ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 33

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 62
5 ta' Frar 2019


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/168 tal-31 ta' Jannar 2019 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi abamektina Bacillus subtilis (Cohn 1872) razza QST 713, Bacillus thuringiensis subspeċi Aizawai, Bacillus thuringiensis subspeċi israeliensis, Bacillus thuringiensis subspeċi kurstaki, Beauveria bassiana, benfluralin, klodinafop, klopiralid, Cydia pomonella Granulovirus (CpGV), ċiprodinil, diklorprop-P, epossikonażol, fenpirossimat, fluważinam, flutolanil, fosetil, Lecanicillium muscarium, mepanipirim, mepikwat, Metarhizium anisopliae var. Anisopliae, metkonażol, metrafenon, Phlebiopsis gigantea, pirimikarb, Pseudomonas chlororaphis razza: MA 342, pirimetanil, Pythium oligandrum, rimsulfuron, spinosad, Streptomyces K61, tijakloprid, tolklofos-metil, Trichoderma asperellum, Trichoderma atroviride, Trichoderma gamsii, Trichoderma harzianum, triklopir, trinessapak, tritikonażol, Verticillium albo-atrum u żiram ( 1 )

1

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2019/169 tas-16 ta' Novembru 2018 li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għaċ-ċomb fiċ-ċeramika dielettrika f'ċerti kapaċitaturi ( 1 )

5

 

*

Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2019/170 tas-16 ta' Novembru 2018 li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għaċ-ċomb fil-materjali taċ-ċeramika dielettrika bbażati fuq PZT tal-kapaċitaturi ( 1 )

8

 

*

Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2019/171 tas-16 ta' Novembru 2018 li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għall-kadmju u l-komposti tiegħu fil-kuntatti elettriċi ( 1 )

11

 

*

Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2019/172 tas-16 ta' Novembru 2018 li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għaċ-ċomb fl-istann li jikkompleta konnessjoni elettrika vijabbli bejn id-damma tas-semikonduttur u l-qafas fi ħdan ċirkwit integrat ta' pakketti flip chip ( 1 )

14

 

*

Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2019/173 tas-16 ta' Novembru 2018 li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għaċ-ċomb u l-kadmju fil-linka tal-istampar għall-applikazzjoni ta' enameli fuq il-ħġieġ ( 1 )

17

 

*

Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2019/174 tas-16 ta' Novembru 2018 li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għaċ-ċomb fil-ħġieġ tal-kristall kif iddefinit fid-Direttiva tal-Kunsill 69/493/KEE ( 1 )

20

 

*

Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2019/175 tas-16 ta' Novembru 2018 li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għall-ossidu taċ-ċomb fi frit tas-siġillar li jintuża fil-manifattura tal-immuntar tat-twieqi għal ċerti tubi tal-lejżer ( 1 )

23

 

*

Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2019/176 tas-16 ta' Novembru 2018 li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għaċ-ċomb fis-saff tal-kisi ta' ċerti dijodi ( 1 )

26

 

*

Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2019/177 tas-16 ta' Novembru 2018 li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għaċ-ċomb bħala attivatur fit-trab fluworexxenti ta' bozoz b'discharge li fihom il-fosfri ( 1 )

29

 

*

Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2019/178 tas-16 ta' Novembru 2018 li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għaċ-ċomb fil-berings u l-bushes li jintużaw f'ċertu tagħmir mhux tat-triq ta' użu professjonali ( 1 )

32

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2018 tal-Kumitat għall-Kummerċ tat-13 ta' Diċembru 2018 li timmodifika l-Appendiċi 1 tal-Anness XIII tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Kolombja, l-Ekwador u l-Perù, min-naħa l-oħra [2019/179]

35

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

5.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 33/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/168

tal-31 ta' Jannar 2019

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi abamektina Bacillus subtilis (Cohn 1872) razza QST 713, Bacillus thuringiensis subspeċi Aizawai, Bacillus thuringiensis subspeċi israeliensis, Bacillus thuringiensis subspeċi kurstaki, Beauveria bassiana, benfluralin, klodinafop, klopiralid, Cydia pomonella Granulovirus (CpGV), ċiprodinil, diklorprop-P, epossikonażol, fenpirossimat, fluważinam, flutolanil, fosetil, Lecanicillium muscarium, mepanipirim, mepikwat, Metarhizium anisopliae var. Anisopliae, metkonażol, metrafenon, Phlebiopsis gigantea, pirimikarb, Pseudomonas chlororaphis razza: MA 342, pirimetanil, Pythium oligandrum, rimsulfuron, spinosad, Streptomyces K61, tijakloprid, tolklofos-metil, Trichoderma asperellum, Trichoderma atroviride, Trichoderma gamsii, Trichoderma harzianum, triklopir, trinessapak, tritikonażol, Verticillium albo-atrum u żiram

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2) tistabbilixxi s-sustanzi attivi li jitqiesu approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(2)

Il-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi Bacillus subtilis (Cohn 1872) razza QST 713, klodinafop, klopiralid, ċiprodinil, diklorprop-P, fosetil, mepanipirim, metkonażol, metrafenon, pirimikarb, Pseudomonas chlororaphis razza: MA 342, pirimetanil, rimsulfuron, spinosad, tijakloprid, tolklofos-metil, triklopir, trinessapak, tritikonażol u żiram ġew estiżi l-aħħar bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/524 (3). Il-perjodi ta' approvazzjoni ta' dawk is-sustanzi se jiskadu fit-30 ta' April 2019.

(3)

Il-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi benfluralin, fluważinam, flutolanil u mepikwat se jiskadu fit-28 ta' Frar 2019.

(4)

Il-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi abamektina, Bacillus thuringiensis subspeċi Aizawai, Bacillus thuringiensis subspeci israeliensis, Bacillus thuringiensis subspeċi kurstaki, Beauveria bassiana, Cydia pomonella Granulovirus (CpGV), epossikonażol, fenpirossimat, Lecanicillium muscarium, Metarhizium anisopliae var. Anisopliae, Phlebiopsis gigantea, Pythium oligandrum, Streptomyces K61, Trichoderma asperellum, Trichoderma atroviride, Trichoderma gamsii, Trichoderma harzianum u Verticillium albo-atrum se jiskadu fit-30 ta' April 2019.

(5)

L-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjoni ta' dawk is-sustanzi ġew ippreżentati b'konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (4).

(6)

Il-valutazzjoni tas-sustanzi ddewmet minħabba raġunijiet li ma kinux fil-kontroll tal-applikanti, u għalhekk x'aktarx li l-approvazzjoni ta' dawk is-sustanzi attivi tiskadi qabel ma tkun ittieħdet deċiżjoni dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni. Huwa għalhekk meħtieġ li tiġi posposta l-iskadenza tal-perjodi ta' approvazzjoni.

(7)

Billi l-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 f'dak li għandu x'jaqsam ma' każijiet meta l-Kummissjoni tkun se tadotta Regolament li jipprevedi li l-approvazzjoni ta' sustanza attiva msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament ma tiġġeddidx minħabba li ma jkunux ġew issodisfati l-kriterji għall-approvazzjoni, il-Kummissjoni se tiffissa d-data ta' skadenza li tkun l-istess data ta' qabel ma sar dan ir-Regolament, jew fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament dejjem jekk l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ma tiġġeddidx, skont liema data tiġi l-aħħar. F'każijiet meta l-Kummissjoni tkun se tadotta Regolament li jipprevedi t-tiġdid ta' sustanza attiva msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni se tipprova tiffissa, skont kif ikun xieraq fiċ-ċirksostanzi, l-iktar data tal-applikazzjoni bikrija possibbli.

(8)

Billi l-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi benfluralin, fluważinam, flutolanil u mepikwat jiskadu fit-28 ta' Frar 2019, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ malajr kemm jista' jkun.

(9)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Jannar 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/524 tat-28 ta' Marzu 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi Bacillus subtilis (Cohn 1872) ir-razza tal-mikrobu QST 713, identiku għar-razza tal-mikrobu AQ 713, klodinafop, klopiralid, ċiprodinil, diklorprop-P, fosetil, mepanipirim, metkonażol, metrafenon, pirimikarb, u r-razza tal-mikrobu Pseudomonas chlororaphis: MA 342, pirimetanil, kinoksifen, rimsulfuron, spinosad, tijakloprid, tijametossam, tiram, tolklofos-metil, triklopir, trineksapak, tritikonażol, u żiram (ĠU L 88, 4.4.2018, p. 4).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).


ANNESS

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:

(1)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 74, Ziram, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

(2)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 89, Pseudomonas chlororaphis Razza: MA 342, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

(3)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 90, Mepanipirim, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

(4)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 92, Thiacloprid, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

(5)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 123, Clodinafop, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

(6)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 124, Pirimicarb, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

(7)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 125, Rimsulfuron, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

(8)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 126, Tolclofos-methyl, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

(9)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 127, Triticonazole, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

(10)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 129, Clopyralid, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

(11)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 130, Cyprodinil, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

(12)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 131, Fosetyl, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

(13)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 132, Trinexapac, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

(14)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 133, Dichlorprop-P, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

(15)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 134, Metconazole, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

(16)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 135, Pyrimethanil, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

(17)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 136, Triclopyr, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

(18)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 137, Metrafenone, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

(19)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 138, Bacillus subtilis (Cohn 1872) Razza QST 713, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

(20)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 139, Spinosad, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

(21)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 187, Flutolanil, id-data hija sostitwita bid-data “29 ta' Frar 2020”;

(22)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 188, Benfluralin, id-data hija sostitwita bid-data “29 ta' Frar 2020”;

(23)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 189, Fluazinam, id-data hija sostitwita bid-data “29 ta' Frar 2020”;

(24)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 191, Mepiquat, id-data hija sostitwita bid-data “29 ta' Frar 2020”;

(25)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 193, Bacillus thuringiensis subsp. aizawai, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

(26)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 194, Bacillus thuringiensis subsp. israeliensis, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

(27)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 195, Bacillus thuringiensis subsp. kurstaki, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

(28)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 197, Beauveria bassiana, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

(29)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 198, Cydia pomonella Granulovirus (CpGV), id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

(30)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 199, Lecanicillium muscarium, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

(31)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 200, Metarhizium anisopliae var. anisopliae, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

(32)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 201, Phlebiopsis gigantea, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

(33)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 202, Pythium oligandrum, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

(34)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 203, Streptomyces K61, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

(35)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 204, Trichoderma atroviride, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

(36)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 206, Trichoderma harzianum, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

(37)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 207, Trichoderma asperellum, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

(38)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 208, Trichoderma gamsii, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

(39)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 209, Verticillium albo-atrum, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

(40)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 210, Abamectin, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

(41)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 211, Epoxiconazole, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”;

(42)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 213, Fenpyroximate, id-data hija sostitwita bid-data “30 ta' April 2020”.


DIRETTIVI

5.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 33/5


DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/169

tas-16 ta' Novembru 2018

li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għaċ-ċomb fiċ-ċeramika dielettrika f'ċerti kapaċitaturi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2011/65/UE teżiġi li l-Istati Membri jiżguraw li t-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq ma jkunx fih ċerti sustanzi perikolużi elenkati fl-Anness II ta' dik id-Direttiva. Dak ir-rekwiżit ma japplikax għall-applikazzjonijiet elenkati fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE.

(2)

Il-kategoriji differenti tat-tagħmir elettriku u elettroniku li għalihom tapplika d-Direttiva 2011/65/UE (kategoriji 1 sa 11) huma elenkati fl-Anness I ta' dik id-Direttiva.

(3)

Iċ-ċomb hu sustanza ristretta elenkata fl-Anness II tad-Direttiva 2011/65/UE. Iżda l-użu taċ-ċomb f'ċeramika dielettrika f'kapaċitaturi għal vultaġġ nominali ta' 125 V AC jew 250 V DC jew ogħla kien eżentat mir-restrizzjoni u bħalissa hu elenkat fl-entrata 7(c)-II tal-Anness III ta' dik id-Direttiva. Għall-kategoriji 1 sa 7 u 10, l-iskadenza ta' dik l-eżenzjoni kienet il-21 ta' Lulju 2016.

(4)

Il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni għal tiġdid ta' dik l-eżenzjoni qabel il-21 ta' Jannar 2015, skont l-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2011/65/UE. L-eżenzjoni tibqa' valida sakemm tkun ġiet adottata deċiżjoni dwar dik l-applikazzjoni.

(5)

Il-kapaċitaturi taċ-ċeramika diskreti għal vultaġġ nominali ta' 125 V AC jew 250 V DC jew ogħla jkollhom il-kapaċità li jaħżnu u jirrilaxxaw ċarġ elettriku (kapaċitanza elettrostatika) u huma inkorporati f'ċirkwiti b'vultaġġ għoli f'varjetà wiesgħa ta' tagħmir elettriku u elettroniku. Dawn jintużaw fit-tipi kollha ta' swieq u applikazzjonijiet, pereżempju sistemi tal-infrastruttura soċjali, l-awtomatizzazzjoni tal-industrija, l-esplorazzjoni minerali u taż-żejt, il-konverżjoni tal-enerġija, provvisti tal-enerġija għolja, it-telekomunikazzjoni, u apparat mediku.

(6)

Iċ-ċomb fiċ-ċeramika dielettrika għandu l-funzjoni li jikseb kostant dielettriku għoli b'vultaġġ operatorju għoli, kapaċità ta' ħżin ta' enerġija għolja (anke f'temperaturi għoljin), tnixxija baxxa b'vultaġġ għoli, u b'temperaturi għoljin, u telf baxx waqt kurrent, frekwenzi u temperaturi għoljin.

(7)

Sostituzzjoni jew tneħħija taċ-ċomb għadhom mhumiex prattiċi mil-lat xjentifiku jew tekniku għal ċerti kapaċitaturi taċ-ċeramika minħabba n-nuqqas ta' sostituti affidabbli. L-eżenzjoni ma ddgħajjifx il-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa li jagħti r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Għaldaqstant jenħtieġ li tiġġedded l-eżenzjoni għall-użu taċ-ċomb f'ċeramika dielettrika f'kapaċitaturi għal vultaġġ nominali ta' 125 V AC jew 250 V DC jew ogħla. Għal raġunijiet ta' ċarezza, fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE jenħtieġ jiġi miżjud li l-applikazzjonijiet koperti mill-entrati 7(c)-I u 7(c)-IV ikunu esklużi mill-entrata 7(c)-II.

(8)

Peress li, għall-applikazzjonijiet ikkonċernati, bħalissa ma hemm l-ebda alternattiva disponibbli fis-suq, jenħtieġ li tiġġedded l-eżenzjoni għall-kategoriji 1 sa 7 u 10 għall-perjodu massimu ta' ħames snin sal-21 ta' Lulju 2021. Fid-dawl tar-riżultati tal-isforzi li għaddejjin biex tinsab sostituzzjoni affidabbli, aktarx li t-tul tal-eżenzjoni mhux se jħalli impatti negattivi fuq l-innovazzjoni.

(9)

Għall-kategoriji l-oħra għajr il-kategoriji 1 sa 7 u l-kategorija 10, l-eżenzjoni attwali tibqa' valida għall-perjodi ta' validità stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2011/65/UE. Għal raġunijiet ta' ċarezza, jenħtieġ li d-dati tal-iskadenza jiżdiedu fl-Anness III ta' dik id-Direttiva.

(10)

Għalhekk jenħtieġ li d-Direttiva 2011/65/UE tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard minn mid-29 ta' Frar 2020 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-testi ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

Dawn għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Marzu 2020.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir dik ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Novembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH) u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).


ANNESS

Fl-Anness III mad-Direttiva 2011/65/UE, l-entrata 7(c)-II hija sostitwita b'dan li ġej:

“7(c)-II

Iċ-ċomb f'ċeramika dielettrika f'kapaċitaturi għal vultaġġ nominali ta' 125 V AC jew 250 V DC jew ogħla

Ma japplikax għall-applikazzjonijiet koperti mill-punt 7(c)-I u 7(c)-IV ta' dan l-Anness.

Jiskadi fi:

il-21 ta' Lulju 2021 għall-kategoriji 1 sa 7 u 10;

il-21 ta' Lulju 2021 għall-kategoriji 8 u 9 għajr għall-apparat mediku dijanjostiku in vitro u l-istrumenti ta' monitoraġġ u ta' kontroll industrijali;

il-21 ta' Lulju 2023 għall-kategorija 8, l-apparat mediku dijanjostiku in vitro;

il-21 ta' Lulju 2024 għall-kategorija 9, l-istrumenti ta' monitoraġġ u ta' kontroll industrijali, u għall-kategorija 11.”


5.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 33/8


DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/170

tas-16 ta' Novembru 2018

li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għaċ-ċomb fil-materjali taċ-ċeramika dielettrika bbażati fuq PZT tal-kapaċitaturi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2011/65/UE teżiġi li l-Istati Membri jiżguraw li t-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq ma jkunx fih ċerti sustanzi perikolużi elenkati fl-Anness II ta' dik id-Direttiva. Dak ir-rekwiżit ma japplikax għall-applikazzjonijiet elenkati fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE.

(2)

Il-kategoriji differenti tat-tagħmir elettriku u elettroniku li għalihom tapplika d-Direttiva 2011/65/UE (kategoriji 1 sa 11) huma elenkati fl-Anness I ta' dik id-Direttiva.

(3)

Iċ-ċomb hu sustanza ristretta elenkata fl-Anness II tad-Direttiva 2011/65/UE. Iżda l-użu taċ-ċomb fil-materjali taċ-ċeramika dielettrika bbażati fuq PZT tal-kapaċitaturi li jiffurmaw parti minn ċirkwiti integrati jew semikondutturi diskreti kien eżentat mir-restrizzjoni u bħalissa hu elenkat fl-entrata 7(c)-IV tal-Anness III ta' dik id-Direttiva. L-iskadenza ta' dik l-eżenzjoni kienet il-21 ta' Lulju 2016.

(4)

Il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni għal tiġdid ta' dik l-eżenzjoni qabel il-21 ta' Jannar 2015, skont l-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2011/65/UE. L-eżenzjoni tibqa' valida sakemm tkun ġiet adottata deċiżjoni dwar dik l-applikazzjoni.

(5)

Il-kapaċitaturi taċ-ċeramika li jiffurmaw parti minn ċirkwiti integrati jew semikondutturi diskreti jużaw materjali taċ-ċeramika dielettrika bbażati fuq ċeramiki PZT (ċomb-żirkonju-titanat). Iċ-ċeramiki PZT biċ-ċomb joffru effett pjeżoelettriku qawwi, kostant dielettriku għoli, komportament piroelettriku u proprjetajiet ferroelettriċi.

(6)

Sostituzzjoni jew tneħħija għalkollox taċ-ċomb f'dawn il-kapaċitaturi għadhom mhumiex prattiċi mil-lat xjentifiku jew tekniku minħabba n-nuqqas ta' sostituti affidabbli. L-eżenzjoni ma ddgħajjifx il-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa li jagħti r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Għaldaqstant jenħtieġ li tiġġedded l-eżenzjoni għall-użu taċ-ċomb fil-materjali taċ-ċeramika dielettrika bbażati fuq PZT tal-kapaċitaturi li jiffurmaw parti minn ċirkwiti integrati jew semikondutturi diskreti.

(7)

Peress li, għall-applikazzjonijiet ikkonċernati, bħalissa ma hemm l-ebda alternattiva disponibbli fis-suq jew aktarx mhux se jkun hemm alternattivi disponibbli fis-suq fil-futur qrib, l-eżenzjoni għal dawk l-applikazzjonijiet jenħtieġ tiġġedded għall-kategoriji 1 sa 7 u 10 għall-perjodu massimu ta' ħames snin sal-21 ta' Lulju 2021. Fid-dawl tar-riżultati tal-isforzi li għaddejjin biex tinsab sostituzzjoni affidabbli, aktarx li t-tul tal-eżenzjoni mhux se jħalli impatti negattivi fuq l-innovazzjoni.

(8)

Għall-kategoriji l-oħra għajr il-kategoriji 1 sa 7 u l-kategorija 10, l-eżenzjoni attwali tibqa' valida għall-perjodi ta' validità stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2011/65/UE. Għal raġunijiet ta' ċarezza, jenħtieġ li d-dati tal-iskadenza jiżdiedu fl-Anness III ta' dik id-Direttiva.

(9)

Għalhekk jenħtieġ li d-Direttiva 2011/65/UE tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mid-29 ta' Frar 2020 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-testi ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

Dawn għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Marzu 2020.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir dik ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Novembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH) u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).


ANNESS

Fl-Anness III mad-Direttiva 2011/65/UE, l-entrata 7(c)-IV hija sotitwita b'dan li ġej:

“7(c)-IV

Iċ-ċomb fil-materjali taċ-ċeramika dielettrika bbażat fuq PZT għall-kapaċitaturi li jiffurmaw parti minn ċirkwiti integrati jew semikondutturi diskreti

Jiskadi fi:

il-21 ta' Lulju 2021 għall-kategoriji 1 sa 7 u 10;

il-21 ta' Lulju 2021 għall-kategoriji 8 u 9 għajr għall-apparat mediku dijanjostiku in vitro u l-istrumenti ta' monitoraġġ u ta' kontroll industrijali;

il-21 ta' Lulju 2023 għall-kategorija 8, l-apparat mediku dijanjostiku in vitro;

il-21 ta' Lulju 2024 għall-kategorija 9, l-istrumenti ta' monitoraġġ u ta' kontroll industrijali, u għall-kategorija 11.”


5.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 33/11


DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/171

tas-16 ta' Novembru 2018

li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għall-kadmju u l-komposti tiegħu fil-kuntatti elettriċi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2011/65/UE teżiġi li l-Istati Membri jiżguraw li t-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq ma jkunx fih ċerti sustanzi perikolużi elenkati fl-Anness II ta' dik id-Direttiva. Dak ir-rekwiżit ma japplikax għall-applikazzjonijiet elenkati fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE.

(2)

Il-kategoriji differenti tat-tagħmir elettriku u elettroniku li għalihom tapplika d-Direttiva 2011/65/UE (kategoriji 1 sa 11) huma elenkati fl-Anness I ta' dik id-Direttiva.

(3)

Il-kadmju hu sustanza ristretta elenkata fl-Anness II tad-Direttiva 2011/65/UE. Madankollu, l-użu tal-kadmju u l-komposti tiegħu fil-kuntatti elettriċi kien eżentat mir-restrizzjoni u bħalissa hu elenkat fl-entrata 8(b) tal-Anness III ta' dik id-Direttiva. Għall-kategoriji 1 sa 7 u 10,l-iskadenza ta' dik l-eżenzjoni kienet il-21 ta' Lulju 2016.

(4)

Il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni għal tiġdid ta' dik l-eżenzjoni qabel il-21 ta' Jannar 2015, skont l-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2011/65/UE. L-eżenzjoni tibqa' valida sakemm tkun ġiet adottata deċiżjoni dwar dik l-applikazzjoni.

(5)

Il-materjali tal-kuntatt elettriku bil-kadmju jintużaw f'ħafna apparat elettromekkaniku bħala komponenti li jistgħu jġorru l-kurrent b'mod intermittenti minn ġos-superfiċji tal-kuntatt. L-apparat ikkonċernat hu b'mod partikolari l-iswiċċjar tal-potenza tal-muturi elettriċi, relays u kuntatturi, swiċċijiet tal-makkinarju għodda, swiċċijiet tal-apparat domestiku, salvaviti differenzjali għall-apparat tal-iswiċċjar, provvisti tal-enerġija, sensuri tad-dewmien tal-okkupanza/ħin, u panelli tal-kontroll tat-tidwil.

(6)

Il-kadmju fil-kuntatti elettriċi jipprovdi proprjetajiet essenzjali fosthom prestazzjoni superjuri, arkattenwazzjoni, aktar konduttività, inqas erożjoni tal-kuntatti u manufattura relattivament faċli meta mqabbla mal-alternattivi.

(7)

Għal ċerti applikazzjonijiet koperti bl-eżenzjoni attwali, sostituzzjoni jew tneħħija tal-kadmju għadhom mhumiex prattiċi mil-lat xjentifiku u tekniku minħabba n-nuqqas ta' sostituti affidabbli jew għax hemm bżonn iżjed żmien biex tkun żgurata l-affidabbiltà tas-sostituti disponibbli. L-eżenzjoni ma ddgħajjifx il-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa li jagħti r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Għaldaqstant jenħtieġ li din tiġġedded għal dawk l-applikazzjonijiet partikolari.

(8)

Għall-applikazzjonijiet l-oħra kollha li bħalissa huma koperti mill-eżenzjoni, il-kundizzjonijiet għat-tiġdid mhumiex issodisfati. Jenħtieġ li l-eżenzjonijiet għal dawk l-applikazzjonijiet jibqgħu japplikaw għal 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva Delegata skont l-Artikolu 5(6) tad-Direttiva 2011/65/UE.

(9)

Peress li, għall-applikazzjonijiet ikkonċernati minn dak it-tiġdid, ma hemm l-ebda alternattiva disponibbli fis-suq jew hemm bżonn aktar żmien biex tkun żgurata l-affidabbiltà ta' dawn l-alternattivi, l-eżenzjoni għal dawk l-applikazzjonijiet jenħtieġ tiġġedded għall-kategoriji 1 sa 7 u 10 għall-perjodu massimu ta' validità ta' ħames snin sal-21 ta' Lulju 2021. Fid-dawl tar-riżultati tal-isforzi li għaddejjin biex tinsab sostituzzjoni affidabbli, aktarx li t-tul tal-eżenzjoni mhux se jħalli impatti negattivi fuq l-innovazzjoni.

(10)

Għall-kategoriji l-oħra għajr il-kategoriji 1 sa 7 u l-kategorija 10, l-eżenzjoni attwali tibqa' valida għall-perjodi ta' validità stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2011/65/UE. Għal raġunijiet ta' ċarezza, jenħtieġ li d-dati tal-iskadenza jiżdiedu fl-Anness III ta' dik id-Direttiva.

(11)

Għalhekk jenħtieġ li d-Direttiva 2011/65/UE tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard minn mid-29 ta' Frar 2020 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-testi ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

Dawn għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Marzu 2020.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir dik ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Novembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH) u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).


ANNESS

Fl-Anness III mad-Direttiva 2011/65/UE, l-entrata 8(b) hija sostitwita b'dan li ġej:

“8(b)

Il-kadmju u l-komposti tiegħi fil-kuntatti elettriċi

Dan japplika għall-kategoriji 8, 9 u 11 u jiskadi fi:

il-21 ta' Lulju 2021 għall-kategoriji 8 u 9 għajr għall-apparat mediku dijanjostiku in vitro u l-istrumenti ta' monitoraġġ u ta' kontroll industrijali;

il-21 ta' Lulju 2023 għall-kategorija 8, l-apparat mediku dijanjostiku in vitro;

il-21 ta' Lulju 2024 għall-kategorija 9, l-istrumenti ta' monitoraġġ u ta' kontroll industrijali, u għall-kategorija 11.

8(b)-I

Il-kadmju u l-komposti tiegħu fil-kuntatti elettriċi użati fi:

salvaviti differenzjali;

kontrolli b'sensuri termali;

protetturi b'muturi termali (għajr il-protetturi b'mutur termali ermetiku);

swiċċijiet AC b'rati ta':

6 A u iżjed bi 250 V AC u iżjed; jew

12 A u iżjed bi 125 V AC u iżjed;

swiċċijiet DC b'rati ta' 20 A u iżjed bi 18 V AC u iżjed; u

swiċċijiet biex jintużaw fi frekwenzi tal-provvista tal-vultaġġ ≥ 200 Hz.

Dan japplika għall-kategoriji 1 sa 7 u 10 u jiskadi fil-21 ta' Lulju 2021.”


5.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 33/14


DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/172

tas-16 ta' Novembru 2018

li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għaċ-ċomb fl-istann li jikkompleta konnessjoni elettrika vijabbli bejn id-damma tas-semikonduttur u l-qafas fi ħdan ċirkwit integrat ta' pakketti flip chip

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2011/65/UE teżiġi li l-Istati Membri jiżguraw li t-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq ma jkunx fih ċerti sustanzi perikolużi elenkati fl-Anness II ta' dik id-Direttiva. Dak ir-rekwiżit ma japplikax għall-applikazzjonijiet elenkati fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE.

(2)

Il-kategoriji differenti tat-tagħmir elettriku u elettroniku li għalihom tapplika d-Direttiva 2011/65/UE (kategoriji 1 sa 11) huma elenkati fl-Anness I ta' dik id-Direttiva.

(3)

Iċ-ċomb hu sustanza ristretta elenkata fl-Anness II tad-Direttiva 2011/65/UE. Iżda l-użu taċ-ċomb fl-istann li jikkompleta konnessjoni elettrika vijabbli bejn id-damma tas-semikonduttur u l-qafas fi ħdan ċirkwit integrat ta' pakketti flip chip kien eżentat mir-restrizzjoni u bħalissa hu elenkat fl-entrata 15 tal-Anness III ta' dik id-Direttiva. Għall-kategoriji 1 sa 7 u 10, l-iskadenza ta' dik l-eżenzjoni kienet il-21 ta' Lulju 2016.

(4)

Il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni għal tiġdid ta' dik l-eżenzjoni qabel il-21 ta' Jannar 2015, skont l-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2011/65/UE. L-eżenzjoni tibqa' valida sakemm tkun ġiet adottata deċiżjoni dwar dik l-applikazzjoni.

(5)

L-istann taċ-ċomb jintuża f'konnessjonijiet flip chip bħala tumbati jew biex id-damma teħel mal-qafas taċ-ċippa. L-istann irid ikun reżistenti għal falliment elettromigratorju li jistgħu jikkawżaw id-densitajiet meħtieġa ta' kurrenti tassew għoljin u jkun kapaċi joħloq ġerarkija tal-istann li tippermetti immuntar gradat u riformulazzjoni tal-komponenti waqt il-proċess tal-manifattura. Dan irid ikollu livell għoli ta' duttilità biex jonqos l-istress termomekkaniku fl-istrutturi metallurgiċi taħt it-tumbata, l-aktar f'dammi akbar.

(6)

Għal ċerti applikazzjonijiet koperti bl-eżenzjoni attwali, sostituzzjoni jew tneħħija taċ-ċomb għadhom mhumiex prattiċi mil-lat xjentifiku u tekniku minħabba n-nuqqas ta' sostituti affidabbli. L-eżenzjoni ma ddgħajjifx il-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa li jagħti r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Għaldaqstant jenħtieġ li din tiġġedded għal dawk l-applikazzjonijiet partikolari.

(7)

Għall-applikazzjonijiet l-oħra kollha li bħalissa huma koperti mill-eżenzjoni, il-kundizzjonijiet għat-tiġdid mhumiex issodisfati. Jenħtieġ li l-eżenzjonijiet għal dawk l-applikazzjonijiet jibqgħu japplikaw għal 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva Delegata skont l-Artikolu 5(6) tad-Direttiva 2011/65/UE.

(8)

Peress li, għall-applikazzjonijiet ikkonċernati minn dak it-tiġdid, ma hemm l-ebda alternattiva disponibbli fis-suq, l-eżenzjoni għal dawk l-applikazzjonijiet jenħtieġ tiġġedded għall-kategoriji 1 sa 7 u 10 għall-perjodu massimu ta' ħames snin sal-21 ta' Lulju 2021. Fid-dawl tar-riżultati tal-isforzi li għaddejjin biex tinsab sostituzzjoni affidabbli, aktarx li t-tul tal-eżenzjoni mhux se jħalli impatti negattivi fuq l-innovazzjoni.

(9)

Għall-kategoriji l-oħra għajr il-kategoriji 1 sa 7 u l-kategorija 10, l-eżenzjoni attwali tibqa' valida għall-perjodi ta' validità stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2011/65/UE. Għal raġunijiet ta' ċarezza, jenħtieġ li d-dati tal-iskadenza jiżdiedu fl-Anness III ta' dik id-Direttiva.

(10)

Għalhekk jenħtieġ li d-Direttiva 2011/65/UE tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mid-29 ta' Frar 2020 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-testi ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

Dawn għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Marzu 2020 .

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir dik ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Novembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH) u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).


ANNESS

Fl-Anness III mad-Direttiva 2011/65/UE, l-entrata 15 hija sostitwita b'dan li ġej:

“15

Iċ-ċomb fl-istann li jikkompleta konnessjoni elettrika vijabbli bejn id-damma tas-semikonduttur u l-qafas fi ħdan ċirkwit integrat ta' pakketti flip chip.

Dan japplika għall-kategoriji 8, 9 u 11 u jiskadi fi:

il-21 ta' Lulju 2021 għall-kategoriji 8 u 9 għajr għall-apparat mediku dijanjostiku in vitro u l-istrumenti ta' monitoraġġ u ta' kontroll industrijali;

il-21 ta' Lulju 2023 għall-kategorija 8, l-apparat mediku dijanjostiku in vitro;

il-21 ta' Lulju 2024 għall-kategorija 9, l-istrumenti ta' monitoraġġ u ta' kontroll industrijali, u għall-kategorija 11.

15(a)

Iċ-ċomb fl-istann li jikkompleta konnessjoni elettrika vijabbli bejn id-damma tas-semikonduttur u l-qafas fi ħdan ċirkwit integrat ta' pakketti flip chip fejn japplika tal-inqas wieħed minn dawn il-kriterji li ġejjin:

nodu tat-teknoloġija semikonduttura ta' 90 nm jew akbar;

damma unika ta' 300 mm2 jew akbar f'xi nodu tat-teknoloġija semikonduttura;

pakketti ta' dammi stivati b'damma ta' 300 mm2 jew akbar, jew interposers tas-silikon ta' 300 mm2 jew akbar.

Dan japplika għall-kategoriji 1 sa 7 u 10 u jiskadi fil-21 ta' Lulju 2021.”


5.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 33/17


DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/173

tas-16 ta' Novembru 2018

li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għaċ-ċomb u l-kadmju fil-linka tal-istampar għall-applikazzjoni ta' enameli fuq il-ħġieġ

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2011/65/UE teżiġi li l-Istati Membri jiżguraw li t-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq ma jkunx fih ċerti sustanzi perikolużi elenkati fl-Anness II ta' dik id-Direttiva. Dak ir-rekwiżit ma japplikax għall-applikazzjonijiet elenkati fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE.

(2)

Il-kategoriji differenti tat-tagħmir elettriku u elettroniku li għalihom tapplika d-Direttiva 2011/65/UE (kategoriji 1 sa 11) huma elenkati fl-Anness I ta' dik id-Direttiva.

(3)

Iċ-ċomb u l-kadmju huma sustanzi ristretti elenkati fl-Anness II tad-Direttiva 2011/65/UE. Madankollu, l-użu taċ-ċomb u l-kadmju f'ċerti applikazzjonijiet tal-istampar fuq il-ħġieġ, kien eżentat mir-restrizzjoni u bħalissa hu elenkat fl-entrata 21 tal-Anness III ta' dik id-Direttiva. Għall-kategoriji 1 sa 7 u 10, l-iskadenza ta' dik l-eżenzjoni kienet il-21 ta' Lulju 2016.

(4)

Il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni għal tiġdid ta' dik l-eżenzjoni qabel il-21 ta' Jannar 2015, skont l-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2011/65/UE. L-eżenzjoni tibqa' valida sakemm tkun ġiet adottata deċiżjoni dwar dik l-applikazzjoni.

(5)

Iċ-ċomb u l-kadmju fil-linka tal-istampar applikati fuq il-ħġieġ jipprovdu mmarkar durabbli tal-prodott, l-aktar fuq il-bozoz tal-ħġieġ tal-lampi. L-immarkar jaqdi bosta skopijiet fosthom għall-immarkar CE (il-konformità Ewropea) u WEEE (skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku), jidentifika l-produttur, it-tip ta' lampa u l-potenza, li huma rilevanti għas-sikurezza, għall-bidla korretta tal-lampa u għar-riċiklaġġ. Id-durabbiltà tal-immarkar hi importanti biex l-immarkar tal-prodott jibqa' leġibbli tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott, kif jeżiġu l-leġiżlazzjonijiet u l-istandards tas-sikurezza tal-prodott.

(6)

Iċ-ċomb jipprovdi proprjetajiet essenzjali, fosthom adeżjoni tajba, temperaturi aktar baxxi tal-enamellar, aktar durabbiltà u opaċità.

(7)

Il-kadmju jintuża biex jinkisbu ċerti kuluri tal-enamel f'diversi oqsma ta' applikazzjonijiet, inkluż applikazzjonijiet għal finijiet ta' sikurezza u ta' twissija meta ċerti kuluri jitqiesu li jżidu l-viżibbiltà. Dan jipprovdi wkoll funzjonijiet importanti ta' ffiltrar.

(8)

Sostituzzjoni jew tneħħija taċ-ċomb għadhom mhumiex prattiċi mil-lat xjentifiku jew tekniku għal ċerti applikazzjonijiet koperti mill-eżenzjoni attwali fir-rigward tal-kategoriji 1 sa 7 u 10 minħabba n-nuqqas ta' sostituti affidabbli. L-eżenzjoni ma ddgħajjifx il-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa li jagħti r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Għaldaqstant jenħtieġ li l-eżenzjoni tiġġedded għal dawk l-applikazzjonijiet u l-kategoriji partikolari.

(9)

Sostituzzjoni jew tneħħija tal-kadmju għadhom mhumiex prattiċi mil-lat xjentifiku jew tekniku għal ċerti applikazzjonijiet koperti mill-eżenzjoni attwali fir-rigward tal-kategoriji 1 sa 7 u 10 minħabba n-nuqqas ta' sostituti affidabbli. L-eżenzjoni ma ddgħajjifx il-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa li jagħti r-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Għaldaqstant jenħtieġ li l-eżenzjoni tiġġedded għal dawk l-applikazzjonijiet u l-kategoriji partikolari.

(10)

Għall-applikazzjonijiet l-oħra kollha li bħalissa huma koperti mill-eżenzjoni, il-kundizzjonijiet għat-tiġdid mhumiex issodisfati. Jenħtieġ li l-eżenzjonijiet għal dawk l-applikazzjonijiet jibqgħu japplikaw għal 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva Delegata skont l-Artikolu 5(6) tad-Direttiva 2011/65/UE.

(11)

Peress li, għall-applikazzjonijiet biċ-ċomb ikkonċernati mit-tiġdid, ma hemm l-ebda alternattiva disponibbli fis-suq, l-eżenzjoni għal dawk l-applikazzjonijiet jenħtieġ tiġġedded għall-kategoriji 1 sa 7 u 10 għall-perjodu massimu ta' ħames snin sal-21 ta' Lulju 2021. Fid-dawl tar-riżultati tal-isforzi li għaddejjin biex tinsab sostituzzjoni affidabbli, aktarx li t-tul tal-eżenzjoni mhux se jħalli impatti negattivi fuq l-innovazzjoni.

(12)

Peress li, għall-applikazzjonijiet bil-kadmju kkonċernati mit-tiġdid, ma hemm l-ebda alternattiva disponibbli fis-suq, l-eżenzjoni għal dawk l-applikazzjonijiet jenħtieġ tiġġedded għall-kategoriji 1 sa 7 u 10 għall-perjodu massimu ta' ħames snin sal-21 ta' Lulju 2021. Fid-dawl tar-riżultati tal-isforzi li għaddejjin biex tinsab sostituzzjoni affidabbli, aktarx li t-tul tal-eżenzjoni mhux se jħalli impatti negattivi fuq l-innovazzjoni.

(13)

Għall-kategoriji l-oħra għajr il-kategoriji 1 sa 7 u l-kategorija 10, l-eżenzjoni attwali tibqa' valida għall-perjodi ta' validità stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2011/65/UE. Għal raġunijiet ta' ċarezza, jenħtieġ li d-dati tal-iskadenza jiżdiedu fl-Anness III ta' dik id-Direttiva.

(14)

Għalhekk jenħtieġ li d-Direttiva 2011/65/UE tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mid-29 ta' Frar 2020 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-testi ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

Dawn għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Marzu 2020.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir dik ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Novembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH) u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).


ANNESS

Fl-Anness III mad-Direttiva 2011/65/UE, l-entrata 21 hija sostitwita b'dan li ġej:

“21

Iċ-ċomb u l-kadmju fil-linka tal-istampar għall-applikazzjoni ta' enameli fuq ħġieġ, bħall-ħġieġ tal-borosilikat u tas-soda lime.

Dan japplika għall-kategoriji 8, 9 u 11 u jiskadi fi:

il-21 ta' Lulju 2021 għall-kategoriji 8 u 9 għajr għall-apparat mediku dijanjostiku in vitro u l-istrumenti ta' monitoraġġ u ta' kontroll industrijali;

il-21 ta' Lulju 2023 għall-kategorija 8, l-apparat mediku dijanjostiku in vitro;

il-21 ta' Lulju 2024 għall-kategorija 9, l-istrumenti ta' monitoraġġ u ta' kontroll industrijali, u għall-kategorija 11.

21(a)

Il-kadmju, meta jintuża fil-ħġieġ stampat bil-kulur biex jipprovdi funzjonijiet ta' ffiltrar, użat bħala komponent f'applikazzjonijiet tat-tidwil installati fuq skrins u pannelli tal-kontroll tal-EEE

Dan japplika għall-kategoriji 1 sa 7 u 10, għajr għall-applikazzjonijiet koperti bl-entrati 21(b) jew 39, u jiskadi fil-21 ta' Lulju 2021.

21(b)

Il-kadmju fil-linka tal-istampar għall-applikazzjoni ta' enameli fuq ħġieġ, bħall-ħġieġ tal-borosilikat u tas-soda lime.

Dan japplika għall-kategoriji 1 sa 7 u 10, għajr għall-applikazzjonijiet koperti bl-entrati 21(a) jew 39, u jiskadi fil-21 ta' Lulju 2021.

21(c)

Iċ-ċomb fil-linka tal-istampar għall-applikazzjoni ta' enameli fuq ħġieġ, għajr il-ħġieġ tal-borosilikat

Dan japplika għall-kategoriji 1 sa 7 u 10 u jiskadi fil-21 ta' Lulju 2021.”


5.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 33/20


DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/174

tas-16 ta' Novembru 2018

li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għaċ-ċomb fil-ħġieġ tal-kristall kif iddefinit fid-Direttiva tal-Kunsill 69/493/KEE

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2011/65/UE teżiġi li l-Istati Membri jiżguraw li t-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq ma jkunx fih ċerti sustanzi perikolużi elenkati fl-Anness II ta' dik id-Direttiva. Dak ir-rekwiżit ma japplikax għall-applikazzjonijiet elenkati fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE.

(2)

Il-kategoriji differenti tat-tagħmir elettriku u elettroniku li għalihom tapplika d-Direttiva 2011/65/UE (kategoriji 1 sa 11) huma elenkati fl-Anness I ta' dik id-Direttiva.

(3)

Iċ-ċomb hu sustanza ristretta elenkata fl-Anness II tad-Direttiva 2011/65/UE. Iżda l-użu taċ-ċomb fil-ħġieġ tal-kristall kif iddefinit fl-Anness I (il-Kategoriji 1, 2, 3 u 4) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/493/KEE (2) kien eżentat mir-restrizzjoni u bħalissa hu elenkat fl-entrata 29 tal-Anness III tad-Direttiva2011/65/UE. Għall-kategoriji 1 sa 7 u 10, l-iskadenza ta' dik l-eżenzjoni kienet il-21 ta' Lulju 2016.

(4)

Il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni għal tiġdid ta' dik l-eżenzjoni qabel il-21 ta' Jannar 2015, skont l-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2011/65/UE. L-eżenzjoni tibqa' valida sakemm tkun ġiet adottata deċiżjoni dwar dik l-applikazzjoni.

(5)

L-ossidi taċ-ċomb (PbO jew Pb3O4) jintużaw bħala intermedju għas-sinteżi kimika tal-ħġieġ tal-kristall biċ-ċomb (LCG). L-LCG jintuża fit-tagħmir elettriku u elettroniku għax bil-kombinazzjonijiet uniċi tagħhom tal-proprjetajiet tal-ipproċessar (il-ħin tat-tibrid, il-firxa operatorja), ottiċi (l-indiċi refrattiv u t-tifrix) u dekorattivi (l-ebusija ta' Vicker), tkun tista' ssir il-manifattura ta' oġġetti elettriċi u elettroniċi li ma jistgħux isiru mod ieħor, fosthom luminarji u linef speċifiċi, mirja u arloġġi elettrifikati, inkwatri diġitali jew materjal tal-bini (blokki mdawla).

(6)

Sostituzzjoni jew tneħħija taċ-ċomb fil-ħġieġ tal-kristall għadhom mhumiex prattiċi mil-lat xjentifiku jew tekniku minħabba n-nuqqas ta' sostituti affidabbli. L-eżenzjoni ma ddgħajjifx il-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa li jagħti r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Għaldaqstant jenħtieġ li l-eżenzjoni għall-użu taċ-ċomb fil-ħġieġ tal-kristall kif iddefinit fl-Anness I (il-Kategoriji 1, 2, 3 u 4) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/493/KEE tiġġedded għall-kategoriji 1 sa 7 u 10.

(7)

Peress li, għall-applikazzjonijiet ikkonċernati, għad ma hemm l-ebda alternattiva disponibbli fis-suq jew aktarx mhux se jkun hemm alternattivi disponibbli fis-suq fil-futur qrib, jenħtieġ li tiġġedded l-eżenzjoni għall-kategoriji 1 sa 7 u 10 għall-perjodu massimu ta' ħames snin sal-21 ta' Lulju 2021. Fid-dawl tar-riżultati tal-isforzi li għaddejjin biex tinsab sostituzzjoni affidabbli, aktarx li t-tul tal-eżenzjoni mhux se jħalli impatti negattivi fuq l-innovazzjoni.

(8)

Għall-kategoriji l-oħra għajr il-kategoriji 1 sa 7 u l-kategorija 10, l-eżenzjoni attwali tibqa' valida għall-perjodi ta' validità stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2011/65/UE. Għal raġunijiet ta' ċarezza, jenħtieġ li d-dati tal-iskadenza jiżdiedu fl-Anness III ta' dik id-Direttiva.

(9)

Għalhekk jenħtieġ li d-Direttiva 2011/65/UE tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard minn mid-29 ta' Frar 2020 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-testi ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

Dawn għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Marzu 2020.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir dik ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Novembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 69/493/KEE tal-15 ta' Diċembru 1969 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrelataw mal-ħġieġ tal-kristall (ĠU L 326, 29.12.1969, p. 36).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH) u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).


ANNESS

Fl-Anness III, l-entrata 29 hija sostitwita b'dan li ġej:

“29

Iċ-ċomb fil-ħġieġ tal-kristall kif iddefinit fl-Anness I (il-Kategoriji 1, 2, 3 u 4) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/493/KEE (*1)

Jiskadi fi:

il-21 ta' Lulju 2021 għall-kategoriji 1 sa 7 u 10;

il-21 ta' Lulju 2021 għall-kategoriji 8 u 9 għajr għall-apparat mediku dijanjostiku in vitro u l-istrumenti ta' monitoraġġ u ta' kontroll industrijali;

il-21 ta' Lulju 2023 għall-kategorija 8, l-apparat mediku dijanjostiku in vitro;

il-21 ta' Lulju 2024 għall-kategorija 9, l-istrumenti ta' monitoraġġ u ta' kontroll industrijali, u għall-kategorija 11.


(*1)  Id-Direttiva tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 1969 69/493/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrelataw mal-ħġieġ tal-kristall (ĠU L 326, 29.12.1969, p. 36).”


5.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 33/23


DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/175

tas-16 ta' Novembru 2018

li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għall-ossidu taċ-ċomb fi frit tas-siġillar li jintuża fil-manifattura tal-immuntar tat-twieqi għal ċerti tubi tal-lejżer

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2011/65/UE teżiġi li l-Istati Membri jiżguraw li t-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq ma jkunx fih ċerti sustanzi perikolużi elenkati fl-Anness II ta' dik id-Direttiva. Dak ir-rekwiżit ma japplikax għall-applikazzjonijiet elenkati fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE.

(2)

Il-kategoriji differenti tat-tagħmir elettriku u elettroniku li għalihom tapplika d-Direttiva 2011/65/UE (kategoriji 1 sa 11) huma elenkati fl-Anness I ta' dik id-Direttiva.

(3)

Iċ-ċomb hu sustanza ristretta elenkata fl-Anness II tad-Direttiva 2011/65/UE. Iżda, l-użu tal-ossidu taċ-ċomb fi frit tas-siġillar għall-manifattura tal-immuntar tat-twieqi għat-tubi tal-lejżer Argon u Kripton kien eżentat mir-restrizzjoni u bħalissa hu elenkat fl-entrata 32 tal-Anness III ta' dik id-Direttiva. Għall-kategoriji 1 sa 7 u 10, l-iskadenza ta' dik l-eżenzjoni kienet il-21 ta' Lulju 2016.

(4)

Il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni għal tiġdid ta' dik l-eżenzjoni qabel il-21 ta' Jannar 2015, skont l-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2011/65/UE. L-eżenzjoni tibqa' valida sakemm tkun ġiet adottata deċiżjoni dwar dik l-applikazzjoni.

(5)

Il-prodotti tal-lejżer li fihom iċ-ċomb jintużaw bħala sorsi tad-dawl koerenti f'firxa wiesgħa ta' applikazzjonijiet xjentifiċi u industrijali kritiċi, fosthom l-ispettroskopija, il-mikroskopija u l-olografija. Il-materjal ibbażat fuq l-ossidu taċ-ċomb fi prodotti tal-lejżer Argon u Kripton jipprovdi siġill kritiku termomekkanikament stabbli u tal-vakum bejn l-ottiċi u t-tubu tal-lejżer.

(6)

Sostituzzjoni jew tneħħija taċ-ċomb għadhom mhumiex prattiċi mil-lat xjentifiku jew tekniku għat-tubi tal-lejżer Argon u Kripton minħabba n-nuqqas ta' sostituti affidabbli. L-eżenzjoni ma ddgħajjifx il-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa li jagħti r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Għaldaqstant jenħtieġ li l-eżenzjoni għall-użu tal-ossidu taċ-ċomb fi frit tas-siġillar għall-manifattura tal-immuntar tat-twieqi għat-tubi tal-lejżer Argon u Kripton tiġġedded għall-kategoriji 1 sa 7 u 10.

(7)

Peress li, għall-applikazzjonijiet ikkonċernati, bħalissa ma hemm l-ebda alternattiva disponibbli fis-suq jew aktarx mhux se jkun hemm alternattivi disponibbli fis-suq fil-futur qrib, l-eżenzjoni għal dawk l-applikazzjonijiet jenħtieġ tiġġedded għall-kategoriji 1 sa 7 u 10 għall-perjodu massimu ta' ħames snin sal-21 ta' Lulju 2021. Fid-dawl tar-riżultati tal-isforzi li għaddejjin biex tinsab sostituzzjoni affidabbli, aktarx li t-tul tal-eżenzjoni mhux se jħalli impatti negattivi fuq l-innovazzjoni.

(8)

Għall-kategoriji l-oħra għajr il-kategoriji 1 sa 7 u l-kategorija 10, l-eżenzjoni attwali tibqa' valida għall-perjodi ta' validità stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2011/65/UE. Għal raġunijiet ta' ċarezza, jenħtieġ li d-dati tal-iskadenza jiżdiedu fl-Anness III ta' dik id-Direttiva.

(9)

Għalhekk jenħtieġ li d-Direttiva 2011/65/UE tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mid-29 ta' Frar 2020 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-testi ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

Dawn għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Marzu 2020.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir dik ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Novembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH) u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).


ANNESS

Fl-Anness III, l-entrata 32 hija sostitwita b'dan li ġej:

“32

L-ossidu taċ-ċomb fi frit tas-siġillar li jintuża fil-manifattura tal-immuntar tat-twieqi għat-tubi tal-lejżer Argon u Kripton

Jiskadi fi:

il-21 ta' Lulju 2021 għall-kategoriji 1 sa 7 u 10;

il-21 ta' Lulju 2021 għall-kategoriji 8 u 9 għajr għall-apparat mediku dijanjostiku in vitro u l-istrumenti ta' monitoraġġ u ta' kontroll industrijali;

il-21 ta' Lulju 2023 għall-kategorija 8, l-apparat mediku dijanjostiku in vitro;

il-21 ta' Lulju 2024 għall-kategorija 9, l-istrumenti ta' monitoraġġ u ta' kontroll industrijali, u għall-kategorija 11.”


5.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 33/26


DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/176

tas-16 ta' Novembru 2018

li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għaċ-ċomb fis-saff tal-kisi ta' ċerti dijodi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2011/65/UE teżiġi li l-Istati Membri jiżguraw li t-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq ma jkunx fih ċerti sustanzi perikolużi elenkati fl-Anness II ta' dik id-Direttiva. Dak ir-rekwiżit ma japplikax għall-applikazzjonijiet elenkati fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE.

(2)

Il-kategoriji differenti tat-tagħmir elettriku u elettroniku li għalihom tapplika d-Direttiva 2011/65/UE (kategoriji 1 sa 11) huma elenkati fl-Anness I ta' dik id-Direttiva.

(3)

Iċ-ċomb hu sustanza ristretta elenkata fl-Anness II tad-Direttiva 2011/65/UE. Iżda l-użu taċ-ċomb fis-saff tal-kisi ta' dijodi b'vultaġġ għoli abbażi ta' korp tal-ħġieġ tal-borat taż-żingu kien eżentat mir-restrizzjoni u bħalissa hu elenkat fl-entrata 37 tal-Anness III ta' dik id-Direttiva. Għall-kategoriji 1 sa 7 u 10, l-iskadenza ta' dik l-eżenzjoni kienet il-21 ta' Lulju 2016.

(4)

Il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni għal tiġdid ta' dik l-eżenzjoni qabel il-21 ta' Jannar 2015, skont l-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2011/65/UE. L-eżenzjoni tibqa' valida sakemm tkun ġiet adottata deċiżjoni dwar dik l-applikazzjoni.

(5)

Id-dijodi b'vultaġġ għoli (HVD) jintużaw fil-provvisti tal-enerġija esterni tat-tagħmir tal-IT u tat-telekomunikazzjoni u għall-applikazzjonijiet awtomobilistiċi. Waqt il-proċess tal-manifattura tal-HVD, iċ-ċomb li hemm fil-bċejjeċ tal-ħġieġ jiddissolvi fis-soluzzjoni tal-kisi, li jwassal għal madwar 2,5 % ta' kontenut taċ-ċomb fis-saff tal-kisi tad-dijodi. B'hekk, iċ-ċomb mhux qed jiġi miżjud b'mod intenzjonat iżda hu r-riżultat ta' kontaminazzjoni tal-ħġieġ li fih iċ-ċomb.

(6)

Mhuwiex xjentifikament u teknikament prattiku li tiġi evitata l-kontaminazzjoni tas-saff tal-kisi tal-HVD u ma jeżisti l-ebda sostitut affidabbli fis-suq. L-eżenzjoni ma ddgħajjifx il-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa li jagħti r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Għaldaqstant jenħtieġ li l-eżenzjoni tal-użu taċ-ċomb fis-saff tal-kisi ta' dijodi b'vultaġġ għoli abbażi ta' korp tal-ħġieġ tal-borat taż-żingu tiġġedded għall-kategoriji 1 sa 7 u 10.

(7)

Peress li mhuwiex prattiku li jitneħħa ċ-ċomb billi tiġi evitata l-kontaminazzjoni għall-applikazzjonijiet ikkonċernati u ma jeżisti l-ebda sostitut affidabbli fis-suq, jenħtieġ li tiġġedded l-eżenzjoni għall-kategoriji 1 sa 7 u 10 għall-perjodu massimu ta' validità ta' ħames snin sal-21 ta' Lulju 2021. Fid-dawl tar-riżultati tal-isforzi li għaddejjin biex tinsab sostituzzjoni affidabbli, aktarx li t-tul tal-eżenzjoni mhux se jħalli impatti negattivi fuq l-innovazzjoni.

(8)

Għall-kategoriji l-oħra għajr il-kategoriji 1 sa 7 u l-kategorija 10, l-eżenzjoni attwali tibqa' valida għall-perjodi ta' validità stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2011/65/UE. Għal raġunijiet ta' ċarezza, jenħtieġ li d-dati tal-iskadenza jiżdiedu fl-Anness III ta' dik id-Direttiva.

(9)

Għalhekk jenħtieġ li d-Direttiva 2011/65/UE tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard minn mid-29 ta' Frar 2020 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-testi ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

Dawn għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Marzu 2020.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir dik ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Novembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH) u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).


ANNESS

Fl-Anness III, l-entrata 37 hija sostitwita b'dan li ġej:

“37

Iċ-ċomb fis-saff tal-kisi ta' dijodi b'vultaġġ għoli abbażi ta' korp tal-ħġieġ tal-borat taż-żingu

Jiskadi fi:

il-21 ta' Lulju 2021 għall-kategoriji 1 sa 7 u 10;

il-21 ta' Lulju 2021 għall-kategoriji 8 u 9 għajr għall-apparat mediku dijanjostiku in vitro u l-istrumenti ta' monitoraġġ u ta' kontroll industrijali;

il-21 ta' Lulju 2023 għall-kategorija 8, l-apparat mediku dijanjostiku in vitro;

il-21 ta' Lulju 2024 għall-kategorija 9, l-istrumenti ta' monitoraġġ u ta' kontroll industrijali, u għall-kategorija 11.”


5.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 33/29


DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/177

tas-16 ta' Novembru 2018

li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għaċ-ċomb bħala attivatur fit-trab fluworexxenti ta' bozoz b'discharge li fihom il-fosfri

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2011/65/UE teżiġi li l-Istati Membri jiżguraw li t-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq ma jkunx fih ċerti sustanzi perikolużi elenkati fl-Anness II ta' dik id-Direttiva. Dak ir-rekwiżit ma japplikax għall-applikazzjonijiet elenkati fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE.

(2)

Il-kategoriji differenti tat-tagħmir elettriku u elettroniku li għalihom tapplika d-Direttiva 2011/65/UE huma elenkati fl-Anness I ta' dik id-Direttiva.

(3)

Iċ-ċomb hu sustanza ristretta elenkata fl-Anness II tad-Direttiva 2011/65/UE. L-użu taċ-ċomb bħala attivatur fit-trab fluworexxenti (1 % ċomb skont il-piż jew anqas) ta' bozoz b'discharge meta jintużaw bħala lampi għat-tismir li fihom il-fosfri bħall-BSP (BaSi2O5:Pb) kien, madankollu, eżentat mir-restrizzjoni u effettivament attwalment huwa elenkat fl-entrata 18(b) tal-Anness III ta' dik id-Direttiva. Id-data ta' skadenza oriġinali ta' dik l-eżenzjoni kienet, għall-kategoriji 1 sa 7 u 10, il-21 ta' Lulju 2016, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) ta' dik id-Direttiva.

(4)

Skont l-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2011/65/UE, il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni għat-tiġdid ta' dik l-eżenzjoni qabel il-21 ta' Jannar 2015. Skont it-tieni subparagrafu ta' dak l-Artikolu, dik l-eżenzjoni tibqa' valida sakemm tkun ġiet adottata deċiżjoni dwar dik l-applikazzjoni.

(5)

Barra minn hekk, f'Jannar 2015, il-Kummissjoni rċeviet it-talba nru 2015-3 biex tiżdied eżenzjoni ġdida fl-Anness IV għall-bozoz b'discharge meta jintużaw bħala lampi tal-fototerapija (tagħmir mediku) li fihom il-fosfri. Billi l-evalwazzjoni wriet li huwa mekkanikament possibbli li bozza maħsuba għall-użu mediku tista' toqgħod f'tagħmir għat-tismir u vice versa, ġie deċiż li dawn it-talbiet għal eżenzjoni jingħaqdu fil-valutazzjoni tal-eżenzjoni 18(b) fl-Anness III.

(6)

L-attivatur taċ-ċomb fit-trab fluworexxenti huwa meħtieġ biex jippermetti li jiffluworixxi s-silikat tal-barju tal-fosfru. Dan jittrasforma r-radjazzjoni 254 nm għar-radjazzjoni UV ddisinjata (290 nm-400 nm) u huwa użat f'aktar minn 95 % tal-lampi fluworexxenti ta' ġewwa tal-gass tal-merkurju bi pressjoni baxxa fit-tismir u f'ċerti applikazzjonijiet mediċi. Dan jipprovdi intensità UV fuq tul ta' mewġa ta' 350 nm li hija kruċjali sabiex tinbeda l-pigmentazzjoni tal-ġilda.

(7)

It-tagħmir għat-tismir huwa rregolat strettament fl-Unjoni u kwalunkwe alternattiva possibbli għaċ-ċomb jkollha tissodisfa il-kriterji dwar it-tħassib fuq l-affidabbiltà, is-sikurezza u r-riskju għas-saħħa. Bħalissa, ma hemm l-ebda tali alternattivi disponibbli.

(8)

Minħabba n-nuqqas ta' sostituti affidabbli, is-sostituzzjoni jew l-eliminazzjoni taċ-ċomb għadu xjentifikament u teknikament imprattikabbli għal ċerti bozoz b'discharge li fihom il-fosfri. L-eżenzjoni hija konsistenti mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u għalhekk ma ddgħajjifx il-protezzjoni ambjentali u tas-saħħa mogħtija minnha. Għalhekk jenħtieġ li tiġġedded l-eżenzjoni għall-użu taċ-ċomb bħala attivatur fit-trab fluworexxenti (1 % ċomb skont il-piż jew anqas) tal-bozoz b'discharge meta jintużaw bħala lampi għat-tismir li fihom il-fosfri.

(9)

Billi, għall-applikazzjonijiet ikkonċernati għad ma hemmx alternattivi affidabbli disponibbli fis-suq, jenħtieġ li l-eżenzjoni għall-kategoriji 1 sa 7 u 10 tal-Anness I tad-Direttiva 2011/65/UE tiġi mġedda għall-perjodu massimu ta' validità ta' ħames snin sal-21 ta' Lulju 2021. Fid-dawl tar-riżultati tal-isforzi li għaddejjin biex tinsab sostituzzjoni affidabbli, aktarx li t-tul tal-eżenzjoni mhux se jħalli impatti negattivi fuq l-innovazzjoni.

(10)

Għall-kategoriji l-oħra għajr il-kategoriji 1 sa 7 u 10 tal-Anness I tad-Direttiva 2011/65/UE, l-eżenzjoni attwali tibqa' valida skont il-perjodi ta' validità stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2011/65/UE. Għal raġunijiet ta' ċarezza, jenħtieġ li d-dati tal-iskadenza jiżdiedu fl-Anness III ta' dik id-Direttiva.

(11)

Fid-dawl tat-talba nru 2015-3 u tal-fatt li huwa mekkanikament possibbli li bozza maħsuba għall-użu mediku toqgħod f'tagħmir għat-tismir u vice versa, jenħtieġ li tiżdied subentrata ġdida 18(b)-I fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE speċifiċi għall-applikazzjonijiet mediċi bl-eċċezzjoni ta' dawk koperti mill-entrata 34 tal-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE. Jenħtieġ li din is-subentrata tkun tapplika għall-kategoriji 5 u 8 u li tkun valida sal-21 ta' Lulju 2021.

(12)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 2011/65/UE tiġi emendata skont dan.

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mid-29 ta' Frar 2020 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Marzu 2020.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Novembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, l-Evalwazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH) u li stabilixxa Aġenzija Ewropea tal-Kimiċi (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1);


ANNESS

Fl-Anness III, l-entrata 18(b) hija sostitwita b'dan li ġej:

“18(b)

Iċ-ċomb bħala attivatur fit-trab fluworexxenti (1 % ċomb skont il-piż jew anqas) ta' bozoz b'discharge meta jintużaw bħala lampi għat-tismir li fihom il-fosfri bħall-BSP (BaSi2O5:Pb)

Tiskadi fi:

21 ta' Lulju 2021 għall-kategoriji 1-7 u 10;

21 ta' Lulju 2021 għall-kategoriji 8 u 9 minbarra apparati dijanostiċi in vitro u strumenti tal-monitoraġġ u l-kontroll industrijali;

21 ta' Lulju 2023 għall-apparati dijanostiċi in vitro tal-kategorija 8;

21 ta' Lulju 2024 għall-istrumenti tal-monitoraġġ u l-kontroll industrijali tal-kategorija 9, u għall-kategorija 11.

18(b)-I

Iċ-ċomb bħala attivatur fit-trab fluworexxenti (1 % ċomb skont il-piż jew anqas) ta' bozoz b'discharge li fihom il-fosfri bħall-BSP (BaSi2O5:Pb) meta jintużaw fit-tagħmir mediku tal-fototerapija

Tapplika għall-kategoriji 5 u 8, esklużi l-applikazzjonijiet koperti mill-entrata 34 tal-Anness IV, u tiskadi fil-21 ta' Lulju 2021.”


5.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 33/32


DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/178

tas-16 ta' Novembru 2018

li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għaċ-ċomb fil-berings u l-bushes li jintużaw f'ċertu tagħmir mhux tat-triq ta' użu professjonali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2011/65/UE teżiġi li l-Istati Membri jiżguraw li t-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq ma jkunx fih ċerti sustanzi perikolużi elenkati fl-Anness II ta' dik id-Direttiva. Dak ir-rekwiżit ma japplikax għall-applikazzjonijiet elenkati fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE.

(2)

Il-kategoriji differenti tat-tagħmir elettriku u elettroniku li għalihom tapplika d-Direttiva 2011/65/UE huma elenkati fl-Anness I ta' dik id-Direttiva.

(3)

Iċ-ċomb hu sustanza ristretta elenkata fl-Anness II tad-Direttiva 2011/65/UE. F'Lulju 2015, il-Kummissjoni rċeviet, skont l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2011/65/UE, applikazzjoni għall-għoti ta' eżenzjoni għall-kategorija 11, li għandha tiġi elenkata fl-Anness III, għall-użu taċ-ċomb fil-berings u fil-bushes ta' magni bil-kombustjoni interna li jaħdmu bid-diżil jew bil-fjuwil gassuż f'tagħmir mhux tat-triq ta' użu professjonali.

(4)

Il-berings u l-bushes li fihom iċ-ċomb huma meħtieġa biex tintlaħaq affidabbiltà sodisfaċenti f'termini ta' reżistenza kontra l-issijżjar, tal-adattabilità, tal-kapaċità ta' inkrustazzjoni u tar-reżistenza għar-residwu f'magni ta' daqs kbir u f'dawk li joperaw f'ambjenti ħarxa jew eżiġenti li jintużaw f'tagħmir mhux tat-triq ta' użu professjonali, bħal kompressuri tal-arja mobbli, tagħmir tal-iwweldjar mobbli u krejnijiet mobbli.

(5)

Bħalissa, ma hemm ebda alternattiva bla ċomb disponibbli fis-suq li tipprovdi livell suffiċjenti ta' affidabbiltà għas-setturi ta' applikazzjoni ta' magni mhux tat-triq ta' użu professjonali.

(6)

Minħabba n-nuqqas ta' sostituti affidabbli, is-sostituzzjoni jew l-eliminazzjoni taċ-ċomb huma xjentifikament u teknikament imprattikabbli għal ċerti magni mhux tat-triq ta' użu professjonali. L-eżenzjoni hija konsistenti mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u għalhekk ma ddgħajjifx il-protezzjoni ambjentali u tas-saħħa mogħtija minnu. Għalhekk jenħtieġ li tingħata l-eżenzjoni għall-użu taċ-ċomb fil-berings u fil-bushes ta' ċerti magni bil-kombustjoni interna li jaħdmu bid-diżil jew bil-fjuwil gassuż f'tagħmir mhux tat-triq ta' użu professjonali billi tiżdied entrata ġdida - 42 - mal-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE. Biex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-kampijiet ta' applikazzjoni tal-eżenzjonijiet fl-Anness III u biex tiġi żgurata ċ-ċarezza legali, jenħtieġ li jinżdied ukoll li l-applikazzjonijiet koperti mill-entrata 6(c) tal-Anness III huma esklużi mill-entrata l-ġdida 42 tal-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE.

(7)

Billi għall-applikazzjonijiet ikkonċernati s'issa m'għadx hemm disponibbli alternattivi affidabbli fis-suq jew alternattivi affidabbli li x'aktarx ikunu disponibbli fis-suq fil-futur qrib, jenħtieġ li tingħata l-eżenzjoni għall-kategorija 11 tal-Anness I tad-Direttiva 2011/65/UE għal perjodu massimu ta' validità ta' ħames snin li jibda mit-22 ta' Lulju 2019, li hija d-data li fiha l-kategorija 11 tidħol fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/65/UE. Fid-dawl tar-riżultati tal-isforzi li għaddejjin biex tinsab sostituzzjoni affidabbli, aktarx li t-tul tal-eżenzjoni mhux se jħalli impatti negattivi fuq l-innovazzjoni.

(8)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 2011/65/UE tiġi emendata kif xieraq,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   Sa mhux aktar tard mill-21 ta' Lulju 2019, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-testi ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mit-22 ta' Lulju 2019.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir dik ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Novembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).


ANNESS

Fl-Anness III tiżdied l-entrata 42:

“42

Iċ-ċomb fil-berings u fil-bushes f'magni li jaħdmu bid-diżil jew bil-fjuwil gassuż bil-kombustjoni interna li jintużaw f'tagħmir mhux tat-triq ta' użu professjonali:

b'ċilindrata totali ta' ≥ 15-il litru;

jew

b'ċilindrata totali ta' < 15-il litru u l-magna titfassal biex taħdem f'applikazzjonijiet fejn il-ħin bejn is-sinjal biex tistartja u t-tagħbija massima jeħtieġ li jkun ta' inqas minn 10 sekondi; jew tipikament titwettaq manutenzjoni regolari f'ambjent estern aħrax u maħmuġ, bħal fix-xogħol tal-minjieri, tal-kostruzzjoni u tal-agrikoltura.

Tapplika għall-kategorija 11, ħlief l-applikazzjonijiet koperti mill-entrata 6(c) ta' dan l-Anness.

Tiskadi fil-21 ta' Lulju 2024.”


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

5.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 33/35


DEĊIŻJONI Nru 1/2018 TAL-KUMITAT GĦALL-KUMMERĊ

tat-13 ta' Diċembru 2018

li timmodifika l-Appendiċi 1 tal-Anness XIII tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Kolombja, l-Ekwador u l-Perù, min-naħa l-oħra [2019/179]

IL-KUMITAT GĦALL-KUMMERĊ,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Kolombja, l-Ekwador u l-Perù, min-naħa l-oħra, u b'mod partikolari l-Artikolu 13(1)(d) tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-11 ta' Frar 2014, il-Kolombja ressaq quddiem l-Unjoni talba biex jiżdiedu indikazzjonijiet ġeografiċi ġodda mal-Appendiċi 1 tal-Anness XIII tal-Ftehim skont l-Artikolu 209 tal-Ftehim. L-Unjoni lestiet il-proċedura ta' oġġezzjoni u l-eżami ta' disa' indikazzjonijiet ġeografiċi ġodda tal-Kolombja.

(2)

Fil-5 ta' Ottubru 2018, skont l-Artikolu 257(2) tal-Ftehim, is-Sottokumitat dwar il-Proprjetà Intellettwali, f'sessjoni bejn il-Parti UE u l-Kolombja, ivvaluta l-informazzjoni b'rabta mad-disa' indikazzjonijiet ġeografiċi ġodda tal-Kolombja u ppropona lill-Kumitat għall-Kummerċ biex jimmodifika l-Appendiċi 1 tal-Anness XIII tal-Ftehim skont dan.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Appendiċi 1 tal-Anness XIII tal-Ftehim jiġi modifikat.

(4)

Id-deċiżjoni biex jiġi modifikat l-Appendiċi 1 tal-Anness XIII tal-Ftehim tista' tiġi adottata f'sessjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ bejn il-Parti tal-Unjoni u l-Kolombja, skont l-Artikolu 14(3) tal-Ftehim Kummerċjali, billi tirrigwarda esklużivament ir-relazzjoni bilaterali ta' bejniethom u ma taffettwax id-drittijiet u l-obbligi ta' Pajjiż Andin firmatarju ieħor,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Fit-tabella taħt il-punt (a) “Indikazzjonijiet Ġeografiċi tal-Kolombja għal prodotti agrikoli u tal-ikel, inbejjed, spirti u nbejjed aromatizzati” fl-Appendiċi 1 tal-Anness XIII tal-Ftehim, jiżdiedu l-entrati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni, magħmula f'żewġ kopji, għandha tiġi ffirmata mir-rappreżentanti tal-Kumitat għall-Kummerċ li huma awtorizzati jaġixxu f'isem il-Partijiet għall-finijiet tal-modifika tal-Ftehim. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mill-aħħar data meta jsiru dawn il-firem.

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Quito, l-Ekwador, it-13 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kumitat għall-Kummerċ

Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-UE

Matthias JØRGENSEN

Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Kolombja

Juan Carlos CADENA


ANNESS

Café de Nariño

Kafè

Café de Cauca

Kafè

Café del Huila

Kafè

Bizcocho de Achira del Huila

Ħobż, għaġina, kejkijiet, prodotti tal-ħelu, gallettini u prodotti oħrajn tal-furnara

Queso Paipa

Ġobon

Queso del Caquetá

Ġobon

Clavel de Colombia

Fjuri u pjanti ornamentali

Rosa de Colombia

Fjuri u pjanti ornamentali

Crisantemo de Colombia

Fjuri u pjanti ornamentali