ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 120

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 62
8 ta' Mejju 2019


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/702 tal-15 ta' April 2019 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kanada, min-naħa l-oħra

1

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/703 tat-8 ta' Ottubru 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Kanada u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, biex tittieħed inkunsiderazzjoni l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

3

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/704 tal-15 ta' April 2019 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Kanada u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, sabiex tittieħed inkonsiderazzjoni l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

4

 

 

Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Kanada l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, biex tittieħed inkunsiderazzjoni l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

5

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/705 tat-2 ta' Mejju 2019 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

8

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/706 tas-7 ta' Mejju 2019 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva karvon skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

11

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/707 tas-7 ta' Mejju 2019 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi alpha-cypermethrin, beflubutamid, benalaxyl, benthiavalicarb, bifenazate, boscalid, bromoxynil, captan, cyazofamid, desmedipham, dimethoate, dimethomorph, diuron, ethephon, etoxazole, famoxadone, fenamiphos, flumioxazine, fluoxastrobin, folpet, foramsulfuron, formetanate, metalaxyl-M, methiocarb, metribuzin, milbemectin, Paecilomyces lilacinus razza 251, phenmedipham, phosmet, pirimiphos-methyl, propamocarb, prothioconazole, S-metolachlor u tebuconazole ( 1 )

16

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2019/708 tal-15 ta' Frar 2019 li tissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward id-determinazzjoni ta' setturi u sottosetturi meqjusa li jinsabu f'riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għall-perjodu 2021–2030 ( 1 )

20

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/709 tas-6 ta' Mejju 2019 dwar il-ħatra tal-maniġer tan-netwerk għall-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) tal-ajru uniku Ewropew (notifikata bid-dokument C(2019) 3228)

27

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2019 tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni UE-Ukrajna fil-Konfigurazzjoni tal-Kummerċ tal-25 ta' Marzu 2019 dwar l-istabbiliment tal-lista ta' arbitri msemmija fl-Artikolu 323(1) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra [2019/710]

31

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

8.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 120/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/702

tal-15 ta' April 2019

dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kanada, min-naħa l-oħra

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni nnegozjat f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kanada, min-naħa l-oħra (il-“Ftehim”) f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni biex tibda n-negozjati.

(2)

Il-Ftehim ġie ffirmat fis-17 u t-18 ta' Diċembru 2009, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar 'il quddiem, f'konformità mad-Deċiżjoni 2010/417/KE tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea mlaqqgħin fil-Kunsill (2).

(3)

Il-Ftehim ġie ratifikat mill-Istati Membri kollha, minbarra r-Repubblika tal-Kroazja. Huwa previst li r-Repubblika tal-Kroazja taderixxi għall-Ftehim skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 6(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2011.

(4)

Jenħtieġ li l-Ftehim issa jiġi approvat f'isem l-Unjoni.

(5)

L-Artikoli 3 u 4 tad-Deċiżjoni 2010/417/KE jinkludu dispożizzjonijiet dwar it-teħid ta' deċiżjonijiet u dwar ir-rappreżentazzjoni fir-rigward ta' diversi kwistjonijiet stipulati fil-Ftehim. Fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-28 ta' April 2015 fil-kawża C-28/12, jenħtieġ li l-applikazzjoni ta' dawk id-dispożizzjonijiet titwaqqaf. Fid-dawl tat-Trattati, mhumiex meħtieġa dispożizzjonijiet ġodda dwar dawk il-kwistjonijiet, u lanqas ma huma meħtieġa dispożizzjonijiet dwar l-obbligi ta' informazzjoni tal-Istati Membri, bħal dawk stipulati fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2010/417/KE. Konsegwentement, jenħtieġ li l-Artikoli 3, 4 u 5 tad-Deċiżjoni 2010/417/KE jieqfu japplikaw fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kanada, min-naħa l-oħra, huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni (3).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 23 tal-Ftehim, sabiex jesprimi l-kunsens tal-Unjoni li tkun marbuta bil-Ftehim (4), u għandu jagħti n-notifika li ġejja:

“Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fl-1 ta' Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwixxiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea u minn dik id-data qed teżerċita d-drittijiet kollha u tassumi l-obbligi kollha tal-Komunità Ewropea. Għalhekk, ir-referenzi għal “il-Komunità Ewropea” fit-test tal-Ftehim għandhom, fejn xieraq, jinqraw bħala “l-Unjoni Ewropea””.

Artikolu 3

L-Artikoli 3, 4 u 5 tad-Deċiżjoni 2010/417/KE għandhom jieqfu japplikaw fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-15 ta' April 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

P. DAEA


(1)  Kunsens tat-2 ta' Ottubru 2018 (għad mhuwiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea 2010/417/KE, mlaqqgħin fil-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kanada, min-naħa l-oħra (ĠU L 207, 6.8.2010, p. 30).

(3)  Il-Ftehim ġie ppubblikat fil-ĠU L 207 tas-6 ta' Awwissu 2010, p. 32 flimkien mad-Deċiżjoni dwar l-iffirmar.

(4)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi pubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


8.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 120/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/703

tat-8 ta' Ottubru 2014

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Kanada u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, biex tittieħed inkunsiderazzjoni l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja, u b'mod partikolari, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fl-14 ta' Settembru 2012, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati, f'isem l-Unjoni, l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Kroazja, għall-konklużjoni ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Kanada u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, (1) biex tittieħed inkunsiderazzjoni l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (“il-Protokoll”).

(2)

Dawk in-negozjati tlestew b'suċċess fis-16 ta' Ottubru 2013.

(3)

Il-Protokoll għandu jiġi ffirmat f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Kanada u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (2) huwa b'dan awtorizzat f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, soġġett għall-konklużjoni tal-Protokoll.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat sabiex jaħtar il-persuna jew persuni biex tingħatalhom is-setgħa jiffirmaw il-Protokoll f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-8 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

M. LUPI


(1)  It-test tal-Ftehim hu ppubblikat fil-ĠU L 207, 6.8.2010, p. 32.

(2)  It-test tal-Protokoll se jiġi ppubblikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


8.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 120/4


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/704

tal-15 ta' April 2019

dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Kanada u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, sabiex tittieħed inkonsiderazzjoni l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja, u b'mod partikolari, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/703 (2), il-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-trasport bl-ajru bejn il-Kanada u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha (3), sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (“il-Protokoll”) ġie ffirmat, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

(2)

Il-Protokoll għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Kanada u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha.

It-test tal-Protokoll hu anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat sabiex jaħtar il-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, li jiddepożitaw l-att ta' approvazzjoni previst fl-Artikolu 3 tal-Protokoll (4).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-15 ta' April 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

P. DAEA


(1)  Kunsens tat-12 ta' Settembru 2018 (għadu mhuwiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/703 tat-8 ta' Ottubru 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Kanada u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, biex tittieħed inkunsiderazzjoni l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (ara paġna 3 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  It-test tal-Ftehim hu ppubblikat fil-ĠU L 207, 6.8.2010, p. 32.

(4)  Id-data minn meta l-Protokoll japplika b'mod provviżorju se tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


8.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 120/5


PROTOKOLL

li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Kanada l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, biex tittieħed inkunsiderazzjoni l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

IL-KANADA,

min-naħa l-oħra; u

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA' SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

L-UNGERIJA,

IR-REPUBBLIKA TA' MALTA,

IR-RENJU TAL-PAJJIŻI L-BAXXI,

IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-RUMANIJA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TAL-ISVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ,

billi huma partijiet għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u billi huma Stati Membri tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem, l-“Istati Membri”), u

L-UNJONI EWROPEA,

minn naħa l-oħra,

WARA LI KKUNSIDRAW l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Lulju 2013,

FTIEHMU FUQ DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Ir-Repubblika tal-Kroazja hija Parti għall-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Kanada u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha (1), iffirmat fis-17 ta' Diċembru 2009 (minn hawn' il quddiem “il-Ftehim”).

Artikolu 2

It-test tal-Ftehim fil-lingwa Kroata (2) għandu jsir awtentiku taħt l-istess kundizzjonijiet tal-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra.

Artikolu 3

Dan il-Protokoll għandu jiġi approvat mill-Partijiet skont il-proċeduri tagħhom stess. Għandu jidħol fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim. Madankollu, jekk dan il-Protokoll jiġi approvat mill-Partijiet wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, imbagħad jidħol fis-seħħ, f'konformità mal-Artikolu 23(1) tal-Ftehim, xahar wara d-data tal-aħħar nota diplomatika fejn il-Partijiet jikkonfermaw li l-proċeduri kollha meħtieġa għad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll ikunu tlestew.

Magħmul fi Brussell, f'żewġ kopji, fis-sebgħa u għoxrin jum ta' Jannar fis-sena elfejn u sbatax,bil-Bulgaru, Kroat, Ċek, Daniż, Olandiż, Ingliż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ungeriż, Taljan, Latvjan, Litwan, Malti, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, u Svediż, fejn kull test huwa ugwalment awtentiku.

За държавите членки

Por los Estados miembros

Za členské státy

For medlemsstaterne

Für die Mitgliedstaaten

Liikmesriikide nimel

Για τα κράτη μέλη

For the Member States

Pour les États membres

Za države članice

Per gli Stati membri

Dalībvalstu vārdā –

Valstybių narių vardu

A tagállamok részéről

Għall-Istati Membri

Voor de lidstaten

W imieniu Państw Członkowskich

Pelos Estados-Membros

Pentru statele membre

Za členské štáty

Za države članice

Jäsenvaltioiden puolesta

För medlemsstaterna

Image 1

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image 2

За Канада

Por Canadá

Za Kanadu

For Canada

Für Kanada

Kanada nimel

Για τον Καναδά

For Canada

Pour le Canada

Za Kanadu

Per il Canada

Kanādas vārdā –

Kanados vardu

Kanada részéről

Għall-Kanada

Voor Canada

W imieniu Kanady

Pelo Canadá

Pentru Canada

Za Kanadu

Za Kanado

Kanadan puolesta

För Kanada

Image 3


(1)  It-test tal-Ftehim hu ppubblikat fil-ĠU L 207, 6.8.2010, p. 32.

(2)  It-test Kroat tal-Ftehim se jiġi ppubblikat f'edizzjoni speċjali tal-Ġurnal Uffiċjali iktar tard.


REGOLAMENTI

8.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 120/8


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/705

tat-2 ta' Mejju 2019

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha parzjalment jew kollha kemm hi, jew li żżid kwalunkwe sottodiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jiġu applikati t-tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jenħtieġ li jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

(4)

Jixraq li jiġi stipulat li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu jenħtieġ li jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Mejju 2019.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Stephen QUEST

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni


(1)  ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi - NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Żugraga tal-plastik, b'lanċatur u b'qafla bis-snien (ripcord).

Iż-żugraga titħaddem bil-lanċatur u bil-qafla bis-snien. L-oġġett jista' jintuża indipendentement bħala mezz ta' rikreazzjoni. Inkella, żewġ persuni jew aktar jistgħu jużaw żewġ oġġetti jew aktar (mitfugħa f'arena apposta b'għamla ta' skutella (ippreżentata b'mod separat)) li jikkompetu ma' xulxin bl-għan li jeliminaw iż-żugraga tal-ieħor.

Ara l-istampa (*1)

9503 00 95

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mit-test tal-kodiċijiet NM 9503 00 u 9503 00 95 .

L-oġġett huwa żugraga li titqies ġugarell tal-intestatura 9503 00 (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata tal-intestatura 9503 , (D), (xix)). Għandu l-karatteristiċi oġġettivi ta' ġugarell għar-rikreazzjoni.

Għalkemm l-oġġett jista' jintuża għall-kompetizzjoni bejn żewġ persuni jew aktar, dan l-użu mhuwiex inerenti għall-karatteristiċi oġġettivi tal-oġġett meta jiġi ppreżentat separatament (mingħajr l-arena ddedikata). Għalhekk hija eskluża l-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 9504 bħala oġġett għal-logħob tas-salott.

Għaldaqstant, l-oġġett għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 9503 00 95 bħala ġugarelli oħrajn tal-plastiks.

Image 4

(*1)  L-istampa għandha tintuża biss għal finijiet ta' informazzjoni.


8.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 120/11


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/706

tas-7 ta' Mejju 2019

li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva karvon skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/44/KE (2) inkludiet il-karvon bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3).

(2)

Is-sustanzi attivi li hemm fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jitqiesu li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u huma elenkati fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (4).

(3)

Kif stabbilit fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, l-approvazzjoni tas-sustanza attiva karvon tiskadi fil-31 ta' Lulju 2019.

(4)

Ġiet ippreżentata applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva karvon skont l-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (5) fil-perjodu taż-żmien previst f'dak l-Artikolu.

(5)

L-applikant ippreżenta l-fajls addizzjonali meħtieġa skont l-Artikolu 6 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012. L-Istat Membru relatur sab li l-applikazzjoni kienet kompluta.

(6)

L-Istat Membru relatur ħejja rapport dwar il-valutazzjoni tat-tiġdid b'konsultazzjoni mal-Istat Membru korelatur u fil-31 ta' Mejju 2017 ippreżentah lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni.

(7)

L-Awtorità bagħtet ir-rapport dwar il-valutazzjoni tat-tiġdid lill-applikant u lill-Istati Membri għall-kummenti tagħhom, u għaddiet il-kummenti li rċeviet lill-Kummissjoni. L-Awtorità ppubblikat ukoll is-sommarju tal-fajl supplimentari.

(8)

Fit-12 ta' Lulju 2018, l-Awtorità bagħtet il-konklużjoni tagħha lill-Kummissjoni (6) dwar jekk il-karvon jistax jiġi mistenni jissodisfa l-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jew le. Fl-24 ta' Jannar 2019 il-Kummissjoni ppreżentat l-abbozz inizjali tar-rapport ta' tiġdid għall-karvon lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

(9)

L-applikant ingħata l-opportunità jibgħat il-kummenti tiegħu dwar l-abbozz tar-rapport dwar it-tiġdid.

(10)

B'rabta mal-kriterji l-ġodda biex jiġu identifikati l-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali li daħħal ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/605 (7), fil-konklużjoni tagħha, l-Awtorità tindika li l-probabbiltà li l-karvon ifixkel is-sistema endokrinali permezz tal-modalitajiet estroġeniċi, androġeniċi, tirojdoġeniċi u sterojdoġeniċi hija remota ħafna. Barra minn hekk, id-data disponibbli u l-valutazzjoni xjentifika tar-riskju mwettqa mill-Awtorità jindikaw li hu improbabbli li l-karvon ikollu effetti ta' tfixkil endokrinali. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li l-karvon ma jridx jitqies li għandu proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali.

(11)

Fir-rigward ta' użu rappreżentattiv wieħed jew aktar ta' mill-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva karvon, ġie stabbilit li l-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati.

(12)

Il-valutazzjoni tar-riskju għat-tiġdid tal-approvazzjoni tal-karvon hija bbażata fuq għadd limitat ta' użi rappreżentattivi li, madankollu, ma jillimitawx l-użi li għalihom jistgħu jiġu awtorizzati l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-karvon. Għaldaqstant, jixraq li r-restrizzjoni fuq l-użu bħala regolatur tat-tkabbir tal-pjanti ma tibqax fis-seħħ. Għalhekk, huwa xieraq li tiġġeded l-approvazzjoni tal-karvon.

(13)

Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(14)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-jum wara d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva karvon.

(15)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Tiġdid tal-approvazzjoni ta' sustanza attiva

L-approvazzjoni tas-sustanza attiva karvon, kif speċifikata fl-Anness I, hija mġedda soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat f'konformità mal-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u data ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Awwissu 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Mejju 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Direttiva tal-Kummissjoni 2008/44/KE tal-4 ta' April 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-benthiavalicarb, il-boscalid, il-carvone, il-fluoxastrobin, il-Paecilomyces lilacinus u l-prothioconazole bħala sustanzi attivi (ĠU L 94, 5.4.2008, p. 13).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).

(6)  EFSA Journal 2018;16(7):5390. EFSA (l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel), 2018. Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance carvone. Tinsab fuq: www.efsa.europa.eu.

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/605 tad-19 ta' April 2018 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 billi jistabbilixxi l-kriterji xjentifiċi biex jiġu ddeterminati l-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali. (ĠU L 101, 20.4.2018, p. 33).


ANNESS I

Isem Komuni, Numri tal-Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

karvon

244-16-8 (d-karvon = S-karvon = (+)-karvon)

Karvon: 602

d-karvon: mhux allokat

(S)-5-isopropenil-2-metilċikloeż-2-en-1-on

Jew

(S)-p-menta-6,8-dien-2-on

923 g/kg d-karvon

l-1 ta' Awwissu 2019

il-31 ta' Lulju 2034

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi, kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' tiġdid dwar il-karvon, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari:

lill-protezzjoni tal-operaturi, filwaqt li jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet tal-użu jinkludu l-applikazzjoni ta' tagħmir ta' protezzjoni personali xieraq.

Fejn xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu l-miżura ta' mitigazzjoni tar-riskju. B'mod partikolari, jenħtieġ li jiġi kkunsidrat il-perjodu taż-żmien meħtieġ qabel id-dħul fil-kmamar tal-ħżin wara l-applikazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom il-karvon.

L-applikant għandu jippreżenta informazzjoni konfermatorja lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità fir-rigward ta' dan li ġej:

l-effett tal-proċessi ta' trattament tal-ilma fuq in-natura tar-residwi preżenti fl-ilma tal-wiċċ u ta' taħt l-art, meta l-ilma tal-wiċċ jiġi estratt għal ilma tajjeb għax-xorb.

L-applikant għandu jippreżenta dik l-informazzjoni fi żmien sentejn mid-data tal-pubblikazzjoni mill-Kummissjoni, ta' dokument ta' gwida dwar l-evalwazzjoni tal-effett tal-proċessi tat-trattament tal-ilma fuq in-natura tar-residwi preżenti fl-ilma tal-wiċċ u ta' taħt l-art.


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' tiġdid.


ANNESS II

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-Parti A, titħassar l-entrata 165 dwar il-karvon;

(2)

fil-Parti B, tinżied l-entrata li ġejja:

Nru

Isem Komuni, Numri tal-Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“135

karvon

244-16-8 (d-karvon = S-karvon = (+)-karvon)

Karvon: 602

d-karvon: mhux allokat

(S)-5-isopropenil-2-metilċikloeż-2-en-1-on

Jew

(S)-p-menta-6,8-dien-2-on

923 g/kg d-karvon

l-1 ta' Awwissu 2019

il-31 ta' Lulju 2034

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi, kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' tiġdid dwar il-karvon, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari:

lill-protezzjoni tal-operaturi, filwaqt li jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet tal-użu jinkludu l-applikazzjoni ta' tagħmir ta' protezzjoni personali xieraq.

Fejn xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu l-miżura ta' mitigazzjoni tar-riskju. B'mod partikolari, jenħtieġ li jiġi kkunsidrat il-perjodu taż-żmien meħtieġ qabel id-dħul fil-kmamar tal-ħżin wara l-applikazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom il-karvon.

L-applikant għandu jippreżenta informazzjoni konfermatorja lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità fir-rigward ta' dan li ġej:

l-effett tal-proċessi ta' trattament tal-ilma fuq in-natura tar-residwi preżenti fl-ilma tal-wiċċ u ta' taħt l-art, meta l-ilma tal-wiċċ jiġi estratt għal ilma tajjeb għax-xorb.

L-applikant għandu jippreżenta dik l-informazzjoni fi żmien sentejn mid-data tal-pubblikazzjoni mill-Kummissjoni, ta' dokument ta' gwida dwar l-evalwazzjoni tal-effett tal-proċessi tat-trattament tal-ilma fuq in-natura tar-residwi preżenti fl-ilma tal-wiċċ u ta' taħt l-art.”


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' tiġdid.


8.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 120/16


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/707

tas-7 ta' Mejju 2019

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi alpha-cypermethrin, beflubutamid, benalaxyl, benthiavalicarb, bifenazate, boscalid, bromoxynil, captan, cyazofamid, desmedipham, dimethoate, dimethomorph, diuron, ethephon, etoxazole, famoxadone, fenamiphos, flumioxazine, fluoxastrobin, folpet, foramsulfuron, formetanate, metalaxyl-M, methiocarb, metribuzin, milbemectin, Paecilomyces lilacinus razza 251, phenmedipham, phosmet, pirimiphos-methyl, propamocarb, prothioconazole, S-metolachlor u tebuconazole

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2) tistabbilixxi s-sustanzi attivi meqjusin approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(2)

Il-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi famoxadone, flumioxazine u metalaxyl-M ġew estiżi bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/917 (3) sat-30 ta' Ġunju 2019. L-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-inklużjoni tas-sustanzi attivi famoxadone, flumioxazin u metalaxyl-M fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (4) tressqu f'konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2010 (5).

(3)

Il-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi alpha-cypermethrin, beflubutamid, benalaxyl, benthiavalicarb, bifenazate, boscalid, bromoxynil, captan, cyazofamid, desmedipham, dimethoate, dimethomorph, ethephon, etoxazole, fenamiphos, fluoxastrobin, folpet, foramsulfuron, formetanate, methiocarb, metribuzin, milbemectin, Paecilomyces lilacinus razza 251, phenmedipham, phosmet, pirimiphos-methyl, propamocarb, prothioconazole u S-metolachlor ġew estiżi sal-31 ta' Lulju 2019 permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/917.

(4)

Il-perjodu ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva diuron ġie estiż bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1262 (6) sat-30 ta' Settembru 2019.

(5)

Il-perjodu ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva tebuconazole se jiskadi fil-31 ta' Awwissu 2019 (7).

(6)

L-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjonijiet tas-sustanzi msemmija fil-premessi 3 sa 5 tressqu f'konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (8).

(7)

Il-valutazzjoni tas-sustanzi ddewmet minħabba raġunijiet li ma kinux fil-kontroll tal-applikanti, u għalhekk aktarx li l-approvazzjonijiet ta' dawk is-sustanzi attivi jiskadu qabel ma tkun ittieħdet deċiżjoni dwar it-tiġdid tagħhom. Għalhekk hemm bżonn li l-perjodi ta' approvazzjoni tagħhom jiġu estiżi.

(8)

Fid-dawl tal-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, rigward każijiet meta l-Kummissjoni tadotta Regolament li jistipula li l-approvazzjoni ta' sustanza attiva msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament ma tiġġeddidx minħabba li ma jkunux ġew issodisfati l-kriterji tal-approvazzjoni, il-Kummissjoni tistipula li d-data ta' skadenza tkun l-istess waħda li kienet iffissata qabel l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament jew fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament li jistipula li l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ma tiġġeddidx, skont liema data tiġi wara. Rigward il-każijiet meta l-Kummissjoni tadotta Regolament li jipprevedi t-tiġdid ta' sustanza attiva msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tfittex li tistabblixxi, skont iċ-ċirkostanzi, l-iktar data ta' applikazzjoni qrib possibbli.

(9)

Għalhekk, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Mejju 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/917 tas-27 ta' Ġunju 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi alfaċipermetrina, beflubutammid, benalassil, bentjavalikarb, bifenażat, boskalid, bromossinil, kaptan, karvone, klorprofam, ċjażofammid, desmedifam, dimetoat, dimetomorf, dikwat, etefon, etoprofos, etossażol, famoksadon, fenamidon, fenamifos, flumjoksażina, fluwossastrobin, folpet, foramsulfuron, formetanat, u r-razza Gliocladium catenulatum: J1446, isossaflutol, metalaksil-m, metjokarb, metossifenożid, metribużin, milbemektin, oksasulfuron, ir-razza 251 Paecilomyces lilacinus, fenmedifam, fosmet, pirimifos-metil, propamokarb, protijokonażol, pimetrożin u s-metolaklor (ĠU L 163, 28.6.2018, p. 13).

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2010 tas-7 ta' Diċembru 2010 li jistabbilixxi l-proċedura għat-tiġdid tal-inklużjoni tat-tieni grupp ta' sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jistabbilixxi l-lista ta' dawk is-sustanzi (ĠU L 322, 8.12.2010, p. 10).

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1262 tal-20 ta' Settembru 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi 1-metilċiklopropen, beta-ċiflutrin, klorotalonil, klorotoluron, klomażon, ċipermetrina, daminożid, deltametrina, dimetenammid-p, diuron, fludioksonil, flufenaċet, flurtamon, fostijażat, indoksakarb, MCPA, MCPB, prosulfokarb, tijofanat-metil u tribenuron (ĠU L 238, 21.9.2018, p. 62).

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(8)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).


ANNESS

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:

(1)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 35, Famoxadone, id-data tiġi sostitwita bid-data “30 ta' Ġunju 2020”;

(2)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 37, Metalaxyl-M, id-data tiġi sostitwita bid-data “30 ta' Ġunju 2020”;

(3)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 39, Flumioxazine, id-data tiġi sostitwita bid-data “30 ta' Ġunju 2020”;

(4)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 44, Foramsulfuron, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Lulju 2020”;

(5)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 46, Cyazofamid, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Lulju 2020”;

(6)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 83, Alpha-cypermethrin, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Lulju 2020”;

(7)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 84, Benalaxyl, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Lulju 2020”;

(8)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 85, Bromoxynil, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Lulju 2020”;

(9)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 86, Desmedipham, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Lulju 2020”;

(10)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 88, Phenmedipham, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Lulju 2020”;

(11)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 97, S-metolachlor, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Lulju 2020”;

(12)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 99, Etoxazole, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Lulju 2020”;

(13)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 109, Bifenazate, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Lulju 2020”;

(14)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 110, Milbemectin, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Lulju 2020”;

(15)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 141, Fenamiphos, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Lulju 2020”;

(16)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 142, Ethephon, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Lulju 2020”;

(17)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 145, Captan, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Lulju 2020”;

(18)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 146, Folpet, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Lulju 2020”;

(19)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 147, Formetanate, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Lulju 2020”;

(20)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 148, Methiocarb, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Lulju 2020”;

(21)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 149, Dimethoate, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Lulju 2020”;

(22)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 150, Dimethomorph, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Lulju 2020”;

(23)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 152, Metribuzin, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Lulju 2020”;

(24)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 153, Phosmet, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Lulju 2020”;

(25)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 154, Propamocarb, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Lulju 2020”;

(26)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 156, Pirimiphos-methyl, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Lulju 2020”;

(27)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 158, Beflubutamid, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Lulju 2020”;

(28)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 163, Benthiavalicarb, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Lulju 2020”;

(29)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 164, Boscalid, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Lulju 2020”;

(30)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 166, Fluoxastrobin, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Lulju 2020”;

(31)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 167, Paecilomyces lilacinus razza 251, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Lulju 2020”;

(32)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 168, Prothioconazole, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Lulju 2020”;

(33)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 192, Diuron, id-data tiġi sostitwita bid-data “30 ta' Settembru 2020”;

(34)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 268, Tebuconazole, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Awwissu 2020”.


DEĊIŻJONIJIET

8.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 120/20


DEĊIŻJONI DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/708

tal-15 ta' Frar 2019

li tissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward id-determinazzjoni ta' setturi u sottosetturi meqjusa li jinsabu f'riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għall-perjodu 2021–2030

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10b(5) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2003/87/KE tipprevedi li l-irkantar ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra huwa l-prinċipju bażiku fl-ambitu tas-sistema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra fl-Unjoni (EU ETS).

(2)

Il-Kunsill Ewropew ta' Ottubru 2014 ikkunsidra li jentħieġ li l-allokazzjoni mingħajr ħlas ma tiskadix u li l-miżuri eżistenti jenħtieġ ikomplu wara l-2020 biex jipprevjenu r-riskju tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju minħabba l-politika dwar it-tibdil fil-klima, sakemm ma jitwettqux sforzi komparabbli f'ekonomiji ewlenin oħra. Sabiex il-benefiċċju ambjentali tat-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-Unjoni jiġi ppreżervat filwaqt li l-miżuri meħudin minn pajjiżi terzi ma jipprovdux lill-industrija b'inċentivi komparabbli biex jitnaqqsu l-emissjonijiet, l-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas jenħtieġ tkompli għall-installazzjonijiet fis-setturi u s-sottosetturi li jinsabu f'riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju.

(3)

L-esperjenza li nġabret matul it-tħaddim tal-EU ETS ikkonfermat li s-setturi u s-sottosetturi huma esposti għal livelli differenti ta' riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, u li l-allokazzjoni mingħajr ħlas ippreveniet ir-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Filwaqt li wħud mis-setturi u s-sottosetturi jistgħu jitqiesu li huma esposti għal riskju ogħla ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, oħrajn jistgħu jgħaddu sehem konsiderevoli tal-ispejjeż tal-kwoti għall-kopertura tal-emissjonijiet tagħhom lill-prezzijiet tal-prodotti mingħajr ma jitilfu s-sehem fis-suq, b'mod li jġarrbu biss il-parti li jifdal tal-ispejjeż sabiex ikunu esposti għal riskju baxx ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Sabiex jiġi indirizzat ir-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, il-paragrafu 5 tal-Artikolu 10b tad-Direttiva 2003/87/KE jipprevedi li l-Kummissjoni għandha tiddetermina lista ta' setturi u sottosetturi meqjusa li huma esposti għal riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Dawk is-setturi u sottosetturi għandhom jirċievu kwoti mingħajr ħlas ta' 100 % tal-kwantità determinata skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE.

(4)

Bid-Deċiżjoni 2014/746/UE tagħha (2), il-Kummissjoni ddeterminat lista tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għall-perjodu mill-2015 sal-2019. Bid-Direttiva (UE) 2018/410 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), il-validità tal-lista tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju ġiet estiża sal-31 ta' Diċembru 2020.

(5)

L-Artikolu 10b tad-Direttiva 2003/87/KE jistabbilixxi l-kriterji għall-valutazzjoni abbażi ta' data mit-tliet snin kalendarji l-aktar reċenti disponibbli. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni użat data mis-snin 2013, 2014 u 2015 peress li, fiż-żmien tal-valutazzjoni, id-data mill-2016 kienet disponibbli biss għal xi wħud mill-parametri.

(6)

Sabiex tiġi stabbilita l-lista tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għall-2021-2030, il-Kummissjoni vvalutat ir-riskju tar-rilokazzjoni tal-karbonju tas-setturi u tas-sottosetturi fil-livell NACE-4 tal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi fl-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Il-livell NACE-4 huwa l-livell bl-aħjar disponibbiltà tad-data li tiddefinixxi s-setturi b'mod preċiż. Settur huwa indikat f'livell ta' 4 ċifri tal-klassifikazzjoni NACE, filwaqt li sottosettur huwa indikat f'livell ta' Prodcom b'6 jew 8 ċifri, jiġifieri l-klassifikazzjoni ta' oġġetti użati għall-istatistika dwar il-produzzjoni industrijali fl-Unjoni, li ssegwi direttament mill-klassifikazzjoni NACE.

(7)

Il-valutazzjoni tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju twettqet f'żewġ stadji. Għall-valutazzjoni kwantitattiva tal-ewwel livell fil-livell NACE-4, settur jitqies li huwa f'riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju jekk “l-indikatur ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju” jaqbeż il-limitu ta' 0,2 stabbilit fl-Artikolu 10b(1) tad-Direttiva 2003/87/KE. Għal għadd limitat ta' każijiet li jissodisfaw kriterji ta' eliġibbiltà stabbiliti b'mod ċar speċifikati fil-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 10b tad-Direttiva 2003/87/KE, twettqet “valutazzjoni tat-tieni livell”, jew bħala valutazzjoni kwalitattiva bi kriterji speċifikati jew bħala valutazzjoni kwantitattiva f'livell diżaggregat.

(8)

Skont l-Artikolu 10b tad-Direttiva 2003/87/KE, l-indikatur ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju ġie kkalkulat billi l-intensità tal-kummerċ tas-settur ma' pajjiżi terzi ġie multiplikat bl-intensità tal-emissjonijiet tas-settur.

(9)

Skont l-Artikolu 10b tad-Direttiva 2003/87/KE, l-intensità tal-kummerċ ma' pajjiżi terzi ġiet ikkalkulata bħala l-proporzjon bejn il-valur totali tal-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi flimkien mal-valur tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi u d-daqs totali tas-suq għaż-Żona Ekonomika Ewropea (il-fatturat totali flimkien mal-importazzjonijiet totali minn pajjiżi terzi). Il-Kummissjoni vvalutat l-intensità tal-kummerċ għal kull settur u sottosettur abbażi tad-data rrappurtata mill-Eurostat fil-bażi tad-data Comext. Il-Kummissjoni tqis li din hija l-aktar data kompluta u affidabbli dwar il-valuri totali tal-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi u tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, kif ukoll dwar il-fatturat annwali totali fl-Unjoni.

(10)

L-intensità tal-emissjonijiet ġiet ikkalkulata bħala l-ammont totali tal-emissjonijiet diretti u indiretti għas-settur ikkonċernat, diviż bil-valur miżjud gross, u huwa mkejjel f'kg ta' CO2 diviżi b'euro. Il-Kummissjoni tqis ir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea bħala l-aktar sors preċiż u trasparenti ta' data dwar l-emissjonijiet ta' CO2 fil-livell tal-installazzjonijiet u għalhekk dan intuża biex jiġu kkalkulati l-emissjonijiet diretti għas-setturi. L-installazzjonijiet ġew attribwiti lil setturi fil-livell NACE-4 abbażi ta' informazzjoni fil-livell tal-installazzjonijiet ipprovduta mill-Istati Membri fil-miżuri nazzjonali ta' implimentazzjoni ppreżentati skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/87/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE (5). Fir-rigward tal-istima tal-valur gross miżjud fil-livell settorjali, intużat data mill-istatistika strutturali tal-Eurostat dwar in-negozju, peress li din hija meqjusa bħala l-aktar sors preċiż.

(11)

Sabiex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet indiretti, id-data dwar il-konsum tal-elettriku miġbura direttament mill-Istati Membri hija meqjusa bħala l-aktar sors affidabbli minħabba n-nuqqas ta' disponibbiltà ta' data fil-livell tal-EU-28. Il-fattur tal-emissjonijiet tal-elettriku jintuża biex il-konsum tal-elettriku jiġi kkonvertit f'emissjonijiet indiretti. Il-Kummissjoni użat il-medja tat-taħlita ta' ġenerazzjoni tal-elettriku tal-UE bħala l-valur ta' referenza. Dan huwa bbażat fuq l-ammont annwali kumplessiv ta' emissjonijiet tal-Unjoni mis-settur tal-enerġija li jirrappreżenta s-sorsi kollha ta' ġenerazzjoni tal-elettriku fl-Ewropa, diviż bl-ammont korrispondenti ta' ġenerazzjoni tal-elettriku. Il-fattur tal-emissjonijiet tal-elettriku ġie aġġornat biex iqis id-dekarbonizzazzjoni tas-sistema tal-elettriku u s-sehem dejjem akbar ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli. Il-valur il-ġdid jenħtieġ li jiġi referenzjat għall-2015, li huwa allinjat mad-data għat-tliet snin kalendarji l-aktar reċenti disponibbli (2013-2015). Il-valur aġġornat huwa ta' 376 gramma ta' diossidu tal-karbonju għal kull kWh.

(12)

L-Artikoli 10b(2) u (3) tad-Direttiva 2003/87/KE jipprevedu regoli dettaljati għall-eliġibbiltà ta' setturi u sottosetturi speċifiċi għat-tieni valutazzjoni, f'każ li ma jissodisfawx il-kriterju ewlieni ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għall-inklużjoni fil-lista tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. F'każijiet fejn l-indikatur ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju kien bejn 0,15 u 0,2, setgħet intalbet valutazzjoni kwalitattiva minn settur li kellha titwettaq skont il-kriterji deskritti fl-Artikolu 10b(2) ta' dik id-Direttiva. Skont l-Artikolu 10b(3), setturi u sottosetturi b'intensità ta' emissjonijiet ogħla minn 1,5 kienu eliġibbli biex japplikaw għal valutazzjoni kwalitattiva jew għal valutazzjoni kwantitattiva f'livell diżaggregat (f'livell ta' Prodcom b'6 jew 8 ċifri). Setturi u sottosetturi li għalihom l-allokazzjoni mingħajr ħlas tiġi kkalkulata fuq il-bażi tal-valuri referenzjarji tar-raffineriji wkoll kienu eliġibbli biex japplikaw għaż-żewġ tipi ta' valutazzjoni. Dawk is-setturi u sottosetturi elenkati fil-punt 1.2 tal-Anness tad-Deċiżjoni 2014/746/UE kienu eliġibbli biex jippreżentaw applikazzjonijiet għal valutazzjoni kwantitattiva f'livell diżaggregat.

(13)

Bejn Novembru 2017 u Frar 2018 saret konsultazzjoni online li matulha l-partijiet ikkonċernati ġew mistiedna jipprovdu opinjonijiet dwar l-għażliet metodoloġiċi għad-determinazzjoni tal-lista tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Ir-rispondenti ġeneralment kienu favur valutazzjonijiet tat-tieni livell li jkunu robusti, ġusti u trasparenti daqs il-valutazzjonijiet kwantitattivi tal-ewwel livell, u esprimew appoġġ għal qafas ta' valutazzjoni uniformi li jinvolvi lill-partijiet ikkonċernati. Saru erba' laqgħat biex titħejja l-lista tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u biex titħejja ħidma ulterjuri rigward il-valutazzjonijiet li għandhom jitwettqu mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati bejn Frar u Mejju 2018.

(14)

Twettqet valutazzjoni tal-impatt (6) biex jiġi żgurat li l-valutazzjonijiet tal-ewwel livell u l-valutazzjonijiet tat-tieni livell għal-lista tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju 2021-2030 jitwettqu b'mod komparabbli, jiġifieri li ż-żewġ valutazzjonijiet jiżguraw li jiġu identifikati biss is-setturi f'riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Il-valutazzjoni tal-impatt iffukat fuq l-għażliet operattivi relatati mal-qafas tal-valutazzjoni tat-tieni livell.

(15)

Fit-8 ta' Mejju 2018 ġiet ippubblikata lista preliminari ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għall-2021-2030 (7), flimkien ma' dokumenti ta' gwida tal-qafas tal-Kummissjoni għal valutazzjonijiet kwalitattivi u għal valutazzjonijiet kwantitattivi diżaggregati (8).

(16)

Il-valutazzjonijiet ibbażati fuq il-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 10b(2) u (3) tad-Direttiva 2003/87/KE twettqu fuq għadd ta' setturi li ma tqisux li jinsabu f'riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju abbażi tal-kriterji kwantitattivi stabbiliti fl-Artikolu 10b(1).

(17)

Il-Kummissjoni vvalutat total ta' 245 settur industrijali klassifikati taħt it-taqsimiet “Xogħol fil-minjieri u fil-barrieri” u “Manifattura” tal-klassifikazzjoni NACE. Is-setturi u s-sottosetturi elenkati fil-punt 1 tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 10b(1) tad-Direttiva 2003/87/KE u jenħtieġ li jitqiesu li jinsabu f'riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju.

(18)

Il-valutazzjonijiet kwalitattivi, ibbażati fuq il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 10b(2) u 10b (3) tad-Direttiva 2003/87/KE, twettqu fir-rigward ta' għadd ta' setturi. Fil-każ tas-setturi: “Estrazzjoni tal-melħ” (kodiċi NACE 0893), “Irfinar ta' tessuti” (kodiċi NACE 1330), “Manifattura ta' prodotti farmaċewtiċi bażiċi” (kodiċi NACE 2110), “Manifattura ta' oġġetti tad-dar u tat-tiżjin magħmula miċ-ċeramika” (kodiċi NACE 2341), “Manifattura ta' tagħmir sanitarju taċ-ċeramika” (kodiċi NACE 2342) u “Manifattura ta' briks, madum u prodotti tal-kostruzzjoni, magħmula mit-tafal moħmi” (kodiċi NACE 2332) ġie konkluż li ż-żieda ta' dawk is-setturi fil-lista tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju hija ġustifikata. Għalhekk, jenħtieġ li dawk is-setturi jitqiesu li huma f'riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għall-perjodu 2021-2030.

(19)

Fil-każ tas-settur “Estrazzjoni tal-linjite mill-minjieri” (kodiċi NACE 0520), il-valutazzjoni kwalitattiva li twettqet identifikat għadd ta' nuqqasijiet, inkluż il-fatt li s-settur ma jistax jitqies li jintlaqat minn spejjeż diretti relatati mal-emissjonijiet u minn dubji dwar ir-rabta li saret bejn il-kompetizzjoni fi ħdan l-Unjoni minn sorsi oħra ta' fjuwil u r-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Intweriet xi kompetizzjoni reġjonali minn impjanti tal-enerġija tal-linjite barra mill-Unjoni, għalkemm il-valutazzjoni mal-Unjoni kollha tikkonferma l-esponiment limitat ħafna għall-kompetizzjoni esterna. Għalhekk ġie konkluż li ż-żieda ta' dan is-settur mal-lista ta' setturi u sottosetturi meqjusa li huma esposti għal riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju mhijiex ġustifikata.

(20)

Waslu tliet applikazzjonijiet minn setturi li mhumiex inklużi fil-lista preliminari ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju: “Estrazzjoni ta' gass naturali” (kodiċi NACE 0620), “Manifattura ta' prodotti tal-ġibs għal għanijiet ta' kostruzzjoni” (kodiċi NACE 2362) u “Ikkastjar ta' metalli ħfief” (kodiċi NACE 2453). Il-valutazzjoni ta' dawn l-applikazzjonijiet iffokat fuq l-eliġibbiltà tagħhom li jkunu fil-lista tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju abbażi ta' valutazzjoni kwantitattiva tal-ewwel livell fil-livell NACE-4. Id-data uffiċjali użata biex jitwettqu l-valutazzjonijiet tal-ewwel livell ġiet komunikata lill-partijiet ikkonċernati, u tqieset robusta biżżejjed għall-pubblikazzjoni tal-lista preliminari tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Il-Kummissjoni eżaminat l-informazzjoni addizzjonali pprovduta mit-tliet setturi fl-applikazzjonijiet tagħhom u ma tqisx li dan jiġġustifika tibdil fil-pożizzjoni inizjali. Dawk is-setturi għadhom ma jitqisux li jinsabu f'riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, peress li l-indikaturi rilevanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju ma jaqbżux il-limitu ta' 0,2 stabbilit fl-Artikolu 10b(1) tad-Direttiva 2003/87/KE. Barra minn hekk, dawn is-setturi għadhom ma jissodisfawx il-kriterji ta' eliġibbiltà għal valutazzjonijiet ulterjuri kif stipulat fl-Artikolu 10b(2) u 10b(3) tad-Direttiva 2003/87/KE.

(21)

Twettqu valutazzjonijiet kwantitattivi diżaggregati fuq għadd ta' sottosetturi abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 10b(1) u (3) tad-Direttiva 2003/87/KE. Fil-każ tas-sottosetturi: “Kawlina u tafal ieħor bil-kawlina” (kodiċi Prodcom 08.12.21), “Patata friżata, ippreparata jew ippreżervata (inkluż patata msajra jew nofs sajran fiż-żejt u mbagħad friżata; minbarra bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku)” (kodiċi Prodcom 10.31.11.30), “Patata mnixxfa f'forma ta' dqiq, dqiq mitħun oħxon, laqx; granuli u pellets” (kodiċi Prodcom 10.31.13.00), “Polpa u pejst tat-tadam, konċentrati” (kodiċi Prodcom 10.39.17.25), “Trab ta' ħalib xkumat” (kodiċi Prodcom 10.51.21), “Trab ta' ħalib sħiħ” (kodiċi Prodcom 10.51.22), “Kaseina” (kodiċi Prodcom 10.51.53), “Lattożju u xropp tal-lattożju” (kodiċi Prodcom 10.51.54), “Xorrox u xorrox mibdul tat-trab, imrammel jew f'forom oħra solidi, kemm jekk konċentrat kif ukoll jekk iħaddan sustanza li tagħmlu iżjed ħelu” (kodiċi Prodcom 10.51.55.30), “Ħmira tal-furnara” (kodiċi Prodcom 10.89.13.34), “Enamel u lostru vitrifjabbli, engobes (slips) u preparazzjonijiet simili għaċ-ċeramika, l-enamel jew ħġieġ” (kodiċi Prodcom 20.30.21.50), “lostri likwidi u preparazzjonijiet simili; ħġieġ frit u ħġieġ ieħor f'forma ta' trab; granulat jew laqx” (kodiċi Prodcom 20.30.21.70) u “Partijiet tal-ħadid ifforġati ta' dada miftuħa għal xaftijiet ta' trasmissjoni, kamxafts, krankxafts u krankijiet, eċċ.” (kodiċi Prodcom 25.50.11.34) ġie konkluż li ż-żieda ta' dawk is-sottosetturi mal-lista tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju hija ġustifikata. Għalhekk, jenħtieġ li dawk is-sottosetturi jitqiesu li huma esposti għal riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għall-perjodu 2021-2030.

(22)

Fil-każ tas-sottosetturi “Pejst tal-kawkaw, sew jekk bix-xaħam imneħħi minnu u sew jekk le” (kodiċi Prodcom 10.82.11), “Butir, xaħam u żejt tal-kawkaw” (Kodiċi Prodcom 10.82.12) u “Trab tal-kawkaw, mingħajr żieda ta' zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu” (Kodiċi Prodcom 10.82.13), il-valutazzjonijiet diżaggregati kwantitattivi li twettqu identifikaw għadd ta' devjazzjonijiet mill-metodoloġija armonizzata li jwasslu għal riskji ta' sopravalutazzjoni sinifikanti tal-indikatur tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Għalhekk ġie konkluż li ż-żieda ta' dawk is-sottosetturi mal-lista tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju mhijiex ġustifikata.

(23)

Peress li l-lista tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għandha tkun valida għall-perjodu 2021-2030, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika mill-1 ta' Jannar 2021,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-setturi u s-sottosetturi elenkati fl-Anness għandhom jitqiesu li huma f'riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għall-perjodu 2021-2030.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2021.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Frar 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2014/746/UE tas-27 ta' Ottubru 2014 li tiddetermina, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, lista ta' setturi u subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għall-perjodu mill-2015 sal-2019 (ĠU L 308, 29.10.2014, p. 114)

(3)  Id-Direttiva (UE) 2018/410 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2018 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE biex jiżdiedu t-tnaqqis kosteffettiv tal-emissjonijiet u l-investimenti għal emissjonijiet baxxi ta' karbonju, u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814, ĠU L 76, 19.3.2018, p. 3.

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta' attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2011/278/UE tas-27 ta' April 2011 li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 130, 17.5.2011, p. 1).

(6)  Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni SWD(2019) 22.

(7)  L-Avviż tal-Kummissjoni — Lista tar-Rilokazzjoni tal-Emissjonijiet tal-Karbonju, preliminari, 2021–2030 (ĠU C 162, 8.5.2018, p. 1).

(8)  https://ec.europa.eu/clima/sites/clima/files/ets/allowances/leakage/docs/framework_for_qualitative_assessments.pdf https://ec.europa.eu/clima/sites/clima/files/ets/allowances/leakage/docs/framework_for_disaggregated_assessments.pdf


ANNESS

Setturi u sottosetturi li, skont l-Artikolu 10b tad-Direttiva 2003/87/KE, huma meqjusa li huma f'riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju

1.   Abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 10b(1) tad-Direttiva 2003/87/KE

Kodiċi NACE

Deskrizzjoni

0510

Estrazzjoni ta' faħam iebes mill-minjieri

0610

Estrazzjoni ta' żejt mhux raffinat

0710

Estrazzjoni ta' minerali tal-ħadid

0729

Estrazzjoni ta' minerali oħra ta' metalli mhux ferrużi mill-minjieri

0891

Estrazzjoni ta' minerali kimiċi u fertilizzanti mill-minjieri

0899

Estrazzjonijiet oħra mill-minjieri u l-barrieri m.k.b.

1041

Manifattura ta' żjut u xaħmijiet

1062

Manifattura ta' lamti u prodotti oħra tal-lamtu

1081

Manifattura ta' zokkor

1106

Manifattura ta' xgħir

1310

Tħejjija u għażil ta' fibri tat-tessuti

1395

Manifattura ta' oġġetti mhux minsuġa u oġġetti oħra magħmula minn oġġetti mhux minsuġa, għajr ilbies

1411

Manifattura ta' ħwejjeġ tal-ġilda

1621

Manifattura ta' folji tal-veneer u pannelli tal-injam

1711

Manifattura ta' polpa

1712

Manifattura ta' karta u kartun

1910

Manifattura ta' prodotti tal-forn tal-kokk

1920

Manifattura ta' prodotti tal-petroleum raffinat

2011

Manifattura ta' gassijiet industrijali

2012

Manifattura ta' kuluranti u pigmenti

2013

Manifattura ta' prodotti kimiċi bażiċi inorganiċi oħra

2014

Manifattura ta' sustanzi kimiċi bażiċi organiċi oħra

2015

Manifattura ta' fertilizzanti u ta' taħlitiet tan-nitroġenu

2016

Manifattura ta' plastik f'forom primarji

2017

Manifattura ta' lasktu sintetiku f'forom primarji

2060

Manifattura ta' fibri magħmula mill-bniedem

2311

Manifattura ta' ħġieġ ċatt

2313

Manifattura ta' ħġieġ imħaffer

2314

Manifattura ta' fibri tal-ħġieġ

2319

Manifattura u ipproċessar ta' ħġieġ ieħor, inkluż oġġetti tal-ħġieġ tekniċi

2320

Manifattura ta' prodotti refrattarji

2331

Manifattura ta' madum u ċangaturi taċ-ċeramika

2351

Manifattura ta' siment

2352

Manifattura ta' ġir u ġibs

2399

Manifattura ta' prodotti oħra mhux metalliċi m.k.b.

2410

Manifattura ta' ħadid u azzar bażiċi u ta' ligi tal-ħadid

2420

Manifattura ta' tubi, pajpijiet, profili vojta u tagħmir relatat, tal-azzar

2431

Ġbid ta' vireg bil-kiesaħ

2442

Produzzjoni tal-aluminju

2443

Produzzjoni ta' ċomb, żingu u landa

2444

Produzzjoni ta' ram

2445

Produzzjoni ta' metalli oħrajn mhux ferrużi

2446

Ipproċessar ta' fjuwil nukleari

2451

Ikkastjar ta' ħadid

2.   Abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 10b(2) tad-Direttiva 2003/87/KE

Kodiċi NACE

Deskrizzjoni

0893

Estrazzjoni ta' melħ

1330

Irfinar ta' tessuti

2110

Manifattura ta' prodotti farmaċewtiċi bażiċi

2341

Manifattura ta' oġġetti tad-dar u tat-tiżjin magħmula miċ-ċeramika

2342

Manifattura ta' tagħmir sanitarju taċ-ċeramika

3.   Abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 10b(3), l-ewwel sottoparagrafu tad-Direttiva 2003/87/KE

Kodiċi NACE

Deskrizzjoni

2332

Manifattura ta' briks, madum u prodotti tal-kostruzzjoni, magħmula mit-tafal moħmi

4.   Abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 10b(3), il-ħames sottoparagrafu tad-Direttiva 2003/87/KE

Kodiċi Prodcom

Deskrizzjoni

081221

Kawlina u tafal ieħor bil-kawlina

10311130

Patata friżata, ippreparata jew ippreżervata (inkluż patata msajra jew nofs sajran fiż-żejt u mbagħad friżata; minbarra bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku)

10311300

Patata mnixxfa f'forma ta' dqiq, dqiq mitħun oħxon, laqx, granuli u pellets

10391725

Polpa u pejst tat-tadam, konċentrati

105121

Trab ta' ħalib xkumat

105122

Trab ta' ħalib sħiħ

105153

Kaseina

105154

Lattożju u xropp tal-lattożju

10515530

Xorrox u xorrox mibdul tat-trab, imrammel jew f'forom oħra solidi, kemm jekk konċentrat kif ukoll jekk iħaddan sustanza li tagħmlu iżjed ħelu

10891334

Ħmira tal-furnara

20302150

Enamel u lostru vitrifjabbli, engobes (slips) u preparazzjonijiet simili għaċ-ċeramika, l-enamel jew ħġieġ

20302170

Lostri likwidi u preparazzjonijiet simili; ħġieġ frit u ħġieġ ieħor f'forma ta' trab; granulat jew laqx

25501134

Partijiet tal-ħadid ifforġati ta' dada miftuħa għal xaftijiet ta' trażmissjoni, kamxafts, krankxafts u krankijiet, eċċ.


8.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 120/27


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/709

tas-6 ta' Mejju 2019

dwar il-ħatra tal-maniġer tan-netwerk għall-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) tal-ajru uniku Ewropew

(notifikata bid-dokument C(2019) 3228)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispazju tal-arja fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-ispazju tal-arja) (1), u b'mod partikolari l-punt (b) tal-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat dwar l-Ajru Uniku,

Billi:

(1)

F'konformità mal-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 551/2004, l-Istati Membri inkarigaw lill-Eurocontrol bit-twettiq tal-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru, permezz tal-implimentazzjoni tal-Unità Ċentrali tal-Ġestjoni tal-Fluss (CFMU).

(2)

Permezz tad-Deċiżjoni C(2011) 4130 final tas-7 ta' Lulju 2011, il-Kummissjoni ħatret lill-Eurocontrol bħala l-Maniġer tan-Netwerk biex twettaq il-kompiti meħtieġa għall-eżekuzzjoni tal-funzjonijiet tan-netwerk tal-ATM tal-ajru uniku Ewropew bejn Lulju 2011 u Diċembru 2019.

(3)

Il-Kummissjoni rrieżaminat regolarment l-effettività tal-mod li bih l-Eurocontrol wettqet dawk il-kompiti fil-perjodu bejn l-2011 u l-2016. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Eurocontrol kienet wettqithom b'mod sodisfaċenti minn perspettiva operazzjonali.

(4)

Fl-2017, il-Kummissjoni rrieżaminat il-governanza, l-arranġamenti finanzjarji, u l-aspetti tal-bażi-tal-kostijiet u tal-kosteffiċjenza tal-funzjonijiet tan-netwerk tal-ATM u kkonkludiet li l-Maniġer tan-Netwerk jenħtieġ li jibbenefika minn awtonomija akbar fil-ġestjoni. Permezz tad-Deċiżjoni Nru XI/91 (2017) tal-1 ta' Novembru 2017, id-Direttur Ġenerali tal-Eurocontrol ta din l-awtonomija lid-Direttur Maniġer tan-Netwerk, li jwettaq il-kompiti tal-Maniġer tan-Netwerk fil-Eurocontrol (2).

(5)

Il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li l-funzjonijiet tan-netwerk tal-ATM jenħtieġ li jitwettqu b'mod imtejjeb u iktar kosteffiċjenti milli fil-perjodu 2011-2016, b'mod partikolari billi tiġi evitata kwalunkwe duplikazzjoni tal-isforzi, u b'hekk ikunu meħtieġa inqas, jew almenu mhux iktar, riżorsi finanzjarji u umani biex jitwettqu dawk il-funzjonijiet fl-Istati Membri.

(6)

Filwaqt li kkunsidrat il-valutazzjoni pożittiva kumplessiva tat-twettiq b'mod kosteffiċjenti tal-kompiti tal-Maniġer tan-Netwerk mill-Eurocontrol fl-ewwel u fit-tieni perjodi ta' referenza tal-iskema tat-twettiq kif stabbilit fl-Artikolu 8 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2013 (3), kif ukoll il-ħtieġa li tiġi żgurata l-kontinwità tal-operat fit-twettiq tal-funzjonijiet tan-netwerk tal-ATM, fis-17 ta' Lulju 2018 il-Kummissjoni stiednet lill-Eurocontrol tressaq proposta. Il-Kummissjoni talbet lill-Eurocontrol tispeċifika r-rieda u l-ħila tagħha sabiex terġa' tinħatar bħala Maniġer tan-Netwerk, f'konformità mal-kriterji previsti fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 551/2004. F'dak ir-rigward, talbet ukoll lill-Eurocontrol tiddeskrivi kif se tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/123 (4), u tispjega kif, ladarba tinħatar, se tissodisfa r-rekwiżiti kif definiti fl-Artikolu 4(4) ta' dak ir-Regolament.

(7)

Fil-proposta tagħha ppreżentata fis-17 ta' Diċembru 2018, il-Eurocontrol ippreżentat informazzjoni rigward ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 4(3) u 4(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/123.

(8)

Wara talba sussegwenti tal-Kummissjoni, il-Eurocontrol ipprovdiet kjarifiki addizzjonali.

(9)

Il-Kummissjoni vvalutat l-elementi ppreżentati mill-Eurocontrol u sabet li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/123 huma ssodisfati.

(10)

Fil-proposta tagħha, li tirreferi b'mod partikolari għar-riżultati li kienet kisbet fil-kapaċità tagħha bħala Maniġer tan-Netwerk matul l-ewwel u t-tieni perjodi ta' referenza, il-Eurocontrol tindirizza l-kwistjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/123. Il-proposta turi l-kompetenza u l-ħila tagħha biex twettaq il-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 7 ta' dak ir-Regolament.

(11)

F'konformità mal-Artikolu 4(3)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/123, il-Eurocontrol iddeskriviet fil-proposta tagħha b'mod kwalitattiv u kwantitattiv l-objettivi ewlenin li qed tippjana li tikseb fir-rigward tal-ġestjoni tal-funzjonijiet tan-netwerk u kif se tiżgura kwalità tajba tas-servizzi li tipprovdi lill-partijiet ikkonċernati operazzjonali.

(12)

F'konformità mal-Artikolu 4(3)(c) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/123, filwaqt li tirreferi fost affarijiet oħra għat-tagħlimiet miksuba mill-ewwel u mit-tieni perjodi ta' referenza, il-Eurocontrol iddeskriviet l-approċċ u l-mezzi li qed tippjana li tuża biex taġixxi bħala Maniġer tan-Netwerk.

(13)

Fejn il-Maniġer tan-Netwerk iwettaq ukoll attivitajiet għajr dawk li huma rilevanti għall-eżekuzzjoni tal-funzjonijiet tan-netwerk, l-Artikolu 4(3)(d) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/123 jeżiġi li huwa juri li dawk l-attivitajiet l-oħra jkunu se jitwettqu b'mod indipendenti mill-kompiti tal-Maniġer tan-Netwerk stabbiliti fl-Artikolu 7. Fil-proposta tagħha, il-Eurocontrol indikat li l-kompiti tal-Maniġer tan-Netwerk li huma rilevanti għall-eżekuzzjoni tal-funzjonijiet tan-netwerk jitwettqu mid-Direttorat tal-Maniġer tan-Netwerk tagħha u li l-attivitajiet ta' dik il-parti tal-organizzazzjoni tagħha jkunu separati b'mod adegwat mill-attivitajiet l-oħra.

(14)

Minbarra li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 4(3), il-Eurocontrol ipproponiet li tkompli ttejjeb il-kosteffiċjenza fit-twettiq tal-kompiti tal-Maniġer tan-Netwerk matul il-perjodu tal-ħatra tagħha.

(15)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Eurocontrol tinħatar bħala l-Maniġer tan-Netwerk.

(16)

Dik il-ħatra jenħtieġ li tkopri kemm it-tielet kif ukoll ir-raba' perjodi ta' referenza, speċifikati fl-Artikolu 7 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/317 (5), minħabba l-investimenti meħtieġa għall-iskjerament ta' sistema mill-aqwa biex jiġi appoġġat it-twettiq tal-funzjonijiet tan-netwerk tal-ATM, u l-ħtieġa li jiġu żgurati l-istabbiltà u l-kontinwità tal-operazzjonijiet tan-netwerk.

(17)

F'konformità mal-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/123, jenħtieġ li l-Maniġer tan-Netwerk jiġi ċċertifikat mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni qabel ma jibda t-tielet perjodu ta' referenza.

(18)

Sabiex tiġi żgurata l-awtonomija tal-Maniġer tan-Netwerk, huwa importanti li jkun hemm separazzjoni adegwata tal-attivitajiet fl-organizzazzjoni maħtura bħala l-Maniġer tan-Netwerk. Għalhekk, f'konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/123, jenħtieġ li l-Eurocontrol twettaq l-attivitajiet tagħha bħala Maniġer tan-Netwerk indipendentement minn kwalunkwe attività oħra, inkluż fir-rigward ta' attivitajiet relatati mal-ħidma ta' organizzazzjonijiet internazzjonali.

(19)

Sabiex tiġi żgurata l-ġustizzja fir-rigward tal-Istati Membri u l-pajjiżi terzi li l-Maniġer tan-Netwerk jipprovdilhom is-servizzi tiegħu, jenħtieġ li l-Maniġer tan-Netwerk ikollu arranġamenti xierqa ta' finanzjament u ta' nfiq kif ukoll jirrispetta r-regoli ddedikati għall-ġestjoni tal-kontijiet.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ħatra tal-Maniġer tan-Netwerk

1.   Il-Eurocontrol hija maħtura bħala l-Maniġer tan-Netwerk.

2.   Il-ħatra msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkopri t-tielet u r-raba' perjodi ta' referenza speċifikati fl-Artikolu 7 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/317.

Artikolu 2

Kompiti tal-Maniġer tan-Netwerk

1.   Il-Eurocontrol, li taġixxi bħala l-Maniġer tan-Netwerk, għandha twettaq il-kompiti meħtieġa għall-eżekuzzjoni tal-funzjonijiet tan-netwerk tal-ATM imsemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/123.

2.   Il-Eurocontrol, li taġixxi bħala l-Maniġer tan-Netwerk, għandha twettaq il-kompiti tagħha f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/123.

Artikolu 3

Ċertifikazzjoni

Qabel ma twettaq il-kompiti inkarigati lilha, sat-2 ta' Jannar 2020 il-Eurocontrol bħala l-Maniġer tan-Netwerk għandu jkun iċċertifikat mill-Aġenzija f'konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373 (6).

Artikolu 4

Maniġer tan-Netwerk u Bord tat-Tmexxija tan-Netwerk

1.   Il-maniġer tal-Maniġer tan-Netwerk imsemmi fl-Artikolu 18(4)(c) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/123 għandu jkun id-Direttur tad-Direttorat tal-Maniġer tan-Netwerk tal-Eurocontrol.

2.   Ir-rappreżentant tal-Eurocontrol imsemmi fl-Artikolu 18(4)(f) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/123 għandu jkun id-Direttur Ġenerali tal-Eurocontrol.

3.   Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jġarrab il-kostijiet relatati mal-appoġġ amministrattiv tal-president tal-Bord tat-Tmexxija tan-Netwerk.

Artikolu 5

Parteċipazzjoni fil-konsultazzjoni tal-Istati Membri

Fuq talba tal-Kummissjoni, il-Maniġer tan-Netwerk għandu jipparteċipa fil-konsultazzjoni tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 21 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/123.

Artikolu 6

Eżerċitar indipendenti tal-kompiti

F'konformità mal-Artikolu 4(3)(d) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/123, il-Eurocontrol għandha twettaq l-attivitajiet tagħha bħala Maniġer tan-Netwerk indipendentement minn kwalunkwe attività oħra, inkluż fir-rigward ta' attivitajiet relatati mal-ħidma ta' organizzazzjonijiet internazzjonali.

Artikolu 7

Arranġamenti ta' finanzjament u ta' nfiq u separazzjoni tal-kontijiet tal-Maniġer tan-Netwerk

1.   Mingħajr preġudizzju għall-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 24(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/123, il-Maniġer tan-Netwerk għandu jkollu fis-seħħ arranġamenti li jiżguraw li l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 24(1) u (2) ta' dak ir-Regolament, jagħtu kontribuzzjoni finanzjarja ġusta u proporzjonata għall-kompiti inkarigati lill-Maniġer tan-Netwerk. Fir-rigward tal-ġestjoni tal-kontijiet tiegħu, għandu jirrispetta l-paragrafi 3 u 4.

2.   Il-Maniġer tan-Netwerk għandu jiżgura li l-pagamenti li jsiru mill-Istati Membri tal-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 25(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/123 ma jintużawx biex jiffinanzjaw l-infiq għal attivitajiet għajr dawk koperti mill-kompiti msemmija fl-Artikolu 7 ta' dak ir-Regolament jew imġarrba minħabba l-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi skont l-Artikolu 24(3) u (4) ta' dak ir-Regolament.

3.   F'konformità mal-Artikolu 25(3)(c) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/123, il-kompiti tal-Eurocontrol bħala Maniġer tan-Netwerk għandhom ikunu koperti minn kont separat fil-baġit tal-Eurocontrol.

4.   Fil-kont imsemmi fil-paragrafu 3, il-Maniġer tan-Netwerk għandu juri separatament il-kostijiet imġarrba u l-pagamenti li jsiru minħabba kwalunkwe arranġament kooperattiv kif imsemmi fl-Artikolu 24(3) u (4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/123.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Mejju 2019.

Għall-Kummissjoni

Violeta BULC

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 20.

(2)  Id-Deċiżjoni li tikkonċerna d-delega lid-Direttur Maniġer tan-Netwerk tas-setgħat u/jew tal-awtorità li jiffirma fir-rigward ta' kwistjonijiet li jikkonċernaw is-servizzi ta' appoġġ minn unitajiet oħra tal-Aġenzija, il-proċess tal-baġit tal-ġestjoni tan-netwerk, il-laqgħat tekniċi ta' djalogu soċjali tal-persunal operazzjonali tal-ġestjoni tan-netwerk, u l-ftehimiet operazzjonali u tekniċi meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet tan-netwerk mill-Eurocontrol.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2013 tat-3 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi skema ta' prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk (ĠU L 128, 9.5.2013, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/123 tal-24 ta' Jannar 2019 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011 (ĠU L 28, 31.1.2019, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/317 tal-11 ta' Frar 2019 li jistabbilixxi skema ta' prestazzjoni u ta' imposti fl-Ajru Uniku Ewropew u li jħassar ir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013 (ĠU L 56, 25.2.2019, p. 1).

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373 tal-1 ta' Marzu 2017 li jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni għall-fornituri ta' servizzi fil-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru/tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u funzjonijiet oħrajn tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-sorveljanza tagħhom, iħassar ir-Regolament (KE) Nru 482/2008, ir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1034/2011, (UE) Nru 1035/2011 u (UE) 2016/1377 u jemenda r-Regolament (UE) Nru 677/2011 (ĠU L 62, 8.3.2017, p. 1).


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

8.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 120/31


DEĊIŻJONI Nru 1/2019 TAL-KUMITAT TA' ASSOĊJAZZJONI UE-UKRAJNA FIL-KONFIGURAZZJONI TAL-KUMMERĊ

tal-25 ta' Marzu 2019

dwar l-istabbiliment tal-lista ta' arbitri msemmija fl-Artikolu 323(1) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra [2019/710]

IL-KUMITAT TA' ASSOĊJAZZJONI FIL-KONFIGURAZZJONI TAL-KUMMERĊ,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (1), iffirmat fi Brussell fis-27 ta' Ġunju 2014 (“il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikoli 323(1), u 465(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 323(1) tal-Ftehim, il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni mlaqqa' fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ (il-“Kumitat tal-Kummerċ”) irid, mhux aktar tard minn sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, jistabbilixxi lista ta' individwi li huma lesti u kapaċi jservu bħala arbitri.

(2)

L-Unjoni pproponiet ħames individwi li huma lesti u kapaċi jservu bħala arbitri, filwaqt li l-Ukrajna pproponiet erbgħa. L-Unjoni u l-Ukrajna qablu fuq ħames individwi li ma huma ċittadini ta' ebda waħda mill-Partijiet biex iservu bħala presidenti ta' bord tal-arbitraġġ.

(3)

Sabiex jiġi evitat aktar dewmien biex titfassal il-lista ta' individwi li huma lesti u kapaċi jservu bħala arbitri u b'hekk jiżguraw il-funzjonament xieraq tal-Ftehim, b'mod partikolari l-Kapitolu 14 tat-Titolu IV tiegħu, jenħtieġ li l-Kumitat tal-Kummerċ japprova dik il-lista fuq il-bażi tal-proposti mressqa.

(4)

L-Ukrajna jenħtieġ li tippreżenta l-proposta tagħha għall-ħames kandidat lill-Kumitat tal-Kummerċ mill-aktar fis possibbli,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-lista tal-individwi li huma lesti u kapaċi jservu ta' arbitri skont l-Artikolu 323(1) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, hija stabbilita fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

2.   L-Ukrajna għandha tippreżenta l-proposta tagħha għall-ħames kandidat li huwa lest u kapaċi jservi bħala arbitru lill-Kumitat tal-Kummerċ mill-aktar fis possibbli.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Kiev, il-25 ta' Marzu 2019.

Għall-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ

Il-President

Petros SOURMELIS

Is-Segretarji

Għall-Ukrajna

Oleksandra NECHYPORENKO

Għall-UE

Christian FRIGAARD RASMUSSEN


(1)  ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3.


ANNESS

IL-LISTA TAL-ARBITRI

SKONT L-ARTIKOLU 323(1) TAL-FTEHIM

L-arbitri proposti mill-Unjoni:

1.

Claus–Dieter EHLERMANN

2.

Giorgio SACERDOTI

3.

Jacques BOURGEOIS

4.

Pieter Jan KUIJPER

5.

Ramon TORRENT

L-arbitri proposti mill-Ukrajna:

1.

Serhiy HRYSHKO

2.

Taras KACHKA

3.

Victor MURAVYOV

4.

Yuriy RUDYUK

Il-Presidenti magħżula mill-Partijiet:

1.

William DAVEY (L-Istati Uniti)

2.

Helge SELAND (In-Norveġja)

3.

Maryse ROBERT (Il-Kanada)

4.

Christian HÄBERLI (L-Iżvizzera)

5.

Merit JANOW (L-Istati Uniti)