ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 25 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 62 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/134 tal-21 ta' Jannar 2019 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda tal-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE ( 1 ) |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
29.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 25/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/131
tal-15 ta' Ottubru 2018
dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-akkumulazzjoni ta' oriġini bejn l-Unjoni Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera, ir-Renju tan-Norveġja u r-Repubblika tat-Turkija fil-qafas tas-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207(4), flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Taħt il-punt (b) tal-Artikolu 41 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 (2), prodotti li nkisbu fin-Norveġja, fl-Iżvizzera jew fit-Turkija li jinkorporaw materjali li ma jkunux inkisbu kompletament hemmhekk għandhom jitqiesu bħala li joriġinaw f'pajjiż benefiċjarju, dment li tali materjali jkunu għaddew minn xogħol jew ipproċessar suffiċjenti fis-sens tal-Artikolu 45 ta' dak ir-Regolament Delegat. |
(2) |
Taħt l-Artikolu 54 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, is-sistema ta' akkumulazzjoni tapplika bil-kundizzjoni li l-Iżvizzera tagħti, b'mod reċiproku, l-istess trattament lill-prodotti li joriġinaw f'pajjiżi benefiċjarji li jinkorporaw materjali li joriġinaw fl-Unjoni. |
(3) |
Sa fejn hija kkonċernata l-Iżvizzera, is-sistema ta' akkumulazzjoni ġiet stabbilita inizjalment permezz ta' ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni u l-Iżvizzera. Dak l-iskambju ta' ittri seħħ fl-14 ta' Diċembru 2000, wara li l-Kunsill kien ta l-approvazzjoni tiegħu permezz tad-Deċiżjoni 2001/101/KE (3). |
(4) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni ta' kunċett tal-oriġini li jikkorrispondi għal dak stabbilit fir-regoli ta' oriġini tas-Sistema Ġeneralizzata tal-Preferenzi (“SĠP”) tal-Unjoni, l-Iżvizzera mmodifikat ir-regoli tal-oriġini tas-SĠP tagħha. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġi rivedut il-ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni u l-Iżvizzera. |
(5) |
Is-sistema ta' aċċettazzjoni reċiproka taċ-ċertifikati ta' oriġini ta' sostituzzjoni, Formola A, mill-Unjoni, min-Norveġja u mill-Iżvizzera għandha tkompli fl-ambitu tal-iskambju ta' ittri rivedut u tiġi applikata mit-Turkija b'mod kondizzjonali, sabiex jiġi ffaċilitat il-kummerċ bejn l-Unjoni, in-Norveġja, l-Iżvizzera u t-Turkija. |
(6) |
Barra minn hekk, ir-regoli tal-oriġini fis-SĠP tal-Unjoni, kif riformati fl-2010, jipprevedu l-implimentazzjoni ta' sistema ġdida għall-istabbiliment tal-provi ta' oriġini minn esportaturi reġistrati, li għandha tiġi applikata mill-1 ta' Jannar 2017. F'dan ir-rigward, jeħtieġ ukoll li jsiru modifiki fl-iskambju ta' ittri. |
(7) |
Sabiex jantiċipa l-applikazzjoni ta' dik is-sistema ġdida u r-regoli relatati magħha, fit-8 ta' Marzu 2012 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tinnegozja Ftehim mal-Iżvizzera, fil-forma ta' skambju ta' ittri, dwar l-aċċettazzjoni reċiproka taċ-ċertifikati ta' oriġini ta' sostituzzjoni, Formola A, jew dikjarazzjonijiet ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini u li jipprovdi li l-prodotti b'kontenut ta' oriġini Norveġiża, Żvizzera jew Torka għandhom jiġu ttrattati mal-wasla tagħhom fit-territorju doganali tal-Komunità bħala prodotti b'kontenut ta' oriġini mill-Unjoni. |
(8) |
In-negozjati mal-Iżvizzera saru mill-Kummissjoni u rriżultaw fil-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-akkumulazzjoni ta' oriġini bejn l-Unjoni Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera, ir-Renju tan-Norveġja u r-Repubblika tat-Turkija fil-qafas tas-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi (“il-Ftehim”). |
(9) |
Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-akkumulazzjoni ta' oriġini bejn l-Unjoni Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera, ir-Renju tan-Norveġja u r-Repubblika tat-Turkija fil-qafas tas-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.
It-test tal-Ftehim jinsab mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fil-paragrafu 18 tal-Ftehim. (4)
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-15 ta' Ottubru 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
E. KÖSTINGER
(1) Kunsens li għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.
(2) Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/101/KE tal-5 ta' Diċembru 2000 fir-rigward tal-approvazzjoni ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità u kull wieħed mill-pajjiżi EFTA illi jagħti preferenzi fuq it-tariffi taħt is-Sistema Ġeneralizzata tal-Preferenzi (in-Norveġja u l-Iżvizzera), illi jipprovdi illi l-merkanzija illi toriġina fin-Norveġja jew l-Iżvizzera għandha tiġi trattata hekk kif tidħol fit-territorju doganali tal-Komunità bl-istess mod tal-merkanzija illi jkollha kontenut tal-oriġini Komunitarja (ftehim reċiproku) (ĠU L 38, 8.2.2001, p. 24).
(4) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim se tiġi ppubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
29.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 25/3 |
FTEHIM
fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-akkumulazzjoni ta' oriġini bejn l-Unjoni Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera, ir-Renju tan-Norveġja u r-Repubblika tat-Turkija fil-qafas tas-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi
A. Ittra mill-Unjoni
Sinjur,
1.
L-Unjoni Ewropea (“l-Unjoni”) u l-Konfederazzjoni Żvizzera (“l-Iżvizzera”), bħala l-Partijiet għal dan il-Ftehim jirrikonoxxu li, għall-finijiet tas-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi (“SĠP”), iż-żewġ Partijiet japplikaw regoli ta' oriġini simili bil-prinċipji ġenerali li ġejjin:
(a) |
id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” msejsa fuq l-istess kriterji; |
(b) |
dispożizzjonijiet għal-akkumulazzjoni reġjonali ta' oriġini; |
(c) |
dispożizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' akkumulazzjoni għal materjali li joriġinaw, fis-sens tar-regoli ta' oriġini tas-SĠP tagħhom, fl-Unjoni, fl-Iżvizzera, fin-Norveġja jew fit-Turkija; |
(d) |
dispożizzjonijiet għat-tolleranza ġenerali għal materjali mhux oriġinarji; |
(e) |
dispożizzjonijiet għan-nonalterazzjoni ta' prodotti mill-pajjiż benefiċjarju; |
(f) |
dispożizzjonijiet għall-ħruġ jew biex isiru provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni; |
(g) |
rekwiżit għall-kooperazzjoni amministrattiva mal-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiżi benefiċjarji dwar il-kwistjoni tal-provi tal-oriġini. |
2.
L-Unjoni u l-Iżvizzera għandhom jirrikonoxxu li materjali li joriġinaw, fis-sens tar-regoli ta' oriġini tas-SĠP rispettivi tagħhom, fl-Unjoni, fl-Iżvizzera, fin-Norveġja jew fit-Turkija, jakkwistaw l-oriġini ta' pajjiż benefiċjarju tal-iskema tas-SĠP ta' kwalunkwe waħda mill-Partijiet jekk f'dak il-pajjiż benefiċjajru jgħaddu minn ħidma jew proċessar li jmur lil hinn mill-operazzjonijiet meqjusa bħala ħidma jew proċessar insuffiċjenti biex jingħata l-istatus ta' prodotti oriġinarji. Dan is-subparagrafu għandu japplika għal materjali oriġinarji fin-Norveġja u fit-Turkija, soġġett għat-twettiq tal-kundizzjonijiet stabbiliti rispettivament fil-paragrafi 15 u 16.L-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri tal-Unjoni u tal-Iżvizzera għandhom jipprovdu lil xulxin b'kooperazzjoni amministrattiva adatta, b'mod partikolari għall-finijiet tal-verifika sussegwenti tal-provi tal-oriġini fir-rigward tal-materjali msemmija fl-ewwel subparagrafu. Id-dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni amministrattiva stabbilita fil-Protokoll Nru 3 għall-Ftehim tat-22 ta' Lulju 1972 bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera għandhom jiġu applikati.
Dan il-paragrafu ma għandux japplika għal prodotti tal-Kapitoli 1 sa 24 tas-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u Kodifikazzjoni ta' Merkanzija adottata mill-Organizzazzjoni stabbilita mill-Konvenzjoni li tistabbilixxi Kunsill għall-Kooperazzjoni Doganali, magħmula fi Brussell fil-15 ta' Diċembru 1950.
3.
L-Unjoni u l-Iżvizzera b'dan jintrabtu li jaċċettaw provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni fil-forma ta' ċertifikati ta' oriġini ta' sostituzzjoni Formola A (“ċertifikati ta' sostituzzjoni”) maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Parti l-oħra u dikjarazzjonijiet ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini magħmula minn rikonsenjaturi tal-Parti l-oħra, reġistrati għal dak il-għan.Kull Parti tista' tivvaluta l-eliġibbiltà għal trattament preferenzjali ta' prodotti koperti minn provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni skont il-leġiżlazzjoni proprja tagħha.
4.
Kull Parti għandha tipprovdi li l-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu rispettati qabel il-ħruġ jew it-tħejjija ta' prova tal-oriġini ta' sostituzzjoni:
(a) |
provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni jistgħu jinħarġu jew isiru biss jekk il-provi tal-oriġini inizjali kienu nħarġu jew tħejjew skont il-leġiżlazzjoni applikabbli fl-Unjoni jew fl-Iżvizzera; |
(b) |
biss fejn prodotti ma jkunux ġew rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa f'Parti, prova tal-oriġini jew prova tal-oriġini ta' sostituzzjoni tista' tiġi sostitwita bi prova tal-oriġini ta' sostituzzjoni waħda jew aktar għall-finijiet li jintbagħtu l-prodotti kollha, jew xi wħud minnhom, koperti mill-prova tal-oriġini inizjali minn dik il-Parti għall-Parti l-oħra; |
(c) |
il-prodotti għandhom ikunu baqgħu taħt is-superviżjoni doganali fil-Parti rikonsenjatriċi u ma għandhomx ikunu ġew alterati, trasformati bi kwalunkwe mod, jew soġġetti għal operazzjonijiet minbarra dawk meħtieġa għall-preżervazzjoni tagħhom fil-kundizzjoni tagħhom (“prinċipju ta' nonalterazzjoni”). |
(d) |
fil-każ fejn prodotti kisbu status oriġinarju taħt deroga għar-regoli ta' oriġini mogħtija minn Parti, provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni ma għandhomx jinħarġu jew isiru jekk il-prodotti jiġu rikonsenjati lill-Parti l-oħra; |
(e) |
il-provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni jistgħu jinħarġu mill-awtoritajiet doganali jew jiġu magħmula mir-rikonsenjaturi fejn il-prodotti li għandhom jiġu rikonsenjati għat-territorju tal-Parti l-oħra jkunu kisbu status oriġinarju permezz ta' akkumulazzjoni reġjonali; |
(f) |
il-provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni jistgħu jinħarġu mill-awtoritajiet doganali jew jiġu magħmula mir-rikonsenjaturi jekk il-prodotti li għandhom jiġu rikonsenjati għat-territorju tal-Parti l-oħra ma jingħatawx trattament preferenzjali mill-Parti rikonsenjatriċi. |
5.
Għall-finijiet tal-punt (c) tas-subparagrafu 4, għandu japplika dan li ġej:
(a) |
fejn jidher li hemm raġunijiet għal dubju fir-rigward tal-konformità mal-prinċipju ta' nonalterazzjoni, l-awtoritajiet doganali tal-Parti ta' destinazzjoni finali jistgħu jitolbu lid-dikjarant biex jipprovdi evidenza ta' konformità ma' dak il-prinċipju, li tista' tingħata bi kwalunkwe mod; |
(b) |
fuq it-talba tar-rikonsenjatur, l-awtoritajiet doganali tal-Parti rikonsenjatriċi għandhom jiċċertifikaw li l-prodotti baqgħu taħt is-superviżjoni doganali tul is-soġġorn tagħhom fit-territorju ta' dik il-Parti u li ma ngħatat l-ebda awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet doganali biex matul il-ħażna tagħhom fit-territorju tal-Parti jiġu alterati, trasformati bi kwalunkwe mod, jew soġġetti għal ħidmiet minbarra dawk meħtieġa għall-preżervazzjoni tagħhom fil-kundizzjoni tagħhom; |
(c) |
fejn l-evidenza ta' sostituzzjoni hija ċertifikat ta' sostituzzjoni, l-awtoritajiet doganali tal-Parti ta' destinazzjoni finali ma għandhomx jitolbu ċertifikat ta' nonmanipulazzjoni għaż-żmien li l-prodotti kienu fil-Parti l-oħra. |
6.
Kull Parti għandha tiżgura li:
(a) |
fejn il-provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni jikkorrispondu għall-provi tal-oriġini inizjali maħruġa jew magħmula fil-pajjiż benefiċjajru tal-iskema tas-SĠP tal-Unjoni u ta' dik tal-Iżvizzera, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri tal-Unjoni u tal-Iżvizzera għandhom jipprovdu lil xulxin b'kooperazzjoni amministrattiva adatta għall-finijiet ta' verifika sussegwenti ta' dawn il-provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni. Fuq it-talba tal-Parti ta' destinazzjoni finali, l-awtoritajiet doganali tal-Parti rikonsenjatriċi għandhom iniedu u jsewgu l-proċedura ta' verifika sussegwenti tal-provi tal-oriġini inizjali korrispondenti; |
(b) |
meta l-provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni jikkorrispondu għall-provi tal-oriġini inizjali maħruġa jew magħmula f'pajjiż esklussivament benefiċjarju tal-iskema tas-SĠP tal-Parti ta' destinazzjoni finali, dik il-Parti għandha twettaq il-proċedura ta' verifika sussegwenti tal-provi tal-oriġini inizjali f'kooperazzjoni mal-pajjiż benefiċjarju. Il-provi tal-oriġini inizjali li jikkorrispondu għall-provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni taħt verifika jew, fejn ikun il-każ, kopji tal-provi tal-oriġini injizjali li jikkorrispondu għall-provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni taħt verifika għandhom jiġu pprovduti mill-awtoritajiet doganali tal-Parti rikonsenjatriċi lill-awtoritajiet doganali tal-Parti ta' destinazzjoni finali sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-proċedura ta' verifika sussegwenti; |
7.
Kull Parti għandha tiżgura li:
(a) |
il-kaxxa ta' fuq, fuq in-naħa tal-lemin taċ-ċertifikat ta' sostituzzjoni għandha tindika l-isem tal-pajjiż intermedjarju ta' rikonsenja fejn jinħareġ; |
(b) |
il-kaxxa 4 għandu jkun fiha l-kliem “replacement certificate” jew “certificat de remplacement” (“ċertifikat ta' sostituzzjoni”), kif ukoll id-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat ta' oriġini inizjali, Formola A, u n-numru tas-serje tiegħu; |
(c) |
l-isem tar-rikonsenjatur għandu jingħata fil-kaxxa 1; |
(d) |
l-isem tad-destinatarju finali jista' jingħata fil-kaxxa 2; |
(e) |
id-dettalji kollha tal-prodotti rikonsenjati li jidhru fuq iċ-ċertifikat inizjali għandhom jiġu trasferiti għall-kaxex 3 sa 9; |
(f) |
referenzi għall-fattura tar-rikonsenjatur jistgħu jingħataw fil-kaxxa 10; |
(g) |
l-awtorità doganali li ħarġet iċ-ċertifikat ta' sostituzzjoni għandha tapprova l-kaxxa 11. Ir-responsabbiltà tal-awtorità hija limitata għall-ħruġ taċ-ċertifikat ta' sostituzzjoni. Id-dettalji fil-kaxxa 12 dwar il-pajjiż ta' oriġini u l-pajjiż ta' destinazzjoni finali għandhom jittieħdu miċ-ċertifikat ta' oriġini inizjali Formola A. Ir-rikonsenjatur għandu jiffirma ċ-ċertifikat ta' oriġini fil-Kaxxa 12. Rikonsenjatur li jiffirma l-kaxxa 12 in bona fede ma għandux ikun responsabbli mill-preċiżjoni tad-dettalji mdaħħla fil-Formola A taċ-ċertifikat ta' oriġini inizjali; |
(h) |
l-awtorità doganali li hija mitluba li toħroġ iċ-ċertifikat ta' sostituzzjoni għandha tniżżel fuq il-Formola A taċ-ċertifikat ta' oriġini inizjali l-piżijiet, in-numri u n-natura tal-prodotti mibgħuta u għandha tindika fuqha n-numri tas-serje ta' kull ċertifikat ta' sostituzzjoni. Hija għandha żżomm it-talba għaċ-ċertifikat ta' sostituzzjoni kif ukoll iċ-ċertifikat ta' oriġini inizjali Formola A għal mill-inqas tliet snin; |
(i) |
iċ-ċertifikati ta' oriġini ta' sostituzzjoni għandhom jitfasslu bl-Ingliż jew bil-Franċiż. |
8.
Kull Parti għandha tipprovdi li:
(a) |
ir-rikonsenjatur għandu jindika dan li ġej fuq kull dikjarazzjoni ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini:
|
(b) |
kull dikjarazzjoni ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini għandha tkun immarkata “Replacement statement” jew “Attestation de remplacement”; |
(c) |
id-dikjarazzjonijiet ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini għandhom isiru mir-rikonsenjaturi reġistrati fis-sistema elettronika tal-awtoċertifikazzjoni tal-oriġini mill-esportaturi, jiġifieri s-sistema ta' Esportaturi Reġistrati (sistema REX, Registered Exporter system), irrispettivament mill-valur tal-prodotti oriġinarji li jkunu jinsabu fil-konsenja inizjali; |
(d) |
fejn prova tal-oriġini tiġi sostitwita, ir-rikonsenjatur għandu jindika dan li ġej fuq il-prova tal-oriġini inizjali:
|
(e) |
id-dikjarazzjoni inizjali dwar l-oriġini għandha tkun immarkata bil-kelma “Replaced” jew “Remplacé”; |
(f) |
dikjarazzjoni ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini għandha tkun valida għal tnax-il xahar mid-data ta' meta ssir; |
(g) |
id-dikjarazzjonijiet ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini għandhom jitfasslu bl-Ingliż jew bil-Franċiż. |
9.
Il-provi tal-oriġini inizjali u kopji tal-provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni għandhom jinżammu mir-rikonsenjatur għal mill-inqas tliet snin minn tmiem is-sena kalendarja li fiha nħarġu jew minn meta saru l-provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni.
10.
Il-Partijiet jaqblu li jikkondividu l-ispejjeż tas-sistema REX skont il-modalitajiet ta' kooperazzjoni li għandhom jiġu stabbiliti bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet.
11.
Kwalunkwe differenza bejn il-Partijiet li tirriżulta mill-interpretazzjoni jew mill-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim għandha tiġi riżolta biss b'negozjati bilaterali bejn il-Partijiet. Jekk id-differenzi jistgħu jaffettwaw l-interessi tan-Norveġja u/jew tat-Turkija, dawn għandhom jiġu kkonsultati.
12.
Il-Partijiet jistgħu jemendaw dan il-Ftehim bi ftehim reċiproku bil-miktub fi kwalunkwe ħin. Iż-żewġ Partijiet għandhom jidħlu f'konsultazzjoni fir-rigward ta' emendi possibbli għal dan il-Ftehim fuq it-talba ta' waħda mill-Partijiet. Jekk l-emendi jistgħu jaffettwaw l-interessi tan-Norveġja u/jew tat-Turkija, dawn għandhom jiġu kkonsultati. Emendi bħal dawn għandhom jidħlu fis-seħħ f'data miftiehma reċiprokament, ladarba ż-żewġ Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tar-rekwiżiti interni rispettivi tagħhom.
13.
Fil-każ ta' dubji serji dwar il-funzjonament tajjeb ta' dan il-Ftehim, kwalunkwe Parti tista' tissospendi l-applikazzjoni tagħha dment li l-Parti l-oħra tkun ġiet innotifikata bil-miktub tliet xhur bil-quddiem.
14.
Dan il-Ftehim jista' jintemm minn kwalunkwe Parti dment li l-Parti l-oħra tkun ġiet innotifikata bil-miktub tliet xhur bil-quddiem.
15.
L-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandu japplika għal materjali li joriġinaw fin-Norveġja biss jekk il-Partijiet ikunu kkonkludew ftehim simili man-Norveġja u nnotifikaw lil xulxin bit-twettiq ta' din il-kundizzjoni.
16.
L-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandu japplika għal materjali li joriġinaw fit-Turkija (1) biss jekk il-Partijiet ikunu kkonkludew ftehim simili mat-Turkija u jkunu nnotifikaw lil xulxin bit-twettiq ta' din il-kundizzjoni.
17.
Mid-dħul fis-seħħ ta' ftehim bejn l-Iżvizzera u t-Turkija skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan il-Ftehim, u soġġett għal reċiproċità mit-Turkija, kull Parti tista' tipprovdi li provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni għal prodotti li jinkorporaw materjali li joriġinaw fit-Turkija li jkunu ġew proċessati taħt akkumulazzjoni bilaterali fil-pajjiżi benefiċjarji tas-SĠP jistgħu jinħarġu jew isiru fil-Partijiet.
18.
Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ f'data miftiehma reċiprokament, ladarba l-Unjoni u l-Iżvizzera jkunu notifikaw lil xulxin bit-twettiq tal-proċeduri ta' adozzjoni interni meħtieġa tagħhom. Minn dik id-data, huwa għandu jissostitwixxi l-Ftehim fil-għamla ta' Skambju ta' ittri bejn il-Komunità u kull wieħed mill-pajjiżi tal-EFTA li jikkonċedi preferenzi tat-tariffa skont is-SĠP (in-Norveġja u l-Isvizzera), li tipprovdi illi l-oġġetti li joriġinaw fin-Norveġja u fl-Isvizzera għandhom jiġu ttrattati mal-wasla tagħhom fit-territorju tad-dwana tal-Komunità bħala oġġetti b'kontenut ta' oriġini Komunitarju, iffirmat fl-14 ta' Diċembru 2000 (2).
Inkun obbligat lejk jekk tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel ma' dan t'hawn fuq.
Għandi l-unur nipproponi li, jekk dan ta' hawn fuq huwa aċċettabbli għall-Gvern tiegħek, din l-ittra u l-konferma tiegħek għandhom flimkien jikkostitwixxu Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera.
Jekk jogħġbok aċċetta, Sinjur, l-assigurazzjoni tal-ogħla rispett tiegħi.
Съставено в Брюксел на
Hecho en Bruselas, el
V Bruselu dne
Udfærdiget i Bruxelles, den
Geschehen zu Brüssel am
Brüssel,
Έγινε στις Βρυξέλλες, στις
Done at Brussels,
Fait à Bruxelles, le
Sastavljeno u Bruxellesu
Fatto a Bruxelles, addì
Briselē,
Priimta Briuselyje,
Kelt Brüsszelben,
Magħmul fi Brussell,
Gedaan te Brussel,
Sporządzono w Brukseli, dnia
Feito em Bruxelas,
Întocmit la Bruxelles,
V Bruseli
V Bruslju,
Tehty Brysselissä
Utfärdat i Bryssel den
За Европейския съюз
Рог la Unión Europea
Za Evropskou unii
For Den Europæiske Union
Für die Europäische Union
Euroopa Liidu nimel
Για την Ευρωπαϊκή Ένωση
For the European Union
Pour l'Union européenne
Za Europsku uniju
Per l'Unione europea
Eiropas Savienības vārdā –
Europos Sąjungos vardu
Az Európai Unió részéről
Għall-Unjoni Ewropea
Voor de Europese Unie
W imieniu Unii Europejskiej
Pela União Europeia
Pentru Uniunea Europeană
Za Európsku úniu
Za Evropsko unijo
Euroopan unionin puolesta
För Europeiska unionen
B. Ittra mill-Konfederazzjoni Żvizzera
Sinjura,
Għandi l-unur ninfurmak li rċevejna l-ittra tiegħek bid-data ta' llum li taqra kif ġej:
“1. |
L-Unjoni Ewropea (“l-Unjoni”) u l-Konfederazzjoni Żvizzera (“l-Iżvizzera”), bħala l-Partijiet għal dan il-Ftehim jirrikonoxxu li, għall-finijiet tas-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi (“SĠP”), iż-żewġ Partijiet japplikaw regoli ta' oriġini simili bil-prinċipji ġenerali li ġejjin:
|
2. |
L-Unjoni u l-Iżvizzera għandhom jirrikonoxxu li materjali li joriġinaw, fis-sens tar-regoli ta' oriġini tas-SĠP rispettivi tagħhom, fl-Unjoni, fl-Iżvizzera, fin-Norveġja jew fit-Turkija, jakkwistaw l-oriġini ta' pajjiż benefiċjarju tal-iskema tas-SĠP ta' kwalunkwe waħda mill-Partijiet jekk f'dak il-pajjiż benefiċjajru jgħaddu minn ħidma jew proċessar li jmur lil hinn mill-operazzjonijiet meqjusa bħala ħidma jew proċessar insuffiċjenti biex jingħata l-istatus ta' prodotti oriġinarji. Dan is-subparagrafu għandu japplika għal materjali oriġinarji fin-Norveġja u fit-Turkija, soġġett għat-twettiq tal-kundizzjonijiet stabbiliti rispettivament fil-paragrafi 15 u 16.
L-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri tal-Unjoni u tal-Iżvizzera għandhom jipprovdu lil xulxin b'kooperazzjoni amministrattiva adatta, b'mod partikolari għall-finijiet tal-verifika sussegwenti tal-provi tal-oriġini fir-rigward tal-materjali msemmija fl-ewwel subparagrafu. Id-dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni amministrattiva stabbilita fil-Protokoll Nru 3 għall-Ftehim tat-22 ta' Lulju 1972 bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera għandhom jiġu applikati. Dan il-paragrafu ma għandux japplika għal prodotti tal-Kapitoli 1 sa 24 tas-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u Kodifikazzjoni ta' Merkanzija adottata mill-Organizzazzjoni stabbilita mill-Konvenzjoni li tistabbilixxi Kunsill għall-Kooperazzjoni Doganali, magħmula fi Brussell fil-15 ta' Diċembru 1950. |
3. |
L-Unjoni u l-Iżvizzera b'dan jintrabtu li jaċċettaw provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni fil-forma ta' ċertifikati ta' oriġini ta' sostituzzjoni Formola A (“ċertifikati ta' sostituzzjoni”) maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Parti l-oħra u dikjarazzjonijiet ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini magħmula minn rikonsenjaturi tal-Parti l-oħra, reġistrati għal dak il-għan.
Kull Parti tista' tivvaluta l-eliġibbiltà għal trattament preferenzjali ta' prodotti koperti minn provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni skont il-leġiżlazzjoni proprja tagħha. |
4. |
Kull Parti għandha tipprovdi li l-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu rispettati qabel il-ħruġ jew it-tħejjija ta' prova tal-oriġini ta' sostituzzjoni:
|
5. |
Għall-finijiet tal-punt (c) tas-subparagrafu 4, għandu japplika dan li ġej:
|
6. |
Kull Parti għandha tiżgura li:
|
7. |
Kull Parti għandha tiżgura li:
|
8. |
Kull Parti għandha tipprovdi li:
|
9. |
Il-provi tal-oriġini inizjali u kopji tal-provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni għandhom jinżammu mir-rikonsenjatur għal mill-inqas tliet snin minn tmiem is-sena kalendarja li fiha nħarġu jew minn meta saru l-provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni. |
10. |
Il-Partijiet jaqblu li jikkondividu l-ispejjeż tas-sistema REX skont il-modalitajiet ta' kooperazzjoni li għandhom jiġu stabbiliti bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet. |
11. |
Kwalunkwe differenza bejn il-Partijiet li tirriżulta mill-interpretazzjoni jew mill-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim għandha tiġi riżolta biss b'negozjati bilaterali bejn il-Partijiet. Jekk id-differenzi jistgħu jaffettwaw l-interessi tan-Norveġja u/jew tat-Turkija, dawn għandhom jiġu kkonsultati. |
12. |
Il-Partijiet jistgħu jemendaw dan il-Ftehim bi ftehim reċiproku bil-miktub fi kwalunkwe ħin. Iż-żewġ Partijiet għandhom jidħlu f'konsultazzjoni fir-rigward ta' emendi possibbli għal dan il-Ftehim fuq it-talba ta' waħda mill-Partijiet. Jekk l-emendi jistgħu jaffettwaw l-interessi tan-Norveġja u/jew tat-Turkija, dawn għandhom jiġu kkonsultati. Emendi bħal dawn għandhom jidħlu fis-seħħ f'data miftiehma reċiprokament, ladarba ż-żewġ Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tar-rekwiżiti interni rispettivi tagħhom. |
13. |
Fil-każ ta' dubji serji dwar il-funzjonament tajjeb ta' dan il-Ftehim, kwalunkwe Parti tista' tissospendi l-applikazzjoni tagħha dment li l-Parti l-oħra tkun ġiet innotifikata bil-miktub tliet xhur bil-quddiem. |
14. |
Dan il-Ftehim jista' jintemm minn kwalunkwe Parti dment li l-Parti l-oħra tkun ġiet innotifikata bil-miktub tliet xhur bil-quddiem. |
15. |
L-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandu japplika għal materjali li joriġinaw fin-Norveġja biss jekk il-Partijiet ikunu kkonkludew ftehim simili man-Norveġja u nnotifikaw lil xulxin bit-twettiq ta' din il-kundizzjoni. |
16. |
L-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandu japplika għal materjali li joriġinaw fit-Turkija (3) biss jekk il-Partijiet ikunu kkonkludew ftehim simili mat-Turkija u jkunu nnotifikaw lil xulxin bit-twettiq ta' din il-kundizzjoni. |
17. |
Mid-dħul fis-seħħ ta' ftehim bejn l-Iżvizzera u t-Turkija skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan il-Ftehim, u soġġett għal reċiproċità mit-Turkija, kull Parti tista' tipprovdi li provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni għal prodotti li jinkorporaw materjali li joriġinaw fit-Turkija li jkunu ġew proċessati taħt akkumulazzjoni bilaterali fil-pajjiżi benefiċjarji tas-SĠP jistgħu jinħarġu jew isiru fil-Partijiet. |
18. |
Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ f'data miftiehma reċiprokament, ladarba l-Unjoni u l-Iżvizzera jkunu notifikaw lil xulxin bit-twettiq tal-proċeduri ta' adozzjoni interni meħtieġa tagħhom. Minn dik id-data, huwa għandu jissostitwixxi l-Ftehim fil-għamla ta' Skambju ta' ittri bejn il-Komunità u kull wieħed mill-pajjiżi tal-EFTA li jikkonċedi preferenzi tat-tariffa skont is-SĠP (in-Norveġja u l-Isvizzera), li tipprovdi illi l-oġġetti li joriġinaw fin-Norveġja u fl-Isvizzera għandhom jiġu ttrattati mal-wasla tagħhom fit-territorju tad-dwana tal-Komunità bħala oġġetti b'kontenut ta' oriġini Komunitarju, iffirmat fl-14 ta' Diċembru 2000 (4).
Inkun obbligat lejk jekk tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel ma' dan t'hawn fuq. Għandi l-unur nipproponi li, jekk dan ta' hawn fuq huwa aċċettabbli għall-Gvern tiegħek, din l-ittra u l-konferma tiegħek għandhom flimkien jikkostitwixxu Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera.”. |
Għandi l-unur nikkonferma l-qbil tal-Gvern tiegħi mal-kontenut tal-ittra tiegħek.
Jekk jogħġbok aċċetta, Sinjura, l-assigurazzjoni tal-ogħla rispett tiegħi.
Geschehen zu Brüssel am
Fait à Bruxelles, le
Fatto a Bruxelles, addì
Съставено в Брюксел на
Hecho en Bruselas, el
V Bruselu dne
Udfærdiget i Bruxelles, den
Brüssel,
Έγινε στις Βρυξέλλες, στις
Done at Brussels,
Sastavljeno u Bruxellesu
Briselē,
Priimta Briuselyje,
Kelt Brüsszelben,
Magħmul fi Brussell,
Gedaan te Brussel,
Sporządzono w Brukseli, dnia
Feito em Bruxelas,
Întocmit la Bruxelles,
V Bruseli
V Bruslju,
Tehty Brysselissä
Utfärdat i Bryssel den
Für die Schweizerische Eidgenossenschaft
Pour la Confédération suisse
Per la Confederazione Svizzera
За Конфедерация Швейцария
Por la Confederación Suiza
Za Švýcarskou konfederaci
For Det Schweiziske Forbund
Šveitsi Konföderatsiooni nimel
Για την Ελβετική Συνομοσπονδία
For the Swiss Confederation
Za Švicarsku Konfederaciju
Šveices Konfederācijas vārdā –
Šveicarijos Konfederacijos vardu
A Svájci Államszövetség részéről
Għall-Konfederazzjoni Svizzera
Voor de Zwitserse Bondsstaat
W imieniu Konfederacji Szwajcarskiej
Pela Confederação Suíça
Pentru Confederația Elvețiană
Za Švajčiarsku konfederáciu
Za Švicarsko konfederacijo
Sveitsin valaliiton puolesta
För Schweiziska edsförbundet
(1) L-Unjoni ssodisfat din il-kundizzjoni permezz tal-pubblikazzjoni tal-avviż mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 85 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, li jimplimenta d-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali Komunitajru li jestendu s-sistema ta' akkumulazzjoni bilaterali stabbilita minn dak l-Artikolu għat-Turkija (ĠU C 134, 15.4.2016, p. 1).
(3) L-Unjoni ssodisfat din il-kundizzjoni permezz tal-pubblikazzjoni tal-avviż mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 85 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, li jimplimenta d-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali Komunitajru li jestendu s-sistema ta' akkumulazzjoni bilaterali stabbilita minn dak l-Artikolu għat-Turkija (ĠU C 134, 15.4.2016, p. 1).
REGOLAMENTI
29.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 25/12 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/132
tat-28 ta' Jannar 2019
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 101/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011 tal-4 ta' Frar 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fl-4 ta' Frar 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 101/2011. |
(2) |
Abbażi ta' rieżami tal-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 101/2011, jenħtieġ li titneħħa l-entrata għal persuna. |
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 101/2011 jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 101/2011 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Jannar 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
P. DAEA
ANNESS
Fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 101/2011, l-entrata 28 (Mohamed Marwan Ben Ali Ben Mohamed MABROUK) titħassar.
29.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 25/14 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/133
tat-28 ta' Jannar 2019
li jemenda r-Regolament (UE) 2015/640 fir-rigward tal-introduzzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(1)(h) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/640 (2) jistabbilixxi rekwiżiti addizzjonali ta' ajrunavigabbiltà għal inġenji tal-ajru, li d-disinn tagħhom diġà kien ġie ċċertifikat. Dawk ir-rekwiżiti addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà huma meħtieġa sabiex jappoġġaw it-titjib kontinwu fl-ajrunavigabbiltà u s-sikurezza. Dan għaliex meta speċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni (“CS”) maħruġa mill-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (l-“Aġenzija”), skont l-Artikolu 76(3) tar-Regolament (UE) 2018/1139, jiġu aġġornati mill-Aġenzija sabiex jiġi żgurat li l-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni jibqgħu adattati għall-iskop, inġenju tal-ajru, li d-disinn tiegħu diġà kien ġie ċċertifikat, ma jeħtieġx jikkonforma mal-verżjoni aġġornata tal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni meta jiġi prodott jew waqt li jkun fis-servizz. |
(2) |
Għalhekk sabiex jinżamm livell għoli ta' sikurezza fl-avjazzjoni u ta' rekwiżiti ambjentali fl-Ewropa jista' jkun meħtieġ li jingħata mandat rigward il-konformità ta' inġenji tal-ajru ma' rekwiżiti addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà li ma ngħatawx mandat mill-Aġenzija fiż-żmien taċ-ċertifikazzjoni tad-disinn, billi ma kinux inklużi fl-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni rilevanti f'dak iż-żmien. Din l-emenda tar-Regolament (UE) 2015/640 tikkonċerna tliet evoluzzjonijiet tal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni. |
(3) |
L-ewwel nett, fl-1989, l-Awtoritajiet Konġunti tal-Avjazzjoni (JAA) introduċew standards ġodda tad-disinn għall-kundizzjonijiet dinamiċi tas-sits tal-ekwipaġġ tal-kabina u tal-passiġġieri ta' ajruplani kbar, li joffru protezzjoni aħjar tal-okkupanti. Dawk l-istandards kellhom fil-mira tagħhom il-mitigazzjoni tar-riskju ta' feriment jew ta' mewt f'każ ta' nżul ta' emerġenza. Dawn ġew trasposti fl-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni tal-Aġenzija għall-ajruplani kbar (CS-25), iżda japplikaw biss għal ajruplani kbar li għalihom iċ-ċertifikazzjoni tad-disinn ġiet applikata wara l-1989. Billi ċerti ajruplani kbar jistgħu ma jikkonformawx ma' dawk l-istandards, jenħtieġ għalhekk li jiġu introdotti speċifikazzjonijiet addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà. Wara kunsiderazzjoni xierqa tan-natura u tar-riskji ta' operazzjonijiet b'ajruplani kbar filwaqt li jinżamm livell uniformi għoli ta' sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni, huwa meqjus proporzjonat u kosteffiċjenti li dawk l-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà jiġu introdotti biss għal ajruplani kbar li għadhom kemm ġew prodotti fuq il-bażi ta' disinn li diġà ġie ċċertifikat mill-Aġenzija. Jenħtieġ li dawk l-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà ma japplikawx għas-sits tal-ekwipaġġ tat-titjira u għas-sits f'ajruplani ta' okkupanza limitata involuti f'operazzjonijiet on-demand tat-trasport kummerċjali bl-ajru mhux skedat għaliex dan ma jitqiesx proporzjonat jew kosteffiċjenti. |
(4) |
It-tieni, fl-2009, l-Aġenzija introduċiet standards ġodda ta' fjammabbiltà għal materjali termali jew ta' iżolament akustiku għat-titjib ta' ċerti karatteristiċi tal-materjali iżolanti installati fil-fuselage biex jirreżistu t-tixrid tal-fjamma u l-penetrazzjoni tal-fjamma fl-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni għal ajruplani kbar (CS-25 Emenda 6). Dawk l-istandards ġodda ta' fjammabbiltà japplikaw biss għal ajruplani kbar li għalihom iċ-ċertifikazzjoni tad-disinn ġiet applikata wara l-2009. Meta wieħed iqis li ċerti ajruplani kbar jistgħu ma jikkonformawx ma' dawk l-istandards, jenħtieġ li jiġu introdotti speċifikazzjonijiet addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà. Wara kunsiderazzjoni xierqa tan-natura u tar-riskji ta' operazzjonijiet b'ajruplani kbar filwaqt li jinżamm livell uniformi għoli ta' sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni, huwa meqjus proporzjonat u kosteffiċjenti li jiġu introdotti l-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà li jindirizzaw ir-riskju tat-tixrid tal-fjamma waqt titjira għal ajruplani kbar li għadhom kemm ġew prodotti fuq il-bażi ta' disinn li diġà ġie ċċertifikat mill-Aġenzija. Dawk l-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà għandhom japplikaw ukoll għal ajruplani kbar li huma fis-servizz meta jiġu sostitwiti materjali termali jew ta' iżolament akustiku. Fl-aħħar nett, jenħtieġ li jiġu introdotti l-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà li jindirizzaw ir-riskju ta' penetrazzjoni tal-fjamma wara inċident għal ajruplani kbar b'kapaċità tal-passiġġieri ta' 20 sit jew aktar u li japplikaw biss għal ajruplani li għadhom kemm ġew prodotti fuq il-bażi ta' disinn li diġà ġie ċċertifikat mill-Aġenzija. |
(5) |
It-tielet, sabiex jitnaqqas gradwalment l-impatt ambjentali tal-alonu użat f'tagħmir għat-tifi tan-nar, l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (l-ICAO) ħarġet standards ġodda billi emendat l-Anness 6 tal-ICAO applikabbli mill-15 ta' Diċembru 2011. Sabiex jikkonformaw ma' dawk l-istandards, jenħtieġ li jiġu introdotti speċifikazzjonijiet addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà għal ajruplani kbar u għal ajruplani kbar u ħelikopters kbar li għadhom kemm ġew prodotti u li d-disinn tagħhom diġà ġie ċċertifikat mill-Aġenzija fuq il-bażi ta' speċifikazzjonijiet ta' ċertifikazzjoni li ppermettew l-użu tal-alonu bħala aġent adattat. |
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/640 jiġi emendat skont dan. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma bbażati fuq l-opinjonijiet maħruġa mill-Aġenzija skont l-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139. |
(8) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 127(3) tar-Regolament (UE) 2018/1139, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) 2015/640 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
l-Anness I (il-Parti-26) huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Jannar 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/640 tat-23 ta' April 2015 dwar l-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà għal tip partikolari ta' operazzjonijiet u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012 (ĠU L 106, 24.4.2015, p. 18).
ANNESS
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
(1) |
il-werrej huwa sostitwit b'dan li ġej: “WERREJ SUBPARTI A — DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI 26.10 L-awtorità kompetenti 26.20 It-tagħmir temporanjament mhux operattiv 26.30 It-turija ta' konformità SUBPARTI B — AJRUPLANI KBAR 26.50 Is-sits, il-kuċċetti, iċ-ċintorini tas-sikurezza, u ċ-ċineg 26.60 L-inżul ta' emerġenza — kundizzjonijiet dinamiċi 26.100 Il-postijiet tal-ћruġ tal-emerġenza 26.105 L-aċċess għall-ћruġ tal-emerġenza 26.110 Is-sinjali tal-ћruġ tal-emerġenza 26.120 It-tidwil interjuri tal-emerġenza u t-tħaddim tad-dwal tal-emerġenza 26.150 L-arredamenti interni tal-kompartiment 26.155 Il-fjammabbiltà tal-arredamenti tal-istiva tal-merkanzija 26.156 Il-materjali termali jew ta' iżolament akustiku 26.160 Il-protezzjoni kontra n-nar fit-tojlits 26.170 L-estinturi tan-nar 26.200 Il-ħoss ta' twissija fit-tagħmir tal-inżul 26.250 Is-sistemi tat-tħaddim tal-bibien tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira — inkapaċità singola SUBPARTI C — ĦELIKOPTERS KBAR 26.400 L-estinturi tan-nar”; |
(2) |
jiddaħħal il-punt 26.60 kif ġej: “26.60 L-inżul ta' emerġenza — kundizzjonijiet dinamiċi L-operaturi tal-ajruplani kbar użati fit-trasport kummerċjali bl-ajru tal-passiġġieri, bit-tip ċertifikat fl-1 ta' Jannar 1958 jew wara, u li għalihom inħareġ l-ewwel iċ-ċertifikat individwali tal-ajrunavigabbiltà fi jew wara t-18 ta' Frar 2021 għandhom juru għal kull tip ta' disinn ta' sit approvat għall-okkupanza waqt it-taxiing, it-tlugħ jew l-inżul li l-okkupant huwa protett meta jkun espost għal tagħbijiet li jirriżultaw mill-kundizzjonijiet ta' nżul. Il-prova għandha ssir permezz ta' wieħed minn dawn il-mezzi li ġejjin:
L-obbligu stabbilit fl-ewwel paragrafu ma għandux japplika għas-sits li ġejjin:
|
(3) |
jiddaħħal il-punt 26.156 kif ġej: “26.156 Il-materjali termali jew ta' iżolament akustiku L-operaturi tal-ajruplani kbar użati fit-trasport kummerċjali bl-ajru, bit-tip ċertifikat wara l-1 ta' Jannar 1958, għandhom jiżguraw li:
|
(4) |
jiddaħħal il-punt 26.170 kif ġej: “26.170 L-estinturi tan-nar L-operaturi ta' ajruplani kbar għandhom jiżguraw li l-estinturi li ġejjin ma jużawx l-alonu bħala aġent li jitfi n-nar:
|
(5) |
tiżdied is-Subparti C kif ġej: “SUBPARTI C — ĦELIKOPTERS KBAR 26.400 L-estinturi tan-nar L-operaturi ta' ajruplani kbar għandhom jiżguraw li l-estinturi li ġejjin ma jużawx l-alonu bħala aġent li jitfi n-nar:
|
DEĊIŻJONIJIET
29.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 25/19 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/134
tal-21 ta' Jannar 2019
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda tal-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994. |
(2) |
Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi li jemenda, fost l-oħrajn, l-Anness IX għal dak il-Ftehim, li fih dispożizzjonijiet dwar is-servizzi finanzjarji. |
(3) |
Ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(4) |
Għalhekk, l-Anness IX tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
(5) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta tal-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) għall-Ftehim ŻEE, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmużin ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Jannar 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1).
ABBOZZ
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …
ta'…
li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) għall-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (1), kif ikkoreġut mill-ĠU L 349, 21.12.2016, p. 8, irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness IX tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness IX għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
1. |
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punti 16b (id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u 31ba (id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
2. |
Dan li ġej jiżdied mal-punt 29f (ir-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill): “, kif emendat bi:
|
3. |
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 31bea (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 594/2014):
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (UE) Nru 909/2014, kif ikkoreġuti mill-ĠU L 349, 21.12.2016, p. 8, bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li ser jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi […], bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Is-Segretarji tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
(1) ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1.
(*1) [Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.] [Hemm indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]
29.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 25/23 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/135
tat-28 ta' Jannar 2019
li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-31 ta' Jannar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/72/PESK (1) dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija. |
(2) |
Abbażi ta' reviżjoni tad-Deċiżjoni 2011/72/PESK, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi jiġu estiżi sal-31 ta' Jannar 2020 u jenħtieġ li l-entrata għal persuna titneħħa. |
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2011/72/PESK tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2011/72/PESK hija emendata kif ġej:
(1) |
l-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Jannar 2020. Hija għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti. Tista' tiġġedded jew tiġi emendata, skont il-każ, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”; |
(2) |
l-Anness huwa emendat skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Jannar 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
P. DAEA
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK tal-31 ta' Jannar 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 28, 2.2.2011, p. 62).
ANNESS
Fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/72/PESK, l-entrata 28 (Mohamed Marwan Ben Ali Ben Mohamed MABROUK) titħassar.
29.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 25/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/136
tat-28 ta' Jannar 2019
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Grupp ta' Ħidma dwar l-Inbid stabbilit mill-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika fir-rigward tal-formoli li jridu jintużaw bħala ċertifikati għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' prodotti tal-inbid li joriġinaw mill-Ġappun u l-modalitajiet li jikkonċernaw l-awtoċertifikazzjoni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika (1) (“il-Ftehim”) ġie konkluż mill-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1907 (2). Din tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Frar 2019. |
(2) |
Skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu 2.28 tal-Ftehim, ċertifikat awtentikat f'konformità mal-liġijiet u r-regolamenti tal-Ġappun, inkluż awtoċertifikat stabbilit minn produttur awtorizzat mill-awtorità kompetenti tal-Ġappun, huwa biżżejjed bħala dokumentazzjoni li sservi ta' evidenza li r-rekwiżiti għall-importazzjoni u l-bejgħ fl-Unjoni ta' prodotti tal-inbid li joriġinaw fil-Ġappun imsemmija fl-Artikolu 2.25, 2.26 jew 2.27 tal-Ftehim ġew issodisfati. |
(3) |
Skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 2.28 tal-Ftehim, il-Grupp ta' Ħidma dwar l-Inbid għandu, permezz ta' deċiżjoni, jadotta l-modalitajiet għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 1 ta' dak l-Artikolu, u b'mod partikolari l-formoli li jridu jintużaw, u l-informazzjoni li trid titniżżel fiċ-ċertifikat. |
(4) |
Is-subparagrafu 2(a) tal-Artikolu 2.35 tal-Ftehim jipprevedi li l-Grupp ta' Ħidma dwar l-Inbid għandu jadotta l-modalitajiet li jikkonċernaw l-awtoċertifikazzjoni. |
(5) |
Skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu 2.35 tal-Ftehim, il-Grupp ta' Ħidma dwar l-Inbid għandu jiltaqa' għall-ewwel darba dakinhar tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim. |
(6) |
Il-Grupp ta' Ħidma dwar l-Inbid, waqt l-ewwel laqgħa tiegħu fl-1 ta' Frar 2019 għandu jadotta d-deċiżjoni dwar il-formoli li jridu jintużaw bħala ċertifikati għall-importazzjoni fl-Unjoni ta' prodotti tal-inbid li joriġinaw mill-Ġappun u dwar il-modalitajiet dwar l-awtoċertifikazzjoni sabiex isseħħ l-implimentazzjoni b'mod effettiv tal-Ftehim u biex b'hekk l-importazzjoni ta' prodotti tal-inbid li joriġinaw mill-Ġappun tiġi ssimplifikata. Il-formoli previsti, u l-modalitajiet previsti li jikkonċernaw l-awtoċertifikazzjoni, huma konsistenti mal-politiki tal-Unjoni dwar l-iffaċilitar tal-kummerċ u l-kooperazzjoni dwar il-prevenzjoni ta' frodi ma' pajjiżi terzi li kkonkludew ftehimiet mal-Unjoni. |
(7) |
Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Grupp ta' Ħidma dwar l-Inbid. |
(8) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Grupp ta' Ħidma dwar l-Inbid jenħtieġ għalhekk li tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Grupp ta' Ħidma dwar l-Inbid fl-ewwel laqgħa tiegħu għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Jannar 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
P. DAEA
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1907 tal-20 ta' Diċembru 2018 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika (ĠU L 330, 27.12.2018, p. 1).
ABBOZZ
DEĊIŻJONI Nru 1/2019 TAL-GRUPP TA' ĦIDMA DWAR L-INBID UE-ĠAPPUN
ta'….
dwar l-adozzjoni tal-formoli li għandhom jintużaw bħala ċertifikati għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' prodotti tal-inbid li joriġinaw mill-Ġappun u l-modalitajiet li jikkonċernaw l-awtoċertifikazzjoni
IL-GRUPP TA' ĦIDMA DWAR L-INBID,
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika, u b'mod partikolari l-Artikoli 2.28 u 2.35 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika (“il-Ftehim”) jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Frar 2019. |
(2) |
L-Artikolu 22.4 tal-Ftehim jistabbilixxi Grupp ta' Ħidma dwar l-Inbid, li, inter alia, huwa responsabbli mill-implimentazzjoni u t-tħaddim effettivi tat-Taqsima C u tal-Anness 2-E tal-Ftehim. |
(3) |
Skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu 2.28 tal-Ftehim, ċertifikat awtentikat skont il-liġijiet u r-regolamenti tal-Ġappun, inkluż awtoċertifikat stabbilit minn produttur awtorizzat mill-awtorità kompetenti tal-Ġappun, huwa biżżejjed bħala dokumentazzjoni li sservi ta' evidenza li r-rekwiżiti għall-importazzjoni u l-bejgħ fl-Unjoni Ewropea ta' prodotti tal-inbid li joriġinaw mill-Ġappun imsemmija fl-Artikolu 2.25, 2.26 jew 2.27 tal-Ftehim ġew issodisfati. |
(4) |
Skont is-subparagrafu 2(a) tal-Artikolu 2.28 tal-Ftehim, il-formoli li għandhom jintużaw għaċ-ċertifikati u l-informazzjoni li għandha titniżżel fuq iċ-ċertifikati għandhom jiġu adottati b'deċiżjoni tal-Grupp ta' Ħidma dwar l-Inbid stabbilit skont l-Artikolu 22.4 tal-Ftehim. |
(5) |
Skont is-subparagrafu 2(a) tal-Artikolu 2.35 tal-Ftehim, il-modalitajiet li jikkonċernaw l-awtoċertifikazzjoni għandhom jiġu adottati mill-Grupp ta' Ħidma dwar l-Inbid, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-formola li għandha tintuża għaċ-ċertifikati awtentikati b'konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti tal-Ġappun tinstab fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni.
2. Il-formola li għandha tintuża għall-awtoċertifikati stabbiliti mill-produtturi awtorizzati mill-awtorità kompetenti tal-Ġappun tinstab fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni.
3. Il-modalitajiet li jikkonċernaw l-awtoċertifikazzjoni mill-produtturi awtorizzati mill-awtorità kompetenti tal-Ġappun jinstabu fl-Anness III għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għall-Grupp ta' Ħidma dwar l-Inbid
[…]
ANNESS III
Il-Modalitajiet li jikkonċernaw l-Awtoċertifikazzjoni
1. |
L-Istitut Nazzjonali ta' Riċerka dwar il-Produzzjoni tal-Birra, taħt is-sorveljanza tal-Ministeru tal-Finanzi tal-Ġappun,
|
2. |
L-Unjoni Ewropea tippubblika u taġġorna mingħajr dewmien l-ismijiet u l-indirizzi tal-produtturi awtorizzati fil-lista intitolata “Il-korpi kompetenti tal-pajjiżi terzi, il-laboratorji maħtura u l-produtturi u l-proċessuri tal-inbid awtorizzati għat-tfassil tad-dokumenti VI-1 għall-importazzjoni tal-inbid fl-UE” li hija disponibbli fis-sit web uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea:
ec.europa.eu/agriculture/sites/agriculture/files/wine/lists/06.pdf |
29.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 25/34 |
DEĊIŻJONI (UE) 2019/137 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-23 ta' Jannar 2019
dwar l-għażla ta' fornituri ta' servizz ta' network tal-Eurosystem Single Market Infrastructure Gateway (ESMIG) (BĊE/2019/2)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikoli 3.1 u 12.1 u l-Artikoli 17, 18 u 22 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Eurosystem Single Market Infrastructure Gateway (ESMIG) huwa komponent tekniku li għandu jitwettaq bħala parti mill-proġett ta' konsolidazzjoni ta' T2-T2S li jikkonsolida l-aċċess minn parteċipanti fis-suq ikkollegati direttament għall-infrastrutturi tas-suq kollha pprovduti mill-Eurosistema. L-ESMIG ser jagħti lil dawk il-parteċipanti l-istess arranġament tekniku uniku biex jaċċessaw TARGET2 (T2), inklużi s-servizz TARGET Instant Payment Settlement (TIPS), TARGET2-Securities (T2S), il-Eurosystem Collateral Management System (ECMS) u possibbilment servizzi u applikazzjonijiet oħrajn tal-infrastruttura tas-suq tal-Eurosistema. |
(2) |
Fil-laqgħa tiegħu bejn it-23 u l-24 ta' April 2018, il-Bord għall-Infrastruttura tas-Suq iddeċieda li d-Deutsche Bundesbank, il-Banco de España, il-Banque de France u l-Banca d'Italia (iktar 'il quddiem il-“BĊNi fornituri”) ser jagħmlu l-preparamenti meħtieġa sabiex ikun hemm sa tliet fornituri ta' servizz ta' netwerk biex jipprovdu servizzi ta' konnettività u li l-Banca d'Italia ser imexxi l-proċedura tal-għażla. |
(3) |
F'dik il-laqgħa, il-Bord għall-Infrastruttura tas-Suq iddeċieda wkoll li l-Banca d'Italia għandu jaġixxi bħala d-driegħ operattiv tal-Eurosistema għall-proċedura tal-għażla. Iddeċieda wkoll li l-Bord għall-Infrastruttura tas-Suq għandu jkun responsabbli biex jaħtar lill-membri tal-panel tal-għażla u għall-eżitu tad-deċiżjoni tal-panel tal-għażla abbażi tal-kriterji tal-għażla. Il-Banca d'Italia ikun responsabbli biex imexxi b'mod korrett il-proċedura tal-għażla u r-responsabbiltà speċifika tiegħu marbuta mal-proċedura tal-għażla tkun separata mir-responsabbiltà li jassumu l-BĊNi fornituri taħt il-ftehim tal-Livell 2-Livell 3. |
(4) |
L-iskop tal-proċedura tal-għażla huwa li l-fornituri ta' servizz ta' netwerk jiġu fdati biex jipprovdu ġabra ta' servizzi ta' konnettività ddefiniti minn qabel, li fuq il-bażi tagħhom il-fornituri ta' servizz ta' netwerk tal-ESMIG għandhom ifasslu, jimplimentaw, jipprovdu u jħaddmu soluzzjonijiet ta' konnettività maħsuba biex jiskambjaw b'mod sigur informazzjoni dwar negozju bejn il-parteċipanti fis-suq ikkollegati direttament u l-infrastrutturi tas-suq tal-Eurosistema permezz tal-ESMIG. |
(5) |
Il-proċedura tal-għażla għal fornituri ta' servizz ta' netwerk tal-ESMIG taqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) kif implimentata fid-dritt nazzjonali tal-Istat Membru tal-bank ċentrali mogħti l-mandat. |
(6) |
Il-Banca d'Italia nħatar mill-Kunsill Governattiv biex iwettaq il-proċedura tal-għażla għall-Fornituri ta' servizz ta' netwerk tal-ESMIG. |
(7) |
Il-Banca d'Italia aċċetta l-ħatra u kkonferma r-rieda tiegħu li jaġixxi skont din id-Deċiżjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:
(a) |
“Bord għall-Infrastruttura tas-Suq” tfisser il-bord ta' governanza, li għandu bħala l-missjoni tiegħu li jappoġġa lill-Kunsill Governattiv billi jiżgura li l-infrastrutturi tas-suq u l-pjattaformi tal-Eurosistema, fl-oqsma tas-saldu ta' flus kontanti, saldu ta' titoli u ġestjoni ta' kapital, jinżammu u jiġu żviluppati ulterjorment b'mod konformi mal-objettivi tat-Trattat tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ), il-ħtiġijiet ta' negozju tas-SEBĊ, l-avvanzi teknoloġiċi, kif ukoll rekwiżiti regolatorji u ta' sorveljanza, kif ikunu applikabbli minn żmien għal żmien; |
(b) |
“Fornitur ta' servizz ta' netwerk tal-ESMIG” tfisser fornitur ta' servizz ta' netwerk li jkun iffirma kuntratt ta' konċessjoni biex jipprovdi servizzi ta' konnettività; |
(c) |
“servizzi ta' konnettività” tfisser konnessjoni diretta ta' netwerk mal-ESMIG li parteċipant fis-suq ikkollegat direttament ikun jeħtieġ li tiġi pprovduta minn Fornitur ta' servizz ta' netwerk tal-ESMIG sabiex jibbenefika minn, jew iwettaq kompiti u responsabbiltajiet relatati mas-Servizzi tal-infrastruttura tas-suq tal-Eurosistema; |
(d) |
“konċessjoni” tfisser id-dritt kif mogħti mill-banek ċentrali tal-Eurosistema lil fornitur ta' servizz ta' netwerk biex jipprovdi lill-parteċipanti fis-suq ikkollegati direttament ġabra ta' servizzi predefiniti ta' konnettività, li fuq il-bażi tagħhom il-fornitur ta' servizz ta' netwerk tal-ESMIG għandu jfassal, jimplimenta, jipprovdi u jħaddem soluzzjonijiet ta' konnettività maħsuba biex tiġi skambjata data elettronika b'mod sigur bejn il-parteċipanti fis-suq ikkollegati direttament u l-infrastrutturi tas-suq tal-Eurosistema permezz tal-ESMIG; |
(e) |
“panel tal-għażla” tfisser panel ta' tliet esperti magħmul minn żewġ rappreżentati mill-bank ċentrali mogħti l-mandat (inkluż il-president), kif ukoll rappreżentant wieħed minn Bank ċentrali tal-Eurosistema, ilkoll innominati mill-Bord għall-Infrastruttura tas-Suq u maħtura formalment mill-bank ċentrali mogħti l-mandat; |
(f) |
“Bank ċentrali tal-Eurosistema” tfisser jew il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jew bank ċentrali nazzjonali ta' Stat Membru li l-munita tiegħu tkun l-euro; |
(g) |
“Ftehim tal-Livell 2 - Livell 3” tfisser il-ftehim ta' provvista u tħaddim innegozjat bejn il-Bord għall-Infrastruttura tas-Suq u l-BĊNi fornituri, approvat mill-Kunsill Governattiv u ffirmat sussegwentement mill-banek ċentrali tal-Eurosistema u l-BĊNi fornituri. Dan għandu jinkludi d-dettalji addizzjonali tal-kompiti u r-responsabbiltajiet tal-BĊNi fornituri, tal-Bord għall-Infrastruttura tas-Suq u tal-banek ċentrali tal-Eurosistema; |
(h) |
“parteċipant fis-suq ikkollegat direttament” tfisser kwalunkwe entità li tkun awtorizzata tiskambja data elettronika ma' infrastruttura tas-suq tal-Eurosistema; |
(i) |
“bank ċentrali mogħti l-mandat” tfisser il-bank ċentrali nazzjonali ta' Stat Membru li l-munita tiegħu tkun l-euro maħtur mill-Kunsill Governattiv biex imexxi l-proċedura tal-għażla għall-fornituri ta' servizz ta' netwerk tal-ESMIG u mogħti s-setgħa mill-banek ċentrali tal-Eurosistema li jiffirma kuntratt ta' konċessjoni ma' kull wieħed mill-parteċipanti magħżula f'isem u fl-interess tal-banek ċentrali tal-Eurosistema; |
(j) |
“servizzi tal-infrastruttura tas-suq tal-Eurosistema” tfisser is-servizzi pprovduti mill-infrastrutturi tas-suq tal-banek ċentrali tal-Eurosistema, li jinkludu servizzi ta' TARGET (inkluż is-servizz T2, is-servizz TARGET Instant Payment Settlement (TIPS) u s-servizz TARGET2-Securities (T2S)), il- Eurosystem Collateral Management System (ECMS) u servizzi oħrajn li għandhom jiġu pprovduti mill-infrastrutturi tas-suq, pjattaformi u applikazzjonijiet tal-Eurosistema fl-oqsma tas-saldu tal-flus kontanti, saldu tat-titoli u ġestjoni tal-kollateral; |
(k) |
“kuntratt ta' konċessjoni” tfisser ftehim irregolat mid-dritt nazzjonali tal-Istat Membru tal-bank ċentrali mogħti l-mandat, kif propost mill-Bord għall-Infrastruttura tas-Suq u approvat mill-Kunsill Governattiv, li jistipola d-drittijiet u l-obbligi reċiproki tal-banek ċentrali tal-Eurosistema u tal-fornitur ta' servizz ta' netwerk tal-ESMIG relevanti; |
(l) |
“parteċipant magħżul” tfisser parteċipant fil-proċedura tal-għażla għall-fornituri ta' servizz ta' netwerk tal-ESMIG li jkun ingħata kuntratt ta' konċessjoni; |
(m) |
“avviż ta' kuntratt” tfisser l-avviż tal-proċedura tal-għażla li għandu jiġi ppubblikat mill-bank ċentrali mogħti l-mandat skont l-Artikolu 3(2)(e); |
(n) |
“regoli tal-aġġudikazzjoni” tfisser ir-regoli ddettaljati li jirregolaw il-proċedura tal-għażla li jikkostitwixxu parti mill-atti tal-għażla li għandhom jiġu ppubblikati; |
(o) |
“att tal-għażla” tfisser it-tħabbira tal-għażla, l-avviż ta' kuntratt, kif ukoll ir-regoli tal-aġġudikazzjoni, u l-annessi u dokumenti mehmuża magħhom; |
(p) |
“Test ta' Aċċettazzjoni tan-Netwerk” tfisser test li għandu jitwettaq minn fornitur ta' servizz ta' netwerk tal-ESMIG wara l-iffirmar tal-kuntratt ta' konċessjoni, immirat biex jivverifika l-konformità tas-soluzzjoni offruta ma' rekwiżiti bażiċi funzjonali, ta' reżiljenza u ta' sigurtà; |
(q) |
“data tat-tnedija” tfisser id-data meta l-ewwel infrastruttura tas-suq tal-Eurosistema tibda tuża s-servizzi ta' konnettività għal tħaddim ta' kuljum fil-produzzjoni. |
Artikolu 2
Bank ċentrali mogħti l-mandat
1. Il-Banca d'Italia għandu jkun il-bank ċentrali tal-Eurosistema maħtur mill-Kunsill Governattiv biex imexxi l-proċedura tal-għażla għall-fornituri ta' servizz ta' netwerk tal-ESMIG u biex jiffirma kuntratti ta' konċessjoni mal-parteċipanti magħżula skont din id-Deċiżjoni.
2. Il-bank ċentrali mogħti l-mandat għandu għall-benefiċċju tal-banek ċentrali tal-Eurosistema:
(a) |
jippjana l-proċedura tal-għażla u jabbozza l-att tal-għażla u kull dokumentazzjoni relevanti skont l-Artikolu 3(2)(b); |
(b) |
imexxi l-għażla ta' fornituri ta' servizz ta' netwerk tal-ESMIG f'kooperazzjoni sħiħa mal-panel tal-għażla, f'ismu u l-interess tiegħu stess u fl-interess tal-banek ċentrali tal-Eurosistema, billi jipprovdi r-riżorsi materjali u umani meħtieġa biex jiġi żgurat li l-proċedura tal-għażla tikkonforma mad-dritt nazzjonali tal-Istat Membru tiegħu; |
(c) |
b'mod konformi mad-deċiżjoni tal-panel tal-għażla, jiffirma kull kuntratt ta' konċessjoni, b'mod li n-numru totali ta' fornituri ta' servizz ta' netwerk tal-ESMIG ma jaqbiżx tlieta f'kull ħin partikolari, skont l-Artikolu 4(1); |
(d) |
jirrappreżenta lill-banek ċentrali tal-Eurosistema fil-konfront tal-fornituri ta' servizz ta' netwerk tal-ESMIG u partijiet terzi oħrajn u jiġġestixxi l-kuntratti ta' konċessjoni skont l-Artikolu 4(5). |
Artikolu 3
Kundizzjonijiet tal-għażla u l-aġġudikazzjoni
1. Il-bank ċentrali mogħti l-mandat għandu jwettaq il-proċedura għall-għażla ta' fornituri ta' servizz ta' netwerk tal-ESMIG b'mod konformi mad-Direttiva 2014/23/UE kif implimentata fid-dritt nazzjonali tal-Istat Membru tal-bank ċentrali mogħti l-mandat. In-numru totali ta' fornituri ta' servizz ta' netwerk tal-ESMIG m'għandux jaqbeż tlieta f'kull ħin partikolari.
2. Meta jwettaq il-proċedura tal-għażla, il-bank ċentrali mogħti l-mandat għandu b'mod partikolari josserva l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
il-bank ċentrali mogħti l-mandat għandu jwettaq proċedura miftuħa għall-għoti tal-konċessjonijiet li permezz tagħhom kull operatur ekonomiku interessat jista' jissottometti offerta; |
(b) |
kull att tal-għażla għandu jitħejja konġuntament mill-banek ċentrali tal-Eurosistema u l-bank ċentrali mogħti l-mandat, u jkun approvat mill-Bord għall-Infrastruttura tas-Suq; |
(c) |
il-fornituri ta' servizz ta' netwerk tal-ESMIG għandhom jintgħażlu fuq il-bażi tal-aktar prezz massimu baxx għal ġabra standard ta' servizzi li għandhom jiġu pprovduti lill-komunità ta' parteċipanti fis-suq ikkollegati direttament, skont il-mudell approvat mill-Bord għall-Infrastruttura tas-Suq; kull att tal-għażla għandu jiġi ppubblikat bl-Ingliż. Il-bank ċentrali mogħti l-mandat jista' jippubblika wkoll l-avviż ta' kuntratt bil-lingwa uffiċjali tiegħu. Il-parteċipanti fil-proċedura tal-għażla għandhom jissottomettu l-offerti tagħhom u d-dokumenti supplimentari kollha bl-Ingliż; |
(d) |
il-bank ċentrali mogħti l-mandat għandu jispeċifika fl-avviż ta' kuntratt li l-proċedura tal-għażla għandha titwettaq f'ismu u fl-interess tiegħu kif ukoll fl-interess tal-banek ċentrali tal-Eurosistema; |
(e) |
il-bank ċentrali mogħti l-mandat għandu jippubblika l-avviż ta' kuntratt ta' mill-inqas: (a) f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; (b) fil-ġurnal uffiċjali nazzjonali relevanti tal-Istat Membru tal-bank ċentrali mogħti l-mandat; (c) f'żewġ gazzetti nazzjonali; u (d) fil-Financial Times u The Economist. L-att tal-għażla għandu jiġi ppubblikat fuq is-sit elettroniku tal-bank ċentrali mogħti l-mandat. L-avviż ta' kuntratt għandu jiġi ppubblikat ukoll fuq is-sit elettroniku tal-BĊE, b'link għas-sit elettroniku tal-bank ċentrali mogħti l-mandat sabiex jingħata aċċess għall-atti tal-għażla kollha; |
(f) |
il-bank ċentrali mogħti l-mandat għandu jirrispondi għal talbiet għal kjarifiki fil-proċedura tal-għażla mibgħuta fuq l-indirizz elettroniku speċifikat fl-avviż ta' kuntratt. Risposti ta' interess ġenerali għandhom jiġu ppubblikati mill-bank ċentrali mogħti l-mandat u l-BĊE fuq is-siti elettroniċi rispettivi tagħhom; |
(g) |
il-membri tal-panel tal-għażla għandhom jiġu nnominati mill-Bord għall-Infrastruttura tas-Suq u maħtura formalment mill-bank ċentrali mogħti l-mandat minnufih wara t-tmiem tal-perjodu tat-tfigħ tal-offerti; |
(h) |
il-membri tal-panel tal-għażla għandhom ikunu obbligati jiffirmaw id-dikjarazzjoni ta' nuqqas ta' kunflitt ta' interess li tkun ġiet approvata mill-Bord għall-Infrastruttura tas-Suq; |
(i) |
il-bank ċentrali mogħti l-mandat għandu jwettaq l-aspetti operazzjonali tal-proċedura tal-għażla; |
(j) |
il-panel tal-għażla għandu, inter alia, jeżamina d-dokumentazzjoni amministrattiva, u jiddeċiedi dwar l-esklużjoni mill-proċedura tal-għażla ta' parteċipanti li ma jwettqux ir-rekwiżiti għall-parteċipazzjoni. Il-panel tal-għażla għandu jevalwa offerti li jkunu baxxi b'mod abnormali skont ir-regoli stipulati fl-att tal-għażla. Il-panel tal-għażla għandu jikklassifika l-parteċipanti mhux esklużi mill-proċedura tal-għażla f'ordni inkrimentali tal-offerti ekonomiċi tagħhom; |
(k) |
il-bank ċentrali mogħti l-mandat għandu jikkomunika formalment id-deċiżjonijiet kollha tal-panel tal-għażla lill-parteċipanti kkonċernati permezz ta' mezzi ta' komunikazzjoni bil-miktub siguri u fil-pront. |
3. Ladarba l-panel tal-għażla jkun ikklassifika l-parteċipanti skont il-paragrafu 2(j) (proposta ta' aġġudikazzjoni), il-bank ċentrali mogħti l-mandat għandu, taħt ir-responsabbiltà tiegħu, iwettaq kwalunkwe kontroll ta' leġittimità interna sabiex jiġi vverifikat li l-proċedura tal-għażla twettqet b'mod korrett. Meta dan il-kontroll ikun sar b'suċċess, il-bank ċentrali mogħti l-mandat għandu joħroġ l-aġġudikazzjoni finali u għandu jivverifika li kull parteċipant magħżul jissodisfa r-rekwiżiti għall-parteċipazzjoni u li d-dikjarazzjonijiet li jagħmlu huma stess huma veritiera. Jekk il-kontroll tal-leġittimità ma jirnexxix, l-aġġudikazzjoni finali għandha tiġi ddifferita u l-bank ċentrali mogħti l-mandat għandu jieħu l-azzjonijiet kollha meħtieġa taħt id-dritt nazzjonali tal-Istat Membru tiegħu sabiex jiżgura li l-irregolarità tissolva u li kontroll ta' leġittimità jitwettaq u jitlesta b'suċċess. Mingħajr preġudizzju għall-indipendenza tal-bank ċentrali mogħti l-mandat bħala awtorità kontraenti taħt id-dritt nazzjonali tal-Istat Membru tiegħu, jista' jikkonsoluta lill-Bord għall-Infrastruttura tas-Suq dwar kwistjonijiet ta' politika relatati mar-riżoluzzjoni ta' kwalunkwe irregolaritajiet.
4. Il-bank ċentrali mogħti l-mandat għandu jaġixxi f'ismu u fl-interess tiegħu stess kif ukoll fl-interess tal-banek ċentrali tal-Eurosistema fir-rigward tad-drittijiet u l-obbligi kollha li jirriżultaw mill-proċedura tal-għażla. Għandu jirrapporta lill-Bord għall-Infrastruttura tas-Suq dwar il-progress tal-proċedura tal-għażla u, mingħajr preġudizzju għall-indipendenza tiegħu bħala awtorità kontraenti taħt id-dritt nazzjonali tal-Istat Membru tiegħu, għandu jikkonsulta lill-Bord għall-Infrastruttura tas-Suq malli jseħħ xi avveniment li jaffettwa b'mod negattiv il-pjan tal-proġett.
5. Il-bank ċentrali mogħti l-mandat għandu jagħmel tajjeb għall-ispejjeż tiegħu stess relatati mal-kompiti li huwa jwettaq fil-proċedura tal-għażla.
Artikolu 4
Kuntratt ta' konċessjoni
1. Ladarba l-proċeduri tal-għażla u tal-aġġudikazzjoni jkunu ġew konklużi mill-bank ċentrali mogħti l-mandat taħt il-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq, il-bank ċentrali mogħti l-mandat għandu jwettaq il-miżuri preparatorji meħtieġa kollha sabiex jidħol f'kuntratt ta' konċessjoni ma' kull wieħed mill-parteċipanti magħżula f'isem u fl-interess tal-banek ċentrali tal-Eurosistema. Għal dan il-għan, il-banek ċentrali tal-Eurosistema jagħtu lill-bank ċentrali mogħti l-mandat is-setgħa li jiffirma l-kuntratt ta' konċessjoni, permezz ta' prokura separata biex jaġixxi f'isem u fl-interess tal-banek ċentrali tal-Eurosistema (aġenzija żvelata).
2. Wara l-iffirmar tal-kuntratt ta' konċessjoni, il-fornitur ta' servizz ta' netwerk tal-ESMIG għandu jwettaq Test ta' Aċċettazzjoni tan-Netwerk. Jekk il-fornitur ta' servizz ta' netwerk tal-ESMIG ma jitnexxilux jagħmel dan it-test b'suċċess, il-kuntratt ta' konċessjoni għandu jiġi tterminat. F'dawn iċ-ċirkostanzi, il-bank ċentrali mogħti l-mandat għandu jagħti konċessjoni lill-participant li jmiss fil-klassifika wara l-parteċipant magħżul, taħt l-istess kundizzjonijiet bħall-kuntratt ta' konċessjoni oriġinali u fuq il-bażi tal-offerta li l-parteċipant li jmiss fil-klassifika jkun issottometta matul il-proċedura tal-għażla.
3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi li ġejjin, konċessjoni mogħtija fil-proċedura tal-għażla għandha tkun valida għal għaxar snin wara d-data tat-tnedija sabiex il-fornitur ta' servizz ta' netwerk tal-ESMIG ikun jista' jirkupra l-investimenti li jkunu saru fit-tħaddim tas-servizzi flimkien ma' redditu fuq il-kapital investit filwaqt li jitqiesu l-investimenti meħtieġa biex jinkisbu l-objettivi kuntrattwali speċifiċi.
4. Meta kuntratt ta' konċessjoni ma' fornitur ta' servizz ta' netwerk tal-ESMIG jiġi tterminat qabel it-tmiem tad-durata tiegħu, iżda wara t-twettiq b'suċċess tat-Test ta' Aċċettazzjoni tan-Netwerk, il-Bord għall-Infrastruttura tas-Suq, fid-diskrezzjoni esklużiva tiegħu, jista' jew ma jagħtix kuntratt ta' konċessjoni sostitut, joffrih lill-parteċipant fil-proċedura tal-għażla li jkun imiss fil-klassifika wara l-parteċipant magħżul jew, jekk il-lista ta' klassifikazzjoni ma tippermettix din l-aħħar opzjoni, jagħti kuntratt ta' konċessjoni ġdid lil fornitur ieħor ta' servizz ta' netwerk wara proċedura tal-għażla ġdida li trid titwettaq mill-bank ċentrali mogħti l-mandat. Il-kuntratt ta' konċessjoni ġdid għandu jkun għal għaxar snin.
5. Il-bank ċentrali mogħti l-mandat għandu jkollha s-setgħa li jirrappreżenta lill-banek ċentrali tal-Eurosistema fil-konfront tal-fornituri ta' servizz ta' netwerk tal-ESMIG u terzi persuni oħrajn b'rabta mas-servizzi ta' konnettività kif ukoll biex jiġġestixxi l-kuntratti ta' konċessjoni f'isem u fl-interess tal-banek ċentrali tal-Eurosistema fuq bażi kontinwa billi, inter alia, jinforza d-drittijiet u l-obbligi tal-banek ċentrali tal-Eurosistema, inkluż fi proċeduri fil-qrati, inkluż iżda mhux limitat għal ksur ta' kuntratt, danni, terminazzjoni, kontestazzjonijiet jew modifiki oħrajn ta' kuntratt. Il-bank ċentrali mogħti l-mandat għandu jirrapporta dwar dan lil, u jikkonforma mal-istruzzjonijiet maħruġa mill-Bord għall-Infrastruttura tas-Suq.
6. Il-bank ċentrali mogħti l-mandat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet u l-obbligi tal-banek ċentrali tal-Eurosistema u, jekk applikabbli, tal-bank ċentrali mogħti l-mandat b'rabta mal-kuntratti ta' konċessjoni, u għandu jirrapporta dwar dan lil, u jirrispetta kwalunkwe struzzjonijiet relatati, mill-Bord għall-Infrastruttura tas-Suq.
7. Il-bank ċentrali mogħti l-mandat għandu jirċievi kull avviż, dikjarazzjoni u ċitazzjoni, inkluża n-notika ta' kawża, b'rabta ma' kuntratt ta' konċessjoni sabiex ikun jista' jeżerċita d-drittijiet u l-obbligi tal-banek ċentrali tal-Eurosistema, u, jekk applikabbli tal-bank ċentrali mogħti l-mandat, b'rabta ma' kuntratt ta' konċessjoni.
8. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5, il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jirrimborsaw lill-bank ċentrali mogħti l-mandat għal kwalunkwe spejjeż raġonevoli li huwa jġarrab għall-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-kuntratti ta' konċessjoni skont il-paragrafi 5 sa 7.
Artikolu 5
Talbiet għal kumpens
1. Il-bank ċentrali mogħti l-mandat għandu jkun responsabbli lill-banek ċentrali tal-Eurosistema mingħajr limitazzjoni għal kwalunkwe telf jew ħsara li jirriżultaw minn frodi jew aġir ħażin doluż fit-twettiq tad-drittijiet u l-obbligi tiegħu taħt din id-Deċiżjoni. Huwa għandu jkun responsabbli lill-banek ċentrali tal-Eurosistema għal kwalunkwe telf jew ħsara li jirriżultaw min-negliġenza grossa tiegħu fit-twettiq tal-obbligi tiegħu taħt din id-Deċiżjoni, f'liema każ ir-responsabbiltà tiegħu għandha tkun limitata għal ammont totali massimu ta' EUR 2 000 000 għal kull sena kalendarja.
2. Meta terza persuna ġġarrab telf jew ħsarat minħabba frodi jew aġir ħażin doluż mill-bank ċentrali mogħti l-mandat fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu taħt din id-Deċiżjoni, il-bank ċentrali mogħti l-mandat għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe kumpens li jrid jitħallas lil dik it-terza persuna.
3. Meta terza persuna ġġarrab telf jew ħsarat minħabba negliġenza grossa jew ordinarja mill-bank ċentrali mogħti l-mandat fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu taħt din id-Deċiżjoni, il-bank ċentrali mogħti l-mandat għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe kumpens li jrid jitħallas lil dik it-terza persuna. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jirrimborsaw lill-bank ċentrali mogħti l-mandat għal kwalunkwe kumpens ta' din ix-xorta li jaqbeż ammont totali massimu ta' EUR 2 000 000 għal kull sena kalendarja, fuq il-bażi ta' dikjarazzjoni minn qorti jew ftehim bonarju bejn il-bank ċentrali mogħti l-mandat u kwalunkwe tali terza persuna, sakemm il-ftehim bonarju jkun ġie approvat minn qabel mill-Bord għall-Infrastruttura tas-Suq.
4. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jirrimborsaw bis-sħiħ u fil-pront lill-bank ċentrali mogħti l-mandat għal kwalunkwe kumpens imħallas minnu lil terzi persuni meta dan ikun jirriżulta minn: (a) ir-rekwiżiti għall-parteċipazzjoni u l-kriterji għall-għoti; (b) deċiżjoni magħmula mill-panel tal-għażla fuq il-bażi tar-rekwiżiti għall-parteċipazzjoni u l-kriterji tal-aġġudikazzjoni; (c) aġir skorrett min-naħa tal-panel tal-għażla, ħlief jekk ikun aġixxa skont il-parir bil-miktub tal-bank ċentrali mogħti l-mandat jew ma jkunx irċieva avviż bil-miktub xieraq minn qabel mill-bank ċentrali mogħti l-mandat dwar il-kwistjoni kkonċernata diment li dak il-parir kien intalab bil-miktub ferm bil-quddiem; (d) kwalunkwe deċiżjoni jew avveniment lil hinn mill-kontroll tal-bank ċentrali mogħti l-mandat inklużi dawk li jistgħu jaffettwaw l-effettività tal-konċessjonijiet mogħtija.
5. Il-bank ċentrali mogħti l-mandat m'għandux jiġi rrimborsat mill-banek ċentrali tal-Eurosistema għal kumpens imħallas lil terzi li jkun jirriżulta minn attivitajiet operazzjonali u atti proċedurali oħrajn li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, ħlief jekk il-bank ċentrali mogħti l-mandat ikun aġixxa, kontra l-parir tiegħu stess, skont l-istruzzjonijiet mill-Bord għall-Infrastruttura tas-Suq skont l-Artikolu 3(4).
6. Meta terzi persuni jressqu azzjonijiet legali għal atti jew ommissjonijiet marbuta ma' proċedura tal-għażla li għaliha bank ċentrali mogħti l-mandat jassumi responsabbiltà esklużiva, il-banek ċentrali tal-Eurosistema, wara li jkunu kkonsultaw mal-bank ċentrali mogħti l-mandat, għandhom jagħtu struzzjonijiet lill-bank ċentrali mogħti l-mandat dwar il-miżuri li għandu jieħu, eż. kwalunkwe rappreżentanza minn konsulent estern jew mis-servizzi legali interni tal-bank ċentrali mogħti l-mandat, b'mod tempestiv. Ladarba tkun ittieħdet deċiżjoni dwar l-azzjoni li għandha tittieħed f'dik il-proċedura, l-ispejjeż u d-drittijiet tal-litigazzjoni li jirriżultaw minn dik l-azzjoni għandhom jitħallsu mill-banek ċentrali tal-Eurosistema.
7. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jassumu responsabbiltà għal atti u ommissjonijiet ta' membri individwali tal-panel tal-għażla b'rabta mal-proċedura tal-għażla.
8. Meta terzi persuni jressqu azzjonijiet legali għal atti jew ommissjonijiet marbuta ma' proċedura tal-għażla li għaliha bank ċentrali mogħti l-mandat jassumi responsabbiltà esklużiva, il-bank ċentrali mogħti l-mandat għandu jikkoopera bis-sħiħ mal-banek ċentrali tal-Eurosistema fir-rigward tal-miżuri li jrid jieħu, eż. kwalunkwe rappreżentanza minn konsulent estern jew mis-servizzi legali interni tiegħu, u għandu jagħmel tajjeb għall-ispejjeż sussegwenti.
9. Meta l-banek ċentrali tal-Eurosistema u l-bank ċentrali mogħti l-mandat ikunu responsabbli konġuntament għal telf jew ħsarat imġarrba minn terza persuna, kull wieħed minnhom għandu jagħmel tajjeb għal sehem indaqs mill-ispejjeż.
Artikolu 6
Dispożizzjonijiet finali
1. Dan il-mandat għandu jibqa' validu għal għaxar snin mid-data tat-tnedija.
2. L-iskadenza ta' mandat m'għandhiex taffettwa l-applikazzjoni tal-kuntratti ta' konċessjoni relevanti.
Artikolu 7
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-25 ta' Jannar 2019.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-23 ta' Jannar 2019.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1).