ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 12

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 62
15ta' Jannar 2019


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/58 tal-14 ta' Jannar 2019 li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għal-linuron f'ċerti prodotti jew fuqhom ( 1 )

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/59 tal-14 ta' Jannar 2019 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tar-radjaturi tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

13

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/60 tal-11 ta' Jannar 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2009/866/KE, id-Deċiżjoni 2010/419/UE, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/651/UE u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1685 fir-rigward tar-rappreżentant tad-detentur tal-awtorizzazzjoni (notifikata bid-dokument C(2019) 15)  ( 1 )

31

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

15.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 12/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/58

tal-14 ta' Jannar 2019

li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għal-linuron f'ċerti prodotti jew fuqhom

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) u l-Artikolu 18(1)(b),

Billi:

(1)

Għal-linuron, il-limiti massimi ta' residwu (MRLs) ġew stabbiliti fl-Anness II u l-Parti B tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(2)

Wara li saret applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ma ġietx imġedda bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/244 (3), li jistipula li l-awtorizzazzjonijiet kollha eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva jridu jiġu rtirati sat-3 ta' Ġunju 2018. Għalhekk huwa xieraq li jitħassru l-MRLs eżistenti stabbiliti għal din is-sustanza fl-Anness II u fil-Parti B tal-Anness III skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 flimkien mal-Artikolu 14(1)(a) tiegħu.

(3)

Fid-dawl tan-nuqqas ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva linuron, l-MRLs għal din is-sustanza jenħtieġ li jkunu stabbiliti fil-limitu ta' determinazzjoni (LOD) skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Fil-każ tas-sustanzi attivi li l-MRLs kollha tagħhom għandhom jitnaqqsu għal-limitu ta' determinazzjoni rilevanti, jenħtieġ li l-valuri prestabbiliti jiġu elenkati fl-Anness V skont l-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(4)

Il-Kummissjoni kkonsultat lil-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea dwar il-ħtieġa li ċerti LODs jiġu adattati. Dawn il-laboratorji kkonkludew li għal ċerti komoditajiet, l-iżvilupp tekniku jippermetti li jiġu stabbiliti LODs iktar baxxi.

(5)

Is-sħab kummerċjali tal-Unjoni ġew ikkonsultati dwar l-MRLs il-ġodda permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u tqiesu l-kummenti tagħhom.

(6)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġu emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-4 ta' Awwissu 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Jannar 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/244 tal-10 ta' Frar 2017 li jikkonċerna n-nuqqas ta' tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva linuron, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 36, 11.2.2017, p. 54).


ANNESS

L-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness II, il-kolonna għal-linuron titħassar.

(2)

Fil-Parti B tal-Anness III, il-kolonna għal-linuron titħassar.

(3)

Fl-Anness V, tiżdied il-kolonna li ġejja għall-bitertanol:

Ir-residwi tal-pestiċidi u l-livelli massimi ta' residwI (mg/kg)

Numru tal-Kodiċi

Gruppi u eżempji ta' prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRLs (1)

Linuron

(1)

(2)

(3)

0100000

FROTT, FRISK jew IFFRIŻAT; ĠEWŻ TAS-SIĠAR

0,01  (*1)

0110000

Frott taċ-ċitru

 

0110010

Grejpfrut

 

0110020

Larinġ

 

0110030

Lumi

 

0110040

Xkomp

 

0110050

Mandolin

 

0110990

Oħrajn (2)

 

0120000

Ġewż tas-siġar

 

0120010

Lewż

 

0120020

Ġewż tal-Brażil

 

0120030

Ġewż tal-anakardju

 

0120040

Qastan

 

0120050

Ġewż tal-Indi

 

0120060

Ġellewż

 

0120070

Macadamia

 

0120080

Ġewż Amerikan

 

0120090

Qlub tal-ġewż tal-arżnu

 

0120100

Pistaċċi

 

0120110

Ġewż

 

0120990

Oħrajn (2)

 

0130000

Pomu

 

0130010

Tuffieħ

 

0130020

Lanġas

 

0130030

Sfarġel

 

0130040

Naspli

 

0130050

Naspli tal-Ġappun

 

0130990

Oħrajn (2)

 

0140000

Frott tal-għadma

 

0140010

Berquq

 

0140020

Ċiras (ħelu)

 

0140030

Ħawħ

 

0140040

Għanbaqar

 

0140990

Oħrajn (2)

 

0150000

Kukku u frott żgħir ieħor

 

0151000

(a)

għeneb

 

0151010

Għeneb tal-mejda

 

0151020

Għeneb għall-inbid

 

0152000

(b)

frawli

 

0153000

(c)

frott tal-kannamiela

 

0153010

Tut

 

0153020

Tut salvaġġ

 

0153030

Lampun (aħmar u isfar)

 

0153990

Oħrajn (2)

 

0154000

(d)

frott żgħir u kukku oħrajn

 

0154010

Mirtill

 

0154020

Cranberries

 

0154030

Ribes (ħamra, sewda u bajda)

 

0154040

Ribes bix-xewk (ħodor, ħomor u sofor)

 

0154050

Warda skoċċiża

 

0154060

Ċawsli (iswed u abjad)

 

0154070

Għanżalor/naspli tal-Mediterran

 

0154080

Frott tas-sebuqa

 

0154990

Oħrajn (2)

 

0160000

Frott ta' diversi tipi bl-affarijiet li ġejjin:

 

0161000

(a)

b'qoxra li tittiekel

 

0161010

Tamal

 

0161020

Tin

 

0161030

Żebbuġ tal-mejda

 

0161040

Larinġ tal-qsari

 

0161050

Karambola

 

0161060

Kaki

 

0161070

Għanbaqar ta' Ġava

 

0161990

Oħrajn (2)

 

0162000

(b)

b'qoxra li ma tittikilx, u żgħir

 

0162010

Frott tal-Kiwi (aħdar, aħmar, isfar)

 

0162020

Liċċi

 

0162030

Frott tal-passjoni

 

0162040

Bajtar tax-xewk

 

0162050

Tuffieħ stilla

 

0162060

Frott tal-kaki tal-Virġinja

 

0162990

Oħrajn (2)

 

0163000

(c)

b'qoxra li ma tittikilx, u kbir

 

0163010

Avokado

 

0163020

Banana

 

0163030

Mango

 

0163040

Papaja

 

0163050

Rummien

 

0163060

Ċerimoja

 

0163070

Gwava

 

0163080

Ananas

 

0163090

Frotta tas-siġra tal-ħobż

 

0163100

Durian

 

0163110

Il-frotta tal-annona

 

0163990

Oħrajn (2)

 

0200000

ĦAXIX, FRISK JEW IFFRIŻAT

 

0210000

Ħxejjex tal-għeruq u tat-tuberi

0,01  (*1)

0211000

(a)

patata

 

0212000

(b)

ħxejjex tropikali tal-għeruq u tat-tuberi

 

0212010

Għeruq tal-kassava

 

0212020

Patata ħelwa

 

0212030

Jammijiet

 

0212040

Ararut

 

0212990

Oħrajn (2)

 

0213000

(c)

ħxejjex oħra tal-għeruq u tat-tuberi minbarra l-pitravi ħelwa

 

0213010

Pitravi

 

0213020

Zunnarija

 

0213030

Celeriac/Krafes bl-għeruq/krafes Ġermaniżi

 

0213040

Għeruq tal-mustarda

 

0213050

Artiċokks

 

0213060

Zunnarija bajda

 

0213070

Tursin ta' Hamburg

 

0213080

Ravanell

 

0213090

Leħjet il-bodbod

 

0213100

Swedes

 

0213110

Lift

 

0213990

Oħrajn (2)

 

0220000

Ħxejjex tal-basla

0,01  (*1)

0220010

Tewm

 

0220020

Basal

 

0220030

Xalotti

 

0220040

Basal tar-Rebbiegħa/basal aħdar u basal ta' Wales

 

0220990

Oħrajn (2)

 

0230000

Ħxejjex tal-frott

0,01  (*1)

0231000

(a)

Ħxejjex tal-frott tal-familja tas-Solanaceae u tal-familja tal-Malvaceae

 

0231010

Tadam

 

0231020

Bżar ħelu

 

0231030

Brunġiel

 

0231040

Bamja

 

0231990

Oħrajn (2)

 

0232000

(b)

kukurbiti b'qoxra li tittiekel

 

0232010

Ħjar

 

0232020

Ħjar tal-pikles

 

0232030

Zukkini

 

0232990

Oħrajn (2)

 

0233000

(c)

kukurbiti b'qoxra li ma tittikilx

 

0233010

Bettieħ

 

0233020

Qara' aħmar

 

0233030

Dulliegħ

 

0233990

Oħrajn (2)

 

0234000

(d)

qamħirrum ħelu

 

0239000

(e)

ħxejjex tal-frott oħrajn

 

0240000

Ħxejjex tal-Brassika (minbarra l-għeruq tal-brassika u l-ħxejjex tal-brassika tal-weraq żgħir)

0,01  (*1)

0241000

(a)

Brassika li tagħmel il-fjuri

 

0241010

Brokkli

 

0241020

Pastard

 

0241990

Oħrajn (2)

 

0242000

(b)

kaboċċi kkapoċċati

 

0242010

Kaboċċi ta' Brussell/kaboċċi taz-zokk

 

0242020

Kaboċċa kkapoċċati

 

0242990

Oħrajn (2)

 

0243000

(c)

brassika bil-weraq

 

0243010

Kaboċċi Ċiniżi

 

0243020

Kaboċċi (“kales”)

 

0243990

Oħrajn (2)

 

0244000

(d)

ġdur

 

0250000

Ħxejjex tal-weraq, ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

 

0251000

(a)

ħass u ħxejjex oħrajn tal-insalata

0,01  (*1)

0251010

Ħass tal-ħaruf/ Insalata tal-qamħ

 

0251020

Ħass

 

0251030

Skalora/indivja bil-weraq wesgħin

 

0251040

Krexxuni u nebbieta u rimi oħrajn

 

0251050

Krexxuni tal-art

 

0251060

Aruka

 

0251070

Mustarda ħamra

 

0251080

Ħxejjex tal-weraq żgħir (fosthom l-ispeċijiet tal-brassika)

 

0251990

Oħrajn (2)

 

0252000

(b)

spinaċi u weraq simili

0,01  (*1)

0252010

Spinaċi

 

0252020

Burdlieq

 

0252030

Weraq tas-selq

 

0252990

Oħrajn (2)

 

0253000

(c)

weraq tad-dwieli u speċijiet simili

0,01  (*1)

0254000

(d)

krexxuni

0,01  (*1)

0255000

(e)

ċikwejra

0,01  (*1)

0256000

(f)

ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

0,02  (*1)

0256010

Maxxita

 

0256020

Kurrat selvaġġ

 

0256030

Weraq tal-karfus

 

0256040

Tursin

 

0256050

Salvja

 

0256060

Klin

 

0256070

Timu

 

0256080

Ħabaq u fjuri li jittieklu

 

0256090

Weraq tar-rand

 

0256100

Stregun

 

0256990

Oħrajn (2)

 

0260000

Legumi

0,01  (*1)

0260010

Fażola (bl-imżiewed)

 

0260020

Fażola (bla mżiewed)

 

0260030

Piżelli (bl-imżiewed)

 

0260040

Piżelli (bla mżiewed)

 

0260050

Għads

 

0260990

Oħrajn (2)

 

0270000

Ħxejjex biz-zokk

0,01  (*1)

0270010

Spraġ

 

0270020

Kardun

 

0270030

Krafes

 

0270040

Bużbież ta' Firenze

 

0270050

Qaqoċċ

 

0270060

Kurrat

 

0270070

Rabarbru

 

0270080

Rimi tal-pjanta tal-bambu

 

0270090

Qlub tal-palm

 

0270990

Oħrajn (2)

 

0280000

Faqqiegħ, ħażiż u likeni

0,01  (*1)

0280010

Faqqiegħ ikkultivat

 

0280020

Faqqiegħ salvaġġ

 

0280990

Ħażiż u likeni

 

0290000

Alka u organiżmi prokarjoti

0,01  (*1)

0300000

BUS U ĦEMES

0,01  (*1)

0300010

Fażola

 

0300020

Għads

 

0300030

Piżelli

 

0300040

Lupini/fażola tal-lupini

 

0300990

Oħrajn (2)

 

0400000

ŻRIERAGĦ TAŻ-ŻEJT U FROTT TAŻ-ŻEJT

0,01  (*1)

0401000

Żrieragħ taż-żejt

 

0401010

Żerriegħa tal-kittien

 

0401020

Karawett

 

0401030

Żerriegħa tal-peprin

 

0401040

Ġulġlien

 

0401050

Żerriegħa tal-ġirasol

 

0401060

Żerriegħa tal-lift

 

0401070

Fażola tas-sojja

 

0401080

Żerriegħa tal-mustarda

 

0401090

Żerriegħa tal-qoton

 

0401100

Żerriegħa tal-qara' aħmar

 

0401110

Żrieragħ tal-għosfor

 

0401120

Żerriegħa tal-fiddloqom

 

0401130

Żerriegħa tal-camelina sativa

 

0401140

Qannebusa

 

0401150

Fażola tar-riġnu

 

0401990

Oħrajn (2)

 

0402000

Frott taż-żejt

 

0402010

Żebbuġ maħsub għall-produzzjoni taż-żejt

 

0402020

Qlub tal-palm taż-żejt

 

0402030

Il-frott tal-palm taż-żejt

 

0402040

Kapok

 

0402990

Oħrajn (2)

 

0500000

ĊEREALI

0,01  (*1)

0500010

Xgħir

 

0500020

Qamħ saraċin u ċereali foloz oħrajn

 

0500030

Qamħirrum

 

0500040

Millieġ komuni

 

0500050

Ħafur

 

0500060

Ross

 

0500070

Segala

 

0500080

Sorgu

 

0500090

Qamħ

 

0500990

Oħrajn (2)

 

0600000

TEJIET, KAFÈ, INFUŻJONIJIET ERBALI, KAWKAW U ĦARRUB

0,05  (*1)

0610000

Tejiet

 

0620000

Kafeni

 

0630000

Infużjonijiet erbali mill-affarijiet li ġejjin:

 

0631000

(a)

mill-fjuri

 

0631010

Kamumella

 

0631020

Ibisku

 

0631030

Ward

 

0631040

Ġiżimin

 

0631050

Tilju

 

0631990

Oħrajn (2)

 

0632000

(b)

mill-weraq u mill-ħxejjex aromatiċi

 

0632010

Frawla

 

0632020

Rooibos

 

0632030

Matè/Te tal-Paragwaj

 

0632990

Oħrajn (2)

 

0633000

(c)

mill-għeruq

 

0633010

Valerjana

 

0633020

Ġinseng

 

0633990

Oħrajn (2)

 

0639000

(d)

minn kull parti oħra tal-pjanta

 

0640000

Żerriegħa tal-Kawkaw

 

0650000

Ħarrub

 

0700000

ĦOPS

0,05  (*1)

0800000

ĦWAWAR

0,05  (*1)

0810000

Ħwawar taż-żerriegħa

 

0810010

Ħlewwa

 

0810020

Kemmun iswed

 

0810030

Karfus

 

0810040

Kosbor

 

0810050

Kemmun

 

0810060

Xibt

 

0810070

Bużbież

 

0810080

Fienu

 

0810090

Noċemuskata

 

0810990

Oħrajn (2)

 

0820000

Ħwawar tal-frott

 

0820010

Bżar tal-Ġamajka/piment

 

0820020

Bżar tas-Sichuan

 

0820030

Karwija

 

0820040

Kardamomu

 

0820050

Frott tal-ġnibru

 

0820060

Boċċi tal-bżar (suwed, ħodor u bojod)

 

0820070

Vanilja

 

0820080

Tamar tal-Indja/tamarindi

 

0820990

Oħrajn (2)

 

0830000

Ħwawar tal-qoxra tas-siġar

 

0830010

Kannella

 

0830990

Oħrajn (2)

 

0840000

Ħwawar tal-għeruq u tar-riżomi

 

0840010

Għud is-sus

 

0840020

Ġinġer (10)

 

0840030

Żagħfran tal-Indja/kurkuma

 

0840040

Għerq tal-mustarda (11)

 

0840990

Oħrajn (2)

 

0850000

Ħwawar tal-blanzuni

 

0850010

Imsiemer tal-qronfol

 

0850020

Kappar

 

0850990

Oħrajn (2)

 

0860000

Il-ħwawar ta' qalb il-fjura

 

0860010

Żagħfran

 

0860990

Oħrajn (2)

 

0870000

Ħwawar tal-aril

 

0870010

Il-qoxra ta' barra tan-noċemuskata

 

0870990

Oħrajn (2)

 

0900000

PJANTI TAZ-ZOKKOR

0,01  (*1)

0900010

Pitravi ħelu

 

0900020

Kannamieli

 

0900030

Għeruq taċ-Ċikwejra

 

0900990

Oħrajn (2)

 

1000000

PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI – ANNIMALI TERRESTRI

 

1010000

Prodotti bażiċi mill-affarijiet li ġejjin:

0,01  (*1)

1011000

(a)

mill-ħnieżer

 

1011010

Muskoli

 

1011020

Xaħam

 

1011030

Fwied

 

1011040

Kliewi

 

1011050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1011990

Oħrajn (2)

 

1012000

(b)

mill-annimali bovini

 

1012010

Muskoli

 

1012020

Xaħam

 

1012030

Fwied

 

1012040

Kliewi

 

1012050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1012990

Oħrajn (2)

 

1013000

(c)

min-nagħaġ

 

1013010

Muskoli

 

1013020

Xaħam

 

1013030

Fwied

 

1013040

Kliewi

 

1013050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1013990

Oħrajn (2)

 

1014000

(d)

mill-mogħoż

 

1014010

Muskoli

 

1014020

Xaħam

 

1014030

Fwied

 

1014040

Kliewi

 

1014050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1014990

Oħrajn (2)

 

1015000

(e)

mill-ekwini

 

1015010

Muskoli

 

1015020

Xaħam

 

1015030

Fwied

 

1015040

Kliewi

 

1015050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1015990

Oħrajn (2)

 

1016000

(f)

mill-pollam

 

1016010

Muskoli

 

1016020

Xaħam

 

1016030

Fwied

 

1016040

Kliewi

 

1016050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1016990

Oħrajn (2)

 

1017000

(g)

minn annimali terrestri mrobbijin oħrajn

 

1017010

Muskoli

 

1017020

Xaħam

 

1017030

Fwied

 

1017040

Kliewi

 

1017050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

 

1017990

Oħrajn (2)

 

1020000

Ħalib

0,01  (*1)

1020010

Bhejjem tal-ifrat

 

1020020

Nagħaġ

 

1020030

Mogħoż

 

1020040

Żwiemel

 

1020990

Oħrajn (2)

 

1030000

Bajd tal-għasafar

0,01  (*1)

1030010

Tiġieġ

 

1030020

Papri

 

1030030

Wiżż

 

1030040

Summien

 

1030990

Oħrajn (2)

 

1040000

Għasel u prodotti oħrajn tal-apikultura (7)

0,05  (*1)

1050000

Amfibji u Rettili

0,01  (*1)

1060000

Annimali terrestri invertebrati

0,01  (*1)

1070000

Annimali vertebrati terrestri slavaġ

0,01  (*1)

1100000

PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI – ĦUT, PRODOTTI TAL-ĦUT U KULL PRODOTT TAL-IKEL TAL-BAĦAR JEW TAL-ILMA ĦELU IEĦOR (8)

 

1200000

PRODOTTI JEW PARTIJIET MILL-PRODOTTI UŻATI BISS GĦALL-PRODUZZJONI TAL-GĦALF (8)

 

1300000

PRODOTTI TAL-IKEL IPPROĊESSATI (9)

 


(*1)  Limitu ta' determinazzjoni analitika

(1)  Għal-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, għandha ssir referenza għall-Anness I.”


15.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 12/13


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/59

tal-14 ta' Jannar 2019

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tar-radjaturi tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Miżuri fis-seħħ

(1)

F'Novembru 2012, wara investigazzjoni anti-dumping (“l-investigazzjoni oriġinali”), il-Kunsill impona bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1039/2012 (2) (“ir-Regolament definittiv”), dazju definittiv anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta' radjaturi tal-aluminju li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7615 10 10, ex 7615 10 80, ex 7616 99 10 u ex 7616 99 90 (kodiċijiet TARIC 7615101010, 7615108010, 7616991091, 7616999001 u 7616999091) u li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ”).

(2)

Ir-Regolament definittiv impona dazju anti-dumping ta' rati li jvarjaw bejn it-12,6 % u l-56,2 % fuq importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi fil-kampjun, 21,2 % fuq il-kumpaniji li kkooperaw li ma kinux inklużi fil-kampjun u rata ta' dazju ta' 61,4 % fuq il-kumpaniji l-oħra kollha fir-RPĊ.

1.2.   Bidu ta' reviżjoni ta' skadenza

(3)

Fil-15 ta' Frar 2017, il-Kummissjoni ppubblikat avviż ta' skadenza imminenti tal-miżuri anti-dumping fuq ir-radjaturi tal-aluminju li joriġinaw mir-RPĊ fi Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3).

(4)

Fit-30 ta' Ġunju 2017, l-International Association of Aluminium Radiator Manufacturers Limited Liability Consortium (AIRAL S.c.r.l.) (“l-applikant”), li jirrapreżenta aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tar-radjaturi tal-aluminju fl-Unjoni Ewropea (“l-Unjoni”), għamel talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(5)

L-applikant ibbaża t-talba tiegħu fuq ir-raġuni li l-iskadenza tal-miżuri x'aktarx twassal għall-kontinwazzjoni ta' dumping u għar-rikorrenza ta' ħsara għall-industrija tal-Unjoni.

(6)

Wara li stabbilixxiet li kien hemm biżżejjed provi għall-bidu ta' rieżami ta' skadenza, fid-9 ta' Novembru 2017, il-Kummissjoni ppubblikat Notifika ta' Bidu fi Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4) (in-“Notifika ta' Bidu”).

1.3.   Partijiet interessati

(7)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet kollha interessati biex jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Il-Kummissjoni speċifikament informat lill-applikant; il-produtturi tal-Unjoni magħrufa u l-assoċjazzjonijiet tagħhom; l-importaturi magħrufa ta' radjaturi tal-aluminju fl-Unjoni; u l-produtturi esportaturi magħrufa tar-RPĊ dwar il-bidu tar-rieżami ta' skadenza u stednithom biex jikkooperaw.

(8)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li kienet qed tqis tuża lir-Russja bħala pajjiż terz b'ekonomija tas-suq (“pajjiż analogu”) fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll skont l-informazzjoni disponibbli lilha, produtturi oħrajn tal-Unjoni b'ekonomija tas-suq jistgħu jkunu lokalizzati fit-Turkija, fit-Tajwan, fil-Malasja, fl-Iran, fl-Arġentina u fl-Ukrajna.

(9)

Il-Kummissjoni infurmat lill-produtturi fir-Russja dwar it-tnedija u stednithom sabiex jipparteċipaw. Il-Kummissjoni nnotifikat ukoll lill-awtoritajiet tal-Arġentina, Bożnija-Ħerzegovina, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, l-Iran, il-Ġappun, il-Malasja, ir-Russja, l-Iżvizzera, it-Tajwan, l-Istati Uniti, it-Turkija u l-Ukrajna dwar il-bidu tal-investigazzjoni u talbet informazzjoni dwar il-produzzjoni u l-bejgħ ta' radjaturi tal-aluminju u dettalji ta' kuntatt ta' xi produtturi rilevanti f'dawk il-pajjiżi.

(10)

Il-partijiet interessati kollha kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tal-investigazzjoni u li jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti tal-kummerċ. L-ebda parti interessata ma talbet smigħ.

1.3.1.   Kampjunar

(11)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li setgħet tirrikorri għat-teħid ta' kampjun tal-partijiet interessati f'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

1.3.1.1.   Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

(12)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li kienet għażlet b'mod proviżorju kampjun ta' produtturi tal-Unjoni.

(13)

F'konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet il-kampjun fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta' bejgħ li seta' ikun investigat fiż-żmien disponibbli.

(14)

Il-kampjun provviżorju magħżul kien fih erba' produtturi tal-Unjoni li jkopru madwar 80 % tal-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jagħtu l-kummenti tagħhom dwar il-kampjun proviżorju, u ma rċeviet l-ebda kumment.

1.3.1.2.   Kampjunar tal-importaturi

(15)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-importaturi u lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom sabiex jippreżentaw ruħhom u sabiex jagħtu informazzjoni speċifika neċessarja sabiex jiġi deċiż jekk it-teħid tal-kampjuni kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun. Ippreżentaw ruħhom żewġ importaturi. Minħabba dan l-għadd limitat ta' kumpaniji, ma kienx meqjus li kien hemm bżonn ta' kampjunar.

1.3.1.3.   Kampjunar tal-produtturi esportaturi

(16)

Sabiex tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi fir-RPĊ sabiex tipprovdi l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet tar-RPĊ sabiex jidentifikaw u/jew jikkuntattjaw produtturi esportaturi oħrajn, jekk ikun hemm, li jistgħu jkunu interessati li jieħdu sehem fl-investigazzjoni.

(17)

Ebda produttur esportatur mir-RPĊ ma pprovda l-informazzjoni mitluba fl-Anness I għan-Notifika ta' Bidu għat-teħid tal-kampjun.

1.3.2.   Utenti

(18)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-utenti u lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, u organizzazzjonijiet tal-konsumaturi sabiex jippreżentaw ruħhom u jikkooperaw. L-ebda utent fl-Unjoni jew l-assoċjazzjonijiet tagħhom ma ppreżenta ruħu.

1.3.3.   Kwestjonarji u żjarat ta' verifika

(19)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet kollha elenkati hawn isfel u lill-kumpaniji l-oħrajn kollha li ppreżentaw ruħhom sal-iskadenzi kif stabbilit fin-Notifika ta' Bidu.

(20)

Dan inkluda l-erba' produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, l-applikant, iż-żewġ importaturi li kkooperaw u produtturi fl-Arġentina, l-Iran, il-Ġappun, il-Malasja, ir-Russja, l-Iżvizzera, it-Tajwan, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, it-Turkija u l-Ukrajna.

(21)

It-tweġibiet għall-kwestjonarji waslu mingħand l-erba' produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, importatur wieħed, l-applikant u produttur fl-Ukrajna.

(22)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li kkunsidrat neċessarja għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew ta' rikorrenza ta'dumping u dannu; u sabiex tistabbilixxi jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping tmurx kontra l-interess tal-Unjoni.

(23)

Saru żjarat ta' verifika fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Produtturi tal-Unjoni:

Fondital, Brescia, l-Italja

Global Radiatori, Brescia, l-Italja

Radiatori 2000, Bergamo, l-Italja

Armatura, Kraków, il-Polonja

(b)

Importaturi fl-Unjoni:

Hydroland, Kraków, il-Polonja

(c)

Produttur f'pajjiż analogu

San Teh Raj, Odessa, l-Ukrajna.

1.4.   Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami u l-perjodu kkunsidrat

(24)

L-investigazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping u dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2016 sat-30 ta' Settembru 2017 (“il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami” jew “PIR”).

(25)

L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-aħħar tal-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu kkunsidrat”).

2.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

2.1.   Prodott ikkonċernat

(26)

Il-prodott ikkonċernat bir-rieżami ta' skadenza huwa l-istess prodott bħal dak definit fl-investigazzjoni oriġinali, li huma radjaturi tal-aluminju u elementi jew partijiet li minnhom huwa magħmul tali radjatur, sew jekk dawn l-elementi huma assemblati fi blokok, għajr radjaturi u elementi u partijiet tagħhom tat-tip tal-elettriku, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 7615 10 10, ex 7615 10 80, ex 7616 99 10 u ex 7616 99 90 (kodiċijiet TARIC 7615101010, 7615108010, 7616991091, 7616999001 u 7616999091) u li joriġinaw fir-RPĊ (“il-prodott ikkonċernat”).

2.2.   Prodott simili

(27)

L-investigazzjoni uriet li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:

il-prodott ikkonċernat

il-prodott manifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku tal-Ukrajna, li serva bħala pajjiż analogu;

il-prodott manifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni

(28)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn il-prodotti huma prodotti simili fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

3.   PROBABBILTÀ TA' KONTINWAZZJONI JEW TA' RIKORRENZA TA' DUMPING

3.1.   Probabbilità ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping

(29)

Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk attwalment kienx qed iseħħ dumping u jekk kienx probabbli li d-dumping ikompli jew jerġa' jseħħ jekk jitħallew jiskadu l-miżuri fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet mir-RPĊ.

3.1.1.   Pajjiż analogu

(30)

Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għandu jiġi determinat abbażi tal-prezz jew tal-valur kostrutt f'pajjiż terz b'ekonomija tas-suq. Għal dan l-iskop, kellu jintgħażel pajjiż terz b'ekonomija orjentata lejn is-suq (“il-pajjiż analogu”).

(31)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati li hija tara lir-Russja bħala pajjiż analogu xieraq u stiednet lill-partijiet interessati sabiex jikkummentaw. Ma wasal l-ebda kumment.

(32)

Il-Kummissjoni talbet lil 60 produttur tal-prodott simili fl-Arġentina, l-Iran, il-Ġappun, il-Malasja, ir-Russja, l-Iżvizzera, it-Tajwan, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, it-Turkija u l-Ukrajna biex jipprovdu informazzjoni.

(33)

Il-Kummissjoni rċeviet risposta waħda biss, jiġifieri minn produttur wieħed fl-Ukrajna (San Teh Raj).

(34)

Peress li ma waslet l-ebda tweġiba oħra, u peress li s-suq tal-Ukrajna huwa kkunsidrat bħala suq rappreżentattiv xieraq għal dan il-għan fuq il-bażi tad-daqs tas-suq tagħha, ġie deċiż li l-Ukrajna huwa pajjiż analogu xieraq skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku.

3.1.2.   Il-valur normali

(35)

L-informazzjoni li waslet mingħand il-produttur li kkoopera fil-pajjiż analogu ntużat bħala bażi għad-determinazzjoni tal-valur normali għar-RPĊ, skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku.

(36)

Il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku għall-produttur tal-pajjiż analogu kienx rappreżentattiv. Il-bejgħ domestiku huwa rappreżentattiv jekk il-volum ta' bejgħ domestiku totali tal-prodott simili lil konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku kien jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ għall-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami. Abbażi ta' dan, il-bejgħ totali mill-produttur tal-pajjiż analogu kien rappreżentattiv.

(37)

Skont l-informazzjoni li waslet mingħand l-applikant, ma hemm ebda bażi ċara biex jiġi stabbilit it-tip tal-prodott fuq il-bażi tal-ħames kodiċijiet TARIC koperti mill-investigazzjoni. Fil-fatt, id-deskrizzjoni tal-prodott ta' kull ħames kodiċijiet TARIC hija identika, jiġifieri “Radjaturi tal-aluminju u elementi jew partijiet li minnhom hu magħmul tali radjatur, sew jekk dawn l-elementi huma assemblati fi blokok jew le”. L-ebda divrenzjar ulterjuri ma jsir fuq il-livell TARIC. Id-differenza bejn il-ħames kodiċijiet TARIC hija kkawżata minn kriterji oħra, bħalma huma l-użu aħħari u l-metodu ta' produzzjoni. Pereżempju, jekk radjatur huwa għal użu domestiku, dan jaqa' taħt l-intestatura tariffarja 7615. Jekk l-istess radjatur jintuża f'bini kummerċjali jew industrijali, dan jaqa' taħt l-intestatura tariffarja 7616. Il-kriterji relatati mal-prestazzjoni bħall-output ta' enerġija, id-dimensjonijiet u l-piż tal-element mhumiex koperti mill-klassifikazzjoni doganali.

(38)

Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-valur normali medju mwieżen jenħtieġ li jiġi stabbilit.

(39)

Għal dan il-fini, il-Kummissjoni ddefinixxiet il-proporzjon tal-bejgħ bi profitt lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami sabiex tiddeċiedi jekk tużax il-bejgħ domestiku attwali għall-kalkolu tal-valur normali.

(40)

Il-valur normali huwa bbażat fuq il-prezz domestiku attwali, irrispettivament minn jekk dak il-bejgħ hux bi profitt jew le, jekk

(a)

il-volum ta' bejgħ, mibjugħ bi prezz tal-bejgħ nett daqs jew aktar mill-kost ikkalkulat tal-produzzjoni, kien jirrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum ta' bejgħ totali ta' dan it-tip ta' prodott; kif ukoll

(b)

il-prezz tal-bejgħ medju ponderat huwiex daqs jew ogħla mill-kost unitarju tal-produzzjoni.

(41)

L-analiżi tal-bejgħ domestiku wriet li aktar minn 80 % tal-bejgħ domestiku kollu ħalla profitt u li l-prezz tal-bejgħ medju ponderat kien ogħla mill-ispiża tal-produzzjoni. Għaldaqstant, il-valur normali kien ikkalkulat bħala medju ponderat tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

3.1.3.   Il-prezz tal-esportazzjoni

(42)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mill-produtturi esportaturi fir-RPĊ. Bħala konsegwenza tan-nuqqas ta' kooperazzjoni, f'konformità mal-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għarrfet lill-produtturi esportaturi fir-RPĊ u lill-awtoritajiet tar-RPĊ li jekk ma jkunx hemm biżżejjed kooperazzjoni min-naħa tal-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni tista' tibbaża s-sejbiet tagħha fuq il-fatti disponibbli. Il-Kummissjoni enfasizzat ukoll li sejba bbażata fuq il-fatti disponibbli tista' tkun inqas vantaġġjuża għall-partijiet ikkonċernati. Ma waslet l-ebda reazzjoni. Għalhekk il-Kummissjoni stabbiliet il-prezz tal-esportazzjoni fuq il-bażi tal-istatistika dwar l-importazzjonijiet tal-Eurostat (“COMEXT”).

(43)

Kif indikat fil-premessa(37), ma hemm ebda bażi ċara biex jiġi stabbilit liema tipi ta' prodott huma kklassifikati fil-ħames kodiċijiet TARIC koperti mill-investigazzjoni. Għalhekk, il-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat wieħed ġie stabbilit għar-radjaturi tal-aluminju kollha importati mir-RPĊ.

3.1.4.   Tqabbil

(44)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fuq bażi ta' kif joħroġ mill-fabbrika.

(45)

Fejn iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat paragun ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni għal differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Sar aġġustament 'il fuq f'firxa ta' 4 % - 6 % għall-valur normali għall-kostijiet tal-VAT mhux rimborżabbli, u sar aġġustament 'l isfel ta' 4 % - 6 % għall-prezz ta' esportazzjoni għal kostijiet ta' assigurazzjoni u nol.

3.1.5.   Il-marġini tad-dumping

(46)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju peżat tal-prodott simili mal-prezz medju peżat tal-prezzijiet tal-esportazzjonijiet kollha lejn l-Unjoni, f'konformità mal-Artikoli 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(47)

Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni sabet marġni ta' dumping, muri bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni bid-dazju mhux imħallas f'livell ta' aktar minn 15 %.

3.2.   Żvilupp tal-importazzjonijiet jekk jiġu revokati l-miżuri

(48)

Wara li rriżulta dumping matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, il-Kummissjoni analizzat il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping jekk il-miżuri jiġu revokati. Ġew analizzati l-elementi li ġejjin: Kapaċità żejda fir-RPĊ u attrattività tas-suq tal-Unjoni

(49)

Bħala konsegwenza tan-nuqqas ta' kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi mir-RPĊ, il-valutazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping sabiex jiġi vvalutat l-iżvilupp tal-importazzjonijiet f'każ li l-miżuri jiġu rrevokati, kienet ibbażata fuq l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, jiġifieri, l-informazzjoni pprovduta fit-talba għar-rieżami u informazzjoni minn sorsi indipendenti disponibbli oħra, bħalma huma l-istatistiċi uffiċjali tal-importazzjoni u informazzjoni miksuba mingħand partijiet interessati matul l-investigazzjoni. L-informazzjoni pprovduta fit-talba kienet inkludiet stħarriġ li sar minn konsulent tan-negozju tal-kumpaniji Ċiniżi u Rapport (5) intitolat “Il-kapaċità żejda fiċ-Ċina” ippubblikat mill-Kamra tal-Kummerċ tal-Unjoni Ewropea fiċ-Ċina. L-informazzjoni pprovduta mill-applikant f'dan ir-rigward ma ġietx ikkontestata mill-partijiet interessati. Il-Kummissjoni ma sabet l-ebda evidenza li tikkontradixxi din l-informazzjoni.

3.2.1.   Kapaċità żejda fir-RPĊ

(50)

L-istħarriġ analizza d-daqs tal-kapaċità ta' riżerva Ċiniża għal radjaturi tal-aluminju taħt żewġ xenarji. Skont liema wieħed miż-żewġ xenarji jiġi adottat, il-kapaċità ta' riżerva tammonta għal 27,5 miljun element jew 112,5 miljun element. Irrispettivament minn liema xenarju huwa adottat, il-kapaċità żejda għal radjaturi tal-aluminju huwa sinifikanti, b'mod li jirrapreżenta madwar 94 % jew madwar 386 % tal-konsum totali tal-Unjoni (ara l-premessa (62)).

(51)

Ir-Rapport ippubblikat minn tal-Kamra tal-Kummerċ tal-Unjoni Ewropea fiċ-Ċina analizza l-kapaċità żejda fl-industrija tal-aluminju Ċiniża b'mod ġenerali. Skont dan ir-rapport, il-kapaċità żejda rdoppjat minn madwar 5 miljun tunnellata għal kważi 10 miljun tunnellata bejn l-2008 u l-2015. Għalhekk huwa ċar li l-produtturi Ċiniżi ta' radjaturi tal-aluminju jkollhom il-possibbiltà li jakkwistaw kwantitajiet addizzjonali ta' aluminju li kieku kellhom iżidu l-produzzjoni tagħhom.

(52)

La l-istħarriġ u lanqas l-investigazzjoni ma żvelaw l-ebda element li jista' jindika kwalunkwe żieda sinifikanti fid-domanda domestika fiċ-Ċina fil-futur qrib. L-istess jgħodd għall-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn pajjiżi terzi oħra, peress li mhemm l-ebda informazzjoni disponibbli li tindika kwalunkwe żieda sinifikanti fid-domanda għar-radjaturi tal-aluminju madwar id-dinja.

(53)

Għalhekk, fin-nuqqas ta' kwalunkwe informazzjoni oħra, huwa meqjus li la d-domanda domestika u lanqas d-domanda dinjija mhuma se jkunu jistgħu jassorbu l-kapaċità ta' riżerva sinifikanti disponibbli fir-RPĊ.

3.2.2.   Attrattività tas-suq tal-Unjoni

(54)

Sabiex jiġi stabbilit l-iżvilupp possibbli tal-importazzjonijiet f'każ li l-miżuri jiġu revokati, il-Kummissjoni qieset l-attrattività tas-suq tal-Unjoni f'dak li għandu x'jaqsam mal-prezzijiet.

(55)

Il-Kummissjoni analizzat data tal-esportazzjoni mir-RPĊ lejn pajjiżi terzi fil-livell ta' tmien ċifri matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Madankollu, dawn il-prezzijiet tal-esportazzjoni ma kinux meqjusa li jirrappreżentaw b'mod preċiż il-prezzijiet tar-radjaturi tal-aluminju billi l-klassifikazzjonijiet f'dak il-livell inkludew firxa wiesgħa ta' prodotti apparti l-prodott ikkonċernat, b'mod li jinqabeż bi kbir (mill-inqas 100 darba) il-volum tal-importazzjonijiet ta' radjaturi tal-aluminju. Għalhekk, l-istatistiċi tal-esportazzjoni Ċiniża ma jipprovdux evidenza konklużiva fir-rigward tal-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi fuq swieq oħra.

(56)

Fin-nuqqas ta' data konklużiva dwar il-prezzijiet lejn pajjiżi terzi minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, f'konformità mal-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni bbażat is-sejbiet tagħha fuq l-informazzjoni fit-talba għal rieżami.

(57)

Minħabba l-kapaċità żejda sostanzjali ta' produtturi esportaturi Ċiniżi u s-saturazzjoni ta' ċerti swieq eżistenti, il-produtturi esportaturi Ċiniżi x'aktarx jidderiġu l-kapaċità żejda sostanzjali tagħhom lis-suq tal-Unjoni, jekk jiġu revokati l-miżuri anti-dumping. Barra minn hekk, ir-rapport “Il-kapaċità żejda fiċ-Ċina” enfasizza ulterjorment li l-politika tal-gvern Ċiniż tinkoraġġixxi l-esportazzjonijiet billi tipprovdi appoġġ finanzjarju u benefiċċji tat-taxxa, iżżid l-attrattività tas-swieq tal-esportazzjoni bħas-suq tal-Unjoni.

(58)

Il-volumi tal-esportazzjoni sinifikanti u s-sehem mis-suq mir-RPĊ matul il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali u l-issuktar tal-esportazzjoni tar-radjaturi tal-aluminju mir-RPĊ lejn is-suq tal-Unjoni f'volumi mnaqqsa iżda xorta waħda sinifikanti, jippermettu lill-Kummissjoni tikkonkludi li s-suq tal-Unjoni huwa attraenti għall-produtturi tar-radjaturi tal-aluminju fir-RPĊ. Saħansitra, il-prezzijiet ta' esportazzjoni Ċiniżi jkomplu jkunu oġġett ta' dumping (ara l-premessa (47)) u waqqgħu b'mod sinifikanti l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni (ara l-premessa (76)). Meta wieħed iqis il-kapaċitajiet żejda kbira fir-RPĊ u l-livell baxx tal-prezzijiet Ċiniżi, hemm probabbiltà kbira li l-importazzjonijiet jiżdiedu b'mod sinifikanti jekk il-miżuri anti-dumping jiġu revokati.

3.2.3.   Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping

(59)

Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, partikolarment minħabba l-marġni ta' dumping stabbilit fil-PIR, il-kapaċità żejda sinifikanti disponibbli fiċ-Ċina, u l-attrattività stabbilità tas-suq tal-Unjoni, il-Kummissjoni tistenna li t-tneħħija tal-miżuri x'aktarx tirriżulta f'kontinwazzjoni ta' dumping, u li l-esportazzjonijiet oġġett ta' dumping se jidħlu fis-suq tal-Unjoni fi kwantitajiet sinifikanti. Għalhekk huwa meqjus li hemm probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping jekk il-miżuri anti-dumping attwali jitħallew jiskadu.

4.   PROBABBILTÀ TA' RIKORRENZA TAD-DANNU

4.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(60)

Matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami, il-prodott simili kien prodott minn sitt produtturi fl-Unjoni. Huma jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

4.2.   Rimarki preliminari

(61)

Id-dannu ġie stmat fuq il-bażi tat-tendenzi fir-rigward tal-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-bejgħ, is-sehem mis-suq, l-impjiegi, il-produttività u t-tkabbir miġbur fuq il-livell tal-industrija totali tal-Unjoni u tendenzi li jikkonċernaw il-prezzijiet, il-profittabbiltà, il-likwidità, l-abbiltà li jżidu l-kapital u investimenti, stokks, redditu fuq l-investiment u pagi miġburin fil-livell tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

4.3.   Konsum tal-Unjoni

(62)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-konsum tal-Unjoni billi għaddet flimkien:

(a)

il-bejgħ ivverifikat fl-Unjoni tal-erba' produtturi esportaturi tal-Unjoni fil-kampjun;

(b)

il-bejgħ fl-Unjoni tal-produtturi fl-Unjoni li kkooperaw li ma kinux inklużi fil-kampjun, li nkiseb mit-talba għar-rieżami u data mogħtija mill-AIRAL; kif ukoll

(c)

importazzjonijiet kif irrappurtati mill-Eurostat.

(63)

Il-konsum tar-radjaturi tal-aluminju fl-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 1

Il-konsum tal-Unjoni

 

2014

2015

2016

PIR

Konsum total tal-Unjoni (elementi)

24 042 569

25 768 567

27 283 660

27 960 430

Indiċi (2014 = 100)

100

107

113

116

Sors: Eurostat, AIRAL u tweġibiet għall-kwestjonarju.

(64)

Il-konsum tal-Unjoni żdied gradwalment b 16 % fil-perjodu kkunsidrat. Analiżi sena b'sena turi din iż-żieda gradwali matul il-perjodu, aktar rapida bejn l-2014 u l-2015 u mbagħad tillivella ruħha bejn l-2016 u t-tmiem tal-PIR.

4.4.   Importazzjonijiet mir-RPĊ

4.4.1.   Volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ

(65)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-volum ta' importazzjonijiet ta' radjaturi tal-aluminju mir-RPĊ fl-Unjoni fuq il-bażi ta' data tal-Eurostat u l-ishma tas-suq tal-importazzjonijiet billi qabblet dawn il-volumi tal-importazzjonijiet mal-konsum tal-Unjoni kif muri fit-tabella 1.

(66)

L-importazzjonijiet ta' radjaturi tal-aluminju mir-RPĊ lejn l-Unjoni żviluppaw kif ġej:

Tabella 2

Il-kwantitajiet tal-importazzjoni u l-ishma mis-suq

 

2014

2015

2016

2017

Il-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ (elementi)

1 652 979

456 581

983 268

746 354

Indiċi (2014 = 100)

100

28

59

45

Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ (%)

7

2

4

3

Sors: Eurostat.

(67)

L-importazzjonijiet mir-RPĊ kienu fil-quċċata fl-2014, bi tnaqqis qawwi fl-2015 u mbagħad b'irkupru fl-2016, u reġgħu niżlu fil-PIR. Minħabba ż-żieda fil-konsum tal-Unjoni fl-istess ħin, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ naqas minn quċċata ta' 7 % biex laħaq punt baxx ta' 3 % fi tmiem il-PIR.

(68)

Madankollu huwa rilevanti għall-analiżi tad-dannu li jiġi nnutat li l-importazzjonijiet mir-RPĊ komplew jidħlu fl-Unjoni, b'dazju mħallas, matul il-perjodu kkunsidrat.

4.4.2.   Prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ

(69)

Il-Kummissjoni użat il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ irrappurtati mill-Eurostat.

(70)

Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn l-Unjoni żviluppaw kif ġej:

Tabella 3

Prezzijiet tal-importazzjoni mir-RPĊ

 

2014

2015

2016

PIR

Prezzijiet tal-importazzjoni mir-RPĊ

(f'EUR għal kull element)

2,47

3,29

3,28

3,37

Indiċi (2014 = 100)

100

133

133

136

Sors: Eurostat

(71)

Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ żdiedu b'36 % matul il-perjodu kkunsidrat bl-akbar żieda isseħħ bejn l-2014 u l-2015.

(72)

Minkejja ż-żieda fil-prezzijiet ta' unità tal-importazzjonijiet mir-RPĊ matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezz medju tal-importazzjoni għal kull unità mir-RPĊ kien ferm aktar baxx kemm mill-medja tal-prezz tal-bejgħ għal kull unità u mill-kost medju tal-produzzjoni għal kull unità tal-industrija tal-Unjoni kif irrappurtat fit-tabella 7. Dan irriżulta fi pressjoni b'saħħitha fuq il-prezz fir-rigward tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni.

4.4.3.   It-twaqqigħ tal-prezz

(73)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami billi qabblet:

(a)

il-prezzijiet tal-bejgħ medji ponderati tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun li ġew iddebitati lill-konsumaturi mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell tal-prezz mill-fabbrika; kif ukoll

(b)

id-data mill-Eurostat għall-importazzjonijiet tar-radjaturi tal-aluminju mir-RPĊ fuq livell CIF, aġġustati għal prezz tal-iżbark, inkluż ammont ta' dazju anti-dumping.

(74)

Ir-riżultat tat-tqabbil kien espress bħala perċentwal tal-prezz medju tal-industrija tal-Unjoni fil-kampjun matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami.

(75)

Għal importazzjonijiet mir-RPĊ, it-tqabbil wera marġni ta' twaqqigħ tal-prezz medju ponderat ta' 19,3 % fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami.

4.5.   Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.5.1.   Kummenti ġenerali

(76)

F'konformità mal-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat l-effett tal-importazzjonijiet suġġett ta' dumping fuq l-industrija tal-Unjoni billi evalwat l-indikaturi ekonomiċi kollha li kellhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(77)

Kif imsemmi fil-premessa (12), intuża t-teħid ta' kampjuni sabiex jiġi stabbilit id-dannu li setgħet sofriet l-industrija tal-Unjoni.

(78)

Biex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi.

(79)

Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi ta' data fit-talba għal rieżami, data sottomessa mill-AIRAL u fit-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Id-data kienet tirrigwarda l-produtturi kollha tal-Unjoni.

(80)

Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(81)

Iż-żewġ settijiet ta' data nstabu li kienu rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(82)

L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità ta' produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum ta' bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi u l-produttività.

(83)

L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji tal-bejgħ, il-kost ta' unità, il-kostijiet tal-manodopera, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-flussi tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-kapital.

4.5.2.   Indikaturi makroekonomiċi

4.5.2.1.   Il-produzzjoni, il-kapaċità ta' produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(84)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità produttiva u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 4

Il-produzzjoni, il-kapaċità produttiva u l-użu tal-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni

 

2014

2015

2016

PIR

Il-volum tal-produzzjoni (elementi)

46 693 417

42 280 155

41 857 954

41 449 917

Indiċi (2014 = 100)

100

91

90

89

Il-kapaċità tal-produzzjoni (elementi)

93 110 159

93 279 192

84 940 419

82 263 333

Indiċi (2014 = 100)

100

100

91

88

Użu tal-kapaċità (%)

50

45

49

50

Indiċi (2014 = 100)

100

90

98

100

Sors: Eurostat, AIRAL u tweġibiet għall-kwestjonarju.

(85)

Il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas b'11 % matul il-perjodu kkunsidrat. Analiżi sena b'sena turi li l-ewwel naqas b'9 % fl-2015 u mbagħad baqa' pjuttost stabbli bejn l-2015 u tmiem il-PIR.

(86)

Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqset b'12 % matul il-perjodu kkunsidrat, li juri li l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi tnaqqas il-kapaċità biex tittratta t-tnaqqis fil-produzzjoni matul il-perjodu.

(87)

L-użu tal-kapaċità baqa' baxx matul il-perjodu kkunsidrat, iżda wara tnaqqis fl-2015 seta' jirritorna għal-livelli tal-2014 sa tmiem il-PIR.

4.5.2.2.   Volum ta' bejgħ u sehem mis-suq

(88)

Il-volum ta' bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw hekk matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 5

Volum ta' bejgħ u sehem mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni

 

2014

2015

2016

PIR

Volum ta' bejgħ fl-Unjoni (elementi)

21 445 218

25 083 295

25 938 789

26 681 081

Indiċi (2014 = 100)

100

117

121

124

Sehem mis-suq (%)

89

97

95

95

Indiċi (2014 = 100)

100

109

107

107

Sors: Eurostat, AIRAL u tweġibiet għall-kwestjonarju.

(89)

Il-volum ta' bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni żdied matul il-perjodu kkunsidrat b'madwar 24 % jew b'eċċess ta' tkabbir fil-konsum fis-suq tal-Unjoni matul l-istess perjodu.

(90)

Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żdied minn 89 % għal 95 % matul il-perjodu kkunsidrat, wara ż-żieda fil-konsum tal-Unjoni u t-tnaqqis fl-importazzjonijiet wara l-2014.

4.5.2.3.   Tkabbir

(91)

Il-konsum tal-Unjoni żdied b'16 % matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li l-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdied b'24 % li żied is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni, filwaqt li xorta juri spazju fis-suq għal importazzjonijiet mir-RPĊ u bnadi oħra.

4.5.2.4.   Impjiegi u produttività

(92)

L-impjiegi u l-produttività tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

Tabella 6

L-impjiegi u l-produttività tal-produtturi tal-Unjoni

 

2014

2015

2016

PIR

Għadd ta' impjegati

1 387

1 306

1 313

1 323

Indiċi (2014 = 100)

100

94

95

95

Produttività (elementi/impjegat)

34 676

32 365

31 869

31 379

Indiċi (2014 = 100)

100

93

92

90

Sors: Eurostat, AIRAL u tweġibiet għall-kwestjonarju.

(93)

Minħabba tnaqqis fil-produzzjoni, l-impjiegi tal-industrija tal-Unjoni naqsu wkoll b'5 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(94)

Minħabba t-tnaqqis fil-produzzjoni madankollu matul l-istess perjodu, il-produttività tal-industrija tal-Unjoni naqset matul il-perjodu, f'konformità mat-tnaqqis fil-produzzjoni.

4.5.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

4.5.3.1.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(95)

Il-prezzijiet medji tal-bejgħ ta' unità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun lill-klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 7

Prezzijiet tal-bejgħ medji fl-Unjoni u l-kost għal kull unità

 

2014

2015

2016

PIR

Prezz medju tal-bejgħ ta' unità fl-Unjoni (EUR/element)

5,7

5,7

5,7

5,7

Indiċi (2014 = 100)

100

100

100

100

Il-kost unitarju tal-produzzjoni (EUR/element)

5,2

5,5

5,4

5,2

Indiċi (2014 = 100)

100

106

103

101

Sors: It-tweġibiet għall-kwestjonarju.

(96)

Il-prezz medju tal-bejgħ ta' unità tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati tal-Unjoni baqa' stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, f'livell ta' EUR 5,7 għal kull element.

(97)

Il-kost medju tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdied ftit b' 1 % matul il-perjodu kkunsidrat, li jogħla b' 6 % fl-2015, qabel ma naqas b 5 % bejn l-2015 u tmiem il-PIR.

4.5.3.2.   Kostijiet għall-manodopera

(98)

Il-kostijiet għall-manodopera medji tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 8

Kostijiet għall-manodopera medji għal kull impjegat

 

2014

2015

2016

PIR

Kostijiet għall-manodopera medji għal kull impjegat (EUR/impjegat)

32 242

32 604

32 880

32 086

Indiċi (2014 = 100)

100

101

102

100

Sors: It-tweġibiet għall-kwestjonarju

(99)

Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat tal-industrija tal-Unjoni żdiedu bi ftit tul il-perjodu kkunsidrat.

4.5.3.3.   Stokks

(100)

Il-livelli tal-istokks tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 9

Stokks

 

2014

2015

2016

PIR

Stokkijiet tal-għeluq (elementi)

4 379 462

3 735 054

4 234 495

3 613 428

Indiċi (2014 = 100)

100

85

97

83

Stokkijiet tal-għeluq bħala perċentwali tal-produzzjoni (%)

12,6

12,2

14,2

12,1

Indiċi (2014 = 100)

100

98

113

96

Sors: It-tweġibiet għall-kwestjonarju.

(101)

Il-livell ta' stokkijiet tal-għeluq tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 17 % matul il-perjodu kkunsidrat. Matul il-perjodu ta' analiżi, il-livell tal-istokkijiet kien jirrappreżenta bejn 12 u 14 % tal-produzzjoni tagħhom.

4.5.3.4.   Profittabilità, fluss tal-flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti u kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital

(102)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni billi l-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil konsumaturi mhux relatati fl-Unjoni ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat ta' dak il-bejgħ.

(103)

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 10

Profittabbiltà, fluss tal-flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti

 

2014

2015

2016

PIR

Profittabbiltà tal-bejgħ tal-UE lil konsumaturi mhux relatati (% tal- fatturat mill-bejgħ)

5,4

3,1

4,4

6,8

Indiċi (2014 = 100)

100

58

81

125

Fluss tal-flus (miljuni ta' EUR)

10

14

12

24

Indiċi (2014 = 100)

100

140

120

240

Investimenti (miljuni ta' EUR)

14

16

25

8

Indiċi (2014 = 100)

100

114

179

57

Redditu fuq l-investimenti (%)

49

5

12

32

Indiċi (2014 = 100)

100

11

24

65

Sors: It-tweġibiet għall-kwestjonarju.

(104)

Il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni naqset bejn l-2014 u l-2016, iżda mbagħad irkuprat fil-PIR.

(105)

Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tiffinanzja waħidha l-attivitajiet tagħha. Il-fluss tal-flus nett żdied b' 143 % bejn l-2014 u tmiem il-PIR.

(106)

Matul il-perjodu kkunsidrat, l-investimenti annwali fil-prodott simili li għamlet l-industrija tal-Unjoni naqsu b' 43 %, minħabba t-tnaqqis fil-produzzjoni.

(107)

Ir-redditu fuq l-investiment huwa l-profitt bħala perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Ir-redditu fuq l-investiment tal-industrija tal-Unjoni naqas matul il-perjodu kkunsidrat minn 49 % għal 32 % mingħajr xejra konsistenti minn sena għal sena.

4.5.4.   Konklużjoni dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(108)

L-investigazzjoni uriet li l-biċċa l-kbira mill-indikaturi ta' dannu żviluppaw b'mod pożittiv u li s-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni tjiebet matul il-perjodu kkunsidrat.

(109)

L-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi żżid is-sehem tagħha fis-suq b'miżuri fis-seħħ u kienet kapaċi tirkupra il-fluss tal-flus u r-redditu fuq l-investimenti.

(110)

Il-kapaċità ta' profitt tal-industrija tal-Unjoni żdiedet matul il-perjodu kkunsidrat għal biss 0,6 % taħt il-profitt fil-mira fl-investigazzjoni oriġinali. Għandu jiġi nnutat li l-profitt fil-mira kien stabbilit f'sena meta s-sehem mis-suq Ċiniż kien 13 %, u issa huwa 3 %.

(111)

Madankollu, l-industrija tal-Unjoni naqqset il-produzzjoni, l-impjiegi u l-investimenti u kompliet topera b'kapaċità ta' utilizzazzjoni baxxa.

(112)

Minkejja din it-tendenza, il-Kummissjoni kkonkludiet li, fuq evalwazzjoni globali tal-fatturi ta' dannu, l-industrija tal-Unjoni tejbet ħafna s-sitwazzjoni finanzjarja tagħha u fil-biċċa l-kbira rkuprat mid-dannu materjali li l-Kummissjoni kkonfermat fl-investigazzjoni oriġinali.

4.6.   Probabbiltà ta' rikorrenza ta' dannu

(113)

Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk id-dannu materjali mill-importazzjonijiet Ċiniżi jerġax isseħħ, jekk il-miżuri kontra r-RPĊ jitħallew jiskadu. L-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet mir-RPĊ saru f'livelli ta' prezzijiet oġġett ta' dumping matul l-RIP (il-premessa (46)) u li probabbilment id-dumping kien ikompli jekk il-miżuri jitħallew jiskadu (il-premessa (60)).

(114)

Sabiex tiġi stabbilità l-probabbiltà ta' rikorrenza tad-dannu jekk il-miżuri kontra r-RPĊ jiġu revokati, il-Kummissjoni analizzat (i) il-kapaċità żejda fir-RPĊ, (ii) l-attrattività tas-suq tal-Unjoni, u (iii) l-impatt tal-importazzjonijiet Ċiniżi fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

Kapaċità żejda fir-RPĊ

(115)

Kif spjegat fil-premessi (52) sa (57) hawn fuq, l-Unjoni għadha suq attraenti għar-RPĊ, u hemm kapaċità żejda disponibbli li taqbeż bi kbir il-konsum totali tal-Unjoni matul il-PIR. Barra minn hekk, kif intqal fil-premessa (52) ma kien hemm l-ebda element li jista' jindika xi żieda sinifikanti fid-domanda domestika fir-RPĊ jew fi kwalunkwe suq ta' pajjiż terz ieħor fil-futur qarib. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-domanda domestika fiċ-Ċina jew fi swieq oħra ta' pajjiżi terzi ma setgħux jassorbu l-kapaċità żejda disponibbli li x'aktarx tintuża għal provvista tas-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri kellhom jiskadu.

Attrattività tas-suq tal-Unjoni

(116)

Minħabba l-ammont ta' importazzjonijiet mir-RPĊ lejn l-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat, minkejja l-miżuri fis-seħħ, is-suq tal-Unjoni huwa kkunsidrat bħala attraenti għall-importazzjonijiet Ċiniżi. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi kien ta' 24 % matul il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali (2010-11), li juri livell possibbli tal-importazzjonijiet mir-RPĊ jekk il-miżuri kellhom jiskadu.

(117)

L-importazzjonijiet mir-RPĊ li jeskludu d-dazju anti-dumping kienu jwaqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni bi 28,3 % fil-PIR. Din hija indikazzjoni ta' kif x'aktarx ikun il-livell tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-RPĊ li kieku kellhom jitħassru l-miżuri. Abbażi ta' dan, aktarx li l-pressjoni fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni tiżdied b'mod sinifikattiv jekk titħassar il-miżura u b'hekk twassal lill-industrija tal-Unjoni biex issofri d-dannu materjali mill-ġdid.

(118)

Fuq din il-bażi, fin-nuqqas ta' miżuri, il-produtturi esportaturi Ċiniżi aktarx li jżidu l-preżenza tagħhom fis-suq tal-Unjoni, kemm f'termini tal-volumi ta' importazzjoni u tal-ishma mis-suq, bi prezzijiet oġġett ta' dumping li jwaqqgħu b'mod sinifikattiv il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni.

Impatt fuq l-industrija tal-Unjoni

(119)

Jekk il-miżuri jitħassru, l-industrija tal-Unjoni mhux se tkun kapaċi żżomm il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tagħha kontra importazzjonijiet bi prezz baxx miċ-Ċina. Huwa probabbli ħafna li s-sehem mis-suq Ċiniż se jiżdied b'mod rapidu jekk il-miżuri kellhom jitħallew jiskadu. It-telf ta' volum ta' bejgħ iwassal għal livell saħansitra aktar baxx tar-rata ta' użu u żieda fil-medja tal-kost tal-produzzjoni. Dan iwassal għal deterjorament tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni u b'mod partikolari tnaqqis fil-profittabilità.

(120)

L-iskadenza tal-miżuri x'aktarx li jkollha effett negattiv fuq l-industrija tal-Unjoni, speċjalment għal impjiegi. Matul il-perjodu kkunsidrat l-industrija tal-Unjoni diġà naqqset l-impjiegi relatati mal-prodott. L-iskadenza tal-miżuri tista' tikkawża l-għeluq tal-unitajiet tal-produzzjoni kollha.

(121)

Għalhekk, jista' jiġi konkluż li hemm probabbiltà kbira li l-iskadenza tal-miżuri eżistenti twassal għal rikorrenza tal-ħsara mill-importazzjonijiet Ċiniżi u li l-qagħda diġà fraġli tal-industrija tal-Unjoni x'aktarx li tmur għall-agħar.

Konklużjoni

(122)

Ir-revoka tal-miżuri kollha probabbilment tirriżulta f'żieda sinifikanti ta' importazzjonijiet Ċiniżi li huma l-oġġett ta' dumping bi prezzijiet li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li hemm probabbiltà kbira ta' rikorrenza ta' dannu f'każ li l-miżuri jiġu mħassra.

5.   INTERESSI TAL-UNJONI

(123)

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti kontra l-RPĊ tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni b'mod ġenerali.

(124)

Il-Kummissjoni bbażat il-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni abbażi ta' evalwazzjoni tal-interessi varji kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija, tal-importaturi u tal-utenti tal-Unjoni. Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità li jesprimu l-opinjonijiet tagħhom skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku.

(125)

Abbażi ta' dan il-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni tad-dumping u tad-dannu, kinux jeżistu raġunijiet konvinċenti li jwasslu għall-konklużjoni li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri eżistenti.

5.1.   Interessi tal-industrija tal-Unjoni

(126)

Il-miżuri fis-seħħ ippermettew lill-industrija tal-Unjoni li tibda tirkupra mid-dumping tal-imgħoddi, iżda dawn għadhom ma setgħux iżidu l-użu tal-kapaċità u jilħqu l-mira tagħhom ta' marġni ta' profitt.

(127)

Fl-istess waqt, il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li l-industrija tal-Unjoni aktarx tesperjenza deterjorament tas-sitwazzjoni tagħha jekk il-miżuri kontra r-RPĊ jitħallew jiskadu.

(128)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-tkomplija tal-miżuri kontra r-RPĊ tkun ta' benefiċċju għall-industrija tal-Unjoni.

5.2.   Interess tal-importaturi

(129)

Il-Kummissjoni bagħtet żewġ kwestjonarji liż-żewġ importaturi li kkooperaw. Kif imsemmi hawn fuq, importatur wieħed wieġeb għall-kwestjonarju u ġie spezzjonat. L-ebda importatur ieħor ma ppreżenta ruħu.

(130)

Wara l-impożizzjoni tad-dazji, l-importatur li kkoopera kien kapaċi jsib sors kompetittiv tal-prodott simili x'imkien ieħor. Filwaqt li dawn ir-radjaturi huma ftit aktar għaljin, huma manifatturati f'postijiet eqreb lejn is-suq tal-Unjoni u għalhekk huma aktar faċilment disponibbli. Dan inaqqas il-kostijiet tal-ħażna tal-importatur u ż-żmien meħtieġ, li min-naħa l-oħra hija apprezzata minn klijenti tal-importatur.

(131)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li ma hemm l-ebda indikazzjoni li ż-żamma tal-miżuri jkollha impatt negattiv fuq l-importaturi li jisboq l-impatt pożittiv tal-miżuri għall-industrija tal-Unjoni.

5.3.   Interess tal-utenti

(132)

Kif spjegat hawn fuq, l-ebda utent tal-Unjoni ma ppreżenta ruħu wara l-bidu jew b'xi mod ikkoopera f'din l-investigazzjoni.

(133)

Ir-radjaturi tal-aluminju huma prodott tal-konsumatur, magħmul permezz ta' estrużjoni jew die-casting. L-utenti ta' radjaturi huma distributuri u organizzazzjonijiet kbar tal-bejgħ bl-imnut li mbagħad ibigħu r-radjaturi biex jitwaħħlu.

(134)

Dawn l-utenti jkunu f'pożizzjoni li jgħaddu ż-żieda fil-prezzijiet kollha jew kważi kollha li tirriżulta mid-dazju lill-utenti finali, filwaqt li jitfakkar li għal dawn tal-aħħar, l-impatt ta' miżuri bħal dawn mhuwiex sinifikanti.

(135)

Dawn il-konstatazzjonijiet kienu kkonfermati f'dan ir-rieżami peress li l-investigazzjoni ma tatx xi indikazzjoni li tannulla l-konstatazzjoni oriġinali għall-perjodu wara l-impożizzjoni tal-miżuri fis-seħħ.

(136)

Barra minn hekk, minkejja li l-miżuri ilhom fis-seħħ mill-2012, l-utenti fl-Unjoni komplew jakkwistaw il-provvisti tagħhom mir-RPĊ u x'imkien ieħor. L-ebda utent ma kkoopera fl-investigazzjoni tar-rieżami.

(137)

Abbażi ta' dan, u f'konformità mal-konklużjonijiet mill-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kontinwazzjoni tal-miżuri mhux se jkollha impatt negattiv sinifikattiv fuq l-utenti.

5.4.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(138)

Abbażi tad-dikjarazzjonijiet magħmula hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet serji biex jiġi konkluż li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li l-miżuri anti-dumping eżistenti jiġu estiżi fuq l-importazzjonijiet ta' radjaturi tal-aluminju li joriġinaw mir-RPĊ.

6.   MIŻURI ANTI-DUMPING

(139)

Il-partijiet interessati kollha kienu infurmati bil-fatti u bil-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jinżammu fis-seħħ il-miżuri anti-dumping. Ingħataw ukoll perjodu li fih setgħu jippreżentaw kummenti wara din il-konstatazzjoni u jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew l-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti tal-kummerċ. Ma ġew riċevuti ebda kummenti jew sottomissjonijiet, jew talbiet għal smigħ.

(140)

Mill-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq isegwi li l-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' radjaturi tal-aluminju li joriġinaw mir-RPĊ imposti bir-Regolament definittiv, kif emendat bir-Regolament li jemenda, għandhom jinżammu.

(141)

Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f'dan ir-Regolament japplikaw biss għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn dawn il-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kull kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta' dan ir-Regolament bl-isem u l-indirizz tagħha, inklużi l-entitajiet relatati ma' dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu suġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”.

(142)

Kull dikjarazzjoni li titlob l-applikazzjoni ta' dawn ir-rati ta' dazju kompensatorju individwali (eż. wara bidla fl-isem tal-entità jew wara t-twaqqif ta' entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgħ) għandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (6) minnufih flimkien mal-informazzjoni kollha rilevanti, b'mod partikolari kwalunkwe tibdil fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, mal-bejgħ domestiku u esportat assoċjat, pereżempju, ma' dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entità tal-produzzjoni jew tal-bejgħ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament wara għandu jiġi emendat skont dan bl-aġġornament tal-lista tal-kumpaniji li jkunu qegħdin jibbenefikaw mir-rati tad-dazju individwali.

(143)

Il-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036 ma tax l-opinjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju anti-dumping definittiv huwa għalhekk impost fuq importazzjonijiet ta' radjaturi tal-aluminju u elementi jew partijiet li minnhom huwa magħmul tali radjatur, sew jekk dawn l-elementi huma assemblati fi blokok, għajr radjaturi u elementi u partijiet tagħhom tat-tip tal-elettriku, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 7615 10 10, ex 7615 10 80, ex 7616 99 10 u ex 7616 99 90 (kodiċijiet TARIC 7615101010, 7615108010, 7616991091, 7616999001 u 7616999091) u li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

2.   Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, għall-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandha tkun kif ġej:

Kumpanija

Dazju (%)

Kodiċi TARIC addizzjonali

Zhejiang Flyhigh Metal Products Co., Ltd.

12,6

B272

Metal Group Co. Ltd.

56,2

B273

Sira (Tianjin) Aluminium Products Co. Ltd.

14,9

B279

Sira Group (Tianjin) Heating Radiators Co. Ltd.

14,9

B280

Kumpaniji elenkati fl-Anness I

21,2

 

Il-kumpaniji l-oħra kollha

61,4

B999

3.   L-applikazzjoni tar-rati individwali tad-dazju speċifikati gћall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 gћandha sseћћ bil-kundizzjoni li tkun ippreżentata lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri fattura kummerċjali valida, li għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II. Jekk l-ebda tali fattura ma tiġi ppreżentata, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali għandhom japplikaw.

Artikolu 2

Meta xi produttur esportatur ġdid fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jipprovdi biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li:

(a)

ma esportax lejn l-Unjoni l-prodott deskritt fil-paragrafu 1 matul il-perjodu bejn l-1 ta' Lulju 2010 u t-30 ta' Ġunju 2011,

(b)

mhuwiex relatat mal-ebda esportatur jew produttur fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina suġġett għall-miżuri anti-dumping imposti permezz ta' dan ir-Regolament,

(c)

effettivament esporta l-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni jew daħal f'obbligu kuntrattwali irrevokabbli li jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni wara t-tmiem tal-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami,

il-Kummissjoni tista' temenda l-Anness I billi żżid il-produttur esportatur il-ġdid mal-kumpaniji li kkooperaw li mhumiex inklużi fil-kampjun tal-investigazzjoni oriġinali u li għaldaqstant jkunu soġġetti għad-dazju medju ponderat ta' 21,2 %.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Jannar 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  ĠU L 310, 9.11.2012, p. 1.

(3)  ĠU C 48, 15.2.2017, p. 10.

(4)  ĠU C 377, 9.11.2017, p. 11.

(5)  Il-kapaċità żejda fiċ-Ċina - Impediment għall-Aġenda ta' Riforma tal-Parti, Roland Berger, Il-Kamra tal-Kummerċ tal-Unjoni Ewropea fiċ-Ċina, 2016

(6)  European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, B-1049 Brussels, Belgium.


ANNESS I

Isem Il-Kumpanija

Kodiċi TARIC addizzjonali

Jinyun Shengda Industry Co., Ltd.

B274

Ningbo Ephraim Radiator Equipment Co., Ltd.

B275

Ningbo Everfamily Radiator Co., Ltd.

B276

Ningbo Ningshing Kinhil Industrial Co., Ltd.

B277

Ningbo Ninhshing Kinhil International Co., Ltd.

B278

Yongkang Jinbiao Machine Electric Co., Ltd.

B281

Yongkang Sanghe Radiator Co., Ltd.

B282

Zhejiang Aishuibao Piping Systems Co., Ltd.

B283

Zhejiang Botai Tools Co., Ltd.

B284

Zhejiang East Industry Co., Ltd.

B285

Zhejiang Guangying Machinery Co., Ltd.

B286

Zhejiang Kangfa Industry & Trading Co., Ltd.

B287

Zhejiang Liwang Industrial and Trading Co., Ltd.

B288

Zhejiang Ningshuai Industry Co., Ltd.

B289

Zhejiang Rongrong Industrial Co., Ltd.

B290

Zhejiang Yuanda Machinery & Electrical Manufacturing Co., Ltd.

B291


ANNESS II

Fuq il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(3) għandha tidher dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-entità li tkun qiegħda toħroġ il-fattura kummerċjali, fil-format li ġej:

(1)

l-isem u l-funzjoni tal-uffiċjal tal-entità li qed toħroġ il-fattura kummerċjali;

(2)

id-dikjarazzjoni li ġejja:

 

“Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-(volum) ta' radjaturi tal-aluminju u elementi jew partijiet li minnhom hu magħmul tali radjatur, mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura, kien immanifatturat minn (isem il-kumpannija u s-sede reġistrata) (kodiċi TARIC addizzjonali) fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f'din il-fattura hija sħiħa u korretta.

 

Data u firma”.


DEĊIŻJONIJIET

15.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 12/31


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/60

tal-11 ta' Jannar 2019

li temenda d-Deċiżjoni 2009/866/KE, id-Deċiżjoni 2010/419/UE, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/651/UE u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1685 fir-rigward tar-rappreżentant tad-detentur tal-awtorizzazzjoni

(notifikata bid-dokument C(2019) 15)

(It-testi bin-Netherlandiż u bil-Franċiż biss huma awtentiċi)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2), u l-Artikolu 21(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz ta' ittri datati l-15 ta' Frar u t-28 ta' Marzu 2017, Syngenta Crop Protection AG talbet lill-Kummissjoni li, wara li għamlet riorganizzazzjoni tal-grupp Syngenta, l-awtorizzazzjonijiet u l-applikazzjonijiet pendenti kollha għall-prodotti ġenetikament modifikati jenħtieġ li jiġu ttrasferiti mir-rappreżentant attwali tagħha, Syngenta France SAS għar-rappreżentant Syngenta Crop Protection NV/SA, il-Belġju.

(2)

Il-Kummissjoni infurmat lil Syngenta Crop Protection AG li sabiex tipproċedi b'dawn it-trasferimenti, it-talba jenħtieġ li tiġi kkonfermata b'ittri kemm minn Syngenta France SAS kif ukoll minn Syngenta Crop Protection NV/SA, il-Belġju biex jikkonfermaw il-qbil tagħhom ma' dawk it-trasferimenti. Il-Kummissjoni rċeviet dawn l-ittri fl-1 ta' Marzu 2018.

(3)

L-implimentazzjoni tal-bidla mitluba teħtieġ l-emendar ta' deċiżjonijiet li jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta' prodotti ġenetikament modifikati li għalihom Syngenta Crop Protection AGhija d-detentur tal-awtorizzazzjoni. B'mod partikolari, jenħtieġ li d-deċiżjonijiet li ġejjin jiġu emendati: Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2009/866/KE (2) u 2010/419/UE (3), id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/651/UE (4) u (UE) 2016/1685 (5).

(4)

L-emendi proposti għad-deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni huma ta' natura purament amministrattiva u ma jinvolvux valutazzjoni ġdida tal-prodotti kkonċernati.

(5)

Fir-rigward ta' applikazzjonijiet pendenti li għalihom Syngenta Crop Protection AG hija l-applikant, il-bidla mitluba trid tiġi formalizzata fil-mument tal-adozzjoni tal-awtorizzazzjonijiet korrispondenti.

(6)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emenda għad-Deċiżjoni 2009/866/KE

Id-Direttiva 2009/866/KE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 6, “Syngenta Seeds S.A.S., France” hija sostitwita b'“Syngenta Crop Protection NV/SA, il-Belġju”;

(2)

Fl-Artikolu 8, “Syngenta Seeds S.A.S., Chemin de l'Hobit 12, BP 27 – F-31790 Saint-Sauveur – Franza” hija sostitwita b'“Syngenta Crop Protection NV/SA, Avenue Louise 489, 1050 Brussell, il-Belġju”;

(3)

Fil-punt (a) tal-Anness, l-isem “Syngenta Seeds S.A.S.” hija sostitwita b'“Syngenta Crop Protection NV/SA”; l-indirizz “Chemin de l'Hobit 12, BP 27 – F-31790 Saint-Sauveur – Franza” huwa sostitwit b'“Avenue Louise 489, 1050 Brussell, il-Belġju”.

Artikolu 2

Emenda għad-Deċiżjoni 2010/419/UE

Id-Deċiżjoni 2010/419/UE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 6, “Syngenta Seeds S.A.S., France” hija sostitwita b'“Syngenta Crop Protection NV/SA, il-Belġju”;

(2)

Fl-Artikolu 9, “Syngenta Seeds S.A.S., Chemin de l'Hobit 12, BP 27 – 31790 Saint-Sauveur – Franza” hija sostitwita b'“Syngenta Crop Protection NV/SA, Avenue Louise 489, 1050 Brussell, il-Belġju”;

(3)

Fil-punt (a) tal-Anness, l-isem “Syngenta Seeds S.A.S.” hija sostitwita b'“Syngenta Crop Protection NV/SA”; l-indirizz “Chemin de l'Hobit 12, BP 27 – 31790 Saint-Sauveur – Franza” huwa sostitwit b'“Avenue Louise 489, 1050 Brussell, il-Belġju”.

Artikolu 3

Emenda għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/651/UE

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/651/UE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 6, “Syngenta Seeds S.A.S., Franza” hija sostitwita b'“Syngenta Crop Protection NV/SA, il-Belġju”;

(2)

Fl-Artikolu 8, “Syngenta Seeds S.A.S., 12, Chemin de l'Hobit, 31790 Saint-Sauveur – Franza” hija sostitwita b'“Syngenta Crop Protection NV/SA, Avenue Louise 489, 1050 Brussell, il-Belġju”;

(3)

Fil-punt (a) tal-Anness, l-isem “Syngenta Seed SAS” huwa sostitwit b' “Syngenta Crop Protection NV/SA”; l-indirizz “12, Chemin de l'Hobit, 31790 Saint-Sauveur, Franza” huwa sostitwit b'“Avenue Louise 489, 1050 Brussell, il-Belġju”.

Artikolu 4

Emenda għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1685

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1685 hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 7, “Syngenta France SAS” hija sostitwita b'“Syngenta Crop Protection NV/SA, il-Belġju”;

(2)

Fl-Artikolu 10, “Syngenta France SAS, 12, Chemin de l'Hobit, 31790 Saint-Sauveur – Franza” hija sostitwita b'“Syngenta Crop Protection NV/SA, Avenue Louise 489, 1050 Brussell, il-Belġju”;

(3)

Fil-punt (a) tal-Anness, l-isem “Syngenta France SAS” huwa sostitwit b'“Syngenta Crop Protection NV/SA”; l-indirizz “12, Chemin de l'Hobit, 31790 Saint-Sauveur, Franza” huwa sostitwit b'“Avenue Louise, 489, 1050 Brussell, il-Belġju”.

Artikolu 5

Destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Syngenta Crop Protection NV/SA, Avenue Louise, 489, 1050 Brussell, il-Belġju.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Jannar 2019.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/866/KE tat-30 ta' Novembru 2009 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, ikunu jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn qamħirrun modifikat ġenetikament MIR604 (SYN-IR6Ø4-5) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 314, 1.12.2009, p. 102).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/419/UE tat-28 ta' Lulju 2010 li ġġedded l-awtorizzazzjoni għall-issoktar tat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu fi, jew huma prodotti minn qamħirrum li huwa ġenetikament modifikat Bt11 (SYN-BTØ11-1), li tawtorizza ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom jew jikkonsistu f'qamħirrum imnixxef fuq il-post Bt11 (SYN-BTØ11-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2004/657/KE (ĠU L 197, 29.7.2010, p. 11).

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/651/UE tat-18 ta' Ottubru 2012 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, jew li jikkonsistu minn qamħirrum MIR162 (SYN-IR162-4) modifikat ġenetikament skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew li jkunu prodotti minnu (ĠU L 290, 20.10.2012, p. 14).

(5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1685 tas-16 ta' Settembru 2016 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jew li huma magħmula jew prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × GA21, u mill-qamħirrum ġenetikament modifikat bit-tgħaqqid ta' tnejn jew tlieta mill-eventi Bt11, MIR162, MIR604 u GA21, u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2010/426/UE, 2011/892/UE, 2011/893/UE u 2011/894/UE (ĠU L 254, 20.9.2016, p. 22).