ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 47

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 62
19 ta' Frar 2019


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/278 tat-18 ta' Frar 2019 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/279 tat-18 ta' Frar 2019 li jimplimenta l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (UE) Nru 753/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

4

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/280 tat-3 ta' Diċembru 2018 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea ( 1 )

7

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/281 tat-12 ta' Frar 2019 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet tal-Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (The Vale of Clwyd Denbigh Plum (DOP))

33

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/282 tal-15 ta' Frar 2019 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080 f'dak li għandu x'jaqsam mal-perjodi għat-tressiq tal-offerti

34

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/283 tat-18 ta' Frar 2019 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe

36

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/284 tat-18 ta' Frar 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2011/101/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe

38

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/285 tat-18 ta' Frar 2019 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

42

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/286 tat-12 ta' Frar 2019 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bl-isem ta' Ejja nitolbu għal regolamentazzjoni tal-vaping aktar intelliġenti! (notifikata bid-dokument C(2019) 926)

45

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

19.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 47/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2019/278

tat-18 ta' Frar 2019

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/284 tat-18 ta' Frar 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2011/101/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 (2) jagħti effett lil diversi miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2011/101/PESK (3), inkluż l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi ta' ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi.

(2)

Fit-18 ta' Frar 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/284 li neħħiet l-isem ta' żewġ persuni mill-Anness II għad-Deċiżjoni 2011/101/PESK.

(3)

Għalhekk l-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 314/2004 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(4)

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 314/2004 huwa sostitwit bl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Frar 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Ara l-paġna 38 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 tad-19 ta' Frar 2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe (ĠU L 55, 24.2.2004, p. 1).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK tal-15 ta' Frar 2011 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe (ĠU L 42, 16.2.2011, p. 6).


ANNESS

“ANNESS IV

Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 6(4)

Persuni

 

Isem (u psewdonimi possibbli)

3.

Chiwenga, Constantine

4.

Shiri, Perence (magħruf ukoll bħala Bigboy) Samson Chikerema

5.

Sibanda, Phillip Valerio (magħruf ukoll bħala Valentine)


19.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 47/4


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/279

tat-18 ta' Frar 2019

li jimplimenta l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (UE) Nru 753/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 753/2011 tal-1 ta' Awwissu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-1 ta' Awwissu 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 753/2011.

(2)

Fit-30 ta' Jannar 2019 il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”) stabbilit skont il-paragrafu 30 tar-Riżoluzzjoni tal-KSNU 1988 (2011) aġġorna l-informazzjoni relattiva għal żewġ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 753/2011 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 753/2011 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Frar 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 199, 2.8.2011, p. 1.


ANNESS

L-entrati li jikkonċernaw lill-persuni elenkati hawn taħt huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:

“(42)   Jalaluddin Haqqani (magħruf ukoll bħala: (a) Jalaluddin Haqani, (b) Jallalouddin Haqqani, (c) Jallalouddine Haqani).

Titlu: Maulavi. Raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: Ministru għall-Affarijiet tal-Fruntieri taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor fl-1942, (b) Bejn wieħed u ieħor fl-1948. Post tat-twelid: (a) żona ta' Garda Saray, Distrett ta' Waza Zadran, Provinċja ta' Paktia, l-Afganistan, (b) Distrett ta' Neka, Provinċja ta' Paktika, Afganistan. Ċittadinanza: Afganistan. Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 31.1.2001.

Informazzjoni oħra: Missier Sirajuddin Jallaloudine Haqqani, Nasiruddin Haqqani u Badruddin Haqqani (mejjet). Ħu Mohammad Ibrahim Omari u Khalil Ahmed Haqqani. Huwa mexxej Taliban attiv. Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. President tax-Shura Talibana f'Miram Shah fl-2008. Jappartjeni għat-tribù ta' Zadran. Ir-rieżami skont ir-Riżoluzzjoni 1822 (2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà ġie konkluż fil-27 ta' Lulju 2010. Allegatament miet f'Settembru 2018. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/1427400

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Jalaluddin Haqqani għandu relazzjonijiet mill-qrib ma' Mohammed Omar u kellu relazzjonijiet mill-qrib ma' Usama bin Laden (mejjet). Huwa missier Sirajuddin Jallaloudine Haqqani, Nasiruddin Haqqani u Badruddin Haqqani (mejjet), u ħu Mohammad Ibrahim Omari u Khalil Ahmed Haqqani. Huwa mexxej Taliban attiv. Jalaluddin Haqqani kien ukoll il-medjatur bejn l-Al-Qaida u t-Taliban fl-2007. Huwa kien il-President tal-‘Kunsill Miram Shah’ tat-Taliban f'Ġunju 2008.

Oriġinarjament kien kmandant għall-Partit Iżlamiku Mwalawi Hezbi fil-provinċji ta' Khost, Paktika u Paktia. Aktar tard ingħaqad mat-Taliban u nħatar Ministru għall-Affarijiet tal-Fruntieri. Wara l-waqgħa tar-reġim Taliban, flimkien ma' elementi tat-Taliban u tal-Al-Qaida, ħarab lejn it-Tramuntana tal-Waziristan u reġa' beda jgħaqqad il-milizzji tiegħu għall-ġlieda kontra l-Gvern tal-Afganistan.

Haqqani ġie akkużat b'involviment fl-ibbumbardjar tal-Ambaxxata Indjana f'Kabul fl-2008 u bl-attentat ta' qtil tal-President Karzai waqt parata militari f'Kabul li saret qabel fl-istess sena. Haqqani kien implikat ukoll f'attakk fuq bini ministerjali f'Kabul fi Frar 2009.

Jalaluddin Haqqani huwa l-fundatur tan-Netwerk ta' Haqqani.”

“(135)   Torek Agha (magħruf ukoll bħala: (a) Sayed Mohammed Hashan, (b) Torak Agha, (c) Toriq Agha, (d) Toriq Agha Sayed).

Titlu: Haji. Indirizz: Pashtunabad, Quetta, Provinċja ta' Baluchistan, il-Pakistan. Data tat-twelid: (a) 1960, (b) 1962, (c) Bejn wieħed u ieħor 1965. Post tat-twelid: (a) Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan (b) Pishin, Provinċja ta' Baluchistan, il-Pakistan. Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: Pakistani 5430312277059 (miksub b'mod frodulenti u minn dak iż-żmien ikkanċellat mill-Gvern tal-Pakistan). Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 2.11.2015.

Informazzjoni oħra: Kmandant ewlieni tal-kunsill militari tat-Taliban involut fil-ġbir ta' fondi minn donaturi bbażati fil-Golf. Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Allegatament miet f'Novembru 2018. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5905294

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Mexxej għoli Taliban fl-aħħar tal-2014, Torek Agha (Torek) serva fuq “ix-shura fi Quetta” tat-Taliban, korp reġjonali li jidderieġi l-attivitajiet Talibani fin-nofsinhar u l-punent tal-Afganistan, u kellu rwol fil-ġbir ta' fondi minn donaturi ibbażati fil-Golf.

Lejn l-aħħar tal-2014, Torek kien membru ta' grupp responsabbli mill-operazzjonijiet ta' ppjanar strateġiku u ta' loġistika tat-tmexxija tat-Taliban u opera wkoll bħala kmandant ewlieni u membru tal-kunsill militari tat-Taliban, u awtorizza u ffaċilita operazzjonijiet militari tat-Taliban. Il-kunsill militari tat-Taliban huwa wieħed minn tliet kunsilli ta' livell ta' kmand u huwa responsabbli biex jissorvelja l-operazzjonijiet tat-Taliban u japprova l-ħatriet tat-tmexxija militari Talibana.

Matul is-snin, Torek kien involut fl-awtorizzazzjoni tal-qtil ta' diversi uffiċjali tal-Gvern Afgan u anzjani tribali. Barra minn hekk, sa mill-bidu tal-2012, huwa kien wieħed minn erba' kmandanti għoljin tat-Taliban li awtorizzaw l-użu ta' trab ta' kimika mhux identifikata għal qtil ta' uffiċjali għolja tal-Gvern Afgan.

Wara li ngħata struzzjonijiet f'nofs l-2011 minn mexxej għoli Taliban biex jivvjaġġa lejn l-Arabja Sawdija matul ir-Ramadan biex jorganizza finanzjament estern, fl-2012 Torek u diversi mexxejja Talibani oħrajn tax-“shura fi Quetta” għażlu mullahs biex jivvjaġġaw lejn l-Arabja Sawdija u pajjiżi Għarab oħra biex jiġbru donazzjonijiet finanzjarji f'isem it-Taliban kemm mingħand negozjanti u traffikanti Afgani. Minn kmieni fl-2012, Torek irċieva donazzjoni minn donatur Għarbi mhux identifikat bi struzzjonijiet biex jgħaddi l-flus lix-shadow governor provinċjali tat-Taliban għall-Provinċja ta' Uruzgan, l-Afganistan, għal operazzjonijiet ta' qtil.

Torek ġabar bejn wieħed u ieħor USD 4 miljun minn donaturi bbażati fil-Golf għat-Taliban fl-2010, li l-parti l-kbira tagħhom pprovdihom lill-sieħbu mexxej għoli u kollettur tal-finanzi tat-Taliban Gul Agha Ishakzai (Gul Agha). L-ammonti u s-sorsi tad-diversi trasferimenti fl-2010 minn Torek lil Gul Agha tal-fondi li nġabru f'isem it-Taliban kienu kif ġej: USD 1 miljun minn assoċjati fl-Arabja Sawdija; USD 2 miljun minn donaturi fil-Qatar, l-Emirati Għarab Magħquda (EGħM), u l-Arabja Sawdija; u USD 600 000 minn diversi donaturi Għarab miksuba fuq vjaġġ għall-ġbir ta' fondi lejn il-Qatar.

Lejn l-aħħar tal-2009, Torek żamm USD 2 miljun minn donaturi mhux identifikati mill-Qatar u l-Arabja Sawdija maħsuba għat-teżorier tax-“shura fi Quetta” tat-Taliban. Id-donazzjonijiet sostanzjali li ġabar Torek għax-“shura fi Quetta” tat-Taliban matul ir-Ramadan inżammu f'banek Pakistani mhux identifikati u kienu taħt il-kontroll tal-kap teżorier tat-Taliban.

F'nofs l-2006, Torek assenja ġellieda Talibani lil diversi kmandanti operazzjonali tat-Taliban. Huwa kien wieħed mill-konnessjonijiet ewlenin bejn it-tmexxija Talibana u gruppi ta' ġellieda Għarab li waslu fil-Pakistan u fl-Afganistan biex jiġġieldu kontra l-Forza Internazzjonali ta' Assistenza għas-Sigurtà (ISAF).”


19.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 47/7


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/280

tat-3 ta' Diċembru 2018

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Diċembru 2003 dwar il-kontijiet ekonomiċi għall-agrikoltura fil-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 3(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) (“ESA 2010”) jinkludi l-qafas ta' referenza ta' standards komuni, definizzjonijiet, klassifikazzjonijiet u regoli tal-kontabbiltà għat-tfassil tal-kontijiet tal-Istati Membri għall-ħtiġijiet tal-istatistika tal-Unjoni.

(2)

Il-kontijiet ekonomiċi għall-agrikoltura huma kontijiet satellita tal-kontijiet nazzjonali, kif definit mill-ESA 2010, sabiex jinkisbu riżultati armonizzati u komparabbli bejn l-Istati Membri ħalli jitfasslu l-kontijiet għall-finijiet tal-Unjoni.

(3)

Peress li l-ESA 2010 hija reviżjoni tal-ESA 95, hemm bżonn li jiddaħħlu referenzi ġodda fl-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 138/2004.

(4)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 138/2004 jiġu emendati skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 138/2004 huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 138/2004 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 33, 5.2.2004, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1).


ANNESS I

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 138/2004 hu emendat kif ġej:

(1)

tul l-Anness kollu:

(a)

“ESA 95” tiġi sostitwita bi “ESA 2010”;

(b)

“SNA 93” tiġi sostitwita bi “SNA 2008”.

(2)

It-taqsima “Werrej” hi emendata kif ġej:

(a)

fil-punt III. F. 3. “Renti (fuq art u depożiti underground)” tiġi sostitwita bi “Renti (fuq art u fuq assi taħt l-art)”;

(b)

fil-punt III. F. 4. “Dħul minn proprjetà attribwit lid-detenturi ta' poloz tal-assigurazzjoni (mhux koperti bil-EAA)” tiġi sostitwita bi “Introjtu minn investiment attribwibbli lid-detenturi ta' poloz ta' assigurazzjoni (mhux koperti bil-EAA)”;

(c)

fil-punt VI. B. 4. “Il-kalkolu tal-valur miżjud skont il-prezzijiet kostanti” tiġi sostitwita bi “Il-kalkolu tal-valur miżjud bi prezzijiet ta' sena fissa”.

(3)

It-taqsima “Daħla” tiġi sostitwita b'dan li ġej:

DAĦLA

Ir-reviżjoni tas-sistema Ewropea tal-kontijiet (ESA 2010) (*1) wasslet għal xi reviżjonijiet tal-metodoloġija bażika użata għall-EAA, biex tkun żgurata l-konsistenza mal-ESA ħalli jkun hemm armonizzazzjoni tal-EAA fost l-Istati Membri u anki mal-qafas ċentrali tal-kontijiet nazzjonali u biex ikun żgurat li l-bidliet meħtieġa jkunu fattibbli. Dan il-manwal tħejja fil-kuntest ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet, u minbarra li jirreferi għall-kunċetti, il-prinċipji u r-regoli bażiċi għall-kompilazzjoni tal-EAA, il-manwal jirreferi wkoll għal xi adattamenti għal karatteristiċi speċifiċi fil-qasam tal-agrikoltura.

(*1)  Is-sistema Ewropea tal-Kontijiet Nazzjonali u Reġjonali — ESA 2010, il-Lussemburgu 2013.”"

(4)

It-Taqsima I hi emendata kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1.02, in-nota (2) ta' qiegħ il-paġna tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“(2)

System of National Accounts, 2008. Pubblikazzjoni konġunta tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Kummissjoni Ewropea, il-Fond Monetarju Internazzjonali, l-OECD u l-Bank Dinji.”;

(b)

fil-paragrafu 1.03, l-aħħar sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“L-ESA 2010 hi kkaretterizzata mill-użu ta' żewġ tipi ta' unità u żewġ modi korrispondenti għas-sottodiviżjonijiet tal-ekonomija nazzjonali.”;

(c)

fil-paragrafu 1.08, l-aħħar sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Dawn iż-żewġ tipi ta' introjti (l-introjtu ġġenerat mill-produzzjoni agrikola u l-introjtu tal-unitajiet domestiċi agrikoli) jitkejlu għal żewġ għanijiet distinti, li jeħtieġu żewġ metodi distinti ta' kif tinqasam l-ekonomija: l-ewwel wieħed, għall-EAA, hu bbażat fuq unitajiet tal-produzzjoni li huma definiti b'referenza għal attività ekonomika; it-tieni hu bbażat fuq unitajiet domestiċi (jiġifieri unitajiet istituzzjonali) li s-sors ewlieni tal-introjtu tagħhom hu minn attività agrikola indipendenti.”;

(d)

il-paragrafu 1.09 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.09.

Biex jiġu analizzati l-flussi li jseħħu waqt il-proċess tal-produzzjoni u waqt l-użu ta' oġġetti u servizzi, hu meħtieġ li jintgħażlu unitajiet li jisħqu fuq ir-relazzjonijiet ta' xeħta teknikoekonomika. Dan ir-rekwiżit ifisser li bħala regola, l-unitajiet istituzzjonali jridu jinqasmu f'unitajiet iżgħar u aktar omoġenji skont it-tip tal-produzzjoni. L-unitajiet tat-tip ta' attività lokali (KAUs lokali) huma maħsuba biex jissodisfaw dan ir-rekwiżit bħala approċċ operazzjonali (ESA 2010, 2.147) (*2).

(*2)  Jenħtieġ jiġi enfasizzat li, għalkemm l-ESA tagħti priorità lill-KAUs lokali, l-unità tinsab fl-aqwa pożizzjoni biex tanalizza l-proċess tal-produzzjoni hija l-unità ta' produzzjoni omoġenja (il-UHP). Din l-unità hi mdorrija tanalizza l-inputs u l-outputs għax tikkorrispondi eżattament għal tip ta' attività. B'hekk l-unitajiet istituzzjonali jinqasmu f'UHPs skont kemm ikun hemm attivitajiet (minbarra dawk anċillari). Bl-iggruppar ta' dawn il-UHPs, l-ekonomija tkun tista' tinqasam f'fergħat “puri” (omoġenji). Bħala regola, UHP ma tistax tiġi osservata direttament. Għalhekk, il-kontijiet tal-fergħat omoġenji ma jistgħux jiġu kkompilati abbażi tal-gruppi ta' UHPs. Il-ESA tiddeskrivi il-metodu għall-kompilazzjoni ta' dawn il-kontijiet. Dan jinvolvi l-proċess li jattribwixxi l-produzzjoni sekondarja u l-kostijiet korrispondenti tal-fergħat tal-attività lill-fergħat omoġenji xierqa (ESA 2010, 2.153 sa 2.156, 9.52 sa 9.63).”;"

(e)

il-paragrafu 1.10 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.10.

L-unità tat-tip ta' attività lokali (KAU lokali) hi l-parti ta' KAU li tikkorrispondi għal unità lokali. Il-KAU lokali tissejjaħ stabbiliment fl-SNA 2008 u fl-ISIC Rev.4. KAU tiġbor flimkien il-partijiet kollha ta' unità istituzzjonali fil-kapaċità tagħha bħala produttur li tikkontribwixxi għall-prestazzjoni ta' attività fil-livell ta' klassi (erba' ċifri) tan-NACE Rev. 2 (il-klassifikazzjoni ta' referenza għall-attivitajiet ekonomiċi, cf. 1.55) u tikkorrispondi għal waħda jew aktar mis-sottodiviżjonijiet operazzjonali tal-unità istituzzjonali. Is-sistema tal-informazzjoni tal-unità istituzzjonali trid tkun kapaċi tindika jew tikkalkula għal kull KAU lokali mill-anqas il-valur tal-produzzjoni, il-konsum intermedju, il-kumpens lill-impjegati, is-surplus operatorju, u l-impjiegi u l-formazzjoni tal-kapital fiss gross (ESA 2010, 2.148). L-unità lokali hi unità istituzzjonali, jew parti minn unità istituzzjonali, li tipproduċi oġġetti jew servizzi li jkunu jinsabu f'post identifikat ġeografikament.”;

(f)

il-paragrafu 1.11 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.11.

Għalkemm KAU lokali tista' tikkorrispondi għal unità istituzzjonali jew għal parti minn unità istituzzjonali fil-kapaċità tagħha bħala produttur, din qatt ma tista' tkun parti minn żewġ unitajiet istituzzjonali distinti. Peress li fil-prattika, ħafna mill-unitajiet istituzzjonali li jipproduċu oġġetti u servizzi huma involuti f'għadd ta' attivitajiet differenti f'daqqa (attività prinċipali u attività sekondarja waħda jew diversi), dawn jistgħu jinqasmu fl-istess għadd tal-KAUs lokali, jekk l-informazzjoni meħtieġa tkun disponibbli. Attivitajiet anċillari (xiri, bejgħ, kummerċjalizzazzjoni, kontabbilizzar, trasport, ħżin, manutenzjoni, eċċ.; cf. 1.27), madankollu, ma jistgħux iwasslu għall-ħolqien ta' KAU lokali, sakemm huma jsirux f'post separat, li jkunu f'reġjun ieħor għajr dak fejn tkun il-KAU lokali li jkunu jservu (ESA 2010, 3.13).”;

(g)

il-paragrafu 1.12 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.12.

Bażikament jenħtieġ jiġu irreġistrati KAUs lokali skont kemm ikun hemm attivitajiet sekondarji, iżda jaf jiġri li bl-informazzjoni statistika (kontabbilistika) ma tkunx tista' ssir separazzjoni tal-attivitajiet sekondarji ta' KAU lokali jew ta' partijiet minn dawk l-attivitajiet mill-attivitajiet prinċipali tagħha. Jekk unità istituzzjonali li tipproduċi oġġetti jew servizzi jkollha attività prinċipali u anki xi attività sekondarja waħda jew diversi, din tinqasam fl-istess għadd ta' KAUs, u l-attivitajiet sekondarji jiġu kklassifikati taħt intestaturi differenti mill-attività prinċipali. L-attivitajiet anċillari ma jiġux separati mill-attivitajiet prinċipali jew sekondarji. Madankollu, l-KAUs li jaqgħu taħt din l-intestatura partikolari tas-sistema tal-klassifikazzjoni jistgħu jipproduċu prodotti barra mill-grupp omoġenju, minħabba attivitajiet sekondarji konnessi magħhom li ma jistgħux jiġu identifikati b'mod separat mid-dokumenti kontabbilistiċi disponibbli. Għaldaqstant, KAU tista' twettaq attività sekondarja waħda jew diversi. (ESA 2010, 2.149).”;

(h)

il-paragrafu 1.13 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.13.

Jista' jingħad li attività tkun seħħet meta jiġu kkombinati riżorsi bħal tagħmir, xogħol, tekniki tal-manifattura, netwerks tal-informazzjoni jew prodotti, u dan iwassal għall-ħolqien ta' oġġetti jew servizzi speċifiċi. Attività hi kkaratterizzata b'input ta' prodotti (oġġetti jew servizzi), proċess tal-produzzjoni u output ta' prodotti. L-attività prinċipali ta' KAU lokali hi l-attività fejn il-valur miżjud ta' din l-attività jkun jaqbeż dak ta' kwalunkwe attività oħra mwettqa f'dik l-istess unità. Il-klassifikazzjoni tal-attività prinċipali hi ddeterminata b'referenza għan-NACE Rev. 2, l-ewwel fl-ogħla livell tal-klassifikazzjoni u mbagħad f'livelli aktar dettaljati (ESA 2010, 3.10).”;

(i)

fil-paragrafu 1.14, l-aħħar sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Fl-aktar livell dettaljat tal-klassifikazzjoni, kif definit mill-ESA 2010, 2.150, industrija tinkludi l-KAUs lokali kollha fl-istess klassi (livell ta' erba' ċifri) tan-NACE Rev. 2 u għalhekk involuti fl-istess attività prinċipali bħal dik definita fin-NACE Rev. 2.”;

(j)

il-punt (ii) tal-paragrafu 1.16 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(ii)

attivitajiet sekondarji mhux agrikoli inseparabbli ta' unitajiet agrikoli.”;

(k)

fil-paragrafu 1.17, l-aħħar żewġ sentenzi jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

“Jenħtieġ li l-applikazzjoni stretta tar-regola tal-ESA lill-unitajiet u lill-grupp tagħhom tirriżulta effettivament fi qsim tal-azjenda agrikola f'diversi KAUs lokali separati f'każijiet meta jkun hemm disponibbli diversi attivitajiet tal-klassi ta' erba' ċifri tan-NACE Rev. 2 u l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 1.10. L-adozzjoni tal-azjenda agrikola għax il-KAU lokali tal-industrija agrikola fil-kontijiet nazzjonali u l-EAA hi bbażata fuq approċċ statistiku.”;

(l)

fil-paragrafu 1.19, l-ewwel sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Peress li, skont l-ESA 2010, l-industrija tikkonsisti minn grupp ta' unitajiet li bħala attività prinċipali tagħhom iwettqu l-istess tipi ta' attività jew tipi ta' attività simili, id-definizzjoni tal-industrija agrikola fl-EAA tiddependi fuq l-identifikazzjoni tal-attivitajiet karatteristiċi u tal-unitajiet f'dik l-industrija.”;

(m)

fil-paragrafu 1.20, il-frażi introduttorja tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“L-industrija agrikola hi trattata bħala gruppar tal-KAUs kollha fil-livell lokali li jwettqu dawn l-attivitajiet ekonomiċi li ġejjin, bħala attività prinċipali jew sekondarja (cf. 1.60 sa 1.66 għad-definizzjoni preċiża tal-industrija agrikola):”;

(n)

il-paragrafu 1.24 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.24.

Peress li l-iskop tal-EAA hu li tkejjel, tiddeskrivi u tanalizza l-formazzjoni tal-introjtu mill-attività ekonomika agrikola (li, fl-Istati Membri tal-UE, hi kważi esklussivament attività kummerċjali), ġie deċiż li jiġu esklużi l-unitajiet li għalihom, l-attività agrikola tirrappreżenta biss attività tal-ħin liberu (*3). B'kuntrast ma' dan, l-unitajiet involuti fil-biedja ta' sussistenza huma inklużi fil-EAA. Jenħtieġ jiġi enfasizzat li l-output agrikolu tal-azjendi agrikoli għall-konsum finali proprju għandu jiġi rreġistrat fil-EAA.

(*3)  Dawn huma unitajiet żgħar li jipproduċu għall-konsum proprju, mhux għall-bejgħ, li jwettqu attivitajiet agrikoli mingħajr ma jkunu jiddependu ekonomikament fuq dawn l-attivitajiet.”;"

(o)

il-paragrafu 1.25 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.25.

L-użu tal-KAU lokali bħala l-unità bażika għall-industrija agrikola jeżiġi r-reġistrazzjoni tal-attivitajiet sekondarji mhux agrikoli meta dawn ma jkunux jistgħu jiġu separati mill-attività agrikola prinċipali.”;

(p)

il-paragrafu 1.26 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.26.

L-attivitajiet sekondarji mhux agrikoli inseparabbli tal-KAUs agrikoli lokali huma definiti fil-EAA bħala attivitajiet marbuta mill-qrib mal-produzzjoni agrikola li għaliha l-informazzjoni dwar xi wieħed mill-output, il-konsum intermedju, il-kumpens lill-impjegati, l-input lavorattiv jew il-GFCF ma jistgħux jinfirdu mill-attività agrikola prinċipali tul il-perjodu ta' osservazzjoni statistika.”;

(q)

fil-paragrafu 1.27, it-tieni u t-tielet inċiżi jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

“—

dawn ma għandhomx ikunu attivitajiet anċillari. L-attivitajiet anċillari mhumiex iżolati biex jiffurmaw entitajiet distinti jew separati mill-attivitajiet prinċipali jew sekondarji jew mill-entitajiet li dawn iservu. Skont dan, l-attivitajiet anċillari għandhom jiġu integrati mal-KAU lokali li dawn iservu, diment li dawn jiġu organizzati f'unitajiet separati u li jkunu jinsabu f'reġjun ieħor. L-attivitajiet anċillari jibqgħu fl-istess industrija bħall-KAU lokali li dawn iservu. L-attivitajiet anċillari huma attivitajiet supplimentari (e.g. il-bejgħ, il-kummerċjalizzazzjoni, il-ħżin, it-trasport għal użu intern; ara l-ESA 2010, 3.12 u 3.13, u SNA 2008, 5.35 sa 5.44) li tagħmel impriża biex toħloq il-kundizzjonijiet għat-twettiq tal-attivitajiet prinċipali jew sekondarji. Tipikament, l-output tal-attivitajiet anċillari jidher bħala input fit-tipi differenti tal-attività produttiva.

b'konvenzjoni, dawn jistgħu ma jkunux jinkludu l-produzzjoni ta' GFCF ta' prodotti mhux agrikoli (bħal binjiet jew makkinarji) għal użu intern. Il-produzzjoni għall-konsum finali proprju hi preżunta li hi attività separabbli u tiġi rreġistrata bħala l-produzzjoni ta' KAU lokali identifikabbli. Servizzi tal-akkomodazzjoni li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-impjegati bħala remunerazzjoni in natura għandhom jiġu trattati bl-istess mod (dawn jiġu rreġistrati bħala remunerazzjoni in natura fil-ġenerazzjoni tal-kont tal-introjtu),”;

(r)

il-paragrafu 1.29 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.29.

Żewġ tipi ewlenin ta' attività sekondarja mhux agrikola inseperabbli jistgħu jiġu distinti:

1.

Attivitajiet li jirrappreżentaw kontinwazzjoni ta' attività agrikola u li jużaw prodotti agrikoli. Din it-tip ta' attività tista' tinstab f'ħafna mill-Istati Membri tal-UE. L-ipproċessar tal-prodotti agrikoli hu l-attività tipika ta' dan il-grupp:

 

L-ipproċessar tal-prodotti agrikoli

ħalib f'butir, krema, ġobnijiet, jogurt u prodotti oħra tal-ħalib,

frott u ħxejjex f'meraq tal-frott, ikel fil-laned, xorb alkoħoliku u prodotti oħra,

għeneb, most u nbid fi prodotti alkoħoliċi (eż. inbid frizzanti, bħax-Champagne, u spiriti, bħal Cognac),

immaljar ta' materjal tal-ħaxix/tessili/suf,

il-produzzjoni ta' paté, foie gras u prodotti oħra tal-laħam ipproċessat,

l-ipproċessar ta' prodotti agrikoli oħra,

 

L-ikklassifikar u l-ippakkjar tal-prodotti agrikoli, eż. bajd u patata.

2.

Attivitajiet li jinvolvu lill-azjenda agrikola u l-mezzi tagħha tal-produzzjoni agrikola (tagħmir, installazzjonijiet, binjiet, ħaddiema). Bażikament, dawn l-attivitajiet huma dawn li ġejjin:

agrituriżmu — ikkampjar, catering, lukandi, tipi varji ta' akkomodazzjoni, eċċ.,

ħwienet agrikoli — attivitajiet ta' kummerċ bl-imnut li jikkonċernaw prodotti oħra għajr dawk mill-azjenda. Il-bejgħ dirett ta' prodotti agrikoli, nejjin jew ipproċessati, jiġi rreġistrat fl-output tal-prodotti kkonċernati,

sport u rikreazzjoni rurali — l-użu tal-art għal attivitajiet bħal golf, irkib taż-żwiemel, kaċċa, sajd, eċċ.,

servizzi għal terzi persuni — eż. il-kiri u t-tiswija ta' makkinarju agrikolu, proġetti tat-tisqija, servizzi ta' konsulenza agrikola, ħżin tal-prodotti, manutenzjoni tal-binjiet tal-farms, servizzi kummerċjali relatati mal-prodotti agrikoli, trasport tal-prodotti agrikoli, eċċ. Dawn is-servizzi għandhom jiġu rreġistrati bħala attivitajiet sekondarji biss jekk tagħmilhom xi parti terza. Meta jitwettqu għall-użu intern, dawn ikunu attivitajiet anċillari, u ma għandhomx jiġu rreġistrati fil-kontijiet (cf. 1.27),

servizzi ta' tisbiħ tal-pajsaġġ — qtugħ tal-ħaxix, tiżbir taċ-ċnut tal-arbuxell, tneħħija tal-borra, l-ippjanar u t-tħawwil u l-manutenzjoni ta' żoni ekoloġiċi u mkejjen simili,

pixxikultura,

attivitajiet oħra li jinvolvu l-użu tal-art u l-mezzi tal-produzzjoni agrikola. Dawn l-attivitajiet oħra se jinkludu r-R&D, jekk ma jsirux minn KAUs lokali separati u jekk possibbli għandhom jiġu stmati.”;

(s)

il-paragrafu 1.33 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Skont il-ESA 2010, l-output tal-industrija jirrappreżenta l-prodotti kollha prodotti tul il-perjodu kontabbilistiku kkonċernat mill-unitajiet kollha tal-industrija għajr għall-oġġetti u s-servizzi prodotti u kkonsmati tul l-istess perjodu kontabbilistiku mill-istess unità. Il-kejl tal-output agrikolu hu bbażat fuq l-adattament ta' din ir-regola tal-ESA, u bl-inklużjoni fl-output agrikolu ta' parti mill-output ikkonsmat mill-unitajiet agrikoli stess (cf. 2.032 sa 2.036). Għalhekk fil-EAA, l-output agrikolu jirrappreżenta s-somma tal-output mill-unitajiet kollha fl-industrija (għajr l-output għall-konsum intermedju mill-istess unità), plus l-output użat bħala konsum intermedju mill-istess unità, diment li dan l-output ikun jikkonċerna żewġ attivitajiet bażiċi differenti (bħal prodotti ta' għelejjel maħsuba biex jintużaw bħala għalf tal-annimali) u li jkun jissodisfa ċerti kriterji (stabbiliti fi 2.055).”;

(t)

il-paragrafu 1.37 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.37.

Il-EAA huma bbażati fuq sekwenza ta' kontijiet interkonnessi. Fil-ESA 2010, is-sekwenza sħiħa tal-kontijiet tinkludi l-kontijiet kurrenti, il-kontijiet tal-akkumulazzjoni u l-karti bilanċjali (ESA 2010, 1.113 sa 1.115). Permezz ta' dawn il-kontijiet differenti, ikunu jistgħu jiġu rreġistrati tranżazzjonijiet u flussi oħra marbuta ma' aspetti speċifiċi taċ-ċiklu ekonomiku (pereżempju, il-produzzjoni) f'qafas ordnat. Dawn it-tranżazzjonijiet ivarjaw mill-ġenerazzjoni ta' introjtu permezz ta' akkumulazzjoni ta' introjtu fil-forma ta' assi, sad-distribuzzjoni u r-ridistribuzzjoni. Imbagħad l-entrati saldatorji li jitnaqqsu minnhom jintużaw bħala aggregati għall-kejl tal-prestazzjoni ekonomika.”;

(u)

il-paragrafu 1.38 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.38.

Il-kontijiet kurrenti għandhom x'jaqsmu mal-produzzjoni, u mal-ġenerazzjoni, id-distribuzzjoni u r-ridistribuzzjoni tal-introjtu relatati u mal-użu tiegħu bħala konsum finali; permezz tagħhom ikun jista' jiġi kkalkulat “it-tfaddil”, li hu komponent essenzjali tal-akkumulazzjoni. Il-kontijiet tal-akkumulazzjoni janalizzaw il-komponenti varji tal-bidliet fl-assi u fl-obbligazzjonijiet tal-unitajiet u permezz tagħhom ikun jista' jiġi rreġistrat it-tibdil fil-valur nett (id-differenza bejn l-assi u l-obbligazzjonijiet). Il-karti bilanċjali juru l-assi u l-obbligazzjonijiet totali tal-unitajiet fil-bidu u fit-tmiem tal-perjodu kontabbilistiku, flimkien mal-valur nett tagħhom. Il-flussi għal kull partita tal-assi jew obbligazzjonijiet irreġistrata fil-kontijiet tal-akkumulazzjoni jerġgħu jiġu eżaminati fil-kont tal-“bidliet fil-karti bilanċjali” (ESA 2010, 8.02 sa 8.09 u t-tabella 8.1).”;

(v)

il-paragrafu 1.39 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.39.

Is-sekwenza tal-kontijiet imsemmija hawn fuq tapplika għall-unitajiet istituzzjonali, is-setturi u s-sottosetturi, u l-ekonomija totali. Il-ESA 2010 tassumi li ma hemmx għalfejn tiġi kkumpilata sekwenza sħiħa tal-kontijiet għal KAU lokali u għal industrija għax dawn l-unitajiet rari jkollhom il-kapaċità li jżommu l-oġġetti jew l-assi f'isimhom jew li jirċievu u jiddistribwixxu l-introjtu.”;

(w)

fil-paragrafu 1.43, it-Tabelli 1 sa 4 jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

“A.   Kontijiet kurrenti

Tabella 1: Kont tal-produzzjoni

Użi

Riżorsi

P.2

Konsum intermedju

50

P.1

Output

100

B.1 g

Valur miżjud gross

50

 

P.51c

Konsum tal-kapital fiss

10

B.1n

Valur miżjud nett

40

Tabella 2: Kont tal-ġenerazzjoni tal-introjtu

Użi

Riżorsi

 

 

D.1

Kumpens tal-impjegati

10

B.1n

Valur miżjud nett

40

D.29

Taxxi oħra fuq il-produzzjoni

5

 

D.39

Sussidji oħra fuq il-produzzjoni

-10

B.2n/B.3n

Surplus operatorju, nett/Introjtu mħallat, nett

35

Tabella 3: Kont tal-introjtu imprenditorjali

Użi

Riżorsi

D.4

Introjtu mill-proprjetà

10

B.2n/B.3n

Surplus operatorju, nett/Introjtu mħallat, nett

35

D.41

Imgħax

5

 

D.45

Renta

5

D.4

Introjtu mill-proprjetà

1

 

D.41

Imgħax

1

D.42

Introjtu distribwit tal-korporazzjonijiet

 

D.43

Qligħ riinvestit fuq investiment barrani dirett

 

D.44

Introjtu ieħor mill-investiment

 

D.45

Renta

 

B.4n

Introjtu imprenditorjali, nett

26

 

 

 

B.   Kontijiet tal-akkumulazzjoni

Tabella 4: Kont kapitali

Bidliet fl-assi

Bidliet fl-obbligazzjonijiet u l-valur nett

B.101

Bidla fil-valur nett minħabba tfaddil u trasferimenti kapitali

 

B.8n

Tfaddil, nett

 

D.9r

Trasferimenti kapitali, riċevibbli

10

D.92r

Għotjiet għall-investiment, riċevibbli

5

D.99r

Trasferimenti kapitali oħra, riċevibbli

5

D.9p

Trasferimenti kapitali, pagabbli

D.91p

Taxxi kapitali, pagabbli

D.99p

Trasferimenti kapitali oħra, pagabbli

P.51 g

Formazzjoni tal-kapital fiss gross (GFCF)

100

B.101

Bidliet fil-valur nett dovuti għal tfaddil u trasferimenti kapitali

P.511

Akkwiżizzjoni minus ċessjonijiet ta' assi fissi (GFCF bħala assi fissi)

89

 

P.511a

GFCF tal-pjantaġġuni

10

P.511b

GFCF tal-bhejjem

15

P.511c

GFCF tal-makkinarju u t-tagħmir

20

P.511d

GFCF tat-tagħmir tat-trasport

20

P.511e

GFCF tal-binjiet tal-farms

20

P.511f

GFCF ta' xogħol ieħor għajr it-titjib tal-artijiet (binjiet, strutturi oħra, eċċ.)

0

P.511 g

Titjib maġġuri tal-art

4

P.511h

Riċerka u żvilupp

0

P.511i

GFCF oħra (eż. programmi tal-kompjuter, drittijiet tal-produzzjoni)

0

P.512

Kostijiet tat-trasferiment tas-sjieda fuq assi mhux prodotti (art, eċċ.)

1

P.51c

Konsum tal-kapital fiss

10

P.52

Bidliet fl-inventarji

5

P.53

Akkwiżizzjonijiet minus ċessjonijiet ta' oġġetti ta' valur

 

NP

Akkwiżizzjonijiet minus ċessjonijiet ta' assi mhux prodotti (art, eċċ.)

 

B.9

Self mogħti nett (+)/(Self miksub nett (-)

 

K.1

Apparenza ekonomika tal-assi

 

K.2

Għajbien ekonomiku ta' assi mhux prodotti

 

(x)

il-paragrafu 1.44 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.44.

Wieħed jenħtieġ iżomm f'moħħu li t-tranżazzjonijiet u l-istokkijiet imniżżla bil-korsiv fit-Tabelli 3 u 4 huma entrati li:

mhumiex rilevanti għall-EAA għax jintuża l-kunċett ta' industrija u s-sekwenza tal-kontijiet mhix sħiħa. L-intestaturi kkonċernati huma l-intestaturi D.42. Introjtu distrubwit tal-korporazzjonijiet, D.43. Qligħ riinvestit fuq investiment barrani dirett, D.44. Introjtu minn investiment ieħor u D.45. Renti taħt Riżorsi tat-Tabella 3, u l-intestaturi B.8n Tfaddil, nett, B.101. Bidliet fil-valur nett dovuti għat-tfaddil u trasferimenti kapitali u B.9. Self mogħti nett (+)/Self miksub nett(-) fit-Tabella 4, jew

mhumiex irreġistrati minħabba nuqqas ta' informazzjoni affidabbli jew għax bħalissa għandhom interess limitat għall-finijiet tal-EAA. L-intestaturi inkwistjoni huma D.9p Trasferimenti kapitali, pagabbli, D.91p Taxxi kapitali, pagabbli u D.99p Trasferimenti kapitali oħra, pagabbli p. 53 Akkwiżizzjonijiet minus ċessjonijiet ta' oġġetti ta' valur, NP Akkwiżizzjonijiet minus ċessjonijiet ta' assi mhux prodotti (art u assi oħra mhux prodotti), K.1 Apparenza ekonomika tal-assi, K.2 Għajbien ekonomiku ta' assi mhux prodotti, fit-Tabella 4. Uħud minnhom (eż. D.91, K.1, K.2) jistgħu jiġu rreġistrati fil-EAA f'data oħra aktar tard.”;

(y)

fil-paragrafu 1.46, l-aħħar żewġ sentenzi jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

“Fil-każ tal-impriżi mhux inkorporati fis-settur tal-unitajiet domestiċi, l-entrata saldatorja ta' dan il-kont fiha b'mod impliċitu element li jikkorrispondi għar-remunerazzjoni għax-xogħol imwettaq mis-sid jew minn membri tal-familja. Dan l-introjtu minn impjieg għal rasu għandu karatteristiċi ta' pagi u salarji, u karatteristiċi ta' profitt minħabba xogħol imwettaq bħala imprenditur. Dan l-introjtu, li strettament la hu pagi u lanqas profitti biss, jissejjaħ “introjtu mħallat” (ESA 2010, 8.19).”;

(z)

il-paragrafu 1.59 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.59.

Skont il-ESA 2010, l-industrija tikkorrispondi għall-grupp ta' KAUs lokali involuti fl-istess attività prinċipali jew f'waħda simili għaliha. Fl-aktar livell dettaljat tal-klassifikazzjoni, industrija tinkludi lil KAUs lokali kollha fl-istess klassi (erba' ċifri) tan-NACE Rev. 2 u għalhekk li hi involuta fl-istess attività kif definita f'din in-nomenklatura (ESA 2010, 2.150). Għalhekk, definizzjoni tal-qasam tal-industrija agrikola teħtieġ dikjarazzjoni preċiża ta':

l-attivitajiet karatteristiċi tagħha,

l-unitajiet karatteristiċi tal-EAA.”;

(a)

il-paragrafu 1.60 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.60.

L-industrija agrikola, kif deskritta fil-EAA, fil-prinċipju tikkorrispondi għad-Diviżjoni 01 tan-NACE Rev. 2 bid-differenzi murija fil-paragrafi 1.62 sa 1.66 li ġejjin.”;

(bb)

il-paragrafu 1.63 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.63.

Il-lista tal-attivitajiet agrikoli karatteristiċi tal-EAA tikkorrispondi għal dawn is-seba' gruppi ta' attivitajiet (01,1 sa 01,7), iżda bid-differenzi li ġejjin:

l-inklużjoni tal-produzzjoni tal-inbid u taż-żejt taż-żebbuġa (esklussivament permezz ta' għeneb u żebbuġ imkabbra mill-istess azjenda),

l-esklużjoni ta' ċerti attivitajiet li, fin-NACE Rev. 2, jitqiesu bħala servizzi agrikoli (eż. it-tħaddim ta' sistemi ta' irrigazzjoni — ix-xogħol kuntrattwali agrikolu biss jitqies hawn).”;

(cc)

fil-paragrafu 1.78, it-tielet sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Għalhekk, il-flussi li jdaħħlu l-bdiewa minn attivitajiet bħal dawn għandhom jiġu esklużi mill-EAA.”;

(dd)

il-paragrafu 1.93 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.93.

L-industrija agrikola tal-EAA, kif definita fit-Taqsimiet 1.62 sa 1.66, hi xi ftit differenti mill-fergħa kif definita għall-finijiet tal-kontijiet nazzjonali. Id-differenzi għandhom x'jaqsmu mad-definizzjoni kemm tal-attivitajiet kif ukoll tal-unitajiet karatteristiċi. Fil-qosor, dawn jinkludu dan:

l-industrija agrikola tal-EAA = fergħa agrikola tal-NA (tal-kontijiet nazzjonali) (id-Diviżjoni 01 tan-NACE Rev.2)

Produzzjoni ta' unitajiet li jipprovdu servizzi agrikoli assoċjati għajr ix-xogħol kuntrattwali agrikolu (eż. it-tħaddim ta' sistemi tal-irrigazzjoni)

Unitajiet li għalihom l-attività agrikola tirrappreżenta biss attività ta' divertiment u li huma inklużi fil-kontijiet nazzjonali, cf. ESA 2010, 3.08

+

Produzzjoni ta' unitajiet tal-produzzjoni tal-inbid u taż-żejt taż-żebbuġa (esklussivament permezz ta' għeneb u żebbuġ imkabbra mill-istess unità (iggruppar ta' produtturi, koperattivi, eċċ.))

+

Attivitajiet agrikoli sekondarji separabbli ta' unitajiet li l-attività ewlenija tagħhom mhix agrikola (cf. 1.18)”.

(5)

It-Taqsima II hi emendata kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2.008 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.008.

Il-ESA 2010 (1.101 sa 1.105) tirreġistra flussi (speċjalment tranżazzjonijiet fi prodotti u tranżazzjonijiet distributtivi) fuq bażi tad-dovuti, fi kliem ieħor, fil-mument meta l-valur ekonomiku, l-ammont dovut jew il-pretensjoni jinħolqu, jiġu trasformati, jiġu kkanċellati jew ma jibqgħux jeżistu, u mhux meta jsir effettivament il-pagament.”;

(b)

il-paragrafu 2.010 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.010.

Fil-ESA 2010, il-produzzjoni titqies bħala proċess kontinwu li matulu l-oġġetti u s-servizzi jinqalbu f'oġġetti u servizzi oħra. Dan il-proċess jista' jsir tul perjodi differenti, u dan jiddependi fuq il-prodotti, u l-perjodi jistgħu jaqbżu l-perjodu kontabbilistiku. Il-karatterizzazzjoni tal-produzzjoni, flimkien mal-prinċipju tad-dovuti, għalhekk iwasslu għar-reġistrazzjoni tal-output fil-għamla ta' xogħol fl-idejn. Għalhekk, skont il-ESA 2010 (3.54), l-output tal-prodotti agrikoli għandu jiġi rreġistrat daqslikieku ġie prodott kontinwament tul il-perjodu kollu tal-produzzjoni (u mhux sempliċiment meta jinħasdu l-għelejjel jew meta jinqatlu l-annimali). It-tkabbir tal-għelejjel, l-injam mhux maqtugħ u l-istokkijiet tal-ħut jew tal-annimali mrobbija għall-konsum mill-bniedem għandhom jitqiesu bħala xogħol fl-idejn tul il-proċess tal-produzzjoni, u jinbidlu f'inventarji ta' prodotti lesti malli jitlesta l-proċess. L-output jeskludi kwalunkwe bidliet fir-riżorsi bijoloġiċi mhux ikkultivati, pereżempju t-tkabbir tal-annimali, l-għasafar, il-ħut li jgħixu fis-selvaġġ jew it-tkabbir ta' foresti mhux ikkultivati, iżda jinkludi l-qabdiet tal-annimali, l-għasafar, il-ħut li jgħixu fis-selvaġġ.”;

(c)

il-paragrafu 2.011 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.011.

Ir-reġistrazzjoni tal-output bħala xogħol fl-idejn hu mixtieq u meħtieġ għall-analiżi ekonomika meta l-proċess tal-produzzjoni jseħħ tul perjodu li jaqbeż il-perjodu kontabbilistiku. B'hekk tkun tista' tinżamm il-konsistenza bejn ir-reġistrazzjoni tal-kostijiet u r-reġistrazzjoni tal-output biex tinkiseb data sinifikanti fuq il-valur miżjud. L-EAA huma bbażati fuq is-sena kalendarja, u għalhekk ir-reġistrazzjoni ta' xogħol fl-idejn jista' jkun preżunt li japplika biss għal prodotti li l-proċess tal-produzzjoni tagħhom ma tlestiex sal-aħħar tas-sena kalendarja (iżda anki meta l-livell tal-prezz ġenerali jsirlu tibdil malajr ħafna tul il-perjodu kontabbilistiku).”;

(d)

fil-paragrafu 2.014, l-aħħar sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Matul il-proċess tal-produzzjoni, il-valur li jrid jiġi rreġistrat kull sena bħala output ta' xogħol fl-idejn jista' jinkiseb bid-distribuzzjoni tal-valur mistenni tal-prodott lest fi proporzjon għall-kostijiet imġarrba f'kull perjodu (2008 SNA, 6. 112).”;

(e)

fil-paragrafu 2.017, it-tieni sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Meta jkun possibli li ssir distinzjoni bejn l-annimali żgħar fl-età skont l-użu futur tagħhom, jenħtieġ li l-annimali maħsuba biex jintużaw bħala fattur tal-produzzjoni jiġu rreġistrati bħala GFCF minnufih fit-twelid (GFCF proprji, li jiġi rreġistrat meta jiġi prodott), jiġifieri dawn jitqiesu bħala xogħol fl-idejn u t-tkabbir tagħhom jiġi rreġistrat bħala output, cf. ESA 2010, 3.134).”;

(f)

fl-intestatura tal-parti B “(cf. ESA 95, 3.07 sa 3.58)” tiġi sostitwita bi

“(cf ESA 2010, 3.07 sa 3.54)”;

(g)

il-paragrafu 2.032 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.032.

L-output hu t-total tal-prodotti maħluqa tul il-perjodu kontabbilistiku (ESA 2010, 3.14). Hu importanti li tinżamm id-distinzjoni bejn it-terminu “output” u t-terminu “produzzjoni”; filwaqt li l-output jirrappreżenta l-oġġetti u s-servizzi riżultanti, il-produzzjoni tirrappreżenta l-proċess.”;

(h)

fil-paragrafu 2.033, l-aħħar sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Għalhekk dawn ma jiġux irreġistrati bħala parti mill-output jew bħala konsum intermedju ta' dik il-KAU lokali.”;

(i)

fil-paragrafu 2.036, l-ewwel sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Għalkemm mhix proposta tal-ESA 2010, ir-regola adottata fl-EAA prevista mill-SNA minħabba n-natura speċjali tal-agrikoltura, u mill-manwal metodoloġiku tal-FAO (1).”;

(j)

il-paragrafu 2.041 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.041.

Skont il-ESA 2010, hemm tliet tipi ta' telf li jistgħu jġarrbu l-produtturi: telf rikurrenti fl-inventarji (ESA 2010, 3.147), telf eċċezzjonali fl-inventarji (ESA 2010, 6.13.e) u telf katastrofiku (ESA 2010, 6.08 u 6.09).”;

(k)

il-paragrafu 2.059 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.059.

Taħt l-intestatura tal-ipproċessar mill-produtturi jiġu rreġistrati l-kwantitajiet prodotti għal aktar ipproċessar mill-produtturi agrikoli (eż. il-ħalib ipproċessat biex isir il-butir jew il-ġobon, it-tuffieħ ipproċessat biex isir il-most tat-tuffieħ jew is-sidru) iżda biss fil-qafas tal-attivitajiet tal-ipproċessar li huma separabbli mill-attività agrikola ewlenija (abbażi tad-dokumenti kontabbilistiċi, cf. 1.26). Jenħtieġ li jiġu rreġistrati biss il-prodotti mhux ipproċessati (eż. il-ħalib u t-tuffieħ mhux ipproċessati), u mhux il-prodotti ipproċessati minnhom (eż. il-butir, il-most tat-tuffieħ jew is-sidru). Fi kliem ieħor, ix-xogħol inkorporat fl-ipproċessar tal-prodotti agrikoli ma jiġix ikkunsidrat taħt din l-intestatura.”;

(l)

fil-paragrafu 2.065, it-tieni sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Jenħtieġ ikun innutat li l-bejgħ tal-annimali klassifikati bħala assi fissi, li jittieħdu mill-merħla produttiva (esportazzjonijiet jew qatliet) ma jiġix irreġistrat bħala bejgħ.”;

(m)

il-paragrafu 2.077 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.077.

Il-kunċett ta' “output totali” biex jitkejjel l-output tal-attività agrikola jinkludi l-kummerċ f'oġġetti u servizzi agrikoli bejn l-unitajiet agrikoli kif ukoll bħala konsum intern bejn l-unitajiet ta' prodotti tal-għalf tal-bhejjem (li jistgħu jiġu kummerċjalizzati jew le).”;

(n)

jiddaħħal il-paragrafu ġdid 2.080.1:

“2.080.1.

Skont il-ESA 2010, 3.82 Riċerka u żvilupp (R&D) huma xogħol kreattiv imwettaq fuq bażi sistematika biex tiżdied id-damma tal-għarfien, u l-użu ta' din id-damma tal-għarfien sabiex jiġu skoperti jew żviluppati prodotti ġodda, inkluż verżjonijiet imtejba jew l-iżvilupp ta' prodotti ġodda, inkluż verżjonijiet jew kwalitajiet imtejba ta' prodotti eżistenti, jew jiġu skoperti jew żviluppati proċessi ġodda jew aktar effiċjenti tal-produzzjoni. L-R&D ta' daqs sinifikanti relattivi għall-attività ewlenija jiġu rreġistrati bħala attività sekondarja ta' KAU lokali. Meta possibbli għandha tiġi distinta KAU lokali separata għall-R&D, li ma tkunx allokata għall-industrija agrikola. Għall-unitajiet li għandhom attivitajiet tal-R&D, jekk ma jkunux jistgħu jiġu allokati lil KAU lokali separata u jekk ma tkunx tista' tiġi stmata n-nefqa tal-R&D fuq l-attivitajiet agrikoli, dawn l-istimi jenħtieġ jiġu rreġistrati bħala output agrikolu bħala “attivitajiet sekondarji mhux agrikoli inseparabbli oħrajn” (produzzjoni tagħhom stess) u bħala GFCF.”;

(o)

il-paragrafu 2.081 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.081.

Skont id-definizzjoni tal-output tal-industrija agrikola (cf. 1.16), l-output tal-industrija agrikola jikkonsisti mis-somma tal-output tal-prodotti agrikoli (cf. 2.076 sa 2.077) u tal-oġġetti u s-servizzi prodotti f'attivitajiet sekondarji mhux agrikoli inseparabbli (cf. 2.078 sa 2.080.1).”;

(p)

il-paragrafu 2.082 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.082.

L-output għandu jiġi vvalwat skont il-prezz bażiku. Il-prezz bażiku hu l-prezz riċevibbli mill-produtturi mingħand ix-xerrej għal unità ta' oġġett jew servizz prodotti bħala output minus kwalunkwe taxxa (jiġifieri taxxi fuq prodotti) pagabbli fuq dik l-unità minħabba l-produzzjoni jew il-bejgħ tagħha plus kwalunkwe sussidju (jiġifieri sussidji fuq prodotti) riċevibbli fuq dik l-unità minħabba l-produzzjoni jew il-bejgħ tagħha. Il-prezz bażiku jeskludi kwalunkwe tariffi għat-trasport iffatturati separatament mill-produttur. Dan jeskludi wkoll il-qligħ u t-telf nominali fuq assi finanzjarji u mhux finanzjarji (cf. ESA 2010, 3.44).”;

(q)

fil-paragrafu 2.085, l-ewwel sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Il-prezz miksub mill-produttur jikkorrispondi għall-prezz tal-produttur (mingħajr ma jinkludi l-VAT iffatturata) kif definit fl-SNA 2008, 6.51 sa 6.54 (jiġifieri l-prezz ex-farm).”;

(r)

fl-intestatura tal-parti C “(cf. ESA 95, 3.69 sa 3.73)” tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“(cf. ESA 2010, 3.88 sa 3.92)”;

(s)

il-paragrafu 2.089 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.089.

Il-konsum intermedju jirrappreżenta l-valur tal-oġġetti u s-servizzi kollha użati bħala inputs fil-proċess tal-produzzjoni, għajr l-assi fissi li l-konsum tagħhom jiġi rreġistrat bħala konsum tal-kapital fiss. L-oġġetti u s-servizzi kkonċernati jiġu trasformati jew inkella jintużaw fil-proċess tal-produzzjoni (cf. ESA 2010, 3.88). Fi klassifikazzjoni dettaljata skont kategoriji differenti ta' oġġetti, il-konsum intermedju juri l-irbit tal-agrikoltura ma' fergħat oħra tal-ekonomija li jiġri kawża tal-inputs. Il-konsum intermedju jintuża wkoll fil-kalkolu tal-intensitajiet tal-fatturi (jiġifieri l-proporzjon ta' żewġ fatturi tal-produzzjoni, pereżempju tal-konsum intermedju u tal-input lavorattiv).”;

(t)

il-paragrafu 2.090 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.090.

Il-konsum intermedju jeskludi l-assi fissi akkwistati ġodda jew eżistenti li ġew prodotti fl-ekonomija jew li ġew importati: dawn jiġu rreġistrati bħala GFCF (cf. 2.109(c) sa (f)). Dan jikkonċerna entrati li huma assi fissi mhux agrikoli, bħall-binjiet jew strutturi oħra, magni u tagħmir, kif ukoll assi fissi agrikoli bħal pjantaġġuni u l-annimali produttivi. Anki l-akkwiżizzjoni ta' assi mhux prodotti, bħall-art, hija eskluża bl-istess mod mill-konsum intermedju. L-għodod li mhumiex għaljin u li jintużaw għal operazzjonijiet komuni, bħal srieraq, imrietel, tornaviti, spaners, renċi u għodod oħra tal-idejn, apparati żgħar bħal kalkulaturi tal-but jiġu rreġistrati bħala konsum intermedju.”;

(u)

il-paragrafu 2.094 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.094.

Il-kummerċ tal-bhejjem, li hu simili għall-istokk ta' xogħol fl-idejn (bħal qżieqeż u bajd għat-tfaqqis) u li jsir bejn unitajiet agrikoli, u l-importazzjonijiet tal-bhejjem, ma jiġux irreġistrati bħala konsum intermedju (jew bħala kwalunkwe tip ta' output) (cf. 2.066 sa 2.070).”;

(v)

il-paragrafu 2.107.1 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.107.1.

Skont il-konvenzjoni tal-ESA 2010, jenħtieġ li l-valur tas-servizzi ta' intermedjazzjoni finanzjarja miżurata indirettament (FISIM) użati mill-industrija tal-agrikoltura jiġi rreġistrat bħala konsum intermedju tal-industrija tal-agrikoltura (cf. ESA 2010, il-Kapitolu 14).”;

(w)

il-paragrafu 2.108 jiġi emendat kif ġej:

(i)

il-punt (a) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

renti mħallsa, direttament jew inkella bħala komponent ta' ftehim ta' kiri, għall-użu ta' binjiet mhux residenzjali u assi kapitali oħra (kemm tanġibbli jew intanġibbli) bħall-kiri ta' magni u tagħmir mingħajr il-persunal operatorju (cf. 1.23) jew softwer tal-kompjuter. Madankollu, jekk ma tkun tista' ssir l-ebda distinzjoni bejn il-kiri ta' binjiet mhux residenzali minn KAU lokali agrikola u l-kiri tal-art, għandu jiġi rreġistrat kollox bħala kiri ta' art fil-kont tal-introjtu tal-impriża (cf. 3.082);”;

(ii)

il-punt (d) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(d)

xiri ta' servizi ta' riċerka tas-suq u reklamar, nefqa fuq taħriġ tal-persunal u servizzi simili;”;

(iii)

il-punt (o) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(o)

pagamenti lil korpi pubbliċi sabiex jinkisbu liċenzi jew permessi biex isiru attivitajiet kummerċjali jew professjonali, jekk il-permessi jkunu soġġetti għal skrutinju dettaljat għal finijiet regolatorji (sakemm l-imposti ma jkunux sproporzjonati għall-benefiċċji tas-servizzi kkonċernati, cf. 3.048(e), u ESA 2010, 4.80(d));”;

(iv)

il-punt (p) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(p)

xiri ta' għodod żgħar li ma jiswewx ħafna, ilbies għax-xogħol, spare parts u tagħmir durabbli użat biex iwettaq operazzjonijiet relattivament sempliċi (ESA 2010 3.89(f)(1) u SNA 2008, 6.225);”;

(v)

il-punt (q) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(q)

miżati għal kuntratti, lokazzjonijiet u liċenzji ta' terminu qasir irreġistrati bħala assi mhux prodotti; dan jeskludi x-xiri dirett ta' dawn l-assi mhux prodotti.”;

(x)

il-paragrafu 2.109 jiġi emendat kif ġej:

(i)

fil-punt (b), l-aħħar sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Minkejja dan, l-impjegaturi huma kkunsidrati li jeħtieġu dan it-tip ta' servizz biex jattiraw u jżommu l-impjegati tagħhom (li normalment xorta jkollhom iħallsu għalihom) u mhux minħabba l-ħtiġijiet tal-proċess tal-produzzjoni nnifsu (cf. SNA 2008, 7.51);”;

(ii)

fil-punt (f), l-ewwel sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“(f)

xiri ta' servizzi relatati mal-akkwiżizzjoni ta' sjieda ta' art, binjiet u oġġetti oħra eżistenti tal-kapital fiss, bħal miżati għall-intermedjarji, avukati, esperti tal-perizja, inġiniera, eċċ. kif ukoll miżati għal entrati fir-reġistru tal-artijiet (cf. ESA 2010, 3.133).”;

(y)

fil-paragrafu 2.111, l-aħħar sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Il-prezz tax-xerrej jinkludi wkoll kwalunkwe tariffi tat-trasport imħallsa separatament mix-xerrej għal twassil fil-ħin u fil-post meħtieġa; wara li jitnaqqsu kwalunkwe skontijiet għal xiri bl-ingrossa jew off-peak mill-prezzijiet standard jew mit-tariffi; għajr l-imgħax jew tariffi ta' servizz magħduda taħt arranġamenti ta' kreditu; għajr kwalunkwe tariffi oħra mġarrba minħabba nuqqas ta' ħlas matul il-perjodu stipulat meta jkun sar ix-xiri (ESA 2010, 3.06).”;

(aa)

fl-intestatura tat-Taqsima D “(cf. ESA 95 3.100 sa 3.116)” tiġi sostitwita bi

“(cf. ESA 2010 3.122 sa 3.157)”;

(bb)

il-paragrafu 2.115 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.115.

Il-formazzjoni tal-kapital gross tikkonsisti minn:

GFCF (P.51 g),

bidliet fl-inventorji (P.52),

akkwiżizzjonijiet minus ċessjonijiet ta' oġġetti ta' valur (P.53).”;

(cc)

il-paragrafu 2.117 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.117.

Il-formazzjoni tal-kapital gross jitkejjel bil-konsum tal-kapital fiss inkluż (P.51c).

Il-formazzjoni tal-kapital nett (P.51n) tinkiseb bi tnaqqis tal-konsum tal-kapital fiss mill-formazzjoni tal-kapital gross. Il-konsum tal-kapital fiss hi l-valur tad-deprezzament tal-oġġetti ta' kapital fiss minħabba l-użu u d-deterjorament normali tul il-proċess tal-produzzjoni (cf. 3.099).”;

(dd)

fit-Taqsima D, is-subintestatura “1. GFCF” tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“1.    Formazzjoni tal-kapital fiss gross (GFCF)”;

(ee)

il-paragrafu 2.118 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.118.

Il-GFCF tikkonsisti minn akkwiżizzjonijiet tal-produtturi residenti, minus ċessjonijiet, ta' assi fissi matul il-perjodu partikolari, u plus ċertu żidiet fil-valur tal-assi mhux prodotti li joħorġu mill-attività produttiva tal-produttur jew tal-unitajiet istituzzjonali (ESA 2010 3.125 sa 3.129). L-assi fissi huma assi prodotti li jintużaw fil-produzzjoni għal aktar minn sena (cf. ESA 2010, 3.124 u l-Anness 7.1).”;

(ff)

il-paragrafu 2.122 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.122.

Id-determinazzjoni tal-GFCF ta' setturi jew fergħat tal-ekonomija hi bbażata fuq il-kriterju tas-sjieda (akkwiżizzjoni, ċessjoni) u mhux fuq dak tal-użu tal-oġġetti. Jenħtieġ ikun innotat li l-assi fissi miksuba minn lokazzjoni finanzjarja (iżda mhux dak li sempliċiment qed jinkrew) jitqiesu bħala assi tal-lokatarju, jekk il-lokatarju jkun il-produttur) u mhux ta' lokatur, li jżomm assi finanzjarja ekwivalenti għal pretensjoni nozzjonali (cf. 2.109(d) u l-Kapitolu 15 tal-ESA 2010 dwar id-distinzjoni bejn il-forom differenti ta' kiri ta' oġġetti durabbli) (1).”;

(gg)

fil-paragrafu 2.123, l-ewwel sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“L-applikazzjoni tal-kriterju tas-sjieda tiddependi fuq is-sistema statistika li skontha tiġi kkalkulata l-GFCF.”;

(hh)

il-paragrafu 2.124 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.124.

L-akkwiżizzjoni ta' assi fissi tikkonsisti minn assi fissi ġodda jew eżistenti li nkisbu (mixtrija, akkwistati bi tpartit, irċevuta bħala trasferiment kapitali in natura, jew akkwistati bħala lokazzjoni finanzjarja), assi fissi prodotti u miżmuma għall-użu tal-produttur stess, titjib maġġuri f'assi fissi u f'assi tanġibbli mhux prodotti, tkabbir naturali f'assi agrikoli (bhejjem u pjantaġġuni) u kostijiet assoċjati mat-trasferiment tas-sjieda ta' assi mhux prodotti (cf. ESA 2010, 3.125(a)).”;

(ii)

jitħassar il-paragrafu 2.125.

(jj)

fil-paragrafu 2.126, l-ewwel sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Ix-xiri jew il-produzzjoni għall-użu proprju ta' sett ta' oġġetti durabbli meħtieġa għal installazzjoni inizjali jikkostitwixxu formazzjoni tal-kapital fiss.”;

(kk)

il-paragrafu 2.129 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.129.

L-SNA 2008 tispeċifika li t-titjib fl-assi fissi jenħtieġ jiġi stabbilit skont id-daqs tal-bidliet fil-karatteristiċi tal-assi fissi — jiġifieri skont il-bidliet maġġuri fil-qies, l-għamla, il-prestazzjoni, il-kapacità jew it-tul antiċipat tas-servizz – jew skont il-fatt li t-titjib mhuwiex tat-tipi tal-bidliet osservati li jseħħu b'rutina f'assi fissi oħra tal-istess tip, bħala parti minn programmi ordinarji tal-manutenzjoni u tat-tiswija (cf. SNA 2008, 10.43 u 10.46).”;

(ll)

il-paragrafu 2.130 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.130.

Iċ-ċessjonijiet ta' assi fissi jikkonsistu mill-bejgħ, it-twaqqigħ, l-iskreppjar jew il-qerda ta' assi fissi minn sidhom, jew iċ-ċediment tagħhom f'idejn ħaddieħor bi tpartit jew bħala trasferiment kapitali in natura (cf. ESA 2010, 3.125(b) u 3.126). Jenħtieġ li dawn iċ-ċessjonijiet normalment iwasslu għal bidla fis-sjieda u jkollhom skop ekonomiku dirett (għalhekk l-assi fissi li jitwaqqgħu, jiġu skreppjati jew jinqerdu minn sidhom biex ma jintużawx aktar ekonomikament, ma jiġux inklużi f'dawn iċ-ċessjonijiet) (cf. SNA 2008, 10.38). Madankollu, ċertu ċessjonijiet jistgħu jinżammu fl-istess unità istituzzjonali, bħal fil-każ tal-annimali maqtula minn bidwi u għall-komsum proprju.”;

(mm)

fil-paragrafu 2.134, it-tieni sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Kif definit fil-karti bilanċjali (cf. ESA 2010, 7.12 u 7.13), il-bidla fil-valur ta' assi bejn l-aħħar u l-bidu ta' perjodu kontabbilistiku tista' tiġi deskritta kif ġej:”;

(nn)

fil-paragrafu 2.136, l-aħħar inċiż jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“—

il-bidliet fil-klassifikazzjoni jew fl-istruttura tal-assi fissi: eż. bidliet fil-għan ekonomiku tal-art agrikola, bhejjem tal-ħlib maħsuba għall-produzzjoni tal-laħam (cf. 2.149. in-nota 2 ta' qiegħ il-paġna) jew binjiet agrikoli mibdula għal użu privat jew użu ekonomiku ieħor.”;

(oo)

il-paragrafu 2.138 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.138.

Il-ESA 2010 tiddistingwi bejn diversi elementi li jenħtieġ jiġu rreġistrati bħala GFCF (cf. ESA 2010, 3.127):

abitazzjonijiet,

binjiet u strutturi oħra, inkluż titjib maġġuri tal-art,

makkinarju u tagħmir, bħal vapuri, karozzi u kompjuters,

sistemi ta' armi,

riżorsi bijoloġiċi kkultivati, eż. siġar u bhejjem,

il-kostijiet tat-trasferiment tas-sjieda ta' assi mhux prodotti, bħal art, kuntratti, lokazzjonijiet u liċenzji,

R&D, inkluż il-produzzjoni ta' R&D disponibbli liberament,

l-esplorazzjoni u l-evalwazzjoni tal-minerali,

softwer tal-kompjuter u bażijiet tad-data,

divertiment u oriġinali letterarji jew artistiċi,

drittijiet oħra tal-proprjetà intellettwali.”;

(pp)

il-paragrafu 2.139 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.139.

Għall-EAA, issir distinzjoni bejn dawn il-ħames tipi ta' elementi tal-GFCF:

pjantaġġuni li jrendu prodotti ripetutament,

bhejjem bħala assi fissi,

assi fissi li mhumiex assi agrikoli:

magni u oġġetti kapitali oħra,

tagħmir tat-trasport,

binjiet tal-farms (mhux residenzjali),

strutturi oħra għajr titjib tal-art (binjiet u strutturi oħra, eċċ.),

oħrajn (softwer tal-kompjuter, eċċ.),

titjib maġġuri fl-art,

kostijiet assoċjati mat-trasferiment tas-sjieda ta' assi mhux prodotti, bħal art u drittijiet tal-produzzjoni,

R&D, li jkopru r-riċerka u l-iżvilupp minn unitajiet speċjalizzati u r-riċerka u l-iżvilupp għal produzzjoni proprja.”;

(qq)

il-punt (j) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(j)

Pjantaġġuni li jrendu prodotti ripetutament”;

(rr)

il-paragrafu 2.141 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.141.

Skont il-ESA 2010 (3.125) il-GFCF fi pjantaġġuni tikkorrispondi għall-valur tal-akkwiżizzjonijiet minus ċessjonijiet ta' assi naturali li jrendu prodotti ripetuti (bħas-siġar tal-frott) li laħqu l-maturità, plus it-tkabbir naturali ta' dawn l-assi naturali sakemm jilħqu l-maturità (jiġifieri jiġġeneraw prodott), matul il-perjodu kontabbilistiku kkonċernat.”;

(ss)

il-paragrafu 2.144 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.144.

Iċ-ċessjonijiet ta' pjantaġġuni (irreġistrati bħala GFCF negattiva) jistgħu jieħdu żewġ forom: jistgħu jkunu bejgħ ta' pjantaġġuni mhux maħsuda lil unitajiet (agrikoli) oħra, f'liema każ il-kostijiet assoċjati mat-trasferiment tas-sjieda biss jiddaħħlu fil-EAA. Il-possibbiltà l-oħra hi għal pjantaġġuni maħsuda. Iżda f'dan il-każ, skont id-definizzjoni ġenerali ta' ċessjonijiet, il-pjantaġġuni maħsuda għandu jkollhom użu ekonomiku dirett; fi kliem ieħor, triq tiddaħħal kontroentrata fil-forma ta' użu ta' oġġetti u servizzi (bħal bejgħ lil impriża li tispeċjalizza fil-bejgħ tal-injam (1)). F'dan it-tieni każ, jenħtieġ li ċ-ċessjonijiet ta' pjantaġġuni li jridu jiġu rreġistrati bħala GFCF ikunu jirrappreżentaw ammont modest.”;

(tt)

il-paragrafu 2.148 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.148.

Ix-xogħol fuq assi ta' għelejjel ikkultivati, jiġifieri pjantaġġuni, tiġi rreġistrata bħala bejgħ, minn impriżi li jispeċjalizzaw f'dan it-tip ta' xogħol kuntrattwali agrikolu (bil-preparazzjoni tal-ħamrija, il-forniment ta' magni, pjanti, ħaddiema, eċċ.), jew bħala output ta' oġġetti tal-kapital fiss prodotti għall-użu proprju (cf. 1.75).”;

(uu)

il-paragrafu 2.151 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.151.

Il-kejl tal-GFCF tal-bhejjem jikkostitwixxi biss minn element wieħed tal-bidliet fil-valur tal-assi. Fil-fatt, il-GFCF tal-bhejjem tista' titkejjel biss mill-bidliet fl-għadd ta' bhejjem ivvalutat bil-prezz medju għas-sena kalendarja għal kull kategorija ta' bhejjem (il-metodu kwantitattiv), jekk jiġu ssodisfati dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:

ebda qligħ jew telf nominali tal-azjendi (jiġifieri tendenza regolari fil-prezzijiet u fl-għadd tal-popolazzjoni tal-bhejjem),

l-ebda bidliet oħra fil-volum (jiġifieri l-ebda telf minħabba diżastri naturali u l-ebda bidla fil-klassifikazzjoni, eċċ.),

Metodu ieħor għall-kalkolu (il-metodu dirett) jikkonsisti fil-kejl tal-flussi tal-entrati u l-prelevamenti minn kull kategorija tal-bhejjem, bil-prezzijiet korrispondenti: minbarra l-akkwiżizzjonijiet u ċ-ċessjonijiet, dan il-metodu jrid iqis l-entrati ġodda (partikolarment it-twelidijiet) u l-prelevamenti mill-azjendi.”;

(vv)

fil-paragrafu 2.152, tiżdied din is-sentenza li ġejja fi tmiem il-paragrafu:

“Din hi devjazzjoni mill-ESA 2010.”;

(ww)

il-paragrafu 2.153 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.153.

Fil-SNA, teoretikament, il-konsum tal-kapital fiss jenħtieġ jiġi kkalkulat għall-bhejjem (*4). Fil-fatt, il-konsum tal-kapital fiss għall-bhejjem jikkorrispondi għall-kejl tat-tnaqqis antiċipat fil-produttivita tal-bhejjem meta jintuża għal skopijiet ta' produzzjoni, tnaqqis li mbagħad jiġi rifless fil-valur aġġornat tal-introjtu futur minn dawn l-istess bhejjem. Madankollu, minħabba d-diffukultajiet prattiċi fl-evalwazzjoni tal-konsum tal-kapital fiss (id-definizzjoni tal-parametri tal-kalkolu huma kumplessi ħafna, cf. 3.105 u 3.106), jenħtieġ li l-ebda konsum tal-kapital fiss ma jiġi kkalkulat għall-bhejjem produttivi.”

(*4)  Skont l-SNA 2008 (10.94), b'differenza mill-ESA 2010 (3.140), il-konsum tal-kapital fiss jenħtieġ jiġi kkalkulat għall-bhejjem.”;"

(xx)

il-punt (l) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(l)

Assi fissi li mhumiex assi agrikoli”;

(yy)

il-paragrafu 2.162 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.162.

L-assi fissi li mhumiex assi agrikoli (pjantaġġuni u bhejjem) jikkonsistu minn dawn l-elementi li ġejjin:

magni u oġġetti kapitali oħra,

tagħmir tat-trasport,

binjiet tal-farms (mhux residenzali),

oħrajn (binjiiet u strutturi oħra, softwer tal-kompjuter, eċċ.),”;

(zz)

il-punt (m) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(m)

Titjib maġġuri fl-art”;

(aaa)

il-paragrafu 2.166 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.166.

It-titjib maġġuri fl-assi tanġibbli mhux prodotti jikkorrispondi l-aktar għal titjib fl-art (kwalità aħjar tal-art u rendiment aħjar b'irrigazzjoni, drenaġġ u miżuri għall-prevenzjoni tal-għargħar, eċċ.) u jenħtieġ jiġi trattat bħal kwalunkwe GFCF oħra (ESA 2010, 3.128).”;

(bbb)

fil-paragrafu 2.167, l-aħħar sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Dan jikkonċerna b'mod partikolari n-nefqagħax-xogħlijiet infrastrutturali bħat-tindif, il-livellar, id-drenaġġ, l-irrigazzjoni u l-konsolidazzjoni (cf. ESA 2010, 3.128 u SNA 2008, 10.79 sa 10.81).”;

(ccc)

jiddaħħal il-paragrafu 2.168.1 li ġej:

“(o)   Riċerka u żvilupp

2.168.1

Ir-riċerka u l-iżvilupp jikkonsistu mill-valur tan-nefqa għal xogħol kreattiv li jsir fuq bażi sistematika biex tiżdied id-damma tal-għarfien, u l-użu ta' din id-damma tal-għarfien biex jinħolqu applikazzjonijiet ġodda. Sakemm il-valur ma jkunx jista' jiġi stmat b'mod raġonevoli, konvenzjonalment dan jiġi valwat bħala s-somma tal-kostijiet, inkluż dawk għar-riċerka u l-iżvilupp mingħajr suċċess (cf. ESA 2010, l-Anness 7.1).”;

(ddd)

il-paragrafu 2.169 jiġi emendat kif ġej:

(i)

il-punt (a) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

għodod zgħar, ilbies tax-xogħol, spare parts u tagħmir, anke jekk dawn l-oġġetti għandhom ħajja normali tal-użu ta' aktar minn sena; għax jiġġeddu regolarment, u għal konformità mal-prattiki kontabbilistiċi kummerċjali, dan ix-xiri tal-oġġetti jitqies bħala konsum intermedju (cf. 2.105 u 2.106);”;

(ii)

il-punt (c) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(c)

servizzi ta' reklamar, riċerka tas-suq, eċċ. Ix-xiri ta' dawn is-servizzi jiġi inkluż fil-konsum intermedju (cf. 2.108(d));”;

(eee)

fil-paragrafu 2.176, l-aħħar sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Inkella, il-valur tal-entrati ta' xogħol fl-idejn jista' jiġi stmat bil-valur tal-kost tal-produzzjoni b'markup għas-surplus operatorju mistenni jew għall-introjtu imħallat (stmat) (cf. ESA 2010, 3.47 u 3.48).”;

(fff)

fil-paragrafu 2.178, l-aħħar sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Din il-problema li hija speċifika għall-agrikoltura hi rikonoxxuta mill-ESA 2010 (cf. 3.153(c)).”;

(ggg)

il-paragrafu 2.186 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.186.

Metodu ieħor għall-evalwazzjoni tal-istokk tal-prodotti staġunali hu dak li jeżamina x-xejra fil-prezzijiet tal-oġġetti stokkjati. Il-prezz ta' oġġett jista' jinbidel waqt il-ħażna għal mill-anqas tliet raġunijiet (SNA 2008, 6.143):

il-proċess tal-produzzjoni hu twil biżżejjed tant li l-fatturi tal-iskontar jenħtieġ jiġu applikati għall-ħidma mwettqa ferm qabel il-konsenja,

il-kwalitajiet fiżiċi tiegħu jaf jitjiebu jew jeħżienu maż-żmien,

jista' jkun hemm fatturi staġunali li jinfluwenzaw il-provvista u d-domanda tiegħu, u għalhekk iwasslu għal bidliet regolari u prevedibbli fil-prezz tiegħu tul is-sena, anki jekk il-kwalitajiet fiżiċi tiegħu jaf ma jinbidlux,”;

(hhh)

il-paragrafu 2.187 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.187.

Id-differenza bejn il-prezz li bih il-prodotti jitqiegħdu fl-istokk u l-prezz li bih jiġu rtirati mill-istokk, jenħtieġ tirrifletti l-valur tal-output addizzjonali prodott waqt il-ħażna (SNA 2008, 6.143), għax il-prodotti rtirati mill-ħażna għal diversi xhur wara l-ħsad huma differenti, mil-lat ekonomiku, minn dawk li jkunu nħażnu. Jenħtieġ li din it-tip ta' żieda fil-valur tal-prodotti ma tingħaddx bħala qligħ nominali tal-azjenda agrikola.”.

(6)

It-Taqsima III hi emendata kif ġej:

(aa)

il-paragrafu 3.009 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.009.

Il-pagi u s-salarji gross u l-kontribuzzjonijiet soċjali reali (imħallsa mill-impjegaturi) jiġu rreġistrati waqt il-perjodu meta jsir ix-xogħol, għalkemm il-premiums u pagamenti eċċezzjonali oħra jiġu rreġistrati fil-mument meta jsiru dovuti (cf. ESA 2010, 4.12).”;

(b)

il-paragrafu 3.010 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.010.

It-taxxi fuq il-produzzjoni jiġu rreġistrati fil-mument meta jseħħu l-attivitajiet, it-tranżazzjonijiet jew avvenimenti oħra li jwasslu għal obbligi fiskali (cf. ESA 2010, 4.26). Bl-istess mod, is-sussidji fuq il-produzzjoni jiġu rreġistrati fil-mument meta jseħħu t-tranżazzjoni jew event ieħor (produzzjoni, bejgħ, importazzjoni, eċċ.) li jikkaġunaw is-sussidju (cf. ESA 2010, 4.39).”;

(c)

il-paragrafu 3.011 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.011.

L-imgħax jiġi rreġistrat waqt il-perjodu kontabbilistiku li fih ikun dovut, irrispettivament minn jekk effettivament jitħallasx (cf. ESA 2010, 4.50 u wara). Dan isir kontinwament għall-ammont tal-kapital inkwistjoni. Ir-renti jiġu rreġistrati wkoll għall-perjodu meta jkunu dovuti (cf. ESA 2010, 4.75).”;

(d)

il-paragrafu 3.012 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.012.

It-trasferimenti kapitali (għotjiet ta' investiment jew trasferimenti oħra) jiġu rreġistrati fil-mument meta l-pagament ikun dovut (jew, fil-każ ta' trasferimenti in natura, meta s-sjieda tal-assi tiġi ttrasferita jew meta d-dejn jitħassar) (cf. ESA 2010, 4.162 u 4.163).”;

(e)

fl-intestatura tal-parti C “(cf. ESA 95, 4.02 sa 4.13)” tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“(cf. ESA 2010, 4.02 sa 4.13)”;

(f)

fil-paragrafu 3.015, l-ewwel sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Il-kumpens tal-impjegati hu ddefinit bħala remunerazzjoni totali, fi flus jew in natura, pagabbli minn impjegatur lil impjegat bi tpattija għal xogħol li jsir minn dan tal-aħħar waqt il-perjodu kontabbilistiku (cf. ESA 2010, 4.02).”;

(g)

fil-paragrafu 3.018, il-punt (c) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(c)

l-oġġetti u s-servizzi mixtrija mill-impjegaturi, iżda diment li dan ix-xiri ikun jissodisfa d-definizzjoni ta' pagi in natura (jiġifieri li ma jkunux jirrappreżentaw konsum intermedju). B'mod partikolari, it-trasport tal-impjegati mill-post tax-xogħol sad-dar tagħhom hu parti mill-pagi tagħhom in natura, sakemm il-vjaġġi jsiru waqt il-ħin tal-impjegatur. Din il-kategorija tinkludi s-servizzi tal-akkomodazzjoni mixtrija u krexxijiet tat-tfal, eċċ. (cf. ESA 2010, 4.05).”;

(h)

fil-paragrafu 3.020, l-aħħar sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Dawn kollha jiġu rreġistrati fil-konsum intermedju tal-impjegaturi (cf. ESA 2010, 4.07).”;

(i)

il-paragrafu 3.023 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.023.

Il-kontribuzzjonijiet soċjali akkreditati jirrappreżentaw lill-kontraparti għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali, imħallsa direttament mill-impjegaturi tagħhom jew lil dawk li kienu impjegati tagħhom u lil persuni eliġibbli oħra mingħajr l-involviment ta' impriżi tal-assigurazzjoni jew ta' fondi awtonomi tal-pensjoni (*5) (cf. ESA 2010, 4.10). Dawn il-kontribuzzjonijiet jiġu rreġistrati waqt il-perjodu meta jsir ix-xogħol (jekk ikunu l-kontraparti ta' benefiċċji soċjali obbligatorji) jew meta l-benefiċċji jiġu pprovduti (jekk ikunu l-kontraparti ta' benefiċċji soċjali volontarji). Il-kontribuzzjonijiet soċjali imputati tal-impjegaturi jinqasmu f'żewġ kategoriji: (a) Kontribuzzjonijiet tal-pensjoni imputati tal-impjegaturi u (b) Kontribuzzjonijiet mhux tal-pensjoni imputati tal-impjegaturi (ESA 2010, 4.10 u 4.97).”;

(*5)  Dawn jikkorrispondu b'mod partikolari għall-pagi u s-salarji li l-impjegaturi jibqgħu jħallsu b'mod provviżorju lill-impjegati tagħhom f'każ ta' mard, maternità, inċidenti fuq il-post tax-xogħol, invalidità jew sensji, diment li l-ammonti kkonċernati jkunu jistgħu jiġu identifikati separatament."

(j)

fl-intestatura tal-parti D. “(cf. ESA 95, 4.14 sa 4.29)” tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“(cf. ESA 2010, 4.14 sa 4.29)”;

(k)

fil-paragrafu 3.025, l-aħħar sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Dawn it-taxxi huma pagabbli irrispettivament minn jekk isirux profitti jew le (cf. ESA 2010, 4.14).”;

(l)

il-paragrafu 3.026 tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“3.026.

Taxxi fuq il-produzzjoni u l-importazzjonijiet jinqasmu fi:

taxxi fuq il-prodotti (D.21):

taxxi tat-tip tal-VAT (D.211),

taxxi u dazji fuq l-importazzjonijiet għajr il-VAT (D.212), u

taxxi fuq il-prodotti, għajr il-VAT u taxxi fuq l-importazzjonijiet (D.214),

taxxi oħra fuq il-produzzjoni (D.29).”;

(m)

fil-paragrafu 3.027, l-aħħar sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“3.027.

Dawn jistgħu ikunu ekwivalenti għall-ammont monetarju stabbilit għal kull unità ta' oġġett jew servizz jew ikkalkulat ad valorem bħala persentaġġ fiss tal-prezz unitarju jew il-valur tal-oġġett jew tas-servizz (cf. ESA 2010, 4.16).”;

(n)

fil-paragrafu 3.028, l-ewwel sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“It-taxxi tat-tip tal-VAT huma taxxi fuq oġġetti u servizzi miġbura fi stadji mill-impriżi u finalment imposti kollha fuq ix-xerrej finali. (cf. ESA 2010, 4.17).”;

(o)

il-paragrafu 3.029 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.029.

It-taxxi u d-dazji fuq l-importazzjoni għajr il-VAT jikkonsistu minn pagamenti obbligatorji imposti mill-gvern estiż, jew mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, fuq l-oġġetti importati, għajr il-VAT, biex jiddaħħlu fiċ-ċirkolazzjoni libera tat-territorju ekonomiku, u fuq is-servizzi provduti lil unitajiet residenti minn unitajiet mhux residenti. (cf. ESA 2010, 4.18).”;

(p)

fil-paragrafu 3.030, l-ewwel sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Dawn jinkludu dazji fuq l-importazzjoni u taxxi oħra bħall-imposti fuq il-prodotti agrikoli importati, l-ammonti ta' kumpens monetarju imposti fuq l-importazzjonijiet, id-dazji tas-sisa, eċċ.”;

(q)

il-paragrafu 3.031 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.031.

It-taxxi fuq il-prodotti, għajr il-VAT u t-taxxi fuq l-importazzjonijiet, jikkonsistu minn taxxi fuq l-oġġetti u s-servizzi prodotti minn impriżi residenti u pagabbli minħabba l-produzzjoni, l-esportazzjoni, il-bejgħ, it-trasferiment, il-lokazzjoni jew il-konsenja ta' dawn l-oġġetti jew is-servizzi, jew minħabba l-użu tagħhom għall-konsum finali proprju jew għall-formazzjoni tal-kapital proprju (cf. ESA 2010, 4.19 u 4.20).”;

(r)

fil-paragrafu 3.035, l-ewwel sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Id-deskrizzjoni fil-ESA 2010 (4.17) tirreferi għas-sistema standard tal-VAT li skontha kull impriża tista' tnaqqas mill-ammont tal-VAT dovut fuq il-bejgħ tagħha, l-ammont ta' taxxa li tkun ħallset fuq ix-xiri tal-inputs intermedji jew l-oġġetti kapitali.”;

(s)

fil-paragrafu 3.038, l-ewwel sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Id-dispożizzjonijiet tal-ESA 2010, 4.17 jistabbilixxu metodu wieħed għar-reġistrazzjoni tal-VAT.”;

(t)

il-paragrafu 3.044 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.044.

Taxxi oħra fuq il-produzzjoni jikkonsistu mit-taxxi kollha li jġarrbu l-impriżi meta jinvolvu ruħhom fi produzzjoni, indipendentament mill-kwantità jew mill-valur tal-oġġetti jew tas-servizzi prodotti jew mibjugħin (cf. ESA 2010, 4.22). Dawn jistgħu jkunu pagabbli fuq l-art, assi fissi jew ħaddiema impjegati fil-proċess tal-produzzjoni jew fuq ċerti attivitajiet jew tranżazzjonijiet.”;

(u)

fil-paragrafu 3.050, il-punt (b) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

jenħtieġ li l-multi u l-penali u l-kostijiet imposti b'rabta mal-ġbir u l-irkupru ma jiġux rreġistrati mat-taxxi marbuta magħhom, sakemm ma tkunx tista' ssir distinzjoni bejniethom (cf. ESA 2010, 4.133);”;

(v)

fl-intestatura tal-parti E “(cf. ESA 95, 4.30 sa 4.40)” tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“(cf. ESA 2010, 4.30 sa 4.40)”;

(w)

fil-paragrafu 3.051, l-aħħar sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Konvenzjonalment, is-sussidji fuq il-prodotti ma jiġux irreġistrati fuq l-output li mhux tas-suq (P.13) (cf. ESA 2010, 4.30).”;

(x)

il-paragrafu 3.052 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.052.

Is-sussidji jiġi kklassifikati bħala:

sussidji fuq il-prodotti (D.31):

sussidji fuq l-importazzjonijiet (D.311),

sussidji oħra fuq il-prodotti (D.319), u

sussidji oħra fuq il-produzzjoni (D.39).”;

(y)

fil-paragrafu 3.053, l-aħħar sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Konvenzjonalment, is-sussidji fuq il-prodotti jistgħu jikkonċernaw biss l-output tas-suq (P.11) jew l-output għall-użu finali proprju (P.12) (cf. ESA 2010, 4.33).”;

(z)

fil-paragrafu 3.054, l-aħħar sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Dawn jistgħu jinkludu telf, imġarrab minħabba politika intenzjonata tal-gvern, mill-organizzazzjonijiet kummerċjali tal-gvern li l-funzjoni tagħhom hi x-xiri ta' prodotti mingħand unitajiet mhux residenti u jerġgħu jbigħuhom lil unitajiet residenti bi prezzijiet orħos (cf. ESA 2010, 4.34).”;

(aa)

il-paragrafu 3.058 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.058.

Sussidji oħra fuq il-produzzjoni jikkonsistu minn sussidji għajr sussidji fuq il-prodotti, li minnhom jistgħu jibbenefikaw l-unitajiet produtturi residenti minħabba l-involviment fi produzzjoni. Għall-output l-ieħor mhux tas-suq tagħhom, produtturi oħra mhux tas-suq jistgħu jirċievu sussidji oħra fuq il-produzzjoni biss jekk dawn il-pagamenti mill-gvern estiż ikunu jiddependu fuq regolamenti ġenerali applikabbli kemm għall-produtturi tas-suq u anki għal dawk mhux tas-suq (cf. ESA 2010, 4.36). Il-ESA 2010 jirreferu għal erba' sussidji oħra fuq il-produzzjoni (cf. ESA 2010, 4.37): sussidji fuq il-pagi jew il-ħaddiema, sussidji għat-tnaqqis tat-tniġġis, għotjiet għal taffija fl-imgħax, u kumpens żejjed tal-VAT. Dawn il-pagamenti jikkonċernaw l-aktar is-suppożizzjoni tal-kostijiet tal-produzzjoni jew is-sostenn għal bidliet fil-metodu tal-produzzjoni.”;

(bb)

fil-paragrafu 3.064, fit-tieni inċiż, l-ewwel sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“—

għotjiet għat-taffija fl-imgħax (cf. ESA 2010, 4.37(c)) lil unitajiet residenti tal-produtturi, anki meta dawk ikunu maħsuba biex iħeġġu l-formazzjoni tal-kapital (*6).

(*6)  Madankollu, meta għotja tkun taqdi l-iskop doppju li tiffinanzja l-ammortizzazzjoni tad-dejn u l-pagament tal-imgħax fuqu, u meta ma tkunx tista' tinqasam bejn iż-żewġ elementi, l-għotja kollha titqies bħala għotja tal-investiment.”;"

(cc)

il-paragrafu 3.067 jiġi emendat kif ġej:

(i)

fit-tieni inċiż, l-ewwel żewġ sentenzi jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

“—

trasferimenti kurrenti lejn unitajiet agrikoli tal-produtturi minn agenzija regolatorja tas-suq. Dawn jenħtieġ jiġu rreġistrati bħala komponenti ta' output tal-prodott li għalihom jitħallas it-trasferiment sakemm l-aġenzija regolatorja tas-suq tkun involuta biss għax-xiri, għall-bejgħ jew għall-ħżin tal-oġġetti.”;

(ii)

fil-ħames inċiż, it-tieni u t-tielet sentenzi jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

“Kemm jekk isiru bħala flus jew in natura, dawn jenħtieġ iwasslu għal bidla proporzjonata fl-assi finanzjarju, jew mhux finanzjarju, murija fil-karti bilanċjali ta' parti waħda jew taż-żewġ partijiet fit-tranżazzjoni (cf. ESA 2010, 4.145). It-trasferimenti kapitali jkopru taxxi kapitali, għotjiet ta' investiment u trasferimenti kapitali oħra (cf. ESA 2010, 4.147).”;

(dd)

il-punt (d) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(d)

Aġenziji regolatorji tas-suq”;

(ee)

il-paragrafu 3.068 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Fi tqassim tal-ekonomija, l-aġenziji regolatorji tas-suq huma assenjati kif ġej:

(a)

dawk ikkonċernati esklussivament bix-xiri, bil-bejgħ jew bil-ħżin ta' oġġetti:

(i)

skont l-industrija, għall-kummerċ; din l-attività titqies konvenzjonalment bħala l-output ta' servizzi tas-suq mhux finanzjarji;

(ii)

skont is-settur, għall-impriżi korporattivi u kważi korporattivi mhux finanzjarji, jekk dawn l-aġenziji regolatorji tas-suq ikunu jitqiesu bħala unitajiet istituzzjonali skont it-tifsira tal-ESA 2010, u jekk le, għas-settur li għalih tappartjeni l-akbar unità;

(b)

dawk ikkonċernati esklussivament bil-pagament ta' sussidji:

(i)

skont l-industriji, għall-fergħat tal-output mhux tas-suq tal-gvern estiż, għax il-gvern biss (apparti l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea) jista' jħallas sussidji skont deċiżjoni tal-ESA 2010;

(ii)

skont is-settur, għas-settur tal-gvern estiż (cf. l-inċiż preċedenti),

(c)

meta kkonċernati kemm bix-xiri, il-bejgħ u l-ħżin ta' oġġetti u kif ukoll bil-pagament ta' sussidji:

(i)

skont l-industrija, għall-fergħa tal-kummerċ, fejn jikkonċerna l-unitajiet tagħhom tal-produzzjoni (tat-tip tal-KAU lokali) li jixtru, ibigħu jew jaħżnu oġġetti, u għall-fergħat tal-output mhux tas-suq tal-gvern estiż, flimkien mal-unitajiet tagħha tal-produzzjoni;

(ii)

skont is-settur, għas-settur tal-gvern estiż, għax il-gvern estiż biss jista' jħallas sussidji. Jekk jiġu assenjati lil settur ieħor, is-sussidji mħallsa mill-aġenzija regolatorja tas-suq mhumiex aktar sussidji skont it-tifsira tal-ESA 2010.”;

(ff)

fil-paragrafu 3.069, it-tieni sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“B'mod partikolari, jekk aġenziji regolatorji tas-suq jiġu assenjati lis-settur tal-gvern estiż, is-sussidji mħallsa lill-aġenziji b'rabta mal-proċessi regolatorji tas-suq (ix-xiri, il-ħżin jew il-bejgħ mill-ġdid) jidhru bħala “Użi” iżda anki bħala “Riżorsi” fis-settur tal-gvern estiż.”;

(gg)

fl-intestatura tal-parti F “(cf. ESA 95, 4.41 sa 4.76)” tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“(cf. ESA 2010, 4.41 sa 4.76)”;

(hh)

il-paragrafu 3.070 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.070.

Introjtu mill-proprjetà hu l-introjtu riċevibbli mis-sid ta' assi finanzjarju jew ta' assi tanġibbli mhux prodotti bħala redditu għat-tpoġġija ta' fondi jew assi tanġibbli mhux prodotti għad-dispożizzjoni ta' unità istituzzjonali oħra (ESA 2010, 4.41).”;

(ii)

il-paragrafu 3.071 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.071.

Il-ESA 2010 tikklassifika l-introjtu mill-proprjetà kif ġej:

imgħax (D.41),

introjtu distribwit tal-korporazzjonijiet (dividendi u prelevamenti mill-introjtu ta' kważi korporazzjonijiet) (D.42),

qligħ riinvestit mill-investiment barrani dirett (D.43),

introjtu ieħor minn investiment (D.44): introjtu mill-investiment attribwibbli lil detenturi ta' poloz tal-assigurazzjoni (D.441), introjtu mill-investiment pagabbli fuq intitolamenti tal-pensjoni (D.442); introjtu mill-investiment attribwibbli lill-azzjonisti tal-fond tal-investiment kollettiv (D.443)

renti (D.45)”;

(jj)

il-paragrafu 3.073 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.073.

Tliet tipi biss ta' introjtu mill-proprjetà jistgħu jkunu ta' relevanza għall-EAA:

imgħax (D.41), renti (D.45) u introjtu mill-investiment attribwibbli lil detenturi ta' poloz tal-assigurazzjoni (D.441).”;

(kk)

is-subintestatura “2. Imgħax” tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“2.   Imgħax

(ESA 2010, 4.42 sa 4.52)”;

(ll)

il-paragrafu 3.077 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Jenħtieġ jiġi rreġistrat ukoll l-imgħax riċevibbli b'rabta ma' attivitajiet agrikoli minn unitajiet li jappartjenu lil impriżi agrikoli korporattivi. L-imgħax riċevibbli minn impriżi individwali hu eskluż mill-kejl tal-introjtu imprenditorjali tal-industrija agrikola għax inħass li l-maġġoranza tal-assi li jrendu l-imgħax mhumiex marbuta mal-attività agrikola tal-unitajiet u għax hu diffiċli ħafna li ssir distinzjoni bejn l-assi tal-familja u l-assi użati fil-produzzjoni (*7).

(*7)  L-imgħax riċevibbli jikkorrispondi għal “Kontijiet oħra riċevibbli” (F.8.) fil-kont finanzjarju.”;"

(mm)

fil-paragrafu 3.079, l-aħħar sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Il-kostijiet jitqiesu bħala renumerazzjoni għas-servizzi li jagħtu l-intermedjarji finanzjarji lill-klijenti tagħhom u mhux bħala pagament tal-imgħax (ara 2.107.1 u 2.108(i); ESA 2010, 4.51).”;

(nn)

is-subintestatura “3. Renti (fuq l-art u fuq l-assi tas-saff tal-ħamrija ta' taħt il-wiċċ)” tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“3.   Renti (fuq l-art u fuq l-assi ta' taħt l-art)

(ESA 2010, 4.72 sa 4.76)”;

(oo)

fil-paragrafu 3.080, l-ewwel sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Ir-renti jikkorrispondu għal pagamenti lis-sid tal-assi tanġibbli mhux prodotti (art u assi taħt l-art) bħala redditu fuq it-tpoġġija tal-assi għad-disponibbiltà għal unità oħra.”;

(pp)

fil-paragrafu 3.082, l-aħħar sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Din ir-regola hi verżjoni adattata tar-rakkomandazzjoni tal-ESA (cf. ESA 2010, 4.73) (2).”;

(qq)

is-subintestatura “4. Dħul mill-proprjetà attribwit” tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“4.    Introjtu mill-proprjetà attribwibbli lil detenturi ta' poloz tal-assigurazzjoni (mhux kopert mill-EAA)”;

(rr)

fil-paragrafu 3.086, l-ewwel sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Introjtu mill-investiment attribwibbli lil detenturi ta' poloz tal-assigurazzjoni jikkorrispondi għall-introjtu primarju totali riċevut mill-investimenti ta' riżervi tekniċi tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni (cf. ESA 2010, 4.68).”;

(ss)

fil-paragrafu 3.087, l-ewwel sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“L-introjtu mill-investiment attribwibbli lil detenturi ta' poloz tal-assigurazzjoni mhux kopert mill-EAA.”;

(tt)

fl-intestatura tal-parti G “(cf. ESA 95, 4.145 sa 4.167)” tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“(cf. ESA 2010, 4.145 sa 4.167)”;

(uu)

il-paragrafu 3.089 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.089.

L-għotjiet ta' investiment huma trasferimenti kapitali, fi flus jew in natura, li jsiru mill-gvern estiż jew mill-bqija tad-dinja lil unitajiet istituzzjonali residenti jew mhux residenti oħra bħala finanzjament sħiħ jew parzjali tal-kostijiet tal-akkwiżizzjoni ta' oġġetti tal-kapital fiss (cf. ESA 2010, 4.152). L-għotjiet ta' investiment mingħand il-bqija tad-dinja jinkludu dawk mogħtija direttament mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea permezz tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR).”;

(vv)

fil-paragrafu 3.091, l-ewwel sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“L-aktar tipi importanti ta' għotjiet oħra li jsiru mill-FAEG, l-FAEŻR u l-għotjiet ta' investiment għall-agrikoltura huma:”;

(ww)

il-paragrafu 3.092 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.092.

L-għotjiet ta' investiment fi flus jiġu rreġistrati meta l-pagament ikun dovut. L-għotjiet tal-investiment in natura huma rreġistrati meta tiġi trasferita s-sjieda tal-assi (cf. ESA 2010, 4.162).”;

(xx)

il-paragrafu 3.093 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.093.

It-trasferimenti kapitali oħra jkopru t-trasferimenti li mhumiex għotjiet ta' investiment u taxxi kapitali li minnhom innifishom ma jirridistribwixxux l-introjtu iżda jirridistribwixxu t-tfaddil jew il-ġid fost is-setturi jew sottosetturi differenti tal-ekonomija jew tal-bqija tad-dinja. Dawn jistgħu jsiru bħala flus jew in natura (każijiet ta' assunzjonijiet ta' dejn jew ta' kanċellazzjonijiet ta' dejn) u jikkorrispondu għal trasferimenti volontarji tal-ġid (ESA 2010, 4.164).”;

(vv)

fil-paragrafu 3.095, l-aħħar sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Dawn jinkludu wkoll trasferimenti mill-gvern estiż li jkopru telf akkumulat tul diversi snin finanzjarji jew telf eċċezzjonali kkawżat lil hinn mill-kontroll tal-impriża (cf. ESA 2010, 4.165).”;

(zz)

il-paragrafu 3.096 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.096.

Fil-każ tal-agrikoltura, it-trasferimenti kapitali l-oħra jinkludu wkoll:

għotjiet għall-abbandun permanenti tal-ortijiet jew tal-vinji,

għotjiet għat-twaqqif jew it-tnaqqis fil-produzzjoni tal-ħalib (diment li dawn ikunu jaffetwaw, espliċitament jew impliċitament, il-valur tal-kwoti),

kumpens għal telf eċċezzjonali u katostrofiku ta' oġġetti ta' kapital fiss użati fil-produzzjoni ta' oġġetti agrikoli (eż. annimali u tagħmir) (cf. 2.045 u 3.067),

għotjiet għal start-ups lil bdiewa żgħażagħ li ma jsirux biex jiffinanzjaw l-akkwist ta' assi,

għotjiet li jikkumpensaw għat-tnaqqis fil-valur tal-assi jew biex jonqsu d-djun.

pagamenti maġġuri bħala kumpens għal danni jew korrimenti li mhumiex koperti mill-poloz tal-assigurazzjoni (għajr pagamenti mill-gvern estiż jew mill-bqija tad-dinja deskritti fl-ESA 2010 f'4.165(a)) mogħtija minn qrati tal-ġustizzja jew solvuti barra l-qorti, pereżempju pagamenti bħala kumpens għal dannu kkawżat minn splużjonijiet kbar, ħruġ taż-żejt, eċċ. (ESA 2010, 4.165(h)).”;

(aaa)

fl-intestatura tal-parti H “(cf. ESA 95, 6.02 sa 6.05)” tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“(cf ESA 2010, 3.139 sa 3.145)”;

(bbb)

fil-paragrafu 3.106, l-aħħar sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Dan it-trattament jiżgura wkoll il-kompatibbiltà bejn il-EAA u l-ESA 2010 (cf. ESA 2010, 3.140) u l-kontijiet mikroekonomiċi tan-netwerk ta' informazzjoni tal-kontabilità agrikola u jxejjen il-ħtieġa ta' distinzjoni bejn il-bhejjem li għandhom il-karattru ta' oġġetti ta' kapital fiss u l-bhejjem li għandhom il-karattru ta' stokk.”.

(7)

fit-Taqsima IV, fil-paragrafu 4.06, l-ewwel sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Deskrizzjoni ta' x'jinkludu u x'jeskludu s-sigħat totali maħduma tinsab fil-ESA 2010 (11.27 u 11.28).”.

(8)

It-Taqsima V hi emendata kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 5.03, it-tabella tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Kont tal-produzzjoni

Kont tal-ġenerazzjoni tal-introjtu

Kont tal-introjtu imprenditorjali

P.1

 

Output

B.1n

 

Valur miżjud nett

B.2n

B.3n

 

Surplus operatorju nett/introjtu mħallat nett

P.2

Konsum intermedju

D.1

Kumpens tal-impjegati

D.41

+

Imgħax riċevibbli (*8)

P.51c

Konsum tal-kapital fiss

D.29

Taxxi oħra fuq il-produzzjoni

D.41

Imgħax pagabbli

 

 

 

D.39

+

Sussidji oħra fuq il-produzzjoni

D.45

Renta mħallsa

B.1n

=

Valur miżjud nett

B.2n

B.3n

=

Surplus operatorju nett/introjtu mħallat nett

B.4n

=

Introjtu imprenditorjali nett

D.29

Taxxi oħra fuq il-produzzjoni

 

 

 

 

 

 

D.39

+

Sussidji oħra fuq il-produzzjoni

 

 

 

 

 

 

 

=

Valur miżjud nett skont il-kostijiet tal-fattur/l-introjtu tal-fattur

 

 

 

 

 

 

(b)

il-paragrafu 5.16 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“5.16.

Għal analiżi tax-xejra fit-tul, l-indiċijiet u r-rati tal-bidliet tal-indikaturi tal-introjtu għall-Unjoni Ewropea jiġu kkalkulati abbażi tal-aggregati tal-UE espressi f'euro skont rati tal-kambju fissi: għal valuri espressi f'termini reali (jiġifieri wara t-tnaqqis tal-effett taż-żieda medja fil-prezzijiet), anki d-deflaturi użati jkunu bbażati fuq sena bażi fissa.”.

(9)

It-Taqsima VI hi emendata kif ġej:

(a)

fl-intestatura tal-parti A “(cf. ESA 95, il-Kapitolu 10)” tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“(cf. ESA 2010, il-Kapitolu 10)”;

(b)

fil-paragrafu 6.01, it-tieni sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Il-ESA 2010 (10.13 sa 10.23) jiddikjaraw ċar u tond li l-komponent tal-prezz jenħtieġ ikun jinkludi biss il-bidliet relatati mal-prezzijiet u li kull bidla oħra jenħtieġ tiġi inkluża fil-komponent tal-volum.”;

(c)

fil-paragrafu 6.02, l-aħħar sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Id-differenza l-oħra fil-kwalità, importanti għall-EAA, hi dik ta' bidla fil-bejgħ ta' prodott bejn żewġ swieq bi pprezzar differenti, eż. użu domestiku u industrijali estern, u bejgħ lill-konsumaturi (cf. ESA 2010, 10.13 sa 10.18).”;

(d)

fil-paragrafu 6.04, l-aħħar sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“F'dan il-każ, il-ESA 2010 (10.32) jiddikjaraw li l-aħjar issir deflazzjoni tal-valur għas-sena kurrenti b'indiċi xieraq tal-prezzijiet biex ikunu stmati l-bidliet fil-volum (ESA 2010, 10.01).”;

(e)

fil-paragrafu 6.06, l-aħħar sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Dan ifisser li kull bidla fil-valur ta' fluss partikolari għandha tkun attribwita lil bidla fil-prezz jew lil bidla fil-volum jew taħlita tat-tnejn (cf. ESA 2010, 10.12).”;

(f)

il-paragrafu 6.08 jitħassar;

(g)

fil-paragrafu 6.09, l-ewwel sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“B'konformità mal-ESA 2010 (10.20), fil-EAA, il-bidliet fil-volum jitkejlu b'indiċijiet tat-tip Laspeyres u l-bidliet fil-prezz jitkejlu b'indiċijiet tat-tip Paasche.”;

(h)

il-paragrafu 6.13 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“6.13.

Is-sena użata għas-sottomissjoni u l-preżentazzjoni tad-data bi prezzijiet kostanti tista' tkun differenti mis-sena bażi; din tissejjaħ is-sena ta' referenza. F'serje ta' indiċijiet, is-sena ta' referenza hi dik bil-valur 100.”;

(i)

il-paragrafu 6.14 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“6.14.

Serje ta' indiċijiet tal-volum fil-prezzijiet ta' sena ta' referenza tinkiseb meta jingħaqdu l-indiċijiet ikkalkulati bil-prezzijiet tas-sena ta' qabel (cf. ESA 2010, 10.20).”;

(j)

il-paragrafu 6.16 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“6.16.

Eżempju:

 

Jekk ikollna żewġ prodotti elementari omoġenji, A u B. Dawn is-sejre jkunu bbażati fuq l-istruttura tal-prezzijiet għas-sena ta' qabel:

 

n P n

n - n+1

indiċi tal-volum

n+1 P n

n - n+1

indiċi tal-prezzijiet

n+1P n+1

n+1- n+2

indiċi tal-volum

n+2P n+1

n+2 - n+1

indiċi tal-prezzijiet

n+2 P n+2

A

100

105,0

105

110,0

115

102,0

117

108,0

126

B

300

110,0

330

95,0

314

90,0

283

105,0

297

Total

400

108,8

435

98,6

429

93,2

400

105,8

423

L-indiċijiet tal-volum u tal-prezzijiet għal (A+B) kollha jiddependi fuq il-ponderazzjonijiet mogħtija għal kull prodott, A u B.

 

Jekk dawn is-serje jiġu espressi skont sena ta' referenza fissa (eż. n), l-uniku mod biex jinżammu l-istess indiċijiet tal-volum n/n-1 hu billi jingħaqdu l-indiċijiet separatament. Dan jagħti is-serje li ġejjin (il-bażi ugwali għal 100 f'n):

 

n

n+1

n+2

A

100

105,0

107,1

B

100

110,0

99,0

Total

100

108,8

101,4

(101,4 = 108,8*93,2/100)

 

Il-valuri bi prezzijiet kostanti espressi b'rabta mas-sena ta' referenza n huma:

 

n

n+1

n+2

A

100

105

107,1

B

300

330

297,0

Total

400

435

405,6

(405,6 = 400*101,4/100)

 

Minħabba f'hekk, il-kont ma għadux aktar addittiv. Meta jingħaddu l-valuri bi prezzijiet kostanti għal A u B, joħorġu s-serje li ġejjin:

 

n

n+1

n+2

A+B

400

435

404,1

Ħlief għas-sena ta' wara s-sena ta' referenza, is-serje rireferenzata mhumiex addittivi.”;

(k)

fil-paragrafu 6.17, l-ewwel sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Skont il-ESA 2010 (10.23), id-data mhux addittiva tal-prezz kostanti tiġi ppubblikata mingħajr aġġustament (*9).

(*9)  Dan ma jipprekludix il-possibbiltà li jista' jkun hemm xi ċirkustanzi fejn il-kumpilaturi jkun jidhrilhom li aħjar jiġu eliminati d-diskrepanzi biex titjieb il-konsistenza ġenerali tad-data.”;"

(l)

fil-punt 4 tat-Taqsima B, l-intestatura tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“4.    Kalkolu tal-valur miżjud bi prezzijiet ta' sena fissa”;

(m)

fil-paragrafu 6.18, l-aħħar sentenza tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Il-metodu teoretikament korrett għall-kalkolu tal-valur miżjud skont il-prezzijiet ta' sena fissa hu li ssir “deflazzjoni doppja” (cf. ESA 2010, 10.31 sa 10.32).”;

(n)

il-paragrafu 6.20 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“6.20.

Eżempju:

 

Din hi serje ta' valuri kurrenti u valuri bil-prezzijiet tas-sena ta' qabel (volumi) li tikkonċerna l-output u l-konsum intermedju:

 

n P n

n + 1 P n

n + 1 P n + 1

n + 2 P n + 1

n + 2 P n + 2

Output

150

160

170

180

200

Konsum intermedju

40

30

35

40

45

 

Il-valur miżjud f'termini ta' volum jinkiseb bi tnaqqis tal-volum tal-konsum intermedju mill-volum tal-output. Minn dan toħroġ is-serje li ġejja:

 

n P n

n+1 P n

n+1 P n+1

n+2 P n+1

n+2 P n+2

Valur miżjud gross

110

130

135

140

155

 

B'dan il-mod, jinkisbu dawn l-indiċijiet tal-volum bil-prezzijiet tas-sena ta' qabel li ġejjin:

 

n+1

n+2

Valur miżjud gross

118,2

103,7

(118,2 = 130/110*100) (103,7 = 140/135*100)

 

Il-valur miżjud gross ta' sena partikolari bil-prezzijiet ta' sena n (prezzijiet ta' sena fissi) joħroġ b'multiplikazzjoni tal-valur kurrenti għal n bl-indiċi tal-volum magħqud.

Il-valur miżjud ta' n+1 (bil-prezzijiet ta' n) = 110*1,182 = 130

Il-valur miżjud ta' n+2 (bil-prezzijiet ta' n) = 110*1,182*1,037 = 135”.


(*1)  Is-sistema Ewropea tal-Kontijiet Nazzjonali u Reġjonali — ESA 2010, il-Lussemburgu 2013.”

(*2)  Jenħtieġ jiġi enfasizzat li, għalkemm l-ESA tagħti priorità lill-KAUs lokali, l-unità tinsab fl-aqwa pożizzjoni biex tanalizza l-proċess tal-produzzjoni hija l-unità ta' produzzjoni omoġenja (il-UHP). Din l-unità hi mdorrija tanalizza l-inputs u l-outputs għax tikkorrispondi eżattament għal tip ta' attività. B'hekk l-unitajiet istituzzjonali jinqasmu f'UHPs skont kemm ikun hemm attivitajiet (minbarra dawk anċillari). Bl-iggruppar ta' dawn il-UHPs, l-ekonomija tkun tista' tinqasam f'fergħat “puri” (omoġenji). Bħala regola, UHP ma tistax tiġi osservata direttament. Għalhekk, il-kontijiet tal-fergħat omoġenji ma jistgħux jiġu kkompilati abbażi tal-gruppi ta' UHPs. Il-ESA tiddeskrivi il-metodu għall-kompilazzjoni ta' dawn il-kontijiet. Dan jinvolvi l-proċess li jattribwixxi l-produzzjoni sekondarja u l-kostijiet korrispondenti tal-fergħat tal-attività lill-fergħat omoġenji xierqa (ESA 2010, 2.153 sa 2.156, 9.52 sa 9.63).”;

(*3)  Dawn huma unitajiet żgħar li jipproduċu għall-konsum proprju, mhux għall-bejgħ, li jwettqu attivitajiet agrikoli mingħajr ma jkunu jiddependu ekonomikament fuq dawn l-attivitajiet.”;

(*4)  Skont l-SNA 2008 (10.94), b'differenza mill-ESA 2010 (3.140), il-konsum tal-kapital fiss jenħtieġ jiġi kkalkulat għall-bhejjem.”;

(*5)  Dawn jikkorrispondu b'mod partikolari għall-pagi u s-salarji li l-impjegaturi jibqgħu jħallsu b'mod provviżorju lill-impjegati tagħhom f'każ ta' mard, maternità, inċidenti fuq il-post tax-xogħol, invalidità jew sensji, diment li l-ammonti kkonċernati jkunu jistgħu jiġu identifikati separatament.

(*6)  Madankollu, meta għotja tkun taqdi l-iskop doppju li tiffinanzja l-ammortizzazzjoni tad-dejn u l-pagament tal-imgħax fuqu, u meta ma tkunx tista' tinqasam bejn iż-żewġ elementi, l-għotja kollha titqies bħala għotja tal-investiment.”;

(*7)  L-imgħax riċevibbli jikkorrispondi għal “Kontijiet oħra riċevibbli” (F.8.) fil-kont finanzjarju.”;

(*9)  Dan ma jipprekludix il-possibbiltà li jista' jkun hemm xi ċirkustanzi fejn il-kumpilaturi jkun jidhrilhom li aħjar jiġu eliminati d-diskrepanzi biex titjieb il-konsistenza ġenerali tad-data.”;”


(*8)  L-imgħax riċevut biss mill-unitajiet agrikoli organizzati bħala kumpaniji.”;


ANNESS II

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 138/2004 hu emendat kif ġej:

(1)

Il-punt 32.2 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

 

 

“Trażmissjoni dwar is-sena ta' referenza n

a

b

c

Punt

Lista ta' varjabbli

Novembru

sena n

(stimi tal-EAA)

Jannar

sena n + 1

(stimi tal-EAA)

Settembru

sena n + 1

(data finali tal-EAA)

32.2

GFCF TAL-BHEJJEM

X”

(2)

Il-punt 33.3 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

 

 

“Trażmissjoni dwar is-sena ta' referenza n

a

b

c

Punt

Lista ta' varjabbli

Novembru

sena n

(stimi tal-EAA)

Jannar

sena n + 1

(stimi tal-EAA)

Settembru

sena n + 1

(data finali tal-EAA)

33.3

GFCF OĦRA (inkluż titjib maġġuri tal-art u R&D)

X”.


19.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 47/33


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/281

tat-12 ta' Frar 2019

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet tal-Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (“The Vale of Clwyd Denbigh Plum” (DOP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

B'konformità mal-Artikolu 50(2)(a), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tar-Renju Unit għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “The Vale of Clwyd Denbigh Plum” ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jenħtieġ li d-denominazzjoni “The Vale of Clwyd Denbigh Plum” tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “The Vale of Clwyd Denbigh Plum” (DOP) hija rreġistrata.

Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Frar 2019.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 303, 29.8.2018, p. 12.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


19.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 47/34


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/282

tal-15 ta' Frar 2019

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080 f'dak li għandu x'jaqsam mal-perjodi għat-tressiq tal-offerti

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1240 tat-18 ta' Mejju 2016 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' intervent pubbliku u ta' għajnuna għall-ħżin privat (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 28 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2080 (3) fetaħ il-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti. Fil-bidu, dan kien jipprevedi żewġ sejħiet parzjali għall-offerti kull xahar, ħlief f'Awwissu u f'Diċembru.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/472 (4) emenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080 billi naqqas l-għadd ta' perjodi li matulhom jistgħu jitressqu l-offerti għal wieħed fix-xahar u billi neħħa d-dispożizzjoni għal perjodu bħal dan fix-xahar ta' Awwissu.

(3)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/995 (5) emenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080 billi żied l-għadd ta' perjodi li matulhom jistgħu jitressqu l-offerti għal tnejn fix-xahar u billi daħħal dispożizzjoni għal perjodu bħal dan fix-xahar ta' Awwissu.

(4)

Din iż-żieda fil-frekwenza ppermettiet li jinbiegħu kwantitajiet kbar ta' trab tal-ħalib xkumat mill-istokkijiet tal-intervent pubbliku u b'hekk il-kwantitajiet disponibbli naqsu għal ftit iktar minn 22 000 tunnellata.

(5)

Minħabba l-volum tal-kwantità disponibbli u sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, huwa xieraq li l-għadd ta' perjodi li matulhom jistgħu jitressqu l-offerti jerġa' jitnaqqas għal wieħed fix-xahar.

(6)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080 jiġi emendat kif xieraq.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 2(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Il-perjodi li fihom jistgħu jitressqu l-offerti bi tweġiba għas-sejħiet parzjali sussegwenti għandhom jibdew fl-ewwel jum tax-xogħol wara tmiem il-perjodu preċedenti. Dawn għandhom jintemmu fil-11.00 (ħin ta' Brussell) fit-tielet Tlieta tax-xahar. Madankollu, f'Awwissu l-perjodu għandu jintemm fil-11.00 (ħin ta' Brussell) fir-raba' Tlieta tax-xahar u f'Diċembru dan għandu jintemm fil-11.00 (ħin ta' Brussell) fit-tieni Tlieta tax-xahar. Jekk it-Tlieta jinzerta festa pubblika, il-limitu taż-żmien għandu jkun il-11.00 (ħin ta' Brussell) tal-ġurnata tax-xogħol ta' qabel.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Frar 2019.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 206, 30.7.2016, p. 71.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2080 tal-25 ta' Novembru 2016 dwar il-ftuħ tal-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti (ĠU L 321, 29.11.2016, p. 45).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/472 tal-15 ta' Marzu 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080 fir-rigward tal-perjodi għat-tressiq tal-offerti (ĠU L 73, 18.3.2017, p. 5).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/995 tat-12 ta' Lulju 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080 fir-rigward tal-perjodi għat-tressiq tal-offerti (ĠU L 178, 16.7.2018, p. 4).


19.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 47/36


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/283

tat-18 ta' Frar 2019

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 tad-19 ta' Frar 2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(b) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK (2) tidentifika l-persuni fiżiċi u ġuridiċi li għalihom għandhom japplikaw ir-restrizzjonijiet kif previst fl-Artikolu 5 ta' dik id-Deċiżjoni.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 314/2004 jġib fis-seħħ dik id-Deċiżjoni sa fejn hi meħtieġa azzjoni fil-livell tal-Unjoni. B'mod partikolari, l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 jelenka l-persuni u l-entitatjiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(3)

Fit-18 ta' Frar 2019, il-Kunsill iddeċieda li jemenda l-entrata għal persuna waħda u li jneħħi l-isem ta' żewġ persuni fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2011/101/PESK li għalihom għandhom japplikaw ir-restrizzjonijiet.

(4)

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 huwa sostitwit bl-Anness f'dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Frar 2019.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 55, 24.2.2004, p. 1

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK tal-15 ta' Frar 2011 dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe (ĠU L 42, 16.2.2011, p. 6).


ANNESS

“ANNESS III

Lista ta' persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 6

I.   Persuni

Isem (u kull psewdonimi)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet għad-deżinjazzjoni

(1)

Mugabe, Robert Gabriel

Imwieled fil-21.2.1924

Passaport AD001095

Kap tal-Gvern u responsabbli għal attivitajiet li jimminaw serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

(2)

Mugabe, Grace

Imwielda fit-23.7.1965

Passaport AD001159

ID 63-646650Q70

Eks Segretarja ta' ZANU-PF (Zimbabwe African National Union — Patriotic Front) Lega tan-nisa, involuta f'attivitajiet li jimminaw serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt. Ħadet taħt idejha l-Iron Mask Estate fl-2002; allegatament biex tikseb illegalment profitti kbar mit-tħaffir għad-djamanti.

(5)

Chiwenga, Constantine

Kmandant tal-Forzi ta' Difiża taż-Żimbabwe, Ġeneral (ex-Kmandant tal-Armata, Logutenent Ġeneral), imwieled fil-25.8.1956

Passaport AD000263

ID 63-327568M80

Membru tal-Kmand Operattiv Konġunt u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni tal-politika ripressiva tal-istat. Uża l-armata għall-akkwisti ta' azjendi agrikoli. Matul l-elezzjonijiet tal-2008 kien moħħ prinċipali tal-vjolenza assoċjata mal-proċess tal-ballottaġġ Presidenzjali.

(6)

Shiri, Perence (magħruf ukoll bħala Bigboy) Samson Chikerema

Marixxall tal-Ajru (Forza tal-Ajru), imwieled fl-1.11.1955. ID 29-098876M18

Uffiċjal militari anzjan u membru tal-Kmand Operattiv Konġunt taż-ZANU-PF u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni tal-politika oppressiva tal-istat. Involut fi vjolenza politika, inkluż waqt l-elezzjonijiet tal-2008 f'Mashonaland West f'Chiadzwa.

(7)

Sibanda, Phillip Valerio (magħruf ukoll bħala Valentine)

Kmandant tal-Armata Nazzjonali taż-Żimbabwe, Logutenent Ġeneral, imwieled fil-25.8.1956 jew l-24.12.1954

ID 63-357671H26

Figura anzjana tal-armata b'rabtiet mal-Gvern u kompliċi fit-tiswir jew l-attwazzjoni ta' politika statali ripressiva.

II.   Entitajiet

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet għad-deżinjazzjoni

Zimbabwe Defence Industries

10th floor, Trustee House, 55 Samora Machel Avenue, PO Box 6597, Harare, Zimbabwe

Assoċjata mal-Ministeru tad-Difiża u mal-fazzjoni ZANU-PF tal-Gvern.


DEĊIŻJONIJIET

19.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 47/38


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/284

tat-18 ta' Frar 2019

li temenda d-Deċiżjoni 2011/101/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-15 ta' Frar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/101/PESK (1).

(2)

Il-Kunsill wettaq rieżami tad-Deċiżjoni 2011/101/PESK, fejn qies is-sitwazzjoni politika fiż-Żimbabwe.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-miżuri restrittivi jiġu estiżi sal-20 ta' Frar 2020. Jenħtieġ li l-Kunsill iżommhom taħt rieżami kostanti fid-dawl tal-iżviluppi politiċi u dawk fil-qasam tas-sigurtà fiż-Żimbabwe.

(4)

Jenħtieġ li l-miżuri restrittivi jiġġeddu għal ħames persuni u entità waħda, u li jitneħħew għal żewġ persuni, fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2011/101/PESK. Jenħtieġ li s-sospensjoni tal-miżuri restrittivi tiġġedded għal tliet persuni elenkati fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2011/101/PESK.

(5)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2011/101/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2011/101/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 10

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

2.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-20 ta' Frar 2020.

3.   Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(1) u (2), sa fejn japplikaw għall-persuni elenkati fl-Anness II, għandhom jiġu sospiżi sal-20 ta' Frar 2020.

4.   Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt rieżami kostanti u għandha tiġġedded, jew tiġi emendata kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma ntlaħqux.”.

(2)

L-Anness I huwa emendat kif indikat fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni.

(3)

L-Anness II hu emendat kif indikat fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Frar 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK tal-15 ta' Frar 2011 dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe (ĠU L 42, 16.2.2011, p. 6).


ANNESS I

(1)

L-entrata għall-persuna li ġejja indikata fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2011/101/PESK hija sostitwita bl-entrata ta' hawn taħt.

 

Isem (u kwalunkwe psewdonimu)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet għall-indikazzjoni

“2.

Mugabe, Grace

Imwielda fit-23.7.1965

Passaport AD001159

ID 63-646650Q70

Ex-Segretarju tal-lega tan-nisa taż-ZANU-PF (Unjoni Nazzjonali Afrikana taż-Żimbabwe – Front Patrijottiku), involuta f'attivitajiet li jxekklu gravement id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt. Ħadet taħt idejha l-Iron Mask Estate fl-2002; allegata li tikseb illeċitament profitti kbar mit-tħaffir għad-djamanti.”

(2)

Fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2011/101/PESK, jitħassru l-entrati li ġejjin:

“3.

Bonyongwe, Happyton Mabhuya

4.

Chihuri, Augustine”

ANNESS II

Fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2011/101/PESK, jitħassru l-entrati li ġejjin:

“1.

Bonyongwe, Happyton Mabhuya

2.

Chihuri, Augustine”

19.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 47/42


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/285

tat-18 ta' Frar 2019

li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK tal-1 ta' Awwissu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-1 ta' Awwissu 2011 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK.

(2)

Fit-30 ta' Jannar 2019 il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”) stabbilit skont il-paragrafu 30 tar-Riżoluzzjoni tal-KSNU 1988 (2011) aġġorna l-informazzjoni relattiva għal żewġ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness għad-Deċiżjoni 2011/486/PESK jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2011/486/PESK huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Frar 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 199, 2.8.2011, p. 57.


ANNESS

L-entrati li jikkonċernaw il-persuni elenkati hawn taħt huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:

“(42)   Jalaluddin Haqqani (magħruf ukoll bħala: (a) Jalaluddin Haqani, (b) Jallalouddin Haqqani, (c) Jallalouddine Haqani).

Titlu: Maulavi. Raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: Ministru għall-Affarijiet tal-Fruntieri taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor fl-1942, (b) Bejn wieħed u ieħor fl-1948. Post tat-twelid: (a) żona ta' Garda Saray, Distrett ta' Waza Zadran, Provinċja ta' Paktia, l-Afganistan, (b) Distrett ta' Neka, Provinċja ta' Paktika, Afganistan. Ċittadinanza: Afganistan. Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 31.1.2001.

Informazzjoni oħra: Missier Sirajuddin Jallaloudine Haqqani, Nasiruddin Haqqani u Badruddin Haqqani (mejjet). Ħu Mohammad Ibrahim Omari u Khalil Ahmed Haqqani. Huwa mexxej Taliban attiv. Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. President tax-Shura Talibana f'Miram Shah fl-2008. Jappartjeni għat-tribù ta' Zadran. Ir-rieżami skont ir-Riżoluzzjoni 1822 (2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà ġie konkluż fil-27 ta' Lulju 2010. Allegatament miet f'Settembru 2018. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/1427400

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Jalaluddin Haqqani għandu relazzjonijiet mill-qrib ma' Mohammed Omar u kellu relazzjonijiet mill-qrib ma' Usama bin Laden (mejjet). Huwa missier Sirajuddin Jallaloudine Haqqani, Nasiruddin Haqqani u Badruddin Haqqani (mejjet), u ħu Mohammad Ibrahim Omari u Khalil Ahmed Haqqani. Huwa mexxej Taliban attiv. Jalaluddin Haqqani kien ukoll il-medjatur bejn l-Al-Qaida u t-Taliban fl-2007. Huwa kien il-President tal-‘Kunsill Miram Shah’ tat-Taliban f'Ġunju 2008.

Oriġinarjament kien kmandant għall-Partit Iżlamiku Mwalawi Hezbi fil-provinċji ta' Khost, Paktika u Paktia. Aktar tard ingħaqad mat-Taliban u nħatar Ministru għall-Affarijiet tal-Fruntieri. Wara l-waqgħa tar-reġim Taliban, flimkien ma' elementi tat-Taliban u tal-Al-Qaida, ħarab lejn it-Tramuntana tal-Waziristan u reġa' beda jgħaqqad il-milizzji tiegħu għall-ġlieda kontra l-Gvern tal-Afganistan.

Haqqani ġie akkużat b'involviment fl-ibbumbardjar tal-Ambaxxata Indjana f'Kabul fl-2008 u bl-attentat ta' qtil tal-President Karzai waqt parata militari f'Kabul li saret qabel fl-istess sena. Haqqani kien implikat ukoll f'attakk fuq bini ministerjali f'Kabul fi Frar 2009.

Jalaluddin Haqqani huwa l-fundatur tan-Netwerk ta' Haqqani.”

“(135)   Torek Agha (magħruf ukoll bħala: (a) Sayed Mohammed Hashan, (b) Torak Agha, (c) Toriq Agha, (d) Toriq Agha Sayed).

Titlu: Haji. Indirizz: Pashtunabad, Quetta, Provinċja ta' Baluchistan, il-Pakistan. Data tat-twelid: (a) 1960, (b) 1962, (c) Bejn wieħed u ieħor 1965. Post tat-twelid: (a) Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan (b) Pishin, Provinċja ta' Baluchistan, il-Pakistan. Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: Pakistani 5430312277059 (miksub b'mod frodulenti u minn dak iż-żmien ikkanċellat mill-Gvern tal-Pakistan). Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 2.11.2015.

Informazzjoni oħra: Kmandant ewlieni tal-kunsill militari tat-Taliban involut fil-ġbir ta' fondi minn donaturi bbażati fil-Golf. Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Allegatament miet f'Novembru 2018. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5905294

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Mexxej għoli Taliban fl-aħħar tal-2014, Torek Agha (Torek) serva fuq “ix-shura fi Quetta” tat-Taliban, korp reġjonali li jidderieġi l-attivitajiet Talibani fin-nofsinhar u l-punent tal-Afganistan, u kellu rwol fil-ġbir ta' fondi minn donaturi ibbażati fil-Golf.

Lejn l-aħħar tal-2014, Torek kien membru ta' grupp responsabbli mill-operazzjonijiet ta' ppjanar strateġiku u ta' loġistika tat-tmexxija tat-Taliban u opera wkoll bħala kmandant ewlieni u membru tal-kunsill militari tat-Taliban, u awtorizza u ffaċilita operazzjonijiet militari tat-Taliban. Il-kunsill militari tat-Taliban huwa wieħed minn tliet kunsilli ta' livell ta' kmand u huwa responsabbli biex jissorvelja l-operazzjonijiet tat-Taliban u japprova l-ħatriet tat-tmexxija militari Talibana.

Matul is-snin, Torek kien involut fl-awtorizzazzjoni tal-qtil ta' diversi uffiċjali tal-Gvern Afgan u anzjani tribali. Barra minn hekk, sa mill-bidu tal-2012, huwa kien wieħed minn erba' kmandanti għoljin tat-Taliban li awtorizzaw l-użu ta' trab ta' kimika mhux identifikata għal qtil ta' uffiċjali għolja tal-Gvern Afgan.

Wara li ngħata struzzjonijiet f'nofs l-2011 minn mexxej għoli Taliban biex jivvjaġġa lejn l-Arabja Sawdija matul ir-Ramadan biex jorganizza finanzjament estern, fl-2012 Torek u diversi membri Talibani oħrajn tax-“shura fi Quetta” għażlu mullahs biex jivvjaġġaw lejn l-Arabja Sawdija u pajjiżi Għarab oħra biex jiġbru donazzjonijiet finanzjarji f'isem it-Taliban kemm mingħand negozjanti u traffikanti Afgani. Minn kmieni fl-2012, Torek irċieva donazzjoni minn donatur Għarbi mhux identifikat bi struzzjonijiet biex jgħaddi l-flus lix-shadow governor provinċjali tat-Taliban għall-Provinċja ta' Uruzgan, l-Afganistan, għal operazzjonijiet ta' qtil.

Torek ġabar bejn wieħed u ieħor USD 4 miljun minn donaturi bbażati fil-Golf għat-Taliban fl-2010, li l-parti l-kbira tagħhom pprovdihom lill-sieħbu mexxej għoli u kollettur tal-finanzi tat-Taliban Gul Agha Ishakzai (Gul Agha). L-ammonti u s-sorsi tad-diversi trasferimenti fl-2010 minn Torek lil Gul Agha tal-fondi li nġabru f'isem it-Taliban kienu kif ġej: USD 1 miljun minn assoċjati fl-Arabja Sawdija; USD 2 miljun minn donaturi fil-Qatar, l-Emirati Għarab Magħquda (EGħM), u l-Arabja Sawdija; u USD 600 000 minn diversi donaturi Għarab miksuba fuq vjaġġ għall-ġbir ta' fondi lejn il-Qatar.

Lejn l-aħħar tal-2009, Torek żamm USD 2 miljun minn donaturi mhux identifikati mill-Qatar u l-Arabja Sawdija maħsuba għat-teżorier tax-“shura fi Quetta” tat-Taliban. Id-donazzjonijiet sostanzjali li ġabar Torek għax-“shura fi Quetta” tat-Taliban matul ir-Ramadan inżammu f'banek Pakistani mhux identifikati u kienu taħt il-kontroll tal-kap teżorier tat-Taliban.

F'nofs l-2006, Torek assenja ġellieda Talibani lil diversi kmandanti operazzjonali tat-Taliban. Huwa kien wieħed mill-konnessjonijiet ewlenin bejn it-tmexxija Talibana u gruppi ta' ġellieda Għarab li waslu fil-Pakistan u fl-Afganistan biex jiġġieldu kontra l-Forza Internazzjonali ta' Assistenza għas-Sigurtà (ISAF).”


19.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 47/45


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/286

tat-12 ta' Frar 2019

dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bl-isem ta' “Ejja nitolbu għal regolamentazzjoni tal-vaping aktar intelliġenti!”

(notifikata bid-dokument C(2019) 926)

(It-test Ingliż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Is-suġġett tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bl-isem ta' “Ejja nitolbu għal regolamentazzjoni tal-vaping aktar intelliġenti!” jirreferi għal dan li ġej: “Nitolbu lill-Kummissjoni tal-UE sabiex tħassar l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u toħloq leġiżlazzjoni mfassla apposta li tistabbilixxi b'mod ċar il-prodotti tal-vaping apparti l-prodotti farmaċewtiċi u tat-tabakk.”

(2)

L-objettivi tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta jirreferu għal dan li ġej: “Tneħħija tal-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/40/UE u sostituzjoni b'leġiżlazzjoni xjentifika, imfassla apposta u bbażata fuq evidenza f'konformità mal-funzjonament tas-suq intern li tiddistingwi l-prodotti tal-vaping mill-prodotti farmaċewtiċi u tat-tabakk; Żgurar ta' leġiżlazzjoni ġdida bbażata fuq konformità obbligatorja bi standards robusti tal-kwalità, tas-sigurezza u tal-manifatturar tal-prodotti, flimkien ma' prattiki ta' kummerċjalizzazzjoni responsabbli li jiżguraw il-protezzjoni taż-żgħażagħ; Jenħtieġ li l-politika tal-vaping trawwem l-innovazzjoni u tiżgura li dawk li jpejpu u dawk li jużaw il-prodotti tal-vaping ikollhom informazzjoni ċara u aċċess għal alternattivi ħielsa mit-tabakk u li jagħmlu inqas ħsara.”

(3)

It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) isaħħaħ iċ-ċittadinanza tal-Unjoni u jqawwi aktar il-funzjonament demokratiku tal-Unjoni billi jipprevedi, fost l-oħrajn, li kull ċittadin ikollu d-dritt li jipparteċipa fil-ħajja demokratika tal-Unjoni permezz ta' inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej.

(4)

Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-proċeduri u l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-inizjattiva taċ-ċittadini jkunu ċari, sempliċi, faċli biex jintużaw u proporzjonati man-natura tal-inizjattiva taċ-ċittadini sabiex titħeġġeġ il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u biex l-Unjoni ssir aktar aċċessibbli.

(5)

Atti ġuridiċi tal-Unjoni għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati jistgħu jiġu adottati:

għall-koordinazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti b'liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri dwar il-bidu u s-segwitu ta' attivitajiet bħala persuni li jaħdmu għal rashom, abbażi tal-Artikolu 53(1) u 62 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE);

għall-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati bil-liġi, b'regolamenti jew b'azzjoni amministrattivi fl-Istati Membri li jkollhom bħala l-objettiv tagħhom l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern, abbażi tal-Artikolu 114 tat-TFUE.

(6)

Għal dawn ir-raġunijiet, l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta ma taqax manifestament barra mill-qafas tas-setgħat tal-Kummissjoni li tressaq proposta għal att ġuridiku tal-Unjoni għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati, skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament.

(7)

Barraminnhekk, il-kumitat taċ-ċittadini ġie ffurmat u l-persuni ta' kuntatt inħatru skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament u l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta la tidher li hija manifastement abbużiva, la frivola u lanqas vessatorja u lanqas ma tidher li tmur manifestament kontra l-valuri tal-Unjoni kif stipulat fl-Artikolu 2 tat-TUE.

(8)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bl-isem ta' “Ejja nitolbu għal regolamentazzjoni tal-vaping aktar intelliġenti!” jenħtieġ li tiġi rreġistrata.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bl-isem ta' “Ejja nitolbu għal regolamentazzjoni tal-vaping aktar intelliġenti!” hija b'dan irreġistrata.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-20 ta' Frar 2019.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-organizzaturi (il-membri tal-kumitat taċ-ċittadini) tal-inizjattiva proposta taċ-ċittadini bl-isem ta' “Ejja nitolbu għal regolamentazzjoni tal-vaping aktar intelliġenti!”, rappreżentati mis-Sur Dustin DAHLMANN u s-Sur Mose GIACOMELLO li jaġixxu bħala persuni ta' kuntatt.

Magħmul fi Strasburgu, it-12 ta' Frar 2019.

Għall-Kummissjoni

Frans TIMMERMANS

Viċi President


(1)  ĠU L 65, 11.3.2011, p. 1.

(2)  Id-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 1).