ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 12 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 62 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
15.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 12/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/58
tal-14 ta' Jannar 2019
li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għal-linuron f'ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) u l-Artikolu 18(1)(b),
Billi:
(1) |
Għal-linuron, il-limiti massimi ta' residwu (MRLs) ġew stabbiliti fl-Anness II u l-Parti B tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
(2) |
Wara li saret applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ma ġietx imġedda bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/244 (3), li jistipula li l-awtorizzazzjonijiet kollha eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva jridu jiġu rtirati sat-3 ta' Ġunju 2018. Għalhekk huwa xieraq li jitħassru l-MRLs eżistenti stabbiliti għal din is-sustanza fl-Anness II u fil-Parti B tal-Anness III skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 flimkien mal-Artikolu 14(1)(a) tiegħu. |
(3) |
Fid-dawl tan-nuqqas ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva linuron, l-MRLs għal din is-sustanza jenħtieġ li jkunu stabbiliti fil-limitu ta' determinazzjoni (LOD) skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Fil-każ tas-sustanzi attivi li l-MRLs kollha tagħhom għandhom jitnaqqsu għal-limitu ta' determinazzjoni rilevanti, jenħtieġ li l-valuri prestabbiliti jiġu elenkati fl-Anness V skont l-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
(4) |
Il-Kummissjoni kkonsultat lil-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea dwar il-ħtieġa li ċerti LODs jiġu adattati. Dawn il-laboratorji kkonkludew li għal ċerti komoditajiet, l-iżvilupp tekniku jippermetti li jiġu stabbiliti LODs iktar baxxi. |
(5) |
Is-sħab kummerċjali tal-Unjoni ġew ikkonsultati dwar l-MRLs il-ġodda permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u tqiesu l-kummenti tagħhom. |
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġi emendat skont dan. |
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġu emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-4 ta' Awwissu 2019.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Jannar 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/244 tal-10 ta' Frar 2017 li jikkonċerna n-nuqqas ta' tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva linuron, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 36, 11.2.2017, p. 54).
ANNESS
L-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:
(1) |
Fl-Anness II, il-kolonna għal-linuron titħassar. |
(2) |
Fil-Parti B tal-Anness III, il-kolonna għal-linuron titħassar. |
(3) |
Fl-Anness V, tiżdied il-kolonna li ġejja għall-bitertanol: “Ir-residwi tal-pestiċidi u l-livelli massimi ta' residwI (mg/kg)
|
(*1) Limitu ta' determinazzjoni analitika
(1) Għal-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, għandha ssir referenza għall-Anness I.”
15.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 12/13 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/59
tal-14 ta' Jannar 2019
li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tar-radjaturi tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Miżuri fis-seħħ
(1) |
F'Novembru 2012, wara investigazzjoni anti-dumping (“l-investigazzjoni oriġinali”), il-Kunsill impona bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1039/2012 (2) (“ir-Regolament definittiv”), dazju definittiv anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta' radjaturi tal-aluminju li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7615 10 10, ex 7615 10 80, ex 7616 99 10 u ex 7616 99 90 (kodiċijiet TARIC 7615101010, 7615108010, 7616991091, 7616999001 u 7616999091) u li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ”). |
(2) |
Ir-Regolament definittiv impona dazju anti-dumping ta' rati li jvarjaw bejn it-12,6 % u l-56,2 % fuq importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi fil-kampjun, 21,2 % fuq il-kumpaniji li kkooperaw li ma kinux inklużi fil-kampjun u rata ta' dazju ta' 61,4 % fuq il-kumpaniji l-oħra kollha fir-RPĊ. |
1.2. Bidu ta' reviżjoni ta' skadenza
(3) |
Fil-15 ta' Frar 2017, il-Kummissjoni ppubblikat avviż ta' skadenza imminenti tal-miżuri anti-dumping fuq ir-radjaturi tal-aluminju li joriġinaw mir-RPĊ fi Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3). |
(4) |
Fit-30 ta' Ġunju 2017, l-International Association of Aluminium Radiator Manufacturers Limited Liability Consortium (AIRAL S.c.r.l.) (“l-applikant”), li jirrapreżenta aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tar-radjaturi tal-aluminju fl-Unjoni Ewropea (“l-Unjoni”), għamel talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. |
(5) |
L-applikant ibbaża t-talba tiegħu fuq ir-raġuni li l-iskadenza tal-miżuri x'aktarx twassal għall-kontinwazzjoni ta' dumping u għar-rikorrenza ta' ħsara għall-industrija tal-Unjoni. |
(6) |
Wara li stabbilixxiet li kien hemm biżżejjed provi għall-bidu ta' rieżami ta' skadenza, fid-9 ta' Novembru 2017, il-Kummissjoni ppubblikat Notifika ta' Bidu fi Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4) (in-“Notifika ta' Bidu”). |
1.3. Partijiet interessati
(7) |
Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet kollha interessati biex jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Il-Kummissjoni speċifikament informat lill-applikant; il-produtturi tal-Unjoni magħrufa u l-assoċjazzjonijiet tagħhom; l-importaturi magħrufa ta' radjaturi tal-aluminju fl-Unjoni; u l-produtturi esportaturi magħrufa tar-RPĊ dwar il-bidu tar-rieżami ta' skadenza u stednithom biex jikkooperaw. |
(8) |
Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li kienet qed tqis tuża lir-Russja bħala pajjiż terz b'ekonomija tas-suq (“pajjiż analogu”) fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll skont l-informazzjoni disponibbli lilha, produtturi oħrajn tal-Unjoni b'ekonomija tas-suq jistgħu jkunu lokalizzati fit-Turkija, fit-Tajwan, fil-Malasja, fl-Iran, fl-Arġentina u fl-Ukrajna. |
(9) |
Il-Kummissjoni infurmat lill-produtturi fir-Russja dwar it-tnedija u stednithom sabiex jipparteċipaw. Il-Kummissjoni nnotifikat ukoll lill-awtoritajiet tal-Arġentina, Bożnija-Ħerzegovina, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, l-Iran, il-Ġappun, il-Malasja, ir-Russja, l-Iżvizzera, it-Tajwan, l-Istati Uniti, it-Turkija u l-Ukrajna dwar il-bidu tal-investigazzjoni u talbet informazzjoni dwar il-produzzjoni u l-bejgħ ta' radjaturi tal-aluminju u dettalji ta' kuntatt ta' xi produtturi rilevanti f'dawk il-pajjiżi. |
(10) |
Il-partijiet interessati kollha kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tal-investigazzjoni u li jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti tal-kummerċ. L-ebda parti interessata ma talbet smigħ. |
1.3.1. Kampjunar
(11) |
Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li setgħet tirrikorri għat-teħid ta' kampjun tal-partijiet interessati f'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
1.3.1.1. Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni
(12) |
Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li kienet għażlet b'mod proviżorju kampjun ta' produtturi tal-Unjoni. |
(13) |
F'konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet il-kampjun fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta' bejgħ li seta' ikun investigat fiż-żmien disponibbli. |
(14) |
Il-kampjun provviżorju magħżul kien fih erba' produtturi tal-Unjoni li jkopru madwar 80 % tal-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jagħtu l-kummenti tagħhom dwar il-kampjun proviżorju, u ma rċeviet l-ebda kumment. |
1.3.1.2. Kampjunar tal-importaturi
(15) |
Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-importaturi u lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom sabiex jippreżentaw ruħhom u sabiex jagħtu informazzjoni speċifika neċessarja sabiex jiġi deċiż jekk it-teħid tal-kampjuni kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun. Ippreżentaw ruħhom żewġ importaturi. Minħabba dan l-għadd limitat ta' kumpaniji, ma kienx meqjus li kien hemm bżonn ta' kampjunar. |
1.3.1.3. Kampjunar tal-produtturi esportaturi
(16) |
Sabiex tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi fir-RPĊ sabiex tipprovdi l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet tar-RPĊ sabiex jidentifikaw u/jew jikkuntattjaw produtturi esportaturi oħrajn, jekk ikun hemm, li jistgħu jkunu interessati li jieħdu sehem fl-investigazzjoni. |
(17) |
Ebda produttur esportatur mir-RPĊ ma pprovda l-informazzjoni mitluba fl-Anness I għan-Notifika ta' Bidu għat-teħid tal-kampjun. |
1.3.2. Utenti
(18) |
Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-utenti u lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, u organizzazzjonijiet tal-konsumaturi sabiex jippreżentaw ruħhom u jikkooperaw. L-ebda utent fl-Unjoni jew l-assoċjazzjonijiet tagħhom ma ppreżenta ruħu. |
1.3.3. Kwestjonarji u żjarat ta' verifika
(19) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet kollha elenkati hawn isfel u lill-kumpaniji l-oħrajn kollha li ppreżentaw ruħhom sal-iskadenzi kif stabbilit fin-Notifika ta' Bidu. |
(20) |
Dan inkluda l-erba' produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, l-applikant, iż-żewġ importaturi li kkooperaw u produtturi fl-Arġentina, l-Iran, il-Ġappun, il-Malasja, ir-Russja, l-Iżvizzera, it-Tajwan, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, it-Turkija u l-Ukrajna. |
(21) |
It-tweġibiet għall-kwestjonarji waslu mingħand l-erba' produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, importatur wieħed, l-applikant u produttur fl-Ukrajna. |
(22) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li kkunsidrat neċessarja għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew ta' rikorrenza ta'dumping u dannu; u sabiex tistabbilixxi jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. |
(23) |
Saru żjarat ta' verifika fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:
|
1.4. Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami u l-perjodu kkunsidrat
(24) |
L-investigazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping u dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2016 sat-30 ta' Settembru 2017 (“il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami” jew “PIR”). |
(25) |
L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-aħħar tal-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu kkunsidrat”). |
2. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI
2.1. Prodott ikkonċernat
(26) |
Il-prodott ikkonċernat bir-rieżami ta' skadenza huwa l-istess prodott bħal dak definit fl-investigazzjoni oriġinali, li huma radjaturi tal-aluminju u elementi jew partijiet li minnhom huwa magħmul tali radjatur, sew jekk dawn l-elementi huma assemblati fi blokok, għajr radjaturi u elementi u partijiet tagħhom tat-tip tal-elettriku, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 7615 10 10, ex 7615 10 80, ex 7616 99 10 u ex 7616 99 90 (kodiċijiet TARIC 7615101010, 7615108010, 7616991091, 7616999001 u 7616999091) u li joriġinaw fir-RPĊ (“il-prodott ikkonċernat”). |
2.2. Prodott simili
(27) |
L-investigazzjoni uriet li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:
|
(28) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn il-prodotti huma prodotti simili fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
3. PROBABBILTÀ TA' KONTINWAZZJONI JEW TA' RIKORRENZA TA' DUMPING
3.1. Probabbilità ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping
(29) |
Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk attwalment kienx qed iseħħ dumping u jekk kienx probabbli li d-dumping ikompli jew jerġa' jseħħ jekk jitħallew jiskadu l-miżuri fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet mir-RPĊ. |
3.1.1. Pajjiż analogu
(30) |
Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għandu jiġi determinat abbażi tal-prezz jew tal-valur kostrutt f'pajjiż terz b'ekonomija tas-suq. Għal dan l-iskop, kellu jintgħażel pajjiż terz b'ekonomija orjentata lejn is-suq (“il-pajjiż analogu”). |
(31) |
Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati li hija tara lir-Russja bħala pajjiż analogu xieraq u stiednet lill-partijiet interessati sabiex jikkummentaw. Ma wasal l-ebda kumment. |
(32) |
Il-Kummissjoni talbet lil 60 produttur tal-prodott simili fl-Arġentina, l-Iran, il-Ġappun, il-Malasja, ir-Russja, l-Iżvizzera, it-Tajwan, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, it-Turkija u l-Ukrajna biex jipprovdu informazzjoni. |
(33) |
Il-Kummissjoni rċeviet risposta waħda biss, jiġifieri minn produttur wieħed fl-Ukrajna (San Teh Raj). |
(34) |
Peress li ma waslet l-ebda tweġiba oħra, u peress li s-suq tal-Ukrajna huwa kkunsidrat bħala suq rappreżentattiv xieraq għal dan il-għan fuq il-bażi tad-daqs tas-suq tagħha, ġie deċiż li l-Ukrajna huwa pajjiż analogu xieraq skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku. |
3.1.2. Il-valur normali
(35) |
L-informazzjoni li waslet mingħand il-produttur li kkoopera fil-pajjiż analogu ntużat bħala bażi għad-determinazzjoni tal-valur normali għar-RPĊ, skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku. |
(36) |
Il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku għall-produttur tal-pajjiż analogu kienx rappreżentattiv. Il-bejgħ domestiku huwa rappreżentattiv jekk il-volum ta' bejgħ domestiku totali tal-prodott simili lil konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku kien jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ għall-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami. Abbażi ta' dan, il-bejgħ totali mill-produttur tal-pajjiż analogu kien rappreżentattiv. |
(37) |
Skont l-informazzjoni li waslet mingħand l-applikant, ma hemm ebda bażi ċara biex jiġi stabbilit it-tip tal-prodott fuq il-bażi tal-ħames kodiċijiet TARIC koperti mill-investigazzjoni. Fil-fatt, id-deskrizzjoni tal-prodott ta' kull ħames kodiċijiet TARIC hija identika, jiġifieri “Radjaturi tal-aluminju u elementi jew partijiet li minnhom hu magħmul tali radjatur, sew jekk dawn l-elementi huma assemblati fi blokok jew le”. L-ebda divrenzjar ulterjuri ma jsir fuq il-livell TARIC. Id-differenza bejn il-ħames kodiċijiet TARIC hija kkawżata minn kriterji oħra, bħalma huma l-użu aħħari u l-metodu ta' produzzjoni. Pereżempju, jekk radjatur huwa għal użu domestiku, dan jaqa' taħt l-intestatura tariffarja 7615. Jekk l-istess radjatur jintuża f'bini kummerċjali jew industrijali, dan jaqa' taħt l-intestatura tariffarja 7616. Il-kriterji relatati mal-prestazzjoni bħall-output ta' enerġija, id-dimensjonijiet u l-piż tal-element mhumiex koperti mill-klassifikazzjoni doganali. |
(38) |
Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-valur normali medju mwieżen jenħtieġ li jiġi stabbilit. |
(39) |
Għal dan il-fini, il-Kummissjoni ddefinixxiet il-proporzjon tal-bejgħ bi profitt lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami sabiex tiddeċiedi jekk tużax il-bejgħ domestiku attwali għall-kalkolu tal-valur normali. |
(40) |
Il-valur normali huwa bbażat fuq il-prezz domestiku attwali, irrispettivament minn jekk dak il-bejgħ hux bi profitt jew le, jekk
|
(41) |
L-analiżi tal-bejgħ domestiku wriet li aktar minn 80 % tal-bejgħ domestiku kollu ħalla profitt u li l-prezz tal-bejgħ medju ponderat kien ogħla mill-ispiża tal-produzzjoni. Għaldaqstant, il-valur normali kien ikkalkulat bħala medju ponderat tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. |
3.1.3. Il-prezz tal-esportazzjoni
(42) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mill-produtturi esportaturi fir-RPĊ. Bħala konsegwenza tan-nuqqas ta' kooperazzjoni, f'konformità mal-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għarrfet lill-produtturi esportaturi fir-RPĊ u lill-awtoritajiet tar-RPĊ li jekk ma jkunx hemm biżżejjed kooperazzjoni min-naħa tal-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni tista' tibbaża s-sejbiet tagħha fuq il-fatti disponibbli. Il-Kummissjoni enfasizzat ukoll li sejba bbażata fuq il-fatti disponibbli tista' tkun inqas vantaġġjuża għall-partijiet ikkonċernati. Ma waslet l-ebda reazzjoni. Għalhekk il-Kummissjoni stabbiliet il-prezz tal-esportazzjoni fuq il-bażi tal-istatistika dwar l-importazzjonijiet tal-Eurostat (“COMEXT”). |
(43) |
Kif indikat fil-premessa(37), ma hemm ebda bażi ċara biex jiġi stabbilit liema tipi ta' prodott huma kklassifikati fil-ħames kodiċijiet TARIC koperti mill-investigazzjoni. Għalhekk, il-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat wieħed ġie stabbilit għar-radjaturi tal-aluminju kollha importati mir-RPĊ. |
3.1.4. Tqabbil
(44) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fuq bażi ta' kif joħroġ mill-fabbrika. |
(45) |
Fejn iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat paragun ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni għal differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Sar aġġustament 'il fuq f'firxa ta' 4 % - 6 % għall-valur normali għall-kostijiet tal-VAT mhux rimborżabbli, u sar aġġustament 'l isfel ta' 4 % - 6 % għall-prezz ta' esportazzjoni għal kostijiet ta' assigurazzjoni u nol. |
3.1.5. Il-marġini tad-dumping
(46) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju peżat tal-prodott simili mal-prezz medju peżat tal-prezzijiet tal-esportazzjonijiet kollha lejn l-Unjoni, f'konformità mal-Artikoli 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. |
(47) |
Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni sabet marġni ta' dumping, muri bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni bid-dazju mhux imħallas f'livell ta' aktar minn 15 %. |
3.2. Żvilupp tal-importazzjonijiet jekk jiġu revokati l-miżuri
(48) |
Wara li rriżulta dumping matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, il-Kummissjoni analizzat il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping jekk il-miżuri jiġu revokati. Ġew analizzati l-elementi li ġejjin: Kapaċità żejda fir-RPĊ u attrattività tas-suq tal-Unjoni |
(49) |
Bħala konsegwenza tan-nuqqas ta' kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi mir-RPĊ, il-valutazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping sabiex jiġi vvalutat l-iżvilupp tal-importazzjonijiet f'każ li l-miżuri jiġu rrevokati, kienet ibbażata fuq l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, jiġifieri, l-informazzjoni pprovduta fit-talba għar-rieżami u informazzjoni minn sorsi indipendenti disponibbli oħra, bħalma huma l-istatistiċi uffiċjali tal-importazzjoni u informazzjoni miksuba mingħand partijiet interessati matul l-investigazzjoni. L-informazzjoni pprovduta fit-talba kienet inkludiet stħarriġ li sar minn konsulent tan-negozju tal-kumpaniji Ċiniżi u Rapport (5) intitolat “Il-kapaċità żejda fiċ-Ċina” ippubblikat mill-Kamra tal-Kummerċ tal-Unjoni Ewropea fiċ-Ċina. L-informazzjoni pprovduta mill-applikant f'dan ir-rigward ma ġietx ikkontestata mill-partijiet interessati. Il-Kummissjoni ma sabet l-ebda evidenza li tikkontradixxi din l-informazzjoni. |
3.2.1. Kapaċità żejda fir-RPĊ
(50) |
L-istħarriġ analizza d-daqs tal-kapaċità ta' riżerva Ċiniża għal radjaturi tal-aluminju taħt żewġ xenarji. Skont liema wieħed miż-żewġ xenarji jiġi adottat, il-kapaċità ta' riżerva tammonta għal 27,5 miljun element jew 112,5 miljun element. Irrispettivament minn liema xenarju huwa adottat, il-kapaċità żejda għal radjaturi tal-aluminju huwa sinifikanti, b'mod li jirrapreżenta madwar 94 % jew madwar 386 % tal-konsum totali tal-Unjoni (ara l-premessa (62)). |
(51) |
Ir-Rapport ippubblikat minn tal-Kamra tal-Kummerċ tal-Unjoni Ewropea fiċ-Ċina analizza l-kapaċità żejda fl-industrija tal-aluminju Ċiniża b'mod ġenerali. Skont dan ir-rapport, il-kapaċità żejda rdoppjat minn madwar 5 miljun tunnellata għal kważi 10 miljun tunnellata bejn l-2008 u l-2015. Għalhekk huwa ċar li l-produtturi Ċiniżi ta' radjaturi tal-aluminju jkollhom il-possibbiltà li jakkwistaw kwantitajiet addizzjonali ta' aluminju li kieku kellhom iżidu l-produzzjoni tagħhom. |
(52) |
La l-istħarriġ u lanqas l-investigazzjoni ma żvelaw l-ebda element li jista' jindika kwalunkwe żieda sinifikanti fid-domanda domestika fiċ-Ċina fil-futur qrib. L-istess jgħodd għall-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn pajjiżi terzi oħra, peress li mhemm l-ebda informazzjoni disponibbli li tindika kwalunkwe żieda sinifikanti fid-domanda għar-radjaturi tal-aluminju madwar id-dinja. |
(53) |
Għalhekk, fin-nuqqas ta' kwalunkwe informazzjoni oħra, huwa meqjus li la d-domanda domestika u lanqas d-domanda dinjija mhuma se jkunu jistgħu jassorbu l-kapaċità ta' riżerva sinifikanti disponibbli fir-RPĊ. |
3.2.2. Attrattività tas-suq tal-Unjoni
(54) |
Sabiex jiġi stabbilit l-iżvilupp possibbli tal-importazzjonijiet f'każ li l-miżuri jiġu revokati, il-Kummissjoni qieset l-attrattività tas-suq tal-Unjoni f'dak li għandu x'jaqsam mal-prezzijiet. |
(55) |
Il-Kummissjoni analizzat data tal-esportazzjoni mir-RPĊ lejn pajjiżi terzi fil-livell ta' tmien ċifri matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Madankollu, dawn il-prezzijiet tal-esportazzjoni ma kinux meqjusa li jirrappreżentaw b'mod preċiż il-prezzijiet tar-radjaturi tal-aluminju billi l-klassifikazzjonijiet f'dak il-livell inkludew firxa wiesgħa ta' prodotti apparti l-prodott ikkonċernat, b'mod li jinqabeż bi kbir (mill-inqas 100 darba) il-volum tal-importazzjonijiet ta' radjaturi tal-aluminju. Għalhekk, l-istatistiċi tal-esportazzjoni Ċiniża ma jipprovdux evidenza konklużiva fir-rigward tal-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi fuq swieq oħra. |
(56) |
Fin-nuqqas ta' data konklużiva dwar il-prezzijiet lejn pajjiżi terzi minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, f'konformità mal-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni bbażat is-sejbiet tagħha fuq l-informazzjoni fit-talba għal rieżami. |
(57) |
Minħabba l-kapaċità żejda sostanzjali ta' produtturi esportaturi Ċiniżi u s-saturazzjoni ta' ċerti swieq eżistenti, il-produtturi esportaturi Ċiniżi x'aktarx jidderiġu l-kapaċità żejda sostanzjali tagħhom lis-suq tal-Unjoni, jekk jiġu revokati l-miżuri anti-dumping. Barra minn hekk, ir-rapport “Il-kapaċità żejda fiċ-Ċina” enfasizza ulterjorment li l-politika tal-gvern Ċiniż tinkoraġġixxi l-esportazzjonijiet billi tipprovdi appoġġ finanzjarju u benefiċċji tat-taxxa, iżżid l-attrattività tas-swieq tal-esportazzjoni bħas-suq tal-Unjoni. |
(58) |
Il-volumi tal-esportazzjoni sinifikanti u s-sehem mis-suq mir-RPĊ matul il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali u l-issuktar tal-esportazzjoni tar-radjaturi tal-aluminju mir-RPĊ lejn is-suq tal-Unjoni f'volumi mnaqqsa iżda xorta waħda sinifikanti, jippermettu lill-Kummissjoni tikkonkludi li s-suq tal-Unjoni huwa attraenti għall-produtturi tar-radjaturi tal-aluminju fir-RPĊ. Saħansitra, il-prezzijiet ta' esportazzjoni Ċiniżi jkomplu jkunu oġġett ta' dumping (ara l-premessa (47)) u waqqgħu b'mod sinifikanti l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni (ara l-premessa (76)). Meta wieħed iqis il-kapaċitajiet żejda kbira fir-RPĊ u l-livell baxx tal-prezzijiet Ċiniżi, hemm probabbiltà kbira li l-importazzjonijiet jiżdiedu b'mod sinifikanti jekk il-miżuri anti-dumping jiġu revokati. |
3.2.3. Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping
(59) |
Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, partikolarment minħabba l-marġni ta' dumping stabbilit fil-PIR, il-kapaċità żejda sinifikanti disponibbli fiċ-Ċina, u l-attrattività stabbilità tas-suq tal-Unjoni, il-Kummissjoni tistenna li t-tneħħija tal-miżuri x'aktarx tirriżulta f'kontinwazzjoni ta' dumping, u li l-esportazzjonijiet oġġett ta' dumping se jidħlu fis-suq tal-Unjoni fi kwantitajiet sinifikanti. Għalhekk huwa meqjus li hemm probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping jekk il-miżuri anti-dumping attwali jitħallew jiskadu. |
4. PROBABBILTÀ TA' RIKORRENZA TAD-DANNU
4.1. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
(60) |
Matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami, il-prodott simili kien prodott minn sitt produtturi fl-Unjoni. Huma jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. |
4.2. Rimarki preliminari
(61) |
Id-dannu ġie stmat fuq il-bażi tat-tendenzi fir-rigward tal-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-bejgħ, is-sehem mis-suq, l-impjiegi, il-produttività u t-tkabbir miġbur fuq il-livell tal-industrija totali tal-Unjoni u tendenzi li jikkonċernaw il-prezzijiet, il-profittabbiltà, il-likwidità, l-abbiltà li jżidu l-kapital u investimenti, stokks, redditu fuq l-investiment u pagi miġburin fil-livell tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. |
4.3. Konsum tal-Unjoni
(62) |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-konsum tal-Unjoni billi għaddet flimkien:
|
(63) |
Il-konsum tar-radjaturi tal-aluminju fl-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 1 Il-konsum tal-Unjoni
|
(64) |
Il-konsum tal-Unjoni żdied gradwalment b 16 % fil-perjodu kkunsidrat. Analiżi sena b'sena turi din iż-żieda gradwali matul il-perjodu, aktar rapida bejn l-2014 u l-2015 u mbagħad tillivella ruħha bejn l-2016 u t-tmiem tal-PIR. |
4.4. Importazzjonijiet mir-RPĊ
4.4.1. Volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ
(65) |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-volum ta' importazzjonijiet ta' radjaturi tal-aluminju mir-RPĊ fl-Unjoni fuq il-bażi ta' data tal-Eurostat u l-ishma tas-suq tal-importazzjonijiet billi qabblet dawn il-volumi tal-importazzjonijiet mal-konsum tal-Unjoni kif muri fit-tabella 1. |
(66) |
L-importazzjonijiet ta' radjaturi tal-aluminju mir-RPĊ lejn l-Unjoni żviluppaw kif ġej: Tabella 2 Il-kwantitajiet tal-importazzjoni u l-ishma mis-suq
|
(67) |
L-importazzjonijiet mir-RPĊ kienu fil-quċċata fl-2014, bi tnaqqis qawwi fl-2015 u mbagħad b'irkupru fl-2016, u reġgħu niżlu fil-PIR. Minħabba ż-żieda fil-konsum tal-Unjoni fl-istess ħin, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ naqas minn quċċata ta' 7 % biex laħaq punt baxx ta' 3 % fi tmiem il-PIR. |
(68) |
Madankollu huwa rilevanti għall-analiżi tad-dannu li jiġi nnutat li l-importazzjonijiet mir-RPĊ komplew jidħlu fl-Unjoni, b'dazju mħallas, matul il-perjodu kkunsidrat. |
4.4.2. Prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ
(69) |
Il-Kummissjoni użat il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ irrappurtati mill-Eurostat. |
(70) |
Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn l-Unjoni żviluppaw kif ġej: Tabella 3 Prezzijiet tal-importazzjoni mir-RPĊ
|
(71) |
Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ żdiedu b'36 % matul il-perjodu kkunsidrat bl-akbar żieda isseħħ bejn l-2014 u l-2015. |
(72) |
Minkejja ż-żieda fil-prezzijiet ta' unità tal-importazzjonijiet mir-RPĊ matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezz medju tal-importazzjoni għal kull unità mir-RPĊ kien ferm aktar baxx kemm mill-medja tal-prezz tal-bejgħ għal kull unità u mill-kost medju tal-produzzjoni għal kull unità tal-industrija tal-Unjoni kif irrappurtat fit-tabella 7. Dan irriżulta fi pressjoni b'saħħitha fuq il-prezz fir-rigward tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni. |
4.4.3. It-twaqqigħ tal-prezz
(73) |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami billi qabblet:
|
(74) |
Ir-riżultat tat-tqabbil kien espress bħala perċentwal tal-prezz medju tal-industrija tal-Unjoni fil-kampjun matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami. |
(75) |
Għal importazzjonijiet mir-RPĊ, it-tqabbil wera marġni ta' twaqqigħ tal-prezz medju ponderat ta' 19,3 % fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami. |
4.5. Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
4.5.1. Kummenti ġenerali
(76) |
F'konformità mal-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat l-effett tal-importazzjonijiet suġġett ta' dumping fuq l-industrija tal-Unjoni billi evalwat l-indikaturi ekonomiċi kollha li kellhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. |
(77) |
Kif imsemmi fil-premessa (12), intuża t-teħid ta' kampjuni sabiex jiġi stabbilit id-dannu li setgħet sofriet l-industrija tal-Unjoni. |
(78) |
Biex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. |
(79) |
Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi ta' data fit-talba għal rieżami, data sottomessa mill-AIRAL u fit-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Id-data kienet tirrigwarda l-produtturi kollha tal-Unjoni. |
(80) |
Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. |
(81) |
Iż-żewġ settijiet ta' data nstabu li kienu rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
(82) |
L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità ta' produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum ta' bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi u l-produttività. |
(83) |
L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji tal-bejgħ, il-kost ta' unità, il-kostijiet tal-manodopera, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-flussi tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-kapital. |
4.5.2. Indikaturi makroekonomiċi
4.5.2.1. Il-produzzjoni, il-kapaċità ta' produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
(84) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità produttiva u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 4 Il-produzzjoni, il-kapaċità produttiva u l-użu tal-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni
|
(85) |
Il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas b'11 % matul il-perjodu kkunsidrat. Analiżi sena b'sena turi li l-ewwel naqas b'9 % fl-2015 u mbagħad baqa' pjuttost stabbli bejn l-2015 u tmiem il-PIR. |
(86) |
Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqset b'12 % matul il-perjodu kkunsidrat, li juri li l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi tnaqqas il-kapaċità biex tittratta t-tnaqqis fil-produzzjoni matul il-perjodu. |
(87) |
L-użu tal-kapaċità baqa' baxx matul il-perjodu kkunsidrat, iżda wara tnaqqis fl-2015 seta' jirritorna għal-livelli tal-2014 sa tmiem il-PIR. |
4.5.2.2. Volum ta' bejgħ u sehem mis-suq
(88) |
Il-volum ta' bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw hekk matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 5 Volum ta' bejgħ u sehem mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni
|
(89) |
Il-volum ta' bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni żdied matul il-perjodu kkunsidrat b'madwar 24 % jew b'eċċess ta' tkabbir fil-konsum fis-suq tal-Unjoni matul l-istess perjodu. |
(90) |
Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żdied minn 89 % għal 95 % matul il-perjodu kkunsidrat, wara ż-żieda fil-konsum tal-Unjoni u t-tnaqqis fl-importazzjonijiet wara l-2014. |
4.5.2.3. Tkabbir
(91) |
Il-konsum tal-Unjoni żdied b'16 % matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li l-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdied b'24 % li żied is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni, filwaqt li xorta juri spazju fis-suq għal importazzjonijiet mir-RPĊ u bnadi oħra. |
4.5.2.4. Impjiegi u produttività
(92) |
L-impjiegi u l-produttività tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej: Tabella 6 L-impjiegi u l-produttività tal-produtturi tal-Unjoni
|
(93) |
Minħabba tnaqqis fil-produzzjoni, l-impjiegi tal-industrija tal-Unjoni naqsu wkoll b'5 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
(94) |
Minħabba t-tnaqqis fil-produzzjoni madankollu matul l-istess perjodu, il-produttività tal-industrija tal-Unjoni naqset matul il-perjodu, f'konformità mat-tnaqqis fil-produzzjoni. |
4.5.3. Indikaturi mikroekonomiċi
4.5.3.1. Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet
(95) |
Il-prezzijiet medji tal-bejgħ ta' unità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun lill-klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 7 Prezzijiet tal-bejgħ medji fl-Unjoni u l-kost għal kull unità
|
(96) |
Il-prezz medju tal-bejgħ ta' unità tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati tal-Unjoni baqa' stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, f'livell ta' EUR 5,7 għal kull element. |
(97) |
Il-kost medju tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdied ftit b' 1 % matul il-perjodu kkunsidrat, li jogħla b' 6 % fl-2015, qabel ma naqas b 5 % bejn l-2015 u tmiem il-PIR. |
4.5.3.2. Kostijiet għall-manodopera
(98) |
Il-kostijiet għall-manodopera medji tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 8 Kostijiet għall-manodopera medji għal kull impjegat
|
(99) |
Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat tal-industrija tal-Unjoni żdiedu bi ftit tul il-perjodu kkunsidrat. |
4.5.3.3. Stokks
(100) |
Il-livelli tal-istokks tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 9 Stokks
|
(101) |
Il-livell ta' stokkijiet tal-għeluq tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 17 % matul il-perjodu kkunsidrat. Matul il-perjodu ta' analiżi, il-livell tal-istokkijiet kien jirrappreżenta bejn 12 u 14 % tal-produzzjoni tagħhom. |
4.5.3.4. Profittabilità, fluss tal-flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti u kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital
(102) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni billi l-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil konsumaturi mhux relatati fl-Unjoni ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat ta' dak il-bejgħ. |
(103) |
Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 10 Profittabbiltà, fluss tal-flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti
|
(104) |
Il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni naqset bejn l-2014 u l-2016, iżda mbagħad irkuprat fil-PIR. |
(105) |
Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tiffinanzja waħidha l-attivitajiet tagħha. Il-fluss tal-flus nett żdied b' 143 % bejn l-2014 u tmiem il-PIR. |
(106) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, l-investimenti annwali fil-prodott simili li għamlet l-industrija tal-Unjoni naqsu b' 43 %, minħabba t-tnaqqis fil-produzzjoni. |
(107) |
Ir-redditu fuq l-investiment huwa l-profitt bħala perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Ir-redditu fuq l-investiment tal-industrija tal-Unjoni naqas matul il-perjodu kkunsidrat minn 49 % għal 32 % mingħajr xejra konsistenti minn sena għal sena. |
4.5.4. Konklużjoni dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni
(108) |
L-investigazzjoni uriet li l-biċċa l-kbira mill-indikaturi ta' dannu żviluppaw b'mod pożittiv u li s-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni tjiebet matul il-perjodu kkunsidrat. |
(109) |
L-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi żżid is-sehem tagħha fis-suq b'miżuri fis-seħħ u kienet kapaċi tirkupra il-fluss tal-flus u r-redditu fuq l-investimenti. |
(110) |
Il-kapaċità ta' profitt tal-industrija tal-Unjoni żdiedet matul il-perjodu kkunsidrat għal biss 0,6 % taħt il-profitt fil-mira fl-investigazzjoni oriġinali. Għandu jiġi nnutat li l-profitt fil-mira kien stabbilit f'sena meta s-sehem mis-suq Ċiniż kien 13 %, u issa huwa 3 %. |
(111) |
Madankollu, l-industrija tal-Unjoni naqqset il-produzzjoni, l-impjiegi u l-investimenti u kompliet topera b'kapaċità ta' utilizzazzjoni baxxa. |
(112) |
Minkejja din it-tendenza, il-Kummissjoni kkonkludiet li, fuq evalwazzjoni globali tal-fatturi ta' dannu, l-industrija tal-Unjoni tejbet ħafna s-sitwazzjoni finanzjarja tagħha u fil-biċċa l-kbira rkuprat mid-dannu materjali li l-Kummissjoni kkonfermat fl-investigazzjoni oriġinali. |
4.6. Probabbiltà ta' rikorrenza ta' dannu
(113) |
Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk id-dannu materjali mill-importazzjonijiet Ċiniżi jerġax isseħħ, jekk il-miżuri kontra r-RPĊ jitħallew jiskadu. L-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet mir-RPĊ saru f'livelli ta' prezzijiet oġġett ta' dumping matul l-RIP (il-premessa (46)) u li probabbilment id-dumping kien ikompli jekk il-miżuri jitħallew jiskadu (il-premessa (60)). |
(114) |
Sabiex tiġi stabbilità l-probabbiltà ta' rikorrenza tad-dannu jekk il-miżuri kontra r-RPĊ jiġu revokati, il-Kummissjoni analizzat (i) il-kapaċità żejda fir-RPĊ, (ii) l-attrattività tas-suq tal-Unjoni, u (iii) l-impatt tal-importazzjonijiet Ċiniżi fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
Kapaċità żejda fir-RPĊ
(115) |
Kif spjegat fil-premessi (52) sa (57) hawn fuq, l-Unjoni għadha suq attraenti għar-RPĊ, u hemm kapaċità żejda disponibbli li taqbeż bi kbir il-konsum totali tal-Unjoni matul il-PIR. Barra minn hekk, kif intqal fil-premessa (52) ma kien hemm l-ebda element li jista' jindika xi żieda sinifikanti fid-domanda domestika fir-RPĊ jew fi kwalunkwe suq ta' pajjiż terz ieħor fil-futur qarib. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-domanda domestika fiċ-Ċina jew fi swieq oħra ta' pajjiżi terzi ma setgħux jassorbu l-kapaċità żejda disponibbli li x'aktarx tintuża għal provvista tas-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri kellhom jiskadu. |
Attrattività tas-suq tal-Unjoni
(116) |
Minħabba l-ammont ta' importazzjonijiet mir-RPĊ lejn l-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat, minkejja l-miżuri fis-seħħ, is-suq tal-Unjoni huwa kkunsidrat bħala attraenti għall-importazzjonijiet Ċiniżi. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi kien ta' 24 % matul il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali (2010-11), li juri livell possibbli tal-importazzjonijiet mir-RPĊ jekk il-miżuri kellhom jiskadu. |
(117) |
L-importazzjonijiet mir-RPĊ li jeskludu d-dazju anti-dumping kienu jwaqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni bi 28,3 % fil-PIR. Din hija indikazzjoni ta' kif x'aktarx ikun il-livell tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-RPĊ li kieku kellhom jitħassru l-miżuri. Abbażi ta' dan, aktarx li l-pressjoni fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni tiżdied b'mod sinifikattiv jekk titħassar il-miżura u b'hekk twassal lill-industrija tal-Unjoni biex issofri d-dannu materjali mill-ġdid. |
(118) |
Fuq din il-bażi, fin-nuqqas ta' miżuri, il-produtturi esportaturi Ċiniżi aktarx li jżidu l-preżenza tagħhom fis-suq tal-Unjoni, kemm f'termini tal-volumi ta' importazzjoni u tal-ishma mis-suq, bi prezzijiet oġġett ta' dumping li jwaqqgħu b'mod sinifikattiv il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. |
Impatt fuq l-industrija tal-Unjoni
(119) |
Jekk il-miżuri jitħassru, l-industrija tal-Unjoni mhux se tkun kapaċi żżomm il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tagħha kontra importazzjonijiet bi prezz baxx miċ-Ċina. Huwa probabbli ħafna li s-sehem mis-suq Ċiniż se jiżdied b'mod rapidu jekk il-miżuri kellhom jitħallew jiskadu. It-telf ta' volum ta' bejgħ iwassal għal livell saħansitra aktar baxx tar-rata ta' użu u żieda fil-medja tal-kost tal-produzzjoni. Dan iwassal għal deterjorament tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni u b'mod partikolari tnaqqis fil-profittabilità. |
(120) |
L-iskadenza tal-miżuri x'aktarx li jkollha effett negattiv fuq l-industrija tal-Unjoni, speċjalment għal impjiegi. Matul il-perjodu kkunsidrat l-industrija tal-Unjoni diġà naqqset l-impjiegi relatati mal-prodott. L-iskadenza tal-miżuri tista' tikkawża l-għeluq tal-unitajiet tal-produzzjoni kollha. |
(121) |
Għalhekk, jista' jiġi konkluż li hemm probabbiltà kbira li l-iskadenza tal-miżuri eżistenti twassal għal rikorrenza tal-ħsara mill-importazzjonijiet Ċiniżi u li l-qagħda diġà fraġli tal-industrija tal-Unjoni x'aktarx li tmur għall-agħar. |
Konklużjoni
(122) |
Ir-revoka tal-miżuri kollha probabbilment tirriżulta f'żieda sinifikanti ta' importazzjonijiet Ċiniżi li huma l-oġġett ta' dumping bi prezzijiet li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li hemm probabbiltà kbira ta' rikorrenza ta' dannu f'każ li l-miżuri jiġu mħassra. |
5. INTERESSI TAL-UNJONI
(123) |
Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti kontra l-RPĊ tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni b'mod ġenerali. |
(124) |
Il-Kummissjoni bbażat il-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni abbażi ta' evalwazzjoni tal-interessi varji kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija, tal-importaturi u tal-utenti tal-Unjoni. Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità li jesprimu l-opinjonijiet tagħhom skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku. |
(125) |
Abbażi ta' dan il-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni tad-dumping u tad-dannu, kinux jeżistu raġunijiet konvinċenti li jwasslu għall-konklużjoni li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri eżistenti. |
5.1. Interessi tal-industrija tal-Unjoni
(126) |
Il-miżuri fis-seħħ ippermettew lill-industrija tal-Unjoni li tibda tirkupra mid-dumping tal-imgħoddi, iżda dawn għadhom ma setgħux iżidu l-użu tal-kapaċità u jilħqu l-mira tagħhom ta' marġni ta' profitt. |
(127) |
Fl-istess waqt, il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li l-industrija tal-Unjoni aktarx tesperjenza deterjorament tas-sitwazzjoni tagħha jekk il-miżuri kontra r-RPĊ jitħallew jiskadu. |
(128) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-tkomplija tal-miżuri kontra r-RPĊ tkun ta' benefiċċju għall-industrija tal-Unjoni. |
5.2. Interess tal-importaturi
(129) |
Il-Kummissjoni bagħtet żewġ kwestjonarji liż-żewġ importaturi li kkooperaw. Kif imsemmi hawn fuq, importatur wieħed wieġeb għall-kwestjonarju u ġie spezzjonat. L-ebda importatur ieħor ma ppreżenta ruħu. |
(130) |
Wara l-impożizzjoni tad-dazji, l-importatur li kkoopera kien kapaċi jsib sors kompetittiv tal-prodott simili x'imkien ieħor. Filwaqt li dawn ir-radjaturi huma ftit aktar għaljin, huma manifatturati f'postijiet eqreb lejn is-suq tal-Unjoni u għalhekk huma aktar faċilment disponibbli. Dan inaqqas il-kostijiet tal-ħażna tal-importatur u ż-żmien meħtieġ, li min-naħa l-oħra hija apprezzata minn klijenti tal-importatur. |
(131) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li ma hemm l-ebda indikazzjoni li ż-żamma tal-miżuri jkollha impatt negattiv fuq l-importaturi li jisboq l-impatt pożittiv tal-miżuri għall-industrija tal-Unjoni. |
5.3. Interess tal-utenti
(132) |
Kif spjegat hawn fuq, l-ebda utent tal-Unjoni ma ppreżenta ruħu wara l-bidu jew b'xi mod ikkoopera f'din l-investigazzjoni. |
(133) |
Ir-radjaturi tal-aluminju huma prodott tal-konsumatur, magħmul permezz ta' estrużjoni jew die-casting. L-utenti ta' radjaturi huma distributuri u organizzazzjonijiet kbar tal-bejgħ bl-imnut li mbagħad ibigħu r-radjaturi biex jitwaħħlu. |
(134) |
Dawn l-utenti jkunu f'pożizzjoni li jgħaddu ż-żieda fil-prezzijiet kollha jew kważi kollha li tirriżulta mid-dazju lill-utenti finali, filwaqt li jitfakkar li għal dawn tal-aħħar, l-impatt ta' miżuri bħal dawn mhuwiex sinifikanti. |
(135) |
Dawn il-konstatazzjonijiet kienu kkonfermati f'dan ir-rieżami peress li l-investigazzjoni ma tatx xi indikazzjoni li tannulla l-konstatazzjoni oriġinali għall-perjodu wara l-impożizzjoni tal-miżuri fis-seħħ. |
(136) |
Barra minn hekk, minkejja li l-miżuri ilhom fis-seħħ mill-2012, l-utenti fl-Unjoni komplew jakkwistaw il-provvisti tagħhom mir-RPĊ u x'imkien ieħor. L-ebda utent ma kkoopera fl-investigazzjoni tar-rieżami. |
(137) |
Abbażi ta' dan, u f'konformità mal-konklużjonijiet mill-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kontinwazzjoni tal-miżuri mhux se jkollha impatt negattiv sinifikattiv fuq l-utenti. |
5.4. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
(138) |
Abbażi tad-dikjarazzjonijiet magħmula hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet serji biex jiġi konkluż li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li l-miżuri anti-dumping eżistenti jiġu estiżi fuq l-importazzjonijiet ta' radjaturi tal-aluminju li joriġinaw mir-RPĊ. |
6. MIŻURI ANTI-DUMPING
(139) |
Il-partijiet interessati kollha kienu infurmati bil-fatti u bil-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jinżammu fis-seħħ il-miżuri anti-dumping. Ingħataw ukoll perjodu li fih setgħu jippreżentaw kummenti wara din il-konstatazzjoni u jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew l-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti tal-kummerċ. Ma ġew riċevuti ebda kummenti jew sottomissjonijiet, jew talbiet għal smigħ. |
(140) |
Mill-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq isegwi li l-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' radjaturi tal-aluminju li joriġinaw mir-RPĊ imposti bir-Regolament definittiv, kif emendat bir-Regolament li jemenda, għandhom jinżammu. |
(141) |
Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f'dan ir-Regolament japplikaw biss għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn dawn il-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kull kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta' dan ir-Regolament bl-isem u l-indirizz tagħha, inklużi l-entitajiet relatati ma' dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu suġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. |
(142) |
Kull dikjarazzjoni li titlob l-applikazzjoni ta' dawn ir-rati ta' dazju kompensatorju individwali (eż. wara bidla fl-isem tal-entità jew wara t-twaqqif ta' entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgħ) għandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (6) minnufih flimkien mal-informazzjoni kollha rilevanti, b'mod partikolari kwalunkwe tibdil fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, mal-bejgħ domestiku u esportat assoċjat, pereżempju, ma' dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entità tal-produzzjoni jew tal-bejgħ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament wara għandu jiġi emendat skont dan bl-aġġornament tal-lista tal-kumpaniji li jkunu qegħdin jibbenefikaw mir-rati tad-dazju individwali. |
(143) |
Il-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036 ma tax l-opinjoni tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju anti-dumping definittiv huwa għalhekk impost fuq importazzjonijiet ta' radjaturi tal-aluminju u elementi jew partijiet li minnhom huwa magħmul tali radjatur, sew jekk dawn l-elementi huma assemblati fi blokok, għajr radjaturi u elementi u partijiet tagħhom tat-tip tal-elettriku, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 7615 10 10, ex 7615 10 80, ex 7616 99 10 u ex 7616 99 90 (kodiċijiet TARIC 7615101010, 7615108010, 7616991091, 7616999001 u 7616999091) u li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
2. Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, għall-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandha tkun kif ġej:
Kumpanija |
Dazju (%) |
Kodiċi TARIC addizzjonali |
Zhejiang Flyhigh Metal Products Co., Ltd. |
12,6 |
B272 |
Metal Group Co. Ltd. |
56,2 |
B273 |
Sira (Tianjin) Aluminium Products Co. Ltd. |
14,9 |
B279 |
Sira Group (Tianjin) Heating Radiators Co. Ltd. |
14,9 |
B280 |
Kumpaniji elenkati fl-Anness I |
21,2 |
|
Il-kumpaniji l-oħra kollha |
61,4 |
B999 |
3. L-applikazzjoni tar-rati individwali tad-dazju speċifikati gћall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 gћandha sseћћ bil-kundizzjoni li tkun ippreżentata lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri fattura kummerċjali valida, li għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II. Jekk l-ebda tali fattura ma tiġi ppreżentata, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.
4. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali għandhom japplikaw.
Artikolu 2
Meta xi produttur esportatur ġdid fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jipprovdi biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li:
(a) |
ma esportax lejn l-Unjoni l-prodott deskritt fil-paragrafu 1 matul il-perjodu bejn l-1 ta' Lulju 2010 u t-30 ta' Ġunju 2011, |
(b) |
mhuwiex relatat mal-ebda esportatur jew produttur fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina suġġett għall-miżuri anti-dumping imposti permezz ta' dan ir-Regolament, |
(c) |
effettivament esporta l-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni jew daħal f'obbligu kuntrattwali irrevokabbli li jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni wara t-tmiem tal-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, |
il-Kummissjoni tista' temenda l-Anness I billi żżid il-produttur esportatur il-ġdid mal-kumpaniji li kkooperaw li mhumiex inklużi fil-kampjun tal-investigazzjoni oriġinali u li għaldaqstant jkunu soġġetti għad-dazju medju ponderat ta' 21,2 %.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Jannar 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) ĠU L 310, 9.11.2012, p. 1.
(3) ĠU C 48, 15.2.2017, p. 10.
(4) ĠU C 377, 9.11.2017, p. 11.
(5) Il-kapaċità żejda fiċ-Ċina - Impediment għall-Aġenda ta' Riforma tal-Parti, Roland Berger, Il-Kamra tal-Kummerċ tal-Unjoni Ewropea fiċ-Ċina, 2016
(6) European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, B-1049 Brussels, Belgium.
ANNESS I
Isem Il-Kumpanija |
Kodiċi TARIC addizzjonali |
Jinyun Shengda Industry Co., Ltd. |
B274 |
Ningbo Ephraim Radiator Equipment Co., Ltd. |
B275 |
Ningbo Everfamily Radiator Co., Ltd. |
B276 |
Ningbo Ningshing Kinhil Industrial Co., Ltd. |
B277 |
Ningbo Ninhshing Kinhil International Co., Ltd. |
B278 |
Yongkang Jinbiao Machine Electric Co., Ltd. |
B281 |
Yongkang Sanghe Radiator Co., Ltd. |
B282 |
Zhejiang Aishuibao Piping Systems Co., Ltd. |
B283 |
Zhejiang Botai Tools Co., Ltd. |
B284 |
Zhejiang East Industry Co., Ltd. |
B285 |
Zhejiang Guangying Machinery Co., Ltd. |
B286 |
Zhejiang Kangfa Industry & Trading Co., Ltd. |
B287 |
Zhejiang Liwang Industrial and Trading Co., Ltd. |
B288 |
Zhejiang Ningshuai Industry Co., Ltd. |
B289 |
Zhejiang Rongrong Industrial Co., Ltd. |
B290 |
Zhejiang Yuanda Machinery & Electrical Manufacturing Co., Ltd. |
B291 |
ANNESS II
Fuq il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(3) għandha tidher dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-entità li tkun qiegħda toħroġ il-fattura kummerċjali, fil-format li ġej:
(1) |
l-isem u l-funzjoni tal-uffiċjal tal-entità li qed toħroġ il-fattura kummerċjali; |
(2) |
id-dikjarazzjoni li ġejja:
|
DEĊIŻJONIJIET
15.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 12/31 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/60
tal-11 ta' Jannar 2019
li temenda d-Deċiżjoni 2009/866/KE, id-Deċiżjoni 2010/419/UE, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/651/UE u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1685 fir-rigward tar-rappreżentant tad-detentur tal-awtorizzazzjoni
(notifikata bid-dokument C(2019) 15)
(It-testi bin-Netherlandiż u bil-Franċiż biss huma awtentiċi)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2), u l-Artikolu 21(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Permezz ta' ittri datati l-15 ta' Frar u t-28 ta' Marzu 2017, Syngenta Crop Protection AG talbet lill-Kummissjoni li, wara li għamlet riorganizzazzjoni tal-grupp Syngenta, l-awtorizzazzjonijiet u l-applikazzjonijiet pendenti kollha għall-prodotti ġenetikament modifikati jenħtieġ li jiġu ttrasferiti mir-rappreżentant attwali tagħha, Syngenta France SAS għar-rappreżentant Syngenta Crop Protection NV/SA, il-Belġju. |
(2) |
Il-Kummissjoni infurmat lil Syngenta Crop Protection AG li sabiex tipproċedi b'dawn it-trasferimenti, it-talba jenħtieġ li tiġi kkonfermata b'ittri kemm minn Syngenta France SAS kif ukoll minn Syngenta Crop Protection NV/SA, il-Belġju biex jikkonfermaw il-qbil tagħhom ma' dawk it-trasferimenti. Il-Kummissjoni rċeviet dawn l-ittri fl-1 ta' Marzu 2018. |
(3) |
L-implimentazzjoni tal-bidla mitluba teħtieġ l-emendar ta' deċiżjonijiet li jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta' prodotti ġenetikament modifikati li għalihom Syngenta Crop Protection AGhija d-detentur tal-awtorizzazzjoni. B'mod partikolari, jenħtieġ li d-deċiżjonijiet li ġejjin jiġu emendati: Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2009/866/KE (2) u 2010/419/UE (3), id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/651/UE (4) u (UE) 2016/1685 (5). |
(4) |
L-emendi proposti għad-deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni huma ta' natura purament amministrattiva u ma jinvolvux valutazzjoni ġdida tal-prodotti kkonċernati. |
(5) |
Fir-rigward ta' applikazzjonijiet pendenti li għalihom Syngenta Crop Protection AG hija l-applikant, il-bidla mitluba trid tiġi formalizzata fil-mument tal-adozzjoni tal-awtorizzazzjonijiet korrispondenti. |
(6) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emenda għad-Deċiżjoni 2009/866/KE
Id-Direttiva 2009/866/KE hija emendata kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 6, “Syngenta Seeds S.A.S., France” hija sostitwita b'“Syngenta Crop Protection NV/SA, il-Belġju”; |
(2) |
Fl-Artikolu 8, “Syngenta Seeds S.A.S., Chemin de l'Hobit 12, BP 27 – F-31790 Saint-Sauveur – Franza” hija sostitwita b'“Syngenta Crop Protection NV/SA, Avenue Louise 489, 1050 Brussell, il-Belġju”; |
(3) |
Fil-punt (a) tal-Anness, l-isem “Syngenta Seeds S.A.S.” hija sostitwita b'“Syngenta Crop Protection NV/SA”; l-indirizz “Chemin de l'Hobit 12, BP 27 – F-31790 Saint-Sauveur – Franza” huwa sostitwit b'“Avenue Louise 489, 1050 Brussell, il-Belġju”. |
Artikolu 2
Emenda għad-Deċiżjoni 2010/419/UE
Id-Deċiżjoni 2010/419/UE hija emendata kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 6, “Syngenta Seeds S.A.S., France” hija sostitwita b'“Syngenta Crop Protection NV/SA, il-Belġju”; |
(2) |
Fl-Artikolu 9, “Syngenta Seeds S.A.S., Chemin de l'Hobit 12, BP 27 – 31790 Saint-Sauveur – Franza” hija sostitwita b'“Syngenta Crop Protection NV/SA, Avenue Louise 489, 1050 Brussell, il-Belġju”; |
(3) |
Fil-punt (a) tal-Anness, l-isem “Syngenta Seeds S.A.S.” hija sostitwita b'“Syngenta Crop Protection NV/SA”; l-indirizz “Chemin de l'Hobit 12, BP 27 – 31790 Saint-Sauveur – Franza” huwa sostitwit b'“Avenue Louise 489, 1050 Brussell, il-Belġju”. |
Artikolu 3
Emenda għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/651/UE
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/651/UE hija emendata kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 6, “Syngenta Seeds S.A.S., Franza” hija sostitwita b'“Syngenta Crop Protection NV/SA, il-Belġju”; |
(2) |
Fl-Artikolu 8, “Syngenta Seeds S.A.S., 12, Chemin de l'Hobit, 31790 Saint-Sauveur – Franza” hija sostitwita b'“Syngenta Crop Protection NV/SA, Avenue Louise 489, 1050 Brussell, il-Belġju”; |
(3) |
Fil-punt (a) tal-Anness, l-isem “Syngenta Seed SAS” huwa sostitwit b' “Syngenta Crop Protection NV/SA”; l-indirizz “12, Chemin de l'Hobit, 31790 Saint-Sauveur, Franza” huwa sostitwit b'“Avenue Louise 489, 1050 Brussell, il-Belġju”. |
Artikolu 4
Emenda għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1685
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1685 hija emendata kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 7, “Syngenta France SAS” hija sostitwita b'“Syngenta Crop Protection NV/SA, il-Belġju”; |
(2) |
Fl-Artikolu 10, “Syngenta France SAS, 12, Chemin de l'Hobit, 31790 Saint-Sauveur – Franza” hija sostitwita b'“Syngenta Crop Protection NV/SA, Avenue Louise 489, 1050 Brussell, il-Belġju”; |
(3) |
Fil-punt (a) tal-Anness, l-isem “Syngenta France SAS” huwa sostitwit b'“Syngenta Crop Protection NV/SA”; l-indirizz “12, Chemin de l'Hobit, 31790 Saint-Sauveur, Franza” huwa sostitwit b'“Avenue Louise, 489, 1050 Brussell, il-Belġju”. |
Artikolu 5
Destinatarju
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Syngenta Crop Protection NV/SA, Avenue Louise, 489, 1050 Brussell, il-Belġju.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Jannar 2019.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/866/KE tat-30 ta' Novembru 2009 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, ikunu jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn qamħirrun modifikat ġenetikament MIR604 (SYN-IR6Ø4-5) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 314, 1.12.2009, p. 102).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/419/UE tat-28 ta' Lulju 2010 li ġġedded l-awtorizzazzjoni għall-issoktar tat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu fi, jew huma prodotti minn qamħirrum li huwa ġenetikament modifikat Bt11 (SYN-BTØ11-1), li tawtorizza ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom jew jikkonsistu f'qamħirrum imnixxef fuq il-post Bt11 (SYN-BTØ11-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2004/657/KE (ĠU L 197, 29.7.2010, p. 11).
(4) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/651/UE tat-18 ta' Ottubru 2012 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, jew li jikkonsistu minn qamħirrum MIR162 (SYN-IR162-4) modifikat ġenetikament skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew li jkunu prodotti minnu (ĠU L 290, 20.10.2012, p. 14).
(5) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1685 tas-16 ta' Settembru 2016 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jew li huma magħmula jew prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × GA21, u mill-qamħirrum ġenetikament modifikat bit-tgħaqqid ta' tnejn jew tlieta mill-eventi Bt11, MIR162, MIR604 u GA21, u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2010/426/UE, 2011/892/UE, 2011/893/UE u 2011/894/UE (ĠU L 254, 20.9.2016, p. 22).