ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 9

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 62
11ta' Jannar 2019


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Avviż dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 tas-17 ta' Ottubru 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta' denominazzjonijiet ta' oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta' oġġezzjoni, ir-restrizzjonijiet tal-użu, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, it-tħassir tal-protezzjoni, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni

2

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/34 tas-17 ta' Ottubru 2018 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta' denominazzjonijiet ta' oriġini, ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u ta' termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta' oġġezzjoni, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodotti, ir-reġistru ta' ismijiet protetti, it-tħassir tal-protezzjoni u l-użu ta' simboli, u tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward sistema xierqa ta' kontrolli

46

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/35 tat-8 ta' Jannar 2019 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali ( 1 )

77

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/36 tal-10 ta' Jannar 2019 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sustanza N-(2-metilċikloeżil)-2,3,4,5,6-pentafluworobenżammid ( 1 )

85

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/37 tal-10 ta' Jannar 2019 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 10/2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f'kuntatt mal-ikel ( 1 )

88

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/38 tal-10 ta' Jannar 2019 li jemenda l-Annessi II u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għall-iprodion f'ċerti prodotti jew fuqhom ( 1 )

94

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/39 tal-10 ta' Jannar 2019 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi ( 1 )

106

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/40 tal-10 ta' Jannar 2019 dwar il-prezz minimu għax-xiri tat-trab tal-ħalib xkumat għat-tletin sejħa parzjali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080

113

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/41 tat-3 ta' Diċembru 2018 dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat ta' Assoċjazzjoni stabbilit permezz tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi l-Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, fuq in-naħa l-oħra, rigward emenda għall-Protokoll 3 ta' dak il-Ftehim li tikkonċerna d-definizzjoni tal-kunċett ta' prodotti oriġinarji u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva

114

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2018 tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni UE-Ġordan tal-4 ta' Diċembru 2018 li temenda d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 3 għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' prodotti oriġinarji u l-lista ta' ħidma jew ipproċessar meħtieġ li jrid jitwettaq fuq materjali mhux oriġinarji sabiex ċerti kategoriji ta' prodotti, manifatturati fit-territorju tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, u marbuta mal-ħolqien ta' impjiegi għal refuġjati Sirjani u Ġordaniżi, jiksbu status oriġinarju [2019/42]

147

 

*

Deċiżjoni (UE) 2019/43 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-29 ta' Novembru 2018 dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew u li tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2013/28 (BĊE/2018/27)

178

 

*

Deċiżjoni (UE) 2019/44 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-29 ta' Novembru 2018 dwar il-ħlas fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali ta' Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2014/61 u tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2013/30 (BĊE/2018/28)

180

 

*

Deċiżjoni (UE) 2019/45 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-29 ta' Novembru 2018 li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għal trasferimenti ta' ishma fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas u li tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2013/29 (BĊE/2018/29)

183

 

*

Deċiżjoni (UE) 2019/46 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-29 ta' Novembru 2018 li tistabbilixxi l-mizuri meħtieġa għall-kontribuzzjoni għall-valur akkumulat tal-ekwità tal-Bank Ċentrali Ewropew u għall-aġġustament tal-pretensjonijiet tal-banek ċentrali nazzjonali li huma ekwivalenti għall-assi ta' riżerva barranija ittrasferiti u li tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2013/26 (BĊE/2018/30)

190

 

*

Deċiżjoni (UE) 2019/47 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-29 ta' Novembru 2018 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/29 dwar il-ħruġ ta' karti tal-flus tal-euro (BĊE/2018/31)

194

 

*

Deċiżjoni (UE) 2019/48 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-30 ta' Novembru 2018 dwar il-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali li mhumiex fiż-żona tal-euro u li tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2013/31 (BĊE/2018/32)

196

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

11.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 9/1


Avviż dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika (1), iffirmat f'Tokyo fis-17 ta' Lulju 2018, ser jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Frar 2019.


(1)  ĠU L 330, 27.12.2018, p. 3.


REGOLAMENTI

11.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 9/2


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/33

tas-17 ta' Ottubru 2018

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta' denominazzjonijiet ta' oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta' oġġezzjoni, ir-restrizzjonijiet tal-użu, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, it-tħassir tal-protezzjoni, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 109, l-Artikolu 114 u l-Artikolu 122 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (2). It-Taqsimiet 2 u 3 tal-Kapitolu I tat-Titolu II tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistabbilixxu regoli dwar id-denominazzjoni ta' oriġini, l-indikazzjonijiet ġeografiċi, it-termini tradizzjonali, it-tikkettar u l-preżentazzjoni fis-settur tal-inbid, u jagħtu lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti delegati u ta' implimentazzjoni f'dak ir-rigward. Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-settur tal-inbid fil-qafas legali l-ġdid, iridu jiġu adottati ċerti regoli permezz ta' tali atti. Dawk l-atti għandhom jissostitwixxu d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009 (3), li għaldaqstant jenħtieġ li jitħassar.

(2)

L-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 607/2009 wriet li l-proċeduri attwali għar-reġistrazzjoni, l-emendar u t-tħassir ta' denominazzjonijiet ta' oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi tal-Unjoni jew ta' pajjiż terz jistgħu jkunu kkumplikati, impjenattivi żżejjed u jirrikjedu ħafna ħin. Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ħoloq vakwi legali, b'mod partikolari rigward il-proċedura li trid tiġi segwita f'applikazzjonijiet għall-emendar ta' speċifikazzjonijiet tal-prodotti. Ir-regoli tal-proċedura li jikkonċernaw id-denominazzjonijiet ta' oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi fis-settur tal-inbid huma inkonsistenti mar-regoli applikabbli għall-iskemi tal-kwalità li jaqgħu taħt id-dritt tal-Unjoni dwar l-oġġetti tal-ikel, ix-xarbiet spiritużi u l-inbejjed aromatizzati. Dan jirriżulta f'inkonsistenzi f'kif tiġi implimentata din il-kategorija ta' drittijiet ta' proprjetà intellettwali. Jenħtieġ li dawn id-diskrepanzi jiġu indirizzati fid-dawl tad-dritt għall-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali stabbilit fl-Artikolu 17(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu jissimplifika, jiċċara, jikkompleta u jarmonizza l-proċeduri rilevanti. Jenħtieġ li l-proċeduri jiġu mmudellati sa fejn possibbli fuq il-proċeduri effiċjenti u ttestjati sew għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati ma' prodotti agrikoli u ma' oġġetti tal-ikel kif stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 (5) u fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (6), u jenħtieġ li jiġu adattati biex jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tas-settur tal-inbid.

(3)

Id-denominazzjonijiet ta' oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi huma marbutin b'mod intrinsiku mat-territorju tal-Istati Membri. L-awtoritajiet nazzjonali u lokali għandhom l-aqwa kompetenza u għarfien dwar il-fatti rilevanti. Jenħtieġ li dan ikun rifless fir-regoli proċedurali rilevanti, filwaqt li jitqies il-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(4)

L-isem li jrid jiġi protett bħala denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika jenħtieġ li jkun irreġistrat biss f'lingwa li jkollha mill-inqas rabta storika maż-żona ġeografika li fiha jiġi mmanifatturat il-prodott. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi rigward l-użu ta' karattri lingwistiċi għal DOP u IĠP, sabiex jiġi żgurat li l-operaturi u l-konsumaturi fl-Istati Membri kollha jkunu jistgħu jaqraw u jifhmu aħjar dawn l-ismijiet.

(5)

Jenħtieġ li jiġu ddefiniti l-kundizzjonijiet li fihom produttur uniku jista' jikkwalifika bħala applikant eliġibbli. Il-produtturi uniċi jenħtieġ li ma jiġux ippenalizzati jekk iċ-ċirkustanzi prevalenti ma jippermettux il-ħolqien ta' grupp ta' produtturi. Madankollu, jenħtieġ li jiġi ċċarat li dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott, l-isem protett jista' jintuża minn produtturi oħra stabbiliti fiż-żona ġeografika demarkata, anke fejn l-isem protett jinkludi jew jikkonsisti f'isem l-azjenda tal-produttur applikant uniku.

(6)

Fejn prodott tas-settur tal-inbid li jkollu denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika jkun jista' jiġi ppakkjat biss f'żona ġeografika demarkata skont l-ispeċifikazzjoni tal-prodott, dan ikun jikkostitwixxi restrizzjoni fuq il-moviment liberu tal-merkanzija u fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Fid-dawl tal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja, dawn ir-restrizzjonijiet jistgħu jiġu imposti biss jekk ikunu neċessarji u proporzjonali għas-salvagwardja tal-kwalità, għaċ-ċertifikazzjoni tal-oriġini tal-prodott jew għall-iżgurar tal-kontroll. Għalhekk huwa neċessarju li jiġi pprovdut li kwalunkwe restrizzjoni fuq l-ippakkjar għandha tiġi ġġustifikata kif xieraq mill-perspettiva tal-moviment liberu tal-merkanzija u tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 607/2009 stabbilixxa għadd ta' derogi li jikkonċernaw il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata. Dawn id-derogi jenħtieġ li jinżammu biex jiġu ppreservati l-prattiki ta' produzzjoni tradizzjonali. Jenħtieġ li dawn jiġu stipulati b'mod ċar għal raġunijiet ta' ċertezza u ċarezza legali.

(8)

L-applikazzjonijiet għall-protezzjoni jiġu eżaminati mill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat permezz ta' proċedura nazzjonali preliminari. Fil-każ tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetta, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikolari għad-deskrizzjoni tar-rabta bejn il-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodott u l-ambjent ġeografiku partikolari. Fil-każ tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikolari għad-deskrizzjoni tar-rabta bejn kwalità, reputazzjoni jew karatteristika speċifika oħra u l-oriġini ġeografika tal-prodott, filwaqt li jqisu ż-żona demarkata u l-karatteristiċi tal-prodott. Id-definizzjoni taż-żona demarkata jenħtieġ li tkun dettaljata, preċiża u mhux ambigwa, sabiex il-produtturi, l-awtoritajiet kompetenti u l-korpi ta' kontroll ikunu jistgħu jaċċertaw jekk l-operazzjonijiet ikunux qed jitwettqu fi ħdan iż-żona ġeografika demarkata.

(9)

Il-valutazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri hija pass essenzjali fil-proċedura. L-Istati Membri għandhom l-għarfien espert u l-aċċess għad-data, u b'hekk jinsabu fl-aqwa pożizzjoni biex jivvalutaw jekk applikazzjoni li tikkonċerna denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika tkunx tissodisfa r-rekwiżiti għall-protezzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jiggarantixxu li r-riżultat ta' din il-valutazzjoni, li jenħtieġ li jiġi rreġistrat b'mod preċiż f'dokument uniku li jagħti sommarju tal-elementi rilevanti tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, ikun affidabbli u preċiż. Filwaqt li tikkunsidra l-prinċipju tas-sussidjarjetà, sussegwentement il-Kummissjoni jenħtieġ li tiskrutinizza l-applikazzjonijiet biex tiżgura li ma jkunx hemm żbalji ċari kif ukoll li jkunu tqiesu d-dritt tal-Unjoni u l-interessi tal-partijiet ikkonċernati lil hinn mill-Istat Membru tal-applikazzjoni.

(10)

Sabiex jiġu ffaċilitati applikazzjonijiet konġunti għal denominazzjonijiet ta' oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, jenħtieġ li jiġu ddefiniti l-passi speċifiċi fil-proċeduri għal dawk l-applikazzjonijiet.

(11)

Fejn l-Istati Membri jqisu li l-isem soġġett għall-applikazzjoni għall-protezzjoni jkun eliġibbli għar-reġistrazzjoni bħala denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħtu protezzjoni tranżizzjonali fil-livell nazzjonali filwaqt li l-Kummissjoni tkun qiegħda twettaq il-valutazzjoni tal-applikazzjoni għall-protezzjoni.

(12)

Jenħtieġ li tiġi stipulata l-informazzjoni li għandha titressaq minn applikant sabiex l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni, emendar, oġġezzjoni jew talbiet għal tħassir jitqiesu ammissibbli, sabiex tiġi ffaċilitata l-ġestjoni ta' dawn l-applikazzjonijiet u sabiex jitħaffef l-eżami tal-fajls.

(13)

Jenħtieġ li l-proċedura ta' oġġezzjoni titqassar u tittejjeb. Għal raġunijiet ta' ċertezza legali, jenħtieġ li jiġu stabbiliti skadenzi għad-diversi passi fil-proċedura, u għandhom jiġu speċifikati r-raġunijiet għal oġġezzjoni. Jenħtieġ li jiġi introdott stadju ta' ftehim bonarju biex il-partijiet ikunu jistgħu jikkomunikaw bil-ħsieb li potenzjalment jilħqu ftehim.

(14)

Jenħtieġ li jkun hemm dispożizzjoni għal derogi speċifiċi li jippermettu li prodotti tad-dwieli li ma jikkonformawx mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott jużaw isem protett għal perjodu tranżizzjonali. Sabiex jegħlbu diffikultajiet temporanji u sabiex jiżguraw li l-produtturi kollha jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet fit-terminu twil, jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw il-possibbiltà li f'ċerti każijiet jagħtu derogi għal perjodu ta' mhux aktar minn 10 snin.

(15)

Il-produtturi ta' prodotti tad-dwieli li jkollhom denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta jridu jiffaċċjaw suq dejjem jinbidel u mimli sfidi. Għandhom bżonn proċeduri li jippermettulhom jadattaw malajr għad-domandi tas-suq, iżda fil-fatt jiġu ppenalizzati mit-tul u l-kumplessità tal-proċedura ta' emendar attwali, bil-konsegwenza li tixxekkel il-kapaċità tagħhom biex jirreaġixxu rapidament għas-suq. Il-produtturi ta' prodotti tad-dwieli li jkollhom isem protett bħala denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika jenħtieġ li jkunu permessi wkoll iqisu l-iżviluppi fl-għarfien xjentifiku u tekniku, kif ukoll il-bidliet ambjentali. Sabiex jitnaqqsu l-passi ta' dawn il-proċeduri u biex il-prinċipju tas-sussidjarjetà jingħata effett f'dan il-qasam, deċiżjonijiet dwar emendi li ma jikkonċernawx elementi essenzjali tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott jenħtieġ li jiġu approvati fil-livell tal-Istati Membri. Jenħtieġ li l-produtturi jitħallew japplikaw dawk l-emendi minnufih wara li tiġi konkluża l-proċedura nazzjonali. Jenħtieġ li ma jkunx hemm rekwiżit għar-rieżami tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni fil-livell tal-Unjoni.

(16)

Madankollu, sabiex jiġu protetti l-interessi ta' partijiet terzi stabbiliti fi Stati Membri għajr dak li fih jiġu mmanifatturati il-prodotti tad-dwieli, jenħtieġ li l-Kummissjoni tibqa' responsabbli għall-approvazzjoni ta' emendi li għalihom hija meħtieġa proċedura ta' oġġezzjoni fil-livell tal-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li tiġi introdotta klassifika ġdida ta' emendi: emendi standard, li japplikaw minnufih wara l-approvazzjoni minn Stat Membru billi ma jeħtiġux proċedura ta' oġġezzjoni fil-livell tal-Unjoni, u emendi tal-Unjoni, li japplikaw biss wara l-approvazzjoni mill-Kummissjoni wara l-ikkompletar ta' proċedura ta' oġġezzjoni fil-livell tal-Unjoni.

(17)

Jenħtieġ li jiġu introdotti emendi temporanji biex prodotti tad-dwieli li jkollhom denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta jkunu jistgħu jkomplu jiġu kkummerċjalizzati taħt l-ismijiet protetti f'każijiet ta' diżastru naturali jew kundizzjonijiet tat-temp avversi, jew inkella f'każijiet ta' miżuri sanitarji jew fitosanitarji li jipprevjenu temporanjament lill-operaturi milli jikkonformaw mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott. Minħabba n-natura ta' emerġenza tagħhom, jenħtieġ li l-emendi temporanji japplikaw minnufih wara l-approvazzjoni mill-Istat Membru. Il-lista ta' raġunijiet ta' emerġenza għall-emendi temporanji hija eżawrjenti, minħabba n-natura eċċezzjonali tal-emendi temporanji.

(18)

Jenħtieġ li l-emendi tal-Unjoni jsegwu l-proċedura li tirregola l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni, sabiex ikollhom l-istess effiċjenza u garanziji. Jenħtieġ li din tiġi applikata mutatis mutandis, bl-esklużjoni ta' ċerti passi li jenħtieġ li jitħallew barra bil-ħsieb li jitnaqqas il-piż amministrattiv. Jenħtieġ li tiġi stabbilita l-proċedura għall-emendi standard u għall-emendi temporanji, biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jwettqu valutazzjoni xierqa tal-applikazzjonijiet u biex jiġi garantit approċċ konsistenti fl-Istati Membri kollha. Il-preċiżjoni u l-eżawrjenza tal-valutazzjoni tal-Istati Membri jenħtieġ li jkunu ekwivalenti għall-preċiżjoni u l-eżawrjenza meħtieġa għall-proċess ta' valutazzjoni fi ħdan il-proċedura li tirregola l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni.

(19)

Jenħtieġ li l-emendi standard u temporanji relatati mad-denominazzjonijiet ta' oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti ta' pajjiżi terzi jsegwu l-approċċ ipprovdut għall-Istati Membri, u d-deċiżjoni ta' approvazzjoni jenħtieġ li tittieħed f'konformità mas-sistema fis-seħħ fil-pajjiż terz inkwistjoni.

(20)

Jenħtieġ li l-proċedura ta' tħassir tkun aktar trasparenti u ċara. B'mod partikolari, jenħtieġ li jkun possibbli li jkun hemm oppożizzjoni għat-talba ta' tħassir. Għal dak il-fini, il-proċedura ta' tħassir jenħtieġ li ssegwi l-proċedura standard li tirregola l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni, mutatis mutandis, bl-esklużjoni ta' ċerti passi li jenħtieġ li jitħallew barra biex jitnaqqas il-piż amministrattiv. Jenħtieġ li jkun possibbli li jitħassru ismijiet protetti jekk isem partikolari ma jkunx għadu jintuża fis-suq.

(21)

Jenħtieġ li jiġu adottati regoli dwar it-tikkettar temporanju u l-preżentazzjoni ta' prodotti tad-dwieli li isimhom ikun is-suġġett ta' applikazzjoni għall-protezzjoni bħala denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika, sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-interessi legittimi tal-operaturi filwaqt li jitqiesu l-prinċipju ta' kompetizzjoni ġusta u l-obbligu li jiġi żgurat li l-konsumaturi jingħataw informazzjoni xierqa.

(22)

Ċerti denominazzjonijiet ta' oriġini protetti jibbenefikaw minn derogi fuq l-obbligu li jintuża t-terminu “denominazzjoni ta' oriġini protetta” fuq it-tikketti. Sabiex tinżamm din il-konċessjoni storika, jixraq li tiġi kkonfermata l-eżistenza ta' din id-deroga għal tali ismijiet.

(23)

Fl-Unjoni ilu jiġi ppratikat l-użu ta' termini tradizzjonali biex jiddeskrivu prodotti tad-dwieli. Dawn it-termini jiddeżinjaw metodu ta' produzzjoni jew ta' maturazzjoni, il-kwalità, il-kulur, it-tip ta' post jew avveniment partikolari marbut mal-istorja tal-prodott tad-dwieli li jkollu denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, jew inkella jindikaw li dan huwa prodott tad-dwieli li għandu denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta. L-Artikoli 112 u 113 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistabbilixxu r-regoli ġenerali dwar l-użu u l-protezzjoni ta' termini tradizzjonali. Sabiex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta u biex il-konsumaturi ma jitfixklux, jenħtieġ li jiġi stabbilit qafas komuni rigward il-protezzjoni u r-reġistrazzjoni ta' dawn it-termini tradizzjonali. Barra minn hekk, fejn possibbli, il-proċeduri li jikkonċernaw l-għoti ta' protezzjoni lil termini tradizzjonali jenħtieġ li jiġu ssimplifikati u armonizzati mal-proċeduri applikabbli għall-għoti ta' protezzjoni lid-denominazzjonijiet ta' oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi.

(24)

Terminu tradizzjonali jista' jevoka l-karatteristiċi partikolari tal-prodott tad-dwieli li juża dak it-terminu tradizzjonali. Għalhekk, sabiex tingħata informazzjoni ċara, jenħtieġ li dak it-terminu jiġi indikat biss fil-lingwa li tintuża normalment, bl-ortografija u l-iskritt oriġinali tiegħu.

(25)

Sabiex jiġi żgurat li l-konsumaturi ma jitfixklux, jenħtieġ li jkun permess l-użu ta' termini tradizzjonali għal prodotti tad-dwieli mmanifatturati f'pajjiżi terzi, dment li dawn jissodisfaw l-istess kundizzjonijiet meħtieġa mill-Istati Membri jew inkella kundizzjonijiet ekwivalenti. Għalhekk, kemm l-Istati Membri kif ukoll pajjiżi terzi jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li japplikaw għall-protezzjoni ta' terminu tradizzjonali fil-livell tal-Unjoni. B'kunsiderazzjoni għall-fatt li ċerti pajjiżi terzi ma għandhomx l-istess sistema ċentralizzata ta' protezzjoni tat-termini tradizzjonali bħall-Unjoni, jenħtieġ li tiġi stabbilita d-definizzjoni ta' “organizzazzjonijiet professjonali rappreżentattivi” li joperaw f'pajjiżi terzi sabiex jiġu żgurati l-istess garanziji bħal dawk previsti fir-regoli tal-Unjoni.

(26)

Stati Membri, pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet professjonali rappreżentattivi li joperaw f'pajjiżi terzi jenħtieġ li jiżguraw li l-applikazzjoni għall-protezzjoni mressqa lill-Kummissjoni tkun kompluta u li jkun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li tippermetti lill-Kummissjoni tistabbilixxi li t-terminu tradizzjonali jkun jikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 112 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, u li tkun tagħti prova li t-terminu tradizzjonali jkun diġà protett fl-Istat Membru.

(27)

Il-protezzjoni jenħtieġ li tingħata biss lil termini tradizzjonali li huma magħrufa b'mod wiesa' u li għandhom impatt ekonomiku sinifikanti fuq il-prodotti tad-dwieli li għalihom huma riżervati. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tapprova applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta' terminu tradizzjonali biss meta l-applikazzjoni tipprovdi evidenza eżawrjenti li, tradizzjonalment, it-terminu jintuża biex jiddeskrivi prodotti tad-dwieli mmanifatturati f'parti kbira mit-territorju tal-Unjoni, jew inkella li huwa isem rinomat li tradizzjonalment jintuża fit-territorju kollu ta' Stat Membru jew pajjiż terz, kif ukoll li l-kompetizzjoni ġusta hija garantita għal produtturi li kienu jużaw it-terminu qabel l-għotja tal-protezzjoni, u li t-terminu tradizzjonali mhuwiex terminu ġeneriku. Għal dan il-għan, it-tifsiriet ta' “użu tradizzjonali” u “ġeneriku” jenħtieġ li jiġu ddefiniti f'dan ir-Regolament.

(28)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiskrutinizza l-applikazzjoni għall-protezzjoni ta' terminu tradizzjonali sabiex tiżgura li l-applikazzjoni hija kkompletata kif xieraq u li tkun tikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament. Jekk ma jiġux issodisfati r-rekwiżiti tal-applikazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni titlob li l-applikant jagħmel il-modifiki neċessarji jew jirtira l-applikazzjoni. Fin-nuqqas ta' azzjoni min-naħa tal-applikant, jenħtieġ li l-applikazzjoni tiġi rrifjutata.

(29)

Biex jiġi żgurat in-nuqqas ta' kwalunkwe xkiel għall-protezzjoni ta' terminu tradizzjonali, kwalunkwe Stat Membru jew pajjiż terz, jew persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess legittimu, jenħtieġ li jkollu l-għażla li joġġezzjona għall-protezzjoni ta' dak it-terminu tradizzjonali. Sabiex l-oġġezzjoni titqies ammissibbli, jenħtieġ li l-oġġezzjoni tkun issostanzjata, u jenħtieġ li tiddimostra li l-applikazzjoni ma tikkonformax mar-regoli tal-Unjoni dwar it-termini tradizzjonali. Barra minn hekk, f'każ li l-oġġezzjoni titqies ammissibbli, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi lill-applikant b'kopja tal-oġġezzjoni riċevuta, sabiex jiġi ffaċilitat ftehim bejn il-partijiet. Jekk ma jintlaħaqx ftehim bejn il-partijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiddeċiedi dwar l-oġġezzjoni, u tagħti jew tiċħad il-protezzjoni tat-terminu tradizzjonali.

(30)

Sabiex tiġi żgurata ċ-ċarezza għall-konsumaturi rigward in-natura u l-oriġini tal-prodott, u sabiex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta fost il-produtturi, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet tal-użu għat-trademarks li jinkludu jew jikkonsistu f'terminu tradizzjonali, kif ukoll il-kundizzjonijiet tal-użu ta' termini tradizzjonali omonimi.

(31)

Sabiex titqies l-evoluzzjoni fix-xejriet tal-konsum, u biex jiġu indirizzati l-iżviluppi fil-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tad-dwieli, jenħtieġ li jkun possibbli li l-Istati Membri u pajjiżi terzi japplikaw biex jiġi mmodifikat jew jitħassar terminu tradizzjonali. Biex jitqiesu ammissibbli, l-applikazzjonijiet għall-modifikazzjoni jew għat-tħassir ta' terminu tradizzjonali jenħtieġ li jkunu ssostanzjati kif xieraq.

(32)

Is-sistema stabbilita f'pajjiżi terzi għall-protezzjoni u l-użu ta' termini tradizzjonali tista' tkun differenti minn dik stabbilita fl-Unjoni. Għall-finijiet ta' konsistenza, jenħtieġ li jkun permess l-użu ta' termini tradizzjonali biex jiddeskrivu prodotti tad-dwieli mmanifatturati f'pajjiżi terzi, dment li ma jkunx hemm kunflitt mad-dritt tal-Unjoni.

(33)

Jenħtieġ li jitqies id-dritt akkwistat għall-protezzjoni ta' termini tradizzjonali protetti skont ir-Regolament (KE) Nru 607/2009. Għalhekk, dawk it-termini jenħtieġ li jibqgħu awtomatikament protetti taħt dan ir-Regolament.

(34)

L-Artikoli 117 sa 121 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistabbilixxu r-regoli ġenerali għat-tikkettar u l-preżentazzjoni ta' prodotti tad-dwieli. Dak ir-Regolament jarmonizza wkoll l-użu ta' termini għajr dawk speċifikati b'mod espliċitu mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, dment li ma jkunux qarrieqa. Biex ikun hemm funzjonament bla xkiel tas-suq intern, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli tal-Unjoni dwar l-użu ta' dettalji ta' tikkettar obbligatorji għall-prodotti tad-dwieli. Barra minn hekk, sabiex il-konsumaturi ma jitfixklux, jenħtieġ li jiġu stipulati wkoll dispożizzjonijiet dwar l-użu ta' dettalji ta' tikkettar fakultattivi.

(35)

Sabiex tgħin lill-konsumaturi, l-informazzjoni obbligatorja jenħtieġ li tkun miġbura f'kamp viżiv wieħed fuq il-kontenitur. Madankollu, f'konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), ċerti indikazzjonijiet obbligatorji, bħall-indikazzjoni tal-importatur u l-elenkar tal-ingredjenti li jistgħu jikkawżaw allerġiji jew intolleranza, jenħtieġ li jkunu eżentati minn dan l-obbligu.

(36)

Skont it-termini tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011, is-sustanzi jew il-prodotti li jistgħu jikkawżaw allerġiji jew intolleranza, u t-termini li jridu jintużaw biex jindikawhom fuq it-tikketta ta' prodotti alimentari, huma dawk elenkati fl-Anness II tiegħu. Fil-każ ta' prodotti tad-dwieli, jintużaw ukoll termini oħra biex jirreferu għal prodotti tal-bajd, prodotti tal-ħalib u sulfiti. Għalhekk, jenħtieġ li dawk it-termini jintużaw għat-tikkettar ta' prodotti tad-dwieli.

(37)

Prodotti tad-dwieli magħmula fl-Unjoni jiġu esportati lejn pajjiżi terzi. Sabiex jiġi żgurat li l-konsumaturi ta' dawk il-pajjiżi jifhmu l-informazzjoni relatata mal-prodott li jixtru, jenħtieġ li jkun possibbli li t-tikketta tiġi tradotta fil-lingwi tal-pajjiż importatur. Barra minn hekk, sabiex jiġi ffaċilitat il-kummerċ, jenħtieġ li jkun hemm dispożizzjoni li tippermetti li t-tikketti juru kwalunkwe dettall meħtieġ mil-leġiżlazzjoni tal-pajjiż importatur, irrispettivament jekk din tkunx tikkonforma mad-dritt tal-Unjoni. Barra minn hekk, għal raġunijiet tas-sigurtà, jenħtieġ ukoll li jkun possibbli li ssir deroga mir-rekwiżiti ta' preżentazzjoni tal-Unjoni għall-prodotti tad-dwieli maħsubin għall-konsum abbord l-ajruplani, bħall-obbligu li jintużaw fliexken tal-ħġieġ għall-inbejjed frizzanti.

(38)

L-użu ta' kapsuli bbażati fuq iċ-ċomb biex jgħattu l-mezzi tal-għeluq tal-kontenituri li jżommu l-prodotti koperti mir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jenħtieġ li jibqa' pprojbit, sabiex jiġi evitat kull riskju ta' kontaminazzjoni permezz ta' kuntatt ma' tali kapsuli u biex jiġi evitat ukoll tniġġis ambjentali mill-iskart.

(39)

Jenħtieġ li jitqiesu b'mod xieraq in-natura partikolari tal-prodotti tad-dwieli u l-grad ta' varjabbiltà tal-kontenut ta' alkoħol tagħhom. Għalhekk, fuq it-tikketta jenħtieġ li jkunu permessi tolleranzi pożittivi u negattivi rigward l-indikazzjoni tal-qawwa alkoħolika proprja skont il-volum.

(40)

Sabiex tiġi żgurata t-traċċabbiltà, jenħtieġ li jiġu introdotti regoli dwar l-“indikazzjoni tal-provenjenza”. Barra minn hekk, jenħtieġ li dawk ir-regoli jqisu l-aspettattivi tal-konsumaturi rigward l-oriġini tal-prodotti tad-dwieli u dik tal-għenba u l-most użati fil-produzzjoni tal-prodott aħħari.

(41)

Għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern, u biex jiġi żgurat li l-konsumatur ma jitfixkilx, jenħtieġ li jkun hemm indikazzjoni obbligatorja tal-isem u l-indirizz tal-bottiljatur, il-produttur, il-bejjiegħ jew l-importatur.

(42)

Il-konsumaturi spiss jagħżlu x'jixtru abbażi tal-informazzjoni pprovduta rigward il-kontenut taz-zokkor tal-inbid frizzanti, l-inbid frizzanti bil-gass, l-inbid frizzanti ta' kwalità u l-inbid frizzanti aromatiku ta' kwalità. Għalhekk, l-indikazzjoni tal-kontenut taz-zokkor jenħtieġ li tkun obbligatorja għal dawk il-kategoriji ta' prodotti tad-dwieli, filwaqt li jenħtieġ li tibqa' fakultattiva għal kategoriji oħra ta' prodotti tad-dwieli.

(43)

Il-konsumaturi mhux dejjem ikunu konxji mill-karatteristiki u l-metodi ta' produzzjoni tal-inbid frizzanti bil-gass u tal-inbid semifrizzanti bil-gass, speċjalment rigward l-użu tad-diossidu tal-karbonju. Għalhekk, huwa neċessarju li fuq it-tikketta ta' dak l-inbid jiġi indikat li dan ġie prodott biż-żieda ta' diossidu tal-karbonju.

(44)

L-indikazzjoni tas-sena tal-qtugħ tal-għeneb u l-indikazzjoni ta' varjetà waħda jew aktar ta' għeneb tal-inbid jirrikjedu regoli speċifiċi, biex jiġi żgurat li l-informazzjoni li tingħata lill-konsumaturi ma tkunx qarrieqa. B'mod partikolari, jenħtieġ li jiġu stabbiliti restrizzjonijiet għall-użu ta' ismijiet ta' varjetajiet ta' għeneb li fihom jew li jikkonsistu f'denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta.

(45)

Spiss fix-xiri l-konsumaturi jieħdu wkoll deċiżjonijiet abbażi tal-varjetà ta' għeneb tal-inbid li tintuża. Sabiex jiġu evitati prattiki ta' tikkettar qarrieqa, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar il-kundizzjonijiet tal-użu tal-ismijiet li jintużaw biex jindikaw il-varjetajiet ta' għeneb tal-inbid. Barra minn hekk, minħabba l-importanza ekonomika tal-inbejjed varjetali għall-produtturi, jenħtieġ li jkun possibbli li l-produtturi ta' prodotti tad-dwieli, li ma jkollhomx denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta jindikaw l-informazzjoni “inbid varjetali” fuq it-tikketta, flimkien ma' isem il-pajjiż fejn ikun ġie prodott il-prodott tad-dwieli.

(46)

Il-kontenut taz-zokkor tal-prodotti tad-dwieli għajr l-inbid frizzanti, l-inbid frizzanti bil-gass, l-inbid frizzanti ta' kwalità u l-inbid frizzanti aromatiku ta' kwalità ma huwiex element essenzjali ta' informazzjoni għall-konsumatur. Għalhekk, jenħtieġ li l-produtturi jkollhom il-possibbiltà li fuq it-tikketta jindikaw il-kontenut taz-zokkor ta' dawk il-prodotti tad-dwieli. Madankollu, sabiex il-konsumaturi ma jitfixklux, jenħtieġ li jiġi rregolat l-użu volontarju ta' termini relatati mal-kontenut taz-zokkor għal dawn il-prodotti.

(47)

Sabiex jiġu żgurati l-veraċità u l-preċiżjoni tal-informazzjoni mogħtija lill-konsumatur, jenħtieġ li jiġu stipulati kundizzjonijiet speċifiċi għall-indikazzjoni tal-metodi ta' produzzjoni fuq it-tikketta, speċjalment rigward il-metodi ta' produzzjoni għall-inbejjed frizzanti u l-prattiki ta' maturazzjoni għall-prodotti tad-dwieli kollha. Dawn it-termini jevokaw prodotti tad-dwieli ta' standard ogħla f'moħħ il-konsumatur, u għalhekk jenħtieġ li jkunu riżervati għal prodotti tad-dwieli li jkollhom denominazzjoni ta' oriġini u indikazzjoni ġeografika protetta.

(48)

L-indikazzjoni tal-azjenda li tisfrutta l-vinji li minnhom joriġinaw il-prodotti tad-dwieli u fejn jitwettqu l-proċessi kollha tal-produzzjoni tal-inbid, tista' tikkostitwixxi valur miżjud għall-produtturi u indikazzjoni ta' kwalità aħjar għall-konsumaturi. Għalhekk, jenħtieġ li jkun permissibbli li l-produtturi jindikaw l-isem ta' azjenda fuq it-tikketti tal-prodotti tad-dwieli li jkollhom denominazzjoni ta' oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta.

(49)

L-indikazzjoni fuq it-tikketta ta' isem ta' żona ġeografika li tkun iżgħar jew akbar miż-żona ta' denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta jenħtieġ li tkun permessa għal prodotti tad-dwieli li jkollhom denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, sabiex il-konsumatur ikun infurmat aħjar dwar il-post fejn ikun ġie mmanifatturat il-prodott tad-dwieli, b'mod partikolari fejn dawn il-postijiet ikunu magħrufa sew mill-konsumaturi.

(50)

L-użu ta' fliexken li jkollhom forma partikolari għal ċerti prodotti tad-dwieli li jkollhom denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta huwa prattika li ilha ssir fl-Unjoni, u dan l-użu jista' jevoka ċerti karatteristiki jew il-provenjenza ta' dawk il-prodotti tad-dwieli f'moħħ il-konsumatur. Għalhekk, dawn il-forom tal-fliexken jenħtieġ jiġu riżervati għall-inbejjed inkwistjoni.

(51)

It-tip tradizzjonali ta' flixkun tal-ħġieġ u ta' għeluq tal-inbejjed frizzanti jirriflettu prattiki tradizzjonali ta' produzzjoni u bbottiljar. Għalhekk, jenħtieġ li dawn ikunu riżervati għall-inbid frizzanti. Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jawtorizzaw l-użu ta' tali tip ta' flixkun u għeluq għal xorb ieħor, dment li ma jqarrqux bil-konsumatur dwar in-natura reali tal-prodott.

(52)

Għall-implimentazzjoni tal-politika tagħhom dwar il-kwalità, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jistabbilixxu regoli addizzjonali għat-tikkettar tal-prodotti tad-dwieli mmanifatturati fit-territorji tagħhom, dment li dawn ikunu kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni.

(53)

Kwalunkwe dokument jew tagħrif mibgħut lill-Kummissjoni rigward applikazzjoni għall-protezzjoni, emenda jew tħassir ta' denominazzjoni ta' oriġini protetta, indikazzjoni ġeografika protetta jew terminu tradizzjonali jenħtieġ li jkun f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni, jew inkella jkun akkumpanjat mit-traduzzjoni f'waħda minn dawn il-lingwi, sabiex il-Kummissjoni tkun tista' twettaq analiżi korretta tad-dokumentazzjoni u t-tagħrif ippreżentati.

(54)

Biex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel mir-regoli tar-Regolament (KE) Nru 607/2009 għar-regoli stipulati f'dan ir-Regolament u fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/34 (8), jenħtieġ li jiġu previsti perjodi tranżizzjonali sabiex l-operaturi ekonomiċi stabbiliti fl-Unjoni u f'pajjiżi terzi jkunu jistgħu jikkonformaw mar-rekwiżiti tat-tikkettar. Jenħtieġ li jkun hemm dispożizzjonijiet li jiżguraw li l-prodotti tad-dwieli ttikkettati f'konformità mar-regoli eżistenti jkunu jistgħu jkomplu jiġu kkummerċjalizzati sakemm jispiċċaw l-istokkijiet,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONI INTRODUTTORJA

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli li jissupplimentaw ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 dwar denominazzjonijiet ta' oriġini protetti, indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u termini tradizzjonali, minbarra t-tikkettar u l-preżentazzjoni fis-settur tal-inbid, fir-rigward ta' dawn li ġejjin:

(a)

applikazzjonijiet għall-protezzjoni;

(b)

il-proċedura ta' oġġezzjoni;

(c)

ir-restrizzjonijiet tal-użu tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti;

(d)

l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott u l-modifiki għat-termini tradizzjonali;

(e)

it-tħassir tal-protezzjoni;

(f)

it-tikkettar u l-preżentazzjoni.

KAPITOLU II

DENOMINAZZJONIJIET TA' ORIĠINI U INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI PROTETTI

TAQSIMA 1

Applikazzjoni għal protezzjoni

Artikolu 2

L-isem li jrid jiġi protett

1.   L-isem li jrid jiġi protett bħala denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika jenħtieġ li jiġi rreġistrat biss fil-lingwi li jintużaw jew li storikament kienu jintużaw biex jiddeskrivu l-prodott speċifiku fiż-żona ġeografika demarkata.

2.   L-isem ta' denominazzjoni ta' oriġini jew ta' indikazzjoni ġeografika jenħtieġ li jiġi rreġistrat fl-iskritt oriġinali tiegħu. Fejn l-iskritt oriġinali ma jkunx f'alfabett Latin, jenħtieġ li tiġi rreġistrata traskrizzjoni fl-alfabett Latin flimkien mal-isem fl-iskritt oriġinali tiegħu.

Artikolu 3

L-applikant

Produttur uniku jista' jitqies bħala applikant skont it-tifsira tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jekk jintwera li:

(a)

il-persuna kkonċernata hija l-uniku produttur li jkun lest iressaq applikazzjoni; u

(b)

iż-żona ġeografika demarkata għandha karatteristiċi li jvarjaw b'mod konsiderevoli minn dawk taż-żoni tal-viċinat, jew il-karatteristiċi tal-prodott huma differenti minn dawk prodotti fiż-żoni tal-viċinat.

Iċ-ċirkustanza li biha denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta tkun tinkludi jew tikkonsisti f'isem l-azjenda tal-produttur applikant uniku ma għandhiex tipprevjeni lill-produtturi l-oħra milli jużaw dak l-isem, dment li huma jikkonformaw mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

Artikolu 4

Rekwiżiti addizzjonali għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott

1.   Id-deskrizzjoni tal-prodotti tad-dwieli għandha tindika l-kategorija jew il-kategoriji rilevanti ta' prodotti tad-dwieli minn fost il-kategoriji stabbiliti fil-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

2.   Fejn l-ispeċifikazzjoni tal-prodott tindika li l-ippakkjar, inkluż l-ibbottiljar, għandu jseħħ fi ħdan iż-żona ġeografika demarkata jew fi ħdan żona fi prossimità immedjata taż-żona demarkata inkwistjoni, l-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandha tinkludi wkoll ġustifikazzjoni li turi għalfejn, fil-każ speċifiku, l-ippakkjar irid iseħħ fiż-żona ġeografika partikolari biex tiġi ssalvagwardjata l-kwalità, biex jiġi żgurat l-oriġini jew biex jiġi żgurat il-kontroll, filwaqt li jitqies id-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari dak dwar il-moviment liberu tal-merkanzija u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi.

Artikolu 5

Derogi li jikkonċernaw il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

1.   B'deroga mill-punti (a)(iii) u (b)(iii) tal-Artikolu 93(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, u bil-kundizzjoni li l-ispeċifikazzjoni tal-prodott tipprovdi hekk, prodott b'denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta jista' jsir inbid fi kwalunkwe wieħed mill-postijiet li ġejjin:

(a)

f'żona fil-prossimità immedjata taż-żona demarkata inkwistjoni;

(b)

f'żona li tinsab fi ħdan l-istess unità amministrattiva jew fi ħdan unità ammistrattiva tal-viċinat, f'konformità mar-regoli nazzjonali;

(c)

fil-każ ta' denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika transfruntiera, jew fejn ikun jeżisti qbil dwar il-miżuri ta' kontroll bejn żewġ Stati Membri jew aktar, jew bejn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż terz wieħed jew aktar, f'żona li tinsab fi prossimità immedjata taż-żona demarkata inkwistjoni.

2.   B'deroga mill-punt (a)(iii) tal-Artikolu 93(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, u bil-kundizzjoni li l-ispeċifikazzjoni tal-prodott tipprovdi hekk, prodott jista' jsir inbid frizzanti jew inbid semifrizzanti b'denominazzjoni ta' oriġini protetta li tkun barra l-prossimità immedjata taż-żona demarkata inkwistjoni, jekk din il-prattika kienet issir qabel l-1 ta' Marzu 1986.

3.   B'deroga mill-punt (a)(iii) tal-Artikolu 93(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, fir-rigward ta' nbejjed likur bid-denominazzjoni ta' oriġini protetta “Málaga” u “Jerez-Xérès-Sherry”, il-most tal-għeneb imqadded li miegħu ikun żdied alkoħol newtrali ġej mid-dwieli biex tiġi evitata l-fermentazzjoni, miksub minn varjetà ta' dwieli Pedro Ximénez, jista' jiġi mir-reġjun “Montilla-Moriles”.

Artikolu 6

Proċedura nazzjonali

Meta jibgħat applikazzjoni għall-protezzjoni lill-Kummissjoni, f'konformità mal-Artikolu 96(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, Stat Membru għandu jinkludi dikjarazzjoni li huwa jqis li l-applikazzjoni mressqa mill-applikant tissodisfa l-kundizzjonijiet għall-protezzjoni taħt is-Subtaqsima 2 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu I tat-Titolu II tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, kif ukoll tad-dispożizzjonijiet adottati skontha, kif ukoll li huwa jiċċertifika li d-dokument uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 huwa sommarju leali tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar oġġezzjonijiet ammissibbli riċevuti fil-proċedura nazzjonali. L-Istati Membri għandhom iżommu lill-Kummissjoni infurmata dwar kwalunkwe proċedimenti ġudizzjarji nazzjonali li possibbilment jolqtu l-applikazzjoni għall-protezzjoni.

Artikolu 7

Applikazzjonijiet konġunti

Fejn jitressqu applikazzjonijiet konġunti għall-protezzjoni ta' isem bħala denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika, kif jissemma fl-Artikolu 95(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-proċeduri nazzjonali preliminari relatati, inkluż l-istadju ta' oġġezzjoni, għandhom jitwettqu fl-Istati Membri kollha kkonċernati.

Artikolu 8

Protezzjoni nazzjonali tranżizzjonali

1.   Fuq bażi tranżizzjonali biss, Stat Membru jista' jagħti protezzjoni lil isem fil-livell nazzjonali, b'effett mid-data meta tkun intbagħtet applikazzjoni għall-protezzjoni lill-Kummissjoni.

Din il-protezzjoni nazzjonali tranżizzjonali għandha tieqaf fid-data li fiha jew tittieħed deċiżjoni dwar il-protezzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jew inkella tiġi rtirata l-applikazzjoni.

2.   Fejn isem ma jkunx protett skont dan ir-Regolament, il-konsegwenzi ta' din il-protezzjoni nazzjonali għandhom ikunu r-responsabbiltà unika tal-Istat Membru kkonċernat. Il-miżuri li jittieħdu mill-Istati Membri skont il-paragrafu 1 ma għandu jkollhom ebda effett fuq il-kummerċ intra-UE jew internazzjonali.

Artikolu 9

Ammissibbiltà tal-applikazzjoni

1.   Applikazzjonijiet għall-protezzjoni jitqiesu bħala ammissibbli jekk jitressqu skont l-Artikoli 94, 95 u 96 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, kif ukoll skont l-Artikolu 3 u l-Artikolu 5(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/34 u jekk ikunu kkompletati kif xieraq.

Applikazzjoni għall-protezzjoni titqies ikkompletata kif xieraq meta tkun tikkonforma mal-Artikolu 94(1) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, kif ukoll mal-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/34 u jekk id-dokument uniku jkun ikkompletat kif xieraq.

Id-dokument uniku li jagħti sommarju tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, imsemmi fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, għandu jitqies ikkompletat kif xieraq meta jkun jikkonforma mar-rekwiżiti elenkati fl-Artikolu 5(1) u (2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/34. L-ispeċifikazzjoni tal-prodott titqies ikkompletata kif xieraq meta tkun tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 94(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

2.   Jekk il-Kummissjoni tqis li applikazzjoni tkun inammissibbli, għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew lil dawk tal-pajjiż terz, jew lill-applikant stabbilit f'pajjiż terz, dwar ir-raġunijiet għalfejn l-applikazzjoni nstabet inammissibbli.

3.   Mill-inqas darba f'xahar, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista ta' ismijiet li għalihom tkun irċeviet applikazzjonijiet għall-protezzjoni bħala denominazzjonijiet ta' oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, kif ukoll l-Istat Membru jew il-pajjiż terz applikant u d-data tat-tressiq tal-applikazzjoni.

Artikolu 10

Skrutinju tal-applikazzjoni

Kif jissemma fl-Artikolu 97(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, eżami tal-applikazzjoni mill-Kummissjoni għandu jikkonsisti f'kontroll li ma hemmx żbalji ċari fl-applikazzjoni. Meta teżamina l-applikazzjoni, il-Kummissjoni għandha teżamina b'mod partikolari d-dokument uniku. L-eżami għandu jitlesta fi żmien sitt (6) xhur. Jekk jinqabeż dan il-perjodu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-applikant bil-miktub dwar ir-raġunijiet għad-dewmien.

TAQSIMA 2

Proċedura ta' oġġezzjoni

Artikolu 11

Ammissibbiltà u raġunijiet għall-oġġezzjoni

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni ssostanzjata għandha tkun ammissibbli fejn:

(a)

tasal għand il-Kummissjoni qabel l-iskadenza stipulata fl-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(b)

tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/34;

u:

(c)

turi li l-applikazzjoni għall-protezzjoni, għall-emendar tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, jew għat-tħassir tal-protezzjoni hija inkumpatibbli mar-regoli dwar id-denominazzjonijiet ta' oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi, minħabba li:

(i)

tkun f'kunflitt mal-Artikoli 92 sa 95, 105 jew 106 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u mad-dispożizzjonijiet adottati skonthom,

(ii)

ir-reġistrazzjoni tal-isem propost ikun f'kunflitt mal-Artikoli 100 jew 101 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013,

(iii)

ir-reġistrazzjoni tal-isem propost ikun jipperikola d-drittijiet ta' detentur ta' trademark jew ta' utent ta' isem kompletament omonimu, jew ta' isem kompost fejn wieħed mit-termini tiegħu ikun identiku għall-isem li jkun se jiġi rreġistrat, jew inkella l-eżistenza ta' ismijiet parzjalment omonimi jew ta' ismijiet oħra li jkunu simili għall-isem li jkun se jiġi rreġistrat, li jkunu jirreferu għal prodotti tad-dwieli li jkunu ilhom legalment fis-suq mill-inqas ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni prevista fl-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

Ir-raġunijiet għall-oġġezzjoni għandhom jiġu vvalutati b'rabta mat-territorju tal-Unjoni.

Fejn persuna fiżika jew ġuridika tressaq oġġezzjoni, id-dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni ssostanzjata kif xieraq għandha tkun ammissibbli biss jekk turi l-interess leġittimu ta' min joġġezzjona.

2.   Fejn il-Kummissjoni tqis li l-oġġezzjoni hija inammissibbli, għandha tinforma lill-awtorità, jew lill-persuna fiżika jew ġuridika li tkun oġġezzjonat, dwar ir-raġunijiet għalfejn l-oġġezzjoni nstabet inammissibbli.

Artikolu 12

Proċedura ta' oġġezzjoni

1.   Jekk il-Kummissjoni tqis li l-oġġezzjoni hija ammissibbli, għandha tistieden lill-awtorità, jew lill-persuna fiżika jew ġuridika li tkun ressqet l-oġġezzjoni, kif ukoll lill-awtorità, jew lill-persuna fiżika jew ġuridika li tkun ressqet l-applikazzjoni għall-protezzjoni, biex jidħlu f'konsultazzjonijiet xierqa għal perjodu ta' tliet xhur. L-istedina għandha tinħareġ fi żmien erba' xhur mid-data li fiha l-applikazzjoni għall-protezzjoni, li magħha tkun relatata d-dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni ssostanzjata, tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u għandha tkun akkumpanjata minn kopja tad-dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni ssostanzjata. Fi kwalunkwe mument matul dawn it-tliet xhur, fuq talba tal-awtorità, jew tal-persuna fiżika jew ġuridika li tkun ressqet l-applikazzjoni, il-Kummissjoni tista' testendi l-iskadenza għall-konsultazzjonijiet b'massimu ta' tliet xhur.

2.   L-awtorità jew il-persuna li tkun ressqet l-oġġezzjoni, u l-awtorità jew il-persuna li tkun ressqet l-applikazzjoni għall-protezzjoni, għandhom jibdew dawn il-konsultazzjonijiet mingħajr dewmien bla meħtieġ. Għandhom jipprovdu lil xulxin bl-informazzjoni rilevanti biex jivvalutaw jekk l-applikazzjoni għall-protezzjoni tikkonformax mal-kundizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

3.   Jekk il-partijiet jilħqu ftehim, jew l-applikant stabbilit fil-pajjiż terz jew inkella l-awtoritajiet tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz li minnu tkun tressqet l-applikazzjoni għall-protezzjoni, għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet imwettqa, kif ukoll dwar il-fatturi kollha li ppermettew li jintlaħaq dak il-ftehim, inkluż l-opinjonijiet tal-partijiet. Jekk id-dettalji ppubblikati skont l-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ikunu ġew emendati b'mod sostanzjali, il-Kummissjoni għandha tirrepeti l-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 97(2) ta' dak ir-Regolament wara li tkun twettqet proċedura nazzjonali li tiżgura l-pubblikazzjoni adegwata ta' dawk id-dettalji emendati. Wara l-qbil, fejn ma jkun hemm ebda emenda għall-ispecifikazzjoni tal-prodott jew fejn l-emendi ma jkunux sostanzjali, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li tikkonferixxi protezzjoni fuq id-denominazzjoni ta' oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika.

4.   Jekk ma jintlaħaqx ftehim, jew l-applikant stabbilit fil-pajjiż terz jew inkella l-awtoritajiet tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz li minnu tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għall-protezzjoni għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet imwettqa, kif ukoll dwar l-informazzjoni u d-dokumenti relatati kollha. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li jew tikkonferixxi l-protezzjoni jew inkella tiċħad l-applikazzjoni.

Artikolu 13

Restrizzjonijiet tal-użu tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti

1.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 102 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jagħtu perjodu tranżizzjonali sa ħames snin, biex tippermetti li prodotti li joriġinaw fi Stat Membru jew f'pajjiż terz, li d-denominazzjoni tagħhom tkun tikkonsisti f'isem jew tinkludi isem li jmur kontra l-Artikolu 103(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, ikunu jistgħu jkomplu jużaw id-denominazzjoni li biha jkunu ġew ikkummerċjalizzati.

L-għoti ta' dan il-perjodu tranżizzjonali huwa kundizzjonali fuq it-tressiq ta' dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni ammissibbli skont l-Artikolu 96(3) jew l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, li tkun turi li d-deċiżjoni li tinkonferixxi l-protezzjoni fuq l-isem tipperikola l-eżistenza:

(a)

ta' isem kompletament identiku, jew ta' isem kompost fejn wieħed mit-termini tiegħu jkun identiku għall-isem li jkun se jiġi rreġistrat; jew

(b)

ta' ismijiet parzjalment omonimi jew ta' ismijiet oħra li jkunu simili għall-isem li jkun se jiġi rreġistrat, li jkunu jirreferu għal prodotti tad-dwieli u li jkunu ilhom legalment fis-suq għal mill-inqas ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni prevista fl-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

2.   F'każijiet iġġustifikati kif xieraq, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jestendu l-perjodu tranżizzjonali msemmi fil-paragrafu 1 sa 15-il sena, fejn jintwera li:

(a)

id-denominazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun intużat legalment b'mod konsistenti u ġust għal mill-inqas 25 sena qabel ma l-applikazzjoni għall-protezzjoni tressqet lill-Kummissjoni;

(b)

l-għan tal-użu tad-denominazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 f'ebda mument ma kien li japprofitta mir-reputazzjoni tal-isem irreġistrat, u jintwera li l-konsumatur la tqarraq u lanqas seta' jiġi mqarraq dwar l-oriġini reali tal-prodott.

3.   Meta tintuża denominazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-indikazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini għandu jidher b'mod ċar u viżibbli fuq it-tikkettar.

4.   Biex jegħleb diffikultajiet temporanji, bl-għan fit-tul li jiżgura li l-produtturi kollha fiż-żona kkonċernata jikkonformaw mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, Stat Membru jista' jagħti protezzjoni għal perjodu tranżizzjonali li jibda mid-data li fiha l-applikazzjoni tintbagħat lill-Kummissjoni, dment li l-operaturi kkonċernati jkunu kkummerċjalizzaw il-prodotti tad-dwieli kkonċernati legalment, bl-ismijiet ikkonċernati, għal mill-inqas ħames snin kontinwi qabel it-tressiq tal-applikazzjoni lill-awtoritajiet tal-Istat Membru, u li dawn id-diffikultajiet temporanji kienu tqajmu fil-proċedura nazzjonali ta' oġġezzjoni msemmija fl-Artikolu 96(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Il-perjodu tranżizzjonali għandu jkun qasir kemm jista' jkun u ma għandux jaqbeż l-10 snin.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika mutatis mutandis għal indikazzjoni ġeografika protetta jew denominazzjoni ta' oriġini protetta li tirreferi għal żona ġeografika li tinsab f'pajjiż terz, bl-eċċezzjoni tal-proċedura ta' oġġezzjoni.

Dawn il-perjodi tranżizzjonali għandhom jiġu indikati fil-fajl tal-applikazzjoni msemmi fl-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

TAQSIMA 3

Emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott

Artikolu 14

Tipi ta' emendi

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, emendi għal speċifikazzjoni tal-prodott huma kklassifikati f'żewġ kategoriji fir-rigward tal-importanza tagħhom: emendi li jeħtieġu proċedura ta' oġġezzjoni fil-livell tal-Unjoni (“emendi tal-Unjoni”), u emendi li jridu jiġu ttrattati fil-livell tal-Istati Membri jew ta' pajjiżi terzi (“emendi standard”).

Emenda titqies bħala emenda tal-Unjoni fejn:

(a)

tinkludi bidla fl-isem tad-denominazzjoni ta' oriġini protetta jew tal-indikazzjoni ġeografika protetta;

(b)

tikkonsisti f'bidla, tħassir jew żieda ta' kategorija ta' prodotti tad-dwieli, kif jissemma fil-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(c)

potenzjalment tista' tannulla r-rabta msemmija fil-punt (a)(i) jew fil-punt (b)(i) tal-Artikolu 93(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(d)

tinvolvi aktar restrizzjonijiet fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott.

Applikazzjoni għal emendi tal-Unjoni mressqin minn pajjiżi terzi jew minn produtturi f'pajjiżi terzi għandhom jinkludu provi li l-emenda mitluba tikkonforma mal-liġijiet dwar il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet ta' oriġini jew tal-indikazzjonijiet ġeografiċi fis-seħħ f'dak il-pajjiż terz.

L-emendi l-oħra kollha jitqiesu bħala emendi standard.

2.   Għall-finijiet tal-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, emenda temporanja hija emenda standard li tikkonċerna bidla temporanja fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott, li tirriżulta mill-impożizzjoni ta' miżuri obbligatorji sanitarji u fitosanitarji mill-awtoritajiet pubbliċi, jew tkun marbuta ma' diżastri naturali jew kundizzjonijiet tat-temp avversi formalment rikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 15

Proċedura għall-emendi tal-Unjoni għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott

1.   Kif iddefinit fl-Artikolu 14 ta' dan ir-Regolament, applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda tal-Unjoni għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandha ssegwi l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 94 u fl-Artikoli 96 sa 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, fit-Taqsimiet 1, 2 u 3 tal-Kapitolu II ta' dan ir-Regolament u fit-Taqsimiet 1, 2 u 3 tal-Kapitolu II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/34 mutatis mutandis.

2.   Abbażi tal-eżami mwettaq skont l-Artikolu 97(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, fejn il-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonijiet meħtieġa skont l-Artikolu 97(3) ta' dak ir-Regolament huma ssodisfati, għandha tippubblika l-applikazzjoni għal emenda tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/34 f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, is-sensiela C. Id-deċiżjoni finali dwar l-approvazzjoni tal-emenda għandha tiġi adottata mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, dment li ma tkunx ġiet ippreżentata oġġezzjoni ammissibbli jew li ma tkunx ġiet miċħuda l-applikazzjoni għall-emendar; f'dan il-każ għandu japplika t-tieni paragrafu tal-Artikolu 99 ta' dak ir-Regolament.

3.   Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emendi tal-Unjoni għandha tinkludi esklussivament emendi tal-Unjoni. Jekk applikazzjoni għal emendi tal-Unjoni tkun tinkludi wkoll emendi standard jew temporanji, il-proċedura għall-emendi tal-Unjoni għandha tapplika biss għall-emendi tal-Unjoni. L-emendi standard jew temporanji għandhom jitqiesu bħala mhux ippreżentati.

4.   Meta teżamina l-applikazzjonijiet għall-emendar, il-Kummissjoni għandha tiffoka fuq l-emendi proposti.

Artikolu 16

Ammissibilità tal-applikazzjonijiet għal emenda tal-Unjoni

1.   Applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta' emenda tal-Unjoni għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott jitqiesu ammissibbli jekk jitressqu skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, kif ukoll skont l-Artikolu 3 u l-Artikolu 9(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/34, mutatis mutandis, u jekk ikunu kkompletati kif xieraq.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda tal-Unjoni għal speċifikazzjoni tal-prodott għandha titqies ikkompletata kif xieraq fejn tkun komprensiva u eżawrjenti, u fejn tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 2 u fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/34.

L-approvazzjoni mill-Kummissjoni ta' applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda tal-Unjoni għal speċifikazzjoni tal-prodott għandha tkopri biss l-emendi ppreżentati fl-applikazzjoni nfisha.

2.   Jekk l-applikazzjoni titqies inammissibbli, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz, jew l-applikant stabbilit f'pajjiż terz, għandhom jiġu infurmati dwar ir-raġunijiet għalfejn l-applikazzjoni nstabet inammissibbli.

Artikolu 17

Emendi standard

1.   L-emendi standard għandhom jiġu approvati u ppubblikati minn Stati Membri li magħhom tkun relatata ż-żona ġeografika tad-denominazzjoni ta' oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika.

L-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta' emenda standard għal speċifikazzjoni tal-prodott għandhom jitressqu lill-awtoritajiet tal-Istat Membru li miegħu tkun relatata ż-żona ġeografika tad-denominazzjoni jew l-indikazzjoni. L-applikanti għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Jekk l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda standard għal speċifikazzjoni tal-prodott ma tiġix mill-applikant li kien ressaq l-applikazzjoni għall-protezzjoni tal-isem jew ismijiet li l-ispeċifikazzjoni tal-prodott tirreferi għalih jew għalihom, l-Istati Membri għandhom jagħtu lil dak l-applikant l-opportunità li jikkummenta dwar l-applikazzjoni, jekk dak l-applikant ikun għadu jeżisti.

L-applikazzjoni għal emenda standard għandha tipprovdi deskrizzjoni tal-emendi standard, tagħti sommarju tar-raġunijiet għalfejn l-emendi huma meħtieġa, u tiddimostra li l-emendi proposti jikkwalifikaw bħala standard skont l-Artikolu 14 ta' dan ir-Regolament.

2.   Fejn l-Istat Membru jqis li r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u d-dispożizzjonijiet adotatti skontu jkunu ssodisfati, jista' japprova u jippubblika l-emenda standard. Id-deċiżjoni ta' approvazzjoni għandha tinkludi d-dokument uniku kkonsolidat modifikat, fejn rilevanti, kif ukoll l-ispeċifikazzjoni tal-prodott ikkonsolidata mmodifikata.

L-emenda standard għandha tkun applikabbli fl-Istat Membru ladarba tkun ġiet ippubblikata. L-Istat Membru għandu jikkomunika l-emendi standard lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn xahar wara d-data li fiha tkun ġiet ippubblikata d-deċiżjoni ta' approvazzjoni.

3.   Deċiżjonijiet li japprovaw emendi standard li jikkonċernaw prodotti tad-dwieli li joriġinaw f'pajjiżi terzi għandhom jittieħdu f'konformità mas-sistema fis-seħħ fil-pajjiż terz ikkonċernat, u għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni minn produttur uniku skont it-tifsira tal-Artikolu 3, jew minn grupp ta' produtturi li jkollhom interess leġittimu, direttament lill-Kummissjoni jew permezz tal-awtoritajiet ta' dak il-pajjiż terz, mhux aktar tard minn xahar wara d-data li fiha jiġu ppubblikati.

4.   Il-komunikazzjoni tal-emendi standard għandha titqies ikkompletata b'mod xieraq meta tikkonforma mal-Artikolu 10 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/34.

5.   F'każ li l-emenda standard timplika modifika fid-dokument uniku, il-Kummissjoni għandha tippubblika d-deskrizzjoni tal-emenda standard imsemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/34 u d-dokument uniku mmodifikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, is-sensiela C, fi żmien tliet xhur mid-data li fiha l-komunikazzjoni tasal mingħand l-Istat Membru, il-pajjiż terz, jew il-produttur uniku jew il-grupp ta' produtturi ta' pajjiż terz.

6.   F'każ li l-emenda standard ma tkunx timplika modifika fid-dokument uniku, il-Kummissjoni għandha tippubblika, permezz tas-sistemi informatiċi msemmija fl-Artikolu 32 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/34, id-deskrizzjoni tal-emenda standard fi żmien tliet xhur mid-data li fiha l-komunikazzjoni tasal mingħand l-Istat Membru, il-pajjiż terz, jew l-applikant stabbilit fil-pajjiż terz.

7.   L-emendi standard għandhom ikunu applikabbli fit-territorju tal-Unjoni ladarba jkunu ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, is-sensiela C, jew inkella ppubblikati mill-Kummissjoni fis-sistemi informatiċi msemmija fl-Artikolu 32 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/34.

8.   Jekk iż-żona ġeografika tkopri aktar minn Stat Membru wieħed, l-Istati Membri kkonċernati għandhom japplikaw il-proċedura għal emendi standard separatament għall-parti miż-żona li taqa' taħt it-territorju tagħhom. L-emenda standard għandha tkun applikabbli biss wara li ssir applikabbli l-aħħar deċiżjoni ta' approvazzjoni nazzjonali. L-aħħar Stat Membru li japprova l-emenda standard għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 mhux aktar tard minn xahar wara d-data li fiha jkun ippubblika d-deċiżjoni tiegħu li japprova l-emenda standard.

Jekk Stat Membru wieħed jew aktar minn dawk ikkonċernati ma jadottawx id-deċiżjoni ta' approvazzjoni nazzjonali msemmija fl-ewwel subparagrafu, kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri kkonċernati jista' jippreżenta applikazzjoni taħt il-proċedura ta' emenda tal-Unjoni. Din ir-regola għandha tapplika mutatis mutandis anke meta pajjiż wieħed jew aktar minn dawk ikkonċernati jkun pajjiż terz.

Artikolu 18

Emendi temporanji

1.   L-emendi temporanji għandhom jiġu approvati u ppubblikati minn Stati Membri li magħhom tkun relatata ż-żona ġeografika tad-denominazzjoni ta' oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika. Għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni flimkien mar-raġunijiet li jappoġġaw l-emendi standard mhux aktar tard minn xahar wara d-data li fiha tkun ġiet ippubblikata d-deċiżjoni ta' approvazzjoni nazzjonali. Emenda temporanja għandha tkun applikabbli fl-Istat Membru ladarba tkun ġiet ippubblikata.

2.   Fejn iż-żona ġeografika tkopri aktar minn Stat Membru wieħed, il-proċedura għal emendi temporanji tapplika separatament fl-Istati Membri kkonċernati għall-parti miż-żona li taqa' taħt it-territorju tagħhom. L-emendi temporanji għandhom ikunu applikabbli biss wara li ssir applikabbli l-aħħar deċiżjoni ta' approvazzjoni nazzjonali. L-aħħar Stat Membru li japprova l-emenda temporanja għandu jikkomunikaha lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn xahar wara d-data li fiha tiġi ppubblikata d-deċiżjoni ta' approvazzjoni tiegħu. Din ir-regola tapplika, mutatis mutandis, anke meta pajjiż wieħed jew aktar minn dawk ikkonċernati jkun pajjiż terz.

3.   L-emendi temporanji li jikkonċernaw prodotti tad-dwieli li joriġinaw f'pajjiżi terzi għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni, flimkien mar-raġunijiet li jappoġġaw l-emendi temporanji, minn produttur uniku skont it-tifsira tal-Artikolu 3, jew minn grupp ta' produtturi li jkollhom interess leġittimu, jew direttament jew permezz tal-awtoritajiet ta' dak il-pajjiż terz, mhux aktar tard minn xahar wara li jiġu approvati.

4.   Il-komunikazzjoni tal-emendi temporanji għandha titqies bħala kkompletata b'mod xieraq meta tinkludi l-elementi kollha msemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/34.

5.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika dawk l-emendi fi żmien tliet xhur mid-data li fiha l-komunikazzjoni tasal mingħand l-Istat Membru, il-pajjiż terz, jew il-produttur uniku jew il-grupp ta' produtturi ta' pajjiż terz. Emenda temporanja hija applikabbli fit-territorju tal-Unjoni ladarba tkun ġiet ippubblikata mill-Kummissjoni.

TAQSIMA 4

Tħassir ta' denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta

Artikolu 19

Proċedura ta' tħassir

Kif jissemma fl-Artikolu 106 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, it-talbiet biex titħassar denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta għandhom isegwu l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 94 u fl-Artikoli 96 sa 99 ta' dak ir-Regolament, flimkien mad-dispożizzjonijiet tat-Taqsimiet 1, 2 u 4 tal-Kapitolu II ta' dan ir-Regolament u tat-Taqsimiet 1, 2, 4 u 5 tal-Kapitolu II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/34, mutatis mutandis.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika t-talba ta' tħassir imsemmija fl-Artikolu 13 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/34 f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, is-sensiela C.

Artikolu 20

Raġunijiet għat-tħassir

Għall-finijiet tal-Artikolu 106 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandha titqies ukoll bħala mhux żgurata fejn ebda prodott li jġorr l-isem protett ma jkun tqiegħed fis-suq għal mill-inqas seba' snin konsekuttivi.

Artikolu 21

Ammissibbiltà tat-talbiet ta' tħassir

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 106 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, talba ta' tħassir sostanzjata għandha tkun ammissibbli fejn:

(a)

it-talba ta' tħassir tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/34, u

(b)

it-talba ta' tħassir tissejjes fuq ir-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 106 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

2.   Fejn il-Kummissjoni tqis li t-talba ta' tħassir mhijiex ammissibbli, għandha tinforma lill-awtorità tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz, jew lill-persuna fiżika jew ġuridika li tkun ressqet it-talba, dwar ir-raġunijiet li jappoġġaw l-inammissibbiltà.

3.   Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni sostanzjati għat-tħassir għandhom ikunu ammissibbli biss fejn juru dipendenza kummerċjali minn persuna interessata fuq l-isem irreġistrat.

TAQSIMA 5

Użu ta' simboli, indikazzjonijiet u taqsiriet

Artikolu 22

Tikkettar u preżentazzjoni temporanji

Wara li applikazzjoni għall-protezzjoni ta' denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika tkun intbagħtet lill-Kummissjoni, il-produtturi jistgħu jindikawha fit-tikkettar u l-preżentazzjoni, u jużaw logos u indikazzjonijiet nazzjonali, skont id-dritt tal-Unjoni u b'mod partikolari skont ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011.

Simboli tal-Unjoni li jindikaw id-denominazzjoni ta' oriġini protetta jew l-indikazzjoni ġeografika protetta, l-indikazzjonijiet tal-Unjoni “denominazzjoni ta' oriġini protetta” jew “indikazzjoni ġeografika protetta” u t-taqsiriet tal-Unjoni “DOP” jew “IĠP”, jistgħu jidhru fuq it-tikkettar biss wara li tiġi ppubblikata d-deċiżjoni li tikkonferixxi l-protezzjoni fuq dik id-denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika.

Fejn l-applikazzjoni tiġi rrifjutata, kwalunkwe prodott tad-dwieli ttikkettat f'konformità mal-ewwel subparagrafu jista' jiġi kkummerċjalizzat sakemm jispiċċaw l-istokkijiet.

Artikolu 23

Derogi mill-obbligu tal-użu tat-terminu “denominazzjoni ta' oriġini protetta” fuq it-tikketti

F'konformità mal-Artikolu 119(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, referenzi għat-terminu “denominazzjoni ta' oriġini protetta” jistgħu jitħallew barra għall-inbejjed li jkollhom id-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti li ġejjin:

(a)

il-Greċja:

Σάμος (Samos);

(b)

Spanja:

Cava, Jerez, Xérès jew Sherry, Manzanilla;

(c)

Franza:

Champagne;

(d)

l-Italja:

Asti, Marsala, Franciacorta;

(e)

Ċipru:

Κουμανδαρία (Commandaria);

(f)

il-Portugall:

Madeira jew Madère, Port jew Porto.

KAPITOLU III

TERMINI TRADIZZJONALI

TAQSIMA 1

Applikazzjonijiet għall-protezzjoni u l-proċedura ta' eżami

Artikolu 24

Lingwa u ortografija tat-terminu tradizzjonali

1.   Terminu tradizzjonali għandu jiġi rreġistrat:

(a)

bil-lingwa uffiċjali jew bil-lingwa reġjonali tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz li minnu joriġina t-terminu; jew

(b)

bil-lingwa użata fil-kummerċ għal dan it-terminu.

2.   Terminu tradizzjonali għandu jiġi rreġistrat bl-ortografija oriġinali tiegħu u fl-iskritt oriġinali tiegħu. Fejn l-iskritt oriġinali ma jkunx f'ittri Latini, jenħtieġ li tiġi rreġistrata traskrizzjoni f'ittri Latin flimkien mal-isem fl-iskritt oriġinali tiegħu.

Artikolu 25

Applikanti

1.   Awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew ta' pajjiżi terzi jew ta' organizzazzjonijiet professjonali rappreżentattivi stabbiliti f'pajjiżi terzi jistgħu japplikaw għall-protezzjoni ta' terminu tradizzjonali.

2.   “Organizzazzjoni professjonali rappreżentattiva” għandha tfisser kwalunkwe organizzazzjoni tal-produtturi jew assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi li jkunu adottaw l-istess regoli, u li joperaw fiż-żona ta' denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika waħda jew aktar, fejn tinkludi fis-sħubija tagħha mill-inqas żewġ terzi mill-produtturi stabbiliti fiż-żona li fiha topera, u tirrappreżenta mill-inqas żewġ terzi mill-produzzjoni ta' dik iż-żona. Organizzazzjoni professjonali rappreżentattiva tista' tressaq applikazzjoni għall-protezzjoni biss għall-prodotti tad-dwieli li hija tipproduċi.

Artikolu 26

Ammissibbiltà tal-applikazzjoni

1.   Applikazzjonijiet għall-protezzjoni jitqiesu ammissibbli jekk jitressqu skont l-Artikolu 25 ta' dan ir-Regolament, kif ukoll skont l-Artikolu 21 u l-Artikolu 30(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/34 u jekk ikunu kkompletati kif xieraq.

Applikazzjoni għandha titqies bħala kkompletata kif xieraq meta tkun tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem li jrid jiġi protett bħala terminu tradizzjonali;

(b)

it-tip ta' terminu tradizzjonali, kemm jekk jaqa' taħt l-Artikolu 112(a) u kemm jekk taħt (b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(c)

il-lingwa li fiha huwa espress l-isem li jrid jiġi protett bħala terminu tradizzjonali;

(d)

il-kategorija jew kategoriji ta' prodotti tad-dwieli kkonċernati;

(e)

sommarju tad-definizzjoni u l-kundizzjonijiet tal-użu;

(f)

id-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti jew l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti kkonċernati.

2.   L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn kopja tal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat jew mir-regoli applikabbli għall-produtturi tal-inbid fil-pajjiż terz jew fil-pajjiżi kkonċernati, li jirregolaw l-użu tat-terminu inkwistjoni, kif ukoll referenza għall-pubblikazzjoni ta' dik il-leġiżlazzjoni jew dawk ir-regoli.

3.   Jekk l-applikazzjoni ma tkunx ikkompletata kif xieraq jew jekk id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 2 ma jkunux ġew ipprovduti fl-applikazzjoni, l-applikazzjoni għandha tkun inammissibbli.

4.   Fejn l-applikazzjoni tkun inammissibbli, l-awtoritajiet tal-Istat Membru jew dawk tal-pajjiż terz jew l-applikant stabbilit fil-pajjiż terz inkwistjoni għandhom jiġu infurmati dwar ir-raġunijiet għalfejn instabet inammissibbli, kif ukoll li huma intitolati jressqu applikazzjoni oħra kkompletata kif xieraq.

Artikolu 27

Kundizzjonijiet ta' validità

1.   Applikazzjoni għall-protezzjoni ta' terminu tradizzjonali għandha titqies valida jekk l-isem li għalih tintalab il-protezzjoni:

(a)

jissodisfa r-rekwiżiti ta' terminu tradizzjonali kif iddefiniti fl-Artikolu 112 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, kif ukoll ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 24 ta' dan ir-Regolament;

(b)

jikkonsisti esklużivament minn:

(i)

isem li tradizzjonalment jintuża fil-kummerċ f'parti kbira mit-territorju tal-Unjoni jew tal-pajjiż terz inkwistjoni, biex jiġu distinti kategoriji speċifiċi ta' prodotti tad-dwieli msemmija fl-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013; jew inkella

(ii)

isem rinomat li tradizzjonalment jintuża fil-kummerċ mill-inqas fit-territorju tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz inkwistjoni, biex jiġu distinti kategoriji speċifiċi ta' prodotti tad-dwieli msemmija fl-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(c)

ma jkunx sar ġeneriku, u

(d)

huwa ddefinit u rregolat fil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru jew huwa suġġett għall-kundizzjonijiet tal-użu kif previst mir-regoli applikabbli għall-produtturi tal-inbid fil-pajjiż terz inkwistjoni, inkluż dawk minn organizzazzjonijiet professjonali rappreżentattivi.

Il-punt (b) ma għandux japplika għat-termini tradizzjonali msemmija fl-Artikolu 112(a) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu (1)(b), “użu tradizzjonali” tfisser:

(a)

użu li jammonta għal perjodu ta' mill-inqas ħames snin fil-każ ta' termini ppreżentati fil-lingwa uffiċjali jew fil-lingwa reġjonali tal-Istat Membru jew il-pajjiż terz fejn joriġina t-terminu;

(b)

użu li jammonta għal perjodu ta' mill-inqas 15-il sena f'każ ta' termini rreġistrati fil-lingwa li tintuża għall-kummerċ.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu (1)(c), isem li jkun sar “ġeneriku” jfisser isem li, għalkemm ikun relatat ma' metodu speċifiku ta' produzzjoni jew metodu speċifiku ta' maturazzjoni, jew mal-kwalità, il-kulur, it-tip ta' post, jew avveniment partikolari marbut mal-istorja ta' prodott tad-dwieli, ikun sar l-isem komuni ta' dak il-prodott fl-Unjoni.

Artikolu 28

Skrutinju mill-Kummissjoni

1.   Id-data tat-tressiq ta' applikazzjoni għall-protezzjoni ta' terminu tradizzjonali għandha tkun id-data li fiha l-Kummissjoni tirċievi l-applikazzjoni.

2.   Il-Kummissjoni għandha teżamina jekk l-applikazzjoni għall-protezzjoni tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Kapitolu.

3.   Fejn il-Kummissjoni tqis li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 26 u 27, għandha tadotta att ta' implimentazzjoni rigward il-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għall-protezzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

4.   Jekk applikazzjoni għall-protezzjoni ta' terminu tradizzjonali ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Kapitolu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-applikant dwar ir-raġunijiet għaċ-ċaħda, u tistabbilixxi skadenza għall-irtirar jew għall-modifika tal-applikazzjoni, jew inkella għat-tressiq ta' kummenti.

5.   Jekk l-applikant ma jirrimedjax l-ostakli qabel l-iskadenza msemmija fil-paragrafu 4, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jiċħad l-applikazzjoni skont l-Artikolu 115(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

TAQSIMA 2

Proċedura ta' oġġezzjoni

Artikolu 29

Tressiq ta' oġġezzjoni

Id-data tat-tressiq ta' oġġezzjoni għandha tkun id-data li fiha l-Kummissjoni tirċievi l-oġġezzjoni.

Artikolu 30

Ammissibbiltà u raġunijiet għall-oġġezzjoni

1.   Oġġezzjoni ssostanzjata għandha tkun ammissibbli fejn:

(a)

titressaq minn kwalunkwe Stat Membru jew pajjiż terz, jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu;

(b)

tasal għand il-Kummissjoni qabel l-iskadenza prevista fl-Artikolu 22(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/34;

(c)

tiddimostra li l-applikazzjoni għall-protezzjoni hija inkompatibbli mar-regoli dwar termini tradizzjonali minħabba li ma tikkonformax mal-Artikolu 27 ta' dan ir-Regolament jew minħabba li r-reġistrazzjoni tal-isem propost tkun f'kunflitt mal-Artikoli 32 jew 33 ta' dan ir-Regolament.

2.   Oġġezzjoni li titqies ammissibbli għandha tiġi nnotifikata lill-awtoritajiet tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz, jew inkella lill-organizzazzjoni professjonali rappreżentattiva fil-pajjiż terz inkwistjoni.

Artikolu 31

Skrutinju ta' oġġezzjoni

1.   Fejn il-Kummissjoni ma tirrifjutax l-oġġezzjoni f'konformità mal-Artikolu 23(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/34, għandha tikkomunika l-oġġezzjoni lill-applikant li jkun ressaq l-applikazzjoni, u għandha tistieden lill-applikant iressaq osservazzjonijiet fil-perjodu ta' żmien imsemmi fl-Artikolu 24(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/34. Kwalunkwe osservazzjoni riċevuta f'dan il-perjodu għandha tiġi kkomunikata lil min ikun ressaq l-oġġezzjoni.

Matul l-iskrutinju ta' oġġezzjoni, il-Kummissjoni għandha titlob lill-partijiet biex jipprovdu kummenti, jekk ikun xieraq, fil-perjodu ta' żmien imsemmi fl-Artikolu 24(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/34, dwar il-komunikazzjonijiet riċevuti mingħand il-partijiet l-oħra.

2.   Fejn l-applikant jew min ikun ressaq l-oġġezzjoni ma jressqux osservazzjonijiet bħala tweġiba, jew fejn ma jiġux rispettati l-perjodi ta' żmien għat-tressiq ta' osservazzjonijiet u kummenti kif imsemmi fl-Artikolu 24 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/34, il-Kummissjoni għandha tipproċedi billi tieħu deċiżjoni dwar l-oġġezzjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni ta' ċaħda jew ta' rikonoxximent tat-terminu tradizzjonali inkwistjoni abbażi tal-evidenza li tkun għad-dispożizzjoni tagħha. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra jekk humiex issodisfati l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 27, 32 jew 33 ta' dan ir-Regolament. Deċiżjoni ta' ċaħda tat-terminu tradizzjonali għandha tiġi nnotifikata lil min ikun ressaq l-oġġezzjoni u lill-applikant.

4.   Fejn jitressqu iktar minn oġġezzjoni waħda, eżami preliminari ta' waħda jew aktar minn dawk l-oġġezzjonijiet jista' jipprevjeni applikazzjoni għall-protezzjoni milli tipproċedi. F'dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni tista' tissospendi l-proċeduri ta' oġġezzjoni l-oħra. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-partijiet l-oħra li jkunu ressqu oġġezzjoni dwar kwalunkwe deċiżjoni li tolqothom u li tkun ittieħdet matul il-proċedura.

Fejn applikazzjoni tiġi rrifjutata, il-proċeduri ta' oġġezzjoni li jkunu ġew sospiżi għandhom jitqiesu magħluqa, u l-partijiet ikkonċernati li jkunu ressqu oġġezzjoni għandhom jiġu infurmati kif xieraq.

TAQSIMA 3

Protezzjoni

Artikolu 32

Relazzjoni ma' trademarks

1.   Ir-reġistrazzjoni ta' trademark li tinkludi jew tikkonsisti minn terminu tradizzjonali, li ma tirrispettax id-definizzjoni u l-kundizzjonijiet tal-użu ta' dak it-terminu tradizzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 112 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, u li tkun relatata ma' prodott li jaqa' taħt waħda mill-kategoriji elenkati fil-Parti II tal-Anness VII tiegħu, għandha:

(a)

tiġi rrifjutata jekk l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trademark titressaq wara d-data tat-tressiq lill-Kummissjoni tal-applikazzjoni għall-protezzjoni tat-terminu tradizzjonali, u sussegwentement it-terminu tradizzjonali jkun ġie protett; jew

(b)

tiġi invalidata.

2.   Isem ma għandux jiġi protett bħala terminu tradizzjonali fejn, fid-dawl tar-reputazzjoni u l-fama ta' trademark, din il-protezzjoni x'aktarx li tqarraq bil-konsumatur dwar l-identità reali, in-natura, il-karatteristika jew il-kwalità tal-prodott tad-dwieli.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, trademark imsemmija fil-paragrafu 1 li tkun tressqet applikazzjoni għaliha, tkun ġiet irreġistrata jew stabbilita b'użu bona fide, fejn il-leġiżlazzjoni nazzjonali tipprovdi hekk, fit-territorju tal-Unjoni, qabel id-data tal-protezzjoni tat-terminu tradizzjonali fil-pajjiż ta' oriġini, tista' tkompli tintuża u tiġġedded irrispettivament mill-protezzjoni ta' terminu tradizzjonali, dment li ma jkunux jeżistu raġunijiet għall-invalidità jew għar-revoka tat-trademark skont id-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), id-Direttiva (UE) 2015/2436 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) jew skont ir-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11).

F'tali każijiet, l-użu tat-terminu tradizzjonali għandu jkun permess flimkien mat-trademarks rilevanti.

Artikolu 33

Omonimi

1.   Terminu li għalih titressaq applikazzjoni għall-protezzjoni, u li jkun kompletament jew parzjalment omonimu ma' terminu tradizzjonali li jkun diġà protett skont l-Artikolu 113 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, għandu jiġi rreġistrat b'kunsiderazzjoni dovuta għall-użu lokali u tradizzjonali kif ukoll għar-riskju ta' konfużjoni.

Terminu omonimu li jqarraq bil-konsumaturi dwar in-natura, il-kwalità jew l-oriġini reali tal-prodotti tad-dwieli ma għandux jiġi rreġistrat, lanqas jekk it-terminu jkun preċiż.

Terminu omonimu rreġistrat jista' jintuża biss jekk fil-prattika jkun hemm distinzjoni suffiċjenti bejn l-omonimu rreġistrat sussegwentement u t-terminu li jkun diġà fir-reġistru, wara li jiġu kkunsidrati l-ħtieġa li l-produtturi kkonċernati jiġu ttrattati b'mod ekwu u l-ħtieġa li l-konsumatur ma jiġix imqarraq.

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika mutatis mutandis għat-termini tradizzjonali protetti qabel l-1 ta' Awwissu 2009 li huma kompletament jew parzjalment omonimi ma' denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta jew isem ta' varjetà ta' għeneb tal-inbid jew is-sinonimu tagħha elenkat fl-Anness IV.

TAQSIMA 4

Modifika u tħassir

Artikolu 34

Modifika ta' terminu tradizzjonali

Applikant li jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 25 jista' japplika għall-approvazzjoni ta' modifika ta' terminu tradizzjonali rreġistrat li jikkonċerna l-elementi msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 26(1).

L-Artikoli 26 sa 31 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-applikazzjonijiet għal modifika.

Artikolu 35

Tħassir ta' terminu tradizzjonali

F'konformità mal-Artikolu 115(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, fuq talba ssostanzjata kif xieraq minn Stat Membru, pajjiż terz jew persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jħassru l-protezzjoni ta' terminu tradizzjonali.

L-Artikoli 26 sa 31 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-applikazzjonijiet għal tħassir.

Artikolu 36

Raġunijiet għat-tħassir

Il-protezzjoni ta' terminu tradizzjonali għandha titħassar fejn:

(a)

it-terminu tradizzjonali ma jkunx għadu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 27, 32 jew 33;

(b)

ma tkunx għada żgurata l-konformità mad-definizzjoni korrispondenti u mal-kundizzjonijiet tal-użu.

Artikolu 37

Ammissibbiltà ta' talba għat-tħassir

1.   Talba għat-tħassir sostanzjata għandha tkun ammissibbli fejn:

(a)

tkun tressqet lill-Kummissjoni minn Stat Membru, pajjiż terz, jew persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu; u

(b)

tissejjes fuq waħda mir-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 36.

It-talba għat-tħassir sostanzjata kif xieraq għandha tkun ammissibbli biss jekk tiddimostra l-interess leġittimu tal-applikant.

2.   Fejn il-Kummissjoni tqis li t-talba għat-tħassir mhijiex ammissibbli, għandha tinforma lill-awtorità jew lill-persuna li tkun bagħtet it-talba dwar ir-raġunijiet għall-inammissibbiltà.

3.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel it-talba għat-tħassir disponibbli għall-awtoritajiet u l-persuni affettwati, f'konformità mal-Artikolu 30(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/34.

4.   Dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni ssostanzjati għat-talbiet ta' tħassir għandhom ikunu ammissibbli biss jekk juru dipendenza kummerċjali kontinwata ta' persuna interessata fuq l-isem irreġistrat.

Artikolu 38

Regoli li jikkonċernaw it-termini tradizzjonali li jintużaw f'pajjiżi terzi

1.   Id-definizzjoni ta' termini tradizzjonali prevista fl-Artikolu 112 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandha tapplika mutatis mutandis għat-termini li tradizzjonalment jintużaw f'pajjiżi terzi għal-prodotti tad-dwieli koperti minn indikazzjonijiet ġeografiċi jew denominazzjonijiet ta' oriġini skont il-leġiżlazzjoni ta' dawk il-pajjiżi terzi.

2.   Prodotti tad-dwieli li joriġinaw f'pajjiżi terzi li t-tikketti tagħhom juru indikazzjonijiet tradizzjonali għajr it-termini tradizzjonali elenkati fil-bażi ta' data elettronika “E-Bacchus”, kif imsemmi fl-Artikolu 25(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/34, jistgħu jużaw dawn l-indikazzjonijiet tradizzjonali fuq it-tikketti tal-inbid skont ir-regoli applikabbli fil-pajjiżi terzi kkonċernati, inkluż dawk minn organizzazzjonijiet professjonali rappreżentattivi.

TAQSIMA 5

Artikolu 39

Termini tradizzjonali protetti eżistenti

Terminu tradizzjonali li huwa protett skont ir-Regolament (KE) Nru 607/2009 għandu jkun protett awtomatikament skont dan ir-Regolament.

KAPITOLU IV

TIKKETTAR U PREŻENTAZZJONI

TAQSIMA 1

Dettalji obbligatorji

Artikolu 40

Preżentazzjoni ta' dettalji obbligatorji

1.   Id-dettalji obbligatorji msemmija fl-Artikolu 119 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom jidhru fl-istess kamp viżiv fuq il-kontenitur, b'tali mod li jkunu jistgħu jinqraw simultanjament mingħajr ma jiddawwar il-kontenitur, b'ittri li ma jitħassrux, u għandhom ikunu distinti b'mod ċar mit-test jew il-grafika ta' madwarhom.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, id-dettalji obbligatorji msemmija fl-Artikolu 41(1), kif ukoll in-numru tal-lott, jistgħu jidhru barra mill-kamp viżiv imsemmi f'dak il-paragrafu.

3.   Id-daqs tal-ittri tad-dettalji msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 41(1) irid ikun ugwali jew akbar minn 1,2 mm, irrispettivament mill-format tal-ittri li jintuża.

Artikolu 41

Applikazzjoni ta' ċerti regoli orizzontali

1.   Kif imsemmi fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011, għall-finijiet tal-indikazzjoni ta' ċerti sustanzi jew prodotti li jikkawżaw allerġiji jew intolleranza, it-termini li jikkonċernaw is-sulfiti, il-bajd u l-prodotti bbażati fuq il-bajd, kif ukoll il-ħalib u l-prodotti bbażati fuq il-ħalib li jridu jintużaw, huma dawk elenkati fil-Parti A tal-Anness I.

2.   It-termini msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu akkumpanjati mill-pittogramma rilevanti li tidher fil-Parti B tal-Anness I.

Artikolu 42

Kummerċjalizzazzjoni u esportazzjoni

1.   Prodotti tad-dwieli li t-tikketta jew il-preżentazzjoni tagħhom ma tikkonformax mal-kundizzjonijiet korrispondenti stabbiliti f'dan ir-Regolament la għandhom jiġu kkummerċjalizzati fl-Unjoni u lanqas jiġu esportati.

2.   B'deroga mis-Subtaqsima 3 tat-Taqsima 2 u t-Taqsima 3 tal-Kapitolu I tat-Titolu II tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, fejn prodotti tad-dwieli jkunu se jiġu esportati, l-Istati Membri jistgħu jippermettu dettalji u preżentazzjonijiet li jkunu f'kunflitt mar-regoli fis-seħħ tal-Unjoni dwar it-tikkettar u l-preżentazzjoni, jekk dawn id-dettalji jew il-preżentazzjonijiet tal-prodotti tad-dwieli jkunu meħtieġa mil-leġiżlazzjoni tal-pajjiż terz inkwistjoni. Dawn id-dettalji jistgħu jidhru f'lingwi oħra minbarra l-lingwi uffiċjali tal-Unjoni.

3.   B'deroga mis-Subtaqsima 3 tat-Taqsima 2 u t-Taqsima 3 tal-Kapitolu I tat-Titolu II tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, fejn prodotti tad-dwieli jkunu se jiġu kkonsmati abbord ajruplani, l-Istati Membri jistgħu jippermettu preżentazzjonijiet li jkunu f'kunflitt mar-regoli fis-seħħ tal-Unjoni dwar il-preżentazzjoni, jekk dawn il-preżentazzjonijiet tal-prodotti tad-dwieli jkunu meħtieġa għal raġunijiet ta' sigurtà.

Artikolu 43

Projbizzjoni ta' kapsuli bbażati fuq iċ-ċomb jew fojl

Il-mezzi tal-għeluq għall-prodotti tad-dwieli msemmija fil-punti (1) sa (11), (13), (15) u (16) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ma għandhomx jingħalqu f'kapsuli bbażati fuq iċ-ċomb jew fil-fojl.

Artikolu 44

Qawwa alkoħolika proprja

Il-qawwa alkoħolika proprja skont il-volum imsemmija fl-Artikolu 119(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandha tkun indikata f'unitajiet perċentwali jew f'nofs unitajiet.

Iċ-ċifra għandha tiġi segwita mis-simbolu “% vol”, u tista' tkun preċeduta mill-kliem “qawwa alkoħolika proprja”, “qawwa alkoħolika” jew “alk”. Rigward most parzjalment iffermentat jew inbid ġdid li jkun għadu qed jiġi ffermentat, l-indikazzjoni tal-qawwa alkoħolika proprja tista' tiġi ssostitwita jew ikkompletata biċ-ċifra tal-qawwa alkoħolika totali segwita bis-simbolu “% vol” u preċeduta bil-kliem “qawwa alkoħolika proprja” jew “alkoħol totali”.

Mingħajr preġudizzju għat-tolleranzi stabbiliti għall-metodu ta' analiżi ta' referenza li jintuża, il-qawwa murija ma tistax tvarja b'aktar minn 0,5 % vol minn dik mogħtija mill-analiżi. Madankollu, mingħajr preġudizzju għat-tolleranzi stabbiliti għall-metodu ta' analiżi ta' referenza li jintuża, il-qawwa alkoħolika tal-prodotti tad-dwieli b'denominazzjonijiet ta' oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi protetti maħżuna fil-fliexken għal aktar minn tliet snin, inbejjed frizzanti, inbejjed frizzanti ta' kwalità, inbejjed frizzanti bil-gass, inbejjed semifrizzanti, inbejjed semifrizzanti bil-gass, inbejjed likur u nbejjed minn għeneb misjur iżżejjed ma tistax tvarja b'aktar minn 0,8 % vol minn dik mogħtija mill-analiżi.

Artikolu 45

Indikazzjoni tal-provenjenza

1.   L-indikazzjoni tal-provenjenza kif imsemmija fl-Artikolu 119(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandha tiġi indikata kif ġej:

(a)

għall-prodotti tad-dwieli msemmija fil-punti (1), (3) sa (9), (15) u (16) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, għandu jintuża l-kliem “inbid ta' (…)”, “prodott minn (…)”, “prodott ta' (…)” jew “sekt ta' (…)”, jew inkella għandhom jiġu espressi f'termini ekwivalenti ssupplimentati mill-isem tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz fejn l-għeneb inqata' u ġie pproċessat fi nbid;

(b)

il-kliem “inbid tal-Unjoni Ewropea” jew “taħlita ta' nbejjed minn pajjiżi differenti tal-Unjoni Ewropea”, jew espressi f'termini ekwivalenti fil-każ ta' nbid li jirriżulta minn taħlit ta' nbejjed li joriġinaw f'għadd ta' Stati Membri;

(c)

il-kliem “inbid tal-Unjoni Ewropea” jew “inbid miksub fi (…) minn għeneb maqtugħ fi (…)”, fejn jiġu elenkati l-ismijiet tal-Istati Membri inkwistjoni, għall-inbejjed li jiġu mmanifatturati fi Stat Membru minn għeneb maqtugħ fi Stat Membru ieħor;

(d)

il-kliem “taħlita minn (…)”, jew espressi f'termini ekwivalenti, issupplimentati mill-ismijiet tal-pajjiżi terzi inkwistjoni, fil-każ ta' nbid li jirriżulta minn taħlit ta' nbejjed li joriġinaw f'għadd ta' pajjiżi terzi;

(e)

il-kliem “inbid miksub fi (…) minn għeneb maqtugħ fi (…)”, fejn jiġu elenkati l-ismijiet tal-pajjiżi terzi inkwistjoni, għal inbejjed immanifatturati f'pajjiż terz minn għeneb maqtugħ f'pajjiż terz ieħor.

B'deroga mill-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, għall-prodotti tad-dwieli msemmija fil-punti (4), (5) u (6) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li ma jkollhomx denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, l-indikazzjoni msemmija f'dak il-punt (a) tista' tiġi ssostitwita bl-indikazzjoni “prodott fi (…)”, jew inkella tiġi espressa f'termini ekwivalenti ssupplimentati mill-isem tal-Istat Membru fejn saret it-tieni fermentazzjoni.

L-ewwel u t-tieni subparagrafi huma mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 47 u 56.

2.   Kif imsemmi fl-Artikolu 119(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, għall-prodotti tad-dwieli msemmija fil-punti (2), (10), (11) u (13) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-indikazzjoni tal-provenjenza għandha tkun indikata kif ġej:

(a)

most ta' (…)” jew “most prodott fi (…)” jew espress f'termini ekwivalenti, issupplimentat b'isem l-Istat Membru;

(b)

taħlita magħmula mill-prodott ta' żewġ pajjiżi jew aktar tal-Unjoni Ewropea” fil-każ ta' taħlit ta' prodotti tad-dwieli mmanifatturati f'żewġ Stati Membri jew aktar;

(c)

most miksub fi (…) mill-għeneb maqtugħ fi (…)” fil-każ ta' most li ma jkunx sar fl-Istat Membru fejn ikun inqatal-għeneb.

3.   Rigward ir-Renju Unit u d-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (c) tal-paragrafu 1 u fil-punti (a) u (c) tal-paragrafu 2, isem l-Istat Membru jista' jiġi ssostitwit bl-isem tal-pajjiż individwali rilevanti li jifforma parti mir-Renju Unit li fih jinqatal-għeneb użat fil-manifattura tal-prodott tad-dwieli.

Artikolu 46

Indikazzjoni tal-bottiljatur, tal-produttur, tal-importatur u tal-bejjiegħ

1.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 119(1)(e) u (f) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u ta' dan l-Artikolu:

(a)

bottiljatur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika jew grupp ta' tali persuni stabbiliti fl-Unjoni Ewropea li jwettqu bbottiljar jew iqabbdu lil min jibbottilja f'isimhom;

(b)

ibbottiljar” tfisser li l-prodott ikkonċernat jitqiegħed f'kontenituri ta' kapaċità li ma taqbiżx is-60 litru, għal bejgħ sussegwenti;

(c)

produttur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika jew grupp ta' tali persuni li jwettqu jew li jqabbdu lil min iwettaq f'isimhom l-ipproċessar tal-għeneb jew tal-most biex jinbidel fi nbid, jew inkella l-ipproċessar tal-most jew tal-inbid biex jinbidel fi nbejjed frizzanti, inbejjed frizzanti bil-gass, inbejjed frizzanti ta' kwalità jew inbejjed frizzanti aromatiċi ta' kwalità;

(d)

importatur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika jew grupp ta' tali persuni stabbiliti fl-Unjoni li jassumu r-responsabbiltà għaċ-ċirkolazzjoni ta' merkanzija mhux tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 5(24) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12);

(e)

bejjiegħ” tfisser persuna fiżika jew ġuridika jew grupp ta' tali persuni, mhux koperti mid-definizzjoni ta' produttur, li jixtru u mbagħad jiċċirkolaw inbejjed frizzanti, inbejjed frizzanti bil-gass, inbejjed frizzanti ta' kwalità jew inbejjed frizzanti aromatiċi ta' kwalità;

(f)

indirizz” tfisser l-indikazzjonijiet taż-żona amministrattiva lokali u tal-Istat Membru jew il-pajjiż terz li fih jinsab il-post tan-negozju jew l-uffiċċju ewlieni tal-bottiljatur, tal-produttur, tal-bejjiegħ jew tal-importatur.

2.   L-isem u l-indirizz tal-bottiljatur għandhom ikunu ssupplimentati:

(a)

bil-kliem “bottiljatur” jew “ibbottiljat minn (…)”, li jista jkun supplimentat b'termini li jirreferu għall-azjenda tal-produttur; jew inkella

(b)

minn termini li l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom huma ddefiniti mill-Istati Membri, fejn isir l-ibbottiljar ta' prodotti tad-dwieli b'denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta:

(i)

fl-azjenda tal-produttur, jew

(ii)

fil-post tan-negozju ta' grupp ta' produtturi, jew

(iii)

f'intrapriża li tinsab fiż-żona ġeografika demarkata jew fil-prossimità immedjata taż-żona ġeografika demarkata inkwistjoni.

F'każ ta' bbottiljar ikkuntrattat, l-indikazzjoni tal-bottiljatur għandha tkun issupplimentata bil-kliem “ibbottiljat f'isem (…)” jew, fejn ikunu indikati l-isem u l-indirizz tal-persuna li tkun wettqet l-ibbottiljar f'isem parti terza, bil-kliem “ibbottiljat f'isem (…) minn (…)”.

Fejn l-ibbottiljar ma jsirx għand il-bottiljatur, l-indikazzjonijiet imsemmija f'dan il-paragrafu għandhom ikunu akkumpanjati minn referenza għall-post eżatt fejn tkun saret l-operazzjoni, u jekk tkun saret fi Stat Membru ieħor, isem dak l-Istat Membru. Dawn ir-rekwiżiti ma japplikawx fejn l-ibbottiljar jitwettaq f'post fi prossimità immedjata għal dak tal-bottiljatur.

F'każ ta' kontenituri li mhumiex fliexken, il-kliem “ippakkjatur” u “ippakkjat minn (…)” għandu jissostitwixxi lill-kliem “bottiljatur” u “ibbottiljat minn (…)” rispettivament, għajr fejn il-lingwa użata fiha nfisha ma tkunx tindika din id-differenza.

3.   L-isem u l-indirizz tal-produttur jew tal-bejjiegħ għandhom ikunu ssupplimentati bit-termini “produttur” jew “prodott minn” u “bejjiegħ” jew “mibjugħ minn”, jew l-ekwivalenti.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li:

(a)

jagħmlu l-identifikazzjoni tal-produttur obbligatorja;

(b)

jawtorizzaw is-sostituzzjoni tal-kliem “produttur” jew “prodott minn” bil-kliem elenkat fl-Anness II.

4.   L-isem u l-indirizz tal-importatur għandhom ikunu preċeduti mill-kliem “importatur” jew “importat minn (…)”. Għall-prodotti tad-dwieli importati bl-ingrossa u bbottiljati fl-Unjoni, isem l-importatur jista' jiġi ssostitwit jew issupplimentat bl-indikazzjoni tal-bottiljatur, f'konformità mal-paragrafu 2.

5.   L-indikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4 jistgħu jinġabru flimkien jekk ikunu jikkonċernaw l-istess persuna fiżika jew ġuridika.

Waħda minn dawn l-indikazzjonijiet tista' tiġi ssostitwita b'kodiċi ddeterminat mill-Istat Membru li fih il-bottiljatur, il-produttur, l-importatur jew il-bejjiegħ ikollu l-uffiċċju ewlieni tiegħu. Il-kodiċi għandu jkun issupplimentat b'referenza għall-Istat Membru inkwistjoni. L-isem u l-indirizz ta' persuna fiżika jew ġuridika oħra involuta fid-distribuzzjoni kummerċjali minbarra l-bottiljatur, il-produttur, l-importatur jew il-bejjiegħ, indikati b'kodiċi, għandhom jidhru wkoll fuq it-tikketta tal-inbid tal-prodott ikkonċernat.

6.   Fejn l-isem jew l-indirizz tal-bottiljatur, il-produttur, l-importatur jew il-bejjiegħ ikunu jinkludu jew jikkonsistu minn denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, din għandha tidher fuq it-tikketta:

(a)

f'ittri li mhumiex akbar minn nofs id-daqs ta' dawk użati jew għad-denominazzjoni ta' oriġini jew l-indikazzjoni ġeografiċi protetta, jew inkella għad-deżinjazzjoni tal-kategorija ta' prodott tad-dwieli kkonċernata; jew

(b)

bl-użu ta' kodiċi kif previst fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu liema għażla tapplika għall-prodotti tad-dwieli mmanifatturati fit-territorji tagħhom.

Artikolu 47

Indikazzjoni tal-kontenut taz-zokkor fl-inbid frizzanti, fl-inbid frizzanti bil-gass, fl-inbid frizzanti ta' kwalità jew fl-inbid frizzanti aromatiku ta' kwalità

1.   It-termini elenkati fil-Parti A tal-Anness III ta' dan ir-Regolament li jindikaw il-kontenut taz-zokkor għandhom jidhru fuq it-tikketta tal-prodotti tad-dwieli kif previst fl-Artikolu 119(1)(g) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

2.   Jekk il-kontenut taz-zokkor tal-prodotti tad-dwieli, espress f'termini ta' fruttożju, glukożju u sukrożju, jiġġustifika l-użu ta' tnejn mit-termini elenkati fil-Parti A tal-Anness III, għandu jintgħażel biss terminu wieħed minn dawk it-tnejn.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-kundizzjonijiet tal-użu deskritti fil-Parti A tal-Anness III, il-kontenut taz-zokkor ma jistax ivarja b'aktar minn 3 grammi għal kull litru minn dak li jidher fuq it-tikketta tal-prodott.

Artikolu 48

Regoli speċifiċi għall-inbid frizzanti bil-gass, l-inbid semifrizzanti bil-gass u l-inbid frizzanti ta' kwalità

1.   It-termini “inbid frizzanti bil-gass” u “inbid semifrizzanti bil-gass” kif imsemmija fil-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom ikunu ssupplimentati b'ittri tal-istess tip u daqs bil-kliem “magħmul biż-żieda ta' diossidu tal-karbonju” jew “magħmul biż-żieda ta' anidride tal-karbonju”, anke fejn japplika l-Artikolu 119(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fejn il-lingwa użata fiha nfisha tindika li jkun żdied id-diossidu tal-karbonju.

3.   Għall-inbejjed frizzanti ta' kwalità, ir-referenza għall-kategorija tal-prodott tad-dwieli tista' titħalla barra għall-inbejjed li t-tikketti tagħhom jinkludu t-terminu “Sekt”.

TAQSIMA 2

Dettalji fakultattivi

Artikolu 49

Sena tal-qtugħ tal-għeneb

1.   Is-sena tal-qtugħ tal-għeneb imsemmija fl-Artikolu 120(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tista' tidher fuq it-tikketti tal-prodotti tad-dwieli msemmija fil-punti (1) sa (11), (13), (15) u (16) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, dment li mill-inqas 85 % tal-għeneb użat biex jiġu mmanifatturati dawk il-prodotti jkunu nqatgħu fis-sena inkwistjoni. Dan ma jinkludix:

(a)

kwalunkwe kwantità ta' prodotti tad-dwieli li jintużaw fit-taħlil, “likur ta' spedizzjoni” jew “likur tirage”, jew

(b)

kwalunkwe kwantità ta' prodott tad-dwieli kif imsemmija fil-punt (3)(e) u (f) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-prodotti tad-dwieli li ma jkollhomx denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta iżda li jkollhom indikazzjoni tas-sena tal-qtugħ tal-għeneb fuq it-tikketta, għandhom jiġu ċċertifikati f'konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/274 (13).

3.   Għal prodotti tad-dwieli li tradizzjonalment jinkisbu minn għeneb maqtugħ f'Jannar jew Frar, is-sena tal-qtugħ tal-għeneb li għandha tidher fuq it-tikketta tal-prodotti tad-dwieli għandha tkun dik tas-sena kalendarja preċedenti.

Artikolu 50

Isem il-varjetà ta' għeneb tal-inbid

1.   L-ismijiet tal-varjetajiet ta' għeneb tal-inbid jew is-sinonimi tagħhom imsemmija fl-Artikolu 120(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, li jintużaw għall-produzzjoni tal-prodotti tad-dwieli msemmija fil-punti (1) sa (11), (13), (15) u (16) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jistgħu jidhru fuq it-tikketta ta' dawk il-prodotti taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b), jekk huma mmanifatturati fl-Unjoni, jew inkella taħt il-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (c), jekk huma mmanifatturati f'pajjiżi terzi.

(a)

L-ismijiet tal-varjetajiet ta' għeneb tal-inbid jew is-sinonimi tagħhom jistgħu jiġu indikati taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

jekk tissemma biss varjetà waħda ta' għeneb tal-inbid jew is-sinonimu tagħha, mill-inqas 85 % tal-prodott irid ikun sar minn dik il-varjetà, mhux inkluż:

kwalunkwe kwantità ta' prodotti tad-dwieli li jintużaw fit-taħlil, “likur ta' spedizzjoni” jew “likur tirage”; jew

kwalunkwe kwantità ta' prodott tad-dwieli kif imsemmi fil-punt (3)(e) u (f) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(ii)

jekk jissemmew żewġ varjetajiet jew aktar ta' għeneb tal-inbid jew is-sinonimi tagħhom, 100 % tal-prodott ikkonċernat irid ikun sar minn dawk il-varjetajiet, mhux inkluż:

kwalunkwe kwantità ta' prodotti tad-dwieli li jintużaw fit-taħlil, “likur ta' spedizzjoni” jew “likur tirage”; jew

kwalunkwe kwantità ta' prodott tad-dwieli kif imsemmi fil-punt (3)(e) u (f) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

Il-varjetajiet ta' għeneb tal-inbid għandhom jidhru fuq it-tikketta f'ordni dixxendenti tal-proporzjon użat u f'ittri tal-istess daqs.

(b)

Għall-prodotti tad-dwieli mmanifatturati fl-Unjoni, l-ismijiet tal-varjetajiet ta' għeneb tal-inbid jew is-sinonimi tagħhom għandhom ikunu dawk speċifikati fil-klassifika tal-varjetà ta' għeneb tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 81(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

Għall-Istati Membri eżentati mill-obbligu ta' klassifika kif previst fl-Artikolu 81(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-ismijiet tal-varjetajiet ta' għeneb tal-inbid jew is-sinonimi għandhom ikunu dawk speċifikati fil-“Lista internazzjonali ta' varjetajiet ta' dwieli u s-sinonimi tagħhom” ġestita mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid.

(c)

Għal prodotti tad-dwieli li joriġinaw f'pajjiżi terzi, il-kundizzjonijiet tal-użu tal-ismijiet tal-varjetajiet ta' għeneb tal-inbid jew tas-sinonimi tagħhom għandhom jikkonformaw mar-regoli applikabbli għall-produtturi tal-inbid fil-pajjiż terz ikkonċernat, inklużi dawk minn organizzazzjonijiet professjonali rappreżentattivi, u l-ismijiet tal-varjetajiet ta' għeneb tal-inbid jew tas-sinonimi tagħhom għandhom ikunu dawk speċifikati fil-lista ta' mill-inqas waħda mill-organizzazzjonijiet li ġejjin:

(i)

l-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid;

(ii)

l-Unjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta' Varjetajiet Ġodda tal-Pjanti;

(iii)

il-Bord Internazzjonali għar-Riżorsi Ġenetiċi tal-Pjanti.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, prodott tad-dwieli li ma jkollux denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta iżda li jkollu indikazzjoni tal-varjetà tal-għeneb fuq it-tikketta tiegħu għandu jiġi ċċertifikat f'konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/274.

Fil-każ ta' nbejjed frizzanti u nbejjed frizzanti ta' kwalità, l-ismijiet tal-varjetajiet ta' għeneb tal-inbid użati biex jissupplimentaw id-deskrizzjoni tal-prodott, jiġifieri “pinot blanc”, “pinot noir”, “pinot meunier” jew “pinot gris” u l-ismijiet ekwivalenti fil-lingwi l-oħra tal-Unjoni, jistgħu jiġu ssostitwiti bis-sinonimu “pinot”.

3.   L-ismijiet tal-varjetà tal-għeneb tal-inbid u s-sinonimi tagħhom li jinkludu jew jikkonsistu minn denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta li jistgħu jidhru fuq it-tikketta ta' prodott li jkollu denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta ta' pajjiż terz huma dawk elenkati fil-Parti A tal-Anness IV ta' dan ir-Regolament.

Il-Parti A tal-Anness IV tista' tiġi mmodifikata mill-Kummissjoni biss biex tqis il-prattiki ta' tikkettar stabbiliti ta' Stati Membri ġodda, wara l-adeżjoni.

4.   L-ismijiet tal-varjetà ta' għeneb tal-inbid u s-sinonimi tagħhom elenkati fil-Parti B tal-Anness IV ta' dan ir-Regolament, li parzjalment jinkludu denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta u li jirreferu direttament għall-element ġeografiku tad-denominazzjoni ta' oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika protetta inkwistjoni, jistgħu jidhru biss fuq it-tikketta ta' prodott li jkollu denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta ta' pajjiż terz.

Artikolu 51

Regoli speċifiċi għall-indikazzjoni ta' varjetajiet ta' għeneb tal-inbid fuq prodotti tad-dwieli li ma jkollhomx denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta

Għall-prodotti tad-dwieli msemmija fil-punti (1) sa (9) u (16) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li ma jkollhomx denominazzjoni ta' oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta, u dment li jkun hemm konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 120(2) ta' dak ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jużaw it-terminu “inbid varjetali” ssupplimentat b'wieħed jew bit-tnejn li ġejjin:

(a)

isem l-Istat(i) Membru/i kkonċernat(i);

(b)

isem il-varjetà/varjetajiet ta' għeneb tal-inbid.

Għall-prodotti tad-dwieli msemmija fl-ewwel paragrafu li ma jkollhomx denominazzjoni ta' oriġini protetta, indikazzjoni ġeografika protetta, jew li ma jkollhomx indikazzjoni ġeografika ta' pajjiż terz bl-isem ta' varjetà waħda jew aktar ta' għeneb tal-inbid fuq it-tikketti tagħhom, il-pajjiżi terzi jistgħu jiddeċiedu li jużaw it-terminu “inbid varjetali” ssupplimentat bl-isem/ismijiet tal-pajjiż(i) terz(i) konċernat(i).

L-Artikolu 45 ta' dan ir-Regolament ma għandux japplika fir-rigward tal-indikazzjoni tal-isem/ismijiet tal-Istat(i) Membru/i jew il-pajjiż(i) terz(i).

Fil-każ tar-Renju Unit, isem l-Istat Membru jista' jiġi ssostitwit bl-isem tal-pajjiż individwali rilevanti li jifforma parti mir-Renju Unit li fih jinqatal-għeneb użat fil-manifattura tal-prodott tad-dwieli.

Artikolu 52

Indikazzjoni tal-kontenut taz-zokkor għall-prodotti tad-dwieli għajr l-inbid frizzanti, l-inbid frizzanti bil-gass, l-inbid frizzanti ta' kwalità jew l-inbid frizzanti aromatiku ta' kwalità

1.   Il-kontenut taz-zokkor espress bħala fruttożju u glukożju kif previst fil-Parti B tal-Anness III ta' dan ir-Regolament jista' jidher fuq it-tikketta tal-prodotti tad-dwieli minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 119(1)(g) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

2.   Fejn il-kontenut taz-zokkor tal-prodotti tad-dwieli jiġġustifika l-użu ta' tnejn mit-termini elenkati fil-Parti B tal-Anness III ta' dan ir-Regolament, għandu jintgħażel terminu wieħed biss minn dawk it-tnejn.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-kundizzjonijiet tal-użu deskritti fil-Parti B tal-Anness III ta' dan ir-Regolament, il-kontenut taz-zokkor ma jistax ivarja b'aktar minn 1 g għal kull litru minn dak li jidher fuq it-tikketta.

4.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-prodotti tad-dwieli msemmija fil-punti (3), (8) u (9) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, dment li l-kundizzjonijiet tal-użu tal-indikazzjoni tal-kontenut taz-zokkor jiġu rregolati mill-Istati Membri jew stabbiliti fir-regoli applikabbli fil-pajjiż terz ikkonċernat, inkluż, fil-każ ta' pajjiżi terzi, regoli minn organizzazzjonijiet professjonali rappreżentattivi.

Artikolu 53

Termini li jirreferu għal ċerti metodi ta' produzzjoni

1.   F'konformità mal-Artikolu 120(1)(f) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-prodotti tad-dwieli msemmija fil-punti (1) sa (11), (13), (15) u (16) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistgħu juru indikazzjonijiet li jirreferu għal ċerti metodi ta' produzzjoni. Dawn l-indikazzjonijiet jistgħu jinkludu l-metodi ta' produzzjoni msemmija f'dan l-Artikolu.

2.   Huma biss it-termini użati biex jirreferu għall-indikazzjonijiet ta' ċerti metodi ta' produzzjoni u li huma elenkati fl-Anness V li għandhom jintużaw biex jiddeskrivu prodott tad-dwieli li jkollu denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, jew li jkollu indikazzjoni ġeografika ta' pajjiż terz li jkun ġie ffermentat jew immaturat f'kontenitur tal-injam. Madankollu, għal tali prodott tad-dwieli, l-Istati Membri u pajjiżi terzi jistgħu jistabbilixxu indikazzjonijiet oħra ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Anness V.

Għandu jkun permess l-użu ta' waħda mill-indikazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu fejn il-prodott tad-dwieli jkun ġie mmaturat f'kontenitur tal-injam f'konformità mar-regoli nazzjonali fis-seħħ, anke meta l-proċess ta' maturazzjoni jkompli f'tip ta' kontenitur ieħor.

L-indikazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu ma jistgħux jintużaw biex jiddeskrivu prodott tad-dwieli li jkun ġie mmanifatturat bl-għajnuna ta' ċipep tal-ballut, anke b'assoċjazzjoni mal-użu ta' kontenituri tal-injam.

3.   L-espressjoni “iffermentat fil-flixkun” tista' tintuża biss biex tiddeskrivi nbejjed frizzanti li jkollhom denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta ta' pajjiż terz, jew inbejjed frizzanti ta' kwalità, dment li:

(a)

il-prodott ikun sar frizzanti permezz tat-tieni fermentazzjoni alkoħolika fi flixkun;

(b)

it-tul tal-proċess ta' produzzjoni, inkluża l-maturazzjoni fl-intrapriża fejn ikun ġie mmanifatturat il-prodott, ikkalkulat mill-bidu tal-proċess ta' fermentazzjoni mfassal biex jagħmel lill-cuvée frizzanti, ma jkunx inqas minn disa' xhur;

(c)

il-proċess ta' fermentazzjoni mfassal biex il-cuvée ssir frizzanti u l-preżenza tal-cuvée fuq il-karfa jkunu damu mill-inqas 90 jum;

(d)

il-prodott ikun infired mill-karfa permezz tal-filtrazzjoni, f'konformità mal-metodu ta' tiswib tal-inbid minn ġo flixkun għal ieħor, jew inkella ta' sbokkament.

4.   L-espressjonijiet “iffermentat fil-flixkun bil-metodu tradizzjonali” jew “metodu tradizzjonali” jew “metodu klassiku” jew “metodu tradizzjonali klassiku” jistgħu jintużaw biss biex jiddeskrivu inbejjed frizzanti li jkollhom denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika ta' pajjiż terz, jew inbejjed frizzanti ta' kwalità, dment li l-prodott:

(a)

ikun sar frizzanti permezz tat-tieni fermentazzjoni alkoħolika fil-flixkun;

(b)

ikun baqa' f'kuntatt mal-karfa għal mill-inqas disa' xhur fl-istess impriża, minn meta tkun ġiet ikkostitwita l-cuvée;

(c)

ikun infired mill-karfa permezz tal-isbokkament.

5.   L-espressjoni “crémant” tista' tintuża biss għal inbejjed frizzanti ta' kwalità bojod jew “rożè” li jkollhom denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika ta' pajjiż terz, dment li:

(a)

l-għeneb jinqata' manwalment;

(b)

l-inbid isir minn most miksub bit-tagħsir ta' għeneb sħiħ jew ta' għeneb bla zkuk. Il-kwantità tal-most miksub ma għandhiex taqbeż il-100 litru għal kull 150 kg ta' għeneb;

(c)

il-kontenut massimu tad-diossidu tal-kubrit ma jaqbiżx 150 mg/l;

(d)

il-kontenut taz-zokkor ikun inqas minn 50 g/l;

(e)

l-inbid jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 4.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 55, it-terminu “crémant” għandu jiġi indikat fuq it-tikketti ta' nbejjed frizzanti ta' kwalità flimkien ma' isem l-unità ġeografika sottostanti għaż-żona demarkata tad-denominazzjoni ta' oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika protetta tal-pajjiż terz inkwistjoni.

Il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu u t-tieni subparagrafu ma għandhomx japplikaw għall-produtturi li għandhom trademarks li jinkludu t-terminu “crémant” irreġistrati qabel l-1 ta' Marzu 1986.

6.   Ir-referenzi għall-produzzjoni organika tal-għeneb huma rregolati bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (14).

Artikolu 54

Indikazzjoni tal-azjenda

1.   It-termini li jirreferu għal azjenda elenkata fl-Anness VI, għajr l-indikazzjoni ta' isem il-bottiljatur, il-produttur jew il-bejjiegħ, għandhom ikunu riżervati għal prodotti tad-dwieli b'denominazzjonijiet ta' oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi protetti.

Dawk it-termini għandhom jintużaw biss jekk il-prodott tad-dwieli jkun magħmul esklużivament minn għeneb maqtugħ f'vinji sfruttati minn dik l-azjenda, u l-produzzjoni tal-inbid issir kompletament f'dik l-azjenda.

2.   L-Istati Membri għandhom jirregolaw l-użu tat-termini rispettivi tagħhom elenkati fl-Anness VI. Il-pajjiżi terzi għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar l-użu applikabbli għat-termini rispettivi tagħhom elenkati fil-Anness VI, inlkluż dawk minn organizzazzjonijiet professjonali rappreżentattivi.

3.   L-operaturi involuti fil-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott tad-dwieli mmanifatturat f'tali azjenda jistgħu jużaw isem l-azjenda għat-tikkettar u l-preżentazzjoni ta' dak il-prodott tad-dwieli biss jekk l-azjenda inkwistjoni taqbel ma' dak l-użu.

Artikolu 55

Referenza għall-ismijiet ta' unitajiet ġeografiċi iżgħar jew akbar miż-żona sottostanti għad-denominazzjoni ta' oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika protetta

1.   Skont l-Artikolu 120(1)(g) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 45 u 46, huwa biss prodott tad-dwieli li jkollu denominazzjoni ta' oriġini protetta, indikazzjoni ġeografika protetta jew indikazzjoni ġeografika ta' pajjiż terz li fuq it-tikketta jista' jkollu referenza għall-isem ta' unità ġeografika li tkun iżgħar jew akbar miż-żona ta' dik id-denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika.

2.   Fejn jissemmew ismijiet ta' unitajiet ġeografiċi li jkunu iżgħar miż-żona sottostanti tad-denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, iż-żona tal-unità ġeografika inkwistjoni għandha tkun iddefinita sew mill-applikant fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott u fid-dokument uniku. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli li jikkonċernaw l-użu ta' dawn l-unitajiet ġeografiċi.

Għall-prodotti tad-dwieli magħmula f'unità ġeografika iżgħar, japplika dan li ġej:

(a)

mill-inqas 85 % tal-għeneb li minnu jkun sar il-prodott tad-dwieli għandu joriġina minn dik l-unità ġeografika iżgħar. Dan ma jinkludix:

(i)

kwalunkwe kwantità ta' prodotti tad-dwieli li jintużaw fit-taħlil, “likur ta' spedizzjoni” jew “likur tirage”,

(ii)

kwalunkwe kwantità ta' prodott tad-dwieli kif imsemmi fil-punt (3)(e) u (f) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(b)

L-għeneb li jifdal użat fil-produzzjoni għandu joriġina fiż-żona ġeografika demarkata tad-denominazzjoni ta' oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika kkonċernata.

Fil-każ ta' trademarks irreġistrati jew trademarks stabbiliti bl-użu qabel il-11 ta' Mejju 2002 li jinkludu jew jikkonsistu minn isem ta' unità ġeografika li tkun iżgħar miż-żona sottostanti tad-denominazzjoni ta' oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika u r-referenzi taż-żona ġeografika tal-Istat Membru kkonċernat, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu.

3.   L-isem ta' unità ġeografika li tkun iżgħar jew akbar miż-żona sottostanti tad-denominazzjoni ta' oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika jew ir-referenzi taż-żona ġeografika għandu jirreferi għal:

(a)

lokalità jew grupp ta' lokalitajiet;

(b)

żona amministrattiva lokali jew parti minnha;

(c)

subreġjun ta' vitikultura jew parti minnu;

(d)

żona amministrattiva.

TAQSIMA 3

Regoli dwar ċerti forom u għeluq speċifiċi tal-fliexken

Artikolu 56

Kundizzjonijiet tal-użu għal ċerti forom speċifiċi tal-fliexken

Biex jikkwalifika għall-inklużjoni fil-lista ta' tipi speċifiċi ta' flixkun stipulata fl-Anness VII, tip partikolari ta' flixkun għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

irid ikun intuża esklużivament, ġenwinament u tradizzjonalment għall-aħħar 25 sena għal prodott tad-dwieli li jkollu denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta partikolari; u

(b)

l-użu tiegħu għandu jevoka għall-konsumaturi prodott tad-dwieli li għandu denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta.

L-Anness VII jistipula l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-użu tat-tipi speċifiċi ta' fliexken rikonoxxuti.

Artikolu 57

Regoli dwar il-preżentazzjoni għal ċerti prodotti tad-dwieli

1.   L-inbid frizzanti, l-inbid frizzanti ta' kwalità u l-inbid frizzanti aromatiku ta' kwalità mmanifatturat fl-Unjoni għandu jiġi kkummerċjalizzat jew esportat fi fliexken tal-ħġieġ tat-tip “inbid frizzanti” magħluqa bi:

(a)

għal fliexken b'volum nominali ta' aktar minn 0,20 litri: tapp forma ta' faqqiegħ magħmul mis-sufra jew minn materjal ieħor li jista' jiġi f'kuntatt ma' prodotti alimentari, miżmum f'postu minn qfil, mgħotti, jekk meħtieġ, minn kapsun u miksi fil-fojl li jgħatti kompletament lit-tapp u lil parti mill-għonq, jew l-għonq kollu, tal-flixkun;

(b)

għal fliexken b'kontenut ta' volum nominali li ma jaqbiżx 0,20 litri: kwalunkwe għeluq ieħor xieraq.

Xorb ieħor immanifatturat fl-Unjoni ma għandux jiġi kkummerċjalizzat jew esportat la f'tip ta' fliexken tal-ħġieġ “inbid frizzanti” u lanqas b'għeluq kif deskritt fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu.

2.   B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li xorb ieħor jista' jiġi kkummerċjalizzat jew esportat f'tip ta' fliexken tal-ħġieġ “inbid frizzanti” jew b'għeluq kif deskritt fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, jew bit-tnejn li huma, dment li tradizzjonalment ikunu bbottiljati f'dawn il-fliexken u ma jqarrqux bil-konsumaturi rigward in-natura reali tax-xorb.

Artikolu 58

Dispożizzjonijiet addizzjonali stabbiliti mill-Istati Membri produtturi relatati mat-tikkettar u l-preżentazzjoni

1.   L-Istati Membri jistgħu jagħmlu obbligatorju, jipprojbixxu jew jillimitaw l-użu tal-indikazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 49, 50, 52, 53 u 55 ta' dan ir-Regolament u fl-Artikolu 13 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/34 għal prodott tad-dwieli li jkollu denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta li jiġi mmanifatturat fit-territorju tagħhom, billi jintroduċu kundizzjonijiet li jkunu aktar stretti minn dawk stabbiliti f'dan il-Kapitolu permezz tal-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti tal-prodott ta' dawk il-prodotti tad-dwieli.

2.   L-Istati Membri jistgħu jagħmlu obbligatorju l-użu tal-indikazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 52 u 53 ta' dan ir-Regolament għal prodotti tad-dwieli mmanifatturati fit-territorju tagħhom, fejn dawk il-prodotti tad-dwieli ma jkollhomx denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta.

3.   Għall-finijiet ta' kontroll, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li għal prodotti tad-dwieli mmanifatturati fit-territorji tagħhom, jiddefinixxu u jirregolaw indikazzjonijiet oħra għajr dawk elenkati fl-Artikoli 119(1) u 120(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

4.   Għall-finijiet ta' kontroll, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu applikabbli l-Artikoli 118, 119 u 120 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għal prodotti tad-dwieli bbottiljati fit-territorji tagħhom iżda li jkunu għadhom ma ġewx ikkummerċjalizzati jew esportati.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI, TRANŻIZZJONALI U FINALI

Artikolu 59

Lingwa proċedurali

Id-dokumenti u l-informazzjoni kollha mibgħuta lill-Kummissjoni fir-rigward ta' applikazzjoni għall-protezzjoni, applikazzjoni għall-emendar tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, il-proċedura ta' oġġezzjoni u l-proċedura ta' tħassir ta' denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika, f'konformità mal-Artikoli 94 sa 98 u l-Artikoli 105 u 106 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, u ta' terminu tradizzjonali, f'konformità mal-Artikoli 25 sa 31 u l-Artikoli 34 u 35 ta' dan ir-Regolament, għandhom ikunu f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni jew inkella għandhom ikunu akkumpanjati minn traduzzjoni ċertifikata f'waħda minn dawk il-lingwi.

Artikolu 60

Tħassir

Ir-Regolament (KE) Nru 607/2009 huwa mħassar.

Artikolu 61

Miżuri tranżizzjonali

1.   L-Artikoli 2 sa 12 u l-Artikolu 72 tar-Regolament (KE) Nru 607/2009 rigward l-applikazzjoni għall-protezzjoni u t-tikkettar temporanju għandhom ikomplu japplikaw fir-rigward tal-applikazzjonijiet kollha għall-protezzjoni pendenti fid-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2.   L-Artikoli 13 sa 16 tar-Regolament (KE) Nru 607/2009 rigward il-proċedura ta' oġġezzjoni għandhom ikomplu japplikaw għal applikazzjonijiet għall-protezzjoni li d-dokumenti uniċi relatati magħhom ikunu diġà ġew ippubblikati għall-oppożizzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fid-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

3.   L-Artikoli 21, 22 u 23 tar-Regolament (KE) Nru 607/2009 rigward it-tħassir tal-protezzjoni għandhom ikomplu japplikaw għal talbiet pendenti għat-tħassir tal-protezzjoni fid-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament;

4.   Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/34 li jirregolaw l-oġġezzjonijiet għandhom japplikaw għal applikazzjonijiet pendenti li għalihom dokument uniku jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

5.   Il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għall-proċeduri li jikkonċernaw termini tradizzjonali li, fid-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, ikollhom applikazzjoni għall-protezzjoni jew talba għat-tħassir pendenti f'isimhom.

6.   L-Artikoli 20 u 72 tar-Regolament (KE) Nru 607/2009 rigward emendi għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott u tikkettar temporanju għandhom ikomplu japplikaw kemm għal applikazzjonijiet għall-emendar ta' speċifikazzjoni tal-prodott li jkunu diġà ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fid-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, kif ukoll għal applikazzjonijiet għal emendi minuri u mhux minuri li jkunu ġew indikati mill-Istati Membri bħala li jissodisfaw ir-rekwiżiti għal emenda tal-Unjoni.

Rigward applikazzjoni pendenti għall-emendar mhux koperti mis-subparagrafu 1, id-deċiżjonijiet tal-Istati Membri li jippreżentaw dawn l-emendi lill-Kummissjoni għandhom jitqiesu bħala approvazzjoni ta' emenda standard f'konformità mal-Artikolu 17(2) ta' dan ir-Regolament.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw il-lista ta' emendi pendenti lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika fi żmien tliet xhur wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Din il-lista għandha titqassam fiż-żewġ gruppi li ġejjin:

(a)

emendi li jitqiesu li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' emenda tal-Unjoni;

(b)

emendi li jitqiesu li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' emenda standard.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista ta' emendi standard għal kull Stat Membru f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, is-sensiela C, fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi l-lista kompluta ta' kull Stat Membru, u għandha tippubblika l-applikazzjonijiet u d-dokumenti uniċi relatati ma' dawk l-emendi standard.

7.   Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 607/2009 għandhom ikomplu japplikaw għal applikazzjonijiet pendenti għall-emendar ta' terminu tradizzjonali fid-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

8.   Emendi għal speċifikazzjoni tal-prodott imressqa mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru fl-1 ta' Awwissu 2009 jew wara, u trażmessi minn dawn l-awtoritajiet lill-Kummissjoni qabel it-30 ta' Ġunju 2014, f'konformità mal-Artikolu 73(2) tar-Regolament (KE) Nru 607/2009, jitqiesu bħala approvati jekk ikunu ġew rikonoxxuti mill-Kummissjoni bħala li jġibu lill-ispeċifikazzjoni tal-prodott f'konformità mal-Artikolu 118c tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Emendi li ma jkunux ġew rikonoxxuti mill-Kummissjoni bħala li jġibu lill-ispeċifikazzjoni tal-prodott f'konformità mal-Artikolu 118c tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom jitqiesu bħala applikazzjonijiet għal emenda standard u għandhom isegwu r-regoli tranżizzjonali stipulati fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu.

9.   Prodotti tad-dwieli li jitqiegħdu fis-suq jew li jiġu ttikkettati f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 607/2009 jistgħu jiġu kkummerċjalizzati sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti.

10.   Il-proċedura stipulata fl-Artikolu 118s tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandha tapplika għal kwalunkwe modifika għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott imressqa lil Stat Membru fl-1 ta' Awwissu 2009 jew wara, u mibgħuta lill-Kummissjoni minn dak l-Istat Membru qabel il-31 ta' Diċembru 2011.

Artikolu 62

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Ottubru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009 tal-14 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, termini tradizzjonali, it-tikkettar u l-preżentazzjoni ta' ċerti prodotti fis-settur tal-inbid (ĠU L 193, 24.7.2009, p. 60).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 tat-18 ta' Diċembru 2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-istabbiliment ta' simboli tal-Unjoni għal denominazzjonijiet protetti tal-oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u speċjalitajiet tradizzjonali ggarantiti u fir-rigward ta' ċerti regoli dwar il-ksib, ċerti regoli proċedurali u ċerti regoli tranżitorji oħrajn (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 17).

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18).

(8)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/34 tas-17 ta' Ottubru 2018 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta' denominazzjonijiet ta' oriġini, ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u ta' termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta' oġġezzjoni, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodotti, ir-reġistru ta' ismijiet protetti, it-tħassir tal-protezzjoni u l-użu ta' simboli, u tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward sistema xierqa ta' kontrolli (ara l-paġna 46 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(9)  Id-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trademarks (ĠU L 299, 8.11.2008, p. 25).

(10)  Id-Direttiva (UE) 2015/2436 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2015 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trademarks (Riformulazzjoni) (ĠU L 336, 23.12.2015, p. 1).

(11)  Ir-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 154, 16.6.2017, p. 1).

(12)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(13)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/274 tal-11 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli, ir-reġistru tal-vinji, id-dokumenti ta' akkumpanjament u ċ-ċertifikazzjoni, ir-reġistru tad-dħul u l-ħruġ, u d-dikjarazzjonijiet obbligatorji, u tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontrolli rilevanti, u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/561 (ĠU L 58, 28.2.2018, p. 1-59).

(14)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1).


ANNESS I

TAQSIMA A

Termini msemmija fl-Artikolu 41(1)

Lingwa

Termini li jikkonċernaw is-sulfiti

Termini li jikkonċernaw il-bajd u l-prodotti bbażati fuq il-bajd

Termini li jikkonċernaw il-ħalib u l-prodotti bbażati fuq il-ħalib

bil-Bulgaru

“сулфити” jew “серен диоксид”

“яйце”, “яйчен протеин”, “яйчен продукт”, “яйчен лизозим” jew “яйчен албумин”

“мляко”, “млечни продукти”, “млечен казеин” jew “млечен протеин”

bl-Ispanjol

“sulfitos” jew “dióxido de azufre”

“huevo”, “proteína de huevo”, “ovoproducto”, “lisozima de huevo” jew “ovoalbúmina”

“leche”, “productos lácteos”, “caseína de leche” jew “proteína de leche”

biċ-Ċek

“siřičitany” jew “oxid siřičitý”

“vejce”, “vaječná bílkovina”, “výrobky z vajec”, “vaječný lysozym” jew “vaječný albumin”

“mléko”, “výrobky z mléka”, “mléčný kasein” jew “mléčná bílkovina”

bid-Daniż

“sulfitter”jew“svovldioxid”.

“æg”,“ægprotein”,“ægprodukt”,“æglysozym”, jew“ægalbumin”

“mælk”,“mælkeprodukt”,“mælkecasein”jew“mælkeprotein”,

bil-Ġermaniż

“Sulfite” jew “Schwefeldioxid”

“Ei”, “Eiprotein”, “Eiprodukt”, “Lysozym aus Ei” jew “Albumin aus Ei”

“Milch”, “Milcherzeugnis”, “Kasein aus Milch” jew “Milchprotein”

bl-Estonjan

“sulfitid” jew “vääveldioksiid”

“muna”, “munaproteiin”, “munatooted”, “munalüsosüüm” jew “munaalbumiin”…

“piim”, “piimatooted”, “piimakaseiin” jew “piimaproteiin”

bil-Grieg

“θειώδη”, “διοξείδιο του θείου” jew “ανυδρίτης του θειώδους οξέος”

“αυγό”, “πρωτεΐνη αυγού”, “προϊόν αυγού”, “λυσοζύμη αυγού” jew “αλβουμίνη αυγού”

“γάλα”, “προϊόντα γάλακτος”, “καζεΐνη γάλακτος” jew “πρωτεΐνη γάλακτος”

bl-Ingliż

“sulphites”, “sulfites”, “sulphur dioxide” jew “sulfur dioxide”

“egg”, “egg protein”, “egg product”, “egg lysozyme” jew “egg albumin”

“milk”, “milk products”, “milk casein” jew “milk protein”

bil-Franċiż

“sulfites” jew “anhydride sulfureux”

“œuf”, “protéine de l'œuf”, “produit de l'œuf”, “lysozyme de l'œuf” jew “albumine de l'œuf”

“lait”, “produits du lait”, “caséine du lait” jew “protéine du lait”

bil-Kroat

“sulfiti” jew “sumporov dioksid”

“jaje”, “bjelančevine iz jaja”, “proizvodi od jaja”, “lizozim iz jaja” jew “albumin iz jaja”;

“mlijeko”, “mliječni proizvodi”, “kazein iz mlijeka” jew “mliječne bjelančevine”

bit-Taljan

“solfiti”, jew “anidride solforosa”

“uovo”, “proteina dell'uovo”, “derivati dell'uovo”, “lisozima da uovo” jew “ovoalbumina”

“latte”, “derivati del latte”, “caseina del latte” jew “proteina del latte”

bil-Latvjan

“sulfīti” jew “sēra dioksīds”

“olas”, “olu olbaltumviela”, “olu produkts”, “olu lizocīms” jew “olu albumīns”

“piens”, “piena produkts”, “piena kazeīns” jew “piena olbaltumviela”

bil-Litwan

“sulfitai” jew “sieros dioksidas”

“kiaušiniai”, “kiaušinių baltymai”, “kiaušinių produktai”, “kiaušinių lizocimas” jew “kiaušinių albuminas”

“pienas”, “pieno produktai”, “pieno kazeinas” jew “pieno baltymai”

bl-Ungeriż

“szulfitok” jew “kén-dioxid”

“tojás”, “tojásból származó fehérje”, “tojástermék”, “tojásból származó lizozim” jew “tojásból származó albumin”

“tej”, “tejtermékek”, “tejkazein” jew “tejfehérje”

bil-Malti

“sulfiti”, jew “diossidu tal-kubrit”

“bajd”, “proteina tal-bajd”, “prodott tal-bajd”, “liżożima tal-bajd” jew “albumina tal-bajd”

“ħalib”, “prodotti tal-ħalib”, “kaseina tal-ħalib” jew “proteina tal-ħalib”

bl-Olandiż

“sulfieten” jew “zwaveldioxide”

“ei”, “eiproteïne”, “eiderivaat”, “eilysozym” jew “eialbumine”

“melk”, “melkderivaat”, “melkcaseïne” jew “melkproteïnen”

bil-Pollakk

“siarczyny”, “dwutlenek siarki” jew “ditlenek siarki”

“jajo”, “białko jaja”, “produkty z jaj”, “lizozym z jaja” jew “albuminę z jaja”

“mleko”, “produkty mleczne”, “kazeinę z mleka” jew “białko mleka”

bil-Portugiż

“sulfitos” jew “dióxido de enxofre”

“ovo”, “proteína de ovo”, “produto de ovo”, “lisozima de ovo” jew “albumina de ovo”

“leite”, “produtos de leite”, “caseína de leite” jew “proteína de leite”

bir-Rumen

“sulfiți” jew “dioxid de sulf”

“ouă”, “proteine din ouă”, “produse din ouă”, “lizozimă din ouă” jew “albumină din ouă”

“lapte”, “produse din lapte”, “cazeină din lapte” jew “proteine din lapte”

bis-Slovakk

“siričitany” jew “oxid siričitý”

“vajce”, “vaječná bielkovina”, “výrobok z vajec”, “vaječný lyzozým” jew “vaječný albumín”

“mlieko”, “výrobky z mlieka”, “mliečne výrobky”, “mliečny kazeín” jew “mliečna bielkovina”

bis-Sloven

“sulfiti” jew “žveplov dioksid”

“jajce”, “jajčne beljakovine”, “proizvod iz jajc”, “jajčni lizocim” jew “jajčni albumin”

“mleko”, “proizvod iz mleka”, “mlečni kazein” jew “mlečne beljakovine”

bil-Finlandiż

“sulfiittia”, “sulfiitteja” jew “rikkidioksidia”

“kananmunaa”, “kananmunaproteiinia”, “kananmunatuotetta”, “lysotsyymiä (kananmunasta)” jew “kananmuna-albumiinia”

“maitoa”, “maitotuotteita”, “kaseiinia (maidosta)” jew “maitoproteiinia”

bl-Iżvediż

“sulfiter” jew “svaveldioxid”

“ägg”, “äggprotein”, “äggprodukt”, “ägglysozym” jew “äggalbumin”

“mjölk”, “mjölkprodukter”, “mjölkkasein” jew “mjölkprotein”

TAQSIMA B

Pittogrammi msemmija fl-Artikolu 41(2)

Image

Image

Image

Image


ANNESS II

Kliem imsemmi fl-Artikolu 46(3), it-tieni subparagrafu, il-punt (b)

Lingwa

Kliem awtorizzat minflok “produttur”

Kliem awtorizzat minflok “prodott minn”

BG

“преработвател”

“преработено от”

ES

“elaborador”

“elaborado por”

CS

“zpracovatel” jew “vinař”

“zpracováno v” jew “vyrobeno v”

DA

“forarbejdningsvirksomhed”jew“vinproducent”

“forarbejdet af”

DE

“Verarbeiter”

“verarbeitet von” jew “versektet durch”

“Sektkellerei”

ET

“töötleja”

“töödelnud”

EL

“οινοποιός”

“οινοποιήθηκε από”,

EN

“processor” jew “winemaker”

“processed by” jew “made by”

FR

“élaborateur”

“élaboré par”

IT

“elaboratore” jew “spumantizzatore”

“elaborato da” jew “spumantizzato da”

LV

“izgatavotājs”

“vīndaris” jew “ražojis”

LT

“perdirbėjas”

“perdirbo”

HU

“feldolgozó:”

“feldolgozta:”

MT

“proċessur”

“ipproċessat minn”

NL

“verwerker” jew “bereider”

“verwerkt door” jew “bereid door”

PL

“przetwórca” jew “wytwórca”

“przetworzone przez” jew “wytworzone przez”

PT

“elaborador” jew “preparador”

“elaborado por” jew “preparado por”

RO

“elaborator”

“elaborat de”

SI

“pridelovalec”

“prideluje”

SK

“spracovateľ”

“spracúva”

FI

“valmistaja”

“valmistanut”

SV

“bearbetningsföretag”

“bearbetat av”


ANNESS III

TAQSIMA A

Lista ta' termini msemmija fl-Artikolu 47(1), li għandhom jintużaw għal inbid frizzanti, inbid frizzanti bil-gass, inbid frizzanti ta' kwalità jew inbid frizzanti aromatiku ta' kwalità

Termini

Kundizzjonijiet tal-użu

brut nature, naturherb, bruto natural, pas dosé, dosage zéro, natūralusis briutas, īsts bruts, přírodně tvrdé, popolnoma suho, dosaggio żero, брют натюр, brut natur

Jekk il-kontenut taz-zokkor tiegħu jkun inqas minn 3 grammi għal kull litru; dawn it-termini jistgħu jintużaw biss għal prodotti li ma jiżdidilhomx iz-zokkor wara l-fermentazzjoni sekondarja.

extra brut, extra herb, ekstra briutas, ekstra brut, ekstra bruts, zvláště tvrdé, extra bruto, izredno suho, ekstra wytrawne, екстра брют

Jekk il-kontenut taz-zokkor tiegħu jkun bejn 0 u 6 grammi kull litru.

brut, herb, briutas, bruts, tvrdé, bruto, zelo suho, bardzo wytrawne, брют

Jekk il-kontenut taz-zokkor tiegħu jkun inqas minn 12-il gramma għal kull litru.

extra dry, extra trocken, extra seco, labai sausas, ekstra kuiv, ekstra sausais, különlegesen száraz, wytrawne, suho, zvláště suché, extra suché, екстра сухо, extra sec, ekstra tør, vrlo suho

Jekk il-kontenut taz-zokkor tiegħu jkun bejn 12 u 17 grammi kull litru.

sec, trocken, secco, asciutto, dry, tør, ξηρός, seco, torr, kuiva, sausas, kuiv, sausais, száraz, półwytrawne, polsuho, suché, сухо, suho

Jekk il-kontenut taz-zokkor tiegħu jkun bejn 17 u 32 grammi kull litru.

demi-sec, halbtrocken, abboccato, medium dry, halvtør, ημίξηρος, semi seco, meio seco, halvtorr, puolikuiva, pusiau sausas, poolkuiv, pussausais, félszáraz, półsłodkie, polsladko, polosuché, polosladké, полусухо, polusuho

Jekk il-kontenut taz-zokkor tiegħu jkun bejn 32 u 50 grammi kull litru.

doux, mild, dolce, sweet, sød, γλυκός, dulce, doce, söt, makea, saldus, magus, édes, ħelu, słodkie, sladko, sladké, сладко, dulce, saldais, slatko

Jekk il-kontenut taz-zokkor tiegħu jkun aktar minn 50 gramma għal kull litru.

TAQSIMA B

Lista ta' termini msemmija fl-Artikolu 52(1), li għandhom jintużaw għal prodotti oħra għajr dawk elenkati fil-Parti A

Termini

Kundizzjonijiet tal-użu

сухо, seco, suché, tør, trocken, kuiv, ξηρός, dry, sec, secco, asciuttto, sausais, sausas, száraz, droog, wytrawne, seco, sec, suho, kuiva

Jekk il-kontenut taz-zokkor tiegħu ma jaqbiżx:

4 grammi għal kull litru, jew

9 grammi għal kull litru, dment li l-aċidità totali espressa bħala grammi ta' aċidu tartariku għal kull litru ma tkunx aktar minn 2 grammi taħt il-kontenut taz-zokkor residwu.

полусухо, semiseco, polosuché, halvtør, halbtrocken, poolkuiv, ημίξηρος, medium dry, demi-sec, abboccato, pussausais, pusiau sausas, félszáraz, halfdroog, półwytrawne, meio seco, adamado, demisec, polsuho, puolikuiva, halvtorrt, polusuho

Jekk il-kontenut taz-zokkor tiegħu jaqbeż il-massimu permess iżda ma jaqbiżx:

12-il gramma għal kull litru, jew

18-il gramma għal kull litru, dment li l-aċidità totali espressa bħala grammi ta' aċidu tartariku għal kull litru ma tkunx aktar minn 10 grammi taħt il-kontenut taz-zokkor residwu.

полусладко, semidulce, polosladké, halvsød, lieblich, poolmagus, ημίγλυκος, medium, medium sweet, moelleux, amabile, pussaldais, pusiau saldus, félédes, halfzoet, półsłodkie, meio doce, demidulce, polsladko, puolimakea, halvsött, poluslatko

Jekk il-kontenut taz-zokkor tiegħu jaqbeż il-massimu permess iżda ma jaqbiżx 45 gramma għal kull litru.

сладко, dulce, sladké, sød, süss, magus, γλυκός, sweet, doux, dolce, saldais, saldus, édes, ħelu, zoet, słodkie, doce, dulce, sladko, makea, sött, slatko.

Jekk il-kontenut taz-zokkor tiegħu ikun mill-inqas 45 gramma għal kull litru.


ANNESS IV

LISTA TA' VARJETAJIET TA' GĦENEB TAL-INBID U S-SINONIMI TAGĦHOM LI JISTGĦU JIDHRU FUQ IT-TIKKETTAR TAL-INBEJJED (1)

TAQSIMA A

Lista ta' varjetajiet ta' għeneb tal-inbid u s-sinonimi tagħhom li jistgħu jidhru fuq it-tikkettar tal-inbejjed f'konformità mal-Artikolu 50(3)

 

Isem ta' denominazzjoni ta' oriġini protetta jew ta' indikazzjoni ġeografika protetta

Isem il-varjetà jew is-sinonimi tagħha

Pajjiżi li jistgħu jużaw isem il-varjetà jew wieħed mis-sinonimi tiegħu (2)

1

Alba (IT)

Albarossa

L-Italjao

2

Alicante (ES)

Alicante Bouschet

Il-Greċjao, l-Italjao, il-Portugallo, l-Alġerijao, it-Tuneżija°, l-Istati Unitio, Ċipruo , l-Afrika t'Isfel, il-Kroazja

Nota: L-isem “Alicante” ma jistax jintuża waħdu biex jindika inbid.

3

Alicante Branco

Il-Portugall o

4

Alicante Henri Bouschet

Franzao, is-Serbja u l-Montenegro (6)

5

Alicante

L-Italja o

6

Alikant Buse

Is-Serbja u l-Montenegro (4)

7

Avola (IT)

Nero d'Avola

L-Italja

8

Bohotin (RO)

Busuioacă de Bohotin

Ir-Rumanija

9

Borba (PT)

Borba

Spanja o

10

Bourgogne (FR)

Blauburgunder

L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (13-20-30), l-Awstrija (18-20), il-Kanada (20-30), iċ-Ċilì (20-30), l-Italja (20-30), l-Iżvizzera

11

Blauer Burgunder

L-Awstrija (10-13), is-Serbja u l-Montenegro (17-30)

12

Blauer Frühburgunder

Il-Ġermanja (24)

13

Blauer Spätburgunder

Il-Ġermanja (30), l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (10-20-30), l-Awstrija (10-11), il-Bulgarija (30), il-Kanada (10-30), iċ-Ċilì (10-30), ir-Rumanija (30), l-Italja (10-30)

14

Burgund Mare

Ir-Rumanija (35, 27, 39, 41)

14a

Borgonja istarska

Il-Kroazja

15

Burgundac beli

Is-Serbja u l-Montenegro (34)

15a

Burgundac bijeli

Il-Kroazja

17

Burgundac crni

Is-Serbja u l-Montenegro (11-30), il-Kroazja

18

Burgundac sivi

Il-Kroazja°, is-Serbja u l-Montenegro o

19

Burgundec bel

L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja o

20

Burgundec crn

L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (10-13-30)

21

Burgundec siv

L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja o

22

Early Burgundy

L-Istati Uniti o

23

Fehér Burgundi, Burgundi

L-Ungerija (31)

24

Frühburgunder

Il-Ġermanja (12), in-Netherlandso

25

Grauburgunder

Il-Ġermanja, il-Bulgarija, l-Ungerija°, ir-Rumanija (26)

26

Grauer Burgunder

Il-Kanada, ir-Rumanija (25), il-Ġermanja, l-Awstrija

27

Grossburgunder

Ir-Rumanija (37, 14, 40, 42)

28

Kisburgundi kék

L-Ungerija (30)

29

Nagyburgundi

L-Ungerijao

30

Spätburgunder

L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (10-13-20), is-Serbja u l-Montenegro (11-17), il-Bulgarija (13), il-Kanada (10-13), iċ-Ċilì, l-Ungerija (29), il-Moldovao, ir-Rumanija (13), l-Italja (10-13), ir-Renju Unit, il-Ġermanja (13)

31

 

Weißburgunder

L-Afrika t'Isfel (33), il-Kanada, iċ-Ċilì (32), l-Ungerija (23), il-Ġermanja (32, 33), l-Awstrija (32), ir-Renju Unito, l-Italja

32

 

Weißer Burgunder

Il-Ġermanja (31, 33), l-Awstrija (31), iċ-Ċilì (31), is-Slovenja, l-Italja

33

 

Weissburgunder

L-Afrika t'Isfel (31), il-Ġermanja (31, 32), ir-Renju Unit, l-Italja, l-Iżvizzerao

34

 

Weisser Burgunder

Is-Serbja u l-Montenegro (15)

35

Il-Calabria (IT)

Calabrese

L-Italja

36

Cotnari (RO)

Grasă de Cotnari

Ir-Rumanija

37

Franken (DE)

Blaufränkisch

Ir-Repubblika Ċeka (39), l-Awstrijao, il-Ġermanja, is-Slovenja (Modra frankinja, Frankinja), l-Ungerija, ir-Rumanija (14, 27, 39, 41)

38

Frâncușă

Ir-Rumanija

39

Frankovka

Ir-Repubblika Ċeka (37), is-Slovakkja (40), ir-Rumanija (14, 27, 38, 41), il-Kroazja,

40

Frankovka modrá

Is-Slovakkja (39)

41

Kékfrankos

L-Ungerija, ir-Rumanija (37, 14, 27, 39)

42

Il-Friuli (IT)

Friulano

L-Italja

43

Graciosa (PT)

Graciosa

Il-Portugall o

44

Мелник (BU)

Melnik

Мелник

Melnik

Il-Bulgarija

45

Montepulciano (IT)

Montepulciano

L-Italja o

46

Moravské (CZ)

Cabernet Moravia

Ir-Repubblika Ċeka o

47

Moravia dulce

Spanja o

48

Moravia agria

Spanja o

49

Muškat moravský

Ir-Repubblika Ċekao, is-Slovakkja

50

Odobești (RO)

Galbenă de Odobești

Ir-Rumanija

51

Porto (PT)

Portoghese

L-Italja o

52

Rioja (ES)

Torrontés riojano

L-Arġentina o

53

Sardenja (IT)

Barbera Sarda

L-Italja

54

Sciacca (IT)

Sciaccarello

Franza

55

Teran (SI)

Teran

Il-Kroazja (3)

TAQSIMA B

Lista ta' varjetajiet ta' għeneb tal-inbid u s-sinonimi tagħhom li jistgħu jidhru fuq it-tikkettar tal-inbejjed f'konformità mal-Artikolu 50(4)

 

Isem ta' denominazzjoni ta' oriġini protetta jew ta' indikazzjoni ġeografika protetta

Isem il-varjetà jew is-sinonimi tagħha

Pajjiżi li jistgħu jużaw isem il-varjetà jew wieħed mis-sinonimi tiegħu (4)

1

Mount Athos — Agioritikos (GR)

Agiorgitiko

Il-Greċja, Ċipruo

2

Aglianico del Taburno (IT)

Aglianico

L-Italjao, il-Greċjao, Maltao, l-Istati Uniti

2a

Aglianico del Taburno

Aglianico crni

Il-Kroazja

 

Aglianico del Vulture (IT)

Aglianicone

L-Italja o

4

Aleatico di Gradoli (IT)

Aleatico di Puglia (IT)

Aleatico

L-Italja, l-Awstralja, l-Istati Uniti

5

Ansonica Costa dell'Argentario (IT)

Ansonica

L-Italja, l-Awstralja

6

Conca de Barbera (ES)

Barbera Bianca

L-Italja o

7

Barbera

L-Afrika t'Isfelo, l-Arġentinao, l-Awstraljao, il-Kroazjao, il-Messikuo, is-Slovenjao, l-Urugwajo, l-Istati Unitio, il-Greċjao, l-Italjao, Maltao

8

Barbera Sarda

L-Italja o

9

Malvasia di Castelnuovo Don Bosco (IT)

Bosco Eliceo (IT)

Bosco

L-Italja o

10

Brachetto d'Acqui (IT)

Brachetto

L-Italja, l-Awstralja

11

Etyek-Buda (HU)

Budai

L-Ungerija o

12

Cesanese del Piglio (IT)

Cesanese di Olevano Romano (IT)

Cesanese di Affile (IT)

Cesanese

L-Italja, l-Awstralja

13

Cortese di Gavi (IT)

Cortese dell'Alto Monferrato (IT)

Cortese

L-Italja, l-Awstralja, l-Istati Uniti

14

Duna (HU)

Duna gyöngye

L-Ungerija

15

Dunajskostredský (SK)

Dunaj

Is-Slovakkja

16

Côte de Duras (FR)

Durasa

L-Italja

17

Korinthos-Korinthiakos (GR)

Corinto Nero

L-Italja o

18

Korinthiaki

Il-Greċja o

19

Fiano di Avellino (IT)

Fiano

L-Italja, l-Awstralja, l-Istati Uniti

20

Fortana del Taro (IT)

Fortana

L-Italja, l-Awstralja

21

Freisa d'Asti (IT)

Freisa di Chieri (IT)

Freisa

L-Italja, l-Awstralja, l-Istati Uniti

22

Greco di Bianco (IT)

Greco di Tufo (IT)

Greco

L-Italja, l-Awstralja

23

Grignolino d'Asti (IT)

Grignolino del Monferrato Casalese (IT)

Grignolino

L-Italja, l-Awstralja, l-Istati Uniti

24

Izsáki Arany Sárfehér (HU)

Izsáki Sárfehér

L-Ungerija

25

Lacrima di Morro d'Alba (IT)

Lacrima

L-Italja, l-Awstralja

26

Lambrusco Grasparossa di Castelvetro

Lambrusco grasparossa

L-Italja

27

Lambrusco

L-Italja, l-Awstralja  (5), l-Istati Uniti

28

Lambrusco di Sorbara (IT)

29

Lambrusco Mantovano (IT)

30

Lambrusco Salamino di Santa Croce (IT)

31

Lambrusco Salamino

L-Italja

32

Colli Maceratesi

Maceratino

L-Italja, l-Awstralja

33

Nebbiolo d'Alba (IT)

Nebbiolo

L-Italja, l-Awstralja, l-Istati Uniti, il-Kroazja

34

Colli Orientali del Friuli Picolit (IT)

Picolit

L-Italja

35

Pikolit

Is-Slovenja

36

Colli Bolognesi Classico Pignoletto (IT)

Pignoletto

L-Italja, l-Awstralja

37

Primitivo di Manduria

Primitivo

L-Italja, l-Awstralja, l-Istati Uniti, il-Kroazja

38

Rheingau (DE)

Rajnai rizling

L-Ungerija (41)

39

Rheinhessen (DE)

Rajnski rizling

Is-Serbja u l-Montenegro (40-41-46), il-Kroazja

40

Renski rizling

Is-Serbja u l-Montenegro (39-43-46), is-Slovenja o (45)

41

Rheinriesling

Il-Bulgarijao, l-Awstrija, il-Ġermanja (43), l-Ungerija (38), ir-Repubblika Ċeka (49), l-Italja (43), il-Greċja, il-Portugall, is-Slovenja

42

Rhine Riesling

L-Afrika t'Isfelo, l-Awstraljao, iċ-Ċilì (44), il-Moldovao, New Zealando, Ċipru, l-Ungerija o

43

Riesling renano

Il-Ġermanja (41), is-Serbja u l-Montenegro (39-40-46), l-Italja (41)

44

Riesling Renano

Iċ-Ċilì (42), Malta o

45

Radgonska ranina

Is-Slovenja, il-Kroazja

46

Rizling rajnski

Is-Serbja u l-Montenegro (39-40-43)

47

Rizling Rajnski

L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonjao, il-Kroazja o

48

Rizling rýnsky

Is-Slovakkja o

49

Ryzlink rýnský

Ir-Repubblika Ċeka (41)

50

Rossese di Dolceacqua (IT)

Rossese

L-Italja, l-Awstralja

51

Sangiovese di Romagna (IT)

Sangiovese

L-Italja, l-Awstralja, l-Istati Uniti, il-Kroazja

52

Štajerska Slovenija (SI)

Štajerska belina

Is-Slovenja, il-Kroazja

52 a

Štajerska Slovenija (SI)

Štajerka

Il-Kroazja

53

Teroldego Rotaliano (IT)

Teroldego

L-Italja, l-Awstralja, l-Istati Uniti

54

Vinho Verde (PT)

Verdea

L-Italja o

55

Verdeca

L-Italja

56

Verdese

L-Italja o

57

Verdicchio dei Castelli di Jesi (IT)

Verdicchio di Matelica (IT)

Verdicchio

L-Italja, l-Awstralja

58

Vermentino di Gallura (IT)

Vermentino di Sardegna (IT)

Vermentino

L-Italja, l-Awstralja, l-Istati Uniti tal-Amerka, il-Kroazja

59

Vernaccia di San Gimignano (IT)

Vernaccia di Oristano (IT)

Vernaccia di Serrapetrona (IT)

Vernaccia

L-Italja, l-Awstralja

60

Zala (HU)

Zalagyöngye

L-Ungerija


(1)  

DIDASKALIJA:

:

termini bil-korsiv

:

referenza għas-sinonimu għall-varjetà ta' għeneb tal-inbid

:

o

:

ebda sinonimu

:

termini b'tipa grassa

:

kolonna 3: isem il-varjetà ta' għeneb tal-inbid

kolonna 4: il-pajjiż fejn l-isem jikkorrispondi għal varjetà u referenza għall-varjetà

:

termini mhux b'tipa grassa

:

kolonna 3: isem is-sinonimu ta' varjetà ta' dwieli

kolonna 4: isem il-pajjiż li juża s-sinonimu ta' varjetà ta' dwieli

(2)  Għall-pajjiżi kkonċernati, id-derogi previsti f'dan l-Anness huma awtorizzati biss fil-każ ta' nbejjed li juru denominazzjoni ta' oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta magħmulin bil-varjetajiet ikkonċernati.

(3)  Unikament għad-DOP “Hrvatska Istra” (PDO-HR-A1652), bil-kundizzjoni li “Hrvatska Istra” u “Teran” jidhru fl-istess kamp viżiv u li l-isem “Teran” jidher b'tipa iżgħar minn dik użata għal “Hrvatska Istra”.

(4)  Għall-pajjiżi kkonċernati, id-derogi previsti f'dan l-Anness huma awtorizzati biss fil-każ ta' nbejjed li juru denominazzjoni ta' oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta magħmulin bil-varjetajiet ikkonċernati.

(5)  L-użu huwa awtorizzat f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 22(4) tal-Ftehim tal-1 ta' Diċembru 2008 bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja dwar il-kummerċ tal-inbid (ĠU L 28, 30.1.2009, p. 3).


ANNESS V

Indikazzjonijiet awtorizzati biex jintużaw fuq it-tikketta tal-inbejjed skont l-Artikolu 53(2)

iffermentat fil-btieti

immaturat fil-btieti

misjur fil-btieti

iffermentat f'kartelli ta' […]

[indika t-tip ta' injam]

immaturat f'kartelli ta' […]

[indika t-tip ta' injam]

misjur f'kartelli ta' […]

[indika t-tip ta' injam]

iffermentat fil-kartelli

immaturat fil-kartelli

misjur fil-kartelli

Il-kelma “kartelli” tista' tiġi ssostitwita bil-kelma “btieti”.


ANNESS VI

Termini msemmija fl-Artikolu 54(1)

Stat Membru

Termini

L-Awstrija

Burg, Domäne, Eigenbau, Familie, Gutswein, Güterverwaltung, Hof, Hofgut, Kloster, Landgut, Schloss, Stadtgut, Stift, Weinbau, Weingut, Weingärtner, Winzer, Winzermeister

Ir-Repubblika Ċeka

Sklep, vinařský dům, vinařství

Il-Ġermanja

Burg, Domäne, Kloster, Schloss, Stift, Weinbau, Weingärtner, Weingut, Winzer

Franza

Abbaye, Bastide, Campagne, Chapelle, Château, Clos, Commanderie, Cru, Domaine, Mas, Manoir, Mont, Monastère, Monopole, Moulin, Prieuré, Tour

Il-Greċja

Αγρέπαυλη (Agrepavlis), Αμπελι (Ampeli), Αμπελώνας(-ες) (Ampelonas-(es)), Αρχοντικό (Archontiko), Κάστρο (Kastro), Κτήμα (Κtima), Μετόχι (Metochi), Μοναστήρι (Monastiri), Ορεινό Κτήμα (Orino Ktima), Πύργος (Pyrgos)

L-Italja

abbazia, abtei, ansitz, burg, castello, kloster, rocca, schlofl, stift, torre, villa

Ċipru

Αμπελώνας (-ες) (Ampelonas (-es), Κτήμα (Ktima), Μοναστήρι (Monastiri), Μονή (Moni)

Il-Portugall

Casa, Herdade, Paço, Palácio, Quinta, Solar

Is-Slovenja

Klet, Kmetija, Posestvo, Vinska klet

Is-Slovakkja

Kaštieľ, Kúria, Pivnica, Vinárstvo, Usadlosť


ANNESS VII

Restrizzjoni fuq l-użu ta' tipi speċifiċi ta' flixkun, kif imsemmi fl-Artikolu 56

1.

“Flûte d'Alsace”:

(a)

tip: flixkun tal-ħġieġ li jikkonsisti minn forma ċilindrika dritta b'għonq twil, b'bejn wieħed u ieħor il-proporzjonijiet li ġejjin:

tul totali/dijametru fil-qiegħ = 5:1,

tul tal-forma ċilindrika = tul totali/3;

(b)

l-inbejjed li għalihom huwa riżervat dan it-tip ta' flixkun, fil-każ ta' nbejjed magħmulin minn għeneb maqtugħ fit-territorju Franċiż, huma l-inbejjed tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti li ġejjin:

“Alsace” jew “vin d'Alsace”, “Alsace Grand Cru”,

“Crépy”,

“Château-Grillet”,

“Côtes de Provence”, aħmar u rożè,

“Cassis”,

“Jurançon”, “Jurançon sec”,

“Béarn”, “Béarn-Bellocq”, rożè,

“Tavel”, rożè.

Madankollu, ir-restrizzjoni fuq l-użu ta' fliexken ta' dan it-tip għandha tapplika biss għal inbejjed magħmulin minn għeneb maqtugħ fit-territorju Franċiż.

2.

“Bocksbeutel” jew “Cantil”:

(a)

tip: flixkun tal-ħġieġ b'għonq qasir, b'żaqq wiesgħa iżda b'forma ċatta; il-qiegħ u s-sezzjoni trażversali tal-flixkun fil-punt tal-akbar konvessività huma ellissojdali:

il-proporzjon bejn l-assi t-twil u l-qasir tas-sezzjoni trażversali ellissojdali = 2:1,

il-proporzjon tat-tul tal-forma konvessa mal-għonq ċilindriku tal-flixkun = 2,5:1;

(b)

l-inbejjed li għalihom huwa riżervat dan it-tip ta' flixkun:

(i)

inbejjed Ġermaniżi tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti li ġejjin:

Franken,

Baden:

li joriġinaw f'Taubertal u fi Schüpfergrund,

li joriġinaw fil-partijiet li ġejjin taż-żona amministrattiva lokali ta' Baden-Baden: Neuweier, Steinbach, Umweg u Varnhalt;

(ii)

inbejjed Taljani tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti li ġejjin:

Santa Maddalena (St. Magdalener),

Valle Isarco (Eisacktaler), magħmul mill-varjetajiet ta' Sylvaner u Müller-Thurgau,

Terlaner, magħmul mill-varjetà ta' Pinot bianco,

Bozner Leiten,

Alto Adige (Südtiroler), magħmul mill-varjetajiet ta' Riesling, Müller-Thurgau, Pinot nero, Moscato giallo, Sylvaner, Lagrein, Pinot blanco (Weissburgunder) u Moscato rosa (Rosenmuskateller),

Greco di Bianco,

Trentino, magħmul mill-varjetà ta' Moscato;

(iii)

inbejjed Griegi:

Agioritiko,

Rombola Kephalonias,

inbejjed mill-gżira ta' Kefalonia,

inbejjed mill-gżira ta' Paros,

inbejjed ta' indikazzjoni ġeografika protetta mill-Peloponnese:

(iv)

inbejjed Portugiżi:

inbejjed rożè u nbejjed oħra ta' denominazzjonijiet ta' oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti li għalihom tista' tingħata prova li diġà ġew ippreżentati b'mod korrett u tradizzjonali fi fliexken tat-tip “cantil”, qabel ma ġew ikklassifikati bħala nbejjed b'denominazzjonijiet ta' oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti.

3.

“Clavelin”:

(a)

tip: flixkun tal-ħġieġ b'għonq qasir li jesa' 0,62 litru, li jikkonsisti f'forma ċilindrika bi spallejn wisgħin, li lill-flixkun tagħtih apparenza baxxa, b'bejn wieħed u ieħor il-proporzjonijiet li ġejjin:

tul totali/dijametru fil-qiegħ = 2,75,

tul tal-parti ċilindrika = tul totali/2;

(b)

l-inbejjed li għalihom huwa riżervat dan it-tip ta' flixkun:

inbejjed Franċiżi tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti li ġejjin:

Côte du Jura,

Arbois,

L'Etoile,

Château Chalon.

4.

“Tokaj”:

(a)

tip: flixkun tal-ħġieġ dritt, b'għonq twil u trasparenti li jikkonsisti minn forma ċilindrika bil-proporzjonijiet li ġejjin:

tul tal-forma ċilindrika/tul totali = 1:2,7,

tul totali/dijametru fil-qiegħ = 1:3,6,

kapaċità: 500 ml; 375 ml, 250 ml, 100 ml jew 187,5 ml (f'każ ta' esportazzjoni lejn pajjiż terz),

siġill magħmul mill-materjal tal-flixkun li jirreferi għar-reġjun tal-inbid jew għall-produttur jista' jitqiegħed fuq il-flixkun;

(b)

l-inbejjed li għalihom huwa riżervat dan it-tip ta' flixkun:

 

inbejjed Ungeriżi u Slovakki tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti li ġejjin:

Tokaj,

Vinohradnícka oblasť Tokaj,

 

supplimentati b'wieħed mit-termini tradizzjonali protetti li ġejjin:

aszú/výber,

aszúeszencia/výberová esencia,

eszencia/esencia,

máslas/mášláš,

fordítás/forditáš,

szamorodni/samorodné.

Madankollu, ir-restrizzjoni fuq l-użu ta' fliexken ta' dan it-tip għandha tapplika biss għall-inbejjed magħmulin minn għeneb maqtugħ fit-territorju Ungeriż jew Slovakk.


11.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 9/46


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/34

tas-17 ta' Ottubru 2018

li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta' denominazzjonijiet ta' oriġini, ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u ta' termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta' oġġezzjoni, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodotti, ir-reġistru ta' ismijiet protetti, it-tħassir tal-protezzjoni u l-użu ta' simboli, u tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward sistema xierqa ta' kontrolli

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 110(1)(b), (c) u (e), l-Artikolu 110(2), l-Artikolu 111, l-Artikolu 115(1) u l-Artikolu 123 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 90(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1308/2013 ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (3). It-Taqsimiet 2 u 3 tal-Kapitolu I tat-Titolu II tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistabbilixxu regoli dwar id-denominazzjonijiet ta' oriġini, l-indikazzjonijiet ġeografiċi, it-termini tradizzjonali u t-tikkettar u l-preżentazzjoni fis-settur tal-inbid. Dawk it-Taqsimiet 2 u 3 jagħtu s-setgħa wkoll lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati u ta' implimentazzjoni f'dak ir-rigward. Biex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-suq tal-inbid fil-qafas legali l-ġdid, għandhom jiġu adottati ċerti regoli permezz ta' tali atti. Jenħtieġ li dawk l-atti jieħdu post id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009 (4) li hu mħassar mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (5).

(2)

L-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 607/2009 wriet li l-proċeduri kurrenti għar-reġistrazzjoni, għall-emendar u għat-tħassir tad-denominazzjonijiet ta' oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi jistgħu jkunu kkumplikati, impenjattivi żżejjed, u jirrikjedu ħafna żmien. Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ħoloq vakwi legali, b'mod partikolari rigward il-proċedura li trid tiġi segwita f'applikazzjonijiet għall-emendar ta' speċifikazzjonijiet tal-prodotti. Ir-regoli tal-proċedura li jikkonċernaw id-denominazzjonijiet ta' oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi fis-settur tal-inbid huma inkonsistenti mar-regoli applikabbli għall-iskemi tal-kwalità li jaqgħu taħt id-dritt tal-Unjoni dwar l-oġġetti tal-ikel, ix-xarbiet spiritużi u l-inbejjed aromatizzati. Din is-sitwazzjoni twassal għal inkonsistenzi f'kif tiġi implimentata din il-kategorija ta' drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Jenħtieġ li dawn id-diskrepanzi jiġu indirizzati fid-dawl tad-dritt għall-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali stabbilit fl-Artikolu 17(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant, jenħtieġ li dan ir-Regolament jissimplifika, jiċċara, jikkompleta u jarmonizza l-proċeduri rilevanti. Jenħtieġ li l-proċeduri jiġu mmudellati sa fejn possibbli fuq il-proċeduri effiċjenti u ttestjati sew għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati ma' prodotti agrikoli u ma' oġġetti tal-ikel kif stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 (7) u fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (8), u jenħtieġ li jiġu adattati biex jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tas-settur tal-inbid.

(3)

Id-denominazzjonijiet ta' oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi huma marbutin b'mod intrinsiku mat-territorju tal-Istati Membri. L-awtoritajiet nazzjonali u lokali għandhom l-aqwa kompetenza u għarfien dwar il-fatti rilevanti. Jenħtieġ li dan ikun rifless fir-regoli proċedurali rilevanti, filwaqt li jitqies il-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(4)

Fl-interess taċ-ċarezza, ċerti stadji tal-proċedura li tirregola applikazzjoni għall-protezzjoni ta' denominazzjoni ta' oriġini jew ta' indikazzjoni ġeografika fis-settur tal-inbid jenħtieġ li jiġu stipulati f'dettall.

(5)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli addizzjonali dwar l-applikazzjonijiet konġunti li jikkonċernaw aktar minn territorju nazzjonali wieħed.

(6)

Biex ikun hemm dokumenti uniċi uniformi u komparabbli, hemm bżonn li jiġi speċifikat il-kontenut minimu li jenħtieġ li jiġi pprovdut f'dawn id-dokumenti. Fil-każ tad-denominazzjonijiet ta' oriġini, jenħtieġ li tingħata enfasi partikolari lid-deskrizzjoni tar-rabta bejn il-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodott u l-ambjent ġeografiku partikolari. Fil-każ tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, jenħtieġ li tingħata enfasi partikolari lid-definizzjoni tar-rabta bejn kwalità speċifika, reputazzjoni jew karatteristiċi oħra u l-oriġini ġeografika tal-prodott.

(7)

Iż-żona ġeografika demarkata tad-denominazzjonijiet ta' oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi li għalihom titfittex protezzjoni jenħtieġ li tiġi deskritta fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott b'mod dettaljat, preċiż u mingħajr ekwivoki li jippermetti lill-produtturi, lill-awtoritajiet kompetenti u lill-korpi ta' kontroll joperaw fuq bażijiet ċerti, konklużivi u affidabbli.

(8)

Biex jiġi żgurat il-funzjonament mexxej tas-sistema, hemm bżonn li jiġu stabbiliti regoli uniformi li jikkonċernaw l-istadju ta' ċaħda tal-proċedura li japplika għal applikazzjonijiet għal protezzjoni. Regoli uniformi huma meħtieġa wkoll rigward il-kontenut tal-applikazzjonijiet għal emendi tal-Unjoni, għal emendi standard u għal emendi temporanji, kif ukoll rigward il-kontenut tat-talbiet ta' tħassir.

(9)

Għall-finijiet taċ-ċertezza legali, jenħtieġ li jiġu ffissati skadenzi li jikkonċernaw il-proċedura ta' oġġezzjoni, filwaqt li jiġu stabbiliti l-kriterji għall-identifikazzjoni tad-dati tal-bidu ta' dawk l-iskadenzi.

(10)

Biex jiġi żgurat li jkun hemm proċeduri uniformi u effiċjenti fis-seħħ, jenħtieġ li jiġu pprovduti formoli għat-tressiq ta' applikazzjonijiet, oġġezzjonijiet, applikazzjonijiet għal emendi u talbiet ta' tħassir.

(11)

Biex jiġu żgurati t-trasparenza u l-uniformità fost l-Istati Membri, hemm bżonn li jiġu adottati regoli dwar il-kontenut u l-forma tar-reġistru elettroniku ta' denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, kif stabbilit skont l-Artikolu 104 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (“ir-reġistru”). Ir-reġistru huwa bażi ta' data elettronika maħżuna f'sistema informatika, u huwa aċċessibbli għall-pubbliku. Id-data kollha li hi relatata ma' denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u ma' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti preżenti fir-reġistru preċedenti stabbilit fil-bażi ta' data elettronika “e-Bacchus”, kif imsemmi fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 607/2009, jenħtieġ li tiddaħħal fir-reġistru fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(12)

Jenħtieġ li regoli eżistenti dwar ir-riproduzzjoni tas-simbolu tal-Unjoni għal denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u għal indikazzjonijiet ġeografiċi protetti għal prodotti u għal oġġetti tal-ikel agrikoli, stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 668/2014, jiġu replikati biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħrfu nbid li jkollu denominazzjoni ta' oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta.

(13)

Il-valur miżjud ta' denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta jissejjes fuq il-garanziji tal-valur mogħtija lill-konsumaturi. L-iskema tkun kredibbli biss jekk tkun akkumpanjata minn verifika, kontroll u awditjar effettivi, li jinkludu sistema ta' kontrolli f'kull stadju tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tad-distribuzzjoni, ġestita mill-awtoritajiet kompetenti maħturin mill-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). F'dan il-kuntest, hemm bżonn li jitqiesu r-regoli dwar il-verifiki, il-kontrolli u l-awditi previsti fir-Regolament (KE) Nru 882/2004, u li dawn jiġu adattati għad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u għall-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti fis-settur tal-inbid.

(14)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli fir-rigward tal-kontrolli li jridu jsiru fuq l-inbejjed li jkollhom denominazzjoni ta' oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta b'rabta ma' żona ġeografika f'pajjiż terz.

(15)

L-akkreditazzjoni tal-korpi ta' kontroll jenħtieġ li ssir skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), u jenħtieġ li tikkonforma mal-istandards internazzjonali żviluppati mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO). Jenħtieġ li l-korpi ta' kontroll akkreditati jikkonformaw ma' dawk l-istandards fl-operati tagħhom.

(16)

Sabiex Ċipru jingħata biżżejjed żmien biex jadatta u jallinja s-sistema ta' kontrolli tiegħu mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, jixraq li jingħata eżenzjoni mir-rekwiżit li jikkonforma mal-istandards tal-ISO għall-korpi ta' ċertifikazzjoni għal perjodu ta' sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(17)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu awtorizzati li jitolbu tariffa lill-operaturi biex ikopru l-kostijiet imġarrba għall-istabbiliment u għat-tħaddim tas-sistema ta' kontrolli.

(18)

Biex tiġi żgurata l-konsistenza bejn l-Istati Membri f'kif l-ismijiet inklużi fir-reġistru jiġu protetti kontra użi inġusti u f'kif jiġu evitati prattiki li jistgħu jqarrqu bil-konsumaturi, jenħtieġ li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-azzjonijiet li għandhom jiġu implimentati fil-livell tal-Istati Membri f'dak ir-rigward.

(19)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jikkomunikaw l-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti u tal-korpi ta' kontroll lill-Kummissjoni. Sabiex jiġu ffaċilitati l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fir-rigward tas-sistemi ta' kontroll fis-seħħ għad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u għall-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippubblika dawk l-ismijiet u l-indirizzi. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi jibagħtu informazzjoni lill-Kummissjoni dwar il-kontrolli fis-seħħ f'dawk il-pajjiżi għall-ismijiet li jgawdu mill-protezzjoni fl-Unjoni bl-għan li tiġi verifikata l-uniformità tas-sistema ta' kontrolli.

(20)

Għall-finijiet ta' ċarezza, ta' trasparenza u fl-interess tal-iżgurar tal-applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni, hemm bżonn li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet tekniċi speċifiċi li jikkonċernaw in-natura u l-kontenut tal-kontrolli li jridu isiru fuq bażi annwali minbarra r-regoli dwar il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri f'dak ir-rigward, b'mod partikolari b'riferiment għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 (11).

(21)

Sabiex jiġi żgurat li t-termini tradizzjonali li għalihom titfittex il-protezzjoni jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, u fl-interess taċ-ċertezza legali, hemm bżnon li jiġu stabbiliti regoli dettaljati dwar il-proċeduri li jikkonċernaw applikazzjonijiet għal protezzjoni, oġġezzjoni, modifika jew tħassir tat-termini tradizzjonali ta' ċerti prodotti tad-dwieli. Jenħtieġ li dawn ir-regoli jispeċifikaw dettalji fir-rigward tal-kontenut tal-applikazzjoni kif ukoll fir-rigward tal-informazzjoni addizzjonali u tad-dokumenti ta' appoġġ rilevanti meħtieġa, tal-iskadenzi li għandhom jiġu rispettati u tal-komunikazzjonijiet bejn il-Kummissjoni u l-partijiet involuti f'kull proċedura.

(22)

Sabiex il-konsumaturi u l-operaturi kummerċjali jkunu jistgħu jsibu liema termini tradizzjonali huma protetti fl-Unjoni, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi li jikkonċernaw ir-reġistrazzjoni u d-dħul ta' termini tradizzjonali fir-reġistru tal-Unjoni. Biex jiġi żgurat li r-reġistru jkun aċċessibbli għal kulħadd, jenħtieġ li dan ikun aċċessibbli b'mod elettroniku.

(23)

Fid-dawl tal-importanza ekonomika tat-termini tradizzjonali u biex jiġi żgurat li l-konsumaturi ma jitqarrqux, jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali jieħdu miżuri kontra kwalunkwe użu illegali tat-termini tradizzjonali, u jipprojbixxu l-kummerċjalizzazzjoni ta' tali prodotti.

(24)

Fl-interessi ta' ġestjoni amministrattiva effettiva u fid-dawl tal-esperjenza miksuba bl-użu ta' sistemi informatiċi implimentati mill-Kummissjoni, il-komunikazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ li jiġu simplifikati u l-informazzjoni jenħtieġ li tiġi skambjata skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1183 (12) u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1185 (13).

(25)

Il-Kummissjoni daħħlet fis-seħħ is-sistema informatika “E-Ambrosia” għall-ġestjoni tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni u għall-emendar tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti fis-settur tal-inbid. Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkomplu jużaw din is-sistema għall-finijiet ta' komunikazzjoni rigward il-proċeduri relatati mal-applikazzjonijiet għal protezzjoni u għall-approvazzjoni tal-emendi. Madankollu, minħabba sistema stretta ta' akkreditament, jenħtieġ li din is-sistema ma tintużax għal komunikazzjonijiet mal-Istati Membri rigward il-proċedura għal oġġezzjonijiet u għal talbiet ta' tħassir, u jenħtieġ li ma tintużax għal komunikazzjonijiet ma' pajjiżi terzi. Minflok, għall-proċedura għal oġġezzjonijiet u għal talbiet ta' tħassir, l-Istati Membri, l-awtoritajiet kompetenti u l-organizzazzjonijiet professjonali rappreżentattivi ta' pajjiżi terzi, kif ukoll persuni fiżiċi jew ġuridiċi li għandhom interess leġittimu skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jikkomunikaw mal-Kummissjoni bil-posta elettronika.

(26)

Applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni, għal modifika jew għal tħassir ta' termini tradizzjonali għadhom mhumiex ġestiti permezz ta' sistema informatika ċentralizzata. Minflok, dawk l-applikazzjonijiet jenħtieġ li jkomplu jitressqa bil-posta elettronika bl-użu tal-formoli stabiliti fl-Annessi VIII sa XI. Il-komunikazzjonijiet jew l-iskambji ta' informazzjoni l-oħra kollha li jikkonċernaw it-termini tradizzjonali jenħtieġ li jsiru bil-posta elettronika wkoll.

(27)

Jenħtieġ li jiġi definit il-mod li bih il-Kummissjoni tagħmel aċċessibbli għall-pubbliku l-informazzjoni dwar id-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti, l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u t-termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid.

(28)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONI INTRODUTTORJA

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1308/2013, li jikkonċernaw rispettivament id-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti, l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u t-termini tradizzjonali, fis-settur tal-inbid, fir-rigward ta' dawn li ġejjin:

(a)

l-applikazzjonijiet għal protezzjoni;

(b)

il-proċedura ta' oġġezzjoni;

(c)

l-emendi għal speċifikazzjonijiet ta' prodotti u modifiki tat-termini tradizzjonali;

(d)

ir-reġistru;

(e)

it-tħassir ta' protezzjoni;

(f)

l-użu ta' simboli tal-Unjoni;

(g)

il-kontrolli;

(h)

il-komunikazzjonijiet.

KAPITOLU II

DENOMINAZZJONIJIET TA' ORIĠINI U INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI PROTETTI

TAQSIMA 1

Applikazzjoni għal protezzjoni

Artikolu 2

Applikazzjonijiet għal protezzjoni mingħand l-Istati Membri

Meta jgħaddu applikazzjoni għal protezzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 96(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri għandhom jinkludu r-referenza elettronika għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott imsemmija fl-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u d-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33.

Artikolu 3

Applikazzjonijiet għal protezzjoni mingħand pajjiżi terzi

Applikazzjonijiet għal protezzjoni li jikkonċernaw żona ġeografika f'pajjiż terz għandhom jiġu sottomessi minn produttur uniku skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33 jew minn grupp ta' produtturi li jkollu interess leġittimu, b'mod dirett lill-Kummissjoni jew permezz tal-awtoritajiet ta' dak il-pajjiżi terz, u barra minn hekk għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 94(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

Artikolu 4

Applikazzjonijiet konġunti

1.   Applikazzjoni konġunta, kif imsemmija fl-Artikolu 95(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, għandha tiġi sottomessa lill-Kummissjoni minn wieħed mill-Istati Membri kkonċernati, jew minn applikant skont it-tifsira tal-Artikolu 3 f'wieħed mill-pajjiżi terzi kkonċernati, b'mod dirett jew permezz tal-awtoritajiet ta' dak il-pajjiż terz. Ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u fl-Artikoli 2 u 3 ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu ssodisfati fl-Istati Membri u fil-pajjiżi terzi kollha kkonċernati.

2.   L-Istat Membru, il-pajjiż terz jew applikant skont it-tifsira tal-Artikolu 3 stabbilit f'pajjiż terz li jissottometti lill-Kummissjoni applikazzjoni konġunta kif imsemmija fil-paragrafu 1 isir id-destinatarju ta' kwalunkwe notifika jew deċiżjoni maħruġa mill-Kummissjoni.

Artikolu 5

Dokument uniku

1.   Id-dokument uniku msemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandu jinkludi l-elementi ewlenin li ġejjin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott:

(a)

l-isem li għandu jiġi protett bħala denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika;

(b)

l-Istat Membru jew il-pajjiż terz li għalih tappartieni ż-żona demarkata;

(c)

it-tip ta' indikazzjoni ġeografika;

(d)

deskrizzjoni tal-inbid jew tal-inbejjed;

(e)

il-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli;

(f)

ir-rendimenti massimi għal kull ettaru;

(g)

l-indikazzjoni tal-varjetà jew tal-varjetajiet tal-għeneb tal-inbid li minnhom jinkiseb l-inbid jew jinkisbu l-inbejjed;

(h)

definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika demarkata;

(i)

deskrizzjoni tar-rabta msemmija fil-punt (a)(i) jew fil-punt (b)(i) tal-Artikolu 93(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(j)

fejn applikabbli, il-prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew isiru l-inbejjed, kif ukoll ir-restrizzjonijiet rilevanti fuq il-produzzjoni tagħhom;

(k)

fejn applikabbli, ir-regoli speċifiċi li jikkonċernaw l-ippakkjar u t-tikkettar u r-rekwiżiti rilevanti essenzjali l-oħra kollha.

2.   Id-deskrizzjoni tar-rabta msemmija fil-punt (i) tal-paragrafu 1 għandha tinkludi:

(a)

fil-każ ta' denominazzjoni ta' oriġini, deskrizzjoni tar-rabta kawżali bejn il-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodott, u l-ambjent ġeografiku bil-fatturi naturali u umani inerenti tiegħu li miegħu għandhom rabta essenzjali jew esklużiva, inkluż, fejn applikabbli, l-elementi tad-deskrizzjoni tal-prodott jew tal-metodu ta' produzzjoni li jiġġustifikaw ir-rabta;

(b)

fil-każ ta' indikazzjoni ġeografika, deskrizzjoni tar-rabta kawżali bejn l-oriġini ġeografika u l-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni speċifika jew karatteristiċi speċifiċi oħra rilevanti attribwibbli għall-oriġini ġeografika tal-prodott, akkumpanjata minn dikjarazzjoni li tindika fuq liema minn fost il-fatturi mogħtija hija bbażata r-rabta kawżali - il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni speċifika, jew karatteristiċi speċifiċi oħra attribwibbli għall-oriġini ġeografika tal-prodott. Id-deskrizzjoni tista' tikkonċerna wkoll l-elementi tad-deskrizzjoni tal-prodott jew tal-metodu tal-produzzjoni li jiġġustifikaw ir-rabta kawżali.

Meta applikazzjoni tkopri kategoriji differenti ta' prodotti tad-dwieli, id-dettalji li juru r-rabta għandhom jintwerew għal kull prodott tad-dwieli kkonċernat.

3.   Id-dokument uniku għandu jitfassal skont il-formola mqiegħda għad-dispożizzjoni fis-sistemi informatiċi msemmija fl-Artikolu 30(1)(a). Il-pajjiżi terzi għandhom jużaw il-mudell għal dokumenti uniċi stabbilit fl-Anness I.

Artikolu 6

Żona ġeografika

Iż-żona ġeografika demarkata għandha tiġi ddefinita b'mod preċiż li ma jippreżenta ebda ambigwità, b'riferiment kemm jista' jkun għall-konfini fiżiċi jew amministrattivi.

Artikolu 7

Proċedura ta' skrutinju

1.   Jekk applikazzjoni ammissibbli ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fis-Subtaqsima 2 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu I tat-Titolu II tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru jew lill-awtoritajiet tal-pajjiż terz jew lill-applikant stabbilit fil-pajjiż terz inkwistjoni dwar ir-raġunijiet għaċ-ċaħda tat-talba, filwaqt li tistabbilixxi skadenza għall-irtirar jew għall-modifika tal-applikazzjoni tagħhom jew għas-sottomissjoni ta' kummenti.

Jekk, wara dik l-informazzjoni, isiru modifiki sostanzjali fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott, qabel ma tintbagħat il-verżjoni l-ġdida tad-dokument uniku lill-Kummissjoni, dawk il-modifiki għandhom jiġu soġġetti għal pubblikazzjoni adegwata biex kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu u li hi stabbilita jew resident fit-territorju tal-Istat Membru inkwistjoni tkun tista' tippreżenta oġġezzjoni. Ir-referenza elettronika għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandha tiġi aġġornata u għandha twassal għall-verżjoni konsolidata tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott proposta.

2.   Jekk l-Istat Membru jew l-awtoritajiet tal-pajjiż terz jew l-applikant stabbilit fil-pajjiż terz inkwistjoni ma jirrimedjawx għall-ostakoli għall-għoti ta' protezzjoni sal-iskadenza mogħtija, il-Kummissjoni għandha tirrifjuta l-applikazzjoni skont l-Artikolu 97(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

3.   Kwalunkwe deċiżjoni li tirrifjuta l-applikazzjoni kkonċernata għandha tittieħed mill-Kummissjoni abbażi tad-dokumenti u tal-informazzjoni disponibbli għaliha. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istat Membru jew lill-awtoritajiet tal-pajjiż terz jew lill-applikant stabbilit fil-pajjiż terz inkwistjoni dwar id-deċiżjoni li tirrifjuta l-applikazzjoni.

TAQSIMA 2

Proċedura ta' oġġezzjoni

Artikolu 8

Regoli proċedurali għal oġġezzjonijiet

1.   Dikjarazzjoni sostanzjata ta' oġġezzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33 għandu jkun fiha:

(a)

ir-referenza għall-isem ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, serje L, li miegħu hi relatata l-oġġezzjoni;

(b)

l-isem u d-dettalji ta' kuntatt tal-awtorità jew tal-persuna li ressqet l-oġġezzjoni;

(c)

deskrizzjoni tal-interess leġittimu tal-persuna fiżika jew ġuridika li ressqet l-oġġezzjoni, bl-esklużjoni tal-awtoritajiet nazzjonali li jkollhom personalità ġuridika fl-ordinament ġuridiku nazzjonali;

(d)

indikazzjoni tar-raġunijiet għall-oġġezzjoni, kif imsemmija fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33;

(e)

id-dettalji tal-fatti, l-evidenza u l-kummenti b'appoġġ tal-oġġezzjoni.

Din tista' tkun akkumpanjata minn dokumenti ta' appoġġ, fejn rilevanti.

Jekk l-oġġezzjoni tkun ibbażata fuq l-eżistenza ta' trademark preċedenti b'reputazzjoni u b'fama, l-oġġezzjoni għandha tkun akkumpanjata minn:

(a)

prova tal-preżentazzjoni jew tar-reġistrazzjoni tat-trademark preċedenti jew prova tal-użu tagħha; u

(b)

prova tar-reputazzjoni u tal-fama tagħha.

L-informazzjoni u l-evidenza li għandhom jiġu ppreżentati b'appoġġ tal-użu ta' trademark preċedenti għandhom jinkludu d-dettalji tal-post, id-durata, il-firxa u n-natura tal-użu tat-trademark preċedenti, u tar-reputazzjoni u tal-fama tagħha.

Dikjarazzjoni sostanzjata ta' oġġezzjoni għandha titfassal skont il-formola stabbilita fl-Anness II.

2.   Il-perjodu ta' tliet xhur imsemmi fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33 għandu jibda mid-data li fiha l-istedina ta' parteċipazzjoni fil-konsultazzjonijiet titwassal għand il-partijiet interessati b'mezz elettroniku.

3.   Il-Kummissjoni għandha tiġi notifikata bir-riżultati tal-konsultazzjonijiet imsemija fl-Artikolu 12(3) u (4) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33 fi żmien xahar minn meta jintemmu l-konsultazzjonijiet skont il-formola stabbilita fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.

TAQSIMA 3

Emendi għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

Artikolu 9

Applikazzjonijiet għall-emendi tal-Unjoni

1.   Applikazzjoni għal emenda tal-Unjoni għal speċifikazzjoni ta' prodott, kif imsemmija fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u fl-Artikoli 15 u 16 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33, għandu jkun fiha:

(a)

ir-referenza għall-isem protett li miegħu hi relatata l-emenda;

(b)

l-isem tal-applikant u deskrizzjoni tal-interess leġittimu tal-applikant;

(c)

l-intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda;

(d)

deskrizzjoni eżawrjenti tal-emendi proposti u r-raġunijiet speċifiċi għal kull waħda minnhom;

(e)

id-dokument uniku konsolidat u kkompletat kif xieraq, kif modifikat;

(f)

ir-referenza elettronika għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott konsolidata u kkompletata kif xieraq, kif modifikata.

2.   Applikazzjoni għal emenda tal-Unjoni għandha titfassal f'konformità mal-formola mqiegħda għad-dispożizzjoni fis-sistemi informatiċi msemmija fl-Artikolu 30(1)(a). Il-pajjiżi terzi għandhom jużaw il-formola mogħtija fl-Anness IV.

Id-dokument uniku emendat għandu jitfassal skont l-Artikolu 5. Ir-referenza elettronika għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandha twassal għall-verżjoni konsolidata tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott proposta. Applikazzjoni minn pajjiż terz tista' tinkludi kopja tal-verżjoni konsolidata tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott minflok ir-referenza elettronika għall-kopja ppubblikata tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

3.   L-informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata skont l-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandha tinkludi l-applikazzjoni kkompletata kif xieraq kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 10

Komunikazzjoni ta' emenda standard

1.   Il-komunikazzjoni ta' emendi standard għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott, kif imsemmi fl-Artikolu 17 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33, għandu jkun fiha:

(a)

ir-referenza għall-isem protett li miegħu hi relatata l-emenda standard;

(b)

deskrizzjoni tal-emendi approvati u r-raġunijiet għalihom;

(c)

id-deċiżjoni li tapprova l-emenda standard kif imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 17 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33;

(d)

id-dokument uniku konsolidat, kif modifikat, fejn rilevanti;

(e)

ir-referenza elettronika għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott konsolidata, kif modifikata.

2.   Il-komunikazzjoni minn Stat Membru għandha tinkludi dikjarazzjoni minn dak l-Istat Membru li hu jqis li l-emenda approvata tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33.

3.   Fil-każ ta' prodotti li joriġinaw minn pajjiżi terzi, il-komunikazzjoni mill-awtoritajiet tal-pajjiż terz jew minn applikant skont it-tifsira tal-Artikolu 3 b'interess leġittimu għandha tinkludi prova li l-emenda hi applikabbli fil-pajjiż terz. Din jista' jkun fiha l-ispeċifikazzjoni konsolidata tal-prodott kif tiġi ppubblikata minflok ir-referenza għall-pubblikazzjoni tagħha.

4.   Il-formola mqiegħda għad-dispożizzjoni fis-sistemi informatiċi msemmija fl-Artikolu 30(1)(a) għandha tintuża għall-finijiet tal-komunikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2.

5.   Il-formola stabbilita fl-Anness V għandha tintuża għall-komunikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3.

Artikolu 11

Komunikazzjoni ta' emenda temporanja

1.   Il-komunikazzjoni ta' emenda temporanja għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott, kif imsemmi fl-Artikolu 18 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33, għandu jkun fiha:

(a)

ir-referenza għall-isem protett li miegħu hi relatata;

(b)

deskrizzjoni tal-emenda temporanja approvata flimkien mar-raġunijiet li jsostnu l-emenda temporanja msemmija fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33;

(c)

ir-referenza elettronika għall-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni nazzjonali li tapprova l-emenda temporanja.

2.   Il-komunikazzjoni minn Stat Membru għandha tinkludi dikjarazzjoni minn dak l-Istat Membru li hu jqis li l-emenda approvata tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33.

3.   Fil-każ ta' prodotti li joriġinaw minn pajjiżi terzi, il-komunikazzjoni mill-awtoritajiet tal-pajjiż terz jew minn applikant skont it-tifsira tal-Artikolu 3 b'interess leġittimu għandha tinkludi prova li l-emenda hi applikabbli fil-pajjiż terz. Din jista' jkun fiha l-ispeċifikazzjoni konsolidata tal-prodott kif tiġi ppubblikata minflok ir-referenza għall-pubblikazzjoni tagħha.

4.   Il-formola mqiegħda għad-dispożizzjoni fis-sistemi informatiċi msemmija fl-Artikolu 30(1)(a) għandha tintuża għall-komunikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2.

5.   Il-formola stabbilita fl-Anness VI għandha tintuża għall-komunikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3.

TAQSIMA 4

Reġistru

Artikolu 12

Reġistru

1.   Mad-dħul fis-seħħ ta' deċiżjoni li tagħti protezzjoni lill-isem ta' denominazzjoni ta' oriġini jew ta' indikazzjoni ġeografika, il-Kummissjoni għandha tirreġistra d-data li ġejja fir-reġistru elettroniku ta' denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti stabbilit skont l-Artikolu 104 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013:

(a)

l-isem li għandu jiġi protett bħala denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika;

(b)

in-numru tal-fajl;

(c)

jekk l-isem huwiex protett bħala denominazzjoni ta' oriġini jew bħala indikazzjoni ġeografika;

(d)

isem il-pajjiż jew il-pajjiżi ta' oriġini;

(e)

id-data tar-reġistrazzjoni;

(f)

ir-referenza elettronika għall-istrument legali li jipproteġi l-isem;

(g)

ir-referenza elettronika għad-dokument uniku;

(h)

fejn iż-żona ġeografika taqa' fit-territorju tal-Istati Membri, ir-referenza elettronika għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

2.   Meta l-Kummissjoni tapprova emenda għal speċifikazzjoni ta' prodott jew tirċievi komunikazzjoni ta' emenda approvata għal speċifikazzjoni ta' prodott li tinvolvi bidla fl-informazzjoni rreġistrata fir-reġistru, għandha tirreġistra d-data l-ġdida b'effett mid-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni li tapprova l-emenda.

3.   Meta jidħol fis-seħħ tħassir, il-Kummissjoni għandha tħassar l-isem mir-reġistru u għandha żżomm rekord tat-tħassir.

4.   Id-data kollha preżenti fil-bażi ta' data elettronika “e-Bacchus” imsemmija fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 607/2009, fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, għandha tiddaħħal fir-reġistru elettroniku msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

5.   Ir-reġistru għandu jkun aċċessibbli għall-pubbliku.

TAQSIMA 5

Tħassir

Artikolu 13

Talbiet għal tħassir

1.   Talba għat-tħassir tal-protezzjoni ta' denominazzjoni ta' oriġini jew ta' indikazzjoni ġeografika kif imsemmi fl-Artikolu 106 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandu jkun fiha:

(a)

ir-referenza għall-isem protett li miegħu hi relatata;

(b)

l-isem u d-dettalji ta' kuntatt tal-awtorità jew tal-persuna fiżika jew ġuridika li tfittex it-tħassir tal-protezzjoni;

(c)

deskrizzjoni tal-interess leġittimu tal-persuna fiżika jew ġuridika li tfittex it-tħassir tal-protezzjoni, bl-esklużjoni tal-awtoritajiet nazzjonali li jkollhom personalità ġuridika fl-ordinament ġuridiku nazzjonali;

(d)

indikazzjoni tar-raġunijiet għat-tħassir;

(e)

id-dettalji tal-fatti, l-evidenza u l-kummenti b'appoġġ tat-talba ta' tħassir.

It-talba tista' tkun akkumpanjata minn dokumenti ta' appoġġ, fejn rilevanti.

Talba ta' tħassir għandha titfassal skont il-formola stabbilita fl-Anness VII.

TAQSIMA 6

Użu tas-simbolu tal-Unjoni

Artikolu 14

Is-simbolu tal-Unjoni

Is-simbolu tal-Unjoni li jindika d-denominazzjoni ta' oriġini protetta jew l-indikazzjoni ġeografika protetta, kif imsemmi fl-Artikolu 120(1)(e) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, għandu jiġi riprodott kif stabbilit fl-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 668/2014.

TAQSIMA 7

Kontrolli

Artikolu 15

Awtoritajiet responsabbli għall-verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

1.   Meta jwettqu l-kontrolli stabbiliti f'din it-Taqsima, l-awtoritajiet u l-korpi ta' kontroll kompetenti responsabbli għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 882/2004.

2.   Fir-rigward ta' denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti relatati ma' żona ġeografika f'pajjiż terz, il-verifika annwali tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, matul il-fażi tal-produzzjoni u matul jew wara l-ipproċessar tal-inbid, għandha titwettaq minn:

(a)

awtorità pubblika waħda jew aktar maħtura mill-pajjiż terz; jew

(b)

korp taċ-ċertifikazzjoni wieħed jew aktar.

3.   Il-korpi ta' kontroll imsemmija fl-Artikolu 90(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u l-korp taċ-ċertifikazzjoni wieħed jew aktar kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jikkonformaw mal-istandard internazzjonali ISO/IEC 17065:2012, u għandhom jiġu akkreditati b'konformità miegħu.

B'deroga mill-paragrafu 1, u għal perjodu ta' sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, Ċipru ma għandux ikun marbut bl-obbligu li jikkonforma mal-istandard Internazzjonali ISO/IEC 17065:2012 u li jkun akkreditat f'konformità miegħu.

4.   Meta l-awtorità msemmija fl-Artikolu 90(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u l-awtorità waħda jew aktar imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jivverifikaw il-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, għandhom joffru garanziji adegwati ta' oġġettività u ta' imparzjalità, u għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom il-persunal kwalifikat u r-riżorsi meħtieġa biex iwettqu l-kompiti tagħhom.

5.   Kull operatur li jixtieq jipparteċipa f'parti jew fil-proċess sħiħ tal-produzzjoni jew, fejn rilevanti, tal-ippakkjar, ta' prodott b'denominazzjoni ta' oriġini jew b'indikazzjoni ġeografika protetta, għandu jinforma kif xieraq lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 90(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

6.   L-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati li jimponu tariffa fuq l-operaturi soġġetti għall-kontrolli biex ikopru l-kostijiet imġarrba għall-istabbiliment u għat-tħaddim tas-sistema ta' kontroll.

Artikolu 16

Azzjonijiet li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri biex jipprevjenu l-użu illegali ta' denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti

L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli abbażi ta' analiżi tar-riskji biex jipprevjenu jew iwaqqfu l-użu illegali ta' denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti fuq prodotti manifatturati jew kummerċjalizzati fit-territorji tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jindirizzaw in-nuqqas ta' konformità, inkluż miżuri amministrattivi u ġudizzjarji.

L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet responsabbli biex jieħdu dawn il-miżuri skont proċeduri ddeterminati minn kull Stat Membru individwali. L-awtoritajiet maħturin għandhom joffru garanziji adegwati ta' oġġettività u ta' imparzjalità, u għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom il-persunal kwalifikat u r-riżorsi meħtieġa biex iwettqu l-kompiti tagħhom.

Artikolu 17

Komunikazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dettalji tal-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 90(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, inkluż tal-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 16 ta' dan ir-Regolament u, fejn applikabbli, tal-korpi ta' kontroll imsemmija fl-Artikolu 90(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-ismijiet u l-indirizzi tal-awtorità jew tal-awtoritajiet kompetenti jew tal-korpi ta' kontroll.

Artikolu 18

Komunikazzjoni bejn il-pajjiżi terzi u l-Kummissjoni

Meta l-inbejjed minn pajjiż terz jibbenefikaw minn denominazzjoni ta' oriġini jew minn indikazzjoni ġeografika protetta, il-pajjiż terz ikkonċernat għandu jibgħat lill-Kummissjoni, fuq talba tagħha:

(a)

informazzjoni dwar l-awtoritajiet jew il-korpi taċ-ċertifikazzjoni maħturin li jwettqu l-verifika annwali tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, matul il-produzzjoni u matul jew wara l-ipproċessar tal-inbid;

(b)

informazzjoni li tistabbilixxi liema aspetti huma koperti mill-kontrolli;

(c)

prova li l-inbid inkwistjoni jissodisfa l-kundizzjonijiet tad-denominazzjoni ta' oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika rilevanti.

Artikolu 19

Verifika annwali

1.   Il-verifika annwali mwettqa mill-awtorità kompetenti jew mill-korpi ta' kontroll imsemmija fl-Artikolu 90(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għandha tikkonsisti f'dawn li ġejjin:

(a)

ittestjar organolettiku u analitiku għall-prodotti b'denominazzjoni ta' oriġini;

(b)

ittestjar analitiku biss, jew ittestjar organolettiku u analitiku, għall-prodotti b'indikazzjoni ġeografika;

(c)

kontroll tal-konformità mal-kundizzjonijiet l-oħra stabbiliti fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

Il-verifika annwali għandha ssir fl-Istat Membru li fih isseħħ il-produzzjoni skont l-ispeċifikazzjoni tal-prodott, u għandha titwettaq permezz ta' wieħed jew aktar mill-metodi li ġejjin:

(a)

permezz ta' verifiki aleatorji bbażati fuq analiżi tar-riskju;

(b)

permezz ta' kampjunar;

(c)

kontrolli sistematiċi.

Meta l-Istati Membri jagħżlu li jagħmlu l-verifiki aleatorji msemmija fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu, għandhom jagħżlu n-numru minimu ta' operaturi li għandhom ikunu soġġetti għal dawk il-kontrolli.

Meta l-Istati Membri jagħżlu li jwettqu l-kampjunar imsemmi fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu, għandhom jiżguraw li permezz tan-numru, tan-natura u tal-frekwenza tal-kontrolli, il-kampjunar ikun rappreżentattiv taż-żona ġeografika demarkata sħiħa inkwistjoni u jikkorrispondi għall-volum tal-prodotti tas-settur tal-inbid kummerċjalizzati jew miżmuma bil-għan li jiġu kummerċjalizzati.

2.   L-ittestjar imsemmi fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandu jsir fuq kampjuni anonimi, u għandu juri li l-prodott ittestjat jikkonforma mal-karatteristiċi u mal-kwalitajiet desrkitti fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott għad-denominazzjoni ta' oriġini jew għall-indikazzjoni ġeografika rilevanti.

L-ittestjar għandu jsir fi kwalunkwe stadju fil-proċess tal-produzzjoni, u fl-istadju tal-ippakkjar, fejn rilevanti. Kull kampjun li jittieħed għandu jkun rappreżentattiv tal-inbejjed rilevanti miżmuma mill-operatur.

3.   Għall-finijiet tal-kontroll tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-awtorità tal-kontroll għandha:

(a)

twettaq kontroll fuq il-post fil-bini tal-operaturi biex tivverifika li l-operaturi huma tabilħaqq kapaċi jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott;

(b)

twettaq kontroll fuq il-prodotti fi kwalunkwe stadju tal-proċess tal-produzzjoni, u fl-istadju tal-ippakkjar, fejn rilevanti, abbażi ta' pjan ta' spezzjoni li jkopri kull stadju tal-produzzjoni tal-prodott, imfassal minn qabel mill-awtorità tal-kontroll u li l-operaturi jafu bih.

4.   Il-verifika annwali għandha tiżgura li prodott ma jistax juża d-denominazzjoni ta' oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika protetta relatata miegħu sakemm:

(a)

ir-riżultati tal-ittestjar kif imsemmi fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u fil-paragrafu 2 juru bil-provi li l-prodott inkwistjoni jikkonforma mal-kundizzjonijiet fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott u għandu l-karatteristiċi xierqa kollha tad-denominazzjoni ta' oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika kkonċernata;

(b)

il-kontrolli mwettqa skont il-paragrafu 3 jikkonfermaw li l-kundizzjonijiet l-oħra elenkati fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott huma ssodisfati.

5.   Fil-każ ta' denominazzjoni ta' oriġini jew ta' indikazzjoni ġeografika protetta transfruntiera, il-verifika tista' ssir minn awtorità tal-kontroll ta' xi wieħed mill-Istati Membri kkonċernati.

6.   Kwalunkwe prodott li ma jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 5 jista' jitqiegħed fis-suq, imma mingħajr id-denominazzjoni ta' oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika rilevanti, dment li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti legali l-oħra.

7.   B'deroga mill-paragrafu 1, verifika annwali tista' ssir fis-sit tal-ippakkjar tal-prodott, fit-territorju ta' Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru fejn seħħet il-produzzjoni, f'liema każ ikun japplika l-Artikolu 43 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273.

L-awtoritajiet kompetenti jew il-korpi ta' kontroll ta' Stati Membri differenti responsabbli għat-twettiq tal-kontrolli fuq denominazzjoni ta' oriġini protetta jew fuq indikazzjoni ġeografika protetta għandhom jikkooperaw b'mod partikolari biex jiżguraw li, rigward l-obbligi tal-ippakkjar, l-operaturi stabbiliti fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membur fejn isseħħ il-produzzjoni tal-inbid li l-isem tiegħu hu reġistrat bħala denominazzjoni ta' oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta jikkonformaw mal-obbligi ta' kontroll tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott inkwistjoni.

8.   Il-paragrafi 1 sa 5 għandhom japplikaw għall-inbejjed li jgawdu minn protezzjoni nazzjonali tranżitorja skont l-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33.

Artikolu 20

Ittestjar analitiku u organolettiku

L-ittestjar analitiku u organolettiku msemmi fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 19 għandu jikkonsisti f'dawn li ġejjin:

(a)

analiżi fiżika u kimika tal-inbid inkwistjoni, li tkejjel il-proprjetajiet karatteristiċi li ġejjin:

(i)

il-qawwa alkoħolika totali u proprja,

(ii)

iz-zokkrijiet totali espressi f'termini ta' fruttożju u ta' glukożju (inkluż kwalunkwe sukrożju, fil-każ ta' nbid semifrizzanti u nbid frizzanti),

(iii)

l-aċidità totali,

(iv)

l-aċidità volatili,

(v)

id-diossidu tal-kubrit totali;

(b)

analiżi addizzjonali tal-inbid inkwistjoni, li tkejjel il-proprjetajiet karatteristiċi li ġejjin:

(i)

id-diossidu tal-karbonju (inbejjed semifrizzanti u frizzanti, pressjoni żejda f'bar f'temperatura ta' 20 °C),

(ii)

kwalunkwe proprjetà karatteristika oħra prevista fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri jew fl-ispeċifikazzjonijiet tal-prodotti tad-denominazzjonijiet ta' oriġini jew tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti kkonċernati;

(c)

test organolettiku li jkopri d-dehra, ir-riħa u t-togħma.

KAPITOLU III

TERMINI TRADIZZJONALI

TAQSIMA 1

Applikazzjonijiet għal protezzjoni

Artikolu 21

Applikazzjoni għal protezzjoni

1.   L-applikazzjoni għall-protezzjoni ta' terminu tradizzjonali għandha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew dawk tal-pajjiżi terzi jew mill-organizzazzjonijiet professjonali rappreżentattivi stabbiliti f'pajjiżi terzi skont l-Artikolu 30(3).

2.   Fil-każ li titressaq talba minn organizzazzjoni professjonali rappreżentattiva stabbilita f'pajjiż terz, l-applikant għandu jikkomunika l-informazzjoni rigward l-organizzazzjoni professjonali rappreżentattiva u l-membri tagħha lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 30(3). Il-Kummissjoni għandha tippubblika din l-informazzjoni.

TAQSIMA 2

Proċedura ta' oġġezzjoni

Artikolu 22

Tressiq ta' oġġezzjoni

1.   Stat Membru, pajjiż terz, jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika b'interess leġittimu jistgħu jressqu oġġezzjoni għall-applikazzjoni għall-protezzjoni ta' terminu tradizzjonali fi żmien xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, tal-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 28(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33.

2.   Oġġezzjoni għandha tiġi komunikata lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 30(3).

Artikolu 23

Dokumenti li jsostnu oġġezzjoni

1.   Oġġezzjoni sostanzjata b'mod xieraq għandu jkun fiha d-dettalji tal-fatti, l-evidenza u l-kummenti sottomessi b'appoġġ tal-oġġezzjoni, akkumpanjati mid-dokumenti ta' sostenn rilevanti.

2.   Jekk l-oġġezzjoni tkun ibbażata fuq l-eżistenza ta' trademark preċedenti b'reputazzjoni u b'fama, l-oġġezzjoni għandha tkun akkumpanjata minn:

(a)

prova tal-preżentazzjoni jew tar-reġistrazzjoni tat-trademark preċedenti jew prova tal-użu tagħha; u

(b)

prova tar-reputazzjoni u tal-fama tagħha.

L-informazzjoni u l-evidenza li għandhom jiġu ppreżentati b'appoġġ tal-użu ta' trademark preċedenti għandhom jinkludu d-dettalji tal-post, id-durata, il-firxa u n-natura tal-użu tat-trademark preċedenti, u tar-reputazzjoni u tal-fama tagħha.

3.   Jekk id-dettalji tad-dritt(ijiet) preċedenti ddikjarat(i), ir-raġuni(jiet), il-fatti, l-evidenza jew il-kummenti, jew id-dokumenti ta' sostenn, imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, ma jkunux tressqu fid-data tas-sottomissjoni tal-oġġezzjoni, jew jekk ikun hemm xi dettalji jew dokumenti neqsin, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtorità jew lill-persuna li ressqet l-oġġezzjoni kif xieraq, u għandha tistedinha tirrimedja n-nuqqasijiet innotati fi żmien xahrejn. Jekk in-nuqqasijiet ma jiġux irrimedjati qabel ma jiskadi l-limitu ta' żmien, il-Kummissjoni għandha tiċħad l-oġġezzjoni bħala inammissibbli. Id-deċiżjoni ta' ċaħda tal-oġġezzjoni bħala inammissibbli għandha tiġi notifikata lill-awtorità jew lill-persuna li tkun ippreżentat l-oġġezzjoni u lill-awtoritajiet tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz jew lill-organizzazzjoni professjonali rappreżentattiva stabbilita fil-pajjiż terz inkwistjoni.

Artikolu 24

Tressiq ta' osservazzjonijiet mill-partijiet

1.   Meta l-Kummissjoni tikkomunika oġġezzjoni li ma tiġix miċħuda skont l-Artikolu 23(3) lill-applikant li ressaq l-applikazzjoni għal protezzjoni, l-applikant għandu jressaq l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien xahrejn mid-data tal-ħruġ tat-tali komunikazzjoni.

2.   Meta jintalbu jagħmlu hekk mill-Kummissjoni matul l-iskrutinju tagħha ta' oġġezzjoni, il-partijiet għandhom jipprovdu kummenti dwar il-komunikazzjonijiet riċevuti mingħand il-partijiet l-oħra, jekk xieraq, fi żmien xahrejn mid-data tal-ħruġ ta' dik it-talba.

TAQSIMA 3

Protezzjoni ta' termini tradizzjonali

Artikolu 25

Reġistrazzjoni

1.   Mad-dħul fis-seħħ ta' deċiżjoni li tagħti protezzjoni fuq terminu tradizzjonali, il-Kummissjoni għandha tirreġistra d-data li ġejja fir-reġistru elettroniku ta' termini tradizzjonali protetti:

(a)

l-isem li għandu jiġi protett bħala terminu tradizzjonali;

(b)

it-tip ta' terminu tradizzjonali skont l-Artikolu 112 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(c)

il-lingwa msemmija fl-Artikolu 24 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33;

(d)

il-kategorija jew il-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli kkonċernati mill-protezzjoni;

(e)

referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz li fiha hu ddefinit u rregolat it-terminu tradizzjonali, jew għar-regoli applikabbli għall-produtturi tal-inbid fil-pajjiżi terzi, inkluż dawk li ġejjin mill-organizzazzjonijiet professjonali rappreżentattivi, fin-nuqqas ta' leġiżlazzjoni nazzjonali f'dawk il-pajjiżi terzi;

(f)

sommarju tad-definizzjoni jew tal-kundizzjonijiet tal-użu;

(g)

isem il-pajjiż jew il-pajjiżi ta' oriġini;

(h)

id-data tal-inklużjoni fir-reġistru.

2.   Ir-reġistru elettroniku ta' termini tradizzjonali protetti għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

Artikolu 26

Infurzar tal-protezzjoni

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 113 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, meta jsir użu illegali minn termini tradizzjonali protetti, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, fuq inizjattiva tagħhom stess jew fuq it-talba ta' parti, għandhom jieħdu l-miżuri kollha biex jipprevjenu jew iwaqqfu l-kummerċjalizzazzjoni, inkluż kwalunkwe esportazzjoni, tal-prodotti inkwistjoni.

TAQSIMA 4

Modifika u tħassir

Artikolu 27

Talba ta' modifika

1.   L-Artikoli 21 sa 24 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal talba għall-modifika ta' terminu tradizzjonali protett.

2.   Meta l-Kummissjoni tapprova modifika għal terminu tradizzjonali, għandha tirreġistra l-ispeċifikazzjonijiet il-ġodda b'effett mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-att ta' implimentazzjoni li japprova l-modifika.

Artikolu 28

Talba ta' tħassir

1.   Talba ta' tħassir tal-protezzjoni ta' terminu tradizzjonali għandu jkun fiha:

(a)

ir-referenza għat-terminu tradizzjonali li tirreferi għalih;

(b)

l-isem u d-dettalji ta' kuntatt tal-persuna fiżika jew ġuridika li qed tfittex it-tħassir;

(c)

deskrizzjoni tal-interess leġittimu tal-persuna fiżika jew ġuridika li ppreżentat it-talba ta' tħassir;

(d)

indikazzjoni tar-raġunijiet għat-tħassir, kif imsemmi fl-Artikolu 36 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33;

(e)

id-dettalji tal-fatti, l-evidenza u l-kummenti b'appoġġ tat-talba ta' tħassir.

It-talba tista' tkun akkumpanjata minn dokumenti ta' appoġġ, fejn rilevanti.

2.   Jekk l-informazzjoni dettaljata dwar ir-raġunijiet, il-fatti, l-evidenza u l-kummenti, kif ukoll id-dokumenti ta' sostenn imsemmija fil-paragrafu 1, ma jiġux ippreżentati fl-istess ħin mat-talba ta' tħassir, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtur tat-talba ta' tħassir kif meħtieġ, u għandha tistiednu jirrimedja n-nuqqasijiet innotati fi żmien xahrejn.

Jekk in-nuqqasijiet ma jiġux irrimedjati qabel ma jiskadi l-limitu ta' żmien, il-Kummissjoni għandha tqis it-talba ta' tħassir bħala inammissibbli u għandha tiċħadha. Id-deċiżjoni li tqis it-talba inammissibbli għandha tiġi notifikata lill-awtur tat-talba ta' tħassir.

Artikolu 29

Skrutinju ta' talba ta' tħassir

1.   Jekk il-Kummissjoni ma tqisx it-talba ta' tħassir bħala inammissibbli skont l-Artikolu 28(2), għandha tikkomunika t-talba ta' tħassir lill-Istat Membru jew lill-awtoritajiet tal-pajjiż terz jew lill-applikant stabbilit fil-pajjiż terz inkwistjoni, u għandha tistiednu jressaq l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien xahrejn mid-data tal-ħruġ ta' dik l-istedina. Kull osservazzjoni riċevuta f'dan il-perjodu ta' xahrejn għandha tiġi kkomunikata lill-awtur tat-talba.

Matul l-eżaminazzjoni ta' talba ta' tħassir, il-Kummissjoni għandha tistieden lill-partijiet jissottomettu kummenti dwar il-komunikazzjonijiet riċevuti mingħand il-partijiet l-oħra fi żmien xahrejn mid-data tal-ħruġ ta' dik it-talba.

2.   Jekk l-awtoritajiet tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz jew l-applikant stabbilit fil-pajjiż terz inkwistjoni jew l-awtur ta' talba ta' tħassir ma jippreżentaw ebda kumment bi tweġiba, jew ma jirrispettawx il-perjodi ta' żmien, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar it-tħassir.

3.   Deċiżjoni li tħassar il-protezzjoni tat-terminu tradizzjonali kkonċernat għandha tittieħed mill-Kummissjoni abbażi tal-evidenza disponibbli għaliha. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra jekk humiex issodisfati r-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33.

Id-deċiżjoni ta' tħassir tal-protezzjoni tat-terminu tradizzjonali għandha tiġi notifikata lill-awtur tat-talba ta' tħassir u lill-awtoritajiet tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz inkwistjoni.

4.   Meta jiġu ppreżentati diversi talbiet ta' tħassir fir-rigward ta' terminu tradizzjonali, u meta jkun jista' jiġi konkluż minn eżaminazzjoni preliminari tat-tali talba jew talbiet li ma jibqax possibbli li tkompli tingħata protezzjoni lil terminu tradizzjonali, il-Kummissjoni tista' tissospendi l-proċeduri ta' tħassir l-oħra. Il-Kummissjoni għandha tinotifika lill-partijiet li jkunu ressqu t-talbiet ta' tħassir l-oħra dwar kwalunkwe deċiżjoni li tkun ttieħdet matul il-proċedura u li taffettwahom.

Meta tiġi adottata deċiżjoni li tħassar terminu tradizzjonali, il-proċeduri ta' tħassir li jkunu ġew sospiżi għandhom jitqiesu magħluqa, u l-awturi tat-talbiet ta' tħassir inkwistjoni għandhom jiġu informati kif xieraq.

5.   Meta deċiżjoni li tħassar terminu tradizzjonali tidħol fis-seħħ, il-Kummissjoni għandha tneħħi l-isem mir-reġistru, filwaqt li żżomm rekord tat-tħassir.

KAPITOLU IV

KOMUNIKAZZJONIJIET, PUBBLIKAZZJONI U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 30

Komunikazzjonijiet bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u operaturi oħra

1.   Id-dokumenti u l-informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Kapitolu II għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni kif ġej:

(a)

għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, permezz tas-sistemi informatiċi mqiegħda għad-dispożizzjoni mill-Kummissjoni f'konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2017/1183 u mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1185;

(b)

għall-awtoritajiet kompetenti u għall-organizzazzjonijiet professjonali rappreżentattivi ta' pajjiżi terzi, kif ukoll għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi li għandhom interess leġittimu skont dan ir-Regolament, bil-posta elettronika, bl-użu tal-formoli stabbiliti fl-Annessi I sa VII.

2.   B'deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni d-dikjarazzjonijiet sostanzjati ta' oġġezzjoni, in-notifiki tar-riżultat tal-konsultazzjonijiet imwettqa bl-għan li jintlaħaq ftehim fil-kuntest ta' proċedura ta' oġġezzjoni, u t-talbiet ta' tħassir, kif imsemmi fl-Artikoli 11, 12 u 21 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33 rispettivament, bil-posta elettronika bl-użu tal-formoli stabbiliti fl-Annessi II, III u VII ta' dan ir-Regolament rispettivament.

3.   Id-dokumenti u l-informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Kapitolu III għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni, bil-posta elettronika, billi jintużaw il-formoli stabbiliti fl-Annessi VIII sa XI.

4.   Il-Kummissjoni għandha tikkomunika u tqiegħed għad-dispożizzjoni l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri permezz tas-sistemi informatiċi mdaħħla fis-seħħ mill-Kummissjoni skont il-punt (a) tal-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-informazzjoni fil-kuntest tal-proċeduri msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 u fil-paragrafi 2 u 3 lill-Istati Membri, lill-awtoritajiet kompetenti u lill-organizzazzjonijiet professjonali rappreżentanti ta' pajjiżi terzi, kif ukoll lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi li għandhom interess leġittimu skont dan ir-Regolament, bil-posta elettronika.

L-Istati Membri, l-awtoritajiet kompetenti u l-organizzazzjonijiet professjonali rappreżentattivi ta' pajjiżi terzi, kif ukoll persuni fiżiċi jew ġuridiċi li għandhom interess leġittimu skont dan ir-Regolament, jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni, permezz taż-żewġ indirizzi tal-posta elettronika indikati fl-Anness XII, biex jiksbu informazzjoni dwar il-prattikalitajiet tal-aċċessar tas-sistemi informatiċi, dwar il-metodi ta' komunikazzjoni u ta' kif se titqiegħed għad-dispożizzjoni l-informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Kapitoli II u III.

Artikolu 31

Sottomissjoni u wasla ta' komunikazzjonijiet

1.   Il-komunikazzjonijiet u s-sottomissjonijiet imsemmija fl-Artikolu 30 għandhom jitqiesu li saru fid-data li fiha jaslu għand il-Kummissjoni.

2.   Il-Kummissjoni għandha tikkonferma l-wasla tal-komunikazzjonijiet kollha riċevuti u tal-fajls kollha sottomessi permezz tas-sistemi informatiċi msemmija fl-Artikolu 30(1)(a) lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri permezz tas-sistemi informatiċi.

Il-Kummissjoni għandha tattribwixxi numru tal-fajl lil kull applikazzjoni ġdida għal protezzjoni, għal emendi tal-Unjoni, għal komunikazzjoni dwar applikazzjonijiet għal emendi standard u għal komunikazzjoni li tikkonċerna applikazzjonijiet għal emendi temporanji.

Il-konferma tal-wasla għandu jkollha tal-anqas dawn l-elementi li ġejjin:

(a)

in-numru tal-fajl;

(b)

l-isem ikkonċernat;

(c)

id-data tal-wasla.

Il-Kummissjoni għandha tinnotifika u tqiegħed għad-dispożizzjoni informazzjoni u rimarki rigward it-tali komunikazzjonijiet u sottomissjonijiet permezz tas-sistemi informatiċi msemmija fl-Artikolu 30(1)(a).

3.   Għall-komunikazzjonijiet u għas-sottomissjonijiet tal-fajls li jsiru bil-posta elettronika, il-Kummissjoni għandha tikkonferma l-wasla tagħhom bil-posta elettronika.

Għandha tattribwixxi numru tal-fajl lil kull applikazzjoni ġdida għal protezzjoni, għal emenda tal-Unjoni, għal komunikazzjonijiet dwar applikazzjonijiet għal emendi standard u għal komunikazzjonijiet li jikkonċernaw applikazzjonijiet għal emendi temporanji.

Il-konferma tal-wasla għandu jkollha tal-anqas dawn l-elementi li ġejjin:

(a)

in-numru tal-fajl;

(b)

l-isem ikkonċernat;

(c)

id-data tal-wasla.

Il-Kummissjoni għandha tinnotifika u tqiegħed għad-dispożizzjoni informazzjoni u rimarki rigward it-tali komunikazzjonijiet u sottomissjoni bil-posta elettronika.

4.   L-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/1183 u l-Artikoli 1 sa 5 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1185 għandhom japplikaw mutatis mutandis għan-notifika u għat-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-informazzjoni, kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 32

Informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha tippubblika skont it-Taqsima 2 tal-Kapitolu I tat-Titolu II tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, skont ir-Regolament Delegat (UE) 2019/33 u skont dan ir-Regolament, għandha tiġi ppubblikata permezz tas-sistemi informatiċi mqiegħda għad-dispożizzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 30(1)(a) ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 33

Pubblikazzjoni tad-deċiżjoni

Deċiżjonijiet li jagħtu jew jiċħdu protezzjoni, deċiżjonijiet li japprovaw jew jiċħdu emendi tal-Unjoni, kif imsemmija fil-Kapitolu II, u deċiżjonijiet li jiċħdu oġġezzjonijiet bħala inammissibbli, kif imsemmija fl-Artikolu 111 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, serje L.

Deċiżjonijiet li jagħtu jew jiċħdu protezzjoni u deċiżjonijiet li japprovaw jew jiċħdu modifiki, kif imsemmija fil-Kapitolu III, għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, serje L.

Artikolu 34

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Ottubru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009 tal-14 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, termini tradizzjonali, it-tikkettar u l-preżentazzjoni ta' ċerti prodotti fis-settur tal-inbid (ĠU L 193, 24.7.2009, p. 60).

(5)  Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 tas-17 ta' Ottubru 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta' denominazzjonijiet ta' oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta' oġġezzjoni, ir-restrizzjonijiet tal-użu, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, it-tħassir tal-protezzjoni, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni (ara paġna 2 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità applikabbli għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).

(7)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 tat-18 ta' Diċembru 2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-istabbiliment ta' simboli tal-Unjoni għal denominazzjonijiet protetti tal-oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u speċjalitajiet tradizzjonali ggarantiti u fir-rigward ta' ċerti regoli dwar il-ksib, ċerti regoli proċedurali u ċerti regoli tranżitorji oħrajn (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 17).

(8)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).

(9)  Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).

(10)  Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).

(11)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 tal-11 ta' Diċembru 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħlu l-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-taħwil tad-dwieli, ir-reġistru tal-vinji, id-dokumenti ta' akkumpanjament u ċ-ċertifikazzjoni, ir-reġistru tad-dħul u l-ħruġ, id-dikjarazzjonijiet obbligatorji, in-notifiki u l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni notifikata, u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli u penali rilevanti, li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008, (KE) Nru 606/2009 u (KE) Nru 607/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009 kif ukoll ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/560 (ĠU L 58, 28.2.2018, p. 1-59).

(12)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1183 tal-20 ta' April 2017 li jissupplimenta r-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notifiki lill-Kummissjoni ta' informazzjoni u dokumenti (ĠU L 171, 4.7.2017, p. 100).

(13)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1185 tal-20 ta' April 2017 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notofiki lill-Kummissjoni tal-informazzjoni u d-dokumenti u li jemendaw u jħassru diversi Regolamenti tal-Kummissjoni (ĠU L 171, 4.7.2017, p. 113).


ANNESS I

DOKUMENT UNIKU

“ISEM”

PDO/PGI-XX-XXXX

Data tal-applikazzjoni: XX-XX-XXXX

1.   Isem/Ismijiet għar-reġistrazzjoni:

2.   Pajjiż terz li għalih tappartieni ż-żona demarkata:

3.   Tip ta' indikazzjoni ġeografika:

4.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli:

5.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed:

5.1.   Karatteristiċi organolettiċi:

Dehra viżiva:

Riħa:

Togħma:

5.2.   Karatteristiċi analitiċi:

 

Qawwa alkoħolika totali massima (f'% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f'% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

 

Aċidità volatili massima (f'milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta' diossidu tal-kubrit (f'milligrammi għal kull litru)

 

6.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid:

6.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew biex isiru l-inbejjed, u r-restrizzjonijiet rilevanti fuq il-produzzjoni tagħhom:

6.2.   Rendimenti massimi għal kull ettaru:

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed:

8.   Definizzjoni taż-żona demarkata:

9.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet:

10.   Rekwiżiti oħra applikabbli:

10.1.   Rekwiżiti speċifiċi tal-ippakkjar:

10.2.   Rekwiżiti speċifiċi tat-tikkettar:

10.3.   Rekwiżiti addizzjonali:

11.   Kontrolli

11.1.   Awtoritajiet kompetenti jew korpi taċ-ċertifikazzjoni responsabbli għall-kontrolli:

11.2.   Kompiti speċifiċi tal-awtoritajiet kompetenti jew tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni responsabbli għall-kontrolli:


ANNESS II

DIKJARAZZJONI SOSTANZJATA TA' OĠĠEZZJONI

[Immarka l-kaxxa t-tajba b'“X”:] ☐ DOP ☐ IĠP

1.   Isem il-prodott

[kif ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali]

2.   Referenza uffiċjali

[kif ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali]

Numru ta' referenza: …

Data tal-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali: …

3.   Isem min joġġezzjona (persuna, korp, Stat Membru jew pajjiż terz)

4.   Dettalji ta' kuntatt

Persuna ta' kuntatt: Titlu (Sur, Sra…): … Isem: …

Grupp/organizzazzjoni/individwu: …

jew awtorità nazzjonali:

Dipartiment: …

Indirizz: …

Telefon + …

posta elettronika: …

5.   Interess leġittimu (mhux meħtieġ għal awtoritajiet nazzjonali)

[Ipprovdi dikjarazzjoni li tispjega l-interess leġittimu ta' min joġġezzjona. L-awtoritajiet nazzjonali huma eżentati minn dak ir-rekwiżit.]

6.   Raġunijiet għall-oġġezzjoni:

☐ L-applikazzjoni għal protezzjoni, għal emenda jew għal tħassir hija inkompatibbli mar-regoli dwar id-denominazzjonijiet ta' oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi għaliex tkun f'kunflitt mal-Artikoli 92 sa 95, 105 jew 106 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u mad-dispożizzjonijiet adottati skont dawn.

☐ L-applikazzjoni għal protezzjoni jew għal emenda hija inkompatibbli mar-regoli dwar id-denominazzjonijiet ta' oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi għaliex ir-reġistrazzjoni tal-isem propost tkun f'kunflitt mal-Artikoli 100 jew 101 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

☐ L-applikazzjoni għal protezzjoni jew għal emenda hija inkompatibbli mar-regoli dwar id-denominazzjonijiet ta' oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi għaliex ir-reġistrazzjoni tal-isem propost tkun tixħet f'riskju d-drittijiet ta' detentur tat-trademark jew ta' utent ta' isem omonimu għalkollox jew ta' isem kompost li terminu minnu hu identiku għall-isem li jrid jiġi reġistrat, jew l-eżistenza ta' ismijiet parzjalment omonimi jew ta' ismijiet oħra simili għall-isem li jrid jiġi reġistrat li jirreferu għal prodotti tad-dwieli li ilhom legalment fis-suq għal tal-anqas ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni prevista fl-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

7.   Dettalji tal-oġġezzjoni

[Ipprovdi raġunijiet sostanzjati u ġustifikazzjoni, dettalji tal-fatti, evidenza u kummenti b'appoġġ għall-oġġezzjoni. Ipprovdi d-dokumenti meħtieġa f'każ ta' oġġezzjoni bbażata fuq l-eżistenza ta' trademark preċedenti b'reputazzjoni u b'fama (l-Artikolu 8(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/34)].

8.   Lista tad-dokumenti ta' appoġġ

[Ipprovdi l-lista tad-dokumenti mibgħuta b'appoġġ għall-oġġezzjoni.]

9.   Data u firma

[Isem]

[Dipartiment/Organizzazzjoni]

[Indirizz]

[Telefon: +]

[posta elettronika: ]


ANNESS III

NOTIFIKA TA' TMIEM IL-KONSULTAZZJONIJIET WARA L-PROĊEDURA TA' OĠĠEZZJONI

[Immarka l-kaxxa t-tajba b'“X”:] ☐ DOP ☐ IĠP

1.   Isem il-prodott

[kif ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali]

2.   Referenza uffiċjali

[kif ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali]

Numru ta' referenza:

Data tal-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali:

3.   Isem min joġġezzjona (persuna, korp, Stat Membru jew pajjiż terz)

4.   Riżultat tal-konsultazzjonijiet

4.1   Intlaħaq ftehim mal-opponent(i) li ġej(jin):

[ehmeż kopji tal-ittri li juru l-ftehim u l-fatturi kollha li ppermettew li jintlaħaq il-ftehim (l-Artikolu 12(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33)]

4.2   Ma ntlaħaqx ftehim mal-opponent(i) li ġej(jin):

[ehmeż l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33]

5.   Speċifikazzjoni tal-Prodott u Dokument Uniku

5.1   L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġiet emendata:

… Iva* … Le

*

Jekk “Iva”, ehmeż deskrizzjoni tal-emendi u tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott emendata

5.2   Id-Dokument Uniku ġie emendat:

… Iva** … Le

**

Jekk “Iva”, ehmeż kopja tad-dokument aġġornat

6.   Data u firma

[Isem]

[Dipartiment/Organizzazzjoni]

[Indirizz]

[Telefon: +]

[posta elettronika: ]


ANNESS IV

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA TAL-UNJONI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT

[Isem reġistrat] “…”

Nru tal-UE: [għall-użu tal-UE biss]

[Immarka “X” fil-kaxxa t-tajba:] ☐ DOP ☐ IĠP

1.   Applikant u interess leġittimu

[Ipprovdi l-isem, l-indirizz, it-telefon u l-indirizz tal-posta elettronika tal-applikant li qed jipproponi l-emenda. Ipprovdi wkoll dikjarazzjoni li tispjega l-interess leġittimu tal-applikant.]

2.   Pajjiż terz li għalih tappartieni ż-żona demarkata

3.   Intestatura fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott affettwata mill-emenda/i

☐ Isem il-prodott

☐ Kategorija tal-prodott tad-dwieli

☐ Rabta

☐ Restrizzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni

4.   Tip ta' emenda/i

[Ipprovdi dikjarazzjoni li tispjega għaliex l-emenda/i taqa'/jaqgħu taħt id-definizzjoni ta' “emenda tal-Unjoni” kif previst fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33].

5.   Emenda/i

[Ipprovdi deskrizzjoni eżawrjenti ta' kull emenda u r-raġunijiet speċifiċi għalihom. L-applikazzjoni għal emenda trid tkun kompluta u tinftiehem. L-informazzjoni mogħtija f'din it-taqsima trid tkun eżawrjenti kif previst fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33].

6.   Annessi

6.1.   Id-Dokument Uniku konsolidat u kkompletat kif xieraq, kif modifikat

6.2.   Il-verżjoni konsolidata tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott kif ippubblikata, jew ir-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott


ANNESS V

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA' EMENDA STANDARD

[Isem reġistrat] “…”

Nru tal-UE: [għall-użu tal-UE biss]

[Immarka l-kaxxa t-tajba b'“X”:] ☐ DOP ☐ IĠP

1.   Mittent

Produttur wieħed jew grupp ta' produtturi b'interess leġittimu jew awtoritajiet tal-pajjiż terz li għalih tappartieni ż-żona demarkata (ara l-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/34).

2.   Deskrizzjoni tal-emenda/i approvata/i

[Ipprovdi deskrizzjoni tal-emenda/i standard u r-raġunijiet għalihom, u dikjarazzjoni li tispjega għaliex l-emenda/i taqa'/jaqgħu taħt id-definizzjoni ta' “emenda standard” kif previst fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33].

3.   Pajjiż terz li għalih tappartieni ż-żona demarkata

4.   Annessi

4.1.   L-applikazzjoni tal-emenda standard approvata

4.2.   Id-deċiżjoni li tapprova l-emenda standard

4.3.   Il-prova li l-emenda hija applikabbli fil-pajjiż terz

4.4.   Id-Dokument Uniku konsolidat, kif modifikat, fejn rilevanti

4.5.   Kopja tal-verżjoni konsolidata tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott kif ippubblikata jew ir-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott


ANNESS VI

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA' EMENDA TEMPORANJA

[Isem reġistrat] “”

Nru tal-UE: [għall-użu tal-UE biss]

[Agħżel waħda, “X”:] ☐ DOP ☐ IĠP

1.   Mittent

Produttur wieħed jew grupp ta' produtturi b'interess leġittimu jew awtoritajiet tal-pajjiż terz li għalih tappartieni ż-żona demarkata (ara l-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/34).

2.   Deskrizzjoni tal-emenda/i approvata/i

[Ipprovdi deskrizzjoni tal-emenda/i temporanja/i u r-raġunijiet speċifiċi għalihom, inkluż ir-referenza tar-rikonoxximent formali tad-diżastru naturali jew tal-kundizzjonijiet avversi tat-temp mill-awtoritajiet kompetenti jew tal-impożizzjoni tal-miżuri sanitarji jew fitosanitarji obbligatorji. Ipprovdi wkoll dikjarazzjoni li tispjega għaliex l-emenda/i taqa'/jaqgħu taħt id-definizzjoni ta' “emenda temporanja” kif previst fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33].

3.   Pajjiż terz li għalih tappartieni ż-żona demarkata

4.   Annessi

4.1.   L-applikazzjoni tal-emenda temporanja approvata

4.2.   Id-deċiżjoni li tapprova l-emenda temporanja

4.3.   Il-prova li l-emenda hija applikabbli fil-pajjiż terz


ANNESS VII

TALBA TA' TĦASSIR

[Isem reġistrat:] “…”

Nru tal-UE: [għall-użu tal-UE biss]

[Immarka l-kaxxa t-tajba b'“X”:] ☐ IĠP ☐ DOP

1.   Isem reġistrat propost għat-tħassir

2.   Stat Membru jew pajjiż terz li għalih tappartieni ż-żona demarkata

3.   Persuna, korp, Stat Membru jew pajjiż terz li qed tressaq/iressaq it-talba ta' tħassir

[Ipprovdi l-isem, l-indirizz, it-telefon u l-indirizz tal-posta elettronika tal-persuna fiżika jew ġuridika jew tal-produtturi li jitolbu t-tħassir (għal talbiet li jikkonċernaw ismijiet ta' pajjiżi terzi, ipprovdi wkoll l-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet jew tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni li jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott). Ipprovdi wkoll dikjarazzjoni li tispjega l-interess leġittimu tal-persuna fiżika jew ġuridika li titlob it-tħassir (mhux meħtieġa għal awtoritajiet nazzjonali b'personalità ġuridika).]

4.   Raġunijiet għat-tħassir

☐ Il-konformità mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott korrispondenti m'għadhiex żgurata (l-Artikolu 106 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013).

☐ Il-konformità mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott korrispondenti m'għadhiex żgurata għar-raġuni speċifika li ebda prodott bl-isem protett ma tqiegħed fis-suq fl-aħħar seba' snin konsekuttivi (l-Artikolu 106 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 flimkien mal-Artikolu 20 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33).

5.   Dettalji tat-talba ta' tħassir

[Ipprovdi raġunijiet sostanzjati u ġustifikazzjoni għat-talba ta' tħassir, dettalji tal-fatti, evidenza u kummenti b'appoġġ għat-talba ta' tħassir. Fejn rilevanti, ipprovdi d-dokumentazzjoni ta' appoġġ.]

6.   Lista ta' dokumenti ta' appoġġ

[Ipprovdi l-lista tad-dokumentazzjoni mibgħuta b'appoġġ għat-talba ta' tħassir.]

7.   Data u firma

[Isem]

[Dipartiment/Organizzazzjoni]

[Indirizz]

[Telefon: +]

[posta elettronika: ]


ANNESS VIII

APPLIKAZZJONI GĦAL PROTEZZJONI TA' TERMINU TRADIZZJONALI

Data tal-wasla (JJ/XX/SSSS) …

[timtela mill-Kummissjoni]

Numru ta' paġni (inkluż din il-paġna) …

Lingwa tal-applikazzjoni …

Numru tal-fajl …

[timtela mill-Kummissjoni]

Applikant

Awtorità kompetenti tal-Istat Membru (*)

Awtorità kompetenti tal-pajjiż terz (*)

Organizzazzjoni professjonali rappreżentattiva (*)

[(*) ħassar kif xieraq]

Indirizz (numru u isem tat-triq, belt/raħal u kodiċi postali, pajjiż) …

Entità ġuridika (għandha timtela għal organizzazzjonijiet professjonali rappreżentattivi) …

Nazzjonalità …

Telefon, fax, posta elettronika …

Terminu tradizzjonali li għalih tintalab il-protezzjoni

Terminu tradizzjonali skont l-Artikolu 112(a) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (*)

Terminu tradizzjonali skont l-Artikolu 112(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (*)

[(*) ħassar kif xieraq]

Lingwa

Lista tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti jew indikazzjonijiet ġeografiċi protetti kkonċernati

Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

Definizzjoni

Kopja tar-regoli

[trid tiġi mehmuża]

Isem il-firmatarju …

Firma …


ANNESS IX

OĠĠEZZJONI GĦAL APPLIKAZZJONI GĦALL-PROTEZZJONI TA' TERMINU TRADIZZJONALI

Data tal-wasla (JJ/XX/SSSS) …

[timtela mill-Kummissjoni]

Numru ta' paġni (inkluż din il-paġna) …

Lingwa tal-oġġezzjoni …

Numru tal-fajl …

[timtela mill-Kummissjoni]

Terminu tradizzjonali soġġett għall-oġġezzjoni

Min joġġezzjona

Isem min joġġezzjona (Stat Membru jew pajjiż terz, jew kwalunkwe persuna ġuridika jew fiżika b'interess leġittimu)

Indirizz sħiħ (numru u isem tat-triq, belt/raħal u kodiċi postali, pajjiż) …

Nazzjonalità …

Telefon, fax, posta elettronika …

Intermedjarju

Stat(i) Membru/i (*)

Awtorità ta' pajjiż terz (fakultattiva) (*)

[(*) ħassar kif xieraq]

Isem/ismijiet tal-intermedjarju/i …

Indirizz(i) sħiħ/sħaħ (numru u isem tat-triq, belt/raħal u kodiċi postali, pajjiż) …

Drittijiet preċedenti

Denominazzjoni ta' oriġini protetta (*)

Indikazzjoni ġeografika protetta (*)

Indikazzjoni ġeografika nazzjonali (*)

[(*) ħassar kif xieraq]

Isem …

Numru tar-reġistrazzjoni …

Data tar-reġistrazzjoni (JJ/XX/SSSS) …

Trademark

Sinjal …

Lista ta' prodotti u servizzi …

Numru tar-reġistrazzjoni …

Data tar-reġistrazzjoni …

Pajjiż tal-oriġini …

Reputazzjoni/fama (*) …

[(*) ħassar kif xieraq]

Raġunijiet għall-oġġezzjoni

L-Artikolu 27 tar-Regolament Delegat (*)

L-Artikolu 32(2) tar-Regolament Delegat (*)

L-Artikolu 33(1) tar-Regolament Delegat (*)

L-Artikolu 33(2) tar-Regolament Delegat (*)

[(*) ħassar kif xieraq]

Spjegazzjoni tar-raġuni(jiet) …

[Ipprovdi raġunijiet sostanzjati u ġustifikazzjoni, dettalji tal-fatti, evidenza u kummenti b'appoġġ għall-oġġezzjoni. Ipprovdi d-dokumenti meħtieġa f'każ ta' oġġezzjoni bbażata fuq l-eżistenza ta' trademark preċedenti b'reputazzjoni u fama.]

Isem il-firmatarju …

Firma …


ANNESS X

TALBA TA' MODIFIKA LI TIKKONĊERNA TERMINU TRADIZZJONALI

Data tal-wasla (JJ/XX/SSSS) …

[timtela mill-Kummissjoni]

Numru ta' paġni (inkluż din il-paġna) …

Lingwa tat-talba ta' modifika …

Numru tal-fajl …

[timtela mill-Kummissjoni]

Terminu tradizzjonali li għalih tintalab il-modifika …

Isem il-persuna ġuridika jew fiżika li titlob il-modifika …

Indirizz sħiħ (numru u isem tat-triq, belt/raħal u kodiċi postali, pajjiż) …

Nazzjonalità …

Telefon, fax, posta elettronika …

Deskrizzjoni tal-modifika …

Spjegazzjoni tar-raġunijiet għal modifika

[Ipprovdi raġunijiet sostanzjati u ġustifikazzjoni, dettalji tal-fatti, evidenza u kummenti b'appoġġ tal-modifika.]

Isem il-firmatarju …

Firma …


ANNESS XI

TALBA TA' TĦASSIR LI TIKKONĊERNA TERMINU TRADIZZJONALI

Data tal-wasla (JJ/XX/SSSS) …

[timtela mill-Kummissjoni]

Numru ta' paġni (inkluż din il-paġna) …

Lingwa tat-talba ta' tħassir …

Numru tal-fajl …

[timtela mill-Kummissjoni]

Terminu tradizzjonali li għalih jintalab it-tħassir …

Awtur tat-talba ta' tħassir

Isem il-persuna ġuridika jew fiżika li titlob it-tħassir …

Indirizz sħiħ (numru u isem tat-triq, belt/raħal u kodiċi postali, pajjiż) …

Nazzjonalità …

Telefon, fax, posta elettronika …

Interess leġittimu tal-awtur tat-talba

Raġunijiet għat-tħassir

L-Artikolu 27 tar-Regolament Delegat (*)

L-Artikolu 32(2) tar-Regolament Delegat (*)

L-Artikolu 33(1) tar-Regolament Delegat (*)

L-Artikolu 33(2) tar-Regolament Delegat (*)

L-Artikolu 36(b) tar-Regolament Delegat (*)

[(*) ħassar kif xieraq]

Spjegazzjoni tar-raġuni(jiet) għat-tħassir …

[Ipprovdi raġunijiet sostanzjati u ġustifikazzjoni, dettalji tal-fatti, evidenza u kummenti b'appoġġ tat-tħassir. Ipprovdi d-dokumenti meħtieġa f'każ ta' tħassir ibbażat fuq l-eżistenza ta' trademark preċedenti b'reputazzjoni u fama.]

Isem il-firmatarju …

Firma …


ANNESS XII

PARTI A

PRATTIKALITAJIET TAL-KOMUNIKAZZJONI U TAL-PUBBLIKAZZJONI, RELATATI MAL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-KAPITOLU II, KIF IMSEMMI FIT-TIENI SUBPARAGRAFU TAL-ARTIKOLU 30(4)

Sabiex tinkiseb informazzjoni dwar il-prattikalitajiet tal-aċċessar tas-sistemi informatiċi, dwar il-metodi ta' komunikazzjoni, u dwar kif għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni l-informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Kapitolu II, kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 30(4), l-awtoritajiet u l-persuni affettwati minn dan ir-Regolament għandhom jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fl-indirizz tal-posta elettronika li ġej:

Kaxxa funzjonali: AGRI-CONTACT-E-Ambrosia@ec.europa.eu

PARTI B

PRATTIKALITAJIET TAL-KOMUNIKAZZJONI U TAL-PUBBLIKAZZJONI, RELATATI MAL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-KAPITOLU III, KIF IMSEMMI FIT-TIENI SUBPARAGRAFU TAL-ARTIKOLU 30(4)

Sabiex tinkiseb informazzjoni dwar il-prattikalitajiet tal-aċċessar tas-sistemi informatiċi, dwar il-metodi ta' komunikazzjoni, u dwar kif għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni l-informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Kapitolu III, kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 30(4), l-awtoritajiet u l-persuni affettwati minn dan ir-Regolament għandhom jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fl-indirizz tal-posta elettronika li ġej:

Kaxxa funzjonali: AGRI-CONTACT-EBACCHUS@ec.europa.eu


11.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 9/77


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/35

tat-8 ta' Jannar 2019

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mar-regoli dwar is-saħħa tal-annimali u l-welfare tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(5) u 63(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (2) jistipula r-regoli dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali li jridu jitwettqu fuq l-importazzjonijiet ta' għalf u ta' ikel ta' oriġini mhux mill-annimali elenkati fl-Anness I tiegħu (“il-lista”), fil-punt tad-dħul magħżul (“DPE”) fit-territorji msemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

(2)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 669/2009, l-Istati Membri huma meħtieġa jippreżentaw lill-Kummissjoni rapport darbtejn fis-sena dwar il-kunsinni tal-għalf u tal-ikel fil-lista, inkluż id-dettalji ta' kull kunsinna, l-għadd ta' kunsinni li minnhom ittieħdu l-kampjuni għall-analiżi u r-riżultati tal-kontrolli uffiċjali mwettqa f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 669/2009. Ċerti Stati Membri jirreġistraw id-dokumenti komuni tad-dħul maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti rispettivi tagħhom skont ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 fuq bażi volontarja fis-Sistema Esperta u ta' Kontroll tal-Kummerċ (TRACES), stabbilita bid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2003/24/KE (3) u 2004/292/KE (4), u b'hekk jipprovdu lill-Kummissjoni bid-dettalji ta' kull kunsinna, l-għadd ta' kunsinni li minnhom ittieħdu l-kampjuni għall-analiżi u r-riżultati tal-kontrolli stipulati fir-Regolament (KE) Nru 669/2009. Għalhekk jenħtieġ li l-obbligu ta' rappurtar jitqies li ġie sodisfatt meta l-Istati Membri jirreġistraw fi TRACES d-dokumenti komuni tad-dħul maħruġa skont ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 matul il-perjodu ta' rapportar stabbilit f'dak ir-Regolament.

(3)

L-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jipprevedi perjodu ta' tranżizzjoni li matulu r-rekwiżiti minimi għall-Punti Deżinjati tad-Dħul (DPEs - Designated Points of Origin) jistgħu jiġu implimentati progressivament u jistgħu jitwettqu l-kontrolli fiżiċi u ta' identita f'punti ta' verifika oħra minbarra fid-DPEs. Dan il-perjodu ta' tranżizzjoni ġie estiż permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 718/2014 (5) sal-14 ta' Awwissu 2019, sakemm joħroġ ir-riżultat tar-reviżjoni tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-Punti Deżinjati tad-Dħul u għall-kontrolli fuq il-fruntiera b'mod ġenerali. Dik ir-reviżjoni wasslet għall-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), li għandu japplika mill-14 ta' Diċembru 2019. Dak ir-Regolament jipprevedi li għandhom jiġu stabbiliti atti delegati fir-rigward ta' regoli li jistabbilixxu l-każijiet fejn, u l-kundizzjonijiet li fihom, kontrolli fiżiċi u tal-identità fuq kunsinni ta' prodotti soġġetti għal żieda temporanja ta' kontrolli uffiċjali jistgħu jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti f'punti ta' kontroll oħra għajr il-punti ta' kontroll fuq il-fruntiera. Billi dawk ir-regoli għandhom japplikaw mill-14 ta' Diċembru 2019, huwa xieraq li l-perjodu ta' tranżizzjoni jiġi estiż sal-jum qabel dik id-data.

(4)

L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jipprevedi li l-lista fl-Anness I ta' dak ir-Regolament għandha tkun riveduta regolarment, u mill-inqas darbtejn fis-sena, filwaqt li għandhom jitqiesu s-sorsi ta' informazzjoni imsemmijin f'dak l-Artikolu.

(5)

L-okkorrenza u r-rilevanza tal-inċidenti reċenti b'rabta mal-ikel, innotifikati permezz tas-Sistema ta' Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf kif stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 178/2002 (7) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-informazzjoni fir-rigward ta' kontrolli uffiċjali mwettqa mill-Istati Membri fuq l-għalf u l-ikel ta' oriġini mhux mill-annimali, kif ukoll ir-rapporti ta' darbtejn fis-sena dwar il-kunsinni tal-għalf u tal-ikel ta' oriġini mhux mill-annimali ppreżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009, jindikaw li jenħtieġ li l-lista tiġi emendata.

(6)

Is-sorsi rilevanti ta' informazzjoni jindikaw li tfaċċaw riskji ġodda għas-saħħa tal-bniedem minħabba l-kontaminazzjoni possibbli bir-residwi tal-pestiċidi li jeħtieġu l-introduzzjoni ta' żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali b'mod partikolari għall-kunsinni ta' brunġiel mir-Repubblika Dominikana, tal-fażola mill-Kenja u tal-bżar (minbarra dak ħelu) mill-Uganda. Barra minn hekk, is-sorsi rilevanti ta' informazzjoni jindikaw li tfaċċaw riskji ġodda għas-saħħa tal-bniedem minħabba l-possibbiltà ta' kontaminazzjoni mis-Salmonella li jeħtieġu l-introduzzjoni ta' żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali għal kunsinni ta' bżar iswed mill-Brażil, tal-bżar ħelu miċ-Ċina u tal-ġulġlien mill-Etjopja. Għalhekk, jenħtieġ li l-entrati li jikkonċernaw dawn il-kunsinni jiddaħħlu fil-lista.

(7)

Barra minn hekk, huwa xieraq li jitħassru l-entrati għall-prodotti li għalihom l-informazzjoni disponibbli tindika livell ġenerali sodisfaċenti fil-konformità mar-rekwiżiti ta' sikurezza rilevanti previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u li għalihom ma għadhiex ġustifikata żieda fil-kontrolli uffiċjali. Għalhekk jenħtieġ li titħassar l-entrata fil-lista li tikkonċerna l-ananas mill-Benin.

(8)

Barra minn hekk, huwa xieraq li tiżdied il-frekwenza ta' kontrolli fiżiċi u ta' identità fuq il-prodotti li għalihom is-sorsi rilevanti ta' informazzjoni jindikaw grad ta' nuqqas ta' konformità mal-ħtiġijiet rilevanti ta' sigurtà previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, li jiġġustifika żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali. Għalhekk, l-entrati fil-lista li jikkonċernaw bżar ħelu u bżar (minbarra dak ħelu) mill-Eġittu, bżar (minbarra dak ħelu) mill-Indja u l-Pakistan, bżar (ħelu jew mhux) mis-Sri Lanka u ġellewż mill-Georgia jenħtieġu li jiġu emendati skont dan.

(9)

Il-kamp ta' applikazzjoni tal-entrata li tikkonċerna l-ġellewż mill-Georgia jenħtieġ li jiġi emendat biex jinkludi forom oħra tal-prodott barra minn dawk li hemm elenkati bħalissa, jekk dawk il-forom l-oħra jippreżentaw l-istess riskju. Għalhekk huwa xieraq li tiġi emendata l-entrata eżistenti li tikkonċerna l-ġellewż mill-Georgia biex tinkludi dqiq, pasta u trab tal-ġellewż u ġellewż, ippreparat jew ippreservat mod ieħor.

(10)

Sabiex ikunu żgurati l-konsistenza u ċ-ċarezza, huwa xieraq li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jiġi sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(11)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 669/2009

Ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 15, għandu jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

“4.   L-iskeda ta' obbligi ta' rappurtar stipulati fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jitqiesu li ġew sodisfatti meta l-Istati Membri jkunu rreġistraw fi TRACES id-dokumenti komuni tad-dħul maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti rispettivi tagħhom skont dan ir-Regolament matul il-perjodu tar-rappurtar stabbilit fil-paragrafu 1.”

(2)

Fl-Artikolu 19, il-paragrafu 1 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Sat-13 ta' Diċembru 2019, jekk punt tad-dħul magħżul ma jkunx mgħammar bil-faċilitajiet meħtieġa biex isiru l-kontrolli fiżiċi u tal-identità, kif stipulat fl-Artikolu 8(1)(b), dawn il-kontrolli jistgħu jsiru f'punt ta' kontroll ieħor fl-istess Stat Membru, li jkun awtorizzat għal dan il-għan mill-awtorità kompetenti, qabel ma l-merkanzija tiġi ddikjarata għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera, sakemm dan il-punt ta' kontroll jissodisfa r-rekwiżiti minimi stipulati fl-Artikolu 4.”

(3)

L-Anness I huwa sostitwit bit-test stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Jannar 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 tal-24 ta' Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE (ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/24/KE tat-30 ta' Diċembru 2002 li tirrigwarda l-iżvilupp ta' sistema veterinarja integrata u komputerizzata (ĠU L 8, 14.1.2003, p. 44).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/292/KE tat-30 ta' Marzu 2004 dwar l-introduzzjoni tas-sistema Traces u li temenda d-Deċiżjoni 92/486/KEE (ĠU L 94, 31.3.2004, p. 63).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 718/2014 tas-27 ta' Ġunju 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali (ĠU L 190, 28.6.2014, p. 55).

(6)  Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta' regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).

(7)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).


ANNESS

“ANNESS I

Għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali soġġett għal żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali fil-punt tad-dħul magħżul

Għalf u ikel

(użu maħsub)

Kodiċi NM (1)

Subdiviżjoni tat-TARIC

Pajjiż tal-oriġini

Periklu

Frekwenza tal-kontrolli fiżiċi u tal-identità (%)

Karawett fil-qoxra

1202 41 00

 

Il-Bolivja (BO)

Aflatossini

50

Karawett, bla qoxra,

1202 42 00

Butir tal-karawett

2008 11 10

Karawett, ippreparat jew ippreservat b'xi mod ieħor;

(Għalf u ikel)

2008 11 91 ;

2008 11 96 ;

2008 11 98

Bżar (Piper)

(Ikel - imnixxef, la mfarrak u lanqas mitħun)

ex 0904 11 00

10

Il-Brazil (BR)

Salmonella  (2)

20

Goġi komuni/goġi taċ-Ċina (wolfberries) (Lycium barbarum L.)

(Ikel - frisk, imkessaħ jew imnixxef)

ex 0813 40 95 ;

ex 0810 90 75

10

10

Iċ-Ċina (CN)

Residwi tal-pestiċidi (3)  (4)

10

Bżar ħelu (Capsicum annuum)

(Ikel — imfarrak jew mitħun)

ex 0904 22 00

11

Iċ-Ċina (CN)

Salmonella  (2)

20

Te, kemm jekk imħawwar jew le

(Ikel)

0902

 

Iċ-Ċina (CN)

Residwi tal-pestiċidi (3)  (5)

10

Brunġiel

(Solanum melongena)

(Ikel – frisk jew imkessaħ)

0709 30 00

 

Ir-Repubblika Dominicana (DO)

Residwi tal-pestiċidi (3)

20

Bżar ħelu (Capsicum annuum)

0709 60 10 ;

0710 80 51

 

Ir-Repubblika Dominicana (DO)

Residwi tal-pestiċidi (3)  (6)

20

Bżar (minbarra dak ħelu) (Capsicum spp.)

ex 0709 60 99 ;

ex 0710 80 59

20

20

Fażola twila jarda

(Vigna unguiculata spp. sesquipedalis, vigna unguiculata spp. unguiculata)

(Ikel - frisk, imkessaħ jew iffriżat)

ex 0708 20 00 ;

ex 0710 22 00

10

10

Bżar ħelu (Capsicum annuum)

0709 60 10 ;

0710 80 51

 

L-Eġittu (EG)

Residwi tal-pestiċidi (3)  (7)

20

Bżar (minbarra dak ħelu) (Capsicum spp.)

(Ikel - frisk, imkessaħ jew iffriżat)

ex 0709 60 99 ;

ex 0710 80 59

20

20

Ġulġlien

(Ikel - frisk jew imkessaħ)

1207 40 90

 

L-Etjopja

Salmonella  (2)

50

Ġellewż bil-qoxra

0802 21 00

 

Il-Georgia (GE)

Aflatossini

50

Ġellewż bla qoxra

0802 22 00

Dqiq, pasta u trab tal-ġellewż

ex 1106 30 90

40

Ġellewż, ippreparat jew ippreservat mod ieħor

(Ikel)

ex 2008 19 19 ;

ex 2008 19 95 ;

ex 2008 19 99

30

20

30

Żejt tal-palm

(Ikel)

1511 10 90 ;

1511 90 11 ;

 

Il-Ghana (GH)

Żebgħat tas-Sudan (8)

50

ex 1511 90 19 ;

1511 90 99

90

Karawett fil-qoxra

1202 41 00

 

Il-Gambja (GM)

Aflatossini

50

Karawett, bla qoxra

1202 42 00

Butir tal-karawett

2008 11 10

Karawett, ippreparat jew ippreservat b'xi mod ieħor;

(Għalf u ikel)

2008 11 91 ;

2008 11 96 ;

2008 11 98

Okra

(Ikel - frisk, imkessaħ jew iffriżat)

ex 0709 99 90 ;

ex 0710 80 95

20

30

L-Indja (IN)

Residwi tal-pestiċidi (3)  (9)

10

Bżar (minbarra dak ħelu) (Capsicum spp.)

(Ikel - frisk, imkessaħ jew iffriżat)

ex 0709 60 99 ;

ex 0710 80 59

20

20

L-Indja (IN)

Residwi tal-pestiċidi (3)  (10)

20

Ful (Vigna spp., Phaseolus spp.)

(Ikel – frisk jew imkessaħ)

0708 20

 

Il-Kenja (KE)

Residwi tal-pestiċidi (3)

5

Karfus Ċiniż (Apium graveolens)

(Ikel — ħaxix aromatiku frisk jew imkessaħ)

ex 0709 40 00

20

Il-Kambodja (KH)

Residwi tal-pestiċidi (3)  (11)

50

Fażola twila jarda

(Vigna unguiculata spp. sesquipedalis, vigna unguiculata spp. unguiculata)

(Ikel - ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

ex 0708 20 00 ;

ex 0710 22 00

10

10

Il-Kambodja (KH)

Residwi tal-pestiċidi (3)  (12)

50

Ġdur (Brassica rapa spp. Rapa)

Ikel — ippreparat jew ippreservat permezz tal-ħall jew l-aċtu aċetiku)

ex 2001 90 97

11 ; 19

Il-Libanu (LB)

Rodamina B

50

Bżar (ħelu jew mhux) (Capsicum spp.)

(Ikel - imnixxef, mixwi, imfarrak jew mitħun)

ex 2008 99 99 ;

79

Is-Sri Lanka (LK)

Aflatossini

50

0904 21 10 ;

 

ex 0904 21 90 ;

ex 0904 22 00

20

11 ; 19

Karawett fil-qoxra

1202 41 00

 

Il-Madagascar (MG)

Aflatossini

50

Karawett, bla qoxra

1202 42 00

Butir tal-karawett

2008 11 10

Karawett, ippreparat jew ippreservat b'xi mod ieħor;

(Għalf u ikel)

2008 11 91 ;

2008 11 96 ;

2008 11 98

Ġulġlien

(Ikel - frisk jew imkessaħ)

1207 40 90

 

In-Niġerja (NG)

Salmonella  (2)

50

Bżar (minbarra dak ħelu) (Capsicum spp.)

(Ikel - frisk, imkessaħ jew iffriżat)

ex 0709 60 99 ;

ex 0710 80 59

20

20

Il-Pakistan (PK)

Residwi tal-pestiċidi (3)

20

Lampun

(Ikel - iffriżat)

0811 20 31 ;

 

Is-Serbja (RS)

Norovirus

10

ex 0811 20 11 ;

ex 0811 20 19

10

10

Karawett fil-qoxra

1202 41 00

 

Is-Sudan (SD)

Aflatossini

50

Karawett, bla qoxra

1202 42 00

Butir tal-karawett

2008 11 10

Karawett, ippreparat jew ippreservat b'xi mod ieħor;

(Għalf u ikel)

2008 11 91 ;

2008 11 96 ;

2008 11 98

Ġulġlien

(Ikel - frisk jew imkessaħ)

1207 40 90

 

Is-Sudan (SD)

Salmonella  (2)

50

Żrieragħ tad-dulliegħ (Egusi, Citrullus spp.) u l-prodotti li ġejjin minnhom

(Ikel)

ex 1207 70 00 ;

ex 1106 30 90 ;

ex 2008 99 99

10

30

50

Sierra Leone (SL)

Aflatossini

50

Karawett fil-qoxra

1202 41 00

 

Is-Senegal (SN)

Aflatossini

50

Karawett, bla qoxra

1202 42 00

Butir tal-karawett

2008 11 10

Karawett, ippreparat jew ippreservat b'xi mod ieħor;

(Għalf u ikel)

2008 11 91 ;

2008 11 96 ;

2008 11 98

Ġdur (Brassica rapa spp. Rapa)

Ikel — ippreparat jew ippreservat permezz tal-ħall jew l-aċtu aċetiku)

ex 2001 90 97

11 ; 19

Is-Sirja (SY)

Rodamina B

50

Bżar (minbarra dak ħelu) (Capsicum spp.)

(Ikel - frisk, imkessaħ jew iffriżat)

ex 0709 60 99 ;

ex 0710 80 59

20

20

It-Tajlandja (TH)

Residwi tal-pestiċidi (3)  (13)

10

Berquq imnixxef

0813 10 00

 

It-Turkija (TR)

Sulfiti (15)

20

Berquq ippreparat jew ippreservat mod ieħor (14)

(Ikel)

2008 50 61

Għeneb imnixxef (inkluż l-għeneb imnixxef imqatta' jew mgħaffeġ f'pejst, mingħajr trattament ieħor)

(Ikel)

0806 20

 

It-Turkija (TR)

Okratossina A

5

Lumi (Citrus limon, Citrus limonum)

(Ikel – frisk, imkessaħ jew imnixxef)

0805 50 10

 

It-Turkija (TR)

Residwi tal-pestiċidi (3)

10

Rummien

(Ikel - frisk jew imkessaħ)

ex 0810 90 75

30

It-Turkija (TR)

Residwi tal-pestiċidi (3)  (16)

10

Bżar Ħelu (Capsicum annuum)

(Ikel - frisk, imkessaħ jew iffriżat)

0709 60 10 ;

0710 80 51

 

It-Turkija (TR)

Residwi tal-pestiċidi (3)  (17)

10

Bżar (minbarra dak ħelu) (Capsicum spp.)

(Ikel - frisk, imkessaħ jew iffriżat)

ex 0709 60 99

ex 0710 80 59

20

20

L-Uganda (UG)

Residwi tal-pestiċidi (3)

20

Ġulġlien

(Ikel - frisk jew imkessaħ)

1207 40 90

 

L-Uganda (UG)

Salmonella  (2)

50

Pistaċċi, bil-qoxra

0802 51 00

 

L-Istati Uniti (US)

Aflatossini

10

Pistaċċi, bla qoxra

0802 52 00

Pistaċċi, inkaljati

(Ikel)

ex 2008 19 13 ;

ex 2008 19 93

20

20

Berquq imnixxef

0813 10 00

 

L-Użbekistan (UZ)

Sulfiti (15)

50

Berquq ippreparat jew ippreservat mod ieħor (14)

(Ikel)

2008 50 61

Weraq tal-kosbor

ex 0709 99 90

72

Il-Vjetnam (VN)

Residwi tal-pestiċidi (3)  (18)

50

Ħabaq u ħabaq sagru

ex 1211 90 86

20

Nagħniegħ

ex 1211 90 86

30

Tursin

(Ikel - ħaxix aromatiku frisk jew imkessaħ)

ex 0709 99 90

40

Okra

(Ikel - frisk, imkessaħ jew iffriżat)

ex 0709 99 90

ex 0710 80 95

20

30

Il-Vjetnam (VN)

Residwi tal-pestiċidi (3)  (18)

50

Bżar (minbarra dak ħelu) (Capsicum spp.)

(Ikel - frisk, imkessaħ jew iffriżat)

ex 0709 60 99 ;

ex 0710 80 59

20

20

Il-Vjetnam (VN)

Residwi tal-pestiċidi (3)  (18)

50


(1)  Meta jkun jeħtieġ li jiġu eżaminati biss ċerti prodotti li jidħlu taħt xi kodiċi tan-NM u ma tkun teżisti l-ebda subdiviżjoni speċifika f'dak il-kodiċi, il-kodiċi tan-NM jiġi mmarkat bl-ittri ‘ex’ quddiemu.

(2)  Il-metodu ta' referenza EN/ISO 6579-1 jew metodu mqabbel miegħu biex jiġi vvalidat skont l-aktar verżjoni reċenti tal-EN/ISO 16140 jew protokolli simili oħrajn aċċettati internazzjonalment.

(3)  Ir-residwi ta' mill-inqas dawk il-pestiċidi elenkati fil-programm ta' kontroll adottat skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1) li jistgħu jiġu analizzati b'metodi multiresidwi bbażati fuq il-kromatografija b'fażi gassuża/spettrometrija ta' massa (GC-MS), u dawk ibbażati fuq il-kromatografija likwida/spettrometrija tal-massa (LC-MS) (il-pestiċidi jridu jiġu ssorveljati fil-prodotti li joriġinaw mill-pjanti jew fuqhom biss).

(4)  Residwi ta' Amitraz.

(5)  Residwi ta' Tolfenpyrad.

(6)  Ir-residwi tal-Aċefat, tal-Aldikarb (is-somma tal-aldikarb u tas-sulfossidu u s-sulfon tiegħu, mogħtija bħala aldikarb), tal-Amitraz (amitraz li jinkludi l-metaboliti li fihom il-frazzjoni ta' 2,4 -dimetilanilina mogħtija bħala amitraz), tad-Diafentjuron, tad-Dikofol (is-somma tal-isomeri p, p′ u o,p′), tad-Ditijokarbamati (id-ditijokarbamati mogħtija bħala CS2, inklużi l-maneb, il-mankożeb, il-metiram, il-propineb, it-tiram u ż-żiram) u tal-Metijokarb (is-somma tal-metijokarb u tas-sulfossidu u s-sulfon tiegħu, mogħtija bħala metijokarb).

(7)  Ir-residwi tad-Dikofol (is-somma tal-isomeri p, p′ u o,p′), tad-Dinotefuran, tal-Folpet, tal-Prokloraż (is-somma tal-prokloraż u tal-metaboliti tiegħu li fihom frazzjoni ta' 2,4,6-Triklorofenol mogħtija bħala prokloraż), tat-Tijofanat metil u tat-Triforina.

(8)  Għall-fini ta' dan l-Anness, ‘Żebgħat tas-Sudan’ tirreferi għas-sustanzi kimiċi li ġejjin: (i) Is-Sudan I (Numru tal-CAS 842-07-9); (ii) Is-Sudan II (Numru tal-CAS 3118-97-6); (iii) Is-Sudan III (Numru tal-CAS 85-86-9); (iv) L-Aħmar Skarlat; jew is-Sudan IV (Numru CAS 85-83-6).

(9)  Residwi tad-Diafentjuron.

(10)  Residwi tal-Karbofuran.

(11)  Ir-residwi tal-Fentoat.

(12)  Ir-residwi tal-Klorbufam.

(13)  Ir-residwi tal-Formetanat (is-somma tal-formetanat u tal-imluħ tiegħu mogħtija bħala (kloridrat tal-) formetanat), tal-Protijofos u tat-Triforina.

(14)  Kontrolli fiżiċi u tal-identità jistgħu jitwettqu mill-awtorità kompetenti tal-post ta' destinazzjoni kif indikat fis-CED, skont l-Artikolu 9(2) ta' dan ir-Regolament.

(15)  Metodi ta' referenza: EN 1988-1:1998, EN 1988-2:1998 jew ISO 5522:1981.

(16)  Ir-residwi tal-Prokloraż.

(17)  Ir-residwi tad-Diafentjuron, tal-Formetanat (is-somma tal-formetanat u tal-imluħ tiegħu mogħtija bħala (kloridrat tal-) formetanat), u tat-Tijofanat metil.

(18)  Ir-residwi tad-Ditijokarbamati (id-ditijokarbamati mogħtija bħala CS2, inklużi l-maneb, il-mankożeb, il-metiram, il-propineb, it-tiram u ż-żiram), tal-Fentoat u tal-Kwinalfos.


11.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 9/85


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/36

tal-10 ta' Jannar 2019

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sustanza N-(2-metilċikloeżil)-2,3,4,5,6-pentafluworobenżammid

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' aromatizzanti u ta' materjali tas-sors approvati għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel, u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 (3) adotta l-lista ta' sustanzi aromatizzanti u introduċa dik il-lista fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008.

(3)

Dik il-lista tista' tiġi aġġornata f'konformità mal-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li Stat Membru jew parti interessata jressqu applikazzjoni għal dan.

(4)

Il-Parti A tal-lista tal-Unjoni fiha kemm is-sustanzi aromatizzanti evalwati, li għalihom ma hi assenjata l-ebda nota ta' qiegħ il-paġna kif ukoll is-sustanzi aromatizzanti taħt evalwazzjoni, li huma identifikati bin-noti ta' qiegħ il-paġna 1 sa 4.

(5)

Is-sustanza N-(2-metilċikloeżil)-2,3,4,5,6-pentafluworobenżammid Nru. tal-FL: 16.119 ġie elenkat b'nota tal-qiegħ 4 f'konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 872/2012, li jfisser li data xjentifika addizzjonali kellha tiġi ppreżentata sal-31 ta' Diċembru 2013 sabiex titlesta l-evalwazzjoni tagħha.

(6)

Fit-18 ta' Novembru 2013, l-applikant ressaq data dwar in-N-(2-metilċikloeżil)-2,3,4,5,6-pentafluworobenżammid Nru. tal-FL: 16.119.

(7)

Fit-1 ta' Frar 2017, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) temmet l-evalwazzjoni tas-sikurezza tas-sustanza bin-Nru. tal-FL: 16.119 meta din tintuża bħala sustanza aromatizzanti (4), u kkonkludiet li l-użu tagħha ma jagħtix lok għal tħassib dwar is-sikurezza fil-livelli stmati tal-konsum dijetetiku. Barra minn dan, l-Awtorità nnutat li din is-sustanza hija maħsuba biex tintuża bħala sustanza bi proprjetajiet għall-modifikazzjoni tat-taħwira. Il-kundizzjonijiet ta' użu ta' din is-sustanza għalhekk jenħtieġ li jirriflettu dan il-fatt. Abbażi ta' dan, jenħtieġ li jiddaħħlu restrizzjonijiet tal-użu għal ċertu ikel f'ċerti kategoriji tal-ikel.

(8)

Il-lista tal-Unjoni stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 hija maħsuba biss biex tirregola l-użu tas-sustanzi aromatizzanti li jiġu miżjuda mal-ikel sabiex jagħtu jew jimmodifikaw ir-riħa u/jew it-togħma. Is-sustanza bin-Nru tal-FL: 16.119 tista' tiġi miżjuda wkoll mal-ikel għal għanijiet oħra minbarra l-aromatizzar u użi bħal dawn jibqgħu soġġetti għal regoli differenti tal-Unjoni. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-użu b'rabta biss mal-użu tan-Nru. tal-FL: 16.119 bħala sustanza aromatizzanti.

(9)

Fl-opinjoni li tat, l-awtorità pprovdiet ukoll kummenti rigward l-ispeċifikazzjonijiet tas-sustanza u indikat li l-informazzjoni addizzjonali dwar il-proporzjon tal-enantjomeri kienet nieqsa. L-applikant ipprovda tagħrif dwar dawn il-kwistjonijiet lill-Kummissjoni. L-ispeċifikazzjonijiet għalhekk jenħtieġ li jiġu adattati skont dan.

(10)

Għalhekk, din is-sustanza aromatizzanti jenħtieġ li tiġi elenkata bħala sustanza evalwata fil-lista ta' sustanzi aromatizzanti tal-Unjoni mingħajr in-nota f'qiegħ il-paġna li hemm fl-entrata attwali tagħha fil-lista tal-Unjoni.

(11)

Għaldaqstant, il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(12)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 hija emendata f'konformità mal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Jannar 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34.

(2)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 tal-1 ta' Ottubru 2012 li jadotta l-lista ta' sustanzi aromatizzanti stipulati bir-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jintroduċiha fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1565/2000 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/217/KE (ĠU L 267, 2.10.2012, p. 1).

(4)  EFSA Journal 2017; 15(3):4726.


ANNESS

L-entrata dwar is-sustanza “N-(2-Metilċikloeżil)-2,3,4,5,6-pentafluworobenżammid” fit-Taqsima 2 tal-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tiġi sostitwita b'din li ġejja:

“16.119

N-(2-metilċikloeżil)-2,3,4,5,6-pentafluworobenżammid

1003050-32-5

2081

 

Taħlita ta' cis-/trans- dijastereoisomeri:

60-80 % trans-, li jikkonsisti f' 50 % (1S, 2S) u 50 % (1R, 2R), u

20-40 % cis-, li jikkonsisti f'50 % (1R,2S) u 50 % (1S,2R).

Restrizzjonijiet għall-użu bħala sustanza aromatizzanti:

 

Fil-kategorija 1. – mhux iżjed minn 1 mg/kg;

 

Fil-kategorija 12. – mhux iżjed minn 6 mg/kg;

 

Fil-kategorija 14.1.4. – mhux iżjed minn 3 mg/kg.

 

EFSA”


11.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 9/88


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/37

tal-10 ta' Jannar 2019

li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 10/2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f'kuntatt mal-ikel

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (1), u b'mod partikolari l-punti (a), (d), (e), (h) u (i) tal-Artikolu 5(1), l-Artikolu 11(3) u l-Artikolu 12(6) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 (2) jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' sustanzi awtorizzati li jistgħu jintużaw fil-manifattura ta' materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel. L-Anness III ta' dak ir-Regolament jassenja s-simulanti tal-ikel li għandhom jintużaw għat-testijiet biex tintwera l-konformità tal-materjali u l-oġġetti tal-plastik li għad mhumiex f'kuntatt mal-ikel mal-limiti ta' migrazzjoni msemmija fl-Artikoli 11 u 12 ta' dak ir-Regolament.

(2)

Mill-aħħar darba li ġie emendat ir-Regolament (UE) Nru 10/2011, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ippubblikat opinjonijiet xjentifiċi oħra dwar sustanzi partikolari li jistgħu jintużaw f'materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel (“FCM” — Food Contact Materials) kif ukoll dwar l-użu permess ta' sustanzi li diġà tkun inħarġet awtorizzazzjoni għalihom. Barra minn hekk, ġew identifikati xi żbalji u ambigwitajiet fit-test. Sabiex jiġi żgurat li r-Regolament (UE) Nru 10/2011 jirrifletti l-iktar sejbiet reċenti tal-Awtorità u sabiex jitneħħa kwalunkwe dubju fir-rigward tal-applikazzjoni korretta tiegħu, jenħtieġ li dak ir-Regolament jiġi emendat u kkoreġut.

(3)

L-isem tas-sustanza 1,2,3,4-tetraidronaftalen-2,6-aċidu dikarbossiliku, ester tad-dimetil (is-sustanza FCM Nru 1066 u Nru CAS 23985-75-3) awtorizzata bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/831 (3) kif elenkat fit-Tabella 1 tal-punt 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 fih żball tipografiku, fil-verżjoni bl-Ingliż tad-dokument. Għalhekk jenħtieġ li din l-entrata fit-Tabella 1 tal-punt 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 tiġi kkoreġuta.

(4)

Abbażi tal-opinjoni xjentifika favorevoli tal-Awtorità (4), dwar l-użu tas-sustanza [3-(2,3-epossipropossi)propil]trimetossi silan (is-sustanza FCM Nru 1068, Nru CAS 2530-83-8) bħala komponent ta' aġenti tal-kejl li jittrattaw il-fibri tal-ħġieġ inkorporati fi plastiks ta' diffużività baxxa bħal fil-polietileneteraftalat (PET), il-polikarbonat (PC), il-polibutileneteraftalat (PBTP), poliesteri maħduma bis-sħana u ester tal-vinil tal-bisfenol epossidiku maħsuba għal użu uniku u ripetut b'ħażna fit-tul f'temperatura ambjentali, f'kuntatt ripetut għal żmien qasir f'temperatura miżjuda jew għolja u għall-ikel kollu, is-sustanza ġiet awtorizzata bir-Regolament (UE) 2018/831 bħala addittiv jew għajnuna għall-produzzjoni tal-polimeri fil-kolonna 5 tat-Tabella 1 tal-punt 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011. Billi din is-sustanza hija maħsuba biex tirreaġixxi mis-sinsla polimerika tal-materjal tal-plastik u tista' ssir parti minnu, jenħtieġ li titqies bħala materjal tal-bidu jew bħala monomeru fil-manifattura ta' aġenti tal-kejl li jittrattaw il-fibri tal-ħġieġ inkorporati fi plastiks ta' diffużività baxxa bħal fil-polietileneteraftalat (PET), il-polikarbonat (PC), il-polibutileneteraftalat (PBTP), poliesteri maħduma bis-sħana u l-ester tal-vinil tal-bisfenol epossidiku. Għalhekk hemm bżonn li din l-entrata fit-Tabella 1 tal-punt 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 tiġi emendata biex din is-sustanza tiġi inkluża fil-kolonna 6 tal-Anness I ta' dak ir-Regolament sabiex jiġu ċċarati l-użi intenzjonati tagħha.

(5)

L-Awtorità adottat żewġ opinjonijiet xjentifiċi favorevoli (5) (6) dwar l-użu tas-sustanza poli((R)-3-idrossibutirat-ko-(R)-3-idrossieżanoat) (is-sustanza FCM Nru 1059, Nru CAS 147398-31-0), li hija (ko)polimeru bijodegradabbli li jinkiseb mill-fermentazzjoni bil-mikrobi użata fil-manifattura ta' oġġetti tal-ippakkjar maħsuba biex jiġu f'kuntatt ma' frott u ħxejjex sħaħ. F'dawk iż-żewġ opinjonijiet, l-Awtorità kkonkludiet li din is-sustanza mhix ta' tħassib għas-sikurezza tal-konsumatur jekk tintuża waħedha jew imħallta ma' polimeri oħra f'kuntatt ma' ikel (niexef/solidu) li għalih huwa assenjat is-simulant tal-ikel E fit-Tabella 2 tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 10/2011, f'kondizzjonijiet ta' kuntatt sa 6 xhur jew iktar f'temperatura ambjentali jew inqas, inkluż il-mili sħun jew fażijiet qosra ta' tisħin. L-awtorità kkonkludiet ukoll li l-migrazzjoni speċifika tal-prodott ta' degradazzjoni aċidu krotoniku ma għandhiex taqbeż 0,05 mg/kg ta' ikel. Għalhekk, jenħtieġ li dik is-sustanza tiddaħħal fil-lista tal-Unjoni ta' sustanzi awtorizzati bir-restrizzjoni li jenħtieġ li jiġu ssodisfati dawk l-ispeċifikazzjonijiet.

(6)

L-aċidu krotoniku (is-sustanza FCM Nru 467 u Nru CAS 3724-65-0) hija awtorizzata bħala addittiv jew monomeru fil-manifattura tal-plastiks maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel. Il-limitu speċifiku ta' migrazzjoni ta' 0,05 mg/kg ta' ikel ġie introdott fl-entrata għal din is-sustanza fit-Tabella 1 tal-punt 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/752 (7) li jissostitwixxi l-verifika tal-konformità preċedenti permezz tal-kontenut residwu għall-erja tas-superfiċje ta' kuntatt mal-ikel (QMA). Il-verifika tal-konformità tal-aċidu krotoniku bil-QMA b'limitu ta' 0,05 mg/6dm2 hija inkluża wkoll fl-entrata għas-sustanza aċidu 3-idrossibutanojku aċidu-3-idrossipentanojku, kopolimeru (is-sustanza FCM Nru 744, Nru CAS 80181-31-3) fit-Tabella 4 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 u jenħtieġ ukoll li tiġi sostitwita bil-limitu speċifiku ta' migrazzjoni assenjata għas-sustanza FCM Nru 467. Fid-dawl tal-fatt li l-istess limitu speċifiku ta' migrazzjoni għall-aċidu krotoniku għandu japplika għas-sustanzi bin-numri FCM 467, 744, u 1059, huwa xieraq li tiddaħħal restrizzjoni tal-grupp għall-aċidu krotoniku għas-sustanzi bin-numri FCM 467, 744, u 1059 fit-Tabella 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011, u li jiġu emendati l-entrati individwali korrispondenti fit-Tabelli 1 u 4 ta' dak l-Anness.

(7)

L-awtorità adottat opinjoni xjentifika favorevoli (8) dwar l-użu tas-sustanza karbonat tad-dimetil (is-sustanza FCM Nru 1067 u Nru CAS 616-38-6) bħala monomeru fil-manifattura tal-plastiks maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel. L-Awtorità kkonkludiet li s-sustanza mhix ta' tħassib għas-sikurezza tal-konsumatur jekk tintuża bħala komonomeru flimkien ma' 1,6-eżanedijol għall-produzzjoni ta' prepolimeru tal-polikarbonat u li wara tirreaġixxi ma' 4,4′-metilenedifenildiisoċjanat u dijoli bħall-glikol tal-polipropilen u 1,4-butanedijol biex jifformaw poliuretan termoplastiku. L-użu ta' dan il-materjal jenħtieġ li jiġi ristrett aktar biex ikun fih sa 30 % tal-prepolimeru tal-polikarbonat u biex jintuża biss għal oġġetti ta' użu ripetut f'kuntatt għal perjodu qasir (≤ 30 min) f'temperatura ambjentali ma' ikel li għalih ġew assenjati s-simulanti A u B fit-Tabella 2 tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 10/2011. Għalhekk, jenħtieġ li s-sustanza tiġi inkluża fil-lista tal-Unjoni ta' sustanzi awtorizzati sakemm dawn ir-restrizzjonijiet jiġu rrispettati.

(8)

L-Awtorità nnotat ukoll li s-sustanza FCM Nru 1067 tista' tintuża wkoll għall-manifattura ta' polikarbonati oħra jew f'kondizzjonijiet oħra. F'dawk il-każijiet, l-Awtorità kkonkludiet li l-użu tas-sustanza mhuwiex ta' tħassib għas-sikurezza tal-konsumatur jekk il-migrazzjoni tal-karbonat tad-dimetil ma taqbiżx 0,05 mg/kg ta' ikel u l-migrazzjoni totali tal-oligomeri tal-polikarbonat b'piż molekulari taħt 1 000 Da ma taqbiżx 0,05 mg/kg ta' ikel. Għalhekk, jenħtieġ li dawk l-użi tas-sustanza jkunu awtorizzati sakemm dawn ir-restrizzjonijiet jiġu rrispettati.

(9)

L-awtorizzazzjoni tas-sustanza FCM Nru 1067 prevista f'dan ir-Regolament għall-manifattura ta' polikarbonati oħra jew f'kondizzjonijiet oħra, tirrikjedi li l-migrazzjoni totali tal-oligomeri tal-polikarbonat b'piż molekulari taħt 1 000 Da ma taqbiżx 0,05 mg/kg ta' ikel. Il-metodi analitiċi sabiex tiġi stabbilita l-migrazzjoni ta' dawn l-oligomeri huma kumplessi. L-awtoritajiet kompetenti mhux bilfors ikollhom għad-dispożizzjoni deskrizzjoni ta' dawk il-metodi. Mingħajr deskrizzjoni, mhuwiex possibbli li l-awtorità kompetenti tivverifika li l-migrazzjoni tal-oligomeri mill-materjal jew l-oġġett tikkonforma mal-limitu tal-migrazzjoni għal dawn l-oligomeri. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-operaturi tan-negozju li jintroduċu fis-suq il-materjal jew l-oġġett finali li fih dik is-sustanza jintalbu jipprovdu deskrizzjoni tal-metodu u kampjun tal-kalibraġġ jekk dan ikun meħtieġ mill-metodu.

(10)

L-Awtorità adottat opinjoni xjentifika favorevoli (9) dwar l-użu tas-sustanza isobutan (is-sustanza FCM Nru 1069 u Nru CAS 75-28-5) bħala aġent li jagħmel ir-ragħwa għall-plastiks maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel. F'dik l-opinjoni, l-Awtorità kkonkludiet li din is-sustanza mhix ta' tħassib għas-sikurezza tal-konsumatur jekk tintuża bħala aġent li jagħmel ir-ragħwa fil-plastiks maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta' din is-sustanza jiġi awtorizzat. Il-klassi ta' komposti kollettivament imsejħa “aġenti li jagħmlu r-ragħwa” tinkludi wkoll aġenti tensjoattivi u ħafna drabi huma meqjusin bħala aġenti tensjoattivi biss. Biex tiġi evitata konfużjoni potenzjali u b'konformità mal-funzjoni ta' din is-sustanza li ġiet evalwata mill-Awtorità, jentħieġ li t-terminu sinonimu “aġent neffieħi” jintuża fl-entrata għal din is-sustanza fit-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011.

(11)

It-Tabella 3 tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 tassenja s-simulanti tal-ikel li għandhom jintużaw għat-testijiet biex tintwera l-konformità tal-materjali u l-oġġetti tal-plastik li għadhom mhumiex f'kuntatt mal-ikel mal-limitu ta' migrazzjoni ġenerali msemmi fl-Artikolu 12 ta' dak ir-Regolament. Hemm ambigwità bejn ir-ringieli 3 u 4 fir-referenza tagħhom għas-simulanti tal-ikel li għandhom jintużaw għall-ittestjar tal-migrazzoni ġenerali tal-prodotti elenkati, u b'mod partikolari l-prodotti tal-ħalib. It-tielet ringiela tirreferi għal tip ta' ikel milwiem jew alkoħoliku u l-prodotti tal-ħalib b'mod ġenerali u tipprevedi l-użu tas-simulant tal-ikel D1 (50 % etanol). Ir-raba' ringiela tirreferi għal tip ta' ikel milwiem, aċiduż jew alkoħoliku u l-prodotti tal-ħalib u tipprevedi l-użu tas-simulant tal-ikel D1 u tas-simulant tal-ikel B (3 % aċidu aċetiku). Is-simulant tal-ikel B għandu jintuża għal prodotti aċidużi b'valur ta' pH taħt 4,5 kif stabbilit fil-punt 2 tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 10/2011. Il-prodotti tal-ħalib jissemmew fiż-żewġ ringieli għaliex għalkemm il-ħalib innifsu għandu pH relattivament newtrali (pH 6,5-6,8), ċerti prodotti tal-ħalib ipproċessati (iffermentati jew qarsa) għandhom pH aċiduż li jvarja bejn 4,0 u 4,5. Din id-dikotomija tista' tiġi interpretata b'mod żbaljat li tfisser li l-prodotti tal-ħalib aċidużi huma wkoll inklużi fit-tielet ringiela u b'hekk ikunu jistgħu jiġu ttestjati biss bis-simulant tal-ikel D1 minflok bis-simulant tal-ikel B kif stabbilit fir-raba' ringiela. Għalhekk huwa xieraq li t-tielet u r-raba' ringieli tat-Tabella 3 jiġu ċċarati billi jkun speċifikat il-pH tal-prodotti tal-ħalib elenkati bl-użu tal-valur tal-pH ta' 4,5 bħala l-valur ta' limitu.

(12)

Għalhekk, l-Annessi I u III tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 jenħtieġ li jiġu emendati u kkoreġuti skont dan.

(13)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I u III tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-materjali u l-oġġetti tal-plastik li jikkonformaw mar-Regolament (UE) Nru 10/2011, kif applikabbli qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, jistgħu jiġu introdotti fis-suq sal-31 ta' Jannar 2020 u jistgħu jibqgħu fis-suq sakemm jispiċċaw l-istokkijiet.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Jannar 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 tal-14 ta' Jannar 2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f'kuntatt mal-ikel (ĠU L 12, 15.1.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/831 tal-5 ta' Ġunju 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 10/2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f'kuntatt mal-ikel (ĠU L 140, 6.6.2018, p. 35).

(4)  EFSA Journal 2017;15(10):5014.

(5)  EFSA Journal 2016;14(5):4464.

(6)  EFSA journal 2018;16(7):5326

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/752 tat-28 ta' April 2017 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 10/2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f'kuntatt mal-ikel (ĠU L 113, 29.4.2017, p. 18).

(8)  EFSA Journal 2017;15(7):4901.

(9)  EFSA Journal 2018:16(1):5116.


ANNESS

L-Annessi I u III tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 huma emendati kif ġej:

(1)

fl-Anness I, it-Tabella 1 hija emendata kif ġej:

(a)

l-entrati li jikkonċernaw is-sustanzi FCM Nru 467, 744, 1066, u 1068 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“467

14800

3724-65-0

aċidu krotoniku

iva

iva

le

 

(35)”

 

 

45600

“744

18888

080181-31-3

aċidu 3-idrossibutanojku aċidu-3-idrossipentanojku, kopolimeru

le

iva

le

 

(35)

Is-sustanza tintuża bħala prodott miksub mill-fermentazzjoni batterika. B'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fit-Tabella 4 tal-Anness I.”

 

“1066

 

23985-75-3

Aċidu 1,2,3,4-tetraidronaftalen-2,6-dikarbossiliku, ester tad-dimetil

le

iva

le

0,05

 

Biex tintuża biss bħala komonomeru fil-manifattura ta' saff ta' poliester li ma jiġix f'kuntatt mal-ikel f'materjal tal-plastik b'għadd ta' saffi, li jintuża f'kuntatt ma' ikel biss li għalih is-simulanti tal-ikel A, B, C u/jew D1 huma assenjati fit-Tabella 2 tal-Anness III. Il-limitu speċifiku ta' migrazzjoni fil-kolonna 8 jirreferi għas-somma tas-sustanza u tad-dimeri tagħha (ċikliċi u b'katina miftuħa).”

 

“1068

 

2530-83-8

[3- (2,3-epossipropossi)propil]trimetossi silan

le

iva

le

 

 

Biex jintuża biss bħala komponent ta' aġent tal-kejl li jittratta l-fibri tal-ħġieġ li jiġu inkorporati fi plastiks ta' diffusività baxxa msaħħa bil-fibra tal-ħġieġ (polietileneteraftalat (PET), polikarbonat (PC), polibutileneteraftalat (PBTP), poliesteri maħduma bis-sħana u ester tal-vinil tal-bisfenol epossidiku) f'kuntatt mal-oġġetti tal-ikel kollha. F'fibri tal-ħġieġ trattati, ir-residwi tas-sustanza ma jridux ikunu osservabbli f'0,01 mg/kg fil-każ tas-sustanza u f'0,06 mg/kg fil-każ ta' kull prodott ta' reazzjoni (monomeri idrolizzati u dimeri, trimeri u tetrameri ċikliċi li fihom l-epossi).”

 

(b)

l-entrati li ġejjin jiddaħħlu f'ordni numerika skont in-numri FCM tas-sustanzi:

“1059

 

147398-31-0

poli((R)-3-idrossibutirat-ko-(R)-3-idrossieżanoat)

le

iva

le

 

(35)

Biex tintuża biss waħedha jew imħallta ma' polimeri oħra f'kuntatt mal-ikel li għalih is-simulant tal-ikel E hu assenjat fit-Tabella 2 tal-Anness III.”

 

“1067

 

616-38-6

karbonat tad-dimetil

le

iva

le

 

 

Biex tintuża biss:

(a)

b'1,6-eżanediol fil-manifattura ta' prepolimeri tal-polikarbonat li jintużaw sa 30 % għall-manifattura ta' poliuretan termoplastiku b'4,4′-metilenedifenildiisoċjanatu dijoli, bħall-glikol tal-polipropilen u 1,4-butanedijol. Il-materjal li jirriżulta għandu jiġi applikat biss f'oġġetti ta' użu ripetut maħsuba biex jiġu f'kuntatt għal perjodu qasir (≤ 30 min f'temperatura ambjentali) ma' ikel li għalih huma assenjati s-simulanti A u/jew B fit-Tabella 2 tal-Anness III; jew

(b)

għall-produzzjoni ta' polikarbonati oħra u/jew f'kondizzjonijiet oħra sakemm il-migrazzjoni tal-karbonat tad-dimetil ma taqbiżx 0,05 mg/kg ta' ikel u li l-migrazzjoni tal-oligomeri tal-polikarbonat kollha b'piż molekulari taħt 1 000 Da flimkien ma taqbiżx 0,05 mg/kg ta' ikel.

(27)”

“1069

 

75-28-5

isobutan

iva

le

le

 

 

Biex jintuża biss bħala aġent neffieħi.”

 

(2)

fit-Tabella 2 tal-Anness I, tiżdied l-entrata li ġejja:

“35

467

744

1059

0,05

espress bħala aċidu krotoniku”

(3)

fit-Tabella 3 tal-Anness I, tiżdied l-entrata li ġejja:

“(27)

Meta materjal jew oġġett finali li fih din is-sustanza u jkun prodott taħt kondizzjonijiet oħra għajr dawk deskritti fil-punt a) tal-kolonna 10 tat-Tabella 1 jiġi introdott fis-suq, id-dokumentazzjoni ta' appoġġ imsemmija fl-Artikolu 16 għandha tinkludi metodu deskritt sew sabiex jiġi stabbilit jekk il-migrazzjoni tal-oligomeri tikkonformax mar-restrizzjonijiet speċifikati fil-punt b) tal-kolonna 10 tat-Tabella 1. Dan il-metodu għandu jkun xieraq sabiex jintuża minn awtorità kompetenti għall-verifika tal-konformità. Jekk ikun hemm metodu adegwat disponibbli pubblikament, għandha ssir referenza għal dak il-metodu. Jekk il-metodu jeħtieġ kampjun ta' kalibraġġ, għandu jiġi pprovdut kampjun suffiċjenti lill-awtorità kompetenti fuq talba tagħha.”

(4)

fit-Tabella 4 tal-Anness I, ir-ringiela li tikkonċerna r-restrizzjoni tal-entrata dwar is-sustanza FCM Nru 744 hija sostitwita b'dan li ġej:

“Restrizzjoni

Il-limitu speċifiku ta' migrazzjoni għall-aċidu krotoniku huwa 0,05 mg/kg ta' ikel”

(5)

fit-Tabella 3 tal-punt 4 tal-Anness III, it-tielet u r-raba' ringiela huma sostitwiti b'dan li ġej:

“kull tip ta' ikel milwiem jew alkoħoliku u l-prodotti tal-ħalib b'pH ta' ≥ 4,5

is-simulant tal-ikel D1

kull tip ta' ikel milwiem, aċiduż jew alkoħoliku u l-prodotti tal-ħalib b'pH ta' < 4,5

is-simulant tal-ikel D1 u s-simulant tal-ikel B”


11.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 9/94


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/38

tal-10 ta' Jannar 2019

li jemenda l-Annessi II u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għall-iprodion f'ċerti prodotti jew fuqhom

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) u l-Artikolu 18(1)(b),

Billi:

(1)

Għall-iprodion, il-livelli massimi ta' residwi (MRLs) ġew stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(2)

Wara li waslet applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ma ġietx imġedda bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2091 (3), li jistipula li l-awtorizzazzjonijiet kollha eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva jridu jiġu rtirati sat-5 ta' Ġunju 2018. Għalhekk huwa xieraq li jitħassru l-MRLs eżistenti stabbiliti għal din is-sustanza fl-Anness II skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 flimkien mal-Artikolu 14(1)(a) tiegħu.

(3)

Fid-dawl tan-nuqqas ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva iprodion, l-MRLs għal din is-sustanza għandhom ikunu stabbiliti fil-limitu tad-determinazjzoni (LOD) skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Fil-każ tas-sustanzi attivi li l-MRLs kollha tagħhom għandhom jitnaqqsu għal-limitu ta' determinazzjoni rilevanti, jenħtieġ li l-valuri prestabbiliti jiġu elenkati fl-Anness V skont l-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(4)

Il-Kummissjoni kkonsultat lil-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea dwar il-ħtieġa li ċerti LODs jiġu adattati. Dawn il-laboratorji kkonkludew li għal ċerti komoditajiet, l-iżvilupp tekniku jippermetti li jiġu stabbiliti LODs iktar baxxi.

(5)

Is-sħab kummerċjali tal-Unjoni ġew ikkonsultati dwar l-MRLs il-ġodda permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u tqiesu l-kummenti tagħhom.

(6)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi II u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 qed jiġu emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-31 ta' Lulju 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Jannar 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2091 tal-14 ta' Novembru 2017 li jikkonċerna n-nuqqas ta' tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva iprodione, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 297, 15.11.2017, p. 25).


ANNESS

L-Annessi II u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness II, il-kolonna għall-iprodion titħassar.

(2)

Fl-Anness V, tiżdied il-kolonna li ġejja għall-iprodion:

Ir-residwi tal-pestiċidi u l-livelli massimi ta' residwu (mg/kg)

Numru tal-Kodiċi

Gruppi u eżempji ta' prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRLs (1)

Iprodion (R)

(1)

(2)

(3)

0100000

FROTT, FRISK jew IFFRIŻAT; ĠEWŻ TAS-SIĠAR

0,01  (*1)

0110000

Frott taċ-ċitru

 

0110010

Grejpfrut

 

0110020

Larinġ

 

0110030

Lumi

 

0110040

Xkomp

 

0110050

Mandolin

 

0110990

Oħrajn (2)

 

0120000

Ġewż tas-siġar

 

0120010

Lewż

 

0120020

Ġewż tal-Brażil

 

0120030

Ġewż tal-anakardju

 

0120040

Qastan

 

0120050

Ġewż tal-Indi

 

0120060

Ġellewż

 

0120070

Macadamia

 

0120080

Ġewż Amerikan

 

0120090

Qlub tal-ġewż tal-arżnu

 

0120100

Pistaċċi

 

0120110

Ġewż

 

0120990

Oħrajn (2)

 

0130000

Pomu

 

0130010

Tuffieħ

 

0130020

Lanġas

 

0130030

Sfarġel

 

0130040

Naspli

 

0130050

Naspli tal-Ġappun

 

0130990

Oħrajn (2)

 

0140000

Frott tal-għadma

 

0140010

Berquq

 

0140020

Ċiras (ħelu)

 

0140030

Ħawħ

 

0140040

Għanbaqar

 

0140990

Oħrajn (2)

 

0150000

Kukku u frott żgħir ieħor

 

0151000

(a)

għeneb

 

0151010

Għeneb tal-mejda

 

0151020

Għeneb għall-inbid

 

0152000

(b)

frawli

 

0153000

(c)

frott tal-kannamiela

 

0153010

Tut

 

0153020

Tut salvaġġ

 

0153030

Lampun (aħmar u isfar)

 

0153990

Oħrajn (2)