistemi għandu jkun appoġġat minn analiżi komprensiva tar-riskju, li tqis il-kosteffettività tagħhom u konsiderazzjonijiet ta' prestazzjoni.

L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jista' jistabbilixxi fid-dipartiment tiegħu stess funzjoni ta' għarfien esperti u pariri biex jgħinuh jikkontrolla r-riskji involuti fl-attivitajiet tiegħu.

3.   Sabiex jimplimenta n-nefqa, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jagħmel impenji baġitarji u impenji legali, għandu jivvalida n-nefqa u jawtorizza l-pagamenti, u għandu jieħu l-passi preliminari għall-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet.

4.   Sabiex jimplimenta d-dħul, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jfassal l-istimi tal-ammonti riċevibbli, jistabbilixxi l-intitolamenti li għandhom jiġu rkuprati u joħroġ l-ordnijiet ta' rkupru. Fejn xieraq, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jirrinunzja intitolamenti stabbiliti.

5.   Sabiex jiġu evitati żbalji u irregolaritajiet qabel l-awtorizzazzjoni ta' operazzjonijiet u biex jiġu mitigati r-riskji li ma jintlaħqux l-objettivi, kull operazzjoni għandha tkun soġġetta mill-inqas għal kontroll ex ante relatat mal-aspetti operazzjonali u finanzjarji tal-operazzjoni, fuq il-bażi ta' strateġija ta' kontroll pluriennali li tqis ir-riskju u l-kosteffettività.

Il-firxa f'termini tal-frekwenza u tal-intensità tal-kontrolli ex ante għandha tiġi ddeterminata mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni filwaqt li jitqiesu r-riżultati tal-kontrolli preċedenti kif ukoll kunsiderazzjonijiet ibbażati fuq ir-riskji u l-kosteffettività, abbażi tal-analiżi tiegħu tar-riskji. F'każ ta' dubju, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli mill-validazzjoni tal-operazzjonijiet rilevanti għandu, bħala parti mill-kontroll ex ante, jitlob informazzjoni komplimentari jew jagħmel kontroll fuq il-post sabiex jikseb assigurazzjoni raġonevoli.

6.   Għall-iskop tal-kontrolli, serje ta' tranżazzjonijiet individwali simili relatati man-nefqa ta' rutina fuq is-salarji, il-pensjonijiet, ir-rimborż tal-ispejjeż tal-missjonijiet u tal-ispejjeż mediċi jistgħu jiġu kkunsidrati mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni li jikkostitwixxu operazzjoni waħda.

7.   Għal operazzjoni partikolari, il-verifika għandha ssir minn persunal li ma kienx dak li ta bidu għall-operazzjoni. Il-persunal li jwettaq il-verifiki ma għandux jaqa' taħt il-membri tal-persunal li nedew l-operazzjoni.

8.   L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jista' jimplimenta kontrolli ex post sabiex jiġu identifikati u kkoreġuti żbalji u irregolaritajiet ta' operazzjonijiet wara li jkunu ġew awtorizzati. Dawn il-kontrolli jistgħu jkunu organizzati fuq bażi ta' kampjun skont ir-riskju u għandhom iqisu r-riżultati tal-kontrolli preċedenti kif ukoll kunsiderazzjonijiet dwar il-kosteffettività u l-prestazzjoni.

9.   Il-kontrolli ex post għandhom jitwettqu minn membri tal-persunal għajr dawk responsabbli għall-kontrolli ex ante. Il-persunal responsabbli għall-kontrolli ex-post ma għandux ikun subordinat għall-membri tal-persunal responsabbli għall-kontrolli ex ante.

Il-kontrolli ex post jistgħu jsiru permezz ta' awditi finanzjarji fil-post tal-benefiċjarji.

Ir-regoli u l-modalitajiet, inkluż il-perjodi ta' żmien, għat-twettiq tal-awditi tal-benefiċjarji għandhom ikunu ċari, konsistenti u trasparenti, u għandhom ikunu disponibbli meta jiġi ffirmat il-ftehim ta' għotja.

10.   L-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni responsabbli u l-persunal responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit għandu jkollhom il-ħiliet professjonali meħtieġa. Huma jridu jżommu ma' kodiċi speċifiku ta' standards professjonali adottat mill-korp tal-Unjoni u bbażat fuq standards preskritti mill-Kummissjoni għad-dipartimenti tagħha stess.

11.   Jekk membru tal-persunal involut fl-amministrazzjoni finanzjarja u fil-kontroll tat-tranżazzjonijiet iqis li deċiżjoni li s-superjur tiegħu jirrikjedi minnu li japplika jew li jaqbel magħha tkun irregolari jew tmur kontra l-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba jew kontra r-regoli professjonali li dak il-membru tal-persunal huwa rikjest li josserva, huwa għandu jinforma lid-direttur tiegħu li, jekk l-informazzjoni tkun ingħatat bil-mitkub, għandu jirrispondi bil-miktub. Jekk id-direttur jonqos milli jieħu azzjoni fi żmien raġonevoli skont iċ-ċirkostanzi tal-każ u f'kull każ fi żmien xahar jew jikkonferma d-deċiżjoni jew l-istruzzjoni inizjali tiegħu u l-membru tal-persunal iqis li tali konferma ma tikkostitwix tweġiba raġonevoli għat-tħassib tiegħu, il-membru tal-persunal għandu jinforma lill-bord rilevanti msemmi fl-Artikolu 143 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u lill-bord maniġerjali bil-miktub.

12.   Fil-każ ta' kwalunkwe attività illegali, frodi jew korruzzjoni li jistgħu jkunu ta' ħsara għall-interessi tal-Unjoni, membru tal-persunal jew ħaddiem ieħor, inklużi esperti nazzjonali ssekondati mal-korp tal-Unjoni, għandhom jinfurmaw lis-superjur ġerarkiku dirett tagħhom, lid-direttur tal-bord maniġerjali tal-korp tal-Unjoni, jew lill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi jew l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew direttament. Il-kuntratti mal-awdituri esterni li jwettqu awditjar tal-ġestjoni finanzjarja tal-korp tal-Unjoni għandhom jipprevedu obbligu tal-awditur estern biex jinforma lid-direttur jew, jekk dan jista' jkun involut, lill-bord maniġerjali, bi kwalunkwe suspett ta' attività illegali, frodi jew korruzzjoni li tista' tippreġudika l-interessi tal-Unjoni.

Artikolu 46

Delega tal-implimentazzjoni tal-baġit

Meta s-setgħat tal-implimentazzjoni tal-baġit huma ddelegati jew sottodelegati f'konformità mal-Artikolu 41, id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikolu 45 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni b'delega jew sottodelega.

Artikolu 47

Żamma ta' dokumenti ta' sostenn mill-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni

1.   L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jistabbilixxi sistemi elettroniċi jew stampati għaż-żamma ta' dokumenti ta' sostenn oriġinali relatati mal-implimentazzjoni tal-baġit. Tali dokumenti għandhom jinżammu għal mill-inqas ħames snin minn meta l-Parlament Ewropew jagħti l-kwittanza għas-sena finanzjarja marbuta mad-dokumenti.

2.   Dokumenti relatati ma' operazzjonijiet li jkunu għadhom mhumiex magħluqin għalkollox għandhom jinżammu għal żmien itwal milli previst fil-paragrafu 1, jiġifieri sal-aħħar tas-sena ta' wara dik li fiha jingħalqu l-operazzjonijiet.

3.   Id-data personali inkluża fid-dokumenti ta' sostenn għandha, fejn possibbli, titħassar meta dik id-data ma tkunx neċessarja għall-finijiet ta' kwittanza baġitarja, ta' kontroll u ta' awditjar. L-Artikolu 88 tar-Regolament (UE) 2018/1725 għandu japplika għall-konservazzjoni tad-data.

Artikolu 48

Rapport tal-Attività Annwali Kkonsolidat

1.   L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jirrapporta lill-bord ta' ġestjoni dwar it-twettiq tad-doveri tiegħu fil-forma ta' rapport tal-attività annwali kkonsolidat li jkun fih:

(a)

informazzjoni dwar:

(i)

il-kisba tal-objettivi u r-riżultati stipulati fid-Dokument Uniku ta' Programmazzjoni msemmi fl-Artikolu 32 permezz tar-rappurtar dwar is-sett ta' indikaturi tal-prestazzjoni;

(ii)

il-pjan ta' azzjoni biex isir segwitu fuq il-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 29 u r-rapport dwar il-progress tiegħu f'konformità mal-Artikolu 29(4);

(iii)

l-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma annwali, il-baġit u riżorsi tal-persunal tal-korp imsemmija fl-Artikolu 32(5)(c);

(iv)

il-kontribut tal-korp tal-Unjoni għall-kisba tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni;

(v)

il-ġestjoni organizzazzjonali u dwar l-effiċjenza u l-effettività tas-sistemi ta' kontroll intern, inkluża l-implimentazzjoni tal-istrateġija għal kontra l-frodi tal-korp, is-sommarju tal-għadd u t-tip ta' awditi interni mwettqin mill-awditur intern, il-kapaċitajiet ta' awditjar intern, ir-rakkomandazzjonijiet magħmula u l-azzjoni li ttieħdet dwar dawn ir-rakkomandazzjonijiet u dwar ir-rakkomandazzjonijiet ta' snin preċedenti, kif imsemmi fl-Artikoli 82 u 83;

(vi)

kwalunkwe osservazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri u l-azzjonijiet meħuda dwar dawn l-osservazzjonijiet;

(vii)

il-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 7;

(viii)

il-ftehimiet dwar il-livell ta' servizz imsemmija fl-Artikolu 43;

(ix)

l-atti ta' delega u sottodelega msemmija fl-Artikolu 41.

(b)

dikjarazzjoni tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni li jiddikjara jekk huwa għandux assigurazzjoni raġonevoli li sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fi kwalunkwe riservi marbuta ma' oqsma definti ta' dħul u nefqa:

(i)

l-informazzjoni li hemm fir-rapport tippreżenta stampa vera u ġusta;

(ii)

ir-riżorsi assenjati lill-attivitajiet deskritti fir-rapport intużaw għall-finijiet intenzjonati tagħhom u f'konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzarja tajba;

(iii)

il-proċeduri ta' kontroll li jkun hemm jagħtu l-garanziji meħtieġa dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti.

Ir-rapport ta' attività annwali kkonsolidat għandu jindika r-riżultati tal-operazzjonijiet b'referenza għall-objettivi stabbiliti u konsiderazzjonijiet dwar il-prestazzjoni, ir-riskji assoċjati mal-operazzjonijiet, l-użu li jkun sar mir-riżorsi provduti u l-effiċjenza u l-effikaċja tas-sistemi ta' kontroll intern, inkluża valutazzjoni ġenerali tal-kostijiet u tal-benefiċċji tal-kontrolli.

Ir-rapport annwali kkonsolidat għandu jiġi ppreżentat lill-bord ta' ġestjoni għall-valutazzjoni.

2.   Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju ta' kull sena, ir-rapport ta' attività annwali kkonsolidat flimkien mal-valutazzjoni tiegħu għandu jintbagħat mill-bord ta' ġestjoni lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3.   Rekwiżiti ta' rapportar addizzjonali jistgħu jkunu pprovduti fl-att kostitwenti f'każijiet ġustifikati kif xieraq, b'mod partikolari meta dan ikun meħtieġ min-natura tal-qasam li fiha jopera l-korp.

TAQSIMA 3

Uffiċjal tal-kontabilità

Artikolu 49

Setgħat u dmirijiet tal-uffiċjal tal-kontabilità

Il-bord maniġerjali għandu jaħtar uffiċjal tal-kontabilità li fil-korp tal-Unjoni għandu jkun responsabbli għal:

(a)

l-implimentazzjoni tajba tal-pagamenti, il-ġbir tad-dħul u l-irkupru tal-ammonti stabbiliti bħala riċevibbli;

(b)

it-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-kontijiet skont it-Titolu X;

(c)

iż-żamma tal-kontijiet skont it-Titolu X;

(d)

l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kontabilità kif ukoll il-pjan tal-kontabilità skont id-dispożizzjonijiet adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni;

(e)

l-istabbiliment u l-validazzjoni tas-sistemi kontabilistiċi u, fejn xieraq, il-validazzjoni tas-sistemi stabbiliti mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni maħsuba sabiex ifornu jew jiġġustifikaw l-informazzjoni kontabilistika;

(f)

l-immaniġġar ta' flus.

Fir-rigward tal-kompiti msemmija fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu, l-uffiċjal tal-kontabilità għandu jingħata s-setgħa biex jivverifika fi kwalunkwe ħin il-konformità mal-kriterji ta' validazzjoni.

Artikolu 50

Il-ħatra u t-terminazzjoni tad-dmirijiet tal-uffiċjal tal-kontabilità

1.   Il-bord maniġerjali għandu jaħtar uffiċjal tal-kontabilità, kopert bir-Regolamenti tal-Persunal, li fil-qadi ta' dmirijietu għandu jkun totalment indipendenti. L-uffiċjal tal-kontabilità għandu jintgħażel mill-bord maniġerjali fuq il-bażi tal-kompetenza partikolari tiegħu kif murija minn diplomi jew minn esperjenza professjonali ekwivalenti.

2.   Jista' jkun hemm żewġ korpi tal-Unjoni jew aktar li jaħtru l-istess uffiċjal tal-kontabilità. F'każ bħal dan, għandhom jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa sabiex jevitaw kwalunkwe kunflitt ta' interess.

Il-korpi tal-Unjoni jistgħu wkoll jaqblu mal-Kummissjoni li l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għandu jaġixxi wkoll bħala l-uffiċjal tal-kontabilità tal-korp tal-Unjoni.

Il-korpi tal-Unjoni jistgħu wkoll jafdaw lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni b'parti mill-kompiti ta' uffiċjal tal-kontabilità tal-korp tal-Unjoni, huma u jqisu l-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji msemmija fl-Artikolu 28.

3.   Għandu jitħejja bilanċ ta' tqabbil preliminari mingħajr dewmien f'każ ta' terminazzjoni tad-dmirijiet tal-uffiċjal tal-kontabilità.

Il-bilanċ ta' tqabbil preliminari, flimkien ma' rapport tat-trażmissjoni tal-inkarigu għandu jiġi trażmess mill-uffiċjal tal-kontabilità li qed itemm dmirijietu jew, jekk dan ma jkunx possibbli, minn membru tal-persunal fid-dipartiment tiegħu lill-uffiċjal tal-kontabilità l-ġdid.

L-uffiċjal tal-kontabilità l-ġdid għandu jiffirma l-bilanċ ta' tqabbil preliminari b'aċċettazzjoni fi żmien xahar mid-data tat-trażmissjoni u dan jista' jagħmel riservi.

Ir-rapport tat-trażmissjoni tal-inkarigu għandu jinkludi wkoll ir-riżultat tal-bilanċ ta' tqabbil preliminari u kull riserva li ssir.

Artikolu 51

Regoli tal-kontabilità

L-uffiċjal tal-kontabilità tal-korp tal-Unjoni għandu japplika r-regoli adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni abbażi ta' standards tal-kontabilità aċċettati internazzjonalment għas-settur pubbliku.

Għall-finijiet tal-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu, għandhom japplikaw l-Artikoli minn 80 sa 84 u 87 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. L-Artikoli 85 u 86 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

TAQSIMA 4

Amministratur tal-impresti

Artikolu 52

Kontijiet tal-impresti

L-Artikolu 88 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandu japplika.

Artikolu 53

Ħolqien u amministrazzjoni ta' kontijiet tal-impresti

Meta l-korp tal-Unjoni jwaqqaf kontijiet tal-impresti, għandu japplika l-Artikolu 89 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

KAPITOLU 4

RESPONSABBILTÀ TAL-ATTURI FINANZJARJI

TAQSIMA 1

Regoli ġenerali

Artikolu 54

L-irtirar ta' delegi ta' setgħat lill-atturi finanzjarji u s-sospensjoni tal-kompiti tagħhom

L-Artikolu 90 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandu japplika.

Artikolu 55

Responsabbiltà tal-atturi finanzjarji għal attività illegali, frodi jew korruzzjoni

L-Artikolu 91 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandu japplika.

TAQSIMA 2

Regoli applikabbli għall-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni

Artikolu 56

Regoli applikabbli għall-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni

L-Artikolu 92 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandu japplika.

Artikolu 57

It-trattament tal-irregolaritajiet finanzjarji min-naħa ta' membru tal-persunal

L-Artikolu 93 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandu japplika.

TAQSIMA 3

Regoli applikabbli għall-uffiċjali tal-kontabilità u amministraturi tal-impresti

Artikolu 58

Regoli applikabbli għall-uffiċjali tal-kontabilità

L-Artikolu 94 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandu japplika.

Artikolu 59

Regoli applikabbli għall-uffiċjali tal-impresti

L-Artikolu 95 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandu japplika.

KAPITOLU 5

OPERAZZJONIJIET TA' DĦUL

Artikolu 60

Talba għall-ħlas

Il-korp tal-Unjoni għandu jippreżenta lill-Kummissjoni talbiet għall-ħlas tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni kollha jew parti minnha skont l-Artikolu 16(6) skont it-termini u fil-perjodi maqbula mal-Kummissjoni.

Artikolu 61

Trattament ta' imgħax

L-imgħax iġġenerat minn fondi mħallsa lill-korp tal-Unjoni mill-Kummissjoni permezz tal-kontribuzzjoni ma għandux ikun dovut għall-baġit tal-Unjoni.

Artikolu 62

Stima tal-ammonti riċevibbli

L-Artikolu 97 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandu japplika.

Artikolu 63

Stabbiliment tal-ammonti riċevibbli

L-Artikolu 98 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandu japplika mutatis mutandis.

Artikolu 64

Imgħax ta' inadempjenza

L-Artikolu 99 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandu japplika.

Artikolu 65

Awtorizzazzjoni tal-irkupru

L-awtorizzazzjoni tal-irkupru hija att li permezz tiegħu l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jagħti struzzjonijiet lill-uffiċjal tal-kontabilità, bil-ħruġ ta' ordni ta' rkupru, sabiex jirkupra ammont riċevibbli li l-uffiċjal awtorizzanti jkun stabbilixxa.

Artikolu 66

Regoli dwar l-irkupru

Il-paragrafi minn 1 sa 6 tal-Artikolu 101 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Artikolu 67

Irkupru permezz ta' tpaċija

L-Artikolu 102 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandu japplika mutatis mutandis.

Artikolu 68

Proċedura ta' rkupru meta ma jsirx ħlas volontarju

L-Artikolu 103 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandu japplika.

Artikolu 69

Żmien addizzjonali għall-ħlas

L-Artikolu 104 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandu japplika.

Artikolu 70

Perjodu ta' limitazzjoni

L-Artikolu 105 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandu japplika mutatis mutandis.

Artikolu 71

Dispożizzjonijiet speċifiċi applikabbli għat-tariffi u l-imposti

Meta l-korp tal-Unjoni jiġbor tariffi u imposti msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 6(3), għandha tiġi inkluża stima proviżorja globali ta' tali tariffi u imposti fid-dokument uniku ta' programmazzjoni msemmi fl-Artikolu 32.

Fejn it-tariffi u l-imposti huma ddeterminati kompletament permezz ta' leġiżlazzjoni jew deċiżjonijiet tal-bord ta' ġestjoni, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jista' jastjeni milli joħroġ ordnijiet ta' rkupru u, wara li jkun stabbilixxa l-ammont riċevibbli, iħejji direttament noti ta' debitu. F'dan il-każ, għandhom jiġu rreġistrati d-dettalji kollha tal-intitolament tal-korp tal-Unjoni. L-uffiċjal tal-kontabilità għandu jżomm lista tan-noti ta' debitu kollha u jagħti l-għadd ta' noti ta' debitu u l-ammont globali fir-rapport tal-korp tal-Unjoni dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja.

Fejn il-korp tal-Unjoni juża sistema ta' fatturar separata, l-uffiċjal tal-kontabilità għandu jdaħħal is-somma akkumulata ta' tariffi u imposti riċevuti fil-kontijiet regolarment, u tal-anqas kull xahar.

Il-korp tal-Unjoni għandu jipprovdi servizzi bis-saħħa tal-kompiti fdati lilu biss wara li l-ħlas korrispondenti jkun tħallas kollu kemm hu. Madankollu, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, servizz jista' jiġi pprovdut mingħajr pagament minn qabel tal-imposta jew tariffa korrispondenti. F'każijiet fejn ikun ingħata servizz mingħajr ma kien hemm pagament minn qabel tal-imposta jew tariffa korrispondenti, għandhom japplikaw l-Artikoli 63 sa 70 japplikaw.

KAPITOLU 6

OPERAZZJONIJIET TAN-NEFQA

Artikolu 72

Deċiżjonijiet ta' finanzjament

1.   Impenn baġitarju għandu jiġi wara deċiżjoni ta' finanzjament. L-approprjazzjonijiet amministrattivi jistgħu jiġu implimentati mingħajr ma ssir deċiżjoni ta' finanzjament minn qabel.

2.   Il-programm ta' ħidma annwali u pluriennali tal-korp tal-Unjoni inklużi fid-dokument uniku ta' programmazzjoni msemmi fl-Artikolu 32 għandu jkun ekwivalenti għal deċiżjoni ta' finanzjament għall-attivitajiet li jkopri, dment li l-elementi stipulati fl-Artikoli 32(2) u (3) jkunu identifikati b'mod ċar. Deċiżjoni ta' finanzjament pluriennali għandha tispeċifika li l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tkun soġġetta għad-disponibbiltà tal-approprjazzjonijiet baġitarji għas-snin finanzjarji rispettivi wara l-adozzjoni tal-baġit jew kif previst fis-sistema ta' parti minn kull tnax proviżorja.

3.   Id-deċiżjoni ta' finanzjament għandha tinkludi wkoll dan li ġej:

(a)

għall-għotjiet: it-tip ta' applikanti fil-mira tas-sejħa għal proposti jew l-għotja diretta u l-pakkett baġitarju globali riżervat għall-għotjiet;

(b)

għall-akkwisti: il-pakkett baġitarju globali riżervat għall-akkwisti;

(c)

għall-premji: it-tip ta' parteċipanti fil-mira tal-kompetizzjoni, il-pakkett baġitarju globali riżervat għall-kompetizzjoni u referenza speċifika għall-premji b'valur unitarju ta' EUR 1 000 000 jew aktar.

Artikolu 73

Operazzjonijiet tan-nefqa

1.   Kull partita tan-nefqa għandha tiġi impenjata, ivvalidata, awtorizzata u titħallas.

Fi tmiem il-perjodi msemmijin fl-Artikolu 75, il-bilanċ mhux użat tal-impenji baġitarji għandu jkun diżimpenjat.

Meta jeżegwixxi operazzjonijiet, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jara li n-nefqa timxi mat-Trattati, mal-baġit, ma' dan ir-Regolament u ma' atti oħrajn adottati skont it-Trattati kif ukoll mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba.

2.   L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jagħmel impenn baġitarju qabel jidħol f'impenn legali ma' partijiet terzi.

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal impenji legali konklużi wara dikjarazzjoni ta' sitwazzjoni ta' kriżi fil-qafas ta' pjan għall-kontinwità operazzjonali, f'konformità mal-proċeduri adottati mill-korp tal-Unjoni.

3.   L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jivvalida n-nefqa billi jaċċetta li entrata tan-nefqa tiġi ddebitata mill-baġit tal-korp tal-Unjoni, wara li jkun ivverifika d-dokumenti ta' sostenn li jikkonfermaw l-intitolament tal-kreditur skont il-kondizzjonijiet stipulati fl-impenn legali meta jkun hemm impenn legali. Għal dan il-għan, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu:

(a)

jivverifika l-eżistenza tal-intitolament tal-kreditur;

(b)

jiddetermina jew jivverifika l-pretensjoni hijiex vera u l-ammont tagħha permezz tal-ġira “[i]ċċertifikat korrett”;

(c)

jivverifika l-kundizzjonijiet skont liema ħlas huwa dovut.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, il-validazzjoni tan-nefqa għandha tapplika wkoll għal rapporti interim jew finali mhux assoċjati ma' talba għall-ħlas, f'liema każ l-impatt fuq is-sistema kontabilistika jkun limitat għall-kontijiet ġenerali.

4.   Id-deċiżjoni ta' validazzjoni għandha tiġi espressa permezz ta' firma b'sigurtà elettronika skont l-Artikolu 146 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni, jew minn membru tal-persunal teknikament kompetenti, debitament mogħti s-setgħa b'deċiżjoni formali tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni, jew, f'eċċezzjonijiet, għal proċessi ta' xogħol bil-karti, fil-forma ta' timbru li jinkorpora dik il-firma.

Bil-ġira “[i]ċċertifikat korrett”, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jew membru tal-persunal teknikament kompetenti, mogħti s-setgħa kif xieraq mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jiċċertifika li:

(a)

għall-prefinanzjament: il-kundizzjonijiet meħtieġa fl-impenn legali għall-ħlas għall-prefinanzjament huma ssodisfati;

(b)

għall-pagamenti interim u tal-bilanċ f'kuntratti, li s-servizzi previsti fil-kuntratt ġew ipprovduti kif xieraq, il-provvisti ġew fornuti kif xieraq jew li x-xogħol twettaq kif xieraq;

(c)

għall-pagamenti interim u tal-bilanċ f'għotjiet, li l-azzjoni jew il-programm ta' ħidma mwettqin mill-benefiċjarju huma f'kull aspett konformi mal-ftehim ta' għotja, inkluż, fejn applikabbli, li l-kostijiet iddikjarati mill-benefiċjajru huma eliġibbli.

Fil-każ imsemmi fil-punt (c) tat-tieni subparagrafu, l-estimi tal-kost ma għandhomx jitqiesu li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà stipulati fl-Artikolu 186(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. L-istess prinċipju għandu japplika wkoll għal rapporti interim u finali mhux assoċjati ma' talba ta' pagament.

5.   Sabiex jawtorizza n-nefqa, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni, wara li jkun ivverifika li l-approprjazzjonijiet ikunu disponibbli, għandu joħroġ ordni għall-ħlas biex jagħti struzzjoni lill-uffiċjal tal-kontabilità sabiex iħallas l-ammont tan-nefqa li kien ġie vvalidat preċedentement.

6.   Fejn isiru pagamenti perjodiċi fir-rigward tas-servizzi mogħtija, inklużi s-servizzi ta' kiri jew ta' merkanzija konsenjata, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jista', soġġett għall-analiżi tar-riskju ta' dak l-uffiċjal, jordna l-applikazzjoni ta' sistema ta' debitu dirett minn kont tal-imprest.

Artikolu 74

Tipi ta' impenji baġitarji

1.   L-impenji tal-baġit jaqgħu taħt waħda mit-tliet kategoriji li ġejjin:

(a)

individwali: meta r-riċevitur u l-ammont tan-nefqa jkunu magħrufin;

(b)

globali: meta tal-anqas wieħed mill-elementi meħtieġa biex ikun identifikat l-impenn individwali jkun għadu mhux magħruf;

(c)

proviżorji: biex ikopru nefqa amministrattiva ta' rutina fejn jew l-ammont jew il-benefiċjarji finali ma jkunux magħrufa definittivament.

2.   L-impenji baġitarji għal azzjonijiet li jestendu għal aktar minn sena finanzjarja waħda jistgħu jkunu maqsuma matul diversi snin f'pagamenti parzjali annwali biss meta l-att kostitwenti jew l-att bażiku jippevedi dan jew fejn ikunu relatati man-nefqa amministrattiva.

3.   Impenn baġitarju globali għandu jittieħed fuq il-bażi ta' deċiżjoni ta' finanzjament.

L-aktar tard li jista' jsir l-impenn baġitarju globali huwa qabel ma tittieħed id-deċiżjoni dwar ir-riċevituri u l-ammonti u, meta l-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ikkonċernati tkun tinvolvi l-adozzjoni ta' programm ta' ħidma, kmieni kemm jista' jkun wara l-adozzjoni ta' dak il-programm.

4.   L-impenn baġitarju globali għandu jiġi implimentat permezz tal-konklużjoni ta' impenn legali wieħed jew iktar.

5.   Kull impenn legali individwali adottat wara impenn baġitarju globali għandu, qabel jiġi ffirmat, ikun irreġistrat mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni fil-kontijiet tal-baġit ċentrali u jiġi rreġistrat fl-impenn baġitarju globali.

6.   L-impenji baġitarji proviżorji għandhom jiġu implimentati bl-assunzjoni ta' impenn legali wieħed jew aktar li jwasslu għal intitolament għal pagamenti sussegwenti. Madankollu, f'każijiet marbutin man-nefqa fuq il-ġestjoni tal-persunal, dawn jistgħu jiġu implimentati direttament permezz tal-ħlasijiet.

Artikolu 75

Limiti ta' żmien għall-impenji

1.   Bla ħsara għall-Artikoli 73(2) u 109(2), l-impenji legali li jirrigwardaw impenji individwali jew proviżorji tal-baġit għandhom jiġu assunti sal-31 ta' Diċembru tas-sena n, fejn is-sena n tkun dik li jkun sar fiha l-impenn baġitarju.

2.   L-impenji baġitarji globali għandhom ikopru l-kost totali tal-impenji legali korrispondenti konklużi sal-31 ta' Diċembru tas-sena n+1.

3.   Fi tmiem il-perjodi msemmija fil-paragrafi 1 u 2, il-bilanċ mhux użat ta' tali impenji baġitarji għandu jiġi diżimpenjat mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni.

4.   L-impenji baġitarji individwali u proviżorji għal azzjonijiet li jestendu għal aktar minn sena finanzjarja waħda, ħlief fil-każ ta' nefqa fuq il-persunal, għandu jkollhom stabbilita data finali għal-implimentazzjoni, f'konformità mal-kondizzjonijiet fl-impenji legali li jirreferu għalihom, u filwaqt li jiġi kkunsidrat il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba.

5.   Xi partijiet tal-impenji baġitarji li ma jkunux ġew effettwati bi ħlasijiet fi żmien sitt xhur wara d-data finali għall-implimentazzjoni għandhom ikunu diżimpenjati f'konformità mal-Artikolu 14.

6.   L-ammont ta' impenn baġitarju tal-baġit li għalih ma sar l-ebda ħlas skont it-tifsira tal-Artikolu 76 fi żmien sentejn wara l-iffirmar tal-impenn legali għandu jkun diżimpenjat, ħlief fejn dak ammont ikun relatat ma' każijiet f'litigazzjoni quddiem qrati ġudizzjarji jew korpi arbitrali jew fejn jeżistu dispożizzjonijiet speċjali preskritti fir-regoli speċifiċi għas-setturi.

Artikolu 76

Tipi ta' pagamenti

1.   Il-pagament tan-nefqa għandu jsir mill-uffiċjal tal-kontabilità fil-limiti tal-fondi disponibbli.

2.   Il-pagament għandu jsir meta tingħata prova li l-azzjoni rilevanti tkun f'konformità mal-kuntratt, il-ftehim jew l-att bażiku u għandu jkopri waħda jew aktar mill-operazzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-pagament tal-ammont kollu dovut;

(b)

il-pagament tal-ammonti dovuti bi kwalunkwe wieħed mill-modi li ġejjin:

(i)

prefinanzjament li jipprovdi float, li jista' jinqasam f'għadd ta' pagamenti skont il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba; tali ammont ta' prefinanzjament għandu jitħallas fuq il-bażi tal-kuntratt, tal-ftehim ta' għotja jew tal-att bażiku, jew fuq il-bażi ta' dokumenti ta' sostenn li jagħmluha possibbli li jiġi vverifikat li t-termini tal-kuntratt jew tal-ftehim inkwistjoni jkunu qed jiġu rrispettati;

(ii)

pagament interim wieħed jew aktar bħala kontroparti għat-twettiq parzjali tal-azzjoni jew tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt. Huwa jista' jikklerja l-prefinanzjament kollu jew parti minnu, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-att bażiku;

(iii)

il-pagament tal-bilanċ tal-ammonti dovuti meta l-azzjoni jew il-kuntratt jiġu eżegwiti b'mod sħiħ.

Il-ħlas tal-bilanċ għandu jikklerja n-nefqa preċedenti kollha. Għandha tinħareġ ordni ta' rkupru sabiex jiġu rkuprati ammonti mhux użati.

3.   Għandha ssir distinzjoni fil-kontabilità baġitarja bejn it-tipi differenti ta' pagament imsemmija fil-paragrafu 2 fil-waqt li fih isir kull pagament.

4.   Ir-regoli tal-kontabilità msemmija fl-Artikolu 51 għandhom jinkludu r-regoli għall-approvazzjoni tal-prefinanzjament fil-kontijiet u għar-rikonoxximent tal-eliġibbiltà tal-kostijiet.

5.   Il-pagamenti ta' prefinanzjament għandhom ikunu approvati b'mod regolari mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, skont in-natura ekonomika tal-proġett u mhux aktar tard minn tmiem il-proġett. L-ikklerjar għandu jsir fuq il-bażi tal-informazzjoni dwar il-kostijiet imġarrbin jew tal-konferma li jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet għall-ħlas skont l-Artikolu 125 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 kif ivvalidat mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni f'konformità mal-Artikolu 73(3) ta' dan ir-Regolament.

Għal ftehimiet ta' għotja jew kuntratti ta' aktar minn EUR 5 000 000, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jikseb f'kull tmiem is-sena tal-anqas l-informazzjoni meħtieġa sabiex jikkalkola stima raġonevoli tal-kostijiet. Dik l-informazzjoni ma għandhiex tintuża għall-ikklerjar tal-prefinanzjament, iżda tista' tintuża mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni u mill-uffiċjal tal-kontabilità għall-konformità mal-Artikolu 82(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

Għall-finijiet tat-tieni subparagrafu, għandhom jiddaħħlu dispożizzjonijiet xierqa fl-impenji legali assunti.

Artikolu 77

Limiti ta' żmien għall-pagamenti

Il-ħlas tan-nefqa għandu jsir fil-limiti ta' żmien speċifikati fl-Artikolu 116 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, u f'konformità miegħu.

KAPITOLU 7

AWDITUR INTERN

Artikolu 78

Ħatra u setgħat u dmirijiet tal-awditur intern

1.   Il-korp tal-Unjoni għandu jkollu funzjoni ta' awditjar intern li trid issir skont l-istandards internazzjonali relevanti.

2.   Il-funzjoni ta' awditjar intern għandha titwettaq mill-awditur intern tal-Kummissjoni. L-awditur intern la jista' jkun uffiċjal tal-awtorizzazzjoni u lanqas uffiċjal tal-kontabilità tal-korp tal-Unjoni u lanqas tal-Kummissjoni

3.   L-awditur intern għandu jagħti pariri lill-korp tal-Unjoni dwar it-trattament tar-riskji, billi jagħti fehmiet indipendenti fuq il-kwalità tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll u billi joħroġ rakkomandazzjonijiet biex jittejbu l-kundizzjonijiet ta' implimentazzjoni tal-operazzjonijiet u l-promozzjoni tal-ġestjoni finanzjarja tajba.

L-awditur intern għandu jkun responsabbli b'mod partikolari għal:

(a)

il-valutazzjoni tal-idoneità u l-effikaċja tas-sistemi ta' amministrazzjoni interni u l-prestazzjoni tad-dipartimenti fl-implimentazzjoni ta' programmi u azzjonijiet b'referenza għar-riskji assoċjati magħhom;

(b)

il-valutazzjoni tal-effiċjenza u l-effikaċja tas-sistemi ta' kontroll intern u ta' awditjar intern applikabbli għal kull operazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-korp tal-Unjoni.

4.   L-awditur intern għandu jwettaq id-dmirijiet tiegħu fir-rigward tal-attivitajiet u d-dipartimenti kollha tal-korp tal-Unjoni. Hu għandu jgawdi aċċess sħiħ u mingħajr limitu għall-informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettaq id-doveri tiegħu, jekk meħtieġ fuq il-post, inklużi fl-Istati Membri u f'pajjiżi terzi.

5.   L-awditur intern għandu jieħu nota tar-rapport tal-attività annwali kkonsolidat tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni u ta' kwalunkwe biċċa informazzjoni oħra identifikata.

6.   L-awditur intern għandu jirrapporta lill-bord maniġerjali u lid-direttur tal-korp tal-Unjoni dwar il-konstatazzjonijiet tiegħu u dwar ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu. Il-korp tal-Unjoni għandu jiżgura li tittieħed azzjoni fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-awditjar.

7.   L-awditur intern għandu jirrapporta wkoll fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

riskji u rakkomandazzjonijiet kritiċi ma ġewx indirizzati;

(b)

meta jkun hemm dewmien sinifikanti fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet magħmulin fis-snin ta' qabel.

Il-bord maniġerjali jew, fejn permess mill-att kostitwenti, il-bord eżekuttiv u d-direttur għandhom jiżguraw monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-awditu. Il-bord maniġerjali jew, fejn permess mill-att kostitwenti, il-bord eżekuttiv għandu jeżamina l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 48(1)(a) u jekk ir-rakkomandazzjonijiet ġewx kompletament implimentati u jekk l-implimentazzjoni kinitx f'waqtha.

Kull korp tal-Unjoni għandu jikkunsidra jekk ir-rakkomandazzjonijiet magħmula fir-rapporti tal-awditur intern tagħha humiex adatti għal skambju tal-aħjar prattiki mal-korpi l-oħrajn tal-Unjoni.

8.   Il-korp tal-Unjoni għandu jagħmel disponibbli d-dettalji ta' kuntatt tal-awditur intern għal kull persuna fiżika jew ġuridika involuta f'operazzjonijiet ta' nefqa, sabiex ikunu jistgħu jikkuntatjaw lill-awditur intern b'mod kunfidenzjali.

9.   Ir-rapporti u l-konstatazzjonijiet tal-awditur intern għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku biss li jiġu vvalidati mill-awditur intern tal-azzjoni meħuda għall-implimentazzjoni tagħhom.

Artikolu 79

Indipendenza tal-awditur intern

1.   L-awditur intern għandu jgawdi minn indipendenza totali fit-twettiq tal-awditi tiegħu. Ir-regoli speċjali applikabbli għall-awditur intern għandhom ikunu stabbiliti mill-Kummissjoni u għandhom ikunu tali li jiggarantixxu li l-awditur intern ikun kompletament indipendenti fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu, u jistabbilixxu r-responsabbiltà tal-awditur intern.

2.   L-awditur intern ma jistax jingħata struzzjonijiet u ma jistax ikun ristrett bl-ebda mod fir-rigward tal-qadi tal-funzjonijiet li, minħabba l-ħatra tiegħu, huma mogħtija lilu bis-saħħa tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 80

Stabbiliment tal-kapaċità ta' awditjar intern

1.   Il-bord ta' ġestjoni jew, fejn permess mill-att kostitwenti, il-bord eżekuttiv jista' jistabbilixxi, b'kunsiderazzjoni xierqa tal-kosteffettività u l-valur miżjud, kapaċità ta' awditjar intern, li għandha twettaq id-dmirijiet tagħha skont l-istandards internazzjonali rilevanti.

L-għan, l-awtorità u r-responsabbiltà tal-kapaċità ta' awditjar intern għandhom ikunu previsti fil-karta tal-awditjar intern u jkunu suġġetti għall-approvazzjoni tal-bord maniġerjali jew, fejn permess mill-att kostitwenti, tal-bord eżekuttiv.

Il-pjan annwali tal-awditjar ta' kapaċità ta' awditjar intern għandu jitfassal mill-Kap ta' kapaċità tal-awditjar intern li jqis, fost l-oħrajn, il-valutazzjoni tar-riskju tad-direttur fil-korp tal-Unjoni.

Dan għandu jiġi analizzat u approvat mill-bord maniġerjali jew, fejn permess mill-att kostitwenti, mill-bord eżekuttiv.

Il-kapaċità ta' awditjar intern għandha tirrapporta lill-bord maniġerjali u lid-direttur dwar il-konstatazzjonijiet u r-rakkomandazzjoni tagħha.

2.   Jekk il-kapaċità tal-awditjar intern ta' korp wieħed tal-Unjoni ma tkunx kosteffettiva jew ma tkunx tista' tilħaq standards internazzjonali, il-korp tal-Unjoni jista' jiddeċiedi li jaqsam kapaċità ta' awditjar intern ma' korpi oħra tal-Unjoni li jaħdmu fl-istess qasam ta' politika.

F'tali każijiet il-bord maniġerjali jew, fejn permess mill-att kostitwenti, il-bord eżekuttiv tal-korp tal-Unjoni kkonċernat għandhom jiftiehmu dwar il-modalitajiet prattiċi tal-kapaċità kondiviża ta' awditjar intern.

3.   L-atturi ta' awditjar intern għandhom jikkooperaw effiċjentement billi jiskambjaw l-informazzjoni u r-rapporti tal-awditjar u, fejn xieraq, jistabbilixxu valutazzjonijiet tar-riskju konġunti, u jwettqu awditi konġunti.

Il-bord maniġerjali jew, fejn permess mill-att kostitwenti, il-bord eżekuttiv u d-direttur għandhom jiżguraw monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-kapaċità ta' awditjar intern.

TITOLU V

REGOLI KOMUNI

Artikolu 81

Forom ta' kontribuzzjoni tal-korpi tal-Unjoni

1.   Il-kontribuzzjonijiet tal-korpi tal-Unjoni għandhom jgħinu fil-kisba ta' għan ta' politika tal-Unjoni u għar-riżultati speċifikati, u jistgħu jieħdu waħda mis-suriet li ġejjin:

(a)

finanzjament mhux marbut ma' kostijiet tal-operazzjonijiet rilevanti fuq il-bażi ta':

(i)

l-adempiment tal-kondizzjonijiet stipulati f'regoli speċifiċi għas-settur jew deċiżjonijiet tal-Kummissjoni jew;

(ii)

il-kisba tar-riżultati mkejla b'referenza għal tragwardi stabbiliti preċedentement jew permezz ta' indikaturi tal-prestazzjoni.

(b)

rimborż ta' kostijiet eliġibbli verament imġarrba:

(c)

kostijiet unitarji li jkopru kull kategorija speċifika tal-kostijiet eliġibbli jew uħud minnhom li jkunu identifikati b'mod ċar minn qabel b'referenza għal ammont għal kull unità;

(d)

somom f'daqqa li jkopru f'termini globali l-kategoriji speċifiċi kollha tal-kostijiet eliġibbli jew uħud minnhom li jkunu identifikati b'mod ċar minn qabel;

(e)

finanzjament b'rata fissa, li jkopri kategoriji speċifiċi ta' kostijiet eliġibbli, li huma identifikati b'mod ċar minn qabel, billi jiġi applikat perċentwal;

(f)

taħlita tal-forom imsemmijin fil-punti (a) sa (e).

Il-kontribuzzjonijiet tal-korpi tal-Unjoni skont il-punti (c), (d) u (e) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom jiġu stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 181 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 jew regoli speċifiċi għas-settur. Il-kontribuzzjonijiet tal-korpi tal-Unjoni skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom jiġu stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 181 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, regoli speċifiċi għas-settur, jew deċiżjoni tal-Kummissjoni.

2.   Meta tkun qed tiġi ddeterminata l-forma xierqa ta' kontribuzzjoni, l-interessi tar-riċevituri potenzjali u l-metodi ta' kontabilità għandhom jitqiesu kemm jista' jkun.

3.   L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jirrapporta dwar finanzjament mhux marbut ma' kostijiet skont il-punt (a) u (f) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fir-rapport annwali tal-attività msemmi fl-Artikolu 48.

Artikolu 82

Dipendenza reċiproka fuq il-valutazzjoni

L-Artikolu 126 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandu japplika mutatis mutandis.

Artikolu 83

Dipendenza reċiproka fuq l-awditi

L-Artikolu 127 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandu japplika.

Artikolu 84

Użu ta' informazzjoni diġà disponibbli

L-Artikolu 128 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandu japplika.

Artikolu 85

Kooperazzjoni għall-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

L-Artikolu 129 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandu japplika mutatis mutandis.

Artikolu 86

Informazzjoni lill-Kummissjoni dwar każijiet ta' frodi jew ta' irregolaritajiet finanzjarji oħrajn

Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u l-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) 2017/1939, il-korp tal-Unjoni għandu jinforma lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar każijiet ta' frodi jew irregolaritajiet finanzjarji oħrajn preżunti.

Barra minn hekk, għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe investigazzjoni lesta jew li tkun għaddejja mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jew l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF), u dwar kwalunkwe awditu jew kontroll mill-Qorti tal-Awdituri jew is-Servizz tal-Awditjar Intern (SAI), mingħajr ma tiġi pperikolata l-kunfidenzjalità tal-investigazzjonijiet.

Meta tista' tiġi affettwata r-responsabbiltà tal-Kummissjoni li timplimenta l-baġit tal-Unjoni, jew f'każijiet li jinvolvu riskju potenzjalment serju għar-reputazzjoni tal-Unjoni, l-UPPE u/jew l-OLAF għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar kwalunkwe investigazzjoni li tkun għaddejja jew tlestiet, mingħajr ma jipperikolaw il-kunfidenzjalità jew l-effettività tagħha.

Artikolu 87

Sistema ta' identifikazzjoni bikrija u ta' esklużjoni

Għandha tapplika t-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 tat-Titolu V tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

Artikolu 88

Regoli dwar il-proċeduri, il-ġestjoni u l-gvern elettroniku

Għandhom japplikaw mutatis mutandis it-Taqsimiet 1 u 3 tal-Kapitolu 2 u l-Kapitolu 3 tat-Titolu V tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

TITOLU VI

AKKWIST PUBBLIKU U KONĊESSJONIJIET

Artikolu 89

Dispożizzjonijiet komuni

Fir-rigward tal-akkwisti, it-Titolu VII tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u l-Anness 1 tiegħu għandhom japplikaw, soġġett għall-Artikolu 90.

Il-korp tal-Unjoni jista', fuq talba tiegħu, ikun assoċjat, bħala awtorità kontraenti, fl-għoti ta' kuntratti tal-Kummissjoni jew kuntratti interistituzzjonali u fl-għoti ta' kuntratti ta' korpi oħra tal-Unjoni.

Artikolu 90

Proċeduri ta' akkwist

Il-korp tal-Unjoni jista' jikkonkludi ftehim dwar il-livell ta' servizz kif imsemmi fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 43 mingħajr ma jdur għal proċedura ta' akkwist pubbliku.

Il-korp tal-Unjoni jista' japplika proċeduri ta' akkwist pubbliku konġunti mal-awtoritajiet kontraenti tal-Istat Membru ospitanti sabiex ikopri l-ħtiġijiet amministrattivi tiegħu. F'tali każ, għandu japplika l-Artikolu 165 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

TITOLU VII

GĦOTJIET U PREMJIJIET

Artikolu 91

Għotjiet

Meta l-korp tal-Unjoni jista' jagħti għotjiet skont l-att kostitwenti jew permezz ta' delega tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 62(1)(c)(iv) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, id-dispożizzjonijiet relevanti tat-Titolu VIII tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandhom japplikaw.

Artikolu 92

Premjijiet

Meta l-korp tal-Unjoni jista' jagħti premjijiet skont l-att kostitwenti jew permezz ta' delega tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 62(1)(c)(iv) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, id-dispożizzjonijiet relevanti tat-Titolu IX tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandhom japplikaw.

TITOLU VIII

STRUMENTI OĦRA TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT

Artikolu 93

Esperti esterni rimunerati

L-Artikolu 237 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandu japplika mutatis mutandis.

Artikolu 94

Esperti mhux rimunerati

L-Artikolu 238 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandu japplika mutatis mutandis.

Artikolu 95

Miżati tas-sħubija u pagamenti oħrajn ta' abbonamenti

L-Artikolu 239 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandu japplika mutatis mutandis.

Artikolu 96

Strumenti oħrajn

L-Artikolu 240 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandu japplika mutatis mutandis.

TITOLU IX

KONTIJIET ANNWALI U RAPPORTAR FINANZJARJU IEĦOR

KAPITOLU 1

KONTIJIET ANNWALI

TAQSIMA 1

Qafas kontabilistiku

Artikolu 97

Struttura tal-kontijiet

Il-kontijiet annwali tal-korp tal-Unjoni għandhom jitħejjew għal kull sena finanzjarja li għandha tkun mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru. Dawn il-kontijiet għandhom jinkludu dan li ġej:

(a)

ir-rapporti finanzjarji tal-korp tal-Unjoni;

(b)

ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni baġitarja tal-korp tal-Unjoni.

Artikolu 98

Rapporti finanzjarji

1.   Ir-rapporti finanzjarji għandhom ikunu ppreżentati f'euro u f'konformità mar-regoli kontabilistiċi msemmijin fl-Artikolu 51 ta' dan ir-Regolament u għandhom jinkludu dan li ġej:

(a)

il-karta tal-bilanċ li tippreżenta l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha u s-sitwazzjoni finanzjarja prevalenti fil-31 ta' Diċembru tas-sena finanzjarja preċedenti;

(b)

id-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni finanzjarja, li tippreżenta r-riżultat ekonomiku għas-sena finanzjarja preċedenti;

(c)

ir-rapport tal-flussi tal-flus li juri l-ammonti miġbura u żborżati matul is-sena finanzjarja u l-pożizzjoni finali tal-likwidità;

(d)

ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti li jippreżenta ħarsa ġenerali lejn iċ-ċaqliq matul is-sena fir-riżervi u fir-riżultati akkumulati.

2.   Ir-rapporti finanzjarji għandhom jippreżentaw l-informazzjoni, inkluża informazzjoni dwar il-politiki tal-kontabilità, b'mod li jiġi żgurat li tkun rilevanti, affidabbli, komparabbli u li tista' tinftiehem.

3.   In-noti għar-rapporti finanzjarji għandhom jissupplementaw u jikkummentaw dwar l-informazzjoni ppreżentata fid-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u għandhom ifornu l-informazzjoni addizzjonali kollha preskritta mir-regoli kontabilistiċi msemmija fl-Artikolu 51 ta' dan ir-Regolament u mill-prattika tal-kontabilità internazzjonalment aċċettata meta tali informazzjoni tkun rilevanti għall-attivitajiet tal-korp tal-Unjoni.

In-noti għandu jkun fihom tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

prinċipji, regoli u metodi tal-kontabbiltà;

(b)

noti ta' spjegazzjoni li jipprovdu informazzjoni addizzjonali mhux inkluża fit-test tar-rapporti finanzjarji, li tkun meħtieġa biex tingħata preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet.

4.   Wara li tagħlaq is-sena finanzjarja u sad-data tat-trażmissjoni tal-kontijiet ġenerali, l-uffiċjal tal-kontabilità għandu jagħmel kwalunkwe aġġustament li, mingħajr ma jkun jinvolvi żborż jew ġbir fir-rigward ta' dik is-sena, ikun meħtieġ għal ħarsa vera u ġusta ta' dawk il-kontijiet.

Artikolu 99

Rapporti ta' implimentazzjoni tal-baġit

1.   Ir-rapporti ta' implimentazzjoni tal-baġit għandhom jiġu ppreżentati f'euro u għandhom ikunu komparabbli sena b'sena. Għandhom jinkludu:

(a)

rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha għas-sena f'termini ta' dħul u ta' nefqa;

(b)

noti ta' spjegazzjoni, li għandhom jissupplimentaw u jikkummentaw dwar l-informazzjoni mogħtija fir-rapporti.

2.   L-istruttura tar-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għandha tkun l-istess bħal dik tal-baġit tal-korp tal-Unjoni nnifsu.

3.   Ir-rapporti ta' implimentazzjoni tal-baġit għandu jkun fihom:

(a)

informazzjoni dwar id-dħul, b'mod partikolari bidliet fl-istimi tad-dħul, l-eżitu tad-dħul u l-intitolamenti stabbiliti;

(b)

informazzjoni li turi bidliet fl-approprjazzjonijiet totali disponibbli ta' impenn u ta' pagament;

(c)

informazzjoni li turi l-użu li sar mill-approprjazzjonijiet totali ta' impenn u ta' pagamenti;

(d)

informazzjoni li turi l-impenji pendenti, dawk riportati mis-sena finanzjarja preċedenti u dawk li saru matul is-sena finanzjarja.

4.   Ir-riżultat tal-baġit għandu jkun jikkonsisti fid-differenza bejn:

(a)

id-dħul kollu miġbur fir-rigward ta' dik is-sena finanzjarja;

(b)

l-ammont ta' pagamenti magħmula għall-approprjazzjonijiet għal dik is-sena finanzjarja miżjuda bl-ammont ta' approprjazzjonijiet għall-istess sena finanzjarja riportati.

Id-differenza msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiżdied jew titnaqqas, min-naħa l-waħda, bl-ammont nett ta' approprjazzjonijiet riportati minn snin finanzjajri preċedenti li ġew ikkanċellati u, min-naħa l-oħra, permezz ta':

(a)

pagamenti magħmula żejda fuq approprjazzjonijiet mhux differenzjati riportati mis-sena finanzjarja preċedenti, b'riżultat ta' bidliet fir-rati tal-euro;

(b)

il-bilanċ li jirriżulta mill-gwadann u t-telf mill-kambju matul is-sena finanzjarja, kemm realizzat kif ukoll mhux realizzat.

Artikolu 100

Dokumenti ta' sostenn

Kull entrata fil-kontijiet għandha tkun ibbażata fuq dokumenti ta' sostenn adatti f'konformità mal-Artikolu 47 ta' dan ir-Regolament.

TAQSIMA 2

skeda ta' żmien tal-kontijiet annwali

Artikolu 101

Kontijiet proviżorji

1.   L-uffiċjal tal-kontabilita tal-korp tal-Unjoni għandu jibgħat il-kontijiet proviżorji lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni u tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri sal-1 ta' Marzu tas-sena ta' wara.

2.   L-uffiċjali tal-kontabilità tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, għandhom, sal-1 ta' Marzu tas-sena finanzjarja ta' wara, jibagħtu wkoll l-informazzjoni kontabilistika meħtieġa għall-finijiet ta' konsolidazzjoni lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni, bil-mod u bil-format stabbiliti minn din tal-aħħar.

Artikolu 102

Approvazzjoni tal-kontijiet finali

1.   F'konformità mal-Artikolu 246 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, il-Qorti tal-Awdituri, sal-1 ta' Ġunju, għandha tagħmel l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kontijiet proviżorji tal-korp tal-Unjoni.

2.   L-uffiċjali tal-kontabilità tal-korp tal-Unjoni, sal-15 ta' Ġunju, għandu jibgħat l-informazzjoni kontabilistika meħtieġa lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni, bil-mod u bil-format stabbiliti mill-Kummissjoni, bil-ħsieb li jitfasslu l-kontijiet konsolidati finali.

3.   Malli jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet proviżorji tal-korp tal-Unjoni, l-uffiċjal tal-kontabilità għandu jfassal il-kontijiet finali tal-korp tal-Unjoni skont l-Artikolu 49 ta' dan ir-Regolament. Id-direttur għandu jibgħathom lill-bord maniġerjali, li għandu jagħti opinjoni dwar dawn il-kontijiet.

4.   Id-direttur għandu jibgħat il-kontijiet finali, flimkien mal-opinjoni tal-bord maniġerjali, lill-uffiċċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, sa mhux iktar tard mill-1 ta' Lulju tas-sena finanzjarja segwenti.

5.   L-uffiċjal tal-kontabilità tal-korp tal-Unjoni għandu wkoll jibgħat lill-Qorti tal-Awdituri, ittra tar-rappreżentazzjonijiet li tkopri dawk il-kontijiet finali, filwaqt li tintbagħat kopja lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni. L-ittra tar-rappreżentazzjonijiet għandha tkun stabbilita fl-istess data li fiha jkunu tfasslu l-kontijiet finali tal-korp tal-Unjoni.

Il-kontijiet finali għandhom jkunu akkumpanjati minn nota miktuba mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni, li fiha dan tal-aħħar jiddikjara li l-kontijiet finali kienu mħejjija f'konformità ma' dan it-Titolu u mal-prinċipji, r-regoli u l-metodi tal-kontabilità applikabbli.

Għandha tiġi ppublikata ħolqa għall-paġni tas-sit web li fihom il-kontijiet finali tal-korp tal-Unjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta' Novembru tas-sena ta' wara.

6.   Id-direttur għandu jibgħat lill-Qorti tal-Awdituri tweġiba għall-osservazzjonijiet li tkun għamlet fir-rapport annwali tagħha sa mhux iktar tard mit-30 ta' Settembru tas-sena finanzjarja ta' wara. Ir-risposti tad-direttur għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni fl-istess waqt.

KAPITOLU 2

RAPPORTAR BAĠITARJU U FINANZJARJU IEĦOR

Artikolu 103

Rapport annwali dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.   Kull korp tal-Unjoni għandu jħejji rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għas-sena finanzjarja.

2.   Id-direttur għandu jibgħat ir-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri sal-31 ta' Marzu tas-sena finanzjarja ta' wara.

3.   Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jagħti rendikont, kemm f'termini assoluti u espressi bħala perċentwali, mill-anqas, tar-rata ta' implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet flimkien ma' informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti ta' approprjazzjonijiet bejn id-diversi entrati tal-baġit.

TITOLU X

AWDITJAR ESTERN, KWITTANZA U L-ĠLIEDA KONTRA L-FRODI

Artikolu 104

Awditjar estern

1.   Awditur estern indipendenti għandu jivverifika li l-kontijiet annwali tal-korp tal-Unjoni jippreżentaw b'mod xieraq id-dħul, in-nefqa u l-qagħda finanzjarja tal-korp tal-Unjoni qabel il-konsolidazzjoni fil-kontijiet finali tal-Kummissjoni.

Sakemm ma jkunx previst mod ieħor fl-att kostitwenti, il-Qorti tal-Awdituri għandha tħejji rapport annwali speċifiku dwar il-korp tal-Unjoni skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 287(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Waqt it-tħejjija ta' dak ir-rapport, il-Qorti tal-Awdituri għandha tqis ix-xogħol tal-awditjar li jkun għamel l-awditur indipendenti estern imsemmi fl-ewwel subparagrafu u l-azzjoni li tkun ittieħdet b'rispons għas-sejbiet tal-awditur.

2.   Il-korp tal-Unjoni għandu jibgħat lill-Qorti tal-Awdituri l-baġit tal-korp tal-Unjoni, kif adottat definittivament. Għandu jgħarraf lill-Qorti tal-Awdituri, mill-aktar fis, b'kull deċiżjoni u b'kull att li jaddotta skont l-Artikoli 10, 14, 19 u 23.

3.   L-iskrutinju mwettaq mill-Qorti tal-Awdituri għandu jkun irregolat bl-Artikoli minn 254 sa 259 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

Artikolu 105

Skeda għall-proċedura ta' kwittanza

1.   Il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill għandu, qabel il-15 ta' Mejju tas-sena N+2 ħlief fejn previst mod ieħor fl-att kostitwenti, jagħti kwittanza lid-direttur fir-rigward tal-implimntazzjoni tal-baġit għas-sena N. Id-direttur għandu jinforma lill-bord maniġerjali dwar l-osservazzjonijiet tal-Parlament Ewropew li jkunu fir-riżoluzzjoni li takkumpanja d-deċiżjoni ta' kwittanza.

2.   Jekk id-data prevista fil-paragrafu 1 ma tistax tintlaħaq, il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill għandu jgħarraf lid-direttur għalfejn kien hemm posponiment.

3.   Jekk il-Parlament Ewropew jipposponi d-deċiżjoni li tagħti kwittanza, id-direttur, bil-kooperazzjoni tal-bord maniġerjali, għandu jagħmel kull sforz biex, mill-aktar fis possibbli, jieħu miżuri sabiex ineħħi jew jiffaċilita t-tneħħija tal-ostakoli għal dik id-deċiżjoni.

Artikolu 106

Il-proċedura ta' kwittanza

1.   Id-deċiżjoni ta' kwittanza għandha tkopri l-kontijiet tad-dħul u n-nefqa kollha tal-korp tal-Unjoni, ir-riżultat tal-baġit u l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-korp tal-Unjoni murija fir-rapport finanzjarju.

2.   Bil-ħsieb li jagħti l-kwittanza, il-Parlament Ewropew għandu, wara li jkun għamel hekk il-Kunsill, jeżamina l-kontijiet u r-rapporti finanzjarji tal-korp tal-Unjoni. Għandu jeżamina wkoll ir-rapport annwali magħmul mill-Qorti tal-Awdituri flimkien mat-tweġibiet mid-direttur tal-korp tal-Unjoni, u kwalunkwe rapport speċjali rilevanti mill-Qorti tal-Awdituri fir-rigward tas-sena finanzjarja kkonċernata u d-dikjarazzjoni ta' aċċertament tal-Qorti tal-Awdituri rigward l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti.

3.   Id-direttur għandu jagħti lill-Parlament Ewropew, fuq talba tiegħu, bħalma jipprevedi l-Artikolu 261(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, kull informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni bla xkiel tal-proċedura ta' kwittanza għas-sena finanzjarja kkonċernata.

Artikolu 107

Miżuri ta' segwitu

1.   Id-direttur għandu jieħu l-passi xierqa biex jaġixxi fuq l-osservazzjonijiet li jakkumpanjaw id-deċiżjoni ta' kwittanza tal-Parlament Ewropew u fuq il-kummenti li jkunu mar-rakkomandazzjoni għall-kwittanza adottata mill-Kunsill.

2.   Fuq it-talba tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, id-direttur għandu jirrapporta fuq il-miżuri meħuda fid-dawl ta' dawn l-osservazzjonijiet u kummenti. Id-direttur għandu jibgħat kopja tar-rapport lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri.

Artikolu 108

Kontrolli fuq il-post mill-Kummissjoni, mill-Qorti tal-Awdituri u mill-OLAF

1.   Il-korp tal-Unjoni għandu jagħti lill-persunal tal-Kummissjoni u persuni oħra awtorizzati minnha, kif ukoll lill-Qorti tal-Awdituri, aċċess għas-siti u l-binjiet tiegħu u għad-data u l-informazzjoni kollha, inkluż data u informazzjoni f'format elettroniku, meħtieġa sabiex dawn iwettqu l-awditi tagħhom.

2.   L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi jista' jwettaq investigazzjonijiet inkluż kontrolli fuq il-post u spezzjonijiet, skont id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stipulati fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (10) bil-għan li jkun stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

TITOLU XI

APPROPRJAZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI

Artikolu 109

Appropjazzjonijiet amministrattivi

1.   L-approprjazzjonijiet amministrattivi għandhom ikunu approprjazzjonijiet mhux differenzjati.

2.   In-nefqa amministrattiva li toriġina minn kuntratti li jkopru perijodi li jestendu lil hinn mis-sena finanzjarja, jew f'konformità mal-prattika lokali inkella relatata mal-forniment ta' tagħmir, għandha tiġi ddebitata lill-baġit tal-korp tal-Unjoni għas-sena finanzjarja li ssir fiha.

3.   In-nefqa li għandha titħallas bil-quddiem skont dispożizzjonijiet legali jew kuntrattwali tista' twassal sabiex pagamenti mill-1 ta' Diċembru 'l quddiem jiġu ddebitati lill-approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja ta' wara. F'dan il-każ, ma għandux japplika l-limitu msemmi fl-Artikolu 11(2).

Artikolu 110

Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-proġetti ta' bini

Għandhom japplikaw l-Artikoli 266 u 267 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

TITOLU XII

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U FINALI

Artikolu 111

Talbiet għal inforamzzjoni mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom ikunu intitolati li jiksbu kwalunkwe informazzjoni jew spjegazzjoni meħtieġa mill-Korp tal-Unjoni rigward kwistjonijiet baġitarji fl-oqsma ta' kompetenza tagħhom.

Artikolu 112

Adozzjoni tar-regolament finanzjarju ġdid tal-korp tal-Unjoni

Kull korp imsemmi fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandu jadotta regoli finanzjarji ġodda mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2019 jew, fi kwalunkwe każ, fi żmien sitt xhur mid-data li fiha korp jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 70 ta' dak ir-Regolament, wara l-għoti ta' kontribuzzjoni ddebitata lill-baġit. Sad-data tal-applikazzjoni tar-regoli finanzjarji l-ġodda, għandhom japplikaw ir-regoli finanzjarji attwali tal-korp tal-Unjoni. Il-korp tal-Unjoni għandu jippubblika r-regoli finanzjarji tiegħu fuq is-sit web tiegħu.

Artikolu 113

Tħassir

Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1271/2013 huwa mħassar b'effett mill-1 ta' Jannar 2019. Madanakollu, l-Artikoli 32 u 47 ta' dak ir-Regolament għandhom ikomplu japplikaw sal-31 ta' Diċembru 2019.

Artikolu 114

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2019. Madanakollu, l-Artikoli 32 u 48 għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1

(2)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(3)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

(6)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).

(7)  Ir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill tat-3 ta' Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perjodi, dati u limiti ta' żmien (ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(9)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(10)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fil-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).


10.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 122/39


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/716

tat-30 ta' April 2019

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 22/2013 u (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva cyflumetofen

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari it-tieni alternattiva tal-Artikolu 21(3) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 22/2013 (2) jistipula l-approvazzjoni tas-sustanza attiva cyflumetofen u għalhekk l-introduzzjoni tas-cyflumetofen fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (3). Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 22/2013 jistipula wkoll it-tressiq ta' informazzjoni ta' konferma addizzjonali dwar il-potenzjal mutaġeniku tal-metabolit B3 u l-esponiment djetetiku għalih u dwar ir-riskju mis-cyflumetofen għall-vertebrati akkwatiċi.

(2)

L-applikant ressaq informazzjoni addizzjonali bil-ħsieb li jiġi evitat il-potenzjal mutaġeniku tal-metabolit B3 u li jiġi kkonfermat riskju aċċettabbli għall-vertebrati akkwatiċi.

(3)

In-Netherlands ivvalutaw l-informazzjoni addizzjonali mressqa mill-applikant. Fis-6 ta' Ottubru 2015, ressqu l-valutazzjoni tagħhom, fil-forma ta' addendum tal-abbozz tar-rapport tal-valutazzjoni, lill-Istati Membri l-oħra, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”).

(4)

L-Istati Membri, l-applikant u l-Awtorità ġew ikkonsultati u ntalbu jikkummentaw dwar il-valutazzjoni tal-Istat Membru relatur. Fil-25 ta' Frar 2016, l-Awtorità ppubblikat Rapport Tekniku (4) li jiġbor fil-qosor ir-riżultat ta' din il-konsultazzjoni għas-cyflumetofen.

(5)

Il-Kummissjoni kompliet tikkonsulta lill-Awtorità b'rabta mal-valutazzjoni tal-metabolit B3. Fil-5 ta' Diċembru 2016, l-Awtorità ppubblikat il-Konklużjoni (5) tagħha dwar il-valutazzjoni tal-informazzjoni addizzjonali.

(6)

L-Awtorità kkunsidrat li skont l-informazzjoni addizzjonali pprovduta mill-applikant, riskju aċċettabbli għall-vertebrati akkwatiċi huwa kkonfermat abbażi taċ-ċiklu tal-ħajja. Għalhekk, il-Punt (c) fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 22/2013 jenħtieġ li jitqies indirizzat. Madankollu, fir-rigward tal-metabolit B3, ma setax jiġi eskluż potenzjal ġenotossiku mid-data addizzjonali mressqa f'konformità mal-punti (a) u (b) tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 22/2013.

(7)

L-abbozz tar-rapport tal-valutazzjoni, l-addendum u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew rieżaminati mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf u ġew finalizzati fit-22 ta' Marzu 2019 fil-format ta' rapport ta' rieżami tal-Kummissjoni għas-cyflumetofen.

(8)

L-applikant ingħata l-possibbiltà li jressaq kummenti dwar ir-rapport ta' rieżami aġġornat.

(9)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-informazzjoni addizzjonali pprovduta mhix suffiċjenti biex teskludi l-potenzjali ġenotossiku tal-metabolit B3 u li jenħtieġ li l-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jkunu ristretti biex jiġi żgurat li l-użu ta' prodotti li jkun fihom is-cyflumetofen jkun aċċettabbli, b'mod partikolari b'rabta mal-esponiment tal-ilma ta' taħt l-art għall-metabolit B3.

(10)

Għaldaqstant, f'konformità mal-Artikolu 21(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, huwa neċessarju u xieraq li l-approvazzjoni tas-cyflumetofen tiġi ristretta.

(11)

Għalhekk, ir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 22/2013 u (UE) Nru 540/2011 jenħtieġ li jiġu emendati skont dan.

(12)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw iż-żmien biex jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-cyflumetofen li mhumiex konformi mal-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni ristretti.

(13)

Rigward il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-cyflumetofen, meta l-Istati Membri jagħtu xi perjodu ta' grazzja f'konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, dak il-perjodu jenħtieġ li jiskadi sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(14)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi lir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 22/2013

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 22/2013 huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Emendi lir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Miżuri tranżizzjonali

Fejn neċessarju, l-Istati Membri għandhom jirtiraw jew jemendaw l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-cyflumetofen bħala s-sustanza attiva sa mhux aktar tard mit-30 ta' Novembru 2019.

Artikolu 4

Perjodu ta' grazzja

Kwalunkwe perjodu ta' grazzja li jista' jingħata mill-Istati Membri skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għandu jkun qasir kemm jista' jkun u għandu jiskadi sa mhux aktar tard mit-30 ta' Mejju 2020.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' April 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 22/2013 tal-15 ta' Jannar 2013 li japprova s-sustanza attiva ċiflumetofen, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l- Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 11, 16.1.2013, p. 8).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(4)  EFSA (l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel), 2016. Technical report on the outcome of the consultation with Member States, the applicant and EFSA on the pesticide risk assessment for cyflumetofen in light of confirmatory data. EFSA supporting publication 2016:EN-997. 25 pp.

(5)  EFSA (l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel), 2016. Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment for the active substance cyflumetofen in light of confirmatory data. EFSA Journal 2016;14(12):4635, 20 pp. doi:10.2903/j.efsa.2016.4635.


ANNESS I

Fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 22/2013, il-kolonna “Dispożizzjonijiet speċifiċi” hija sostitwita b'dan li ġej:

“Il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-cyflumetofen għandhom ikunu awtorizzati biss għall-użi fejn il-livelli tal-metabolit B3 fl-ilma ta' taħt l-art huwa mistenni li jkun taħt 0,1 μg/L.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport tar-rieżami dwar is-cyflumetofen, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif finalizzati fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fl-20 ta' Novembru 2012.

F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom joqogħdu attenti b'mod partikolari:

għall-protezzjoni tal-operaturi u tal-ħaddiema;

għall-protezzjoni tal-ilma ta' taħt l-art, b'mod partikolari għall-metabolit B3, meta s-sustanza tiġi applikata f'reġjuni b'ħamrija u/jew kundizzjonijiet klimatiċi vulnerabbli;

għall-protezzjoni tal-ilma tax-xorb;

għar-riskju għall-organiżmi akkwatiċi.

Fejn xieraq, il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskji.”


ANNESS II

Fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, il-kolonna “Dispożizzjonijiet speċifiċi” tar-ringiela 31, Cyflumetofen, hija sostitwita b'dan li ġej:

“Il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-cyflumetofen għandhom ikunu awtorizzati biss għall-użi fejn il-livelli tal-metabolit B3 fl-ilma ta' taħt l-art huwa mistenni li jkun taħt 0,1 μg/L.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport tar-rieżami dwar is-cyflumetofen, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif finalizzati fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fl-20 ta' Novembru 2012.

F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom joqogħdu attenti b'mod partikolari:

għall-protezzjoni tal-operaturi u tal-ħaddiema;

għall-protezzjoni tal-ilma ta' taħt l-art, b'mod partikolari għall-metabolit B3, meta s-sustanza tiġi applikata f'reġjuni b'ħamrija u/jew kundizzjonijiet klimatiċi vulnerabbli;

għall-protezzjoni tal-ilma tax-xorb;

għar-riskju għall-organiżmi akkwatiċi.

Fejn xieraq, il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskji.”


10.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 122/44


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/717

tat-8 ta' Mejju 2019

li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva isossaflutol skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/68/KE (2) inkludiet l-isossaflutol bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3).

(2)

Is-sustanzi attivi li hemm fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jitqiesu li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u huma elenkati fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (4).

(3)

Kif stabbilit fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, l-approvazzjoni tas-sustanza attiva isossaflutol tiskadi fil-31 ta' Lulju 2019.

(4)

Ġiet ippreżentata applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tal-isossaflutol skont l-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (5) fil-perjodu taż-żmien previst f'dak l-Artikolu.

(5)

L-applikant ippreżenta l-fajls addizzjonali meħtieġa skont l-Artikolu 6 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012. L-Istat Membru relatur sab li l-applikazzjoni kienet kompluta.

(6)

L-Istat Membru relatur ħejja rapport dwar il-valutazzjoni tat-tiġdid b'konsultazzjoni mal-Istat Membru korelatur u fit-28 ta' Jannar 2015 ippreżentah lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni.

(7)

L-Awtorità bagħtet ir-rapport dwar il-valutazzjoni tat-tiġdid lill-applikant u lill-Istati Membri għall-kummenti tagħhom, u għaddiet il-kummenti li rċeviet lill-Kummissjoni. L-Awtorità ppubblikat ukoll is-sommarju tal-fajl supplimentari.

(8)

Fit-18 ta' Frar 2016, l-Awtorità bagħtet il-konklużjoni tagħha lill-Kummissjoni (6) dwar jekk l-isossaflutol jistax jiġi mistenni jissodisfa l-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jew le. Fit-12 ta' Lulju 2016 il-Kummissjoni ppreżentat l-abbozz inizjali tar-rapport ta' tiġdid għall-isossaflutol lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

(9)

Fir-rigward tal-kriterji l-ġodda biex jiġu identifikati l-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali introdotti mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/605 (7), li beda japplika fl-10 ta' Novembru 2018, il-konklużjoni tal-Awtorità tiddeduċi li filwaqt li ma kienx hemm studji speċifiċi disponibbli għall-organiżmi li mhumiex fil-mira, huwa improbabbli ferm, abbażi tal-evidenza xjentifika, li l-isossaflutol ifixkel is-sistema endokrinali u l-ebda studju addizzjonali ma jitqies neċessarju. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li l-isossaflutol ma jridx jitqies li għandu proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali.

(10)

Ġie stabbilit li l-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati b'rabta ma' użu rappreżentattiv wieħed jew aktar ta' mill-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih l-isossaflutol.

(11)

Il-valutazzjoni tar-riskju għat-tiġdid tal-approvazzjoni tal-isossaflutol hija bbażata fuq għadd limitat ta' użi rappreżentattivi li, madankollu, ma jillimitawx l-użi li għalihom jistgħu jiġu awtorizzati l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-isossaflutol. Għaldaqstant, huwa xieraq li r-restrizzjoni għall-użu bħala erbiċida ma tibqax fis-seħħ. Għalhekk, huwa xieraq li tiġġeded l-approvazzjoni tal-isossaflutol.

(12)

Madankollu, skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, jeħtieġ li jiġu inklużi ċerti kundizzjonijiet u restrizzjonijiet. B'mod partikolari, huwa xieraq li tintalab aktar informazzjoni konfermatorja.

(13)

Il-Kummissjoni tqis li l-isossaflutol ma għandux proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali abbażi tal-informazzjoni xjentifika disponibbli miġbura fil-qosor fil-konklużjoni tal-Awtorità. Madankollu, sabiex tiżdied il-fiduċja f'din il-konklużjoni, l-applikant jenħtieġ li jipprovdi valutazzjoni aġġornata, skont il-punt 2.2(b) tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, tal-kriterji stabbiliti fil-punti 3.6.5 u 3.8.2 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, kif emendat bir-Regolament (UE) 2018/605 u skont il-gwida għall-identifikazzjoni ta' sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali (8).

(14)

Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(15)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-jum wara d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva isossaflutol.

(16)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Tiġdid tal-approvazzjoni ta' sustanza attiva

L-approvazzjoni tas-sustanza attiva isossaflutol, kif speċifikata fl-Anness I, hija mġedda soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat f'konformità mal-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u data ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Awwissu 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Mejju 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/68/KE tal-11 ta' Lulju 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi trifloxystrobin, carfentrazone-ethyl, mesotrione, fenamidone u isoxaflutole bħala sustanzi attivi (ĠU L 177, 16.7.2003, p. 12).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).

(6)  EFSA (l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel), 2016. Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance isoxaflutole. EFSA Journal 2016;14(3):4416, 115 pp. doi:10.2903/j.efsa.2016.4416. Tinsab fuq: www.efsa.europa.eu.

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/605 tad-19 ta' April 2018 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 billi jistabbilixxi l-kriterji xjentifiċi biex jiġu ddeterminati l-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali. (ĠU L 101, 20.4.2018, p. 33).

(8)  Guidance for the identification of endocrine disruptors in the context of Regulations (EU) No 528/2012 and (KE) Nru 1107/2009. https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/full/10.2903/j.efsa.2018.5311.


ANNESS I

Isem Komuni, Numri tal-Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Isossaflutol

Nru CAS 141112-29-0

Nru CIPAC 575

(5-ċiklopropil-1,2-oksażol-4-il)(α,α,α-trifluworo-2-mesil-p-tolil)metanon

≥ 972 g/kg

fl-1 ta' Awwissu 2019.

fil-31 ta' Lulju 2034.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi, kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' tiġdid dwar l-isossaflutol, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari:

lill-protezzjoni tal-ilma ta' taħt l-art, meta s-sustanza tiġi applikata fir-reġjuni b'ħamrija u/jew kundizzjonijiet klimatiċi vulnerabbli;

lill-protezzjoni tal-organiżmi akkwatiċi, il-mammiferi selvaġġi u l-pjanti terrestri mhux immirati.

Fejn xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu l-miżura ta' mitigazzjoni tar-riskju.

L-applikant għandu jippreżenta lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità informazzjoni konfermatorja fir-rigward tal-effett tal-proċessi tat-trattament tal-ilma fuq in-natura tar-residwi preżenti fl-ilma tal-wiċċ u ta' taħt l-art, meta l-ilma tal-wiċċ jew l-ilma ta' taħt l-art jiġi estratt għal ilma tajjeb għax-xorb. L-applikant għandu jippreżenta din l-informazzjoni fi żmien sentejn mid-data tal-pubblikazzjoni mill-Kummissjoni, ta' dokument ta' gwida dwar l-evalwazzjoni tal-effett tal-proċessi tat-trattament tal-ilma fuq in-natura tar-residwi preżenti fl-ilma tal-wiċċ u ta' taħt l-art.

L-applikant għandu jipprodi wkoll valutazzjoni aġġornata biex jikkonferma li l-isossaflutol ma jfixkilx is-sistema endokrinali skont it-tifsira tal-punti 3.6.5 u 3.8.2 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/605 u f'konformità mal-gwida għall-identifikazzjoni tas-sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali (2) sad-10 ta' Mejju 2021.


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' tiġdid.

(2)  Guidance for the identification of endocrine disruptors in the context of Regulations (EU) No 528/2012 and (KE) Nru 1107/2009 https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/full/10.2903/j.efsa.2018.5311.


ANNESS II

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-Parti A, titħassar l-entrata 63 dwar l-isossaflutol;

(2)

fil-Parti B, tinżied l-entrata li ġejja:

“134

Isossaflutol

Nru CAS 141112-29-0

Nru CIPAC 575

(5-ċiklopropil-1,2-oksażol-4-il)(α,α,α-trifluworo-2-mesil-p-tolil)metanon

≥ 972 g/kg

fl-1 ta' Awwissu 2019.

il-31 ta' Lulju 2034

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi, kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' tiġdid dwar l-isossaflutol, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari:

lill-protezzjoni tal-ilma ta' taħt l-art, meta s-sustanza tiġi applikata fir-reġjuni b'ħamrija u/jew kundizzjonijiet klimatiċi vulnerabbli;

lill-protezzjoni tal-organiżmi akkwatiċi, il-mammiferi selvaġġi u l-pjanti terrestri mhux immirati.

Fejn xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu l-miżura ta' mitigazzjoni tar-riskju.

L-applikant għandu jippreżenta lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità informazzjoni konfermatorja fir-rigward tal-effett tal-proċessi tat-trattament tal-ilma fuq in-natura tar-residwi preżenti fl-ilma tal-wiċċ u ta' taħt l-art, meta l-ilma tal-wiċċ jew l-ilma ta' taħt l-art jiġi estratt għal ilma tajjeb għax-xorb. L-applikant għandu jippreżenta din l-informazzjoni fi żmien sentejn mid-data tal-pubblikazzjoni mill-Kummissjoni, ta' dokument ta' gwida dwar l-evalwazzjoni tal-effett tal-proċessi tat-trattament tal-ilma fuq in-natura tar-residwi preżenti fl-ilma tal-wiċċ u ta' taħt l-art.

L-applikant għandu jipprodi wkoll valutazzjoni aġġornata biex jikkonferma li l-isossaflutol ma jfixkilx is-sistema endokrinali skont it-tifsira tal-punti 3.6.5 u 3.8.2 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/605 u f'konformità mal-gwida għall-identifikazzjoni tas-sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali (*1) sad-10 ta' Mejju 2021.


(*1)  Guidance for the identification of endocrine disruptors in the context of Regulations (EU) No 528/2012 and (KE) Nru 1107/2009 https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/full/10.2903/j.efsa.2018.5311.”


DEĊIŻJONIJIET

10.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 122/49


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/718

tat-30 ta' April 2019

dwar il-proposta għal inizjattiva taċ-ċittadini bl-isem “PRO-NUTRISCORE”

(notifikata bid-dokument C(2019) 3232)

(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Is-suġġett tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bit-titolu “PRO-NUTRISCORE” jirreferi għal li ġej: “Qed nitolbu lill-Kummissjoni Ewropea timponi tikketta ssimplifikata “Nutriscore” fuq il-prodotti tal-ikel, biex tiggarantixxi li l-konsumaturi jingħataw informazzjoni nutrizzjonali ta' kwalità u biex tħarsilhom saħħithom.”

(2)

L-objettivi tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta jirreferu għal dan li ġej: “1. It-tikkettar dwar in-nutrizzjoni jsir aktar faċli biex jinqara u jinftiehem, sabiex il-valur nutrizzjonali tal-ikel ikun jista' jinftiehem fil-kuntest tad-diversità tal-provvista tal-ikel; 2. Tittieħed azzjoni dwar kwistjonijiet ta' saħħa pubblika billi l-professjonisti jiġu inkoraġġiti jtejbu l-kompożizzjoni tal-prodotti tagħhom; 3. Tiġi armonizzata l-informazzjoni nutrizzjonali fil-livell Ewropew billi tiġi imposta sistema unika ta' tikkettar uffiċjali, u b'hekk tintemm il-konfużjoni li jesperjenzaw il-konsumaturi Ewropej meta jiltaqgħu mal-varjetà kbira ta' logos eżistenti.”

(3)

It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) isaħħaħ iċ-ċittadinanza tal-Unjoni u jqawwi iktar il-funzjonament demokratiku tal-Unjoni billi jipprevedi, fost l-oħrajn, li kull ċittadin ikollu d-dritt li jipparteċipa fil-ħajja demokratika tal-Unjoni permezz ta' inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej.

(4)

Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-proċeduri u l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-inizjattiva taċ-ċittadini jkunu ċari, sempliċi, faċli biex jintużaw u proporzjonati man-natura tal-inizjattiva taċ-ċittadini sabiex titħeġġeġ il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u biex l-Unjoni ssir iktar aċċessibbli.

(5)

Att legali tal-Unjoni għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati jista' jiġi adottat għall-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti b'xi liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva fi Stati Membri li jkollhom bħala objettiv l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern, abbażi tal-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

(6)

Għal dawn ir-raġunijiet, il-proposta ta' inizjattiva taċ-ċittadini ma taqax manifestament barra mill-qafas tas-setgħat tal-Kummissjoni li tressaq proposta għal att legali tal-Unjoni għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati, f'konformità mal-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament.

(7)

Barra minn hekk, il-kumitat taċ-ċittadini ġie ffurmat u l-persuni ta' kuntatt inħatru skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament u l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta la tidher li hija manifestament abbużiva, frivola jew vessatorja u lanqas ma tidher li tmur manifestament kontra l-valuri tal-Unjoni, kif stipulati fl-Artikolu 2 TUE.

(8)

Għalhekk jenħtieġ li l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bit-titolu “PRO-NUTRISCORE” tiġi rreġistrata.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bit-titolu “PRO-NUTRISCORE” hija b'dan irreġistrata.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta' Mejju 2019.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-organizzaturi (il-membri tal-kumitat taċ-ċittadini) tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta li ġġib l-isem ta' “PRO-NUTRISCORE”, irrappreżentata minn Cédric MUSSO u Ivo MECHELS li jaġixxu bħala persuni ta' kuntatt.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' April 2019.

Għall-Kummissjoni

Frans TIMMERMANS

Viċi President


(1)  ĠU L 65, 11.3.2011, p. 1.


10.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 122/51


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/719

tat-30 ta' April 2019

dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bit-titolu “Is-soluzzjoni rapida, ġusta u effettiva għat-tibdil fil-klima”

(notifikata bid-dokument C(2019) 3246)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Is-suġġett tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bit-titolu “Is-soluzzjoni rapida, ġusta u effettiva għat-tibdil fil-klima” jirreferi għal dan li ġej: “Ix-xjentisti u l-ekonomisti jaqblu flimkien dwar dan: Li jiġu imposti prezzijiet dejjem aktar għoljin fuq it-tniġġis u li l-qligħ jingħata lill-familji hija soluzzjoni li taħdem.”

(2)

L-objettivi tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta jirreferu għal dan li ġej: “Il-prezz dejjem jiżdied tal-fjuwils fossili se jnaqqas it-tniġġis. Dan se jwassal biex il-kumpaniji u l-konsumaturi jagħmlu għażliet aktar nodfa u aktar ekonomiċi. Il-flus kollha miġbura se jiġu rritornati kull xahar liċ-ċittadini fil-forma ta' dividendi. Il-maġġoranza tal-familji bi dħul baxx u medju se jibbenefikaw minn dan. L-aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri se jipproteġi l-ekonomika tagħna u jippromwovi l-adozzjoni ta' din is-soluzzjoni fuq livell dinji. Fost il-benefiċċji l-oħrajn hemm: arja aktar nadifa; aktar impjiegi u tnaqqis fl-infiq pubbliku minħabba l-allinjament tal-politiki.”

(3)

It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) isaħħaħ iċ-ċittadinanza tal-Unjoni u jqawwi iktar il-funzjonament demokratiku tal-Unjoni billi jipprevedi, fost l-oħrajn, li kull ċittadin ikollu d-dritt jipparteċipa fil-ħajja demokratika tal-Unjoni permezz ta' inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej.

(4)

Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-proċeduri u l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-inizjattiva taċ-ċittadini jkunu ċari, sempliċi, faċli biex jintużaw u proporzjonati għan-natura tal-inizjattiva taċ-ċittadini sabiex titħeġġeġ il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u biex l-Unjoni ssir iktar aċċessibbli.

(5)

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tippreżenta proposti għal atti legali tal-Unjoni għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati dwar il-kwistjonijiet li ġejjin:

dispożizzjonijiet għall-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni li tikkonċerna t-taxxi fuq il-fatturat, id-dazji tas-sisa u forom oħra ta' tassazzjoni indiretta, sakemm din l-armonizzazzjoni tkun neċessarja biex tiżgura l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern u biex tiġi evitata distorsjoni tal-kompetizzjoni, abbażi tal-Artikolu 113 TFUE;

azzjoni sabiex jinkisbu l-objettivi tal-preservazzjoni, il-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent u ta' miżuri ta' promozzjoni f'livell internazzjonali biex jiġu indirizzati problemi ambjentali reġjonali jew fid-dinja kollha, u b'mod partikolari l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, abbażi tal-Artikolu 192(1) u (2) TFUE, b'rabta mal-Artikolu 191(1), l-ewwel u r-raba' inċiżi tat-TFUE.

implimentazzjoni tal-politika kummerċjali komuni, abbażi tal-Artikolu 207 TFUE.

(6)

Għal dawn ir-raġunijiet, l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta ma taqax manifestament barra mill-qafas tas-setgħat tal-Kummissjoni li tressaq proposta għal att legali tal-Unjoni għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati f'konformità mal-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament.

(7)

Barra minn hekk, il-kumitat taċ-ċittadini ġie ffurmat u l-persuni ta' kuntatt inħatru skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament u l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta la hija manifestament abbużiva, frivola jew vessatorja u lanqas ma tmur manifestament kontra l-valuri tal-Unjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 2 tat-TUE.

(8)

Għalhekk, jenħtieġ li l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bit-titolu “Is-soluzzjoni rapida, ġusta u effettiva għat-tibdil fil-klima” tiġi rreġistrata.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bit-titolu “Is-soluzzjoni rapida, ġusta u effettiva għat-tibdil fil-klima” hija b'dan irreġistrata.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Mejju 2019.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-organizzaturi (il-membri tal-kumitat taċ-ċittadini) tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bit-titolu “Is-soluzzjoni rapida, ġusta u effettiva għat-tibdil fil-klima”, rappreżentati mis-Sur Christiaan Frederik ALOFS u s-Sinjura Brigitte Ludovica Franciscus Maria VAN GERVEN li jaġixxu bħala l-persuni ta' kuntatt.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' April 2019.

Għall-Kummissjoni

Frans TIMMERMANS

Viċi President


(1)  ĠU L 65, 11.3.2011, p. 1.


10.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 122/53


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/720

tat-30 ta' April 2019

dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta intitolata “Intemmu l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-fjuwil tal-avjazzjoni fl-Ewropa”

(notifikata bid-dokument C(2019) 3250)

(It-test Ingliż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Is-suġġett tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta intitolata “Ntemmu l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-fjuwil tal-avjazzjoni fl-Ewropa” tirreferi għal li ġej: “Aħna nappellaw lill-Kummissjoni Ewropea biex tipproponi lill-Istati Membri l-introduzzjoni ta' taxxa fuq il-fjuwil tal-avjazzjoni (il-kerosin). Is-settur tal-avjazzjoni jgawdi minn vantaġġi fiskali minkejja li huwa wieħed mis-sorsi ta' emissjonijiet ta' gass serra li qed jikber b'rata mgħaġġla.”

(2)

L-objettivi tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta jirreferu għal dan li ġej: “Filwaqt li alternattivi aktar ekoloġiċi għall-avjazzjoni huma soġġetti għal taxxi għoljin, l-industrija tal-avjazzjoni tibbenefika minn ħafna eżenzjonijiet mit-taxxa li ma humiex ġusti. Il-fjuwil tal-avjazzjoni għadu mhux intaxxat fl-Ewropa u l-Istati Membri ma jimponux VAT fuq il-biljetti tal-ajru, u dan jagħmel l-avjazzjoni mezz tat-trasport aktar u aktar attraenti filwaqt li għandu l-ogħla intensità ta' karbonju. It-taxxa fuq il-kerosin tippermetti lill-UE biex iżżid b'mod drastiku l-finanzjament tagħha għal mobbiltà aktar ekoloġika peress li t-trasport huwa s-settur b'emissjonijiet ta' gass serra li qed jikber bl-aktar rata mgħaġġla.”

(3)

It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) isaħħaħ iċ-ċittadinanza tal-Unjoni u jqawwi iktar il-funzjonament demokratiku tal-Unjoni billi jipprevedi, fost l-oħrajn, li kull ċittadin ikollu d-dritt li jipparteċipa fil-ħajja demokratika tal-Unjoni permezz tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej.

(4)

Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-proċeduri u l-kundizzjonijiet meħtieġa għal inizjattiva taċ-ċittadini jkunu ċari, sempliċi, faċli biex jintużaw u proporzjonati man-natura tal-inizjattiva taċ-ċittadini, sabiex tiġi mħeġġa l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u biex l-Unjoni ssir iktar aċċessibbli.

(5)

L-atti legali tal-Unjoni, għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati, jistgħu jiġu adottati għal dispożizzjonijiet sabiex tiġi armonizzata l-leġiżlazzjoni dwar taxxi fuq il-fatturat, dazji tas-sisa u forom oħra ta' tassazzjoni indiretta sal-punt li tali armonizzazzjoni, tkun meħtieġa biex ikunu żgurati l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern, u biex tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni, abbażi tal-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

(6)

Għal dawn ir-raġunijiet, l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta ma taqax manifestament barra mill-qafas tas-setgħat tal-Kummissjoni li tressaq proposta għal att legali tal-Unjoni għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati, f'konformità mal-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament.

(7)

Barra minn hekk, il-kumitat taċ-ċittadini ġie ffurmat u l-persuni ta' kuntatt inħatru skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament, u l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta la tidher li hija manifestament abbużiva, frivola jew vessatorja, u lanqas ma tidher li tmur manifestament kontra l-valuri tal-Unjoni, kif stipulat fl-Artikolu 2 tat-TUE.

(8)

Għaldaqstant jenħtieġ li tiġi rreġistrata l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta intitolata “Ntemmu l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-fjuwil tal-avjazzjoni fl-Ewropa”.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inizjattiva taċ-ċittadini proposta intitolata “Ntemmu l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-fjuwil tal-avjazzjoni fl-Ewropa” hija b'dan irreġistrata.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-10 ta' Mejju 2019.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-organizzaturi (il-membri tal-kumitat taċ-ċittadini) tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta intitolata “Ntemmu l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-fjuwil tal-avjazzjoni fl-Ewropa”, irrappreżentati mis-Sur Timothée Niels Pierre Jacques GALVAIRE u mis-Sur Anastasios PAPACHRISTOU li jaġixxu bħala l-persuni ta' kuntatt.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' April 2019.

Għall-Kummissjoni

Frans TIMMERMANS

Viċi President


(1)  ĠU L 65, 11.3.2011, p. 1.


10.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 122/55


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/721

tat-30 ta' April 2019

dwar l-inizjattiva proposta taċ-ċittadini bit-titolu “Politika ta' koeżjoni għall-ugwaljanza bejn ir-reġjuni u għas-sostenibbiltà tal-kulturi reġjonali”

(notifikata bid-dokument C(2019) 3304)

(It-test Ingliż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Is-suġġett tal-inizjattiva proposta taċ-ċittadini intitolata “Politika ta' koeżjoni għall-ugwaljanza bejn ir-reġjuni u għas-sostenibbiltà tal-kulturi reġjonali” jirreferi għas-segwenti: “Il-politika ta' koeżjoni tal-UE jenħtieġ li tagħti attenzjoni speċjali lil reġjuni b'karatteristiċi nazzjonali, etniċi, kulturali, reliġjużi jew lingwistiċi li huma differenti minn dawk tar-reġjuni tal-madwar.”

(2)

L-objettivi tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta jirreferu għal dan li ġej: “Għal dawn ir-reġjuni, inklużi żoni ġeografiċi bl-ebda kompetenzi amministrattivi, jenħtieġ li l-prevenzjoni ta' xogħol ekonomiku b'lura, is-sostenn tal-iżvilupp u l-preservazzjoni tal-kundizzjonijiet għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali jsiru b'mod li jiżguraw li l-karatteristiċi tagħhom jibqgħu l-istess. Għalhekk, dawn ir-reġjuni jridu jkollhom l-istess opportunità biex ikollhom aċċess għal fondi varji tal-UE u l-preservazzjoni tal-karatteristiċi tagħhom u l-iżvilupp ekonomiku xieraq tagħhom jridu jkunu garantiti, sabiex l-iżvilupp tal-UE jkun jista' jiġi sostnut u d-diversità kulturali tagħha tkun tista' tinżamm”.

(3)

It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) isaħħaħ iċ-ċittadinanza tal-Unjoni u jqawwi aktar il-funzjonament demokratiku tal-Unjoni billi jipprevedi, fost l-oħrajn, li kull ċittadin ikollu d-dritt li jipparteċipa fil-ħajja demokratika tal-Unjoni permezz ta'inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej.

(4)

Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-proċeduri u l-kundizzjonijiet meħtieġa għal inizjattiva taċ-ċittadini jkunu ċari, sempliċi, faċli biex jintużaw u proporzjonati man-natura tal-inizjattiva taċ-ċittadini, sabiex tiġi mħeġġa l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u biex l-Unjoni ssir iktar aċċessibbli.

(5)

L-atti legali tal-Unjoni għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati jistgħu jiġu adottati fid-definizzjoni tal-kompiti, l-objettivi prijoritarji u l-organizzazzjoni tal-Fondi Strutturali li jistgħu jinvolvu r-raggruppament tal-Fondi, skont l-Artikolu 177 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

(6)

L-inizjattiva taċ-ċittadini proposta, sa fejn għandha l-għan li tressaq proposti mill-Kummissjoni għal atti legali li jistabbilixxu l-kompiti, l-objettivi prijoritarji u l-organizzazzjoni tal-Fondi Strutturali u sakemm l-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati jwasslu għat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni, ma taqax manifestament barra mill-qafas tas-setgħat tal-Kummissjoni li tressaq proposta għal att legali tal-Unjoni għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament.

(7)

Barra minn hekk, il-kumitat taċ-ċittadini ġie ffurmat u l-persuni ta' kuntatt inħatru skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament, u l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta la tidher li hija manifestament abbużiva, frivola jew vessatorja, u lanqas ma tidher li tmur manifestament kontra l-valuri tal-Unjoni, kif stipulat fl-Artikolu 2 tat-TUE.

(8)

L-inizjattiva proposta taċ-ċittadini bit-titolu “Politika ta' koeżjoni għall-ugwaljanza bejn ir-reġjuni u s-sostenibbiltà tal-kulturi reġjonali” jenħtieġ għalhekk li tiġi rreġistrata.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-inizjattiva proposta taċ-ċittadini bit-titolu “Politika ta' koeżjoni għall-ugwaljanza bejn ir-reġjuni u s-sostenibbiltà tal-kulturi reġjonali” hija b'dan irreġistrata.

2.   Id-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ għal din l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta jistgħu jinġabru, abbażi tal-fehim li timmira għal proposti mill-Kummissjoni għal atti legali li jistabbilixxu l-kompiti, l-objettivi ta' prijorità u l-organizzazzjoni tal-Fondi Strutturali u sakemm l-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati jwasslu għat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta' Mejju 2019.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-organizzaturi (il-membri tal-kumitat taċ-ċittadini) tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta intitolata “Il-politika ta' koeżjoni għall-ugwaljanza bejn ir-reġjuni u għas-sostenibbiltà tal-kulturi reġjonali”, irrappreżentata mis-Sur Balázs Árpád IZSÁK u s-Sur Attila DABIS li jaġixxu bħala persuni ta' kuntatt.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' April 2019.

Għall-Kummissjoni

Frans TIMMERMANS

Viċi President


(1)  ĠU L 65, 11.3.2011, p. 1.


10.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 122/57


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/722

tat-30 ta' April 2019

dwar il-proposta għal inizjattiva taċ-ċittadin bit-titolu “Inwaqqfu l-kummerċ ma' insedjamenti Iżraeljani li joperaw fit-Territorju Palestinjan Okkupat”

(notifikata bid-dokument C(2019) 3305)

(It-test Ingliż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrati it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Is-suġġett tal-proposta għal inizjattiva taċ-ċittadini bit-titolu “Inwaqqfu l-kummerċ ma' insedjamenti Iżraeljani li joperaw fit-Territorju Palestinjan Okkupat” jirreferi għal dan li ġej: “Sabiex ma jingħata la għarfien u lanqas assistenza lill-ksur minn Iżrael tal-liġi internazzjonali u tad-drittijiet tal-bniedem, l-UE għandha l-obbligu li twaqqaf il-kummerċ mal-insedjamenti Iżraeljani li qegħdin jikkolonizzaw it-Territorju Palestinjan Okkupat.”

(2)

L-objettivi tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta jirreferu għal dan li ġej: “Il-Kummissjoni Ewropea għandha kompetenza esklussiva fuq il-kummerċ. Bħala tali, u fid-dawl tal-obbligi tagħha skont il-liġi internazzjonali li ma tagħrafx u ma tassistix l-atti illeċti tal-Iżrael fil-Palestina okkupata, il-Kummissjoni jeħtiġilha: 1. Tirrikonoxxi formalment li l-kummerċ mal-insedjamenti Iżraeljani huwa pprojbit kemm għall-UE bħala tali kif ukoll għall-Istati Membri kollha. 2. Teżegwixxi regolament li jiggarantixxi li l-prodotti u s-servizzi li joriġinaw kollha kemm huma, jew parti minnhom, f'tali insedjamenti ma jkunux jistgħu jidħlu aktar fis-suq Ewropew.”

(3)

It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) isaħħaħ iċ-ċittadinanza tal-Unjoni u jqawwi iktar il-funzjonament demokratiku tal-Unjoni billi jipprevedi, fost l-oħrajn, li kull ċittadin ikollu d-dritt li jipparteċipa fil-ħajja demokratika tal-Unjoni permezz ta' inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej.

(4)

Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-proċeduri u l-kundizzjonijiet meħtieġa għal inizjattiva taċ-ċittadini jkunu ċari, sempliċi, faċli biex jintużaw u proporzjonati man-natura tal-inizjattiva taċ-ċittadini, sabiex tiġi mħeġġa l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u biex l-Unjoni ssir iktar aċċessibbli.

(5)

Att legali li jkopri s-suġġett tal-proposta għal inizjattiva taċ-ċittadini jista' jiġi adottat biss abbażi tal-Artikolu 215 tat-TFUE.

(6)

Madankollu, prerekwiżit biex att legali jiġi adottat abbażi tal-Artikolu 215 tat-TFUE huwa li jkun hemm deċiżjoni adottata skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea li jipprovdi għall-interruzzjoni jew it-tnaqqis, parzjalment jew kompletament, tar-relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-pajjiż terz ikkonċernat. Il-Kummissjoni ma għandhiex is-setgħa li tippreżenta proposti għal tali deċiżjoni. Fin-nuqqas ta' deċiżjoni korrispondenti adottata skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni ma għandhiex is-setgħa li tippreżenta proposta għall-adozzjoni ta' att legali abbażi tal-Artikolu 215 tat-TFUE.

(7)

Għal dawn ir-raġunijiet, il-proposta għal inizjattiva taċ-ċittadini bit-titolu “Inwaqqfu l-kummerċ ma' insedjamenti Iżraeljani li joperaw fit-Territorju Palestinjan Okkupat” taqa' b'mod manifest 'il barra mill-qafas tas-setgħat tal-Kummissjoni li tressaq proposta għal att legali tal-Unjoni għall-finijiet tal-implimentazzjoni tat-Trattati fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament, meħud flimkien mal-Artikolu 2, il-punt 1, tiegħu.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-reġistrazzjoni tal-proposta għal inizjattiva taċ-ċittadin bit-titolu “Inwaqqfu l-kummerċ ma' insedjamenti Iżraeljani li joperaw fit-Territorju Palestinjan Okkupat” hija b'dan miċħuda.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-organizzaturi (il-membri tal-kumitat taċ-ċittadini) tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bit-titolu “Inwaqqfu l-kummerċ ma' insedjamenti Iżraeljani li joperaw fit-Territorju Palestinjan Okkupat”, irrappreżentata minn [Data personali mħassra wara l-konsultazzjoni mal-organizzaturi] li jaġixxu bħala persuni ta' kuntatt.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' April 2019.

Għall-Kummissjoni

Frans TIMMERMANS

Viċi President


(1)  ĠU L 65, 11.3.2011, p. 1.


Rettifika

10.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 122/59


Rettifika għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/329 tal-25 ta' Frar 2019 li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet dwar il-kwalità, ir-riżoluzzjoni u l-użu tal-marki tas-swaba' u tal-immaġni tal-wiċċ għall-verifika u l-identifikazzjoni bijometrika fis-Sistema ta' Dħul u Ħruġ (EES)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 57 tas-26 ta' Frar 2019 )

F'paġna 21, fl-Anness, il-punt 1.2, il-ħames paragrafu,

minflok:

“Rata ta' Identifikazzjoni Falza (FMR)”,

aqra:

“Rata ta' Korrispondenzi Foloz (FMR)”;

F'paġna 22, fl-Anness, il-punt 1.2, is-sitt paragrafu,

minflok:

“Ir-Rata ta' Identifikazzjoni Negattiva Falza (FNMR, False Non-Match(ing) Rate)”,

aqra:

“Ir-Rata ta' Nonkorrispondenzi Foloz (FNMR)”;

F'paġna 22, fl-Anness, is-sottopunt 1.2.2, l-ewwel sentenza,

minflok:

“Rata ta' Identifikazzjoni Falza (FMR)”,

aqra:

“Rata ta' Korrispondenzi Foloz”;

F'paġna 22, fl-Anness, is-sottopunt 1.2.2, l-ewwel sentenza,

minflok:

“tar-Rata ta' Identifikazzjoni Negattiva Falza (FNMR)”,

aqra:

“tar-Rata ta' Nonkorrispondenzi Foloz”;

F'paġna 24, fl-Anness, is-sottopunt 1.3.3, it-titlu,

minflok:

“(Rata ta' Tqabbil Falz u Rata ta' Identifikazzjoni Negattiva Falza)”,

aqra:

“(Rata ta' Korrispondenzi Foloz u Rata ta' Nonkorrispondenzi Foloz)”;

F'paġna 24, fl-Anness, is-sottopunt 1.3.3, fit-tieni paragrafu, sentenza tal-bidu:

minflok:

“tar-Rata ta' Identifikazzjoni Falza”,

aqra:

“tar-Rata ta' Korrispondenzi Foloz”;

F'paġna 24, fl-Anness, is-sottopunt 1.3.3, it-tielet paragrafu, sentenza tal-bidu,

minflok:

“tar-Rata ta' Identifikazzjoni Negattiva Falza (l-identifikazzjoni ma sseħħx mal-proprjetarju tal-bijometriċi)”,

aqra:

“tar-Rata ta' Nonkorrispondenzi Foloz (it-tqabbil ma jseħħx mal-proprjetarju tal-bijometriċi)”.