ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 111

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 62
25 ta' April 2019


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament (UE, Euratom) 2019/629 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 li jemenda l-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

1

 

*

Regolament (UE) 2019/630 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-kopertura minima għat-telf għal skoperturi improduttivi ( 1 )

4

 

*

Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 ( 1 )

13

 

*

Regolament (UE) 2019/632 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 952/2013 biex jittawwal il-perjodu taż-żmien tal-użu tranżizzjonali ta' mezzi oħrajn minbarra t-tekniki tal-ipproċessar elettroniku tad-dejta previsti fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni

54

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva (UE) 2019/633 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 dwar prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet bejn in-negozji fil-katina tal-provvista agrikola u alimentari

59

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

REGOLI TA' PROĊEDURA

 

*

Emendi tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja

73

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

REGOLAMENTI

25.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 111/1


REGOLAMENT (UE, Euratom) 2019/629 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-17 ta' April 2019

li jemenda l-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 256(1) u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 281 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-talba tal-Qorti tal-Ġustizzja,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea (1),

Filwaqt li jaġixxu f'konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

F'konformità mal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2015/2422 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), il-Qorti tal-Ġustizzja wettqet, flimkien mal-Qorti Ġenerali, rieżami ġenerali tal-kompetenza eżerċitata minnhom u qieset jekk, minħabba r-riforma tal-istruttura tal-qrati tal-Unjoni li seħħet skont dak ir-Regolament, jenħtieġx li jsiru ċerti bidliet lid-distribuzzjoni ta' kompetenza bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali jew lill-mod li bih jiġu trattati l-appelli mill-Qorti tal-Ġustizzja.

(2)

Kif iddikjarat fir-rapport li ppreżentat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni fl-14 ta' Diċembru 2017, il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li ma hemm ebda ħtieġa, f'dan l-istadju, li jiġu proposti bidliet fir-rigward tal-mod li bih jiġu ttrattati r-rinviji għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Ir-rinviji għal deċiżjoni preliminari jikkostitwixxu l-element fundamentali tas-sistema ġudizzjarja tal-Unjoni u jiġu ttrattati bla dewmien u konsegwentement bħalissa mhuwiex meħtieġ trasferiment lill-Qorti Ġenerali ta' kompetenza li tisma' u tiddetermina rinviji għal deċiżjoni preliminari, f'oqsma speċifiċi stipulati mill-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

(3)

Ir-rieżami mwettaq mill-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali madankollu kixef il-fatt li, meta tiddeċiedi dwar rikors għal annullament li jitressaq minn Stat Membru kontra att tal-Kummissjoni relatat ma' nuqqas ta' eżekuzzjoni ta' sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 260(2) jew (3) TFUE, il-Qorti Ġenerali tista' tiltaqa' ma' diffikultajiet serji fejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat ma jaqblux dwar l-adegwatezza tal-miżuri adottati minn dak l-Istat Membru biex jeżegwixxi s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Għal dawk ir-raġunijiet, jidher li hu meħtieġ li tiġi riżervata b'mod esklużiv għall-Qorti tal-Ġustizzja litigazzjoni dwar somma f'daqqa jew pagament ta' penali impost fuq Stat Membru skont l-Artikolu 260(2) jew (3) tat-TFUE.

(4)

Barra minn hekk, mir-rieżami mwettaq mill-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali huwa ċar li ħafna appelli huma relatati ma' kawżi li jkunu diġà ġew ikkunsidrati darbtejn, inizjalment minn bord ta' appell indipendenti, imbagħad mill-Qorti Ġenerali, u li ħafna minn dawk l-appelli jiġu miċħuda mill-Qorti tal-Ġustizzja għaliex ikunu manifestament infondati jew għar-raġuni li jkunu manifestament inammissibbli. Sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista' tikkonċentra fuq il-kawżi li jirrikjedu l-attenzjoni sħiħa tagħha, huwa meħtieġ, fl-interessi tal-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, li tiġi introdotta, għal appelli relatati ma' tali kawżi, proċedura li permezz tagħha l-Qorti tal-Ġustizzja tippermetti li appell jipproċedi, kompletament jew parzjalment, biss fejn iqajjem kwistjoni li tkun sinifikanti fir-rigward tal-unità, il-konsistenza jew l-iżvilupp tal-liġi tal-Unjoni.

(5)

Fid-dawl taż-żieda kostanti fl-għadd ta' kawżi mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, u f'konformità mal-ittra tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-13 ta' Lulju 2018, huwa meħtieġ, f'dan l-istadju, li tingħata prijorità lill-istabbiliment tal-proċedura msemmija hawn fuq li permezz tagħha l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi jekk għandux jitħalla li jipproċedi appell. Il-komponent tat-talba magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-26 ta' Marzu 2018 relatat mat-trasferiment parzjali ta' proċeduri ta' ksur lill-Qorti Ġenerali għandu jiġi eżaminat fi stadju aktar tard, wara li jkun tfassal ir-rapport dwar il-funzjonament tal-Qorti Ġenerali previst fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2015/2422, f'Diċembru 2020. Huwa mfakkar li dan ir-rapport jenħtieġ li jiffoka b'mod partikolari fuq l-effiċjenza tal-Qorti Ġenerali u n-neċessità u l-effikaċja taż-żieda fl-għadd ta' mħallfin għal 56, filwaqt li jittieħed kont ukoll tal-objettiv tal-iżgurar tal-bilanċ bejn is-sessi fi ħdan il-Qorti Ġenerali kif imsemmi fil-preambolu għar-Regolament (UE, Euratom) 2015/2422.

(6)

Konsegwentement, huwa meħtieġ li l-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jiġi emendat, filwaqt li jiġi żgurat, fl-istess ħin, li t-terminoloġija tad-dispożizzjonijiet ta' dak il-Protokoll u dik tad-dispożizzjonijiet korrispondenti tat-TFUE jkunu allinjati bis-sħiħ, u biex jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet tranżizzjonali adatti fir-rigward tal-eżitu ta' kawżi li jkunu pendenti fid-data ta' meta dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Protokoll Nru 3 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 51 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 51

B'deroga mir-regola stabbilita fl-Artikolu 256(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropa, il-kompetenza għandha tiġi riżervata għall-Qorti tal-Ġustizzja:

(a)

ir-rikorsi, imsemmija fl-Artikoli 263 u 265 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jiġu ppreżentati minn Stat Membru u li jkunu indirizzati:

(i)

kontra att leġislattiv, att tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill Ewropew jew tal-Kunsill, jew kontra astensjoni milli tittieħed deċiżjoni minn waħda jew iktar minn dawn l-istituzzjonijiet, bl-esklużjoni:

tad-deċiżjonijiet meħuda mill-Kunsill skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

tal-atti tal-Kunsill adottati skont regolament tal-Kunsill dwar miżuri li jipproteġu l-kummerċ fis-sens tal-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

tal-atti tal-Kunsill li permezz tagħhom il-Kunsill jeżerċita s-setgħat ta' implimentazzjoni konformement mal-Artikolu 291(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

(ii)

kontra att, jew astensjoni li tieħu deċiżjoni, tal-Kummissjoni taħt l-Artikolu 331(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

(b)

ir-rikorsi, imsemmija fl-Artikoli 263 u 265 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jiġu ppreżentati minn istituzzjoni tal-Unjoni kontra att leġislattiv, att tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill Ewropew, tal-Kunsill, tal-Kummissjoni jew tal-Bank Ċentrali Ewropew, jew kontra astensjoni milli tittieħed deċiżjoni minn waħda jew aktar minn dawk l-istituzzjonijiet;

(c)

ir-rikorsi, imsemmija fl-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jiġu ppreżentati minn Stat Membru u li jkunu indirizzati kontra att tal-Kummissjoni dwar in-nuqqas ta' eżekuzzjoni ta' sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 260(2), jew taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 260(3), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.”;

(2)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 58a

Appell li jitressaq kontra deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali dwar deċiżjoni ta' bord ta' appell indipendenti ta' wieħed mill-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni li ġejjin ma għandux jipproċedi sakemm il-Qorti tal-Ġustizzja l-ewwel ma tiddeċidix li dan ikun possibbli:

(a)

l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea;

(b)

l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti;

(c)

l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi;

(d)

l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni.

Il-proċedura msemmija fl-ewwel paragrafu għandha tapplika wkoll għal appelli li jitressqu kontra deċiżjonijiet tal-Qorti Ġenerali dwar deċiżjoni ta' bord ta' appell indipendenti, stabbilit wara l-1 ta' Mejju 2019 fi ħdan kwalunkwe uffiċċju jew aġenzija oħra tal-Unjoni, li għandha tiġi invokata qabel ma azzjoni tkun tista' titressaq quddiem il-Qorti Ġenerali.

Appell għandu jitħalla jipproċedi, kompletament jew parzjalment, f'konformità mar-regoli dettaljati li jinsabu fir-Regoli ta' Proċedura, fejn iqajjem kwistjoni li tkun sinifikanti fir-rigward tal-unità, il-konsistenza jew l-iżvilupp tal-liġi tal-Unjoni.

Id-deċiżjoni dwar jekk l-appell għandux jitħalla jipproċedi jew le għandha tkun motivata, u għandha tiġi ppubblikata.”

Artikolu 2

Kawżi li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja skont il-Protokoll Nru 3 kif emendat minn dan ir-Regolament, li għalihom tkun invokata l-Qorti Ġenerali fl-1 ta' Mejju 2019 iżda li fir-rigward tagħhom il-parti bil-miktub tal-proċedura għad trid tingħalaq f'dik id-data, għandhom jiġu assenjati lill-Qorti tal-Ġustizzja.

Artikolu 3

Il-proċedura msemmija fl-Artikolu 58a tal-Protokoll Nru 3 ma għandhiex tkun applikabbli għal appelli li għalihom tkun invokata l-Qorti tal-Ġustizzja 1 ta' Mejju 2019.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, is-17 ta' April 2019.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

G. CIAMBA


(1)  L-Opinjoni tal-11 ta' Lulju 2018 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u l-Opinjoni tat-23 ta' Ottubru 2018 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tad-9 ta' April 2019..

(3)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2015/2422 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2015 li jemenda l-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 341, 24.12.2015, p. 14).


25.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 111/4


REGOLAMENT (UE) 2019/630 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-17 ta' April 2019

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-kopertura minima għat-telf għal skoperturi improduttivi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxu f'konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

L-istabbiliment ta' strateġija komprensiva biex tindirizza skoperturi improduttivi (NPEs) huwa mira importanti għall-Unjoni fit-tentattiv tagħha li tagħmel is-sistema finanzjarja aktar reżiljenti. Filwaqt li l-indirizzar tal-NPEs huwa primarjament responsabbiltà tal-banek u tal-Istati Membri, hemm ukoll dimensjoni ċara tal-Unjoni biex jitnaqqas l-istokk kbir kurrenti ta' NPEs, biex tiġi evitata l-akkumulazzjoni eċċessiva ta' NPEs fil-futur u biex jiġi prevenut l-iżvilupp ta' riskji sistemiċi fis-settur mhux bankarju. Minħabba l-interkonnettività tas-sistemi bankarji u finanzjarji madwar l-Unjoni, fejn il-banek joperaw f'diversi ġurisdizzjonijiet u Stati Membri, hemm potenzjal sinifikanti ta' effetti konsegwenzjali għall-Istati Membri u għall-Unjoni kollha, kemm f'termini ta' tkabbir ekonomiku kif ukoll f'termini ta' stabbiltà finanzjarja.

(2)

Il-kriżi finanzjarja wasslet għall-akkumulazzjoni ta' NPEs fis-settur bankarju. Il-konsumaturi ġew affettwati b'mod sinifikanti mir-reċessjoni sussegwenti u t-tnaqqis fil-prezzijiet tad-djar. Is-salvagwardja tad-drittijiet tal-konsumaturi b'mod allinjat mal-liġi rilevanti tal-Unjoni bħad-Direttivi 2008/48/KE (4) u 2014/17/UE (5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill hija essenzjali meta tiġi indirizzata l-kwistjoni ta' NPEs. Id-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) tinkoraġġixxi l-pagament fil-pront kemm mill-intrapriżi kif ukoll mill-awtoritajiet pubbliċi u tgħin biex tipprevjeni t-tip ta' akkumulazzjoni ta' NPEs li sar matul is-snin tal-kriżi finanzjarja.

(3)

Sistema finanzjarja integrata ttejjeb ir-reżiljenza tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja għal xokkijiet negattivi billi tiffaċilita l-kondiviżjoni transfruntiera privata tar-riskju, filwaqt li fl-istess ħin tnaqqas il-ħtieġa ta' kondiviżjoni pubblika tar-riskju. Sabiex jinkisbu dawk l-objettivi, jenħtieġ li l-Unjoni tlesti l-unjoni bankarja u tkompli tiżviluppa unjoni tas-swieq kapitali. L-indirizzar ta' akkumulazzjoni futura possibbli ta' NPEs huwa essenzjali biex tissaħħaħ l-unjoni bankarja minħabba li hija essenzjali biex tiġi żgurata l-kompetizzjoni fis-settur bankarju, tiġi preservata l-istabbiltà finanzjarja u jitħeġġeġ is-self, sabiex jinħoloq ix-xogħol u t-tkabbir fl-Unjoni.

(4)

Fil-“pjan ta' azzjoni biex jiġi indirizzat is-self improduttiv” tiegħu, il- tal-11 ta' Lulju 2017, il-Kunsill appella lil diversi istituzzjonijiet biex jieħdu miżuri adatti biex ikomplu jindirizzaw l-għadd kbir ta' NPEs fl-Unjoni u biex jipprevjenu l-akkumulazzjoni tagħhom fil-futur. Il-pjan ta' azzjoni jistabbilixxi approċċ komprensiv li jiffoka fuq taħlita ta' azzjonijiet kumplementari dwar il-politika f'erba' oqsma: (i) is-superviżjoni; (ii) ir-riformi strutturali tal-oqfsa tal-insolvenza u l-irkupru tad-dejn; (iii) l-iżvilupp ta' swieq sekondarji għal assi f'diffikultà; (iv) it-trawwim tar-ristrutturar tas-sistema bankarja. L-azzjonijiet f'dawk l-oqsma għandhom jittieħdu fil-livell tal-Unjoni u f'dak nazzjonali, fejn adatt. Il-Kummissjoni ħabbret intenzjoni simili fil-“Komunikazzjoni dwar it-tlestija tal-Unjoni Bankarja” tagħha tal-11 ta' Ottubru 2017, li appellat għal pakkett komprensiv dwar l-indirizzar ta' self improduttiv (NPLs) fl-Unjoni.

(5)

Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), flimkien mad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), jifforma l-qafas ġuridiku għar-regoli prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti ta' investiment (flimkien imsejħin “istituzzjonijiet”). Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 fih, fost l-oħrajn, dispożizzjonijiet direttament applikabbli għall-istituzzjonijiet biex jiddeterminaw il-fondi proprji tagħhom. Huwa għalhekk meħtieġ li r-regoli prudenzjali eżistenti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 relatati mal-fondi proprji jiġu kkomplementati minn dispożizzjonijiet li jirrikjedu tnaqqis mill-fondi proprji fejn l-NPEs ma jkunux koperti b'mod suffiċjenti minn dispożizzjonijiet jew aġġustamenti oħra. Tali rekwiżit effettivament jammonta għall-ħolqien ta' garanzija ta' kontinġenza prudenzjali għall-NPEs li tapplika b'mod uniformi għall-istituzzjonijiet kollha fl-Unjoni, u tkopri wkoll li istituzzjonijiet li jkunu attivi fis-suq sekondarju.

(6)

Il-garanzija ta' kontinġenza prudenzjali jenħtieġ li ma tipprevjenix lill-awtoritajiet kompetenti milli jeżerċitaw is-setgħat superviżorji tagħhom f'konformità mad-Direttiva 2013/36/UE. Fejn l-awtoritajiet kompetenti jaċċertaw, każ b'każ, li, minkejja l-applikazzjoni tal-garanzija ta' kontinġenza prudenzjali għall-NPEs stabbilita b'dan ir-Regolament, l-NPEs ta' istituzzjoni speċifika ma jkunux koperti b'mod suffiċjenti, jenħtieġ li jkun possibbli li huma jagħmlu użu mis-setgħat superviżorji previsti fid-Direttiva 2013/36/UE, inkluż is-setgħa li jirrikjedu lill-istituzzjonijiet biex japplikaw politika ta' proviżjonament speċifika jew trattament ta' assi speċifiku f'termini tar-rekwiżiti ta' fondi proprji;. Għaldaqstant, huwa possibbli, każ b'każ, li l-awtoritajiet kompetenti jmorru lil hinn mir-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament bil-għan li jiżguraw kopertura suffiċjenti għall-NPEs.

(7)

Għall-finijiet ta' applikazzjoni tal-garanzija ta' kontinġenza prudenzjali, huwa adatt li fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 jiġi introdott sett ċar ta' kondizzjonijiet għall-klassifikazzjoni ta' NPEs. Peress li r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 (9) diġà jistipula kriterji li jikkonċernaw l-NPEs għall-finijiet tar-rappurtar superviżorju, huwa adatt li l-klassifikazzjoni ta' NPEs tissejjes fuq dak il-qafas eżistenti. Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 jirreferi għall-iskoperturi inadempjenti kif definiti għall-finijiet ta' kalkolu tar-rekwiżiti tal-fondi proprji għar-riskju tal-kreditu u skoperturi deprezzati skont il-qafas ta' kontabbiltà applikabbli. Peress li l-miżuri ta' tolleranza jistgħu jinfluwenzaw jekk skopertura tiġix klassifikata bħala improduttiva, il-kriterji ta' klassifikazzjoni jkunu kkomplementati minn kriterji ċari dwar l-impatt tal-miżuri ta' tolleranza. Il-miżuri ta' tolleranza jenħtieġ li jkollhom l-għan li min jissellef jerġa' lura għal status ta' ripagament produttiv sostenibbli u jenħtieġ li jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi u b'mod partikolari mad-Direttivi 2008/48/KE u 2014/17/UE, iżda jista' jkollhom ġustifikazzjonijiet u konsegwenzi differenti. Huwa għalhekk adatt li jiġi previst li miżura ta' tolleranza mogħtija lil skopertura improduttiva jenħtieġ li ma twaqqafx il-klassifikazzjoni ta' dik l-iskopertura bħala improduttiva sakemm ma jiġux issodisfati ċerti kriterji ta' waqfien stretti.

(8)

Aktar ma skopertura tkun ilha improduttiva, aktar tonqos il-probabbiltà tal-irkupru tal-valur tagħha. Għalhekk, il-porzjon tal-iskopertura li jenħtieġ li jkun kopert minn dispożizzjonijiet, aġġustamenti jew tnaqqis ieħor jenħtieġ li jiżdied maż-żmien, b'segwitu ta' kalendarju predefinit. L-NPEs mixtrija minn istituzzjoni jenħtieġ li għalhekk ikunu soġġetti għal kalendarju li jiddekorri mid-data li fiha l-NPE oriġinarjament tkun ġiet ikklassifikata bħala improduttiva, u mhux mid-data tax-xiri tagħha. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-bejjiegħ jinforma lix-xerrej bid-data tal-klassifikazzjoni tal-iskopertura bħala improduttiva.

(9)

It-tħassir parzjali jenħtieġ li jittieħed kont tiegħu meta jiġu kkalkolati l-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta' kreditu. Sabiex jiġi evitat kwalunkwe għadd doppju tat-tħassir, huwa neċessarju li jintuża l-valur tal-iskopertura oriġinali qabel it-tħassir parzjali,. L-inklużjoni ta' tħassir parzjali fil-lista ta' elementi li jistgħu jintużaw biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-garanzija ta' kontinġenza jenħtieġ li tinkoraġġixxi l-istituzzjonijiet biex jirrikonoxxu t-tħassir b'mod tempestiv. Għal NPEs mixtrija minn istituzzjoni bi prezz aktar baxx mill-ammont dovut mid-debitur, ix-xerrej jenħtieġ li jittratta d-differenza bejn il-prezz tax-xiri u l-ammont dovut mid-debitur bl-istess mod bħal tħassir parzjali għall-finijiet tal-garanzija ta' kontinġenza prudenzjali.

(10)

L-NPEs garantiti ġeneralment huma mistennija li jirriżultaw f'telf inqas sinifikanti minn NPEs mhux garantiti, peress li l-protezzjoni tal-kreditu li tiggarantixxi l-NPE tagħti lill-istituzzjoni pretensjoni speċifika fuq assi jew kontra parti terza flimkien mal-pretensjoni ġenerali tal-istituzzjoni kontra l-persuna inadempjenti li tissellef. Fil-każ ta' NPE mhux garantit, tkun disponibbli biss il-pretensjoni ġenerali kontra l-persuna inadempjenti li tissellef. Minħabba t-telf akbar mistenni fuq NPEs mhux garantiti, jenħtieġ li jiġi applikat kalendarju aktar strett.

(11)

Skopertura li tkun biss koperta parzjalment minn protezzjoni tal-kreditu eliġibbli jenħtieġ li titqies bħala garantita għall-parti koperta, u bħala mhux garantita għall-parti li ma tkunx koperta minn protezzjoni tal-kreditu eliġibbli. Sabiex jiġu determinati liema partijiet tal-NPEs għandhom jiġu ttrattati bħala garantiti jew mhux garantiti, il-kriterji tal-eliġibbiltà għall-protezzjoni tal-kreditu u għall-garanziji sħaħ u kompluti tal-ipoteki użati għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji jenħtieġ li jiġu applikati f'konformità mal-approċċ rilevanti taħt ir-Regolament (UE) Nru 575/2013, inkluż l-aġġustament tal-valur applikabbli.

(12)

L-istess kalendarju jenħtieġ li jiġi applikat irrispettivament mir-raġuni għaliex l-iskopertura tkun improduttiva. Il-garanzija ta' kontinġenza prudenzjali jenħtieġ li tkun applikata fil-livell ta' kull skopertura. Jenħtieġ li japplika kalendarju ta' tliet snin għal NPEs mhux garantiti. Sabiex l-istituzzjonijiet u l-Istati Membri jkunu jistgħu jtejbu l-effiċjenza tal-proċedimenti ta' ristrutturar jew ta' infurzar, kif ukoll biex jirrikonoxxu li l-NPEs garantiti minn kollateral immobbiljari u self residenzjali garantit minn fornitur tal-protezzjoni eliġibbli kif definit fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 ikollhom valur residwu għal perjodu itwal ta' żmien wara li s-self ikun ġie kklassifikat bħala improduttiv, huwa adatt li jiġi previst kalendarju ta' disa' snin. Għal NPEs garantiti oħra jenħtieġ li japplika kalendarju ta' seba' snin sabiex tinbena kopertura sħiħa.

(13)

Jenħtieġ li jkun possibbli li jittieħed kont tal-miżuri ta' tolleranza għall-fini ta' applikazzjoni tal-fattur ta' kopertura rilevanti. B'mod aktar preċiż, l-iskopertura jenħtieġ li tkompli tiġi klassifikata bħala improduttiva iżda r-rekwiżit ta' kopertura jenħtieġ li jibqa' stabbli għal sena addizzjonali waħda. Għalhekk, il-fattur li jkun applikabbli matul is-sena li fiha tkun ingħatat il-miżura ta' tolleranza jenħtieġ li jkun applikabbli għal sentejn. Fejn, mal-iskadenza tas-sena addizzjonali, l-iskopertura tkun għadha improduttiva, il-fattur applikabbli jenħtieġ li jiġi determinat bħallikieku ma ngħatat l-ebda miżura ta' tolleranza, filwaqt li jittieħed kont tad-data meta l-iskopertura oriġinarjament tkun ġiet klassifikata bħala improduttiva. Minħabba li l-għoti ta' miżuri ta' tolleranza jenħtieġ li ma jwassal għal ebda arbitraġġ, dik is-sena addizzjonali jenħtieġ li tkun permessa biss fir-rigward tal-ewwel miżura ta' tolleranza li tkun ingħatat minn meta l-klassifikazzjoni tal-iskopertura tkun improduttiva. Barra minn hekk, il-perjodu ta' sena li matulu l-fattur ta' kopertura jibqa' l-istess jenħtieġ li ma jwassalx għall-estensjoni tal-kalendarju ta' proviżjonament. Bħala riżultat ta' dan, kwalunkwe miżura ta' tolleranza mogħtija fit-tielet sena wara l-klassifikazzjoni bħala NPE għal skoperturi mhux garantiti, jew, fis-seba' sena wara l-klassifikazzjoni bħala NPE għal skoperturi garantiti, jenħtieġ li ma ddewwimx il-kopertura sħiħa tal-NPE.

(14)

Sabiex jiġi żgurat li l-valutazzjoni tal-protezzjoni tal-kreditu tal-NPEs tal-istituzzjonijiet issegwi approċċ prudenti, jenħtieġ li l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Bankarja Ewropea), (EBA) tikkunsidra l-ħtieġa għal metodoloġija komuni u jekk meħtieġ tiżviluppaha, b'mod partikolari fir-rigward ta' preżunzjonijiet li jirrigwardaw l-irkuprabbiltà u l-infurzabbiltà, u possibbilment tinkludi rekwiżiti minimi għal valutazzjoni mill-ġdid tal-protezzjoni tal-kreditu f'termini ta' żmien.

(15)

Sabiex tiġi faċilitata transizzjoni bla xkiel lejn il-garanzija ta' kontinġenza prudenzjali ġdida, ir-regoli l-ġodda jenħtieġ li ma jiġux applikati b'rabta mal-iskoperturi oriġinati qabel is-26 ta' April 2019.

(16)

Sabiex jiġi żgurat li l-emendi għar-Regolament (UE) Nru 575/2013 introdotti minn dan ir-Regolament japplikaw b'mod tempestiv, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-data wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(17)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 575/2013 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 36(1), jiżdied il-punt li ġej:

“(m)

l-ammont applikabbli ta' kopertura insuffiċjenti għal skoperturi improduttivi.”;

(2)

jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 47a

Skoperturi improduttivi

1.   Għall-finijiet tal-punt (m) tal-Artikolu 36(1), ‘skopertura’ għandha tinkludi kwalunkwe wieħed mill-elementi li ġejjin, dment li ma jkunux inklużi fil-portafoll tan-negozjar tal-istituzzjoni:

(a)

strument ta' dejn, inkluż garanzija ta' dejn, self, avvanz u depożitu ta' domanda;

(b)

impenn ta' dejn mogħti, garanzija finanzjarja mogħtija jew kwalunkwe impenn ieħor mogħti, irrispettivament minn jekk ikunx revokabbli jew irrevokabbli, bl-eċċezzjoni ta' faċilitajiet ta' kreditu mhux utilizzati li jistgħu jiġu kkanċellati mingħajr kondizzjoni fi kwalunkwe ħin u mingħajr avviż, jew li effettivament jipprevedu kanċellazzjoni awtomatika minħabba deterjorament fl-affidabbiltà kreditizja ta' min jissellef.

2.   Għall-finijiet tal-punt (m) tal-Artikolu 36(1), il-valur tal-iskoperturi ta' strument tad-dejn għandu jkun il-valur ta' kontabbiltà tiegħu mkejjel mingħajr ma jittieħed kont ta' ebda aġġustament speċifiku għar-riskju tal-kreditu, aġġustament ta' valur addizzjonali f'konformità mal-Artikoli 34 u 105, ammont imnaqqas f'konformità mal-punt (m) tal-Artikolu 36(1), tnaqqis ieħor minn fondi proprji relatati mal-iskopertura jew tħassir parzjali magħmul mill-istituzzjoni mill-aħħar darba li l-iskopertura kienet klassifikata bħala improduttiva.

Għall-finijiet tal-punt (m) tal-Artikolu 36(1), il-valur tal-iskopertura ta' strument tad-dejn li nxtara bi prezz aktar baxx mill-ammont dovut mid-debitur għandu jinkludi d-differenza bejn il-prezz tax-xiri u l-ammont dovut mid-debitur.

Għall-finijiet tal-punt (m) tal-Artikolu 36(1), il-valur tal-iskoperturi ta' impenn ta' self mogħti, garanzija finanzjarja mogħtija jew kwalunkwe impenn ieħor mogħti kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jkun il-valur nominali tagħhom, li għandu jirrappreżenta l-iskoperturi massimi ta' istituzzjoni għar-riskju tal-kreditu mingħajr ma jittieħed kont ta' ebda protezzjoni tal-kreditu ffinanzjata jew mhux iffinanzjata. Il-valur nominali ta' impenn ta' self mogħti għandu jkun l-ammont mhux utilizzat li l-istituzzjoni tkun impenjat ruħha li ssellef u l-valur nominali ta' garanzija finanzjarja mogħtija għandu jkun l-ammont massimu li l-entità jista' jkollha tħallas jekk tiġi eżerċitata l-garanzija;

Il-valur nominali msemmi fit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma għandu jieħu kont ta' ebda aġġustament speċifiku għar-riskju tal-kreditu, aġġustament ta' valur addizzjonali f'konformità mal-Artikoli 34 u 105, ammont imnaqqas f'konformità mal-punt (m) tal-Artikolu 36(1) jew tnaqqis ieħor minn fondi proprji relatati mal-iskopertura.

3.   Għall-finijiet tal-punt (m) tal-Artikolu 36(1), l-iskoperturi li ġejjin għandhom jiġu klassifikati bħala improduttivi:

(a)

skopertura li fir-rigward tagħha jitqies li seħħet inadempjenza f'konformità mal-Artikolu 178;

(b)

skopertura li tkun meqjusa bħala deprezzata skont il-qafas ta' kontabbiltà applikabbli;

(c)

skopertura taħt prova skont il-paragrafu 7, fejn jingħataw miżuri ta' tolleranza addizzjonali jew fejn l-iskopertura taqbeż id-data tal-għeluq b'aktar minn 30 jum;

(d)

skopertura fil-forma ta' impenn li, kieku nġibdet jew intużat b'mod ieħor, probabbilment ma titħallasx lura għalkollox mingħajr ir-realizzazzjoni tal-kollateral;

(e)

skopertura f'forma ta' garanzija finanzjarja li probabbilment tissejjaħ mill-parti garantita, inkluż fejn l-iskopertura garantita sottostanti tissodisfa l-kriterji biex titqies bħala improduttiva.

Għall-fini tal-punt (a), fejn istituzzjoni jkollha skoperturi li jidhru fuq il-karta bilanċjali lil debitur li jkunu qabżu d-data tal-għeluq b'aktar minn 90 jum u li jirrappreżentaw aktar minn 20 % tal-iskoperturi kollha li jidhru fuq il-karta bilanċjali lil dak id-debitur, l-iskoperturi kollha li jidhru fuq il-karta bilanċjali u dawk li ma jidhrux fuq il-karta bilanċjali għandhom jitqiesu bħala improduttivi.

4.   L-iskoperturi li ma jkunux ġew soġġetti għal miżura ta' tolleranza ma għandhomx jibqgħu jiġu klassifikati bħala improduttivi għall-finijiet tal-punt (m) tal-Artikolu 36(1) fejn jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-iskopertura tissodisfa l-kriterji ta' ħruġ applikati mill-istituzzjoni biex ma tibqax tiġi klassifikata bħala deprezzata skont il-qafas ta' kontabbiltà applikabbli u biex ma tibqax tiġi klassifikata bħala inadempjenti f'konformità mal-Artikolu 178;

(b)

is-sitwazzjoni tal-kreditur tkun tjiebet sal-punt li l-istituzzjoni tkun issodisfata li probabbilment isir ripagament sħiħ u fil-ħin;

(c)

id-debitur ma jkollu l-ebda ammont li jkun qabeż id-data tal-għeluq b'aktar minn 90 jum.

5.   Il-klassifikazzjoni ta' skopertura improduttiva bħala assi mhux kurrenti miżmuma għall-bejgħ f'konformità mal-qafas ta' kontabbiltà applikabbli ma għandhiex twaqqaf il-klassifikazzjoni tagħha bħala skopertura improduttiva għall-finijiet tal-punt (m) tal-Artikolu 36(1).

6.   L-iskoperturi improduttivi soġġetti għal miżuri ta' tolleranza ma għandhomx ikompli jiġu klassifikati bħala improduttivi għall-finijiet tal-punt (m) tal-Artikolu 36(1), fejn jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-iskoperturi ma jkunux għadhom f'sitwazzjoni li twassal għall-klassifikazzjoni tagħhom bħala improduttivi skont il-paragrafu 3;

(b)

tkun għaddiet tal-anqas sena minn mid-data meta jkunu ngħataw il-miżuri ta' tolleranza u d-data meta l-iskoperturi jkunu ġew klassifikati bħala improduttivi, skont liema data tiġi l-aħħar;

(c)

ma jkunx hemm l-ebda ammont li jkun qabeż id-data tal-għeluq wara l-miżuri ta' tolleranza u l-istituzzjoni, fuq il-bażi tal-analiżi tas-sitwazzjoni finanzjarja tad-debitur, tkun issodisfata bil-probabbiltà tar-ripagament sħiħ u fil-ħin tal-iskopertura.

Ir-ripagament sħiħ u fil-ħin ma għandux jitqies li jkun probabbli sakemm id-debitur ma jkunx għamel pagamenti regolari u fil-ħin ta' ammonti ekwivalenti għal wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

l-ammont li kien qabeż id-data tal-għeluq qabel ma ngħatat il-miżura ta' tolleranza, fejn kien hemm ammonti li qabżu d-data tal-għeluq;

(b)

l-ammont li tħassar skont il-miżuri ta' tolleranza mogħtija, fejn ma kien hemm ebda ammont li qabeż id-data tal-għeluq.

7.   Fejn skopertura improduttiva ma baqgħetx tiġi klassifikata bħala improduttiva skont il-paragrafu 6, tali skopertura għandha tkun taħt prova sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

ikunu għaddew tal-anqas sentejn mid-data li fiha l-kopertura soġġetta għal miżuri ta' tolleranza ġiet klassifikata mill-ġdid bħala produttiva;

(b)

ikunu saru pagamenti regolari u fil-ħin matul tal-anqas nofs il-perjodu li fih l-iskopertura tkun taħt prova, li jwasslu għall-pagament ta' ammont ta' aggregat sostanzjali ta' kapital jew interessi;

(c)

l-ebda waħda mill-iskoperturi għad-debitur ma tkun qabżet id-data tal-għeluq b'aktar minn 30 jum.

Artikolu 47b

Miżuri ta' tolleranza

1.   Miżura ta' tolleranza hija konċessjoni minn istituzzjoni lejn debitur li jkun qed jesperjenza jew probabbilment ser jesperjenza diffikultajiet biex jissodisfa l-impenji finanzjarji tiegħu. Konċessjoni tista' tinvolvi telf għas-sellief u għandha tirreferi għal xi waħda mill-azzjonijiet li ġejjin:

(a)

modifika tat-termini u l-kondizzjonijiet ta' obbligu ta' dejn, fejn tali modifika ma kinitx tingħata li kieku d-debitur ma esperjenzax diffikultajiet biex jissodisfa l-impenji finanzjarji tiegħu;

(b)

rifinanzjament totali jew parzjali ta' obbligu tad-dejn, fejn tali rifinanzjament ma kienx jingħata li kieku d-debitur ma esperjenzax diffikultajiet biex jissodisfa l-impenji finanzjarji tiegħu.

2.   Tal-anqas is-sitwazzjonijiet li ġejjin għandhom jitqiesu bħala miżuri ta' tolleranza:

(a)

termini kuntrattwali ġodda aktar favorevoli għad-debitur mit-termini kuntrattwali ta' qabel, fejn id-debitur qed jesperjenza jew probabbilment ser jesperjenza diffikultajiet biex jissodisfa l-impenji finanzjarji tiegħu;

(b)

termini kuntrattwali ġodda aktar favorevoli mit-termini kuntrattwali offruti mill-istess istituzzjoni lil debituri bi profil ta' riskju simili f'dak iż-żmien, fejn id-debitur qed jesperjenza jew probabbilment ser jesperjenza diffikultajiet biex jissodisfa l-impenji finanzjarji tiegħu;

(c)

l-iskopertura taħt it-termini kuntrattwali inizjali tkun ġiet klassifikata bħala improduttiva qabel il-modifika għat-termini kuntrattwali jew li kieku kienet tiġi klassifikata bħala improduttiva fin-nuqqas ta' modifika fit-termini kuntrattwali;

(d)

il-miżura tirriżulta fi tħassir totali jew parzjali tal-obbligu tad-dejn;

(e)

l-istituzzjoni tapprova l-eżerċizzju ta' klawżoli li jippermettu lid-debitur li jimmodifika t-termini tal-kuntratt u l-iskopertura kienet klassifikata bħala improduttiva qabel l-eżerċizzju ta' dawk il-klawżoli, jew kienet tiġi klassifikata bħala improduttiva li kieku ma ġewx eżerċitati dawk il-klawżoli;

(f)

meta jew qrib iż-żmien meta ngħata d-dejn, id-debitur ikun għamel pagamenti ta' kapital jew interessi fuq obbligu ta' dejn ieħor mal-istess istituzzjoni, li kien klassifikat bħala skopertura improduttiva jew li kieku kien jiġi klassifikat bħala improduttiv fin-nuqqas ta' dawk il-pagamenti;

(g)

il-modifika għat-termini kuntrattwali tinvolvi ripagamenti magħmula permezz tat-teħid f'pussess ta' kollateral, fejn tali modifika tikkostitwixxi konċessjoni.

3.   Iċ-ċirkostanzi li ġejjin huma indikaturi li setgħu ġew adottati miżuri ta' tolleranza:

(a)

il-kuntratt inizjali ikun qabeż id-data tal-għeluq b'aktar minn 30 jum mill-inqas darba matul it-tliet xhur qabel il-modifika tiegħu jew ikun qabeż id-data tal-għeluq b'aktar minn 30 jum bla modifika;

(b)

fiż-żmien jew qrib iż-żmien tal-konklużjoni tal-ftehim dwar il-kreditu, id-debitur ikun għamel pagament ta' kapital jew ta' imgħax fuq obbligazzjoni ta' dejn oħra mal-istess istituzzjoni li kien qabeż id-data tal-għeluq bi 30 jum tal-anqas darba matul it-tliet xhur ta' qabel l-għoti ta' dejn ġdid;

(c)

l-istituzzjoni tapprova l-eżerċizzju ta' klawżoli li jippermettu lid-debitur li jbiddel it-termini tal-kuntratt, u l-iskopertura tkun qabżet id-data tal-għeluq bi 30 jum jew kienet taqbeż id-data tal-għeluq bi 30 jum li kieku ma ġewx eżerċitati dawk il-klawżoli.

4.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, id-diffikultajiet esperjenzati minn debitur biex jissodisfa l-impenji finanzjarji tiegħu għandhom jiġu vvalutati fil-livell tad-debitur, b'kunsiderazzjoni tal-entitajiet legali kollha fil-grupp tad-debitur li huma inklużi fil-konsolidazzjoni tal-kontabbiltà tal-grupp, u persuni fiżiċi li jikkontrollaw il-grupp.

Artikolu 47c

Tnaqqis tal-iskoperturi improduttivi

1.   Għall-finijiet tal-punt (m) tal-Artikolu 36(1), l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont applikabbli ta' kopertura insuffiċjenti b'mod separat għal kull skopertura improduttiva li għandu jitnaqqas minn entrati tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni billi jitnaqqas l-ammont determinat fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu mill-ammont determinat fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu, fejn l-ammont imsemmi fil-punt (a) jaqbeż l-ammont imsemmi fil-punt (b):

(a)

it-total ta':

(i)

il-parti mhux garantita ta' kull skopertura improduttiva, jekk ikun il-każ, immultiplikata bil-fattur applikabbli msemmi fil-paragrafu 2;

(ii)

il-parti garantita ta' kull skopertura improduttiva, jekk ikun il-każ, immultiplikata bil-fattur applikabbli msemmi fil-paragrafu 3;

(b)

it-total tal-entrati li ġejjin dment li jkunu relatati mal-istess skopertura improduttiva:

(i)

aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta' kreditu;

(ii)

aġġustamenti tal-valur addizzjonali f'konformità mal-Artikoli 34 u 105;

(iii)

tnaqqis ieħor minn fondi proprji;

(iv)

għall-istituzzjonijiet li jikkalkulaw ammonti ta' skoperturi peżati skont ir-riskju bl-użu tal-Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjonijiet Interni, il-valur assolut tal-ammonti mnaqqsin skont il-punt (d) tal-Artikolu 36(1) li jirrelataw ma' skoperturi improduttivi, fejn il-valur assolut li jista' jiġi attribwit għal kull skopertura improduttiva jiġi ddeterminat permezz tal-multiplikazzjoni tal-ammonti mnaqqsin skont il-punt (d) tal-Artikolu 36(1) bil-kontribuzzjoni tal-ammont ta' telf mistenni għall-iskopertura improduttiva għall-ammonti totali ta' telf mistenni għal skoperturi inadempjenti u mhux inadempjenti, kif applikabbli.

(v)

fejn skopertura improduttiva tinxtara bi prezz aktar baxx mill-ammont dovut mid-debitur, id-differenza bejn il-prezz tax-xiri u l-ammont dovut mid-debitur;

(vi)

ammonti mħassra mill-istituzzjoni minn meta l-iskopertura ġiet ikklassifikata bħala improduttiva.

Il-parti garantita ta' skopertura improduttiva hija dik il-parti tal-iskopertura li, għall-fini tal-kalkolu tal-rekwiżiti tal-fondi proprji skont it-Titolu II tal-Parti Tlieta, hija meqjusa bħala koperta minn protezzjoni ffinanzjata tal-kreditu jew protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu jew garantita bis-sħiħ u kompletament b'ipoteki.

Il-parti mhux garantita ta' skopertura improduttiva tikkorrispondi għad-differenza, jekk ikun il-każ, bejn il-valur tal-iskopertura kif stipulat fl-Artikolu 47a(1) u l-parti garantita tal-iskopertura, jekk ikun il-każ.

2.   Għall-finijiet tal-punt (a)(i) tal-paragrafu 1, għandhom japplikaw il-fatturi li ġejjin:

(a)

0,35 għall-parti mhux garantita ta' skopertura improduttiva li għandu jiġi applikat tul il-perjodu bejn l-ewwel u l-aħħar jum tat-tielet sena wara l-klassifikazzjoni tagħha bħala improduttiva;

(b)

1 għall-parti mhux garantita ta' skopertura improduttiva li għandu jiġi applikat mill-ewwel jum tar-raba' sena wara l-klassifikazzjoni tagħha bħala improduttiva;

3.   Għall-finijiet tal-punt (a)(ii) tal-paragrafu 1, għandhom japplikaw il-fatturi li ġejjin:

(a)

0,25 għall-parti mhux garantita ta' skopertura improduttiva li għandu jiġi applikat tul il-perjodu bejn l-ewwel u l-aħħar jum tar-raba' sena wara l-klassifikazzjoni tagħha bħala improduttiva;

(b)

0,35 għall-parti garantita ta' skopertura improduttiva li għandu jiġi applikat tul il-perjodu bejn l-ewwel u l-aħħar jum tal-ħames sena wara l-klassifikazzjoni tagħha bħala improduttiva;

(c)

0,55 għall-parti garantita ta' skopertura improduttiva li għandu jiġi applikat tul il-perjodu bejn l-ewwel u l-aħħar jum tas-sitt sena wara l-klassifikazzjoni tagħha bħala improduttiva;

(d)

0,70 għall-parti ta' skopertura improduttiva garantita minn proprjetà immobbli skont it-Titolu II tal-Parti Tlieta jew li hu self residenzjali ggarantit minn fornitur tal-produzzjoni eliġibbli kif imsemmi fl-Artikolu 201, li għandu jiġi applikat tul il-perjodu bejn l-ewwel u l-aħħar jum tas-seba' sena wara l-klassifikazzjoni tagħha bħala improduttiva;

(e)

0,80 għall-parti ta' skopertura improduttiva garantita minn protezzjoni tal-kreditu ffinanzjata jew mhux iffinanzjata skont it-Titolu II tal-Parti Tlieta li għandu jiġi applikat tul il-perjodu bejn l-ewwel u l-aħħar jum tas-seba' sena wara l-klassifikazzjoni tagħha bħala improduttiva;

(f)

0,80 għall-parti ta' skopertura improduttiva garantita minn proprjetà immobbli skont it-Titolu II tal-Parti Tlieta jew li hu self residenzjali ggarantit minn fornitur tal-produzzjoni eliġibbli kif imsemmi fl-Artikolu 201, li għandu jiġi applikat tul il-perjodu bejn l-ewwel u l-aħħar jum tat-tmien sena wara l-klassifikazzjoni tagħha bħala improduttiva;

(g)

1 għall-parti ta' skopertura improduttiva garantita minn protezzjoni tal-kreditu ffinanzjata jew mhux iffinanzjata skont it-Titolu II tal-Parti Tlieta li għandu jiġi applikat mill-ewwel jum tat-tmien sena wara l-klassifikazzjoni tagħha bħala improduttiva;

(h)

0,85 għall-parti ta' skopertura improduttiva garantita minn proprjetà immobbli skont it-Titolu II tal-Parti Tlieta jew li hu self residenzjali ggarantit minn fornitur tal-produzzjoni eliġibbli kif imsemmi fl-Artikolu 201, li għandu jiġi applikat tul il-perjodu bejn l-ewwel u l-aħħar jum tad-disa' sena wara l-klassifikazzjoni tagħha bħala improduttiva;

(i)

1 għall-parti ta' skopertura improduttiva garantita minn proprjetà immobbli skont it-Titolu II tal-Parti Tlieta jew li hu self residenzjali ggarantit minn fornitur tal-produzzjoni eliġibbli kif imsemmi fl-Artikolu 201, li għandu jiġi applikat mill-ewwel jum tal-għaxar sena wara l-klassifikazzjoni tagħha bħala improduttiva.

4.   B'deroga mill-paragrafu 3, il-fatturi li ġejjin għandhom japplikaw għall-parti tal-iskopertura improduttiva garantita jew assigurata minn aġenzija ta' kreditu għall-esportazzjoni uffiċjali:

(a)

0 għall-parti garantita tal-iskopertura improduttiva li għandu jiġi applikat tul il-perjodu bejn sena u seba' snin wara l-klassifikazzjoni tagħha bħala improduttiva; u

(b)

1 għall-parti garantita tal-iskopertura improduttiva li għandu jiġi applikat mill-ewwel jum tat-tmien sena wara l-klassifikazzjoni tagħha bħala improduttiva.

5.   L-EBA għandha tivvaluta l-firxa ta' prattiki applikati għall-valutazzjoni ta' skoperturi improduttivi garantiti u tista' tiżviluppa linji gwida biex tispeċifika metodoloġija komuni, inkluż rekwiżiti possibbli minimi għall-valutazzjoni mill-ġdid f'termini ta' żmien u metodi ad hoc, għall-valutazzjoni prudenzjali ta' forom eliġibbli ta' protezzjoni ffinanzjata tal-kreditu u protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu, partikolarment fir-rigward ta' preżunzjonijiet relatati mal-irkuprabbiltà u l-inforzabbiltà tagħhom. Dawk il-linji gwida jistgħu jinkludu wkoll metodoloġija komuni għad-determinazzjoni tal-parti garantita ta' skopertura improduttiva, kif imsemmi fil-paragrafu 1.

Dawk il-linji gwida għandhom jinħarġu f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

6.   B'deroga mill-paragrafu 2, fejn skopertura tkun, bejn sena u sentejn wara l-klassifikazzjoni tagħha bħala improduttiva, ingħatat miżura ta' tolleranza, il-fattur applikabbli f'konformità mal-paragrafu 2 fid-data meta tingħata l-miżura ta' tolleranza għandu jkun applikabbli għal perjodu addizzjonali ta' sena.

B'deroga mill-paragrafu 2, fejn skopertura tkun, bejn sena u sentejn wara l-klassifikazzjoni tagħha bħala improduttiva, ingħatat miżura ta' tolleranza bejn sentejn u sitt snin wara l-klassifikazzjoni tagħha bħala improduttiva, il-fattur applikabbli f'konformità mal-paragrafu 3 fid-data meta tingħata l-miżura ta' tolleranza għandu jkun applikabbli għal perjodu addizzjonali ta' sena.

Dan il-paragrafu għandu japplika biss b'rabta mal-ewwel miżuri ta' tolleranza li tkun ingħatat mill-klassifikazzjoni tal-iskopertura bħala improduttiva.”;

(3)

fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 111(1), it-test introduttorju huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Il-valur ta' skopertura ta' entrata ta' assi għandu jkun il-valur ta' kontabbiltà residwi tagħha wara li jkunu ġew applikati aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta' kreditu f'konformità mal-Artikolu 110, aġġustamenti tal-valur addizzjonali f'konformità mal-Artikolu 34 u 105, ammonti mnaqqsin f'konformità mal-punt (m) Artikolu 36(1) u tnaqqis ieħor minn fondi proprji relatati mal-entrata ta' assi. Il-valur tal-iskopertura ta' entrata li ma tidhirx fuq il-karta bilanċjali elenkata fl-Anness I għandu jkun il-perċentwal li ġej tal-valur nominali tagħha wara t-tnaqqis ta' aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta' kreditu u ammonti mnaqqsa f'konformità mal-punt (m) Artikolu 36(1):”;

(4)

l-Artikolu 127(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Il-parti mhux garantita ta' kwalunkwe element fejn id-debitur ikun sar inadempjenti f'konformità mal-Artikolu 178, jew fil-każ ta' skoperturi fil-livell tal-konsumatur, il-parti mhux iggarantita ta' kwalunkwe faċilità ta' kreditu li saret inadempjenti f'konformità mal-Artikolu 178 għandha tiġi assenjata piż tar-riskju ta':

(a)

150 %, fejn it-total tal-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta' kreditu u tal-ammonti mnaqqsa f'konformità mal-punt (m) tal-Artikolu 36(1) ikun anqas minn 20 % tal-parti mhux garantita tal-valur tal-iskopertura li kieku ma jiġux applikati dawk l-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta' kreditu u t-tnaqqis;

(b)

100 %, fejn it-total tal-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta' kreditu u tal-ammonti mnaqqsin f'konformità mal-punt (m) tal-Artikolu 36(1) ma jkunx anqas minn 20 % tal-parti mhux garantita tal-valur tal-iskopertura li kieku ma jiġux applikati dawk l-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta' kreditu u t-tnaqqis.”;

(5)

L-Artikolu 159 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 159

Trattament tal-ammonti ta' telf mistenni

L-istituzzjonijiet għandhom inaqqsu l-ammonti ta' telf mistenni kkalkolati f'konformità mal-Artikolu 158(5), (6) u (10) mill-aġġustamenti ġenerali u speċifiċi għar-riskju ta' kreditu f'konformità mal-Artikolu 110, aġġustamenti ta' valur addizzjonali f'konformità mal-Artikoli 34 u 105 u tnaqqis ieħor minn fondi proprji relatati ma' dawk l-iskoperturi ħlief it-tnaqqis li jsir f'konformità mal-punt (m) tal-Artikolu 36(1). Skontijiet fuq skoperturi li jidhru fuq il-karti bilanċjali mixtrija meta kienu inadempjenti f'konformità mal-Artikolu 166(1) għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod bħall-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta' kreditu. L-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta' kreditu fi skoperturi inadempjenti ma għandhomx jintużaw biex ikopru l-ammonti tat-telf mistenni fuq skoperturi oħra. L-ammonti ta' telf mistennija għall-iskoperturi titolizzati u l-aġġustamenti ġenerali u speċifiċi għar-riskju ta' kreditu relatati ma' dawk l-iskoperturi ma għandhomx jiġu inklużi f'dak il-kalkolu.”;

(6)

il-punt (b) tal-Artikolu 178(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

id-debitur ikun qabeż id-data tal-maturità b'aktar minn 90 jum fuq kwalunkwe obbligazzjoni ta' kreditu materjali lill-istituzzjoni, lill-impriża prinċipali jew lil kwalunkwe sussidjarja tagħha. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jissostitwixxu 90 jum b'180 jum għall-iskoperturi garantiti permezz ta' proprjetà residenzjali jew proprjetà immobbli kummerċjali tal-SMEs fil-klassi tal-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur, kif ukoll għall-iskoperturi għal entitajiet tas-settur pubbliku. Il-180 jum ma għandhomx japplikaw għall-finijiet tal-punt (m) Artikolu 36(1) jew l-Artikolu 127.”;

(7)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 469a

Deroga mit-tnaqqis minn entrati ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni għal skoperturi improduttivi

B'deroga mill-punt (m) tal-Artikolu 36(1), l-istituzzjonijiet ma għandhomx inaqqsu mill-entrati ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni l-ammont applikabbli ta' kopertura insuffiċjenti għal skoperturi improduttivi fejn l-iskopertura tkun oriġinat qabel is-26 ta' April 2019.

Fejn it-termini u l-kondizzjonijiet ta' skopertura li oriġinat qabel is-26 ta' April 2019 jiġu modifikati mill-istituzzjoni b'mod li jżid l-iskopertura tal-istituzzjoni lid-debitur, l-iskopertura għandha titqies li tkun ġiet oriġinata fid-data meta tapplika l-modifika u ma għandhiex tibqa' tiġi soġġetta għad-deroga prevista fl-ewwel subparagrafu.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, is-17 ta' April 2019.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

G. CIAMBA


(1)  ĠU C 79, 4.3.2019, p. 1.

(2)  ĠU C 367, 10.10.2018, p. 43.

(3)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2019.(għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-9 ta' April 2019.

(4)  Id-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 dwar ftehim ta' kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66).

(5)  Id-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Frar 2014 dwar kuntratti ta' kreditu għall-konsumaturi marbutin ma' proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 34).

(6)  Id-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali (ĠU L 48, 23.2.2011, p. 1).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(8)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(9)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tar-rappurtar superviżorju ta' istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 191, 28.6.2014, p. 1).


25.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 111/13


REGOLAMENT (UE) 2019/631 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-17 ta' April 2019

li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011

(riformulazzjoni)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u r-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) ġew emendati sostanzjalment diversi drabi. Peress li se jkun hemm aktar emendi, jenħtieġ li dawk ir-Regolamenti jiġu riformulati għal aktar ċarezza.

(2)

Sabiex jipprovdi tranżizzjoni koerenti u effiċjenti wara r-riformulazzjoni u t-tħassir tar-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-1 ta' Jannar 2020. Madankollu, huwa xieraq li l-istandards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta' CO2 u l-modalitajiet biex jintlaħqu kif stabbilit f'dawk ir-Regolamenti jinżammu mingħajr tibdil sal-2024.

(3)

Il-Ftehim ta' Pariġi (5) jistabbilixxi, fost l-oħrajn, mira fit-tul li hija konformi mal-objettiv li ż-żieda fit-temperatura medja globali tinżamm ferm aktar baxxa minn 2 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali u biex jitkomplew l-isforzi biex tinżamm sa 1,5 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali. L-aħħar konstatazzjonijiet xjentifiċi rrappurtati mill-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) fir-rapport speċjali tiegħu dwar l-impatti tat-tisħin globali ta' 1,5 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali u l-perkorsi tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra globali relatati jikkonfermaw bla ebda dubju l-impatti negattivi tat-tibdil fil-klima. Dak ir-rapport speċjali jikkonkludi li t-tnaqqis fl-emissjonijiet fis-setturi kollha huwa kruċjali biex jiġi limitat it-tisħin globali.

(4)

Sabiex jingħata kontribut għall-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi, jeħtieġ li titħaffef it-trasformazzjoni tas-settur kollu tat-trasport biex l-emissjonijiet jinżlu għal żero, fid-dawl tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Novembru 2018 bit-titlu “Dinja nadifa għal kulħadd – viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima”, li tiddeskrivi viżjoni tat-trasformazzjonijiet ekonomiċi u soċjetali meħtieġa bl-involviment tas-setturi kollha tal-ekonomija u tas-soċjetà, biex titwettaq it-tranżizzjoni għal emissjonijiet ta' gassijiet serra żero netti sal-2050. L-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu l-arja prodotti mit-trasport li huma ta' dannu sinifikanti għas-saħħa tagħna u għall-ambjent jenħtieġ li jitnaqqsu b'mod drastiku bla dewmien. L-emissjonijiet mill-vetturi b'magni tal-kombustjoni konvenzjonali jeħtieġ li jkomplu jitnaqqsu wara l-2020. Il-vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero jeħtieġ li jidħlu u jżidu s-sehem tagħhom fis-suq sal-2030. Wara l-2030, se jkun hemm bżonn tnaqqis ulterjuri fl-emissjonijiet ta' CO2 għall-karozzi tal-passiġġieri u l-vetturi kummerċjali ħfief.

(5)

Il-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-31 ta' Mejju 2017 bit-titlu “L-Ewropa Attiva – Aġenda għal tranżizzjoni soċjalment ġusta lejn mobilità kompetittiva, konnessa u mingħajr ħsara għall-ambjent għal kuħadd” u tat-8 ta' Novembru 2017 bit-titlu “It-twettiq ta' mobilità b'emissjonijiet baxxi – Unjoni Ewropea li tipproteġi l-pjaneta, tagħti s-setgħa lill-konsumaturi tagħha u tiddefendi l-industrija u l-ħaddiema tagħha” jenfasizzaw li l-istandards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta' CO2 għall-karozzi tal-passiġġieri u l-vetturi kummerċjali ħfief huma impetu qawwi għall-innovazzjoni u l-effiċjenza u jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-kompetittività tal-industrija awtomobilistika u jwittu t-triq għal vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero b'mod teknoloġikament newtrali.

(6)

Dan ir-Regolament jipprovdi perkors ċar lejn it-tnaqqis sal-2030 tal-emissjonijiet ta' CO2 mis-settur tat-trasport bit-triq u jikkontribwixxi għall-mira vinkolanti ta' tnaqqis domestiku fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra fl-ekonomija kollha ta' mhux inqas minn 40 % meta mqabbla mal-1990, kif kien ġie appoġġat fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23-24 ta' Ottubru 2014 u approvat bħala l-Kontribut Maħsub Stabbilit fil-Livell Nazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha taħt il-Ftehim ta' Pariġi fil-laqgħa tal-Kunsill tal-Ambjent fis-6 ta' Marzu 2015.

(7)

Ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jistabbilixxi obbligi fuq l-Istati Membri biex tintlaħaq il-mira tal-Unjoni li tnaqqas l-emissjonijiet ta' gassijiet serra bi 30 % taħt il-livelli tal-2005 fl-2030 għas-setturi li mhumiex parti mis-Sistema tal-Unjoni Ewropea għall-Iskambju ta' Kwoti ta' Emissjonijiet stabbilita permezz tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). It-trasport bit-triq huwa kontributur kbir għall-emissjonijiet minn dawk is-setturi. Barra minn hekk, l-emissjonijiet mit-trasport bit-triq jidher li qed jiżdiedu, u għadhom ferm ogħla mil-livelli tal-1990. Jekk l-emissjonijiet tat-trasport bit-triq jibqgħu jiżdiedu, tali żiediet se jkomplu jxejnu t-tnaqqis tal-emissjonijiet li jagħmlu setturi oħra biex jiġġieldu t-tibdil fil-klima.

(8)

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23-24 ta' Ottubru 2014 enfasizzaw l-importanza li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u r-riskji marbuta mad-dipendenza fuq il-fjuwils fossili fis-settur tat-trasport permezz ta' approċċ komprensiv u teknoloġikament newtrali għall-promozzjoni tat-tnaqqis tal-emissjonijiet u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fit-trasport, għat-trasport elettriku u għas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli fit-trasport anke wara l-2020.

(9)

Sabiex il-konsumaturi fl-Unjoni jingħataw enerġija sikura, sostenibbli, kompetittiva u għall-but ta' kulħadd, il-kontribut tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija għall-moderazzjoni tad-domanda huwa waħda mill-ħames dimensjonijiet relatati mill-qrib u li jsaħħu lil xulxin stabbiliti fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Frar 2015 bit-titlu “Qafas Strateġiku għal Unjoni tal-Enerġija Reżiljenti b'Politika dwar il-Bidla fil-Klima li tħares 'il quddiem”. Dik il-komunikazzjoni tgħid li, filwaqt li s-setturi ekonomiċi kollha jridu jieħdu passi biex iżidu l-effiċjenza tal-konsum tagħhom tal-enerġija, it-trasport għandu potenzjal kbir għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, li jista' jintlaħaq ukoll permezz ta' ffokar kontinwu fuq l-issikkar tal-istandards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta' CO2 għall-karozzi tal-passiġġieri u l-vetturi kummerċjali ħfief minn hawn u l-2030.

(10)

Evalwazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 fl-2015 ikkonkludiet li dawk ir-Regolamenti kienu rilevanti, ġeneralment koerenti u ġġeneraw iffrankar sinifikanti fir-rigward tal-emissjonijiet, filwaqt li kienu aktar kosteffikaċi milli kien antiċipat oriġinarjament. Iġġeneraw ukoll valur miżjud sinifikanti għall-Unjoni li ma kienx ikun jista' jinkiseb daqstant permezz ta' miżuri nazzjonali. Madankollu, il-benefiċċji ta' dawk ir-Regolamenti xxejnu bil-mod il-mod minħabba d-diskrepanza dejjem akbar bejn l-emissjonijiet ta' CO2 mkejla skont iċ-Ċiklu Ġdid tas-Sewqan Ewropew (NEDC) u l-emissjonijiet ta' CO2 mill-vetturi misjuqa f'kundizzjonijiet reali ta' użu.

(11)

Għalhekk, huwa xieraq li l-għanijiet tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u r-Regolament (UE) Nru 510/2011 ikomplu jiġu segwiti bl-istabbiliment ta' miri ġodda għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 għall-flotta kollha ta' karozzi tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief għall-UE kollha sal-2030. Fid-definizzjoni tal-livelli ta' dawk il-miri, tqieset l-effikaċja tagħhom fit-twassil ta' kontribut kosteffikaċi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet fis-setturi koperti mir-Regolament (UE) 2018/842 sal-2030, il-kostijiet u l-iffrankar li jirriżultaw għas-soċjetà, għall-manifatturi u għall-utenti tal-vetturi, kif ukoll l-implikazzjonijiet diretti u indiretti tagħhom għall-impjiegi, għall-kompetittività u l-innovazzjoni u l-kobenefiċċji ġġenerati f'termini ta' tnaqqis fit-tniġġis tal-arja u sigurtà tal-enerġija. Meta wieħed iqis li s-sehem tas-suq u, konsegwentement, il-kontribut ġenerali tal-emissjonijiet ta' CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri huma ferm ogħla minn dawk tal-vetturi kummerċjali ħfief, huwa meqjus xieraq li jkun hemm approċċ differenzjat bejn il-karozzi tal-passiġġieri u l-vetturi kummerċjali ħfief.

(12)

Jenħtieġ li tiġi żgurata tranżizzjoni soċjalment aċċettabbli u ġusta lejn mobilità b'emissjonijiet żero. Huwa importanti, għalhekk, li jitqiesu l-effetti soċjali ta' tali tranżizzjoni tul il-katina kollha tal-valur tas-settur awtomobilistiku u jiġu indirizzati b'mod proattiv l-implikazzjonijiet fuq l-impjiegi. Għaldaqstant, iridu jiġu kkunsidrati programmi mmirati fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali għat-taħriġ mill-ġdid, it-titjib tal-ħiliet u r-riallokazzjoni tal-ħaddiema, kif ukoll inizjattivi dwar l-edukazzjoni u t-tiftix ta' impjieg f'komunitajiet u reġjuni milquta ħażin, fi djalogu mill-qrib mas-sħab soċjali u l-awtoritajiet kompetenti. Bħala parti minn dik it-tranżizzjoni, jenħtieġ li jissaħħu l-opportunitajiet ta' xogħol għan-nisa, kif ukoll l-opportunitajiet indaqs f'dan is-settur.

(13)

Biex it-tranżizzjoni għal mobilità b'emissjonijiet żero tkun suċċess, hemm bżonn approċċ integrat u ambjent li jippermetti li tiġi stimulata l-innovazzjoni u tiġi ppreservata s-supremazija teknoloġika tal-Unjoni f'dan is-settur. Dak jinkludi investimenti pubbliċi u privati fir-riċerka u l-innovazzjoni, żieda fil-provvista ta' vetturi b'emissjonijiet żero u baxxi, l-introduzzjoni tal-infrastruttura tal-iċċarġjar u tal-forniment tal-fjuwil, integrazzjoni fis-sistemi tal-enerġija, kif ukoll provvista sostenibbli ta' materjali u produzzjoni sostenibbli kif ukoll ir-ir-riutilizzazzjoni u r-riċiklaġġ tal-batteriji fl-Ewropa. Dak jirrikjedi azzjoni koerenti fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali u lokali.

(14)

Bħala parti mill-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), proċedura ġdida tat-test għall-kejl tal-emissjonijiet ta' CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief kif ukoll tal-konsum tal-fjuwil tagħhom, il-proċedura ta' Ttestjar Armonizzata fuq Livell Dinji għall-Vetturi Ħfief (“WLTP”), stabbilita fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 (9), bdiet tapplika mill-2017. Dik il-proċedura ta' ttestjar tipprovdi valuri tal-emissjonijiet ta' CO2 u tal-konsum tal-fjuwil aktar rappreżentattivi tal-kundizzjonijiet reali ta' użu.

Huwa xieraq, għalhekk, li l-miri l-ġodda tal-emissjonijiet ta' CO2 jkunu bbażati fuq l-emissjonijiet ta' CO2 stabbiliti abbażi tal-proċedura ta' ttestjar. Jekk, madankollu, jitqies li l-emissjonijiet ta' CO2 abbażi tad-WLTP se jkunu disponibbli għall-finijiet tal-konformità mal-miri mill-2021 'il quddiem, huwa xieraq li l-istandards ta' rendiment ġodda għall-emissjoni ta' CO2 jiġu definiti bħala livelli ta' tnaqqis stabbiliti f'paragun mal-miri fl-2021 ikkalkulati abbażi tal-emissjonijiet ta' CO2 mkejla għall-fini tal-ittestjar tal-emissjonijiet tad-WLTP. Sabiex tiġi żgurata s-saħħa u r-rappreżentattività tal-valuri użati bħala punt ta' tluq għad-definizzjoni tal-miri ta' tnaqqis tal-emissjonijiet li jridu jiġu applikati fl-2025 u l-2030, il-kundizzjonijiet għat-twettiq ta' dak il-kejl ġew iċċarati bħala parti mill-implimentazzjoni tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1152 (10) u (UE) 2017/1153 (11).

(15)

Huwa importanti li d-determinazzjoni ta' rekwiżiti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 tibqa' tipprovdi prevedibbiltà u sigurtà tal-ippjanar fl-Unjoni kollha għall-manifatturi tal-vetturi fil-flotot kollha tal-karozzi tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ġodda fl-Unjoni.

(16)

L-evalwazzjoni tad-Direttiva 1999/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) min-naħa tal-Kummissjoni fl-2016 identifikat ħtieġa ta' aktar kjarifika u simplifikazzjoni ta; dak l-att leġislattiv, li tista' żżid ir-rilevanza, l-effikaċja, l-effiċjenza u l-koerenza tagħha. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq rieżami ta' dik id-Direttiva mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2020 u, jekk ikun il-każ, tressaq proposta leġiżlattiva rilevanti. Sabiex tiġi appoġġata l-adozzjoni tal-aktar vetturi effiċjenti fl-użu tal-fjuwil u li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, jenħtieġ li dak ir-rieżami jikkunsidra – b'mod partikolari – l-inklużjoni ta' vetturi kummerċjali ħfief u l-ħtieġa ta' rekwiżiti mfassla aħjar u aktar armonizzati dwar it-tikkettar fl-Unjoni, li jistgħu jipprovdu lill-konsumaturi b'informazzjoni komparabbli, affidabbli u faċli dwar il-benefiċċji ta' vetturi b'livell ta' emissjonijiet żero jew baxxi, inkluża informazzjoni dwar sustanzi li jniġġsu l-arja.

(17)

Jenħtieġ għalhekk li jiġu stabbiliti miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-flotot tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali ħfief fl-Unjoni kollha għall-2025 u l-2030, filwaqt li jitqies il-perjodu ta' żmien biex tiġġedded il-flotta tal-vettura u l-ħtieġa biex is-settur tat-trasport bit-triq jikkontribwixxi għall-miri tal-klima u tal-enerġija tal-2030. Dak l-approċċ fi stadji jipprovdi wkoll sinjal ċar u bikri għall-industrija awtomobilistika biex ma tittardjax l-introduzzjoni fis-suq ta' teknoloġiji għall-enerġija effiċjenti u vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero.

(18)

L-istandards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta' CO2 stabbiliti f'dan ir-Regolament japplikaw għal karozzi ġodda tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief ġodda. Fir-rigward tal-flotta eżistenti ta' tali vetturi, inklużi vetturi użati, jistgħu jittieħdu wkoll miżuri addizzjonali mmirati lejn it-tnaqqis tal-emissjonijiet, fost l-oħrajn, fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni. Pereżempju, jistgħu jittieħdu miżuri biex titħeġġeġ rata ogħla ta' tiġdid tal-flotta, sabiex il-vetturi qodma, u dawk b'emissjonijiet ogħla, jiġu sostitwiti malajr kemm jista' jkun minn vetturi b'emissjonijiet aktar effettivi. L-aċċess għal vetturi b'emissjonijiet baxxi jew żero għall-but ta' kulħadd jista' jistimula l-bidla fl-imġiba tal-konsumaturi u l-introduzzjoni aktar rapida ta' teknoloġiji b'emissjonijiet baxxi.

(19)

Filwaqt li l-Unjoni hija fost l-akbar manifatturi ta' vetturi motorizzati fid-dinja u qiegħda minn ta' quddiem fit-tmexxija teknoloġika fis-settur awtomobilistiku globali, il-kompetizzjoni qiegħda tiżdied u dan is-settur qiegħed jinbidel malajr permezz ta' innovazzjonijiet ġodda f'sistemi ta' motopropulsjoni elettrifikati kif ukoll fil-mobilità kooperattiva, konnessa u awtomatizzata. Biex iżżomm il-kompetittività globali tagħha kif ukoll l-aċċess għas-swieq, l-Unjoni teħtieġ qafas regolatorju li jinkludi inċentiv partikolari fil-qasam ta' vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero, li jikkontribwixxi għall-ħolqien ta' suq domestiku kbir u jappoġġa l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni.

(20)

Jenħtieġ li jiddaħħal mekkaniżmu ta' inċentiv dedikat biex jiffaċilita tranżizzjoni bla intoppi lejn mobilità b'emissjonijiet żero. Dak il-mekkaniżmu jenħtieġ li jiġi mfassal b'tali mod li jippromwovi l-iżvilupp tal-vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero fis-suq tal-Unjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li tiġi stabbilita miżura tranżizzjonali speċifika li tippermetti l-aċċess għal vetturi b'emissjonijiet baxxi jew żero għall-konsumaturi minn Stati Membri li għandhom livelli baxxi ta' penetrazzjoni fis-suq ta' tali vetturi.

(21)

L-istabbiliment ta' punti ta' riferiment adegwati għas-sehem ta' vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero fil-flotta tal-UE, flimkien ma' mekkaniżmu mfassal tajjeb għall-aġġustament tal-mira speċifika tal-emissjonijiet għall-manifattur, abbażi tas-sehem ta' vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero li jkollu manifattur fil-flotta tiegħu, huwa mistenni li jipprovdi sinjal b'saħħtu u kredibbli għall-iżvilupp, l-introduzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' vetturi bħal dawn filwaqt li jippermetti t-titjib tal-effiċjenza tal-magni b'kombustjoni interna konvenzjonali.

(22)

Fid-determinazzjoni tal-krediti għall-vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero, huwa xieraq li titqies id-differenza fl-emissjonijiet ta' CO2 bejn vettura u oħra. F'dak li jirrigwarda l-karozzi tal-passiġġieri, jenħtieġ li jiġi rikonoxxut ir-rwol ta' vetturi b'emissjonijiet baxxi, b'mod partikolari vetturi ibridi rikarikabbli, fit-tranżizzjoni lejn vetturi b'emissjonijiet żero. Jenħtieġ li l-mekkaniżmu ta' aġġustament jiżgura li manifattur li jaqbeż il-livell ta' referenza jibbenefika minn mira speċifika ogħla ta' emissjonijiet. Biex jiġi żgurat approċċ ibbilanċjat, jenħtieġ li jiġu stabbiliti limiti għal-livell ta' aġġustament possibbli fi ħdan dak il-mekkaniżmu. Dan ikun jipprevedi ċerti inċentivi u b'hekk iħeġġeġ l-introduzzjoni f'waqtha tal-infrastruttura tal-iċċarġjar u tal-fjuwil u jrendi benefiċċji kbar għall-konsumaturi, għall-kompetittività u għall-ambjent.

(23)

Il-qafas leġiżlattiv għall-implimentazzjoni tal-mira għall-flotta kollha tal-UE jenħtieġ li jassigura miri ta' tnaqqis tal-emissjonijiet sostenibbli li jkunu kompetittivament newtrali u soċjalment ġusti u li jqisu d-diversità tal-manifatturi tal-karozzi Ewropej u jevitaw kwalunkwe tgħawwiġ mhux ġustifikat tal-kompetizzjoni bejniethom.

(24)

Sabiex tinżamm id-diversità tas-suq tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief u l-kapaċità tiegħu li jindirizza ħtiġijiet ta' konsumaturi diversi, il-miri speċifiċi tal-emissjonijiet jenħtieġ li jkunu ddefiniti abbażi tal-utilità tal-vetturi fuq bażi lineari. Iż-żamma tal-massa bħala parametru ta' utilità titqies bħala koerenti mar-reġim eżistenti. Biex il-massa tal-vetturi użati fit-triq tiġi riflessa b'mod aħjar, il-parametru jenħtieġ li jinbidel b'effett mill-2025, minn massa fi stat operattiv għall-massa tat-test tal-vettura, kif speċifikat fid-WLTP.

(25)

Jenħtieġ li jiġi evitat li l-miri għall-flotta kollha tal-Unjoni jinbidlu minħabba bidliet fil-massa medja tal-flotta. It-tibdil fil-massa medja għalhekk jenħtieġ li jiġi rifless mingħajr dewmien fil-kalkoli tal-mira tal-emissjonijiet speċifiċi, u l-aġġustamenti li jintużaw għall-valur tal-massa medja għal dan l-għan jenħtieġ li jsiru kull sentejn mill-2025 'il quddiem.

(26)

Biex l-isforz fit-tnaqqis tal-emissjonijiet jitqassam b'mod li huwa kompetittivament newtrali u ġust u li jirrifletti d-diversità tas-suq għall-karozzi tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief, u fid-dawl tal-bidla fil-miri tal-emissjonijiet speċifiċi abbażi tal-WLTP fl-2021, huwa xieraq li tiġi stabbilita l-inklinazzjoni tal-kurva tal-valuri ta' limitu abbażi tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tal-vetturi ġodda kollha rreġistrati f'dik is-sena, u li titqies il-bidla fil-miri għall-flotta kollha tal-Unjoni bejn l-2021, l-2025 u l-2030 bil-għan li jiġi żgurat sforz ta' tnaqqis ugwali tal-emissjonijiet għall-manifatturi kollha. Fir-rigward ta' vetturi kummerċjali ħfief, għall-manifatturi tal-vannijiet eħfef, idderivati mill-karozzi, jenħtieġ li japplika l-istess approċċ bħal fil-każ tal-manifatturi tal-karozzi tal-passiġġieri, filwaqt li għall-manifatturi ta' vetturi f'oqsma itqal, jenħtieġ li tiġi stabbilita inklinazzjoni ogħla u fissa għall-perjodu kollu fil-mira.

(27)

Dan ir-Regolament għandu l-għan li jilħaq l-objettivi tiegħu billi, fost l-oħrajn, joħloq inċentivi biex l-industrija awtomobilistika tinvesti f'teknoloġiji ġodda. Dan ir-Regolament jippromwovi attivament l-ekoinnovazzjoni u jipprovdi mekkaniżmu li jkun kapaċi jagħraf l-iżviluppi teknoloġiċi tal-ġejjieni. L-esperjenza wriet li l-ekoinnovazzjoni tat kontribut b'suċċess għall-kosteffikaċja tar-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 u għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 fl-użu reali. Għalhekk, jenħtieġ li din il-modalità tinżamm u l-kamp ta' applikazzjoni jiġi estiż bħala inċentiv għat-titjib fl-effiċjenza tas-sistemi tal-arja kundizzjonata.

(28)

Jenħtieġ li jiġi żgurat bilanċ, madankollu, bejn l-inċentivi li jingħataw għall-ekoinnovazzjonijiet u dawk it-teknoloġiji li għalihom ikun intwera effett ta' tnaqqis ta' emissjonijiet fil-proċedura ta' ttestjar uffiċjali. Għaldaqstant, huwa xieraq li jinżamm limitu fuq l-iffrankar mill-ekoinnovazzjonijiet li manifattur jista' jqis għall-finijiet ta' konformità mal-miri. Il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha l-possibbiltà tirrevedi l-livell tal-limitu biex, b'mod partikolari, tqis l-effetti tal-bidla fil-proċedura ta' ttestjar uffiċjali. Huwa wkoll xieraq li jiġi ċċarat kif jenħtieġ li jiġi kkalkulat l-iffrankar għall-finijiet tal-konformità mal-miri.

(29)

Il-komponenti ħfief u sostenibbli huma importanti biex jitnaqqsu l-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet ta' CO2 ta' vetturi ġodda. Jenħtieġ li l-iżvilupp u l-introduzzjoni ulterjuri tagħhom jappoġġaw it-tranżizzjoni lejn mobilità b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero.

(30)

Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) stabbilixxiet qafas armonizzat li fih id-dispożizzjonijiet amministrattivi u rekwiżiti tekniċi ġenerali għall-approvazzjoni tal-vetturi ġodda kollha fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha. Jenħtieġ li l-entità responsabbli għall-konformità ma' dan ir-Regolament tkun l-istess bħall-entità responsabbli għall-aspetti kollha tal-proċess tal-approvazzjoni tat-tip skont id-Direttiva 2007/46/KE u sabiex tiġi żgurata l-konformità tal-produzzjoni.

(31)

Għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip, japplikaw rekwiżiti speċifiċi għal vetturi għal użi speċjali, kif ġie definit fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE, u għalhekk jenħtieġ li jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(32)

F'każijiet fejn vetturi kummerċjali ħfief b'emissjonijiet żero u b'massa ta' referenza li taqbeż l-2 610 kg jew l-2 840 kg, skont il-każ, ma jidħlux fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament minħabba l-massa tas-sistema tal-ħżin tal-enerġija biss, huwa xieraq li dawk il-vetturi jitħallew jingħaddu bħala li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni.

(33)

Mhuwiex xieraq li wieħed juża l-istess metodu biex jiddetermina l-miri tat-tnaqqis tal-emissjonijiet għal manifatturi ta' volumi kbar u għal manifatturi ta' volum żgħir li huma meqjusa bħala indipendenti fuq il-bażi tal-kriterji stipulati f'dan ir-Regolament. Dawk il-manifatturi ta' volumi żgħar jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li japplikaw għal miri alternattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet marbuta mal-potenzjal teknoloġiku tal-vetturi ta' manifattur partikolari biex inaqqsu l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 f'koerenza mal-karatteristiċi tal-oqsma tas-suq ikkonċernati.

(34)

B'rikonoxximent tal-impatt sproporzjonat fuq l-iżgħar manifatturi li jkun jirriżulta minn konformità ma' miri tal-emissjonijiet speċifiċi ddefiniti abbażi tal-utilità tal-vettura, mill-piż amministrattiv kbir tal-proċedura tad-deroga u vantaġġ li huwa biss marġinali f'termini ta' tnaqqis ta' emissjonijiet ta' CO2 mill-vetturi li jinbiegħu minn dawk il-manifatturi, il-manifatturi responsabbli għal inqas minn 1 000 karozza ġdida tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief irreġistrati annwalment fl-Unjoni jenħtieġ li jkunu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tal-mira tal-emissjonijiet speċifiċi u l-primjum għal emissjonijiet eċċessivi. Madankollu, jekk manifattur li jkun kopert minn eżenzjoni xorta japplika għal deroga, li sussegwentement tingħatalu, ikun xieraq li tali manifattur ikun obbligat jikkonforma mal-mira ta' dik id-deroga.

(35)

Il-proċedura biex jingħataw derogi mill-mira ta' 95 g CO2/km għall-flotta kollha tal-UE għal manifatturi tal-karozzi speċjalizzati tiżgura li l-isforz ta' tnaqqis tal-emissjonijiet meħtieġ minn dawk il-manifatturi speċjalizzati jkun konsistenti ma' dak ta' volum kbir ta' manifatturi fir-rigward ta' dik il-mira. Huwa xieraq li dawk il-manifatturi speċjalizzati jibqgħu jkollhom il-possibbiltà li jingħataw deroga mill-miri applikabbli mill-2025 wkoll, sal-2028.

(36)

Fid-determinazzjoni tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 għall-karozzi tal-passiġġieri l-ġodda u l-vetturi kummerċjali ħfief ġodda kollha reġistrati fl-Unjoni li l-manifatturi jkunu responsabbli għalihom, jenħtieġ li jitqiesu l-karozzi tal-passiġġieri u l-vetturi kummerċjali ħfief kollha irrispettivament mill-massa tagħhom jew minn kwalunkwe karatteristika oħra, skont il-każ. Għalkemm ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 ma jkoprix karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief b'referenza ta' massa li teċċedi l-2 610 kg u li għalihom l-approvazzjoni tat-tip ma ġietx estiża taħt l-Artikolu 2(2) ta' dak ir-Regolament, jenħtieġ li l-emissjonijiet għal dawn il-vetturi jitkejlu konformement mal-istess proċeduri ta' kejl kif speċifikat skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007, partikolarment il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (14) u fir-Regolament (UE) 2017/1151, u l-proċeduri ta' korrelazzjoni adottati abbażi tar-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011, b'mod partikolari r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1152 u (UE) 2017/1153. Il-valuri ta' emissjonijiet ta' CO2 li jirriżultaw minn dan il-kejl jenħtieġ li jiddaħħlu fiċ-ċertifikat ta' konformità tal-vetturi sabiex ikun possibbli li dawn jiġu inklużi fl-iskema tal-monitoraġġ.

(37)

L-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 ta' vetturi kummerċjali ħfief kompletati jenħtieġ li jiġu allokati lill-manifattur tal-vettura bażi.

(38)

Jenħtieġ li titqies is-sitwazzjoni speċifika tal-manifatturi ta' vetturi kummerċjali ħfief li jipproduċu vetturi inkompleti li jirċievu l-approvazzjoni tat-tip f'diversi stadji. Filwaqt li dawk il-manifatturi huma responsabbli mit-twettiq tal-miri tal-emissjonijiet ta' CO2, jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà jbassru b'ċertezza raġonevoli l-emissjonijiet ta' CO2 tal-vetturi kompletati. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li dawk il-ħtiġijiet jiġu riflessi kif xieraq fil-miżuri ta' implimentazzjoni adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007.

(39)

Sabiex ikollhom il-flessibbiltà, il-manifatturi jistgħu, sabiex jilħqu flimkien il-miri tagħhom taħt dan ir-Regolament, jaqblu bejniethom biex jingħaqdu f'konsorzju miftuħ, trasparenti u mhux diskriminatorju. Jenħtieġ li l-ftehim biex jiġi ffurmat konsorzju ma jaqbiżx il-ħames snin iżda jkun jista' jiġġedded. Jekk il-manifatturi jiffurmaw konsorzju, jenħtieġ li jitqiesu li jkunu laħqu l-mira tagħhom skont dan ir-Regolament dejjem jekk il-medja tal-emissjonijiet mill-konsorzju komplessivament ma taqbiżx l-emissjonijiet speċifiċi fil-mira għall-konsorzju.

(40)

Il-possibbiltà li manifatturi jiffurmaw konsorzji wriet li dan huwa mod kosteffikaċi biex tinkiseb il-konformità mal-miri tal-emissjonijiet ta' CO2, b'mod partikolari peress li tiffaċilita l-konformità għal dawk il-manifatturi li jipproduċu varjetà ta' vetturi limitata. Biex tittejjeb in-newtralità kompetittiva, il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha s-setgħat li tiċċara l-kundizzjonijiet li fihom il-manifatturi indipendenti jistgħu jiffurmaw konsorzju u b'hekk jitqiegħdu f'pożizzjoni ekwivalenti għal impriżi konnessi.

(41)

Huwa meħtieġ mekkaniżmu robust ta' konformità sabiex jiġi żgurat li l-miri f'dan ir-Regolament jintlaħqu.

(42)

Biex jinkiseb it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 meħtieġ skont dan ir-Regolament, huwa essenzjali wkoll li l-emissjonijiet tal-vetturi li jkunu qegħdin jintużaw ikunu konformi mal-valuri tal-emissjonijiet ta' CO2 stabbiliti fl-approvazzjoni tat-tip. Għalhekk jenħtieġ li jkun possibbli li fil-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 ta' manifattur, il-Kummissjoni tqis kwalunkwe nuqqas ta' konformità sistemiku misjub mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-vetturi li jkunu qegħdin jintużaw.

(43)

Il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha s-setgħat li tistabbilixxi u timplimenta proċedura biex tiġi vverifikata l-korrispondenza bejn l-emissjonijiet ta' CO2 tal-vetturi fis-servizz, kif stabbilit skont id-WLTP, u l-valuri tal-emissjonijiet ta' CO2 rreġistrati fiċ-ċertifikati ta' konformità. Meta tiġi żviluppata l-proċedura, jenħtieġ li tingħata kunsiderazzjoni partikolari għall-identifikazzjoni ta' metodi, inkluż l-użu ta' data mit-tagħmir tal-monitoraġġ tal-konsum tal-fjuwil jew tal-enerġija abbord, biex tinkixef kwalunkwe strateġija li permezz tagħha jittejjeb artifiċjalment ir-rendiment ta' vettura f'termini ta' CO2 fil-proċedura ta' ttestjar tal-approvazzjoni tat-tip. Jekk waqt tali verifiki jinstabu devjazzjonijiet jew strateġiji li jtejbu artifiċjalment ir-rendiment ta' vettura f'termini ta' CO2, jenħtieġ li dak li jinstab jitqies bħala raġuni biżżejjed biex jiġi suspettat riskju serju ta' nonkonformità fir-rigward tal-obbligi stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) u r-Regolament (KE) Nru 715/2007, u jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa skont il-Kapitolu XI tar-Regolament (UE) 2018/858 fuq dik il-bażi.

(44)

L-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 minn karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief ġodda jitkejlu fuq bażi armonizzata fl-Unjoni konformement mad-WLTP. Sabiex il-piż amministrattiv taħt dan ir-Regolament jitnaqqas kemm jista' jkun, il-konformità miegħu jenħtieġ li titkejjel permezz ta' referenza għad-data dwar ir-reġistrazzjoni ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief fl-Unjoni miġbura mill-Istati Membri u rrappurtata lill-Kummissjoni. Biex tiġi żgurata l-konsistenza tad-data li tintuża għall-valutazzjoni tal-konformità, ir-regoli għall-ġbir u r-rappurtar ta' dik id-data jenħtieġ li jiġu armonizzati kemm jista' jkun. Ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti li jipprovdu data korretta u sħiħa, għalhekk, jenħtieġ li tiġi ddikjarata b'mod ċar, flimkien mal-ħtieġa ta' kooperazzjoni effikaċi bejn dawk l-awtoritajiet u l-Kummissjoni fl-indirizzar ta' kwistjonijiet ta' kwalità tad-data.

(45)

Il-konformità tal-manifatturi mal-miri stabbiliti f'dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi vvalutata fil-livell tal-Unjoni. Il-manifatturi li l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 tagħhom jaqbżu l-emissjonijiet permessi skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jħallsu primjum għall-emissjonijiet eċċessivi fir-rigward ta' kull sena kalendarja. Jenħtieġ li l-ammonti tal-primjum għall-emissjonijiet eċċessivi jitqiesu bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni, fir-rieżami tagħha tal-2023, tevalwa l-possibbiltà li l-ammonti tal-primjum għall-emissjonijiet eċċessivi jiġu allokati għal fond speċifiku jew programm rilevanti li jkollu l-għan li jiżgura tranżizzjoni ġusta lejn mobilità b'emissjonijiet żero u li jappoġġa t-taħriġ mill-ġdid, it-titjib tal-ħiliet u taħriġ ieħor fir-rigward tal-ħiliet tal-ħaddiema fis-settur awtomobilistiku.

(46)

B'kunsiderazzjoni tal-għan ta' dan ir-Regolament u l-proċeduri stabbiliti fih, jenħtieġ li kwalunkwe miżura nazzjonali li l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu skont l-Artikolu 193 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) ma timponix penali addizzjonali jew aktar stretti fuq il-manifatturi li jonqsu milli jilħqu l-miri tagħhom skont dan ir-Regolament.

(47)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni sħiħa tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni.

(48)

L-effikaċja tal-miri stabbiliti f'dan ir-Regolament biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 fil-fatt tistrieħ ħafna fuq kemm il-proċedura ta' ttestjar uffiċjali tkun rappreżentattiva fl-użu reali. F'konformità mal-opinjoni xjentifika 1/2016 tal-Mekkaniżmu għall-Pariri Xjentifiċi (SAM) bit-titlu “Closing the gap between light-duty vehicle real-world CO2 emissions and laboratory testing” u r-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' April 2017 lill-Kunsill u lill-Kummissjoni wara l-inkjesta tiegħu dwar il-kejl tal-emissjonijiet fis-settur awtomobilistiku (16), jenħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu għall-valutazzjoni ta' kemm il-valuri tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-vetturi u l-konsum tal-enerġija mill-vetturi stabbiliti skont il-proċedura d-WLTP huma fil-fatt rappreżentattivi tal-użu reali. L-aktar mod affidabbli biex tiġi żgurata r-rappreżentanza tal-valuri tal-approvazzjoni tat-tip fl-użu reali huwa billi tintuża data mill-apparati ta' monitoraġġ tal-konsum tal-fjuwil u/jew tal-konsum tal-enerġija abbord. Jenħtieġ li l-Kummissjoni, għalhekk, ikollha s-setgħat li tiżviluppa l-proċeduri meħtieġa għall-ġbir u l-ipproċessar tad-data meħtieġa dwar il-konsum tal-fjuwil u l-enerġija għat-twettiq ta' valutazzjonijiet bħal dawn u tiżgura t-tqegħid ta' din id-data għad-dispożizzjoni tal-pubbliku filwaqt li tagħmel dispożizzjonijiet għall-protezzjoni ta' kwalunkwe data personali. Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta' data dwar il-konsum ta' fjuwil u enerġija minn vetturi elettriċi bil-batterija u vetturi b'sistemi ta' motopropulsjoni li jużaw fjuwils gassużi, inkluż l-idroġenu, huwa xieraq li x-xogħol fuq l-istandardizzazzjoni tal-apparat ta' monitoraġġ tal-fjuwil u/jew tal-konsum tal-enerġija abbord għal tali vetturi tiġi segwita mingħajr dewmien bħala parti mill-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/1151.

(49)

Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta kif id-data dwar il-konsum tal-fjuwil u l-enerġija tista' tgħin biex jiġi żgurat li l-emissjonijiet ta' CO2 mill-vetturi stabbiliti skont id-WLTP jibqgħu rappreżentattivi tal-użu reali fuq tul ta' żmien għall-manifatturi kollha u, b'mod aktar preċiż, kif din id-data tista' tintuża biex tiġi sorveljata d-diskrepanza bejn l-emissjonijiet ta' CO2 fil-laboratorju u fl-użu reali u, jekk ikun hemm bżonn, jiġi evitat li din id-diskrepanza tiżdied.

(50)

Huwa importanti li jiġu vvalutati l-emissjonijiet kollha tul iċ-ċiklu tal-ħajja minn karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief fil-livell tal-Unjoni. Sal-2030, għal dak l-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa l-possibbiltà li tiżviluppa metodoloġija komuni tal-Unjoni għall-valutazzjoni u r-rappurtar konsistenti ta' data dwar l-emissjonijiet ta' tali vetturi introdotti fis-suq tal-Unjoni tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tagħhom. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta miżuri ta' segwitu, inklużi, fejn xieraq, proposti leġiżlattivi.

(51)

Fl-2024 ser isir rieżami tal-progress magħmul taħt ir-Regolament (UE) 2018/842 u d-Direttiva 2003/87/KE. Huwa għalhekk xieraq li l-effikaċja ta' dan ir-Regolament tiġi rrieżaminata fid-dettall fl-2023 biex ikun jista' jkun hemm valutazzjoni koordinata u koerenti tal-miżuri implimentati taħt dawk l-istrumenti kollha. F'dak ir-rieżami tal-2023, jenħtieġ li l-Kummissjoni tidentifika wkoll perkors ċar għal tnaqqis ulterjuri tal-emissjonijiet ta' CO2 għall-karozzi tal-passiġġieri u l-vetturi kummerċjali ħfief lil hinn mill-2030 sabiex jingħata kontribut sinifikanti biex jintlaħaq l-għan fit-tul tal-Ftehim ta' Pariġi. Meta jkun xieraq, jenħtieġ li r-rapport dwar dak ir-rieżami jkun akkumpanjat minn proposta li temenda dan ir-Regolament.

(52)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni ta' kundizzjonijiet dettaljati għall-arranġamenti ta' konsorzju, l-adozzjoni ta' regoli dettaljati dwar il-proċeduri għall-monitoraġġ u r-rappurtar ta' data dwar l-emissjonijiet medji u dwar l-applikazzjoni tal-Annessi II u III, l-adozzjoni ta' regoli dettaljati dwar il-proċeduri għar-rapputar ta' devjazzjonijiet misjuba, bħala riżultat ta' verifiki, fl-emissjonijiet ta' CO2 mill-vetturi fis-servizz u bit-teħid inkunsiderazzjoni ta' dawk id-devjazzjonijiet fil-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 ta' manifattur, id-determinazzjoni tal-mezzi għall-ġbir ta' primjums għal emissjonijiet eċċessivi, il-pubblikazzjoni tar-rendiment tal-manifatturi, l-adozzjoni ta' dispożizzjonijiet dettaljati għal proċedura għall-approvazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi jew pakketti ta' teknoloġiji innovattivi, l-adozzjoni ta' proċedura dettaljata għall-ġbir u l-ipproċessar tal-parametri relatati mal-emissjonijiet reali tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil jew tal-enerġija tal-karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerjċali ħfief, id-determinazzjoni tal-proċeduri għat-twettiq tal-verifiki (i) li l-valuri tal-emissjoni tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil irreġistraw fiċ-ċertifikati ta' konformità jikkorrispondu għall-emissjonijiet tas-CO2 mill-vetturi fis-servizz u l-konsum tal-fjuwil tagħhom, u (ii) il-preżenza ta' kwalunkwe strateġija abbord jew relatata mal-vetturi kampjuni li jtejbu artifiċjalment ir-rendiment tal-vettura fit-testijiet imwettqa għall-finijiet ta' approvazzjoni tat-tip, u d-determinazzjoni tal-parametri ta' korrelazzjoni meħtieġa sabiex tkun riflessa kwalunkwe bidla fil-proċedura ta' ttestjar regolatorja għall-kejl ta' emissjonijiet speċifiċi ta' CO2. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17).

(53)

Sabiex jiġu emendati jew jiġu ssupplimentati, kif xieraq, l-elementi mhux essenzjali tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa ta' adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE li jemendaw rekwiżiti tad-data u parametri tad-data stabbiliti fl-Annessi II u III ta' dan ir-Regolament, jistabbilixxu regoli, fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-kriterji ta' eliġibbiltà għal derogi għal ċerti manifatturi, il-kontenut tal-applikazzjoni għal deroga, u l-kontenut u l-valutazzjoni tal-programmi għat-tnaqqis ta' emissjonijiet speċifiċi tas-CO2, jemendaw il-Parti A tal-Anness I ta' dan ir-Regolament sabiex jistabbilixxu il-formuli għall-kalkolu tal-miri ta' deroga għal manifatturi speċjalizzati, jaġġustaw il-limitu għall-kontribuzzjonijiet totali ta' teknoloġiji innovattivi sabiex titnaqqas il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 ta' manifattur b'effett mill-2025 'il quddiem, jistabbilixxu l-prinċipji gwida u l-kriterji għad-definizzjoni tal-proċeduri sabiex jitwettqu l-verifiki, jistabbilixxu l-miżuri għall-aġġustament tal-valuri M0 u TM0, u jadattaw il-formuli għall-kalkolu tal-mira għall-emissjonijiet speċifiċi biex jirriflettu l-bidla fil-proċedura ta' ttestjar regolatorja. Huwa importanti ħafna li l-Kummissjoni tagħmel il-konsultazzjonijiet xierqa matul il-fażi tal-ħidma ta' tħejjija, inkluż fil-livell ta' esperti u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (18). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom sistematikament ikollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(54)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 jenħtieġ li jiġu mħassra mill-1 ta' Jannar 2020.

(55)

Minħabba li l-għanjiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-istabbiliment ta' rekwiżiti tar-rendiment tal-emissjonijiet ta' CO2 għal karozzi ġodda tal-passiġġieri u għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda pjuttost jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkisub aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u għanijiet

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti ta' rendiment tal-emissjonijiet ta' CO2 għall-karozzi ġodda tal-passiġġieri u għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda sabiex jingħata kontribut biex tintlaħaq il-mira tal-Unjoni li tnaqqas l-emissjonijiet ta' gassijiet serra, kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2018/842 u jintlaħqu l-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi u jiġi żgurat il-funzjonament korrett tas-suq intern.

2.   Mill-1 ta' Jannar 2020, dan ir-Regolament jistabbilixxi mira għall-flotta kollha tal-UE ta' 95 g CO2/km għall-emissjonijiet medji ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri u mira għall-flotta kollha tal-UE ta' 147 g CO2/km għall-emissjonijiet medji ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati fl-Unjoni, kif imkejla sal-31 ta' Diċembru 2020 f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 692/2008 flimkien mar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1152 u (UE) 2017/1153, u, mill-1 ta' Jannar 2021 imkejla skont ir-Regolament (UE) 2017/1151.

3.   Sal-31 ta' Diċembru 2024 dan ir-Regolament se jiġi komplementat minn miżuri addizzjonali li jikkorrispondu għal tnaqqis ta' 10 g CO2/km bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni msemmi fil-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-7 ta' Frar 2007 bit-titlu “Ir-riżultati tar-reviżjoni tal-Istrateġija Komunitarja sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief”.

4.   Mill-1 ta' Jannar 2025 għandhom japplikaw il-miri li ġejjin għall-flotta kollha tal-UE:

(a)

għall-emissjonijiet medji tal-flotta ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri, mira għall-flotta kollha tal-UE ugwali għal tnaqqis ta' 15 % tal-mira fl-2021, stabbilita skont il-punt 6.1.1 tal-Parti A tal-Anness I;

(b)

għall-emissjonijiet medji tal-flotta ta' vetturi kummerċjali ħfief, mira għall-flotta kollha tal-UE ugwali għal tnaqqis ta' 15 % tal-mira fl-2021, stabbilita skont il-punt 6.1.1 tal-Parti B tal-Anness I.

5.   Mill-1 ta' Jannar 2030 għandhom japplikaw il-miri li ġejjin għall-flotta kollha tal-UE:

(a)

għall-emissjonijiet medji tal-flotta ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri, mira għall-flotta kollha tal-UE ugwali għal tnaqqis ta' 37,5 % tal-mira fl-2021, stabbilita skont il-punt 6.1.2 tal-Parti A tal-Anness I;

(b)

għall-emissjonijiet medji tal-flotta ta' vetturi kummerċjali ħfief, mira għall-flotta kollha tal-UE ugwali għal tnaqqis ta' 31 % tal-mira fl-2021, stabbilita skont il-punt 6.1.2 tal-Parti B tal-Anness I.

6.   Mill-1 ta' Jannar 2025, għandu japplika punt ta' riferiment għall-vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi ekwivalenti ugwali għal sehem ta' 15 % tal-flotot rispettivi ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief ġodda f'konformità mal-punti 6.3 tal-Partijiet A u B tal-Anness I rispettivament.

7.   Mill-1 ta' Jannar 2030, għandhom japplikaw, f'konformità mal-punti 6.3 tal-Partijiet A u B tal-Anness I, rispettivament, il-punti ta' riferiment għall-vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi li ġejjin:

(a)

punt ta' riferiment ugwali għal sehem ta' 35 % tal-flotta ta' karozzi tal-passiġġieri ġodda, u

(b)

punt ta' riferiment ugwali għal sehem ta' 30 % tal-flotta ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għall-vetturi bil-mutur li ġejjin:

(a)

tal-kategorija M1 kif definiti fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE (“karozzi tal-passiġġieri”) li jkunu reġistrati fl-Unjoni għall-ewwel darba u li qatt ma kienu reġistrati barra l-Unjoni (“karozzi ġodda tal-passiġġieri”);

(b)

tal-kategorija N1 kif definiti fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE b'massa ta' referenza li ma teċċedix l-2 610 kg u vetturi tal-kategorija N1 li għalihom l-approvazzjoni tat-tip hija estiża f'konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 (“vetturi kummerċjali ħfief”) li jiġu rreġistrati fl-Unjoni għall-ewwel darba u li ma jkunux ġew irreġistrati qabel barra l-Unjoni (“vetturi kummerċjali ħfief ġodda”). Fil-każ ta' vetturi b'emissjonijiet żero tal-kategorija N b'massa ta' referenza li taqbeż l-2 610 kg jew l-2 840 kg, skont il-każ, dawn għandhom, mill-1 ta' Jannar 2025, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament u mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2007/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 715/2007, jingħaddu bħala vetturi kummerċjali ħfief li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jekk il-massa ta' referenza eċċessiva tkun dovuta biss għall-massa tas-sistema tal-ħżin tal-enerġija.

2.   Reġistrazzjoni preċedenti barra l-Unjoni li tkun saret inqas minn tliet xhur qabel ir-reġistrazzjoni fl-Unjoni ma għandhiex tiġi kkunsidrata.

3.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal vetturi bi skopijiet speċjali kif definiti fil-punt 5 tal-Parti A tal-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE.

4.   L-Artikolu 4, il-punti (b) u (c) tal-Artikolu 7(4), l-Artikolu 8 u l-punti (a) u (c) tal-Artikolu 9(1) ma għandhomx japplikaw għal manifattur li, flimkien mal-impriżi kollha assoċjati miegħu, huwa responsabbli għal inqas minn 1 000 karozza ġdida tal-passiġġieri jew għal inqas minn 1 000 vettura kummerċjali ħafifa ġdida rreġistrati fl-Unjoni fis-sena kalendarja preċedenti, sakemm dak il-manifattur ma japplikax għal deroga, li sussegwentament tingħatalu, skont l-Artikolu 10.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2” tfisser il-medja, fir-rigward ta' manifattur, tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 tal-karozzi ġodda kollha tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda kollha prodotti minn dak il-manifattur;

(b)

“ċertifikat ta' konformità” tfisser iċ-ċertifikat ta' konformità msemmi fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2007/46/KE;

(c)

“vettura kompletata” tfisser vettura kummerċjali ħafifa li tkun ingħatatilha l-approvazzjoni tat-tip wara li dan il-proċess jitwettaq f'aktar minn fażi waħda skont id-Direttiva 2007/46/KE;

(d)

“vettura kompluta” tfisser kwalunkwe vettura kummerċjali ħafifa li ma għandhiex bżonn tiġi kompletata biex tissodisfa r-rekwiżiti tekniċi rilevanti tad-Direttiva 2007/46/KE;

(e)

“vettura bażi” tfisser kwalunkwe vettura kummerċjali ħafifa użata fl-istadju inizjali ta' proċess ta' approvazzjoni tat-tip f'diversi stadji;

(f)

“manifattur” tfisser il-persuna jew il-korp responsabbli lejn l-awtorità ta' approvazzjoni għall-aspetti kollha tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE taħt id-Direttiva 2007/46/KE u biex tiġi żgurata l-konformità tal-produzzjoni;

(g)

“massa fi stat operattiv” jew “M” tfisser il-massa tal-karozza tal-passiġġieri jew tal-vettura kummerċjali ħafifa bil-karrozzerija fi stat tajjeb ta' tħaddim kif iddikjarat fiċ-ċertifikat ta' konformità u kif definit fil-punt 2.6 tal-Anness I tad-Direttiva 2007/46/KE;

(h)

“emissjonijiet speċifiċi ta' CO2” tfisser l-emissjonijiet ta' CO2 minn karozza tal-passiġġieri jew minn vettura kummerċjali ħafifa mkejla konformement mar-Regolament (KE) Nru 715/2007 u r-Regolamenti ta' implimentazzjoni tiegħu u speċifikati bħala l-massa ta' emissjonijiet (kombinati) ta' CO2 fiċ-ċertifikat ta' konformità tal-vettura. Għal karozzi tal-passiġġieri jew għal vetturi kummerċjali ħfief li ma għandhomx approvazzjoni tat-tip konformement mar-Regolament (KE) Nru 715/2007, “emissjonijiet speċifiċi ta' CO2” tfisser l-emissjonijiet ta' CO2 mkejla konformement mar-Regolament (KE) Nru 715/2007, b'mod partikolari skont l-istess proċedura ta' kejl kif speċifikata fir-Regolament (KE) Nru 692/2008 sal-31 ta' Diċembru 2020, u mill-1 ta' Jannar 2021 fir-Regolament (UE) 2017/1151, jew konformement mal-proċeduri adottati mill-Kummissjoni biex jiġu stabbiliti l-emissjonijiet ta' CO2 għal tali vetturi;

(i)

“footprint” tfisser il-wisa' medja bejn rota u oħra mmultiplikata bid-distanza bejn il-fusijiet ta' quddiem u ta' wara, skont iċ-ċertifikat ta' konformità u kif definit fil-punti 2.1 u 2.3 tal-Anness I tad-Direttiva 2007/46/KE;

(j)

“mira ta' emissjonijiet speċifiċi” tfisser, fir-rigward ta' manifattur, il-mira annwali stabbilita skont l-Anness I jew, jekk il-manifattur jingħata deroga skont l-Artikolu 10, il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi stabbilita skont dik id-deroga;

(k)

“mira għall-flotta kollha tal-UE” tfisser l-emissjonijiet medji ta' CO2 għall-karozzi l-ġodda kollha tal-passiġġieri jew għall-vetturi kummerċjali ħfief ġodda kollha li jridu jintlaħqu f'perjodu partikolari;

(l)

“massa tat-test” jew “TM” tfisser il-massa tat-test ta' karozza tal-passiġġieri jew vettura kummerċjali ħafifa kif stabbilit fiċ-ċertifikat tal-konformità u kif definit fil-punt 3.2.25 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151;

(m)

“vettura b'emissjonijiet ta' livell żero jew baxxi” tfisser karozza tal-passiġġieri jew vettura kummerċjali ħafifa b'emissjonijiet mill-pajp tal-egżost minn żero sa 50 g CO2/km, kif stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2017/1151;

(n)

“piż tat-tagħbija” tfisser id-differenza bejn il-massa bit-tagħbija massima teknikament permissibbli f'konformità mal-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE u l-massa tal-vettura.

2.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, “grupp ta' manifatturi konnessi” tfisser manifattur u l-impriżi konnessi tiegħu. Fir-rigward ta' manifattur, “grupp ta' manifatturi konnessi” tfisser:

(a)

impriżi li fihom il-manifattur ikollu, direttament jew indirettament:

(i)

is-setgħa li jeżerċita aktar minn nofs id-drittijiet tal-vot; jew

(ii)

is-setgħa li jaħtar aktar minn nofs il-membri tal-bord superviżorju, tal-bord tat-tmexxija jew tal-korpi li jirrappreżentaw lill-impriża ġuridikament; jew

(iii)

id-dritt li jamministra l-affarijiet tal-impriża;

(b)

impriżi li, direttament jew indirettament, ikollhom id-drittijiet jew is-setgħat imsemmija fil-punt (a) fuq il-manifattur;

(c)

impriżi li fihom impriża msemmija fil-punt (b) ikollha, direttament jew indirettament, id-drittijiet jew is-setgħat imsemmija fil-punt (a);

(d)

impriżi li fihom il-manifattur flimkien ma' impriża waħda jew aktar imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c), jew li fihom tnejn jew aktar mill-impriżi tal-aħħar, konġuntament ikollhom id-drittijiet jew setgħat imsemmija fil-punt (a);

(e)

impriżi li fihom id-drittijiet jew is-setgħat imsemmija fil-punt (a) huma miżmumin flimkien mill-manifattur jew minn waħda jew aktar mill-impriżi relatati miegħu msemmija fil-punti (a) sa (d) u parti terza waħda jew aktar.

Artikolu 4

Miri tal-emissjonijiet speċifiċi

1.   Il-manifattur għandu jiżgura li l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 tiegħu ma jaqbżux il-miri tal-emissjonijiet speċifiċi li ġejjin:

(a)

għas-sena kalendarja 2020, il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi stabbilita skont il-punti 1 u 2 tal-Parti A tal-Anness I fil-każ tal-karozzi tal-passiġġieri, jew il-punti 1 u 2 tal-Parti B tal-Anness I fil-każ ta' vetturi kummerċjali ħfief, inkella fil-każ li manifattur jingħata deroga skont l-Artikolu 10, f'konformità ma' dik id-deroga;

(b)

għal kull sena kalendarja mill-2021 sal-2024, il-miri tal-emissjonijiet speċifiċi tiegħu stabbiliti konformement mal-punti 3 u 4 tal-Parti A jew B tal- Anness I kif xieraq jew, meta manifattur jingħata deroga skont l-Artikolu 10, konformement ma' dik id-deroga u l-punt 5 tal-Parti A jew B tal-Anness I;

(c)

għal kull sena kalendarja, mill-2025 'il quddiem, il-miri tal-emissjonijiet speċifiċi stabbiliti skont il-punt 6.3 tal-Parti A jew B tal-Anness I, jew, fejn manifattur jingħata deroga taħt l-Artikolu 10, konformement ma' dik id-deroga.

2.   Fil-każ ta' vetturi kummerċjali ħfief, meta l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tal-vettura kompletata ma jkunux disponibbli, il-manifattur tal-vettura bażi għandu juża l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tal-vettura bażi biex jistabbilixxi l-emissjonijiet speċifiċi medji tagħha ta' CO2.

3.   Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 ta' kull manifattur, għandu jittieħed kont tal-perċentwali, li ġejjin, għall-karozzi ġodda tal-passiġġieri, ta' kull manifattur, li jiġu reġistrati fis-sena rilevanti:

95 % fl-2020,

100 % mill-2021 'il quddiem.

Artikolu 5

Super krediti

Meta jiġu kkalkulati l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2, kull vettura ġdida tal-passiġġieri b'livell ta' emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 inqas minn 50 g CO2/km għandha titqies bħala:

2 karozzi tal-passiġġieri fl-2020,

1,67 karozzi tal-passiġġieri fl-2021,

1,33 karozzi tal-passiġġieri fl-2022,

karozza waħda tal-passiġġieri mill-2023,

għas-sena li fiha tiġi rreġistrata fil-perjodu mill-2020 sal-2022, soġġett għal limitu massimu ta' 7,5 g CO2/km matul dak il-perjodu għal kull manifattur, kif ikkalkulat skont l-Artikolu 5 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1153.

Artikolu 6

Konsorzji

1.   Il-manifatturi, minbarra l-manifatturi li jkunu ngħataw deroga taħt l-Artikolu 10, jistgħu jiffurmaw konsorzju bil-għan li jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt l-Artikolu 4.

2.   Il-ftehim dwar l-iffurmar ta' konsorzju jista' jirrigwarda sena kalendarja waħda jew aktar bil-kundizzjoni li l-perjodu kumplessiv ta' kull ftehim ma jaqbiżx il-ħames snin kalendarji u għandu jibda fi jew qabel il-31 ta' Diċembru fl-ewwel sena kalendarja li fiha jkunu se jingħaqdu l-emissjonijiet. Il-manifatturi li jiffurmaw konsorzju għandhom jirreġistraw mal-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-manifatturi li se jiġu inklużi fil-konsorzju;

(b)

il-manifattur nominat bħala l-amministratur tal-konsorzju li se jkun il-punt ta' kuntatt għall-konsorzju u se jkun responsabbli għall-ħlas ta' kwalunkwe primjum għal emissjonijiet eċċessivi li jiġi impost fuq il-konsorzju f'konformità mal-Artikolu 8;

(c)

evidenza li l-amministratur tal-konsorzju se jkun kapaċi jissodisfa l-obbligi msemmijin fil-punt (b);

(d)

il-kategorija ta' vetturi rreġistrati bħala M1 jew N1 u li għalihom għandu japplika l-konsorzju.

3.   Jekk l-amministratur propost tal-konsorzju jonqos milli jissodisfa r-rekwiżit li jħallas kwalunkwe primjum għal emissjonijiet eċċessivi li jiġi impost fuq il-konsorzju f'konformità mal-Artikolu 8, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-manifatturi.

4.   Il-manifatturi inklużi f'konsorzju għandhom jinfurmaw flimkien lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla li ssir tal-amministratur tal-konsorzju jew tal-istatus finanzjarju tagħha, sal-punt li dan jaffettwa l-kapaċità tagħha li tissodisfa r-rekwiżit li tħallas kwalunkwe primjum għal emissjonijiet eċċessivi li jiġi impost fuq il-konsorzju f'konformità mal-Artikolu 8 u bi kwalunkwe bidliet fis-sħubija tal-konsorzju jew ix-xoljiment tal-konsorzju.

5.   Il-manifatturi jistgħu jidħlu f'arranġamenti ta' konsorzju bil-kundizzjoni li l-ftehimiet jikkonformaw mal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE u jippermettu l-parteċipazzjoni miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja f'termini kummerċjalment raġonevoli minn kwalunkwe manifattur li jitlob li jsir membru tal-konsorzju. Mingħajr preġudizzju għall-applikabbiltà ġenerali tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni għal konsorzji bħal dawn, il-membri kollha ta' konsorzju għandhom jiżguraw b'mod partikolari li ma jsir l-ebda skambju ta' data u lanqas ta' informazzjoni fil-kuntest tal-arranġament tal-konsorzju tagħhom, għajr fir-rigward tal-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2;

(b)

il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi;

(c)

l-għadd totali ta' vetturi rreġistrati.

6.   Il-paragrafu 5 ma għandux japplika jekk il-manifatturi kollha inklużi fil-konsorzju ikunu parti mill-istess grupp ta' manifatturi konnessi.

7.   Ħlief fejn tingħata notifika taħt il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, il-manifatturi f'konsorzju li fir-rigward tiegħu tiġi reġistrata l-informazzjoni mal-Kummissjoni għandhom jitqiesu bħala manifattur wieħed għall-finijiet tat-twettiq minnhom tal-obbligi tagħhom taħt l-Artikolu 4. L-informazzjoni dwar il-monitoraġġ u r-rappurtaġġ fir-rigward ta' manifatturi individwali kif ukoll ta' kwalunkwe konsorzju ser tiġi rreġistrata, irrappurtata u mqiegħda għad-dispożizzjoni fir-reġistru ċentrali msemmi fl-Artikolu 7(4).

8.   Il-Kummissjoni tista' tispeċifika, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-kundizzjonijiet dettaljati li għandhom japplikaw għal arranġamenti ta' konsorzji stabbiliti skont il-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).

Artikolu 7

Monitoraġġ u rappurtar tal-emissjonijiet medji

1.   Għal kull sena kalendarja, kull Stat Membru għandu jirreġistra informazzjoni għal kull karozza tal-passiġġieri ġdida u kull vettura kummerċjali ħafifa ġdida li tiġi rreġistrata fit-territorju tiegħu skont il-Parti A tal-Annessi II u III ta' dan ir-Regolament. Dik l-informazzjoni għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-manifatturi u l-importaturi jew ir-rappreżentanti nominati tagħhom f'kull Stat Membru. L-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sforz biex jiżguraw li l-korpi tar-rappurtaġġ jaħdmu b'mod trasparenti. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 tal-karozzi tal-passiġġieri li ma jkollhomx l-approvazzjoni tat-tip konformement mar-Regolament (KE) Nru 715/2007 jitkejlu u jiġu reġistrati fiċ-ċertifikat ta' konformità.

2.   Sat-28 ta' Frar ta' kull sena, kull Stat Membru għandu jiddetermina u jittrażmetti lill-Kummissjoni l-informazzjoni elenkata fil-Parti A tal-Annessi II u III fir-rigward tas-sena kalendarja preċedenti. Id-data għandha tintbagħat skont il-format speċifikat fil-Parti B tal-Anness II u l-Parti C tal-Anness III.

3.   Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom ukoll jibagħtu s-sett sħiħ ta' data miġbura skont il-paragrafu 1.

4.   Il-Kummissjoni għandha żżomm reġistru ċentrali tad-data rrapurtata mill-Istati Membri taħt dan l-Artikolu u, sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena, għandha tikkalkula għal kull manifattur fuq bażi proviżorja:

(a)

l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 fis-sena kalendarja preċedenti;

(b)

il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi fis-sena kalendarja preċedenti;

(c)

id-differenza bejn l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 fis-sena kalendarja preċedenti u l-mira tiegħu ta' emissjonijiet speċifiċi għal dik is-sena.

Il-Kummissjoni għandha tinnotifika kull manifattur bil-kalkolu proviżorju għal dak il-manifattur. In-notifika għandha tinkludi data għal kull Stat Membru dwar l-għadd ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda reġistrati u l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 tagħhom.

Ir-reġistru għandu jkun disponibbli pubblikament.

5.   Il-manifatturi jistgħu, fi żmien tliet xhur minn meta jiġu nnotifikati dwar il-kalkolu proviżorju taħt il-paragrafu 4, jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe żbalji fid-data, fejn jispeċifikaw l-Istat Membru li fih huma jqisu li jkun seħħ l-iżball.

Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra kwalunkwe notifika mill-manifatturi u għandha, sal-31 ta' Ottubru, tikkonferma jew temenda l-kalkoli proviżorji taħt il-paragrafu 4.

6.   L-Istati Membri għandhom jinnominaw awtorità kompetenti għall-ġbir u l-komunikazzjoni tad-data ta' monitoraġġ skont dan ir-Regolament u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-awtorità kompetenti nominata.

L-awtoritajiet kompetenti nnominati għandhom jiżguraw il-korrettezza u l-kompletezza tad-data trażmessa lill-Kummissjoni, u għandhom jipprovdu punt ta' kuntatt li għandu jkun disponibbli biex iwieġeb malajr għat-talbiet mill-Kummissjoni biex jiġu indirizzati żbalji u ommissjonijiet fid-'datasets' trażmessi.

7.   Il-Kummissjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, għandha tadotta regoli dettaljati għall-monitoraġġ u r-rappurtar tad-data fil-paragrafi minn 1 sa 6 ta' dan l-Artikolu, u dwar l-applikazzjoni tal-Annessi II u III. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).

8.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 17 sabiex temenda r-rekwiżiti tad-data u l-parametri tad-data stabbiliti fl-Annessi II u III.

9.   L-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip għandhom jirrappurtaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni devjazzjonijiet misjuba fl-emissjonijiet ta' CO2 ta' vetturi fis-servizz meta mqabbla mal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 indikati fiċ-ċertifikati tal-konformità b'riżultat ta' verifiki mwettqa skont l-Artikolu 13.

Il-Kummissjoni għandha tqis dawk id-devjazzjonijiet biex tikkalkula l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 ta' manifattur.

Il-Kummissjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, għandha tadotta regoli dettaljati dwar il-proċeduri għar-rappurtar ta' devjazzjonijiet bħal dawn u biex dawn jitqiesu fil-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).

10.   Il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard mill-2030, tevalwa l-possibbiltà li tiżviluppa metodoloġija komuni tal-Unjoni għall-valutazzjoni u r-rappurtar konsistenti ta' data dwar l-emissjonijiet ta' CO2 ta' karozzi tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief introdotti fis-suq tal-Unjoni tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' proposti għal miżuri ta' segwitu, bħal proposti leġiżlattivi, jekk ikun xieraq.

11.   L-Istati Membri għandhom ukoll jiġbru u jirrappurtaw data, skont dan l-Artikolu, dwar ir-reġistrazzjonijiet ta' vetturi fil-kategoriji M2 u N2 kif imfisser fl-Anness II tad-Direttiva Nru 2007/46/KE b'massa ta' referenza li ma taqbiżx l-2 610 kg u vetturi li l-approvazzjoni tat-tip għalihom tiġi estiża skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007.

Artikolu 8

Primjum għal emissjonijiet eċċessivi

1.   Fir-rigward ta' kull sena kalendarja, il-Kummissjoni għandha timponi primjum għal emissjonijiet eċċessivi fuq manifattur jew amministratur ta' konsorzju, skont il-każ, meta l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 ta' manifattur jeċċedu l-mira għall-emissjonijiet speċifiċi tiegħu.

2.   Il-primjum għall-emissjonijiet eċċessivi msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi kkalkulat bil-formula li ġejja:

 

(Emissjonijiet eċċessivi × EUR 95) × l-għadd ta' vetturi b'reġistrazzjoni ġdida.

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

“emissjonijiet eċċessivi” tfisser il-valur pożittiv tan-numru ta' grammi kull kilometru li bih l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 tal-manifattur – b'kunsiderazzjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 minħabba teknoloġiji innovattivi approvati skont l-Artikolu 11 – ikunu qabżu l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi fis-sena kalendarja jew f'parti minnha li għaliha japplika l-obbligu skont l-Artikolu 4, aġġustat għall-eqreb tliet punti deċimali, u

“l-għadd ta' vetturi b'reġistrazzjoni ġdida” tfisser l-għadd ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri jew vetturi kummerċjali ħfief ġodda magħduda b'mod separat li huma prodotti mill-manifattur u li ġew irreġistrati f'dak il-perjodu skont il-kriterji tad-dħul gradwali stipulati fl-Artikolu 4(3).

3.   Il-Kummissjoni għandha tiddetermina, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-modi għall-ġbir ta' primjums għall-emissjonijiet eċċessivi imposti skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).

4.   L-ammonti tal-primjum għal emissjonijiet eċċessivi għandhom jitqiesu bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

Artikolu 9

Il-pubblikazzjoni tar-rendiment tal-manifatturi

1.   Sal-31 ta' Ottubru ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tippubblika, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, lista li tindika:

(a)

għal kull manifattur, il-mira tiegħu għall-emissjonijiet speċifiċi għas-sena kalendarja preċedenti;

(b)

għal kull manifattur, l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 fis-sena kalendarja preċedenti;

(c)

id-differenza bejn l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 tal-manifattur fis-sena kalendarja preċedenti u l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tiegħu għal dik is-sena;

(d)

l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 għall-vetturi tal-passiġġieri ġodda kollha u għall-vetturi kummerċjali ħfief ġodda kollha rreġistrati fl-Unjoni fis-sena kalendarja preċedenti;

(e)

il-massa medja fi stat operattiv għall-vetturi tal-passiġġieri ġodda kollha u għall-vetturi kummerċjali ħfief ġodda kollha rreġistrati fl-Unjoni fis-sena kalendarja preċedenti sal-31 ta' Diċembru 2020;

(f)

il-massa tat-test medja għall-vetturi tal-passiġġieri ġodda kollha u għall-vetturi kummerċjali ħfief ġodda kollha rreġistrati fl-Unjoni fis-sena kalendarja preċedenti.

2.   Il-lista ppubblikata skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tindika wkoll jekk il-manifattur ikunx konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 4 fir-rigward tas-sena kalendarja preċedenti.

3.   Il-lista msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha, għall-pubblikazzjoni sal-31 ta' Ottubru 2022, tindika wkoll dan li ġej:

(a)

il-miri għall-2025 u għall-2030 għall-flotta kollha tal-UE msemmija fl-Artikolu 1(4) u (5), rispettivament, ikkalkulati mill-Kummissjoni f'konformità mal-punti 6.1.1 u 6.1.2 tal-Partijiet A u B tal-Anness I;

(b)

il-valuri għal a2021, a2025 u a2030 ikkalkulati mill-Kummissjoni f'konformità mal-punt 6.2 tal-Partijiet A u B tal-Anness I.

Artikolu 10

Derogi għal ċerti manifatturi

1.   Tista' ssir applikazzjoni għal deroga mill-mira għall-emissjonijiet speċifiċi kkalkulata f'konformità mal-Anness I minn manifattur ta' inqas minn 10 000 karozza ġdida tal-passiġġieri jew 22 000 vettura kummerċjali ħafifa ġdida rreġistrata fl-Unjoni għal kull sena kalendarja jekk dak il-manifattur:

(a)

ma jkunx parti minn grupp ta' manifatturi konnessi; jew

(b)

jagħmel parti minn grupp ta' manifatturi relatati li b'kollox huwa responsabbli għal inqas minn 10 000 karozza ġdida tal-passiġġieri jew 22 000 vettura kummerċjali ħafifa ġdida rreġistrata fl-Unjoni kull sena kalendarja; jew

(c)

ikun parti minn grupp konness ma' manifattur ieħor iżda jħaddem il-faċilitajiet ta' produzzjoni u ċ-ċentru tad-disinn tiegħu stess.

2.   Deroga li ssir applikazzjoni għaliha taħt il-paragrafu 1 tista' tingħata għal perjodu massimu ta' ħames snin kalendarji, li jista' jiġġedded. Għandha ssir applikazzjoni lill-Kummissjoni u din għandha tinkludi:

(a)

l-isem u l-persuna ta' kuntatt għall-manifattur;

(b)

provi li l-manifattur ikun eliġibbli għal deroga konformement mal-paragrafu 1;

(c)

dettalji tal-karozzi tal-passiġġieri jew vetturi kummerċjali ħfief li huwa jimmanifattura inklużi l-massa tat-test u l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 ta' dawk il-karozzi tal-passiġġieri jew il-vetturi kummerċjali ħfief; u

(d)

mira tal-emissjonijiet speċifiċi konsistenti mal-potenzjal tat-tnaqqis tiegħu, inkluż il-potenzjal teknoloġiku u ekonomiku biex jitnaqqsu l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 u b'kunsiderazzjoni għall-karatteristiċi tas-suq għat-tip ta' karozza tal-passiġġieri jew vettura kummerċjali ħafifa manifatturata.

3.   Jekk il-Kummissjoni tqis li manifattur ikun eliġibbli għal deroga li għaliha saret applikazzjoni taħt il-paragrafu 1 u tkun sodisfatta li l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi proposta mill-manifattur hija konsistenti mal-potenzjal għat-tnaqqis tiegħu, inkluż il-potenzjal ekonomiku u teknoloġiku għat-tnaqqis tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 tiegħu u b'kunsiderazzjoni għall-karatteristiċi tas-suq għat-tip ta' karozza tal-passiġġieri jew vettura kummerċjali ħafifa manifatturata, il-Kummissjoni għandha tagħti deroga lill-manifattur.

L-applikazzjoni għandha titressaq sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru tal-ewwel sena li fiha għandha tapplika d-deroga.

4.   Tista' ssir applikazzjoni għal deroga mill-mira tal-emissjonijiet speċifiċi kkalkulata skont il-punti minn 1 sa 4 u 6.3 tal-Parti A tal-Anness I minn manifattur li jkun responsabbli flimkien mal-impriżi kollha assoċjati tiegħu għal bejn 10 000 u 300 000 karozza tal-passiġġieri reġistrati kull sena kalendarja fl-Unjoni.

Applikazzjoni bħal din tista' ssir minn manifattur għalih innifsu jew għalih flimkien ma' kwalunkwe impriża assoċjata miegħu. Għandha ssir applikazzjoni lill-Kummissjoni u din għandha tinkludi:

(a)

l-informazzjoni kollha msemmija fil-punti (a) u (c) tal-paragrafu 2, inkluża, jekk ikun il-każ, informazzjoni dwar kwalunkwe impriża konnessa;

(b)

fir-rigward tal-applikazzjonijiet li jirreferu għall-punti minn 1 sa 4 tal-Parti A tal-Anness I, mira li tkun tnaqqis ta' 45 % fl-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 fl-2007 jew, fejn issir applikazzjoni unika fir-rigward ta' għadd ta' impriżi konnessi, tnaqqis ta' 45 % fuq il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 ta' dawk l-impriżi fl-2007;

(c)

fir-rigward tal-applikazzjonijiet imsemmija fil-punt 6.3 tal-Parti A tal-Anness I ta' dan ir-Regolament, mira applikabbli fis-snin kalendarji 2025-2028 li tkun it-tnaqqis speċifikat fil-punt (a) tal-Artikolu 1(4) ta' dan ir-Regolament fuq il-mira kkalkulata skont il-punt (b) ta' dan il-paragrafu filwaqt li jitqiesu l-emissjonijiet ta' CO2 mkejla skont ir-Regolament (UE) 2017/1151.

Fejn ma teżistix informazzjoni dwar l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 ta' manifattur fl-2007, il-Kummissjoni għandha tiddetermina mira ta' tnaqqis ekwivalenti bbażata fuq l-aħjar teknoloġiji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 disponibbli li jintużaw f'karozzi tal-passiġġieri ta' massa komparabbli u b'kunsiderazzjoni għall-karatteristiċi tas-suq għat-tip ta' karozza manifatturata. Dik il-mira għandha tintuża mill-applikant għall-finijiet tal-punt (b) tat-tieni subparagrafu.

Il-Kummissjoni għandha tagħti deroga lill-manifattur jekk dan juri li l-kriterji għall-għoti ta' deroga msemmija f'dan il-paragrafu jkunu ġew issodisfati.

5.   Manifattur li jkun suġġett għal deroga skont dan l-Artikolu għandu jinnotifika lill-Kummissjoni immedjatament dwar kwalunkwe tibdil li jaffettwa jew li jista' jaffettwa l-eliġibbiltà tiegħu għal deroga.

6.   Jekk, abbażi ta' notifika skont il-paragrafu 5 jew mod ieħor, il-Kummissjoni tqis li manifattur ma jkunx għadu eliġibbli għad-deroga, għandha tirrevoka d-deroga b'effett mill-1 ta' Jannar tas-sena kalendarja ta' wara u għandha tinnotifika b'dan lill-manifattur.

7.   Jekk il-manifattur ma jilħaqx il-mira tiegħu għall-emissjonijiet speċifiċi, il-Kummissjoni għandha timponi l-primjum għal emissjonijiet eċċessivi fuq il-manifattur, kif stipulat fl-Artikolu 8.

8.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 17 biex tistabbilixxi regoli li jissupplimentaw il-paragrafi minn 1 sa 7 ta' dan l-Artikolu, fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-kriterji ta' eliġibbiltà għal derogi, tal-kontenut tal-applikazzjonijiet, u tal-kontenut u l-valutazzjoni tal-programmi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2.

Il-Kummissjoni hija mogħtija wkoll is-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 17 biex temenda l-Parti A tal-Anness I għall-fini tal-istabbiliment tal-formuli tal-kalkolu tal-miri tad-deroga msemmija fil-punt (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

9.   L-applikazzjonijiet għal deroga, inkluża l-informazzjoni li tappoġġaha, in-notifiki taħt il-paragrafu 5, ir-revoki taħt il-paragrafu 6, kwalunkwe impożizzjoni ta' primjum għal emissjonijiet eċċessivi taħt il-paragrafu 7 u l-miżuri adottati konformement mal-paragrafu 8, għandhom ikunu disponibbli pubblikament, suġġett għar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19).

Artikolu 11

Ekoinnovazzjoni

1.   Fuq applikazzjoni ta' fornitur jew manifattur, għandu jiġi kkunsidrat l-iffrankar ta' CO2 miksub bl-użu ta' teknoloġiji innovattivi jew taħlita ta' teknoloġiji innovattivi (“pakketti ta' teknoloġiji innovattivi”).

Tali teknoloġiji għandhom jiġu kkunsidrati biss jekk il-metodoloġija użata biex tivvalutahom tkun kapaċi tipproduċi riżultati verifikabbli, ripetibbli u komparabbli.

Il-kontribut totali ta' dawk it-teknoloġiji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 ta' manifattur jista' jkun sa 7 g CO2/km.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 17 biex temenda dan ir-Regolament billi taġġusta l-limitu msemmi fit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu b'effett mill-2025 'il quddiem biex jitqiesu l-iżviluppi teknoloġiċi filwaqt li jiġi żgurat proporzjon bilanċjat tal-livell ta' dak il-limitu b'rabta mal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-manifatturi.

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, dispożizzjonijiet dettaljati għal proċedura biex jiġu approvati t-teknoloġiji innovattivi jew il-pakketti ta' teknoloġiji innovattivi msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2). Dawn id-dispożizzjonijiet dettaljati għandhom ikunu bbażati fuq il-kriterji li ġejjin għal teknoloġiji innovattivi:

(a)

il-fornitur jew il-manifattur għandu jkun responsabbli għall-iffrankar ta' CO2 miksub bl-użu ta' teknoloġiji innovattivi;

(b)

it-teknoloġiji innovattivi għandhom jagħtu kontribut ivverifikat għat-tnaqqis ta' CO2;

(c)

it-teknoloġiji innovattivi ma għandhomx ikunu koperti miċ-ċiklu standard ta' testijiet għall-kejl ta' CO2;

(d)

it-teknoloġiji innovattivi ma għandhomx:

(i)

ikunu koperti minn dispożizzjonijiet obbligatorji minħabba miżuri addizzjonali kumplimentari li jikkonformaw mat-tnaqqis ta' 10 g CO2/km imsemmija fl-Artikolu 1(3) jew

(ii)

ikunu obbligatorji taħt dispożizzjonijiet oħra tal-liġi tal-Unjoni.

Mill-1 ta' Jannar 2025, il-kriterju msemmi fil-punt (d)(i) tal-ewwel subparagrafu ma għandux japplika fir-rigward tat-titjib tal-effiċjenza tas-sistemi tal-arja kkundizzjonata.

3.   Fornitur jew manifattur li japplika għall-approvazzjoni ta' xi miżura bħala teknoloġija innovattiva jew pakkett ta' teknoloġiji innovattivi għandu jressaq rapport lill-Kummissjoni, li jinkludi rapport ta' verifika mwettaq minn entità indipendenti u ċertifikata. Jekk ikun hemm possibbiltà li l-miżura tinteraġixxi ma' teknoloġija innovattiva oħra jew ma' pakkett ta' teknoloġiji innovattivi diġà approvat, ir-rapport għandu jsemmi dik l-interazzjoni u r-rapport ta' verifika għandu jivvaluta sa liema punt dik l-interazzjoni tbiddel it-tnaqqis miksub minn kull miżura.

4.   Il-Kummissjoni għandha tikkonferma t-tnaqqis miksub abbażi tal-kriterji stipulati fil-paragrafu 2.

Artikolu 12

Emissjonijiet ta' CO2 u konsum tal-fjuwil jew tal-enerġija f'kundizzjonijiet reali ta' użu

1.   Il-Kummissjoni għandha tissorvelja u tivvaluta kemm il-valuri tal-emissjonijiet ta' CO2 u tal-konsum tal-fjuwil jew tal-enerġija stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 huma realment rappreżentattivi.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tiġbor data dwar l-emissjonijiet ta' CO2 u l-konsum tal-fjuwil jew tal-enerġija tal-karozzi tal-passiġġieri u l-vetturi kummerċjali ħfief f'kundizzjonijiet reali ta' użu permezz ta' tagħmir ta' monitoraġġ tal-konsum tal-fjuwil u/jew l-enerġija abbord, billi tibda bil-karozzi ġodda tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief ġodda reġistrati fl-2021.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-pubbliku jkun infurmat dwar kif dawk dik ir-rappreżentattività f'kundizzjonijiet reali ta' użu tevolvi maż-żmien.

2.   Għall-iskop imsemmi fil-paragrafu 1, sa mill-1 ta' Jannar 2021, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-parametri li ġejjin relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u l-konsum tal-fjuwil jew tal-enerġija f'kundizzjonijiet reali ta' użu ta' karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha f'intervalli regolari, mill-manifatturi, l-awtoritajiet nazzjonali jew permezz tat-trasferiment dirett ta' data mill-vetturi, skont il-każ:

(a)

in-numru ta' identifikazzjoni tal-vettura;

(b)

il-fjuwil u/jew l-enerġija elettrika kkunsmati;

(c)

id-distanza totali magħmula;

(d)

għal vetturi elettriċi ibridi karikabbli esternament, il-fjuwil u l-enerġija elettrika kkunsmati u d-distanza magħmula, distribwiti fuq modalitajiet ta' sewqan differenti;

(e)

parametri oħra meħtieġa biex jiġi żgurat li l-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu ssodisfati.

Il-Kummissjoni għandha tipproċessa d-data li tirċievi taħt l-ewwel subparagrafu biex toħloq settijiet ta' data anonimizzati u aggregati, inkluż skont il-manifattur, għall-finijiet tal-paragrafu 1. In-numri ta' identifikazzjoni tal-vetturi għandhom jintużaw biss għall-finijiet tal-ipproċessar ta' dik id-data u m'għandhomx jinżammu aktar milli jkun hemm bżonn għal dak l-għan.

3.   Sabiex jiġi evitat li d-diskrepanza fl-emissjonijiet f'kundizzjonijiet reali ta' użu tkompli tiżdied, il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju 2023, tivvaluta kif id-data dwar il-konsum tal-fjuwil u l-enerġija tista' tintuża biex jiġi żgurat li l-valuri tal-emissjonijiet ta' CO2 u tal-fjuwil jew tal-konsum ta' enerġija stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 jibqgħu rappreżentattivi ta' emissjonijiet f'kundizzjonijiet reali ta' użu fuq tul ta' żmien għal kull manifattur.

Kull sena, il-Kummissjoni għandha tissorvelja u tirrapporta dwar kif id-diskrepanza msemmija fl-ewwel subparagrafu tevolvi tul il-perjodu bejn l-2021 u l-2026 u, bil-ħsieb li tevita li dik id-diskrepanza tiżdied, fl-2027 għandha tivvaluta l-fattibbiltà ta' mekkaniżmu li jaġġusta l-emissjonijiet ta' CO2 speċifiċi medji tal-manifattur mill-2030 'il quddiem u, jekk ikun il-każ, tressaq proposta leġiżlattiva biex timplimenta dan il-mekkaniżmu.

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-proċedura dettaljata għall-ġbir u l-ipproċessar tad-data msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).

Artikolu 13

Verifika tal-emissjonijiet ta' CO2 ta' vetturi fis-servizz

1.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-valuri ta' emissjoni ta' CO2 u tal-konsum tal-fjuwil irreġistrati fiċ-ċertifikati ta' konformità jikkorrispondu għall-emissjonijiet ta' CO2 u l-konsum tal-fjuwil tal-vetturi fis-servizz kif stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2017/1151.

2.   Wara d-dħul fis-seħħ tal-proċeduri msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip għandhom jivverifikaw, abbażi ta' kampjuni ta' vetturi xierqa u rappreżentattivi, li l-valuri tal-emissjonijiet ta' CO2 u l-konsum tal-fjuwil irreġistrati fiċ-ċertifikati ta' konformità tal-familji ta' vetturi li għalihom huma responsabbli għall-approvazzjoni tat-tip jikkorrispondu għall-emissjonijiet ta' CO2 minn, u l-konsum tal-fjuwil ta', il-vetturi fis-servizz kif stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2017/1151 filwaqt li jikkunsidraw, fost l-oħrajn, kwalunkwe data disponibbli minn tagħmir ta' monitoraġġ tal-konsum tal-fjuwil u/jew l-enerġija abbord.

L-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip għandhom jivverifikaw ukoll il-preżenza ta' kwalunkwe strateġija abbord jew b'rabta mal-vetturi fil-kampjun li ttejjeb artifiċjalment ir-rendiment tal-vettura fit-testijiet imwettqa għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip billi, fost l-oħrajn, jużaw data mit-tagħmir tal-konsum tal-fjuwil u/jew tal-enerġija abbord.

3.   Fejn, b'riżultat tal-verifiki mwettqa skont il-paragrafu 2, jinstab nuqqas ta' korrispondenza ta' valuri ta' emissjoni ta' CO2 u tal-konsum tal-fjuwil jew tinstab xi strateġija li ttejjeb b'mod artifiċjali r-rendiment ta' vettura, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip responsabbli għandha, minbarra li tieħu l-miżuri meħtieġa stabbiliti fil-Kapitolu XI tar-Regolament (UE) 2018/858, tiżgura l-korrezzjoni taċ-ċertifikati ta' konformità.

4.   Il-Kummissjoni għandha tiddetermina, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-proċeduri għat-twettiq tal-verifiki msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa, qabel l-adozzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, li tadotta att delegat skont l-Artikolu 17 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-prinċipji ta' gwida u l-kriterji għad-definizzjoni tal-proċeduri msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

Artikolu 14

Aġġustamenti tal-valuri M0 u TM0

1.   Il-valuri M0 u TM0 imsemmija fil-Partijiet A u B tal-Anness I għandhom jiġu aġġustati kif ġej:

(a)

sal-31 ta' Ottubru 2020, il-valur M0 fil-punt 4 tal-Parti A tal-Anness I għandu jiġi aġġustat għall-massa medja fi stat operattiv tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri kollha reġistrati fl-2017, l-2018 u l-2019. Dak il-valur il-ġdid ta' M0 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2022 sal-31 ta' Diċembru 2024;

(b)

sal-31 ta' Ottubru 2022, il-valur M0 fil-punt 4 tal-Parti B tal-Anness I għandu jiġi aġġustat għall-massa medja fi stat operattiv ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda kollha reġistrati fl-2019, l-2020 u l-2021. Dak il-valur il-ġdid ta' M0 għandu japplika fl-2024;

(c)

sal-31 ta' Ottubru 2022, il-valur TM0 indikattiv għall-2025 għandu jiġi stabbilit bħala l-massa medja tat-test rispettiva tal-karozzi tal-passiġġieri ġodda kollha u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda kollha reġistrati fl-2021;

(d)

sal-31 ta' Ottubru 2024 u kull sentejn wara dan, il-valur TM0 fil-punt 6.2 tal-Partijiet A u B tal-Anness I għandu jiġi aġġustat għall-massa medja tat-test rispettiva tal-karozzi l-ġodda tal-passiġġieri kollha u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda kollha reġistrati fis-sentejn kalendarji preċedenti, mill-2022 u l-2023 'il quddiem. Il-valuri l-ġodda ta' TM0 għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar tas-sena kalendarja wara d-data tal-aġġustament.

2.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 17 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 15

Rieżami u rappurtar

1.   Fl-2023, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami dettaljat tal-effikaċja ta' dan ir-Regolament u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultat tar-rieżami.

2.   Fir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra, fost l-oħrajn, kemm il-valuri tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-vetturi u l-konsum tal-fjuwil jew tal-enerġija mill-vetturi stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 huma fil-fatt rappreżentattivi tal-użu reali; l-introduzzjoni ta' vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi fis-suq tal-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward ta' vetturi kummerċjali ħfief; l-introduzzjoni tal-infrastruttura tal-iċċarġjar u l-forniment tal-fjuwil irrappurtata mid-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20), inkluż il-finanzjament tagħha; il-kontribut li l-użu ta' fjuwils alternattivi sintetiċi u avvanzati prodotti b'enerġija rinnovabbli jista' jkollu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet; it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 osservat effettivament fil-livell tal-flotta eżistenti; il-funzjonament tal-mekkaniżmu ta' inċentivi għal vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi; l-effetti potenzjali tal-miżura tranżizzjonali stabbilita fil-punt 6.3 tal-Parti A tal-Anness I; l-impatt ta' dan ir-Regolament fuq il-konsumaturi, partikolarment fuq dawk b'introjtu baxx u medju; kif ukoll aspetti li jiffaċilitaw tranżizzjoni ekonomikament vijabbli u soċjalment ġusta lejn mobilità nadifa, kompetittiva u għall-but ta' kulħadd fl-Unjoni.

Il-Kummissjoni għandha, f'dak ir-rapport, tidentifika wkoll perkors ċar għal tnaqqis ulterjuri tal-emissjonijiet ta' CO2 għal karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief lil hinn mill-2030 sabiex jingħata kontribut sinifikanti biex jintlaħaq l-għan fit-tul tal-Ftehim ta' Pariġi.

3.   Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 2 għandu, fejn xieraq, ikun akkumpanjat minn proposta biex jiġi emendat dan ir-Regolament, b'mod partikolari dwar il-possibbiltà ta' reviżjoni tal-miri għall-flotta kollha tal-UE għall-2030 fid-dawl tal-elementi elenkati fil-paragrafu 2, u l-introduzzjoni ta' miri ta' tnaqqis tal-emissjonijiet vinkolanti mill-2035 u l-2040 'il quddiem għal karozzi tal-passiġġieri u vetturi ħfief biex tiġi żgurata t-trasformazzjoni f'waqtha tas-settur tat-trasport lejn emissjonijiet żero netti bi qbil mal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi.

4.   Bħala parti mir-rieżami msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-fattibbiltà li jiġu żviluppati proċeduri ta' ttestjar tal-emissjonijiet fl-użu reali permezz ta' sistemi portabbli għall-kejl tal-emissjonijiet (PEMS). Il-Kummissjoni għandha tqis dik il-valutazzjoni kif ukoll dawk imwettqa skont l-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament u tista', fejn xieraq, tirrevedi l-proċeduri għall-kejl tal-emissjonijiet ta' CO2 hekk kif stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007. Il-Kummissjoni għandha, b'mod partikolari, tagħmel proposti xierqa biex tadatta l-proċeduri biex jirriflettu b'mod adegwat l-emissjonijiet ta' CO2 f'kundizzjonijiet reali ta' użu tal-karozzi tal-passiġġieri u l-vetturi kummerċjali ħfief.

5.   Bħala parti mir-rieżami msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-possibbiltà li tassenja d-dħul mill-primjums tal-emissjonijiet żejda għal fond speċifiku jew programm rilevanti, bil-għan li tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta lejn ekonomija newtrali fir-rigward tal-klima kif imsemmi fl-Artikolu 4.1 tal-Ftehim ta' Pariġi, partikolarment biex jiġu appoġġati t-taħriġ mill-ġdid, it-titjib tal-ħiliet u taħriġ ieħor fir-rigward tal-ħiliet u r-riallokazzjoni tal-ħaddiema fis-settur awtomobilistiku fl-Istati Membri kollha affettwati, b'mod partikolari fl-aktar reġjuni u komunitajiet affettwati mit-tranżizzjoni. Il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tagħmel proposta leġiżlattiva f'dak is-sens sa mhux aktar tard mill-2027.

6.   Sal-31 ta' Diċembru 2020, il-Kummissjoni għandha tagħmel rieżami tad-Direttiva 1999/94/KE li fih tikkunsidra l-ħtieġa li l-konsumaturi jingħataw informazzjoni preċiża, robusta u komparabbli dwar il-konsum tal-fjuwil, l-emissjonijiet ta' CO2 u l-emissjonijiet ta' sustanzi niġġiesa minn karozzi ġodda tal-passiġġieri introdotti fis-suq, kif ukoll tevalwa l-possibbiltajiet għall-introduzzjoni ta' tikketta tal-ekonomija fil-fjuwil u l-emissjonijiet ta' CO2 għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda. Ir-rieżami għandu, fejn xieraq, jiġi akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva.

7.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tiddetermina l-parametri ta' korrelazzjoni meħtieġa sabiex tkun riflessa kwalunkwe bidla fil-proċedura ta' ttestjar regolatorja għall-kejl tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 imsemmija fir-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 692/2008 u, jekk ikun applikabbli, fir-Regolament (UE) 2017/1151. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2) ta' dan ir-Regolament.

8.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 17 sabiex temenda dan ir-Regolament billi tadatta l-formuli li jinsabu fl-Anness I, billi tuża l-metodoloġija adottata skont il-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu, filwaqt li tiżgura li r-rekwiżiti għat-tnaqqis ta' restrizzjoni komparabbli għall-manifatturi u vetturi ta' utilità differenti jkunu meħtieġa taħt il-proċeduri ta' ttestjar il-qodma u l-ġodda.

Artikolu 16

Proċedura ta' kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 44(1) tar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Fejn il-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 17

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall- kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 7(8), l-Artikolu 10(8), ir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 11(1), l-Artikolu 13(4), l-Artikolu 14(2) u l-Artikolu 15(8) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' sitt snin mill-15 ta' Mejju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' sitt snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

3.   Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 7(8), l-Artikolu 10(8), ir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 11(1), l-Artikolu 13(4), l-Artikolu 14(2) u l-Artikolu 15(8) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 7(8), l-Artikolu 10(8), ir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 11(1), l-Artikolu 13(4), l-Artikolu 14(2) u l-Artikolu 15(8) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 18

Tħassir

Ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 huma mħassra b'effett mill-1 ta' Jannar 2020.

Ir-referenzi għar-Regolamenti mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness V.

Artikolu 19

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, is-17 ta' April 2019.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

G. CIAMBA


(1)  ĠU C 227, 28.6.2018, p. 52.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta' April 2019.

(3)  Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1).

(4)  Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2011 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (ĠU L 145, 31.5.2011, p. 1).

(5)  ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4.

(6)  Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta' Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 26).

(7)  Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

(8)  Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1).

(9)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 tal-1 ta' Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 1).

(10)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1152 tat-2 ta' Ġunju 2017 li jistabbilixxi metodoloġija biex jiġu ddeterminati l-parametri ta' korrelazzjoni meħtieġa biex tiġi riflessa l-bidla fil-proċedura tat-test regolatorju fir-rigward ta' vetturi kummerċjali ħfief u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 293/2012 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 644).

(11)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1153 tat-2 ta' Ġunju 2017 li jistabbilixxi metodoloġija biex jiġu determinati l-parametri ta' korrelazzjoni meħtieġa biex tiġi riflessa l-bidla fil-proċedura tat-test regolatorju u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1014/2010 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 679).

(12)  Direttiva 1999/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1999 relatata mad-disponibilità ta' tagħrif għall-konsumatur dwar l-ekonomija tal-karburanti u emissjonijiet tas-CO2 rigward il-marketing ta' karozzi tal-passiġġieri ġodda (ĠU L 12, 18.1.2000, p. 16).

(13)  Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).

(14)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tal-18 ta' Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1).

(15)  Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).

(16)  ĠU C 298, 23.8.2018, p. 140.

(17)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(18)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(19)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(20)  Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi (ĠU L 307, 28.10.2014, p. 1)

(21)  Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).


ANNESS I

PARTI A

MIRI TAL-EMISSJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-KAROZZI TAL-PASSIĠĠIERI

1.   Għas-sena kalendarja 2020, l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 għal kull karozza tal-passiġġieri ġdida għandhom, għall-finijiet tal-kalkoli f'dan il-punt u fil-punt 2, jiġu stabbiliti skont il-formula li ġejja:

L-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 = 95 + a · (M – M0)

fejn:

M

=

il-massa tal-vettura fi stat operattiv f'kilogrammi (kg)

M0

=

1 379,88

a

=

0,0333

2.   Il-mira ta' emissjonijiet speċifiċi għal manifattur fl-2020 għandha tiġi kkalkulata bħala medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 iddeterminata skont il-punt 1, ta' kull karozza ġdida tal-passiġġieri reġistrata f'dik is-sena kalendarja u li tagħha jkun il-manifattur.

3.   Il-mira ta' referenza tal-emissjonijiet speċifiċi għal manifattur fl-2021 għandha tiġi kkalkulata kif ġej:

Formula

fejn:

WLTPCO2

hija l-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 fl-2020 stabbilita skont l-Anness XXI tar-Regolament 2017/1151, u kkalkolata skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 4(3) ta' dan ir-Regolament, mingħajr ma jitqies l-iffrankar ta' CO2 li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikoli 5 u 11 ta' dan ir-Regolament;

NEDCCO2

hija l-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 fl-2020 stabbilita skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1153, u kkalkolata skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 4(3) ta' dan ir-Regolament, mingħajr ma jitqies l-iffrankar ta' CO2 li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikoli 5 u 11 ta' dan ir-Regolament;

NEDC2020target

hija l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi għall-2020 skont il-punti 1 u 2.

4.   Għas-snin kalendarji mill-2021 sal-2024, il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi għal manifattur għandha tkun ikkalkulata kif ġej:

Mira tal-emissjonijiet speċifiċi = WLTPreference target + a [(Mø – M0) – (Mø2020 – M0,2020)]

fejn:

WLTPreference target

hija l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tad-WLTP għall-2021 ikkalkulata skont il-punt 3;

a

hija 0,0333;

Mø

hija l-medja tal-massa fi stat operattiv (M), f'kilogrammi (kg), għall-karozzi tal-passiġġieri tal-manifattur irreġistrati ġodda fis-sena rilevanti fil-mira;

M0

hija 1 379,88 fl-2021, u kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 14(1) għas-snin 2022, 2023 u 2024;

Mø2020

hija l-medja tal-massa fi stat operattiv (M), f'kilogrammi (kg), għall-karozzi tal-passiġġieri tal-manifattur irreġistrati ġodda fl-2020;

M0,2020

hija 1 379,88.

5.   Għal manifattur li jkun ingħata deroga fir-rigward ta' mira tal-emissjonijiet speċifiċi bbażata fuq l-NEDC fl-2021, il-mira tad-deroga bbażata fuq id-WLTP għandha tiġi kkalkulata hekk:

Formula

fejn:

WLTPCO2

hija WLTPCO2 kif definita fil-punt 3;

NEDCCO2

hija NEDCCO2 kif definita fil-punt 3;

NEDC2021target

hija l-mira ta' deroga għall-2021 mogħtija mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 10.

6.   Mill-1 ta' Jannar 2025, il-miri għall-flotta kollha tal-UE u l-miri ta' emissjonijiet speċifiċi għal manifattur għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:

6.0.   Mira għall-flotta kollha tal-UE għall-2021

Il-mira għall-flotta kollha tal-UE għall-2021 (EU fleet-wide target2021) hija l-medja, peżata skont l-għadd ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fl-2021, bil-valuri ta' referenza għall-2021 stabbiliti għal kull manifattur individwali li għalihom tapplika mira ta' emissjonijiet speċifiċi skont il-punt 4.

Il-valur ta' referenza għall-2021 għandu jiġi stabbilit, għal kull manifattur, kif ġej:

Formula

fejn,

WLTPCO2,measured

hija l-medja, għal kull manifattur, tal-emissjonijiet ta' CO2 kkombinati mkejla għal kull karozza tal-passiġġieri ġdida rreġistrata fl-2020, kif stabbilit u rrappurtat skont l-Artikolu 7(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1153;

NEDC2020,Fleet Target

hija 95 g/km;

NEDCCO2

hija kif definita fil-punt 3;

Mø2021

hija l-medja tal-massa fi stat operattiv, f'kilogrammi (kg), għall-karozzi ġodda tal-passiġġieri tal-manifattur irreġistrati fl-2021;

M0,2021

hija l-massa medja fi stat operattiv f'kilogrammi (kg) tal-karozzi ġodda kollha tal-passiġġieri rreġistrati fl-2021 ta' dawk il-manifatturi li għalihom tapplika mira speċifika ta' emissjonijiet skont il-punt 4;

a

hija kif definita fil-punt 4.

6.1.   Miri għall-flotta kollha tal-UE għall-2025 u l-2030

6.1.1.   Mira għall-flotta kollha tal-UE għall-2025 sal-2029

EU fleet-wide target2025 = EU fleet-wide target2021 · (1 - reduction factor2025)

fejn,

EU fleet-wide target2021

hija kif definita fil-punt 6.0;

reduction factor2025

huwa t-tnaqqis speċifikat fil-punt (a) tal-Artikolu 1(4).

6.1.2.   Mira għall-flotta kollha tal-UE mill-2030 'il quddiem

EU fleet-wide target2030 = EU fleet-wide target2021 · (1 - reduction factor2030)

fejn,

EU fleet-wide target2021

hija kif definita fil-punt 6.0;

reduction factor2030

huwa t-tnaqqis speċifikat fil-punt (a) tal-Artikolu 1(5).

6.2.   Il-miri tal-emissjonijiet speċifiċi ta' referenza mill-2025 'il quddiem

6.2.1.   Miri ta' referenza tal-emissjonijiet speċifiċi għall-2025 sal-2029

Il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi ta' referenza = EU fleet-wide target2025 + a2025 · (TM – TM0)

fejn,

EU fleet-wide target2025

hija kif stabbilita skont il-punt 6.1.1;

a2025

hijaFormula

fejn,

a2021

hija l-inklinazzjoni tal-linja dritta li toqgħod l-aħjar, stabbilita bl-applikazzjoni tal-metodu ta' pożizzjonament tal-minimi kwadrati lineari għall-massa tat-test (varjabbli indipendenti) u l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 (varjabbli dipendenti) ta' kull karozza ġodda tal-passiġġieri rreġistrata fl-2021;

emissjonijiet medji2021

hija l-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fl-2021 ta' dawk il-manifatturi li għalihom ġiet ikkalkulata mira ta' emissjonijiet speċifiċi f'konformità mal-punt 4;

TM

hija l-massa medja tat-test f'kilogrammi (kg) tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri kollha tal-manifattur irreġistrati fis-sena kalendarja rilevanti;

TM0

huwa l-valur f'kilogrammi (kg) stabbilit skont il-punt (d) tal-Artikolu 14(1).

6.2.2.   Miri ta' referenza tal-emissjonijiet speċifiċi mill-2030 'il quddiem

Il-mira ta' referenza tal-emissjonijiet speċifiċi = EU fleet-wide target2030 + a2030 · (TM – TM0)

fejn,

EU fleet-wide target2030

hija kif stabbilita skont il-punt 6.1.2;

a2030

hijaFormula

fejn,

a2021

hija kif definita fil-punt 6.2;

emissjonijiet medji2021

hija kif definita fil-punt 6.2;

TM

hija kif definita fil-punt 6.2;

TM0

huwa kif definit fil-punt 6.2.

6.3.   Miri tal-emissjonijiet speċifiċi mill-2025 'il quddiem

Il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi = il-mira ta' referenza tal-emissjonijiet speċifiċi · Fattur ZLEV

fejn,

Mira ta' referenza tal-emissjonijiet speċifiċi

hija l-mira ta' referenza tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 stabbilita skont il-punt 6.2.1 għall-perjodu 2025-2029 u l-punt 6.2.2 għall-2030 'il quddiem;

Fattur ZLEV

huwa (1 + y – x) sakemm dan l-ammont ma jkunx akbar minn 1,05 jew iżgħar minn 1,0, f'liema każ il-fattur ZLEV għandu jkun stabbilit għal 1,05 jew 1,0, skont il-każ;

fejn,

y

huwa s-sehem ta' vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero fil-flotta tal-manifattur ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri, ikkalkulat bħala n-numru totali ta' vetturi ġodda b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero, fejn kull waħda minnhom tingħadd bħala ZLEVspecific skont il-formula segwenti, diviż bin-numru totali ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fis-sena kalendarja rilevanti:

Formula

Għal karozzi tal-passiġġieri rreġistrati ġodda fl-Istati Membri b'sehem ta' vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi fil-flotta tagħhom taħt is-60 % tal-medja tal-Unjoni fis-sena 2017 (1) u b'inqas minn 1 000 vettura ġdida b'emissjonijiet żero jew baxxi rreġistrati fl-2017, iz-ZLEVspecific għandu jiġi kkalkulat, sal-2030 u inkluża dik is-sena, skont il-formula li ġejja:

Formula

Meta s-sehem ta' vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi fil-flotta ta' Stat Membru ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati f'sena bejn l-2025 u l-2030 jaqbeż il-5 %, dak l-Istat Membru ma għandux ikun eliġibbli għall-applikazzjoni tal-multiplikatur ta' 1,85 fis-snin ta' wara;

x

huwa 15 % mill-2025 sal-2029 u 35 % mill-2030 'il quddiem.

PARTI B.

MIRI TAL-EMISSJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦAL VETTURI KUMMERĊJALI ĦFIEF

1.   Għas-sena kalendarja 2020, l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 għal kull vettura kummerċjali ħafifa ġdida għandhom, għall-finijiet tal-kalkoli f'dan il-punt u fil-punt 2, jiġu stabbiliti skont il-formula li ġejja:

Emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 = 147 + a · (M – M0)

fejn:

M

=

Massa tal-vettura fi stat operattiv f'kilogrammi (kg)

M0

=

1 766,4

a

=

0,096

2.   Il-mira għall-emissjonijiet speċifiċi għal manifattur fl-2020 għandha tiġi kkalkulata bħala l-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 stabbilita skont il-punt 1 ta' kull vettura kummerċjali ħafifa ġdida manifatturata minnu rreġistrata f'dik is-sena kalendarja.

3.   Il-mira ta' referenza tal-emissjonijiet speċifiċi għal manifattur fl-2021 għandha tiġi kkalkulata kif ġej:

Formula

fejn:

WLTPCO2

hija l-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 fl-2020 stabbilita skont l-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151 mingħajr ma jitqies l-iffrankar ta' CO2 li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament;

NEDCCO2

hija l-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 fl-2020, stabbilita skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1152, mingħajr ma jitqies l-iffrankar ta' CO2 li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament;

NEDC2020target

hija l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi għall-2020 skont il-punti 1 u 2.

4.   Għas-snin kalendarji 2021-2024, il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi għal manifattur għandha tkun ikkalkulata kif ġej:

Mira tal-emissjonijiet speċifiċi = WLTPmira ta' referenza + a [(Mø – M0) – (Mø2020 – M0,2020)]

fejn:

WLTPreference target

hija l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tal-WLTP għall-2021 ikkalkulata skont il-punt 3;

a

hija 0,096;

Mø

hija l-massa (M) medja fi stat operattiv għall-vetturi kummerċjali ħfief ġodda tal-manifattur irreġistrati fis-sena ta' mira rilevanti, f'kilogrammi (kg);

M0

hija 1 766,4 fl-2020 u, għas-snin 2021, 2022 u 2023, il-valur adottat skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011, u għall-2024 il-valur adottat skont il-punt (b) tal-Artikolu 14(1) ta' dan ir-Regolament;

Mø2020

hija l-massa (M) medja fi stat operattiv tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda għal manifattur irreġistrati fl-2020 f'kilogrammi (kg);

M0,2020

hija 1 766,4.

5.   Għal manifattur li jkun ingħata deroga fir-rigward ta' mira tal-emissjonijiet speċifiċi bbażata fuq l-NEDC fl-2021, il-mira tad-deroga bbażata fuq id-WLTP għandha tiġi kkalkulata hekk:

Formula

fejn:

WLTPCO2

hija WLTPCO2 kif definita fil-punt 3;

NEDCCO2

hija NEDCCO2 kif definita fil-punt 3;

NEDC2021target

hija l-mira ta' deroga għall-2021 mogħtija mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 10.

6.   Mill-1 ta' Jannar 2025, il-miri għall-flotta kollha tal-UE u l-miri ta' emissjonijiet speċifiċi għal manifattur għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:

6.0.   Mira għall-flotta kollha tal-UE għall-2021

Il-mira għall-flotta kollha tal-UE għall-2021 (EU fleet-wide target2021) hija l-medja, peżata skont l-għadd ta' vetturi kummerċjali ħfief irreġistrati ġodda fl-2021, bil-valuri ta' referenza għall-2021 stabbiliti għal kull manifattur individwali li għalihom tapplika mira ta' emissjonijiet speċifiċi skont il-punt 4.

Il-valur ta' referenza2021 għandu jiġi stabbilit, għal kull manifattur, kif ġej:

Formula

fejn,

WLTPCO2,measured

hija l-medja, għal kull manifattur, tal-emissjonijiet ta' CO2 kkombinati mkejla għal kull vettura kummerċjali ħafifa ġdida rreġistrata fl-2020, kif stabbilita u rrappurtata skont l-Artikolu 7(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1152;

NEDC2020,Fleet Target

hija 147 g/km;

NEDCCO2

hija kif definita fil-punt 3;

Mø2021

hija l-massa medja fi stat operattiv tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda tal-manifattur irreġistrati fl-2021, f'kilogrammi (kg);

M0,2021

hija l-massa medja fi stat operattiv f'kilogrammi (kg) tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda kollha rreġistrati fl-2021 ta' dawk il-manifatturi li għalihom tapplika mira speċifika ta' emissjonijiet skont il-punt 4;

a

hija kif definita fil-punt 4.

6.1.   Miri għall-flotta kollha tal-UE għall-2025 u l-2030

6.1.1.   Mira għall-flotta kollha tal-UE għall-2025 sal-2029

EU fleet-wide target2025 = EU fleet-wide target2021 · (1 – reduction factor2025)

fejn,

EU fleet-wide target2021

hija kif definita fil-punt 6.0;

reduction factor2025

huwa t-tnaqqis speċifikat fil-punt (b) tal-Artikolu 1(4).

6.1.2.   Mira għall-flotta kollha tal-UE mill-2030 'il quddiem

EU fleet-wide target2030 = EU fleet-wide target2021 · (1 – reduction factor2030)

fejn,

EU fleet-wide target2021

hija kif definita fil-punt 6.0;

reduction factor2030

huwa t-tnaqqis speċifikat fil-punt (b) tal-Artikolu 1(5).

6.2.   Miri ta' referenza tal-emissjonijiet speċifiċi mill-2025 'il quddiem

6.2.1.   Miri ta' referenza tal-emissjonijiet speċifiċi għall-2025 sal-2029

Il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi ta' referenza = EU fleet-wide target2025 + α · (TM – TM0)

fejn,

EU fleet-wide target2025

hija kif stabbilita skont il-punt 6.1.1;

α

hija a2025 fejn il-massa medja tat-test tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda ta' manifattur tkun ugwali jew aktar baxxa minn TM0 stabbilita skont il-punt (d) tal-Artikolu 14(1) u a2021 fejn il-massa medja tat-test tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda ta' manifattur tkun ogħla minn TM0 stabbilita skont il-punt (d) tal-Artikolu 14(1);

fejn,

a2025

hijaFormula

a2021

hija l-inklinazzjoni tal-linja dritta li toqgħod l-aħjar, stabbilita bl-applikazzjoni tal-metodu ta' pożizzjonament tal-minimi kwadrati lineari għall-massa tat-test (varjabbli indipendenti) u l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 (varjabbli dipendenti) ta' kull vettura kummerċjali ħafifa ġdida rreġistrata fl-2021;

emissjonijiet medji2021

hija l-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda kollha rreġistrati fl-2021 ta' dawk il-manifatturi li għalihom ġiet ikkalkulata mira ta' emissjonijiet speċifiċi f'konformità mal-punt 4;

TM

hija l-massa medja tat-test f'kilogrammi (kg) tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda kollha tal-manifattur irreġistrati fis-sena kalendarja rilevanti;

TM0

huwa l-valur f'kilogrammi (kg) stabbilit skont il-punt (d) tal-Artikolu 14(1).

6.2.2.   Miri ta' referenza tal-emissjonijiet speċifiċi mill-2030 'il quddiem

Il-mira ta' referenza tal-emissjonijiet speċifiċi = EU fleet-wide target2030 + α · (TM – TM0)

fejn,

EU fleet-wide target2030

hija kif stabbilita skont il-punt 6.1.2;

α

hija a2030 fejn il-massa medja tat-test tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda ta' manifattur tkun ugwali jew aktar baxxa minn TM0 stabbilita skont il-punt (d) tal-Artikolu 14(1) u a2021 fejn il-massa medja tat-test tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda ta' manifattur tkun ogħla minn TM0 stabbilita skont il-punt (d) tal-Artikolu 14(1);

fejn,

a2030

hijaFormula

a2021

hija kif definita fil-punt 6.2;

emissjonijiet medji2021

hija kif definita fil-punt 6.2;

TM

hija kif definita fil-punt 6.2;

TM0

huwa kif definit fil-punt 6.2.

6.3.   Miri tal-emissjonijiet speċifiċi mill-2025 'il quddiem

6.3.1.   Miri tal-emissjonijiet speċifiċi għall-2025 sal-2029

Il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi = (il-mira ta' referenza tal-emissjonijiet speċifiċi – (øtargets – EU fleet-wide target2025)) · Fattur ZLEV

fejn,

il-mira ta' referenza tal-emissjonijiet speċifiċi

hija l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi għall-manifattur stabbilita skont il-punt 6.2.1;

øtargets

hija l-medja, abbażi tal-għadd ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda għal kull manifattur individwali, tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi kollha stabbiliti skont il-punt 6.2.1;

Fattur ZLEV

huwa (1 + y – x) sakemm dan l-ammont ma jkunx akbar minn 1,05 jew iżgħar minn 1,0, f'liema każ il-fattur ZLEV għandu jkun stabbilit għal 1,05 jew 1,0, skont il-każ;

fejn,

y

huwa s-sehem ta' vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi fil-flotta ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda tal-manifattur, ikkalkulat bħala n-numru totali ta' vetturi ġodda b'emissjonijiet żero jew baxxi, fejn kull waħda minnhom tingħadd bħala ZLEVspecific skont il-formula segwenti, diviż bin-numru totali ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati fis-sena kalendarja rilevanti:

Formula

x

huwa 15 %.

6.3.2.   Miri tal-emissjonijiet speċifiċi mill-2030 'il quddiem

Il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi = (il-mira ta' referenza tal-emissjonijiet speċifiċi – (øtargets – EU fleet-wide target2030)) · Fattur ZLEV

fejn,

il-mira ta' referenza tal-emissjonijiet speċifiċi

hija l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi għall-manifattur stabbilita skont il-punt 6.2.2;

øtargets

hija l-medja, abbażi tal-għadd ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda għal kull manifattur individwali, tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi kollha stabbiliti skont il-punt 6.2.2;

Fattur ZLEV

huwa (1 + y – x) sakemm dan l-ammont ma jkunx akbar minn 1,05 jew iżgħar minn 1,0, f'liema każ il-fattur ZLEV għandu jkun stabbilit għal 1,05 jew 1,0, skont il-każ;

fejn,

y

huwa s-sehem ta' vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi fil-flotta ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda tal-manifattur, ikkalkulat bħala n-numru totali ta' vetturi ġodda b'emissjonijiet żero jew baxxi, fejn kull waħda minnhom tingħadd bħala ZLEVspecific skont il-formula segwenti, diviż bin-numru totali ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati fis-sena kalendarja rilevanti:

Formula

x

huwa 30 %.


(1)  Is-sehem ta' vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi fil-flotta ta' Stat Membru ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri hija kkalkulata bħala l-għadd totali ta' vetturi ġodda b'emissjonijiet żero jew baxxi rreġistrati ġodda fl-2017 diviż bl-għadd totali ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fl-istess sena.


ANNESS II

MONITORAĠĠ U RAPPURTAR TA' EMISSJONIJIET MINN KAROZZI ĠODDA TAL-PASSIĠĠIERI

PARTI A

Ġbir ta' data dwar karozzi ġodda tal-passiġġieri u determinazzjoni tal-informazzjoni dwar il-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' CO2

1.   Għal kull sena kalendarja, l-Istati Membri għandhom jirreġistraw id-data dettaljata li ġejja għal kull karozza ġdida tal-passiġġieri rreġistrata bħala vettura M1 fit-territorju tagħhom:

(a)

il-manifattur;

(b)

in-numru tal-approvazzjoni tat-tip u l-estensjoni tiegħu;

(c)

it-tip, il-varjant u l-verżjoni (fejn applikabbli);

(d)

l-għamla u l-isem kummerċjali;

(e)

il-kategorija ta' vettura approvata;

(f)

l-għadd totali ta' reġistrazzjonijiet ġodda;

(g)

il-massa fi stat operattiv;

(h)

l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 (NEDC u WLTP);

(i)

il-footprint: it-tul bejn il-fusien u l-wisa' bejn rota u oħra tal-fus tat-tidwir u tal-fusien l-oħrajn;

(j)

it-tip ta' fjuwil u l-modalità tal-fjuwil;

(k)

il-kapaċità tal-magna;

(l)

il-konsum ta' enerġija elettrika;

(m)

il-kodiċi għat-teknoloġija innovattiva jew għall-grupp ta' teknoloġiji innovattivi u t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 bis-saħħa ta' dik it-teknoloġija (NEDC u WLTP);

(n)

il-potenza netta massima,

(o)

in-numru ta' identifikazzjoni tal-vettura;

(p)

il-massa tat-test WLTP;

(q)

il-fatturi tad-devjazzjoni u tal-verifika msemmija fil-punt 3.2.8 tal-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1153;

(r)

il-kategorija ta' vettura rreġistrata;

(s)

in-numru ta' identifikazzjoni tal-familja tal-vettura;

(t)

l-awtonomija elettrika, jekk applikabbli.

L-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, f'konformità mal-Artikolu 7, id-data kollha elenkata f'dan il-punt, fil-format kif speċifikat fit-Taqsima 2 tal-Parti B.

2.   Id-data dettaljata msemmija fil-punt 1 għandha tittieħed miċ-ċertifikat ta' konformità tal-karozza tal-passiġġieri rilevanti. Fil-każ ta' vetturi li jużaw żewġ tipi ta' fjuwil (petrol/gass) u li jkollhom ċertifikati ta' konformità li juru valuri għall-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 għaż-żewġ tipi ta' fjuwil, l-Istati Membri għandhom jużaw biss il-valur imkejjel għall-gass.

3.   Għal kull sena kalendarja, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu:

(a)

l-għadd totali ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri li huma soġġetti għal approvazzjoni tat-tip tal-KE;

(b)

l-għadd totali ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri approvati individwalment;

(c)

l-għadd totali ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri soġġetti għall-approvazzjoni nazzjonali tat-tip f'serje żgħira.

PARTI B

Il-format għat-trażmissjoni tad-data

Għal kull sena, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw l-informazzjoni speċifikata fil-punti 1 u 3 tal-Parti A fil-formati li ġejjin:

TAQSIMA 1

DATA AGGREGATA DWAR IL-MONITORAĠĠ

Stat Membru (1)

 

Sena

 

Għadd totali ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri soġġetti għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE

 

Għadd totali ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri approvati individwalment

 

Għadd totali ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri soġġetti għall-approvazzjoni nazzjonali tat-tip f'serje żgħira

 

TAQSIMA 2

DATA DETTALJATA DWAR IL-MONITORAĠĠ – REĠISTRAZZJONI TA' VETTURA WAĦDA

Referenza għall-punt 1 tal-Parti A

Data dettaljata għal kull vettura rreġistrata

(a)

Isem il-manifattur – Denominazzjoni standard tal-UE

Isem il-manifattur – Dikjarazzjoni OEM

Isem il-manifattur fir-reġistru tal-Istat Membru (2)

(b)

In-numru tal-approvazzjoni tat-tip u l-estensjoni rispettiva

(c)

Tip

Varjant

Verżjoni

(d)

Għamla u isem kummerċjali

(e)

Kategorija ta' vettura approvata

(f)

Għadd totali ta' reġistrazzjonijiet ġodda

(g)

Massa fi stat operattiv

(h)

Emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 (ikkombinati)

Valur tal-NEDC sal-31 ta' Diċembru 2020 ħlief għal vetturi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 5 u li għalihom il-valur tal-NEDC għandu jiġi stabbilit sal-31 ta' Diċembru 2022 f'konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1153

Emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 (ikkombinati)

Valur tad-WLTP

(i)

Distanza bejn il-fusien

Wisa' bejn ir-roti tal-fus tal-istering (Fus 1)

Wisa' bejn ir-roti tal-fus l-ieħor (Fus 2)

(j)

Tip ta' fjuwil

Modalità tal-fjuwil

(k)

Kapaċità tal-magna (cm3)

(l)

Konsum ta' enerġija elettrika (Wh/km)

(m)

Kodiċi tal-innovazzjoni(jiet) ekoloġika/ċi

Total NEDC tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta' CO2 bis-saħħa tal-ekoinnovazzjoni(jiet) sal-31 ta' Diċembru 2020

Total WLTP tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta' CO2 bis-saħħa tal-ekoinnovazzjoni(jiet)

(n)

Potenza netta massima

(o)

Numru ta' identifikazzjoni tal-vettura

(p)

Massa tat-test WLTP;

(q)

Fattur tad-devjazzjoni De (meta disponibbli)

Fattur ta' verifika (meta disponibbli)

(r)

Kategorija ta' vettura rreġistrata

(s)

Numru ta' identifikazzjoni tal-familja tal-vettura

(t)

Awtonomija elettrika, fejn disponibbli


(1)  Il-kodiċijiet ISO 3166 alpha-2 ħlief għall-Greċja u għar-Renju Unit, li l-kodiċijiet tagħhom huma “EL” u “UK” rispettivament.

(2)  Fil-każ ta' approvazzjoni nazzjonali tat-tip ta' serje żgħira (NSS – national small series) jew approvazzjoni individwali (IVA – individual approvals), l-isem tal-manifattur għandu jiġi pprovdut fil-kolonna “Isem il-manifattur fir-reġistru tal-Istat Membru” filwaqt li fil-kolonna “Isem il-manifattur – Denominazzjoni standard tal-UE” għandu jiġi indikat wieħed minn dawn li ġejjin: “AA-NSS” jew “AA-IVA”, skont il-każ.


ANNESS III

MONITORAĠĠ U RAPPURTAR TA' EMISSJONIJIET MINN VETTURI KUMMERĊJALI ĦFIEF ĠODDA

A.   Ġbir ta' data dwar vetturi kummerċjali ħfief ġodda u determinazzjoni tal-informazzjoni dwar il-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' CO2

1.   Data dettaljata

1.1.   Vetturi kompluti rreġistrati bħala N1

Fil-każ tal-vetturi kompluti bl-approvazzjoni tat-tip tal-KE rreġistrati bħala N1, l-Istati Membri għandhom, għal kull sena kalendarja, jirreġistraw id-data dettaljata li ġejja għal kull vettura kummerċjali ħafifa ġdida l-ewwel darba li tiġi rreġistrata fit-territorju tagħhom:

(a)

il-manifattur;

(b)

in-numru tal-approvazzjoni tat-tip u l-estensjoni tiegħu;

(c)

it-tip, il-varjant u l-verżjoni;

(d)

l-għamla;

(e)

il-kategorija ta' vettura approvata;

(f)

il-kategorija ta' vettura rreġistrata;

(g)

l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 (NEDC u WLTP);

(h)

il-massa fi stat operattiv;

(i)

il-massa bit-tagħbija massima teknikament permissibbli;

(j)

il-footprint: it-tul bejn il-fusien u l-wisa' bejn rota u oħra tal-fus tat-tidwir u tal-fusien l-oħrajn;

(k)

it-tip ta' fjuwil u l-modalità tal-fjuwil;

(l)

il-kapaċità tal-magna;

(m)

il-konsum ta' enerġija elettrika;

(n)

il-kodiċi tat-teknoloġija innovattiva jew tal-grupp ta' teknoloġiji innovattivi u t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 bis-saħħa ta' dik it-teknoloġija (NEDC u WLTP);

(o)

in-numru ta' identifikazzjoni tal-vettura;

(p)

il-massa tat-test WLTP;

(q)

il-fatturi ta' devjazzjoni u ta' verifika msemmija fil-punt 3.2.8 tal-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1152;

(r)

in-numru tal-identifikazzjoni tal-familja tal-magna stabbilit skont il-punt 5.0 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151;

(s)

l-awtonomija elettrika, jekk applikabbli.

L-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, skont l-Artikolu 7, id-data kollha elenkata f'dan il-punt, fil-format kif speċifikat fit-Taqsima 2 tal-Parti C ta' dan l-Anness.

1.2.   Vetturi approvati fi proċess b'diversi stadji u rreġistrati bħala vetturi N1

Fil-każ ta' vetturi li jkunu għaddew minn diversi stadji u rreġistrati bħala vetturi N1, għal kull sena kalendarja l-Istati Membri għandhom jirreġistraw id-data dettaljata li ġejja fir-rigward ta':

(a)

il-vettura bażi (inkompleta): id-data speċifikata fil-punti (a), (b), (c), (d), (e), (g), (h), (i), (n) u (o) tal-punt 1.1, jew, minflok id-data speċifikata fil-punti (h) u (i), il-massa miżjuda prestabbilita pprovduta bħala parti mill-informazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip speċifikata fil-punt 2.17.2 tal-Anness I tad-Direttiva 2007/46/KE;

(b)

il-vettura bażi (kompluta): id-data speċifikata fil-punti (a), (b), (c), (d), (e), (g), (h), (i), (n) u (o) tal-punt 1.1;

(c)

il-vettura kompletata: id-data speċifikata fil-punti (a), (f), (g), (h), (j), (k), (l), (m), u (o) tal-punt 1.1.

Jekk id-data msemmija fil-punt (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu ma tkunx tista' tiġi pprovduta għall-vettura bażi, l-Istat Membru għandu minflok jipprovdi d-data dwar il-vettura kompletata.

Il-format stipulat fit-Taqsima 2 tal-Parti C għandu jintuża għall-vetturi N1 kompletati.

In-numru ta' identifikazzjoni tal-vettura msemmi fil-punt (o) tal-punt 1.1 ma għandux jiġi ppubblikat.

2.   Id-dettalji msemmija fil-punt 1 għandhom jittieħdu miċ-ċertifikat ta' konformità. Fil-każ ta' vetturi li jużaw żewġ tipi ta' fjuwil (petrol/gass) u li jkollhom ċertifikati ta' konformità li juru valuri għall-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 għaż-żewġ tipi ta' fjuwil, l-Istati Membri għandhom jużaw biss il-valur imkejjel għall-gass.

3.   Għal kull sena kalendarja, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu:

(a)

l-għadd totali ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda soġġetti għal approvazzjoni tat-tip tal-KE;

(b)

l-għadd totali ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda soġġetti għal approvazzjoni tat-tip b'diversi stadji, jekk disponibbli;

(c)

l-għadd totali ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda soġġetti għal approvazzjoni individwali;

(d)

l-għadd totali ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda soġġetti għall-approvazzjoni nazzjonali tat-tip f'serje żgħira.

B.   Il-metodoloġija biex tiġi stabbilita l-informazzjoni dwar il-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' CO2 għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda

It-tagħrif dwar il-monitoraġġ li l-Istati Membri jeħtieġ li jiddeterminaw skont il-punti 1 u 3 tal-Parti A għandu jiġi stabbilit skont il-metodu mogħti f'din il-Parti.

1.   L-għadd ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-għadd ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati fit-territorju tagħhom fis-sena ta' monitoraġġ rispettiva, u għandha ssir distinzjoni bejn il-vetturi soġġetti għal approvazzjoni tat-tip tal-KE, vetturi soġġetti għall-approvazzjoni individwali u vetturi soġġetti għall-approvazzjoni nazzjonali tat-tip f'serje żgħira u, fejn disponibbli, dawk il-vetturi soġġetti għall-approvazzjoni tat-tip li ssir f'diversi stadji.

2.   Vetturi kompletati

Fil-każ ta' vetturi mibnija f'diversi stadji, l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 ta' vetturi kompletati għandhom jiġu allokati lill-manifattur tal-vettura bażi.

Sabiex ikun żgurat li ċ-ċifri tal-emissjonijiet ta' CO2, tal-effiċjenza tal-fjuwil u tal-massa tal-vetturi kompletati jkunu rappreżentattivi, bla ma jitqiegħed piż eċċessiv fuq il-manifattur tal-vettura bażi, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proċedura ta' monitoraġġ speċifika u għandha, fejn xieraq, tagħmel l-emendi meħtieġa għal-leġiżlazzjoni rilevanti dwar l-approvazzjoni tat-tip.

Minkejja li għall-finijiet tal-kalkolu tal-mira tal-2020 skont il-punt 2 tal-Parti B tal-Anness I, għall-Parti C ta' dan l-Anness għandha tintuża l-massa miżjuda prestabbilita, meta l-valur ta' dik il-massa ma jkunx jista' jiġi stabbilit, il-massa fi stat operattiv tal-vettura kompluta tista' tintuża għall-kalkolu provviżorju tal-mira ta' emissjonijiet speċifika msemmija fl-Artikolu 7(4).

Fejn il-vettura bażi tkun vettura kompluta, il-massa fi stat operattiv ta' dik il-vettura għandha tintuża għall-kalkolu tal-mira ta' emissjonijiet speċifika. Madankollu, meta l-valur ta' dik il-massa ma jkunx jista' jiġi stabbilit, il-massa fi stat operattiv tal-vettura kompletata tista' tintuża għall-kalkolu provviżorju tal-mira ta' emissjonijiet speċifika.

C.   Il-formati għat-trażmissjoni tad-data

Għal kull sena, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw l-informazzjoni speċifikata fil-punti 1 u 3 tal-Parti A fil-format li ġej:

Taqsima 1

Data aggregata dwar il-monitoraġġ

Stat Membru (1)

 

Sena

 

Għadd totali ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda soġġetti għal approvazzjoni tat-tip tal-KE

 

Għadd totali ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda approvati individwalment

 

Għadd totali ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda soġġetti għall-approvazzjoni nazzjonali tat-tip f'serje żgħira

 

Għadd totali ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda soġġetti għal approvazzjoni tat-tip b'diversi stadji (meta disponibbli)

 


Taqsima 2

Data dettaljata dwar il-monitoraġġ — reġistrazzjoni ta' vettura waħda

Referenza għall-punt 1.1 tal-Parti A

Data dettaljata għal kull vettura rreġistrata (2)

(a)

Isem il-manifattur – Denominazzjoni standard tal-UE (3)

Isem il-manifattur – Dikjarazzjoni OEM

VETTURA KOMPLUTA/VETTURA BAŻI (4)

Isem il-manifattur – Dikjarazzjoni OEM

VETTURA KOMPLETATA (4)

Isem il-manifattur fir-reġistru tal-Istat Membru (3)

(b)

In-numru tal-approvazzjoni tat-tip u l-estensjoni tiegħu

(c)

Tip

Varjant

Verżjoni

(d)

Għamla

(e)

Kategorija ta' vettura approvata

(f)

Kategorija ta' vettura rreġistrata

(g)

Emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 (ikkombinati)

valur NEDC sal-31 ta' Diċembru 2020

Emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 (ikkombinati)

valur WLTP

(h)

Massa fi stat operattiv

VETTURA BAŻI

Massa fi stat operattiv

VETTURA KOMPLETATA/VETTURA KOMPLUTA

(i) (5)

Massa bit-tagħbija massima teknikament permissibbli

(j)

Distanza bejn il-fusien

Wisa' tal-fus tal-istering (Fus 1)

Wisa' tal-fus l-ieħor (Fus 2)

(k)

Tip ta' fjuwil

Modalità tal-fjuwil

(l)

Kapaċità tal-magna (cm3)

(m)

Konsum ta' enerġija elettrika (Wh/km)

(n)

Kodiċi tal-innovazzjoni(jiet) ekoloġika/ċi

Total NEDC tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta' CO2 bis-saħħa tal-ekoinnovazzjoni(jiet) sal-2020 inkluża

Total WLTP tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta' CO2 bis-saħħa tal-ekoinnovazzjoni(jiet)

(o)

Numru ta' identifikazzjoni tal-vettura

(p)

Massa tat-test WLTP;

(q)

Fattur ta' devjazzjoni De (jekk disponibbli)

Fattur ta' verifika (jekk disponibbli)

(r)

Numru ta' identifikazzjoni tal-familja tal-vettura

(s)

Awtonomija elettrika, jekk disponibbli

Il-punt 2.17.2 tal-Anness I tad-Direttiva 2007/46/KE (6)

Massa miżjuda prestabbilita (meta applikabbli fil-każ ta' vetturi li jkunu għaddew minn diversi stadji)


(1)  Il-kodiċijiet ISO 3166 alpha-2 ħlief għall-Greċja u għar-Renju Unit, li l-kodiċijiet tagħhom huma “EL” u “UK” rispettivament.

(2)  Fejn, fil-każ ta' vetturi li jkunu għaddew minn diversi stadji, ma tkunx tista' tiġi pprovduta data għall-vettura bażi, l-Istat Membru għandu minn tal-inqas jipprovdi d-data speċifikata f'dan il-format għall-vettura kompletata.

(3)  Fil-każ tal-approvazzjoni nazzjonali tat-tip ta' serje żgħira (NSS – national small series) jew approvazzjoni individwali (IVA – individual approvals), l-isem tal-manifattur għandu jiġi pprovdut fil-kolonna “Isem il-manifattur fir-reġistru tal-Istat Membru” filwaqt li fil-kolonna “Isem il-manifattur – Denominazzjoni standard tal-UE” għandu jiġi indikat wieħed minn dawn li ġejjin: “AA-NSS” jew “AA-IVA”, skont il-każ.

(4)  Fil-każ ta' vetturi li jkunu għaddew minn diversi stadji għandu jiġi indikat il-manifattur tal-vettura bażi (inkompleta/kompluta). Jekk il-manifattur tal-vettura bażi ma jkunx disponibbli, għandu jiġi indikat biss il-manifattur tal-vettura kompletata.

(5)  Fil-każ ta' vetturi li jkunu għaddew minn diversi stadji, għandha tiġi indikata l-massa bit-tagħbija massima teknikament permissibbli tal-vettura bażi.

(6)  Fil-każ ta' vetturi li jkunu għaddew minn diversi stadji, il-massa fi stat operattiv u l-massa bit-tagħbija massima teknikament permissibbli tal-vettura bażi jistgħu jiġu sostitwiti mill-massa miżjuda prestabbilita speċifikata fl-informazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip skont il-punt 2.17.2 tal-Anness I tad-Direttiva 2007/46/KE.


ANNESS IV

REGOLAMENTI MĦASSRA FLIMKIEN MA' LISTA TAL-EMENDI SUĊĊESSIVI TAGĦHOM

Ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 397/2013

(ĠU L 120, 1.5.2013, p. 4)

Ir-Regolament (UE) Nru 333/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 103, 5.4.2014, p. 15)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/6

(ĠU L 3, 7.1.2015, p. 1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1502

(ĠU L 221, 26.8.2017, p. 4)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/649

(ĠU L 108, 27.4.2018, p. 14)

Ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 145, 31.5.2011, p. 1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 205/2012

(ĠU L 72, 10.3.2012, p. 2)

Ir-Regolament (UE) Nru 253/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 84, 20.3.2014, p. 38)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2014

(ĠU L 121, 24.4.2014, p. 1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/748

(ĠU L 113, 29.4.2017, p. 9)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1499

(ĠU L 219, 25.8.2017, p. 1)


ANNESS V

TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Ir-Regolament (KE) Nru 443/2009

Ir-Regolament (UE) Nru 510/2011

Dan ir-Regolament

Artikolu 1, l-ewwel paragrafu

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(1)

Artikolu 1, it-tieni paragrafu

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(2)

Artikolu 1, it-tielet paragrafu

Artikolu 1(3)

Artikolu 1(4)

Artikolu 1(5)

Artikolu 1(6)

Artikolu 1(7)

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(3)

Artikolu 2(3)

Artikolu 2(3)

Artikolu 2(4)

Artikolu 2(4)

Artikolu 2(4)

Artikolu 3(1), il-kliem introduttorju

Artikolu 3(1), il-kliem introduttorju

Artikolu 3(1), il-kliem introduttorju

Artikolu 3(1), il-punti (a) u (b)

Artikolu 3(1), il-punti (a) u (b)

Artikolu 3(1), il-punti (a) u (b)

Artikolu 3(1), il-punti (c), (d) u (e)

Artikolu 3(1), il-punti (c), (d) u (e)

Artikolu 3(1), il-punti (c) u (d)

Artikolu 3(1), il-punti (f) u (g)

Artikolu 3(1), il-punti (f) u (g)

Artikolu 3(1), il-punt (f)

Artikolu 3(1), il-punt (h)

Artikolu 3(1), il-punt (h)

Artikolu 3(1), il-punt (e)

Artikolu 3(1), il-punt (j)

Artikolu 3(1), il-punt (i)

Artikolu 3(1), il-punt (g)

Artikolu 3(1), il-punt (i)

Artikolu 3(1), il-punt (j)

Artikolu 3(1), il-punti (k), (l) u (m)

 

Artikolu 3(1), il-punt (k)

Artikolu 3(1), il-punt (n)

Artikolu 3(2)

Artikolu 3(2)

Artikolu 3(2)

Artikolu 4, l-ewwel paragrafu

Artikolu 4, l-ewwel paragrafu

Artikolu 4(1), il-kliem introduttorju u l-punti (a) u (b)

Artikolu 4(1), il-punt (c)

Artikolu 4, it-tieni paragrafu

Artikolu 4(2)

Artikolu 4, it-tieni paragrafu

Artikolu 4, it-tielet paragrafu

Artikolu 4(3)

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 5a

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 6

Artikolu 7(1)

Artikolu 7(1)

Artikolu 6(1)

Artikolu 7(2), il-punti (a), (b) u (c)

Artikolu 7(2), il-punti (a), (b) u (c)

Artikolu 6(2), il-punti (a), (b) u (c)

Artikolu 6(2), il-punt (d)

Artikolu 7(3)

Artikolu 7(3)

Artikolu 6(3)

Artikolu 7(4)

Artikolu 7(4)

Artikolu 6(4)

Artikolu 7(5)

Artikolu 7(5)

Artikolu 6(5)

Artikolu 7(6)

Artikolu 7(6)

Artikolu 6(6)

Artikolu 7(7)

Artikolu 7(7)

Artikolu 6(7)

Artikolu 8(1)

Artikolu 8(1)

Artikolu 7(1)

Artikolu 8(2)

Artikolu 8(2)

Artikolu 7(2)

Artikolu 8(3)

Artikolu 8(3)

Artikolu 7(3)

Artikolu 8(4), l-ewwel u t-tieni subparagrafi

Artikolu 8(4), l-ewwel u t-tieni subparagrafi

Artikolu 7(4), l-ewwel u t-tieni subparagrafi

Artikolu 8(4), it-tielet subparagrafu

Artikolu 8(4), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 7(4), it-tielet subparagrafu

Artikolu 8(5), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 8(5)

Artikolu 7(5), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 8(5), it-tieni subparagrafu

Artikolu 8(6)

Artikolu 7(5), it-tieni subparagrafu

Artikolu 8(6)

Artikolu 8(7)

Artikolu 8(7)

Artikolu 8(8)

Artikolu 7(6), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 7(6), it-tieni subparagrafu

Artikolu 8(8)

Artikolu 8(9), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 8(9), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 7(7)

Artikolu 8(9), it-tieni subparagrafu

Artikolu 8(9), it-tieni subparagrafu

Artikolu 7(8)

Artikolu 7(9)

Artikolu 7(10)

Artikolu 8(10)

Artikolu 7(11)

Artikolu 9(1)

Artikolu 9(1)

Artikolu 8(1)

Artikolu 9(2), l-ewwel subparagrafu, il-kliem introduttorju

Artikolu 9(2), l-ewwel subparagrafu, il-kliem introduttorju

Artikolu 8(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel parti

Artikolu 9(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a)

Artikolu 9(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a)

Artikolu 9(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b)

Artikolu 9(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b)

Artikolu 8(2), l-ewwel subparagrafu, it-tieni parti

Artikolu 9(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 9(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 8(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 9(3)

Artikolu 9(3)

Artikolu 8(3)

Artikolu 9(4)

Artikolu 9(4)

Artikolu 8(4)

Artikolu 10(1), il-kliem introduttorju

Artikolu 10(1), il-kliem introduttorju

Artikolu 9(1), il-kliem introduttorju

Artikolu 10(1), il-punti (a) sa (e)

Artikolu 10(1), il-punti (a) sa (e)

Artikolu 9(1), il-punti (a) sa (e)

Artikolu 9(1), il-punt (f)

Artikolu 10(2)

Artikolu 10(2)

Artikolu 9(2)

Artikolu 9(3)

Artikolu 11(1)

Artikolu 11(1)

Artikolu 10(1)

Artikolu 11(2)

Artikolu 11(2)

Artikolu 10(2)

Artikolu 11(3)

Artikolu 11(3)

Artikolu 10(3), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 10(3), it-tieni subparagrafu

Artikolu 11(4), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 10(4), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 11(4), it-tieni subparagrafu, il-kliem introduttorju

Artikolu 10(4), it-tieni subparagrafu, il-kliem introduttorju

Artikolu 11(4), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)

Artikolu 10(4), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)

Artikolu 11(4), it-tieni subparagrafu, il-punt (b)

Artikolu 11(4), it-tieni subparagrafu, il-punt (c)

Artikolu 10(4), it-tieni subparagrafu, il-punt (b)

Artikolu 10(4), it-tieni subparagrafu, il-punt (c)

Artikolu 11(4), it-tielet u r-raba' subparagrafi

Artikolu 10(4), it-tielet u r-raba' subparagrafi

Artikolu 11(5)

Artikolu 11(4)

Artikolu 10(5)

Artikolu 11(6)

Artikolu 11(5)

Artikolu 10(6)

Artikolu 11(7)

Artikolu 11(6)

Artikolu 10(7)

Artikolu 11(8)

Artikolu 11(7)

Artikolu 10(8)

Artikolu 11(9)

Artikolu 11(8)

Artikolu 10(9)

Artikolu 12(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 12(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 11(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 12(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 11(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 12(1), it-tielet subparagrafu

Artikolu 12(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 11(1), it-tielet subparagrafu

Artikolu 11(1), ir-raba' subparagrafu

Artikolu 12(2)

Artikolu 12(2)

Artikolu 11(2), il-kliem introduttorju, il-punti (a), (b) u (c) u l-punt (d), l-ewwel parti

Artikolu 11(2), il-punt (d), l-aħħar parti

Artikolu 12(3)

Artikolu 12(3)

Artikolu 11(3)

Artikolu 12(4)

Artikolu 12(4)

Artikolu 11(4)

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 13(1)

Artikolu 13(1)

Artikolu 14, titolu

Artikolu 14(1), l-ewwel subparagrafu, il-kliem introduttorju

Artikolu 13(2), l-ewwel u t-tieni subparagrafi

Artikolu 14(1), il-punt (a)

Artikolu 13(5)

Artikolu 14(1), il-punt (b)

 

 

Artikolu 14(1), il-punti (c) u (d)

Artikolu 13(2), it-tielet subparagrafu

Artikolu 13(5)

Artikolu 14(2)

Artikolu 15(1)

Artikolu 15(2)

Artikolu 15(3)

Artikolu 13(2)

Artikolu 15(4), l-ewwel parti

Artikolu 13(3)

Artikolu 13(6), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 15(4), it-tieni parti

Artikolu 13(4)

Artikolu 13(4)

Artikolu 13(6), it-tieni subparagrafu

Artikolu 13(5)

Artikolu 13(6)

Artikolu 13(3)

Artikolu 15(5)

Artikolu 15(6)

Artikolu 13(7), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 13(6), it-tielet subparagrafu

Artikolu 15(7)

Artikolu 13(7), it-tieni subparagrafu

Artikolu 13(6), ir-raba' subparagrafu

Artikolu 15(8)

Artikolu 14(1)

Artikolu 14(1)

Artikolu 16(1)

Artikolu 14(2)

Artikolu 14(2)

Artikolu 16(2)

Artikolu 14(3)

Artikolu 14(2a)

Artikolu 16(3)

Artikolu 14a(1)

Artikolu 15(3)

Artikolu 17(1)

Artikolu 14a(2)

Artikolu 15(1)

Artikolu 17(2)

Artikolu 14a(3)

Artikolu 16

Artikolu 17(3)

Artikolu 14a(4)

Artikolu 15(2)

Artikolu 17(4)

Artikolu 14a(5)

Artikolu 17

Artikolu 17(5)

Artikolu 15

Artikolu 18

Artikolu 16

Artikolu 18

Artikolu 19

Anness I

Anness I, il-parti A, il-punti 1 sa 5

Anness I, il-parti A, il-punt 6

Anness I

Anness I, il-parti B, il-punti 1 sa 5

Anness I, il-parti B, il-punt 6

Anness II, il-parti A

Anness II, il-parti A

Anness II, il-parti B

Anness II, il-parti C

Anness II, il-parti B

Anness II

Anness III

Anness IV

Anness V


25.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 111/54


REGOLAMENT (UE) 2019/632 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-17 ta' April 2019

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 952/2013 biex jittawwal il-perjodu taż-żmien tal-użu tranżizzjonali ta' mezzi oħrajn minbarra t-tekniki tal-ipproċessar elettroniku tad-dejta previsti fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 33 u l-Artikolu 207 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (2) (“il-Kodiċi”), l-iskambji kollha tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali u bejn l-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet doganali, u l-ħażna tat-tali informazzjoni, għandhom isiru bl-użu ta' tekniki tal-ipproċessar elettroniku tad-dejta.

(2)

Madankollu, il-Kodiċi jippermetti li, matul perjodu tranżitorju, jintużaw mezzi oħrajn għall-iskambju u l-ħażna tal-informazzjoni minbarra t-tekniki tal-ipproċessar elettroniku tad-dejta msemmija fl-Artikolu 6(1) tiegħu, safejn is-sistemi elettroniċi meħtieġa għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi jkun għadhom mhumiex operattivi. Dak il-perjodu tranżitorju għandu jintemm sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2020.

(3)

F'konformità mal-Kodiċi, l-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-Kummissjoni biex jiżviluppaw, iżommu u jħaddmu sistemi elettroniċi għall-iskambju tal-informazzjoni doganali u għall-ħażna tagħha, u l-Kummissjoni għandha tfassal programm ta' ħidma dwar l-iżvilupp u l-attivazzjoni ta' dawk is-sistemi elettroniċi.

(4)

Il-Programm ta' Ħidma ġie stabbilit bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/578 (3). Dan fih lista ta' 17-il sistema elettronika li għandhom jiġu żviluppati għall-applikazzjoni tal-Kodiċi, mill-Istati Membri waħedhom (fil-każ ta' sistemi li jridu jiġu amministrati fil-livell nazzjonali – “sistemi nazzjonali”) jew inkella mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni f'kollaborazzjoni mill-qrib bejniethom (fil-każ ta' sistemi għall-Unjoni kollha, li xi wħud minnhom fihom kemm komponenti tal-Unjoni kollha u kemm komponenti nazzjonali – “sistemi trans-Ewropej”).

(5)

Il-Programm ta' Ħidma jistabbilixxi l-iskeda tal-ippjanar għall-implimentazzjoni ta' dawk is-sistemi nazzjonali u trans-Ewropej.

(6)

It-tranżizzjoni lejn użu komplet tas-sistemi elettroniċi għall-interazzjonijiet bejn l-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet doganali, u bejn l-awtoritajiet doganali, tippermetti li s-simplifikazzjonijiet previsti fil-Kodiċi jsiru kompletament effettivi, u dan jirriżulta fi skambju mtejjeb ta' informazzjoni bejn l-atturi, reġistrazzjoni aktar effettiva tal-wasla, tat-tranżitu u tal-ħruġ ta' merkanzija, rilaxx doganali ċentralizzat, u kontrolli doganali armonizzati fit-territorju doganali kollu tal-Unjoni, u b'hekk jitnaqqsu l-ispejjeż amministrattivi, il-burokrazija żejda, l-iżbalji u l-frodi fid-dikjarazzjonijiet doganali, u l-għażla opportunistika tal-punt ta' importazzjoni.

(7)

L-istabbiliment ta' sistemi elettroniċi jirrikjedi li kemm il-Kummissjoni kif ukoll l-Istati Membri jarmonizzaw l-elementi tad-dejta abbażi ta' mudelli tad-dejta aċċettati b'mod internazzjonali, kif jeżiġi l-Kodiċi, li jagħmlu investimenti, kemm mil-lat tal-ħin, kif ukoll mil-lat tal-flus u, f'ċerti każijiet, li jerġgħu jipprogrammaw għalkollox is-sistemi elettroniċi eżistenti. L-Istati Membri skedaw l-iżvilupp ta' dawk is-sistemi elettroniċi b'mod differenti, u dan wassal għal differenzi fiż-żmien tal-implimentazzjoni ta' dawk is-sistemi madwar l-Unjoni. Minħabba li s-sistemi elettroniċi huma interkonnessi sew bejniethom, huwa importanti li dawn jiddaħħlu fl-ordni t-tajba. Għalhekk, huwa inevitabbli li d-dewmien fl-iżvilupp ta' sistema partikulari jwassal għal dewmien fl-iżvilupp ta' sistemi oħrajn. Il-Kodiċi (inkluża d-data tal-31 ta' Diċembru 2020 bħala d-data meta għandhom jintemmu l-miżuri tranżizzjonali) ġie adottat fl-2013, iżda r-regoli li jissupplimentawh u li jimplimentawh, jiġifieri r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 (4), ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (5) u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/341 (6), ġew ippubblikati biss fl-2015 u fl-2016. Dan wassal għal dewmien fl-istabbiliment tal-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi meħtieġa biex jiġu żviluppati s-sistemi elettroniċi.

(8)

Għalkemm l-Artikolu 278 tal-Kodiċi jiffissa data ta' skadenza unika tal-31 ta' Diċembru 2020 għall-attivazzjoni tas-sistemi kollha msemmija f'dak l-Artikolu, u minkejja l-isforzi li saru mill-Unjoni u minn xi wħud mill-Istati Membri f'livelli baġitarji u operattivi biex jitlesta x-xogħol fil-limitu ta' żmien mogħti, sar evidenti li ċerti sistemi se jkunu jistgħu jintużaw biss b'mod parzjali sa dik id-data. Dan jimplika li xi sistemi li kienu jeżistu qabel se jkollhom ikomplu jintużaw wara dik id-data. Fin-nuqqas ta' emendi leġislattivi li jestendu dik l-iskadenza, il-kumpaniji u l-awtoritajiet doganali mhux se jkunu jistgħu jwettqu d-dmirijiet u l-obbligi legali tagħhom fir-rigward tal-operazzjonijiet doganali.

(9)

Jenħtieġ li x-xogħol fuq tliet gruppi ta' sistemi jitkompla wara l-31 ta' Diċembru 2020. L-ewwel grupp huwa magħmul minn sistemi elettroniċi nazzjonali kkonċernati minn notifiki tal-wasla, preżentazzjoni, dikjarazzjonijiet tal-ħażna temporanja u dikjarazzjonijiet doganali għall-merkanzija li tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Unjoni (inklużi l-Proċeduri Speċjali, bl-eċċezzjoni tal-ipproċessar passiv) li għandhom jiġu aġġornati jew mibnija sabiex jitqiesu ċerti rekwiżiti tal-Kodiċi, bħall-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti dwar id-dejta li trid tiddaħħal f'dawk is-sistemi. It-tieni grupp huwa magħmul minn sistemi elettroniċi eżistenti li għandhom jiġu aġġornati sabiex jitqiesu ċerti rekwiżiti tal-Kodiċi, bħall-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti dwar id-dejta li trid tiddaħħal fis-sistemi. Dan il-grupp huwa magħmul minn tliet sistemi trans-Ewropej (is-sistema li tittratta d-Dikjarazzjonijiet fil-Qosor tad-Dħul, is-sistema li tittratta t-tranżitu estern u intern, u s-sistema li tittratta l-merkanzija maħruġa mit-territorju doganali tal-Unjoni), u mis-Sistema Nazzjonali tal-Esportazzjoni (fosthom il-komponent tal-esportazzjoni tas-Sistema nazzjonali tal-Proċeduri Speċjali). It-tielet grupp huwa magħmul minn tliet sistemi trans-Ewropej ġodda (is-sistemi marbutin mal-garanziji għal dejn doganali potenzjali jew eżistenti, mal-istatus doganali tal-merkanzija, u mal-iżdoganar ċentralizzat). Fi sħubija mal-Istati Membri, il-Kummissjoni fasslet skeda taż-żmien iddettaljata sabiex dawk is-sistemi jiġu implimentati tul il-perjodu sa tmiem l-2025.

(10)

F'konformità mal-ippjanar il-ġdid għall-iżvilupp tas-sistemi elettroniċi, il-perjodu stabbilit fil-Kodiċi li matulu jistgħu jintużaw, fuq bażi tranżizzjonali, mezzi oħrajn għall-iskambju u l-ħażna tal-informazzjoni minbarra t-tekniki tal-ipproċessar elettroniku tad-dejta msemmijin fl-Artikolu 6(1) tiegħu, jista' jittawwal sal-2022 fir-rigward tal-ewwel grupp u sal-2025 fir-rigward tat-tieni u tielet gruppi ta' sistemi elettroniċi.

(11)

Għas-sistemi l-oħrajn li jridu jiġu stabbiliti għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Kodiċi, jenħtieġ li tibqa' tapplika d-data ġenerali tal-31 ta' Diċembru 2020 għat-tmiem tal-użu tal-mezzi għall-iskambju u l-ħażna tal-informazzjoni minbarra t-tekniki tal-ipproċessar elettroniku tad-dejta msemmijin fl-Artikolu 6(1) tiegħu.

(12)

Sabiex il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu jistgħu jimmonitorjaw l-attivazzjoni tas-sistemi elettroniċi kollha meħtieġa għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi msemmija fl-Artikolu 278 tiegħu, il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrapporta regolarment dwar il-progress miksub u dwar l-ilħuq tal-objettivi interim fi ħdan l-iskeda ppjanata. Jenħtieġ li l-Istati Membri, jipprovdu l-informazzjoni xierqa lill-Kummissjoni għal dan il-għan darbtejn fis-sena. Ladarba s-sistemi elettroniċi kollha jkunu operattivi, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta jekk dawk is-sistemi humiex adatti għall-iskop permezz ta' kontroll tal-idoneità li għandu jitnieda fi żmien sena mill-ewwel data li fiha dawk is-sistemi jkunu kollha operattivi.

(13)

Għalhekk jenħtieġ li l-Kodiċi jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 952/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Artikolu 278 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 278

Miżuri tranżitorji

1.   Sa mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2020, il-mezzi għall-iskambju u l-ħażna tal-informazzjoni, għajr it-tekniki tal-ipproċessar elettroniku tad-data msemmijin fl-Artikolu 6(1), jistgħu jintużaw fuq bażi tranżizzjonali meta s-sistemi elettroniċi li jkunu meħtieġa għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi, minbarra dawk imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu jkun għadhom mhumiex operattivi.

2.   Sa mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2022, mezzi għajr it-tekniki tal-ipproċessar elettroniku tad-dejta msemmijin fl-Artikolu 6(1) jistgħu jintużaw fuq bażi tranżizzjonali, meta s-sistemi elettroniċi meħtieġa għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi li ġejjin ikun għadhom mhumiex operattivi:

(a)

id-dispożizzjonijiet dwar in-notifika tal-wasla, dwar il-preżentazzjoni u dwar id-dikjarazzjonijiet tal-ħażna temporanja stabbiliti fl-Artikoli 133, 139, 145 u 146; u

(b)

id-dispożizzjonijiet relatati mad-dikjarazzjoni doganali għal merkanzija li tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Unjoni stabbiliti fl-Artikoli 158, 162, 163, 166, 167, 170 sa 174, 201, 240, 250, 254 u 256.

3.   Sa mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2025, mezzi għajr it-tekniki tal-ipproċessar elettroniku tad-dejta msemmijin fl-Artikolu 6(1) jistgħu jintużaw fuq bażi tranżizzjonali meta s-sistemi elettroniċi meħtieġa għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi li ġejjin ikun għadhom mhumiex operattivi:

(a)

id-dispożizzjonijiet dwar il-garanziji għal dejn doganali potenzjali jew eżistenti stabbiliti fil-punt (b) tal-Artikolu 89(2) u fl-Artikolu 89(6);

(b)

id-dispożizzjonijiet dwar id-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u l-analiżi tar-riskju stabbiliti fl-Artikoli 46, 47, 127, 128 u 129;

(c)

id-dispożizzjonijiet dwar l-istatus doganali tal-merkanzija stabbiliti fl-Artikolu 153(2);

(d)

id-dispożizzjonijiet dwar ir-rilaxx ċentralizzat stabbiliti fl-Artikolu 179;

(e)

id-dispożizzjonijiet dwar it-tranżitu stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 210, fl-Artikolu 215(2) u fl-Artikoli 226, 227, 233 u 234; u

(f)

id-dispożizzjonijiet dwar l-ipproċessar passiv, id-dikjarazzjonijiet ta' qabel it-tluq, il-formalitajiet tal-ħruġ tal-merkanzija, l-esportazzjoni tal-merkanzija tal-Unjoni, l-esportazzjoni mill-ġdid ta' merkanzija mhux tal-Unjoni u d-dikjarazzjonijiet fil-qosor għall-ħruġ ta' merkanzija barra mit-territorju doganali tal-Unjoni stabbiliti fl-Artikoli 258, 259, 263, 267, 269, 270, 271, 272, 274 u 275.”.

(2)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 278a

Obbligi ta' rappurtar

1.   Sal-31 ta' Diċembru 2019 u kull sena minn hemm 'il quddiem sad-data meta s-sistemi elettroniċi msemmija fl-Artikolu 278 isiru kompletament operattivi, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress fl-iżvilupp ta' dawk is-sistemi elettroniċi.

2.   Ir-rapport annwali għandu jivvaluta l-progress tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri fl-iżvilupp ta' kull waħda mis-sistemi elettroniċi, filwaqt li jittieħdu inkonsiderazzjoni b'mod partikolari l-istadji importanti li ġejjin:

(a)

id-data tal-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-komunikazzjoni esterna tas-sistema elettronika;

(b)

il-perjodu tat-testijiet tal-konformità mal-operaturi ekonomiċi; u

(c)

id-dati mistennija u attwali tal-attivazzjoni tas-sistemi elettroniċi.

3.   Jekk il-valutazzjoni turi li l-progress mhuwiex sodisfaċenti, ir-rapport għandu jiddeskrivi wkoll l-azzjonijiet ta' mitigazzjoni li għandhom jittieħdu biex tiġi żgurata l-attivazzjoni tas-sistemi elettroniċi qabel ma jintemmu l-perjodi tranżizzjonali applikabbli.

4.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, darbtejn fis-sena, tabella aġġornata dwar il-progress tagħhom stess fl-iżvilupp u l-użu tas-sistemi elettroniċi. Il-Kummissjoni għandha tippubblika tali informazzjoni aġġornata fuq is-sit web tagħha.”.

(3)

L-Artikolu 279 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 279

Delega tas-setgħa

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 284, li jispeċifikaw ir-regoli dwar l-iskambju u l-ħażna tad-dejta fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 278.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, is-17 ta' April 2019.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

G. CIAMBA


(1)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-9 ta' April 2019.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/578 tal-11 ta' April 2016 li tistabbilixxi Programm ta' Ħidma relatat mal-iżvilupp u t-tnedija tas-sistemi elettroniċi previsti fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 99, 15.4.2016, p. 6).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).

(6)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/341 tas-17 ta' Diċembru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli tranżizzjonali għal ċerti dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni fejn is-sistemi rilevanti għadhom ma sarux operazzjonali u li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 (ĠU L 69, 15.3.2016, p. 1).


Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jilqgħu r-Rapport Speċjali Nru 26/2018 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri bit-titolu “Bosta dewmien fis-Sistemi tal-IT doganali: x'mar ħażin?” u rapporti rilevanti oħra reċenti fil-qasam tad-dwana, li taw lill-koleġislaturi ħarsa ġenerali aħjar lejn il-kawżi għad-dewmien fl-implimentazzjoni tas-sistemi tal-IT meħtieġa għat-titjib tal-operazzjonijiet doganali fl-UE.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iqisu li kwalunkwe awditu futur mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri li jivvaluta r-rapporti mħejjija mill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 278a tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni jista' jikkontribwixxi b'mod pożittiv biex jiġi evitat aktar dewmien.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iqisu bis-sħiħ dawn l-awditi.


DIRETTIVI

25.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 111/59


DIRETTIVA (UE) 2019/633 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-17 ta' April 2019

dwar prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet bejn in-negozji fil-katina tal-provvista agrikola u alimentari

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Fil-katina tal-provvista agrikola u alimentari, ta' spiss ikun hemm żbilanċi sinifikanti fis-saħħa tan-negozjar bejn il-fornituri u x-xerrejja ta' prodotti agrikoli u alimentari. Dawk l-iżbilanċi fis-saħħa tan-negozjar x'aktarx li jwasslu għal prattiki kummerċjali inġusti meta sħab kummerċjali akbar u b'aktar saħħa jippruvaw jimponu ċerti prattiki jew arranġamenti kuntrattwali fir-rigward ta' transazzjoni ta' bejgħ li jkunu għall-vantaġġ tagħhom. Tali prattiki jistgħu pereżempju: jiddevjaw bil-kbir minn imġiba kummerċjali korretta, imorru kontra l-bona fide u n-negozjar ġust u jiġu imposti b'mod unilaterali minn sieħeb kummerċjali fuq ieħor; jimponu trasferiment inġustifikat u sproporzjonat tar-riskju ekonomiku minn fuq sieħeb kummerċjali għal fuq ieħor; jew jimponu żbilanċ sinifikanti ta' drittijiet u obbligi fuq wieħed mis-sħab kummerċjali. Ċerti prattiki jistgħu jkunu manifestament inġusti anki meta ż-żewġ partijiet jaqblu dwarhom. Jenħtieġ li jiġi introdott standard minimu tal-Unjoni għall-protezzjoni minn prattiki kummerċjali inġusti biex titnaqqas l-okkorrenza ta' dawn il-prattiki li x'aktarx ikollhom impatt negattiv fuq l-istandards ta' għajxien tal-komunità agrikoli. L-approċċ ta' armonizzazzjoni minima f'din id-Direttiva jippermetti lill-Istati Membri jadottaw jew iżommu regoli nazzjonali li jmorru lil hinn mill-prattiki kummerċjali inġusti elenkati f'din id-Direttiva.

(2)

Tliet publikazzjonijiet tal-Kummissjoni mill-2009 (il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ottubru 2009 dwar il-katina tal-provvista alimentari fl-Ewropa li taħdem aħjar, il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Lulju 2014 dwar l-indirizzar ta' prattiki kummerċjali żleali fil-katina ta' provvista alimentari bejn in-negozji, u r-rapport tal-Kummissjoni tad-29 ta' Jannar 2016 dwar il-prattiki kummerċjali żleali fil-katina ta' provvista alimentari bejn in-negozji) iffukaw fuq l-operat tal-katina tal-provvista alimentari, inkluż l-okkorrenza ta' prattiki kummerċjali inġusti. Il-Kummissjoni ssuġġeriet karatteristiċi mixtieqa għall-oqfsa ta' governanza nazzjonali u volontarji biex jiġu indirizzati l-prattiki kummerċjali inġusti fil-katina tal-provvista alimentari. Minħabba l-fatt li mhux dawk il-karatteristiċi kollha saru parti mill-qafas legali jew r-reġimi ta' governanza volontarji fl-Istati Membri, l-okkorrenza ta' tali prattiki baqgħet taħt il-lenti fid-dibattitu politiku fl-Unjoni.

(3)

Fl-2011, il-Forum ta' Livell Għoli mmexxi mill-Kummissjoni dwar it-Titjib tal-Funzjonament tal-Katina tal-Provvista tal-Ikel approva sett ta' prinċipji ta' prattika tajba f'relazzjonijiet vertikali fil-katina tal-provvista alimentari, li ġie maqbul minn organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-maġġoranza tal-operaturi fil-katina tal-provvista alimentari. Dawn il-prinċipji saru l-bażi tal-Inizjattiva tal-Katina tal-Provvista mnedija fl-2013.

(4)

Il-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Ġunju 2016 dwar prattiki kummerċjali inġusti fil-katina tal-provvista tal-ikel (4), stieden lill-Kummissjoni tressaq proposta għal qafas legali tal-Unjoni dwar prattiki kummerċjali inġusti. Il-Kunsill, fil-konklużjonijiet tiegħu tat-12 ta' Diċembru 2016 dwar it-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-provvista tal-ikel u l-indirizzar ta' prattiki kummerċjali inġusti, stieden lill-Kummissjoni twettaq, fi żmien xieraq, valutazzjoni tal-impatt bil-ħsieb li jiġu proposti qafas leġislattiv tal-Unjoni jew miżuri mhux leġislattivi sabiex jiġu indirizzati prattiki kummerċjali inġusti. Il-Kummissjoni ħejjiet valutazzjoni tal-impatt, li kienet preċeduta minn konsultazzjoni pubblika miftuħa kif ukoll konsultazzjonijiet immirati. Barra minn hekk, waqt il-proċess leġislattiv il-Kummissjoni pprovdiet informazzjoni li turi li operaturi kbar jirrappreżentaw sehem konsiderevoli tal-valur ġenerali tal-produzzjoni.

(5)

Operaturi differenti huma attivi fil-katina tal-provvista agrikola u alimentari f'diversi stadji tal-produzzjoni, l-ipproċessar, il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni u l-bejgħ bl-imnut ta' prodotti agrikoli u alimentari. Dik il-katina hija bil-bosta l-aktar kanal importanti li minnu l-prodotti agrikoli u alimentari jaslu mill-“għalqa sal-platt”. Dawk l-operaturi jinnegozjaw prodotti agrikoli u alimentari, jiġifieri prodotti agrikoli primarji, inkluż prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, kif elenkati fl-Anness I tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u prodotti mhux elenkati f'dak l-Anness iżda pproċessati sabiex jintużaw bħala ikel bl-użu ta' prodotti elenkati f'dak l-Anness.

(6)

Filwaqt li r-riskju tan-negozju huwa inerenti fl-attività ekonomika kollha, il-produzzjoni agrikola hija partikularment miżgħuda bl-inċertezza minħabba d-dipendenza tagħha fuq proċessi bijoloġiċi u l-esponiment tagħha għall-kundizzjonijiet tat-temp. Dik l-inċertezza hija aggravata mill-fatt li l-prodotti agrikoli u alimentari huma xi ftit jew wisq suxxettibbli għat-tħassir u staġjonali. F'ambjent ta' politika agrikola deċiżament aktar orjentat lejn is-suq milli kien fil-passat, il-protezzjoni minn prattiki kummerċjali inġusti saret aktar importanti għall-operaturi attivi fil-katina tal-provvista agrikola u alimentari.

(7)

B'mod partikolari, tali prattiki kummerċjali inġusti aktarx li jkollhom impatt negattiv fuq l-istandards ta' għajxien tal-komunità agrikola. Dak l-impatt huwa mifhum li huwa jew dirett, peress li jikkonċerna produtturi agrikoli u l-organizzazzjonijiet tagħhom bħala fornituri, jew inkella indirett, b'effett kaskata tal-konsegwenzi tal-prattiki kummerċjali inġusti li jseħħu fil-katina tal-provvista agrikola u alimentari b'mod li jaffettwaw negattivament lill-produtturi primarji f'dik il-katina.

(8)

Il-maġġoranza tal-Istati Membri, iżda mhux kollha, għandhom regoli nazzjonali speċifiċi li jipproteġu l-fornituri minn prattiki kummerċjali inġusti li jseħħu fir-relazzjonijiet minn bejn in-negozji fil-katina tal-provvista agrikola u alimentari. Fejn ir-rikors għad-dritt kuntrattwali jew inizjattivi awtoregolatorji jkun possibbli, il-biża' ta' ritaljazzjoni kummerċjali kontra lmentatur, kif ukoll ir-riskji finanzjarji involuti fil-kontestazzjoni ta' tali prattiki, jillimitaw il-valur prattiku ta' dawk il-forom ta' rimedju. Għalhekk, ċerti Stati Membri li għandhom regoli speċifiċi dwar prattiki kummerċjali inġusti jafdaw l-infurzar ta' tali regoli f'idejn l-awtoritajiet amministrattivi. Madankollu, ir-regoli tal-Istati Membri dwar prattiki kummerċjali inġusti - sa fejn jeżistu - huma kkaratterizzati minn diverġenza sinifikanti.

(9)

L-għadd u d-daqs tal-operaturi jvarjaw tul l-istadji differenti tal-katina tal-provvista agrikola u alimentari. Differenzi fis-saħħa tan-negozjar, li jikkorrispondu għad-dipendenza ekonomika tal-fornitur fuq ix-xerrej, x'aktarx li jwasslu lill-operaturi akbar biex jimponu prattiki kummerċjali inġusti fuq operaturi iżgħar. Approċċ dinamiku, li jkun ibbażat fuq id-daqs relattiv tal-fornitur u tax-xerrej f'termini ta' fatturat, jenħtieġ li jipprovdi protezzjoni minn prattiki kummerċjali inġusti li tkun aħjar għal dawk l-operaturi li għandhom l-aktar bżonnha. Prattiki kummerċjali inġusti huma partikolarment ta' ħsara għall-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) fil-katina tal-provvista agrikola u alimentari. Jenħtieġ li intrapriżi li jkunu akbar minn SMEs iżda b'fatturat annwali li ma jaqbiżx EUR 350 000 000, jiġu wkoll protetti minn prattiki kummerċjali inġusti biex jiġu evitati li l-ispejjeż ta' tali prattiki tgħaddi għal fuq il-produtturi agrikoli. L-effett kaskata fuq il-produtturi agrikoli jidher li huwa partikularment sinifikanti għal intrapriżi b'fatturat annwali ta' mhux aktar minn EUR 350 000 000. Il-protezzjoni tal-fornituri intermedjarji ta' prodotti agrikoli u alimentari, inkluż prodotti pproċessati, tista' sservi wkoll biex tiġi evitata d-devjazzjoni tal-kummerċ mill-produtturi agrikoli u l-assoċjazzjonijiet tagħhom li jipproduċu prodotti pproċessati lejn il-fornituri mhux protetti.

(10)

Il-protezzjoni pprovduta minn din id-Direttiva jenħtieġ li tibbenifika produtturi agrikoli u persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jfornu prodotti agrikoli u alimentari, inkluż organizzazzjonijiet tal-produtturi, kemm jekk rikonoxxuti jew mhumiex, u assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, kemm jekk rikonoxxuti jew jekk mhumiex, soġġett għas-saħħa tan-negozjar relattiva tagħhom. Dawk l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi jinkludu l-kooperattivi. Dawk il-produtturi u persuni huma partikularment vulnerabbli għal prattiki kummerċjali inġusti u huma l-anqas kapaċi li jirreżistuhom mingħajr effetti negattivi fuq il-vijabbiltà ekonomika tagħhom. Rigward il-kategoriji ta' fornituri li jenħtieġ li jiġu protetti skont din id-Direttiva, ta' min jinnota li l-maġġoranza ta' kooperattivi magħmula minn bdiewa huma intrapriżi akbar minn SMEs iżda b'fatturat annwali li ma jaqbiżx EUR 350 000 000.

(11)

Jenħtieġ li din id-Direttiva tkopri transazzjonijiet kummerċjali irrispettivament minn jekk dawn jitwettqux bejn intrapriżi jew inkella bejn intrapriżi u awtoritajiet pubbliċi, peress li jenħtieġ li l-awtoritajiet pubbliċi jintrabtu bl-istess standards meta jixtru prodotti agrikoli jew alimentari. Din id-Direttiva jenħtieġ li tapplika għall-awtoritajiet pubbliċi li jaġixxu bħala xerrejja.

(12)

Fornituri fl-Unjoni jenħtieġ li jiġu protetti mhux biss minn prattiki kummerċjali inġusti minn xerrejja li huma stabbiliti fl-istess Stat Membru bħall-fornitur jew fi Stat Membru differenti mill-fornitur, iżda wkoll minn prattiki kummerċjali inġusti minn xerrejja stabbiliti barra mill-Unjoni. Tali protezzjoni tevita konsegwenzi mhux intenzjonati possibbli, bħall-għażla tal-post tal-istabbiliment abbażi tar-regoli applikabbli. Fornituri stabbiliti barra mill-Unjoni jenħtieġ li jgawdu wkoll mill-protezzjoni minn prattiki kummerċjali inġusti meta jbigħu prodotti agrikoli alimentari fl-Unjoni. Mhux biss tali fornituri probabbilment ikunu ugwalment vulnerabbli għal prattiki kummerċjali inġusti, iżda kamp ta' applikazzjoni usa' jista' wkoll jevita d-devjazzjoni tal-kummerċ mhux intenzjonata lejn fornituri mhux protetti, li tikkomprometti l-protezzjoni tal-fornituri fl-Unjoni.

(13)

Jenħtieġ li ċerti servizzi li huma anċillari għall-bejgħ ta' prodotti agrikoli u alimentari jiġu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

(14)

Jenħtieġ li din id-Direttiva tapplika għall-imġiba kummerċjali ta' operaturi akbar lejn operaturi li jkollhom anqas saħħa tan-negozjar. Approssimazzjoni xierqa tas-saħħa tan-negozjar relattiva hija l-fatturat annwali tal-operaturi differenti. Filwaqt li huwa approssimazzjoni, dan il-kriterju jagħti prevedibbiltà lill-operaturi rigward id-drittijiet u l-obbligi tagħhom taħt din id-Direttiva. Limitu massimu jenħtieġ li jipprevjeni li tingħata protezzjoni lill-operaturi li mhumiex vulnerabbli jew li huma sew anqas vulnerabbli minn sħab jew kompetituri iżgħar minnhom. Għaldaqstant, din id-Direttiva tistabbilixxi kategoriji ta' operaturi bbbażati fuq il-fatturat tagħhom li skonthom tingħata protezzjoni.

(15)

Peress li prattiki kummerċjali inġusti jistgħu jseħħu fi kwalunkwe stadju tal-bejgħ ta' prodott agrikolu jew alimentari, qabel, waqt jew wara transazzjoni ta' bejgħ, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li din id-Direttiva tapplika għal tali prattiki kull meta jseħħu.

(16)

Fid-deċiżjoni dwar jekk prattika kummerċjali partikolari titqiesx bħala inġusta, huwa importanti li jitnaqqas ir-riskju li jiġi limitat l-użu ta' ftehimiet ġusti u li jkattru l-effiċjenza li jkunu maqbula bejn il-partijiet. Għaldaqstant, huwa xieraq li ssir distinzjoni bejn prattiki li jkunu previsti f'termini ċari u mhux ambigwi fi ftehimiet ta' forniment jew fi ftehimiet sussegwenti bejn il-partijiet u prattiki li jseħħu wara li tkun bdiet it-transazzjoni mingħajr ma tkun ġiet maqbula minn qabel, sabiex jiġu pprojbiti biss bidliet unilaterali u retrospettivi għal dawk it-termini ċari u mhux ambigwi tal-ftehim ta' forniment. Madankollu, ċerti prattiki kummerċjali huma meqjusa bħala inġusti min-natura tagħhom stess u jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għal-libertà kuntrattwali tal-partijiet.

(17)

Pagamenti tard għal prodotti agrikoli u alimentari, inkluż pagamenti tard prodotti li jitħassru, u kanċellazzjonijiet b'avviż qasir ta' ordnijiet ta' prodotti li jitħassru għandhom impatt negattiv fuq il-vijabbiltà ekonomika tal-fornitur, mingħajr ma jipprovdu benefiċċji li jikkumpensaw. Għaldaqstant, dawn il-prattiki jenħtieġ li jiġu pprojbiti. F'dak il-kuntest, huwa xieraq li tkun prevista definizzjoni ta' prodotti agrikoli u alimentari li jitħassru għall-finijiet ta' din id-Direttiva. Id-definizzjonijiet użati f'atti tal-Unjoni dwar il-liġi alimentari jirrigwardaw objettivi differenti, bħal ma huma s-saħħa u s-sikurezza alimentari, u għalhekk mhumiex adatti għall-finijiet ta' din id-Direttiva. Jenħtieġ li prodott jitqies li jitħassar jekk jista' jkun mistenni li ma jibqax tajjeb għall-bejgħ fi żmien 30 jum mill-aħħar att ta' ħsad, ta' produzzjoni jew ta' pproċessar mill-fornitur, irrispettivament minn jekk il-prodott jiġix ipproċessat aktar wara l-bejgħ, u irrispettivament minn jekk il-prodott jiġix ittrattat wara l-bejgħ f'konformità ma' regoli oħra, b'mod partikolari r-regoli dwar is-sigurtà alimentari. Normalment, prodotti li jitħassru jintużaw jew jinbiegħu malajr. Pagamenti għal prodotti li jitħassru li jsiru 30 jum wara l-konsenja, 30 jum wara t-tmiem ta' perijodu maqbul għall-konsenja fejn il-prodotti jiġu konsenjati fuq bażi regolari, jew 30 jum wara d-data meta l-ammont pagabbli jiġi ffissat, mhumiex kompatibbli mal-kummerċ ġust. Sabiex il-bdiewa u l-likwidità tagħhom ikunu protetti aħjar, jenħtieġ li l-fornituri ta' prodotti agrikoli u alimentari oħra ma jkollhomx jistennew għal pagament aktar minn 60 jum wara l-konsenja, 60 jum wara perijodu maqbul għall-konsenja fejn il-prodotti jiġu konsenjati fuq bażi regolari, jew 60 jum wara d-data meta l-ammont pagabbli jiġi ffissat. Jenħtieġ li dawk il-limitazzjonijiet japplikaw biss għal pagamenti relatati mal-bejgħ ta' prodotti agrikoli u alimentari, u mhux għal pagamenti oħra bħal pagamenti supplimentari minn kooperattiva lill-membri tagħha.

F'konformità mad-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), jenħtieġ li jkun possibbli li titqies id-data meta l-ammont pagabbli għal perijodu maqbul għall-konsenja jiġi ffissat, għall-finijiet ta' din id-Direttiva, bħala d-data tal-irċevuta mix-xerrej tal-fattura tal-fornitur.

(18)

Id-dispożizzjonijiet dwar pagamenti tard stipulati f'din id-Direttiva jikkostitwixxu regoli speċifiċi għas-settur agrikolu u alimentari b'rabta mad-dispożizzjonijiet dwar il-perijodi ta' pagament stabbiliti fid-Direttiva 2011/7/UE. Id-dispożizzjonijiet dwar pagamenti tard stipulati f'din id-Direttiva jenħtieġ li ma jaffettwawx ftehimiet dwar klawżoli ta' kondiviżjoni tal-valur fis-sens tal-Artikolu 172a tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Sabiex ikun salvagwardat il-funzjonament bla xkiel tal-iskema tal-iskola skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet dwar pagament tard stabbiliti f'din id-Direttiva ma japplikawx għall-pagamenti li jitħallsu minn xerrej (jiġifieri applikant għall-għajnuna) lil fornitur fil-qafas tal-iskema tal-iskola. B'kont meħud tal-isfidi għall-entitajiet pubbliċi li jipprovdu servizzi ta' kura tas-saħħa biex jipprijoritizzaw il-kura tas-saħħa b'mod li jibbilanċja l-ħtiġijiet ta' pazjenti individwali mar-riżorsi finanzjarji, jenħtieġ ukoll li dawn id-dispożizzjonijiet ma japplikawx għall-entitajiet pubbliċi li jipprovdu servizzi ta' kura tas-saħħa fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2011/7/UE.

(19)

Għeneb u most għall-produzzjoni tal-inbid għandhom karatteristiċi speċjali, peress li l-għeneb jinqata' biss waqt perijodu limitat ħafna tas-sena, iżda jintużaw fil-produzzjoni tal-inbid li f'xi każijiet jinbiegħ biss bosta snin wara. Sabiex dik is-sitwazzjoni speċjali tiġi koperta, organizzazzjonijiet ta' produtturi u organizzazzjonijiet interprofessjonali żviluppaw tradizzjonalment kuntratti standard għall-provvista ta' tali prodotti. Tali kuntratti standard jipprevedu skadenzi ta' pagament speċifiċi b'pagamenti akkont. Peress li dawk il-kuntratti standard jintużaw minn fornituri u xerrejja għal arranġamenti pluriennali, huma mhux biss jipprovdu lill-produtturi agrikoli s-sigurtà ta' relazzjonijiet tal-bejgħ fit-tul, iżda wkoll jikkontribwixxu għall-istabbiltà tal-katina tal-provvista. Fejn tali kuntratti standard tfasslu minn organizzazzjoni tal-produtturi, minn organizzazzjoni interprofessjonali jew minn assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti u jkunu saru vinkolanti minn Stat Membru skont l-Artikolu 164 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 qabel l-1 ta' Jannar 2019 (“estensjoni”), jew fejn l-estensjoni tal-kuntratti standard tiġġedded minn Stat Membru mingħajr tibdil sinifikanti tat-termini għall-pagament għall-iżvantaġġ tal-fornituri tal-għeneb u l-most, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet dwar pagament tard stabbiliti f'din id-Direttiva ma japplikawx għal tali kuntratti bejn fornituri ta' għeneb u most għall-produzzjoni tal-inbid u x-xerrejja diretti tagħhom. L-Istati Membri huma obbligati li jinnotifikaw l-ftehimiet rispettivi tal-organizzazzjonijiet ta' produtturi, organizzazzjonijiet interprofessjonali u assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi rikonoxxuti lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 164(6) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(20)

Jenħtieġ li notifiki ta' kanċellazzjoni għal prodotti li jitħassru ta' anqas minn 30 jum jitqiesu bħala inġusti, peress li l-fornitur ma jkunx f'pożizzjoni li jsib swieq disponibbli alternattivi għal dawk il-prodotti. Madankollu, għal prodotti f'ċertu setturi, anki perijodi iqsar ta' kanċellazzjoni jistgħu xorta waħda jħallu ħin biżżejjed biex il-fornituri jkunu jistgħu ibiegħu l-prodotti x'imkien ieħor jew biex jużawhom huma stess. Għaldaqstant jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jipprevedu perijodi iqsar ta' kanċellazzjoni għal tali setturi f'każijiet debitament ġustifikati.

(21)

Xerrejja b'saħħithom jenħtieġ li ma jbiddlux termini kuntrattwali maqbula b'mod unilaterali, pereżempju billi jneħħu mil-lista prodotti koperti minn ftehim ta' forniment. Madankollu, jenħtieġ li dan ma japplikax f'sitwazzjonijiet li jinvolvu ftehim bejn fornitur u xerrej li jistipula speċifikament li x-xerrej jista' jispeċifika element konkret tat-transazzjoni fi stadju aktar tard fir-rigward ta' ordnijiet futuri. Dan jista' pereżempju jirrigwarda l-kwantitajiet ordnati. Ftehim ma għandux għalfejn jiġi konkluż f'mument wieħed taż-żmien għall-aspetti kollha tat-transazzjoni bejn il-fornitur u x-xerrej.

(22)

Jenħtieġ li l-fornituri u x-xerrejja ta' prodotti agrikoli u alimentari jkunu jistgħu jinnegozjaw b'mod liberu transazzjonijiet tal-bejgħ, inkluż il-prezzijiet. Tali negozjati jinkludu wkoll pagamenti għal servizzi pprovduti mix-xerrej lill-fornitur, bħall-inklużjoni fil-lista, il-kummerċjalizzazzjoni u l-promozzjoni. Madankollu, fejn xerrej jimponi pagamenti fuq fornitur li ma jkunux relatati ma' transazzjoni ta' bejgħ speċifika, jenħtieġ li dan jitqies inġust u jenħtieġ li jiġi pprojbit skont din id-Direttiva.

(23)

Filwaqt li jenħtieġ li ma jkunx hemm obbligu li jintużaw kuntratti bil-miktub, l-użu ta' kuntratti bil-miktub fil-katina tal-provvista agrikola u alimentari jista' jgħin biex jiġu evitati ċerti prattiki kummerċjali inġusti. Għaldaqstant, u sabiex il-fornituri jiġu protetti minn dawk il-prattiki inġusti, jenħtieġ li fornituri jew l-assoċjazzjonijiet tagħhom ikollhom id-dritt li jitolbu konferma bil-miktub tat-termini ta' ftehim ta' forniment fejn dawk it-termini jkunu diġà miftiehma. F'każijiet bħal dawn, ir-rifjut minn xerrej li jikkonferma bil-miktub it-termini tal-ftehim ta' forniment jenħtieġ li jitqies bħala prattika kummerċjali inġusta u jenħtieġ li jiġi pprojbit. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jidentifikaw, jikkondividu u jippromwovu l-aħjar prattiki fir-rigward tal-konklużjoni ta' kuntratti fit-tul immirati lejn it-tisħiħ tal-pożizzjoni ta' negozjar tal-produtturi fi ħdan il-katina tal-provvista agrikola u alimentari.

(24)

Din id-Direttiva ma tarmonizzax ir-regoli dwar l-oneru tal-provi li għandhom jiġu applikati fi proċedimenti quddiem l-awtoritajiet tal-infurzar nazzjonali, u lanqas ma tarmonizza d-definizzjoni ta' ftehimiet ta' forniment. Għaldaqstant, ir-regoli dwar l-oneru tal-provi u d-definizzjoni tal-ftehimiet ta' forniment huma dawk stabbiliti mid-dritt nazzjonali tal-Istati Membri.

(25)

Skont din id-Direttiva, jenħtieġ li l-fornituri jkunu jistgħu jressqu lmenti kontra ċerti prattiki kummerċjali inġusti. Ir-ritaljazzjoni kummerċjali minn xerrejja kontra fornituri li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom, jew it-theddida ta' ritaljazzjoni, pereżempju bit-tneħħija ta' prodotti mil-lista, it-tnaqqis tal-kwantitajiet tal-prodotti ordnati jew it-twaqqif ta' ċerti servizzi li x-xerrej jipprovdi lill-fornitur bħall-kummerċjalizzazzjoni jew promozzjonijiet tal-prodotti tal-fornitur, jenħtieġ li tiġi pprojbita u ttrattata bħala prattika kummerċjali inġusta.

(26)

L-ispejjeż tal-istokkjar, il-wiri jew l-inklużjoni fil-lista ta' prodotti agrikoli u alimentari normalment jiġġarrbu mix-xerrej jew tat-tqegħid għad-dispożizzjoni fuq is-suq ta' tali prodotti. B'konsegwenza ta' dan, jenħtieġ li jkun pprojbit taħt din id-Direttiva li fornitur jiġi impost pagament, li għandu jitħallas jew lix-xerrej jew inkella lil parti terza, għal dawk is-servizzi, sakemm il-pagament ma jkunx ġie maqbul b'termini ċari u mhux ambigwi fil-konklużjoni tal-ftehim ta' forniment jew f'xi ftehim sussegwenti bejn ix-xerrej u l-fornitur. Fejn tali pagament jiġi maqbul, jenħtieġ li dan ikun ibbażat fuq stimi oġġettivi u raġonevoli.

(27)

Sabiex jitqiesu ġusti l-kontribuzzjonijiet minn fornitur għall-ispejjeż tal-promozzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni jew ir-riklamar ta' prodotti agrikoli u alimentari, inkluż il-wiri promozzjonali fi ħwienet u kampanji tal-bejgħ, jenħtieġ li jkun hemm qbil b'termini ċari u mhux ambigwi fil-konklużjoni tal-ftehim ta' forniment jew f'xi ftehim sussegwenti bejn ix-xerrej u l-fornitur. Inkella, jenħtieġ li jiġu pprojbiti skont din id-Direttiva. Fejn tali kontribuzzjoni tiġi maqbula, jenħtieġ li din tkun ibbażata fuq stimi oġġettivi u raġonevoli.

(28)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jiddeżinjaw awtoritajiet tal-infurzar sabiex jiżguraw infurzar effettiv tal-projbizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva.. Dawk l-awtoritajiet jenħtieġ li jkunu kapaċi jaġixxu jew fuq l-inizjattiva proprja tagħhom jew inkella abbażi ta' lmenti mill-partijiet affettwati minn prattiki kummerċjali inġusti fil-katina tal-provvista agrikola jew alimentari, ilmenti ta' informaturi, jew ilmenti anonimi. Awtorità tal-infurzar tista' tikkonkludi li ma jkunx hemm raġunijiet suffiċjenti biex taġixxi fuq ilment. Prijoritajiet amministrattivi jistgħu jwasslu wkoll għal tali konklużjoni. Jekk l-awtorità tal-infurzar tikkonkludi li ma tkunx tista' tagħti prijorità lil ilment, jenħtieġ li tinforma lill-ilmentatur u tagħti raġunijiet għal dan. Fejn ilmentatur jitlob li l-identità tiegħu tibqa' kunfidenzjali minħabba l-biża' ta' ritaljazzjoni kummerċjali, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu miżuri xierqa.

(29)

Jekk xi Stat Membru jkollu aktar minn awtorità tal-infurzar waħda, jenħtieġ li jiddeżinja punt uniku ta' kuntatt bil-ħsieb li jiffaċilita l-kooperazzjoni effettiva fost l-awtoritajiet tal-infurzar u l-kooperazzjoni mal-Kummissjoni.

(30)

Il-fornituri jistgħu jsibuha aktar faċli li jindirizzaw ilmenti lill-awtorità tal-infurzar tal-Istat Membru proprju tagħhom, pereżempju għal raġunijiet lingwistiċi. Madankollu, f'termini ta' infurzar, jista' jkun aktar effettiv li jitressaq ilment quddiem l-awtorità ta' infurzar tal-Istat Membru fejn ix-xerrej ikun stabbilit. Jenħtieġ li l-fornituri jkunu jistgħu jagħżlu lil liema awtorità jindirizzaw l-ilmenti.

(31)

L-ilmenti minn organizzazzjonijiet ta' produtturi, organizzazzjonijiet ta' fornituri oħra u assoċjazzjonijiet ta' tali organizzazzjonijiet, inkluż organizzazzjonijiet ta' rappreżentanti jistgħu jservu biex jipproteġu l-identitajiet ta' membri individwali tal-organizzazzjoni li jqisu ruħhom affettwati minn prattiki kummerċjali inġusti. Jenħtieġ ukoll li organizzazzjonijiet oħra li għandhom interess leġittimu fir-rappreżentanza tal-fornituri jkollhom id-dritt li jressqu lmenti fuq it-talba ta' fornitur u fl-interess ta' dak il-fornitur, dment li tali organizzazzjonijiet huma persuni ġuridiċi indipendenti u mingħajr fini ta' profitt. L-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri għalhekk jenħtieġ li jkunu jistgħu jaċċettaw u jaġixxu fuq ilmenti minn tali entitajiet, filwaqt li jipproteġu d-drittijiet proċedurali tax-xerrej.

(32)

Sabiex jiġi żgurat l-infurzar effettiv tal-projbizzjoni ta' prattiki kummerċjali inġusti, l-awtoritajiet tal-infurzar deżinjati jenħtieġ li jkollhom ir-riżorsi u l-għarfien espert meħtieġa.

(33)

L-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom is-setgħat neċessarji u l-għarfien espert biex iwettqu investigazzjonijiet. L-għoti tas-setgħa lil dawk l-awtoritajiet ma jfissirx li dawn huma obbligati li jużaw dawk is-setgħat f'kull investigazzjoni li jwettqu. Jenħtieġ, pereżempju, li s-setgħat tal-awtoritajiet tal-infurzar jippermettulhom jiġbru b'mod effettiv informazzjoni fattwali u jenħtieġ li l-awtoritajiet tal-infurzar ikollhom is-setgħa li jordnaw it-terminazzjoni ta' prattika projbita, fejn applikabbli.

(34)

L-eżistenza ta' deterrent, bħas-setgħa li jiġu imposti, jew li jingħata bidu għal proċedimenti, pereżempju proċedimenti ġudizzjarji, għall-impożizzjoni ta' multi, jew penali oħra ugwalment effettivi, u li jiġu ppubblikati r-riżultati tal-investigazzjonijiet, inkluż il-pubblikazzjoni ta' informazzjoni li tirrigwarda x-xerrejja li jkunu wettqu l-ksur, tista' tinkoraġġixxi bidliet fl-imġiba u soluzzjonijiet prekontenzjużi bejn il-partijiet, u għalhekk jenħtieġ li tkun parti mis-setgħat tal-awtoritajiet tal-infurzar. Il-multi jistgħu jkunu partikularment effettivi u dissważivi. Madankollu, jenħtieġ li l-awtorità tal-infurzar tkun tista' tiddeċiedi f'kull investigazzjoni liema setgħa minn tagħha ser teżerċita u jekk timponix multa jew tinizjax proċedimenti għall-impożizzjoni ta' multa jew xi penali oħra ugwalment effettiva.

(35)

L-eżerċizzju tas-setgħat ikkonferiti fuq awtoritajiet tal-infurzar bis-saħħa ta' din id-Direttiva jenħtieġ li jkun soġġett għal salvagwardji adatti li jissodisfaw l-istandards tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni u tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, inkluż ir-rispett għad-drittijiet ta' difiża tax-xerrej.

(36)

Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri jenħtieġ li jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw approċċ komuni fir-rigward tal-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti f'din id-Direttiva. B'mod partikolari, l-awtoritajiet tal-infurzar jenħtieġ li jipprovdu assistenza reċiproka lil xulxin, pereżempju billi jikkondividu informazzjoni u jassistu f'investigazzjonijiet li jkollhom dimensjoni transfruntiera.

(37)

Sabiex jiġi ffaċilitat l-infurzar effettiv, jenħtieġ li l-Kummissjoni tgħin fl-organizzazzjoni ta' laqgħat regolari bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri fejn jistgħu jiġu kondiviżi informazzjoni rilevanti, l-aħjar prattiki, żviluppi ġodda, prattiki ta' infurzar u rakkomandazzjonijiet fir-rigward tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati f'din id-Direttiva.

(38)

Biex jiġu ffaċilitati dawk l-iskambji, il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi sit web pubbliku li jkun fih referenzi għall-awtoritajiet tal-infurzar nazzjonali inkluż informazzjoni dwar il-miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva.

(39)

Billi maġġoranza tal-Istati Membri diġà għandhom regoli nazzjonali dwar prattiki kummerċjali inġusti, għalkemm regoli diverġenti, huwa xieraq li tintuża Direttiva sabiex jiġi introdott standard minimu ta' protezzjoni skont id-dritt tal-Unjoni. Dan jenħtieġ li jippermetti lill-Istati Membri jintegraw ir-regoli rilevanti fl-ordni legali nazzjonali tagħhom b'mod li jippermetti l-istabbiliment ta' reġimi koeżivi. L-Istati Membri jenħtieġ li ma jkunux preklużi milli jżommu jew milli jintroduċu fit-territorju tagħhom regoli nazzjonali aktar stretti li jipprevedu livell ogħla ta' protezzjoni minn prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet bejn in-negozji fil-katina tal-provvista agrikola u alimentari, soġġett għal-limiti tad-dritt tal-Unjoni applikabbli għall-funzjonament tas-suq intern, dment li tali regoli jkunu proporzjonati.

(40)

Jenħtieġ ukoll li l-Istati Membri jkunu jistgħu jżommu jew jintroduċu regoli nazzjonali mfassla biex jiġġieldu prattiċi kummerċjali inġusti li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, soġġett għal-limiti tad-dritt tal-Unjoni applikabbli għall-funzjonament tas-suq intern, dment li dawn ir-regoli jkunu proporzjonati. Regoli nazzjonali bħal dawn jistgħu jmorru lil hinn minn din id-Direttiva, pereżempju fir-rigward tad-daqs tax-xerrejja u l-fornituri, il-protezzjoni tax-xerrejja, l-ambitu tal-prodotti u l-ambitu tas-servizzi. Regoli nazzjonali bħal dawn jistgħu wkoll jmorru lil hinn mill-għadd u t-tip ta' prattiki kummerċjali inġusti projbiti elenkati f'din id-Direttiva.

(41)

Tali regoli nazzjonali japplikaw flimkien ma' miżuri ta' governanza volontarji, bħal kodiċijiet ta' kondotta nazzjonali jew l-Inizjattiva tal-Katina tal-Provvista. L-użu ta' riżoluzzjoni alternattiva ta' tilwim fuq bażi volontarja bejn il-fornituri u x-xerrejja jenħtieġ li jitħeġġeġ b'mod espliċitu, mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-fornitur li jressaq ilmenti jew li jirrikorri għall-qrati ċivili.

(42)

Il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha ħarsa ġenerali tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva fl-Istati Membri. Barra minn hekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista' tivvaluta l-effettività ta' din id-Direttiva. Għal dak il-għan, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri jenħtieġ li jressqu rapporti annwali lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li dawk ir-rapporti, fejn applikabbli, jipprovdu informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva dwar l-ilmenti, l-investigazzjonijiet u d-deċiżjonijiet meħuda. Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-obbligu ta' rappurtar, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

(43)

Fl-interess ta' implimentazzjoni effettiva tal-politika fir-rigward tal-prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet bejn in-negozji fil-katina tal-provvista agrikola u alimentari, il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrieżamina l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u li tressaq rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Jenħtieġ li dak ir-rieżami jivvaluta, b'mod partikolari, l-effettività ta' miżuri nazzjonali mmirati lejn il-ġlieda kontra prattiki kummerċjali inġusti fil-katina tal-provvista agrikola u alimentari, u l-effettività tal-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet tal-infurzar. Jenħtieġ ukoll li r-rieżami jagħti attenzjoni partikolari dwar jekk il-protezzjoni ta' xerrejja ta' prodotti agrikoli u alimentari fil-katina tal-provvista – flimkien mal-protezzjoni ta' fornituri – tkunx iġġustifikata fil-ġejjieni. Jenħtieġ li r-rapport ikun akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposti leġislattivi.

(44)

Peress li l-objettiv ta' din id-Direttiva, jiġifieri li tistabbilixxi standard minimu ta' protezzjoni tal-Unjoni billi tarmonizza l-miżuri diverġenti tal-Istati Membri relatati mal-prattiċi kummerċjali inġusti, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda pjuttost jista', minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.   Bil-ħsieb li jiġu miġġielda prattiki li jiddevjaw b'mod qawwi minn imġiba kummerċjali korretta, li huma kuntrarji għall-bona fide u n-negozjar ġust u li jiġu imposti b'mod unilaterali minn wieħed mis-sħab kummerċjali fuq l-ieħor, din id-Direttiva tistabbilixxi lista minima ta' prattiki kummerċjali inġusti pprojbiti fir-relazzjonijiet bejn ix-xerrejja u l-fornituri fil-katina tal-provvista agrikola u alimentari u tistabbilixxi regoli minimi rigward l-infurzar ta' dawk il-projbizzjonijiet u arranġamenti għall-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar.

2.   Din id-Direttiva tapplika għal ċerti prattiki kummerċjali inġusti li jokkorru b'rabta mal-bejgħ ta' prodotti agrikoli u alimentari minn:

(a)

fornituri li jkollhom fatturat annwali li ma jaqbiżx EUR 2 000 000 lil xerrejja li jkollhom fatturat annwali ta' aktar minn EUR 2 000 000;

(b)

fornituri li jkollhom fatturat annwali ta' aktar minn EUR 2 000 000 u li ma jaqbiżx EUR 10 000 000 lil xerrejja li jkollhom fatturat annwali ta' aktar minn EUR 10 000 000;

(c)

fornituri li jkollhom fatturat annwali ta' aktar minn EUR 10 000 000 u li ma jaqbiżx EUR 50 000 000 lil xerrejja li jkollhom fatturat annwali ta' aktar minn EUR 50 000 000;

(d)

fornituri li jkollhom fatturat annwali ta' aktar minn EUR 50 000 000 u li ma jaqbiżx EUR 150 000 000 lil xerrejja li jkollhom fatturat annwali ta' aktar minn EUR 150 000 000;

(e)

fornituri li jkollhom fatturat annwali ta' aktar minn EUR 150 000 000 u li ma jaqbiżx EUR 350 000 000 lil xerrejja li jkollhom fatturat annwali ta' aktar minn EUR 350 000 000.

Il-fatturat annwali tal-fornituri u x-xerrejja msemmi fil-punti (a) sa (e) tal-ewwel subparagrafu għandu jinftiehem f'konformità mal-partijiet rilevanti tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (8) u b'mod partikolari l-Artikoli 3, 4 u 6 tagħha, inkluż id-definizzjonijiet ta' “intrapriża awtonoma”, “intrapriża msieħba” u “intrapriża konnessa”, u kwistjonijiet oħra li jirrigwardaw il-fatturat. F'każ ta' awtorità pubblika, il-kondizzjonijiet tal-fatturat annwali fil-paragrafu 2 ma japplikawx.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, din id-Direttiva tapplika fir-rigward tal-bejgħ ta' prodotti agrikoli u alimentari minn fornituri li jkollhom fatturat annwali li ma jaqbiżx EUR 350 000 000 lix-xerrejja kollha li jkunu awtoritajiet pubbliċi.

Din id-Direttiva tapplika għal bejgħ fejn il-fornitur jew ix-xerrej, jew it-tnejn li huma, ikunu stabbiliti fl-Unjoni.

Din id-Direttiva tapplika wkoll għal servizzi, sa fejn ikunu imsemmija espliċitament fl-Artikolu 3, ipprovduti mix-xerrej lill-fornitur.

Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal ftehimiet bejn fornituri u konsumaturi.

3.   Din id-Direttiva tapplika għal ftehimiet ta' forniment konklużi wara d-data tal-applikazzjoni tal-miżuri li jittrasponu din id-Direttiva f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(1).

4.   Il-ftehimiet ta' forniment konklużi qabel id-data tal-pubblikazzjoni tal-miżuri li jittrasponu din id-Direttiva f'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1) għandhom jinġiebu f'konformità ma' din id-Direttiva fi żmien 12-il xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“prodotti agrikoli u alimentari” tfisser il-prodotti elenkati fl-Anness I għat-TFUE kif ukoll prodotti mhux elenkati f'dak l-Anness, iżda proċessati għall-użu bħala ikel bl-użu tal-prodotti elenkati f'dak l-Anness;

(2)

“xerrej” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, irrispettivament mill-post tal-istabbiliment ta' dik il-persuna, jew kwalunkwe awtorità pubblika fl-Unjoni, li tixtri prodotti agrikoli u alimentari; it-terminu “xerrej” jista' jinkludi grupp ta' tali persuni fiżiċi u ġuridiċi;

(3)

“awtorità pubblika” tfisser awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali, korpi rregolati mid-dritt pubbliku, jew assoċjazzjonijiet iffurmati minn tali awtorità jew awtoritajiet, jew tali korp jew korpi rregolati mid-dritt pubbliku;

(4)

“fornitur” tfisser kwalunkwe produttur agrikolu jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, irrispettivament mill-post tal-istabbiliment tagħhom, li tbigħ prodotti agrikoli u alimentari; it-terminu “fornitur” jista' jinkludi grupp ta' tali produtturi agrikoli jew grupp ta' tali persuni fiżiċi u ġuridiċi, bħal organizzazzjonijiet ta' produtturi, organizzazzjonijiet ta' fornituri u assoċjazzjonijiet ta' tali organizzazzjonijiet;

(5)

“prodotti agrikoli u alimentari li jitħassru” tfisser prodotti agrikoli u alimentari li min-natura tagħhom jew fl-istadju ta' pproċessar tagħhom jistgħu ma jibqgħux tajbin għall-bejgħ fi żmien 30 jum wara l-ħsad, il-produzzjoni jew l-ipproċessar.

Artikolu 3

Projbizzjoni ta' prattiki kummerċjali inġusti

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tal-anqas jiġu pprojbiti l-prattiki kummerċjali inġusti kollha li ġejjin:

(a)

ix-xerrej iħallas lill-fornitur,

(i)

fejn il-ftehim ta' forniment jipprevedi l-konsenja ta' prodotti fuq bażi regolari:

għal prodotti agrikoli u alimentari li jitħassru, aktar tard minn 30 jum wara tmiem perijodu maqbul għall-konsenja li fih il-konsenji jkunu saru jew aktar tard minn 30 jum wara d-data meta l-ammont pagabbli għal dak il-perijodu ta' konsenja jiġi ffissat, skont liema waħda minn dawk iż-żewġ dati tiġi wara;

għal prodotti agrikoli u alimentari oħra, aktar tard minn 60 jum wara tmiem perijodu maqbul għall-konsenja li fih il-konsenji jkunu saru jew aktar tard minn 60 jum wara d-data meta l-ammont pagabbli għal dak il-perijodu ta' konsenja jiġi ffissat, skont liema waħda minn dawk iż-żewġ dati tiġi wara;

għall-finijiet tal-perijodi ta' pagament f'dan il-punt, il-perijodi maqbula għall-konsenja għandhom fi kwalunkwe każ jitqiesu li ma jeċċedux xahar;

(ii)

fejn il-ftehim ta' forniment ma jipprevedix il-konsenja ta' prodotti fuq bażi regolari:

għal prodotti agrikoli u alimentari li jitħassru, aktar tard minn 30 jum wara d-data ta' konsenja jew aktar tard minn 30 jum wara d-data meta l-ammont pagabbli jiġi ffissat, skont liema waħda minn dawk iż-żewġ dati tiġi wara;

għal prodotti agrikoli u alimentari oħra, aktar tard minn 60 jum wara d-data ta' konsenja jew aktar tard minn 60 jum wara d-data meta l-ammont pagabbli jiġi ffissat, skont liema waħda minn dawk iż-żewġ dati tiġi wara.

Minkejja s-subpunti (i) u (ii) ta' dan il-punt, fejn ix-xerrej jiffissa l-ammont pagabbli:

il-perijodi ta' pagament imsemmija fil-punt (i) għandhom jibdew jgħoddu minn tmiem il-perijodu maqbul għall-konsenja li fih il-konsenji jkunu saru; u

il-perijodi ta' pagament imsemmija fil-punt (ii) għandhom jibdew jgħoddu mid-data ta' konsenja;

(b)

ix-xerrej jikkanċella ordnijiet ta' prodotti agrikoli u alimentari li jitħassru b'notifika tant qasira li fornitur ma jistax raġonevolment jiġi mistenni li jsib mezz alternattiv biex jikkummerċjalizza jew juża dawk il-prodotti; notifika ta' anqas minn 30 jum għandha dejjem titqies bħala notifika qasira; l-Istati Membri jistgħu jiffissaw perijodi iqsar minn 30 jum għal setturi speċifiċi f'każijiet debitament ġustifikati;

(c)

ix-xerrej jibdel b'mod unilaterali t-termini ta' ftehim ta' forniment għal prodotti agrikoli u alimentari li jikkonċernaw il-frekwenza, il-metodu, il-post, iż-żmien jew il-volum tal-forniment jew il-konsenja tal-prodotti agrikoli u alimentari, l-istandards tal-kwalità, it-termini ta' pagament jew il-prezzijiet, jew fir-rigward tad-dispożizzjoni tas-servizzi sa fejn issir referenza espliċita għalihom fil-paragrafu 2;

(d)

ix-xerrej jirrikjedi pagamenti mill-fornitur li ma jkunux relatati mal-bejgħ tal-prodotti agrikoli u alimentari tal-fornitur;

(e)

ix-xerrej jirrikjedi li l-fornitur iħallas għad-deterjorament jew it-telf, jew għat-tnejn li huma, ta' prodotti agrikoli u alimentari li jokkorru fil-post tax-xerrej jew wara li s-sjieda tkun ġiet trasferita lix-xerrej, fejn tali deterjorament jew telf ma jkunx ikkawżat min-negliġenza tal-fornitur jew ma jkunux it-tort tiegħu;

(f)

il-bejjiegħ jirrifjuta li jikkonferma bil-miktub it-termini ta' ftehim ta' forniment bejn il-bejjiegħ u l-fornitur li l-fornitur ikun talab konferma bil-miktub għalihom; dan ma għandux japplika fejn il-ftehim ta' forniment li jikkonċerna prodotti li għandhom jiġu konsenjati minn membru ta' organizzazzjoni ta' produtturi, inkluż kooperattiva, lill-organizzazzjoni ta' produtturi li l-fornitur ikun membru tagħha, jekk l-istatuti ta' dik l-organizzazzjoni ta' produtturi jew ir-regoli u d-deċiżjonijiet previsti f'dawn l-istatuti jew derivati minnhom ikun fihom dispożizzjonijiet b'effetti simili għat-termini tal-ftehim ta' forniment;

(g)

ix-xerrej b'mod illegali jikseb, juża jew jiżvela s-sigrieti kummerċjali tal-fornitur fis-sens tad-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9);

(h)

ix-xerrej jhedded li jwettaq, jew inkella jwettaq, atti ta' ritaljazzjoni kummerċjali kontra l-fornitur jekk il-fornitur jeżerċita d-drittijiet kuntrattwali jew legali tiegħu, inkluż billi jressaq ilment mal-awtoritajiet tal-infurzar jew jikkoopera mal-awtoritajiet tal-infurzar matul investigazzjoni;

(i)

ix-xerrej jirrikjedi kumpens mill-fornitur għall-ispiża tal-eżami tal-ilmenti tal-konsumaturi li jirrigwardaw il-bejgħ tal-prodotti tal-fornitur minkejja l-assenza ta' negliġenza jew tort min-naħa tal-fornitur.

Il-projbizzjoni msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu għandha tkun mingħajr preġudizzju:

għall-konsegwenzi ta' pagamenti tard u rimedji kif stabbiliti fid-Direttiva 2011/7/UE, li għandhom japplikaw, b'deroga mill-perijodi ta' pagament stabbiliti f'dik id-Direttiva, abbażi tal-perijodi ta' pagament stabbiliti f'din id-Direttiva;

għall-opzjoni ta' xerrej u ta' fornitur li jiftiehmu dwar klawżola ta' kondiviżjoni tal-valur fis-sens tal-Artikolu 172a tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

Il-projbizzjoni msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ma għandhiex tapplika għal pagamenti:

magħmula minn xerrej lil fornitur fejn tali pagamenti jsiru fil-qafas tal-iskema tal-iskola skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

magħmula minn entitajiet pubbliċi li jipprovdu kura tas-saħħa fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2011/7/UE:

skont ftehimiet ta' forniment bejn fornituri tal-għeneb jew il-most għall-produzzjoni tal-inbid u x-xerrejja diretti tagħhom, dment li:

(i)

it-termini speċifiċi ta' pagament għat-transazzjonijiet ta' bejgħ ikunu inklużi f'kuntratti standard li l-Istat Membru jkun għamel vinkolanti skont l-Artikolu 164 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 qabel l-1 ta' Jannar 2019, u li din l-estensjoni tal-kuntratti standard tiġġedded mill-Istati Membri minn dik id-data mingħajr ebda bidliet sinifikanti għat-termini tal-pagament għall-iżvantaġġ tal-fornituri tal-għeneb jew il-most; u

(ii)

il-ftehimiet ta' forniment bejn fornituri tal-għeneb jew il-most għall-produzzjoni tal-inbid u x-xerrejja diretti tagħhom ikunu pluriennali jew isiru pluriennali.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tal-inqas jiġu pprojbiti l-prattiki kummerċjali kollha li ġejjin, sakemm ma jkunux ġew maqbula minn qabel f'termini ċari u mhux ambigwi fil-ftehim ta' forniment jew f'xi ftehim sussegwenti bejn il-fornitur u x-xerrej:

(a)

ix-xerrej jirritorna prodotti agrikoli u alimentari mhux mibjugħa lill-fornitur mingħajr ma jkun ħallas għal dawk il-prodotti mhux mibjugħa jew mingħajr ma jkun ħallas għar-rimi ta' dawk il-prodotti, jew it-tnejn li huma;

(b)

il- fornitur jiġi impost pagament bħala kondizzjoni tal-istokkjar, il-wiri jew l-inklużjoni fil-lista tal-prodotti agrikoli u alimentari tiegħu, jew għat-tqegħid għad-dispożizzjoni fuq is-suq ta' tali prodotti;

(c)

ix-xerrej jirrikjedi li l-fornitur iġarrab l-ispejjeż kollha jew parti minnhom li jirriżultaw minn kwalunkwe skont fuq prodotti agrikoli u alimentari mibjugħa mix-xerrej bħala parti minn promozzjoni;

(d)

ix-xerrej jirrikjedi li l-fornitur iħallas għall-kummerċjalizzazzjoni mix-xerrej ta' prodotti agrikoli u alimentari;

(e)

ix-xerrej jirrikjedi li l-fornitur iħallas għall-kummerċjalizzazzjoni mix-xerrej ta' prodotti agrikoli u alimentari;

(f)

ix-xerrej jimponi pagament fuq fornitur għall-ispejjeż tal-persunal għas-sistemazzjoni tal-bini użat għall-bejgħ tal-prodotti tal-fornitur.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prattika kummerċjali msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tkun projbita sakemm ix-xerrej, qabel mal-promozzjoni tinbeda mix-xerrej ma jispeċifikax l-perijodu tal-promozzjoni u l-kwantità mistennija tal-prodotti agrikoli u alimentari li għandha tiġi ordnata bil-prezz skontat.

3.   Fejn jiġi rikjest pagament mix-xerrej għas-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punti (b), (c), (d), (e) jew (f) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, jekk jintalab mill-fornitur, ix-xerrej għandu jipprovdi lill-fornitur stima bil-miktub tal-pagamenti għal kull unità jew tal-pagamenti globali, skont liema tkun adatta, u, sa fejn jikkonċerna s-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punti (b), (d), (e) jew (f) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, għandu jipprovdi wkoll, bil-miktub, stima tal-ispejjeż lill-fornituri u l-bażi għal dik l-istima.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-projbizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 1 u 2 jikkostitwixxu dispożizzjonijiet obbligatorji prevalenti li jkunu applikabbli għal kwalunkwe sitwazzjoni li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dawk il-projbizzjonijiet, irrispettivament mid-dritt li altrimenti jkun applikabbli għall-ftehim ta' forniment bejn il-partijiet.

Artikolu 4

Awtoritajiet tal-infurzar deżinjati

1.   Kull Stat Membru għandu jiddeżinja awtorità jew awtoritajiet sabiex jinforzaw il-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 fil-livell nazzjonali (“awtorità tal-infurzar”), u għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar dik id-deżinjazzjoni.

2.   Jekk Stat Membru jiddeżinja aktar minn awtorità waħda tal-infurzar fit-territorju tiegħu, għandu jiddeżinja punt uniku ta' kuntatt kemm għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar u kif ukoll għall-kooperazzjoni mal-Kummissjoni.

Artikolu 5

Ilmenti u kunfidenzjalità

1.   Il-fornituri jistgħu jindirizzaw l-lmenti jew lill-awtorità tal-infurzar tal-Istat Membru fejn il-fornitur ikun stabbilit jew inkella lill-awtorità tal-infurzar tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit ix-xerrej li jkun issuspettat li wettaq prattiki kummerċjali pprojbiti. L-awtorità tal-infurzar li lilha jiġi indirizzat l-ilment għandha tkun kompetenti biex tinforza l-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3.

2.   Organizzazzjonijiet ta' produtturi, organizzazzjonijiet ta' fornituri oħra u assoċjazzjonijiet ta' tali organizzazzjonijiet, għandu jkollhom id-dritt li jressqu lment fuq it-talba ta' wieħed jew aktar mill-membri tagħhom jew, fejn xieraq, fuq it-talba ta' wieħed jew aktar mill-membri tal-organizzazzjonijiet tal-membri tagħhom, fejn dawk il-membri jqisu li huma affettwati minn prattika kummerċjali pprojbita. Organizzazzjonijiet oħra li għandhom interess leġittimu li jirrappreżentaw il-fornituri għandu jkollhom id-dritt li jressqu lmenti, fuq it-talba ta' fornitur, u fl-interess ta' dak il-fornitur, dment li tali organizzazzjonijiet huma persuni ġuridiċi indipendenti u mingħajr fini ta' profitt.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn l-ilmentatur jitlob dan, l-awtorità tal-infurzar għandha tieħu l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni adatta tal-identità tal-ilmentatur jew il-membri jew fornituri msemmija fil-paragrafu 2 u għall-protezzjoni adatta ta' kwalunkwe informazzjoni oħra li fir-rigward tagħha l-ilmentatur iqis li d-divulgazzjoni ta' tali informazzjoni tkun dannuża għall-interessi tal-ilmentatur jew ta' dawk il-membri jew fornituri. L-ilmentatur għandu jidentifika kwalunkwe informazzjoni li għaliha jitlob il-kunfidenzjalità.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li awtorità tal-infurzar li tirċievi l-ilment għandha tinforma lill-ilmentatur f'perijodu ta' żmien raġonevoli wara li din tkun irċeviet l-ilment dwar kif biħsiebha ssegwi l-ilment.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn awtorità tal-infurzar tqis li ma jkunx hemm raġunijiet suffiċjenti biex taġixxi fuq ilment, għandha tinforma lill-ilmentatur bir-raġunijiet għal dan f'perijodu ta' żmien raġonevoli wara li din tkun irċeviet l-ilment.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn awtorità tal-infurzar tqis li hemm raġunijiet suffiċjenti biex taġixxi dwar ilment, hija għadha tagħti bidu għal investigazzjoni tal-ilment, twettaqha u tikkonkludiha f'perijodu ta' żmien raġonevoli.

7.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn l-awtorità tal-infurzar tikkonkludi li xerrej ikun kiser il-projbizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3, hija għandha tirrikjedi li x-xerrej iġib fi tmien il-prattika kummerċjali projbita.

Artikolu 6

Setgħat tal-awtoritajiet tal-infurzar

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull waħda mill-awtoritajiet tal-infurzar tagħhom ikollha r-riżorsi u l-għarfien espert neċessarji biex twettaq id-dmirijiet tagħha, u għandhom jagħtuha s-setgħat li ġejjin:

(a)

is-setgħa li tagħti bidu għal investigazzjonijiet u twettaqhom fuq inizjattiva tagħha stess jew abbażi ta' lment;

(b)

is-setgħa li tirrikjedi lix-xerrejja u lill-fornituri jipprovdu l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex twettaq investigazzjonijiet tal-prattiki kummerċjali pprojbiti;

(c)

is-setgħa li twettaq spezzjonijiet mhux imħabbra fuq il-post fil-qafas tal-investigazzjonijiet tagħha, f'konformità ma' regoli u proċeduri nazzjonali;

(d)

is-setgħa li tieħu deċiżjonijiet li jikkonkludu li kien hemm ksur tal-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 u li jirrikjedu li x-xerrej iġib fi tmiem il-prattika kummerċjali projbita; l-awtorità tista' tastjeni milli tieħu kwalunkwe tali deċiżjoni, jekk dik id-deċiżjoni tirriskja l-iżvelar tal-identità ta' lmentatur jew tirriskja li tikxef xi informazzjoni oħra li l-ilmentatur iqis li tali divulgazzjoni tkun dannuża għall-interessi tiegħu, u dment li l-ilmentatur ikun identifika dik l-informazzjoni f'konformità mal-Artikolu 5(3);

(e)

is-setgħa li timponi, jew li tagħti bidu għal proċedimenti għall-impożizzjoni ta' multi u penali oħra ugwalment effettivi u miżuri proviżorji fuq l-awtur tal-ksur, f'konformità mar-regoli u proċeduri nazzjonali;

(f)

is-setgħa li tippubblika d-deċiżjonijiet tagħha meħuda skont il-punti (d) u (e) fuq bażi regolari.

Il-penali msemmija fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, filwaqt li jittieħed kont tan-natura, id-durata, ir-rikorrenza u l-gravità tal-ksur.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-eżerċizzju tas-setgħat msemmija fil-paragrafu 1 ikun soġġett għal salvagwardji xierqa fir-rigward tad-drittijiet ta' difiża, f'konformità mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkluż f'każijiet fejn l-ilmentatur jitlob trattament kunfidenzjali ta' informazzjoni skont l-Artikolu 5(3).

Artikolu 7

Riżoluzzjoni alternattiva tat-tilwim

Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-fornituri li jressqu lmenti skont l-Artikolu 5, u għas-setgħat tal-awtoritajiet tal-infurzar skont l-Artikolu 6, l-Istati Membri jistgħu jippromwovu l-użu volontarju ta' mekkaniżmi effettivi u indipendenti ta' riżoluzzjoni alternattiva għat-tilwim, bħall-medjazzjoni, bil-ħsieb tar-riżoluzzjoni ta' tilwim bejn fornituri u xerrejja rigward l-użu ta' prattiki kummerċjali inġusti mix-xerrej.

Artikolu 8

Kooperazzjoni fost l-awtoritajiet tal-infurzar

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tal-infurzar jikkooperaw b'mod effettiv ma' xulxin u mal-Kummissjoni, u li jipprovdu assistenza reċiproka lil xulxin f'investigazzjonijiet li jkollhom dimensjoni transfruntiera.

2.   L-awtoritajiet tal-infurzar għandhom jiltaqgħu minn tal-anqas darba fis-sena biex jiddiskutu l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, abbażi tar-rapporti annwali msemmija fl-Artikolu 10(2). L-awtoritajiet tal-infurzar għandhom jiddiskutu l-aħjar prattiki, każijiet ġodda u żviluppi ġodda fil-qasam ta' prattiki kummerċjali inġusti fil-katina tal-provvista agrikola u alimentari, u għandhom jiskambjaw informazzjoni, b'mod partikolari dwar il-miżuri ta' implimentazzjoni li jkunu adottaw f'konformità ma' din id-Direttiva u dwar il-prattiki tal-infurzar tagħhom. L-awtoritajiet tal-infurzar jistgħu jadottaw rakkomandazzjonijiet sabiex iħeġġu l-applikazzjoni konsistenti ta' din id-Direttiva u biex itejbu l-infurzar. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita dawk il-laqgħat.

3.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tamministra sit web li jippermetti l-iskambju ta' informazzjoni fost l-awtoritajiet tal-infurzar u l-Kummissjoni, b'mod partikolari b'rabta mal-laqgħat annwali. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sit web pubbliku li jipprovdi d-dettalji ta' kuntatt tal-awtoritajiet tal-infurzar deżinjati u jwassal għas-siti web tal-awtoritajiet tal-infurzar nazzjonali jew awtoritajiet oħra tal-Istati Membri li jagħtu informazzjoni dwar il-miżuri msemmija fl-Artikolu 13(1) li jittrasponu din id-Direttiva.

Artikolu 9

Regoli nazzjonali

1.   Bil-ħsieb li jiġi żgurat livell ogħla ta' protezzjoni, l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu regoli immirati lejn il-ġlieda kontra prattiki kummerċjali inġusti li jkunu aktar stretti minn dawk stabbiliti minn din id-Direttiva, dment li tali regoli nazzjonali jkunu kompatibbli mar-regoli dwar il-funzjonament tas-suq intern.

2.   Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali mmirati lejn il-ġlieda kontra prattiki kummerċjali inġusti li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, dment li tali regoli jkunu kompatibbli mar-regoli dwar il-funzjonament tas-suq intern.

Artikolu 10

Rappurtar

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tal-infurzar tagħhom jippubblikaw rapport annwali dwar l-attivitajiet tagħhom li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, li għandu, fost l-oħrajn, jindika l-għadd ta' lmenti riċevuti u l-għadd ta' investigazzjonijiet miftuħa jew magħluqa matul is-sena preċedenti. Għal kull investigazzjoni magħluqa, ir-rapport għandu jkun fih deskrizzjoni fil-qosor tal-kwistjoni, l-eżitu tal-investigazzjoni u, fejn applikabbli, id-deċiżjoni meħuda, soġġett għar-rekwiżiti ta' kunfidenzjalità stabbiliti fl-Artikolu 5(3).

2.   Sal-15 ta' Marzu ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni rapport dwar il-prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet bejn in-negozji fil-katina tal-provvista agrikola u alimentari. Dak ir-rapport għandu jinkludi, b'mod partikolari, id-data rilevanti kollha dwar l-applikazzjoni u l-infurzar tar-regoli skont din id-Direttiva fl-Istat Membru kkonċernat matul is-sena preċedenti.

3.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw:

(a)

ir-regoli dwar l-informazzjoni neċessarja għall-applikazzjoni tal-paragrafu 2;

(b)

l-arranġamenti għall-ġestjoni tal-informazzjoni li għandha tintbagħat mill-Istati Membri lill-Kummissjoni u regoli dwar il-kontenut u l-forma ta' tali informazzjoni;

(c)

l-arranġamenti għat-trasmissjoni, jew għat-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-informazzjoni u d-dokumenti, lill-Istati Membri, lill-organizzazzjonijiet internazzjonali, lill-awtoritajiet kompetenti f'pajjiżi terzi, jew lill-pubbliku, soġġett għall-protezzjoni tad-data personali u l-interessi leġittimi tal-produtturi u tal-intrapriżi agrikoli fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).

Artikolu 11

Proċedura ta' kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli stabbilit mill-Artikolu 229 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 12

Evalwazzjoni

1.   Sal-1 ta' Novembru 2025, il-Kummissjoni għandha twettaq l-ewwel evalwazzjoni ta' din id-Direttiva u għandha tippreżenta rapport dwar il-konklużjonijiet ewlenin ta' dik l-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, kif ukoll lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Tali rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposti leġislattivi.

2.   L-evalwazzjoni għandha tivvaluta, mill-inqas:

(a)

l-effettività tal-miżuri implimentati fil-livell nazzjonali mmirati lejn il-ġlieda kontra prattiki kummerċjali inġusti fil-katina tal-provvista agrikola u alimentari;

(b)

l-effettività tal-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet tal-infurzar kompetenti u, fejn xieraq, għandha tidentifika modi kif tista' tittejjeb dik il-kooperazzjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tibbaża r-rapport msemmi fil-paragrafu 1fuq ir-rapporti annwali msemmija fl-Artikolu 10(2). Jekk neċessarju, il-Kummissjoni tista' titlob informazzjoni addizzjonali mill-Istati Membri, inkluż informazzjoni dwar l-effettività tal-miżuri li ġew implimentati fil-livell nazzjonali u l-effettività tal-kooperazzjoni u l-assistenza reċiproka.

4.   Sal-1 ta' Novembru 2021, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport interim dwar l-istat tat-traspożizzjoni u tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, kif ukoll lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

Artikolu 13

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sal-1 ta' Mejju 2021, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw immedjatament it-test ta' dawk il-miżuri lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mhux aktar tard mill-1 ta' Novembru 2021.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-mod kif għandha ssir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-ħames jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 15

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, is-17 ta' April 2019.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

G. CIAMBA


(1)  ĠU C 440, 6.12.2018, p. 165.

(2)  ĠU C 387, 25.10.2018, p. 48.

(3)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tad-9 ta' April 2019.

(4)  ĠU C 86, 6.3.2018, p. 40.

(5)  Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali (ĠU L 48, 23.2.2011, p. 1).

(6)  Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(8)  Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 fir-rigward tad-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

(9)  Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni ta' konoxxenza u ta' informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom (ĠU L 157, 15.6.2016, p. 1).


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLI TA' PROĊEDURA

25.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 111/73


EMENDI TAR-REGOLI TAL-PROĊEDURA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA

IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA,

wara li rat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari s-sitt paragrafu tal-Artikolu 253 tiegħu,

wara li rat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,

wara li rat il-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 63 tiegħu,

billi tqis li għandhom jiġu speċifikati, fir-Regoli tal-Proċedura, il-modalitajiet tal-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu ta' ammissjoni preliminari tal-appelli previst fl-Artikolu 58a tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u li għandhom jiġu ddeterminati kemm il-modalitajiet tal-preżentata u tal-eżami tat-talbiet għall-ammissjoni ta' appell u kemm l-iżvolġiment konkret tal-proċedura wara tali eżami,

bl-approvazzjoni tal-Kunsill mogħtija fid-9 ta' April 2019,

TADOTTA L-EMENDI SEGWENTI TAR-REGOLI TAL-PROĊEDURA TAGĦHA:

Artikolu 1

Il-Kapitolu segwenti huwa introdott fit-Titolu V tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta' Settembru 2012 (1):

“Kapitolu Ia

FUQ L-AMMISSJONI PRELIMINARI TAL-APPELLI PREVISTI FL-ARTIKOLU 58A TAL-ISTATUT

Artikolu 170a

Talba għall-ammissjoni tal-appell

1.   Fis-sitwazzjonijiet previsti fl-ewwel u fit-tieni paragrafi tal-Artikolu 58a tal-Istatut, l-appellant għandu jannetti, mar-rikors tal-appell tiegħu, talba għall-ammissjoni tal-appell li fiha jesponi l-kwistjoni sinjifikattiva għall-unità, għall-konsistenza u għall-iżvilupp tad-dritt tal-Unjoni mqajma mill-appell u li tinkludi l-elementi kollha meħtieġa sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista' tiddeċiedi dwar din it-talba. Fl-assenza ta' tali talba, il-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja għandu jiddikjara l-appell inammissibbli.

2.   It-talba għall-ammissjoni tal-appell ma għandhiex tkun ta' iktar minn seba' paġni, redatti fid-dawl tar-rekwiżiti formali kollha previsti fl-Istruzzjonijiet prattiċi lill-partijiet, dwar il-kawżi mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, adottati abbażi ta' dawn ir-Regoli.

3.   Fil-każ li t-talba għall-ammissjoni tal-appell ma tkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu preċedenti, ir-Reġistratur għandu jagħti lill-appellant terminu qasir għall-finijiet tar-regolarizzazzjoni tagħha. Fl-assenza ta' regolarizzazzjoni fit-terminu mogħti, il-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja għandu jiddeċiedi, fuq proposta tal-Imħallef Relatur u wara li jinstema' l-Avukat Ġenerali, jekk in-nuqqas ta' osservanza ta' din il-formalità għandux iwassal għall-inammissibbiltà formali tal-appell.

Artikolu 170b

Deċiżjoni dwar it-talba għall-ammissjoni tal-appell

1.   Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi dwar it-talba għall-ammissjoni tal-appell fl-iqsar żmien possibbli.

2.   Id-deċiżjoni dwar din it-talba għandha tittieħed, fuq proposta tal-Imħallef Relatur u wara li jinstema' l-Avukat Ġenerali, minn awla maħluqa speċjalment għal dan il-għan, ippresjeduta mill-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja u li tinkludi wkoll l-Imħallef Relatur u l-President tal-Awla bi tliet Imħallfin li lilha jkun assenjat l-Imħallef Relatur fid-data tal-preżentata tat-talba.

3.   Id-deċiżjoni dwar it-talba għall-ammissjoni tal-appell għandha tingħata permezz ta' digriet motivat.

4.   Meta l-appell jiġi ammess, kompletament jew parzjalment, fid-dawl tal-kriterji stabbiliti fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 58a tal-Istatut, il-proċedura għandha titkompla konformement mal-Artikoli 171 sa 190a ta' dawn ir-Regoli. Id-digriet imsemmi fil-paragrafu preċedenti għandu jiġi nnotifikat, flimkien mal-appell, lill-partijiet fil-kawża inkwistjoni quddiem il-Qorti Ġenerali u, fil-każ li l-appell jiġi ammess parzjalment, għandu jispeċifika l-aggravji jew il-partijiet tal-appell li għandhom jiġu indirizzati mir-risposta għall-appell.

5.   Il-Qorti Ġenerali u, meta ma kinux parti fil-kawża inkwistjoni quddiemha, l-Istati Membri, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jiġu informati minnufih mir-Reġistratur dwar id-deċiżjoni ta' ammissjoni tal-appell.”

Artikolu 2

Dawn l-emendi għar-Regoli tal-Proċedura, li huma awtentiċi fil-lingwi msemmija fl-Artikolu 36 ta' dawn ir-Regoli, għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandhom jidħlu fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħhom.

Magħmul fil-Lussemburgu, id-9 ta' April 2019.

 


(1)  ĠU L 265 tad-29.9.2012, p. 1, kif emendati fit-18 ta' Ġunju 2013 (ĠU L 173 tas-26.6.2013, p. 65) u fid-19 ta' Lulju 2016 (ĠU L 217 tat-12.8.2016, p. 69).