ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 103

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 62
12 ta' April 2019


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/593 tat-8 ta' April 2019 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Internazzjonali UE-ALK

1

 

*

Ftehim li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Internazzjonali UE-LAK

3

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/594 tat-8 ta' April 2019 li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta' isem imniżżel fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta' Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti Vitellone Bianco dell'Appennino Centrale (IĠP)

21

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/595 tal-11 ta' April 2019 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1635/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 737/90, minħabba l-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni ( 1 )

22

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/596 tal-11 ta' April 2019 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq

24

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/597 tad-9 ta' April 2019 dwar l-istabbiliment ta' Grupp ta' Livell Għoli ta' Persuni Għorrief dwar l-arkitettura finanzjarja Ewropea għall-iżvilupp

26

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/598 tad-9 ta' April 2019 dwar ir-regoli tranżizzjonali għall-ħatra tal-Prosekuturi Ewropej għall-ewwel perijodu ta' mandat u matulu, previsti fl-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) 2017/1939

29

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/599 tal-11 ta’ April 2019 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE fir-rigward tal-istatus tal-BSE tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u tad-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu (notifikata bid-dokument C(2019) 2830)  ( 1 )

31

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/600 tal-11 ta’ April 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2011/163/UE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u mid-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (notifikata bid-dokument C(2019) 2831)  ( 1 )

35

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/601 tal-11 ta’ April 2019 li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/630/UE fir-rigward tal-inklużjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u ta' wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu fil-lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni tas-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini (notifikata bid-dokument C(2019) 2832)  ( 1 )

38

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/602 tal-11 ta’ April 2019 li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2006/168/KE fir-rigward tal-inklużjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u ta' wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu fil-lista ta' pajjiżi terzi awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' embrijuni bovini (notifikata bid-dokument C(2019) 2833)  ( 1 )

41

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/603 tal-11 ta’ April 2019 li temenda l-Annessi tad-Deċiżjoni 2006/766/KE fir-rigward tal-inklużjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u ta' wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu fil-listi ta' pajjiżi terzi u territorji awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati, gastropodi tal-ibħra u prodotti tas-sajd għall-konsum mill-bniedem (notifikata bid-dokument C(2019) 2834)  ( 1 )

44

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/604 tal-11 ta' April 2019 li temenda l-Annessi I u III tad-Deċiżjoni 2010/472/UE fir-rigward tal-inklużjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u ta' wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu fil-listi ta' pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' semen, ova u embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina (notifikata bid-dokument C(2019) 2838)  ( 1 )

47

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/605 tal-11 ta’ April 2019 li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE fir-rigward tal-inklużjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u ta' wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu fil-lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kunsinni ta' ċerti prodotti tal-laħam u ta' stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem (notifikata bid-dokument C(2019) 2840)  ( 1 )

50

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/606 tal-11 ta’ April 2019 li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2012/137/UE fir-rigward tal-inklużjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u ta' wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu fil-listi ta' pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni tas-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi porċina (notifikata bid-dokument C(2019) 2841)  ( 1 )

53

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/607 tal-11 ta' April 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-listi ta' postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera u tal-unitajiet veterinarji fi TRACES (notifikata bid-dokument C(2019) 2900)  ( 1 )

56

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1922 tal-10 ta' Ottubru 2018 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall- kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-tranżitu ta' oġġetti b'użu doppju ( ĠU L 319, 14.12.2018 )

60

 

*

Rettifika tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/461 tat-30 ta' Jannar 2019 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/522 rigward l-eżenzjoni tal-Bank tal-Ingilterra u tal-Uffiċċju tal-Ġestjoni tad-Dejn tar-Renju Unit mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( ĠU L 80, 22.3.2019 )

61

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

12.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 103/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/593

tat-8 ta' April 2019

dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Internazzjonali UE-ALK

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 209(2) u 212(1), flimkien mal-punt (a) tal-Artikolu 218(6) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1873 (2), il-Ftehim li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Internazzjonali UE-ALK (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fil-25 ta' Ottubru 2016, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard.

(2)

Il-Ftehim ser jistabbilixxi l-Fondazzjoni UE-ALK bħala organizzazzjoni internazzjonali b'personalità ġuridika taħt id-dritt internazzjonali pubbliku.

(3)

Meta jaġixxu fil-qafas tal-Fondazzjoni UE-ALK, l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom jikkoordinaw il-pożizzjonijiet tagħhom f'konformità mat-Trattati u mal-prinċipju ta' kooperazzjoni sinċiera,

(4)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Internazzjonali UE-ALK huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiddepożitaw, f'isem l-Unjoni Ewropea, l-istrument ta' ratifika previst fl-Artikolu 24 tal-Ftehim.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-8 ta' April 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Kunsens tal-4 ta' Ottubru 2017 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1873 tal-10 ta' Ottubru 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Internazzjonali UE-ALK (ĠU L 288, 22.10.2016, p. 1).


12.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 103/3


FTEHIM LI JISTABBILIXXI L-FONDAZZJONI INTERNAZZJONALI UE-LAK

Il-Partijiet għal dan il-Ftehim,

WAQT LI JFAKKRU s-sħubija strateġika stabbilita bejn l-Amerika Latina u l-Karibew (ALK) u l-Unjoni Ewropea (UE) f'Ġunju 1999 fil-qafas tal-Ewwel Summit UE-ALK ta' Rio de Janeiro;

WAQT LI JINNUTAW l-inizjattiva adottata mill-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern tal-ALK u tal-UE waqt il-ħames Summit UE-ALK, li sar f'Lima, ir-Repubblika tal-Perù, fis-16 ta' Mejju 2008;

WAQT LI JFAKKRU d-deċiżjoni dwar il-ħolqien tal-Fondazzjoni UE-ALK adottata mill-Kapijiet tal-Istat u l-Gvern tal-UE u l-ALK, il-President tal-Kunsill Ewropew u l-President tal-Kummissjoni, fis-Sitt Summit UE-ALK, li sar f'Madrid, fi Spanja, nhar it-18 ta' Mejju 2010;

WAQT LI JFAKKRU l-istabbiliment fl-2011 ta' fondazzjoni ta' tranżizzjoni fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, li se ttemm l-attivitajiet tagħha u tiġi xolta meta jidħol fis-seħħ il-Ftehim Kostitwenti Internazzjonali tal-Fondazzjoni UE-ALK;

WAQT LI JTENNU l-ħtieġa li tinħoloq organizzazzjoni internazzjonali ta' natura intergovernattiva soġġetta għad-dritt internazzjonali pubbliku permezz ta' “Ftehim Internazzjonali Kostitwenti tal-Fondazzjoni EU-ALK abbażi tat-Termini ta' Referenza adottati f'laqgħa Ministerjali fil-marġni tas-VI Summit ta' Madrid UE-ALK”, li jikkontribwixxi għat-tisħiħ tar-rabtiet eżistenti bejn l-Amerika Latina u l-Istati tal-Karibew, l-UE u l-Istati Membri tal-UE;

QABLU kif ġej:

Artikolu 1

Suġġett

1.   Il-Fondazzjoni Internazzjonali UE-ALK, (“il-Fondazzjoni” jew “il-Fondazzjoni UE-ALK”), hija stabbilita b'dan il-Ftehim.

2.   Dan il-Ftehim jistabbilixxi l-objettivi tal-Fondazzjoni kif ukoll ir-regoli u l-linji gwida ġenerali li jirregolaw l-attivitajiet, l-istruttura u l-funzjonament tagħha.

Artikolu 2

Natura u Kwartieri Ġenerali

1.   Il-Fondazzjoni UE-ALK hija organizzazzjoni internazzjonali ta' natura intergovernamentali, stabbilita taħt id-dritt internazzjonali pubbliku. Hija tiffoka fuq it-tisħiħ tas-sħubija bireġjonali bejn l-UE u l-Istati Membri tal-UE u l-Komunità ta' Stati tal-Amerika Latina u tal-Karibew (CELAC).

2.   Il-Fondazzjoni UE-ALK għandu jkollha l-kwartieri ġenerali fil-Belt Ħielsa u Anseatika ta' Hamburg, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Artikolu 3

Membri tal-Fondazzjoni

1.   L-Istati tal-Amerika Latina u tal-Karibew, l-Istati Membri tal-UE u l-UE, wara li esprimew il-kunsens tagħhom li jintrabtu b'dan il-Ftehim, wara li segwew il-proċeduri legali interni tagħhom, għandhom isiru l-uniċi Membri tal-Fondazzjoni UE-ALK.

2.   Il-Fondazzjoni UE-ALK għandha tkun ukoll miftuħa għall-parteċipazzjoni tal-Komunità ta' Stati tal-Amerika Latina u tal-Karibew (CELAC).

Artikolu 4

Personalità Ġuridika

1.   Il-Fondazzjoni UE-ALK għandu jkollha personalità ġuridika internazzjonali u l-kapaċità ġuridika meħtieġa għat-twettiq tal-objettivi u tal-attivitajiet tagħha, fit-territorju ta' kull wieħed mill-Membri tagħha, skont il-liġijiet domestiċi tagħhom.

2.   Il-Fondazzjoni għandu jkollha wkoll il-kapaċità li tidħol f'kuntratti, li takkwista u tiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli u li tistitwixxi proċeduri ġudizzjarji.

Artikolu 5

Objettivi tal-Fondazzjoni

1.   Il-Fondazzjoni UE-ALK għandha:

(a)

tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-proċess tas-sħubija bireġjonali CELAC-UE lijinvolvi l-parteċipazzjoni u kontributi tas-soċjetà ċivili u atturi soċjali oħrajn;

(b)

tinkoraġġixxi aktar għarfien u rikonoxximent reċiproku bejn iż-żewġ reġjuni;

(c)

issaħħaħ il-viżibbiltà reċiproka bejn iż-żewġ reġjuni, kif ukoll tas-sħubija bireġjonali nnifisha.

2.   Il-Fondazzjoni UE-ALK għandha, b'mod partikolari:

(a)

tippromwovi u tikkoordina attivitajiet orjentati lejn ir-riżultati b'appoġġ għar-relazzjonijiet bireġjonali u ffokati fuq l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet stabbiliti permezz tas-Summits CELAC-UE;

(b)

tippromwovi dibattitu dwar strateġiji komuni mmirati lejn it-twettiq tal-prijoritajiet imsemmija hawn fuq billi jiġu stimulati l-istudji u r-riċerka;

(c)

tinkoraġġixxi skambji produttivi u opportunitajiet ġodda ta' netwerking fost is-soċjetà ċivili u atturi soċjali oħrajn.

Artikolu 6

Kriterji għall-Attivitajiet

1.   Sabiex jintlaħqu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 5 ta' dan il-Ftehim, l-attivitajiet tal-Fondazzjoni UE-ALK għandhom:

(a)

ikunu bbażati fuq il-prijoritajiet u t-temi indirizzati fil-livell tal-Kapijiet ta' Stat u tal-Gvern fis-Summits, b'konċentrazzjoni fuq il-ħtiġijiet identifikati li jsostnu r-relazzjoni bireġjonali;

(b)

jinvolvu, sa fejn hu possibbli u skont il-qafas tal-attivitajiet tal-Fondazzjoni, lis-soċjetà ċivili u atturi soċjali oħra, bħal ma huma istituzzjonijiet akkademiċi, u jqisu l-kontribut tagħhom fuq bażi mhux vinkolanti. Għal dan l-għan, kull Membru jista' jidentifika istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet adatti li qegħdin jaħdmu biex itejbu d-djalogu bireġjonali fil-livell nazzjonali;

(c)

jagħtu valur miżjud lill-inizjattivi eżistenti;

d)

jagħtu viżibilità lis-sħubija, b'enfasi partikulari fuq azzjonijiet b'effett multiplikatur.

2.   Meta tniedi jew tipparteċipa f'attivitajiet, il-Fondazzjoni UE-ALK għandha tkun xprunata mill-azzjoni, tkun dinamika u orjentata lejn ir-riżultati.

Artikolu 7

Attivitajiet tal-Fondazzjoni

1.   Sabiex jintlaħqu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 5, il-Fondazzjoni UE-ALK għandha twettaq, fost affarijiet oħra, l-attivitajiet li ġejjin:

(a)

tinkoraġġixxi dibattitu, permezz ta' seminars, konferenzi, workshops, gruppi ta' riflessjoni, korsijiet, wirjiet, pubblikazzjonijiet, preżentazzjonijiet, taħriġ professjonali, skambju dwar l-aħjar prattiki u għarfien speċjali;

(b)

tippromwovi u tappoġġa avvenimenti relatati ma' soġġetti indirizzati f'Summits CELAC-UE u relatati ma' prijoritajiet fil-Laqgħat ta' Uffiċjali Għolja (SOM) tas-CELAC-UE;

(c)

tniedi programmi u inizjattivi ta' sensibilizzazzjoni bireġjonali, inkluż skambji f'oqsma ta' prijorità identifikati;

(d)

tinkoraġġixxi studji dwar il-kwistjonijiet identifikati miż-żewġ reġjuni;

(e)

tilħaq u toffri opportunitajiet ġodda ta' kuntatt filwaqt li tqis speċjalment dawk l-individwi jew istituzzjonijiet mhux midħla tas-sħubija reġjonali CELAC-UE;

(f)

toħloq pjattaforma bbażata fuq l-internet u/jew tiġġenera pubblikazzjoni elettronika.

2.   Il-Fondazzjoni UE-ALK tista' tniedi inizjattivi f'assoċjazzjoni ma' istituzzjonijiet pubbliċi u privati, mal-Istituzzjonijiet tal-UE, istituzzjonijiet internazzjonali u reġjonali, Stati tal-Amerika Latina u tal-Karibew, u Stati Membri tal-UE.

Artikolu 8

Struttura tal-Fondazzjoni

Il-Fondazzjoni UE-ALK għandha tinkludi dawn li ġejjin:

(a)

il-Bord tal-Gvernaturi;

(b)

il-President; u

(c)

id-Direttur Eżekuttiv.

Artikolu 9

Bord tal-Gvernaturi

1.   Il-Bord tal-Gvernaturi għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Membri tal-Fondazzjoni UE-ALK. Huwa għandu jiltaqa' fil-livell ta' Uffiċjali Għolja u, jekk ikun il-każ, fil-livell tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin fl-okkażjoni tas-Summits CELAC-UE.

2.   Il-Komunità ta' Stati tal-Amerika Latina u tal-Karibew (CELAC) għandha tkun rappreżentata fil-Bord tal-Gvernaturi mill-Presidenza Pro Tempore mingħajr preġudizzju għall-parteċipazzjoni tal-pajjiż ikkonċernat fil-kapaċità nazzjonali tiegħu.

3.   Il-Bureau Eżekuttiv tal-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana (EuroLat) għandhom jiġu mistiedna jaħtru rappreżentant wieħed minn kull reġjun bħala osservaturi fil-Bord tal-Gvernaturi.

4.   L-Assemblea Parlamentari Konġunta Afrikana, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP)-UE għandha tiġi mistiedna taħtar rappreżentant wieħed mill-UE u wieħed mill-Karibew bħala osservaturi fil-Bord tal-Gvernaturi.

Artikolu 10

Presidenza tal-Bord tal-Gvernaturi

Il-Bord tal-Gvernaturi għandu jkollu żewġ Presidenti, wieħed rappreżentant mill-UE u l-ieħor mill-Istati tal-Amerika Latina u tal-Karibew.

Artikolu 11

Setgħat tal-Bord tal-Gvernaturi

Il-Bord tal-Gvernaturi tal-Fondazzjoni UE-ALK għandu jeżerċita s-setgħat li ġejjin:

(a)

jaħtar il-President u d-Direttur Eżekuttiv tal-Fondazzjoni;

(b)

jadotta linji gwida ġenerali għall-ħidma tal-Fondazzjoni u jistabbilixxi l-prijoritajiet operazzjonali u r-regoli ta' proċedura tagħha, kif ukoll il-miżuri xierqa li jiggarantixxu trasparenza u responsabilità rigward, b'mod partikolari, il-finanzjament estern;

(c)

japprova l-konklużjoni tal-Ftehim tal-Kwartieri Ġenerali kif ukoll kwalunkwe ftehim jew arranġament ieħor li l-Fondazzjoni tista' tikkonkludi ma' Stati tal-Amerika Latina u tal-Karibew u l-Istati Membri tal-UE dwar il-kwistjoni tal-privileġġi u l-immunitajiet;

(d)

jadotta baġit u regolamenti tal-persunal abbażi ta' proposta tad-Direttur Eżekuttiv;

(e)

japprova modifiki għall-istruttura organizzattiva tal-Fondazzjoni abbażi ta' proposta tad-Direttur Eżekuttiv;

(f)

jadotta programm ta' ħidma pluriennali, li jinkludi stima baġitarja pluriennali, b'perspettiva ta' erba' snin fil-prinċipju, abbażi tal-abbozz ippreżentat mid-Direttur Eżekuttiv;

(g)

jadotta l-programm ta' ħidma annwali, inklużi proġetti u attivitajiet għas-sena suċċessiva, abbażi ta' abbozz ippreżentat mid-Direttur Eżekuttiv u fil-qafas tal-programm pluriennali;

(h)

jadotta l-baġit annwali għas-sena ta' wara;

(i)

japprova l-kriterji għall-monitoraġġ u l-awditjar, kif ukoll għar-rappurtar tal-proġetti tal-Fondazzjoni;

(j)

jadotta r-rapport u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali tal-Fondazzjoni għas-sena ta' qabel;

(k)

jipprovdi gwida u konsulenza lill-President u lid-Direttur Eżekuttiv;

(l)

jipproponi emendi għal dan il-Ftehim lill-Partijiet;

(m)

jevalwa l-iżvilupp tal-attivitajiet tal-Fondazzjoni u jieħdu azzjoni abbażi tar-rapporti ppreżentati mid-Direttur Eżekuttiv;

(n)

jirriżolvi t-tilwim li jista' jinqala' eventwalment bejn il-Partijiet dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim u l-emendi għalih;

(o)

jirrevoka l-ħatra tal-President u/jew dak tad-Direttur Eżekuttiv;

(p)

japprova l-istabbiliment ta' Sħubijiet Strateġiċi;

(q)

japprova l-konklużjoni ta' kull ftehim jew strument legali ieħor innegozjat skont il-paragrafu (4)(i) tal-Artikolu 15.

Artikolu 12

Laqgħat tal-Bord tal-Gvernaturi

1.   Il-Bord tal-Gvernaturi għandu jiltaqa' darbtejn fis-sena f'sessjoni ordinarja. Dawn il-laqgħat għandhom jikkoinċidu ma' Laqgħat tal-Uffiċjali Għolja (SOM) tas-CELAC-UE.

2.   Il-Bord tal-Gvernaturi għandu jsejjaħ laqgħat straordinarji fuq talba ta' president wieħed, id-Direttur Eżekuttiv jew fuq talba ta' mill-inqas terz tal-Membri tiegħu.

3.   Il-funzjonijiet ta' segretarjat għall-Bord tal-Gvernaturi għandhom jitwettqu taħt l-awtorità tad-Direttur Eżekuttiv tal-Fondazzjoni.

Artikolu 13

Teħid ta' Deċiżjonijiet mill-Bord tal-Gvernaturi

Il-Bord tal-Gvernaturi għandu jaġixxi fil-preżenza ta' aktar minn nofs il-Membri tiegħu minn kull reġjun. Id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b'konsensus tal-Membri li jkunu preżenti.

Artikolu 14

President tal-Fondazzjoni

1.   Il-Bord tal-Gvernaturi għandu jagħżel il-President minn fost dawk nominati mill-Membri tal-Fondazzjoni UE-ALK. Il-President għandu jinħatar għal terminu ta' erba' snin, li jiġġedded darba.

2.   Il-President għandu jkun personalità magħrufa u ferm rispettata kemm fl-Amerika Latina u fil-Karibew u kif ukoll fl-UE. Il-President għandu jservi f'kapaċità volontarja, iżda għandu jkun intitolat għar-rimborż ta' kwalunkwe spiża meħtieġa u debitament ġustifikata.

3.   L-uffiċċju tal-President għandu jalterna bejn ċittadin ta' Stat Membru tal-UE u ċittadin ta' xi Stat tal-Amerika Latina jew tal-Karibew. Jekk il-President jinħatar minn Stat Membru tal-UE, id-Direttur Eżekuttiv għandu jiġi maħtur minn xi Stat tal-Amerika Latina jew tal-Karibew, u viċi versa.

4.   Il-President għandu:

(a)

jirrappreżenta lill-Fondazzjoni fir-relazzjonijiet esterni tagħha, jiżgura rwol viżibbli u rappreżentattiv permezz ta' kuntatti ta' livell għoli ma' awtoritajiet mill-Istati tal-Amerika Latina u tal-Karibew u mill-UE u l-Istati Membri tal-UE, u ma' sħab oħrajn;

(b)

jirrapporta lill-Ministri tal-Affarijiet Barranin, lil-laqgħat Ministerjali oħrajn, lill-Bord tal-Gvernaturi u lil laqgħat importanti oħra kif jista' jkun meħtieġ;

(c)

jagħti konsulaenza lid-Direttur Eżekuttiv fil-preparazzjoni tal-abbozz ta' programm ta' ħidma pluriennali u annwali u l-abbozz tal-baġit għall-approvazzjoni tal-Bord tal-Gvernaturi;

(d)

iwettaq kompiti oħrajn kif miftiehem mill-Bord tal-Gvernaturi.

Artikolu 15

Direttur Eżekuttiv tal-Fondazzjoni

1.   Il-Fondazzjoni għandha titmexxa minn Direttur Eżekuttiv li għandu jinħatar mill-Bord ta' Tmexxija għal perijodu ta' erba' snin, li jista' jiġġedded darba, u għandu jintgħażel wara s-sottomissjoni ta' dawk nominati mill-Membri tal-Fondazzjoni UE-ALK.

2.   Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Bord tat-Tmexxija, id-Direttur Eżekuttiv ma għandu la jfittex u lanqas jieħu struzzjoniijiet minn xi gvern jew minn kwalunkwe korp ieħor.

3.   L-uffiċċju ta' Direttur Eżekuttiv għandu jkun rimunerat u għandu jalterna bejn ċittadin ta' Stat Membru tal-UE u ċittadin ta' xi Stat tal-Amerika Latina jew tal-Karibew. Jekk id-Direttur Eżekuttiv maħġtur ikun ġej minn Stat Membru tal-UE, il-President irid jinħatar minn xi Stat tal-Amerika Latina jew l-Karibew, u viċi versa.

4.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ir-rappreżentant legali tal-Fondazzjoni u għandu jeżerċita l-funzjonijiet li ġejjin:

(a)

iħejji programm ta' ħidma pluriennali u annwali tal-Fondazzjoni u l-estimi tagħha f'konsultazzjoni mal-President;

(b)

jaħtar u jmexxi l-persunal tal-Fondazzjoni, u jara li dan jimxi mal-objettivi tal-Fondazzjoni;

(c)

jimplimenta l-budget;

(d)

jissottometti rapporti tal-attività perjodiċi u annwali, kif ukoll kontijiet finanzjarji lill-Bord tal-Gvernaturi għall-adozzjoni, iż-żamma ta' proċeduri trasparenti u ċ-ċirkolazzjoni korretta tal-informazzjoni dwar l-attivitajiet kollha mwettqa jew appoġġjati mill-Fondazzjoni, inkluża lista aġġornata ta' dawk l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet identifikati fil-livell nazzjonali, kif ukoll dawk li jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Fondazzjoni;

(e)

jippreżenta r-rapport imsemmi fl-Artikolu 18;

(f)

iħejji l-laqgħat u jassisti lill-Bord tal-Gvernaturi;

(g)

jikkonsulta, fejn neċessarju, rappreżentanti xierqa tas-soċjetà ċivili u atturi soċjali oħra, partikolarment l-istituzzjonijiet li jistgħu jiġu identifikati mill-Membri tal-Fondazzjoni UE-ALK, skont xi tkun il-kwistjoni mqajma u l-bżonnijiet konkreti, filwaqt li jżomm lill-Bord tal-Gvernaturi nfurmat dwar ir-riżultati ta' dawn il-kuntatti għal aktar konsiderazzjoni;

(h)

iwettaq konsultazzjonijiet u negozjati mal-pajjiż ospitanti tal-Fondazzjoni u l-Partijiet l-oħra għal dan il-Ftehim rigward id-dettalji tal-faċilitajiet li għandha tgawdi l-Fondazzjoni f'dawn l-Istati;

(i)

imexxi negozjati rigward kwalunkwe ftehim jew strument legali b'effetti internazzjonali, ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, Stati u istituzzjonijiet pubbliċi jew privati fuq kwistjonijiet li jmorru lil hinn mill-funzjonament amministrattiv ta' kuljum tal-Fondazzjoni, wara konsultazzjoni xierqa u notifika lill-Bord tal-Gvernaturi dwar il-bidu previst u l-konklużjoni ta' dawn in-negozjati kif ukoll konsultazzjonijiet minn żmien għal żmien dwar il-kontenut tagħhom, il-kamp ta' applikazzjoni u r-riżultati mistennija;

(j)

jirrapporta lill-Bord tal-Gvernaturi dwar kwalunkwe proċedura legali li tkun tinvolvi lill-Fondazzjoni.

Artikolu 16

Iffinanzjar tal-Fondazzjoni

1.   Il-kontribuzzjonijiet isiru fuq bażi volontarja mingħajr preġudizzju għall-parteċipazzjoni fil-Bord tal-Gvernaturi.

2.   Il-Fondazzjoni għandu tkun iffinanzjata prinċipalment mill-Membri tagħha. Il-Bord tal-Gvernaturi, fir-rispett tal-bilanċ bireġjonali, jista' jikkunsidra modalitajiet oħra ta' finanzjament tal-attivitajiet tal-Fondazzjoni.

3.   F'każijiet speċifiċi, wara notifika minn qabel u konsultazzjoni mal-Bord tal-Gvernaturi għall-approvazzjoni tiegħu, il-Fondazzjoni tkun awtorizzata li tiġġenera riżorsi addizzjonali permezz ta' finanzjament estern minn istituzzjonijiet pubbliċi u privati, inkluż permezz tal-produzzjoni ta' rapporti u analiżi fuq talba. Dawk ir-riżorsi għandhom jintużaw esklużivament għall-attivitajiet tal-Fondazzjoni.

4.   Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tipprovdi, bi spejjeż tagħha u fil-qafas tal-kontribuzzjoni finanzjarja tagħha lill-Fondazzjoni, uffiċini mgħammra b'mod adatt għall-użu mill-Fondazzjoni, flimkien ma' manutenzjoni, utilitajiet, u faċilitajiet ta' sigurtà għall-faċilità.

Artikolu 17

Awditjar u Pubblikazzjoni tal-Kontijiet

1.   Il-Bord tal-Gvernaturi għandu jaħtar awdituri indipendenti għall-finijiet tal-awditjar tal-kontijiet tal-Fondazzjoni.

2.   Id-dikjarazzjonijiet awditjati b'mod indipendenti tal-assi, passivi, dħul u nfiq tal-Fondazzjoni għandhom ikunu disponibbli għall-Membri mill-aktar fis possibbli wara l-għeluq ta' kull sena finanzjarja, imma mhux aktar tard minn sitt xhur wara dik id-data, u għandhom jiġu kkunsidrati għall-approvazzjoni mill-Bord tal-Gvernaturi fl-ewwel laqgħa li jkun imiss.

3.   Għandha tiġi ppubblikata ġabra fil-qosor tal-kontijiet u tal-karta tal-bilanċ awditjati.

Artikolu 18

Valutazzjoni tal-Fondazzjoni

Mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta kull erba' snin lill-Bord tal-Gvernaturi, rapport dwar l-attivitajiet tal-Fondazzjoni. Il-Bord tal-Gvernaturi għandu globalment jivvaluta dawk l-attivitajiet u għandu jieħu kull deċiżjoni rigward l-attivitajiet futuri tal-Fondazzjoni.

Artikolu 19

Sħubijiet Strateġiċi

1.   Il-Fondazzjoni għandu jkollha erba' Sħab Strateġiċi inizjali: “L'Institut des Amériques” fi Franza u “Regione Lombardia” fl-Italja min-naħa tal-UE, u Global Foundation for Democracy and Development (FUNGLODE), fir-Repubblika Dominicana u l-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Amerika Latina u l-Karibew (ECLAC) għan-naħa tal-Amerika Latina u l-Karibbew.

2.   Sabiex tikseb l-objettivi tagħha, il-Fondazzjoni UE-ALK tista' tistabbilixxi sħubijiet strateġiċi futuri ma' organizzazzjonijiet intergovernamentali, ma' Stati u ma'istituzzjonijiet pubbliċi jew privati taż-żewġ reġjuni, dejjem fir-rispett tal-prinċipju tal-bilanċ bireġjonali.

Artikolu 20

Privileġġi u Immunitajiet

1.   In-natura u l-personalità ġuridika tal-Fondazzjoni huma ddefiniti fl-Artikoli 2 u 4.

2.   L-istatus, il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Fondazzjoni, tal-Bord tal-Gvernaturi, il-President, id-Direttur Eżekuttiv, il-membri tal-persunal, u r-rappreżentanti tal-Membri fit-territorju tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-fini tal-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom, għandhom ikunu rregolati minn Ftehim tal-Kwartieri Ġenerali konkluż bejn il-Gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Fondazzjoni.

3.   Il-Ftehim tal-Kwartieri Ġenerali li ssir referenza għalih fil-paragrafu (2) ta' dan l-Artikolu għandu jkun indipendenti minn dan il-Ftehim.

4.   Il-Fondazzjoni tista' tikkonkludi ftehimiet oħra ma' wieħed jew aktar mill-Istati tal-Amerika Latina u tal-Karibew u mal-Istati Membri tal-UE, li għandhom jiġu approvati mill-Bord tal-Gvernaturi, konnessi ma' tali privileġġi u immunitajiet, skont kif jista' jkun meħtieġ, għall-iffunzjonar xieraq tal-Fondazzjoni fit-territorji rispettivi tagħhom.

5.   Fil-qafas tal-attivitajiet uffiċjali tagħha, il-Fondazzjoni, l-assi, id-dħul u l-proprjetà oħra tagħha għandhom ikunu eżenti mit-taxxi diretti kollha. Il-Fondazzjoni ma għandhiex tkun eżentata mill-ħlas għas-servizzi mogħtija.

6.   Id-Direttur Eżekuttiv u l-persunal tal-Fondazzjoni għandhom ikunu eżenti mit-taxxi nazzjonali fuq is-salarji u l-emolumenti mħallsa mill-Fondazzjoni.

7.   Membri tal-persunal tal-Fondazzjoni tfisser il-membri kollha tal-persunal maħtura mid-Direttur Eżekuttiv, bl-eċċezzjoni ta' dawk li huma reklutati lokalment u li jitħallsu b'rata fis-siegħa.

Artikolu 21

Lingwi tal-Fondazzjoni

Il-lingwi ta' ħidma tal-Fondazzjoni għandhom ikunu dawk użati mill-isħubija strateġika bejn l-Amerika Latina u l-Karibew u l-Unjoni Ewropea sa mit-twaqqif tagħha f'Ġunju 1999.

Artikolu 22

Riżoluzzjoni ta' Tilwim

Kwalunkwe tilwima li tista' tinqala' bejn il-Partijiet dwar l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni ta' dan il-Ftehim u tal-emendi tiegħu għandha tiġi sottomessa għal negozjati diretti bejniethom bil-ħsieb li tinstab riżoluzzjoni rapida. Jekk it-tilwima ma tiġix riżsoluta b'dawn il-mezzi hija għandha tiġi sottomessa għal deċiżjoni tal-Bord tal-Gvernaturi.

Artikolu 23

Emendi

1.   Dan il-Ftehim jista' jiġi emendat fuq inizjattiva tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Fondazzjoni UE-ALK, jew fuq talba ta' xi waħda mill-Partijiet. Il-proposti ta' emendi għandhom jiġu ppreżentati lid-depożitarju, li għandu jinnotifikahom lill-Partijiet kollha biex jikkunsidrawhom u jinnegozjawhom.

2.   L-emendi għandhom jiġu adottati b'konsensus u għandhom jidħlu fis-seħħ tletin jum wara d-data li fiha d-depożitarju jirċievi l-aħħar notifika li l-formalitajiet kollha meħtieġa għal dak l-għan ikunu tlestew.

3.   Id-depożitarju għandu jinnotifika lill-Partijiet kollha dwar id-dħul fis-seħħ tal-emendi.

Artikolu 24

Ratifika u Adeżjoni

1.   Dan il-Ftehim għandu jkun miftuħ għall-firma mill-Istati kollha tal-Amerika Latina u tal-Karibew, mill-Istati Membri tal-UE, u mill-UE, mill-25 ta' Ottubru 2016 sad-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu u għandu jkun soġġett għar-ratifika. L-istrumenti tar-ratifika għandhom ikunu depożitati mad-depożitarju.

2.   Dan il-Ftehim għandu jibqa' miftuħ għall-adeżjoni mill-UE, u minn dawk l-Istati tal-Amerika Latina u tal-Karibew u l-Istati Membri tal-UE li ma jkunux iffirmawh. L-istrumenti korrispondenti tal-adeżjoni għandhom ikunu depożitati mad-depożitarju.

Artikolu 25

Dħul fis-sSħħ

1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ tletin jum wara tmien Partijiet minn kull reġjun, fosthom ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-UE, ikunu ddepożitaw l-istrumenti rispettivi tagħhom ta' ratifika jew adeżjoni mad-depożitarju. Fil-każ tal-Istati tal-Amerika Latina u tal-Karibew u l-Istati Membri tal-UE l-oħra, li jiddepożitaw l-istrumenti tagħhom ta' ratifika jew adeżjoni wara d-data tad-dħul fis-seħħ, dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ tletin jum wara d-depożitu minn dawk l-Istati tal-Amerika Latina u tal-Karibew u l-Istati Membri tal-UE, tal-istrument tagħhom ta' ratifika jew adeżjoni.

2.   Id-depożitarju għandu jinnotifika lill-Partijiet kollha li jkun irċieva l-istrumenti ta' ratifika jew adeżjoni kif ukoll id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 26

Perjodu ta' Validità u Denunzja

1.   Il-perjodu ta' validità ta' dan il-Ftehim għandu jkun indefinit.

2.   Kwalunkwe waħda mill-Partijiet tista' tiddenunzja dan il-Ftehim permezz ta' notifika bil-miktub indirizzata lid-depożitarju b'mezzi diplomatiċi. Id-denunzja għandha ssir effettiva tnax-il xahar wara li n-notifika tkun daħlet.

Artikolu 27

Xoljiment u Likwidazzjoni

1.   Il-Fondazzjoni għandha tkun xolta:

(a)

jekk il-Membri kollha tal-Fondazzjoni, jew il-Membri kollha tal-Fondazzjoni barra wieħed, ikunu ddenunzjaw il-Ftehim; jew

(b)

jekk il-Membri tal-Fondazzjoni jiddeċiedu li jitterminawha.

2.   F'każ ta' terminazzjoni, il-Fondazzjoni tibqa' teżisti biss għall-finijiet tal-likwidazzjoni tagħha. L-affarijiet tagħha għandhom jiġu xolti minn likwidaturi li għandhom jipproċedu bil-bejgħ tal-assi tal-Fondazzjoni u bl-estinzjoni tal-passivi. Il-bilanċ għandu jkun allokat fost il-Membri pro rata għall-kontribuzzjonijiet rispettivi tagħhom.

Artikolu 28

Depożitarju

Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jaġixxi bħala d-depożitarju ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 29

Riżervi

1.   Fil-mument tal-iffirmar jew ir-ratifika ta' dan il-Ftehim, jew l-adeżjoni miegħu, il-Partijiet jistgħu jifformulaw riżervi u/jew dikjarazzjonijiet dwar it-test tiegħu, sakemm dawn ma jkunux inkompatibbli mas-suġġett u l-fini tiegħu.

2.   Ir-riżervi u d-dikjarazzjonijiet formulati għandhom jiġu kkomunikati lid-depożitarju, li għandu jinnotifikahom lill-Partijiet l-oħra tal-Ftehim.

Artikolu 30

Dispożizzjonijiet Tranżizzjonali

Mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, il-fondazzjoni tranżizzjonali stabbilita fl-2011 taħt il-liġijiet tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, għandha tikkonkludi l-attivitajiet tagħha u tiġi xolta. L-assi u l-passivi, ir-riżorsi, il-fondi u l-obbligazzjonijiet kuntrattwali tal-fondazzjoni tranżizzjonali għandhom jiġu trasferiti lill-Fondazzjoni UE-ALK stabbilita taħt dan il-Ftehim. Għal dan l-għan, il-Fondazzjoni UE-ALK u l-fondazzjoni tranżizzjonali għandhom jikkompletaw l-istrumenti legali meħtieġa mar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u jissodisfaw ir-rekwiżiti legali rilevanti.

B'xhieda ta' dawn is-sottoskritti, debitament awtorizzati għal dan l-għan, iffirmaw dan il-Ftehim f'oriġinal uniku bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Kroata, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola u Svediża, Taljana uUngeriża, b'kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiċi, li għandu jiġi depożitat fl-arkivji tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li għandu jibgħat kopja awtentikata ċċertifikata lill-Partijiet kollha.

Настоящото споразумение е открито за подписване в Santo Domingo на 25 октомври 2016 г. и след това, от 1 ноември 2016 г. до датата на влизането му в сила, в Генералния секретариат на Съвета на Европейския съюз в Брюксел.

El presente Acuerdo quedará abierto a la firma en Santo Domingo el 25 de octubre de 2016 y, a continuación, desde el 1 de noviembre de 2016 hasta la fecha de su entrada en vigor en la Secretaría General del Consejo de la Unión Europea, en Bruselas.

Tato dohoda je otevřena k podpisu dne 25. října 2016 v Santo Domingu a poté od 1. listopadu 2016 do dne vstupu v platnost v Generálním sekretariátu Rady Evropské unie v Bruselu.

Denne aftale er åben for undertegnelse den 25. oktober 2016 i Santo Domingo og derefter fra den 1. november 2016 til datoen for dens ikrafttrædelse i Generalsekretariatet for Rådet for Den Europæiske Union i Bruxelles.

Dieses Übereinkommen liegt am 25. Oktober 2016 in Santo Domingo und danach vom 1. November 2016 bis zum Tag seines Inkrafttretens beim Generalsekretariat des Rates der Europäischen Union in Brüssel zur Unterzeichnung auf.

Käesolev leping on allakirjutamiseks avatud 25. oktoobril 2016 ning seejärel 1. novembrist 2016 kuni selle jõustumise kuupäevani Euroopa Liidu nõukogu peasekretariaadis Brüsselis.

Η συμφωνία θα παραμείνει ανοικτή προς υπογραφή στο Σάντο Ντομίνγκο στις 25 Οκτωβρίου 2016 και εν συνεχεία, από την 1η Νοεμβρίου 2016 έως την ημερομηνία που θα τεθεί σε ισχύ, στη Γενική Γραμματεία του Συμβουλίου της Ευρωπαϊκής Ένωσης στις Βρυξέλλες.

This Agreement shall be open for signature in Santo Domingo on 25 October 2016 and thereafter from 1 November 2016 to the date of its entry into force at the General Secretariat of the Council of the European Union in Brussels.

Le présent accord est ouvert à la signature à Saint-Domingue le 25 octobre 2016 et, ensuite, du 1er novembre 2016 à la date de son entrée en vigueur, au Secrétariat général du Conseil de l'Union européenne, à Bruxelles.

Il presente accordo sarà aperto alla firma il 25 ottobre 2016 a Santo Domingo e successivamente, dal 1o novembre 2016 alla data di entrata in vigore, presso il Segretariato generale del Consiglio dell'Unione europea a Bruxelles.

Ovaj Sporazum bit će otvoren za potpisivanje u Santo Domingu 25. listopada 2016., a nakon toga, od 1. studenoga 2016. do datuma njegova stupanja na snagu, u Glavnom tajništvu Vijeća Europske unije u Bruxellesu.

Šo nolīgumu dara pieejamu parakstīšanai 2016. gada 25. oktobrī Santodomingo (Santo Domingo) un pēc tam no 2016. gada 1. novembra līdz tā spēkā stāšanās dienai Eiropas Savienības Padomes Ģenerālsekretariātā Briselē.

Šis susitarimas pateiktas pasirašyti 2016 m. spalio 25 d. Santo Dominge, o paskui, nuo 2016 m. lapkričio 1 d. iki jo įsigaliojimo dienos, Europos Sąjungos Tarybos generaliniame sekretoriate Briuselyje.

Ez a megállapodás 2016. október 25-én Santo Domingóban, majd 2016. november 1-jétől a hatálybalépésének időpontjáig Brüsszelben, az Európai Unió Tanácsának Főtitkárságán aláírásra nyitva áll.

Dan il-Ftehim għandu jkun miftuħ għall-iffirmar f'Santo Domingo fil-25 ta' Ottubru 2016 u wara dan mill-1 ta' Novembru 2016 sad-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fi Brussell.

Deze overeenkomst staat open voor ondertekening op 25 oktober 2016 te Santo Domingo en vervolgens met ingang van 1 november 2016 tot de datum van inwerkingtreding ervan bij het secretariaat-generaal van de Raad van de Europese Unie te Brussel.

Niniejsza Umowa będzie otwarta do podpisu w Santo Domingo w dniu 25 października 2016 r., a następnie od 1 listopada 2016 r. do dnia wejścia w życie w Sekretariacie Generalnym Rady Unii Europejskiej w Brukseli.

O presente Acordo está aberto para assinatura em Santo Domingo, em 25 de outubro de 2016 e, posteriormente, de 1 de novembro de 2016 até à data da sua entrada em vigor, no Secretariado-Geral do Conselho da União Europeia, em Bruxelas.

Acest acord va fi deschis pentru semnare la Santo Domingo, la 25 octombrie 2016, iar ulterior, începând cu 1 noiembrie 2016 până la data intrării sale în vigoare, la Secretariatul General al Consiliului Uniunii Europene de la Bruxelles.

Táto dohoda bude otvorená na podpis 25. októbra 2016 v Santo Domingu a potom od 1. novembra 2016 do nadobudnutia platnosti na Generálnom sekretariáte Rady Európskej únie v Bruseli.

Ta sporazum bo na voljo za podpis 25. oktobra 2016 v Santu Domingu in nato od 1. novembra 2016 do začetka njegove veljavnosti v generalnem sekretariatu Sveta Evropske unije v Bruslju.

Tämä sopimus on avoinna allekirjoittamista varten Santo Domingossa 25 päivänä lokakuuta 2016 ja sen jälkeen 1 päivästä marraskuuta 2016 sen voimaantulopäivään asti Euroopan unionin neuvoston pääsihteeristössä Brysselissä.

Detta avtal är öppet för undertecknande i Santo Domingo den 25 oktober 2016 och därefter vid generalsekretariatet för Europeiska unionens råd i Bryssel från och med den 1 november 2016 till och med dagen för dess ikraftträdande.

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image 1

Voor het Koninkrijk België

Pour le Royaume de Belgique

Für das Königreich Belgien

Image 2

Deze handtekening verbindt eveneens de Vlaamse Gemeenschap, de Franse Gemeenschap, de Duitstalige Gemeenschap, het Vlaamse Gewest, het Waalse Gewest en het Brussels Hoofdstedelijk Gewest.

Cette signature engage également la Communauté française, la Communauté flamande, la Communauté germanophone, la Région wallonne, la Région flamande et la Région de Bruxelles-Capitale.

Diese Unterschrift bindet zugleich die Deutschsprachige Gemeinschaft, die Flämische Gemeinschaft, die Französische Gemeinschaft, die Wallonische Region, die Flämische Region und die Region Brüssel-Hauptstadt.

За Република България

Image 3

Image 4

Za Českou republiku

Image 5

Image 6

For Kongeriget Danmark

Image 7

Für die Bundesrepublik Deutschland

Image 8

Eesti Vabariigi nimel

Image 9

Thar cheann Na hÉireann

For Ireland

Image 10

Για την Ελληνική Δημοκρατία

Image 11

Por el Reino de España

Image 12

Pour la République française

Image 13

Za Republiku Hrvatsku

Image 14

Image 15

Per la Repubblica italiana

Image 16

Για την Κυπριακή Δημοκρατία

Image 17

Latvijas Republikas vārdā –

Image 18

Lietuvos Respublikos vardu

Image 19

Pour le Grand-Duché de Luxembourg

Image 20

Magyarország részéről

Image 21

Għar-Repubblika ta' Malta

Image 22

Voor het Koninkrijk der Nederlanden

Image 23

Für die Republik Österreich

Image 24

Image 25

W imieniu Rzeczypospolitej Polskiej

Image 26

Pela República Portuguesa

Image 27

Pentru România

Image 28

Za Republiko Slovenijo

Image 29

Image 30

Za Slovenskú republiku

Image 31

Suomen tasavallan puolesta

För Republiken Finland

Image 32

För Konungariket Sverige

Image 33

Image 34

For the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland

Image 35

For Antigua and Barbuda

Por la República Argentina

Image 36

For the Commonwealth of the Bahamas

Image 37

For Barbados

For Belize

Image 38

Por el Estado Plurinacional de Bolivia

Image 39

Pela República Federativa do Brasil

Image 40

Por la República de Chile

Image 41

Por la República de Colombia

Image 42

Por la República de Costa Rica

Image 43

Por la República de Cuba

Image 44

Image 45

For the Commonwealth of Dominica

Image 46

Image 47

Por la República de Dominicana

Image 48

Por la República de Ecuador

Image 49

Por la República de El Salvador

Image 50

For Grenada

Image 51

Image 52

Por la República de Guatemala

Image 53

For the Cooperative Republic of Guyana

Image 54

Pour la République d'Haïti

Image 55

Por la República de Honduras

Image 56

For Jamaica

Image 57

Por los Estados Unidos Mexicanos

Image 58

Por la República de Nicaragua

Image 59

Por la República de Panamá

Image 60

Por la República de Paraguay

Image 61

Por la República del Perú

Image 62

For the Federation of Saint Kitts and Nevis

Image 63

Image 64

For Saint Lucia

For Saint Vincent and the Grenadines

Image 65

Image 66

Voor de Republiek Suriname

Image 67

For the Republic of Trinidad and Tobago

Por la República Oriental del Uruguay

Image 68

Por la República Bolivariana de Venezuela

Image 69


REGOLAMENTI

12.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 103/21


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/594

tat-8 ta' April 2019

li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta' isem imniżżel fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta' Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti “Vitellone Bianco dell'Appennino Centrale” (IĠP)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

B'konformità mal-ewwel subaragrafu tal-Artikolu 53(1), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Italja għall-approvazzjoni ta' emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Vitellone Bianco dell'Appennino Centrale”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2).

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għal emenda, kif meħtieġ skont l-Artikolu 50(2)(a) tal-istess Regolament, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3).

(3)

Billi l-Kummissjoni ma rċeviet ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jenħtieġ li tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna l-isem “Vitellone Bianco dell'Appennino Centrale” (IĠP) hija approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' April 2019.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 tat-12 ta' Ġunju 1996 dwar ir-reġistrazzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' oriġini taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92. (ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1)

(3)  ĠU C 441, 7.12.2018, p. 20.


12.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 103/22


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/595

tal-11 ta' April 2019

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1635/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 737/90, minħabba l-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 733/2008 tal-15 ta' Lulju 2008 dwar il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjoni ta' prodotti agrikoli li joriġinaw minn pajjiżi terzi wara l-inċident fl-istazzjon tal-enerġija nukleari ta' Chernobyl (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (“ir-Renju Unit”) ressaq in-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. It-Trattati se jieqfu japplikaw għar-Renju Unit mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' ftehim dwar il-ħruġ jew, fin-nuqqas ta' dan, sentejn wara li tkun saret in-notifika, sakemm il-Kunsill Ewropew, bi qbil mar-Renju Unit, ma jiddeċidix b'mod unanimu li jestendi dak il-perjodu. Ir-Renju Unit imbagħad isir pajjiż terz.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1635/2006 (2) jeħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi milquta mill-inċident ta' Chernobyl joħorġu ċertifikati tal-esportazzjoni li jattestaw li l-prodotti li jakkumpanjaw ikunu konformi mal-livelli massimi permessi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 733/2008. Il-pajjiżi terzi speċifiċi kkonċernati huma elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1635/2006.

(3)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/370 (3) emenda r-Regolament (KE) Nru 1635/2006 sabiex ir-Renju Unit jitqiegħed fl-Anness II ta' dak ir-Regolament. Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/370 japplika mid-data ta' wara dik li fiha t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għal u fir-Renju Unit skont l-Artikolu 50(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx daħal fis-seħħ ftehim dwar il-ħruġ sa dik id-data jew il-perjodu ta' sentejn imsemmi fl-Artikolu 50(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ma jkunx ġie estiż.

(4)

Fuq talba tar-Renju Unit, fl-22 ta' Marzu 2019, il-Kunsill Ewropew iddeċieda li jestendi l-perjodu msemmi fl-Artikolu 50(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Għalhekk, il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/370, kif speċifikat fl-Artikolu 2 ta' dak ir-Regolament, ma jistgħux jibqgħu jiġu ssodisfati.

(5)

Għalhekk, l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1635/2006 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan u għandhom jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' dik l-emenda.

(6)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ bħala kwistjoni ta' urġenza.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1635/2006, tiżdied l-entrata li ġejja:

“Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-għada tal-jum li fih il-liġi tal-Unjoni tieqaf tapplika għar-Renju Unit u fih.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' April 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 201, 30.7.2008, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1635/2006 tas-6 ta' Novembru 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 737/90 dwar il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjoni ta' prodotti agrikoli li joriġinaw minn pajjiżi terzi wara l-inċident tal-istazzjon tal-enerġija nukleari ta' Chernobyl (ĠU L 306, 7.11.2006, p. 3).

(3)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/370 tas-7 ta' Marzu 2019 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1635/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 737/90, minħabba l-irtirar tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni (ĠU L 68, 8.3.2019, p. 1).


12.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 103/24


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/596

tal-11 ta' April 2019

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 tas-7 ta' Lulju 2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2465/96 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(b) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jelenka korpi pubbliċi, korporazzjonijiet u aġenziji u persuni fiżiċi u ġuridiċi, korpi u entitajiet tal-gvern preċedenti tal-Iraq koperti bl-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi li kienu jinsabu barra mill-Iraq nhar it-22 ta' Mejju 2003 skont dan ir-Regolament.

(2)

Fit-8 ta' April 2019, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi tlettax-il annotazzjoni mil-lista ta' persuni jew entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi.

(3)

Għaldaqstant jenħtieġ li l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' April 2019.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz għall-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 169, 8.7.2003, p. 6.


ANNESS

Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003, jitħassru l-annotazzjonijiet li ġejjin:

“9.

AL HASSAKA SPINNING PROJECT. Indirizz: P.O. Box 46, Al Hassaka Al Azizeh, l-Iraq.”

“34.

DIWANIYA STATE COTTON TEXTILE COMPANY (magħrufa wkoll bħala DIWANIYA COTTON STATE COMPANY). Indirizzi: (a) P.O. Box 79, Diwaniya, Qadisiya, l-Iraq; (b) P.O. Box 15, Diwaniyah, l-Iraq.”

“37.

FINE TEXTILE STATE COMPANY. Indirizz: P.O. Box 2, Hilla, l-Iraq.”

“51.

GENERAL ESTABLISHMENT FOR WOOLLEN TEXTILE (magħrufa wkoll bħala WOOLLEN TEXTILE STATE COMPANY). Indirizz: P.O. Box 9114, Khadhumiya, Bagdad, l-Iraq.”

“70.

IRAQI TEXTILE STATE ESTABLISHMENT (magħrufa wkoll bħala IRAQI STATE TEXTILE COMPANY). Indirizz: Al Nawab Street, Khadhumiya, P.O. Box 9106, Bagdad, l-Iraq.”

“73.

KUT COTTON TEXTILE STATE COMPANY (magħrufa wkoll bħala (a) TRAINING CENTRE FOR TEXTILE INDUSTRIES/KUT, (b) KUT INDUSTRIAL COMPANY). Indirizzi: (a) P.O. Box 25, Kut, l-Iraq; Kut Opp, Al-Zahra Town, l-Iraq; (b) P.O. Box 5613, South Gate, Kut, l-Iraq.”

“86.

NATIONAL STATE COMPANY FOR TEXTILE. Indirizz: P.O. Box 18, Mosul, l-Iraq.”

“97.

NATIONAL STATE COMPANY FOR TEXTILE. Indirizz: P.O. Box 5664, Kadhumia, Bagdad, l-Iraq.”

“138.

STATE ENTERPRISE FOR HANDWOVEN CARPETS (magħrufa wkoll bħala HANDWOVEN CARPETS STATE COMPANY). Indirizz: Al Nasir Square, Arbil, l-Iraq.”

“141.

STATE ENTERPRISE FOR LEATHER INDUSTRIES (magħrufa wkoll bħala STATE LEATHER INDUSTRIES COMPANY). Indirizz: Karrada Al Sharkiya, Hurriya Square, P.O. Box 3079, Bagdad, l-Iraq.”

“191.

STATE SEWING COMPANY. Indirizz: P.O. Box 14007, Waziriya, Bagdad, l-Iraq.”

“203.

WOOLLEN INDUSTRIES FACTORY OF ARBIL (magħrufa wkoll bħala WOOLLEN TEXTILE STATE COMPANY IN ARBIL). Indirizz: P.O. Box 101, Arbil, l-Iraq.

204.

WOOLLEN TEXTILE STATE EST IN NASSIRIYAH (magħrufa wkoll bħala WOOLLEN TEXTILE STATE COMPANY IN NASIRYA). Indirizz: P.O. Box 108, Nassiriyah, l-Iraq.”


DEĊIŻJONIJIET

12.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 103/26


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/597

tad-9 ta' April 2019

dwar l-istabbiliment ta' Grupp ta' Livell Għoli ta' Persuni Għorrief dwar l-arkitettura finanzjarja Ewropea għall-iżvilupp

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 240(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Hemm bżonn li ssir riflessjoni dwar l-arkitettura finanzjarja Ewropea għall-iżvilupp. Għal dak il-għan, jenħtieġ li jiġi stabbilit Grupp ta' Livell Għoli ta' Persuni Għorrief dwar l-arkitettura finanzjarja Ewropea għall-iżvilupp (il-“Grupp ta' Persuni Għorrief”).

(2)

Il-Grupp ta' Persuni Għorrief għandu jippreżenta lill-Kunsill rapport indipendenti li jagħti ħarsa lejn l-isfidi u l-opportunitajiet biex tittejjeb u tiġi razzjonalizzata l-arkitettura finanzjarja Ewropea għall-iżvilupp kif ukoll lejn xenarji għall-evoluzzjoni tagħha f'konformità mal-objettivi tal-politika Ewropea, sabiex jinforma dwar ir-riflessjoni tal-Kunsill fuq dak is-suġġett,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Stabbiliment u kompitu

1.   B'dan huwa stabbilit Grupp ta' Livell Għoli ta' Persuni Għorrief dwar l-arkitettura finanzjarja Ewropea għall-iżvilupp (il-“Grupp ta' Persuni Għorrief”) fil-qafas tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

2.   Il-kompitu tal-Grupp ta' Persuni Għorrief għandu jkun li jippreżenta lill-Kunsill rapport indipendenti skont it-termini ta' referenza stabbiliti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. Il-Grupp ta' Persuni Għorrief huwa stabbilit sal-adempiment tal-mandat tiegħu kif definit fit-termini ta' referenza u f'konformità mal-limitu ta' żmien stabbilit fihom.

Artikolu 2

Membri

1.   Is-Sur Thomas WIESER huwa b'dan maħtur President tal-Grupp ta' Persuni Għorrief.

2.   Is-Sur José Antonio ALONSO, is-Sinjura Monique BARBUT, is-Sur Erik BERGLÖF, is-Sur Jacek DOMINIK, is-Sur Nanno D. KLEITERP, is-Sur Norbert KLOPPENBURG, is-Sur Franco PASSACANTANDO u s-Sinjura Susan ULBÆK huma b'dan maħtura membri tal-Grupp ta' Persuni Għorrief.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, id-9 ta' April 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

G. CIAMBA


ANNESS

GRUPP TA' LIVELL GĦOLI TA' PERSUNI GĦORRIEF DWAR L-ARKITETTURA FINANZJARJA EWROPEA GĦALL-IŻVILUPP

TERMINI TA' REFERENZA

1.   Il-Grupp ta' Persuni Għorrief

1.1   Kompożizzjoni

Il-Grupp ta' Persuni Għorrief għandu jkun magħmul minn sitta sa tmien esperti indipendenti u imparzjali. Huma għandhom jinħatru fuq il-bażi tal-kompetenza esperta u l-esperjenza professjonali u teknika fil-finanzi, l-iżvilupp u l-kuntest istituzzjonali rilevanti. Il-kompożizzjoni tal-Grupp ta' Persuni Għorrief għandha tqis l-bilanċ bejn is-sessi u dak ġeografiku. Hija għandha tirrifletti firxa wiesgħa ta' dawk il-kriterji u tqis id-diversità istituzzjonali fost l-Istati Membri. Malli jinħatru, il-President u l-membri tal-Grupp ta' Persuni Għorrief għandhom jiddikjaraw li m'għandhom l-ebda kunflitt ta' interessi u li huma indipendenti u imparzjali.

1.2   Għażla

Il-Kunsill għandu jaħtar lill-President u lill-membri tal-Grupp ta' Persuni Għorrief wara eżami tal-kandidati proposti mill-Coreper. Il-President għandu jkun responsabbli biex jipproponi grupp limitat ta' esperti, li jirrifletti l-prinċipji msemmija fil-punt 1.1. Qabel l-eżami mill-Coreper l-Istati Membri għandhom jingħataw il-curricula vitae komprensivi tal-kandidati proposti kollha.

1.3   Dispożizzjonijiet finanzjarji

Il-membri tal-Grupp ta' Persuni Għorrief li jkollhom jivvjaġġaw lil hinn mill-post ta' residenza tagħhom sabiex jaqdu d-dmirijiet tagħhom fi Brussell għandhom ikunu intitolati għal rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar tagħhom u għal allowance skont id-Deċiżjoni Nru 21/2009 tad-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar ir-rimborż tal-ispejjeż tal-missjonijiet ta' persuni minbarra l-membri tal-persunal tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. L-ispiża korrispondenti għandha titħallas mill-Kunsill.

2.   Kronoloġija

Ftit wara l-ħatra tiegħu, il-Grupp ta' Persuni Għorrief għandu jippreżenta l-programm ta' ħidma tiegħu lill-Coreper. Fi żmien tliet xhur mill-istabbiliment tiegħu, il-Grupp ta' Persuni Għorrief għandu jinforma lill-Coreper dwar l-istat attwali tal-ħidma tiegħu. Il-korpi rilevanti tal-Kunsill, inklużi l-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsillieri Finanzjarji, il-Grupp ta' Ħidma dwar il-Koordinazzjoni għall-Iżvilupp u l-Grupp ta' Ħidma Ad Hoc dwar l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali, għandhom, fuq talba, jiġu aġġornati b'mod regolari mill-Grupp ta' Persuni Għorrief.

Il-Grupp ta' Persuni Għorrief għandu jwassal ir-rapport finali lill-Kunsill sitt xhur wara l-ħatra tiegħu. L-għan tar-rapport u ta' kwalunkwe rakkomandazzjoni magħmula fit-twettiq tal-mandat tiegħu għandu jkun li jinforma u jassisti lill-Kunsill fid-diskussjonijiet u fit-teħid ta' deċiżjonijiet possibbli tiegħu. La r-rapport u lanqas kwalunkwe rakkomandazzjoni m'għandhom, taħt l-ebda ċirkostanza, jinftiehmu li jirrappreżentaw il-pożizzjoni tal-Kunsill, inkluż fir-rigward ta' proċeduri leġislattivi li jkunu għaddejjin. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar is-segwitu għar-rapport. Għandhom jiġu żgurati l-involviment u l-kooperazzjoni tal-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji u l-Kunsill Affarijiet Barranin (Żvilupp).

3.   Mandat

Għall-finijiet ta' dawn it-termini ta' referenza, l-arkitettura finanzjarja Ewropea għall-iżvilupp tinkludi l-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ), u l-istrumenti finanzjarji mmaniġġati mill-Kummissjoni. Fl-analiżi tiegħu tal-arkitettura finanzjarja Ewropea għall-iżvilupp, il-Grupp ta' Persuni Għorrief għandu jieħu perspettiva tas-sistema kollha.

Sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-attivitajiet eżistenti u biex jiġu mħeġġa l-opportunitajiet għal aktar kooperazzjoni ma' atturi ewlenin oħrajn għall-iżvilupp, il-Grupp ta' Persuni Għorrief għandu, b'mod partikolari, jikkunsidra kif jimmassimizza l-valur miżjud tal-arkitettura finanzjarja Ewropea għall-iżvilupp fil-kuntest varjat eżistenti tal-korpi nazzjonali rilevanti fl-Istati Membri, bħal istituzzjonijiet u aġenziji finanzjarji ta' żvilupp nazzjonali u korpi istituzzjonali internazzjonali u multilaterali, bħall-Bank ta' Żvilupp tal-Kunsill tal-Ewropa jew il-Bank Dinji. Il-Grupp ta' Persuni Għorrief għandu jqis ukoll l-iżviluppi u l-ħtiġijiet ġenerali li tul iż-żmien sawru l-arkitettura finanzjarja globali għall-iżvilupp u kif l-arkitettura finanzjarja globali ġiet adattata għal dawk l-iżviluppi u l-ħtiġijiet.

Il-Grupp ta' Persuni Għorrief għandu jiddeskrivi l-isfidi u l-opportunitajiet għar-razzjonalizzazzjoni tal-arkitettura finanzjarja Ewropea għall-iżvilupp, filwaqt li jittratta, b'mod partikolari, dwar ir-rwoli rispettivi tal-BEI u tal-BERŻ. Għandu jirrakkomanda xenarji għall-evoluzzjoni tal-arkitettura finanzjarja Ewropea għall-iżvilupp, inklużi rakkomandazzjonijiet għal prijoritajiet u sekwenza ċari, filwaqt li jitqiesu l-ispejjeż assoċjati potenzjali, abbażi ta':

valutazzjoni tal-kapaċità tal-arkitettura finanzjarja Ewropea attwali għall-iżvilupp biex ikun hemm ir-riżultati dwar il-prijoritajiet ta' politika tal-Unjoni għall-azzjoni esterna u l-iżvilupp, b'mod partikolari f'termini tal-impatt tal-iżvilupp, l-effettività, l-addizzjonalità, id-duplikazzjonijiet u l-valur għall-flus;

analiżi tal-punti ta' saħħa u ta' dgħufija rispettivi tal-mandati u l-istrumenti tal-atturi kollha involuti, inklużi l-immaniġġar tar-riskju, il-governanza, il-parteċipazzjoni azzjonarja u strutturi ta' inċentivi tal-BEI u l-BERŻ;

eżami tal-istrateġiji mressqa mill-BEI, il-BERŻ u l-Kummissjoni biex jiżviluppaw aktar il-mandati tagħhom bil-ħsieb li jtejbu l-iżvilupp tas-settur privat u s-self mill-Istat, inkluż, kif xieraq, fil-pajjiżi l-anqas żviluppati u fraġli.

4.   Konsultazzjoni

Il-Grupp ta' Persuni Għorrief jista' jikkonsulta mal-istituzzjonijiet u l-korpi rilevanti tal-Unjoni, inklużi l-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni u l-BEI, u mal-korpi istituzzjonali nazzjonali rilevanti fl-Istati Membri, bħal istituzzjonijiet u aġenziji finanzjarji ta' żvilupp nazzjonali. Huwa jista' jikkonsulta mal-BERŻ ukoll. Fejn meħtieġ, il-Grupp ta' Persuni Għorrief jista' jistieden entitajiet oħra, inkluż minn pajjiżi benefiċjarji, biex jipprovdu kontribut bil-miktub jew waqt il-laqgħat tiegħu.

Il-Grupp ta' Persuni Għorrief għandu jiżgura t-trasparenza fil-proċess ta' konsultazzjoni billi jelenka l-konsultazzjonijiet kollha fl-appendiċi għar-rapport tiegħu.

5.   Segretarjat

Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jkun responsabbli għas-segretarjat tal-Grupp ta' Persuni Għorrief. Għandu jipprovdi l-appoġġ amministrattiv meħtieġ biex jiġi żgurat il-funzjonament tal-Grupp ta' Persuni Għorrief, inkluż fir-rigward tal-pubblikazzjoni ta' dokumenti. L-ispejjeż korrispondenti, inklużi dawk marbuta mal-organizzazzjoni u l-laqgħat, għandhom jitħallsu mill-Kunsill.


12.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 103/29


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/598

tad-9 ta' April 2019

dwar ir-regoli tranżizzjonali għall-ħatra tal-Prosekuturi Ewropej għall-ewwel perijodu ta' mandat u matulu, previsti fl-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) 2017/1939

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16(4) tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità mal-Artikolu 16(3) tar-Regolament (UE) 2017/1939, il-Prosekuturi Ewropej iridu jinħatru mill-Kunsill għal mandat mhux rinnovabbli ta' sitt snin, li jista' jiġi estiż għal massimu ta' tliet snin fi tmiem il-perijodu ta' sitt snin.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) 2017/1939, kull tliet snin irid ikun hemm sostituzzjoni parzjali ta' terz tal-Prosekuturi Ewropej. Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza sempliċi, irid jadotta regoli tranżizzjonali għall-ħatra ta' Prosekuturi Ewropej għall-ewwel perijodu tal-mandat u matulu.

(3)

Dawk ir-regoli tranżizzjonali jenħtieġ li jiżguraw l-applikazzjoni xierqa tal-prinċipju ta' sostituzzjoni perjodika tal-Prosekuturi Ewropej maħtura għall-ewwel darba fuq l-UPPE, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-kontinwità tal-ħidma tal-Kulleġġ ta' Prosekuturi Ewropej. Fl-istess ħin, jenħtieġ li jitqiesu l-bżonnijiet speċjali tal-UPPE fl-ewwel snin wara l-istabbiliment tiegħu u fil-bidu tal-operazzjonijiet.

(4)

Għal dawk il-finijiet, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi dwar it-tul ta' żmien ta' kariga tal-Prosekuturi Ewropej maħtura għall-ewwel darba wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2017/1939.

(5)

Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza sħiħa u l-imparzjalità fid-determinazzjoni ta' dawk il-Prosekuturi Ewropej matul l-ewwel perijodu ta' mandat li l-kariga tagħhom ser tkun ta' tliet snin minflok ta' sitt snin, jenħtieġ li tiġi segwita sistema bbażata fuq it-tlugħ bil-polza. Din is-sistema tiżgura wkoll li l-għażla tal-Prosekuturi Ewropej li l-mandat tagħhom ser ikun iqsar ikun newtrali f'termini ġeografiċi.

(6)

Fil-15 ta' Jannar 2019, il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill dwar regoli tranżizzjonali għall-ħatra tal-Prosekuturi Ewropej għall-ewwel perijodu tal-mandat u matulu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi regoli tranżizzjonali għall-ħatra tal-Prosekuturi Ewropej għall-ewwel perijodu tal-mandat u matulu wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2017/1939.

Artikolu 2

1.   Qabel il-ħatra tal-Prosekuturi Ewropej, grupp li jinkludi terz min-numru tal-Istati Membri parteċipanti fil-mument tal-applikazzjoni ta' dawk ir-regoli tranżizzjonali għandhom ikunu determinati bit-tlugħ tal-polza.

2.   Jekk in-numru ta' Stati Membri parteċipanti fil-mument tal-applikazzjoni ta' dawn ir-regoli tranżizzjonali ma jkunx diviżibbli bi tlieta, in-numru ta' Stati Membri li jrid jiġu inkluż fil-grupp għandu jkun aġġustat 'il fuq lejn l-eqreb u l-ogħla numru sħiħ.

3.   Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jimplimenta l-proċedura ta' tlugħ bil-polza, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni.

Artikolu 3

Il-mandat tal-Prosekuturi Ewropej mill-Istati Membri inklużi fil-grupp stabbilit f'konformità mal-Artikolu 2 għandu jkun ta' tliet snin. Dan il-mandat ma għandux jiġġedded.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, id-9 ta' April 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

G. CIAMBA


(1)  ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1.


12.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 103/31


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/599

tal-11 ta’ April 2019

li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE fir-rigward tal-istatus tal-BSE tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u tad-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu

(notifikata bid-dokument C(2019) 2830)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit issottometta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Fit-22 ta' Marzu 2019, il-Kunsill Ewropew adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/476 (2) li testendi l-perjodu taħt l-Artikolu 50(3) tat-TUE bi qbil mar-Renju Unit. F'konformità ma' dik id-Deċiżjoni, f'każ li l-Ftehim dwar il-Ħruġ ma jiġix approvat mill-House of Commons sad-29 ta' Marzu 2019 l-aktar tard, il-perjodu previst fl-Artikolu 50(3) tat-TUE jiġi estiż sat-12 ta' April 2019. Billi l-Ftehim dwar il-Ħruġ ma ġiex approvat sad-29 ta' Marzu 2019, id-dritt tal-Unjoni mhux se jibqa' japplika għar-Renju Unit u fih mit-13 ta' April 2019 (“id-data ta' ħruġ”).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jipprevedi li l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u r-reġjuni tagħhom għandhom jiġu kklassifikati skont l-istatus tal-enċifalopatija sponġiformi bovina (BSE) tagħhom f'waħda minn tliet kategoriji: riskju żgħir ħafna (negliġibbli) ta' BSE, riskju kontrollat ta' BSE u riskju mhux determinat ta' BSE.

(3)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq issottometta lill-Kummissjoni applikazzjoni sabiex jiġi ddeterminat l-istatus tal-BSE tiegħu, filwaqt li indikalha li din tkopri wkoll lid-Dipendenzi tal-Kuruna tagħha. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mill-informazzjoni rilevanti għal dak il-pajjiż u għad-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu dwar il-kriterji u l-fatturi ta' riskju potenzjali previsti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 999/2001.

(4)

L-Iskozja attwalment hija kklassifikata fil-kategorija ta' riskju negliġibbli iżda fit-18 ta' Ottubru 2018 ġie kkonfermat każ ġdid ta' BSE f'dak ir-reġjun tar-Renju Unit. Għalhekk, l-Iskozja m'għadhiex tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 fir-rigward tal-kategorija ta' riskju negliġibbli. Għalhekk, l-Iskozja jenħtieġ li tiġi kklassifikata fil-kategorija ta' riskju kontrollat.

(5)

Fir-rigward tal-istatus tal-BSE tagħha, l-Irlanda ta' Fuq tista' titqies li għandha riskju negliġibbli, filwaqt li l-bqija tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u d-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu jistgħu jitqiesu li għandhom riskju kontrollat ta' BSE.

(6)

Għalhekk, meta titqies l-informazzjoni speċifika ta' hawn fuq u sabiex jiġi evitat tfixkil bla bżonn tal-kummerċ wara d-data tal-ħruġ, l-Irlanda ta' Fuq jenħtieġ li tiġi inkluża fil-lista ta' reġjuni ta' pajjiżi terzi fil-punt A tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE (3) u l-bqija tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u d-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu jenħtieġ li jiġu inklużi fil-punt B ta' dak l-Anness b'rabta mal-klassifikazzjoni tal-pajjiżi jew ir-reġjuni skont l-istatus tal-BSE tagħhom. Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness ta' dik id-Deċiżjoni jiġi emendat skont dan.

(7)

Din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika mit-13 ta' April 2019. Madankollu, jenħtieġ li ma tapplikax jekk, f'dik id-data, id-dritt tal-Unjoni jibqa' japplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u fih.

(8)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-13 ta' April 2019.

Madankollu, m'għandhiex tapplika jekk, f'dik id-data, id-dritt tal-Unjoni jibqa' japplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u fih.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ April 2019.

Għall-Kummissjoni

Jyrki KATAINEN

Viċi President


(1)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/476 meħuda bi qbil mar-Renju Unit, tat-22 ta' Marzu 2019 li testendi l-perijodu taħt l-Artikolu 50(3) TUE (ĠU L 80 I, 22.3.2019, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta' Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta' Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84).


ANNESS

L-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE huwa sostitwit b'dan li ġej:

“ANNESS

LISTA TA' PAJJIŻI JEW REĠJUNI

A.   Il-pajjiżi jew ir-reġjuni b'riskju negliġibbli tal-BSE

Stati Membri

Il-Belġju

Il-Bulgarija

Ir-Repubblika Ċeka

Id-Danimarka

Il-Ġermanja

L-Estonja

Il-Kroazja

L-Italja

Ċipru

Il-Latvja

Il-Litwanja

Il-Lussemburgu

L-Ungerija

Malta

In-Netherlands

L-Awstrija

Il-Polonja

Il-Portugall

Ir-Rumanija

Is-Slovenja

Is-Slovakkja

Spanja

Il-Finlandja

L-Iżvezja

Pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles

L-Iżlanda

Il-Liechtenstein

In-Norveġja

L-Iżvizzera

Pajjiżi terzi

L-Arġentina

L-Awstralja

Il-Brażil

Iċ-Ċili

Il-Kolombja

Il-Costa Rica

L-Indja

L-Iżrael

Il-Ġappun

In-Namibja

New Zealand

Il-Panama

Il-Paragwaj

Il-Perù

Singapore

L-Istati Uniti

L-Urugwaj

Reġjuni ta' pajjiżi terzi

L-Irlanda ta' Fuq

B.   Il-pajjiżi jew ir-reġjuni b'riskju kkontrollat tal-BSE

Stati Membri

L-Irlanda

Il-Greċja

Franza

Pajjiżi terzi

Il-Kanada

Guernsey

Isle of Man

Jersey

Il-Messiku

In-Nikaragwa

Il-Korea t'Isfel

It-Tajwan

Ir-Renju Unit bl-eċċezzjoni tar-reġjuni tal-Irlanda ta' Fuq

C.   Il-pajjiżi jew ir-reġjuni b'riskju indeterminat tal-BSE

Il-pajjiżi jew ir-reġjuni li mhumiex elenkati fil-punti A jew B.


12.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 103/35


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/600

tal-11 ta’ April 2019

li temenda d-Deċiżjoni 2011/163/UE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u mid-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE

(notifikata bid-dokument C(2019) 2831)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta' April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta' ċerti sustanzi u residwi tagħhom f'annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (1), u b'mod partikolari r-raba' subparagrafu tal-Artikolu 29(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit issottometta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Fit-22 ta' Marzu 2019, il-Kunsill Ewropew adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/476 (2) li testendi l-perjodu taħt l-Artikolu 50(3) tat-TUE bi qbil mar-Renju Unit. F'konformità ma' dik id-Deċiżjoni, f'każ li l-Ftehim dwar il-Ħruġ ma jiġix approvat mill-House of Commons sad-29 ta' Marzu 2019 l-aktar tard, il-perjodu previst fl-Artikolu 50(3) tat-TUE jiġi estiż sat-12 ta' April 2019. Billi l-Ftehim dwar il-Ħruġ ma ġiex approvat sad-29 ta' Marzu 2019, id-dritt tal-Unjoni mhux se jibqa' japplika għar-Renju Unit u fih mit-13 ta' April 2019 (“id-data ta' ħruġ”).

(2)

L-Artikolu 29 tad-Direttiva 96/23/KE jeħtieġ li l-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw annimali u prodotti tal-annimali koperti minn dik id-Direttiva jissottomettu l-pjanijiet ta' monitoraġġ tar-residwi li jipprovdu l-garanziji meħtieġa (“il-pjanijiet”). Il-pjanijiet jenħtieġ li jkopru mill-inqas il-gruppi ta' residwi u sustanzi elenkati fl-Anness I ta' dik id-Direttiva.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE (3) tapprova l-pjanijiet sottomessi minn ċerti pajjiżi terzi dwar annimali u prodotti tal-annimali speċifiċi elenkati fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni.

(4)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq issottometta lill-Kummissjoni l-pjanijiet tal-pajjiż u tad-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu dwar l-annimali bovini, l-annimali ovini/kaprini, l-annimali porċini, l-annimali ekwini, it-tjur, l-akkwakultura, il-ħalib, il-bajd, il-fniek, it-tjur tal-kaċċa, it-tjur tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet u l-għasel. Dawk il-pjanijiet jipprovdu biżżejjed garanziji u jenħtieġ li jiġu approvati.

(5)

Għalhekk, sabiex jiġi evitat tfixkil bla bżonn tal-kummerċ wara d-data tal-ħruġ, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u d-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu jenħtieġ li jiġu inklużi fil-lista ta' pajjiżi terzi stabbiliti fid-Deċiżjoni 2011/163/UE li għalihom il-pjanijiet ġew approvati. Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE jiġi emendat skont dan.

(6)

Din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika mit-13 ta' April 2019, sakemm f'dik id-data d-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u fih.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE huwa emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-13 ta' April 2019.

Madankollu, m'għandhiex tapplika jekk, f'dik id-data, id-dritt tal-Unjoni jibqa' japplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u fih.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ April 2019.

Għall-Kummissjoni

Jyrki KATAINEN

Viċi President


(1)  ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/476 meħuda bi qbil mar-Renju Unit, tat-22 ta' Marzu 2019 li testendi l-perijodu taħt l-Artikolu 50(3) TUE (ĠU L 80 I, 22.3.2019, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE tas-16 ta' Marzu 2011 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (ĠU L 70, 17.3.2011, p. 40).


ANNESS

L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE huwa emendat kif ġej:

(1)

l-entrata li ġejja tiddaħħal bejn il-Gżejjer Faeroe u l-Georgia:

“GB

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X”

(2)

l-entrata li ġejja tiddaħħal bejn il-Georgia u l-Ghana:

“GG

Guernsey

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X”

(3)

l-entrata li ġejja tiddaħħal bejn Iżrael u l-Indja:

“IM

Isle of Man

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X”

(4)

l-entrata li ġejja tiddaħħal bejn l-Iran u l-Ġamajka:

“JE

Jersey

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X”


12.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 103/38


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/601

tal-11 ta’ April 2019

li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/630/UE fir-rigward tal-inklużjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u ta' wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu fil-lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni tas-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini

(notifikata bid-dokument C(2019) 2832)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat d-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE tal-14 ta' Ġunju 1988 li tistabilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju u għal importazzjonijiet ta' semen ta' annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(1) l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 11(2) tagħha.

Billi:

(1)

Fid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit issottometta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Fit-22 ta' Marzu 2019, il-Kunsill Ewropew adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/476 (2) li testendi l-perjodu taħt l-Artikolu 50(3) tat-TUE bi qbil mar-Renju Unit. F'konformità ma' dik id-Deċiżjoni, f'każ li l-Ftehim dwar il-Ħruġ ma jiġix approvat mill-House of Commons sad-29 ta' Marzu 2019 l-aktar tard, il-perjodu previst fl-Artikolu 50(3) tat-TUE jiġi estiż sat-12 ta' April 2019. Billi l-Ftehim dwar il-Ħruġ ma ġiex approvat sad-29 ta' Marzu 2019, id-dritt tal-Unjoni mhux se jibqa' japplika għar-Renju Unit u fih mit-13 ta' April 2019 (“id-data ta' ħruġ”).

(2)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/630/UE (3) tistabbilixxi fl-Anness I tagħha lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minnhom, li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet tas-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini.

(3)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq ipprovda l-garanziji neċessarji sabiex dak il-pajjiż u wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/630/UE għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kunsinni tas-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini mid-data tal-ħruġ billi jkompli jikkonforma mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għal perjodu inizjali ta' mill-inqas disa' xhur.

(4)

Għalhekk, meta jitqiesu dawn il-garanziji speċifiċi pprovduti mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, u sabiex jiġi evitat tfixkil bla bżonn tal-kummerċ wara d-data tal-ħruġ, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu jenħtieġ li jiġu inklużi fil-lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minnhom stabbiliti fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/630/UE li huma awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kunsinni tas-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/630/UE jiġi emendat skont dan.

(6)

Din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika mit-13 ta' April 2019, sakemm f'dik id-data d-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u fih.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/630/UE huwa emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-13 ta' April 2019.

Madankollu, m'għandhiex tapplika jekk, f'dik id-data, id-dritt tal-Unjoni jibqa' japplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u fih.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ April 2019.

Għall-Kummissjoni

Jyrki KATAINEN

Viċi President


(1)  ĠU L 194, 22.7.1988, p. 10.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/476 meħuda bi qbil mar-Renju Unit, tat-22 ta' Marzu 2019 li testendi l-perijodu taħt l-Artikolu 50(3) TUE (ĠU L 80 I, 22.3.2019, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/630/UE tal-20 ta' Settembru 2011 dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni tas-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini (ĠU L 247, 24.9.2011, p. 32).


ANNESS

It-tabella stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/630/UE hija emendata kif ġej:

(a)

il-linji li ġejjin jiddaħħlu wara l-entrata taċ-Ċilì:

“GB

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq

 

 

GG

Guernsey”

 

 

(b)

il-linja li ġejja tiddaħħal wara l-entrata tal-Iżlanda:

“JE

Jersey”

 

 


12.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 103/41


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/602

tal-11 ta’ April 2019

li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2006/168/KE fir-rigward tal-inklużjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u ta' wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu fil-lista ta' pajjiżi terzi awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' embrijuni bovini

(notifikata bid-dokument C(2019) 2833)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat d-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta' Settembru 1989 dwar kondizzjonijiet ta' saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' embrijuni ta' annimali domestiċi tal-ispeċi tal-ifrat (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 9(1)(b) tagħha,

Billi:

(1)

Fid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit issottometta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Fit-22 ta' Marzu 2019, il-Kunsill Ewropew adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/476 (2) li testendi l-perjodu taħt l-Artikolu 50(3) tat-TUE bi qbil mar-Renju Unit. F'konformità ma' dik id-Deċiżjoni, f'każ li l-Ftehim dwar il-Ħruġ ma jiġix approvat mill-House of Commons sad-29 ta' Marzu 2019 l-aktar tard, il-perjodu previst fl-Artikolu 50(3) tat-TUE jiġi estiż sat-12 ta' April 2019. Billi l-Ftehim dwar il-Ħruġ ma ġiex approvat sad-29 ta' Marzu 2019, id-dritt tal-Unjoni mhux se jibqa' japplika għar-Renju Unit u fih mit-13 ta' April 2019 (“id-data ta' ħruġ”).

(2)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2006/168/KE (3) tistabbilixxi fl-Anness I tagħha lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta' embrijuni bovini.

(3)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq ipprovda l-garanziji neċessarji sabiex dak il-pajjiż u wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni 2006/168/KE għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kunsinni ta' embrijuni bovini mid-data tal-ħruġ billi jkompli jikkonforma mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għal perjodu inizjali ta' mill-inqas disa' xhur.

(4)

Għalhekk, meta jitqiesu dawn il-garanziji speċifiċi pprovduti mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, u sabiex jiġi evitat tfixkil bla bżonn tal-kummerċ wara d-data tal-ħruġ, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna jenħtieġ li jiġu inklużi fil-lista ta' pajjiżi terzi stabbiliti fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2006/168/KE li huma awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kunsinni ta' embrijuni bovini.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tad-Deċiżjoni 2006/168/KE jiġi emendat skont dan.

(6)

Din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika mit-13 ta' April 2019, sakemm f'dik id-data d-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u fih.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Deċiżjoni 2006/168/KE huwa emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-13 ta' April 2019.

Madankollu, m'għandhiex tapplika jekk, f'dik id-data, id-dritt tal-Unjoni jibqa' japplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u fih.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ April 2019.

Għall-Kummissjoni

Jyrki KATAINEN

Viċi President


(1)  ĠU L 302, 19.10.1989, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/476 meħuda bi qbil mar-Renju Unit, tat-22 ta' Marzu 2019 li testendi l-perijodu taħt l-Artikolu 50(3) TUE (ĠU L 80 I, 22.3.2019, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/168/KE tal-4 ta' Jannar 2006 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet tas-saħħa tal-annimali u taċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni fil-Komunità ta' embrijuni bovini u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/217/KE (ĠU L 57, 28.2.2006, p. 19).


ANNESS

It-tabella stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2006/168/KE hija emendata kif ġej:

(a)

il-linji li ġejjin jiddaħħlu wara l-entrata tal-Iżvizzera:

“GB

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq

ANNESS II

ANNESS III

ANNESS IV

GG

Guernsey

ANNESS II

ANNESS III

ANNESS IV”

(b)

il-linja li ġejja tiddaħħal wara l-entrata ta' Iżrael:

“JE

Jersey

ANNESS II

ANNESS III

ANNESS IV”


12.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 103/44


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/603

tal-11 ta’ April 2019

li temenda l-Annessi tad-Deċiżjoni 2006/766/KE fir-rigward tal-inklużjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u ta' wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu fil-listi ta' pajjiżi terzi u territorji awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati, gastropodi tal-ibħra u prodotti tas-sajd għall-konsum mill-bniedem

(notifikata bid-dokument C(2019) 2834)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit issottometta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Fit-22 ta' Marzu 2019, il-Kunsill Ewropew adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/476 (2) li testendi l-perjodu taħt l-Artikolu 50(3) tat-TUE bi qbil mar-Renju Unit. F'konformità ma' dik id-Deċiżjoni, f'każ li l-Ftehim dwar il-Ħruġ ma jiġix approvat mill-House of Commons sad-29 ta' Marzu 2019 l-aktar tard, il-perjodu previst fl-Artikolu 50(3) tat-TUE jiġi estiż sat-12 ta' April 2019. Billi l-Ftehim dwar il-Ħruġ ma ġiex approvat sad-29 ta' Marzu 2019, id-dritt tal-Unjoni mhux se jibqa' japplika għar-Renju Unit u fih mit-13 ta' April 2019 (“id-data ta' ħruġ”).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 jipprevedi li prodotti li joriġinaw mill-annimali jistgħu jiġu importati biss minn pajjiż terz jew parti minn pajjiż terz li jidher jew tidher f'lista mfassla skont dak ir-Regolament.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/766/KE (3) telenka dawk il-pajjiżi terzi li jissodisfaw il-kriterji msemmija fir-Regolament (KE) Nru 854/2004 u li għaldaqstant jistgħu jiggarantixxu li l-esportazzjonijiet ta' dawk il-prodotti jissodisfaw il-kriterji msemmija fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni biex titħares is-saħħa tal-konsumaturi.

(4)

B'mod partikolari, l-Anness I ta' dik id-Deċiżjoni jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi awtorizzati għall-introduzzjoni ta' molluski bivalvi, tunikati, ekinodermi u gastropodi tal-ibħra u l-Anness II ta' dik id-Deċiżjoni jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi u territorji awtorizzati għall-introduzzjoni ta' prodotti tas-sajd għall-konsum mill-bniedem. Dawk il-listi jindikaw ukoll ir-restrizzjonijiet fuq dawn l-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi.

(5)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq ipprovda l-garanziji neċessarji sabiex dak il-pajjiż u wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 854/2004 għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kunsinni ta' molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati, gastropodi marini u prodotti tas-sajd għall-konsum mill-bniedem mid-data tal-ħruġ billi jkompli jikkonforma mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għal perjodu inizjali ta' mill-inqas disa' xhur.

(6)

Għalhekk, meta jitqiesu dawn il-garanziji speċifiċi pprovduti mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, u sabiex jiġi evitat tfixkil bla bżonn tal-kummerċ wara d-data tal-ħruġ, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna jenħtieġ li jiġu inklużi fil-listi ta' pajjiżi terzi u territorji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2006/766/KE awtorizzati għall-introduzzjoni ta' molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati, gastropodi tal-ibħra u prodotti tas-sajd għall-konsum mill-bniedem.

(7)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE jiġu emendati skont dan.

(8)

Din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika mit-13 ta' April 2019, sakemm f'dik id-data d-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u fih.

(9)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE għandhom jiġu emendati skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-13 ta' April 2019.

Madankollu, m'għandhiex tapplika jekk, f'dik id-data, id-dritt tal-Unjoni jibqa' japplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u fih.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ April 2019.

Għall-Kummissjoni

Jyrki KATAINEN

Viċi President


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/476 meħuda bi qbil mar-Renju Unit, tat-22 ta' Marzu 2019 li testendi l-perijodu taħt l-Artikolu 50(3) TUE (ĠU L 80 I, 22.3.2019, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/766/KE tas-6 ta' Novembru 2006 li tistabbilixxi l-listi ta' pajjiżi terzi u territorji li minnhom l-importazzjonijiet ta' molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati, gastropodi tal-ibħra u prodotti tas-sajd huma permessi (ĠU L 320, 18.11.2006, p. 53).


ANNESS

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE huma emendati kif ġej:

(1)

It-tabella stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2006/766/KE hija emendata kif ġej:

(a)

il-linji li ġejjin jiddaħħlu wara l-entrata taċ-Ċilì:

“GB

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ

 

GG

GUERNSEY”

 

(b)

il-linja li ġejja tiddaħħal wara l-entrata ta' Greenland:

“JE

JERSEY”

 

(2)

It-tabella stabbilita fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE hija emendata kif ġej:

(a)

il-linja li ġejja tiddaħħal wara l-entrata tal-Gabon:

“GB

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ”

 

(b)

il-linja li ġejja tiddaħħal wara l-entrata tal-Georgia:

“GG

GUERNSEY”

 

(c)

il-linja li ġejja tiddaħħal wara l-entrata tal-Iran:

“JE

JERSEY”

 


12.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 103/47


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/604

tal-11 ta' April 2019

li temenda l-Annessi I u III tad-Deċiżjoni 2010/472/UE fir-rigward tal-inklużjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u ta' wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu fil-listi ta' pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' semen, ova u embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina

(notifikata bid-dokument C(2019) 2838)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta' Lulju 1992, li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta', u l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta' saħħa tal-annimali meħtieġa f'regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(2)(b), l-Artikolu 17(3), l-ewwel inċiż tal-Artikolu 18(1), u l-frażi introduttiva u l-punt (b) tal-Artikolu 19 tagħha,

Billi:

(1)

Fid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit issottometta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Fit-22 ta' Marzu 2019, il-Kunsill Ewropew adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/476 (2) li testendi l-perjodu taħt l-Artikolu 50(3) tat-TUE bi qbil mar-Renju Unit. F'konformità ma' dik id-Deċiżjoni, f'każ li l-Ftehim dwar il-Ħruġ ma jiġix approvat mill-House of Commons sad-29 ta' Marzu 2019 l-aktar tard, il-perjodu previst fl-Artikolu 50(3) tat-TUE jiġi estiż sat-12 ta' April 2019. Billi l-Ftehim dwar il-Ħruġ ma ġiex approvat sad-29 ta' Marzu 2019, id-dritt tal-Unjoni mhux se jibqa' japplika għar-Renju Unit u fih mit-13 ta' April 2019 (“id-data ta' ħruġ”).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/472/UE (3) tistabbilixxi fl-Anness I tagħha lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minnhom, li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta' semen, ova u embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina u fl-Anness III tagħha lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minnhom, li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta' kunsinni ta' ova u embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina.

(3)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq ipprovda l-garanziji neċessarji sabiex dak il-pajjiż u wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni 2010/472/UE għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kunsinni ta' semen, ova u embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina mid-data tal-ħruġ billi jkompli jikkonforma mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għal perjodu inizjali ta' mill-inqas disa' xhur.

(4)

Għalhekk, meta jitqiesu dawn il-garanziji speċifiċi pprovduti mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, u sabiex jiġi evitat tfixkil bla bżonn tal-kummerċ wara d-data tal-ħruġ, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna jenħtieġ li jiġu inklużi fil-listi ta' pajjiżi terzi u territorji u partijiet minnhom stabbiliti fl-Annessi I u III tad-Deċiżjoni 2010/472/UE li huma awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kunsinni ta' semen, ova u embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi I u III tad-Deċiżjoni 2010/472/UE jiġu emendati skont dan.

(6)

Din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika mit-13 ta' April 2019, sakemm f'dik id-data d-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u fih.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u III tad-Deċiżjoni 2010/472/UE għandhom jiġu emendati skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-13 ta' April 2019.

Madankollu, m'għandhiex tapplika jekk, f'dik id-data, id-dritt tal-Unjoni jibqa' japplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u fih.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' April 2019.

Għall-Kummissjoni

Jyrki KATAINEN

Viċi President


(1)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/476 meħuda bi qbil mar-Renju Unit, tat-22 ta' Marzu 2019 li testendi l-perijodu taħt l-Artikolu 50(3) TUE (ĠU L 80 I, 22.3.2019, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/472/UE tas-26 ta' Awwissu 2010 dwar l-importazzjonijiet ta' semen, ova u embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina fl-Unjoni (ĠU L 228, 31.8.2010, p. 74).


ANNESS

L-Anness I u III tad-Deċiżjoni 2010/472/UE huma emendati kif ġej:

(1)

It-tabella stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2010/472/UE hija emendata kif ġej:

(a)

il-linji li ġejjin jiddaħħlu wara l-entrata taċ-Ċilì:

“GB

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq

 

 

GG

Guernsey”

 

 

(b)

il-linja li ġejja tiddaħħal wara l-entrata tal-Iżlanda:

“JE

Jersey”

 

 

(2)

It-tabella stabbilita fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2010/472/UE hija emendata kif ġej:

(a)

il-linji li ġejjin jiddaħħlu wara l-entrata taċ-Ċilì:

“GB

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq

 

 

GG

Guernsey”

 

 

(b)

il-linja li ġejja tiddaħħal wara l-entrata tal-Iżlanda:

“JE

Jersey”

 

 


12.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 103/50


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/605

tal-11 ta’ April 2019

li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE fir-rigward tal-inklużjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u ta' wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu fil-lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kunsinni ta' ċerti prodotti tal-laħam u ta' stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem

(notifikata bid-dokument C(2019) 2840)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt (1) u l-punt (4) tal-Artikolu 8 u l-Artikolu 9(4) tagħha,

Billi:

(1)

Fid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit issottometta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Fit-22 ta' Marzu 2019, il-Kunsill Ewropew adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/476 (2) li testendi l-perjodu taħt l-Artikolu 50(3) tat-TUE bi qbil mar-Renju Unit. F'konformità ma' dik id-Deċiżjoni, f'każ li l-Ftehim dwar il-Ħruġ ma jiġix approvat mill-House of Commons sad-29 ta' Marzu 2019 l-aktar tard, il-perjodu previst fl-Artikolu 50(3) tat-TUE jiġi estiż sat-12 ta' April 2019. Billi l-Ftehim dwar il-Ħruġ ma ġiex approvat sad-29 ta' Marzu 2019, id-dritt tal-Unjoni mhux se jibqa' japplika għar-Renju Unit u fih mit-13 ta' April 2019 (“id-data ta' ħruġ”).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE (3) tistipula, inter alia, il-kundizzjonijiet għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kunsinni ta' ċerti prodotti tal-laħam u ta' stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati li għaddew minn wieħed mit-trattamenti stipulati f'Parti 4 tal-Anness II tiegħu (“il-komoditajiet”), inkluż lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minnhom, li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni tal-komoditajiet.

(3)

Il-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE tistabbilixxi l-lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minnhom li huma awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni tal-komoditajiet, sakemm ikunu għaddew mit-trattament rilevanti msemmi f'dik il-Parti tal-Anness II. Dawk it-trattamenti huma mmirati biex jeliminaw ċerti riskji tas-saħħa tal-annimali marbuta mal-komoditajiet speċifiċi. Il-Parti 4 ta' dak l-Anness tistabbilixxi trattament mhux speċifiku “A” u trattamenti speċifiċi “B” u “F” elenkati f'ordni ta' severità dixxendenti tar-riskju tas-saħħa tal-annimali marbut mal-komodità speċifika.

(4)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq ipprovda l-garanziji neċessarji sabiex dak il-pajjiż u wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni 2007/777/KE għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kunsinni ta' komoditajiet għall-konsum mill-bniedem bi trattament “A” mid-data tal-ħruġ billi jkompli jikkonforma mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għal perjodu inizjali ta' mill-inqas disa' xhur.

(5)

Għalhekk, meta jitqiesu dawn il-garanziji speċifiċi pprovduti mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, u sabiex jiġi evitat tfixkil bla bżonn tal-kummerċ wara d-data tal-ħruġ, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna jenħtieġ li jiġu inklużi fil-lista ta' pajjiżi terzi u partijiet minnhom stabbiliti fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE li huma awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kunsinni tal-komoditajiet.

(6)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE jiġi emendat skont dan.

(7)

Din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika mit-13 ta' April 2019, sakemm f'dik id-data d-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u fih.

(8)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE għandha tiġi emendata skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-13 ta' April 2019.

Madankollu, m'għandhiex tapplika jekk, f'dik id-data, id-dritt tal-Unjoni jibqa' japplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u fih.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ April 2019.

Għall-Kummissjoni

Jyrki KATAINEN

Viċi President


(1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/476 meħuda bi qbil mar-Renju Unit, tat-22 ta' Marzu 2019 li testendi l-perijodu taħt l-Artikolu 50(3) TUE (ĠU L 80 I, 22.3.2019, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE tad-29 ta' Novembru 2007 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-laħam u tal-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE (ĠU L 312, 30.11.2007, p. 49).


ANNESS

It-tabella stabbilita fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE hija emendata kif ġej:

(a)

il-linji li ġejjin jiddaħħlu wara l-entrata tal-Etjopja:

“GB

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

GG

Guernsey

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A”

(b)

il-linja li ġejja tiddaħħal wara l-entrata tal-Iżlanda:

“JE

Jersey

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A”


12.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 103/53


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/606

tal-11 ta’ April 2019

li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2012/137/UE fir-rigward tal-inklużjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u ta' wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu fil-listi ta' pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni tas-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi porċina

(notifikata bid-dokument C(2019) 2841)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat d-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-bhejjem applikabbli għal kummerċ intra-Komunitarju u għall-importazzjonijiet ta' semen ta' bhejjem domestiċi tal-ispeċi tal-majjali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1), l-Artikolu 9(2) u (3) u l-Artikolu 10(2) tagħha,

Billi:

(1)

Fid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit issottometta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Fit-22 ta' Marzu 2019, il-Kunsill Ewropew adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/476 (2) li testendi l-perjodu taħt l-Artikolu 50(3) tat-TUE bi qbil mar-Renju Unit. F'konformità ma' dik id-Deċiżjoni, f'każ li l-Ftehim dwar il-Ħruġ ma jiġix approvat mill-House of Commons sad-29 ta' Marzu 2019 l-aktar tard, il-perjodu previst fl-Artikolu 50(3) tat-TUE jiġi estiż sat-12 ta' April 2019. Billi l-Ftehim dwar il-Ħruġ ma ġiex approvat sad-29 ta' Marzu 2019, id-dritt tal-Unjoni mhux se jibqa' japplika għar-Renju Unit u fih mit-13 ta' April 2019 (“id-data ta' ħruġ”).

(2)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/137/UE (3) tistabbilixxi fl-Anness I tagħha lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minnhom, li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet tas-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi porċina.

(3)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq ipprovda l-garanziji neċessarji sabiex dak il-pajjiż u wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/137/UE għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kunsinni tas-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi porċina mid-data tal-ħruġ billi jkompli jikkonforma mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għal perjodu inizjali ta' mill-inqas disa' xhur.

(4)

Għalhekk, meta jitqiesu dawn il-garanziji speċifiċi pprovduti mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, u sabiex jiġi evitat tfixkil bla bżonn tal-kummerċ wara d-data tal-ħruġ, ir-Renju Unit u wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu jenħtieġ li jiġu inklużi fil-listi ta' pajjiżi terzi u territorji u partijiet minnhom stabbiliti fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/137/UE li huma awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kunsinni tas-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi porċina.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/137/UE jiġi emendat skont dan.

(6)

Din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika mit-13 ta' April 2019, sakemm f'dik id-data d-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u fih.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/137/UE huwa emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-13 ta' April 2019.

Madankollu, m'għandhiex tapplika jekk, f'dik id-data, id-dritt tal-Unjoni jibqa' japplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u fih.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ April 2019.

Għall-Kummissjoni

Jyrki KATAINEN

Viċi President


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 62.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/476 meħuda bi qbil mar-Renju Unit, tat-22 ta' Marzu 2019 li testendi l-perijodu taħt l-Artikolu 50(3) TUE (ĠU L 80 I, 22.3.2019, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/137/UE tal-1 ta' Marzu 2012 dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni tas-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi porċina (ĠU L 64, 3.3.2012, p. 29).


ANNESS

Fit-tabella fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/137/UE jiddaħħlu l-linji li ġejjin wara l-entrata għall-Iżvizzera:

“GB

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq

 

GG

Guernsey

 

JE

Jersey”

 


12.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 103/56


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/607

tal-11 ta' April 2019

li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-listi ta' postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera u tal-unitajiet veterinarji fi TRACES

(notifikata bid-dokument C(2019) 2900)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju applikabbli għall-kummerċ intra-Unjoni ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(1) u (3) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (2), b'mod partikolari t-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(4) u l-Artikolu 6(5) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tagħha,

Billi:

(1)

Fid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit ressaq in-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Fit-22 ta' Marzu 2019, il-Kunsill Ewropew adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/476 (4) meħuda bi qbil mar-Renju Unit, li testendi l-perjodu skont l-Artikolu 50(3) tat-TUE. F'konformità ma' dik id-Deċiżjoni, fil-każ li l-Ftehim dwar il-Ħruġ ma jiġix approvat mill-House of Commons sa mhux iktar tard mid-29 ta' Marzu 2019, il-perjodu previst fl-Artikolu 50(3) tat-TUE jiġi estiż sat-12 ta' April 2019. Jekk il-Ftehim dwar il-Ħruġ ma jkunx ġie approvat sad-29 ta' Marzu 2019, id-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għar-Renju Unit u fih mit-13 ta' April 2019 (“id-data tal-ħruġ”).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE (5) tistabbilixxi l-lista ta' postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera approvati skont id-Direttivi 91/496/KEE u 97/78/KE u l-lista ta' unitajiet ċentrali, reġjonali u lokali fis-sistema veterinarja kompjuterizzata integrata (TRACES). Dawk il-listi huma stabbiliti rispettivament fl-Anness I u fl-Anness II ta' dik id-Deċiżjoni.

(3)

Wara l-proposta mill-Belġju, jenħtieġ li l-approvazzjoni tal-postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera fil-port ta' Antwerp u fil-port ta' Zeebrugge tiġi estiża għall-prodotti mhux ippakkjati għall-konsum mill-bniedem. Għalhekk, jixraq li l-lista tal-entrati għal dak l-Istat Membru stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE tiġi emendata skont dan.

(4)

Wara l-proposta mid-Danimarka, jenħtieġ li ċentru ta' spezzjoni ġdid jiġi elenkat fil-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera fil-port ta' Esbjerg għall-ispezzjoni tal-prodotti ppakkjati. Għalhekk, jixraq li l-lista tal-entrati għal dak l-Istat Membru stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE tiġi emendata skont dan.

(5)

Wara l-proposta mill-Irlanda, jenħtieġ li l-approvazzjoni tal-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera fil-port ta' Dublin tiġi estiża għall-annimali u għall-prodotti mhux ippakkjati għall-konsum mill-bniedem, u jenħtieġ li jiġi approvat post ġdid ta' spezzjoni fuq il-fruntiera fil-port ta' Rosslare għall-annimali u għall-prodotti. Għalhekk, jixraq li l-lista tal-entrati għal dak l-Istat Membru stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE tiġi emendata skont dan.

(6)

Wara l-proposta minn Spanja, jenħtieġ li post ġdid ta' spezzjoni fuq il-fruntiera fil-port ta' Ferrol jiġi approvat għall-prodotti ppakkjati. Barra minn hekk, jenħtieġ li titneħħa s-sospensjoni tal-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera fil-port ta' Santander u ta' wieħed miċ-ċentri ta' spezzjoni tal-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera fil-port ta' Vigo. Għalhekk, jixraq li l-lista tal-entrati għal dak l-Istat Membru stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE tiġi emendata skont dan.

(7)

Wara l-proposta minn Franza, jenħtieġ li postijiet ġodda ta' spezzjoni fuq il-fruntiera fil-port ta' Caen-Ouistreham, fil-port u fil-linji ferrovjarji ta' Calais, fil-port ta' Cherbourg, fil-port ta' Dieppe, fil-port ta' Roscoff u fil-port ta' Saint-Malo jiġu approvati għal ċerti kategoriji ta' prodotti jew għal ċerti kategoriji ta' annimali. Għalhekk, jixraq li l-lista tal-entrati għal dak l-Istat Membru stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE tiġi emendata skont dan.

(8)

Wara l-proposta min-Netherlands, jenħtieġ li jiġi elenkat ċentru ġdid ta' spezzjoni fil-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera fil-port ta' Rotterdam għall-ispezzjoni ta' prodotti ippakkjati għall-konsum mill-bniedem. Għalhekk, jixraq li l-lista tal-entrati għal dak l-Istat Membru stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE tiġi emendata skont dan.

(9)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE jiġu emendati skont dan.

(10)

Din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika mit-13 ta' April 2019, sakemm f'dik id-data d-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u fih.

(11)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE huma emendati f'konformità mal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-13 ta' April 2019.

Madankollu, ma għandhiex tapplika jekk f'dik id-data d-dritt tal-Unjoni jibqa' japplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u fih.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' April 2019.

Għall-Kummissjoni

Jyrki KATAINEN

Viċi President


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(2)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

(3)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/476 meħuda bi qbil mar-Renju Unit, tat-22 ta' Marzu 2019, li testendi l-perjodu skont l-Artikolu 50(3) tat-TUE (ĠU L 80 I, 22.3.2019, p. 1).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE tat-28 ta' Settembru 2009 Tfassil ta' lista approvata ta' postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera, li tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet imwettqa mill-esperti veterinarji tal-Kummissjoni u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi TRACES (ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1).


ANNESS

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

in-noti li ġejjin jiżdiedu mar-rimarki speċjali:

“(16)

=

Minbarra karkassi ta' ungulati.

(17)

=

Għal konsenji ttrasportati minn vetturi tat-triq mil-linja ferrovjarja tal-Eurotunnel Shuttle”

(b)

il-parti li tikkonċerna lill-Belġju hija emendata kif ġej:

(i)

l-entrata għall-port ta' Antwerp hija sostitwita b'dan li ġej:

“Antwerpen

Anvers

BE ANR 1

P

GIP LO

HC(16), NHC

 

Afrulog

HC(2), NHC”

 

(ii)

l-entrata għall-port ta' Zeebrugge hija sostitwita b'dan li ġej:

“Zeebrugge

BE ZEE 1

P

 

HC, NHC(2)”

 

(c)

fil-parti li tikkonċerna lid-Danimarka, l-entrata għall-port ta' Esbjerg hija sostitwita b'dan li ġej:

“Esbjerg

DK EBJ 1

P

E D & F Man Terminals

Denmark ApS

HC-NT(6), NHC-NT(4)(6)(11)

 

Bluewater Shipping

HC(2), NHC(2)”

 

(d)

il-parti li tikkonċerna l-Irlanda hija emendata kif ġej:

(i)

l-entrata għall-port ta' Dublin hija sostitwita b'dan li ġej:

“Dublin Port

IE DUB 1

P

 

HC, NHC

U(14), E, O”

(ii)

l-entrata li ġejja għall-port ta' Rosslare tiddaħħal wara l-entrata għal Dublin Port:

“Rosslare Europort

IE ROS 1

P

 

HC, NHC

U, E, O”

(e)

il-parti li tikkonċerna lil Spanja hija emendata kif ġej:

(i)

l-entrata li ġejja għall-port ta' Ferrol tiddaħħal wara l-entrata għal Ciudad Real:

“Ferrol

ES FRO 1

P

 

HC(2)”

 

(ii)

l-entrata għall-port ta' Santander hija sostitwita b'dan li ġej:

“Santander

ES SDR 1

P

 

HC, NHC-NT”

 

(iii)

l-entrata għall-port ta' Vigo hija sostitwita b'dan li ġej:

“Vigo

ES VGO 1

P

T.C. Guixar

HC, NHC-T(FR), NHC-NT

 

Frioya

HC-T(FR)(2)(3)

 

Frigalsa

HC-T(FR)(3)

 

Pescanova

HC-T(FR)(2)(3)

 

Fandicosta

HC-T(FR)(2)(3)

 

Frig. Morrazo

HC-T(FR)(3)”

 

(f)

il-parti li tikkonċerna lil Franza hija emendata kif ġej:

(i)

l-entrati li ġejjin għall-port ta' Caen-Ouistreham u għall-port u għal-linji ferrovjarji ta' Calais jiddaħħlu wara l-entrata għal Brest:

“Caen-Ouistreham

FR CFR 1

P

 

HC(1), NHC

U(8), E, O


Calais

FR CQF 1

P

 

HC(1)(2), NHC(2)

U(8), E, O(14)


Calais

FR CQF 2

F(17)

Eurotunnel

HC(1), NHC

U(8), E

STEF

HC(1)(3)”

 

(ii)

l-entrata li ġejja għall-port ta' Cherbourg tiddaħħal wara l-entrata għal Châteauroux-Déols:

“Cherbourg

FR CER 1

P

 

HC(1), NHC

E, U(8), O(14)”

(iii)

l-entrata li ġejja għall-port ta' Dieppe tiddaħħal wara l-entrata għal Deauville:

“Dieppe

FR DPE 1

P

 

HC(1), NHC

E, U(8)”

(iv)

l-entrata li ġejja għall-port ta' Roscoff tiddaħħal wara l-entrata għal Roissy Charles-de-Gaulle:

“Roscoff

FR ROS 1

P

 

HC(1), NHC”

 

(v)

l-entrata li ġejja għall-port ta' Saint-Malo tiddaħħal wara l-entrata għal Rouen:

“Saint-Malo

FR SML 1

P

 

HC(1), NHC

E, O”

(g)

fil-parti li tikkonċerna lin-Netherlands, l-entrata għall-port ta' Rotterdam hija sostitwita b'dan li ġej:

“Rotterdam

NL RTM 1

P

Eurofrigo Karimatastraat

HC, NHC-T(FR), NHC-NT

 

Eurofrigo, Abel Tasmanstraat

HC

 

Frigocare Rotterdam B.V.

HC(2)

 

Agro Merchants Maasvlakte B.V.

HC(2), NHC(2)

 

Kloosterboer Delta Terminal

HC(2)

 

Maastank B.V.

NHC-NT(6)

 

Agro Merchants Westland

HC(2)”

 

(h)

il-parti li tikkonċerna lir-Renju Unit titħassar.

(2)

Fl-Anness II, il-parti li tikkonċerna lir-Renju Unit titħassar.


Rettifika

12.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 103/60


Rettifika għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1922 tal-10 ta' Ottubru 2018 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall- kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-tranżitu ta' oġġetti b'użu doppju

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 319 tal-14 ta' Diċembru 2018 )

F'paġna 129, taħt il-partita 3B001.f., il-punti 3 u 4: qed jiġi kkoreġut l-allinjament tal-punti.

Minflok:

“3.

Tagħmir iddisinjat apposta għall-produzzjoni ta' maskri li għandu dan kollu li ġej:

a.

Użu ta' raġġ ta' elettroni ffukat iddevjat, raġġ ta' joni jew raġġ tal-“lejżer”; u

b.

Li għandu kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin;

1.

Spot ta' wisa' ta' nofs id-daqs (full-width half-maximum (FWHM)) iżgħar minn 65 nm b'kollokament ta' immaġni ta' inqas minn 17 nm (medja + 3 sigma); jew

2.

Mhux użat;

3.

Żball ta' kopertura għat-tieni saffa ta' inqas minn 23 nm (medja + 3 sigma) fuq il-maskra;

4.

Tagħmir iddisinjat għall-ipproċessar ta' apparat li juża metodi ta' kitba diretti, li għandu dan kollu li ġej:

a.

Raġġ ta' elettroni iffukat b'deflessjoni ta' raġġ; u

b.

Li għandu kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin;

1.

Daqs minimu ta' raġġ ugwali għal jew iżgħar minn 15 nm; jew

2.

Żball ta' kopertura ta' inqas minn 27 nm (medja + 3 sigma);”,

Aqra:

“3.

Tagħmir iddisinjat apposta għall-produzzjoni ta' maskri li għandu dan kollu li ġej:

a.

Użu ta' raġġ ta' elettroni ffukat iddevjat, raġġ ta' joni jew raġġ tal-“lejżer”; u

b.

Li għandu kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin;

1.

Spot ta' wisa' ta' nofs id-daqs (full-width half-maximum (FWHM)) iżgħar minn 65 nm b'kollokament ta' immaġni ta' inqas minn 17 nm (medja + 3 sigma); jew

2.

Mhux użat;

3.

Żball ta' kopertura għat-tieni saffa ta' inqas minn 23 nm (medja + 3 sigma) fuq il-maskra;

4.

Tagħmir iddisinjat għall-ipproċessar ta' apparat li juża metodi ta' kitba diretti, li għandu dan kollu li ġej:

a.

Raġġ ta' elettroni iffukat b'deflessjoni ta' raġġ; u

b.

Li għandu kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin;

1.

Daqs minimu ta' raġġ ugwali għal jew iżgħar minn 15 nm; jew

2.

Żball ta' kopertura ta' inqas minn 27 nm (medja + 3 sigma);”.


12.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 103/61


Rettifika tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/461 tat-30 ta' Jannar 2019 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/522 rigward l-eżenzjoni tal-Bank tal-Ingilterra u tal-Uffiċċju tal-Ġestjoni tad-Dejn tar-Renju Unit mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 80 tat-22 ta' Marzu 2019 )

F'paġna 10, fit-titolu,

minflok:

“REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/461 tat-30 ta' Jannar 2019 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/522 rigward l-eżenzjoni tal-Bank tal-Ingilterra u tal-Uffiċċju tal-Ġestjoni tad-Dejn tar-Renju Unit mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill”,

aqra:

“Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/461 tat-30 ta' Jannar 2019 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/522 rigward tal-eżenzjoni tal-Bank tal-Ingilterra u t-Teżor tal-Maestà Tagħha mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill”;

F'paġna 10, fil-premessa 6,

minflok:

“(6)

L-irtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni, fin-nuqqas ta' xi dispożizzjoni speċjali, ikollha l-effett li l-Bank tal-Ingilterra u l-Uffiċċju tal-Ġestjoni tad-Dejn tar-Renju Unit ma jibqgħux jibbenefikaw mill-eżenzjoni eżistenti sakemm ma jiġux inklużi fil-lista ta' banek ċentrali u uffiċċji tal-ġestjoni tad-dejn ta' pajjiżi terzi eżentati.”,

aqra:

“(6)

Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, fin-nuqqas ta' xi dispożizzjoni speċjali, ikollu l-effett li l-Bank tal-Ingilterra u t-Teżor tal-Maestà Tagħha ma jibqgħux jibbenefikaw mill-eżenzjoni eżistenti sakemm ma jiġux inklużi fil-lista ta' banek ċentrali u uffiċċji tal-ġestjoni tad-dejn ta' pajjiżi terzi eżentati.”;

F'paġna 10, premessa 7, it-tielet sentenza,

minflok:

“Skont dan, jenħtieġ li l-Bank tal-Ingilterra u l-Uffiċċju tal-Ġestjoni tad-Dejn tar-Renju Unit jiġu inklużi fil-lista ta' entitajiet pubbliċi eżentati stabbilita fir-Regolament Delegat (UE) 2016/522.”,

aqra:

“Skont dan, jenħtieġ li l-Bank tal-Ingilterra u t-Teżor tal-Maestà Tagħha jiġu inklużi fil-lista ta' entitajiet pubbliċi eżentati stabbilita fir-Regolament Delegat (UE) 2016/522.”;

F'paġna 12, fl-Anness, fl-emenda tal-punt 13 tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2016/522,

minflok:

“13.

Ir-Renju Unit:

il-Bank tal-Ingilterra;

l-Uffiċċju tal-Ġestjoni tad-Dejn tar-Renju Unit;”,

aqra:

“13.

Ir-Renju Unit:

il-Bank tal-Ingilterra;

it-Teżor tal-Maestà Tagħha;”.