ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 18

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 62
21ta' Jannar 2019


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/75 tal-20 ta' Diċembru 2018 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Antigua u Barbuda li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u Antigua u Barbuda dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir

1

 

 

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Antigua u Barbuda li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u Antigua u Barbuda dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir

4

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/76 tal-20 ta' Diċembru 2018 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Barbados li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u Barbados dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir

8

 

 

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Barbados li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u Barbados dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir

11

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/77 tal-20 ta' Diċembru 2018 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Commonwealth tal-Bahamas li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Commonwealth tal-Bahamas dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir

15

 

 

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Commonwealth tal-Bahamas li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Commonwealth tal-Bahamas dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir

18

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/78 tal-20 ta' Diċembru 2018 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Mauritius li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' Mauritius dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir

22

 

 

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Mauritius li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' Mauritius dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir

25

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/79 tal-20 ta' Diċembru 2018 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir

29

 

 

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles, li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir

32

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/80 tal-20 ta' Diċembru 2018 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni ta' St Kitts u Nevis li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni ta' Saint Kitts u Nevis dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir

36

 

 

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni ta' Saint Kitts u Nevis li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni ta' Saint Kitts u Nevis dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir

39

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/81 tas-17 ta' Jannar 2019 li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2008 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali fir-rigward tal-marda tal-infafet fil-ġilda f'ċerti Stati Membri (notifikata bid-dokument C(2019) 102)  ( 1 )

43

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/82 tas-17 ta' Jannar 2019 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2009 li tapprova l-programmi tat-tilqim kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda ppreżentati mill-Istati Membri (notifikata bid-dokument C(2019) 105)  ( 1 )

48

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2018 tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni tal-4 ta' Diċembru 2018 li tikkonċerna t-tranżizzjoni għat-tieni stadju tal-Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, skont l-Artikolu 5(3) tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni [2019/83]

51

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 18/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/75

tal-20 ta' Diċembru 2018

dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Antigua u Barbuda li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u Antigua u Barbuda dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 77(2), flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tiegħu 2009/896/KE (2), il-Kunsill ikkonkluda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u Antigua u Barbuda dwar l-eżenzjoni mill-viża (3) għal soġġorn għal perjodu qasir (il-“Ftehim”). Il-Ftehim jipprevedi vjaġġar mingħajr viża għaċ-ċittadini tal-Unjoni u għaċ-ċittadini ta' Antigua u Barbuda meta jivvjaġġaw lejn it-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra għal perjodu massimu ta' tliet xhur matul perjodu ta' sitt xhur.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 610/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) introduċa bidliet orizzontali fl-acquis tal-Unjoni dwar il-viża u l-fruntieri u ddefinixxa soġġorn għal perjodu qasir bħala massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum.

(3)

Huwa neċessarju li din id-definizzjoni l-ġdida tiġi inkorporata fil-Ftehim sabiex ir-reġim ta' soġġorn għal perjodu qasir tal-Unjoni jkun armonizzat kompletament.

(4)

Il-Kummissjoni nnegozjat, f'isem l-Unjoni, ftehim ma' Antigua u Barbudas li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u Antigua u Barbuda dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir (“il-Ftehim emendatorju”).

(5)

F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2083 (5), il-Ftehim emendatorju ġie ffirmat.

(6)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom ir-Renju Unit ma jiħux sehem, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (6); għaldaqstant ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(7)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom l-Irlanda ma tiħux sehem, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (7); għaldaqstant l-Irlanda mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(8)

Jenħtieġ li l-Ftehim emendatorju jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Antigua u Barbuda li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u Antigua u Barbuda dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

It-test tal-Ftehim emendatorju huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 2 tal-Ftehim emendatorju (8).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

E. KÖSTINGER


(1)  Il-kunsens ingħata fit-23 ta' Ottubru 2018.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Antigwa u Barbuda dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir (ĠU L 321, 8.12.2009, p. 38).

(3)  ĠU L 169, 30.6.2009, p. 3.

(4)  Regolament (UE) Nru 610/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal- fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen), il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 u Nru 539/2001, u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 1).

(5)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2083 tas-6 ta' Novembru 2017 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Antigua u Barbuda li jemenda l-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u Antigua u Barbuda dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir (ĠU L 297, 15.11.2017, p. 1).

(6)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).

(7)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(8)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim emendatorju ser tiġi pubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


ANNESS

Dikjarazzjoni tal-Unjoni dwar id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2017/2226 li jistabbilixxi s-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) u l-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta' Schengen bis-sħiħ

Ir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2017 li jistabbilixxi Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi rreġistrata data dwar id-dħul u l-ħruġ u data dwar iċ-ċaħda tad-dħul ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri u li jiddetermina l-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta' infurzar tal-liġi, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u (UE) Nru 1077/2011 daħal fis-seħħ fid-29 ta' Diċembru 2017.

Bħala konsegwenza, sa mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/2226 (1), għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, l-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta' Schengen bis-sħiħ ser tfisser l-Istati Membri li joperaw is-Sistema ta' Dħul/Ħruġ fil-fruntieri esterni. Il-perijodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum ser jiġi kkalkulat b'kont meħud tal-perijodu ta' soġġorn fl-Istati Membri kollha li joperaw is-Sistema ta' Dħul/Ħruġ fil-fruntieri esterni.


(1)  Id-data tal-applikazzjoni ser tiġi deċiża mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 73 tar-Regolament (UE) 2017/2226.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 18/4


FTEHIM

bejn l-Unjoni Ewropea u Antigua u Barbuda li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u Antigua u Barbuda dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir

L-UNJONI EWROPEA,

min-naħa l-waħda, u

ANTIGUA U BARBUDA,

min-naħa l-oħra,

minn hawn 'il quddiem flimkien imsejħin il-“Partijiet Kontraenti”,

WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u Antigua u Barbuda dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir (1) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”) li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2010,

FILWAQT LI JAFFERMAW MILL-ĠDID l-importanza tal-iffaċilitar ta' kuntatti bejn il-persuni,

FILWAQT LI JIEĦDU NOTA li l-Ftehim jaħdem għas-sodisfazzjon taċ-ċittadini tal-Partijiet Kontraenti,

FILWAQT LI JQISU li d-definizzjoni ta' soġġorn għal perjodu qasir fil-Ftehim (tliet xhur matul perjodu ta' sitt xhur ta' meta jkunu daħlu l-ewwel darba) mhix preċiża biżżejjed u b'mod partikolari l-kunċett ta' “id-data ta' meta jkunu daħlu l-ewwel darba” jista' jagħti lok għal inċertezzi u mistoqsijiet,

FILWAQT LI JITQIES li r-Regolament (UE) Nru 610/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) introduċa bidliet orizzontali fl-acquis tal-Unjoni Ewropea dwar il-viża u l-fruntieri u ddefinixxa soġġorn għal perjodu qasir bħala “90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum”,

FILWAQT LI TITQIES li s-Sistema ta' Dħul/Ħruġ li għandha tiġi stabbilita mill-Unjoni Ewropea tirrikjedi l-użu ta' definizzjoni uniformi u ċara ta' soġġorn għal perjodu qasir li hija applikabbli għaċ-ċittadini kollha tal-pajjiżi terzi,

FILWAQT LI JIXTIEQU jiżguraw il-fluss bla xkiel ta' vjaġġaturi fil-punti ta' qsim tal-fruntiera tal-Partijiet Kontraenti,

FILWAQT LI JAFFIRMAW MILL-ĠDID li l-Ftehim ikopri ċ-ċittadini tal-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni ta' dawk tar-Renju Unit u tal-Irlanda,

FILWAQT LI JQISU l-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja u l-Protokoll dwar l-acquis ta' Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea, annessi mat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u filwaqt li jikkonfermaw li d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim emendatorju ma japplikawx għar-Renju Unit u l-Irlanda,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim huwa emendat kif ġej:

(1)

fit-titolu u fl-Artikoli 3(5), 4(3), 6(1) u 8(7), il-kelma “Komunità” hija sostituta bil-kelma “Unjoni”;

(2)

fl-Artikolu 1, il-kliem “tliet xhur matul perjodu ta' sitt xhur” huma sostitwiti bil-kliem “90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum”;

(3)

l-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Iċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea jistgħu jibqgħu fit-territorju ta' Antigua u Barbuda għal perjodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum.”;

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Iċ-ċittadini ta' Antigua u Barbuda jistgħu jibqgħu fit-territorju tal-Istati Membri li japplikaw bis-sħiħ l-acquis ta' Schengen, għal perjodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum. Dak il-perjodu jiġi kkalkulat indipendentement minn kwalunkwe soġġorn fi Stat Membru li għadu ma japplikax l-acquis ta' Schengen fl-intier tiegħu.

Iċ-ċittadini ta' Antigua u Barbuda jistgħu jibqgħu għal perijodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum fit-territorju ta' kull Stat Membru li għadu ma japplikax l-acquis ta' Schengen fl-intier tiegħu, irrispettivament mill-perijodu tas-soġġorn kkalkulat għat-territorju tal-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta' Schengen fl-intier tiegħu.”;

(c)

fil-paragrafu 3, il-kliem “tliet xhur” huma sostitwiti bil-kliem “90 jum”;

(4)

fl-Artikolu 8(4), l-aħħar sentenza hija sostitwita b'dan li ġej:

“Il-Parti Kontraenti li tkun issospendiet l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim għandha tgħarraf immedjatament lill-Parti Kontraenti l-oħra f'każ li r-raġunijiet għas-sospensjoni ma jibqgħux jeżistu aktar u għandha tneħħi dik is-sospensjoni.”.

Artikolu 2

Dan il-Ftehim emendatorju għandu jiġi rratifikat jew approvat mill-Partijiet Kontraenti skont il-proċeduri rispettivi tagħhom u għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tas-sitt xahar wara d-data li fiha l-aħħar Parti tinnotifika lill-Parti l-oħra li l-proċeduri msemmija hawn fuq ikunu tlestew.

Magħmul b'duplikat bl-ilsien Bulgaru, Ċek, Daniż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Kroat, Latvjan, Litwan, Malti, Netherlandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Taljan, Ungeriż u Żvediż, b'kull test ikun ugwalment awtentiku.

Съставено в Брюксел на двадесет и пети април две хиляди и осемнадесета година.

Hecho en Bruselas, el veinticinco de abril de dos mil dieciocho.

V Bruselu dne dvacátého pátého dubna dva tisíce osmnáct.

Udfærdiget i Bruxelles den femogtyvende april to tusind og atten.

Geschehen zu Brüssel am fünfundzwanzigsten April zweitausendachtzehn.

Kahe tuhande kaheksateistkümnenda aasta aprillikuu kahekümne viiendal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι πέντε Απριλίου δύο χιλιάδες δεκαοκτώ.

Done at Brussels on the twenty-fifth day of April in the year two thousand and eighteen.

Fait à Bruxelles, le vingt-cinq avril deux mille dix-huit.

Sastavljeno u Bruxellesu dvadeset petog travnja godine dvije tisuće osamnaeste.

Fatto a Bruxelles, addì venticinque aprile duemiladiciotto.

Briselē, divi tūkstoši astoņpadsmitā gada divdesmit piektajā aprīlī.

Priimta du tūkstančiai aštuonioliktų metų balandžio dvidešimt penktą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizennyolcadik év április havának huszonötödik napján.

Magħmul fi Brussell, fil-ħamsa u għoxrin jum ta' April fis-sena elfejn u tmintax.

Gedaan te Brussel, vijfentwintig april tweeduizend achttien.

Sporządzono w Brukseli dnia dwudziestego piątego kwietnia roku dwa tysiące osiemnastego.

Feito em Bruxelas, em vinte e cinco de abril de dois mil e dezoito.

Întocmit la Bruxelles la douăzeci și cinci aprilie două mii optsprezece.

V Bruseli dvadsiateho piateho apríla dvetisícosemnásť.

V Bruslju, dne petindvajsetega aprila leta dva tisoč osemnajst.

Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenäviidentenä päivänä huhtikuuta vuonna kaksituhattakahdeksantoista.

Som skedde i Bryssel den tjugofemte april år tjugohundraarton.

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

За Антигуа и Барбуда

Por Antigua y Barbuda

Za Antiguu a Barbudu

For Antigua og Barbuda

Für Antigua und Barbuda

Antigua ja Barbuda nimel

Για την Αντίγκουα και Μπαρμπούντα

For Antigua and Barbuda

Pour Antigua-et-Barbuda

Za Antigvu i Barbudu

Per Antigua e Barbuda

Antigvas un Barbudas vārdā –

Antigvos ir Barbudos vardu

Antigua és Barbuda részéről

Għal Antigwa u Barbuda

Voor Antigua en Barbuda

W imieniu Antigui i Barbudy

Por Antígua e Barbuda

Pentru Antigua și Barbuda

Za Antiguu a Barbudu

Za Antigvo in Barbudo

Antigua ja Barbudan puolesta

För Antigua och Barbuda

Image


(1)  ĠU L 169, 30.6.2009, p. 3.

(2)  Regolament (UE) Nru 610/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal- fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen), il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, ir- Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 u Nru 539/2001, u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 1).


IKJARAZZJONI KONĠUNTA LI TIKKONĊERNA L-IŻLANDA, IN-NORVEĠJA, L-IŻVIZZERA U L-LIECHTENSTEIN

Ikun tajjeb li l-awtoritajiet tan-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein, min-naħa l-waħda, u Antigua u Barbuda, min-naħa l-oħra, jimmodifikaw, mingħajr dewmien, il-ftehimiet bilaterali dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir skont it-termini ta' dan il-Ftehim emendatorju.


DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-INTERPRETAZZJONI TAD-90 JUM FI KWALUNKWE PERJODU TA' 180 JUM

Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li l-perjodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum kif previst fl-Artikolu 4 ta' dan il-Ftehim ifisser soġġorn kontinwat jew inkella diversi soġġorni konsekuttivi, li t-tul ta' żmien tagħhom ma jaqbiżx id-90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum b'kollox.

Il-kunċett ta' “kwalunkwe” jimplika l-applikazzjoni ta' perjodu ta' referenza mobbli ta' 180 jum, billi titqies b'lura kull ġurnata tas-soġġorn fl-aħħar perijodu ta' 180 jum, sabiex jiġi vverifikat jekk l-obbligu tad-90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum ikunx baqa' jiġi ssodisfat. Fost oħrajn, dan ifisser li assenza għal perjodu mhux interrott ta' 90 jum tippermetti soġġorn ġdid ta' mhux aktar minn 90 jum.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 18/8


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/76

tal-20 ta' Diċembru 2018

dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Barbados li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u Barbados dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 77(2), flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tiegħu 2009/898/KE (2), il-Kunsill ikkonkluda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u Barbados dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir (3) (“il-Ftehim”). Il-Ftehim jipprevedi vjaġġar mingħajr viża għaċ-ċittadini tal-Unjoni u għaċ-ċittadini ta' Barbados meta jivvjaġġaw lejn it-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra għal perjodu massimu ta' tliet xhur matul perjodu ta' sitt xhur.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 610/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) introduċa bidliet orizzontali fl-acquis tal-Unjoni dwar il-viża u l-fruntieri u ddefinixxa soġġorn għal perjodu qasir bħala massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum.

(3)

Huwa neċessarju li din id-definizzjoni l-ġdida tiġi inkorporata fil-Ftehim sabiex ir-reġim ta' soġġorn għal perjodu qasir tal-Unjoni jkun armonizzat kompletament.

(4)

Il-Kummissjoni nnegozjat, f'isem l-Unjoni Ewropea, ftehim ma' Barbados li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u Barbados dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir (“il-Ftehim emendatorju”).

(5)

F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2084 (5), il-Ftehim emendatorju ġie ffirmat.

(6)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom ir-Renju Unit ma jiħux sehem, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (6); għaldaqstant ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(7)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom l-Irlanda ma tiħux sehem, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (7); għaldaqstant l-Irlanda mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(8)

IJenħtieħ li l-Ftehim emendatorju jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Barbados li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u Barbados dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

It-test tal-Ftehim emendatorju huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 2 tal-Ftehim emendatorju (8).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

E. KÖSTINGER


(1)  Il-kunsens ingħata fit-23 ta' Ottubru 2018.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/898/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Barbados dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir (ĠU L 321, 8.12.2009, p. 40).

(3)  ĠU L 169, 30.6.2009, p. 10.

(4)  Regolament (UE) Nru 610/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal- fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen), il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 u Nru 539/2001, u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 1).

(5)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2084 tas-6 ta' Novembru 2017 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Barbados li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u Barbados dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir (ĠU L 297, 15.11.2017, p. 3).

(6)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).

(7)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(8)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim emendatorju ser tiġi pubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


ANNESS

Dikjarazzjoni tal-Unjoni dwar id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2017/2226 li jistabbilixxi s-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) u l-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta' Schengen bis-sħiħ

Ir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2017 li jistabbilixxi Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi rreġistrata data dwar id-dħul u l-ħruġ u data dwar iċ-ċaħda tad-dħul ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri u li jiddetermina l-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta' infurzar tal-liġi, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u (UE) Nru 1077/2011 daħal fis-seħħ fid-29 ta' Diċembru 2017.

Bħala konsegwenza, sa mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/2226 (1), għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, l-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta' Schengen bis-sħiħ ser ifisser l-Istati Membri li joperaw is-Sistema ta' Dħul/Ħruġ fil-fruntieri esterni. Il-perijodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum ser jiġi kkalkulat b'kont meħud tal-perijodu ta' soġġorn fl-Istati Membri kollha li joperaw is-Sistema ta' Dħul/Ħruġ fil-fruntieri esterni.


(1)  Id-data tal-applikazzjoni ser tiġi deċiża mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 73 tar-Regolament (UE) 2017/2226.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 18/11


FTEHIM

bejn l-Unjoni Ewropea u Barbados li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u Barbados dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir

L-UNJONI EWROPEA,

min-naħa l-waħda, u

BARBADOS,

min-naħa l-oħra,

minn hawn 'il quddiem flimkien imsejħin il-“Partijiet Kontraenti”,

WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u Barbados dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir (1) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”) li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2010,

FILWAQT LI JAFFERMAW MILL-ĠDID l-importanza tal-iffaċilitar ta' kuntatti bejn il-persuni,

FILWAQT LI JIEĦDU NOTA li l-Ftehim jaħdem għas-sodisfazzjon taċ-ċittadini tal-Partijiet Kontraenti,

FILWAQT LI JQISU li d-definizzjoni ta' soġġorn għal perjodu qasir fil-Ftehim (tliet xhur matul perjodu ta' sitt xhur mid-data ta' meta jkunu daħlu l-ewwel darba) mhix preċiża biżżejjed u b'mod partikolari l-kunċett ta' “id-data ta' meta jkunu daħlu l-ewwel darba” jista' jagħti lok għal inċertezzi u mistoqsijiet,

FILWAQT LI JITQIES li r-Regolament (UE) Nru 610/2013tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) introduċa bidliet orizzontali fl-acquis tal-Unjoni Ewropea dwar il-viża u l-fruntieri u ddefinixxa soġġorn għal perjodu qasir bħala “90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum”,

FILWAQT LI TITQIES li s-Sistema ta' Dħul/Ħruġ li għandha tiġi stabbilita mill-Unjoni Ewropea tirrikjedi l-użu ta' definizzjoni uniformi u ċara ta' soġġorn għal perjodu qasir li hija applikabbli għaċ-ċittadini kollha tal-pajjiżi terzi,

FILWAQT LI JIXTIEQU jiżguraw il-fluss bla xkiel ta' vjaġġaturi fil-punti ta' qsim tal-fruntiera tal-Partijiet Kontraenti,

FILWAQT LI JAFFERMAW MILL-ĠDID li l-Ftehim ikopri liċ-ċittadini tal-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda,

FILWAQT LI JQISU l-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja u l-Protokoll dwar l-acquis ta' Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea, annessi mat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u filwaqt li jikkonfermaw li d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim emendatorju ma japplikawx għar-Renju Unit u l-Irlanda,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim huwa emendat kif ġej:

(1)

fit-titolu u fl-Artikoli 3(5), 4(3) 6(1) u 8(7), il-kelma “Komunità” hija sostituta bil-kelma “Unjoni”;

(2)

fl-Artikolu 1, il-kliem “tliet xhur matul perjodu ta' sitt xhur” huma sostitwiti bil-kliem “90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum”;

(3)

l-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Iċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea jistgħu jibqgħu fit-territorju ta' Barbados għal perjodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum.”;

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Iċ-ċittadini ta' Barbados jistgħu jibqgħu fit-territorju tal-Istati Membri li japplikaw bis-sħiħ l-acquis ta' Schengen, għal perjodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum. Dak il-perjodu jiġi kkalkulat indipendentement minn kwalunkwe soġġorn fi Stat Membru li għadu ma japplikax l-acquis ta' Schengen fl-intier tiegħu.

Iċ-ċittadini ta' Barbados jistgħu jibqgħu għal perijodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum fit-territorju ta' kull Stat Membru li għadu ma japplikax l-acquis ta' Schengen fl-intier tiegħu, irrispettivament mill-perijodu tas-soġġorn kkalkulat għat-territorju tal-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta' Schengen fl-intier tiegħu.”;

(c)

fil-paragrafu 3, il-kliem “tliet xhur” huma sostitwiti bil-kliem “90 jum”;

(4)

fl-Artikolu 8(4), l-aħħar sentenza hija sostitwita b'dan li ġej:

“Il-Parti Kontraenti li tkun issospendiet l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim għandha tgħarraf immedjatament lill-Parti Kontraenti l-oħra f'każ li r-raġunijiet għas-sospensjoni ma jibqgħux jeżistu aktar u għandha tneħħi dik is-sospensjoni.”.

Artikolu 2

Dan il-Ftehim emendatorju għandu jiġi rratifikat jew approvat mill-Partijiet Kontraenti skont il-proċeduri rispettivi tagħhom u għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tas-sitt xahar wara d-data li fiha l-aħħar Parti tinnotifika lill-Parti l-oħra li l-proċeduri msemmija hawn fuq ikunu tlestew.

Magħmul b'duplikat bl-ilsien Bulgaru, Ċek, Daniż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Kroat, Latvjan, Litwan, Malti, Netherlandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Taljan, Ungeriż u Żvediż, b'kull test ikun ugwalment awtentiku.

Съставено в Брюксел на двадесет и пети април две хиляди и осемнадесета година.

Hecho en Bruselas, el veinticinco de abril de dos mil dieciocho.

V Bruselu dne dvacátého pátého dubna dva tisíce osmnáct.

Udfærdiget i Bruxelles den femogtyvende april to tusind og atten.

Geschehen zu Brüssel am fünfundzwanzigsten April zweitausendachtzehn.

Kahe tuhande kaheksateistkümnenda aasta aprillikuu kahekümne viiendal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι πέντε Απριλίου δύο χιλιάδες δεκαοκτώ.

Done at Brussels on the twenty-fifth day of April in the year two thousand and eighteen.

Fait à Bruxelles, le vingt-cinq avril deux mille dix-huit.

Sastavljeno u Bruxellesu dvadeset petog travnja godine dvije tisuće osamnaeste.

Fatto a Bruxelles, addì venticinque aprile duemiladiciotto.

Briselē, divi tūkstoši astoņpadsmitā gada divdesmit piektajā aprīlī.

Priimta du tūkstančiai aštuonioliktų metų balandžio dvidešimt penktą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizennyolcadik év április havának huszonötödik napján.

Magħmul fi Brussell, fil-ħamsa u għoxrin jum ta' April fis-sena elfejn u tmintax.

Gedaan te Brussel, vijfentwintig april tweeduizend achttien.

Sporządzono w Brukseli dnia dwudziestego piątego kwietnia roku dwa tysiące osiemnastego.

Feito em Bruxelas, em vinte e cinco de abril de dois mil e dezoito.

Întocmit la Bruxelles la douăzeci și cinci aprilie două mii optsprezece.

V Bruseli dvadsiateho piateho apríla dvetisícosemnásť.

V Bruslju, dne petindvajsetega aprila leta dva tisoč osemnajst.

Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenäviidentenä päivänä huhtikuuta vuonna kaksituhattakahdeksantoista.

Som skedde i Bryssel den tjugofemte april år tjugohundraarton.

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

За Барбадос

Por Barbados

Za Barbados

For Barbados

Für Barbados

Barbadose nimel

Για τα Μπαρμπάντος

For Barbados

Pour la Barbade

Za Barbados

Per le Barbados

Barbadosas vārdā –

Barbadoso vardu

Barbados részéről

Għal Barbados

Voor Barbados

W imieniu Barbadosu

Por Barbados

Pentru Barbados

Za Barbados

Za Barbados

Barbadosin puolesta

För Barbados

Image


(1)  ĠU L 169, 30.6.2009, p. 10.

(2)  Regolament (UE) Nru 610/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta' Ġunju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen), il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 u Nru 539/2001, u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 1).


DIKJARAZZJONI KONĠUNTA LI TIKKONĊERNA L-IŻLANDA, IN-NORVEĠJA, L-IŻVIZZERA U L-LIECHTENSTEIN

Ikun tajjeb li l-awtoritajiet tan-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein, min-naħa l-waħda, u Barbados, min-naħa l-oħra, jimmodifikaw, mingħajr dewmien, il-ftehimiet bilaterali dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir skont it-termini ta' dan il-Ftehim emendatorju.


DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-INTERPRETAZZJONI TAD-90 JUM FI KWALUNKWE PERJODU TA' 180 JUM

Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li l-perjodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum previst fl-Artikolu 4 ta' dan il-Ftehim ifisser soġġorn kontinwat jew inkella diversi soġġorni konsekuttivi, li t-tul ta' żmien tagħhom ma jaqbiżx id-90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum b'kollox.

Il-kunċett ta' “kwalunkwe” jimplika l-applikazzjoni ta' perjodu ta' referenza mobbli ta' 180 jum, billi titqies b'lura kull ġurnata tas-soġġorn fl-aħħar perijodu ta' 180 jum, sabiex jiġi vverifikat jekk l-obbligu tad-90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum ikunx baqa' jiġi ssodisfat. Fost oħrajn, dan ifisser li assenza għal perjodu mhux interrott ta' 90 jum tippermetti soġġorn ġdid ta' mhux aktar minn 90 jum.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 18/15


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/77

tal-20 ta' Diċembru 2018

dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Commonwealth tal-Bahamas li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Commonwealth tal-Bahamas dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 77(2), flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tiegħu 2009/897/KE (2), il-Kunsill ikkonkluda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Commonwealth tal-Bahamas dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir (3) (il-“Ftehim”). Il-Ftehim jipprevedi vjaġġar mingħajr viża għaċ-ċittadini tal-Unjoni u għaċ-ċittadini tal-Commonwealth tal-Bahamas meta jivvjaġġaw lejn it-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra għal perjodu massimu ta' tliet xhur matul perjodu ta' sitt xhur.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 610/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) introduċa bidliet orizzontali fl-acquis tal-Unjoni dwar il-viża u l-fruntieri u ddefinixxa soġġorn għal perjodu qasir bħala massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum.

(3)

Huwa neċessarju li din id-definizzjoni l-ġdida tiġi inkorporata fil-Ftehim sabiex ir-reġim ta' soġġorn għal perjodu qasir tal-Unjoni jkun armonizzat kompletament.

(4)

Il-Kummissjoni nnegozjat, f'isem l-Unjoni, ftehim mal-Commonwealth tal-Bahamas li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Commonwealth tal-Bahamas dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir (“il-Ftehim emendatorju”).

(5)

F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2085 (5), il-Ftehim emendatorju ġie ffirmat.

(6)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom ir-Renju Unit ma jiħux sehem, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (6);għaldaqstant ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(7)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom l-Irlanda ma tiħux sehem, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (7); għaldaqstant l-Irlanda mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(8)

Jenħtieġ li l-Ftehim emendatorju jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Commonwealth tal-Bahamas li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Commonwealth tal-Bahamas dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

It-test tal-Ftehim emendatorju huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 2 tal-Ftehim emendatorju (8).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

E. KÖSTINGER


(1)  Il-kunsens ingħata fit-23 ta' Ottubru 2018.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/897/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Commonwealth tal-Bahamas dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir (ĠU L 321, 8.12.2009, p. 39).

(3)  ĠU L 169, 30.6.2009, p. 24.

(4)  Regolament (UE) Nru 610/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen), il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 u Nru 539/2001, u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 1).

(5)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2085 tas-6 ta' Novembru 2017 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Commonwealth tal-Bahamas li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Commonwealth tal-Bahamas dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir (ĠU L 297, 15.11.2017, p. 5).

(6)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).

(7)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(8)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim emendatorju ser tiġi pubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


ANNESS

Dikjarazzjoni tal-Unjoni dwar id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2017/2226 li jistabbilixxi s-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) u l-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta' Schengen bis-sħiħ

Ir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2017 li jistabbilixxi Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi rreġistrata data dwar id-dħul u l-ħruġ u data dwar iċ-ċaħda tad-dħul ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri u li jiddetermina l-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta' infurzar tal-liġi, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u (UE) Nru 1077/2011 daħal fis-seħħ fid-29 ta' Diċembru 2017.

Bħala konsegwenza, sa mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/2226 (1), għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, l-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta' Schengen bis-sħiħ ser tfisser l-Istati Membri li joperaw is-Sistema ta' Dħul/Ħruġ fil-fruntieri esterni. Il-perijodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum ser jiġi kkalkulat b'kont meħud tal-perijodu ta' soġġorn fl-Istati Membri kollha li joperaw is-Sistema ta' Dħul/Ħruġ fil-fruntieri esterni.


(1)  Id-data tal-applikazzjoni ser tiġi deċiża mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 73 tar-Regolament (UE) 2017/2226.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 18/18


FTEHIM

bejn l-Unjoni Ewropea u l-Commonwealth tal-Bahamas li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Commonwealth tal-Bahamas dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir

L-UNJONI EWROPEA,

min-naħa l-waħda, u

IL-COMMONWEALTH TAL-BAHAMAS (minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-Bahamas”),

min-naħa l-oħra,

minn hawn 'il quddiem flimkien imsejħin il-“Partijiet Kontraenti”,

WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Commonwealth tal-Bahamas dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir (1) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”) li daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2010,

FILWAQT LI JAFFERMAW MILL-ĠDID l-importanza tal-iffaċilitar ta' kuntatti bejn il-persuni,

FILWAQT LI JIEĦDU NOTA li l-Ftehim jaħdem għas-sodisfazzjon taċ-ċittadini tal-Partijiet Kontraenti,

FILWAQT LI JQISU li d-definizzjoni ta' soġġorn għal perjodu qasir fil-Ftehim (tliet xhur matul perjodu ta' sitt xhur mid-data ta' meta jkunu daħlu l-ewwel darba) mhix preċiża biżżejjed u b'mod partikolari l-kunċett ta' “id-data ta' meta jkunu daħlu l-ewwel darba” jista' jagħti lok għal inċertezzi u mistoqsijiet,

FILWAQT LI JITQIES li r-Regolament (UE) Nru 610/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) introduċa bidliet orizzontali fl-acquis tal-Unjoni Ewropea dwar il-viża u l-fruntieri u ddefinixxa soġġorn għal perjodu qasir bħala “90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum”,

FILWAQT LI TITQIES li s-Sistema ta' Dħul/Ħruġ li għandha tiġi stabbilita mill-Unjoni Ewropea tirrikjedi l-użu ta' definizzjoni uniformi u ċara ta' soġġorn għal perjodu qasir li hija applikabbli għaċ-ċittadini kollha ta' pajjiżi terzi,

FILWAQT LI JIXTIEQU jiżguraw il-fluss bla xkiel ta' vjaġġaturi fil-punti ta' qsim tal-fruntiera tal-Partijiet Kontraenti,

FILWAQT LI JAFFERMAW MILL-ĠDID li l-Ftehim ikopri ċ-ċittadini tal-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda,

FILWAQT LI JQISU l-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja u l-Protokoll dwar l-acquis ta' Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea, annessi mat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u filwaqt li jikkonfermaw li d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim emendatorju ma japplikawx għar-Renju Unit u l-Irlanda,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim huwa emendatkif ġej:

(1)

fit-titolu u fl-Artikoli 3(5), 4(3), 6(1) u 8(7), il-kelma “Komunità” hija sostituta bil-kelma “Unjoni”;

(2)

fl-Artikolu 1, il-kliem “tliet xhur matul perjodu ta' sitt xhur” huma sostitwiti bil-kliem “90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum”;

(3)

l-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Iċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea jistgħu jibqgħu fit-territorju tal-Bahamas għal perjodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum.”;

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Iċ-ċittadini tal-Bahamas jistgħu jibqgħu fit-territorju tal-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta' Schengen fl-intier tiegħu, għal perjodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum. Dak il-perjodu jiġi kkalkulat indipendentement minn kwalunkwe soġġorn fi Stat Membru li għadu ma japplikax l-acquis ta' Schengen fl-intier tiegħu.

Iċ-ċittadini tal-Bahamas jistgħu jibqgħu għal perijodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum fit-territorju ta' kull Stat Membru li għadu ma japplikax l-acquis ta' Schengen fl-intier tiegħu, irrispettivament mill-perjodu tas-soġġorn kkalkulat għat-territorju tal-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta' Schengen fl-intier tiegħu.”;

(c)

fil-paragrafu 3, il-kliem “tliet xhur” huma sostitwiti bil-kliem “90 jum”;

(4)

fl-Artikolu 8(4), l-aħħar sentenza hija sostitwita b'dan li ġej:

“Parti Kontraenti li tkun issospendiet l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim għandha tgħarraf immedjatament lill-Parti Kontraenti l-oħra f'każ li r-raġunijiet għas-sospensjoni ma jibqgħux jeżistu aktar u għandha tneħħi dik is-sospensjoni.”.

Artikolu 2

Dan il-Ftehim emendatorju għandu jiġi rratifikat jew approvat mill-Partijiet Kontraenti skont il-proċeduri rispettivi tagħhom u għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tas-sitt xahar wara d-data li fiha l-aħħar Parti tinnotifika lill-Parti l-oħra li l-proċeduri msemmija hawn fuq ikunu tlestew.

Magħmul b'duplikat bl-ilsien Bulgaru, Ċek, Daniż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Kroat, Latvjan, Litwan, Malti, Netherlandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Taljan, Ungeriż u Żvediż, b'kull test ikun ugwalment awtentiku.

Съставено в Брюксел на двадесет и пети април две хиляди и осемнадесета година.

Hecho en Bruselas, el veinticinco de abril de dos mil dieciocho.

V Bruselu dne dvacátého pátého dubna dva tisíce osmnáct.

Udfærdiget i Bruxelles den femogtyvende april to tusind og atten.

Geschehen zu Brüssel am fünfundzwanzigsten April zweitausendachtzehn.

Kahe tuhande kaheksateistkümnenda aasta aprillikuu kahekümne viiendal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι πέντε Απριλίου δύο χιλιάδες δεκαοκτώ.

Done at Brussels on the twenty fifth day of April in the year two thousand and eighteen.

Fait à Bruxelles, le vingt-cinq avril deux mille dix-huit.

Sastavljeno u Bruxellesu dvadeset petog travnja godine dvije tisuće osamnaeste.

Fatto a Bruxelles, addì venticinque aprile duemiladiciotto.

Briselē, divi tūkstoši astoņpadsmitā gada divdesmit piektajā aprīlī.

Priimta du tūkstančiai aštuonioliktų metų balandžio dvidešimt penktą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizennyolcadik év április havának huszonötödik napján.

Magħmul fi Brussell, fil-ħamsa u għoxrin jum ta’ April fis-sena elfejn u tmintax.

Gedaan te Brussel, vijfentwintig april tweeduizend achttien.

Sporządzono w Brukseli dnia dwudziestego piątego kwietnia roku dwa tysiące osiemnastego.

Feito em Bruxelas, em vinte e cinco de abril de dois mil e dezoito.

Întocmit la Bruxelles la douăzeci și cinci aprilie două mii optsprezece.

V Bruseli dvadsiateho piateho apríla dvetisícosemnásť.

V Bruslju, dne petindvajsetega aprila leta dva tisoč osemnajst.

Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenäviidentenä päivänä huhtikuuta vuonna kaksituhattakahdeksantoista.

Som skedde i Bryssel den tjugofemte april år tjugohundraarton.

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

За Бахамската общност

Por la Commonwealth de las Bahamas

Za Bahamské společenství

For Commonwealth of the Bahamas

Für das Commonwealth der Bahamas

Bahama Ühenduse nimel

Για την Κοινοπολιτεία των Μπαχαμών

For the Commonwealth of the Bahamas

Pour le Commonwealth des Bahamas

Za Zajednicu Bahama

Per il Commonwealth delle Bahamas

Bahamu Salu Sadraudzības vārdā —

Bahamų Sandraugos vardu

A Bahamai Közösség részéről

Għall-Commonwealth tal-Bahamas

Voor het Gemenebest van de Bahama’s

W imieniu Wspólnoty Bahamów

Pela Comunidade das Baamas

Pentru Uniunea Bahamas

Za Bahamské spoločenstvo

Za Zvezo Bahami

Bahaman liittovaltion puolesta

För Samväldet Bahamas

Image


(1)  ĠU L 169, 30.6.2009, p. 24.

(2)  Regolament (UE) Nru 610/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen), il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 u Nru 539/2001, u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 1).


DIKJARAZZJONI KONĠUNTA LI TIKKONĊERNA L-IŻLANDA, IN-NORVEĠJA, L-IŻVIZZERA U L-LIECHTENSTEIN

Ikun tajjeb li l-awtoritajiet tan-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein, min-naħa l-waħda, u tal-Bahamas, min-naħa l-oħra, jimmodifikaw, mingħajr dewmien, il-ftehimiet bilaterali eżistenti dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir skont it-termini ta' dan il-Ftehim emendatorju.


DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-INTERPRETAZZJONI TAD-90 JUM FI KWALUNKWE PERJODU TA' 180 JUM

Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li l-perjodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum kif previst fl-Artikolu 4 tal-Ftehim ifisser soġġorn kontinwat jew inkella diversi soġġorni konsekuttivi, li t-tul ta' żmien tagħhom ma jaqbiżx id-90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum b'kollox.

Il-kunċett ta' “kwalunkwe” jimplika l-applikazzjoni ta' perjodu ta' referenza mobbli ta' 180 jum, billi titqies b'lura kull ġurnata tas-soġġorn fl-aħħar perjodu ta' 180 jum, sabiex jiġi vverifikat jekk l-obbligu tad-90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum ikunx baqa' jiġi ssodisfat. Fost oħrajn, dan ifisser li assenza għal perjodu mhux interrott ta' 90 jum tippermetti soġġorn ġdid ta' mhux aktar minn 90 jum.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 18/22


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/78

tal-20 ta' Diċembru 2018

dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Mauritius li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' Mauritius dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 77(2), flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tiegħu 2009/899/KE (2), il-Kunsill ikkonkluda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' Mauritius dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir (3) (“il-Ftehim”). Il-Ftehim jipprevedi vjaġġar mingħajr viża għaċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea u għaċ-ċittadini tar-Repubblika ta' Mauritius meta jivvjaġġaw lejn it-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra għal perjodu massimu ta' tliet xhur matul perjodu ta' sitt xhur.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 610/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) introduċa bidliet orizzontali fl-acquis tal-Unjoni dwar il-viża u l-fruntieri u ddefinixxa soġġorn għal perjodu qasir bħala massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum.

(3)

Huwa neċessarju li din id-definizzjoni l-ġdida tiġi inkorporata fil-Ftehim ir-reġim ta' soġġorn għal perjodu qasir tal-Unjoni jkun armonizzat kompletament.

(4)

Il-Kummissjoni nnegozjat, f'isem l-Unjoni, ftehim mar-Repubblika ta' Mauritius li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' Mauritius dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir (“il-Ftehim emendatorju”).

(5)

F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2087 (5), il-Ftehim emendatorju ġie ffirmat.

(6)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom ir-Renju Unit ma jiħux sehem, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (6); għaldaqstant ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(7)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom l-Irlanda ma tiħux sehem, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (7); għaldaqstant l-Irlanda mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(8)

Jenħtieg li l-Ftehim emendatorju jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Mauritius li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' Mauritius dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

It-test tal-Ftehim emendatorju huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 2 tal-Ftehim emendatorju (8).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

E. KÖSTINGER


(1)  Il-kunsens ingħata fit-23 ta' Ottubru 2018.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/899/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir (ĠU L 321, 8.12.2009, p. 41).

(3)  ĠU L 169, 30.6.2009, p. 17.

(4)  Regolament (UE) Nru 610/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen), il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 u Nru 539/2001, u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 1).

(5)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2087 tas-6 ta' Novembru 2017 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Mauritius li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' Mauritius dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir (ĠU L 297, 15.11.2017, p. 9).

(6)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).

(7)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(8)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim emendatorju ser tiġi pubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


ANNESS

Dikjarazzjoni tal-Unjoni dwar id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2017/2226 li jistabbilixxi s-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) u l-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta' Schengen bis-sħiħ

Ir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2017 li jistabbilixxi Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi rreġistrata data dwar id-dħul u l-ħruġ u data dwar iċ-ċaħda tad-dħul ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri u li jiddetermina l-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta' infurzar tal-liġi, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u (UE) Nru 1077/2011 daħal fis-seħħ fid-29 ta' Diċembru 2017.

Bħala konsegwenza, sa mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/2226 (1), għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, l-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta' Schengen bis-sħiħ ser tfisser l-Istati Membri li joperaw is-Sistema ta' Dħul/Ħruġ fil-fruntieri esterni. Il-perijodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum ser jiġi kkalkulat b'kont meħud tal-perijodu ta' soġġorn fl-Istati Membri kollha li joperaw is-Sistema ta' Dħul/Ħruġ fil-fruntieri esterni.


(1)  Id-data tal-applikazzjoni ser tiġi deċiża mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 73 tar-Regolament (UE) 2017/2226.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 18/25


FTEHIM

bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Mauritius li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' Mauritius dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir

L-UNJONI EWROPEA,

min-naħa l-waħda, u

IR-REPUBBLIKA TA' MAURITIUS (minn hawn 'il quddiem imsejħa “Mauritius”),

min-naħa l-oħra,

minn hawn 'il quddiem flimkien imsejħin il-“Partijiet Kontraenti”,

WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' Mauritius dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir (1) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”) li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2010,

FILWAQT LI JAFFERMAW MILL-ĠDID l-importanza tal-iffaċilitar ta' kuntatti bejn il-persuni,

FILWAQT LI JIEĦDU NOTA li l-Ftehim jaħdem għas-sodisfazzjon taċ-ċittadini tal-Partijiet Kontraenti,

FILWAQT LI JQISU li d-definizzjoni ta' soġġorn għal perjodu qasir fil-Ftehim (tliet xhur matul perjodu ta' sitt xhur mid-data ta' meta jkunu daħlu l-ewwel darba) mhix preċiża biżżejjed u b'mod partikolari l-kunċett ta' “id-data ta' meta jkunu daħlu l-ewwel darba” jista' jagħti lok għal inċertezzi u mistoqsijiet,

FILWAQT LI JITQIES li r-Regolament (UE) Nru 610/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) introduċa bidliet orizzontali fl-acquis tal-Unjoni Ewropea dwar il-viża u l-fruntieri u ddefinixxa soġġorn għal perjodu qasir bħala “90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum”,

FILWAQT LI TITQIES li s-Sistema ta' Dħul/Ħruġ li għandha tiġi stabbilita mill-Unjoni Ewropea tirrikjedi l-użu ta' definizzjoni uniformi u ċara ta' soġġorn għal perjodu qasir li hija applikabbli għaċ-ċittadini kollha tal-pajjiżi terzi,

FILWAQT LI JIXTIEQU jiżguraw il-fluss bla xkiel ta' vjaġġaturi fil-punti ta' qsim tal-fruntiera tal-Partijiet Kontraenti,

FILWAQT LI JAFFIRMAW MILL-ĠDID li l-Ftehim ikopri ċ-ċittadini tal-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea bl-eċċezzjoni ta' dawk tar-Renju Unit u tal-Irlanda,

FILWAQT LI JQISU l-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja u l-Protokoll dwar l-acquis ta' Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea, annessi mat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u filwaqt li jikkonfermaw li d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim emendatorju ma japplikawx għar-Renju Unit u l-Irlanda,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim huwa emendat kif ġej:

(1)

fit-titolu u fl-Artikoli 3(5), 4(3), 6(1) u 8(7), il-kelma “Komunità” hija sostituta bil-kelma “Unjoni”;

(2)

fl-Artikolu 1, il-kliem “tliet xhur matul perjodu ta' sitt xhur” huma sostitwiti bil-kliem “90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum”;

(3)

l-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Iċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea jistgħu jibqgħu fit-territorju ta' Mauritius għal perjodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum.”;

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Iċ-ċittadini ta' Mauritius jistgħu jibqgħu fit-territorju tal-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta' Schengen fl-intier tiegħu, għal perjodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum. Dak il-perjodu jiġi kkalkulat indipendentement minn kwalunkwe soġġorn fi Stat Membru li għadu ma japplikax l-acquis ta' Schengen fl-intier tiegħu.

Iċ-ċittadini ta' Mauritius jistgħu jibqgħu għal perijodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum fit-territorju ta' kull Stat Membru li għadu ma japplikax l-acquis ta' Schengen fl-intier tiegħu, irrispettivament mill-perijodu tas-soġġorn kkalkulat għat-territorju tal-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta' Schengen fl-intier tiegħu.”

(c)

fil-paragrafu 3 3, il-kliem “tliet xhur” huma sostitwiti bil-kliem “90 jum”;

(4)

fl-Artikolu 8(4), l-aħħar sentenza hija sostitwita b'dan li ġej:

“Parti Kontraenti li tkun issospendiet l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim għandha tgħarraf immedjatament lill-Parti Kontraenti l-oħra f'każ li r-raġunijiet għas-sospensjoni ma jibqgħux jeżistu aktar u għandha tneħħi dik is-sospensjoni.”.

Artikolu 2

Dan il-Ftehim emendatorju għandu jiġi rratifikat jew approvat mill-Partijiet Kontraenti skont il-proċeduri rispettivi tagħhom u jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tas-sitt xahar wara d-data li fiha l-aħħar Parti tinnotifika lill- Parti l-oħra li l-proċeduri msemmija hawn fuq ikunu tlestew.

Magħmul b'duplikat bl-ilsien Bulgaru, Ċek, Daniż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Kroat, Latvjan, Litwan, Malti, Netherlandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Taljan, Ungeriż u Żvediż, b'kull test ikun ugwalment awtentiku.

Съставено в Брюксел на двадесет и пети април две хиляди и осемнадесета година.

Hecho en Bruselas, el veinticinco de abril de dos mil dieciocho.

V Bruselu dne dvacátého pátého dubna dva tisíce osmnáct.

Udfærdiget i Bruxelles den femogtyvende april to tusind og atten.

Geschehen zu Brüssel am fünfundzwanzigsten April zweitausendachtzehn.

Kahe tuhande kaheksateistkümnenda aasta aprillikuu kahekümne viiendal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι πέντε Απριλίου δύο χιλιάδες δεκαοκτώ.

Done at Brussels on the twenty-fifth day of April in the year two thousand and eighteen.

Fait à Bruxelles, le vingt-cinq avril deux mille dix-huit.

Sastavljeno u Bruxellesu dvadeset petog travnja godine dvije tisuće osamnaeste.

Fatto a Bruxelles, addì venticinque aprile duemiladiciotto.

Briselē, divi tūkstoši astoņpadsmitā gada divdesmit piektajā aprīlī.

Priimta du tūkstančiai aštuonioliktų metų balandžio dvidešimt penktą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizennyolcadik év április havának huszonötödik napján.

Magħmul fi Brussell, fil-ħamsa u għoxrin jum ta’ April fis-sena elfejn u tmintax.

Gedaan te Brussel, vijfentwintig april tweeduizend achttien.

Sporządzono w Brukseli dnia dwudziestego piątego kwietnia roku dwa tysiące osiemnastego.

Feito em Bruxelas, em vinte e cinco de abril de dois mil e dezoito.

Întocmit la Bruxelles la douăzeci și cinci aprilie două mii optsprezece.

V Bruseli dvadsiateho piateho apríla dvetisícosemnásť.

V Bruslju, dne petindvajsetega aprila leta dva tisoč osemnajst.

Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenäviidentenä päivänä huhtikuuta vuonna kaksituhattakahdeksantoista.

Som skedde i Bryssel den tjugofemte april år tjugohundraarton.

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

За Република Мавриций

Por la República de Mauricio

Za Mauricijskou republiku

For Republikken Mauritius

Für die Republik Mauritius

Mauritiuse Vabariigi nimel

Για τη Δημοκρατία του Μαυρίκιου

For the Republic of Mauritius

Pour la République de Maurice

Za Republiku Mauricijus

Per la Repubblica di Maurizio

Maurīcijas Republikas vārdā —

Mauricijaus Respublikos vardu

A Mauritiusi Köztársaság részéről

Għar-Repubblika ta' Mauritius

Voor de Republiek Mauritius

W imieniu Republiki Mauritiusu

Pela República da Maurícia

Pentru Republica Mauritius

Za Maurícijskú republiku

Za Republiko Mauritius

Mauritiuksen tasavallan puolesta

För Republiken Mauritius

Image


(1)  ĠU L 169, 30.6.2009, p. 17.

(2)  Regolament (UE) Nru 610/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen), il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 u Nru 539/2001, u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 1).


DIKJARAZZJONI KONĠUNTA LI TIKKONĊERNA L-IŻLANDA, IN-NORVEĠJA, L-IŻVIZZERA U L-LIECHTENSTEIN

Ikun tajjeb li l-awtoritajiet tan-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein, min-naħa l-waħda, u Mauritius, min-naħa l-oħra, jimmodifikaw, mingħajr dewmien, il-ftehimiet bilaterali dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir skont it-termini ta' dan il-Ftehim emendatorju.


DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-INTERPRETAZZJONI TAD-90 JUM FI KWALUNKWE PERJODU TA' 180 JUM

Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li l-perjodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum kif previst fl-Artikolu 4 tal-Ftehim ifisser soġġorn kontinwat jew inkella diversi soġġorni konsekuttivi, li t-tul ta' żmien tagħhom ma jaqbiżx id-90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum b'kollox.

Il-kunċett ta' “kwalunkwe” jimplika l-applikazzjoni ta' perjodu ta' referenza mobbli ta' 180 jum, billi titqies b'lura kull ġurnata tas-soġġorn fl-aħħar perijodu ta' 180 jum, sabiex jiġi vverifikat jekk l-obbligu tad-90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum ikunx baqa' jiġi ssodisfat. Fost oħrajn, dan ifisser li assenza għal perjodu mhux interrott ta' 90 jum tippermetti soġġorn ġdid ta' mhux aktar minn 90 jum.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 18/29


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/79

tal-20 ta' Diċembru 2018

dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 77(2), flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tiegħu 2009/900/KE (2), il-Kunsill ikkonkluda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir (3) (il-“Ftehim”). Il-Ftehim jipprevedi vjaġġar mingħajr viża għaċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea u għaċ-ċittadini tar-Repubblika tas-Seychelles meta jivvjaġġaw lejn it-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra għal perjodu massimu ta' tliet xhur matul perjodu ta' sitt xhur.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 610/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) introduċa bidliet orizzontali fl-acquis tal-Unjoni dwar il-viża u l-fruntieri u ddefinixxa soġġorn għal perjodu qasir bħala massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum.

(3)

Huwa neċessarju li din id-definizzjoni l-ġdida tiġi inkorporata fil-Ftehim sabiex ir-reġim ta' soġġorn għal perjodu qasir tal-Unjoni jkun armonizzat kompletament.

(4)

Il-Kummissjoni nnegozjat, f'isem l-Unjoni, ftehim mar-Repubblika tas-Seychelles li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir (“il-Ftehim emendatorju”).

(5)

F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2088 (5), il-Ftehim emendatorju ġie ffirmat.

(6)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom ir-Renju Unit ma jiħux sehem, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (6); għaldaqstant ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(7)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom l-Irlanda ma tiħux sehem, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (7); għaldaqstant l-Irlanda mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(8)

Jenħtieġ li l-Ftehim emendatorju jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

It-test tal-Ftehim emendatorju huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 2 tal-Ftehim emendatorju (8).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

E. KÖSTINGER


(1)  Il-kunsens ingħata fit-23 ta' Ottubru 2018.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/900/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' Seychelles dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir (ĠU L 321, 8.12.2009, p. 42).

(3)  ĠU L 169, 30.6.2009, p. 31.

(4)  Regolament (UE) Nru 610/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal- fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen), il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 u Nru 539/2001, u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 1).

(5)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2088 tas-6 ta' Novembru 2017 dwar l-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (ĠU L 297, 15.11.2017, p. 11).

(6)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).

(7)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(8)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim emendatorju ser tiġi pubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


ANNESS

Dikjarazzjoni tal-Unjoni dwar id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2017/2226 li jistabbilixxi s-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) u l-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta' Schengen bis-sħiħ

Ir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2017 li jistabbilixxi Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi rreġistrata data dwar id-dħul u l-ħruġ u data dwar iċ-ċaħda tad-dħul ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri u li jiddetermina l-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta' infurzar tal-liġi, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u (UE) Nru 1077/2011 daħal fis-seħħ fid-29 ta' Diċembru 2017.

Bħala konsegwenza, sa mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/2226 (1), għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, l-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta' Schengen bis-sħiħ ser ifisser l-Istati Membri li joperaw is-Sistema ta' Dħul/Ħruġ fil-fruntieri esterni. Il-perijodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum ser jiġi kkalkulat b'kont meħud tal-perijodu ta' soġġorn fl-Istati Membri kollha li joperaw is-Sistema ta' Dħul/Ħruġ fil-fruntieri esterni.


(1)  Id-data tal-applikazzjoni ser tiġi deċiża mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 73 tar-Regolament (UE) 2017/2226.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 18/32


FTEHIM

bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles, li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir

L-UNJONI EWROPEA,

min-naħa l-waħda, u

IR-REPUBBLIKA TAS-SEYCHELLES, (minn hawn 'il quddiem imsejħa “is-Seychelles”),

min-naħa l-oħra,

minn hawn 'il quddiem flimkien imsejħin il-“Partijiet Kontraenti”,

WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir (1) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”) li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2010,

FILWAQT LI JAFFERMAW MILL-ĠDID l-importanza tal-iffaċilitar ta' kuntatti bejn il-persuni,

FILWAQT LI JIEĦDU NOTA li l-Ftehim jaħdem għas-sodisfazzjon taċ-ċittadini tal-Partijiet Kontraenti,

FILWAQT LI JQISU li d-definizzjoni ta' soġġorn għal perjodu qasir fil-Ftehim (tliet xhur matul perjodu ta' sitt xhur mid-data ta' meta jkunu daħlu l-ewwel darba) mhix preċiża biżżejjed u b'mod partikolari l-kunċett ta' “id-data ta' meta jkunu daħlu l-ewwel darba” jista' jagħti lok għal inċertezzi u mistoqsijiet,

FILWAQT LI JITQIES li r-Regolament (UE) Nru 610/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) introduċa bidliet orizzontali fl-acquis tal-Unjoni Ewropea dwar il-viża u l-fruntieri u ddefinixxa soġġorn għal perjodu qasir bħala “90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum”,

FILWAQT LI TITQIES li s-Sistema ta' Dħul/Ħruġ li għandha tiġi stabbilita mill-Unjoni Ewropea tirrikjedi l-użu ta' definizzjoni uniformi u ċara ta' soġġorn għal perjodu qasir li hija applikabbli għaċ-ċittadini kollha ta' pajjiżi terzi,

FILWAQT LI JIXTIEQU jiżguraw il-fluss bla xkiel ta' vjaġġaturi fil-punti ta' qsim tal-fruntiera tal-Partijiet Kontraenti,

FILWAQT LI JAFFIRMAW MILL-ĠDID li l-Ftehim ikopri ċ-ċittadini tal-Istati Membri kollha bl-eċċezzjoni ta' dawk tar-Renju Unit u tal-Irlanda,

FILWAQT LI JQISU l-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja u l-Protokoll dwar l-acquis ta' Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea, annessi mat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u filwaqt li jikkonfermaw li d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim emendatorju ma japplikawx għar-Renju Unit u l-Irlanda,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim huwa emendat kif ġej:

(1)

fit-titolu u fl-Artikoli 3(5), 4(3), 6(1) u 8(7), il-kelma “Komunità” hija sostituta bil-kelma “Unjoni”;

(2)

fl-Artikolu 1, il-kliem “tliet xhur matul perjodu ta' sitt xhur” huma sostitwiti bil-kliem “90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum”;

(3)

l-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Iċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea jistgħu jibqgħu fit-territorju tas-Seychelles għal perjodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum.”;

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Iċ-ċittadini tas-Seychelles jistgħu jibqgħu fit-territorju tal-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta' Schengen fl-intier tiegħu, għal perjodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum. Dak il-perjodu jiġi kkalkulat indipendentement minn kwalunkwe soġġorn fi Stat Membru li għadu ma japplikax l-acquis ta' Schengen fl-intier tiegħu.

Iċ-ċittadini tas-Seychelles jistgħu jibqgħu għal perijodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum fit-territorju ta' kull Stat Membru li għadu ma japplikax l-acquis ta' Schengen fl-intier tiegħu, irrispettivament mill-perijodu tas-soġġorn kkalkulat għat-territorju tal-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta' Schengen fl-intier tiegħu.”;

(c)

fil-paragrafu 3, il-kliem “tliet xhur” huma sostitwiti bil-kliem “90 jum”;

(4)

fl-Artikolu 8(4), l-aħħar sentenza hija sostitwita b'dan li ġej:

“Parti Kontraenti li tkun issospendiet l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim għandha tgħarraf immedjatament lill-Parti Kontraenti l-oħra f'każ li r-raġunijiet għas-sospensjoni ma jibqgħux jeżistu aktar u għandha tneħħi dik is-sospensjoni.”.

Artikolu 2

Dan il-Ftehim emendatorju għandu jiġi rratifikat jew approvat mill-Partijiet Kontraenti skont il-proċeduri rispettivi tagħhom u għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tas-sitt xahar wara d-data li fiha l-aħħar Parti tinnotifika lill-Parti l-oħra li l-proċeduri msemmija hawn fuq ikunu tlestew.

Magħmul f'duplikat, bl-ilsien Bulgaru, Ċek, Daniż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Kroat, Latvjan, Litwan, Malti, Netherlandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Taljan, Ungeriż u Żvediż, b'kull test ikun ugwalment awtentiku.

Съставено в Брюксел на двадесет и пети април две хиляди и осемнадесета година.

Hecho en Bruselas, el veinticinco de abril de dos mil dieciocho.

V Bruselu dne dvacátého pátého dubna dva tisíce osmnáct.

Udfærdiget i Bruxelles den femogtyvende april to tusind og atten.

Geschehen zu Brüssel am fünfundzwanzigsten April zweitausendachtzehn.

Kahe tuhande kaheksateistkümnenda aasta aprillikuu kahekümne viiendal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι πέντε Απριλίου δύο χιλιάδες δεκαοκτώ.

Done at Brussels on the twenty-fifth day of April in the year two thousand and eighteen.

Fait à Bruxelles, le vingt-cinq avril deux mille dix-huit.

Sastavljeno u Bruxellesu dvadeset petog travnja godine dvije tisuće osamnaeste.

Fatto a Bruxelles, addì venticinque aprile duemiladiciotto.

Briselē, divi tūkstoši astoņpadsmitā gada divdesmit piektajā aprīlī.

Priimta du tūkstančiai aštuonioliktų metų balandžio dvidešimt penktą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizennyolcadik év április havának huszonötödik napján.

Magħmul fi Brussell, fil-ħamsa u għoxrin jum ta' April fis-sena elfejn u tmintax.

Gedaan te Brussel, vijfentwintig april tweeduizend achttien.

Sporządzono w Brukseli dnia dwudziestego piątego kwietnia roku dwa tysiące osiemnastego.

Feito em Bruxelas, em vinte e cinco de abril de dois mil e dezoito.

Întocmit la Bruxelles la douăzeci și cinci aprilie două mii optsprezece.

V Bruseli dvadsiateho piateho apríla dvetisícosemnásť.

V Bruslju, dne petindvajsetega aprila leta dva tisoč osemnajst.

Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenäviidentenä päivänä huhtikuuta vuonna kaksituhattakahdeksantoista.

Som skedde i Bryssel den tjugofemte april år tjugohundraarton.

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

За Република Сейшели

Por la República de Seychelles

Za Seychelskou republiku

For Republikken Seychellerne

Für die Republik Seychellen

Seišelli Vabariigi nimel

Για τη Δημοκρατία των Σεϋχελλών

For the Republic of Seychelles

Pour la République des Seychelles

Za Republiku Sejšele

Per la Repubblica delle Seychelles

Seišelu Republikas vārdā –

Seišelių Respublikos vardu

A Seychelle Köztársaság részéről

Għar-Repubblika tas-Seychelles

Voor de Republiek der Seychellen

W imieniu Republiki Seszeli

Pela República das Seicheles

Pentru Republica Seychelles

Za Seychelskú republiku

Za Republiko Sejšeli

Seychellien tasavallan puolesta

För Republiken Seychellerna

Image


(1)  ĠU L 169, 30.6.2009, p. 31.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 610/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen), il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 u Nru 539/2001, u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 1).


DIKJARAZZJONI KONĠUNTA LI TIKKONĊERNA L-ISLANDA, IN-NORVEĠJA, L-ISVIZZERA U L-LIECHTENSTEIN

Ikun tajjeb li l-awtoritajiet tan-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein, min-naħa l-waħda, u tas-Seychelles, min-naħa l-oħra, jimmodifikaw, mingħajr dewmien, il-ftehimiet bilaterali eżistenti dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir skont it-termini ta' dan il-Ftehim emendatorju.


DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-INTERPRETAZZJONI TAL-PERJODU TA' 90 JUM FI KWALUNKWE PERJODU TA' 180 JUM

Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li l-perjodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum kif previst fl-Artikolu 4 tal-Ftehim ifisser soġġorn kontinwat jew inkella diversi soġġorni konsekuttivi, li t-tul ta' żmien tagħhom ma jaqbiżx id-90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum b'kollox.

Il-kunċett ta' “kwalunkwe” jimplika l-applikazzjoni ta' perijodu ta' referenza mobbli ta' 180 jum, billi titqies b'lura kull ġurnata tas-soġġorn fl-aħħar perijodu ta' 180 jum, sabiex jiġi vverifikat jekk l-obbligu tad-90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum ikunx baqa' jiġi ssodisfat. Fost oħrajn, dan ifisser li assenza għal perjodu mhux interrott ta' 90 jum tippermetti soġġorn ġdid ta' mhux aktar minn 90 jum.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 18/36


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/80

tal-20 ta' Diċembru 2018

dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni ta' St Kitts u Nevis li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni ta' Saint Kitts u Nevis dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 77(2), flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tiegħu 2009/901/KE (2), il-Kunsill ikkonkluda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni ta' Saint Kitts u Nevis dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir (3) (“il-Ftehim”). Il-Ftehim jipprevedi vjaġġar mingħajr viża għaċ-ċittadini tal-Unjoni u għaċ-ċittadini tal-Federazzjoni ta' Saint Kitts u Nevis meta jivvjaġġaw lejn it-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra għal perjodu massimu ta' tliet xhur matul perjodu ta' sitt xhur.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 610/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) introduċa bidliet orizzontali fl-acquis tal-Unjoni dwar il-viża u l-fruntieri u ddefinixxa soġġorn għal perjodu qasir bħala massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum.

(3)

Huwa neċessarju li din id-definizzjoni l-ġdida tiġi inkorporata fil-Ftehim sabiex jarmonizza ir-reġim ta' soġġorn għal perjodu qasir tal-Unjoni jkun armonizzat kompletament.

(4)

Il-Kummissjoni nnegozjat, f'isem l-Unjoni, ftehim mal-Federazzjoni ta' Saint Kitts u Nevis li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni ta' Saint Kitts u Nevis dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir (il-“Ftehim emendatorju”).

(5)

F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2086 (5), il-Ftehim emendatorju ġie ffirmat.

(6)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom ir-Renju Unit ma jiħux sehem, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (6); għaldaqstant ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(7)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom l-Irlanda ma tiħux sehem, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (7); għaldaqstant l-Irlanda mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(8)

Jenħtieġ li l-Ftehim emendatorju jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni ta' Saint Kitts u Nevis li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni ta' Saint Kitts u Nevis dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

It-test tal-Ftehim emendatorju huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 2 tal-Ftehim emendatorju (8).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

E. KÖSTINGER


(1)  Il-kunsens ingħata fit-23 ta' Ottubru 2018.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/901/KE: tat- 30 Novembru 2009 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni ta' Saint Kitts u Nevis dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir (ĠU L 321, 8.12.2009, p. 43).

(3)  ĠU L 169, 30.6.2009, p. 38.

(4)  Regolament (UE) Nru 610/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal- fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen), il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 u Nru 539/2001, u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 1).

(5)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2086 tas-6 ta' Novembru 2017 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni ta' Saint Kitts u Nevis li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni ta' Saint Kitts u Nevis dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir (ĠU L 297, 15.11.2017, p. 7).

(6)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).

(7)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(8)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim emendatorju ser tiġi pubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


ANNESS

Dikjarazzjoni tal-Unjoni dwar id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2017/2226 li jistabbilixxi s-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) u l-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta' Schengen bis-sħiħ

Ir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2017 li jistabbilixxi Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi rreġistrata data dwar id-dħul u l-ħruġ u data dwar iċ-ċaħda tad-dħul ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri u li jiddetermina l-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta' infurzar tal-liġi, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u (UE) Nru 1077/2011 daħal fis-seħħ fid-29 ta' Diċembru 2017.

Bħala konsegwenza, sa mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/2226 (1), għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, l-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta' Schengen bis-sħiħ ser tfisser l-Istati Membri li joperaw is-Sistema ta' Dħul/Ħruġ fil-fruntieri esterni. Il-perijodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum ser jiġi kkalkulat b'kont meħud tal-perijodu ta' soġġorn fl-Istati Membri kollha li joperaw is-Sistema ta' Dħul/Ħruġ fil-fruntieri esterni.


(1)  Id-data tal-applikazzjoni ser tiġi deċiża mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 73 tar-Regolament (UE) 2017/2226.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 18/39


FTEHIM

bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni ta' Saint Kitts u Nevis li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni ta' Saint Kitts u Nevis dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir

L-UNJONI EWROPEA,

min-naħa l-waħda, u

IL-FEDERAZZJONI TA' SAINT KITTS U NEVIS (minn issa 'l quddiem imsejħa “Saint Kitts u Nevis”),

min-naħa l-oħra,

minn hawn 'il quddiem flimkien imsejħin il-“Partijiet Kontraenti”,

WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni ta' Saint Kitts u Nevis dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir (1) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”) li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Awwissu 2015,

FILWAQT LI JAFFERMAW MILL-ĠDID l-importanza tal-iffaċilitar ta' kuntatti bejn il-persuni,

FILWAQT LI JIEĦDU NOTA li l-Ftehim jaħdem għas-sodisfazzjon taċ-ċittadini tal-Partijiet Kontraenti,

FILWAQT LI JQISU li d-definizzjoni ta' soġġorn għal perjodu qasir fil-Ftehim (tliet xhur matul perjodu ta' sitt xhur mid-data ta' meta jkunu daħlu l-ewwel darba) mhix preċiża biżżejjed u b'mod partikolari l-kunċett ta' “id-data ta' meta jkunu daħlu l-ewwel darba” jista' jagħti lok għal inċertezzi u mistoqsijiet,

FILWAQT LI JITQIES li r-Regolament (UE) Nru 610/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) introduċa bidliet orizzontali fl-acquis tal-Unjoni Ewropea dwar il-viża u l-fruntieri u ddefinixxa soġġorn għal perjodu qasir bħala “90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum”,

FILWAQT LI JQISU li s-Sistema ta' Dħul/Ħruġ li għandha tiġi stabbilita mill-Unjoni Ewropea tirrikjedi l-użu ta' definizzjoni uniformi u ċara ta' soġġorn għal perjodu qasir li hija applikabbli għaċ-ċittadini kollha tal-pajjiżi terzi,

FILWAQT LI JIXTIEQU jiżguraw il-fluss bla xkiel ta' vjaġġaturi fil-punti ta' qsim tal-fruntiera tal-Partijiet Kontraenti,

FILWAQT LI JAFFIRMAW MILL-ĠDID li l-Ftehim ikopri ċ-ċittadini tal-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea bl-eċċezzjoni ta' dawk tar-Renju Unit u tal-Irlanda,

FILWAQT LI JQISU l-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja u l-Protokoll dwar l-acquis ta' Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea, annessi mat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u filwaqt li jikkonfermaw li d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim emendatorju ma japplikawx għar-Renju Unit u l-Irlanda,

FTEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim huwa emendat kif ġej:

(1)

fit-titolu u fl-Artikoli 3(5), 4(3), 6(1) u 8(7), il-kelma “Komunità” hija sostituta bil-kelma “Unjoni”;

(2)

fl-Artikolu 1, il-kliem “tliet xhur matul perjodu ta' sitt xhur” huma sostitwiti bil-kliem “90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum”;

(3)

l-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Iċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea jistgħu jibqgħu fit-territorju ta' Saint Kitts u Nevis għal perjodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum.”;

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Iċ-ċittadini ta' Saint Kitts u Nevis jistgħu jibqgħu fit-territorju tal-Istati Membri li japplikaw bis-sħiħ l-acquis ta' Schengen, għal perjodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum. Dan il-perjodu jiġi kkalkulat indipendentement minn kwalunkwe soġġorn fi Stat Membru li għadu ma japplikax l-acquis ta' Schengen fl-intier tiegħu.

Iċ-ċittadini ta' Saint Kitts u Nevis jistgħu jibqgħu għal perjodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum fit-territorju ta' kull Stat Membru li għadu ma japplikax l-acquis ta' Schengen fl-intier tiegħu, irrispettivament mill-perjodu tas-soġġorn ikkalkulat għat-territorju tal-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta' Schengen fl-intier tiegħu.”;

(c)

fil-paragrafu 3, il-kliem “tliet xhur” huma sostitwiti bil-kliem “90 jum”;

(4)

fl-Artikolu 8(4), l-aħħar sentenza hija sostitwita b'dan li ġej:

“Il-Parti Kontraenti li tkun issospendiet l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim għandha tgħarraf immedjatament lill-Parti Kontraenti l-oħra f'każ li r-raġunijiet għas-sospensjoni ma jibqgħux jeżistu aktar u għandha tneħħi dik is-sospensjoni.”.

Artikolu 2

Dan il-Ftehim emendatorju għandu jiġi rratifikat jew approvat mill-Partijiet Kontraenti skont il-proċeduri rispettivi tagħhom u għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tas-sitt xahar wara d-data li fiha l-aħħar Parti tinnotifika lill-Parti l-oħra li l-proċeduri msemmija hawn fuq ikunu tlestew.

Magħmul b'duplikat bl-ilsien Bulgaru, Ċek, Daniż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Kroat,Latvjan, Litwan, Malti, Netherlandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Taljan, Ungeriż u Żvediż, b'kull test ikun ugwalment awtentiku.

Съставено в Брюксел на двадесет и пети април две хиляди и осемнадесета година.

Hecho en Bruselas, el veinticinco de abril de dos mil dieciocho.

V Bruselu dne dvacátého pátého dubna dva tisíce osmnáct.

Udfærdiget i Bruxelles den femogtyvende april to tusind og atten.

Geschehen zu Brüssel am fünfundzwanzigsten April zweitausendachtzehn.

Kahe tuhande kaheksateistkümnenda aasta aprillikuu kahekümne viiendal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι πέντε Απριλίου δύο χιλιάδες δεκαοκτώ.

Done at Brussels on the twenty fifth day of April in the year two thousand and eighteen.

Fait à Bruxelles, le vingt-cinq avril deux mille dix-huit.

Sastavljeno u Bruxellesu dvadeset petog travnja godine dvije tisuće osamnaeste.

Fatto a Bruxelles, addì venticinque aprile duemiladiciotto.

Briselē, divi tūkstoši astoņpadsmitā gada divdesmit piektajā aprīlī.

Priimta du tūkstančiai aštuonioliktų metų balandžio dvidešimt penktą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizennyolcadik év április havának huszonötödik napján.

Magħmul fi Brussell, fil-ħamsa u għoxrin jum ta’ April fis-sena elfejn u tmintax.

Gedaan te Brussel, vijfentwintig april tweeduizend achttien.

Sporządzono w Brukseli dnia dwudziestego piątego kwietnia roku dwa tysiące osiemnastego.

Feito em Bruxelas, em vinte e cinco de abril de dois mil e dezoito.

Întocmit la Bruxelles la douăzeci și cinci aprilie două mii optsprezece.

V Bruseli dvadsiateho piateho apríla dvetisícosemnásť.

V Bruslju, dne petindvajsetega aprila leta dva tisoč osemnajst.

Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenäviidentenä päivänä huhtikuuta vuonna kaksituhattakahdeksantoista.

Som skedde i Bryssel den tjugofemte april år tjugohundraarton.

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

За Федерация Сейнт Китс и Невис

Por la Federación de San Cristóbal y Nieves

Za Federaci Svatý Kryštof a Nevis

For Føderationen Saint Kitts og Nevis

Für die Föderation St. Kitts und Nevis

Saint Kittsi ja Nevise Föderatsiooni nimel

Για την Ομοσπονδία Αγίου Χριστόφορου και Νέβις

For the Federation of Saint Kitts and Nevis

Pour la Fédération de Saint-Christophe-et-Nevis

Za Federaciju Svetog Kristofora i Nevisa

Per la Federazione di Saint Christopher (Saint Kitts) e Nevis

Sentkitsas un Nevisas Federācijas vārdā —

Sent Kitso ir Nevio Federacijos vardu

Saint Kitts és Nevis Államszövetség részéről

Għall-Federazzjoni ta’ Saint Kitts u Nevis

Voor de Federatie van Saint Kitts en Nevis

W imieniu Federacji Saint Kitts i Nevis

Pela Federação de São Cristóvão e Neves

Pentru Federația Saint Kitts și Nevis

Za Federáciu Svätého Krištofa a Nevisu

Za Federacijo Saint Kitts in Nevis

Saint Kitts ja Nevisin federaation puolesta

För Federationen Saint Kitts och Nevis

Image


(1)  ĠU L 169, 30.6.2009, p. 38.

(2)  Regolament (UE) Nru 610/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta' Ġunju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen), il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 u Nru 539/2001, u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 1).


DIKJARAZZJONI KONĠUNTA LI TIKKONĊERNA L-IŻLANDA, IN-NORVEĠJA, L-IŻVIZZERA U L-LIECHTENSTEIN

Ikun tajjeb li l-awtoritajiet tan-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein, min-naħa l-waħda, u Saint Kitts u Nevis, min-naħa l-oħra, jimmodifikaw, mingħajr dewmien, il-ftehimiet bilaterali dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perjodu qasir skont it-termini ta' dan il-Ftehim emendatorju.


DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-INTERPRETAZZJONI TAD-90 JUM FI KWALUNKWE PERJODU TA' 180 JUM

Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li l-perjodu massimu ta' 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum previst fl-Artikolu 4 ta' dan il-Ftehim ifisser soġġorn kontinwat jew inkella diversi soġġorni konsekuttivi, li t-tul ta' żmien tagħhom ma jaqbiżx id-90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum b'kollox.

Il-kunċett ta' “kwalunkwe” jimplika l-applikazzjoni ta' perjodu ta' referenza mobbli ta' 180 jum, billi titqies b'lura kull ġurnata tas-soġġorn fl-aħħar perjodu ta' 180 jum, sabiex jiġi vverifikat jekk l-obbligu tad-90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum ikunx baqa' jiġi ssodisfat. Fost oħrajn, dan ifisser li assenza għal perjodu mhux interrott ta' 90 jum tippermetti soġġorn ġdid ta' mhux aktar minn 90 jum.


DEĊIŻJONIJIET

21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 18/43


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/81

tas-17 ta' Jannar 2019

li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2008 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali fir-rigward tal-marda tal-infafet fil-ġilda f'ċerti Stati Membri

(notifikata bid-dokument C(2019) 102)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju applikabbli għall-kummerċ intra-Unjoni ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE tas-17 ta' Diċembru 1992 li tintroduċi miżuri ġenerali Komunitarji għall-kontroll ta' ċertu mard tal-annimali u l-miżuri speċifiċi li għandhom x'jaqsmu mal-marda vexxikolari tal-ħnieżer (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(2), l-Artikolu 19(1)(a) u (3)(a) u l-Artikolu 19(4) u (6) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 92/119/KEE tistabbilixxi miżuri ġenerali ta' kontroll li jridu jiġu applikati fil-każ ta' tifqigħa ta' ċertu mard tal-annimali, inkluża l-marda tal-infafet fil-ġilda (lumpy skin disease, LSD). Dawn il-miżuri ta' kontroll jinkludu t-twaqqif ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza madwar l-azjenda infettata, filwaqt li jipprevedu wkoll it-tilqim ta' emerġenza f'każ ta' tifqigħa tal-LSD flimkien ma' miżuri oħra ta' kontroll.

(2)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2008 (5) tistabbilixxi l-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali li għandhom jittieħdu fir-rigward tat-tifqigħat tal-LSD fl-Istati Membri jew f'partijiet minnhom kif elenkati fl-Anness I tagħha, inkluż ir-rekwiżiti minimi għall-programmi tat-tilqim kontra l-LSD ippreżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2008 tiddefinixxi “żoni infettati” bħala l-parti mit-territorju ta' Stat Membru elenkat fil-Parti II tal-Anness I tagħha, li tinkludi ż-żona fejn l-LSD kienet ikkonfermata u kull żona ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbilita skont id-Direttiva 92/119/KEE, u fejn it-tilqim kontra l-LSD jista' jiġi implimentat wara l-approvazzjoni tal-programmi tat-tilqim. Tiddefinixxi wkoll “żoni ħielsa bit-tilqim” bħala l-parti tat-territorju ta' Stat Membru elenkat fil-Parti I ta' dak l-Anness li tinkludi ż-żoni barra miż-żoni infettati, fejn it-tilqim kontra l-LSD jiġi implimentat wara l-approvazzjoni tal-programmi tat-tilqim.

(3)

F'Awwissu 2015, ġiet ikkonfermata l-LSD fil-Greċja għall-ewwel darba. Fl-2016, kien hemm każijiet ta' LSD fil-Bulgarija u każijiet oħrajn fil-Greċja, kif ukoll f'għadd ta' pajjiżi terzi ġirien. Fl-2017, l-LSD kienet preżenti f'livell iktar baxx fl-Ewropa tax-Xlokk, b'rikorrenza tal-marda fuq skala kbira fl-Albanija, u xi ftit tifqigħat sporadiċi oħrajn fil-Greċja u fl-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

(4)

Fl-2018, kien hemm titjib tas-sitwazzjoni epidemjoloġika tal-LSD u ma ġie rrappurtat ebda każ tal-LSD f'ebda Stat Membru u f'ebda pajjiż terz ġar fl-Ewropa tax-Xlokk, ħlief it-Turkija.

(5)

B'rispons għat-tifqigħat tal-LSD, l-Istati Membri affettwati, jiġifieri l-Greċja u l-Bulgarija, kif ukoll il-pajjiżi terzi ġirien affettwati, implimentaw programmi ta' tilqim tal-massa tal-annimali bovini ħajjin u tar-ruminanti selvaġġi miżmumin tagħhom. Fl-2016 u fl-2017, il-Kroazja, fejn s'issa ma kienx hemm okkorrenzi tal-LSD, ukoll implimentat programm ta' tilqim tal-massa kontra l-LSD, bħala miżura preventiva minħabba s-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Istati Membri u l-pajjiżi terzi ġirien. Il-programmi ta' tilqim kontra l-LSD fil-Greċja, fil-Bulgarija u fil-Kroazja ġew approvati mill-Kummissjoni skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2009 (6).

(6)

Mill-ewwel okkorezza tal-LSD fl-Ewropa kontinentali, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) ipproduċiet “Pariri urġenti dwar l-LSD”, li ġew adottati fid-29 ta' Lulju 2016 (7) u tliet rapporti, jiġifieri “Lumpy skin disease: I. Data collection and analysis” approvat fis-27 ta' Marzu 2017 (8), “Lumpy skin disease II. Data collection and analysis” approvat fid-29 ta' Jannar 2018 (9) u “Lumpy skin disease: scientific and technical assistance on control and surveillance activities” approvat fit-28 ta' Settembru 2018 (10). Dawn il-valutazzjonijiet xjentifiċi kollha jissuġġerixxu li l-kampanji ta' tilqim tal-massa kontra l-LSD, meta jiġu implimentati tajjeb, jikkontrollaw il-marda billi jipprevjenu l-okkorrenza ta' tifqigħat ġodda.

(7)

Fl-2018, it-tilqim tal-massa kontra l-LSD kompla fl-Istati Membri u fil-pajjiżi terzi ġirien fl-Ewropa tax-Xlokk kollha li ġew affettwati bl-LSD.

(8)

Mill-bidu tal-2018 'l hawn, il-Kroazja waqqfet tlaqqam kontra l-LSD fid-dawl tas-sitwazzjoni epidemjoloġika favorevoli f'dak l-Istat Membru u fil-pajjiżi terzi ġirien. Minflok, il-Kroazja bdiet l-implimentazzjoni ta' programm ta' sorveljanza tal-LSD approvat mill-Kummissjoni. Dak il-programm jinvolvi sorveljanza klinika, viroloġika u seroloġika b'enfasi fuq iż-żoni ta' riskju għoli, li jinsabu qrib l-Istati Membri u pajjiżi terzi ġirien fejn ġew irrappurtati tifqigħat ta' LSD f'dawn l-aħħar snin.

(9)

Skont l-Artikolu 11.9.4 tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa għas-Saħħa tal-Annimali (OIE), fil-każ tat-tilqim preventiv, imwettaq f'pajjiż jew f'żona ħielsa mil-LSD, b'rispons għal theddida iżda mingħajr l-okkorrenza ta' każ ta' LSD, l-istatus ta' ħelsien mill-mard jista' jingħata lura fi żmien tmien xhur mill-aħħar tilqima meta tkun twettqet sorveljanza klinika, viroloġika u serjoloġika skont l-Artikolu 11.9.15 ta' dak il-Kodiċi.

(10)

Skont rapport imressaq mill-Kroazja lill-Kummissjoni fit-13 ta' Ottubru 2018, ir-riżultati tas-sorveljanza klinika, viroloġika u seroloġika jindikaw li ma hemm l-ebda evidenza tal-preżenza tal-LSD fit-territorju tagħha. Għaldaqstant, il-Kroazja tissodisfa r-rekwiżiti kollha tal-OIE għal status ta' ħelsien mill-mard għal-LSD fin-nuqqas tal-okkorrenza ta' każijiet tal-LSD u billi għaddew iktar minn tmien xhur mill-aħħar tilqima tal-LSD. Għalhekk, jixraq li jitneħħew ir-restrizzjonijiet fir-rigward tat-tilqim kontra l-LSD f'dak l-Istat Membru.

(11)

B'riżultat ta' dan, jenħtieġ li l-entrata għall-Kroazja titħassar mil-lista ta' Stati Membri b'“żoni ħielsa bit-tilqim” fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2008.

(12)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2008 jiġi emendat skont dan.

(13)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2008 jinbidel bit-test stipulat fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Jannar 2019.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  ĠU L 62, 15.3.1993, p. 69.

(4)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2008 tal-15 ta' Novembru 2016 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali fir-rigward tal-marda tal-infafet fil-ġilda f'ċerti Stati Membri (ĠU L 310, 17.11.2016, p. 51).

(6)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2009 tal-15 ta' Novembru 2016 li tapprova l-programmi tat-tilqim kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda ppreżentati mill-Istati Membri (ĠU L 310, 17.11.2016, p. 66).

(7)  EFSA Journal 2016;14(8):4573.

(8)  EFSA Journal 2017;15(4):4773.

(9)  EFSA Journal 2018;16(2):5176.

(10)  EFSA Journal 2018;16(10):5452.


ANNESS

“ANNESS I

PARTI I

Żoni ħielsa bit-tilqim

1.   Il-Bulgarija

A.

Il-provinċji li ġejjin fil-Bulgarija:

Il-provinċja ta' Burgas

Il-provinċja ta' Varna

Il-provinċja ta' Dobrich

Il-provinċja ta' Razgrad

Il-provinċja ta' Silistra

Il-provinċja ta' Ruse

Il-provinċja ta' Pleven

B.

Il-muniċipalitajiet li ġejjin fil-Bulgarija:

Il-muniċipalitajiet ta' Opaka, Popovo u Antonovo fil-provinċja ta' Targovishte.

Il-muniċipalitajiet ta' Shumen, Kaspichan, Novi Pazar, Nikola Kozlevo, Kaolinovo, Venets u Hitrino fil-provinċja ta' Shumen.

Il-muniċipalitajiet ta' Svishtov, Polski Trambesh u Strazhitsa fil-provinċja ta' Veliko Tarnovo.

2.   Il-Greċja

Ir-reġjuni li ġejjin fil-Greċja:

Ir-reġjun tal-Gżejjer Jonji, minbarra l-unità reġjonali ta' Kerkyra

Ir-reġjun tat-Tramuntana tal-Eġew, minbarra l-unità reġjonali ta' Limnos

Ir-reġjun tan-Nofsinhar tal-Eġew

Ir-reġjun ta' Kreta

PARTI II

Żoni infettati

1.   Il-Greċja

A.

Ir-reġjuni li ġejjin fil-Greċja:

Ir-reġjun ta' Attica

Ir-reġjun tal-Greċja Ċentrali

Ir-reġjun tal-Maċedonja Ċentrali

Ir-reġjun tal-Maċedonja tal-Lvant u Thrace

Ir-reġjun ta' Epirus

Ir-reġjun ta' Peloponnese

Ir-reġjun ta' Thessaly

Ir-reġjun tal-Greċja tal-Lvant

Ir-reġjun tal-Maċedonja tal-Lvant

B.

L-unitajiet reġjonali fil-Greċja li ġejjin:

L-unità reġjonali ta' Limnos

L-unità reġjonali ta' Kerkyra

2.   Il-Bulgarija

It-territorju sħiħ tal-Bulgarija ħlief iż-żoni elenkati fil-Parti I.


21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 18/48


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/82

tas-17 ta' Jannar 2019

li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2009 li tapprova l-programmi tat-tilqim kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda ppreżentati mill-Istati Membri

(notifikata bid-dokument C(2019) 105)

(It-testi bil-Bulgaru, bil-Grieg u bil-Kroat biss huma awtentiċi)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE tas-17 ta' Diċembru 1992 li tintroduċi miżuri ġenerali Komunitarji għall-kontroll ta' ċertu mard tal-annimali u l-miżuri speċifiċi li għandhom x'jaqsmu mal-marda vexxikolari tal-ħnieżer (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 19(1)(a) u (3)(a) u l-Artikolu 19(6) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 92/119/KEE tistabbilixxi miżuri ġenerali ta' kontroll li jridu jiġu applikati fil-każ ta' tifqigħa ta' ċertu mard tal-annimali, inkluża l-marda tal-infafet fil-ġilda (lumpy skin disease, LSD). Dawn il-miżuri ta' kontroll jinkludu t-twaqqif ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza madwar l-azjenda infettata, filwaqt li jipprevedu wkoll it-tilqim ta' emerġenza f'każ ta' tifqigħa tal-LSD flimkien ma' miżuri oħra ta' kontroll.

(2)

F'Awwissu 2015, ġiet ikkonfermata l-LSD fil-Greċja għall-ewwel darba. Fl-2016, kien hemm każijiet ta' LSD fil-Bulgarija u każijiet oħrajn fil-Greċja, kif ukoll f'għadd ta' pajjiżi terzi ġirien. Fl-2017, l-LSD kienet preżenti f'livell iktar baxx fl-Ewropa tax-Xlokk, b'rikorrenza tal-marda fuq skala kbira fl-Albanija, u xi ftit tifqigħat sporadiċi oħrajn fil-Greċja u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

(3)

B'rispons għat-tifqigħat tal-LSD, l-Istati Membri affettwati, jiġifieri l-Greċja u l-Bulgarija, kif ukoll il-pajjiżi terzi ġirien affettwati, implimentaw programmi ta' tilqim tal-massa tal-annimali bovini ħajjin u tar-ruminanti selvaġġi miżmumin tagħhom. Fl-2016 u fl-2017, il-Kroazja, fejn s'issa ma kienx hemm okkorrenzi tal-LSD, ukoll implimentat programm ta' tilqim tal-massa kontra l-LSD, bħala miżura preventiva minħabba s-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Istati Membri u l-pajjiżi terzi ġirien. Il-programmi ta' tilqim kontra l-LSD fil-Greċja, fil-Bulgarija u fil-Kroazja kienu approvati mill-Kummissjoni skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2009 (4), u dawk it-tliet Stati Membri huma debitament elenkati fl-Anness ta' dak l-att li għandhom programm ta' tilqim approvat kontra l-LSD.

(4)

Fl-2018, kien hemm aktar titjib tas-sitwazzjoni epidemjoloġika tal-LSD u ma ġie rrappurtat ebda każ tal-LSD f'ebda Stat Membru u f'ebda pajjiż terz ġar fl-Ewropa tax-Xlokk, ħlief it-Turkija. Matul l-istess sena, it-tilqim tal-massa kontra l-LSD kompla fl-Istati Membri kollha u fil-pajjiżi terzi ġirien fl-Ewropa tax-Xlokk li ġew affettwati bl-LSD.

(5)

Mill-bidu tal-2018 'l hawn, il-Kroazja waqqfet tlaqqam kontra l-LSD fid-dawl tas-sitwazzjoni epidemjoloġika favorevoli f'dak l-Istat Membru u fil-pajjiżi ġirien. Minflok, il-Kroazja bdiet l-implimentazzjoni ta' programm ta' sorveljanza tal-LSD li ġie approvat mill-Kummissjoni. Dak il-programm ta' sorveljanza jinvolvi sorveljanza klinika, viroloġika u seroloġika b'enfasi fuq iż-żoni ta' riskju għoli, li jinsabu qrib l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi ġirien fejn ġew irrappurtati tifqigħat ta' LSD f'dawn l-aħħar snin. Skont rapport imressaq mill-Kroazja lill-Kummissjoni fit-13 ta' Ottubru 2018, ir-riżultati tas-sorveljanza klinika, viroloġika u seroloġika jindikaw li ma hemm l-ebda evidenza tal-preżenza tal-LSD fit-territorju tagħha.

(6)

Minħabba f'hekk, jenħtieġ li l-Kroazja ma tibqax inkluża fil-lista ta' Stati Membri bi programm approvat ta' tilqim kontra l-LSD, billi ma għadux isir tilqim kontra l-LSD f'dak l-Istat Membru.

(7)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2009 jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2009 jinbidel bit-test stipulat fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Bulgarija, lir-Repubblika Ellenika u lir-Repubblika tal-Kroazja.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Jannar 2019.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  ĠU L 62, 15.3.1993, p. 69.

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2009 tal-15 ta' Novembru 2016 li tapprova l-programmi tat-tilqim kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda ppreżentati mill-Istati Membri(ĠU L 310, 17.11.2016, p. 66).


ANNESS

“ANNESS

Il-programm tat-tilqim ippreżentat mill-Greċja.

Il-programm tat-tilqim ippreżentat mill-Bulgarija.


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 18/51


DEĊIŻJONI Nru 1/2018 TAL-KUNSILL TA' STABBILIZZAZZJONI U TA' ASSOĊJAZZJONI

tal-4 ta' Diċembru 2018

li tikkonċerna t-tranżizzjoni għat-tieni stadju tal-Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, skont l-Artikolu 5(3) tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni [2019/83]

IL-KUNSILL TA' STABBILIZZAZZJONI U TA' ASSOĊJAZZJONI,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja min-naħa l-oħra (1) (il-“Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 5(1) tal-Ftehim jipprevedi perjodu tranżitorju ta' massimu ta' għaxar snin maqsum f'żewġ stadji suċċessivi.

(2)

L-ewwel stadju beda fl-1 ta' April 2004, li kienet id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.

(3)

L-Artikolu 5(3) tal-Ftehim jipprevedi wkoll li l-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni għandu jevalwa l-progress li jkun sar u għandu jiddeċiedi dwar il-passaġġ għat-tieni fażi u d-durata tagħha, kif ukoll dwar kwalunkwe tibdil possibbli li għandu jsir fir-rigward tal-kontenut tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw it-tieni stadju.

(4)

Il-Partijiet huma determinati li jikkonformaw mal-obbligi li jirrigwardaw it-tranżizzjoni għat-tieni stadju tal-Assoċjazzjoni.

(5)

L-Eks-Repubblika Yugoslava tal-Maċedonia ħadet il-miżuri neċessarji biex tiżgura l-konformità mal-obbligi kollha li jirriżultaw mit-tranżizzjoni għat-tieni stadju,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-tranżizzjoni għat-tieni stadju tal-assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropew u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, skont l-Artikolu 5(3) tal-Ftehim, qiegħda b'dan issir effettiva.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni

Il-President


(1)  ĠU L 84, 20.3.2004, p. 13.


 

Image

Image

Image