ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 106 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 62 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
17.4.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 106/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/618
tal-15 ta' April 2019
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta' kumpaniji tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fl-Unjoni
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni ta' operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpanija tal-ajru li topera, u li jħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 (2) jistabbilixxi l-lista ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni. |
(2) |
Skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 (3), ċerti Stati Membri u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (“EASA”) għaddew lill-Kummissjoni informazzjoni li hija rilevanti għall-aġġornament ta' dik il-lista. Pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali pprovdew ukoll informazzjoni rilevanti. Jenħtieġ li l-lista tiġi aġġornata abbażi ta' dik l-informazzjoni. |
(3) |
Il-Kummissjoni infurmat lill-kumpaniji tal-ajru kollha kkonċernati, direttament jew permezz tal-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tagħhom, dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li jiffurmaw il-bażi ta' deċiżjoni li timponilhom projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni jew li timmodifika l-kundizzjonijiet ta' projbizzjoni fuq l-operat imposta fuq kumpanija tal-ajru li tkun inkluża fil-listi fl-Annessi A u B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. |
(4) |
Il-Kummissjoni tat l-opportunità lill-kumpaniji tal-ajru kkonċernati biex jikkonsultaw id-dokumenti fornuti mill-Istati Membri, biex jissottomettu kummenti bil-miktub u biex jagħmlu preżentazzjoni orali lill-Kummissjoni u lill-Kumitat stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 (il-“Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru”). |
(5) |
Il-Kummissjoni infurmat lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar il-konsultazzjonijiet konġunti li għaddejjin, fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2006 (4), mal-awtoritajiet kompetenti u mal-kumpaniji tal-ajru tal-Angola, tal-Belarussja, tal-Gabon, tal-Indoneżja, tal-Moldova, tan-Nepal, tar-Repubblika Dominicana, tar-Russja u tal-Venezwela. Il-Kummissjoni infurmat ukoll lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar il-qagħda tas-sikurezza tal-avjazzjoni fil-Guinea Ekwatorjali, fl-Iran, fil-Każakistan, fil-Libja, fit-Tajlandja, fit-Turkmenistan u fiż-Żambja. |
(6) |
L-EASA infurmat ukoll lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar ir-riżultati tal-analiżi tal-ispezzjonijiet fir-rampa li twettqu fil-kuntest tal-programm tal-Valutazzjoni tas-Sikurezza tal-Inġenji tal-Ajru Barranin (“SAFA”), f'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (5). |
(7) |
Barra minn hekk, l-EASA infurmat lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar il-proġetti ta' assistenza teknika li saru fil-pajjiżi terzi milqutin minn projbizzjoni fuq l-operat skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006. L-EASA pprovdiet informazzjoni dwar il-pjanijiet u t-talbiet għal aktar assistenza teknika u kooperazzjoni biex tittejjeb il-kapaċità amministrattiva u teknika tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili fil-pajjiżi terzi, bil-għan li dawn ikunu megħjuna jsolvu n-nuqqasijiet ta' konformità ma' standards internazzjonali applikabbli tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili. L-Istati Membri ġew mistiedna jirrispondu għal tali talbiet fuq bażi bilaterali, b'koordinazzjoni mal-Kummissjoni u mal-EASA. F'dak ir-rigward, il-Kummissjoni saħqet mill-ġdid fuq is-siwi tal-għoti ta' informazzjoni lill-komunità internazzjonali tal-avjazzjoni, b'mod partikulari permezz tal-bażi tad-data tan-Netwerk tal-Assistenza Kollaborattiva fis-Sikurezza tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO), dwar l-assistenza teknika lil pajjiżi terzi pprovduta mill-Unjoni u mill-Istati Membri sabiex tittejjeb is-sikurezza tal-avjazzjoni mad-dinja kollha. |
(8) |
Il-Eurocontrol ipprovdiet lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru b'aġġornament dwar l-istatus tal-funzjoni ta' allarm tal-SAFA u tal-Operaturi ta' Pajjiżi Terzi (“TCO”), u bi statistika attwali għall-messaġġi ta' allert għall-kumpaniji tal-ajru pprojbiti. |
Il-kumpaniji tal-ajru tal-Unjoni
(9) |
Wara l-analiżi mill-EASA tal-informazzjoni li ħarġet mill-ispezzjonijiet fir-rampa li twettqu fuq l-inġenji tal-ajru tal-kumpaniji tal-ajru tal-Unjoni u mill-ispezzjonijiet ta' standardizzazzjoni li twettqu mill-EASA, kif ukoll minn spezzjonijiet u minn awditjar speċifiċi li twettqu mill-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni, diversi Stati Membri ħadu ċerti miżuri ta' infurzar u infurmaw lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar dawk il-miżuri. Il-Bulgarija infurmat lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar l-azzjonijiet li kienet ħadet fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Bulgarija. |
(10) |
L-Istati Membri tennew li huma lesti jaġixxu kif meħtieġ f'każ li l-informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza tkun tindika li jkun hemm riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta' konformità min-naħa tal-kumpaniji tal-ajru tal-Unjoni mal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza. |
Il-kumpaniji tal-ajru mill-Angola
(11) |
Il-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fl-Angola, minbarra TAAG Angola Airlines (“TAAG”), li hija elenkata fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 619/2009 (6), attwalment huma elenkati fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1131/2008 (7), u huma soġġetti għal projbizzjoni totali. |
(12) |
Mill-10 sal-14 ta' Diċembru 2018, esperti mill-Kummissjoni, mill-EASA u mill-Istati Membri għamlu żjara ta' valutazzjoni fuq il-post imwettqa mill-Unjoni fl-Angola fl-uffiċċji tal-awtorità kompetenti tal-Angola Instituto Nacional da Aviação Civil (“INAVIC”) u fi tliet kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fl-Angola, jiġifieri TAAG, SonAir u Heli Malongo. |
(13) |
L-INAVIC isegwi approċċ għas-sikurezza tal-avjazzjoni li ma fihx tekniki moderni ta' ġestjoni tas-sikurezza tal-avjazzjoni. Madankollu, mill-aħħar żjara ta' valutazzjoni fuq il-post imwettqa mill-Unjoni f'Ġunju 2009, huwa ċar li l-Angola għamlet progress. L-Angola aġġornat il-qafas leġiżlattiv tagħha dwar is-sikurezza tal-avjazzjoni u żviluppat regolamenti tekniċi ġodda, imsejħa “Normativas Técnicas Aeronáuticas” (“NTA”). L-NTAS ikopru kważi l-Annessi kollha tal-ICAO, ħlief l-Anness 19. L-INAVIC qed jaħdem fuq reviżjoni ulterjuri tal-NTAs. L-INAVIC żviluppa u approva internament sett ta' proċeduri biex ikopru l-obbligi ta' sorveljanza tal-avjazzjoni. Madankollu, għad hemm xi nuqqasijiet fil-proċeduri interni, fil-kontroll tad-dokumenti, fir-reġistrazzjoni konsistenti tal-fajls u fit-taħriġ tal-ispetturi. Fir-rigward ta' dawk in-nuqqasijiet, il-ġestjoni attwali tal-INAVIC esprimiet b'mod ċar ir-rieda li l-INAVIC itejjeb il-kapaċità u l-effettività fix-xogħol tiegħu ta' kuljum. Jenħtieġ li l-INAVIC jimplimenta funzjoni ta' ġestjoni tal-kwalità. |
(14) |
Il-valutazzjoni fuq il-post imwettqa mill-Unjoni wasslet għal 15-il osservazzjoni fir-rigward tal-attivitajiet ta' sorveljanza tal-INAVIC. Ġie konkluż ukoll li filwaqt li l-INAVIC żviluppa ċerti kapaċitajiet biex jissorvelja l-attivitajiet tal-avjazzjoni fl-Angola, iktar titjib huwa indispensabbli sabiex l-INAVIC ikun jista' jindirizza n-nuqqasijiet emerġenti fis-sikurezza. |
(15) |
TAAG hija l-kumpanija tal-ajru ewlenija tal-Angola. TAAG għandha fis-seħħ Sistema ta' Ġestjoni tas-Sikurezza li taħdem tajjeb, li hija soda u li tiġġenera data utli għall-kumpanija tal-ajru. Il-maniġment superjuri tal-kumpanija għandu fehim tajjeb ta' dawk is-sistemi u jużahom biex jidentifika r-riskji u biex jieħu l-miżuri xierqa biex itaffi l-ogħla riskji għal livelli aċċettabbli. Is-Sistema ta' Ġestjoni tal-Kwalità hija robusta u funzjonali. |
(16) |
TAAG żviluppat il-manwali meħtieġa, bħall-Manwal tal-Kontroll tal-Manutenzjoni, il-Manwal tal-Proċedura tal-Manutenzjoni, il-Manwal dwar l-Istandards tal-Prestazzjoni tal-Operat ta' Firxa Wiesgħa ta' Inġenji tal-Ajru b'Magna Doppja u l-Manwal ta' Operat b'Minimu ta' Separazzjoni Vertikali Mnaqqsa (iżda mhux dawn biss) li fihom il-politiki u li jispjegaw fid-dettall il-proċeduri assoċjati li huma approvati mill-INAVIC. Il-persunal li jiċċertifika huwa mħarreġ sew fuq it-tipi ta' inġenji tal-ajru operati. B'mod ġenerali, TAAG għandha ekwipaġġ u persunal professjonali b'sistemi li jiffunzjonaw biex jiġu ġestiti d-diversi operazzjonijiet. Il-maniġment jirċievi u jaġixxi fuq l-informazzjoni u l-analiżi tas-sikurezza u tal-kwalità u jippromulga dik l-informazzjoni u jieħu azzjoni permezz ta' pubblikazzjonijiet interni, f'forma elettronika jew b'xi mod ieħor. L-aħħar riżultati ppubblikati tal-Awditu tas-Sikurezza Operazzjonali tal-IATA (IOSA) juri rata ta' konformità ta' 99,3 %. |
(17) |
SonAir għandha Sistema ta' Ġestjoni tas-Sikurezza operattiva u Sistema ta' Ġestjoni tal-Kwalità operattiva, iżda l-valutazzjoni fuq il-post imwettqa mill-Unjoni identifikat nuqqasijiet serji li jeħtieġu titjib urġenti. SonAir ma twettaqx l-attivitajiet kollha skont ir-rekwiżiti tal-Manwal tal-Ġestjoni tas-Sikurezza, it-taħriġ tas-sikurezza mhuwiex implimentat b'mod sħiħ, il-ġestjoni tal-bidla saret biss b'mod superfiċjali u fl-aħħar sena ma twettaq l-ebda awditu tas-sikurezza. Fir-rigward tas-Sistema ta' Ġestjoni tal-Kwalità, il-kumpanija tal-ajru ma setgħetx turi li twettqu l-awditi kollha tal-programm tal-awditu annwali. Barra minn hekk, il-valutazzjoni fuq il-post imwettqa mill-Unjoni kkonkludiet li s-sistema amministrattiva għall-kontroll tas-sejbiet ma kinitx tħaddmet kif suppost. Fil-qasam tal-operazzjonijiet bl-ajru, SonAir qed tqis ir-rekwiżiti kollha meta tiżviluppa r-rosters tal-ekwipaġġ. Madankollu, peress li kien hemm ċerti inkonsistenzi f'xi wħud mir-reġistri ta' taħriġ li ttieħdu bħala kampjun, jenħtieġ li SonAir tieħu l-miżuri xierqa biex tiżgura li l-proċeduri jiġu definiti u segwiti b'mod konsistenti. |
(18) |
Heli Malongo topera Sistema sħiħa ta' Monitoraġġ tal-Konformità integrata u bbażata fuq l-IT, Sistema ta' Ġestjoni tas-Sikurezza u Monitoraġġ tad-Data tat-Titjir. L-interazzjoni bejn dawk is-sistemi hija funzjonali. Il-Manwal tal-Operazzjonijiet approvat attwalment jirrifletti l-operazzjonijiet imwettqa u jikkonforma mar-regolamenti applikabbli fl-Angola. Heli Malongo żviluppat u implimentat Sistema tal-Assigurazzjoni tal-Kwalità funzjonali u robusta għall-manutenzjoni. Il-Manwal tal-Kontroll tal-Manutenzjoni u l-Manwal tal-Proċedura tal-Manutenzjoni żviluppati minn Heli Malongo ġew approvati mill-INAVIC u huma bbażati fuq ir-rakkomandazzjonijiet mill-manifattur tal-inġenji tal-ajru. Il-faċilitajiet huma adegwati u organizzati tajjeb, b'żoni kkontrollati apposta għall-ħżin u b'għodod, inklużi l-għodod ikkalibrati. L-inġiniera tal-manutenzjoni huma mħarrġa sew fuq it-tipi ta' inġenji tal-ajru operati u għandhom aċċess għall-istruzzjonijiet meħtieġa għall-ajrunavigabbiltà kontinwa. |
(19) |
Fit-3 ta' April 2019, il-Kummissjoni u l-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru semgħu lill-INAVIC u lill-kumpaniji tal-ajru TAAG u Heli Malongo. L-INAVIC ippreżenta l-azzjonijiet li ttieħdu wara ż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post imwettqa mill-Unjoni, inkluż il-bidliet li saru fil-qafas leġiżlattiv tal-Angola. F'Marzu 2019, ġiet approvata l-Liġi l-ġdida dwar l-Avjazzjoni Ċivili u, skont din il-liġi, l-INAVIC se jiġi rrikonoxxut bħala entità awtonoma amministrattivament u finanzjarjament. L-INAVIC informa lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar l-impenn tiegħu li jtejjeb l-Implimentazzjoni Effettiva tiegħu tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza għal livell ta' iktar minn 60 fil-mija u, għal dan l-iskop, l-INAVIC se jirċievi assistenza teknika esterna. Barra minn hekk, sa tmiem l-2019, l-INAVIC biħsiebu jiżviluppa u jimplimenta funzjoni ta' assigurazzjoni tal-kwalità u metodoloġija integrata li jippermettu l-uniformità u l-aċċess elettroniku komuni għad-dokumentazzjoni teknika kollha tiegħu. |
(20) |
L-INAVIC għamel progress fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' standards internazzjonali tas-sikurezza. Il-Kummissjoni tilqa' l-isforzi li saru u tħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Angola u lill-INAVIC biex ikomplu dawk l-isforzi. Madankollu, l-evidenza disponibbli attwalment, b'mod partikolari miż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post imwettqa mill-Unjoni, ma tippermettix li jiġi konkluż li l-progress li sar huwa b'saħħtu biżżejjed biex il-kumpaniji tal-ajru kollha rreġistrati fl-Angola u ssorveljati mill-INAVIC jitneħħew mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. Tabilħaqq, jenħtieġ li l-INAVAC jagħmel titjib ulterjuri fis-sistema ta' sorveljanza tas-sikurezza tiegħu kif ukoll fit-taħriġ u fl-istandardizzazzjoni tal-metodi ta' ħidma tal-ispetturi tiegħu. |
(21) |
Matul is-smigħ, TAAG u Heli Malongo ppreżentaw il-pjanijiet ta' azzjoni korrettiva tagħhom li jindirizzaw l-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet taż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post imwettqa mill-Unjoni. Parti mill-azzjonijiet deskritti fil-pjanijiet ta' azzjoni korrettiva diġà ġew implimentati. Matul is-smigħ, iż-żewġ kumpaniji tal-ajru sostnew li kellhom sistemi robusti u funzjonali fis-seħħ għall-ġestjoni ta' diversi operazzjonijiet. |
(22) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li kemm TAAG kif ukoll Heli Malongo huma kapaċi jiżguraw it-twettiq sikur tal-operazzjonijiet rispettivi tagħhom. Il-Kummissjoni tqis li hemm biżżejjed evidenza li ż-żewġ kumpaniji tal-ajru huma konformi mar-regolamenti applikabbli tal-Angola u mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Fir-rigward ta' TAAG, l-EASA kkonfermat li fir-rigward tat-TCO u tal-SAFA, attwalment din il-kumpanija tal-ajru ma tagħtix lok għal tħassib speċifiku dwar is-sikurezza. |
(23) |
Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tikkonkludi li Heli Malongo jenħtieġ li titneħħa mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006, u li TAAG jenħtieġ li titneħħa mill-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. Għalhekk, jenħtieġ li tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni stabbilita fl-Anness A u fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. |
(24) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tal-Angola mal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jsiru fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fl-Angola, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
(25) |
Jekk ikun hemm informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza li tindika li hemm riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta' konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni jaf tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
Il-kumpaniji tal-ajru mill-Belarussja
(26) |
Fis-17 ta' Settembru 2018, b'segwitu għal nuqqasijiet ta' sikurezza identifikati mill-EASA fil-qafas tal-proċess ta' awtorizzazzjoni tat-TCO, il-Kummissjoni bdiet konsultazzjonijiet mad-Dipartiment tal-Avjazzjoni tal-Belarussja (“AD-BLR”) skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 473/2006. |
(27) |
Mill-11 sal-15 ta' Marzu 2019, esperti mill-Kummissjoni, mill-EASA u mill-Istati Membri għamlu żjara ta' valutazzjoni fuq il-post imwettqa mill-Unjoni fil-Belarussja fl-uffiċċji tal-AD-BLR u fl-uffiċċji ta' għadd ta' kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Belarussja, jiġifieri Belavia Belarusian Airlines (“Belavia”), Rubystar Airways u Transaviaexport Airlines. |
(28) |
Matul iż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post imwettqa mill-Unjoni, l-AD-BLR ipprovda evidenza dwar bidliet sinifikanti fil-funzjonament tiegħu, inkluż l-adozzjoni ta' ordnijiet ġodda, manwali interni u listi ta' kontroll ġodda, u t-twaqqif ta' spettorat apposta fil-Ministeru tat-Trasport responsabbli għas-settur tal-avjazzjoni u għar-reklutaġġ ta' spetturi ġodda. Dawk l-azzjonijiet bdew f'Ġunju 2018 b'emenda għall-Kodiċi tal-Ajru, u dawk l-isforzi intensifikaw wara t-tnedija ta' konsultazzjonijiet bejn il-Kummissjoni u l-AD-BLR fis-17 ta' Settembru 2018. Fl-2018, l-AD-BLR beda wkoll iċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid tal-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati fil-Belarussja. Meta saret iż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post imwettqa mill-Unjoni, l-AD-BLR diġà kien lesta ċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid ta' żewġ kumpaniji tal-ajru. Dawn kienu sforzi importanti biex titjieb il-konformità mar-rekwiżiti internazzjonali tas-sikurezza. |
(29) |
Filwaqt li fl-2018 l-iskambju ta' informazzjoni kien diffiċli, matul iż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post imwettqa mill-Unjoni l-fluss ta' informazzjoni tjieb. Madankollu, ir-riżultati taż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post imwettqa mill-Unjoni juru li hemm ħtieġa għad-definizzjoni u għall-implimentazzjoni ta' pjan direzzjonali komprensiv b'kontroll tal-proċess u b'monitoraġġ mill-qrib sabiex tiġi żgurata l-identifikazzjoni korretta u l-mitigazzjoni tar-riskji għas-sikurezza. Matul iż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post imwettqa mill-Unjoni, l-AD-BLR ipprovda evidenza dwar il-programm ta' sorveljanza annwali tiegħu tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Belarussja. Meta saret iż-żjara, għalkemm l-AD-BLR kien involut fir-reklutaġġ tal-persunal ikkwalifikat meħtieġ, kien għadu ma kellux persunal biżżejjed biex iwettaq l-attivitajiet ta' sorveljanza kollha li kienu meħtieġa. Ġie osservat ukoll li l-effettività ta' dawk l-attivitajiet ta' sorveljanza tista' tittejjeb iktar jekk dawn ikunu xprunati iktar mir-riżultati ta' valutazzjoni soda tar-riskji għas-sikurezza. |
(30) |
L-evalwazzjoni tat-tliet kumpaniji tal-ajru msemmija hawn fuq kellha l-għan li tivverifika l-ħila tal-AD-BLR li jiżgura li l-operazzjonijiet minn kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Belarussja jitwettqu f'konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Iż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post imwettqa mill-Unjoni kkonkludiet li jenħtieġ li jsir titjib, b'mod partikolari fir-rigward tal-attivitajiet ta' sorveljanza ta' kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Belarussja. Madankollu, ma ġie identifikat l-ebda riskju imminenti għas-sikurezza li jirrikjedi miżuri addizzjonali apparti dawk li diġà ttieħdu mill-EASA waqt il-proċess ta' awtorizzazzjoni tat-TCO. |
(31) |
Fit-3 ta' April 2018, il-Kummissjoni u l-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru semgħu lill-AD-BLR. Id-delegazzjoni tal-AD-BLR magħmula minn persuna waħda infurmat li ttieħdu għadd ta' miżuri sabiex is-sikurezza tal-avjazzjoni fil-Belarussja tkompli titjieb, b'mod partikolari r-reklutaġġ u t-taħriġ tal-persunal, ir-rieżami tar-regolamenti u tal-proċeduri tal-avjazzjoni, u l-użu ta' teknoloġiji diġitali ġodda biex jappoġġaw l-attivitajiet ta' sorveljanza. Filwaqt li parti mill-informazzjoni pprovduta kienet utli għall-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru, l-AD-BLR mhux dejjem irnexxielu jipprovdi tweġibiet preċiżi għall-mistoqsijiet imressqa mill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru. |
(32) |
Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, inkluż ir-riżultati taż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post imwettqa mill-Unjoni minn Marzu 2019 u l-pjan ta' azzjoni korrettiva imressaq fid-29 ta' Marzu 2019, il-Kummissjoni tqis li minn Ġunju 2018 l-AD-BLR għamel progress fl-implimentazzjoni tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Madankollu, jenħtieġ li l-AD-BLR xorta jiżgura riżorsi xierqa għall-attivitajiet ta' sorveljanza tas-sikurezza tiegħu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li kwalunkwe rabta bejn il-kunsiderazzjonijiet politiċi u l-kunsiderazzjonijiet tas-sikurezza tiġi evitata. |
(33) |
Għalkemm l-evidenza tindika li l-miżuri meħuda mill-AD-BLR diġà jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tiegħu biex jissorvelja l-attivitajiet tal-avjazzjoni fil-Belarussja, jenħtieġ li l-ħila tiegħu li jiżgura li l-operazzjonijiet minn kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Belarussja jitwettqu f'konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza tkompli tittejjeb. F'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li f'dan l-istadju ma hemm l-ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mill-Belarussja. |
(34) |
L-Istati Membri jenħtieġ li jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tal-Belarussja mal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jsiru fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Belarussja, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
(35) |
Jekk ikun hemm informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza li tindika li hemm riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta' konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni jaf tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
Il-kumpaniji tal-ajru mir-Repubblika Dominicana
(36) |
Qatt ma ġew inklużi kumpaniji tal-ajru mir-Repubblika Dominicana fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. Fl-20 ta' Marzu 2019, l-EASA infurmat lill-Kummissjoni dwar in-nuqqasijiet fis-sikurezza identifikati fil-qafas tal-proċess ta' awtorizzazzjoni tat-TCO. Ħames kumpaniji tal-ajru ċċertifikati mill-Instituto Dominicano de Aviación Civil (“IDAC”) applikaw għal awtorizzazzjoni tat-TCO, madankollu tnejn biss, Helidosa Aviation Group, S.A. u Servicios Aéreos Profesioniales, S.A., kisbu din l-awtorizzazzjoni. Fil-15 ta' Marzu 2019, l-EASA ssospendiet l-awtorizzazzjoni ta' Servicios Aéreos Profesioniales, S.A. għal raġunijiet ta' sikurezza. Il-kumpaniji tal-ajru Dominican Wings, S.A. u Sky High Aviation Services, S.R.L. irtiraw l-applikazzjonijiet tagħhom matul il-valutazzjoni inizjali mwettqa mill-EASA. Il-kumpanija tal-ajru Air Century, S.A. irtirat l-ewwel applikazzjoni tagħha fl-2017 peress li naqset milli turi konformità mal-istandards tas-sikurezza applikabbli, u reġgħet applikat fl-2018. |
(37) |
Ir-riżultati tal-analiżi tal-ispezzjonijiet fir-rampa li twettqu fil-kuntest tal-Programm tal-SAFA jindikaw li l-proporzjon tal-SAFA ta' kumpaniji tal-ajru ċċertifikati mill-IDAC huwa ogħla mill-medja dinjija. Ir-rikorrenza ta' ċerti sejbiet tal-SAFA tindika nuqqas preżunt ta' kultura xierqa ta' sikurezza. Madankollu, l-għadd totali ta' spezzjonijiet tal-SAFA huwa limitat. Il-Kummissjoni ddeċidiet li tiftaħ konsultazzjonijiet mal-IDAC skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 473/2006. |
(38) |
F'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li f'dan l-istadju ma hemm l-ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mir-Repubblika Dominicana. |
(39) |
L-Istati Membri jridu jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jsiru fuq il-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fir-Repubblika Dominicana, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
(40) |
Jekk ikun hemm informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza li tindika li hemm riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta' konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni jaf tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
Il-kumpaniji tal-ajru mill-Gabon
(41) |
Il-konsultazzjonijiet bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Gabon, l-Agence Nationale de l'Aviation Civile (“ANAC”) komplew bil-għan li jiġi mmonitorjat il-progress tal-ANAC fl-iżgurar li s-sistema ta' sorveljanza tas-sikurezza tal-avjazzjoni tagħha tikkonforma mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. F'dak il-kuntest, l-ANAC infurmat lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda biex issaħħaħ l-implimentazzjoni ta' elementi kritiċi, kif ukoll dwar ir-riżultati preliminari tal-Missjoni ta' Validazzjoni Kkoordinata tal-ICAO (“ICVM”) li saret mid-29 ta' Jannar sas-6 ta' Frar 2019. |
(42) |
Abbażi tal-informazzjoni pprovduta, il-Kummissjoni ma tistax tiddetermina għalkollox li l-ANAC kapaċi tiżgura li l-operazzjonijiet minn trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Gabon jitwettqu f'konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Bħala konsegwenza, se tintalab informazzjoni addizzjonali u jenħtieġ li tiġi organizzata laqgħa teknika biex tiġi diskussa s-sitwazzjoni tas-sorveljanza tas-sikurezza fil-Gabon. |
(43) |
Fit-2 ta' April 2019, l-awtoritajiet kompetenti tal-Gabon ipprovdew evidenza lill-Kummissjoni li l-kumpaniji tal-ajru Afric Aviation, Allegiance Air Tourist, Sky Gabon u Nouvelle Air Affaires Gabon ma għandhomx Ċertifikat validu ta' Operatur tal-Ajru (“AOC”) iktar. Għalhekk, jenħtieġ li dawk il-kumpaniji tal-ajru jitneħħew mil-lista ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni. |
(44) |
F'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li l-lista ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni tiġi emendata biex il-kumpaniji tal-ajru Afric Aviation, Allegiance Air Tourist u Sky Gabon jitneħħew mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 u biex il-kumpanija tal-ajru Nouvelle Air Affaires Gabon titneħħa mill-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. |
Il-kumpaniji tal-ajru mill-Indoneżja
(45) |
F'Ġunju 2018, il-kumpaniji tal-ajru kollha mill-Indoneżja tneħħew mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006, kif emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/871 (8). Bil-għan li jsir iktar monitoraġġ tas-sistema ta' sorveljanza tas-sikurezza fl-Indoneżja, il-Kummissjoni u d-Direttorat Ġenerali tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Indoneżja (“DGCA Indonesia”) baqgħu għaddejjin bil-konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 473/2006. F'dak il-kuntest, b'ittra tat-28 ta' Frar 2019, DGCA Indonesia pprovda informazzjoni addizzjonali u aġġornament dwar l-attivitajiet ta' sorveljanza tas-sikurezza għall-perjodu minn Settembru 2018 sa Frar 2019. Dik l-informazzjoni kienet tinkludi lista ta' kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fl-Indoneżja, inġenji tal-ajru rreġistrati, attivitajiet ta' sorveljanza tas-sikurezza, miżuri ta' infurzar meħuda minn DGCA Indonesia u status aġġornat tal-Pjanijiet ta' Azzjoni Korrettiva (“CAPs”) tiegħu bħala riżultat taż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post imwettqa mill-Unjoni f'Marzu 2018. DGCA Indonesia pprovda wkoll l-aġġornamenti dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni għan-Navigazzjoni Bbażata fuq il-Prestazzjoni (“PBN”) u dwar l-assistenza teknika pprovduta lil DGCA Indonesia. |
(46) |
Permezz ta' email tas-16 ta' Jannar, DGCA Indonesia informa dwar il-proċess ta' riorganizzazzjoni fi ħdan DGCA Indonesia bil-għan li jallinja l-proċessi tiegħu mal-istandards u mal-prattiki rakkomandati tal-ICAO. DGCA Indonesia żamm lill-Kummissjoni infurmata wkoll dwar l-inċidenti serji li kienu jinvolvu l-kumpaniji tal-ajru Indoneżjani. |
(47) |
Fir-rigward tal-lista tal-kumpaniji tal-ajru, tal-inġenji tal-ajru u tal-attivitajiet ta' sorveljanza, DGCA Indonesia ħareġ AOC tal-Parti-121 ġdida u AOC tal-Parti-135 ġdida. Fir-rigward tal-miżuri meħuda ta' infurzar, DGCA Indonesia ssospenda waħda mill-AOC tal-Parti-121, irrevoka ċertifikat ta' validazzjoni, issospenda liċenzja ta' bdot, u impona tliet sanzjonijiet amministrattivi fuq detenturi ta' AOC tal-Parti-135. DGCA Indonesia saħħaħ is-sorveljanza tal-parti medika tal-għoti tal-liċenzji, bi tweġiba għall-punti ta' tħassib li ġew identifikati matul il-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post imwettqa mill-Unjoni f'Marzu 2018, u ssospenda seba' detenturi ta' liċenzja ta' eżaminatur mediku akkreditat. |
(48) |
Wara r-rakkomandazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-PBN, huwa mistenni li sa tmiem l-2019 l-Indoneżja timplimenta proċeduri tal-PBN fi 19 mis-27 ajruport internazzjonali tagħha. Qed isir progress fl-implimentazzjoni tal-PBN fl-ajruporti domestiċi u remoti, għalkemm mhux bl-istess ritmu. |
(49) |
DGCA Indonesia informa lis-servizzi tal-Kummissjoni dwar l-istatus tal-azzjonijiet korrettivi wara l-Missjoni ta' Valutazzjoni Kkoordinata tal-ICAO, li saret fl-2017. Fil-25 ta' Lulju 2018, l-ICAO rrieżaminat is-CAP fil-qasam tal-ajrunavigabbiltà. L-azzjonijiet korrettivi kollha ġew aċċettati għalkollox jew parzjalment mill-ICAO. |
(50) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-informazzjoni, u b'ittra tas-6 ta' Marzu 2019 talbet għal informazzjoni addizzjonali, b'mod partikolari dwar l-għadd ta' proċeduri interni ta' DGCA Indonesia li għad iridu jiġu ffinalizzati, dwar l-iskadenzi li ma ġewx irrispettati minn waħda mill-kumpaniji tal-ajru, u dwar il-fużjoni reċenti ta' Garuda Indonesia u Sriwijaya. Fl-20 ta' Marzu 2019, DGCA Indonesia bagħat l-informazzjoni mitluba. Wara eżaminazzjoni ulterjuri, il-Kummissjoni tqis li l-biċċa l-kbira tal-ispjegazzjonijiet mogħtija dwar is-CAP, l-inċidenti serji u l-miżuri ta' infurzar huma adegwati. B'riżultat ta' dan, il-biċċa l-kbira tas-sejbiet tas-CAP ingħalqu u d-dati l-ġodda proposti għall-għeluq ġew aċċettati. |
(51) |
Wara l-aċċident fatali tat-titjira JT610 ta' Lion Air fid-29 ta' Ottubru 2018, DGCA Indonesia qed ikompli jipprovdi informazzjoni dwar il-miżuri meħuda. Fid-dawl tal-aċċident tat-titjira ET302 ta' Ethiopian Airlines fl-10 ta' Marzu 2019, DGCA Indonesia informa lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni tiegħu li bħala miżura ta' prekawzjoni jipprojbixxi li l-flotta tal-inġenji tal-ajru Boeing 737 MAX operata minn Lion Air u minn Garuda Indonesia tittajjar. |
(52) |
Għaldaqstant, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li f'dan l-istadju, fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mill-Indoneżja ma hemm l-ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni. |
(53) |
L-Istati Membri jenħtieġ li jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tal-Indoneżja mal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jsiru fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fl-Indoneżja, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
(54) |
Jekk ikun hemm informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza li tindika li hemm riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta' konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni jaf tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
Il-kumpaniji tal-ajru mill-Moldova
(55) |
F'Settembru 2018, il-Kummissjoni infurmat lill-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Moldova (“CAAM”) dwar ċertu tħassib tas-sikurezza fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati mis-CAAM. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni għarrfet lis-CAAM dwar il-bidu ta' konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 473/2006. |
(56) |
Mill-11 sal-15 ta' Frar 2019, esperti mill-Kummissjoni, mill-EASA u mill-Istati Membri għamlu żjara ta' valutazzjoni fuq il-post imwettqa mill-Unjoni fil-Moldova fl-uffiċċji tas-CAAM u fl-uffiċċji ta' għadd ta' kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Moldova, jiġifieri Air Moldova, Fly Pro u Terra Avia. |
(57) |
Skont ir-rapport mill-esperti, is-CAAM issegwi approċċ għas-sikurezza tal-avjazzjoni li ma fihx tekniki moderni ta' ġestjoni tas-sikurezza tal-avjazzjoni. Il-qafas leġiżlattiv jenħtieġ li jiġi aġġornat, peress li mhux l-emendi kollha tal-Annessi tal-ICAO ġew integrati fir-regolamenti tal-Moldova. Attwalment, is-CAAM qed taħdem fuq l-implimentazzjoni tar-regolamenti tal-Unjoni f'konformità mal-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni ffirmat bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova fl-2012. |
(58) |
Is-CAAM ma implimentatx mekkaniżmi u proċeduri interni sodi biex l-attivitajiet ta' rutina tal-organizzazzjoni jkunu skont il-qafas legali u tekniku eżistenti. Għalhekk, jenħtieġ li s-CAAM ittejjeb il-funzjoni tal-ġestjoni tal-kwalità tagħha. Id-Diviżjoni tal-Operazzjonijiet tat-Titjir tas-CAAM stabbiliet proċessi u proċeduri interni, madankollu dawk ma jiġux irrispettati. Iż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post imwettqa mill-Unjoni identifikat oqsma fejn irid isir titjib, b'mod partikolari l-ħtieġa li żżomm b'mod rigoruż mal-proċess taċ-ċertifikazzjoni, il-ħtieġa li jkun hemm traċċabbiltà aħjar tar-rieżami u tal-approvazzjoni tal-manwali, u l-ħtieġa li jissaħħu l-obbligi ta' sorveljanza tad-Diviżjoni tal-Operazzjonijiet tat-Titjir. Fil-qasam tal-attivitajiet tal-għoti tal-liċenzji, is-CAAM ma stabbiliet l-ebda sistema għas-sorveljanza tal-għarfien teoriku delegat u tal-eżamijiet prattiċi. Barra minn hekk, iż-żamma ta' rekords jenħtieġ li tittejjeb, b'mod partikolari biex tiġi żgurata t-traċċabbiltà tal-attivitajiet ta' sorveljanza. |
(59) |
Il-programmi tat-taħriġ żviluppati mid-Diviżjoni tal-Ajrunavigabbiltà tas-CAAM ma jikkonformawx mal-proċeduri assoċjati stabbiliti u mhumiex biżżejjed biex jinżamm il-livell meħtieġ ta' għarfien, ta' ħiliet, ta' kompetenza u ta' kwalifiki tal-persunal tal-ajrunavigabbiltà. L-awditi jew l-ispezzjonijiet imwettqa mid-Diviżjoni tal-Ajrunavigabbiltà tas-CAAM jenħtieġ li jissaħħu, peress li l-valutazzjoni fuq il-post imwettqa mill-Unjoni żvelat problemi fil-kumpaniji tal-ajru tal-Moldova li kellhom jiġu identifikati mill-awditi ta' sorveljanza tas-CAAM stess. |
(60) |
Air Moldova, l-ikbar kumpanija tal-ajru tal-Moldova, għandha fis-seħħ Sistema ta' Ġestjoni tas-Sikurezza li taħdem tajjeb, li hija soda u li tiġġenera data utli għall-kumpanija tal-ajru. Is-Sistema ta' Ġestjoni tal-Kwalità hija soda u funzjonali u teħtieġ titjib żgħir biss. Il-maniġment superjuri tal-kumpanija għandu fehim tajjeb ta' dawk is-sistemi u jużahom biex jidentifika r-riskji u biex jieħu l-miżuri xierqa biex itaffi l-ogħla riskji. L-operazzjonijiet tal-kumpanija tal-ajru huma appoġġati minn tekniċi kkwalifikati u minn stazzjonijiet tal-qasam b'kapaċità ta' manutenzjoni. L-organizzazzjoni wriet li għandha sistema soda u strutturata biex tikkontrolla l-aspetti differenti tal-ajrunavigabbiltà kontinwa. Air Moldova żviluppat il-manwali meħtieġa li fihom il-politiki u li jagħtu dettalji dwar il-proċeduri assoċjati, u li huma approvati mis-CAAM. Il-persunal iċċertifikat huwa mħarreġ sew fuq it-tipi ta' inġenji tal-ajru li jitħaddmu. Iż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post imwettqa mill-Unjoni ma identifikat l-ebda nuqqas kbir. |
(61) |
Fly Pro hija kumpanija tal-ajru li tittrasporta l-merkanzija b'Sistema ta' Ġestjoni tas-Sikurezza u b'Sistema ta' Ġestjoni tal-Kwalità fis-seħħ. Il-valutazzjoni fuq il-post imwettqa mill-Unjoni fir-rigward ta' dawk is-sistemi identifikat xi nuqqasijiet li jeħtieġu titjib. Il-Manwal dwar il-Ġestjoni tas-Sikurezza ta' Fly Pro jenħtieġ li jiġi aġġornat f'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Moldova u mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Fir-rigward tas-Sistema ta' Ġestjoni tal-Kwalità, il-kumpanija tal-ajru ma setgħetx turi li twettqu l-awditi kollha tal-programm tal-awditu annwali. Barra minn hekk, is-sistema amministrattiva għall-kontroll tas-sejbiet ma kinitx qed tiffunzjona kif suppost. Fly Pro żviluppat Manwal tal-Operazzjonijiet, iżda l-verżjoni attwali ta' dan il-manwal ma tirriflettix l-operazzjonijiet u l-approvazzjonijiet approvati. Il-Programm ta' Manutenzjoni mhuwiex aġġornat, minħabba li l-ispezzjonijiet ġodda kollha introdotti mill-aħħar Rapport tal-Bord ta' Rieżami tal-Manutenzjoni maħruġ mill-organizzazzjoni responsabbli għad-disinn tat-tip ġew introdotti b'intervall żbaljat. L-evalwazzjoni ta' Fly Pro wriet problemi funzjonali fir-rigward tal-ġestjoni tal-kontroll operazzjonali, tat-taħriġ u taż-żamma tar-rekords, peress li s-Sistema ta' Ġestjoni tal-Kwalità ma kinitx kapaċi tidentifika n-nuqqasijiet. |
(62) |
Terra Avia hija kumpanija tal-ajru privata mill-Moldova, li għandha l-bażi operazzjonali tagħha fl-Ajruport Internazzjonali ta' Sharjah, l-Emirati Għarab Magħquda. Il-Manwal dwar il-Ġestjoni tas-Sikurezza ta' Terra Avia jenħtieġ li jiġi aġġornat f'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Moldova u mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Barra minn hekk, Terra Avia ma twettaqx l-attivitajiet kollha skont ir-rekwiżiti tal-Manwal dwar il-Ġestjoni tas-Sikurezza (il-ġestjoni tar-riskju titwettaq b'mod superfiċjali, il-promozzjoni tas-sikurezza ma tiġix implimentata għalkollox, u ma jitwettaq l-ebda awditu tas-sikurezza). Terra Avia ma stabbilietx kontroll operazzjonali effettiv fuq il-bidu, il-kontinwazzjoni, id-devjazzjoni jew it-tmiem ta' titjira. Barra minn hekk, il-Programm ta' Manutenzjoni ippreżentat mill-kumpanija tal-ajru mhuwiex aġġornat. Għalkemm huwa ċar li l-inġenji tal-ajru operati minn Terra Avia huma taħt iċ-ċifri dwar l-użu identifikati għall-validità tar-Rapport tal-Bord ta' Rieżami tal-Manutenzjoni u tad-Data dwar l-Ippjanar tal-Manutenzjoni, il-kumpanija tal-ajru ma kkunsidratx l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' Programm ta' Manutenzjoni f'każ ta' Użu Baxx. Terra Avia ma setgħetx turi kif qed taqdi r-responsabbiltajiet tagħha f'termini tal-ajrunavigabbiltà kontinwa. Barra minn hekk, il-kumpanija tal-ajru ma setgħetx turi l-istatus ta' konformità mal-Programm ta' Manutenzjoni. Iż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post imwettqa mill-Unjoni identifikat li l-informazzjoni dwar il-partijiet b'ċiklu tal-ħajja limitat ma kinitx kompluta. Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-programm ta' taħriġ u ta' kontroll għall-ekwipaġġ tat-titjiriet tagħha, Terra Avia ma setgħetx turi li l-elementi kollha meħtieġa kienu koperti fil-kors ta' konverżjoni u fit-taħriġ rikorrenti. Terra Avia żviluppat sistema għall-kontroll tal-ħinijiet tat-titjir, tax-xogħol u tal-mistrieħ tal-ekwipaġġi tat-titjiriet u tal-kabina, iżda s-sistema ma kienet tinkludi l-ebda sistema ta' notifika li tinforma li jkun sar xi ksur. |
(63) |
Wara ż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post imwettqa mill-Unjoni fl-2019, is-CAAM wettqet Analiżi tas-Sikurezza u fasslet CAP, li jindirizza l-osservazzjonijiet li tqajmu matul iż-żjara. Il-Kummissjoni tqis li l-analiżi hija komprensiva u tistabbilixxi skadenzi speċifiċi għall-azzjonijiet. Madankollu, jenħtieġ li jsiru sforzi sinifikanti biex jiġu koperti l-kompiti kollha inklużi fl-Analiżi tas-Sikurezza. Barra minn hekk, sakemm issir l-implimentazzjoni effettiva ta' din l-Analiżi tas-Sikurezza, ir-riskji għas-sikurezza identifikati matul iż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post imwettqa mill-Unjoni fl-2019 baqgħu ma ġewx mitigati. |
(64) |
Fit-2 ta' April 2019, il-Kummissjoni u l-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru semgħu lis-CAAM u lill-kumpaniji tal-ajru Air Moldova, Fly One u Aerotranscargo. Is-CAAM ippreżentat l-istruttura organizzattiva attwali tagħha, inklużi dettalji dwar il-forza tax-xogħol assenjata lid-Diviżjoni tal-Ajrunavigabbiltà u lid-Diviżjoni tal-Operazzjonijiet tat-Titjir tagħha. Is-CAAM ipprovdiet dettalji dwar il-miżuri meħuda mill-aħħar laqgħa tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru ta' Novembru 2018, inkluż l-informazzjoni dwar it-taħriġ għall-ispetturi operazzjonali, dwar il-proċess ta' reklutaġġ ta' spetturi ġodda, u dwar l-azzjonijiet meħuda fir-rigward ta' għadd ta' kumpaniji tal-ajru rreġistrati fil-Moldova. Barra minn hekk, is-CAAM ipprovdiet informazzjoni dwar l-istatus u l-ippjanar tal-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Moldova mal-qafas regolatorju tal-Unjoni u r-rieżami tal-proċeduri interni u tal-manwali. Is-CAAM ippreżentat sommarju tal-azzjonijiet korrettivi meħuda fir-rigward tal-osservazzjonijiet li saru mill-esperti waqt iż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post imwettqa mill-Unjoni fl-2019. Barra minn hekk, is-CAAM infurmat lill-Kummissjoni li l-AOCs ta' Fly Pro u Terra Avia ġew sospiżi. |
(65) |
Is-CAAM għarrfet ukoll li mill-bidu tal-2019 ġiet ristrutturata f'istituzzjoni pubblika, iffinanzjata mill-baġit tal-istat. Il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li kwalunkwe rabta bejn il-kunsiderazzjonijiet politiċi u l-kunsiderazzjonijiet tas-sikurezza tiġi evitata. F'dan ir-rigward, is-CAAM se jkollha turi l-indipendenza sħiħa tagħha fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħha minkejja dan il-qafas istituzzjonali ġdid. |
(66) |
F'konformità mal-informazzjoni kollha disponibbli, inkluż ir-riżultati taż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post imwettqa mill-Unjoni u l-informazzjoni pprovduta waqt is-smigħ, il-Kummissjoni u l-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru jikkunsidraw li s-CAAM għandha biss kapaċitajiet limitati ħafna biex tissorvelja l-attivitajiet tal-avjazzjoni fil-Moldova u għalhekk jeħtieġ li jsir iktar titjib sinifikanti biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fis-sikurezza. |
(67) |
Air Moldova ppreżentat is-CAP tagħha li jindirizza l-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet taż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post imwettqa mill-Unjoni. Dan il-pjan jinkludi azzjonijiet korrettivi u preventivi bbażati fuq analiżi soda tal-kawżi ewlenin. F'dan il-kuntest, l-EASA kkonfermat li mill-perspettiva tat-TCO u tal-SAFA, attwalment din il-kumpanija tal-ajru ma tagħtix lok għal tħassib speċifiku dwar is-sikurezza. |
(68) |
Fly One tat stampa ġenerali tal-kumpanija, inkluż il-flotta attwali tagħha u r-riżorsi u l-faċilitajiet disponibbli. Iddeskriviet is-Sistema ta' Ġestjoni tas-Sikurezza u s-Sistema ta' Ġestjoni tal-Kwalità tagħha bħala sistemi sodi u żviluppati sew. Il-kumpanija tal-ajru tuża sett ta' għodod tas-softwer sabiex tintegra d-data dwar il-ġestjoni tas-sikurezza, tal-kwalità u tar-riskji, u sabiex ikollha kontroll effettiv tal-operazzjonijiet tagħha. F'dan il-kuntest, l-EASA kkonfermat li mill-perspettiva tat-TCO u tal-SAFA, attwalment din il-kumpanija tal-ajru ma tagħtix lok għal tħassib speċifiku dwar is-sikurezza. |
(69) |
Aerotranscargo ppreżentat l-istruttura u l-funzjonament tas-Sistema ta' Ġestjoni tal-Kwalità u s-Sistema ta' Ġestjoni tas-Sikurezza tagħha. Informat ukoll dwar l-impenn tagħha li ttejjeb il-prestazzjoni u l-kultura tas-sikurezza tagħha. F'dan il-kuntest, l-EASA kkonfermat li mill-perspettiva tat-TCO u tal-SAFA, attwalment din il-kumpanija tal-ajru ma tagħtix lok għal tħassib speċifiku dwar is-sikurezza. |
(70) |
Għaldaqstant, abbażi tal-informazzjoni disponibbli attwalment, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li f'dan l-istadju, fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mill-Moldova ma hemm l-ebda raġuni biex tinkludihom kollha, ħlief Air Moldova, Fly One u Aerotranscargo, fil-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni. |
(71) |
L-Istati Membri jenħtieġ li jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tal-Moldova mal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jsiru fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Moldova, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
(72) |
Jekk ikun hemm informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza li tindika li hemm riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta' konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni jaf tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
Il-kumpaniji tal-ajru min-Nepal
(73) |
B'ittra tad-29 ta' Ottubru 2018, il-Kummissjoni talbet għal lista ta' dokumenti u ta' azzjonijiet li jridu jitlestew mis-Civil Aviation Authority of Nepal (“CAAN”). |
(74) |
Permezz ta' ittra tad-9 ta' Diċembru 2018, is-CAAN ipprovdiet id-dokumentazzjoni mitluba kollha. Il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dokumentazzjoni pprovduta kienet strutturata tajjeb u li l-kontenut tagħha kien sodisfaċenti. Is-CAAN għamlet sforzi konsiderevoli biex ittejjeb is-sistema ta' sorveljanza tas-sikurezza fin-Nepal. Madankollu, il-Kummissjoni tqis li huwa meħtieġ iktar titjib sinifikanti biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet eżistenti fis-sikurezza. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li r-rata ta' aċċidenti u ta' inċidenti rapportabbli għadha partikolarment għolja fin-Nepal. L-aħħar aċċident seħħ fis-27 ta' Frar 2019, fejn ħelikopter Eurocopter AS350 operat minn Air Dynasty ikkraxxja fir-reġjun muntanjuż tal-Lvant ta' Taplejung, in-Nepal. Qabel ma tiġi kkunsidrata xi tneħħija tal-projbizzjoni attwali fuq il-kumpaniji tal-ajru kollha rreġistrati fin-Nepal, jenħtieġ li jsir titjib konsiderevoli fil-proporzjon ta' aċċidenti fin-Nepal. |
(75) |
F'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li f'dan l-istadju ma hemm l-ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru min-Nepal. |
Il-kumpaniji tal-ajru mir-Russja
(76) |
Il-Kummissjoni, l-EASA u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri komplew jimmonitorjaw mill-qrib il-prestazzjoni tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru li huma ċċertifikati fir-Russja u li joperaw fl-Unjoni, inkluż permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fir-rigward ta' ċerti kumpaniji tal-ajru Russi skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
(77) |
Fit-22 ta' Marzu 2019, rappreżentanti tal-Kummissjoni, tal-EASA u tal-Istati Membri ltaqgħu ma' rappreżentanti tal-Aġenzija Federali Russa tat-Trasport bl-Ajru (“FATA”), sabiex jirrieżaminaw il-prestazzjoni tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fir-Russja abbażi tar-rapporti tal-ispezzjonijiet fir-rampa mwettqa bejn id-19 ta' Settembru 2018 u t-22 ta' Marzu 2019, u sabiex jidentifikaw f'liema każijiet jenħtieġ li l-FATA ssaħħaħ l-attivitajiet ta' sorveljanza tagħha. |
(78) |
Matul dik il-laqgħa, il-Kummissjoni rrieżaminat f'iktar dettall ir-riżultati tal-ispezzjonijiet fir-rampa tal-SAFA ta' kumpanija tal-ajru ċċertifikata fir-Russja u ħadet nota tad-deċiżjoni meħuda mill-FATA biex tirrestrinġi l-AOC tagħha għal titjiriet domestiċi. Fid-dawl tal-għadd kbir ta' applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tat-TCO li ma rriżultawx f'awtorizzazzjoni tat-TCO tal-EASA (19-il każ minn 62 applikazzjoni), il-Kummissjoni talbet lill-FATA biex tirrieżamina l-prestazzjoni tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru affettwati qabel il-laqgħa li jmiss tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru. |
(79) |
Abbażi tal-informazzjoni disponibbli attwalment, inkluż l-informazzjoni pprovduta mill-FATA fil-laqgħa tat-22 ta' Marzu 2019, il-Kummissjoni tqis li f'dan l-istadju, il-FATA għandha l-ħila u r-rieda meħtieġa biex tindirizza n-nuqqasijiet fis-sikurezza. Għal dawk ir-raġunijiet, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm bżonn li jsir smigħ tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni Russi u ta' xi kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fir-Russja quddiem il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru. |
(80) |
Għaldaqstant, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li f'dan l-istadju ma hemm l-ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni biex jiġu inklużi kumpaniji tal-ajru mir-Russja. |
(81) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tal-kumpaniji tal-ajru mir-Russja mal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza, permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
(82) |
Meta dawk l-ispezzjonijiet jidentifikaw riskju imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta' konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni tista' timponi projbizzjoni fuq l-operat tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati mir-Russja u tinkludihom fl-Anness A jew fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. |
Il-kumpaniji tal-ajru mill-Venezwela
(83) |
Fis-6 ta' Marzu 2017, il-kumpanija tal-ajru Avior Airlines, iċċertifikata fil-Venezwela, applikat għal awtorizzazzjoni tat-TCO mill-EASA. L-EASA vvalutat dik l-applikazzjoni f'konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 452/2014. Fl-4 ta' Ottubru 2017, l-EASA rrifjutat l-applikazzjoni tat-TSO minn Avior Airlines għal raġunijiet ta' sikurezza. |
(84) |
Fit-14 ta' Novembru 2017, il-Kummissjoni u l-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru semgħu lill-Instituto Nacional de Aeronáutica Civil (“INAC”) u lil Avior Airlines, skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005. Wara dak is-smigħ, f'Novembru 2017 il-Kummissjoni emendat il-lista tal-kumpaniji tal-ajru li kienu soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni, u l-kumpanija tal-ajru Avior Airlines ġiet inkluża fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 (9). |
(85) |
Wara laqgħa teknika li saret fid-29 ta' Awwissu 2018, f'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, fl-14 ta' Novembru 2018 l-INAC ipparteċipa fi smigħ quddiem il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru. Minkejja li ġew implimentati ċerti elementi ta' sistema ta' sorveljanza u dawn kienu jidhru xierqa f'termini ta' struttura, l-għadd ta' persunal ta' sorveljanza, il-proċeduri ddokumentati u l-ippjanar tal-ispezzjonijiet, l-analiżi tal-informazzjoni disponibbli wriet li kien hemm għadd ta' inkonsistenzi. Madankollu, dawk l-inkonsistenzi ma kinux ta' natura li tiġġustifika l-inklużjoni tal-kumpaniji tal-ajru kollha mill-Venezwela fl-Anness A jew fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. |
(86) |
Il-Venezwela ilha tipprovdi aġġornamenti kontinwi dwar l-istatus tal-obbligi ta' sorveljanza tagħha. Fis-17 ta' Jannar 2019, il-Kummissjoni talbet lill-INAC jipprovdi informazzjoni dwar tliet kumpaniji tal-ajru tal-Venezwela, jiġifieri Avior Airlines, Estelar Latinoamericana u Conviasa. Din it-talba kienet tinkludi r-rapporti kollha ta' spezzjoni fl-oqsma tal-operazzjonijiet, tal-ajrunavigabbiltà, tal-għoti tal-liċenzji tal-persunal u tal-ajrunawtika medika mwettqa matul l-2017 u l-2018 mill-INAC fir-rigward ta' dawn il-kumpaniji tal-ajru, u r-rapporti kollha ta' spezzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-manutenzjoni li jaħdmu għal kwalunkwe waħda minn dawk it-tliet kumpaniji tal-ajru tal-Venezwela. Saret talba simili fir-rigward taċ-ċentri tat-taħriġ. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet għar-rapporti kollha tal-ispezzjonijiet fir-rampa li saru fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru tal-Venezwela, inkluż l-azzjonijiet korrettivi u l-miżuri ta' segwitu meħuda mill-INAC. L-INAC ippreżenta l-informazzjoni kollha mitluba fil-pront, u l-Kummissjoni se tkompli tanalizzaha, u se titlob għal iktar informazzjoni skont kif ikun meħtieġ. |
(87) |
Skont l-informazzjoni pprovduta mill-INAC fil-1 ta' April 2019, Avior Airlines kisbet iċ-ċertifikat tal-IOSA. L-EASA infurmat li Avior Airlines biħsiebha tippreżenta applikazzjoni ġdida għal awtorizzazzjoni tat-TCO. |
(88) |
F'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li f'dan l-istadju ma hemm l-ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mill-Venezwela. |
(89) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tal-Venezwela mal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jsiru fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Venezwela, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
(90) |
Jekk ikun hemm informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza li tindika li hemm riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta' konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni jaf tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
(91) |
L-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 jirrikonoxxi l-ħtieġa biex id-deċiżjonijiet jittieħdu malajr u, fejn xieraq, b'mod urġenti, minħabba l-implikazzjonijiet għas-sikurezza. Għaldaqstant hu essenzjali li biex titħares l-informazzjoni sensittiva u biex jonqsu kemm jista' jkun l-impatti kummerċjali, id-deċiżjonijiet fil-kuntest tal-aġġornament tal-lista tal-kumpaniji tal-ajru soġġetti għal projbizzjoni jew għal restrizzjoni tal-operat fl-Unjoni, jiġu ppubblikati u jidħlu fis-seħħ minnufih wara l-adozzjoni tagħhom. |
(92) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 474/2006 jiġi emendat skont dan. |
(93) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Anness A huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness I ta' dan ir-Regolament; |
(2) |
L-Anness B huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness II ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' April 2019.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Violeta BULC
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 tat-22 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 84, 23.3.2006, p. 14).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2005, ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15.
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2006 tat-22 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għal-lista Komunitarja ta' trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità kif jissemma fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [traduzzjoni mhux uffiċjali] (ĠU L 84, 23.3.2006, p. 8).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta' Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).
(6) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 619/2009 tat-13 ta' Lulju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità (ĠU L 182, 15.7.2009, p. 4).
(7) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 1131/2008 tal-14 ta' Novembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' trasportaturi bl-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità (ĠU L 306, 15.11.2008, p. 47).
(8) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/871 tal-14 ta' Ġunju 2018 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta' kumpaniji tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fl-Unjoni, (ĠU L 152, 15.6.2018, p. 5).
(9) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2215 tat-30 ta' Novembru 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista ta' kumpaniji tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fl-Unjoni (ĠU L 318, 2.12.2017, p. 1).
ANNESS I
L-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“ANNESS A
LISTA TA' KUMPANIJI TAL-AJRU LI HUMA PPROJBITI MILLI JOPERAW FL-UNJONI, B'XI EĊĊEZZJONIJIET (1)
Isem l-entità legali tal-kumpanija tal-ajru kif indikat fuq l-AOC tagħha (u l-isem kummerċjali tagħha, jekk dan ikun differenti) |
In-Numru taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (“l-AOC”) jew in-Numru tal-Liċenzja tal-Operat |
Deżinjatur bi tliet ittri tal-ICAO |
L-Istat tal-Operatur |
AVIOR AIRLINES |
ROI-RNR-011 |
ROI |
Il-Venezwela |
BLUE WING AIRLINES |
SRBWA-01/2002 |
BWI |
Is-Suriname |
IRAN ASEMAN AIRLINES |
FS-102 |
IRC |
Ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran |
IRAQI AIRWAYS |
001 |
IAW |
L-Iraq |
MED-VIEW AIRLINE |
MVA/AOC/10-12/05 |
MEV |
In-Niġerja |
AIR ZIMBABWE (PVT) LTD |
177/04 |
AZW |
Iż-Żimbabwe |
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Afganistan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom |
|
|
Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan |
ARIANA AFGHAN AIRLINES |
AOC 009 |
AFG |
Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan |
KAM AIR |
AOC 001 |
KMF |
Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan |
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Angola responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, ħlief TAAG Angola Airlines u Heli Malongo, fosthom |
|
|
Ir-Repubblika tal-Angola |
AEROJET |
AO-008/11-07/17 TEJ |
TEJ |
Ir-Repubblika tal-Angola |
GUICANGO |
AO-009/11-06/17 YYY |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Angola |
AIR JET |
AO-006/11-08/18 MBC |
MBC |
Ir-Repubblika tal-Angola |
BESTFLYA AIRCRAFT MANAGEMENT |
AO-015/15-06/17YYY |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Angola |
HELIANG |
AO 007/11-08/18 YYY |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Angola |
SJL |
AO-014/13-08/18YYY |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Angola |
SONAIR |
AO-002/11-08/17 SOR |
SOR |
Ir-Repubblika tal-Angola |
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Kongo responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom |
|
|
Ir-Repubblika tal-Kongo |
AERO SERVICE |
RAC06-002 |
RSR |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
CANADIAN AIRWAYS CONGO |
RAC06-012 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
EMERAUDE |
RAC06-008 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
EQUAFLIGHT SERVICES |
RAC 06-003 |
EKA |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
EQUAJET |
RAC06-007 |
EKJ |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
EQUATORIAL CONGO AIRLINES S.A. |
RAC 06-014 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
MISTRAL AVIATION |
RAC06-011 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
TRANS AIR CONGO |
RAC 06-001 |
TSG |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom |
|
|
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
AIR FAST CONGO |
409/CAB/MIN/TVC/0112/2011 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
AIR KASAI |
409/CAB/MIN/TVC/0053/2012 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
AIR KATANGA |
409/CAB/MIN/TVC/0056/2012 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
AIR TROPIQUES |
409/CAB/MIN/TVC/00625/2011 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
BLUE AIRLINES |
106/CAB/MIN/TVC/2012 |
BUL |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
BLUE SKY |
409/CAB/MIN/TVC/0028/2012 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
BUSY BEE CONGO |
409/CAB/MIN/TVC/0064/2010 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
COMPAGNIE AFRICAINE D'AVIATION (CAA) |
409/CAB/MIN/TVC/0050/2012 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
CONGO AIRWAYS |
019/CAB/MIN/TVC/2015 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
DAKOTA SPRL |
409/CAB/MIN/TVC/071/2011 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
DOREN AIR CONGO |
102/CAB/MIN/TVC/2012 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
GOMAIR |
409/CAB/MIN/TVC/011/2010 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
KIN AVIA |
409/CAB/MIN/TVC/0059/2010 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
KORONGO AIRLINES |
409/CAB/MIN/TVC/001/2011 |
KGO |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
MALU AVIATION |
098/CAB/MIN/TVC/2012 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
MANGO AIRLINES |
409/CAB/MIN/TVC/009/2011 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
SERVE AIR |
004/CAB/MIN/TVC/2015 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
SERVICES AIR |
103/CAB/MIN/TVC/2012 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
SWALA AVIATION |
409/CAB/MIN/TVC/0084/2010 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
TRANSAIR CARGO SERVICES |
409/CAB/MIN/TVC/073/2011 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
WILL AIRLIFT |
409/CAB/MIN/TVC/0247/2011 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Djibouti responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom |
|
|
Il-Djibouti |
DAALLO AIRLINES |
Mhux magħruf |
DAO |
Il-Djibouti |
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Guinea Ekwatorjali responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom |
|
|
Il-Guinea Ekwatorjali |
CEIBA INTERCONTINENTAL |
2011/0001/MTTCT/DGAC/SOPS |
CEL |
Il-Guinea Ekwatorjali |
CRONOS AIRLINES |
2011/0004/MTTCT/DGAC/SOPS |
Mhux magħruf |
Il-Guinea Ekwatorjali |
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Eritrea responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom |
|
|
L-Eritrea |
ERITREAN AIRLINES |
AOC Nru 004 |
ERT |
L-Eritrea |
NASAIR ERITREA |
AOC Nru 005 |
NAS |
L-Eritrea |
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Gaboniża responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, ħlief Afrijet Business Service li jinsabu fl-Anness B, fosthom |
|
|
Ir-Repubblika Gaboniża |
NATIONALE REGIONALE TRANSPORT (N.R.T) |
008/MTAC/ANAC-G/DSA |
NRG |
Ir-Repubblika Gaboniża |
SOLENTA AVIATION GABON |
006/MTAC/ANAC-G/DSA |
SVG |
Ir-Repubblika Gaboniża |
TROPICAL AIR-GABON |
011/MTAC/ANAC-G/DSA |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Gaboniża |
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Kirgiża responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom |
|
|
Ir-Repubblika Kirgiża |
AIR BISHKEK (ex EASTOK AVIA) |
15 |
EAA |
Ir-Repubblika Kirgiża |
AIR MANAS |
17 |
MBB |
Ir-Repubblika Kirgiża |
AVIA TRAFFIC COMPANY |
23 |
AVJ |
Ir-Repubblika Kirgiża |
CENTRAL ASIAN AVIATION SERVICES (CAAS) |
13 |
CBK |
Ir-Repubblika Kirgiża |
HELI SKY |
47 |
HAC |
Ir-Repubblika Kirgiża |
AIR KYRGYZSTAN |
03 |
LYN |
Ir-Repubblika Kirgiża |
MANAS AIRWAYS |
42 |
BAM |
Ir-Repubblika Kirgiża |
S GROUP INTERNATIONAL (ex S GROUP AVIATION) |
45 |
IND |
Ir-Repubblika Kirgiża |
SKY BISHKEK |
43 |
BIS |
Ir-Repubblika Kirgiża |
SKY KG AIRLINES |
41 |
KGK |
Ir-Repubblika Kirgiża |
SKY WAY AIR |
39 |
SAB |
Ir-Repubblika Kirgiża |
TEZ JET |
46 |
TEZ |
Ir-Repubblika Kirgiża |
VALOR AIR |
07 |
VAC |
Ir-Repubblika Kirgiża |
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Liberja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja |
|
|
Il-Liberja |
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Libja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom |
|
|
Il-Libja |
AFRIQIYAH AIRWAYS |
007/01 |
AAW |
Il-Libja |
AIR LIBYA |
004/01 |
TLR |
Il-Libja |
BURAQ AIR |
002/01 |
BRQ |
Il-Libja |
GHADAMES AIR TRANSPORT |
012/05 |
GHT |
Il-Libja |
GLOBAL AVIATION AND SERVICES |
008/05 |
GAK |
Il-Libja |
LIBYAN AIRLINES |
001/01 |
LAA |
Il-Libja |
PETRO AIR |
025/08 |
PEO |
Il-Libja |
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Moldova responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, ħlief Air Moldova, Fly One u Aerotranscargo, fosthom |
|
|
Ir-Repubblika tal-Moldova |
CA Î.M “TANDEM AERO” SRL |
MD005 |
TDM |
Ir-Repubblika tal-Moldova |
Î.M “VALAN ICC” SRL |
MD009 |
VLN |
Ir-Repubblika tal-Moldova |
CA “AIM AIR” SRL |
MD015 |
AAM |
Ir-Repubblika tal-Moldova |
CA “OSCAR JET” SRL |
MD017 |
OSJ |
Ir-Repubblika tal-Moldova |
CA “AIR STORK” SRL |
MD018 |
MSB |
Ir-Repubblika tal-Moldova |
Î M “MEGAVIATION” SRL |
MD019 |
ARM |
Ir-Repubblika tal-Moldova |
CA “PECOTOX-AIR” SRL |
MD020 |
PXA |
Ir-Repubblika tal-Moldova |
CA “TERRA AVIA” SRL |
MD022 |
TVR |
Ir-Repubblika tal-Moldova |
CA “FLY PRO” SRL |
MD023 |
PVV |
Ir-Repubblika tal-Moldova |
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tan-Nepal responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom |
|
|
Ir-Repubblika tan-Nepal |
AIR DYNASTY HELI. S. |
035/2001 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
AIR KASTHAMANDAP |
051/2009 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
BUDDHA AIR |
014/1996 |
BHA |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
FISHTAIL AIR |
017/2001 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
GOMA AIR |
064/2010 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
HIMALAYA AIRLINES |
084/2015 |
HIM |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
MAKALU AIR |
057 A/2009 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
MANANG AIR PVT LTD |
082/2014 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
MOUNTAIN HELICOPTERS |
055/2009 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
MUKTINATH AIRLINES |
081/2013 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
NEPAL AIRLINES CORPORATION |
003/2000 |
RNA |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
SAURYA AIRLINES |
083/2014 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
SHREE AIRLINES |
030/2002 |
SHA |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
SIMRIK AIR |
034/2000 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
SIMRIK AIRLINES |
052/2009 |
RMK |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
SITA AIR |
033/2000 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
TARA AIR |
053/2009 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
YETI AIRLINES DOMESTIC |
037/2004 |
NYT |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta' São Tomé u Príncipe responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom |
|
|
São Tomé u Príncipe |
AFRICA'S CONNECTION |
10/AOC/2008 |
ACH |
São Tomé u Príncipe |
STP AIRWAYS |
03/AOC/2006 |
STP |
São Tomé u Príncipe |
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta' Sierra Leone responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom |
|
|
Sierra Leone |
AIR RUM, LTD |
Mhux magħruf |
RUM |
Sierra Leone |
DESTINY AIR SERVICES, LTD |
Mhux magħruf |
DTY |
Sierra Leone |
HEAVYLIFT CARGO |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Sierra Leone |
ORANGE AIR SIERRA LEONE LTD |
Mhux magħruf |
ORJ |
Sierra Leone |
PARAMOUNT AIRLINES, LTD |
Mhux magħruf |
PRR |
Sierra Leone |
SEVEN FOUR EIGHT AIR SERVICES LTD |
Mhux magħruf |
SVT |
Sierra Leone |
TEEBAH AIRWAYS |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Sierra Leone |
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tas-Sudan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom |
|
|
Ir-Repubblika tas-Sudan |
ALFA AIRLINES SD |
54 |
AAJ |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
BADR AIRLINES |
35 |
BDR |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
BLUE BIRD AVIATION |
11 |
BLB |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
ELDINDER AVIATION |
8 |
DND |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
GREEN FLAG AVIATION |
17 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
HELEJETIC AIR |
57 |
HJT |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
KATA AIR TRANSPORT |
9 |
KTV |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
KUSH AVIATION CO. |
60 |
KUH |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
NOVA AIRWAYS |
46 |
NOV |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
SUDAN AIRWAYS CO. |
1 |
SUD |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
SUN AIR |
51 |
SNR |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
TARCO AIR |
56 |
TRQ |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
(1) Il-kumpaniji tal-ajru elenkati fl-Anness A jistgħu jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku tagħhom billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin bl-ekwipaġġ mingħand kumpanija tal-ajru li mhijiex soġġetta għal projbizzjoni fuq l-operat, diment li jkun hemm konformità mal-istandards rilevanti tas-sikurezza.
ANNESS II
L-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“ANNESS B
LISTA TA' KUMPANIJI TAL-AJRU LI HUMA SOĠĠETTI GĦAL RESTRIZZJONIJIET OPERATTIVI FL-UNJONI (1)
Isem l-entità legali tal-kumpanija tal-ajru kif indikat fuq l-AOC tagħha (u l-isem kummerċjali tagħha, jekk dan ikun differenti) |
In-Numru taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (“AOC”) |
Deżinjatur bi tliet ittri tal-ICAO |
L-Istat tal-Operatur |
It-tip ta' inġenju tal-ajru soġġett għal restrizzjoni |
Il-marka/i tar-reġistrazzjoni u, meta jkun(u) disponibbli, in-numru/i tas-serje tal-kostruzzjoni tal-inġenju tal-ajru soġġett għal restrizzjoni |
L-Istat tar-reġistrazzjoni |
AIR SERVICE COMORES |
06-819/TA-15/DGACM |
KMD |
Comoros |
Il-flotta kollha ħlief: LET 410 UVP. |
Il-flotta kollha ħlief: D6-CAM (851336). |
Comoros |
AFRIJET BUSINESS SERVICE (2) |
002/MTAC/ANAC-G/DSA |
ABS |
Ir-Repubblika Gaboniża |
Il-flotta kollha ħlief: żewġ inġenji tal-ajru tat-tip Falcon 50, żewġ inġenji tal-ajru tat-tip Falcon 900. |
Il-flotta kollha ħlief: TR-LGV; TR-LGY; TR-AFJ; TR-AFR. |
Ir-Repubblika Gaboniża |
IRAN AIR |
FS100 |
IRA |
Ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran |
L-inġenji tal-ajru kollha tat-tip Fokker F100 u tat-tip Boeing B747 |
L-inġenji tal-ajru tat-tip Fokker F100 kif imsemmi fl-AOC; l-inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B747 kif imsemmi fl-AOC |
Ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran |
AIR KORYO |
GAC-AOC/KOR-01 |
KOR |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea |
Il-flotta kollha ħlief: żewġ inġenji tal-ajru tat-tip TU-204. |
Il-flotta kollha ħlief: P-632, P-633. |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea |
(1) Il-kumpaniji tal-ajru elenkati fl-Anness B jistgħu jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku tagħhom billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin bl-ekwipaġġ mingħand kumpanija tal-ajru li mhijiex soġġetta għal projbizzjoni fuq l-operat, diment li jkun hemm konformità mal-istandards rilevanti tas-sikurezza.
(2) Il-kumpanija Afrijet Business Service titħalla tuża biss l-inġenji tal-ajru speċifiċi msemmija għal-livell attwali ta' operazzjonijiet tagħha fl-Unjoni.