ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 085I

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 62
27 ta' Marzu 2019


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament (UE) 2019/491 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Marzu 2019 sabiex ikunu jistgħu jitkomplew il-programmi għall-kooperazzjoni territorjali PEACE IV (l-Irlanda - ir-Renju Unit) u għar-Renju Unit - l-Irlanda (l-Irlanda - l-Irlanda ta' Fuq - l-Iskozja) fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni

1

 

*

Regolament (UE) 2019/492 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Marzu 2019 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 391/2009 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ( 1 )

5

 

*

Regolament (UE, Euratom) 2019/493 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Marzu 2019 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 rigward proċedura ta' verifika relatata mal-ksur ta' regoli dwar il-protezzjoni ta' data personali fil-kuntest tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew

7

 

*

Regolament (UE) 2019/494 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Marzu 2019 dwar ċerti aspetti tas-sikurezza tal-avjazzjoni fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni ( 1 )

11

 

*

Regolament (UE) 2019/495 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Marzu 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1316/2013 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ( 1 )

16

 

*

Regolament (UE) 2019/496 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Marzu 2019 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 billi tingħata awtorizzazzjoni ġenerali tal-Unjoni ta' esportazzjoni fir-rigward ta' ċerti oġġetti b'użu doppju mill-Unjoni lejn ir-Renju Unit

20

 

*

Regolament (UE) 2019/497 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Marzu 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 508/2014 fir-rigward ta' ċerti regoli relatati mal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni

22

 

*

Regolament (UE) 2019/498 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Marzu 2019 li jemenda r-Regolament (UE) 2017/2403 fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet tar-Renju Unit u għall-operazzjonijiet tal-bastimenti tas-sajd tar-Renju Unit fl-ilmijiet tal-Unjoni

25

 

*

Regolament (UE) 2019/499 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Marzu 2019 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-kontinwazzjoni ta' attivitajiet ta' mobbiltà fit-tagħlim li jkunu għaddejjin taħt il-programm Erasmus+ stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1288/2013, fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni

32

 

*

Regolament (UE) 2019/500 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Marzu 2019 li jistabbilixxi miżuri ta' kontinġenza fil-qasam tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea ( 1 )

35

 

*

Regolament (UE) 2019/501 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Marzu 2019 dwar regoli komuni li jiżguraw il-konnettività bażika tat-trasport tal-merkanzija bit-triq u tal-passiġġieri bit-triq fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni ( 1 )

39

 

*

Regolament (UE) 2019/502 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Marzu 2019 dwar regoli komuni biex tiġi żgurata konnettività bażika fit-trasport bl-ajru fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni ( 1 )

49

 

*

Regolament (UE) 2019/503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta' Marzu 2019 dwar ċerti aspetti ta' sikurezza u konnettività ferrovjarja fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ( 1 )

60

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni (UE) 2019/504 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2019 dwar Direttiva li temenda 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija u r-Regolament (UE) 2018/1999 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, minħabba l-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni ( 1 )

66

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament (UE) 2019/216 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqassim tal-kwoti tariffarji inklużi fl-iskeda tad-WTO tal-Unjoni wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 ( ĠU L 38, 8.2.2019 )

69

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

REGOLAMENTI

27.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 85/1


REGOLAMENT (UE) 2019/491 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta' Marzu 2019

sabiex ikunu jistgħu jitkomplew il-programmi għall-kooperazzjoni territorjali PEACE IV (l-Irlanda - ir-Renju Unit) u għar-Renju Unit - l-Irlanda (l-Irlanda - l-Irlanda ta' Fuq - l-Iskozja) fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 178 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Fid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit ippreżenta n-notifika bl-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). It-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim dwar il-ħruġ jew, fin-nuqqas ta' dan, sentejn wara n-notifika, jiġifieri mit-30 ta' Marzu 2019, dment li l-Kunsill Ewropew, bi ftehim mar-Renju Unit, ma jiddeċidix b'mod unanimu li jestendi dan il-perjodu.

(2)

Il-ħruġ ser iseħħ matul il-perjodu ta' programmar tal-2014-2020, li matulu r-Renju Unit qed jipparteċipa fi ħmistax-il programm ta' kooperazzjoni taħt l-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea. Tnejn minn dawk il-programmi, jiġifieri PEACE IV (l-Irlanda - ir-Renju Unit) u r-Renju Unit - l-Irlanda (l-Irlanda - l-Irlanda ta' Fuq - l-Iskozja) (imsejħa flimkien bħala l-“programmi ta' kooperazzjoni”), huma programmi li jinvolvu lill-Irlanda ta' Fuq u jappoġġaw il-paċi u r-rikonċiljazzjoni kif ukoll il-kooperazzjoni bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar permezz tal-Ftehim ta' Paċi għall-Irlanda ta' Fuq (“Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira”) li l-Unjoni għandha l-intenzjoni li tkompli bih anki jekk ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni mingħajr ftehim dwar il-ħruġ li jkun daħal fis-seħħ fid-data li fiha t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit, skont l-Artikolu 50(3) TUE. Għaldaqstant, dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun limitat għal dawk il-programmi ta' kooperazzjoni.

(3)

Il-programmi ta' kooperazzjoni huma b'mod partikolari rregolati mir-Regolamenti (UE) Nru 1299/2013 (3), (UE) Nru 1303/2013 (4) u (UE, Euratom) 2018/1046 (5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet sabiex, wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, ikunu jistgħu jitkomplew il-programmi ta' kooperazzjoniskont dawk ir-Regolamenti.

(4)

Fir-rigward tal-programmi ta' kooperazzjoni, l-awtorità ta' ġestjoni tinsab fil-Korp għall-Programmi Speċjali tal-UE (“SEUPB”) mwaqqaf skont il-Ftehim bejn il-Gvern tal-Irlanda u l-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq li jistabbilixxi l-Korpi għall-Implimentazzjoni, iffirmat fit-8 ta' Marzu 1999. Peress li l-programmi ta' kooperazzjoni jinvolvu l-Irlanda ta' Fuq, dawn jenħtieġ li jkomplu bid-dispożizzjonijieti kumplimentari neċessarji.

(5)

Għall-finijiet tal-kontinwazzjoni tal-programmi ta' kooperazzjoni, jenħtieġ li jiġi ċċarat li, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013, huma jistgħu jkopru reġjuni parteċipanti fir-Renju Unit, li jenħtieġ li jkunu ekwivalenti għal reġjuni tal-livell 3 ta' NUTS.

(6)

Għall-finijiet ta' kontinwazzjoni tal-programmi ta' kooperazzjoni b'finanzjament mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġi konkluż ftehim amministrattiv bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tar-Renju Unit b'effett mid-data li fiha t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit, li jippermettu l-kontrolli meħtieġa u l-awditjar tal-programmi ta' kooperazzjoni. Jekk tali kontrolli u awditjar ma jkunux jistgħu jitwettqu, il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha l-possibbiltà li tinterrompi l-iskadenzi tal-pagamenti, tissospendi l-pagamenti u tapplika korrezzjonijiet finanzjarji kif stabbiliti fl-Artikoli 83, 142, 144 u 145 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

(7)

F'konformità mal-Artikolu 76 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, id-deċiżjonijiet ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li japprovaw il-programm PEACE IV (l-Irlanda - ir-Renju Unit) tat-30 ta' Novembru 2015 u l-programm Interreg VA tat-12 ta' Frar 2015 se jkomplu jikkostitwixxu deċiżjoni ta' finanzjament skont it-tifsira tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u għaldaqstant impenn legali skont it-tifsira tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. Ir-Renju Unit jibqa' suġġett għall-obbligi finanzjarji li ħa bħala Stat Membru, li huma marbutin ma' dawn l-impenji legali tal-Unjoni.

(8)

Ir-Renju Unit mhux ser jibqa', mid-data li fiha t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għaliha. parti mill-parti taż-żona tal-programm marbuta mal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013. Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet ta' dak ir-Regolament dwar l-eliġibbiltà tal-operazzjonijiet skont il-lokalità jenħtieġ li jiġu adattati.

(9)

Minħabba li l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li tkun permessa, wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, il-kontinwazzjoni tal-programmi ta' kooperazzjoni, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti ta' dan, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 TUE. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(10)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni immedjata tal-miżuri previsti f'dan ir-Regolament, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika biss f'sitwazzjoni fejn l-ebda ftehim ta' ħruġ, ma jiġi konkluż mar-Renju Unit f'konformità mal-Artikolu 50(2) tat-TEU, ma jkun daħal fis-seħħ sad-data li fiha t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit, skont l-Artikolu 50(3) TUE,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi dispożizzjonijiet biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni f'sitwazzjoni fejn l-ebda ftehim ta' ħruġ konkluż mar-Renju Unit, f'konformità mal-Artikolu 50(2) tat-TEU, ma jkun daħal fis-seħħ fid-data li fiha t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit, skont l-Artikolu 50(3) tat-TEU, kif ukoll fir-rigward tat-tkomplija ta' dawn iż-żewġ programmi ta' kooperazzjoni koperti mir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 bil-parteċipazzjoni tar-Renju Unit (imsejjaħ b'mod konġunt bħala “il-programmi ta' kooperazzjoni”):

(1)

PEACE IV (l-Irlanda - ir-Renju Unit);

(2)

għar-Renju Unit - l-Irlanda (l-Irlanda - l-Irlanda ta' Fuq - l-Iskozja).

2.   Ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 għandu jkompli japplika għall-programmi ta' kooperazzjoni suġġetti għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Kopertura ġeografika

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013, il-programmi ta' kooperazzjoni jistgħu jkopru reġjuni parteċipanti fir-Renju Unit, li għandhom ikunu ekwivalenti għar-reġjuni tal-livell NUTS 3.

Artikolu 3

Awtoritajiet tal-programm

Permezzta' deroga mill-Artikolu 21(1) tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013:

Il-Korp għall-Programmi Speċjali tal-UE (SEUPB) li jospita l-awtorità ta' ġestjoni u l-awtorità ta' ċertifikazzjoni tal-Programmi ta' kooperazzjoni, għandu jkompli jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu;

id-Dipartiment tal-Finanzi tal-Irlanda ta' Fuq għandu jibqa' l-awtorità tal-awditjar għal dawk il-programmi ta' kooperazzjoni.

Artikolu 4

Kompetenzi tal-Kummissjoni rigward kontrolli

L-applikazzjoni tar-regoli rigward il-kontrolli u l-awditjar tal-programmi ta' kooperazzjoni għandha tiġi miftiehma bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tar-Renju Unit. Il-kontrolli u l-awditjar għandhom ikopru l-perjodu kollu tal-programmi ta' kooperazzjoni.

Jekk il-kontrolli u l-awditjar meħtieġa tal-programmi ta' kooperazzjoni ma jistgħux jiġu esegwiti fir-reġjuni kollha kkonċernati, dan għandu jitqies li jikkostitwixxi nuqqas serju fis-sistema ta' ġestjoni u ta' kontroll għall-finijiet tal-miżuri kif stabbilit fl-Artikoli 83, 142, 144 u 145 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Artikolu 5

Eliġibbiltà tal-operazzjonijiet skont il-lokalità

Il-limitu stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013 ma għandux japplika għall-programmi ta' kooperazzjoni.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-jum ta' wara dak li fih it-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit, skont l-Artikolu 50(3) TUE.

Madankollu, dan ir-Regolament ma għandux japplika jekk jiġi konkluż ftehim dwar il-ħruġ mar-Renju Unit f'konformità mal-Artikolu 50(2) TUE li jkun daħal fis-seħħ sad-data msemmija fit-tieni paragrafu ta' dan l-Artikolu.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, il-25 ta' Marzu 2019.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

G. CIAMBA


(1)  Opinjoni tal-20 ta' Frar 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2019.

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 259).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).

(5)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).


27.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 85/5


REGOLAMENT (UE) 2019/492 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta' Marzu 2019

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 391/2009 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Fid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit ippreżenta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni, skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. It-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' ftehim dwar il-ħruġ jew, fin-nuqqas ta' dan, sentejn wara dik in-notifika, jiġifieri mit-30 ta' Marzu 2019, sakemm il-Kunsill Ewropew, bi qbil mar-Renju Unit, ma jiddeċidix b'mod unanimu li jestendi dak il-perjodu.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u d-Direttiva 2009/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) flimkien jikkostitwixxu l-qafas regolatorju għall-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għall-ispezzjoni, il-perizji u ċ-ċertifikazzjoni tal-vapuri.

(3)

Skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 391/2009, l-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni, il-perizji u ċ-ċertifikazzjoni tal-vapuri rikonoxxuti fil-livell tal-Unjoni mill-Kummissjoni (“organizzazzjonijiet rikonoxxuti”) għandhom jiġu vvalutati fuq bażi regolari u tal-anqas kull sentejn mill-Kummissjoni, flimkien mal-Istat Membru li jkun ressaq it-talba rilevanti għar-rikonoxximent tal-organizzazzjoni.

(4)

Għal raġunijiet ta' trattament ugwali, organizzazzjonijiet li inizjalment kienu rikonoxxuti mill-Istat Membru rilevanti skont id-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE (5) u li bħalissa jgawdu r-rikonoxximent tal-Unjoni skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 391/2009 għandhom jiġu vvalutati mill-Kummissjoni flimkien mal-Istat Membru li inizjalment irrikonoxxa dawk l-organizzazzjonijiet.

(5)

F'konformità mal-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 391/2009, sabiex ikomplu jibbenefikaw mir-rikonoxximent tal-Unjoni, l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti jridu jkomplu jissodisfaw ir-rekwiżiti u l-kriterji minimi stabbiliti fl-Anness I għal dak ir-Regolament. Dan huwa vverifikat permezz ta' valutazzjoni kontinwa mwettqa mill-Kummissjoni, flimkien mal-Istat Membru rilevanti, skont l-Artikolu 8(1) ta' dak ir-Regolament. Għalhekk, il-valutazzjonijiet regolari għandhom rwol importanti għar-rikonoxximent kontinwat tal-organizzazzjonijiet.

(6)

Wara l-ħruġ tiegħu mill-Unjoni, ir-Renju Unit mhux se jibqa' jkun jista' jipparteċipa fil-valutazzjonijiet imwettqa skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 391/2009.

(7)

L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li inizjalment kienu rikonoxxuti mir-Renju Unit bħalissa jgawdu mir-rikonoxximent tal-Unjoni u ġew fdati minn Stati Membri oħrajn bi dmirijiet fir-rigward tal-ispezzjoni, il-perizja u ċ-ċertifikazzjoni tal-vapuri, skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/15/KE. L-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 391/2009 jenħtieġ għalhekk li jiġi emendat sabiex jiġi żgurat li dawk l-organizzazzjonijiet jibqgħu jkunu soġġetti għall-valutazzjoni skont ir-rekwiżiti ta' din id-dispożizzjoni.

(8)

L-obbligi ta' monitoraġġ u sorveljanza li l-Istati Membri bħalissa jridu jissodisfaw skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2009/15/KE jenħtieġ li jitqiesu wkoll. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li l-valutazzjoni tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti skont ir-Regolament (KE) Nru 391/2009 titwettaq mill-Kummissjoni flimkien mal-Istat Membru jew l-Istati Membri li awtorizzaw l-organizzazzjoni rikonoxxuta rilevanti skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/15/KE.

(9)

Sabiex tiġi żgurata l-koordinazzjoni tal-attivitajiet nazzjonali u tal-Unjoni fir-rigward tal-monitoraġġ ta' organizzazzjonijiet rikonoxxuti, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkonsulta ma' esperti u li tidentifika u tiskambja prattiki tajbin biex jiġi evitat xogħol doppju u biex isir l-aħjar użu mill-kapaċitajiet u riżorsi eżistenti.

(10)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ b'urġenza fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jenħtieġ li japplika mill-jum wara dak li fih ir-Regolament (KE) Nru 391/2009 ma jibqax japplika għar-Renju Unit,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 391/2009, il-paragrafu 1 huwa ssotitwit b'dan li ġej:

“1.   L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti kollha għandhom jiġu vvalutati mill-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri jew Stati Membri li jkunu awtorizzawhom skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/15/KE, fuq bażi regolari u tal-anqas kull sentejn, biex jiġi vverifikat li dawn jissodisfaw l-obbligi taħt dan ir-Regolament u li jissodisfaw il-kriterji minimi stabbiliti fl-Anness I għal dan ir-Regolament. Il-valutazzjoni għandha tkun limitata għal dawk l-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.”.

Artikolu 2

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-effetti ta' dan ir-Regolament sa mhux aktar tard minn tliet snin wara d-data tal-applikazzjoni tiegħu.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-jum wara dak li fih ir-Regolament (KE) Nru 391/2009 ma jibqax japplika għar-Renju Unit.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, il-25 ta' Marzu 2019.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

G. CIAMBA


(1)  ĠU C 62, 15.2.2019, p. 298.

(2)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2019.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 11).

(4)  Id-Direttiva 2009/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjonijiet marittimi (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 47).

(5)  Id-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE tat-22 ta' Novembru 1994 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-ispezzjoni tal-bastimenti u l-organizzazzjonijiet tal-perizji u għall-attivitajiet relevanti tal-amministrazzjoniet marittimi (ĠU L 319, 12.12.1994, p. 20).


27.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 85/7


REGOLAMENT (UE, Euratom) 2019/493 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta' Marzu 2019

li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 rigward proċedura ta' verifika relatata mal-ksur ta' regoli dwar il-protezzjoni ta' data personali fil-kuntest tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 224 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) stabbilixxa status legali speċifiku Ewropew għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej u jipprevedi l-finanzjament tagħhom mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Huwa stabbilixxa wkoll Awtorità għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (“l-Awtorità”).

(2)

Sabiex l-Awtorità titpoġġa f'pożizzjoni li twettaq il-kompiti tagħha, inklużi dawk ġodda previsti f'dan ir-Regolament, u biex tkun tista' tagħmel dan b'mod indipendenti, huwa neċessarju li tingħata persunal permanenti u li d-Direttur tal-Awtorità jingħata s-setgħat ta' awtorità tal-ħatra.

(3)

Avvenimenti riċenti taw prova tar-riskji potenzjali għall-proċessi elettorali u għad-demokrazija li jistgħu jiġu kkważati mill-użu illegali ta' data personali. Għaldaqstant, huwa meħtieġ li l-integrità tal-proċess demokratiku Ewropew tiġi protetta billi jiġu previsti sanzjonijiet finanzjarji f'sitwazzjonijiet fejn il-partiti politiċi Ewropej jew l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej jieħdu vantaġġ mill-ksur tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali bil-għan li jinfluwenzaw l-eżitu tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.

(4)

Biex jintlaħaq dak il-għan, jenħtieġ li tiġi stabbilita proċedura ta' verifika li permezz tagħha l-Awtorità jeħtiġilha, f'ċerti ċirkostanzi, titlob lill-kumitat ta' persuni eminenti indipendenti stabbilit bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 jivvaluta jekk partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea jkunux influwenzaw, jew ippruvaw jinfluwenzaw, deliberatament l-eżitu tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew billi jieħdu vantaġġ minn ksur tar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni ta' data personali. Meta, f'konformità mal-proċedura ta' verifika, jinstab li dan ikun il-każ, jenħtieġ li l-Awtorità timponi sanzjonijiet taħt is-sistema ta' sanzjonijiet effettivi, proporzjonali u dissważivi stabbilita mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

(5)

Meta l-Awtorità timponi sanzjoni fuq partit politiku Ewropew jew il-fondazzjoni Ewropea f'konformità mal-proċedura ta' verifika, jenħtieġ li tqis b'mod xieraq il-prinċipju ta' ne bis in idem, li bih ma jistgħux jiġu imposti sanzjonijiet darbtejn għall-istess offiża. L-awtorità jenħtieġ ukoll li tiżgura li l-prinċipju taċ-ċertezza tad-dritt jiġi rrispettat u li l-partit politiku Ewropew jew il-fondazzjoni politika Ewropea kkonċernati jkunu ngħataw l-opportunità li jinstemgħu.

(6)

Il-proċedura l-ġdida jenħtieġ li tkun applikabbli flimkien ma' proċeduri attwali li jintużaw għall-verifika tal-konformità mal-kundizzjonijiet tar-reġistrazzjoni u f'każijiet ta' ksur ċar u serju tal-valuri li fuqhom hija msejsa l-Unjoni. Madankollu, il-limiti taż-żmien għall-verifika tal-konformità mal-kundizzjonijiet tar-reġistrazzjoni u mar-rekwiżiti iffissati fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 jenħtieġ li ma japplikawx għall-proċedura l-ġdida.

(7)

Billi l-proċedura l-ġdida tiġi attivata permezz ta' deċiżjoni ta' awtorità superviżorja nazzjonali kompetenti fil-qasam tal-protezzjoni tad-data, jenħtieġ li jkun possibbli li l-partit politiku Ewropew jew il-fondazzjoni politika Ewropea kkonċernati jitolbu li s-sanzjoni tiġi rieżaminata jekk id-deċiżjoni ta' dik l-awtorità superviżorja nazzjonali tiġi revokata, jew ikun ingħata rimedju kontra dik id-deċiżjoni, sakemm ir-rimedji kollha nazzjonali jkunu ġew eżawriti.

(8)

Sabiex jiġi żgurat li l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew tal-2019 isiru f'konformità ma' regoli demokratiċi b'saħħithom u b'rispett sħiħ għall-valuri Ewropej tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet fundamentali, huwa importanti li d-dispożizzjonijiet dwar il-proċedura ta' verifika ġdida tidħol fis-seħħ b'mod f'waqtu u li l-proċedura tapplika mill-aktar fis possibbli. Sabiex dan jinkiseb, l-emendi għar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 introdotti minn dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħlu fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(9)

Għaldaqstant, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 jenħtieġ li jiġi emendat b'mod korrispondenti,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 6, il-paragrafu (5) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“5.   Id-Direttur tal-Awtorità għandu jkun assistit minn persunal li fir-rigward tiegħu għandu jeżerċita s-setgħat mogħtija lill-awtorità tal-ħatra mir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u s-setgħat mogħtija lill-awtorità bis-setgħa li tikkonkludi l-kuntratti ta' impjieg ta' ħaddiema oħra mill-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni, stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (“is-setgħat tal-awtorità tal-ħatra”). Fi kwalunkwe qasam tax-xogħol tagħha l-Awtorità tista' tagħmel użu minn esperti nazzjonali sekondati jew minn persunal ieħor mhux impjegat mill-Awtorità.

Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra u r-regoli adottati bi ftehim bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għad-dħul fis-seħħ ta' dawk ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra għandhom japplikaw għall-persunal tal-Awtorità.

L-għażla tal-persunal ma għandhiex tirriżulta f'konflitt tal-interessi bejn id-dmijiet tiegħu fl-Awtorità u kwalunkwe dmir uffiċjali ieħor, u għandu jżomm lura minn kwalunkwe aġir li hu inkompatibbli man-natura ta' dmirijietu.”.

(2)

Fl-Artikolu 10(3), it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Il-proċeduri stipulati fl-ewwel u t-tieni subparagrafi ma għandhomx jinbdew fil-perjodu ta' xahrejn qabel l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew. Dak il-limitu ta' żmien ma għandux japplika fir-rigward tal-proċedura stipulata fl-Artikolu 10a.”.

(3)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 10a

Proċedura ta' verifika relatata ma' ksur ta' regoli dwar il-protezzjoni ta' data personali

1.   L-ebda partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea ma għandhom jinfluwenzaw, jew jippruvaw jinfluwenzaw, deliberatament l-eżitu tal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew billi jieħdu vantaġġ minn ksur tar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data personali min-naħa ta' persuna fiżika jew ġuridika.

2.   Jekk l-Awtorità hija infurmata dwar deċiżjoni ta' awtorità superviżorja nazzjonali skont it-tifsira tal-punt 21 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament u tal-Kunsill (*1) li tikkonkludi li persuna fiżika jew ġuridika tkun kisret regoli applikabbli dwar il-protezzjoni ta' data personali u jekk minn dik id-deċiżjoni jirriżulta, jew inkella fejn altrimenti jkun hemm bażi raġonevoli biex tintlaħaq il-konklużjoni, li l-ksur ikun marbut mal-attivitajiet politiċi ta' partit politiku Ewropew jew ta' fondazzjoni politika Ewropea fil-kuntest tal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, l-Awtorità għandha tirreferi l-kwistjoni lill-kumitat ta' persuni eminenti indipendenti stabbilit mill-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament. L-awtorità tista', jekk ikun meħtieġ, tikkoordina mal-awtorità superviżorja nazzjonali kkonċernata.

3.   Il-kumitat imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jagħti opinjoni dwar jekk il-partit politiku Ewropew jew il-fondazzjoni politika Ewropea inkwistjoni jkunux influwenzaw, jew ippruvaw jinfluwenzaw, deliberatament l-eżitu tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew billi jieħdu vantaġġ minn dak il-ksur. L-Awtorità għandha titlob l-opinjoni mingħajr telf ta' żmien, u mhux aktar tard minn xahar wara li tkun infurmata dwar id-deċiżjoni tal-awtorità superviżorja nazzjonali. L-Awtorità għandha tistabbilixxi skadenza qasira u raġonevoli biex il-kumitat jagħti l-opinjoni tiegħu. Il-kumitat għandu jirrispetta dik l-iskadenza.

4.   Fid-dawl tal-opinjoni tal-kumitat, l-Awtorità għandha tiddeċiedi, skont l-punt (a)(vii) tal-Artikolu 27(2), jekk għandhiex timponi sanzjonijiet finanzjarji fuq il-partit politiku Ewropew jew il-fondazzjoni politika Ewropea inkwistjoni. Id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tkun debitament motivata, partikolarment fir-rigward tal-opinjoni tal-kumitat, u għandha tiġi ppubblikata malajr kemm jista' jkun.

5.   Il-proċedura stipulata f'dan l-Artikolu hija mingħajr preġudizzju għall-proċedura stipulata fl-Artikolu 10.

(*1)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).”."

(4)

Fl-Artikolu 11(3), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Meta jiġi mitlub mill-Awtorità, il-kumitat għandu jagħti opinjoni dwar:

(a)

kwalunkwe ksur manifest u serju possibbli tal-valuri li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea, kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 3(1) u fil-punt (c) tal-Artikolu 3(2), minn partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea;

(b)

jekk partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea jkunux influwenzaw, jew ippruvaw jinfluwenzaw, deliberatament l-eżitu tal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew billi jkunu ħadu vantaġġ minn ksur tar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni ta' data personali.

Fil-każijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu, il-kumitat jista' jitlob kwalunkwe dokument jew prova rilevanti mingħand l-Awtorità, il-Parlament Ewropew, il-partit politiku Ewropew jew il-fondazzjoni politika Ewropea kkonċernati, partiti politiċi jew fondazzjonijiet politiċi oħrajn jew partijiet ikkonċernati oħrajn, u jista' jitlob li jisma' r-rappreżentanti tagħhom. Fil-każ imsemmi fil-punti (b) tal-ewwel subparagrafu, l-awtorità superviżorja nazzjonali msemmija fl-Artikolu 10(a) għandha tikkoopera mal-kumitat f'konformità mal-liġi applikabbli.”.

(5)

Fl-Artikolu 18, il-paragrafu (2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Il-partit politiku Ewropew u l-fondazzjoni politika Ewropea għandhom, fil-mument tal-applikazzjoni tagħhom, ikunu konformi mal-obbligi mniżżla fl-Artikolu 23, u, mid-data tal-applikazzjoni tagħhom sa tmiem is-sena finanzjarja jew tal-azzjoni koperti mill-kontribuzzjoni jew l-għotja, jibqgħu reġistrati fir-Reġistru u ma jistgħu jkunu soġġetti għal ebda waħda mis-sanzjonijiet previsti fl-Artikolu 27(1) u fil-punti (a)(v), (vi) u (vii) tal-Artikolu 27(2).”.

(6)

L-Artikolu 27 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (a) tal-paragrafu (2), jiżdied il-punt li ġej:

“(vii)

meta, f'konformità mal-proċedura ta' verifika prevista fl-Artikolu 10a, jiġi stabbilit li partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea jkunu influwenzaw, jew ippruvaw jinfluwenzaw, deliberatament l-eżitu tal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew billi jkunu ħadu vantaġġ minn ksur tar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni ta' data personali.”;

(b)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“7.   Meta deċiżjoni ta' awtorità superviżorja nazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 10a tkun ġiet revokata jew meta jkun ngħata rimedju kontra tali deċiżjoni, u sakemm ir-rimedji nazzjonali kollha jkunu ġew eżawriti, l-Awtorità għandha twettaq rieżami ta' kwalunkwe sanzjoni li tkun ġiet imposta skont il-punt (a)(vii) tal-paragrafu 2 fuq talba tal-partit politiku Ewropew jew il-fondazzjoni politika Ewropea inkwistjoni.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, il-25 ta' Marzu 2019.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

G. CIAMBA


(1)  Opinjoni tat-12 ta' Diċembru 2018 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2019.

(3)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 1).


27.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 85/11


REGOLAMENT (UE) 2019/494 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta' Marzu 2019

dwar ċerti aspetti tas-sikurezza tal-avjazzjoni fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Fid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit ippreżenta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. It-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' ftehim dwar il-ħruġ jew, fin-nuqqas ta' dan, sentejn wara dik in-notifika, jiġifieri mit-30 ta' Marzu 2019, sakemm il-Kunsill Ewropew, bi qbil mar-Renju Unit, ma jiddeċidix b'mod unanimu li jestendi dak il-perjodu.

(2)

L-għan prinċipali tar-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) huwa li jiġi stabbilit u jinżamm livell għoli u uniformi ta' sikurezza tal-avjazzjoni fl-Unjoni. Għal dak l-iskop, ġiet stabbilita sistema ta' ċertifikati għal diversi attivitajiet tal-avjazzjoni, sabiex jinkisbu l-livelli ta' sikurezza meħtieġa u sabiex ikunu jistgħu jsiru l-verifiki meħtieġa u jiġu aċċettati b'mod reċiproku ċ-ċertifikati maħruġa.

(3)

Fil-qasam tas-sikurezza tal-avjazzjoni, l-impatt tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni fuq iċ-ċertifikati u l-approvazzjonijiet jista' jiġi rrimedjat minn ħafna partijiet ikkonċernati permezz ta' diversi miżuri. Dawk il-miżuri jinkludu t-trasferiment lejn awtorità tal-avjazzjoni ċivili ta' wieħed mis-27 Stat Membru li jifdal, jew l-applikazzjoni, qabel id-data tal-ħruġ, għal ċertifikat maħruġ mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (“l-Aġenzija”), b'effett minn dik id-data biss u għaldaqstant bil-kundizzjoni li r-Renju Unit ikun sar pajjiż terz.

(4)

Madankollu, għad-differenza ta' oqsma oħra tal-liġi tal-Unjoni, hemm xi ċirkostanzi speċifiċi fejn mhux possibbli li jinkiseb ċertifikat minn Stat Membru ieħor jew mill-Aġenzija, minhabba li, mid-data tal-ħruġ, r-Renju Unit ikompli jaqdi r-rwol ta' “Stat tad-disinn” skont il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali għall-ġurisdizzjoni tiegħu mid-data tal-ħruġ. Min-naħa tiegħu, ir-Renju Unit jista' joħroġ ċertifikati biss f'dak ir-rwol ġdid tiegħu, ladarba jkun ħa dak l-irwol, jiġifieri ladarba l-liġi tal-Unjoni ma tibqax tapplika għar-Renju Unit wara l-ħruġ tiegħu mill-Unjoni.

(5)

Għalhekk, huwa neċessarju li jiġi stabbilit mekkaniżmu temporanju għall-estensjoni tal-validità ta' ċerti ċertifikati tas-sikurezza tal-avjazzjoni, sabiex l-operaturi kkonċernati, u l-Aġenzija, jkollhom biżżejjed żmien biex ikunu jistgħu joħorġu ċ-ċertifikati meħtieġa skont l-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) 2018/1139, biex jitqies l-istatus tar-Renju Unit bħala pajjiż terz.

(6)

Jenħtieġ li t-tul ta' żmien ta' tali estensjoni tal-validità taċ-ċertifikati jkun limitat għal dak li huwa strettament meħtieġ biex jiġi indirizzat il-ħruġ tar-Renju Unit mis-sistema tas-sikurezza tal-avjazzjoni tal-Unjoni.

(7)

Sabiex jingħata żmien addizzjonali, fejn ikun meħtieġ, biex iċ-ċertifikati jinħarġu għall-operaturi kkonċernati skont l-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) 2018/1139, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fir-rigward tal-estensjoni ulterjuri tal-perjodu ta' validità taċ-ċertifikati msemmija fit-Taqsima I tal-Anness għal dan ir-Regolament. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, ukoll fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (4). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(8)

Barra minn hekk, għad-differenza tal-biċċa l-kbira tal-oqsma l-oħra tal-liġi tal-Unjoni fir-rigward tal-oġġetti, l-invalidità taċ-ċertifikati jkollha impatt mhux fuq it-tqegħid fis-suq iżda fuq l-użu effettiv tal-prodotti, tal-partijiet u tat-tagħmir tal-avjazzjoni fl-Unjoni, pereżempju meta jiġu installati l-partijiet u t-tagħmir fuq inġenju tal-ajru tal-Unjoni li jopera fl-Unjoni. Jenħtieġ li ma jkunx hemm impatt fuq dan l-użu tal-prodotti tal-avjazzjoni fl-Unjoni mill-ħruġ tar-Renju Unit.

(9)

Fis-sistema tas-sikurezza tal-avjazzjoni tal-Unjoni, it-taħriġ tal-bdoti u tal-mekkaniċi huwa strettament irregolat u l-moduli tat-taħriġ huma armonizzati. Il-persuni li jieħdu sehem f'modulu tat-taħriġ fi Stat Membru wieħed mhux dejjem jistgħu jibdlu, matul dak it-taħriġ, għal Stat Membru ieħor. Jenħtieġ li dik is-sitwazzjoni partikolari titqies fil-miżuri ta' kontinġenza tal-Unjoni.

(10)

Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jidħlu fis-seħħ b'urġenza u jenħtieġ li japplikaw, fil-prinċipju, mill-għada tal-jum meta t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit, sakemm ma jidħolx fis-seħħ ftehim dwar il-ħruġ konkluż mar-Renju Unit sa dik id-data. Madankollu, sabiex ikunu jistgħu jsiru l-proċeduri amministrattivi meħtieġa minn kmieni kemm jista' jkun, jenħtieġ li ċerti dispożizzjonijiet japplikaw mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistipula dispożizzjonijiet speċifiċi, fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (“ir-Renju Unit”) mill-Unjoni Ewropea, għal ċerti ċertifikati tas-sikurezza tal-avjazzjoni maħruġa skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jew ir-Regolament (UE) 2018/1139 għal persuni fiżiċi u ġuridiċi li jkollhom il-post prinċipali tan-negozju tagħhom fir-Renju Unit u għal ċerti sitwazzjonijiet rigward it-taħriġ fl-avjazzjoni.

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika għaċ-ċertifikati kollha elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament, li jkunu validi fil-jum ta' qabel id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u li jkunu nħarġu:

(a)

mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (“l-Aġenzija”) għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkollhom il-post prinċipali tan-negozju tagħhom fir-Renju Unit, kif stabbilit fit-Taqsima 1 tal-Anness; jew

(b)

mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi ċċertifikati mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit kif stabbilit fit-Taqsima 2 tal-Anness.

3.   Minbarra ċ-ċertifikati elenkati fil-paragrafu 2, dan ir-Regolament għandu japplika għall-moduli tat-taħriġ msemmija fl-Artikolu 5.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet korrispondenti tar-Regolament (UE) 2018/1139 u tal-atti delegati u l-atti ta' implimentazzjoni adottati skont dak ir-Regolament u skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008.

Artikolu 3

Ċertifikati msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1(2)

Iċ-ċertifikati msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1(2) għandhom jibqgħu validi għal perjodu ta' disa' xhur mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Fejn ikun meħtieġ żmien addizzjonali għaċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) 2018/1139 li jridu jinħarġu għall-operaturi kkonċernati, il-Kummissjoni tista' testendi l-perjodu ta' validità msemmi fl-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu permezz ta' atti delegati.

Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 4

Ċertifikati msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 1(2)

Iċ-ċertifikati msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 1(2), li jikkonċernaw l-użu ta' prodotti, ta' partijiet u ta' tagħmir għandhom jibqgħu validi.

Artikolu 5

Riportar ta' moduli tat-taħriġ

B'deroga mir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 (6) u (UE) Nru 1321/2014 (7), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew l-Aġenzija, kif applikabbli, għandhom iqisu l-eżamijiet li saru f'organizzazzjonijiet tat-taħriġ li huma soġġetti għal sorveljanza mill-awtorità kompetenti tar-Renju Unit iżda li għadhom ma wasslux għall-ħruġ tal-liċenzja qabel id-data tal-applikazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(2) ta' dan ir-Regolament, daqslikieku saru f'organizzazzjoni tat-taħriġ soġġetta għal sorveljanza mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru.

Artikolu 6

Regoli u obbligi rigward iċ-ċertifikati rregolati skont l-Artikoli 3 jew 4

1.   Iċ-ċertifikati rregolati skont l-Artikoli 3 u 4 ta' dan ir-Regolament huma soġġetti għar-regoli li japplikaw għalihom f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 u mal-atti ta' implimentazzjoni u mal-atti delegati adottati bis-saħħa tiegħu jew mar-Regolament (UE) Nru 216/2008. L-Aġenzija għandu jkollha s-setgħat stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/1139 u fl-atti ta' implimentazzjoni u fl-atti delegati adottati skont dak ir-Regolament u skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 fir-rigward tal-entitajiet li jkollhom il-post prinċipali tan-negozju tagħhom f'pajjiż terz.

2.   Fuq it-talba tal-Aġenzija, id-detenturi taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 3 u l-emittenti taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 4 għandhom jipprovdu kopji tar-rapport tal-awditjar, tal-konklużjonijiet u tal-pjanijiet ta' azzjoni korrettiva kollha li jkunu rilevanti għaċ-ċertifikati li jkunu nħarġu matul it-tliet snin ta' qabel it-talba. Fejn tali dokumenti ma jkunux ġew ipprovduti fil-limiti taż-żmien stabbiliti mill-Aġenzija fit-talba tagħha, l-Aġenzija tista' tirtira l-benefiċċju miksub biss-saħħa tal-Artikolu 3 jew l-Artikolu 4, kif applikabbli.

3.   Id-detenturi taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 3 u l-emittenti taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament għandhom jinfurmaw lill-Aġenzija mingħajr dewmien dwar kwalunkwe azzjoni mill-awtoritajiet tar-Renju Unit, li tista' tikkuntrasta mal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament jew ir-Regolament (UE) 2018/1139.

Artikolu 7

Awtorità kompetenti

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament u għall-fini tas-sorveljanza tad-detenturi u tal-emittenti taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament, l-Aġenzija għandha taġixxi bħala l-awtorità kompetenti prevista għall-entitajiet ta' pajjiż terz skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti ta' implimentazzjoni u l-atti delegati adottati skont dak ir-Regoalment jew skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008.

Artikolu 8

Applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 319/2014

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 319/2014 (8) għandu japplika għall-persuni ġuridiċi u fiżiċi li jkollhom jew li joħorġu ċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament bl-istess kundizzjonijiet bħad-detenturi ta' ċertifikati korrispondenti maħruġa għall-persuni ġuridiċi jew fiżiċi ta' pajjiż terz.

Artikolu 9

Mezzi aċċettabbli ta' konformità u materjal ta' gwida

L-Aġenzija tista' toħroġ mezzi aċċettabbli ta' konformità u materjal ta' gwida għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament f'konformità mal-Artikolu 76(3) tar-Regolament (UE) 2018/1139.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Għandu japplika mill-għada tal-jum li fih it-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit skont l-Artikolu 50(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Madankollu, l-Artikolu 5 għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

3.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika jekk ftehim dwar il-ħruġ konkluż mar-Renju Unit skont l-Artikolu 50(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jkun daħal fis-seħħ mid-data msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, il-25 ta' Marzu 2019.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

G. CIAMBA


(1)  L-Opinjoni tal-20 ta' Frar 2019 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2019.

(3)  Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1).

(4)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE, ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat-3 ta' Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 311, 25.11.2011, p. 1).

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta' Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol (ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1).

(8)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 319/2014 tas-27 ta' Marzu 2014 dwar drittijiet u ħlasijiet imposti mill-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 593/2007 (ĠU L 93, 28.3.2014, p. 58).


ANNESS

LISTA TA' ĊERTIFIKATI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1

Taqsima 1:

Ċertifikati maħruġa mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (“Aġenzija”) għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkollhom il-post prinċipali tan-negozju tagħhom fir-Renju Unit u għall-inġenji tal-ajru msemmija f'dawn li ġejjin

1.1.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 (1), l-Anness I, il-Parti 21, it-Taqsima A, is-Subparti B (Ċertifikati tat-tip u ċ-ċertifikati tat-tip ristretti)

1.2.

Ir-Regolament (UE) Nru 748/2012, l-Anness I, il-Parti 21, it-Taqsima A, is-Subparti D (Tibdiliet fiċ-ċertifikati tat-tip u fiċ-ċertifikati tat-tip ristretti)

1.3.

Ir-Regolament (UE) Nru 748/2012, l-Anness I, il-Parti 21, it-Taqsima A, is-Subparti E (Ċertifikati tat-tip supplementari)

1.4.

Ir-Regolament (UE) Nru 748/2012, l-Anness I, il-Parti 21, it-Taqsima A, is-Subparti M (Tiswijiet)

1.5.

Ir-Regolament (UE) Nru 748/2012, l-Anness I, il-Parti 21, it-Taqsima A, is-Subparti O (Awtorizzazzjonijiet tal-Ordni ta' Standard Tekniku Ewropew)

1.6.

Ir-Regolament (UE) Nru 748/2012, l-Anness I, il-Parti 21, it-Taqsima A, is-Subparti J (Approvazzjonijiet ta' organizzazzjoni tad-disinn)

Taqsima 2:

Ċertifikati għall-prodotti, partijiet u tagħmir maħruġa minn persuni ġuridiċi jew fiżiċi ċċertifikati mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit msemmija f'dawn li ġejjin:

2.1.

Ir-Regolament (UE) Nru 748/2012, l-Anness I, it-Taqsima A, is-Subparti G, il-punt 21.A.163(c) (ċertifikati tar-rilaxx awtorizzat għall-prodotti, għall-partijiet u għat-tagħmir)

2.2.

Ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014, l-Anness I, il-Parti-145, il-punt 145.A.75(e) (ċertifikati tar-rilaxx għas-servizz fir-rigward tat-tlestija tal-manutenzjoni)

2.3.

Ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014, l-Anness I, il-Parti-145, il-punt 145.A.75(f) (ċertifikati ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà għall-inġenji tal-ajru ELA 1)

2.4.

Ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014, l-Anness I, il-Parti M, it-Taqsima A, is-Subparti F, il-punt M.A.615(d) (ċertifikati tar-rilaxx għas-servizz mat-tlestija tal-manutenzjoni)

2.5.

Ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014, l-Anness I, il-Parti M, it-Taqsima A,is-Subparti F, il-punt M.A.615(e) (ċertifikati ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà għall-inġenji tal-ajru ELA 1)

2.6.

Ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014, l-Anness I, il-Parti M, it-Taqsima A, is-Subparti G, il-punt M.A.711(a) jew (b)(1) (ċertifikati ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà u estensjonijiet tagħhom).

2.7.

Ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014, l-Anness I, il-Parti-M, Taqsima A, is-Subparti H, il-punt M.A.801 (b)(2) u (3) u (c) (ċertifikati għar-rilaxx għas-servizz fir-rigward tat-tlestija tal-manutenzjoni).


(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat- 3 ta' Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta' inġenji tal-ajru u ta' prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni (ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1).


27.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 85/16


REGOLAMENT (UE) 2019/495 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta' Marzu 2019

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1316/2013 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 172 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Fid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit ippreżenta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. It-Trattati ma' jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' ftehim dwar il-ħruġ jew fin-nuqqas ta' dak, sentejn wara n-notifika, jiġifieri mit-30 ta' Marzu 2019, dment li l-Kunsill Ewropew, bi qbil mar-Renju Unit, ma jiddeċidix b'mod unanimu li jestendi dak il-perijodu.

(2)

Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li hi strument ta' finanzjament ewlieni tal-Unjoni, ġiet stabbilita permezz tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4),. L-għan tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa huwa li tagħmel possibbli t-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' proġetti ta' interess transfruntiera u komuni f il-qafas tal-politika tan-netwerks trans-Ewropej fis-setturi tat-trasport, tat-telekomunikazzjonijiet u tal-enerġija sabiex jittejjeb il-funzjonament tas-suq intern u biex tittejjeb il-kompetittività, kif ukoll biex jingħata kontribut għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u għall-miri ta' żvilupp sostenibbli.

(3)

Il-Parti I tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tistabbilixxi lista ta' disa' kurituri tan-netwerk ewlieni. Dawk il-kurituri jikkostitwixxu strument li jiffaċilita l-implimentazzjoni koordinata tan-netwerk ewlieni. Jenħtieġ li dawn jikkontribwixxu għall-koeżjoni tan-netwerk ewlieni permezz ta' kooperazzjoni territorjali mtejba, jindirizzaw objettivi tal-politika tat-trasport aktar mifruxa u jiffaċilitaw l-interoperabbiltà, l-integrazzjoni modali u l-operazzjonijiet multimodali.

(4)

Ir-Renju Unit jifforma parti mill-Kuritur tan-Netwerk Ewlieni tal-Baħar tat-Tramuntana – Mediterran, li jinkludi konnessjonijiet bejn Belfast, Dublin u Cork fuq il-gżira tal-Irlanda, u konnessjonijiet fil-Gran Brittanja minn Glasgow u Edinburgh fit-Tramuntana għal Folkestone u Dover fin-Nofsinhar. Is-sezzjonijiet u n-nodi tar-Renju Unit huma inklużi fit-tabella intitolata “Sezzjonijiet identifikati minn qabel inklużi proġetti” tal-kurituri tan-netwerk ewlieni fil-punt 2 tal-Parti I tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1316/2013.

(5)

Bil-ħsieb tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, il-partijiet tal-allinjament tal-Kuritur tan-Netwerk Ewlieni tal-Baħar tat-Tramuntana – Mediterran marbuta mar-Renju Unit u mas-sezzjonijiet u n-nodi tar-Renju Unit inklużi fit-tabella ta' sezzjonijiet identifikati minn qabel inklużi proġetti ser isiru obsoleti u mhux ser jibqgħu jipproduċu effetti legali mill-jum ta' wara dak li fih ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 ma jibqax japplika għar-Renju Unit.

(6)

Għall-Irlanda, il-konnessjonijiet marittimi jirrappreżentaw mezz fundamentali biex tkun żgurata l-konnettività diretta mal-Ewropa kontinentali, partikolarment fid-dawl tal-evoluzzjoni inċerta tal-flussi kummerċjali li jgħaddu fuq il-“pont kontinentali” tar-Renju Unit.

(7)

Sabiex tiġi evitata sitwazzjoni fejn il-Kuritur tan-Netwerk Ewlieni tal-Baħar tat-Tramuntana – Mediterran jiġi sseparat f'żewġ partijiet distinti u mhux konnessi u sabiex tkun żgurata l-konnettività tal-Irlanda mal-Ewropa kontinentali, jenħtieġ li l-Kuritur tan-Netwerk Ewlieni tal-Baħar tat-Tramuntana – Mediterran jinkludi konnessjonijiet marittimi ġodda bejn il-portijiet tal-Irlanda u l-portijiet tal-Belġju, Franza u n-Netherlands li jagħmlu parti minn dak il-Kuritur. Barra minn hekk, konnessjoni bejn il-Kuritur tal-Baħar tat-Tramuntana – Mediterran u l-Kuritur tal-Atlantiku minn Le Havre, li tinsab fuq il-Kuritur tal-Atlantiku, għandha tiżgura konnettività u integrazzjoni aħjar tas-suq intern.

(8)

Hu importanti li l-konsegwenzi fuq perijodu medju tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni fuq il-konnessjonijiet u l-flussi tat-traffiku, b'mod partikolari r-riallokazzjoni possibbli tal-flussi tat-traffiku, jiġu kkunsidrati fit-tfassil tal-istrument suċċessur għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, u għall-evalwazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Għaldaqstant, jenħtieġ li, sal-2021, il-Kummissjoni twettaq rieżami bikri tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, sabiex tqis it-tibdil possibbli fil-fluss tal-merkanzija meta r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni.

(9)

L-iżgurar tal-konnessjoni bejn l-Irlanda u l-Istati Membri l-oħra fil-Kuritur tan-Netwerk Ewlieni tal-Baħar tat-Tramuntana – Mediterran u parti limitata mill-Kuritur tal-Atlantiku huwa kruċjali għall-investimenti fl-infrastruttura attwali u futuri u sabiex tingħata ċarezza u ċertezza legali għall-ippjanar tal-infrastruttura. Huwa essenzjali li tiġi żviluppata l-infrastruttura rilevanti biex jinżammu u jiġu appoġġati l-flussi kummerċjali eżistenti u futuri bejn l-Irlanda u l-Ewropa kontinentali.

(10)

Jenħtieġ li l-investimenti fit-tagħmir u l-infrastruttura għas-sigurtà u l-kontrolli fil-fruntieri esterni jkunu azzjoni li tingħata prijorità fl-aħħar fażi tal-implimentazzjoni tal-perijodu ta' programmazzjoni attwali tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa.

(11)

Biex jiġu indirizzati dawk il-ħtiġijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipproponi programm ta' ħidma annwali ġdid.

(12)

Matul ir-rieżami tal-programm ta' ħidma pluriennali, sabiex jiġi adattat għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, jenħtieġ li jitqiesu, b'mod partikolari, azzjonijiet immirati għat-tisħiħ tal-infrastruttura tat-trasport għas-sigurtà u kontrolli fil-fruntieri esterni.

(13)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b'urġenza fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jenħtieġ li japplika mill-jum wara dak li fih ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 ma jibqax japplika għar-Renju Unit,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 7(2) jiżdied il-punt li ġej:

“(m)

azzjonijiet li jadattaw l-infrastruttura tat-trasport għall-finijiet tas-sigurtà u l-kontrolli fil-fruntieri esterni.”;

(2)

l-Artikolu 17 hu emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 hu sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-programmi ta' ħidma pluriennali tal-inqas f'nofs il-perijodu. Fis-settur tat-trasport, hija għandha tirrieżamina l-programm ta' ħidma pluriennali sabiex tadattah fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni. Jekk meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni għar-reviżjoni tal-programm ta' ħidma pluriennali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 25(2).”;

(b)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“5a.   Fis-settur tat-trasport, l-azzjonijiet dettaljati fil-punt (m) tal-Artikolu 7(2) għandhom ikunu prijorità ta' programm ta' ħidma annwali adottat fit-28 ta' Marzu 2019 jew wara dik id-data.”;

(3)

l-Anness I huwa emendat kif indikat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil- jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-jum wara dak li fih ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 ma jibqax japplika għar-Renju Unit.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, il-25 ta' Marzu 2019.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

G. CIAMBA


(1)  ĠU C 62, 15.2.2019, p. 301.

(2)  ĠU C 461, 21.12.2018, p. 173.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 ... (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2019.

(4)  Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).


ANNESS

Emenda tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1316/2013

Fil-Parti I tal-Anness I, il-punt 2 (“Kurituri fin-netwerk ewlieni”), it-taqsima “Baħar tat-Tramuntana – Mediterran”, is-subtaqsima “Allinjament”, tiddaħħal il-linja li ġejja wara l-linja “Belfast – Baile Átha Cliath/Dublin – Corcaigh/Cork”:

“Shannon Foynes/Baile Átha Cliath/Dublin/Corcaigh/Cork – Le Havre/Calais/Dunkerque/Zeebrugge/Terneuzen/Gent/Antwerpen/Rotterdam/Amsterdam”.


27.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 85/20


REGOLAMENT (UE) 2019/496 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta' Marzu 2019

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 billi tingħata awtorizzazzjoni ġenerali tal-Unjoni ta' esportazzjoni fir-rigward ta' ċerti oġġetti b'użu doppju mill-Unjoni lejn ir-Renju Unit

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

Fid-29 ta' Marzu 2017 ir-Renju Unit ippreżenta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). It-Trattati mhumiex ser jibqgħu japplikaw għar-Renju Unit mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim dwar il-ħruġ jew, fin-nuqqas ta' dan, sentejn wara n-notifika, jiġifieri mit-30 ta' Marzu 2019, sakemm il-Kunsill Ewropew, bi ftehim mar-Renju Unit, ma jiddeċidix b'mod unanimu li jestendi dan il-perijodu.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 (2) jistabbilixxi reġim komuni għall-kontroll tal-esportazzjonijiet ta' oġġetti b'użu doppju li huwa meħtieġ għall-promozzjoni tas-sigurtà tal-Unjoni u s-sigurtà internazzjonali u biex ikun hemm fis-seħħ kundizzjonijiet ekwi għall-esportaturi tal-Unjoni.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 428/2009 jipprevedi “awtorizzazzjonijiet ġenerali tal-Unjoni ta' esportazzjoni” li jiffaċilitaw il-kontrolli fuq l-esportazzjonijiet b'riskju baxx ta' oġġetti b'użu doppju lejn ċerti pajjiżi terzi. Bħalissa l-Awstralja, il-Kanada, il-Ġappun, New Zealand, in-Norveġja, l-Iżvizzera, inkluż il-Liechtenstein, u l-Istati Uniti tal-Amerka huma koperti mill-awtorizzazzjoni ġenerali tal-Unjoni ta' esportazzjoni Nru UE001 stabbilita fl-Anness IIa għar-Regolament (KE) Nru 428/2009.

(4)

Ir-Renju Unit huwa parti fit-trattati internazzjonali rilevanti u membru tar-reġimi internazzjonali dwar in-nonproliferazzjoni, huwa konformi bis-sħiħ mal-obbligi u l-impenji relatati. Ir-Renju Unit japplika kontrolli proporzjonali u xierqa sabiex jindirizza l-kunsiderazzjonijiet dwar l-użu finali intenzjonat u r-riskju ta' devjazzjoni b'mod effettiv, konsistentement mad-dispożizzjonijiet u l-għanijiet tar-Regolament (KE) Nru 428/2009.

(5)

Meta jitqies li r-Renju Unit huwa destinazzjoni importanti għal oġġetti b'użu doppju prodotti fl-Unjoni, huwa xieraq li r-Renju Unit jinżdied mal-lista ta' destinazzjonijiet koperti mill-awtorizzazzjoni ġenerali tal-Unjoni ta' esportazzjoni Nru UE001 sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi u konsistenti tal-kontrolli madwar l-Unjoni kollha kemm hi, għall-promozzjoni ta' kundizzjonijiet ekwi għall-esportaturi tal-Unjoni u biex jiġi evitat piż amministrattiv żejjed, filwaqt li jiġu protetti s-sigurtà tal-Unjoni u dik internazzjonali.

(6)

Minħabba l-urġenza taċ-ċirkustanzi li jirriżultaw mill-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, huwa meħtieġ li tiġi permessa l-applikazzjoni immedjata ta' dan ir-Regolament li jikkonċernaw l-inklużjoni tar-Renju Unit fl-awtorizzazzjoni ġenerali tal-Unjoni ta' esportazzjoni Nru EU001. Għaldaqstant dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(7)

Ir-Renju Unit jenħtieġ li jinżdied mal-lista tad-destinazzjonijiet koperti mill-awtorizzazzjoni ġenerali tal-Unjoni ta' esportazzjoni Nru UE001 biss jekk l-ebda ftehim dwar il-ħruġ konkluż mar-Renju Unit f'konformità mal-Artikolu 50(2) tat-TUE ma jkun daħal fis-seħħ sad-data meta t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit skont l-Artikolu 50(3) tat-TUE,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IIa għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu “Esportazzjonijiet lejn l-Awstralja, il-Kanada, il-Ġappun, New Zealand, in-Norveġja, l-Iżvizzera, inkluż il-Liechtenstein, u l-Istati Uniti tal-Amerka” jinbidel b'dan li ġej:

“Esportazzjonijiet lejn l-Awstralja, il-Kanada, il-Ġappun, New Zealand, in-Norveġja, l-Iżvizzera, inkluż il-Liechtenstein, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, u l-Istati Uniti tal-Amerka”;

(b)

fil-Parti 2 jiddaħħal l-inċiż li ġej wara l-inċiż “— l-Iżvizzera, inkluż il-Liechtenstein”:

“—

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-jum wara dak meta t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit f'konformità mal-Artikolu 50(3) tat-TUE.

Dan ir-Regolament ma għandux japplika fil-każ li, sad-data msemmija fit-tieni paragrafu ta' dan l-Artikolu, ikun daħal fis-seħħ ftehim dwar il-ħruġ konkluż mar-Renju Unit f'konformità mal-Artikolu 50(2) tat-TUE.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, il-25 ta' Marzu 2019.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

G. CIAMBA


(1)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2019.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta' oġġetti b'użu doppju (ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1).


27.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 85/22


REGOLAMENT (UE) 2019/497 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta' Marzu 2019

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 508/2014 fir-rigward ta' ċerti regoli relatati mal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 42 u 43 (2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat Ewropew Ekonomiku u Soċjali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

Fid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit ippreżenta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni, skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). It-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' ftehim dwar il-ħruġ jew, fin-nuqqas ta' dan, sentejn wara li tkun saret in-notifika, jiġifieri mit-30 ta' Marzu 2019, sakemm il-Kunsill Ewropew, bi qbil mar-Renju Unit, ma jiddeċidix b'mod unanimu li jestendi dak il-perjodu.

(2)

Il-ftehim dwar il-ħruġ ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fis-19 ta' Frar 2019 (2) fih arranġamenti għall-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni għar-Renju Unit wara d-data meta t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit. Jekk dak il-ftehim jidħol fis-seħħ, il-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) tapplika għar-Renju Unit matul il-perjodu ta' tranżizzjoni b'konformità ma' dak il-ftehim u tieqaf tapplika fi tmiem dak il-perjodu.

(3)

Meta l-PKS ma tibqax tapplika għar-Renju Unit, l-ilmijiet tar-Renju Unit (il-baħar territorjali u ż-żona ekonomika esklussiva adjaċenti) ma jibqgħux jiffurmaw parti mill-ilmijiet tal-Unjoni. B'konsegwenza ta' dan, fin-nuqqas ta' ftehim dwar il-ħruġ, hemm ir-riskju li l-bastimenti tal-Unjoni jitilfu l-aċċess għall-ilmijiet tar-Renju Unit u l-opportunitajiet tas-sajd hemmhekk mit-30 ta' Marzu 2019. Dan ikollu impatt sinifikanti f'termini tal-attivitajiet tas-sajd tal-flotta tal-Unjoni u r-redditi ekonomiċi.

(4)

Diġà hemm miżuri disponibbli skont ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) li jistgħu jintużaw biex jiġu mitigati l-effetti ekonomiċi negattivi dovuti għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni tul il-katina tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni kollha.

(5)

Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 jistabbilixxi r-regoli u l-arranġamenti għall-għoti ta' kumpens finanzjarju lis-sajjieda u lis-sidien tal-bastimenti tas-sajd f'każijiet ta' waqfien temporanju mill-attivitajiet tas-sajd. Il-kriterji għall-awtorizzazzjoni ta' waqfien temporanju ma jippermettux li jinkiseb kumpens dovut għall-ħruġ ta' Stat Membru mill-Unjoni u għat-telf sussegwenti tal-aċċess u tal-opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet ta' dak l-Istat.

(6)

Minbarra l-miżuri diġà disponibbli skont ir-Regolament (UE) Nru 508/2014, sabiex jittaffew l-effetti ekonomiċi negattivi kkawżati mill-ħruġ ta' Stat Membru mill-Unjoni, jenħtieġ li jkun disponibbli sostenn pubbliku għall-waqfien temporanju tal-attivitajiet tas-sajd għas-sajjieda u għall-operaturi li jkunu jiddependu b'mod sinifikanti fuq l-aċċess għall-ilmijiet tar-Renju Unit.

(7)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 508/2014 jiġi emendat skont dan.

(8)

L-approprjazzjonijiet li jifdal huma disponibbli biex jiġu ddedikati għal kwalunkwe miżura eliġibbli li ttaffi l-konsegwenzi tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni.

(9)

Għal raġunijiet ta' simplifikazzjoni, l-Istati Membri kkonċernati huma mistiedna jikkunsidraw li jikkombinaw l-emendi għall-programm operazzjonali tagħhom fil-kuntest tal-Artikolu 22(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(10)

Fid-dawl tal-ħtieġa li tiġi żgurata, qabel id-data tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, id-disponibbiltà ta' appoġġ taħt il-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd għal waqfien temporanju ta' attivitajiet tas-sajd minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b'dipendenza sinifikanti fuq l-aċċess għall-ilmijiet tar-Renju Unit fil-każ li r-Renju Unit ma jagħtix aċċess għal dawk l-ilmijiet mid-data tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, li tista' tkun it-30 ta' Marzu 2019, tqies li huwa xieraq li ssir eċċezzjoni għall-perjodu ta' tmien ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-TUE, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika.

(11)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b'urġenza fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jenħtieġ li japplika mill-jum wara dak li fih it-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit, sakemm ma jkunx daħal fis-seħħ ftehim dwar il-ħruġ konkluż mar-Renju Unit sa dik id-data,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 508/2014

Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 13, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“9.   L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jaqbżu l-ammont stabbilit fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u li juzaw ammonti inferjuri minn dawk stabbiliti fil-paragrafi 3 sa 7 ta' dan l-Artikolu biex jappoġġaw il-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 33 ta' dan ir-Regolament jekk ir-Renju Unit ma jagħtix drittijiet ta' aċċess għall-ilmijiet tar-Renju Unit għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jiddipendu b'mod sinifikanti fuq l-aċċess għal dawk l-ilmijiet għall-attivitajiet tas-sajd tagħhom fil-każ li t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit skont l-Artikolu 50(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE).”;

(2)

fl-Artikolu 25, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“3a.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEMS għall-miżuri msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 33(1) ma għandhomx jitqiesu meta jkun qed jiġi ddeterminat jekk inqabżux il-limiti stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.”;

(3)

L-Artikolu 33 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, jiddaħħal il-punt li ġej:

“(d)

biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi ta' sitwazzjoni fejn ir-Renju Unit ma jagħtix drittijiet ta' aċċess għall-ilmijiet tar-Renju Unit għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li għandhom dipendenza sinifikanti fuq l-aċċess għal dawk l-ilmijiet għall-attivitajiet tas-sajd tagħhom fil-każ li t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit skont l-Artikolu 50(3) TUE.”;

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   L-appoġġ imsemmi fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 jista' jingħata għal tul ta' żmien massimu ta' sitt xhur għal kull bastiment matul il-perjodu mill-2014 u sal-2020 u l-appoġġ imsemmi fil-punt (d) ta' dak il-paragrafu jista' jingħata għal tul ta' żmien massimu ta' disa' xhur għal kull bastiment matul il-perjodu mill-2014 sal-2020. In-nefqa relatata mal-punt (d) tal-paragrafu 1 għandha tkun eliġibbli mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/497 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1).

(*1)  Ir-Regolament (UE) 2019/497 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Marzu 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 508/2014 fir-rigward ta' ċerti regoli relatati mal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni (ĠU L 85I, 27.3.2019, p. 22).”."

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-jum wara dak li fih it-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit skont l-Artikolu 50(3) TUE.

Madankollu, dan ir-Regolament ma għandux japplika jekk ftehim dwar il-ħruġ konkluż mar-Renju Unit skont l-Artikolu 50(2) TUE jkun daħal fis-seħħ sad-data wara dik li fiha t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, il-25 ta' Marzu 2019.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

G. CIAMBA


(1)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2019.

(2)  ĠU C 66 I, 19.2.2019, p. 1.

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).


27.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 85/25


REGOLAMENT (UE) 2019/498 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta' Marzu 2019

li jemenda r-Regolament (UE) 2017/2403 fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet tar-Renju Unit u għall-operazzjonijiet tal-bastimenti tas-sajd tar-Renju Unit fl-ilmijiet tal-Unjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW U IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkonsulta mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

Fid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit ippreżenta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni, skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). It-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' ftehim dwar il-ħruġ jew, fin-nuqqas ta' dan, sentejn wara li tkun saret in-notifika, jiġifieri mit-30 ta' Marzu 2019, sakemm il-Kunsill Ewropew, bi qbil mar-Renju Unit, ma jiddeċidix b'mod unanimu li jestendi dak il-perjodu.

(2)

Il-ftehim dwar il-ħruġ ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fid-19 ta' Frar 2019 (2) fih arranġamenti għall-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni għar-Renju Unit wara d-data meta t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit. Jekk dak il-ftehim jidħol fis-seħħ, il-Politika Komuni tas-Sajd (il-PKS) tapplika għar-Renju Unit matul il-perjodu tat-tranżizzjoni b'konformità ma' dak il-ftehim u tieqaf tapplika fi tmiem dak il-perjodu.

(3)

Meta l-PKS ma tibqax tapplika għar-Renju Unit, l-ilmijiet tar-Renju Unit (il-baħar territorjali u ż-żona ekonomika esklussiva adjaċenti) ma jibqgħux jiffurmaw parti mill-ilmijiet tal-Unjoni. B'konsegwenza ta' dan, fin-nuqqas ta' ftehim dwar il-ħruġ, hemm ir-riskju li l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u tar-Renju Unit ma jkollhomx il-possibbiltà li jisfruttaw bis-sħiħ l-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti għall-2019.

(4)

Biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tas-sajd, u minħabba l-importanza tas-sajd għall-għajxien ekonomiku ta' bosta komunitajiet fl-Unjoni u fir-Renju Unit, jenħtieġ li tinżamm, għal perjodu ta' żmien limitat, il-possibbiltà li jsiru arranġamenti għall-kontinwazzjoni tal-aċċess sħiħ reċiproku għas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u tar-Renju Unit fl-ilmijiet ta' xulxin wara li l-PKS tieqaf tapplika għar-Renju Unit bħala Stat Membru. L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li joħloq il-qafas legali xieraq għal tali aċċess reċiproku.

(5)

Il-kamp ta' applikazzjoni territorjali ta' dan ir-Regolament u kull referenza fih għar-Renju Unit ma jinkludux il-Ġibiltà.

(6)

L-opportunitajiet tas-sajd għas-sena 2019 ġew miftehma skont ir-Regolamenti tal-Kunsill (UE) 2019/124 (3) u (UE) 2018/2025 (4), inkluż mir-Renju Unit, matul is-sħubija tar-Renju Unit fl-Unjoni. Dawk l-opportunitajiet tas-sajd kienu stabbilitib'konformità sħiħa mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 61 u 62 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar. Biex ikunu żgurati l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi ħajjin tal-baħar u l-istabbiltà fl-ilmijiet tal-Unjoni u tar-Renju Unit, l-allokazzjonijiet tal-kwoti u l-ishma lill-Istati Membri u lir-Renju Unit jenħtieġ li jibqgħu disponibbli b'konformità mal-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

(7)

Fid-dawl tad-drawwiet tas-sajd fuq żmien twil tal-bastimenti tas-sajd tar-Renju Unit fl-ilmijiet tal-Unjoni u viċi versa, jenħtieġ li l-Unjoni tipprevedi mekkaniżmu biex il-bastimenti tas-sajd tar-Renju Unit ikollhom aċċess għall-ilmijiet tal-Unjoni permezz ta' awtorizzazzjonijiet, biex ikunu jistgħu jistadu l-ishma tal-kwoti allokati lilhom stabbiliti skont ir-Regolamenti (UE) 2019/124 u (UE) 2018/2025 taħt l-istess kondizzjonijiet li japplikaw għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, għal perjodu ta' żmien limitat. Dawn l-awtorizzazzjonijiet jenħtieġ li jingħataw biss jekk u sa fejn ir-Renju Unit jibqa' jagħti l-awtorizzazzjonijiet biex il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni jkomplu jużaw l-opportunitajiet tas-sajd allokati lilhom b'konformità mar-Regolamenti rilevanti dwar l-opportunitajiet tas-sajd.

(8)

Ir-Regolament (UE) 2017/2403 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jistabbilixxi r-regoli għall-ħruġ u għall-ġestjoni tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti f'ilmijiet taħt is-sovrenità jew il-ġurisdizzjoni ta' pajjiż terz u għall-bastimenti tas-sajd ta' pajjiż terz li iwettqu attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni.

(9)

Ir-Regolament (UE) 2017/2403 jistabbilixxi r-regoli għall-operazzjonijiet tas-sajd li jitwettqu mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet ta' pajjiż terz barra l-qafas ta' ftehim dwar is-sajd, u jistipula li Stat Membru tal-bandiera jista' jagħti l-awtorizzazzjonijiet direttament, u jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċeduri biex jingħataw dawn l-awtorizzazzjonijiet. Minħabba l-għadd ta' bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jwettqu l-attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tar-Renju Unit, dawk il-kondizzjonijiet u l-proċeduri jwasslu għal dewmien konsiderevoli u għal aktar piż amministrattiv jekk ma jkunx hemm ftehim dwar il-ħruġ jew ftehim dwar is-sajd. Għaldaqstant jenħtieġ li jiġu previsti kondizzjonijiet u proċeduri speċifiċi li jiffaċilitaw il-ħruġ ta' awtorizzazzjonijiet mir-Renju Unit għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għat-tħaddim ta' attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tar-Renju Unit.

(10)

Huwa neċessarju li jkun hemm deroga mir-regoli li japplikaw għall-bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi u li jiġu previsti kondizzjonijet u proċeduri speċifiċi li jippermettu li l-Unjoni toħroġ l-awtorizzazzjonijiet għall-bastimenti tas-sajd tar-Renju Unit biex dawn iwettqu attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni.

(11)

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jagħti s-setgħa lill-Istati Membri li jiskambjaw l-opportunitajiet tas-sajd kollha allokati lilhom, jew partijiet minnhom. Kull sena jsir skambju ta' madwar 1 000 kwota bejn l-Istati Membri u r-Renju Unit. Mingħajr preġudizzju għall-kompetenza esklussiva tal-Unjoni, hija meħtieġa sistema flessibbli wara d-data tal-ħruġ, li tkun tippermetti lill-UE tiskambja l-kwoti mar-Renju Unit. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jiddiskutu mar-Renju Unit u, skont il-bżonn, jistabbilixxu pjan ġenerali possibbli għat-trasferiment jew għall-iskambju maħsub tal-kwoti. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tibqa' responsabbli mit-twettiq ta' dan it-trasferiment jew l-iskambju tal-kwoti. L-opportunitajiet tas-sajd mogħtija mir-Renju Unit jew ittrasferiti lilu fil-qafas tat-trasferiment jew tal-iskambju tal-kwoti jenħtieġ li jitqiesu bħala kwoti allokati lill-Istat Membru kkonċernat jew imnaqqsa mill-allokazzjoni tiegħu.

(12)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2017/2403 jiġi emendat skont dan.

(13)

Fid-dawl tal-ħtieġa li, qabel id-data tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, jiġi pprovdut qafas legali bil-għan li tiġi evitata interruzzjoni ta' attivitajiet tas-sajd minn bastimenti tas-sajd tar-Renju Unit fl-ilmijiet tal-Unjoni u minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet tar-Renju Unit fid-data tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, li tista' tkun it-30 ta' Marzu 2019, tqies li huwa xieraq li tiġi prevista eċċezzjoni għall-perjodu ta' tmien ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-TUE, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika.

(14)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b'urġenza fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jenħtieġ li japplika mill-jum wara dak li fih it-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit, sakemmma jkunx daħal fis-seħħ ftehim dwar il-ħruġ konkluż mar-Renju Unit sa dik id-data. Jenħtieġ li japplika sal-31 ta' Diċembru 2019.

(15)

Sabiex l-operaturi kemm tal-Unjoni kif ukoll tar-Renju Unit ikunu jistgħu jibqgħu jistadu skont l-opportunitajiet tas-sajd rilevanti allokati lilhom, l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni jenħtieġ li jingħataw lill-bastimenti tas-sajd tar-Renju Unit biss jekk u sa fejn il-Kummissjoni tkun sodisfatta li r-Renju Unit jagħti drittijiet tal-aċċess lill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni biex iwettqu attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tar-Renju Unit fuq il-bażi tar-reċiproċità,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (UE) 2017/2403

Ir-Regolament (UE) 2017/2403 huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-Kapitolu II tat-Titolu II, tiżdied it-Taqsima li ġejja:

Taqsima 4

Operazzjonijiet tas-sajd minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet tar-Renju Unit

Artikolu 18a

Kamp ta' applikazzjoni

Din it-Taqsima għandha tapplika sal-31 ta' Diċembru 2019, b'deroga mit-Taqsima 3, għall-operazzjonijiet tas-sajd li jitwettqu mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet tar-Renju Unit.

Artikolu 18b

Definizzjoni

Għall-għanijiet ta' din it-Taqsima, “l-ilmijiet tar-Renju Unit” tfisser l-ilmijiet taħt is-sovrenità jew il-ġurisdizzjoni tar-Renju Unit stabbiliti skont id-dritt internazzjonali.

Artikolu 18c

Proċedura biex jinkisbu awtorizzazzjonijiet tas-sajd mir-Renju Unit

1.   Stat Membru tal-bandiera li jkun ivverifika li l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 jkunu ssodisfati għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-applikazzjoni korrispondenti jew lista ta' applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni mir-Renju Unit.

2.   Kull applikazzjoni jew lista ta' applikazzjonijiet għandu jkun fiha l-informazzjoni mitluba mir-Renju Unit għall-ħruġ tal-awtorizzazzjoni, fil-format meħtieġ, kif ikun ikkomunikat mir-Renju Unit lill-Kummissjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri bl-informazzjoni u l-format imsemmi fil-paragrafu 2. Il-Kummissjoni tista' titlob mingħand l-Istat Membru tal-bandiera kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tkun meħtieġa biex tiġi vverifikata l-konformità mal-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2.

4.   Malli tirċievi l-applikazzjoni jew kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tkun intalbet skont il-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha minnufih tibgħat l-applikazzjoni lir-Renju Unit.

5.   Malli r-Renju Unit jgħarraf lill-Kummissjoni li jkun iddeċieda li jagħti jew jirrifjuta awtorizzazzjoni għal xi bastiment tas-sajd tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha minnufih tinforma b'dan lill-Istat Membru tal-bandiera.

6.   Stat Membru tal-bandiera jista' jagħti awtorizzazzjoni tas-sajd għall-operazzjonijiet tas-sajd fl-ilmijiet tar-Renju Unit biss wara li jkun tgħarraf li r-Renju Unit ikun iddeċieda li jagħti awtorizzazzjoni lill-bastiment tas-sajd tal-Unjoni rilevanti.

7.   L-operazzjonijiet tas-sajd ma għandhomx jibdew qabel ma jkunu ħarġu awtorizzazzjoni tas-sajd kemm l-Istat Membru tal-bandiera kif ukoll ir-Renju Unit.

8.   Meta r-Renju Unit jgħarraf lill-Kummissjoni li jkun iddeċieda li jissospendi jew jirtira awtorizzazzjoni tas-sajd għal xi bastiment tas-sajd tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha minnufih tinforma b'dan lill-Istat Membru tal-bandiera. L-Istat Membru għandu jissospendi jew jirtira l-awtorizzazzjoni tas-sajd tiegħu għall-operazzjonijiet tas-sajd fl-ilmijiet tar-Renju Unit skont dan.

9.   Meta r-Renju Unit jgħarraf direttament lill-Istat Membru tal-bandiera li jkun iddeċieda li jagħti, jirrifjuta, jissospendi jew jirtira awtorizzazzjoni tas-sajd għal xi bastiment tas-sajd tal-Unjoni, l-Istat Membru tal-bandiera għandu minnufih jinforma b'dan lill-Kummissjoni. L-Istat Membru għandu jissospendi jew jirtira l-awtorizzazzjoni tas-sajd tiegħu għall-operazzjonijiet tas-sajd fl-ilmijiet tar-Renju Unit skont dan.

Artikolu 18d

Monitoraġġ

Il-Kummissjoni għandha tikkontrolla l-ħruġ tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd mir-Renju Unit għall-operazzjonijiet tas-sajd li jitwettqu minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet tar-Renju Unit.”;

(2)

jiddaħħal it-Titolu li ġej:

“TITOLU IIIa

OPERAZZJONIJIET TAS-SAJD MINN BASTIMENTI TAS-SAJD TAR-RENJU UNIT FL-ILMIJIET TAL-UNJONI

Artikolu 38a

Kamp ta' applikazzjoni

Dan it-Titolu għandu japplika sal-31 ta' Diċembru 2019, b'deroga mit-Titolu III, għall-operazzjonijiet tas-sajd li jitwettqu mill-bastimenti tas-sajd tar-Renju Unit fl-ilmijiet tal-Unjoni.

Artikolu 38b

Operazzjonijiet tas-sajd minn bastimenti tas-sajd tar-Renju Unit

Il-bastimenti tas-sajd tar-Renju Unit jistgħu jwettqu operazzjonijiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni b'konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fir-Regolamenti tal-Kunsill (UE) 2019/124 (*1) u (UE) 2018/2025 (*2) li jistabbilixxu l-opportunitajiet tas-sajd.

Artikolu 38c

Prinċipji ġenerali

1.   Bastiment tas-sajd tar-Renju Unit ma għandux iwettaq operazzjonijiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni sakemm ma jkunx ingħata awtorizzazzjoni tas-sajd mill-Kummissjoni. Dan jingħata din l-awtorizzazzjoni biss jekk jissodisfa l-kriterji tal-eliġibbiltà stipulati fil-paragrafu 2.

2.   Il-Kummissjoni tista' tagħti awtorizzazzjoni tas-sajd lil bastiment tas-sajd tar-Renju Unit jekk:

(a)

il-bastiment tas-sajd ikollu liċenzja tas-sajd valida maħruġa mill-awtorità tar-Renju Unit;

(b)

l-bastiment tas-sajd ikun elenkat mir-Renju Unit f'reġistru tal-flotta li jkun aċċessibbli għall-Kummissjoni;

(c)

il-bastiment tas-sajd u kull bastiment ta' appoġġ assoċjat miegħu japplikaw l-iskema rilevanti tan-numri tal-identifikazzjoni tal-bastimenti tal-OMI sa fejn din hija meħtieġa skont id-dritt tal-Unjoni;

(d)

il-bastiment tas-sajd ma jkunx elenkat f'lista ta' bastimenti IUU adottat minn organizzazzjoni reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd u/jew mill-Unjoni skont ir-Regolament IUU;

(e)

ir-Renju Unit ma jkunx elenkat bħala mhux kooperattiv skont ir-Regolament IUU, jew li jkun qed jippermetti l-opportunitajiet tas-sajd mhux sostenibbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1026/2012;

(f)

ir-Renju Unit ikollu l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għalih.

3.   Bastiment tas-sajd tar-Renju Unit li jkun awtorizzat jistad fl-ilmijiet tal-Unjoni għandu jikkonforma mar-regoli li jirregolaw l-operazzjonijiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd li jopera fiha.

Artikolu 38d

Proċedura biex jinkisbu l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd

1.   Ir-Renju Unit għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-applikazzjoni jew il-lista tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-bastimenti tas-sajd tiegħu.

2.   Il-Kummissjoni tista' titlob informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex jiġi vverifikat li l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 38c(2) jkunu ntlaħqu, mingħand ir-Renju Unit.

3.   Meta jkun ġie vverifikat li l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 38c(2) jkunu ntlaħqu, il-Kummissjoni tista' tagħti awtorizzazzjoni tas-sajd u tinforma b'dan lir-Renju Unit u lill-Istati Membri kkonċernati mingħajr dewmien.

Artikolu 38e

Ġestjoni tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd

1.   Jekk xi kondizzjonijiet fost dawk stipulati fl-Artikolu 38c(2) ma jibqgħux jintlaħqu, il-Kummissjoni għandha tieħu l-azzjoni xierqa, li jinkludi l-emendar jew l-irtirar tal-awtorizzazzjoni, u tinforma b'dan lir-Renju Unit u lill-Istati Membri kkonċernati.

2.   Il-Kummissjoni tista' tirrifjuta li tagħti awtorizzazzjonijiet jew tissospendi jew tirtira kwalunkwe awtorizzazzjoni li tkun ingħatat lil bastiment tas-sajd tar-Renju Unit fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

fejn ikun sar tibdil fondamentali taċ-ċirkostanzi;

(b)

jekk ikun hemm theddida serja għall-isfruttament sostenibbli, għall-ġestjoni u għall-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi marittimi;

(c)

meta dan ikun essenzjali sabiex jiġi evitat jew jitwaqqaf is-sajd IUU;

(d)

meta l-Kummissjoni tkun tal-fehma li dan ikun xieraq abbażi tas-sejbiet tagħha li jirriżultaw mill-attivitajiet ta' monitoraġġ tagħha skont l-Artikolu 18d;

(e)

meta r-Renju Unit indebitament jirrifjuta, jissospendi jew jirtira l-awtorizzazzjoni ta' bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għall-ilmijiet tar-Renju Unit.

3.   Il-Kummissjoni għandha tgħarraf minnufih lir-Renju Unit jekk tirrifjuta, tissospendi jew tirtira l-awtorizzazzjoni b'konformità mal-paragrafu 2.

Artikolu 38f

Għeluq ta' operazzjonijiet tas-sajd

1.   Meta l-opportunitajiet tas-sajd li jkunu ngħataw lir-Renju Unit jitqiesu li jkunu eżawriti, il-Kummissjoni minnufih għandha tinnotifika b'dan lir-Renju Unit u lill-awtoritajiet kompetenti ta' spezzjoni tal-Istati Membri. Bil-ħsieb li tiżgura t-tkomplija tal-operazzjonijiet tas-sajd ta' opportunitajiet tas-sajd li ma jkunux eżawriti li jistgħu jaffettwaw ukoll l-opportunitajiet eżawriti, il-Kummissjoni għandha titlob lir-Renju Unit jikkomunikalha l-miżuri tekniċi li jimpedixxu li jkun hemm xi impatt negattiv fuq l-opportunitajiet tas-sajd eżawriti.

2.   Mid-data tan-notifika msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorizzazzjonijiet li jkunu ngħataw lill-bastimenti li jtajru l-bandiera tar-Renju Unit jitqiesu li jkunu sospiżi għall-operazzjonijiet tas-sajd ikkonċernati u l-bastimenti ma jitqisux li għadhom awtorizzati jwettqu dawk l-operazzjonijiet tas-sajd.

3.   L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jitqiesu li jkunu rtirati meta sospensjoni tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd skont il-paragrafu 2 tkun tikkonċerna l-operazzjonijiet tas-sajd kollha li jkunu ngħataw għalihom.

Artikolu 38g

Sajd żejjed ta' kwoti fl-ilmijiet tal-Unjoni

Meta l-Kummissjoni tistabbilixxi li r-Renju Unit ikun qabeż il-kwoti li jkunu allokati lilu għal stokk jew grupp ta' stokkijiet, il-Kummissjoni għandha tagħmel tnaqqis mill-kwoti l-oħra allokati lir-Renju Unit. Il-Kummissjoni għandha tfittex li tiżgura li l-ammont tat-tnaqqis ikun konsistenti mat-tnaqqis li jkun impost fuq l-Istati Membri f'ċirkostanzi simili.

Artikolu 38h

Kontroll u infurzar

1.   Bastiment tas-sajd tar-Renju Unit li jkun awtorizzat jistad fl-ilmijiet tal-Unjoni għandu jikkonforma mar-regoli tal-kontroll li jirregolaw l-operazzjonijiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd li jopera fiha.

2.   Bastiment tas-sajd tar-Renju Unit li jkun awtorizzat jistad fl-ilmijiet tal-Unjoni għandu jagħti lill-Kummissjoni jew lill-korp magħżul minnha, u, fejn ikun rilevanti, lill-Istat Membru kostali, id-data li l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni huma meħtieġa li jibagħtu lill-Istat Membru tal-bandiera skont ir-Regolament dwar il-Kontroll.

3.   Il-Kummissjoni, jew il-korp magħżul minnha, għandhom jibagħtu d-data li tkun waslet b'konformità mal-paragrafu 2 lill-Istat Membru kostali.

4.   Bastiment tas-sajd tar-Renju Unit li jkun awtorizzat jistad fl-ilmijiet tal-Unjoni għandu, meta jintalab jagħmel hekk, jagħti lill-Kummissjoni jew lill-korp magħżul minnha, ir-rapporti tal-osservaturi li jkunu saru skont il-programmi tal-osservaturi li japplikaw.

5.   Stat Membru kostali għandu jirreġistra kull ksur li jagħmlu l-bastimenti tas-sajd tar-Renju Unit, u s-sanzjonijiet marbutin magħhom fir-reġistru nazzjonali previst fl-Artikolu 93 tar-Regolament dwar il-Kontroll.

Artikolu 38i

Trasferimenti u skambji ta' kwoti

1.   Stat Membru jistgħa jieħu sehem f'diskussjonijiet informali mar-Renju Unit u, skont il-bżonn, jistabbilixxi pjan ġenerali possibbli għat-trasferiment jew għall-iskambju maħsub tal-kwoti.

2.   Meta l-Kummissjoni tiġi nnotifikata mill-Istat Membru kkonċernat, hija tista' twettaq it-trasferiment jew l-iskambju korrispondenti.

3.   Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri bit-trasferiment jew bl-iskambju miftiehem.

4.   L-opportunitajiet tas-sajd mogħtija mir-Renju Unit jew ittrasferiti lilu fil-qafas tat-trasferiment jew tal-iskambju tal-kwoti jitqiesu bħala kwoti allokati lill-Istat Membru kkonċernat jew imnaqqsa mill-allokazzjoni tiegħu mill-mument li jseħħ it-trasferiment jew l-iskambju tal-kwoti. Din l-allokazzjoni jew dan it-tnaqqis ma jibdlux il-gwida għat-tqassim li għandha l-iskop li talloka l-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri skont il-prinċipju tal-istabbiltà relattiva tal-attivitajiet tas-sajd.”.

(*1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/124 tat-30 ta' Jannar 2019 li jistabbilixxi għall-2019 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 29, 31.1.2019, p. 1)."

(*2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/2025 tas-17 ta' Diċembru 2018 li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-baħar fond għall-2019 u għall-2020 (ĠU L 325, 20.12.2018, p. 7)."

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-jum ta' wara dak li fih it-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit skont l-Artikolu 50(3) TUE, sal-31 ta' Diċembru 2019.

Madankollu dan ir-Regolament ma għandux japplika jekk ftehim dwar il-ħruġ konkluż mar-Renju Unit skont l-Artikolu 50(2) TUE jkun daħal fis-seħħ sal-ġurnata wara dik li fiha t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jappika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, il-25 ta' Marzu 2019.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

G. CIAMBA


(1)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2019.

(2)  ĠU C 66 I, 19.2.2019, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/124 tat-30 ta' Jannar 2019 li jistabbilixxi għall-2019 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 29, 31.1.2019, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/2025 tas-17 ta' Diċembru 2018 li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-baħar fond għall-2019 u għall-2020 (ĠU L 325, 20.12.2018, p. 7).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE, (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

(6)  Ir-Regolament (UE) 2017/2403 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 dwar il-ġestjoni sostenibbli ta' flotot tas-sajd esterni, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 81).


27.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 85/32


REGOLAMENT (UE) 2019/499 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta' Marzu 2019

li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-kontinwazzjoni ta' attivitajiet ta' mobbiltà fit-tagħlim li jkunu għaddejjin taħt il-programm Erasmus+ stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1288/2013, fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 165(4) u 166(4) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Fid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit issottometta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). It-Trattati se jieqfu japplikaw għar-Renju Unit mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' ftehim dwar il-ħruġ jew, jekk dan ma jintlaħaqx, sentejn wara dik in-notifika, jiġifieri mit-30 ta' Marzu 2019, sakemm il-Kunsill Ewropew, bi ftehim mar-Renju Unit, ma jiddeċidix b'mod unanimu li jestendi dak il-perjodu.

(2)

Il-ħruġ iseħħ matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 tal-programm Erasmus+ li fih qed jipparteċipa r-Renju Unit.

(3)

Ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistabbilixxi u jirregola l-programm Erasmus+. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi regoli għall-kontinwazzjoni tal-impenji legali li diġà ttieħdu, skont ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013, fir-rigward tal-attivitajiet ta' mobbiltà fit-tagħlim li jkunu għaddejjin u li jinvolvu lir-Renju Unit, wara l-ħruġ tiegħu mill-Unjoni.

(4)

Mid-data li fiha t-Trattati jieqfu japplikaw għar-Renju Unit, ir-Renju Unit ma jibqax pajjiż fil-programm fis-sens tal-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) Nru 1288/2013. Sabiex jiġi evitat li l-parteċipanti attwali tal-Erasmus+ jkunu meħtieġa jinterrompu l-attivitajiet tagħhom ta' mobbiltà fit-tagħlim li jkunu għaddejjin, jenħtieġ li jiġu adattati r-regoli dwar l-eliġibbiltà ta' attivitajiet ta' mobbiltà fit-tagħlim għaddejjin taħt il-programm l-Erasmus+.

(5)

Għall-finijiet tal-kontinwazzjoni tal-finanzjament, mill-baġit tal-Unjoni, tal-attivitajiet ta' mobbiltà fit-tagħlim li jkunu għaddejjin, jenħtieġ li l-Kummissjoni u r-Renju Unit jiftiehmu biex jippermettu l-eżerċizzju tal-kontrolli u tal-awditjar ta' dawk l-attivitajiet. Jekk ma jkunux jistgħu jsiru l-kontrolli u l-awditjar meħtieġa, dan jenħtieġ li jitqies bħala defiċjenza serja fis-sistema ta' ġestjoni u ta' kontroll.

(6)

Minħabba li l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jippermetti l-kontinwazzjoni ta' attivitajiet ta' mobbiltà fit-tagħlim li jkunu għaddejjin, li jinvolvu lir-Renju Unit u li jkunu bdew l-aktar tard fid-data li fiha t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista' pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti ta' dan, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(7)

Fid-dawl tal-fatt li, fin-nuqqas ta' ftehim ta' ħruġ jew ta' estensjoni tal-perjodu ta' sentejn wara n-notifika tar-Renju Unit, it-Trattati ma jibqgħux, mit-30 ta' Marzu 2019 'il quddiem, japplikaw għar-Renju Unit u minħabba l-ħtieġa li tiġi żgurata, qabel id-data tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, il-kontinwazzjoni ta' attivitajiet ta' mobbiltà fit-tagħlim li jkunu għaddejjin taħt il-programm Erasmus+, tqies li huwa xieraq li ssir eċċezzjoni għall-perjodu ta' tmien ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-TUE, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

(8)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ bħala kwistjoni ta' urġenza fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jenħtieġ li japplika mill-jum wara dak li fih it-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit sakemm ma jkunx daħal fis-seħħ ftehim dwar il-ħruġ konkluż mar-Renju Unit sa dik id-data,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistipula d-dispożizzjonijiet għall-kontinwazzjoni ta' attivitajiet ta' mobbiltà fit-tagħlim, kif imsemmija fl-Artikoli 7 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 1288/2013, li jsiru fir-Renju Unit jew li jinvolvu entitajiet jew parteċipanti mir-Renju Unit u li jkunu bdew l-aktar tard fid-data li fiha jieqfu japplikaw it-Trattati għar-Renju Unit.

Artikolu 2

Eliġibbiltà

1.   L-attivitajiet ta' mobbiltà fit-tagħlim imsemmija fl-Artikolu 1 għandhom ikomplu jkunu eliġibbli għall-finanzjament.

2.   Għall-iskop tal-applikazzjoni ta' kwalunkwe dispożizzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1288/2013 u l-atti li jimplimentaw dak ir-Regolament li huma meħtieġa biex jagħtu effett lill-paragrafu 1, ir-Renju Unit għandu jiġi trattat bħala Stat Membru, soġġett għal dan ir-Regolament.

Madankollu, ir-rappreżentanti tar-Renju Unit ma għandhomx jipparteċipaw fil-kumitat imsemmi fl-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 1288/2013.

Artikolu 3

Kontrolli u awditjar

L-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kontrolli u l-awditjar tal-attivitajiet ta' mobbiltà fit-tagħlim imsemmijin fl-Artikolu 1 għandha tiġi miftiehma bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tar-Renju Unit. Il-kontrolli u l-awditjar għandhom ikopru l-perjodu kollu tal-attivitajiet ta' mobbiltà fit-tagħlim u s-segwitu relatat.

Jekk il-kontrolli u l-awditjar tal-programm Erasmus+ meħtieġa ma jkunux jistgħu jitwettqu fir-Renju Unit, dan għandu jikkostitwixxi defiċjenza serja fil-konformità mal-obbligi ewlenin fl-implimentazzjoni tal-impenn legali bejn il-Kummissjoni u l-aġenzija nazzjonali tar-Renju Unit.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-jum wara dak li fih it-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit skont l-Artikolu 50(3) tat-TUE.

Madankollu, dan ir-Regolament m'għandux japplika jekk ftehim ta' ħruġ konkluż mar-Renju Unit skont l-Artikolu 50(2) tat-TUE jkun daħal fis-seħħ sad-data msemmija fit-tieni paragrafu ta' dan l-Artikolu.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, il-25 ta' Marzu 2019.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

G. CIAMBA


(1)  Opinjoni tal-20 ta' Frar 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2019.

(3)  Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi “Erasmus+”: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 50).


27.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 85/35


REGOLAMENT (UE) 2019/500 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta' Marzu 2019

li jistabbilixxi miżuri ta' kontinġenza fil-qasam tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 48 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

Fid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit ippreżenta in-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). It-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' ftehim dwar il-ħruġ jew, fin-nuqqas ta' dan, sentejn wara li tkun saret dik in-notifika, jiġifieri mit-30 ta' Marzu 2019, sakemm il-Kunsill Ewropew, bi qbil mar-Renju Unit, ma jiddeċidix b'mod unanimu li jestendi dak il-perjodu.

(2)

Fin-nuqqas ta' ftehim dwar il-ħruġ jew ta' estensjoni tal-perjodu ta' sentejn wara n-notifika tar-Renju Unit tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni, ir-regoli tal-Unjoni dwar il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali previsti fir-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 (2) u (KE) Nru 987/2009 (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit u fir-Renju Unit mit-30 ta' Marzu 2019.

(3)

B'konsegwenza ta' dan, persuni li, fil-kapaċità tagħhom ta' ċittadini tal-Unjoni, leġittimament eżerċitaw id-dritt tal-moviment liberu jew tal-libertà tal-istabbiliment minquxa fl-Artikoli 45 u 49 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) qabel id-data tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, kif ukoll il-membri tal-familja u s-superstiti tagħhom, ma għadhomx jistgħu jiddependu fuq ir-regoli tal-Unjoni dwar il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali fir-rigward tal-intitolamenti tas-sigurtà soċjali tagħhom abbażi ta' fatti u avvenimenti li seħħew u fuq perjodi ta' assigurazzjoni, impjieg, impjieg indipendenti jew residenza kkompletati qabel id-data tal-ħruġ, u li kienu jinvolvu r-Renju Unit. Il-persuni mingħajr Stat u r-refuġjati li huma jew li kienu soġġetti għal-leġiżlazzjoni ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri u li huma jew kienu f'sitwazzjonijiet li jinvolvu r-Renju Unit, kif ukoll il-membri tal-familji u s-superstiti tagħhom, se jiġu affettwati bl-istess mod.

(4)

Biex jinkiseb l-għan li jiġu salvagwardjati l-intitolamenti tas-sigurtà soċjali għall-persuni kkonċernati, jenħtieġ li l-Istati Membri jibqgħu japplikaw il-prinċipji tal-Unjoni ta' trattament ugwali, ta' assimilazzjoni u ta' aggregazzjoni kif stabbiliti mir-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009, kif ukoll ir-regoli ta' dawk ir-Regolamenti li huma meħtieġa biex jagħtu effett lil dawk il-prinċipji, fir-rigward tal-persuni koperti, tal-fatti jew tal-avvenimenti li seħħew, u tal-perjodi li ġew ikkompletati qabel il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni.

(5)

Dan ir-Regolament ma jaffettwax il-konvenzjonijiet u l-ftehimiet eżistenti dwar is-sigurtà soċjali bejn ir-Renju Unit u wieħed jew aktar mill-Istati Membri li huma f'konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u mal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009. Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Unjoni jew l-Istati Membri jieħdu miżuri li jindirizzaw il-kooperazzjoni amministrattiva u l-iskambju tal-informazzjoni mal-istituzzjonijiet kompetenti tar-Renju Unit għall-iskop li jagħtu effett lill-prinċipji ta' dan ir-Regolament. Barra minn hekk, dan ir-Regolament ma jaffettwa ebda kompetenza tal-Unjoni jew tal-Istati Membri li jikkonkludu konvenzjonijiet u ftehimiet dwar is-sigurtà soċjali ma' pajjiżi terzi jew mar-Renju Unit li jkopru l-perjodu wara l-jum li fih it-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit.

(6)

Dan ir-Regolament ma jaffettwa ebda dritt li jkun inkiseb, jew li kien fil-proċess li jinkiseb, skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru matul il-perjodu qabel id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Hemm bżonn ta' kooperazzjoni tajba biex dawn id-drittijiet jiġu protetti u rrispettati. Huwa importanti li jiġi żgurat li informazzjoni xierqa u f'waqtha tkun disponibbli għall-persuni kkonċernati.

(7)

Billi l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li tinkiseb l-applikazzjoni unilaterali uniformi tal-prinċipji tas-sigurtà soċjali ta' trattament ugwali, ta' assimilazzjoni u ta' aggregazzjoni, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, imma pjuttost, minħabba l-koordinazzjoni tar-rispons tagħhom, jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 TUE. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak il-għan.

(8)

Fid-dawl tal-fatt li, fin-nuqqas ta' ftehim dwar il-ħruġ jew ta' estensjoni tal-perjodu ta' sentejn wara n-notifika mir-Renju Unit tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni, it-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit mit-30 ta' Marzu 2019, u fid-dawl tal-ħtieġa li tingħata ċertezza legali, tqies f'loku li tkun prevista eċċezzjoni għall-perjodu ta' tmien ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-TUE, mat-TFUE u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

(9)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ b'urġenza fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u jenħtieġ li japplika mill-jum ta' wara dak li fih it-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit, sakemm ma jkunx daħal fis-seħħ ftehim dwar il-ħruġ konkluż mar-Renju Unit sa dik id-data,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009.

Artikolu 2

Persuni koperti

Dan ir-Regolament japplika għall-persuni li ġejjin:

(a)

ċittadini ta' Stat Membru, persuni mingħajr Stat u refuġjati li jkunu jew li kienu soġġetti għal-leġiżlazzjoni ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri u li jkunu jew li kienu f'sitwazzjoni li tinvolvi r-Renju Unit qabel id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, kif ukoll il-membri tal-familji u s-superstiti tagħhom;

(b)

ċittadini tar-Renju Unit li jkunu jew li kienu soġġetti għal-leġiżlazzjoni ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri qabel id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, kif ukoll il-membri tal-familji u s-superstiti tagħhom.

Artikolu 3

Materji koperti

Dan ir-Regolament japplika għall-oqsma kollha tas-sigurtà soċjali previsti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004.

Artikolu 4

Trattament ugwali

Il-prinċipju ta' trattament ugwali kif stabbilit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 għandu japplika għall-persuni msemmija fl-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament fir-rigward ta' kwalunkwe sitwazzjoni li seħħet qabel id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Assimilazzjoni u aggregazzjoni

1.   Il-prinċipju ta' assimilazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 għandu japplika fir-rigward tal-benefiċċji jew id-dħul akkwistati u l-fatti jew l-avvenimenti li seħħew fir-Renju Unit qabel id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-prinċipju ta' aggregazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 għandu japplika fir-rigward ta' perjodi ta' assigurazzjoni, impjieg, impjieg indipendenti jew residenza fir-Renju Unit li ġew ikkompletati qabel id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

3.   Għandha tapplika kwalunkwe dispożizzjoni oħra tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 li tkun meħtieġa biex tagħti effett lill-prinċipji stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 6

Relazzjonijiet ma' strumenti oħra ta' koordinazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-konvenzjonijiet u l-ftehimiet eżistenti dwar is-sigurtà soċjali bejn ir-Renju Unit u wieħed jew aktar mill-Istati Membri li huma f'konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u mal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009.

2.   Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għal konvenzjonijiet u ftehimiet dwar is-sigurtà soċjali bejn ir-Renju Unit u wieħed jew aktar mill-Istati Membri konklużi wara l-jum li fih it-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit skont l-Artikolu 50(3) TUE u li jkopru l-perjodu qabel id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, sakemm dawk il-konvenzjonijiet u ftehimiet jagħtu effett lill-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 5(1) u (2) ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(3) ta' dan ir-Regolament, ikunu bbażati fuq il-prinċipji tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, u jkunu fi qbil mal-ispirtu tiegħu.

Artikolu 7

Rapport

Sena wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jindirizza, b'mod partikolari, il-problemi prattiċi li jinqalgħu għall-persuni kkonċernati, inklużi dawk ikkawżati min-nuqqas ta' kontinwità tal-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-jum wara dak li fih it-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit skont l-Artikolu 50(3) TUE.

Madankollu, dan ir-Regolament ma għandux japplika jekk sad-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament ikun daħal fis-seħħ ftehim dwar l-ħruġ konkluż mar-Renju Unit f'konformità mal-Artikolu 50(2) TUE.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, il-25 ta' Marzu 2019.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

G. CIAMBA


(1)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2019.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali (ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta' sigurtà soċjali (ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1).


27.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 85/39


REGOLAMENT (UE) 2019/501 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta' Marzu 2019

dwar regoli komuni li jiżguraw il-konnettività bażika tat-trasport tal-merkanzija bit-triq u tal-passiġġieri bit-triq fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 91(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Fid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit issottometta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni, skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (“TUE”). It-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' ftehim dwar il-ħruġ jew, fin-nuqqas ta' dan, sentejn wara li tkun saret in-notifika, jiġifieri mit-30 ta' Marzu 2019, sakemm il-Kunsill Ewropew, bi ftehim mar-Renju Unit, ma jiddeċidix b'mod unanimu li jestendi dan il-perjodu.

(2)

Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, itemm, fir-rigward tar-relazzjoni tiegħu mas-sebgħa u għoxrin Stat Membru li jifdal u fin-nuqqas ta' kwalunkwe dispożizzjoni speċjali, id-drittijiet u l-obbligi kollha li joriġinaw mid-dritt tal-Unjoni fir-rigward tal-aċċess għas-suq, kif stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 (3) u mir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 (4) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(3)

Is-sistema multilaterali tal-kwoti tal-Konferenza Ewropea tal-Ministri tat-Trasport (ECMT) hija l-unika qafas ġuridiku ieħor disponibbli li jista' jipprovdi bażi għat-trasport tal-merkanzija bit-triq bejn l-Unjoni u r-Renju Unit wara d-data tal-ħruġ. Madankollu, minħabba l-għadd limitat ta' permessi attwalment disponibbli taħt is-sistema tal-ECMT u l-ambitu limitat tagħha fir-rigward tat-tipi ta' operazzjonijiet tat-trasport bit-triq koperti, is-sistema attwalment mhijiex adegwata biex tindirizza bis-sħiħ il-ħtiġijiet tat-trasport tal-merkanzija bit-triq bejn l-Unjoni u r-Renju Unit.

(4)

Sabiex jiġi evitat tfixkil serju kawża ta' dan, inkluż fir-rigward tal-ordni pubbliku, huwa għalhekk meħtieġ li jiġi stabbilit sett temporanju ta' miżuri li jippermettu lill-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq u l-operaturi ta' servizz tal-kowċ u x-xarabank liċenzjati fir-Renju Unit iġorru merkanzija u passiġġieri bit-triq bejn it-territorju ta' dan tal-aħħar u tal-bqija tas-sebgħa u għoxrin Stat Membru, jew mit-territorju tar-Renju Unit għat-territorju tar-Renju Unit bi tranżitu fi Stat Membru wieħed jew aktar. Sabiex jiġi żgurat ekwilibriju ġust bejn ir-Renju Unit u l-Istati Membri li jifdal, jenħtieġ li d-drittijiet mogħtija jkunu soġġetti għall-għoti ta' drittijiet ekwivalenti u għal ċerti kundizzjonijiet li jiżguraw il-kompetizzjoni ġusta.

(5)

Ġibiltà mhijiex inkluża fil-kamp ta' applikazzjoni territorjali ta' dan ir-Regolament u kwalunkwe referenza għar-Renju Unit fih ma jinkludux lil Ġibiltà.

(6)

Id-dritt li jitwettqu operazzjonijiet tat-trasport fit-territorju ta' Stat Membru jew bejn l-Istati Membri huwa kisba fundamentali tas-suq intern u jenħtieġ li, wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u fin-nuqqas ta' kwalunkwe dispożizzjoni speċifika għall-kuntrarju, ma jitħalliex jibqa' disponibbli għal operaturi tat-trasport bit-triq tar-Renju Unit li mhumiex stabbiliti fl-Unjoni. Madankollu, jenħtieġ li jiġu previsti miżuri temporanji ta' eliminazzjoni gradwali sabiex jippermettu lill-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tar-Renju Unit iwettqu għadd limitat ta' operazzjonijiet addizzjonali fit-territorju tal-Unjoni fil-kuntest ta' operazzjonijiet bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni. Immedjatament wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni mingħajr ftehim ta' ħruġ, jenħtieġ li tali miżuri jgħinu biex jipprevjenu tfixkil fil-flussi tat-traffiku, li huma mistennija bħala konsegwenza tal-kontrolli addizzjonali tal-vetturi u l-merkanzija tagħhom, u t-theddid li jirriżulta għall-ordni pubblika. Jenħtieġ li dawn jgħinu biex itaffu, b'mod aktar partikolari, il-pressjoni fuq il-punti tal-fruntiera, li jkunu ta' numru żgħir u li jkunu fejn tali tfixkil huwa l-aktar probabbli, minħabba li l-vetturi m'għandhomx bżonn jerġgħu lura immedjatament. Jenħtieġ li dawn ikunu proporzjonati u ma jirreplikawx l-istess livell ta' drittijiet bħal dawk li jgawdu l-operaturi tat-trasport bit-triq tal-Unjoni skont ir-regoli tas-suq intern, u jenħtieġ li jitneħħew b'mod gradwali f'konformità ma' dan ir-Regolament.

(7)

Fin-nuqqas ta' kwalunkwe dispożizzjoni speċjali, il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni jwassal ukoll għal tfixkil serju, inkluż fir-rigward tal-ordni pubbliku, fil-kuntest tas-servizzi tal-passiġġieri bit-triq. Il-Ftehim dwar it-trasport internazzjonali okkażjonali ta' passiġġieri bil-coach u bix-xarabank (5) (“il-Ftehim Interbus”) huwa l-uniku qafas legali li jipprevedi bażi għat-trasport ta' passiġġieri bix-xarabank u bil-kowċ bejn l-Unjoni u r-Renju Unit wara d-data tal-ħruġ. Ir-Renju Unit se jsir Parti Kontraenti għalih innifsu għall-Ftehim Interbus mill-1 ta' April 2019. Madankollu, il-Ftehim Interbus ikopri biss servizzi okkażjonali u huwa, għalhekk, inadegwat biex jindirizza t-tfixkil li jirriżulta mill-ħruġ, minħabba l-għadd kbir ta' persuni li jkomplu jfittxu li jivvjaġġaw bejn l-Unjoni u r-Renju Unit. Ġie nnegozjat Protokoll għall-Ftehim Interbus li jkopri s-servizzi regolari tat-trasport tal-passiġġieri bejn il-Partijiet Kontraenti tiegħu, iżda mhuwiex mistenni li jidħol fis-seħħ fil-ħin biex joffri soluzzjoni alternattiva vijabbli għas-sitwazzjoni attwali għall-perjodu immedjatament wara l-ħruġ tar-Renju Unit. Għalhekk, għal servizzi regolari u speċjali tat-trasport tal-passiġġieri bix-xarabank u bil-kowċ, l-istrumenti attwali ma jindirizzawx il-ħtiġijiet tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri bejn l-Unjoni u r-Renju Unit. Biex jittaffa t-tfixkil maġġuri li jirriżulta u li jista' jqiegħed l-ordni pubbliku f'riskju, huwa għalhekk xieraq li t-trasportaturi tar-Renju Unit jitħallew iġorru passiġġieri mir-Renju Unit lejn l-Unjoni u viċe versa sakemm ir-Renju Unit jagħti għall-inqas drittijiet ekwivalenti lit-trasportaturi tal-UE. Dawk id-drittijiet mogħtija taħt dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu limitati għal perjodu qasir ta' żmien, sabiex jippermettu li l-Protokoll għall-Ftehim Interbus dwar is-servizzi regolari jidħol fis-seħħ u r-Renju Unit jaderixxi għal dak il-Protokoll.

Is-servizzi transfruntiera bil-kowċ u x-xarabank bejn l-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq huma ta' importanza partikolari għall-komunitajiet li jgħixu fir-reġjuni tal-fruntieri, bil-ħsieb li tiġi żgurata konnettività bażika bejn il-komunitajiet inter alia bħala parti miż-Żona Komuni għall-Ivvjaġġar. Il-ġbir u t-tniżżil ta' passiġġieri fir-reġjuni fuq kull naħa tal-fruntiera jsostnu l-vijabbiltà ta' dawk is-servizzi. Għalhekk, il-ġbir u t-tniżżil ta' passiġġieri minn operaturi tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank tar-Renju Unit jenħtieġ li jkomplu jiġu awtorizzati fir-reġjuni tal-fruntiera tal-Irlanda matul servizzi internazzjonali tat-trasport tal-passiġġieri bil-kowċ u x-xarabank bejn l-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq. Dawn id-drittijiet jenħtieġ li jingħataw għal perjodu ta' żmien limitat (sat-30 ta' Settembru 2019) biex l-alternattivi jkunu jistgħu jiġu implimentati.

(8)

Sabiex jirriflettu l-karattru temporanju tagħhom, filwaqt li ma jiġix stabbilit preċedent, jenħtieġ li s-sett ta' miżuri previst f'dan ir-Regolament ikun limitat għal perjodu qasir ta' żmien. Fir-rigward ta' operazzjonijiet tat-trasport tal-merkanzija bit-triq, il-limitu ta' żmien isir fid-dawl ta' arranġamenti possibbli li jsiru għall-konnettività bażika fl-ambitu tas-sistema tal-EMCT, u mingħajr preġudizzju kemm għan-negozjati possibbli kif ukoll għad-dħul fis-seħħ ta' ftehim futur li jkopri t-trasport tal-merkanzija bit-triq bejn l-Unjoni u r-Renju Unit u regoli futuri tal-Unjoni dwar it-trasport. F'dak li għandu x'jaqsam mat-trasport tal-passiġġieri bix-xarabank u bil-kowċ, il-limitu ta' żmien isir biex il-Protokoll għall-Ftehim Interbus dwar is-servizzi regolari jkun jista' jidħol fis-seħħ u biex ir-Renju Unit jaderixxi għal dak il-Protokoll, u mingħajr preġudizzju għal ftehim futur possibbli dwar il-kwistjoni bejn l-Unjoni u r-Renju Unit.

(9)

F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità stabbilit fl-Artikolu 5 TUE, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.

(10)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b'urġenza u japplika mill-jum wara dak li fih it-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit, sakemm ma jkunx daħal- fis-seħħ sa dik id-data ftehim dwar il-ħruġ konkluż mar-Renju Unit. Jenħtieġ li dan ir-Regolament fi kwalunkwe każ ma jibqgħax japplika mill-31 ta' Diċembru 2019. L-Unjoni, għalhekk, se tieqaf milli teżerċita l-kompetenza eżerċitata permezz ta' dan ir-Regolament wara dik id-data. Mingħajr preġudizzju għal miżuri oħra tal-Unjoni, u soġġett għall-konformità ma' dawk il-miżuri, dik il-kompetenza, f'konformità mal-Artikolu 2(2) tat-TFUE, terġa' tiġi eżerċitata mill-Istati Membri wara dan. Il-kompetenzi rispettivi tal-Unjoni u tal-Istati Membri fir-rigward tal-konklużjoni ta' ftehimiet internazzjonali fil-qasam tat-trasport bit-triq għandhom jiġu ddeterminati f'konformità mat-Trattati u filwaqt li titqies il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.

(11)

Fejn meħtieġ biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tas-suq, is-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni, biex terġa' tiġi stabbilita l-ekwivalenza tad-drittijiet mogħtija mill-Unjoni lill-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tar-Renju Unit, kif ukoll lill-operaturi ta' servizz tal-kowċ u x-xarabank tar-Renju Unit, ma' dawk mogħtija mir-Renju Unit lill-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tal-Unjoni, u lill-operaturi ta' servizz tal-kowċ u x-xarabank tal-Unjoni, inkluż meta d-drittijiet mogħtija mir-Renju Unit jingħataw fuq il-bażi tal-Istat Membru ta' oriġini jew inkella ma jkunux ugwalment disponibbli għall-operaturi kollha tal-Unjoni, u biex jiġi offrut rimedju għall-okkorrenzi ta' kompetizzjoni inġusta għad-detriment tal-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tal-Unjoni u tal-operaturi ta' servizz tal-kowċ u x-xarabank tal-Unjoni.

(12)

L-atti delegati jenħtieġ li jkunu konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità, u għalhekk it-termini tagħhom jenħtieġ li jkunu proporzjonati mal-problemi li jinqalgħu minħabba n-nuqqas ta' għoti ta' drittijiet ekwivalenti jew permezz ta' kundizzjonijiet inġusti ta' kompetizzjoni. Is-sospensjoni tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi prevista mill-Kummissjoni biss fil-każijiet l-aktar serji, fejn l-ebda drittijiet ekwivalenti ma jingħataw lil operaturi tat-trasport bit-triq tal-Unjoni jew lil operaturi ta' servizz tal-kowċ u x-xarabank tal-Unjoni mir-Renju Unit jew fejn id-drittijiet mogħtija jkunu minimi, jew fejn il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni għall-operaturi tat-trasport bit-triq tar-Renju Unit jew l-operaturi ta' servizz tal-kowċ u x-xarabank fir-Renju Unit ikunu tant differenti minn dawk tal-operaturi tal-Unjoni li l-provvista tas-servizzi inkwistjoni tal-operaturi tal-Unjoni ma tkunx ekonomikament vijabbli għalihom.

(13)

Meta jiġu adottati l-atti delegati, huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitmexxew f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (6). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li fih jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati. Jenħtieġ li jiġi żgurat li kwalunkwe att delegat bħal dan ma jaffettwax bla bżonn il-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

(14)

Sabiex jiġi żgurat li d-drittijiet mogħtija mir-Renju Unit lill-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tal-Unjoni u lill-operaturi ta' servizz tal-kowċ u x-xarabank tal-Unjoni ekwivalenti għal dawk mogħtija minn dan ir-Regolament lill-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tar-Renju Unit u lill-operaturi ta' servizz tal-kowċ u x-xarabank tar-Renju Unit ikunu disponibbli bl-istess mod għall-operaturi kollha tal-Unjoni, il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 1072/2009 u (KE) Nru 1073/2009 jenħtieġ li jiġi estiż temporanjament. Dawk ir-Regolamenti diġà jkopru l-parti tal-vjaġġ bejn Stat Membru u pajjiż terz fit-territorju ta' kwalunkwe Stat Membru li wieħed jgħaddi minnu fi tranżitu. Madankollu, huwa meħtieġ li jiġi żgurat, f'dan il-każ, li r-Regolament (KE) Nru 1072/2009 japplika wkoll għall-parti tal-vjaġġ fit-territorju tal-Istat Membru tat-tagħbija jew tal-ħatt, u li r-Regolament (KE) Nru 1073/2009 japplika għall-parti tal-vjaġġ fit-territorju tal-Istat Membru ta' ġbir jew ta' tniżżil tal-passiġġieri. Tali estensjoni għandha l-għan li tiżgura li l-operaturi tal-Unjoni jkunu jistgħu jwettqu operazzjonijiet ta' trasport transfruntier minn terzi lejn jew mir-Renju Unit, kif ukoll waqfiet addizzjonali fl-operazzjoni tagħhom tat-trasport tal-passiġġieri,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri temporanji li jirregolaw it-trasport tal-merkanzija bit-triq, kif ukoll il-provvista ta' servizzi tat-trasport regolari u tat-trasport regolari speċjali ta' passiġġieri bil-kowċ u x-xarabank, bejn l-Unjoni u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (“ir-Renju Unit”) wara l-ħruġ tiegħu mill-Unjoni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“vettura” tfisser, fir-rigward tat-trasport tal-merkanzija, vettura bil-mutur irregistrata fir-Renju Unit jew vetturi kkombinati, li talanqas il-vettura bil-mutur tagħhom tkun irreġistrata fir-Renju Unit, użata esklussivament għat-trasport tal-merkanzija, li tkun jew proprjetà tal-impriża, wara li tkun inxtrat minnha b'kundizzjonijiet differiti jew li tkun ġiet mikrija, sakemm, fil-każ tal-aħħar, tikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2006/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) ufir-rigward tat-trasport tal-passiġġieri, xarabank jew kowċ;

(2)

“trasport awtorizzat ta' merkanzija” tfisser:

(a)

vjaġġ bit-tagħbija li jsir minn vettura mit-territorju tal-Unjoni għat-territorju tar-Renju Unit, jew viċe versa, li jgħaddi jew bla ma jgħaddi minn Stat Membru wieħed jew aktar jew minn pajjiżi terzi;

(b)

wara vjaġġ bit-tagħbija mit-territorju tar-Renju Unit kopert mill-punt (a) ta' dan il-punt, il-prestazzjoni fi żmien sebat ijiem mill-ħatt fit-territorju tal-Unjoni sa żewġ operazzjonijiet addizzjonali ta' tagħbija u ħatt fit-territorju tal-Unjoni għal perjodu ta' erba' xhur mill-ewwel jum ta' applikazzjoni stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12, u operazzjoni waħda fi żmien sebat ijiem mill-ħatt fit-territorju tal-Unjoni, matul it-tliet xhur ta' wara;

(c)

vjaġġ bit-tagħbija li jsir minn vettura mit-territorju tar-Renju Unit għat-territorju tar-Renju Unit bi tranżitu fit-territorju tal-Unjoni;

(d)

vjaġġ bla tagħbija li huwa involut ma' trasport imsemmi fil-punti (a) u (c);

(3)

“trasport awtorizzat ta' passiġġieri bil-kowċ u x-xarabank” tfisser:

(a)

vjaġġ bit-tagħbija li jsir minn xarabank jew kowċ biex jipprovdi trasport tal-passiġġieri mit-territorju tal-Unjoni għat-territorju tar-Renju Unit, jew viċe versa, bi tranżitu jew bla tranżitu li jgħaddi minn Stat Membru jew aktar jew minn pajjiżi terzi;

(b)

vjaġġ li jsir minn xarabank jew minn kowċ biex jipprovdi trasport tal-passiġġieri mit-territorju tar-Renju Unit għat-territorju tar-Renju Unit bi tranżitu fit-territorju tal-Unjoni;

(c)

vjaġġ li ma jittrasportax passiġġieri li huwa involut ma' trasport imsemmi fil-punti (a) u (b);

(d)

il-ġbir u t-tniżżil ta' passiġġieri fir-reġjun tal-fruntiera tal-Irlanda matul servizzi regolari u servizzi regolari speċjali internazzjonali bejn l-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq, sat-30 ta' Settembru 2019;

(4)

“reġjun tal-fruntiera tal-Irlanda” tfisser il-kontej tal-Irlanda li jmissu mal-fruntiera tal-art bejn l-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq;

(5)

“operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tal-Unjoni” tfisser impriża, involuta fit-trasport tal-merkanzija bit-triq, li jkollha liċenzja Komunitarja valida, f'konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009;

(6)

“operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tar-Renju Unit” tfisser impriża stabbilita fir-Renju Unit li hija awtorizzata li teżerċita t-trasport tal-merkanzija bit-triq u li għandha liċenzja valida tar-Renju Unit;

(7)

“liċenzja tar-Renju Unit”, meta maħruġa lil operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tar-Renju Unit, tfisser liċenzja maħruġa mir-Renju Unit għall-finijiet ta' trasport internazzjonali fir-rigward tat-trasport awtorizzat ta' merkanzija u, meta maħruġa lil operatur ta' servizz tal-kowċ u x-xarabank tar-Renju Unit, liċenzja maħruġa mir-Renju Unit għall-finijiet ta' trasport internazzjonali fir-rigward ta trasport awtorizzat ta' passiġġieri bil-kowċ u x-xarabank;

(8)

“xarabank jew kowċ” tfisser vettura rreġistrata fir-Renju Unit, li tkun, minħabba l-kostruzzjoni u t-tagħmir tagħha, adattata u maħsuba biex tittrasporta aktar minn disa' passiġġieri, inkluż is-sewwieq;

(9)

“servizzi regolari” tfisser servizzi li jipprovdu trasport tal-passiġġieri f'intervalli speċifikati tul rotot speċifikati, filwaqt li passiġġieri jinġabru u jitniżżlu f'punti ta' waqfien determinati minn qabel;

(10)

“servizzi regolari speċjali” tfisser servizzi regolari, irrispettivament minn min jorganizzahom, li jipprovdu trasport ta' kategoriji speċifikati ta' passiġġieri, bl-esklużjoni ta' passiġġieri oħra;

(11)

“operatur ta' servizz tal-kowċ u x-xarabank fl-Unjoni” tfisser impriża involuta fit-trasport ta' passiġġieri bil-kowċ u x-xarabank li jkollha liċenzja Komunitarja valida f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1073/2009;

(12)

“operatur ta' servizz tal-kowċ u x-xarabank tar-Renju Unit” tfisser impriża stabbilita fir-Renju Unit li hija awtorizzata biex tingaġġa ruħha fit-trasport ta' passiġġieri bil-kowċ u x-xarabank u li jkollha liċenzja valida tar-Renju Unit;

(13)

“operatur” tfisser jew operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq jew operatur ta' servizz tal-kowċ u x-xarabank;

(14)

“liġi tal-kompetizzjoni” tfisser kwalunkwe liġi li tindirizza l-imġiba li ġejja, meta din tista' taffettwa servizzi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq jew servizzi tal-kowċ u x-xarabank:

(a)

Imġiba li tikkonsisti fi:

(i)

ftehimiet bejn operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq jew operaturi ta' servizz tal-kowċ u x-xarabank, rispettivament, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta' operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq jew minn operaturi ta' servizz tal-kowċ u x-xarabank, u prattiki miftiehma li għandhom bħala skop tagħhom il-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni jew li jaffettwawhom;

(ii)

abbużi ta' pożizzjoni dominanti minn operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq jew ta' operatur ta' servizz tal-kowċ u x-xarabank wieħed jew aktar;

(iii)

miżuri meħuda jew miżmuma fis-seħħ mir-Renju Unit fil-każ ta' impriżi pubbliċi u impriżi li r-Renju Unit jagħtihom drittijiet speċjali jew esklużivi u li jmorru kontra l-punt (i) jew (ii); u

(b)

konċentrazzjonijiet bejn operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq jew operaturi ta' servizz tal-kowċ u x-xarabank, li jimpedixxu b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva, b'mod partikolari b'riżultat tal-ħolqien jew tat-tisħiħ ta' pożizzjoni dominanti;

(15)

“sussidju” tfisser kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija lil operatur mill-gvern jew minn kwalunkwe korp pubbliku ieħor fi kwalunkwe livell, li jikkonferixxi benefiċċju, u li jinkludi:

(a)

it-trasferiment dirett ta' fondi bħalma huma għotjiet, self jew infużjoni tal-kapital ta' ekwità, it-trasferiment dirett potenzjali ta' fondi, it-teħid ta' obbligazzjonijiet, bħalma huma garanziji fuq is-self, l-injezzjonijiet ta' kapital, is-sjieda, il-protezzjoni kontra l-falliment jew l-assigurazzjoni;

(b)

l-astensjoni mill-ġbir jew in-nuqqas ta' ġbir ta' dħul li altrimenti huwa dovut;

(c)

il-provvista ta' merkanzija jew servizzi oħra għajr l-infrastruttura ġenerali, jew ix-xiri ta' merkanzija jew servizzi; jew

(d)

li jsiru pagamenti lil mekkaniżmu ta' fondi, jew li jitħalla f'idejn entità privata sabiex twettaq funzjoni waħda jew iktar imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) li normalment jiġu vestiti fil-gvern jew korp pubbliku ieħor u l-prattika f'ebda sens ma tkun differenti mill-prattiki normalment segwiti mill-gvernijiet.

L-ebda benefiċċju ma jitqies li jkun ġie mogħti minn kontribuzzjoni finanzjarja li tkun saret minn gvern jew korp pubbliku ieħor jekk operatur tas-suq privat immotivat biss mill-prospett ta' profitt, li jinsab fl-istess sitwazzjoni bħal korp pubbliku inkwistjoni, ikun wettaq l-istess kontribuzzjoni finanzjarja;

(16)

“awtorità tal-kompetizzjoni indipendenti” tfisser awtorità li hija responsabbli mill-applikazzjoni u mill-infurzar tal-liġi tal-kompetizzjoni kif ukoll mill-kontroll tas-sussidji, u li tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-awtorità hija operazzjonalment indipendenti u hija mgħammra b'mod adegwat bir-riżorsi meħtieġa biex twettaq il-kompiti tagħha;

(b)

fit-twettiq tad-dmirijiet tagħha u waqt li teżerċita s-setgħat tagħha, l-awtorità tgawdi mill-garanziji neċessarji ta' indipendenza minn indħil politiku jew minn kwalunkwe influwenza esterna oħra u taġixxi b'mod imparzjali; u

(c)

id-deċiżjonijiet tal-awtorità huma soġġetti għal rieżami ġudizzjarju;

(17)

“diskriminazzjoni” tfisser divrenzjar ta' kull tip mingħajr ġustifikazzjoni oġġettiva fir-rigward tal-provvista ta' merkanzija jew servizzi, inklużi s-servizzi pubbliċi, użati għat-tħaddim ta' servizzi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq jew ta' servizz tal-kowċ u x-xarabank, jew fir-rigward tat-trattament tagħhom mill-awtoritajiet pubbliċi rilevanti għat-tali servizzi;

(18)

“territorju tal-Unjoni” tfisser it-territorju tal-Istati Membri li għalih japplikaw it-TUE u t-TFUE, bil-kundizzjonijiet stipulati f'dawk it-Trattati.

Artikolu 3

Id-dritt li jitwettaq trasport awtorizzat ta' merkanzija

1.   L-operaturi tat-trasport ta' merkanzija bit-triq tar-Renju Unit jistgħu, taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament, iwettqu trasport awtorizzat ta' merkanzija.

2.   It-trasport awtorizzat ta' merkanzija tat-tipi li ġejjin jistgħu jitwettqu minn persuni naturali jew ġuridiċi stabbiliti fir-Renju Unit, mingħajr il-ħtieġa għal liċenzja tar-Renju Unit fis-sens tal-Artikolu 2(7):

(a)

it-trasport tal-posta bħala servizz universali;

(b)

it-trasport ta' vetturi li jkunu ġarrbu ħsarat jew li waqfu jiffunzjonaw;

(c)

it-trasport ta' merkanzija f'vetturi bil-mutur li l-massa bit-tagħbija permissibbli tagħhom, li jinkludi anke t-toqol tal-karrijiet, ma teċċedix it-3,5 tunnellati;

(d)

it-trasport ta' prodotti mediċinali, apparat, tagħmir u artikoli oħra li huma meħtieġa għall-kura medika f'każijiet ta' emerġenza, partikolarment fil-każijiet ta' diżastri naturali;

(e)

it-trasport tal-merkanzija sakemm:

(i)

il-merkanzija li tinġarr tkun il-proprjetà tal-impriża jew li tkun inbiegħet, inxtrat, ingħatat b'kera jew inkriet, kienet prodotta, estratta, ipproċessata jew imsewwija mill-impriża;

(ii)

l-iskop tal-vjaġġ ikun li tinġarr il-merkanzija lejn jew mill-impriża jew biex tiġi mċaqalqa, kemm jekk ġewwa l-impriża jew barra minnha, għall-ħtiġiet tagħha;

(iii)

vetturi bil-magna użati għat-tali trasport iridu jsuquhom l-impjegati tal-impriża jew għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha fuq obbligu kuntrattwali;

(iv)

il-vetturi li jġorru l-merkanzija jkunu proprjetà tal-impriża jew ikunu nxtraw minnha bi ħlas bin-nifs jew mikrijin, sakemm fil-każ tal-aħħar, dawn ikunu jilħqu l-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2006/1/KE; u

(v)

dan it-trasport ma jkunx ħlief anċillari għall-attivitajiet kollha tal-impriża;

Artikolu 4

Dritt ta' twettiq ta' servizzi regolari u servizzi regolari speċjali bil-kowċ u x-xarabank

1.   L-operaturi tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank tar-Renju Unit jistgħu, taħt kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament, iwettqu trasport awtorizzat ta' passiġġieri bil-kowċ u x-xarabank li jikkostitwixxi servizzi regolari u servizzi regolari speċjali.

2.   L-operaturi ta' servizz tal-kowċ u x-xarabank tar-Renju Unit iridu jkunu fil-pussess ta' awtorizzazzjoni maħruġa qabel id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament f'konformità mal-Artikoli 6 sa 11 tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 biex iwettqu servizzi regolari u servizzi regolari speċjali awtorizzati bil-kowċ u x-xarabank għall-kiri u għal remunerazzjoni.

3.   L-awtorizzazzjonijiet li jibqgħu validi taħt il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jistgħu jkomplu jintużaw għall-iskopijiet speċifikati fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jekk ikunu ġew imġedda taħt l-istess termini u kundizzjonijiet, jew jinbidlu f'termini ta' waqfiet, nollijiet jew skeda, u soġġetti għar-regoli u l-proċeduri tal-Artikoli 6 sa 11 tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 għal perjodu ta' validità li ma jestendix lil hinn mill-31 ta' Diċembru 2019.

4.   It-trasport awtorizzat tal-passiġġieri bil-kowċ u x-xarabank imwettaq minn persuni naturali jew ġuridiċi stabbiliti fir-Renju Unit, għal skopijiet mhux kummerċjali u mingħajr profitt jistgħu jitwettqu mingħajr il-ħtieġa ta' liċenzja tar-Renju Unit fis-sens tal-Artikolu 2(7), fejn:

(a)

l-attività tat-trasport tkun biss attività anċillari għal dik il-persuna fiżika jew ġuridika; u

(b)

il-vetturi użati jkunu l-proprjetà ta' dik il-persuna fiżika jew ġuridika jew ikunu ġew akkwistati minn dik il-persuna b'xiri fit-tul jew ikunu soġġetti għal kuntratt ta' kiri fit-tul, u jinsaqu minn membru tal-persunal tal-persuna fiżika jew ġuridika, jew mill-persuna fiżika nnifisha, jew minn persunal impjegat mill-impriża, jew imqiegħed għad-dispożizzjoni tagħha, taħt obbligu kuntrattwali.

Dawk l-operazzjonijiet tat-trasport għandhom ikunu eżentati minn kwalunkwe sistema ta' awtorizzazzjoni fl-Unjoni, sakemm il-persuna li twettaq l-attività tkun fil-pussess ta' awtorizzazzjoni nazzjonali maħruġa qabel id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament f'konformità mal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009.

5.   Il-bdil ta' vettura, jew l-interruzzjoni ta' trasport biex ikun possibbli li parti mill-vjaġġ isir b'mezz ieħor ta' trasport, ma għandux jaffettwa l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Ftehimiet jew arranġamenti bilaterali

L-Istati Membri ma għandhom la jinnegozjaw u lanqas jidħlu f'ebda ftehim jew arranġament bilaterali mar-Renju Unit dwar kwistjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-perjodu li matulu japplika dan ir-Regolament. Fir-rigward ta' dak il-perjodu, dawn ma għandhom jagħtu lill-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tar-Renju Unit jew lill-operaturi ta' servizz tal-kowċ u x-xarabank tar-Renju Unit ebda dritt mod ieħor għajr dawk id-drittijiet mogħtija f'dan ir-Regolament, mingħajr preġudizzju għal arranġamenti bilaterali eżistenti.

Artikolu 6

Regoli soċjali u tekniċi

Matul it-trasport awtorizzat ta' merkanzija jew passiġġieri bil-kowċ u x-xarabank f'konformità ma' dan ir-Regolament, ir-regoli li ġejjin għandhom jiġu osservati:

(a)

fir-rigward ta' ħaddiema mobbli u xufiera li jaħdmu għal rashom, ir-rekwiżiti stabbiliti mill-Istati Membri f'konformità mad-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8);

(b)

fir-rigward ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali marbuta mat-trasport bit-triq, ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9);

(c)

fir-rigward ta' takografi fit-trasport bit-triq, ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10);

(d)

fir-rigward tal-kwalifika inizjali u t-taħriġ perjodiku tax-xufiera, ir-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11);

(e)

fir-rigward tad-dimensjonijiet u l-piżijiet massimi awtorizzati ta' ċerti vetturi tat-triq, ir-rekwiżiti stabbiliti mill-Istati Membri f'konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE (12);

(f)

fir-rigward tal-installazzjoni u tal-użu ta' apparat li jillimita l-veloċità għal ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur, ir-rekwiżiti stabbiliti mill-Istati Membri f'konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE (13);

(g)

fir-rigward tal-użu obbligatorju taċ-ċintorini tas-sigurtà u tas-sistemi ta' sikurezza għat-tfal fil-vetturi, ir-rekwiżiti stabbiliti mill-Istati Membri skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/671/KEE (14);

(h)

fir-rigward tal-istazzjonar tal-ħaddiema, ir-rekwiżiti stabbiliti mill-Istati Membri f'konformità mad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15).

(i)

fir-rigward tad-drittijiet tal-passiġġieri, ir-Regolament (UE) Nru 181/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16).

Artikolu 7

Ekwivalenza tad-drittijiet

1.   Il-Kummissjoni għandha timmonitorja d-drittijiet mogħtija mir-Renju Unit lill-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq u lill-operaturi ta' servizz tal-kowċ u x-xarabank tal-Unjoni u l-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tagħhom.

2.   Fejn tiddetermina li d-drittijiet mogħtija mir-Renju Unit lill-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tal-Unjoni jew tal-operaturi ta' servizz tal-kowċ u x-xarabank mhumiex, de jure jew de facto, ekwivalenti għal dawk mogħtija lill-operaturi tar-Renju Unit taħt dan ir-Regolament, jew li dawk id-drittijiet mhumiex disponibbli b'mod ugwali għall-operaturi kollha tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tal-Unjoni jew għall-operaturi ta' servizzi tal-kowċ u x-xarabank tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien u sabiex terġa' tistabbilixxi l-ekwivalenza, tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11 sabiex twettaq dan li ġej:

(a)

tissospendi l-applikazzjoni tal-Artikolu 3(1) u (2) jew l-Artikolu 4(1) sa (4) ta' dan ir-Regolament meta l-ebda dritt ekwivalenti ma jingħata lill-operaturi tal-Unjoni, jew meta d-drittijiet mogħtija jkunu minimi;

(b)

tistabbilixxi limiti tal-kapaċità disponibbli permissibbli għall-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tar-Renju Unit u għall-operaturi tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank tar-Renju Unit jew għall-għadd ta' vjaġġi, jew għat-tnejn; jew

(c)

tadotta restrizzjonijiet operattivi relatati mat-tipi ta' vetturi jew mal-kundizzjonijiet ta' ċirkolazzjoni.

Artikolu 8

Kompetizzjoni ġusta

1.   Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-kundizzjonijiet li taħthom l-operaturi tal-Unjoni jikkompetu mal-operaturi tar-Renju Unit biex jipprovdu s-servizzi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq u s-servizzi tal-kowċ u x-xarabank koperti minn dan ir-Regolament.

2.   Meta tiddetermina li, bħala riżultat ta' kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, il-kundizzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jkunu sostanzjalment inqas favorevoli minn dawk li jgawdu l-operaturi tar-Renju Unit, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien u sabiex tirrimedja dik is-sitwazzjoni, tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11 sabiex twettaq dan li ġej:

(a)

tissospendi l-applikazzjoni tal-Artikolu 3(1) u (2) jew l-Artikolu 4(1) sa (4) meta l-kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni għall-operaturi tat-trasport bit-triq tar-Renju Unit jew tal-operaturi tas-servizzi tax-xarabank u l-kowċ tar-Renju Unit ikunu tant differenti minn dawk li japplikaw liill-operaturi tal-Unjoni li l-provvista ta' servizzi minn dawn tal-aħħar ma tkunx ekonomikament vijabbli għalihom; jew

(b)

tistabbilixxi limiti għall-kapaċità disponibbli permissibbli għall-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tar-Renju Unit u għall-operaturi ta' servizz tal-kowċ u x-xarabank tar-Renju Unit, jew għall-għadd ta' vjaġġi jew għat-tnejn; jew

(c)

tadotta restrizzjonijiet operattivi relatati mat-tipi ta' vetturi jew mal-kundizzjonijiet ta' ċirkolazzjoni.

3.   L-atti delegati msemmija fil-paragrafu 2 għandhom, taħt il-kundizzjonijiet speċifikati f'dak il-paragrafu, jiġu adottati sabiex jirrimedjaw is-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-għoti ta' sussidji mir-Renju Unit;

(b)

in-nuqqas mir-Renju Unit, li jkollu stabbilita jew li japplika b'mod effettiv liġi tal-kompetizzjoni;

(c)

in-nuqqas mir-Renju Unit, li jistabbilixxi jew iżomm awtorità tal-kompetizzjoni indipendenti;

(d)

l-applikazzjoni mir-Renju Unit ta' standards dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema, tas-sikurezza, tas-sigurtà jew tal-ambjent li jkunu inferjuri għal dawk stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni jew, fin-nuqqas ta' dispożizzjonijiet rilevanti fil-liġi tal-Unjoni, ikunu inferjuri għal dawk applikati mill-Istati Membri kollha jew, fi kwalunkwe każ, ikunu inferjuri għall-istandards internazzjonali rilevanti;

(e)

l-applikazzjoni mir-Renju Unit ta' standards relatati mal-għoti ta' liċenzji għal operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq jew għal operaturi ta' servizzi tal-kowċ u x-xarabank li huma inferjuri għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) 1071/2009 (17);

(f)

l-applikazzjoni mir-Renju Unit ta' standards relatati mal-kwalifika u t-taħriġ ta' xufiera professjonali li jkunu inferjuri għal dawk stabbiliti fid-Direttiva 2003/59/KE;

(g)

l-applikazzjoni mir-Renju Unit tar-regoli fir-rigward tar-regoli tat-tassazzjoni u tal-pedaġġi tat-triq li jkunu differenti mir-regoli stabbiliti fid-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18); u

(h)

kwalunkwe forma ta' diskriminazzjoni kontra l-operaturi tal-Unjoni.

4.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista' titlob informazzjoni mingħand l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit jew mill-operaturi tar-Renju Unit. dawn ma jipprovdux l-informazzjoni mitluba fil-perjodu ta' żmien raġonevoli stipulat mill-Kummissjoni, jew jipprovdu informazzjoni mhux kompluta, il-Kummissjoni tista' tipproċedi skont il-paragrafu 2.

Artikolu 9

Estensjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 1072/2009 u (KE) Nru 1073/2009

1.   Fil-kuntest tat-trasport ta' merkanzija bejn it-territorju tal-Unjoni u t-territorju tar-Renju Unit imwettaq minn operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tal-Unjoni li jiddependi fuq drittijiet mogħtija mir-Renju Unit, kif imsemmi fl-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament, ekwivalenti għal dawk mogħtija taħt dan ir-Regolament, ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 għandu japplika għall-parti tal-vjaġġ fit-territorju tal-Istat Membru tat-tagħbija jew tal-ħatt.

2.   Fil-kuntest tat-trasport ta' passiġġieri bejn it-territorju tal-Unjoni u t-territorju tar-Renju Unit imwettaq minn operatur ta' servizz tal-kowċ u x-xarabank tal-Unjoni li jiddependi fuq id-drittijiet mogħtija mir-Renju Unit, kif imsemmi fl-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament, ekwivalenti għal dawk mogħtija taħt dan ir-Regolament, ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 għandu japplika għall-parti tal-vjaġġ fit-territorju tal-Istat Membru ta' ġbir jew ta' tniżżil.

Artikolu 10

Konsultazzjoni u kooperazzjoni

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkonsultaw l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit u jikkooperaw magħhom skont il-ħtieġa sabiex jassiguraw l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2.   L-Istati Membri għandhom, fuq talba, jipprovdu lill-Kummissjoni, mingħajr dewmien żejjed kwalunkwe informazzjoni miksuba skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jew kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 7 u 8.

Artikolu 11

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 7(2) u 8(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2019.

2.   Qabel l-adozzjoni ta' att delegat skont l-Artikolu 7(2) jew 8(2), il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti maħtura minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

3.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-jum wara dak meta t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit skont l-Artikolu 50(3) TUE.

Madankollu, dan ir-Regolament m'għandux japplika jekk sa dik id-data jkun daħal fis-seħħ ftehim dwar l-ħruġ konkluż mar-Renju Unit f'konformità mal-Artikolu 50(2) TUE.

Dan ir-Regolament għandu jieqaf japplika fil-31 ta' Diċembru 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, il-25 ta' Marzu 2019.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

G. CIAMBA


(1)  Opinjoni tal-20 ta' Frar 2019 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2019.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 72).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 88).

(5)  ĠU L 321, 26.11.2002, p. 13.

(6)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(7)  Id-Direttiva 2006/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Jannar 2006 dwar l-użu ta' vetturi mikrija mingħajr is-sewwieq għat-trasport ta' merkanzija bit-triq (ĠU L 33, 4.2.2006, p. 82).

(8)  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/15/KE tal-11 ta' Marzu 2002 dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta' ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq (ĠU L 80, 23.3.2002, p. 35).

(9)  Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1).

(10)  Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1).

(11)  Id-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2003 dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perijodiku ta' sewwieqa ta' ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta' prodotti jew passiġġieri, li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u d-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 76/914/KEE (ĠU L 226, 10.9.2003, p. 4).

(12)  Id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta' Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59).

(13)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE tal-10 ta' Frar 1992 dwar l-istallazzjoni u l-użu ta' apparat li jillimita l-veloċità għal ċerti kategoriji ta' vetturi tal-mutur fil-Komunità (ĠU L 57, 2.3.1992, p. 27).

(14)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/671/KEE tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-użu obbligatorju taċ-ċintorini tas-sigurtà u s-sistemi ta' sikurezza għat-tfal fil-vetturi (ĠU L 373, 31.12.1991, p. 26).

(15)  Id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi (ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1).

(16)  Ir-Regolament (UE) Nru 181/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 1).

(17)  Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51).

(18)  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1999/62/KE tas-17 ta' Ġunju 1999 dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi (ĠU L 187, 20.7.1999, p. 42).


27.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 85/49


REGOLAMENT (UE) 2019/502 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta' Marzu 2019

dwar regoli komuni biex tiġi żgurata konnettività bażika fit-trasport bl-ajru fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Fid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit ippreżenta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. It-Trattati se jieqfu japplikaw għar-Renju Unit mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' ftehim dwar il-ħruġ jew jekk dan ma jintlaħaqx, sentejn wara dik in-notifika, jiġifieri mit-30 ta' Marzu 2019, sakemm il-Kunsill Ewropew, bi ftehim mar-Renju Unit, ma jiddeċidix b'mod unanimu li jestendi dak il-perjodu.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistipula l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-liċenzja operattiva tal-Unjoni lit-trasportaturi tal-ajru u jistabbilixxi l-libertà li jiġu pprovduti servizzi tal-ajru intra-UE.

(3)

Fin-nuqqas ta' xi dispożizzjonijiet speċjali, il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni jtemm id-drittijiet u l-obbligi kollha li jirriżultaw mil-liġi tal-Unjoni fir-rigward tal-aċċess għas-suq kif stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, sa fejn jikkonċerna r-relazzjoni bejn ir-Renju Unit u s-27 Stat Membru li jibqgħu fl-Unjoni.

(4)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit sett temporanju ta' miżuri li jippermettu lit-trasportaturi b'liċenzja fir-Renju Unit jipprovdu servizzi tat-trasport bl-ajru bejn it-territorju tar-Renju Unit u s-27 Stat Membru li jibqgħu fl-Unjoni. Sabiex jiġi żgurat ekwilibriju kif suppost bejn ir-Renju Unit u l-Istati Membri li jibqgħu fl-Unjoni, jenħtieġ li d-drittijiet li jingħataw ikunu kundizzjonati fuq l-għoti ta' drittijiet ekwivalenti mir-Renju Unit lit-trasportaturi tal-ajru b'liċenzja fl-Unjoni u jkunu soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet li jiżguraw kompetizzjoni ġusta.

(5)

Sabiex jiġi rifless il-karattru temporanju tiegħu, jenħtieġ li l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tkun limitata għal perjodu qasir ta' żmien, mingħajr preġudizzju għan-negozjar possibbli u għad-dħul fis-seħħ ta' ftehim fil-ġejjieni li jkopri l-ftehim dwar il-provvista ta' servizzi tal-ajru mar-Renju Unit li fiha l-Unjoni tagħmel parti. Il-Kummissjoni għandha tingħata, fuq ir-rakkomandazzjoni tagħha u malajr kemm jista' jkun, awtorizzazzjoni biex tinnegozja ftehim komprensiv dwar it-trasport bl-ajru mar-Renju Unit. Jenħtieġ li tali ftehim jiġi nnegozjat u konkluż mingħajr dewmien.

(6)

Sabiex jinżammu livelli ta' konnettività li jkunu ta' benefiċċju reċiproku, jenħtieġ li jiġu previsti arranġamenti kooperattivi ta' kummerċjalizzazzjoni, bħall-kondiviżjoni ta' kodiċi, kemm għal trasportaturi tal-ajru tar-Renju Unit kif ukoll għal trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni skont il-prinċipju ta' reċiproċità.

(7)

Fid-dawl taċ-ċirkostanzi eċċezzjonali u uniċi li jeħtieġu l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u skont it-Trattati, huwa xieraq li l-Unjoni teżerċita b'mod temporanju l-kompetenza kondiviża rilevanti mogħtija lilha mit-Trattati. Madankollu, kwalunkwe effett ta' dan ir-Regolament dwar id-diviżjoni tal-kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jkun strettament limitat fiż-żmien. Il-kompetenza eżerċitata mill-Unjoni jenħtieġ li għaldaqstant tkun eżerċitata biss b'rispett għall-perjodu ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. B'hekk, il-kompetenza kondiviża hekk eżerċitata se tieqaf tkun eżerċitata mill-Unjoni hekk kif dan ir-Regolament jieqaf japplika. Skont l-Artikolu 2(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri, għalhekk, se jerġgħu jeżerċitaw il-kompetenza tagħhom minn dak il-mument. Barra minn hekk, ta' min ifakkar li, kif stabbilit fil-Protokoll Nru 25 dwar l-eżerċizzju ta' kompetenzi kondiviżi anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-ambitu tal-eżerċizzju tal-kompetenza tal-Unjoni f'dan ir-Regolament ikopri biss dawk l-elementi regolati minn dan ir-Regolament u ma jkoprix il-qasam kollu. Il-kompetenzi rispettivi tal-Unjoni u tal-Istati Membri fir-rigward tal-konklużjoni ta' ftehimiet internazzjonali fil-qasam tat-trasport bl-ajru għandhom jiġu determinati skont it-Trattati u jqisu l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.

(8)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, sabiex jinżammu liċenzji operattivi validi, it-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni għandhom jikkonformaw il-ħin kollu mar-rekwiżiti ta' sjieda u kontroll stabbiliti f'dak ir-Regolament. F'każ li l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni jseħħ mingħajr il-ftehim dwar il-ħruġ, uħud mit-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni x'aktarx li jiltaqgħu ma' diffikultajiet biex jikkonformaw ma' dawk ir-rekwiżiti sa mid-data tal-ħruġ. Għaldaqstant huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti miżuri ta' kontinġenza. Skont il-prinċipji ta' trattament ugwali u ta' proporzjonalità, dawk il-miżuri jenħtieġ li jkunu limitati għal dak li huwa strettament neċessarju biex jindirizzaw il-problemi li jirriżultaw mill-ħruġ diżordinat tar-Renju Unit mill-Unjoni. Fid-dawl tal-istess prinċipji, huwa wkoll meħtieġ li jiġu stabbiliti mekkaniżmi li jippermettu monitoraġġ mill-qrib tal-progress lejn il-konformità mar-rekwiżiti ta' sjieda u kontroll u li l-liċenzja operattiva tiġi rtirata, fejn dan ikun iġġustifikat. Sabiex jiġi evitat waqfien f'daqqa tal-operazzjonijiet u b'mod partikolari jkunu jistgħu jiġu ripatrijati l-passiġġieri affettwati, ir-revoka ta' liċenzja operattiva li ma tikkonformax, f'każ li ma jkun ippreżentat ebda pjan adegwat għal azzjoni ta' rimedju, jenħtieġ li tkun effettiva ġimagħtejn wara d-deċiżjoni tad-deċiżjoni ta' revoka.

(9)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jimpedixxix lill-Istati Membri milli joħorġu awtorizzazzjonijiet għat-tħaddim tas-servizzi tal-ajru skedati minn trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni fl-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija lilhom mir-Renju Unit, bħal f'sitwazzjonijiet li jseħħu fil-kuntest ta' ftehimiet internazzjonali. Fir-rigward ta' dawk l-awtorizzazzjonijiet, jenħtieġ li l-Istati Membri ma jiddiskriminawx bejn it-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni.

(10)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jsolvu l-problemi li jistgħu jaffettwaw l-iskemi eżistenti ta' distribuzzjoni tat-traffiku tal-ajru bħala riżultat tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni. B'mod partikolari, jenħtieġ li jittieħdu miżuri adatti sabiex tkun żgurata konformità sħiħa ma' dawn l-iskemi u, kemm jista' jkun possibbli, jipprovdu għal tranżizzjoni b'mod ordnat sabiex jiġi evitat tfixkil għall-passiġġieri u l-kumpaniji fl-Unjoni.

(11)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-adozzjoni ta' miżuri biex jiġi ggarantit livell ġust ta' reċiproċità bejn id-drittijiet mogħtija b'mod unilaterali mill-Unjoni u mir-Renju Unit lit-trasportaturi tal-ajru ta' xulxin, u biex jiġi żgurat li t-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni jkunu jistgħu jikkompetu mat-trasportaturi tal-ajru tar-Renju Unit b'kundizzjonijiet ġusti fil-provvista ta' servizzi tal-ajru. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Minħabba l-impatt potenzjali tagħhom fuq il-konnettività fit-trasport tal-ajru tal-Istati Membri, jenħtieġ li l-proċedura ta' eżami tintuża għall-adozzjoni ta' dawk il-miżuri. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tadotta atti ta' implimentazzjoni li jkunu immedjatament applikabbli fejn, f'każijiet debitament ġustifikati, dawn ikunu meħtieġa minħabba raġunijiet imperattivi ta' urġenza. Tali każijiet debitament ġustifikati jistgħu jikkonċernaw dawk il-każijiet fejn ir-Renju Unit jonqos milli jagħti drittijiet ekwivalenti lit-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni u b'hekk jikkawża żbilanċ evidenti, jew fejn kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni inqas favorevoli minn dawk li jgawdu t-trasportaturi tal-ajru tar-Renju Unit fil-provvista tas-servizzi tat-trasport bl-ajru koperti minn dan ir-Regolament jheddu l-vijabbiltà ekonomika tal-kumpaniji tal-ajru tal-Unjoni.

(12)

Ladarba l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jistabbilixxi miżuri proviżorji li jirregolaw it-trasport bl-ajru bejn l-Unjoni u r-Renju Unit f'każ ta' nuqqas ta' ftehim dwar il-ħruġ, ma jkunx jista' jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan.

(13)

Ġibiltà mhijiex inkluża fil-kamp ta' applikazzjoni territorjali ta' dan ir-Regolament u kwalunkwe referenza għar-Renju Unit fih ma jinkludix lil Ġibiltà.

(14)

Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjoni legali tar-Renju ta' Spanja fir-rigward tas-sovranità fuq it-territorju li fih jinsab l-ajruport ta' Ġibiltà.

(15)

Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jidħlu fis-seħħ bħala kwistjoni ta' urġenza u jenħtieġ li japplikaw, fi prinċipju, mill-għada tal-jum meta t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit sakemm ma jidħolx fis-seħħ ftehim dwar il-ħruġ konkluż mar-Renju Unit sa dik id-data. Madankollu, sabiex ikunu jistgħu jsiru l-proċeduri amministrattivi meħtieġa minn kmieni kemm jista' jkun, jenħtieġ li ċerti dispożizzjonijiet japplikaw mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi sett temporanju ta' miżuri li jirregolaw it-trasport bl-ajru bejn l-Unjoni u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (“ir-Renju Unit”) wara l-ħruġ tiegħu mill-Unjoni.

Artikolu 2

Eżerċizzju tal-kompetenza

1.   L-eżerċizzju tal-kompetenza tal-Unjoni skont dan ir-Regolament għandu jkun limitat għall-perjodu ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament kif definit fl-Artikolu 16(4). Wara t-tmiem ta' dan il-perjodu, l-Unjoni għandha tieqaf minnufih milli teżerċita dik il-kompetenza, u l-Istati Membri għandhom jerġgħu jeżerċitaw il-kompetenza tagħhom skont l-Artikolu 2(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

2.   L-eżerċizzju tal-kompetenza tal-Unjoni skont dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Istati Membri fir-rigward tad-drittijiet tat-traffiku fi kwalunkwe negozjati, kemm attwali kif ukoll futuri, iffirmar, jew konklużjoni ta' ftehimiet internazzjonali relatati mas-servizzi tal-ajru ma' kwalunkwe pajjiż terz ieħor, u mar-Renju Unit, fir-rigward tal-perjodu wara li dan ir-Regolament ma jibqax japplika.

3.   L-eżerċizzju tal-kompetenza mill-Unjoni msemmi fil-paragrafu 1 jkopri biss l-elementi regolati minn dan ir-Regolament.

4.   Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi rispettivi tal-Unjoni u l-Istati Membri fil-qasam tat-trasport bl-ajru fir-rigward ta' elementi li mhumiex dawk regolati minn dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.

“trasport bl-ajru” tfisser it-trasport b'inġenji tal-ajru ta' passiġġieri, ta' bagalji, ta' merkanzija, u ta' posta, b'mod separat jew ikkombinat, offrut lill-pubbliku għal remunerazzjoni jew b'kiri, inklużi servizzi tal-ajru skedati u mhux skedati;

2.

“trasport internazzjonali bl-ajru” tfisser it-trasport bl-ajru li jgħaddi mill-ispazju tal-ajru fuq it-territorju ta' iktar minn Stat wieħed;

3.

“trasportatur tal-ajru tal-Unjoni” tfisser trasportatur tal-ajru b'liċenzja operattiva valida mogħtija minn awtorità kompetenti għall-għoti tal-liċenzji skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008;

4.

“trasportatur tal-ajru tar-Renju Unit” tfisser trasportatur tal-ajru:

(a)

li jkollu l-post prinċipali tan-negozju tiegħu fir-Renju Unit; u

(b)

li jissodisfa waħda miż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

ir-Renju Unit u/jew ċittadini tar-Renju Unit ikunu s-sidien ta' iktar minn 50 % tal-impriża u jkollhom il-kontroll effettiv tagħha, b'mod dirett jew indirett, permezz ta' impriża intermedjarja waħda jew iktar; jew

(ii)

l-Istati Membri tal-Unjoni u/jew ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni u/jew Stati Membri oħra taż-Żona Ekonomika Ewropea u/jew ċittadini ta' tali Stati, fi kwalunkwe kombinazzjoni, kemm jekk waħedhom kif ukoll jekk flimkien mar-Renju Unit u/jew ma' ċittadini tar-Renju Unit, ikunu s-sidien ta' iktar minn 50 % tal-impriża u jkollhom il-kontroll effettiv tagħha, b'mod dirett jew indirett, permezz ta' impriża intermedjarja waħda jew iktar;

(c)

fil-każ imsemmi fil-punt (b)(ii), kellu liċenzja operattiva valida skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 fil-jum qabel l-ewwel jum ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 16(2);

5.

“kontroll effettiv” tfisser relazzjoni kostitwita minn drittijiet, kuntratti jew kwalunkwe mezz ieħor li, b'mod separat jew konġunt u b'kont meħud tal-fatti jew il-liġi involuti, jagħtu l-possibbiltà li tiġi eżerċitata, b'mod dirett jew indirett, influwenza deċiżiva fuq impriża, b'mod partikolari permezz:

(a)

tad-dritt li jintużaw l-assi kollha ta' impriża jew parti minnhom;

(b)

ta' drittijiet jew kuntratti li jagħtu influwenza deċiżiva lill-kompożizzjoni, lill-votazzjoni jew lid-deċiżjonijiet tal-korpi ta' impriża jew b'mod ieħor ikollhom influwenza deċiżiva fuq it-tmexxija tan-negozju tal-impriża;

6.

“liġi tal-kompetizzjoni” tfisser il-liġi li tindirizza l-imġiba li ġejja, fejn jaf taffettwa s-servizzi tat-trasport bl-ajru:

(a)

l-imġiba li tikkonsisti minn:

(i)

ftehimiet bejn trasportaturi tal-ajru, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta' trasportaturi tal-ajru u prattiki miftiehma li jkollhom bħala l-għan jew l-effett tagħhom il-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni;

(ii)

abbużi li jsiru minn trasportatur tal-ajru wieħed jew iktar ta' pożizzjoni dominanti;

(iii)

miżuri meħuda jew miżmuma fis-seħħ mir-Renju Unit f'każ ta' impriżi pubbliċi u impriżi li lilhom ir-Renju Unit jagħti drittijiet speċjali jew esklużivi u li jmorru kontra l-punti (i) jew (ii); u

(b)

konċentrazzjonijiet bejn trasportaturi tal-ajru li jimpedixxu b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva, b'mod partikolari bħala riżultat tal-ħolqien jew tat-tisħiħ ta' pożizzjoni dominanti;

7.

“sussidju” tfisser kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija lil trasportatur tal-ajru jew lil ajruport mill-gvern jew minn kwalunkwe korp pubbliku ieħor fi kwalunkwe livell, li tagħti benefiċċju, u li tinkludi:

(a)

it-trasferiment dirett ta' fondi, bħal għotjiet, self jew infużjoni ta' ekwità, it-trasferiment dirett potenzjali ta' fondi, l-assunzjoni ta' obbligazzjonijiet, bħal garanziji għal self, l-injezzjonijiet ta' kapital, is-sjieda, il-protezzjoni kontra l-falliment, jew l-assigurazzjoni;

(b)

ir-rinunzja jew in-nuqqas ta' ġbir ta' introjtu li suppost kien dovut;

(c)

il-provvista ta' oġġetti jew ta' servizzi għajr l-infrastruttura ġenerali, jew ix-xiri ta' oġġetti jew ta' servizzi; jew

(d)

it-twettiq ta' pagamenti f'mekkaniżmu ta' finanzjament jew l-għoti tal-inkarigu jew ta' direzzjoni lil korp privat biex iwettaq xi funzjoni jew iktar mill-funzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) li normalment ikunu r-responsabbiltà tal-gvern jew ta' korp pubbliku ieħor u l-prattika fl-ebda sens reali ma tvarja minn prattiki li normalment jiġu segwiti mill-gvernijiet;

L-ebda benefiċċju ma jitqies li jingħata minn kontribuzzjoni finanzjarja li ssir minn gvern jew minn korp pubbliku ieħor li kieku operatur tas-suq privat xprunat unikament minn prospetti li jwasslulu profitt, fl-istess sitwazzjoni bħall-korp pubbliku inkwistjoni, kellu jagħmel l-istess kontribuzzjoni finanzjarja;

8.

“awtorità tal-kompetizzjoni indipendenti” tfisser awtorità li tkun responsabbli għall-applikazzjoni u għall-infurzar tal-liġi tal-kompetizzjoni, kif ukoll għall-kontroll tas-sussidji, u li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-awtorità tkun operattivament indipendenti u tkun mgħammra b'mod xieraq bir-riżorsi meħtieġa biex twettaq il-kompiti tagħha;

(b)

fit-twettiq tad-dmirijiet tagħha u fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħha, l-awtorità jkollha l-garanziji meħtieġa ta' indipendenza minn influwenza politika jew minn influwenza esterna oħra u taġixxi b'mod imparzjali; u

(c)

id-deċiżjonijiet tal-awtorità jkunu soġġetti għal rieżami ġudizzjarju;

9.

“diskriminazzjoni” tfisser differenzjazzjoni ta' kwalunkwe tip mingħajr ġustifikazzjoni oġġettiva fir-rigward tal-provvista ta' oġġetti u ta' servizzi, inklużi servizzi pubbliċi, fir-rigward tal-operat tas-servizzi tat-trasport bl-ajru, jew fir-rigward tat-trattament tagħhom minn awtoritajiet pubbliċi rilevanti għal tali servizzi;

10.

“servizz tat-trasport bl-ajru skedat” tfisser sensiela ta' titjiriet li jkollhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

(a)

fuq kull titjira jkunu disponibbli postijiet u/jew kapaċità tat-trasport tal-merkanzija u/jew tal-posta għal xiri individwali mill-pubbliku (kemm jekk direttament mit-trasportatur tal-ajru kif ukoll jekk mill-aġenti awtorizzati tiegħu);

(b)

l-operat tiegħu jkun jaqdi t-traffiku bejn l-istess żewġ ajruporti jew iktar, jew:

(i)

skont skeda ppubblikata, jew

(ii)

b'titjiriet li tant ikunu regolari jew frekwenti li jikkostitwixxu sensiela sistematika rikonoxxibbli;

11.

“servizz tat-trasport bl-ajru mhux skedat” tfisser servizz kummerċjali tat-trasport bl-ajru li jitwettaq għajr bħala servizz tal-ajru skedat;

12.

“territorju tal-Unjoni” tfisser it-territorju fuq l-art, l-ilmijiet interni u l-baħar territorjali tal-Istati Membri li għalihom japplikaw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dawk it-Trattati, u l-ispazju tal-ajru fuqhom;

13.

“territorju tar-Renju Unit” tfisser it-territorju fuq l-art, l-ilmijiet interni u l-baħar territorjali tar-Renju Unit u l-ispazju tal-ajru fuqhom;

14.

“Konvenzjoni ta' Chicago” tfisser il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, iffirmata f'Chicago fis-7 ta' Diċembru 1944.

Artikolu 4

Drittijiet tat-traffiku

1.   It-trasportaturi tal-ajru tar-Renju Unit, taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament, jistgħu:

(a)

itiru fuq it-territorju tal-Unjoni mingħajr ma jinżlu l-art;

(b)

jagħmlu waqfiet fit-territorju tal-Unjoni għal finijiet mhux tat-traffiku, fis-sens tal-Konvenzjoni ta' Chicago;

(c)

iwettqu servizzi internazzjonali tat-trasport bl-ajru skedati u mhux skedati għal passiġġieri, għal kombinazzjoni ta' passiġġieri u merkanzija u servizzi biss ta' trasport tal-merkanzija bejn kwalunkwe żewġ punti, fejn wieħed minnhom ikun jinsab fit-territorju tar-Renju Unit u l-ieħor ikun jinsab fit-territorju tal-Unjoni;

(d)

għal massimu ta' ħames xhur mill-ewwel jum ta' applikazzjoni stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 12(2), iwettqu servizzi internazzjonali tat-trasport bl-ajru skedati u mhux skedati għas-servizzi kollha ta' merkanzija bejn kwalunkwe żewġ punti li minnhom wieħed ikun jinsab fit-territorju tal-Unjoni u l-ieħor ikun jinsab fit-territorju ta' pajjiż terz, bħala parti minn servizz li l-oriġini jew id-destinazzjoni tiegħu tkun fit-territorju tar-Renju Unit. Il-kapaċità staġonali totali li trid tiġi pprovduta mit-trasportaturi tar-Renju Unit għal dawk is-servizzi ma għandhiex teċċedi n-numru totali ta' frekwenzi operati minn dawk it-trasportaturi għal dawk is-servizzi matul l-istaġuni tax-xitwa u tas-sajf tal-IATA tal-2018, rispettivament, pro rata temporis;

(e)

għal massimu ta' seba' xhur mill-ewwel jum ta' applikazzjoni stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 16(2), ikomplu jipprovdu servizzi tal-ajru skedati fuq rotot soġġetti għal obbligi ta' servizz pubbliku fejn id-dritt għall-operat ikun ingħata skont l-Artikoli 16 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 qabel id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u soġġetti għall-konformità mal-kundizzjonijiet għal dawk is-servizzi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1008/2008.

2.   L-Istati Membri għandhom jużaw il-perjodu msemmi fil-punt (e) tal-paragrafu 1 biex jieħdu kwalunkwe miżura meħtieġa sabiex jiżguraw li s-servizzi pubbliċi kkunsidrati meħtieġa jitkomplew wara li jiskadi dak il-perjodu, skont l-Artikoli 16 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008.

3.   L-Istati Membri la għandhom jinnegozjaw u lanqas jidħlu fi kwalunkwe ftehim jew arranġament bilaterali mar-Renju Unit fir-rigward ta' kwistjonijiet li huma parti mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-perjodu li matulu japplika dan ir-Regolament. Fir-rigward ta' dak il-perjodu, huma lanqas ma għandhom jagħtu lil trasportaturi tal-ajru tar-Renju Unit, b'konnessjoni mat-trasport bl-ajru, kwalunkwe dritt għajr dawk mogħtija minn dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Arranġamenti kooperattivi ta' kummerċjalizzazzjoni

1.   Jistgħu jingħataw servizzi tat-trasport bl-ajru skont l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament taħt arranġamenti kooperattivi ta' kummerċjalizzazzjoni, bħal arranġamenti ta' spazju magħluq jew arranġamenti ta' kondiviżjoni ta' kodiċi, kif ġej:

(a)

it-trasportatur tal-ajru tar-Renju Unit jista' jaġixxi bħala t-trasportatur ta' kummerċjalizzazzjoni, ma' kwalunkwe trasportatur operattiv li jkun trasportatur tal-ajru tal-Unjoni jew trasportatur tal-ajru tar-Renju Unit, jew ma' kwalunkwe trasportatur operattiv ta' pajjiż terz li, taħt il-liġi tal-Unjoni jew, kif applikabbli, taħt il-liġi tal-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati, igawdi d-drittijiet tat-traffiku meħtieġa kif ukoll id-dritt għat-trasportaturi tiegħu li jeżerċitaw dawk id-drittijiet permezz tal-arranġament inkwistjoni.

(b)

it-trasportatur tal-ajru tar-Renju Unit jista' jaġixxi bħala t-trasportatur operattiv, ma' kwalunkwe trasportatur ta' kummerċjalizzazzjoni li jkun trasportatur tal-ajru tal-Unjoni jew trasportatur tal-ajru tar-Renju Unit, jew ma' kwalunkwe trasportatur ta' kummerċjalizzazzjoni ta' pajjiż terz li, taħt il-liġi tal-Unjoni jew, kif applikabbli, taħt il-liġi tal-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati, igawdi d-drittijiet meħtieġa għar-rotot kif ukoll id-dritt għat-trasportaturi tiegħu li jeżerċitaw dawk id-drittijiet permezz tal-arranġament inkwistjoni.

2.   Rikors għal arranġamenti kooperattivi ta' kummerċjalizzazzjoni, kemm jekk bħala trasportatur operattiv kif ukoll bħala trasportatur ta' kummerċjalizzazzjoni, fl-ebda każ ma għandu jippermetti lil trasportatur bl-ajru tar-Renju Unit jeżerċita drittijiet oħra għajr dawk previsti fl-Artikolu 4(1).

3.   Id-drittijiet mogħtija lit-trasportaturi tal-ajru tar-Renju Unit taħt il-paragrafu 1 fl-ebda każ ma għandhom jiġu interpretati b'mod li jagħtu lit-trasportaturi tal-ajru ta' pajjiż terz kwalunkwe dritt ieħor għajr dawk li jgawdu taħt il-liġi tal-Unjoni jew taħt il-liġi tal-Istat Membru jew tal-Istati Membri kkonċernati.

4.   L-Istati Membri kkonċernati għandhom jirrikjedu li l-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 jiġu approvati mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom għall-finijiet ta' verifika tal-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu u mar-rekwiżiti applikabbli fil-liġi tal-Unjoni u fil-liġi nazzjonali, b'mod partikolari fir-rigward tas-sikurezza u s-sigurtà.

Artikolu 6

Il-kiri tal-inġenji tal-ajru

1.   Fl-eżerċizzju tad-drittijiet previsti fl-Artikolu 4(1), trasportatur tal-ajru tar-Renju Unit jista' jipprovdi servizzi tat-trasport bl-ajru bl-inġenji tal-ajru tiegħu stess u fil-każijiet li ġejjin kollha:

(a)

meta juża inġenji tal-ajru mikrija mingħajr ekwipaġġ mingħand kwalunkwe lokatur;

(b)

meta juża inġenji tal-ajru mikrija b'ekwipaġġ mingħand kwalunkwe trasportatur tal-ajru ieħor tar-Renju Unit;

(c)

meta juża inġenji tal-ajru mikrija b'ekwipaġġ minn trasportaturi tal-ajru ta' kwalunkwe pajjiż ieħor għajr ir-Renju Unit, dment li l-kiri jkun ġustifikat fuq il-bażi ta' ħtiġijiet eċċezzjonali, ħtiġijiet ta' kapaċità staġonali jew diffikultajiet operazzjonali tal-lokatarju u li l-kiri ma jeċċedix id-durata li tkun strettament meħtieġa biex jiġu sodisfatti dawk il-ħtiġijiet jew jingħelbu dawk id-diffikultajiet.

2.   L-Istati Membri kkonċernati għandhom jirrikjedu li l-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 jiġu approvati mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom għall-finijiet ta' verifika tal-konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fih u mar-rekwiżiti applikabbli fil-liġi tal-Unjoni u fil-liġi nazzjonali, b'mod partikolari fir-rigward tas-sikurezza u s-sigurtà.

Artikolu 7

It-trattament ta' liċenzji operattivi fid-dawl ta' rekwiżiti ta' sjieda u kontroll

1.   B'deroga mill-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008, fejn trasportatur tal-ajru li jkollu liċenzja operattiva maħruġa minn Stat Membru li ma jkunx ir-Renju Unit ma jibqax konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (f) tal-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament (“rekwiżiti ta' sjieda u kontroll”) minħabba l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, in-nuqqas ta' konformità ma' dawk ir-rekwiżiti ma għandux jaffettwa l-validità tal-liċenzja operattiva sa tmiem il-perjodu ta' sitt xhur mill-ewwel jum ta' applikazzjoni stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 16(2) ta' dan ir-Regolament, dment li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 5 ta' dan l-Artikolu.

2.   Fi żmien ġimagħtejn mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, it-trasportatur tal-ajru għandu jippreżenta pjan għal azzjoni rimedjali lill-awtorità kompetenti tal-liċenzji. Dak il-pjan għandu jistabbilixxi, b'mod komplet u preċiż, il-miżuri maħsuba biex tinkiseb konformità sħiħa mar-rekwiżiti ta' sjieda u kontroll mhux aktar tard mill-ewwel jum wara l-perjodu msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Fejn it-trasportatur tal-ajru ma jkunx ippreżenta pjan fil-limitu ta' żmien, l-awtorità kompetenti tal-liċenzji għandha, wara li tkun tat lit-trasportatur tal-ajru kkonċernat l-opportunità li jesprimi l-opinjoni tiegħu, tirrevoka l-liċenzja operattiva immedjatament, iżda mhux aktar kmieni mid-data msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 16(2), u għandha tgħarraf lill-Kummissjoni b'dan. Tali revoka għandha tkun effettiva ġimagħtejn wara d-deċiżjoni tal-awtorità tal-liċenzji, iżda mhux aktar kmieni mid-data msemmija fl-Artikolu 16(2). L-awtorità kompetenti tal-liċenzji għandha tinnotifika lit-trasportatur tal-ajru bid-deċiżjoni tagħha u tgħarraf lill-Kummissjoni.

3.   Fejn it-trasportatur tal-ajru kkonċernat ikun ippreżenta pjan għal azzjoni rimedjali fil-limitu ta' żmien imsemmi fil-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti tal-liċenzji għandha, fi żmien xahrejn mir-riċezzjoni tal-pjan, tivvaluta jekk il-miżuri stabbiliti fih jirriżultawx f'konformità sħiħa mar-rekwiżiti ta' sjieda u kontroll sa mhux aktar tard mill-ewwel jum wara l-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, u jekk jidhirx probabbli li t-trasportatur tal-ajru jlesti l-miżuri sa dik id-data. L-awtorità kompetenti tal-liċenzji għandha tgħarraf lit-trasportatur tal-ajru u lill-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni tagħha.

4.   Fejn l-awtorità kompetenti tal-liċenzji, wara li tkun tat lit-trasportatur tal-ajru kkonċernat l-opportunità li jesprimi l-fehmiet tiegħu, issib li l-miżuri stabbiliti fil-pjan ma jirriżultawx f'konformità sħiħa mar-rekwiżiti ta' sjieda u kontroll sa mhux aktar tard mill-ewwel jum wara l-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, jew fejn jidher li aktarx it-trasportatur tal-ajru kkonċernat mhux se jlesti l-miżuri sa dik id-data, hija tista' tirrevoka minnufih il-liċenzja operattiva. Tali revoka għandha tkun effettiva ġimagħtejn wara d-deċiżjoni tal-awtorità tal-liċenzji. L-awtorità kompetenti tal-liċenzji għandha tinnotifika lit-trasportatur tal-ajru bid-deċiżjoni tagħha u tgħarraf lill-Kummissjoni.

5.   Fejn l-awtorità kompetenti tal-liċenzji ssib li l-miżuri stabbiliti fil-pjan jirriżultaw f'konformità sħiħa mar-rekwiżiti ta' sjieda u kontroll sa mhux aktar tard mill-ewwel jum wara l-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, u fejn jidher li aktarx it-trasportatur tal-ajru jlesti dawk il-miżuri sa dik id-data, hija għandha timmonitorja mill-qrib u kontinwament l-implimentazzjoni tal-pjan u regolarment tgħarraf lill-Kummissjoni dwar il-konklużjonijiet tagħha.

6.   Sa tmiem il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tal-liċenzji għandha tiddeċiedi jekk it-trasportatur tal-ajru jikkonformax b'mod sħiħ mar-rekwiżiti ta' sjieda u kontroll. Jekk l-awtorità kompetenti tal-liċenzji, wara li tkun tat lit-trasportatur tal-ajru kkonċernat l-opportunità li jesprimi l-opinjoni tiegħu, tiddeċiedi li t-trasportatur tal-ajru ma jikkonformax b'mod sħiħ mar-rekwiżiti ta' sjieda u kontroll, hija għandha tirrevoka l-liċenzja operattiva mill-ewwel jum wara l-perjodu msemmi fil-paragrafu 1.

7.   Fejn, wara li tkun tat l-opportunità lill-awtorità kompetenti tal-liċenzji u lit-trasportatur tal-ajru kkonċernat l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom, il-Kummissjoni ssib li l-awtorità tal-liċenzji kompetenti naqset milli tirrevoka l-liċenzja operattiva rilevanti, fejn tali revoka tkun meħtieġa taħt il-paragrafu 2 jew il-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008, titlob lill-awtorità kompetenti tal-liċenzji tirrevoka l-liċenzja operattiva. Għandhom japplikaw it-tielet u r-raba' subparagrafi tal-Artikolu 15(3) ta' dak ir-Regolament.

8.   Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' kwalunkwe dispożizzjoni oħra stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1008/2008.

Artikolu 8

Ekwivalenza tad-drittijiet

1.   Il-Kummissjoni għandha timmonitorja d-drittijiet mogħtija mir-Renju Unit lit-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni u l-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tagħhom.

2.   Fejn il-Kummissjoni tiddetermina li d-drittijiet mogħtija mir-Renju Unit lit-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni mhumiex de jure jew de facto, ekwivalenti għal dawk mogħtija lit-trasportaturi tal-ajru tar-Renju Unit taħt dan ir-Regolament, jew li dawk id-drittijiet mhumiex disponibbli b'mod ugwali għat-trasportaturi kollha tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien u sabiex tirristawra l-ekwivalenza, tadotta atti ta' implimentazzjoni biex:

(a)

tistabbilixxi limiti għall-kapaċità permessa għas-servizzi tat-trasport bl-ajru skedati li jkunu disponibbli għat-trasportaturi tal-ajru tar-Renju Unit u tesiġi li l-Istati Membri jadattaw l-awtorizzazzjonijiet operattivi tat-trasportaturi tal-ajru tar-Renju Unit, kemm dawk eżistenti kif ukoll dawk mogħtija ġodda, skont kif ikun meħtieġ;

(b)

tesiġi li l-Istati Membri jirrifjutaw, jissospendu jew jirrevokaw dawn l-awtorizzazzjonijiet operattivi; jew

(c)

timponi obbligi finanzjarji jew restrizzjonijiet operazzjonali.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2). Huma għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 15(3) fejn, f'każijiet debitament ġustifikati ta' nuqqas serju ta' ekwivalenza għall-finijiet tal-paragrafu 2, dan ikun meħtieġ għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza.

Artikolu 9

Kompetizzjoni ġusta

1.   Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-kundizzjonijiet li taħthom jikkompetu t-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni u l-ajruporti tal-Unjoni mat-trasportaturi tal-ajru tar-Renju Unit u l-ajruporti tar-Renju Unit għall-provvista ta' servizzi tat-trasport bl-ajru koperti b'dan ir-Regolament.

2.   Fejn hija tiddetermina li, bħala riżultat ta' xi waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, dawk il-kundizzjonijiet huma ferm inqas favorevoli minn dawk li jgawdu t-trasportaturi tal-ajru tar-Renju Unit, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien u sabiex tirrimedja dik is-sitwazzjoni, tadotta atti ta' implimentazzjoni biex:

(a)

tistabbilixxi limiti għall-kapaċità permessa għas-servizzi tat-trasport bl-ajru skedati li jkunu disponibbli għat-trasportaturi tal-ajru tar-Renju Unit u tesiġi li l-Istati Membri jadattaw l-awtorizzazzjonijiet operattivi tat-trasportaturi tal-ajru tar-Renju Unit, kemm dawk eżistenti kif ukoll dawk mogħtija ġodda, skont kif ikun meħtieġ;

(b)

tesiġi li l-Istati Membri jirrifjutaw, jissospendu jew jirrevokaw dawn l-awtorizzazzjonijiet operattivi għal uħud mit-trasportaturi tal-ajru tar-Renju Unit jew għal kollha kemm huma; jew

(c)

timponi obbligi finanzjarji jew restrizzjonijiet operazzjonali.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2). Huma għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 15(3) fejn, f'każijiet debitament ġustifikati li fihom tkunmhedda l-vijabbiltà ekonomika ta' operazzjoni waħda jew aktar tat-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni, dan ikun meħtieġ għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza.

3.   L-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandhom, soġġett għall-kundizzjonijiet speċifikati f'dak il-paragrafu, jiġu adottati biex jiġu rimedjati s-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-għoti ta' sussidji mir-Renju Unit;

(b)

in-nuqqas, mir-Renju Unit, li jkollu fis-seħħ, jew li japplika b'mod effettiv, liġi tal-kompetizzjoni;

(c)

in-nuqqas, mir-Renju Unit, li jistabbilixxi jew iżomm awtorità indipendenti tal-kompetizzjoni;

(d)

l-applikazzjoni mir-Renju Unit ta' standards tal-protezzjoni tal-ħaddiema, tas-sikurezza, tas-sigurtà, tal-ambjent, jew tad-drittijiet tal-passiġġieri, li jkunu inferjuri għal dawk stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni jew li, fin-nuqqas ta' dispożizzjonijiet rilevanti fil-liġi tal-Unjoni, ikunu inferjuri għal dawk applikati mill-Istati Membri kollha jew li, fi kwalunkwe każ, ikunu inferjuri għall-istandards internazzjonali rilevanti;

(e)

kwalunkwe forma ta' diskriminazzjoni kontra t-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni.

4.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista' titlob informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, minn trasportaturi tal-ajru tar-Renju Unit jew minn ajruporti tar-Renju Unit. Fejn l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, it-trasportatur tal-ajru tar-Renju Unit jew l-ajruport tar-Renju Unit ma jipprovdux l-informazzjoni mitluba fiż-żmien raġonevoli preskritt mill-Kummissjoni, jew jipprovdu informazzjoni mhux kompluta, il-Kummissjoni tista' tipproċedi skont il-paragrafu 2.

5.   Ir-Regolament (KE) Nru 868/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) ma għandux japplika għal kwistjonijiet li jaqgħu fl-ambitu ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 10

Awtorizzazzjoni operattiva

1.   Mingħajr preġudizzju għall-liġi tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali fil-qasam tas-sikurezza tal-avjazzjoni, sabiex jeżerċitaw id-drittijiet mogħtija lilhom taħt l-Artikolu 4, it-trasportaturi tal-ajru tar-Renju Unit għandhom ikunu meħtieġa jiksbu awtorizzazzjoni operattiva minn kull Stat Membru li fih jixtiequ joperaw.

2.   Mar-riċezzjoni ta' applikazzjoni għal awtorizzazzjoni operattiva mingħand trasportatur tal-ajru tar-Renju Unit, l-Istat Membru kkonċernat għandu jagħti l-awtorizzazzjoni operattiva xierqa mingħajr dewmien bla bżonn, dment li:

(a)

it-trasportatur tal-ajru tar-Renju Unit li japplika jkollu liċenzja operattiva valida skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit; u

(b)

ikun qed jiġi eżerċitat u jinżamm kontroll regolatorju effettiv mir-Renju Unit fuq it-trasportatur tal-ajru tar-Renju Unit li japplika, l-awtorità kompetenti tkun identifikata b'mod ċar u t-trasportatur tal-ajru tar-Renju Unit ikollu ċertifikat ta' operatur tal-ajru mogħti mingħand dik l-awtorità.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li jingħata biżżejjed żmien għat-twettiq tal-valutazzjonijiet meħtieġa, it-trasportaturi tal-ajru tar-Renju Unit huma intitolati jippreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom għal awtorizzazzjonijiet operattivi mill-jum tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandu jkollhom is-setgħa li japprovaw dawk l-applikazzjonijiet minn dak il-jum, dment li jkunu sodisfatti l-kundizzjonijiet għal tali approvazzjoni. Madankollu, kwalunkwe awtorizzazzjoni li hekk tingħata għandha ssir effettiva mhux qabel l-ewwel jum ta' applikazzjoni stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 16(2).

Artikolu 11

Pjanijiet, programmi u skedi operazzjonali

1.   It-trasportaturi tal-ajru tar-Renju Unit għandhom jippreżentaw pjanijiet, programmi u skedi operazzjonali għas-servizzi tal-ajru lill-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru kkonċernat, għall-approvazzjoni tagħhom. Kwalunkwe tali preżentazzjoni għandha ssir minn tal-inqas 30 jum qabel il-bidu tal-operat.

2.   Soġġett għall-Artikolu 10, il-pjanijiet, programmi u skedi operazzjonali għall-istaġun tal-IATA li jkun għaddej fl-ewwel jum ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 16(2) u dawk għall-ewwel staġun ta' wara jistgħu jiġu ppreżentati u approvati qabel dik id-data.

3.   Dan ir-Regolament ma għandux jimpedixxi lill-Istati Membri milli joħorġu awtorizzazzjonijiet għat-tħaddim tas-servizzi tal-ajru skedati minn trasportaturi tal-Unjoni fl-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija lilhom mir-Renju Unit. Fir-rigward ta' dawk l-awtorizzazzjonijiet, l-Istati Membri ma għandhomx jiddiskriminaw bejn it-trasportaturi tal-Unjoni.

Artikolu 12

Rifjut, revoka, sospensjoni u limitazzjoni ta' awtorizzazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jirrifjutaw, jew skont il-każ, jirrevokaw jew jissospendu l-awtorizzazzjoni operattiva ta' trasportatur tal-ajru tar-Renju Unit fejn:

(a)

it-trasportatur tal-ajru ma jikkwalifikax bħala trasportatur tal-ajru tar-Renju Unit taħt dan ir-Regolament; jew

(b)

ma jkunx hemm konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10(2).

2.   L-Istati Membri għandhom jirrifjutaw, jirrevokaw, jissospendu, jillimitaw jew jimponu kundizzjonijiet fuq l-awtorizzazzjoni operattiva ta' trasportatur tal-ajru tar-Renju Unit, jew jillimitaw jew jimponu kundizzjonijiet fuq l-operat tiegħu fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

ma jkunx hemm konformità mar-rekwiżiti applikabbli tas-sikurezza u tas-sigurtà;

(b)

ma jkunx hemm konformità mar-rekwiżiti applikabbli relatati mal-ammissjoni u mal-operat fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat, jew mat-tluq mit-territorju tiegħu, ta' inġenji tal-ajru użati għat-trasport bl-ajru;

(c)

ma jkunx hemm konformità mar-rekwiżiti applikabbli relatati mal-ammissjoni u mal-operat fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat, jew mat-tluq mit-territorju tiegħu, ta' passiġġieri, ta' ekwipaġġ, ta' bagalji, ta' merkanzija, u/jew ta' posta fuq inġenji tal-ajru (inklużi regolamenti relatati mad-dħul, l-awtorizzazzjoni, l-immigrazzjoni, il-passaporti, id-dwana u l-kwarantina, jew fil-każ tal-posta, regolamenti dwar il-posta).

3.   L-Istati Membri għandhom jirrifjutaw, jirrevokaw, jissospendu, jillimitaw jew jimponu kundizzjonijiet fuq l-awtorizzazzjonijiet operattivi tat-trasportaturi tal-ajru tar-Renju Unit, jew jillimitaw jew jimponu kundizzjonijiet fuq l-operat tagħhom, fejn dawn ikunu meħtieġa jagħmlu hekk mill-Kummissjoni taħt l-Artikoli 8 jew 9.

4.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri li jibqgħu fl-Unjoni bi kwalunkwe deċiżjoni li jirrifjutaw jew jirrevokaw l-awtorizzazzjoni operattiva ta' trasportatur tal-ajru tar-Renju Unit skont il-paragrafi 1 u 2, mingħajr dewmien bla bżonn.

Artikolu 13

Ċertifikati u liċenzji

Iċ-ċertifikati tal-ajrunavigabbiltà, iċ-ċertifikati tal-kompetenza u l-liċenzji maħruġa jew validati mir-Renju Unit u li jkunu għadhom fis-seħħ għandhom jiġu rikonoxxuti bħala validi mill-Istati Membri għall-fini tal-operat tas-servizzi tat-trasport bl-ajru mit-trasportaturi tal-ajru tar-Renju Unit taħt dan ir-Regolament, dment li tali ċertifikati jew liċenzji jkunu nħarġu jew ġew validati taħt, u f'konformità ma', l-istandards internazzjonali rilevanti stabbiliti taħt il-Konvenzjoni ta' Chicago.

Artikolu 14

Konsultazzjoni u kooperazzjoni

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkonsultaw u jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit kif ikun meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2.   Jekk jiġu mitluba jagħmlu dan, l-Istati Membri, mingħajr dewmien bla bżonn, għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bi kwalunkwe informazzjoni miksuba skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jew bi kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 8 u 9.

Artikolu 15

Proċedura ta' kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1008/2008. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

Artikolu 16

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Għandu japplika mill--jum wara dak li fih il-liġi tal-Unjoni ma tibqax tapplika għar-Renju Unit skont l-Artikolu 50(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Madankollu, l-Artikoli 7, 10(3) u 11(2) għandhom japplikaw mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

3.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika jekk ftehim dwar il-ħruġ konkluż mar-Renju Unit skont l-Artikolu 50(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jkun daħal fis-seħħ sad-data msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2.

4.   Dan ir-Regolament ma għandux jibqa' japplika mid-data li tiġi l-ewwel miż-żewġ dati li ġejjin:

(a)

id-data li fiha ftehim komprensiv li jirregola l-provvista tat-trasport bl-ajru mar-Renju Unit, li għalih tkun Parti l-Unjoni, jidħol fis-seħħ jew, skont il-każ, jiġi applikat b'mod proviżorju; jew

(b)

it-30 ta' Marzu 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, il-25 ta' Marzu 2019.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

G. CIAMBA


(1)  Opinjoni tal-20 ta' Frar 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2019.

(3)  Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità (ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3).

(4)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(5)  Regolament (KE) Nru 868/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar il-protezzjoni kontra s-sussidjar u prattiki ta' prezzijiet inġusti li jikkawżaw ħsara lit-trasportaturi tal-ajru tal-Komunità fil-provvista ta' servizzi tal-ajru minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 162, 30.4.2004, p. 1).


27.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 85/60


REGOLAMENT (UE) 2019/503 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal- 25 ta' Marzu 2019

dwar ċerti aspetti ta' sikurezza u konnettività ferrovjarja fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 91(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

Fid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit issottometta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. It-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' ftehim dwar il-ħruġ jew, fin-nuqqas ta' tali ftehim, sentejn wara dik in-notifika, jiġifieri mit-30 ta' Marzu 2019, sakemm il-Kunsill Ewropew, bi qbil mar-Renju Unit, ma jiddeċidix b'mod unanimu li jestendi dak il-perjodu.

(2)

Fil-qasam tat-trasport ferrovjarju, l-impatt tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni fuq iċ-ċertifikati u l-awtorizzazzjonijiet jista' jiġi rrimedjat mill-operaturi kkonċernati, permezz ta' diversi miżuri. Dawk il-miżuri jinkludu li l-operaturi jistabbilixxu ruħhom f'wieħed mill-Istati Membri li jibqgħu fl-Unjoni u li jiksbu l-awtorizzazzjonijiet u ċ-ċertifikati xierqa hemmhekk.

(3)

Ftehimiet speċifiċi, kif previst fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), ikunu meħtieġa biex jindirizzaw kwistjonijiet li jikkonċernaw direttament is-servizzi ferrovjarji u l-infrastruttura transfruntieri, u b'hekk li jiżguraw il-kontinwità ta' dawn is-servizzi u jimminimizzaw it-tfixkil. F'konformità ma' dik id-Direttiva, tali ftehimiet jiżguraw ukoll trattament reċiproku għall-impriżi tal-Unjoni u għall-impriżi stabbiliti fir-Renju Unit li jużaw l-infrastruttura transfruntiera.

(4)

Il-konklużjoni ta' tali ftehimiet bejn l-Istati Membri kkonċernati u r-Renju Unit tista' ssir biss wara li r-Renju Unit ikun sar pajjiż terz. B'mod partikolari, l-applikazzjoni tar-regoli ta' sikurezza tal-Unjoni għaċ-Channel Tunnel bħalissa hija konferita lil Kummissjoni Intergovernattiva, stabbilita skont it-Trattat ta' Canterbury li ġie ffirmat fit-12 ta' Frar 1986, li fil-qasam tas-sikurezza tibbenefika mill-pariri tal-Awtorità tas-Sikurezza taċ-Channel Tunnel. Is-sistema stabbilita minn dak it-Trattat ikollha tiġi adattata b'kont meħud tal-istatus tar-Renju Unit bħala pajjiż terz. B'mod partikolari, ir-responsabbiltà għall-parti taċ-Channel Tunnel li tinsab fit-territorju Franċiż jenħtieġ li tkun taħt il-kontroll uniku ta' awtorità kompetenti kif definita fl-Artikolu 3(7) tad-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), biex ikun żgurat li l-liġi tal-Unjoni tiġi applikata għal dik il-parti tal-mina. Dik l-awtorità kompetenti tista', madankollu, bil-ħsieb li twettaq il-kompiti tagħha bl-aħjar mod possibbli u b'kont meħud tal-karatteristiċi komuni tal-mina fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera, u sabiex tiffaċilita l-konsistenza tad-deċiżjonijiet, tieħu kont tal-fehmiet ta' korp binazzjonali stabbilit skont ftehim bejn iż-żewġ pajjiżi, bħall-Awtorità tas-Sikurezza taċ-Channel Tunnel stabbilita bit-Trattat ta' Canterbury, li tagħti pariri lill-Kummissjoni Intergovernattiva, jew inkella tiżviluppa mezzi oħra biex tikkoopera mal-awtoritajiet responsabbli għall-parti tal-mina fit-territorju tar-Renju Unit.

(5)

Il-miżuri f'dan ir-Regolament huma kondizzjonali fuq l-applikazzjoni ta' standards u proċeduri tas-sikurezza, ta' rekwiżiti ta' aċċess għal operat bħala impriża ferrovjarja, u ta' rekwiżiti għas-sewqan ta' ferrovija, li jkunu identiċi għar-rekwiżiti tal-Unjoni li jiġu applikati għall-infrastruttura li tintuża għall-finijiet li tkun żgurata konnettività ferrovjarja transfruntiera mar-Renju Unit, kif ukoll għal impriżi li joperaw u sewwieqa li jsuqu ferroviji f'dik l-infrastruttura.

(6)

Biex il-partijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jidħlu fil-ftehimiet meħtieġa u biex jieħdu kwalunkwe miżura oħra neċessarja ħalli jiġi evitat it-tfixkil, b'kont meħud tal-istatus tar-Renju Unit bħala pajjiż terz, huwa meħtieġ li l-validità ta' ċerti ċertifikati, awtorizzazzjonijiet u liċenzji tiġi estiża.

(7)

It-tul ta' żmien ta' tali estensjoni tal-validità ta' ċertifikati, awtorizzazzjonijiet, u liċenzji jenħtieġ li jkun limitat fiż-żmien għal dak li huwa strettament meħtieġ biex l-Istati Membri kkonċernati jkunu jistgħu jieħdu dawk il-passi meħtieġa, skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), id-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u d-Direttiva 2012/34/UE.

(8)

Biex jiġi evitat tfixkil maġġuri tas-servizzi ferrovjarji transfruntiera mar-Renju Unit, huwa wkoll essenzjali li l-operaturi ferrovjarji u l-awtoritajiet nazzjonali jieħdu l-miżuri meħtieġa malajr biex jiżguraw li ċ-ċertifikati, l-awtorizzazzjonijiet u l-liċenzji koperti b'dan ir-Regolament jinħarġu kmieni biżżejjed qabel ma dan ir-Regolament jieqaf japplika, u li ċertifikati, awtorizzazzjonijiet u liċenzji oħra meħtieġa għall-operat fit-territorju tal-Unjoni jinħarġu qabel id-data tal-ħruġ tar-Renju Unit.

(9)

Biex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-irtirar tal-benefiċċju konferit lid-detenturi taċ-ċertifikati, tal-awtorizzazzjonijiet u tal-liċenzji, fejn il-konformità mar-rekwiżiti tal-Unjoni ma tkunx żgurata. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Jenħtieġ li tintuża l-proċedura ta' eżami għall-adozzjoni ta' dawk il-miżuri, minħabba l-impatt potenzjali tagħhom fuq is-sikurezza ferrovjarja. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tadotta minnufih atti ta' implimentazzjoni applikabbli fejn, f'każijiet debitament ġustifikati, dawn ikunu rikjesti minħabba raġunijiet imperattivi ta' urġenza.

(10)

Fid-dawl tal-urġenza li nħolqot miċ-ċirkostanzi tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, huwa f'loku li tkun prevista eċċezzjoni għall-perjodu ta' tmien ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni, li huwa anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

(11)

Minħabba li l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jistabbilixxi miżuri proviżorji dwar ċerti aspetti tas-sikurezza u tal-konnettività ferrovjarja rigward il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, fil-każ ta' nuqqas ta' ftehim dwar il-ħruġ, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jista', minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(12)

Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jidħlu fis-seħħ b'urġenza u jenħtieġ li japplikaw mill-jum wara dak li fih it-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit sakemm sa dik id-data ma jkunx daħal fis-seħħ ftehim dwar il-ħruġ konkluż mar-Renju Unit,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistipula dispożizzjonijiet speċifiċi, fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (“ir-Renju Unit”) mill-Unjoni Ewropea, għal ċerti ċertifikati tas-sikurezza u awtorizzazzjonijiet tas-sikurezza maħruġa taħt id-Direttiva 2004/49/KE, għal ċerti liċenzji ta' sewwieqa tal-ferroviji maħruġa taħt id-Direttiva 2007/59/KE u ċerti liċenzji ta' impriżi ferrovjarji maħruġa taħt id-Direttiva 2012/34/UE.

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika għaċ-ċertifikati, awtorizzazzjonijiet u liċenzji li ġejjin li jkunu validi fil-jum ta' qabel id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament:

(a)

l-awtorizzazzjonijiet tas-sikurezza maħruġa taħt l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2004/49/KE għall-ġesturi tal-infrastruttura għall-ġestjoni u t-tħaddim tal-infrastruttura transfruntiera li tgħaqqad lill-Unjoni mar-Renju Unit;

(b)

iċ-ċertifikati tas-sikurezza maħruġa taħt l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/49/KE għal impriżi ferrovjarji stabbiliti fir-Renju Unit;

(c)

il-liċenzji maħruġa taħt il-Kapitolu III tad-Direttiva 2012/34/UE għal impriżi ferrovjarji stabbiliti fir-Renju Unit;

(d)

il-liċenzji tas-sewwieqa tal-ferroviji maħruġa taħt il-proċedura msemmija fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2007/59/KE.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet rilevanti fid-Direttivi 2004/49/KE, 2007/59/KE u 2012/34/UE u fl-atti ta' implimentazzjoni adottati taħt dawk id-Direttivi. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet rilevanti fid-Direttiva (UE) 2016/798 u fi kwalunkwe att delegat u ta' implimentazzjoni adottat taħt dik id-Direttiva għandhom japplikaw mid-data li fiha dik id-Direttiva ssir applikabbli għall-awtorizzazzjonijiet u ċ-ċertifikati msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 1(2).

Artikolu 3

Validità ta' awtorizzazzjonijiet tas-sikurezza, ċertifikati tas-sikurezza, liċenzji tal-operat u liċenzji tas-sewwieqa tal-ferroviji

1.   L-awtorizzazzjonijiet tas-sikurezza msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1(2) u ċ-ċertifikati tas-sikurezza msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 1(2) għandhom jibqgħu validi għal disa' xhur mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Iċ-ċertifikati tas-sikurezza msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 1(2) għandhom ikunu validi biss għall-fini tal-wasla sal-istazzjonijiet u t-terminals tal-qsim tal-fruntieri msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament mir-Renju Unit jew tat-tluq minn dawk l-istazzjonijiet u t-terminals lejn ir-Renju Unit.

2.   Il-liċenzji msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 1(2) għandhom jibqgħu validi għal disa' xhur mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. B'deroga mill-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2012/34/UE, dawk il-liċenzji għandhom ikunu validi biss fit-territorju li jinsab bejn l-istazzjonijiet u t-terminals tal-qsim tal-fruntieri msemmija fl-Anness ma' dan ir-Regolament u r-Renju Unit.

3.   Il-liċenzji msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 1(2) għandhom jibqgħu validi għal disa' xhur mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għas-sewwieqa tal-ferroviji waqt li joperaw fit-territorju li jinsab bejn l-istazzjonijiet u t-terminals tal-qsim tal-fruntieri msemmija fl-Anness ma' dan ir-Regolament u r-Renju Unit.

Artikolu 4

Regoli u obbligi rigward ċertifikati tas-sikurezza, awtorizzazzjonijiet tas-sikurezza u liċenzji

1.   Iċ-ċertifikati tas-sikurezza, l-awtorizzazzjonijiet tas-sikurezza u l-liċenzji regolati mill-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament huma soġġetti għar-regoli applikabbli għalihom skont id-Direttiva 2004/49/KE, id-Direttiva (UE) 2016/798 mid-data meta ssir applikabbli għal dawk l-awtorizzazzjonijiet, id-Direttiva 2012/34/UE u d-Direttiva 2007/59/KE, u f'konformità mal-atti ta' implimentazzjoni u delegati adottati taħt dawk id-Direttivi.

2.   Id-detenturi taċ-ċertifikati tas-sikurezza, tal-awtorizzazzjonijiet tas-sikurezza u tal-liċenzji msemmija fl-Artikolu 1(2), u skont kif xieraq, l-awtorità li toħroġhom meta din tkun differenti mill-Awtorità Nazzjonali tas-Sikurezza li fit-territorju tagħha tkun tinsab l-infrastruttura fl-Unjoni li rispettivament taħt il-kompetenza tagħha jaqgħu l-istazzjonijiet u t-terminals tal-qsim tal-fruntieri elenkati fl-Anness għandhom jikkooperaw ma' dik l-Awtorità Nazzjonali tas-Sikurezza u jagħtuha l-informazzjoni u d-dokumenti rilevanti kollha.

3.   Fejn l-informazzjoni jew id-dokumenti ma jkunux twasslu fil-limiti ta' żmien stabbiliti mill-Awtorità Nazzjonali tas-Sikurezza msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu fit-talbiet tagħha, il-Kummissjoni tista', malli tirċievi notifika mill-Awtorità Nazzjonali tas-Sikurezza, tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tirtira l-benefiċċju konferit lid-detentur skont l-Artikolu 3. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 7(2).

4.   Id-detenturi taċ-ċertifikati tas-sikurezza, tal-awtorizzazzjonijiet tas-sikurezza u tal-liċenzji msemmija fil-punti (a), (b) u (d) tal-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament għandhom jinfurmaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji dwar kwalunkwe azzjoni minn awtoritajiet kompetenti tas-sikurezza oħra, li tista' tkun f'kunflitt mal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament, id-Direttiva 2004/49/KE, id-Direttiva 2007/59/KE jew id-Direttiva (UE) 2016/798.

Id-detenturi tal-liċenzji msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 1(2)għandhom jinfurmaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe azzjoni minn awtoritajiet kompetenti tas-sikurezza oħra li tista' tkun f'kunflitt mal-obbligi tagħhom taħt dan ir-Regolament jew skont id-Direttiva 2012/34/UE.

5.   Qabel ma tirtira l-benefiċċji konferiti skont l-Artikolu 3, il-Kummissjoni għandha, fi żmien debitu, tinforma lill-Awtorità Nazzjonali tas-Sikurezza msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, lill-awtorità li ħarġet iċ-ċertifikati tas-sikurezza, l-awtorizzazzjonijiet tas-sikurezza u l-liċenzji msemmija fl-Artikolu 1(2), kif ukoll lid-detenturi ta' tali ċertifikati, awtorizzazzjonijiet u liċenzji, bl-intenzjoni tagħha li tipproċedi għal tali rtirar u għandha tagħtihom l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom.

6.   Fir-rigward tal-liċenzji msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 1(2), għall-finijiet tal-paragrafi (1) sa (5) ta' dan l-Artikolu, ir-referenzi għal Awtorità Nazzjonali tas-Sikurezza għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal awtorità tal-liċenzjar definita fil-punt (15) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2012/34/UE.

Artikolu 5

Monitoraġġ tal-konformità mal-liġi tal-Unjoni

1.   L-Awtorità Nazzjonali tas-Sikurezza msemmija fl-Artikolu 4(2) għandha timmonitorja l-istandards tas-sikurezza ferrovjarja applikati għall-impriżi ferrovjarji stabbiliti fir-Renju Unit li jużaw l-infrastruttura transfruntiera msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1(2), u li jkunu applikati għal dik l-infrastruttura transfruntiera. Barra minn hekk, l-Awtorità Nazzjonali tas-Sikurezza għandha tivverifika li l-ġesturi tal-infrastruttura jikkonformaw mar-rekwiżiti tas-sikurezza stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni u li s-sewwieqa tal-ferroviji li joperaw fit-territorju taħt il-ġurisdizzjoni tagħha jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Unjoni. L-Awtorità Nazzjonali tas-Sikurezza għandha tipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji rapporti dwar din il-kwistjoni, li għandhom ikunu akkumpanjati, fejn dan ikun f'loku, minn rakkomandazzjoni li l-Kummissjoni taġixxi skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

L-awtorità tal-liċenzjar imsemmija fl-Artikolu 4(2) u (6) ta' dan ir-Regolament għandha tissorvelja jekk ir-rekwiżiti tal-Artikoli 19 sa 22 tad-Direttiva 2012/34/UE jkunux għadhom jiġu ssodisfati fir-rigward tal-impriżi ferrovjarji liċenzjati mir-Renju Unit imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament.

2.   Meta l-Kummissjoni jkollha dubji ġustifikati dwar jekk l-istandards tas-sikurezza applikati għall-operat tas-servizzi ferrovjarji transfruntiera jew tal-infrastruttura koperti mill-kamp tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jew ta' parti mill-istess infrastruttura li tinsab fir-Renju Unit jkunux konformi mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Unjoni, hija għandha mingħajr dewmien żejjed, tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tirtira l-benefiċċju konferit lid-detentur skont l-Artikolu 3 Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 7(2). Dan għandu japplika mutatis mutandis meta l-Kummissjoni jkollha dubji ġustifikati rigward l-applikazzjoni tar-rekwiżiti għall-ksib ta' liċenzji bħala impriża ferrovjarja jew għas-sewqan ta' ferrovija.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Awtorità Nazzjonali tas-Sikurezza jew l-awtorità tal-liċenzjar imsemmija fl-Artikolu 4(2) u (6), rispettivament, tista' titlob informazzjoni mingħand l-awtoritajiet kompetenti rilevanti, filwaqt li tistabbilixxi limitu ta' żmien raġonevoli. Meta dawk l-awtoritajiet kompetenti rilevanti ma jipprovdux l-informazzjoni mitluba sal-iskadenza stabbilita, inkella jipprovdu informazzjoni mhux kompluta, il-Kummissjoni tista', wara li tinnotifika lill-Awtorità Nazzjonali tas-Sikurezza jew lill-awtorità tal-liċenzjar imsemmija fl-Artikolu 4(2) u (6) skont ma jkun f'loku, tadotta atti ta' implimentazzjoni adottati biex tirtira l-benefiċċju konferit lid-detentur skont l-Artikolu 3. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 7(2).

4.   Qabel ma tirtira l-benefiċċji konferiti skont l-Artikolu 3, il-Kummissjoni għandha, fi żmien debitu, tinforma lill-Awtorità Nazzjonali tas-Sikurezza msemmija fl-Artikolu 4(2), lill-awtorità li ħarġet iċ-ċertifikati tas-sikurezza, l-awtorizzazzjonijiet tas-sikurezza u l-liċenzji msemmija fl-Artikolu 1(2), lid-detenturi ta' tali ċertifikati, awtorizzazzjonijiet u liċenzji, kif ukoll lill-Awtorità Nazzjonali tas-Sikurezza u lill-awtorità tal-liċenzjar tar-Renju Unit bl-intenzjoni tagħha li tipproċedi għal tali rtirar u tagħtihom l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom.

Artikolu 6

Konsultazzjoni u kooperazzjoni

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit u jikkooperaw magħhom skont il-ħtieġa sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2.   Fuq talba, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed kwalunkwe informazzjoni miksuba skont il-paragrafu 1 jew kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 7

Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 51 tad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament u tal-Kunsill (7) kif ukoll mill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 62 tad-Direttiva 2012/34/UE. Dawk il-kumitati għandhom ikunu kumitati skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Għandu japplika mill-jum wara dak li fih it-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit skont l-Artikolu 50(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

3.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika jekk ftehim dwar il-ħruġ konkluż mar-Renju Unit skont l-Artikolu 50(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jkun daħal fis-seħħ sad-data msemmija fil-paragrafu 2.

4.   Dan ir-Regolament għandu jieqaf japplika disa' xhur minn meta jkun sar applikabbli skont il-paragrafu 2.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, il-25 ta' Marzu 2019.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

G. CIAMBA


(1)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Marzu 2019.

(2)  Id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32).

(3)  Id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar is-sikurezza ferrovjarja (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 102).

(4)  Id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 fuq is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE fuq l-għoti tal-liċenzji tal-impriżi tal-linji tal-ferrovija u d-Direttiva 2001/14/KE fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà, (ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44).

(5)  Id-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar iċ-ċertifikazzjoni ta' sewwieqa tal-ferroviji li joperaw lokomotivi u ferroviji fuq is-sistema ferrovjarja tal-Komunità (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 51).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(7)  Id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44).


ANNESS

L-istazzjonijiet u terminals tal-qsim tal-fruntieri msemmija fl-Artikoli 3 u 4 huma dawn li ġejjin:

1.   L-IRLANDA

Dún Dealgan/Dundalk

2.   FRANZA

Calais-Fréthun


DEĊIŻJONIJIET

27.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 85/66


DEĊIŻJONI (UE) 2019/504 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-19 ta' Marzu 2019

dwar Direttiva li temenda 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija u r-Regolament (UE) 2018/1999 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, minħabba l-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 192(1) u 194(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġislattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Fid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit ippreżenta n-notifika bl-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni, skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). It-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' ftehim dwar il-ħruġ jew, fin-nuqqas ta' dan, sentejn wara dik in-notifika, jiġifieri mit-30 ta' Marzu 2019, sakemm il-Kunsill Ewropew, bi qbil mar-Renju Unit, ma jiddeċidix b'mod unanimu li jestendi dak il-perjodu.

(2)

Il-ftehim dwar il-ħruġ kif miftiehem bejn in-negozjaturi fih arranġamenti għall-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni għar-Renju Unit u fih, lil hinn mid-data li fuqha t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit u fih. Jekk dak il-ftehim jidħol fis-seħħ, id-Direttiva (UE) 2018/2002 (3), li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (4) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), japplikaw għar-Renju Unit u fih matul il-perjodu ta' tranżizzjoni skont dak il-ftehim u ma jibqgħux japplikaw fi tmiem dak il-perjodu.

(3)

L-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2012/27/UE, li ġiet introdotta mid-Direttiva (UE) 2018/2002, teħtieġ lill-Istati Membri jistabbilixxu kontribuzzjonijiet nazzjonali indikattivi tal-effiċjenza fl-enerġija għall-ilħuq tal-miri tal-effiċjenza fl-enerġija tal-Unjoni ta' mill-inqas 32,5 % għall-2030. Meta stabbilixxew dawk il-kontribuzzjonijiet, l-Istati Membri għandhom l-obbligu li jieħdu inkunsiderazzjoni l-konsum tal-enerġija tal-Unjoni għall-2030 f'termini ta' enerġija primarja u/jew finali.

(4)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2018/1999 jirrikjedi lilll-Istati Membri jqisu l-konsum tal-enerġija tal-Unjoni għall-2030 f'termini ta' enerġija primarja u/jew enerġija finali fil-kontribuzzjonijiet indikattivi nazzjonali tagħhom għall-effiċjenza fl-enerġija għall-ilħuq tal-miri tal-Unjoni. Skont l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 29(3) ta' dak ir-Regolament, il-konsum tal-enerġija fil-livell tal-Unjoni huwa rilevanti wkoll għall-valutazzjoni tal-progress tal-Kummissjoni lejn l-ilħuq kollettiv tal-miri tal-Unjoni.

(5)

Minħabba l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, huwa meħtieġ li jiġu emendati ċ-ċifri mbassra tal-konsum ta' enerġija għall-Unjoni fl-2030 jiġu adattati teknikament sabiex jirriflettu l-Unjoni ta' 27 Stat Membru minbarra r-Renju Unit (“EU 27”). It-tbassir magħmul għall-miri ewlenin tal-Unjoni ta' mill-inqas 32,5 % juri li l-konsum ta' enerġija primarja huwa mistenni li jkun ugwali għal 1 273 miljun tunnellata ta' ekwivalenti taż-żejt (Mtoe) u l-konsum ta' enerġija finali jenħtieġ li jkun ugwali għal 956 Mtoe fl-2030 għall-Unjoni ta' 28 Stat Membru. It-tbassir ekwivalenti għall-EU 27 juri li l-konsum ta' enerġija primarja għandu ikun ugwali għal 1 128 Mtoe u l-konsum ta' enerġija finali għandu ikunu ugwali għal 846 Mtoe fl-2030. Dan jeħtieġ l-emendar taċ-ċifri għal-livelli ta' konsum tal-enerġija fl-2030.

(6)

L-istess tbassir għall-konsum tal-enerġija fl-2030 huma rilevanti għall-Artikoli 6 u 29 u r-Regolament (UE) 2018/1999.

(7)

B'konformità mal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill (6), il-waqfien tal-applikazzjoni tal-atti ffissat f'data partikolari għandu jseħħ mat-tmiem tal-aħħar siegħa tal-jum li jaħbat f'dik id-data. Din id-Deċiżjoni għalhekk jenħtieġ li tapplika mill-jum wara dak li fih id-Direttiva 2012/27/UE u r-Regolament (UE) 2018/1999 ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit.

(8)

Id-Direttiva 2012/27/UE u r-Regolament (UE) 2018/1999 jenħtieġ li jiġu emendati skont dan,

(9)

Sabiex tipprepara mingħajr dewmien għall-ħruġ tar-Renju Unit, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emenda għad-Direttiva 2012/27/UE

Fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2012/27/UE, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“5.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi kontribuzzjonijiet indikattivi nazzjonali tal-effiċjenza fl-enerġija lejn il-miri tal-Unjoni għall-2030 kif imsemmi fl-Artikolu 1(1) ta' din id-Direttiva skont l-Artikoli 4 u 6 tar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1). Meta jistabbilixxu dawk il-kontribuzzjonijiet, l-Istati Membri għandhom iqisu li l-konsum tal-enerġija tal-Unjoni għall-2030 ma għandux ikun aktar minn 1 128 Mtoe tal-enerġija primarja u/jew mhux aktar minn 846 Mtoe tal-enerġija finali. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn il-kontribuzzjonijiet lill-Kummissjoni bħala parti mill-pjanijiet nazzjonali integrati għall-enerġija u l-klima kif imsemmi fi, u b'konformità mal-proċedura skont l-Artikoli 3 u 7 sa 12 tar-Regolament (UE) 2018/1999.

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament (UE) 2018/1999

Ir-Regolament (UE) 2018/1999 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Fil-kontribuzzjoni nazzjonali indikattiv tiegħu għall-effiċjenza enerġetika għall-2030 u għall-aħħar sena tal-perijodu kopert għall-pjanijiet nazzjonali sussegwenti skont il-punt (b)(1) tal-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament, kull Stat Membru għandu jqis li, skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2012/27/UE l-konsum tal-enerġija tal-Unjoni fl-2020 għandu jkun mhux aktar minn 1 483 Mtoe tal-enerġija primarja jew mhux aktar minn 1 086 Mtoe tal-enerġija finali u l-konsum tal-enerġija tal-Unjoni fl-2030 għandu jkun mhux aktar minn 1 128 Mtoe tal-enerġija primarja u/jew mhux aktar minn 846 Mtoe tal-enerġija finali.”;

(2)

fl-Artikolu 29(3), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Fil-qasam tal-effiċjenza fl-enerġija, bħala parti mill-valutazzjoni tagħha msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-progress lejn il-kisba kollettiva ta' konsum tal-enerġija massimu fil-livell tal-Unjoni ta' 1 128 Mtoe ta' enerġija primarja u 846 Mtoe ta' enerġija finali fl-2030 b'konformità mal-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2012/27/UE.”.

Artikolu 3

Limiti ta' żmien

L-Artikoli 1 u 2 ta' din id-Deċiżjoni huma mingħajr preġudizzju għal-limiti ta' żmien previsti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018//2002 u fl-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) 2018/1999.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   L-Artikoli 1 u 2 għandhom japplikaw mill-jum wara dak li fih id-Direttiva 2012/27/UE u r-Regolament (UE) 2018/1999 ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit u fih.

Artikolu 5

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Marzu 2019.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

G. CIAMBA


(1)  L-Opinjoni tat-23 ta' Jannar 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-4 ta' Marzu 2019.

(3)  Id-Direttiva (UE) 2018/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 li temenda d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 210).

(4)  Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill tat-3 ta' Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perjodi, dati u limiti ta' żmien (ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1).


Rettifika

27.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 85/69


Rettifika tar-Regolament (UE) 2019/216 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqassim tal-kwoti tariffarji inklużi fl-iskeda tad-WTO tal-Unjoni wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 38 tat-8 ta' Frar 2019 )

F'paġna 18, Anness, Parti A, tabella, il-11-il ringiela (relatata man-numru tal-ordni 094166)

minflok:

“Ross nofsu jew kollu mitħun

t

25 516

OT

094166

88 %

22 442 ”,

aqra:

“Ross nofsu jew kollu mitħun

t

25 516

EO

094166

88 %

22 442 ”.