ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 23

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 62
25ta' Jannar 2019


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Avviż dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Sħubija Strateġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ġappun, min-naħa l-oħra

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/107 tat-23 ta' Jannar 2019 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 fir-rigward tal-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd

2

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/108 tal-24 ta' Jannar 2019 li jawtorizza t-tibdil tal-ispeċifikazzjonijiet tal-ingredjent ġdid tal-ikel l-estratt tal-lipidi mill-Krill tal-Antartiku (Euphausia superba) skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 ( 1 )

4

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/109 tal-24 ta' Jannar 2019 li jawtorizza estensjoni għall-użu taż-żejt ta' Schizochytrium sp. bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 ( 1 )

7

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/110 tal-24 ta' Jannar 2019 li jawtorizza estensjoni għall-użu taż-żejt taż-żerriegħa tal-Allanblackia bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 ( 1 )

11

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/111 tal-24 ta' Jannar 2019 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-estratt tal-ħops (Humulus lupulus L. flos) bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes miftuma, għall-ħnieżer għat-tismin u għall-ispeċijiet minuri ta' porċini miftuma u għat-tismin ( 1 )

14

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/112 tal-24 ta' Jannar 2019 dwar il-prezz minimu għax-xiri tat-trab tal-ħalib xkumat għall-wieħed u tletin sejħa parzjali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080

18

 

*

Regolament (UE) 2019/113 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta' Diċembru 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1333/2014 dwar l-istatistika tas-swieq monetarji (BĊE/2018/33)

19

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/114 tal-24 ta' Jannar 2019 li temenda d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE li jistabbilixxu miżuri ta' implimentazzjoni għall-iskopijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE u tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE rispettivament, fir-rigward tal-karatteristiki li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami ta' ċerti varjetajiet ta' speċijiet ta' pjanti agrikoli u speċijiet ta' ħxejjex ( 1 )

35

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/115 tal-10 ta' Lulju 2018 dwar il-miżuri SA.37977 (2016/C) (ex 2016/NN) implimentati minn Spanja favur Sociedad Estatal de Correos y Telégrafos, S.A. (notifikata bid-dokument C(2018) 4233)  ( 1 )

41

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

25.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 23/1


Avviż dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Sħubija Strateġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ġappun, min-naħa l-oħra (1)

L-Unjoni Ewropea u l-Ġappun avżaw lil xulxin dwar it-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għall-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Sħubija Strateġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ġappun, min-naħa l-oħra, fil-21 ta' Diċembru 2018. Konsegwentement, il-Ġappun u l-Unjoni jistgħu japplikaw b'mod proviżorju dispożizzjonijiet determinati reċiprokament tal-Ftehim f'konformità mal-(Art. 47(2)) sa mill-1 ta' Frar 2019.

Bis-saħħa tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1197 tas-26 ta' Ġunju 2018 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Sħubija Strateġika, il-partijiet li ġejjin tal-Ftehim għandhom jiġu applikati b'mod proviżorju bejn l-Unjoni u l-Ġappun:

(a)

l-Artikoli 11, 12, 14, 16, 18, 20, 25, 28, 40 u 41;

(b)

l-Artikoli 13, 15 (bl-eċċezzjoni tal-punt (b) tal-paragrafu 2), 17, 21, 22, 23, 24, 26, 27, 29, 30, 31 u 37, l-Artikolu 38(1) u l-Artikolu 39 sa fejn dawn ikopru kwistjonijiet li għalihom l-Unjoni diġà eżerċitat il-kompetenza tagħha internament;

(c)

l-Artikoli 1, 2, 3, 4, 5(1) sa fejn dawn ikopru kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Unjoni fir-rigward tad-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta' politika estera u ta' sigurtà komuni;

(d)

l-Artikoli 42 (bl-eċċezzjoni tal-punt (c) tal-paragrafu 2), l-Artikoli 43 sa 47, l-Artikolu 48(3) u l-Artikoli 49, 50 u 51 sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet huma limitati għall-fini li jiżguraw l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim.


(1)  ĠU L 216, 24.8.2018, p. 4.


REGOLAMENTI

25.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 23/2


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/107

tat-23 ta' Jannar 2019

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 fir-rigward tal-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 183(b) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u jħassar r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 u (KE) Nru 614/2009 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (3) stabbilixxa regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' sistema ta' dazji addizzjonali tal-importazzjoni u ffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd.

(2)

Minn kontroll regolari tad-data, li abbażi tagħha jiġu stabbiliti l-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li jenħtieġ li jiġu emendati l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1484/95 jiġi emendat skont dan.

(4)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika kemm jista' jkun malajr wara li d-data aġġornata ssir disponibbli, jenħtieġ li r-Regolament preżenti jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1484/95 huwa sostitwit bit-test li jinsab fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Jannar 2019.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 tat-28 ta' Ġunju 1995 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' sistema ta' dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u jiffissa dazji addizzjonali tal-importazzjoni fl-oqsma tal-laħam tat-tjur u l-bajd u għall-albumina tal-bajd, u jħassar ir-Regolament Nru 163/67/KEE (ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47).


ANNESS

“ANNESS I

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Prezz rappreżentattiv

(f'EUR/100 kg)

Garanzija msemmija fl-Artikolu 3

(f'EUR/100 kg)

Oriġini (1)

0207 12 90

Karkassi tat-tiġieġ tat-tip Gallus domesticus, preżentazzjoni 65 %, iffriżati

122,1

0

AR

0207 14 10

Qatgħat bla għadam ta' tjur tal-ispeċi Gallus domesticus, iffriżati

267,2

10

AR

219,4

24

BR

333,0

0

CL

252,5

14

TH

0207 27 10

Qatgħat tad-dundjani, mingħajr għadam, iffriżati

327,6

0

BR

373,0

0

CL

1602 32 11

Preparazzjonijiet nejjin ta' tjur tat-tip Gallus domesticus

275,3

3

BR


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7).


25.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 23/4


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/108

tal-24 ta' Jannar 2019

li jawtorizza t-tibdil tal-ispeċifikazzjonijiet tal-ingredjent ġdid tal-ikel l-estratt tal-lipidi mill-Krill tal-Antartiku (Euphausia superba) skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li l-ikel ġdid awtorizzat imniżżel fil-lista tal-Unjoni biss jista' jitqiegħed fis-suq fl-Unjoni.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2), li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid ġie adottat skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(3)

Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2015/2283, il-Kummissjoni trid tiddeċiedi dwar l-awtorizzazzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-Unjoni ta' ikel ġdid, u dwar l-aġġornament tal-lista tal-Unjoni.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/752/KE (3) awtorizzat it-tqegħid fis-suq ta' estratt tal-lipidi mill-Krill tal-Antartiku (Euphausia superba) bħala ingredjent alimentari ġdid biex jintuża f'ċertu ikel u f'ċerti oġġetti tal-ikel bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). F'dik id-Deċiżjoni, il-livell massimu ta' fosfolipidi kien stabbilit għal 50 %.

(5)

Bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 258/97, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/598 (5) awtorizzat estenzjoni tal-użu tal-estratt tal-lipidi mill-Krill tal-Antartiku (Euphausia superba) bħala ingredjent ġdid tal-ikel biex jintuża fis-supplimenti tal-ikel. F'dik id-Deċiżjoni, il-livell minimu tal-fosfolipidi kien stabbilit għal 35 %.

(6)

L-ingredjent il-ġdid tal-ikel iż-“Żejt rikk fil-fosfolipidi estratt mill-Krill tal-Antartiku Euphausia superba” kien awtorizzat mill-awtoritajiet kompetenti Finlandiżi biex jintuża f'ċerti kategoriji ta' ikel (6). Il-livell minimu tal-fosfolipidi kien stabbilit għal 60 %.

(7)

Il-kundizzjonijiet tal-użu kemm taż-“żejt tal-Krill tal-Antartiku mill-Euphausia superba” kif ukoll taż-“Żejt rikk fil-fosfolipidi estratt mill-Krill tal-Antartiku Euphasia superba” huma identiċi u huma bbażati fuq il-livelli massimi tal-aċidu ejkosapentenojku u tal-aċidu dokosaeżaenojku flimkien. Iżda l-kontenut ta' fosfolipidi tagħhom huwa differenti, għaż-“żejt tal-Krill tal-Antartiku mill-Euphausia superba” qiegħed stabbilit fuq firxa ta' bejn 35 % u 50 %, u għaż-“Żejt rikk fil-fosfolipidi estratt mill-Krill tal-Antartiku Euphasia superba” huwa stabbilit għal minimu ta' 60 %. Għaldaqstant, l-awtorizzazzjonijiet attwali ma jkoprux il-firxa ta' bejn 50 % u 60 % ta' fosfolipidi fiż-“żejt tal-Krill tal-Antartiku mill-Euphausia superba”.

(8)

Fid-29 ta' Awwissu 2018, il-kumpanija Aker BioMarine A/S (“l-Applikant”) ressqet talba lill-Kummissjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283, biex tibdel l-ispeċifikazzjonijiet tal-ikel il-ġdid iż-żejt tal-Krill tal-Antartiku mill-Euphasia superba. L-applikant talab li jiżdied il-kontenut massimu tal-fosfolipidi minn 50 % għal inqas minn 60 % u b'hekk ikun ikopri l-firxa ta' konċentrazzjoni tal-fosfolipidi li fil-preżent mhijiex awtorizzata.

(9)

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li mhijiex meħtieġa evalwazzjoni tas-sikurezza tal-applikazzjoni attwali mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) 2015/2283 għaliex jekk ikunu ġew ivvalutati u jkun ġie ddeterminat li ċerti livelli ta' komponent ġdid partikolari tal-ikel ikunu sikuri, mela livelli aktar baxxi tal-istess komponent ikunu sikuri wkoll. Il-livelli massimi awtorizzati tal-aċidu ejkosapentenojku u tal-aċidu dokosaeżaenojku flimkien, kemm għaż-“żejt tal-Krill tal-Antartiku mill-Euphasia superba” u għaż-“Żejt rikk fil-fosfolipidi estratt mill-Krill tal-Antartiku Euphasia superba” skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huma l-istess. Il-bidla tal-livelli tal-fosfolipidi fl-ispeċifikazzjoni taż-“żejt tal-Krill tal-Antartiku mill-Euphasia superba” ma tibdilx il-kunsiderazzjonijiet marbutin mas-sikurezza li kienet imsejsa fuqhom l-awtorizzazzjoni tiegħu u l-awtorizzazzjoni taż-“Żejt rikk fil-fosfolipidi estratt mill-Krill tal-Antartiku Euphasia superba” li kienu wasslu għall-konklużjoni li kemm il-livelli tal-fosfolipidi aktar minn 60 %, kif ukoll dawk li huma inqas, it-tnejn huma sikuri.

(10)

Il-bidla proposta fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kontenut tal-fosfolipidi se tindirizza d-differenza fil-kontenut tal-fosfolipidi bejn iż-“żejt tal-Krill tal-Antartiku mill-Euphasia superba” u ż-“Żejt rikk fil-fosfolipidi estratt mill-Krill tal-Antartiku Euphasia superba”. Għaldaqstant jixraq li l-ispeċifikazzjonijiet tal-ikel il-ġdid iż-żejt tal-Krill tal-Antartiku mill-Euphasia superba jiġu emendati għal-livell propost għall-fosfolipidi.

(11)

L-informazzjoni mogħtija fl-applikazzjoni tagħti biżżejjed raġunijiet biex jiġi stabbilit li l-bidliet proposti fl-ispeċifikazzjonijiet tal-ingredjent il-ġdid tal-ikel iż-“żejt tal-Krill tal-Antartiku mill-Euphasia superba” jikkonformaw mal-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(12)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 jiġi emendat skont dan.

(13)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-entrata fil-lista tal-Unjoni ta' ikel ġdid awtorizzat kif previst fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, li tirreferi għall-ikel il-ġdid iż-“żejt tal-Krill tal-Antartiku mill-Euphasia superba” għandha tiġi emendata kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Jannar 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/752/KE tat-12 ta' Ottubru 2009 dwar l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' estratt lipidu mill-Krill tal-Antartiku Euphausia superba bħala ingredjent alimentari ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 268, 13.10.2009, p. 33).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1).

(5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/598 tal-14 ta' April 2016 li tawtorizza l-estensjoni tal-użu tal-estratt tal-lipidi mill-Krill tal-Antartiku (Euphausia superba) bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 103, 19.4.2016, p. 34).

(6)  Ittra tat-13 ta' Mejju 2015 (https://ec.europa.eu/food/sites/food/files/safety/docs/novel-food_authorisation_2015_auth-letter_krill-oil_mt.pdf)


ANNESS

L-entrata għaż-“żejt tal-Krill tal-Antartiku mill-Euphausia superba” fit-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet) tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 hija sostitwita b'dan li ġej:

Ikel Ġdid Awtorizzat

Speċifikazzjonijiet

Żejt tal-Krill tal-Antartiku mill- Euphausia superba

Deskrizzjoni/Definizzjoni:

Biex jiġi prodott l-estratt tal-lipidi mill-Krill tal-Antartiku (Euphausia superba), il-krill mgħaffeġ iffriżat jew id-dqiq tal-krill imnixxef jgħaddi minn proċess ta' estrazzjoni tal-lipidi permezz ta' solvent tal-estrazzjoni approvat (skont id-Direttiva 2009/32/KE). Il-proteini u l-materjal tal-krill jitneħħew mill-estratt tal-lipidi permezz tal-filtrazzjoni. Is-solventi tal-estrazzjoni u l-ilma residwu jitneħħew bl-evaporazzjoni.

Il-valur tas-saponifikazzjoni: ≤ 230 mg KOH/g

Il-valur tal-perossidu (PV): ≤ 3 meq O2/kg żejt

Stabbiltà f'kundizzjonijiet ta' ossidazzjoni: Jenħtieġ li l-prodotti tal-ikel kollha li fihom iż-żejt tal-Krill tal-Antartiku mill-Euphausia superba juru li huma stabbli f'kundizzjonijiet ta' ossidazzjoni permezz ta' metodoloġiji tal-ittestjar xierqa u rikonoxxuti nazzjonalment jew internazzjonalment (eż. l-AOAC).

Ndewwa u volatili: ≤ 3 % jew 0,6 espressi bħala attività tal-ilma f'temperatura ta' 25 °C

Fosfolipidi: ≥ 35 % sa < 60 %

Aċidi xaħmin trans: ≤ 1 %

EPA (aċidu ejkosapentenojku): ≤ 9 %

DHA (aċidu dokosaeżaenojku): ≤ 5 %”


25.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 23/7


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/109

tal-24 ta' Jannar 2019

li jawtorizza estensjoni għall-użu taż-żejt ta' Schizochytrium sp. bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li fis-suq tal-Unjoni jista' jitqiegħed biss l-ikel ġdid awtorizzat u inkluż fil-lista tal-Unjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, ġie adottat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2) li jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' ikel ġdid.

(3)

Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2015/2283, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-awtorizzazzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-Unjoni ta' ikel ġdid u dwar l-aġġornament tal-lista tal-Unjoni.

(4)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/463/UE (3) awtorizzat, skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), it-tqegħid fis-suq ta' żejt mill-mikroalgi Schizochytrium sp. bħala ikel ġdid biex jintuża f'għadd ta' prodotti tal-ikel.

(5)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1032 (5) estenda l-awtorizzazzjoni taż-żejt mill-mikroalgi Schizochytrium sp. (T18) bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 għall-purees tal-frott/ħxejjex.

(6)

Fl-10 ta' Settembru 2018, il-kumpanija DSM Nutritional Products Europe talbet lill-Kummissjoni biex jinbidlu l-kundizzjonijiet tal-użu tal-ikel ġdid, iż-żejt ta' Schizochytrium sp., fis-sens tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283. L-applikazzjoni talbet biex l-użu taż-żejt ta' Schizochytrium sp. jiġi estiż għall-purees tal-frott u tal-ħxejjex.

(7)

L-estensjoni proposta tal-użu tal-ikel ġdid ma tibdilx il-kunsiderazzjonijiet tas-sikurezza li jappoġġaw l-awtorizzazzjoni taż-żejt ta' Schizochytrium sp. (T18) bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/1032 u lanqas ma tinvolvi xi tħassib tas-sikurezza. Fid-dawl ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet, l-estensjoni tal-użu proposta tikkonforma mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(8)

Il-Kummissjoni ma talbitx opinjoni mingħand l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) 2015/2283, billi estensjoni tal-użu taż-żejt ta' Schizochytrium sp. u l-aġġornament sussegwenti tal-lista tal-Unjoni mhux mistennija jkollhom effett fuq saħħet il-bniedem.

(9)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-entrata fil-lista tal-Unjoni ta' ikel ġdid awtorizzat, stabbilita bir-Regolament ta' Implimentazzzjoni (UE) 2017/2470, li tirreferi għas-sustanza “żejt ta' Schizochytrium sp.” għandha tiġi emendata kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

2.   L-entrata fil-lista tal-Unjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għandha tinkludi l-kundizzjonijiet għall-użu u r-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Jannar 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Lulju 2014 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' żejt mill-mikroalgi Schizochytrium sp. bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet 2003/427/KE u 2009/778/KE (ĠU L 209, 16.7.2014, p. 55).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1032 tal-20 ta' Lulju 2018 li jawtorizza l-estensjoni tal-użu tal-mikroalga Schizochytrium sp. bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (ĠU L 185, 23.7.2018, p. 9).


ANNESS

L-entrata għal “Żejt tas-Schizochytrium sp.” fit-Tabella 1 (Ikel ġdid awtorizzat) tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 tinbidel b'li ġej:

Ikel ġdid awtorizzat

Kundizzjonijiet li fihom jista' jintuża l-ikel il-ġdid

Rekwiżiti tat-tikkettar speċifiċi oħrajn

Rekwiżiti oħrajn

Żejt tas- Schizochytrium sp.

Il-kategorija tal-ikel speċifikat

Livelli massimi ta' DHA

Id-denominazzjoni tal-ikel ġdid fuq it-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel li fihom minn dan l-ikel għandha tkun ‘Żejt tal-mikroalgi Schizochytrium sp.’”

 

Prodotti tal-ħalib ħlief xarbiet magħmula bil-ħalib

200 mg/100 g jew għall-prodotti tal-ġobon 600 mg/100 g

Analogi ta' prodotti tal-ħalib ħlief xarbiet

200 mg/100 g jew għall-analogi tal-prodotti tal-ġobon 600 mg/100 g

Xaħam li jiddellek u taħwir tal-ikel

600 mg/100 g

Ċereali għall-kolazzjon

500 mg/100 g

Supplimenti tal-ikel kif iddefiniti fid-Direttiva 2002/46/KE

250 mg DHA kuljum għall-popolazzjoni ġenerali

450 mg DHA kuljum għan-nisa tqal u li jkunu qegħdin ireddgħu

Sostituzzjoni tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż kif iddefinit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013 u sostituti ta' ikliet għall-kontroll tal-piż

250 mg/ikla

Xarbiet magħmulin bil-ħalib u prodotti simili maħsuba għat-tfal żgħar

200 mg/100 g

Ikel biċ-ċereali u ikel tat-trabi pproċessat maħsub għat-trabi u għat-tfal żgħar kif iddefinit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013

Ikel maħsub biex jagħmel tajjeb għall-użu ta' sforz muskolari qawwi, speċjalment għall-isportivi

Ikel li fuqu jkollu dikjarazzjonijet tan-nuqqas jew tal-preżenza mnaqqsa tal-glutina skont ir-rekwiżiti tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 828/2014

Ikel għal skopijiet mediċi speċjali kif iddefinit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013

Skont ir-rekwiżiti nutrittivi partikolari tal-persuni li għalihom huma maħsuba l-prodotti

Prodotti tal-furnara, (ħobżiet, bziezen, u gallettini ħelwin)

200 mg/100 g

Bars taċ-ċereali

500 mg/100 g

Xaħam għat-tisjir

360 mg/100 g

Xarbiet mhux alkoħoliċi (inklużi analogi ta' prodotti tal-ħalib u xarbiet magħmulin bil-ħalib)

80 mg/100 ml

Puree tal-frott/ħxejjex

100 mg/100 g


25.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 23/11


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/110

tal-24 ta' Jannar 2019

li jawtorizza estensjoni għall-użu taż-żejt taż-żerriegħa tal-Allanblackia bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li l-ikel il-ġdid awtorizzat imniżżel fil-lista tal-Unjoni biss jista' jitqiegħed fis-suq fl-Unjoni.

(2)

Bi qbil mal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, ġie adottat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2), li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid.

(3)

Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2015/2283, il-Kummissjoni għandha tissottometti abbozz ta' att ta' implimentazzjoni li jawtorizza t-tqegħid ta' ikel ġdid fis-suq tal-Unjoni u l-aġġornament tal-lista tal-Unjoni.

(4)

Bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), u b'segwitu tal-Opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) (4), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/559/KE (5) awtorizzat it-tqegħid fis-suq taż-żejt taż-żerriegħa tal-Allanblackia bħala ikel ġdid biex jintuża fid-dlik isfar tax-xaħam u fid-dlik b'bażi ta' krema.

(5)

Fit-22 ta' Settembru 2014, il-kumpanija Unilever NV/Unilever PLC ressqet talba lill-awtorità kompetenti tan-Netherlands bi qbil mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 258/97 għal estenzjoni tal-użu u tal-livelli tal-użu taż-żejt taż-żerriegħa tal-Allanblackia. L-applikazzjoni talbet l-estenzjoni tal-użu taż-żejt taż-żerriegħa tal-Allanblackia għal kategorija tal-ikel addizzjonali, jiġifieri għat-taħlitiet ta' żjut veġetali u ħalib, u talbet li jinżiedu l-livelli massimi tal-użu taż-żejt taż-żerriegħa tal-Allanblackia għall-kategoriji tal-ikel li diġà huma awtorizzati bid-Deċiżjoni 2008/559/KE. L-applikazzjoni talbet ukoll bidla tal-ispeċifikazzjoni taż-żejt taż-żerriegħa tal-Allanblackia, b'mod partikolari dwar: is-simplifikazzjoni tal-indikazzjoni ta' ammonti żgħar ta' aċidi xaħmin saturati: li l-aċidu lawriku, l-aċidu miristiku u l-aċidu palmitiku jiddaħħlu flimkien f'parametru wieħed (C12:0 – C14:0 – C16:0); li jitħallew barra l-indikazzjonijiet ta' ammonti żgħar (ta' inqas minn 1 % kull wieħed) tal-aċidu palmitolejku u tal-aċidu arakidiku, u li jiddaħħlu l-aċidi grassi poliinsaturati; li titħalla barra l-indikazzjoni tal-valur tal-jodju; li jinżiedu l-limiti massimi għall-aċidi xaħmin trans (minn ≤ 0,5 % għal ≤ 1 %); li jinżiedu l-limiti massimi għall-perossidu (minn ≤ 0,8 għal ≤ 1,0 meq/kg); li jinżiedu l-limiti massimi għall-materjal insaponifikabbli (minn ≤ 0,1 % għal ≤ 1 %). L-awtorità ma għandha l-ebda tħassib dwar is-sikurezza rigward il-bidliet proposti tal-parametri ta' speċifikazzjoni.

(6)

Fit-13 ta' Diċembru 2017, l-awtorità kompetenti tan-Netherlands ħarġet l-ewwel rapport ta' valutazzjoni tagħha. F'dak ir-rapport ikkonkludiet li l-estenzjoni tal-użi u tal-livelli massimi tal-użu proposti taż-żejt taż-żerriegħa tal-Allanblackia, u t-tibdil tal-ispeċifikazzjoni taż-żejt taż-żerriegħa tal-Allanblackia jissodisfaw il-kriterji għal ikel ġdid stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97.

(7)

Skont l-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283, kull talba għat-tqegħid fis-suq ta' ikel ġdid fl-Unjoni li titressaq lil Stat Membru bi qbil mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 258/97, u li dwarha ma tkunx ittieħdet id-deċiżjoni finali qabel l-1 ta' Jannar 2018 għandha tiġi ttrattata bħala applikazzjoni mressqa skont ir-Regolament (UE) 2015/2283.

(8)

Filwaqt li t-talba għall-estenzjoni tal-użu taż-żejt taż-żerriegħa tal-Allanblackia tressqet lil Stat Membru bi qbil mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 258/97, l-applikazzjoni tissodisfa wkoll ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2015/2283.

(9)

Bi qbil mal-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) 2015/2283, fil-25 ta' April 2018 il-Kummissjoni kkonsultat mal-Awtorità u talbitha tipprovdi opinjoni xjentifika billi twettaq il-valutazzjoni taż-żejt taż-żerriegħa tal-Allanblackia bħala ikel ġdid.

(10)

Fis-27 ta' Ġunju 2018, l-Awtorità adottat Opinjoni Xjentifika dwar is-sikurezza taż-żejt taż-żerriegħa tal-Allanblackia għal użi estiżi f'taħlitiet ta' żjut veġetali u ħalib u fi dlik isfar tax-xaħam u dlik b'bażi ta' krema sa 30 % (w/w) (6) kif talab l-applikant. Dik l-opinjoni hija konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2015/2283. It-taħlitiet ta' żjut veġetali u ħalib jidħlu fil-kategorija tal-ikel: Analogi ta' prodotti tal-ħalib, inklużi s-sostituti tal-ħalib li jitħalltu max-xarbiet biex ibajduhom.

(11)

L-opinjoni tal-Awtorità tagħti biżżejjed raġunijiet biex jiġi stabbilit li ż-żejt taż-żerriegħa tal-Allanblackia bl-ispeċifikazzjoni mmodifikata, bl-użi u bil-livelli tal-użu proposti jikkonforma mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(12)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-entrata fil-lista tal-Unjoni ta' ikel ġdid awtorizzat stabbilita fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470, li tirreferi għas-sustanza żejt taż-żerriegħa tal-Allanblackia għandha tiġi emendata kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

2.   L-entrata fil-lista tal-Unjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għandha tinkludi l-kundizzjonijiet tal-użu u r-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Jannar 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1).

(4)  Il-Bord tal-NDA tal-EFSA (il-Bord tal-EFSA dwar Prodotti Dijetetiċi, Nutrizzjoni u Allerġiji), 2007.

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/559/KE tas-27 ta' Ġunju 2008 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq taż-żejt taż-żerriegħa Allanblackia bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 180, 9.7.2008, p. 20). Safety of Allanblackia seed oil for use in yellow fat and cream based spreads, EFSA Journal (2007) 580, 1-10.

(6)  EFSA Journal 2018; 16(8):5362.


ANNESS

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-entrata taż-żejt taż-żerriegħa tal-Allanblackia fit-Tabella 1 (L-ikel il-ġdid awtorizzat) tinbidel b'dan li ġej:

L-ikel il-ġdid awtorizzat

Il-kundizzjonijiet li fihom jista' jintuża l-ikel il-ġdid

Rekwiżiti addizzjonali speċifiċi tat-tikkettar

Rekwiżiti oħrajn

Żejt taż-żerriegħa tal- Allanblackia

Il-kategorija tal-ikel speċifikat

Livelli massimi

L-isem tal-ikel il-ġdid fuq it-tikketti tal-oġġetti tal-ikel li fihom minnu għandu jkun ‘żejt taż-żerriegħa tal-Allanblackia’”

 

Dlik isfar tax-xaħam u dlik b'bażi ta' krema

30 g/100 g

It-taħlitiet ta' żjut veġetali (*) u ħalib (li jidħlu fil-kategorija tal-ikel: Analogi ta' prodotti tal-ħalib, inklużi s-sostituti tal-ħalib li jitħalltu max-xarbiet biex ibajduhom)

30 g/100 g

(*)

Minbarra ż-żjut taż-żebbuġ u ż-żjut mir-residwi taż-żebbuġ kif iddefiniti fil-Parti VIII tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(2)

L-entrata taż-żejt taż-żerriegħa tal-Allanblackia fit-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet) tinbidel b'dan li ġej:

L-ikel il-ġdid awtorizzat

Speċifikazzjoni

Żejt taż-żerriegħa tal- Allanblackia

Deskrizzjoni/Definizzjoni:

iż-żejt taż-żerriegħa tal-Allanblackia jinkiseb miż-żerriegħa tal-ispeċi allanblackia: A. floribunda (sinonima ma' A. parviflora) u A. stuhlmannii.

Kompożizzjoni tal-aċidi xaħmin (bħala % tat-total tal-aċidi xaħmin):

Aċidu lawriku - Aċidu miristiku - Aċidu palmitiku (C12:0 – C14:0 – C16:0): is-somma ta' dawn l-aċidi < 4,0 %

Aċidu steariku (C18:0): 45-58 %

Aċidu olejku (C18:1): 40-51 %

Aċidi xaħmin poliinsaturati: < 2 %

Karatteristiki:

Aċidi xaħmin ħielsa: massimu 0,1 % tal-aċidi xaħmin totali

Aċidi xaħmin trans: massimu 1,0 % tal-aċidi xaħmin totali

Valur tal-perossidu: massimu 1,0 meq/kg

Materjal insaponifikabbli: massimu 1,0 % (w/w) taż-żejt

Valur tas-saponifikazzjoni: 185-198 mg KOH/g”


25.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 23/14


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/111

tal-24 ta' Jannar 2019

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-estratt tal-ħops (Humulus lupulus L. flos) bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes miftuma, għall-ħnieżer għat-tismin u għall-ispeċijiet minuri ta' porċini miftuma u għat-tismin

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali, u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-estratt tal-ħops (Humulus lupulus L. flos) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. Ma' din l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa mill-Artikolu 7(3) ta' dak ir-Regolament. L-applikant talab li dan l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorji”.

(3)

Fl-opinjoni tagħha tat-3 ta' Ottubru 2018 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, l-estratt tal-ħops (Humulus lupulus L. flos) ma għandux effetti avversi fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet li l-istudju tat-tolleranza magħmul bi ħnienes miftuma juri li l-addittiv huwa sikur għad-doża proposta ta' 50 mg/kg ta' għalf komplut u jista' jiġi estrapolat għall-ħnieżer għat-tismin u għall-ispeċijiet minuri ta' porċini miftuma u għat-tismin. Huwa għalhekk xieraq li l-estratt tal-ħops ikun awtorizzat bħala addittiv fl-għalf għal dawk l-ispeċijiet u l-kategoriji biss. L-Awtorità kkonkludiet li peress li l-ħops miġbur wara l-ħsad u l-estratti tiegħu huma universalment rikonoxxuti li jagħtu t-togħma lill-ikel, u li l-funzjoni tagħhom fl-għalf se tkun essenzjalment l-istess bħal dik fl-ikel, ma hemmx bżonn li jkun hemm iktar provi tal-effikaċja tagħhom. Għalhekk, dik il-konklużjoni tista' tiġi estrapolata għall-għalf.

(4)

L-Awtorità nnutat ukoll li l-addittiv huwa sensitizzatur respiratorju u tal-ġilda potenzjali għall-utenti u jinkludi varjetà ta' komposti magħrufa li jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi f'persuni sensittivi. Konsegwentemnt, jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa.

(5)

L-Awtorità ma qisietx li hemm il-bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza imwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Il-valutazzjoni ta' dak l-addittiv turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għalhekk, jenħtieġ li l-użu ta' dan l-addittiv jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(7)

Wara li kkunsidrat il-livell tal-użu propost mill-applikant, l-Awtorità qieset li l-livell massimu ta' użu propost huwa sikur. Għall-fini tal-kontrolli uffiċjali tul il-katina alimentari, il-kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva jenħtieġ li jkun indikat fuq it-tikketta tal-addittiv fl-għalf u jenħtieġ li l-inkorporazzjoni fl-għalf issir permezz tat-taħlitiet minn qabel.

(8)

Billi l-użu tas-sustanzi kkonċernati fl-ilma tax-xorb mhuwiex awtorizzat, jenħtieġ li dan il-fatt ma jipprekludix l-użu tagħhom fl-għalf kompost, li jingħata mal-ilma.

(9)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Awtorizzazzjoni

Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li tagħmel parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorji” u mill-grupp funzjonali “komposti li jagħtu t-togħma”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Jannar 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  EFSA Journal 2018;16(10):5462.


ANNESS

Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

mg/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %

Kategorija: Addittivi sensorji. Grupp funzjonali: Komposti li jagħtu t-togħma

2b233

Estratt tal-ħops (mill-fjuri) b'kontenut għoli ta' aċidi beta

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta' estratt dijossidu karboniku superkritiku tal-estratt ta' Humulus lupulus L. flos ittrattat bl-idrossidu tal-potassju sabiex jifforma mluħ tal-potassju ta' aċidi beta u maħlul fi glikol propileniku.

L-ispeċifikazzjonijiet tal-addittiv huma:

Aċidi beta: 40 ± 1,5 %

Aċidi alfa: 0,4 ± 0,3 %

Żjut tal-ħops: 1,5 ± 0,3 %

Glikol propileniku: 20 ± 15 %

Ndewwa < 8 %

Rmied: 10 ± 2 %

Rażi oħra: 25 ± 8 %

8-Prenilnarinġenina < 500 mg/kg

Ksantumol < 500 mg/kg

2-Metil-2-buten-2-ol < 10 mg/kg

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Fjuri tal-Humulus lupulus L. flos (mill-fjuri) fi bċejjeċ u estratti addizzjonalment bl-estrazzjoni tad-dijossidu karboniku superkritiku

Likwidu viskuż

Numru CAS: 8060-28-4

Nru CoE 233

Metodu analitiku  (1)

Għall-kwantifikazzjoni tal-aċidi beta tal-ħops fl-addittiv tal-għalf:

kromatografija b'fażi likwida ta' rendiment għoli b'detezzjoni tal-UV (HPLC-UV) – ring-trial validat tal-Konvenzjoni Ewropea tal-Birreriji (EBC) il-metodu 7.7

Ħnienes u ħnieżer għat-tismin

Speċijiet minuri ta' porċini miftuma u għat-tismin

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta' taħlita lesta minn qabel.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-istabbiltà waqt it-trattament bis-sħana.

3.

Fuq it-tikketta tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel għandu jiġi indikat dan li ġej:

“Il-kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva fl-għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %: 50 mg/kg”

4.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni, mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa kemm jista' jkun bi proċeduri u b'miżuri bħal dawn, għandu jintuża tagħmir protettiv personali, inkluż il-protezzjoni għan-nifs kif ukoll in-nuċċalijiet u l-ingwanti tas-sikurezza, meta jintużaw l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel.

l-14 ta' Frar 2029


(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports


25.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 23/18


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/112

tal-24 ta' Jannar 2019

dwar il-prezz minimu għax-xiri tat-trab tal-ħalib xkumat għall-wieħed u tletin sejħa parzjali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1240 tat-18 ta' Mejju 2016 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' intervent pubbliku u ta' għajnuna għall-ħżin privat (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 32 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2080 (3) fetaħ il-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti.

(2)

Fid-dawl tal-offerti li waslulhom b'risposta għall-wieħed u tletin stedina għall-offerti parzjali, għandu jiġi ffissat prezz minimu tal-bejgħ.

(3)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-wieħed u tletin sejħa parzjali għall-offerti għall-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat fil-kuntest tal-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080, illi fir-rigward tagħha l-perjodu meta l-offerti kellhom jintefgħu ntemm fit-22 ta' Jannar 2019, il-prezz minimu tal-bejgħ għandu jkun ta' EUR 158,50/100 kg.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Jannar 2019.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 206, 30.7.2016, p. 71.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2080 tal-25 ta' Novembru 2016 dwar il-ftuħ tal-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti (ĠU L 321, 29.11.2016, p. 45).


25.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 23/19


REGOLAMENT (UE) 2019/113 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-7 ta' Diċembru 2018

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1333/2014 dwar l-istatistika tas-swieq monetarji (BĊE/2018/33)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta' Novembru 1998 (1) dwar il-ġbir ta' tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikoli 5(1) u 6(4) tiegħu,

Wara li kkonsulta mal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1333/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/48) (2) jeħtieġ ir-rapportar ta' dejta statistika mill-aġenti li jirrapportaw sabiex is-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ), fil-qadi ta' dmirijietha, tkun tista' tipproduċi statistika dwar is-suq monetarju tal-euro.

(2)

Biex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta' statistika ta' kwalità għolja dwar is-suq monetarju tal-euro, jenħtieġ li jiġu emendati ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1333/2014 (BĊE/2014/48). B'mod partikolari, huwa importanti li jiġi żgurat li l-aġenti li jirrapportaw lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jew lill-bank ċentrali nazzjonali (BĊN) rilevanti dwar it-tranżazzjonijiet kollha konklużi bejn l-aġent li jirrapporta u l-korporazzjonijiet finanzjarji (ħlief għal tranżazzjonijiet ma' banek ċentrali li ma jsirux għal skopijiet ta' investiment), kif ukoll gvern ġenerali u ċerti korporazzjonijiet mhux finanzjarji. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi żgurat li l-ġbir tad-dejta jibbenefika mill-użu obbligatorju estiż tal-Identifikatur tal-Entità Legali (LEI) fir-rapportar fl-Unjoni.

(3)

Minħabba l-importanza li tiġi żgurata d-disponibbiltà ta' statistika tempestiva dwar is-suq monetarju tal-euro, jenħtieġ ukoll li jiġu armonizzati u msaħħa l-obbligi tal-aġenti li jirrapportaw li jittrażmettu informazzjoni lill-BĊNi jew lill-BĊE fil-ħin.

(4)

Għandhom jittieħdu prekawzjonijiet sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni statistika tinġabar, tiġi kkompilata u trażmessa mill-aġenti li jirrapportaw b'mod li jipproteġi l-integrità tal-informazzjoni. B'mod partikolari, huwa importanti li jiġi enfasizzat li l-informazzjoni statistika li jirċievu l-BĊNi jew il-BĊE għandha tkun imparzjali, jiġifieri rappreżentazzjoni newtrali ta' tranżazzjonijiet osservabbli konklużi f'kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta mill-aġent li jirrapporta, oġġettiva u affidabbli, sabiex tikkonforma mal-prinċipji ġenerali fl-Impenn Pubbliku tas-SEBĊ dwar l-Istatistika Ewropea (3). Barra minn hekk, l-aġenti li jirrapportaw għandhom jiżguraw li kwalunkwe żball li jiskopru fl-informazzjoni statistika rrapportata jiġi kkoreġut u kkomunikat lill-BĊE u lill-BĊN relevanti fl-iqsar żmien possibbli.

(5)

L-implimentazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet se tiżgura li s-SEBĊ ikollha informazzjoni statistika aktar f'waqtha, komprensiva, dettaljata, armonizzata u affidabbli dwar is-suq monetarju tal-euro, li għandha tippermetti analiżi aktar fil-fond tal-mekkaniżmu ta' trażmissjoni tal-politika monetarja. Barra minn hekk, id-dejta miġbura tista' tintuża għall-iżvilupp u l-amministrazzjoni ta' rata tal-imgħax mil-lum għall-għada mhux iggarantita.

(6)

Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 1333/2014 (BĊE/2014/48) għandu jkun emendat kif xieraq,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi

Ir-Regolament (UE) Nru 1333/2014 (BĊE/2014/48) hu emendat kif ġej:

1.

L-Artikolu 1 hu emendat kif ġej:

(a)

Jiddaħħal il-punt (5a) li ġej:

“(5a)

“korporazzjonijiet finanzjarji” tfisser unitajiet istituzzjonali li huma entitajiet legali u produtturi tas-suq indipendenti, u li l-attività ewlenija tagħhom hija l-produzzjoni ta' servizzi finanzjarji kif stipulat fis-Sistema Ewropea riveduta tal-Kontijiet (ESA 2010) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1);

(*1)  Ir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1).”;"

(b)

jitħassru l-punti (3) sa (5);

(c)

il-punt 9 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(9)

“statistiċi dwar is-suq monetarju” tfisser statistiċi marbutin ma' tranżazzjonijiet iggarantiti, mhux iggarantiti u derivattivi fi strumenti tas-suq monetarju konklużi fil-perjodu ta' rapportar rilevanti bejn aġenti li jirrapportaw u korporazzjonijiet finanzjarji (ħlief banek ċentrali meta t-tranżazzjoni ma tkunx għal skopijiet ta' investiment), gvern ġenerali, jew korporazzjonijiet mhux finanzjarji kklassifikati bħala ‘grossisti’ skont il-Qafas ta' Basel III dwar l-LCR, iżda esklużi tranżazzjonijiet intragrupp;”;

(d)

il-punt (14) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(14)

“popolazzjoni ta' referenza li tirrapporta” tfisser MFIs residenti fiż-żona tal-euro, għajr banek ċentrali u MMFs, li jieħdu depożiti ddenominati fl-euro u/jew joħorġu kwalunkwe strument ieħor tad-dejn u/jew jagħtu self iddenominat fl-euro kif elenkat fl-Annessi I, II jew III minn/lil korporazzjonijiet finanzjarji oħrajn, il-gvern ġenerali, jew korporazzjonijiet mhux finanzjarji;”;

(e)

jiddaħħal il-punt (20a) li ġej:

“(20a)

“istituzzjoni ta' kreditu” għandha l-istess tifsira kif iddefinita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2);

(*2)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).”;"

(f)

il-punt (25) huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“(25)

“swap tal-indiċi matul il-lejl” jew (OIS) tfisser swap tar-rata tal-imgħax fejn ir-rata tal-imgħax varjabbli perjodika tkun daqs il-medja ġeometrika ta' rata matul il-lejl (jew ir-rata tal-indiċi matul il-lejl) fuq terminu speċifikat. Il-pagament finali jiġi kkalkolat bħala d-differenza bejn ir-rata tal-imgħax fissa u r-rata matul il-lejl komposta rreġistrata tul il-ħajja tal-OIS applikata għall-ammont nominali tat-tranżazzjoni.;”;

2.

L-Artikolu 3 hu emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Għall-finijiet tal-produzzjoni regolari tal-istatistiċi dwar is-suq monetarju, l-aġenti li jirrapportaw għandhom jirrapportaw lill-BĊN tal-Istat Membru fejn huma residenti fuq bażi kkonsolidata, inklużi l-friegħi kollha tagħhom li jinsabu fl-Unjoni u l-EFTA, informazzjoni statistika ta' kuljum marbuta mal-istrumenti tas-suq monetarju. L-informazzjoni statistika meħtieġa hija speċifikata fl-Annessi I, II u III. L-aġenti li jirrapportaw għandhom jirrapportaw l-informazzjoni statistika meħtieġa skont l-istandards minimi għat-trażmissjoni, il-preċiżjoni, il-konformità mal-kunċetti, ir-reviżjonijiet u l-integrità tad-data stipulati fl-Anness IV. Il-BĊN għandu jittrażmetti l-informazzjoni statistika li jirċievi mingħand l-aġenti li jirrapportaw skont l-Artikolu 4(2) ta' dan ir-Regolament.”;

(b)

il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“2.   Il-BĊNi għandom jiddefinixxu u jimplimentaw l-arranġamenti tar-rapportar li l-aġenti li jirrapportaw iridu jsegwu b'rabta mal-istrumenti tas-suq monetarju. Dawn l-arranġamenti tar-rapportar għandhom jiżguraw il-forniment tal-informazzjoni statistika meħtieġa u jippermettu li jiġi vverifikat l-issodisfar tal-istandards minimi kif stipulat fl-Anness IV.”;

(c)

il-paragrafu 5 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“5.   Il-BĊNi għandhom jiddefinixxu u jimplimentaw l-arranġamenti tar-rapportar li jridu jiġu segwiti mill-aġenti li jirrapportaw addizzjonali skont ir-rekwiżiti nazzjonali tagħhom ta' rapportar statistiku. Il-BĊNi għandhom jiżguraw li l-arranġamenti nazzjonali tar-rapportar jeżiġu aġenti li jirrapportaw addizzjonali sabiex jikkonformaw ma' rekwiżiti li huma ekwivalenti għall-Artikoli 6 sa 8, 10(3), 11 u 12 ta' dan ir-Regolament. Il-BĊNi għandhom jiżguraw li dawn l-arranġamenti tar-rapportar jipprovdu l-informazzjoni statistika meħtieġa u jippermettu li ssir verifika preċiża tal-issodisfar tal-istandards minimi kif stipulat fl-Anness IV.”;

3.

L-Artikolu 4 hu emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“1.   F'każ li BĊN jiddeċiedi skont l-Artikolu 3(3) li l-aġenti li jirrapportaw għandhom jirrapportaw l-informazzjoni statistika speċifikata fl-Annessi I, II, III direttament lill-BĊE, l-aġenti li jirrapportaw għandhom jibagħtu dik l-informazzjoni lill-BĊE darba kuljum bejn is-6 p.m. fid-data tan-negozju u s-7 a.m. Ħin tal-Ewropa Ċentrali (CET) (*3) fl-ewwel jum tas-saldu ta' TARGET2 wara l-ġurnata tan-negozjar.

(*3)  is-CET jieħu inkunsiderazzjoni l-bidla fil-Ħin tas-Sajf tal-Ewropa Ċentrali.”;"

(b)

il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“2.   Fi kwalunkwe każ ieħor li ma jaqax taħt il-paragrafu 1, il-BĊNi għandhom jibagħtu lill-BĊE l-informazzjoni statistika ta' kuljum dwar is-suq monetarju, kif speċifikat fl-Annessi I, II u III, li jirċievu mingħand l-aġenti li jirrapportaw skont l-Artikolu 2(2), (3) u (4), jew minn aġenti addizzjonali li jirrapportaw magħżula skont l-Artikolu 2(6), darba kuljum qabel is-7 a.m. CET fl-ewwel jum tas-saldu ta' TARGET2 wara l-ġurnata tan-negozjar”;

(c)

jiżdied il-paragrafu 5 li ġej:

“5.   Meta jiġi evalwat jekk aġent li jirrapporta ssodisfax ir-rekwiżiti taħt dan l-Artikolu, il-ksur ta' xi wieħed mill-istandards minimi għat-trażmissjoni stipulati f'(i) sa (ii) tal-ewwel paragrafu tal-Anness IV għandu jikkostitwixxi każ ta' nonkonformità tal-istess tip ta' rekwiżit ta' rapportar għall-finijiet tal-istabbiliment ta' nonkonformità fil-qafas tan-nonkonformità statistika tal-BĊE.”;

4.

Jitħassar l-Artikolu 5.

5.

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1333/2014 (BĊE/2014/48) jiġi sostitwit bit-test stipulat fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

6.

L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1333/2014 (BĊE/2014/48) jiġi sostitwit bit-test stipulat fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

7.

L-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 1333/2014 (BĊE/2014/48) jiġi sostitwit bit-test stipulat fl-Anness III għal dan ir-Regolament.

8.

L-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 1333/2014 (BĊE/2014/48) jiġi sostitwit bit-test stipulat fl-Anness IV għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dispożizzjonijiet finali

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jidħol fis-seħħ fil-15 ta' Marzu 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-7 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1333/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta' Novembru 2014 dwar l-istatistika tas-swieq monetarji (ECB/2014/48) (ĠU L 359, 16.12.2014, p. 97).

(3)  Disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-BĊE fl-indirizz www.ecb.europa.eu


ANNESS I

“ANNESS I

Skema ta' rapportar għal statistiċi dwar is-suq monetarju marbutin ma' tranżazzjonijiet iggarantiti

PARTI 1

TIP TA' STRUMENTI

L-aġenti li jirrapportaw għandhom jirrapportaw lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jew lill-bank ċentrali nazzjonali (BĊN) relevanti kull ftehim ta' riakkwist u kull tranżazzjoni konkluż skont dawn, inklużi tranżazzjonijiet repo bi tliet partijiet, li huma ddenominati f'euro b'maturità li tasal sa u tinkludi sena (iddefiniti bħala tranżazzjonijiet b'data ta' maturità ta' mhux iktar minn 397 jum wara d-data tas-saldu) bejn l-aġent li jirrapporta u korporazzjonijiet finanzjarji (ħlief għal banek ċentrali fejn it-tranżazzjoni mhijiex għal skopijiet ta' investiment), il-gvern ġenerali, jew korporazzjonijiet mhux finanzjarji kklassifikati bħala “grossisti” skont il-qafas ta' Basel III dwar l-LCR. It-tranżazzjonijiet intragrupp għandhom ikunu esklużi.

PARTI 2

TIP TA' DEJTA

1.

Tip ta' dejta bbażata fuq it-tranżazzjoni (*1) li trid tiġi rrapportata għal kull tranżazzjoni:

Qasam

Deskrizzjoni tad-dejta

Opzjoni alternattiva ta' rapportar (jekk teżisti) u kwalifiki oħrajn

Status tat-tranżazzjoni rrapportata

Dan l-attribut jispeċifika jekk it-tranżazzjoni hijiex tranżazzjoni ġdida, emenda ta' tranżazzjoni rrapportata qabel, kanċellazzjoni jew korrelazzjoni ta' tranżazzjoni rrapportata qabel.

 

Status ta' novazzjoni

Dan l-attribut jispeċifika jekk tranżazzjoni hijiex novazzjoni.

 

Identifikatur uniku tat-tranżazzjoni

Il-kodiċi uniku li jippermetti li tiġi identifikata tranżazzjoni fis-segment tas-suq rispettiv.

Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa meħtieġ jekk disponibbli.

Identifikazzjoni proprjetarja ta' tranżazzjoni

L-identifikatur uniku intern tat-tranżazzjoni użat mill-aġent li jirrapporta għal kull tranżazzjoni. L-identifikatur proprjetarju ta' tranżazzjoni huwa uniku għal kwalunkwe tranżazzjoni rrapportata għal kull segment tas-suq monetarju u għal kull aġent li jirrapporta.

 

Identifikazzjoni proprjetarja ta' tranżazzjoni relatata

L-identifikatur uniku intern tat-tranżazzjoni użat mill-aġent li jirrapporta għan-negozju inizjali li sussegwentement ġie nnovat.

Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa obbligatorju fejn applikabbli.

Identifikazzjoni proprjetarja ta' tranżazzjoni tal-kontroparti

L-Identifikazzjoni proprjetarja ta' tranżazzjoni assenjata mill-kontroparti tal-aġent li jirrapporta lill-istess tranżazzjoni.

Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa meħtieġ jekk disponibbli.

Identifikazzjoni tal-kontroparti

Kodiċi ta' identifikazzjoni użat biex tiġi rikonoxxuta l-kontroparti tal-aġent li jirrapporta għat-tranżazzjoni rrapportata.

Il-kodiċi tal-Identifikatur tal-Entità Legali (LEI) irid jintuża f'kull ċirkustanza fejn il-kontroparti tkun ġiet assenjata tali identifikatur. Is-settur tal-kontroparti u s-sit tal-kontroparti għandhom jiġu rrapportati jekk ma jiġix assenjat kodiċi LEI.

Settur tal-kontroparti

Is-settur istituzzjonali tal-kontroparti.

Obbligatorju jekk ma tingħatax l-identifikazzjoni tal-kontroparti.

Sit tal-kontroparti

Il-kodiċi tal-pajjiż tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) tal-pajjiż fejn hija inkorporata l-kontroparti.

Obbligatorju jekk ma tingħatax l-identifikazzjoni tal-kontroparti.

Identifikazzjoni tal-aġent bi tliet partijiet

L-identifikatur tal-kontroparti tal-aġent bi tliet partijiet.

Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa meħtieġ għat-tranżazzjonijiet bi tliet partijiet.

Il-kodiċi tal-Identifikatur tal-Entità Legali (LEI) irid jintuża f'kull ċirkustanza fejn il-kontroparti tkun ġiet assenjata tali identifikatur.

Data ta' rapportar

Id-data u l-ħin tal-bidu u tat-tmiem tal-perjodu li għalih tirreferi d-dejta dwar it-tranżazzjoni fil-fajl.

 

Kronogramma elettronika

Il-ħin meta tiġi konkluża jew irreġistrata tranżazzjoni.

 

Data tan-negozju

Id-data li fiha l-partijiet iwettqu t-tranżazzjoni finanzjarja.

 

Data tas-saldu

Id-data li fiha l-flus inizjalment jibdlu l-idejn għall-assi kif miftiehem fil-kuntratt.

Fil-każ ta' rifinanzjament ta' tranżazzjonijiet ta' riakkwist fuq bażi miftuħa, anki jekk l-ebda flus ma jibdlu l-idejn.

Data tal-maturità

Id-data tar-riakkwist, jiġifieri d-data li fiha l-flus huma mistennija li jitħallsu lura jew jidħlu bi skambju għall-assi mirhun jew riċevut bħala kollateral.

 

Tip ta' tranżazzjoni

Dan l-attribut jispeċifika jekk it-tranżazzjoni hijiex għat-teħid jew għall-għoti b'self ta' flus.

 

Ammont nominali tat-tranżazzjoni

L-ammont f'euro inizjalment meħud jew mogħti b'self.

 

Tip ta' rata

Biex jiġi identifikat jekk l-istrument għandux rata fissa jew varjabbli.

 

Rata tan-negozju

Ir-rata tal-imgħax mogħtija skont il-konvenzjoni dwar is-swieq monetarji ACT/360 li biha ġie konkluż il-ftehim ta' riakkwist u li biha l-ammont ta' flus misluf huwa remunerat.

Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa meħtieġ għall-istrumenti b'rata fissa biss.

Indiċi tar-rata ta' referenza

In-Numru Internazzjonali għall-Identifikazzjoni tat-Titoli (ISIN) tar-rata ta' referenza sottostanti li fuq il-bażi tagħha huma kkalkulati l-pagamenti perjodiċi tal-imgħax.

Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa meħtieġ għall-istrumenti b'rata varjabbli biss.

Firxa tal-punti bażi

In-numru ta' punti bażi miżjudin mar-rata ta' referenza sottostanti (jekk pożittiva) jew imnaqqsin minnha (jekk negattiva) biex tiġi kkalkolata r-rata tal-imgħax attwali applikabbli għal perjodu partikolari mal-ħruġ tal-istrument b'rata varjabbli.

Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa meħtieġ għall-istrumenti b'rata varjabbli biss.

ISIN tal-kollateral

L-ISIN tal-assi kollateralizzat.

Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa fakultattiv għal ftehimiet ta' riakkwist bi tliet partijiet li ma jsirux fuq basket ta' titoli li għalih jeżisti ISIN ġeneriku, jew tipi ta' kollateral li għalihom ebda ISIN ma huwa disponibbli.

Kull meta l-ISIN tal-assi kollateralizzat ma jkunx ipprovdut, it-tip ta' kollateral, is-settur tal-emittent tal-kollateral u l-aggregazzjoni tal-kollateral iridu jiġu pprovduti.

Aggregazzjoni ta' kollateral

Biex jiġi indikat jekk l-assi mirhun bħala kollateral huwiex aggregazzjoni ta' kollateral.

 

Tip ta' kollateral

Biex tiġi identifikata l-klassi tal-assi mirhun bħala kollateral.

Obbligatorju jekk ma jiġix ipprovdut l-ISIN.

Settur tal-emittent tal-kollateral

Is-settur istituzzjonali tal-emittent tal-kollateral.

Obbligatorju jekk ma jiġix ipprovdut l-ISIN tal-kollateral.

Indikatur speċjali tal-kollateral

Sabiex jiġu identifikati l-ftehimiet kollha ta' riakkwist mwettqa kontra kollateral ġenerali u dawk imwettqa kontra kollateral speċjali.

Għandu jiġi pprovdut biss jekk dan ikun fattibbli għall-aġent li jirrapporta.

Ammont nominali kollaterali

L-ammont nominali, f'euro, tal-assi mirhuna bħala kollateral.

Fakultattiv għar-riakkwisti bi tliet partijiet u għal kwalunkwe tranżazzjoni li fiha l-assi mirhuna mhumiex identifikati permezz ta' ISIN.

Haircut kollaterali

Miżura ta' kontroll tar-riskju applikata għal kollateral sottostanti li permezz tagħha l-valur tal-kollateral sottostanti jiġi kkalkulat bħala l-valur tas-suq tal-assi mnaqqas b'ċertu perċentwal (haircut).

Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa meħtieġ biss għal tranżazzjonijiet ta' kollateral individwali, inkella huwa fakultattiv.

2.

Livell minimu ta' materjalità:

Tranżazzjonijiet imwettqa ma' korporazzjonijiet mhux finanzjarji għandhom jiġu rrapportati biss meta jitwettqu ma' korporazzjonijiet mhux finanzjarji kklassifikati bħala “grossisti” skont il-Qafas ta' Basel III dwar l-LCR (*2).


(*1)  L-istandards ta' rapportar elettroniku u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għad-data huma stipulati b'mod separat. Dawn huma disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu.

(*2)  Ara “Basel III: Il-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità u l-għodda ta' monitoraġġ tar-riskju ta' likwidità”, il-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja, Jannar 2013, pp. 23 sa 27, disponibbli fuq is-sit web tal-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali fl-indirizz: www.bis.org.


ANNESS II

“ANNESS II

Skema ta' rapportar għal statistiċi dwar is-suq monetarju marbutin ma' tranżazzjonijiet mhux iggarantiti

PARTI 1

TIP TA' STRUMENTI

1.

L-aġenti li jirrapportaw għandhom jirrapportaw lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jew lill-bank ċentrali nazzjonali relevanti (BĊN):

(a)

kull self li juża l-istrumenti ddefiniti fit-tabella hawn isfel, li huma ddenominati f'euro b'maturità li tasal sa u tinkludi sena (iddefiniti bħala tranżazzjonijiet b'data ta' maturità ta' mhux iktar minn 397 jum wara d-data tas-saldu), tal-aġent li jirrapporta minn korporazzjonijiet finanzjarji (ħlief għal banek ċentrali fejn it-tranżazzjoni mhijiex għal skopijiet ta' investiment), il-gvern ġenerali, jew korporazzjonijiet mhux finanzjarji kklassifikati bħala grossisti skont il-Qafas ta' Basel III dwar l-LCR;

(b)

kull tranżazzjoni ta' self iddenominata f'euro lil istituzzjonijiet ta' kreditu oħrajn b'maturità li tasal sa u tinkludi sena (iddefiniti bħala tranżazzjonijiet b'data ta' maturità ta' mhux iktar minn 397 jum wara d-data tas-saldu) permezz ta' depożiti mhux iggarantiti jew kontijiet ta' sejħa, jew permezz tax-xiri mill-istituzzjonijiet ta' kreditu emittenti ta' karta kummerċjali, ċertifikati ta' depożitu, noti ta' rati varjabbli u titoli ta' dejn oħrajn b'maturità sa sena.

Għall-finijiet tal-paragrafi 1(a) u (b) hawn fuq, it-tranżazzjonijiet intragrupp għandhom ikunu esklużi.

2.

It-tabella hawn isfel tipprovdi deskrizzjoni standard iddettaljata tal-kategoriji ta' strumenti għal tranżazzjonijiet li l-aġenti li jirrapportaw huma meħtieġa jirrapportaw lill-BĊE. F'każ li l-aġenti li jirrapportaw ikunu meħtieġa jirrapportaw it-tranżazzjonijiet lill-BĊN tagħhom, il-BĊN relevanti għandhom jittrasponu dawk id-deskrizzjonijiet ta' kategoriji ta' strumenti fil-livell nazzjonali skont dan ir-Regolament.

Tip ta' strument

Deskrizzjoni

Depożiti

Depożiti mhux iggarantiti li jagħtu l-imgħax (inklużi l-kontijiet tas-sejħiet iżda esklużi kontijiet kurrenti) li jew ikunu jistgħu jinfdew b'avviż jew ikollhom maturità ta' mhux aktar minn sena, jiġifieri sa 397 jum wara d-data tas-saldu u li jew jittieħdu (b'self) jew inkella jitqiegħdu (jingħataw b'self) mill-aġent li jirrapporta.

Kont ta' sejħiet/self b'avviż ta' jum

Kontijiet ta' flus kontanti b'bidliet ta' kuljum fir-rata tal-imgħax applikabbli, li jagħtu lok għal ħlasijiet ta' imgħaxijiet jew kalkoli f'intervalli regolari, u perjodu ta' notifika biex jinġibdu flus.

Kont ta' tfaddil b'perjodu ta' notifika biex jinġibdu flus.

Ċertifikat ta' depożitu

Strument ta' dejn b'rata fissa f'forma negozjabbli jew mhux negozjabbli maħruġ minn MFI li jagħti jedd lid-detentur għal rata ta' imgħax fissa speċifika fuq terminu fiss iddefinit sa sena, jiġifieri sa 397 jum wara d-data tas-saldu, li jkun jagħti l-imgħax jew ikun skontat.

Karta kummerċjali

Strument ta' dejn mhux iggarantit maħruġ minn MFI li jkollu maturità ta' mhux aktar minn sena, jiġifieri sa 397 jum wara d-data tas-saldu, li jkun jagħti l-imgħax jew ikun skontat.

Karta kummerċjali ggarantita b'assi

Strument ta' dejn maħruġ minn MFI li jkollu maturità ta' mhux aktar minn sena, jiġifieri sa 397 jum wara d-data tas-saldu, li jkun jagħti l-imgħax jew ikun skontat u li jkun garantit b'xi forma ta' kollateral.

Nota ta' rata varjabbli

Strument ta' dejn li fih il-ħlasijiet perjodiċi ta' imgħax ikunu kkalkulati fuq il-bażi tal-valur, jiġifieri permezz tal-iffissar ta' rata ta' referenza sottostanti bħar-rata interbankarja offruta f'euro (Euribor), f'dati predefiniti magħrufa bħala dati tal-iffissar, u li jkollu maturità ta' mhux aktar minn sena, jiġifieri sa 397 jum wara d-data tas-saldu.

Titoli ta' dejn oħrajn b'terminu qasir

Titoli mhux subordinati, għajr ekwità, b'maturità sa sena, jiġifieri sa 397 jum wara d-data tas-saldu, maħruġa minn aġenti li jirrapportaw, li huma strumenti li normalment jistgħu jiġu nnegozjati u kkummerċjalizzati fi swieq sekondarji jew li jistgħu jiġu paċuti fis-suq u li ma jagħtu lis-sid ebda dritt ta' proprjetà fuq l-istituzzjoni emittenti. Din il-partita tinkludi:

(a)

titoli li jagħtu lid-detentur id-dritt mingħajr kundizzjoni għal qligħ fiss jew qligħ stabbilit b'kuntratt fil-forma ta' ħlasijiet ta' kupuni u/jew ta' somma fissa stabbilita minn qabel f'data speċifika (jew dati speċifiċi) jew li tibda minn data stabbilita fil-ħin tal-ħruġ;

(b)

strumenti li mhumiex negozjabbli maħruġa minn aġenti li jirrapportaw li sussegwentement isiru negozjabbli u li għandhom ikunu kklassifikati mill-ġdid bħala “titoli ta' dejn”.

PARTI 2

TIP TA' DEJTA

1.

Tip ta' dejta bbażata fuq it-tranżazzjoni (*1) li trid tiġi rrapportata għal kull tranżazzjoni:

Qasam

Deskrizzjoni tad-dejta

Opzjoni alternattiva ta' rapportar (jekk teżisti) u kwalifiki addizzjonali

Status tat-tranżazzjoni rrapportata

Dan l-attribut jispeċifika jekk it-tranżazzjoni hijiex tranżazzjoni ġdida, emenda ta' tranżazzjoni rrapportata qabel, kanċellazzjoni jew korrelazzjoni ta' tranżazzjoni rrapportata qabel.

 

Status ta' novazzjoni

Dan l-attribut jispeċifika jekk tranżazzjoni hijiex novazzjoni.

 

Identifikatur uniku tat-tranżazzjoni

Il-kodiċi uniku li jippermetti li tiġi identifikata tranżazzjoni fis-segment tas-suq rispettiv.

Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa meħtieġ jekk disponibbli.

Identifikazzjoni proprjetarja ta' tranżazzjoni

L-identifikatur uniku intern tat-tranżazzjoni użat mill-aġent li jirrapporta għal kull tranżazzjoni. L-Identifikazzjoni proprjetarja ta' tranżazzjoni hija unika għal kwalunkwe tranżazzjoni rrapportata għal kull segment tas-suq monetarju u għal kull aġent li jirrapporta.

 

Identifikazzjoni proprjetarja ta' tranżazzjoni relatata

L-identifikatur uniku intern tat-tranżazzjoni użat mill-aġent li jirrapporta għan-negozju inizjali li sussegwentement ġie nnovat.

Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa obbligatorju fejn applikabbli.

Identifikazzjoni proprjetarja ta' tranżazzjoni tal-kontroparti

L-Identifikazzjoni proprjetarja ta' tranżazzjoni assenjata mill-kontroparti tal-aġent li jirrapporta lill-istess tranżazzjoni.

Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa meħtieġ jekk disponibbli.

Identifikazzjoni tal-kontroparti

Kodiċi ta' identifikazzjoni użat biex tiġi rikonoxxuta l-kontroparti tal-aġent li jirrapporta għat-tranżazzjoni rrapportata.

Il-kodiċi tal-Identifikatur tal-Entità Legali (LEI) irid jintuża f'kull ċirkustanza fejn il-kontroparti tkun ġiet assenjata tali identifikatur. Is-settur tal-kontroparti u s-sit tal-kontroparti għandhom jiġu rrapportati jekk ma jiġix assenjat kodiċi LEI.

Settur tal-kontroparti

Is-settur istituzzjonali tal-kontroparti.

Obbligatorju jekk ma tingħatax l-identifikazzjoni tal-kontroparti.

Sit tal-kontroparti

Il-kodiċi tal-pajjiż tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) tal-pajjiż fejn hija inkorporata l-kontroparti.

Obbligatorju jekk ma tingħatax l-identifikazzjoni tal-kontroparti.

Data ta' rapportar

Id-data u l-ħin tal-bidu u tat-tmiem tal-perjodu li għalih tirreferi d-dejta dwar it-tranżazzjoni fil-fajl.

 

Kronogramma elettronika

Il-ħin meta tiġi konkluża jew irreġistrata tranżazzjoni.

 

Data tan-negozju

Id-data li fiha l-partijiet iwettqu t-tranżazzjoni finanzjarja rrapportata.

 

Data tas-saldu

Id-data li fiha l-ammont ta' flus jibdel l-idejn bejn il-kontropartijiet jew li fiha jiġi saldat ix-xiri jew il-bejgħ ta' strument ta' dejn.

Fil-każ ta' kontijiet ta' sejħa u għoti/teħid b'self mhux iggarantit ieħor mifdi b'notifika, id-data li fiha jiġi rrifinanzjat id-depożitu (jiġifieri li fiha kien jitħallas lura li kieku ġie eżerċitat/ma ġiex rifinanzjat).

Data tal-maturità

Id-data li fiha l-ammont ta' flus huwa mistenni li jitħallas lura mill-mutwatarju jew li fiha strument ta' dejn jimmatura u huwa mistenni li jitħallas lura.

 

Tip ta' strument

L-istrument li permezz tiegħu jsir it-teħid jew l-għoti b'self.

 

Tip ta' tranżazzjoni

Dan l-attribut jispeċifika jekk it-tranżazzjoni hijiex teħid jew għoti b'self ta' flus.

 

Ammont nominali tat-tranżazzjoni

L-ammont ta' flus f'euro mogħti jew meħud b'self fuq depożiti. Fil-każ ta' titoli ta' dejn, huwa l-ammont nominali tat-titoli maħruġa/mixtrija.

 

Prezz tan-negozju tat-tranżazzjoni

Il-prezz maħmuġ (jiġifieri l-prezz li jinkludi kwalunkwe imgħax akkumulat) li bih it-titolu jinħareġ jew jiġi nnegozjat f'punti perċentwali.

Għandu jiġi rrapportat bħala 100 għal depożiti mhux garantiti.

Tip ta' rata

Biex jiġi identifikat jekk l-istrument għandux rata fissa jew varjabbli.

 

Rata tan-negozju

Ir-rata tal-imgħax mogħtija skont il-konvenzjoni dwar is-swieq monetarji ACT/360 li biha ġie konkluż id-depożitu u li biha l-ammont ta' flus misluf huwa remunerat. Fil-każ ta' strumenti ta' dejn, din hija r-rata effettiva tal-imgħax, mogħtija skont il-konvenzjoni dwar is-swieq monetarji ACT/360, li biha nħareġ jew inxtara l-istrument.

Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa meħtieġ għall-istrumenti b'rata fissa biss.

Indiċi tar-rata ta' referenza

In-Numru Internazzjonali għall-Identifikazzjoni tat-Titoli (ISIN) tar-rata ta' referenza sottostanti li fuq il-bażi tagħha huma kkalkulati l-pagamenti perjodiċi tal-imgħax.

Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa meħtieġ għall-istrumenti b'rata varjabbli biss.

Firxa tal-punti bażi

In-numru ta' punti bażi miżjudin mal-indiċi tar-rata ta' referenza sottostanti (jekk pożittiv) jew imnaqqsin minnu (jekk negattiv) biex tiġi kkalkolata r-rata tal-imgħax attwali applikabbli għal perjodu partikolari mal-ħruġ tal-istrument b'rata varjabbli.

Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa meħtieġ għall-istrumenti b'rata varjabbli biss.

Sejħa jew bejgħ

Biex jiġi identifikat jekk l-istrument għandux opzjoni ta' xiri jew opzjoni ta' bejgħ

Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa meħtieġ għall-istrumenti eżerċitabbli jew puttable biss.

L-ewwel data tal-opzjoni eżerċitabbli/put

L-ewwel data li fiha l-opzjoni eżerċitabbli/put tista' tiġi eżerċitata.

Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa meħtieġ biss għal strumenti b'opzjoni eżerċitabbli jew b'opzjoni put li tista' tiġi eżerċitata f'data definita minn qabel jew f'diversi dati ddefiniti minn qabel.

Perjodu ta' notifika għall-opzjoni eżerċitabbli/put

In-numru ta' jiem tal-kalendarju li d-detentur tal-opzjoni/l-emittent tal-istrument jagħti lill-emittent/lid-detentur tal-istrument qabel jeżerċita l-opzjoni put/eżerċitabbli.

Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa meħtieġ biss għall-istrumenti/għat-tranżazzjonijiet kollha b'perjodu ta' notifika għall-opzjoni eżerċitabbli/put u għad-depożiti mifdijin b'perjodu ta' notifika maqbul minn qabel.

2.

Livell minimu ta' materjalità:

Tranżazzjonijiet imwettqa ma' korporazzjonijiet mhux finanzjarji għandhom jiġu rrapportati biss meta jitwettqu ma' korporazzjonijiet mhux finanzjarji kklassifikati bħala “grossisti” skont il-Qafas ta' Basel III dwar l-LCR.


(*1)  L-istandards ta' rapportar elettroniku u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għad-dejta huma stipulati b'mod separat. Dawn huma disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu.


ANNESS III

“ANNESS III

Skema ta' rapportar għal statistiċi dwar is-suq monetarju marbutin ma' tranżazzjonijiet derivattivi

PARTI 1

TIP TA' STRUMENTI

L-aġenti li jirrapportaw għandhom jirrapportaw lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jew lill-bank ċentrali nazzjonali relevanti (BĊN):

(a)

kull tranżazzjoni ta' swap ta' kambju barrani, fejn l-euro jinxtraw/jinbiegħu spot kontra munita barranija u jerġgħu jinbiegħu jew jerġgħu jinxtraw f'data forward b'rata forward ta' kambju miftiehma minn qabel b'maturità li tasal sa u tinkludi sena (iddefiniti bħala tranżazzjonijiet b'data ta' maturità ta' mhux iktar minn 397 jum wara d-data tas-saldu tal-parti spot tat-tranżazzjoni ta' swap ta' kambju barrani), bejn l-aġent li jirrapporta u korporazzjonijiet finanzjarji (ħlief għal banek ċentrali fejn it-tranżazzjoni mhijiex għal skopijiet ta' investiment), il-gvern ġenerali, jew korporazzjonijiet mhux finanzjarji kklassifikati bħala “grossisti” skont il-Qafas ta' Basel III dwar l-LCR;

(b)

tranżazzjonijiet ta' swaps ta' indiċi mil-lejl għan-nhar (OIS) iddenominati f'euro bejn l-aġent li jirrapporta u korporazzjonijiet finanzjarji (ħlief għal banek ċentrali fejn it-tranżazzjoni mhijiex għal skopijiet ta' investiment), il-gvern ġenerali, jew korporazzjonijiet mhux finanzjarji kklassifikati bħala “grossisti” skont il-Qafas ta' Basel III dwar l-LCR.

Għall-finijiet tal-paragrafi 1(a) u (b) hawn fuq, it-tranżazzjonijiet intragrupp għandhom ikunu esklużi.

PARTI 2

TIP TA' DEJTA

1.

Tip ta' dejta bbażata fuq it-tranżazzjoni (*1) għal tranżazzjonijiet ta' swaps tal-kambju li trid tiġi rrapportata għal kull tranżazzjoni:

Qasam

Deskrizzjoni tad-dejta

Opzjoni alternattiva ta' rapportar (jekk teżisti) u kwalifiki oħrajn

Status tat-tranżazzjoni rrapportata

Dan l-attribut jispeċifika jekk it-tranżazzjoni hijiex tranżazzjoni ġdida, emenda ta' tranżazzjoni rrapportata qabel, kanċellazzjoni jew korrelazzjoni ta' tranżazzjoni rrapportata qabel.

 

Status ta' novazzjoni

Dan l-attribut jispeċifika jekk tranżazzjoni hijiex novazzjoni.

 

Identifikatur uniku tat-tranżazzjoni

Il-kodiċi uniku li jippermetti li tiġi identifikata tranżazzjoni fis-segment tas-suq rispettiv.

Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa meħtieġ jekk disponibbli.

Identifikazzjoni proprjetarja ta' tranżazzjoni

L-identifikatur uniku intern tat-tranżazzjoni użat mill-aġent li jirrapporta għal kull tranżazzjoni. L-Identifikazzjoni proprjetarja ta' tranżazzjoni hija unika għal kwalunkwe tranżazzjoni rrapportata għal kull segment tas-suq monetarju u għal kull aġent li jirrapporta.

 

Identifikazzjoni proprjetarja ta' tranżazzjoni relatata

L-identifikatur uniku intern tat-tranżazzjoni użat mill-aġent li jirrapporta għan-negozju inizjali li sussegwentement ġie nnovat.

Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa obbligatorju fejn applikabbli.

Identifikazzjoni proprjetarja ta' tranżazzjoni tal-kontroparti

L-Identifikazzjoni proprjetarja ta' tranżazzjoni assenjata mill-kontroparti tal-aġent li jirrapporta lill-istess tranżazzjoni.

Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa meħtieġ jekk disponibbli.

Identifikazzjoni tal-kontroparti

Kodiċi ta' identifikazzjoni użat biex tiġi rikonoxxuta l-kontroparti tal-aġent li jirrapporta għat-tranżazzjoni rrapportata.

Il-kodiċi tal-Identifikatur tal-Entità Legali (LEI) irid jintuża f'kull ċirkustanza fejn il-kontroparti tkun ġiet assenjata tali identifikatur. Is-settur tal-kontroparti u s-sit tal-kontroparti għandhom jiġu rrapportati jekk ma jiġix assenjat kodiċi LEI.

Settur tal-kontroparti

Is-settur istituzzjonali tal-kontroparti.

Obbligatorju jekk ma tingħatax l-identifikazzjoni tal-kontroparti.

Sit tal-kontroparti

Il-kodiċi tal-pajjiż tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) tal-pajjiż fejn hija inkorporata l-kontroparti.

Obbligatorju jekk ma tingħatax l-identifikazzjoni tal-kontroparti.

Data ta' rapportar

Id-data u l-ħin tal-bidu u tat-tmiem tal-perjodu li għalih tirreferi d-dejta dwar it-tranżazzjoni fil-fajl.

 

Kronogramma elettronika

Il-ħin meta tiġi konkluża jew irreġistrata tranżazzjoni.

 

Data tan-negozju

Id-data li fiha l-partijiet iwettqu t-tranżazzjoni finanzjarja rrapportata.

 

Data tal-valur spot

Id-data meta parti waħda tbiegħ lill-oħra ammont speċifikat ta' munita speċifikata kontra l-ħlas ta' ammont miftiehem ta' munita differenti speċifikata bbażata fuq rata tal-kambju miftiehma li hija magħrufa bħala r-rata tal-kambju spot.

 

Data tal-maturità

Id-data meta t-tranżazzjoni ta' swap ta' kambju tiskadi u l-munita mibjugħa fid-data tal-valur spot terġa' tinxtara.

 

Tip ta' tranżazzjoni ta' kambju

Dan l-attribut jispeċifika jekk l-ammont ta' euro rraportat taħt l-ammont nominali tranżazzjonali jinxtarax jew jinbiegħx fid-data tal-valur spot.

Dan għandu jirreferi għall-ispot tal-euro, jiġifieri jekk l-euro tinxtarax jew tinbiegħx fid-data tal-valur spot.

 

Ammont nominali tat-tranżazzjoni

L-ammont nominali f'euro ta' swap tal-kambju.

 

Kodiċi tal-munita barranija

Il-kodiċi ISO internazzjonali bi tliet numri tal-munita mixtrija/mibjugħa bi skambju għall-euro.

 

Rata spot tal-kambju

Ir-rata tal-kambju bejn l-euro u l-munita barranija għall-parti spot tat-tranżazzjoni swap tal-kambju.

 

Punti bil-quddiem tal-kambju barrani

Id-differenza bejn ir-rata forward tal-kambju u r-rata spot tal-kambju espressa f'punti bażi kkwotati skont il-konvenzjonijiet prevalenti tas-suq għall-par ta' muniti rispettivi.

 

2.

Tip ta' dejta bbażata fuq it-tranżazzjoni għal tranżazzjonijiet tal-OIS li trid tiġi rrapportata għal kull tranżazzjoni:

Qasam

Deskrizzjoni tad-dejta

Opzjoni alternattiva ta' rapportar (jekk teżisti) u kwalifiki oħrajn

Status tat-tranżazzjoni rrapportata

Dan l-attribut jispeċifika jekk it-tranżazzjoni hijiex tranżazzjoni ġdida, emenda ta' tranżazzjoni rrapportata qabel, kanċellazzjoni jew korrelazzjoni ta' tranżazzjoni rrapportata qabel.

 

Status ta' novazzjoni

Dan l-attribut jispeċifika jekk tranżazzjoni hijiex novazzjoni.

 

Identifikatur uniku tat-tranżazzjoni

Il-kodiċi uniku li jippermetti li tiġi identifikata tranżazzjoni fis-segment tas-suq rispettiv.

Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa meħtieġ jekk disponibbli.

Identifikazzjoni proprjetarja ta' tranżazzjoni

L-identifikatur uniku intern tat-tranżazzjoni użat mill-aġent li jirrapporta għal kull tranżazzjoni. L-Identifikazzjoni proprjetarja ta' tranżazzjoni hija unika għal kwalunkwe tranżazzjoni rrapportata għal kull segment tas-suq monetarju u għal kull aġent li jirrapporta.

 

Identifikazzjoni proprjetarja ta' tranżazzjoni relatata

L-identifikatur uniku intern tat-tranżazzjoni użat mill-aġent li jirrapporta għan-negozju inizjali li sussegwentement ġie nnovat.

Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa obbligatorju fejn applikabbli.

Identifikazzjoni proprjetarja ta' tranżazzjoni tal-kontroparti

L-Identifikazzjoni proprjetarja ta' tranżazzjoni assenjata mill-kontroparti tal-aġent li jirrapporta lill-istess tranżazzjoni.

Ir-rapportar ta' dan il-qasam huwa meħtieġ jekk disponibbli.

Identifikazzjoni tal-kontroparti

Kodiċi ta' identifikazzjoni użat biex tiġi rikonoxxuta l-kontroparti tal-aġent li jirrapporta għat-tranżazzjoni rrapportata.

Il-kodiċi tal-Identifikatur tal-Entità Legali (LEI) irid jintuża f'kull ċirkustanza fejn il-kontroparti tkun ġiet assenjata tali identifikatur. Is-settur tal-kontroparti u s-sit tal-kontroparti għandhom jiġu rrapportati jekk ma jiġix assenjat kodiċi LEI.

Settur tal-kontroparti

Is-settur istituzzjonali tal-kontroparti.

Obbligatorju jekk ma tingħatax l-identifikazzjoni tal-kontroparti.

Sit tal-kontroparti

Il-kodiċi tal-pajjiż tal-(ISO) tal-pajjiż fejn hija inkorporata l-kontroparti.

Obbligatorju jekk ma tingħatax l-identifikazzjoni tal-kontroparti.

Data ta' rapportar

Id-data u l-ħin tal-bidu u tat-tmiem tal-perjodu li għalih tirreferi d-dejta dwar it-tranżazzjoni fil-fajl.

 

Kronogramma elettronika

Il-ħin meta tiġi konkluża jew irreġistrata tranżazzjoni.

Fakultattiv.

Data tan-negozju

Id-data li fiha l-partijiet iwettqu t-tranżazzjoni finanzjarja.

 

Data tal-bidu

Id-data li fiha tiġi kkalkolata r-rata matul il-lejl tal-parti varjabbli.

 

Data tal-maturità

L-aħħar data tat-terminu li matulu hija kkalkolata r-rata komposta matul il-lejl.

 

Rata tal-imgħax fissa

Ir-rata fissa użata fil-kalkolu tal-ħlas tal-OIS.

 

Tip ta' tranżazzjoni

Dan l-attribut jispeċifika jekk l-aġent li jirrapporta jħallasx jew jirċevix ir-rata tal-imgħax fissa.

 

Ammont nominali tat-tranżazzjoni

L-ammont nominali tal-OIS.

 

3.

Livell minimu ta' materjalità:

Tranżazzjonijiet imwettqa ma' korporazzjonijiet mhux finanzjarji għandhom jiġu rrapportati biss meta jitwettqu ma' korporazzjonijiet mhux finanzjarji kklassifikati bħala “grossisti” skont il-Qafas ta' Basel III dwar l-LCR.


(*1)  L-istandards ta' rapportar elettroniku u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għad-dejta huma stipulati b'mod separat. Dawn huma disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu.


ANNESS IV

“ANNESS IV

Standards minimi li jridu jiġu applikati mill-popolazzjoni attwali li tirrapporta

L-aġenti li jirrapportaw iridu jissodisfaw l-istandards minimi li ġejjin biex jilħqu r-rekwiżiti tar-rapportar statistiku tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).

1.

Standards minimi għat-trażmissjoni:

(i)

ir-rapportar irid isir fil-ħin u fi ħdan id-dati ta' skadenza stipulati mill-BĊE u l-bank ċentrali nazzjonali (BĊN) relevanti;

(ii)

ir-rapporti statistiċi jridu jieħdu l-forma u l-format tagħhom mir-rekwiżiti tar-rapportar tekniku stipulati mill-BĊE u l-BĊN relevanti;

(iii)

l-aġent li jirrapporta jridu jipprovdi d-dettalji ta' persuna ta' kuntatt waħda jew iktar lill-BĊE u lill-BĊN relevanti;

(iv)

l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għat-trażmissjoni tad-dejta lill-BĊE u l-BĊN relevanti jridu jiġu segwiti.

2.

L-istandards minimi għall-preċiżjoni:

(i)

l-informazzjoni statistika trid tkun korretta;

(ii)

l-aġenti li jirrapportaw iridu jkunu kapaċi jipprovdu informazzjoni dwar l-iżviluppi implikati mid-data mibgħuta;

(iii)

l-informazzjoni statistika trid tkun sħiħa u ma jistax ikun fiha diskrepanzi kontinwi u strutturali; id-diskrepanzi eżistenti jridu jiġu rikonoxxuti, spjegati lill-BĊE u l-BĊN relevanti u, fejn applikabbli, jitnaqqsu kemm jista' jkun;

(iv)

l-aġenti li jirrapportaw iridu jsegwu d-dimensjonijiet, il-politika ta' arrotondament u d-deċimali stipulati mill-BĊE u l-BĊN relevanti għat-trażmissjoni teknika tad-dejta.

3.

L-istandards minimi għall-konformità mal-kunċetti:

(i)

l-informazzjoni statistika trid tikkonforma mad-definizzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet li jinsabu f'dan ir-Regolament;

(ii)

fil-każ ta' devjazzjonijiet minn dawn id-definizzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet, l-aġenti li jirrapportaw iridu jissorveljaw u jikkwantifikaw id-differenza bejn il-miżura użata u l-miżura li tinsab f'dan ir-Regolament fuq bażi regolari;

(iii)

l-aġenti li jirrapportaw iridu jkunu kapaċi jispjegaw waqfiet fit-trażmissjoni ta' dejta meta mqabbla ma' figuri ta' perjodi ta' qabel.

4.

L-istandards minimi għar-reviżjonijiet:

Il-politika u l-proċeduri dwar ir-reviżjonijiet stipulati mill-BĊE u l-BĊN relevanti jridu jiġu segwiti. Ir-reviżjonijiet li jiddevjaw mir-reviżjonijiet regolari jridu jkunu akkumpanjati minn noti ta' spjega.

5.

L-istandards minimi għall-integrità tad-dejta:

(i)

l-informazzjoni statistika trid tkun ikkompilata u trażmessa mill-aġenti li jirrapportaw b'mod imparzjali u oġġettiv;

(ii)

l-iżbalji skoperti mill-aġenti li jirrapportaw fid-data trażmessa jridu jiġu korretti u kkomunikati lill-BĊE u lill-BĊN relevanti fl-iqsar żmien possibbli.


DIRETTIVI

25.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 23/35


DIRETTIVA TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/114

tal-24 ta' Jannar 2019

li temenda d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE li jistabbilixxu miżuri ta' implimentazzjoni għall-iskopijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE u tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE rispettivament, fir-rigward tal-karatteristiki li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami ta' ċerti varjetajiet ta' speċijiet ta' pjanti agrikoli u speċijiet ta' ħxejjex

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-varjetajiet komuni ta' katalgi ta' speċi ta' pjanti agrikoli (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) (a) u (b) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-marketing ta' żrieragħ tal-ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2)(a) u (b) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/90/KE (3) u 2003/91/KE (4) ġew adottati biex jiżguraw li l-varjetajiet li l-Istati Membri jinkludu fil-katalgi nazzjonali tagħhom jikkonformaw mal-protokolli stabbiliti mill-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) fir-rigward tal-karatteristiki li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami tad-diversi speċijiet u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami tal-varjetajiet, sa fejn kienu ġew stabbiliti tali protokolli. Għall-ispeċijiet mhux koperti minn protokolli tas-CPVO, dawk id-Direttivi jistipulaw li għandhom japplikaw il-linji gwida tal-Unjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta' Varjetajiet Ġodda tal-Pjanti (UPOV).

(2)

Mindu saret l-aħħar emenda lid-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE bid-Direttiva ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/100 (5), is-CPVO u l-UPOV stabbilixxew aktar protokolli u linji gwida u aġġornaw dawk eżistenti.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE jiġu emendati skont dan.

(4)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tad-Direttiva 2003/90/KE huma sostitwiti bit-test fil-parti A tal-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Annessi tad-Direttiva 2003/91/KE huma sostitwiti bit-test fil-parti B tal-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 3

Għall-eżamijiet mibdija qabel l-1 ta' Settembru 2019, l-Istati Membri jistgħu japplikaw id-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE fil-verżjoni li tapplika qabel l-emenda tagħhom permezz ta' din id-Direttiva.

Artikolu 4

Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Awwissu 2019, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amminstrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk il-miżuri lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Settembru 2019.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir din ir-referenza.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Jannar 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33.

(3)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/90/KE tas-6 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi miżuri ta' implimentazzjoni għall-iskopijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta' ċerti varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli (ĠU L 254, 8.10.2003, p. 7).

(4)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/91/KE tas-6 ta' Ottubru 2003 li twaqqaf il-miżuri ta' implimentazzjoni għall-għanijiet ta' Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE rigward il-karatteristiċi li għandhom jiġu inklużi bħala minimu ottenut mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta'ċerti varjetajiet ta'speċi ta' ħaxix (ĠU L 254, 8.10.2003, p. 11).

(5)  Id-Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/100 tal-It-Tnejn, 22 ta' Jannar 2018 li temenda d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE li jistabbilixxu miżuri ta' implimentazzjoni għall-iskopijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE u tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE rispettivament, fir-rigward tal-karatteristiki li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami ta' ċerti varjetajiet ta' speċijiet ta' pjanti agrikoli u speċijiet ta' ħxejjex (ĠU L 17, 23.1.2018, p. 34).


ANNESS

PARTI A

“ANNESS I

Lista ta' speċijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(a) li għandhom jikkonformaw mal-protokolli tekniċi tas-CPVO  (1)

Isem xjentifiku

Isem komuni

Protokoll tas-CPVO

Festuca arundinacea Schreb.

Żwien twil

TP 39/1 tal-1.10.2015

Festuca filiformis Pourr.

Żwien in-nagħaġ tal-werqa fina

TP 67/1 tat-23.6.2011

Festuca ovina L.

Żwien in-nagħaġ

TP 67/1 tat-23.6.2011

Festuca pratensis Huds.

Żwien il-bur

TP 39/1 tal-1.10.2015

Festuca rubra L.

Żwien aħmar

TP 67/1 tat-23.6.2011

Festuca trachyphylla (Hack.) Żwien iebes

Żwien iebes

TP 67/1 tat-23.6.2011

Lolium multiflorum Lam.

Sikrana Taljana

TP 4/1 tat-23.6.2011

Lolium perenne L.

Sikrana perenni

TP 4/1 tat-23.6.2011

Lolium x hybridum Hausskn.

Sikrana ibrida

TP 4/1 tat-23.6.2011

Pisum sativum L. (partim)

Piżelli

TP 7/2 Rev. 2 tal-15.3.2017

Poa pratensis L.

Ħaxix il-bur taz-zokk lixx

TP 33/1 tal-15.3.2017

Vicia sativa L.

Silla tal-blat

TP 32/1 tad-19.4.2016

Brassica napus L. var. napobrassica (L.) Rchb.

Rutabaga

TP 89/1 tal-11.3.2015

Raphanus sativus L. var. oleiformis Pers.

Ravanell tal-għalf

TP 178/1 tal-15.3.2017

Brassica napus L. (partim)

Kolza Żvediża

TP 36/2 tal-16.11.2011

Cannabis sativa L.

Qanneb

TP 276/1 rev. Parzjali tas-21.3.2018

Glycine max (L.) Merr.

Żerriegħa tas-sojja

TP 80/1 tal-15.3.2017

Gossypium spp.

Qoton

TP 88/1 tad-19.4.2016

Helianthus annuus L.

Ġirasoll

TP 81/1 tal-31.10.2002

Linum usitatissimum L.

Kittien/Żerriegħa tal-kittien

TP 57/2 tad-19.3.2014

Sinapis alba L.

Mustarda bajda

TP 179/1 tal-15.3.2017

Avena nuda L.

Ħafur għeri żgħir, Ħafur bla buq

TP 20/2 tal-1.10.2015

Avena sativa L. (tinkludi A. byzantina K. Koch)

Ħafur u Ħafur aħmar

TP 20/2 tal-1.10.2015

Hordeum vulgare L.

Xgħir

TP 19/4 tal-1.10.2015

Oryza sativa L.

Ross

TP 16/3 tal-1.10.2015

Secale cereale L.

Segala

TP 58/1 tal-31.10.2002

xTriticosecale Wittm. ex A. Camus

Ibridi li jirriżultaw mill-ibridizzazzjoni ta' speċi tal-ġeneru Triticum ma' speċi tal-ġeneru Secale

TP 121/2 rev. 1 tas-16.2.2011

Triticum aestivum L.

Qamħ

TP 3/4 rev. 2 tas-16.2.2011

Triticum durum Desf.

Qamħ durum

TP 120/3 tal-19.3.2014

Zea mays L. (partim)

Qamħirrum

TP 2/3 tal-11.3.2010

Solanum tuberosum L.

Patata

TP 23/3 tal-15.3.2017

ANNESS II

Lista ta' speċijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(b) li għandhom jikkonformaw mal-linji gwida tal-ittestjar tal-UPOV  (2)

Isem xjentifiku

Isem komuni

Linja gwida tal-UPOV

Beta vulgaris L.

Pitravi tal-għalf

TG/150/3 tal-4.11.1994

Agrostis canina L.

Ħaxix iebes bellusi

TG/30/6 tat-12.10.1990

Agrostis gigantea Roth

Agrostide bajda

TG/30/6 tat-12.10.1990

Agrostis stolonifera L.

Ħaxix iebes li jixxeblek

TG/30/6 tat-12.10.1990

Agrostis capillaris L.

Brown top

TG/30/6 tat-12.10.1990

Bromus catharticus Vahl

Ħaxix rescue

TG/180/3 tal-4.4.2001

Bromus sitchensis Trin.

Bunixxief tal-Alaska

TG/180/3 tal-4.4.2001

Dactylis glomerata L.

Sieq is-serduq

TG/31/8 tas-17.4.2002

xFestulolium Asch. et Graebn.

Ibridi li jirriżultaw mill-inkroċjar ta' speċi tal-ġeneru Festuca ma' speċi tal-ġeneru Lolium

TG/243/1 tad-9.4.2008

Phleum nodosum L.

Ħaxix ta' timothy żgħir

TG/34/6 tas-7.11.1984

Phleum pratense L.

Ħaxix ta' timothy

TG/34/6 tas-7.11.1984

Lotus corniculatus L.

Qrempuċ tal-mogħoż

TG 193/1 tad-9.4.2008

Lupinus albus L.

Lupina bajda

TG/66/4 tal-31.3.2004

Lupinus angustifolius L.

Lupina b'weraq dojoq

TG/66/4 tal-31.3.2004

Lupinus luteus L.

Lupina safra

TG/66/4 tal-31.3.2004

Medicago doliata Carmign.

Nefel tal-fergħa dritta

TG 228/1 tal-5.4.2006

Medicago italica (Mill.) Fiori

Nefel tal-midalja

TG 228/1 tal-5.4.2006

Medicago littoralis Rohde ex Loisel.

Nefel tax-xtut

TG 228/1 tal-5.4.2006

Medicago lupulina L.

Nefel iswed

TG 228/1 tal-5.4.2006

Medicago murex Willd.

Nefel tal-globu

TG 228/1 tal-5.4.2006

Medicago polymorpha L.

Nefel komuni

TG 228/1 tal-5.4.2006

Medicago rugosa Desr.

Nefel imkemmex

TG 228/1 tal-5.4.2006

Medicago sativa L.

Alfalfa

TG/6/5 tas-6.4.2005

Medicago scutellata (L.) Mill.

Nefel tal-bebbux

TG 228/1 tal-5.4.2006

Medicago truncatula Gaertn.

Nefel tal-fosdqa

TG 228/1 tal-5.4.2006

Medicago x varia T. Martyn

Xnien ir-ramel

TG/6/5 tas-6.4.2005

Trifolium pratense L.

Xnien aħmar

TG/5/7 tal-4.4.2001

Trifolium repens L.

Silla bajda

TG/38/7 tad-9.4.2003

Vicia faba L.

Favetta

TG/8/6 tas-17.4.2002

Phacelia tanacetifolia Benth.

Kampanella ta' Kalifornja

TG/319/1 tal-5.4.2017

Arachis hypogaea L.

Karawett

TG/93/4 tad-9.4.2014

Brassica rapa L. var. silvestris (Lam.) Briggs

Rapa tan-nevew

TG/185/3 tas-17.4.2002

Carthamus tinctorius L.

Għosfor

TG/134/3 tat-12.10.1990

Papaver somniferum L.

Peprin

TG/166/4 tad-9.4.2014

Sorghum bicolor (L.) Moench

Sorgu

TG/122/4 tal-25.3.2015

Sorghum sudanense (Piper) Stapf.

Sorgu tas-Sudan

TG 122/4 tal-25.3.2015

Sorghum bicolor (L.) Moench x Sorghum sudanense (Piper) Stapf

Ibridi li jirriżultaw mill-inkroċjar ta' Sorghum bicolor u Sorghum sudanense

TG 122/4 tal-25.3.2015

PARTI B

“ANNESS I

Lista ta' speċijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(a) li għandhom jikkonformaw mal-protokolli tekniċi tas-CPVO  (3)

Isem xjentifiku

Isem komuni

Protokoll tas-CPVO

Allium cepa L. (Il-grupp ta' Cepa)

Basal u Ekaljun

TP 46/2 tal-1.4.2009

Allium cepa L. (Il-gruppil-grupp tal-Aggregatum)

Shallot

TP 46/2 tal-1.4.2009

Allium fistulosum L.

Basal tal-għenieqed (Japanese bunching onion jew Welsh onion)

TP 161/1 tal-11.3.2010

Allium porrum L.

Kurrat

TP 85/2 tal-1.4.2009

Allium sativum L.

Tewm

TP 162/1 tal-25.3.2004

Allium schoenoprasum L.

Kurrat selvaġġ

TP 198/2 tal-11.3.2015

Apium graveolens L.

Karfus

TP 82/1 tat-13.3.2008

Apium graveolens L.

Celeriac (Krafes bl-għeruq/krafes Ġermaniżi)

TP 74/1 tat-13.3.2008

Asparagus officinalis L.

Spraġ

TP 130/2 tas-16.2.2011

Beta vulgaris L.

Pitravi inkluża l-pitrava ta' Cheltenham

TP 60/1 tal-1.4.2009

Beta vulgaris L.

Pitravi tal-ispinaċi jew Chard

TP 106/1 tal-11.3.2015

Brassica oleracea L.

Kaboċċa mberfla

TP 90/1 tas-16.2.2011

Brassica oleracea L.

Pastard

TP 45/2 Rev. 2 tal-21.3.2018

Brassica oleracea L.

Brokkli li qed inibbet jew Kalabriż

TP 151/2 rev. tal-15.3.2017

Brassica oleracea L.

Kaboċċi ta' Brussell/kaboċċi taz-zokk

TP 54/2 rev. tal-15.3.2017

Brassica oleracea L.

Ġidra

TP 65/1 rev. tal-15.3.2017

Brassica oleracea L.

Kaboċċa mfelfla (savoy), Kaboċċa bajda u Kaboċċa ħamra

TP 48/3 rev. tal-15.3.2017

Brassica rapa L.

Kaboċċa Ċiniża

TP 105/1 tat-13.3.2008

Capsicum annuum L.

Bżar aħmar jaħraq jew Bżar

TP 76/2 rev. tal-15.3.2017

Cichorium endivia L.

Indivja tal-werqa mibruma u Indivja tal-werqa sempliċi

TP 118/3 tad-19.3.2014

Cichorium intybus L.

Ċikwejra industrijali

TP 172/2 tal-1.12.2005

Cichorium intybus L.

Ċikwejra tal-weraq

TP 154/1 tal-21.3.2018

Cichorium intybus L.

Ċikwejra Witloof

TP 173/2 tal-21.3.2018

Citrullus lanatus (Thunb.) Matsum. et Nakai

Dulliegħ

TP 142/2 tad-19.3.2014

Cucumis melo L.

Bettieħ

TP 104/2 tal-21.3.2007

Cucumis sativus L.

Ħjara u Ħjara żgħira għall-immarinat (Gherkin)

TP 61/2 rev. tal-21.3.2018

Cucurbita maxima Duchesne

Qargħa tat-tip gourd

TP 155/1 tal-11.3.2015

Cucurbita pepo L.

Qara' bagħli jew Zukkini

TP 119/1rev. tad-19.3.2014

Cynara cardunculus L.

Qaqoċċ tond u Kardun

TP 184/2 tas-27.2.2013

Daucus carota L.

Karrotti u Karrotti għall-għalf

TP 49/3 tat-13.3.2008

Foeniculum vulgare Mill.

Bużbież

TP 183/1 tal-25.3.2004

Lactuca sativa L.

Ħass

TP 13/6 tal-21.3.2018

Solanum lycopersicum L.

Tadam

TP 44/4 Rev. 3 tal-21.3.2018

Petroselinum crispum (Mill.) Nyman ex A. W. Hill

Tursin

TP 136/1 tal-21.3.2007

Phaseolus coccineus L.

Fażola ta' Spanja

TP 9/1 tal-21.3.2007

Phaseolus vulgaris L.

Fażola żgħira ta' Franza u Fażola tixxeblek ta' Franza

TP 12/4 tas-27.2.2013

Pisum sativum L. (partim)

Piżelli mkemmxa, Piżelli tonda u Piżelli ħelwa (sugar pea)

TP 7/2 Rev. 2 tal-15.3.2017

Raphanus sativus L.

Ravanell, Ravanell iswed

TP 64/2 rev. tal-11.3.2015

Rheum rhabarbarum L

Rabarbru

TP 62/1 tad-19.4.2016

Scorzonera hispanica L.

Scorzonera jew Salsafja sewda

TP 116/1 tal-11.3.2015

Solanum melongena L.

Brunġiel

TP 117/1 tat-13.3.2008

Spinacia oleracea L.

Spinaċi

TP 55/5 Rev. 2 tal-15.3.2017

Valerianella locusta (L.) Laterr.

Insalata tal-qamħ jew Ħass tal-ħaruf

TP 75/2 tal-21.3.2007

Vicia faba L. (partim)

Ful

TP Ful Kbir/1 tal-25.3.2004

Zea mays L. (partim)

Qamħirrum u Popkorn

TP 2/3 tal-11.3.2010

Solanum habrochaites S. Knapp & D.M. Spooner; Solanum lycopersicum L. x Solanum habrochaites S. Knapp & D.M. Spooner; Solanum lycopersicum L. x Solanum peruvianum (L.) Mill.; Solanum lycopersicum L. x Solanum cheesmaniae (L. Ridley) Fosberg; Solanum pimpinellifolium L. x Solanum habrochaites S. Knapp & D.M. Spooner

Selvaġġ tat-tadam

TP 294/1 Rev. 3 tal-21.3.2018

Cucurbita maxima Duchesne x Cucurbita moschata Duchesne

L-ibridi interspeċifiċi tal-Cucurbita maxima Duch. x Cucurbita moschata Duch. għal użu bħala salvaġġ (rootstock)

TP 311/1 tal-15.3.2017

ANNESS II

Lista ta' speċijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(b) li għandhom jikkonformaw mal-linji gwida tal-ittestjar tal-UPOV  (4)

Isem xjentifiku

Isem komuni

Linja gwida tal-UPOV

Brassica rapa L.

Nevew

TG/37/10 tal-4.4.2001


(1)  It-test ta' dawn il-protokolli jinsab fuq is-sit web tas-CPVO (www.cpvo.europa.eu).

(2)  It-test ta' dawn il-linji gwida jinsab fuq is-sit web tal-UPOV (www.upov.int).

(3)  It-test ta' dawn il-protokolli jinsab fuq is-sit web tas-CPVO (www.cpvo.europa.eu).

(4)  It-test ta' dawn il-linji gwida jinsab fuq is-sit web tal-UPOV (www.upov.int).


DEĊIŻJONIJIET

25.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 23/41


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/115

tal-10 ta' Lulju 2018

dwar il-miżuri SA.37977 (2016/C) (ex 2016/NN) implimentati minn Spanja favur Sociedad Estatal de Correos y Telégrafos, S.A.

(notifikata bid-dokument C(2018) 4233)

(It-test Spanjol biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a),

Wara li appellat lill-partijiet interessati sabiex iressqu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjoni(jiet) li saret referenza għalihom aktar 'il fuq (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

1.   IL-PROĊEDURA

(1)

Fid-9 ta' Diċembru 2013 u fl-10 ta' April 2014, il-Kummissjoni rċeviet żewġ ilmenti anonimi kontra l-Istat Spanjol fir-rigward tal-għoti allegat ta' għajnuna illegali u inkompatibbli lil Sociedad Estatal Correos y Telégrafos, S.A. (minn hawn 'il quddiem imsejħa “Correos”). Iż-żewġ ilmenti ressqu l-kwistjonijiet li ġejjin dwar Correos: (i) l-allegat kumpens żejjed mogħti lil Correos għat-twettiq tal-USO sa mill-1998, (ii) allegati eżenzjonijiet inkompatibbli mit-taxxa mogħtija lil Correos, u (iii) allegati kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali mhux imħallsa għal impjegati taċ-ċivil impjegati minn Correos.

(2)

Fl-14 ta' Frar 2014, fis-26 ta' Frar 2014 u fil-15 ta' Lulju 2014, il-Kummissjoni bagħtet il-verżjonijiet mhux kunfidenzjali taż-żewġ ilmenti lill-awtoritajiet Spanjoli.

(3)

Fil-11 ta' April 2014 u fit-18 ta' Settembru 2014, l-awtoritajiet Spanjoli wieġbu għal dawn l-ilmenti.

(4)

Fl-10 ta' Lulju 2014, fit-22 ta' Ottubru 2014 u fl-4 ta' Diċembru 2015 il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Spanjoli għal aktar informazzjoni.

(5)

L-awtoritajiet Spanjoli wieġbu għal dawn it-talbiet fis-7 ta' Awwissu 2014, fid-19 ta' Diċembru 2014, fid-19 ta' Jannar 2015 u fil-21 ta' Diċembru 2015 rispettivament.

(6)

Bl-ittra tal-11 ta' Frar 2016, il-Kummissjoni infurmat lil Spanja li kienet iddeċidiet li tibda l-proċedura stipulata fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat fir-rigward ta' diversi miżuri favur Correos. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura (minn hawn 'il quddiem imsejħa “id-Deċiżjoni tal-Ftuħ tal-2016”) ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(7)

Il-Kummissjoni rċeviet l-ewwel kummenti minn Spanja dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ bl-ittra tal-21 ta' April 2016.

(8)

Il-Kummissjoni rċeviet l-ewwel kummenti mingħand Correos dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ bl-ittra tal-11 ta' Mejju 2016.

(9)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand parti terza bl-ittra tat-12 ta' Mejju 2016.

(10)

Il-Kummissjoni bagħtet il-kummenti li rċeviet lil Spanja fit-8 ta' Ġunju 2016.

(11)

Spanja pprovdiet il-kummenti tagħha dwar il-kummenti tal-partijiet terzi bl-ittra tas-6 ta' Lulju 2016.

(12)

Matul il-proċedimenti l-Kummissjoni rċeviet kummenti addizzjonali minn Spanja fl-24 ta' Ottubru 2017 u fit-23 ta' Mejju 2018.

(13)

Il-Kummissjoni rċeviet aktar osservazzjonijiet mingħand kompetitur preċedenti ta' Correos, Unipost, bl-ittra tal-20 ta' Marzu 2018.

2.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-GĦAJNUNA

2.1.   IS-SUQ POSTALI SPANJOL

(14)

Qabel l-adeżjoni ta' Spanja mal-Komunità Ekonomika Ewropea (KEE) fl-1986, is-servizzi postali fi Spanja kienu operati mill-Amministrazzjoni Ġenerali. Id-Digriet 1113/1960 tad-9 ta' Mejju 1960 dwar l-Ordni Postali, implimentat mir-Regolament dwar is-Servizzi Postali, adottat permezz tad-Digriet Nru 1653/1964 tal-14 ta' Mejju 1964, iddefinixxa s-servizzi postali u afda l-forniment tas-servizz f'idejn id-Direttorat Ġenerali ta' “Correos y Telégrafos”. L-adozzjoni tal-Ordni Postali u r-regolament ta' implimentazzjoni tiegħu rrapreżentaw il-bidu tal-liberalizzazzjoni tas-suq postali Spanjol. Filwaqt li l-monopolju ta' “Correos y Telégrafos” kien ċirkostrett għal ittri u kartolini interurbani u internazzjonali, is-servizzi tal-posta urbana u tal-pakketti postali ġew liberalizzati totalment. Fis-snin sebgħin (1970s) l-ewwel operaturi privati kbar daħlu fis-suq postali Spanjol.

(15)

Wara l-adeżjoni ta' Spanja mal-KEE, seħħet liberalizzazzjoni gradwali tas-servizzi postali bejn l-1998 u l-2010 fuq il-bażi tad-Direttivi Postali tal-Unjoni Ewropea. B'mod aktar speċifiku, id-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) ġiet trasposta fil-liġi nazzjonali fl-1998 permezz tal-Liġi 24/1998 tat-13 ta' Lulju 1998 dwar is-Servizzi Postali Universali u l-Liberalizzazzjoni tas-Servizzi Postali (il-Liġi Postali tal-1998), li għall-ewwel darba fdat l-obbligu tas-servizz universali (“USO”) lil Correos (4). Il-liġi tipprevedi lista mnaqqsa ta' servizzi tal-USO (5) li kienu riżervati għal Correos bħala fornitur tal-USO (“is-settur riżervat”), filwaqt li s-servizzi postali l-oħrajn kollha ġew liberalizzati (“is-settur mhux riżervat”).

(16)

Il-liberalizzazzjoni tas-servizzi postali fi Spanja kompliet bit-traspożizzjoni fil-Liġi Spanjola tad-Direttiva 2002/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), bil-Liġi 53/2002 tat-30 ta' Diċembru 2002 dwar il-Miżuri tat-Taxxa, Miżuri Amminitrattivi u Soċjali, li emendat il-Liġi Postali tal-1998 li ssemmiet qabel u naqqset aktar l-ambitu tas-settur riżervat.

(17)

Fl-2010 s-settur postali ġie liberalizzat kompletament bil-Liġi 43/2010 tat-30 ta' Diċembru 2010 dwar is-servizz postali universali, id-drittijiet tal-utenti u s-suq postali (l-Liġi Postali tal-2010) li ttrasponiet id-Direttiva 2008/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) fil-Liġi Spanjola. Il-Liġi Postali tal-2010 tat definizzjoni ġdida għall-ambitu tal-USO (pereżempju s-servizz ta' money order ġie eskluż mill-USO) u neħħiet is-settur riżervat.

2.2.   IL-BENEFIĊJARJU

2.2.1.   CORREOS

(18)

Correos hija kumpanija kollha kemm hi proprjetà tal-Istat li hija l-kumpanija omm tal-Grupo Correos, bis-Sociedad Estatal (“SEPI”) bħala l-uniku azzjonist. SEPI hija kumpanija azzjonarja għall-parteċipazzjonijiet tal-Istat f'impriżi.

(19)

Correos toffri servizzi postali, inkluż servizzi universali, servizzi ta' kurjer u servizzi oħra (pereż. servizzi relatati ma' servizzi postali u attivitajiet assoċjati, fosthom operazzjonijiet ta' trasferiment ta' flus, filatelija, eċċ.). Fl-2016, Correos kellha fatturat ta' madwar EUR 1 761 miljun, bagħtet 2 774 miljun oġġett postali (inkluż pakketti) u impjegat 49 785 ħaddiem.

(20)

Corroes hija l-akbar fornitur ta' servizzi postali fi Spanja, bi 8 787 punt ta' kuntatt postali fl-2016. Hija l-mexxejja tas-suq fis-settur postali Spanjol bl-aktar sehem mis-suq tas-servizzi postali Spanjoli, għajr fis-servizzi tal-pakketti. Sal-2017, Unipost S.A. kien il-kompetitur ewlieni ta' Correos fis-suq postali Spanjol, madankollu l-kumpanija għaddiet minn diffikultajiet finanzjarji u daħlet fi proċess ta' likwidazzjoni fid-19 ta' Frar 2018. Operaturi postali Ewropej oħrajn (jiġifieri, Deutsche Post, TNT, La Poste, UPS, CTT Correios Portugal u Royal Mail) għandhom sehem mis-suq sinifikanti fis-servizzi tal-pakketti.

2.2.2.   IL-QAFAS LEGALI APPLIKABBLI GĦAL CORREOS

(21)

Fi Spanja, l-Istat ilu jamministra direttament is-servizz postali sa mill-1716. Correos kienet parti mill-Amministrazzjoni Pubblika, billi kienet taqa' taħt Ministeri differenti bħall-Ministeru għall-Intern u wara l-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjonijiet.

(22)

Il-Korp Awtonomu “Correos y Telégrafos” inħoloq permezz tal-Liġi tal-Baġit Ġenerali tal-Istat 31/1990 tas-27 ta' Diċembru 1990. Il-korp awtonomu “Correos y Telégrafos” twaqqaf fl-1992, u kien jaqa' taħt il-Ministeru għat-Trasport, it-Turiżmu u l-Komunikazzjonijiet.

(23)

“Correos y Telégrafos” saret Entità Kummerċjali Pubblika taħt il-Ministeru għall-Iżvilupp f'konformità mal-Liġi 6/1997 tal-14 ta' April 1997 dwar l-Organizzazzjoni u l-Funzjonament tal-Amministrazzjoni Ġenerali tal-Istat.

(24)

Il-Liġi 14/2000 tad-29 ta' Diċembru 2000 dwar il-Miżuri Fiskali, Amministrattivi u Soċjali adottat il-qafas legali għas-“Sociedad Estatal Correos y Telégrafos, S.A.”, u l-Kumpanija twaqqfet f'Ġunju tal-2001. Fil-5 ta' Ġunju 2012 il-kumpaniji kollha li kienu jaqgħu taħt il-Correos Group (jiġifieri Correos u s-sussidjarji tagħha Correos Express, Nexea u Correos Telecom) ġew inkorporati fis-SEPI holding, li saret l-azzjonist uniku.

2.3.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI PUBBLIĊI FAVUR CORREOS

2.3.1.   IL-KUMPENSI TAL-USO MOGĦTIJA LIL CORREOS

(25)

Fl-1998, Correos ġiet fdata bl-USO mil-Liġi Postali tal-1998. Bħala kumpens biex twettaq l-USO, Correos ingħatat finanzjament pubbliku bejn l-1998 u l-2010. Sussegwentement, il-Liġi Postali tal-2010 fdat lil Correos bil-forniment tal-USO għal perjodu ta' 15-il sena li beda fl-1 ta' Jannar 2011.

2.3.1.1.    Il-kumpensi tal-USO mogħtija taħt il-Liġi Postali tal-1998

(26)

Mill-11 ta' Marzu 2000, mal-Liġi Postali tal-1998 inżied “Plan de Prestación” (“il-Plan de Prestación tal-2000”) li jistipula l-mekkaniżmu ta' kumpens li jistma l-kost nett li tkun ġarrbet Correos fir-rigward tal-issodifar tal-obbligu tagħha bħala fornitur ta' servizz universali (“USP”) u l-kriterji ta' kwalità għall-forniment tal-USO.

(27)

Mill-2000 sal-2010, Correos ingħatat il-kumpens tal-USO abbażi ta' metodoloġija żviluppata mill-awtoritajiet Spanjoli (il-“metodoloġija Spanjola”), li tinsab spjegata fil-Plan de Prestación tal-2000. Barra minn hekk, il-Plan de Prestación tal-2000 jistabbilixxi li Correos jenħtieġ li timplimenta kontabbiltà analitika b'separazzjoni tal-kontijiet kif previst fl-Artikolu 29 tal-Liġi Postali tal-1998.

(28)

Il-metodoloġija Spanjola biex tinħadem stima tal-kost nett tal-piż inġust tal-USO kienet tikkonsisti minn dawn il-passi li jmiss:

(a)

PASS 1: Jiġi stabbilit id-dħul unitarju u l-kosti ta' kull prodott/servizz u kull ċentru tal-kost skont l-informazzjoni kontabilistika tal-kostijiet ta' Correos. Għal kwalunkwe prodott/servizz partikolari, dawk iċ-ċentri tal-kostijiet fejn il-kostijiet unitarji jkunu ogħla mid-dħul unitarju jitniżżlu bħala telf. Iċ-ċentri tal-kost l-oħrajn, fejn id-dħul unitarju jkun ogħla mill-kostijiet unitarji jitniżżlu bħala profitt.

(b)

PASS 2: Issir valutazzjoni għal kull Servizz riżervat (RSi) dwar liema ċentri tal-kost ikunu qed jagħmlu telf/profitt fl-għoti ta' dak is-servizz u jiġi kkalkolat it-telf/profitt aggregat għall-għoti ta' dak is-servizz (Telf/Profitt tal-RSi). Il-kost nett tas-Servizzi riżervati jiġi kkalkolat bħala d-differenza bejn l-ammont ta' Telf tal-RSI u l-ammont ta' Profitt tal-RSi.

(c)

PASS 3: Issir valutazzjoni għal kull Servizz mhux riżervat (NRSi) dwar liema ċentri tal-kost ikunu qed jagħmlu telf fl-għoti ta' dak is-servizz u jiġi kkalkolat it-telf aggregat ta' dawk iċ-ċentri għall-għoti ta' dak is-servizz (Telf tal-NRSi). Il-kost nett tas-servizzi mhux riżervati jiġi kkalkolat bħala l-ammont tat-Telf tal-NRSi

(d)

PASS 4: Il-kumpens tal-USO jkopri l-kost nett tas-Servizzi riżervati u mhux riżervati kkalkolat skont il-Passi 2 u 3.

(29)

It-Tabella 1 turi l-kumpensi li ngħataw lil Correos għall-għoti tal-USO matul il-perjodu 2004-2010 u li ġew ikkalkolati skont il-metodoloġija Spanjola:

Tabella 1

Kumpensi tal-USO mogħtija lil Correos

(Miljuni ta' Eur)

 

2004

2005

2006

2007

2008

2009

2010

Kost nett tal-RSi

46,171

40,435

39,558

80,823

101,783

176,559

152,521

Kost nett tal-NRSi

44,859

47,294

55,199

39,441

40,863

45,919

43,812

Kumpens tal-USO

91,030

87,729

94,757

120,264

142,646

222,478

196,333

2.3.1.2.    Il-kumpensi tal-USO mogħtija skont il-Liġi Postali tal-2010

(30)

Il-Liġi Postali tal-1998 ġiet sostitwita mil-Liġi Postali tal-2010, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2011. Il-Liġi Postali tal-2010 fdat lil Correos bil-forniment tal-USO għal perjodu ta' 15-il sena li beda fil-jum tad-dħul fis-seħħ tal-Liġi (jiġifieri sal-1 ta' Jannar 2026).

(31)

L-Artikoli 27 u 28 tal-Liġi Postali tal-2010 tipprevedi li l-fornitur tal-USO jista' jingħata kumpens li jlaħħaq sal-kost nett li jġarrab fit-twettiq tal-obbligi tiegħu. Il-kost nett jenħtieġ li jiġi kkalkolat skont il-metodu tal-kost nett evitat (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-metodoloġija tal-NAC”) bħala d-differenza bejn il-kost nett tal-USP biex jopera bil-USO u l-kost nett tal-USP biex jopera mingħajr USO. Il-kalkolu għandu jikkunsidra l-elementi rilevanti l-oħra, fosthom kwalunkwe benefiċċju intanġibbli u tas-suq li jkun dovut lil fornitur ta' servizz postali magħżul biex jipprovdi servizz universali, l-intitolament għal profitt u inċentivi raġonevoli għall-kosteffiċjenza fl-isfond tal-Anness 1 tad-Direttiva 2008/6/KE.

(32)

Kif inhu previst fl-Artikolu 22(3) u fl-Artikolu 27(2)(b) tal-Liġi Postali tal-2010, il-metodoloġija tal-NAC deskritta fil-premessa 31 jenħtieġ li tiġi żviluppata fi “Plan de Prestación” ġdid. Madankollu, sal-lum għadu ma ġie adottat l-ebda Plan de Prestación bħal dan. Għaldaqstant, mill-2011 ma kien hemm l-ebda metodolġija fis-seħħ li tistma l-kost nett tal-USO.

(33)

F'dan l-istadju, skont l-awtoritajiet Spanjoli, Correos ilha ma tirċievi kumpens formali tal-USO sa mill-2011 għalkemm ibbenefikat minn pagamenti bil-quddiem fuq bażi provviżorja għas-snin 2011-2017. Il-kost nett attwali li jikkorrispondi għal dawk is-snin għadu jrid jiġi kkalkolat ladarba jiġi adottat il-Plan de Prestación il-ġdid u tiġi definita l-metodolġija tal-NAC. Il-Kummissjoni se tivvaluta l-kumpensi tal-USO skont il-Liġi Postali tal-2010 f'deċiżjoni oħra.

2.3.2.   L-EŻENZJONIJIET MIT-TAXXA MOGĦTIJA LIL CORREOS

(34)

F'konformità mal-Artikolu 19(1)(b) tal-Liġi Postali tal-1998, il-USP jibbenefika mill-“eżenzjoni minn kull taxxa imposta fuq is-servizzi tiegħu fis-settur riżervat, għajr mit-taxxa korporattiva”. L-Artikolu 22(2) tal-Liġi Postali tal-2010 żammet din l-eżenzjoni mit-taxxa u estendietha għall-USO kollu kemm hu.

(35)

Skont l-awtoritajiet Spanjoli, l-unika taxxa li possibbilment tkun taqa' fl-ambitu ta' din l-eżenzjoni minbarra l-VAT tkun it-Taxxa fuq l-Attivitajiet Ekonomiċi (Impuesto de Actividades Económicas, minn hawn 'il quddiem imsejħa “IAE”) għaliex din hija taxxa li hija imposta fuq il-prestazzjoni tal-attività ekonomika u hija marbuta mal-għoti tal-USO. Taxxi oħrajn bħat-taxxa fuq it-trasferiment tal-proprjetà, it-taxxa fuq il-kostruzzjoni, it-taxxa fuq iż-żieda fil-valur tal-art urbana u t-taxxa fuq il-vetturi bil-mutur ma jaqgħux fl-ambitu tal-eżenzjoni għaliex mhumiex marbuta mal-attività ekonomika tal-forniment tal-USO.

(36)

L-awtoritajiet Spanjoli spjegaw li Correos kienet eżentata parzjalment mit-taxxa tal-IAE għaliex tħallas 50 % biss tal-ammont normali ta' taxxa.

(37)

Fir-rigward tat-taxxa fuq il-proprjetà immobbli (Impuesto sobre Bienes Inmuebles, minn hawn 'il quddiem imsejħa “IBI”), l-awtoritajiet Spanjoli spjegaw li din hija taxxa li ma tiġix imposta fuq il-forniment tal-USO jew servizzi postali oħrajn, izda hija imposta fuq il-valur tal-beni immobbli. Għaldaqstant, din tkun taqa' 'l barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Liġijiet Postali. Madankollu, bejn l-2008 u l-2013 Correos ressqet diversi pretensjonijiet ibbażati fuq l-interpretazzjoni tal-Artikolu 19(1)(b) tal-Liġi Postali tal-1998, u fuq l-Artikolu 22(2) tal-Liġi Postali tal-2010, fejn hija ddikjarat li jenħtieġ li hija tkun eżentata mill-IBI fir-rigward ta' għadd ta' uffiċċji f'muniċipalitajiet differenti. Fis-segwitu tat-talba min-naħa ta' Correos għal eżenzjoni mill-IBI, diversi amministrazzjonijiet u qrati lokali ddeċidew favur Correos u tawha rifużjoni tat-taxxi li kienet ħallset qabel.

2.3.2.1.    L-eżenzjoni mit-Taxxa fuq il-Proprjetà Immobbli (IBI)

(38)

L-IBI hija taxxa lokali fis-sistema fiskali Spanjola li hija rregolata mid-Digriet Leġiżlattiv Irjali 2/2004 tal-5 ta' Marzu 2004. Skont l-Artikolu 60 tad-Digriet Leġiżlattiv Irjali, din it-taxxa “hija taxxa diretta oġġettiva imposta fuq il-valur tal-proprjetà skont it-termini stipulati fid-Digriet Leġiżlattiv Irjali”. L-avveniment taxxabbli tal-IBI huwa l-intitolament għal kwalunkwe dritt stipulat fl-Artikolu 61 tad-Digriet Leġiżlattiv Irjali 2/2004 fuq proprjetajiet rurali u urbani u fuq proprjetà b'karatteristiċi speċjali. L-IBI ma tiġix imposta fuq kwalunkwe attività, izda fuq il-valur tal-proprjetà.

(39)

Bejn l-2008 u l-2013 Correos ressqet diversi pretensjonijiet ibbażati fuq l-interpretazzjoni tal-Artikolu 19(1)(b) tal-Liġi Postali tal-1998, u fuq l-Artikolu 22(2) tal-Liġi Postali tal-2010, fejn hija ddikjarat li jenħtieġ li hija tkun eżentata mill-IBI fir-rigward ta' għadd ta' uffiċċji f'muniċipalitajiet differenti. Fis-segwitu tat-talba ta' Correos li tkun eżentata mill-IBI, diversi Amministrazzjonijiet u qrati lokali ddeċidew favur Correos. Skont l-awtoritajiet Spanjoli, ir-rifużjonijiet tat-taxxa li ngħataw effettivament lil Correos jammontaw għal EUR 752 840,50.

(40)

Dawn l-interpretazzjonijiet tal-qrati kemm tal-Liġi Postali tal-1998 kif ukoll dik tal-2010 li ppermettew li l-USP jkun eżentat mill-IBI ġew irrifjutati mill-Qorti Suprema Spanjola fl-2013 wara appell tal-kassazzjoni mill-awtoritajiet lokali tal-provinċja ta' Huesca. Fis-sentenza tagħha l-Qorti Suprema kkunsidrat li l-Artikolu 22(2) tal-Liġi Postali tal-2010 jenħtieġ li jiġi interpretat b'manjiera restrittiva. Skont il-Qorti Suprema, l-eżenzjonijiet mit-taxxa stipulati f'dak l-Artikolu jistgħu jiġu applikati biss għal taxxi imposti fuq attivitajiet marbuta direttament mal-forniment tal-USO, u għaldaqstant ma setgħux jiġu applikati għall-IBI li hija taxxa diretta imposta fuq il-valur tal-proprjetà.

(41)

L-eżenzjonijiet mill-IBI li ngħataw lil Correos bejn l-2008 u l-2013 baqgħu ma ġewx irkuprati. Tabilħaqq, skont is-sistema tal-liġi nazzjonali Spanjola l-appell tal-kassazzjoni favur il-liġi (“recurso de casación en interés de ley”) huwa ta' natura straordinarja u sussidjarja bil-għan esklussiv li junifika d-duttrina legali u, għaldaqstant, ma jistax ikollu effett fuq il-kwistjoni riferuta fl-appell (jiġifieri, f'dan il-każ partikolari, ma għandux is-setgħa li jannulla s-sententenzi u d-deċiżjonijiet dwar l-eżenzjonijiet mit-taxxa).

2.3.2.2.    L-eżenzjoni mit-Taxxa fuq l-Attivitajiet Ekonomiċi (IAE)

(42)

L-IAE ġiet stipulata bil-liġi 39/1988 tat-28 ta' Diċembru 1988, issostitwita mid-Digriet Leġiżlattiv Irjali 2/2004 tal-5 ta' Marzu 2004. L-Artikolu 78 ta' dan id-Digriet Leġiżlattiv Irjali jistipula li l-impriżi li jwettqu attivitajiet ekonomiċi, kummerċjali, professjonali jew artistiċi jenħtieġ li jkunu suġġetti għal din it-taxxa.

(43)

Skont l-Artikolu 78 tad-Digriet Leġiżlattiv Irjali 2/2004, l-IAE “hija taxxa diretta oġġettiva li għaliha l-avveniment taxxabbli hija l-prestazzjoni, fit-territorju nazzjonali, ta' attivitajiet ekonomiċi, kummerċjali, professjonali jew artistiċi, kemm jekk imwettqa f'post speċifiku u kemm jekk ma jkunux speċifikati fir-rati tat-taxxa”.

(44)

It-Tariffi tal-IAE ġew stipulati fid-Digriet Leġiżlattiv Irjali 1175/1990 tat-28 ta' Settembru. Dawn jikklasifikaw l-attività postali taħt il-Grupp 847 “Servizzi postali u telekomunikazzjonijiet” mill-1999 'il quddiem. Dan il-grupp jinkludi l-forniment ta' servizzi postali li jikkonsistu mill-ġbir, l-ammissjoni, il-klassifikazzjoni, it-trattament, it-trasportazzjoni, it-tqassim u l-konsenja ta' oġġetti tal-posta fil-forom kollha tagħhom. Madankollu, in-nota 3 tal-Grupp Tariffarju 847 tiddikjara li l-Entità Kummerċjali Pubblika Correos hija intitolata li tħallas 50 % biss tal-ammont stabbilit għal dan il-grupp. Skont l-awtoritajiet Spanjoli, dan ifisser li Correos ibbenefikat minn eżenzjoni ta' EUR 8 113,66 kull sena sa mill-2004. L-awtoritajiet Spanjoli kkonfermaw li Correos għadha tibbenefika minn din l-eżenzjoni parzjali mit-taxxa stipulata fin-nota 3 tal-Grupp Tariffarju 847.

2.3.3.   IT-TLIET ŻIDIET TA' KAPITAL MOGĦTIJA FL-2004, FL-2005 U FL-2006

(45)

Fil-perjodu li qiegħed jiġi analizzat, Correos ibbenefikat minn tliet żidiet ta' kapital li jammontaw għal total ta' EUR 48 081 000:

(a)

żieda ta' kapital ta' EUR 16 027 000 mogħtija fit-13 ta' Diċembru 2004;

(b)

żieda ta' kapital ta' EUR 16 027 000 mogħtija fil-25 ta' Novembru 2005;

(c)

żieda ta' kapital ta' EUR 16 027 000 mogħtija fl-24 ta' Novembru 2006.

(46)

Skont l-awtoritajiet Spanjoli, dawn iż-żidiet ta' kapital kienu parti mill-pjan ta' direzzjoni tan-negozju għall-perjodu 2004-2006 bħala kumpens għar-rallentament tas-suq postali. Il-linji strateġiċi bażiċi ta' dan il-pjan ta' direzzjoni tan-negozju kienu:

(a)

l-iżgurar tas-sostenibbiltà futura tan-negozju postali abbażi tal-effiċjenza;

(b)

it-tisħiħ tat-tkabbir tan-negozji fuq terminu medju permezz tal-promozzjoni tas-servizzi finanzjarji u tal-pakketti bħala l-objettivi ewlenin tat-tkabbir ta' Correos;

(c)

it-tkabbir tal-portafoll tal-opzjonijiet ta' tkabbir fil-futur permezz tal-iżviluppar tal-ġestjoni ta' bażijiet tad-data, il-“mailroom” u l-kummerċ elettroniku;

(d)

il-modernizzazzjoni tal-kapaċitajiet ta' Correos u l-adattament tal-mudell tal-immaniġġjar għall-kuntest tas-suq attwali, bil-promozzjoni tad-diversifikazzjoni.

2.3.4.   IL-KUMPENS MOGĦTI LIL CORREOS GĦAT-TQASSIM TA' MATERJAL ELETTORALI

(47)

Il-Liġi Organika 5/1985 tad-19 ta' Ġunju 1985 dwar is-Sistema Elettorali Ġenerali (“LOREG”), u l-leġiżlazzjoni ta' implimentazzjoni tagħha, jirregolaw il-proċedura elettorali fi Spanja, u jirrikonoxxu d-dritt tal-vot kemm fiżikament kif ukoll b'vot postali.

(48)

L-Artikolu 22 tal-Liġi Postali tal-1998 u l-Artikolu 22(5) tal-Liġi Postali tal-2010 jipprevedu li l-Istat jista' jimponi ċerti obbligi fuq il-USP magħżul fil-qafas tal-proċessi elettorali. L-istess Artikolu 22(5) tal-Liġi Postali tal-2010 jipprevedi li “l-impożizzjoni ta' obbligi addizzjonali ta' servizz pubbliku għandha tiġi kkompensata”.

(49)

F'konformità mal-Ewwel Dispożizzjoni Addizzjonali tal-Liġi Postali tal-2010, Correos hija l-USP magħżul u hija fdata bl-obbligu li tipprovdi diversi servizzi fil-kuntest tal-elezzjonijiet differenti li jseħħu fi Spanja (jiġifieri elezzjonijiet Statali, reġjonali, Ewropej u muniċipali).

(50)

L-obbligi ta' servizz pubbliku ta' Correos fir-rigward tal-organizzazzjoni tal-proċessi elettorali fi Spanja jikkonċernaw dan li ġej:

(a)

It-trattament tal-voti bil-posta (fosthom li jiġu fornuti, aċċettati, mibgħuta u mqasssma b'posta ċertifikata u urġenti) fil-kuntest ta':

(1)

Voti bil-posta għall-eletturi residenti fi Spanja;

(2)

Voti bil-posta għall-votanti residenti assenti;

(3)

Voti bil-posta għall-votanti li jkunu barra mill-pajjiż temporanjament;

(4)

Voti bil-posta għall-persunal abbord;

(5)

Voti bil-posta għall-persunal tal-forzi armati jew f'sitwazzjonijiet eċċezzjonali marbuta mad-difiża nazzjonali; u

(6)

Voti bil-posta għall-priġunieri.

(b)

It-trattament ta' materjal elettorali bil-posta li jintbagħat mill-kandidati politiċi: L-ammissjoni u t-tqassim sussegwenti ta' oġġetti ta' propaganda elettorali maħruġa mill-kandidati politiċi għal prezz simboliku għal kull oġġett (EUR 0,006).

(c)

It-trattament ta' oġġetti postali oħrajn mibgħuta mill-Uffiċċju tar-Reġistru Elettorali (bħal karti ta' reġistrazzjoni tal-votanti, reġistri elettorali ta' referenza għall-kunsilli lokali, eċċ.)

(d)

Il-ġbir tad-dokumentazzjoni elettorali mill-kumitat tal-elezzjoni ladarba jispiċċa l-għadd tal-voti. Dan jinkludi l-ġbir, il-kustodja u l-kunsinja sussegwenti tal-envelop li jkun fih ir-rapport u d-dokumentazzjoni pertinenti għal kull kumitat, lill-bord elettorali pertinenti.

(51)

L-awtoritajiet Spanjoli spjegaw li meta wieħed jikkunsidra r-restrizzjonijiet tal-ħin relatati mal-proċess elettorali, Correos hija obbligata tipprijoritizza l-attivitajiet fil-premessa 50 meta mqabbel ma' attivitajiet postali oħrajn. L-għadd kbir ta' oġġetti li jridu jitqassmu, il-konċentrazzjoni kbira tagħhom fuq ftit jiem, u r-rekwiżiti li l-biċċa l-kbira tad-dokumenti jitqassmu personalment (fil-każ ta' posta ċertifikata, bħall-voti bil-posta) jfisser li jkunu meħtieġa sforzi addizzjonali sinifikanti. B'riżultat ta' dan, Correos trid issaħħaħ l-għadd ta' persunal tagħha u riżorsi oħra b'mod temporanju (pereż. trasport, sigurtà, eċċ.).

(52)

Correos irċeviet kumpensi (ara t-tabella 2) għall-obbligi differenti tagħha fir-rigward tal-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet sa mill-2004.

Tabella 2

Ammonti ta' kumpens mogħti lil Correos għall-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet

(EUR)

Sena

L-ambitu tal-elezzjoni

Kumpens għat-tqassim ta' materjal elettorali

2004

Nazzjonali

27 182 926

2005

Reġjonali

3 670 281

2006

Reġjonali

4 528 376

2007

Nazzjonali/Reġjonali

19 536 604

2008

Nazzjonali/Reġjonali

19 609 632

2009

Nazzjonali/Reġjonali

14 603 021

2010

Reġjonali

4 620 588

2011

Nazzjonali/Reġjonali

40 092 858

2012

Reġjonali

14 268 978

TOTAL

148 113 264

3.   IR-RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI FORMALI

(53)

Il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda l-proċedura ta' investigazzjoni formali minħabba dubji serji fir-rigward tal-kompatibbiltà ta' diversi miżuri li ttieħdu favur Correos sa mill-2004:

(a)

il-kumpensi tal-USO mogħtija lil Correos skont il-Liġi Postali tal-1998,

(b)

l-eżenzjoni mill-IBI u l-eżenzjoni parzjali mill-IAE,

(c)

it-tliet żidiet ta' kapital mogħtija fl-2004, fl-2005 u fl-2006,

(d)

u l-kumpens mogħti lil Correos għat-tqassim ta' materjal elettorali.

(54)

Notevolment il-Kummissjoni esprimiet id-dubji dwar:

(a)

il-livell ta' kumpens riċevut minn Correos għall-forniment tal-USO bejn l-2004 u l-2010 li, prima facie, qieset bħala għajnuna mill-Istat, u l-potenzjal ta' kumpens żejjed lill-operatur,

(b)

il-kompatibbiltà jew il-karatteristiċi tal-għajnuna eżistenti tal-eżenzjoni mill-IBI u l-eżenzjoni parzjali mill-IAE li, prima facie, qieset li t-tnejn li huma jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat.

(c)

il-konformità tal-injezzjoni ta' kapital mogħtija fl-2004, fl-2005 u fl-2006 mal-prinċipju tal-investitur f'ekonomija tas-suq (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “MEIP”).

(d)

il-kompatibbiltà jew il-karatteristiċi tal-għajnuna eżistenti tal-kumpens mogħti lil Correos għat-tqassim tal-materjal elettorali li, prima facie, qieset bħala għajnuna mill-Istat.

4.   IL-KUMMENTI MILL-ARTIJIET INTERESSATI

(55)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti minn żewġ partijiet interessati, jiġifieri l-benefiċjarju li allegatament ingħata miżuri ta' għajnuna - Correos - u parti terza oħra (minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-parti terza anonima”) li talbet biex l-identità tagħha tinżamm kunfidenzjali.

4.1.   IL-KUMMENTI TA' CORREOS

4.1.1.   IL-KUMPENS GĦALL-FORNIMENT TAL-USO MA JIKKOSTITWIXXIX GĦAJNUNA INKOMPATIBBLI MILL-ISTAT

(56)

Skont Correos, il-kumpens tal-USO mogħti lill-kumpanija għall-perjodu 2004-2010 ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat. B'mod partikolari, Correos tqis li l-kumpens ma jikkostitwixxix vantaġġ għaliex jissodisfa l-erba' kriterji stabbiliti fil-Kawża C-280/00 (“il-kriterji Altmark”) (8). Correos tikkontesta l-konklużjoni li ntlaħqet fid-deċiżjoni tal-ftuħ li kumpens tal-USO mhuwiex konformi mat-tielet u r-raba' kriterji Altmark.

(57)

Fir-rigward tat-tielet kriterju Altmark, Correos issostni li dan jirrekjedi li l-kumpens li jkun ingħata għall-forniment ta' servizz pubbliku ma jistax jiżboq il-kost nett, li hija d-differenza bejn il-kostijiet u d-dħul biż-żieda ta' profitt raġonevoli. Correos tqis li t-tielet kriterju Altmark huwa marbut intrinsikament mal-analiżi tal-kompatibbiltà tas-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, f'konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (“Il-Qafas tal-SGEI tal-2012”) (9). B'mod partikolari, Correos tisħaq li l-kumpens li rċeviet għall-forniment tal-USO huwa konformi mal-metodoloġija tal-Kost Nett Evitat (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “NAC”) li tinsab fil-paragrafu 27 tal-Qafas tal-SGEI tal-2012 u għaldaqstant jenħtieġ li titqies konformi mat-tielet kriterju Altmark.

(58)

Correos tispjega li l-metodoloġija Spanjola li ntużat sabiex jiġi stabbilit il-kumpens ta' Correos hija bbażata fuq ir-rapport li kien ikkummissjonat lill-kumpanija ta' konsulenza National Economic Research Associates mill-Kummissjoni (ir-rapport NERA) (10). Skont Correos, il-metodoloġija tal-kumpens misjuba fir-rapport NERA hija implimentazzjoni valida tal-metodoloġija tal-NAC.

(59)

Barra minn hekk, Correos tqis li l-issodisfar tat-tielet kriterju Altmark huwa kopert mill-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi. Skont Correos, permezz tal-pubblikazzjoni tar-rapport NERA, li rrikonoxxa l-metodoloġija tal-NAC bħala metodu validu għall-ikkalkolar tal-kumpens għall-forniment tal-USO, il-Kummissjoni ħolqot aspettattivi leġittimi.

(60)

Fl-opinjoni ta' Correos, għall-konformità mat-tielet kriterju Altmark huwa irrelevanti li l-metodoloġija tal-NAC ma kinitx bdiet tiġi implimentata qabel id-dħul fis-seħħ tal-Qafas tal-SGEI tal-2012.

(61)

Correos tikkunsidra wkoll li l-kumpensi tal-USO mogħtija lil Correos huma konformi mar-raba' kriterju Altmark. Fin-nuqqas ta' proċedura ta' akkwist pubbliku, il-livell ta' kumpens li ngħata jkun xieraq abbażi ta' analiżi tal-kostijiet, daqs li kienet tieħu impriża tipika li hija amministrata sew fl-istess settur, b'kunsiderazzjoni tad-dħul u l-profitt raġonevoli mit-twettiq tal-obbligu ta' servizz pubbliku.

(62)

Skont Correos, il-Frontier Economics Study ippreżentat minn Spajna juri li l-kostijiet imġarrba minn Correos huma anqas minn dawk imġarrba minn impriża tipika tas-settur pubbliku. Correos tikkontesta d-dubji murija mill-Kummissjoni fir-rigward tal-konklużjonijiet tar-rapport tal-Frontier Economics:

(a)

L-ewwel nett, fid-deċiżjonijiet tagħha dwar l-għajnuna mill-Istat il-Kummissjoni ma kkonkludietx li l-fornituri tal-USO fil-Greċja u fl-Italja ma kinux kostineffiċjenti u għaldaqstant l-inklużjoni ta' dawn l-operaturi postali fil-kampjun ta' kumpaniji kkunsidrati minn Frontier Economics biex juri l-kosteffiċjenza ta' Correos ma tistax titqies problematika.

(b)

It-tieni nett, il-fatt li l-Frontier Economics Study inkiteb a posteriori ma jkunx element sinifikanti fid-dawl tal-ġurisprudenza u l-prattika tal-Kummissjoni, li kienet taċċetta li tqis studji li nktibu a posteriori tal-adozzjoni ta' mizura fil-passat.

(c)

Fl-aħħar nett, il-fatt li l-metodu użat għall-ikkalkolar tal-kost nett tal-USO huwa bbażat fuq ir-rapport NERA maħruġ mill-Kummissjoni jikkontradixxi l-argument tal-Kummissjoni li l-metodoloġija tal-kalkolu tal-kost użata minn Spanja ma tqisx l-effiċjenza. Għaldaqstant il-metodu jeħtieġ li jitqies konformi mad-dritt tal-UE.

(63)

Correos tindika wkoll li jekk il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, jenħtieġ li titqies kompatibbli mas-suq intern f'konformità mal-Artikolu 106(2) tat-Trattat.

(64)

Correos ittenni li l-metodoloġija tal-kumpens użata mill-awtoritajiet Spanjoli u misjuba fir-rapport NERA hija implimentazzjoni valida tal-metodoloġija tal-NAC u jenħtieġ li tiġi aċċettata mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, Correos tikkunsidra li ma ngħatatx kumpens żejjed għall-forniment tal-USO għall-perjodu 2004-2010 għaliex il-kumpens ġie kkalkolat skont il-metodoloġija tal-NAC mingħajr ma ġie inkluż ebda profitt raġonevoli.

(65)

Jekk il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura tista' tinvolvi għajnuna inkompatibbli mill-Istat, Correos tinsisti li l-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra d-dividendi mħallsa lill-Istat matul il-perjodu 2004-2010 bħala tnaqqis mill-kumpens li ngħata lil Correos.

4.1.2.   L-EŻENZJONIJIET MIT-TAXXA FUQ IL-PROPRJETÀ IMMOBBLI (IBI) U MIT-TAXXA FUQ L-ATTIVITAJIET EKONOMIĊI (IAE)

(66)

Fir-rigward tal-eżenzjoni mit-taxxa IBI, Correos tispjega li jenħtieġ li dawn il-miżuri ma jiġux ivvalutati fl-isfond tal-Liġi Postali tal-1998 jew tal-Liġi Postali tal-2010, iżda b'referenza diretta għal-leġiżlazzjoni li tirregola kull taxxa.

(67)

Barra minn hekk, Correos tqis li l-miżura ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat għaliex mhijiex imputabbli għall-Istat. L-eżenzjoni mit-taxxa ma hija stipulata fl-ebda dispożizzjoni legali. Għadd żgħir ta' Amministrazzjonijiet tat-Taxxa lokali, kif ukoll għadd żgħir ta' Qrati lokali applikaw l-eżenzjoni mit-taxxa għal 94 uffiċċju ta' Correos minn 13 000. Fis-sentenza tas-7 ta' Ottubru 2013 il-Qorti Suprema Spanjola kkonkludiet li l-Artikolu 22(2) tal-Liġi Postali tal-2010 ma kienx jinkludi l-eżenzjoni mit-taxxa IBI.

(68)

Aktar minn hekk, Correos tqis li l-eżenzjoni mit-taxxa IBI ma tistax tiġi rkuprata billi hija res judicata. Skont il-ġurisprudenza tal-Qrati tal-Unjoni (11), jekk is-soluzzjoni ġudizzjarja finali tkun ivvalutat l-eżistenza tal-għajnuna mill-Istat, il-prinċipju ta' res judicata jenħtieġ li jiġi rrispettat. Correos tqis li s-sentenza tal-Qorti Suprema Spanjola tapplika d-Dritt tal-Unjoni u tirreferi għall-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat. Għaldaqstant, il-prinċipju ta' res judicata jenħtieġ li jiġi rrispettat u l-irkupru f'dan il-każ jenħtieġ li jiġi evitat.

(69)

Barra minn hekk, Correos tqis li l-prinċipju ta' res judicata jenħtieġ li jiġi kkunsidrat bħala l-Prinċipju Ġenerali tad-Dritt tal-Unjoni u dan il-prinċipju jenħtieġ li jiġi rrispettat meta l-irkupru jkun impossibbli minħabba l-eżistenza ta' sentenza finali f'każi fejn l-eżistenza tkun diġà ġiet determinata.

(70)

Fir-rigward tal-eżenzjoni mit-taxxa IAE, Correos tisħaq li l-eżenzjoni parzjali mit-taxxa IAE ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat. B'mod partikolari, Correos tistqarr li l-eżenzjoni parzjali mit-taxxa mhijiex selettiva għaliex hija ġustifikata mill-loġika tas-sistema tat-taxxa IAE. Skont Correos, in-natura jew il-loġika intrinsika tal-IAE hija l-impożizzjoni ta' taxxa fuq attivitajiet ekonomiċi bil-għan li tintervjeni fil-produzzjoni jew fid-distrubuzzjoni ta' oġġetti u servizzi. Correos hija impenjata f'attivitajiet ekonomiċi li jikkonsistu fil-produzzjoni ta' oġġetti u servizzi, iżda hija wkoll impenjata fil-forniment ta' servizzi pubbliċi bħall-USO, li ma jsegwux l-iskop ekonomiku ta' dawk li għadhom kemm issemmew. Għaldaqstant din tkun il-ġustifikazzjoni tal-eżenzjoni parzjali mit-taxxa IAE.

(71)

Aktar minn hekk, Correos tqis li l-eżenzjoni parzjali mit-taxxa IAE tikkostitwixxi għajnuna eżistenti. L-eżenzjoni mit-taxxa tal-IAE ilha fis-seħħ minn qabel l-adeżjoni ta' Spanja mal-KEE. L-hekk imsejħa Kwota ta' Liċenzja, li kienet modalità tat-Taxxa fuq l-Attivitajiet u l-Benefiċċji Kummerċjali u Industrijali, ġiet adottata bid-Digriet 3313/1966 tad-29 ta' Diċembru 1966. Il-Liġi 39/1988 tat-28 ta' Diċembru 1988 tissostitwixxi t-Taxxa fuq l-Attivitajiet u l-Benefiċċji Kummerċjali u Industrijali fil-modalità tagħha ta' Kwota ta' Liċenzja mal-IAE. Skont Correos, ma saret l-ebda modifika sostanzjali fl-avveniment taxxabbli mill-1966 lil hawn.

4.1.3.   L-INJEZZJONIJIET TA' KAPITAL FL-2004, FL-2005 U FL-2006

(72)

Correos tallega li l-injezzjonijiet ta' kapital li twettqu fl-2004, fl-2005 u fl-2006 huma konformi mal-MEIP u li dawn ma jagħtu l-ebda vantaġġ lil Correos.

(73)

Skont Correos, l-analiżi tal-investimenti li saru b'riżultat tal-injezzjonijiet ta' kapital bejn l-2004 u l-2006 juru li l-Istat Spanjol għamel l-injezzjonijiet ta' kapital fir-rwol tiegħu ta' azzjonist u li dawk l-investimenti setgħu saru minn investitur privat.

(74)

Correos issostni li l-injezzjonijiet ta' kapital jwieġbu għall-ħtieġa li Correos tagħmel investimenti li jmorru lil hinn mil-livell medju ta' investiment tal-kumpanija. L-għan tal-injezzjonijiet ta' kapital huwa ddikjarat fir-rapport dwar id-dehra ta' Correos quddiem il-Kongress tad-Deputati (“el Congreso de los Diputados”) tal-4 ta' Ottubru 2005. Ir-rapport jorbot l-injezzjonijiet ta' kapital mal-ħtieġa li jsiru investimenti ġodda fil-kumpanija. L-għan tal-injezzjonijiet ta' kapital kien li jitwettaq proċess ta' modernizzazzjoni fi ħdan Correos biex tiżdied l-effiċjenza u l-kwalità tas-servizzi mogħtija mill-kumpanija.

(75)

Corroes issostni li l-profitabbiltà tal-investiment turi li kwalunkwe investitur privat kien jagħmel investiment simili għaliex ir-rata ta' redditu interna tal-injezzjonijiet ta' kapital kienet ogħla mill-kost tal-kapital ta' Correos.

(76)

Barra minn hekk, Correos issostni li l-konformità mal-MEIP mhux neċessarjament tirrekjedi valutazzjoni preċiża tal-profitabbiltà ex-ante meta tiġi applikata għas-sitwazzjoni tal-azzjonisti ta' fornitur ta' SGEI bħall-USO. Tali azzjonist ikun meħtieġ li jqis l-obbligu li jingħata l-SGEI tal-kumpanija fil-kunsiderazzjonijiet tiegħu dwar jekk jagħmilx investiment jew le.

(77)

F'ċirkostanzi bħal dawn, ikun biżżejjed li jintwera, abbażi ta' evidenza oġettiva u verifikabbli, li investitur privat bl-istess obbligu ta' servizz pubbliku kien jaġixxi bl-istess mod.

(78)

Skont Correos din hija l-konklużjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi Chronopost I (12) u Chronopost II (13), fejn hija aċċettat li r-rata ta' redditu interna kkalkolata ex post kien mezz xieraq sabiex jiġi deċiż jekk l-injezzjoni ta' kapital kinitx konformi mal-MEIP.

4.1.4.   IL-KUMPENS GĦAT-TQASSIM TA' MATERJAL ELETTORALI

(79)

Correos issostni li t-tqassim ta' materjal elettorali ta' kandidati politiċi fil-kuntest tal-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet jenħtieġ li jitqies bħala parti mill-prerograttivi tal-Istat.

(80)

B'mod partikolari, Correos issostni li t-tqassim ta' materjal elettorali huwa funzjoni essenzjali tal-Istat għaliex huwa parti mis-sistema elettorali ġenerali, huwa relatat mar-rwol istituzzjonali tal-partiti politiċi, u għaliex fit-twettiq ta' din l-attività l-persunal ta' Correos jkun qiegħed jaġixxi fir-rwol ta' impjegati taċ-ċivil.

(81)

Għaldaqstant, skont Correos, minħabba l-għan, in-natura u r-regolamentzzjoni, it-tqassim ta' materjal elettorali mill-kandidati politiċi huwa marbut intrinsikament mal-eżerċitar tal-awtorità pubblika min-naħa tal-Istat. Għalhekk, din mhijiex attività ekonomika u jenħtieġ li Correos ma titqiesx bħala impriża skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

(82)

Anke li kieku l-Kummissjoni tqis li t-tqassim ta' materjal elettorali tal-kandidati politiċi huwa attività ekonomika, Correos tikkunsidra li dan ma jikkostitwixxix vantaġġ selettiv mogħti lil Correos. Din l-attività hija fdata f'idejn Correos mill-Istat għaliex hija l-unika operatur postali li kapaċi jipprovdi servizz bil-karatteristiċi u l-kwalità tas-servizz meħtieġa. Għaldaqstant, f'dak li għandu x'jaqsam mat-tqassim tal-materjal elettorali ta' kandidati politiċi, Correos mhijiex f'sitwazzjoni legali u fattwali li hija kumparabbli ma' kwalunkwe impriża oħra fis-settur postali.

(83)

Anke li kieku l-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, Correos issostni li l-miżura jenħtieġ li titqies bħala għajnuna eżistenti. L-eżistenza ta' tariffa mnaqqsa għall-kandidati politiċi biex jibagħtu l-materjal elettorali ilha fis-seħħ mill-1977, meta saru l-elezzjonijiet tal-15 ta' Ġunju 1977. L-elezzjonijiet tal-15 ta' Ġunju 1977 ġew organizzati bid-Digriet Irjali 20/1997 tat-18 ta' Marzu 1977, li għall-ewwel darba stabbilixxa tariffa speċjali għat-tqassim ta' materjal elettorali.

(84)

Correos tispjega li l-ammont eżatt tat-tariffa mnaqqsa (peseta waħda li hija ekwivalenti għal EUR 0,006) ġie rregolat ulterjorment f'ordni ministerjali tal-1977. Skont Correos, din it-tariffa mnaqqsa ilha fis-seħħ minn dakinhar. Fis-sentenza tat-2 ta' Ottubru 2006 (14), il-Qorti Suprema Spanjola kkonkludiet li t-tariffa mnaqqsa eżistenti fir-rigward tat-tqassim ta' materjal elettorali relatat ma' kandidati politiċi kienet tammonta għal peseta waħda (EUR 0,006).

(85)

Aktar tard id-Digriet Irjali 20/1977 ġie ssostitwit bil-Liġi Organika 5/1985 tad-19 ta' Ġunju 1985 dwar is-Sistema Elettorali Ġenerali (“LOREG”), li kienet tinkludi l-istess formulazzjoni rigward it-tariffi mnaqqsa għat-tqassim ta' materjal elettorali dwar kandidati politiċi.

(86)

Fil-każ li l-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, Correos tikkunsidra wkoll li jenħtieġ li tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern.

(87)

L-ewwel nett, il-miżuża inkwistjoni tikkostitwixxi servizz ġenwin ta' interess ekonomiku. Kemm l-Artikolu tal-Liġi Postali tal-1998 kif ukoll l-Artikolu 22(5) tal-Liġi Postali tal-2010 jirrikonoxxu li l-fornitur tal-USO jista' jiġi fdat bl-obbligi relatati mat-tqassim ta' materjal elettorali bil-għan li jissalvagwardja l-iżvilupp korrett tal-proċessi elettorali. Barra minn hekk, l-Artikolu 22(5) tal-Liġi Postali tal-2010 jirrikonoxxi li tali inkarigu jenħtieġ li jkun suġġett għal kumpens.

(88)

Correos tqis li l-miżura hija kompatibbli mad-Deċiżjoni tal-SGEI tal-2012 (15). Correos tispjega li d-Deċiżjoni tal-SGEI tal-2012 tkun applikabbli ladarba l-kumpens medju annwali mogħti lil Correos ikun anqas minn EUR 15-il miljun.

4.2.   IL-KUMMENTI MILL-PARTI TERZA ANONIMA

(89)

Il-parti terza anonima taqbel mal-konklużjonijiet preliminari li waslet għalihom il-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ fir-rigward tal-miżuri li ġejjin:

(a)

Il-kumpensi għall-forniment tal-USO mogħtija lil Correos.

(b)

L-eżenzjonijiet mit-taxxa fuq il-proprjetà immobbli (IBI) u mit-taxxa fuq l-attivitajiet ekonomiċi (IAE).

(c)

Iż-żidiet ta' kapital mogħtija lil Correos fl-2004, fl-2005 u fl-2006.

(d)

Il-kumpens mogħti lil Correos għat-tqassim ta' materjal elettorali.

(90)

Il-parti terza anonima taqbel ukkoll b'mod espliċitu li l-investigazzjoni li tinsab għaddejja jenħtieġ li tiffoka fuq il-miżuri elenkati fil-premessa 89.

(91)

Madankollu hija tiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għal diversi miżuri li ma ġewx indirizzati mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha tal-2016 u li fil-fehma tagħha jenħtieġ li jiġu vvalutati.

(92)

Skont il-parti terza anonima (16):

Bejn l-1998 u l-2003 Correos tkun irċeviet għajnuna mill-Istat li tammonta għal mill-anqas EUR 794 miljun;

Correos wirtet netwerk postali mingħajr ħlas li jinkludi 9 054 punt ta' servizz għall-konsumaturi li jirriżulta mill-forniment tal-USO u dan jagħti lil Correos vantaġġ kompetittiv fir-rigward tal-konsenja ta' pakketti li jiżnu sa 20 kg (17);

Correos tkun ibbenefikat minn xi drittijiet intanġibbli jew eklussivi bħall-kuntratti ffirmati bejn Correos u l-Amministrazzjoni Pubblika, id-dritt li tawtentika komunikazzjonijiet postali, id-dritt li tuża t-terminu “Spanja”, il-lokazzjoni ta' dominju pubbliku kif ukoll privileġġi doganali;

Correos tkun ibbenefikat minn kumpensi mogħtija mill-Istat sabiex tiffinanzja l-kampanji ta' reklamar u ta' komunikazzjoni tagħha;

Il-fatt li l-awtoritajiet Spanjoli jinsabu fil-korpi governattivi ta' Correos jagħti ċerti vantaġġi u privileġġi lil Correos. Wieħed mill-vantaġġi huwa li sal-lum Correos ma ġietx imġiegħla tapplika l-liġi fir-rigward tal-metodoliġija l-korretta dwar il-kumpens. Correos tkun irċeviet kumpens għall-perjodu 2011-2016 li jammonta għal madwar EUR 1,3 biljun, permezz tal-applikazzjoni tal-metodoloġija tal-kumpens li ġiet ikkontestata mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ (18);

Correos ma tkunx tapplika r-rati tal-VAT fuq ċerti servizzi postali li huma suġġetti għal arranġamenti negozjati individwali li jkunu jinvolvu għajnuna inkompatibbli mill-Istat;

Correos tkun wettqet żidiet ta' kapital f'Correos Express, li hija kumpanija sussidjarja tal-Group Correos, sabiex tkopri telf li jammonta għal madwar EUR 233 miljun li jkun jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat lil Correos Express;

Correos tuża politika ta' pprezzar predatorju li tirriżulta mill-għajnuna li tirċievi mill-Istat.

5.   IL-KUMMENTI TA' SPANJA

5.1.   IL-KUMMENTI TA' SPANJA DWAR ID-DEĊIŻJONI TAL-FTUĦ FL-2016

5.1.1.   IL-KUMPENS GĦALL-FORNIMENT TAL-USO MOGĦTIJA PERMEZZ TAL-LIĠI POSTALI TAL-1998

(93)

Spanja tqis li l-miżura ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat. B'mod partikolari, l-awtoritajiet Spanjoli jsostnu li l-miżura ma tagħti l-ebda vantaġġ ekonomiku lil Correos għaliex il-kumpensi tal-USO huma konformi mal-kriterji stabbiliti fis-sentenza Altmark (19). L-awtoritajiet Spanjoli spjegaw ukoll li l-miżura msemmija ma ġietx notifikata għaliex qiesu li kienet konformi mal-kriterji stabbiliti fis-sentenza Altmark.

(94)

L-awtoritajiet Spanjoli jsostnu li l-miżura tissodisfa t-tielet kundizzjoni Altmark, li tirrekjedi li l-kumpens tal-USO ma jkunx jaqbeż il-kost nett (jiġifieri l-kostijiet li minnhom jitnaqqas id-dħul rilevanti filwaqt li jiżdied profitt raġonevoli) tal-obbligu ta' servizz pubbliku. Spanja ssostni li hija implimentat metodoloġija ta' kumpens valida li tikkorrispondi mal-metodoloġija tal-kost nett evitat preskritt mid-Direttiva 2008/6/KE. L-awtoritajiet Spanjoli jagħmlu l-argument li l-metodoloġija li użaw irriżultat mir-rapport NERA, li kien ikkummissjonat lill-kumpanija ta' konsulenza National Economic Research Associates min-naħa tal-Kummissjoni. Skont Spanja, il-metodoloġija tal-kumpens misjuba fir-rapport NERA hija implimentazzjoni valida tal-metodoloġija tal-NAC. Il-Kummissjoni tiżbalja meta tassumi li l-kumpens żejjed, inkluż fil-kuntest Altmark, jista' jiġi kkalkolat permezz tal-metodoloġija tal-kontabbiltà tal-kost, li twassal għall-konklużjoni li fil-perjodu 2004-2010 Correos qabżet dak li jista' jiġi kkunsidrat bħala neċessarju biex ikopri l-kostijiet kollha, jew parti minnhom, li ġew imġarrba fit-twettiq tal-USO.

(95)

L-awtoritajiet Spanjoli jsostnu wkoll li l-miżura hija konformi mar-raba' kriterju Altmark. Ir-raba' kriterju Altmark jirrekjedi li fin-nuqqas ta' proċedura ta' akkwist pubbliku, il-livell ta' kumpens li ngħata jkun xieraq abbażi ta' analiżi tal-kostijiet, daqs li kienet tieħu impriża tipika li hija amministrata sew u mogħnija adegwatament fl-istess settur, b'kunsiderazzjoni tad-dħul u l-profitt raġonevoli fit-twettiq tal-obbligu ta' servizz pubbliku. Skont l-awtoritajiet Spanjoli, il-paragun jista' jsir biss ma' impriżi fl-istess settur, f'dan il-każ, is-settur postali. Spanja tikkontesta d-dubji tal-Kummissjoni dwar il-konklużjonijiet milħuqa fir-rapport ta' Frontier Economics li sostna li l-miżura kienet konformi mar-raba' kriterju Altmark. Skont Spanja, il-Kummissjoni ma wriet fl-ebda deċiżjoni minn tagħha li l-operaturi mill-Greċja u mill-Italja kienu ineffiċjenti. Barra minn hekk, Spanja tqis li għall-konformità mar-raba' kriterju Altmark mhuwiex rilevanti li l-istudju sar ex-post. F'deċiżjonijiet preċedenti tagħha l-Kummissjoni ma qisitx li studju ex-post jikkostitwixxi ostaklu sabiex jiġi aċċettat ir-raba' kriterju Altmark. B'mod partikolari, Spanja tirreferi għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar Poste Italiane (20). Barra minn hekk, skont Spanja, il-każistika stabbilita aċċetat rapporti li saru ex-post. B'mod partikolari Spanja tirreferi għall-kawża Chronopost-La Poste (21), fejn il-Qorti Ġenerali aċċettat rapport miktub ex-post.

(96)

L-awtoritajiet Spanjoli jqisu li jekk il-miżura tiġi kwalifikata bħala għajnuna mill-Istat, jenħtieġ li tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 106(2) tat-Trattat. B'mod partikolari Spanja tqis li l-miżura hija konformi mal-kriterji ta' kompatibbiltà tal-Qafas tal-SGEI tal-2012.

(97)

L-awtoritajiet Spanjoli jikkontestaw id-dubji tal-Kummissjoni dwar il-kompletezza tal-att ta' inkarigu li jispeċifika l-obbligi ta' servizzi pubbliku u metodi għall-ikkalkolar tal-kumpens. Skont l-awtoritajiet Spanjoli, l-att ta' inkarigu jista' jiġi ikkostitwit minn att legali vinkolanti wieħed jew diversi. L-Istat Membru huwa ħieles li jagħżel is-sura speċifika tal-att ta' inkarigu. Barra minn hekk, ma jkunx neċessarju li dan jinkludi referenza speċifika għat-terminu “att ta' inkarigu”. B'mod partikolari, l-awtoritajiet Spanjoli jqisu li l-miżura hija konformi mar-rekwiżit tal-paragrafu 16(e) tal-Qafas tal-SGEI tal-2012, li jistipula li l-att ta' inkarigu jenħtieġ li jinkludi l-arranġamenti għall-evitar u l-irkupru ta' kumpens żejjed. Dan intwera mill-fatt li l-kumpens eċċessiv mogħti fl-2005 ġie rkuprat sussegwentement fis-snin ta' wara.

(98)

Fir-rigward tal-possibbiltà li jintuża l-kost nett evitat bħala l-metodoloġija għall-ikkalkolar tal-kumpens, l-awtoritajiet Spanjoli jsostnu li l-paragrafu 69 tal-Qafas tal-SGEI tal-2012 ma jistabbilixxi l-ebda obbligu biex tiġi applikata l-metodoloġija tal-kost nett evitat; ma jipprojbixxix l-Istati Membri milli jużaw din il-metodoloġija. Barra minn hekk, il-paragrafu 184 tal-Gwida għall-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, l-akkwist pubbliku u s-suq intern tas-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, u b'mod partikolari għas-servizzi soċjali ta' interess ġenerali (22) jiċċara li l-għan tan-nuqqas ta' applikabbiltà tal-metodoloġija tal-NAC stabbilita fil-paragrafu 69 tal-Qafas tal-SGEI tal-2012 huwa li ma jitpoġġiex piż żejjed fuq l-Istat Membru b'rabta ma' dawk il-miżuri li kienu jeżistu qabel ma daħal l-obbligu li tintuża l-metodoloġija tal-NAC. Għaldaqstant, l-awtoritajiet Spanjoli jqisu li l-metodoloġija tal-NAC, kif ġiet implimentata minn Spanja, hija waħda valida u li tista' tintuża legalment għall-ikkalkolar għall-kumpens mogħtiqabel l-2012.

(99)

Kif inhu spjegat fil-premessa 94, l-awtoritajiet Spanjoli jqisu li l-metodoloġija Spanjola għall-ikkalkolar tal-kumpens tal-forniment tal-USO, u li kienet ibbażata fuq ir-rapport NERA, hija ekwivalenti għall-metodoloġija tal-kost nett evitat. L-awtoritajiet Spanjoli jqisu li f'dan ir-rigward huwa irrelevanti li l-metodoloġija Spanjola ma fihiex inċentivi ta' effiċjenza u benefiċċji intanġibbli ladarba dawn iż-żewġ kriterji ma kinux jeżistu meta Spanja implimentat din il-metodolġija. Dawn il-kriterji ġew introdotti aktar tard bid-Direttiva 2008/6/KE u mill-Qafas tal-SGEI tal-2012.

(100)

L-awtoritajiet Spanjoli kkontestaw il-metodoloġija u l-kriterji applikati mill-Kummissjoni fir-rigward tal-profitt raġonevoli fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ tal-2016. L-awtoritajiet Spanjoli jsostnu li jenħtieġ li ma jkunx hemm parametru referenzjarju tal-profitt raġonevoli fil-konfront tal-operaturi postali kollha u li jenħtieġ li dan jiġi vvalutat każ b'każ. Il-parametru referenzjarju tal-profitt raġonevoli applikat mill-Kummisjsoni fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-bpost tal-25 ta' Jannar 2012 (23) ma tistax titqies bħala referenza għall-operaturi postali l-oħra. L-ewwel nett, il-każ tal-bpost huwa konsiderevolment differenti mis-sitwazzjoni ta' Correos, sa fejn il-każ tal-bpost ma kienx jirrigwarda l-forniment tal-USO, iżda SGEI oħrajn. It-tieni nett, il-Kummissjoni ma applikatx il-parametru referenzjarju tal-profitt raġonevoli stabbilit fid-Deċiżjoni dwar il-bpost b'mod konsistenti għaliex ippermettiet parametri referenzjarji ogħla f'deċiżjonijiet oħrajn tagħha (24).

5.1.2.   L-EŻENZJONI MIT-TAXXA FUQ IL-PROPRJETÀ IMMOBBLI (IBI) U MIT-TAXXA FUQ L-ATTIVITAJIET EKONOMIĊI (IAE)

(101)

Fir-rigward tal-eżenzjoni mit-taxxa tal-IBI, l-awtoritajiet Spanjoli spjegaw li l-Liġi Postali tal-1998 u l-Liġi Postali tal-2010 ma eżentawx lil Correos mill-IBI. Madankollu, fl-interpretazzjoni tagħhom tad-dispożizzjonijiet tal-Liġi Postali tal-1998 u l-Liġi Postali tal-2010, ċerti qrati Spanjoli kkunsidraw li l-eżenzjoni mit-taxxa tal-IBI kienet applikabbli għal Correos. L-awtoritajiet Spanjoli spjegaw li l-eżenzjoni mit-taxxa ġiet applikata f'okkażjonijiet limitati ferm. Fil-fatt, ġiet applikata effettivament f'94 uffiċċju mit-13 000 li għandha Correos.

(102)

L-awtoritajiet Spanjoli qiesu li l-eżenzjonijiet mit-taxxa ma jistgħux ikunu imputabbli għall-Istat għaliex dawn jidderivaw mill-Qrati Spanjoli li ddeċidew favur ir-rifużjoni lil Correos tat-taxxi tal-IBI li l-kumpanija kienet ħallset qabel.

(103)

Fir-rigward tal-eżenzjoni mit-taxxa tal-IAE, l-awtoritajiet Spanjoli qiesu li l-eżenzjoni mit-taxxa tal-IAE jenħtieġ li titqies bħala għajnuna eżistenti. L-eżenzjoni mit-taxxa tal-IAE ilha fis-seħħ minn qabel l-adeżjoni ta' Spanja mal-KEE. Skont l-awtoritajiet Spanjoli, l-eżenzjoni mit-taxxa tal-IAE tmur lura għall-1966 meta t-taxxa fuq l-Attivitajiet u l-Benefiċċju Kummerċjali u Industrijali ġiet adottata bid-digriet 3313/1966 tad-29 ta' Diċembru 1966. Il-Liġi 39/1988 tat-28 ta' Diċembru 1988 issostitwixxiet it-Taxxa fuq l-Attivitajiet u l-Benefiċċji Kummerċjali u Industrijali fil-modalità tagħha ta' Kwota ta' Liċenzja mat-Taxxa fuq l-Attivitajiet Ekonomiċ (IAE). Skont Spanja, din it-taxxa ma nbidlitx b'mod sinifikanti mill-1966 minkejja l-fatt li Correos kienet tgawdi minn eżenzjoni sħiħa meta kienet korp amministrattiv minħabba fin-natura tagħha.

5.1.3.   L-INJEZZJONIJIET TA' KAPITAL FL-2004, FL-2005 U FL-2006

(104)

L-awtoritajiet Spanjoli qiesu li l-injezzjonijiet ta' kapital li saru fl-2004, fl-2005 u fl-2006 ma jinvolvux għajnuna mill-Istat għaliex huma konformi mal-MEIP.

(105)

Huma jenfasizzaw li l-injezzjonijiet ta' kapital kienu ppreċeduti minn evalwazzjonijiet ekonomiċi ex ante, kumparabbli ma' dawk li kien jagħmel kull investitur privat. L-injezzjonijiet ta' kapital kienu previsti fil-pjanijiet ta' azzjoni pluriennali approvati mill-Istat fir-rwol tiegħu ta' azzjonist u kienu inklużi fil-Baġits Ġenerali tal-Istat, li min-naħa tagħhom irriflettewhom fil-pjanijiet strateġiċi tal-kumpanija li tfasslu biex jespandu n-negozju tagħha f'oqsma bi prospetti aħjar u biex tittejjeb l-effiċjenza tagħha, fil-kuntest ta' tnaqqis sinfikanti fir-ritmu tas-suq postali.

(106)

Speċifikament, il-pjanijiet strateġiċi għall-perjodu 2001-2006 daħħlu fis-seħħ azzjonijiet bil-għan li jikkompletaw il-proċess ta' modernizzazzjoni tal-impriża sabiex jintlaħqu l-objettivi li ġejjin:

(a)

L-iżgurar tas-sostenibbiltà futura tan-negozju postali permezz tat-titjib tal-effiċjenza, il-promozzjoni tal-linji ta' negozju bl-akbar valur miżjud;

(b)

It-tisħiħ tan-negozji bl-aħjar prospetti ta' tkabbir fuq terminu medju;

(c)

Il-promozzjoni tal-iżvilupp teknoloġiku għall-ġestjoni ta' bażijiet tad-data, “mailroom”, eċċ.

(d)

Il-modernizzazzjoni tal-ġestjoni u l-mudell organizzattiv ta' Correos u l-adattament tiegħu għall-kuntest tas-suq.

(107)

Skont l-awtoritajiet Spanjoli, il-ksib ta' dawn l-għanijiet kollha fissru li l-kumpanija kellha tiġi mogħnija b'riżorsi addizzjonali sabiex tagħmel l-investimenti meħtieġa. Wara li analizza l-istrateġija tal-impriża, l-azzjonist iddeċieda li jagħti tliet żidiet ta' kapital li kienu jammontaw għal EUR 48,08 miljun, b'kull waħda miż-żidiet tlaħħaq is-EUR 16,027-il miljun, li kellhom jiġu applikati fis-snin finanzjarji 2004, 2005 u 2006. Dik iż-żieda ta' kapital kienet meqjusa bħala element ewlieni fil-ksib tal-previżjonijiet tal-proporzjoni tal-profitabbiltà fil-pjanijiet ta' azzjoni tal-kumpanija u rriflettiet l-evalwazzjonijiet li saru mill-azzjonist waħdieni. Fil-verità iż-żidiet ta' kapital kienu mġiegħla mill-ħtieġa tal-kumpanija li tagħmel investimenti li kienu ta' natura “inkrementali” jew addizzjonali għal dawk li kienet tagħmel normalment il-kumpanija.

(108)

L-awtoritajiet Spanjoli sostnew ukoll li l-evalwazzjoni kienet inkorporata fil-qafas ta' prospetti u riżultati kummerċjali assoċjati maż-żieda ta' kapital, li tfasslu fuq perspettiva ta' ħames snin, meqjusa bħala perjodu raġonevoli sabiex tkun tista' ssir valutazzjoni dwar jekk id-deċiżjonijiet ta' investiment kummerċjali jkunux sodisfaċenti. Dawn il-projezzjonijiet ġew riflessi fil-pjanijiet ta' azzjoni pluriennali (MAPs), li min-naħa tagħhom ġew inkorporati fil-Baġits Ġenerali tal-Istat. Il-MAP approvat fis-sena finanzjarja tal-2004 wera tkabbir ta' 3,6 % fil-fatturat annwali u titjib fil-profitti netti bi profitti medji ta' madwar 5 % kull sena, meta mqabbel ma' xenarju statiku b'ebda żieda ta' kapital. Dawn ir-riżultati nkisbu abbażi tal-istess għadd ta' żborżi ta' kapital fl-2004, fl-2005, u fl-2006, li għaldaqstant ippermettew l-implimentazzjoni tal-linji ta' azzjoni previsti fil-pjanijiet strateġiċi f'dak li għandu x'jaqsam mal-investiment.

(109)

Il-previżjonijiet inklużi fil-MAP u inkorporati fil-Baġit Ġenerali tal-Istat kienu jkunu komparabbli bis-sħiħ ma' dawk ta' investitur privat f'ekonomija orjentata lejn is-suq. Huma l-bażi li fuqhom l-Istat, fir-rwol tiegħu ta' azzjonist, iddependa meta ddeċieda li jagħti tliet żidiet fil-kapital tal-ishma tal-kumpanija li flimkien kienu jammontaw għal EUR 48 081 000.

(110)

Dawn il-previżjonijiet li saru ex ante jidhru fit-tabella 3.

Tabella 3

MAP tal-2004

 

2005

2006

2007

2008

Fatturat nett (Eluf ta' EUR)

1 897 475

1 975 031

2 047 873

2 115 371

Tkabbir tal-fatturat

3,4 %

4 %

3,6 %

3,2 %

Profitt jew telf nett għas-sena finanzjarja (Eluf ta' EUR)

78 092

97 214

106 038

113 403

Profitt nett previst

4,1 %

4,9 %

5,1 %

5,3 %

(111)

L-awtoritajiet Spanjoli spjegaw li l-MAPs huma analiżi ex ante tajba tal-projezzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji. Il-previżjonijiet li hemm fihom jixhdu livelli ta' redditu ekwivalenti għal dawk li jkun qiegħed jistenna investitur privat, bl-effett li d-deċiżjoni li jiżdied il-kapital tal-ishma biex il-kumpanija tkun tista' tagħmel l-investiment meħtieġ biex jinksibu l-profitti previsti hija ġustifikata bis-sħiħ. Skont l-awtoritajiet Spanjoli, dawk il-marġni ta' redditu kienu jwasslu sabiex anke investitur privat kien jieħu deċiżjoni simili.

(112)

Spanja tindika li hija ħadet id-deċiżjoni li żżid il-kapital tal-ishma u tiżborża EUR 16,027 miljun fit-13 ta' Diċembru 2004, abbażi tal-MAP għas-sena finanzjarja tal-2004 li tinkludi l-projezzjonijiet finanzjarji favorevoli murija fit-Tabella 1. Bl-istess mod, l-azzjonist ħa d-deċiżjonijiet dwar iż-żidiet suċċessivi fil-5 ta' Diċembru 2005 u fid-29 ta' Diċembru 2006 rispettivament, fejn dan sar ukoll fuq il-bażi tal-MAPs korrispondenti. Spanja indikat ukoll li l-evoluzzjoni reali tal-parametri użati fl-MAPs tjiebet b'mod ċar, kif muri fit-tabella 4.

Tabella 4

Riżultati reali

 

2005

2006

2007

2008

Fatturat nett (Eluf ta' EUR)

1 940 000

2 014 400

2 106 600

2 141 000

Profitt jew telf nett għas-sena finanzjarja

9,1 %

7 %

4,9 %

3,6 %

Profitt nett

4,3 %

9,1 %

7 %

4,9 %

(113)

Biex jissupplimentaw dan ta' hawn fuq, l-awtoritajiet Spanjoli pprovdew ukoll test ta' investitur privat imwettaq ex-post min Ernst & Young, li jikkonkludi li r-Rata ta' Redditu Interna (minn hawn 'il quddiem “RR”) taż-żidiet fil-kapital eżaminati kienet ta' 9,29 %, u l-kost fis-suq tal-kapital ta' dak l-investiment kien ta' 7,87 % fiż-żmien meta sar l-investiment.

(114)

F'dan ir-rigward, l-awtoritajiet Spanjoli jikkunsidraw li r-rimarki magħmula mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ tal-2016, abbażi tal-Kawża il-Kummissjoni vs EDF (25), dwar il-ħtieġa li titwettaq analiżi tal-profitabbiltà qabel l-investiment inkwistjoni, jonqsu milli jqisu li twettqet evalwazzjoni ekonomika ex ante, fejn it-test tal-investitur privat inkluż fir-rapport iservi ta' evidenza supplimentari għar-ratifika tal-validità tal-MEIP użat.

(115)

L-awtoritajiet Spanjoli jikkontestaw b'mod aktar fundamentali r-rilevanza tas-sentenza tal-Kummissjoni vs EDF fil-każ attwali għax EDF kienet qed topera skont il-kundizzjonijiet normali tas-suq filwaqt li Correos ingħatat l-USO. L-awtoritajiet Spanjoli jargumentaw li meta jiġu analizzati l-miżuri adottati fir-rigward ta' impriża pubblika li topera f'settur b'USO, l-analiżi tal-profitabbiltà ex post ma tistax titqies invalida, peress li l-għoti tas-servizz ekonomiku ġenerali m'huwiex regolat b'loġika strettament kummerċjali, u jeħtieġ li f'dak il-każ titqies id-data oġġettiva u verifikabbli disponibbli kollha.

(116)

Skont din il-loġika, l-awtoritajiet Spanjoli jqisu li ġurisprudenza aktar relevanti hija dik tal-każijiet Chronopost I (26) u Chronopost II (27), li fihom il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea approvat l-analiżi magħmula mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni 98/365 (28), fiż-żewġ sentenzi li tat bħala riżultat tal-appelli korrispondenti kontra din id-deċiżjoni. F'din id-deċiżjoni msemmija, il-Kummissjoni vvalutat jekk l-imġiba tal-operatur postali Franċiż (La Poste) bħala azzjonist ta' SFMI-Chronopost, kinitx ġustifikata f'termini kummerċjali f'konformità mal-kriterji ta' investitur privat tal-ekonomija tas-suq u kienet qabblet l-IRR tal-injezzjonijiet ta' kapital magħmula mill-Istat favur La Poste mal-kost tal-ekwità tiegħu fuq bażi ex-post.

(117)

Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Spanjoli spjegaw li jekk il-Kummissjoni tistma li l-injezzjonijiet ta' kapital ma jissodisfawx l-MEIP, jenħtieġ li dawn jiġu kkunsidrati fl-isfond tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat peress li jirrappreżentaw riżorsi ddedikati biex ikopru s-servizz pubbliku, u ma huma taħt l-ebda ċirkostanza għajnuna operatorja, la skont id-destinazzjoni tal-fondi u lanqas min-natura tagħhom.

5.1.4.   IT-TQASSIM TA' MATERJAL ELETTORALI DWAR KANDIDATI POLITIĊI

(118)

L-awtoritajiet Spanjoli jqisu li t-tqassim tal-materjal elettorali minn Correos ma jikkostitwixxix Għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. L-attivitajiet kollha mwettqa minn Correos fil-kuntest tal-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet, u b'mod partikolari d-distribuzzjoni tal-propaganda elettorali rigward il-kandidati poliċiti, mhumiex attivitajiet ekonomiċi peress li dawn jikkostitwixxu prerogattiva tal-Istat.

(119)

B'mod partikolari, fir-rigward tat-tqassim tal-propaganda elettorali tal-kandidati politiċi, l-awtoritajiet Spanjoli jikkontestaw il-konklużjonijiet milħuqa fid-deċiżjoni ta' ftuħ li l-miżura tikkostitwixxi attività eknonomika. L-awtoritajiet Spanjoli jsostnu li l-Istat ma introduċa ebda mekkaniżmu tas-suq biex jiżgura li l-votanti jirċievu propaganda elettorali tal-kandidati politiċi. Il-proċedura elettorali hija komposta minn għadd ta' attivitajiet, kollha kemm huma meħtieġa u interkonnessi, li għandhom l-għan li jiżguraw id-dritt fundamentali tal-votazzjoni. Għalhekk, din l-attività għandha titqies bħala prerogattiva tal-Istat.

(120)

L-awtoritajiet Spanjoli jikkunsidraw li jekk il-miżura titqies bħala għajnuna, din hija għajnuna eżistenti peress li għandha data li tmur lura għal qabel l-adeżjoni ta' Spanja mal-Komunità Ekonomika Ewropea fl-1986. Il-kumpens mogħti lil kandidati elettorali għad-distribuzzjoni ta' materjal elettorali ilu fis-seħħ mill-1977 mingħajr ma għadda minn ebda modifika sostanzjali. L-Artikolu 44(3) tad-Digriet Amministrattiv 20/1977 tal-18 ta' Marzu 1977 dwar Dispożizzjonijiet Elettorali stabbilixxa li l-Ordni Ministerjali se jistabbilixxi tariffi postali speċjali li għandhom jiġu applikati għal materjal elettorali mibgħut mill-kandidati politiċi. L-Ordni Ministerjali tat-3 ta' Marzu 1977 u l-Ordni Ministerjali tal-4 ta' Mejju 1977 stabbilew tariffa fissa ta' peseta għal ittri sa 50 gramma, li baqgħet l-istess minn dak iż-żmien.

(121)

L-Artikolu 59 tal-Liġi Organika 5/1985 tad-19 ta' Ġunju 1985 dwar is-Sistema Elettorali Ġenerali tenna l-obbligu li permezz ta' Ordni Ministerjali, tiġi stabbilita tariffa speċjali li għandha tintalab lil kandidati politiċi biex jibagħtu materjal elettorali. L-Artikolu 1 tal-Ordni Ministerjali tat-13 ta' Ottubru 1985 iddikjara li t-tariffi speċjali tal-Ordni Ministerjali tat-3 ta' Mejju 1977 kienu għadhom applikabbli. Aktar tard, l-Artikolu 1 tal-Ordni Ministerjali tat-30 ta' April 1986 stabbilixxa li t-tariffi speċjali stipulati fl-Artikolu 1 tal-Ordni Ministerjali tat-30 ta' Ottubru 1985 kienu għadhom applikabbli, jiġifieri, it-tariffi speċjali tal-Ordni Ministerjali tat-3 ta' Mejju 1977. L-Artikolu 12 tad-Digriet Amministrattiv 605/1999 tas-6 ta' April 1999 u l-Liġijiet Postali tal-1998 u l-2010 ma biddlux it-tariffa speċjali applikabbli għall-kandidati politiċi, li attwalment hija stabbilita fl-Artikolu 59 tal-Liġi Organika 5/1985 tad-19 ta' Ġunju 1985 dwar is-Sistema Elettorali Ġenerali u li tirreferi għat-tariffi speċjali stabbiliti fl-Ordni Ministerjali tat-3 ta' Marzu 1977.

(122)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Spanjoli jallegaw li jekk il-miżura għandha tiġi kkunsidrata bħala għajnuna mill-Istat, jenħtieġ li tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 106(2) tat-Trattat.

(123)

Minħabba l-perjodu ta' preskrizzjoni ta' 10 snin previst fid-deċiżjoni tal-ftuħ (l-14 ta' Frar 2004 - l-14 ta' Frar 2014), l-awtoritajiet Spanjoli jallegaw li l-perjodu taħt skrutinju għandu jkun 2004-2012 peress li fl-2013 ma kien hemm l-ebda elezzjoni.

(124)

L-għoti ta' servizz ta' interess ekonomiku ġenerali matul il-perjodu 2004-2011 ġie stipulat fl-Ordnijiet Ministerjali, li inkludew il-kontenut, l-ambitu u d-durata tal-obbligu tas-servizz pubbliku. L-għoti tas-servizz ta' interess ekonomiku ġenerali lil Correos matul is-snin 2011 u 2012 ġie stipulat fil-Ftehim tal-Kunsill tal-Ministri għal kull elezzjoni. Dawn il-Ftehimiet jindikaw in-natura, il-kontenut, l-ambitu u d-durata tas-servizz ta' interess ekonomiku ġenerali. Barra minn hekk, it-tabella 5 turi li, fi kwalunkwe każ, il-kumpens totali li Correos irċeviet għall-konsenja tal-materjal tal-elezzjoni matul l-elezzjonijiet miżmuma mill-2004 sal-2012 ma qabiżx l-ispejjeż sostnuti.

Tabella 5

Kumpens nieqes għal Correos għall-konsenja ta' materjal elettorali

(EUR)

Sena

Elezzjoni ambitu

Kostijiet totali

Dħul EUR 0,006 għal kull oġġett

Kumpens għat-tqassim tal-materjal tal-elezzjoni

Dħul + kumpens kostijiet totali

2004

Nazzjonali

[…] (*1)

[…]

27 182 926

[…]

2005

Reġjonali

[…]

[…]

3 670 281

[…]

2006

Reġjonali

[…]

[…]

4 528 376

[…]

2007

Nazzjonali/Reġjonali

[…]

[…]

19 536 604

[…]

2008

Nazzjonali/Reġjonali

[…]

[…]

19 609 632

[…]

2009

Nazzjonali/Reġjonali

[…]

[…]

14 603 021

[…]

2010

Reġjonali

[…]

[…]

4 620 588

[…]

2011

Nazzjonali/Reġjonali

[…]

[…]

40 092 858

[…]

2012

Reġjonali

[…]

[…]

14 268 978

[…]

2013

M/A

[…]

[…]

 

[…]

TOTAL

[…]

[…]

148 113 264

[…]

5.2.   IL-KUMMENT TA' SPANJA DWAR IL-KUMMENTI MINN PARTIJIET TERZI

(125)

L-ewwel nett, l-awtoritajiet Spanjoli jindikaw li l-ilmentatur li l-ittra tiegħu tat lok għal dawn il-proċedimenti ma ppreżenta l-ebda osservazzjoni dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ tal-2016. L-awtoritajiet Spanjoli jinnotaw li l-uniċi partijiet terzi li ppreżentaw l-osservazzjonijiet huma Correos y Telégrafos, S.A. u parti anonima li tirrappreżenta s-settur tal-konsenja tal-pakketti, skont kif jista' jinftiehem mill-kontenut tal-kummenti li saru.

5.2.1.   L-OSSERVAZZJONIJIET DWAR IL-KUMMENTI MRESSQA MILL-PARTI TERZA ANONIMA

(126)

L-awtoritajiet Spanjoli jirreferu għall-kummenti tagħhom li saru dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ tal-2016 dwar għadd ta' kwistjonijiet li għalihom il-parti terza anonima ma pprovdiet ebda argument addizzjonali speċifiku.

(127)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Spanjoli jipprovdu xi kummenti addizzjonali dwar il-kwistjonijiet li ġejjin.

5.2.1.1.    L-estensjoni taż-żmien tal-investigazzjoni

(128)

L-awtoritajiet Spanjoli jikkunsidraw li t-talba sabiex l-investigazzjoni tiġi estiża għall-perjodu preskritt hija inammissibbli u inkonsistenti peress li, skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni tissottometti biss miżuri li jqajmu dubji serji ta' kompatibbiltà għall-proċedura ta' investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) tat-Trattat, sakemm dawn il-miżuri jkunu twettqu barra l-perjodu ta' limitazzjoni ta' għaxar snin. L-awtoritajiet Spanjoli jinnotaw ukoll li l-parti interessata anonima rrikonoxxiet dan il-punt legali fil-kummenti tagħha stess li jgħidu li “Huwa ċar li dawn l-ammonti ma jistgħux ikunu s-suġġett ta' proċedura ta' investigazzjoni, peress li l-perjodu ta' limitazzjoni taż-żmien għar-rieżami skada”.

(129)

L-awtoritajiet Spanjoli jqisu wkoll li t-talba biex l-investigazzjoni tiġi estiża għall-perjodu wara l-2010 mhijiex ġustifikata peress li l-Istat Spanjol illimita ruħu li jagħmel pagamenti bil-quddiem mill-Baġit Ġenerali tal-Istat li se jiġu aġġustati ladarba jiġi ddeterminat il-kost nett, wara li jkun ġie notifikat il-Plan de Prestación ġdid u l-Kummissjoni Ewropea tkun tat opinjoni dwaru.

(130)

L-awtoritajiet Spanjoli jikkunsidraw li l-parti terza impliċitament tirrikonoxxi li l-kost nett ma jistax jiġi ddeterminat sakemm il-Plan de Prestación ġdid ma jkunx ġie adottat għax fil-kummenti tagħha tirreferi għan-noti fil-kontijiet annwali ta' Correos għall-2014 li jiddikjaraw: “Riżoluzzjoni mis-CNMC (29) dwar kalkolu tal-kost nett tal-UPS fl-2011, 2012 u 2013 differenti mill-kalkolu tal-Baġit Ġenerali tal-Istat, jista' possibilment ikollha impatt fuq l-ammonti mdaħħla fil-kontijiet. Ma jkunx possibbli li jiġi kkalkolat dan l-impatt finali sad-dħul fis-seħħ tal-Plan de Prestación il-ġdid, li se jistabbilixxi l-metodoloġija u l-komponenti għall-kalkolu tal-kost nett”.

5.2.1.2.    Il-vantaġġi allegati relatati mal-eżenzjoni tal-VAT

(131)

Fir-rigward tal-eżenzjoni tal-VAT, l-awtoritajiet Spanjoli jispjegaw li din hija stipulata fil-leġiżlazzjoni Spanjola f'konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-UE li tirregola din il-kwistjoni. L-awtoritajiet Spanjoli jispjegaw ukoll li l-kundizzjoni ta' imputabbiltà ma tkunx sodisfatta jekk miżura nazzjonali tittrasponi att Komunitarju li ma huwa soġġett għal ebda marġni ta' diskrezzjoni, kif ġie deċiż fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta' April 2009 fil-Kawża C-460/07 (Puffer) (30).

5.2.1.3.    L-allegati kumpensi mogħtija mill-Istat sabiex tiffinanzja l-kampanja pubbliċitarja u ta' komunikazzjoni tagħha

(132)

L-awtoritajiet Spanjoli jiċħdu li Correos setgħet ibbenefikat minn għajnuna maħsuba biex tiffinanzja l-kampanji ta' pubbliċità u ta' komunikazzjoni tagħha.

(133)

B'mod partikolari, l-awtoritajiet Spanjoli jiċċaraw li l-Pjanijiet ta' Pubbliċità u Komunikazzjoni Istituzzjonali relatati msemmija mill-parti terza anonima bħala indikazzjoni ta' appoġġ bħal dan jinkludu l-attivitajiet kollha mwettqa mill-korpi tal-Amministrazzjoni Ġenerali tal-Istat, kif ukoll l-impriżi pubbliċi f'dan il-qasam għal finijiet statistiċi iżda li l-kostijiet tal-pubbliċità ta' Correos imsemmija f'dawn il-pjanijiet dejjem kienu koperti mir-riżorsi tal-kumpanija.

(134)

L-awtoritajiet Spanjoli jispjegaw li, kif indikat fil-Pjan innifsu, il-Kummissjoni Istituzzjonali għall-Pubbliċità u l-Komunikazzjoni, li hija korp kolleġġjali amministrattiv, tinkludi fil-Pjan il-kampanji istituzzjonali kollha li se jitwettqu mill-Amministrazzjoni Ġenerali tal-Istat u korpi relatati. Bħal kwalunkwe impriża pubblika oħra, Correos y Telégrafos, S.A. tfassal il-pjanijiet ta' pubbliċità tagħha stess iffinanzjati mir-riżorsi tagħha, u tinkludihom fi ħdan dak il-Pjan sempliċement għal skopijiet ta' statistika.

5.2.2.   L-OSSERVAZZJONIJIET DWAR IL-KUMMENTI MRESSQA MINN CORREOS

(135)

L-awtoritajiet Spanjoli qablu mal-osservazzjonijiet magħmula minn Correos y Telégrafos, S.A.

(136)

L-awtortitajiet Spanjoli rreaġixxew għat-talba magħmula minn Correos fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha li jenħtieġ li d-dividendi distribwiti jiġu attribwiti għat-tnaqqis fil-kumpens żejjed indikat fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ tal-2016 billi tennew li sa issa ma ġiet ipprovduta l-ebda prova tal-eżistenza ta' xi kumpens żejjed.

(137)

Madankollu, Spanja ttenni wkoll il-kummenti tagħha li jenfasizzaw il-ħtieġa li jiġi kkunsidrat il-pagament ta' dividendi sabiex titnaqqas kwalunkwe għajnuna potenzjali li tista' tiġi identifikata fit-tmiem tal-proċedura ta' investigazzjoni formali. Skont l-awtoritajiet Spanjoli, jenħtieġ li dawn id-dividendi straordinarji u nonrikorrenti mogħtija minn Correos lill-Istat jiġu meqjusa għall-finijiet tal-kalkolu tar-riżorsi pubbliċi li tqiegħdu għad-dispożizzjoni ta' Correos, f'konformità mad-deċiżjoni Statsbaner tal-Kummissjoni (31).

5.3.   IL-KUMMENTI ADDIZZJONALI TA' SPANJA

5.3.1.   APPROĊĊI ALTERNATTIVI GĦALL-KALKOLU TAL-KUMPENS ŻEJJED TAL-USO GĦALL-PERJODU 2004-2010

(138)

Filwaqt li jtennu li l-kumpensi tal-USO mogħtija matul l-2004-2010 lil Correos ma jinkludux għajnuna mill-Istat u jekk jagħmlu dan, jenħtieġ li tali għajnuna titqies kompatibbli, l-awtoritajiet Spanjoli jikkunsidraw li anki jekk jaċċettaw l-approċċ tal-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ tal-2016 li tuża l-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet (32), il-kumpens żejjed potenzjali jista' jiġi kkalkolat biss skont il-premessi ta' hawn taħt:

(139)

L-ewwel nett, jenħtieġ li s-settur riżervat u s-settur mhux riżervat jiġu trattati separatament: is-settur riżervat jikkorrisondi għas-servizzi postali tal-USO pprovduti taħt monopolju; is-settur mhux riżervat jinkludi servizzi postali tal-USO. Barra minn hekk, il-kumpens fis-settur riżervat segwa metodu li r-riżultati tiegħu qablu fis-sħiħ ma' dak tal-allokazzjoni tal-kostijiet, filwaqt li s-settur mhux riżervat japplika approċċ tal-NAC, fejn il-kumpens jiġi kkalkulat u stabbilit b'mod separat għal kull settur. Għalhekk, jenħtieġ li dawn is-setturi jiġu kkunsidrati bħala żewġ SGEIs distinti soġġetti għal valutazzjonijiet separati u għal metodoloġiji ta' kumpens differenti. Skont il-metodoloġija Spanjola, il-kumpens fis-settur riżervat jikkorrispondi għall-kost nett tal-kontabbiltà (kostijiet ġenerali bi tnaqqis tad-dħul), filwaqt li l-kumpens fis-settur mhux riżervat jiġi kkalkolat skont approċċ NAC li jkopri r-riżultati tas-segmenti li jagħmlu t-telf fis-settur mhux riżervat bil-preżunzjoni li kwalunkwe operatur privat kien iwaqqafhom fl-assenza ta' obbligi ta' servizz pubbliku.

(140)

Skont dan ir-raġunament, minn total ta' madwar EUR 955,237 miljun ta' kumpens tal-USO totali mogħti lil Correos matul 2004-2010 madwar EUR 637,850 miljun (it-telf tal-kontabbiltà tas-settur riżervat) ikunu allokati għas-settur riżervat u EUR 317,387 miljun (il-bqija) għas-settur mhux riżervat (ara t-tabella 6).

Tabella 6

Kumpensi għas-settur riżervat u mhux riżervat tal-USO

(Miljuni ta' EUR)

 

2004

2005

2006

2007

2008

2009

2010

Ammont totali

Settur Riżervat

46,171

40,435

39,558

80,823

101,783

176,559

152,521

637,850

Settur Mhux Riżervat

44,859

47,294

55,199

39,441

40,863

45,919

43,812

317,387

Total

91,030

87,729

94,757

120,264

142,646

222,478

196,333

955,237

(141)

L-awtoritajiet Spanjoli jikkunsidraw li ż-żewġ kumpensi għandhom imbagħad jiġu vvalutati separatment, li jwassal għal riżultat differenti minn dak milħuq mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ tal-2016.

5.3.1.1.    Il-valutazzjoni tal-kumpensi għas-settur riżervat tal-USO

(142)

L-awtoritajiet Spanjoli jissuġġerixxu li l-kumpensi għas-settur riżervat tal-USO jiġu evalwati bl-użu ta' metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet u parametru referenzjarju ta' Ritorn fuq il-Bejgħ (33) (minn hawn 'il quddiem “ROS”) ta' 4,8 % tar-ROS (il-parametru referenzjarju applikat fil-każ bpost għal inkarigi ta' riskju baxx).

(143)

Approċċ bħal dan jirriżulta b'mod ċar f'kumpens nieqes ta' Correos għal dan l-SGEI peress li l-għajnuna mogħtija għas-settur riżervat tal-USO tikkorrispondi eżattament mal-kost ta' kontabbiltà nett tagħha kif muri fit-tabella 7, fejn il-kumpens nieqes jammonta għal profitt raġonevoli mhux kontabilizzat.

Tabella 7

Kumpens nieqes tas-settur riżervat tal-USO

(Miljuni ta' EUR)

Settur riżervat tal-USO

2004

2005

2006

2007

2008

2009

2010

Total

Dħul

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Kostijiet

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Kost nett = Kostijiet-Dħul

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Profitt raġonevoli (bbażat fuq ROS ta' 4,8 %)

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Kost nett + profitt raġonevoli

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Kumpens permess lil Correos

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Kumpens mogħti lil Correos

46,171

40,435

39,558

80,823

101,783

176,559

152,521

637,850

Kumpens nieqes = kumpens permess – kumpens mogħti

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

(144)

L-awtoritajiet Spanjoli jispjegaw li peress li Correos għandha kumpens nieqes għall-provvediment ta' servizzi riżervati tal-USO u li l-kundizzjonijiet l-oħra tal-Qafas tal-SGEI tal-2012 huma osservati, jenħtieġ li l-kumpens allokat għas-settur riżervat tal-USO jitqies kompatibbli.

5.3.1.2.    Il-valutazzjoni tal-kumpensi għas-settur mhux riżervat tal-USO

(145)

L-awtoritajiet Spanjoli jqisu li fir-rigward tas-servizzi mhux riżervati tal-USO, il-parametru referenzjarju fil-każ ta' bpost għal mandati ta' riskju għoli jistgħu jiġu applikati.

(146)

Madankollu, skont preżunzjoni bħal din, l-awtoritajiet Spanjoli jirrikonoxxu li s-settur mhux riżervat tal-USO jkun juri kost nett negattiv f'kull sena, jiġifieri, profitt nett li ma jippermetti ebda kumpens kif muri fit-tabella 8.

Table 8

Kumpens żejjed tas-settur mhux riżervat tal-USO

(Miljuni ta' EUR)

Settur mhux riżervat tal-USO

2004

2005

2006

2007

2008

2009

2010

Total

Dħul

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Kostijiet

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Kost nett = Kostijiet-Dħul

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Profitt raġonevoli (bbażat fuq ROS ta' 7,4 %)

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Kost nett + profitt raġonevoli

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Kumpens permess

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Kumpens mogħti

44,859

47,294

55,199

39,441

40,863

45,919

43,812

317,387

Kumpens żejjed = kumens mogħti – kumpens permess

44,859

47,294

55,199

39,441

40,863

45,919

43,812

317,387

(147)

Skont dan l-approċċ, il-kumpens allokat lis-settur USO mhux riżervat jista' jitqies inkompatibbli safejn kien hemm kumpens żejjed għal Correos. Madankollu, l-awtoritajiet Spanjoli jenfasizzaw ukoll li d-dividendi jenħtieġ li jitqiesu bħala li de facto naqqsu l-ammont ta' kumpens mogħti lil Correos kif spjegat fil-premessi 148 sa 152.

5.3.2.   DIVIDENDI

(148)

L-awtoritajiet Spanjoli jispjegaw li Correos ħallset dividendi matul l-2004-2010 (ara t-tabella 9).

Tabella 9

Dividendi mħallsa minn Correos

(Miljuni ta' EUR)

 

2004

2005

2006

2007

2008

2009

2010

Total

Dividendi mħallsa

0,000

0,000

29,775

30,576

51,958

38,966

0,000

151,275

(149)

L-awtoritajiet Spanjoli jispjegaw li jenħtieġ li dawn id-dividendi ma jiġux ikkunsidrati primarjament bħala remunerazzjoni tal-azzjonist, peress li huma kellhom pjuttost rwol ta' mekkaniżmu ta' rkupru impliċitu li ppermetta lill-awtoritajiet Spanjoli, fiċ-ċirkostanzi partikolari ta' dan il-każ, inaqqsu l-finanzjament żejjed potenzjali billi jirkupraw ir-riżorsi mill-kumpanija. L-Istat, li jaġixxi fil-kapaċità tiegħu ta' awtorità tal-baġit, iddeċieda li jinkludi tali dividendi f'kull Baġit Ġenerali Statali adottat fil-perjodu 2005-2008 biex jindirizza l-finanzjament żejjed potenzjali identifikat fis-sena preċedenti għal dik meta kienu ttieħdu tali deċiżjonijiet baġitarji. Ma ġiet adottata l-ebda dispożizzjoni bħal din fl-2009 u l-2010, peress li l-previżjonijiet indikaw telf tal-kumpanija f'dawk is-snin.

(150)

L-ewwel nett, l-awtoritajiet Spanjoli jispjegaw li d-deċiżjoni li jitħallsu d-dividendi hija imputabbli għall-Istat Spanjol, bħala awtorità pubblika, aktar milli għall-maniġment ta' Correos. F'dan ir-rigward, l-awtoritajiet Spanjoli jispjegaw li:

(a)

Id-dispożizzjoni dwar il-ħlas tad-dividendi minn Correos hija riflessa fil-Baġit Ġenerali tal-Istat kemm taħt il-partita tal-Kapital tal-Kumpanija kif ukoll taħt il-Kapitolu dħul tal-Istat li mhuwiex taxxa. Il-Baġit Ġenerali tal-Istat huwa adottat permezz ta' abbozz ta' Liġi (Anteproyecto de Ley) approvat mill-Kunsill tal-Ministri u ppreżentat lill-Parlament għal deċiżjoni finali.

(b)

Il-ħtieġa li jsiru aġġustamenti ta' finanzjament permezz ta' dividendi hija bbażata fuq ir-riżultati tal-Kumpanija tas-sena ta' qabel dik li fiha huma riflessi fil-Baġit Ġenerali tal-Istat, peress li riżultati bħal dawn huma l-uniċi disponibbli meta l-abbozz tal-Liġi tal-baġit jiġi adottat f'Settembru kull sena.

(c)

Correos bħala kumpanija ma kellha l-ebda interess li tħallas id-dividendi lill-Istat, li xorta kien impenja ruħu li jħallas il-kumpens tal-USO sal-2010.

(151)

It-tieni nett, l-awtoritajiet Spanjoli jispjegaw li ċ-ċirkostanzi kienu tali li d-dividendi kienu l-uniku mezz prattiku biex jimmodulaw il-finanzjament potenzjalment eċċessiv f'ċerti snin għar-raġunijiet li ġejjin:

(a)

Fl-2000, Spanja adottat kuntratt ma' Correos li skont tiegħu ċertu ammont ta' kumpens kien pagabbli awtomatikament, fejn il-kalkolu tiegħu huwa bbażat fuq formola definita minn qabel, sal-2010.

(b)

Filwaqt li Spanja ma għamlitx verifika formali bħal din għal kumpens żejjed, l-awtoritajiet Spanjoli kienu konxji li s-sitwazzjoni finanzjarja partikolarment pożittiva tal-kumpaniji f'ċerti snin ipprovdiet evidenza li parti mill-finanzjament seta' ma kienx kompletament meħtieġ f'dawn is-snin.

(c)

F'ċirkostanzi bħal dawn, il-ġbir ta' dividendi kien l-uniku mod legali għall-Istat biex inaqqas il-finanzjament potenzjali żejjed mogħti lil Correos, billi ma ġie previst l-ebda mezz alternattiv fil-kuntratt. F'dan il-każ, id-dividendi ħadmu bħala tip ta' mekkaniżmu ta' rkupru.

(d)

L-awtoritajiet Spanjoli jispjegaw ukoll li Correos ma kellha l-ebda vantaġġ ekonomiku partikolari milli tirċievi finanzjament żejjed u tħallsu lura permezz ta' dividendi. Il-kumpanija kienet profitabbli ħafna f'dawn is-snin (u ma kelliex bżonn il-fondi addizzjonali biex tiffunzjona), ma ħaditx self mill-banek (għalhekk ma bbenefikatx minn affidabbiltà kreditizja aħjar) u ma għamlitx akkwisti partikolari.

(152)

Abbażi ta' din il-loġika, l-awtoritajiet Spanjoli jispjegaw li d-dividendi mħallsa fis-sena N, ġew deċiżi fis-sena N-1 abbażi tar-riżultati tal-kontabbiltà disponibbli għas-sena N-2. Għalhekk, dawn id-dividendi mmiraw li jnaqqsu l-kumpens żejjed li rriżulta mis-sena N-2 kif miġbur fil-qosor fit-Tabella 10.

Tabella 10

Dividendi u kumpens żejjed

(Miljuni ta' EUR)

 

Ammont ta' dividendi

Sena ta' pagament

Sena relatata ta' kumpens żejjed

Ammont ta' kumpens żejjed ta' sena partikolari

Kumpens żejjed imnaqqas għas-sena partikolari

 

29,775

2006

2004

44,859

15,084

 

30,576

2007

2005

47,294

16,718

 

51,958

2008

2006

55,199

3,241

 

38,966

2009

2007

39,441

0,475

 

0,000

2010

2008

40,863

40,863

 

0,000

2011

2009

45,919

45,919

 

0,000

2012

2010

43,812

43,812

Total

151,275

 

 

317,387

166,112

6.   OSSERVAZZJONIJIET ADDIZZJONALI MRESSQA MINN UNIPOST

(153)

Fl-20 ta' Marzu 2018, Unipost informat lill-Kummissjoni li kienet daħlet f'likwidazzjoni fid-19 ta' Frar 2018 u li hija tqis li għajnuna mill-Istat mogħtija lil Correos kellha rwol sinifikanti fil-falliment tagħha.

(154)

Skont Unipost, kienet għajnuna mill-Istat inkompatibbli bħal din li għamlitha possibbli li Correos tapplika prezzijiet aktar baxxi fis-swieq mhux riżervati, billi tapplika politika ta' prezzijiet li ma kinitx relatata mal-kostijiet tagħha f'dawn is-swieq mhux riżervati.

7.   IL-VALUTAZZJONI TAL-MIŻURI

7.1.   IL-KUMPENSI TAL-USO MOGĦTIJA TAĦT IL-LIĠI POSTALI TAL-1998

7.1.1.   L-GĦAJNUNA MILL-ISTAT FIT-TIFSIRA TAL-ARTIKOLU 107(1) TAT-TRATTAT

(155)

Skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat “kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern”.

(156)

Minn dan isegwi li, sabiex miżura finanzjarja tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, il-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin iridu jiġu ssodisfati: (i) il-miżura trid tkun imputabbli għall-Istat Membru u mogħtija mir-riżorsi tal-Istat, (ii) hija trid tagħti vantaġġ ekonomiku lil impriżi, (iii) dak il-vantaġġ għandu jkun selettiv, u (iv) il-miżura għandha tgħawweġ jew thedded li tgħawweġ il-kompetizzjoni u tkun tista' taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

7.1.1.1.    Il-miżuri imputabbli għall-Istat u mogħtija minn riżorsi tal-Istat

(157)

Biex miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, hija trid tingħata mill-Istat jew permezz tar-riżorsi tal-Istat. Ir-riżorsi tal-Istat jinkludu r-riżorsi kollha tas-settur pubbliku (34), inklużi riżorsi tal-entitajiet intrastatali (deċentralizzati, federali, reġjonali jew oħrajn) (35).

(158)

Il-kumpensi għall-forniment tal-USO skont il-Liġi Postali tal-1998 huma mħallsa direttament mill-Baġit Ġenerali tal-Istat u għalhekk huma b'mod ċar imputabbli għall-Istat u mogħtija minn riżorsi tal-Istat.

7.1.1.2.    Vantaġġ ekonomiku selettiv mogħti lil impriża

A.   Selettività

(159)

Biex taqa' fl-ambitu tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, miżura tal-Istat trid tiffavorixxi “ċerti impriżi jew ċerti produtturi”. Għalhekk, dawk il-miżuri li jiffavorixxu lill-impriżi li jagħtu vantaġġ b'mod selettiv biss jaqgħu taħt il-kunċett ta' għajnuna.

(160)

Il-kumpensi USO huma selettivi b'mod ċar peress li jibbenefikaw biss impriża waħda: Correos.

B.   Il-kunċett ta' impriża

(161)

Il-finanzjament mogħti lil entità jista' jikkwalifika biss bħala għajnuna mill-Istat jekk dik l-entità tkun “impriża” fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (“Qorti tal-Ġustizzja”) b'mod konsistenti ddefinixxiet impriżi bħala entitajiet involuti f'attività ekonomika (36). Il-kwalifika ta' entità bħala impriża, għalhekk, tiddependi min-natura ta'attività tagħha, irrispettivament mill-istatus legali tal-entità jew mill-mod li bih hija ffinanzjata (37). Ġeneralment, attività trid tiġi kkunsidrata ta' natura ekonomika fejn tikkonsisti fil-provvediment ta' oġġetti u servizzi fis-suq (38). Entità li twettaq kemm attivitajiet ekonomiċi kif ukoll mhux ekonomiċi għandha titqies bħala impriża biss fir-rigward ta' dawk tal-ewwel (39). Is-sempliċi fatt li entità ma jkollhiex skop ta' profitt mhux bilfors ifisser li l-attivitajiet tagħha mhumiex ta' natura ekonomika (40).

(162)

Fil-każ attwali, Correos toffri servizzi postali bi ħlas fis-suq Spanjol u f'kompetizzjoni ma' fornituri oħra. L-offerta ta' servizzi postali fuq dan is-suq b'hekk tammonta għal attività ekonomika. Il-kumpensi tal-USO jikkumpensaw lil Correos għall-forniment ta' wħud minn dawn is-servizzi postali u b'hekk jikkumpensaw attività ekonomika. Għaldaqstant, fir-rigward tal-attivitajiet iffinanzjati mill-miżuri inkwistjoni, Correos trid tkun kwalifikata bħala impriża.

C.   Vantaġġ ekonomiku

(163)

Vantaġġ għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat huwa kwalunkwe benefiċċju ekonomiku li impriża ma kinitx tikseb taħt kundizzjonijiet normali tas-suq, jiġifieri fl-assenza tal-intervent tal-Istat (41). Huwa biss l-effett tal-miżura fuq l-impriża li huwa rilevanti, u la l-kawża u lanqas l-objettiv tal-intervent tal-Istat (42). Kull meta s-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriża titjieb bħala riżultat tal-intervent tal-Istat, ikun hemm vantaġġ.

(164)

Il-kumpensi tal-USO huma mfassla li jkopru l-kost nett kollu kollu jew parti minnu li jiġi sostnut minn Correos fit-twettiq tal-USO. Mingħajr l-intervent mill-Istat, Correos kien ikollha tħallas dawn il-kostijiet hija stess. Il-miżura taħt valutazzjoni teħles lil Correos minn uħud mill-kostijiet tal-attivitajiet ekonomiċi tagħha u b'hekk ittejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja ta' Correos. Konsegwenza ta' dan, u mingħajr preġudizzju għall-kwistjoni jekk il-miżura tikkonformax mal-kundizzjonijiet stabbiliti fis-sentenza Altmark, il-miżura taħt valutazzjoni prima facie tagħti vantaġġ lil Correos.

D.   Konformità mal-kriterji Altmark

(165)

Il-kumpens għal servizz pubbliku mogħti lil kumpanija li tikkonforma mal-erba' kriterji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza ta' Altmark jitqies li ma jagħti l-ebda vantaġġ ekonomiku u b'hekk ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat (43). Dawk il-kriterji kumultattivi huma dawn li ġejjin:

(a)

“(…) L-ewwel nett, l-impriża benefiċjarja jrid effettivament ikollha twettaq obbligi tas-servizz pubbliku, u dawn l-obbligi jridu jkunu ddefiniti b'mod ċar (…).

(b)

(…) It-tieni, il-parametri li fuq il-bażi tagħhom jiġi kkalkulat il-kumpens iridu jiġu stabbiliti minn qabel b'mod oġġettiv u trasparenti (…).

(c)

(…) It-tielet, il-kumpens ma jistax jaqbeż dak li huwa neċessarju biex ikopri l-kostijiet kollha jew parti mill-kostijiet li jirriżultaw mit-twettiq ta' obbligi ta' servizz pubbliku, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-irċevuti rilevanti kif ukoll redditu raġjonevoli (…).

(d)

(…) Ir-raba', meta l-impriża li għandha twettaq l-obbligi ta' servizz pubbliku, f'każ speċifiku, ma tintgħażilx skont proċedura ta' akkwist pubbliku li tippermetti l-għażla tal-offerent li jkun kapaċi jipprovdi dawk is-servizzi bl-inqas kost għall-komunità, il-livell ta' kumpens meħtieġ irid jiġi ddeterminat abbażi ta' analiżi tal-kostijiet li impriża tipika, immexxija tajjeb u adegwatament ipprovduta fi ħdan l-istess settur kienet iġġarrab, filwaqt li jitqiesu l-irċevuti u profitt raġonevoli għat-twettiq ta' dawn l-obbligi.”

(166)

Fir-rigward tal-kumpens mogħti lil Correos matul il-perjodu taħt rieżami, il-Kummissjoni tikkonferma l-fehmiet li ġew meħuda fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ tal-2016 (44) li t-tielet u r-raba' kriterji Altmark mhumiex sodisfatti.

It-tielet kriterju Altmark

(167)

Fid-deċiżjoni tagħha tal-25 ta' Jannar 2012 rigward bpost (45), il-Kummissjoni ddeterminat marġni ta' referenza tal-profitt raġonevoli applikabbli għall-operaturi postali fl-Unjoni. Il-Kummissjoni ddeterminat dak il-marġni ta' referenza tal-livell ta' profitt fuq il-bażi ta' tlett studji esperti (rispettivament permezz ta' WIK Consult, Deloitte, u Charles River Associates). Dak il-marġni ta' referenza tal-profitt applikabbli għall-operaturi postali kollha tal-UE (espress bħala ROS) huwa bbażat fuq il-profittabbiltà osservata ta' settijiet ta' ditti komparabbli fis-settur postali u tal-pakketti f'diversi pajjiżi. B'mod partikolari, f'każijiet fejn operatur postali huwa espost għal grad sinifikanti ta' riskju, tapplika l-firxa ta' referenza [ROS ta' 5,4-7,4 %], filwaqt li f'każijiet fejn hemm biss riskju limitat, tintuża l-firxa ta' referenza [ROS ta' 3,6-4,8 %] (46).

(168)

Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ tal-2016, il-Kummissjoni kienet esprimiet dubji li Correos setgħet irċeviet kumpens żejjed abbażi tal-kalkolu li ġej (ara t-tabella 11) bl-użu tal-ogħla parametru referenzjarju tar-ROS determinat fil-każ bpost.

Tabella 11

Kumpens żejjed potenzjali ta' Correos

(Miljuni ta' EUR)

 

2004

2005

2006

2007

2008

2009

2010

Total

Dħul USO

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Kostijiet USO

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Kost nett = Kostijiet-Dħul

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Profitt raġonevoli (ibbażat fuq ROS ta' 7,4 %)

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Kost nett + profitt raġonevoli

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Kumpens permess lil Correos

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Kumpens mogħti lil Correos

91,030

87,729

94,757

120,264

142,646

222,478

196,333

955,237

Kumpens żejjed potenzjali = Kumpens mogħti – Kumpens permess

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

(169)

L-awtoritajiet Spanjoli u/jew Correos (47) għamlu xi kummenti rigward id-dubji espressi mill-Kummissjoni (ara t-taqsimiet 4.1.1 u 5.1.1):

(a)

Il-metodoloġija tal-NAC tista' tintuża biex tivverifika jekk it-tielet (3) kriterju Altmark ġiex issodisfat.

(b)

Il-metodoloġija Spanjola hija implimentazzjoni valida tal-metodoloġija tal-NAC.

(c)

Il-kumpensi mogħtija lil Correos jikkorrispondu għall-NAC tal-USO, għalhekk ma jistax ikun hemm kumpens żejjed u għalhekk it-tielet (3) kriterju Altmark għandu jitqies sodisfatt.

(d)

L-aspettattivi leġittimi japplikaw fir-rigward tat-twettiq tat-tielet (3) kriterju Altmark permezz tal-użu ta' metodoloġija tal-NAC u b'hekk permezz tal-użu tal-metodoloġija Spanjola.

(e)

L-awtoritajiet Spanjoli pproponew ukoll alternattiva għall-implimentazzjoni tal-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet li twassal għal riżultat differenti minn dak tal-Kummissjoni.

(170)

Dawn l-argumenti differenti huma diskussi hawn taħt.

—   Il-metodoloġija tal-NAC tista' tintuża biex tivverifika jekk it-tielet (3) kriterju Altmark ġiex issodisfat.

(171)

L-awtoritajiet Spanjoli u/jew Correos jikkunsidraw li t-tielet (3) kriterju Altmark jista' jiġi vverifikat permezz ta' metodoloġija tal-NAC (jiġfieri l-assenza ta' kumpens żejjed mitlub mit-tielet (3) kriterju Altmark tista' tiġi vverifikata billi l-NAC tal-SGEI jitqabbel mal-kumpens mogħti lill-fornitur tal-SGEI).

(172)

Il-Kummissjoni tfakkar li s-sentenza Altmark ġiet adottata fid-29 ta' Lulju 2003. Ma hemm l-ebda dubju li fil-mument tal-adozzjoni ta' dik is-sentenza, l-uniku metodu ta' kalkolu applikabbli għall-kost nett tal-SGEIs kien il-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet. Is-sentenza Altmark innifisha tirreferi għall-kostijiet sostnuti u riċevuti li jidentifikaw mingħajr dubju l-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet filwaqt li l-NAC jistrieħ essenzjament fuq il-kunċett ta' kostijiet evitati (li min-natura tagħhom stess mhumiex sostnuti).

(173)

Il-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet ġiet inkluża fil-Qafas tal-SGEI tal-2005 (48) li kien japplika mid-29 ta' Novembru 2005 sal-31 ta' Jannar 2012, u serviet bħala l-bażi għal diversi deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-kumpens għall-USOs f'dak il-perjodu (49) Hija wkoll il-metodoloġija li għandha tintuża skont il-Qafas tal-SGEI tal-2012 jekk ma tkunx tista' tiġi applikata l-metodoloġija tal-NAC (50). Il-metodoloġija tal-NAC ġiet introdotta biss formalment mill-Kummissjoni, bħala mod validu kif jiġi kkalkolat il-kost nett tal-USO, fid-Direttiva 2008/6/KE (li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2011) u l-Qafas tal-SGEI tal-2012 (li daħal fis-seħħ fil-31 ta' Jannar 2012).

(174)

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kkjarifikat li l-kunċett ta' għajnuna mill-Istat huwa kunċett oġġettiv u legali definit direttament mit-Trattat (51). Jidher għalhekk żbaljat li l-metodoloġija użata tiġi modifikata maż-żmien għall-evalwazzjoni tal-preżenza ta' għajnuna skont is-sentenza Altmark sabiex tallinjaha mal-għażliet magħżula mill-Kummissjoni fil-qafas tal-SGEI tal-2012, li jiddeskrivi l-kundizzjonijiet għall-kompatibbiltà ta' ċerti kumpensi SGEI. Fi kwalunkwe każ, kif spjegat fil-premessa 172, interpretazzjoni bħal din hija kuntrarja għall-ittra tas-sentenza.

(175)

Il-Kummissjoni, għalhekk, ma taqbilx li l-metodoloġija tal-NAC tista' tintuża biex tivverifika l-konformità mat-tielet (3) kriterju tas-sentenza Altmark.

—   Il-metodoloġija Spanjola hija implimentazzjoni valida tal-metodoloġija tal-NAC.

(176)

L-awtoritajiet Spanjoli u/jew Correos jiddefendu li l-metodoloġija Spanjola hija implimentazzjoni valida tal-metodoloġija tal-NAC rikonoxxuta bħala metodu xieraq biex jiġi kkalkolat il-kost nett tal-USO fid-Direttiva 2008/6/KE u fil-Qafas tal-SGEI tal-2012.

(177)

Il-Kummissjoni tqis li, anki kieku l-metodoloġija tal-NAC tista' tintuża biex tivverifika l-konformità mat-tielet (3) kriterju Altmark, quod non, il-metodoloġija Spanjola evidentement ma tistax titqies bħala implimentazzjoni valida tal-metodoloġija tal-NAC.

(178)

L-ewwel nett, jista' jiġi osservat li, kif rikonoxxut mill-awtoritajiet Spanjoli nfushom, il-metodu Spanjol japplika l-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet għas-Settur Riżervat tal-USO (ara l-premessa 139). Skont l-awtoritajiet Spanjoli, huwa biss l-approċċ applikat fis-settur mhux riżervat tal-USO (fejn il-kost nett huwa daqs is-somma tat-telf tas-segmenti li jagħmlu telf tas-settur mhux riżervat tal-USO) li jista' potenzjalment jiġi pparagunat mal-NAC (ara l-premessa 139). Dan l-approċċ doppju jidher fih innifsu li qed jikkontradixxi l-metodoloġija tal-NAC kif deskritta (52) u implimentata mill-Kummissjoni fil-prattika tad-deċiżjoni tagħha (53), li timplika li s-sitwazzjoni tal-kumpanija sħiħa tiġi mqabbla bl-obbligu tas-servizz pubbliku kif ukoll mingħajru (f'dan il-każ l-USO).

(179)

Anke meta jrid jiġi kkunsidrat biss is-settur mhux riżervat tal-USO, il-metodoloġija Spanjola tippreżenta wkoll għadd ta' differenzi meta mqabbla mal-metodoloġija tal-NAC, kif deskritta u implimentata mill-Kummissjoni fil-prattika deċiżjonali tagħha.

(180)

L-ewwel nett, il-metodoloġija Spanjola ma tidher li hi mibnija fuq l-ebda xenarju kontrofattwali realistiku li huwa element ewlieni tal-metodoloġija tal-kost evitat nett. Fil-fatt, hija tikkunsidra biss ex-post it-telf taċ-ċentri tal-kostijiet li jagħmlu t-telf. L-awtoritajiet Spanjoli jargumentaw li hija mibnija fuq xenarju kontrofattwali impliċitu: kwalunkwe operatur privat ma kienx ikompli dawn iċ-ċentri li jagħmlu t-telf fin-nuqqas ta' obbligi ta' servizz pubbliku (ara l-premessa 139). Madankollu, approċċ bħal dan ma jidhirx li jiddeskrivi strateġija kummerċjali reali li tkun teħtieġ li ċ-ċentri tal-kostijiet jiġu ddeterminati ex-ante biex operatur ma jkomplix, peress li ma jistax ikun mistenni li jkun jaf minn qabel eżattament liema ċentri tal-kostijiet qed jagħmlu t-telf Barra minn hekk, il-metodoloġija Spanjola tidher li timplika li ċ-ċentri tal-kostijiet jistgħu jitwaqqfu u jinħolqu mill-ġdid meta jridu minn sena għal oħra matul il-perjodu ta' valutazzjoni, li mhuwiex xenarju kontrofattwali realistiku.

(181)

Barra minn hekk, il-metodoloġija Spanjola ma tikkorreġix għall-impatt tal-waqfien tal-forniment ta' dawk il-flussi tat-traffiku mhux profitabbli dwar il-profitabbiltà ta' prodotti u servizzi (USO jew mhux USO) oħrajn, kif mitlub ukoll mill-metodoloġija tal-NAC.

(182)

Fl-aħħar nett, il-metodoloġija Spanjola ma tiħux inkunsiderazzjoni benefiċċji intanġibbli u tas-suq u lanqas ma għandha inċentivi għall-kosteffiċjenza, kif tesiġi l-metodoloġija tal-NAC.

(183)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni ma tqisx li l-metodoloġija Spanjola hija implimentazzjoni valida tal-metodoloġija tal-NAC.

—   Il-kumpensi mogħtija lil Correos jikkorrispondu għall-NAC tal-USO, b'hekk ma jista' jkun hemm l-ebda kumpens żejjed u għalhekk it-tielet (3) kriterju Altmark jenħtieġ li jitqies sodisfatt.

(184)

Kif spjegat fil-premessi 172 sa 175, il-Kummissjoni ma tikkunsidrax li l-metodoloġija tal-NAC hija xierqa biex tivverifika t-tielet (3) kriterju Altmark, barra minn hekk kif spjegat fil-premessi 176 sa 183, il-Kummissjoni ma tqisx li l-metodoloġija Spanjola hija implimentazzjoni valida tal-metodoloġija tal-NAC.

(185)

Bħala konsegwenza, il-Kummissjoni tqis li l-kumpensi mogħtija lil Correos skont il-metodoloġija Spanjola ma jikkorrispondux għall-NAC tal-USO u li anki li kieku kienu jikkorrispondu, dan ma jkunx biżżejjed biex jiżgura l-konformità mat-tielet (3) kriterju Altmark.

—   L-aspettittivi leġittimi japplikaw fir-rigward tat-twettiq tat-tielet (3) kriterju Altmark bl-użu tal-metodoloġija tal-NAC u għalhekk bl-użu tal-metodoloġija Spanjola.

(186)

L-awtoritajiet Spanjoli u/jew Correos isostnu li Spanja jista' jkollha aspettattivi leġittimi rigward l-issodisfar tat-tielet (3) kriterju Altmark permezz tal-użu tal-metodoloġija tal-NAC u tal-metodoloġija Spanjola.

(187)

Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet (54), fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat, li meta għajnuna ma tkunx ġiet innotifikata lill-Kummissjoni, u għalhekk tkun għajnuna illegali, ma jista' jkun hemm l-ebda rikors għall-prinċipju ta' protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi. Għaldaqstant, aspettattiva leġittima li l-għajnuna mogħtija hija legali ma tistax, ħlief f'ċirkostanzi eċċezzjonali, tiġi invokata jekk din l-għajnuna tkun ġiet innotifikata lill-Kummissjoni.

(188)

Spanja qatt ma nnotifikat kumpensi tal-USO lill-Kummissjoni minkejja l-pubbliċità magħmula mill-Kummissjoni dwar il-prattika deċiżjonali tagħha tal-għajnuna mill-Istat fis-settur postali (55). B'mod partikolari, id-deċiżjonijiet tal-għajnuna mill-Istat tal-Kummissjoni fis-settur postali disponibbli pubblikament jivvalutaw il-konformità mal-kundizzjonijiet Altmark u l-ebda waħda minnhom ma aċċettat il-metodoloġija tal-NAC bħala mezz xieraq biex jiġi vverifikat it-tielet (3) kriterju Altmark. Barra minn hekk, diversi deċiżjonijiet jipprovdu gwida dwar l-approċċ tal-Kummissjoni rigward il-metodoloġija tal-NAC (56) u fuq dik il-bażi huwa ċar li l-metodoloġija Spanjola ma tikkorrispondix mal-metodoloġija tal-NAC kif implimentata mill-Kummissjoni (kif spjegat fil-premessi 177 sa 183).

(189)

Il-Kummissjoni tqis li r-rapport NERA, li ħareġ fl-1998 (li ma kellu ebda effett vinkolanti), ma jista joħloq ebda aspettattiva leġittima rigward il-valutazzjoni tal-preżenza tal-għajnuna fil-kumpensi għas-servizz pubbliku, li ġiet definita b'mod ċar mis-sentenza Altmark tal-2003 u mill-prattika deċiżjonali tal-Kummissjoni sa minn din is-sentenza.

—   L-awtoritajiet Spanjoli pproponew ukoll alternattiva għall-implimentazzjoni tal-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet li twassal għal riżultat differenti minn dak tal-Kummissjoni.

(190)

L-awtoritajiet Spanjoli jissuġġerixxu approċċi differenti biex jiġi kkalkolat il-kumpens żejjed tal-USO (ara t-taqsima 5.3.1).

(191)

Mingħajr ma tieħu pożizzzjoni f'dan l-istadju dwar dawn l-approċċ alternattivi, il-Kummissjoni tinnota li huma jwasslu wkoll għall-konklużjoni li Correos ġiet ikkumpensata żżejjed għall-konsenja tas-servizzi mhux riżervati tal-USO. Fuq dak il-bażi, it-tielet (3) kriterju Altmark mhuwiex issodisfat.

Ir-raba' kriterju Altmark

(192)

Rigward ir-raba' kriterju Altmark, il-fatt li l-USO ma ngħatax riżultat ta' proċedura ta' akkwist pubbliku miftuħa, iżda ġie fdat direttament lil Correos mill-awtoritajiet Spanjoli, mhuwiex ikkontestat.

(193)

Madankollu, l-awtoritajiet Spanjoli argumentaw li Correos huwa kkumpensat skont il-kostijiet ta' impriża mmexxija tipikament tajjeb. B'appoġġ għal dik il-pretensjoni, l-awtoritajiet Spanjoli pprovdew studju minn Frontier Economics lill-Kummissjoni.

(194)

L-istudju għandu l-għan li jippreżenta analiżi komparattiva tal-kostijiet ta' Correos mal-kostijiet ta' operaturi postali oħrajn Ewropej responsabbli sabiex jipprova li l-kumpensi tal-USO mogħtija lil Correos jissodisfaw ir-raba' kriterju Altmark. L-istudju juża mudell ekonometriku biex jistima l-kostijiet ta' impriża ipotetika mmexxija tipikament tajjeb fuq il-bażi ta' informazzjoni minn diversi fornituri tal-USO postali Ewropej. Il-kostijiet reali ta' Correos huma mqabbla mal-kostijiet li din l-impriża mmexxija tipikament tajjeb kien ikollha li kieku kellha tkun f'sitwazzjoni (eż. fir-rigward tad-densità tan-netwerk) simili għal dik ta' Correos. Ir-riżultati tal-istudju jissuġġerixxu li l-kostijiet ta' Correos fil-perjodu 2005-2010 kienu aktar baxxi minn dawk tal-impriża ipotetika mmexxija tipikament tajjeb kif stmat mill-mudell ekonometriku.

(195)

Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ tal-2016, il-Kummissjoni esprimiet dubji rigward il-fatt li l-impriża ipotetika mmexxija tipikament tajjeb ddefinita fl-istudju hija fil-fatt operatur postali effiċjenti. Fil-fatt, ma ġiex muri li l-fornituri tal-USO li ġew analizzati biex jistabbilixxu dan il-parametru referenzjarju huma nfushom operaturi effiċjenti. Minflok, l-istudju sempliċement isemmi li dawn l-operaturi postali huma kkunsidrati “mmexxija sew u pprovduti b'mod xieraq, għax ma hemm l-ebda evidenza ta' kwalunkwe tip li turi li dawn huma ineffiċjenti, jew li turi li għandhom inċentivi biex joperaw b'mod ineffiċjenti”. Dan l-argument, madankollu, huwa aktar diffiċli li wieħed jaċċetta jekk jitqies li s-sett jinkludi fornituri tal-USO (57) li rċevew kumpens tal-USO, u li għalihom il-Kummissjoni diġà adottat deċiżjonijiet li jikkonkludu li l-kostijiet tagħhom ma jistgħux jitqiesu bħala kostijiet effiċjenti (58).

(196)

L-awtoritajiet Spanjoli u/jew Correos jargumentaw li l-Kummisjoni ma ddikjaratx formalment fid-deċiżjonijiet dwar il-kumpensi tal-USO mogħtija lil Hellenic Post u Poste Italiane li l-operatur ma kienx effiċjenti (ara l-premessi 62 u 95). Jista' jiġi nnutat li l-Kummissjoni rrifjutat approċċ simili fid-deċiżjoni tal-2012 ta' Poste Italiane (59) abbażi ta' tqabbil ma' sett ta' operaturi postali minħabba l-fatt li l-informazjoni disponibbli ma kinitx tippermetti li jiġi konkluż li dawn l-operaturi kienu effiċjenti. Il-Kummissjoni ssostni l-opinjonijiet tagħha li mhuwiex possibbli li wieħed sempliċement jassumi li l-operaturi postali medji huma kosteffiċjenti, b'mod partikolari fid-dawl tar-ristrutturar kontinwu li qed ikollu impatt fuq dan is-settur.

(197)

Barra minn hekk, il-kumpens tal-USO ta' Correos ġie ddeterminat fuq il-bażi tal-metodoloġija Spanjola li, skont l-awtoritajiet Spanjoli, tikkostitwixxi applikazzjoni tal-metodoloġija tal-NAC. Dan l-aspett jidher li jikkontradixxi r-raba' kriterju Altmark li jirreferi għall-kost sostnut ta' impriża mmexxija tjjeb.

(198)

Finalment, kif ġie spjegat fil-premessi 167-168, il-Kummissjoni tqis li t-tielet (3) kriterju Altmark mhuwiex issodisfat għax il-metodoloġija użata mill-awtoritajiet Spanjoli tidher li rriżultat f'ammonti ta' kumpens li qabżu l-kost nett tal-USO ta' Correos (inkluż profitt raġonevoli) Dan ifisser li anki jekk jiġi aċċettat li l-kostijiet ta' Correos huma dawk ta' impriża mmexxija tajjeb, xorta ma jistax jitqies li l-kumpens mogħti lil Correos ġie stabbilit fuq il-bażi ta' dawn il-kostijiet.

(199)

Konsegwentent, ma jistax jiġi konkluż li l-livell ta' kumpens mogħti lil Correos ġie ddeterminat fuq il-bażi ta' analiżi tal-kostijiet, li kienet issostni impriża tipika, immexxija tajjeb u mgħammra b'mod adegwat fl-istess settur, meta jitqiesu l-irċevuti u profitt raġonevoli għat-twettiq tal-obbligi.

Konklużjoni

(200)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li tnejn mill-erba' kundizzjonijiet ta' Altmark mhumiex issodisfati fil-każ attwali, u għalhekk irid jitqies li l-kumpensi qed jikkonferixxu vantaġġ lil Correos.

7.1.1.3.    Id-Distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ

(201)

L-għajnuna pubblika għall-impriżi jammonta biss għal għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat jekk “twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni” u biss safejn “tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri”.

(202)

Rigward il-prinċipju tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni, miżura mogħtija minn Stat titqies li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni meta huwa probabbli li ttejjeb il-pożizzjoni kompetittiva tal-benefiċjarju meta mqabbla ma' dik ta' impriżi oħra li jikkompeti magħhom (60). Għall-finijiet prattiċi kollha, distorsjoni tal-kompetizzjoni hija għalhekk preżunta hekk kif Stat jagħti vantaġġ finanzjarju lil impriża f'settur liberalizzat fejn hemm, jew jista' jkun hemm, kompetizzjoni.

(203)

Rigward il-prinċipju tal-effett fuq il-kummerċ, il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja stabbiliet li kwalunkwe għotja ta' għajnuna lil impriża li teżerċita l-attivitajiet tagħha fis-suq intern tista' possibilment taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri (61). Fil-qasam tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, effett fuq il-kummerċ mhuwiex prekluż a priori mill-karattru lokali jew reġjonali tas-servizz ipprovdut. Filwaqt li ma hemm ebda livell limitu strett jew perċentwal li taħthom jista' jitqies li l-kummerċ bejn l-Istati Membri mhuwiex affettwat, l-ambitu limitat tal-attività ekonomika, kif jista' jkun evidenzjat minn dħul baxx ħafna, jagħmel il-preżenza ta' effett fuq il-kummerċ anqas probabbli.

(204)

Fir-rigward ta' dan il-każ, il-Kummisjoni tosserva li Correos kienet attiva fis-swieq għal oġġetti postali u pakketti li huma kkaratterizzati minn kompetizzjoni qawwija ma' fornituri oħra minn Stati Membri differenti (jiġifieri Deutsche Post, TNT, La Poste, UPS, CTT Correios Portugal u Royal Mail). Konsegwenza ta' dan, ma hemm l-ebda dubju li kwalunkwe miżura li tibbenefika lil Correos tista' taffettwa l-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

7.1.1.4.    Konklużjoni

(205)

Fuq il-bażi tal-kunsiderazzjonijiet li ġejjin, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kumpensi tal-USO mogħtija lil Correos skont il-Liġi Postali tal-1998 jissodisfaw il-kriterji kumulattivi tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat u li l-miżura, għalhekk, tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens ta' dik id-dispożizjzoni.

7.1.2.   GĦAJNUNA EŻISTENTI JEW ĠDIDA

(206)

L-Artikolu 1(b) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (62) jipprevedi li għajnuna eżistenti tfisser “l-għajnuna kollha qabel id-dħul fis-seħħ tat-TFUE fl-Istat Membri rispettivi.” B'hekk isegwi li kwalunkwe skema ta' għajnuna li kienet teżisti fi Spanja qabel l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni fl-1 ta' Jannar 1986 jenħtieġ li titqies bħala għajnuna eżistenti.

(207)

Skont l-Artikolu 1(c) tal-istess regolament: “għajnuna ġdida' tfisser kull għajnuna, jiġifieri, skemi ta' għajnuna u għajnuna individwali, li ma jkunux għajnuna eżistenti, inkluż tibdil fl-għajnuna eżistenti.” Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, li tistabbilixxi jekk għajnuna ġietx mibdula, huwa deċiżiv li jiġi eżaminat jekk id-dispoiżzzjonijiet li jippreveduha ġewx mibdula (63). Fis-sentenzi sussegwenti, il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali komplew elaboraw dwar x'tip ta' alterazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jipprevedu l-għajnuna tibdel għajnuna eżistenti f'għajnuna ġdida. Skont il-Qorti Ġenerali, “huwa biss meta l-bidla taffettwa s-sustanza attwali tal-iskema oriġinali li din tal-aħħar hija ttrasformata fi skema ta' għajnuna ġdida. Ma jistax ikun hemm lok għal bidla sostantiva bħal din meta l-element il-ġdid ikun separat b'mod ċar mill-iskema inizjali.” (64)

(208)

F'dan ir-rigward, ta' min jinnota li qabel id-dħul fis-seħħ tal-Liġi Postali tal-1998, it-telf globali nett ta' Correos (irrispettivament minn jekk dan it-telf kienx ikkawżat minn attivitajiet inklużi fl-USO jew le) kien ikkompensat direttament mill-baġit tal-Istat Spanjol. Wara l-adozzjoni tal-Liġi Postali tal-1998, l-Istat illimita l-finanzjament pubbliku ta' Correos għall-kumpens għall-forniment ta' attività tal-USO definita ġdida u ċirkoskritta u mhux aktar għat-telf nett globali tal-kumpanija.

(209)

Il-Kummissjoni, għalhekk, tikkunsida li n-natura tal-kumpens tal-USO ġiet mibdula fundamentalment b'żewġ modi. L-ewwel, il-Liġi Postali tal-1998 naqqset l-ambitu tal-kumpens billi llimitatu għal attivitajiet tal-USO, filwaqt li qabel l-attivitajiet kollha ta' Correos (jiġifieri inkluż dawk mhux tal-USO) kienu eliġibbli għal kumpens. Ta' min jinnota li tali tnaqqis fl-ambitu huwa kkunsidrat li jikkostitwixxi bidla fundamentali u mhux sempliċi tnaqqis tal-kumpens (65). Fil-fatt, skont is-sitwazzjonijiet finanzjarji rispettivi tas-servizzi tal-USO u mhux tal-USO, il-bidla tista' tirriżulta f'żieda jew tnaqqis tal-kumpens (66). It-tieni, il-metodu li jiddetermina l-ammont ta' kumpens ġie mibdul ukoll permezz tal-Plan de Prestación tal-2000 (ara l-premessa 26). Fil-fatt, filwaqt li inizjalment il-kumpens USO kien ibbażat fuq it-telf nett imġarrab minn Correos, il-Plan de Prestación kien jirrikjedi l-użu ta' metodoloġija speċifika (ara l-premessi 27 u 28) biex jiġi ddeterminat l-ammont ta' dan il-kumpens.

(210)

Il-Kummissjoni, għalhekk, tikkunsidra li l-iskema ġiet mibdula b'mod sinifikanti mill-adeżjoni ta' Spanja mal-Unjoni Ewropea fl-1986. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kumpensi tal-USO mogħtija lil Correos skont il-Liġi Postali tal-1998 ma jistgħux jikkawlifikaw bħala għajnuna eżistenti għall-finijiet tal-għajnuna mill-Istat u għalhekk iridu jiġu kkunsidrati bħala għajnuna ġdida, tal-anqas mid-dħul fis-seħħ tal-Liġi Postali tal-1998 fis-sena 1998.

7.1.3.   IL-LEGALITÀ TAL-MIŻURA TA' GĦAJNUNA

(211)

Il-Kummissjoni tinnota li l-kumpensi tal-USO koperti minn din id-deċiżjoni, safejn jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, ma kinux soġġetti għal notifika skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat. Għalhekk, il-kumpensi USO jikkostitwixxu għajnuna illegali fis-sens tal-Artikolu 1(f) tar-Regolament (UE) 2015/1589.

7.1.4.   IL-KOMPATIBBILTÀ MAS-SUQ INTERN

7.1.4.1.    Il-bażi ġuridika

A.   Kompatibbiltà skont l-Artikolu 106(2) tat-Trattat

(212)

Safejn il-kumpensi tal-USO għall-benefiċċju ta' Correos jammontaw għal għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, il-kompatibbiltà tagħhom mas-suq intern għandha tiġi vvalutata. Ir-raġunijiet li għalihom miżura ta' għajnuna mill-Istat tista' jew trid tiġi ddikkjarata kompatibbli mas-suq intern huma elenkati fl-Artikoli 106(2), 107(2), u 107(3) tat-Trattat.

(213)

Meta jitqies li l-awtoritajiet Spanjoli ddikkjaraw b'mod konsistenti li l-kumpensi USO mogħtija lil Correos skont il-Liġi Postali tal-1998 jikkostitwixxu kumpens għat-twettiq ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (“SGEI”), il-kompatibbiltà ta' dawk il-kumpensi mas-suq intern se jkun jeħtieġ li tiġi vvalutata fuq il-bażi tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat. Dan l-artikolu jipprovdi li

“impriżi nkarigati bl-operat ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali jew li jkollhom karattru ta' monopolju li jipproduċi d-dħul għandhom ikunu soġġetti għar-regoli li jinsabu fit-Trattati, b'mod partikolari għar-regoli dwar il-kompetizzjoni, sakemm l-applikazzjoni ta' tali regoli ma tostakolax il-prestazzjoni, fil-liġi jew fil-fatt, tal-kompiti partikolari assenjati lilhom. L-iżvilupp tal-kummerċ ma jridx jiġi affettwat sa punt fejn ikun kuntrarju għall-interessi tal-Unjoni.”

B.   Applikazzjoni temporanja tal-Pakkett tal-SGEI tal-2012

(214)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-kundizzjonijiet skont liema hija tapplika l-Artikolu 106(2) tat-Trattat f'serje ta' strumenti, l-aktar riċenti, fost l-oħrajn, il-Qafas tal-SGEI tal-2012 u d-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2012 (67) (minn hawn 'il quddiem flimkien: “il-pakkett SGEI tal-2012”). Preċedentement, il-Kummissjoni kienet ħarġet u applikat il-kundizzjonijiet għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà skont l-Artikolu 106(2) tat-Trattat stabbiliti fil-Qafas tal-SGEI tal-2005 (68) u fid-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005 (69).

(215)

Fir-rigward tad-Deċiżjoni tal-SGEI tal-2012, peress li l-ammont ta' kumpensi tal-USO mogħtija lil Correos matul il-perjodu 2004-2010 huma aktar minn EUR 15 miljun fis-sena, dak il-kumpens ma jaqax fl-ambitu tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2012, kif stabbilit fl-Artikolu 2 tagħha. Huma ma jaqgħux ukoll fl-ambitu tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005, kif stabbilit fl-Artikolu 2 tagħha.

(216)

Fl-istadju attwali tal-iżvilupp tas-suq intern, l-għajnuna mill-Istat li taqa barra mill-ambitu tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2012 tista' tiġi ddikjarata inkompatibbli mal-Artikolu 106(2) tat-Trattat jekk hija meħtieġa għall-operazzjoni tas-servizz ta' interess ekonomiku ġenerali kkonċernat u ma taffettwax l-iżvilupp tal-kummerċ sal-punt li tkun kontrarja għall-interessi tal-Unjoni (70).

(217)

Il-Qafas tal-SGEI tal-2012 jiddeskrivi l-kundizzjonijiet skont liema jinkiseb bilanċ bħal dan. Madankollu, f'konformità mal-paragrafu 69 tal-Qafas tal-SGEI tal-2012, peress li l-kumpensi tal-USO matul il-perjodu 2004-2010 jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat illegali, il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi li ġejjin ta' dak il-qafas ma japplikawx għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 106(2) tat-Trattat:

Paragrafu 14: tingħata konsiderazzjoni xierqa lill-ħtiġijiet tas-servizz pubbliku meta fornitur jiġi fdat b'SGEI partikolari;

Paragrafu 19: Konformità mar-regoli tal-akkwist pubbliku tal-UE meta jiġi fdat SGEI;

Paragrafu 20: nuqqas ta' diskriminazzjoni;

Paragrafu 24 (u 'l quddiem): applikazzjoni tal-metodoloġija tal-NAC biex jiġi kkalkolat il-kost nett;

Paragrafu 39 (u 'l quddiem): inċentivi tal-effiċjenza;

Paragrafu 60: trasparenza.

(218)

Għalhekk, fit-taqsima li ġejja, il-Kummissjoni se tivvaluta l-kumpensi tal-USO skont il-Qafas tal-SGEI tal-2012, esklużi l-paragrafi msemmija hawn fuq, u tiddetermina jekk dawn il-kumpensi jikkonformawx mal-kundizzjonijiet l-oħra stabbiliti f'dak il-qafas.

7.1.4.2.    Il-kompatibilità skont il-Qafas SGEI tal-2012

A.   Servizz ta' interess ekonomiku ġenerali ġenwin kif imsemmi fl-Artikolu 106 tat-Trattat

(219)

Is-servizz fdat lil Correos mill-Istat Spanjol huwa s-servizz postali universali kif meħtieġ mill-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2008/6/KE li jaqra: “L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi jgawdu d-dritt ta' servizz universali li jinvolvi l-forniment permanenti ta' servizz postali ta' kwalità speċifikata fil-punti kollha fit-territorju tagħhom bi prezzijiet li wieħed jaffordja għall-konsumaturi kollha.”. Kif spjegat fil-premessi 4 sa 8 tad-Direttiva 2008/6/KE li temenda d-Direttiva 97/67/KE l-obbligi tas-servizz postali universali kif definiti fid-Direttiva dwar is-Servizzi Postali huma rikonoxxuti mill-Unjoni bħala li jikkostitwixxu servizzi ġenwini ta' interess ekonomiku ġenerali skont it-tifsira tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat.

B.   Ħtieġa ta' inkarigu li jispeċifika l-obbligi ta' servizz pubbliku u l-metodi għall-kalkolu tal-kumpens

(220)

Kif indikat fit-taqsima 2.3 tal-Qafas tal-SGEI tal-2012, il-kunċett tal-SGEI skont it-tifsira tal-Artikolu 106 tat-Trattat ifisser li l-impriża inkwistjoni ġiet inkarigata bl-operat tas-servizz ta' interess ekonomiku ġenerali permezz ta' att uffiċjali wieħed jew aktar.

(221)

Dawk l-atti jridu jispeċifikaw, b'mod partikolari:

(1)

In-natura preċiża tal-obbligu tas-servizz pubbliku u d-durata tiegħu;

(2)

L-impriża u t-territorju konċernat;

(3)

In-natura tad-drittijiet esklussivi assenjati lill-operatur;

(4)

Id-deskrizzjoni tal-mekkaniżmu ta' kumpens u l-parametri għall-kalkolu, il-monitoraġġ u r-rieżami tal-kumpens;

(5)

L-arranġamenti biex jiġi evitat u mħallas lura kull kumpens żejjed.

(222)

Il-Liġi Postali tal-1998 u l-Plan de Prestación tal-2000 li kkostitwew l-atti ta' inkarigu rilevanti għall-perjodu 2004-2010 jiddefinixxu b'mod ċar u jinkarigaw lil Correos bl-USO. It-territorju kkonċernat huwa t-territorju nazzjonali sħiħ ta' Spanja.

(223)

Fl-Artikolu 19 tagħha, il-Liġi Postali Spanjola tal-1998 tindika wkoll id-drittijiet esklussivi mogħtija lil Correos. Dawk id-drittijiet jinkludu, pereżempju, l-użu tal-marka “España”, il-kelma “Correos” u s-simboli relatati.

(224)

Il-Plan de Prestación tal-2000 jipprevedi mekkaniżmu li jikkalkola l-kost nett tal-USO (il-metodoloġija Spanjola) li jintuża bħala l-bażi għall-ammont ta' kumpens (71). Il-mekkaniżmu ta' kumpens u l-parametri għall-kalkolu tal-kumpens jistgħu għalhekk jiġu meqjusa definiti.

(225)

Peress li l-metodoloġija Spanjola pprevediet li jenħtieġ li l-ammont tal-kumpensi tal-USO jikkorrispondi għall-kalkolu ex-post tal-kost nett, jista' jiġi aċċettat li s-sistema kienet imfassla biex tevita l-kumpens żejjed safejn il-metodoloġija għall-kalkolu tkun ġiet meqjusa affidabbli. Filwaqt li l-Kummissjoni tikkontesta l-applikabbiltà tal-metodoloġija Spanjola, din mhijiex meqjusa li taffettwa l-konformità mal-kundizzjoni li jkunu previsti mekkaniżmi biex jiġi evitat il-kumpens żejjed.

(226)

Il-Kummissjoni, għalhekk, tqis li l-inkarigu ta' Correos jista' jitqies li hu konformi mal-Qafas tal-SGEI tal-2012.

C.   Durata tal-perjodu tal-inkarigu

(227)

Kif indikat fit-taqsima 2.4 tal-qafas tal-SGEI tal-2012, “id-durata tal-perjodu tal-inkarigu għandha tiġi ġustifikata b'referenza għall-kriterji oġġettivi bħall-ħtieġa li tamortizza assi fissi mhux trasferibbli. Fil-prinċipju, id-durata tal-perjodu tal-inkarigu ma għandiex teċċedi l-perjodu meħtieġ għad-deprezzament tal-assi l-aktar sinifikanti meħtieġa biex jipprovdi l-SGEI.”

(228)

Il-Liġi Postali Spanjola tal-1998 ma speċifikatx id-durata tal-inkarigu tal-USO lil Correos. Madankollu, l-inkarigu ntemm fl-2011, meta l-Liġi Postali Spanjola ġdida tal-2010 daħlet fis-seħħ, u għalhekk id-durata attwali tal-inkarigu kienet ta' 12-il sena.

(229)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni ma tikkunsidrax li dan ir-rekwiżit tal-Qafas tal-SGEI tal-2012 jista' jwassal għal inkompatibbiltà tal-għajnuna li tiġi qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan il-Qafas. Fil-fatt, l-objettivi tad-dispożizzjoni tad-durata limitata inklużi fil-Qafas tal-SGEI tal-2012 huma li jiżguraw li l-Istat jirrieżamina s-sitwazzjoni tas-suq regolarment biex jivverifika li ż-żamma tas-servizz pubbliku għadha ġustifikata u tippermetti l-kompetizzjoni għall-għoti ta' dan is-servizz pubbliku permezz tal-applikazzjoni ta' regoli tal-akkwist pubbliku. Objettivi bħal dawn ma jistgħux jiġu segwiti għal miżura li tiġi kompluta fil-passat u li għalhekk ma tistax twassal għal inkompatibbiltà tal-kumpensi tal-USO mogħtija sal-2010 (72).

(230)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li t-tul ta' żmien ta' 12-il sena tal-inkarigu ma jidhirx eċċessiv u huwa simili għall-perjodi ta' inkarigu li japplikaw għal fornituri oħra ta' USO fl-UE (73).

(231)

Għalhekk jista' jiġi aċċettat li t-tul ta' żmien ta' 12-il sena ma jaqbiżx il-perjodu ta' deprezzament tal-aktar assi sinifikanti użati minn Correos għall-forniment tal-USO kif meħtieġ mill-Qafas SGEI tal-2012.

D.   Konformità mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE (74)

(232)

Skont il-paragrafu 18 tal-Qafas SGEI tal-2012, “l-għajnuna se titqies kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat biss meta l-impriża tikkonforma, fejn applikabbli, mad-Direttiva 2006/111/KE dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja f'ċerti impriżi”

(233)

L-Artikolu 29 tal-Liġi Postali Spanjola tal-1998 jimponi kontijiet separati fis-sistema interna ta' kontabilità tal-fornitur tas-servizz universali.

(234)

Dan l-obbligu huwa implimentat b'mod partikolari permezz tal-Ordni FOM/2447/2004 tat-12 ta' Lulju dwar “il-kontabilità analitika u s-separazzjoni tal-kontijiet”. Il-Kummissjoni vverifikat li l-prinċipji stabbiliti f'dak ir-regolament huma konformi, f'termini ta' allokazzjoni ta' kostijiet diretti u mhux korretti, mal-prinċipji stabbiliti fil-Qafas SGEI tal-2012 (75).

(235)

Barra minn hekk, wara t-talba tal-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ tal-2016, l-awtoritajiet Spanjoli pprovdew lill-Kummissjoni b'deskrizzjoni dettaljata tas-sistema kontabilistika analitika ta'

Correos li hija miġbura fil-qosor fil-figura.

Image

Imputazzjoni tal-kost tal-attivi-tajiet lill-prodotti

Imputazzjo-ni lil attivitajiet ta’ kostijiet imputati lil CeCos

Valutazzjoni tal-kostijiet strutturali

Imputazzjoni Diretta

Kost għal kull Pro-dott/Servizz

CeCos Operattivi

Imputazzjoni tal-kostijiet lil CeCos

Kostijiet indiretti

Kostijiet diretti

Imputazzjo-ni tal-kostijiet lil CeCos

Kontabilità Finanzjarja

Volum

Żmien

Kostijiet għal kull attività

Struttura ta’ CeCos

(236)

Kif muri fil-premessa 235, is-sistema kontabilistika tal-kostijiet ta' Correos hija bbażata fuq il-metodoloġija tal-kontabbiltà tal-kostijiet imsejħa kkostjar ibbażat fuq l-attività. Is-sistema tal-kostijiet ibbażata fuq l-attività hija metodu partikolari tal-metodu ta' allokazzjoni tal-kostijiet imqassma b'mod sħiħ, li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Qafas SGEI tal-2012 (76) u hija konformi wkoll mar-rekwiżiti speċifiċi għas-settur dwar il-kontabbiltà separata stabbiliti fl-Artikolu 14 tad-Direttiva dwar is-Servizzi Postali.

(237)

Il-mudell analitiku ta' Correos essenzjalment jinkludi l-fażijiet li ġejjin:

(1)

Id-determinazzjoni tal-kostijiet li għandhom jiġu attribwiti mill-kont tal-Profitt u t-Telf: Fl-2005, il-kostijiet imputabbli kienu jammontaw għal madwar […] biljun EUR.

(2)

L-imputazzjoni tal-kostijiet għal ċentri tal-kostijiet:

(a)

Perċentwal żgħir tal-kostijiet ([…]% — madwar EUR […] miljun fl-2005) huwa attribwit direttament għall-prodotti finali.

(b)

Il-biċċa l-kbira tal-kostijiet imputabbli ([…]% - EUR […] biljun) huma attribwiti lil ċentri ta' kostijiet (CeCoS).

Is-CeCoS (kien hemm […] CeCoS fl-2005) huma l-unità bażika tas-sistema kontabilistika analitika. Huma definiti bħala unità ta' konsum ta' riżorsi li huma rilevanti minn perspettiva ta' kontabilità tal-kostijiet.

Is-sistema kontabilistika analitika ta' Correos tagħmel distinzjoni bejn:

CeCoS operattivi: li jikkonsmaw riżorsi li huma direttament relatati mal-prodotti u s-servizzi finali (pereżempju l-uffiċċju postali). Kien hemm […] CeCoS operattiv fis-sistema kontabilistika analitika ta' Correos fl-2005. Fl-2005, kien qed jingħata ammont ta' EUR […] biljun lil CeCoS operattivi.

CeCos strutturali: li jikkonċentraw il-kostijiet strutturali li mhumiex direttament relatati mal-prodotti u s-servizzi finali. Dawn jikkorrispondu b'mod partikolari mal-appoġġ, l-amministrazzjoni, il-ġestjoni tar-riżorsi umani, il-funzjonijiet tal-IT. Kien hemm 180 CeCoS strutturali fis-sistema kontabilistika analitika ta' Correos fl-2005. Fl-2005, kien attribwit ammont ta' EUR […] miljun lil CeCoS strutturali.

(c)

Il-kostijiet imputati lis-CeCoS strutturali jiġu mbagħad distribwiti lil CeCoS operattivi abbażi ta' relazzjoni ta' kawżalità bejn is-CeCoS operattivi u s-CeCoS strutturali.

(3)

L-imputazzjoni tal-attivitajiet tal-kostijiet attribwiti lis-CeCoS:

L-attivitajiet huma grupp ta' kompiti omoġeni li għandhom l-għan li jipprovdu servizzi finali jew li jappoġġjaw il-provvista tagħhom (pereżempju separazzjoni manwali, issortjar awtomatiku, trasport...). 16-il attività huma distinti fis-sistema kontabilistika analitika ta' Correos fl-2005.

Il-kostijiet attribwiti lil CeCoS operattivi huma distribwiti lil attivitajiet ibbażati fuq il-konsum mill-attivitajiet tar-riżorsi tas-CeCoS.

(4)

Imputazzjoni għal kull prodott finali u għal kull servizz tal-kostijiet tal-attivitajiet:

Il-kostijiet huma attribwiti għal prodotti u servizzi finali abbażi tar-rabta kawżali tagħhom mal-attivitajiet.

(5)

Id-determinazzjoni tad-dħul għal kull prodott u servizz finali

Sabiex jiġi ddeterminat id-dħul, jiġu segwiti l-passi li ġejjin:

(a)

L-ewwel nett, id-dħul tal-ammont li għandu jiġi distribwit huwa ddeterminat mill-kont tal-Profitt u t-Telf: Fl-2005, id-dħul imputabbli kien jammonta għal madwar EUR […] biljun.

(b)

Parti minn dan id-dħul ([…]%-EUR […] biljun fl-2005) jikkorrispondi għall-bejgħ dirett irreġistrat fis-sistema ta' fatturar ta' Correos u jista' jiġi imputat direttament għall-prodotti u s-servizzi finali.

(c)

Il-bqija tad-dħul ([…]% - EUR […] miljun fl-2005) li mhux irreġistrat fis-sistema ta' fatturazzjoni iżda li għandu oriġini differenti huwa allokat għal prodotti u servizzi finali fuq il-bażi ta' tabella ta' perċentwali derivati minn studji magħmula minn Correos fuq ir-rabta ta' kawżalità bejn id-dħul reġistrat u l-prodotti u s-servizzi li ġġeneraw dan id-dħul.

(6)

Il-marġni għal kull prodott finali u għal kull servizz jista' għalhekk jiġi kkalkolat.

(238)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li s-sistema kontabilistika analitika stabbilita minn Correos hija xierqa sabiex jiġu separati l-attivitajiet USO mill-attivitajiet mhux USO kif ukoll fi ħdan l-USO, l-attivitajiet riżervata mill-attivitajiet mhux riservati.

(239)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li Correos ikkonformat mad-Direttiva 2006/111/KE.

A.   L-Ammont ta' kumpens

Metodu ta' kalkolu xieraq

(240)

Il-paragrafu 21 tal-Qafas SGEI tal-2012 jgħid li “(…) l-ammont tal-kumpens ma jistax jaqbeż dak li huwa meħtieġ biex ikopri l-kost tat-twettiq tal-obbligi ta' servizz pubbliku, inkluż profitt raġonevoli”. Jindika wkoll li “(…) Meta l-impriża twettaq ukoll attivitajiet li jaqgħu barra mill-ambitu tal-SGEI, il-kostijiet li għandhom jiġu kkunsidrati jistgħu jkopru l-kostijiet diretti kollha neċessarji għall-eżekuzzjoni tal-obbligi tas-servizz pubbliku u kontribuzzjoni xierqa għall-kostijiet indiretti komuni kemm għas-SGEI kif ukoll għall-attivitajiet l-oħra. Il-kostijiet marbuta ma' kull attivitajiet li jkunu barra mill-ambitu tas-SGEI għandhom jinkludu l-kostijiet diretti kollha u kontribuzzjoni xierqa għall-kostijiet komuni.”

(241)

Il-paragrafu 24 tal-Qafas SGEI tal-2012 jgħid li “Il-kost nett meħtieġ, jew li huwa mistenni li jkun meħtieġ, għall-eżekuzzjoni tal-obbligi tas-servizz pubbliku għandu jiġi kkalkulat billi tintuża l-metodoloġija tal-kostijiet netti evitati fejn din tkun meħtieġa mill-Unjoni jew mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u f'każijiet oħra fejn dan huwa possibbli.”

(242)

Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ tal-2016, il-Kummissjoni stmat li, peress li l-kumpensi tal-USO mogħtija skont il-Liġi Postali tal-1998 ingħataw bħala għajnuna illegali qabel id-dħul fis-seħħ tal-Qafas SGEI tal-2012 fil-31 ta' Jannar 2012, il-paragrafu 69 ta' dak il-qafas speċifikament eskluda l-applikazzjoni tal-paragrafu 24 tal-qafas u għalhekk l-applikazzjoni tal-metodoloġija tal-NAC għal għajnuna illegali.

(243)

Tabilħaqq, in-nota 2 ta' qiegħ il-paġna tal-premessa 21 tal-Qafas SGEI tal-2012 tiċċara li jekk ma tkunx tista' tiġi applikata l-metodoloġija tal-NAC (jew, bħal f'dan il-każ, ma tapplikax) il-kost nett irid jiġi ddeterminat bħala l-kostijiet mingħajr id-dħul tal-obbligi tas-servizz pubbliku. Din il-“metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet” hija deskritta fil-paragrafi 28 et seq. tal-Qafas SGEI tal-2012. Kienet meqjusa l-metodoloġija xierqa għall-kalkolu tal-kumpens tas-SGEI taħt il-Qafas tas-SGEI tal-2005, li kienet tapplika mid-29 ta' Novembru 2005 sal-31 ta' Jannar 2012, u serviet bħala l-bażi għal diversi deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-kumpens għall-USOs f'dak il-perjodu (77).

(244)

L-awtoritajiet Spanjoli u/jew Correos ikkontestaw speċifikament l-argument fil-kummenti tagħhom li jargumenta li l-Qafas SGEI tal-2012 ma evitax l-użu tal-NAC iżda sempliċiment ippermetta li ma jintużax qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu (ara b'mod partikolari l-premessa 98).

(245)

Il-Kummissjoni tqis li l-aċċettazzjoni tal-użu tal-metodoloġija tal-NAC għall-għajnuna illegali mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ tal-Qafas SGEI tal-2012 tippermetti lill-Istati Membri li jieħdu vantaġġ min-nuqqas ta' notifika ta' tali miżura ta' għajnuna illegali peress li tkun tista' tagħżel bejn il-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet u l-NAC filwaqt li l-Istati Membri li nnotifikaw il-kumpensi tagħhom għas-SGEI, kif previst mir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, kienu obbligati li jużaw metodu wieħed biss jiġifieri l-metodu tal-allokazzjoni tal-kostijiet. Dan l-approċċ għalhekk jippermetti li Spanja tieħu vantaġġ minħabba ksur tal-obbligi ta' notifika u tinvolvi ksur possibbli tal-prinċipju ta' trattament ugwali. Il-Kummissjoni għalhekk issostni li l-metodu ta' kontabilità biss jista' jintuża f'dan il-każ.

(246)

Fi kwalunkwe każ, anki li kieku jiġi aċċettat li l-metodoloġija tal-NAC kif preskritt mill-Qafas SGEI tal-2012 u d-Direttiva 2008/6/KE tista' tintuża f'dan il-każ, kif spjegat fil-premessi 176 sa 183, il-Kummissjoni tqis li l-metodoloġija Spanjola ma tistax titqies bħala implimentazzjoni valida tal-metodoloġija tal-NAC kontra dak li huwa argumentat mill-awtoritajiet Spanjoli u/jew Correos.

(247)

Għalhekk, il-metodoloġija Spanjola mhijiex, irrispettivament mill-merti intrinsiċi potenzjali tagħha, metodu li l-Kummissjoni qatt irrikonoxxiet, la qabel id-dħul fis-seħħ tal-Qafas SGEI tal-2012 u lanqas wara d-dħul fis-seħħ tiegħu.

(248)

F'ċirkustanzi bħal dawn, il-Kummissjoni tqis li l-uniku metodu li jista' jintuża huwa l-metodu ta' kontabilità li kien l-uniku metodu ta' referenza fil-mument meta ngħataw il-kumpensi USO u li kien il-bażi għal diversi deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-kumpens għall-USOs f'dak il-perjodu.

Parametri referenzjarji xierqa għall-profitt raġonevoli

(249)

Kif spjegat fil-premessa 167, il-Kummissjoni, fid-deċiżjoni tagħha tal-25 ta' Jannar 2012, iddeterminat parametru referenzjarju tal-marġni ta' profitt raġonevoli applikabbli għall-operaturi postali kollha fl-Unjoni.

(250)

L-awtoritajiet Spanjoli kkontestaw l-applikabbiltà ta' dawn il-parametri referenzjarji għal Correos, u argumentaw li kull każ għandu jiġi vvalutat fuq il-merti tiegħu. Il-Kummissjoni stiednet lill-awtoritajiet Spanjoli biex jipprovdu informazzjoni dettaljata dwar is-suq postali Spanjol li tippermetti valutazzjoni tal-opportunità li jkun hemm parametri referenzjarji differenti għal Correos. Madankollu, ma ġietx ipprovduta informazzjoni ta' dan it-tip. Bħala konsegwenza, il-Kummissjoni se tapplika l-parametru referenzjarju ta' medda ta' profitt raġonevoli stabbilit fil-każ bpost għal dan il-każ.

Valutazzjoni tal-approċċ alternattiv issuġġerit mill-awtoritajiet Spanjoli

(251)

F'każ li l-Kummissjoni tapplika l-metodu kontabilistiku għall-kumpensi USO mogħtija lil Correos skont il-Liġi Postali tal-1998, l-awtoritajiet Spanjoli argumentaw li għandhom jiġu kkunsidrati l-elementi li ġejjin (ara t-taqsima 5.3.1):

Valutazzjoni separata tal-kumpensi mogħtija lis-settur riżervat tal-USO u lis-settur mhux riżervat tal-USO

Tnaqqis permezz tal-kumpens żejjed permezz ta' dividendi mħallsa minn Correos.

(252)

Dawn is-suġġerimenti huma analizzati fil-premessi 253 sa 263.

—   Valutazzjoni separata tal-kumpensi mogħtija lis-settur riżervat tal-USO u lis-settur mhux riżervat tal-USO

(253)

L-awtoritajiet Spanjoli argumentaw li l-kumpensi tal-USO riċevuti minn Correos għall-konsenja ta' servizzi riżervati u mhux riżervati għandhom jiġu vvalutati separatament.

(254)

Wara li analizzat l-argumenti pprovduti mill-awtoritajiet Spanjoli matul il-proċedura ta' investigazzjoni formali, il-Kummissjoni tqis li l-qasma bejn is-settur Riżervat/Mhux Riżervat tista' tiġi aċċettata peress li:

L-argumenti li jappoġġjaw id-differenzazzjoni taż-żewġ SGEI differenti jidhru raġonevoli (b'mod partikolari l-kuntest tat-twettiq tal-obbligi huwa differenti bejn is-settur riżervat tal-USO u s-settur mhux riżervat tal-USO);

Il-qasma hija koerenti għal kollox mal-mod kif ġie kkalkolat il-kumpens tal-USO li jiddistingwi b'mod ċar is-servizzi riżervati u mhux riżervati u li huma differenti b'mod sinifikanti bejn iż-żewġ setturi. Kif spjegat mill-awtoritajiet Spanjoli, filwaqt li l-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet ġiet applikata għas-servizzi riżervati tal-USO, ġie applikat approċċ ieħor għas-servizzi mhux riżervati USO li l-awtoritajiet Spanjoli jidentifikaw għall-metodoloġija tal-NAC. Filwaqt li l-Kummissjoni ma taqbilx ma' din il-kwalifika, hija taqbel li l-metodoloġija tal-kalkolu hija fundamentalment differenti bejn is-settur riżervat tal-USO u s-settur mhux riżervat tal-USO.

(255)

Il-Kummissjoni tixtieq tenfasizza li l-aċċettazzjoni ta' din il-qasma tinvolvi li l-kumpensi tal-USO lis-settur riżervat u l-kumpensi tal-USO lis-settur mhux riżervat għandhom jiġu vvalutati separatament mingħajr ebda rikonċiljazzjoni ulterjuri taż-żewġ valutazzjonijiet.

Bil-qasma, il-Kummissjoni tikkonferma li r-riżultati ppreżentati fit-taqsima 5.3.1 huma korretti:

l-ebda kumpens żejjed ta' Correos għall-forniment tas-servizzi riżervati għall-USO peress li l-kumpens għas-servizzi riżervati tal-USO huwa eżattament daqs il-kost nett tal-kontabilità ta' Correos

kumpens żejjed ta' Correos għat-twassil tas-servizzi mhux riservati USO ugwali għall-ammont ta' kumpensi tal-USO allokati lis-settur mhux riżervat tal-USO billi l-livell ta' profitt tas-servizzi mhux riżervati tal-USO kien dejjem ogħla mil-livell tal-parametru referenzjarju massimu tal-profitt ikkunsidrat fil-każ bpost.

(256)

Il-kumpens żejjed ta' Correos għall-forniment ta' servizzi mhux riżervati huwa għalhekk ugwali għal EUR 317,387 miljun (f'termini nominali).

—   Tnaqqis permezz tal-kumpens żejjed permezz ta' dividendi mħallsa minn Correos.

(257)

L-awtoritajiet Spanjoli argumentaw li l-kumpens żejjed ta' Correos għandu jitnaqqas mid-dividendi mħallsa minn Correos matul l-2004–2010 (madwar EUR 151 miljun).

(258)

Bħala prinċipju, il-Kummissjoni ma tqisx li d-dividendi huma mezz xieraq biex jitnaqqas il-kumpens żejjed kif imsemmi fil-każ Dansk Statsbaner (78). Madankollu, f'dan il-każ, il-Kummissjoni tifhem li ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ kienu għamlu l-ħlas ta' dividendi probabbilment l-uniku mod prattiku biex jiġi limitat l-impatt ta' kumpens żejjed ta' Correos li jirriżulta mill-profitti għolja ta' Correos fis-settur mhux riżervat.

(259)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni taqbel li Spanja pprovdiet biżżejjed evidenza li turi li d-deċiżjoni li jitħallsu d-dividendi oriġinat pjuttost mill-Istat Spanjol (bl-użu tal-pożizzjoni tiegħu bħala azzjonist uniku ta' Correos) milli mill-maniġment ta' Correos innifisha.

(260)

Minbarra l-inklużjoni ta' dawn id-dividendi mill-Istat fil-baġit tiegħu ferm qabel il-pagament reali tagħhom li għandha t-tendenza li turi li l-Istat kien qed jikkontrolla d-deċiżjoni, huwa wkoll diffiċli li jiġi identifikat l-interess ekonomiku għal Correos, bħala kumpanija, biex id-dividendi jitħallsu lill-Istat f'dak il-perjodu. L-inċentivi tipiċi għal kumpanija biex tirremunera l-azzjonist tagħha (tattira investituri, fondi futuri siguri, turi s-saħħa finanzjarja tajba tal-kumpanija) ma jidhrux rilevanti fis-sitwazzjoni inkwistjoni meta l-Istat ikun l-uniku azzjonist u fejn il-kumpanija kienet assigurata li tirċievi finanzjament kontinwu sal-2010 mill-Istat. Għal dawn ir-raġunijiet, meta wieħed iqis il-qafas legali speċifiku li kien fis-seħħ, jista' jiġi aċċettat li d-deċiżjoni li jiġu mħallsa d-dividendi toriġina essenzjalment mill-Istat li uża din l-għodda biex jiġbed fondi mill-kumpanija.

(261)

Fir-rigward tal-Istat Spanjol, il-ħlas ta' kumpensi sinifikanti għall-USO u fl-istess ħin il-ġbir tad-dividendi jista' jidher inkonsistenti iżda jista' jinftiehem fil-kuntest fejn id-dividendi kienu fil-fatt mezz biex jitnaqqas il-finanzjament żejjed potenzjali li xorta kellu jitħallas lil Correos skont il-Plan de Prestación tal-2000. Tabilħaqq, peress li Spanja kienet iffirmat kuntratt ta' servizz pubbliku li jiddefinixxi b'mod awtomatiku l-ammont ta' kumpens li għandu jitħallas lil Correos irrispettivament mil-livell ta' profitt attwali tal-kumpanija, jista' jinftiehem li d-dividendi jistgħu jaqdu f'ċirkostanzi bħal dawn ir-rwol ta' mekkaniżmu ta' rkupru.

(262)

Il-Kummissjoni tqis ukoll li dawn id-dividendi essenzjalment joriġinaw minn servizzi mhux riżervati tal-USO li ġew ikkumpensati żżejjed, li kienu s-sors tal-profitt ta' Correos. Barra minn hekk, Correos li kienet profittabbli ħafna fis-snin korrispondenti ma tidhirx li ġibdet xi benefiċċju partikolari mill-fondi miżmuma temporanjament: b'mod partikolari, ma kisbitx self mill-banek li setgħu bbenefikaw minn affidabbiltà kreditizja aħjar u ma għamlitx akkwiżizzjonijiet partikolari.

(263)

F'ċirkustanzi bħal dawn, il-Kummissjoni taċċetta li tnaqqas il-kumpens żejjed imħallas minn Correos bid-dividendi mħallsa minn Correos matul l-2004–2010.

(264)

It-tabella 12 tiġbor fil-qosor il-kalkolu tal-ammont nominali tal-irkupru:

Tabella 12

Kalkolu tal-kumpens żejjed

(f'miljuni ta' EUR)

Settur mhux riżervat tal-USO

2004

2005

2006

2007

2008

2009

2010

Total

Dħul

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Kostijiet

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Kost nett = Kostijiet - Dħul

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Profitt raġonevoli (ibbażat fuq ROS ta' 7.4 %)

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Kost nett + profitt raġonevoli

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Kumpens permess lil Correos

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Kumpens mogħti lil Correos

44,859

47,294

55,199

39,441

40,863

45,919

43,812

317,387

Kumpens żejjed = kumpens mogħti – kumpens permess

44,859

47,294

55,199

39,441

40,863

45,919

43,812

317,387

Dividend imputat

29,775

30,576

51,958

38,966

0,000

0,000

0,000

151,275

Kumpens żejjed aġġustat = kumpens żejjed - dividendi

15,084

16,718

3,241

0,475

40,863

45,919

43,812

166,112

7.1.5.   KONKLUŻJONI

(265)

Il-Kummissjoni tikkonkludi l-ewwel li l-kumpensi tal-USO mogħtija lil Correos taħt il-Liġi Postali 1998 jikkostitwixxu għajnuna illegali mill-Istat.

(266)

Barra minn hekk, dawn il-kumpensi tal-USO jikkostitwixxu għajnuna inkompatibbli skont l-Artikolu 106(2) tat-Trattat sal-punt li dawn jingħataw kumpens żejjed lil Correos.

(267)

Wara t-tnaqqis tad-dividend, il-kumpens żejjed huwa ta' EUR 166,112 miljun.

(268)

L-ammont attwali li għandu jiġi rkuprat jista' jqis aġġustament tat-taxxa (79) kif previst mill-Avviż dwar l-Irkupru (80) li jiddikjara fil-paragrafu 50 tiegħu li “L-awtoritajiet nazzjonali huma permessi li jqisu l-inċidenza tas-sistema tat-taxxa sabiex jiddeterminaw l-ammont li għandu jiġi rimborżat. Meta benefiċjarju ta' għajnuna illegali u inkompatibbli jkun ħallas it-taxxa fuq l-għajnuna li rċieva, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu, skont ir-regoli nazzjonali tagħhom tat-taxxa, iqisu l-ammont tat-taxxa mħallsa qabel billi jirkupraw biss l-ammont nett li l-benefiċjarju jkun irċieva. Il-Kummissjoni tqis li f'każijiet bħal dawn, jeħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali jiżguraw li l-benefiċjarju ma jkunx jista' jgawdi minn tnaqqis ieħor mit-taxxa billi jiddikjara li r-rimborż naqqas id-dħul taxxabbli tiegħu, peress li dan ikun ifisser li l-ammont nett tal-irkupru kien aktar baxx mill-ammont nett riċevut inizjalment.”

(269)

Għaldaqstant, l-ammont effettiv li għandu jiġi rkuprat jista' jqis aġġustament tat-taxxa bis-suppożizzjoni li Spanja tirrispetta l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 50 tal-avviż ta' rkupru. Se jinkludi wkoll interessi mid-data li fiha kull kumpens tal-USO tpoġġa għad-dispożizzjoni ta' Correos sal-irkupru.

7.2.   L-EŻENZJONIJIET MIT-TAXXA MIKSUBA MINN CORREOS: IT-TAXXA FUQ IL-PROPJETÀ IMMOBBLI (IBI) U T-TAXXA FUQ L-ATTIVITAJIET EKONOMIĊI (IAE)

7.2.1.   L-GĦAJNUNA MILL-ISTAT FIT-TIFSIRA TAL-ARTIKOLU 107(1) TAT-TRATTAT

7.2.1.1.    Il-miżuri imputabbli għall-Istat u mogħtija minn riżorsi tal-Istat

(270)

L-Artikolu 107(1) tat-Trattat jeħtieġ li l-miżura tingħata minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat fi kwalunkwe forma. Telf ta' dħul mit-taxxa hu ekwivalenti għall-konsum ta' riżorsi tal-Istat fil-forma ta' nefqa fiskali.

(271)

Kif sostniet il-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Banco Exterior de España, miżura li biha l-awtoritajiet pubbliċi jagħtu lil ċerti impriżi eżenzjoni mit-taxxa li, għalkemm ma tinvolvix trasferiment ta' flus kontanti tar-riżorsi tal-Istat, tqiegħed lill-persuni li għalihom tapplika l-eżenzjoni mit-taxxa f'sitwazzjoni finanzjarja aktar favorevoli minn kontribwenti oħrajn, tissodisfa l-kunċett ta' “riżorsi tal-Istat” skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat (81).

(272)

Bl-eżenzjoni ta' Correos mit-Taxxa fuq il-Proprjetà Immobbli u mit-Taxxa fuq l-Attivitajiet Ekonomiċi, l-awtoritajiet Spanjoli jitilfu dħul li jikkostitwixxi riżorsi tal-Istat.

(273)

Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li dawn l-eżenzjonijiet mit-taxxa jinvolvu telf ta' riżorsi tal-Istat u konsegwentement jingħataw mill-Istat permezz ta' riżorsi tal-Istat.

(274)

L-awtoritajiet Spanjoli u/jew Correos argumentaw fil-kummenti tagħhom li l-eżenzjoni mit-taxxa tal-IBI mhijiex imputabbli għall-Istat minħabba li tirriżulta mid-deċiżjonijiet tal-Qorti Nazzjonali u mhux l-Istat innifsu (ara l-premessi 67 u 102).

(275)

Il-Kummissjoni ma taqbilx ma' dak l-argument, tabilħaqq f'każijiet fejn awtorità pubblika tagħti vantaġġ lil benefiċjarju, il-miżura hija skont id-definizzjoni imputabbli lill-Istat, anki jekk l-awtorità inkwistjoni tgawdi awtonomija legali minn awtoritajiet pubbliċi oħra (82). Għalhekk, l-għajnuna mogħtija permezz ta' sentenzi li joħorġu mill-qrati nazzjonali hija imputabbli għall-Istat u, b'hekk, tista' tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat.

7.2.1.2.    Vantaġġ ekonomiku selettiv lil impriża

A.   Il-kunċett ta' impriża

(276)

Kif indikat fil-premessa 162, Correos għandha tiġi kkwalifikata bħala impriża għall-provvista tas-servizzi tal-USO li huma s-suġġett tal-eżenzjoni mit-taxxa.

B.   Vantaġġ ekonomiku

(277)

Il-forma preċiża ta' miżura hija irrilevanti biex jiġi stabbilit jekk tagħtix vantaġġ ekonomiku lill-impriża (83). Il-kunċett ta' vantaġġ ikopri mhux biss il-benefiċċji pożittivi iżda wkoll interventi li, f'diversi forom, itaffu l-imposti li normalment jitħallsu mill-baġit tal-impriża (84). Għalhekk, ħelsien minn piżijiet ekonomiċi (bħal obbligi tat-taxxa) jista' wkoll jikkostitwixxi vantaġġ.

(278)

Correos ġiet totalment jew parzjalment eżentata minn ċerti taxxi, bħall-IBI u l-IAE, filwaqt li impriżi oħra, involuti wkoll f'attivitajiet ekonomiċi inkluż l-għoti ta' servizzi postali, fil-prinċipju huma kompletament soġġetti għal dawn it-taxxi. Għalhekk, Correos tibbenefika minn vantaġġ ekonomiku għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

(279)

L-eżenzjonijiet mit-taxxa mogħtija lil Correos inaqqsu l-imposti li normalment jiġu inklużi f'kostijiet operatorji tagħha. Konsegwentement, dan jibbenefika lil Correos meta mqabbla ma' impriżi oħra soġġetti għall-IBI jew l-IAE, li ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn l-eżenzjonijiet mit-taxxa.

C.   Selettività

(280)

Miżura hija selettiva sa fejn tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti prodotti skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

(281)

It-tassazzjoni differenzjali trid tiġi eżaminata fid-dawl tal-ġurisprudenza dwar il-kunċett tas-selettività (85). Miżura tat-taxxa hija prima facie selettiva jekk tikkostitwixxi devjazzjoni mill-qafas ġenerali (jew referenza) tat-taxxa. F'dan ir-rigward, huwa meħtieġ li jiġi vvalutat jekk il-miżura tiffavorixxix ċerti impriżi meta mqabbla ma' impriżi oħra, li huma f'sitwazzjoni legali u fattwali komparabbli fid-dawl tal-objettiv imfittex mis-sistema ta' taxxa ta' referenza. Skont il-każistika tal-Qorti, miżura selettiva prima facie tista' tiġi ġġustifikata mil-loġika tas-sistema tat-taxxa. Madankollu, f'dan ir-rigward, jistgħu jitqiesu biss ir-raġunijiet intrinsiċi inerenti għas-sistema fiskali u l-ebda raġunijiet ta' politika esterna. Jekk il-miżura prima facie selettiva ma tistax tiġi ġġustifikata mil-loġika tas-sistema fiskali, din tkun tammonta għal vantaġġ selettiv u, jekk il-kundizzjonijiet l-oħra kollha stipulati fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat ikunu ssodisfati, dik il-miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens ta' dik id-dispożizzjoni (86).

Taxxa fuq il-Propjetà Immobbli (IBI)

Qafas ta' referenza

(282)

Id-determinazzjoni tas-sistema ta' tassazzjoni ta' referenza (jew il-qafas ta' referenza) għandha importanza partikolari fil-każ ta' miżuri fiskali, peress li l-eżistenza nnifisha ta' vantaġġ tista' tiġi biss meta mqabbla mas-“sistema ta' tassazzjoni normali” (87).

(283)

F'dan il-każ, il-qafas ta' referenza għandu jiġi definit bħala IBI, kif stipulat fid-Digriet Leġiżlattiv Irjali 2/2004, tal-5 ta' Marzu 2004. Isegwi minn din il-liġi li, skont ir-regoli normali, impriżi - fost persuni oħra legali u fiżiċi - huma soġġetti għal IBI għad-drittijiet ta' proprjetà stipulati fl-Artikolu 61 tad-Digriet Leġiżlattiv Irjali 2/2004 dwar proprjetajiet rurali u urbani u fuq proprjetà b'karatteristiċi speċjali.

Deroga mill-qafas ta' referenza

(284)

Skont l-Artikolu 60 tad-Digriet Irjali Leġiżlattiv, l-IBI “hija taxxa diretta oġġettiva imposta fuq il-valur tal-proprjetà skont it-termini stabbiliti f'dan id-Digriet Leġiżlattiv Irjali”. L-avveniment taxxabbli tal-IBI huwa l-intitolament għal kwalunkwe wieħed mid-drittijiet stipulati fl-Artikolu 61 tad-Digriet Leġiżlattiv Irjali 2/2004 (88) dwar proprjetajiet rurali u urbani u fuq proprjetà b'karatteristiċi speċjali. L-IBI mhijiex imposta fuq l-ebda attività, iżda fuq il-valur tal-proprjetà.

(285)

Skont l-Artikolu 19(1)(b) tal-Liġi Postali tal-1998 u l-Artikolu 22(2) tal-Liġi Postali tal-2010, Correos fil-prinċipju hija intitolata għal eżenzjoni mit-taxxi fuq l-attivitajiet ekonomiċi relatati mas-servizzi tagħha fis-settur riżervat (skont il-Liġi Postali 1998) jew l-USO (skont il-Liġi Postali 2010). Għalkemm l-awtoritajiet Spanjoli jargumentaw li l-IBI mhijiex direttament marbuta ma' attività ekonomika partikolari u għalhekk Correos ma setgħetx tibbenefika mill-eżenzjoni, fil-prattika Correos ressqet ilmenti quddiem il-Qrati lokali minħabba li temmen li kienet intitolata għall-eżenzjoni IBI għall-uffiċji postali f'ċerti muniċipalitajiet.

(286)

L-eżenzjoni mit-taxxa minn IBI applikabbli lil Correos tikkostitwixxi deroga mis-sistema tat-taxxa IBI ġenerali applikabbli fi Spanja u tagħti vantaġġ selettiv lil Correos. Tabilħaqq, bl-applikazzjoni tal-eżenzjoni tat-taxxa, Correos, li hija involuta fit-tranżazzjonijiet tal-proprjetà immobbli bħal impriżi oħra, tgawdi minn benefiċċju tat-taxxa li kumpaniji oħra mhumiex intitolati għalih. Għalhekk, il-miżura tidderoga mir-reġim komuni tat-taxxa tal-IBI sa fejn din tiddistingwi bejn operaturi ekonomiċi li, fid-dawl tal-objettiv tas-sistema tat-taxxa IBI (li huwa li tintaxxa d-drittijiet ta' proprjetà immobbli stipulati fl-Artikolu 61, id-Digriet Leġiżlattiv Irjali 2/2004 fuq rurali u urban), huma f'sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli (89).

Loġika intrinsika tas-sistema tat-taxxa

(287)

Il-Kummissjoni b'mod preliminari tikkonkludi li l-eżenzjoni mit-taxxa IBI applikabbli għall-Correos hija prima facie selettiva. Madankollu, għadu meħtieġ li jiġi ddeterminat (kif imsemmi fil-premessa 281), jekk l-eżenzjoni mit-taxxa mill-IBI tistax tiġi ġġustifikata min-natura jew mill-iskema ġenerali tas-sistema tat-taxxa IBI billi jintwera li l-miżura tirriżulta direttament mill-prinċipji bażiċi jew ta' gwida tas-sistema fiskali tagħha.

(288)

L-awtoritajiet Spanjoli u/jew Correos ma pprovdewx qabel l-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta' Ftuħ tal-2016 jew matul il-proċedura ta' investigazzjoni formali kwalunkwe argument li juri li l-eżenzjoni mit-taxxa mill-IBI tirriżulta mill-applikazzjoni ta' prinċipju ta' gwida tas-sistema tat-taxxa IBI. Il-Kummissjoni lanqas ma setgħet tidentifika tali ġustifikazzjoni. Il-loġika inerenti tas-sistema tat-taxxa IBI hija li tintaxxa d-drittijiet tal-proprjetà stipulati fl-Artikolu 61 tad-Digriet Leġiżlattiv Irjali 2/2004 dwar proprjetajiet rurali u urbani u fuq proprjetà b'karatteristiċi speċjali. L-applikazzjoni ta' eżenzjoni totali minn IBI esklużivament għal Correos ma taqbilx mal-loġika tas-sistema tat-taxxa tal-IBI.

Konklużjoni

(289)

Billi l-awtoritajiet Spanjoli ma pprovdewx, matul il-proċedura ta' investigazzjoni formali, kwalunkwe argument li jikkontradixxi l-valutazzjoni tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni tikkonferma l-konklużjoni preliminari li ntlaħqet fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ tal-2016 li l-eżenzjoni mit-taxxa mill-IBI mogħtija lil Correos tikkostitwixxi vantaġġ selettiv li ma jistax jiġi ġġustifikat min-natura u l-loġika tas-sistema tat-taxxa IBI.

Taxxa fuq l-Attivitajiet Ekonomiċi (IAE)

Qafas ta' referenza

(290)

Isegwi mill-Artikolu 78 tad-Digriet Leġiżlattiv Irjali 2/2004 li l-impriżi li jwettqu attivitajiet ekonomiċi, kummerċjali, professjonali jew artistiċi huma soġġetti għall-IAE. It-taxxa tal-IAE fuq servizzi postali u telekomunikazzjonijiet hija stabbilita fil-Grupp tat-Tariffi 847 “Servizzi Postali u telekomunikazzjonijiet” tad-Digriet Leġiżlattiv Irjali 1175/1990 tat-28 ta' Settembru. Għaldaqstant, il-qafas ta' referenza huwa l-IAE, kif stabbilit fid-Digriet Leġiżlattiv Irjali 2/2004, tal-5 ta' Marzu 2004.

Deroga mill-qafas ta' referenza

(291)

In-nota 3 għall-Grupp tat-Tariffi tal-847 tad-Digriet Leġiżlattiv Irjali 1175/1990 tistipula li l-Entità tan-Negozju Pubbliku ta' Correos hija intitolata tħallas biss 50 % tal-ammont tat-taxxa stipulat għall-impriżi soġġetti għall-Grupp ta' Tariffi 847 “Servizzi postali u telekomunikazzjonijiet”.

(292)

L-eżenzjoni parzjali mit-taxxa mill-IAE applikabbli għal Correos tikkostitwixxi deroga mis-sistema fiskali tal-IAE applikabbli għal attivitajiet ekonomiċi, kummerċjali, professjonali u artistiċi b'mod ġenerali, u b'mod partikolari għas-servizzi postali u għat-telekomunikazzjoni. Għalhekk, dik l-eżenzjoni tista' titqies li tagħti vantaġġ selettiv lil Correos. Fil-fatt, bl-applikazzjoni tal-eżenzjoni tat-taxxa ta' 50 %, Correos, li hija involuta f'attivitajiet ekonomiċi b'mod ġenerali u s-servizzi postali b'mod partikolari, tgawdi minn benefiċċju tat-taxxa li b'mod ġenerali, impriżi oħrajn b'mod ġenerali u operaturi postali oħrajn b'mod partikolari mhumiex intitolati għalihom. Għalhekk, il-miżura tidderoga mir-reġim tal-IAE komuni applikabbli għall-impriżi kollha b'mod ġenerali u għas-servizzi postali u l-operaturi tat-telekomunikazzjoni b'mod partikolari, peress li tiddistingwi bejn operaturi ekonomiċi li, fid-dawl tal-objettiv tal-IAE (li huwa li tintaxxa t-twettiq ta' attività ekonomika), huma f'sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli (90). Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-eżenzjoni parzjali mill-IAE applikabbli għal Correos hija prima facie selettiva.

Loġika intrinsika tas-sistema tat-taxxa

(293)

Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi stabbilit, skont il-każistika tal-Qorti, jekk l-eżenzjoni mit-taxxa mill-IAE mogħtija lil Correos tistax tkun iġġustifikata min-natura jew l-iskema ġenerali tas-sistema tat-taxxa tal-IAE billi jintwera li l-miżura tirriżulta direttament mill-prinċipji bażiċi jew ta' gwida tas-sistema tat-taxxa tagħha.

(294)

Correos targumenta li l-eżenzjoni mill-IAE tkun ġustifikata mil-loġika tas-sistema tat-taxxa tal-IAE għaliex il-loġika intrinsika tal-IAE tkun li tintaxxa l-attivitajiet ekonomiċi bl-għan li tintervjeni fil-produzzjoni jew fid-distribuzzjoni ta' oġġetti u servizzi u Correos hija involuta mhux biss f'attivitajiet ekonomiċi li jikkonsistu fil-produzzjoni ta' oġġetti u servizzi, iżda wkoll fil-forniment ta' servizzi pubbliċi bħall-USO, li ma jsegwux għan ekonomiku (ara l-premessa 70).

(295)

Il-Kummissjoni ma tistax taqbel ma' dak l-argument. L-għoti tal-USO huwa attività ekonomika u eżenzjoni mit-taxxa li jkollha fil-mira tagħha l-USO jenħtieġ li tiġi kkunsidrata bħala għajnuna mill-Istat li tista' possibbilment tkun kompatibbli jekk tikkonforma mar-regoli tal-SGEI dwar il-kompatibbiltà. Dan l-argument jidher li jikkontradixxi t-talba ta' Correos li l-eżenzjonijiet ta' IAE u IBI ma jiġux ivvalutati fid-dawl tal-Liġi Postali tal-1998 jew tal-2010 li jinkarigaw lil Correos bl-USO iżda b'referenza diretta għal-leġiżlazzjoni li tirregola kull taxxa (ara l-premessa 66). Il-Kummissjoni tinnota f'dan ir-rigward li Correos ma argumentatx li l-eżenzjonijiet tat-taxxa tal-IAE jistgħu jikkostitwixxu kumpensi tal-USO.

(296)

B'konsegwenza ta' dan, il-Kummissjoni tqis li ma ntweriex li l-eżenzjoni mill-IAE tista' tiġi ġġustifikata mil-loġika tas-sistema tat-taxxa tal-IAE.

Konklużjoni

(297)

Il-Kummissjoni tikkonferma l-konklużjoni preliminari li ntlaħqet fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ tal-2016 li l-eżenzjoni parzjali mit-taxxa IAE mogħtija lil Correos tikkostitwixxi vantaġġ selettiv li ma jistax jiġi ġġustifikat min-natura u l-loġika tas-sistema tat-taxxa tal-IAE.

7.2.1.3.    Distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ

(298)

Kif spjegat fil-premessa 204, kwalunkwe miżura li tibbenefika lil Correos aktarx li taffettwa l-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

7.2.1.4.    Konklużjoni

(299)

Fuq il-bażi tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni tikkonferma l-valutazzjoni preliminari tagħha li l-eżenzjonijiet minn IBI u IAE mogħtija lil Correos jissodisfaw il-kriterji kumulattivi tal-għajnuna mill-Istat u għalhekk jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

7.2.2.   GĦAJNUNA EŻISTENTI JEW ĠDIDA

(300)

Fir-rigward tal-eżenzjoni mit-taxxa lill-IBI, l-eżenzjonijiet mit-taxxa nkisbu minn Correos bejn l-2008 u l-2013, għalhekk wara l-adeżjoni ta' Spanja mal-Unjoni fl-1986. Għalhekk, l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-proprjetà immobbli ma tistax titqies bħala għajnuna eżistenti.

(301)

Fir-rigward tal-eżenzjoni mit-taxxa IAE, it-taxxa ġiet introdotta mill-Artikoli 79 sa 92 tal-Liġi 39/1988, li tirregola l-Finanzi Lokali, tat-28 ta' Diċembru 1988. It-taxxa ġiet introdotta wara l-adeżjoni ta' Spanja mal-Unjoni. Għalhekk, l-eżenzjoni tat-taxxa IAE normalment ma tistax tiġi kkwalifikata bħala għajnuna eżistenti.

(302)

Jista' jiġi nnotat li l-awtoritajiet Spanjoli u/jew Correos jargumentaw li l-eżenzjoni mit-taxxa IAE hija għajnuna eżistenti minħabba li l-eżenzjoni tirriżulta mill-hekk imsejħa Kwota ta' Liċenzja, li kienet modalità tat-Taxxa fuq Attivitajiet u Benefiċċji Kummerċjali u Industrijali, adottata bid-Digriet 3313/1966 tad-29 ta' Diċembru 1966 (ara l-premessi 71 u 103).

(303)

L-awtoritajiet Spanjoli ma pprovdewx informazzjoni lill-Kummissjoni li tista' turi kontinwità bejn it-Taxxa tal-1966 dwar l-Attivitajiet u l-Benefiċċji Industrijali u Kummerċjali u t-Taxxa IAE tal-1988 li introduċiet sistema speċifika ħafna (ara l-premessi 42 sa 44). Barra minn hekk, anki jekk wieħed jassumi li t-taxxa tal-IAE introdotta fl-1988 tista' tirriżulta mit-Taxxa tal-1966 dwar l-Attivitajiet u l-Benefiċċji Kummerċjali u Industrijali, il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Spanjoli jirrikonoxxu wkoll li Correos kellha eżenzjoni sħiħa mit-Taxxa tal-1966 fuq l-Attivitajiet u l-Benefiċċji Industrijali u Kummerċjali meta kienet korp amministrattiv minħabba n-natura tagħha (ara l-premessa 103). Correos kienet korp amministrattiv sal-1990 (ara l-premessa 22) u għalhekk qatt ma kienet soġġetta a priori għat-Taxxa tal-1966 dwar l-Attivitajiet u l-Benefiċċji Kummerċjali u Industrijali filwaqt li s-sistema ta' Taxxa IAE kklassifikat b'mod ċar lil Correos f'kategorija taxxabbli speċifika u Correos ibbenefikat minn tnaqqis ta' 50 % tal-ammont pagabbli f'dik il-kategorija.

(304)

Għalhekk, il-Kummissjoni ssostni l-fehma tagħha li l-eżenzjoni mit-taxxa IAE ma tikkostitwixxix għajnuna eżistenti.

7.2.3.   IL-LEGALITÀ TAL-MIŻURA TA' GĦAJNUNA

(305)

Il-Kummissjoni tinnota li l-eżenzjonijiet fiskali tal-IBI u tal-IAE ma kinux soġġetti għal notifika skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat.

(306)

Għalhekk, l-eżenzjonijiet mit-taxxa mogħtija lil Correos jikkostitwixxu għajnuna illegali skont it-tifsira tal-Artikolu 1(f) tar-Regolament (UE) 2015/1589.

7.2.4.   IL-KOMPATIBBILTÀ MAS-SUQ INTERN

(307)

L-għajnuna mill-Istat għandha titqies kompatibbli mas-suq intern jekk tkun inkluża fi kwalunkwe waħda mill-kategoriji elenkati fl-Artikolu 107(2) tat-Trattat (91) u tista' titqies bħala kompatibbli mas-suq intern jekk il-Kummissjoni jirriżultalha li hija inkluża f'xi waħda mill-kategoriji elenkati fl-Artikolu 107(3) tat-Trattat (92). Madankollu, huwa l-Istat Membru li jagħti l-għajnuna li jerfa' r-responsabbiltà li jagħti prova li l-għajnuna mill-Istat mogħtija minnu hija kompatibbli mas-suq intern skont il-paragrafi (2) jew (3) tal-Artikoli 107 tat-Trattat.

(308)

Il-Kummissjoni tosserva li l-eżenzjonijiet fiskali tal-IBI u tal-IAE jeħilsu lil Correos mill-kostijiet li normalment kien ikollha ġġarrab fil-ġestjoni ta' kuljum jew fl-attivitajiet normali tagħha. Fi kliem ieħor, dawk l-eżenzjonijiet jikkostitwixxu għajnuna operattiva, mingħajr ebda limitu ta' żmien. Bħala regola ġenerali, l-għajnuna operattiva ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern skont il-paragrafi (2) jew (3) tal-Artikolu 107 tat-Trattat.

(309)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Spanjoli ma avvanzaw l-ebda argument, qabel l-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta' Ftuħ tal-2016 jew matul il-proċedura ta' investigazzjoni formali, li juri li l-eżenzjonijiet tat-taxxa tal-IBI u tal-IAE mogħtija lil Correos setgħu jaqgħu taħt xi waħda mill-eżenzjonijiet elenkati fil-paragrafi (2) jew (3) tal-Artikolu 107 tat-Trattat.

(310)

L-awtoritajiet Spanjoli ma pprovdew l-ebda ġustifikazzjoni, qabel l-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta' Ftuħ tal-2016 jew matul il-proċedura ta' investigazzjoni formali, li skonthom l-eżenzjonijiet tal-IBI u tal-IAE (li f'kull każ japplikaw mhux biss għas-SGEI iżda wkoll għal attivitajiet purament kummerċjali) jistgħu jkunu kompatibbli skont l-Artikolu 106(2).

7.2.5.   KONKLUŻJONI

(311)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-eżenzjonijiet tat-taxxi IBI u IAE jikkostitwixxu għajnuna inkompatibbli mill-Istat u l-ammonti korrispondenti għandhom jiġu rkuprati.

(312)

Correos targumenta f'dan ir-rigward li anki kieku l-Kummissjoni kellha ssib l-eżenzjonijiet fiskali tal-IBI inkompatibbli, dawn ma setgħux jiġu rkuprati minħabba l-prinċipju res judicata li kieku jinvolvi, skont Correos, li s-sentenza tal-Qorti Suprema Spanjola ma setgħetx tibqa' tiġi ddubitata (ara l-premessa 69).

(313)

Il-Kummissjoni ma tikkondividix il-fehmiet ta' Correos dwar dan il-punt.

(314)

L-ewwelnett, il-Qorti Suprema Spanjola ma ddeċidietx dwar l-eżistenza jew in-nuqqas ta' eżistenza ta' għajnuna fl-eżenzjonijiet mill-IBI mogħtija mill-Qrati lokali (ara l-premessi 40 u 41). L-unika konklużjoni tal-Qorti Suprema kienet li l-eżenzjonijiet tal-IBI ma kinux ġustifikati. Kif spjegat mill-awtoritajiet Spanjoli, il-Qorti lanqas ma kellha s-setgħat biex tordna l-irkupru. Għalhekk ir-res judicata ma tistax tiġi evokata f'dan il-kuntest minħabba li fil-fatt ma hemm l-ebda sentenza li tikkonkludi li Correos ma għandhiex tħallas lura l-ammonti korrispondenti.

(315)

It-tieni nett, il-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna hija kompetenza esklussiva tal-Kummissjoni u sal-punt li jkun hemm Għajnuna mill-Istat, il-Qrati nazzjonali ma jistgħux jesprimu ruħhom dwar il-kompatibbiltà u l-irkupru.

(316)

L-ammont ta' rkupru għall-eżenzjoni tal-IBI f'termini nominali jikkorrispondi għas-somma tal-eżenzjonijiet mogħtija lil Correos mill-Qrati lokali bejn l-2008 u l-2013 u huwa ugwali għal EUR 752 840,50. L-ammont reali li għandu jiġi rkuprat se jinkludi interessi mid-data li fiha tħallas kull rimborż tat-taxxa lil Correos sal-irkupru attwali tagħhom.

(317)

L-ammont ta' rkupru għall-eżenzjoni parzjali tal-IAE f'termini nominali jikkorrispondi għall-ammont totali tat-tnaqqis IAE mogħti lil Correos minn 2004 sa 2017: EUR 113 591,24. L-ammont reali li għandu jiġi rkuprat se jinkludi interessi mid-data li fiha t-taxxi tal-IAE mnaqqsa tħallsu minn Correos sal-irkupru attwali tagħhom.

7.3.   IT-TLIET ŻIDIET TA' KAPITAL MOGĦTIJA RISPETTIVAMENT FL-2004, FL-2005 U FL-2006 RISPETTIVAMENT

7.3.1.   GĦAJNUNA MILL-ISTAT SKONT IT-TIFSIRA TAL-ARTIKOLU 107(1) TAT-TRATTAT

(318)

L-awtoritajiet Spanjoli argumentaw li t-tliet żidiet ta' kapital mogħtija lil Correos fl-2004 (EUR 16-il miljun), fl-2005 (EUR 16-il miljun) u l-2006 (EUR 16-il miljun) kienu konformi mal-MEIP u għalhekk ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat.

(319)

Skont l-awtoritajiet Spanjoli, dawk iż-żidiet ta' kapital kienu parti mill-pjan ta' direzzjoni tan-negozju ta' Correos għall-perjodu 2001-2006 sabiex jikkumpensa għat-tnaqqis fir-ritmu tas-suq postali. Dan kien jinkludi investimenti fl-infrastruttura ta' Correos, l-istruttura tal-organizzazzjoni u l-proċess ta' awtomazzjoni.

(320)

Wara d-dubji li esprimiet il-Kummissjoni fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ tal-2016, l-awtoritajiet Spanjoli pprovdew lill-Kummissjoni b'argumenti addizzjonali favur il-konformità mal-MEIP (ara t-taqsima 4.1.3), jiġifieri:

il-prospetti ta' Correos kienu tajbin fil-mument tal-investiment fuq il-bażi ta' pjanijiet pluriennali ex-ante. B'mod partikolari, il-pjanijiet pluriennali 2004-2006 ipprevedew titjib fil-profittabbiltà tal-istabbiltà ta' Correos f'każ ta' ebda attività ta' investiment. F'dak is-sens iż-żidiet ta' kapital kienu element ewlieni fil-kisba tal-profittabbiltà mbassra ex-ante tal-kumpanija.

il-modernizzazzjoni tal-kumpanija kienet deċiżjoni koerenti ta' negozju li kull azzjonist kien kieku jaqbel magħha, speċifikament għall-2004-2006, l-attività ta' investiment kienet ogħla mill-medja tal-1994-2004, u għalhekk iż-żidiet ta' kapital kienu parti mir-reazzjoni għall-ħtieġa ta' finanzjament addizzjonali.

il-kumpanija għamlet profitti wara l-investimenti (anki esklużi l-kumpens USO riċevut minn Correos),

studju indipendenti ex-post (minn Ernst-Young) ibbażat fuq data ex-ante kkonkluda li r-redditu mistenni tal-investiment tal-Istat Spanjol f'Correos kien akbar mill-kost tal-kapital tiegħu fiż-żmien tal-investiment.

(321)

Il-Kummissjoni taqbel li l-investimenti ffinanzjati parzjalment mill-Istat Spanjol f'Correos huma tipiċi ta' miżuri ta' modernizzazzjoni meħuda fis-settur postali b'reazzjoni għat-tnaqqis fil-pass tas-suq postali tal-ittri. Id-deċiżjonijiet tal-Istat kienu bbażati fuq pjanijiet pluriennali li kienu jipprevedu b'mod ċar titjib fil-profitabbiltà ta' Correos u li dan kien ikkonfermat ulterjorment mill-fatti. L-istudju ta' Ernst-Young jikkonferma wkoll li l-investiment kien deċiżjoni ekonomika razzjonali f'dak iż-żmien.

7.3.2.   KONKLUŻJONI

(322)

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-injezzjonijiet ta' kapital tal-2004-2006 jistgħu jitqiesu bħala konformi mal-MEIP u għalhekk ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

7.4.   IL-KUMPENSI MOGĦTIJA LIL CORREOS GĦALL-ORGANIZZAZZJONI TAL-ELEZZJONIJIET

7.4.1.   L-GĦAJNUNA MILL-ISTAT FIT-TIFSIRA TAL-ARTIKOLU 107(1) TAT-TRATTAT

7.4.1.1.    Il-miżuri imputabbli għall-Istat u mogħtija minn riżorsi tal-Istat

(323)

Il-kumpens jitħallas direttament mill-Baġit Ġenerali tal-Istat u huwa imputabbli lill-Istat u jingħata permezz ta' riżorsi tal-Istat.

7.4.1.2.    Vantaġġ ekonomiku selettiv lil impriża

A.   Il-kunċett ta' impriża

(324)

Mill-każistika jirriżulta li l-Artikolu 107 tat-Trattat ma japplikax fejn l-Istat jaġixxi “billi jeżerċita setgħa pubblika (93)” jew fejn l-entitajiet pubbliċi jaġixxu “fil-kapaċità tagħhom bħala awtoritajiet pubbliċi” (94). Entità tista' titqies li tkun qed taġixxi billi teżerċita setgħat pubbliċi, meta l-attività inkwistjoni tkun kompitu li jifforma parti mill-funzjonijiet essenzjali tal-Istat jew li huwa marbut ma' dawk il-funzjonijiet min-natura tiegħu, l-għan tiegħu u r-regoli li għalihom huwa suġġett (95). Ġeneralment, sakemm l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx iddeċieda li jdaħħal mekkaniżmi tas-suq, attivitajiet li intrinsikament jiffurmaw parti mill-prerogattivi ta' awtorità uffiċjali u jitwettqu mill-Istat ma jikkostitwixxux attivitajiet ekonomiċi.

(325)

F'dan il-każ, is-servizzi pprovduti minn Correos huma parti mill-obbligu tal-Istat li jirregola u li jorganizza l-proċedura tal-elezzjoni, li tirrikonoxxi d-dritt li tivvota jew personalment jew permezz ta' votazzjoni bil-posta. L-awtoritajiet Spanjoli u/jew Correos jargumentaw li l-attivitajiet kollha mwettqa minn Correos fil-kuntest tal-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet għandhom jitqiesu li huma parti mill-prerogattivi tal-Istat u li għalhekk Correos ma għandhiex titqies bħala impriża meta twettaq dawn l-attivitajiet (ara l-premessi 79-81, 118 u 119).

(326)

Il-Kummissjoni tikkunsidra l-attivitajiet li huma direttament relatati mal-proċedura ta' votazzjoni bħat-trattament tal-vot postali, il-kunsinna ta' materjali mill-Uffiċċju tar-Reġistru Elettorali (pereżempju karti tar-reġistrazzjoni tal-votanti) u l-ġbir ta' dokumentazzjoni elettorali ladarba l-għadd ikun lest bħala parti mill-funzjonijiet essenzjali tal-Istat. B'riżultat ta' dan, il-Kummissjoni taqbel mal-awtoritajiet Spanjoli li dawk l-attivitajiet ma jistgħux jitqiesu bħala attivitajiet ekonomiċi u li l-finanzjament tagħhom ma jammontax għal għajnuna mill-Istat, peress li għal dawk l-attivitajiet Correos ma tistax titqies li tikkostitwixxi impriża.

(327)

Madankollu, fir-rigward tal-immaniġġjar postali ta' materjal elettorali mibgħut mill-kandidati politiċi, is-sitwazzjoni hija differenti. Fid-Deċiżjoni tagħha dwar Poste Italiane (96), il-Kummissjoni qieset li d-distribuzzjoni ta' materjal elettorali minn Poste Italiane b'tariffa mnaqqsa sussidjata kienet tikkostitwixxi attività ekonomika u, għalhekk, li l-kumpens għal dan is-servizz kien jammonta għal għajnuna mill-Istat. Din il-miżura hija simili ħafna għas-sistema Taljana (jiġifieri l-kandidati elettorali jistgħu jibagħtu fuljetti lill-votanti b'tariffi mnaqqsa soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet u l-Istat jikkumpensa lill-operatur postali għall-kost residwu) u hija b'mod ċar separabbli mill-attivitajiet mhux ekonomiċi direttament relatati mal-proċedura ta' votazzjoni mwettqa minn Correos. Għaldaqstant, fir-rigward tal-immaniġġjar postali ta' materjal elettorali mibgħut minn kandidati politiċi, Correos għandha titqies bħala li tikkostitwixxi impriża għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

(328)

Minħabba l-kontenut tas-servizz, operaturi postali oħrajn jistgħu wkoll iwettqu dan is-servizz bi skambju għal kumpens pubbliku (97). Dan huwa evidenzjat mill-fatt li l-kandidati elettorali attwalment jużaw is-sistema stabbilita mill-Istat (u b'hekk jagħżlu Correos) biex jibagħtu l-fuljetti tagħhom peress li jkollhom iħallsu biss prezz baxx għal kull oġġett. Madankollu, jekk jixtiequ jibagħtu aktar minn oġġett wieħed għal kull ċittadin, iridu jħallsu l-prezz sħiħ u f'dan il-każ jagħżlu liberament li jużaw Correos jew operaturi postali oħra (speċjalment fiż-żoni urbani) biex jagħmlu dan.

B.   Vantaġġ ekonomiku

(329)

Il-kumpens mogħti lil Correos għat-trattament postali ta' materjal elettorali mibgħut minn kandidati politiċi huwa mfassal biex ikopri l-ispiża netta kollha mġarrba minn Correos fit-twettiq tas-servizz inkwistjoni jew parti minnha. Mingħajr dak il-kumpens, Correos ikollha tħallas dawk l-ispejjeż hi stess. Għalhekk, il-kumpens jikkostitwixxi vantaġġ għal Correos peress li jeħles lil dan tal-aħħar minn piż li kieku kien ikollha tħallas fin-nuqqas ta' dak il-kumpens.

C.   Selettività

(330)

Il-miżura hija b'mod ċar selettiva peress li tibbenefika biss lil impriża waħda: Correos.

7.4.1.3.    Distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ

(331)

Kif spjegat fil-premessa 204, kull miżura li tibbenefika lil Correos aktarx li taffettwa l-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

7.4.1.4.    Konklużjoni

(332)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-finanzjament tad-distribuzzjoni ta' materjal elettorali għal kandidati elettorali jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

7.4.2.   GĦAJNUNA EŻISTENTI JEW ĠDIDA

(333)

Skont l-awtoritajiet Spanjoli u Correos (ara l-premessi 83-85 u 121), jekk il-finanzjament tad-distribuzzjoni ta' materjal elettorali għal kandidati elettorali jikkostitwixxi għajnuna, ikun għajnuna eżistenti minħabba li beda qabel l-adeżjoni ta' Spanja mal-Komunità Ekonomika Ewropea fl-1986.

(334)

L-awtoritajiet Spanjoli jispjegaw b'mod partikolari li l-kumpens mogħti lill-kandidati elettorali għad-distribuzzjoni ta' materjal elettorali ilu fis-seħħ mill-1977 mingħajr ebda modifika sostanzjali.

(335)

Abbażi tal-informazzjoni sottomessa mill-awtoritajiet Spanjoli, il-Kummissjoni tinnota li l-iskema li tmur lura għall-1977, kienet tipprovdi għal tariffi baxxi fissi li kienu applikabbli għall-elezzjonijiet kollha (lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-Unjoni). Correos irċeviet ukoll għal kull elezzjoni finanzjament parzjali tal-kost sħiħ tal-konsenja matul il-perjodu kollu.

(336)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-finanzjament tad-distribuzzjoni ta' materjal elettorali għall-kandidat elettorali jikkwalifika bħala għajnuna eżistenti skont it-tifsira tal-Artikolu 1(b) tar-Regolament (UE) 2015/1589.

7.4.3.   KONKLUŻJONI

(337)

Il-kumpens mogħti lil Correos għad-distribuzzjoni ta' materjal elettorali mibgħut minn kandidati politiċi jikkostitwixxi għajnuna eżistenti u se jiġi ttrattat separatament skont l-Artikoli 17, 18 u 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (98).

8.   KONKLUŻJONIJIET FIL-QOSOR

(338)

Il-kumpens għal USO mogħti lil Correos taħt il-Liġi Postali tal-1998, l-eżenzjonijiet mit-taxxa mit-taxxa fuq il-proprjetà immobbli (IBI) u t-taxxa fuq l-attivitajiet ekonomiċi (IAE), u l-kumpens mogħti lil Correos għad-distribuzzjoni ta' materjal elettorali jikkostitwixxu miżuri ta' għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat minħabba li huma eżentaw lil Correos minn kostijiet li normalment jinġarru minn impriżi privati.

(339)

It-tliet żidiet ta' kapital mogħtija fl-2004, fl-2005 u fl-2006, ma jikkostitwixxux għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat minħabba li l-Istat aġixxa f'konformità mal-MEIP.

(340)

Il-Kummissjoni ssib li Spanja implimentat b'mod illegali l-miżuri ta' għajnuna msemmija fil-premessa 338 bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, bl-eċċezzjoni tal-kumpens mogħti lil Correos għad-distribuzzjoni ta' materjal elettorali mibgħut minn kandidati politiċi li jikkostitwixxi għajnuna eżistenti.

(341)

Il-kumpens tal-USO mogħti lil Correos skont il-Liġi Postali tal-1998 jikkostitwixxi għajnuna inkompatibbli skont l-Artikolu 106(2) tat-Trattat sal-punt li dan ta kumpens żejjed lil Correos.

(342)

L-eżenzjonijiet mit-taxxa fuq il-proprjetà immobbli (IBI) u t-taxxa fuq l-attivitajiet ekonomiċi (IAE) jikkostitwixxu għajnuna inkompatibbli.

(343)

Il-kumpens mogħti lil Correos għad-distribuzzjoni ta' materjal elettorali mibgħut minn kandidati politiċi jikkostitwixxi għajnuna eżistenti u se jiġi ttrattat separatament skont l-Artikoli 17, 18 u 19 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999.

9.   L-IRKUPRU

(344)

Skont it-Trattat u l-każistika stabbilita tal-Qorti, il-Kummissjoni hija kompetenti biex tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat irid jabolixxi jew jibdel l-għajnuna meta tkun sabet li din tkun inkompatibbli mas-suq intern (99). Il-Qorti sostniet ukoll b'mod konsistenti li l-obbligu fuq Stat Membru li jannulla għajnuna meqjusa mill-Kummissjoni bħala inkompatibbli mas-suq intern huwa mfassal biex jistabbilixxi mill-ġdid is-sitwazzjoni kif kienet qabel (100).

(345)

F'dan il-kuntest, il-Qorti ddeċidiet li dan l-objettiv jintlaħaq meta r-riċevitur ikun ħallas lura l-ammonti mogħtija bħala għajnuna illegali, b'hekk jitlef il-vantaġġ li jkun ibbenefika minnu minflok il-kompetituri tiegħu fis-suq, u tkun ġiet irkuprata s-sitwazzjoni ta' qabel il-ħlas tal-għajnuna (101).

(346)

F'konformità mal-każistika, l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2015/1589 iddikjara li “fejn jittieħdu deċiżjonijiet negattivi f'każijiet ta' għajnuna illegali, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jirkupra l-għajnuna mill-benefiċjarju […]”.

(347)

B'hekk, minħabba li l-kumpens tal-USO mogħti lil Correos skont il-Liġi Postali tal-1998 (sal-punt li ta kumpens żejjed lil Correos) u l-eżenzjonijiet mit-taxxa mit-taxxa fuq il-proprjetà immobbli (IBI) u t-taxxa fuq l-attivitajiet ekonomiċi (IAE) ġew implimentati bi ksur tal-Artikolu 108 tat-Trattat, u għandhom jitqiesu bħala għajnuna illegali u inkompatibbli, iridu jiġu rkuprati sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni li kienet teżisti fis-suq qabel ma ngħataw.

(348)

L-ammonti nominali ta' rkupru li jikkorrispondu għall-miżuri ta' għajnuna inkompatibbli differenti huma ta' EUR 166,112 miljun għall-kumpens ta' USO mogħti lil Correos skont il-Liġi Postali tal-1998 (ara l-premessa 267), EUR 752 840,50 għall-eżenzjonijiet tal-IBA (ara l-premessa 316) u EUR 113 591,24 għall-eżenzjonijiet parzjali tal-IAE (ara l-premessa 317).

(349)

L-irkupru għandu għalhekk ikopri ż-żmien minn meta seħħ il-vantaġġ għall-benefiċjarju, jiġifieri meta l-għajnuna tpoġġiet għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju, sal-irkupru effettiv tagħha u s-somom li għandhom jiġu rkuprati għandu jkollhom imgħax sal-irkupru effettiv. Jista' wkoll iqis l-aġġustament tat-taxxa kif imsemmi fil-premessi 268-269.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-ammont li jikkorrispondi għal EUR 317,387 miljun, mogħti lil Correos fil-forma ta' kumpens għall-obbligu ta' servizz universali skont il-Liġi Postali tal-1998, implimentat minn Spanja bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

Mill-ammont imsemmi fil-paragrafu preċedenti, l-ammont li jikkorrispondi għal EUR 166,112 miljun huwa inkompatibbli mas-suq intern, peress li jikkostitwixxi kumpens żejjed lil Correos.

Artikolu 2

L-għajnuna mill-Istat, li tammonta għal EUR 752 840,50, mogħtija lil Correos fil-forma ta' eżenzjoni mit-taxxa fuq il-proprjetà immobbli (Impuesto sobre Bienes Inmuebles), implimentata illegalment minn Spanja bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat hija inkompatibbli mas-suq intern.

Artikolu 3

L-għajnuna mill-Istat, li tammonta għal EUR 113 591,24, mogħtija lil Correos fil-forma ta' eżenzjoni parzjali mit-taxxa fuq l-attivitajiet ekonomiċi (Impuesto de Actividades Económicas), implimentata illegalment minn Spanja bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, hija inkompatibbli mas-suq intern.

Artikolu 4

Il-kontribuzzjonijiet ta' kapital f'Correos magħmula minn Spanja fl-2004, fl-2005 u fl-2006 ma jikkostitwixxux għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

Artikolu 5

L-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens mogħtija lil Correos għad-distribuzzjoni ta' materjal elettorali tikkostitwixxi għajnuna eżistenti fit-tifsira tal-Artikolu 1(b) tar-Regolament (UE) 2015/1589.

Artikolu 6

1.   Spanja għandha tirkupra l-għajnuna inkompatibbli mogħtija skont il-miżuri msemmija fl-Artikoli 1, 2 u 3.

2.   L-ammont ta' għajnuna mill-Istat imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1 jista' jitnaqqas billi titnaqqas it-taxxa li tħallset mill-għajnuna riċevuta bil-kundizzjoni li l-benefiċjarju ma jkunx jista' jgawdi minn tnaqqis ieħor mit-taxxa kif imsemmi fil-paragrafu 50 tal-Avviż ta' Rkupru.

3.   Is-somom li għandhom jiġu rkuprati għandhom iġorru mgħax mid-data li fiha tpoġġew għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju sal-irkupru attwali tagħhom.

4.   L-imgħax għandu jiġi kkalkulat fuq bażi komposta skont il-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 794/2004.

5.   Spanja għandha tikkanċella l-pagamenti pendenti kollha tal-għajnuna msemmija fl-Artikoli 1, 2 u 3 b'effett mid-data tal-adozzjoni ta' din id-deċiżjoni.

Artikolu 7

1.   L-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikoli 1, 2 u 3 għandu jkun immedjat u effettiv.

2.   Spanja għandha tiżgura li din id-Deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien erba' xhur wara d-data tan-notifika tagħha.

Artikolu 8

1.   Fi żmien xahrejn wara n-notifika ta' din id-Deċiżjoni, Spanja għandha tippreżenta l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:

(a)

l-ammont totali (kapital u imgħax ta' rkupru) li għandu jiġi rkuprat mill-benefiċjarju;

(b)

deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri li diġà ttieħdu u dawk ippjanati biex jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni;

(c)

id-dokumenti li juru li l-benefiċjarju ġie ordnat iħallas lura l-għajnuna.

2.   Spanja għandha żżomm lill-Kummissjoni infurmata dwar il-progress tal-miżuri nazzjonali meħuda sabiex tiġi implimentata din id-Deċiżjoni sakemm jitlesta l-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikoli 1, 2 u 3. Hija għandha tissottometti minnufih, fuq sempliċi talba tal-Kummissjoni, informazzjoni dwar il-miżuri diġà meħuda u dawk ippjanati sabiex tikkonforma ma' din id-Deċiżjoni. Għandha wkoll tipprovdi informazzjoni dettaljata dwar l-ammonti ta' għajnuna u interess ta' rkupru diġà rkuprat mill-benefiċjarju.

Artikolu 9

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta' Spanja.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Lulju 2018.

Għall-Kummissjoni

Margrethe VESTAGER

Membru tal-Kumissjoni


(1)  ĠU C 129,12.4.2016, p.10.

(2)  Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 1.

(3)  Id-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz (ĠU L 15, 21.1.1998, p. 14).

(4)  Id-Dispożizzjoni Addizzjonali u l-Artikolu 15(2) tal-Liġi Postali tal-1998 jelenkaw is-servizzi li ġejjin bħala inklużi fl-ambitu tas-servizz postali universali: (1) servizzi ta' money order; (2) il-forniment regolari ta' servizzi postali nazzjonali u internazzjonali għal oġġetti postali li jinkorporaw indirizz indikat mill-ispeditur fuq l-oġġett innifsu jew fuq l-imballaġġ. Dawn jistgħu jkunu: (a) Ittri u kartolini li jkun fihom komunikazzjonijiet miktuba, sa żewġ (2) kg; (b) Pakketti, ta' valur ekonomiku jew mingħajr, sa 10 kg.

(5)  L-Artikolu 18 tal-Liġi Postali tal-1998 jiddefenixxi settur riżervat bħala: servizzi ta' money order; l-ikklerjar, l-organizzazzjoni u t-tqassim ta' oġġetti ċertifikati jew mhux ċertifikati bejn il-bliet, u ta' ittri u kartolini, sa 100 gramma (mill-1 ta' Jannar 2006, il-limitu tal-piż ġie stabbilit għal 50 gramma); is-servizzi postali transfruntiera (mibgħuta jew irċevuti minn Stat ieħor), fosthom ittri u kartolini mibgħuta u rċevuti, bil-limitazzjoni msemmija hawn fuq fir-rigward tal-prezz, il-piż u d-data; ir-riċevuta ta' applikazzjonijiet, ittri u komunikazzjoni li ċ-ċittadini jindirizzaw lill-korpi tal-amministrazzjoni pubblika.

(6)  Id-Direttiva 2002/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Ġunju 2002 li temenda d-Direttiva 97/67/KE fir-rigward tal-ftuħ ulterjuri għal kompetizzjoni tas-servizzi postali Komunitarji (ĠU L 176, 5.7.2002, p. 21).

(7)  Id-Direttiva 2008/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 li temenda d-Direttiva 97/67/KE dwar it-tlestija kompleta tas-suq intern tas-servizzi postali Komunitarji (ĠU L 52, 27.2.2008, p. 3).

(8)  Il-Kawża C-280/00 Altmark Trans GmbH u Regierungspräsidium Magdeburg vs Nahverkehrsgesellschaft Altmark GmbH EU:C:2003:415.

(9)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni: Qafas tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens ta' servizz pubbliku (ĠU C 8, 11.1.2012, p. 15).

(10)  Final report on costing and financing of universal service obligations in the postal sector in the European Union, Novembru 1998, National Economic Research Associates (NERA). http://ec.europa.eu/internal_market/post/doc/studies/1998-nera_en.pdf

(11)  Ara s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Marzu 2006 - C-234/04, Kapferer, ECLI:EU:C:2006:178, il-paragrafi 20 u 21; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Ottubru 2009, C40/08, Asturcom Telecomunicaciones, ECLI:EU:C: 2009:615; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta' Novembru 2015 - C-505/14, Klausner Holz Niedersachsen, ECLI:EU:C:2015:742, il-paragrafi 36 u 45.

(12)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta' Lulju 2003, il-każijiet magħquda C-83/01 P, C-93/01 P u C-94/01 P, Chronopost/UFEX et., ECLI:EU:C2003:388

(13)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-1 ta' Lulju 2008, il-każijiet magħquda C-341-06 u C-342/06P, Chronopost u La Poste/UFEX et., ECLI:EU:C2008:375

(14)  Is-sentenza tal-Qorti Suprema Spanjola tat-2 ta' Ottubru 2006, Rec. 89/2004.

(15)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/21/UE tal-20 ta' Diċembru 2011 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta' kumpens għas-servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 7, 11.1.2012, p. 3).

(16)  Il-Kummissjon tinnota li ma jidhirx li wħud minn dawn il-kwistjonijiet huma kwistjonijiet ta' għajnuna mill-Istat (pereż. l-ipprezzar allegatament predatorju), li oħrajn ma jirreletawx direttament ma' Correos (pereż. is-sussidju inkroċjat ta' Correos express) u li ma hemmx provi dwar oħrajn (pereż. il-kumpens allegat għall-finanzjament tal-kampanji ta' reklamar u komunikazzjoni ta' Correos).

(17)  Il-parti anonima tirreferi wkoll għall-estensjoni tal-USO bil-Liġi Postali tal-2010 għal pakketti li jiżnu sa 20 kg bħala indikazzjoni tal-interess ta' Correos li tespandi n-negozju tagħha sabiex tikkompeti, billi tieħu vantaġġ mill-pożizzjoni tagħha ta' USO, mal-kumpaniji ta' servizz tal-pakketti postali fis-suq tas-servizz tal-pakketi postali fi Spanja.

(18)  Il-Kummissjoni se tivvaluta l-kumpensi tal-USO ta' Correos skont il-Liġi Postali tal-2010 f'deċiżjoni oħra (ara l-premessa 32).

(19)  Il-Kawża C-280/00 Altmark Trans GmbH u Regierungspräsidium Magdeburg vs Nahverkehrsgesellschaft Altmark GmbH ECLI:EU:C:2003:415.

(20)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/554/KE tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar l-Għajnuna mill-Istat C 49/06 (ex NN 65/06) li implimentat l-Italja biex tirremunera lil Poste Italiane għall-allokazzjoni tal-investiment tal-bonds ta' tfaddil postali (ĠU L 189, 21.7.2009, p. 3).

(21)  Il-Kawża T-613/97, Ufex et. vs il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2006:150

(22)  Ippubblikati mill-Kummissjoni fit-18 ta' Frar 2013 (http://ec.europa.eu/competition/state_aid/overview/new_guide_eu_rules_procurement_mt.pdf)

(23)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/321/UE tal-25 ta' Jannar 2012, dwar il-miżura SA.14588 (C 20/2009) implimentat mill-Belġju favur De Post – La Poste (illum bpost) (ĠU L 170, 29.6.2012, p. 1).

(24)  Ara pereżempju d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Marzu 2012 fil-każ SA.33054 (2012/N) - Kumpens għal kostijiet netti mġarrba biex jinżamm netwerk mhux kummċerjalment vijabbli għall-perjodu 2012-15 u l-kontinwazzjoni ta' faċilità ta' kapital operatorju (ĠU C 121, 26.4.2012, p. 1) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/636/UE tal-25 ta' Jannar 2012 Il-miżura C 36/07 (ex NN 25/07) implimentata mill-Ġermanja għal Deutsche Post AG (ĠU L 289, 19.10.2012, p. 1).

(25)  Il-Kawża C-124/10 P, Kummissjoni vs EDF, ECLU:EU:C:2012:318

(26)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta' Lulju 2003, il-Każijiet Magħquda C-83/01 P, C-93/01 P u C-94/01 P, Chronopost/UFEX et., ECLI:EU:C2003:388

(27)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-1 ta' Lulju 2008, il-Każijiet Magħquda C-341-06 u C-342/06P, Chronopost u La Poste/UFEX et., ECLI:EU:C2008:375

(28)  Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/365/KE tal-1 ta' Ottubru 1997 rigward l-għajnuna mill-Istat mogħtija minn Franza lil SMFI-Chronopost (ĠU L 164, 9.6.1998, p. 37).

(*1)  Informazzjoni kunfidenzjali

(29)  Comisión Nacional de los Mercados y la Competencia: is-CNMC se tadotta r-riżoluzzjonijiet ladarba l-kost nett tas-servizz postali universali u l-piż inġust ikunu ġew stabbilitigħal dawn is-snin differenti.

(30)  C-460/07, Sandra Puffer vs Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Linz, ECLI:EU:C:2009:254

(31)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/3/UE tal-24 ta' Frar 2010 dwar Kuntratti ta' servizz pubbliku ta' trasport bejn il-Ministeru Daniż tat-Trasport u Dankse Statsbaner (C 41/08 (ex NN 35/08) (ĠU L 7,11.1.2011, p. 1).

(32)  Il-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet tikkonsisti fil-kalkolu tal-kost nett ta' obbligu ta' servizzi pubbliku (bħal USO) bħala d-differenza bejn il-kostijiet imġarrba u d-dħul miksub meta jitwettqu l-obbligi tas-servizz pubbliku. Skont il-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet, profitt raġonevoli jista' jiżdied ma' dak il-kost nett biex jiġi kkalkolat l-ammont massimu ta' kumpens ammessibbli.

(33)  Ir-Ritorn fuq il-Bejgħ huwa miżura tal-profitabbiltà, magħrufa wkoll bħala l-marġni tal-profitt operatorju. Huwa kkalkolat bħala l-proporzjon bejn l-introjtu operatorju nett (qabel l-imgħax u t-taxxa) u d-dħul mill-bejgħ. B'mod aktar preċiż, l-introjtu operatorju nett huwa d-differenza bejn id-dħul u l-kostijiet fil-livell operazzjonali.

(34)  Il-Kawża T-358/94 Compagnie nationale Air France vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej EU:T:1996:194, il-paragrafu 56.

(35)  Il-Kawża 248/84 Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej EU:C:1987:437, il-paragrafu 17; u l-Każijiet Magħquda T-92/00 u T-103/00 Territorio Histórico de Álava - Diputación Foral de Álava (T-92/00), Ramondín, SA and Ramondín Cápsulas, SA (T-103/00) vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej EU:T:2002:61, il-paragrafu 57.

(36)  Il-Każijiet Magħquda C-180/98 sa C-184/98 Pavel Pavlov et. vs Stichting Pensioenfonds Medische Specialisten EU:C:2000:428, il-paragrafu 74.

(37)  Il-Kawża C-41/90 Höfner u Fritz Elser vs Macrotron GmbH EU:C:1991:161, il-paragrafu 21 u l-Każijiet Magħquda C-180/98 sa C-184/98 Pavel Pavlov et. vs Stichting Pensioenfonds Medische Specialisten EU:C:2000:428, il-paragrafu 74.

(38)  Il-Kawża C-118/85 Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs ir-Repubblika Taljana EU:C:1987:283, il-paragrafu 7.

(39)  Il-Kawża C-82/01 P Aéroports de Paris vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej EU:C:2002:617, il-paragrafu 74; u l-Kawża C-49/07 Motosykletistiki Omospondia Ellados NPID (MOTOE) vs Elliniko Dimosio EU:C:2008:376, il-paragrafu 25. Ara wkoll il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni Ewropea għall-kumpens mogħti għall-forniment ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (2012/C 8/02), il-paragrafu 9.

(40)  Il-Kawża C-49/07 Motosykletistiki Omospondia Ellados NPID (MOTOE) vs Elliniko Dimosio EU:C:2008:376, il-paragrafu 27; u l-Kawża C-244/94 Fédération Française des Sociétés d'Assurance, Société Paternelle-Vie, Union des Assurances de Paris-Vie and Caisse d'Assurance et de Prévoyance Mutuelle des Agriculteurs vs Ministère de l'Agriculture et de la Pêche EU:C:1995:392, il-paragrafu 21.

(41)  Il-Kawża C-39/94 Syndicat français de l'Express international (SFEI) et. vs La Poste et. EU:C:1996:285, il-paragrafu 60; u l-Kawża C-342/96 ir-Renju ta' Spanja vs. il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej EU:C:1999:210, il-paragrafu 41.

(42)  Il-Kawża C-173/73 ir-Repubblika Taljana vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej EU:C:1974:71, il-paragrafu 13.

(43)  Il-Kawża C-280/00 Altmark Trans GmbH u Regierungspräsidium Magdeburg vs Nahverkehrsgesellschaft Altmark GmbH EU:C:2003:415.

(44)  Ara l-paragrafi 71-82 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ tal-2016.

(45)  Ara l-premessi 296-320 tad-Deċiżjoni 2012/321/UE.

(46)  Fil-każ ta' bpost, ġie applikat livell raġonevoli ta' profitt ta' 4,8 % għas-snin 2004 u 2005 u ta' ROS ta' 7,4 % għas-snin 2006-2010. Abbażi ta' dawn il-livelli ta' profitt raġonevoli, il-Kummissjoni kkonkludiet li bpost kienet ġiet ikkumpensata żżejjed li wassal għall-irkupru ta' EUR 417 miljun (ara http://europa.eu/rapid/press-release_IP-12-45_en.htm)

(47)  Peress li l-kummenti tal-Istat Spanjol u Correos huma konverġenti ħafna, il-Kummissjoni se tirreferi għall-kummenti magħmula mill-awtoritajiet Spanjoli u/jew Correos fil-bqija tad-dokument. Fil-maġġorparti tal-każijiet, l-istess kumment sar miż-żewġ partijiet. F'xi kazijiet, sar biss minn wieħed minnhom.

(48)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni: Il-Qafas tal-Unjoni Ewropea applikabbli għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens għal servizz pubbliku (2005) (ĠU C 297, 29.11.2005, p. 4).

(49)  Ara b'mod partikolari d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/321/UE u d-Deċiżjoni 2012/636/UE.

(50)  Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 2 tal-paragrafu 21 tal-Qafas tal-SGEI tal-2012. Il-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet hija deskritta fil-paragrafi 28 et seq. tal-Qafas tal-SGEI tal-2012.

(51)  Ara s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta' Diċembru 2008, British Aggregates vs il-Kummissjoni, C-487/06 P, ECLI:EU:C:2008:757, il-paragrafu 111.

(52)  Kif deskritt, pereżempju, fid-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkompanja r-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi Postali u b'mod partikolari l-Anness dwar il-kalkolu tal-kost nett tal-obbligu ta' servizz universali postali. Gwida ulterjuri tinsab fil-prattika deċiżjonali tal-għajnuna mill-Istat tal-Kummissjoni mill-2012.

(53)  Ara pereżempju d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' Diċembru 2015 fil-kawża SA.43243 (2015/N) - Kumpensi tal-Istat mogħtija lil Poste Italiane SpA għall-forniment tas-servizz postali universali matul il-perjodi 2012-2015 u 2016-2019 (ĠU C 104, 18.3.2016, p. 1), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Awwissu 2014 fil-Kawża SA.35608 (2014/C) implimentata mill-Greċja favur Hellenic Post (ELTA) (ĠU C 348, 3.10.2014, p. 48), id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Awwissu 2016 fil-kawża SA.38869 (2014/N) Kumpens lil Poczta Polska għall-kost nett ta' USO 2013-2015 (ĠU C 284, 5.8.2016, p. 1).

(54)  Il-Kawża C-471/09 P Diputación Foral de Vizcaya et vs il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:2011:521, il-paragrafu 65.

(55)  Stqarrijiet għall-istampa, pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet fuq is-sit web tagħha.

(56)  Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 53

(57)  E.ż. Hellenic Post, Poste Italiane.

(58)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Novembru 2012 fil-Kawża SA.33989 (2012/NN) implimentata mill-Italja favur Poste Italiane (ĠU C 77, 15.3.2013, p. 12) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Kawża SA.35608 (2014/C) implimentata mill-Greċja favur Hellenic Post (ELTA).

(59)  Ara l-paragrafu 50 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Kawża SA.33989 (2012/NN) implimentata mill-Italja favur Poste Italiane.

(60)  Il-Kawża 730/79 Philip Morris Holland BV vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej EU:C:1980:209, il-paragrafu 11; u l-Każijiet Magħquda T-298/97, T-312/97, T-313/97, T-315/97, T-600/97 sa 607/97, T-1/98, T-3/98 to T-6/98 u T-23/98 Alzetta Mauro et. vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej EU:T:2000:151, il-paragrafu 80.

(61)  Il-Kawża 730/79 Philip Morris Holland BV vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, EU:C:1980:209 il-paragrafi 11 u 12; u l-Kawża T-214/95 Het Vlaamse Gewest (Flemish Region) vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej EU:T:1998:77, il-paragrafi 48-50.

(62)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9).

(63)  Il-Kawża C-44/93 Namur-Les Assurances EU:C:1994:311, il-paragrafi 28 u 35.

(64)  Ara l-Każijiet Magħquda T-195/01 u T-207/01 Government of Gibraltar vs il-Kummissjoni EU:T:2002:111, il-paragrafu 111.

(65)  Skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1), il-modifiki ta' natura purament formali jew amministrattivi li ma jistgħux jaffettwaw il-kompatibilità tal-miżura tal-għajnuna mas-suq komuni, kif ukoll żieda fil-baġit oriġinali ta' skema tal-għajnuna eżistenti sa 20 % ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala bidla f'għajnuna eżistenti.

(66)  Pereżempju, jekk is-servizzi tal-USO kienu qed jagħmlu telf iżda b'mod ġenerali l-kumpanija kienet qed tagħmel profitt, l-ebda kumpens ma kellu jiġi mogħti, filwaqt li xi kumpens setgħa jingħata wara l-bidla. Alternattivament, jekk il-kumpanija tkun qed tagħmel telf b'mod ġenerali b'USO profittabbli ħafna, hija tirċievi kumpens.

(67)  Id-Deċiżjoni 2012/21/UE.

(68)  Il-Qafas tal-Komunità għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens ta' servizz publiku (ĠU C 297, 29.11.2005, p. 4).

(69)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/842/KE tat-28 ta' Novembru 2005 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 86(2) tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta' kumpens għas-servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 312, 29.11.2005, p. 67).

(70)  Ara l-paragrafu 11 tal-Qafas tal-SGEI tal-2012.

(71)  Ara l-premessa 28.

(72)  Id-dispożizzjoni tista' tapplika għal miżura li tibda fil-passat u li għadha għaddejja. F'każ bħal dan, tista' possibilment tintalab modifika jew terminazzjoni tal-inkarigu.

(73)  Ara pereżempju La Poste (Franza), Poste Italiane (l-Italja) u ELTA (il-Greċja): ħmistax-il sena kollha.

(74)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE tas-16 ta' Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja fi ħdan ċerti impriżi (ĠU L 318, 17.11.2006, p. 17).

(75)  Ara l-paragrafu 31 tal-Qafas SGEI tal-2012.

(76)  Ara l-paragrafu 44 tal-Qafas SGEI tal-2012.

(77)  Ara b'mod partikolari d-Deċiżjoni 2012/321/UE u d-Deċiżjoni 2012/636/UE.

(78)  Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 31. Anki li kieku d-dividendi tqiesu f'dak il-każ, il-Kummissjoni indikat ukoll fil-paragrafu 345 tad-deċiżjoni, il-Kummissjoni indikat b'mod partikolari li “l-politika tad-dividendi ma tistax tiġi mqabbla ma' klawżola ta' rifużjoni li tagħmilha possibbli li jiġi aġġustat il-kumpens għat-twettiq ta' obbligu ta' servizz pubbliku u li jiġi evitat kumpens żejjed.”

(79)  L-awtoritajiet Spanjoli indikaw l-intenzjoni tagħhom li jitolbu aġġustament fiskali għall-kalkolu tal-ammont ta' rkupru.

(80)  Avviż mill-Kummissjoni - Lejn implimentazzjoni effettiva tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jordnaw lill-Istati Membri biex tiġi rkuprata l-Għajnuna mill-Istat inkompatibbli li ngħatat kontra l-liġi (ĠU C 272, 15.11.2007, p. 4).

(81)  Il-Kawża C-387/92, Banco Exterior de España, EU:C:1994:100, il-paragrafu 14.

(82)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Diċembru 1996, Air France vs Il-Kummissjoni, T-358/94, ECLI:EU:T:1996:194, il-paragrafu 62.

(83)  Il-Kawża C-280/00 Altmark Trans EU:C:2003:415, il-paragrafu 84.

(84)  Il-Kawża 30/59 De Gezamenlijke Steenkolenmijnen f'Limburg vs l-Awtorità Għolja tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar EU:C:1961:2, p. 19; U l-Kawża C-143/99 Adria-Wien Pipeline EU:C:2001:598, il-paragrafu 38.

(85)  Il-Każijiet Magħquda C-78/08 sa C-80/08, Paint Graphos et. EU:C:2011:550, il-paragrafi 49 et seq.

(86)  Ara l-Kawża C-143/99 Adria-Wien Pipeline EU:C:2001:598.

(87)  Il-Każijiet T-211/04 u T-215/04, Il-Kummissjoni u Spanja vs Il-Gvern ta' Ġibiltà u r-Renju Unit EU:T:2008:595, il-para. 80.

(88)  Konċessjoni amministrattiva fuq il-proprjetà nnifisha jew fuq is-servizzi pubbliċi li għalihom tintuża l-proprjetà, id-dritt in rem għal kiri, dritt in rem għall-użufrutt u d-dritt tas-sjieda.

(89)  Ara, inter alia, il-Kawża C-88/03 Il-Portugall vs il-Kummissjoni EU:C:2006:511, il-paragrafu 56; Il-Każijiet Magħquda C-78/08 sa C-80/08, Paint Graphos, EU:C:2011:550, il-paragrafu 49.

(90)  Ara, inter alia, il-Kawża C-88/03 Il-Portugall vs il-Kummissjoni EU:C:2006:511, il-paragrafu 56; Il-Każijiet Magħquda C-78/08 sa C-80/08, Paint Graphos, EU:C:2011:550, il-paragrafu 49.

(91)  L-eċċezzjonijiet stipulati fl-Artikolu 107(2) tat-Trattat jikkonċernaw: (a) għajnuna ta' karattru soċjali mogħtija lil konsumaturi individwali; (b) għajnuna biex tagħmel tajjeb għad-dannu kkawżat minn diżastri naturali jew okkorrenzi eċċezzjonali; u (c) għajnuna mogħtija lill-ekonomiji ta' ċerti reġjuni tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

(92)  L-eċċezzjonijiet stipulati fl-Artikolu 107(3) tat-Trattat jikkonċernaw: (a) għajnuna maħsuba biex tippromwovi l-iżvilupp ta' ċerti żoni; (b) għajnuna għal ċerti proġetti importanti ta' interess komuni Ewropew jew biex tirrimedja taqlib serju fl-ekonomija tal-Istat Membru; (c) għajnuna biex jiġu żviluppati ċerti attivitajiet jew oqsma ekonomiċi; (d) għajnuna biex tippromwovi l-kultura u l-konservazzjoni tal-patrimonju; u (e) għajnuna speċifikata minn deċiżjoni tal-Kunsill

(93)  Il-Kawża 118/85 Il-Kummissjoni vs L-Italja, EU:C:1987:283, il-paragrafi 7 u 8.

(94)  Il-Kawża C-30/87 Bodson EU:C:1988:225, il-paragrafu 18.

(95)  Ara, b'mod partikolari, il-Kawża C-364/92 SAT EU:C:1994:7, il-paragrafu 30 u l-Kawża C-343/95, Calì & Figli EU:C:1997:160, il-paragrafi 22 sa 23.

(96)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Kawża SA.33989 (2012/NN) implimentata mill-Italja favur Poste Italiane.

(97)  Tabilħaqq, skont il-paragrafu 13 tal-Komunikazzjoni dwar is-SGEI tal-Kummissjoni: “[i]d-deċiżjoni ta' awtorità li ma tippermettix lil partijiet terzi jipprovdu ċertu servizz (pereżempju, minħabba li tixtieq tipprovdi s-servizz internament) ma teskludix l-eżistenza ta' attività ekonomika”.

(98)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1).

(99)  Ara l-Kawża C-70/72 Il-Kummissjoni vs il-Ġermanja [1973] il-Ġabra 813, il-paragrafu 13.

(100)  Ara l-Każijiet Magħquda C-278/92, C-279/92 u C-280/92 Spanja vs il-Kummissjoni [1994] ECR I-4103, il-paragrafu 75.

(101)  Ara l-Kawża C-75/97 Il-Belġju vs il-Kummissjoni [1999] ECR I-030671, il-paragrafi 64 u 65.