ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 40

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 62
12 ta' Frar 2019


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/244 tal-11 ta' Frar 2019 li jimponi dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina

1

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/245 tal-11 ta' Frar 2019 li taċċetta offerti ta' impenn wara l-impożizzjoni ta' dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' bijodiżil li joriġinaw fl-Arġentina

71

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/246 tal-11 ta' Frar 2019 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri (notifikata bid-dokument C(2019) 1107)  ( 1 )

78

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

12.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 40/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/244

tal-11 ta' Frar 2019

li jimponi dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Bidu

(1)

Fil-31 ta' Jannar 2018, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni antisussidju dwar l-importazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea ta' bijodiżil li joriġina mill-Arġentina (“il-pajjiż ikkonċernat”) fuq il-bażi tal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2016/1037. Hija ppubblikat Notifika ta' Bidu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika ta' Bidu”).

(2)

Il-Kummissjoni tat bidu għall-investigazzjoni wara li rċeviet ilment li kien ippreżentat fit-18 ta' Diċembru 2017 mill-Bord Ewropew tal-Bijodiżil (“EBB — European Biodiesel Board” jew “l-ilmentatur”) f'isem il-produtturi. L-ilmentatur jirrappreżenta madwar 70 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-bijodiżil. L-ilment kien jinkludi evidenza ta' sussidjar u ta' theddida ta' dannu konsegwenti suffiċjenti biżżejjed biex tiġġustifika l-ftuħ tal-investigazzjoni.

(3)

Qabel ma bdiet l-investigazzjoni antisussidji, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Gvern tal-Arġentina (“GtA”) (3) li hija kienet irċeviet ilment iddokumentat kif xieraq, u stiednet lill-GtA għal konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 10(7) tar-Regolament bażiku. Il-GtA aċċetta l-offerta għall-konsultazzjoni, li saret fl-24 ta' Jannar 2018. Matul il-konsultazzjonijiet kif ukoll l-iskambji sussegwenti mal-GtA, ittieħdet nota tal-kummenti ppreżentati mill-GtA. Madankollu, ma kienx hemm qbil dwar soluzzjoni.

(4)

Wara n-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni rċeviet kummenti f'dan ir-rigward mill-Kamra Arġentina tal-Bijokarburanti (Cámara Argentina de Biocombustibles, “CARBIO”). Fil-kummenti tagħha, CARBIO ddikjarat li l-industrija tal-bijodiżil Arġentina mhijiex issussidjata, u li l-importazzjonijiet ta' bijodiżil Arġentin ma joħloq ebda theddida ta' dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni.

(5)

Rigward l-evidenza tas-sussidjar fl-istadju tal-bidu, il-Kummissjoni għamlet disponibbli l-verżjoni miftuħa tal-ilment u pprovdiet l-analiżi tagħha dwar l-evidenza disponibbli f'dak l-istadju fil-memorandum dwar is-suffiċjenza ta' evidenza, li fuq il-bażi tiegħu nbdiet l-investigazzjoni.

(6)

Rigward l-evidenza dwar it-theddida ta' dannu, CARBIO sostniet li l-ilmentatur ma rnexxielux jipprovdi biżżejjed evidenza dwar il-kriterji fl-Artikolu 8(8) tar-Regolament bażiku, b'mod partikolari ż-żieda sinifikanti f'importazzjonijiet, il-kapaċità disponibbli b'mod liberu fl-Arġentina u l-effett tal-prezz tal-importazzjonijiet Arġentini. Madankollu, l-argumentazzjoni ta' CARBIO kienet ibbażata fil-biċċa l-kbira fuq l-istimi pessimisti żżejjed tal-iżvilupp tal-esportazzjonijiet mill-Arġentina fl-2018, li CARBIO stmat li se jkunu 480 000 tunnellata għas-sena 2018 kollha lejn il-pajjiżi kollha tad-dinja, mingħajr ma ssostanzjat dik il-figura baxxa li kienet 70 % inqas miċ-ċifra korrispondenti għal 2016 u 2017 (4). F'livell daqstant baxx, l-importazzjonijiet Arġentini allegatament ma joħolqu ebda theddida ta' dannu għall-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni qieset l-evidenza pprovduta fl-ilment (ibbażata fuq l-importazzjonijiet attwali sa Awwissu 2017 u l-istimi għall-2018 ibbażati fuq iċ-ċifri ta' produzzjoni fir-rapport GAIN (5)) li indikat livell stmat ta' importazzjonijiet ferm ogħla. Rigward il-kapaċità tal-produzzjoni, CARBIO kkonfermat li l-kapaċità tal-produzzjoni fl-Arġentina taqbeż b'mod sinifikanti l-konsum domestiku b'aktar minn 3 miljun tunnellata.

(7)

Għaldaqstant, dawn id-dikjarazzjonijiet ġew miċħuda.

1.2.   Ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet

(8)

Fil-21 ta' Frar 2018, l-ilmentatur ippreżenta talba għar-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw fl-Arġentina skont l-Artikolu 24(5) tar-Regolament bażiku. Fl-24 ta' Mejju 2018, il-Kummissjoni ppubblikat Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/756 (“ir-Regolament dwar ir-reġistrazzjoni”) (6) li jagħmel l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw fl-Arġentina soġġetti għal reġistrazzjoni mill-25 ta' Mejju 2018 'il quddiem.

(9)

Bi tweġiba għat-talba ta' reġistrazzjoni, il-partijiet interessati ppreżentaw kummenti li l-Kummissjoni indirizzat fir-Regolament ta' reġistrazzjoni. Il-Kummissjoni kellha biżżejjed evidenza disponibbli li tiġġustifika l-ħtieġa li l-importazzjonijiet jiġu rreġistrati.

(10)

Skont l-Artikolu 24(5) tar-Regolament bażiku, l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat għandhom ikunu soġġetti għar-reġistrazzjoni biex ikun żgurat li jekk mill-investigazzjoni jirriżultaw sejbiet li jwasslu għall-impożizzjoni ta' dazji kompensatorji, dawk id-dazji jistgħu jiġu imposti retroattivament fuq l-importazzjonijiet irreġistrati skont id-dispożizzjonijiet legali applikabbli, jekk il-kundizzjonijiet meħtieġa jiġu ssodisfati.

(11)

Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament ta' reġistrazzjoni, il-Kummissjoni rċeviet kummenti f'dan ir-rigward mill-GtA u CARBIO.

(12)

Il-kummenti tal-GtA kienu jirrigwardaw l-allegazzjoni li l-Kummissjoni naqset milli turi biżżejjed evidenza ta' sussidjar u milli turi li d-dannu kkawżat lill-industrija tal-Unjoni minn importazzjonijiet kbar ta' bijodiżil Arġentin f'perjodu relattivament qasir.

(13)

Kif spjegat fil-premessi minn (5) sa (7), il-Kummissjoni qieset li kellha evidenza suffiċjenti ta' ssussidjar u theddida ta' dannu fl-istadju tal-bidu. Barra minn hekk, fil-premessa (14) tar-Regolament tar-reġistrazzjoni, il-Kummissjoni pprovdiet evidenza ta' żieda enormi ta' importazzjonijiet tal-bijodiżil mill-Arġentina f'termini assoluti u f'termini tas-sehem fis-suq fil-perjodu bejn Awwissu 2017 u Marzu 2018, li jista' jindika l-eżistenza ta' dannu materjali lejn tmiem il-perjodu ta' investigazzjoni. Għaldaqstant, dawn l-allegazzjonijiet ġew miċħuda.

1.3.   Il-perjodu ta' investigazzjoni u l-perjodu ta' analiżi

(14)

L-investigazzjoni tas-sussidjar u tad-dannu kopriet il-perjodu ta' bejn l-1 ta' Jannar 2017 u l-31 ta' Diċembru 2017 (“il-perjodu ta' investigazzjoni”). L-eżami tat-tendenzi rilevanti għall-evalwazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu ta' bejn l-1 ta' Jannar 2014 u t-tmiem tal-perjodu ta' investigazzjoni (“il-perjodu ta' analiżi”).

1.4.   Il-partijiet interessati

(15)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni informat speċifikament lill-ilmentatur, lil produtturi oħrajn magħrufa tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa u lill-GtA, lill-importaturi magħrufa, lill-fornituri u lill-utenti, lin-negozjanti, kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet magħrufa li huma kkonċernati bit-tnedija tal-investigazzjoni u stednithom jipparteċipaw.

(16)

Il-partijiet interessati kellhom opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tal-investigazzjoni u jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali.

1.5.   Kampjunar

(17)

Fin-Notifika ta' Bidu tagħha, il-Kummissjoni ddikjarat li tista' tieħu kampjun tal-partijiet interessati skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku.

1.5.1.   Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

(18)

Fin-Notifika ta' Bidu tagħha, il-Kummissjoni ddikjarat li kienet għażlet proviżorjament kampjun ta' produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun abbażi tal-ogħla produzzjoni rappreżentattiva li tista' tkun investigata b'mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli.

(19)

Il-kampjun proviżorju kien jikkonsisti minn tliet produtturi tal-Unjoni u kien jirrappreżenta firxa ġeografika wiesgħa. Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jammontaw għal 19 % tal-volum totali ta' produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju.

(20)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti sostanzjati dwar il-kampjun proviżorju mingħand CARBIO, Greenergy Fuels Limited u mingħand l-ilmentatur. Il-premessi minn (310) sa (313) jipprovdu analiżi aktar dettaljata ta' dawn il-kummenti.

(21)

B'riżultat ta' dan, il-Kummissjoni ssostitwiet wieħed mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun proviżorju b'ieħor. Il-kampjun finali kien jikkonsisti minn tliet produtturi tal-Unjoni li jinsabu fi tliet Stati Membri differenti. Dan kien jammonta għal aktar minn 23 % tal-produzzjoni tal-Unjoni.

1.5.2.   Kampjunar tal-importaturi

(22)

Il-Kummissjoni talbet lil importaturi mhux relatati sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu sabiex tiddeċiedi jekk kienx meħtieġ kampjunar u, jekk iva, biex tagħżel kampjun.

(23)

Żewġ importaturi mhux relatati pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. Minħabba n-numru żgħir ta' importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma kienx meħtieġ kampjunar.

1.5.3.   Kampjunar ta' produtturi esportaturi fl-Arġentina

(24)

Il-Kummissjoni talbet lill-esportaturi produtturi kollha fl-Arġentina sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu sabiex tiddeċiedi jekk kienx meħtieġ kampjunar u, jekk iva, biex tagħżel kampjun. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Awtoritajiet tal-Arġentina sabiex jidentifikaw u/jew jikkuntattjaw produtturi esportaturi oħrajn, jekk ikun hemm, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(25)

Disa' produtturi fil-pajjiż ikkonċernat ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. Il-Kummissjoni eskludiet kumpanija waħda mill-kampjun, billi ma kinitx tesporta bijodiżil lejn l-Unjoni fil-perjodu tal-investigazzjoni. It-tmien kumpaniji jew gruppi ta' kumpaniji li kien fadal kienu jammontaw għal 100 % tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni fil-perjodu tal-investigazzjoni. Skont l-Artikolu 27(1)(b) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet dan il-kampjun li ġej ta' tliet gruppi ta' produtturi esportaturi fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li raġonevolment seta' jkun investigat fiż-żmien disponibbli:

Group Renova (Molinos Agro SA, Oleaginosa Moreno Hermanos SACIFIyA, Vicentin SAIC), l-Arġentina;

Group T6 (Aceitera General Deheza SA, Bunge Argentina SA), l-Arġentina;

Louis Dreyfus Commodities (“LDC”) Argentina SA, l-Arġentina.

(26)

Il-gruppi tal-kampjun ta' produtturi esportaturi kienu jirrappreżentaw 84 % tal-esportazzjonijiet totali tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni.

(27)

Skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni kkonsultat lill-produtturi esportaturi kollha magħrufa u kkonċernati u lill-GtA dwar l-għażla tal-kampjun. Il-Kummissjoni ma rċeviet ebda kumment dwar il-kampjun propost.

1.5.4.   Eżami individwali

(28)

L-ebda produttur esportatur li ma kienx inkluż fil-kampjun, ma talab eżami individwali skont l-Artikolu 27(3) tar-Regolament bażiku.

1.6.   It-tweġibiet għall-kwestjonarju u ż-żjarat ta' verifika

(29)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-GtA, lit-tliet gruppi fil-kampjun ta' produtturi esportaturi, lit-tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, u liż-żewġ importaturi mhux relatati li kienu ppreżentaw ruħhom.

(30)

Il-Kummissjoni rċeviet tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand il-GtA, il-gruppi kollha fil-kampjun ta' produtturi esportaturi, il-produtturi kollha tal-Unjoni fil-kampjun iżda wieħed biss miż-żewġ importaturi mhux relatati li kkooperaw.

(31)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa għad-determinazzjoni ta' sussidju, li tirriżulta f'theddida ta' dannu u interess tal-Unjoni. Saret żjara ta' verifika fil-bini tal-Ministeri Arġentini tal-Agroindustrija, tal-Affarijiet Barranin, tal-Produzzjoni u tat-Tassazzjoni, li matulha pparteċipaw ukoll uffiċjali minn ministeri rilevanti oħrajn. Żjarat ta' verifika saru wkoll fil-bini tal-Banco de Córdoba, il-Banco de la Provincia de Buenos Aires, il-Banco de la Ciudad de Buenos Aires, il-Banco Central de la República Argentina u l-Banco de la Nación Argentina.

(32)

Iż-żjarat ta' verifika skont l-Artikolu 26 tar-Regolament bażiku saru fil-bini tal-EBB u tal-kumpaniji li ġejjin:

 

Produtturi tal-Unjoni:

Masol Iberia Biofuel, S.L.U., El Grao (Castellón) u Barċellona, Spanja,

Saipol, Grand-Couronne, Franza,

Verbio Vereinigte BioEnergie AG, Leipzig, il-Ġermanja;

 

Produtturi esportaturi fil-kampjun fl-Arġentina:

Group Renova:

Molinos Agro SA, Buenos Aires,

Oleaginosa Moreno Hermanos SACIFIyA, Buenos Aires,

Vicentin SAIC, Buenos Aires;

Group T6:

Aceitera General Deheza SA, Buenos Aires,

Bunge Argentina SA, Buenos Aires;

LDC Argentina SA, Buenos Aires.

1.7.   L-ebda impożizzjoni ta' miżuri proviżorji u proċedura sussegwenti

(33)

Ġaladarba li l-Kummissjoni sabet il-ħtieġa li tiġbor iktar informazzjoni dwar l-iżviluppi wara l-perjodu ta' investigazzjoni, li tkun tista' tikkonferma iktar is-sejbiet preliminari tal-Kummissjoni u titfa' iktar dawl fuq l-interess tal-Unjoni, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma timponi ebda miżura proviżorja f'dan il-każ.

(34)

Fil-21 ta' Settembru 2018, permezz ta' dokument ta' informazzjoni li jiddeskrivi s-sejbiet preliminari tagħha, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati kollha li ma kien se jiġi impost ebda dazju kumpensatorju proviżorju fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina. Fit-8 ta' Ottubru 2018, sitt Stati Membri (Franza, Spanja, il-Bulgarija, il-Polonja, il-Portugall u r-Rumanija) talbu lill-Kummissjoni timponi miżuri kompensatorji proviżorji f'dan il-każ. Permezz ta' ittra tal-10 ta' Ottubru 2018, il-Kummissjoni kkonfermat li l-investigazzjoni kienet għadha għaddejja u li aktar fatti se jiġu kkunsidrati (b'mod partikolari, l-iżviluppi immedjatament wara l-perjodu tal-investigazzjoni).

(35)

Bosta partijiet interessati bagħtu sottomissjonijiet bil-miktub dwar id-dokument ta' informazzjoni. Il-partijiet li talbu dan ingħataw l-opportunità li jinstemgħu, inkluż mal-Uffiċjal tas-Seduta.

(36)

Wara l-iżvelar tad-dokument ta' informazzjoni, waslu kummenti mingħand il-GtA, CARBIO, il-gruppi ta' produtturi esportaturi kollha fil-kampjun, u mill-EBB.

(37)

Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li dehrilha li kienet meħtieġa għall-konklużjonijiet definittivi tagħha. L-informazzjoni inkludiet b'mod partikolari, iżda mhux biss, tweġibiet għall-kwestjonarji riċevuti mill-EBB u l-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun dwar l-iżviluppi wara l-perjodu ta' investigazzjoni, data dwar l-importazzjonijiet ta' bijodiżil lejn l-Unjoni wara l-perjodu ta' investigazzjoni u data pprovduta minn partijiet interessati wara l-iżvelar tad-dokument ta' informazzjoni.

(38)

Fit-3 ta' Diċembru 2018, il-Kummissjoni żvelat lill-partijiet kollha l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien beħsiebha timponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni. Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jagħmlu l-kummenti tagħhom dwar l-iżvelar definittiv.

(39)

Wara l-iżvelar finali, l-EBB, il-Kopa (il-Kumitat tal-Organizzazzjonijiet Agrikoli Professjonali), Cogeca (il-Konfederazzjoni Ġenerali tal-Kooperattivi Agrikoli fl-Unjoni Ewropea) u l-Alleanza Ewropea taż-Żrieragħ Żejtnija laqgħu l-intenzjoni tal-Kummissjoni li timponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni.

2.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

2.1.   Il-prodott ikkonċernat

(40)

Il-prodott ikkonċernat huwa esteri monoalkiliċi tal-aċidi xaħmin u/jew nafta paraffinika miksuba minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta' oriġini mhux fossili, magħruf aktar bħala “bijodiżil”, fil-forma pura jew kif inkluż f'taħlita, li ġej mill-Arġentina (“il-prodott ikkonċernat”).

(41)

L-investigazzjoni uriet li bijodiżil prodott fl-Arġentina huwa esklussivament ester metiliku tal-fażola tas-sojja (soybean methyl ester - “SME”) derivat miż-żejt tal-fażola tas-sojja, filwaqt li l-bijodiżil prodott fl-Unjoni huwa prinċipalment ester metiliku tal-lift (rapeseed methyl ester - “RME”) iżda magħmul ukoll minn materja prima oħra, inkluż żejt użat kif ukoll żejt verġni.

(42)

Kemm l-SME kif ukoll l-RME jappartjenu għall-kategorija ta' esteri metiliċi tal-aċidi xaħmin (fatty acid methyl esters - FAME). Il-kelma “ester” tirreferi għat-transesterifikazzjoni taż-żjut veġetali, jiġifieri, it-taħlit taż-żejt mal-alkoħol li jipproduċi bijodiżil u bħala prodott sekondarju, il-gliċerina. Il-kelma “metil” tirreferi għall-metanol, l-aktar alkoħol komuni li jintuża fil-proċess.

(43)

Il-bijodiżil mill-SME jista' jintuża fil-forma pura tiegħu iżda ġeneralment jiġi mħallat qabel jintuża fl-Unjoni. Ir-raġuni għat-taħlit hija li l-SME fil-forma pura tiegħu ma jissodisfax l-istandard Ewropew EN 14214 f'dak li jirrigwarda n-numri tal-jodju u taċ-ċetan. Ir-raġuni għat-taħlit tal-SME mal-RME hija li l-SME għandu Punt ta' Sadd tal-Filtru tal-Kesħa (Cold Filter Plugging Point - “CFPP”) ogħla mill-RME u għalhekk mhuwiex adattat għall-użu fil-forma pura tiegħu matul ix-xhur xitwin f'reġjuni kesħin tal-Unjoni Ewropea.

(44)

It-taħlitiet ta' bijodiżil u diżil minerali finalment jintużaw fis-settur tat-trasport bħala fjuwil tal-magni li jaħdmu bid-diżil ta' vetturi tat-triq, bħal karozzi, trakkijiet u karozzi tal-linja u anki ferroviji. Il-bijodiżil fil-forma pura tiegħu jew imħallat ma' diżils minerali jista' jintuża wkoll bħala fjuwil ta' tisħin f'bojlers domestiċi, kummerċjali jew industrijali u bħala fjuwil għall-ġeneraturi għall-produzzjoni tal-elettriku. Qed isiru provi biex il-bijodiżil jiġi introdott fit-trasport bl-ajru, sabiex jonqsu l-emissjonijiet ta' CO2 ikkawżati mill-industrija tal-ajru.

(45)

Il-prodott ikkonċernat attwalment jaqa' taħt il-kodiċijiet CN ex 1516 20 98 (il-Kodiċijiet TARIC 1516209821, 1516209829 u 1516209830), ex 1518 00 91 (il-Kodiċijiet TARIC 1518009121, 1518009129 u 1518009130), ex 1518 00 95 (il-Kodiċi TARIC 1518009510), ex 1518 00 99 (il-Kodiċijiet TARIC 1518009921, 1518009929 u 1518009930), ex 2710 19 43 (il-Kodiċijiet TARIC 2710194321, 2710194329 u 2710194330), ex 2710 19 46 (il-Kodiċijiet TARIC 2710194621, 2710194629 u 2710194630), ex 2710 19 47 (il-Kodiċijiet TARIC 2710194721, 2710194729 u 2710194730), 2710 20 11, 2710 20 15, 2710 20 17, ex 3824 99 92 (il-Kodiċijiet TARIC 3824999210, 3824999212 u 3824999220), 3826 00 10 u ex 3826 00 90 (il-Kodiċijiet TARIC 3826009011, 3826009019 u 3826009030).

2.2.   Prodott simili

(46)

L-investigazzjoni uriet li dawn il-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użijiet bażiċi:

(a)

il-prodott ikkonċernat;

(b)

il-prodott prodott u mibjugħ fis-suq domestiku tal-Arġentina;

(c)

il-prodott prodott u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

(47)

Il-Kummissjoni ddeċidiet li dawn il-prodotti huma għalhekk prodotti simili fis-sens tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament bażiku.

2.3.   Dikjarazzjonijiet rigward il-kamp ta' applikazzjoni tal-prodott

(48)

Il-Kummissjoni ma rċeviet ebda dikjarazzjoni rigward il-kamp ta' applikazzjoni tal-prodott.

3.   SUSSIDJAR

3.1.   Sussidji u programmi ta' sussidjar fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din l-investigazzjoni

(49)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, inkluża informazzjoni li tinsab fl-ilment, fin-Notifika ta' Bidu u fit-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni investigat l-allegazzjoni ta' sussidji mill-GtA permezz ta' dawn il-programmi ta' sussidju li ġejjin:

(1)

Appoġġ tal-Gvern lill-industrija tal-bijodiżil inkluż permezz tal-provvediment ta' fażola tas-sojja għal remunerazzjoni inqas minn adegwata (less than adequate remuneration - “LTAR”);

(2)

Ix-xiri b'mandat mill-Gvern ta' bijodiżil għal remunerazzjoni aktar minn adegwata (“Ftehim dwar il-Provvista ta' Bijodiżil”);

(3)

L-għoti ta' self u finanzjament għall-esportazzjoni b'termini preferenzjali u self preferenzjali mill-Bank Nazzjonali tal-Arġentina (Banco de la Nación Argentina, “BNA”);

(4)

Dħul tal-Gvern mitluf jew mhux miġbur, bħal deprezzament aċċellerat għal produtturi tal-bijodiżil skont il-Liġi tal-2006 dwar il-Bijofjuwils, l-eżenzjoni u d-differiment tat-taxxa preżunta minima fuq id-dħul għall-produtturi tal-bijodiżil skont il-Liġi tal-2006 dwar il-Bijofjuwils; u

(5)

Eżenzjonijiet mit-taxxa provinċjali u muniċipali:

(a)

Eżenzjonijiet mit-taxxa provinċjali mogħtija mill-Provinċja ta' Cordoba;

(b)

Eżenzjonijiet mit-taxxa provinċjali mogħtija mill-Provinċja ta' Buenos Aires;

(c)

Is-Sistema ta' Promozzjoni u ta' Żvilupp Industrijali tal-Provinċja ta' Santiago del Estero (System of Promotion and Industrial Development - “PSPID”) - Liġi Provinċjali Nru 6.750;

(d)

Ftehim dwar it-taxxi muniċipali bejn Louis Dreyfus Argentina u l-Muniċipalità ta' General Lagos;

(e)

Tnaqqis tar-rata tat-taxxa perċentwali skont il-“Pacto Fiscal” (Digriet 14/1994);

(f)

Eżenzjoni tal-Proprjetà Immobbli skont il-Liġi Industrijali ta' Santa Fe: eżenzjoni mill-ħlas tat-taxxa tal-proprjetà immobbli skont il-Liġi Provinċjali Nru 8.478/1979 (l-Artikolu 4) tal-Promozzjoni Industrijali;

(g)

Eżenzjonijiet mit-taxxa provinċjali mogħtija mill-Provinċja ta' Santa Fe;

(h)

Eżenzjoni mit-Taxxa tal-Boll ta' Santa Fe tal-Artikolu 183.29;

(i)

Eżenzjoni mit-taxxa fuq il-fatturat għall-bejgħ esportat ta' Santa Fe tal-Artikolu 127.

3.2.   Appoġġ tal-Gvern għall-industrija tal-bijodiżil inkluż permezz tal-provvediment ta' fażola tas-sojja għal remunerazzjoni inqas minn adegwata

3.2.1.   L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku

(50)

Il-Kummissjoni informat lill-GtA li jista' jkun li jkollha tuża l-fatti disponibbli skont l-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku fl-eżami tal-eżistenza u l-portata tal-appoġġ allegat mogħti lill-industrija tal-bijodiżil inkluż permezz tal-provvediment ta' fażola tas-sojja għal remunerazzjoni inqas minn adegwata.

(51)

Fil-bidu, il-Kummissjoni talbet lill-GtA jipprovdi d-dettalji ta' kuntatt (l-ismijiet, l-indirizzi u l-email) tal-kumpaniji kollha li jfornu l-input ewlieni (il-fażola tas-sojja) għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Il-GtA ma pprovdiex dawn id-dettalji ta' kuntatt.

(52)

Wara li din it-talba ma ġietx imwieġba, fis-17 ta' April 2018 intbagħtet talba lill-GtA għal aktar informazzjoni dwar l-akbar produtturi/fornituri ta' fażola tas-sojja li pprovdew inputs lill-produtturi Arġentini tal-bijodiżil.

(53)

Minħabba l-ammont konsiderevoli ta' kumpaniji li jipprovdu l-input ewlieni għall-prodott ikkonċernat, fi spirtu ta' kooperazzjoni tajba u biex tiġbor tal-inqas ftit data rilevanti għall-investigazzjoni, il-Kummissjoni llimitat it-talba tagħha għal data minn l-aktar 10 produtturi/fornituri importanti ta' fażola tas-sojja biss.

(54)

Il-Kummissjoni ma rċevietx informazzjoni sħiħa għall-parti l-kbira ta' dawn il-produtturi/fornituri ta' inputs għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Il-Kummissjoni rċeviet informazzjoni biss mingħand il-produtturi ta' bijodiżil li jipproduċu ż-żejt tal-fażola tas-sojja (mhux fażola tas-sojja) huma nfushom. Ma waslet ebda informazzjoni mingħand l-akbar għaxar produtturi tal-fażola tas-sojja, kif kien mitlub. Fin-nuqqas ta' tali informazzjoni, il-Kummissjoni qieset li ma kinitx irċeviet informazzjoni kruċjali rilevanti għal dan l-aspett tal-investigazzjoni.

(55)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet kwalunkwe informazzjoni disponibbli mitluba fil-premessa preċedenti għal dawk il-fornituri ta' fażola tas-sojja fis-snin 2014, l-2015, l-2016 u l-perjodu ta' investigazzjoni li fih il-GtA ma għandux ishma jew mhuwiex l-akbar azzjonist. Din l-informazzjoni kienet meħtieġa biex jiġi evalwat jekk il-fornitur tal-fażola tas-sojja u l-produttur tal-bijodiżil kinux relatati jew le jew parti mill-istess entità. Il-Kummissjoni talbet evidenza li l-GtA pprova jikkuntattja lil dawn il-fornituri jew li tindika lill-Kummissjoni kif tali informazzjoni tista' tinkiseb (pereż. permezz ta' assoċjazzjonijiet rilevanti). Il-GtA ma inkludiex l-informazzjoni mitluba u lanqas xi evidenza tat-tentattivi tiegħu biex tal-inqas jikkuntattja lil dawn il-fornituri.

(56)

It-tweġiba tal-GtA tal-15 ta' Frar 2018 kienet tavża li d-data mitluba mill-Kummissjoni dwar il-kultivaturi tal-fażola tas-sojja setgħet tingħata minn erba' entitajiet, li tnejn minnhom kienu ACSOJA (Asociación de la Cadena de la Soja Argentina) u CARBIO. Is-servizzi tal-Kummissjoni ltaqgħu maż-żewġ korpi waqt iż-żjara ta' verifika fl-Arġentina iżda ma ngħataw l-ebda data dwar il-fornituri tal-fażola tas-sojja. Iż-żewġ korpi l-oħra (7) ma ġewx spezzjonati minħabba l-ammont limitat ta' ħin disponibbli. ACSOJA u CARBIO ntgħażlu biex jiġu spezzjonati bħala l-aktar żewġ korpi li x'aktarx ikunu jistgħu jassistu l-investigazzjoni.

(57)

Waqt il-laqgħa ma' ACSOJA, ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni staqsew għadd ta' mistoqsijiet dwar is-sitwazzjoni tas-suq tal-fażola tas-sojja fl-Arġentina, dwar ir-relazzjoni tagħhom ta' forniment mal-produtturi tal-bijodiżil u dwar l-impatt tat-taxxa fuq l-esportazzjoni fuq l-attività tagħhom. Ir-rappreżentant ta' ACSOJA ma ta ebda risposta sinifikanti għal dawn il-mistoqsijiet u ma pprovdiex data speċifika u evidenza utli għall-investigazzjoni. Kien ċar li ACSOJA kienet sempliċiment tirrappreżenta korpi rappreżentattivi oħrajn fil-katina tal-valur tal-fażola tas-sojja u ma setgħetx twieġeb għall-mistoqsijiet dettaljati, jew tagħti l-informazzjoni mitluba fil-kwestjonarju rigward il-produzzjoni ta' fażola tas-sojja lis-servizzi tal-Kummissjoni.

(58)

Barra minn hekk, waqt iż-żjara ta' verifika, ACSOJA wegħdet li tibgħat stqarrijiet għall-istampa dwar it-taxxa fuq l-esportazzjoni tal-fażola tas-sojja u l-produzzjoni downstream tagħha. Il-Kummissjoni qatt ma rċeviet dawn l-istqarrijiet għall-istampa.

(59)

Billi CARBIO hija assoċjazzjoni ta' produtturi tal-bijodiżil, ma kinitx f'pożizzjoni li tagħti lill-Kummissjoni d-dettalji meħtieġa dwar il-produtturi tal-fażola tas-sojja.

(60)

Għaldaqstant, il-GtA ma pprovdiex l-informazzjoni u l-evidenza meħtieġa dwar l-allegat provvediment mill-Gvern ta' fażola tas-sojja għal remunerazzjoni inqas minn adegwata, kif talbet il-Kummissjoni fil-kwestjonarju tagħha, fl-ittra tas-17 ta' April 2018 u waqt iż-żjara ta' verifika.

(61)

In-nuqqas ta' kooperazzjoni suffiċjenti ma ppermettietx lill-Kummissjoni tiġbor l-informazzjoni kollha li hija tqis rilevanti għall-konklużjonijiet tagħha f'din l-investigazzjoni. B'mod aktar speċifiku, il-Kummissjoni ma setgħetx tikseb informazzjoni u data dwar is-suq għall-produtturi tal-fażola tas-sojja, l-impatt tal-miżuri governattivi (bħat-taxxa fuq l-esportazzjoni tal-fażola tas-sojja) fuq l-imġiba tagħhom kif ukoll dwar il-provvista ta' fażola tas-sojja lill-produtturi tal-bijodiżil.

(62)

Din l-informazzjoni kienet tinkludi l-imġiba u d-deċiżjonijiet tal-produtturi tal-fażola tas-sojja qabel u wara l-introduzzjoni u d-diversi bidliet tat-taxxi fuq l-esportazzjoni u miżuri oħra restrittivi b'mod simili, l-istrateġiji ta' produzzjoni tagħhom u l-possibbiltà li jaqilbu għal għelejjel alternattivi, id-disponibbiltà u l-aċċess għal art li tinħadem, il-karatteristiċi tas-suq u d-dinamika fir-rigward tad-distinzjoni bejn kumpaniji kbar u SMEs, il-kanali ta' bejgħ u kummerċjalizzazzjoni u l-istrateġiji għas-swieq domestiċi u ta' esportazzjoni tagħhom, il-prezzijiet u l-politiki ta' pprezzar fis-swieq domestiċi u ta' esportazzjoni tagħhom, l-impatt tal-prezz internazzjonali fuq il-politiki ta' pprezzar tagħhom, is-sitwazzjoni tal-kompetizzjoni interna u fis-swieq ta' esportazzjoni, il-profittabilità tagħhom matul is-snin, l-impatt ta' kapaċità żejda u tal-istrateġiji ta' ħażna tagħhom, l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet tal-klijenti prinċipali tagħhom domestikament u fis-swieq tal-esportazzjoni inkluż ir-rwol tal-industrija tat-tħin tas-sojja u l-valur miżjud miksub mill-industrija tat-tħin kif ukoll is-sitwazzjoni tal-kompetizzjoni tal-industrija tat-tħin fl-Arġentina u fis-swieq internazzjonali.

(63)

Barra minn hekk, għall-kuntrarju ta' dak li kien sostna l-GtA fit-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju, matul iż-żjara ta' verifika s-servizzi tal-Kummissjoni skoprew li l-GtA kellu s-sjieda ta' wieħed mill-fornituri tal-fażola tas-sojja lill-industrija tal-bijodiżil, jiġifieri YPF (8). Madankollu, billi YPF huwa biss wieħed mill-mijiet ta' fornituri ta' fażola tas-sojja lill-industrija tal-bijodiżil, l-informazzjoni li pprovda dan il-fornitur ma kinitx biżżejjed biex tiġi stabbilita l-imġiba tal-fornituri l-oħrajn ta' fażola tas-sojja lill-industrija tal-bijodiżil. B'mod partikolari, YPF ma jkabbarx il-fażola tas-sojja, iżda jaċċetta l-fażola tas-sojja bħala ħlas għall-fertilizzant u l-fjuwil tiegħu u mbagħad ibigħ il-fażola tas-sojja fis-suq domestiku Arġentin. Għaldaqstant ma jirrappreżentax lill-bdiewa tal-fażola tas-sojja li jfornu lill-industrija tal-bijodiżil.

(64)

Fin-nuqqas ta' informazzjoni kuntrarja mingħand il-GtA, il-Kummissjoni bbażat ruħha parzjalment fuq il-fatti disponibbli għas-sejbiet tagħha rigward dawn l-aspetti tal-investigazzjoni skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku.

(65)

Wara l-iżvelar tad-dokument ta' informazzjoni, il-GtA kkontesta mill-ġdid id-dikjarazzjoni li hu ma kkooperax bis-sħiħ fir-rigward tal-informazzjoni mitluba mill-bdiewa tal-fażola tas-sojja u rrefera għall-ittra tiegħu datata 20 ta' Lulju 2018. CARBIO ddikjarat ukoll li l-Kummissjoni kellha żball meta qalet li l-GtA ma kkooperax.

(66)

Il-Kummissjoni tenniet li l-GtA ma pprovdiex dettalji ta' kuntatt tal-kultivaturi tal-fażola tas-sojja u informazzjoni parzjali biss dwar il-produtturi taż-żejt tas-sojja. ACSOJA u CARBIO ma tawx l-informazzjoni li l-Kummissjoni kienet talbet fil-kwestjonarju u lanqas matul il-laqgħat miżmuma magħhom. Barra minn hekk, matul dawn il-laqgħat, deher biċ-ċar li r-rappreżentant ta' ACSOJA ma kienx f'pożizzjoni li jwieġeb il-mistoqsijiet tekniċi dettaljati u li CARBIO kienet assoċjazzjoni ta' produtturi tal-bijodiżil u mhux produtturi tal-fażola tas-sojja.

(67)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li, fir-rigward tal-appoġġ allegat tal-GtA lill-industrija tal-bijodiżil b'mod partikulari permezz ta' diversi miżuri inkluż il-provvediment mill-GtA ta' fażola tas-sojja għal remunerazzjoni inqas minn adegwata, il-GtA ma pprovdiex l-informazzjoni u l-evidenza meħtieġa kif talbet il-Kummissjoni fil-kwestjonarju tagħha, fl-ittra tas-17 ta' April 2018 u waqt iż-żjara ta' verifika. B'riżultat ta' dan, il-Kummissjoni kellha tibbaża fuq il-fatti disponibbli dwar dan l-aspett tal-investigazzjoni.

(68)

Fin-nuqqas ta' data pprovduta mill-GtA dwar il-bejgħ tal-kultivaturi tal-fażola tas-sojja fl-Arġentina, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq l-informazzjoni pprovduta mill-produtturi esportaturi fil-kampjun fir-rigward tal-prezz domestiku tal-fażola tas-sojja. Barra minn hekk, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq informazzjoni disponibbli pubblikament rigward id-direzzjoni jew l-inkarigu ta' kultivaturi tal-fażola tas-sojja mill-GtA biex ibigħu l-fażola tas-sojja domestikament għal rimunerazzjoni inqas minn adegwata u l-intenzjoni tal-GtA li jappoġġa l-industrija tal-bijodiżil permezz ta' dan u miżuri oħra relatati.

(69)

Wara l-iżvelar finali, il-GtA u CARBIO għal darb'oħra wrew in-nuqqas ta' qbil tagħhom mal-użu tal-fatti li għamlet il-Kummissjoni skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku. Huma ddikjaraw li l-użu tal-fatti disponibbli huwa ġustifikat biss meta parti interessata tonqos milli tipprovdi “informazzjoni meħtieġa”, li tkun indispensabbli biex tintlaħaq determinazzjoni speċifika. Skont il-GtA u l-CARBIO, il-Kummissjoni qatt ma wriet kif l-informazzjoni mitluba kienet indispensabbli biex tintlaħaq determinazzjoni speċifika f'dan il-każ u injorat li l-informazzjoni mitluba jew ma kinitx disponibbli għall-GtA jew kienet strettament koperta mil-liġi dwar is-segretezza fiskali.

(70)

Il-Kummissjoni spjegat b'mod estensiv fil-komunikazzjoni tagħha mal-GtA r-raġunijiet għaliex kienet teħtieġ aktar informazzjoni dettaljata dwar il-kultivaturi tal-fażola tas-sojja u l-produtturi taż-żejt tas-sojja. Id-dikjarazzjoni tal-GtA u ta' CARBIO li l-GtA ma kienx fil-pożizzjoni li jipprovdi din l-informazzjoni ma kinitx sostnuta b'xi evidenza li tipprova li dan kien il-każ jew li l-Kummissjoni kellha mezzi raġonevoli oħra disponibbli biex tikseb tali informazzjoni. L-informazzjoni mitluba kienet ta' tali natura li l-Kummissjoni tista' tassumi li kienet jew fil-pussess tal-GtA u/jew CARBIO jew mill-inqas li l-GtA kellu l-kontroll regolatorju fuq il-kultivaturi tal-fażola tas-sojja u produtturi taż-żejt tas-sojja biex jitlob din l-informazzjoni. Il-Kummissjoni stenniet ukoll kooperazzjoni aħjar mill-kultivaturi tal-fażola tas-sojja u l-produtturi taż-żejt tas-sojja jekk dawn ġew ikkuntattjati direttament mill-GtA u/jew b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni.

3.2.2.   Analiżi

(71)

L-ilmentatur allega l-eżistenza tal-appoġġ tal-GtA lill-industrija tal-bijodiżil permezz ta' miżuri diversi. B'mod partikolari, l-ilmentatur iddikjara li l-GtA kien implimenta politika ta' impożizzjoni ta' taxxi għoljin fuq l-esportazzjoni u regolamenti oħrajn relatati mal-fażola tas-sojja u maż-żejt tal-fażola tas-sojja, li huwa l-materja prima essenzjali għall-produzzjoni tal-bijodiżil fl-Arġentina. B'dan il-mod, skont l-ilmentatur, il-GtA kien qed jiżgura li l-prezz tal-materja prima għall-produzzjoni tal-bijodiżil jibqa' ferm aktar baxx mill-prezzijiet globali.

(72)

Kif iddikjarat fil-Memorandum dwar is-suffiċjenza tal-evidenza (9), il-Kummissjoni kkunsidrat li t-taxxi fuq l-esportazzjoni dehru li kienu waħda mill-għodod imfassla mill-GtA sabiex jidderieġi lill-kultivaturi tal-fażola tas-sojja u l-produtturi taż-żejt tal-fażola tas-sojja biex jgħinu lill-industrija tal-bijodiżil Arġentin. F'din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni eżaminat is-sett ta' miżuri adottat mill-GtA sabiex jappoġġa l-industrija tal-bijodiżil Arġentin b'mod artifiċjali.

(73)

Sabiex tiġi stabbilita l-evidenza ta' sussidju kumpensabbli, iridu jkunu preżenti tliet elementi: (a) kontribuzzjoni finanzjarja jew appoġġ għad-dħul/għall-prezzijiet; (b) benefiċċju, u (c) speċifiċità (l-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku) (10).

(74)

Biex tasal għal konklużjoni dwar l-ewwel element, il-Kummissjoni analizzat jekk is-sett ta' miżuri adottat mill-GtA jwassalx għal kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma tal-provvediment ta' fażola tas-sojja mill-Gvern għal remunerazzjoni inqas minn adegwata lill-produtturi esportaturi tal-bijodiżil Arġentin, skont l-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament bażiku, u/jew jekk is-sett ta' miżuri adottat mill-GtA jaqax fil-kategorija ta' appoġġ għad-dħul/għall-prezzijiet tal-industrija tal-bijodiżil, skont l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament bażiku.

3.2.2.1.   Kontribuzzjoni finanzjarja

(75)

Mill-bidu nett, il-Kummissjoni osservat li l-kumpaniji kollha fil-kampjun kienu jixtru fażola tas-sojja domestikament minn kumpaniji relatati jew mhux relatati biex jipproċessawha f'żejt tal-fażola tas-sojja u mbagħad f'bijodiżil. Il-produtturi esportaturi fil-kampjun ma kinux jixtru żejt tal-fażola tas-sojja biex ikomplu jipproċessawh f'bijodiżil, billi kienu jitħnu l-fażola tas-sojja f'żejt tal-fażola tas-sojja huma nfushom bħala pass intermedju għall-produzzjoni tal-bijodiżil. Għaldaqstant, l-analiżi fit-taqsimiet sekondarji li ġejjin tiffoka fuq jekk il-GtA kienx jipprovdi fażola tas-sojja (minflok żejt tal-fażola tas-sojja) għal remunerazzjoni inqas minn adegwata.

(76)

It-tieni inċiż tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku jgħid li jkun hemm kontribuzzjoni finanzjarja fejn il-gvern: “jinkariga jew jidderieġi korp privat biex iwettaq waħda jew iktar mit-tip ta' funzjonijiet deskritti fil-punti (i), (ii) u (iii) li normalment ikunu responsabbiltà tal-gvern, u l-prattika, fl-ebda sens, ma tkun differenti mill-prattiċi normali segwiti minn gvernijiet”. It-tip ta' funzjonijiet deskritti mill-Artikolu 3(1)(a)(iii) tar-Regolament bażiku jseħħu fejn “il-gvern jipprovdi oġġetti jew servizzi apparti mill-infrastruttura ġenerali, jew jixtri oġġetti…”. Dawn id-dispożizzjonijiet jirriflettu l-paragrafi (iii) u (iv) tal-Artikolu 1.1(a)(1) tal-Ftehim dwar l-SCM u għandhom ikunu interpretati u applikati fid-dawl tal-każistika rilevanti tad-WTO.

(77)

Il-Panel tad-WTO fi Stati Uniti – Restrizzjonijiet tal-Esportazzjoni ddeċieda li t-tifsiriet ordinarji taż-żewġ kelmiet “jinkariga” u “jidderieġi” fl-Artikolu 1.1(a)(1)(iv) tal-Ftehim dwar l-SCM jeżiġu li l-azzjoni tal-gvern tkun trid tinkludi kunċett ta' delega (fil-każ ta' inkarigu) jew ta' kmand (fil-każ ta' direzzjoni) (11). Huwa rrifjuta l-“argument tal-kawża u l-effett” tal-Istati Uniti u talab azzjoni espliċita u affermattiva ta' delega jew kmand (12).

(78)

Madankollu, f'każ sussegwenti, il-Korp tal-Appell iddeċieda li s-sostituzzjoni tal-kliem “jinkariga” u “jidderieġi” b'“delega” u “kmand” hija standard riġidu wisq (13). Skont il-Korp tal-Appell, “inkarigar” iseħħ fejn gvern jagħti responsabbiltà lil korp privat u “direzzjoni” tirreferi għal sitwazzjonijiet fejn il-gvern jeżerċita l-awtorità tiegħu fuq korp privat (14).

(79)

Fiż-żewġ każijiet, il-gvern juża korp privat bħala institur sabiex iwettaq il-kontribuzzjoni finanzjarja, u “fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, wieħed jistenna li l-inkarigar jew id-direzzjoni ta' korp privat jinvolvu xi forma ta' theddid jew persważjoni” (15). Fl-istess waqt, il-paragrafu (iv) tal-Artikolu 1.1(a)(1) tal-Ftehim dwar l-SCM ma jippermettix lill-Membri li jimponu miżuri kumpensatorji għal prodotti “kull meta l-gvern ikun sempliċiment qed jeżerċita s-setgħat regolatorji ġenerali tiegħu” (16) jew fejn l-intervent tal-gvern “jista' jkollu jew ma jkollux riżultat partikolari sempliċiment ibbażat fuq iċ-ċirkustanzi fattwali partikolari u l-eżerċizzju tal-għażla libera mill-atturi f'dak is-suq” (17). L-inkarigar u d-direzzjoni pjuttost jimplikaw “rwol aktar attiv tal-gvern milli sempliċi azzjonijiet ta' inkoraġġiment” (18).

(80)

Barra minn hekk, id-WTO ma qisitx li “li korp privat jingħata diskrezzjoni neċessarjament imur kontra l-inkarigar jew id-direzzjoni ta' dak il-korp privat […] Għalkemm jista' jkun hemm każijiet fejn l-estent tad-diskrezzjoni li titħalla lill-korp privat ikun tali li jsir impossibbli li wieħed jikkonkludi kif xieraq li l-korp privat ġie inkarigat jew dirett (li jwettaq kompitu partikolari), din hija kwistjoni fattwali/evidenzjarja li għandha tiġi indirizzata fuq il-bażi ta' każ b'każ.” (19)

(81)

F'konformità ma' dawk id-deċiżjonijiet tad-WTO, mhux il-miżuri kollha tal-gvern li jistgħu jagħtu benefiċċji ekwivalenti għal kontribuzzjoni finanzjarja taħt l-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 1.1(a) tal-Ftehim dwar l-SCM. Irid ikun hemm evidenza ta' politika jew programm tal-gvern li jippromwovi l-industrija investigata (f'dan il-każ partikolari l-industrija tal-bijodiżil/bijofjuwils), permezz tal-eżerċitar tal-awtorità fuq korpi pubbliċi jew privati jew l-għoti ta' responsabbiltà lilhom (hawnhekk il-kultivaturi tal-fażola tas-sojja) sabiex jipprovdu fażola tas-sojja lill-industrija tal-bijodiżil għal remunerazzjoni inqas minn adegwata.

(82)

Fi ftit kliem, id-deċiżjonijiet rilevanti tad-WTO jipprovdu li:

(i)

id-determinazzjoni ta' jekk hemmx “kontribuzzjoni finanzjarja” taħt l-Artikolu 1.1(a)(1) tal-Ftehim dwar l-SCM għandha tiffoka fuq in-natura tal-azzjoni tal-gvern, aktar milli fuq l-effetti jew ir-riżultati tal-azzjoni tal-gvern (20). Fi kliem ieħor, huwa rikonoxxut sew li l-gvernijiet jintervjenu fis-suq bħala regolaturi u, meta jagħmlu dan, jikkawżaw effetti fuq is-suq u l-operaturi tiegħu. F'dan is-sens, gvern jista', pereżempju, jimponi leġittimament taxxi fuq l-esportazzjoni sabiex jiġġenera dħul f'każ ta' komodità kompetittiva ħafna fis-swieq internazzjonali. Iżda ma teżistix tali impożizzjoni leġittima ta' restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni meta jkun evidenti li l-użu ta' tali strumenti flimkien ma' mekkaniżmi oħrajn biex il-komoditajiet jinżammu domestikament u jisfurzaw lill-fornituri jbigħu taħt il-prezzijiet tas-suq huwa parti minn skema usa' maħduma mill-gvern sabiex jappoġġa industrija partikolari jew sett ta' industriji biex jixpruna l-kompetittività tagħhom. B'hekk, in-natura tal-azzjoni tal-gvern, inkluż il-kuntest, l-għan u l-iskop tagħha, hija rilevanti fl-evalwazzjoni tal-element ta' “kontribuzzjoni finanzjarja”;

(ii)

“l-inkarigar” jew “id-direzzjoni” jinvolvu azzjoni espliċita u affermattiva indirizzata lil parti partikolari b'rabta ma' kompitu jew dover partikolari, li huwa differenti ħafna mis-sitwazzjoni li fiha gvern jintervjeni fis-suq b'xi mod, li jista' jkollu jew ma jkollux riżultat partikolari minħabba ċ-ċirkustanzi fattwali u l-eżerċizzju tal-għażla libera mill-atturi f'dak is-suq. Fl-aħħar mill-aħħar, il-kwistjoni ewlenija wara l-kunċetti ta' inkarigar jew direzzjoni hija jekk l-imġiba inkwistjoni, jiġifieri l-kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta' provvediment ta' oġġett għal remunerazzjoni inqas minn adegwata, hijiex attribwita lill-gvern jew għadhiex l-għażla libera tal-operaturi privati fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet tas-suq, bħal restrizzjonijiet regolatorji (21);

(iii)

l-Artikolu 1.1(a)(1)(iv) tal-Ftehim dwar l-SCM huwa, essenzjalment, dispożizzjoni kontra l-evażjoni u, għalhekk, sejba ta' inkarigar jew direzzjoni teħtieġ li l-gvern jagħti responsabbiltà lil korp privat jew jeżerċita l-awtorità tiegħu fuq korp privat sabiex jagħmel kontribuzzjoni finanzjarja. F'ħafna każijiet, wieħed jistenna li l-inkarigar jew id-direzzjoni ta' korp privat jinvolvu xi forma ta' theddida jew persważjoni, li tista' sservi bħala evidenza ta' inkarigar jew direzzjoni (22). Madankollu, il-gvernijiet aktarx ikollhom mezzi oħrajn disponibbli sabiex jeżerċitaw awtorità fuq korp privat li wħud minnhom jistgħu jkunu “aktar sottili” minn kmand jew mhux bilfors jinvolvu l-istess grad ta' kompulsjoni (23);

(iv)

irid ikun hemm “konnessjoni li tista' tintwera” bejn l-att tal-gvern u l-imġiba tal-korp privat (24). Mhemmx raġuni għalfejn każ ta' inkarigar jew direzzjoni mill-gvern ma għandux ikun premess fuq evidenza ċirkostanzjali (bħal pereżempju atti impliċiti u informali ta' delega jew kmand), sakemm din l-evidenza tkun probatorja u konvinċenti (25). F'dan ir-rigward, l-evidenza tal-intenzjoni tal-gvern li jappoġġa l-industrija downstream (pereżempju permezz ta' politiki jew deċiżjonijiet governattivi dikjarati pubblikament jew azzjonijiet governattivi oħrajn) jew l-eżistenza ta' miżuri governattivi oħrajn li jiżguraw riżultat partikolari fuq is-suq (pereż. restrizzjoni ta' esportazzjoni flimkien ma' miżura tal-gvern li ma tħallix lill-operaturi soġġetti għal dawk ir-restrizzjonijiet milli jaħżnu l-prodotti tagħhom), tista' tkun rilevanti biex tiġi ddeterminata l-eżistenza ta' “kontribuzzjoni finanzjarja” taħt l-Artikolu 1.1(a)(1)(iv) tal-Ftehim dwar l-SCM (b'mod partikolari bħala mod indirett għall-gvern biex jipprovdi oġġetti, kif previst fis-subparagrafu (iii)). F'ċerti ċirkustanzi, “gwida” minn gvern tista' tkun direzzjoni (26). Il-preżenza ta' effetti partikolari fis-suq (bħat-traħħis ta' prezzijiet) tista' wkoll tkun fattur li għandu jitqies flimkien ma' kull evidenza oħra disponibbli, inkluża l-possibbiltà ta' antiċipazzjoni ta' dawk l-effetti f'kuntest partikolari. Fl-aħħar nett, skont iċ-ċirkustanzi, korp privat jista' jiddeċiedi li ma jwettaqx funzjoni li ġie inkarigat jew dirett biha, minkejja l-konsegwenzi negattivi possibbli li jistgħu jirriżultaw. Madankollu, dan waħdu, ma jurix li l-korp privat ma kienx inkarigat jew dirett (27).

(83)

F'konformità ma' din il-każistika, il-Kummissjoni rrevediet b'attenzjoni kbira n-natura tal-intervent tal-GtA (jekk l-intervent tal-GtA jinvolvix l-inkarigar jew id-direzzjoni lill-kultivaturi tal-fażola tas-sojja?), in-natura tal-korpi inkarigati (il-kultivaturi tal-fażola tas-sojja huma korpi privati fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku?), u l-azzjoni tal-korpi inkarigati jew diretti (il-kultivaturi tal-fażola tas-sojja inkarigati jew diretti pprovdew fażola tas-sojja lill-industrija tal-bijodiżil Arġentina għal remunerazzjoni inqas minn adegwata u għalhekk jaġixxu bħala institur għall-GtA?). Barra minn hekk, il-Kummissjoni vverifikat jekk il-funzjoni mwettqa normalment tkunx vestita fil-Gvern (il-provvista ta' fażola tas-sojja għal remunerazzjoni inqas minn adegwata lill-kumpaniji produtturi taż-żejt tas-sojja fl-Arġentina hija attività normali tal-Gvern?) u jekk din il-funzjoni ma tvarjax, f'sens reali, mill-prattiki normalment segwiti mill-gvernijiet (il-provvediment attwali ta' fażola tas-sojja mill-kultivaturi, fis-sens reali, ivarja minn dak li l-Gvern innifsu kien jagħmel?).

3.2.2.2.   L-inkarigar jew id-direzzjoni tal-kultivaturi tal-fażola tas-sojja mill-Gvern tal-Arġentina

(84)

Fid-dawl tal-każistika tal-WTO msemmija fil-premessi minn (77) sa (82), il-Kummissjoni analizzat l-ewwel jekk l-appoġġ tal-GtA lill-industrija tal-bijodiżil Arġentina huwiex effettivament għan ta' politika tal-gvern u mhux sempliċi “effett kollaterali” tal-eżerċitar ta' setgħat regolatorji ġenerali. L-investigazzjoni eżaminat b'mod partikolari jekk id-distorsjonijiet fil-prezz misjuba kinux parti mill-għanijiet tal-Gvern, jew jekk il-prezzijiet orħos tal-fażola tas-sojja kinux pjuttost prodott sekondarju “involontarju” ta' regolamentazzjoni ġenerali tal-Gvern. F'konformità mal-konklużjonijiet milħuqa fil-premessa (64), il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża parzjalment fatti disponibbli sabiex tiddetermina jekk kienx hemm inkarigar jew direzzjoni tal-kultivaturi tal-fażola tas-sojja mill-GtA.

(85)

Għadd ta' dokumenti juru li l-GtA espliċitament segwa l-appoġġ u l-iżvilupp tal-industrija tal-bijodiżil bħala għan politiku, b'mod partikolari billi fittex li jnaqqas il-prezz domestiku tal-materjali ta' input (il-fażola tas-sojja) u b'hekk ta kontribuzzjoni finanzjarja għall-produzzjoni tal-bijodiżil.

(86)

Dan l-appoġġ jinkiseb permezz ta' bosta miżuri attribwibbli lill-GtA (inklużi taxxi fuq l-esportazzjoni tal-fażola tas-sojja, sussidji lill-produtturi tal-fażola tas-sojja sabiex ikomplu jipproduċu u jbigħu domestikament lill-produtturi tal-bijodiżil, kontromiżuri fuq il-produzzjoni ta' qmuħ oħra bħal pereżempju, permezz tal-impożizzjoni ta' kwoti ta' esportazzjoni, u dikjarazzjonijiet pubbliċi sabiex iħeġġeġ lill-produtturi tal-fażola tas-sojja biex ma jwaqqfux il-produzzjoni tagħhom, iżda biex ikomplu jbigħu domestikament) (28). Dawn il-miżuri, għalkemm modifikat diversi drabi minn meta ġie introdott fl-1994 (29), ġie kostantament applikat sabiex, kif iddikjara l-GtA nnifsu fil-leġiżlazzjoni (ara l-premessi minn (89) sa (100), inaqqas il-prezz domestiku tal-fażola tas-sojja fil-kuntest taż-żieda fil-prezzijiet dinjija u għall-benefiċċju tal-iżvilupp tal-katina tal-valur miżjud fl-Arġentina, li fost l-oħrajn, tinkludi l-industrija tal-bijodiżil.

(87)

It-taxxi fuq l-esportazzjoni tal-fażola tas-sojja huma għodda importanti użata mill-GtA sabiex jappoġġa lill-industrija tal-bijodiżil. Skont l-OECD, b'mod partikolari permezz tal-iskema tat-taxxa fuq l-esportazzjoni tiegħu, il-GtA jimponi “rati ogħla għal materja prima jew produtturi ta' inputs filwaqt li japplika rati aktar baxxi għall-prodotti lesti. […] Il-vantaġġ tal-prezz mogħti lill-industriji downstream domestiċi jista' joħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni u jnaqqasha kemm fis-suq domestiku kif ukoll f'dawk barranin” (30). Barra minn hekk, l-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli (International Renewable Energy Agency - IRENA) iddikjarat f'rapport iddedikat lill-Arġentina li “Taxxi differenzjali fuq l-esportazzjoni għal bijofjuwils versus prodotti oħra ġejjin mill-istess materja prima inkoraġġixxew l-esportazzjoni tal-bijofjuwils, speċjalment tal-bijodiżil” (31). Il-Bank Dinji ddikjara li l-GtA jimponi taxxi għoljin fuq l-esportazzjoni li għandhom l-effett li “jwaqqgħu l-kost tal-materja prima domestikament u jinkoraġġixxu l-esportazzjonijiet tal-bijodiżil” (32).

(88)

Il-GtA ddikjara li l-ebda pubblikazzjonijiet tal-OECD, l-IRENA u l-Bank Dinji ma semmew objettiv espliċitu tal-GtA li jappoġġa l-industrija tal-bijodiżil Arġentin. Madankollu, il-GtA ma kkontradixxiex il-korrettezza tal-kunsiderazzjonijiet misjuba mill-Kummissjoni. Kuntrarju għall-GtA, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-analiżijiet magħmula f'dawk il-pubblikazzjonijiet li jsostnu s-sejba li l-GtA espliċitament jappoġġa l-industrija tal-bijodiżil Arġentina.

(89)

L-Arġentina kellha stabbilita taxxa fissa fuq l-esportazzjoni tal-fażola tas-sojja bir-rata ta' 3,5 % sa mill-1994. Kif se jintwera bil-bidliet kollha tal-leġiżlazzjoni deskritti fil-premessi minn (91) sa (100), il-miżuri użati biex jaġġustaw it-taxxa fuq l-esportazzjoni lil hinn mir-rata inizjali juru l-għan espliċitu tal-GtA li jnaqqas il-prezzijiet domestiċi fil-kuntest taż-żieda fil-prezzijiet tas-suq globali. Waqt l-investigazzjoni l-GtA ddikjara li t-taxxa fuq l-esportazzjoni tal-fażola tas-sojja u fuq iż-żejt tal-fażola tas-sojja kienet stabbilita għal raġunijiet ta' żieda fid-dħul. Minkejja diversi talbiet tal-Kummissjoni għal dokumenti li jappoġġaw din id-dikjarazzjoni, il-GtA ma pprovda xejn.

(90)

Barra minn hekk, l-ebda att leġiżlattiv mill-2002 'l hawn relatat mal-aġġustamenti fit-taxxa tal-esportazzjoni fuq il-fażola tas-sojja, iż-żejt tal-fażola tas-sojja jew il-bijodiżil ma jagħti ż-żieda fid-dħul bħala raġuni għal-livell ta' taxxa ta' esportazzjoni. Dawk l-atti leġiżlattivi jiddikjaraw, pjuttost, kif spjegat fil-premessi minn (91) sa (100), li l-iskop tat-taxxa tal-esportazzjoni huwa li tħeġġeġ lill-fornituri tal-fażola tas-sojja jkomplu jbigħu domestikament bi prezz aktar baxx mill-prezzijiet internazzjonali. B'hekk, minflok miżura fiskali ta' dħul, il-GtA juża t-taxxi tal-esportazzjoni fuq il-fażola tas-sojja bħala għodda sabiex jappoġġa l-iżvilupp tal-industrija domestika tal-bijodiżil.

(91)

Wara dikjarazzjoni pubblika ta' emerġenza (33), it-taxxa tal-esportazzjoni żdiedet minn 3,5 % għal 13,5 % fl-2002 permezz tar-Riżoluzzjoni 11/2002 (34). Din ir-riżoluzzjoni kienet tinkludi din id-dikjarazzjoni: “l-effetti ta' kwalunkwe bidla sostanzjali fil-prezzijiet internazzjonali ta' produzzjonijiet agrikoli għandhom jitqiesu wkoll” (enfasi miżjuda), li turi li din il-miżura ttieħdet sabiex tinfluwenza l-prezz tas-suq domestiku tal-fażola tas-sojja meta mqabbel mal-prezz tas-suq dinji.

(92)

Ir-rata żdiedet iktar fl-istess sena minn 13,5 % għal 23,5 % permezz tar-Riżoluzzjoni 35/2002 (35), li tiddikjara li “Il-Liġi Nru 22415 tippermetti l-impożizzjoni ta' importazzjonijiet ta' oġġetti għall-konsum sabiex jistabbilizzaw il-prezzijiet domestiċi sakemm jilħqu livelli konvenjenti u jżommu provvista li tissodisfa l-ħtiġijiet tas-suq domestiku”. Skont it-test legali dawn il-miżuri kienu tranżitorji u temporanji sakemm il-kundizzjonijiet ekonomiċi ġenerali attwali kellhom jibqgħu jippersistu. Madankollu, dawn it-taxxi fuq l-esportazzjoni għadhom fis-seħħ, f'livell simili għal meta kien hemm l-emerġenza pubblika, filwaqt li għal qmuħ oħrajn it-taxxa fuq l-esportazzjoni ġiet iffissata għal 0 % (36).

(93)

Fl-2007, bdew joperaw l-ewwel produtturi tal-bijodiżil fuq skala kbira fl-Arġentina. F'dik is-sena l-GtA ppubblika żewġ riżoluzzjonijiet li żiedu t-taxxa tal-esportazzjoni fuq il-fażola tas-sojja minn 23,5 % għal 27,5 % (37) u saħansitra għal 35 % (38). Iż-żewġ riżoluzzjonijiet iddikjaraw bħala raġuni għat-taxxa tal-esportazzjoni addizzjonali li minbarra żieda fid-domanda domestika u internazzjonali għal dawn il-prodotti, il-prodotti koperti minn dawn ir-riżoluzzjonijiet (l-aktar prodotti relatati mal-fażola tas-sojja) japplikaw għal użi produttivi ġodda, u b'mod espliċitu jagħtu l-bijofjuwils bħala eżempju.

(94)

Barra minn hekk, ir-Riżoluzzjoni 10/2007 (39) iddikjarat b'mod espliċitu li “il-prezzijiet internazzjonali tal-qmuħ żdiedu b'mod sostanzjali […] tinħass il-konvenjenza li jinħolqu dazji addizzjonali fuq l-esportazzjoni fuq għadd mill-oġġetti msemmija qabel” (enfasi miżjuda).

(95)

Ir-Riżoluzzjoni 369/2007 (40) innutat ukoll b'mod espliċitu li ż-żieda fit-taxxa fuq l-esportazzjoni hija meħtieġa biex “tnaqqas il-prezzijiet domestiċi, issaħħaħ it-titjib fid-distribuzzjoni tad-dħul u tistimula l-valur miżjud” (enfasi miżjuda).

(96)

Fl-2008 permezz tar-Riżoluzzjoni 125/2008 (41) il-GtA stabbilixxa formula li abbażi tagħha jiġi kkalkulat ammont fiss ta' taxxa fuq l-esportazzjoni, skont il-livell tal-prezz frank abbord uffiċjali stabbilit kuljum mill-Gvern (Ministeru tan-Negozju Agrikolu).

(97)

Ir-Riżoluzzjoni 125/2008 iddikjarat il-politika li ġejja: “ Il-prezzijiet internazzjonali tal-qmuħ ċereali u taż-żrieragħ żejtnija żdiedu b'mod konsiderevoli f'dawn l-aħħar snin, b'volatilità għolja tar-rati tal-varjazzjoni tagħhom matul is-sena. Il-persistenza ta' tali xenarju jista' jkollha effetti negattivi fuq l-ekonomija inġenerali, bħalma huma prezzijiet domestiċi ogħla, distribuzzjoni tal-ġid inqas ġusta u żieda fl-inċertezza dwar id-deċiżjonijiet ta' investiment fl-agrikoltura u fl-industrija tal-bhejjem. L-emenda proposta għall-iskema ta' dazji fuq l-esportazzjoni applikabbli għal sottogrupp ewlieni ta' qmuħ ċereali u żrieragħ żejtnija hija għodda xierqa biex jissolvew il-problemi msemmija.” (enfasi miżjuda).

(98)

Għal darb'oħra fl-2008, permezz tar-Riżoluzzjoni 64/2008 (42) il-GtA emenda l-formula għall-kalkolu tat-taxxa fuq l-esportazzjoni u ddikjara mill-ġdid l-għan tal-politika tiegħu: “L-iskop tal-iskema ta' dazji varjabbli fuq l-esportazzjoni huwa li ttaffi l-impatt fuq il-prezzijiet domestiċi taż-żieda fil-prezzijiet internazzjonali tal-qmuħ u taż-żrieragħ żejtnija u l-prodotti sekondarji tagħhom, u b'hekk tikkontribwixxi għat-titjib fid-distribuzzjoni tad-dħul. ” (enfasi miżjuda).

(99)

Fl-2012, il-GtA ppubblika riżoluzzjoni konġunta fejn iddikjara li l-Arġentina kienet qed tadotta għadd ta' politiki pubbliċi sabiex issaħħaħ l-industrija nazzjonali tal-bijodiżil, speċjalment bil-promulgazzjoni tal-Liġi Nru 26.093. Ir-riżoluzzjoni konġunta nnutat ukoll li d-dazji fuq l-esportazzjoni tal-bijodiżil u t-taħlitiet tiegħu kienu konsistenti mad-dazji fuq l-esportazzjoni applikati fuq prodotti sekondarji oħrajn fis-settur taż-żrieragħ żejtnija, u jikkunsidraw il-kostijiet ta' produzzjoni differenti u jżommu differenzjali sabiex ir-rata effettiva għall-bijodiżil kienet inqas minn dik għall-input prinċipali tagħha, u b'hekk jippromwovu ż-żieda fil-valur fl-Arġentina u jgħinu biex tingħata spinta lill-industrija tal-bijodiżil (43).

(100)

Għalkemm fl-aħħar tal-2015 il-GtA li kien għadu kemm ġie elett elimina t-taxxa fuq l-esportazzjoni fuq għelejjel oħra tal-qamħ, it-taxxa fuq l-esportazzjoni tal-fażola tas-sojja baqgħet għolja. Id-Digriet Nru 133/2015 (44) li jistabbilixxi l-eliminazzjoni tat-taxxa fuq l-esportazzjoni tal-qamħ u li jaġġusta l-perċentwal tat-taxxa fuq l-esportazzjoni tal-fażola tas-sojja għal 30 % iddikjara dan l-għan ta' politika li ġej: “Fil-każ tal-fażola tas-sojja u l-prodotti sekondarji tagħha, iż-żieda fl-art miżrugħa u l-ħsad rekord tal-istaġun l-ieħor ma pprevenewx it-tnaqqis fil-kompetittività u l-profittabbiltà tal-katina tal-valur assoċjata kollha tagħha” (enfasi miżjuda). Il-katina tal-valur f'dan il-każ tirrigwarda, fost l-oħrajn, l-industrija tal-bijodiżil.

(101)

Wara l-iżvelar tad-dokument ta' informazzjoni, il-GtA u CARBIO tennew id-dikjarazzjoni tagħhom li kull effett fuq il-produzzjoni tal-bijodiżil tat-taxxi fuq l-esportazzjoni applikata tas-sojja kienet tapplika għall-fażola tas-sojja jekk effett bħal dan jeżisti, b'mod ċar jikkostitwixxi l-iktar l-iktar effett sekondarju tal-miżura ta' ġbir tad-dħul.

(102)

Il-Kummissjoni ma qablitx ma' din id-dikjarazzjoni. Id-digrieti, kif iċċitati fil-premessi minn (91) sa (100), ma jistgħux jitqiesu biss “sempliċi dikjarazzjoni ta' politika”. Din il-leġiżlazzjoni tirrifletti ripetutament l-intenzjoni tal-GtA li jappoġġa l-industrija tal-bijodiżil, filwaqt li, għall-kuntrarju tat-twemmin tal-GtA, id-digrieti ma jindikawx li l-ġbir tad-dħul huwa l-għan ta' taxxa fuq l-esportazzjoni fuq il-fażola tas-sojja. L-ebda mil-leġiżlazzjoni li ressaq il-GtA fis-sottomissjoni tiegħu ma rreferiet għal funzjoni li żżid id-dħul għat-taxxa fuq l-esportazzjoni tal-fażola tas-sojja.

(103)

Bl-impożizzjoni ta' taxxi fuq l-esportazzjoni fuq il-fażola tas-sojja, il-GtA jpoġġi lill-kultivaturi tal-fażola tas-sojja Arġentini f'sitwazzjoni ekonomikament irrazzjonali, li ġġiegħlhom ibigħu l-prodotti tagħhom domestikament għal prezz aktar baxx milli jistgħu jiksbu fin-nuqqas ta' dawk it-taxxi ta' esportazzjoni. Għaldaqstant huma mċaħħda minn għażla razzjonali u mġiegħla jikkonformaw mal-għan ta' politika tat-taxxa fuq l-esportazzjoni.

(104)

Din is-sitwazzjoni irrazzjonali kompliet tikber minħabba restrizzjonijiet oħrajn fuq l-esportazzjoni, bħal pereżempju kwoti ta' esportazzjoni fuq prodotti agrikoli oħrajn minbarra l-fażola tas-sojja mill-2006 sal-2015, li skoraġġew l-esportazzjoni ta' għelejjel oħrajn u jidderieġu lill-kultivaturi biex ikomplu jipproduċu l-fażola tas-sojja (minflok qmuħ oħrajn) u li komplew ibaxxu l-prezz domestiku. Il-kultivaturi tal-fażola tas-sojja komplew jipproduċu u jbigħu l-produzzjoni tagħhom lokalment billi dan il-prodott agrikolu ma jistax jinħażen u ma jistax jinżamm għal żmien medju jew twil.

(105)

Wara l-iżvelar tad-dokument ta' informazzjoni, il-GtA ddikjara li ma kienx hemm kwoti tal-esportazzjoni fuq il-qamħirrum u l-qamħ għal 10 snin. Madankollu, il-Kummissjoni kkonkludiet li din id-dikjarazzjoni kienet fattwalment inkorretta. Ir-Riżoluzzjoni 543/2008 (45) espliċitament irregolat id-determinazzjoni tal-kwantitajiet massimi għall-esportazzjoni tal-qamħ u l-qamħirrum, fost oħrajn. Din il-miżura kienet fis-seħħ sal-aħħar tas-sena 2015 (46).

(106)

Barra minn hekk, fl-2009 il-GtA stabbilixxa projbizzjoni temporanja fuq l-importazzjoni tal-fażola tas-sojja u iddikjara li l-użu ta' materja prima domestika għandu jkun privileġġat fuq oħrajn importati u b'hekk iżidu l-valur tal-prodott Arġentin fis-suq internazzjonali, u li l-importazzjoni temporanja ta' inputs prodotti lokalment tfixkel dan l-għan (47). Fl-2012 il-GtA waqqaf ir-“Reġistru għall-Operaturi Liċenzjati tas-Sojja”, u neħħa l-projbizzjoni fuq l-importazzjoni (48). Madankollu, l-importazzjoni tal-fażola tas-sojja fl-Arġentina xorta waħda baqgħet ineffiċjenti sakemm saru emendi ulterjuri f'dan ir-reġistru fl-2016 (49). Il-projbizzjoni fuq l-importazzjoni flimkien mat-taxxa fuq l-esportazzjoni tal-fażola tas-sojja jikkonferma li l-għan ta' politika tal-GtA kien li jagħti spinta lill-industrija domestika tal-bijodiżil inkluż il-kontenut lokali fil-katina tal-provvista. Hija toħloq output artifiċjali mmexxi mill-gvern tal-fażola tas-sojja fl-Arġentina għall-konsum domestiku li jiżgura li d-domanda lokali għall-fażola tas-sojja huwa sodisfatt fuq il-bażi ta' provvista lokali orjentata lejn il-kisba tal-miri tal-politika msemmija.

(107)

Minbarra dan, perjodu twil ta' restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' għelejjel oħrajn wassal għal żieda konsiderevoli fil-produzzjoni tal-fażola tas-sojja, l-hekk imsejħa “sojización” (50) tal-agrikoltura Arġentina. Anki wara t-tneħħija tal-kwoti tal-esportazzjoni fl-2015 (51) il-produzzjoni tal-fażola tas-sojja ma naqsitx b'mod sinifikanti meta mqabbla ma' għelejjel oħrajn u baqgħet pjuttost stabbli, ara l-Graff 1 hawn taħt:

Graff 1

Il-produzzjoni Arġentina ta' fażola tas-sojja, qamħirrum u qamħ għal kull sena ta' ħsad

Image

Qamћirrum

Sojja

Qamћ

Produzzjoni f′Miljuni MT

2000/01

2001/02

2002/03

2003/04

2004/05

2005/06

2006/07

2007/08

2008/09

2009/10

2010/11

2011/12

2012/13

2013/14

2014/15

2015/16

2016/17

2017/18

Sors: http://datosestimaciones.magyp.gob.ar/

(108)

Barra minn hekk, fl-2017 il-GtA ppubblika riżoluzzjoni li tistabbilixxi skema ta' stimulu għall-bdiewa tal-fażola tas-sojja, (52) bħala parti mill-Pjan Belgrano (53). Il-Pjan Belgrano ġie stabbilit fl-2016 bħala pjan ta' żvilupp tal-infrastruttura u tal-industrija f'għaxra mill-provinċji tat-Tramuntana tal-Arġentina, li storikament kienu inqas żviluppati meta mqabbla mal-bqija tal-pajjiż. Din ir-riżoluzzjoni tat inċentivi finanzjarji lill-kultivaturi tal-fażola tas-sojja fl-għaxar provinċji l-inqas żviluppati fl-Arġentina (54) mill-1 ta' Marzu sal-31 ta' Awwissu 2017 u b'hekk kompliet tidderieġi lill-kultivaturi lejn il-produzzjoni tal-fażola tas-sojja u żżid il-provvista domestika ta' fażola tas-sojja għall-iżvilupp tal-industrija tal-bijodiżil.

(109)

Il-Kummissjoni qieset li fid-dawl tal-evidenza disponibbli, il-GtA assuma “rwol aktar attiv minn sempliċi atti ta' inkoraġġiment”, kif meħtieġ mill-Korp tal-Appell (55). Il-miżuri li ħa l-GtA jirrestrinġu l-libertà tal-azzjoni tal-kultivaturi tal-fażola tas-sojja billi fil-prattika jillimitaw id-deċiżjoni tan-negozju tagħhom dwar b'liema prezz u fejn għandhom ibigħu l-prodott tagħhom.

(110)

Ma jitħallewx jimmassimizzaw id-dħul tagħhom li jkunu jistgħu jiksbu fin-nuqqas tat-taxxa fuq l-esportazzjoni tal-fażola tas-sojja (pereż. billi jesportaw il-produzzjoni tagħhom biex jibbenefikaw minn prezzijiet ogħla jew billi jżidu l-prezzijiet domestiċi) kif ukoll miżuri restrittivi simili oħrajn.

(111)

Dan huwa appoġġat ukoll mid-Digriet 133/2015 u d-Digriet 640/2016 li fih il-GtA jieħu miżuri speċifiċi biex jgħin lill-industrija tal-fażola tas-sojja u l-katina tal-valur assoċjata tagħha biex ireġġgħu lura t-tnaqqis li seħħ fil-kompetittività u l-profittabbiltà tal-katina tal-valur assoċjata kollha tagħha. Għalhekk, il-kultivaturi tal-fażola tas-sojja huma mħeġġa jew diretti mill-GtA sabiex iżommu l-produzzjoni biex ifornu s-suq domestiku anki jekk fornitur razzjonali jadatta l-output u l-prezzijiet tiegħu f'sitwazzjoni fejn l-esportazzjonijiet ikunu ġew diżinċentivati.

(112)

Għaldaqstant, permezz ta' dawn il-miżuri l-GtA jipperswadi lill-kultivaturi tal-fażola tas-sojja sabiex iżommu l-fażola tas-sojja fl-Arġentina billi ma jistgħux ibigħu bi prezzijiet aħjar li jista' jkun hemm fl-Arġentina mingħajr dawn il-miżuri.

(113)

F'dan is-sens, il-produtturi tal-input huma “inkarigati” jew “diretti” mill-GtA sabiex jipprovdu prodotti lill-utenti domestiċi tal-fażola tas-sojja, jiġifieri lill-produtturi tal-bijodiżil, għal remunerazzjoni inqas minn adegwata. Il-kultivaturi tal-fażola tas-sojja għandhom ir-responsabbiltà li joħolqu suq domestiku artifiċjali, kompartimentalizzat u rħis fl-Arġentina.

(114)

Fi kliem ieħor, meta japplika s-sett ta' miżuri deskritti, il-GtA jaf kif il-kultivaturi tal-fażola tas-sojja se jirreaġixxu għall-miżuri u liema konsegwenzi se jkollhom. Filwaqt li l-kultivaturi tal-fażola tas-sojja jistgħu ibaxxu l-produzzjoni domestika tagħhom xi ftit b'reazzjoni għat-taxxi fuq l-esportazzjoni u miżuri restrittivi oħra, l-evidenza turi li l-produzzjoni ma waqfitx, u lanqas ma naqset b'mod sinifikanti (ara t-Tabella 1 hawn taħt u spjega iktar fid-dettall fil-premessa (139)). Il-Kummissjoni kkonkludiet li dan huwa riżultat tal-inkarigar u d-direzzjoni tal-GtA tal-kultivaturi tal-fażola tas-sojja biex ikomplu l-produzzjoni u l-esportazzjoni.

(115)

Kif spjegat, fis-settur tat-tkabbir tal-fażola tas-sojja l-adattament tal-produzzjoni se jibqa' moderat, li se jirriżulta fi prezzijiet domestiċi aktar baxxi. F'dan ir-rigward, l-effetti huma stabbiliti fuq bażi ex-ante, mhux ex-post u għaldaqstant mhumiex “involontarji”. Hemm “konnessjoni li tista' tintwera” ċara bejn il-politika u l-imġiba tal-korpi privati involuti, li qegħdin jaġixxu bħala instituri għall-GtA biex iwettaq il-politika tiegħu li jipprovdi fażola tas-sojja għal remunerazzjoni inqas minn adegwata lill-industrija tal-bijodiżil.

(116)

Il-GtA nnifsu rrikonoxxa li s-sett ta' miżuri tiegħu rnexxielu jikseb l-għanijiet ta' politika ddikjarati ta' appoġġ lill-industrija tal-bijodiżil. Fir-riżoluzzjoni konġunta msemmija hawn taħt li l-GtA ppubblika fl-2012, huwa ddikjara li l-politiki pubbliċi adottati kienu jinkludu firxa ta' mekkaniżmi li jippromwovu l-industrija tal-bijodiżil. Huwa ddikjara wkoll li dan jispjega s-suċċess tal-prestazzjoni ta' dan is-settur produttiv, li l-marġnijiet gross tiegħu għall-input ewlieni tiegħu matul l-istadju tal-ipproċessar jaqbżu l-25 % (56). Dawn il-marġnijiet jidhru li ġew prodotti l-aktar mid-differenzi bejn id-dazji fuq l-esportazzjoni tal-fażola tas-sojja u tal-bijodiżil.

(117)

B'konklużjoni, il-Kummissjoni sabet li l-GtA kien inkariga jew idderieġa lill-kultivaturi tal-fażola tas-sojja sabiex jimplimentaw il-politika tiegħu biex joħolqu suq domestiku kompartimentalizzat u biex jipprovdu l-fażola tas-sojja lill-industrija domestika tal-bijodiżil għal remunerazzjoni inqas minn adegwata.

(118)

Wara l-iżvelar tad-dokument ta' informazzjoni, il-GtA ddikjara li l-Kummissjoni wessgħet il-kamp ta' applikazzjoni ta' inkarigu jew direzzjoni, u enfasizzat it-termini inċentiv u gwida, filwaqt li l-ħtiġijiet mid-WTO jimplikaw li l-attribuzzjoni ta' responsabbiltà għandha tikkostitwixxi azzjoni espliċita u affermattiva, tiġi indirizzata lil parti partikolari u jkollha bħala l-għan tagħha kompitu jew dmir partikolari. Is-sempliċi dikjarazzjonijiet ta' politika minn gvern ma jistgħux jikkostitwixxu ordni u l-allegata ordni jew inkarigar ma jistgħux ikunu involontarji jew sempliċiment prodott sekondarju tar-regolamentazzjoni governattiva.

(119)

Il-Kummissjoni ma qablitx. Kif intqal fil-premessa (117), fid-dawl tal-każistika tad-WTO msemmija fil-premessa (93), il-Kummissjoni sabet evidenza sostanzjali sabiex tikkonkludi li l-GtA ħadet azzjoni espliċita u affermattiva li jinkarigaw jew jidderieġu l-kultivaturi tal-fażola tas-sojja biex ibigħu l-fażola tas-sojja tagħhom għal remunerazzjoni inqas minn adegwata lill-industrija tal-bijodiżil. Hemm “konnessjoni li tista' tintwera” bejn l-azzjonijiet tal-gvern u l-aġir tal-bdiewa tal-fażola tas-sojja b'mod li l-azzjonijiet tagħhom jistgħu jiġu attribwiti lill GtA. Il-GtA ma ssostanzjax id-dikjarazzjoni tiegħu li l-evidenza li nstabet mill-Kummissjoni setgħet biss tiġi meqjusa bħala sempliċi dikjarazzjonijiet ta' politika mill-GtA. B'mod partikolari, il-GtA ma kkontestax l-eżistenza tal-għanijiet tal-politika ddikjarata, li jirriżultaw minn dawk id-dikjarazzjonijiet; lanqas ma kkontesta li saru dikjarazzjonijiet jiċċelebraw is-suċċess tal-miżuri restrittivi fil-kisba tal-miri ta' politika b'appoġġ għall-industrija tal-bijodiżil Arġentin. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

(120)

Barra minn hekk, il-GtA saħaq li l-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-eżistenza ta' mekkaniżmi differenti fi skema usa' ddiżinjata mill-GtA biex jappoġġa industrija partikolari hija rilevanti sabiex tiġi ddeterminata n-natura tal-azzjoni hija ovvjament żbaljata, billi t-taxxi fuq l-esportazzjoni mhumiex inklużi fil-paragrafi minn (i) sa (iii) tal-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku (jew tal-Ftehim SCM) u ma jaqgħux taħt il-paragrafu (iv) tal-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku.

(121)

Is-sempliċi fatt li t-taxxi fuq l-esportazzjoni mhumiex espliċitament imsemmija fl-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament bażiku ma jeskludihomx milli jkollhom in-natura potenzjali ta' kontribuzzjoni finanzjarja u għalhekk ikunu jaqgħu fid-definizzjoni ta' sussidju skont ir-Regolament bażiku u l-Ftehim SCM. Il-Kummissjoni pprovdiet biżżejjed evidenza li t-taxxa fuq l-esportazzjoni tal-fażola tas-sojja kienet użata bħala għodda, flimkien ma' strumenti oħra, biex tħeġġeġ lill-kultivaturi tal-fażola tas-sojja jikkonformaw mal-objettivi ta' politika ddikjarati b'mod li jammonta għal sussidju ta' kumpens kif speċifikat fl-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament bażiku. Billi l-GtA ma ssostanzjax ir-raġunament għala t-taxxa fuq l-esportazzjoni tal-fażola tas-sojja ma setgħetx titqies bħala sussidju kompensatorju, il-Kummissjoni ma laqgħetx din id-dikjarazzjoni.

(122)

Wara l-iżvelar finali, il-GtA ma qabilx mas-sejba tal-Kummissjoni fil-premessa (121) li l-GtA ma ssostanzjax ir-raġunament tiegħu għala t-taxxa fuq l-esportazzjoni tal-fażola tas-sojja ma setgħetx titqies bħala sussidju kumpensatorju.

(123)

Għalkemm matul l-investigazzjoni l-GtA ddikjara li l-impożizzjoni ta' taxxi fuq l-esportazzjoni għandhom għan ta' ġenerazzjoni ta' dħul, il-GtA naqas milli jipprovdi evidenza biex jappoġġa din id-dikjarazzjoni fir-rigward ta' kwalunkwe mill-atti leġiżlattivi li jimponu jew jimmodifikaw il-livell tat-taxxa fuq l-esportazzjoni tal-fażola tas-sojja. Fuq il-bażi tal-evidenza disponibbli, il-Kummissjoni qieset li t-taxxi fuq l-esportazzjoni huma għodod fost oħrajn li l-GtA uża biex jappoġġa l-iżvilupp tal-industrija tal-bijodiżil. Għaldaqstant, il-Kummissjoni waslet għal konklużjoni differenti spjegata fil-premessi minn (89) sa (90) hawn fuq u ċaħdet id-dikjarazzjoni inizjali tal-GtA.

(124)

CARBIO sostnew li l-Kummissjoni injorat l-istandard għoli meħtieġ biex tingħata evidenza ta' inkarigu jew direzzjoni. Il-kultivaturi tal-fażola tas-sojja jibqgħu liberi li jiddeċiedu jekk jipproduċux, ibigħux u jesportawx il-fażola tas-sojja tagħhom. L-ebda element ta' taxxa fuq l-esportazzjoni tal-fażola tas-sojja ma jinkariga jew jidderieġi lill-produtturi tal-fażola tas-sojja biex jieħdu xi waħda minn dawn id-deċiżjonijiet.

(125)

Il-Kummissjoni ma qablitx li l-istandard tal-inkarigu jew id-direzzjoni, kif spjegat fil-premessa (82), ma ntlaħaqx f'dal-każ. Barra minn hekk, l-istqarrija ta' CARBIO li l-kultivaturi tal-fażola tas-sojja huma liberi li jistabbilixxu l-prezz tal-fażola tas-sojja hija żbaljata. Matul iż-żjara ta' verifika, il-GtA spjega kif il-prezz frank abbord tal-esportazzjonijiet tal-fażola tas-sojja huwa stabbilit mill-gvern. Billi kemm il-prezz tal-esportazzjoni u l-prezz domestiku tal-fażola tas-sojja huma ferm inqas mill-prezz tas-suq dinji, il-kultivaturi tal-fażola tas-sojja huma limitati fil-libertà tagħhom li jistabbilixxu l-prezz tagħhom. Fl-aħħar nett, CARBIO tinjora li t-taxxa fuq l-esportazzjoni mhijiex l-unika għodda mfassla mill-GtA biex tidderieġi l-kultivaturi tal-fażola tas-sojja. Għaldaqstant din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

(126)

CARBIO kkontestat ukoll is-sejba tal-Kummissjoni fil-premessa (112) li l-kultivaturi tal-fażola tas-sojja ma jistgħux ibigħu bi prezzijiet aħjar fl-Arġentina daqskemm kienu jkunu jistgħu fin-nuqqas ta' dawn il-miżuri, u biex issostni l-argument irreferiet għal studju mill-Kummissjoni għall-Kummerċ Intern li jiddikjara li t-tneħħija tat-taxxa fuq l-esportazzjoni tal-fażola tas-sojja kienet tirriżulta f'żieda tal-prezzijiet tal-fażola tas-sojja domestika ta' 1,2 % biss (57).

(127)

Madankollu, il-Kummissjoni nnutat li skont studju ppubblikat fl-American Journal of Agricultural Economics (58), il-prezz domestiku tal-fażola tas-sojja fin-nuqqas ta' taxxa ta' esportazzjoni jista' jkun ħafna akbar, sa 26,0 %. Barra minn hekk, l-istudju msemmi minn CARBIO indika ukoll li l-eliminazzjoni ta' taxxa fuq l-esportazzjoni tal-fażola tas-sojja twassal għal tnaqqis fil-prezz tas-suq dinji tal-fażola tas-sojja bi 18 %. Dan ifisser li mat-tneħħija teoretika ta' taxxa ta' esportazzjoni ta' 23,5 % kważi ma tibqax differenza bejn l-Arġentina u l-prezz tas-suq dinji.

(128)

Għalhekk, il-Kummissjoni tenniet il-konklużjoni li l-kultivaturi tal-fażola tas-sojja jkunu imħeġġa jkomplu jkabbru u jbigħu il-fażola tas-sojja fl-Arġentina mingħajr ma jitħallew ibigħu bi prezzijiet aħjar, kif kieku jiġri fl-Arġentina mingħajr dawn il-miżuri.

(129)

Wara l-iżvelar finali, il-GtA u CARBIO tennew id-dikjarazzjonijiet tagħhom li:

ma hemm l-ebda sett ta' miżuri li jħeġġu lill-kultivaturi domestiċi tal-fażola tas-sojja biex ibigħu l-fażola tas-sojja lokalment b'remunerazzjoni inqas minn adegwata;

il-kultivaturi tal-fażola tas-sojja huma liberi li jiffissaw il-prezz tal-fażola tas-sojja tagħhom;

ma sseħħ l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja permezz ta' taxxi fuq l-esportazzjoni tal-fażola tas-sojja; li kwalunkwe effett tat-taxxi tal-esportazzjoni applikat lill-fażola tas-sojja fuq il-produzzjoni tal-bijodiżil jikkostitwixxi, fl-aħjar każ, effett sekondarju ta' miżura ta' ġbir ta' dħul;

in-natura u l-iskop ta' ġbir tad-dħul tat-taxxi fuq l-esportazzjoni fuq il-fażola tas-sojja ma għandhom xejn x'jaqsmu mal-allegat inkarigu jew direzzjoni; u

għalhekk ma jkun ingħata l-ebda benefiċċju.

(130)

Il-GtA u CARBIO ma qablux anqas mal-interpretazzjoni legali tal-Kummissjoni tat-termini “inkarigar” u “direzzjoni”. Il-GtA ddikjara li l-valutazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Kummissjoni tixbah ħafna l-hekk imsejjaħ “approċċ fuq il-bażi tal-effetti”, li kien espliċitament u kategorikament miċħud mill-ġurisprudenza tad-WTO.

(131)

CARBIO sostniet ukoll li l-prezz tas-suq dinji attwali tal-fażola tas-sojja ma jirriflettix xi jkun il-prezz domestiku tal-fażola tas-sojja fl-Arġentina fin-nuqqas tat-taxxa fuq l-esportazzjoni.

(132)

Minħabba li l-GtA jew CARBIO sempliċiment irrepetew l-argumenti li kienu saru qabel iżda naqsu milli jissostanzjaw wieħed minn dawn l-argumenti, il-Kummissjoni ċaħdithom.

3.2.2.3.   Inkarigar jew direzzjoni ta' korpi privati fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku

(133)

Il-Kummissjoni mbagħad evalwat jekk il-kultivaturi tal-fażola tas-sojja fl-Arġentina humiex entitajiet privati inkarigati jew diretti mill-GtA fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku.

(134)

Il-produtturi esportaturi Arġentini fil-kampjun kienu qed jixtru l-fażola tas-sojja kollha użata fil-produzzjoni tal-bijodiżil minn sorsi domestiċi. Dawn kienu mixtrija minn farms tas-sojja privati, minbarra l-volumi żgħar ta' fażola tas-sojja miksuba mill-kumpanija YPF li hija proprjetà tal-istat.

(135)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkunsidrat li, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, il-kultivaturi kollha tal-fażola tas-sojja huma korpi privati li ġew inkarigati mill-GtA fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku sabiex jipprovdu fażola tas-sojja għal remunerazzjoni inqas minn adegwata.

3.2.2.4.   Il-provvediment ta' fażola tas-sojja mill-kultivaturi tal-fażola tas-sojja għal remunerazzjoni inqas minn adegwata

(136)

Fl-istadju sussegwenti, il-Kummissjoni vverifikat jekk il-kultivaturi tal-fażola tas-sojja effettivament implimentawx il-politika tal-Gvern Arġentin sabiex jipprovdu l-fażola tas-sojja għal remunerazzjoni inqas minn adegwata. Dan kien jeħtieġ analiżi dettaljata tal-iżviluppi tas-suq fl-Arġentina mqabbla ma' punt ta' riferiment xieraq. F'konformità mal-konklużjonijiet milħuqa fil-premessa (64), il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża parzjalment fatti disponibbli sabiex tiddetermina jekk kienx hemm provvediment ta' fażola tas-sojja mill-kultivaturi tal-fażola tas-sojja għal remunerazzjoni inqas minn adegwata.

(137)

Permezz tas-sett ta' miżuri deskritt fil-premessi minn (84) sa (116), il-GtA pperswada lill-kultivaturi tal-fażola tas-sojja sabiex ibigħu lokalment bi prezzijiet baxxi milli mod ieħor (jiġifieri kieku ma kienx hemm dawk il-miżuri, il-produtturi tal-fażola tas-sojja kienu jesportaw il-fażola tas-sojja bil-prezz ħafna ogħla tas-suq dinji jew sempliċiment kienu jibdlu l-provvista tagħhom biex jakkomodaw ir-restrizzjonijiet tas-suq.). Għall-kuntrarju, il-kultivaturi tal-fażola tas-sojja ma għamlux dan minħabba l-politika tal-GtA li jsaħħaħ l-iżvilupp tal-industrija tal-bijodiżil downstream.

(138)

Kif jidher fit-Tabella 1, prattikament il-konsum domestiku kollu tal-fażola tas-sojja jkompli jiġi pproċessat billi jintaħan f'żejt tal-fażola tas-sojja. Id-data rigward il-produzzjoni, l-esportazzjoni, l-importazzjoni u t-tħin domestiku tal-fażola tas-sojja matul is-snin hija kif ġej:

Tabella 1

Fażola tas-sojja, żejt tas-sojja u produzzjoni tal-bijodiżil Arġentini

 

Produzzjoni tal-fażola tas-sojja (t)

Esportazzjonijiet tal-fażola tas-sojja (t)

Importazzjonijiet tal-fażola tas-sojja (t)

Tħin tal-fażola tas-sojja (t)

Produzzjoni ta' żejt tal-fażola tas-sojja (t)

Konsum domestiku taż-żejt tal-fażola tas-sojja (t)

Produzzjoni tal-bijodiżil (t)

2007

47 482 787

11 843 248

2 245 391

36 268 044

6 962 206

474 078

 

2008

46 238 890

11 733 588

2 891 771

31 709 219

6 024 101

1 078 022

711 864

2009

30 989 474

4 292 321

823 924

30 285 623

5 772 026

1 348 922

1 179 103

2010

52 676 218

13 616 012

189

36 824 921

7 000 075

2 118 336

1 820 385

2011

48 878 774

10 420 216

12 862

37 339 854

7 113 681

2 996 512

2 429 964

2012

40 100 197

6 158 407

1 428

33 333 313

6 353 359

2 841 121

2 456 578

2013

49 306 202

7 784 236

1 615

34 040 869

6 432 942

2 448 560

1 997 809

2014

53 397 720

7 360 901

2 227

37 936 186

7 096 392

3 184 146

2 584 290

2015

61 446 556

11 509 272

566

40 940 319

7 895 905

2 407 954

1 810 659

2016

58 799 258

8 910 323

853 849

44 482 510

8 670 493

3 137 953

2 659 275

2017

54 971 626

7 369 126

1 897 833

41 824 091

8 065 602

3 264 784

2 871 435

Sors: Sottomissjoni tal-GtA li ġejja minn diversi bażijiet tad-data Arġentini disponibbli għall-pubbliku.

(139)

Kif jidher fit-Tabella 1, il-produzzjoni ta' fażola tas-sojja żdiedet minn 26,7 miljun tunnellata (t) fl-2001 għal 40,5 miljun t fl-2006 (59). Iż-żieda fit-taxxa fuq l-esportazzjoni tal-fażola tas-sojja ma wasslitx għat-tnaqqis tal-produzzjoni tal-fażola tas-sojja, iżda għal żieda irrazzjonali minn perspettiva ekonomika. Tabilħaqq, mingħajr l-inċentiv maħluq mid-diversi miżuri tal-GtA, il-fornituri soġġetti għal restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni kienu jadattaw għall-kundizzjonijiet tas-suq. Madankollu, f'dan il-każ, minflok naqqsu l-produzzjoni tagħhom, il-kultivaturi tal-fażola tas-sojja jibbenefikaw ukoll mill-għan ta' politika li jsaħħaħ u jiżviluppa industrija kompetittiva tal-bijodiżil li, min-naħa tagħha, kienet teħtieġ li kwantitajiet ta' fażola tas-sojja jkunu disponibbli għall-produtturi tal-bijodiżil fi prezzijiet irħas minn dawk internazzjonali.

(140)

Ix-xejra tidher fil-Graff 2 hawn taħt (f't):

Graff 2

L-ipproċessar tal-fażola tas-sojja fl-Arġentina

Image

Tћin tal-fażola tas-sojja

Importazzjonijiet tal-fażola tas-sojja

Esportazzjonijiet tal-fażola tas-sojja

Produzzjoni tal-fażola tas-sojja

2017

2016

2015

2014

2013

2012

2011

2010

2009

2008

2007

Sors: Data pprovduta fit-tabella fil-premessa (138).

(141)

It-Tabella 1 u l-Graff 2 juru li prattikament il-produzzjoni kollha tal-fażola tas-sojja li ġiet ikkunsmata domestikament spiċċat mitħuna u l-konsum domestiku taż-żejt tal-fażola tas-sojja li rriżulta kien użat prinċipalment għall-produzzjoni tal-bijodiżil.

(142)

Wara l-iżvelar finali, CARBIO ddikjarat li l-Kummissjoni kienet qed tasserixxi li l-fażola tas-sojja kollha mibjugħa domestikament intużat esklussivament għall-produzzjoni tal-bijodiżil. Il-Kummissjoni speċifikat li dan mhuwiex il-każ. Kif stipulat fil-premessa (141), il-fażola tas-sojja tinbiegħ domestikament biex tintaħan u ssir żejt tas-sojja u sojja mitħuna. Iż-żejt tas-sojja li jirriżulta jintuża biex isir il-bijodiżil, billi ma hemmx suq domestiku sinifikanti għaż-żejt tal-fażola tas-sojja fl-Arġentina. Xi żejt tal-fażola tas-sojja u sojja mitħuna huma esportati.

(143)

Barra minn hekk, il-fażola tas-sojja tiġi esportata biss meta l-konsum domestiku għat-tħin tal-fażola tas-sojja u għall-produzzjoni tal-bijodiżil ikun kompletament sodisfatt. It-Tabella 1 u l-Graff 2 juru wkoll l-importazzjonijiet ineżistenti jew limitati ħafna tal-fażola tas-sojja matul is-snin li fihom ġew applikati r-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni. Dan huwa kkonfermat ukoll mill-mudell kummerċjali osservat fost il-produtturi esportaturi fil-kampjun. L-ebda wieħed minnhom ma importa l-fażola tas-sojja għall-produzzjoni tal-bijodiżil. Minflok, huma importaw il-fażola tas-sojja esklussivament għall-użu fl-impjanti tat-tħin tagħhom imbagħad esportaw iż-żejt u d-dqiq kollu tal-fażola tas-sojja li rriżulta barra mill-Arġentina.

(144)

Għaldaqstant, l-għan ewlieni tal-miżuri tal-GtA ntlaħaq: il-fażola tas-sojja prodotta domestikament issodisfat kompletament id-domanda domestika għal input għall-produzzjoni domestika tal-bijodiżil għad-detriment tal-produtturi tal-fażola tas-sojja li jippreferu jottimizzaw il-qligħ tagħhom u, jew jesportaw il-prodott kollu tagħhom, jew ibigħuh domestikament bi prezzijiet ogħla iżda huma limitati mir-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni.

(145)

Skont il-każistika rilevanti tad-WTO kif spjegat b'mod partikolari fil-premessa (78), f'ħafna każijiet irid ikun hemm xi forma ta' theddida jew persważjoni mill-gvern lill-fornituri ta' inputs biex tintwera l-eżistenza ta' inkarigar u direzzjoni. Il-ftit marġni ta' diskrezzjoni ma teskludix awtomatikament dik il-konklużjoni. Din l-analiżi ta' każ b'każ hija bbażata fuq l-evidenza. F'dan il-każ, il-fatt li l-esportazzjonijiet huma pjuttost limitati f'suq ta' komoditajiet ferm internazzjonali li permezz tiegħu l-Arġentina hija waħda mill-produtturi ewlenin fid-dinja ta' fażola tas-sojja huwa notevoli, speċjalment meta wieħed iqis li l-prezz fis-swieq internazzjonali huwa ferm ogħla mill-prezz domestiku fl-Arġentina (ara l-Graff 3 fil-premessa (158).

(146)

L-evidenza li tinsab fil-leġiżlazzjoni Arġentina (ara l-premessi minn (91) sa (99) turi li l-għan tal-politika tal-GtA huwa li jiżviluppa u jiffavorixxi l-valur miżjud ogħla tal-industriji downstream, inkluż il-bijodiżil. Barra minn hekk, il-GtA ddikjara b'mod ċar l-għan tiegħu li jipproteġi lill-industriji downstream miż-żieda fil-prezzijiet internazzjonali.

(147)

Wara l-iżvelar tad-dokument ta' informazzjoni, CARBIO ddikjarat li l-Kummissjoni naqset milli tipprovdi kwalunkwe evidenza għad-dikjarazzjoni li l-produtturi tas-sojja kienu jippreferu jottimizzaw il-profitti tagħhom.

(148)

Billi l-Kummissjoni ma rċevietx informazzjoni diretta mill-kultivaturi tal-fażola tas-sojja, kif spjegat fil-premessi minn (61) sa (64), il-Kummissjoni assumiet li l-kultivaturi tal-fażola tas-sojja huma operaturi ekonomiċi razzjonali f'ekonomija tas-suq li fejn jistgħu u jkun possibbli jottimizzaw il-benefiċċji tagħhom. Għalhekk, hija meqjusa deċiżjoni irrazzjonali li tiżdied il-produzzjoni tal-fażola tas-sojja meta l-prezzijiet ikunu naqsu minħabba żieda tat-taxxi fuq l-esportazzjoni. Li l-kultivaturi tal-fażola tas-sojja jkomplu jfornu l-fażola tas-sojja minkejja d-diversi miżuri restrittivi adottati mill-GtA huwa r-riżultat tal-azzjonijiet adottati mill-GtA li jħajru lill-kultivaturi tal-fażola tas-sojja bħala entitajiet jimplimentaw l-objettivi politiċi ddikjarati biex tappoġġa l-industrija tal-bijodiżil. Għaldaqstant din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

(149)

Il-GtA afferma li l-ebda evidenza ma ntweriet li l-ipproċessar tal-fażola tas-sojja fl-Arġentina nbidel b'xi mod bħala riżultat ta' taxxi fuq l-esportazzjoni fuq il-fażola tas-sojja.

(150)

Il-Kummissjoni ma qablitx. L-ewwel nett, il-Kummissjoni tfakkar li l-GtA ma għenx lill-Kummissjoni biex tikseb l-informazzjoni neċessarja mingħand il-kultivaturi tal-fażola tas-sojja biex jivvalutaw aħjar l-imġiba tagħhom. Għalhekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, miżuri tal-GtA (inkluża t-taxxa tal-esportazzjoni) bidlet l-imġiba tal-kultivaturi tas-sojja biex jinkisbu l-effetti maħsuba mill-GtA. Kif wieħed jista' jara fit-Tabella 1, minkejja żieda fit-taxxa fuq l-esportazzjoni tal-fażola tas-sojja fl-2007, jiġifieri fil-bidu ta' produzzjoni fuq skala kbira ta' bijodiżil, il-produzzjoni tal-fażola tas-sojja żdied b'mod sinifikanti. Barra minn hekk, l-esportazzjoni taż-żejt tal-fażola tas-sojja ġiet sostitwita b'mod sinifikanti mill-esportazzjoni tal-bijodiżil matul l-istess perjodu, li juri li l-miżuri tal-GtA inċentivaw bidla strutturali biex itejbu l-kompetittività tal-industrija tal-bijodiżil. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

(151)

Huwa ċar ukoll li, għalkemm mhumiex formalment miżmuma mill-GtA milli jesportaw il-prodotti tagħhom, dawn il-politiki jġiegħlu lill-għadd kbir ta' bdiewa żgħar tal-fażola tas-sojja (madwar 64 000) jbigħu kważi l-produzzjoni tagħhom kollha fis-suq domestiku u bi prezz aktar baxx minn dak li jistgħu jiksbu fis-swieq internazzjonali. Ma hemm ebda evidenza dokumentata li l-GtA qiegħed b'xi mod jipprova jħeġġeġ u/jew jappoġġa attivament, direttament jew indirettament, żieda fl-esportazzjonijiet u allura massimizzazzjoni tal-qligħ għall-bdiewa tal-fażola tas-sojja minkejja d-diffikultajiet magħrufa tal-bdiewa ż-żgħar biex isibu klijenti barra mill-pajjiż, jikkomunikaw f'lingwa barranija u jirranġaw il-formalitajiet amministrattivi diffiċli kollha għall-esportazzjonijiet.

(152)

Fin-nuqqas ta' evidenza oħra dokumentata rigward il-kuntrarju, u minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni suffiċjenti mill-GtA li jipprovdi evidenza u informazzjoni rilevanti f'dan ir-rigward, il-Kummissjoni kkonkludiet li din l-evidenza turi l-persważjoni tal-kultivaturi tal-fażola tas-sojja biex ibigħu l-prodott tagħhom fis-suq domestiku għall-benefiċċju tal-industriji downstream inklużi l-produtturi tal-bijodiżil minflok jimmassimizzaw ir-redditu tagħhom pereżempju billi jsibu mezzi oħra bħall-adattament tal-produzzjoni tagħhom jew saħansitra jaqilbu għal xi tip ta' produzzjoni oħra (pereż. qmuħ oħrajn).

(153)

Il-fatt li għad hemm ċertu grad ta' diskrezzjoni, tal-inqas formalment, biex il-kultivaturi tal-fażola tas-sojja jbigħu barra mill-pajjiż u li fir-realtà ftit li xejn kien hemm esportazzjonijiet, ma jeliminax il-konklużjoni ewlenija li ġew inkarigati jew diretti skont il-każistika tad-WTO fi DRAMS (60).

(154)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni analizzat l-impatt potenzjali tal-provvista ta' fażola tas-sojja kkawżat mill-miżuri tal-GtA fuq il-prezz domestiku tal-fażola tas-sojja.

(155)

Il-Kummissjoni użat il-prezz domestiku medju tal-fażola tas-sojja fl-Arġentina li huwa bbażat fuq data ta' kull xahar mill-Buenos Aires Grain Exchange għal Rosario, Bahia Blanca, u Quequen ipprovdut mill-Ministeru tan-Negozju Agrikolu fil-livell tal-pajjiż.

(156)

Il-produtturi esportaturi fil-kampjun importaw xi fażola tas-sojja. Għalkemm dawn il-kumpaniji ma użawx dawn l-importazzjonijiet għall-produzzjoni tal-bijodiżil – intużaw biex jagħmlu ż-żejt tas-sojja li mbagħad ġiet esportat, il-prezz ta' dawn l-importazzjonijiet seta' jitqies rappreżentattiv, billi l-fażola tas-sojja kienet importata biex tintaħan u esportata mill-ġdid bħala żejt tal-fażola tas-sojja u l-prezz tagħha kien jirrifletti l-prezz tas-suq dinji għall-fażola tas-sojja.

(157)

Il-prezz domestiku kien imqabbel mal-prezz medju FOB tal-importazzjoni ta' fażola tas-sojja mill-produtturi esportaturi fil-kampjun fuq bażi ta' kull xahar.

(158)

Il-Graff 3 hawn taħt turi l-varjazzjonijiet fil-prezz matul il-perjodu ta' analiżi u d-differenza fil-prezz f'perċentwal bejn il-prezz domestiku Arġentin u l-prezz tas-suq dinji.

Graff 3

Il-prezz domestiku Arġentin imqabbel mal-prezz tas-suq dinji

Image

Id-differenza fil-prezz (%)

Il-prezz fis-suq dinji(ARS/MT)

Il-prezz domestikuArġentin (ARS/MT)

2017M11

2017M09

2017M07

2017M05

2017M03

2017M01

2016M11

2016M09

2016M07

2016M05

2016M03

2016M01

2015M11

2015M09

2015M07

2015M05

2015M03

2015M01

Sors: Bloomberg u s-sottomissjoni tal-GtA bbażata fuq data disponibbli għall-pubbliku.

(159)

Il-Graff 3 turi differenza fil-prezz bejn il-prezz domestiku Arġentin u l-prezz tas-suq dinji li tista' tiġi spjegata primarjament mit-taxxa fuq l-esportazzjoni tal-fażola tas-sojja. Il-politika ta' direzzjoni tal-GtA ma tħallix lill-kultivaturi tal-fażola tas-sojja jagħmlu qligħ skont il-prezzijiet tas-suq dinji. Il-kultivaturi tal-fażola tas-sojja huma effettivament imċaħħda mill-għażla razzjonali li jbigħu fis-swieq internazzjonali bi prezzijiet ferm ogħla.

(160)

Minflok, qegħdin jiksbu qligħ simili kemm fis-suq domestiku kif ukoll dak internazzjonali, billi jkollhom inaqqsu l-prezzijiet domestiċi bl-ammont tat-taxxa tal-esportazzjoni. Permezz ta' dan, il-GtA jrażżan il-prezzijiet domestiċi għall-benefiċċju tal-industrija domestika tal-ipproċessar.

(161)

Il-GtA jidderieġi billi jċaħħad lill-kultivaturi tal-fażola tas-sojja minn għażla razzjonali. Barra minn hekk, kif jista' jiġi osservat miċ-ċart, id-differenza fil-prezz bejn il-prezzijiet domestiċi u l-prezzijiet internazzjonali mhux biss baqgħet sostanzjali, iżda pproteġiet ukoll lill-industrija tal-bijodiżil u lill-industriji downstream l-oħrajn ukoll (bħat-taħħana, li huma prinċipalment integrati mal-produtturi tal-bijodiżil) mill-ogħla żidiet fil-prezzijiet fis-suq internazzjonali.

(162)

Għaldaqstant, is-sett ta' miżuri tal-GtA kiseb il-mira definita minn qabel tiegħu, jiġifieri li jnaqqas il-prezzijiet domestiċi fil-kuntest ta' żieda fil-prezzijiet internazzjonali għall-benefiċċju tal-industrija domestika ta' valur miżjud, inkluża dik tal-bijodiżil.

(163)

Fid-dawl ta' dak li ntqal, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kultivaturi tal-fażola tas-sojja fl-Arġentina kienu inkarigati jew diretti biex jipprovdu fażola tas-sojja lill-industrija domestika tal-bijodiżil għal remunerazzjoni inqas minn adegwata.

3.2.2.5.   Il-funzjoni li normalment tkun vestita fil-gvern u l-prattika, li, fl-ebda sens reali, tvarja mill-prattiki li normalment isegwu l-gvernijiet

(164)

Fir-rigward tal-kriterju “normalment vestit”, li l-Panel ma kompliex jiċċara (61) sa issa, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-provvediment ta' materja prima li tinsab f'pajjiż lill-kumpaniji nazzjonali huwa funzjoni li normalment tkun vestita fil-gvern. Taħt il-liġi ġenerali internazzjonali, l-Istati għandhom is-sovranità fuq ir-riżorsi naturali tagħhom. Filwaqt li jgawdu minn diskrezzjoni wiesgħa dwar kif jorganizzaw l-isfruttament tar-riżorsi naturali tagħhom, is-sovranità tagħhom normalment tinbidel f'setgħa governattiva regolatorja biex jagħmlu dan. F'dan ir-rigward, huwa irrilevanti jekk gvern abitwalment jidħolx jew le għal din il-funzjoni (62). Għaldaqstant il-Kummissjoni sabet li l-provvediment ta' fażola tas-sojja li titkabbar fl-Arġentina għall-industrija tal-bijodiżil hija funzjoni li normalment hija vestita fil-gvern.

(165)

Wara l-iżvelar tad-dokument ta' informazzjoni, CARBIO oġġezzjonat għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li Stat Membru għandu jinżamm responsabbli għad-deċiżjonijiet meħuda minn fornituri privati ta' fażola tas-sojja mkabbra f'dak l-istat. Biex tissodisfa l-kriterju “normalment l-awtorità”, CARBIO ddikjarat, li d-deċiżjonijiet kollha rigward il-fażola tas-sojja għandhom jittieħdu għal skop pubbliku. Madankollu, kif iddikjarat CARBIO fil-preżentazzjoni tagħha, “Stat jista' jagħżel li jieħu azzjoni fir-rigward tar-riżorsi naturali tiegħu.” Dan jikkonferma l-pożizzjoni tal-Kummissjoni li tali sovranità normalment tissarraf f'setgħa governattiva regolatorja biex torganizza l-esplojtazzjoni tar-riżorsi naturali tal-istat. Għaldaqstant, mhux meħtieġ li d-deċiżjonijiet kollha rigward il-fażola tas-sojja jittieħdu għal skop pubbliku sabiex jissodisfaw tal-kriterju “normalment l-awtorità”. Inkella, dawn l-entitajiet jistgħu jiġu kkunsidrati bħala “korpi pubbliċi” u l-azzjonijiet tagħhom jiġu attribwiti lill-Istat, li mhuwiex il-każ fix-xenarju ta' inkarigu jew direzzjoni. Skont dan l-aħħar każ, ma hemmx bżonn li l-azzjonijiet kollha minn korpi privati jistgħu jiġu attribwiti lill-Istat, iżda biss l-azzjoni speċifika eżaminata (jiġifieri l-forniment ta' inputs għal remunerazzjoni inqas minn adegwata). Konsegwentement, il-Kummissjoni ċaħdet ir-raġunament u kkonkludiet li l-provvista ta' materja prima, bħalma hi l-fażola tas-sojja, sabiex jintlaħqu għanijiet ta' interess pubbliku (bħall-iżvilupp tal-industrija tal-bijodiżil) hija funzjoni li normalment hija fl-awtorità tal-gvern.

(166)

Fir-rigward tal-kriterju ta' “fl-ebda sens reali, tvarja”, il-Kummissjoni nnutat li l-lingwaġġ oriġina mir-Rapport tal-Panel tal-1960 dwar l-Eżami Skont l-Artikolu XVI:5, li fih intuża lingwaġġ simili fir-rigward tal-imposti ffinanzjati mill-produtturi li tqiesu li mhumiex differenti, fi kwalunkwe sens reali, mill-prattiki governattivi tat-tassazzjoni u tas-sussidjar (63). F'dan l-isfond, dan il-kriterju jeħtieġ sejba affermattiva li l-provvediment tal-oġġetti mill-korpi privati inkarigati ma jvarjax, fl-ebda sens reali, mill-ipoteżi li l-gvern kien ipprovda tali oġġetti huwa stess. Il-Kummissjoni tqis li dan huwa l-każ. Minflok jipprovdi l-inputs direttament lill-industrija tal-bijodiżil sabiex jikseb l-għanijiet ta' politika pubblika tal-GtA li jsaħħaħ l-iżvilupp tal-industrija tal-bijodiżil, inkluż il-potenzjal ta' esportazzjoni tagħha, il-GtA jġiegħel lill-entitajiet privati jagħmlu dan f'ismu permezz ta' sett ta' miżuri.

(167)

Wara l-iżvelar finali, il-GtA u CARBIO sostnew li l-Kummissjoni naqset milli tipprovdi kwalunkwe evidenza li turi li d-deċiżjonijiet meħuda minn fornituri privati fuq il-produzzjoni u l-bejgħ tal-fażola tas-sojja, imkabbra fuq art privata fl-Arġentina, jirriflettu funzjoni li hija normalment tal-GtA.

(168)

Kif stipulat fil-premessa (164), il-Kummissjoni qieset li l-provvista ta' materja prima li tinsab f'pajjiż lil kumpaniji nazzjonali hija funzjoni li normalment tkun tal-gvern. Il-GtA jew CARBIO ma pprovdew l-ebda argument jew evidenza sostantiva li tirribatti din il-konklużjoni u għalhekk din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda. Il-GtA juża l-kultivaturi tal-fażola tas-sojja biex jikseb għan politiku partikolari li ma jvarjax minn sitwazzjoni fejn il-GtA stess ikun il-kultivatur tal-fażola tas-sojja direttament.

3.2.2.6.   Konklużjoni

(169)

Permezz ta' sett ta' miżuri, inklużi taxxi fuq l-esportazzjoni, restrizzjonijiet kwantitattivi, sussidji lill-produtturi domestiċi, u dikjarazzjonijiet ta' politika pubblika, il-GtA pperswada lill-kultivaturi domestiċi tal-fażola tas-sojja sabiex ibigħu l-fażola tas-sojja lokalment u “inkarigahom” jew “iddireġihom” sabiex jipprovdu din il-materja prima fl-Arġentina għal remunerazzjoni inqas minn adegwata. Il-miżuri inkwistjoni kisbu l-effett mixtieq li jfixklu s-suq domestiku tal-fażola tas-sojja fl-Arġentina u li jnaqqsu l-prezz għal livell artifiċjalment baxx għall-benefiċċju tal-industrija downstream tal-bijodiżil. Il-funzjoni ta' provvediment ta' fażola tas-sojja għal remunerazzjoni inqas minn adegwata normalment tkun vestita fil-gvern fid-dawl tal-għan pubbliku ta' appoġġ lill-industrija tal-bijodiżil u l-prattika tal-kumpaniji kultivaturi tal-fażola tas-sojja li jwettquha, fl-ebda sens reali ma tvarja mill-prattiki normalment segwiti mill-gvernijiet meta jsegwu għanijiet ta' politika simili permezz ta' forom ta' appoġġ oħrajn (bħalma huma għotjiet jew dħul mitluf).

(170)

Għaldaqstant il-Kummissjoni kkonkludiet li l-GtA pprovda kontribuzzjoni finanzjarja indiretta fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) u (iii) tar-Regolament bażiku, kif interpretat u applikat f'konformità mal-istandard rilevanti tad-WTO skont l-Artikolu 1.1(a)(iv) u (iii) tal-Ftehim dwar l-SCM.

3.2.2.7.   Appoġġ għall-prezz jew għad-dħul

(171)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kategoriji ta' “kontribuzzjoni finanzjarja”/“appoġġ għad-dħul jew għall-prezz” mhumiex reċiprokament esklussivi. Il-Korp tal-Appell ikkonferma li l-“medda ta' miżuri tal-gvern kapaċi li jipprovdu sussidji [taħt ‘kontribuzzjoni finanzjarja’] titwessa' aktar bil-kunċett ta' ‘appoġġ għad-dħul jew għall-prezz’ fil-paragrafu (2) tal-Artikolu 1.1(a)” (64). Din l-interpretazzjoni hija wkoll konsistenti mal-għan tal-Ftehim dwar l-SCM, jiġifieri, “li jżid u jtejjeb dixxiplini GATT relatati mal-użu kemm ta' sussidji kif ukoll ta' miżuri kumpensatorji” (65).

(172)

L-Artikolu XVI tal-GATT 1994 ikopri “kwalunkwe sussidju inkluża kwalunkwe forma ta' appoġġ għad-dħul jew għall-prezzijiet, li jopera direttament jew indirettament sabiex iżid l-esportazzjonijiet ta' kwalunkwe prodott mit-territorju tiegħu, jew biex inaqqas l-importazzjonijiet ta' kwalunkwe prodott fit-territorju tiegħu”.

(173)

Il-kliem “kwalunkwe forma” jindika l-kamp ta' applikazzjoni wiesa' ta' din il-kategorija, fis-sens li jindika l-forom kollha li direttament jew indirettament jipprovdu appoġġ għad-dħul jew għall-prezzijiet. F'dan is-sens, it-tifsira tad-dizzjunarju bl-Ingliż ta' “forma” tirreferi għal “wieħed mill-modi differenti li fiha oġġett jeżisti jew jimmanifesta ruħu; speċi, tip, jew varjetà” u wkoll “manjiera, metodu, mod” (66). B'hekk, “kwalunkwe forma” jinkludi kwalunkwe mod jew manjiera li fihom il-gvern jipprovdi appoġġ għad-dħul jew għall-prezzijiet lil xi ħadd.

(174)

“Appoġġ” jindika “l-azzjoni ta' kontribuzzjoni għas-suċċess jew iż-żamma tal-valur ta' xi ħaġa” (67). Il-kelma “appoġġ” spiss tintuża fil-kuntest tal-agrikoltura, bħala li tirreferi għal programmi ta' appoġġ tal-gvern (68). F'dan il-każ, it-tifsira ta' “appoġġ” fl-Artikolu 1.1(a)(2) tal-Ftehim dwar l-SCM tirreferi għall-azzjoni tal-gvern li tikkontribwixxi għas-suċċess jew iżżomm il-valur tal-prezzijiet jew tad-dħul li wieħed jirċievi.

(175)

Finalment, ir-referenza “fis-sens tal-Artikolu XVI tal-GATT 1994” timplika l-forom kollha ta' appoġġ għad-dħul jew għall-prezzijiet li direttament jew indirettament iżidu l-esportazzjonijiet ta' “kwalunkwe prodott” minn territorju ta' Membru tad-WTO jew inaqqsu l-importazzjonijiet ta' dan il-prodott fit-territorju tiegħu. Dan l-effett, potenzjali jew attwali, huwa espliċitament kontemplat fl-Artikolu XVI:1 tal-GATT 1994: “…inkluża kwalunkwe forma ta' appoġġ għad-dħul jew għall-prezzijiet, li jopera direttament jew indirettament sabiex iżid l-esportazzjonijiet ta' kwalunkwe prodott mit-territorju tiegħu, jew biex inaqqas l-importazzjonijiet ta' kwalunkwe prodott fit-territorju tiegħu”.

(176)

Fil-qosor, l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament bażiku jkopri l-miżuri tal-gvern fi kwalunkwe forma li direttament jew indirettament jipprovdu appoġġ għad-dħul jew għall-prezzijiet lil xi ħadd u dan għandu effett, potenzjali jew attwali (69), billi jżid l-esportazzjonijiet ta' kwalunkwe prodott minn territorju ta' Membru tad-WTO jew inaqqas l-importazzjonijiet ta' dan il-prodott fit-territorju tiegħu. Din l-interpretazzjoni hija wkoll konsistenti mal-għan tal-Ftehim dwar l-SCM, jiġifieri, “li jżid u jtejjeb dixxiplini GATT relatati mal-użu kemm ta' sussidji kif ukoll ta' miżuri kumpensatorji” (70).

(177)

F'konformità ma' din l-interpretazzjoni, minbarra li eżaminat jekk is-sett ta' miżuri adottati mill-GtA setax ikun ikkaratterizzat bħala “kontribuzzjoni finanzjarja” fil-forma ta' provvediment ta' oġġetti għal remunerazzjoni inqas minn adegwata, il-Kummissjoni analizzat ukoll jekk is-sett ta' miżuri tal-GtA setax ikun ikkaratterizzat ukoll bħala appoġġ għad-dħul jew għall-prezzijiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament bażiku. Meta għamlet dan, il-Kummissjoni eżaminat l-ewwel jekk il-GtA għandux l-intenzjoni li jappoġġa l-ħolqien u l-iżvilupp tal-industrija tal-bijodiżil; it-tieni, x'tip ta' miżuri adotta l-GtA sabiex jappoġġa l-industrija tal-bijodiżil; u t-tielet, jekk dawk il-miżuri kinux jikkwalifikaw bħala “kwalunkwe forma ta' appoġġ għad-dħul/għall-prezzijiet” fis-sens tal-Artikolu XVI tal-GATT 1994.

(178)

Wara l-iżvelar tad-dokument ta' informazzjoni, il-GtA u CARBIO ddikjaraw li l-Kummissjoni bbażat ruħha fuq interpretazzjoni wiesgħa b'mod inaċċettabbli tat-termini “xi tip ta' appoġġ fir-rigward ta' dħul jew prezzijiet” użati fl-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament bażiku, bl-argument li din l-interpretazzjoni tinkludi “it-tipi kollha li direttament jew indirettament jipprovdu appoġġ fir-rigward ta' dħul jew prezzijiet” u “kull mod u manjiera li bih il-gvern jipprovdi appoġġ fir-rigward ta' dħul jew prezzijiet”.

(179)

Il-Kummissjoni ċaħdet din id-dikjarazzjoni. Din id-determinazzjoni tagħha għamlitha skont il-ġurisprudenza u l-interpretazzjoni tad-WTO ta' “appoġġ fir-rigward ta' dħul jew prezzijiet”. Kif spjegat fil-premessi minn (186) sa (195) hawn taħt, il-Kummissjoni ma ħarsitx biss lejn l-effetti tal-miżuri meħuda mill-GtA, iżda wkoll analizzat bir-reqqa l-objettivi ta' politika meħuda mill-GtA kif ukoll in-natura u d-disinn, u kkonkludiet li l-prezz tal-bijodiżil u l-fażola tas-sojja fis-suq domestiku Arġentin “jinkludu intervent dirett tal-gvern fis-suq bil-għan li jiffissa l-prezz ta' oġġett f'livell partikolari”. (71) B'riżultat tal-objettivi ta' politika segwiti mill-GtA, il-prezzijiet domestiċi tal-bijodiżil, meta mqabbla mal-prezz tal-bijodiżil esportat, huma ffissati f'livell artifiċjalment għoli, b'appoġġ għall-industrija domestika tal-bijodiżil (ara l-premessi (189) u (195). Fl-istess waqt, il-prezz tal-fażola tas-sojja huwa ffissat għal livell artifiċjalment baxx permezz ta' taxxa fuq l-esportazzjoni tal-fażola tas-sojja li jappoġġa wkoll lill-industrija domestika tal-bijodiżil.

(180)

Wara l-iżvelar finali, il-GtA ma qabilx mal-interpretazzjoni tal-Kummissjoni li l-kategoriji ta' “kontribuzzjoni finanzjarja”/“appoġġ fir-rigward ta' dħul jew prezzijiet” ma jeskludux lil xulxin, minħabba l-konġunzjoni “jew” fl-Artikolu 1.1.(a)(2) tal-Ftehim SCM.

(181)

Fil-premessa (171), il-Kummissjoni spjegat għaliex hija ma kkunsidratx li dawn il-kategoriji jeskludu lil xulxin. L-ispjegazzjoni lingwistika sempliċi tal-kelma “jew” fit-test tal-Ftehim SCM ma biddlitx ir-raġunament tal-Kummissjoni u għalhekk id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

(182)

Il-GtA tenna l-affermazzjoni tiegħu li s-sejbiet tal-Kummissjoni huma bbażati fuq interpretazzjoni wiesgħa mhux xierqa tat-termini “xi tip ta' appoġġ fir-rigward ta' dħul jew prezzijiet” kif użata fl-Artikolu 1.1.(a)(2) tal-Ftehim SCM u li biex ir-reġim tat-taxxa tal-esportazzjoni jaqa' taħt id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1.1.(a)(2), il-Kummissjoni tapplika “approċċ ibbażat fuq l-effetti”, li huwa inkonsistenti mal-ġurisprudenza tad-WTO.

(183)

Billi l-GtA ma ppreżenta l-ebda evidenza ġdida li tirribatti l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni ċaħdet id-dikjarazzjonijiet.

(184)

Wara l-iżvelar finali, CARBIO kkontestat ukoll is-sejbiet tal-Kummissjoni ta' appoġġ fir-rigward ta' dħul u prezzijiet, u kkwotat favurihom parti oħra tar-Rapport tal-Bord China – GOES (72). Skont CARBIO, l-appoġġ fir-rigward ta' dħul u prezzijiet ma jkoprix sitwazzjonijiet fejn “moviment fil-prezzijiet huwa effett indirett ta' forma oħra ta' intervent mill-gvern” (73).

(185)

Il-Kummissjoni qieset li r-referenza ta' CARBIO għall-każistika minn China – GOES mhix rilevanti f'dan il-każ fejn il-konklużjonijiet dwar l-appoġġ fir-rigward ta' dħul/prezzijiet mhumiex ibbażati fuq l-effetti indiretti fuq il-prezzijiet, iżda fuq azzjonijiet attribwibbli lill-GtA li huma ppjanati, u li għandhom bħala l-għan tagħhom, effetti fuq il-prezzijiet li jappoġġaw l-industrija tal-bijodiżil. Għaldaqstant din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

3.2.2.8.   L-intenzjoni tal-GtA li jappoġġa l-industrija domestika tal-bijodiżil

(186)

L-atti leġiżlattivi msemmija fil-premessi minn (89) sa (100) juru li l-GtA għandu politika espliċita sabiex jappoġġa l-ħolqien u l-iżvilupp tal-industrija domestika tal-bijodiżil. B'mod partikolari, permezz tal-Liġi 26.093 tat-12 ta' Mejju 2006 (74), il-GtA stabbilixxa skema sabiex jippromwovi l-produzzjoni domestika u l-użu ta' bijofjuwils, inkluż il-bijodiżil. Din il-liġi waqqfet awtorità tal-infurzar bil-kompitu li tippromwovi u tikkontrolla l-produzzjoni u l-użu sostenibbli tal-bijofjuwils (75). Barra minn hekk, din il-liġi tipprovdi li d-Dipartiment tal-Agrikoltura, tal-Bhejjem, tas-Sajd u tal-Ikel għandu jippromwovi għelejjel destinati għall-produzzjoni tal-bijofjuwils li jinkoraġġixxu d-diversifikazzjoni produttiva tas-settur agrikolu, id-Dipartiment tal-Impriżi Żgħar u Medji għandu jippromwovi l-akkwist ta' assi kapitali mill-impriżi żgħar u medji għall-produzzjoni tal-bijofjuwil, u d-Dipartiment tax-Xjenza, tat-Teknoloġija u tal-Innovazzjoni Produttiva għandu jippromwovi r-riċerka, il-kooperazzjoni u t-trasferiment tat-teknoloġija bejn l-impriżi żgħar u medji u istituzzjonijiet rilevanti tas-Sistema Nazzjonali Pubblika tax-Xjenza, t-Teknoloġija u l-Innovazzjoni (76).

(187)

Il-GtA pprovda appoġġ espliċitu sa mill-2001, meta daħal fis-seħħ id-Digriet 1396 (77). Dan id-digriet waqqaf il-Pjan ta' Kompetittività għall-Bijodiżil, li jeżenta lill-produtturi mit-taxxi “sabiex jippromwovi l-iżvilupp tal-bijodiżil” u jiddikjara “li l-komponent tat-taxxa ta' fjuwils likwidu u ta' gass naturali huwa għodda fundamentali biex jintbagħtu sinjali ekonomiċi” (enfasi miżjuda). Dan il-Pjan kien appoġġat mis-Sottosegretarju tal-Fjuwils fl-2001, li assigura lill-promoturi ta' proġetti ta' produzzjoni tal-bijodiżil li l-bijodiżil se jibqa' ħieles mit-taxxa u afferma r-rwol tal-GtA billi wiegħed l-istabbiliment ta' qafas regolatorju stabbli u ħabbar li l-proġetti tal-bijodiżil se jkunu qed igawdu l-benefiċċji tal-iskema u l-krediti ta' promozzjoni industrijali. Huwa ddikjara wkoll li l-produtturi agrikoli għandhom ikunu l-protagonisti tal-iżvilupp tal-bijodiżil (78).

(188)

Il-promozzjoni tal-bijodiżil domestiku kienet ikkonsolidata mir-Riżoluzzjoni 1156 fl-2004, li ħolqot il-Programm Nazzjonali għall-Bijofjuwils (79) li ppromwova l-iżvilupp teknoloġiku tal-industrija domestika tal-bijodiżil mill-Ministeru tal-Ekonomija u l-Produzzjoni (80). Il-GtA espliċitament ikkunsidra l-promozzjoni tal-industrija domestika tal-bijodiżil bħala parti mill-mudell makroekonomiku Arġentin (81).

(189)

Fl-2011 is-Centro de Economía Internacional iddikjara (82) li l-iżvilupp tal-bijodiżil domestiku kien immirat biex jimmassimizza l-valur miżjud tas-sojja, u mhux biex inaqqas l-użu tal-fjuwils fossili. Ir-raġunijiet għall-iżvilupp tal-industrija tal-bijodiżil mogħtija minn dan il-korp ta' riċerka kienu, fost oħrajn, l-opportunità akbar li jiġu pprovduti l-ħtiġijiet tas-swieq esterni u d-differenzi f'termini ta' dazji fuq l-esportazzjoni, li jinkoraġġixxu produzzjoni b'valur miżjud akbar minflok dik ta' prodotti bażiċi bħall-fażola tas-sojja (83).

(190)

Barra minn hekk, studju li sar minn entità governattiva, l-Istitut Nazzjonali tat-Teknoloġija Agrikola (“Instituto Nacional de Tecnología Agropecuaria”, INTA) fl-2011 (84) ikkonkluda li “huwa komuni għas-suq tal-bijodiżil li jkun stimolat mill-Istat għal diversi raġunijiet permezz ta' politiki differenti”, “[f]i kliem ieħor, huwa probabbli li s-suq ikun stimulat artifiċjalment u li, mingħajr il-preżenza tal-Istat, jitlef ir-rilevanza ekonomika tiegħu”, u li “il-konklużjoni ovvja hija li l-bijodiżil ma jidhirx li jimbotta l-produzzjoni tal-fażola tas-sojja iżda li l-kawżalità tmur fid-direzzjoni opposta”.

(191)

Dan l-appoġġ kompla sa wara l-perjodu ta' investigazzjoni, billi fi Frar 2018 il-Ministru tal-Enerġija, il-Gvernatur ta' Santa Fe u CARBIO qablu li jistabbilixxu grupp konġunt ta' ħidma sabiex ifassal aħjar u jtejjeb l-istrateġija nazzjonali għall-bijodiżil (85).

(192)

Fl-2010, il-GtA stabbilixxa mandat ta' taħlit għas-suq domestiku, fejn eżiġa li l-kumpaniji tal-fjuwil fl-Arġentina jixtru l-bijodiżil u jħalltuh ma' diżil minerali qabel ibigħuh (86). Dan il-mandat ta' taħlit twaqqaf flimkien ma' Ftehimiet ta' Forniment tal-Bijodiżil bejn il-GtA u l-produtturi tal-bijodiżil mill-2010 sal-2015. Dawn il-Ftehimiet ta' Forniment ġew stabbiliti “minħabba l-importanza tal-inserzjoni tal-bijofjuwils fl-iskema tal-enerġija tal-pajjiż” u għaldaqstant kien “meħtieġ li jiġu stabbiliti linji gwida ċari li jiżguraw b'mod effiċjenti u effettiv il-kisba tal-għanijiet proposti mis-setgħa eżekuttiva nazzjonali”, (87) u wkoll “fid-dawl tal-għanijiet tal-istat nazzjonali li jippromwovi l-attività agroindustrijali billi jiġġenera valur miżjud għall-materja prima prodotta fit-territorju nazzjonali” (88).

(193)

Kif diskuss fil-premessi minn (265) sa (267) il-GtA ma ffirma ebda Ftehim ta' Forniment tal-Bijodiżil wara l-2015 iżda baqa' jalloka kwoti u jiffissa l-prezz li bih il-kumpaniji tat-taħlit kellhom jixtru l-bijodiżil. Il-kwota kienet ibbażata fuq il-kwantità meħtieġa mistennija mis-suq domestiku sabiex jiġi sodisfatt il-mandat ta' taħlit. Il-bqija tal-produzzjoni Arġentina setgħet biss tiġi esportata.

(194)

Matul il-perjodu ta' investigazzjoni, il-prezz tal-bijodiżil fis-suq domestiku kien jiġi stabbilit kull xahar, u kien ivarja għal kumpaniji kbar, kbar mhux integrati, u kumpaniji żgħar u medji. Il-prezz domestiku tal-bijodiżil kien ibbażat fuq il-formula li ġejja:

Il-kost taż-żejt tal-fażola tas-sojja (kif ippubblikat mill-Ministeru tal-Agrikoltura) + il-kost tal-metanol + il-kost lavorattiv + kostijiet oħrajn + redditu tal-kapital (stabbilit għal 3 %) (89)

(195)

Ebda wieħed mill-gruppi ta' produtturi esportaturi fil-kampjun ma rċieva kwota u forna lis-suq domestiku waqt il-perjodu ta' investigazzjoni. Madankollu, il-prezzijiet medji ffissati fis-suq domestiku jidhru li huma ogħla mill-prezz medju tal-esportazzjoni, speċjalment għall-produtturi tal-bijodiżil żgħar, medji u kbar mhux integrati. Għaldaqstant, bl-iffissar artifiċjali tal-prezz tal-bijodiżil domestiku f'livell artifiċjalment għoli, il-GtA segwa politika li jipprovdi appoġġ għall-prezzijiet lill-industrija tal-bijodiżil żgħira u medja li tbigħ fis-suq domestiku.

(196)

Wara l-iżvelar tad-dokument ta' informazzjoni, il-GtA kkontesta s-sejba li l-prezz domestiku tal-bijodiżil huwa ffissat f'livell artifiċjalment għoli.

(197)

Il-Kummissjoni ma qablitx. Biex tevalwa l-livell tal-prezzijiet domestiċi tal-bijodiżil, il-Kummissjoni użat data pubblika pprovduta mill-GtA. Din id-data pubblika wriet li l-prezz domestiku huwa stabbilit mill-GtA u b'hekk ma titħalliex f'idejn il-forzi tas-suq. Il-GtA ma kkontestax li huwa jiffissa l-prezzijiet domestiċi tal-bijodiżil. Barra minn hekk, id-data pubblika wriet li l-prezzijiet fis-suq domestiku mħallsa mill-kumpaniji li għandhom aċċess għal dak is-suq (jiġifieri kumpaniji żgħar u ta' daqs medju) kienu ogħla, bħala kwistjoni ta' fatt, mill-prezz tal-esportazzjoni. Il-GtA anqas ma kkontesta dik id-differenza fil-prezz. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-prezz domestiku tal-bijodiżil huwa ffissat f'livell artifiċjalment għoli. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

(198)

Wara l-iżvelar tad-dokument ta' informazzjoni, il-GtA ddikjara li r-rabta kawżali bejn l-allegat appoġġ fir rigward ta' dħul jew prezzijiet u l-effett sussegwenti ta' żieda fl-esportazzjoni jew tnaqqis fl-importazzjoni ma jistax jiġi aċċertat b'mod pożittiv u li l-akbar produtturi huma ostakolati milli jbigħu fis-suq domestiku.

(199)

Il-Kummissjoni ċaħdet din id-dikjarazzjoni. Bir-regolamentazzjoni tas-suq domestiku tal-bijodiżil u bl-għoti ta' kwota biss lill-kumpaniji iżgħar tal-bijodiżil, il-GtA stabbilixxa industrija fejn l-akbar produtturi ma jitħallewx ibigħu domestikament u b'hekk huma orjentati kompletament lejn l-esportazzjoni, u b'hekk iħeġġu l-kompetittività tal-esportazzjoni tal-industrija tal-bijodiżil. Barra minn hekk, it-Tabella 2 fil-premessa (209) tipprovdi data dwar il-produzzjoni tal-bijodiżil Arġentin mill-2008 (meta l-Arġentina bdiet il-produzzjoni fuq skala kbira) u l-esportazzjoni tal-bijodiżil. It-Tabella 2 turi li l-appoġġ ta' dħul għall-industrija tal-bijodiżil kellu effett pożittiv fuq l-esportazzjoni minħabba li din ġiet maħluqa bħala industrija orjentata lejn l-esportazzjoni u għadha hekk sa llum.

(200)

Kif spjegat fil-premessi minn (186) sa (191), il-GtA evidentement kellu l-intenzjoni li jappoġġa l-industrija domestika tal-bijodiżil sħiħa, irrispettivament jekk hux orjentata domestikament jew lejn l-esportazzjoni. Madankollu, l-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi fil-kampjun ma kellu xi bejgħ domestiku rilevanti matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Il-produtturi esportaturi kollha fil-kampjun spjegaw li bil-provvista ta' kumpaniji żgħar u medji li ngħataw kwoti mill-GtA, id-domanda domestika kienet sodisfatta. Il-fatt li ġie stabbilit prezz speċjali għal kumpaniji kbar ma bidilx il-fatt li l-ebda waħda mill-kumpaniji l-kbar ma biegħu fis-suq domestiku matul il-perjodu ta' investigazzjoni. B'riżultat, billi impedixxa l-industrija tal-bijodiżil milli tbigħ domestikament, il-GtA xpruna l-prestazzjoni fl-esportazzjoni tal-industrija tal-bijodiżil Arġentin.

(201)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-intenzjoni tal-GtA li jappoġġa l-ħolqien u l-iżvilupp tal-industrija tal-bijodiżil Arġentina hija evidenti.

3.2.2.9.   Miżuri ta' appoġġ għall-industrija tal-bijodiżil

(202)

Kif diskuss fil-premessi minn (186) sa (201), il-GtA fittex li jappoġġa l-industrija tal-bijodiżil billi jadotta sett ta' miżuri, inklużi t-taxxi fuq l-esportazzjoni tal-fażola tas-sojja, kwoti tal-esportazzjoni fuq il-produzzjoni ta' qmuħ oħrajn minbarra l-fażola tas-sojja, projbizzjoni ta' importazzjoni fuq il-fażola tas-sojja matul il-perjodu qabel il-perjodu ta' investigazzjoni u l-għoti ta' sussidji lill-kultivaturi tal-fażola tas-sojja fl-aktar provinċji sottożviluppati fl-Arġentina. Dawn il-miżuri ħolqu suq domestiku artifiċjali, kompartimentalizzat u bi prezz baxx għall-fażola tas-sojja fl-Arġentina għall-benefiċċju tal-industrija domestika tal-bijodiżil. Barra minn hekk, bil-Liġi tal-2006 dwar il-Bijofjuwils (90) il-GtA waqqaf skema ta' promozzjoni għall-produzzjoni tal-bijodiżil. Kif imsemmi wkoll fil-premessa (191), dan l-appoġġ kien kompla anki wara l-perjodu ta' investigazzjoni meta l-GtA, flimkien ma' awtoritajiet oħrajn u operaturi waqqaf grupp konġunt ta' ħidma sabiex ifassal aħjar u jtejjeb l-istrateġija nazzjonali għall-bijodiżil. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli li fl-aħħar 10 snin il-GtA stabbilixxa sett ta' miżuri sabiex joħloq, jiżviluppa u jappoġġa lill-industrija tal-bijodiżil.

3.2.2.10.   Is-sett ta' miżuri adottati mill-GtA jikkwalifika bħala “kwalunkwe forma ta' appoġġ għad-dħul/għall-prezzijiet” fis-sens tal-Artikolu XVI tal-GATT 1994

(203)

Permezz tas-sett ta' miżuri deskritti fil-premessa minn (186) sa (201), il-GtA jipprovdi appoġġ għad-dħul lill-industrija tal-bijodiżil. Anki kieku jista' jiġi argumentat li l-miżuri stabbiliti mill-GtA għall-produtturi tal-fażola tas-sojja mhumiex inkarigar jew direzzjoni, quod non, tal-inqas huma kundizzjonijiet regolatorji li b'mod artifiċjali jippermettu lill-produtturi tal-bijodiżil jiksbu l-fażola tas-sojja bi prezzijiet aktar baxxi minn dawk disponibbli fuq livell internazzjonali. Riżoluzzjoni tal-2012 (91) tal-GtA rrikonoxxiet li l-industrija tal-bijodiżil għamlet qligħ li kważi laħaq il-25 % fl-2012 minħabba s-sett ta' miżuri adottati mill-GtA.

(204)

Barra minn hekk, il-GtA stabbilixxa rekwiżiti obbligatorji ta' taħlit biex il-kumpaniji tal-fjuwil fl-Arġentina jkollhom jixtru l-bijodiżil bi prezzijiet artifiċjalment għalja stabbiliti mill-GtA. Kif spjegat fit-Taqsima 3.3, il-Kummissjoni ma tikkontrobattix il-Ftehimiet ta' Forniment tal-Bijodiżil billi l-produtturi esportaturi ma bbenefikawx minn din il-miżura fil-perjodu ta' investigazzjoni. Madankollu, li s-sistema hija stabbilita jindika li l-GtA jipprovdi wkoll appoġġ għall-prezzijiet għall-industrija tal-bijodiżil.

(205)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li permezz tal-Liġi tal-2006 dwar il-Bijofjuwils (92) il-GtA waqqaf skema ta' promozzjoni għall-produzzjoni tal-bijodiżil, li tinkludi l-għoti ta' inċentivi b'appoġġ għall-iżvilupp ta' din l-industrija.

(206)

Dawn il-miżuri kollha juru li l-industrija tal-bijodiżil Arġentina hija appoġġata u stimulata b'mod artifiċjali. Dan huwa rikonoxxut ukoll mill-GtA f'waħda mill-pubblikazzjonijiet tal-Istitut Nazzjonali tat-Teknoloġija Agrikola, fejn jingħad li “probabbilment is-suq huwa stimulat b'mod artifiċjali u mingħajr il-preżenza tal-istat, jitlef ir-rilevanza ekonomika” (93) u li “id-differenza fit-taxxa fuq l-esportazzjoni hija inċentiv ċar għall-produzzjoni tal-bijodiżil, u li mingħajr l-assistenza tal-istat, is-suq tal-bijodiżil għall-kumpaniji li jiddependu fuq ix-xiri taż-żejt fis-suq ma jkunx sostenibbli bħala l-uniku prodott għall-bejgħ” (94).

(207)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li permezz tas-sett ta' miżuri msemmija hawn fuq il-GtA jipprovdi direttament jew indirettament appoġġ għad-dħul jew għall-prezz għall-industrija tal-bijodiżil, u b'hekk jikkontribwixxi għall-kompetittività tiegħu.

(208)

Barra minn hekk, kif imsemmi fil-premessi (199) u (200), l-industrija tal-bijodiżil Arġentina hija settur li ġie stabbilit bħala orjentat lejn l-esportazzjoni fejn jipprevalu l-prezzijiet tas-suq dinji.

(209)

Kif jidher fit-Tabella 2, l-industrija tal-bijodiżil Arġentina inizjalment kienet stabbilita bħala industrija orjentata lejn l-esportazzjoni, fejn speċjalment fl-ewwel snin kważi l-produzzjoni kollha tal-bijodiżil kienet esportata u daħlet fl-akbar swieq ta' esportazzjoni tagħha taħt is-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi b'tariffa żero (95).

Tabella 2

Il-produzzjoni u l-esportazzjoni Arġentini tal-bijodiżil (f'tunnellati)

Sena

Produzzjoni

Total ta' esportazzjonijiet

Esportazzjonijiet lejn l-Unjoni

Esportazzjonijiet (% tal-produzzjoni)

2008

711 864

680 219

mhux applikabbli

96

2009

1 179 103

1 142 283

mhux applikabbli

97

2010

1 820 385

1 342 318

mhux applikabbli

74

2011

2 429 964

1 649 352

mhux applikabbli

68

2012

2 456 578

1 543 094

1 387 667

63

2013

1 997 809

1 149 259

478 750

58

2014

2 584 290

1 602 695

802 415

62

2015

1 810 659

788 226

6 250

44

2016

2 659 275

1 626 264

0

61

2017

2 871 435 (*)

1 650 119 (*)

638 091

57

Sors: Ministeru tal-Enerġija, GtA u INDEC, GtA - * = stima.

(210)

Għaldaqstant, l-appoġġ lill-industrija domestika tal-bijodiżil kien jiffavorixxi l-esportazzjonijiet tal-bijodiżil li permezz tagħhom il-produtturi tal-bijodiżil setgħu jikkompetu b'mod inġust mal-produtturi tal-bijodiżil f'pajjiżi oħrajn li ma jibbenefikawx minn prezzijiet aktar baxxi għall-input. Kostijiet aktar baxxi rriżultaw fi dħul ogħla, li seta' jinbidel fi qligħ addizzjonali jew jintuża biex jitnaqqas il-prezz, jew it-tnejn li huma. L-industrija Arġentina tal-bijodiżil baqgħet tiffoka prinċipalment fuq is-swieq tal-esportazzjoni, b'mod partikolari s-suq tal-Unjoni.

(211)

Wara l-iżvelar finali, il-GtA ma qabilx mas-sejba tal-Kummissjoni li “sett ta' miżuri” li ġew adottati mill-GtA jikkwalifikaw bħala “xi tip ta' appoġġ fir-rigward ta' dħul jew prezzijiet” fis-sens tal-Artikolu XIV tal-GATT 1994 u l-Artikolu 1.1(a)(2) tal-Ftehim SCM, li jirriżulta f'żieda ta' esportazzjonijiet tal-bijodiżil.

(212)

Billi l-GtA ma pprovda l-ebda raġuni oħra biex isostni din id-dikjarazzjoni, il-Kummissjoni ċaħdet din id-dikjarazzjoni.

3.2.2.11.   Konklużjoni

(213)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li permezz ta' sett ta' miżuri, il-GtA direttament jew indirettament ipprovda appoġġ għad-dħul/għall-prezzijiet lill-industrija tal-bijodiżil li rriżulta f'żieda fl-esportazzjoni tal-bijodiżil, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament bażiku.

3.2.2.12.   Benefiċċju

(214)

Ladarba stabbiliet li s-sett ta' miżuri jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja mill-GtA permezz tal-inkarigar jew id-direzzjoni ta' korpi privati u appoġġ għad-dħul jew għall-prezzijiet, il-Kummissjoni kkalkulat l-ammont ta' sussidjar f'termini tal-benefiċċju mogħti lir-riċevitur, li nstab li jeżisti matul il-perjodu ta' investigazzjoni, skont l-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku.

(215)

Billi l-parti l-kbira tal-miżuri tal-GtA kienu mmirati biex ibaxxu artifiċjalment il-prezz domestiku tal-fażola tas-sojja li rriżulta fi dħul ogħla għall-produtturi tal-bijodiżil Arġentini, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-appoġġ tal-GtA lill-industrija tal-bijodiżil kienx jagħti benefiċċju b'referenza għad-differenza bejn il-prezzijiet imħallsa mill-produtturi domestiċi tal-bijodiżil u punt ta' riferiment ibbażat fuq il-kundizzjonijiet tas-suq prevalenti fl-Arġentina għall-fażola tas-sojja.

(216)

Il-Kummissjoni assumiet li tali differenza rriżultat fi qligħ akbar miksub mill-produtturi tal-bijodiżil Arġentini u b'hekk mill-inqas kien ugwali għall-benefiċċji miksuba permezz tal-appoġġ tal-GtA għad-dħul/għall-prezzijiet. Dan il-metodu komparattiv żgura wkoll li ma kienx hemm għadd doppju ta' sussidji oħrajn kkumpensati f'din l-investigazzjoni u li jipprovdu wkoll appoġġ għad-dħul/għall-prezzijiet lill-produtturi tal-bijodiżil Arġentini.

(217)

Il-Kummissjoni l-ewwel ikkalkulat il-prezz medju ppeżat tax-xiri tal-fażola tas-sojja mħallas mill-produtturi Arġentini fil-kampjun matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Il-medja ppeżata kienet ikkalkulata xahar b'xahar u kif mogħtija mill-kultivaturi tal-fażola tas-sojja lill-impjant tal-bijodiżil fl-Arġentina.

(218)

Il-prezz medju tax-xiri kien ibbażat fuq il-prezzijiet, netti mill-VAT, u l-kwantitajiet indikati fl-elenki ta' tranżazzjoni bi tranżazzjoni ta' fatturi ppreżentati mill-kumpaniji u vverifikati waqt iż-żjarat ta' verifika.

(219)

Dan il-prezz medju ried jitqabbel ma' punt ta' riferiment xieraq. Taħt l-Artikolu 6(d) tar-Regolament bażiku l-adegwatezza ta' remunerazzjoni għandha tiġi determinata b'referenza għall-kundizzjonijiet tas-suq prevalenti għall-prodott jew servizz inkwistjoni fil-pajjiż tal-għoti jew tax-xiri, jiġifieri l-Arġentina, inkluż il-prezz, il-kwalità, id-disponibbiltà, kemm hu kummerċjabbli, it-trasport u kundizzjonijiet oħra tax-xiri (96). Dan jirrifletti l-Artikolu 14(d) tal-Ftehim dwar l-SCM u għandu jkun interpretat u applikat fid-dawl tiegħu.

(220)

Il-fażola tas-sojja hija komodità, u l-fażola tas-sojja importata fl-Arġentina hija komparabbli mal-fażola tas-sojja mkabbra domestikament. Il-produtturi esportaturi fil-kampjun importaw il-fażola tas-sojja kollha fuq il-bażi ta' CIF, li bħala medja għandu l-istess livell tal-prezz irrispettivament mill-oriġini. Il-prezzijiet tal-importazzjoni attwali mogħtija fuq termini ta' CIF lill-impjanti tat-tħin kienu fuq l-istess livell ta' prezz bħall-prezz tas-suq dinji, li huwa kkwotat bħala FOB Golf tal-Messiku. Ix-xiri ta' fażola tas-sojja mkabbra domestikament instab li sar fuq bosta Incoterms. Madankollu, l-maġġoranza sinifikanti tax-xiri ta' fażola tas-sojja mkabbra domestikament ukoll ġiet ikkonsenjata lill-impjanti tat-tħin domestiċi. L-importazzjonijiet tal-fażola tas-sojja kienu jirrappreżentaw volum sinifikanti ta' xiri mill-produtturi esportaturi fil-kampjun, jiġifieri 4,6 %. Dan ix-xiri kien mifrux fuq mijiet ta' tranżazzjonijiet. Għalkemm il-produtturi esportaturi fil-kampjun kellhom fornituri differenti minn diversi pajjiżi ġirien, il-prezz tal-importazzjoni kien fl-istess livell fil-medja, kif deskritt fil-premessa (223).

(221)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-prezzijiet attwali mħallsa mill-produtturi esportaturi fil-kampjun għall-fażola tas-sojja importata huma meqjusa li jirriflettu kundizzjonijiet tas-suq mhux distorti fl-Arġentina, inklużi l-ispejjeż ta' kunsinna applikabbli ġeneralment inklużi fil-prezz finali (97).

(222)

Il-fatt li dawk l-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi fil-kampjun ma ntużawx għall-produzzjoni tal-bijodiżil iżda għall-produzzjoni taż-żejt tal-fażola tas-sojja ma jibdilx din il-konklużjoni, billi matul il-perjodu ta' investigazzjoni d-domanda għall-fażola tas-sojja għall-produzzjoni tal-bijodiżil fl-Arġentina kienet koperta kompletament mill-provvista domestika ta' fażola tas-sojja. Fl-istess ħin ma hemm ebda differenza fil-kwalità bejn il-fażola tas-sojja differenti disponibbli li tagħmel il-fażola tas-sojja importata inutilizzabbli għall-produzzjoni tal-bijodiżil. Għaldaqstant il-Kummissjoni kkunsidrat li dak ix-xiri jikkostitwixxi punt ta' riferiment xieraq.

(223)

Fuq il-bażi ta' dan, il-Kummissjoni użat il-prezz attwali li bih il-produtturi esportaturi fil-kampjun importaw il-fażola tas-sojja fl-Arġentina, li ġiet kollha minn pajjiżi ġirien, bħala l-eqreb indikatur possibbli għall-prezzijiet domestiċi Arġentini mhux distorti għal dawn il-prodotti. Tabilħaqq, dawk il-prezzijiet kienu fl-istess livell tal-prezzijiet tas-suq dinji u kienu fi prezz medju ta' 6 043 ARS/t matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

(224)

Il-Kummissjoni mbagħad qabblet il-prezz imħallas għall-fażola tas-sojja mkabbra domestikament mill-produtturi Arġentini mal-prezz attwali medju ppeżat tal-importazzjoni tal-fażola tas-sojja fuq bażi ta' xahar b'xahar. Dawn l-importazzjonijiet kollha saru taħt skema ta' importazzjoni temporanja u għaldaqstant ma kinux soġġetti għal dazji tal-importazzjoni u l-prezz attwali mħallas mill-produtturi esportaturi fil-kampjun huwa meqjus adegwat fit-termini tas-suq u l-kundizzjonijiet prevalenti fl-Arġentina.

(225)

L-ammont totali tad-differenza jirrappreżenta l-“iffrankar” miksub mill-produtturi Arġentini tal-bijodiżil li jixtru l-fażola tas-sojja fis-suq distort Arġentin imqabbel mal-prezz li kienu jħallsu fl-assenza ta' distorsjonijiet. Finalment, dan l-ammont totali jirrappreżenta l-benefiċċju li ngħata lill-produtturi Arġentini mill-GtA matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

(226)

Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni allokat dawn l-ammonti ta' sussidju fuq il-fatturat totali tal-produzzjoni bbażata fuq il-fażola tas-sojja tal-produtturi esportaturi fil-kampjun matul il-perjodu ta' investigazzjoni bħala denominatur xieraq, billi s-sussidju ta benefiċċju lill-produzzjoni sħiħa tal-prodotti bbażati fuq il-fażola tas-sojja u mhux biss lill-prodott ikkonċernat jew lill-produzzjoni destinata għall-esportazzjoni.

(227)

Għall-perjodu ta' wara dak tal-investigazzjoni, il-GtA adotta d-Digriet 1343/2016 (98) li jistabbilixxi r-rata tat-taxxa ta' esportazzjoni fuq il-fażola tas-sojja u taż-żejt tal-fażola tas-sojja. Ir-rata se titnaqqas kull xahar b'0,5 % mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Diċembru 2019. B'riżultat ta' dan, it-taxxa fuq l-esportazzjoni għall-fażola tas-sojja se tonqos għal 18 % sal-aħħar tal-2019.

(228)

Fit-3 ta' Settembru 2018 il-GtA adotta d-Digriet 793/2018 (99), li jiffissa r-rata ta' taxxa fuq l-esportazzjoni tal-fażola tas-sojja għal 18 % minn dakinhar, iżda jimplimenta taxxa addizzjonali fuq l-esportazzjoni ta' ARS 4 għal USD esportat, li permezz tagħha t-taxxa hija kkalkulata fuq il-valur FOB tal-fażola tas-sojja esportata espress f'USD. Dan juri li l-GtA jista' jiddeċiedi li jibdel il-livell tat-taxxa fuq l-esportazzjoni fi kwalunkwe ħin.

(229)

Avvenimenti wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma timponix miżuri proviżorji f'Settembru 2018 kompla jikkonferma li l-GtA huwa intitolat li jaġġusta s-sistema fiskali tal-esportazzjoni regolarment. B'mod partikolari, il-limitu massimu ta' 12 % fuq it-taxxa tal-esportazzjoni introdotta b'Digriet f'Settembru kienet diġà żdiedet għal 33 % fil-liġi dwar l-adozzjoni tal-baġit għall-2019, u tali limitu massimu jista' jibqa' fis-seħħ sal-aħħar tal-2020 (100).

(230)

Għaldaqstant il-Kummissjoni tikkonkludi li jkun fadal jingħata benefiċċju wara l-perjodu ta' investigazzjoni skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku.

(231)

Wara l-iżvelar tad-dokument ta' informazzjoni, il-GtA u CARBIO ddikjaraw li l-valur referenzjarju tal-fażola tas-sojja importata ma jirriflettix il-kundizzjonijiet tas-suq fl-Arġentina.

(232)

L-argument tal-GtA li l-prezz tal-importazzjoni jirrifletti valur referenzjarju tas-suq alternattiv juri interpretazzjoni żbaljata tal-fatti. Il-Kummissjoni użat bħala valur referenzjarju il-prezz tal-importazzjoni tal-fażola tas-sojja effettivament imħallas mill-produtturi esportaturi fil-kampjun. Il-Kummissjoni qieset dan il-prezz valur referenzjarju xieraq, għar-raġuni speċifika li dan il-prezz kien jirrifletti l-kundizzjonijiet tas-suq fl-Arġentina mingħajr mhu affettwat mill-miżuri tal-GtA (kif verifikat meta wieħed iqabbel dawk il-prezzijiet tal-importazzjoni mal-prezzijiet internazzjonali). Il-Kummissjoni kkunsidrat il-prezz tal-importazzjoni CIF adegwat, billi dan irrifletta bil-prezz fl-impjant tat-tħin, li jinsab fil-port.

(233)

Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li jenħtieġ li l-valur referenzjarju jirrispetta kwalunkwe vantaġġ komparattiv tal-pajjiż prevalenti. Madankollu, la l-GtA u lanqas CARBIO ma jissostanzjaw jew jagħtu xi evidenza biex jappoġġaw l-allegazzjoni li l-valur referenzjarju magħżul fil-pajjiż ma jirriflettix il-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq fl-Arġentina. Għaldaqstant, dawn id-dikjarazzjonijiet ġew miċħuda.

(234)

Wara l-iżvelar finali, il-GtA u CARBIO kkontestaw li l-prezz imħallas għall-fażola tas-sojja importata kien jikkostitwixxi valur referenzjarju xieraq billi dan ma kienx jirrifletti l-kundizzjonijiet tas-suq fl-Arġentina.

(235)

Il-Kummissjoni spjegat b'mod estensiv fil-premessi (220) u minn (232) sa (233) għala qieset li l-fażola tas-sojja importata kemm rappreżentattiva kif ukoll mixtrija abbażi tal-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq fl-Arġentina. Billi l-GtA u CARBIO ma pprovdew l-ebda evidenza b'appoġġ għan-nuqqas ta' qbil tagħhom ma' din il-konklużjoni, il-Kummissjoni ċaħdet din id-dikjarazzjoni.

(236)

Wara l-iżvelar tad-dokument ta' informazzjoni, il-produtturi esportaturi fil-kampjun sostnew li l-valur referenzjarju li huwa bbażat fuq il-prezz tal-istess prodott f'reġjun kompletament differenti mhuwiex affidabbli. Il-Kummissjoni nnotat li l-produtturi esportaturi fil-kampjun importaw biss fażola tas-sojja minn pajjiżi ġirien. Għaldaqstant, din id-data kienet l-eqreb indikatur għall-prezz mhux distort fl-Arġentina mingħajr l-appoġġ tal-GtA u l-iktar affidabbli. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

(237)

Wara l-iżvelar tad-dokument ta' informazzjoni, CARBIO ddikjarat ukoll li minħabba li t-taxxa fuq l-esportazzjoni fuq il-fażola tas-sojja tnaqqset minn 30 % għal 18 % ma għadx hemm benefiċċju.

(238)

Il-Kummissjoni nnutat li l-fehma ta' CARBIO tal-livell ta' taxxa fuq l-esportazzjoni hija żbaljata. Id-Digriet Nru 793/2018 jistabbilixxi l-livell tal-esportazzjoni għal 18 %, iżda jimplementa wkoll taxxa tal-esportazzjoni addizzjonali ta' 12 %, b'limitu massimu ta' 4 ARS għal kull USD esportati. Effettivament, dan ifisser li t-taxxa fuq l-esportazzjoni kien ġiet stabbilita għal madwar 28 %, meta mqabbla ma' 30 % matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

(239)

Il-Kummissjoni osservat li din il-bidla seħħet wara l-perjodu ta' investigazzjoni għal sussidju. Skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament bażiku l-informazzjoni relatata ma' perjodu sussegwenti għall-perjodu ta' investigazzjoni normalment ma titqiesx. CARBIO ma pprovdiet l-ebda raġuni konvinċenti għaliex din l-informazzjoni għandha tiġi kkunsidrata.

(240)

Barra minn hekk, CARBIO ma pprovdietx evidenza għall-affermazzjoni tagħha li kull allegazzjoni ta' sussidju jew benefiċċju minħabba l-eżistenza tat-taxxa fuq l-esportazzjoni tal-fażola tas-sojja m'għadhiex ġustifikata. Il-Kummissjoni kkonkludiet li tnaqqis żgħir ta' madwar 2 % mit-taxxa fuq l-esportazzjoni tal-fażola tas-sojja ma wrietx li s-sussidji ma għadhomx jagħtu xi benefiċċju lill-esportaturi involuti. Il-Kummissjoni kkunsidrat li jenħtieġ li kwalunkwe effett ta' aktar tnaqqis jew it-trażżin tat-taxxa fuq l-esportazzjoni tal-fażola tas-sojja tiġi eżaminata fil-kuntest ta' reviżjoni, għall-kuntrarju tal-investigazzjoni attwali.

(241)

Barra minn hekk, CARBIO sostniet li kwalunkwe allegat benefiċċju konferit lill-produtturi Arġentini miż-żieda fit-taxxa fuq il-fażola tas-sojja jkun ikkumpensat miż-żieda fit-taxxa fuq l-esportazzjoni diretta tal-bijodiżil u għalhekk jenħtieġ li, skont l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament bażiku, jitnaqqas mill-ammont tas-sussidju totali kkalkulat.

(242)

CARBIO ma pprovdiet l-ebda ġustifikazzjoni li t-taxxa fuq l-esportazzjoni imposta fuq il-bijodiżil li ġie esportat lejn l-Unjoni kienet speċifikament maħsuba biex tpaċi s-sussidju, kif iddikjarat fl-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament bażiku. CARBIO naqset ukoll milli turi kif it-taxxa attwali fuq l-esportazzjoni tal-bijodiżil tikkumpensa għall-appoġġ mogħti mill-miżuri tal-GtA, inkluż permezz tat-taxxa fuq l-esportazzjoni tal-fażola tas-sojja. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din id-dikjarazzjoni.

(243)

CARBIO għamlet kummenti oħra speċifiċi dwar il-bidliet fis-sistema tat-taxxa fuq l-esportazzjoni wara t-tmiem il-perjodu ta' investigazzjoni, inkluża ż-żieda fit-taxxa fuq l-esportazzjoni tal-bijodiżil, u l-bidliet fit-taxxa fuq l-esportazzjoni tal-fażola tas-sojja. Il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni li dawn il-bidliet għamlu xi differenza għall-konklużjonijiet tal-Kummissjoni.

(244)

L-ewwel nett, it-taxxa fuq l-esportazzjoni tal-bijodiżil imposta wara tmiem il-perjodu ta' investigazzjoni ma kellha l-ebda effett ovvju fuq l-ammont tal-benefiċċju mogħti lill-produtturi tal-bijodiżil ibbażat fuq il-provvista tal-fażola tas-sojja għal remunerazzjoni inqas minn adegwata.

(245)

It-tieni nett, għad hemm taxxa fuq l-esportazzjoni fuq il-fażola tas-sojja, u ma ġiet ipprovduta ebda evidenza li wara l-perjodu ta' investigazzjoni, il-prezz tal-fażola tas-sojja fl-Arġentina żdied, u li b'hekk teoretikament hemm tnaqqis fl-ammont tal-benefiċċju.

(246)

Wara l-iżvelar finali, il-GtA enfasizza li l-Artikolu 81 tal-Liġi tal-Baġit ma jżidx għal 33 % kwalunkwe “limitu massimu fuq it-taxxa fuq l-esportazzjoni globali introdotta bid-Digriet 783/2018 f'Settembru”, billi l-Artikolu 83 stabbilixxa limitu tar-rata tat-taxxa fuq l-esportazzjoni għal 30 % tal-valur taxxabbli jew il-prezz FOB uffiċjali.

(247)

Anki jekk it-taxxa ta' esportazzjoni kienet limitata għal 30 %, il-konklużjoni tal-Kummissjoni li jkun fadal jingħata benefiċċju wara l-perjodu ta' investigazzjoni skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, għadha valida.

(248)

Wara l-iżvelar tad-dokument ta' informazzjoni, il-produtturi esportaturi fil-kampjun ressqu kummenti dwar il-kalkolu tal-benefiċċju pprovduti bil-provvista tal-fażola tas-sojja għal remunerazzjoni inqas minn adegwata. Dawn il-kummenti kienu speċifiċi għall-kumpaniji u prinċipalment irreferew għal żbalji klerikali jew talbiet għal aktar aġġustament.

(249)

Fejn instab żball klerikali ġie kkoreġut, pereżempju l-inklużjoni ta' tranżazzjonijiet bi kwantità żero sabiex jiżguraw li l-prezz għal kull kg mixtri kien korrett. Madankollu, meta kumpanija talbet li data li kienet ġiet ivverifikata tinbidel wara l-verifiki tagħhom fil-post, tali talba ġiet miċħuda billi l-Kummissjoni ma kinitx f'pożizzjoni li tikkonferma l-eżattezza tad-data l-ġdida mhux ivverifikata.

(250)

Wara l-iżvelar finali, iż-żewġ produtturi esportaturi li kienu talbu li data vverifikata tinbidel, reġgħu għamlu l-istess talba, u għal darb'oħra ġiet miċħuda għall-istess raġunijiet ta' qabel.

(251)

Waqt seduta wara l-iżvelar tad-dokument ta' informazzjoni, CARBIO sostniet li għall-kalkolu tal-benefiċċju l-Kummissjoni għandha tirrifjuta dawn l-akkwisti ta' fażola tas-sojja magħmula minn kumpaniji relatati għall-kalkolu tal-prezz tax-xiri fl-Arġentina. Il-Kummissjoni nnotat li x-xiri tal-fażola tas-sojja fl-Arġentina magħmula mill-produtturi esportaturi matul il-perjodu ta' investigazzjoni sar kemm mingħand fornituri relatati u mhux relatati, u l-prezzijiet kienu l-istess. Din hija indikazzjoni ċara li x-xiri minn fornituri relatati sar f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta. Il-Kummissjoni għalhekk ma rat l-ebda raġuni biex ma jintużawx dawn it-tranżazzjonijiet biex tikkalkula l-benefiċċju lill-produttur tal-bijodiżil, li ġie kkalkulat abbażi ta' medji ta' kull xahar għal kull kilo ta' fażola tas-sojja mixtrija. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

3.2.2.13.   Speċifiċità

(252)

Is-sett ta' miżuri tal-GtA kien intiż biex jibbenefika lil ċerti industriji, inkluża l-industrija domestika tal-bijodiżil. Tabilħaqq, għalkemm id-distorsjonijiet fuq il-fażola tas-sojja jibbenefikaw ukoll lil prodotti downstream oħrajn minbarra l-bijodiżil, il-benefiċċju huwa disponibbli biss għal ċerti industriji fl-Arġentina, li huma dawk fil-katina ta' valur tas-sojja. Barra minn hekk, anki jekk l-appoġġ mogħti għall-bijodiżil huwa mogħti wkoll permezz ta' diversi miżuri għal bijofjuwils oħrajn, dawk il-miżuri huma limitati għal grupp ta' impriżi jew industriji. Għaldaqstant huma speċifiċi taħt l-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku.

(253)

Wara l-iżvelar tad-dokument ta' informazzjoni, CARBIO ddikjarat li l-miżuri mhumiex limitati għall-industrija tal-bijodiżil u għalhekk mhumiex speċifiċi. CARBIO rrepetiet din id-dikjarazzjoni wara l-iżvelar finali mingħajr ma pprovdiet xi evidenza ġdida. Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-karatteristiċi inerenti tal-prodott ipprovdut, fażola tas-sojja, jillimita l-possibbiltà tal-użu tiegħu għal ċerti impriżi biss (101). Għaldaqstant, il-Kummissjoni ċaħdet ir-raġunament ta' CARBIO li s-sussidju mhuwiex speċifiku għall-industrija tal-bijodiżil.

3.2.3.   Konklużjoni

(254)

Il-Kummissjoni sabet li permezz ta' sett ta' miżuri l-GtA ta appoġġ lill-industrija tal-bijodiżil inkluż permezz tal-provvediment tal-fażola tas-sojja għal remunerazzjoni inqas minn adegwata. Il-GtA ta benefiċċju lir-riċevituri li huwa speċifiku u għalhekk jammonta għal sussidju kumpensabbli.

(255)

Wara l-iżvelar tad-dokument ta' informazzjoni, CARBIO ddikjarat li l-Kummissjoni kienet qed tibbaża ruħha biss fuq it-taxxa fuq l-esportazzjoni tal-fażola tas-sojja biex tilħaq il-konklużjoni tagħha ta' kontribuzzjoni finanzjarja u/jew appoġġ fid-dħul u fil-prezzijiet.

(256)

Il-Kummissjoni ma qablitx. Mill-bidu ta' din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni sabet li kien hemm għodod oħrajn użati mill-GtA (apparti t-taxxa fuq l-esportazzjoni tal-fażola tas-sojja) li jkunu investigat bħala parti mill-appoġġ tal-GtA għall-industrija tal-bijodiżil (102). Kif spjegat qabel, il-Kummissjoni qieset it-taxxa fuq l-esportazzjoni bħala wieħed mill-istrumenti għall-forniment tal-fażola tas-sojja għal remunerazzjoni inqas minn adegwata fis-suq domestiku Arġentin, li tikkostitwixxi sussidju kumpensatorju. Il-miżuri l-oħra li ttieħdu mill-GtA juru li l-GtA dderieġa lill-kultivaturi tal-fażola tas-sojja biex ibigħu l-fażola tas-sojja tagħhom għal prezz artifiċjalment baxx lill-industrija tal-bijodiżil u l-GtA għalhekk kellu intenzjoni ċara li jappoġġa lill-industrija domestika tal-bijodiżil.

(257)

Għalkemm il-Kummissjoni sabet li wħud mis-sussidji l-oħra allegati fl-ilment ma kinux jikkostitwixxu sussidju kompensatorju matul il-perjodu tal-investigazzjoni (b'mod partikolari, il-Ftehim ta' Forniment tal-Bijodiżil jew ċerti eżenzjonijiet mit-taxxa), dawn kienu jiffurmaw parti integrali mis-sett ta' miżuri li jsegwu l-appoġġ tal-industrija tal-bijodiżil u enfasizzat l-eżistenza ta' appoġġ fir-rigward ta' dħul/prezzijiet għall-industrija tal-bijodiżil. Fi kliem ieħor, il-fatt li xi sussidji ma nstabux li kienu użati mill-produtturi esportaturi fil-kampjun matul il-perjodu ta' investigazzjoni ma jikkontestax l-eżistenza tas-sett ta' miżuri tal-GtA li jappoġġa lill-industrija domestika tal-bijodiżil.

(258)

Il-Kummissjoni eżaminat it-totalità tal-evidenza disponibbli f'din l-investigazzjoni biex issostni s-sejbiet tagħha. Kif irrikonoxxa l-Korp tal-Appell f'US - Countervailing Duty Investigation on DRAMS, “biċċiet individwali ta' evidenza ċirkostanzjali x'aktarx ma jistabbilixxix inkarigu jew direzzjoni; is-sinjifikat ta' biċċiet individwali ta' evidenza jista' jidher ċar biss meta wieħed jaraha flimkien ma' evidenza oħra” (103).

(259)

Għalhekk, il-Kummissjoni vvalutat mhux biss it-taxxa fuq l-esportazzjoni tal-fażola tas-sojja iżda sett ta' miżuri tal-GtA li jappoġġaw lill-industrija tal-bijodiżil u f'dak il-proċess, il-Kummissjoni poġġiet l-evidenza kollha, diretta u ċirkustanzjali, flimkien biex tasal għal determinazzjoni li, fuq il-bażi tat-totalità ta' evidenza, kien hemm inkarigu jew direzzjoni ta' korpi privati u/jew appoġġ fir-rigward ta' dħul/prezzijiet.

3.2.4.   Il-kalkolu tal-ammont ta' sussidju

(260)

Ir-rata ta' sussidju stabbilita fir-rigward ta' dan is-sett ta' miżuri matul il-perjodu ta' investigazzjoni għall-produtturi esportaturi fil-kampjun tammonta għal:

Tabella 3

L-appoġġ tal-GtA għall-industrija tal-bijodiżil

Kumpanija/grupp

Rata ta' sussidju

LDC Argentina SA

26,14 %

Group Renova

25,05 %

Group T6

33,15 %

3.3.   Ix-xiri b'mandat mill-Gvern ta' bijodiżil domestiku għal remunerazzjoni u/jew appoġġ għad-dħul jew għall-prezz aktar minn adegwati (Ftehim dwar il-Provvista ta' Bijodiżil)

3.3.1.   Introduzzjoni

(261)

L-ilmentatur jallega li l-GtA kkonkluda Ftehimiet ta' Forniment tal-Bijodiżil (“Ftehimiet”) ma' produtturi tal-bijodiżil fl-Arġentina, skont il-Kapitolu II tal-Liġi dwar il-Bijofjuwils tal-2006 (il-Liġi 26.093 tal-2006) (104). Dawn il-Ftehimiet kienu mfassla sabiex jipprovdu bijodiżil lis-suq domestiku minħabba l-mandat ta' taħlit fis-seħħ matul il-perjodu sa mill-2010. Dan il-mandat jeħtieġ li l-kumpaniji ta' taħlit jixtru l-bijodiżil u jħalltuh ma' diżil minerali qabel ibigħuh.

(262)

It-GtA stabbilixxa kwoti individwali u kollettivi għall-bijodiżil sabiex iforni s-suq domestiku, u l-ilmentatur jallega li l-partijiet għal dawk il-Ftehimiet kienu jinkludu produtturi esportaturi fil-kampjun bħal LDC, Vicentin u Renova.

(263)

Il-Ftehimiet jistabbilixxu li l-produtturi bi kwoti huma obbligati jfornu bijodiżil lil kumpaniji tat-taħlit bi prezz iffissat mill-GtA, f'livell li deliberatament jiżgura li l-kost tal-produzzjoni tal-produtturi jkun kopert, flimkien mal-qligħ.

(264)

Abbażi tal-iffissar ta' prezz artifiċjalment għoli u l-kwantità li trid tingħata mill-produtturi lill-kumpaniji tat-taħlit, l-ilmentatur jallega li dan huwa sussidju kumpensatorju.

3.3.2.   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(265)

Waqt l-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni sabet li mill-2015 ma kien ġie ffirmat ebda Ftehim ta' Forniment tal-Bijodiżil. Dan il-Ftehim tal-2015 ma kienx ġie estiż u ma baqax aktar fis-seħħ.

(266)

Madankollu, taħt il-Liġi 26.093 tal-2006 il-Ministeru tal-Enerġija u tal-Minjieri, bħala l-Awtorità ta' Infurzar tal-iskema tal-mandat ta' taħlit fis-seħħ, kompla jalloka kwoti u kompla jiffissa l-prezz li bih il-kumpaniji tat-taħlit iridu jixtru l-bijodiżil. Dan sar de facto fin-nuqqas ta' Ftehim ta' Forniment tal-Bijodiżil.

(267)

Matul il-perjodu ta' investigazzjoni l-Ministeru tal-Enerġija u l-Minjieri alloka kwoti, fuq il-bażi tad-domanda stmata, lill-kumpaniji fl-Arġentina b'kapaċità sa 50 000 tunnellata metrika ta' bijodiżil fis-sena.

(268)

L-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi fil-kampjun ma rċieva kwota matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

3.3.3.   Konklużjoni

(269)

Minħabba li ebda wieħed mill-produtturi esportaturi fil-kampjun ma rċieva kwota matul il-perjodu ta' investigazzjoni, ebda waħda minn dawn il-kumpaniji ma biegħet bijodiżil fis-suq domestiku permezz tas-sistema ta' kwoti fis-seħħ waqt il-perjodu ta' investigazzjoni. Barra minn hekk, l-ebda Ftehim ta' Forniment tal-Bijodiżil ma kien fis-seħħ matul il-perjodu ta' investigazzjoni fir-rigward tal-produtturi esportaturi. Għaldaqstant, ma kien hemm ebda benefiċċju minn kwalunkwe sistema ta' kwoti riċevut mill-produtturi esportaturi fil-kampjun matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

3.4.   L-għoti ta' self u finanzjament għall-esportazzjoni fuq termini preferenzjali u self preferenzjali

3.4.1.   Introduzzjoni

(270)

L-ilmentatur afferma li l-Banco de la Nación Argentina (“BNA”) huwa wieħed mill-akbar banek tal-pajjiż u huwa kollu proprjetà tal-istat. Huwa nnota li l-GtA effettivament jiġġestixxi l-BNA kuljum permezz tal-awtorità tiegħu li jaħtar il-membri kollha tal-Bord.

(271)

L-ilmentatur allega li l-BNA jsellef flus lill-impriżi mikro, żgħar u medji għal kapital ta' investiment u għall-kapital operatorju, u li dan is-self sar b'rati preferenzjali.

3.4.2.   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(272)

Waqt iż-żjara ta' verifika lill-GtA, il-Kummissjoni talbet dettalji tas-self kollu li ta l-BNA u banek oħrajn pubbliċi, flimkien mat-termini tas-self u r-rata tal-imgħax mitluba.

(273)

Is-self mogħti lill-kumpaniji fil-kampjun ġew eżaminati u mqabbla mas-self mogħti minn banek privati, biex jiġi vverifikat jekk sarx xi self b'termini preferenzjali. Dan kien eżaminat f'termini ta' rati tal-imgħax u wkoll kundizzjonijiet tas-self.

(274)

Ma nstabet ebda evidenza ta' kwalunkwe self preferenzjali lill-produtturi esportaturi fil-kampjun matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

3.4.3.   Konklużjoni

(275)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li ma ngħata ebda self preferenzjali lill-produtturi esportaturi fil-kampjun matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

3.5.   Dħul tal-gvern mitluf jew mhux miġbur taħt il-Liġi tal-2006 dwar il-Bijofjuwil

3.5.1.   Introduzzjoni

(276)

L-ilmentatur allega li l-Artikolu 15 tal-Liġi tal-2006 dwar il-Bijofjuwils (105) jipprovdi għall-possibbiltà li l-produtturi tal-bijofjuwils inaqqsu l-bażi għat-taxxa li fuqha tiġi kkalkulata t-taxxa fuq l-introjtu minimu. L-ilmentatur allega wkoll li l-Artikolu 15.1 tal-istess liġi jawtorizza deprezzament aċċellerat għall-oġġetti kapitali.

3.5.2.   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(277)

L-investigazzjoni sabet li ebda wieħed mill-produtturi esportaturi fil-kampjun ma bbenefika mill-benefiċċji promozzjonali stipulati fl-Artikolu 15 tal-Liġi dwar il-Bijofjuwils matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

3.5.3.   Konklużjoni

(278)

Din il-miżura ma ġietx użata matul il-perjodu tal-investigazzjoni mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u għalhekk il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kinitx teħtieġ li tiġi kkumpensata.

3.6.   Eżenzjonijiet mit-taxxa provinċjali mogħtija mill-Provinċja ta' Cordoba

3.6.1.   Bażi legali

(279)

L-ilmentatur allega li l-Provinċja ta' Cordoba tat eżenzjonijiet mit-taxxa provinċjali lill-industrija tal-bijodiżil taħt l-Att Provinċjali 9397 (106), li għadda fl-2007. L-Att jipprovdi li proġetti approvati mill-Awtorità tal-Infurzar għall-produzzjoni, l-iżvilupp u l-użu sostenibbli ta' bijofjuwils se jkunu eżenti għal 15-il sena mill-ħlas tat-taxxi.

3.6.2.   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(280)

L-investigazzjoni sabet li l-eżenzjonijiet mit-taxxa kienu disponibbli għall-produtturi tal-bijofjuwils lokalizzati fil-provinċja ta' Cordoba. L-Att Provinċjali 9397 jipprovdi taħt it-Taqsima 5 u 6 għal eżenzjonijiet mit-taxxi provinċjali għall-proġetti għall-produzzjoni, l-iżvilupp u l-użu sostenibbli ta' bijofjuwils. Il-Kummissjoni ma sabet ebda evidenza, u l-partijiet interessati lanqas ma allegaw li l-benefiċċji tat-taxxa mogħtija permezz tal-Att Provinċjali 9397 speċifikament lill-industrija tal-bijodiżil huma parti minn skema usa' ta' benefiċċji mit-taxxa disponibbli b'mod wiesa' fil-provinċja ta' Cordoba.

3.6.3.   Konklużjoni

(281)

Il-kumpaniji li jipproduċu l-bijodiżil li jinsabu fil-provinċja ta' Cordoba jibbenefikaw minn eżenzjonijiet tat-taxxa għal 15-il sena mit-taxxa fuq l-introjtu, mit-taxxa tal-boll, mit-taxxa fuq il-proprjetà immobbli, mill-fond għall-finanzjament tat-taxxa fuq is-sistema edukattiva u mill-fond għall-finanzjament tat-taxxa fuq ix-xogħlijiet ta' infrastruttura. Dawn l-eżenzjonijiet mit-taxxa huma mmirati biex jagħtu benefiċċju lill-kumpaniji domestiċi li jipproduċu l-bijodiżil, kif stipulat fl-Att Provinċjali 9397. Għalkemm produttur esportatur fil-kampjun kien lokalizzat fil-provinċja ta' Cordoba, ma kienx qed jipproduċi bijodiżil f'dik il-provinċja. Il-produtturi esportaturi l-oħrajn fil-kampjun ma kinux lokalizzati f'dik il-provinċja. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li dik l-eżenzjoni mit-taxxa ma ġietx użata mill-produtturi esportaturi fil-kampjun matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

3.7.   Eżenzjonijiet mit-taxxa provinċjali mogħtija mill-Provinċja ta' Buenos Aires

3.7.1.   Bażi legali

(282)

L-ilmentatur allega li l-provinċja ta' Buenos Aires stabbiliet il-Liġi 13.719 li taderixxi mal-Liġi tal-2006 dwar il-Bijofjuwils, li teżenta lill-benefiċjarji mill-ħlas ta' taxxi jekk huma kkwalifikati u rreġistrati bħala produtturi tal-bijofjuwils taħt il-Liġi tal-2006.

3.7.2.   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(283)

L-investigazzjoni sabet li l-eżenzjonijiet mit-taxxa kienu disponibbli għall-produtturi tal-bijofjuwils lokalizzati fil-provinċja ta' Buenos Aires. Madankollu l-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi fil-kampjun ma kien lokalizzat fil-provinċja.

3.7.3.   Konklużjoni

(284)

Il-Kummissjoni sabet li ebda wieħed mill-produtturi esportaturi fil-kampjun ma bbenefika mill-eżenzjonijiet tat-taxxa stipulati fil-Liġi Provinċjali 13.719 matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

3.8.   Is-Sistema ta' Promozzjoni u ta' Żvilupp Industrijali tal-Provinċja ta' Santiago del Estero (System of Promotion and Industrial Development — “PSPID”) — Liġi Provinċjali Nru 6.750

3.8.1.   Bażi legali

(285)

L-ilmentatur allega li l-industriji fil-provinċja ta' Santiago del Estero setgħu jibbenefikaw minn diversi vantaġġi u eżenzjonijiet tat-taxxa taħt il-qafas tal-Liġi Provinċjali 6.750, li għaddiet fl-2005.

3.8.2.   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(286)

L-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi fil-kampjun ma kien lokalizzat f'dik il-provinċja.

3.8.3.   Konklużjoni

(287)

Il-Kummissjoni sabet li ebda wieħed mill-produtturi esportaturi fil-kampjun ma bbenefika mill-miżuri stipulati fil-Liġi Provinċjali 6.750 matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

3.9.   Ftehim dwar it-taxxi muniċipali bejn Louis Dreyfus Argentina u l-Muniċipalità ta' General Lagos

3.9.1.   Introduzzjoni

(288)

L-ilmentatur allega li hemm ftehim dwar it-taxxi muniċipali bejn il-produttur esportatur Louis Dreyfus Argentina u l-muniċipalità ta' General Lagos. Il-ftehim ġie ppubblikat bħala l-Ordinanza Muniċipali 26/2016 (107). Dak il-ftehim jipprovdi li Louis Dreyfus Argentina jħallas somma f'daqqa darba fix-xahar lill-muniċipalità ta' General Lagos, minflok iħallas perċentwal (0,5 %) tad-dħul gross tiegħu.

3.9.2.   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(289)

L-investigazzjoni sabet li l-ftehim kien għadu fis-seħħ matul il-perjodu ta' investigazzjoni (108). F'diskussjoni ma' rappreżentanti tal-muniċipalità ta' General Lagos, il-Kummissjoni sabet li l-ftehim se jibqa' validu sal-2020.

(290)

Waqt il-verifika ta' LDC fi Buenos Aires, il-Kummissjoni vverifikat il-pagament tat-taxxi muniċipali minn LDC, u l-istima tat-taxxa li kienet tkun dovuta kieku l-ftehim ma kienx fis-seħħ. Il-Kummissjoni sabet li l-ammont li LDC ħallset lill-muniċipalità għall-2017 kien ogħla mill-ammont li LDC kienet tħallas taħt il-liġi standard dwar it-taxxa.

3.9.3.   Konklużjoni

(291)

Għalhekk, il-Kummissjoni sabet li LDC ma bbenefikatx minn dik il-miżura matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

3.10.   Tnaqqis tar-rata tat-taxxa perċentwali taħt il-“Pacto Fiscal” (Digriet 14/1994)

3.10.1.   Introduzzjoni

(292)

L-ilmentatur jallega li l-Pacto Fiscal, kif ippubblikat bid-Digriet 14/1994, jipprovdi għal eżenzjonijiet mit-taxxi. Il-Pacto Fiscal, jew “Patt Federali għall-Impjiegi, il-Produzzjoni u t-Tkabbir li sar bejn l-Istat Federali u l-Istati Provinċjali” kien ftehim bejn il-provinċji u l-Gvern Nazzjonali li stabbilixxa ċerti prinċipji għall-politika dwar it-taxxa provinċjali.

3.10.2.   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(293)

Il-Pacto Fiscal huwa ftehim qafas li jeħtieġ liġi provinċjali li timplimenta l-prinċipji tiegħu. Il-Kummissjoni għaldaqstant sabet li dan il-Pacto Fiscal kien ġie implimentat huwa stess mill-iskemi ta' taxxa provinċjali diġà diskussi.

3.10.3.   Konklużjoni

(294)

Il-Kummissjoni għaldaqstant ma sabet ebda benefiċċju separat taħt din il-miżura. Madankollu, bħal miżuri oħra li jistabbilixxu benefiċċji tat-taxxa għall-industrija domestika tal-bijodiżil, dik il-miżura hija rilevanti bħala parti minn sett ta' miżuri tal-GtA mfassla biex jappoġġaw din l-industrija.

3.11.   Eżenzjoni tal-Proprjetà Immobbli taħt il-Liġi Industrijali ta' Santa Fe: eżenzjoni mill-ħlas tat-taxxa tal-proprjetà immobbli taħt il-Liġi Provinċjali Nru 8.478/1979 (l-Artikolu 4) tal-Promozzjoni Industrijali; Eżenzjonijiet mit-taxxa provinċjali mogħtija mill-Provinċja ta' Santa Fe; L-Artikolu 183.29 Eżenzjoni mit-Taxxa fuq il-Boll ta' Santa Fe u l-Artikolu 127 Eżenzjoni mit-Taxxa fuq il-Fatturat għall-bejgħ għall-esportazzjoni ta' Santa Fe

3.11.1.   Introduzzjoni

(295)

L-ilmentatur allega li l-Provinċja ta' Santa Fe tat diversi eżenzjonijiet mit-taxxa lill-industrija tal-bijodiżil domestika permezz tal-Liġi Provinċjali 8.478, l-Artikolu 183.29, l-Artikolu 127 u l-Liġi Provinċjali ta' Santa Fe 12.692 (109).

3.11.2.   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(296)

L-investigazzjoni sabet li l-Liġi 8.478, u l-Artikolu 183.29 u l-Artikolu 127 kienu ġew imħassra jew sostitwiti mod ieħor mil-Liġi Provinċjali 12.692. Il-liġi Provinċjali 12.692 tipprovdi għal eżenzjonijiet mit-taxxi provinċjali għall-kumpaniji domestiċi involuti fir-riċerka, l-iżvilupp, il-ġenerazzjoni, il-produzzjoni u l-użu ta' prodotti relatati mal-enerġija rinnovabbli, u b'mod partikolari l-produzzjoni tal-bijodiżil. Il-produzzjoni tal-bijofjuwil hija speċifikament imsemmija fil-Liġi Provinċjali 12.692 skont l-Artikolu 5(d). Il-Kummissjoni ma sabet ebda evidenza, u l-partijiet interessati lanqas ma allegaw li l-benefiċċji tat-taxxa mogħtija permezz ta' din il-miżura speċifikament lil kategorija ta' industriji, inkluża l-industrija tal-bijodiżil huma parti minn programm usa' ta' benefiċċji mit-taxxa disponibbli b'mod wiesa' fil-provinċja ta' Santa Fe.

3.11.3.   Konklużjoni

(297)

Il-kumpaniji li jipproduċu l-bijodiżil lokalizzati fil-provinċja ta' Santa Fe jibbenefikaw minn eżenzjonijiet tat-taxxa għal 15-il sena mit-taxxa fuq l-introjtu, mit-taxxa tal-boll, mit-taxxa fuq il-proprjetà immobbli u mid-dazji għall-vetturi. Din l-eżenzjoni mit-taxxa tikkonċerna lil kumpaniji domestiċi li jipproduċu l-bijodiżil, kif stipulat fil-liġi Provinċjali 12.692. Għaldaqstant l-eżenzjoni mit-taxxa hija sussidju minħabba d-dħul mitluf mill-GtA, u de jure speċifiku għal ċerti industriji, inkluża l-industrija tal-bijodiżil. Għaldaqstant huwa benefiċċju minn sussidju kumpensabbli.

3.11.4.   Il-kalkolu tal-ammont ta' sussidju

(298)

L-ammont ta' sussidju kumpensabbli kien ikkalkulat f'termini tal-benefiċċju mogħti lir-riċevituri matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Dan il-benefiċċju kien ikkalkulat bħala d-differenza bejn it-total tat-taxxa pagabbli skont ir-rata tat-taxxa normali u t-total tat-taxxa attwalment imħallsa matul il-perjodu ta' investigazzjoni mill-produtturi esportaturi fil-kampjun.

(299)

Wara l-iżvelar tad-dokument ta' informazzjoni u l-kalkoli li jakkumpanjawh lill-produtturi esportaturi fil-kampjun kif ukoll wara d-divulgazzjoni finali, tnejn mill-kumpaniji sostnew li l-bażi tal-allokazzjoni għandha tkun differenti (fuq il-fatturat totali tal-prodotti bbażati fuq is-sojja jew fuq il-fatturat tal-attivitajiet industrijali kollha fil-Provinċja ta' Santa Fe). Billi l-kumpaniji rċevew biss l-eżenzjoni mit-taxxa minħabba l-produzzjoni tal-bijodiżil tagħhom, il-Kummissjoni qieset din l-eżenzjoni speċifika għall-produzzjoni ta' bijodiżil u, għalhekk, ikkonkludiet li din l-eżenzjoni għandha biss tiġi allokata għall-fatturat ta' bijodiżil u mhux għall-fatturat totali tal-kumpanija. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

Tabella 4

Dħul provinċjali mitluf taħt il-Liġijiet Provinċjali ta' Santa Fe

Kumpanija/grupp

Rata ta' sussidju

LDC Argentina SA

0,06 %

Group Renova

2,15 %

Group T6

0,28 %

3.12.   Konklużjoni dwar is-sussidjar

(300)

Il-Kummissjoni kkalkulat l-ammont ta' sussidji kumpensabbli f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku għall-produtturi esportaturi fil-kampjun billi eżaminat kull sussidju jew programm ta' sussidju, u żiedet dawn iċ-ċifri flimkien biex tikkalkula ammont totali ta' sussidjar għal kull produttur esportatur għall-perjodu ta' investigazzjoni. Sabiex tikkalkula s-sussidjar globali, il-Kummissjoni l-ewwel ikkalkulat il-perċentwal ta' sussidjar, li huwa l-ammont ta' sussidju bħala perċentwal tal-fatturat totali tal-kumpanija. Imbagħad dan il-perċentwal intuża biex jiġi kkalkulat is-sussidju allokat għall-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Imbagħad ġie kkalkulat l-ammont ta' sussidju għal kull tunnellata ta' prodott ikkonċernat esportat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni, u ġew ikkalkulati l-marġnijiet li ġejjin bħala perċentwal tal-valur tal-Kost, l-Assigurazzjoni u n-Noll (“CIF”) tal-istess esportazzjonijiet għal kull tunnellata.

(301)

Skont l-Artikolu 15(3) tar-Regolament bażiku, l-ammont totali tas-sussidju għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun kien ikkalkulat fuq il-bażi tal-ammont medju totali ppeżat ta' sussidji kumpensabbli stabbiliti għall-produtturi esportaturi fil-kampjun li kkooperaw bl-esklużjoni ta' ammonti negliġibbli kif ukoll l-ammont ta' sussidji stabbilit għal oġġetti li huma soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku.

(302)

Madankollu, il-Kummissjoni ma injoratx is-sejbiet relatati mal-appoġġ tal-GtA lill-industrija tal-bijodiżil, anki jekk kellha tiddependi parzjalment fuq fatti disponibbli sabiex tiddetermina l-eżistenza ta' sussidjar.

(303)

Tabilħaqq, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-fatti disponibbli u użati f'dawk il-każijiet ma kinux jaffettwaw l-informazzjoni meħtieġa sabiex tiddetermina l-ammont ta' sussidjar b'mod ġust, billi l-Kummissjoni użat id-data dwar l-importazzjoni pprovduta mill-produtturi esportaturi fil-kampjun. L-esportaturi li ma ntalbux jikkooperaw fl-investigazzjoni mhumiex se jkun ppreġudikati bl-użu ta' dan l-approċċ (110).

(304)

Minħabba r-rata għolja ta' kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Arġentini, l-ammont għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha” ġie ffissat fil-livell tal-ogħla ammont stabbilit għall-kumpaniji fil-kampjun. L-ammont tal-“kumpaniji l-oħrajn kollha” se jiġi applikat għal dawk il-kumpaniji li ma kkooperawx fl-investigazzjoni.

(305)

Wara l-iżvelar finali, il-produtturi esportaturi kollha sostnew li l-Kummissjoni jenħtieġ li tikkalkula l-ammonti ta' sussidju billi tqis it-taxxa fuq l-esportazzjoni tal-bijodiżil bħala tpaċija għall-benefiċċju riċevut mit-taxxa fuq l-esportazzjoni tal-fażola tas-sojja. Dan ġie miċħud mill-Kummissjoni billi ma kien hemm l-ebda evidenza li l-GtA impona taxxa fuq l-esportazzjoni tal-bijodiżil biex “ipaċi” l-benefiċċju riċevut mill-fażola tas-sojja pprovduta għal remunerazzjoni inqas minn adegwata.

(306)

L-istess kumpaniji esportaturi talbu wkoll aġġustament għad-dazji antidumping. Il-Kummissjoni kkunsidrat li ma kien hemm l-ebda bażi legali biex jingħata dan l-aġġustament, billi ma hemm l-ebda evidenza li d-dazji antidumping jistgħu jikkumpensaw sussidji mogħtija lill-produtturi esportaturi. Fi kwalunkwe każ, din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda minħabba li l-ebda dazju antidumping ma tħallas mill-produtturi esportaturi matul il-PI.

Tabella 5

L-ammont ta' sussidji kumpensabbli

Kumpanija/grupp

Ammont ta' sussidji kumpensabbli

LDC Argentina SA

26,2 %

Group Renova

27,2 %

Group T6

33,4 %

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw

28,2 %

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

33,4 %

4.   DANNU

4.1.   Id-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-bijodiżil tal-Unjoni

(307)

Matul il-perjodu tal-investigazzjoni, 54 produttur fl-Unjoni li kienu membri tal-EBB u 196 produttur magħruf ieħor mhux membri mmanifatturaw il-prodott simili. Dawn il-produtturi kollha jiffurmaw l-“industrija tal-Unjoni” fis-sens tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku.

(308)

Kif indikat fil-premessa (19) aktar 'il fuq, il-Kummissjoni għażlet tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun li jirrappreżentaw 19 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili.

(309)

Kif imsemmi fil-premessa (20), il-Kummissjoni rċeviet għadd ta' kummenti dwar il-kampjun proviżorju. Il-kampjun proviżorju kien jikkonsisti minn tliet produtturi tal-Unjoni proposti: Bioagra-Oil SA (il-Polonja), Masol Iberia Biofuel, S.L.U. (Spanja) u Saipol (Franza).

(310)

CARBIO indikat li t-tliet produtturi proposti tal-Unjoni ma kinux adatti biex jiġu inklużi fil-kampjun. CARBIO semmiet inter alia li Saipol kważi tuża esklussivament lift minn Franza, filwaqt li għal effiċjenza massima l-kumpanija għandha tuża taħlita ta' diversi tipi ta' materja prima.

(311)

CARBIO indikat ukoll li Masol tuża l-aktar żejt tal-palm bi prezzijiet ta' trasferiment mill-kumpanija prinċipali Indoneżjana tagħha.

(312)

Rigward Bioagra-Oil, CARBIO semmiet l-għażla limitata ta' materja prima li għandha din il-kumpanija, minħabba l-implimentazzjoni nazzjonali speċifika tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli tal-Polonja.

(313)

CARBIO ssuġġerixxiet ukoll li ADM Hamburg AG jew Verbio huma kumpaniji rappreżentattivi għall-kampjun ta' produtturi tal-Unjoni. CARBIO nnutat ukoll fir-rigward ta' Verbio li din il-kumpanija hija produttur tal-bijodiżil pur (mingħajr negozju ta' tħin vertikalment integrat) u li tinsab fil-fruntiera bejn il-Ġermanja u l-Polonja, fejn taqdi s-suq Ewropew tal-Lvant usa', inkluża l-parti tas-suq Pollakk li mhijiex soġġetta għal-leġiżlazzjoni msemmija qabel.

(314)

L-ilmentatur spjega li la Saipol u lanqas Masol ma jużaw kwalunkwe tip ta' materja prima esklussivament. L-investigazzjoni kkonfermat li ż-żewġ kumpaniji, Saipol u Masol, jużaw aktar minn materja prima waħda fil-produzzjoni tagħhom.

(315)

Abbażi tal-kummenti li rċeviet il-Kummissjoni ddeċidiet li żżomm lil Saipol u lil Masol Iberia Biofuel fil-kampjun. Minħabba l-fatt li l-Kummissjoni ma rċevietx ċaħda tal-allegazzjoni tal-premessa (312) li Bioagra oil għandha għażla limitata ta' materja prima, il-Kummissjoni ddeċidiet li tissostitwixxiha fil-kampjun ta' produtturi tal-Unjoni b'Verbio Vereinigte BioEnergie AG (il-Ġermanja).

(316)

Il-Kummissjoni stabbiliet li t-total ta' produzzjoni tal-Unjoni ta' bijodiżil matul il-perjodu tal-investigazzjoni kien madwar 13-il miljun tunnellata.

Tabella 6

Produzzjoni tal-bijodiżil tal-Unjoni (tunnellati)

 

2014

2015

2016

Perjodu ta' investigazzjoni

Produzzjoni totali tal-Unjoni

11 353 223

11 789 896

11 958 862

13 071 053

Indiċi

100

104

105

115

Sors: EBB.

(317)

Iċ-ċifri tat-total tal-produzzjoni tal-Unjoni ppreżentati fit-Tabella 6 huma bbażati fuq data li waslet mingħand l-EBB. L-EBB jikkompila data dwar il-produzzjoni li jirċievi mingħand il-membri tiegħu, li jirrappreżentaw madwar 70 % tal-produzzjoni tal-bijodiżil fl-Unjoni. Fir-rigward ta' produtturi mhux membri li jirrappreżentaw madwar 30 % tal-produzzjoni tal-bijodiżil fl-Unjoni, jiġbor l-informazzjoni dwar il-produzzjoni mingħand assoċjazzjonijiet tal-industrija nazzjonali rilevanti u minn sorsi oħra pubblikament disponibbli. Il-metodoloġija u l-korrettezza tad-data miġbura mill-EBB kienu soġġetti għal żjara ta' verifika skont l-Artikolu 26 tar-Regolament bażiku li saret fil-bini tal-EBB. Il-Kummissjoni ma rċeviet ebda kumment mingħand partijiet ikkonċernati fir-rigward ta' din id-data.

(318)

Il-produzzjoni totali tal-bijodiżil tal-Unjoni żdiedet gradwalment b'5 % bejn l-2014 u l-2016. Ġiet innutata żieda aktar sinifikanti fil-produzzjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni, fejn il-produzzjoni żdiedet b'10 punti perċentwali oħra. Il-produzzjoni tal-Unjoni fil-perjodu ta' investigazzjoni ma żdiditx bl-istess rata bħall-konsum tal-Unjoni minħabba importazzjonijiet sussidjati mill-Arġentina li bdew jidħlu fis-suq tal-Unjoni fi tmiem il-perjodu ta' investigazzjoni.

4.2.   Il-konsum tal-bijodiżil tal-Unjoni

(319)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni tal-bijodiżil abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-EBB u ta' statistika dwar l-importazzjoni u l-esportazzjoni.

(320)

Il-konsum fl-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 7

Konsum tal-bijodiżil tal-Unjoni (tunnellati)

 

2014

2015

2016

Perjodu ta' investigazzjoni

Konsum totali tal-Unjoni

11 907 151

11 791 953

11 435 468

14 202 127

Indiċi

100

99

96

119

Sors: L-EBB, l-istatistika tal-importazzjoni tal-UE.

(321)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-konsum tal-Unjoni billi għaddet l-importazzjonijiet tal-bijodiżil fl-Unjoni mal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Il-konsum tal-bijodiżil tal-Unjoni naqas ftit b'4 % sal-2016. Huwa żdied fil-perjodu tal-investigazzjoni b'19 % meta mqabbel mal-2014. Il-konsum tal-bijodiżil jiddependi fuq żewġ fatturi kbar, il-konsum tal-fjuwil tad-diżil u l-kontenut tal-bijodiżil f'dan il-fjuwil.

(322)

Wara l-iżvelar finali, CARBIO nnotat ir-reviżjoni tal-metodoloġija tal-kalkolu tal-konsum tal-bijodiżil fl-Unjoni, u f'dan ir-rigward issuġġeriet li r-raġuni għal din il-bidla kienet id-data tal-produzzjoni mhux affidabbli tal-industrija tal-Unjoni.

(323)

Il-Kummissjoni biddlet il-metodoloġija tal-kalkolu tal-konsum sabiex tillimita l-kumplessità ta' dan il-kalkolu, u biex telimina l-ħtieġa li jiġi inkluż il-livell ta' esportazzjonijiet tal-Unjoni f'dan il-kalkolu. Il-livell tad-data ta' produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni baqa' l-istess. Kif spjegat fil-premessa (358), il-Kummissjoni vverifikat il-metodoloġija tal-ġbir tad-data mill-EBB, inkluża d-data tal-produzzjoni, u sabitha affidabbli.

(324)

Meta mqabbel mal-fjuwil ibbażat fuq il-fossili, il-bijodiżil jipproduċi inqas sustanzi niġġiesa tal-arja bħall-partikuli, monossidu tal-karbonju, diossidu tal-kubrit, idrokarburi, u tossini tal-arja, iżda jista' jipproduċi l-ossidu tan-nitroġenu. Barra minn hekk, il-pjanti użati bħala materja prima għall-produzzjoni tal-bijodiżil (is-sojja, il-palmi taż-żejt, il-lift, eċċ.) jikkumpensaw l-emissjonijiet futuri ta' CO2 billi jassorbu s-CO2 waqt li jkunu qed jikbru.

(325)

Id-domanda li dejjem qed tiżdied u l-produzzjoni tal-Unjoni jirriżultaw mill-politika tal-Unjoni dwar l-enerġija. Id-Direttiva 2009/28/KE (111) dwar l-Enerġija Rinnovabbli tistabbilixxi li “kull Stat Membru għandu jiżgura li s-sehem ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-forom kollha ta' trasport fl-2020 huwa mill-inqas 10 % tal-konsum finali ta' enerġija fit-trasport f'dak l-Istat Membru”.

(326)

Dik il-politika tfisser li l-Istati Membri tal-Unjoni għandhom jistabbilixxu mira li l-bijofjuwils jirrappreżentaw 10 % tal-bejgħ kollu tal-fjuwil għat-trasport sal-2020. L-implimentazzjoni, il-livelli attwali u l-metodoloġija tal-kalkolu tal-kontenut ta' bijofjuwil mhumiex uniformi fost l-Istati Membri kollha tal-Unjoni, iżda l-mandat li qed jiżdied progressivament jirriżulta f'madwar 5 % sa 7 % ta' kontenut ta' bijodiżil li diġà qed jitħallat mal-fjuwil tad-diżil fossili konvenzjonali.

(327)

Il-fatt li aktar bijodiżil qed jitħallat mal-fjuwil tad-diżil fossili konvenzjonali huwa element importanti fl-analiżi tax-xejriet tas-suq tal-bijodiżil fl-Unjoni. Il-kost tal-produzzjoni u l-prezzijiet tal-bijodiżil ġeneralment huma ogħla mill-kost tal-produzzjoni u l-prezzijiet tad-diżil fossili. Għaldaqstant huwa biss minħabba d-Direttiva 2009/28/KE dwar l-Enerġija Rinnovabbli li l-produtturi tal-fjuwils (raffineriji) jixtru l-bijodiżil biex iħalltuh mal-fjuwil fossili.

(328)

Il-konsum tal-bijodiżil huwa marbut direttament ma' mandati fl-Istati Membri sabiex iħalltu ċerti livelli ta' bijodiżil fil-fjuwils fossili. Il-konsum tal-bijodiżil huwa mistenni li jiżdied malli u meta aktar Stati Membri jilħqu l-miri stabbiliti mid-Direttiva 2009/28/KE dwar l-Enerġija Rinnovabbli li jridu jiġu implimentati sal-2020. Fatturi oħrajn, bħaż-żieda fl-użu ta' mezzi ta' trasport li jaħdmu b'magni diżil, ukoll jaffettwaw il-konsum tal-bijodiżil.

4.3.   L-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

4.3.1.   Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(329)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum ta' importazzjonijiet ta' bijodiżil fuq l-istatistika dwar l-importazzjonijiet tal-Unjoni mill-bażi tad-data Surveillance 2 (112). Il-Kummissjoni stabbilixxiet is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet abbażi tal-konsum tal-bijodiżil tal-Unjoni kif stabbilit fit-Tabella 7.

(330)

L-importazzjonijiet tal-bijodiżil fl-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppaw kif ġej:

Tabella 8

Volum ta' importazzjoni (tunnellati) u sehem mis-suq

 

2014

2015

2016

Perjodu ta' investigazzjoni

Volum ta' importazzjonijiet mill-Arġentina (tunnellati)

0

31 340

0

394 005

Sehem mis-suq

0 %

0,3 %

0 %

2,8 %

Sors: Statistika dwar l-Importazzjoni tal-UE ibbażata fuq il-bażi tad-data Surveillance 2, EBB.

(331)

Minħabba d-dazji antidumping imposti fis-26 ta' Novembru 2013 mir-Regolament (UE) Nru 1194/2013 (113) li jirrigwardaw l-importazzjonijiet inter alia mill-Arġentina, ftit li xejn kien hemm importazzjonijiet mill-Arġentina lejn l-Unjoni bejn l-2014 u Awwissu tal-2017. L-importazzjonijiet negliġibbli mill-Arġentina fl-2015 kienu jikkonsistu f'erba' tranżazzjonijiet ta' importazzjoni separati li ġew irrapportati fi Spanja, u, għalhekk, il-Kummissjoni ma tqishomx rappreżentattivi.

(332)

F'Settembru 2017, dawk id-dazji antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-bijodiżil mill-Arġentina ġew imnaqqsa b'mod konsiderevoli mir-Regolament (UE) 2017/1578 (114) tat-18 ta' Settembru 2017 u minħabba dan, l-importazzjonijiet mill-Arġentina bdew jiżdiedu b'mod mgħaġġel u sinifikanti, biex laħqu 2,8 % tas-sehem mis-suq fil-perjodu tal-investigazzjoni.

(333)

L-importazzjonijiet tal-bijodiżil għal kull xahar lejn l-Unjoni mill-Arġentina matul it-tieni nofs tal-2017 żviluppaw kif ġej:

Tabella 9

Volum ta' importazzjoni (tunnellati) kull xahar

 

7/2017

8/2017

9/2017

10/2017

11/2017

12/2017

Volum ta' importazzjonijiet mill-Arġentina (tunnellati)

0

0

29 975

57 526

188 986

117 518

Sors: Statistika dwar l-Importazzjoni tal-UE ibbażata fuq il-bażi tad-data Surveillance 2.

(334)

Ma kienx hemm importazzjonijiet mill-Arġentina bejn Jannar u Awwissu 2017. L-istatistika dwar l-importazzjoni ta' kull xahar fit-Tabella 9 turi ż-żieda mgħaġġla u konsiderevoli ta' importazzjonijiet tal-bijodiżil wara t-tnaqqis tad-dazji antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-bijodiżil mill-Arġentina.

(335)

L-importazzjonijiet tal-bijodiżil kull xahar lejn l-Unjoni mill-Arġentina, matul il-perjodu wara l-perjodu tal-investigazzjoni, fl-ewwel tmien xhur tal-2018 żviluppaw kif ġej:

Tabella 10

Volum ta' importazzjoni (eluf ta' tunnellati) kull xahar

2018

Jannar

Frar

Marzu

April

Mejju

Ġunju

Lulju

Awwissu

Volum ta' importazzjonijiet mill-Arġentina (eluf ta' tunnellati)

173

161

131

30

119

161

141

177

Sors: Statistika dwar l-Importazzjoni tal-UE ibbażata fuq il-bażi tad-data Surveillance 2.

(336)

L-importazzjonijiet tal-bijodiżil mill-Arġentina komplew fl-2018. Il-bijodiżil esportat jasa fis-suq tal-Unjoni f'konsenji singoli kbar, normalment bastiment sħiħ. Għalhekk huwa inqas sinifikanti li jiġi analizzat il-livell ta' importazzjonijiet kull xahar.

(337)

Il-livell tal-importazzjonijiet ma naqasx fl-ewwel tmien xhur tal-2018. Għall-kuntrarju, is-sehem stmat tas-suq tal-importazzjonijiet Arġentini lejn l-Unjoni, bil-preżunzjoni li l-konsum tal-Unjoni baqa' l-istess, tammonta għal 11,5 % matul l-ewwel tmien xhur tal-2018. Dan juri li kemm l-istima tas-sehem tas-suq u l-livelli medji tal-importazzjoni ta' kull xahar żdied.

(338)

Huwa importanti wkoll li wieħed jinnota li ma kien hemm l-ebda tnaqqis ta' livelli ta' importazzjonijiet mill-Arġentina wara r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet mill-25 ta' Mejju 2018 'l quddiem. Awwissu 2018 kien ix-xahar bit-tieni l-ogħla livell ta' importazzjonijiet mill-Arġentina għall-perjodu sħiħ ikkunsidrat.

4.3.2.   Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u t-twaqqigħ tal-prezz

(339)

Kif indikat fil-premessa (334), l-importazzjonijiet lejn l-UE mill-Arġentina reġgħu bdew biss lejn tmiem il-perjodu ta' importazzjoni, u ma kienx hemm importazzjonijiet jew importazzjonijiet negliġibbli biss fis-snin ta' bejn l-2014 u l-2016. L-evoluzzjoni tal-prezzijiet fil-perjodu ta' analiżi, għall-2015 u l-perjodu ta' investigazzjoni jidher fit-Tabella 11 kif ġej.

Tabella 11

Prezz tal-importazzjoni

 

2014

2015

2016

Perjodu ta' investigazzjoni

Jannar – Awwissu 2018

Prezzijiet ta' importazzjoni mill-Arġentina (EUR għal kull tunnellata)

633

636

613

Sors: Statistika dwar l-Importazzjoni tal-UE ibbażata fuq il-bażi tad-data Surveillance 2.

(340)

Matul il-perjodu ta' wara l-perjodu ta' investigazzjoni, il-prezz medju ppeżat tal-bijodiżil importat mill-Arġentina, għall-volumi importati kif deskritt fil-premessa (335), naqas għal EUR 613 kull tunnellata. Konsegwentement, wara l-perjodu ta' investigazzjoni, il-prezz medju tal-importazzjoni naqas bi 3,6 % meta mqabbel ma' dak il-prezz tal-importazzjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni.

(341)

Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta' investigazzjoni billi qabblet:

il-prezzijiet tal-bejgħ medji ppeżati għal kull tip ta' prodott tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun mitluba mingħand konsumaturi mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell ta' kif joħroġ mill-fabbrika; u

il-prezzijiet tal-bejgħ medji ppeżati għal kull tip ta' prodott korrispondenti tal-importazzjonijiet mill-produtturi Arġentini fil-kampjun lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi CIF, b'aġġustamenti xierqa għall-kostijiet ta' importazzjoni.

(342)

Wara l-iżvelar tad-dokument ta' informazzjoni, żball klerikali ta' konverżjoni monetarja tal-valuri CIF f'EUR ġie kkoreġut għal Grupp T6, u dan wassal għal tnaqqis tal-valur CIF f'EUR għal Grupp T6.

(343)

Wara l-iżvelar tad-dokument ta' informazzjoni, il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand il-GtA, CARBIO, u l-importatur mhux relatat Gunvor fir-rigward tal-aġġustamenti magħmula lill-prezz CIF tal-importazzjonijiet mill-kampjun tal-produtturi Arġentini lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni.

(344)

Il-GtA, CARBIO u l-importatur mhux relatat Gunvor iddikjaraw li l-prezz tal-esportazzjoni tal-bijodiżil mill-Arġentina għandu jiżdied b'dazji doganali konvenzjonali ta' 6,5 %. Barra minn hekk, CARBIO u l-importatur mhux relatat Gunvor argumentaw li l-prezz tal-esportazzjoni ta' bijodiżil mill-Arġentina għandu jiżdied ukoll bil-miżuri antidumping illi jvarjaw minn 6,5 % sa 8,1 % matul il-perjodu ta' Settembru 2017 sa Diċembru 2017, jiġifieri għal erba' xhur matul il-perjodu ta' investigazzjoni meta l-importazzjonijiet jibdew mill-Arġentina.

(345)

Wara l-iżvelar finali, il-GtA kkummenta li l-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz li sar mill-Kummissjoni jenħtieġ li jinkludi d-dazji antidumping. CARBIO ppreżentat l-istess kumment dwar l-inklużjoni tad-dazji antidumping fl-istadju preċedenti tal-proċediment u tenniet dan wara l-iżvelar finali. Il-produtturi esportaturi kkummentaw ukoll f'dan ir-rigward, u sostnew li d-dazji antidumping għandhom jiġu miżjuda.

(346)

Il-Kummissjoni aċċettat it-talba rigward id-dazji doganali konvenzjonali li jiżdiedu mal-prezz CIF u b'hekk biddlet il-kalkoli tagħha.

(347)

Il-Kummissjoni rrifjutat id-dikjarazzjoni fir-rigward tad-dazji antidumping li jiżdiedu mal-prezz CIF, billi kkunsidrat li t-talba f'dan ir-rigward mhix iġġustifikata. F'dan il-każ, il-Kummissjoni kkunsidrat li huwa aktar xieraq li tiġi analizzata l-imġiba tal-produtturi esportaturi fin-nuqqas tad-dazji antidumping, billi fil-kuntest ta' analiżi tat-theddida ta' dannu, ikollha tanalizza l-impatt futur tal-prezzijiet tal-importazzjoni fuq l-industrija tal-Unjoni, skont l-Artikolu 8(8)(d) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, il-miżuri li jimponu d-dazji antidumping ġew itterminati fit-18 ta' Ottubru 2018 (115). Konsegwentement, id-dazji antidumping mhux se jibqa' jkollhom effett fuq il-prezzijiet tal-importazzjoni fil-futur u d-dazji antidumping diġà miġbura se jkollhom jitħallsu lura jew jitnaqqsu b'effett retroattiv.

(348)

Wara l-iżvelar tad-dokument ta' informazzjoni, CARBIO kkummentat li d-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni li billi importatur mhux relatat wieħed biss ikkoopera fl-investigazzjoni attwali, il-kostijiet ta' importazzjoni użati fl-investigazzjoni antidumping tal-2013 għandhom jintużaw ukoll f'dan il-każ. CARBIO allegat ukoll li l-Kummissjoni ma ppreċiżatx ir-raġuni l għala ċaħdet il-kostijiet tal-importazzjoni ppreżentati mill-importatur mhux relatat inkwistjoni. Gunvor sostna wkoll li għandu jintuża l-kost tal-importazzjoni attwali mressqa minnu. CARBIO tenniet din l-affermazzjoni fil-kummenti wara l-iżvelar finali.

(349)

Il-Kummissjoni kkonfermat li l-metodoloġija spjegata fil-premessa (341) ir-referenza użata biex jingħaddu l-kostijiet tal-importazzjoni kienet il-kosti tal-importazzjoni użati fl-investigazzjoni li rriżultaw fid-dazji antidumping imposti mir-Regolament (UE) Nru 1194/2013 (116). Ir-raġuni għall-użu ta' dawn il-kostijiet kienet li l-uniku importatur mhux relatat li kkoopera fl-investigazzjoni attwali talab biex id-data tiegħu tibqa' kunfidenzjali. Barra minn hekk, il-kosti tal-importazzjoni użati fl-investigazzjoni preċedenti kien fihom kategoriji speċifiċi differenzjati ta' kostijiet tal-importazzjoni u l-kwantifikazzjoni tagħhom. Din l-informazzjoni ma kinitx disponibbli mill-importatur mhux relatat li kkoopera fl-investigazzjoni attwali. L-ebda waħda mill-partijiet ikkonċernati ma pprovdiet evidenza li turi kwalunkwe differenzi rilevanti bejn il-kostijiet ta' importazzjoni tal-prodott ikkonċernat użat fl-2013 u l-kostijiet tal-importazzjoni mġarrba matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Barra minn hekk, il-kostijiet tal-importazzjoni ġew espress f'EUR fl-2013. Billi r-rata tal-kambju ta' ARS naqset madwar tmien darbiet mill-2012, u l-inflazzjoni fiż-Żona tal-Euro mill-2013 kien baxx ħafna (madwar 5 % b'kollox matul l-aħħar sitt snin), il-Kummissjoni kkunsidrat xieraq li tuża l-kostijiet tal-importazzjoni pprovduti fl-investigazzjoni preċedenti.

(350)

Wara l-iżvelar tad-dokument ta' informazzjoni, il-Kummissjoni kkoreġiet żball klerikali fir-rigward tal-kalkolu tal-valur CIF tal-produtturi esportaturi fil-kampjun.

(351)

B'riżultat ta' dan, il-Kummissjoni għamlet tqabbil tal-prezzijiet fuq bażi ta' tip b'tip għat-tranżazzjonijiet fl-istess livell ta' kummerċ, aġġustati debitament fejn meħtieġ, u wara li tnaqqsu r-ribassi u l-iskontijiet.

(352)

It-tqabbil fuq bażi ta' tip b'tip iffoka fuq tqabbil tas-CFPP, irrispettivament mill-materja prima użata. Karatteristika oħra li l-Kummissjoni qieset kienet jekk prodott kienx soġġett għal “għadd doppju” fil-parti l-kbira tal-Istati Membri. L-“għadd doppju” jippermetti lir-raffinerija tikkalkula darbtejn il-kontenut ta' tip speċifiku ta' bijodiżil fi fjuwil tad-diżil li hija tipproduċi (pereż. kontenut ta' 3 % ta' bijodiżil “magħdud doppju” jitqies ekwivalenti għal kontenut ta' 6 %). Għall-Ġermanja, fejn hemm stabbilit mod differenti ta' kalkolu tal-effiċjenza tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2, il-Kummissjoni qieset ukoll l-ispeċifiċità tas-suq Ġermaniż.

(353)

Il-Kummissjoni stabbiliet li fil-parti l-kbira tal-każijiet il-klijent finali li jixtri l-bijodiżil mhuwiex konxju, u lanqas ikkonċernat, mill-materja prima li tkun intużat fil-produzzjoni, iżda jeżiġi prodott li jissodisfa ċertu livell massimu ta' CFPP. Dan il-livell ivarja skont l-istaġun u l-kundizzjonijiet klimatiċi. Matul ix-xhur tas-sajf, u f'reġjuni aktar sħan, il-klijenti jaċċettaw livelli ogħla ta' CFPP, u jeżiġu bijodiżil b'livell aktar baxx ta' CFPP fix-xhur tax-xitwa u f'reġjuni aktar kiesħa.

(354)

Il-Kummissjoni esprimiet ir-riżultat tat-tqabbil bħala perċentwal tal-fatturat tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Hija uriet marġni ta' twaqqigħ tal-prezz medju ppeżat l-importazzjonijiet ta' esportaturi fil-kampjun mill-pajjiż ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni ta' bejn 9,5 % u 15,2 %.

4.4.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.4.1.   Kummenti ġenerali

(355)

Skont l-Artikolu 8(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet issussidjati fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li għandhom piż fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta' analiżi.

(356)

Kif intqal fil-premessa (19), il-kampjunar intuża għad-determinazzjoni tat-theddida ta' dannu u l-impatt negattiv fuq il-livell tal-prezzijiet tal-bejgħ, il-kwantitajiet mibjugħa, is-sehem mis-suq u l-qligħ tal-industrija tal-Unjoni.

(357)

Għad-determinazzjoni tad-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi ta' dannu makroekonomiku u dannu mikroekonomiku. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi fuq il-bażi tad-data mogħtija fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun u fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-EBB.

(358)

Il-Kummissjoni vverifikat il-metodoloġija tal-ġbir tad-data ppreżentata mill-EBB u li l-informazzjoni kienet appoġġata minn dokumenti adegwati u proċeduri ta' riċerka.

(359)

Iż-żewġ settijiet ta' data nstabu li huma rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(360)

L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-ammont tas-sussidju, u l-irkupru minn sussidjar jew dumping preċedenti.

(361)

L-indikaturi mikroekonomiċi huma: prezzijiet medji tal-unità, kost tal-unità, kostijiet lavorattivi, inventarji, profittabbiltà, fluss tal-flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti, u kapaċità ta' ġbir ta' kapital.

(362)

Wara l-iżvelar tad-dokument ta' informazzjoni, il-Kummissjoni bagħtet żewġ settijiet ta' mistoqsijiet addizzjonali dwar il-perjodu wara l-perjodu tal-investigazzjoni. Sett wieħed ta' mistoqsijiet kien intbagħat lil tliet kumpaniji fil-kampjun u sett ieħor lil EBB. Il-Kummissjoni analizzat it-tweġibiet ipprovduti mill-partijiet ikkonċernati kollha. Il-Kummissjoni użat l-informazzjoni li rċeviet għas-sejbiet tagħha dwar il-perjodu wara l-perjodu tal-investigazzjoni.

4.4.2.   Indikaturi makroekonomiċi

4.4.2.1.   Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

(363)

Il-produzzjoni totali, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu ta' analiżi:

Tabella 12

Kapaċità tal-produzzjoni u utilizzazzjoni tal-kapaċità

 

2014

2015

2016

Perjodu ta' investigazzjoni

Kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

15 074 688

16 009 878

16 561 814

16 594 853

Indiċi

100

106

110

110

Użu tal-kapaċità

75 %

74 %

72 %

79 %

Indiċi

100

98

96

105

Sors: EBB.

(364)

Il-kapaċità tal-produzzjoni żdiedet b'mod kostanti b'10 % matul il-perjodu ta' analiżi, biex tqis id-domanda dejjem tikber.

(365)

Bl-istess mod, bħal fil-każ tal-informazzjoni dwar il-produzzjoni, l-EBB jiġbor data dwar il-kapaċità mingħand il-membri tiegħu, inklużi assoċjazzjonijiet nazzjonali, u f'dak li jirrigwarda lil dawk li mhumiex membri, huwa jiġbor l-informazzjoni dwar il-kapaċità minn sorsi oħrajn disponibbli pubblikament.

(366)

Iċ-ċifri tal-kapaċità tal-produzzjoni ma jinkludux parti sinifikanti mill-kapaċità li hija meqjusa mhux attiva. L-EBB spjega li għadd ta' impjanti tal-bijodiżil installati ilhom ma joperaw għal bosta snin u għandhom jitqiesu bħala barra mill-produzzjoni fit-tul. Dawn l-impjanti, għalkemm installati nominalment, ikunu jistgħu jerġgħu jibdew il-produzzjoni wara investiment fl-adattament tekniku u wara perjodu sinifikanti.

(367)

L-utilizzazzjoni tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni żdiedet b'5 % (jew 4 punti perċentwali) minn 75 % għal 79 % fil-perjodu ta' analiżi. L-industrija kisbet l-ogħla livell ta' utilizzazzjoni tal-kapaċità matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

4.4.2.2.   Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq

(368)

Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u s-sehem mis-suq żviluppaw kif ġej matul il-perjodu ta' analiżi:

Tabella 13

Il-volum tal-bejgħ u sehem mis-suq

 

2014

2015

2016

Perjodu ta' investigazzjoni

Volum tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni (tunnellati)

11 363 729

11 305 117

10 920 665

13 004 462

Indiċi

100

99

96

114

Sehem mis-suq

95,4 %

95,9 %

95,5 %

91,6 %

Sors: EBB, statistika dwar l-importazzjoni u l-esportazzjoni

(369)

Il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b'4 % bejn l-2014 u l-2016, u mbagħad żdied fil-perjodu ta' investigazzjoni bi 18-il punt perċentwali, jiġifieri 14 % ogħla milli fl-2014.

(370)

Il-fatturi li jmexxu l-bejgħ huma l-istess fatturi li jmexxu l-konsum, li huma deskritti fil-premessi minn (324) sa (328). L-importazzjonijiet ma affettwawx il-livell tal-bejgħ b'mod sinifikanti fis-snin 2014-2016, li kienet raġuni għal-livelli stabbli kemm tal-bejgħ kif ukoll tas-sehem mis-suq.

(371)

Kien it-tnaqqis tad-dazji mill-Arġentina fl-2017 li bidel l-immaġni tas-suq. Minkejja l-fatt li l-importazzjonijiet bdew biss lejn tmiem is-sena, l-industrija tal-Unjoni tilfet 3,8 punti perċentwali tas-sehem mis-suq meta mqabbla mal-2014. Kif spjegat fil-premessa (333) dan it-tnaqqis sinifikanti tas-sehem mis-suq jikkoinċidi mal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li daħlu fis-suq tal-Unjoni fl-aħħar erba' xhur tal-perjodu ta' investigazzjoni.

(372)

Wara l-iżvelar tad-dokument ta' informazzjoni CARBIO ppreżentat kumment fir-rigward tas-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni stabbilita għas-snin mill-2015 sal-2016, li jindika li għalkemm ma kienx hemm importazzjonijiet mill-Arġentina, l-industrija tal-Unjoni kienet qed titlef is-sehem mis-suq f'dak il-perjodu.

(373)

Il-Kummissjoni vverifikat id-data tas-suġġett u identifikat żball fil-kalkolu tal-konsum tal-Unjoni fid-dokument ta' informazzjoni, li wassal għal ishma mis-suq żbaljati tal-industrija tal-Unjoni. Dan l-iżball ġie kkoreġut, u t-Tabelli 7 u 13 fihom iċ-ċifri kkoreġuti.

(374)

Bħala riżultat ta' din il-korrezzjoni, is-sehem tas-suq tal-Unjoni fis-snin mill-2015 sal-2016 baqa' stabbli u naqas biss matul il-perjodu ta' investigazzjoni dovut għal żieda fil-volumi tal-importazzjonijiet Arġentini.

4.4.2.3.   Tkabbir

(375)

Filwaqt li l-konsum tal-Unjoni kiber b'19 % matul il-perjodu ta' analiżi, il-bejgħ u l-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdiedu biss b'14 % u 15 % rispettivament. Għaldaqstant l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tibbenefika kompletament mit-tkabbir tas-suq matul il-perjodu kkunsidrat billi parti sinifikanti minn dan it-tkabbir kien assorbit minn kwantitajiet dejjem jiżdiedu ta' importazzjonijiet Arġentini sussidjati matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

4.4.2.4.   Impjiegi u produttività

(376)

L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġew matul il-perjodu ta' analiżi:

Tabella 14

L-impjiegi u l-produttività

 

2014

2015

2016

Perjodu ta' investigazzjoni

Għadd ta' impjegati

2 406

2 763

2 762

2 733

Indiċi

100

115

115

114

Produttività (tunnellata/impjegat)

4 718

4 267

4 329

4 782

Indiċi

100

90

92

101

Sors: EBB.

(377)

L-impjiegi fl-Unjoni żviluppaw b'mod differenti mix-xejriet fil-produzzjoni, fil-bejgħ u fil-konsum. Iż-żieda relattivament għolja fl-impjiegi seħħet fl-2015, meta kibru bi 15 % minn sena għal sena. Minn dakinhar, baqgħu f'livell stabbli, inkluż il-perjodu ta' investigazzjoni.

(378)

Iż-żieda tal-2015 għandha titqies bħala reazzjoni tal-industrija tal-Unjoni għal kundizzjoni mtejba tas-suq tal-bijodiżil u l-aspettattiva ta' titjib futur. Fl-istess waqt, it-tnaqqis żgħir fl-impjiegi fil-perjodu ta' investigazzjoni għadu mhux qed jirrappreżenta r-reazzjoni għaż-żieda fl-importazzjonijiet mill-Arġentina. L-industrija tal-Unjoni kienet għadha ma naqqsitx il-kapaċità matul il-perjodu ta' investigazzjoni, u għaldaqstant l-impjiegi baqgħu stabbli.

4.4.2.5.   Il-kobor tal-ammont tas-sussidji kumpensabbli u l-irkupru minn sussidjar jew dumping preċedenti

(379)

L-impatt tal-importazzjonijiet sussidjati mill-pajjiż ikkonċernat fuq l-industrija tal-Unjoni kien sostanzjali, minħabba l-volumi sinifikanti u l-prezzijiet baxxi ta' dawn l-importazzjonijiet.

(380)

Fis-26 ta' Novembru 2013 l-Unjoni imponiet dazji antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil mill-Arġentina, fost l-oħrajn. Id-dazji kienu bbażati fuq il-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu li jvarja bejn it-22 % u l-25,7 %.

(381)

Kif iddikjarat fil-premessa (332), dawk id-dazji antidumping kienu mnaqqsa b'mod sinifikanti f'Settembru 2017 u b'riżultat ta' dan, l-importazzjonijiet tal-bijodiżil mill-Arġentina bdew jiżdiedu b'mod notevoli. Kif innutat fil-premessa (330) is-sehem mis-suq stmat tal-importazzjonijiet tal-bijodiżil Arġentini laħaq it-2,8 % fil-perjodu ta' investigazzjoni. Is-sehem mis-suq stmat tal-importazzjonijiet tal-bijodiżil Arġentini fl-Unjoni għall-aħħar kwart tal-2017 huwa ogħla minn 10 %. L-importazzjonijiet tal-bijodiżil mill-Arġentina fl-Unjoni komplew jiżdiedu wara l-perjodu ta' investigazzjoni, u minkejja r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet, is-sehem mis-suq stmat tal-importazzjonijiet Arġentini fl-Unjoni għall-ewwel nofs tal-2018 baqa' ogħla minn 10 %.

(382)

Statistiki tal-importazzjoni għall-perjodu wara l-perjodu tal-investigazzjoni msemmija fid-dettall fil-premessa (335) juru li l-livell ta' importazzjonijiet sa Awwissu 2018 kompla, u saħansitra żdied iktar, minkejja r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet mit-18 ta' Mejju 2018.

(383)

Iż-żieda sinifikattiva u rapida tal-importazzjonijiet tal-bijodiżil mill-Arġentina lejn l-Unjoni bdiet f'Settembru 2017 u l-importazzjonijiet baqgħu minkejja r-reġistrazzjoni ta' importazzjonijiet. Bħala konsegwenza tal-prezzijiet baxxi tagħhom li kienu qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, l-industrija tal-Unjoni tilfet sehem mis-suq u ma setgħetx tibbenefika b'mod sħiħ mit-tkabbir tas-suq.

4.4.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

4.4.3.1.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(384)

Il-prezzijiet medji ppeżati ta' bejgħ ta' unità tal-produtturi tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej fil-perjodu ta' analiżi:

Tabella 15

Il-prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni

 

2014

2015

2016

Perjodu ta' investigazzjoni

Prezz medju tal-bejgħ tal-unità fl-Unjoni fis-suq totali (EUR/tunnellata)

817

715

765

832

Indiċi

100

87

94

102

Kost tal-unità ta' produzzjoni (EUR/tunnellata)

797

728

767

827

Indiċi

100

91

96

104

Sors: Produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(385)

Il-prezz medju ppeżat tal-bejgħ ta' unità tal-produtturi tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati naqas b'mod sinifikanti fl-2015 bi 13 %: Il-prezzijiet sussegwentement żdiedu fl-2016 u fil-perjodu ta' investigazzjoni sabiex laħqu livell ta' 2 % ogħla minn dak tal-2014.

(386)

Il-kost tal-unità tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun segwiet ix-xejra tal-prezzijiet, u naqset b'9 % fl-2015. Il-kost tal-unità żdied fl-2016 u fil-perjodu ta' investigazzjoni sabiex laħaq livell ta' 4 % ogħla minn dak tal-2014. Dan segwa l-evoluzzjoni tal-prezz tal-materja prima ewlenija, il-lift, li żdied bi 8 %bejn l-2014 u l-perjodu tal-investigazzjoni (117).

(387)

Il-prezz medju tal-bejgħ tal-unità u l-kost tal-unità jikkonċernaw lill-produtturi tal-Unjoni, iżda mhumiex direttament komparabbli. Dan għaliex il-prezzijiet jikkonċernaw biss bejgħ lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni, filwaqt li l-kostijiet huma għall-produzzjoni totali.

(388)

L-evoluzzjoni tal-prezz tal-bijodiżil hija marbuta mal-evoluzzjoni tal-prezz tas-suq tal-materja prima, li hija jew il-prodott agrikolu jew iż-żejt. Il-kost tal-materja prima jikkostitwixxi l-fattur ewlieni tal-kost u jiddetermina b'mod estensiv il-kost totali tal-produzzjoni, u bħala riżultat, il-prezz tal-bejgħ tas-suq.

(389)

Wara l-iżvelar tad-dokument ta' informazzjoni, il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand il-GtA dwar il-prezzijiet medji ppeżati tal-bejgħ ta' unità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun lil klijenti mhux relatati. Il-GtA ddikjara li dan il-prezz naqas b'mod sinifikanti fl-2015 bi 13 % u li l-Kummissjoni ma kienet għamlet l-ebda analiżi biex tiddissoċja kawżi oħra ta' dannu possibbli, minkejja li kien inkonfutabbli li l-importazzjonijiet Arġentini matul l-2015 kienu jirrappreżentaw sehem tas-suq ta' 0,5 % biss.

(390)

Il-Kummissjoni nnotat li, kif spjegat fil-premessa (388), l-evoluzzjoni tal-prezz ta' bijodiżil huwa marbut mal-evoluzzjoni tal-prezz fis-suq tal-materja prima. Tabilħaqq, il-prezz internazzjonali tal-lift naqas b'14,5 % bejn 2014 u 2015 (118). Dan jikkorrispondi għal tnaqqis ta' 13 % tal-unità tal-prezz medju ppeżat tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun akkużati mill-GtA u, fl-istess ħin, jikkonferma d-dikjarazzjoni li l-kost tal-materja prima jiddetermina l-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq.

4.4.3.2.   Spejjeż lavorattivi

(391)

Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu ta' analiżi:

Tabella 16

Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

 

2014

2015

2016

Perjodu ta' investigazzjoni

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR)

66 530

71 573

65 237

65 874

Indiċi

100

108

98

99

Sors: Produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(392)

Il-kostijiet lavorattivi medji kienu stabbli, bl-eċċezzjoni tal-2015 meta kienu ogħla mis-snin l-oħrajn. Din kienet is-sena li fiha l-industrija tal-Unjoni bdiet iżżid il-livell tal-impjiegi b'mod sinifikanti. Kif jista' jiġi osservat, fil-perjodi segwenti, l-2016 u l-perjodu ta' investigazzjoni, fejn iż-żieda kostanti tal-impjiegi kienet qed isseħħ matul is-sena kollha, il-kostijiet lavorattivi medji baqgħu f'livell stabbli u simili ħafna.

4.4.3.3.   Inventarji

(393)

Il-livelli tal-istokk tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu ta' analiżi:

Tabella 17

L-inventarji

 

2014

2015

2016

Perjodu ta' investigazzjoni

Stokkijiet tal-għeluq (tunnellati)

117 074

85 725

92 291

87 864

Indiċi

100

73

79

75

Sors: Produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(394)

Il-livelli tal-ħażna tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kienu l-ogħla fl-2014. Dawn naqsu b'27 % bejn l-2014 u l-2015 u kienu f'livell komparabbli minn dak iż-żmien. Il-livell tal-istokkijiet ma segwiex iż-żieda fil-produzzjoni u l-bejgħ fil-perjodu tal-investigazzjoni. Minħabba li l-prodott investigat jinbiegħ bl-ingrossa, kunsinna waħda tista' tinkludi volum sinifikanti ta' aktar minn 10 000 tunnellata. Għaldaqstant, kunsinna waħda jista' jkollha impatt sinifikanti fuq il-livell tal-istokk, skont id-data tat-tranżazzjoni preċiża. Għaldaqstant, il-livell tal-istokkijiet huwa indikatur inqas sinifikanti għall-industrija tal-Unjoni.

4.4.3.4.   Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investiment u l-kapaċità li jiġi ġġenerat kapital

(395)

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investiment tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej fil-perjodu ta' analiżi:

Tabella 18

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti

 

2014

2015

2016

Perjodu ta' investigazzjoni

Profittabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (perċentwal tal-fatturat tal-bejgħ)

5,0 %

–0,1 %

0,9 %

0,8 %

Indiċi

100

–3

18

16

Fluss tal-flus (EUR)

95 181 923

23 004 159

26 458 832

35 102 719

Indiċi

100

24

28

37

Investimenti (EUR)

8 970 184

19 697 707

8 039 845

38 946 892

Indiċi

100

220

90

434

Redditu fuq l-investiment

78 %

–3 %

18 %

16 %

Indiċi

100

–4

23

21

Sors: Produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(396)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tat-tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun billi esprimiet il-qligħ nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta' dak il-bejgħ. Il-profittabbiltà hija bbażata fuq il-kost tal-oġġetti mibjugħa.

(397)

Il-profittabbiltà kienet baxxa fil-perjodu ta' analiżi kollu. Fl-2014 biss laħqet 5 %, filwaqt li ma kien hemm ebda qligħ fl-2015 u ma qabiżx il-1 % fl-2016 u l-perjodu ta' investigazzjoni. L-ogħla profitt fl-2014 kien prinċipalment minħabba dħul straordinarju u finanzjarju ta' wieħed mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Mingħajr dawn l-elementi, il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni fl-2014 tkun komparabbli mas-snin l-oħra tal-perjodu kkunsidrat.

(398)

Il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni naqas aktar matul il-perjodu ta' wara l-perjodu ta' investigazzjoni u għall-ewwel sitt xhur tal-2018 inbidel f'telf ta' 1,7 %.

(399)

Minkejja l-livelli baxxi ta' profittabbiltà, l-industrija tal-Unjoni kienet qed tiġġenera fluss tal-flus pożittiv mill-operazzjonijiet tagħha fil-perjodu ta' analiżi kollu. Kienet kapaċi tiffinanzja l-attivitajiet tagħha stess. Iżda anki fil-każ tal-fluss tal-flus, l-industrija tal-Unjoni ġġenerat l-ogħla livell fl-2014, u ma qabiżx 37 % ta' dak il-livell f'xi waħda mis-snin sussegwenti.

(400)

L-industrija tal-Unjoni kompliet tinvesti matul il-perjodu ta' analiżi kollu, u din laħqet l-ogħla livell ta' investiment tagħha matul il-perjodu ta' analiżi. Għaldaqstant, il-wasla f'daqqa ta' importazzjonijiet sussidjati mill-Arġentina lejn tmiem il-perjodu ta' investigazzjoni għadha ma affettwatx negattivament il-livell ta' investimenti magħmula mill-industrija tal-Unjoni.

(401)

Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-qligħ f'perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investiment. Ir-redditu fuq l-investiment naqas b'mod sinifikanti b'79 % matul il-perjodu ta' analiżi, u ġeneralment kien jirrifletti x-xejra tal-profittabbiltà.

(402)

Il-prestazzjoni finanzjarja tal-Industrija tal-Unjoni f'termini ta' profitti matul il-perjodu ta' investigazzjoni illimitat il-kapaċità tagħha li tiġbor kapital.

(403)

Wara l-iżvelar tad-dokument ta' informazzjoni, il-GtA ddikjara li profittabilità baxxa tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kollu bejn l-2014 u l-perjodu tal-investigazzjoni ma tistax tkun ir-riżultat tal-importazzjonijiet mill-Arġentina li reġgħu bdew biss f'Settembru 2017. F'dan il-kuntest, importatur mhux relatat, Gunvor, ikkummenta wkoll wara l-iżvelar tad-dokument ta' informazzjoni li l-industrija tal-Unjoni mhix qed issofri minn dannu materjali.

(404)

Wara l-iżvelar finali, il-GtA u CARBIO tennew il-kummenti tagħhom fir-rigward tal-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni u għamlu referenza għal għadd ta' indikaturi tal-prestazzjoni li żviluppaw b'mod pożittiv. Il-GtA tenna wkoll il-konklużjoni tiegħu li fin-nuqqas ta' importazzjonijiet mill-Arġentina, is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni ma kinitx tkun affettwata mill-importazzjonijiet mill-Arġentina.

(405)

Il-Kummissjoni osservat li x-xejriet, inklużi x-xejriet tal-profittabbiltà, jindikaw li l-industrija tal-Unjoni tidher li ma rkupratx għalkollox mill-effetti tad-dumping preċedenti. Din tirreferi għall-perjodu bejn l-2014 u l-perjodu tal-investigazzjoni li l-GtA indika fil-kumment tiegħu. Barra minn hekk, għalkemm l-importazzjonijiet mill-Arġentina tabilħaqq reġgħu bdew biss f'Settembru 2017, il-fatt li laħqu sehem mis-suq stmat ta' aktar minn 10 % fl-aħħar kwart tal-2017 ma jistax ma jkunx relatat mal-fatt li l-industrija tal-Unjoni laħqet biss 0,8 % tal-profittabbiltà tul il-perjodu ta' investigazzjoni (u fl-aħħar mill-aħħar telf wara). Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

4.5.   Indikaturi ekonomiċi wara l-perjodu tal-investigazzjoni

(406)

Il-Kummissjoni talbet u rċeviet tweġibiet għal mistoqsijiet addizzjonali lill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. L-informazzjoni ta' wara l-perjodu tal-investigazzjoni, bħall-indikaturi mikroekonomiċi għall-perjodu tal-investigazzjoni, kienu ppreżentati bħala medja ppeżata tat-tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(407)

Għall-perjodu ta' wara l-perjodu ta' investigazzjoni, għal ċerti indikaturi makroekonomiċi bħal kapaċità, utilizzazzjoni tal-kapaċità, produzzjoni u bejgħ setgħet tiġi analizzata biss l-informazzjoni għall-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, minħabba l-limiti taż-żmien tal-investigazzjoni. Għaldaqstant, iċ-ċifri għall-perjodu ta' investigazzjoni mhumiex direttament kumparabbli maċ-ċifri mogħtija fit-Taqsima 4.4.2. Iċ-ċifri madankollu jippermettu analiżi tal-iżvilupp tas-sitwazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun wara l-perjodu ta' investigazzjoni.

(408)

Il-produzzjoni, il-bejgħ u l-kostijiet ta' unità u l-prezzijiet tal-bejgħ bl-unità, tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppa kif ġej:

Tabella 19

L-industrija tal-Unjoni wara l-perjodu tal-investigazzjoni

 

Perjodu ta' investigazzjoni

Jannar - Marzu 2018

April - Ġunju 2018

Il-produzzjoni totali (tunnellati)

2 614 770

602 303

585 734

Indiċi (annwalizzati)

100

92

90

Volum tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni (tunnellati)

2 657 665

591 108

648 698

Indiċi (annwalizzati)

100

89

98

Kost tal-unità ta' produzzjoni (EUR/tunnellata)

827

793

787

Indiċi

100

96

95

Prezz medju tal-bejgħ tal-unità fl-Unjoni fis-suq totali (EUR/tunnellata)

832

765

773

Indiċi

100

92

93

Sors: Produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(409)

L-iżviluppi matul il-perjodu wara l-perjodu tal-investigazzjoni huma ppreżentati f'paragun mal-perjodu tal-investigazzjoni għall-ewwel u t-tieni kwart tal-2018, b'valuri indiċjati sal-perjodu tal-investigazzjoni.

(410)

Il-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun fl-ewwel nofs tal-2018 baqa' stabbli filwaqt li l-utilizzazzjoni tal-kapaċità naqset minn 85 % għal 76 %.

(411)

Kemm il-produzzjoni kif ukoll il-bejgħ naqsu fl-ewwel u t-tieni trimestru wara l-perjodu tal-investigazzjoni.

(412)

Kemm il-kostijiet tal-unità u l-prezzijiet tal-bejgħ ta' unità naqsu fiż-żewġ kwarti wara l-perjodu tal-investigazzjoni. Il-kostijiet tal-unità tal-produzzjoni naqas b'5 % filwaqt li l-prezz medju tal-bejgħ naqas b'7 %, li wassal għal tnaqqis fil-profittabbiltà deskritta fil-premessa (398).

4.6.   Konklużjoni dwar id-dannu

(413)

Minbarra ċifra negliġibbli ta' importazzjonijiet fl-2015, ma kien hemm ebda importazzjonijiet mill-Arġentina lejn is-suq tal-Unjoni qabel Settembru tal-2017. Għalkemm dawn l-importazzjonijiet bdew biss lejn tmiem il-perjodu ta' investigazzjoni, l-importazzjonijiet laħqu livell li ppermettilhom jilħqu sehem mis-suq ta' 2,8 % fil-perjodu ta' investigazzjoni li żdied għal sehem mis-suq stmat għal aktar minn 10 % fl-aħħar kwart tal-2017, li jidher li huwa kkonfermat għall-ewwel nofs tal-2018, minkejja r-reġistrazzjonijiet tal-importazzjonijiet.

(414)

Matul il-perjodu ta' analiżi l-indikaturi tad-dannu taw stampa mħallta. Il-produzzjoni u l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni ġeneralment segwew id-domanda tas-suq, kienu stabbli bejn l-2014 u l-2016, u żdiedu fil-perjodu ta' investigazzjoni, mingħajr ma bbenefikaw kompletament mit-tkabbir fis-suq lejn tmiem il-perjodu kkunsidrat, li ttieħed parzjalment mill-importazzjonijiet inkwistjoni. L-investimenti żdiedu b'mod sinifikanti matul il-perjodu ta' analiżi. Dan kien żvilupp pożittiv li indika li l-industrija bdiet tirkupra. Il-bidu taż-żieda fl-impjiegi fl-2015 jista' jitqies ukoll bħala indikazzjoni li l-industrija tal-Unjoni bdiet ittejjeb il-kundizzjoni tagħha fin-nuqqas ta' importazzjonijiet sussidjati mill-Arġentina.

(415)

Matul il-perjodu ta' wara l-perjodu ta' investigazzjoni l-maġġoranza tal-indikaturi ekonomiċi wrew b'mod ċar iktar deterjorament tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. Dan jikkonċerna l-użu tal-kapaċità, il-produzzjoni, il-prezzijiet tal-bejgħ u tal-unità, kif deskritt hawn fuq.

(416)

Madankollu, il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni baqgħet baxxa għall-parti l-kbira tal-perjodu ta' analiżi, u ma rnexxilhiex tkompli ttejjeb il-produttività tagħha għal kull impjegat. Dan jindika li l-industrija tal-Unjoni ma rnexxilhiex tilħaq il-livell ta' operazzjonijiet regolari u profittabbli f'dan iż-żmien qasir. Is-sitwazzjoni kompliet tmur għall-agħar fl-ewwel sitt xhur tal-2018 meta l-industrija tal-Unjoni rrappurtat telf.

(417)

Il-Kummissjoni sabet li l-perjodu ta' investigazzjoni kien diġà influwenzat ħażin minn importazzjonijiet mill-Arġentina u l-perjodu ta' wara l-perjodu ta' investigazzjoni indika iktar deterjorament tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Minkejja żieda fil-bejgħ u l-produzzjoni, ikkawżata minn żieda fil-konsum, matul il-perjodu ta' investigazzjoni, l-industrija tal-Unjoni ma urietx indikazzjonijiet ta' titjib fis-sitwazzjoni ekonomika tagħha. Matul il-perjodu ta' investigazzjoni, l-industrija tal-Unjoni ma wriet kważi ebda profitt fid-dawl tal-pressjoni eżerċitata mill-prezzijiet baxxi tal-importazzjonijiet inkwistjoni. Il-profitti baxxi matul il-perjodu tal-investigazzjoni nbidlu f'telf fl-ewwel sitt xhur tal-2018. Ix-xejriet eżaminati qabel juru li l-industrija tal-Unjoni tidher li ma rkupratx għalkollox mill-effetti tad-dumping preċedenti. Għalkemm ma waslitx għal konklużjoni dwar l-eżistenza ta' dannu materjali matul il-perjodu ta' investigazzjoni, il-Kummissjoni se teżamina, mill-inqas, jekk hemmx theddida ta' dannu materjali.

5.   THEDDIDA TA' DANNU

5.1.   Introduzzjoni

(418)

Skont l-Artikolu 8(8) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet sussidjati mill-pajjiż ikkonċernat ifissrux theddida ta' dannu materjali għall-industrija tal-Unjoni.

(419)

Fl-analiżi ta' theddida ta' dannu materjali għall-industrija tal-Unjoni, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(8) tar-Regolament bażiku, jiġu kkunsidrati fatturi bħal:

in-natura tas-sussidju jew sussidji inkwistjoni u l-effetti kummerċjali li aktarx jirriżultaw minnhom;

xi rata sinifikanti ta' żieda fl-importazzjonijiet sussidjati fis-suq tal-Unjoni li tindika l-possibbiltà ta' żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet;

kapaċità disponibbli b'mod liberu u suffiċjenti fuq il-parti tal-esportatur jew żieda imminenti u sostanzjali f'tali kapaċità li tindika l-probabbiltà ta' żieda sostanzjali ta' esportazzjonijiet sussidjati lejn l-Unjoni, waqt li jittieħed kont tad-disponibbiltà ta' swieq oħra tal-esportazzjoni biex jassorbu kwalunkwe esportazzjoni addizzjonali;

jekk l-importazzjonijiet humiex deħlin bi prezzijiet li jkunu, sa grad sinifikanti, iwaqqgħu l-prezzijiet jew jimpedixxu żieda fil-prezzijiet li kieku kienet isseħħ, u li aktarx iżidu t-talba għal aktar importazzjonijiet; u

il-livell tal-inventarji.

5.2.   In-natura tas-sussidju jew sussidji inkwistjoni u l-effetti kummerċjali li aktarx jirriżultaw minnhom

(420)

Fil-premessa (304), il-Kummissjoni kkonkludiet dwar l-eżistenza ta' sussidji kumpensabbli skont ir-Regolament bażiku. Dawk is-sussidji misjuba wrew li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat potenzjalment jibbenefikaw minn appoġġ governattiv. It-twaqqigħ fil-prezz sinifikanti misjub waqt il-perjodu ta' investigazzjoni u warajh huwa mistenni li jaffettwa saħansitra b'mod aktar negattiv is-sitwazzjoni ekonomika delikata tal-industrija domestika diġà osservata waqt il-perjodu tal-investigazzjoni. Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (158), il-miżuri tal-GtA li jappoġġaw lill-industrija domestika tal-bijodiżil jiżguraw li l-esportazzjonijiet tal-bijodiżil jibqgħu kompetittivi ħafna minħabba l-kostijiet aktar baxxi tal-fażola tas-sojja (għall-kuntrarju ta' produtturi tal-Unjoni li huma affettwati minn fluttwazzjonijiet ogħla tal-prezzijiet fil-kostijiet tal-lift). Għalhekk huwa prevedibbli li l-importazzjonijiet issussidjati tal-prodott ikkonċernat, minħabba n-natura tal-miżuri ta' appoġġ tal-GtA, jistgħu jkomplu jaffettwaw b'mod negattiv is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

5.3.   Rata sinifikanti ta' żieda fl-importazzjonijiet sussidjati fis-suq tal-Unjoni li tindika l-possibbiltà ta' żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet

(421)

Hemm konnessjoni ċara bejn iż-żieda f'daqqa u sostanzjali tal-importazzjonijiet tal-bijodiżil mill-Arġentina lejn is-suq tal-Unjoni minn Settembru 2017 'l hawn u t-tnaqqis tad-dazji antidumping imposti minn dak ix-xahar, kif intwera fit-Tabella 9. Dan jindika l-kapaċità tal-produtturi esportaturi Arġentini li jirreaġixxu malajr għat-tibdil fil-kundizzjonijiet tas-suq. Barra minn hekk, id-data li turi l-importazzjonijiet tal-bijodiżil mill-Arġentina wara l-perjodu ta' investigazzjoni tikkonferma li, minkejja r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet, il-produtturi esportaturi Arġentini għadhom jesportaw lejn is-suq tal-Unjoni kwantitajiet simili għal dawk esportati waqt il-perjodu ta' investigazzjoni.

(422)

Għaldaqstant, fid-dawl tal-attraenza tas-suq tal-Unjoni għall-esportazzjonijiet Arġentini, il-Kummissjoni kkunsidrat li wara t-tnaqqis tad-dazji antidumping f'Settembru 2017, li l-volum ta' importazzjonijiet tal-bijodiżil mill-Arġentina żdied b'mod sinifikanti jindika l-probabbiltà li dawn l-importazzjonijiet se jkomplu jiżdiedu. L-analiżi tal-importazzjonijiet matul il-perjodu ta' Jannar sa Awwissu 2018 stabbilita fil-premessa (463) tikkonferma iktar żieda attwali fl-importazzjonijiet tal-bijodiżil mill-Arġentina.

5.4.   Kapaċità disponibbli b'mod liberu u suffiċjenti u l-kapaċità ta' assorbiment ta' pajjiżi terzi

(423)

Skont l-istatistika agrikola tal-OECD (119) tal-konsum dinji tal-bijodiżil, fl-2017 l-Arġentina kellha biss madwar 3,5 % tal-konsum globali. Kif indikat fil-premessa (202) l-Arġentina esportat 57 % tal-produzzjoni tagħha matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

(424)

Il-livell baxx ta' konsum Arġentin meta mqabbel mal-konsum dinji, u l-konsum ta' madwar 40 % fl-Unjoni u madwar 25 % fl-Istati Uniti jindika b'mod ċar li s-settur tal-bijodiżil Arġentin huwa orjentat lejn l-esportazzjoni u dipendenti fuq dawn is-swieq (ara wkoll il-premessa (209)).

(425)

Il-kapaċità żejda tal-produtturi Arġentini tal-bijodiżil matul il-perjodu ta' investigazzjoni hija stmata għal aktar minn 1,2 miljun tunnellata. Din l-istima hija bbażata fuq informazzjoni li waslet mingħand il-produtturi esportaturi fil-kampjun, li jirrappreżentaw 84 % tal-esportazzjonijiet kollha tal-Unjoni, estrapolati għall-industrija Arġentina kollha.

(426)

Il-kapaċità żejda tal-produtturi Arġentini tal-bijodiżil baqgħet f'livell simili matul il-perjodu ta' wara l-perjodu ta' investigazzjoni skont l-informazzjoni provduta lill-Kummissjoni mill-EBB.

(427)

Fis-27 ta' Awwissu 2017, l-Istati Uniti tal-Amerka imponew dazji kumpensabbli proviżorji kontra l-importazzjonijiet tal-bijodiżil mill-Arġentina f'rati ta' bejn il-50 % u s-60 % u mbagħad dazji definittivi fid-9 ta' Novembru 2017 b'rati ta' madwar 71,45 % u 72,28 %. F'Ottubru 2017, l-Istati Uniti imponiet dazji antidumping proviżorji li jvarjaw minn 54,36 % sa 70,05 %. Fit-3 ta' Jannar 2018 l-Istati Uniti kkonfermaw dawn id-dazji fid-Determinazzjoni Finali tagħhom (120), filwaqt li bidlu ftit il-livelli għal medda ta' bejn 60,44 % u 86,41 %.

(428)

Il-kobor tal-livell tad-dazji imposti fl-Istati Uniti tal-Amerka, li qabel l-impożizzjoni ta' dawn id-dazji, kien l-aktar suq ta' esportazzjoni importanti għall-Arġentina, jindika b'mod ċar li dawk l-esportazzjonijiet tal-bijodiżil kienu immedjatament diretti mill-ġdid lejn is-suq tal-Unjoni. Din id-direzzjoni mill-ġdid hija msaħħa mit-tnaqqis kważi simultanju fl-Unjoni tad-dazji antidumping fuq il-bijodiżil Arġentin. Dan l-iżvilupp jidher fit-tabella 20 hawn taħt.

Tabella 20

Volum ta' esportazzjoni (tunnellati) kull xahar

Volum ta' esportazzjonijiet mill-Arġentina (tunnellati)

7/2017

8/2017

9/2017

10/2017

11/2017

12/2017

Lejn l-Istati Uniti tal-Amerka

220 360

14 483

0

0

0

0

Lejn l-Unjoni

0

60 000

30 000

200 000

185 000

163 091

Sors: Statistika dwar l-Esportazzjoni tal-Arġentina.

(429)

Il-livell ta' esportazzjonijiet mill-Arġentina lejn l-Unjoni pprovdut fit-Tabella 20 fuq mhuwiex l-istess bħal-livell tal-importazzjonijiet mill-Arġentina lejn l-Unjoni pprovduti fit-Tabella 9 fil-premessa (333). Id-differenza mhijiex dovuta biss għal sors differenti ta' data, iżda prinċipalment minħabba punt ta' żmien differenti ta' reġistrazzjoni tat-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni u tal-importazzjoni fl-istatistiki rispettivi.

(430)

Kif indikat fil-premessa (425), hemm biżżejjed kapaċità disponibbli liberament fl-Arġentina li saħansitra qed tiżdied minħabba bidla fix-xejra tal-bejgħ (jiġifieri l-esklużjoni tas-suq tal-Istati Uniti tal-Amerika). Dan jindika l-probabbiltà ta' kwantitajiet sostanzjalment akbar ta' esportazzjonijiet sussidjati lejn l-Unjoni. Ma hemmx swieq ta' esportazzjoni oħrajn magħrufa li jistgħu jassorbu dawn l-esportazzjonijiet addizzjonali, billi l-Istati Uniti u l-Unjoni flimkien jammontaw għal madwar 2/3 tal-konsum globali ta' bijodiżil.

(431)

Wara l-iżvelar tad-dokument ta' informazzjoni, fir-rigward tal-kapaċità ta' assorbiment tas-swieq ta' esportazzjoni tal-produtturi esportaturi Arġentini, fil-10 ta' Lulju 2018 l-awtoritajiet tal-Perù ikkonfermaw l-impożizzjoni ta' dazji antidumping u kumpensatorji, li flimkien jammontaw għal total minn USD 137,4 sa USD 399,8 kull tunnellata.

(432)

Il-Kummissjoni sabet indikazzjonijiet li t-theddida ta' direzzjoni mill-ġdid kontinwa ta' importazzjonijiet mill-Arġentina tista' tikkawża dannu lill-industrija tal-Unjoni.

5.5.   Il-livell tal-prezz tal-importazzjonijiet sussidjati

(433)

L-importazzjonijiet tal-bijodiżil mill-Arġentina li waslu fis-suq tal-Unjoni matul l-aħħar erba' xhur tal-perjodu ta' investigazzjoni kienu importati bi prezzijiet sostanzjalment aktar baxxi mill-prezzijiet mitluba mill-industrija tal-Unjoni. Kif spjegat fil-premessa (354), il-Kummissjoni stabbiliet marġnijiet ta' twaqqigħ tal-prezz medji ppeżati ta' bejn 9,5 % u 15,2 %. It-tqabbil tal-prezzijiet osservati fl-istatistika dwar l-importazzjoni mqabbla mal-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni jikkonferma din id-differenza. Il-prezzijiet ta' bijodiżil importat mill-Arġentina komplew jonqsu iktar matul il-perjodu wara l-perjodu tal-investigazzjoni.

5.6.   Il-livell tal-inventarji

(434)

L-evoluzzjoni tal-livell tal-inventarji tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun hija deskritta fid-dettall fil-premessa (394). Kif spjegat, minħabba l-fatt li l-prodott investigat jinbiegħ bl-ingrossa l-livell tal-inventarji huwa indikatur inqas sinifikanti għat-theddida ta' dannu.

5.7.   Konklużjoni

(435)

Fid-dawl tal-analiżi tal-fatturi dwar it-theddida ta' dannu elenkati fil-premessa (419), il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kundizzjoni ekonomika fraġli tal-industrija tal-Unjoni x'aktarx se taggrava minħabba l-kwantitajiet kbar u imminenti ta' importazzjonijiet sussidjati ta' bijodiżil mill-Arġentina. Għalhekk, tal-inqas kien hemm theddida ta' dannu evidentement prevedibbli u imminenti għall-industrija tal-Unjoni fi tmiem il-perjodu ta' investigazzjoni, li jappoġġa sejba ta' theddida ta' dannu skont l-Artikolu 8(8) tar-Regolament bażiku.

(436)

Wara l-iżvelar finali, il-GtA ma qabilx mal-konklużjoni tal-Kummissjoni u ddikjara li ż-żieda fl-importazzjonijiet kienet dovuta għall-fatt li l-importazzjonijiet mill-Arġentina kienu mċaħħda illegalment mis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu bejn l-2012 u l-2017. Il-GtA żied ukoll li l-Kummissjoni ma vvalutatx l-evidenza sabiex tikkonferma li ż-żieda fl-importazzjonijiet ta' bijodiżil mill-Arġentina se tkompli fil-futur.

(437)

Il-Kummissjoni pprovdiet fil-premessa (428) informazzjoni dettaljata dwar l-iżvilupp ta' importazzjonijiet ta' kull xahar ta' bijodiżil mill-Arġentina matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Fil-premessa (463) il-Kummissjoni pprovdiet informazzjoni dwar il-livell ta' importazzjonijiet ta' bijodiżil mill-Arġentina fil-perjodu minn Jannar sa Awwissu 2018. Din l-informazzjoni tindika li l-importazzjonijiet li bdew f'Settembru 2017 komplew, minkejja r-reġistrazzjoni tagħhom, wara l-perjodu ta' investigazzjoni.

(438)

L-importazzjonijiet, li l-Kummissjoni sabet li kienu ssussidjati, u l-kwantitajiet kbar kontinwi tagħhom importati fl-Unjoni kkostitwixxew theddida ta' dannu prevedibbli u imminenti lill-industrija tal-Unjoni fi tmiem il-perjodu ta' investigazzjoni. Il-Kummissjoni għalhekk ma bidlitx is-sejba tagħha ta' theddida ta' dannu skont l-Artikolu 8(8) tar-Regolament bażiku.

(439)

Wara l-iżvelar finali, CARBIO kkummentat, fir-rigward tal-analiżi tal-indikaturi ekonomiċi wara l-perjodu ta' investigazzjoni, li l-prezzijiet tal-RME huma staġonali, li fil-perjodu ta' Awwissu sa Ottubru 2018, il-prezzijiet tal-RME kellhom rekord għoli, u li l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu wara l-perjodu ta' investigazzjoni żdied jekk imqabbel mal-2016.

(440)

Il-Kummissjoni ħadet nota ta' dawn il-kummenti. Madankollu, dawn la jikkontradixxu u lanqas ma jbiddlu l-konklużjoni tal-Kummissjoni, b'mod partikolari fir-rigward tad-dannu matul il-perjodu ta' investigazzjoni, stabbilit fil-premessa (417).

6.   RABTA TA' KAWŻALITÀ

(441)

Skont l-Artikolu 8(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni analizzat jekk it-theddida ta' dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni kinitx ikkawżata mill-importazzjonijiet sussidjati eżistenti mill-pajjiż ikkonċernat. Skont l-Artikolu 8(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi oħrajn magħrufa setgħu fl-istess ħin heddew li joħolqu dannu għall-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kwalunkwe theddida possibbli ta' dannu minn fatturi oħrajn apparti l-importazzjonijiet sussidjati mill-Arġentina ma kinitx attribwita għal importazzjonijiet sussidjati. Dawn il-fatturi huma importazzjonijiet minn pajjiżi terzi u l-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

6.1.   L-effetti tal-importazzjonijiet sussidjati

(442)

Kif iddikjarat fil-premessa (334), ma kienx hemm importazzjonijiet jew importazzjonijiet negliġibbli biss lejn l-Unjoni mill-Arġentina fis-snin 2014 sal-2016 kif ukoll matul l-ewwel xhur tal-perjodu ta' investigazzjoni. Madankollu, l-importazzjonijiet żdiedu b'mod sinifikanti fl-aħħar xhur tal-perjodu ta' investigazzjoni. Kif indikat fil-premessa (381) is-sehem mis-suq stmat tal-importazzjonijiet mill-Arġentina għall-aħħar kwart tal-2017 huwa ogħla minn 10 % u baqa' ogħla minn 10 % matul l-ewwel kwart tal-2018, jiġifieri wara l-perjodu ta' investigazzjoni u minkejja r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet. Kif muri fil-premessa (354), l-importazzjonijiet tal-bijodiżil mill-Arġentina kienu qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b'9,5 % sa 15,2 % matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

(443)

Fid-dawl tal-koinċidenza fiż-żmien bejn, minn naħa, iż-żieda sinifikanti u f'daqqa fl-importazzjonijiet sussidjati ta' bijodiżil mill-Arġentina fi prezzijiet taħt dawk tal-industrija tal-Unjoni, u, min-naħa l-oħra, it-telf stmat tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni fl-aħħar kwart tal-2017 u l-ewwel kwart tal-2018, li rriżultaw fin-nuqqas ta' abbiltà tagħha li tikseb profitt, il-Kummissjoni kkonkludiet li dawk l-importazzjonijiet sussidjati kellhom impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-konsum domestiku insinifikanti fl-Arġentina, il-kapaċità żejda sinifikanti tal-produtturi Arġentini tal-bijodiżil, u l-esklużjoni tat-tieni l-akbar suq ta' esportazzjoni tal-Istati Uniti mis-suq iggwidaw il-produzzjoni żejda mill-Arġentina lejn l-Unjoni, li tikkostitwixxi 40 % tal-konsum globali. Għalhekk, l-Unjoni saret waħda mill-aktar destinazzjonijiet attraenti għall-importazzjonijiet sussidjati tal-bijodiżil Arġentini, għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni.

(444)

Wara l-iżvelar tad-dokument ta' informazzjoni, il-GtA ddikjara li l-importazzjonijiet mill-Arġentina ma jirrappreżentawx żieda sinifikanti ta' importazzjonijiet jew ta' ishma tas-suq. L-importatur mhux relatat Gunvor innota f'dan ir-rigward li l-importazzjonijiet jirritornaw lura għall-medji storiċi tagħhom.

(445)

F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni kkunsidrat li laħqet sehem stmat tas-suq akbar minn 10 % fl-aħħar kwart tal-2017 meta mqabbel ma' sehem mis-suq ta' 0 % matul l-ewwel tmien xhur tal-2017 bħala żieda sinifikanti.

(446)

Barra minn hekk, wara l-iżvelar tad-dokument ta' informazzjoni CARBIO ddikjarat li fil-kuntest ta' analiżi ta' theddida ta' dannu l-Kummissjoni trid tindika l-possibbiltà ta' żieda sostanzjali ta' importazzjonijiet, u li żieda fl-importazzjonijiet li tkun dovuta sempliċiment għar-ritorn ta' dawk il-kundizzjonijiet allegatament normali tal-kummerċ u l-kompetizzjoni, minħabba t-tneħħija tad-dazji antidumping mhux ġustifikati, ma tindikax probabbiltà li l-importazzjonijiet se jkomplu jiżdiedu b'mod sostanzjali.

(447)

Kif spjegat fil-premessi minn (335) sa (338), l-importazzjonijiet tal-bijodiżil mill-Arġentina komplew fl-2018 u laħqu livell stmat ta' 11,5 %. Barra minn hekk, ma kien hemm l-ebda tnaqqis ta' livelli ta' importazzjonijiet mill-Arġentina wara r-reġistrazzjoni mill-25 ta' Mejju 2018 'il quddiem. Dan, flimkien mal-kapaċità żejda tal-produtturi Arġentini tal-bijodiżil deskritti fil-premessa (425) u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni, jindika l-probabbiltà li l-importazzjonijiet se jkomplu jiżdiedu sostanzjalment fil-futur. Fil-fehma tal-Kummissjoni, din iż-żieda fl-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Arġentina tirrifletti kundizzjonijiet inġusti ta' kummerċ (għall-kuntrarju ta' kundizzjonijiet kummerċjali normali mingħajr il-miżuri preċedenti tal-antidumping fis-seħħ) minħabba s-sussidji li nstabu jeżistu.

(448)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni qieset li l-importazzjonijiet sussidjati tal-bijodiżil mill-Arġentina qegħdin ikunu ta' theddida ta' dannu materjali għall-industrija tal-Unjoni.

6.2.   Fatturi oħrajn magħrufa

(449)

Il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi oħrajn magħrufa, individwalment jew kollettivament, jistgħux inaqqsu r-rabta kawżali stabbilita bejn l-importazzjonijiet sussidjati u t-theddida ta' dannu li proviżorjament instabet li teżisti.

(450)

Wara l-iżvelar tad-dokument ta' informazzjoni CARBIO ddikjarat li l-industrija tal-Unjoni ma kienx irnexxielha tirkupra gradwalment matul il-perjodu kkunsidrat, jiġifieri wkoll matul iż-żmien li ma kien hemm l-ebda importazzjonijiet mill-Arġentina. CARBIO argumentat ukoll li dan huwa evidenza li hemm fatturi oħra li għandhom impatt fuq il-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

(451)

Il-Kummissjoni kkonkludiet fil-premessa (416) li l-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni tabilħaqq baqgħet baxxa għal ħafna mill-perjodu kkunsidrat u ma rnexxilhiex tilħaq il-livell ta' operazzjonijiet ta' profitt regolari. Madankollu, kif spjegat fil-premessa (405), il-Kummissjoni osservat li l-industrija tal-Unjoni jidher li ma rkupratx għalkollox minn dumping tal-imgħoddi li nstab fl-investigazzjoni preċedenti. Barra minn hekk, il-fatt li produtturi tal-Unjoni jużaw il-lift bħala materja prima (meta mqabbla ma' produtturi tal-esportazzjoni Arġentini, li jużaw il-fażola tas-sojja) ma jispjegax id-differenzi fil-prezzijiet bejn il-bijodiżil tal-Unjoni u l-bijodiżil Arġentin Kieku produttur esportatur jixtri l-fażola tas-sojja bi prezzijiet mingħajr distorsjoni, il-prezzijiet tal-esportazzjoni tagħhom ikunu simili ħafna għal prezzijiet tal-Unjoni. B'hekk, kif żviluppat aktar 'l isfel, l-investigazzjoni ma stabbiliet l-ebda fatturi li seta' kellhom effett mitiganti fuq ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet sussidjati u t-theddida ta' dannu li nstab. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

6.3.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

(452)

Il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppa kif ġej matul il-perjodu ta' analiżi:

Tabella 21

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

Pajjiż

 

2014

2015

2016

Perjodu ta' investigazzjoni

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Volum (tunnellati)

5 395

1 160

38 497

217 313

Indiċi

100

22

714

4 028

Sehem mis-suq

0,0 %

0,0 %

0,3 %

1,6 %

Prezz medju (EUR/tunnellata)

941

826

763

812

Il-Malasja

Volum (tunnellati)

340 240

349 571

273 427

378 395

Indiċi

100

103

80

111

Sehem mis-suq

2,9 %

2,9 %

2,3 %

2,7 %

Prezz medju (EUR/tunnellata)

883

880

975

1 007

Il-pajjiżi kollha minbarra l-Arġentina, iċ-Ċina u l-Malasja

Volum (tunnellati)

197 787

104 765

202 879

207 953

Indiċi

100

53

103

105

Sehem mis-suq

1,7 %

0,9 %

1,7 %

1,5 %

Prezz medju (EUR/tunnellata)

820

791

762

891

Sors: Statistika dwar l-Importazzjoni tal-UE ibbażata fuq il-bażi tad-data Surveillance 2.

(453)

Minbarra l-importazzjonijiet mill-Arġentina, l-importazzjonijiet minn żewġ pajjiżi oħrajn biss, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“iċ-Ċina”) u l-Malasja, qabżu s-sehem mis-suq ta' 1 % fi kwalunkwe sena partikolari.

(454)

L-uniċi importazzjonijiet sinifikanti miċ-Ċina dehru fil-perjodu ta' investigazzjoni u laħqu sehem mis-suq ta' 1,6 %.

(455)

L-importazzjonijiet mill-Malasja kienu f'livell stabbli matul il-perjodu ta' analiżi b'sehem mis-suq ta' bejn 2,3 % u 2,9 %.

(456)

L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn, għajr l-Arġentina, iċ-Ċina jew il-Malasja qatt ma qabżu sehem mis-suq kombinat ta' 1,7 %. Għaldaqstant, l-ebda wieħed minn dawn il-pajjiżi ma seta' kellu xi influwenza sinifikanti fuq is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni, b'mod partikolari minħabba l-kwantitajiet stabbli ta' dawn l-importazzjonijiet.

(457)

Il-prezz medju tal-bijodiżil miċ-Ċina matul il-perjodu ta' investigazzjoni kien ta' EUR 812 għal kull tunnellata. Dan kien l-uniku żmien fejn tali importazzjonijiet kienu fi kwantitajiet sinifikanti. Rigward il-Malasja, il-prezz ta' importazzjoni medju kien ivarja bejn EUR 883 għal kull tunnellata fl-2014 u żdied għal aktar minn EUR 1 000 għal kull tunnellata fil-perjodu ta' investigazzjoni. Fl-istess ħin il-volumi żdiedu biss bi 11 % matul il-perjodu kkunsidrat, li huwa inqas miż-żieda fid-domanda li wassal għal tnaqqis fis-sehem tas-suq.

(458)

F'dan ir-rigward, il-prezz medju tal-importazzjoni mill-Arġentina kien ta' EUR 636 għal kull tunnellata fil-perjodu ta' investigazzjoni, jiġifieri ferm aktar baxx mill-atturi l-oħrajn kollha tas-suq. L-informazzjoni statistika ma tindikax eżattament id-differenzi fil-karatteristiċi tal-bijodiżil importat fl-Unjoni. Id-differenzi fil-prezzijiet jirriżultaw minn livelli differenti ta' CFPP u minn jekk il-bijodiżil importat jistax ikun soġġett għal “għadd doppju” jew le.

(459)

Wara l-iżvelar tad-dokument ta' informazzjoni, il-GtA ddikjara li ma hemmx rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet mill-Arġentina u dannu lill-industrija tal-Unjoni minħabba fatturi oħra, jiġifieri importazzjonijiet minn pajjiżi oħra.

(460)

Wara l-iżvelar finali, il-GtA tenna l-affermazzjoni tiegħu li l-Kummissjoni naqset milli teżamina l-effetti tal-fatturi kollha possibbli minbarra l-importazzjonijiet tal-bijodiżil mill-Arġentina li jistgħu jkunu ta' dannu għall-industrija tal-Unjoni.

(461)

Wara l-iżvelar finali, CARBIO tenniet id-dikjarazzjoni tagħha li t-theddida ta' dannu ma kinitx ikkawżata minn importazzjonijiet mill-Arġentina.

(462)

Fir-rigward tal-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra, il-Kummissjoni pprovdiet informazzjoni dettaljata hawn fuq. Iż-żewġ pajjiżi oħra b'importazzjonijiet sinifikanti matul il-perjodu tal-investigazzjoni kienu l-Malasja u r-RPĊ, li kellhom 2,7 % u 1,6 % tas-sehem mis-suq tal-Unjoni, rispettivament. Dawn l-ishma tas-suq huma konsiderevolment iktar baxxi meta mqabbla ma' sehem tas-suq stabbilit għall-aħħar kwart tal-2017 għal importazzjonijiet mill-Arġentina ta' aktar minn 10 %. Barra minn hekk, il-prezz medju għall-importazzjonijiet mill-Malasja u r-RPĊ kien ta' EUR 1 007 u EUR 812 għal kull tunnellata rispettivament. Dawn il-prezzijiet, imqabbla ta' EUR 636 għal kull tunnellata ta' bijodiżil importata mill-Arġentina matul il-perjodu tal-investigazzjoni, juru li l-importazzjonijiet mill-Malasja u r-RPĊ, kemm fil-volum u fil-valur, ma mmitigax ir-rabta kawżali stabbilita bejn l-importazzjonijiet issussidjati u t-theddida ta' dannu li nstab li jeżisti.

(463)

Wara l-iżvelar tad-dokument ta' informazzjoni CARBIO kkummentat dwar żieda fl-importazzjonijiet mill-Indoneżja. L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn matul l-ewwel tmien xhur tal-2018, imqabbla mal-importazzjonijiet mill-Arġentina matul l-istess perjodu ppreżentati fil-premessa (335) kienu dawn li ġejjin:

Tabella 22

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi Jannar-Awwissu 2018

 

Volum ta' importazzjonijiet (tunnellati)

Is-sehem stmat tas-suq

Prezz medju (EUR)

l-Arġentina

1 092 024

11,5 %

613

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

173 693

1,9 %

686

l-Indoneżja

467 769

5,0 %

667

l-Malasja

303 421

3,2 %

732

Il-pajjiżi kollha minbarra l-Arġentina, iċ-Ċina u l-Malasja

150 159

1,6 %

542

Sors: Statistika dwar l-Importazzjoni tal-UE ibbażata fuq il-bażi tad-data Surveillance 2.

(464)

Kif analizzat f'iktar dettall fil-premessi minn (336) sa (338), l-importazzjonijiet mill-Arġentina komplew wara l-perjodu ta' investigazzjoni minkejja r-reġistrazzjoni ta' importazzjonijiet. Is-sehem tas-suq stmat tagħhom, meta wieħed jassumi l-istess livell ta' konsum u annwalizzat għall-komparabbiltà, jammonta għal 11,5 %. L-importazzjonijiet mir-RPĊ baqgħu f'livell simili ħafna, u laħqu sehem mis-suq ta' 1,9 %, meta mqabbel ma' 1,6 % matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Huwa sinifikanti li l-importazzjonijiet tal-bijodiżil mill-Indoneżja lejn l-Unjoni dehru mill-ġdid, u laħqu sehem tas-suq stmat ta' 5 % matul il-perjodu Jannar-Awwissu 2018. Fl-istess ħin, dawn l-importazzjonijiet kienu anqas minn nofs il-kwantità tal-importazzjonijiet mill-Arġentina. L-importazzjonijiet mill-Malasja żdiedu kemxejn u laħqu sehem tas-suq stmat ta' 3,2 % meta mqabbla ma' 2,7 % matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

(465)

Rigward il-prezz medju għal kull tunnellata ta' importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, il-prezz għal kull tunnellata ta' bijodiżil importat mill-Arġentina baqa' bil-wisq l-aktar baxx fost l-erba' pajjiżi b'importazzjonijiet sinifikanti. Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u mill-Malasja naqsu wkoll matul l-ewwel tmien xhur tal-2018.

(466)

Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-esportazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għalkemm setgħu kkontribwew għan-nuqqas ta' rkupru tal-industrija tal-Unjoni, ma naqqsux ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet issussidjati u t-theddida ta' dannu li nstab. Il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa improbabbli li l-esportazzjonijiet minn pajjiżi terzi jkunu l-kawża ewlenija tad-dannu fil-futur imminenti.

6.4.   Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(467)

L-ebda wieħed mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun ma esporta bijodiżil matul il-perjodu ta' analiżi. L-istatistika tal-esportazzjoni fit-Tabella 23 hija għalhekk ibbażata fuq sors disponibbli għall-pubbliku, u tipprovdi stima għall-industrija kollha tal-Unjoni:

Tabella 23

Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

 

2014

2015

2016

Perjodu ta' investigazzjoni

Volum ta' esportazzjonijiet (tunnellati)

98 552

111 884

190 633

217 146

Indiċi

100

114

193

220

Sors: Statistika tal-Eurostat dwar l-esportazzjoni.

(468)

Il-livell ta' esportazzjonijiet tal-bijodiżil tal-industrija tal-Unjoni kien limitat. Ma qabiżx it-3,5 % tal-bejgħ kollu tagħha fis-suq tal-Unjoni fi kwalunkwe sena tal-perjodu ta' analiżi. Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ma setgħetx ikkawżat in-nuqqas ta' rkupru tal-industrija domestika u s-sitwazzjoni ekonomika delikata tagħha fil-perjodu ta' investigazzjoni.

(469)

CARBIO fis-sottomissjoni tagħha kkummentat li l-livell baxx ta' importazzjonijiet ma setax ikun il-kawża tad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u rrepetiet dan l-argument wara l-iżvelar tad-dokument ta' informazzjoni. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li anki importazzjonijiet inqas sinifikanti tal-prodott ikkonċernat jistgħu jbaxxu l-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni. L-importazzjonijiet mill-Arġentina jaqbżu sew il-limitu massimu ta' dannu negliġibbli msemmi fl-Artikoli 10(9) u 14(4) tar-Regolament bażiku, u fl-aħħar kwart tal-perjodu ta' investigazzjoni saħansitra qabżu l-10 %.

(470)

CARBIO ddikjarat ukoll li ma hemm l-ebda effett dannuż mill-importazzjonijiet, billi dawn jiddependu fuq varjazzjonijiet staġonali, il-prezz tad-diżil u l-provvista tal-materja prima. L-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni mingħand il-produtturi esportaturi li kkooperaw, il-produtturi tal-Unjoni u minn sorsi pubbliċi kienet tinkludi wkoll informazzjoni dwar il-varjazzjonijiet staġonali, il-prezz tad-diżil u l-provvista tal-materja prima. Din ippermettiet lill-Kummissjoni tikkunsidra wkoll dawn il-fatturi fl-analiżi tagħha.

(471)

Wara l-iżvelar finali, CARBIO tenniet il-kumment li l-industrija tal-Unjoni mhix qed tiffaċċja theddida ta' dannu materjali u li t-theddida allegata ta' dannu materjali ma kinitx ikkawżata minn importazzjonijiet mill-Arġentina. Barra minn hekk, CARBIO tagħmel referenza għas-sejbiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1570 tat-18 ta' Ottubru 2018 (121), imsemmi fil-premessa (347) li fih il-Kummissjoni kkonkludiet li mhux possibbli li tiġi stabbilita rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-Arġentina u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(472)

Fir-rigward tar-referenza magħmula għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1570 tat-18 ta' Ottubru 2018, il-Kummissjoni nnutat li s-sejba ta' dan ir-Regolament kienet tikkonċerna dannu materjali u mhux theddida ta' dannu, u li l-perjodu ta' investigazzjoni vvalutat mill-ġdid mill-Kummissjoni kien mill-1 ta' Lulju 2011 sat-30 ta' Ġunju 2012, meta mqabbel mal-perjodu ta' investigazzjoni ta' Jannar sa Diċembru 2017 ta' dan ir-Regolament. Minħabba l-perjodi ta' żmien differenti u l-istandards legali differenti, is-sejbiet ta' dak ir-Regolament mhumiex rilevanti għas-sejbiet tal-Kummissjoni f'din l-investigazzjoni.

6.5.   It-tnaqqis fil-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni

(473)

Matul l-analiżi tar-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet, il-Kummissjoni ħadet nota wkoll ta' żewġ kumpaniji li ħabbru tnaqqis fil-produzzjoni tal-bijodiżil f'Marzu 2018, jiġifieri Saipol, l-akbar produttur Ewropew tal-bijodiżil, u ADM (122).

(474)

Wara l-iżvelar tad-dokument ta' informazzjoni, l-EBB ipprovda informazzjoni addizzjonali rigward l-impatt negattiv taż-żieda fl-importazzjonijiet mill-Arġentina fuq sitt kumpaniji tal-industrija tal-Unjoni. L-informazzjoni relatata ma' ħamsa mill-kumpaniji rreferiet għal impatt negattiv fuq il-profittabbiltà tagħhom. Għal waħda mis-sitt kumpaniji, il-produzzjoni se tkun imnaqqsa sostanzjalment bħala riżultat tal-importazzjonijiet Arġentini. Wieħed mis-sitt kumpaniji indikat ukoll li l-importazzjonijiet Arġentini kellhom impatt negattiv sostanzjali fuq id-dħul tagħhom. Dawn il-kumpaniji huma responsabbli għal aktar minn 10 % tal-produzzjoni u l-kapaċità tal-Unjoni meħudin flimkien.

6.6.   Konklużjoni

(475)

Il-Kummissjoni stabbiliet li hemm rabta kawżali bejn it-theddida ta' dannu għall-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet sussidjati tal-bijodiżil mill-Arġentina. Hemm koinċidenza ċara fiż-żmien bejn iż-żieda qawwija, b'mod partikolari, fil-livell tal-importazzjonijiet sussidjati, bi prezz baxx li waqqa' l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, u t-tnaqqis fil-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, b'mod partikolari mill-aħħar kwart tal-2017 'il quddiem. L-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tikseb il-benefiċċji taż-żieda fil-konsum tal-Unjoni u ż-żieda fil-produzzjoni u minflok tilfet sehem mis-suq u ma setgħetx tagħmel qligħ. Dawn l-iżviluppi negattivi komplew matul il-perjodu ta' wara l-perjodu ta' investigazzjoni. L-industrija tal-Unjoni ma kellha ebda għażla oħra ħlief li ssegwi l-livell tal-prezzijiet stabbilit mill-importazzjonijiet sussidjati sabiex jiġi evitat tnaqqis ulterjuri tas-sehem mis-suq tagħha. Dan irriżulta f'sitwazzjoni ta' telf li x'aktarx ser tkompli tmur għall-agħar.

(476)

Il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-effetti tal-fatturi kollha magħrufa, fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni u sseparathom mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet sussidjati.

(477)

Il-fatturi l-oħrajn identifikati bħall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn, il-prestazzjoni tal-bejgħ ta' esportazzjoni, u t-tnaqqis fil-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni ma naqqsux ir-rabta kawżali.

7.   L-INTERESS TAL-UNJONI

(478)

Skont l-Artikolu 31 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk setgħetx tikkonkludi b'mod ċar li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri f'dan il-każ, minkejja d-determinazzjoni ta' sussidjar dannuż. Il-Kummissjoni tibbaża d-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni fuq l-evalwazzjoni tal-interessi varji kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi u tal-konsumaturi.

7.1.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(479)

Il-bijodiżil huwa element importanti ta' sforz biex jonqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra u titjieb il-provvista tal-enerġija fl-Unjoni.

(480)

L-industrija tal-Unjoni tuża l-aktar materja prima prodotta mill-agrikoltura tal-Unjoni. Is-settur upstream taż-żejt agrikolu jiddependi l-aktar fuq l-industrija tal-bijodiżil. L-importazzjonijiet tal-bijodiżil mill-Arġentina għalhekk mhux biss jinfluwenzaw lill-industrija tal-bijodiżil, iżda wkoll is-settur agrikolu fl-Unjoni.

(481)

Wara l-iżvelar tad-dokument ta' informazzjoni, l-EBB ppreżenta iktar evidenza ta' dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, bħall-impatt negattiv fuq il-profitt tagħhom u tnaqqis sostanzjali ta' produzzjoni (ara l-premessi (362) u (474)).

(482)

Il-Kummissjoni sabet li s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni hija fraġli billi għadha ma rkupratx kompletament mid-dumping li sofriet qabel. Għalhekk il-Kummissjoni kkonkludiet li l-impożizzjoni ta' dazju kumpensatorju tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

7.2.   L-interess tal-importaturi mhux relatati

(483)

Kif imsemmi fil-premessa (30), importatur mhux relatat wieħed biss, Gunvor International BV, wieġeb għall-kwestjonarju mibgħut mill-Kummissjoni. Fit-tweġiba tiegħu, l-importatur jammetti li huwa kontra l-impożizzjoni ta' miżuri u li s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni hija kkawżata minn sistema ta' produzzjoni u ġestjoni ineffiċjenti.

(484)

Il-Kummissjoni tosserva li l-importaturi tal-bijodiżil spiss huma negozjanti fis-suq tal-Unjoni li mhux biss jimportaw, iżda wkoll jinnegozjaw il-bijodiżil mixtri mill-produtturi tal-Unjoni. Madankollu, il-produtturi tal-Unjoni, speċjalment il-kbar, jiddependu b'mod sinifikanti fuq il-kanali ta' distribuzzjoni tagħhom stess. Għaldaqstant il-Kummissjoni ma tistenniex li l-importaturi se jkunu jistgħu jissostitwixxu għalkollox il-livell tal-importazzjonijiet affettwati mill-miżuri b'bijodiżil mixtri mill-produtturi tal-Unjoni. L-effett negattiv possibbli fuq l-importaturi jista' madankollu parzjalment ikun ibbilanċjat bil-volum akbar ta' negozjar ta' bijodiżil mixtri mill-industrija tal-Unjoni.

7.3.   L-interess tal-utenti/tal-konsumaturi

(485)

Il-produtturi tal-fjuwil tad-diżil, jiġifieri r-raffineriji, jixtru l-bijodiżil, importat jew prodott mill-industrija tal-Unjoni. Minħabba rekwiżit legali, ir-raffineriji jridu jżidu l-bijodiżil mal-fjuwil fossili mibjugħ fis-suq.

(486)

F'dan ir-rigward huwa l-konsumatur finali li se jkun affettwat miż-żieda fil-prezz wara l-impożizzjoni ta' miżuri. Il-prezz tal-fjuwils fossili huwa, b'eżenzjonijiet rari, aktar baxx mill-prezz tal-bijodiżil, iżda minħabba l-kontenut tiegħu, li normalment ma jkunx aktar minn 10 %, l-effett negattiv taż-żieda fil-prezz tal-bijodiżil jgħaddi biss parzjalment fuq il-konsumatur.

7.4.   Konklużjoni

(487)

Il-Kummissjoni sabet li l-impożizzjoni tad-dazji jkollha l-effett negattiv li żżid il-prezzijiet tal-konsumaturi. Madankollu, minħabba l-kontenut limitat ta' bijodiżil fil-prodott finali mixtri mill-konsumaturi (tipikament anqas minn 10 %), dan l-effett negattiv fuq il-prezz tad-diżil ikun biss proporzjon żgħir meta mqabbel mal-bidla diretta fil-prezz ta' bijodiżil fis-suq tal-Unjoni.

(488)

Wara l-iżvelar tad-dokument ta' informazzjoni l-EBB iddikjara li l-Kummissjoni aġixxiet b'mod inkonsistenti mal-obbligi tagħha billi qieset li ma kinitx f'pożizzjoni li tikkonkludi dwar l-interess tal-Unjoni, minkejja li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti li juru li l-impożizzjoni ta' miżuri tmur kontra l-interess tal-Unjoni.

(489)

Il-Kummissjoni fid-dokument ta' informazzjoni tagħha qieset li hu meħtieġ li teżamina l-effetti tal-bidliet li seħħew ftit qabel ma toħroġ id-dokument ta' informazzjoni u li ġraw wara t-tmiem tal-perjodu ta' investigazzjoni.

(490)

L-EBB ikkummenta wkoll li l-Kummissjoni naqset milli tiddikjara b'mod ċar ir-raġunijiet li fuqhom ġiet ibbażata l-konklużjoni aħħarija tagħha li għadu mhux ċar dwar jekk l-impożizzjoni ta' miżuri tkunx fl-interess tal-Unjoni.

(491)

Il-Kummissjoni, kif spjegat fil-premessa (489), sabitha imperattiva li tkompli teżamina informazzjoni addizzjonali fir-rigward tal-interess tal-Unjoni u din kienet ir-raġuni għad-deċiżjoni li ma jiġux imposti miżuri proviżorji.

(492)

Il-Kummissjoni eżaminat l-informazzjoni addizzjonali kollha miksuba wara l-iżvelar tad-dokument ta' informazzjoni, li kien jinkludi, b'mod partikolari, iżda mhux limitat għal, it-tweġibiet tal-kwestjonarji addizzjonali rċevuti mill-EBB u mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, l-istatistika dwar l-importazzjonijiet ta' bijodiżil lejn l-Unjoni wara l-perjodu ta' investigazzjoni u data oħra mogħtija minn partijiet ikkonċernati wara l-iżvelar tad-dokument ta' informazzjoni. Abbażi tal-eżami ta' din l-informazzjoni addizzjonali, u iktar evidenza ta' dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni, bħall-impatt negattiv fuq il-profittabbiltà u tnaqqis sostanzjali tal-produzzjoni spjegat fil-premessi (366)(363) u (473), il-Kummissjoni kkonkludiet li ma hemmx raġunijiet konvinċenti skont l-Artikolu 31 tar-Regolament bażiku li ma jkunx fl-interess tal-Unjoni li timponi l-miżuri.

8.   MIŻURI KUMPENSATORJI DEFINITTIVI

(493)

Abbażi tal-konklużjonijiet milħuqa mill-Kummissjoni dwar is-sussidju, it-theddida ta' dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġi impost dazju kumpensatorju definittiv sabiex tiġi evitata l-materjalizzazzjoni tat-theddida imminenti ta' dannu materjali kkawżata lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet sussidjati.

8.1.   Livell ta' eliminazzjoni tad-dannu

(494)

Sabiex tiddetermina l-livell tal-miżuri, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet l-ammont ta' dazju neċessarju biex tiġi eliminata t-theddida ta' dannu mġarrba mill-industrija tal-Unjoni.

(495)

Meta kkalkulat il-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu, il-Kummissjoni kkunsidrat li dan il-livell għandu jippermetti lill-industrija tal-Unjoni tkopri l-kostijiet ta' produzzjoni tagħha u tikseb qligħ qabel it-taxxa li jista' jinkiseb raġonevolment minn industrija ta' dan it-tip fis-settur taħt kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni, jiġifieri fl-assenza ta' importazzjonijiet sussidjati, fuq il-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni.

(496)

Il-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu kien ikkalkulat fuq il-bażi ta' tqabbil tal-prezz medju ppeżat tal-importazzjonijiet sussidjati, kif stabbilit għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz fil-premessa (354), u l-prezz mhux dannuż tal-industrija tal-Unjoni għall-prodott simili. Il-prezz mhux dannuż ġie stabbilit billi ġie miżjud livell raġonevoli ta' qligħ mal-kost ta' produzzjoni. Il-marġni ta' qligħ fil-mira kien iffissat proviżorjament għal 11 %, jiġifieri l-livell użat mill-Kummissjoni fl-investigazzjoni preċedenti tagħha b'miżuri imposti fis-26 ta' Novembru 2013.

(497)

Wara l-iżvelar tad-dokument ta' informazzjoni, CARBIO sostniet li l-profitt fil-mira għandu jkun il-profitt mill-perjodu bejn l-2015 u Settembru 2017 u mhux il-profitt fil-mira ta' 11 % użat f'investigazzjonijiet preċedenti. CARBIO tenniet din l-affermazzjoni wara l-iżvelar finali.

(498)

Il-Kummissjoni użat il-profitt fil-mira tal-investigazzjoni ta' qabel, għaliex, irrispettivament mill-istabbiliment ta' dannu jew le, il-Kummissjoni osservat li l-industrija tal-Unjoni jidher li ma rkupratx b'mod sħiħ mill-effetti ta' dumping tal-passat, u għalhekk il-livelli ta' profitt milħuqa matul il-perjodu kkunsidrat m'humiex rappreżentattivi. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni xorta waħda tqis il-profitt użat fl-investigazzjoni preċedenti tagħha xieraq u prevalenti f'sitwazzjoni ta' volumi baxxi ta' importazzjonijiet issussidjati.

(499)

Il-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu għal “kumpaniji oħrajn li jikkooperaw” u għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha” huwa definit bl-istess mod bħar-rati ta' sussidju għal dawn il-kumpaniji fil-premessa (304).

8.2.   Impożizzjoni retroattiva ta' dazji kumpensatorji

(500)

Kif imsemmi fil-premessa (10) hawn fuq, il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott kkonċernat li joriġina mir-RPĊ suġġetti għar-reġistrazzjoni skont ir-Regolament minħabba l-possibbiltà tal-applikazzjoni retroattiva ta' xi miżura antidumping, skont l-Artikolu 24(5) tar-Regolament bażiku.

(501)

Skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament bażiku, id-dazji jistgħu jiġu imposti b'mod retroattiv “fuq prodotti li ddaħħlu għall-konsum mhux iktar minn 90 ġurnata qabel id-data tal-applikazzjoni tal-miżuri proviżorji”. Il-Kummissjoni tosserva li f'dan il-każ ma ġewx imposti miżuri proviżorji.

(502)

Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni tqis li waħda mill-kundizzjonijiet legali taħt l-Artikolu 16(4) tar-Regolament bażiku mhijiex issodisfata u għalhekk id-dazji ma għandhomx jiġu imposti b'mod retroattiv fuq l-importazzjonijiet irreġistrati.

(503)

Wara l-iżvelar finali, l-EBB iddikjara li d-dazji għandhom jiġu imposti retroattivament fuq l-importazzjonijiet reġistrati, billi l-erba' kundizzjonijiet għall-ġbir retroattiv tad-dazji skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament bażiku jiġu ssodisfatti. B'mod partikolari, l-EBB saħaq li t-tieni parti tal-Artikolu 16(4) li tirreferi għal “mhux qabel il-bidu tal-investigazzjoni” ma għandhiex tiġi applikata fil-każ inkwistjoni billi għandha tinqara apparti mit-test “mhux iktar minn 90 jum qabel id-data ta' applikazzjoni tal-miżuri proviżorji”.

(504)

L-Artikolu 16(4) tar-Regolament bażiku jistipula li d-dazji jistgħu jiġu imposti b'mod retroattiv biss “fuq prodotti li jkunu ddaħħlu għall-konsum mhux aktar minn 90 jum qabel id-data tal-applikazzjoni tal-miżuri proviżorji iżda mhux qabel il-bidu tal-investigazzjoni”. It-tieni parti tal-Artikolu 16(4) li tirreferi għal “mhux qabel il-bidu tal-investigazzjoni” ma tistax tinqara apparti mill-bqija tat-test ta' dak l-Artikolu billi l-Artikolu dan ma jippermettihx.

(505)

B'konsegwenza, fin-nuqqas ta' dazji proviżorji, li, jekk fis-seħħ, huma applikazzjoni retroattiva ta' dazji definittivi, kif stipulat fil-premessa (502), il-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonijiet legali skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament bażiku mhumiex issodisfatti u għalhekk jenħtieġ li d-dazji ma jiġux imposti retroattivament fuq l-importazzjonijiet irreġistrati.

8.3.   Miżuri definittivi

(506)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq u skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, għandu jiġi impost dazju definittiv kompensatorju f'livell għoli biżżejjed biex titneħħa l-ħsara kkawżata mill-importazzjonijiet sussidjati mingħajr ma jinqabeż il-marġini ta' sussidjar misjub.

(507)

Minħabba r-rata għolja ta' kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, id-dazju tal- “kumpaniji l-oħrajn kollha” ġie stabbilit fil-livell tal-ogħla dazju impost fuq il-kumpaniji inklużi fil-kampjun. Id-dazju tal- “kumpaniji l-oħrajn kollha” se jiġi applikat għal dawk il-kumpaniji li ma kkooperawx f'din l-investigazzjoni.

(508)

Għall-produtturi esportaturi Ċiniżi l-oħrajn li kkooperaw iżda li mhumiex inklużi fil-kampjun, elenkati fit-Tabella 24, ir-rata tad-dazju definittiv hija stabbilita fil-medja ponderata tar-rati stabbiliti għall-produtturi esportaturi li kkooperaw u li huma inklużi fil-kampjun.

(509)

Fuq dik il-bażi, ir-rati tad-dazju definittivi li għandhom jiġu imposti huma stipulati kif ġej:

Tabella 24

Dazju Kumpensatorju Definittiv

Kumpanija/Grupp

Livell ta' eliminazzjoni tad-dannu

L-ammont ta' sussidjar

Rata tad-dazju kumpensatorju

LDC Argentina SA

31,7 %

26,2 %

26,2 %

Group Renova

25,0 %

27,2 %

25,0 %

Group T6

33,9 %

33,4 %

33,4 %

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw – COFCO Argentina SA u Cargill SACI.

29,6 %

28,2 %

28,2 %

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

33,9 %

33,4 %

33,4 %

(510)

Ir-rati ta' dazju kumpensatorju tal-kumpaniji individwali speċifikati f'dan ir-Regolament kienu stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet ta' din l-investigazzjoni. Għaldaqstant, ir-rati tad-dazju kumpensatorju individwali jirriflettu s-sitwazzjoni misjuba matul din l-investigazzjoni fir-rigward tal-kumpaniji kkonċernati. Dawn ir-rati ta' dazju (għall-kuntrarju tad-dazju applikabbli fil-pajjiż kollu għall-“kumpaniji l-oħra kollha”) għaldaqstant huma esklużivament applikabbli għall-importazzjonijiet ta' prodotti li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat u manifatturati mill-kumpaniji msemmija. Il-prodotti importati magħmulin minn xi kumpanija oħra mhux speċifikament imsemmija fil-parti operattiva ta' dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma' dawk imsemmija b'mod speċifiku, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom jiġu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

(511)

Kumpanija tista' titlob l-applikazzjoni kontinwa ta' dawk ir-rati ta' dazju individwali minkejja li sussegwentement biddlet isimha jew l-isem ta' waħda mill-entitajiet tagħha. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni. It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li tippermetti li turi li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata ta' dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma jaffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, avviż dwar il-bidla tal-isem jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(512)

Jekk l-iżviluppi wara l-perjodu ta' investigazzjoni jwasslu għal bidla dejjiema fiċ-ċirkustanzi, tista' tittieħed azzjoni xierqa skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku kontra s-sussidju.

(513)

Fid-dawl tal-ġurisprudenza riċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja (123), huwa xieraq li tiġi stabbilita r-rata tal-imgħax ta' inadempjenza li jrid jitħallas f'każ ta' rimborż ta' dazji definittivi, billi d-dispożizzjonijiet rilevanti fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji doganali ma jipprevedux din ir-rata tal-imgħax, u l-applikazzjoni tar-regoli nazzjonali twassal għal distorsjonijiet bla bżonn bejn l-operaturi ekonomiċi skont liema Stat Membru jintgħażel għall-iżdoganar tal-merkanzija.

9.   DIVULGAZZJONI

(514)

Il-partijiet kollha ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li tiġi rrakkomandata l-impożizzjoni ta' dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ossaliku li joriġina mir-RPĊ u l-Indja.

(515)

Il-partijiet ingħataw ukoll perjodu li fih setgħu jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara dan l-iżvelar. Il-kummenti sottomessi mill-partijiet kienu kkunsidrati sew, u, fejn kien xieraq, is-sejbiet kienu modifikati kif meħtieġ.

10.   FORMA TAL-MIŻURI

(516)

Wara l-iżvelar finali, tmien produtturi esportaturi li kkooperaw, inklużi l-kumpaniji relatati tagħhom fl-Urugwaj u fl-Iżvizzera, u flimkien ma' CARBIO, offrew impenji fuq il-prezz skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku.

(517)

Il-Kummissjoni aċċettat dawn l-offerti ta' impenn mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/245 (124), billi tikkunsidra li dawn jeliminaw l-effetti dannużi tal-importazzjonijiet sussidjati u jillimitaw sa livell suffiċjenti r-riskju ta' ċirkomvenzjoni.

(518)

Kull meta l-Kummissjoni tirtira, skont l-Artikolu 13(9) tar-Regolament bażiku, l-aċċettazzjoni tagħha ta' impenn wara xi ksur billi tirreferi għal tranżazzjonijiet partikolari u tiddikjara l-fatturi rilevanti tal-impenn bħala invalidi, għandu jsir dejn doganali fil-ħin li tiġi aċċettata d-dikjarazzjoni għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta' dawn it-tranżazzjonijiet.

(519)

Il-miżuri msemmija f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (125),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Bil-preżenti qiegħed jiġi impost dazju antidumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' esteri monoalkiliċi ta' aċidi xaħmin u/jew ta' żejt tal-gass paraffiniku, miksuba minn sinteżi u/jew minn trattament idriku, ta' oriġini mhux fossili, f'forma pura jew f'taħlita, li attwalment jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM ex 1516 20 98 (il-Kodiċi TARIC 1516209821, 1516209829 u 1516209830), ex 1518 00 91 (il-Kodiċi TARIC 1518009121, 1518009129 u 1518009130), ex 1518 00 95 (il-Kodiċi TARIC 1518009510), ex 1518 00 99 (il-Kodiċi TARIC 1518009921, 1518009929 u 1518009930), ex 2710 19 43 (il-Kodiċi TARIC 2710194321, 2710194329 u 2710194330), ex 2710 19 46 (il-Kodiċi TARIC 2710194621, 2710194629 u 2710194630), ex 2710 19 47 (il-Kodiċi TARIC 2710194721, 2710194729 u 2710194730), 2710 20 11, 2710 20 15, 2710 20 17, ex 3824 99 92 (il-Kodiċi TARIC 3824999210, 3824999212 u 3824999220), 3826 00 10 u ex 3826 00 90 (il-Kodiċi TARIC 3826009011, 3826009019 u 3826009030), u li joriġinaw mill-Arġentina u mill-Indoneżja.

2.   Ir-rati tad-dazju kompensatorju definittivi applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt ikunu kif ġej:

Kumpanija

Dazju kumpensatorju definittiv

Il-kodiċi addizzjonali TARIC

Aceitera General Deheza S.A.

33,4 %

C493

Bunge Argentina S.A.

33,4 %

C494

LDC Argentina S.A.

26,2 %

C495

Molinos Agro S.A.

25,0 %

C496

Oleaginosa Moreno Hermanos S.A.C.I.F. y A

25,0 %

C497

Vicentin S.A.I.C.

25,0 %

C498

COFCO International Argentina S.A.

28,2 %

C490

Cargill S.A.C.I.

28,2 %

C491

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

33,4 %

C999

3.   Sakemm ma jiġix speċifikat b'mod ieħor, id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jirrigwardaw id-dazji doganali għandhom japplikaw. L-imgħax ta' inadempjenza li jrid jitħallas f'każ ta' rimborż li jwassal għal dritt ta' ħlas ta' imgħax ta' inadempjenza għandu jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta' rifinanzjament prinċipali tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fis-seħħ fl-ewwel jum kalendarju tax-xahar li fih taħbat id-data tal-iskadenza, miżjuda bi tliet punti perċentwali u nofs.

Artikolu 2

1.   Importazzjonijiet iddikjarati għar-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera għandhom ikunu eżentati mid-dazju kumpensatorju impost mill-Artikolu 1, ġaladarba jkunu manifatturati, mibgħuta u fatturati minn kumpaniji li l-impenji mingħandhom huma aċċettati mill-Kummissjoni u li l-ismijiet tagħhom huma elenkati fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/245, kif emendati minn żmien għal żmien, u jkunu ġew importati skont id-dispożizzjonijiet tal-istess Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni.

2.   L-importazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu eżenti mit-taxxa kompensatorja bil-kondizzjoni li:

(a)

dawn l-importazzjonijiet ikunu akkumpanjati minn fattura tal-impenn li hija fattura kummerċjali li fiha tal-anqas l-elementi u d-dikjarazzjoni stipulati fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament; u

(b)

dawn l-importazzjonijiet ikunu akkumpanjati minn Ċertifikat ta' Impenn ta' Esportazzjoni skont l-Anness 2 ta' dan ir-Regolament; u

(c)

l-oġġetti ddikjarati u ppreżentati lid-dwana jaqblu preċiżament mad-deskrizzjoni tal-fattura ta' impenn.

3.   Dejn mad-dwana għandu jiġġarrab fil-mument ta' aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera:

(a)

kull meta jiġi stabbilit, fir-rigward tal-importazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 1, li ma ġewx issodisfati waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet elenkati f'dak il-paragrafu u l-paragrafu 2; jew

(b)

meta l-Kummissjoni tirtira l-aċċettazzjoni tagħha tal-impenn skont l-Artikolu 13(9) tar-Regolament (UE) 2016/1037 f'Regolament jew Deċiżjoni li tirreferi għal tranżazzjonijiet partikolari u tiddikjara bħala invalidi l-fatturi rilevanti tal-impenn.

Artikolu 3

Il-kumpaniji li l-Kummissjoni taċċetta impenji mingħandhom u li isimhom huwa elenkati fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/245 kif sussegwentement emendati, u soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet speċifikati hemmhekk, se joħorġu wkoll fattura għal tranżazzjonijiet li mhumiex eżentati mid-dazju kumpensatorju. Din il-fattura hija fattura kummerċjali li fiha tal-inqas l-elementi stipulati fl-Anness 3 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet li tirriżulta mir-Regolament (UE) 2018/756 li jagħmel l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw fl-Arġentina soġġetti għar-reġistrazzjoni ma tibqax fis-seħħ. L-ebda dazju antidumping definittiv mhu se jiġi impost b'mod retroattiv għall-importazzjonijiet irreġistrati.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Frar 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55.

(2)  ĠU C 34, 31.1.2018, p. 37.

(3)  Il-kelma “GtA” qed tintuża f'dan ir-Regolament f'sens wiesa' li jinkludi lill-Ministeri, lid-Dipartimenti, lill-Aġenziji u lill-Amministrazzjonijiet kollha fil-livell ċentrali, reġjonali jew lokali.

(4)  1 664 145 tunnellata għas-sena 2016 u 1 650 312 tunnellata għas-sena 2017.

(5)  Ir-rapport tal-GAIN (Global Agriculture Information Network) tad-Dipartiment tal-Agrikoltura tal-Istati Uniti.

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/756 tat-23 ta' Mejju 2018 li jagħmel l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw fl-Arġentina soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L 128, 24.5.2018, p. 9).

(7)  Dawn kienu AAPRESID (Asociación Argentina de Productores en Siembra Directa) u CIARA (Cámara de la Industria Aceitera de la República Argentina).

(8)  YPF (Yacimientos Petrolíferos Fiscales) hija kumpanija tal-enerġija Arġentina vertikalment integrata nazzjonalizzata fl-2012. https://www.ypf.com/LaCompania/Paginas/Todo-sobre-YPF.aspx

(9)  Ara l-Memorandum dwar is-suffiċjenza tal-evidenza, 30 ta' Jannar 2018, p. 6.

(10)  Għal analiżi simili, ara r-Regolament ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/387 tas-17 ta' Marzu 2016 li jimponi dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' tubi u pajpijiet tal-ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala grafit ta' ħadid fondut sferojdali), li joriġinaw mill-Indja (ĠU L 73, 18.3.2016, p. 1).

(11)  Ir-Rapport tal-Panel tad-29 ta' Ġunju 2001, DS194 Stati Uniti — Miżuri li jittrattaw ir-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni bħala sussidji, paragrafu 8.29.

(12)  Rapport tal-Panel, DS 194, paragrafu 8.44.

(13)  Rapport tal-Korp tal-Appell tal-21 ta' Frar 2005, DS296 Stati Uniti – Investigazzjoni dwar dazji kumpensatorji fuq Memorja Dinamika b'Aċċess Każwali (DRAMS) mill-Korea, paragrafi 110-111.

(14)  Rapport tal-Korp tal-Appell, DS 296, para.116.

(15)  Rapport tal-Korp tal-Appell, DS 296, para.116.

(16)  Rapport tal-Korp tal-Appell, DS 296, para.115.

(17)  Rapport tal-Korp tal-Appell, DS 296, para. 114, li jaqbel mar-Rapport tal-Panel, DS 194, para. 8.31. dwar dak il-punt.

(18)  Rapport tal-Korp tal-Appell, DS 296, para.115.

(19)  Rapport tal-Panel, DS 296, paragrafu 7.38. Din il-konklużjoni ma ġietx appellata.

(20)  Rapport tal-Panel, US – Export Restraints (Stati Uniti - Restrizzjonijiet fuq l-Esportazzjoni) (WT/DS194/R), iċċirkolat fid-29 ta' Ġunju 2001, paragrafi 8.33-8.34.

(21)  Rapport tal-Panel, US – Export Restraints, paragrafi 8.29-8.31.

(22)  Rapport tal-Korp tal-Appell, US –DRAMS (WT/DS296/AB/R), iċċirkolat fis-27 ta' Ġunju 2005, paragrafu 116.

(23)  Rapport tal-Korp tal-Appell, US –DRAMS, para.115.

(24)  Rapport tal-Korp tal-Appell, US –DRAMS, para. 112.

(25)  Ara r-Rapport tal-Panel, Korea – Commercial Vessels (Korea - Vetturi Kummerċjali) (WT/DS273/R), iċċirkolat fis-7 ta' Mejju 2005, para. 7.373.

(26)  Rapport tal-Korp tal-Appell, US –DRAMS (WT/DS296/A/R), para. 114.

(27)  Rapport tal-Korp tal-Appell, US –DRAMS (WT/DS296/A/R), para. 124.

(28)  Dikjarazzjonijiet mill-ex Ministru tal-Ekonomija, Axel Kicillof, pereż. http://www.telam.com.ar/notas/201410/82669-kicillof-productores-venta-de-granos.php, http://www.lavoz.com.ar/politica/nueva-advertencia-de-kicillof-productores-que-retienen-granos, https://www.minutouno.com/notas/341839-kicillof-advirtio-los-sojeros-que-se-apuren-porque-el-precio-va-caer, aċċessat fit-3 ta' Settembru 2018.

(29)  Nomenclatura Comun Del Mercosur, Decreto Nacional 2275/1994, Artikolu 7 u Anness VI.

(30)  The Economic Impact of Export Restrictions on Raw Materials (L-Impatt Ekonomiku tar-Restrizzjonijiet fuq l-Esportazzjoni ta' Materja Prima), ippubblikat fl-2010, p. 18, disponibbli fuq: http://www.oecd.org/publications/the-economic-impact-of-export-restrictions-on-raw-materials-9789264096448-en.htm, aċċessat fit-13 ta' Lulju 2018.

(31)  Rapport dwar il-Politika dwar l-Enerġija Rinnovabbli Arġentina, Ġunju 2015, disponibbli fuq: http://www.iberglobal.com/files/2016/argentina_renewable_energy.pdf, aċċessat fit-13 ta' Lulju 2018, p. 4.

(32)  Bijofjuwils Likwidi: Rapport ta' Sfond dwar l-Istrateġija tas-Settur tal-Enerġija tal-Grupp tal-Bank Dinji, Dokument ta' Sfond dwar l-istrateġija tas-settur tal-Enerġija tal-Grupp tal-Bank Dinji, Marzu 2010, disponibbli fuq http://siteresources.worldbank.org/EXTESC/Resources/Biofuel_brief_Web_version.pdf, aċċessat fit-13 ta' Lulju 2018, p. 9.

(33)  Ley 25.561 Declárase la emergencia pública en materia social, económica, administrativa, financiera y cambiaria. Régimen cambiario. Modificaciones a la Ley de Convertibilidad. Reestructuración de las obligaciones afectadas por el régimen de la presente ley. Obligaciones vinculadas al sistema financiero.

(34)  Ministerio de Economía y Infraestructura, Comercio Exterior, Resolucion 11/2002 Fíjanse derechos a la exportación para consumo de diversas mercaderías comprendidas en la Nomenclatura Común del Mercosur. Alcances and Ministerio de Economía, Comercio Exterior.

(35)  Ministerio de Economía y Infraestructura, Comercio Exterior, Resolucion 35/2002 Fíjase un derecho a la exportación para consumo de determinadas mercaderías comprendidas en posiciones arancelarias de la Nomenclatura Común del Mercosur.

(36)  Ministerio de Agroindustria, Decreto 133/2015 Derecho de exportación. Alícuota.

(37)  Ministerio de Economía y Producción, Nomenclatura Común del MERCOSUR, Resolución 10/2007 Fijase un derecho de exportación adicional para mercaderías comprendidas en determinadas posiciones arancelarias.

(38)  Ministerio de Economía y Producción, Comercio Exterior, Resolución 369/2007 Nomenclatura Común del MERCOSUR (NCM). Sustituyese en el Anexo XIV del Decreto No 509/2007 y sus modificaciones, el derecho de exportación para determinados productos.

(39)  Ministerio de Economía y Producción, Nomenclatura comun del Mercosur, Resolución 10/2007, Fíjase un derecho de exportación adicional para mercaderías comprendidas en determinadas posiciones arancelarias, 11.1.2007.

(40)  Ministerio de Economía y Producción, Comercio exterior, Resolución 369/2007, Nomenclatura Común del MERCOSUR (NCM). Sustitúyese en el Anexo XIV del Decreto No 509/2007 y sus modificaciones, el derecho de exportación para determinados productos, 7.11.2007.

(41)  Ministerio de Economía y Producción, Nomenclatura Comun del Mercosur, Resolución 125/2008, 10/3/2008, Derechos de exportación. Fórmula de determinación aplicable a determinadas posiciones arancelarias correspondientes a cereales y oleaginosas (“Dazji fuq l-esportazzjoni. Formula għall-kalkolu tad-dazji fuq l-esportazzjoni applikabbli għal ċerti kodiċijiet tat-tariffi għall-qmuħ ċereali u għaż-żrieragħ żejtnija”).

(42)  Ministerio de Economía y Producción, Nomenclatura Comun del Mercosur, Resolución Resolución 64/2008, 30/5/2008, Cereales y Oleaginosas. Fíjanse para diversas variedades de trigo, maíz, soja y girasol, comprendidas en determinadas posiciones arancelarias de la Nomenclatura Común del MERCOSUR (N.C.M.), derechos de exportación para distintos precios FOB (“Qmuħ u Żrieragħ żejtnija. Il-ħolqien ta' dazji fuq l-esportazzjoni fuq varjetajiet ta' qamħ, qamħirrum, fażola tas-sojja u ġirasol inklużi fil-kodiċijiet tat-tariffi tan-Nomenklatura Komuni tal-MERCOSUR (NCM) għall-prezzijiet franki abbord”).

(43)  Ministerio de Economía y Finanzas Públicas, Ministerio de Industria y Ministerio de Planificación Federal, Inversión Pública y Servicios, Comercio Exterior, Resolución Conjunta (Riżoluzzjoni Konġunta) Nru 438/2012, 269/2012, 1001/2012 créanse el Registro de Operadores de Soja Autorizados (ROSA) y la “Unidad Ejecutiva Interdisciplinaria de Monitoreo”. Derógase la Resolución No 109/09.

(44)  Ministerio de Agroindustria, Decreto 133/2015 Derecho de exportación. Alícuota.

(45)  Oficina Nacional de Control Comercial Agropecuario, Comercio Exterior, Resolución 543/2008, Establécense los requisitos a que deberán sujetarse los exportadores de granos y/o sus derivados, que soliciten su inscripción en el “Registro de Declaraciones Juradas de Ventas al Exterior”, denominado “R.O.E. Verde”, al que se refiere la Ley No 21.453.

(46)  Ministerio de Agroindustria, Ministerio de Hacienda y finanzas publicas y Ministerio de produccion, Resolución Conjunta 4/2015, 7/2015 y 7/2015, 28.12.2015.

(47)  Ministerio de Producción, Resolución 109/2009, Exclúyese del Régimen de Importación Temporaria para Perfeccionamiento Industrial a ciertas mercaderías que se clasifican en la posición arancelaria de la Nomenclatura Común del Mercosur.

(48)  Ministerio de Economía y Finanzas Públicas, Ministerio de Industria y Ministerio de Planificación Federal, Inversión Pública y Servicios, Comercio Exterior, Resolución Conjunta (Riżoluzzjoni Konġunta) No. 438/2012, 269/2012, 1001/2012 créanse el Registro de Operadores de Soja Autorizados (ROSA) y la “Unidad Ejecutiva Interdisciplinaria de Monitoreo”. Derógase la Resolución No 109/09.

(49)  Ministerio de Producción y Ministerio de Hacienda y Finanzas Públicas, Resolución Conjunta 5/2016 y 7/2016, modificación Resolución Conjunta No 438/2012, No 269/2012 y No 1001/2012.

(50)  https://www.lanacion.com.ar/1492219-sojizacion-de-nuestra-agricultura

(51)  Permezz tar-Riżoluzzjonijiet Konġunti 4/2015 u 7/2015.

(52)  Ministerio de Agroindustria y Administración Federal de Ingresos Públicos, Estimulo Agricola Plan Belgrano, Resolución General Conjunta 3993-E/2017, 15.2.2017.

(53)  Jefatura de Gabinete de Ministros, Modifícase la distribución del Presupuesto General de la Administración Nacional - Recursos Humanos - Ejercicio 2016, Decreta 435/2016, 1.3.2016.

(54)  Il-provinċji ta' Salta, Jujuy, Formosa, Santiago del Estero, Tucuman, Corrientes, Misiones, Catamarca, La Rioja u Chaco.

(55)  Rapport tal-Korp tal-Appell, DS 296, para.115.

(56)  Ir-Riżoluzzjoni Konġunta 438/2012, 269/2012 u 1001/2012 tal-Ministeru tal-Ekonomija u l-Finanzi Pubbliċi, il-Ministeru tal-Industrija u l-Ministeru tal-Ippjanar Federali, l-Investiment u s-Servizzi Pubbliċi.

(57)  W. Deese and J. Reeder, Export Taxes on Agricultural Products: Recent History and Economic Modeling of Soybean Export Taxes in Argentina, USITC Journal of International Commerce and Economics, 2007.

(58)  A. Bouet, C. Estrades, u D. Laborde, Differential Export Taxes along the Oilseeds Value Chain: A Partial Equilibrium Analysis, American Journal of Agricultural Economics, 2014, paġna 924 https://academic.oup.com/ajae/article/96/3/924/2737494

(59)  http://datosestimaciones.magyp.gob.ar/reportes.php?reporte=Estimaciones

(60)  Rapport tal-Panel, DS 296, paragrafu 7.38. Filwaqt li r-Rapport tal-Panel ġie appellat, din il-konklużjoni b'mod partikolari, ma ġietx appellata.

(61)  Panel, DS 194, paragrafu 8.59.

(62)  Panel, DS 194, paragrafu 8.59 li jiċħad l-argument tal-Kanada magħmul fi 8.56 għal dak l-għan.

(63)  Il-Panel, Eżami Skont l-Artikolu XVI.5, L/1160, adottat fl-24 ta' Mejju 1960 (BISD 9S/188), para. 12.

(64)  WT/DS257/AB/R, para. 52.

(65)  Rapport tal-Korp tal-Appell, US – Carbon Steel (DS213), paragrafu 73, nota ta' qiegħ il-paġna 65.

(66)  Dizzjunarju online tal-Ingliż Oxford, entrati I.5.b u I.10.

(67)  Dizzjunarju online tal-Ingliż Oxford, entrata I.3.b.

(68)  Ftehim dwar l-SCM, l-Artikolu 15.4 (“…jekk kienx hemm piż akbar fuq il-programmi ta' appoġġ tal-gvern”); ara wkoll il-Ftehim dwar l-Agrikoltura, l-Artikolu 6 u l-Annessi II u III (“appoġġ domestiku”).

(69)  “Effetti”potenzjali jirreferu għal dawk l-effetti li naturalment isegwu mill-istruttura, id-disinn u l-iskema ġenerali tal-miżura, mingħajr il-ħtieġa ta' effetti “osservati” jew attwali fuq is-suq.

(70)  Rapport tal-Korp tal-Appell, US – Carbon Steel (DS213), paragrafu 73, nota ta' qiegħ il-paġna 65.

(71)  Rapport tal-Panel, US – GOES (WT/DS414/R), para. 7.85.

(72)  Rapport tal-Panel, iċ-Ċina – GOES, premessi 7.85 – 7.87.

(73)  Ibid.

(74)  Régimen de Regulación y Promoción para la Producción y Uso Sustentables de Biocombustibles. Autoridad de aplicación. Funciones. Comisión Nacional Asesora. Habilitación de plantas productoras. Mezclado de Biocombustibles con Combustibles Fósiles. Sujetos beneficiarios del Régimen Promocional. Infracciones y sanciones.

(75)  L-Artikolu 4(a) tal-Liġi 26.093 mit-12.5.2006.

(76)  L-Artikolu 15(5), (6), u (7) tal-Liġi 26.093.

(77)  Decreto 1396/2001, 4.11.2001, Plan de Competitividad para el Combustible Biodiesel. Modificaciones al Impuesto sobre los Combustibles Líquidos y el Gas Natural. Normas Complementarias.

(78)  Dikjarazzjonijiet mill-ex Sottosegretarju tal-Fjuwils, Cristian Folgar, ara https://www.lanacion.com.ar/326725-el-gobierno-apoyo-los-proyectos-de-biodiesel, aċċessat fl-4.9.2018.

(79)  Resolution 1156/2004, 10.11.2004, Secretaría de Agricultura, Ganadería, Pesca y Alimentos, BIOCOMBUSTIBLES, Créase el Programa Nacional de Biocombustibles. Principales objetivos. Misiones y funciones.

(80)  Ara riċerka oħra: Georges Gérard Flexor, Karina Yoshie Martins Kato and Marina Yesica Recalde, El mercado del biodiésel y las políticas públicas: Comparación de los casos argentino y brasileño, reviżjoni CEPAL, 2012 (disponibbli fuq https://www.researchgate.net/publication/262960724_El_mercado_del_biodiesel_y_las_politicas_publicas_Comparacion_de_los_casos_Argentino_y_Brasileno_The_biodiesel_market_and_public_policy_Comparison_of_Argentine_and_Brazilian_cases, aċċessat fl-4.9.2018) u Dr. Cesar Petrusansky, El Desarrollo del Mercado de Biocombustibles en Argentina, Ejecutivos de Finanzas, 2008 (disponibbli fuq http://www.iaef.org.ar/files/revista/212/desarrollo.pdf, aċċessat fl-4.9.2018.).

(81)  Secretaría de Política Económica, Ministerio de Economía y Finanzas Públicas, Instrumentos para el Desarrollo Productivo en la Argentina, 2011 (disponibbli fuq https://www.economia.gob.ar/peconomica/basehome/instrumentos_desarrollo_prod_argentina.pdf, aċċessat fl-4.9.2018.).

(82)  Centro de Economia Internacional (CEI) – Ministeru tal-Affarijiet Barranin tal-Arġentina, Los biocombustibles ya froman parte de las agendas global y hemisférica, 2011 (disponibbli fuq http://www.cei.gob.ar/userfiles/cei%20NOTA%2012.pdf, aċċessat fl-4.9.2018.).

(83)  Dan huwa ripetut f'Marcelo Regunaga, u Agustin Tejeda Rodriguez, La politica de Comercio Agricola de Argentina y el Desarrollo Sustentable, Ċentru Internazzjonali għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli – ICTSD, 2015, (disponibbli fuq https://www.ictsd.org/sites/default/files/research/La%20Politica%20de%20Comercio%20Agricola%20de%20Argentina%20y%20el%20Desarrollo%20Sustentable.pdf, aċċessat fl-4.9.2018.), Maria Marta Di Paola, La producción de biocombustibles en Argentina, Informe ambiental anual – FARN (Fundation ambiente y recursos naturales), 2013, (disponibbli fuq http://www.farn.org.ar/wp-content/uploads/2014/07/informe2013-1.186-209.pdf, aċċessat fl-4.9.2018.), Evelina Goldstein u Graciela Gutman, Biocombustibles y biotecnologia. Contexto internacional, situation en Argentina, CEUR (Ċentru urban u reġjonali tal-istudji), 2010 (disponibbli fuq http://www.ceur-conicet.gov.ar/archivos/publicaciones/biocombustibles2.pdf, aċċessat fl-4.9.2018.), u Ricardo Rozemberg u Martina Chidiak, Biocombustibles en la Argentina, Integration y Comercio (Interamerican Development Bank), 2015 (disponibbli fuq http://www19.iadb.org/intal/icom/data/Biocombustibles%20en%20la%20Argentina.pdf, aċċessat fl-4.9.2018.).

(84)  Jorge A. Hilbert, Rodrigo Sbarra, Martin Lopez Amoros, Produccion de biodiesel a partir de aceite de soja – Context y Evolucion Reciente, Istituto Nacional de Tecnologia Agropecuaria – Ministerio de Agricultura, Ganaderia y Pesca, 2011, paġna 124 (disponibbli fuq https://inta.gob.ar/sites/default/files/script-tmp-inta_biodiesel_de_aceite_de_soja_en_argentina.pdf, aċċessat fl-4.9.2018.).

(85)  Artiklu għall-istampa fi Clarin fit-2.2.2018, Acuerdan crear una mesa de trabajo para potenciar la cadena del biodiésel (disponibbli fuq https://www.clarin.com/rural/acuerdan-crear-mesa-trabajo-potenciar-cadena-biodiesel_0_BJ3nrSfIf.html, aċċessat fl-4.9.2018).

(86)  Secretaria de Energia, Ratifícase el Acuerdo de Abastecimiento de Biodiesel para su Mezcla con Combustibles Fósiles en el Territorio Nacional del 20 de enero de 2010. Pautas a cumplir para el abastecimiento de Biodiesel al mercado de combustibles fósiles, Resolucion 7/2010 mill-4.2.2010.

(87)  Secretaria de Energia, Ratifícase el Acuerdo de Abastecimiento de Biodiesel para su Mezcla con Combustibles Fósiles en el Territorio Nacional del 20 de enero de 2010. Pautas a cumplir para el abastecimiento de Biodiesel al mercado de combustibles fósiles, Resolucion 7/2010 mill-4.2.2010.

(88)  Secretaria de Energia, Ratifícase el Acuerdo de Abastecimiento de Biodiesel para su Mezcla con Combustibles Fósiles en el Territorio Nacional del 5 de enero de 2010. Modifícase la Resolución No 7/2010, Resolución 554/2010 mis-6.7.2010, ripetuta f'Secretaría de Energía, Resolución 450/2013 mis-6.8.2013 u Secretaría de Energía, Acuerdo de Abastecimiento de Biodiesel para su Mezcla con Combustibles Fósiles en el Territorio Nacional. Ratificación, Resolución 660/2015 mill-20.8.2015.

(89)  http://www.energia.gob.ar/contenidos/verpagina.php?idpagina=3818, aċċessat fl-4.9.2018.

(90)  Il-Liġi 26.093 tal-2006.

(91)  Ir-Riżoluzzjoni Konġunta Nru 438/2012, 269/2012 u 1001/2012 tal-Ministeru tal-Ekonomija u l-Finanzi Pubbliċi, il-Ministeru tal-Industrija u l-Ministeru tal-Ippjanar Federali, l-Investiment u s-Servizzi Pubbliċi.

(92)  Ara l-Kapitolu II fil-Liġi 26.093 tal-2006, disponibbli fuq http://servicios.infoleg.gob.ar/infolegInternet/anexos/115000-119999/116299/norma.htm.

(93)  Jorge A. Hilbert, Rodrigo Sbarra, Martin Lopez Amoros, Produccion de biodiesel a partir de aceite de soja – Context y Evolucion Reciente, Istituto Nacional de Tecnologia Agropecuaria – Ministerio de Agricultura, Ganaderia y Pesca, 2011, paġna 124 (disponibbli fuq https://inta.gob.ar/sites/default/files/script-tmp-inta_biodiesel_de_aceite_de_soja_en_argentina.pdf, aċċessat fl-4.9.2018.).

(94)  Jorge A. Hilbert, Rodrigo Sbarra, Martin Lopez Amoros, Produccion de biodiesel a partir de aceite de soja – Context y Evolucion Reciente, Istituto Nacional de Tecnologia Agropecuaria – Ministerio de Agricultura, Ganaderia y Pesca, 2011, paġna 131 (disponibbli fuq https://inta.gob.ar/sites/default/files/script-tmp-inta_biodiesel_de_aceite_de_soja_en_argentina.pdf, aċċessat fl-4.9.2018).

(95)  Centro de Economia Internacional (CEI) – Ministeru tal-Affarijiet Barranin tal-Arġentina, Los biocombustibles ya froman parte de las agendas global y hemisférica, 02.2011 (disponibbli fuq http://www.cei.gob.ar/userfiles/cei%20NOTA%2012.pdf, aċċessat fl-4.9.2018).

(96)  Ara WT/DS436/AB/R Stati Uniti – Miżuri Kumpensatorji fuq Ċerti Prodotti Ċatti tal-Azzar bil-Karbonju Rrumblati bis-Sħana mill-Indja, 8 ta' Diċembru 2014, para. 4.244.

(97)  Ara f'dan ir-rigward, is-sejbiet tal-Korp tal-Appell f'WT/DS436/AB/R Stati Uniti – Miżuri Kumpensatorji fuq Ċerti Prodotti Ċatti tal-Azzar bil-Karbonju Rrumblati bis-Sħana mill-Indja, 8 ta' Diċembru 2014, paragrafi 4.292-4.322.

(98)  Id-Digriet 1343/2016 tal-Ministeru tal-Agroindustrija, Derecho de exportación. Alícuota - Modificación, 2.1.2017.

(99)  Id-Digriet 793/2018, Poder Ejecutivo Nacional, Derechos de exportación – Modificación, 3.9.2018.

(100)  https://www.minhacienda.gob.ar/onp/presupuestos/2019, Proyecto de Ley, Articulo 83.

(101)  Rapport tal-Panel, l-Istati Uniti — Final Countervailing Duty Determination with Respect to Certain Softwood Lumber from Kanada, WT/DS257/R u Corr.1, adottat fis-17 ta' Frar 2004, kif immodifikat mir-Rapport tal-Bord tal-Appell WT/DS257/AB/R, para. 7.116. Ara wkoll ir-Rapport tal-Korp tal-Appell WT/DS436/AB/R Stati Uniti – Miżuri Kumpensatorji fuq Ċerti Prodotti Ċatti tal-Azzar bil-Karbonju Rrumblati bis-Sħana mill-Indja, 8 ta' Diċembru 2014, para. 4398.

(102)  Ara l-Memorandum dwar is-suffiċjenza ta' evidenza, it-30 ta' Jannar 2018, p. 6 (“Dawn l-elementi jkunu eżaminati matul l-investigazzjoni. Madankollu, f'dan l-istadju, il-Kummissjoni tqis li hemm biżżejjed evidenza li tindika l-eżistenza ta' sussidju kompensatorju. B'mod partikolari, taxxi fuq l-esportazzjoni jidhru li huma waħda mill-għodod diretti mfassal mill-GtA biex jidderieġi l-produtturi tal-fażola tas-sojja u taż-żejt tas-sojja biex jipprovdu l-inputs tagħhom lill-produtturi tal-bijodiżil. Il-GtA jidher ukoll li pprovda inċentivi biex il-fornituri tal-input iżommu l-produzzjoni artifiċjalment għolja tagħhom għall-benefiċċju tal-produtturi tal-bijodiżil”) u p. 14 (“Fejn l-ilment ma jipprovdix evidenza biżżejjed ta' sussidju jew programm ta' sussidju partikolari, il-Kummissjoni tirriżerva d-drittijiet tagħha li tinvestigahom matul dawn il-proċedimenti skont l-Artikolu 10(7) tar-Regolament Bażiku”).

(103)  Rapport tal-Korp tal-Appell, US –DRAMS, para. 154.

(104)  Il-Liġi 26.093 tat-12 ta' Mejju 2006. Régimen de Regulación y Promoción para la Producción y Uso Sustentables de Biocombustibles. Autoridad de aplicación. Funciones. Comisión Nacional Asesora. Habilitación de plantas productoras. Mezclado de Biocombustibles con Combustibles Fósiles. Sujetos beneficiarios del Régimen Promocional. Infracciones y sanciones.

(105)  BIOCOMBUSTIBLES Ley 26.093 Régimen de Regulación y Promoción para la Producción y Uso Sustentables de Biocombustibles. Autoridad de aplicación. Funciones. Comisión Nacional Asesora. Habilitación de plantas productoras. Mezclado de Biocombustibles con Combustibles Fósiles. Sujetos beneficiarios del Régimen Promocional. Infracciones y sanciones.

(106)  Ley no 9397 Adhesion de la provincial a ley nacional no 26.093, y declaracion de interes public de la promocion de la produccion, procesamiento y uso sustentable de biocombustibles.

(107)  Ordenanza 26/2016, General Lagos, 16 ta' Ġunju 2016.

(108)  Artikolu 2 tal-Ordenanza 26/2016, General Lagos, 16 ta' Ġunju 2016. Matul iż-żjara ta' verifika fil-bini tal-kumpanija s-servizzi tal-Kummissjoni vverifikaw il-validità tal-ftehim billi kkonfermaw il-pagamenti dovuti.

(109)  Ley no 8478 Santa Fe, u Registrada bajo el no 12.692 la Legislatura de la Provincia de Santa Fe.

(110)  Ara wkoll, mutatis mutandi, WT/DS294/AB/RW, US — Zeroing (Artikolu 21.5 DSU), Rapport tal-Korp tal-Appell tal-14 ta' Mejju 2009, paragrafu 453.

(111)  Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16.)

(112)  Bażi ta' data dwar prodotti speċifiċi taħt “sorveljanza” jew monitoraġġ importati fit-territorju doganali tal-Unjoni f'dawn is-snin u fis-snin ta' qabel, miżmuma mid-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali.

(113)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1194/2013 tad-19 ta' Novembru 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju proviżorju impost fuq importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u l-Indoneżja (ĠU L 315, 26.11.2013, p. 2).

(114)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1578 tat-18 ta' Settembru 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1194/2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju proviżorju impost fuq importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u l-Indoneżja (ĠU L 239, 19.9.2017, p. 9).

(115)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1570 tat-18 ta' Ottubru 2018 li jtemm il-proċedimenti li jikkonċernaw l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw fl-Arġentina u l-Indoneżja u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1194/2013 (ĠU L 262, 19.10.2018, p. 40).

(116)  Il-kostijiet tal-importazzjoni ġew espressi f'EUR. Minħabba l-livell baxx ħafna tal-inflazzjoni (l-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet tal-Konsumatur ippubblikat mill-Eurostat żdiedu b'total ta' 4 % bejn l-2012 u l-perjodu tal-investigazzjoni) il-kostijiet tal-importazzjoni ma kellhomx għala jiġu aġġornati.

(117)  Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, l-Osservatorju tas-Suq: https://ec.europa.eu/agriculture/market-observatory/crops_en, aċċessat fis-27 ta' Novembru 2018, lift – EU Rouen (EUR/t).

(118)  Sors: Bank Dinji, prezzijiet Internazzjonali ta' materja prima importata – Żejt tal-Lift.

(119)  OECD-FAO Agricultural Outlook 2016-2025 - © OECD 2016, https://www.oecd-ilibrary.org/agriculture-and-food/data/oecd-agriculture-statistics_agr-data-en, aċċessat fl-10 ta' Settembru 2018.

(120)  L-Amministrazzjoni tal-Kummerċ Internazzjonali “Biodiesel From Argentina: Final Determination of Sales at Less Than Fair Value and Final Affirmative Determination of Critical Circumstances”, dokument numru 2018-04137.

(121)  ĠU L 262, 19.10.2018, p. 40.

(122)  L-informazzjoni dwar it-tnaqqis fil-produzzjoni tal-bijodiżil ta' Saipol u ADM hija disponibbli għall-partijiet interessati fuq il-fajl.

(123)  Sentenza f'Wortmann, C-365/15, EU:C:2017:19, il-paragrafi minn 35 sa 39.

(124)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/245 tal-11 ta' Frar 2019 li taċċetta offerti ta' impenn wara l-impożizzjoni ta' dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' bijodiżil li joriġinaw fl-Arġentina (Ara l-paġna 71 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(125)  Ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21).


ANNESS I

L-elementi li ġejjin għandhom ikunu indikati fil-Fattura Kummerċjali li takkumpanja l-bejgħ li tagħmel il-Kumpanija fl-Unjoni Ewropea tal-prodotti li huma soġġetti għall-Impenn:

(1)

L-intestatura “FATTURA KUMMERĊJALI LI TAKKUMPANJA L-MERKANZIJA SOĠĠETTA GĦAL IMPENN”.

(2)

L-isem tal-Kumpanija li toħroġ il-Fattura Kummerċjali u l-isem tal-Kumpanija li timmanifattura l-merkanzija.

(3)

In-Numru tal-Fattura Kummerċjali.

(4)

Id-data tal-ħruġ tal-Fattura Kummerċjali.

(5)

Il-kodiċi addizzjonali TARIC li skontu l-prodotti fil-fattura għandhom jiġu kklerjati mid-dwana fil-fruntieri tal-Unjoni Ewropea.

(6)

Id-deskrizzjoni preċiża f'lingwaġġ sempliċi tal-prodotti u:

speċifikazzjonijiet tekniċi tan-numru tal-kodiċi tal-prodott tal-kumpanija (CPC - company product code),

in-numru tal-kodiċi tal-prodott tal-kumpanija (CPC),

il-kodiċi NM,

il-kwantità (li għandha tingħata f'unitajiet espressi f'Tunnellati Metriċi).

(7)

Id-deskrizzjoni tat-termini tal-bejgħ, fosthom:

il-prezz għal kull unità (Tunnellata Metrika),

it-termini tal-pagament applikabbli,

it-termini tal-konsenja applikabbli,

ir-roħs u t-tnaqqis totali.

(8)

Isem il-kumpanija li taġixxi ta' importatur lil min tinħareġ il-fattura direttament mill-Kumpanija.

(9)

Isem l-uffiċjal tal-Kumpanija li ħareġ il-Fattura Kummerċjali u d-dikjarazzjoni li ġejja ffirmata:

“Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-merkanzija mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea koperta minn din il-fattura ġiet manifatturata minn (Isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi TARIC addizzjonali) fl-Arġentina fil-kamp ta' applikazzjoni u skont it-termini tal-Impenn fuq il-prezz aċċettati mill-Kummissjoni Ewropea permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/245. Jiena niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f'din il-fattura hija sħiħa u korretta.”


ANNESS II

Ċertifikat tal-impenn tal-esportazzjoni

L-elementi li ġejjin għandhom jiġu indikati fiċ-Ċertifikat tal-Impenn tal-Esportazzjoni li għandu jinħareġ minn CARBIO għal kull Fattura Kummerċjali li takkumpanja l-bejgħ mill-Kumpanija lill-Unjoni Ewropea ta' prodotti li huma soġġetti għall-Impenn:

(1)

L-isem, l-indirizz u n-numru tat-telefon tal-Cámara Argentina de Biocombustibles (“CARBIO”).

(2)

L-isem tal-kumpanija msemmija fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/245 li toħroġ il-Fattura Kummerċjali u l-isem tal-Kumpanija li timmanifattura l-merkanzija.

(3)

In-Numru tal-Fattura Kummerċjali.

(4)

Id-data tal-ħruġ tal-Fattura Kummerċjali.

(5)

Il-kodiċi addizzjonali TARIC li skontu l-prodotti fil-fattura għandhom jiġu approvati mid-dwana fil-fruntieri tal-Unjoni Ewropea.

(6)

Id-deskrizzjoni preċiża tal-prodotti, fosthom:

l-ispeċifikazzjoni teknika tal-prodotti, in-numru tal-kodiċi tal-prodott tal-kumpanija (CPC) (jekk applikabbli),

Kodiċi NM.

(7)

Il-kwantità preċiża f'unitajiet esportati espressi f'Tunnellati Metriċi.

(8)

L-għadd u d-data ta' skandenza (tliet xhur wara l-ħruġ) taċ-ċertifikat.

(9)

Isem l-uffiċjal ta' CARBIO li ħareġ iċ-ċertifikat u d-dikjarazzjoni ffirmata li ġejja:

“Jien, is-sottoskritt/a, niċċertifika li dan iċ-ċertifikat huwa mogħti għal esportazzjonijiet diretti lejn l-Unjoni Ewropea tal-oġġetti koperti mill-Fattura Kummerċjali li takkumpanja l-bejgħ li sar soġġett għall-impriża u li l-ċertifikat jinħareġ taħt il-limiti tal-kamp ta' applikazzjoni u skont it-termini tal-impriża offerta minn [kumpanija] u aċċettat mill-Kummissjoni Ewropea permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/245. Niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f'dan iċ-ċertifikat hija korretta u l-kwantità koperta minn dan iċ-ċertifikat ma taqbiżx il-limitu tal-impriża.”

(10)

Data.

(11)

Il-firma u t-timbru ta' CARBIO.


ANNESS III

L-elementi li ġejjin għandhom jiġu indikati fil-Fattura Kummerċjali li takkumpanja l-bejgħ tal-Kumpanija fl-Unjoni Ewropea ta' oġġetti, li huma soġġetti għal dazji kumpensatorji:

(1)

L-intestatura “FATTURA KUMMERĊJALI LI TAKKUMPANJA MERKANZIJA SOĠĠETTA GĦAL DAZJI KUMPENSATORJI”

(2)

L-isem tal-Kumpanija li toħroġ il-Fattura Kummerċjali u l-isem tal-Kumpanija li timmanifattura l-merkanzija.

(3)

In-Numru tal-Fattura Kummerċjali.

(4)

Id-data tal-ħruġ tal-Fattura Kummerċjali.

(5)

Il-kodiċi addizzjonali TARIC li skontu l-prodotti fil-fattura għandhom jiġu kklerjati mid-dwana fil-fruntieri tal-Unjoni Ewropea.

(6)

Id-deskrizzjoni preċiża f'lingwaġġ sempliċi tal-prodotti u:

speċifikazzjonijiet tekniċi tan-numru tal-kodiċi tal-prodott tal-kumpanija (CPC),

in-numru tal-kodiċi tal-prodott tal-kumpanija (CPC),

il-kodiċi NM,

il-kwantità (li għandha tingħata f'unitajiet espressi f'Tunnellati Metriċi).

(7)

Id-deskrizzjoni tat-termini tal-bejgħ, fosthom:

il-prezz għal kull unità (Tunnellati Metriċi),

it-termini tal-pagament applikabbli,

it-termini tal-konsenja applikabbli,

ir-roħs u t-tnaqqis totali.

(8)

L-isem u l-firma tal-uffiċjal tal-Kumpanija li ħareġ il-Fattura Kummerċjali.


DEĊIŻJONIJIET

12.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 40/71


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/245

tal-11 ta' Frar 2019

li taċċetta offerti ta' impenn wara l-impożizzjoni ta' dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' bijodiżil li joriġinaw fl-Arġentina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), b'mod partikolari l-Artikoli 13 u 15 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (2),

Billi:

A.   PROĊEDURA

(1)

Fil-31 ta' Jannar 2018, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni antisussidji fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' bijodiżil li joriġina fl-Arġentina skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2016/1037. Hija ppubblikat Notifika ta' Bidu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3) (“in-Notifika ta' Bidu”).

(2)

Fil-21 ta' Settembru 2018, permezz ta' dokument ta' informazzjoni, il-Kummissjoni pprovdiet lill-partijiet interessati kollha bir-riżultati preliminari tagħha, filwaqt li nnotat li ma kien se jiġi impost l-ebda dazju kumpensatorju provviżorju fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' bijodiżil li joriġina fl-Arġentina (“il-prodott ikkonċernat”) u kkonfermat li l-investigazzjoni se tkompli.

(3)

Fit-3 ta' Diċembru 2018, il-Kummissjoni għarrfet lill-partijiet kollha bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kienet beħsiebha timponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni. Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni finali.

B.   OFFERTI TA' IMPENN

1.   Offerti ta' impenn

(4)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-produtturi esportaturi kollha li kkooperaw, inklużi l-kumpaniji relatati tagħhom, u flimkien mal-Kamra tal-Arġentina tal-Bijofjuwils (Cámara Argentina de Biocombustibles, “CARBIO”) offrew impenji fuq il-prezz skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) 2016/1037.

2.   Evalwazzjoni tal-Offerti ta' Impenn

(5)

Sabiex jiġi żgurat li l-impenji jkunu prattikabbli, l-esportaturi Arġentini ppreżentaw offerti ta' impenn bi prezz minimu wieħed tal-importazzjoni (“PMI”) għall-prodott ikkonċernat.

(6)

Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat li s-sussidjar dannuż jiġi eliminat u jsir fattibbli u prattiku għall-monitoraġġ tal-produtturi esportaturi li joffru l-impenji, dawn l-esportaturi Arġentini offrew li jiżguraw li l-volum tal-importazzjonijiet li sar skont l-impenji jiġi stabbilit fil-livell annwali li bejn wieħed u ieħor jikkorrispondi mal-prestazzjoni ġenerali tagħhom fis-suq, filwaqt li jiżgura kundizzjonijiet ekwi.

(7)

Sabiex jiġi vvalutat jekk dawk l-impenji fuq il-prezz ineħħux l-effett dannuż tas-sussidjar, il-Kummissjoni analizzat, inter alia, il-prezzijiet attwali tal-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat, il-livell tad-dazju kumpensatorju definittiv kif ukoll riżultati rilevanti oħra li ħarġu mill-investigazzjoni.

(8)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li s-sussidjar dannuż jista' jitneħħa minn impenji fuq il-prezz li jkopru l-importazzjonijiet fil-livell annwali propost flimkien ma' dazju ad valorem definittiv impost fuq l-importazzjonijiet li jaqbżu l-livell annwali kif imsemmi fil-premessa 6.

(9)

CARBIO impenjat ruħha wkoll biex tipprovdi lill-Kummissjoni b'informazzjoni regolari u dettaljata dwar il-bejgħ tal-Unjoni tal-produtturi esportaturi Arġentini, biex b'hekk tippermetti li l-impenji jiġu mmonitorjati b'mod effettiv mill-Kummissjoni. Fid-dawl tar-rwol attiv ta' CARBIO, u tal-mezz ta' sikurezza fil-forma tal-livell annwali msemmi fil-premessa 6, il-Kummissjoni kkunsidrat li r-riskju li jiġu evitati l-offerti ta' impenn huwa limitat.

C.   KUMMENTI TAL-PARTIJIET U L-AĊĊETTAZZJONI TAL-OFFERTI TA' IMPENN

(10)

L-offerti ta' impenn saru disponibbli għall-partijiet interessati.

(11)

L-industrija tal-Unjoni sostniet li l-offerti ta' impenn ma setgħux jiġu aċċettati minħabba li mhumiex konnessi mir-riżultati tal-investigazzjoni u għalhekk l-impenji mhux se jneħħu l-effetti dannużi tas-sussidjar.

(12)

B'mod partikolari, il-Bord Ewropew tal-Bijodiżil (European Biodiesel Board “EBB”) irrakkomanda PMI ekwivalenti għal prezz(ijiet) tal-esportazzjoni fil-perjodu tal-investigazzjoni flimkien mal-ammont ta' marġni ta' sussidjar/dannu, possibbilment indiċjat biex iqis l-evoluzzjoni tal-prezz tal-materja prima ewlenija. L-EBB sostna li livell tal-prezz bħal dan biss jiżgura li l-prezzijiet Arġentini ma jwaqqgħux il-prezzijiet tal-Unjoni. L-Assoċjazzjoni Ġermaniża tal-Industrija tal-Bijokarburanti (“VDB”) sostniet ukoll li l-PMI għandu jiġi kkalkolat bl-użu tal-prezz tal-importazzjoni flimkien mad-dazju kumpensatorju. L-Unjoni għall-Promozzjoni tal-Pjanti taż-Żejt u tal-Proteini (“UFOP”) appoġġat din l-affermazzjoni tal-VDB. Il-Konfederazzjoni Ġenerali tal-Kooperattivi Agrikoli tal-Unjoni Ewropea (“COPA-COGECA”) nnotat li ż-żieda drammatika tal-importazzjoni tal-Unjoni tal-bijodiżil Arġentin minn meta l-miżuri antidumping naqqsu u, flimkien mal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Produtturi taż-Żrieragħ Żejtnin (“EOA”), fakkru li d-Direttiva (UE) 2015/1513 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) tillimita l-produzzjoni tal-bijofjuwils Ewropej.

(13)

Il-Kummissjoni fakkret li l-livell propost annwali (madwar 10 % tal-medja annwali tal-konsum tal-Unjoni bejn l-2014 u l-perjodu ta' investigazzjoni) huwa marbut direttament mar-riżultati tal-investigazzjoni. Abbażi tal-livell tal-importazzjonijiet eżaminati fl-investigazzjoni attwali, il-Kummissjoni stabbiliet theddida ta' dannu materjali għall-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li, fil-prinċipju, il-livell annwali propost ma għandux ifixkel il-prestazzjoni ġenerali tal-industrija tal-Unjoni.

(14)

F'dak li għandu x'jaqsam mal-iffissar tal-PMI, dan huwa marbut mal-kwotazzjonijiet tal-prezz taż-żejt tal-fażola tas-sojja medju fix-xahar, ippubblikati mill-Ministeru tal-Agrikoltura tal-Gvern tal-Arġentina li jirriflettu l-inklużjoni ta' taxxa fuq l-esportazzjoni (il-kwotazzjonijiet huma fuq livell frank abbord (“FOB”)). Lil hinn mil-livell annwali, japplika d-dazju ad valorem. Għalhekk, fil-prinċipju, il-Kummissjoni qieset li PMI bħal dan inaqqas l-impatt fuq il-prezzijiet għall-inputs li huma soġġetti għall-politika ta' appoġġ tal-Gvern tal-Arġentina.

(15)

Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-kombinazzjoni tal-PMI mal-livell annwali propost flimkien mad-dazju ad valorem applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li jaqbżu dak il-livell annwali tneħħi l-effetti ta' sussidjar dannuż. Għaldaqstant, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda.

(16)

L-EBB sostna wkoll li l-PMI jista' jiġi manipulat faċilment minħabba li x'aktarx il-profitt li jiġi akkumulat meta l-produtturi esportaturi Arġentini jbigħu l-prodott ikkonċernat fil-livell annwali jippermettilhom li jassorbu ħafna aktar faċilment id-dazju kumpensatorju dovut lil hinn mil-livell annwali.

(17)

Il-Kummissjoni nnotat li dan l-argument jikkontradixxi l-argument mill-EBB li l-PMI ġie stabbilit f'livell li huwa baxx wisq. Jekk dan huwa l-każ, l-ebda profitt addizzjonali ma seta' jintuża ħażin kif allegat. CARBIO sostniet ukoll li l-produtturi esportaturi Arġentini ma għandhomx l-għażla li jagħmlu xi bejgħ bl-PMI u oħrajn bi prezz bid-dazju mħallas. Huma permessi li jbigħu bi prezz bid-dazju mħallas biss ladarba l-livell annwali jiġi eżawrit kompletament. Għalhekk, ir-riskju allegat jitnaqqas.

(18)

Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni nnotat li kemm CARBIO kif ukoll il-produtturi esportaturi li joffru l-impenji huma konxji (permezz tat-test tal-impenji) li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li taċċetta l-offerti ta' impenn hija bbażata fuq il-fiduċja. Kwalunkwe ksur ta' dik il-fiduċja jwassal għall-irtirar tal-aċċettazzjoni tal-impenn u l-applikazzjoni sħiħa tad-dazji kumpensatorji.

(19)

Barra minn hekk, il-produtturi esportaturi li joffru l-impenji aċċettaw ukoll li ma jimminawx l-effetti tagħhom fir-rigward tal-bejgħ lil hinn mil-livell annwali. Ksur tal-impenji jwassal għall-irtirar tagħhom. Għaldaqstant, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda.

(20)

L-EBB sostna wkoll li l-PMI offrut kien baxx wisq u ma kienx jirrifletti l-primjum ta' sostenibbiltà.

(21)

CARBIO wieġbet billi sostniet li l-ammont fiss jirrifletti żieda suffiċjenti fil-prezz. Il-Kummissjoni nnotat li, kif iddikjarat fil-premessa 11, il-kombinazzjoni tal-PMI mal-livell annwali propost flimkien ma' dazju ad valorem applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li jaqbżu dak il-livell annwali, fil-prinċipju, għandha tneħħi l-effetti ta' sussidjar dannuż. Għaldaqstant, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda.

(22)

L-EBB sostniet ukoll li s-sors tal-kwotazzjonijiet tal-prezz taż-żejt tal-fażola tas-sojja ma għandux ikun ibbażat fl-Arġentina iżda jenħtieġ li jkun sors indipendenti ta' reputazzjoni tajba.

(23)

Fl-offerti ta' impenn jiġi spjegat li filwaqt li l-kwotazzjonijiet huma tabilħaqq ippubblikati mill-Ministeru tal-Agrikoltura tal-Gvern tal-Arġentina, dawn huma bbażati fuq il-prezzijiet tal-għeluq taċ-Chicago Board of Trade flimkien ma' primjums ibbażati fuq kuntratti ta' kuljum u primjums ta' bejgħ-xiri mogħtija minn Bolsa de Cereales de Buenos Aires. Għaldaqstant dawn huma marbutin mal-kwotazzjonijiet internazzjonali tal-komoditajiet u l-affidabbiltà tagħhom tista' tiġi mmonitorjata, anki fir-rigward ta' xejriet storiċi. Dan ġie kkonfermat ukoll minn CARBIO u l-Gvern tal-Arġentina. Dan tal-aħħar iggarantixxa t-trasparenza u l-prevedibbiltà tas-sorsi proposti.

(24)

Il-vantaġġ tas-sors propost fl-offerti ta' impenn huwa li jkun disponibbli għall-pubbliku u għalhekk jista' jiġi mmonitorjat. Il-Kummissjoni se timmonitorja bir-reqqa l-affidabilità tal-kwotazzjonijiet biex tiżgura li ma jkun hemm l-ebda ċirkostanzi u azzjonijiet li jimminaw l-effetti tal-impenji. Kwalunkwe ksur ta' fiduċja se jiġġustifika l-irtirar immedjat tal-aċċettazzjoni tal-impenji mill-Kummissjoni u l-impożizzjoni tad-dazji kumpensatorji.

(25)

Barra minn hekk, l-impenji jistipulaw ukoll li kwalunkwe bidla fiċ-ċirkostanzi li tista' sseħħ waqt l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-impenji minn dawk li jipprevalu fiż-żmien tal-aċċettazzjoni tagħhom u li kienu jkunu rilevanti għad-deċiżjoni li jiġu aċċettati l-offerti ta' impenji tista' twassal għall-irtirar tal-aċċettazzjoni tal-impenji. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(26)

L-EBB sostna wkoll li l-Gvern tal-Arġentina jista' jnaqqas it-taxxa tal-esportazzjoni u bħala riżultat ta' dan il-PMI jitnaqqas. Dan imbagħad iwassal għal sitwazzjoni li fiha l-esportaturi Arġentini jkunu jistgħu jimmassimizzaw is-sehem tas-suq tagħhom.

(27)

Il-Kummissjoni qieset li l-fluttwazzjoni tal-PMI f'konformità mat-tibdiliet fil-prezz tal-materja prima hija metodu ta' indiċjar raġonevoli li tirrifletti l-kundizzjonijiet tas-suq. Barra minn hekk, kwalunkwe bidla fiċ-ċirkostanzi li tista' sseħħ waqt l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-impenji minn dawk eżistenti fiż-żmien tal-aċċettazzjoni tagħha li kienet tkun rilevanti għad-deċiżjoni li jiġu aċċettati l-impenji tista' twassal għall-irtirar tal-aċċettazzjoni tal-impenji. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(28)

L-EBB ddikjara wkoll li l-ammonti fissi miżjuda mal-medja tal-prezzijiet taż-żejt tas-sojja trimestrali jenħtieġ li ma jkunux definiti qabel kull vjeġġ. L-interpretazzjoni tal-EBB tal-ammont fiss mhijiex korretta. L-ammont stabbilit mhuwiex definit qabel kull vjeġġ. Bi tweġiba għall-kummenti tal-EBB, CARBIO spjegat li l-ammont fiss huwa predeterminat fil-livell fiss u ma jiddependix (jew jiġi aġġustat skont) fuq l-imġiba tal-produtturi esportaturi Arġentini. Il-kumment għalhekk ma ntlaqax.

(29)

L-EBB kien favur referenza Ewropew tal-prezzijiet taż-żejt veġetali fuq bażi spot (ta' kuljum) u mhux fuq bażi trimestrali, inkluż taħlita ta' żejt tal-fażola tas-sojja Ewropea u żjut veġetali użati fl-Ewropa. Minbarra deskrizzjoni ġenerali, l-EBB naqas milli jipprovdi sors alternattiv konkret ta' referenza għall-prezzijiet. Barra minn hekk, il-ġestjoni tas-sistema ta' prezz ta' referenza trid tkun prattika u referenza ta' kuljum ma tkunx tista' tiġi ġestita b'mod prattiku fil-monitoraġġ tal-impenji. Fi kwalunkwe każ, kif spjegat fil-premessi preċedenti, il-Kummissjoni qieset li l-kwotazzjoni tal-prezzijiet proposta fl-offerti tal-impenn hija raġonevoli. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(30)

L-EBB ippropona li l-Kummissjoni jenħtieġ li tiġġestixxi l-livell annwali għal kull Stat Membru u kull xahar jew fuq bażi trimestrali. Il-Kummissjoni ma setgħetx tilqa' din it-talba. L-ewwel nett, kif iddikjarat ukoll minn CARBIO, il-miżuri kumpensatorji, fi kwalunkwe forma, japplikaw għat-territorju doganali kollu tal-Unjoni. Fi kwalunkwe każ, din is-sistema ta' monitoraġġ tkun kumplessa wisq u b'hekk ma tkunx tista' tiġi implimentata b'mod prattiku mill-Kummissjoni. Il-proposta tal-EBB biex il-livell annwali jinqasam fuq bażi ta' kull xahar jew trimestrali tikkontradixxi l-argument li l-produtturi Arġentini jistgħu jikkumpensaw b'mod trasversali għall-bejgħ fil-livell annwali mal-bejgħ 'il fuq min dan il-livell. Diviżjoni ta' kull xahar jew trimestrali taggrava dan ir-riskju b'mod sinifikanti. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(31)

L-EBB ippropona wkoll li l-livell annwali għall-bejgħ skont il-PMI għandu jibda f'livell aktar baxx u b'mod gradwali jiżdied biex jilħaq il-livell annwali propost fl-offerti ta' impenn. Bi tweġiba għal din it-talba, CARBIO sostniet li r-regoli kummerċjali attwali ma jipprovdu għal ebda progressività bħal din fl-impożizzjoni ta' miżuri (irrispettivament mill-forma tagħhom) sabiex “jittestjaw” l-effiċjenza tagħhom. L-EBB ma ressaq fil-fatt l-ebda ġustifikazzjoni sostantiva għall-introduzzjoni progressiva tal-livell annwali. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni tivvaluta l-offerti ta' impenn kif sottomessi mill-produtturi esportaturi. Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-kombinazzjoni tal-PMI mal-livell annwali propost flimkien mad-dazju ad valorem applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li jaqbżu dak il-livell annwali, fil-prinċipju, jenħtieġ li tneħħi l-effetti ta' sussidjar dannuż. Għaldaqstant, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda.

(32)

L-EBB talab kjarifika rigward il-PMI għall-bejgħ lil partijiet relatati fl-Unjoni. Il-Kummissjoni kkonfermat li l-bejgħ li sar lill-partijiet relatati lill-Unjoni se jsir bi PMI miżjud b'ammont li jqis l-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u tal-amministrazzjoni u l-profitti.

(33)

L-EBB finalment sostna li l-impenji jenħtieġ li jkollhom klawżoli li jippermettu rieżami jew irtirar f'każ ta' bidliet fiċ-ċirkostanzi jew ksur. Il-Kummissjoni kkonfermat li klawżoli bħal dawn huma tabilħaqq parti mill-offerti ta' impenn. Fl-offerti ta' impenn jiġi stipulat li kwalunkwe bidla fiċ-ċirkostanzi li tista' sseħħ waqt l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-impenji minn dawk eżistenti fiż-żmien tal-aċċettazzjoni tagħhom u li kienet tkun rilevanti għad-deċiżjoni li jiġi aċċettat l-impenn tista' twassal għall-irtirar tal-aċċettazzjoni tal-impenji. Il-miżuri definittivi inkluża l-adegwatezza tal-impenn huma soġġetti wkoll għal rieżami interim skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2016/1037.

(34)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-offerti ta' impenn mill-produtturi esportaturi Arġentini huma aċċettabbli. Il-produtturi esportaturi li joffru l-impenji u CARBIO, kif ukoll il-partijiet interessati kollha ġew mgħarrfa bil-fatti essenzjali, il-kunsiderazzjonijiet u l-obbligi li fuqhom hija bbażata l-aċċettazzjoni tal-offerti ta' impenn.

3.   Kummenti wara l-informazzjoni dwar l-intenzjoni tal-Kummissjoni li taċċetta offerti ta' impenn

(35)

Wara li ngħataw informazzjoni dwar l-intenzjoni tal-Kummissjoni li taċċetta l-offerti ta' impenn l-EBB, il-VDB, l-UFOP, il-COPA-COGECA, l-EOA, l-Assoċjazzjoni Ewropea li tirrappreżenta l-industrija industrija taż-żejt veġetali u tad-dqiq tal-proteina (“FEDIOL”), il-produtturi esportaturi Arġentini u CARBIO ssottomettew il-kummenti.

(36)

L-EBB, il-VDB u l-UFOP talbu li jitnaqqas l-impenn imressaq mill-esportaturi Arġentini u CARBIO biex ma joħorġux aktar minn 45 % taċ-ċertifikati ta' esportazzjoni kull tliet xhur għal 25 % -30 % kull tliet xhur. Fil-fehma tagħhom, dan jifrex l-esportazzjonijiet matul is-sena mingħajr ma jikkonċentra l-importazzjonijiet fuq is-suq tal-Unjoni f'ċerti perjodi ta' tliet xhur.

(37)

Il-Kummissjoni nnotat li abbażi tad-data tal-2018, l-importazzjonijiet mill-Arġentina kienu mifruxa fuq is-sena kalendarja mingħajr konċentrazzjoni fi kwalunkwe trimestru partikolari, għalkemm b'xi żieda f'xhur speċifiċi. Għalhekk, il-konċentrazzjoni teoretika tal-importazzjonijiet fi kwalunkwe trimestru partikolari ma tirriflettix il-mudell kummerċjali qabel l-impożizzjoni tal-miżuri. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li kull bidla sinifikanti fix-xejra tal-kummerċ tal-esportaturi Arġentini li timmina l-effett tal-impenji tista' twassal għall-irtirar tal-aċċettazzjoni tal-impenji mill-Kummissjoni u għall-applikazzjoni sħiħa tad-dazju kumpensatorju. Fi kwalunkwe każ, wara l-kummenti tal-industrija tal-Unjoni, permezz ta' ittra ta' akkumpanjament, l-esportaturi Arġentini u CARBIO ssottomettew impenn ġdid li ma joħorġux ċertifikati ta' esportazzjoni fi żmien tliet xhur għal aktar minn 37 % tal-livell tal-volum annwali.

(38)

L-EBB iddikjara li l-validità taċ-ċertifikati għall-esportazzjoni marbutin mal-impenn jenħtieġ li titqassar u għandha tkun limitata għat-tliet xhur li fihom jinħarġu ċ-ċertifikati tal-impenji. Għaldaqstant il-produtturi esportaturi rrevedew l-offerti ta' impenn tagħhom u qassru l-validità taċ-ċertifikati tal-esportazzjoni minn erba' (4) għal tliet (3) xhur. Huma impenjaw ruħhom li joħorġu ċ-ċertifikati tal-esportazzjoni, bħala regola ġenerali, kemm jista' jkun viċin il-ħruġ tal-fattura kummerċjali korrispondenti, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn tliet (3) xhur wara d-data ta' dik il-fattura. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ma ntlaqgħetx.

(39)

Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-impenn ta' CARBIO u tal-produtturi esportaturi li ma joħorġux ċertifikati ta' esportazzjoni għal aktar minn 37 % tal-livell annwali fi żmien tliet xhur inaqqas ir-riskju li l-esportazzjonijiet Arġentini tal-bijodiżil jiġu kkonċentrati f'perjodu speċifiku. Għalhekk, id-dikjarazzjoni dwar il-konċentrazzjoni possibbli tal-importazzjonijiet hija indirizzata.

(40)

L-EBB ippropona l-inklużjoni ta' klawżola ġdida fl-offerti ta' impenn li tista' tiċċara l-impenn ta' CARBIO u tal-esportatur li ma jimminax l-objettivi tal-offerti ta' impenn. Il-Kummissjoni kkonfermat li huwa obbligu ġenerali tal-esportaturi u CARBIO li jsegwu t-termini tal-impenji u li ma jimminawx l-effetti tagħhom.

(41)

B'mod partikolari, l-EBB, il-VDB u l-UFOP, talbu li l-PMI jkun stabbilit kull ġimgħa jew kull xahar minflok abbażi trimestrali, kif propost fl-offerti ta' impenn. Fil-fehma tagħhom, tali PMI stabbilit kull ġimgħa jew kull xahar jillimita l-possibbiltajiet ta' arbitraġġ għall-esportaturi Arġentini f'suq volatili u varjabbli ħafna.

(42)

Il-Kummissjoni eżaminat bir-reqqa din it-talba u kkonkludiet li PMI stabbilit fuq bażi trimestrali jiżgura infurzabbiltà aħjar u kif xieraq u implimentazzjoni tal-offerti ta' impenn filwaqt li ma jikkompromettix l-effettività tar-rimedju għall-industrija tal-Unjoni.

(43)

L-EBB iddikjara li l-livell tal-PMI fil-livell annwali jenħtieġ li jiġi stabbilit f'livell adegwat bħala PMI fl-ambitu ta' 10 % (jew saħansitra 5 %) tas-sehem mis-suq li jistabbilixxi l-prezzijiet f'suq tal-komoditajiet. Il-Kummissjoni nnotat li l-EBB ma ssostanzjatx din it-talba iżda ddikjara b'mod ġenerali li dan ikun il-każ għal kwalunkwe suq tal-komoditajiet. Barra minn hekk, l-EBB iddikjara li CARBIO rrikonoxxiet b'mod espliċitu li l-PMI qatt ma jkun f'livell li ma jikkawżax dannu billi ddikjarat li d-dazju huwa stabbilit f'livell tant għoli li mhuwiex realistiku li jiġi kkunsidrat li l-esportaturi Arġentini jkunu jistgħu jagħmlu kwalunkwe esportazzjoni soġġetta għall-ħlas tad-dazju matul il-perjodu tal-offerti tal-impenn.

(44)

Il-Kummissjoni nnotat li hija vvalutat l-offerti ta' impenn fl-intier tagħhom u tqis li l-kombinazzjoni tal-PMI mal-livell annwali propost flimkien mad-dazju ad valorem applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li jaqbżu dak il-livell annwali telimina l-effetti ta' sussidjar dannuż.

(45)

L-EBB sostna li l-prezz taż-żejt tal-fażola tas-sojja li għandu jintuża biex jiġi kkalkulat il-PMI kien influwenzat permezz tal-intervent tal-Gvern tal-Arġentina, kif allegatament rikonoxxut mill-Kummissjoni fir-Regolament li jimponi miżuri definittivi fuq il-bijodiżil fl-2013.

(46)

Il-Premessa 36 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1194/2013 (5), iddikjarat b'mod ċar li l-prezz ta' referenza ppubblikat mill-Gvern tal-Arġentina jirrifletti l-livell tal-prezzijiet internazzjonali. Il-Premessa 38 ta' dak ir-Regolament tiddikjara li l-prezzijiet domestiċi tal-materja prima ewlenija użati mill-produtturi tal-bijodiżil fl-Arġentina nstabu li kienu artifiċjalment aktar baxxi mill-prezzijiet internazzjonali minħabba d-distorsjoni maħluqa mis-sistema Arġentina tat-taxxa fuq l-esportazzjoni.

(47)

L-EBB għamel referenza għar-raġunijiet li l-Kummissjoni użat biex tirrifjuta l-offerti ta' impenn sottomessi fl-2013 mill-produtturi esportaturi Indoneżjani tal-bijodiżil u talab lill-Kummissjoni tispjega għaliex dawk ir-raġunijiet ma għadhomx japplikaw.

(48)

Il-Kummissjoni nnotat li kull offerta ta' impenn hija vvalutata fuq il-merti tagħha stess fil-mument meta tasal, skont iċ-ċirkostanzi tal-każ. Il-Kummissjoni rċeviet offerti ta' impenn mill-produtturi esportaturi Arġentini kollha u vvalutat dawn l-offerti fuq il-merti tagħhom stess, fir-rigward tal-elementi kollha ppreżentati fihom u r-riżultati li ħarġu mill-investigazzjoni attwali.

(49)

Abbażi ta' din il-valutazzjoni u b'kunsiderazzjoni tal-elementi kollha tal-offerti, il-Kummissjoni pproponiet l-aċċettazzjoni tal-offerti ta' impenn mill-produtturi esportaturi Arġentini u CARBIO.

(50)

L-EBB iddikjara li minħabba r-riskji ta' kumpens trasversali, il-produtturi esportaturi Arġentini ma għandhomx jitħallew ibigħu 5 % ta' prodotti oħra li joriġinaw fl-Arġentina. Il-Kummissjoni nnotat li hija identifikat u vvalutat ir-riskji ta' kumpens trasversali fiċ-ċirkostanzi ta' dan il-każ u l-impenji kollha fl-intier tagħhom. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ma ġietx milqugħa.

(51)

L-EBB iddikjara li l-offerti ta' impenn għandhom jinkludu possibbiltà ta' rieżami, inkluż fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni stess. Il-Kummissjoni nnotat li l-impatt tal-bidliet fiċ-ċirkostanzi fuq l-impenji jista' jiġi vvalutat fil-futur fl-isfond ta' bidliet possibbli fiċ-ċirkostanzi. Il-possibbiltà ta' rieżami, imsemmija fl-offerti ta' impenn, hija konformi mad-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament (UE) 2016/1037. Din l-affermazzjoni ma ntlaqgħetx.

(52)

L-EBB, il-VDB u l-COPA-COGECA esprimew tħassib li l-produtturi esportaturi Arġentini jistgħu ma jimmaniġġawx l-impenji b'mod ġust u trasparenti minħabba l-istorja tal-każ. Il-Kummissjoni nnotat li l-offerti ta' impenn jistipulaw ukoll li l-aċċettazzjoni tal-impenji mill-Kummissjoni hija bbażata fuq il-fiduċja u kwalunkwe azzjoni li tista' tagħmel ħsara lir-relazzjoni ta' fiduċja stabbilita mal-Kummissjoni tiġġustifika l-irtirar tal-impenji. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(53)

Il-VDB sostniet li minħabba l-istruttura tal-impenji proposti, dan jista' jwassal għal ksur tal-liġi tal-UE tal-kompetizzjoni. Il-Kummissjoni nnotat li l-impenji bħala forma ta' miżuri huma speċifikament previsti fir-Regolament (UE) 2016/1037. Barra minn hekk, kuntrarju għall-allegazzjoni ta' VDB, l-offerti ta' impenn ma jiffissawx il-prezzijiet tal-bejgħ bejn il-kumpaniji li joffru l-impenji fil-livell tal-PMI, iżda jintroduċu livell ta' prezz minimu li taħtu l-importazzjonijiet ma jistgħux isiru fil-livell annwali kopert mill-impenji. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ma ġietx milqugħa.

(54)

VDB sostniet li minħabba l-esperjenza negattiva li kellha l-Kummissjoni b'impenn strutturat b'mod simili li jikkonċerna l-pannelli solari, jidher probabbli li l-offerti proposti ta' impenn ma jkunux effettivi. Il-Kummissjoni nnotat li kull offerta ta' impenn hija vvalutata fuq il-merti tagħha stess fil-mument meta tasal, skont iċ-ċirkostanzi tal-każ. Il-Kummissjoni vvalutat bir-reqqa l-impenji offruti u kkonkludiet li dawn jistgħu jiġu aċċettati. Il-Kummissjoni ikkunsidrat l-intier tal-impenji li saru, fost dawk pereżempju, ir-rwol attiv ta' CARBIO, u l-mezz ta' sikurezza fil-forma tal-livell annwali. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

4.   Implimentazzjoni u irtirar

(55)

Kull meta, skont l-Artikolu 13(9) tar-Regolament (UE) 2016/1037, il-Kummissjoni tirtira l-aċċettazzjoni tagħha ta' impenn wara ksur, billi tirreferi għal tranżazzjonijiet partikolari u tiddikjara li l-fatturi rilevanti tal-impenji mhumiex validi, hekk kif tiġi aċċettata d-dikjarazzjoni għar-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera, jiġġarrab dejn doganali.

(56)

Fil-ħin tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera, l-importaturi jenħtieġ li jkunu konxji, bħala riskju kummerċjali normali, li dejn doganali jista' jsir dovut, anki jekk impenn offrut mill-manifattur li kienu qegħdin jixtru mingħandu, direttament jew indirettament, kien ġie aċċettat mill-Kummissjoni.

(57)

Skont l-Artikolu 24(7) tar-Regolament (UE) 2016/1037, l-awtoritajiet tad-dwana jenħtieġ li jinformaw minnufih lill-Kummissjoni kull meta jkun hemm indikazzjoni ta' ksur ta' impenn.

(58)

Il-partijiet interessati kollha, inkluża l-industrija tal-Unjoni, huma mistiedna jipprovdu lill-Kummissjoni kwalunkwe informazzjoni meħtieġa li tista' tkun utli għall-finijiet ta' monitoraġġ. Tali informazzjoni tista' tinkludi, b'mod partikolari, kwalunkwe data rilevanti u rappreżentattiva għall-prezz taż-żejt tal-fażola tas-sojja u l-PMI li jistgħu jiffaċilitaw il-monitoraġġ tal-impenji mill-Kummissjoni.

(59)

Fil-każ ta' ksur jew irtirar tal-impenji, jew fil-każ ta' rtirar tal-aċċettazzjoni tal-impenn mill-Kummissjoni, id-dazju kumpensatorju definittiv impost skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1037 għandu japplika awtomatikament skont l-Artikolu 13(9) ta' dak ir-Regolament.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-impenji offruti mill-produtturi esportaturi elenkati hawn taħt flimkien mal-Kamra tal-Arġentina għall-Bijofjuwils (Cámara Argentina de Biocombustibles, “CARBIO”), b'konnessjoni mal-proċedimenti kontra s-sussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta' bijodiżil li joriġina fl-Arġentina, qegħdin b'dan jiġu aċċettati.

Pajjiż

Kumpanija

Mezz ta' Bejgħ

Kodiċi addizzjonali TARIC

L-Arġentina

Aceitera General Deheza S.A.

Magħmul u mibjugħ minn Aceitera General Deheza S.A. lill-ewwel klijent indipendenti fl-Unjoni li jaġixxi bħala importatur.

C493

Bunge Argentina S.A.

Prodott u mibjugħ minn Bunge Argentina S.A. jew

prodott minn Bunge Argentina S.A. u mibjugħ minn Bunge Agritrade S.A., Uruguay, lill-ewwel klijent indipendenti fl-UE li jaġixxi bħala importatur

C494

LDC Argentina S.A.

Prodott u mibjugħ minn LDC Argentina S.A. jew

prodott minn LDC Argentina S.A. u mibjugħ minn Louis Dreyfus Company Suisse S.A., l-Iżvizzera, lill-ewwel konsumatur indipendenti fl-Unjoni li jaġixxi bħala importatur.

C495

Molinos Agro S.A.

Prodott u mibjugħ minn Molinos Agro S.A. jew

prodott minn Molinos Agro S.A, u mibjugħ minn Molinos Overseas Commodities S.A., Uruguay, lill-ewwel klijent indipendenti fl-Unjoni li jaġixxi bħala importatur

C496

Oleaginosa Moreno Hermanos S.A.C.I.F. y A

Prodott u mibjugħ minn Oleaginosa Moreno Hermanos S.A.C.I.F. y A lill-ewwel klijent indipendenti fl-Unjoni li jaġixxi bħala importatur.

C497

Vicentin S.A.I.C.

Prodott u mibjugħ minn Vicentin S.A.I.C. jew

prodott minn Vicentin S.A.I.C. u mibjugħ minn Vicentin S.A.I.C. Sucursal, Uruguay, lill-ewwel klijent indipendenti fl-Unjoni li jaġixxi bħala importatur.

C498

Cargill S.A.C.I.

Prodott u mibjugħ minn Cargill S.A.C.I, jew

prodott minn Cargill S.A.C.I. u mibjugħ minn Cargill International S.A., l-Iżvizzera, lill-ewwel klijent indipendenti fl-UE li jaġixxi bħala importatur.

C491

COFCO International Argentina S.A.

Prodott u mibjugħ minn COFCO International Argentina S.A. jew

Prodott mis-COFCO International Argentina S.A., l-Arġentina u mibjugħ minn COFCO Resources S.A., l-Iżvizzera, lill-ewwel klijent indipendenti fl-UE li jaġixxi bħala importatur.

C490

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Frar 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55

(2)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(3)  ĠU C 34, 31.1.2018, p. 37.

(4)  Id-Direttiva (UE) 2015/1513 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Settembru 2015 li temenda d-Direttiva 98/70/KE dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva 2009/28/KE dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 239, 15.9.2015, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1194/2013 tad-19 ta' Novembru 2013 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u l-Indoneżja (ĠU L 315, 26.11.2013, p. 2).


12.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 40/78


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/246

tal-11 ta' Frar 2019

li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri

(notifikata bid-dokument C(2019) 1107)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju applikabbli għall-kummerċ intra-Unjoni ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE (4) tistabbilixxi miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri, fejn kien hemm każijiet ikkonfermati ta' dik il-marda fi ħnieżer domestiċi jew selvaġġi (l-Istati Membri kkonċernati). Fil-Partijiet I sa IV tiegħu, l-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni jiddemarka u jelenka ċerti żoni tal-Istati Membri kkonċernati, skont il-livell tar-riskju abbażi tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward ta' dik il-marda. L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE ġie emendat diversi drabi biex jitqiesu l-bidliet fis-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer li jeħtieġ li jiġu riflessi f'dak l-Anness. L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE ġie emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/161 (5), wara l-okkorrenzi reċenti tad-deni Afrikan tal-ħnieżer li seħħew fir-Rumanija.

(2)

Ir-riskju tat-tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-organiżmi selvaġġi huwa marbut mat-tixrid naturali bil-mod ta' dik il-marda fost il-popolazzjonijiet tal-ħnieżer selvaġġi, kif ukoll mal-attività umana, kif intwera bl-evoluzzjoni epidemjoloġika reċenti ta' dik il-marda fl-Unjoni, u kif iddokumentat mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fl-Opinjoni Xjentifika tal-Bord dwar is-Saħħa u l-Welfare tal-Annimali, ippubblikata fl-14 ta' Lulju 2015; fir-Rapport Xjentifiku tal-EFSA dwar l-analiżijiet epidemjoloġiċi fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-pajjiżi Baltiċi u fil-Polonja, ippubblikat fit-23 ta' Marzu 2017; fir-Rapport Xjentifiku tal-EFSA dwar l-analiżijiet epidemjoloġiċi fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-pajjiżi Baltiċi u fil-Polonja, ippubblikat fit-8 ta' Novembru 2017; u fir-Rapport Xjentifiku tal-EFSA dwar l-analiżijiet epidemjoloġiċi fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Unjoni Ewropea, ippubblikat fid-29 ta' Novembru 2018 (6).

(3)

Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/161, kien hemm okkorrenzi ġodda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi u domestiċi fil-Polonja u fil-ħnieżer domestiċi fir-Rumanija li jeħtieġ li jiġu riflessi wkoll fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE.

(4)

F'Jannar 2019, ġiet osservata tifqigħa waħda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer domestiċi fid-distrett ta' gołdapski fil-Polonja, f'żona li bħalissa hija elenkata fil-Parti II tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Din it-tifqigħa ta' deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer domestiċi tikkostitwixxi żieda fil-livell tar-riskju li jenħtieġ li tiġi riflessa f'dak l-Anness. Għaldaqstant, jenħtieġ li din iż-żona tal-Polonja affettwata mid-deni Afrikan tal-ħnieżer tiġi elenkata fil-Parti III tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE.

(5)

F'Jannar 2019, ġie osservat każ wieħed tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi fid-distrett ta' elbląski fil-Polonja, f'żona li bħalissa hija elenkata fil-Parti I tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Dan il-każ ta' deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġ jikkostitwixxi żieda fil-livell tar-riskju li jenħtieġ li tiġi riflessa f'dak l-Anness. Għaldaqstant, jenħtieġ li din iż-żona tal-Polonja affettwata mid-deni Afrikan tal-ħnieżer tiġi elenkata fil-Parti II minflok fil-Parti I tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE.

(6)

Fi Frar 2019, ġiet osservata tifqigħa waħda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer domestiċi fil-kontea ta' Covasna fir-Rumanija, f'żona li bħalissa hija elenkata fil-Parti I tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Din it-tifqigħa ta' deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer domestiċi tikkostitwixxi żieda fil-livell tar-riskju li jenħtieġ li tiġi riflessa f'dak l-Anness. Għaldaqstant, jenħtieġ li din iż-żona tar-Rumanija affettwata mid-deni Afrikan tal-ħnieżer tiġi elenkata fil-Parti III tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE.

(7)

Sabiex jitqiesu l-iżviluppi riċenti tal-evoluzzjoni epidemjoloġika tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Unjoni, u biex ir-riskji marbuta mat-tixrid ta' dik il-marda jiġu miġġielda b'mod proattiv, jenħtieġ li fil-każ tal-Polonja u tar-Rumanija jiġu demarkati żoni ġodda ta' daqs suffiċjenti li huma l-aktar fir-riskju, u li dawn jiġu elenkati kif dovut fil-Partijiet I, II u III tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. B'mod partikolari, peress li l-Parti III tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE telenka ż-żoni fejn is-sitwazzjoni epidemjoloġika għadha qed tevolvi u hija dinamika ħafna, meta ssir xi emenda għaż-żoni elenkati f'dik il-Parti, dejjem irid jitqies b'mod partikolari l-effett fuq iż-żoni tal-madwar. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Frar 2019.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE tad-9 ta' Ottubru 2014 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE (ĠU L 295, 11.10.2014, p. 63).

(5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/161 tal-31 ta' Jannar 2019 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri (ĠU L 31, 1.2.2019, p. 77).

(6)  EFSA Journal 2015;13(7):4163; EFSA Journal 2017;15(3):4732; EFSA Journal 2017;15(11):5068; EFSA Journal 2018;16(11):5494.


ANNESS

L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE huwa sostitwit b'dan li ġej:

“ANNESS

PARTI I

1.   Il-Belġju

Iż-żoni li ġejjin fil-Belġju:

fil-provinċja tal-Lussemburgu:

iż-żona hija delimitata favur l-arloġġ:

mill-fruntiera ma' Franza,

Rue Mersinhat,

N818,

N83: Le Buisson des Cailles,

Rue des Sources,

Rue Antoine,

Rue de la Cure,

Rue du Breux,

Rue Blondiau,

Nouvelle Chiyue,

Rue de Martué,

Rue du Chêne,

Rue des Aubépines,

N85: Rue des Iles,

N894: Rue de Chiny, Rue de la Fontenelle, Rue du Millénaire, Rue de la Goulette, Pont saint Nicolas, Rue des Combattants, Rue du Pré au bois,

N801: Rue Notre-Dame,

N894: Rue des Combattants, Rue des Tilleuls, Naleumont, Rue de Rindchay, Rue de la Distillerie,

N40: Rue de Luxembourg, Rue Ranci, Rue de la Chapelle,

Rue du Tombois,

Rue Du Pierroy,

Rue Saint-Orban,

Rue Saint-Aubain,

Rue des Cottages,

Rue de Relune,

Rue de Rulune,

Route de l'Ermitage,

N87: Route de Habay,

Chemin des Ecoliers,

Le Routy,

Rue Burgknapp,

Rue de la Halte,

Rue du Centre,

Rue de l'Eglise,

Rue du Marquisat,

Rue de la Carrière,

Rue de la Lorraine,

Rue du Beynert,

Millewée,

Rue du Tram,

Millewée,

N4: Route de Bastogne, Avenue de Longwy, Route de Luxembourg,

il-fruntiera mal-Gran Dukat tal-Lussemburgu,

il-fruntiera ma' Franza,

La N87 jusque son intersection avec la N871 au niveau de Rouvroy,

La N871 jusque son intersection avec la N88,

La N88 jusque son intersection avec la N883 au niveau d'Aubange,

La N883 jusque son intersection avec la N81 au niveau d'Aubange,

La N81 jusque son intersection avec la E25-E411,

La E25-E411 jusque son intersection avec la N897,

La N897 jusque son intersection avec la N879,

La N879 jusque son intersection avec la N891,

La N891 jusque son intersection avec la N83,

La N83 jusque son intersection avec la N85,

La N85 jusque son intersection avec la frontière avec la France,

il-fruntiera ma' Franza.

2.   Il-Bulgarija

Iż-żoni li ġejjin fil-Bulgarija:

fir-reġjun ta' Silistra:

il-muniċipalità kollha ta' Glavinitza,

il-muniċipalità kollha ta' Tutrakan,

il-muniċipalità kollha ta' Dulovo,

ġewwa l-muniċipalità ta' Sitovo:

Bosna,

Garvan,

Irnik,

Iskra,

Nova Popina,

Polyana,

Popina,

Sitovo,

Yastrebna,

fir-reġjun ta' Dobrich:

il-muniċipalità kollha ta' Baltchik,

il-muniċipalità kollha ta' General Toshevo,

il-muniċipalità kollha ta' Dobrich,

il-muniċipalità kollha ta' Dobrich-selska (Dobrichka),

ġewwa l-muniċipalità ta' Krushari:

Severnyak,

Abrit,

Dobrin,

Alexandria,

Polkovnik Dyakovo,

Poruchik Kardzhievo,

Zagortzi,

Zementsi,

Koriten,

Krushari,

Bistretz,

Efreytor Bakalovo,

Telerig,

Lozenetz,

Krushari,

Severnyak,

Severtsi,

ġewwa l-muniċipalità ta' Kavarna:

Krupen,

Belgun,

Bilo,

Septemvriytsi,

Travnik,

il-muniċipalità kollha ta' Tervel, ħlief Brestnitsa u Kolartzi,

fir-reġjun ta' Ruse:

ġewwa l-muniċipalità ta' Slivo pole:

Babovo,

Brashlen,

Golyamo vranovo,

Malko vranovo,

Ryahovo,

Slivo pole,

Borisovo,

ġewwa l-muniċipalità ta' Ruse:

Sandrovo,

Prosena,

Nikolovo,

Marten,

Dolno Ablanovo,

Ruse,

Chervena voda,

Basarbovo,

ġewwa l-muniċipalità ta' Ivanovo:

Krasen,

Bozhichen,

Pirgovo,

Mechka,

Trastenik,

ġewwa l-muniċipalità ta' Borovo:

Batin,

Gorno Ablanovo,

Ekzarh Yosif,

Obretenik,

Batin,

ġewwa l-muniċipalità ta' Tsenovo:

Krivina,

Belyanovo,

Novgrad,

Dzhulyunitza,

Beltzov,

Tsenovo,

Piperkovo,

Karamanovo,

fir-reġjun ta' Veliko Tarnovo:

ġewwa l-muniċipalità ta' Svishtov:

Sovata,

Vardim,

Svishtov,

Tzarevets,

Bulgarsko Slivovo,

Oresh,

fir-reġjun ta' Pleven:

ġewwa l-muniċipalità ta' Belene:

Dekov,

Belene,

Kulina voda,

Byala voda,

ġewwa l-muniċipalità ta' Nikopol:

Lozitza,

Dragash voyvoda,

Lyubenovo,

Nikopol,

Debovo,

Evlogievo,

Muselievo,

Zhernov,

Cherkovitza,

ġewwa l-muniċipalità ta' Gulyantzi:

Somovit,

Dolni vit,

Milkovitsa,