ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 27

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 62
31ta' Jannar 2019


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Avviż dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-akkumulazzjoni ta' oriġini bejn l-Unjoni Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera, ir-Renju tan-Norveġja u r-Repubblika tat-Turkija fil-qafas tas-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi

1

 

*

Avviż dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar l-akkumulazzjoni ta' oriġini bejn l-Unjoni Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera, ir-Renju tan-Norveġja u r-Repubblika tat-Turkija fil-qafas tas-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi

1

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/143 tat-28 ta' Jannar 2019 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina b'rabta ma' DS492: L-Unjoni Ewropea - Miżuri li jaffettwaw il-Konċessjonijiet Tariffarji għal Ċerti Prodotti tal-Laħam tal-Pollam

2

 

 

Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina b'rabta ma' DS492: l-Unjoni Ewropea — Miżuri li jaffettwaw il-konċessjonijiet tariffarji għal ċerti prodotti tal-laħam tal-pollam

4

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/144 tat-28 ta' Jannar 2019 dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' 3-fitażi prodotta minn Komagataella pastoris (CECT 13094) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd u speċijiet minuri ta' tjur tas-simna jew li jiġu mrobbija għall-bajd jew għat-tgħammir (detentur tal-awtorizzazzjoni Fertinagro Biotech S.L.) ( 1 )

8

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/145 tat-30 ta' Jannar 2019 li jikkoreġi l-verżjoni lingwistika bl-Olandiż tar-Regolament (UE) Nru 68/2013 dwar il-Katalgu tal-materjali tal-għalf ( 1 )

11

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/146 tat-30 ta' Jannar 2019 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/502, dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni Saccharomyces cerevisiae NCYC R404 bħala addittiv fl-għalf għall-baqar tal-ħalib ( 1 )

12

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/147 tat-30 ta' Jannar 2019 li japprova r-razza PPRI 5339 tas-sustanza attiva Beauveria bassiana skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

14

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/148 tat-30 ta' Jannar 2019 dwar in-nuqqas ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva propanil skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ( 1 )

18

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/149 tat-30 ta' Jannar 2019 li jemenda r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1108 u (UE) Nru 540/2011 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kundizzjonijiet tal-użu tal-ħall bħala sustanza bażika ( 1 )

20

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/150 tat-30 ta' Jannar 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 686/2012 fir-rigward l-Istat Membru relatur għall-evalwazzjoni ta' dawn is-sustanzi attivi li jinsabu fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti: id-deltametrina, id-diflufenikan, l-epoksikonażol, il-fluwossastrob, il-protijokonażol u t-tebukonażol ( 1 )

23

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/151 tat-30 ta' Jannar 2019 li jġedded l-approvazzjoni tar-razza J1446 tas-sustanza attiva Clonostachys rosea bħala sustanza attiva b'riskju baxx skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

26

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/152 tat-28 ta' Jannar 2019 li taħtar membru, propost mir-Renju tal-Belġju, fil-Kumitat tar-Reġjuni

31

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/153 tat-28 ta' Jannar 2019 li taħtar membru, propost mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni

32

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/154 tat-30 ta' Jannar 2019 li tistabbilixxi regoli interni dwar ir-restrizzjoni fuq id-dritt ta' aċċess tas-suġġetti tad-data għall-fajls mediċi tagħhom

33

 

*

Deċiżjoni tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (UE) 2019/155 tat-23 ta' Jannar 2019 li ġġedded ir-restrizzjoni temporanja tal-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta' kuntratti għal differenzi lil klijenti mhux professjonali

36

 

 

III   Atti oħrajn

 

 

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

*

Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 83/18/COL tas-26 ta' Settembru 2018 dwar garanziji tal-istat mogħtija lil Landsvirkjun għal kuntratti tad-derivattivi (l-Iżlanda)[2019/156]

42

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

31.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 27/1


Avviż dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-akkumulazzjoni ta' oriġini bejn l-Unjoni Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera, ir-Renju tan-Norveġja u r-Repubblika tat-Turkija fil-qafas tas-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi

Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-akkumulazzjoni ta' oriġini bejn l-Unjoni Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera, ir-Renju tan-Norveġja u r-Repubblika tat-Turkija fil-qafas tas-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi ser jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Frar 2019 f'konformità mal-punt 18 tal-Ftehim.


31.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 27/1


Avviż dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar l-akkumulazzjoni ta' oriġini bejn l-Unjoni Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera, ir-Renju tan-Norveġja u r-Repubblika tat-Turkija fil-qafas tas-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi

Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar l-akkumulazzjoni ta' oriġini bejn l-Unjoni Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera, ir-Renju tan-Norveġja u r-Repubblika tat-Turkija fil-qafas tas-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi ser jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Frar 2019 f'konformità mal-punt 18 tal-Ftehim.


31.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 27/2


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/143

tat-28 ta' Jannar 2019

dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina b'rabta ma' DS492: L-Unjoni Ewropea - Miżuri li jaffettwaw il-Konċessjonijiet Tariffarji għal Ċerti Prodotti tal-Laħam tal-Pollam

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Fit-12 ta' Marzu 2018, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati dwar soluzzjoni bi qbil reċiproku maċ-Ċina b'rabta mill-proċedimenti għas-soluzzjoni tat-tilwim tad-WTO DS492: L-Unjoni Ewropea — Miżuri li jaffettwaw il-Konċessjonijiet Tariffarji għal Ċerti Prodotti tal-Laħam tal-Pollam.

(2)

Dawk in-negozjati ġew konklużi u fit-18 ta' Ġunju 2018 ġie inizjalat Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u ċ-Ċina (“il-Ftehim”).

(3)

Il-Ftehim ġie ffirmat f'isem l-Unjoni fit-30 ta' Novembru 2018, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard, b'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1252 (2).

(4)

Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina b'rabta ma' DS492: L-Unjoni Ewropea - Miżuri li jaffettwaw il-Konċessjonijiet Tariffarji għal Ċerti Prodotti tal-Laħam tal-Pollam huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fil-Ftehim. (3)

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Jannar 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

P. DAEA


(1)  Il-Parlament Ewropew ta l-kunsens tiegħu fis-16 ta' Jannar 2019 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1252 tat-18 ta' Settembru 2018 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina b'rabta ma' DS492: L-Unjoni Ewropea — Miżuri li jaffettwaw il-Konċessjonijiet Tariffarji għal Ċerti Prodotti tal-Laħam tal-Pollam (ĠU L 237, 20.9.2018, p. 2).

(3)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


31.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 27/4


FTEHIM

fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina b'rabta ma' DS492: l-Unjoni Ewropea — Miżuri li jaffettwaw il-konċessjonijiet tariffarji għal ċerti prodotti tal-laħam tal-pollam

A.   Ittra mill-Unjoni Ewropea

Eċċellenza,

Għandi l-unur niktiblek biex ninfurmak dwar it-tilwima tad-WTO msemmija hawn fuq u r-riżultati tan-negozjati tagħna lejn soluzzjoni bi qbil reċiproku.

L-Unjoni Ewropea għandha tiftaħ dawn il-Kwoti Tariffarji (TRQ) (1):

TRQ ta' 6 060 tunnellata għal-linja tariffarja 1602.3929 (b'allokazzjoni speċifika għall-pajjiż ta' 6 000 tunnellata liċ-Ċina u 60 tunnellata għall-oħrajn kollha), b'rata ta' dazju ta' 10,9 % fi ħdan il-kwota

TRQ ta' 660 tunnellata għal-linja tariffarja 1602.3985 (b'allokazzjoni speċifika għall-pajjiż ta' 600 tunnellata liċ-Ċina u 60 tunnellata għall-oħrajn kollha), b'rata ta' dazju ta' 10,9 % fi ħdan il-kwota

TRQ erga omnes ta' 5 000 tunnellata għal-linja tariffarja 1602.3219, b'rata ta' dazju ta' 8 % fi ħdan il-kwota

L-Unjoni Ewropea u ċ-Ċina għandhom jinnotifikaw lil xulxin meta jkunu tlestew il-proċeduri interni tagħhom għad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim. Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fi żmien 14-il jum wara d-data tal-wasla tal-aħħar notifika. L-Unjoni Ewropea għandha tiftaħ it-TRQs imsemmija hawn fuq mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Wara l-ftuħ tat-TRQs, l-Unjoni Ewropea u ċ-Ċina għandhom jinnotifikaw dan il-Ftehim lill-Korp għas-Soluzzjoni tat-Tilwim (DSB - Dispute Settlement Body) bħala soluzzjoni bi qbil reċiproku skont l-Artikolu 3.6 tad-DSU b'rabta ma' DS492: L-Unjoni Ewropea - Miżuri li jaffettwaw il-Konċessjonijiet Tariffarji għal Ċerti Prodotti tal-Laħam tal-Pollam. Abbażi ta' dan, iċ-Ċina tikkonferma li, fir-rigward ta' DS492, la ser titlob il-bidu tal-proċeduri skont l-Artikolu 21.5 tad-DSU u lanqas ma ser titlob is-sospensjoni tal-konċessjonijiet jew obbligi oħra skont l-Artikolu 22.6 tad-DSU, sakemm l-Unjoni Ewropea tkun konformi mal-obbligi kollha tagħha skont dan il-Ftehim.

Napprezza jekk tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel ma' dan ta' hawn fuq.

Għandi l-unur nipproponi li, jekk dan ta' hawn fuq huwa aċċettabbli għall-Gvern tiegħek, din l-ittra u l-konferma tiegħek flimkien jikkostitwixxu Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

Dejjem tiegħek,

Cc. It-Tajlandja

Съставено в Женева на

Hecho en Ginebra, el

V Ženevě dne

Udfærdiget i Genève, den

Geschehen zu Genf am

Genf,

Έγινε στη Гενεύη, στις

Done at Geneva,

Fait à Genève, le

Sastavljeno u Ženevi

Fatto a Ginevra, addì

Ženēvā,

Priimta Ženevoje,

Kelt Genfben,

Magħmul f'Ġinevra,

Gedaan te Genève,

Sporządzono w Genewie, dnia

Feito em Genebra,

Întocmit la Geneva, la

V Ženeve

V Ženevi,

Tehty Genevessä,

Utfärdat i Genève den

Image

Image

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

Image

Image

B.   Ittra miċ-Ċina

Eċċellenza,

Għandi l-unur ngħarrfek li rċevejt l-ittra tiegħek bid-data tal-lum, li tgħid hekk:

“Għandi l-unur niktiblek biex ninfurmak dwar it-tilwima tad-WTO msemmija hawn fuq u r-riżultati tan-negozjati tagħna lejn soluzzjoni bi qbil reċiproku.

L-Unjoni Ewropea għandha tiftaħ dawn il-Kwoti Tariffarji (TRQ) (2):

TRQ ta' 6 060 tunnellata għal-linja tariffarja 1602.3929 (b'allokazzjoni speċifika għall-pajjiż ta' 6 000 tunnellata liċ-Ċina u 60 tunnellata għall-oħrajn kollha), b'rata ta' dazju ta' 10,9 % fi ħdan il-kwota

TRQ ta' 660 tunnellata għal-linja tariffarja 1602.3985 (b'allokazzjoni speċifika għall-pajjiż ta' 600 tunnellata liċ-Ċina u 60 tunnellata għall-oħrajn kollha), b'rata ta' dazju ta' 10,9 % fi ħdan il-kwota

TRQ erga omnes ta' 5 000 tunnellata għal-linja tariffarja 1602.3219, b'rata ta' dazju ta' 8 % fi ħdan il-kwota

L-Unjoni Ewropea u ċ-Ċina għandhom jinnotifikaw lil xulxin meta jkunu tlestew il-proċeduri interni tagħhom għad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim. Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fi żmien 14-il jum wara d-data tal-wasla tal-aħħar notifika. L-Unjoni Ewropea għandha tiftaħ it-TRQs imsemmija hawn fuq mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Wara l-ftuħ tat-TRQs, l-Unjoni Ewropea u ċ-Ċina għandhom jinnotifikaw dan il-Ftehim lill-Korp għas-Soluzzjoni tat-Tilwim (DSB - Dispute Settlement Body) bħala soluzzjoni bi qbil reċiproku skont l-Artikolu 3.6 tad-DSU b'rabta ma' DS492: LUnjoni Ewropea - Miżuri li jaffettwaw il-Konċessjonijiet Tariffarji għal Ċerti Prodotti tal-Laħam tal-Pollam. Abbażi ta' dan, iċ-Ċina tikkonferma li, fir-rigward ta' DS492, la ser titlob il-bidu tal-proċeduri skont l-Artikolu 21.5 tad-DSU u lanqas ma ser titlob is-sospensjoni tal-konċessjonijiet jew obbligi oħra skont l-Artikolu 22.6 tad-DSU, sakemm l-Unjoni Ewropea tkun konformi mal-obbligi kollha tagħha skont dan il-Ftehim.”

B'dan għandi l-unur nesprimi l-qbil tal-Gvern tiegħi ma' din l-ittra.

Dejjem tiegħek,

Image

Съставено в Женева на

Hecho en Ginebra, el

V Ženevě dne

Udfærdiget i Genève, den

Geschehen zu Genf am

Genf,

Έγινε στη Гενεύη, στις

Done at Geneva,

Fait à Genève, le

Sastavljeno u Ženevi

Fatto a Ginevra, addì

Ženēvā,

Priimta Ženevoje,

Kelt Genfben,

Magħmul f'Ġinevra,

Gedaan te Genève,

Sporządzono w Genewie, dnia

Feito em Genebra,

Întocmit la Geneva, la

V Ženeve

V Ženevi,

Tehty Genevessä,

Utfärdat i Genève den

Image

Image

За Китайската народна република

Por la República Popular China

Za Čínskou lidovou republiku

For Folkerepublikken Kina

Für die Volksrepublik China

Hiina Rahvavabariigi nimel

Για τη Λαϊκή Δημοκρατία της Κίνας

For the People's Republic of China

Pour la République populaire de Chine

Za Narodnu Republiku Kinu

Per la Repubblica popolare cinese

Ķīnas Tautas Republikas vārdā –

Kinijos Liaudies Respublikos vardu

A Kínai Népköztársaság részéről

Għar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Voor de Volksrepubliek China

W imieniu Chińskiej Republiki Ludowej

Pela República Popular da China

Pentru Republica Populară Chineză

Za Čínsku ľudovú republiku

Za Ljudsko republiko Kitajsko

Kiinan kansantasavallan puolesta

För Folkrepubliken Kina

Image


(1)  L-allokazzjoni liċ-Ċina għall-ewwel żewġ TRQs hija bi qbil mat-Tajlandja.

(2)  L-allokazzjoni liċ-Ċina għall-ewwel żewġ TRQs hija bi qbil mat-Tajlandja.


REGOLAMENTI

31.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 27/8


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/144

tat-28 ta' Jannar 2019

dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' 3-fitażi prodotta minn Komagataella pastoris (CECT 13094) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd u speċijiet minuri ta' tjur tas-simna jew li jiġu mrobbija għall-bajd jew għat-tgħammir (detentur tal-awtorizzazzjoni Fertinagro Biotech S.L.)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' tali awtorizzazzjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' 3-fitażi prodotta minn Komagataella pastoris (CECT 13094). Mal-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' 3-fitażi prodotta minn Komagataella pastoris (CECT 13094) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd u speċijiet minuri ta' tjur tas-simna jew li jiġu mrobbija għall-bajd jew għat-tgħammir, biex tiġi kklassifikata fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

Il-preparazzjoni 3-fitażi prodotta minn Komagataella pastoris (CECT 13094) li tifforma parti mill-kategorija ta' “addittivi żootekniċi”, kienet awtorizzata għal għaxar snin bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna u għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/895 (2).

(5)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tal-21 ta' Frar 2018 (3) li, skont il-kundizzjonijiet proposti ta' użu, it-3-fitażi prodott minn Komagataella pastoris (CECT 13094) ma għandux effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent. Hija kkonkludiet ukoll li l-addittiv għandu l-potenzjal li jkun effikaċi fit-titjib taż-żamma tal-fosfru f'tiġieġ tas-simna u li din il-konklużjoni tista' tiġi estiża għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd. Billi l-mod ta' azzjoni jista' raġonevolment jiġi preżunt li huwa l-istess fl-ispeċijiet tat-tjur tal-irziezet, l-Awtorità estrapolat il-konklużjoni dwar l-effikaċja għal speċijiet minuri ta' tjur tas-simna u li jiġu mrobbija għall-bajd jew għat-tgħammir. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Il-valutazzjoni ta' 3-fitażi turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta' 3-fitażi prodott minn Komagataella pastoris (CECT 13094), kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant jenħtieġ li l-użu ta' din il-preparazzjoni jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Jannar 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/895 tal-24 ta' Mejju 2017 dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' 3-fitażi prodotta minn Komagataella pastoris (CECT 13094) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin u t-tiġieġ li jbidu (detentur tal-awtorizzazzjoni Fertinagro Nutrientes S.L.) (ĠU L 138, 25.5.2017, p. 120).

(3)  EFSA Journal 2018;16(3):5203.


ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

Unitajiet ta' attività/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %

Kategorija ta' addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà

4a25

Fertinagro Nutrientes S.L.

3-fitażi

KE 3.1.3.8

Kompożizzjoni kimika:

Preparazzjoni ta' 3-fitażi

prodotta minn Komagataella pastoris (CECT 13094) b'attività minima ta': 1 000 FTU (1)/ml

Forma likwida

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

3-fitażi (EC 3.1.3.8) prodotta minn Komagataella pastoris (CECT 13094)

Metodu analitiku  (2)

Għall-kwantifikazzjoni tal-attività ta' 3-fitażi fl-addittiv tal-għalf:

metodu kolorimetriku bbażat fuq ir-reazzjoni enżimatika tal-fitażi fuq il-fitat

Għall-kwantifikazzjoni tal-attività ta' 3-fitażi fl-għalf:

metodu kolorimetriku bbażat fuq ir-reazzjoni enzimatika tal-fitażi fuq il-fitat – EN ISO 30024

Tiġieġ imrobbija għall-bajd

Speċijiet minuri ta' tjur tas-simna jew li jiġu mrobbija għall-bajd jew għat-tgħammir

500 FTU

 

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u l-istabbiltà għat-trattament bis-sħana.

2.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operattivi u l-miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li 1 FTU huwa l-ammont ta' enżima li jillibera mikromolu wieħed ta' fosfat inorganiku fil-minuta minn substrat ta' fitat tas-sodju b'pH ta' 5,5 u f'37 °C.jirriżultaw mill-użu tiegħu. Fejn dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu kemm jista' jkun b'tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir protettiv personali, li jinkludi protezzjoni għan-nifs.

L-20 ta' Frar 2029


(1)  1 FTU huwa l-ammont ta' enżima li jillibera mikromolu wieħed ta' fosfat inorganiku fil-minuta minn substrat ta' fitat tas-sodju b'pH ta' 5,5 u f'37 °C.

(2)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports.


31.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 27/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/145

tat-30 ta' Jannar 2019

li jikkoreġi l-verżjoni lingwistika bl-Olandiż tar-Regolament (UE) Nru 68/2013 dwar il-Katalgu tal-materjali tal-għalf

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' għalf, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/511/KEE, id-Direttivi tal-Kunsill 82/471/KEE, 83/228/KEE, 93/74/KEE, 93/113/KE u 96/25/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/217/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjoni lingwistika bl-Olandiż tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 68/2013 (2) fiha żball fl-entrati 13.8.1 u 13.8.2. fil-Parti C tal-Anness f'dak li għandu x'jaqsam mar-referenza għal kostitwent ta' materjal tal-għalf li jrid jiġi ddikjarat. Ir-referenza żbaljata għal “umdità” minflok “potassju” taffettwa l-kamp ta' applikazzjoni ta' ċerti obbligi tal-operaturi.

(2)

Għalhekk jenħtieġ li l-verżjoni lingwistika bl-Olandiż tar-Regolament (UE) Nru 68/2013 tiġi kkoreġuta kif xieraq. Il-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra mhumiex affettwati.

(3)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Jannar 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 229, 1.9.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 68/2013 tas-16 ta' Jannar 2013 dwar il-Katalgu tal-materjali tal-għalf (ĠU L 29, 30.1.2013, p. 1).


31.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 27/12


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/146

tat-30 ta' Jannar 2019

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/502, dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni Saccharomyces cerevisiae NCYC R404 bħala addittiv fl-għalf għall-baqar tal-ħalib

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-preparazzjoni Saccharomyces cerevisiae NCYC R404 ġiet awtorizzata bħala addittiv fl-għalf għall-baqar tal-ħalib bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/502 (2), skont ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(2)

Id-detentur tal-awtorizzazzjoni, Micron Bio-systems Ltd ippreżenta applikazzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 fejn ippropona li mal-awtorizzazzjoni jiżdied isem ir-rappreżentant tiegħu.

(3)

Id-detentur tal-awtorizzazzjoni ppreżenta d-data rilevanti li ssostni l-fatt li sa mit-30 ta' Marzu 2019 il-kumpanija FeedVision BV se tkun ir-rappreżentant tiegħu għall-addittiv tal-għalf ikkonċernat

(4)

Il-bidla proposta fit-termini tal-awtorizzazzjoni hija ta' natura purament amministrattiva u ma tinvolvix valutazzjoni ġdida tal-addittiv ikkonċernat. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel tgħarrfet bl-applikazzjoni.

(5)

Biex il-FeedVision BV tkun tista' taġixxi bħala r-rappreżentant tad-detentur tal-awtorizzazzjoni, jenħtieġ li jinbidlu t-termini tal-awtorizzazzjoni kkonċernata. Għalhekk, jenħtieġ li jiżdied l-isem tar-rappreżentant fit-titolu fl-Anness ta' dak ir-Regolament. L-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni ma nkitibx bl-ortografija l-korretta fit-titolu tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/502. Għaldaqstant jenħtieġ li l-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni jiġi sostitwit bl-ortografija l-korretta fit-titolu tar-Regolament ta' Implementazzjoni.

(6)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/502 jiġi emendat skont dan.

(7)

Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament japplikaw mid-data tal-irtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/502

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/502 huwa emendat kif ġej:

(1)

fit-titolu, il-kliem “Micro Bio-System Ltd” jiġu sostitwiti bil-kliem “Micron Bio-Systems Ltd, represented by FeedVision BV”;

(2)

fit-tieni kolonna tal-Anness, il-kliem “Micron Bio-Systems Ltd” jiġu sostitwiti bil-kliem “Micron Bio-Systems Ltd, represented by FeedVision BV.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-30 ta' Marzu 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Jannar 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/502 tal-24 ta' Marzu 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni Saccharomyces cerevisiae NCYC R404 bħala addittiv fl-għalf għall-baqar tal-ħalib (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Micron Bio-System Ltd) (ĠU L 79, 25.3.2015, p. 57).


31.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 27/14


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/147

tat-30 ta' Jannar 2019

li japprova r-razza PPRI 5339 tas-sustanza attiva Beauveria bassiana skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 13(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fl-1 ta' Ottubru 2014 in-Netherlands irċevew applikazzjoni mingħand il-kumpanija BASF Corporation għall-approvazzjoni tar-razza PPRI 5339 tas-sustanza attiva Beauveria bassiana.

(2)

Skont l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fit-2 ta' Ġunju 2015 in-Netherlands, bħala l-Istat Membru relatur, għarrfu lill-applikant, lill-Istati Membri l-oħrajn, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Awtorità”) bl-ammissibbiltà tal-applikazzjoni.

(3)

Fit-22 ta' Diċembru 2016, l-Istat Membru relatur ippreżenta abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni lill-Kummissjoni u bagħat kopja tiegħu lill-Awtorità, u fih ivvaluta jekk jistax jiġi mistenni li dik is-sustanza attiva tissodisfa l-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jew le.

(4)

L-Awtorità kkonformat mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Skont l-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, hija talbet lill-applikant jibgħat iktar informazzjoni lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni u lilha stess. F'Novembru tal-2017, l-Istat Membru relatur bagħat il-valutazzjoni tal-informazzjoni addizzjonali lill-Awtorità fil-format ta' abbozz aġġornat tar-rapport ta' valutazzjoni.

(5)

Fit-12 ta' Marzu 2018, l-Awtorità bagħtet il-konklużjoni tagħha lill-applikant, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni dwar jekk ir-razza PPRI 5339 tas-sustanza attiva Beauveria bassiana tistax tiġi mistennija tissodisfa l-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jew le (2). L-Awtorità ppubblikat il-konklużjoni tagħha.

(6)

Fl-24 ta' Ottubru 2018 il-Kummissjoni bagħtet l-abbozz tar-rapport ta' analiżi dwar ir-razza PPRI 5339 tas-sustanza Beauveria bassiana u abbozz ta' Regolament li jistipula li r-razza PPRI 5339 tas-sustanza Beauveria bassiana hija approvata lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

(7)

Ġie stabbilit li l-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati b'rabta ma' użu rappreżentattiv wieħed jew aktar ta' mill-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva, u b'mod partikulari b'rabta mal-użijiet li ġew eżaminati u deskritti fid-dettall fir-rapport ta' analiżi.

(8)

Għalhekk huwa xieraq li r-razza PPRI 5339 tas-sustanza Beauveria bassiana tiġi approvata.

(9)

Madankollu, skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, jeħtieġ li jiddaħħlu ċerti kundizzjonijiet. B'mod partikulari, huwa xieraq li jiddaħħlu miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskji meta dan ikun xieraq.

(10)

Skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (3) jiġi emendat kif xieraq.

(11)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Approvazzjoni tas-sustanza attiva

Ir-razza PPRI 5339 tas-sustanza attiva Beauveria bassiana, kif speċifikata fl-Anness I, hija approvata bil-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Emendi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Jannar 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (2018). Konklużjoni dwar l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tar-razza PPRI 5339 tas-sustanza attiva Beauveria bassiana msejħa “Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance Beauveria bassiana strain PPRI 5339”. EFSA Journal 2018;16(4):5230, 18-il paġna, doi:10.2903/j.efsa.2018.5230.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).


ANNESS I

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Ir-razza PPRI 5339 tas-sustanza Beauveria bassiana

In-numru tal-adeżjoni fil-kollezzjoni ta' kulturi għar-riċerka agrikola tal-“Agricultural Research Culture Collection (NRRL)” tal-Awtorità Depożitarja Internazzjonali (l-“International Depositary Authority”): NRRL 50757

Mhux applikabbli

Livell massimu ta' beauveriċina: 0,5 mg/kg

L-20 ta' Frar 2019

L-20 ta' Frar 2029

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmi fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' analiżi dwar ir-razza PPRI 5339 tas-sustanza Beauveria bassiana u b'mod partikulari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu każ b'mod partikulari l-affarijiet li ġejjin:

il-livell tal-kontenut tal-metabolit beauveriċina fi studju taż-żmien tal-ħżin wara l-ħażna tal-formulazzjoni jew tal-formulazzjonijiet li jkun fihom ir-razza PPRI 5339 tas-sustanza Beauveria bassiana;

l-effetti fuq id-dakkara li jiddaħħlu fis-serer wara li jkunu ġew esposti għal formulazzjoni jew għal formulazzjonijiet li jkunu differenti minn dik rappreżentattiva li tappoġġa lil din l-approvazzjoni;

il-ħarsien tal-operaturi u tal-ħaddiema, filwaqt li jitqies il-fatt li, bħal kull mikroorganiżmu ieħor, ir-razza PPRI 5339 tas-sustanza Beauveria bassiana għandha titqies bħala sensitizzatur potenzjali.

Il-konformità maż-żamma stretta tal-kundizzjonijiet ambjentali u mal-analiżi tal-kontroll tal-kwalità waqt il-proċess tal-manifattura sabiex jiġi żgurat li jkunu ssodisfati l-limiti fuq it-tniġġis mikrobijoloġiku kif imsemmi fid-dokument ta' ħidma bin-numru ta' referenza SANCO/12116/2012 (2).

Il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskji meta dan ikun xieraq.


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanzi attivi huma pprovduti fir-rapport ta' reviżjoni.

(2)  https://ec.europa.eu/food/sites/food/files/plant/docs/pesticides_ppp_app-proc_guide_phys-chem-ana_microbial-contaminant-limits.pdf


ANNESS II

Fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, tiżdied l-entrata li ġejja:

“131

Ir-razza PPRI 5339 tas-sustanza Beauveria bassiana

In-numru tal-adeżjoni fil-kollezzjoni ta' kulturi għar-riċerka agrikola tal-“Agricultural Research Culture Collection (NRRL)” tal-Awtorità Depożitarja Internazzjonali (l-“International Depositary Authority”): NRRL 50757

Mhux applikabbli

Livell massimu ta' beauveriċina: 0,5 mg/kg

L-20 ta' Frar 2019

L-20 ta' Frar 2029

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmi fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' analiżi dwar ir-razza PPRI 5339 tas-sustanza Beauveria bassiana u b'mod partikulari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu każ b'mod partikulari l-affarijiet li ġejjin:

il-livell tal-kontenut tal-metabolit beauveriċina fi studju taż-żmien tal-ħżin wara l-ħażna tal-formulazzjoni jew tal-formulazzjonijiet li jkun fihom ir-razza PPRI 5339 tas-sustanza Beauveria bassiana;

l-effetti fuq id-dakkara li jiddaħħlu fis-serer wara li jkunu ġew esposti għal formulazzjoni jew għal formulazzjonijiet li jkunu differenti minn dik rappreżentattiva li tappoġġa lil din l-approvazzjoni;

il-ħarsien tal-operaturi u tal-ħaddiema, filwaqt li jitqies il-fatt li, bħal kull mikroorganiżmu ieħor, ir-razza PPRI 5339 tas-sustanza Beauveria bassiana għandha titqies bħala sensitizzatur potenzjali.

Il-konformità maż-żamma stretta tal-kundizzjonijiet ambjentali u mal-analiżi tal-kontroll tal-kwalità waqt il-proċess tal-manifattura sabiex jiġi żgurat li jkunu ssodisfati l-limiti fuq it-tniġġis mikrobijoloġiku kif imsemmi fid-dokument ta' ħidma bin-numru ta' referenza SANCO/12116/2012 (*1).

Il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskji meta dan ikun xieraq.


(*1)  https://ec.europa.eu/food/sites/food/files/plant/docs/pesticides_ppp_app-proc_guide_phys-chem-ana_microbial-contaminant-limits.pdf”


31.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 27/18


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/148

tat-30 ta' Jannar 2019

dwar in-nuqqas ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva propanil skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 13(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fit-28 ta' Diċembru 2015 l-Italja rċeviet applikazzjoni mingħand il-kumpanija UPL Europe Ltd għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva propanil.

(2)

Skont l-Artikolu 9(3) ta' dak ir-Regolament, fid-29 ta' Frar 2016 l-Istat Membru relatur għarraf lill-applikant, lill-Istati Membri l-oħrajn, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Awtorità”) bl-ammissibbiltà tal-applikazzjoni.

(3)

Għal dik is-sustanza attiva ġew ivvalutati l-effetti fuq saħħet il-bniedem u fuq saħħet l-annimali u fuq l-ambjent, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għall-użijiet proposti mill-applikant. Fl-14 ta' Lulju 2017 l-Istat Membru relatur bagħat abbozz ta' rapport ta' valutazzjoni lill-Kummissjoni u lill-Awtorità.

(4)

L-Istati Membri u l-Awtorità eżaminaw l-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni. Fis-6 ta' Settembru 2018, l-Awtorità bagħtet il-konklużjoni tagħha dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva propanil lill-Kummissjoni (2).

(5)

Permezz ta' ittra tal-14 ta' Settembru 2018, il-kumpanija UPL Europe Ltd irtirat l-applikazzjoni tagħha għall-approvazzjoni tal-propanil.

(6)

Minħabba li l-applikazzjoni ġiet irtirata, jenħtieġ li l-propanil ma jiġix approvat.

(7)

Dan ir-Regolament ma jippreġudikax it-tressiq ta' applikazzjoni oħra għall-propanil skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Nuqqas ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva

Is-sustanza attiva propanil mhijiex approvata.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Jannar 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  EFSA Journal 2018;16(12):5418, 27 paġna, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2018.5418. Konklużjoni dwar l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva propanil imsejħa “Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance propanil”.


31.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 27/20


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/149

tat-30 ta' Jannar 2019

li jemenda r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1108 u (UE) Nru 540/2011 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kundizzjonijiet tal-użu tal-ħall bħala sustanza bażika

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 23(5) flimkien mal-Artikolu 13(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1108 (2) approva l-ħall bħala sustanza bażika għall-użijiet bħala funġiċida u batteriċida u daħħlu fil-Parti C tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (3).

(2)

F'Novembru tal-2016, il-kumpanija Charbonneaux-Brabant SA bagħtet applikazzjoni lill-Kummissjoni biex jitwessa' l-użu tal-ħall bħala erbiċida skont l-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(3)

Il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Awtorità”) għall-għajnuna xjentifika. Fl-4 ta' Awwissu 2017, l-Awtorità bagħtet rapport tekniku lill-Kummissjoni dwar it-twessigħ tal-użu tal-ħall fil-protezzjoni tal-pjanti bħala erbiċida (4). Fit-23 ta' Ottubru 2018, il-Kummissjoni bagħtet ir-rapport ta' analiżi lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf u fit-12 ta' Diċembru 2018 bagħtitlu l-abbozz ta' dan ir-Regolament.

(4)

Mill-eżamijiet li saru jidher li jista' jiġi mistenni li, b'mod ġenerali, il-ħall jissodisfa r-rekwiżiti mniżżlin fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, b'mod partikulari f'dak li għandu x'jaqsam mal-użu bħala erbiċida li ġie eżaminat u deskritt fid-dettall fir-rapport ta' analiżi. Għalhekk jenħtieġ li l-ħall jitħalla jintuża bħala erbiċida. Barra minn hekk, minħabba li qed jiġi permess użu ġdid tal-ħall, huwa aċċettabbli li l-ħall jitħalla jintuża wkoll għal affarijiet oħrajn kif imsemmi fl-aħħar verżjoni tar-rapport ta' analiżi dwar il-ħall. Għalhekk huwa xieraq li titneħħa r-restrizzjoni attwali li hemm b'rabta mal-użu tiegħu bħala funġiċida u batteriċida biss.

(5)

Madankollu, skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, jeħtieġ li jitħarsu ċerti kundizzjonijiet tal-użu.

(6)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1108 u (UE) Nru 540/2011 jiġu emendati kif xieraq.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1108

L-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1108 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Emenda tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Jannar 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1108 tat-8 ta' Lulju 2015 li japprova s-sustanza bażika l-ħall skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 181, 9.7.2015, p. 75).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(4)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (2017). Rapport tekniku dwar l-eżitu tal-konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-EFSA dwar l-applikazzjoni biex jitwessa' l-użu tas-sustanza bażika l-ħall fil-protezzjoni tal-pjanti bħala erbiċida msejjaħ “Technical report on the outcome of the consultation with Member States and EFSA on the basic substance application for vinegar for extension of use in plant protection as a herbicide”. EFSA Supporting Publication 2017:EN-1281, 42 paġna, doi:10.2903/sp.efsa.2017.EN–1281.


ANNESS I

Fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1108, l-entrata mogħtija fil-ħames kolonna msejħa “Dispożizzjonijiet speċifiċi” hija sostitwita b'dan li ġej:

“Il-ħall għandu jintuża skont il-kundizzjonijiet speċifiċi inklużi fil-konklużjonijiet tar-rapport ta' analiżi dwar il-ħall (SANCO/12896/2014) u b'mod partikolari fl-Appendiċijiet I u II tiegħu.”


ANNESS II

Fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, l-entrata mogħtija għall-ħall fis-sitt kolonna tat-tabella tal-Parti C imsejħa “Dispożizzjonijiet speċifiċi” fir-ringiela numru 5 hija sostitwita b'dan li ġej:

“Il-ħall għandu jintuża skont il-kundizzjonijiet speċifiċi inklużi fil-konklużjonijiet tar-rapport ta' analiżi dwar il-ħall (SANCO/12896/2014) u b'mod partikolari fl-Appendiċijiet I u II tiegħu.”


31.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 27/23


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/150

tat-30 ta' Jannar 2019

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 686/2012 fir-rigward l-Istat Membru relatur għall-evalwazzjoni ta' dawn is-sustanzi attivi li jinsabu fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti: id-deltametrina, id-diflufenikan, l-epoksikonażol, il-fluwossastrob, il-protijokonażol u t-tebukonażol

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 686/2012 (2) alloka lir-Renju Unit, bħala l-Istat Membru relatur, l-evalwazzjoni ta' ċerti sustanzi attivi li jinsabu fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.

(2)

Fid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit issottometta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li jitlaq mill-Unjoni, skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. It-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' xi ftehim dwar il-ħruġ jew, fin-nuqqas ta' dan, sentejn wara li tkun saret in-notifika, jiġifieri mit-30 ta' Marzu 2019, sakemm il-Kunsill Ewropew, bi ftehim mar-Renju Unit, ma jiddeċidix b'mod unanimu li jestendi dan il-perjodu.

(3)

Dan il-ftehim dwar il-ħruġ kif maqbul bejn in-negozjaturi fih arranġamenti għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni għar-Renju Unit u fih lil hinn mid-data li fiha t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit u fih. Jekk dak il-ftehim jidħol fis-seħħ, il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti se tapplika għar-Renju Unit u fih matul il-perjodu ta' tranżizzjoni skont dak il-ftehim u se jieqaf japplika fit-tmiem ta' dak il-perjodu. Skont dak il-ftehim, matul il-perjodu ta' tranżizzjoni, ir-Renju Unit ma tistax taġixxi bħala l-awtorità ewlenija għall-valutazzjonijiet, l-eżamijiet, l-approvazzjonijiet jew l-awtorizzazzjonijiet tar-riskju fil-livell tal-Unjoni jew fil-livell tal-Istati Membri waqt li taġixxi b'mod konġunt kif imsemmi, fost oħrajn, fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(4)

Għaldaqstant huwa bżonn li jiġu allokati lil Stati Membri oħra l-evalwazzjoni tas-sustanzi attivi li għalihom ir-Renju Unit huwa l-Istat Membru relatur u fejn huwa mistenni li l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel mhix ser toħroġ Konklużjoni qabel id-29 ta' Marzu 2019. Is-sustanzi attivi kkonċernati huma id-deltametrina, id-diflufenikan, l-epoksikonażol, il-fluwossastrob, il-protijokonażol u t-tebukonażol.

(5)

Dik l-allokazzjoni jenħtieġ li tiżgura bilanċ fit-tqassim tar-responsabbiltajiet u l-ħidma bejn l-Istati Membri.

(6)

Billi l-evalwazzjoni tas-sustanzi attivi kkonċernati hija fi stadju avvanzat u x-xogħol li jrid isir huwa mistenni li jkun żgħir, jenħtieġ li ma jiġix allokat Stat Membru korelatur għal dik l-evalwazzjoni.

(7)

Għalhekk, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 686/2012 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(8)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mit-30 ta' Marzu 2019.

(9)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 686/2012 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-30 ta' Marzu 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Jannar 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 686/2012 tas-26 ta' Lulju 2012 li jalloka lill-Istati Membri, għall-finijiet tal-proċedura ta' tiġdid, l-evalwazzjoni tas-sustanzi attivi (ĠU L 200, 27.7.2012, p. 5).


ANNESS

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 686/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-Parti A hi emendata kif ġej:

(a)

l-annotazzjoni għad-deltametrina tinbidel b'dan li ġej:

Sustanza attiva

Stat Membru Relatur

Stat Membru Korelatur

“Deltametrina

AT”

 

(b)

l-annotazzjoni għad-diflufenikan tinbidel b'dan li ġej:

Sustanza attiva

Stat Membru Relatur

Stat Membru Korelatur

“Diflufenikan

CZ”

 

(c)

l-annotazzjoni għall-fluwossastrobin tinbidel b'dan li ġej:

Sustanza attiva

Stat Membru Relatur

Stat Membru Korelatur

“Fluwossastrobin

DE”

 

(d)

l-annotazzjoni għall-protijokonażol tinbidel b'dan li ġej:

Sustanza attiva

Stat Membru Relatur

Stat Membru Korelatur

“Protijokonażol

PL”

 

(2)

Il-Parti B hi emendata kif ġej:

(a)

l-annotazzjoni għall-epoksikonażol tinbidel b'dan li ġej:

Sustanza attiva

Stat Membru Relatur

Stat Membru Korelatur

“Epoksikonażol

PL”

 

(b)

l-annotazzjoni għat-tebukonażol tinbidel b'dan li ġej:

Sustanza attiva

Stat Membru Relatur

Stat Membru Korelatur

“Tebukonażol

DK”

 


31.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 27/26


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/151

tat-30 ta' Jannar 2019

li jġedded l-approvazzjoni tar-razza J1446 tas-sustanza attiva Clonostachys rosea bħala sustanza attiva b'riskju baxx skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 22(1) flimkien mal-Artikolu 20(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/2/KE (2) daħħlet ir-razza J1446 tas-sustanza Clonostachys rosea bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3) bl-isem tassonomiku l-antik tagħha ta' razza J1446 tas-sustanza Gliocladium catenulatum.

(2)

Is-sustanzi attivi li hemm fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE jitqiesu li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u huma mniżżlin fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (4).

(3)

Kif stabbilit fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, l-approvazzjoni tar-razza J1446 tas-sustanza attiva Clonostachys rosea tiskadi fil-31 ta' Lulju 2019.

(4)

Il-kumpanija Verdera Oy (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-applikant”) bagħtet applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tar-razza J1446 tas-sustanza Clonostachys rosea skont l-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (5) fil-perjodu taż-żmien previst f'dak l-Artikolu.

(5)

L-applikant bagħat il-fajls addizzjonali meħtieġa skont l-Artikolu 6 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012. L-Istat Membru relatur sab li l-applikazzjoni kienet kompluta.

(6)

L-Istat Membru relatur ħejja rapport dwar il-valutazzjoni tat-tiġdid b'konsultazzjoni mal-Istat Membru korelatur u fis-6 ta' Lulju 2016 bagħtu lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni.

(7)

L-Awtorità bagħtet ir-rapport dwar il-valutazzjoni tat-tiġdid lill-applikant u lill-Istati Membri għall-kummenti tagħhom u għaddiet il-kummenti li rċeviet lill-Kummissjoni. L-Awtorità ppubblikat ukoll is-sommarju tal-fajl addizzjonali.

(8)

Fil-21 ta' Ġunju 2017, l-Awtorità bagħtet il-konklużjoni tagħha lill-Kummissjoni dwar jekk ir-razza J1446 tas-sustanza Clonostachys rosea tistax tiġi mistennija tissodisfa l-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jew le (6). Fil-11 ta' Diċembru 2017 il-Kummissjoni bagħtet l-abbozz tar-rapport dwar it-tiġdid b'rabta mar-razza J1446 tas-sustanza Clonostachys rosea lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

(9)

L-applikant ingħata l-possibbiltà jibgħat il-kummenti tiegħu dwar ir-rapport dwar it-tiġdid.

(10)

Ġie stabbilit li l-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati b'rabta ma' użu rappreżentattiv wieħed jew aktar ta' mill-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih ir-razza J1446 tas-sustanza Clonostachys rosea. Għalhekk huwa xieraq li tiġġeded l-approvazzjoni tar-razza J1446 tas-sustanza Clonostachys rosea.

(11)

Il-valutazzjoni tar-riskju għat-tiġdid tal-approvazzjoni tar-razza J1446 tas-sustanza Clonostachys rosea hija bbażata fuq għadd limitat ta' użijiet rappreżentattivi li, madankollu, ma jillimitawx l-użijiet li għalihom jistgħu jiġu awtorizzati l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom ir-razza J1446 tas-sustanza Clonostachys rosea. Għalhekk huwa xieraq li titneħħa r-restrizzjoni fuq l-użu bħala funġiċida biss.

(12)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li r-razza J1446 tas-sustanza Clonostachys rosea hija sustanza attiva b'riskju baxx skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Ir-razza J1446 tas-sustanza Clonostachys rosea mhijiex sustanza ta' tħassib u tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 5 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(13)

Għalhekk huwa xieraq li tiġġeded l-approvazzjoni tar-razza J1446 tas-sustanza Clonostachys rosea bħala sustanza b'riskju baxx.

(14)

Madankollu, skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, jeħtieġ li jiddaħħlu ċerti kundizzjonijiet.

(15)

Skont l-Artikolu 20(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, flimkien mal-Artikolu 13(4) tiegħu, jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jiġi emendat kif xieraq.

(16)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/917 (7) estenda l-perjodu ta' approvazzjoni tar-razza J1446 tas-sustanza Clonostachys rosea sal-31 ta' Lulju 2019 sabiex il-proċess ta' tiġdid ikun jista' jitlesta qabel id-data ta' skadenza tal-approvazzjoni ta' dik is-sustanza. Madankollu, minħabba li laħqet ittieħdet deċiżjoni dwar it-tiġdid qabel din id-data ta' skadenza estiża, dan ir-Regolament għandu jibda japplika mill-1 ta' April 2019 'il quddiem.

(17)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva

L-approvazzjoni tar-razza J1446 tas-sustanza attiva Clonostachys rosea, kif speċifikata fl-Anness I, qed tiġġedded bil-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Emendi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u data ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu jibda japplika mill-1 ta' April 2019 'il quddiem.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Jannar 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/2/KE tad-19 ta' Jannar 2005 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tal-Ampelomyces quisqualis u l-Gliocladium catenulatum bħala sustanzi attivi (ĠU L 20, 22.1.2005, p. 15).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).

(6)  EFSA Journal 2016;14(7):4517, 16-il paġna. Dan id-dokument jinsab fuq l-Internet fis-sit web li ġej: www.efsa.europa.eu.

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/917 tas-27 ta' Ġunju 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi alfaċipermetrina, beflubutammid, benalassil, bentjavalikarb, bifenażat, boskalid, bromossinil, kaptan, karvone, klorprofam, ċjażofammid, desmedifam, dimetoat, dimetomorf, dikwat, etefon, etoprofos, etossażol, famoksadon, fenamidon, fenamifos, flumjoksażina, fluwossastrobin, folpet, foramsulfuron, formetanat, u r-razza Gliocladium catenulatum: J1446, isossaflutol, metalaksil-m, metjokarb, metossifenożid, metribużin, milbemektin, oksasulfuron, ir-razza 251 Paecilomyces lilacinus, fenmedifam, fosmet, pirimifos-metil, propamokarb, protijokonażol, pimetrożin u s-metolaklor (ĠU L 163, 28.6.2018, p. 13).


ANNESS I

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Ir-razza J1446 tas-sustanza Clonostachys rosea

In-numru tal-adeżjoni fil-kollezzjoni ta' kulturi tal-Kollezzjoni Ġermaniża ta' mikroorganiżmi u ta' kulturi ċellulari (id-DSMZ): DSM 9212

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Kontenut tal-glijotossina: ammont massimu ta' 50 μg/kg fil-grad tekniku tal-MCPA.

L-1 ta' April 2019

Il-31 ta' Marzu 2034

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmi fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport dwar it-tiġdid b'rabta mar-razza J1446 tas-sustanza Clonostachys rosea u b'mod partikulari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu każ b'mod partikulari l-affarijiet li ġejjin:

l-ispeċifikazzjoni tal-materjal tekniku kif immanifatturat kummerċjalment fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, fosthom il-karatterizzazzjoni sħiħa tal-metaboliti ta' tħassib;

il-ħarsien tal-operaturi u tal-ħaddiema, filwaqt li jitqies il-fatt li l-mikroorganiżmi jitqiesu bħala sensitizzaturi potenzjali, u filwaqt li jiġi żgurat li t-tagħmir xieraq ta' protezzjoni personali jkun inkluż bħala kundizzjoni tal-użu;

l-istudji jew l-informazzjoni mil-letteratura xjentifika li saru disponibbli dan l-aħħar b'rabta mas-suxxettibbiltà tar-razza J1446 tas-sustanza Clonostachys rosea għall-aġenti antifungali.

Il-produttur għandu jiżgura li jinżammu b'mod strett il-kundizzjonijiet ambjentali u li ssir analiżi tal-kontroll tal-kwalità waqt il-proċess tal-manifattura sabiex jiġi żgurat li jkunu ssodisfati l-limiti fuq it-tniġġis bil-mikrobi kif imsemmi fid-dokument ta' ħidma bin-numru ta' referenza SANCO/12116/2012 (2).

Il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskji meta dan ikun xieraq.


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' rieżami.

(2)  https://ec.europa.eu/food/sites/food/files/plant/docs/pesticides_ppp_app-proc_guide_phys-chem-ana_microbial-contaminant-limits.pdf


ANNESS II

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-Parti A titħassar l-entrata 98 dwar ir-razza J1446 tas-sustanza Gliocladium catenulatum;

(2)

fil-Parti D, tiżdied l-entrata li ġejja:

“15

Ir-razza J1446 tas-sustanza Clonostachys rosea

In-numru tal-adeżjoni fil-kollezzjoni ta' kulturi tal-Kollezzjoni Ġermaniża ta' mikroorganiżmi u ta' kulturi ċellulari (id-DSMZ): DSM 9212

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Kontenut tal-glijotossina: ammont massimu ta' 50 μg/kg fil-grad tekniku tal-MCPA.

L-1 ta' April 2019

Il-31 ta' Marzu 2034

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmi fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport dwar it-tiġdid b'rabta mar-razza J1446 tas-sustanza Clonostachys rosea u b'mod partikulari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu każ b'mod partikulari l-affarijiet li ġejjin:

l-ispeċifikazzjoni tal-materjal tekniku kif immanifatturat kummerċjalment fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, fosthom il-karatterizzazzjoni sħiħa tal-metaboliti ta' tħassib;

il-ħarsien tal-operaturi u tal-ħaddiema, filwaqt li jitqies il-fatt li l-mikroorganiżmi jitqiesu bħala sensitizzaturi potenzjali, u filwaqt li jiġi żgurat li t-tagħmir xieraq ta' protezzjoni personali jkun inkluż bħala kundizzjoni tal-użu;

l-istudji jew l-informazzjoni mil-letteratura xjentifika li saru disponibbli dan l-aħħar b'rabta mas-suxxettibbiltà tar-razza J1446 tas-sustanza Clonostachys rosea għall-aġenti antifungali.

Il-produttur għandu jiżgura li jinżammu b'mod strett il-kundizzjonijiet ambjentali u li ssir analiżi tal-kontroll tal-kwalità waqt il-proċess tal-manifattura sabiex jiġi żgurat li jkunu ssodisfati l-limiti fuq it-tniġġis bil-mikrobi kif imsemmi fid-dokument ta' ħidma bin-numru ta' referenza SANCO/12116/2012 (*1).

Il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskji meta dan ikun xieraq.


(*1)  https://ec.europa.eu/food/sites/food/files/plant/docs/pesticides_ppp_app-proc_guide_phys-chem-ana_microbial-contaminant-limits.pdf”


DEĊIŻJONIJIET

31.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 27/31


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/152

tat-28 ta' Jannar 2019

li taħtar membru, propost mir-Renju tal-Belġju, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Belġjan,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat sar vakanti s-siġġu ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni u abbażi ta' dan is-Sur Alain HUTCHINSON (Conseiller communal et échevin à Saint-Gilles) ġie propost,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huwa b'dan maħtur membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

Is-Sur Alain HUTCHINSON, Commissaire pour l'Europe et l'accueil des organisations internationales (bidla tal-mandat).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Jannar 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

P. DAEA


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).


31.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 27/32


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/153

tat-28 ta' Jannar 2019

li taħtar membru, propost mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Taljan,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020. Fit-12 ta' Settembru 2016, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1670 (4), is-Sur Piero FASSINO inħatar mill-ġdid bħala membru.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sur Piero FASSINO, sar vakanti s-siġġu ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huwa b'dan maħtur membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

Is-Sur Virginio MEROLA, Sindaco del Comune di Bologna.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Jannar 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

P. DAEA


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1670 tat-12 ta' Settembru 2016 li taħtar membru u żewġ membri supplenti, proposti mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 249, 16.9.2016, p. 37).


31.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 27/33


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/154

tat-30 ta' Jannar 2019

li tistabbilixxi regoli interni dwar ir-restrizzjoni fuq id-dritt ta' aċċess tas-suġġetti tad-data għall-fajls mediċi tagħhom

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 249(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 26a tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Artikoli 16 u 91 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' ħaddiema oħra, l-uffiċjali u l-membri tal-persunal għandhom id-dritt li jiffalimjarizzaw ruħhom mal-fajls mediċi tagħhom, skont l-arranġamenti li għandhom jitniżżlu mill-awtoritajiet tal-ħatra tal-istituzzjonijiet.

(2)

Mill-2004, il-Konklużjoni 221/04 tal-Kapijiet tal-amministrazzjonijiet (1) irregolat l-aċċess għal fajls mediċi u ma tippermettix aċċess dirett ta' suġġett tad-data għad-dokumenti kollha ta' natura psikjatrika jew psikoloġika li jikkonċernawhom. Dik ir-restrizzjoni ġenerali ma tinvolvix analiżi każ b'każ.

(3)

Sabiex tkun konformi mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), restrizzjonijiet fuq l-aċċess għal tali dokumenti applikati mill-Kummissjoni għandhom ikunu proporzjonati u jinvolvu analiżi każ b'każ.

(4)

Filwaqt li l-aċċess għall-fajls mediċi għandu jingħata sa fejn jista' jkun possibbli lis-suġġetti tad-data, restrizzjonijiet fuq il-bażi tal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725 f'xi każijiet jistgħu jkunu meħtieġa għall-protezzjoni tas-saħħa tal-membru tal-persunal jew tal-interessi leġittimi ta' partijiet terzi. L-uffiċjal mediku, li jaġixxi f'isem il-Kummissjoni, għandu jagħti r-raġunijiet għal kwalunkwe restrizzjoni bħal din u dawk ir-raġunijiet għandhom isiru parti mill-fajls mediċi tal-membru tal-persunal ikkonċernat.

(5)

Id-data personali hija maħżuna f'ambjenti elettroniċi siguri li jimpedixxu l-aċċess illegali jew it-trasferiment ta' data lil persuni li m'għandhomx bżonn li jkunu jafu.

(6)

Il-perjodi ta' ħażna li japplikaw għall-ipproċessar ta' fajls mediċi huma stabbiliti fil-lista komuni ta' żamma fil-livell ta' Kummissjoni għal fajls tal-Kummissjoni Ewropea (3).

(7)

Jenħtieġ li l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kummissjoni Ewropea jwettaq rieżami indipendenti tal-applikazzjoni tar-restrizzjonijiet, bil-għan li tiġi żgurata l-konformità ma' din id-deċiżjoni.

(8)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ta l-opinjoni tiegħu fl-10 ta' Diċembru 2018.

(9)

Ir-Regolament (UE) 2018/1725 jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), mingħajr ebda perjodu tranżitorju, mid-data tad-dħul fis-seħħ. Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 ippreveda l-possibbiltà li jiġu applikati restrizzjonijiet għal ċerti drittijiet. Sabiex tevita li tipperikola d-drittijiet tas-suġġetti tad-data, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2018/1725.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-tema u l-ambitu

1.   Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet li bihom il-Kummissjoni tista' tirrestrinġi l-applikazzjoni tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1725, f'konformità mal-Artikolu 25(1)(h) ta' dak ir-Regolament.

2.   Din id-Deċiżjoni tapplika għall-aċċess tad-data medika personali pproċessata mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 26a, 33, 59, 72, 73 u 78 tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Artikoli 1, 13 u 15 tal-Anness VIII tagħha, u l-Artikoli 13, 16, 28, 32, 33, 83, 91, 95, 100, 101 u 102 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra.

Artikolu 2

Restrizzjonijiet applikabbli

1.   Soġġett għall-Artikoli 3 sa 5, il-Kummissjoni tista' tirrestrinġi, fuq bażi ta' każ b'każ, id-dritt tas-suġġetti tad-data li jkollhom aċċess dirett għal informazzjoni medika personali ta' natura psikjatrika jew psikoloġika li tikkonċernahom li tkun ipproċessata mill-Kummissjoni, fejn l-aċċess għal din id-data huwa probabbli li jirrappreżenta riskju għas-saħħa tas-suġġett tad-data. Din ir-restrizzjoni għandha tkun proporzjonata għal dak li huwa strettament neċessarju biex jiġi protett is-suġġett tad-data.

2.   L-aċċess għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, għandu jingħata lit-tabib tal-għażla tas-suġġett tad-data.

3.   F'dawn il-każijiet, is-suġġett tad-data għandu, fuq talba, jiġi rrimborsat mis-Servizz Mediku ta' parti mill-ispiża ta' konsultazzjoni medika ta' tabib li rċieva aċċess għall-fajls mediċi li ma ġiex rimborsat mir-Reġim Komuni tal-Assigurazzjoni tal-Mard (JSIS). Ir-rimbors ma għandux jaqbeż id-differenza bejn il-limiti massimi previsti mid-Dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni Ġenerali għar-rimbors ta' spejjeż mediċi (5) u l-ammont rimborsat għas-suġġett tad-data mir-Reġim Komuni tal-Assigurazzjoni tal-Mard skont dawk ir-regoli.

4.   Tali rimbors mis-Servizz Mediku għandu jkun suġġett għall-kundizzjoni li l-aċċess ma jkunx diġà ġie mogħti għall-istess data.

5.   Suġġett għall-Artikoli 3 sa 5 ta' din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tista' trażżan, fuq bażi ta' każ b'każ u skont l-Artikolu 25(1)(h) tar-Regolament (UE) 2018/1725, id-dritt tas-suġġetti tad-data li jkollhom aċċess għad-data medika personali fil-pussess tagħha fejn l-eżerċizzju ta' dan id-dritt jista' jaffettwa b'mod ħażin id-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data jew suġġetti oħra tad-data.

Artikolu 3

Dritt ta' aċċess skont is-suġġett tad-data

1.   Meta l-Kummissjoni tirrestrinġi, b'mod sħiħ jew parzjali, id-dritt ta' aċċess għal data medika personali tas-suġġetti tad-data, kif imsemmi fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1725, hi għandha tinforma lis-suġġett tad-data kkonċernat, bil-miktub, fir-risposta tagħha għat-talba għal aċċess mingħajr dewmien żejjed ta' restrizzjoni applikati u r-raġunijiet prinċipali. Il-Kummissjoni se tinforma lis-suġġett tad-data bil-possibbiltà li jressaq ilment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fi kwalunkwe ħin jew li jfittex rimedju ġudizzjarju fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

2.   L-għoti ta' informazzjoni fir-rigward tar-raġunijiet għar-restrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jista' jiġi diferit, jitħalla barra jew miċħud sakemm jibqa' jimmina l-fini tar-restrizzjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tniżżel ir-raġunijiet għal tali restrizzjoni skont l-Artikolu 5.

4.   Meta d-dritt ta' aċċess ikun totalment jew parzjalment ristrett, is-suġġett tad-data għandu jeżerċita d-dritt ta' aċċess tiegħu permezz tal-intermedjarju tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, skont il-paragrafi 25(6), (7) u (8) tar-Regolament (UE) 2018/1725.

Artikolu 4

Irrekordjar u reġistrazzjoni ta' restrizzjonijiet

1.   Il-Kummissjoni għandha tirrekordja r-raġunijiet għal kwalunkwe restrizzjoni applikata skont din id-Deċiżjoni, inkluża valutazzjoni tan-neċessità u l-proporzjonalità tar-restrizzjoni, filwaqt li tqis l-elementi rilevanti fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725.

Għal dak il-għan, ir-reġistru għandu jindika kif l-eżerċizzju tad-dritt kieku jippreżenta riskju għas-saħħa tas-suġġett tad-data jew jaffettwa b'mod ħażin id-drittijiet u l-libertajiet ta' suġġetti tad-data oħrajn.

2.   Ir-reġistru u, fejn applikabbli, id-dokumenti li fihom l-elementi fattwali u ġuridiċi sottostanti għandhom jiġu rreġistrati fil-fajl mediku rilevanti

Artikolu 5

Tul ta' żmien tar-restrizzjonijiet

1.   Restrizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 2 għandhom ikomplu japplikaw sakemm jibqgħu applikabbli r-raġunijiet li jiġġustifikawhom.

2.   Meta r-raġunijiet għal restrizzjoni ma japplikawx aktar u s-suġġett tad-data reġa' saqsa għal aċċess għad-data medika personali kkonċernata, il-Kummissjoni għandha tneħħi r-restrizzjoni u tagħti r-raġunijiet prinċipali għar-restrizzjoni lis-suġġett tad-data. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni għandha tinforma lis-suġġett tad-data bil-possibbiltà li jressaq ilment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fi kwalunkwe ħin, jew li jitlob rimedju ġudizzjarju fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Rieżami mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kummissjoni Ewropea

1.   L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jiġi infurmat mingħajr dewmien żejjed kull meta d-drittijiet tas-suġġett tad-data jiġu ristretti f'konformità ma' din id-Deċiżjoni. Fuq talba, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jingħata aċċess għar-reġistru u għal kwalunkwe dokument li fih elementi fattwali u ġuridiċi sottostanti.

2.   L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data jista' jitlob rieżami tar-restrizzjoni. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jiġi infurmat dwar l-eżitu tar-rieżami mitlub.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mill-11 ta' Diċembru 2018.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Jannar 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  Din il-konklużjoni ġiet approvata mill-Kapijiet tal-Amministrazzjoni matul il-236 laqgħa tagħhom fid-19 ta' Frar 2004.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(3)  Il-lista komuni ta' żamma fil-livell ta' Kummissjoni għal fajls tal-Kummissjoni Ewropea SEC (2007) 970 tal-4 ta' Lulju 2007 aġġornata u kompluta minn SEC (2012) 713 tas-17 ta' Diċembru 2012.

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) 3195 tat-2 ta' Lulju 2007 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali ta' implimentazzjoni għar-rimbors ta' spejjeż mediċi.


31.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 27/36


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ EWROPEA TAT-TITOLI U S-SWIEQ (UE) 2019/155

tat-23 ta' Jannar 2019

li ġġedded ir-restrizzjoni temporanja tal-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta' kuntratti għal differenzi lil klijenti mhux professjonali

IL-BORD TAS-SUPERVIŻURI TAL-AWTORITÀ EWROPEA TAT-TITOLI U S-SWIEQ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010, li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 9(5), 43(2) u 44(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 40 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/567 tat-18 ta' Mejju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward id-definizzjonijiet, it-trasparenza, il-kompressjoni tal-portafoll u l-miżuri superviżorji fuq l-intervent fuq prodotti u pożizzjonijiet (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni (UE) 2018/796 (4), l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) irrestrinġiet il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta' kuntratti għal differenzi (CFDs) lil klijenti mhux professjonali b'effett mill-1 ta' Awwissu 2018 għal perjodu ta' tliet xhur.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 40(6) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, l-ESMA trid tirrieżamina miżura temporanja dwar l-intervent fuq il-prodott f'intervalli xierqa u tal-inqas kull tliet xhur.

(3)

Bid-Deċiżjoni (UE) 2018/1636 (5), l-ESMA ġeddet u emendat ir-restrizzjoni temporanja tal-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta' CFDs lill-klijenti mhux professjonali b'effett mill-1 ta' Novembru 2018 għal perjodu ta' tliet xhur.

(4)

Ir-rieżami ulterjuri tal-ESMA tar-restrizzjoni fuq CFDs ġie informat minn, inter alia, stħarriġ fost l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti (6) (NCAs) dwar l-applikazzjoni prattika u l-impatt tal-miżura dwar l-intervent fuq il-prodott kif ukoll informazzjoni addizzjonali pprovduta mill-NCAs u mill-partijiet ikkonċernati.

(5)

L-NCAs sabu biss eżempji limitati ta' nonkonformità mal-miżura tal-ESMA dwar l-intervent fuq il-prodott, li prinċipalment kienu relatati mat-twissijiet ta' riskju.

(6)

L-NCAs irrapportaw tnaqqis globali fin-numru ta' kontijiet ta' CFDs ta' klijienti mhux professjonali, fil-volum tan-negozjar u l-ekwità totali tal-klijent mhux professjonali matul dawn it- tliet xhur minn Awwissu sa Ottubru 2018 (perjodu tal-2018) meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2017 (perjodu tal-2017). Is-sehem tal-kontijiet bi profitt tal-klijenti mhux prefessjonali baqa' stabbli b'mod ġenerali meta mqabbel ma' dawn il-perjodi. Il-kostijiet medji mġarrba minn klijenti mhux prefessjonali waqt in-negozjar ta' CFDs, li jidhru inqas dependenti mill-kondizzjonijiet tas-suq milli l-eżiti globali tal-klijent, kienu ferm inqas fil-perjodu tal-2018 meta mqabbla mal-perjodu tal-2017 (7) Il-kostijiet medji fir-rigward ta' kontijiet attivi ta' klijenti mhux professjonali li jinkludu CFDs fuq kriptovaluti niżlu b'mod sproporzjonat meta mqabbla ma' oħrajn, għalkemm dawn il-kontijiet komplew iġarrbu kostijiet ogħla milli kontijiet mingħajr esponiment għal kriptovaluta. Fl-aħħar nett, l-NCAs irrapportaw tnaqqis sostanzjali fin-numru tal-għeluq awtomatiku, in-numru ta' drabi meta l-kontijiet spiċċaw f'ekwità negattiva u d-daqs ta' bilanċi ta' ekwità negattiva (8).

(7)

L-NCAs irrapportaw ukoll żieda fin-numru ta' klijenti ttrattati bħala klijenti professjonali fuq talba tul il-perjodu tal-2018 meta mqabbel mal-perjodu tal-2017. L-ESMA hija konxja li xi fornituri ta' CFD qed jirreklamaw lill-klijenti mhux professjonali l-possibbiltà li jsiru klijenti professjonali fuq talba. Madankollu, klijent mhux professjonali jista' jitlob li jiġi ttrattat bħala klijent professjonali meta, b'mod partikolari, il-klijent jissottometti talba bil-miktub f'konformità mar-rekwiżiti kollha stipulati fil-leġiżlazzjoni applikabbli. Il-fornituri għandhom jiżguraw li huma jikkonformaw dejjem ma' dawk ir-rekwiżiti (9). L-ESMA hija konxja wkoll li xi ditti ta' pajjiżi terzi qed jersqu b'mod attiv lejn klijenti tal-Unjoni jew li xi fornituri ta' CFD fl-Unjoni qed jikkummerċjalizzaw il-possibbiltà li klijenti mhux professjonali jmexxu l-kontijiet tagħhom f'entità intragrupp ta' pajjiż terz. Madankollu, mingħajr awtorizzazzjoni jew reġistrazzjoni fl-Unjoni, ditti ta' pajjiżi terzi jistgħu biss joffru servizzi lil klijenti stabbiliti jew li jinsabu fl-Unjoni fuq inizjattiva proprja esklussiva tal-klijent. Fl-aħħar nett, l-ESMA hija konxja li d-ditti qed jibdew jipprovdu prodotti oħra ta' investiment spekulattiv. L-ESMA ser tkompli tissorvelja l-offerta ta' dawn il-prodotti l-oħra biex tiddetermina jekk miżuri oħra tal-Unjoni jkunux xierqa.

(8)

Sa mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2018/796, l-ESMA ma kisbitx evidenza li tikkontradixxi s-sejba ġenerali tagħha ta' tħassib sinifikanti dwar il-protezzjoni tal-investituri identifikat fid-Deċiżjoni (UE) 2018/796 jew fid-Deċiżjoni (UE) 2018/1636 (Deċiżjonijiet). Għaldaqstant l-ESMA kkonkludiet li t-tħassib sinifikanti dwar il-protezzjoni tal-investituri identifikat fid-Deċiżjonijiet ser jippersisti jekk ir-restrizzjoni temporarja tal-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta' CFDs lil klijenti mhux professjonali ma tiġix imġedda.

(9)

Barra minn hekk, ir-rekwiżiti regolatorji eżistenti applikabbli skont il-liġi tal-Unjoni ma nbidlux u jibqgħu ma jindirizzawx it-theddid identifikat mill-ESMA. Barra minn hekk, l-NCAs ma ħadux azzjoni biex jindirizzaw it-theddid jew l-azzjonijiet meħudin ma jindirizzawx it-theddid b'mod adegwat. B'mod partikolari, sa mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2018/796, l-ebda NCA ma adottat il-miżura proprja nazzjonali dwar l-intervent fuq il-prodott skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 (10).

(10)

It-tiġdid tar-restrizzjoni m'għandux effett detrimentali fuq l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji jew fuq l-investituri li huwa sproporzjonat għall-benefiċċji tal-azzjoni u ma joħloqx riskju ta' arbitraġġ regolatorju għall-istess raġunijiet stipulati fid-Deċiżjonijiet.

(11)

Jekk ir-restrizzjoni temporanja ma tiġġeddidx, l-ESMA tkompli tikkunsidra li x'aktarx is-CFDs ser jerġgħu jiġu offruti lil klijenti mhux professjonali mingħajr miżuri adegwati biex jipproteġu lilhom b'mod suffiċjenti kontra r-riskji relatati ma' dawk il-prodotti li taw bidu għad-detriment tal-konsumatur identifikat fid-Deċiżjonijiet.

(12)

Fid-dawl ta' dawn ir-raġunijiet, meħuda flimkien mar-raġunijiet stipulati fid-Deċiżjonijiet, l-ESMA ddeċidiet li ġġedded ir-restrizzjoni fuq l-istess termini bħal dawk stipulati fid-Deċiżjoni (UE) 2018/1636 għal perjodu addizzjonali ta' tliet xhur biex tindirizza t-tħassib sinifikanti dwar il-protezzjoni tal-investituri.

(13)

Billi l-miżuri proposti jistgħu, sa ċertu punt limitat, jirrigwardaw derivattivi ta' komoditajiet agrikoli, l-ESMA kkonsultat il-korpi pubbliċi kompetenti għas-sorveljanza, għall-amministrazzjoni u għar-regolamentazzjoni ta' swieq agrikoli fiżiċi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (11). L-ebda wieħed minn dawn il-korpi ma qajjem kwalunkwe oġġezzjoni għat-tiġdid propost tal-miżuri.

(14)

L-ESMA nnotifikat lill-NCAs dwar id-Deċiżjoni ta' tiġdid proposta,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan id-Deċiżjoni:

(a)

kuntratt għal differenzi” jew “CFD” tfisser derivattiv għajr opzjonijiet, futuri, swaps u ftehimiet tar-rata forward, li l-għan tiegħu huwa li jagħti lid-detentur skopertura twila jew qasira għal varjazzjonijiet fil-prezz, fil-livell jew fil-valur ta' strument sottostanti, irrispettivament minn jekk ikunx innegozjat f'ċentru ta' negozjar, u li għandu jiġi ssaldat fi flus kontanti jew jista' jiġi ssaldat fi flus kontanti fuq għażla ta' waħda mill-partijiet għajr minħabba inadempjenza jew avveniment ta' terminazzjoni ieħor;

(b)

benefiċċju mhux monetarju eskluż” tfisser kwalunkwe benefiċċju mhux monetarju għajr, safejn dawn jirrigwardaw is-CFDs, għodod ta' informazzjoni u ta' riċerka;

(c)

marġni inizjali” tfisser kwalunkwe ħlas għall-fini tad-dħul f'CFD, bl-esklużjoni tal-kummissjoni, it-tariffi tat-tranżazzjonijiet u kwalunkwe spejjeż oħra relatati;

(d)

protezzjoni tal-marġni inizjali” tfisser il-marġni inizjali stabbilit bl-Anness I;

(e)

protezzjoni tal-għeluq tal-marġni” tfisser l-għeluq ta' wieħed jew iktar mill-kontijiet CFD miftuħa tal-klijent mhux professjonali bl-aktar termini favorevoli għall-klijent skont l-Artikoli 24 u 27 tad-Direttiva 2014/65/UE meta s-somma tal-fondi fil-kont ta' negozjar CFD u l-profitti netti mhux realizzati tas-CFDs miftuħa kollha konnessi ma' dak il-kont jaqgħu taħt in-nofs tal-protezzjoni tal-marġni inizjali totali għal dawk is-CFDs miftuħa kollha;

(f)

protezzjoni kontra bilanċ negattiv” tfisser il-limitu tar-responsabbiltà aggregata ta' klijent mhux professjonali għas-CFDs kollha konnessi ma' kont ta' negozjar CFD ma' fornitur tas-CFDs għall-fondi f'dak il-kont ta' negozjar CFD.

Artikolu 2

Restrizzjoni temporanja fuq CFDs fir-rigward tal-klijenti mhux professjonali

Il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ lill-klijenti mhux professjonali ta' CFDs huma ristretti għal ċirkostanzi fejn mill-inqas il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a)

il-fornitur tas-CFD jeħtieġ li l-klijent mhux professjonali jħallas il-protezzjoni tal-marġni inizjali;

(b)

il-fornitur tas-CFD jipprovdi lill-klijent mhux professjonali l-protezzjoni tal-għeluq tal-marġni;

(c)

il-fornitur tas-CFD jipprovdi lill-klijent mhux professjonali l-protezzjoni kontra bilanċ negattiv;

(d)

il-fornitur tas-CFD ma jipprovdix direttament jew indirettament lill-klijent mhux professjonali pagament, monetarju jew benefiċċju mhux monetarju eskluż fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni, tad-distribuzzjoni jew tal-bejgħ ta' CFD, għajr il-profitti realizzati minn kwalunkwe CFD ipprovdut; u

(e)

il-fornitur tas-CFD ma jibgħatx direttament jew indirettament komunikazzjoni lil jew jippubblika informazzjoni aċċessibbli minn klijent mhux professjonali dwar il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta' CFD sakemm din ma tkunx jinkludi twissija ta' riskju xierqa speċifikata minn u konformi mal-kondizzjonijiet fl-Anness II.

Artikolu 3

Projbizzjoni tal-parteċipazzjoni f'attivitajiet ta' evitar

Għandhat jkun ipprojbita il-parteċipazzjoni, konxjament u intenzjonalment, f'attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom ikun li jevadu r-rekwiżiti fl-Artikolu 2, inkluż billi jaġixxu bħala sostitut għall-fornitur tas-CFD.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.   Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Frar 2019 għal perjodu ta' 3 xhur.

Magħmul f'Pariġi, it-23 ta' Jannar 2019.

Għall-Bord tas-Superviżuri

Steven MAIJOOR

Il-President


(1)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.

(2)  ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84.

(3)  ĠU L 87, 31.3.2017, p. 90.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (UE) 2018/796 tat-22 ta' Mejju 2018 li tirrestrinġi b'mod temporanju kuntratti għal differenzi fl-Unjoni skont l-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 136, 1.6.2018, p. 50).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (UE) 2018/1636 tat-23 ta' Ottubru 2018 li ġġedded u temenda r-restrizzjoni temporanja fid-Deċiżjoni (UE) 2018/796 dwar il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta' kuntratti lil klijenti mhux professjonali (ĠU L 272, 31.10.2018, p. 62).

(6)  Irrispondew 26 NCAs: Financial Market Authority (AT – FMA), Cyprus Securities and Exchange Commission (CY-CySEC), Czech National Bank (CZ – CNB), Bundesanstalt für Finanzdienstleistungsaufsicht (DE – BaFin), Finanstilsynet (DK-Finanstilsynet), Hellenic Capital Markets Commission (EL-HCMC), Comisión Nacional del Mercado de Valores (ES – CNMV), Finnish Financial Supervisory Authority (FI – FSA), Autorité des Marchés Financiers (FR – AMF), Magyar Nemzeti Bank (HU – MNB), Central Bank of Ireland (IE – CBI), Financial Supervisory Authority (IS – FME), Lietuvos Bankas (LT- LB), Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (IT – Consob), Commission de Surveillance du Secteur Financier (LU – CSSF), Finanšu un kapitāla tirgus komisija (LV-FKTK), Malta Financial Services Authority (MT – MFSA), Autoriteit Financiële Markten (NL-AFM), Finanstilsynet (Finanstilsynet-NO), Komisja Nadzoru Finansowego (PL-KNF), Comissão do Mercado de Valores Mobiliários (PT – CMVM), Romanian Financial Supervisory Authority (RO – FSA), Finansinspektionen (SE- Finansinspektionen), Agencija za trg vrednostnih papirjev (ATVP-SI) National Bank of Slovakia (NBS-SK), Financial Conduct Authority (UK- FCA).

(7)  Dan huwa konsistenti mat-tnaqqis osservat fil-volumi tan-negozju totali li fuqhom jiġu tipikament ikkalkulati l-firxiet u t-tariffi. L-ekwità medja tal-klijent żdiedet bi ftit fost kontijiet attivi ta' klijenti mhux professjonali, għalkemm din il-bidla kienet ferm inqas f'termini perċentwali mit-tnaqqis fil-volumi tan-negozju totali u l-esponiment totali ta' dawn il-kontijiet.

(8)  Fil-perjodu minn Awwissu sa Ottubru 2018, il-protezzjoni kontra bilanċ negattiv kienet applikabbli. Madankollu, id-diskrepanza tas-suq tista' twassal biex inizjalment il-klijent jingħalaq bi prezz li joħloq ekwità negattiva, u l-kont imbagħad jiġi kreditat mill-ġdid lura għal ekwità żero mill-fornitur biex jintlaħaq ir-rekwiżit il-ġdid ta' protezzjoni kontra bilanċ negattiv. Dan kien ukoll il-każ għal dawk il-fornituri li offrew protezzjoni kontra bilanċ negattiv fl-istess perjodu fl-2017.

(9)  L-Anness II, Taqsima II tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349 ). Ara wkoll Taqsima 11 tal-Mistoqsijiet u Tweġibiet tal-ESMA dwar suġġetti rigward il-protezzjoni tal-investituri u l-intermedjarji tal-MiFID II u tal-MiFIR (ESMA35-43-349), fejn l-ESMA identifikat forom ta' prattiki li ditti ta' investiment m'għandhomx jużaw meta japplikaw ir-rekwiżiti legali dwar il-kategorizzazzjoni ta' klijenti bħala professjonali fuq talba. Taqsima 11 ġiet aġġornata l-aħħar fil-25 ta' Mejju 2018.

(10)  L-ESMA kkunsidrat li: (a) fl-4 ta' Ġunju 2018, awtorità kompetenti ta' Stat taż-ŻEE-EFTA, NO-Finanstilsynet, adottat miżuri nazzjonali dwar l-intervent fuq il-prodott li għandhom l-istess termini u dati ta' applikazzjoni tal-miżuri tal-ESMA; (b) fis-6 ta' Lulju 2018, fir-Rumanija bdiet tapplika liġi nazzjonali li għandha termini simili għall-miżuri tal-ESMA.

(11)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).


ANNESS I

PERĊENTWALI INIZJALI TAL-MARĠNI SKONT IT-TIP TA' STRUMENT SOTTOSTANTI

(a)

3,33 % tal-valur nozzjonali tas-CFD meta l-muniti akkoppjati sottostanti jkunu magħmula minn tnejn mill-muniti li ġejjin: id-Dollaru Amerikan, l-Ewro, il-Yen Ġappuniż, l-Isterlina, id-Dollaru Kanadiż jew il-frank Żvizzeru.

(b)

5 % tal-valur nozzjonali tas-CFD meta l-indiċi sottostanti, il-muniti akkoppjati jew il-komodità jkunu:

(i)

kwalunkwe wieħed mill-indiċi ta' ekwità li ġejjin: Financial Times Stock Exchange 100 (FTSE 100); Cotation Assistée en Continu 40 (CAC 40); Deutsche Bourse AG German Stock Index 30 (DAX30); Dow Jones Industrial Average (DJIA); Standard & Poors 500 (S&P 500); NASDAQ Composite Index (NASDAQ), NASDAQ 100 Index (NASDAQ 100); Nikkei Index (Nikkei 225); Standard & Poors/Australian Securities Exchange 200 (ASX 200); EURO STOXX 50 Index (EURO STOXX 50);

(ii)

muniti akkoppjati magħmula minn tal-anqas munita waħda li mhix elenkata fil-punt (a) hawn fuq; jew

(iii)

deheb;

(c)

10 % tal-valur nozzjonali tas-CFD meta l-komodità sottostanti jew l-indiċi ta' ekwità tkun komodità jew kwalunkwe indiċi ta' ekwità għajr dawk elenkati fil-punt(b) hawn fuq;

(d)

50 % tal-valur nozzjonali tas-CFD meta l-istrument sottostanti jkun kriptovaluta; jew

(e)

20 % tal-valur nozzjonali tas-CFD meta l-istrument sottostanti jkun:

(i)

sehem; jew

(ii)

mhux elenkat b'xi mod ieħor f'dan l-Anness.


ANNESS II

TWISSIJIET TA' RISKJU

TAQSIMA A

Kondizzjonijiet tat-twissija ta' riskju

1.

It-twissija ta' riskju għandha tkun f'forma li tiżgura l-prominenza tagħha, b'tipa ta' daqs mill-inqas ugwali għad-daqs predominanti tat-tipa u fl-istess lingwa użata fil-komunikazzjoni jew fl-informazzjoni ppubblikata.

2.

Jekk il-komunikazzjoni jew l-informazzjoni ppubblikata tkun fuq mezz durabbli jew fuq paġna elettronika, it-twissija ta' riskju għandha tkun fil-format speċifikat fit-Taqsima B.

3.

Jekk il-komunikazzjoni jew l-informazzjoni ppubblikata tkun fuq mezz li ma jkunx mezz durabbli jew paġna web, it-twissija ta' riskju għandha tkun fil-format speċifikat fit-Taqsima C.

4.

B'deroga mill-paragrafi 2 u 3, jekk in-numru ta' karattri li jinsabu fit-twissija ta' riskju fil-format speċifikat fit-Taqsima B jew C jaqbeż il-limitu ta' karattri permess fit-termini standard ta' fornitur tal-kummerċjalizzazzjoni ta' parti terza, allura t-twissija ta' riskju tista' tkun fil-format speċifikat fit-Taqsima D.

5.

Jekk tintuża t-twissija ta' riskju fil-format speċifikat fit-Taqsima D, il-komunikazzjoni jew l-informazzjoni ppubblikata għandha tinkludi wkoll link diretta għall-paġna web tal-fornitur ta' CFD li fiha t-twissija ta' riskju fil-format speċifikat fit-Taqsima B.

6.

It-twissija ta' riskju għandha tinkludi perċentwal aġġornat tat-telf tal-fornitur speċifiku bbażat fuq kalkolu tal-perċentwal tal-kontijiet ta' negozjar CFD ipprovduti lill-klijenti mhux professjonali mill-fornitur tas-CFD li jkun tilef il-flus. Il-kalkolu għandu jitwettaq kull tliet xhur u jkopri l-perjodu ta' 12-il xahar li jippreċedi d-data li fiha jinħadem (“il-perjodu ta' kalkolu ta' 12-il xahar”). Għall-finijiet ta' dan il-kalkolu:

(a)

kont ta' negozjar ta' klijent mhux professjonali individwali CFD għandu jitqies li jkun tilef il-flus jekk is-somma tal-profitti netti mhux realizzati kollha CFDs konnessi mal-kont ta' negozjar CFD matul il-perjodu ta' kalkolu ta' 12-il xahar tkun negattiva;

(b)

kwalunkwe spiża relatata mas-CFDs konnessi mal-kont ta' negozjar CFD għandha tkun inkluża fil-kalkolu, inklużi l-l-imposti, it-tariffi u kummissjonijiet kollha;

(c)

l-elementi li ġejjin għandhom jiġu esklużi mill-kalkolu:

(i)

kwalunkwe kont ta' negozjar CFD li ma kellux CFD miftuħ konness miegħu matul il-perjodu tal-kalkolu;

(ii)

kwalunkwe qligħ jew telf minn prodotti li ma jkunux CFDs konnessi mal-kont ta' negozjar CFD;

(iii)

kwalunkwe depożitu jew irtirar ta' fondi mill-kont ta' negozjar CFD;

7.

B'deroga mill-paragrafi 2 sa 6, jekk fl-aħħar perjodu ta' kalkolu ta' 12-il xahar fornitur ta' CFD ma jkunx ipprovda CFD miftuħ konness ma' kont ta' negozjar CFD ta' klijent mhux professjonali, dak il-fornitur ta' CFD għandu juża t-twissija ta' riskju standard fil-format speċifikat fit-Taqsimiet E sa G, kif xieraq.

TAQSIMA B

Twissija ta' riskju speċifika għall-fornitur fuq mezz durabbli u fuq paġna elettronika

Is-CFDs huma strumenti kumplessi u jġorru riskju għoli li jitilfu l-flus malajr minħabba l-ingranaġġ.

[daħħal il-perċentwal għal kull fornitur] % ta' kontijiet ta' investituri fil-livell tal-konsumatur li tilfu l-flus meta nnegozjaw fis-CFDs ma' dan il-fornitur.

Għandek tikkunsidra jekk tifhimx kif jaħdmu s-CFDs u jekk tistax taffordja li tieħu r-riskju għoli li titlef flusek.

TAQSIMA C

Twissija ta' riskju speċifika għall-fornitur imqassra

[daħħal il-perċentwal għal kull fornitur] % ta' kontijiet ta' investituri fil-livell tal-konsumatur li tilfu l-flus meta nnegozjaw fis-CFDs ma' dan il-fornitur.

Għandek tikkunsidra jekk tistax taffordja li tieħu r-riskju għoli li titlef flusek.

TAQSIMA D

Twissija ta' riskju speċifika għall-fornitur b'karattri mnaqqsa

[daħħal perċentwal għal kull fornitur]% ta' kontijiet tal-konsumatur li qed jitilfu l-flus fis-CFDs.

TAQSIMA E

Twissija ta' riskju standard fuq mezz durabbli u fuq paġna elettronika

Is-CFDs huma strumenti kumplessi u jġorru riskju għoli li jitilfu l-flus malajr minħabba l-ingranaġġ.

Bejn 74–89 % tal-kontijiet ta' investituri fil-livell tal-konsumatur jitilfu l-flus meta jinnegozjaw fis-CFDs.

Għandek tikkunsidra jekk tifhimx kif jaħdmu s-CFDs u jekk tistax taffordja li tieħu r-riskju għoli li titlef flusek.

TAQSIMA F

Twissija ta' riskju standard imqassra

Bejn 74–89 % tal-kontijiet ta' investituri fil-livell tal-konsumatur jitilfu l-flus meta jinnegozjaw fis-CFDs.

Għandek tikkunsidra jekk tistax taffordja li tieħu r-riskju għoli li titlef flusek.

TAQSIMA G

Twissija ta' riskju standard b'karattri mnaqqsa

74–89 % ta' kontijiet tal-konsumatur li qed jitilfu l-flus fis-CFDs.


III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

31.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 27/42


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA

Nru 83/18/COL

tas-26 ta' Settembru 2018

dwar garanziji tal-istat mogħtija lil Landsvirkjun għal kuntratti tad-derivattivi (l-Iżlanda)[2019/156]

L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA (“l-Awtorità”),

Wara li kkunsidrat:

il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u partikolarment l-Artikolu 61,

il-Protokoll 26 tal-Ftehim ŻEE,

il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u ta' Qorti tal-Ġustizzja (“il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti”), b'mod partikolari l-Artikolu 24,

il-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti (“il-Protokoll 3”), b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tal-Parti II,

Wara li stiednet lill-partijiet interessati jressqu l-kummenti tagħhom (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

1.   IL-PROĊEDURA

(1)

Fit-3 ta' Mejju 2017, l-Awtorità fetħet investigazzjoni formali dwar l-għajnuna mill-Istat potenzjali mogħtija lil Landsvirkjun permezz ta' garanziji tal-istat għal kuntratti tad-derivattivi (“id-deċiżjoni tal-ftuħ”) (2).

(2)

Permezz ta' ittra li ġġib id-data tal-5 ta' Settembru 2017 (3). Landsvirkjun issottomettiet il-kummenti tagħha (4). L-Awtorità min-naħa tagħha ssottomettiet il-kummenti lill-Iżlanda (5). L-Awtorità ma rċevietx kummenti minn xi parti interessata oħra.

(3)

B'ittra li ġġib id-data tal-25 ta' Settembru 2017 (6), l-awtoritajiet Iżlandiżi ressqu l-kummenti tagħhom.

(4)

Fit-23 ta' Marzu 2018, l-Awtorità ltaqgħet mar-rappreżentanti ta' Landsvirkjun u mal-awtoritajiet Iżlandiżi. Wara l-laqgħa u l-mistoqsijiet li sarulha mill-Awtorità fis-27 ta' Marzu 2018 (7), Landsvirkjun ppreżentat informazzjoni addizzjonali fil-11 ta' April 2018 (8). Fit-12 ta' April 2018, l-awtoritajiet tal-Iżlanda infurmaw lill-Awtorità li huma jappoġġaw l-argumenti ta' Landsvirkjun u ma jħossux il-ħtieġa li jippreżentaw sottomissjonijiet addizzjonali (9).

(5)

Fis-6 ta' Ġunju 2018, l-Awtorità ddiskutiet is-suġġett ulterjorment f'laqgħa mal-awtoritajiet tal-Iżlanda u ta' Landsvirkjun. Fis-7 ta' Ġunju 2018, Landsvirkjun bagħtet informazzjoni addizzjonali lill-Awtorità (10). Wara l-laqgħa u wara li rċeviet l-informazzjoni addizzjonali mingħand Landsvirkjun, l-Awtorità talbet lill-awtoritajiet Iżlandiżi għal kjarifiki addizzjonali (11). Permezz ta' ittra datata d-29 ta' Ġunju 2018, l-awtoritajiet Iżlandiżi bagħtu l-informazzjoni mitluba (12).

2.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURA

2.1.   Il-benefiċjarju: Landsvirkjun

(6)

Landsvirkjun hija kumpanija ta' sħubija pubblika rregolata permezz ta' Att ta' Landsvirkjun (13). Mill-1 ta' Jannar 2007, it-Teżor Nazzjonali assuma sjieda sħiħa ta' Landsvirkjun. Landsvirkjun hija proprjetà tal-istat, direttament permezz tat-Teżor tal-Istat (99,9 %) u indirettament permezz ta' Eignarhlutir ehf. (0,1 %), kumpanija b'responsabbiltà limitata li tappartjeni kollha kemm hi lit-Teżor tal-Istat.

2.2.   Il-kuntratti tad-derivattivi li jkunu saru minn Landsvirkjun u l-garanziji tal-istat

(7)

Skont l-awtoritajiet Iżlandiżi (14), Landsvirkjun hija esposta għar-riskju tal-iskambju tal-munita barranija (“FX”) u r-riskji taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax fil-portafoll tagħha tad-dejn. Landsvirkjun tuża diversi kuntratti tad-derivattivi biex tikkontrolla u timmaniġġja dawn ir-riskji.

(8)

Kif spjegat fid-deċiżjoni ta' ftuħ, l-Awtorità eżaminat dawn it-tipi ta' kuntratti tad-derivattivi li daħlet fihom Landsvirkjun: Swaps FX, opzjonijiet FX u swaps tar-rati tal-imgħax (15). Fid-deċiżjoni ta' ftuħ, l-Awtorità pprovdiet deskrizzjoni ta' dawn il-kuntratti derivattivi bbażati fuq l-ispjegazzjonijiet tal-awtoritajiet Iżlandiżi (16).

2.3.   Il-proċedura ta' għajnuna eżistenti rigward l-għajnuna mill-Istat mogħtija permezz ta' garanziji illimitati tal-istat

(9)

Permezz ta' ittra datata s-26 ta' Settembru 2006 (17), l-Awtorità bdiet il-proċedura dwar miżuri ta' għajnuna eżistenti prevista fl-Artikolu 17(2) tal-Parti II tal-Protokoll 3, dwar ċerti miżuri favur utilitajiet tal-elettriku fl-Iżlanda, inklużi garanziji illimitati tal-istat lil Landsvirkjun. F'dik l-ittra, l-Awtorità informat lill-awtoritajiet Iżlandiżi dwar l-opinjoni preliminari tagħha li dawn il-miżuri kienu jinvolvu għajnuna mill-Istat eżistenti inkompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE.

(10)

L-Awtorità kkonkludiet fid-Deċiżjoni tagħha Nru 302/09/COL (18) li l-garanzija illimitata tal-istat lil Landsvirkjun kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-istat eżistenti. F'dik id-deċiżjoni, l-Awtorità pproponiet li l-awtoritajiet tal-Iżlanda jieħdu miżuri leġislattivi, amministrattivi u miżuri oħra meħtieġa biex jeliminaw kull għajnuna inkompatibbli li tirriżulta minn garanzija illimata tal-istat mogħtija lil Landsvirkjun.

(11)

Permezz ta' ittra tat-8 ta' Awwissu 2009 (19), l-awtoritajiet Iżlandiżi aċċettaw il-miżuri proposti u impenjaw ruħhom li jinfurmaw lill-Awtorità bil-miżuri li se jieħdu biex jimplimentaw id-Deċiżjoni Nru 302/09/COL. Wara aktar skambji mal-awtoritajiet Iżlandiżi, l-Awtorità rreġistrat fid-Deċiżjoni Nru 159/13/COL (20) l-aċċettazzjoni mill-Iżlanda tal-miżuri xierqa fir-rigward tal-iskema ta' għajnuna eżistenti u għalqet il-każ.

3.   RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU TA' PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI FORMALI

(12)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, l-Awtorità ppreżentat l-opinjoni preliminari tagħha dwar l-eżistenza ta' għajnuna li tikkonċerna l-garanziji inkwistjoni u l-inkompatibilità potenzjali tagħhom mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE.

(13)

Skont il-fehma preliminari tal-Awtorità, il-garanziji tal-istat inkwistjoni kienu ngħataw lil Landsvirkjun għal kuntratti tad-derivattivi tal-anqas sa mill-2013. L-Awtorità spjegat fid-deċiżjoni tal-ftuħ li diversi aspetti neċessarji għall-valutazzjoni tal-għajnuna mill-istat ta' garanziji lil Landsvirkjun għall-kuntratti tad-derivattivi baqgħu mhux ċari (21).

(14)

L-Awtorità ma setgħetx teskludi l-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat dwar il-garanziji. Fir-rigward tal-vantaġġ ekonomiku, l-Awtorità kienet tal-fehma preliminari li l-garanziji inkwistjoni ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet (b), (c) u (d) tal-punt 3.2 tal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-istat (“Linji Gwida dwar il-Garanzija”) (22) u kienu jikkostitwixxu vantaġġ fi ħdan it-tifsira tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. L-awtorità esprimiet dubji dwar jekk il-garanziji setgħux jiġu ddikjarati kompatibbli mat-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE.

(15)

L-Iżlanda u Landsvirkjun ssottomettew kummenti kemm fir-rigward tal-kuntratti tad-derivattivi li daħlet fihom Landsvirkjun kif ukoll il-garanziji tal-istat. Il-partijiet tal-kummenti rilevanti għad-deċiżjoni huma miġbura fit-taqsimiet 4 u 5.

4.   KUMMENTI MILL-IŻLANDA

4.1.   Kummenti ġenerali fir-rigward tal-kuntratti tad-derivattivi u l-garanziji tal-istat

(16)

Waqt li rreferiet għall-paragrafu 20 tad-deċiżjoni tal-ftuħ (23), l-Iżlanda argumentat li għall-kuntrarju ta' dak li ġie ddikjarat fl-ittra ta' segwitu tal-Awtorità tas-27 ta' Ġunju 2016, Landsvirkjun kienet kapaċi tidħol f'kuntratti tad-derivattivi tal-iħħeġġjar mingħajr garanziji tal-istat. Id-dikjarazzjoni fl-ittra ta' segwitu li turi mod ieħor hija żball li l-Iżlanda ma identifikatx dak iż-żmien. Barra minn hekk, il-qafas ġuridiku rilevanti ma jobbligax lil Landsvirkjun tikseb garanzija tal-istat, sabiex tidħol f'kuntratt tad-derivattivi. Landsvirkjun tista' tapplika kull sena għal garanzija għal derivattivi għall-iħħeġġjar sa valur nominali kumulattiv speċifiku.

(17)

B'riferiment għall-paragrafi 20, 24, 33 u 39 tad-deċiżjoni tal-ftuħ (24), l-Iżlanda tispjega li l-garanziji kienu ngħataw mill-Ministru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomiċi u mhux mill-Ġestjoni tad-Dejn tal-Gvern (GDM — Government Debt Management), li hija unità fi ħdan it-Teżor u l-Operazzjonijiet tas-Suq tal-Gvern Ċentrali. Il-GDM hija fdata b'ċerti kompiti relatati mal-garanziji tal-istat, iżda dan ma jfissirx li l-GDM hija fdata bil-kompitu li tagħtihom (25).

4.2.   L-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat

(18)

L-Iżlanda ma tikkontestax li l-garanziji tal-istatinkwistjoni huma imputabbli għall-istat u lanqas li, jekk il-vantaġġ selettiv jiġi kkonstatat, dawn jistgħu joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni u jaffettwaw il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim taż-ŻEE.

(19)

Madankollu, l-Iżlanda tikkontesta s-sejba preliminari (26) tal-Awtorità li l-garanziji inkwistjoni jistgħu jagħtu vantaġġ lil Landsvirkjun.

(20)

Skont l-Iżlanda, il-garanziji inkwistjoni huma garanziji ta' ġbir li ma għandhom ebda valur speċifiku għal Landsvirkjun. Hemm biss possibbiltà teoretika ta' ġbir kontra l-Istat. L-Iżlanda titlob li Landsvirkjun tidħol f'kuntratti tad-derivattivi għall-finijiet ta' ħħeġġjar biss, jiġifieri biex jitnaqqas ir-riskju finanzjarju ta' Landsvirkjun mit-tranżazzjonijiet finanzjarji sottostanti. Dan huwa mitlub mill-istat bħala s-sid kif ukoll mill-politika tal-ġestjoni tar-riskju ta' Landsvirkjun stabbilita mill-Bord tad-Diretturi tagħha. L-Iżlanda targumenta wkoll li Landsvirkjun tidħol f'kuntratti derivattivi mingħajr garanzija tal-istat b'termini identiċi għal kuntratti garantiti.

4.3.   L-applikabbiltà tal-qafas leġislattiv tal-Iżlanda għal garanziji tal-istat

(21)

B'referenza għall-paragrafu 65 tad-deċiżjoni tal-ftuħ (27), l-Iżlanda targumenta li l-garanziji inkwistjoni kienu jaqgħu taħt il-qafas leġiżlattiv li kien suġġett għad-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 302/09/COL, kemm qabel kif ukoll wara l-emendi wara dik id-deċiżjoni. L-Iżlanda tirreferi għall-korrispondenza bejn l-awtoritajiet tal-Iżlanda u l-Awtorità li tikkonferma dik l-ispjegazzjoni.

5.   KUMMENTI MINN LANDSVIRKJUN (28)

5.1.   Il-qafas legali Iżlandiż dwar garanziji tal-istat lil Landsvirkjun

(22)

Il-qafas leġiżlattiv, li fl-ambitu tiegħu, il-garanziji tal-istat jingħataw lil Landsvirkjun, huwa bbażat fuq l-Att tal-Garanziji tal-Gvern (29) u l-Att ta' Landsvirkjun. Landsvirkjun kienet diġà stabbilita bħala sħubija skont l-Att dwar Landsvirkjun applikabbli preċedentement (30).

(23)

Skont l-Artikolu 1 ta' l-Att ta' Garanzija tal-Gvern, l-istat qatt ma jista' joħroġ garanzija mingħajr bażi ġuridika (31). Fil-każ ta' Landsvirkjun, il-bażi ġuridika għal garanziji tal-gvern huwa l-Att ta' Landsvirkjun. Taħt l-Att ta' Landsvirkjun, qabel u wara l-proċedura għall-għajnuna eżistenti, il-garanzija tas-sidien hija garanzija għall-ġbir. Barra minn hekk, il-garanziji huma mogħtija mill-Ministru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomiċi aktar milli mill-GDM.

(24)

Garanzija tal-ġbir hija differenti minn dik normalment applikabbli fir-regoli ta' responsabbiltà għal sidien ta' kumpaniji. Skont l-Att dwar il-Kumpaniji ta' Sħubija Nru 50/2007, is-sidien huma responsabbli għall-obbligi tal-kumpanija ta' sħubija abbażi ta' garanzija diretta, bla limitu u bla kundizzjonijiet, u għaldaqstant mingħajr limitazzjonijiet, għall-obbligi kollha tal-kumpanija.

(25)

Taħt garanzija għall-ġbir, il-kreditur għandu jeżawrixxi r-rimedji legali kollha kontra Landsvirkjun qabel ma jipproċedi kontra l-istat. Fil-prattika, dan ifisser li l-kreditur għandu jagħti prova li d-debitur ikun insolventi, skont il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Iżlanda. Il-kreditur għalhekk ikun jeħtieġ li jkun ipprova jagħmel sekwestru u ma kellux suċċess jew formalment jibda (jew ikun parti ma' oħrajn) il-proċeduri stabbiliti fl-Att dwar il-Falliment qabel idur fuq il-garanti (32). Minħabba l-proċedura iebsa u twila ħafna u r-rekwiżit li l-mezzi kollha jkunu eżawriti fir-rigward tal-kumpanija qabel ma l-garanti jista' jiġi indirizzat, garanzija ta' ġbir għandha ħafna inqas valur għall-kredituri. Landsvirkjun tirreferi wkoll għall-prattika preċedenti tal-Awtorità f'dan ir-rigward (33).

5.2.   L-użu ta' kuntratti tad-derivattivi minn Landsvirkjun

(26)

Rigward il-kuntratti tad-derivattivi inkwistjoni li kienu koperti minn garanzija tal-istat, dawn il-kuntratti tad-derivattivi kienu jikkonċernaw obbligi finanzjarji sottostanti (self jew bonds) li kienu ffirmati qabel l-implimentazzjoni tal-miżura xierqa fil-kuntest tal-proċedura dwar l-għajnuna eżistenti (34).

(27)

Landsvirkjun tiddikjara li l-istrutturi tal-finanzjament tagħha huma kompletament konformi mal-prattika standard madwar il-pajjiżi tal-OECD għal impriżi kbar u l-kuntratti tad-derivattivi jiffurmaw parti integrali mill-ġestjoni tar-riskju. Landsvirkjun tidħol fi Ftehimiet Prinċipali ISDA (35) ma' kontropartijiet, li jistabbilixxu termini standard li japplikaw għat-tranżazzjonijiet tad-derivattivi kollha konklużi bejn dawk il-partijiet (36).

(28)

Landsvirkjun għandha obbligi finanzjarji denominati f'USD u muniti oħrajn, kemm b'rati tal-imgħax varjabbli kif ukoll fissi (37). Landsvirkjun hija għalhekk esposta għal FX u r-riskji taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax. Landsvirkjun tiħħeġġja dawn ir-riskji bl-użu ta' kuntratti derivattivi li jikkonvertu l-obbligi finanzjarji denominati f'munita għajr il-USD (li mill-2008 hija l-munita funzjonali tagħha) għal USD u obbligi finanzjarji b'rati tal-imgħax varjabbli marbuta mar-rati tal-imgħax fissi.

(29)

Landsvirkjun tuża kuntratti tad-derivattivi għall-finijiet ta' ħħeġġjar biss (38). Landsvirkjun ma tidħolx f'kuntratti tad-derivattivi għal finijiet spekulattivi jew ta' arbitraġġ (39). L-illimitar tal-użu ta' kuntratti derivati għal skopijiet ta' ħħeġġjar biss ġie wkoll impost fuq Landsvirkjun mill-proprjetarju tagħha — l-Istat. Landsvirkjun ippreżentat dokumenti interni u ittri minn sidha biex tikkonferma dawn l-affermazzjonijiet (40).

(30)

Landsvirkjun tispjega wkoll li l-politika tagħha hija li ma tuża l-ebda garanziji, irrispettivament minn humiex privati jew pubbliċi, għall-ebda tranżazzjoni. Wara l-emendi li saru għas-sistema tal-garanziji tal-istat, Landsvirkjun bdiet tinnegozja tiġdid tal-kuntratti tad-derivattivi garantiti, fejn l-aħħar garanziji tal-istat tneħħew f'Lulju 2017 (41). Landsvirkjun hija kapaċi u fil-fatt tidħol f'kuntratti tad-derivattivi mingħajr garanziji tal-istat. Landsvirkjun pprovdiet ukoll evidenza li turi li t-tneħħija tal-garanziji tal-istat ma rriżultawx f'tibdiliet ekonomiċi tal-kuntratti tad-derivattivi (42).

5.3.   Ebda vantaġġ

(31)

Landsvirkjun hija tal-fehma li l-ebda vantaġġ ma ġie mogħti permezz ta' garanziji tal-istat għal kuntratti tad-derivattivi inkwistjoni.

(32)

Skont id-definizzjoni derivattiva ta' ħħeġġjar tnaqqas l-esponiment għar-riskju li għandu jwassal għal tnaqqis tal-primjum imħallas għall-garanzija marbuta mat-tranżazzjoni sottostanti. Landsvirkjun itenni li l-emenda tal-kuntratti pendenti tad-derivattivi biex telimina l-garanzija tal-istat ma involviet l-ebda spiża addizzjonali għall-kumpanija. Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti rigward il-finanzjament ta' Landsvirkjun bi jew mingħajr garanzija tal-istat ma nbidlux (43).

(33)

Landsvirkjun ressqet żewġ rapporti dwar l-effetti tal-garanziji mill-istati fuq kuntratti tad-derivattivi (44). Skont ir-rapporti, ma kienx jeżisti vantaġġ ekonomiku tal-garanziji tal-istat fuq il-portafoll tad-derivattivi.

(34)

Landsvirkjun tispjega wkoll li bejn l-2010 u l-2017 il-flus kontanti li kellha kienu bejn USD 142 miljun u USD 287 miljun. Din il-pożizzjoni ta' ammont għoli ta' flus kontanti ġiet miżmuma għal skopijiet ta' riskju ta' likwidità, jiġifieri bħala lqugħ għal riskju mhux previst. Likwidità b'saħħitha tinvolvi kost ta' opportunità li huwa marbut direttament ma' primjums attwalment imħallsa lill-Istat. Minflok li żżomm il-flus kontanti, il-kumpanija setgħet xtrat lura bonds mis-suq u/jew self imħallas minn qabel/amortizzat mingħand is-selliefa tagħhom. Hija mhux biss kienet tiffranka l-imgħax, iżda wkoll it-tariffi ta' garanzija ta' [0,1–2]% li Landsvirkjun bħalissa tħallas għal bonds u self garantit.

6.   IL-PREŻENZA TAL-GĦAJNUNA MILL-ISTAT

(35)

L-Artikolu 61(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jgħid:

“Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f'dan il-Ftehim, kull għajnuna mogħtija mill-Istati Membri tal-KE, l-Istati tal-EFTA jew permezz ta' riżorsi tal-Istat fi kwalunkwe forma li twassal biex ixxekkel jew thedded li xxekkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti prodotti, safejn tolqot il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti, tkun inkompatibbli mal-funzjonament ta' dan il-Ftehim.”

(36)

Għalhekk biex miżura tiġi kkwalifikata bħala għajnuna mill-Istat skont din id-dispożizzjoni jeħtieġ li l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin ikunu ssodisfati: (i) Il-miżura għandha tingħata mill-Istat jew permezz ta' riżorsi tal-Istat; (ii) għandha tagħti vantaġġ lil impriża; (iii) għandha tiffavorixxi ċerti impriżi; u (iv) għandha tkun kapaċi ttellef il-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ (45). L-Awtorità tqis li hu adatt li tibda l-valutazzjoni tagħha b'jekk il-garanziji għal kuntratt tad-derivattivi in kwestjoni kinux jagħtu vantaġġ lil Landsvirkjun.

6.1.   Vantaġġ

6.1.1.   Kummenti preliminari

(37)

L-Awtorità taqbel mal-awtoritajiet tal-Iżlanda u Landsvirkjun li l-garanziji inkwistjoni jaqgħu taħt il-leġislazzjoni Iżlandiża dwar il-garanziji tal-istat, inkluż l-Att ta' Landsvirkjun, li kien soġġett għal proċedura ta' għajnuna eżistenti (46).

(38)

L-investigazzjoni formali kurrenti mibdija mid-deċiżjoni tal-ftuħ għandha ambitu iktar ristrett minn dak tal-proċedura dwar l-għajnuna eżistenti fis-sens li tkopri biss l-applikazzjoni tal-Att ta' Landsvirkjun għal garanziji tal-istat għal ċerti kuntratti tad-derivattivi.

(39)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, l-Awtorità kellha dubji dwar jekk il-garanziji ssodisfawx il-kundizzjonijiet (b), (c) u (d) taħt il-punt 3.2 (47) tal-Linji Gwida ta' Garanzija li jippermettu li tiġi eskluża l-preżenza ta' għajnuna (48).

(40)

Mingħajr preġudizzju għall-kwistjoni ta' jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Linji Gwida dwar il-Garanziji biex tiġi eskluża l-għajnuna mill-Istat humiex issodisfati, kif spjegat hawn taħt u fuq il-bażi tal-informazzjoni li waslet mingħand l-Iżlanda u Landsvirkjun matul il-kors tal-investigazzjoni formali, l-Awtorità ssib li l-garanziji inkwistjoni mill-Istat ma rriżultawx f'vantaġġ lil Landsvirkjun (49).

6.1.2.   L-esklużjoni ta' vantaġġ mill-garanziji tal-istat għal kuntratti tad-derivattivi

(41)

Vantaġġ, fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE, huwa kull benefiċċju ekonomiku li impriża ma setgħetx tikseb taħt kundizzjonijiet normali tas-suq, jiġifieri fin-nuqqas ta' intervent mill-Istat (50). L-Awtorità ddeċidiet f'diversi drabi li garanzija tista' tikkostitwixxi vantaġġ skont l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE (51).

(42)

Il-benefiċċju ta' garanzija hu li r-riskju assoċjat mal-garanzija jittieħed mill-Istat. It-teħid ta' dan ir-riskju mill-Istat għandu normalment jiġi remunerat bi premju xieraq (52). Madankollu, skont il-Linji Gwida dwar il-Garanziji, “jekk garanzija individwali jew skema ta' garanzija konkluża mill-Istat ma ġġib l-ebda vantaġġ għal impriża, din ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat” (53). Il-punti 3.2 sa 3.5 tal-Linji Gwida dwar il-Garanziji stabbilixxew il-kondizzjonijiet biex tkun eskluża għajnuna fil-garanziji individwali u skemi ta' garanzija. Skont il-punt 3.6 tal-Linji Gwida dwar il-Garanziji, “nuqqas ta' konformità ma' kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet stipulati fil-punti 3.2 sa 3.5 ma jfissirx li l-garanzija jew skema ta' garanzija hija awtomatikament meqjusa bħala għajnuna tal-istat.”

(43)

Wara l-1 ta' Jannar 2010, Landsvirkjun irnexxielha tinnegozja mal-kontropartijiet tal-kuntratti tad-derivattivi it-tneħħija tal-garanziji tal-istat, u l-aħħar tali garanzija tneħħiet f'Lulju 2017 (54). Kif turi l-evidenza pprovduta matul l-investigazzjoni formali, it-tneħħija ta' garanziji tal-istat ma biddlitx it-termini ekonomiċi tal-kuntratti tad-derivati (55).

(44)

L-Awtorità tqis il-fatt li l-kontropartijiet kienu lesti biex ineħħu l-garanziji statali mingħajr ma jitolbu termini ekonomiċi aħjar bħala indikazzjoni li l-garanziji ma kinux jinvolvu vantaġġ għal Landsvirkjun.

(45)

Barra minn hekk, Landsvirkjun ma użat l-ebda garanziji privati u mill-informazzjoni pprovduta matul l-investigazzjoni formali, mhuwiex possibbli li jiġi stabbilit prezz tas-suq għall-garanziji fuq derivattivi għall-iħħeġġjar.

(46)

Sabiex jiġi kwantifikat il-vantaġġ potenzjali mogħti b'garanzija (meta l-prezz tas-suq ma jistax jiġi stabbilit), il-Linji Gwida dwar il-Garanziji jipprevedu tqabbil tat-termini ekonomiċi ta' tranżazzjoni bi u mingħajr il-garanzija (56).

(47)

It-tneħħija tal-garanziji statali inkwistjoni ma biddlux it-termini ekonomiċi rilevanti tal-kuntratti tad-derivattivi relevanti. Għalhekk, il-garanziji ma jistgħux jitqiesu li jikkostitwixxu vantaġġ għal Landsvirkjun. Barra minn hekk, l-Awtorità m'għandha l-ebda indikazzjoni jew informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħha li tissuġġerixxi li termini ekonomiċi ta' kuntratti tad-derivattivi rilevanti kienu jkunu differenti mingħajr il-garanziji tal-istat fiż-żmien meta l-garanziji tal-istat kienu effettivament mogħtija. Konsegwentement, l-Awtorità għandha tassumi li t-tneħħija (jew in-nuqqas) ta' garanziji tal-istat ma jibdlux it-termini ekonomiċi ta' kuntratti tad-derivattivi rilevanti fi kwalunkwe punt matul il-ħajja ta' dawn il-garanziji.

(48)

Il-konklużjoni li l-garanziji fuq kuntratti tad-derivattivi inkwistjoni ma tawx vantaġġ lil Landsvirkjun hija appoġġata wkoll mir-rapporti msemmija fil-premessa (33). B'mod partikolari, Zanders (kumpanija ta' konsulenza li tispeċjalizza fis-servizzi finanzjarji) ħarset, f'isem Landsvirkjun, lejn kampjun ta' derivattivi miżmuma minn Landsvirkjun u kkalkulat il-marġini korrispondenti għal dawk il-kuntratti tad-derivattivi (57). Ir-rapport wera li tali marġnijiet, li kienu jvarjaw bejn [(–)2–2] u [10–15] punt bażi, kienu konformi mal-marġnijiet osservati għal kuntratti tad-derivattivi simili miżmuma minn kumpaniji bi klassifikazzjoni ta' kreditu komparabbli, li, b'differenza għal Landsvirkjun, ma bbenefikawx minn garanzija ta' ġbir. Fuq din il-bażi, ir-rapport ta' Zanders jikkonkludi li, bħala medja, m'hemm l-ebda vantaġġ tal-ipprezzar bejn Landsvirkjun u kumpaniji oħra bħala riżultat tal-garanzija ta' ġbir. Għaldaqstant, ir-rapport jikkonkludi li Landsvirkjun ma bbenefikatx minn vantaġġ ekonomiku minn tali garanzija.

(49)

Rapport minn ditta ta' konsulenza oħra, Summa Consulting slf, osservat fir-rigward tal-ipprezzar ta' derivattivi tal-iħħeġġjar li, “meta titqies il-karta tal-bilanċ b'saħħitha, il-pożizzjoni ta' likwidità tajba u kwalità kreditizja tajba ta' Landsvirkjun, mhuwiex probabbli li l-garanzija tal-istat jew l-assenza tagħha se jkollha effetti sinifikanti fuq l-ipprezzar tal-kuntratti tad-derivattivi li Landsvirkjun daħlet fihom” (58).

(50)

Barra minn hekk, Landsvirkjun użat il-kuntratti tad-derivattivi garantiti esklussivament għal finijiet ta' ħħeġġjar, jiġifieri biex tikkonverti l-obbligi finanzjarji tagħha denominati f'muniti oħra apparti d-USD (li mill-2008 hija l-munita funzjonali tagħha) għal USD u obbligi finanzjarji b'rati tal-imgħax varjabbli marbuta mar-rati tal-imgħax fissi (59). Skont l-informazzjoni sottomessa matul l-investigazzjoni formali, l-implimentazzjoni tal-miżuri xierqa matul il-proċedura ta' għajnuna eżistenti wasslet biex tillimita l-garanziji tal-istat għal 80 % tal-valur tal-kuntratti tad-derivattivi inkwistjoni u l-garanziji fuq derivattivi tal-iħħeġġjar kienu limitati minn valur nominali kumulattiv speċifiku (60). Għalhekk, la Landsvirkjun u lanqas l-istat bħala l-garanti tagħha ma jista' jingħad li ġew esposti għal obbligazzjonijiet bla limitu minn dawn il-garanziji.

(51)

Barra minn hekk, il-garanziji inkwistjoni huma, skont l-Artikolu 1 ta' l-Att ta' Landsvirkjun, garanziji ta' ġbir. Taħt garanzija għall-ġbir, il-kreditur għandu jeżawrixxi r-rimedji legali kollha kontra Landsvirkjun qabel ma jipproċedi kontra l-istat (61). L-Awtorità qabel ikkonkludiet li, għalkemm ma teskludix vantaġġ, din it-tip ta' garanzija hija anqas riskjuża (62). Kif muri minn Landsvirkjun, f'kull waħda mis-snin 2010 sa 2017, il-flus kontanti u l-ekwivalenti fi flus kontanti jaqbżu t-telf irreġistrat minn derivattivi iggarantiti (63). Għalhekk, kwalunkwe riskju lill-garanti tnaqqas.

(52)

Kif spjegat fil-premessa (36), sabiex miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE, l-erba' kundizzjonijiet iridu jiġu ssodisfati b'mod kumulattiv. Minħabba li l-garanziji inkwistjoni ma jagħtux vantaġġ lil Landsvirkjun, mhuwiex meħtieġ li titwettaq valutazzjoni fir-rigward tal-kundizzjonijiet l-oħrajn.

7.   KONKLUŻJONI

(53)

Fuq il-bażi tal-valutazzjoni ta' hawn fuq, l-Awtorità tikkonkludi li l-garanziji tal-gvern mogħtija lil Landsvirkjun għal kuntratti tad-derivattivi li jiħħeġġjaw ir-riskji ta' Landsvirkjun tal-munita barranija ta' kambju u tar-rata tal-imgħax, li l-aħħar waħda minnhom tneħħiet f'Lulju 2017, ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-garanziji tal-istat mogħtija lil Landsvirkjun għal kuntratti ta' derivattivi li jiħħeġġjaw ir-riskji ta' Landsvirkjun tal-munita barranija tal-kambju u tar-rata tal-imgħax, li l-aħħar waħda minnhom tneħħiet f'Lulju 2017, ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE.

L-investigazzjoni formali hija b'dan magħluqa.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Iżlanda.

Artikolu 3

L-unika verżjoni awtentika ta' din id-Deċiżjoni hija dik bil-lingwa Ingliża.

Magħmul fi Brussel, is-26 ta' Settembru 2018.

Għall-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA,

Bente ANGELL-HANSEN

Il-President

Membru tal-Kulleġġ Responsabbli

Frank J. BÜCHEL

Membru tal-Kulleġġ

Högni KRISTJÁNSSON

Membru tal-Kulleġġ

Carsten ZATSCHLER

Kontrofirmatarju bħala Direttur, Affarijiet Legali u Eżekuttivi


(1)  Id-Deċiżjoni Nru 85/17/COL tat-3 ta' Mejju 2017 biex tinbeda proċedura ta' investigazzjoni formali f'għajnuna mill-Istat potenzjali mogħtija lil Landsvirkjun permezz ta' garanziji mill-istati fuq kuntratti tad-derivattivi (ĠU C 242, 27.7.2017, p. 6 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 46, 27.7.2017, p. 1).

(2)  Ibid.

(3)  Dokument Nru 874341.

(4)  Fuq talba ta' Landsvirkjun datata t-8 ta' Awwissu 2017 (id-Dokument Nru 869480), l-Awtorità estendiet id-data ta' skadenza għas-sottomissjoni tal-kummenti sal-15 ta' Settembru 2017 (id-Dokument Nru 869479).

(5)  Id-Dokument Nru 878807.

(6)  Id-Dokument Nru 875032.

(7)  Id-Dokument Nru 905567.

(8)  Id-Dokument Nru 908632.

(9)  Id-Dokument Nru 908885.

(10)  Id-Dokumenti Nru 7918376 u 918377.

(11)  Id-Dokumenti Nru 917646 u 917656.

(12)  Id-Dokumenti Nru 920923 u 920925.

(13)  L-Att Nru 42/1983 dwar Landsvirkjun, kif emendat.

(14)  Id-Dokument Nru 793116.

(15)  Ara l-paragrafu 14 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ.

(16)  It-taqsimiet 2.3.1 sa 2.3.3 tal-parti I tad-deċiżjoni tal-ftuħ.

(17)  Id-Dokument Nru 280834.

(18)  Id-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 302/09/COL tat-8 ta' Lulju 2009 biex ikunu proposti miżuri xierqa fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat mogħtija lil Landsvirkjun u Orkuveita Reykjavíkur.

(19)  Id-Dokument Nru 527076.

(20)  Id-Deċiżjoni Nru 159/13/COL tal-24 ta' April 2013 biex jingħalaq każ rigward l-għajnuna eżistenti mogħtija lil Landsvirkjun u Orkuveita Reykjavíkur permezz ta' garanziji illimitati tal-Istat (ĠU C 237, 15.8.2013, p. 3 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 45, 15.8.2013, p. 28).

(21)  Ara l-paragrafu 24 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ.

(22)  ĠU L 105, 21.4.2011, p. 32 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 23, 21.4.2011, p. 1.

(23)  Skont il-paragrafu 20 tad-deċiżjoni tal-ftuħ, l-Awtorità kienet fehmet lill-awtoritajiet Iżlandiżi li spjegaw waqt laqgħa fil-31 ta' Mejju 2016 li Landsvirkjun mhux se tkun tista' tidħol f'kuntratti ta' derivattivi tal-iħħeġġjar mingħajr il-garanzija tal-istat.

(24)  Il-paragrafi 20, 24, 33 u 39 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ jirriflettu fehim inizjali tal-Awtorità li l-garanziji inkwistjoni ngħataw mill-Ġestjoni tad-Dejn tal-Gvern.

(25)  Id-Dokument Nru 875032.

(26)  Ara l-paragrafu 58 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ.

(27)  Skont il-paragrafu 65 tad-deċiżjoni tal-ftuħ (b'referenza għat-taqsima 2.5 tal-parti I), l-Awtorità kienet tal-fehma preliminari li l-garanziji inkwistjoni ma ssodisfawx it-termini tal-qafas leġiżlattiv emendat tal-Iżlanda għal garanziji tal-istat u lanqas il-Linji Gwida dwar il-Garanziji. B'mod partikolari, Landsvirkjun ma tidhirx li ħallset primjum li jkopri l-benefiċċji li tgawdi minħabba l-garanziji; il-garanziji jidhru li jkopru aktar minn 80 % ta' kwalunkwe obbligu pendenti; u l-garanziji ma dehrux li kienu marbuta ma' tranżazzjonijiet finanzjarji speċifiċi, għal ammont massimu fiss u limitati fiż-żmien.

(28)  L-Awtorità tinnota li, kif spjegat fit-taqsima 1, l-Iżlanda taqbel mal-kummenti sottomessi minn Landsvirkjun.

(29)  Att Nru 121/1997.

(30)  L-Artikolu 1 tal-Att Nru 59/1965, kif tradott minn Landsvirkjun: “Il-Gvern u l-Kunsill tal-belt ta' Rejkjavik waqqfu kumpanija tal-enerġija, bl-isem ta' Landsvirkjun. Il-kumpanija hija entità ġuridika indipendenti, li għandha status finanzjarju u ta' kontabilità indipendenti. Il-post tad-domiċilju tagħha huwa f'Reykjavik. Landsvirkjun hija kumpanija ta' sħubija tal-istat u l-belt ta' Rejkjavik fejn kull parti hija sid ta' nofs il-kumpanija. Kull parti hija unikament responsabbli għall-obbligazzjonijiet kollha tal-kumpanija, iżda r-responsabbiltà interna tagħha tiddependi fuq il-proporzjonijiet ta' sjieda. L-ebda parti ma' tista' tirtira mill-kumpanija mingħajr il-kunsens tal-parti l-oħra.”

(31)  Hekk kien sar fil-Garanzija tal-Gvern applikabbli qabel fl-Att Nru 37/1961.

(32)  Id-Dokumenti Nru 874341 u 92092.

(33)  Id-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 227/06/COL tad-19 ta' Lulju 2006 rigward l-għajnuna mill-Istat favur Farice hf. (ĠU L 36, 5.2.2009, p. 69 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 6, 5.2.2009, p. 9).

(34)  Id-Dokument Nru 917656.

(35)  Ftehim Prinċipali ISDA huwa dokument standard li jintuża b'mod regolari biex jirregola tranżazzjonijiet tad-derivattivi barra l-borża. Il-Ftehim Prinċipali ISDA huwa ppubblikat mill-Assoċjazzjoni tad-Derivattivi u l-Iswaps Internazzjonali (ISDA — International Swaps and Derivatives Association).

(36)  Id-Dokument Nru 874341.

(37)  Id-Dokument Nru 908632.

(38)  Id-Dokument Nru 908632.

(39)  Id-Dokument Nru 874341.

(40)  Id-Dokument Nru 875032.

(41)  Idem.

(42)  Id-Dokumenti Nru 908633 u 920923.

(43)  Id-Dokumenti Nru 874341, 908633 u 920923.

(44)  Id-dokumenti Nru 874344 (ir-rapport Zanders, Settembru 2017) u 874345 (ir-rapport Summa, Settembru 2017).

(45)  Ara, inter alia, is-sentenza f'World Duty Free Group SA u Oħrajn, C-20/15 P u C-21/15 P, EU:C:2016:981, il-paragrafu 53.

(46)  It-Taqsimiet 4.3 u 5.1.

(47)  Fid-deċiżjoni ta' ftuħ, l-Awtorità ma kellhiex dubju, u ma kellha l-ebda raġuni sabiex tiddubita, li Landsvirkjun issodisfat il-kundizzjoni (a) tal-punt 3.2 tal-Linji Gwida ta' Garanzija, jiġifieri li min jissellef ma jridx ikun f'diffikultà finanzjarja.

(48)  It-taqsima 1.1.3 tal-Parti II tad-deċiżjoni tal-ftuħ.

(49)  L-Awtorità tinnota li din il-konklużjoni tikkonċerna l-garanziji koperti mid-deċiżjoni tal-ftuħ u d-deċiżjoni kurrenti biss u hija mingħajr preġudizzju għal xi garanziji statali oħra mogħtija lil Landsvirkjun jew lil impriżi oħra.

(50)  Ara pereżempju s-sentenzi f'SFEI u Oħrajn, C-39/94, EU:C:1996:285, il-paragrafu 60, u Spanja vs Il-Kummissjoni, C-342/96, EU:C:1999:210, il-paragrafu 41.

(51)  L-Awtorità sabet li jeżisti vantaġġ, inter alia, fid-Deċiżjoni tagħha Nru 177/05/COL tal-15 ta' Lulju 2005 dwar garanzija tal-istat lil Liechtensteinische Landesbank (mhux ippublikata) u d-Deċiżjoni Nru 227/06/COL fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat favur Farice hf. (ĠU L 36, 5.2.2009, p. 69 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 6, 5.2.2009, p. 9).

(52)  Linji Gwida dwar il-Garanziji, punt 2.1.

(53)  Linji Gwida dwar il-Garanziji, punt 3.1.

(54)  Id-Dokument Nru 908632.

(55)  It-Taqsima 5.2.

(56)  Linji Gwida dwar il-Garanziji, punt 4.2.

(57)  Id-Dokument Nru 874344.

(58)  Id-Dokument Nru 874345.

(59)  It-Taqsima 5.2 u d-Dokument Nru 874345.

(60)  Id-Dokumenti Nru 875032, 874341 u 908632.

(61)  It-Taqsima 5.1.

(62)  In-nota ta' qiegħ il-paġna Nru 34.

(63)  Id-Dokument Nru 874345.