ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 77

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 62
20 ta' Marzu 2019


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/440 tad-29 ta' Novembru 2018 dwar l-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd skont il-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk u tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu

1

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/441 tal-4 ta' Marzu 2019 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk, tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu u tal-iskambju ta' ittri li jakkumpanja l-Ftehim

4

 

 

Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk

8

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/442 tat-12 ta' Diċembru 2018 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament Delegat (UE) 2017/587 biex jispeċifika r-rekwiżit għall-prezzijiet biex jirrifletti l-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq u biex jaġġorna u jikkoreġi ċerti dispożizzjonijiet ( 1 )

56

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/443 tat-13 ta' Frar 2019 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/588 fir-rigward tal-possibbiltà li jiġi aġġustat l-għadd medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet għal sehem meta ċ-ċentru tan-negozjar bl-ogħla fatturat ta' dak is-sehem ikun jinsab barra mill-Unjoni ( 1 )

59

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/444 tad-19 ta' Marzu 2019 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 fir-rigward tal-formoli għall-impriżi tal-garanti u l-inklużjoni tal-kostijiet tat-trasport bl-ajru fil-valur doganali fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni

61

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/445 tad-19 ta' Marzu 2019 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 367/2014 li jiffissa l-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG

64

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/446 tad-19 ta' Marzu 2019 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi ( 1 )

67

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/447 tal-15 ta' Marzu 2019 li taħtar membru supplenti, propost mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni

73

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/448 tat-18 ta' Marzu 2019 dwar is-sottomissjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, ta' proposta biex il-methoxychlor jiġi elenkat fl-Anness A tal-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes

74

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/449 tat-18 ta' Marzu 2019 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/715 li tistabbilixxi miżuri fir-rigward ta' ċertu frott f'xi pajjiżi terzi biex jipprevjenu l-introduzzjoni fl-Unjoni u t-tixrid tal-organiżmu ta' ħsara Phyllosticta citricarpa (McAlpine) Van der Aa (notifikata bid-dokument C(2019) 2024)

76

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/450 tad-19 ta' Marzu 2019 dwar il-pubblikazzjoni tad-Dokumenti Ewropej ta' Valutazzjoni (EADs) għall-prodotti tal-bini abbozzati b'appoġġ tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

78

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/451 tad-19 ta' Marzu 2019 dwar l-istandards armonizzati għall-prodotti għall-bini abbozzati b'appoġġ għar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

80

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

20.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2019/440

tad-29 ta' Novembru 2018

dwar l-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd skont il-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk u tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni nnegozjat, f'isem l-Unjoni, Ftehim ġdid ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk (“il-Ftehim dwar is-Sajd”) kif ukoll Protokoll ta' Implimentazzjoni ġdid tiegħu u l-iskambju ta' ittri li jakkumpanja l-Ftehim dwar is-Sajd.

(2)

F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/2068 (1), il-Ftehim dwar is-Sajd, il-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu u l-iskambju ta' ittri li jakkumpanja l-Ftehim dwar is-Sajd ġew iffirmati fl-14 ta' Jannar 2019, soġġett għall-konklużjoni tagħhom f'data iktar 'il quddiem.

(3)

Il-Protokoll ta' Implimentazzjoni tal-Ftehim dwar is-Sajd ikopri perijodu ta' erba' snin mid-data ta' applikazzjoni tiegħu, kif identifikat fl-Artikolu 16 tiegħu.

(4)

Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd jiġu allokati fost l-Istati Membri matul id-durata kollha tal-applikazzjoni tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tal-Ftehim dwar is-Sajd.

(5)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mid-data ta' applikazzjoni tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tal-Ftehim dwar is-Sajd,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti bis-saħħa tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk (“il-Ftehim dwar is-Sajd”) għandhom jiġu allokati fost l-Istati Membri kif ġej:

Kategorija tas-sajd

Tip ta' bastiment

Stat Membru

Liċenzji jew kwota

Sajd fuq skala żgħira fit-Tramuntana, speċijiet pelaġiċi

Bastimenti tas-sajd bit-tartaruni < 150 tunnellaġġ gross (TG)

Spanja

22

Sajd fuq skala żgħira fit-Tramuntana

Bastimenti tas-sajd bil-konz tal-qiegħ < 40 TG

Spanja

25

Il-Portugall

7

Bastimenti tas-sajd bil-konz tal-qiegħ ≥ 40 TG < 150 TG

Il-Portugall

3

Sajd fuq skala żgħira fin-Nosfinhar

Qasba u xlief < 150 TG kull bastiment

Total ≤ 800 TG

Spanja

10

Sajd tal-qiegħ

Bastimenti tas-sajd bil-konz tal-qiegħ, ≤ 150 TG

Spanja

7

Il-Portugall

4

Bastimenti tas-sajd bix-xbieki tat-tkarkir ≤ 750 TG

Total≤ 3 000 TG

Spanja

5

L-Italja

0

Sajd għat-tonn

Dgħajjes tas-sajd bil-lixka

Spanja

23

Franza

4

Pelaġiku industrijali

85 000 tunnellata (t) għall-ewwel sena

90 000 t għat-tieni sena

100 000 t għat-tielet u r-raba' sena

Allokazzjoni tal-bastimenti awtorizzati li jistadu:

 

10 bastimenti ≥ 3 000 TG u < 7 765 TG

 

4 bastimenti ≥ 150 u < 3 000 TG

 

4 bastimenti < 150 TT

L-ewwel sena: 85 000 t

 

Il-Ġermanja

6 871,2 t

Il-Litwanja

21 986,3 t

Il-Latvja

12 367,5 t

In-Netherlands

26 102,4 t

L-Irlanda

3 099,3 t

Il-Polonja

4 807,8 t

Ir-Renju Unit

4 807,8 t

Spanja

496,2 t

Il-Portugall

1 652,2 t

Franza

2 809,3 t

It-tieni sena: 90 000 tunnellata

 

Il-Ġermanja

7 275,4 t

Il-Litwanja

23 279,6 t

Il-Latvja

13 095,0 t

In-Netherlands

27 637,9 t

L-Irlanda

3 281,6 t

Il-Polonja

5 090,6 t

Ir-Renju Unit

5 090,6 t

Spanja

525,4 t

Il-Portugall

1 749,4 t

Franza

2 974,5 t

It-tielet u r-raba' sena: 100 000 t kull sena

 

Il-Ġermanja

8 083,8 t

Il-Litwanja

25 866,3 t

Il-Latvja

14 550,0 t

In-Netherlands

30 708,8 t

L-Irlanda

3 646,3 t

Il-Polonja

5 656,3 t

Ir-Renju Unit

5 656,3 t

Spanja

583,8 t

Il-Portugall

1 943,8 t

Franza

3 305,0 t

2.   Ir-Regolament (UE) 2017/2403 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-Ftehim dwar is-Sajd, għall-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu u għall-iskambju ta' ittri li jakkumpanja l-Ftehim dwar is-Sajd.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mid-data tal-applikazzjoni tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tal-Ftehim dwar is-Sajd.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Novembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

M. SCHRAMBÖCK


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/2068 tad-29 ta' Novembru 2018 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk, tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu u tal-iskambju ta' ittri li jakkumpanja l-Ftehim (ĠU L 331, 28.12.2018, p. 1).

(2)  Regolament (UE) 2017/2403 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 dwar il-ġestjoni sostenibbli ta' flotot tas-sajd esterni, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 81).


20.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/4


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/441

tal-4 ta' Marzu 2019

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk, tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu u tal-iskambju ta' ittri li jakkumpanja l-Ftehim

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a)(v), u l-Artikolu 218(7) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Fit-22 ta' Mejju 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 764/2006 (2) dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta' Assoċjazzjoni fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk (“il-Ftehim”). Il-Ftehim sussegwentement ġie mġedded b'mod taċitu.

(2)

L-aħħar Protokoll li jimplimenta l-Ftehim u li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fih skada fl-14 ta' Lulju 2018.

(3)

Fis-sentenza tagħha fil-kawża C-266/16 (3) b'risposta għal talba għal deċiżjoni preliminari dwar il-validità u l-interpretazzjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu, il-Qorti ddeċidiet li la l-Ftehim u lanqas il-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu ma japplikaw għall-ilmijiet li jmissu mat-territorju tas-Saħara tal-Punent.

(4)

L-Unjoni ma tippreġudikax l-eżitu tal-proċess politiku dwar l-istatus finali tas-Saħara tal-Punent li qed iseħħ taħt l-awspiċji tan-Nazzjonijiet Uniti, u hija rriaffermat b'mod kostanti l-impenn tagħha għal soluzzjoni tat-tilwim fis-Saħara tal-Punent, li bħalissa huwa elenkat min-Nazzjonijiet Uniti bħala territorju mhux awtonomu u li huwa amministrat prinċipalment mir-Renju tal-Marokk. Hija tappoġġa bis-sħiħ l-isforzi tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-mibgħut personali tiegħu biex jgħin lill-partijiet jaslu għal soluzzjoni politika ġusta, dejjiema u aċċettabbli b'mod reċiproku, li tippermetti l-awtodeterminazzjoni tal-poplu tas-Saħara tal-Punent bħala parti mill-arranġamenti konformi mal-finijiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u kif stabbilit fir-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”), u b'mod partikolari r-Riżoluzzjonijiet KSNU 2152 (2014), KSNU 2218 (2015), KSNU 2285 (2016), KSNU 2351 (2017) u KSNU 2414 (2018).

(5)

Jenħtieġ li jkun possibbli li l-flotot tal-Unjoni jkomplu bl-attivitajiet tas-sajd li ilhom iwettqu mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, u jenħtieġ li l-kamp ta' applikazzjoni tal-Ftehim jiġi ddefinit b'mod li jinkludi l-ilmijiet li jmissu mat-territorju tas-Saħara tal-Punent. Barra minn hekk, il-kontinwazzjoni tas-sħubija dwar is-sajd hija essenzjali sabiex dak it-territorju jkun jista' jkompli jgawdi mill-appoġġ settorjali pprovdut taħt il-Ftehim, f'konformità mad-dritt tal-Unjoni u dak internazzjonali, inkluż id-drittijiet tal-bniedem, u għall-benefiċċju tal-popolazzjoni kkonċernata.

(6)

Għal dak l-għan, fis-16 ta' April 2018 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tibda negozjati mar-Renju tal-Marokk bil-ħsieb li jiġi emendat il-Ftehim u li jintlaħaq qbil dwar Protokoll ta' Implimentazzjoni ġdid. B'segwitu għal dawk in-negozjati, fl-24 ta' Lulju 2018 ġew inizjalati Ftehim ġdid ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk (“il-Ftehim dwar is-Sajd”), kif ukoll Protokoll ta' Implimentazzjoni ġdid għalih, li jinkludi l-Anness u l-Appendiċijiet għal dak il-Protokoll, u l-iskambju ta' ittri li jakkumpanja l-Ftehim dwar is-Sajd li jifforma parti integrali mill-Ftehim dwar is-Sajd.

(7)

L-objettiv tal-Ftehim dwar is-Sajd huwa li jippermetti lill-Unjoni u lir-Renju tal-Marokk jaħdmu flimkien aktar mill-qrib rigward il-promozzjoni ta' politika tas-sajd sostenibbli u l-isfruttament responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd definita fil-Ftehim dwar is-Sajd u li jiġu appoġġati l-isforzi tar-Renju tal-Marokk biex jiżviluppa s-settur tas-sajd u l-ekonomija blu. B'dan il-mod il-Ftehim jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni skont l-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(8)

Il-Kummissjoni vvalutat l-impatt potenzjali tal-Ftehim dwar is-Sajd fuq l-iżvilupp sostenibbli, b'mod partikolari fir-rigward tal-benefiċċji għall-popolazzjoni kkonċernata u l-isfruttament tar-riżorsi naturali tat-territorji kkonċernati.

(9)

Konformement ma' dik l-evalwazzjoni, jidher li l-Ftehim dwar is-Sajd ikun ta' benefiċċju kbir għall-popolazzjoni kkonċernata minħabba l-impatt soċjoekonomiku pożittiv għal dik il-popolazzjoni, b'mod partikolari f'termini ta' impjiegi u ta' investiment, u f'termini tal-impatt tiegħu fuq l-iżvilupp tas-settur tas-sajd u s-settur tal-ipproċessar tal-ħut.

(10)

Bl-istess mod, jidher li l-Ftehim dwar is-Sajd jirrappreżenta l-aqwa garanzija għall-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi naturali tal-ilmijiet li jmissu mas-Saħara tal-Punent, peress li l-attivitajiet tas-sajd jikkonformaw mal-aqwa parir u rakkomandazzjonijiet xjentifiċi f'dan il-qasam u huma soġġetti għal miżuri xierqa ta' monitoraġġ u ta' kontroll.

(11)

Fid-dawl tal-konsiderazzjonijiet ifformulati fis-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni, flimkien mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, ħadet il-miżuri raġonevoli u possibbli kollha fil-kuntest attwali biex il-popolazzjoni kkonċernata tiġi involuta b'mod xieraq sabiex jiġi determinat il-kunsens tagħhom. Saru konsultazzjonijiet estensivi fis-Saħara tal-Punent u fir-Renju tal-Marokk, u l-atturi soċjoekonomiċi u politiċi li ħadu sehem fil-konsultazzjonijiet kienu b'mod ċar favur il-konklużjoni tal-Ftehim dwar is-Sajd. Madankollu, il-Front Polisario u xi partijiet oħra ma aċċettawx li jieħdu sehem fil-proċess ta' konsultazzjoni.

(12)

Dawk li ma aċċettawx li jieħdu sehem fil-proċess ma aċċettawx l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar is-Sajd u l-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu għall-ilmijiet li jmissu mas-Saħara tal-Punent, għaliex ħassew essenzjalment li dawk l-atti jikkonfermaw il-pożizzjoni tal-Marokk fir-rigward tat-territorju tas-Saħara tal-Punent. Madankollu, mhemm xejn fit-termini tal-Ftehim dwar -s-Sajd jew tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu lijimplika rikonoxximent tas-sovranità jew tad-drittijiet sovrani tar-Renju tal-Marokk fuq is-Saħara tal-Punent u l-ilmijiet li jmissu magħha. L-Unjoni ser tkompli wkoll tintensifika l-isforzi tagħha b'appoġġ għall-proċess, mibdi u mmexxi taħt l-awspiċji tan-Nazzjonijiet Uniti, ta' riżoluzzjoni paċifika tat-tilwim.

(13)

F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/2068 (4), il-Ftehim dwar is-Sajd, il-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu u l-iskambju ta' ittri li jakkumpanja l-Ftehim dwar is-Sajd ġew iffirmati fl-14 ta' Jannar 2019, soġġett għall-konklużjoni tagħhom f'data aktar 'il quddiem.

(14)

Jenħtieġ li l-Ftehim dwar is-Sajd, il-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu u l-iskambju ta' ittri li jakkumpanja l-Ftehim dwar is-Sajd jiġu approvati,

(15)

L-Artikolu 13 tal-Ftehim dwar is-Sajd jistabbilixxi l-Kumitat Konġunt responsabbli għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tiegħu. Il-Kumitat Konġunt jista' jadotta emendi għall-Protokoll ta' Implimentazzjoni tal-Ftehim dwar is-Sajd, f'konformità mal-Artikolu 13(3) tal-Ftehim dwar is-Sajd. Sabiex tiġi ffaċilitata l-approvazzjoni ta' dawk l-emendi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-segħta, soġġett għal kondizzjonijiet speċifiċi, li tapprova tali emendi taħt proċedura simplifikata,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk (“il-Ftehim dwar is-Sajd”), il-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu u l-iskambju ta' ittri li jakkumpanja l-Ftehim dwar is-Sajd huma b'dan approvati f'isem l-Unjoni.

It-test tal-Ftehim dwar is-Sajd, tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu, inkluż l-Anness u l-Appendiċijiet għal dak il-Protokoll, u tal-iskambju ta' ittri li jakkumpanja dan il-Ftehim dwar is-Sajd huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

F'konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha s-setgħa tapprova, f'isem l-Unjoni, l-emendi għall-Protokoll ta' Implimentazzjoni tal-Ftehim dwar is-Sajd li jiġu adottati mill-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 13 tal-Ftehim dwar is-Sajd.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 17 tal-Ftehim dwar is-Sajd u fl-Artikolu 15 tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Marzu 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

A. ANTON


(1)  Approvazzjoni tat-12 ta' Frar 2019 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 764/2006 tat- 22 ta' Mejju 2006 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta' Assoċjazzjoni fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk (ĠU L 141, 29.5.2006, p. 1).

(3)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta' Frar 2018, Western Sahara Campaign UK, C-266/16, ECLI:EU:C:2018:118.

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/2068 tad-29 ta' Novembru 2018 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk, tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu u tal-iskambju ta' ittri li jakkumpanja l-Ftehim (ĠU L 331, 28.12.2018, p. 1).


ANNESS

Ambitu tas-setgħat mogħtija u proċedura għad-determinazzjoni tal-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt

1.

Il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata tinnegozja mar-Renju tal-Marokk u, fejn xieraq u soġġett għall-osservanza tal-punt 3 ta' dan l-Anness, taqbel dwar l-emendi għall-Protokoll ta' Implimentazzjoni tal-Ftehim dwar is-Sajd fir-rigward tal-kwistjonijiet li ġejjin:

(a)

l-aġġustament tal-opportunitajiet tas-sajd u, bħala konsegwenza, tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 12(2)(a) u (b) tal-Ftehim dwar is-Sajd;

(b)

l-arranġamenti ta' appoġġ settorjali u, bħala konsegwenza, tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 12(2)(c) tal-Ftehim dwar is-Sajd;

(c)

il-kondizzjonijiet u l-arranġamenti tekniċi li skonthom il-bastimenti tal-Unjoni jwettqu l-attivitajiet tas-sajd tagħhom.

2.

Fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim dwar is-Sajd, l-Unjoni għandha:

(a)

taġixxi f'konformità mal-objettivi tagħha fir-rigward tal-politika komuni tas-sajd;

(b)

tippromwovi pożizzjonijiet li huma konsistenti mar-regoli rilevanti adottati mill-organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd u li jqisu l-ġestjoni konġunta mill-Istati kostali.

3.

Meta tkun ser tiġi adottata deċiżjoni dwar emendi għall-Protokoll ta' Implimentazzjoni msemmi fil-punt 1 waqt laqgħa tal-Kumitat Konġunt, għandhom jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiġi żgurat li l-pożizzjoni li tiġi espressa f'isem l-Unjoni tqis l-informazzjoni statistika, bijoloġika u informazzjoni oħra rilevanti l-aktar reċenti mibgħuta lill-Kummissjoni.

4.

Għal dak il-għan u abbażi ta' dik l-informazzjoni, dokument li jistabbilixxi l-partikolaritajiet tal-pożizzjoni tal-Unjoni proposta għandu jintbagħat mis-servizzi tal-Kummissjoni, fi żmien biżżejjed qabel il-laqgħa rilevanti tal-Kumitat Konġunt, lill-Kunsill jew lill-korpi preparatorji tiegħu għall-konsiderazzjoni u approvazzjoni.

5.

Fir-rigward tal-kwistjonijiet imsemmijin fil-punt 1(a), l-approvazzjoni, mill-Kunsill, tal-pożizzjoni prevista tal-Unjoni għandha tirrikjedi maġġoranza kwalifikata ta' voti. Fil-każijiet l-oħra, il-pożizzjoni tal-Unjoni prevista fid-dokument ta' tħejjija għandha titqies li tkun maqbula, sakemm għadd ta' Stati Membri ekwivalenti għal minoranza li tibblokka ma joġġezzjonax waqt laqgħa tal-korp preparatorju tal-Kunsill jew fi żmien 20 jum mill-wasla tad-dokument ta' tħejjija, skont liema jseħħ l-ewwel. F'każ ta' tali oġġezzjoni, il-kwistjoni għandha tiġi rreferita lill-Kunsill.

6.

Jekk, matul laqgħat oħrajn, u anki fil-post, ma jkunx possibbli li jintlaħaq qbil li jippermetti li l-pożizzjoni tal-Unjoni tqis elementi l-ġodda, il-kwistjoni għandha tiġi rreferita lill-Kunsill jew lill-korpi preparatorji tiegħu.

7.

Il-Kummissjoni hija mistiedna biex, fi żmien debitu, tieħu kull pass meħtieġ bħala segwitu għad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt, inkluż, fejn xieraq, il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni rilevanti f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-preżentazzjoni ta' kwalunkwe proposta xierqa għall-implimentazzjoni ta' dik id-deċiżjoni.

20.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/8


FTEHIM TA' SĦUBIJA DWAR IS-SAJD SOSTENIBBLI BEJN L-UNJONI EWROPEA U R-RENJU TAL-MAROKK

L-UNJONI EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Unjoni”, minn naħa waħda,

u

IR-RENJU TAL-MAROKK, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Marokk”, min-naħa l-oħra,

minn hawn il-quddiem imsejħin “il-Partijiet”,

FILWAQT LI JQISU r-relazzjoni ta' ħidma mill-qrib bejn l-Unjoni u l-Marokk, b'mod partikolari fil-kuntest tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħha minn naħa waħda, u r-Renju tal-Marokk min-naħa l-oħra, iffirmat fis-26 ta' Frar 1996 (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni”), u x-xewqa komuni tagħhom li jsaħħu din ir-relazzjoni;

IMPENJATI li jikkonformaw b'mod strett mal-liġi internazzjonali u mad-drittijiet fundamentali tal-bniedem filwaqt li jiżguraw il-benefiċċji reċiproċi tal-Partijiet ikkonċernati;

FILWAQT LI JQISU li dan il-Ftehim jagħmel parti mis-sħubija ġenerali tagħhom li tkopri l-kwistjonijiet ekonomiċi, politiċi u ta' sigurtà u l-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari, inkluż il-kawżi ewlenin tagħha;

FID-DAWL tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar (UNCLOS);

KONXJI mill-importanza tal-prinċipji stabbiliti mill-Kodiċi ta' Kondotta għal Sajd Responsabbli adottat waqt il-Konferenza tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO) fl-1995;

DETERMINATI li japplikaw id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd rilevanti li l-Partijiet huma membri tagħhom;

JIXTIEQU, għal dawn il-finijiet, li jitqiesu l-pariri xjentifiċi disponibbli u l-pjanijiet ta' ġestjoni rilevanti adottati mill-organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd rilevanti, biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà ambjentali tal-attivitajiet tas-sajd u biex tiġi promossa l-governanza tal-oċeani fuq livell internazzjonali;

DEĊIŻI, għal dawn il-finijiet, li jistabbilixxu djalogu, b'mod partikolari fir-rigward tal-governanza tas-sajd, il-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU), u l-monitoraġġ, il-kontroll, u s-sorveljanza (MKS) tal-attivitajiet tas-sajd;

JIXTIEQU li l-aċċess għaż-żona tas-sajd ikun ibbażat fuq l-attività tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni u li din tikseb sehem xieraq tar-riżorsi żejda tas-sajd, filwaqt li titqies l-ispeċifiċità ta' kull Ftehim u li tibbenefika mill-istess kundizzjonijiet tekniċi tas-sajd applikati għall-flotot kollha;

KONVINTI li s-sħubija trid tkun ibbażata fuq inizjattivi u miżuri li, sew jekk jittieħdu b'mod konġunt u sew jekk b'mod individwali mill-Partijiet, ikunu kumplementari, konformi mal-politika u jiżguraw sinerġija tal-isforzi;

DEĊIŻI, għal dawn il-finijiet, li jikkontribwixxu, fil-qafas tal-politika settorjali tas-sajd tal-Marokk, inkluż fiż-żona tas-sajd koperta b'dan il-Ftehim, biex jippromwovu l-iżvilupp ta' sħubija bil-ħsieb, b'mod partikolari, li jiġu identifikati l-mezzi l-aktar xierqa biex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva ta' din il-politika u biex l-operaturi ekonomiċi u s-soċjetà ċivili jiġu involuti fil-proċess;

JIXTIEQU li jistabbilixxu t-termini u l-kundizzjonijiet tal-aċċess għaż-żona tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni; f'dan ir-rigward, jenħtieġ li l-attivitajiet tas-sajd ikunu mmirati esklużivament għar-riżorsi disponibbli, filwaqt li titqies il-kapaċità tas-sajd tal-flotot li joperaw fiż-żona u filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari għan-natura transżonali u migratorja ħafna ta' ċerti speċijiet;

DEĊIŻI li jsegwu kooperazzjoni ekonomika u soċjali aktar mill-qrib bil-għan li tistabbilixxi u ssaħħaħ is-sajd sostenibbli u ttejjeb il-governanza tal-oċeani, inkluż bit-trawwim ta' investimenti li jinvolvu intrapriżi tal-Partijiet, f'konformità mal-għanijiet ta' żvilupp tal-pajjiż,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk” tfisser id-Dipartiment tas-Sajd Marittimu tal-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd Marittimu, l-Iżvilupp Rurali u l-Ilma u l-Foresti tal-Marokk;

(b)

“awtoritajiet tal-Unjoni” tfisser il-Kummissjoni Ewropea;

(c)

“ftehim” tfisser il-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli attwali bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk, l-iskambju ta' ittri li jakkumpanjaw il-Ftehim, kif ukoll il-protokoll tal-implimentazzjoni tal-Ftehim, l-Anness u l-Appendiċijiet tiegħu (minn hawn il-quddiem imsejħin “il-Protokoll”);

(d)

“attività tas-sajd” tfisser it-tiftix għall-ħut, it-tfigħ il-baħar, il-kalar, it-tkarkir jew l-irfigħ tal-irkaptu tas-sajd, it-teħid tal-qabdiet abbord, it-trasbord, iż-żamma abbord, l-ipproċessar abbord, it-trasferiment, it-tqegħid fil-gaġeġ, is-simna u l-ħatt l-art tal-ħut u tal-prodotti tas-sajd;

(e)

“bastiment tas-sajd” tfisser kull bastiment mgħammar għall-użu kummerċjali tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar;

(f)

“bastiment tal-Unjoni” tfisser bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru tal-Unjoni u li huwa reġistrat fl-Unjoni;

(g)

“sid il-bastiment” tfisser il-persuna li hija legalment responsabbli mill-bastiment tas-sajd, li tmexxih u tikkontrollah;

(h)

“żona tas-sajd” tfisser l-ilmijiet tal-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant li jinsabu bejn il-paralleli 35° 47′ 18″ fit-Tramuntana u 20° 46′ 13″ fit-Tramuntana, inkluż l-ilmijiet tal-madwar tas-Saħara tal-Punent (1) li jkopru ż-żoni kollha ta' ġestjoni; din id-definizzjoni ma għandhiex taffettwa n-negozjati possibbli dwar id-demarkazzjoni taż-żoni marittimi tal-Istati kostali li jikkonfinaw maż-żona tas-sajd u, b'mod ġenerali, id-drittijiet ta' Stati terzi;

(i)

“żona ta' ġestjoni” tfisser iż-żona ta' attività demarkata bil-koordinati ġeografiċi, bl-irkaptu li jista' jintuża jew bl-ispeċijiet awtorizzati;

(j)

“awtorizzazzjoni tas-sajd” tfisser liċenzja tas-sajd maħruġa mill-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk għal bastiment tal-Unjoni, li tagħtih id-dritt li jwettaq attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd;

(k)

“awtorizzazzjoni tas-sajd dirett” tfisser liċenzja tas-sajd maħruġa mill-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk għal bastiment tal-Unjoni barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan il-Ftehim;

(l)

“stokk” tfisser riżorsa bijoloġika tal-baħar li tinsab f'żona partikolari;

(m)

“prodotti tas-sajd” tfisser l-organiżmi akkwatiċi li jirriżultaw minn attività tas-sajd;

(n)

“prodotti tal-akkwakultura” tfisser l-organiżmi akkwatiċi fi kwalunkwe stadju taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom li jirriżultaw minn kwalunkwe attività tal-akkwakultura jew prodott li joriġina minnhom;

(o)

“settur tas-sajd” tfisser is-settur tal-ekonomija li jinkludi l-attivitajiet kollha tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura;

(p)

“sajjied” tfisser kull persuna involuta f'attivitajiet ta' sajd kummerċjali, kif rikonoxxut mill-Partijiet;

(q)

“opportunità ta' sajd” tfisser dritt legali kwantifikat għas-sajd, espress f'termini ta' qabdiet u/jew ta' sforz tas-sajd;

(r)

“sajd sostenibbli” tfisser sajd f'konformità mal-għanijiet u mal-prinċipji stabbiliti mill-Kodiċi ta' Kondotta għal Sajd Responsabbli adottat waqt il-Konferenza tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO) fl-1995.

Artikolu 2

Suġġett

Dan il-Ftehim jistabbilixxi qafas għall-governanza ġuridika, ambjentali, ekonomika u soċjali għall-attivitajiet tas-sajd imwettqa mill-bastimenti tal-Unjoni, u li jistipula b'mod partikolari:

(a)

il-kundizzjonijiet li skonthom il-bastimenti tal-Unjoni jistgħu jwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd;

(b)

il-kooperazzjoni ekonomika u finanzjarja fis-settur tas-sajd bil-għan li tiġi stabbilita sħubija għas-settur tas-sajd u li tissaħħaħ il-governanza tal-oċeani;

(c)

il-kooperazzjoni amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja;

(d)

il-kooperazzjoni xjentifika u teknika bil-ħsieb li jiġi żgurat użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd u l-iżvilupp tas-settur ikkonċernat;

(e)

il-kooperazzjoni dwar il-miżuri ta' MKS tal-attivitajiet fiż-żona tas-sajd ħalli tiġi żgurata l-konformità mar-regoli fis-seħħ u tiġi żgurata l-effettività tal-miżuri għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd u għall-ġestjoni tal-attivitajiet tas-sajd, b'mod partikolari għall-ġlieda kontra s-sajd IUU.

Artikolu 3

Prinċipji u għanijiet għall-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim

1.   Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jippromwovu s-sajd sostenibbli fiż-żona tas-sajd abbażi tal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni bejn il-flotot differenti li jinsabu fiż-żona tas-sajd.

2.   L-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk jimpenjaw ruħhom li l-aċċess għaż-żona tas-sajd ikun ibbażat fuq l-attività tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni. L-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk għandhom jiżguraw li l-flotta tal-Unjoni tikseb sehem xieraq tar-riżorsi żejda tas-sajd, filwaqt li titqies l-ispeċifiċità ta' kull ftehim. Il-flotta tal-Unjoni għandha tgawdi mill-istess kundizzjonijiet tekniċi tas-sajd applikati għall-flotot kollha.

3.   Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jinfurmaw lil xulxin dwar il-ftehimiet u l-arranġamenti tas-sajd konklużi ma' parti terza.

4.   Il-Partijiet jaqblu li l-bastimenti tal-Unjoni għandhom jaqbdu biss l-eċċessi tal-qabda permessa kif imsemmi fl-Artikolu 62(2) u (3) tal-UNCLOS, u identifikati, b'mod ċar u trasparenti abbażi tal-opinjonijiet xjentifiċi disponibbli u rilevanti u tal-informazzjoni rilevanti skambjata bejn il-Partijiet dwar l-isforz totali tas-sajd tal-flotot kollha li joperaw fiż-żona tas-sajd fir-rigward tal-istokkijiet affettwati.

5.   Fir-rigward tal-istokkijiet ta' ħut transżonali jew migratorju ħafna,għad-determinazzjoni tar-riżorsi disponibbli għall-aċċess, il-Partijiet għandhom iqisu debitament il-valutazzjonijiet xjentifiċi mwettqa fil-livell reġjonali kif ukoll il-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni adottati mill-organizzazzjonijiet ta' ġestjoni tas-sajd reġjonali rilevanti.

6.   Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jiżguraw l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim fil-qafas tal-governanza ġurdika, ambjentali, ekonomika u soċjali għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni.

7.   Fl-interess reċiproku tal-Partijiet, dawn jimpenjaw ruħhom li jistabbilixxu djalogu mill-qrib, li jiffaċilitaw il-konsultazzjoni u li jinfurmaw lil xulxin b'mod partikolari dwar l-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd u tal-governanza tal-oċeani.

8.   Il-Partijiet għandhom jikkooperaw ukoll fit-twettiq ta' evalwazzjonijiet ex ante, matul u ex post tal-miżuri, tal-programmi u tal-azzjonijiet implimentati abbażi tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim.

9.   Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom biex jiżguraw li d-Dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar il-prinċipji u d-drittijiet fundamentali fuq il-post tax-xogħol tapplika bis-sħiħ għall-baħħara kollha li jitilgħu abbord il-bastimenti tal-Unjoni, b'mod partikolari dwar il-libertà ta' assoċjazzjoni, tan-negozjar kollettiv tal-ħaddiema u tat-tneħħija tad-diskriminazzjoni fir-rigward tal-impjiegi u tal-professjoni.

10.   Dan il-Ftehim jikkonforma mal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni. Dan jgħin biex jintlaħqu l-għanijiet ġenerali tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u jimmira li jiżgura l-vijabbiltà tar-riżorsi tas-sajd mill-aspetti ekoloġiċi, ekonomiċi u soċjali.

11.   Dan il-Ftehim huwa implimentat skont l-Artikolu 1 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni dwar l-iżvilupp ta' djalogu u kooperazzjoni, u l-Artikolu 2 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni dwar ir-rispett għall-prinċipji demokratiċi u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem.

Artikolu 4

Aċċess tal-bastimenti tal-Unjoni għaż-żona tas-sajd

L-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk jimpenjaw ruħhom li jawtorizzaw lill-bastimenti tal-Unjoni jwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd skont dan il-Ftehim.

Artikolu 5

Kundizzjonijiet li jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd u l-klawżola ta' esklużjoni

1.   Il-bastimenti tal-Unjoni jistgħu jistadu fiż-żona tas-sajd koperta b'dan il-Ftehim dment li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd li tkun inħarġet skont dan il-Ftehim. Għandha tkun ipprojbita kull attività tas-sajd li ssir fiż-żona tas-sajd u li ma tkunx koperta minn dan il-Ftehim.

2.   L-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk ma għandhomx joħorġu awtorizzazzjonijiet għas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni ħlief skont dan il-Ftehim. Għandu jkun ipprojbit il-ħruġ ta' awtorizzazzjonijiet għas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni barra mill-qafas ta' dan il-Ftehim, b'mod partikolari fl-għamla ta' awtorizzazzjoni tas-sajd diretta.

3.   Il-proċedura biex bastiment tal-Unjoni jikseb awtorizzazzjoni tas-sajd, l-imposti applikabbli u l-metodu tal-pagament li għandhom jużaw is-sidien tal-bastimenti għandhom ikunu kif stabbilit fil-Protokoll.

4.   Il-Partijiet għandhom jiżguraw l-applikazzjoni korretta ta' dawn il-kundizzjonijiet u l-proċeduri b'kooperazzjoni amministrattiva xierqa bejn l-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 6

Liġijiet u regolamenti li jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd

1.   Biex jiġi ġġarantit qafas regolatorju għas-sajd sostenibbli, il-bastimenti tal-Unjoni li joperaw fiż-żona tas-sajd għandhom jikkonformaw mal-liġijiet u mar-regolamenti tal-Marokk li jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd f'dik iż-żona, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f'dan il-Ftehim. L-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet tal-Unjoni bil-liġijiet u bir-regolamenti applikabbli sa mhux aktar tard minn xahar qabel ma jibda japplika dan il-Ftehim.

2.   L-Unjoni timpenja ruħha li tieħu l-miżuri xierqa kollha meħtieġa biex tiżgura li l-bastimenti tal-Unjoni jikkonformaw ma' dan il-Ftehim u mal-liġijiet u r-regolamenti notifikati u li jiġu applikati b'mod effettiv il-miżuri ta' MKS tal-attivitajiet tas-sajd previsti f'dan il-Ftehim.

Il-bastimenti tal-Unjoni għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk responsabbli mill-MKS.

3.   Il-Partijiet għandhom jinfurmaw lil xulxin qabel ma jadottaw kwalunkwe deċiżjoni li tista' taffettwa l-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni skont dan il-Ftehim. Il-Partijiet għandhom jinfurmaw lil xulxin bi kwalunkwe emenda fil-politika jew fil-leġiżlazzjoni tas-sajd rispettiva tagħhom li tista' tħalli impatt potenzjali fuq l-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni skont dan il-Ftehim.

Kull emenda fil-leġiżlazzjoni li taffettwa l-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd għandha tkun infurzabbli fir-rigward tal-bastimenti tal-Unjoni mis-60 jum wara li l-awtoritajiet tal-Unjoni jirċievu n-notifika mill-Marokk, ħlief f'ċirkostanzi eċċezzjonali fejn ma japplikax dan il-perjodu.

IMPENJI U OBBLIGI ĠENERALI

Artikolu 7

Sħubija

Il-Partijiet jaqblu li jsaħħu s-sħubija tagħhom, inklużi l-kooperazzjoni fil-qasam xjentifiku, il-kooperazzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi, il-koopereazzjoni fil-qasam tal-MKS, il-ġlieda kontra s-sajd IUU, kif ukoll il-kooperazzjoni amministrattiva għall-implimentazzjoni ta' politika tas-sajd sostenibbli.

Artikolu 8

Kooperazzjoni fil-qasam xjentifiku

1.   Matul il-perjodu ta' dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jikkooperaw biex jimmonitorjaw l-istat tar-riżorsi fiż-żona tas-sajd. Għal dan il-għan, għandha tiġi stabbilita laqgħa xjentifika konġunta li trid issir darba fis-sena fl-Unjoni u fil-Marokk b'mod alternat.

2.   Imsejsa fuq il-konklużjonijiet tal-laqgħa xjentifika u l-aqwa pariri xjentifiċi disponibbli, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fil-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 13 u, fejn ikun meħtieġ u bi qbil komuni, jieħdu miżuri sabiex jiżguraw il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd.

3.   Il-Partijiet b'dan jimpenjaw ruħhom li jikkonsultaw lil xulxin, jew direttament jew fl-organizzazzjonijiet internazzjonali kkonċernati, sabiex jiżguraw il-ġestjoni u l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi u biex jikkooperaw fir-riċerka xjentifika rilevanti.

Artikolu 9

Kooperazzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi

1.   Il-Partijiet għandhom iħeġġu l-koperazzjoni ekonomika, xjentifika u teknika fis-settur tas-sajd u fis-setturi relatati. Dawn għandhom jikkonsultaw lil xulxin biex jiffaċilitaw u jippromwovu l-miżuri differenti li jistgħu jittieħdu għal dan il-għan.

2.   Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jippromwovu l-iskambju tal-informazzjoni dwar it-tekniki u l-irkaptu tas-sajd, il-metodi ta' konservazzjoni u l-proċessi industrijali tal-ipproċessar tal-prodotti tas-sajd.

3.   Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex joħolqu l-kundizzjonijiet adattati għall-promozzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-intrapriżi tagħhom fl-oqsma tekniċi, ekonomiċi u kummerċjali, billi jħeġġu l-ħolqien ta' ambjent favorevoli għall-iżvilupp tan-negozju u tal-investiment.

4.   Il-Partijiet għandhom iħeġġu b'mod partikolari l-promozzjoni tal-investimenti fl-interess reċiproku tagħhom, f'konformità mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ tagħhom.

Artikolu 10

Kooperazzjoni fil-qasam tal-MKS u fil-ġlieda kontra s-sajd IUU

1.   Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom biex jikkooperaw fil-qasam tal-MKS tal-attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd u fil-ġlieda kontra s-sajd IUU bil-għan li jistabbilixxu sajd sostenibbli.

2.   L-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk għandhom jiżguraw li jiġu applikati b'mod effettiv id-dispożizzjonijiet dwar il-kontroll tas-sajd stabbiliti f'dan il-Ftehim u fil-Protokoll tiegħu. Il-bastimenti tal-Unjoni għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet Marokkini responsabbli mit-twettiq ta' dan il-kontroll.

Artikolu 11

Kooperazzjoni amministrattiva

Biex jiżguraw li l-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd huma effettivi, il-Partijiet għandhom:

jiżviluppaw kooperazzjoni amministrattiva biex jiżguraw li l-bastimenti tal-Unjoni jikkonformaw mad-dispożizzjoniji ta' dan il-Ftehim, u b'mod partikolari dawk imsemmija fl-Artikolu 6;

jikkooperaw biex jipprevjenu u jiġġieldu kontra s-sajd IUU, b'mod partikolari bl-iskambju ta' informazzjoni u bil-kooperazzjoni amministrattiva mill-qrib.

Artikolu 12

Kontribuzzjoni finanzjarja

1.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja hija definita fil-Protokoll.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi:

(a)

kumpens finanzjarju mogħti mill-Unjoni għall-aċċess mill-bastimenti tal-Unjoni għaż-żona tas-sajd;

(b)

l-imposti li għandhom jitħallsu mis-sidien tal-bastimenti tal-Unjoni;

(c)

appoġġ settorjali mogħti mill-Unjoni għall-implimentazzjoni ta' politika tas-sajd sostenibbli u governanza tal-oċeani, soġġett għall-programmazzjoni annwali u pluriennali.

3.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija mill-Unjoni għandha titħallas kull sena skont il-Protokoll.

4.   Il-Partijiet għandhom jeżaminaw l-allokazzjoni ġeografika u soċjali ġusta tal-benefiċċji soċjoekonomiċi li jirriżultaw minn dan il-Ftehim, b'mod partikolari f'termini ta' infrastruttura, servizzi soċjali bażiċi, twaqqif ta' negozji, taħriġ vokazzjonali, u proġetti ta' żvilupp u ta' modernizzazzjoni tas-settur tas-sajd, sabiex jiġi żgurat li din l-allokazzjoni tkun ta' benefiċċju għall-persuni kkonċernati b'mod proporzjonali mal-attivitajiet tas-sajd.

5.   L-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2 jista' jiġi rivedut mill-Kumitat Konġunt f'każ ta':

(a)

tnaqqis tal-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti tal-Unjoni, b'mod partikolari għall-applikazzjoni tal-miżuri ta' ġestjoni tal-istokkijiet ikkonċernati, li jitqiesu neċessarji għall-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tar-riżorsi abbażi tal-aqwa pariri xjentifiċi disponibbli;

(b)

żieda tal-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti tal-Unjoni jekk, abbażi tal-aqwa pariri xjentifiċi disponibbli, l-istat tar-riżorsi jkun jippermetti dan;

(c)

sospensjoni jew terminazzjoni, skont l-Artikoli 20 u 21 ta' dan il-Ftehim.

6.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2:

(a)

ma għandhiex tkun assoċjata mal-pagamenti għall-kostijiet ta' aċċess imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2(a);

(b)

għandha tkun stabbilita mill-ilħuq tal-għanijiet tal-appoġġ settorjali skont il-Protokoll u skont il-programmazzjoni annwali u pluriennali tal-implimentazzjoni tiegħu.

7.   L-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2 jista' jiġi rivedut mill-Kumitat Konġunt jekk jiġu vvalutati mill-ġdid it-termini tal-appoġġ finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-politika settorjali.

DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI

Artikolu 13

Kumitat Konġunt

1.   Għandu jiġi stabbilit Kumitat Konġunt magħmul minn rappreżentanti tal-Partijiet. Dan il-Kumitat għandu jkun responsabbli mill-monitoraġġ tal-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim u jista' jemenda l-Protokoll.

2.   Il-Kumitat Konġunt għandu:

(a)

jimmonitorja t-twettiq, l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim, b'mod partikolari, id-definizzjoni tal-programmazzjoni annwali u pluriennali msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 12(6) u l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tagħha;

(b)

jiddefinixxi u jevalwa l-programmazzjoni annwali u pluriennali tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 12(2);

(c)

jeżamina l-allokazzjoni ġeografika u soċjali tal-benefiċċji soċjoekonomiċi tal-persuni kkonċernati msemmija fl-Artikolu 12(4);

(d)

jiżgura l-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni meħtieġa dwar kwistjonijiet ta' interess komuni fil-qasam tas-sajd;

(e)

iservi ta' forum biex jissolva b'mod amikevoli kull tilwim li jista' jinqala' dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim.

3.   Il-Kumitat Konġunt jista' japprova l-emendi fil-Protokoll dwar:

(a)

ir-reviżjoni tal-opportunitajiet tas-sajd u, b'riżultat ta' dan, tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 12(2);

(b)

l-arranġamenti ta' appoġġ settorjali, u b'riżultat ta' dan tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 12(2);

(c)

il-kundizzjonijiet u l-arranġamenti tekniċi li skonthom il-bastimenti tal-Unjoni jwettqu l-attivitajiet tas-sajd tagħhom;

(d)

kwalunkwe funzjoni oħra li l-Partijiet jiddeċiedu bi qbil komuni li jagħtuh, inkluż il-ġlieda kontra s-sajd IUU u l-governanza tal-oċeani.

4.   Il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa' mill-inqas darba fis-sena, b'mod alternat bejn il-Marokk u l-Unjoni, jew f'post ieħor li ż-żewġ Partijiet jaqblu dwaru, u għandha tippresedih il-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa. Dan għandu jiltaqa' b'mod straordinarju fuq talba ta' waħda mill-Partijiet.

Il-konklużjonijiet tal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt għandhom jiddaħħlu fil-minuti ffirmati mill-Partijiet.

5.   Il-Kumitat Konġunt għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu stess.

Artikolu 14

Żona ta' applikazzjoni

Dan il-Ftehim għandu japplika għat-territorji fejn japplikaw, minn naħa t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u min-naħa l-oħra il-liġijiet u r-regolamenti msemmija fl-Artikolu 6(1) ta' dan il-Ftehim.

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 15

Riżoluzzjoni tat-tilwim

Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin dwar kull tilwim li jikkonċerna l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 16

Status tal-Protokoll u tal-iskambju ta' ittri

Il-Protokoll u l-iskambju ta' ittri li jakkumpanjaw l-Ftehim għandhom ikunu parti integrali ta' dan il-Ftehim u jkunu rregolati wkoll bid-dispożizzjonijiet finali.

Artikolu 17

Dħul fis-seħħ

Dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ fid-data meta l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li lestew il-proċeduri meħtieġa għal dak il-għan.

Artikolu 18

Durata

Dan il-Ftehim għandu japplika għal perjodu ta' żmien indefinit.

Artikolu 19

Applikazzjoni proviżorja

Dan il-Ftehim jista' jiġi applikat b'mod proviżorju bi qbil komuni permezz ta' skambju ta' notifiki bejn il-Partijiet, mid-data tal-iffirmar awtorizzat mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 20

Sospensjoni

1.   L-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim tista' tiġi sospiża fuq l-inizjattiva ta' waħda mill-Partijiet fil-każ ta' xi waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

f'ċirkostanzi, ħlief il-fenomeni naturali, fejn waħda mill-Partijiet ma jkollhiex kontroll raġonevoli fuqhom, b'tali mod li jfixklu l-attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd;

(b)

meta tinqala' xi tilwima bejn il-Partijiet li tirrigwarda l-interpretazzjoni jew l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim, b'mod partikolari il-konformità mal-Artikoli 6, 10 u 12;

(c)

meta waħda mill-Partijiet ma tikkonformax ma' dan il-Ftehim;

(d)

meta jkun hemm bidliet sinifikanti fil-politika settorjali li wasslet għall-konklużjoni ta' dan il-Ftehim, li twassal lil xi waħda mill-Partijiet biex titlob li dan jiġi emendat.

2.   Is-sospensjoni tal-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim għandha tkun notifikata bil-miktub mill-Parti interessata lill-Parti l-oħra u għandha tidħol fis-seħħ tliet xhur wara li tasal din in-notifika. Kif tintbagħat din in-notifika jibdew konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet bil-għan li tinstab soluzzjoni amikevoli għat-tilwima tagħhom fi żmien tliet xhur.

3.   F'każ li ma tinstabx soluzzjoni amikevoli għad-differenzi u tiġi implimentata s-sospensjoni, il-Partijiet għandhom ikomplu jikkonsultaw lil xulxin bil-għan li jsibu soluzzjoni għat-tilwima tagħhom. Meta tinstab din is-soluzzjoni, għandha tissokta l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim u l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmi fl-Artikolu 12(2) għandu jitnaqqas b'mod proporzjonat u pro rata temporis skont il-perjodu li matulu jkun dam sospiż dan il-Ftehim, sakemm ma jintlaħaqx qbil mod ieħor.

Artikolu 21

Terminazzjoni

1.   Dan il-Ftehim jista' jintemm fuq l-inizjattiva ta' waħda mill-Partijiet fil-każ ta' waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

f'ċirkostanzi, ħlief il-fenomeni naturali, fejn waħda mill-Partijiet ma jkollhiex kontroll raġonevoli fuqhom, b'tali mod li jfixklu l-attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd;

(b)

f'każ ta' degradazzjoni tal-istokkijiet ikkonċernati;

(c)

f'każ li jonqos il-livell tal-użu tal-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti tal-Unjoni;

(d)

f'każ ta' ksur tal-impenji li daħlu għalihom il-Partijiet dwar il-ġlieda kontra s-sajd IUU;

(e)

meta tinqala' xi tilwima bejn il-Partijiet li tirrigwarda l-interpretazzjoni jew l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim;

(f)

meta waħda mill-Partijiet ma tikkonformax ma' dan il-Ftehim;

(g)

meta jkun hemm bidla sinifikanti fil-politika settorjali li wasslet għall-konklużjoni ta' dan il-Ftehim, li twassal lil xi waħda mill-Partijiet biex titlob li dan jiġi emendat.

2.   It-terminazzjoni ta' dan il-Ftehim għandha tiġi notifikata bil-miktub mill-Parti interessata lill-Parti l-oħra u għandha tidħol fis-seħħ sitt xhur wara li tasal din in-notifika sakemm il-Partijiet ma jaqblux bejniethom li jestendu dan il-perjodu.

3.   Meta tasal in-notifika ta' terminazzjoni, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin biex isibu soluzzjoni amikevoli għat-tilwima tagħhom fi żmien dan il-perijodu ta' sitt xhur.

4.   Il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 12 għas-sena meta tidħol fis-seħħ it-terminazzjoni għandu jitnaqqas b'mod proporzjonat u pro rata temporis. Dan it-tnaqqis għandu japplika wkoll fil-każ li waħda mill-Partijiet ittemm l-applikazzjoni proviżorja ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 22

Reviżjoni

Il-Partijiet jaqblu li jirrevedu dan il-Ftehim biex jitqiesu l-emendi kollha fil-qafas tal-governanza ġuridika, ambjentali, ekonomika u soċjali li jistgħu jaffettwaw l-attivitajiet tas-sajd tal-Unjoni.

Artikolu 23

Tħassir

Il-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk, li daħal fis-seħħ fit-28 ta' Frar 2007, huwa mħassar.

Artikolu 24

Lingwi

Dan il-Ftehim huwa mfassal duplikament f'żewġ eżemplari bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bin-Netherlandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bit-Taljan, bl-Ungeriż u bl-Għarbi, b'kull test ugwalment awtentiku.

Съставено в Брюксел на четиринадесети януари две хиляди и деветнадесета година.

Hecho en Bruselas, el catorce de enero de dos mil diecinueve.

V Bruselu dne čtrnáctého ledna dva tisíce devatenáct.

Udfærdiget i Bruxelles den fjortende januar to tusind og nitten.

Geschehen zu Brüssel am vierzehnten Januar zweitausendneunzehn.

Kahe tuhande üheksateistkümnenda aasta jaanuarikuu neljateistkümnendal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις δέκα τέσσερις Ιανουαρίου δύο χιλιάδες δεκαεννέα.

Done at Brussels on the fourteenth day of January in the year two thousand and nineteen.

Fait à Bruxelles, le quatorze janvier deux mille dix-neuf.

Sastavljeno u Bruxellesu četrnaestog siječnja godine dvije tisuće devetnaeste.

Fatto a Bruxelles, addì quattordici gennaio duemiladiciannove.

Briselē, divi tūkstoši deviņpadsmitā gada četrpadsmitajā janvārī.

Priimta du tūkstančiai devynioliktų metų sausio keturioliktą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizenkilencedik év január havának tizennegyedik napján.

Magħmul fi Brussell, fl-erbatax-il jum ta’ Jannar fis-sena elfejn u dsatax.

Gedaan te Brussel, veertien januari tweeduizend negentien.

Sporządzono w Brukseli dnia czternastego stycznia roku dwa tysiące dziewiętnastego.

Feito em Bruxelas, em catorze de janeiro de dois mil e dezanove.

Întocmit la Bruxelles la paisprezece ianuarie două mii nouăsprezece.

V Bruseli štrnásteho januára dvetisícdevätnásť.

V Bruslju, dne štirinajstega januarja leta dva tisoč devetnajst.

Tehty Brysselissä neljäntenätoista päivänä tammikuuta vuonna kaksituhattayhdeksäntoista.

Som skedde i Bryssel den fjortonde januari år tjugohundranitton.

Image 1

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image 2

Image 3

За Кралство Мароко

Por el Reino de Marruecos

Za Marocké království

For Kongeriget Marokko

Für das Königreich Marokko

Maroko Kuningriigi nimel

Για το Βασίλειο του Μαρόκου

For the Kingdom of Morocco

Pour le Royaume du Maroc

Za Kraljevinu Maroko

Per il Regno del Marocco

Marokas Karalistes vārdā –

Maroko Karalystés vardu

A Marokkói Királyság részéről

Għar-Renju tal-Marokk

Voor het Koninkrijk Marokko

W imieniu Królestwa Marokańskiego

Pelo Reino de Marrocos

Pentru Regatul Maroc

Za Marocké kráľovstvo

Za Kraljevino Maroko

Marokon kuningaskunnan puolesta

För Konungariket Marocko

Image 4

Image 5


(1)  Ir-reġjun tas-Saħara, skont il-pożizzjoni tal-Marokk.


PROTOKOLL

dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Marokk

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan il-Protokoll, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 tal-Ftehim dwar is-Sajd, ħlief għall-emendi msemmijin hawn taħt u ssupplimentati kif ġej:

(1)

“ftehim dwar is-sajd” tfisser il-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk u l-iskambju ta' ittri li jakkumpanja l-Ftehim;

(2)

“Protokoll” tfisser il-Protokoll ta' implimentazzjoni attwali tal-Ftehim dwar is-Sajd, l-Anness u l-Appendiċijiet tiegħu;

(3)

“żbark” tfisser il-ħatt għal fuq l-art ta' kwalunkwe kwantità ta' prodotti tas-sajd minn abbord bastiment tas-sajd;

(4)

“trasbord” tfisser il-ħatt għal fuq bastiment ieħor ta' parti jew tat-totalità tal-prodotti tas-sajd li jkunu abbord bastiment tas-sajd;

(5)

“osservatur” tfisser persuna awtorizza minn awtorità nazzjonali responsabbli, skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness għal dan il-Protokoll, li tosserva l-implimentazzjoni tar-regoli applikabbli għall-attività tas-sajd jew li tosserva din l-attività għal finijiet xjentifiċi;

(6)

“liċenzja tas-sajd” tfisser awtorizzazzjoni amministrattiva maħruġa mid-dipartiment lil sid il-bastiment wara li jħallas tariffa annwali, li biha jkun jista' jistad fiż-żona ta' ġestjoni matul il-perjodu li tkun ingħatat;

(7)

“operatur” tfisser il-persuna fiżika jew ġuridika li topera jew li tikkontrolla kwalunkwe intrapriża li twettaq xi waħda mill-attivitajiet relatati ma' kwalunkwe stadju tal-katina ta' produzzjoni, l-ipproċessar, il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni u l-bejgħ bl-imnut tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura;

(8)

“delegazzjoni” tfisser id-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Marokk;

(9)

“dipartiment” tfisser id-Dipartiment tas-Sajd Marittimu tal-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd Marittimu, l-Iżvilupp Rurali u tal-Ilma u l-Foresti tal-Marokk.

Artikolu 2

Għan

L-għan ta' dan il-Protokoll huwa li jimplimenta d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar is-Sajd, jistabbilixxi b'mod partikolari l-kundizzjonijiet tal-aċċess tal-bastimenti tal-Unjoni għaż-żona tas-sajd iddefinita fil-punt (h) tal-Artikolu 1 tiegħu u d-dispożizzjonijiet tal-implimentazzjoni tas-Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli.

Artikolu 3

Opportunitajiet ta' sajd

1.   Mid-data tal-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll u għall-perjodu ddefinit fl-Artikolu 16 tiegħu, l-opportunitajiet tas-sajd li ġejjin jingħataw skont l-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar is-Sajd kif ġej:

(a)

għall-kategorija “Sajd pelaġiku fuq skala żgħira fit-Tramuntana bit-tartarun”: 22 bastiment tal-Unjoni (minn hawn 'il quddiem imsejħa “Kategorija 1”);

(b)

għall-kategorija “Sajd fuq skala żgħira fit-Tramuntana bil-konz tal-qiegħ”: 35 bastiment tal-Unjoni (minn hawn 'il quddiem imsejħa “Kategorija 2”);

(c)

għall-kategorija “Sajd fuq skala żgħira fin-Nofsinhar bil-qasba u x-xlief”: 10 bastimenti tal-Unjoni (minn hawn 'il quddiem imsejħa “Kategorija 3”);

(d)

għall-kategorija “Sajd tal-qiegħ fin-Nofsinhar bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ u l-konz tal-qiegħ”: 16-il bastiment tal-Unjoni (minn hawn 'il quddiem imsejħa “Kategorija 4”);

(e)

għall-kategorija “Sajd fuq skala żgħira għat-tonn bil-qasba”: 27 bastiment tal-Unjoni (minn hawn 'il quddiem imsejħa “Kategorija 5”);

(f)

għall-kategorija “Sajd pelaġiku industrijali bix-xbieki tat-tkarkir pelaġiku jew semipelaġiku u bit-tartarun tal-borża”, kwota annwali ta':

(i)

85 000 tunnellata għall-ewwel sena ta' applikazzjoni, 18-il bastiment tal-Unjoni;

(ii)

90 000 tunnellata għat-tieni sena ta' applikazzjoni, 18-il bastiment tal-Unjoni;

(iii)

100 000 tunnellata għat-tielet u għar-raba' sena ta' applikazzjoni, 18-il bastiment tal-Unjoni (minn hawn 'il quddiem imsejħa “Kategorija 6”).

2.   Il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu japplika soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5, 10 u 20 ta' dan il-Protokoll.

3.   Skont l-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar is-Sajd, il-bastimenti tal-Unjoni jistgħu jwettqu biss attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd jekk ikollhom liċenzja tas-sajd maħruġa f'konformità ma' dan il-Protokoll, u skont l-arranġamenti stabbiliti fl-Anness u fl-Appendiċijiet għal dan il-Protokoll.

4.   Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(4) tal-Ftehim dwar is-Sajd, il-Partijiet jaqblu li jiskambjaw, fil-laqgħat tal-Kumitat Konġunt, informazzjoni dwar il-qabdiet jew dwar l-isforz totali tas-sajd imwettaq fuq l-istokkijiet ikkonċernati mill-flotot kollha li joperaw fiż-żona tas-sajd.

Artikolu 4

Kontribuzzjoni finanzjarja

1.   Il-valur totali annwali stmat ' dan il-Protokoll huwa ta':

1.1.

EUR 48 100 000 għall-ewwel sena ta' applikazzjoni; dan l-ammont jitqassam kif ġej:

(a)

EUR 37 000 000 bħala l-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 12 tal-Ftehim dwar is-Sajd, allokata kif ġej:

(i)

EUR 19 100 000 bħala kumpens finanzjarju għall-aċċess tal-bastimenti tal-Unjoni għaż-żona tas-sajd, kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 12(2) tal-Ftehim dwar is-Sajd;

(ii)

EUR 17 900 000 bħala appoġġ settorjali kif previst fil-punt (c) tal-Artikolu 12(2) tal-Ftehim dwar is-Sajd;

(b)

EUR 11 100 000 li jikkorrispondu għall-ammont stmat tal-imposti li għandhom jitħallsu mis-sidien tal-bastimenti, kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 12(2) tal-Ftehim dwar is-Sajd;

1.2.

EUR 50 400 000 għat-tieni sena ta' applikazzjoni; dan l-ammont jitqassam kif ġej:

(a)

EUR 38 800 000 bħala l-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 12 tal-Ftehim dwar is-Sajd, allokata kif ġej:

(i)

EUR 20 000 000 bħala kumpens finanzjarju għall-aċċess tal-bastimenti tal-Unjoni għaż-żona tas-sajd, kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 12(2) tal-Ftehim dwar is-Sajd;

(ii)

EUR 18 800 000 bħala appoġġ settorjali kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 12(2) tal-Ftehim dwar is-Sajd;

(b)

EUR 11 600 000 li jikkorrispondu għall-ammont stmat tal-imposti li għandhom jitħallsu mis-sidien tal-bastimenti, kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 12(2) tal-Ftehim dwar is-Sajd;

1.3.

EUR 55 100 000 għat-tielet u għar-raba' sena ta' applikazzjoni; dan l-ammont jitqassam kif ġej:

(a)

EUR 42 400 000 bħala l-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 12 tal-Ftehim dwar is-Sajd, allokata kif ġej:

(i)

EUR 21 900 000 bħala kumpens finanzjarju għall-aċċess tal-bastimenti tal-Unjoni għaż-żona tas-sajd, kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 12(2) tal-Ftehim dwar is-Sajd;

(ii)

EUR 20 500 000 bħala appoġġ settorjali kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 12(2) tal-Ftehim dwar is-Sajd;

(b)

EUR 12 700 000 li jikkorrispondu għall-ammont stmat tal-imposti li għandhom jitħallsu mis-sidien tal-bastimenti, kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 12(2) tal-Ftehim dwar is-Sajd.

2.   Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12 tal-Ftehim dwar is-Sajd, u b'mod partikolari l-paragrafu 4 tiegħu, u soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5 tiegħu, l-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk għandhom jallokaw il-kontribuzzjoni finanzjarja skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 6 u 7 ta' dan il-Protokoll.

3.   Il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu japplika soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5, 10, 18, 19 u 20 ta' dan il-Protokoll.

4.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 12(2) tal-Ftehim dwar is-Sajd għandha titħallas lit-Teżorier Ġenerali tar-Renju tal-Marokk f'kont apposta għal dan il-għan, miftuħ mat-Teżor Ġenerali tar-Renju tal-Marokk, li d-dettalji tiegħu għandhom jiġu kkomunikati mill-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk.

Artikolu 5

Reviżjoni tal-opportunitajiet tas-sajd

1.   L-opportunitajiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 3 ta' dan il-Protokoll jistgħu jiġu riveduti mill-Kumitat Konġunt skont il-punt (a) tal-Artikolu 13(3) tal-Ftehim dwar is-Sajd, bi qbil komuni u sakemm ir-reviżjoni ma tippreġudikax is-sostenibbiltà tar-riżorsi fiż-żona tas-sajd. Din ir-reviżjoni tista' tikkonċerna l-għadd ta' bastimenti tal-Unjoni, l-ispeċijiet fil-mira jew il-kwoti allokati bis-saħħa tal-Artikolu 3 ta' dan il-Protokoll għal kull kategorija.

2.   Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12(5) tal-Ftehim dwar is-Sajd, jekk jiżdiedu jew jitnaqqsu l-opportunitajiet tas-sajd, il-kumpens finanzjarju previst fil-punt (a) tal-Artikolu 12(2) tal-Ftehim għandu jiġi rrivedut b'mod proporzjonat għall-opportunitajiet tas-sajd, pro rata temporis u abbażi tal-valur stmat tal-qabdiet għall-kategoriji kkonċernati. Din ir-reviżjoni għandha tiġi approvata mill-Kumitat Konġunt.

Madankollu, ma jistax ikun hemm żieda fl-opportunitajiet tas-sajd li ssarraf fl-irduppjar tal-kumpens finanzjarju mħallas mill-Unjoni msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 12(2) tal-Ftehim dwar is-Sajd.

Artikolu 6

Kumpens finanzjarju li jingħata għall-aċċess għaż-żona tas-sajd u imposti li għandhom jitħallsu mis-sidien tal-bastimenti

1.   Il-kumpens finanzjarju msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 12(2) tal-Ftehim dwar is-Sajd u l-imposti msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 12(2) tal-Ftehim dwar is-Sajd għandhom ikunu soġġetti għal allokazzjoni ġeografika u soċjali ġusta tal-benefiċċji soċjoekonomiċi sabiex jiġi żgurat li l-kumpens ikun ta' benefiċċju għall-komunitajiet lokali kkonċernati, skont l-Artikolu 12(4) tal-Ftehim dwar is-Sajd.

2.   Sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll, l-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk għandhom jippreżentaw metodu li jwassal għall-allokazzjoni ġeografika u soċjali msemmija fil-paragrafu 1 kif ukoll kriterju tal-allokazzjoni tal-ammonti li għandhom jiġu allokati, li għandhom jiġu eżaminati mill-Kumitat Konġunt.

3.   Kull emenda sinifikanti fl-allokazzjoni ġeografika u soċjali għandha tiġi eżaminata mill-Partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt.

4.   Kull sena u fi żmien tliet xhur, l-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk għandhom jippreżentaw rapport annwali dwar l-allokazzjoni ġeografika u soċjali għas-sena finanzjarja preċedenti.

5.   Qabel ma jiskadi dan il-Protokoll, l-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk għandhom jippreżentaw rapport finali dwar l-allokazzjoni ġeografika u soċjali tal-ammonti msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 7

Allokazzjoni tal-appoġġ settorjali

1.   L-appoġġ settorjali msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 12(2) tal-Ftehim dwar is-Sajd se jikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika settorjali fil-qafas tal-istrateġija nazzjonali għall-iżvilupp tas-settur tas-sajd.

2.   Sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll, il-Kumitat Konġunt għandu jaqbel fuq programm settorjali pluriennali u fuq arranġamenti ta' implimentazzjoni dettaljati li jkopru b'mod partikolari:

(a)

linji gwida annwali u pluriennali għall-użu tal-ammont speċifiku mogħti bħala appoġġ settorjali skont l-Artikolu 12(4) tal-Ftehim dwar is-Sajd;

(b)

l-għanijiet annwali u pluriennali li għandhom jinkisbu sabiex jiġu żviluppati attivitajiet tas-sajd sostenibbli, filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet tal-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk stabbiliti fil-politika settorjali nazzjonali tiegħu;

(c)

il-kriterji, ir-rapporti u l-proċeduri, inklużi l-indikaturi baġitarji u finanzjarji, u l-metodi ta' kontroll u ta' awditu li għandhom jintużaw biex jiġu vvalutati r-riżultati miksuba fuq bażi annwali.

3.   Kull emenda f'dawn il-linji gwida, l-għanijiet, il-kriterji u l-indikaturi għandha tiġi approvata mill-Partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt.

4.   L-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk għandhom jippreżentaw rapport annwali dwar il-progress tal-proġetti implimentati fil-qafas tal-appoġġ settorjali, li għandu jiġi eżaminat mill-Kumitat Konġunt. L-istruttura tar-rapport għandha tkun stabbilita mill-Kumitat Konġunt sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan il-Protokoll.

5.   Skont in-natura tal-proġetti u t-tul ta' żmien tagħhom, ladarba dawn jitlestew, l-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk għandhom jippreżentaw rapport ta' implimentazzjoni li għandu jiġi eżaminat mill-Kumitat Konġunt. Il-kontenut ta' dan ir-rapport għandu jiġi ddefinit mill-Kumitat Konġunt.

6.   Qabel ma jiskadi dan il-Protokoll, l-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk għandhom jippreżentaw ukoll rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali previst skont dan il-Protokoll, inklużi l-elementi msemmija fil-paragrafi 1 sa 5 ta' dan l-Artikolu.

7.   Jekk ikun meħtieġ, il-Partijiet għandhom ikomplu jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali sa mhux aktar minn sitt xhur wara l-iskadenza, is-sospensjoni jew it-terminazzjoni ta' dan il-Protokoll kif previst fil-Protokoll. Madankollu, għandhom jitqiesu kull azzjoni jew proġett approvati minn qabel mill-Kumitat Konġunt biex il-monitoraġġ tal-appoġġ settorjali għal din l-azzjoni jew dan il-proġett ikun jista' jiġi estiż għal perjodu addizzjonali ta' mhux aktar minn sitt xhur.

8.   Il-Partijiet għandhom ifasslu pjan ta' komunikazzjoni u ta' viżibbiltà b'konnessjoni mal-Ftehim dwar is-Sajd. Dan il-pjan għandu jiġi approvat fl-ewwel laqgħa tal-Kumitat Konġunt.

Artikolu 8

Pagamenti

1.   Il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fil-punt (a) tal-Artikolu 12(2) tal-Ftehim dwar is-Sajd għandu jitħallas:

(a)

għall-ewwel sena, sa mhux aktar tard minn xahrejn wara l-laqgħa tal-Kumitat Konġunt li tapprova l-metodu ta' allokazzjoni msemmi fl-Artikolu 6(2);

(b)

għas-snin ta' wara, fid-data tal-anniversarju tal-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll, soġġetta għall-analiżi mill-Kumitat Konġunt skont il-paragrafi 4 u 5.

2.   Il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fil-punt (c) tal-Artikolu 12(2) tal-Ftehim għandu jitħallas:

(a)

għall-ewwel sena, sa mhux aktar tard minn xahrejn wara li l-Kumitat Konġunt ikun approva l-programmazzjoni annwali u pluriennali prevista fl-Artikolu 7(2) ta' dan il-Protokoll;

(b)

għas-snin ta' wara, xahrejn wara l-approvazzjoni mill-Kumitat Konġunt tal-kisbiet tas-sena preċedenti u tal-programmazzjoni annwali prevista għas-sena finanzjarja li jmiss.

3.   Il-pagament tal-imposti dovut mis-sidien tal-bastimenti għandu jitħallas kif previst fit-Taqsima E tal-Kapitolu I tal-Anness għal dan il-Protokoll.

4.   Kull sena, il-Kumitat Konġunt għandu jikkonferma li r-riżultati miksuba jikkonformaw mal-programmazzjoni u li l-pagamenti li jkunu saru jikkonformaw mal-kriterju tal-allokazzjoni ġeografika u soċjali.

5.   Jekk ir-riżultati miksuba ma jikkonformawx mal-programmazzjoni jew mal-metodu msemmi fl-Artikolu 6(2) u (3), inkluż fir-rigward tal-allokazzjoni ġeografika u soċjali, il-pagamenti u l-attivitajiet tas-sajd relatati jistgħu jiġu riveduti, jew skont il-każ, parzjalment jew totalment sospiżi. F'dawn il-każijiet il-Partijiet għandhom ikomplu jikkonsultaw lil xulxin u l-pagamenti u l-attivitajiet tas-sajd rilevanti għandhom jitkomplew ladarba l-Kumitat Konġunt jikkonferma li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4.

Artikolu 9

Koordinazzjoni fil-qasam xjentifiku

1.   Skont l-Artikoli 3 u 8 tal-Ftehim dwar is-Sajd, il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jorganizzaw laqgħat xjentifiċi fuq bażi regolari jew meta jkun hemm bżonn, sabiex jiġu eżaminati kwistjonijiet ta' natura xjentifika u, jekk meħtieġ u fuq talba tal-Kumitat Konġunt, il-valur stmat tal-ewwel bejgħ tal-qabdiet fil-post tal-iżbark jew fis-swieq aħħarin.

2.   Il-mandat, il-kompożizzjoni u t-tmexxija ta' dawn il-laqgħat xjentifiċi għandhom jiġu stabbiliti mill-Kumitat Konġunt.

Artikolu 10

Kampanji ta' sajd xjentifiku

Għall-finijiet tar-riċerka u biex jissaħħaħ l-għarfien xjentifiku u tekniku, u fuq talba tal-Kumitat Konġunt, tista' ssir kampanja ta' sajd xjentifiku fiż-żona tas-sajd. L-arranġamenti ta' kif għandha tiġi implimentata l-kampanja ta' sajd xjentifiku għandhom jiġu stabbiliti skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III tal-Anness għal dan il-Protokoll.

Artikolu 11

Kooperazzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi

Skont il-leġiżlazzjoni u r-regolamenti fis-seħħ, il-Partijiet għandhom jippromwovu l-kuntatti u jikkontribwixxu għall-kooperazzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi fl-oqsma li ġejjin:

(a)

l-iżvilupp ta' industriji marbuta mas-sajd, b'mod partikolari l-kostruzzjoni u t-tiswija navali u l-manifattura ta' rkaptu u materjali tas-sajd;

(b)

l-iżvilupp tal-iskambju ta' għarfien espert professjonali u t-taħriġ ta' maniġers għas-settur tas-sajd marittimu;

(c)

it-tqegħid fis-suq tal-prodotti tas-sajd;

(d)

il-kummerċjalizzazzjoni;

(e)

l-akkwakultura u l-ekonomija blu.

Artikolu 12

In-nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet u l-obbligi tal-Protokoll

F'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll u l-leġiżlazzjoni fis-seħħ fiż-żona tas-sajd, l-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk jirriżervaw id-dritt li japplikaw is-sanzjonijiet kif previsti fl-Anness għal dan il-Protokoll f'każ ta' nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll u l-obbligi li jirriżultaw mill-applikazzjoni tiegħu.

Artikolu 13

Skambju elettroniku ta' data

Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jistabbilixxu mill-aktar fis is-sistemi, bħas-sistema elettronika ta' rappurtar (ERS), meħtieġa biex ikun żgurat l-iskambju elettroniku tal-informazzjoni kollha u tad-dokumenti kollha marbuta mal-ġestjoni teknika ta' dan il-Protokoll, bħad-data dwar il-qabdiet, il-pożizzjonijiet tas-sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti permezz ta' satellita (VMS) u n-notifiki tad-dħul fiż-żona u tal-ħruġ minnha mill-bastimenti tal-Unjoni li joperaw skont il-Ftehim dwar is-Sajd.

Artikolu 14

Kunfidenzjalità

1.   Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom sabiex id-data personali kollha dwar il-bastimenti tal-Unjoni u l-attivitajiet tas-sajd tagħhom miksuba fil-qafas ta' dan il-Ftehim dwar is-Sajd, inkluża d-data miġbura mill-osservaturi, jiġu proċessati skont il-prinċipji tal-kunfidenzjalità u tal-protezzjoni tad-data.

2.   Il-Partijiet għandhom jiżguraw li jippubblikaw biss id-data aggregata marbuta mal-attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd.

3.   Id-data li tista' titqies bħala kunfidenzjali għandha tintuża mill-awtoritajiet kompetenti esklużivament għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar is-Sajd u għall-ġestjoni kif ukoll għall-MKS tas-sajd.

4.   Fir-rigward tad-data ta' natura personali mibgħuta lill-Unjoni, il-Kumitat Konġunt jista' jistabbilixxi salvagwardji adegwati u rimedji legali f'konformità mar-Regolament Ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data.

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ

Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin bit-twettiq tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan.

Artikolu 16

Durata

Minkejja l-Artikolu 18 tal-Ftehim dwar is-Sajd, dan il-Protokoll għandu japplika għal perjodu ta' erba' snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu jew, skont il-każ, id-data tal-applikazzjoni proviżorja tiegħu.

Artikolu 17

Applikazzjoni proviżorja

Dan il-Protokoll jista' jiġi applikat b'mod proviżorju bi qbil komuni permezz ta' skambju ta' notifiki bejn il-Partijiet, mid-data tal-iffirmar awtorizzat mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 18

Sospensjoni

L-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll tista' tiġi sospiża fuq l-inizjattiva ta' waħda mill-Partijiet skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20 tal-Ftehim dwar is-Sajd.

Artikolu 19

Terminazzjoni

Dan il-Protokoll jista' jintemm fuq l-inizjattiva ta' waħda mill-Partijiet skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 21 tal-Ftehim dwar is-Sajd.

Artikolu 20

Reviżjoni

Dan il-Protokoll jista' jiġi rivedut fuq l-inizjattiva ta' waħda mill-Partijiet skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 22 tal-Ftehim dwar is-Sajd.


ANNESS

KUNDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ATTIVITAJIET TAS-SAJD TAL-BASTIMENTI TAL-UNJONI FIŻ-ŻONA TAS-SAJD

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET U L-ĦRUĠ TAL-LIĊENZJI TAS-SAJD

A.   APPLIKAZZJONIJIET GĦAL-LIĊENZJI TAS-SAJD

1.

Il-bastimenti eliġibbli biss jistgħu jingħataw liċenzja biex jistadu fiż-żona tas-sajd.

2.

Sabiex bastiment tal-Unjoni jkun eliġibbli, la sid il-bastiment, la l-kaptan u lanqas il-bastiment tal-Unjoni ma għandhom jkunu pprojbiti milli jistadu fiż-żona tas-sajd u l-bastiment tal-Unjoni ma għandux ikun uffiċjalment reġistrat bħala bastiment tas-sajd IUU.

3.

Dawn għandhom ikunu konformi mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ u jkunu ssodisfaw l-obbligi kollha preċedenti li jiġu mill-attivitajiet tas-sajd tagħhom fiż-żona tas-sajd.

4.

L-awtoritajiet tal-Unjoni għandhom jippreżentaw lid-dipartiment il-listi tal-bastimenti tal-Unjoni li japplikaw biex iwettqu l-attivitajiet tas-sajd tagħhom fil-limiti stabbiliti fid-dokumenti tekniċi annessi ma' dan il-Protokoll, mill-inqas għoxrin jum qabel id-data tal-bidu tal-validità tal-liċenzji tas-sajd mitluba.

Dawn il-listi għandhom:

(a)

jintbagħtu lid-dipartiment bil-posta elettronika billi jintużaw l-indirizzi li jingħataw bl-iskambju ta' ittri qabel id-data ta' applikazzjoni ta' dan il-Protokoll;

(b)

jiddikjaraw l-għadd ta' bastimenti tal-Unjoni għal kull kategorija tas-sajd u għal kull żona ta' ġestjoni u, għal kull bastiment tal-Unjoni, il-karatteristiċi prinċipali tiegħu, l-ammonti li għandhom jitħallsu maqsuma skont l-intestatura, l-irkaptu li se jintuża matul il-perjodu inkwistjoni u, għall-kategorija 6, il-kwota mitluba f'tunnellati ta' qabdiet fl-għamla ta' tbassir ta' kull xahar.

5.

Fir-rigward tal-kategorija 6, jekk f'xahar partikolari l-qabdiet:

(a)

jilħqu l-kwota proviżorja ta' kull xahar tal-bastiment tal-Unjoni qabel tmiem ix-xahar inkwistjoni; sid il-bastiment jista' jibgħat lid-dipartiment, permezz tal-awtoritajiet tal-Unjoni, ammont proviżorju aġġustat tat-tbassir tal-qabdiet għal kull xahar u talba għal estensjoni tal-kwota proviżorja tiegħu ta' kull xahar;

(b)

jibqgħu taħt il-kwota proviżorja ta' kull xahar tal-bastiment tal-Unjoni; l-ammont korrispondenti tal-kwota jew tal-imposti għandu jiġi riportat għall-perjodu ta' attività li jmiss fis-sena kalendarja attwali.

6.

L-applikazzjonijiet individwali għal-liċenzja tas-sajd, miġbura skont il-kategorija tas-sajd, għandhom jintbagħtu lid-dipartiment fl-istess ħin li jintbagħtu l-listi msemmija fil-punt 4, f'konformità mal-mudell tal-formola mogħti fl-Appendiċi 1.

7.

Kull applikazzjoni għal liċenzja tas-sajd għandha tkun akkumpanjata bid-dokumenti li ġejjin:

(a)

kopja taċ-ċertifikat tat-tunnellaġġ iċċertifikat kif xieraq mill-Istat tal-bandiera;

(b)

ritratt diġitali bil-kulur riċenti, b'riżoluzzjoni grafika minima ta' 1 400 × 1 050 pixels u awtentikat skont il-proċeduri fis-seħħ fl-Istat tal-bandiera, li juri l-ġenb tal-bastiment liċenzja fl-istat attwali tiegħu bl-ittri u bin-numri ta' reġistrazzjoni li jidhru b'mod ċar. Dan ir-ritratt ma għandux ikun iżgħar minn 15 cm × 10 cm;

(c)

prova tal-pagament tal-imposti annwali għal-liċenzja tas-sajd kif iddefinit mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ u tal-imposti u tal-ispejjeż tal-osservaturi stabbiliti fit-Taqsima E;

(d)

kull dokument jew ċertifikat ieħor meħtieġ skont id-dispożizzjonijiet partikolari li huma applikabbli għat-tip ta' bastiment tal-Unjoni kkonċernat skont dan il-Protokoll.

8.

Jekk liċenzja tiġġedded sena wara sena skont dan il-Protokoll fir-rigward ta' bastiment tal-Unjoni li l-karatteristiċi tekniċi tiegħu ma nbidlux, l-applikazzjoni ta' tiġdid għandha tkun akkumpanjata biss bil-prova tal-pagament tat-tariffi tal-liċenzja tas-sajd, ta' imposti oħra u tal-ispejjeż tal-osservaturi.

9.

Il-formoli tal-applikazzjoni għal-liċenzja tas-sajd u d-dokumenti kollha msemmija fil-punt 7 li fihom l-informazzjoni meħtieġa għall-istabbiliment tal-liċenzji tas-sajd jistgħu jintbagħtu mill-awtoritajiet tal-Unjoni lid-dipartiment bil-posta elettronika.

B.   ĦRUĠ TAL-LIĊENZJI TAS-SAJD

1.

Id-dipartiment għandu joħroġ il-liċenzji tas-sajd għall-awtoritajiet tal-Unjoni, permezz tad-delegazzjoni għall-bastimenti tal-Unjoni kollha fi żmien ħmistax-il jum wara li d-Dipartiment jirċievi d-dokumentazzjoni kollha msemmija fil-punt 6 u 7 tat-Taqsima A.

2.

Jekk ikun il-każ, id-dipartiment għandu jinnotifika lill-awtoritajiet tal-Unjoni r-raġunijiet għaliex il-liċenzja ġiet irrifjutata.

3.

Il-liċenzji tas-sajd għandhom ikunu stabbiliti skont id-data li tinsab fid-dokumenti tekniċi tal-Appendiċi 2, u għandhom isemmu b'mod partikolari ż-żona ta' ġestjoni, id-distanza mill-kosta, id-data li għandha x'taqsam mal-VMS (numru tas-serje tat-transponder VMS), l-irkaptu awtorizzat, l-ispeċijiet prinċipali, id-daqsijiet tax-xbieki awtorizzati, il-qabdiet inċidentali permissibbli u għall-kategorija 6, il-kwoti proviżorji ta' kull xahar tal-qabdiet awtorizzati tal-bastiment tal-Unjoni.

4.

Il-kwota proviżorja ta' kull xahar tal-bastiment tal-Unjoni tista' tiġi estiża skont il-limiti tal-qabdiet previsti fid-dokument tekniku korrispondenti.

5.

Il-liċenzji tas-sajd jistgħu jinħarġu biss għall-bastimenti tal-Unjoni li jkunu kkonformaw mal-formalitajiet amministrattivi kollha meħtieġa f'dan ir-rigward.

6.

Il-Partijiet għandhom jaqblu li jippromwovu l-ħolqien ta' sistema ta' liċenzji tas-sajd elettroniċi.

C.   VALIDITÀ U UŻU TAL-LIĊENZJI TAS-SAJD

1.

Bl-eċċezzjoni tal-ewwel sena, li tibda fid-data tal-applikazzjoni u tispiċċa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru, il-liċenzji tas-sajd għandhom ikunu validi għal:

(a)

sena kalendarja waħda (għall-kategorija 5) li tikkorrispondi għall-perjodu bejn il-bidu tal-validità tal-liċenzja tas-sajd u l-31 ta' Diċembru;

(b)

tliet xhur (għall-kategoriji 1, 2, 3 u 4) li jikkorrispondu għal wieħed mill-perjodi ta' tliet xhur li jibda fl-1 ta' Jannar, fl-1 ta' April, fl-1 ta' Lulju jew fl-1 ta' Ottubru;

(c)

xahar (għall-kategorija 6) li jikkorrispondi għall-perjodu bejn il-bidu tal-validità tal-liċenzja tas-sajd u tmiem ix-xahar.

Għall-aħħar sena ta' applikazzjoni, li tibda mill-1 ta' Jannar u tispiċċa fid-data tal-iskadenza ta' dan il-Protokoll, il-perjodu msemmija hawn fuq għandhom jitqassru de facto, skont il-każ, minħabba l-iskadenza ta' dan il-Protokoll.

2.

Il-liċenzja tas-sajd għandha tkun valida biss għall-perjodu kopert mill-pagament tal-imposti, kif ukoll għaż-żona ta' ġestjoni, it-tipi ta' rkaptu u l-kategorija tas-sajd indikati fl-istess liċenzja tas-sajd.

3.

Kull liċenzja tas-sajd għandha tinħareġ f'isem bastiment tal-Unjoni speċifiku u mhijiex trasferibbli. Madankollu, f'każ ippruvat ta' forza maġġuri, bħat-telf jew l-immobilizzazzjoni fit-tul ta' bastiment tal-Unjoni minħabba ħsara teknika serja kkonfermat kif xieraq mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat tal-bandiera, il-liċenzja ta' bastiment tal-Unjoni tista' titħassar fuq talba mill-awtoritajiet tal-Unjoni. Mill-aktar fis possibbli, għandha tinħareġ liċenzja ġdida skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-applikazzjonijiet u l-ħruġ ta' liċenzji tas-sajd ta' bastiment tal-Unjoni ieħor li jappartjeni għall-istess kategorija tas-sajd u b'tunnellaġġ li ma jaqbiżx dak tal-bastiment tal-Unjoni li tkun tħassritlu l-liċenzja.

4.

F'każ li titħassar il-liċenzja tas-sajd, sid il-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu għandhom jirritornaw il-liċenzja tas-sajd imħassra lid-dipartiment.

5.

Il-liċenzja tas-sajd għandha tinżamm il-ħin kollu abbord il-bastiment tal-Unjoni u tintwera lill-awtoritajiet ta' kontroll kull darba li ssir spezzjoni.

D.   PAGAMENTI TAL-LIĊENZJI TAS-SAJD U IMPOSTI

1.

Il-pagamenti annwali tal-liċenzji tas-sajd huma stabbiliti fil-liġijiet u fir-regolamenti Marokkini li jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd.

2.

Il-pagamenti tal-liċenzji tas-sajd għandhom ikopru s-sena kalendarja li fiha tinħareġ il-liċenzja u għandhom jitħallsu mal-ewwel applikazzjoni għal liċenzja tas-sajd għal dik is-sena. Il-pagamenti tal-liċenzji tas-sajd jinkludu kull pagament jew taxxa oħra relatati, ħlief għat-taxxi tal-port jew it-taxxi għall-forniment ta' servizzi.

3.

Minbarra l-pagamenti tal-liċenzji tas-sajd, l-imposti għandhom jiġu kkalkulati għal kull bastiment tal-Unjoni skont ir-rati stabbiliti fid-dokumenti tekniċi tal-Appendiċi 2.

4.

Il-kalkolu tal-imposti għandu jsir pro rata mal-perjodu ta' validità effettiva tal-liċenzja tas-sajd, filwaqt li jitqies kull perjodu ta' waqfien mis-sajd.

E.   TERMINI TAL-PAGAMENT

1.

Il-pagament tal-liċenzji tas-sajd, tal-imposti u tal-ispejjeż tal-osservaturi għandu jsir f'isem it-Teżorier Ministerjali tal-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd Marittimu, l-Iżvilupp Rurali u tal-Ilma u l-Foresti qabel ma jinħarġu l-liċenzji tas-sajd fuq il-kont tal-bank Nru 0018100078000 20110750201 miftuħ fil-Bank Al Maghrib, il-Marokk.

2.

Il-pagament tal-imposti għall-qabdiet mill-bastimenti tal-Unjoni tal-kategorija 5 għandu jitħallas kif ġej:

(a)

l-ammont b'rata fissa mħallas minn qabel (EUR 7 000 għal kull bastiment tal-Unjoni) imsemmi fid-dokument tekniku għandu jitħallas qabel ma tibda l-attività tas-sajd;

(b)

l-ammont imħallas minn qabel għandu jiġi kkalkulat pro rata skont it-tul tal-validità tal-liċenzja tas-sajd;

(c)

sat-30 ta' Ġunju, l-awtoritajiet tal-Unjoni għandhom jippreżentaw lid-dipartiment dikjarazzjoni tal-imposti dovuti għas-sena tas-sajd preċedenti, ibbażata fuq ir-rappurtar tal-qabdiet ta' kull sid tal-bastiment, ivverifikata u vvalidata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat tal-bandiera u mill-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk;

(d)

għall-aħħar sena tal-applikazzjoni, id-dikjarazzjoni tal-imposti dovuti għas-sena tas-sajd preċedenti għandha tiġi nnotifikata fi żmien erba' xhur wara li jiskadi dan il-Protokoll;

(e)

id-dikjarazzjoni finali għandha tintbagħat lis-sidien tal-bastimenti kkonċernati li għandu jkollhom tletin jum mid-data li fiha d-dipartiment jinnotifika l-approvazzjoni taċ-ċifri, sabiex jissodisfaw l-obbligi finanzjarji tagħhom. Il-prova tal-pagament minn sid il-bastiment, li għandha ssir f'euro f'isem it-Teżorier Ġenerali tal-Marokk fuq il-kont tal-bank imsemmi fil-punt 1, għandha tintbagħat lid-dipartiment mill-awtoritajiet tal-Unjoni sa mhux aktar tard minn xahar u nofs wara dik in-notifika;

(f)

madankollu, jekk l-ammont tad-dikjarazzjoni jkun inqas mit-total tal-pagament bil-quddiem imsemmi fil-punti (a) u (b), id-differenza korrispondenti ma tistax tiġi rkuprata;

(g)

is-sidien tal-bastimenti għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li kwalunkwe pagament supplimentari jitħallas fiż-żmien stabbilit fil-punt (e);

(h)

in-nuqqas ta' konformità mal-obbligi stabbiliti fil-punt (e) għandu jwassal għas-sospensjoni awtomatika tal-liċenzja tas-sajd sakemm sid il-bastiment jikkonforma ma' dawk l-obbligi.

3.

Il-pagament tal-imposti fuq il-kwoti allokati għall-bastimenti tat-tkarkir tal-kategorija 6 għandu jitħallas kif ġej:

(a)

l-imposta korrispondenti għall-kwota proviżorja ta' kull xahar tal-bastiment tal-Unjoni mitluba minn sid il-bastiment għandha titħallas qabel ma tibda l-attività tas-sajd;

(b)

f'każ li tiġi estiża l-kwota proviżorja ta' kull xahar kif imsemmi fil-punt 5 tat-Taqsima A, l-imposta korrispondenti għal din l-estensjoni trid tasal għand l-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk qabel ma jitkomplew l-attivitajiet tas-sajd;

(c)

f'każ ta' skorriment tal-kwota proviżorja ta' kull xahar u ta' kwalunkwe estensjoni tagħha, l-ammont tal-imposta korrispondenti għal dan l-iskorriment għandu jiżdied b'fattur ta' 3. Il-bilanċ ta' kull xahar, ikkalkulat abbażi tal-qabdiet reali, għandu jitħallas fi żmien xahrejn mix-xahar li fih saru dawn il-qabdiet.

KAPITOLU II

ŻONI TA' ĠESTJONI

1.

Iż-żoni ta' ġestjoni għal kull kategorija tas-sajd huma stabbiliti fid-dokumenti tekniċi tal-Appendiċi 2.

2.

Qabel id-data ta' applikazzjoni ta' dan il-Protokoll, l-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet tal-Unjoni l-koordinati ġeografiċi taż-żoni ta' ġestjoni kif ukoll kull żona fit-territorju tagħhom fejn is-sajd huwa projbit.

3.

Din l-informazzjoni għandha tintbagħat b'mod elettroniku, f'forma deċimali T/N DD.ddd (WGS84).

4.

Kull emenda fil-koordinati għandha tiġi kkomunikata lill-Unjoni mingħajr dewmien.

5.

Jekk ikun meħtieġ, l-Unjoni tista' titlob aktar informazzjoni dwar dawk il-koordinati.

KAPITOLU III

ARRANĠAMENTI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-KAMPANJI TAS-SAJD XJENTIFIKU

1.

Il-Partijiet għandhom jiddeċiedu b'mod konġunt dwar

(a)

l-operaturi tal-Unjoni li se jwettqu l-kampanja tas-sajd xjentifiku (minn hawn 'il quddiem imsejħa “kampanja”);

(b)

il-perjodu l-aktar adattat għal dan il-għan; u

(c)

il-kundizzjonijiet applikabbli.

2.

Sabiex ikun iffaċilitat ix-xogħol esploratorju tal-bastimenti tal-Unjoni, id-dipartiment għandu jgħaddi kull informazzjoni xjentifika u data oħra fundamentali disponibbli.

3.

Il-Partijiet għandhom jaqblu dwar Protokoll xjentifiku li għandu jintuża bħala l-bażi għall-kampanja, u li għandu jintbagħat lill-operaturi kkonċernati.

4.

Il-kampanji għandhom idumu mhux inqas minn tliet xhur u mhux aktar minn sitt xhur, sakemm ma jkunx maqbul mod ieħor mill-Partijiet.

5.

L-awtoritajiet tal-Unjoni għandhom jibagħtu lill-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk, applikazzjoni għal-liċenzja tas-sajd għall-kampanja, akkumpanjata b'dossier tekniku li jispeċifika:

(a)

il-karatteristiċi tekniċi tal-bastiment tal-Unjoni;

(b)

il-livell ta' għarfien espert tal-uffiċjali tal-bastiment tal-Unjoni b'rabta mas-sajd;

(c)

il-proposta għall-parametri tekniċi tal-kampanja (kemm se ddum għaddejja, l-irkaptu li se jintuża, ir-reġjuni li se jiġu esplorati, eċċ.);

(d)

il-mod ta' finanzjament.

6.

Jekk ikun meħtieġ, id-dipartiment għandu jorganizza djalogu dwar l-aspetti tekniċi u finanzjarji mal-awtoritajiet tal-Unjoni u, possibbilment, mas-sidien tal-bastimenti kkonċernati.

7.

Qabel ma tibda l-kampanja, il-bastiment tal-Unjoni għandu jidħol f'port magħżul mill-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk biex isirulu spezzjonijiet, inklużi dawk previsti fil-punti 1(a) u 1(b) tal-Kapitolu VIII ta' dan l-Anness.

8.

Qabel ma tibda l-kampanja, is-sidien tal-bastimenti għandhom jipprovdu lid-dipartiment u lill-awtoritajiet tal-Unjoni:

(a)

dikjarazzjoni tal-qabdiet li jkunu diġà abbord;

(b)

il-karatteristiċi tekniċi tal-irkaptu tas-sajd li jkun se jintuża matul il-kampanja; u

(c)

garanzija li dawn se jikkonformaw mar-rekwiżiti regolatorji fis-seħħ.

9.

Matul il-kampanja fuq il-baħar, is-sidien ikkonċernati għandhom:

(a)

jibagħtu lid-dipartiment u lill-awtoritajiet tal-Unjoni rapport fil-ġimgħa dwar il-qabdiet ta' kuljum u ta' kull sajda, inkluża deskrizzjoni tal-parametri tekniċi tal-kampanja (il-pożizzjoni, il-fond, id-data u l-ħin, il-qabdiet u osservazzjonijiet jew kummenti oħra);

(b)

jindikaw il-pożizzjoni, il-veloċità u r-rotta tal-bastiment tal-Unjoni permezz tal-VMS;

(c)

jiżguraw abbord il-bastiment ikun hemm osservatur xjentifiku ta' nazzjonalità Marokkina jew magħżul mill-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk, skont id-dispożizzjonijiet dwar l-osservaturi kif deskritti fil-Kapitolu VII. Sakemm il-Partijiet ma jiddeċidux mod ieħor, il-bastiment qatt ma għandu jkun obbligat jidħol f'port aktar minn darba kull xahrejn;

(d)

jissottomettu l-bastiment tal-Unjoni tagħhom għal spezzjoni qabel ma jħalli ż-żona tas-sajd Marokkina, jekk l-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk jitolbu dan;

(e)

jikkonformaw mal-liġijiet u mar-regolamenti tas-sajd Marokkini; il-qabdiet li jsiru matul il-kampanja, inklużi l-qabdiet inċidentali, għandhom jibqgħu l-proprjetà ta' sid il-bastiment, dejjem jekk jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-rigward mill-Kumitat Konġunt u mad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll xjentifiku.

10.

Id-dipartiment għandu jinnomina persuna ta' kuntatt li tkun inkarigata li tittratta l-problemi mhux previsti li jistgħu jfixklu l-iżvilupp tal-kampanja.

KAPITOLU IV

MONITORAĠĠ BIS-SATELLITA JEW BIL-VMS

A.   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

1.

Ir-regolamenti Marokkini li jirregolaw il-funzjonament tal-apparat ta' pożizzjonament u lokalizzazzjoni bis-satellita għandhom japplikaw għall-bastimenti tal-Unjoni li qed joperaw jew li beħsiebhom joperaw fiż-żona tas-sajd skont dan il-Protokoll. L-Istat tal-bandiera għandu jiżgura li l-bastimenti tal-Unjoni li jtajru l-bandiera tiegħu jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' dawk ir-regolamenti.

2.

L-attività ta' kull bastiment tal-Unjoni awtorizzat skont dan il-Protokoll trid tiġi kontinwament monitorjata, b'mod partikolari permezz ta' VMS. L-arranġamenti dettaljati ta' dan il-monitoraġġ għandhom jiġu stabbiliti mill-Kumitat Konġunt.

3.

Il-VMS tal-bastimenti tal-Unjoni soġġetti għall-monitoraġġ bis-satellita skont dan il-Protokoll għandha tibgħat b'mod awtomatiku l-pożizzjonijiet tal-bastimenti tal-Unjoni liċ-ċentru ta' sorveljanza u ta' kontroll tas-Sajd (CSCP), tal-Istat tal-bandiera tagħhom, li għandhom jibagħtuhom liċ-CSCP tal-Marokk.

4.

L-Istat tal-bandiera u l-Marokk għandhom jinnominaw korrispondent VMS kull wieħed li għandu jaġixxi bħala l-punt ta' kuntatt.

(a)

qabel id-data ta' applikazzjoni ta' dan il-Protokoll, iċ-CSCP tal-Istat tal-bandiera u tal-Marokk għandhom jikkomunikaw id-dettalji ta' kuntatt (l-isem, l-indirizz, it-telefown, il-faks, il-posta elettronika) tal-korrispondent VMS rispettiv tagħhom;

(b)

kull emenda fid-dettalji ta' kuntatt tal-korrispondent VMS trid tiġi nnotifikata minnufih.

Il-punti ta' kuntatt, li d-dettalji ta' kuntatt tagħhom għandhom jiġu kkomunikati qabel id-data ta' applikazzjoni ta' dan il-Protokoll, għandhom jiskambjaw kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar it-tagħmir tal-bastimenti tal-Unjoni, il-protokolli tat-trażmissjoni jew kwalunkwe funzjoni oħra meħtieġa għall-monitoraġġ bis-satellita.

B.   DATA VMS

1.

Meta bastiment tal-Unjoni li jkun qed jistad skont il-Ftehim dwar is-Sajd u huwa soġġett għall-monitoraġġ bis-satellita skont dan il-Protokoll jidħol fiż-żona tas-sajd, ir-rapporti susseggwenti tal-pożizzjoni għandhom jiġu kkomunikati immedjatament miċ-CSCP tal-Istat tal-bandiera liċ-CSCP tal-Marokk. Dawn il-messaġġi għandhom jintbagħtu kif ġej:

b'mod elettroniku fi protokoll sigur;

bi frekwenza ta' sagħtejn jew inqas; u

fil-format indikat fl-Appendiċi 3.

2.

Il-format NAF għandu jintuża sakemm issir il-bidla għall-format il-ġdid UN-CEFACT. L-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk għandhom jistabbilixxu l-perjodu meħtieġ għall-bidla lejn il-format UN-CEFACT fil-protokoll FLUX, filwaqt li jitqiesu r-restrizzjonijiet tekniċi dwar l-integrazzjoni ta' dan il-format il-ġdid u l-protokoll FLUX. Dawn għandhom jiddefinixxu l-perjodu ta' prova meħtieġ qabel ma ssir it-tranżizzjoni għall-użu effettiv tal-format il-ġdid u tal-protokoll FLUX. Ladarba dawn il-provi jitlestew b'suċċess, il-Partijiet għandhom jistabbilixxu mill-aktar fis possibbli, id-data effettiva tal-applikazzjoni konġunta fil-Kumitat Konġunt jew bi skambju ta' ittri.

3.

Kull messaġġ ta' pożizzjoni għandu jinkludi:

(a)

l-identifikazzjoni tal-bastiment tal-Unjoni;

(b)

il-pożizzjoni ġeografika l-aktar riċenti tal-bastiment tal-Unjoni (il-lonġitudni, il-latitudni), b'marġni ta' żball tal-pożizzjoni ta' inqas minn 100 metru, u b'intervall ta' fiduċja ta' 99 %;

(c)

id-data u l-ħin li fihom tkun ġiet irreġistrata l-pożizzjoni;

(d)

il-veloċità u r-rotta tal-bastiment tal-Unjoni.

4.

Il-pożizzjonijiet VMS għandhom jiġu identifikati kif ġej:

(a)

l-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara d-dħul fiż-żona tas-sajd għandha tkun identifikata bil-kodiċi “ENT”;

(b)

il-pożizzjonijiet kollha segwenti huma identifikati bil-kodiċi “POS”;

(c)

l-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara t-tluq miż-żona tas-sajd għandha tkun identifikata bil-kodiċi “EXI”;

(d)

il-pożizzjonijiet trażmessi manwalment, f'konformità mal-punt 3 tat-Taqsima C, huma identifikati bil-kodiċi “MAN”.

5.

Iċ-CSCP tal-Istat tal-bandiera għandu jiżgura l-ipproċessar awtomatiku u t-trażmissjoni elettronika tal-messaġġi ta' pożizzjoni. Il-messaġġi ta' pożizzjoni għandhom jiġu rreġistrati b'mod sigur u għandhom jiġu salvagwardjati f'bażi tad-data għal tliet snin. Madankollu, f'każ ta' restrizzjonijiet tekniċi, dan il-perjodu jista' jitqassar, bi ftehim reċiproku.

6.

Il-komponenti tas-softwer u tal-ħardwer tal-tagħmir tal-VMS għandhom ikunu:

(a)

affidabbli, li ma jippermettu l-ebda falsifikazzjoni tal-pożizzjonijiet u ma jistgħux jiġu mmanipolati manwalment;

(b)

kompletament awtomatiċi u operattivi f'kull ħin indipendentement mill-kundizzjonijiet ambjentali u klimatiċi.

7.

Huwa pprojbit li wieħed iċaqlaq, jiskonnetta, jeqred, jagħmel ħsara jew ma jħallix operattiva s-sistema ta' lokalizzazzjoni kontinwa bl-użu tal-komunikazzjonijiet bis-satellita mqiegħda abbord il-bastiment tal-Unjoni għal finijiet ta' trażmissjoni tad-data jew li jbiddel intenzjonalment, jiddevja jew jiffalsifika d-data li toħroġ minn din is-sistema jew li tiġi rreġistrata minnha.

8.

Il-kaptani tal-bastimenti tal-Unjoni għandhom jiżguraw f'kull ħin li:

(a)

id-data ma tiġix mibdula;

(b)

l-antenna jew l-antenni konnessi mat-tagħmir ta' monitoraġġ bis-satellita ma jkunux ostakolati bl-ebda mod;

(c)

il-provvista tal-elettriku għat-tagħmir tal-monitoraġġ bis-satellita ma tinqatax; u

(d)

it-tagħmir tal-VMS ma jitneħħix minn fuq il-bastiment.

9.

Għall-finijiet tal-MKS, fejn meħtieġ u meta jkun mitlub, il-Partijiet jaqblu li jiskambjaw informazzjoni dwar it-tagħmir użat.

C.   NUQQAS TEKNIKU JEW ĦSARA LI JAFFETTWAW L-APPARAT TA' MONITORAĠĠ ABBORD IL-BASTIMENT TAL-UNJONI

1.

Fil-każ ta' nuqqas tekniku jew ħsara li taffettwa l-apparat użat għall-monitoraġġ kontinwu bis-satellita installat abbord il-bastiment tal-Unjoni, id-dipartiment u l-awtoritajiet tal-Unjoni għandhom ikunu infurmati minnufih mill-Istat tal-bandiera.

2.

It-tagħmir difettuż għandu jiġi sostitwit fi żmien għaxart ijiem ta' xogħol wara li l-Istat tal-bandiera jinnotifika l-ħsara liċ-CSCP tal-Marokk. Wara dan il-perjodu, il-bastiment tal-Unjoni inkwistjoni għandu jidħol f'port innominat mill-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk għas-segwitu regolatorju li għandu jingħata u għat-tiswija, jew għandu jitlaq miż-żona, sakemm l-Istat tal-bandiera ma jkunx bagħat ir-rapport ta' spezzjoni dwar it-tagħmir difettuż liċ-CSCP tal-Marokk u infurmah bir-raġunijiet li wasslu għall-ħsara.

3.

Sakemm it-tagħmir ma jiġix sostitwit, il-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni għandu jibgħat manwalment, bil-posta elettronika, bir-radju jew bil-faks, liċ-CSCP tal-Istat tal-bandiera, rapport tal-pożizzjoni globali kull erba' sigħat, inkluż ir-rapporti dwar il-pożizzjoni hekk kif irreġistrati mill-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni skont il-kundizzjonijiet imsemmija fit-Taqsima B.

4.

Dawn il-messaġġi manwali għandhom jiġu rreġistrati immedjatament miċ-CSCP tal-Istat tal-bandiera fil-bażi tad-data msemmija fil-punt 5 tat-Taqsima B, u trażmessi minnufih miċ-CSCP tal-Istat tal-bandiera liċ-CSCP tal-Marokk, bl-użu tal-istess protokoll u l-istess format kif deskritti fl-Appendiċi 3.

D.   META D-DATA VMS MA TASALX GĦAND IĊ-CSCP TAL-MAROKK

1.

Jekk iċ-CSCP tal-Marokk jistabbilixxi li l-Istat tal-bandiera mhux qed jibgħat l-informazzjoni prevista fit-Taqsima B, l-awtoritajiet tal-Unjoni u l-Istat tal-bandiera kkonċernat għandhom jiġu infurmati b'dan minnufih.

2.

Iċ-CSCP tal-Istat tal-bandiera u/jew iċ-CSCP tal-Marokk għandhom jinnotifikaw minnufih lil xulxin dwar kwalunkwe anomalija operazzjonali li għandha x'taqsam mal-komunikazzjoni u l-wasla tal-messaġġi tal-pożizzjoni sabiex tinstab soluzzjoni teknika malajr kemm jista' jkun. L-awtoritajiet tal-Unjoni għandhom ikunu infurmati bis-soluzzjoni li tkun instabet miż-żewġ CSCPs.

3.

Il-messaġġi kollha mhux trażmessi matul dan il-waqfien għandhom jiġu trażmessi mill-ġdid malli l-komunikazzjoni bejn iċ-CSCP tal-Istat tal-bandiera kkonċernat u ċ-CSCP tal-Marokk tiġi stabbilita mill-ġdid.

4.

Iċ-CSCP tal-Istat tal-bandiera u ċ-CSCP tal-Marokk għandhom jaqblu, qabel id-data ta' applikazzjoni ta' dan il-Protokoll, dwar il-mezzi ta' komunikazzjoni elettroniċi alternattivi li għandhom jintużaw għat-trażmissjoni tad-data VMS f'każ ta' nuqqas ta' komunikazzjoni bejn iċ-CSCPs, u għandhom jinfurmaw lil xulxin minnufih b'kull emenda.

5.

In-nuqqasijiet ta' komunikazzjoni bejn iċ-CSCP tal-Marokk u tal-Istati tal-bandiera tal-Unjoni ma għandhomx jaffettwaw il-ħidma normali tal-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni. Madankollu, it-tip ta' trażmissjoni deċiża skont il-punt 4 għandha tintuża immedjatament.

6.

L-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk għandhom jinformaw lis-servizzi ta' kontroll kompetenti tagħhom sabiex il-bastimenti tal-Unjoni ma jitqisux li qed iwettqu ksur minħabba n-nuqqas ta' trażmissjoni tad-data VMS ikkawżat minn problemi operattivi ta' CSCP u tal-mezzi tat-trażmissjoni deċiżi skont il-punt 4.

E.   PROTEZZJONI TAD-DATA VMS

1.

Id-data kollha ta' sorveljanza kkomunikata minn Parti waħda lill-Parti l-oħra f'konformità ma' dawn id-dispożizzjonijiet għandha tintuża esklużivament mill-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk għall-MKS tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni skont il-Ftehim dwar is-Sajd, jew għal studji ta' riċerka mwettqa mill-Marokk fil-qafas tal-ġestjoni u l-organizzazzjoni tas-sajd.

2.

Tkun xi tkun ir-raġuni, din id-data ma għandha tiġi kkomunikata taħt l-ebda ċirkostanza lil terzi persuni.

3.

F'każ ta' nuqqas ta' qbil dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu IV il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fi ħdan il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 13 tal-Ftehim, li għandu jieħu deċiżjoni dwar il-kwistjoni.

4.

Jekk ikun meħtieġ, il-Partijiet jaqblu li jemendaw dawn id-dispożizzjonijiet fil-Kumitat Konġunt.

KAPITOLU V

DIKJARAZZJONI TAL-QBID

A.   ĠURNAL TA' ABBORD DWAR IS-SAJD

1.

Il-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni għandu juża l-ġurnal ta' abbord dwar is-sajd skont il-mudelli previsti fl-Appendiċijiet 4 u 5, u għandu jżommu aġġornat skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fin-nota ta' spjegazzjoni ta' dak il-ġurnal ta' abbord dwar is-sajd.

2.

Sid il-bastiment għandu jibgħat kopja tal-ġurnal ta' abbord dwar is-sajd lill-awtoritajiet kompetenti tiegħu sa mhux aktar tard minn ħmistax-il jum wara l-iżbark tal-qabdiet. Dawk l-awtoritajiet għandhom jibagħtu kopji lill-awtoritajiet tal-Unjoni u lid-dipartiment. Il-ġurnal ta' abbord dwar is-sajd għandu jimtela u jintbagħat anke jekk ma jinqabad xejn.

3.

In-nuqqas ta' konformità ta' sid il-bastiment mal-obbligi stabbiliti fil-punti 1 u 2 għandu jwassal għas-sospensjoni awtomatika tal-liċenzja tas-sajd sakemm sid il-bastiment jonora l-obbligi tiegħu. L-awtoritajiet tal-Unjoni għandhom jiġu infurmati minnufih bi kwalunkwe deċiżjoni bħal din.

B.   RAPPURTAR TAL-QABDIET TA' KULL TLIET XHUR

1.

Qabel it-tmiem ta' kull perjodu ta' tliet xhur, l-awtoritajiet tal-Unjoni għandhom jinformaw lid-dipartiment bid-data tagħhom dwar il-kwantitajiet maqbuda mill-bastimenti tal-Unjoni matul it-tliet xhur preċedenti, b'konformità mal-mudelli previsti fl-Appendiċijiet 6 u 7.

2.

Id-data għandha tkun maqsuma fuq kull xahar u skont il-kategorija għal kull bastiment tal-Unjoni u kull speċi speċifikata fil-ġurnal ta' abbord dwar is-sajd.

3.

Din id-data għandha tintbagħat ukoll lid-dipartiment permezz ta' fajl elettroniku f'format kompatibbli mas-softwer użat mid-dipartiment.

C.   AFFIDABBILTÀ TAD-DATA

L-informazzjoni li tinsab fid-dokumenti msemmija fit-Taqsimiet A u B, għandha tirrifletti r-realtà tas-sajd biex tkun tista' tintuża bħala waħda mill-bażijiet għall-monitoraġġ tal-evoluzzjoni tal-istokkijiet.

D.   TRANŻIZZJONI GĦAL SISTEMA ELETTRONIKA

1.

Sakemm issir il-bidla għall-format il-ġdid UN-CEFACT li juża n-netwerk FLUX tal-Kummissjoni, id-data kollha dwar il-qabdiet u r-rappurtar għandha tintbagħat permezz tas-sistema ERS fil-format XML EU-ERS 3.1.0 permezz tad-DEH (Data Exchange Highway) tal-Kummissjoni.

2.

Matul l-ewwel sitt xhur ta' dan il-Protokoll, il-Partijiet għandhom iwettqu t-testijiet meħtieġa biex is-sistema ERS tkun operattiva.

3.

Il-Partijiet beħsiebhom jimplimentaw is-sistema ERS u jissostitwixxu l-verżjonijiet stampati tal-ġurnal ta' abbord dwar is-sajd u tar-rappurtar tal-qabdiet bid-data ERS sa tmiem il-perjodu ta' prova, li jekk ikun meħtieġ, jistgħu jaqblu li jestenduh.

4.

Bi qbil komuni, il-Partijiet għandhom jużaw il-mod u l-format ta' trażmissjoni tas-sistema ERS konformi mad-dispożizzjonijiet tekniċi li d-definizzjonijiet u l-arranġamenti ta' applikazzjoni tagħhom se jiġu stabbiliti mill-iskambju ta' ittri qabel id-data ta' applikazzjoni ta' dan il-Protokoll.

E.   ŻBARKI BARRA MILL-MAROKK

Sid il-bastiment għandu jibgħat lill-awtoritajiet kompetenti tiegħu r-rapport dwar l-iżbark tal-qabdiet imwettqa skont dan il-Protokoll, sa mhux aktar tard minn ħmistax-il jum wara l-iżbark. Fl-istess żmien, dan għandu jibgħat kopja lid-delegazzjoni u lill-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk fl-indirizz mogħti bl-iskambju ta' ittri qabel id-data ta' applikazzjoni ta' dan il-Protokoll.

In-nuqqas ta' konformità ta' sid il-bastiment ma' dawn l-obbligi għandu jwassal għas-sospensjoni awtomatika tal-liċenzja tas-sajd sakemm dan jonora l-imsemmija obbligi. L-awtoritajiet tal-Unjoni għandhom jiġu infurmati minnufih b'tali deċiżjoni.

KAPITOLU VI

TLUGĦ ABBORD TAL-BAĦĦARA MAROKKINI

1.

Sid il-bastiment li jingħata liċenzja tas-sajd skont dan il-Protokoll għandu jtella' abbord, tul il-perjodu kollu tal-attività tiegħu fiż-żona tas-sajd, baħħara Marokkini skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-dokumenti li jinsabu fl-Appendiċi 2

2.

Sid il-bastiment jista' jagħżel il-baħħara li jtella' abbord il-bastimenti tas-sajd tiegħu:

(a)

jew mil-lista uffiċjali ta' kandidati magħżula tal-iskejjel ta' taħriġ marittimu trażmessa mid-dipartiment lill-awtoritajiet tal-Unjoni u kkomunikata minn din tal-aħħar lill-Istati tal-bandiera kkonċernati; il-lista għandha tiġi aġġornata kull sena fl-1 ta' Frar. Is-sidien tal-bastimenti jistgħu jagħżlu l-kandidati bl-aħjar għarfien u bl-esperjenza l-aktar adegwata mil-lista ta' kandidati;

(b)

jew inkella baħħara li jkunu ġabu prova li kienu ttellgħu abbord bastimenti tal-Unjoni skont protokolli preċedenti.

3.

Il-kuntratti tax-xogħol tal-baħħara Marokkini, li kopja tagħhom għandha tingħata lill-firmatarji, għandhom isiru bejn ir-rappreżentanti tas-sidien tal-bastimenti u l-baħħara u/jew it-trejdjunjins jew ir-rappreżentanti tagħhom b'konsultazzjoni mal-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk. Dawn il-kuntratti għandhom jiżguraw lill-baħħara l-benefiċċji tas-sistema tas-sigurtà soċjali li huma eliġibbli għalihom, inkluża l-assigurazzjoni f'każ ta' mewt, mard jew inċident.

4.

Sid il-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu għandhom jibagħtu kopja tal-kuntratt lid-dipartiment permezz tad-delegazzjoni.

5.

Sid il-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu għandhom jibagħtu lid-dipartiment, permezz tad-delegazzjoni, l-ismijiet tal-baħħara Marokkini li jittellgħu abbord kull bastiment tal-Unjoni u għandhom isemmu wkoll ir-rwol tagħhom fl-ekwipaġġ.

6.

Fl-1 ta' Frar u fl-1 ta' Awwissu, id-delegazzjoni għandha tibgħat lid-dipartiment sommarju ta' sitt xhur għal kull bastiment tal-Unjoni, tal-baħħara Marokkini li ttellgħu abbord tal-bastimenti tal-Unjoni bid-dettalji tar-reġistrazzjoni tagħhom.

7.

Il-paga tal-baħħara Marokkini għandha titħallas mis-sidien tal-bastimenti. Din għandha tiġi stabbilita qabel il-ħruġ tal-liċenzji tas-sajd, bi qbil komuni bejn is-sidien tal-bastimenti jew ir-rappreżentanti tagħhom u l-baħħara Marokkini kkonċernati jew ir-rappreżentanti tagħhom. Madankollu, il-kundizzjonijiet tar-remunerazzjoni tal-baħħara Marokkini ma jistgħux ikunu inqas minn dawk tal-ekwipaġġ Marokkin, u għandhom jikkonformaw mal-istandards tal-ILO u fl-ebda każ ma għandhom jkunu inferjuri għalihom.

8.

Jekk baħħar wieħed jew diversi baħħara impjegati abbord ma jkunux preżenti fil-ħin stabbilit għat-tluq tal-bastiment tal-Unjoni, il-kaptan għandu jkun awtorizzat li jibda l-vjaġġ ippjanat wara li jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-port tat-tlugħ abbord dwar in-nuqqas fl-għadd ta' baħħara meħtieġa u wara li jkun aġġorna r-rwoli tal-ekwipaġġ. Dawn l-awtoritajiet għandhom jinfurmaw lid-dipartiment.

9.

Sa mhux aktar tard mill-vjaġġ li jmiss, sid il-bastiment tas-sajd għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li fil-bastiment tiegħu jtella' l-għadd ta' baħħara meħtieġa.

10.

F'każ li ma jittellgħux baħħara Marokkini abbord għal raġunijiet differenti minn dawk imsemmija fil-punt 8, sid il-bastiment ikkonċernat għandu jħallas ammont fiss ta' EUR 20 għal kull baħħar Marokkin li ma jittellax abbord u għal kull jum ta' sajd fiż-żona tas-sajd, fi żmien massimu ta' tliet xhur.

11.

Dan l-ammont għandu jintuża għat-taħriġ tas-sajjieda Marokkini u għandu jitħallas fil-kont tal-bank Nru 0018100078000 20110750201 miftuħ fil-Bank Al Maghrib, il-Marokk.

12.

Ħlief fil-każ previst fil-punt 8, in-nuqqas persistenti min-naħa ta' sid il-bastiment li jtella' abbord l-għadd stipulat ta' baħħara Marokkini għandu jwassal għas-sospensjoni awtomatika tal-liċenzja tas-sajd tal-bastiment tal-Unjoni sakemm dan l-obbligu jiġi ssodisfat. Id-delegazzjoni għandha tiġi infurmata minnufih b'tali sospensjoni.

KAPITOLU VII

OSSERVAZZJONI TAS-SAJD

1.

Il-bastimenti tal-Unjoni awtorizzati biex jistadu fiż-żona tas-sajd skont dan il-Protokoll għandhom itellgħu abbord lill-osservaturi nnominati bħala “osservaturi xjentifiċi” mill-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk. Ir-riżultat tax-xogħol ta' dawn l-osservaturi jista' jintuża għal finijiet xjentifiċi u/jew ta' kontroll.

2.

Ir-rata ta' kopertura u d-dewmien ta' din l-osservazzjoni huma speċifikati skont kull kategorija fid-dokumenti tekniċi tal-Appendiċi 2.

3.

Il-kundizzjonijiet tat-tlugħ abbord tal-osservaturi nnominati huma stabbiliti kif ġej:

(a)

id-dipartiment għandu jistabbilixxi l-lista tal-bastimenti tal-Unjoni magħżula sabiex itellgħu osservatur abbord u l-lista tal-osservaturi nnominati biex jittellgħu abbord. Dawn il-listi għandhom jintbagħtu lid-delegazzjoni hekk kif ikunu lesti.

(b)

id-dipartiment għandu jikkomunika lis-sidien tal-bastimenti kkonċernati, permezz tad-delegazzjoni, l-isem tal-osservatur innominat sabiex jittella' abbord il-bastiment tal-Unjoni mal-ħruġ tal-liċenzja tas-sajd jew sa mhux aktar tard minn ħmistax-il jum qabel id-data prevista għat-tlugħ abbord tal-osservatur.

4.

It-termini tat-tlugħ abbord tal-osservatur għandhom jiġu stabbiliti bi qbil komuni bejn sid il-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu u l-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk.

5.

Sa mhux aktar tard minn ġimagħtejn qabel it-tlugħ abbord, sid il-bastiment ikkonċernat għandu jikkomunika d-data u l-port magħżula mill-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk fejn se jsir it-tlugħ abbord tal-osservatur.

6.

It-tlugħ abbord tal-osservatur għandu jsir fil-port magħżul minn sid il-bastiment u fil-bidu tal-ewwel vjaġġ fiż-żona tas-sajd wara n-notifika tal-lista tal-bastimenti tal-Unjoni magħżula.

7.

Fil-każ li l-osservatur jittella' abbord f'pajjiż barrani, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-osservatur għandhom jitħallsu minn sid il-bastiment. Jekk bastiment tal-Unjoni li jkollu osservatur abbord joħroġ miż-żona tas-sajd, għandhom jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-osservatur jittieħed lura f'pajjiżu malajr kemm jista' jkun, bl-ispejjeż imħallsa minn sid il-bastiment.

8.

F'każ li l-osservatur jivvjaġġa għalxejn, għar-raġuni li sid il-bastiment ma jonorax l-impenji li jkun ħa, l-ispejjeż tal-vjaġġ, kif ukoll l-indennizz ta' kuljum, ekwivalenti għal dawk imħallsa lill-uffiċjali nazzjonali tal-Marokk ta' grad ekwivalenti, għall-ġranet meta l-osservatur ikun inattiv, għandhom jitħallsu minn sid il-bastiment. Bl-istess mod, f'każ ta' dewmien fit-tlugħ abbord li jkun tort ta' sid il-bastiment, dan għandu jħallas lill-osservatur dan l-indennizz ta' kuljum.

9.

Kull emenda fir-regolamenti dwar l-indennizz ta' kuljum għandha tiġi kkomunikata lid-delegazzjoni sa mhux aktar tard minn xahrejn qabel ma tidħol fis-seħħ.

10.

Jekk l-osservatur ma jkunx preżenti fil-post u fil-ħin miftiehem u fit-tnax-il siegħa sussegwenti, sid il-bastiment jiġi eżentat awtomatikament mill-obbligu li jtellgħu abbord.

11.

Waqt li jkun abbord, l-osservatur għandu jiġi ttrattat bħala uffiċjal. Dan għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:

(a)

josserva l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni;

(b)

jivverifika l-pożizzjoni tal-bastimenti tal-Unjoni involuti fl-operazzjonijiet tas-sajd;

(c)

jieħu kampjuni bijoloġiċi skont il-programmi xjentifiċi;

(d)

jieħu nota tal-irkaptu tas-sajd użat;

(e)

jivverifika d-data dwar il-qabdiet fiż-żona tas-sajd li tkun ġiet irreġistrata fil-ġurnal ta' abbord dwar is-sajd;

(f)

jivverifika l-perċentwali tal-qabdiet inċidentali u jagħmel stima tal-volum tal-ispeċijiet ta' ħut, krustaċji u ċefalopodi mormija li jistgħu jiġu kkummerċjalizzati;

(g)

jikkomunika, permezz tal-faks jew b'mod elettroniku, id-data dwar is-sajd inkluż il-volum tal-qabdiet prinċipali u inċidentali abbord.

12.

Il-kaptan għandu jagħmel dak kollu li jista' biex jiżgura s-sikurezza fiżika u morali tal-osservatur waqt li jkun qed jaqdi dmirijietu.

13.

L-osservatur għandu jingħata aċċess għal kull faċilità meħtieġa sabiex iwettaq dmirijietu. Il-kaptan għandu jiffaċilita l-aċċess tal-osservatur għall-mezzi ta' komunikazzjoni meħtieġa għall-qadi ta' dmirijietu, għad-dokumenti konnessi direttament mal-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment tal-Unjoni inklużi, b'mod partikolari, il-ġurnal ta' abbord dwar is-sajd u l-ġurnal tan-navigazzjoni, kif ukoll għall-partijiet tal-bastiment tal-Unjoni meħtieġa sabiex ikun iffaċilitat il-qadi ta' dmirijietu.

14.

Waqt li jkun abbord, l-osservatur għandu:

(a)

jieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex il-kundizzjonijiet tat-tlugħ abbord tiegħu, kif ukoll il-preżenza tiegħu fuq il-bastiment tal-Unjoni la jinterrompu u lanqas ifixklu l-operazzjonijiet tas-sajd;

(b)

jieħu ħsieb il-beni u t-tagħmir li jkun hemm abbord u jirrispetta l-kunfidenzjalità ta' kull dokument li jappartjeni għall-bastiment tal-Unjoni.

15.

Fit-tmiem tal-perjodu ta' osservazzjoni u qabel ma jħalli l-bastiment tal-Unjoni, l-osservatur għandu jħejji rapport tal-attivitajiet li jintbagħat lill-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk b'kopja lid-delegazzjoni. Għandu jiffirmah fil-preżenza tal-kaptan li jista' jżid jew jara li jiżdiedu l-osservazzjonijiet kollha li jidhirlu li jkunu utli u jiffirmahom. Għandha tingħata kopja tar-rapport lill-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni qabel ma jsir l-iżbark tal-osservatur.

16.

Sid il-bastiment għandu jħallas għall-akkomodazzjoni u l-ikel tal-osservatur bl-istess kundizzjonijiet li jingħataw lill-uffiċjali, filwaqt li jitqiesu l-possibiltajiet tal-bastiment tal-Unjoni.

17.

Il-paga u l-kontribuzzjonijiet soċjali tal-osservatur għandhom jitħallsu mill-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk.

18.

Sabiex jiġu koperti l-ispejjeż li jirriżultaw mill-preżenza tal-osservaturi abbord il-bastimenti tal-Unjoni, flimkien mal-imposti li jitħallsu mis-sidien tal-bastimenti huwa previst ukoll il-pagament tal-hekk imsejħa “spejjeż tal-osservaturi” ikkalkulati abbażi ta' EUR 5,5 kull tonnaġġ gross (TG) għal kull tliet xhur u għal kull bastiment tal-Unjoni li jistad fiż-żona tas-sajd. Dawn l-ispejjeż għandhom jitħallsu skont it-termini tal-pagament previsti fit-Taqsima E tal-Kapitolu I ta' dan l-Anness.

19.

In-nuqqas ta' konformità mal-obbligi stabbiliti fil-punti 1 sa 18 preċedenti għandu jwassal għas-sospensjoni tal-liċenzja tas-sajd sakemm sid il-bastiment jikkonforma ma' dawk l-obbligi. Id-delegazzjoni għandha tiġi infurmata minnufih b'tali sospensjoni.

KAPITOLU VIII

MONITORAĠĠ U KONTROLL

A.   SPEZZJONIJIET TEKNIĊI

1.

Darba fis-sena kalendarja u wara kwalunkwe emenda fil-karatteristiċi tekniċi tagħhom jew wara talba għal bidla tal-kategorija tas-sajd li teħtieġ l-użu ta' rkaptu tas-sajd differenti, il-bastimenti tal-Unjoni li għandhom liċenzja tas-sajd skont id-dispożizzjonijiet dan il-Protokoll għandhom jippreżentaw ruħhom f'port magħżul mill-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk biex isirulhom l-ispezzjonijiet tekniċi previsti mir-regolamenti fis-seħħ. Dawn l-ispezzjonijiet tekniċi għandhom isiru fi żmien tmienja u erbgħin siegħa mill-wasla tal-bastiment tal-Unjoni fil-port.

2.

Wara li titlesta l-ispezzjoni teknika, il-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni għandu jingħata ċertifikat ta' konformità li jkollu l-istess perjodu ta' validità tal-liċenzja tas-sajd u li għandu jiġġedded awtomatikament għall-bastimenti tal-Unjoni li jġeddu l-liċenzja tagħhom matul is-sena kalendarja. Madankollu, il-perjodu ta' validità ma jistax ikun itwal minn sena. Dan iċ-ċertifikat għandu jinżamm dejjem abbord.

3.

L-ispezzjoni teknika ssir biex tiġi kkontrollata l-konformità tal-karatteristiċi tekniċi u tal-irkaptu abbord il-bastiment, biex jiġi vverifikat il-funzjonament tal-apparat ta' pożizzjonament u lokalizzazzjoni bis-satellita installat abbord u biex jiġi vverifikat li qed jiġu ssodisfati d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-ekwipaġġ Marokkin.

4.

L-ispejjeż relatati mal-ispezzjonijiet tekniċi għandhom jitħallsu minn sidien il-bastimenti u li jiġu stabbiliti skont ir-rati ffissati mir-regolamenti Marokkini. Dawn ma jistgħux ikunu ogħla mill-ammonti li jitħallsu s-soltu mill-bastimenti l-oħrajn għall-istess servizz.

5.

In-nuqqas ta' konformità mal-punti 1, 2 u 3 għandu jwassal għas-sospensjoni awtomatika tal-liċenzja tas-sajd sakemm dan jonora l-obbligi tiegħu. Id-delegazzjoni għandha tiġi infurmata minnufih b'tali sospensjoni.

B.   DĦUL FIŻ-ŻONA U L-ĦRUĠ MINNHA

1.

Il-bastimenti tal-Unjoni li għandhom liċenzja tas-sajd li tikkonforma ma' dan il-Protokoll għandhom jinnotifikaw, mill-anqas sitt sigħat qabel, lid-dipartiment permezz tal-posta elettronika, bl-intenzjoni tagħhom li jidħlu jew joħorġu miż-żona tas-sajd, u għandhom jagħtu wkoll l-informazzjoni li ġejja:

(a)

id-data u l-ħin tat-trażmissjoni tal-messaġġ;

(b)

il-pożizzjoni tal-bastiment tal-Unjoni skont it-Taqsima B tal-Kapitolu IV;

(c)

il-piż f'kilogrammi u l-qabdiet għal kull speċi miżmuma abbord, identifikati bil-kodiċi alfa-3;

(d)

il-messaġġi tat-tip “qabdiet mad-dħul” (COE) u “qabdiet mal-ħruġ” (COX).

2.

Għall-bastimenti tal-Unjoni tal-kategoriji 1 u 2, il-perjodu ta' notifika msemmi fil-punt 1 għandu jitnaqqas għal siegħa.

3.

Din l-informazzjoni għandha tintbagħat preferibbilment bil-posta elettronika jew bil-faks, u li d-dettalji tagħhom għandhom jingħataw bl-iskambju ta' ittri qabel id-data ta' applikazzjoni ta' dan il-Protokoll.

4.

Fil-każ tal-bastimenti tal-Unjoni tal-kategorija 6, il-ħruġ definittiv miż-żona tas-sajd huwa soġġett għall-awtorizzazzjoni minn qabel tad-dipartiment. Din l-awtorizzazzjoni għandha tinħareġ fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa minn meta tkun saret it-talba mill-kaptan jew mill-aġent tal-bastiment tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni ta' talba li tasal lejliet tmiem il-ġimgħa, f'liema każ l-awtorizzazzjoni tinħareġ it-Tnejn ta' wara. F'każ li tinċaħad l-awtorizzazzjoni, id-dipartiment għandu jinnotifika minnufih lis-sid u lill-awtoritajiet tal-Unjoni dwar ir-raġunijiet ta' din iċ-ċaħda.

5.

Bastiment tal-Unjoni li jinqabad jistad mingħajr ma jkun avża lid-dipartiment għandu jitqies bħala bastiment tal-Unjoni mingħajr liċenzja.

6.

Sid il-bastiment għandu jindika n-numri tal-faks u tat-telefown tal-bastiment tal-Unjoni kif ukoll l-indirizz elettroniku tal-kaptan fuq il-formola tal-applikazzjoni għal-liċenzja tas-sajd.

C.   PROĊEDURI TA' KONTROLL

1.

Il-kaptan ta' bastiment tal-Unjoni li għandu liċenzja skont dan il-Protokoll għandu jippermetti u jiffaċilita t-tlugħ abbord u t-twettiq tad-dmirijiet ta' kull uffiċjal Marokkin responsabbli mill-ispezzjoni u mill-kontroll tal-attivitajiet tas-sajd.

2.

Dawn l-uffiċjali ma għandhomx jibqgħu abbord għal aktar mill-ħin meħtieġ biex iwettqu dmirijiethom.

3.

Wara kull spezzjoni u kontroll, l-ispettur għandu jħejji rapport li għandu jiġi ffirmat ukoll mill-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni, li huwa intitolat li jżid kummenti rigward dan ir-rapport. Għandha tintbagħat kopja lill-kaptan.

D.   TLUGĦ ABBORD

1.

Id-dipartiment għandu jinforma lid-delegazzjoni mill-aktar fis possibbli, u sa mhux aktar tard minn tmienja u erbgħin siegħa, bit-tlugħ abbord ta' bastiment tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd.

2.

Fl-istess waqt, l-awtoritajiet tal-Unjoni għandhom jirċievu rapport fil-qosor dwar iċ-ċirkostanzi u r-raġunijiet li wasslu għal dan it-tlugħ abbord.

3.

Il-kaptan għandu jidderieġi l-bastiment tal-Unjoni tiegħu lejn il-port indikat mill-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk responsabbli mill-kontroll. Il-bastiment tal-Unjoni li jkun kiser ir-regolamenti Marokkini fis-seħħ dwar is-sajd marittimu għandu jinżamm fil-port sakemm jitlestew il-formalitajiet kollha amministrattivi.

E.   DIKJARAZZJONI TA' KSUR

1.

Wara li jiġi rreġistrat ksur fid-dikjarazzjoni mħejjija mill-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk responsabbli mill-kontroll, il-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni għandu jiffirma dik id-dikjarazzjoni. Jekk il-kaptan jirrifjuta jew ma jkunx jista' jiffirma, dan għandu jinkiteb fl-imsemmija dikjarazzjoni.

2.

Il-firma jew in-nuqqas ta' firma mill-kaptan ma għandhomx jippreġudikaw id-drittijiet tiegħu u l-mezzi li jista' juża biex jikkontesta l-ksur tar-regoli li bih ikun qed jiġi akkużat.

F.   SOLUZZJONI TAL-KSUR

1.

Qabel ma jinbeda xi proċediment ġudizzjarju, għandu jsir sforz biex jissolva l-ksur irreġistrat permezz ta' proċedura ta' kompromess, skont ir-regolamenti Marokkini dwar is-sajd.

Wara li tiġi riċevuta t-talba sottomessa minn sid il-bastiment wieħed għandu sa mhux aktar minn tliet ijiem ta' xogħol biex jaċċetta l-proċedura ta' kompromess. Din l-aċċettazzjoni għandha tiġi evidenzjata billi jitħejja dokument tal-ġbir maħruġ minn sid il-bastiment għall-pagament tal-ammont dovut qabel l-iskadenza speċifikata fuq l-istess dokument. Jekk il-pagament isir fiż-żmien speċifikat, il-proċedura ta' kompromess għandha titqies bħala definittiva, iżda jekk dak iż-żmien jiskadi d-dipartiment għandu jieħu azzjoni legali.

2.

Fil-każ ta' proċedura ta' kompromess, l-ammont tal-multa imposta għandu jiġi ffissat skont ir-regolamenti Marokkini dwar is-sajd.

3.

Fil-każ li t-tilwima ma tkunx tista' tiġi riżolta permezz ta' proċedura ta' kompromess u titressaq quddiem korp ġudizzjarju kompetenti, sid il-bastiment għandu jiddepożita garanzija bankarja, li tkun biżżejjed biex tiżgura l-infurzar tal-penali finanzjarji, fil-kont tal-bank miftuħ fil-Bank Al Maghrib il-Marokk li jingħata bl-iskambju ta' ittri qabel id-data ta' applikazzjoni ta' dan il-Protokoll.

4.

Il-garanzija bankarja għandha tkun irrevokabbli sakemm jintemmu l-proċedimenti ġudizzjarji. Din għandha tiġi rilaxxata jekk il-proċedura tintemm mingħajr kundanna. Bl-istess mod, f'każ ta' kundanna li twassal għal multa inqas mill-garanzija depożitata, id-differenza għandha tiġi rilaxxata mill-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk.

5.

Il-bastiment tal-Unjoni huwa awtorizzat li jitlaq mill-port:

(a)

meta jitwettqu l-obbligi miftiehma fil-proċedura ta' kompromess;

(b)

meta l-garanzija bankarja msemmija fil-punt 3 tkun ġiet depożitata u aċċettata mill-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk, sakemm jitlestew il-proċedimenti ġudizzjarji.

G.   TRASBORD

1.

Fiż-żona tas-sajd għandu jiġi pprojbit kull trasbord tal-qabdiet fuq il-baħar. Madankollu, il-bastimenti tal-Unjoni tal-kategorija 6 li jixtiequ jittrasbordaw qabdiet fiż-żona tas-sajd għandhom jagħmlu dan f'port magħżul mill-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk jew fiż-żona tiegħu, wara li d-dipartiment jagħti l-awtorizzazzjoni tiegħu. Dan it-trasbord għandu jsir taħt is-superviżjoni tal-osservatur jew ta' rappreżentant tad-dipartiment u tal-awtoritajiet ta' kontroll. Kull ksur ta' din id-dispożizzjoni għandu jwassal għas-sanzjonijiet previsti fir-regolamenti Marokkini fis-seħħ.

2.

Qabel kull operazzjoni ta' trasbord, sid dan il-bastiment tas-sajd għandu jibgħat lid-Dipartiment, mill-inqas tnejn u sebgħin siegħa minn qabel, l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem tal-bastimenti tal-Unjoni li se jwettqu t-trasbord;

(b)

l-isem tal-bastiment tal-ġarr tal-qabda, il-bandiera, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-kodiċi tar-radju tiegħu;

(c)

it-tunnellaġġ għal kull speċi li tkun se tiġi trasbordata;

(d)

id-destinazzjoni tal-qabdiet; u

(e)

id-data u l-ġurnata tat-trasbord.

3.

L-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk jirriżervaw id-dritt li jirrifjutaw it-trasbord jekk il-bastiment tal-Unjoni li jkun qiegħed iġorr il-ħut wettaq sajd IUU kemm fiż-żona tas-sajd kif ukoll barra minnha.

4.

It-trasbord għandu jitqies bħala ħruġ miż-żona tas-sajd. Għalhekk, il-bastimenti tal-Unjoni għandhom jibagħtu lid-dipartiment ir-rapport dwar il-qabdiet u javżawh bl-intenzjoni tagħhom li jkomplu jistadu jew li jħallu ż-żona tas-sajd.

5.

Il-kaptan ta' bastiment tal-Unjoni tal-kategorija 6 u li għandu liċenzja skont id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll li huwa impenjat f'operazzjonijiet ta' żbark jew ta' trasbord f'xi port magħżul mill-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk, għandu jippermetti u jiffaċilita l-kontrolli ta' dawn l-operazzjonijiet mill-ispetturi Marokkini. Wara kull spezzjoni u kontroll fil-port, il-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni għandu jingħata ċertifikat.

H.   MONITORAĠĠ KONĠUNT TAS-SAJD

1.

Il-Partijiet għandhom jistabbilixxu sistema ta' monitoraġġ u osservazzjoni tal-kontrolli tal-iżbark fuq l-art, bil-għan li titjieb l-effettività ta' dawn il-kontrolli sabiex tkun żgurata l-konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll.

2.

L-arranġamenti prattiċi ta' dan il-monitoraġġ konġunt għandhom jiġu definiti bi qbil komuni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet. Sussegwentement, il-Partijiet għandhom iħejju pjan annwali ta' monitoraġġ konġunt.

3.

Il-Partijiet għandhom jinnominaw lir-rappreżentanti tagħhom għall-monitoraġġ konġunt u l-ippjanar tal-awditu skedat billi jinnotifikaw lill-Parti l-oħra bl-ismijiet tagħhom. Id-dipartiment għandu jibgħat din l-informazzjoni xahar bil-quddiem.

4.

Ir-rappreżentant tal-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk għandu jattendi bħala osservatur l-ispezzjonijiet ta' żbark tal-bastimenti tal-Unjoni li jkunu operaw fiż-żona tas-sajd, li jitwettqu mis-servizzi nazzjonali ta' kontroll tal-Istati Membri.

5.

Dan għandu jakkumpanja lill-uffiċjali nazzjonali tal-kontroll fl-ispezzjonijiet li jagħmlu fil-portijiet, abbord il-bastimenti tal-Unjoni, fuq il-mollijiet, fis-swieq fejn isir l-ewwel bejgħ, fil-ħwienet tal-bejjiegħa bl-ingrossa tal-ħut, fl-imħażen tal-friża u f'postijiet oħrajn konnessi mal-iżbark u l-ħażna tal-ħut qabel l-ewwel bejgħ u għandu jkollu aċċess għad-dokumenti soġġetti għal dawn l-ispezzjonijiet.

6.

Ir-rappreżentant tal-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk għandu jħejji u jissottometti rapport dwar l-ispezzjonijiet li attenda. Kopja ta' dan ir-rapport għandha tintbagħat lid-delegazzjoni. L-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk jirriżervaw id-dritt li jużaw l-informazzjoni miġbura matul dawn l-ispezzjonijiet għal finijiet ta' kontroll regolatorju.

7.

Fuq talba tal-awtoritajiet tal-Unjoni, l-ispetturi tas-sajd tal-Unjoni jistgħu jattendu bħala osservaturi fl-ispezzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk fir-rigward tal-operazzjonijiet ta' żbark tal-bastimenti tal-Unjoni fil-portijiet magħżula mill-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk.

KAPITOLU IX

ŻBARK TAL-QABDIET

A.   PRINĊIPJU

Il-Partijiet, konxji mill-interess ta' integrazzjoni aħjar biex ikun żgurat l-iżvilupp konġunt tas-setturi tas-sajd rispettivi tagħhom, jaqblu li jadottaw il-miżuri li ġejjin dwar l-iżbark fil-portijiet magħżula mill-awtoritajiet tar-Renju tal-Marokk ta' proporzjon tal-qabdiet magħmula fiż-żona tas-sajd minn bastimenti tal-Unjoni li ngħataw liċenzja tas-sajd skont id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll.

B.   DEFINIZZJONI

L-operazzjonijiet li ġejjin għandhom jitqiesu bħala żbark obbligatorju:

(a)

l-iżbark ta' prodotti friski għal tranżitu bl-art li jiġġenera t-taxxi marbuta mal-attività mwettqa fil-port iżda l-ebda taxxa ad valorem;

(b)

it-trasbord fil-port jew fiż-żona tal-port ta' prodotti friżati jew l-iżbark fil-port fil-kontejners;

(c)

l-iżbark ta' prodotti friski jew friżati fil-qafas ta' kuntratt bejn sid il-bastiment tal-Unjoni u operatur (“kuntratt bejn sid il-bastiment u manifattur”);

(d)

l-iżbark ta' prodotti friski jew friżati li se jinbiegħu fis-swali tal-irkant jew mill-“comptoir d'agréage du poisson industriel” (CAPI).

C.   REGOLI TA' IMPLIMENTAZZJONI

L-iżbark obbligatorju għandu jsir skont id-dispożizzjonijiet li jinsabu fid-dokumenti tekniċi annessi ma' dan il-Protokoll.

D.   INĊENTIVI FINANZJARJI

Il-bastimenti tal-Unjoni tal-kategorija 5, il-bastimenti tal-Unjoni li jużaw (Refrigerated Seawater - RSW) u l-bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-kategorija 6, li għandhom liċenzja tas-sajd skont id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll u li f'port Marokkin jiżbarkaw aktar mill-perċentwali ta' żbarki obbligatorji previsti fid-dokumenti tekniċi, jistgħu jibbenefikaw minn tnaqqis ta' 5 % fuq l-imposta għal kull tunnellata żbarkata li tkun aktar mil-limitu obbligatorju, sakemm il-prodotti li jiġu żbarkati jgħaddu mis-swali tal-irkant u ma jiġux trasbordati u/jew tranżitati.

Is-sidien tal-bastimenti li jiżbarkaw f'portijiet barra mill-Marokk mitluba jissottomettu n-noti tal-bejgħ lid-dipartimenti għall-kontroll tal-kwantitajiet mhux żbarkati fil-Marokk.

L-impatt soċjali u ekonomiku kwantifikabbli ta' dawn l-iżbarki, kif ukoll kull sħubija bejn atturi privati Marokkini u tal-Unjoni fis-setturi relatati mas-sajd, se jiġu vvalutati fil-Kumitat Konġunt.

E.   PENALI F'KAŻ TA' NUQQAS TA' KONFORMITÀ MAL-OBBLIGI TA' ŻBARK

Il-bastimenti tal-Unjoni fil-kategoriji soġġetti għall-iżbark obbligatorju li ma jikkonformawx ma' dan l-obbligu stabbilit skont id-dokumenti tekniċi rilevanti, jistgħu jkunu soġġetti għal żieda ta' 15 % fuq il-pagament tal-imposta sussegwenti. Il-Kumitat Konġunt għandu jistabbilixxi penali aktar ħarxa f'każ ta' reċevidità.

Il-penali għall-iżbark obbligatorju huma kkalkulati abbażi tal-perjodu ta' validità tal-liċenzja tas-sajd għal kull kategorija tas-sajd (kull xahar għall-kategorija 6, kull tliet xhur għall-kategoriji 1 u 4 u kull sena għall-kategorija 5).

Il-penali aktar ħarxa għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:

għall-kategoriji 1 u 4: iż-żieda tiġi applikata fuq l-ammont tal-imposta mħallsa kull tliet xhur (skont il-TG);

għall-kategorija 5: iż-żieda tiġi applikata fuq l-ammont tal-imposta annwali;

għall-kategorija 6, fejn l-imposti jitħallsu kull xahar u l-liċenzji jinħarġu kull xahar: iż-żieda tiġi applikata fuq l-ammont li għandu jitħallas akkont tal-imposta suċċessiva bħala “kwota applikata f'tunnellati ta' qabdiet abbażi ta' previżjonijiet kull xahar”.

Appendiċijiet

1.   

Formola tal-applikazzjoni għal liċenzja tas-sajd

2.   

Dokumenti tekniċi

3.   

Komunikazzjoni tal-messaġġi VMS lill-Marokk, rapport dwar il-pożizzjoni

4.   

Ġurnal ta' abbord dwar is-sajd tat-tonn

5.   

Ġurnal ta' abbord dwar is-sajd (bastimenti oħra ħlief tat-tonn)

6.   

Formola tad-dikjarazzjoni tal-qbid ta' kull tliet xhur (bastimenti pelaġiċi industrijali)

7.   

Formola tad-dikjarazzjoni tal-qbid ta' kull tliet xhur (bastimenti oħra ħlief dawk pelaġiċi industrijali)

Appendiċi 1

Image 6 Test ta 'immaġni

Appendiċi 2

DOKUMENT TEKNIKU DWAR IS-SAJD Nru 1

SAJD FUQ SKALA ŻGĦIRA FIT-TRAMUNTANA BIT-TARTARUN

Għadd ta' bastimenti awtorizzati

22

Irkaptu awtorizzat

Tartarun

Daqsijiet massimi awtorizzati: 500 m × 90 m.

Sajd bil-lampara mhux permess.

Tip ta' bastiment

Bastimenti ta' inqas minn 150 TG

Imposta

EUR 75 kull TG għal kull tliet xhur

Żona ta' ġestjoni

Limitu fit-Tramuntana: Parallel 35°47′18″N

Limitu fin-Nofsinhar: Parallel 34°18′00″N

Estensjoni sal-latitudni 33°25′00″N hija permessa għal ħames bastimenti kull darba, li joperaw b'sistema ta' rotazzjoni, soġġetti għal osservazzjoni xjentifika,

u

lil hinn minn żewġ mili nawtiċi.

Speċijiet fil-mira

Sardin, inċova u speċijiet oħra pelaġiċi żgħar

Żbark f'port magħżul mill-Marokk

30 % tal-qabdiet iddikjarati għal kull bastiment u għal kull tliet xhur

Limiti fuq il-qabdiet inċidentali

mhux aktar minn 3 %

Perjodu ta' waqfien mis-sajd

Frar u Marzu

Osservaturi

Bastimenti ta' inqas minn 100 TG: osservatur wieħed imtella' abbord għal mhux aktar minn 10 vjaġġi fis-sena

Bastimenti ta' 100 TG jew aktar iżda inqas minn 150 TG: osservatur wieħed imtella' abbord għal mhux aktar minn vjaġġ wieħed minn kull erbgħa

Meta jkun hemm osservatur abbord, l-għadd ta' baħħara Marokkini li jitilgħu abbord, jitnaqqas kif xieraq.

Tlugħ abbord tal-baħħara

Tliet baħħara Marokkini għal kull bastiment

Kummenti

L-estensjoni lejn in-Nofsinhar fuq latitudni 33°25′00″N tal-attività ta' ħames bastimenti se tkun riveduta sena wara l-applikazzjoni sabiex jitkejjel ir-riżultat ta' kwalunkwe interazzjoni mal-flotta nazzjonali u l-impatt fuq ir-riżorsi.

DOKUMENT TEKNIKU DWAR IS-SAJD Nru 2

SAJD FUQ SKALA ŻGĦIRA FIT-TRAMUNTANA BIL-KONZ TAL-QIEGĦ

Għadd ta' bastimenti awtorizzati

35 bastiment, li minnhom:

32 bastiment ta' inqas minn 40 TG

tliet bastimenti ta' 40 TG jew aktar iżda inqas minn 150 TG

Irkaptu awtorizzat

Konz tal-qiegħ għall-bastimenti ta' inqas minn 40 TG: 10 000 sunnara, ħames konzijiet tal-qiegħ

Konz tal-qiegħ għall-bastimenti ta' 40 TG jew aktar u inqas minn 150 TG: 15 000 sunnara, tmien konzijiet tal-qiegħ

Tip ta' bastiment

Bastiment tas-sajd bil-konz ta' inqas minn 40 TG

Bastiment tas-sajd bil-konz ta' 40 TG jew aktar iżda inqas minn 150 TG:

Imposta

EUR 67 kull TG għal kull tliet xhur

Żona ta' ġestjoni

Limitu fit-Tramuntana: Parallel 35°47′18″N

Limitu fin-Nofsinhar: Parallel 34°18′00″N

Estensjoni sal-latitudni 33°25′00″N hija permessa għal erba' bastimenti kull darba, li joperaw b'sistema ta' rotazzjoni, soġġetti għal osservazzjoni xjentifika,

u

lil hinn minn sitt mili nawtiċi.

Speċijiet fil-mira

Ħut tal-qiegħ

Żbark f'port magħżul mill-Marokk

Fuq bażi volontarja

Limiti fuq il-qabdiet inċidentali

0 % ta' pixxispad u klieb il-baħar tal-wiċċ

Perjodu ta' waqfien mis-sajd

Mill-15 ta' Marzu sal-15 ta' Mejju

Osservaturi

Bastimenti ta' inqas minn 100 TG: osservatur wieħed imtella' abbord għal mhux aktar minn 10 vjaġġi fis-sena

Bastimenti ta' 100 TG jew aktar iżda inqas minn 150 TG: osservatur wieħed imtella' abbord għal mhux aktar minn 25 % tal-bastimenti awtorizzati kull tliet xhur, jew għal vjaġġ wieħed minn kull erbgħa għal kull bastiment

Meta jkun hemm osservatur abbord, l-għadd ta' baħħara Marokkini li jitilgħu abbord, jitnaqqas kif xieraq.

Tlugħ abbord tal-baħħara

Bastimenti ta' inqas minn 100 TG: Fuq bażi volontarja

Bastimenti ta' 100 TG jew aktar iżda inqas minn 150 TG: baħħar Marokkin wieħed għal kull bastiment

Kummenti

L-estensjoni lejn in-Nofsinhar fuq latitudni 33°25′00″N tal-attività ta' erba' bastimenti se tkun riveduta sena wara l-applikazzjoni sabiex jitkejjel ir-riżultat ta' kwalunkwe interazzjoni mal-flotta nazzjonali u l-impatt fuq ir-riżorsi.

DOKUMENT TEKNIKU DWAR IS-SAJD Nru 3

SAJD FUQ SKALA ŻGĦIRA FIN-NOFSINHAR BIL-QASBA U X-XLIEF

Għadd ta' bastimenti awtorizzati

Mhux aktar minn 10 bastimenti

Irkaptu awtorizzat

Qasba u xlief

Għall-qbid bil-lixka ħajja: tartarun bid-daqs tal-malji ta' 8 mm

Tip ta' bastiment

Kapaċità ġenerali limitata għal 800 TG għall-kategorija kollha

dgħajsa tas-sajd bix-xlief ta' inqas minn 150 TG

lanċa għas-sajd bix-xlief u l-qasba ta' inqas minn 150 TG

Imposta

EUR 67 kull TG għal kull tliet xhur

Żona ta' ġestjoni

Limitu fit-Tramuntana: Parallel 30°40′00″N

Limitu fin-Nofsinhar: Parallel 20°46′13″N

u

Lil hinn minn tliet mili nawtiċi

Speċijiet fil-mira

Sparidae, Plectorhynchus mediterraneus

Żbark f'port magħżul mill-Marokk

Fuq bażi volontarja

Limiti fuq il-qabdiet inċidentali

0 % ta' ċefalopidi u ta' krustaċji

5 % ta' speċijiet tal-qiegħ oħrajn

Perjodu ta' waqfien mis-sajd

Osservaturi

Bastimenti ta' inqas minn 100 TG: osservatur wieħed imtella' abbord għal mhux aktar minn 10 vjaġġi fis-sena

Bastimenti ta' 100 TG jew aktar iżda inqas minn 150 TG: osservatur wieħed imtella' abbord għal mhux aktar minn 25 % tal-bastimenti awtorizzati kull tliet xhur, jew għal vjaġġ wieħed minn kull erbgħa għal kull bastiment

Tlugħ abbord tal-baħħara

żewġ baħħara Marokkini kull bastiment

Kummenti

Fi tmiem il-kampanja tas-sajd xjentifiku, il-Kumitat Konġunt se jistudja l-possibbiltà li jiġu inklużi l-kavetti f'din il-kategorija.

DOKUMENT TEKNIKU DWAR IS-SAJD Nru 4

SAJD TAL-QIEGĦ FIN-NOFSINHAR BIX-XBIEKI TAT-TKARKIR TAL-QIEGĦ U L-KONZ TAL-QIEGĦ

Għadd ta' bastimenti awtorizzati

16-il bastiment, li minnhom:

mhux aktar minn 5 bastimenti tat-tkarkir

11-il bastiment tas-sajd bil-konz

Irkaptu awtorizzat

Xibka tat-tkarkir tal-qiegħ: daqs tal-malji ta' mhux inqas minn 70 mm:

mhux permess li l-manka tax-xibka tat-tkarkir tkun doppja

mhux permess l-irduppjar tal-ħbula li jikkostitwixxu l-manka tax-xibka tat-tkarkir

Konz tal-qiegħ: sa mhux aktar minn 20 000 sunnara

Tip ta' bastiment

Kapaċità ġenerali limitata għal 3 000 TG għall-bastimenti tat-tkarkir awtorizzati f'din il-kategorija:

bastiment tat-tkarkir ta' 750 TG jew inqas

bastiment tas-sajd bil-konz ta' 150 TG jew inqas

Imposta

EUR 60 kull TG għal kull tliet xhur

Żona ta' ġestjoni

Limitu fit-Tramuntana: Parallel 29°00′00″N

Limitu fin-Nofsinhar: Parallel 20°46′13″N

Lil hinn mil-livell ta' fond ta' 200 m għall-bastimenti tat-tkarkir jew

lil hinn minn 12-il mil nawtiku għall-bastimenti tas-sajd bil-konz.

Speċijiet fil-mira

Merluzz iswed, xabla, serra ħoxna/plamtu bla rigi u ħut tal-qiegħ ieħor

Żbark f'port magħżul mill-Marokk

30 % tal-qabdiet iddikjarati għal kull bastiment u għal kull tliet xhur

Limiti fuq il-qabdiet inċidentali

5 % tal-klieb il-baħar tal-qiegħ

Perjodu ta' waqfien mis-sajd

Waqfien spazjutemporali:

minn April sa Mejju

minn Ottubru sa Diċembru

Osservaturi

Bastimenti ta' inqas minn 100 TG: osservatur wieħed imtella' abbord għal mhux aktar minn 10 vjaġġi fis-sena

Bastimenti ta' 100 TG jew aktar: osservatur wieħed imtella' abbord għal mhux aktar minn 25 % tal-bastimenti awtorizzati kull tliet xhur matul l-ewwel u t-tieni sena tal-applikazzjoni tal-Protokoll, u 40 % matul it-tielet u r-raba' sena tal-applikazzjoni tal-Protokoll jew vjaġġ wieħed minn kull erbgħa għal kull bastiment matul l-ewwel u t-tieni sena tal-applikazzjoni tal-Protokoll, u żewġ vjaġġi minn kull ħamsa matul it-it-tielet u r-raba' sena tal-applikazzjoni tal-Protokoll.

Tlugħ abbord tal-baħħara

Bastiment tat-tkarkir: 8 baħħara Marokkini kull bastiment

Bastiment tas-sajd bil-konz: 4 baħħara Marokkini kull bastiment

Kummenti

DOKUMENT TEKNIKU DWAR IS-SAJD Nru 5

SAJD GĦAT-TONN BIL-QASBA U X-XLIEF

Għadd ta' bastimenti awtorizzati

27

Irkaptu awtorizzat

Qasba u xlief tas-sajd bir-rixa

Għall-qbid bil-lixka ħajja: tartarun bid-daqs tal-malji ta' 8 mm

Tip ta' bastiment

Dgħajsa tas-sajd bil-lixka u dgħajsa tas-sajd bix-xlief

Imposta

EUR 35 kull tunnellata maqbuda

Pagament bil-quddiem

Għandu jsir pagament bil-quddiem ta' rata fissa ta' EUR 7 000 mal-applikazzjoni għal-liċenzji annwali

Żona ta' ġestjoni

Limitu fit-Tramuntana: Parallel 35°47′18″N

Limitu fin-Nofsinhar: Parallel 20°46′13″N

u

lil hinn minn tliet mili nawtiċi, ħlief għall-perimetru ta' protezzjoni li qiegħed lejn il-Lvant tal-linja li tgħaqqad il-punti 33°30′00″N/7°35′00″W u 35°48′00″N/6°20′00″W

Għall-qbid bil-lixka ħajja: Lil hinn minn tliet mili nawtiċi

Speċijiet fil-mira

Tonn

Żbark f'port magħżul mill-Marokk

25 % tal-qabdiet iddikjarati għandhom ikunu magħmula bħala preferenza minn palamit (Katsuwonus pelamis), plamtu (Sarda sarda) u trumbell (Auxis thazard).

Limiti fuq il-qabdiet inċidentali

Skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT

Perjodu ta' waqfien mis-sajd

Skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT

Osservaturi

Skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT

Tlugħ abbord tal-baħħara

Tliet baħħara Marokkini kull bastiment

Kummenti

DOKUMENT TEKNIKU DWAR IS-SAJD Nru 6

SAJD PELAĠIKU INDUSTRIJALI BIX-XBIEKI TAT-TKARKIR PELAĠIKU JEW SEMIPELAĠIKU U BIT-TARTARUN TAL-BORŻA

Għadd ta' bastimenti awtorizzati

18-il bastiment, li minnhom:

10 bastimenti ta' 3 000 TG jew aktar iżda inqas minn 7 765 TG

4 bastimenti ta' 150 TG jew aktar iżda inqas minn 3 000 TG

4 bastimenti ta' inqas minn 150 TG

Kwota allokata

Limitu ta' qbid annwali:

85 000 tunnellata għall-ewwel sena,

90 000 tunnellata għat-tieni sena,

100 000 tunnellata għat-tielet u r-raba' sena,

applikabbli għall-flotta kollha

Total tal-limiti fix-xahar:

0 tunnellata fix-xahar f'Jannar u Frar għall-perjodu kollu tal-Protokoll

7 420 tunnellata fix-xahar f'Marzu (l-ewwel sena)

7 791 tunnellata fix-xahar f'Marzu (it-tieni sena)

8 414 -il tunnellata fix-xahar f'Marzu (it-tielet u r-raba' sena)

10 600 tunnellata fix-xahar minn April sa Ġunju (l-ewwel sena)

11 130 tunnellata fix-xahar minn April sa Ġunju (it-tieni sena)

12 020 tunnellata fix-xahar minn April sa Ġunju (it-tielet u r-raba' sena)

15 900 tunnellata fix-xahar f'Lulju (l-ewwel sena)

16 695 tunnellata fix-xahar f'Lulju (it-tieni sena)

18 031 tunnellata fix-xahar f'Lulju (it-tielet u r-raba' sena)

18 020 tunnellata fix-xahar minn Awwissu sa Ottubru (l-ewwel sena)

18 921 tunnellata fix-xahar minn Awwissu sa Ottubru (it-tieni sena)

20 435 tunnellata fix-xahar minn Awwissu sa Ottubru (it-tielet u r-raba' sena)

13 780 tunnellata fix-xahar f'Novembru (l-ewwel sena)

14 469 tunnellata fix-xahar f'Novembru (it-tieni sena)

15 627 tunnellata fix-xahar f'Novembru (it-tielet u r-raba' sena)

10 600 tunnellata fix-xahar f'Diċembru (l-ewwel sena)

11 130 tunnellata fix-xahar f'Diċembru (it-tieni sena)

12 020 tunnellata fix-xahar f'Diċembru (it-tielet u r-raba' sena)

Għall-bastimenti bl-imħażen kesħin (bastimenti tat-tkarkir u bastimenti tas-sajd bit-tartarun) li jiżbarkaw fil-port ta' Dakhla, il-qabdiet huma limitati għal 200 tunnellata għal kull vjaġġ bejn April u Ġunju u 250 tunnellata għal kull vjaġġ bejn Lulju u Diċembru.

Irkaptu awtorizzat

Xibka tat-tkarkir pelaġiku jew semipelaġiku:

 

Id-daqs minimu tal-malja mġebbda tax-xibka tat-tkarkir pelaġiku jew semipelaġiku huwa ta' 40 mm.

 

Il-borża tax-xibka tat-tkarkir pelaġiku jew semipelaġiku tista' tissaħħaħ minn xibka b'daqs minimu tal-malji mġebbda ta' 400 mm u minn anelli tal-ħabel spazjati mill-anqas 1,5 m minn xulxin, minbarra l-anella li tinsab fuq in-naħa ta' wara tax-xibka tat-tkarkir li ma tistax titpoġġa inqas minn 2 metri mill-fetħa tal-borża.

 

It-tisħiħ jew l-irduppjar tal-manka b'kull irkaptu ieħor mhuwiex permess u t-tkarkir fl-ebda każ ma għandu jimmira għal speċijiet oħra ħlief għall-ħut pelaġiku ż-żgħir awtorizzat.

Tartarun tal-borża tal-ispeċijiet pelaġiċi żgħar:

Daqsijiet massimi awtorizzati: 1 000 m × 140 m.

Tip ta' bastiment

Bastiment tat-tkarkir pelaġiku industrijali bil-friża

Bastiment tat-tkarkir pelaġiku industrijali bil-maħżen kiesaħ

Bastiment tas-sajd bit-tartarun tal-ispeċijiet pelaġiċi żgħar bil-maħżen kiesaħ

Imposta

Għall-bastimenti tat-tkarkir pelaġiċi industrijali bil-friża:

EUR 110 kull tunnellata mħallsa bil-quddiem kull xahar.

Għall-bastimenti tat-tkarkir pelaġiċi u l-bastimenti tas-sajd bit-tartarun bil-maħżen kiesaħ:

EUR 55 kull tunnellata mħallsa bil-quddiem kull xahar.

L-imposta tiżdied b'fattur ta' 3 jekk il-qabdiet awtorizzati jinqabżu.

Żona ta' ġestjoni

Limitu fit-Tramuntana: Parallel 26°07′00″N

Limitu fin-Nofsinhar: Parallel 20°46′13″N

Lil hinn minn 15-il mil nawtiku għall-bastimenti tat-tkarkir bil-friża

Lil hinn minn 12-il mil nawtiku għall-bastimenti tat-tkarkir u l-bastimenti tas-sajd bit-tartarun bil-maħżen kiesaħ

Speċijiet fil-mira

Sardin, laċċi, kavalli, sawrell u inċova:

sawrell/kavalli/inċova: 58 %

sardin/laċċi: 40 %.

Is-sawrell u l-kavalli ma jistgħux jammontaw għal aktar minn 15 % tal-qabdiet totali ta' kull xahar minn April sa Ġunju..

Żbarki f'port magħżul mill-Marokk

25 % tal-qabdiet iddikjarati

Limiti fuq il-qabdiet inċidentali

Mhux aktar minn 2 % ta' qabdiet inċidentali

Il-lista tal-ispeċijiet awtorizzati fil-qabdiet inċidentali hija stabbilita bir-regolamenti Marokkini dwar is-“sajd ta' speċijiet pelaġiċi żgħar fl-Atlantiku tan-Nofsinhar”.

Perjodu ta' waqfien mis-sajd

Il-bastimenti tas-sajd awtorizzati għandhom josservaw il-perjodi kollha ta' waqfien stipulati mid-dipartiment fiż-żona tas-sajd awtorizzata u jieqfu minn kull attività ta' sajd.

Osservaturi

Għal kull bastiment jittella' abbord osservatur xjentifiku matul il-perjodu kollu ta' attività fiż-żona ta' ġestjoni.

Tlugħ abbord tal-baħħara

Bastimenti ta' inqas minn 150 TG: Żewġ baħħara Marokkini

Bastimenti ta' bejn 150 u 1 500 TG: Erba' baħħara Marokkini

Bastimenti ta' bejn 1 500 u 5 000 TG: 10 baħħara Marokkini

Bastimenti ta' bejn 5 000 u 7 765 TG: 16-il baħħar Marokkin

Kummenti

L-ipproċessar industrijali tal-qabdiet għall-produzzjoni ta' frakass tal-ħut u/jew żejt tal-ħut huwa assolutament ipprojbit. Madankollu, il-ħut li ġarrab xi ħsara jew il-ħut iddeterjorat kif ukoll l-iskart li jirriżulta mill-manipulazzjoni tal-qabdiet jista' jiġi pproċessat għall-produzzjoni tal-frakass tal-ħut jew taż-żejt tal-ħut sakemm dan ma jaqbiżx il-limitu massimu ta' 5 % tal-qabdiet totali awtorizzati

Appendiċi 3

KOMUNIKAZZJONI TAL-MESSAĠĠI VMS LILL-MAROKK

RAPPORT DWAR IL-POŻIZZJONI

Data obbligatorja li trid tiġi trażmessa fir-rapporti dwar il-pożizzjonijiet li jintbagħtu f'format NAF

Data

Kodiċi

Obbligatorju/Fakultattiv

Kontenut

Bidu tar-reġistrazzjoni

SR

O

Dettall tas-sistema li jindika l-bidu tar-reġistrazzjoni

Destinatarju

AD

O

Dettall tal-messaġġ – Destinatarju, Kodiċi alfa-3 tal-pajjiż (ISO-3166)

Speditur

FR

O

Dettall tal-messaġġ – Speditur, Kodiċi alfa-3 tal-pajjiż (ISO-3166)

Stat tal-Bandiera

FS

O

Detall tal-messaġġ – Bandiera tal-Istat, Kodiċi alfa-3 (ISO-3166)

Tip ta' messaġġ

TM

O

Dettall tal-messaġġ – Tip ta' messaġġ (ENT, POS, EXI, MAN)

Sinjal tas-sejħa bir-radju (IRCS)

RC

O

Dettall tal-bastiment – Sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju tal-bastiment (IRCS)

Numru ta' referenza intern tal-Parti kontraenti

IR

O

Dettall tal-bastiment – Numru uniku tal-Kodiċi alfa-3 tal-parti kontraenti (ISO-3166) segwit minn numru

Numru tar-reġistrazzjoni esterna

XR

O

Dettall tal-bastiment – numru mwaħħal mal-ġenb tal-bastiment (ISO 8859.1)

Latitudni

LT

O

Dettall tal-pożizzjoni tal-bastiment – pożizzjoni fi gradi u gradi deċimali T/N DD.ddd (WGS84)

Lonġitudni

LG

O

Dettall tal-pożizzjoni tal-bastiment – pożizzjoni fi gradi u gradi deċimali L/P DD.ddd (WGS84)

Rotta

CO

O

Rotta tal-bastiment fuq skala ta' 360 grad

Veloċità

SP

O

Veloċità tal-bastiment f'mili nawtiċi mmultiplikata b'10

Data

DA

O

Dettall tal-pożizzjoni tal-bastiment – data tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni TUC (SSSSXXJJ)

Ħin

TI

O

Dettall tal-pożizzjoni tal-bastiment – ħin tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni TUC (SSMM)

Tmiem ir-reġistrazzjoni

ER

O

Dettall tas-sistema li jindika t-tmiem tar-reġistrazzjoni

L-informazzjoni li ġejja hija meħtieġa fiż-żmien tat-trażmissjoni sabiex tippermetti liċ-CSCP Marokkin jidentifika ċ-CSCP emittenti:

 

l-indirizz IP tas-server taċ-CSCP u/jew ir-referenzi DNS (Domain Name System)

 

iċ-ċertifikat SSL (katina sħiħa tal-awtoritajiet ta' ċertifikazzjoni).

It-trażmissjoni tad-data hija strutturata kif ġej:

il-karattri użati għandhom jikkonformaw mar-regoli tal-ISO 8859.1

linja djagonali doppja (//) u l-kodiċi “SR” jindikaw il-bidu tal-messaġġ

kull element tad-data jiġi identifikat mill-kodiċi tiegħu u huwa sseparat mill-elementi l-oħra tad-data permezz ta' linja djagonali doppja (//)

linja djagonali waħda (/) tissepara l-kodiċi u d-data

il-kodiċi “ER” segwit minn linja djagonali doppja (//) jindika tmiem il-messaġġ.

Data obbligatorja li trid tiġi trażmessa fir-rapporti dwar il-pożizzjonijiet li jintbagħtu f'format UN-CEFACT:

Data

Obbligatorju/Fakultattiv

Kummenti

Destinatarju

O

Dettall tal-messaġġ – Destinatarju, Kodiċi alfa-3 tal-pajjiż (ISO-3166).

Nota: huwa parti mill-pakkett FLUX TL

Speditur

O

Dettall tal-messaġġ – Speditur, Kodiċi alfa-3 tal-pajjiż (ISO-3166).

Identifikatur uniku tal-messaġġ

O

UUID skont RFC 4122 iddefinit mill-IETF

Data u ħin tal-ħolqien tal-messaġġ

O

Data u ħin ta' meta nħoloq il-messaġġ fil-TUC skont l-istandard ISO 8601 u li juża l-format SSSS-XX-JJ-ss:mm:ss

Stat tal-bandiera

O

Detall tal-messaġġ – Bandiera tal-Istat tal-bandiera, Kodiċi alfa-3 tal-pajjiż (ISO-3166)

Tip ta' messaġġ

O

Dettall tal-messaġġ – Tip ta' messaġġ (ENTRY, POS, EXIT, MANUAL)

Sinjal tas-sejħa bir-radju

O

Dettall tal-bastiment – Sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju tal-bastiment (IRCS)

Numru ta' referenza intern tal-Parti kontraenti

O

Dettall tal-bastiment – Numru uniku tal-Parti kontraenti (Kodiċi alfa-3 tal-pajjiż (ISO-3166)) segwit minn numru)

Numru tar-reġistrazzjoni esterna

O

Dettall tal-bastiment – numru mwaħħal mal-ġenb tal-bastiment (ISO 8859.1)

Latitudni

O

Dettall tal-pożizzjoni tal-bastiment – pożizzjoni fi gradi u gradi deċimali DD.ddd (WGS-84).

Koordinati pożittivi għal pożizzjonijiet fit-Tramuntana tal-Ekwatur; koordinati negattivi għal pożizzjonijiet fin-Nofsinhar tal-Ekwatur.

Lonġitudni

O

Dettall tal-pożizzjoni tal-bastiment – pożizzjoni fi gradi u gradi deċimali DD.ddd (WGS-84).

Koordinati pożittivi fil-Lvant tal-meridjan ta' Greenwich; koordinati negattivi fil-Punent tal-meridjan ta' Greenwich.

Rotta

O

Rotta tal-bastiment fuq skala ta' 360 grad

Veloċità

O

Veloċità tal-bastimenti f'għaxriet ta' mili nawtiċi

Data u ħin

O

Dettall tal-pożizzjoni tal-bastiment – data u ħin tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni TUC (SSSSXXJJ) (SSMM)

It-trażmissjoni tad-data fil-format UN/CEFACT hija strutturata kif deskritta fid-dokument ta' implimentazzjoni provdut mill-Kummissjoni Ewropea qabel id-data ta' applikazzjoni tal-Protokoll.

Appendiċi 4

Image 7 Test ta 'immaġni

Appendiċi 5

Image 8 Test ta 'immaġni

Appendiċi 6

Image 9 Test ta 'immaġni

Appendiċi 7

Image 10 Test ta 'immaġni

SKAMBJU TA' ITTRI

bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li Jakkumpanja l-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk

A.   Ittra mill-Unjoni

Għażiż/a Sinjur/Sinjura,

Għandi l-unur nirreferi għall-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim dwar is-Sajd”), dwar ċerti dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim.

Wara n-negozjati, l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk qablu li:

1.

Fir-rigward tal-kwistjoni tas-Saħara tal-Punent, il-Partijiet itennu l-appoġġ tagħhom għall-proċess tan-Nazzjonijiet Uniti u l-isforzi tas-Segretarju Ġenerali biex tinkiseb soluzzjoni politika definittiva, skont il-prinċipji u l-għanijiet tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u abbażi tar-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà.

2.

Il-Ftehim dwar is-Sajd huwa konkluż mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet rispettivi:

għall-Unjoni Ewropea, fir-rigward tal-istatut tat-territorju mhux awtonomu tas-Saħara tal-Punent, fejn l-ilmijiet tal-madwar huma koperti miż-żona tas-sajd kif definita fil-punt (h) tal-Artikolu 1 tal-Ftehim dwar is-Sajd, u tad-dritt tagħha għall-awtodeterminazzjoni, kull referenza fil-Ftehim dwar is-Sajd għal-liġijiet u r-regolamenti tal-Marokk ma tippreġudikax il-pożizzjoni tagħha;

għar-Renju tal-Marokk, ir-reġjun tas-Saħara huwa parti integrali tat-territorju nazzjonali li fuqu jeżerċita sovranità sħiħa bħal fuq il-bqija tat-territorju nazzjonali. Il-Marokk iqis li kull soluzzjoni għal din it-tilwima reġjonali jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-inizjattiva tiegħu ta' awtonomija.

Napprezza jekk tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel ma' dan ta' hawn fuq.

Dejjem tiegħek,

Съставено в Брюксел на

Hecho en Bruselas, el

V Bruselu dne

Udfærdiget i Bruxelles, den

Geschehen zu Brüssel am

Brüssel,

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις

Done at Brussels,

Fait à Bruxelles, le

Sastavljeno u Bruxellesu

Fatto a Bruxelles, addì

Briselē,

Priimta Briuselyje,

Kelt Brüsszelben,

Magħmul fi Brussell,

Gedaan te Brussel,

Sporządzono w Brukseli, dnia

Feito em Bruxelas,

Întocmit la Bruxelles,

V Bruseli

V Bruslju,

Tehty Brysselissä

Utfärdat i Bryssel den

Image 11

Image 12

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image 13

Image 14

B.   Ittra mir-Renju tal-Marokk

Għażiż/a Sinjur/Sinjura,

Għandi l-unur ngħarrfek li rċevejt l-ittra tiegħek bid-data tal-lum u li tgħid hekk:

“Għażiż/a Sinjur/Sinjura,

Għandi l-unur nirreferi għall-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim dwar is-Sajd”), dwar ċerti dispożizzjonijiet ta' dak il-Ftehim.

Wara n-negozjati, l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk qablu li:

1.

Fir-rigward tal-kwistjoni tas-Saħara tal-Punent, il-Partijiet itennu l-appoġġ tagħhom għall-proċess tan-Nazzjonijiet Uniti u l-isforzi tas-Segretarju Ġenerali biex tinkiseb soluzzjoni politika definittiva, skont il-prinċipji u l-għanijiet tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u abbażi tar-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà.

2.

Il-Ftehim dwar is-Sajd huwa konkluż mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet rispettivi:

għall-Unjoni Ewropea, fir-rigward tal-istatut tat-territorju mhux awtonomu tas-Saħara tal-Punent, fejn l-ilmijiet tal-madwar huma koperti miż-żona tas-sajd kif definita fil-punt (h) tal-Artikolu 1 tal-Ftehim dwar is-Sajd u d-dritt tagħha għall-awtodeterminazzjoni, kull referenza fil-Ftehim dwar is-Sajd għal-liġijiet u r-regolamenti tal-Marokk ma tippreġudikax il-pożizzjoni tagħha;

għar-Renju tal-Marokk, ir-reġjun tas-Saħara huwa parti integrali tat-territorju nazzjonali li fuqu jeżerċita sovranità sħiħa bħal fuq il-bqija tat-territorju nazzjonali. Il-Marokk iqis li kull soluzzjoni għal din it-tilwima reġjonali jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-inizjattiva tiegħu ta' awtonomija.

Napprezza jekk tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel ma' dan ta' hawn fuq.

Dejjem tiegħek,”.

Nista' nikkonferma li l-Gvern tiegħi jaqbel mal-kontenut ta' din l-ittra.

Dejjem tiegħek,

Image 15

Съставено в Брюксел на

Hecho en Bruselas, el

V Bruselu dne

Udfærdiget i Bruxelles, den

Geschehen zu Brüssel am

Brüssel,

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις

Done at Brussels,

Fait à Bruxelles, le

Sastavljeno u Bruxellesu

Fatto a Bruxelles, addì

Briselē,

Priimta Briuselyje,

Kelt Brüsszelben,

Magħmul fi Brussell,

Gedaan te Brussel,

Sporządzono w Brukseli, dnia

Feito em Bruxelas,

Întocmit la Bruxelles,

V Bruseli

V Bruslju,

Tehty Brysselissä

Utfärdat i Bryssel den

Image 16

Image 17

За Кралство Мароко

Por el Reino de Marruecos

Za Marocké království

For Kongeriget Marokko

Für das Königreich Marokko

Maroko Kuningriigi nimel

Για το Βασίλειο του Μαρόκου

For the Kingdom of Morocco

Pour le Royaume du Maroc

Za Kraljevinu Maroko

Per il Regno del Marocco

Marokas Karalistes vārdā –

Maroko Karalystés vardu

A Marokkói Királyság részéről

Għar-Renju tal-Marokk

Voor het Koninkrijk Marokko

W imieniu Królestwa Marokańskiego

Pelo Reino de Marrocos

Pentru Regatul Maroc

Za Marocké kráľovstvo

Za Kraljevino Maroko

Marokon kuningaskunnan puolesta

För Konungariket Marocko

Image 18


REGOLAMENTI

20.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/56


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/442

tat-12 ta' Diċembru 2018

li jemenda u jikkoreġi r-Regolament Delegat (UE) 2017/587 biex jispeċifika r-rekwiżit għall-prezzijiet biex jirrifletti l-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq u biex jaġġorna u jikkoreġi ċerti dispożizzjonijiet

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(6), l-Artikolu 14(7), l-Artikolu 22(4) u l-Artikolu 23(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/587 (2) jistabbilixxi rekwiżiti ta' trasparenza għaċ-ċentri tan-negozjar u għall-internalizzaturi sistematiċi fir-rigward tal-ishma, tar-riċevituri depożitarji, tal-fondi nnegozjati fil-boroż, taċ-ċertifikati u ta' strumenti finanzjarji oħra simili. B'mod partikolari, ir-Regolament Delegat (UE) 2017/587 jispeċifika li l-prezzijiet ikkwotati mill-internalizzaturi sistematiċi jirriflettu l-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq, kif mitlub mill-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, meta dawk il-prezzijiet ikunu qrib fil-prezz, fil-ħin tal-pubblikazzjoni, għal kwotazzjonijiet ta' daqsijiet ekwivalenti għall-istess strument finanzjarju fuq l-aktar suq rilevanti f'termini ta' likwidità. Għaldaqstant, l-internalizzaturi sistematiċi jistgħu jagħtu kwotazzjonijiet li mhumiex soġġetti għaż-żieda minima fil-prezzijiet (“daqs ta' funzjonament”) li magħhom għandhom jikkonformaw iċ-ċentri tan-negozjar.

(2)

Il-kapaċità tal-internalizzaturi sistematiċi li jagħtu kwotazzjonijiet billi jużaw żidiet fil-prezzijiet li jkunu iżgħar minn dawk disponibbli għaċ-ċentri tan-negozjar tista' tirriżulta fi prezzijiet marġinalment aħjar disponibbli għall-investituri. Madankollu, dawk il-kwotazzjonijiet jimminaw il-kwalità ġenerali tal-likwidità disponibbli, il-valwazzjoni u l-ipprezzar effiċjenti tal-istrumenti finanzjarji, u l-kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni bejn iċ-ċentri tan-negozjar u l-internalizzaturi sistematiċi. Dan huwa l-aktar rilevanti għall-ishma u għar-riċevuti depożitarji li huma soġġetti għal firxa usa' ta' daqsijiet ta' funzjonament minn strumenti finanzjari oħra.

(3)

Sabiex jiżguraw formazzjoni effettiva tal-prezzijiet, il-kwalità ġenerali tal-likwidità disponibbli u l-valwazzjoni effiċjenti tal-ishma u tar-riċevuti depożitarji, jenħtieġ li l-prezzijiet ikkwotati mill-internalizzaturi sistematiċi jitqiesu biss li jirriflettu l-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq meta dawk il-prezzijiet ikunu soġġetti għal żidiet minimi fil-prezzijiet li jikkorrispondu għad-daqsijiet ta' funzjonament applikabbli għall-prezzijiet ippubblikati miċ-ċentri tan-negozjar.

(4)

Ir-Regolament (UE) 2016/1033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) ineħħi t-tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli mill-kamp ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' trasparenza għaċ-ċentri tan-negozjar u għal-internalizzaturi sistematiċi. Għaldaqstant, huwa neċessarju li jitneħħew ir-referenzi għat-tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli mir-Regolament Delegat (UE) 2017/587.

(5)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2017/587 jiġi emendat skont dan.

(6)

Għadd ta' dispożizzjonijiet tar-Regolament Delegat (UE) 2017/587 jitbiegħdu mill-istandards tekniċi regolatorji abbozzati li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament (4). Sa fejn dawk id-diverġenzi huma żbalji li jaffettwaw is-sustanza ta' dawk id-dispożizzjonijiet, jenħtieġ li jiġu kkoreġuti.

(7)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-istandards tekniċi regolatorji abbozzati ppreżentati mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (“ESMA”) lill-Kummissjoni.

(8)

Skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), l-ESMA għamlet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa fuq l-istandards tekniċi regolatorji abbozzati li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat l-ispejjeż u l-benefiċċji relatati potenzjali u talbet għall-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament Delegat (UE) 2017/587

Ir-Regolament Delegat (UE) 2017/587 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2, il-punt (h) jitħassar;

(2)

fl-Artikolu 6, il-punt (h) jitħassar;

(3)

l-Artikolu 10 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 10

Prezzijiet li jirriflettu l-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq

(l-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014)

Il-prezzijiet ippubblikati minn internalizzatur sistematiku għandhom jitqiesu li jirriflettu l-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq meta dawn ikunu qrib fil-prezz, fil-ħin tal-pubblikazzjoni, għal kwotazzjonijiet ta' daqsijiet ekwivalenti għall-istess strument finanzjarju fuq l-aktar suq rilevanti f'termini ta' likwidità kif iddeterminat skont l-Artikolu 4 għal dak l-istrument finanzjarju.

Madankollu, il-prezzijiet ippubblikati minn internalizzatur sistematiku fir-rigward tal-ishma u r-riċevituri depożitarji għandhom jitqiesu li jirriflettu l-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq biss meta dawk il-prezzijiet jilħqu r-rekwiżiti stabbiliti fl-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu u jirrispettaw iż-żidiet minimi fil-prezzijiet li jikkorrispondu għad-daqsijiet ta' funzjonament speċifikati fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/588 (*1).

(*1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/588 tal-14 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar il-konvenzjoni għal daqs ta' funzjonament ta' ishma, riċevuti depożitarji u fondi negozjati fil-borża (ĠU L 87, 31.3.2017, p. 411).”."

Artikolu 2

Korrezzjonijiet għar-Regolament Delegat (UE) 2017/587

Ir-Regolament Delegat (UE) 2017/587 huwa kkoreġut kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

it-tranżazzjoni hija parti minn negozjar tal-portafoll li jinkludi ħames ishma differenti jew aktar.”;

(2)

fl-Artikolu 3, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Ir-rekwiżiti ta' trasparenza msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw ukoll għal kwalunkwe “indikazzjoni azzjonabbli tal-interessi” kif definit fl-Artikolu 2(1)(33) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u skont l-Artikolu 3 ta' dak ir-Regolament.”;

(3)

fl-Artikolu 11, il-paragrafi 4 u 5 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“4.   Qabel ma sehem, riċevuta depożitarja, ETF, ċertifikat jew strument finanzjarju simili oħrajn jiġu nnegozjati għall-ewwel darba f'ċentru tan-negozjar fl-Unjoni, l-awtorità kompetenti għandha tagħti stima tal-valur medju tat-tranżazzjonijiet għal dak l-istrument finanzjarju filwaqt li titqies kwalunkwe storja preċedenti ta' negozjar ta' dak l-istrument finanzjarju u ta' strumenti finanzjarji oħrajn li jitqiesu li għandhom karatteristiċi simili, u jiżguraw il-pubblikazzjoni ta' dik l-istima;

5.   Il-valur medju stmat tat-tranżazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4 għandu jintuża bħala d-daqs standard tas-suq għal sehem, riċevuta depożitarja, ETF, ċertifikat jew strument finanzjarju simili ieħor matul perjodu ta' sitt ġimgħat wara d-data li fiha s-sehem, ir-riċevuta depożitarja, ETF, ċertifikat jew strument finanzjarju simili ieħor kienu ammessi għall-ewwel darba għal negozjar jew kienu nnegozjati għall-ewwel darba f'ċentru tan-negozjar.”;

(4)

fl-Artikolu 17, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   L-awtoritajiet kompetenti, l-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment, inklużi ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar, għandhom jużaw l-informazzjoni ppubblikata skont il-paragrafu 1 mill-1 ta' April tas-sena li fiha tiġi ppubblikata l-informazzjoni.”

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/587 tal-14 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti ta' trasparenza għaċ-ċentri tan-negozjar u ditti ta' investiment fir-rigward ta' ishma, irċevuti depożitarji, fondi nnegozjati fil-boroż, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħrajn u dwar obbligi ta' eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni fir-rigward ta' ċertu ishma f'ċentru tan-negozjar jew minn internalizzaturi sistematiċi (ĠU L 87, 31.3.2017, p. 387).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2016/1033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ġunju 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 600/2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji, ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 dwar l-abbuż tas-suq u r-Regolament (UE) Nru 909/2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli (ĠU L 175, 30.6.2016, p. 1)

(4)  Ir-Rapport Finali “Draft Regulatory and Implementing Technical Standards MiFID II/MiFIR” tat-28 ta' Settembru 2015 (ESMA/2015/1464).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).


20.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/59


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/443

tat-13 ta' Frar 2019

li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/588 fir-rigward tal-possibbiltà li jiġi aġġustat l-għadd medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet għal sehem meta ċ-ċentru tan-negozjar bl-ogħla fatturat ta' dak is-sehem ikun jinsab barra mill-Unjoni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 49(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/588 (2) jistabbilixxi r-reġim obbligatorju għad-daqs tal-fluttwazzjonijiet minimi fil-prezzijiet fis-swieq tal-ishma, ir-riċevuti depożitarji, u ċerti fondi nnegozjati fil-Borża. B'mod partikulari, skont ir-Regolament Delegat (UE) 2017/588, id-daqs tal-fluttwazzjoni minima fil-prezzijiet li huwa applikabbli għall-ishma u għar-riċevuti depożitarji huwa kkalibrat abbażi tal-għadd medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet dwar l-aktar ċentru tan-negozjar likwidu fl-Unjoni. Din il-metrika hija indikatur tajjeb u sempliċi tal-likwidità għall-maġġoranza vasta ta' dawk l-istrumenti finanzjarji. Madankollu, mhijiex adattata għal ishma li huma permessi għal negozjar jew innegozjati fl-Unjoni u f'pajjiż terz fl-istess ħin, meta ċ-ċentru tan-negozjar bl-ogħla fatturat f'dawk l-ishma jkun jinsab barra mill-Unjoni. F'dak il-każ, hemm riskju li d-daqs obbligatorju tal-fluttwazzjonijiet minimi fil-prezzijiet, determinat abbażi tal-volumi tan-negozjar tal-Unjoni biss, ikun ibbażat biss fuq subsett żgħir tal-volumi ġenerali tan-negozjar. Għaldaqstant, huwa importanti li l-awtoritajiet kompetenti jitħallew jaġġustaw l-għadd medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet għal dawn l-ishma sabiex jirrifletti l-likwidità ġenerali ta' dawk l-ishma. Sabiex jitħaffew il-limiti tad-disponibbiltà tad-data miċ-ċentri tan-negozjar tal-pajjiżi terzi u sabiex ikun hemm il-possibbiltà li tintuża data pubblika oħra, huwa importanti wkoll li l-awtoritajiet kompetenti jingħataw biżżejjed flessibbiltà fil-metodoloġija li jużaw biex titqies il-likwidità disponibbli f'dawk iċ-ċentri tan-negozjar ta' pajjiż terz.

(2)

Id-daqs obbligatorju tal-fluttwazzjonijiet minimi fil-prezzijiet ġie introdott biex jarmonizza ż-żidiet fil-prezzijiet fiċ-ċentri tan-negozjar fl-Unjoni u biex jiġu ppreservati l-kobor tas-suq, il-likwidità u l-funzjonament ordnat tan-negozjar ta' ekwità fl-Unjoni. Sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi, huwa importanti li l-informazzjoni dwar l-għadd medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet użati biex jiġu determinati d-daqsijiet tal-fluttwazzjoni minima fil-prezzijiet li huma applikabbli għal sehem tkun disponibbli għaċ-ċentri tan-negozjar kollha li joffru negozjar f'dak is-sehem fl-istess ħin u li dawk iċ-ċentri tan-negozjar jibdew japplikaw kull għadd medju ta' kuljum aġġustat ta' tranżazzjonijiet fl-istess jum. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti kollha li jissorveljaw iċ-ċentri tan-negozjar fejn ikun innegozjat is-sehem ikkonċernat ikunu infurmati dwar kull aġġustament għall-għadd medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet għal dak is-sehem qabel il-pubblikazzjoni ta' dawk l-aġġustamenti u jenħtieġ li ċ-ċentri tan-negozjar jingħataw żmien biżżejjed biex dawk l-aġġustamenti jiġu inkorporati fis-sistemi tagħhom.

(3)

Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza tad-dritt u l-prevedibbiltà tar-reġim obbligatuorju għall-fluttwazzjonijiet minimi fil-prezzijiet, huwa importanti li ċ-ċentri tan-negozjar kollha japplikaw daqsijiet tal-fluttwazzjonijiet minimi fil-prezzijiet abbażi tal-għadd medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet li jirrifletti l-likwidità ġenerali fl-istess ħin.

(4)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2017/588 jiġi emendat skont dan.

(5)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji ppreżentati mill-AETS lill-Kummissjoni.

(6)

L-AETS wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li dan ir-Regolament huwa bbażat fuqhom, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/588, jiżdiedu l-paragrafi 8, 9 u 10 li ġejjin:

“8.   L-awtorità kompetenti għal sehem speċifiku tista' taġġusta l-għadd medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet ikkalkulati jew stmati minn dik l-awtorità kompetenti għal dak is-sehem skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 1 sa 7 meta jiġu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet kollha:

(a)

iċ-ċentru tan-negozjar bl-ogħla fatturat għal dak is-sehem ikun jinsab f'pajjiż terz;

(b)

meta dak l-għadd medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet ikun ġie kkalkulat u ppubblikat skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 1 sa 4, ikun ugwali jew akbar minn wieħed.

Meta jiġi aġġustat l-għadd medju ta' kuljum ta' tranżazzonijiet għal sehem, l-awtorità kompetenti għandha tqis it-tranżazzjonijiet eżegwiti fiċ-ċentru tan-negozjar tal-pajjiż terz bl-ogħla fatturat għan-negozjar ta' dak is-sehem.

9.   L-awtorità kompetenti li tkun aġġustat l-għadd medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet għal sehem skont il-paragrafu 8 għandha tiżgura l-pubblikazzjoni ta' dak l-għadd medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet aġġustat. Qabel din il-pubblikazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tikkomunika l-għadd medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet aġġustat għal dak is-sehem lill-awtoritajiet kompetenti taċ-ċentri tan-negozjar l-oħrajn li joperaw fl-Unjoni fejn ikun innegozjat dak is-sehem.

10.   Iċ-ċentri tan-negozjar għandhom japplikaw id-daqsijiet tal-fluttwazzjonijiet minimi fil-prezzijiet tal-medda tal-likwidità li jikkorrispondu għall-għadd medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet aġġustat mit-tieni jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Frar 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/588 tal-14 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar il-konvenzjoni għal daqs ta' funzjonament ta' ishma, riċevuti depożitarji u fondi negozjati fil-borża (ĠU L 87, 31.3.2017, p. 411).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).


20.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/61


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/444

tad-19 ta' Marzu 2019

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 fir-rigward tal-formoli għall-impriżi tal-garanti u l-inklużjoni tal-kostijiet tat-trasport bl-ajru fil-valur doganali fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 6(3)(b), 76(a) u 100(1)(b) tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit ippreżenta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni, skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. It-Trattati mhumiex se jibqgħu japplikaw għar-Renju Unit mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' ftehim dwar il-ħruġ jew, fin-nuqqas ta' ftehim, minn sentejn wara li tkun saret in-notifika, jiġifieri mit-30 ta' Marzu 2019, sakemm il-Kunsill Ewropew, bi ftehim mar-Renju Unit, ma jiddeċidix b'mod unanimu li jestendi dak il-perjodu.

(2)

Jekk it-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit u fih, jeħtieġ li d-dazji doganali jiġu applikati għal oġġetti mdaħħla fit-territorju doganali tal-Unjoni mir-Renju Unit. Skont l-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, il-kost tat-trasport sal-post fejn jiddaħħlu l-oġġetti fit-territorju doganali tal-Unjoni jrid jiġi inkluż fil-valur doganali tal-oġġetti importati. Il-persentaġġi tal-kostijiet totali tat-trasport bl-ajru li jridu jiġu inklużi fil-valur doganali huma stabbiliti fl-Anness 23-01 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (2). Wara l-ħruġ tiegħu mill-Unjoni, jenħtieġ li r-Renju Unit jiżdied mal-lista xierqa ta' pajjiżi terzi f'dak l-Anness.

(3)

Il-formoli għall-impriżi tal-garanti huma stabbiliti fl-Annessi 32-01, 32-02 u 32-03 u fil-Kapitoli VI u VII tal-Anness 72-04. Dawk il-formoli jelenkaw l-Istati Membri tal-Unjoni u l-Partijiet Kontraenti l-oħra għall-Konvenzjoni dwar Proċedura Komuni ta' Tranżitu (3), kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 1/2017 tal-Kumitat Konġunt UE-EFTA dwar it-tranżitu komuni (4) (“il-Konvenzjoni”). Meta t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit, jenħtieġ li ma jibqax elenkat fost l-Istati Membri f'dawk il-formoli. Madankollu, ir-Renju Unit esprima x-xewqa tiegħu li jaderixxi għall-Konvenzjoni bħala Parti Kontraenti separata minn wara d-data li fiha t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit u fih, u ssodisfa l-kundizzjonijiet għall-adeżjoni tiegħu. Fil-każ li sseħħ dik l-adeżjoni, jenħtieġ li r-Renju Unit jiġi elenkat fost il-Partijiet Kontraenti l-oħra għall-Konvenzjoni fil-formoli għall-impriżi tal-garanti.

(4)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ bħala kwistjoni ta' urġenza. Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament marbuta mal-inklużjoni tal-kostijiet tat-trasport bl-ajru mir-Renju Unit fil-valur doganali u mat-tħassir tar-referenzi għar-Renju Unit mill-parti tal-formoli għall-impriżi tal-garanti ddeżinjati għall-Istati Membri jenħtieġ li japplikaw mill-għada tad-data minn meta t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit u fih, sakemm ma jkunx daħal fis-seħħ ftehim dwar il-ħruġ li jkun ġie konkluż mar-Renju Unit sa dik id-data. Id-dispożizzjonijiet marbuta mal-inklużjoni tar-referenzi għar-Renju Unit fil-lista tal-Partijiet Kontraenti l-oħra għall-Konvenzjoni fil-formoli mill-impriżi tal-garanti jenħtieġ li japplikaw mid-data tal-adeżjoni tar-Renju Unit għall-Konvenzjoni bħala Parti Kontraenti separata, sakemm ma jkunx daħal fis-seħħ ftehim dwar il-ħruġ li jkun ġie konkluż mar-Renju Unit sal-għada tad-data minn meta t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit u fih.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Anness 23-01, fit-tabella, fl-aħħar ringiela tal-ewwel kolonna (“Żona Q”), jiżdiedu l-kelmiet li ġejjin:

“, ir-Renju Unit”;

(2)

fl-Anness 32-01, il-punt 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

wara l-kelmiet “ir-Renju tal-Iżvezja”, il-kelmiet “, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq” jitħassru;

(b)

wara l-kelmiet “ir-Repubblika tat-Turkija”, jiddaħħlu l-kelmiet “, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq”;

(3)

fl-Anness 32-02, il-punt 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

wara l-kelmiet “ir-Renju tal-Iżvezja”, il-kelmiet “, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq” jitħassru;

(b)

wara l-kelmiet “ir-Repubblika tat-Turkija”, jiddaħħlu l-kelmiet “, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq”;

(4)

fl-Anness 32-03, il-punt 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

wara l-kelmiet “ir-Renju tal-Iżvezja”, il-kelmiet “u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq” jitħassru;

(b)

wara l-kelmiet “ir-Repubblika tat-Turkija”, jiddaħħlu l-kelmiet “, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq”;

(5)

fl-Anness 72-04, il-Parti II hija emendata kif ġej:

(a)

fil-Kapitolu VI, fil-kaxxa 7, wara l-kelmiet “it-Turkija —”, jiddaħħlu l-kelmiet “ir-Renju Unit —”;

(b)

fil-Kapitolu VII, fil-kaxxa 6, wara l-kelmiet “it-Turkija —”, jiddaħħlu l-kelmiet “ir-Renju Unit —”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1(1), l-Artikolu 1(2)(a), l-Artikolu 1(3)(a) u l-Artikolu 1(4)(a) għandhom japplikaw mill-għada tad-data minn meta t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit u fih skont l-Artikolu 50(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1(2)(b), l-Artikolu 1(3)(b), l-Artikolu 1(4)(b) u l-Artikolu 1(5) għandhom japplikaw mill-jum tal-adeżjoni tar-Renju Unit għall-Konvenzjoni dwar Proċedura Komuni ta' Tranżitu.

Madankollu, dan ir-Regolament ma għandux japplika jekk jidħol fis-seħħ ftehim dwar il-ħruġ li jkun ġie konkluż mar-Renju Unit skont l-Artikolu 50(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea sal-għada tad-data minn meta t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit u fih skont l-Artikolu 50(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Marzu 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(2)  ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558.

(3)  ĠU L 226, 13.8.1987, p. 2.

(4)  Id-Deċiżjoni Nru 1/2017 tal-Kumitat Konġunt UE-EFTA dwar it-tranżitu komuni tal-5 ta' Diċembru 2017 li temenda l-Konvenzjoni tal-20 ta' Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta' tranżitu (ĠU L 8, 12.1.2018, p. 1).


20.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/64


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/445

tad-19 ta' Marzu 2019

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 367/2014 li jiffissa l-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 367/2014 (2) jistabbilixxi l-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG), kif ukoll l-ammonti disponibbli għas-snin finanzjarji mill-2014 sal-2020 għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), skont l-Artikolu 10c(2) u l-Artikoli 136, 136a u 136b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (3) u skont l-Artikolu 7(2), l-Artikolu 14 u l-Artikolu 66(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(2)

F'konformità mal-Artikolu 11(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-Litwanja nnotifikat lill-Kummissjoni sal-1 ta' Awwissu 2018 bid-deċiżjoni tagħha li tnaqqas il-pagamenti diretti bl-ammont ta' EUR 360 000 u bil-prodott stmat ta' dan it-tnaqqis għas-sena kalendarja tal-2019 li se jitqiegħed għad-dispożizzjoni bħala appoġġ addizzjonali għall-miżuri tal-iżvilupp rurali. Il-limiti massimi nazzjonali rilevanti ġew adattati permezz tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/71 (5).

(3)

F'konformità mal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (6), is-sottolimitu massimu għan-nefqa marbuta mas-suq u għall-pagamenti diretti tal-qafas finanzjarju pluriennali stabbilit fl-Anness I ta' dak ir-Regolament għandu jiġi aġġustat skont l-aġġustament tekniku previst fl-Artikolu 6(1) ta' dak ir-Regolament wara li jsiru t-trasferimenti bejn l-FAEŻR u l-pagamenti diretti.

(4)

B'riżultat ta' dawn il-bidliet, jeħtieġ li jiġi aġġustat il-bilanċ nett disponibbli għall-FAEG kif stabbilit bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 367/2014. Għal raġunijiet ta' ċarezza, l-ammonti li għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-FAEŻR jenħtieġ li jiġu ppubblikati wkoll.

(5)

Għalhekk, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 367/2014 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 367/2014 huwa sostitwit bit-test mogħti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Marzu 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 367/2014 tal-10 ta' April 2014 li jiffissa l-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG (ĠU L 108, 11.4.2014, p. 13).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/71 tad-9 ta' Novembru 2018 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 16, 18.1.2019, p. 1).

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).


ANNESS

“ANNESS

(miljuni ta' EUR — prezzijiet attwali)

Sena finanzjarja

Ammonti disponibbli għall-FAEŻR

Ammonti trasferiti mill-FAEŻR

Bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG

L-Artikolu 10b tar-Regolament (KE) Nru 73/2009

L-Artikolu 136 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009

L-Artikolu 136b tar-Regolament (KE) Nru 73/2009

L-Artikolu 66 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

L-Artikolu 136a(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

L-Artikolu 136a(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

2014

296,300

51,600

 

4,000

 

 

 

43 778,1

2015

 

 

51,600

4,000

621,999

 

499,384

44 189,785

2016

 

 

 

4,000

1 138,146

108,659

573,047

43 950,242

2017

 

 

 

4,000

1 174,732

111,026

572,440

44 145,682

2018

 

 

 

4,000

1 184,257

110,213

571,820

44 162,35

2019

 

 

 

4,000

1 491,459

111,358

571,158

43 880,341

2020

 

 

 

4,000

1 507,843

112,401

570,356

43 887,112


20.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/67


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/446

tad-19 ta' Marzu 2019

li jemenda u jikkoreġi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2) u (3) u l-Artikolu 38(d) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-prodotti importati minn pajjiż terz jistgħu jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni bħala prodotti organiċi jekk ikunu koperti minn ċertifikat ta' spezzjoni maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti, mill-awtoritajiet tal-kontroll jew mill-korpi tal-kontroll ta' pajjiż terz rikonoxxut jew minn awtorità tal-kontroll rikonoxxuta jew minn korp tal-kontroll rikonoxxut. B'konformità mal-Azzjoni 12 tal-Pjan ta' Azzjoni għall-Produzzjoni Organika tal-Unjoni Ewropea fiż-żmien li ġej (2), il-Kummissjoni żviluppat sistema ta' ċertifikazzjoni elettronika għall-importazzjonijiet tal-prodotti organiċi, bħala modulu integrat fis-sistema elettronika TRACES (Trade Control and Expert System) stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/24/KE (3). Sabiex jittejjeb il-funzjonament tas-sistema taċ-ċertifikazzjoni elettronika, għall-finijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 (4) jixraq li fit-TRACES jintuża s-siġill elettroniku kwalifikat għall-approvazzjoni taċ-ċertifikati ta' spezzjoni.

(2)

L-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 jistabbilixxi l-lista ta' pajjiżi terzi li s-sistemi tal-produzzjoni u l-miżuri tal-kontroll tagħhom għall-produzzjoni organika tal-prodotti agrikoli huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007.

(3)

Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Awstralja, l-indirizz tal-Internet tal-awtorità kompetenti tagħha nbidel. Barra minn hekk, inbidlu l-ismijiet tal-korpi tal-kontroll “Australian Certified Organic Pty. Ltd” u “NASAA Certified Organic (NCO)”.

(4)

Skont l-informazzjoni pprovduta miċ-Ċilì, “ARGENCERT” mhuwiex rikonoxxut mill-awtoritajiet Ċileni bħala korp tal-kontroll u għalhekk jenħtieġ li jitħassar mil-lista. L-isem ta' “BIO CERTIFICADORA SERVICIOS LIMITADA” inbidel.

(5)

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jistabbilixxi l-lista tal-awtoritajiet tal-kontroll u tal-korpi tal-kontroll li għandhom il-kompetenza jwettqu kontrolli u joħorġu ċertifikati f'pajjiżi terzi għall-fini tal-ekwivalenza.

(6)

“BAȘAK Ekolojik Ürünler Kontrol ve Sertifikasyon Hizmetleri Tic. Ltd.” innotifika lill-Kummissjoni li l-indirizz tiegħu nbidel.

(7)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “CCPB Srl” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jitwessa' l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent ta' dan il-korp għall-kategorija tal-prodotti A għall-Benin, għall-Kosta tal-Avorju u għat-Togo, għall-kategorija tal-prodotti D għall-Vjetnam u għall-kategoriji tal-prodotti D u E għas-Seychelles u għal Hong Kong.

(8)

Il-Kummissjoni wettqet investigazzjonijiet dwar suspetti ta' irregolaritajiet fir-rigward ta' diversi lottijiet ta' prodotti mill-Każakistan, mill-Moldova, mir-Russja, mit-Turkija u mill-Emirati Għarab Magħquda li kienu ċċertifikati bħala organiċi minn “Control Union Certifications”. “Control Union Certifications” ma pprovdiex tweġibiet konklużivi u f'waqthom għad-diversi talbiet għall-informazzjoni li għamlet il-Kummissjoni. Barra minn hekk, “Control Union Certifications” naqas milli juri t-traċċabilità u l-istatus organiku ta' dawk il-prodotti. Minbarra dan, “Control Union Certifications” ħareġ ċertifikat ta' spezzjoni għal prodotti li l-istatus tagħhom qabel kien tbaxxa għal status konvenzjonali mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru minħabba r-residwi tal-pestiċidi. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li tirtira r-rikonoxximent ta' “Control Union Certifications” skont il-punti (c), (d) u (f) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 għall-kategoriji tal-prodotti kollha fir-rigward tal-Każakistan, tal-Moldova, tar-Russja, tat-Turkija u tal-Emirati Għarab Magħquda. B'konsegwenza ta' dan, jenħtieġ li l-annotazzjonijiet relatati ma' dawk il-pajjiżi jitħassru mil-lista tal-korpi tal-kontroll u tal-awtoritajiet tal-kontroll rikonoxxuti fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 għal “Control Union Certifications”.

(9)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Ecocert SA” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jitwessa' l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent ta' dan il-korp għall-kategorija tal-prodotti D għall-Kosovo.

(10)

Il-Kummissjoni rċeviet talba mingħand “Florida Certified Organic Growers and Consumers, Inc. (FOG), DBA as Quality Certification Services (QCS)” biex tibdel l-indirizz tiegħu.

(11)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “IBD Certificações Ltda” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jitwessa' l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent ta' dan il-korp għall-kategoriji tal-prodotti A u D għall-Kolombja, għall-Ekwador u għall-Perù.

(12)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Organización Internacional Agropecuaria” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jitwessa' l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent ta' dan il-korp għall-kategoriji tal-prodotti A u D għar-Russja u għall-kategorija tal-prodotti E għall-Arġentina.

(13)

“Organska Kontrola” u “Quality Assurance International” innotifikaw lill-Kummissjoni li l-indirizzi tagħhom inbidlu.

(14)

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 kif emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/39 (5) jirreferi b'mod żbaljat għal “Letis S.A.” bħala korp tal-kontroll rikonoxxut għall-kategorija tal-prodotti B fir-rigward tal-Belize, tal-Brażil, tal-Kolombja, tal-Costa Rica, tar-Repubblika Dominicana, tal-Gwatemala, tal-Honduras, tal-Panama u ta' El Salvador. Jeħtieġ li dak l-iżball jiġi kkoreġut.

(15)

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 kif emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/39 jirreferi wkoll b'mod żbaljat għal “Organic Control System” bħala korp tal-kontroll rikonoxxut għall-kategorija tal-prodotti E fir-rigward tar-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq. Jeħtieġ li dak l-iżball ukoll jiġi kkoreġut.

(16)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jiġi emendat u kkoreġut skont dan.

(17)

Jenħtieġ li t-tħassir tar-rikonoxximent ta' “Letis S.A.” għall-kategorija tal-prodotti B fir-rigward tal-Belize, tal-Brażil, tal-Kolombja, tal-Costa Rica, tar-Repubblika Dominicana, tal-Gwatemala, tal-Honduras, tal-Panama u ta' El Salvador, u t-tħassir tar-rikonoxximent ta' “Organic Control System” għall-kategorija tal-prodotti E fir-rigward tar-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq japplikaw b'mod retroattiv mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/39.

(18)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-produzzjoni organika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat u kkoreġut kif ġej:

(1)

it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Iċ-ċertifikat oriġinali ta' spezzjoni għandu jkun kopja stampata u ffirmata bl-idejn taċ-ċertifikat elettroniku komplut fit-TRACES jew, alternattivament, ċertifikat ta' spezzjoni ffirmat fit-TRACES b'siġill elettroniku kwalifikat skont it-tifsira tal-Artikolu 3(27) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1).

(*1)  Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).”;"

(2)

l-Anness III huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament;

(3)

l-Anness IV huwa emendat u kkoreġut skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-punti (7) u (8) tal-Anness II għandhom japplikaw mill-31 ta' Jannar 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Marzu 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

(2)  COM(2014) 179 final.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/24/KE tat-30 ta' Diċembru 2002 li tirrigwarda l-iżvilupp ta' sistema veterinarja integrata u komputerizzata (ĠU L 8, 14.1.2003, p. 44).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/39 tal-10 ta' Jannar 2019 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 9, 11.1.2019, p. 106).


ANNESS I

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-annotazzjoni għall-Awstralja hija emendata kif ġej:

(a)

fil-punt 4, l-indirizz tal-Internet huwa sostitwit b'dan li ġej: “http://www.agriculture.gov.au/”;

(b)

fil-punt 5, ir-ringieli tan-numri tal-kodiċi AU-BIO-001 u AU-BIO-004 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“AU-BIO-001

ACO Certification Ltd

www.aco.net.au

AU-BIO-004

NASAA Certified Organic

www.nasaa.com.au”

(2)

fl-annotazzjoni għac-Ċilì, il-punt 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

titħassar ir-ringiela tan-numru tal-kodiċi CL-BIO-004;

(b)

ir-ringiela tan-numru tal-kodiċi CL-BIO-010 hija sostitwita b'dan li ġej:

“CL-BIO-010

BIO CERTIFICADORA SERVICIOS LIMITADA O BIOAUDITA

https://www.bioaudita.cl”


ANNESS II

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat u kkoreġut kif ġej:

(1)

fl-annotazzjoni għal “Bașak Ekolojik Ürünler Kontrol ve Sertifikasyon Hizmetleri Tic. Ltd”, il-punt 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.

Indirizz: Atatürk Mahallesi 1014. Sokak No:21 D:1, 35920 Selçuk/IZMIR, it-Turkija”;

(2)

fl-annotazzjoni għal “CCPB Srl”, fil-punt 3 jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin skont l-ordni tan-numri tal kodiċi:

“BJ-BIO-102

Il-Benin

x

CI-BIO-102

Il-Kosta tal-Avorju

x

HK-BIO-102

Hong Kong

x

x

SC-BIO-102

Is-Seychelles

x

x

TG-BIO-102

It-Togo

x

VN-BIO-102

Il-Vjetnam

x

—”

(3)

fl-annotazzjoni għal “Control Union Certifications”, fil-punt 3 jitħassru r-ringieli li ġejjin:

“AE-BIO-149

L-Emirati Għarab Magħquda

x

x

x

x

x

x

KZ-BIO-149

Il-Każakistan

x

x

x

x

x

x

MD-BIO-149

Il-Moldova

x

x

x

x

x

x

RU-BIO-149

Ir-Russja

x

x

x

x

x

x

TR-BIO-149

It-Turkija

x

x

x

x

x

x”

(4)

fl-annotazzjoni għal “Ecocert SA”, fil-punt 3 tiddaħħal ir-ringiela li ġejja skont l-ordni tan-numri tal kodiċi:

“XK-BIO-154

Il-Kosovo

x

—”

(5)

fl-annotazzjoni għal “Florida Certified Organic Growers and Consumers, Inc. (FOG), DBA as Quality Certification Services (QCS)”, il-punt 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.

Indirizz: 5700 SW 34th st, suite 349, Gainesville, FL 32608, l-Istati Uniti”;

(6)

fl-annotazzjoni għal “IBD Certificações Ltda”, fil-punt 3 jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin skont l-ordni tan-numri tal kodiċi:

“CO-BIO-122

Il-Kolombja

x

x

EC-BIO-122

L-Ekwador

x

x

PE-BIO-122

Il-Perù

x

x

—”

(7)

fl-annotazzjoni għal “Letis S.A.”, fil-punt 3, fir-ringieli għall-Belize, għall-Brażil, għall-Kolombja, għall-Costa Rica, għar-Repubblika Dominicana, għall-Gwatemala, għall-Honduras, għall-Panama u għal El Salvador jitħassar is-salib fil-kolonna B;

(8)

fl-annotazzjoni għal “Organic Control System”, fil-punt 3, fir-ringiela għar-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq jitħassar is-salib fil-kolonna E;

(9)

fl-annotazzjoni għal “Organización Internacional Agropecuaria”, il-punt 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

tiddaħħal ir-ringiela li ġejja skont l-ordni tan-numri tal kodiċi:

“RU-BIO-110

Ir-Russja

x

x

—”

(b)

fir-ringiela għall-Arġentina jiżdied salib fil-kolonna E;

(10)

fl-annotazzjoni għal “Organska Kontrola”, il-punt 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.

Indirizz: Kranjčevićeva 15, 71 000 Sarajevo, il-Bożnija-Ħerzegovina”;

(11)

fl-annotazzjoni għal “Quality Assurance International”, il-punt 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.

Indirizz: 4370 La Jolla Village Drive, Suite 300, San Diego, CA 92122, l-Istati Uniti.”.

DEĊIŻJONIJIET

20.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/73


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/447

tal-15 ta' Marzu 2019

li taħtar membru supplenti, propost mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Taljan,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sur Giorgio SILLI, sar vakanti siġġu ta' membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huwa b'dan maħtur bħala membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

is-Sur Alessio MARSILI, Consigliere del Municipio XIII di Roma Capitale.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Marzu 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

M.C. BUDĂI


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).


20.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/74


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/448

tat-18 ta' Marzu 2019

dwar is-sottomissjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, ta' proposta biex il-methoxychlor jiġi elenkat fl-Anness A tal-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 192(1), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fl-14 ta' Ottubru 2004 il-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (“il-Konvenzjoni”) ġiet konkluża mill-Komunità Ewropea permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/507/KE (1).

(2)

Bħala Parti għall-Konvenzjoni, l-Unjoni tista' tippreżenta l-proposti biex jiġu emendati l-Annessi tal-Konvenzjoni. L-Anness A għall-Konvenzjoni jelenka l-kimiċi li jridu jiġu eliminati, l-Anness B jelenka l-kimiċi li jridu jiġu ristretti u l-Anness C l-kimiċi li r-rilaxxi tagħhom minn produzzjoni mhux intenzjonata jridu jitnaqqsu jew jiġu eliminati.

(3)

Skont it-tagħrif xjentifiku u r-rapporti ta' analiżi disponibbli, u fid-dawl tal-kriterji tal-iskrinjar stipulati fl-Anness D għall-Konvenzjoni, il-methoxychlor juri xi karatteristiċi ta' pollutant organiku persistenti.

(4)

Il-methoxychlor mhuwiex approvat bħala sustanza attiva skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u għalhekk mhuwiex permess li jitqiegħed fis-suq jew li jintuża fl-Unjoni fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. Il-methoxychlor mhuwiex approvat ukoll bħala sustanza attiva skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u għalhekk mhuwiex permess li jitqiegħed fis-suq jew li jintuża fl-Unjoni f'prodotti bijoċidali. Barra minn hekk, il-methoxychlor mhuwiex irreġistrat b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u, konsegwentement, mhuwiex permess li jiġi mmanifatturat jew imqiegħed fis-suq fl-Unjoni fi kwantitajiet ta' tunnellata waħda jew aktar fis-sena għal kull manifattur jew importatur.

(5)

Minkejja li l-methoxychlor ġie eliminat gradwalment fl-Unjoni ħafna snin ilu, xorta waħda jista' jintuża bħala pestiċida u jitferrex fl-ambjent barra l-Unjoni, u din tista' tkun ir-raġuni għaliex qed jiġi identifikat fl-ambjent. Minħabba l-potenzjal għat-trasport fl-ambjent fuq distanzi twal tal-methoxychlor, il-miżuri li ttieħdu fil-livell nazzjonali jew tal-Unjoni mhumiex biżżejjed biex jitħares livell għoli ta' protezzjoni tal-ambjent u ta' saħħet il-bniedem, u hija meħtieġa azzjoni internazzjonali fuq firxa aktar wiesgħa.

(6)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Unjoni tissottometti proposta lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni biex il-methoxychlor jiġi elenkat fl-Anness A għall-Konvenzjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Unjoni għandha tissottometti proposta biex il-methoxychlor (CAS Nru: 72-43-5, KE Nru 200-779-9) jiġi elenkat fl-Anness A għall-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (“il-Konvenzjoni”).

Il-Kummissjoni, f'isem l-Unjoni, għandha tikkomunika l-proposta msemmija fl-ewwel subparagrafu lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni bl-informazzjoni kollha meħtieġa skont l-Anness D għall-Konvenzjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Marzu 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

P. DAEA


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/507/KE tal-14 ta' Ottubru 2004 dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (ĠU L 209, 31.7.2006, p. 1).

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).


20.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/76


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/449

tat-18 ta' Marzu 2019

li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/715 li tistabbilixxi miżuri fir-rigward ta' ċertu frott f'xi pajjiżi terzi biex jipprevjenu l-introduzzjoni fl-Unjoni u t-tixrid tal-organiżmu ta' ħsara Phyllosticta citricarpa (McAlpine) Van der Aa

(notifikata bid-dokument C(2019) 2024)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari r-raba' sentenza tal-Artikolu 16(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/715 (2) tistabbilixxi miżuri fir-rigward tal-frott ta' Citrus L., Fortunella Swingle, Poncirus Raf., u l-ibridi tagħhom għajr il-frott ta' Citrus aurantium L. u Citrus latifolia Tanaka (“il-frott speċifikat”), li joriġina mill-Arġentina, mill-Brażil, mill-Afrika t'Isfel jew mill-Urugwaj, biex jipprevjenu l-introduzzjoni fl-Unjoni u t-tixrid tal-organiżmu ta' ħsara Phyllosticta citricarpa (“l-organiżmu speċifikat”).

(2)

Iż-żieda fl-għadd ta' interċettazzjonijiet tal-importazzjoni fl-aħħar tliet snin turi li l-miżuri stipulati fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/715 baqgħu neċessarji għall-protezzjoni tat-territorju tal-Unjoni mill-organiżmu speċifikat.

(3)

Barra minn hekk, għadd sinifikanti ta' interċettazzjonijiet tal-organiżmu speċifikat ġew innotifikati fl-2018 mill-Istati Membri, b'riżultat tal-ispezzjonijiet tal-importazzjoni tagħhom tal-frott speċifikat li joriġina mill-Brażil. Għalhekk jenħtieġ li jissaħħu r-rekwiżiti għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' dak il-frott li joriġina mill-Brażil.

(4)

Biex ikun żgurat li l-frott speċifikat li joriġina mill-Brażil huwa ħieles mill-organiżmu speċifikat, jenħtieġ li jkun soġġett għall-istess rekwiżiti tal-ispezzjoni tal-importazzjoni bħall-frott li joriġina mill-Arġentina, mill-Afrika t'Isfel u mill-Urugwaj.

(5)

Peress li l-frott speċifikat li joriġina mill-Brażil se jkollu jiġi soġġett għal trattamenti kontra l-organiżmu speċifikat, ir-rekwiżit għal informazzjoni dettaljata dwar it-trattamenti ta' qabel u ta' wara l-ħsad jenħtieġ li jsir applikabbli wkoll għal dak il-frott għal skopijiet ta' traċċabbiltà.

(6)

Għalhekk, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/715 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emendi għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/715

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/715 hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 4 jitħassar;

(2)

l-Artikolu 5a huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Introduzzjoni fl-Unjoni ta' frott speċifikat li joriġina mill-Arġentina u mill-Brażil”;

(b)

il-frażi introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

“Il-frott speċifikat li joriġina mill-Arġentina u mill-Brażil għandu jkun akkumpanjat minn ċertifikat fitosanitarju, kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-punt (ii) tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2000/29/KE, li taħt l-intestatura ‘Dikjarazzjoni Addizzjonali’ jkun fih l-elementi li ġejjin:”

(3)

l-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Rekwiżiti fl-Unjoni li jikkonċernaw l-ispezzjoni tal-frott speċifikat li joriġina mill-Arġentina, mill-Brażil, mill-Afrika t'Isfel u mill-Urugwaj”;

(b)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(1)   Il-frott speċifikat li joriġina mill-Arġentina, mill-Brażil, mill-Afrika t'Isfel u mill-Urugwaj għandu jiġi spezzjonat viżwalment fil-punt tad-dħul jew fil-post tad-destinazzjoni stabbilit skont id-Direttiva tal-Kummissjon 2004/103/KE (*1). Tali spezzjonijiet għandhom jitwettqu fuq kampjuni ta' mill-inqas 200 frotta ta' kull speċi tal-frott speċifikat għal kull lott ta' 30 tunnellata, jew ta'inqas minn 30 tunnellata, li jintgħażlu abbażi ta' kull sintomu possibbli tal-Phyllosticta citricarpa.

(*1)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/103/KE tas-7 ta' Ottubru 2004 dwar il-kontrolli tal-identità u s-saħħa tal-pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra, elenkati f'Parti B tal-Anness V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE, li jistgħu jiġu esegwiti f'post ieħor li mhuwiex il-punt tad-dħul fil-Komunità jew f'post ieħor fil-qrib u tispeċifika l-kundizzjonijiet li jirrigwardaw dawn il-kontrolli (ĠU L 313, 12.10.2004, p. 16).”;"

(4)

fl-Artikolu 7, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(c)

informazzjoni dettaljata dwar it-trattamenti ta' qabel u ta' wara l-ħsad”;

(5)

L-Artikolu 22 huwa sostiwit b'dan li ġej:

“Artikolu 22

Data ta' skadenza

Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fil-31 ta' Marzu 2022.”.

Artikolu 2

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Marzu 2019.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/715 tal-11 ta' Mejju 2016 li tistabbilixxi miżuri fir-rigward ta' ċertu frott f'xi pajjiżi terzi biex jipprevjenu l-introduzzjoni fl-Unjoni u t-tixrid tal-organiżmu ta' ħsara Phyllosticta citricarpa (McAlpine) Van der Aa (ĠU L 125, 13.5.2016, p. 16).


20.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/78


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/450

tad-19 ta' Marzu 2019

dwar il-pubblikazzjoni tad-Dokumenti Ewropej ta' Valutazzjoni (EADs) għall-prodotti tal-bini abbozzati b'appoġġ tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi kundizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 22 tiegħu,

Billi:

(1)

B'konformità mar-Regolament (UE) Nru 305/2011, il-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika għandhom jużaw il-metodi u l-kriterji mogħtija fid-Dokumenti Ewropej ta' Valutazzjoni, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodotti tal-bini koperti minn dawk id-dokumenti b'rabta mal-karatteristiċi essenzjali tagħhom.

(2)

B'konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 305/2011, wara diversi talbiet min-naħa tal-manifatturi għal Valutazzjonijiet Tekniċi Ewropej, l-organizzazzjoni tal-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika fasslet u adottat diversi Dokumenti Ewropej ta' Valutazzjoni.

(3)

Il-Kummissjoni vvalutat jekk id-Dokumenti Ewropej ta' Valutazzjoni abbozzati mill-organizzazzjoni tal-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika jissodisfawx it-talbiet li jridu jiġu ssodisfati fir-rigward tar-rekwiżiti bażiċi għax-xogħlijiet tal-bini stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 305/2011.

(4)

Id-Dokumenti Ewropej ta' Valutazzjoni abbozzati mill-organizzazzjoni tal-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika jissodisfaw it-talbiet li jridu jiġu ssodisfati fir-rigward tar-rekwiżiti bażiċi għax-xogħlijiet tal-bini stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 305/2011. Għalhekk jixraq li jiġu ppubblikati r-referenzi ta' dawk id-Dokumenti Ewropej ta' Valutazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta' Valutazzjoni għall-prodotti tal-bini abbozzati b'appoġġ tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 li huma elenkati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni huma b'dan ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Marzu 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5.


ANNESS

Referenza u titlu tad-Dokument Ewropew ta' Valutazzjoni

040427-00-0404

Kittijiet għal sistema komposta ta' insulazzjoni termali esterna (ETICS) b'mehrież bħala prodott ta' iżolament termali u renderings jew kisjiet mhux kontinwi bħala qoxra esterna

060012-00-0802

Kitt li jikkonsisti minn inforra tat-tubi taċ-ċmieni, magħmula minn fibri tal-ħġieġ, sustanzi minerali u organiċi, u partijiet anċillari

090119-00-0404

Kittijiet għal kisjiet tal-ħitan esterni bi pjanċi minerali b'renderings applikati fuq il-post

090120-00-0404

Kittijiet għal sistemi ta' ħitan esterni bi pjanċi minerali b'piż li mhux tat-tagħbija

130031-00-0304

Travi u kolonni tal-metall

130082-00-0603

Sistema ta' tiswija tal-faċċati – brekit tal-plastik għat-twaħħil tal-injam jew tal-elementi bbażati fuq l-injam mas-substruttura

260014-00-0301

Żieda tat-tip II abbażi ta' silikat b'saff kalċinat


20.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/80


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/451

tad-19 ta' Marzu 2019

dwar l-istandards armonizzati għall-prodotti għall-bini abbozzati b'appoġġ għar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi kundizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(5) tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità mar-Regolament (UE) Nru 305/2011, il-manifatturi jridu jużaw il-metodi u l-kriterji pprovduti fl-istandards armonizzati, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodotti għall-bini koperti minn dawk l-istandards b'rabta mal-karatteristiċi essenzjali tagħhom.

(2)

Permezz tal-ittri M/109 tad-29 ta' Awwissu 1996, M/130 tad-29 ta' Jannar 1999, M/139 tas-26 ta' Ġunju 2001, M/122 tal-14 ta' Diċembru 1998 u M/135 tal-5 ta' Mejju 2000, il-Kummissjoni għamlet talbiet lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) għall-abbozzar ta' standards armonizzati b'appoġġ għad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (2) (“mandati”). Ir-referenzi ta' standards armonizzati abbozzati abbażi ta' mandati huma ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3).

(3)

Il-mandati jippermettu li ssir reviżjoni tal-istandards armonizzati abbozzati abbażi tagħhom. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi kif ukoll ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 305/2011, is-CEN irreveda bosta minn dawk l-istandards armonizzati. B'mod partikolari, is-CEN irreveda l-istandards armonizzati għall-prodotti li ġejjin: is-sistemi ta' detezzjoni tan-nirien u s-sistemi ta' allarm f'każ ta' nirien, il-lavanji u l-fittings tas-siment tal-fibra, il-ħġieġ fil-bini u l-folji ċatti tas-siment tal-fibra.

(4)

Il-Kummissjoni vvalutat jekk l-istandards armonizzati reveduti mis-CEN humiex f'konformità mal-mandati rilevanti u mar-Regolament (UE) Nru 305/2011.

(5)

L-istandards armonizzati reveduti mis-CEN huma f'konformità mal-mandati rilevanti u mar-Regolament (UE) Nru 305/2011. Għaldaqstant huwa xieraq li jiġu ppubblikati r-referenzi ta' dawk l-istandards f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(6)

F'konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament (UE) Nru 305/2011, irid jiġi indikat perjodu ta' koeżistenza għal kull standard armonizzat li jieħu post standard armonizzat ieħor. Tali perjodu ta' koeżistenza ġie indikat għall-istandard EN 15824:2017 ta' kisi fuq barra u għoti ta' ġibs fuq ġewwa bbażati fuq kimiki organiċi għal tagħqid ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4). Minħabba li dan il-perjodu mhuwiex twil biżżejjed biex il-manifatturi jippreparaw għall-użu tal-istandard, jeħtieġ li jiġi indikat perjodu ġdid ta' koeżistenza.

(7)

Sabiex tippermetti lill-manifatturi jużaw l-istandards armonizzati reveduti mill-iktar fis possibbli, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-referenzi tal-istandards armonizzati għall-prodotti għall-bini abbozzati b'appoġġ għar-Regolament (UE) Nru 305/2011 li huma elenkati fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni huma b'dan ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Ir-referenzi tal-istandards armonizzati għall-prodotti għall-bini abbozzati b'appoġġ għar-Regolament (UE) Nru 305/2011 li huma elenkati fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni huma b'dan ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b'perjodu ġdid ta' koeżistenza ta' dawk l-istandards.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Marzu 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-prodotti għall-bini (ĠU L 40, 11.2.1989, p. 12).

(3)  ĠU C 92, 9.3.2018, p. 139.

(4)  ĠU C 92, 9.3.2018, p. 139.


ANNESS I

Nru

Referenza għall-istandard

Referenza għall-istandard li tteħidlu postu

Bidu tal-perjodu ta' koeżistenza

(jj.xx.ssss)

Tmiem il-perjodu ta' koeżistenza

(jj.xx.ssss)

1.

EN 54-5:2017+A1:2018

Sistemi ta' detezzjoni tan-nirien u sistemi ta' allarm f'każ ta' nirien – Parti 5: Tagħmir tad-detezzjoni tas-sħana – Tagħmir tad-detezzjoni tas-sħana f'punt partikolari

EN 54-5:2000

Sistemi ta' detezzjoni tan-nirien u sistemi ta' allarm f'każ ta' nirien – Parti 5: Tagħmir tad-detezzjoni tas-sħana – Tagħmir tad-detezzjoni tas-sħana f'punt partikolari

EN 54-5:2000/A1:2002

xx.yy.2019

31.8.2022

2.

EN 54-7:2018

Sistemi ta' detezzjoni tan-nirien u sistemi ta' allarm f'każ ta' nirien – Parti 7: Tagħmir tad-detezzjoni tad-duħħan – Tagħmir tad-detezzjoni tad-duħħan f'punt partikolari li jaħdmu bl-użu ta' dawl mifrux, dawl trażmess jew jonizzazzjoni

EN 54-7:2000

Sistemi ta' detezzjoni tan-nirien u sistemi ta' allarm f'każ ta' nirien – Parti 7: Tagħmir tad-detezzjoni tad-duħħan – Tagħmir tad-detezzjoni f'punt partikolari bl-użu ta' dawl mifrux, dawl trażmess jew jonizzazzjoni

EN 54-7:2000/A1:2002

EN 54-7:2000/A2:2006

xx.yy.2019

31.8.2022

3.

EN 492:2012+A2:2018

Lavanji u fittings tas-siment tal-fibra – Speċifikazzjoni tal-prodott u metodi tal-ittestjar

EN 492:2012

Lavanji u fittings tas-siment tal-fibra – Speċifikazzjoni tal-prodott u metodi tal-ittestjar

xx.yy.2019

xx.yy.2020

4.

EN 1096-4:2018

Ħġieġ fil-bini – Ħġieġ miksi – Parti 4: Standard tal-prodott

EN 1096-4:2004

Ħġieġ fil-bini – Ħġieġ miksi – Parti 4: Evalwazzjoni tal-konformità/Standard tal-prodott

xx.yy.2019

xx.yy.2020

5.

EN 1279-5:2018

Ħġieġ fil-bini – Ħġieġ tal-insulazzjoni – Parti 5: Standard tal-prodott

EN 1279-5:2005+A2:2010

Ħġieġ fil-bini – Ħġieġ tal-insulazzjoni – Parti 5: Evalwazzjoni tal-konformità

xx.yy.2019

xx.yy.2020

6.

EN 12467:2012+A2:2018

Folji ċatti tas-siment tal-fibra – Speċifikazzjoni tal-prodott u metodi tal-ittestjar

EN 12467:2012

Folji ċatti tas-siment tal-fibra – Speċifikazzjoni tal-prodott u metodi tal-ittestjar

xx.yy.2019

xx.yy.2020


ANNESS II

Nru

Referenza għall-istandard

Referenza għall-istandard li tteħidlu postu

Bidu tal-perjodu ta' koeżistenza

(jj.xx.ssss)

Tmiem il-perjodu ta' koeżistenza

(jj.xx.ssss)

1.

EN 15824:2017

Speċifikazzjonijiet għall-kisi fuq barra u għall-għoti ta' ġibs fuq ġewwa bbażati fuq kimiki organiċi għal tagħqid

EN 15824:2009

Speċifikazzjonijiet għall-kisi fuq barra u għall-għoti ta' ġibs fuq ġewwa bbażati fuq kimiki organiċi għal tagħqid

9.3.2018

9.3.2020