ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 312

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
7 ta' Diċembru 2018


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament (UE) 2018/1860 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Novembru 2018 dwar l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi b'soġġorn illegali

1

 

*

Regolament (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-verifiki fuq il-fruntieri, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, u li jemenda u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006

14

 

*

Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali, li jemenda u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE

56

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament (UE) 2017/2225 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 dwar l-użu tas-Sistema ta' Dħul/Ħruġ ( ĠU L 327, 9.12.2017 )

107

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

REGOLAMENTI

7.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 312/1


REGOLAMENT (UE) 2018/1860 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-28 ta' Novembru 2018

dwar l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi b'soġġorn illegali

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 79(2)(c) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu f'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

Ir-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li ma jissodisfawx jew li ma għadhomx jissodisfaw il-kondizzjonijiet għad-dħul, is-soġġorn jew ir-residenza fl-Istati Membri, b'rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali u b'mod partikolari l-prinċipju ta' non-refoulement, u f'konformità mad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), huwa parti essenzjali tal-isforzi komprensivi biex tiġi indirizzata l-migrazzjoni irregolari u tiżdied ir-rata ta' ritorn ta' migranti irregolari.

(2)

Huwa neċessarju li tiżdied l-effettività tas-sistema tal-Unjoni għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi b'soġġorn illegali. Dan huwa essenzjali biex tinżamm il-fiduċja pubblika fil-politika tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni u l-asil u biex jiġi pprovdut appoġġ lill-persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali.

(3)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jirritornaw b'mod effettiv u proporzjonat ċittadini ta' pajjiżi terzi b'soġġorn illegali, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/115/KE.

(4)

Ir-Regolament (UE) 2018/1861 (3) u r-Regolament (UE) 2018/1862 (4) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS).

(5)

Jenħtieġ li tiġi stabbilita sistema għall-kondiviżjoni ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri li jużaw is-SIS skont ir-Regolament (UE) 2018/1861 dwar deċiżjonijiet ta' ritorn maħruġa fir-rigward ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li s-soġġorn tagħhom fit-territorju tal-Istati Membri jkun illegali u għal monitoraġġ ta' jekk iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu soġġetti għal dawk id-deċiżjonijiet ikunux telqu mit-territorju tal-Istati Membri.

(6)

Dan ir-Regolament ma jaffettwax id-drittijiet u l-obbligi ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi stabbiliti fid-Direttiva 2008/115/KE. Allert imdaħħal fis-SIS għall-fini ta' ritorn ma jikkostitwixxix, fih innifsu, id-determinazzjoni tal-istatus ta' ċittadin ta' pajjiż terz fit-territorju tal-Istati Membri, speċjalment fi Stati Membri li mhumiex l-Istat Membru li daħħal l-allert fis-SIS.

(7)

L-allerti dwar ritorn imdaħħla fis-SIS u l-iskambju ta' informazzjoni supplimentari dwar dawk l-allerti jenħtieġ li jappoġġaw lill-awtoritajiet kompetenti biex jieħdu l-miżuri neċessarji biex jinfurzaw id-deċiżjonijiet ta' ritorn. Jenħtieġ li s-SIS tikkontribwixxi għall-identifikazzjoni u l-kondiviżjoni ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma s-suġġett ta' tali deċiżjoni ta' ritorn, li jkunu evadew il-ġurisdizzjoni tal-qorti u ġew arrestati fi Stat Membru ieħor. Dawk il-miżuri jenħtieġ li jimpedixxu u jiskoraġġixxu l-migrazzjoni irregolari u l-movimenti sekondarji u jtejbu l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri.

(8)

Biex jiżguraw l-effettività tar-ritorn u jżidu l-valur miżjud tal-allerti dwar ritorn, jenħtieġ li l-Istati Membri jdaħħlu allerti fis-SIS fir-rigward ta' deċiżjonijiet ta' ritorn li huma joħorġu fil-konfront ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi b'soġġorn illegali f'konformità ma' dispożizzjonijiet li jirrispettaw id-Direttiva 2008/115/KE. Għal dan il-fini, jenħtieġ li l-Istati Membri jdaħħlu wkoll allert fis-SIS meta deċiżjonijiet li jimponu jew li jiddikjaraw obbligu ta' ritorn jinħarġu fis-sitwazzjonijiet deskritti fl-Artikolu 2(2) ta' dik id-Direttiva, jiġifieri lil ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma soġġetti għal rifjut ta' dħul f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), jew li huma arrestati jew interċettati mill-awtoritajiet kompetenti b'rabta mal-qsim irregolari bl-art, bil-baħar jew bl-ajru tal-fruntiera esterna ta' Stat Membru u li sussegwentement ma kisbux awtorizzazzjoni jew dritt ta' soġġorn f'dak l-Istat Membru, u lil ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma soġġetti għal ritorn bħala sanzjoni tal-liġi kriminali jew bħala konsegwenza ta' sanzjoni tal-liġi kriminali, skont il-liġi nazzjonali, jew li huma s-suġġett ta' proċeduri ta' estradizzjoni. F'ċerti ċirkostanzi, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jdaħħlux allerti dwar ritorn fis-SIS fejn ir-riskju li d-deċiżjoni ta' ritorn ma tiġix irrispettata jkun baxx, jiġifieri matul kwalunkwe perijodu ta' detenzjoni jew meta d-deċiżjoni ta' ritorn tinħareġ fil-fruntiera esterna u tiġi eżegwita immedjatament, sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv tagħhom.

(9)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli komuni għad-dħul fis-SIS ta' allerti dwar ritorn. Jenħtieġ li l-allerti dwar ritorn jiddaħħlu fis-SIS hekk kif jinħarġu d-deċiżjonijiet ta' ritorn sottostanti. Jenħtieġ li l-allert jindika jekk iċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat ikunx ingħata perijodu biex jitlaq volontarjament, inkluż jekk dak il-perijodu jkunx ġie estiż u jekk id-deċiżjoni ġietx sospiża jew it-tneħħija posposta.

(10)

Huwa neċessarju li jiġu determinati l-kategoriji ta' data li għandhom jiddaħħlu fis-SIS fir-rigward ta' ċittadin ta' pajjiż terz li huwa s-suġġett ta' deċiżjoni ta' ritorn. Jenħtieġ li l-allerti dwar ritorn ikun fihom biss dik id-data li hija neċessarja għall-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-data, biex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet informati mingħajr telf ta' ħin u biex, fejn ikun meħtieġ, tkun żgurata l-protezzjoni ta' dawk l-awtoritajiet minn persuni li, pereżempju, ikunu armati, vjolenti, li ħarbu jew li jkunu involuti f'attività kif imsemmi fl-Artikoli 3 sa 14 tad-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament u tal-Kunsill (6). Barra minn hekk, sabiex tiġi iffaċilitata l-identifikazzjoni u jinkixfu identitajiet multipli, jenħtieġ li l-allert jinkludi wkoll referenza għad-dokument ta' identifikazzjoni tal-persuna kkonċernata u kopja ta' dak id-dokument, fejn ikun disponibbli.

(11)

Minħabba l-affidabbiltà tal-identifikazzjoni ta' persuni permezz tal-marki tas-swaba' u r-ritratti jew l-immaġnijiet tal-wiċċ, jenħtieġ li dawn jiddaħħlu dejjem fl-allerti dwar ritorn. Billi dawn jistgħu ma jkunux disponibbli, pereżempju meta tittieħed deċiżjoni ta' ritorn in absentia, f'dawn il-każijiet jenħtieġ li b'mod eċċezzjonali jkun possibbli li jkun hemm deroga minn dan ir-rekwiżit.

(12)

L-iskambju ta' informazzjoni supplimentari, ipprovduta mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali dwar ċittadini ta' pajjiż terz soġġetti għal allerti dwar ritorn, jenħtieġ li titwettaq dejjem permezz tan-netwerk ta' uffiċċji nazzjonali magħrufa bħala l-Uffiċċji SIRENE li jservu bħala punt ta' kuntatt u f'konformità mal-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (UE) 2018/1861.

(13)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jivverifikaw li l-obbligu ta' ritorn ġie rrispettat u jikkonfermaw it-tluq taċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat lejn l-Istat Membru li jkun daħħal l-allert dwar ritorn fis-SIS. Jenħtieġ li din l-informazzjoni tikkontribwixxi għal monitoraġġ aktar komprensiv tal-konformità ma' deċiżjonijiet ta' ritorn.

(14)

Jenħtieġ li l-allerti dwar ritorn jitħassru hekk kif l-Istat Membru jew l-awtorità kompetenti li tkun ħarġet id-deċiżjoni ta' ritorn tirċievi konferma li r-ritorn seħħ jew fejn l-awtorità kompetenti jkollha informazzjoni suffiċjenti u konvinċenti li ċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikun telaq mit-territorju tal-Istati Membri. Fejn deċiżjoni ta' ritorn tkun akkumpanjata minn projbizzjoni fuq id-dħul, jenħtieġ li jiddaħħal fis-SIS allert għal rifjut ta' dħul u ta' soġġorn f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1861. F'każijiet bħal dawn, jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżguraw li ma jkun jeżisti l-ebda intervall ta' żmien bejn il-mument li fih iċ-ċittadin ta' pajjiż terz jitlaq miż-żona Schengen u l-attivazzjoni tal-allert għal rifjut ta' dħul u ta' soġġorn fis-SIS. Jekk id-data li tkun fis-SIS turi li d-deċiżjoni ta' ritorn tkun akkumpanjata minn projbizzjoni fuq id-dħul, jenħtieġ li l-infurzar tal-projbizzjoni fuq id-dħul tkun żgurata.

(15)

Jenħtieġ li s-SIS ikun fiha mekkaniżmu biex l-Istati Membri jiġu notifikati dwar in-nonkonformità ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi ma' obbligu ta' ritorn fi żmien perijodu partikolari ta' tluq volontarju. Jenħtieġ li l-mekkaniżmu jappoġġa lill-Istati Membri biex jirrispettaw l-obbligi tagħhom li jinfurzaw id-deċiżjonijiet ta' ritorn u l-obbligi tagħhom li joħorġu projbizzjoni fuq id-dħul f'konformità mad-Direttiva 2008/115/KE fir-rigward ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li ma kkonformawx ma' obbligu ta' ritorn.

(16)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi regoli obbligatorji għall-konsultazzjoni bejn l-Istati Membri biex jevitaw jew jirrikonċiljaw struzzjonijiet konfliġġenti possibbli. Jenħtieġ li jsiru konsultazzjonijiet fil-każ fejn ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkollhom, jew li jkunu qed jingħataw, permess ta' residenza validu jew viża valida għal soġġorn fit-tul minn Stat Membru jkunu soġġetti għal allert dwar ritorn maħruġ minn Stat Membru ieħor, b'mod partikolari jekk id-deċiżjoni ta' ritorn tkun akkumpanjata minn projbizzjoni fuq id-dħul, jew fejn jistgħu jirriżultaw sitwazzjonijiet konfliġġenti mad-dħul fit-territorji tal-Istati Membri.

(17)

Jenħtieġ li l-allerti jinżammu fis-SIS biss għaż-żmien meħtieġ biex jintlaħqu l-finijiet li għalihom iddaħħlu. Jenħtieġ li japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti dwar il-perijodi tar-rieżami tar-Regolament (UE) 2018/1861. Jenħtieġ li l-allerti dwar ritorn jitħassru awtomatikament hekk kif jiskadu, f'konformità mal-proċedura tar-rieżami msemmija f'dak ir-Regolament.

(18)

Jenħtieġ li data personali miksuba minn Stat Membru skont dan ir-Regolament ma tiġi ittrasferita lejn l-ebda pajjiż terz jew ma titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-ebda pajjiż terz. B'deroga għal dik ir-regola, jenħtieġ li jkun possibbli li tali data personali tiġi ttrasferita lil pajjiż terz fejn dan it-trasferiment ikun soġġett għal kondizzjonijiet stretti u jkun neċessarju f'każijiet individwali sabiex jassisti l-identifikazzjoni ta' ċittadin ta' pajjiż terz għall-finijiet tar-ritorn tiegħu. Jenħtieġ li t-trasferiment ta' kwalunkwe data personali lil pajjiżi terzi jitwettaq f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) u bi ftehim mal-Istat Membru emittenti. Madankollu jenħtieġ li jiġi nnotat li l-pajjiżi terzi ta' ritorn spiss ma jkunux soġġetti għal deċiżjonijiet adegwati adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) 2016/679. Barra minn hekk, l-isforzi estensivi tal-Unjoni biex tikkoopera mal-pajjiżi ta' oriġini prinċipali ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi b'soġġorn illegali soġġetti għal obbligu ta' ritorn ma rnexxilhomx jiżguraw li dawn il-pajjiżi terzi jissodisfaw b'mod sistematiku l-obbligu stabbilit bid-dritt internazzjonali għar-riammissjoni taċ-ċittadini tagħhom stess. Il-ftehimiet ta' riammissjoni li ġew konklużi jew li jkunu qed jiġu nnegozjati mill-Unjoni jew mill-Istati Membri u li jipprevedu salvagwardji adatti għat-trasferiment ta' data lil pajjiżi terzi skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2016/679 ikopru għadd limitat ta' tali pajjiżi terzi.

Il-konklużjoni ta' xi ftehim ġdid għadha inċerta. F'dawk iċ-ċirkostanzi, u b'eċċezzjoni għar-rekwiżit għal deċiżjoni ta' adegwatezza jew salvagwardji adatti, jenħtieġ li t-trasferiment ta' data personali lil awtoritajiet ta' pajjiżi terzi skont dan ir-Regolament ikun permess għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-politika ta' ritorn tal-Unjoni. Jenħtieġ li jkun possibbli li jsir użu mid-deroga prevista fl-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) 2016/679, soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Artikolu. Skont l-Artikolu 57 ta' dak ir-Regolament, jenħtieġ li l-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament, inkluż fir-rigward tat-trasferimenti ta' data personali lil pajjiżi terzi skont dan ir-Regolament, tkun soġġetta għal monitoraġġ minn awtoritajiet superviżorji indipendenti.

(19)

L-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għar-ritorn jistgħu jkunu konsiderevolment differenti bejn Stat Membru u ieħor, u dawn l-awtoritajiet jistgħu jvarjaw ukoll fi ħdan l-Istat Membru skont ir-raġunijiet għas-soġġorn illegali. L-awtoritajiet ġudizzjarji jistgħu wkoll joħorġu deċiżjonijiet ta' ritorn, pereżempju b'riżultat ta' appelli kontra rifjut li tingħata awtorizzazzjoni jew dritt ta' soġġorn jew bħala sanzjoni kriminali. Jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali kollha responsabbli mill-ħruġ u l-infurzar ta' deċiżjonijiet ta' ritorn skont id-Direttiva 2008/115/KE jkollhom id-dritt ta' aċċess għas-SIS sabiex idaħħlu, jaġġornaw, iħassru u jfittxu allerti dwar ritorn.

(20)

Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali msemmija fir-Regolament (UE) 2018/1861 jingħataw aċċess għall-allerti dwar ritorn għall-fini tal-identifikazzjoni u r-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi.

(21)

Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) jipprevedi li l-Europol għandha tappoġġa u ssaħħaħ l-azzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u l-kooperazzjoni tagħhom fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità serja u tipprovdi analiżi u valutazzjonijiet tat-theddid. Sabiex il-Europol tkun megħjuna fit-twettiq tal-kompiti tagħha, b'mod partikolari fi ħdan iċ-Ċentru Ewropew kontra l-Faċilitazzjoni ta' Dħul Klandestin ta' Migranti, jixraq li l-Europol tingħata aċċess għall-kategorija ta' allerti kif previst f'dan ir-Regolament.

(22)

Ir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) jipprevedi, għall-fini ta' dak ir-Regolament, li l-Istat Membru ospitanti għandu jawtorizza lill-membri tat-timijiet kif definit fil-punt (8) tal-Artikolu 2 ta' dak ir-Regolament, mibgħuta mill-Aġenzija Ewropea tal-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta biex jikkonsultaw bażijiet ta' data tal-Unjoni fejn din il-konsultazzjoni tkun neċessarja biex jinkisbu miri operazzjonali speċifikati fil-pjan operazzjonali dwar il-verifiki fuq il-fruntieri, is-sorveljanza fuq il-fruntieri u r-ritorn. L-objettiv li għalih jintbagħtu t-timijiet imsemmija fil-punti (8) u (9) tal-Artikolu 2 ta' dak ir-Regolament huwa li jkun previst ir-rinforz tekniku u operazzjonali għall-Istati Membri rikjedenti, speċjalment għal dawk li jkunu qed jiffaċċjaw sfidi migratorji sproporzjonati. Sabiex it-timijiet imsemmija fil-punti (8) u (9) tal-Artikolu 2 ta' dak ir-Regolament iwettqu l-kompiti tagħhom, huma jeħtieġu aċċess għal allerti fis-SIS dwar ritorn permezz ta' interfaċċa teknika tal-Aġenzija Ewropea tal-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta konnessa mas-SIS Ċentrali.

(23)

Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri u l-Aġenzija tal-Unjoni għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja stabbilita bir-Regolament (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) (“eu-LISA”), dwar id-dħul u l-ipproċessar ta' allerti, dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess u ż-żamma ta' allerti, dwar l-ipproċessar ta' data, dwar il-protezzjoni tad-data, dwar ir-responsabbiltà u l-monitoraġġ u l-istatistika fir-Regolament (UE) 2018/1861 japplikaw ukoll għal data li tinsab u li hi pproċessata fis-SIS skont dan ir-Regolament.

(24)

Minħabba li l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-istabbiliment ta' sistema għall-kondiviżjoni ta' informazzjoni dwar deċiżjonijiet ta' ritorn maħruġa mill-Istati Membri f'konformità ma' dispożizzjonijiet li jirrispettaw id-Direttiva 2008/115/KE bil-għan li l-infurzar tagħhom jiġi ffaċilitat u biex jiġi mmonitorjat ir-rispett ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi b'soġġorn illegali tal-obbligu tagħhom ta' ritorn ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu, minħabba l-iskala jew l-effetti tagħhom, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(25)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(26)

L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament hija mingħajr preġudizzju għall-obbligi li jidderivaw mill-Konvenzjoni ta' Ġinevra dwar l-Istatus tar-Refuġjati tat-28 ta' Lulju 1951, kif issupplimentata mill-Protokoll ta' New York tal-31 ta' Jannar 1967.

(27)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jimplimentaw dan ir-Regolament b'rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali, inkluż ir-rispett għall-prinċipju ta' non-refoulement, u li dejjem iqisu l-aħjar interessi tat-tfal, il-ħajja tal-familja u l-qagħda tas-saħħa jew il-kundizzjoni ta' vulnerabbiltà tal-individwi kkonċernati.

(28)

F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-TUE u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Ladarba dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta' Schengen, id-Danimarka għandha, f'konformità mal-Artikolu 4 ta' dak il-Protokoll, tiddeċiedi fi żmien sitt xhur minn meta l-Kunsill ikun iddeċieda dwar dan ir-Regolament, jekk hijiex ser timplimentah fil-liġi nazzjonali tagħha.

(29)

Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (11); għalhekk ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhuwiex marbut bih jew soġġett għall-applikazzjoni tiegħu.

(30)

Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (12); għalhekk l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(31)

Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mir-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn tal-aħħar mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (13), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-punt (C) tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (14).

(32)

Fir-rigward tal-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (15), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-punt (C) tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (16).

(33)

Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-adeżjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (17), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-punt (C) tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (18).

(34)

Fir-rigward tal-Bulgarija u r-Rumanija, dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta' Schengen, jew li huwa b'xi mod ieħor relatat miegħu, fis-sens tal-Artikolu 4(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005 u jenħtieġ li jinqara flimkien mad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/365/UE (19) u (UE) 2018/934 (20) rispettivament.

(35)

Fir-rigward tal-Kroazja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta' Schengen, jew li huwa b'xi mod ieħor relatat miegħu, fis-sens tal-Artikolu 4(2) tal-Att ta' Adeżjoni tal-2011 u jenħtieġ li jinqara flimkien mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/733 (21).

(36)

Fir-rigward ta' Ċipru, dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta' Schengen, jew li huwa b'xi mod ieħor relatat miegħu, fis-sens tal-Artikolu 3(2) tal-Att ta' Adeżjoni tal-2003.

(37)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f'konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22) u ta opinjoni fit-3 ta' Mejju 2017,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċeduri għad-dħul u l-ipproċessar ta' allerti fir-rigward ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi soġġetti għal deċiżjonijiet ta' ritorn maħruġa mill-Istati Membri fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) stabbiliti bir-Regolament (UE) 2018/1861, kif ukoll għall-iskambju ta' informazzjoni supplimentari dwar tali allerti.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“ritorn” tfisser ritorn kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/115/KE;

(2)

“ċittadin ta' pajjiż terz” tfisser ċittadin ta' pajjiż terz kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/115/KE;

(3)

“deċiżjoni ta' ritorn” tfisser deċiżjoni jew att amministrattiv jew ġudizzjarju, li jistipula jew jiddikjara li s-soġġorn ta' ċittadin ta' pajjiż terz huwa illegali u li jimponi jew jiddikjara obbligu ta' ritorn li jirrispetta d-Direttiva 2008/115/KE;

(4)

“allert” tfisser allert kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1861;

(5)

“informazzjoni supplimentari” tfisser informazzjoni supplimentari kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1861;

(6)

“tneħħija” tfisser tneħħija kif definit fil-punt (5) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/115/KE;

(7)

“tluq volontarju” tfisser tluq volontarju kif definit fil-punt (8) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/115/KE;

(8)

“Stat Membru emittenti” tfisser Stat Membru emittenti kif definit fil-punt (10) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1861;

(9)

“Stat Membru tal-għoti” tfisser Stat Membru tal-għoti kif definit fil-punt (11) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1861;

(10)

“Stat Membru ta' eżekuzzjoni” tfisser Stat Membru ta' eżekuzzjoni kif definit fil-punt (12) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1861;

(11)

data personali” tfisser data personali kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679;

(12)

“CS-SIS” tfisser il-funzjoni ta' appoġġ tekniku tas-SIS Ċentrali kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2018/1861;

(13)

“permess ta' residenza” tfisser permess ta' residenza kif definit fil-punt (16) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/399;

(14)

“viża għal soġġorn fit-tul” tfisser viża għal soġġorn fit-tul kif imsemmi fl-Artikolu 18(1) tal-Konvenzjoni tad-19 ta' Ġunju 1990 li timplimenta l-Ftehim Schengen tal-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija bil-mod ta' kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom (23);

(15)

“hit” tfisser hit kif definit fil-punt (8) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1861;

(16)

“theddida għas-saħħa pubblika” tfisser theddida għas-saħħa pubblika kif definit fil-punt (21) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/399;

(17)

“fruntieri esterni” tfisser fruntieri esterni kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/399.

Artikolu 3

Dħul ta' allerti dwar ritorn fis-SIS

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-SIS allerti dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi soġġetti għal deċiżjoni ta' ritorn bil-fini li jiġi vverifikat li l-obbligu ta' ritorn ikun ġie rispettat u biex jiġi appoġġat l-infurzar tad-deċiżjonijiet ta' ritorn. Wara l-ħruġ ta' deċiżjoni ta' ritorn għandu jiddaħħal fis-SIS allert dwar ritorn mingħajr dewmien.

2.   L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jdaħħlux allerti dwar ritorn meta d-deċiżjonijiet ta' ritorn jikkonċernaw ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu detenuti fl-istennija ta' tneħħija. Jekk iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi kkonċernati jinħelsu mid-detenzjoni mingħajr ma jitneħħew għandu jiddaħħal fis-SIS allert dwar ritorn mingħajr dewmien.

3.   L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jdaħħlux allerti dwar ritorn meta d-deċiżjoni ta' ritorn tinħareġ fil-fruntiera esterna ta' Stat Membru u tiġi eżegwita immedjatament.

4.   Il-perijodu għal tluq volontarju mogħti f'konformità mal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/115/KE għandu jiġi rreġistrat immedjatament fl-allert dwar ritorn. Kwalunkwe estensjoni ta' dak il-perijodu għandha tiġi rreġistrata fl-allert mingħajr dewmien.

5.   Kwalunkwe sospensjoni jew posponiment tal-infurzar tad-deċiżjoni ta' ritorn, inkluż b'riżultat tal-preżentazzjoni ta' appell, għandhom jiġu rreġistrati immedjatament fl-allert dwar ritorn.

Artikolu 4

Kategoriji ta' data

1.   Allert dwar ritorn imdaħħal fis-SIS skont l-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament għandu jkun fih biss id-data li ġejja:

(a)

kunjomijiet;

(b)

ismijiet;

(c)

ismijiet u kunjomijiet mat-twelid;

(d)

ismijiet u psewdonimi użati preċedentement;

(e)

post tat-twelid;

(f)

data tat-twelid;

(g)

ġeneru;

(h)

kwalunkwe nazzjonalità;

(i)

jekk il-persuna kkonċernata:

(i)

hijiex armata;

(ii)

hijiex vjolenti;

(iii)

tkunx evadiet il-ġurisdizzjoni tal-qorti jew ħarbet;

(iv)

hijiex f'riskju ta' suwiċidju;

(v)

hijiex ta' theddida għas-saħħa pubblika; jew

(vi)

hijiex involuta f'attività msemmija fl-Artikoli 3 sa 14 tad-Direttiva (UE) 2017/541;

(j)

ir-raġuni għall-allert;

(k)

l-awtorità li ħolqot l-allert;

(l)

referenza għad-deċiżjoni li wasslet għall-allert;

(m)

l-azzjoni li għandha tittieħed f'każ ta' hit;

(n)

rabtiet ma' allerti oħra maħruġa skont l-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) 2018/1861;

(o)

jekk id-deċiżjoni ta' ritorn inħarġitx b'rabta ma' ċittadin ta' pajjiż terz li huwa ta' theddida għall-ordni pubbliku, għas-sigurtà pubblika jew għas-sigurtà nazzjonali;

(p)

it-tip ta' reat;

(q)

il-kategorija tad-dokumenti ta' identifikazzjoni tal-persuna;

(r)

il-pajjiż li joħroġ id-dokumenti ta' identifikazzjoni tal-persuna;

(s)

in-numru(i) tad-dokumenti ta' identifikazzjoni tal-persuna;

(t)

id-data tal-ħruġ tad-dokumenti ta' identifikazzjoni tal-persuna;

(u)

ritratti u immaġnijiet tal-wiċċ;

(v)

data dattiloskopika;

(w)

kopja tad-dokumenti ta' identifikazzjoni, bil-kulur kull fejn possibbli;

(x)

l-aħħar data tal-perijodu għal tluq volontarju, jekk tingħata;

(y)

jekk id-deċiżjoni ta' ritorn ġietx sospiża jew l-infurzar tad-deċiżjoni ġiex pospost, inkluż b'riżultat tal-preżentazzjoni ta' appell;

(z)

jekk id-deċiżjoni ta' ritorn hijiex akkumpanjata minn projbizzjoni fuq id-dħul li tikkostitwixxi l-bażi għal allert għal rifjut ta' dħul u ta' soġġorn skont il-punt (b) tal-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) 2018/1861.

2.   Is-sett minimu ta' data neċessarja biex jiddaħħal allert fis-SIS għandu jkun id-data msemmija fil-punti (a), (f), (j), (l), (m), (x) u (z) tal-paragrafu 1. Id-data l-oħra msemmija f'dak il-paragrafu għandha wkoll tiddaħħal fis-SIS, jekk tkun disponibbli.

3.   Id-data dattiloskopika msemmija fil-punt (v) tal- paragrafu 1 tista' tikkonsisti minn:

(a)

wieħed sa għaxar marki tas-swaba' ċatti u minn wieħed sa għaxar marki tas-swaba' rroljati taċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat;

(b)

sa żewġ marki tal-pala tal-id fir-rigward ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li l-marki tas-swaba' tagħhom ma jkunux jistgħu jittieħdu;

(c)

sa żewġ marki tal-pala tal-id fir-rigward ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma soġġetti għal ritorn bħala sanzjoni tal-liġi kriminali jew li jkunu wettqu reat kriminali fit-territorju tal-Istat Membru li ħareġ id-deċiżjoni ta' ritorn.

Artikolu 5

Awtorità responsabbli mill-iskambju ta' informazzjoni supplimentari

L-Uffiċċju SIRENE appuntat taħt l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2018/1861 għandu jiżgura l-iskambju tal-informazzjoni supplimentari kollha dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma soġġetti għal allert dwar ritorn, f'konformità mal-Artikoli 7 u 8 ta' dak ir-Regolament.

Artikolu 6

Hits fuq il-fruntieri esterni mal-ħruġ — Konferma ta' ritorn

1.   F'każ ta' hit rigward allert dwar ritorn ta' ċittadin ta' pajjiż terz li jkun ħiereġ mit-territorju tal-Istati Membri mill-fruntiera esterna ta' Stat Membru, l-Istat Membru ta' eżekuzzjoni għandu jikkomunika l-informazzjoni li ġejja lill-Istat Membru emittenti permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari:

(a)

li ċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikun ġie identifikat;

(b)

il-post u l-ħin tal-verifika;

(c)

li ċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikun telaq mit-territorju tal-Istati Membri;

(d)

li ċ-ċittadin ta' pajjiż terz kien soġġett għal tneħħija, jekk dan ikun il-każ.

Meta ċittadin ta' pajjiż terz li jkun is-suġġett ta' allert dwar ritorn joħroġ mit-territorju tal-Istati Membri mill-fruntiera esterna tal-Istat Membru emittenti, il-konferma tar-ritorn għandha tintbagħat lill-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru f'konformità mal-proċeduri nazzjonali.

2.   L-Istat Membru emittenti għandu jħassar l-allert dwar ritorn mingħajr dewmien wara li jirċievi l-konferma ta' ritorn. Fejn applikabbli, l-allert għal rifjut ta' dħul u ta' soġġorn għandu jiddaħħal mingħajr dewmien skont il-punt (b) tal-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) 2018/1861

3.   L-Istati Membri għandhom fuq bażi trimestrali jipprovdu statistika lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) dwar l-għadd tar-ritorni kkonfermati u dwar l-għadd ta' dawk ir-ritorni kkonfermati fejn iċ-ċittadin ta' pajjiż terz kien suġġett għat-tneħħija. L-eu-LISA għandha tiġbor l-istatistika fuq bażi trimestrali fir-rapport annwali tal-istatistika msemmi fl-Artikolu 16 ta' dan ir-Regolament. L-istatistika ma għandux ikun fiha data personali.

Artikolu 7

Nonkonformità ma' deċiżjonijiet ta' ritorn

1.   Mal-iskadenza tal-perijodu għal tluq volontarju, indikat f'allert dwar ritorn, inkluż kwalunkwe estensjoni possibbli, is-CS-SIS għandha tinnotifika awtomatikament lill-Istat Membru emittenti.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-proċedura msemmija fl-Artikoli 6(1), 8 u 12, f'każ ta' hit rigward allert dwar ritorn, l-Istat Membru ta' eżekuzzjoni għandu jikkuntattja immedjatament lill-Istat Membru emittenti permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari sabiex jiġu ddeterminati l-miżuri li għandhom jittieħdu.

Artikolu 8

Hits fuq il-fruntieri esterni mad-dħul

F'każ ta' hit rigward allert dwar ritorn ta' ċittadin ta' pajjiż terz li jkun dieħel fit-territorju tal-Istati Membri mill-fruntieri esterni, għandu japplika s-segwenti:

(a)

fejn id-deċiżjoni ta' ritorn tkun akkumpanjata minn projbizzjoni fuq id-dħul, l-Istat Membru ta' eżekuzzjoni għandu jinforma immedjatament lill-Istat Membru emittenti permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari. L-Istat Membru emittenti għandu immedjatament iħassar l-allert dwar ritorn u jdaħħal allert għal rifjut ta' dħul u ta' soġġorn skont il-punt (b) tal-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) 2018/1861;

(b)

fejn id-deċiżjoni ta' ritorn ma tkunx akkumpanjata minn projbizzjoni fuq id-dħul, l-Istat Membru ta' eżekuzzjoni għandu jinforma immedjatament lill-Istat Membru emittenti permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari, sabiex l-Istat Membru emittenti jħassar l-allert dwar ritorn mingħajr dewmien.

Id-deċiżjoni dwar id-dħul taċ-ċittadin ta' pajjiż terz għandha tittieħed mill-Istat Membru ta' eżekuzzjoni f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/399.

Artikolu 9

Konsultazzjoni qabel ma jingħata jew jiġi estiż permess ta' residenza jew viża għal soġġorn fit-tul

1.   Fejn Stat Membru jkun qed jikkunsidra l-għoti jew l-estensjoni ta' permess ta' residenza jew viża għal soġġorn fit-tul lil ċittadin ta' pajjiż terz li jkun is-suġġett ta' allert dwar ritorn imdaħħal minn Stat Membru ieħor li jkun akkumpanjat minn projbizzjoni fuq id-dħul, l-Istati Membri involuti għandhom jikkonsultaw lil xulxin, permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari, f'konformità mar-regoli li ġejjin:

(a)

l-Istat Membru tal-għoti għandu jikkonsulta lill-Istat Membru emittenti qabel ma jagħti jew jestendi l-permess ta' residenza jew il-viża għal soġġorn fit-tul;

(b)

l-Istat Membru emittenti għandu jwieġeb it-talba għal konsultazzjoni fi żmien 10 ijiem kalendarji;

(c)

in-nuqqas ta' tweġiba sal-iskadenza msemmija fil-punt (b) għandu jfisser li l-Istat Membru emittenti ma joġġezzjonax għall-għoti jew l-estensjoni tal-permess ta' residenza jew tal-viża għal soġġorn fit-tul;

(d)

meta jieħu d-deċiżjoni rilevanti, l-Istat Membru tal-għoti għandu jikkunsidra r-raġunijiet għad-deċiżjoni tal-Istat Membru emittenti u għandu jikkunsidra, f'konformità mal-liġi nazzjonali, kwalunkwe theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà pubblika li tista' tinħoloq mill-preżenza taċ-ċittadin ta' pajjiż terz inkwistjoni fit-territorju tal-Istati Membri;

(e)

l-Istat Membru tal-għoti għandu jinnotifika lill-Istat Membru emittenti dwar id-deċiżjoni tiegħu; u

(f)

fejn l-Istat Membru tal-għoti jinnotifika lill-Istat Membru emittenti li huwa biħsiebu jagħti jew jestendi l-permess ta' residenza jew il-viża għal soġġorn fit-tul jew li huwa jkun iddeċieda li jagħmel dan, l-Istat Membru emittenti għandu jħassar l-allert dwar ritorn.

Id-deċiżjoni finali dwar jekk jagħtix permess ta' residenza jew viża għal soġġorn fit-tul lil ċittadin ta' pajjiż terz, għandha tittieħed mill-Istat Membru tal-għoti.

2.   Fejn Stat Membru jkun qed jikkunsidra l-għoti jew l-estensjoni ta' permess ta' residenza jew viża għal soġġorn fit-tul lil ċittadin ta' pajjiż terz li jkun is-suġġett ta' allert dwar ritorn imdaħħal minn Stat Membru ieħor li ma jkunx akkumpanjat minn projbizzjoni fuq id-dħul, l-Istat Membru tal-għoti għandu jinforma mingħajr dewmien lill-Istat Membru emittenti li huwa biħsiebu jagħti jew li huwa ta permess ta' residenza jew viża għal soġġorn fit-tul. L-Istat Membru emittenti għandu jħassar l-allert dwar ritorn mingħajr dewmien.

Artikolu 10

Konsultazzjoni qabel ma jiddaħħal allert dwar ritorn

Fejn Stat Membru jkun ħareġ deċiżjoni ta' ritorn f'konformità mal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/115/KE u jkun qed jikkunsidra għandux idaħħal allert dwar ritorn fir-rigward ta' ċittadin ta' pajjiż terz li huwa d-detentur ta' permess ta' residenza validu jew ta' viża valida għal soġġorn fit-tul mogħtija minn Stat Membru ieħor, l-Istati Membri involuti għandhom jikkonsultaw lil xulxin permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari, skont ir-regoli li ġejjin:

(a)

l-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni ta' ritorn għandu jinforma lill-Istat Membru tal-għoti dwar id-deċiżjoni;

(b)

l-informazzjoni skambjata taħt il-punt (a) għandha tinkludi biżżejjed dettall dwar ir-raġunijiet għad-deċiżjoni ta' ritorn;

(c)

abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni ta' ritorn, l-Istat Membru tal-għoti għandu jikkunsidra jekk hemmx raġunijiet għall-irtirar tal-permess ta' residenza jew tal-viża għal soġġorn fit-tul;

(d)

meta jieħu d-deċiżjoni rilevanti, l-Istat Membru tal-għoti għandu jikkunsidra r-raġunijiet għad-deċiżjoni tal-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni ta' ritorn u għandu jikkunsidra, f'konformità mal-liġi nazzjonali, kwalunkwe theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà pubblika li tista' tinħoloq mill-preżenza taċ-ċittadin ta' pajjiż terz inkwistjoni fit-territorju tal-Istati Membri;

(e)

fi żmien 14-il jum kalendarju mill-wasla tat-talba għall-konsultazzjoni l-Istat Membru tal-għoti għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu lill-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni ta' ritorn jew, fejn ma kienx possibbli li l-Istat Membru tal-għoti jieħu deċiżjoni f'dak il-perijodu, għandu jagħmel talba motivata biex b'mod eċċezzjonali jiġi estiż il-perijodu ta' żmien għat-tweġiba tiegħu għal mhux aktar minn 12-il jum kalendarju ieħor;

(f)

fejn l-Istat Membru tal-għoti jinnotifika lill-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni ta' ritorn li huwa ser iżomm il-permess ta' residenza jew il-viża għal soġġorn fit-tul, l-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni ta' ritorn ma għandux idaħħal l-allert dwar ritorn.

Artikolu 11

Konsultazzjoni a posteriori wara li jiddaħħal allert dwar ritorn

Fejn jirriżulta li Stat Membru jkun daħħal allert dwar ritorn dwar ċittadin ta' pajjiż terz li huwa d-detentur ta' permess ta' residenza validu jew viża valida għal soġġorn fit-tul mogħtija minn Stat Membru ieħor, l-Istat Membru emittenti jista' jiddeċiedi li jirtira d-deċiżjoni ta' ritorn. Fil-każ ta' tali rtirar, huwa għandu jħassar immedjatament l-allert dwar ritorn. Madankollu, fejn l-Istat Membru emittenti jiddeċiedi li jżomm id-deċiżjoni ta' ritorn maħruġa f'konformità mal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/115/KE, l-Istati Membri involuti għandhom jikkonsultaw lil xulxin permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari, f'konformità mar-regoli li ġejjin:

(a)

l-Istat Membru emittenti għandu jinforma lill-Istat Membru tal-għoti dwar id-deċiżjoni ta' ritorn;

(b)

l-informazzjoni skambjata taħt il-punt (a) għandha tinkludi biżżejjed dettall dwar ir-raġunijiet għall-allert dwar ritorn;

(c)

abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istat Membru emittenti, l-Istat Membru tal-għoti għandu jikkunsidra jekk hemmx raġunijiet għall-irtirar tal-permess ta' residenza jew tal-viża għal soġġorn fit-tul;

(d)

meta jieħu d-deċiżjoni tiegħu, l-Istat Membru tal-għoti għandu jikkunsidra r-raġunijiet għad-deċiżjoni tal-Istat Membru emittenti u għandu jikkunsidra, f'konformità mal-liġi nazzjonali, kwalunkwe theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà pubblika li tista' tinħoloq mill-preżenza taċ-ċittadin ta' pajjiż terz inkwistjoni fit-territorju tal-Istati Membri;

(e)

fi żmien 14-il jum kalendarju mill-wasla tat-talba għall-konsultazzjoni l-Istat Membru tal-għoti għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu lill-Istat Membru emittenti jew, fejn ma kienx possibbli għall-Istat Membru tal-għoti li jieħu deċiżjoni f'dak il-perijodu, huwa għandu jagħmel talba motivata biex jiġi estiż b'mod eċċezzjonali l-perijodu ta' żmien għat-tweġiba tiegħu għal mhux aktar minn 12-il jum kalendarju ieħor;

(f)

fejn l-Istat Membru tal-għoti jinnotifika lill-Istat Membru emittenti li huwa ser iħalli l-permess ta' residenza jew il-viża għal soġġorn fit-tul, l-Istat Membru emittenti għandu jħassar immedjatament l-allert dwar ritorn.

Artikolu 12

Konsultazzjoni f'każ ta' hit dwar ċittadin ta' pajjiż terz li jkollu permess ta' residenza validu jew viża valida għal soġġorn fit-tul

Fejn Stat Membru jiltaqa' ma' hit rigward allert dwar ritorn imdaħħal minn Stat Membru dwar ċittadin ta' pajjiż terz li huwa d-detentur ta' permess ta' residenza validu jew ta' viża valida għal soġġorn fit-tul mogħtija minn Stat Membru ieħor, l-Istati Membri involuti għandhom jikkonsultaw lil xulxin permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari, f'konformità mar-regoli li ġejjin:

(a)

l-Istat Membru ta' eżekuzzjoni għandu jinforma lill-Istat Membru emittenti dwar is-sitwazzjoni;

(b)

l-Istat Membru emittenti għandu jagħti bidu għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11;

(c)

l-Istat Membru emittenti għandu jinnotifika lill-Istat Membru ta' eżekuzzjoni dwar l-eżitu finali wara l-konsultazzjoni.

Artikolu 13

Statistika dwar l-iskambju ta' informazzjoni

L-Istati Membri għandhom jipprovdu statistika lill-eu-LISA fuq bażi annwali dwar l-iskambji ta' informazzjoni mwettqa f'konformità mal-Artikoli 8 sa 12 u dwar il-każijiet fejn l-iskadenzi previsti f'dawk l-Artikoli ma kinux ġew irrispettati.

Artikolu 14

Tħassir tal-allerti

1.   Apparti l-Artikoli 6 u 8 sa 12, l-allerti dwar ritorn għandhom jitħassru meta d-deċiżjoni li abbażi tagħha kien iddaħħal l-allert tkun ġiet irtirata jew annullata mill-awtorità kompetenti. L-allerti dwar ritorn għandhom jitħassru wkoll meta ċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat ikun jista' juri li telaq mit-territorju tal-Istat Membru f'konformità mad-deċiżjoni ta' ritorn rispettiva.

2.   L-allerti dwar ritorn dwar persuna li tkun kisbet iċ-ċittadinanza ta' Stat Membru jew ta' kwalunkwe Stat li ċ-ċittadini tiegħu huma benefiċjarji tad-dritt ta' moviment liberu skont il-liġi tal-Unjoni, għandhom jitħassru hekk kif l-Istat Membru emittenti jsir konxju, jew jiġi infurmat skont l-Artikolu 44 tar-Regolament (EU) 2018/1861 li l-persuna inkwistjoni kisbet tali ċittadinanza.

Artikolu 15

Trasferiment ta' data personali lil pajjiżi terzi għall-fini ta' ritorn

1.   B'deroga mill-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) 2018/1861, id-data msemmija fil-punti (a), (b), (c), (d), (e), (f), (g), (h), (q), (r), (s), (t), (u), (v) u (w) tal-Artikolu 4(1) ta' dan ir-Regolament u l-informazzjoni supplimentari relatata jistgħu jiġu trasferiti jew isiru disponibbli lil pajjiż terz bi qbil mal-Istat Membru emittenti.

2.   It-trasferiment tad-data lil pajjiż terz għandu jitwettaq f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Unjoni, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data personali, inkluż il-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2016/679, ma' ftehimiet ta' riammissjoni fejn applikabbli, u mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li jittrasferixxi d-data.

3.   It-trasferimenti ta' data lil pajjiż terz għandhom jitwettqu biss meta jkunu ntlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

id-data tiġi trasferita jew issir disponibbli biss għall-fini tal-identifikazzjoni ta', u l-ħruġ ta' dokument ta' identifikazzjoni jew tal-ivvjaġġar lil, ċittadin ta' pajjiż terz b'soġġorn illegali bil-ħsieb tar-ritorn tiegħu;

(b)

iċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat ikun ġie infurmat li d-data personali u l-informazzjoni supplimentari tiegħu jistgħu jiġu kondiviżi mal-awtoritajiet ta' pajjiż terz.

4.   It-trasferimenti ta' data personali lil pajjiżi terzi skont dan l-Artikolu ma għandhomx jippreġudikaw id-drittijiet tal-applikanti għal protezzjoni internazzjonali u l-benefiċjarji tagħha, b'mod partikolari fir-rigward tan-non-refoulement, u l-projbizzjoni fuq l-iżvelar jew il-kisba ta' informazzjoni stipulata fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24).

5.   Id-data pproċessata fis-SIS u l-informazzjoni supplimentari relatata skambjata skont dan ir-Regolament ma għandhomx jitpoġġew għad-dispożizzjoni ta' pajjiż terz meta l-infurzar tad-deċiżjoni ta' ritorn ikun ġie sospiż jew pospost, inkluż b'riżultat tal-preżentazzjoni ta' appell għar-raġuni li tali ritorn jikkostitwixxi ksur tal-prinċipju ta' non-refoulement.

6.   L-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/679, inkluż fir-rigward tat-trasferiment ta' data personali lil pajjiżi terzi skont dan l-Artikolu, u b'mod partikolari l-użu, il-proporzjonalità u n-neċessità ta' trasferimenti abbażi tal-punt (d) tal-Artikolu 49(1) ta' dak ir-Regolament, għandha tkun soġġetta għal monitoraġġ mill-awtoritajiet superviżorja indipendenti msemmija fl-Artikolu 51(1) ta' dak ir-Regolament.

Artikolu 16

Statistika

L-eu-LISA għandha tipproduċi statistika kuljum, kull xahar u kull sena, kemm għal kull Stat Membru kif ukoll bħala numru aggregat, dwar in-numru ta' allerti dwar ritorn imdaħħla fis-SIS. L-istatistika għandha, tinkludi d-data msemmija fil-punt (y) tal-Artikolu 4(1), in-numru ta' notifiki msemmija fl-Artikolu 7(1) u n-numru ta' allerti dwar ritorn li jkunu tħassru. L-eu-LISA għandha tipproduċi statistika dwar id-data pprovduta mill-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 6(3) u l-Artikolu 13. L-istatistika ma għandu jkun fiha l-ebda data personali.

Dik l-istatistika għandha tiddaħħal fir-rapport annwali tal-istatistika previst fl-Artikolu 60(3) tar-Regolament (UE) 2018/1861.

Artikolu 17

Awtoritajiet kompetenti li għandhom dritt ta' aċċess għal data fis-SIS

1.   L-aċċess għal data fis-SIS u d-dritt għal tiftix f'din id-data għandhom ikunu riżervati għall-awtoritajiet kompetenti nazzjonali msemmija fl-Artikolu 34(1), (2) u (3) tar-Regolament (UE) 2018/1861.

2.   L-Europol għandha, fi ħdan il-mandat tagħha, ikollha d-dritt ta' aċċess għal u tiftix ta' data fis-SIS f'konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2018/1861 bl-għan li tappoġġa u ssaħħaħ l-azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni reċiproka tagħhom fil-prevenzjoni tad-dħul klandestin ta' migranti u l-iffaċilitar tal-migrazzjoni irregolari u l-ġlieda kontrihom.

3.   Il-membri tat-timijiet imsemmija fil-punti (8) u (9) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/1624 għandu jkollhom fil-mandat tagħhom id-dritt ta' aċċess għal u tiftix fid-data mdaħħla fis-SIS f'konformità mal-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) 2018/1861 bl-għan li jwettqu verifiki fuq il-fruntieri, sorveljanza fuq il-fruntieri u operazzjonijiet ta' ritorn permezz tal-interfaċċa teknika stabbilita u miżmuma mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta.

Artikolu 18

Evalwazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fi żmien sentejn mid-data tal-bidu tal-applikazzjoni tiegħu. Din l-evalwazzjoni għandha tinkludi valutazzjoni tas-sinerġiji possibbli bejn dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25).

Artikolu 19

Applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2018/1861

Sakemm mhumiex stabbiliti f'dan ir-Regolament, id-dħul, l-ipproċessar u l-aġġornament ta' allerti, id-dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri u ta' eu-LISA, il-kondizzjonijiet dwar l-aċċess għall-allerti u l-perijodu ta' rieżami tagħhom, l-ipproċessar tad-data, il-protezzjoni tad-data, ir-responsabbiltà u l-monitoraġġ u l-istatistika, kif stipulat fl-Artikoli 6 sa 19, l-Artikolu 20(3) u (4), fl-Artikoli 21, 23, 32, 33, 34(5) u 38 sa 60 tar-Regolament (UE) 2018/1861, għandhom japplikaw għal data mdaħħla u pproċessata fis-SIS skont dan ir-Regolament.

Artikolu 20

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mid-data stabbilita mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 66(2) tar-Regolament (UE) 2018/1861.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Novembru 2018.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

K. EDTSTADLER


(1)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2018 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2018.

(2)  Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-verifiki fuq il-fruntieri, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, u li jemenda u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 (ara l-paġna 14 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali, li jemenda u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE (ara l-paġna 56 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1).

(6)  Id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI (ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6).

(7)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53).

(9)  Ir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1).

(10)  Ir-Regolament (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta' Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 99).

(11)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).

(12)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(13)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(14)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).

(15)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(16)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta' Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).

(17)  ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.

(18)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta' Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).

(19)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/365/UE tad-29 ta' Ġunju 2010 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen relatati mas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija, (ĠU L 166, 1.7.2010, p. 17).

(20)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/934 tal-25 ta' Ġunju 2018 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li fadal tal-acquis ta' Schengen marbuta mas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u fir-Rumanija (ĠU L 165, 2.7.2018, p. 37).

(21)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/733 tal-25 ta' April 2017 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen relatati mas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen fir-Repubblika tal-Kroazja (ĠU L 108, 26.4.2017, p. 31).

(22)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(23)  ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19.

(24)  Id-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 60).

(25)  Ir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2017 li jistabbilixxi Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi rreġistrata data dwar id-dħul u l-ħruġ u data dwar iċ-ċaħda tad-dħul ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri u li jiddetermina l-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta' infurzar tal-liġi, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L 327, 9.12.2017, p. 20).


7.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 312/14


REGOLAMENT (UE) 2018/1861 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-28 ta' Novembru 2018

dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-verifiki fuq il-fruntieri, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, u li jemenda u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 77(2)(b) u (d) u l-Artikolu 79(2)(c) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu f'konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

Is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) tikkostitwixxi għodda essenzjali għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen kif integrati fil-qafas tal-Unjoni Ewropea. Is-SIS hija waħda mill-miżuri ta' kumpens ewlenin li jikkontribwixxu biex jinżamm livell għoli ta' sigurtà fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja tal-Unjoni billi tappoġġa l-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, b'mod partikolari l-gwardji tal-fruntiera, il-pulizija, l-awtoritajiet doganali, l-awtoritajiet tal-immigrazzjoni, u l-awtoritajiet responsabbli għall-prevenzjoni, il-kxif, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew għall-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali.

(2)

Fil-bidu, is-SIS ġiet stabbilita skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tal-Konvenzjoni tad-19 ta' Ġunju 1990 li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen tal-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija gradwali ta' verifiki fuq il-fruntieri komuni tagħhom (2) (il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen). L-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-SIS (SIS II) ġie fdat f'idejn il-Kummissjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2424/2001 (3) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/886/ĠAI (4). Dan ġie stabbilit aktar tard bir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI (6). Is-SIS II issostitwiet is-SIS kif maħluqa skont il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen.

(3)

Tliet snin wara li bdiet titħaddem is-SIS II, il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni tas-sistema f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI. Fil-21 ta' Diċembru 2016, il-Kummissjoni ppreżentat ir-Rapport dwar l-Evalwazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) f'konformità mal-Artikoli 24(5), 43(3) u 50(5) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u l-Artikoli 59(3) u 66(5) tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI u dokument ta' ħidma tal-persunal akkumpanjanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Jenħtieġ li r-rakkomandazzjonijiet stabbiliti f'dawk id-dokumenti jiġu riflessi, kif xieraq, f'dan ir-Regolament.

(4)

Dan ir-Regolament jikkostitwixxi l-bażi legali għas-SIS fir-rigward ta' materji li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-Tielet Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Ir-Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) jikkostitwixxi l-bażi legali għas-SIS fir-rigward ta' materji li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-Kapitoli 4 u 5 tat-Titolu V tat-Tielet Parti tat-TFUE.

(5)

Il-fatt li l-bażi legali għas-SIS tikkonsisti minn strumenti separati ma jaffettwax il-prinċipju li s-SIS tikkostitwixxi sistema ta' informazzjoni unika li jenħtieġ li titħaddem bħala tali. Jenħtieġ li tinkludi netwerk uniku ta' uffiċċji nazzjonali msejħin Uffiċċji SIRENE biex jiġi żgurat l-iskambju ta' informazzjoni supplimentari. Għalhekk jenħtieġ li ċerti dispożizzjonijiet ta' dawk l-istrumenti jkunu identiċi.

(6)

Jenħtieġ li jiġu speċifikati l-objettivi tas-SIS, ċerti elementi tal-arkitettura teknika u l-finanzjament tagħha, li jiġu stabbiliti regoli dwar it-tħaddim u l-użu tagħha minn tarf sa tarf u li jiġu definiti r-responsabbiltajiet. Huwa wkoll neċessarju li jiġu determinati l-kategoriji ta' data li għandhom jiddaħħlu fis-sistema, il-finijiet li għalihom għandha tiddaħħal u tiġi pproċessata d-data, u l-kriterji biex tiddaħħal. Huma meħtieġa wkoll regoli biex jiġu rregolati t-tħassir ta' allerti, l-awtoritajiet awtorizzati biex jaċċessaw id-data, l-użu ta' data bijometrika u biex jiġu determinati ulterjorment ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-data u l-ipproċessar tad-data.

(7)

L-allerti fis-SIS jinkludu biss l-informazzjoni meħtieġa għall-identifikazzjoni ta' persuna u għall-azzjoni li għandha tittieħed. Fejn meħtieġ, jenħtieġ għalhekk li l-Istati Membri jiskambjaw informazzjoni supplimentari relatata mal-allerti.

(8)

Is-SIS tinkludi sistema ċentrali (SIS Ċentrali) u sistemi nazzjonali. Is-sistemi nazzjonali jista' jkun fihom kopja sħiħa jew parzjali tal-bażi ta' data tas-SIS li tista' tiġi kondiviża bejn żewġ Stati Membri jew aktar. Meta wieħed iqis li s-SIS hija l-aktar strument importanti għall-iskambju ta' informazzjoni fl-Ewropa, biex jiġu żgurati s-sigurtà u l-immaniġġar effettiv tal-fruntieri, jenħtieġ li jiġi żgurat li din titħaddem mingħajr interruzzjoni fil-livell ċentrali kif ukoll f'dak nazzjonali. Jenħtieġ li d-disponibbiltà tas-SIS tkun soġġetta għal monitoraġġ mill-qrib fil-livell ċentrali u fil-livell tal-Istati Membri u jenħtieġ li kwalunkwe inċident ta' nuqqas ta' disponibbiltà għall-utenti finali jiġi rreġistrat u rrappurtat lill-partijiet ikkonċernati fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni. Jenħtieġ li kull Stat Membru jistabbilixxi backup għas-sistema nazzjonali tiegħu. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw ukoll konnettività mingħajr interruzzjoni mas-SIS Ċentrali permezz ta' punti ta' konnessjoni duplikati u separati fiżikament u ġeografikament. Jenħtieġ li s-SIS Ċentrali u l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni jitħaddmu b'mod li jiġi żgurat li joperaw 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa. Għal dik ir-raġuni, jenħtieġ li l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (“eu-LISA”) stabbilita bir-Regolament (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) timplimenta soluzzjonijiet tekniċi biex issaħħaħ id-disponibbiltà tas-SIS mingħajr interruzzjoni, soġġett għal valutazzjoni indipendenti tal-impatt u analiżi indipendenti tal-ispejjeż u l-benefiċċji.

(9)

Jenħtieġ li jinżamm manwal li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-iskambju ta' informazzjoni supplimentari dwar l-azzjonijiet meħtieġa mill-allerti (“il-Manwal SIRENE”). Jenħtieġ li l-Uffiċċji SIRENE jiżguraw li l-iskambju ta' tali informazzjoni jsir b'mod rapidu u effiċjenti.

(10)

Sabiex jiġi żgurat l-iskambju effiċjenti ta' informazzjoni supplimentari, inkluż dwar l-azzjoni li għandha tittieħed u li tkun speċifikata fl-allerti, jixraq li l-operat tal-Uffiċċji SIRENE jissaħħaħ billi jiġu speċifikati r-rekwiżiti dwar ir-riżorsi disponibbli u t-taħriġ għall-utenti u l-ħin tar-rispons għat-talbiet li jirċievu minn Uffiċċji SIRENE oħra.

(11)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-membri tal-persunal tal-Uffiċċji SIRENE tagħhom ikollhom il-ħiliet lingwistiċi u l-għarfien tal-liġi u tar-regoli proċedurali rilevanti neċessarji biex iwettqu l-kompiti tagħhom.

(12)

Sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw b'mod sħiħ mill-funzjonalitajiet tas-SIS, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-utenti finali u l-persunal tal-Uffiċċji SIRENE jirċievu taħriġ regolarment, inkluż dwar is-sigurtà tad-data, il-protezzjoni tad-data u dwar il-kwalità tad-data. Jenħtieġ li l-Uffiċċji SIRENE jkunu involuti fl-iżvilupp ta' programmi ta' taħriġ. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Uffiċċji SIRENE jipprevedu, skont il-possibbiltajiet li jkollhom, skambji ta' persunal ma' Uffiċċji SIRENE oħra mill-inqas darba fis-sena. L-Istati Membri huma mħeġġa jieħdu miżuri xierqa sabiex jevitaw it-telf ta' ħiliet u ta' esperjenza kkawżat minn tibdil fil-persunal.

(13)

Il-ġestjoni operazzjonali tal-komponenti ċentrali tas-SIS issir mill-eu-LISA. Bil-għan li l-eu-LISA tkun tista' tiddedika r-riżorsi finanzjarji u umani meħtieġa biex jiġu koperti l-aspetti kollha tal-ġestjoni operazzjonali tas-SIS Ċentrali u tal-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kompiti tagħha fid-dettall, b'mod partikolari fir-rigward tal-aspetti tekniċi tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari.

(14)

Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-Istati Membri rigward l-akkuratezza tad-data mdaħħla fis-SIS u għar-rwol tal-Uffiċċji SIRENE bħala koordinaturi tal-kwalità, jenħtieġ li l-eu-LISA tkun responsabbli li ttejjeb il-kwalità tad-data billi tintroduċi għodda ċentrali għall-monitoraġġ tal-kwalità tad-data, u jenħtieġ li tipprovdi rapporti f'intervalli regolari lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tibgħat rapporti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kwistjonijiet relatati mal-kwalità tad-data li jkunu ġew osservati. Bil-għan li l-kwalità tad-data fis-SIS tkompli titjieb, jenħtieġ li l-eu-LISA toffri wkoll taħriġ dwar l-użu tas-SIS lill-korpi nazzjonali responsabbli għat-taħriġ u, fejn ikun possibbli, lill-Uffiċċji SIRENE u lill-utenti finali.

(15)

Sabiex ikun possibbli li jsir monitoraġġ aħjar tal-użu tas-SIS u biex jiġu analizzati t-tendenzi marbutin mal-pressjoni migratorja u l-ġestjoni tal-fruntieri, jenħtieġ li l-eu-LISA tkun tista' tiżviluppa kapaċità tal-ogħla livell għal rappurtar statistiku lill-Istati Membri, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Europol u lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, mingħajr ma tiġi pperikolata l-integrità tad-data. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit repożitorju ċentrali. Jenħtieġ li kwalunkwe statistika miżmuma fir-repożitorju jew miksuba minn dak ir-repożitorju ma jkun fiha l-ebda data personali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jikkomunikaw l-istatistika dwar l-użu tad-dritt ta' aċċess, ir-rettifika ta' data mhux preċiża u t-tħassir ta' data maħżuna illegalment fil-qafas tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data taħt dan ir-Regolament.

(16)

Jenħtieġ li jiġu introdotti kategoriji ġodda ta' data fis-SIS li jippermettu li l-utenti finali jieħdu deċiżjonijiet informati bbażati fuq allert mingħajr telf ta' żmien. Għalhekk jenħtieġ li l-allerti għal rifjut ta' dħul u ta' soġġorn jinkludu informazzjoni dwar id-deċiżjoni li fuqha jkun ibbażat l-allert. Barra minn hekk, sabiex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni u jiġu individwati identitajiet multipli, jenħtieġ li l-allert, fejn tali informazzjoni tkun disponibbli, ikun jinkludi referenza għad-dokument ta' identifikazzjoni personali tal-individwu kkonċernat jew għan-numru tiegħu u kopja, jekk ikun possibbli bil-kulur, tad-dokument.

(17)

Jenħtieġ li, fejn dan ikun strettament meħtieġ, l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jdaħħlu fis-SIS informazzjoni speċifika relatata ma' kwalunkwe karatteristika fiżika, oġġettiva u speċifika ta' persuna li x'aktarx ma tinbidilx, bħal tattoos, marki jew ċikatriċijiet.

(18)

Fejn disponibbli, meta jinħoloq allert, jenħtieġ li tiddaħħal id-data kollha rilevanti, b'mod partikolari l-isem tal-individwu kkonċernat, sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun ir-riskju ta' hits żbaljati u ta' attivitajiet operazzjonali bla bżonn.

(19)

Jenħtieġ li s-SIS ma taħżen l-ebda informazzjoni li tintuża biex jitwettaq it-tiftix bl-eċċezzjoni taż-żamma ta' reġistri biex jiġi vverifikat jekk it-tiftix ikunx skont il-liġi, biex isir monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-data, biex isir awtomonitoraġġ u biex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tas-sistemi nazzjonali kif ukoll għall-integrità u s-sigurtà tad-data.

(20)

Jenħtieġ li s-SIS tippermetti l-ipproċessar ta' data bijometrika sabiex tassisti fl-identifikazzjoni affidabbli tal-individwi kkonċernati. Jenħtieġ li kwalunkwe dħul ta' ritratti, immaġnijiet tal-wiċċ jew data dattiloskopika fis-SIS u kwalunkwe użu ta' tali data jkun limitat għal dak li huwa neċessarju għall-objettivi li jridu jintlaħqu, li jkunu awtorizzati bil-liġi tal-Unjoni, li jirrispettaw id-drittijiet fundamentali, inkluż l-aħjar interessi tat-tfal, u li jkunu f'konformità mal-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data, inkluż id-dispożizzjonijiet rilevanti dwar il-protezzjoni tad-data stipulati f'dan ir-Regolament. Mill-istess perspettiva, sabiex jiġu evitati inkonvenjenzi kkawżati minn identifikazzjonijiet żbaljati, jenħtieġ li s-SIS tippermetti wkoll l-ipproċessar ta' data li tikkonċerna individwi li l-identità tagħhom tkun ġiet użurpata, soġġett għal salvagwardji xierqa, għall-kisba tal-kunsens tal-individwu kkonċernat għal kull kategorija ta' data, b'mod partikolari l-marki tal-pala tal-id, u għal limitazzjoni stretta tal-finijiet li għalihom it-tali id-data personali tista' tiġi pproċessata skont il-liġi.

(21)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu l-arranġamenti tekniċi meħtieġa sabiex kull darba li l-utenti finali jkunu intitolati jwettqu tiftix f'bażi ta' data nazzjonali tal-pulizija jew tal-immigrazzjoni, ifittxu wkoll b'mod parallel fis-SIS, soġġetti għall-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). Dan għandu jiżgura li s-SIS titħaddem bħala l-miżura ta' kumpens ewlenija fiż-żona mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni u li tiġi indirizzata aħjar id-dimensjoni transfruntiera tal-kriminalità u l-mobbiltà tal-persuni kriminali.

(22)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-użu ta' data dattiloskopika, ritratti u immaġnijiet tal-wiċċ għall-finijiet ta' identifikazzjoni u verifika. Jenħtieġ li l-immaġnijiet tal-wiċċ u r-ritratti għall-finijiet ta' identifikazzjoni fil-bidu jintużaw biss fil-kuntest ta' punti ta' qsim regolari tal-fruntieri. Tali użu jenħtieġ li jkun soġġett għal rapport mill-Kummissjoni li jikkonferma d-disponibbiltà u l-affidabbiltà tat-teknoloġija u kemm din tkun lesta biex tintuża.

(23)

Jenħtieġ li jkun permess li jsir tiftix fid-data dattiloskopika maħżuna fis-SIS b'settijiet kompluti jew mhux kompluti ta' marki tas-swaba' u marki tal-pala tal-id li jinstabu fuq ix-xena tad-delitt jekk ikun jista' jiġi stabbilit bi grad għoli ta' probabbiltà li jappartjenu lill-awtur ta' reat serju jew ta' reat terroristiku, dment li t-tiftix isir fl-istess ħin fil-bażijiet ta' data nazzjonali rilevanti fejn ikunu maħżuna l-marki tas-swaba'. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-istabbiliment ta' standards ta' kwalità li japplikaw għall-ħżin ta' data bijometrika.

(24)

Kull fejn l-identità ta' persuna ma tkunx tista' tiġi aċċertata b'mezzi oħra, jenħtieġ li tintuża data dattiloskopika biex issir l-identifikazzjoni. Jenħtieġ li jkun possibbli fil-każijiet kollha, li persuna tiġi identifikata bl-użu ta' data dattiloskopika.

(25)

Jenħtieġ li jkun possibbli li l-Istati Membri jistabbilixxu konnessjonijiet bejn l-allerti fis-SIS. Il-ħolqien ta' konnessjonijiet bejn żewġ allerti jew aktar ma għandu jkollu l-ebda impatt fuq l-azzjoni li għandha tittieħed, il-perijodu tar-rieżami għall-allerti jew id-drittijiet ta' aċċess għall-allerti.

(26)

Jista' jinkiseb livell ogħla ta' effettività, armonizzazzjoni u konsistenza billi jsir obbligatorju li kull projbizzjoni fuq id-dħul maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tiddaħħal fis-SIS f'konformità ma' proċeduri li jirrispettaw id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) u billi jiġu stabbiliti regoli komuni dwar id-dħul ta' allerti għal rifjut ta' dħul u ta' soġġorn mar-ritorn ta' ċittadin ta' pajjiż terz b'soġġorn illegali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiġi żgurat li ma jkunx hemm intervall ta' żmien bejn il-mument li fih iċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat jitlaq miż-żona Schengen u l-attivazzjoni tal-allert fis-SIS. Dan għandu jiżgura li l-projbizzjonijiet fuq id-dħul jiġu infurzati fil-punti ta' qsim tal-fruntieri esterni, u jimpedixxi b'mod effettiv li persuna terġa' tidħol mill-ġdid fiż-żona Schengen.

(27)

Jenħtieġ li l-persuni li dwarhom tkun ittieħdet deċiżjoni ta' rifjut ta' dħul u ta' soġġorn, ikollhom id-dritt ta' appell kontra dik id-deċiżjoni. Jenħtieġ li d-dritt ta' appell jikkonforma mad-Direttiva 2008/115/KE f'każijiet fejn id-deċiżjoni tkun relatata mar-ritorn.

(28)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli mandatorji għall-konsultazzjoni u n-notifika tal-awtoritajiet nazzjonali fejn ċittadin ta' pajjiż terz ikollu jew ikun jista' jikseb permess ta' residenza validu jew viża valida għal soġġorn fit-tul mogħtija f'wieħed mill-Istati Membri, u Stat Membru ieħor ikun biħsiebu jdaħħal allert jew ikun diġà daħħal allert għal rifjut ta' dħul u ta' soġġorn dwar dak iċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat. Sitwazzjonijiet bħal dawn joħolqu inċertezzi serji għall-gwardji tal-fruntiera, għall-pulizija u għall-awtoritajiet tal-immigrazzjoni. Għalhekk, jixraq li jkun previst perijodu ta' żmien obbligatorju għal konsultazzjoni rapida b'riżultat definit sabiex jiġi żgurat li ċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma intitolati għal residenza legali fit-territorju tal-Istati Membri jkunu intitolati jidħlu f'dak it-territorju mingħajr diffikultà u li dawk li ma jkunux intitolati jidħlu, ma jitħallewx jagħmlu dan.

(29)

Meta allert fis-SIS jitħassar b'segwitu għal konsultazzjoni bejn l-Istati Membri, għandu jkun possibbli li l-Istat Membru emittenti jkun jista' jżomm liċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat fuq il-lista nazzjonali tiegħu tal-allerti.

(30)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament ikun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12).

(31)

Jenħtieġ li l-allerti ma jinżammux fis-SIS għal aktar żmien minn dak meħtieġ biex jintlaħqu l-finijiet speċifiċi li għalihom ikunu ddaħħlu. Fi żmien tliet snin minn meta jiddaħħal allert fis-SIS, jenħtieġ li l-Istat Membru emittenti jirrieżamina l-ħtieġa li dan jinżamm. Madanakollu, jekk id-deċiżjoni nazzjonali li fuqha jkun ibbażat l-allert tipprevedi perijodu ta' validità itwal minn tliet snin, jenħtieġ li l-allert jiġi rieżaminat fi żmien ħames snin. Jenħtieġ li d-deċiżjonijiet biex jinżammu allerti dwar persuni jkunu bbażati fuq valutazzjoni individwali komprensiva. L-Istati Membri jenħtieġ li jirrevedu l-allerti dwar persuni matul il-perijodu ta' rieżami preskritt u li jżommu statistika dwar l-għadd ta' allerti dwar persuni li l-perijodu ta' żamma tagħhom ikun ġie estiż.

(32)

Jenħtieġ li d-dħul ta' allert fis-SIS u l-estensjoni tad-data ta' skadenza ta' allert fis-SIS ikunu soġġetti għal rekwiżit ta' proporzjonalità li jinvolvi analiżi ta' jekk każ konkret ikunx adegwat, rilevanti u importanti biżżejjed biex jiġġustifika d-dħul ta' allert fis-SIS. Fejn huma kkonċernati reati terroristiċi, jenħtieġ li l-każ jitqies adegwat, rilevanti u importanti biżżejjed biex jiġġustifika allert fis-SIS. Għal finijiet ta' sigurtà pubblika jew nazzjonali, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu, f'każijiet eċċezzjonali, jagħżlu li ma jdaħħlux allert fis-SIS meta x'aktarx li dan ikun ser jostakola l-inkjesti, l-investigazzjonijiet jew il-proċeduri uffiċjali jew legali.

(33)

L-integrità tad-data tas-SIS hija ferm importanti. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu pprovduti salvagwardji adegwati għall-ipproċessar tad-data fis-SIS fuq livell ċentrali kif ukoll fuq dak nazzjonali sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tad-data minn tarf sa tarf. L-awtoritajiet involuti fl-ipproċessar tad-data jenħtieġ li jkunu marbuta bir-rekwiżiti ta' sigurtà skont dan ir-Regolament u jkunu soġġetti għal proċedura uniformi dwar ir-rappurtar ta' inċidenti. Jenħtieġ li l-persunal tagħhom jitħarreġ b'mod xieraq u jiġu informati dwar kwalunkwe reat u piena eventwali f'dan ir-rigward.

(34)

Jenħtieġ li d-data pproċessata fis-SIS u l-informazzjoni supplimentari relatata skambjata skont dan ir-Regolament ma jiġux trasferiti jew jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta' pajjiżi terzi jew ta' organizzazzjonijiet internazzjonali.

(35)

Biex titjieb l-effiċjenza tal-ħidma tal-awtoritajiet tal-immigrazzjoni meta jieħdu deċiżjonijiet dwar id-dritt ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jidħlu u li jagħmlu soġġorn fit-territorji tal-Istati Membri, u dwar ir-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi b'soġġorn illegali, jixraq li dawk l-awtoritajiet jingħataw aċċess għas-SIS skont dan ir-Regolament.

(36)

Mingħajr preġudizzju għar-regoli aktar speċifiċi stabbiliti f'dan ir-Regolament għall-ipproċessar ta' data personali, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2016/679 japplika għall-ipproċessar ta' data personali mill-Istati Membri skont dan ir-Regolament sakemm tali pproċessar ma jsirx mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għall-finijiet ta' prevenzjoni, investigazzjoni, kxif, jew prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra.

(37)

Mingħajr preġudizzju għar-regoli aktar speċifiċi stabbiliti f'dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali adottati skont id-Direttiva (UE) 2016/680 japplikaw għall-ipproċessar ta' data personali skont dan ir-Regolament mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għall-finijiet tal-prevenzjoni, il-kxif, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali. L-aċċess għad-data imdaħħla fis-SIS u d-dritt ta' tiftix fit-tali data mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali responsabbli għall-prevenzjoni, il-kxif, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra jew għall-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, għandhom jiġu soġġetti għad-dispożizzjonijiet rilevanti kollha ta' dan ir-Regolament u dawk tad-Direttiva (UE) 2016/680 kif trasposta fil-liġi nazzjonali, u b'mod partikolari għall-monitoraġġ mill-awtoritajiet superviżorji msemmija fid-Direttiva (UE) 2016/680.

(38)

Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) jenħtieġ li japplika għall-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u mill-korpi tal-Unjoni meta jkunu qegħdin iwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom skont dan ir-Regolament.

(39)

Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) jenħtieġ li japplika għall-ipproċessar tad-data personali mwettaq mill-Europol skont dan ir-Regolament.

(40)

Meta l-awtoritajiet kompetenti jużaw is-SIS, jenħtieġ li jiżguraw li jiġu rrispettati d-dinjità u l-integrità tal-persuna li d-data tagħha tkun qiegħda tiġi pproċessata. L-ipproċessar ta' data personali għall-finijiet ta' dan ir-Regolament m'għandu għall-ebda raġuni, jirriżulta f'diskriminazzjoni kontra persuni, abbażi tas-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali.

(41)

Jenħtieġ li b'rabta mal-kunfidenzjalità, id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (15) (ir-“Regolamenti tal-Persunal”) japplikaw għal uffiċjali jew għal aġenti oħrajn li jkunu impjegati u li jkunu qed jaħdmu b'rabta mas-SIS.

(42)

Jenħtieġ li kemm l-Istati Membri kif ukoll l-eu-LISA jżommu pjanijiet ta' sigurtà sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-obbligi ta' sigurtà u jenħtieġ li dawn jikkooperaw ma' xulxin sabiex il-kwistjonijiet marbutin mas-sigurtà jiġu indirizzati minn perspettiva komuni.

(43)

L-awtoritajiet superviżorji nazzjonali indipendenti msemmija fir-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva (UE) 2016/680 (“awtoritajiet superviżorji”) jenħtieġ li jwettqu monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar ta' data personali mill-Istati Membri skont ta' dan ir-Regolament, inkluż l-iskambju ta' informazzjoni supplimentari. Jenħtieġ li l-awtoritajiet superviżorji jingħataw biżżejjed riżorsi biex iwettqu dan il-kompitu. Id-drittijiet tas-suġġetti tad-data li jaċċessaw, jirrettifikaw u jħassru d-data personali tagħhom maħżuna fis-SIS, u kwalunkwe rimedju sussegwenti quddiem il-qrati nazzjonali kif ukoll ir-rikonoxximent reċiproku tas-sentenzi jenħtieġ li jiġu previsti. Huwa xieraq ukoll li l-Istati Membri jintalbu jipprovdu statistika annwali.

(44)

Jenħtieġ li l-awtoritajiet superviżorji jiżguraw li mill-inqas kull erba' snin isir awditu tal-operazzjonijiet ta' pproċessar tad-data fis-sistemi nazzjonali tal-Istati Membri tagħhom f'konformità ma' standards internazzjonali tal-awditjar. Jenħtieġ li l-awditu jew isir mill-awtoritajiet superviżorji, jew l-awtoritajiet superviżorji jikkummissjonaw l-awditjar direttament minn awditur indipendenti tal-protezzjoni tad-data. Jenħtieġ li l-awditur indipendenti jibqa' taħt il-kontroll u r-responsabbiltà tal-awtoritajiet superviżorji kkonċernati u għalhekk jenħtieġ li dawn stess jagħtu struzzjoni lill-awditur u jiddefinixxu b'mod ċar il-fini, l-ambitu u l-metodoloġija tal-awditu kif ukoll jipprovdu gwida għal u s-superviżjoni tal-awditu u r-riżultati finali tiegħu.

(45)

Jenħtieġ li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jwettaq monitoraġġ tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni b'rabta mal-ipproċessar tad-data personali fl-ambitu ta' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-awtoritajiet superviżorji jikkooperaw ma' xulxin fil-monitoraġġ tas-SIS.

(46)

Jenħtieġ li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jingħata biżżejjed riżorsi biex iwettaq il-kompiti fdati f'idejh skont dan ir-Regolament, inkluż assistenza minn persuni b'għarfien espert dwar data bijometrika.

(47)

Ir-Regolament (UE) 2016/794 jipprevedi li l-Europol għandha tappoġġa u ssaħħaħ l-azzjonijiet li jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u l-kooperazzjoni tagħhom fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità serja u li tipprovdi analiżi u valutazzjonijiet tat-theddid. Sabiex il-Europol tiġi megħjuna fit-twettiq tal-kompiti tagħha, b'mod partikolari fi ħdan iċ-Ċentru Ewropew kontra l-Faċilitazzjoni ta' Dħul Klandestin ta' Migranti, jixraq li l-Europol tingħata aċċess għall-kategoriji ta' allerti kif previst f'dan ir-Regolament.

(48)

Sabiex tiġi indirizzata l-lakuna fil-kondiviżjoni ta' informazzjoni dwar it-terroriżmu, b'mod partikolari dwar il-ġellieda terroristi barranin – fejn il-monitoraġġ tal-moviment tagħhom ikun kruċjali - l-Istati Membri huma inkoraġġuti jikkondividu mal-Europol l-informazzjoni dwar l-attività relatata mat-terroriżmu. Jenħtieġ li dan l-iskambju ta' informazzjoni jsir permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari mal-Europol dwar l-allerti kkonċernati. Għal dan il-fini, jenħtieġ li l-Europol tistabbilixxi konnessjoni mal-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni.

(49)

Jenħtieġ ukoll li jiġu stabbiliti regoli ċari għall-Europol dwar l-ipproċessar u t-tniżżil ta' data tas-SIS li jippermettula tuża s-SIS b'mod komprensiv, dment li jiġu rrispettati l-istandards ta' protezzjoni tad-data kif previst f'dan ir-Regolament u fir-Regolament (UE) 2016/794. F'każijiet fejn it-tiftix imwettaq mill-Europol fis-SIS jiżvela l-eżistenza ta' allert imdaħħal minn Stat Membru, il-Europol ma tistax tieħu l-azzjoni meħtieġa. Għalhekk jenħtieġ li tinforma lill-Istat Membru kkonċernat permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari mal-Uffiċċju SIRENE rispettiv sabiex dak l-Istat Membru jkun jista' jsegwi l-każ.

(50)

Ir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) jipprevedi, għall-fini ta' dak ir-Regolament, li l-Istat Membru ospitanti jeħtieġ li jawtorizza lill-membri tat-timijiet imsemmija fil-punt (8) tal-Artikolu 2 ta' dak ir-Regolament, mibgħuta mill-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta biex jikkonsultaw bażijiet ta' data tal-Unjoni, fejn din il-konsultazzjoni tkun meħtieġa għat-twettiq tal-għanijiet operazzjonali speċifikati fil-pjan operazzjonali dwar il-verifiki fuq il-fruntieri, is-sorveljanza fuq il-fruntieri u r-ritorn. Aġenziji rilevanti oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-Asil u l-Europol, jistgħu jibagħtu wkoll esperti li mhumiex membri tal-persunal ta' dawk l-aġenziji tal-Unjoni bħala parti mit-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni. L-objettiv li għalih jintbagħtu t-timijiet imsemmija fil-punti (8) u (9) tal-Artikolu 2 ta' dak ir-Regolament huwa li jingħata rinforz tekniku u operazzjonali lill-Istati Membri rikjedenti, speċjalment lil dawk li jkunu qegħdin jiffaċċjaw sfidi migratorji sproporzjonati. Biex it-timijiet imsemmija fil-punti (8) u (9) tal-Artikolu 2 ta' dak ir-Regolament iwettqu l-kompiti tagħhom, huma jeħtieġu aċċess għas-SIS permezz ta' konnessjoni bejn l-interfaċċa teknika tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u s-SIS Ċentrali. F'każijiet fejn it-tiftix fis-SIS imwettaq mit-timijiet imsemmija fil-punti (8) u (9) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/1624 jew mit-timijiet tal-persunal jiżvela l-eżistenza ta' allert imdaħħal minn Stat Membru, il-membru tat-tim jew tal-persunal ma jistax jieħu l-azzjoni meħtieġa jekk ma jiġix awtorizzat li jagħmel dan mill-Istat Membru ospitanti. Għalhekk jenħtieġ li l-Istat Membru ospitanti jkun informat sabiex ikun jista' jsegwi l-każ. Jenħtieġ li l-Istat Membru ospitanti jinnotifika lill-Istat Membru emittenti dwar il-hit permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari.

(51)

Ċerti aspetti tas-SIS ma jistgħux jiġu koperti b'mod eżawrjenti minn dan ir-Regolament minħabba n-natura teknika tagħhom, in-natura dettaljata ħafna tagħhom u minħabba li jinbiddlu frekwentament. Dawk l-aspetti jinkludu, pereżempju, ir-regoli tekniċi dwar id-dħul tad-data, dwar l-aġġornament, it-tħassir u t-tiftix fid-data, u dwar il-kwalità tad-data u r-regoli relatati mad-data bijometrika, ir-regoli dwar il-kompatibbiltà u l-ordni tal-prijorità tal-allerti, dwar il-konnessjonijiet bejn l-allerti u dwar l-iskambju ta' informazzjoni supplimentari. Għalhekk jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' dawk l-aspetti. Ir-regoli tekniċi dwar it-tiftix ta' allerti jenħtieġ li jikkunsidraw it-tħaddim bla xkiel tal-applikazzjonijiet nazzjonali.

(52)

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17). Jenħtieġ li l-proċedura għall-adozzjoni ta' atti ta' implimentazzjoni skont dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) 2018/1862 tkun l-istess.

(53)

Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza, jenħtieġ li sentejn wara l-bidu tal-operat tas-SIS skont dan ir-Regolament, l-eu-LISA tipproduċi rapport dwar il-funzjonament tekniku tas-SIS Ċentrali u tal-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni, inkluż dwar is-sigurtà tagħhom, u dwar l-iskambju bilaterali u multilaterali ta' informazzjoni supplimentari. Jenħtieġ li l-Kummissjoni toħroġ evalwazzjoni ġenerali kull erba' snin.

(54)

Sabiex jiġi żgurat it-tħaddim bla xkiel tas-SIS, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE, sabiex jiġu ddeterminati ċ-ċirkostanzi li fihom ritratti u immaġnijiet tal-wiċċ jistgħu jintużaw għall-identifikazzjoni ta' persuni f'kuntest differenti minn dak tal-punti ta' qsim regolari tal-fruntieri. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, inkluż fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (18). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jenħtieġ li jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom jenħtieġ li jkollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(55)

Minħabba li l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-istabbiliment u r-regolazzjoni ta' sistema ta' informazzjoni tal-Unjoni u l-iskambju ta' informazzjoni supplimentari relatata, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jistgħu, minħabba n-natura tagħhom jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, stabbiliti f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(56)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, dan ir-Regolament jirrispetta b'mod sħiħ il-protezzjoni tad-data personali f'konformità mal-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea filwaqt li jfittex li jiżgura ambjent sigur għall-persuni kollha li jirrisjedu fit-territorju tal-Unjoni u l-protezzjoni tal-migranti irregolari mill-isfruttament u t-traffikar ta' bnedmin. Fil-każijiet li jikkonċernaw lit-tfal, il-fattur li għandu jiġi kkunsidrat bħala prijorità hu dak tal-aħjar interessi tat-tfal.

(57)

L-ispejjeż stmati tal-aġġornament tas-sistemi nazzjonali u tal-implimentazzjoni tal-funzjonalitajiet ġodda previsti f'dan ir-Regolament, huma inqas mill-ammont li fadal fil-linja baġitarja għall-Fruntieri Intelliġenti fir-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19). Għalhekk il-finanzjament attribwit għall-iżvilupp tas-sistemi tal-IT li jappoġġaw il-ġestjoni tal-flussi migratorji minn naħa għall-oħra tal-fruntieri esterni f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 515/2014 jenħtieġ li jiġi allokat lill-Istati Membri u lill-eu-LISA. Jenħtieġ li l-ispejjeż finanzjarji tal-aġġornament tas-SIS u l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament jiġu soġġetti għal monitoraġġ. Jekk l-istima tal-ispejjeż tkun ogħla, jenħtieġ li jkun disponibbli finanzjament tal-Unjoni biex l-Istati Membri jingħataw appoġġ f'konformità mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali applikabbli.

(58)

F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-Pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-TUE u mat-TFUE, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Ladarba dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta' Schengen, id-Danimarka għandha, f'konformità mal-Artikolu 4 ta' dak il-Protokoll, tiddeċiedi, fi żmien sitt xhur minn meta l-Kunsill ikun iddeċieda dwar dan ir-Regolament jekk hijiex ser timplimentah fil-liġi nazzjonali tagħha.

(59)

Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (20); għalhekk ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhuwiex marbut bih jew soġġett għall-applikazzjoni tiegħu.

(60)

Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (21); għalhekk l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(61)

Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mir-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn tal-aħħar mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (22), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-punt (G) tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (23).

(62)

Fir-rigward tal-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (24), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-punt (G) tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (25).

(63)

Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-adeżjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (26), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-punt (G) tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (27).

(64)

Fir-rigward tal-Bulgarija u r-Rumanija, dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta' Schengen jew li huwa b'xi mod ieħor relatat miegħu fis-sens tal-Artikolu 4(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005 u jenħtieġ li jinqara flimkien mad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/365/UE (28) u (UE) 2018/934 (29).

(65)

Fir-rigward tal-Kroazja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta' Schengen jew li huwa b'xi mod ieħor relatat miegħu fis-sens tal-Artikolu 4(2) tal-Att ta' Adeżjoni tal-2011 u għandu jinqara flimkien mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/733 (30).

(66)

Fir-rigward ta' Ċipru dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta' Schengen jew li b'xi mod ieħor huwa relatat miegħu fis-sens tal-Artikolu 3(2) tal-Att ta' Adeżjoni tal-2003.

(67)

Dan ir-Regolament jintroduċi sensiela ta' titjib fis-SIS li ser iżid l-effettività tagħha, isaħħaħ il-protezzjoni tad-data u jestendi d-drittijiet ta' aċċess. Ċertu titjib ma jeħtieġx żviluppi tekniċi kumplessi, filwaqt li titjib ieħor jeħtieġ bidliet tekniċi li jvarjaw fl-importanza tagħhom. Bil-għan li t-titjib fis-sistema jsir disponibbli għall-utenti finali malajr kemm jista' jkun, dan ir-Regolament jintroduċi emendi għar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 f'diversi fażijiet. Għadd ta' titjib għas-sistema jenħtieġ li japplika immedjatament mad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, filwaqt li titjib ieħor jenħtieġ li japplika sena jew sentejn wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika fl-intier tiegħu fi żmien tliet snin minn meta jidħol fis-seħħ. Sabiex jiġi evitat dewmien fl-applikazzjoni tiegħu, jenħtieġ li l-implimentazzjoni progressiva ta' dan ir-Regolament tiġi ssorveljata mill-qrib.

(68)

Ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 jenħtieġ li jitħassar b'effett mid-data tal-applikazzjoni sħiħa ta' dan ir-Regolament.

(69)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-data ġie kkonsultat f'konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (31) u ta opinjoni fit-3 ta' Mejju 2017,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Għan ġenerali tas-SIS

L-għan tas-SIS għandu jkun li jiġi żgurat livell għoli ta' sigurtà fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja tal-Unjoni, inkluż iż-żamma tas-sigurtà pubblika u l-ordni pubbliku u s-salvagwardja tas-sigurtà fit-territorji tal-Istati Membri, u li tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-Tielet Parti tat-TFUE dwar il-moviment tal-persuni fuq it-territorji tagħhom, bl-użu tal-informazzjoni kkomunikata permezz ta' din is-sistema.

Artikolu 2

Suġġett

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċeduri dwar kif jiddaħħlu u jiġu pproċessati allerti fis-SIS dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi u dwar l-iskambju ta' informazzjoni supplimentari u ta' data addizzjonali bil-fini li jiġu rrifjutati d-dħul u s-soġġorn fit-territorju tal-Istati Membri.

2.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll dispożizzjonijiet dwar l-arkitettura teknika tas-SIS, dwar ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri u tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), dwar l-ipproċessar tad-data, dwar id-drittijiet tal-persuni kkonċernati u dwar ir-responsabbiltà.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“allert” tfisser sett ta' data mdaħħla fis-SIS li jippermetti li l-awtoritajiet kompetenti jidentifikaw persuna bil-ħsieb li jieħdu azzjoni speċifika;

(2)

“informazzjoni supplimentari” tfisser informazzjoni li ma tagħmilx parti mid-data tal-allert maħżuna fis-SIS, li madankollu hi marbuta mal-allerti fis-SIS, li għandha tiġi skambjata permezz tal-Uffiċċji SIRENE:

(a)

sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jikkonsultaw jew jinformaw lil xulxin meta jdaħħlu allert;

(b)

wara li jkun hemm hit, sabiex tkun tista' tittieħed l-azzjoni adatta;

(c)

meta ma tkunx tista' tittieħed l-azzjoni meħtieġa;

(d)

meta tkun qed tiġi ttrattata l-kwalità tad-data tas-SIS;

(e)

meta jkunu qed jiġu ttrattati l-kompatibbiltà u l-prijorità tal-allerti;

(f)

meta jkunu qed jiġu ttrattati d-drittijiet ta' aċċess;

(3)

“data addizzjonali” tfisser id-data maħżuna fis-SIS u marbuta mal-allerti fis-SIS li għandha tkun disponibbli immedjatament għall-awtoritajiet kompetenti meta l-persuna li dwarha tkun iddaħħlet data fis-SIS tiġi lokalizzata bħala riżultat ta' tiftix li sar fis-SIS;

(4)

“ċittadin ta' pajjiż terz” tfisser kwalunkwe persuna li mhijiex ċittadin tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 20(1) TFUE, bl-eċċezzjoni ta' persuni li huma benefiċjarji ta' drittijiet ta' moviment liberu ekwivalenti għal dawk ta' ċittadini tal-Unjoni skont ftehimiet bejn l-Unjoni, jew l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha minn naħa waħda, u pajjiżi terzi min-naħa l-oħra;

(5)

“data personali” tfisser data personali kif definita fil-punt 1 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679;

(6)

“ipproċessar ta' data personali” tfisser kwalunkwe operazzjoni jew sett ta' operazzjonijiet li jitwettqu fuq data personali jew fuq settijiet ta' data personali, kemm jekk b'mezzi awtomatizzati kif ukoll jekk le, bħalma huma l-ġbir, ir-rekordjar, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħżin, l-adattament jew it-tibdil, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar bi trasmissjoni, it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b'xi mezz ieħor, l-allinjament jew it-taħlit, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda;

(7)

“konkordanza” tfisser meta jseħħu l-passi li ġejjin:

(a)

sar tiftix fis-SIS minn utent finali;

(b)

dak it-tiftix żvela allert imdaħħal fis-SIS minn Stat Membru ieħor; u

(c)

id-data dwar l-allert fis-SIS taqbel mad-data mfittxija;

(8)

“hit” tfisser kwalunkwe konkordanza li tissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(a)

tkun ġiet ikkonfermata:

(i)

mill-utent finali; jew

(ii)

mill-awtorità kompetenti f'konformità ma' proċeduri nazzjonali, fejn il-konkordanza inkwistjoni kienet ibbażata fuq tqabbil ta' data bijometrika;

u

(b)

jintalbu azzjonijiet ulterjuri;

(9)

“Stat Membru emittenti” tfisser l-Istat Membru li jkun daħħal l-allert fis-SIS;

(10)

“Stat Membru tal-għoti” tfisser l-Istat Membru li jkun qed jikkunsidra li jagħti jew jestendi jew li jkun ta jew estenda permess ta' residenza jew viża għal soġġorn fit-tul u li jkun involut fil-proċedura ta' konsultazzjoni ma' Stat Membru ieħor;

(11)

“Stat Membru ta' eżekuzzjoni” tfisser l-Istat Membru li jieħu jew li jkun ħa l-azzjonijiet meħtieġa b'segwitu għal hit;

(12)

“utent finali” tfisser membru tal-persunal ta' awtorità kompetenti li huwa awtorizzat li jfittex direttament fis-CS-SIS, fl-N.SIS jew f'kopja teknika tagħhom;

(13)

“data bijometrika” tfisser data personali li tirriżulta mill-ipproċessar tekniku speċifiku relatat mal-karatteristiċi fiżiċi jew fiżjoloġiċi ta' persuna fiżika, li tippermetti jew tikkonferma l-identifikazzjoni unika ta' dik il-persuna fiżika, jiġifieri ritratti, immaġnijiet tal-wiċċ u data dattiloskopika;

(14)

“data dattiloskopika” tfisser data dwar il-marki tas-swaba' u dwar il-marki tal-pala tal-id li minħabba l-karattru uniku tagħhom u l-punti ta' referenza li fihom, jippermettu li jsir tqabbil akkurat u konklużiv dwar l-identità ta' persuna;

(15)

“immaġni tal-wiċċ” tfisser immaġnijiet diġitali tal-wiċċ b'riżoluzzjoni u kwalità suffiċjenti tal-immaġni biex jintużaw fi tqabbil bijometriku awtomatizzat;

(16)

“ritorn” tfisser ritorn kif definit fil-punt 3 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/115/KE;

(17)

“projbizzjoni fuq id-dħul” tfisser projbizzjoni fuq id-dħul kif definita fil-punt 6 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/115/KE;

(18)

“reati terroristiċi” tfisser reati skont il-liġi nazzjonali msemmija fl-Artikoli 3 sa 14 tad-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (32), jew ekwivalenti għal wieħed minn dawk ir-reati għall-Istati Membri li mhumiex marbutin b'dik id-Direttiva;

(19)

“permess ta' residenza” tfisser permess ta' residenza kif definit fil-punt (16) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (33);

(20)

“viża għal soġġorn fit-tul” tfisser viża għal soġġorn fit-tul kif imsemmi fl-Artikolu 18(1) tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen;

(21)

“theddida għas-saħħa pubblika” tfisser theddida għas-saħħa pubblika kif definit fil-punt (21) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/399.

Artikolu 4

Arkitettura teknika u modi kif tista' titħaddem is-SIS

1.   Is-SIS għandha tkun magħmula minn:

(a)

sistema ċentrali (SIS Ċentrali) magħmula minn:

(i)

funzjoni ta' appoġġ tekniku (“CS-SIS”) li jkun fiha bażi ta' data, (il-“bażi ta' data tas-SIS”) u li tinkludi backup tas-CS-SIS,

(ii)

interfaċċa nazzjonali uniformi (“NI-SIS”);

(b)

sistema nazzjonali (N.SIS) f'kull Stat Membru, li tkun magħmula mis-sistemi ta' data nazzjonali li jikkomunikaw mas-SIS Ċentrali, li tal-inqas tinkludi backup wieħed nazzjonali jew kondiviż tal-N.SIS; u

(c)

infrastruttura ta' komunikazzjoni bejn is-CS-SIS, il-backup tas-CS-SIS u l-NI-SIS (“l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni”) li tipprovdi netwerk virtwali kriptat iddedikat għad-data tas-SIS u l-iskambju ta' data bejn l-Uffiċċji SIRENE kif imsemmi fl-Artikolu 7(2).

L-N.SIS kif imsemmi fil-punt (b) jista' jkun fiha fajl ta' data (“kopja nazzjonali”) li jkun fih kopja sħiħa jew parzjali tal-bażi ta' data tas-SIS. Żewġ Stati Membri jew aktar jistgħu jistabbilixxu f'waħda mill-N.SIS tagħhom, kopja kondiviża li tista' tintuża b'mod konġunt minn dawk l-Istati Membri. Tali kopja kondiviża għandha titqies bħala l-kopja nazzjonali ta' kull wieħed minn dawk l-Istati Membri;

Backup kondiviż tal-N.SIS kif imsemmi fil-punt (b) jista' jintuża b'mod konġunt minn żewġ Stati Membri jew aktar. F'każijiet bħal dawn, il-backup kondiviż tal-N.SIS għandu jitqies bħala l-backup tal-N.SIS ta' kull wieħed minn dawk l-Istati Membri. L-N.SIS u l-backup tagħha jistgħu jintużaw simultanjament biex tiġi żgurata disponibbiltà mingħajr interruzzjoni għall-utenti finali.

L-Istati Membri li biħsiebhom jistabbilixxu kopja kondiviża tal-N.SIS jew backup kondiviż tal-N.SIS li ser jintuża b'mod konġunt, għandhom jilħqu qbil bil-miktub rigward ir-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom. Huma għandhom jinnotifikaw l-arranġament tagħhom lill-Kummissjoni.

L-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni għandha tappoġġa u tikkontribwixxi għad-disponibbiltà mingħajr interruzzjoni tas-SIS. Għandha tinkludi mogħdijiet addizzjonali u separati għall-konnessjonijiet bejn is-CS-SIS u l-backup tas-CS-SIS u għandha tinkludi wkoll mogħdijiet addizzjonali u separati għall-konnessjonijiet bejn kull punt ta' aċċess għan-netwerk nazzjonali tas-SIS u s-CS-SIS u l-backup tas-CS-SIS.

2.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu, jaġġornaw, iħassru u jfittxu fid-data tas-SIS permezz tal-N.SIS tagħhom stess. L-Istati Membri li jużaw kopja nazzjonali parzjali jew sħiħa, jew kopja kondiviża parzjali jew sħiħa għandhom jagħmlu lil dik il-kopja disponibbli għall-fini li jsir tiftix awtomatiku fit-territorju ta' kull wieħed minn dawk l-Istati Membri. Il-kopja nazzjonali jew kondiviża parzjali għandu jkun fiha tal-inqas id-data elenkata fil-punt (a) sa (v) tal-Artikolu 20(2) ta' dan ir-Regolament. Mhux ser ikun possibbli li jsir tiftix fil-fajls tad-data tal-N.SIS ta' Stati Membri oħrajn, ħlief fil-każ ta' kopji kondiviżi.

3.   Is-CS-SIS għandha twettaq superviżjoni teknika u funzjonijiet amministrattivi u jkollha backup, li tkun kapaċi tiżgura l-funzjonalitajiet kollha tas-CS-SIS prinċipali f'każ ta' ħsara f'dik is-sistema. Is-CS-SIS u l-backup tas-CS-SIS għandhom ikunu jinstabu fiż-żewġ siti tekniċi tal-eu-LISA.

4.   L-eu-LISA għandha timplimenta soluzzjonijiet tekniċi biex issaħħaħ id-disponibbiltà mingħajr interruzzjoni tas-SIS jew permezz tat-tħaddim simultanju tas-CS-SIS u l-backup tas-CS-SIS, dment li l-backup tas-CS-SIS jibqa' kapaċi jiżgura t-tħaddim tas-SIS f'każ ta' ħsara tas-CS-SIS, jew permezz ta' duplikazzjoni tas-sistema jew tal-komponenti tagħha. Minkejja r-rekwiżiti proċedurali stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2018/1726 l-eu-LISA għandha, mhux aktar tard mit-28 ta' Diċembru 2019, tħejji studju dwar l-għażliet għal soluzzjonijiet tekniċi, li jkun jinkludi valutazzjoni indipendenti tal-impatt u analiżi indipendenti tal-ispejjeż u l-benefiċċji.

5.   Fejn meħtieġ f'każijiet eċċezzjonali, l-eu-LISA tista' temporanjament tiżviluppa kopja addizzjonali tal-bażi ta' data tas-SIS.

6.   Is-CS-SIS għandha tipprovdi s-servizzi meħtieġa biex tiddaħħal u tiġi pproċessata d-data tas-SIS, inkluż tiftix fil-bażi ta' data tas-SIS. Għall-Istati Membri li jużaw kopja nazzjonali jew kondiviża, is-CS-SIS għandha:

(a)

tipprovdi aġġornamenti online għall-kopji nazzjonali;

(b)

tiżgura sinkronizzazzjoni u konsistenza bejn il-kopji nazzjonali u l-bażi ta' data tas-SIS; u

(c)

tipprovdi l-operazzjoni għall-inizjalizzazzjoni u l-irkupru tal-kopji nazzjonali.

7.   Is-CS-SIS għandha tipprovdi disponibbiltà mingħajr interruzzjoni.

Artikolu 5

Spejjeż

1.   L-ispejjeż marbutin mat-tħaddim, il-manutenzjoni u l-iżvilupp ulterjuri tas-SIS Ċentrali u tal-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni għandhom jitħallsu mill-baġit ġenerali tal-Unjoni. Dawk l-ispejjeż għandhom jinkludu l-ħidma li ssir fir-rigward tas-CS-SIS, sabiex jiġi żgurat il-forniment tas-servizzi msemmija fl-Artikolu 4(6).

2.   Mill-pakkett ta' EUR 791 miljun previst skont il-punt (b) tal-Artikolu 5(5) tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 ġie allokat finanzjament li jkopri l-ispejjeż marbutin mal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

3.   Mill-pakkett imsemmi fil-paragrafu 2, u mingħajr preġudizzju għal aktar finanzjament għal dan il-għan minn sorsi oħrajn tal-baġit ġenerali tal-Unjoni, l-eu-LISA ġiet allokata l-ammont ta' EUR 31 098 000. Dan il-finanzjament għandu jiġi implimentat taħt ġestjoni indiretta u għandu jikkontribwixxi għat-twettiq ta' żviluppi tekniċi meħtieġa skont dan ir-Regolament rigward is-SIS Ċentrali u l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni, kif ukoll għall-attivitajiet ta' taħriġ relatati.

4.   Mill-pakkett imsemmi fil-paragrafu 2, l-Istati Membri li qegħdin jipparteċipaw fir-Regolament (UE) Nru 515/2014 għandhom jirċievu allokazzjoni globali addizzjonali ta' EUR 36 810 000 li għandha titqassam f'ammonti ndaqs permezz ta' somma waħda f'daqqa għall-allokazzjoni bażika tagħhom. Dan il-finanzjament għandu jiġi implimentat taħt ġestjoni kondiviża u għandu jkun iddedikat kompletament għall-aġġornament rapidament u effettiv tas-sistemi nazzjonali kkonċernati f'konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

5.   L-ispejjeż marbutin mal-istabbiliment, it-tħaddim, il-manutenzjoni u l-iżvilupp ulterjuri ta' kull N.SIS għandhom jitħallsu mill-Istat Membru kkonċernat.

KAPITOLU II

RESPONSABBILTAJIET TAL-ISTATI MEMBRI

Artikolu 6

Sistemi nazzjonali

Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli għall-istabbiliment, it-tħaddim, il-manutenzjoni u l-iżvilupp ulterjuri tal-N.SIS tiegħu u għall-konnessjoni tiegħu mal-NI-SIS.

Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli li jiżgura d-disponibbiltà mingħajr interruzzjoni tad-data tas-SIS għall-utenti finali.

Kull Stat Membru għandu jittrasmetti l-allerti tiegħu permezz tal-N.SIS tiegħu.

Artikolu 7

Uffiċċju tal-N.SIS u Uffiċċju SIRENE

1.   Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità (l-Uffiċċju tal-N.SIS), li għandu jkollha r-responsabbiltà ċentrali għall-N.SIS tiegħu.

Dik l-awtorità għandha tkun responsabbli għat-tħaddim bla xkiel u għas-sigurtà tal-N.SIS, għandha tiżgura l-aċċess tal-awtoritajiet kompetenti għas-SIS u għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità ma' dan ir-Regolament. Għandha tkun responsabbli biex tiżgura li l-funzjonalitajiet kollha tas-SIS jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-utenti finali b'mod xieraq.

2.   Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità nazzjonali li għandha topera 24 siegħa kuljum sebat ijiem fil-ġimgħa u għandha tiżgura l-iskambju u d-disponibbiltà tal-informazzjoni supplimentari kollha (l-Uffiċċju SIRENE) f'konformità mal-Manwal SIRENE. Kull Uffiċċju SIRENE għandu jservi ta' punt uniku ta' kuntatt għall-Istat Membru tiegħu biex jiskambjaw informazzjoni supplimentari dwar l-allerti u biex jiġi ffaċilitat it-teħid tal-azzjonijiet mitluba meta fis-SIS jiddaħħlu allerti dwar ċerti persuni u dawk il-persuni jiġu lokalizzati b'segwitu għal hit.

F'konformità mal-liġi nazzjonali, kull Uffiċċju SIRENE għandu jkollu aċċess dirett jew indirett faċli għall-informazzjoni nazzjonali rilevanti kollha, inkluż għall-bażijiet ta' data nazzjonali u għall-informazzjoni kollha dwar l-allerti tal-Istat Membru tiegħu stess, u għal pariri mill-esperti, sabiex ikun jista' jirreaġixxi għat-talbiet għal informazzjoni supplimentari b'mod rapidu u fi ħdan l-iskadenzi previsti fl-Artikolu 8.

L-Uffiċċji SIRENE għandhom jikkoordinaw il-verifika tal-kwalità tal-informazzjoni mdaħħla fis-SIS. Għal dawk il-finijiet għandu jkollhom aċċess għad-data pproċessata fis-SIS.

3.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-eu-LISA b'dettalji dwar l-Uffiċċju N.SIS tagħhom u dwar l-Uffiċċju SIRENE tagħhom. L-eu-LISA għandha tippubblika l-lista tal-Uffiċċji N.SIS u l-Uffiċċji SIRENE flimkien mal-lista msemmija fl-Artikolu 41(8).

Artikolu 8

Skambju ta' informazzjoni supplimentari

1.   L-informazzjoni supplimentari għandha tiġi skambjata f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Manwal SIRENE u bl-użu tal-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni. L-Istati Membri għandhom jipprovdu r-riżorsi tekniċi u umani meħtieġa biex jiġu żgurati d-disponibbiltà kontinwa u l-iskambju f'waqtu u effettiv tal-informazzjoni supplimentari. F'każ li l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni ma tkunx disponibbli, l-Istati Membri għandhom jużaw mezzi tekniċi oħra protetti adegwatament għall-iskambju ta' informazzjoni supplimentari. Fil-Manwal SIRENE ser ikun hemm lista ta' mezzi tekniċi protetti adegwatament.

2.   L-informazzjoni supplimentari għandha tintuża biss għall-fini li għalih tkun ġiet trasmessa f'konformità mal-Artikolu 49 ħlief jekk jinkiseb kunsens minn qabel għal użu ieħor mill-Istat Membru emittenti.

3.   L-Uffiċċji SIRENE għandhom iwettqu l-kompitu tagħhom b'mod rapidu u effiċjenti, b'mod partikolari billi jwieġbu għal talba għal informazzjoni supplimentari kemm jista' jkun malajr u mhux aktar tard minn 12-il siegħa wara li tasal it-talba.

It-talbiet għal informazzjoni supplimentari tal-ogħla prijorità għandhom jiġu mmarkati bħala “URĠENTI” fil-formoli SIRENE, u r-raġuni għall-urġenza għandha tiġi speċifikata.

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi regoli dettaljati għall-kompiti tal-Uffiċċji SIRENE skont dan ir-Regolament u għall-iskambju ta' informazzjoni supplimentari fl-għamla ta' manwal intitolat il-“Manwal SIRENE”. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 62(2).

Artikolu 9

Konformità teknika u funzjonali

1.   Meta jkun qed jistabbilixxi l-N.SIS tiegħu, kull Stat Membru għandu josserva l-istandards komuni, il-protokolli u l-proċeduri tekniċi stabbiliti sabiex tiġi żgurata l-kompatibbiltà tal-N.SIS tiegħu mas-SIS Ċentrali għal trasmissjoni fil-pront u effettiva tad-data.

2.   Jekk Stat Membru juża kopja nazzjonali huwa għandu jiżgura, permezz tas-servizzi pprovduti mis-CS-SIS u permezz ta' aġġornamenti awtomatiċi msemmija fl-Artikolu 4(6) li d-data maħżuna fil-kopja nazzjonali tkun identika u konsistenti ma' dik tal-bażi ta' data tas-SIS, u li tiftix fil-kopja nazzjonali tiegħu jipproduċi riżultat ekwivalenti għal dak ta' tiftix fil-bażi ta' data tas-SIS.

3.   L-utenti finali għandhom jirċievu d-data meħtieġa biex iwettqu l-kompiti tagħhom, b'mod partikolari u fejn ikun meħtieġ, id-data kollha disponibbli li tippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġett tad-data u tal-azzjoni mitluba li tittieħed.

4.   L-Istati Membri u l-eu-LISA għandhom iwettqu testijiet regolari biex jivverifikaw il-konformità teknika tal-kopji nazzjonali msemmija fil-paragrafu 2. Ir-riżultati ta' dawk it-testijiet għandhom jiġu kkunsidrati bħala parti mill-mekkaniżmu stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 (34).

5.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi u tiżviluppa l-istandards komuni, il-protokolli u l-proċeduri tekniċi msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 62(2).

Artikolu 10

Sigurtà – l-Istati Membri

1.   Kull Stat Membru għandu, fir-rigward tal-N.SIS tiegħu, jadotta l-miżuri meħtieġa, inkluż pjan ta' sigurtà, pjan għall-kontinwità operazzjonali u pjan ta' rkupru minn diżastri sabiex:

(a)

jipproteġi d-data fiżikament, inkluż billi jħejji pjanijiet ta' kontinġenza għall-protezzjoni ta' infrastruttura kritika;

(b)

jiċħad l-aċċess lil persuni mhux awtorizzati għall-faċilitajiet tal-ipproċessar ta' data li jintużaw għall-ipproċessar ta' data personali (kontroll tal-aċċess għall-faċilitajiet);

(c)

jimpedixxi l-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tneħħija mhux awtorizzata tal-mezzi tad-data (kontroll tal-mezzi tad-data);

(d)

jimpedixxi li tiddaħħal data b'mod mhux awtorizzat kif ukoll l-ispezzjoni, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzat ta' data personali maħżuna (kontroll tal-ħżin);

(e)

jimpedixxi l-użu ta' sistemi awtomatizzati ta' pproċessar ta' data minn persuni mhux awtorizzati bl-użu ta' tagħmir għall-komunikazzjoni tad-data (kontroll tal-utent);

(f)

jimpedixxi l-ipproċessar mhux awtorizzat tad-data fis-SIS u kwalunkwe modifika jew tħassir mhux awtorizzat ta' data pproċessata fis-SIS (kontroll tad-dħul ta' data);

(g)

jiżgura li l-persuni awtorizzati biex jużaw sistema awtomatizzata ta' pproċessar ta' data jkollhom aċċess biss għad-data koperta mill-awtorizzazzjoni għall-aċċess tagħhom, u esklużivament permezz ta' identifikaturi individwali u uniċi tal-utent u modalitajiet ta' aċċess kunfidenzjali (kontroll tal-aċċess għad-data);

(h)

jiżgura li l-awtoritajiet kollha bi dritt ta' aċċess għas-SIS jew għall-faċilitajiet ta' pproċessar ta' data joħolqu profili li jiddeskrivu l-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet tal-persuni li huma awtorizzati jaċċessaw, idaħħlu, jaġġornaw, iħassru u jfittxu fid-data u jagħmlu dawk il-profili disponibbli għall-awtoritajiet superviżorji msemmija fl-Artikolu 55(1) mingħajr dewmien fuq talba min-naħa tagħhom (profili tal-persunal);

(i)

jiżgura li jkun possibbli li jiġi verifikat u stabbilit lil liema korpi tista' tintbagħat id-data personali bl-użu ta' tagħmir għall-komunikazzjoni tad-data (kontroll tal-komunikazzjoni);

(j)

jiżgura li jkun sussegwentement possibbli li jiġi vverifikat u stabbilit liema data personali tkun iddaħħlet fis-sistemi awtomatizzati ta' pproċessar ta' data, meta, minn min u għal liema fini (kontroll tad-dħul);

(k)

jimpedixxi l-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzat ta' data personali waqt it-trasmissjoni ta' data personali jew waqt it-trasport ta' mezzi tad-data b'mod partikolari b'tekniki kriptografiċi adatti (kontroll tat-trasport);

(l)

iwettaq monitoraġġ tal-effettività tal-miżuri ta' sigurtà msemmija f'dan il-paragrafu u jieħu l-miżuri organizzattivi meħtieġa relatati mal-monitoraġġ intern biex tiġi żgurata l-konformità ma' dan ir-Regolament (awtoawditjar);

(m)

jiżgura li, f'każ ta' interruzzjoni, is-sistemi installati jkunu jistgħu jerġgħu jibdew joperaw b'mod normali (irkupru); u

(n)

jiżgura li s-SIS taqdi l-funzjonijiet tagħha b'mod korrett, li l-ħsarat jiġu rrapportati (affidabbiltà) u li d-data personali maħżuna fis-SIS ma tistax tiġi korrotta permezz ta' ħsara fis-sistema (integrità).

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri ekwivalenti għal dawk imsemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward tas-sigurtà b'rabta mal-ipproċessar u l-iskambju ta' informazzjoni supplimentari, inkluż billi il-bini tal-Uffiċċji SIRENE isiru siguri.

3.   L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri ekwivalenti għal dawk imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fir-rigward tas-sigurtà b'rabta mal-ipproċessar ta' data tas-SIS mill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 34.

4.   Il-miżuri deskritti fil-paragrafi 1, 2 u 3 jistgħu jkunu parti minn approċċ u pjan ta' sigurtà ġeneriċi fil-livell nazzjonali li jinkludu sistemi multipli tal-IT. F'każijiet bħal dawn, ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Artikolu u l-applikabbiltà tagħhom għas-SIS għandhom ikunu identifikabbli b'mod ċar u għandhom ikunu żgurati permezz ta' dak il-pjan.

Artikolu 11

Kunfidenzjalità – l-Istati Membri

1.   Kull Stat Membru għandu japplika r-regoli tiegħu dwar is-segretezza professjonali jew dmirijiet ekwivalenti oħra ta' kunfidenzjalità b'rabta mal-persuni u l-korpi kollha li huma meħtieġa jaħdmu bid-data tas-SIS u l-informazzjoni supplimentari, f'konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu. Dak l-obbligu għandu japplika wkoll meta dawn il-persuni ma jibqgħux fil-kariga jew fl-impjieg jew wara t-tmiem tal-attivitajiet ta' dawk il-korpi.

2.   F'każ li Stat Membru jikkoopera ma' kuntratturi esterni fi kwalunkwe kompitu relatat mas-SIS, huwa għandu jwettaq monitoraġġ mill-qrib tal-attivitajiet tal-kuntrattur sabiex jiżgura konformità mad-dispożizzjonijiet kollha ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari dwar is-sigurtà, il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data.

3.   Il-ġestjoni operazzjonali tal-N.SIS jew ta' kwalunkwe kopja teknika ma għandhiex tiġi fdata lil kumpanniji privati jew lil organizzazzjonijiet privati.

Artikolu 12

Żamma ta' reġistri fuq livell nazzjonali

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull aċċess għal u kull skambju ta' data personali fis-CS-SIS jiġi rreġistrat fl-N.SIS tagħhom bil-fini li jiġi vverifikat jekk it-tiftix kienx skont il-liġi, isir monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-data, isir awtomonitoraġġ, jiġu żgurati l-funzjonament tajjeb tal-N.SIS, kif ukoll għall-integrità u s-sigurtà tad-data. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għall-proċessi awtomatiċi msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 4(6).

2.   Ir-reġistri għandhom juru, b'mod partikolari, l-istorja tal-allert, id-data u l-ħin tal-attività tal-ipproċessar tad-data, id-data li ntużat biex isir it-tiftix, referenza għad-data pproċessata u l-identifikaturi individwali u uniċi tal-utent kemm tal-awtorità kompetenti kif ukoll tal-persuna responsabbli mill-ipproċessar tad-data.

3.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, jekk it-tiftix isir permezz ta' data dattiloskopika jew permezz ta' immaġni tal-wiċċ f'konformità mal-Artikolu 33, ir-reġistri għandhom juru t-tip ta' data li ntużat biex isir it-tiftix, minflok id-data reali.

4.   Ir-reġistri għandhom jintużaw biss għall-fini msemmi fil-paragrafu 1 u għandhom jitħassru tliet snin wara li jkunu nħolqu. Ir-reġistri li jinkludu l-istorja tal-allerti għandhom jitħassru tliet snin wara li jitħassru l-allerti.

5.   Ir-reġistri jistgħu jinżammu għal perijodi itwal minn dawk imsemmija fil-paragrafu 4 jekk ikunu meħtieġa għal proċeduri ta' monitoraġġ li jkunu diġà bdew.

6.   L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali nkarigati li jivverifikaw jekk it-tiftix ikunux skont il-liġi, li jwettqu monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-data, li jwettqu awtomonitoraġġ u jiżguraw li l-N.SIS taħdem kif xieraq, u jiżguraw l-integrità u s-sigurtà tad-data, għandu jkollhom aċċess għar-reġistri, fil-limiti tal-kompetenza tagħhom u fuq talba min-naħa tagħhom, bil-fini li jwettqu l-kompiti tagħhom.

Artikolu 13

Awtomonitoraġġ

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull awtorità intitolata li jkollha aċċess għad-data tas-SIS tieħu l-miżuri meħtieġa biex tikkonforma ma' dan ir-Regolament u għandha tikkoopera, fejn meħtieġ, mal-awtorità superviżorja nazzjonali.

Artikolu 14

Taħriġ tal-persunal

1.   Qabel ma jingħataw awtorizzazzjoni biex jipproċessaw id-data maħżuna fis-SIS u perjodikament wara li jkun ingħata l-aċċess għad-data tas-SIS, il-membri tal-persunal tal-awtoritajiet li jkollhom dritt ta' aċċess għas-SIS għandhom jirċievu taħriġ xieraq dwar is-sigurtà tad-data, dwar id-drittijiet fundamentali inkluż dwar il-protezzjoni tad-data, u dwar ir-regoli u l-proċeduri għall-ipproċessar tad-data stabbiliti fil-Manwal SIRENE. Il-membri tal-persunal għandhom jiġu informati bi kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti dwar reati kriminali u pieni, inkluż dawk previsti fl-Artikolu 59.

2.   L-Istati Membri għandu jkollhom programm ta' taħriġ nazzjonali tas-SIS li għandu jinkludi taħriġ għall-utenti finali kif ukoll għall-persunal tal-Uffiċċji SIRENE.

Dak il-programm ta' taħriġ jista' jkun parti minn programm ta' taħriġ ġenerali fuq livell nazzjonali li jkopru taħriġ f'oqsma rilevanti oħrajn.

3.   Fil-livell tal-Unjoni għandhom jiġu organizzati korsijiet ta' taħriġ komuni tal-inqas darba fis-sena biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċji SIRENE.

KAPITOLU III

RESPONSABBILTAJIET TAL-eu-LISA

Artikolu 15

Ġestjoni operazzjonali

1.   L-eu-LISA għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni operazzjonali tas-SIS Ċentrali. L-eu-LISA għandha, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tiżgura li għas-SIS Ċentrali tintuża dejjem l-aħjar teknoloġija disponibbli, soġġett għal analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji.

2.   L-eu-LISA għandha tkun responsabbli wkoll għall-kompiti li ġejjin relatati mal-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni:

(a)

superviżjoni;

(b)

sigurtà;

(c)

il-koordinazzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-fornitur;

(d)

kompiti relatati mal-implimentazzjoni tal-baġit;

(e)

akkwist u tiġdid; u

(f)

kwistjonijiet kuntrattwali.

3.   L-eu-LISA għandha tkun responsabbli wkoll għall-kompiti li ġejjin relatati mal-Uffiċċji SIRENE u mal-komunikazzjoni bejn l-Uffiċċji SIRENE:

(a)

il-koordinazzjoni, il-ġestjoni u s-sostenn tal-attivitajiet ta' ttestjar;

(b)

il-ġestjoni u l-aġġornament tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-iskambju ta' informazzjoni supplimentari bejn l-Uffiċċji SIRENE u l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni; u

(c)

il-ġestjoni tal-impatt ta' tibdil tekniku fejn dan jaffettwa kemm is-SIS kif ukoll l-iskambju ta' informazzjoni supplimentari bejn l-Uffiċċji SIRENE.

4.   L-eu-LISA għandha tkun responsabbli għall-iżvilupp u l-ġestjoni ta' mekkaniżmu u proċeduri għat-twettiq ta' verifiki tal-kwalità fuq id-data fis-CS-SIS. Hija għandha tipprovdi rapporti regolari lill-Istati Membri f'dan ir-rigward.

L-eu-LISA għandha tipprovdi rapport regolari lill-Kummissjoni li jkopri l-kwistjonijiet li jinqalgħu u lill-Istati Membri kkonċernati.

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi rapport regolari lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kwistjonijiet relatati mal-kwalità tad-data li jkunu ġew osservati.

5.   L-eu-LISA għandha twettaq ukoll kompiti relatati mal-għoti ta' taħriġ dwar l-użu tekniku tas-SIS u dwar miżuri biex tittejjeb il-kwalità tad-data tas-SIS.

6.   Il-ġestjoni operazzjonali tas-SIS Ċentrali għandha tikkonsisti mill-kompiti kollha meħtieġa biex is-SIS Ċentrali tibqa' tiffunzjona 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa f'konformità ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari x-xogħol ta' manutenzjoni u l-iżviluppi tekniċi meħtieġa għat-tħaddim bla xkiel tas-sistema. Dawk il-kompiti għandhom jinkludu wkoll il-koordinazzjoni, il-ġestjoni u s-sostenn ta' attivitajiet ta' ttestjar għas-SIS Ċentrali u l-N.SIS, li jiżguraw li s-SIS Ċentrali u l-N.SIS jitħaddmu skont ir-rekwiżiti għall-konformità teknika u funzjonali stabbiliti fl-Artikolu 9.

7.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu r-rekwiżiti tekniċi għall-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 62(2).

Artikolu 16

Sigurtà – l-eu-LISA

1.   L-eu-LISA għandha tadotta l-miżuri meħtieġa, inkluż pjan ta' sigurtà, pjan għall-kontinwità operazzjonali u pjan ta' rkupru minn diżastri għas-SIS Ċentrali u għall-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni sabiex:

(a)

tipproteġi d-data fiżikament, inkluż billi tħejji pjanijiet ta' kontinġenza għall-protezzjoni ta' infrastruttura kritika;

(b)

tiċħad l-aċċess lil persuni mhux awtorizzati għall-faċilitajiet tal-ipproċessar ta' data li jintużaw għall-ipproċessar ta' data personali (kontroll tal-aċċess għall-faċilitajiet);

(c)

timpedixxi l-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tneħħija mhux awtorizzata tal-mezzi tad-data (kontroll tal-mezzi tad-data);

(d)

timpedixxi li tiddaħħal data b'mod mhux awtorizzat kif ukoll l-ispezzjoni, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzat ta' data personali maħżuna (kontroll tal-ħżin);

(e)

timpedixxi l-użu ta' sistemi awtomatizzati ta' pproċessar ta' data minn persuni mhux awtorizzati bl-użu ta' tagħmir għall-komunikazzjoni tad-data (kontroll tal-utent);

(f)

timpedixxi l-ipproċessar mhux awtorizzat tad-data fis-SIS u kwalunkwe modifika jew tħassir mhux awtorizzat tad-data pproċessata fis-SIS (kontroll tad-dħul ta' data);

(g)

tiżgura li l-persuni awtorizzati biex jużaw sistema awtomatizzata ta' pproċessar ta' data jkollhom aċċess biss għad-data koperta mill-awtorizzazzjoni għall-aċċess tagħhom, esklużivament permezz ta' identifikaturi individwali u uniċi tal-utent u modalitajiet ta' aċċess kunfidenzjali (kontroll tal-aċċess għad-data);

(h)

toħloq profili li jiddeskrivu l-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet ta' persuni li huma awtorizzati jaċċessaw id-data jew il-faċilitajiet ta' pproċessar tad-data u tqiegħed dawk il-profili għad-dispożizzjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, mingħajr dewmien fuq talba min-naħa tiegħu (profili tal-persunal);

(i)

tiżgura li jkun possibbli li jiġi verifikat u stabbilit lil liema korpi tista' tintbagħat id-data personali bl-użu ta' tagħmir għall-komunikazzjoni tad-data (kontroll tal-komunikazzjoni);

(j)

tiżgura li jkun sussegwentement possibbli li jiġi vverifikat u stabbilit liema data personali ddaħħlet f'sistemi awtomatizzati ta' pproċessar tad-data, meta u minn min (kontroll tad-dħul);

(k)

timpedixxi l-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzat ta' data personali waqt it-trasmissjoni ta' data personali jew waqt it-trasport ta' mezzi tad-data, b'mod partikolari b'tekniki kriptografiċi adatti (kontroll tat-trasport);

(l)

tikkontrolla l-effettività tal-miżuri ta' sigurtà msemmija f'dan il-paragrafu u tieħu l-miżuri organizzattivi meħtieġa relatati mal-monitoraġġ intern sabiex tiżgura konformità ma' dan ir-Regolament (awtoawditjar);

(m)

tiżgura li, f'każ ta' operazzjonijiet interrotti is-sistemi installati jkunu jistgħu jerġgħu jibdew joperaw b'mod normali (irkupru);

(n)

tiżgura li s-SIS taqdi l-funzjonijiet tagħha b'mod korrett, li l-ħsarat jiġu rrapportati (affidabbiltà) u li d-data personali maħżuna fis-SIS ma tistax tiġi korrotta permezz ta' ħsara fis-sistema (integrità); u

(o)

tiżgura s-sigurtà tas-siti tekniċi tagħha.

2.   L-eu-LISA għandha tieħu miżuri ekwivalenti għal dawk imsemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward tas-sigurtà f'dak li għandu x'jaqsam mal-ipproċessar u l-iskambju ta' informazzjoni supplimentari permezz tal-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni.

Artikolu 17

Kunfidenzjalità – l-eu-LISA

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17 tar-Regolamenti tal-Persunal, l-eu-Lisa għandha tapplika regoli adatti dwar is-segretezza professjonali jew dmirijiet ekwivalenti oħra ta' kunfidenzjalità ta' standard komparabbli għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament għall-membri tal-persunal kollha tagħha li jkunu meħtieġa jaħdmu bid-data tas-SIS. Dak l-obbligu għandu japplika wkoll meta dawn il-persuni ma jibqgħux fil-kariga jew fl-impjieg tagħhom jew wara t-tmiem tal-attivitajiet tagħhom.

2.   L-eu-LISA għandha tieħu miżuri ekwivalenti għal dawk imsemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward tal-kunfidenzjalità f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari permezz tal-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni.

3.   F'każ li l-eu-LISA tikkoopera ma' kuntratturi esterni fi kwalunkwe kompitu relatat mas-SIS, din għandha twettaq monitoraġġ mill-qrib tal-attivitajiet tal-kuntrattur sabiex tiżgura konformità mad-dispożizzjonijiet kollha ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari dwar is-sigurtà, il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data.

4.   Il-ġestjoni operazzjonali tas-CS-SIS ma għandhiex tiġi fdata lil kumpanniji privati jew lil organizzazzjonijiet privati.

Artikolu 18

Żamma ta' reġistri fuq livell ċentrali

1.   L-eu-LISA għandha tiżgura li kull aċċess għal u l-iskambji kollha ta' data personali fis-CS-SIS jiġu rreġistrati għall-finijiet iddikjarati fl-Artikolu 12(1).

2.   Ir-reġistri għandhom juru, b'mod partikolari, l-istorja tal-allert, id-data u l-ħin tal-attività tal-ipproċessar tad-data, id-data użata biex isir it-tiftix, referenza għad-datapproċessata u l-identifikaturi individwali u uniċi tal-utent tal-awtorità kompetenti li tipproċessa d-data.

3.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, jekk it-tiftix isir permezz ta' data dattiloskopika jew permezz ta' immaġni tal-wiċċ f'konformità mal-Artikolu 33, ir-reġistri għandhom juru t-tip ta' data li ntużat biex isir it-tiftix, minflok id-data reali.

4.   Ir-reġistri għandhom jintużaw biss għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u għandhom jitħassru tliet snin wara li jkunu nħolqu. Ir-reġistri li jinkludu l-istorja tal-allerti għandhom jitħassru tliet snin wara li jitħassru l-allerti.

5.   Ir-reġistri jistgħu jinżammu għal perijodi itwal minn dawk imsemmija fil-paragrafu 4 jekk ikunu meħtieġa għal proċeduri ta' monitoraġġ li jkunu diġà bdew.

6.   Għall-finijiet ta' awtomonitoraġġ u biex jiġi żgurat it-tħaddim korrett tas-CS-SIS, l-integrità u s-sigurtà tad-data, l-eu-LISA għandu jkollha aċċess għar-reġistri, skont il-limiti tal-kompetenza tagħha.

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jkollu aċċess għal dawk ir-reġistri fuq talba, skont il-limiti tal-kompetenza tiegħu u bil-għan li jkun jista' jwettaq il-kompiti tiegħu.

KAPITOLU IV

INFORMAZZJONI GĦALL-PUBBLIKU

Artikolu 19

Kampanji ta' informazzjoni dwar is-SIS

Fil-bidu tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji u mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, għandha twettaq kampanja biex tinforma lill-pubbliku dwar l-objettivi tas-SIS, id-data maħżuna fis-SIS, l-awtoritajiet li għandhom aċċess għas-SIS u d-drittijiet tas-suġġetti tad-data. Il-Kummissjoni għandha tirrepeti dawn il-kampanji regolarment, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Il-Kummissjoni għandha tiġġestixxi sit web disponibbli għall-pubbliku fejn tipprovdi l-informazzjoni kollha rilevanti dwar is-SIS. L-Istati Membri, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji tagħhom, għandhom ifasslu u jimplimentaw il-linji politiċi meħtieġa biex jinformaw liċ-ċittadini u r-residenti tagħhom b'mod ġenerali dwar is-SIS.

KAPITOLU V

ALLERTI GĦAL RIFJUT TA' DĦUL U TA' SOĠĠORN DWAR ĊITTADINI TA' PAJJIŻI TERZI

Artikolu 20

Kategoriji ta' data

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8(1) jew għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li jipprevedu l-ħżin ta' data addizzjonali, is-SIS għandu jkun fiha biss dawk il-kategoriji ta' data li jingħataw minn kull Stat Membru, kif meħtieġ għall-finijiet stabbiliti fl-Artikoli 24 u 25.

2.   Kwalunkwe allert fis-SIS li jinkludi informazzjoni dwar il-persuni għandu jkun fih biss id-data li ġejja:

(a)

kunjomijiet;

(b)

ismijiet;

(c)

ismijiet u kunjomijiet mat-twelid;

(d)

ismijiet u kunjomijiet u psewdonimi użati preċedentement;

(e)

kwalunkwe karatteristika fiżika speċifika u oġġettiva li x'aktarx ma tinbidilx;

(f)

post tat-twelid;

(g)

data tat-twelid;

(h)

ġeneru;

(i)

kull nazzjonalità;

(j)

jekk il-persuna kkonċernata:

(i)

hijiex armata;

(ii)

hijiex vjolenti;

(iii)

evadietx il-ġurisdizzjoni tal-qorti jew ħarbitx;

(iv)

hijiex f'riskju ta' suwiċidju;

(v)

hijiex ta' theddida għas-saħħa pubblika; jew

(vi)

hijiex involuta f'attività imsemmija fl-Artikoli 3 sa 14 tad-Direttiva (UE) 2017/541;

(k)

ir-raġuni għall-allert;

(l)

l-awtorità li ħolqot l-allert;

(m)

referenza għad-deċiżjoni li wasslet għall-allert;

(n)

l-azzjoni li għandha tittieħed f'każ ta' hit;

(o)

konnessjonijiet ma' allerti oħra skont l-Artikolu 48;

(p)

jekk il-persuna kkonċernata hijiex membru tal-familja ta' ċittadin tal-Unjoni jew ta' persuna oħra li tibbenefika mid-drittijiet ta' moviment liberu kif imsemmi fl-Artikolu 26;

(q)

jekk id-deċiżjoni għal rifjut ta' dħul u ta' soġġorn hijiex ibbażata fuq:

(i)

kundanna preċedenti kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 24(2);

(ii)

theddida serja għas-sigurtà kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 24(2);

(iii)

evitar tal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali dwar id-dħul u s-soġġorn kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 24(2);

(iv)

projbizzjoni fuq id-dħul kif msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 24(1); jew

(v)

miżura restrittiva kif imsemmi fl-Artikolu 25;

(r)

it-tip ta' reat;

(s)

il-kategorija tad-dokumenti ta' identifikazzjoni tal-persuna;

(t)

il-pajjiż li jkun ħareġ id-dokumenti ta' identifikazzjoni tal-persuna;

(u)

in-numru/i tad-dokumenti ta' identifikazzjoni tal-persuna;

(v)

id-data tal-ħruġ tad-dokumenti ta' identifikazzjoni tal-persuna;

(w)

ritratti u immaġnijiet tal-wiċċ;

(x)

data dattiloskopika;

(y)

kopja tad-dokumenti ta' identifikazzjoni, bil-kulur fejn possibbli.

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi u tiżviluppa r-regoli tekniċi meħtieġa biex tiddaħħal, tiġi aġġornata u titħassar u jsir tiftix fid-data msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u l-istandards komuni msemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 62(2).

4.   Ir-regoli tekniċi għandhom ikunu simili għal tiftix fis-CS-SIS, f'kopji nazzjonali jew kondiviżi u f'kopji tekniċi magħmula skont l-Artikolu 41(2). Dawn għandhom ikunu bbażati fuq standards komuni.

Artikolu 21

Proporzjonalità

1.   Qabel ma jdaħħlu allert u meta jestendu l-perijodu ta' validità ta' allert, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw jekk il-każ huwiex adegwat, rilevanti u importanti biżżejjed biex tiġi ġġustifikata allert fis-SIS.

2.   Fejn id-deċiżjoni ta' rifjut ta' dħul u ta' soġġorn imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 24(1) tkun relatata ma' reat terroristiku, il-każ għandu jitqies adegwat, rilevanti u importanti biżżejjed biex jiġġustifika allert fis-SIS. F'każijiet eċċezzjonali, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jdaħħlux allert meta dan x'aktarx li jostakola l-inkjesti, l-investigazzjonijiet jew il-proċeduri uffiċjali jew legali.

Artikolu 22

Rekwiżit biex jiddaħħal allert

1.   Is-sett minimu ta' data meħtieġa sabiex jiddaħħal allert fis-SIS għandu jkun id-data msemmija fil-punti (a), (g), (k), (m), (n) u (q) tal-Artikolu 20(2). Id-data l-oħra msemmija f'dak il-paragrafu għandha wkoll tiddaħħal fis-SIS jekk tkun disponibbli.

2.   Id-data msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 20(2) ta' dan ir-Regolament għandha tiddaħħal biss meta tkun strettament neċessarja għall-identifikazzjoni taċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat. Meta din id-data tiddaħħal, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2016/679.

Artikolu 23

Kompatibbiltà tal-allerti

1.   Qabel ma jdaħħal allert, l-Istat Membru għandu jivverifika jekk ikunx diġà nħareġ allert dwar il-persuna kkonċernata fis-SIS. Għal dak il-fini, għandha titwettaq ukoll verifika b'data dattiloskopika jekk tali data tkun disponibbli.

2.   Fis-SIS għandu jiddaħħal allert wieħed biss għal kull persuna minn kull Stat Membru. Fejn meħtieġ, jistgħu jiddaħħlu allerti ġodda dwar l-istess persuna minn Stati Membri oħra, f'konformità mal-paragrafu 3.

3.   Fejn ikun diġà nħareġ allert dwar il-persuna fis-SIS, l-Istat Membru li jixtieq idaħħal allert ġdid għandu jivverifika li ma hemm l-ebda inkompatibbiltà bejn l-allerti. Jekk ma jkunx hemm inkompatibbiltà, l-Istat Membru jista' jdaħħal l-allert il-ġdid. Jekk l-allerti jkunu inkompatibbli, l-Uffiċċji SIRENE tal-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lil xulxin billi jiskambjaw informazzjoni supplimentari sabiex jintlaħaq ftehim. Ir-regoli dwar il-kompatibbiltà tal-allerti għandhom jiġu stabbiliti fil-Manwal SIRENE. Tista' ssir deroga mir-regoli tal-kompatibbiltà b'segwitu għal konsultazzjoni bejn l-Istati Membri jekk l-interessi nazzjonali essenzjali jkunu f'riskju.

4.   F'każ ta' hits minn allerti multipli dwar l-istess persuna, l-Istat Membru ta' eżekuzzjoni għandu josserva r-regoli dwar l-ordni ta' prijorità għall-allerti stipulati fil-Manwal SIRENE.

Jekk persuna tkun is-suġġett ta' allerti multipli mdaħħla minn Stati Membri differenti, l-allerti għal arrest imdaħħla skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2018/1862 għandhom jiġu eżegwiti bħala prijorità, soġġetti għall-Artikolu 25 ta' dak ir-Regolament.

Artikolu 24

Kondizzjonijiet għad-dħul ta' allerti għal rifjut ta' dħul u ta' soġġorn

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu allert għal rifjut ta' dħul u ta' soġġorn meta tiġi ssodisfata waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-Istat Membru jkun ikkonkluda, abbażi ta' valutazzjoni individwali li tinkludi valutazzjoni taċ-ċirkostanzi personali taċ-ċittadin tal-pajjiż terz ikkonċernat u l-konsegwenzi li dan jiġi rifjutat id-dħul u s-soġġorn, li l-preżenza ta' dak iċ-ċittadin ta' pajjiż terz fit-territorju tiegħu tkun ta' theddida għall-politika pubblika, għas-sigurtà pubblika jew għas-sigurtà nazzjonali, u l-Istat Membru ikun konsegwentement adotta deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva f'konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu biex jiġi rrifjutat id-dħul u s-soġġorn u jkun ħareġ allert nazzjonali għal rifjut ta' dħul u ta' soġġorn; jew

(b)

l-Istat Membru jkun ħareġ projbizzjoni fuq id-dħul f'konformità ma' proċeduri li jirrispettaw id-Direttiva 2008/115/KE fir-rigward ta' ċittadin ta' pajjiż terz.

2.   Is-sitwazzjonijiet koperti mill-punt (a) tal-paragrafu 1 jirriżultaw meta:

(a)

ċittadin ta' pajjiż terz ikun instab ħati fi Stat Membru b'reat li jġorr piena li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà ta' mill-inqas sena;

(b)

ikun hemm raġunijiet serji biex wieħed jemmen li ċittadin ta' pajjiż terz wettaq reat kriminali serju, inkluż reat terroristiku, jew ikun hemm indikazzjonijiet ċari tal-intenzjoni tiegħu li jwettaq tali reat fit-territorju ta' Stat Membru; jew

(c)

ċittadin ta' pajjiż terz ikun evita jew ipprova jevita l-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali dwar id-dħul u s-soġġorn fit-territorju tal-Istati Membri.

3.   L-Istat Membru emittenti għandu jiżgura li l-allert isir effettiv fis-SIS hekk kif iċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat jitlaq mit-territorju tal-Istati Membri jew mill-aktar fis possibbli fejn l-Istat Membru emittenti jkun irċieva indikazzjonijiet ċari li ċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikun telaq mit-territorju tal-Istati Membri, sabiex jiġi impedit id-dħul mill-ġdid ta' dak iċ-ċittadin ta' pajjiż terz.

4.   Persuni li dwarhom tkun ittieħdet deċiżjoni ta' rifjut ta' dħul u ta' soġġorn kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkollhom id-dritt għal appell. Tali appelli għandhom isiru f'konformità mal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali, li għandhom jipprevedu li jkun jista' jintalab rimedju effettiv quddiem qorti.

Artikolu 25

Kondizzjonijiet għad-dħul ta' allerti dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu soġġetti għal miżuri restrittivi

1.   L-allerti dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi, li jkunu s-suġġett ta' miżura restrittiva maħsuba biex timpedixxi d-dħul fit-territorju tal-Istati Membri jew it-transitu minnu, meħuda f'konformità mal-atti legali adottati mill-Kunsill, inkluż miżuri li jimplimentaw projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar maħruġa mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, għandhom, sakemm ikunu ssodisfati r-rekwiżiti dwar il-kwalità tad-data, jiddaħħlu fis-SIS għall-fini ta' rifjut ta' dħul u ta' soġġorn.

2.   L-allerti għandhom jiddaħħlu, jinżammu aġġornati u jitħassru mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fiż-żmien tal-adozzjoni tal-miżura. Jekk dak l-Istat Membru ma jkollux aċċess għas-SIS jew għall-allerti mdaħħla f'konformità ma' dan ir-Regolament, ir-responsabbiltà għandha tittieħed mill-Istat Membru li jkollu l-Presidenza sussegwenti u li jkollu aċċess għas-SIS, inkluż għal allerti mdaħħla f'konformità ma' dan ir-Regolament.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-proċeduri neċessarji għad-dħul, l-aġġornament u t-tħassir ta' tali allerti.

Artikolu 26

Kondizzjonijiet biex jiddaħħlu allerti dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma benefiċjarji tad-dritt ta' moviment liberu fl-Unjoni

1.   Allert dwar ċittadin ta' pajjiż terz li huwa benefiċjarju tad-dritt ta' moviment liberu fl-Unjoni f'konformità mad-Direttiva 2004/38/KE bi ftehim bejn l-Unjoni jew l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha minn naħa, u pajjiż terz min-naħa l-oħra, għandu jikkonforma mar-regoli adottati bl-implimentazzjoni ta' dik id-Direttiva jew ta' dak il-ftehim.

2.   Fejn ikun hemm hit dwar allert imdaħħal f'konformità mal-Artikolu 24 dwar ċittadin ta' pajjiż terz li jkun benefiċjarju tad-dritt ta' moviment liberu fl-Unjoni, l-Istat Membru ta' eżekuzzjoni għandu jikkonsulta immedjatament lill-Istat Membru emittenti, permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari, sabiex jiddeċiedi mingħajr dewmien dwar l-azzjoni li għandha tittieħed.

Artikolu 27

Konsultazzjoni qabel ma jingħata jew jiġi estiż permess ta' residenza jew viża għal soġġorn fit-tul

Meta Stat Membru jikkunsidra li jagħti jew jestendi permess ta' residenza jew viża għal soġġorn fit-tul lil ċittadin ta' pajjiż terz li jkun diġà nħareġ allert dwaru għal rifjut ta' dħul u ta' soġġorn minn Stat Membru ieħor, l-Istati Membri involuti għandhom jikkonsultaw lil xulxin, permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari, f'konformità mar-regoli li ġejjin:

(a)

l-Istat Membru tal-għoti għandu jikkonsulta lill-Istat Membru emittenti qabel ma jagħti jew jestendi l-permess ta' residenza jew il-viża għal soġġorn fit-tul;

(b)

l-Istat Membru emittenti għandu jwieġeb it-talba għal konsultazzjoni fi żmien 10 ijiem kalendarji;

(c)

in-nuqqas ta' tweġiba sal-iskadenza msemmija fil-punt (b) għandu jfisser li l-Istat Membru emittenti ma joġġezzjonax għall-għoti jew l-estensjoni tal-permess ta' residenza jew tal-viża għal soġġorn fit-tul;

(d)

meta jieħu d-deċiżjoni rilevanti, l-Istat Membru tal-għoti għandu jikkunsidra r-raġunijiet għad-deċiżjoni tal-Istat Membru emittenti u għandu jikkunsidra, f'konformità mal-liġi nazzjonali, kwalunkwe theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà pubblika li tista' tinħoloq mill-preżenza taċ-ċittadin ta' pajjiż terz inkwistjoni fit-territorju tal-Istati Membri;

(e)

l-Istat Membru tal-għoti għandu jinnotifika lill-Istat Membru emittenti dwar id-deċiżjoni tiegħu; u

(f)

fejn l-Istat Membru tal-għoti jinnotifika lill-Istat Membru emittenti li huwa biħsiebu jagħti jew jestendi l-permess ta' residenza jew il-viża għal soġġorn fit-tul jew li huwa jkun iddeċieda li jagħmel dan, l-Istat Membru emittenti għandu jħassar l-allert għal rifjut ta' dħul u ta' soġġorn.

Id-deċiżjoni finali jekk jagħtix permess ta' residenza jew viża għal soġġorn fit-tul lil ċittadin ta' pajjiż terz, għandha tittieħed mill-Istat Membru tal-għoti.

Artikolu 28

Konsultazzjoni qabel ma jiddaħħal allert għal rifjut ta' dħul u ta' soġġorn

Fejn Stat Membru jkun ħa d-deċiżjoni ta' ritorn imsemmija fl-Artikolu 24(1) u jikkunsidra li jdaħħal allert għal rifjut ta' dħul u ta' soġġorn dwar ċittadin ta' pajjiż terz li jkun id-detentur ta' permess ta' residenza validu jew viża valida għal soġġorn fit-tul mogħtija minn Stat Membru ieħor, l-Istati Membri involuti għandhom jikkonsultaw lil xulxin, permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari, f'konformità mar-regoli li ġejjin:

(a)

l-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 24(1) għandu jinforma lill-Istat Membru tal-għoti dwar id-deċiżjoni;

(b)

l-informazzjoni skambjata skont il-punt (a) ta' dan l-Artikolu għandha tinkludi biżżejjed dettall dwar ir-raġunijiet għad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 24(1);

(c)

abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 24(1), l-Istat Membru tal-għoti għandu jikkunsidra jekk hemmx raġunijiet għall-irtirar tal-permess ta' residenza jew tal-viża għal soġġorn fit-tul;

(d)

meta jieħu d-deċiżjoni rilevanti, l-Istat Membru tal-għoti għandu jikkunsidra r-raġunijiet għad-deċiżjoni tal-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 24(1) u għandu jikkunsidra, f'konformità mal-liġi nazzjonali, kwalunkwe theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà pubblika li tista' tinħoloq mill-preżenza taċ-ċittadin ta' pajjiż terz inkwistjoni fit-territorju tal-Istati Membri;

(e)

fi żmien 14-il jum kalendarju wara li jirċievi t-talba għal konsultazzjoni, l-Istat Membru tal-għoti għandu jinnotifika lill-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 24(1) dwar id-deċiżjoni tiegħu jew, fejn ma kienx possibbli li l-Istat Membru tal-għoti jieħu deċiżjoni f'dak il-perijodu, għandu jagħmel talba motivata biex b'mod eċċezzjonali jiġi estiż il-perijodu ta' żmien għat-tweġiba tiegħu għal mhux aktar minn 12-il jum kalendarju ieħor;

(f)

fejn l-Istat Membru tal-għoti jinnotifika lill-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 24(1) li huwa ser iżomm il-permess ta' residenza jew il-viża għal soġġorn fit-tul, l-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni ma għandux idaħħal l-allert għal rifjut ta' dħul u ta' soġġorn.

Artikolu 29

Konsultazzjoni a posteriori wara li jiddaħħal allert għal rifjut ta' dħul u ta' soġġorn

Fejn jirriżulta li Stat Membru jkun daħħal allert għal rifjut ta' dħul u ta' soġġorn dwar ċittadin ta' pajjiż terz li huwa d-detentur ta' permess ta' residenza validu jew ta' viża valida għal soġġorn fit-tul mogħtija minn Stat Membru ieħor, l-Istati Membri involuti għandhom jikkonsultaw lil xulxin, permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari, f'konformità mar-regoli li ġejjin:

(a)

l-Istat Membru emittenti għandu jinforma lill-Istat Membru tal-għoti dwar l-allert għal rifjut ta' dħul u ta' soġġorn;

(b)

l-informazzjoni skambjata msemmija fil-punt (a) għandha tinkludi biżżejjed dettall dwar ir-raġunijiet għall-allert għal rifjut ta' dħul u ta' soġġorn;

(c)

abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istat Membru emittenti, l-Istat Membru tal-għoti għandu jikkunsidra jekk hemmx raġunijiet għall-irtirar tal-permess ta' residenza jew tal-viża għal soġġorn fit-tul;

(d)

meta jieħu d-deċiżjoni tiegħu, l-Istat Membru tal-għoti għandu jikkunsidra r-raġunijiet għad-deċiżjoni tal-Istat Membru emittenti u għandu jikkunsidra, f'konformità mal-liġi nazzjonali, kwalunkwe theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà pubblika li tista' tinħoloq mill-preżenza taċ-ċittadin ta' pajjiż terz inkwistjoni fit-territorju tal-Istati Membri;

(e)

fi żmien 14-il jum kalendarju minn meta jirċievi t-talba għal konsultazzjoni, l-Istat Membru tal-għoti għandu jinnotifika lill-Istat Membru emittenti dwar id-deċiżjoni tiegħu jew, fejn ma kienx possibbli għall-Istat Membru tal-għoti li jieħu deċiżjoni f'dak il-perijodu, għandu jagħmel talba motivata biex jiġi estiż b'mod eċċezzjonali l-perijodu ta' żmien għat-tweġiba tiegħu għal mhux aktar minn 12-il jum kalendarju ieħor;

(f)

fejn l-Istat Membru tal-għoti jinnotifika lill-Istat Membru emittenti li huwa ser iżomm il-permess ta' residenza jew il-viża għal soġġorn fit-tul, l-Istat Membru emittenti għandu jħassar immedjatament l-allert għal rifjut ta' dħul u ta' soġġorn.

Artikolu 30

Konsultazzjoni f'każ ta' hit dwar ċittadin ta' pajjiż terz li jkollu permess ta' residenza validu jew viża valida għal soġġorn fit-tul

Fejn Stat Membru jiltaqa' ma' hit dwar allert għal rifjut ta' dħul u ta' soġġorn imdaħħal minn Stat Membru dwar ċittadin ta' pajjiż terz li huwa d-detentur ta' permess ta' residenza validu jew ta' viża valida għal soġġorn fit-tul mogħtija minn Stat Membru ieħor, l-Istati Membri involuti għandhom jikkonsultaw lil xulxin permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari f'konformità mar-regoli li ġejjin:

(a)

l-Istat Membru ta' eżekuzzjoni għandu jinforma lill-Istat Membru emittenti dwar is-sitwazzjoni;

(b)

l-Istat Membru emittenti għandu jagħti bidu għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 29;

(c)

l-Istat Membru emittenti għandu jinnotifika lill-Istat Membru ta' eżekuzzjoni dwar l-eżitu wara l-konsultazzjoni.

Id-deċiżjoni dwar id-dħul taċ-ċittadin ta' pajjiż terz għandha tittieħed mill-Istat Membru ta' eżekuzzjoni f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/399.

Artikolu 31

Statistika dwar l-iskambju ta' informazzjoni

L-Istati Membri għandhom jipprovdu statistika lill-eu-LISA fuq bażi annwali dwar l-iskambji ta' informazzjoni mwettqa f'konformità mal-Artikoli 27 sa 30 u dwar il-każijiet fejn l-iskadenzi previsti f'dawk l-Artikoli ma jkunux ġew ir-rispettati.

KAPITOLU VI

TIFTIX B'DATA BIJOMETRIKA

Artikolu 32

Regoli speċifiċi biex jiddaħħlu ritratti, immaġnijiet tal-wiċċ u data dattiloskopika

1.   Huma biss ir-ritratti, l-immaġnijiet tal-wiċċ u d-data dattiloskopika msemmija fil-punti (w) u (x) tal-Artikolu 20(2) li jissodisfaw l-istandards minimi tal-kwalità tad-data u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, li għandhom jiddaħħlu fis-SIS. Qabel ma tiddaħħal din id-data, għandha ssir verifika tal-kwalità sabiex jiġi żgurat li jkunu ntlaħqu l-istandards minimi tal-kwalità tad-data u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.

2.   Id-data dattiloskopika mdaħħla fis-SIS tista' tikkonsisti minn wieħed sa għaxar marki tas-swaba' ċatti u minn wieħed sa għaxar marki tas-swaba' rroljati. Tista' tinkludi wkoll sa żewġ marki tal-pala tal-id.

3.   Għall-ħżin tad-data bijometrika msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu stabbiliti, f'konformità mal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, standards minimi tal-kwalità tad-data u speċifikazzjonijiet tekniċi. Dawk l-istandards minimi tal-kwalità tad-data u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jistabbilixxu l-livell tal-kwalità meħtieġ għall-użu tad-data biex l-identità ta' persuna tiġi vverifikata f'konformità mal-Artikolu 33(1) u għall-użu tad-data biex persuna tiġi identifikata f'konformità mal-Artikolu 33(2) sa (4).

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-istandards minimi tal-kwalità tad-data u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fil-paragrafi 1 u 3 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 62(2).

Artikolu 33

Regoli speċifiċi għall-verifika jew it-tiftix permezz ta' ritratti, immaġnijiet tal-wiċċ u data dattiloskopika

1.   Meta r-ritratti, l-immaġnijiet tal-wiċċ u d-data dattiloskopika jkunu disponibbli f'allert fis-SIS, tali ritratti, immaġnijiet tal-wiċċ u data dattiloskopika għandhom jintużaw biex tiġi kkonfermata l-identità ta' persuna li tkun ġiet lokalizzata bħala riżultat ta' tiftix alfanumeriku magħmul fis-SIS.

2.   Jista' jsir tiftix fid-data dattiloskopika fil-każijiet kollha biex persuna tiġi identifikata. Però jista' jsir tiftix fid-data dattiloskopika biex persuna tiġi identifikata fejn l-identità ta' persuna ma tkunx tista' tiġi aċċertata b'mezzi oħra. Għal dak il-fini, is-SIS Ċentrali għandha tinkludi Sistema Awtomatizzata għall-Identifikazzjoni tal-Marki tas-Swaba' (AFIS).

3.   Jista' wkoll isir tiftix fid-data dattiloskopika fis-SIS fir-rigward ta' allerti mdaħħla f'konformità mal-Artikoli 24 u 25 permezz ta' settijiet kompluti jew mhux kompluti ta' marki tas-swaba' jew ta' marki tal-pala tal-id misjuba fil-post ta' reati kriminali serji jew reati terroristiċi li jkunu qed jiġu investigati, fejn ikun jista' jiġi stabbilit bi grad għoli ta' probabbiltà li dawk is-settijiet ta' marki jappartjenu lil awtur ta' reat, u dment li t-tiftix jitwettaq b'mod simultanju fil-bażijiet ta' data tal-Istati Membri rilevanti fejn ikunu maħżuna l-marki tas-swaba'.

4.   Hekk kif isir teknikament possibbli, u filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta' affidabbiltà ta' identifikazzjoni, jistgħu jintużaw ritratti u immaġnijiet tal-wiċċ għall-identifikazzjoni ta' persuna fil-kuntest ta' punti ta' qsim regolari tal-fruntieri.

Qabel ma din il-funzjonalità tiġi implimentata fis-SIS, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar id-disponibbiltà, l-istat ta' tħejjija u l-affidabbiltà tat-teknoloġija meħtieġa., Il-Parlament Ewropew għandu jiġi kkonsultat dwar ir-rapport.

Wara li din il-funzjonalità tibda tintuża fil-punti ta' qsim regolari tal-fruntieri, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 61 biex tissupplimenta dan ir-Regolament fir-rigward tad-determinazzjoni ta' ċirkostanzi oħra li fihom jistgħu jintużaw ritratti u immaġnijiet tal-wiċċ biex il-persuni jiġu identifikati.

KAPITOLU VII

DRITT TA' AĊĊESS U RIEŻAMI U TĦASSIR TAL-ALLERTI

Artikolu 34

Awtoritajiet kompetenti nazzjonali li għandhom id-dritt jaċċessaw id-data fis-SIS

1.   L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali responsabbli għall-identifikazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għandu jkollhom aċċess għad-data mdaħħla fis-SIS u d-dritt li jfittxu f'din id-data direttament jew f'kopja tal-bażi tad-data tas-SIS għall-finijiet ta':

(a)

kontroll fuq il-fruntieri, f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/399;

(b)

verifiki doganali u mill-pulizija mwettqa fl-Istat Membru kkonċernat, u l-koordinazzjoni ta' tali verifiki mill-awtoritajiet maħtura;

(c)

il-prevenzjoni, il-kxif, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, fl-Istat Membru kkonċernat, dment li tkun tapplika d-Direttiva (UE) 2016/680;

(d)

eżaminar tal-kondizzjonijiet u teħid ta' deċiżjonijiet relatati mad-dħul u s-soġġorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi fit-territorju tal-Istati Membri, inkluż dwar permessi ta' residenza u viżi għal soġġorn fit-tul, u mar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, kif ukoll it-twettiq ta' verifiki dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu deħlin jew li jkunu qed joqgħodu b'mod illegali fit-territorju tal-Istati Membri;

(e)

verifiki ta' sigurtà dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi li japplikaw għal protezzjoni internazzjonali, dment li l-awtoritajiet li jwettqu v-verifiki ma humiex “awtoritajiet determinanti” kif definit fil-punt (f) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (35), u jekk ikun il-każ, biex jiġi pprovdut parir f'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 377/2004 (36);

(f)

eżaminar tal-applikazzjonijiet għal viża u teħid ta' deċiżjonijiet relatati ma' dawk l-applikazzjonijiet inkluż dwar l-annullament, ir-revoka jew l-estensjoni ta' viżi, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (37).

2.   Id-dritt ta' aċċess għad-data fis-SIS u d-dritt li jsir tiftix dirett f'din id-data jistgħu jiġu eżerċitati wkoll minn awtoritajiet kompetenti nazzjonali responsabbli għan-naturalizzazzjoni, kif previst fil-liġi nazzjonali, bil-fini li tiġi eżaminata applikazzjoni għan-naturalizzazzjoni.

3.   Għall-finijiet tal-Artikoli 24 u 25 id-dritt ta' aċċess għad-data fis-SIS u d-dritt li jsir tiftix dirett f'din id-data jistgħu jiġu eżerċitati wkoll minn awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali, inkluż dawk responsabbli biex jagħtu bidu għal prosekuzzjonijiet pubbliċi fi proċedimenti kriminali u għal inkjesti ġudizzjarji qabel persuna tiġi akkużata, fil-qadi ta' dmirijiethom, kif previst fil-liġi nazzjonali, u mill-awtoritajiet ta' koordinazzjoni tagħhom.

4.   Id-dritt ta' aċċess għal data li tikkonċerna dokumenti relatati ma' persuni mdaħħla f'konformità mal-Artikolu 38(2)(k) u (l) tar-Regolament (UE) 2018/1862 u d-dritt ta' tiftix f'tali data jistgħu wkoll jiġu eżerċitati mill-awtoritajiet imsemmija fil-punt (f) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

5.   L-awtoritajiet kompetenti msemmija f'dan l-Artikolu għandhom ikunu inklużi fil-lista msemmija fl-Artikolu 41(8).

Artikolu 35

Aċċess għad-data fis-SIS mill-Europol

1.   L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) stabbilita bir-Regolament (UE) 2016/794 għandu jkollha, fejn dan ikun meħtieġ biex taqdi l-mandat tagħha, id-dritt ta' aċċess għal u tiftix fid-data fis-SIS. Il-Europol tista' wkoll tiskambja u ulterjorment titlob informazzjoni supplimentari f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Manwal SIRENE.

2.   Fejn tiftix mill-Europol jiżvela l-eżistenza ta' allert fis-SIS, il-Europol għandha tinforma immedjatament lill-Istat Membru emittenti permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari permezz tal-infrastruttura ta' komunikazzjoni u f'konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Manwal SIRENE. Sakemm il-Europol tkun tista' tuża l-funzjonalitajiet previsti għall-iskambju ta' informazzjoni addizzjonali, din għandha tinforma lill-Istat Membru emittenti permezz tal-mezzi definiti fir-Regolament (UE) 2016/794.

3.   Il-Europol tista' tipproċessa l-informazzjoni supplimentari li tkun ingħatat mill-Istati Membri għall-finijiet ta' tqabbil mal-bażijiet ta' data u mal-proġetti ta' analiżi operazzjonali tagħha, bil-għan li tidentifika konnessjonijiet jew rabtiet rilevanti oħra u għall-analiżijiet strateġiċi, tematiċi jew operazzjonali msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) 2016/794. Kwalunkwe pproċessar ta' informazzjoni supplimentari mill-Europol għall-fini ta' dan l-Artikolu għandu jsir f'konformità ma' dak ir-Regolament.

4.   L-użu ta' informazzjoni mill-Europol miksuba minn tiftix fis-SIS jew mill-ipproċessar ta' informazzjoni supplimentari għandu jkun soġġett għall-kunsens tal-Istat Membru emittenti. Jekk l-Istat Membru jippermetti l-użu ta' tali informazzjoni, it-trattament tagħha mill-Europol għandu jkun irregolat mir-Regolament (UE) 2016/794. Il-Europol għandha tikkomunika biss tali informazzjoni lil pajjiżi terzi u korpi terzi bil-kunsens tal-Istat Membru emittenti u b'konformità mal-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data.

5.   Il-Europol:

(a)

mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 4 u 6, ma għandhiex tikkonnettja partijiet mis-SIS, jew tittrasferixxi d-data li tkun tinsab fiha u li jkollha aċċess għaliha, ma' xi sistema għall-ġbir u għall-ipproċessar tad-data mħaddma mill-Europol jew fil-Europol, lanqas ma għandha tniżżel jew tikkopja xi parti mis-SIS;

(b)

minkejja l-Artikolu 31(1) tar-Regolament (UE) 2016/794, għandha tħassar l-informazzjoni supplimentari li jkun fiha data personali mhux aktar tard minn sena wara li l-allert relatat ikun tħassar. Permezz ta' deroga, fejn il-Europol ikollha informazzjoni fil-bażijiet ta' data tagħha jew fil-proġetti ta' analiżi operazzjonali tagħha dwar każ li miegħu tkun relatata l-informazzjoni supplimentari, sabiex twettaq il-kompiti tagħha, il-Europol tista' b'mod eċċezzjonali tkompli taħżen l-informazzjoni supplimentari fejn ikun meħtieġ. Il-Europol għandha tinforma lill-Istat Membru emittenti u dak ta' eżekuzzjoni li ser tkompli taħżen din l-informazzjoni supplimentari u tippreżenta ġustifikazzjoni għal dan;

(c)

għandha tillimita l-aċċess għad-data fis-SIS, inkluż għall-informazzjoni supplimentari, għall-persunal tal-Europol li jkun speċifikament awtorizzat u li jkun jeħtieġ aċċess għal tali data biex iwettaq il-kompiti tiegħu;

(d)

għandha tadotta u tapplika miżuri biex jiġu żgurati s-sigurtà, il-kunfidenzjalità u l-awtomonitoraġġ f'konformità mal-Artikoli 10, 11 u 13;

(e)

għandha tiżgura li l-persunal tagħha li huwa awtorizzat jipproċessa data tas-SIS, jirċievi taħriġ u informazzjoni adatti f'konformità mal-Artikolu 14(1); u

(f)

mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2016/794, għandha tippermetti li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jwettaq monitoraġġ u jirrieżamina l-attivitajiet tal-Europol fit-twettiq tad-dritt tiegħu ta' aċċess għal u tiftix fid-data fis-SIS u fl-iskambju u l-ipproċessar ta' informazzjoni supplimentari.

6.   Il-Europol għandha tikkopja d-data mis-SIS biss għal finijiet tekniċi, fejn tali kkupjar ikun meħtieġ biex il-persunal debitament awtorizzat tal-Europol ikun jista' jwettaq tiftix dirett. Dan ir-Regolament għandhom japplikaw għal tali kopji. Il-kopja teknika għandha tintuża biss għall-fini ta' ħżin ta' data tas-SIS waqt li jsir tiftix f'dik id-data. Ladarba t-tiftix f'dik id-data jkun sar, din għandha titħassar. Dawn l-użi ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala tniżżil jew ikkupjar illegali ta' data tas-SIS. Il-Europol ma għandhiex tikkopja data ta' allerti jew data addizzjonali maħruġa mill-Istati Membri jew mis-CS-SIS f'sistemi oħra tal-Europol.

7.   Għall-fini ta' verifika tal-legalità tal-ipproċessar tad-data, ta' awtomonitoraġġ u biex jiġu żgurati s-sigurtà u l-integrità xierqa tad-data, il-Europol għandha żżomm reġistri ta' kull aċċess u tiftix fis-SIS f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12. Tali reġistri u dokumentazzjoni ma għandhomx jitqiesu bħala tniżżil jew ikkupjar illegali ta' parti mis-SIS.

8.   L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Europol permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari dwar kwalunkwe hit dwar allerti relatati ma' reati terroristiċi. B'mod eċċezzjonali l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jinformawx lill-Europol jekk dan jikkomprometti investigazzjonijiet li jkunu għaddejjin, is-sikurezza ta' individwu jew imorru kontra l-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Istat Membru emittenti.

9.   Il-paragrafu 8 għandu japplika mid-data li minnha l-Europol tkun tista' tirċievi informazzjoni supplimentari f'konformità mal-paragrafu 1.

Artikolu 36

Aċċess għad-data tas-SIS mit-timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta, it-timijiet ta' persunal involuti f'kompiti relatati mar-ritorn, u membri tat-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni

1.   F'konformità mal-Artikolu 40(8) tar-Regolament (UE) 2016/1624, il-membri tat-timijiet imsemmija fil-punti (8) u (9) tal-Artikolu 2 ta' dak ir-Regolament għandhom, fi ħdan il-mandat tagħhom u dment li jkunu awtorizzati jwettqu verifiki f'konformità mal-Artikolu 34(1) ta' dan ir-Regolament u jkunu ħadu t-taħriġ meħtieġ f'konformità mal-Artikolu 14(1) ta' dan ir-Regolament, ikollhom id-dritt ta' aċċess għal u tiftix fid-data fis-SIS sa fejn ikun neċessarju biex iwettqu l-kompitu tagħhom u kif meħtieġ mill-pjan operazzjonali għal operazzjoni speċifika. L-aċċess għad-data fis-SIS ma għandux jiġi estiż lil xi membri oħra tat-tim.

2.   Il-membri tat-timijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jeżerċitaw id-dritt ta' aċċess għal u tiftix fid-data fis-SIS f'konformità mal-paragrafu 1 permezz ta' interfaċċa teknika. L-interfaċċa teknika għandha tiġi stabbilita u ġestita mill-Aġenzija Ewropea tal-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u għandha tippermetti konnessjoni diretta mas-SIS Ċentrali.

3.   Meta tiftix minn membru tat-timijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jiżvela l-eżistenza ta' allert fis-SIS, l-Istat Membru emittenti għandu jiġi informat b'dan. F'konformità mal-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) 2016/1624, il-membri tat-timijiet għandhom jaġixxu biss b'rispons għal allert fis-SIS skont struzzjonijiet minn u, bħala regola ġenerali, fil-preżenza ta' gwardji tal-fruntiera jew ta' persunal involut f'kompiti relatati mar-ritorn tal-Istat Membru ospitanti li fih ikunu qegħdin joperaw. L-Istat Membru ospitanti jista' jawtorizza lill-membri tat-timijiet biex jaġixxu f'ismu.

4.   Għall-fini li tiġi vverifikata l-legalità tal-ipproċessar tad-data, tal-awtomonitoraġġ u biex jiġu żgurati s-sigurtà u l-integrità xierqa tad-data, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha żżomm reġistri ta' kull aċċess u tiftix fis-SIS f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12.

5.   L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tadotta u tapplika miżuri biex tiżgura s-sigurtà, il-kunfidenzjalità u l-awtomonitoraġġ f'konformità mal-Artikoli 10, 11 u 13 u għandha tiżgura li t-timijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, japplikaw dawk il-miżuri.

6.   Xejn f'dan l-Artikolu ma għandu jiġi interpretat b'mod li jaffettwa d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/1624 li jikkonċernaw il-protezzjoni tad-data jew ir-responsabbiltà tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għal kwalunkwe pproċessar mhux awtorizzat jew skorrett ta' data.

7.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, l-ebda parti tas-SIS ma għandha tkun konnessa ma' xi sistema għall-ġbir u l-ipproċessar ta' data li titħaddem mit-timijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jew mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, u l-ebda data li tinsab fis-SIS u li dawk it-timijiet għandhom aċċess għaliha ma għandha tiġi trasferita għal tali sistema. L-ebda parti mis-SIS ma għandha titniżżel jew tiġi kkupjata. Ir-reġistrazzjoni tal-aċċess u t-tiftix ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala tniżżil jew ikkupjar illegali ta' data tas-SIS.

8.   L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tippermetti li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jwettaq monitoraġġ u jirrieżamina l-attivitajiet tat-timijiet imsemmija f'dan l-Artikolu fit-twettiq tad-dritt tagħhom ta' aċċess għal u tiftix fid-data fis-SIS. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ulterjuri tar-Regolament (UE) 2018/1725.

Artikolu 37

Evalwazzjoni tal-użu tas-SIS mill-Europol u mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta

1.   Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni tat-tħaddim u l-użu tas-SIS mill-Europol u mit-timijiet imsemmija fl-Artikolu 36(1) tal-inqas kull ħames snin.

2.   Il-Europol u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandhom jiżguraw li jsir segwitu adegwat għas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mill-evalwazzjoni.

3.   Għandu jintbagħat rapport dwar ir-riżultati tal-evalwazzjoni u s-segwitu tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 38

Ambitu tal-aċċess

L-utenti finali, inkluż il-Europol u l-membri tat-timijiet imsemmija fil-punti (8) u (9) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/1624, għandu jkollhom aċċess biss għad-data li jkunu jeħtieġu għat-twettiq tal-kompiti tagħhom.

Artikolu 39

Perijodu ta' rieżami għall-allerti

1.   L-allerti għandhom jinżammu biss għaż-żmien meħtieġ biex jinkisbu l-finijiet li għalihom ikunu ddaħħlu.

2.   Stat Membru emittenti għandu, fi żmien tliet snin minn meta jdaħħal l-allert fis-SIS, jirrieżamina l-ħtieġa taż-żamma tiegħu. Madankollu, jekk id-deċiżjoni nazzjonali li fuqha jkun ibbażat l-allert tipprevedi perijodu ta' validità itwal minn tliet snin, l-allert għandu jiġi rieżaminat fi żmien ħames snin.

3.   Kull Stat Membru għandu, fejn xieraq, jistabbilixxi perijodi iqsar tar-rieżami f'konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu.

4.   Fi ħdan il-perijodu tar-rieżami, l-Istat Membru emittenti jista', b'segwitu għal valutazzjoni individwali komprensiva li għandha tiġi rreġistrata, jiddeċiedi li jżomm l-allert għal aktar żmien mill-perijodu ta' reviżjoni, fejn jirriżulta li dan ikun meħtieġ u proporzjonat għall-finijiet li għalihom ikun iddaħħal l-allert. F'dan il-każ, il-paragrafu 2 għandu japplika wkoll għall-estensjoni. Kwalunkwe estensjoni bħal din għandha tiġi kkomunikata lis-CS-SIS.

5.   L-allerti għandhom jitħassru awtomatikament wara l-perijodu tar-rieżami msemmi fil-paragrafu 2 ikun skada ħlief meta l-Istat Membru emittenti jkun informa lis-CS-SIS dwar estensjoni skont il-paragrafu 4. Is-CS-SIS għandha awtomatikament tinforma lill-Istati Membri emittenti dwar it-tħassir skedat ta' data erba' xhur minn qabel.

6.   L-Istati Membri għandhom iżommu statistika dwar l-għadd ta' allerti li l-perijodu ta' żamma tagħhom ikun ġie estiż f'konformità mal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu u, fuq talba, jgħadduha lill-awtoritajiet superviżorji msemmija fl-Artikolu 55.

7.   Hekk kif isir evidenti għal Uffiċċju SIRENE, li allert jkun laħaq il-fini tiegħu u li għalhekk għandu jitħassar, dan għandu jinnotifika immedjatament lill-awtorità li tkun ħolqot l-allert. L-awtorità għandu jkollha 15-il jum kalendarju minn meta taslilha dik in-notifika biex twieġeb li l-allert ikun tħassar jew għandu jitħassar jew inkella għandha tiddikjara r-raġunijiet għaż-żamma tal-allert. Jekk ma tasal l-ebda tweġiba sa tmiem il-perijodu ta' 15-il jum, l-Uffiċċju SIRENE għandu jiżgura li l-allert jitħassar. Fejn ikun permess mil-liġi nazzjonali, l-allert għandu jitħassar mill-Uffiċċju SIRENE. L-Uffiċċji SIRENE għandhom jirrapportaw kwalunkwe kwistjoni rikorrenti li jkollhom meta jaġixxu skont dan il-paragrafu lill-awtorità superviżorja tagħhom.

Artikolu 40

Tħassir tal-allerti

1.   L-allerti għal rifjut ta' dħul u ta' soġġorn skont l-Artikolu 24 għandhom jitħassru:

(a)

meta l-awtorità kompetenti tkun irtirat jew annullat id-deċiżjoni li abbażi tagħha jkun iddaħħal l-allert; jew

(b)

fejn applikabbli, b'segwitu għall-proċedura ta' konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 27 u l-Artikolu 29.

2.   L-allerti dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma s-suġġett ta' miżura restrittiva maħsuba biex jiġi impedit d-dħul fit-territorju tal-Istati Membri jew it-transitu minnu, għandhom jitħassru meta l-miżura restrittiva tkun intemmet, ġiet sospiża jew annullata.

3.   L-allerti dwar persuna li tkun kisbet ċittadinanza ta' Stat Membru jew ta' kwalunkwe Stat li ċ-ċittadini tiegħu jibbenefikaw mid-dritt ta' moviment liberu skont il-liġi tal-Unjoni għandhom jitħassru hekk kif l-Istat Membru emittenti jsir jaf, jew jiġi informat skont l-Artikolu 44, li l-persuna inkwistjoni tkun kisbet din iċ-ċittadinanza.

4.   L-allerti għandhom jitħassru mal-iskadenza tal-allert f'konformità mal-Artikolu 39.

KAPITOLU VIII

REGOLI ĠENERALI DWAR L-IPPROĊESSAR TAD-DATA

Artikolu 41

Ipproċessar tad-data tas-SIS

1.   L-Istati Membri għandhom jipproċessaw biss id-data msemmija fl-Artikolu 20 għall-finijiet ta' rifjut ta' dħul u ta' soġġorn fit-territorji tagħhom.

2.   Id-data għandha tiġi kkupjata biss għal finijiet tekniċi, fejn tali kkupjar ikun meħtieġ sabiex l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 34 iwettqu tiftix dirett. Dan ir-Regolament għandhom japplikaw għal dawk il-kopji. Stat Membru ma għandux jikkopja data ta' allert jew data addizzjonali mdaħħla minn Stat Membru ieħor mill-N.SIS tiegħu jew mis-CS-SIS f'fajls oħra ta' data nazzjonali.

3.   Kopji tekniċi msemmija fil-paragrafu 2 li jirriżultaw f'bażijiet ta' data offline jistgħu jinżammu biss għal perijodu ta' mhux aktar minn 48 siegħa.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, ma għandhomx ikunu permessi kopji tekniċi li jirriżultaw f'bażijiet ta' data offline mill-awtoritajiet li joħorġu l-viżi, bl-eċċezzjoni tal-kopji li jsiru biex jintużaw biss f'każ ta' emerġenza jekk in-netwerk ikun ilu indisponibbli għal aktar minn 24 siegħa.

L-Istati Membri għandhom iżommu inventarju aġġornat ta' dawk il-kopji, iqiegħdu dak l-inventarju għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet superviżorji tagħhom, u jiżguraw li dan ir-Regolament, b'mod partikolari l-Artikolu 10, jiġi applikat fir-rigward ta' dawk il-kopji.

4.   L-aċċess għal data fis-SIS mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali msemmija fl-Artikolu 34 għandu jkun awtorizzat biss fil-limiti tal-kompetenza tagħhom u biss għall-persunal debitament awtorizzat.

5.   Kull ipproċessar ta' data tas-SIS mill-Istati Membri għal finijiet li mhumiex dawk li għalihom tkun iddaħħlet fis-SIS għandu jkun marbut ma' każ speċifiku u ġġustifikat mill-ħtieġa li tiġi impedita theddida serja u imminenti għall-ordni pubbliku u għas-sigurtà pubblika, abbażi ta' raġunijiet serji ta' sigurtà nazzjonali jew għall-finijiet tal-prevenzjoni ta' reat kriminali serju. Għal dan il-fini għandha tinkiseb awtorizzazzjoni minn qabel mill-Istat Membru emittenti.

6.   Id-data li tikkonċerna dokumenti relatati ma' persuni mdaħħla fis-SIS skont il-punti (k) u (l) tal-Artikolu 38(2) tar-Regolament (UE) 2018/1862 tista' tintuża mill-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 34(1) f'konformità mal-liġijiet ta' kull Stat Membru.

7.   Kull użu ta' data tas-SIS li ma jikkonformax mal-paragrafi 1 sa 6 ta' dan l-Artikolu għandu jitqies bħala użu mhux xieraq skont il-liġi ta' kull Stat Membru u għandu jkun soġġett għal pieni f'konformità mal-Artikolu 59.

8.   Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-eu-LISA lista tal-awtoritajiet kompetenti tiegħu li huma awtorizzati li jfittxu fid-data fis-SIS direttament skont dan ir-Regolament, kif ukoll informazzjoni dwar kwalunkwe bidla li ssir fil-lista. Il-lista għandha tispeċifika, għal kull awtorità, liema data tista' tfittex u għal liema finijiet. L-eu-LISA għandha tiżgura li l-lista tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea kull sena. L-eu-LISA għandha żżomm lista aġġornata kontinwament fuq is-sit web tagħha li jkun fiha il-bidliet mibgħuta mill-Istati Membri fil-perijodu bejn il-pubblikazzjonijiet annwali.

9.   Dment li l-liġi tal-Unjoni ma tistabbilixxix dispożizzjonijiet speċifiċi, il-liġi ta' kull Stat Membru għandha tapplika għad-data fl-N.SIS tiegħu.

Artikolu 42

Data tas-SIS u fajls nazzjonali

1.   L-Artikolu 41(2) għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' Stat Membru li jżomm fil-fajls nazzjonali tiegħu data tas-SIS li fir-rigward tagħha tkun ittieħdet azzjoni fit-territorju tiegħu. Tali data għandha tinżamm fil-fajls nazzjonali għal perijodu ta' mhux aktar minn tliet snin, ħlief jekk xi dispożizzjonijiet speċifiċi fil-liġi nazzjonali jipprevedu perijodu ta' żamma itwal.

2.   L-Artikolu 41(2) għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' Stat Membru li jżomm fil-fajls nazzjonali tiegħu data li tinsab f'allert partikolari mdaħħal fis-SIS minn dak l-Istat Membru.

Artikolu 43

Informazzjoni fil-każ ta' nuqqas ta' eżekuzzjoni ta' allert

Jekk l-azzjoni mitluba ma tkunx tista' titwettaq, l-Istat Membru li ntalab jieħu azzjoni għandu jinforma immedjatament lill-Istat Membru emittenti permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari.

Artikolu 44

Kwalità tad-data fis-SIS

1.   Stat Membru emittenti għandu jkun responsabbli biex jiżgura li d-data hija eżatta, aġġornata, u li tiddaħħal u tinħażen fis-SIS b'mod legali.

2.   Fejn Stat Membru emittenti jkollu data addizzjonali jew modifikata rilevanti kif elenkat fl-Artikolu 20(2), huwa għandu jikkompleta jew jimmodifika l-allert ikkonċernat mingħajr dewmien.

3.   L-Istat Membru emittenti biss għandu jkun awtorizzat li jimmodifika, iżid, jikkoreġi, jaġġorna jew iħassar id-data li jkun daħħal huwa stess fis-SIS.

4.   Fejn Stat Membru ieħor għajr dak li jkun ħareġ l-allert ikollu data addizzjonali jew modifikata rilevanti kif elenkat fl-Artikolu 20(2), huwa għandu jibgħat dik id-data mingħajr dewmien, permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari, lill-Istat Membru emittenti biex dan tal-aħħar ikun jista' jikkompleta jew jimmodifika l-allert. Id-data għandha tintbagħat biss jekk l-identità taċ-ċittadin ta' pajjiż terz tkun ġiet aċċertata.

5.   Fejn Stat Membru ieħor li mhuwiex l-Istat Membru emittenti jkollu evidenza li tissuġġerixxi li xi data tkun fattwalment skorretta jew tkun ġiet maħżuna b'mod illegali, huwa għandu, permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari, jinforma lill-Istat Membru emittenti kemm jista' jkun malajr u mhux aktar tard minn jumejn ta' ħidma minn meta tinġibidlu l-attenzjoni dwar din l-evidenza. L-Istat Membru emittenti għandu jivverifika l-informazzjoni u, jekk meħtieġ, jikkoreġi jew iħassar id-data inkwistjoni mingħajr dewmien.

6.   F'każ li fi żmien xahrejn minn meta l-evidenza tkun ġiet żvelata għall-ewwel darba, l-Istati Membri ma jirnexxilhomx jilħqu ftehim kif imsemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, l-Istat Membru li ma jkunx daħħal l-allert għandu jirriferi l-kwistjoni lill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data biex tittieħed deċiżjoni, permezz ta' kooperazzjoni f'konformità mal-Artikolu 57.

7.   L-Istati Membri għandhom jiskambjaw informazzjoni supplimentari f'każijiet fejn persuna tilmenta li mhijiex is-suġġett intiż ta' allert. F'każ li l-eżitu tal-verifika juri li s-suġġett intiż ta' allert ma huwiex il-persuna li qed tilmenta, din tal-aħħar għandha tiġi mgħarrfa bil-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 47 u bid-dritt tagħha li titlob rimedju skont l-Artikolu 54(1).

Artikolu 45

Inċidenti ta' sigurtà

1.   Kwalunkwe avveniment li għandu impatt jew li jista' jkollu impatt fuq is-sigurtà tas-SIS jew li jista' jagħmel ħsara jew jikkawża t-telf ta' data tas-SIS jew ta' informazzjoni supplimentari, għandu jitqies bħala inċident ta' sigurtà, speċjalment fejn seta' kien hemm aċċess illegali għad-data jew fejn id-disponibbiltà, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data tkun ġiet jew setgħet ġiet kompromessa.

2.   L-inċidenti ta' sigurtà għandhom jiġu ttrattati b'mod li jiġi żgurat rispons rapidu, effettiv u xieraq.

3.   Mingħajr preġudizzju għan-notifika u l-komunikazzjoni tal-ksur ta' data personali skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2016/679 jew tal-Artikolu 30 tad-Direttiva (UE) 2016/680, l-Istati Membri, il-Europol u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, lill-eu-LISA, lill-awtorità superviżorja kompetenti u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data mingħajr dewmien dwar l-inċidenti ta' sigurtà. L-eu-LISA għandha tinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data mingħajr dewmien dwar kwalunkwe inċident ta' sigurtà li jkun jikkonċerna lis-SIS Ċentrali.

4.   L-Istati Membri kollha għandhom jingħataw mingħajr dewmien informazzjoni rigward inċident ta' sigurtà li għandu impatt jew li jista' jkollu impatt fuq it-tħaddim tas-SIS fi Stat Membru jew fl-eu-LISA, fuq id-disponibbiltà, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data mdaħħla jew mibgħuta minn Stati Membri oħra jew fuq l-informazzjoni supplimentari skambjata, u din għandha tiġi rrapportata f'konformità mal-pjan għall-ġestjoni ta' inċidenti pprovdut mill-eu-LISA.

5.   L-Istati Membri u l-eu-LISA għandhom jikkollaboraw f'każ ta' inċident ta' sigurtà.

6.   Il-Kummissjoni għandha tirrapporta l-inċidenti serji immedjatament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dawk ir-rapporti għandhom jiġu kklassifikati bħala EU RESTRICTED/RESTREINT UE f'konformità mar-regoli ta' sigurtà applikabbli.

7.   F'każ li inċident ta' sigurtà jiġi kkawżat minn użu mhux xieraq tad-data, l-Istati Membri, il-Europol, u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandhom jiżguraw li jiġu imposti pieni f'konformità mal-Artikolu 59.

Artikolu 46

Distinzjoni bejn persuni b'karatteristiċi simili

1.   Fejn, meta jiddaħħal allert ġdid, isir evidenti li diġà hemm allert fis-SIS dwar persuna bl-istess deskrizzjoni tal-identità, l-Uffiċċju SIRENE għandu jikkuntattja lill-Istat Membru emittenti permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari fi żmien 12-il siegħa biex jikkontroverifika jekk is-soġġetti taż-żewġ allerti humiex l-istess persuna.

2.   Meta l-kontroverifika tiżvela li s-suġġett tal-allert il-ġdid u l-persuna soġġetta għall-allert diġà mdaħħal fis-SIS huma tabilħaqq l-istess persuna, l-uffiċċju SIRENE għandu japplika l-proċedura għad-dħul ta' allerti multipli msemmija fl-Artikolu 23.

3.   Fejn l-eżitu tal-kontroverifika jkun li fil-fatt jeżistu żewġ persuni differenti, l-Uffiċċju SIRENE għandu japprova t-talba biex jiddaħħal it-tieni allert billi jżid id-data neċessarja sabiex tiġi evitata kwalunkwe identifikazzjoni żbaljata.

Artikolu 47

Data addizzjonali sabiex jiġu ttrattati l-identitajiet użurpati

1.   Fejn tista' tinħoloq konfużjoni bejn il-persuna intiża li tkun is-suġġett ta' allert u l-persuna li l-identità tagħha tkun ġiet użurpata, l-Istat Membru emittenti għandu, soġġett għall-kunsens espliċitu tal-persuna li l-identità tagħha tkun ġiet użurpata, iżid data relatata ma' din tal-aħħar mal-allert sabiex jiġu evitati l-konsegwenzi negattivi ta' identifikazzjoni żbaljata. Kull persuna li l-identità tagħha tkun ġiet użurpata għandu jkollha d-dritt li tirtira l-kunsens tagħha rigward l-ipproċessar tad-data personali miżjuda.

2.   Id-data relatata ma' persuna li l-identità tagħha tkun ġiet użurpata għandha tintuża biss għall-finijiet li ġejjin:

(a)

biex l-awtorità kompetenti tkun tista' tiddistingwi bejn il-persuna li l-identità tagħha tkun ġiet użurpata u l-persuna intiża li tkun is-suġġett tal-allert; u

(b)

biex il-persuna li l-identità tagħha tkun ġiet użurpata tkun tista' tagħti prova tal-identità tagħha u tistabbilixxi li l-identità tagħha tkun ġiet użurpata.

3.   Għall-fini ta' dan l-Artikolu, u soġġett għall-kunsens espliċitu tal-persuna li l-identità tagħha tkun ġiet użurpata, għal kull kategorija, hija biss id-data personali li ġejja tal-persuna li l-identità tagħha tkun ġiet użurpata, li tista' tiddaħħal u tkompli tiġi pproċessata fis-SIS:

(a)

kunjomijiet;

(b)

ismijiet;

(c)

ismijiet u kunjomijiet mat-twelid;

(d)

ismijiet u kunjomijiet użati preċedentement u kwalunkwe psewdonimi possibbilment imdaħħla separatament;

(e)

kwalunkwe karatteristika oġġettiva u fiżika speċifika li x'aktarx ma tinbidilx;

(f)

post tat-twelid;

(g)

data tat-twelid;

(h)

ġeneru;

(i)

ritratti u immaġnijiet tal-wiċċ;

(j)

marki tas-swaba', marki tal-pala tal-id jew it-tnejn;

(k)

kull nazzjonalità;

(l)

il-kategorija tad-dokumenti ta' identifikazzjoni tal-persuna;

(m)

il-pajjiż li jkun ħareġ id-dokumenti ta' identifikazzjoni tal-persuna;

(n)

in-numru/i tad-dokumenti ta' identifikazzjoni tal-persuna;

(o)

id-data tal-ħruġ tad-dokumenti ta' identifikazzjoni tal-persuna;

(p)

l-indirizz tal-persuna;

(q)

isem missier il-persuna;

(r)

isem omm il-persuna.

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi u tiżviluppa r-regoli tekniċi meħtieġa dwar kif tiddaħħal u tkompli tiġi pproċessata d-data msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 62(2).

5.   Id-data msemmija fil-paragrafu 3 għandha titħassar fl-istess ħin li fih jitħassar l-allert korrispondenti jew aktar kmieni jekk dan jintalab mill-persuna.

6.   Huma biss l-awtoritajiet li għandhom dritt ta' aċċess għall-allert korrispondenti li jista' jkollhom aċċess għad-data msemmija fil-paragrafu 3. Huma jistgħu jagħmlu dan bl-uniku skop li tiġi evitata l-identifikazzjoni żbaljata.

Artikolu 48

Konnessjonijiet bejn l-allerti

1.   Stat Membru jista' joħloq konnessjoni bejn l-allerti li jdaħħal fis-SIS. L-effett ta' tali konnessjoni għandu jkun li tiġi stabbilita rabta bejn żewġ allerti jew aktar.

2.   Il-ħolqien ta' konnessjoni ma għandux jippreġudika l-azzjoni speċifika li għandha tittieħed abbażi ta' kull allert konness jew il-perijodu ta' rieżami ta' kull wieħed mill-allerti konnessi.

3.   Il-ħolqien ta' konnessjoni ma għandux jippreġudika d-drittijiet ta' aċċess previsti f'dan ir-Regolament. L-awtoritajiet li ma għandhomx dritt ta' aċċess għal ċerti kategoriji ta' allerti ma għandhomx ikunu jistgħu jaraw il-konnessjoni ma' allert li ma għandhomx aċċess għalih.

4.   Stat Membru għandu joħloq konnessjoni bejn l-allerti fejn ikun hemm ħtieġa operazzjonali.

5.   F'każ li Stat Membru jqis li l-ħolqien ta' konnessjoni minn Stat Membru ieħor bejn l-allerti ma jkunx kompatibbli mal-liġi nazzjonali tiegħu jew l-obbligi internazzjonali tiegħu, huwa jista' jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li ma jista' jkun hemm l-ebda aċċess għall-konnessjoni mit-territorju nazzjonali tiegħu jew mill-awtoritajiet tiegħu li jkunu jinsabu barra mit-territorju tiegħu.

6.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi u tiżviluppa regoli tekniċi għall-ħolqien ta' konnessjonijiet bejn allerti. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 62(2).

Artikolu 49

Fini u perijodu ta' żamma ta' informazzjoni supplimentari

1.   L-Istati Membri għandhom iżommu referenza għad-deċiżjonijiet li jwasslu għal allert fl-Uffiċċju SIRENE b'appoġġ għall-iskambju ta' informazzjoni supplimentari.

2.   Id-data personali miżmuma f'fajls mill-Uffiċċju SIRENE bħala riżultat ta' informazzjoni skambjata għandha tinżamm biss għaż-żmien li jkun meħtieġ biex jintlaħqu l-finijiet li għalihom ingħatat. Fi kwalunkwe każ din għandha titħassar mhux aktar tard minn sena wara li l-allert relatat ikun tħassar mis-SIS.

3.   Il-paragrafu 2 għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' Stat Membru li jżomm f'fajls nazzjonali data relatata ma' allert partikolari li dak l-Istat Membru jkun daħħal jew ma' allert li b'rabta miegħu tkun ittieħdet azzjoni fit-territorju tiegħu. Il-perijodu li għalih tali data tista' tinżamm f'dawk il-fajls għandu jkun irregolat mil-liġi nazzjonali.

Artikolu 50

Trasferiment ta' data personali lil partijiet terzi

Id-data pproċessata fis-SIS u l-informazzjoni supplimentari relatata skambjata skont dan ir-Regolament ma għandhomx jiġu ttrasferiti jew jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta' pajjiżi terzi jew ta' organizzazzjonijiet internazzjonali.

KAPITOLU IX

PROTEZZJONI TAD-DATA

Artikolu 51

Leġislazzjoni applikabbli

1.   Ir-Regolament (UE) 2018/1725 għandu japplika għall-ipproċessar ta' data personali mill-eu-LISA u mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta skont dan ir-Regolament. Ir-Regolament (UE) 2016/794 għandu japplika għall-ipproċessar ta' data personali mill-Europol skont dan ir-Regolament.

2.   Ir-Regolament (UE) 2016/679 għandu japplika għall-ipproċessar ta' data personali skont dan ir-Regolament mill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 34 ta' dan ir-Regolament bl-eċċezzjoni ta' pproċessar għall-finijiet tal-prevenzjoni, il-kxif, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, inkluż is-salvagwardja kontra theddid għas-sigurtà pubblika u l-prevenzjoni tiegħu, fejn tapplika d-Direttiva (UE) 2016/680.

Artikolu 52

Dritt għall-informazzjoni

1.   Iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li dwarhom ikun inħareġ allert fis-SIS għandhom jiġu informati b'dan f'konformità mal-Artikoli 13 u 14 tar-Regolament (UE) 2016/679 jew mal-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva (UE) 2016/680. Din l-informazzjoni għandha tingħata bil-miktub, flimkien ma' kopja ta' jew referenza għad-deċiżjoni nazzjonali li tagħti lok għall-allert, kif imsemmi fl-Artikolu 24(1) ta' dan ir-Regolament.

2.   Din l-informazzjoni ma għandhiex tingħata f'każijiet fejn il-liġi nazzjonali tippermetti restrizzjoni tad-dritt għall-informazzjoni, b'mod partikolari sabiex jiġu ssalvagwardjati s-sigurtà nazzjonali, id-difiża, is-sigurtà pubblika u l-prevenzjoni, il-kxif, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali.

Artikolu 53

Dritt ta' aċċess, ta' rettifika ta' data mhux akkurata u ta' tħassir ta' data maħżuna mhux skont il-liġi

1.   Is-suġġetti tad-data għandhom ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet stabbiliti fl-Artikoli 15, 16 u 17 tar-Regolament (UE) 2016/679 u fl-Artikolu 14 u fl-Artikolu 16(1) u (2) tad-Direttiva (UE) 2016/680.

2.   Stat Membru għajr l-Istat Membru emittenti jista' jipprovdi lis-suġġett tad-data l-informazzjoni dwar kwalunkwe data personali tas-suġġett tad-data li qed tiġi pproċessata, biss jekk ikun l-ewwel ta lill-Istat Membru emittenti l-opportunità li jiddikjara l-pożizzjoni tiegħu. Il-komunikazzjoni bejn dawk l-Istati Membri għandha ssir permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari.

3.   Stat Membru għandu jieħu deċiżjoni li ma jipprovdix informazzjoni lis-suġġett tad-data, kollha kemm hi jew parzjalment, f'konformità mal-liġi nazzjonali, dment li, u sakemm tali restrizzjoni parzjali jew sħiħa tikkostitwixxi miżura neċessarja u proporzjonata f'soċjetà demokratika b'kunsiderazzjoni xierqa għad-drittijiet fundamentali u għall-interessi leġittimi tas-suġġett tad-data kkonċernat, sabiex:

(a)

jiġi evitat kwalunkwe ostaklu għal inkjesti, investigazzjonijiet jew proċeduri uffiċjali jew legali;

(b)

jiġi evitat li jiġu kompromessi l-prevenzjoni, il-kxif, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew għall-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali;

(c)

tiġi protetta s-sigurtà pubblika;

(d)

tiġi protetta s-sigurtà nazzjonali; jew

(e)

jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet ta' persuni oħrajn.

Fil-każijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, l-Istat Membru għandu jinforma lis-suġġett tad-data bil-miktub, mingħajr dewmien żejjed, dwar kwalunkwe rifjut jew restrizzjoni ta' aċċess u r-raġunijiet għar-rifjut jew għar-restrizzjoni. Tali informazzjoni tista' titħalla barra meta l-għoti tagħha jostakola kwalunkwe waħda mir-raġunijiet stipulati fil-punti (a) sa (e) tal-ewwel subparagrafu. L-Istat Membru għandu jinforma lis-suġġett tad-data dwar il-possibbiltà li jressaq ilment quddiem awtorità superviżorja jew li jitlob rimedju ġudizzjarju.

L-Istat Membru għandu jiddokumenta r-raġunijiet fattwali jew legali li fuqhom tkun ibbażata d-deċiżjoni li ma jagħtix informazzjoni lis-suġġett tad-data. Dik l-informazzjoni għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet superviżorji.

F'każijiet bħal dawn, is-suġġett tad-data għandu wkoll ikun jista' jeżerċita d-drittijiet tiegħu permezz tal-awtoritajiet superviżorji kompetenti.

4.   B'segwitu għal applikazzjoni għal aċċess, rettifika jew tħassir, l-Istat Membru għandu jinforma lis-suġġett tad-data malajr kemm jista' jkun u fi kwalunkwe każ fi ħdan l-iskadenzi msemmija fl-Artikolu 12(3) tar-Regolament (UE) 2016/679 dwar is-segwitu li ngħata għall-eżerċizzju tad-drittijiet skont dan l-Artikolu, irrispettivament minn jekk is-suġġett tad-data huwiex qiegħed f'pajjiż terz jew le.

Artikolu 54

Rimedji

1.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar rimedji tar-Regolament (UE) 2016/679 u tad-Direttiva (UE) 2016/680, jista' jsir rikors minn kwalunkwe persuna quddiem kwalunkwe awtorità kompetenti, inkluż qorti, skont il-liġi ta' kwalunkwe Stat Membru għall-aċċess, ir-rettifika it-tħassir, il-kisba ta' informazzjoni jew biex jinkiseb kumpens fir-rigward ta' allert relatat magħha.

2.   L-Istati Membri jimpenjaw ruħhom reċiprokament li jinfurzaw id-deċiżjonijiet finali meħuda mill-qrati jew mill-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 58.

3.   L-Istati Membri għandhom kull sena jibagħtu rapport lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar:

(a)

l-għadd ta' talbiet għall-aċċess ippreżentati lill-kontrollur tad-data u l-għadd ta' każijiet fejn ikun ingħata aċċess għad-data;

(b)

l-għadd ta' talbiet għall-aċċess ippreżentati lill-awtorità superviżorja u l-għadd ta' każijiet fejn ikun ingħata aċċess għad-data;

(c)

l-għadd ta' talbiet għar-rettifika ta' data mhux akkurata u għat-tħassir ta' data maħżuna mhux skont il-liġi, lill-kontrollur tad-data u l-għadd ta' każijiet fejn id-data tkun ġiet rettifikata jew tħassret;

(d)

l-għadd ta' talbiet għar-rettifika ta' data mhux akkurata u għat-tħassir ta' data maħżuna b'mod illegali ippreżentati lill-awtorità superviżorja;

(e)

l-għadd ta' proċedimenti tal-qorti mibdija;

(f)

l-għadd ta' każijiet fejn il-qorti tkun qatgħet il-kawża favur ir-rikorrent;

(g)

kwalunkwe osservazzjoni dwar każijiet ta' rikonoxximent reċiproku ta' deċiżjonijiet finali mill-qrati jew mill-awtoritajiet ta' Stati Membri oħra dwar allerti mdaħħla mill-Istat Membru emittenti.

Il-Kummissjoni għandha tħejji mudell għar-rappurtar imsemmi f'dan il-paragrafu.

4.   Ir-rapporti mill-Istati Membri għandhom jiġu inklużi fir-rapport konġunt imsemmi fl-Artikolu 57(4).

Artikolu 55

Superviżjoni tal-N.SIS

1.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtoritajiet superviżorji indipendenti maħtura f'kull Stat Membru u mogħtija s-setgħat imsemmija fil-Kapitolu VI tar-Regolament (UE) 2016/679 jew fil-Kapitolu VI tad-Direttiva (UE) 2016/680 iwettqu monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-data personali fis-SIS fit-territorju tagħhom, it-trasmissjoni ta' din id-data mit-territorju tagħhom u l-iskambju u l-ipproċessar ulterjuri ta' informazzjoni supplimentari fit-territorju tagħhom.

2.   L-awtoritajiet superviżorji għandhom jiżguraw li tal-inqas kull erba' snin isir awditu tal-operazzjonijiet ta' pproċessar tad-data fl-N.SIS tagħhom f'konformità mal-istandards internazzjonali tal-awditjar. L-awditjar għandu jew isir mill-awtoritajiet superviżorji, jew inkella l-awtoritajiet superviżorji għandhom jikkummissjonaw direttament li l-awditjar isir minn awditur indipendenti tal-protezzjoni tad-data. L-awtoritajiet superviżorji għandhom f'kull ħin iżommu kontroll fuq u jerfgħu r-responsabbiltajiet tal-awditur indipendenti.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji tagħhom ikollhom biżżejjed riżorsi biex iwettqu l-kompiti fdati lilhom skont dan ir-Regolament u jkollhom aċċess għal pariri minn persuni li jkollhom biżżejjed għarfien dwar data bijometrika.

Artikolu 56

Superviżjoni tal-eu-LISA

1.   Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jkun responsabbli għall-monitoraġġ tal-ipproċessar ta' data personali mill-eu-LISA u biex jiżgura li dan jitwettaq f'konformità ma' dan ir-Regolament. Il-kompiti u s-setgħat imsemmija fl-Artikoli 57 u 58 tar-Regolament (UE) 2018/1725 għandhom japplikaw kif adatt.

2.   Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jwettaq awditu tal-ipproċessar ta' data personali mill-eu-LISA f'konformità mal-istandards internazzjonali tal-awditjar tal-inqas kull erba' snin. Għandu jintbagħat rapport dwar dan l-awditu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-eu-LISA, lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet superviżorji. L-eu-LISA għandha tingħata opportunità li tikkummenta qabel ma jiġi adottat ir-rapport.

Artikolu 57

Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

1.   L-awtoritajiet superviżorji u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, filwaqt li kull wieħed minnhom jaġixxi fl-ambitu tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, għandhom jikkooperaw b'mod attiv fil-qafas tar-responsabbiltajiet tagħhom u għandhom jiżguraw superviżjoni koordinata tas-SIS.

2.   L-awtoritajiet superviżorji u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom, filwaqt li kull wieħed minnhom jaġixxi fl-ambitu tal-kompetenzi rispettivi tiegħu, jiskambjaw informazzjoni rilevanti, jassistu lil xulxin fit-twettiq tal-awditi u tal-ispezzjonijiet, jeżaminaw id-diffikultajiet fl-interpretazzjoni jew fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u ta' atti legali oħra applikabbli tal-Unjoni, jistudjaw il-problemi li jirriżultaw mill-eżerċizzju ta' superviżjoni indipendenti jew mill-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data, ifasslu proposti armonizzati għal soluzzjonijiet konġunti għal kull problema u jippromwovu l-għarfien dwar id-drittijiet marbutin mal-protezzjoni tad-data, skont kif ikun meħtieġ.

3.   Għall-finijiet stabbiliti fil-paragrafu 2, l-awtoritajiet superviżorji u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom jiltaqgħu tal-inqas darbtejn fis-sena bħala parti mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. L-ispejjeż u l-organizzazzjoni ta' dawn il-laqgħat għandhom jiġġarrbu mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Fl-ewwel laqgħa għandhom jiġu adottati regoli ta' proċedura. Metodi ta' ħidma oħrajn għandhom jiġu żviluppati b'mod konġunt, skont il-bżonn.

4.   Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jibgħat kull sena rapport konġunt tal-attivitajiet rigward is-superviżjoni koordinata lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

KAPITOLU X

RESPONSABBILTÀ U PIENI

Artikolu 58

Responsabbiltà

1.   Mingħajr preġudizzju għad-dritt għal kumpens u għal kwalunkwe responsabbiltà skont ir-Regolament (UE) 2016/679, id-Direttiva (UE) 2016/680 u r-Regolament (UE) 2018/1725:

(a)

kwalunkwe persuna jew Stat Membru li jkun ġarrab dannu materjali jew mhux materjali minn Stat Membru b'riżultat ta' operazzjoni illegali ta' pproċessar ta' data personali bl-użu tal-N.SIS jew kwalunkwe att ieħor li ma jkunx kompatibbli ma' dan ir-Regolament, għandu jkun intitolat li jirċievi kumpens minn dak l-Istat Membru; u

(b)

kwalunkwe persuna jew Stat Membru li jkun ġarrab dannu materjali jew mhux materjali b'riżultat ta' kwalunkwe att mill-eu-LISA li ma jkunx kompatibbli ma' dan ir-Regolament, għandu jkun intitolat li jirċievi kumpens mill-eu-LISA.

L-Istat Membru jew l-eu-LISA għandha tkun eżentata mir-responsabbiltà tagħha taħt l-ewwel subparagrafu, kompletament jew parzjalment, jekk turi li ma kinitx responsabbli għall-avveniment li kkawża d-dannu.

2.   Jekk kwalunkwe nuqqas min-naħa ta' Stat Membru milli jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont dan ir-Regolament jikkawża dannu lis-SIS, dak l-Istat Membru għandu jinżamm responsabbli għal tali dannu, ħlief jekk u sa fejn l-eu-LISA jew Stat Membru ieħor li qed jieħu sehem fis-SIS ikun naqas milli jieħu miżuri raġonevoli biex jipprevjeni li d-dannu jseħħ jew biex jimminimizza l-impatt tiegħu.

3.   It-talbiet għal kumpens kontra Stat Membru għad-dannu msemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu rregolati mil-liġi nazzjonali ta' dak l-Istat Membru. It-talbiet għal kumpens kontra l-eu-LISA għad-dannu msemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu soġġetti għall-kondizzjonijiet previsti fit-Trattati.

Artikolu 59

Pieni

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe użu mhux xieraq ta' data tas-SIS, jew kwalunkwe pproċessar ta' tali data jew kwalunkwe skambju ta' informazzjoni supplimentari li jmur kontra dan ir-Regolament ikun punibbli f'konformità mal-liġi nazzjonali.

Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

KAPITOLU XI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 60

Monitoraġġ u statistika

1.   L-eu-LISA għandha tiżgura li jiġu stabbiliti proċeduri għall-monitoraġġ tal-funzjonament tas-SIS fir-rigward tal-objettivi, f'termini ta' riżultati, kosteffettività, sigurtà u kwalità tas-servizz.

2.   Għall-finijiet ta' manutenzjoni teknika, rappurtar, rappurtar dwar il-kwalità tad-data u statistika, l-eu-LISA għandu jkollha aċċess għall-informazzjoni meħtieġa relatata mal-operazzjonijiet ta' pproċessar imwettqa fis-SIS Ċentrali.

3.   L-eu-LISA għandha tipproduċi kuljum, kull xahar u kull sena, statistika li turi l-għadd ta' reġistri għal kull kategorija ta' allerti, kemm għal kull Stat Membru kif ukoll flimkien. L-eu-LISA għandha tipprovdi wkoll rapporti annwali dwar l-għadd ta' hits għal kull kategorija ta' allerti, l-għadd ta' drabi li sar tiftix fis-SIS u l-għadd ta' drabi li s-SIS ġiet aċċessata għall-fini tad-dħul, l-aġġornament jew it-tħassir ta' allert, kemm għal kull Stat Membru kif ukoll flimkien. Tali statistika għandha tinkludi statistika dwar l-iskambji ta' informazzjoni skont l-Artikolu 27 sal-Artikolu 31. L-istatistika prodotta ma għandux ikun fiha data personali. Ir-rapport statistiku annwali għandu jiġi ppubblikat.

4.   L-Istati Membri, il-Europol u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandhom jipprovdu lill-eu-LISA u lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa għall-abbozzar tar-rapporti msemmija fil-paragrafi 3, 5, 7 u 8.

5.   L-eu-LISA għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni, lill-Europol, lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u lill-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data b'kull rapport ta' statistika li tipproduċi.

Sabiex tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tal-atti legali tal-Unjoni, inkluż għall-finijiet tar-Regolament (UE) Nru 1053/2013, il-Kummissjoni tista' titlob li l-eu-LISA tipprovdi rapporti statistiċi speċifiċi addizzjonali, jew fuq bażi regolari jew ad hoc, dwar il-prestazzjoni tas-SIS, l-użu tas-SIS u dwar l-iskambju ta' informazzjoni supplimentari.

L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta tista' titlob li l-eu-LISA tipprovdi rapporti ta' statistika speċifiċi addizzjonali għall-fini li twettaq analiżijiet tar-riskju u valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà kif imsemmi fl-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) 2016/1624, jew fuq bażi regolari jew ad hoc.

6.   Għall-fini tal-Artikolu 15(4) u tal-paragrafi 3, 4 u 5 ta' dan l-Artikolu, l-eu-LISA għandha tistabbilixxi, timplimenta u tospita repożitorju ċentrali fis-siti tekniċi tagħha li jkun fih id-data msemmija fl-Artikolu 15(4) u fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu li ma għandux jippermetti l-identifikazzjoni ta' individwi u li għandu jippermetti li l-Kummissjoni u l-aġenziji msemmija fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu jiksbu rapporti u statistika mitluba. Fuq talba, l-eu-LISA għandha tagħti aċċess lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni, lill-Europol, u lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, sa fejn ikun meħtieġ biex iwettqu l-kompiti tagħhom, għar-repożitorju ċentrali permezz ta' aċċess sigur permezz tal-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni. L-eu-LISA għandha timplimenta kontroll tal-aċċess u profili tal-utent speċifiċi biex tiżgura li r-repożitorju ċentrali jiġi aċċessat unikament għall-fini ta' rappurtar u ta' statistika.

7.   Sentejn wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 66(5) u kull sentejn wara dan, l-eu-LISA għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar il-funzjonament tekniku tas-SIS Ċentrali u tal-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni, inkluż dwar is-sigurtà tagħhom, dwar is-sistema awtomatizzata għall-identifikazzjoni tal-marki tas-swaba' (AFIS) u dwar l-iskambju bilaterali u multilaterali ta' informazzjoni supplimentari bejn l-Istati Membri. Dan ir-rapport għandu jkun fih ukoll, ladarba t-teknoloġija tibda tintuża, evalwazzjoni tal-użu ta' immaġnijiet tal-wiċċ għall-identifikazzjoni ta' persuni.

8.   Tliet snin wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 66(5) u kull erba' snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ġenerali tas-SIS Ċentrali u tal-iskambju bilaterali u multilaterali ta' informazzjoni supplimentari bejn l-Istati Membri. Dik l-evalwazzjoni ġenerali għandha tinkludi eżami tar-riżultati miksuba fir-rigward tal-objettivi, u valutazzjoni tal-validità kontinwa tal-ġustifikazzjoni sottostanti, tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rigward tas-SIS Ċentrali, is-sigurtà tas-SIS Ċentrali u kwalunkwe implikazzjoni għal operazzjonijiet futuri. Ir-rapport ta' evalwazzjoni għandu jinkludi wkoll valutazzjoni tal-AFIS u tal-kampanji ta' informazzjoni dwar is-SIS imwettqa mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 19.

Ir-rapport ta' evalwazzjoni għandu jkun fih ukoll statistika dwar l-għadd ta' allerti mdaħħla skont il-punt (a) tal-Artikolu 24(1) u statistika dwar l-għadd ta' allerti mdaħħla skont il-punt (b) ta' dak il-paragrafu. Fir-rigward tal-allerti li jaqgħu taħt il-punt (a) tal-Artikolu 24(1), ir-rapport għandu jagħti fid-dettall l-għadd ta' allerti li ddaħħlu wara s-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tal-Artikolu 24(2). Ir-rapport ta' evalwazzjoni għandu jkun fih ukoll valutazzjoni tal-applikazzjoni tal-Artikolu 24 mill-Istati Membri.

Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport ta' evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

9.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi regoli dettaljati dwar it-tħaddim tar-repożitorju ċentrali msemmi fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu u regoli dwar il-protezzjoni u s-sigurtà tad-data applikabbli għal dak ir-repożitorju. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 62(2).

Artikolu 61

Eżerċizzju tad-delega

1.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati kif imsemmi fl-Artikolu 33(4) għal perijodu ta' żmien indeterminat mis-27 ta' Diċembru 2018.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 33(4) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 33(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkun hemm l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas l-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jkun estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 62

Proċedura ta' kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 63

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1987/2006

Ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 6

Sistemi Nazzjonali

1.   Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli għall-istabbiliment, it-tħaddim, il-manutenzjoni u l-iżvilupp ulterjuri tal-N.SIS II tiegħu u għall-konnessjoni tiegħu mal-NI-SIS.

2.   Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli li jiżgura d-disponibbiltà mingħajr interruzzjoni tad-data tas-SIS II għall-utenti finali.”;

(2)

l-Artikolu 11 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 11

Kunfidenzjalità – l-Istati Membri

1.   Kull Stat Membru għandu japplika r-regoli tiegħu ta' segretezza professjonali jew dmirijiet ekwivalenti oħrajn ta' kunfidenzjalità lill-persuni u l-korpi kollha meħtieġa jaħdmu bid-data tas-SIS II u bl-informazzjoni supplimentari, skont il-leġislazzjoni nazzjonali tiegħu. Dak l-obbligu għandu jgħodd ukoll wara li dawk il-persuni jħallu l-kariga jew l-impjieg tagħhom jew wara t-tmiem tal-attivitajiet ta' dawk il-korpi.

2.   Meta Stat Membru jikkoopera ma' kuntratturi esterni fi kwalunkwe kompitu relatat mas-SIS II, huwa għandu jwettaq monitoraġġ mill-qrib tal-attivitajiet tal-kuntrattur biex jiżgura konformità mad-dispożizzjonijiet kollha ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari dwar is-sigurtà, il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data.

3.   It-tmexxija operattiva tal-N.SIS II jew ta' kwalunkwe kopja teknika ma għandhiex tiġi fdata lil kumpanniji privati jew lil organizzazzjonijiet privati.”;

(3)

L-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“3a.   L-Awtorità tat-Tmexxija għandha tkun responsabbli għall-iżvilupp u l-manutenzjoni ta' mekkaniżmu u proċeduri għat-twettiq ta' verifiki tal-kwalità fuq id-data fis-CS-SIS. Hija għandha tipprovdi rapporti regolari lill-Istati Membri rigward dan.

L-Awtorità tat-Tmexxija għandha tipprovdi rapport regolari lill-Kummissjoni li jkopri l-kwistjonijiet li jinqalgħu u l-Istati Membri kkonċernati.

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi rapport regolari lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kwistjonijiet relatati mal-kwalità tad-data li jkunu ġew osservati.”;

(b)

il-paragrafu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“8.   It-tmexxija operattiva tas-SIS II Ċentrali għandha tikkonsisti mill-kompiti kollha meħtieġa biex is-SIS II Ċentrali tibqa' taħdem 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa f'konformità ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari x-xogħol ta' manutenzjoni u l-iżviluppi tekniċi meħtieġa għat-tħaddim bla xkiel tas-sistema. Dawk il-kompiti għandhom jinkludu wkoll il-koordinazzjoni, it-tmexxija u s-sostenn ta' attivitajiet ta' ttestjar għas-SIS II Ċentrali u l-N.SIS II, li jiżguraw li s-SIS II Ċentrali u l-N.SIS II jaħdmu f'konformità mar-rekwiżiti għall-konformità teknika stabbiliti fl-Artikolu 9.”;

(4)

fl-Artikolu 17, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“3.   Fejn l-Awtorità tat-Tmexxija tikkoopera ma' kuntratturi esterni fi kwalunkwe kompitu relatat mas-SIS II, din għandha twettaq monitoraġġ mill-qrib tal-attivitajiet tal-kuntrattur sabiex tiżgura konformità mad-dispożizzjonijiet kollha ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari dwar is-sigurtà, il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data.

4.   It-tmexxija operattiva tas-CS-SIS ma għandhiex tiġi fdata lil kumpanniji privati jew lil organizzazzjonijiet privati.”;

(5)

fl-Artikolu 20(2), jiddaħħal il-punt li ġej:

“(ka)

it-tip ta' reat;”;

(6)

fl-Artikolu 21, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Meta d-deċiżjoni ta' rifjut ta' dħul u ta' soġġorn imsemmija fl-Artikolu 24(2) tkun relatata ma' reat terroristiku, il-każ għandu jitqies adegwat, rilevanti u importanti biżżejjed biex jiġġustifika l-allert fis-SIS II. F'każijiet eċċezzjonali, għal raġunijiet ta' sigurtà pubblika jew nazzjonali, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jdaħħlux allert meta dan x'aktarx li jostakola l-inkjesti, l-investigazzjonijiet jew il-proċeduri uffiċjali jew legali.”;

(7)

L-Artikolu 22 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 22

Regoli speċifiċi għad-dħul ta', għall-verifika jew għat-tiftix b'ritratti u marki tas-swaba'

1.   Ir-ritratti u l-marki tas-swaba' għandhom jiddaħħlu biss wara verifika speċjali tal-kwalità biex jiġi żgurat jekk jilħqux standards minimi ta' kwalità tad-data. L-ispeċifikazzjoni tal-verifika speċjali tal-kwalità għandha tiġi stabbilita f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 51(2).

2.   Meta r-ritratti u d-data tal-marki tas-swaba' jkunu disponibbli f'allert fis-SIS II, tali ritratti u data tal-marki tas-swaba' għandhom jintużaw biex tiġi kkonfermata l-identità ta' persuna li tkun ġiet lokalizzata bħala riżultat ta' tiftix alfanumeriku magħmul fis-SIS II.

3.   Jista' jsir tiftix fid-data tal-marki tas-swaba' fil-każijiet kollha biex persuna tiġi identifikata. Madankollu, jista' jsir tiftix fid-data tal-marki tas-swaba' biex persuna tiġi identifikata fejn l-identità ta' persuna ma tkunx tista' tiġi aċċertata b'mezzi oħra.. Għal dak il-fini, is-SIS II Ċentrali għandha tinkludi Sistema Awtomatizzata għall-Identifikazzjoni tal-Marki tas-Swaba' (AFIS).

4.   Jista' wkoll isir tiftix fid-data tal-marki tas-swaba' fis-SIS II fir-rigward ta' allerti mdaħħlin f'konformità mal-Artikoli 24 u 26 bl-użu ta' settijiet kompluti jew mhux kompluti ta' marki tas-swaba' jew ta' marki tal-pala tal-id misjuba fil-post ta' reati kriminali serji jew reati terroristiċi li jkunu qed jiġu investigati, fejn ikun jista' jiġi stabbilit bi grad għoli ta' probabbiltà li dawk is-settijiet ta' marki jappartjenu lil awtur ta' reat u dment li t-tiftix jitwettaq b'mod simultanju fil-bażijiet ta' data nazzjonali rilevanti tal-Istati Membri fejn ikunu maħżuna l-marki tas-swaba'.”;

(8)

L-Artikolu 26 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 26

Kondizzjonijiet għad-dħul ta' allerti dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu soġġetti għal miżuri restrittivi

1.   Allerti dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi, li jkunu s-suġġett ta' miżura restrittiva maħsuba biex timpedixxi d-dħul fit-territorju tal-Istati Membri jew it-transitu minnu, meħuda f'konformità mal-atti legali adottati mill-Kunsill, inkluż miżuri li jimplimentaw projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar maħruġa mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, għandhom, jiddaħħlu fis-SIS II għall-fini ta' rifjut ta' dħul u ta' soġġorn, dment li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti dwar il-kwalità tad-data.

2.   L-allerti għandhom jiddaħħlu, jinżammu aġġornati u jitħassru mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fiż-żmien tal-adozzjoni tal-miżura. Jekk dak l-Istat Membru ma jkollux aċċess għas-SIS II jew għall-allerti mdaħħla f'konformità ma' dan ir-Regolament, ir-responsabbiltà għandha tittieħed mill-Istat Membru li jkollu l-Presidenza sussegwenti u li jkollu aċċess għas-SIS II, inkluż għal allerti imdaħħla f'konformità ma' dan ir-Regolament.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-proċeduri neċessarji għad-dħul, l-aġġornament u t-tħassir ta' tali allerti.”;

(9)

jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 27a

Aċċess għad-data fis-SIS II mill-Europol

1.   L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol), stabbilita permezz tar-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) għandu jkollha, fejn dan ikun meħtieġ biex taqdi l-mandat tagħha, id-dritt ta' aċċess għal u tiftix fid-data fis-SIS II. Il-Europol tista' wkoll tiskambja u ulterjorment titlob informazzjoni supplimentari f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Manwal SIRENE.

2.   Fejn tiftix mill-Europol jiżvela l-eżistenza ta' allert fis-SIS II, il-Europol għandha tinforma immedjatament lill-Istat Membru emittenti permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari permezz tal-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni u f'konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Manwal SIRENE. Sakemm il-Europol tkun tista' tuża l-funzjonalitajiet previsti għall-iskambju ta' informazzjoni addizzjonali, din għandha tinforma lill-Istat Membru emittenti permezz tal-mezzi definiti fir-Regolament (UE) 2016/794.

3.   Il-Europol tista' tipproċessa l-informazzjoni supplimentari li tkun ingħatat mill-Istati Membri għall-finijiet ta' tqabbil mal-bażijiet ta' data u mal-proġetti ta' analiżi operazzjonali tagħha, bil-għan li tidentifika konnessjonijiet jew rabtiet rilevanti oħra u għal analiżijiet strateġiċi, tematiċi jew operazzjonali msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) 2016/794. Kwalunkwe pproċessar ta' informazzjoni supplimentari mill-Europol għall-fini ta' dan l-Artikolu għandu jsir f'konformità ma' dak ir-Regolament.

4.   L-użu mill-Europol ta' informazzjoni miksuba minn tiftix fis-SIS II jew mill-ipproċessar ta' informazzjoni supplimentari għandu jkun soġġett għall-kunsens tal-Istat Membru emittenti. Jekk l-Istat Membru jippermetti l-użu ta' tali informazzjoni, it-trattament tagħha mill-Europol għandu jkun irregolat mir-Regolament (UE) 2016/794. Il-Europol għandha tikkomunika biss tali informazzjoni lil pajjiżi terzi u korpi terzi bil-kunsens tal-Istat Membru emittenti u b'konformità mal-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data.

5.   Il-Europol:

(a)

mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 4 u 6, ma għandhiex tikkonnettja partijiet mis-SIS II, jew tittrasferixxi d-data li tkun tinsab fiha u li jkollha aċċess għaliha, ma' xi sistema għall-ġbir u għall-ipproċessar tad-data mħaddma mill-Europol jew fil-Europol, lanqas ma għandha tniżżel jew tikkopja xi parti mis-SIS II;

(b)

minkejja l-Artikolu 31(1) tar-Regolament (UE) 2016/794, għandha tħassar l-informazzjoni supplimentari li jkun fiha data personali mhux aktar tard minn sena wara li l-allert relatat ikun tħassar. Permezz ta' deroga, fejn il-Europol ikollha informazzjoni fil-bażijiet ta' data tagħha jew fil-proġetti ta' analiżi operazzjonali tagħha dwar każ li miegħu tkun relatata l-informazzjoni supplimentari, sabiex twettaq il-kompiti tagħha, il-Europol tista' b'mod eċċezzjonali tkompli taħżen l-informazzjoni supplimentari fejn ikun meħtieġ. Il-Europol għandha tinforma lill-Istat Membru emittenti u dak ta' eżekuzzjoni li ser tkompli taħżen din l-informazzjoni supplimentari u tippreżenta ġustifikazzjoni għaliha;

(c)

għandha tillimita l-aċċess għad-data fis-SIS II, inkluż għall-informazzjoni supplimentari, għall-persunal tal-Europol li jkun speċifikament awtorizzat u li jkun jeħtieġ aċċess għal tali data biex iwettaq il-kompiti tiegħu;

(d)

għandha tadotta u tapplika miżuri biex jiġu żgurati s-sigurtà, il-kunfidenzjalità u l-awtomonitoraġġ f'konformità mal-Artikoli 10, 11 u 13;

(e)

għandha tiżgura li l-persunal tagħha li huwa awtorizzat jipproċessa data tas-SIS II jirċievi taħriġ u informazzjoni adatti f'konformità mal-Artikolu 14; u

(f)

mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2016/794, għandha tippermetti li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jwettaq monitoraġġ u jirrieżamina l-attivitajiet tal-Europol fit-twettiq tad-dritt tiegħu ta' aċċess għal u tiftix fid-data fis-SIS II u fl-iskambju u l-ipproċessar ta' informazzjoni supplimentari.

6.   Il-Europol għandha tikkopja d-data mis-SIS II biss għal finijiet tekniċi, fejn tali kkupjar ikun meħtieġ biex il-persunal debitament awtorizzat tal-Europol ikun jista' jwettaq tiftix dirett. Dan ir-Regolament għandu japplika għal tali kopji. Il-kopja teknika għandha tintuża biss għall-fini ta' ħżin ta' data tas-SIS II waqt li jsir tiftix f'dik id-data. Ladarba t-tiftix f'dik id-data jkun sar, din għandha titħassar. Dawn l-użi ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala tniżżil jew ikkupjar illegali ta' data tas-SIS II. Il-Europol ma għandhiex tikkopja data ta' allerti jew data addizzjonali maħruġa mill-Istati Membri jew mis-CS-SIS II f'sistemi oħra tal-Europol.

7.   Għall-fini ta' verifika tal-legalità tal-ipproċessar tad-data, ta' awtomonitoraġġ u biex jiġu żgurati s-sigurtà u l-integrità xierqa tad-data, il-Europol għandha żżomm reġistri ta' kull aċċess u tiftix fis-SIS II f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12. Tali reġistri u dokumentazzjoni ma għandhomx jitqiesu bħala tniżżil jew ikkupjar illegali ta' parti mis-SIS II.

8.   L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Europol permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari dwar kwalunkwe hit dwar allerti relatati ma' reati terroristiċi. B'mod eċċezzjonali l-Istati Membri jistgħu ma jinformawx lill-Europol jekk dan jikkomprometti l-investigazzjonijiet li jkunu għaddejjin, is-sikurezza ta' individwu jew imorru kontra l-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Istat Membru emittenti.

9.   Il-paragrafu 8 għandu japplika mid-data li fiha l-Europol tkun tista' tirċievi informazzjoni supplimentari f'konformità mal-paragrafu 1.

Artikolu 27b

Aċċess għad-data fis-SIS II mit-timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta, it-timijiet ta' persunal involuti f'kompiti relatati mar-ritorn, u membri tat-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni

1.   F'konformità mal-Artikolu 40(8) tar-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2), il-membri tat-timijiet imsemmija fil-punti (8) u (9) tal-Artikolu 2 ta' dak ir-Regolament għandhom, fi ħdan il-mandat tagħhom u dment li jkunu awtorizzati jwettqu verifiki f'konformità mal-Artikolu 27(1) ta' dan ir-Regolament u jkunu ħadu t-taħriġ meħtieġ f'konformità mal-Artikolu 14 ta' dan ir-Regolament, ikollhom id-dritt ta' aċċess għal u tiftix fid-data fis-SIS II sa fejn ikun neċessarju biex iwettqu l-kompitu tagħhom u kif meħtieġ mill-pjan operazzjonali għal operazzjoni speċifika. L-aċċess għad-data fis-SIS II ma għandux jiġi estiż għal xi membri oħra tat-tim.

2.   Il-membri tat-timijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jeżerċitaw id-dritt ta' aċċess għal u tiftix fid-data fis-SIS II f'konformità mal-paragrafu 1 permezz ta' interfaċċa teknika. L-interfaċċa teknika għandha tiġi stabbilita u ġestita mill-Aġenzija Ewropea tal-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u għandha tippermetti konnessjoni diretta mas-SIS II Ċentrali.

3.   Meta tiftix minn membru tat-timijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jiżvela l-eżistenza ta' allert fis-SIS II, l-Istat Membru emittenti għandu jiġi informat b'dan. F'konformità mal-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) 2016/1624, il-membri tat-timijiet għandhom jaġixxu biss b'rispons għal allert fis-SIS II skont struzzjonijiet minn u, bħala regola ġenerali, fil-preżenza ta' gwardji tal-fruntiera jew persunal involut f'kompiti relatati mar-ritorn tal-Istat Membru ospitanti li fih ikunu qegħdin joperaw. L-Istat Membru ospitanti jista' jawtorizza lill-membri tat-timijiet biex jaġixxu f'ismu.

4.   Għall-fini li tiġi vverifikata l-legalità tal-ipproċessar tad-data, tal-awtomonitoraġġ u biex jiġu żgurati s-sigurtà u l-integrità xierqa tad-data, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha żżomm reġistri ta' kull aċċess u tiftix fis-SIS II f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12.

5.   L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tadotta u tapplika miżuri biex jiġu żgurati s-sigurtà, il-kunfidenzjalità u l-awtomonitoraġġ f'konformità mal-Artikoli 10, 11 u 13 u għandha tiżgura li t-timijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu japplikaw dawk il-miżuri.

6.   Dan l-Artikolu ma għandu bl-ebda mod jiġi interpretat li jaffettwa d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/1624 li jikkonċernaw il-protezzjoni tad-data jew ir-responsabbiltà tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għal kwalunkwe pproċessar mhux awtorizzat jew skorrett ta' data minnha.

7.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, l-ebda parti tas-SIS II ma għandha tkun konnessa ma' xi sistema għall-ġbir u l-ipproċessar ta' data li titħaddem mit-timijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jew mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, u l-ebda data fis-SIS II u li dawk it-timijiet għandhom aċċess għaliha, ma għandha tiġi trasferita għal tali sistema. L-ebda parti mis-SIS II ma għandha titniżżel jew tiġi kkupjata. Ir-reġistrazzjoni tal-aċċess u t-tiftix ma għandhiex tiġi kkunsidrata bħala tniżżil jew ikkupjar illegali ta' data tas-SIS II.

8.   L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tippermetti lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data li jwettaq monitoraġġ u jirrieżamina l-attivitajiet tat-timijiet imsemmija f'dan l-Artikolu fit-twettiq tad-dritt tagħhom ta' aċċess għal u tiftix fid-data fis-SIS II. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ulterjuri tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3).

(*1)  Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53)."

(*2)  Ir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1)."

(*3)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018. dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).”."

Artikolu 64

Emendi għall-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen

L-Artikolu 25 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen huwa mħassar.

Artikolu 65

Tħassir

Ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 għandu jitħassar mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament kif stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 66(5).

Referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness.

Artikolu 66

Dħul fis-seħħ, bidu tat-tħaddim u applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Mhux aktar tard mit-28 ta' Diċembru 2021, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni li tistabbilixxi d-data li fiha s-SIS għandha tibda titħaddem skont dan ir-Regolament, wara li jiġi vverifikat li ġew issodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ikunu ġew adottati l-atti ta' implimentazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament;

(b)

l-Istati Membri jkunu nnotifikaw lill-Kummissjoni li jkunu għamlu l-arranġamenti tekniċi u legali meħtieġa biex jipproċessaw id-data tas-SIS u biex jiskambjaw informazzjoni supplimentari skont dan ir-Regolament; u

(c)

l-eu-LISA tkun innotifikat lill-Kummissjoni li tlestew b'suċċess l-attivitajiet kollha ta' ttestjar fir-rigward tas-CS-SIS u tal-interazzjoni bejn is-CS-SIS u l-N.SIS.

3.   Il-Kummissjoni għandha twettaq monitoraġġ mill-qrib tal-proċess tal-issodisfar progressiv tal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 u għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-eżitu tal-verifika msemmija f'dak il-paragrafu.

4.   Sat-28 ta' Diċembru 2019 u kull sena minn dakinhar 'il quddiem sa meta tittieħed id-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istat attwali tat-tħejjijiet għall-implimentazzjoni sħiħa ta' dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jkun fih informazzjoni dettaljata dwar l-ispejjeż imġarrba u informazzjoni dwar kwalunkwe riskju li jista' jkollu impatt fuq l-ispejjeż totali.

5.   Dan ir-Regolament għandu japplika mid-data ddeterminata f'konformità mal-paragrafu 2.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu:

(a)

l-Artikolu 4(4), l-Artikolu 5, l-Artikolu 8(4), l-Artikolu 9(1) u (5), l-Artikolu 15(7), l-Artikolu 19, l-Artikolu 20(3) u (4), l-Artikolu 32(4), l-Artikolu 33(4), l-Artikolu 47(4), l-Artikolu 48(6), l-Artikolu 60(6) u (9), l-Artikolu 61, l-Artikolu 62, il-punti (1) sa (6) u l-punt (8) tal-Artikolu 63, u l-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament;

(b)

il-punt (9) tal-Artikolu 63 għandu japplika mit-28 ta' Diċembru 2019;

(c)

il-punt (7) tal-Artikolu 63 għandu japplika mit-28 ta' Diċembru 2020.

6.   Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha f'konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Novembru 2018.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

K. EDTSTADLER


(1)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2018/(għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2018.

(2)  ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19.

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2424/2001 tas-6 ta' Diċembru 2001 dwar l-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS II) (ĠU L 328, 13.12.2001, p. 4).

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/886/ĠAI tas-6 ta' Diċembru 2001 dwar l-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS II) (ĠU L 328, 13.12.2001, p. 1).

(5)  Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 381, 28.12.2006, p. 4).

(6)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI tat-12 ta' Ġunju 2007 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 205, 7.8.2007, p. 63).

(7)  Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali, li jemenda u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE (ara paġna 56 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(8)  Regolament (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 99).

(9)  Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).

(10)  Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(11)  Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98).

(12)  Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77).

(13)  Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, mill-korpi, mill-uffiċċji u mill-aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu tat-tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(14)  Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53).

(15)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.

(16)  Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1).

(17)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(18)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(19)  Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 143).

(20)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).

(21)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi wħud mid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(22)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(23)  Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).

(24)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(25)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta' Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).

(26)  ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.

(27)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta' Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).

(28)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/365/UE tad-29 ta' Ġunju 2010 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen relatati mas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija, (ĠU L 166, 1.7.2010, p. 17).

(29)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/934 tal-25 ta' Ġunju 2018 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li fadal tal-acquis ta' Schengen marbuta mas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u fir-Rumanija (ĠU L 165, 2.7.2018, p. 37).

(30)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/733 tal-25 ta' April 2017 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen relatati mas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen fir-Repubblika tal-Kroazja (ĠU L 108, 26.4.2017, p. 31).

(31)  Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(32)  Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI (ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6).

(33)  Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1);

(34)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 tas-7 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta' Settembru 1998 li stabbilixxiet Kumitat Permanenti għall-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta' Schengen (ĠU L 295, 6.11.2013, p. 27).

(35)  Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 60).

(36)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 377/2004 tad-19 ta' Frar 2004 dwar il-ħolqien ta' netwerk bejn l-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni (ĠU L 64, 2.3.2004, p. 1).

(37)  Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1).


ANNESS

TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Regolament (KE) Nru 1987/2006

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 15

Artikolu 16

Artikolu 16

Artikolu 17

Artikolu 17

Artikolu 18

Artikolu 18

Artikolu 19

Artikolu 19

Artikolu 20

Artikolu 20

Artikolu 21

Artikolu 21

Artikolu 22

Artikoli 32 u 33

Artikolu 23

Artikolu 22

Artikolu 23

Artikolu 24

Artikolu 24

Artikolu 25

Artikolu 26

Artikolu 26

Artikolu 25

Artikolu 27

Artikolu 28

Artikolu 29

Artikolu 30

Artikolu 31

Artikolu 27

Artikolu 34

Artikolu 27a

Artikolu 35

Artikolu 27b

Artikolu 36

Artikolu 37

Artikolu 28

Artikolu 38

Artikolu 29

Artikolu 39

Artikolu 30

Artikolu 40

Artikolu 31

Artikolu 41

Artikolu 32

Artikolu 42

Artikolu 33

Artikolu 43

Artikolu 34

Artikolu 44

Artikolu 45

Artikolu 35

Artikolu 46

Artikolu 36

Artikolu 47

Artikolu 37

Artikolu 48

Artikolu 38

Artikolu 49

Artikolu 39

Artikolu 50

Artikolu 40

Artikolu 51

Artikolu 41

Artikolu 53

Artikolu 42

Artikolu 52

Artikolu 43

Artikolu 54

Artikolu 44

Artikolu 55

Artikolu 45

Artikolu 56

Artikolu 46

Artikolu 57

Artikolu 47

Artikolu 48

Artikolu 58

Artikolu 49

Artikolu 59

Artikolu 50

Artikolu 60

Artikolu 61

Artikolu 51

Artikolu 62

Artikolu 52

Artikolu 63

Artikolu 64

Artikolu 53

Artikolu 65

Artikolu 54

Artikolu 55

Artikolu 66


7.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 312/56


REGOLAMENT (UE) 2018/1862 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-28 ta' Novembru 2018

dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali, li jemenda u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-punt (d) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 82(1), l-Artikolu 85(1), l-Artikolu 87(2)(a) u l-Artikolu 88(2)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu f'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

Is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) tikkostitwixxi għodda essenzjali għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen kif integrati fil-qafas tal-Unjoni Ewropea. Is-SIS hija waħda mill-miżuri ta' kumpens ewlenin li jikkontribwixxu biex jinżamm livell għoli ta' sigurtà fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja tal-Unjoni billi tappoġġa l-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, b'mod partikolari l-gwardji tal-fruntiera, il-pulizija, l-awtoritajiet doganali, l--awtoritajiet tal-immigrazzjoni, u l-awtoritajiet responsabbli għall-prevenzjoni, il-kxif, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali.

(2)

Fil-bidu, is-SIS ġiet stabbilita skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tal-Konvenzjoni tad-19 ta' Ġunju 1990 li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen tal-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija gradwali ta' verifiki fuq il-fruntieri komuni tagħhom (2) (il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen). L-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-SIS (SIS II) ġie fdat f'idejn il-Kummissjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2424/2001 (3) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/886/ĠAI (4). Dan ġie stabbilit aktar tard bir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI (6). Is-SIS II issostitwixxiet is-SIS kif maħluqa skont il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen.

(3)

Tliet snin wara li bdiet titħaddem is-SIS II, il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni tas-sistema f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI. Fil-21 ta' Diċembru 2016, il-Kummissjoni ppreżentat ir-Rapport dwar l-Evalwazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) f'konformità mal-Artikoli 24(5), 43(3) u 50(5) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u l-Artikoli 59(3) u 66(5) tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI u dokument ta' ħidma tal-persunal akkumpanjanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Jenħtieġ li r-rakkomandazzjonijiet stabbiliti f'dawk id-dokumenti jiġu riflessi, kif xieraq, f'dan ir-Regolament.

(4)

Dan ir-Regolament jikkostitwixxi l-bażi legali għas-SIS fir-rigward ta' materji li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-Kapitoli 4 u 5 tat-Titolu V tal-Parti Tlieta tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Ir-Regolament (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) jikkostitwixxi l-bażi legali għas-SIS fir-rigward ta' materji li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-Kapitolu 2 tat-Titolu V tal-Parti Tlieta TFUE.

(5)

Il-fatt li l-bażi legali għas-SIS tikkonsisti minn strumenti separati ma jaffettwax il-prinċipju li s-SIS tikkostitwixxi sistema ta' informazzjoni unika li jenħtieġ li titħaddem bħala tali. Jenħtieġ li tinkludi netwerk uniku ta' uffiċċji nazzjonali msejħin Uffiċċji SIRENE biex jiġi żgurat l-iskambju ta' informazzjoni supplimentari. Għalhekk jenħtieġ li ċerti dispożizzjonijiet ta' dawk l-istrumenti jkunu identiċi.

(6)

Jenħtieġ li jiġu speċifikati l-objettivi tas-SIS, ċerti elementi tal-arkitettura teknika u l-finanzjament tagħha, li jiġu stabbiliti regoli dwar it-tħaddim u l-użu tagħha minn tarf sa tarf u li jiġu definiti r-responsabbiltajiet. Huwa wkoll neċessarju li jiġu determinati l-kategoriji ta' data li għandhom jiddaħħlu fis-sistema, il-finijiet li għalihom għandha tiddaħħal u tiġi pproċessata d-data u l-kriterji biex tiddaħħal. Huma meħtieġa wkoll regoli biex jiġu rregolati t-tħassir ta' allerti, l-awtoritajiet awtorizzati biex jaċċessaw id-data, l-użu ta' data bijometrika u biex jiġu determinati ulterjorment r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data u l-ipproċessar tad-data.

(7)

L-allerti fis-SIS jinkludu biss l-informazzjoni meħtieġa għall-identifikazzjoni ta' persuna jew oġġett u għall-azzjoni li għandha tittieħed. Fejn meħtieġ, jenħtieġ li l-Istati Membri għalhekk jiskambjaw informazzjoni supplimentari relatata mal-allerti.

(8)

Is-SIS tinkludi sistema ċentrali (SIS Ċentrali) u sistemi nazzjonali. Is-sistemi nazzjonali jista' jkun fihom kopja sħiħa jew parzjali tal-bażi ta' data tas-SIS, li tista' tiġi kondiviża bejn żewġ Stati Membri jew aktar. Meta wieħed iqis li s-SIS hija l-aktar strument importanti għall-iskambju ta' informazzjoni fl-Ewropa, biex jiġu żgurati s-sigurtà u l-immaniġġar effettiv tal-fruntieri, jenħtieġ li jiġi żgurat li din titħaddem mingħajr interruzzjoni fil-livell ċentrali kif ukoll f'dak nazzjonali. Jenħtieġ li d-disponibbiltà tas-SIS tkun soġġetta għal monitoraġġ mill-qrib fil-livell ċentrali u fil-livell tal-Istati Membri u jenħtieġ li kwalunkwe inċident ta' nuqqas ta' disponibbiltà għall-utenti finali jiġi rreġistrat u rrappurtat lill-partijiet ikkonċernati fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni. Jenħtieġ li kull Stat Membru jistabbilixxi backup għas-sistema nazzjonali tiegħu. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw ukoll konnettività mingħajr interruzzjoni mas-SIS Ċentrali permezz ta' punti ta' konnessjoni duplikati u separati fiżikament u ġeografikament. Jenħtieġ li s-SIS Ċentrali u l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni jitħaddmu b'mod li jiġi żgurat li joperaw 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa. Għal dik ir-raġuni, jenħtieġ li l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (“l-eu-LISA”) stabbilita bir-Regolament (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) timplimenta soluzzjonijiet tekniċi biex issaħħaħ id-disponibbiltà tas-SIS mingħajr interruzzjoni, soġġett għal valutazzjoni indipendenti tal-impatt u analiżi indipendenti tal-ispejjeż u l-benefiċċji.

(9)

Jenħtieġ li jinżamm manwal li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-iskambju ta' informazzjoni supplimentari dwar l-azzjonijiet meħtieġa mill-allerti (“il-Manwal SIRENE”). Jenħtieġ li l-Uffiċċji SIRENE jiżguraw li l-iskambju ta' tali informazzjoni jsir b'mod rapidu u effiċjenti.

(10)

Sabiex jiġi żgurat l-iskambju effiċjenti ta' informazzjoni supplimentari, inkluż dwar l-azzjoni li għandha tittieħed u li tkun speċifikata fl-allerti, jixraq li l-operat tal-Uffiċċji SIRENE jissaħħaħ billi jiġu speċifikati r-rekwiżiti dwar ir-riżorsi disponibbli, it-taħriġ għall-utenti u l-ħin tar-rispons għat-talbiet li jirċievu minn Uffiċċji SIRENE oħra.

(11)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-membri tal-persunal tal-Uffiċċji SIRENE tagħhom ikollhom il-ħiliet lingwistiċi u l-għarfien tal-liġi u tar-regoli proċedurali rilevanti neċessarji biex iwettqu l-kompiti tagħhom.

(12)

Sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw b'mod sħiħ mill-funzjonalitajiet tas-SIS, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-utenti finali u l-persunal tal-Uffiċċji SIRENE jirċievu taħriġ regolarment, inkluż dwar is-sigurtà tad-data, il-protezzjoni tad-data u dwar il-kwalità tad-data. Jenħtieġ li l-Uffiċċji SIRENE jkunu involuti fl-iżvilupp ta' programmi ta' taħriġ. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Uffiċċji SIRENE jipprevedu, skont il-possibbiltajiet li jkollhom, skambji ta' persunal ma' Uffiċċji SIRENE oħra mill-inqas darba fis-sena. L-Istati Membri huma mħeġġa jieħdu miżuri xierqa sabiex jevitaw it-telf ta' ħiliet u ta' esperjenza kkawżat minn tibdil fil-persunal.

(13)

Il-ġestjoni operazzjonali tal-komponenti ċentrali tas-SIS issir mill-eu-LISA. Bil-għan li l-eu-LISA tkun tista' tiddedika r-riżorsi finanzjarji u umani meħtieġa biex jiġu koperti l-aspetti kollha tal-ġestjoni operazzjonali tas-SIS Ċentrali u l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kompiti tagħha fid-dettall, b'mod partikolari fir-rigward tal-aspetti tekniċi tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari.

(14)

Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-Istati Membri rigward l-akkuratezza tad-data mdaħħla fis-SIS u għar-rwol tal-Uffiċċji SIRENE bħala koordinaturi tal-kwalità, jenħtieġ li l-eu-LISA tkun responsabbli li ttejjeb il-kwalità tad-data billi tintroduċi għodda ċentrali għall-monitoraġġ tal-kwalità tad-data, u jenħtieġ li tipprovdi rapporti f'intervalli regolari lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kwistjonijiet relatati mal-kwalità tad-data li jkunu ġew osservati. Bil-għan li l-kwalità tad-data fis-SIS tkompli titjieb, jenħtieġ li l-eu-LISA toffri wkoll taħriġ dwar l-użu tas-SIS lill-korpi nazzjonali responsabbli għat-taħriġ u, fejn ikun possibbli, lill-Uffiċċji SIRENE u lill-utenti finali.

(15)

Sabiex ikun possibbli li jsir monitoraġġ aħjar tal-użu tas-SIS u biex jiġu analizzati t-tendenzi rigward ir-reati kriminali, jenħtieġ li l-eu-LISA tkun tista' tiżviluppa kapaċità tal-ogħla livell għal rappurtar statistiku lill-Istati Membri, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Europol, lill-Eurojust u lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, mingħajr ma tiġi pperikolata l-integrità tad-data. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit repożitorju ċentrali. Jenħtieġ li statistika miżmuma fir-repożitorju jew miksuba minn dak ir-repożitorju ma jkun fiha l-ebda data personali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jikkomunikaw l-istatistika dwar l-użu tad-dritt ta' aċċess, ir-rettifika ta' data mhux preċiża u t-tħassir ta' data maħżuna illegalment fil-qafas tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data taħt dan ir-Regolament.

(16)

Jenħtieġ li jiġu introdotti kategoriji ġodda ta' data fis-SIS li jippermettu li l-utenti finali jieħdu deċiżjonijiet informati bbażati fuq allert mingħajr telf ta' żmien. Barra minn hekk, sabiex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni u jiġu individwati identitajiet multipli, jenħtieġ li l-allert, fejn tali informazzjoni tkun disponibbli, ikun jinkludi referenza għad-dokument ta' identifikazzjoni personali tal-individwu kkonċernat jew għan-numru tiegħu u kopja, jekk ikun possibbli bil-kulur, tad-dokument.

(17)

Jenħtieġ li, fejn dan ikun strettament meħtieġ, l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jdaħħlu fis-SIS informazzjoni speċifika relatata ma' kwalunkwe karatteristika fiżika, oġġettiva u speċifika ta' persuna li x'aktarx ma tinbidilx, bħal tattoos, marki jew ċikatriċijiet.

(18)

Fejn disponibbli, meta jinħoloq allert, jenħtieġ li tiddaħħal id-data kollha rilevanti, b'mod partikolari l-isem tal-individwu kkonċernat, sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun ir-riskju ta' hits żbaljati u ta' attivitajiet operazzjonali bla bżonn.

(19)

Jenħtieġ li s-SIS ma taħżen l-ebda data li tintuża biex jitwettaq it-tiftix bl-eċċezzjoni taż-żamma ta' reġistri biex jiġi vverifikat jekk it-tiftix ikunx skont il-liġi, biex isir monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-data, biex isir awtomonitoraġġ u biex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tas-sistemi nazzjonali, kif ukoll għall-integrità u s-sigurtà tad-data.

(20)

Jenħtieġ li s-SIS tippermetti l-ipproċessar ta' data bijometrika sabiex tassisti fl-identifikazzjoni affidabbli tal-individwi kkonċernati. Jenħtieġ li kwalunkwe dħul ta' ritratti, immaġnijiet tal-wiċċ jew data dattiloskopika fis-SIS u kwalunkwe użu ta' tali data jkun limitat għal dak li huwa neċessarju għall-objettivi li jridu jintlaħqu, li jkunu awtorizzati bil-liġi tal-Unjoni, li jirrispettaw id-drittijiet fundamentali, inkluż l-aħjar interessi tat-tfal, u li jkunu f'konformità mal-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data, inkluż id-dispożizzjonijiet rilevanti dwar il-protezzjoni tad-data stipulati f'dan ir-Regolament. Mill-istess perspettiva, sabiex jiġu evitati inkonvenjenzi kkawżati minn identifikazzjoni żbaljata, jenħtieġ li s-SIS tippermetti wkoll l-ipproċessar ta' data li tikkonċerna individwi li l-identità tagħhom tkun ġiet użurpata, soġġett għal salvagwardji xierqa, għall-kisba tal-kunsens tal-individwu kkonċernat għal kull kategorija ta' data, b'mod partikolari l-marki tal-pala tal-id, u għal limitazzjoni stretta tal-finijiet li għalihom it-tali data personali tista' tiġi pproċessata skont il-liġi.

(21)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu l-arranġamenti tekniċi meħtieġa sabiex kull darba li l-utenti finali ikunu intitolati jwettqu tiftix f'bażi ta' data nazzjonali tal-pulizija jew tal-immigrazzjoni, ifittxu wkoll b'mod parallel fis-SIS, soġġetti għall-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). Dan għandu jiżgura li s-SIS titħaddem bħala l-miżura ta' kumpens ewlenija fiż-żona mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni u li tiġi indirizzata aħjar id-dimensjoni transfruntiera tal-kriminalità u l-mobbiltà tal-persuni kriminali.

(22)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-użu ta' data dattiloskopika, ritratti u immaġnijiet tal-wiċċ għall-finijiet ta' identifikazzjoni u verifika. Jenħtieġ li l-immaġnijiet tal-wiċċ u r-ritratti għall-finijiet ta' identifikazzjoni fil-bidu jintużaw biss fil-kuntest ta' punti ta' qsim regolari tal-fruntieri. Tali użu jenħtieġ li jkun soġġett għal rapport mill-Kummissjoni li jikkonferma d-disponibbiltà u l-affidabbiltà tat-teknoloġija u kemm din tkun lesta biex tintuża.

(23)

L-introduzzjoni ta' servizz awtomatizzat ta' identifikazzjoni tal-marki tas-swaba' fi ħdan is-SIS tikkomplementa l-mekkaniżmu Prüm eżistenti dwar l-aċċess reċiproku online transfruntier għal ċerti bażijiet ta' data nazzjonali tad-DNA u sistemi awtomatizzati għall-identifikazzjoni tal-marki tas-swaba', kif stabbilit fid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2008/615/ĠAI (11) u 2008/616/ĠAI (12). It-tiftix permezz tad-data dattiloskopika tas-SIS jippermetti li jsir tiftix attiv għall-awtur tar-reat. Għalhekk, jenħtieġ li jkun possibbli li tittella' d-data dattiloskopika ta' awtur mhux magħruf ta' reat fis-SIS, dment li sid dik id-data jkun jista' jiġi identifikat bi grad għoli ħafna ta' probabbiltà bħala l-awtur ta' reat kriminali serju jew ta' att ta' terroriżmu. B'mod partikolari dan huwa l-każ jekk fuq l-arma jew fuq kwalunkwe oġġett li jintuża għar-reat tinstab data dattiloskopika. Is-sempliċi preżenza tad-data dattiloskopika fuq il-post ta' reat m'għandhiex titqies li tindika grad għoli ħafna ta' probabbiltà li d-data dattiloskopika tkun dik tal-awtur tar-reat. Prekondizzjoni ulterjuri biex jinħoloq dan l-allert jenħtieġ li tkun li l-identità tal-persuna suspettata ma tkun tista' tiġi stabbilita abbażi ta' data mill-ebda bażi ta' data nazzjonali, tal-Unjoni jew internazzjonali rilevanti oħra. Jekk mit-tiftix tad-data dattiloskopika tirriżulta konkordanza potenzjali, jenħtieġ li l-Istat Membru jwettaq verifiki oħrajn bl-involviment ta' esperti, sabiex jistabbilixxi jekk il-marki maħżuna fis-SIS jappartjenux lis-suspettat, u jenħtieġ li jistabbilixxi l-identità tal-persuna. Jenħtieġ li l-proċeduri jkunu soġġetti għal-liġi nazzjonali. Din l-identifikazzjoni tista' tikkontribwixxi għall-investigazzjoni b'mod sostanzjali u tista' twassal għal arrest dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha għall-arrest.

(24)

Jenħtieġ li jkun permess li jsir tiftix fid-data dattiloskopika maħżuna fis-SIS b'settijiet kompluti jew mhux kompluti ta' marki tas-swaba' u marki tal-pala tal-id li jinstabu fuq ix-xena tad-delitt jekk ikun jista' jiġi stabbilit bi grad għoli ta' probabbiltà li jappartjenu lill-awtur ta' reat serju jew ta' reat terroristiku, dment li tfittxija ssir fl-istess ħin fil-bażijiet ta' data nazzjonali rilevanti fejn ikunu maħżuna l-marki tas-swaba'. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-istabbiliment ta' standards ta' kwalità applikabbli għall-ħżin ta' data bijometrika, inkluż data dattiloskopika latenti.

(25)

Kull fejn l-identità ta' persuna ma tkunx tista' tiġi aċċertata b'mezzi oħra, jenħtieġ li tintuża data dattiloskopika biex issir l-identifikazzjoni. Jenħtieġ li jkun possibbli fil-każijiet kollha, li persuna tiġi identifikata bl-użu ta' data dattiloskopika.

(26)

F'każijiet definiti b'mod ċar, fejn id-data dattiloskopika ma tkunx disponibbli, għandu jkun possibbli li jiżdied profil tad-DNA ma' allert. Jenħtieġ li dak il-profil tad-DNA jkun aċċessibbli biss għall-utenti awtorizzati. Jenħtieġ li l-profili tad-DNA jiffaċilitaw l-identifikazzjoni tal-persuni neqsin li jeħtieġu protezzjoni u, b'mod partikolari, ta' tfal neqsin, inkluż billi jkun possibbli li jintużaw profili tad-DNA ta' axxendenti jew dixxendenti diretti, jew ta' aħwa sabiex tkun tista' ssir l-identifikazzjoni. Jenħtieġ li d-data tad-DNA jkun fiha biss l-informazzjoni minima meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-persuna nieqsa.

(27)

Il-profili tad-DNA ma għandhomx jiġu estratti mis-SIS ħlief fejn l-identifikazzjoni tkun meħtieġa u proporzjonata għall-finijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament. Il-profili tad-DNA ma għandhom jiġu estratti jew ipproċessati għall-ebda fini ħlief għal dak li għalih ikunu ddaħħlu fis-SIS. Jenħtieġ li japplikaw ir-regoli dwar il-protezzjoni u s-sigurtà tad-data stabbiliti f'dan ir-Regolament. Fejn meħtieġ, jenħtieġ li jiġu stabbiliti salvagwardji addizzjonali meta jintużaw profili tad-DNA sabiex jiġi evitat kwalunkwe riskju ta' konkordanza falza, hacking u ta' kondiviżjoni ma' partijiet terzi mingħajr awtorizzazzjoni.

(28)

Jenħtieġ li s-SIS tinkludi allerti dwar persuni mfittxija għall-arrest għal finijiet ta' konsenja u dawk imfittxija għall-arrest għal finijiet ta' estradizzjoni. Minbarra l-allerti, jixraq li jkun previst l-iskambju ta' informazzjoni supplimentari permezz tal-Uffiċċji SIRENE, li huwa meħtieġ għall-proċeduri ta' konsenja u ta' estradizzjoni. B'mod partikolari, jenħtieġ li d-data msemmija fl-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI (13) tiġi pproċessata fis-SIS. Minħabba raġunijiet operazzjonali, jixraq li l-Istat Membru emittenti jieħu ħsieb li l-aċċess għal allert għall-arrest eżistenti jkun temporanjament indisponibbli, bl-awtorizzazzjoni tal-awtoritajiet ġudizzjarji, meta l-persuna li tkun soġġetta għal Mandat ta' Arrest Ewropew tkun imfittxija b'mod intensiv u attiv u l-utenti finali mhux involuti fl-operazzjoni konkreta ta' tiftix għandhom mnejn ixekklu s-suċċess tal-eżitu. In-nuqqas temporanju tad-disponibbiltà ta' dawn l-allerti fil-prinċipju ma għandux jaqbeż it-48 siegħa.

(29)

Jenħtieġ li jkun possibbli li fis-SIS tiżdied traduzzjoni tad-data addizzjonali mdaħħla għall-fini ta' konsenja skont il-Mandat ta' Arrest Ewropew u għall-fini tal-estradizzjoni.

(30)

Jenħtieġ li s-SIS ikun fiha allerti dwar persuni neqsin jew dwar persuni vulnerabbli li jeħtieġu li ma jitħallewx jivvjaġġaw biex tiġi żgurata l-protezzjoni tagħhom jew biex jiġi evitat theddid għas-sigurtà pubblika jew l-ordni pubbliku. Fil-każ ta' tfal, dawn l-allerti u l-proċeduri korrispondenti jenħtieġ li jaqdu l-aħjar interessi tat-tfal f'konformità mal-Artikolu 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-20 ta' Novembru 1989. L-azzjonijiet u d-deċiżjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti, inkluż l-awtoritajiet ġudizzjarji, b'segwitu għal allert dwar tifel jew tifla jenħtieġ li jittieħdu f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet responsabbli għall-protezzjoni tat-tfal. Jenħtieġ li fejn adatt, il-hotline nazzjonali għat-tfal neqsin tiġi informata.

(31)

L-allerti dwar persuni neqsin li jenħtieġ li jitqiegħdu taħt protezzjoni jenħtieġ li jiddaħħlu fuq talba tal-awtorità kompetenti. It-tfal kollha li jinsabu neqsin mill-faċilitajiet ta' akkoljenza tal-Istati Membri jenħtieġ li jkunu s-suġġett ta' allert dwar persuni neqsin fis-SIS.

(32)

L-allerti dwar tfal f'riskju ta' ħtif mill-ġenituri jenħtieġ li jiddaħħlu fis-SIS fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti, inkluż l-awtoritajiet ġudizzjarji li jkollhom ġurisdizzjoni f'materji ta' responsabbiltà tal-ġenituri skont il-liġi nazzjonali. Id-dħul ta' allerti fis-SIS għal tfal f'riskju ta' ħtif mill-ġenituri jenħtieġ li jiddaħħlu biss fejn ir-riskju jkun konkret u evidenti u f'ċirkostanzi limitati.Għalhekk huwa neċessarju li jiġu previsti salvagwardji stretti u adatti. Fil-valutazzjoni tal-eżistenza ta' riskju konkret u evidenti li tifel jew tifla tista' titneħħa b'mod imminenti u b'mod illegali minn Stat Membru, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tqis iċ-ċirkostanzi personali tat-tifel jew tifla u l-ambjent li għalih ikun espost it-tifel jew it-tifla.

(33)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi kategorija ġdida ta' allerti għal ċerti kategoriji ta' persuni vulnerabbli li jeħtieġu li ma jitħallewx jivvjaġġaw. Il-persuni li jeħtieġu protezzjoni minħabba l-età, diżabbiltà jew iċ-ċirkostanzi tal-familja tagħhom, jenħtieġ li jitqiesu persuni vulnerabbli.

(34)

Jenħtieġ li l-allerti dwar tfal li jeħtieġu li ma jitħallewx jivvjaġġaw għall-protezzjoni tagħhom stess, jiddaħħlu fis-SIS jekk ikun hemm riskju konkret u evidenti li dawn jitneħħew jew jitilqu mit-territorju ta' Stat Membru. Dawn l-allerti jenħtieġ li jiddaħħlu jekk l-ivvjaġġar iqegħedhom f'riskju li jsiru vittmi tat-traffikar tal-bnedmin jew ta' żwieġ sfurzat, ta' mutilazzjoni ġenitali femminili jew forom oħra ta' vjolenza minħabba l-ġeneru, jew li jsiru vittmi jew li jkunu involuti f'reati terroristiċi, jew li jiġu koskritti jew imdaħħla bil-lieva fi gruppi armati jew li jiġu mġiegħla jieħdu sehem attiv f'ostilitajiet.

(35)

L-allerti dwar adulti vulnerabbli li jeħtieġu li ma jitħallewx jivvjaġġaw għall-protezzjoni proprja tagħhom jenħtieġ li jiddaħħlu jekk l-ivvjaġġar iqegħedhom f'riskju li jsiru vittmi ta' traffikar ta' bnedmin jew ta' vjolenza minħabba l-ġeneru.

(36)

Jenħtieġ li, bil-għan li jiġu ggarantiti salvagwardji stretti u adatti, fejn meħtieġ skont il-liġi nazzjonali, l-allerti dwar tfal jew persuni vulnerabbli oħra li jeħtieġu li ma jitħallewx jivvjaġġaw, jiddaħħlu fis-SIS b'segwitu għal deċiżjoni minn awtorità ġudizzjarja jew deċiżjoni minn awtorità kompetenti kkonfermata minn awtorità ġudizzjarja.

(37)

Jenħtieġ li tiġi introdotta azzjoni ġdida biex persuna tkun tista' titwaqqaf u tiġi interrogata sabiex l-Istat Membru emittenti jikseb informazzjoni dettaljata. Din l-azzjoni għandha tapplika f'każijiet fejn, abbażi ta' indikazzjonijiet ċari, persuna tkun issuspettata li biħsiebha twettaq jew li wettqet kwalunkwe wieħed mir-reati msemmija fl-Artikolu 2(1) u (2) tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI, fejn tkun meħtieġa aktar informazzjoni għall-eżekuzzjoni ta' sentenza ta' kustodja jew ordni ta' detenzjoni kontra persuna li tinstab ħatja bi kwalunkwe wieħed mir-reati msemmija fl-Artikolu 2(1) u (2) tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI, jew fejn ikun hemm lok li wieħed jemmen li l-persuna tkun ser twettaq kwalunkwe wieħed minn dawk ir-reati. Din l-azzjoni li għandha tittieħed jenħtieġ ukoll li ma tippreġudikax il-mekkaniżmi eżistenti ta' assistenza legali reċiproka. Jenħtieġ li tipprovdi biżżejjed informazzjoni sabiex tittieħed deċiżjoni dwar azzjonijiet ulterjuri. Jenħtieġ li din l-azzjoni l-ġdida ma tirriżultax f'tiftix fuq il-persuna u lanqas fl-arrest tagħha. Jenħtieġ li d-drittijiet proċedurali ta' persuni suspettati u akkużati skont il-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali jiġu ppreservati, inkluż id-dritt tagħhom ta' aċċess għal avukat f'konformità mad-Direttiva 2013/48/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14).

(38)

Fil-każ ta' allerti dwar oġġetti għall-qbid jew biex jintużaw bħala evidenza fi proċedimenti kriminali, jenħtieġ li l-oġġetti kkonċernati jinqabdu f'konformità mal-liġi nazzjonali li tiddetermina jekk u b'rispett ta' liema kondizzjonijiet għandu jinqabad l-oġġett, b'mod partikolari jekk ikun fil-pussess tas-sid leġittimu tiegħu.

(39)

Jenħtieġ li s-SIS ikun fiha kategoriji ġodda ta' oġġetti ta' valur kbir, bħal oġġetti tat-teknoloġija tal-informazzjoni li jistgħu jiġu identifikati u kkonsultati permezz ta' numru uniku ta' identifikazzjoni.

(40)

Fir-rigward ta' allerti mdaħħla fis-SIS dwar dokumenti b'rabta mal-qbid jew biex jintużaw bħala evidenza fi proċedimenti kriminali, it-terminu “falz” jenħtieġ li jinftiehem li jinkludi kemm dokumenti ffalsifikati kif ukoll kontrafazzjonijiet.

(41)

Jenħtieġ li Stat Membru jkun jista' jżid indikazzjoni ma' allert, imsejħa marka (flag), li tindika li l-azzjoni li għandha tittieħed abbażi tal-allert ma tkunx ser tittieħed fit-territorju tiegħu. Meta jiddaħħlu allerti għall-arrest għal finijiet ta' konsenja, dan ir-Regolament bl-ebda mod ma għandu jiġi interpretat bħala li qed jidderoga mid-dispożizzjonijiet li jinsabu fid-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI jew jimpedixxi l-applikazzjoni tagħhom. Jenħtieġ li d-deċiżjoni li tiżdied marka ma' allert bil-ħsieb tan-noneżekuzzjoni ta' Mandat ta' Arrest Ewropew, tkun ibbażata biss fuq ir-raġunijiet għal rifjut li jinsabu f'dik id-Deċiżjoni Kwadru.

(42)

Meta tiżdied marka u jsir magħruf il-post fejn tinsab il-persuna mfittxija għall-arrest għal finijiet ta' konsenja, jenħtieġ li l-post fejn tkun il-persuna dejjem jiġi kkomunikat lill-awtorità ġudizzjarja emittenti, li tista' tiddeċiedi li tittrasmetti Mandat ta' Arrest Ewropew lill-awtorità ġudizzjarja kompetenti f'konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI.

(43)

Jenħtieġ li jkun possibbli li l-Istati Membri jistabbilixxu konnessjonijiet bejn l-allerti fis-SIS. Il-ħolqien ta' konnessjonijiet bejn żewġ allerti jew aktar ma għandu jkollu l-ebda impatt fuq l-azzjoni li għandha tittieħed, il-perijodu tar-rieżami għall-allerti jew id-drittijiet ta' aċċess għall-allerti.

(44)

Jenħtieġ li l-allerti ma jinżammux fis-SIS għal aktar żmien minn dak meħtieġ biex jintlaħqu l-finijiet speċifiċi li għalihom ikunu ddaħħlu. Jenħtieġ li l-perijodi tar-rieżami għal kategoriji differenti ta' allerti jkunu adatti fid-dawl tal-fini tagħhom. Jenħtieġ li l-allerti dwar oġġetti li jkunu konnessi ma' allert dwar persuna jinżammu biss għat-tul ta' żmien sakemm jinżamm l-allert dwar il-persuna. Jenħtieġ li d-deċiżjonijiet biex jinżammu l-allerti dwar persuni jkunu bbażati fuq valutazzjoni individwali komprensiva. Jenħtieġ li l-Istati Membri jirrieżaminaw l-allerti dwar persuni u oġġetti fi ħdan il-perijodi tar-rieżami preskritti u jżommu statistika dwar l-għadd ta' allerti li l-perijodu taż-żamma tagħhom ikun ġie estiż.

(45)

Jenħtieġ li d-dħul ta' allert fis-SIS u l-estensjoni tad-data ta' skadenza ta' allert fis-SIS ikunu soġġetti għal rekwiżit ta' proporzjonalità li jinvolvi analiżi ta' jekk każ konkret ikunx adegwat, rilevanti u importanti biżżejjed biex jiġġustifika d-dħul ta' allert fis-SIS. Fejn huma kkonċernati reati terroristiċi, jenħtieġ li l-każ jitqies adegwat, rilevanti u importanti biżżejjed biex jiġġustifika l-eżistenza ta' allert fis-SIS. Għal finijiet ta' sigurtà pubblika jew nazzjonali, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu, f'każijiet eċċezzjonali, jagħżlu li ma jdaħħlux allert fis-SIS, meta x'aktarx li dan ikun ser jostakola l-inkjesti, l-investigazzjonijiet jew il-proċeduri uffiċjali jew legali.

(46)

Hemm bżonn li jiġu stabbiliti regoli dwar it-tħassir tal-allerti. Jenħtieġ li allert jinżamm biss għaż-żmien meħtieġ biex jintlaħaq l-fini li għalih ikun iddaħħal. Meta wieħed iqis il-prattiki diverġenti tal-Istati Membri biex jiġi determinat il-mument meta l-allert jissodisfa l-fini tiegħu, jixraq li jiġu stipulati kriterji dettaljati għal kull kategorija ta' allert biex jiġi ddeterminat meta jenħtieġ li dan jitħassar.

(47)

L-integrità tad-data tas-SIS hija ferm importanti. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu pprovduti salvagwardji adegwati għall-ipproċessar tad-data fis-SIS fuq livell ċentrali kif ukoll fuq dak nazzjonali sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tad-data minn tarf sa tarf. L-awtoritajiet involuti fl-ipproċessar tad-data jenħtieġ li jkunu marbuta bir-rekwiżiti ta' sigurtà skont dan ir-Regolament u jkunu soġġetti għal proċedura uniformi dwar ir-rappurtar ta' inċidenti.; Jenħtieġ li l-persunal tagħhom jitħarreġ b'mod xieraq u jiġu informati dwar kwalunkwe reat u piena eventwali f'dan ir-rigward.

(48)

Jenħtieġ li d-data pproċessata fis-SIS u l-informazzjoni supplimentari relatata skambjata skont dan ir-Regolament ma jiġux trasferiti jew jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta' pajjiżi terzi jew ta' organizzazzjonijiet internazzjonali.

(49)

Jixraq li s-servizzi responsabbli għar-reġistrazzjoni tal-vetturi, tad-dgħajjes u tal-inġenji tal-ajru jingħataw aċċess għas-SIS sabiex ikunu jistgħu jivverifikaw jekk ikunx diġà qed jitwettaq tiftix dwar it-trasferiment fi Stat Membru bil-għan ta' qbid. Jixraq li s-servizzi responsabbli għar-reġistrazzjoni tal-armi tan-nar jingħataw aċċess għas-SIS sabiex ikunu jistgħu jivverifikaw jekk l-arma tan-nar ikkonċernata tkunx qed tiġi mfittxija fi Stat Membru bil-għan ta' qbid jew jekk hemmx allert dwar il-persuna li qed titlob ir-reġistrazzjoni.

(50)

Jenħtieġ li l-aċċess dirett għas-SIS jingħata biss lis-servizzi tal-gvern kompetenti. Dan l-aċċess jenħtieġ li jkun limitat għal allerti li jikkonċernaw it-trasferimenti rispettivi u d-dokument ta' reġistrazzjoni jew il-pjanċa tal-vettura jew l-armi tan-nar rispettivi tagħhom u l-persuni li jitolbu r-reġistrazzjoni. Kwalunkwe hit fis-SIS jenħtieġ li tiġi rrappurtata minn dawk is-servizzi lill-awtoritajiet tal-pulizija, li jenħtieġ li jieħdu azzjoni ulterjuri f'konformità mal-allert partikolari fis-SIS u jinnotifikaw lill-Istat Membru emittenti dwar il-hit permezz tal-Uffiċċji SIRENE.

(51)

Mingħajr preġudizzju għar-regoli aktar speċifiċi stabbiliti f'dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali adottati skont id-Direttiva (UE) 2016/680 japplikaw għall-ipproċessar, inkluż il-ġbir u l-komunikazzjoni, ta' data personali skont dan ir-Regolament mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għall-finijiet ta' prevenzjoni, kxif, investigazzjoni jew prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali. L-aċċess għad-data mdaħħla fis-SIS u d-dritt ta' tiftix fit-tali data mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali responsabbli għall-prevenzjoni, il-kxif, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra jew għall-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, għandhom jiġu soġġetti għad-dispożizzjonijiet rilevanti kollha ta' dan ir-Regolament u dawk tad-Direttiva (UE) 2016/680 kif trasposta fil-liġi nazzjonali, u b'mod partikolari għalll-monitoraġġ mill-awtoritajiet superviżorji msemmija fid-Direttiva (UE) 2016/680.

(52)

Mingħajr preġudizzju għar-regoli aktar speċifiċi stipulati f'dan ir-Regolament għall-ipproċessar ta' data personali, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2016/679 japplika għall-ipproċessar ta' data personali mill-Istati Membri skont dan ir-Regolament sakemm tali pproċessar ma jsirx mill-awtoritajietkompetenti nazzjonali għall-finijiet ta' prevenzjoni, investigazzjoni, kxif jew prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi jewta' reati kriminali serji oħra.

(53)

Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) jenħtieġ li japplika għall-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u mill-korpi tal-Unjoni meta jkunu qegħdin iwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom skont dan ir-Regolament.

(54)

Ir-Regolament (UE) Nru 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) jenħtieġ li japplika għall-ipproċessar ta' data personali mill-Europol skont dan ir-Regolament.

(55)

F'każijiet fejn it-tiftix imwettaq fis-SIS mill-membri nazzjonali tal-Eurojust u l-assistenti tagħhom jiżvela l-eżistenza ta' allert imdaħħal minn Stat Membru, il-Eurojust ma tistax tieħu l-azzjoni mitluba. Għalhekk jenħtieġ li tinforma minnufih lill-Istat Membru kkonċernat sabiex ikun jista' jsegwi l-każ.

(56)

Meta l-awtoritajiet kompetenti jużaw is-SIS, jenħtieġ li jiżguraw li jiġu rrispettati d-dinjità u l-integrità tal-persuna li d-data tagħha tkun qiegħda tiġi pproċessata. L-ipproċessar ta' data personali għall-finijiet ta' dan ir-Regolament m'għandu għall-ebda raġuni, jirriżulta f'diskriminazzjoni kontra persuni, abbażi tas-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali.

(57)

Jenħtieġ li b'rabta mal-kunfidenzjalità, id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti l-Oħra tal-Unjoni, stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (17) (ir-“Regolamenti tal-Persunal”) japplikaw għal uffiċjali jew għal aġenti oħrajn li jkunu impjegati u li jkunu qed jaħdmu b'rabta mas-SIS.

(58)

Jenħtieġ li kemm l-Istati Membri kif ukoll l-eu-LISA jżommu pjanijiet ta' sigurtà sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-obbligi ta' sigurtà u jenħtieġ li dawn jikkooperaw ma' xulxin sabiex il-kwistjonijiet marbutin mas-sigurtà jiġu indirizzati minn perspettiva komuni.

(59)

L-awtoritajiet superviżorji nazzjonali indipendenti msemmija fir-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva (UE) 2016/680 (“awtoritajiet superviżorji”) jenħtieġ li jwettqu monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar ta' data personali mill-Istati Membri skont ta' dan ir-Regolament, inkluż l-iskambju ta' informazzjoni supplimentari. Jenħtieġ li l-awtoritajiet superviżorji jingħataw biżżejjed riżorsi biex iwettqu dan il-kompitu. Id-drittijiet tas-suġġetti tad-data li jaċċessaw, jirrettifikaw u jħassru d-data personali tagħhom maħżuna fis-SIS, u kwalunkwe rimedju sussegwenti quddiem il-qrati nazzjonali kif ukoll ir-rikonoxximent reċiproku tas-sentenzi jenħtieġ li jiġu previsti. Huwa xieraq ukoll li l-Istati Membri jintalbu jipprovdu statistika annwali.

(60)

Jenħtieġ li l-awtoritajiet superviżorji jiżguraw li mill-inqas kull erba' snin isir awditu tal-operazzjonijiet ta' pproċessar tad-data fis-sistemi nazzjonali tal-Istati Membri tagħhom f'konformità ma' standards internazzjonali tal-awditjar. Jenħtieġ li l-awditu jew isir mill-awtoritajiet superviżorji, jew l-awtoritajiet superviżorji jikkummissjonaw l-awditjar direttament minn awditur indipendenti tal-protezzjoni tad-data. Jenħtieġ li l-awditur indipendenti jibqa' taħt il-kontroll u r-responsabbiltà tal-awtoritajiet superviżorji kkonċernati u għalhekk jenħtieġ li dawn stess jagħtu struzzjoni lill-awditur u jiddefinixxu b'mod ċar il-fini, l-ambitu u l-metodoloġija tal-awditu kif ukoll jipprovdu gwida għal u s-superviżjoni tal-awditu u r-riżultati finali tiegħu.

(61)

Jenħtieġ li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jwettaq monitoraġġ tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni b'rabta mal-ipproċessar tad-data personali fl-ambitu ta' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-awtoritajiet superviżorji jikkooperaw ma' xulxin fil-monitoraġġ tas-SIS.

(62)

Jenħtieġ li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jingħata biżżejjed riżorsi biex iwettaq il-kompiti fdati f'idejh skont dan ir-Regolament, inkluż assistenza minn persuni b'għarfien espert dwar data bijometrika.

(63)

Ir-Regolament (UE) 2016/794 jipprevedi li l-Europol għandha tappoġġa u ssaħħaħ l-azzjonijiet li jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u l-kooperazzjoni tagħhom fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità serja u tipprovdi analiżi u valutazzjonijiet tat-theddid. Jenħtieġ li l-estensjoni tad-drittijiet ta' aċċess tal-Europol għall-allerti tas-SIS dwar persuni neqsin tkompli ttejjeb il-kapaċità tal-Europol li tipprovdi lill-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi bi prodotti operazzjonali u analitiċi komprensivi li jikkonċernaw it-traffikar tal-bnedmin u l-isfruttament sesswali tat-tfal, inkluż online. Dan jikkontribwixxi għal titjib fil-prevenzjoni ta' dawk ir-reati kriminali, tal-protezzjoni ta' vittmi potenzjali u tal-investigazzjoni tal-awturi tar-reati. Anke ċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità tal-Europol jibbenefika mill-fatt li l-Europol ikollha aċċess għall-allerti tas-SIS dwar persuni neqsin, inkluż f'każijiet ta' trasgressuri ta' reati sesswali itineranti u ta' abbuż sesswali tat-tfal online, fejn spiss l-awturi jsostnu li għandhom aċċess għal tfal jew jistgħu jiksbu aċċess għal tfal li setgħu ġew irreġistrati bħala neqsin.

(64)

Sabiex tiġi indirizzata l-lakuna fil-kondiviżjoni ta' informazzjoni dwar it-terroriżmu, b'mod partikolari dwar il-ġellieda terroristi barranin – fejn il-monitoraġġ tal-moviment tagħhom ikun kruċjali - l-Istati Membri huma inkoraġġuti jikkondividu mal-Europol l-informazzjoni dwar l-attività relatata mat-terroriżmu. Jenħtieġ li dan l-iskambju ta' informazzjoni jsir permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari mal-Europol dwar l-allerti kkonċernati. Għal dan il-fini, jenħtieġ li l-Europol tistabbilixxi konnessjoni mal-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni.

(65)

Jenħtieġ ukoll li jiġu stabbiliti regoli ċari għall-Europol dwar l-ipproċessar u t-tniżżil ta' data tas-SIS li jippermettula tuża s-SIS b'mod komprensiv, dment li jiġu rrispettati l-istandards ta' protezzjoni tad-data kif previst f'dan ir-Regolament u fir-Regolament (UE) 2016/794. F'każijiet fejn it-tiftix imwettaq mill-Europol fis-SIS jiżvela l-eżistenza ta' allert imdaħħal minn Stat Membru, il-Europol ma tistax tieħu l-azzjoni meħtieġa. Għalhekk jenħtieġ li tinforma lill-Istat Membru kkonċernat permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari mal-Uffiċċju SIRENE rispettiv sabiex dak l-Istat Membru jkun jista' jsegwi l-każ.

(66)

Ir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18) jipprevedi, għall-fini ta' dak ir-Regolament, li l-Istat Membru ospitanti jeħtieġ li jawtorizza lill-membri tat-timijiet imsemmija fil-punt (8) tal-Artikolu 2 ta' dak ir-Regolament, mibgħuta mill-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta biex jikkonsultaw bażijiet ta' data tal-Unjoni fejn din il-konsultazzjoni tkun meħtieġa għat-twettiq tal-għanijiet operazzjonali speċifikati fil-pjan operazzjonali dwar il-verifiki fuq il-fruntieri, is-sorveljanza fuq il-fruntieri u r-ritorn. Aġenziji rilevanti oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-Asil u l-Europol, jistgħu jibagħtu wkoll esperti li mhumiex membri tal-persunal ta' dawk l-aġenziji tal-Unjoni bħala parti mit-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni. L-objettiv li għalih jintbagħtu t-timijiet imsemmija fil-punti (8) u (9) tal-Artikolu 2 ta' dak ir-Regolament huwa li jingħata rinforz tekniku u operazzjonali lill-Istati Membri rikjedenti, speċjalment lil dawk li jkunu qegħdin jiffaċċjaw sfidi migratorji sproporzjonati. Biex it-timijiet imsemmija fil-punti (8) u (9) tal-Artikolu 2 ta' dak ir-Regolament iwettqu l-kompiti tagħhom, huma jeħtieġu aċċess għas-SIS permezz ta' konnessjoni bejn l-interfaċċa teknika tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u s-SIS Ċentrali. F'każijiet fejn it-tiftix fis-SIS imwettaq mit-timijiet imsemmija fil-punti (8) u (9) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/1624 jew mit-timijiet tal-persunal jiżvela l-eżistenza ta' allert imdaħħal minn Stat Membru, il-membru tat-tim jew tal-persunal ma jistax jieħu l-azzjoni meħtieġa jekk ma jiġix awtorizzat li jagħmel dan mill-Istat Membru ospitanti. Għalhekk jenħtieġ li l-Istat Membru ospitanti jkun informat sabiex ikun jista' jsegwi l-każ. Jenħtieġ li l-Istat Membru ospitanti jinnotifika lill-Istat Membru emittenti dwar il-hit permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari.

(67)

Ċerti aspetti tas-SIS ma jistgħux jiġu koperti b'mod eżawrjenti mid-dispożizzjonijiet minn dan ir-Regolament minħabba n-natura teknika tagħhom, in-natura dettaljata ħafna tagħhom u minħabba li jinbiddlu frekwentament. Dawk l-aspetti jinkludu, pereżempju, ir-regoli tekniċi dwar id-dħul tad-data, dwar l-aġġornament, it-tħassir u t-tiftix tad-data, u dwar il-kwalità tad-data u r-regoli relatati mad-data bijometrika, ir-regoli dwar il-kompatibbiltà u l-ordni tal-prijorità tal-allerti, dwar il-konnessjonijiet bejn l-allerti, l-istabbiliment tad-data ta' skadenza tal-allerti fi ħdan l-iskadenza massima u dwar l-iskambju ta' informazzjoni supplimentari. Għalhekk jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' dawk l-aspetti. Ir-regoli tekniċi dwar it-tiftix ta' allerti jenħtieġ li jikkunsidraw it-tħaddim bla xkiel tal-applikazzjonijiet nazzjonali.

(68)

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19). Jenħtieġ li l-proċedura għall-adozzjoni ta' atti ta' implimentazzjoni skont dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) 2018/1861 tkun l-istess.

(69)

Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza, jenħtieġ li sentejn wara l-bidu tal-operat tas-SIS skont dan ir-Regolament, l-eu-LISA tipproduċi rapport dwar il-funzjonament tekniku tas-SIS Ċentrali u tal-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni, inkluż dwar is-sigurtà tagħhom, u dwar l-iskambju bilaterali u multilaterali ta' informazzjoni supplimentari. Jenħtieġ li l-Kummissjoni toħroġ evalwazzjoni ġenerali kull erba' snin.

(70)

Sabiex jiġi żgurat it-tħaddim bla xkiel tas-SIS, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE fir-rigward ta' subkategoriji ġodda ta' oġġetti li għandhom jiġu mfittxija taħt allerti dwar oġġetti għall-qbid jew biex jintużaw bħala evidenza fi proċedimenti kriminali, u d-determinazzjoni taċ-ċirkostanzi li fihom jistgħu jintużaw ritratti u immaġnijiet tal-wiċċ għall-identifikazzjoni ta' persuni minbarra fil-kuntest tal-punti ta' qsim regolari tal-fruntieri. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (20). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(71)

Minħabba li l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-istabbiliment u r-regolazzjoni ta' sistema ta' informazzjoni tal-Unjoni u l-iskambju ta' informazzjoni supplimentari relatata, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jistgħu, minħabba n-natura tagħhom jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(72)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, dan ir-Regolament jirrispetta b'mod sħiħ il-protezzjoni ta' data personali f'konformità mal-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea filwaqt li jfittex li jiżgura ambjent sigur għall-persuni kollha li jirrisjedu fit-territorju tal-Unjoni u protezzjoni speċjali għal tfal li jistgħu jkunu vittma tat-traffikar jew ta' ħtif. Fil-każijiet li jikkonċernaw lit-tfal, il-fattur li għandu jiġi kkunsidrat bħala prijorità hu dak tal-aħjar interessi tat-tfal.

(73)

F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-Pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-TUE u mat-TFUE, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Ladarba dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta' Schengen, id-Danimarka għandha, f'konformità mal-Artikolu 4 ta' dak il-Protokoll, tiddeċiedi, fi żmien sitt xhur minn meta l-Kunsill ikun iddeċieda dwar dan ir-Regolament jekk hijiex ser timplimentah fil-liġi nazzjonali tagħha.

(74)

Ir-Renju Unit qed jieħu sehem f'dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 5(1) tal-Protokoll Nru 19 dwar l-acquis ta' Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea, anness mat-TUE u mat-TFUE u l-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (21).

(75)

L-Irlanda qed tieħu sehem f'dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 5(1) tal-Protokoll Nru 19 anness mat-TUE u mat-TFUE u l-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (22).

(76)

Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mir-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn tal-aħħar mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (23), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-punt (G) tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (24).

(77)

Fir-rigward tal-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (25), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-punt (G) tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/149/ĠAI (26).

(78)

Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-adeżjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (27), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-punt (G) tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/349/UE (28).

(79)

Fir-rigward tal-Bulgarija u r-Rumanija, dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta' Schengen jew li huwa b'xi mod ieħor relatat miegħu fis-sens tal-Artikolu 4(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005, u jenħtieġ li jinqara flimkien mad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/365/UE (29) u (UE) 2018/934 (30).

(80)

Fir-rigward tal-Kroazja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta' Schengen jew li huwa b'xi mod ieħor relatat miegħu fis-sens tal-Artikolu 4(2) tal-Att ta' Adeżjoni tal-2011 u għandu jinqara flimkien mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/733 (31).

(81)

Fir-rigward ta' Ċipru dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta' Schengen jew li b'xi mod ieħor huwa relatat miegħu fis-sens tal-Artikolu 3(2) tal-Att ta' Adeżjoni tal-2003.

(82)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika għall-Irlanda f'dati ddeterminati f'konformità mal-proċeduri stipulati fl-istrumenti rilevanti rigward l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen għal dan l-Istat.

(83)

Dan ir-Regolament jintroduċi sensiela ta' titjib fis-SIS li ser iżid l-effettività tagħha, isaħħaħ il-protezzjoni tad-data u jestendi d-drittijiet ta' aċċess. Ċertu titjib ma jeħtieġx żviluppi tekniċi kumplessi, filwaqt li titjib ieħor jeħtieġ bidliet tekniċi li jvarjaw fl-importanza tagħhom. Bil-għan li t-titjib fis-sistema jsir disponibbli għall-utenti finali malajr kemm jista' jkun, dan ir-Regolament jintroduċi emendi għad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI f'diversi fażijiet. Għadd ta' titjib għas-sistema jenħtieġ li japplika immedjatament mad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, filwaqt li titjib ieħor jenħtieġ li japplika sena jew sentejn wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika fl-intier tiegħu fi żmien tliet snin minn meta jidħol fis-seħħ. Sabiex jiġi evitat dewmien fl-applikazzjoni tiegħu, jenħtieġ li l-implimentazzjoni progressiva ta' dan ir-Regolament tiġi ssorveljata mill-qrib.

(84)

Ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (32), id-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE (33) għandhom jitħassru f'effett mid-data tal-applikazzjoni sħiħa ta' dan ir-Regolament.

(85)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f'konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (34) u ta opinjoni fit-3 ta' Mejju 2017,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

Għan ġenerali tas-SIS

L-għan tas-SIS għandu jkun li jiġi żgurat livell għoli ta' sigurtà fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja tal-Unjoni, inkluż iż-żamma tas-sigurtà pubblika u l-ordni pubbliku u s-salvagwardja tas-sigurtà fit-territorji tal-Istati Membri, u li tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 4 u l-Kapitolu 5 tat-Titolu V tat-Tielet Parti tat-TFUE rigward il-moviment tal-persuni fit-territorji tagħhom, bl-użu tal-informazzjoni kkomunikata permezz ta' din is-sistema.

Artikolu 2

Suġġett

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċeduri għad-dħul u l-ipproċessar fis-SIS ta' allerti dwar persuni u oġġetti u għall-iskambju ta' informazzjoni supplimentari u ta' data addizzjonali għall-fini tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja f'materji kriminali.

2.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll dispożizzjonijiet dwar l-arkitettura teknika tas-SIS, dwar ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri u tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), dwar l-ipproċessar tad-data, dwar id-drittijiet tal-persuni kkonċernati u dwar ir-responsabbiltà.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“allert” tfisser sett ta' data mdaħħla fis-SIS li jippermetti li l-awtoritajiet kompetenti jidentifikaw persuna jew oġġett bil-ħsieb li jieħdu azzjoni speċifika;

(2)

“informazzjoni supplimentari” tfisser informazzjoni li ma tagħmilx parti mid-data tal-allert maħżuna fis-SIS, li madankollu hi marbuta mal-allerti fis-SIS, li għandha tiġi skambjata permezz tal-Uffiċċji SIRENE:

(a)

sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jikkonsultaw jew jinformaw lil xulxin meta jdaħħlu allert;

(b)

wara li jkun hemm hit, sabiex tkun tista' tittieħed l-azzjoni adatta;

(c)

meta ma tkunx tista' tittieħed l-azzjoni meħtieġa;

(d)

meta tkun qed tiġi ttrattata l-kwalità tad-data tas-SIS;

(e)

meta jkunu qed jiġu ttrattati l-kompatibbiltà u l-prijorità tal-allerti;

(f)

meta jkunu qed jiġu ttrattati d-drittijiet ta' aċċess;

(3)

data addizzjonali” tfisser id-data maħżuna fis-SIS u marbuta mal-allerti fis-SIS li għandha tkun disponibbli immedjatament għall-awtoritajiet kompetenti meta l-persuna li dwarha tkun iddaħħlet data fis-SIS tiġi lokalizzata bħala riżultat ta' tiftix li sar fis-SIS;

(4)

data personali” tfisser data personali kif definita fil-punt 1 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679;

(5)

“ipproċessar ta' data personali” tfisser kwalunkwe operazzjoni jew sett ta' operazzjonijiet li jitwettqu fuq data personali jew fuq settijiet ta' data personali, kemm jekk b'mezzi awtomatizzati kif ukoll jekk le, bħalma huma l-ġbir, ir-rekordjar, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħżin, l-adattament jew it-tibdil, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar bi trasmissjoni, it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b'xi mezz ieħor, l-allinjament jew it-taħlit, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda;

(6)

“konkordanza” tfisser meta jseħħu l-passi li ġejjin:

(a)

sar tiftix fis-SIS minn utent finali;

(b)

dak it-tiftix żvela allert imdaħħal fis-SIS minn Stat Membru ieħor; u

(c)

id-data dwar l-allert fis-SIS taqbel mad-data mfittxija;

(7)

“hit” tfisser kwalunkwe konkordanza li tissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(a)

tkun ġiet ikkonfermata:

(i)

mill-utent finali; jew

(ii)

mill-awtorità kompetenti f'konformità ma' proċeduri nazzjonali, fejn il-konkordanza inkwistjoni kienet ibbażata fuq tqabbil ta' data bijometrika;

u

(b)

jintalbu azzjonijiet ulterjuri;

(8)

“marka” tfisser sospensjoni tal-validità ta' allert fil-livell nazzjonali li tista' tiżdied ma' allerti għal arrest, allerti dwar persuni neqsin u vulnerabbli u allerti għal verifiki diskreti, ta' investigazzjoni u speċifiċi;

(9)

“Stat Membru emittenti” tfisser l-Istat Membru li jkun daħħal l-allert fis-SIS;

(10)

“Stat Membru ta' eżekuzzjoni” tfisser l-Istat Membru li jieħu jew li jkun ħa l-azzjonijiet meħtieġa b'segwitu għal hit;

(11)

“utent finali” tfisser membru tal-persunal ta' awtorità kompetenti awtorizzat li jfittex direttament fis-CS-SIS, fl-N.SIS jew f'kopja teknika tagħhom;

(12)

data bijometrika” tfisser data personali li tirriżulta mill-ipproċessar tekniku speċifiku relatat mal-karatteristiċi fiżiċi jew fiżjoloġiċi ta' persuna fiżika, li tippermetti jew tikkonferma l-identifikazzjoni unika ta' dik il-persuna fiżika, jiġifieri ritratti, immaġnijiet tal-wiċċ, data dattiloskopika u profil tad-DNA;

(13)

data dattiloskopika” tfisser data dwar il-marki tas-swaba' u dwar il-marki tal-pala tal-id li minħabba l-karattru uniku tagħhom u l-punti ta' referenza li fihom, jippermettu li jsir tqabbil akkurat u konklużiv dwar l-identità ta' persuna;

(14)

“immaġni tal-wiċċ” tfisser immaġnijiet diġitali tal-wiċċ b'riżoluzzjoni u kwalità suffiċjenti tal-immaġni biex jintużaw fi tqabbil bijometriku awtomatizzat;

(15)

“profil tad-DNA” tfisser kodiċi b'ittri jew b'ċifri li jirrappreżenta sett ta' karatteristiċi ta' identifikazzjoni tal-parti nonkodifikanti ta' kampjun analizzat ta' DNA uman, jiġifieri l-istruttura molekulari partikolari fid-diversi partijiet (loci) tad-DNA;

(16)

“reati terroristiċi” tfisser reati skont il-liġi nazzjonali msemmija fl-Artikoli 3 sa 14 tad-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (35), jew ekwivalenti għal wieħed minn dawk ir-reati għall-Istati Membri li mhumiex marbutin b'dik id-Direttiva;

(17)

“theddida għas-saħħa pubblika” tfisser theddida għas-saħħa pubblika kif definit fil-punt (21) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (36).

Artikolu 4

Arkitettura teknika u modi kif tista' titħaddem is-SIS

1.   Is-SIS għandha tkun magħmula minn:

(a)

sistema ċentrali (SIS Ċentrali) magħmula minn:

(i)

funzjoni ta' appoġġ tekniku (“CS-SIS”) li jkun fiha bażi ta' data (il-“bażi ta' data tas-SIS”), u li tinkludi backup tas-CS-SIS;

(ii)

interfaċċa nazzjonali uniformi (“NI-SIS”);

(b)

sistema nazzjonali (N.SIS) f'kull Stat Membru, li tkun magħmula mis-sistemi ta' data nazzjonali li jikkomunikaw mas-SIS Ċentrali, li tal-inqas tinkludi backup wieħed nazzjonali jew kondiviż tal-N.SIS; u

(c)

infrastruttura ta' komunikazzjoni bejn is-CS-SIS, il-backup tas-CS-SIS u tal-NI-SIS (“l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni”) li tipprovdi netwerk virtwali kriptat iddedikat għad-data tas-SIS u għall-iskambju ta' data bejn l-Uffiċċji SIRENE, kif imsemmi fl-Artikolu 7(2).

L-N.SIS kif imsemmi fil-punt (b) jista' jkun fiha fajl ta' data (“kopja nazzjonali”) li jkun fih kopja sħiħa jew parzjali tal-bażi ta' data tas-SIS. Żewġ Stati Membri jew aktar jistgħu jistabbilixxu f'waħda mill-N.SIS tagħhom, kopja kondiviża li tista' tintuża b'mod konġunt minn dawk l-Istati Membri. Tali kopja kondiviża għandha titqies bħala l-kopja nazzjonali ta' kull wieħed mill-Istati Membri parteċipanti.

Backup kondiviż tal-N.SIS kif imsemmi fil-punt (b) jista' jintuża b'mod konġunt minn żewġ Stati Membri jew aktar. F'każijiet bħal dawn, il-backup kondiviż tal-N.SIS għandu jitqies bħala l-backup tal-N.SIS ta' kull wieħed minn dawk l-Istati Membri. L-N.SIS u l-backup tagħha jistgħu jintużaw simultanjament biex tiġi żgurata disponibbiltà mingħajr interruzzjoni għall-utenti finali.

L-Istati Membri li biħsiebhom jistabbilixxu kopja kondiviża tal-N.SIS jew backup kondiviż tal-N.SIS li ser jintuża b'mod konġunt, għandhom jilħqu qbil bil-miktub rigward ir-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom. Huma għandhom jinnotifikaw l-arranġament tagħhom lill-Kummissjoni.

L-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni għandha tkun ta' appoġġ u tikkontribwixxi biex tiġi żgurata d-disponibbiltà mingħajr interruzzjoni tas-SIS. Għandha tinkludi mogħdijiet addizzjonali u separati għall-konnessjonijiet bejn is-CS-SIS u l-backup tas-CS-SIS u għandha tinkludi wkoll mogħdijiet addizzjonali u separati għall-konnessjonijiet bejn kull punt ta' aċċess nazzjonali għan-netwerk tas-SIS u s-CS-SIS u l-backup tas-CS-SIS.

2.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu, jaġġornaw, iħassru u jfittxu fid-data tas-SIS permezz tal-N.SIS tagħhom stess. L-Istati Membri li jużaw kopja nazzjonali parzjali jew sħiħa, jew kopja kondiviża parzjali jew sħiħa għandhom jagħmlu lil dik il-kopja disponibbli għall-fini li jsir tiftix awtomatiku fit-territorju ta' kull wieħed minn dawk l-Istati Membri. Il-kopja nazzjonali jew kondiviża parzjali għandu jkun fiha tal-inqas id-data elenkata fil-punti (a) sa (v) tal-Artikolu 20(3). Mhux ser ikun possibbli li jsir tiftix fil-fajls tad-data tal-N.SIS ta' Stati Membri oħrajn ħlief fil-każ ta' kopji kondiviżi.

3.   Is-CS-SIS għandha twettaq superviżjoni teknika u funzjonijiet amministrattivi u jkollha backup, li tkun kapaċi tiżgura l-funzjonalitajiet kollha tas-CS-SIS prinċipali f'każ ta' ħsara f'dik is-sistema. Is-CS-SIS u l-backup tas-CS-SIS għandhom ikunu jinstabu fiż-żewġ siti tekniċi tal-eu-LISA.

4.   L-eu-LISA għandha timplimenta soluzzjonijiet tekniċi biex issaħħaħ id-disponibbiltà mingħajr interruzzjoni tas-SIS jew permezz tat-tħaddim simultanju tas-CS-SIS u l-backup tas-CS-SIS, dment li l-backup tas-CS-SIS jibqa' kapaċi jiżgura t-tħaddim tas-SIS f'każ ta' ħsara tas-CS-SIS, jew permezz ta' duplikazzjoni tas-sistema jew tal-komponenti tagħha. Minkejja r-rekwiżiti proċedurali stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2018/1726 l-eu-LISA għandha mhux aktar tard mit-28 ta' Diċembru 2019, tħejji studju dwar l-għażliet għal soluzzjonijiet tekniċi, li jkun jinkludi valutazzjoni indipendenti tal-impatt u analiżi indipendenti tal-ispejjeż u l-benefiċċji.

5.   Fejn meħtieġ f'ċirkostanzi eċċezzjonali, l-eu-LISA tista' temporanjament tiżviluppa kopja addizzjonali tal-bażi ta' data tas-SIS.

6.   Is-CS-SIS għandha tipprovdi s-servizzi meħtieġa biex tiddaħħal u tiġi pproċessata d-data tas-SIS, inkluż tiftix fil-bażi ta' data tas-SIS. Għall-Istati Membri li jużaw kopja nazzjonali jew kondiviża, is-CS-SIS għandha:

(a)

tipprovdi aġġornament online għall-kopji nazzjonali;

(b)

tiżgura sinkronizzazzjoni u konsistenza bejn il-kopji nazzjonali u l-bażi ta' data tas-SIS; u

(c)

tipprovdi l-operazzjoni għall-inizjalizzazzjoni u l-irkupru tal-kopji nazzjonali;

7.   Is-CS-SIS għandha tipprovdi disponibbiltà mingħajr interruzzjoni.

Artikolu 5

Spejjeż

1.   L-ispejjeż marbutin mat-tħaddim, il-manutenzjoni u l-iżvilupp ulterjuri tas-SIS Ċentrali u tal-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni għandhom jitħallsu mill-baġit ġenerali tal-Unjoni. Dawk l-ispejjeż għandhom jinkludu l-ħidma li ssir fir-rigward tas-CS-SIS, sabiex jiġi żgurat il-forniment tas-servizzi msemmija fl-Artikolu 4(6).

2.   L-ispejjeż marbutin mal-istabbiliment, it-tħaddim, il-manutenzjoni u l-iżvilupp ulterjuri ta' kull N.SIS għandhom jitħallsu mill-Istat Membru kkonċernat.

KAPITOLU II

Responsabbiltajiet tal-Istati Membri

Artikolu 6

Sistemi nazzjonali

Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli għall-istabbiliment, it-tħaddim, il-manutenzjoni u l-iżvilupp ulterjuri tal-N.SIS tiegħu u għall-konnessjoni tiegħu mal-NI-SIS.

Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli li jiżgura d-disponibbiltà mingħajr interruzzjoni tad-data tas-SIS għall-utenti finali.

Kull Stat Membru għandu jittrasmetti l-allerti tiegħu permezz tal-N.SIS tiegħu.

Artikolu 7

Uffiċċju tal-N.SIS u Uffiċċju SIRENE

1.   Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità (l-Uffiċċju tal-N.SIS), li għandu jkollha r-responsabbiltà ċentrali għall-N.SIS tiegħu.

Dik l-awtorità għandha tkun responsabbli għat-tħaddim bla xkiel u għas-sigurtà tal-N.SIS, għandha tiżgura l-aċċess tal-awtoritajiet kompetenti għas-SIS u għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità ma' dan ir-Regolament. Għandha tkun responsabbli biex tiżgura li l-funzjonalitajiet kollha tas-SIS jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-utenti finali b'mod xieraq.

2.   Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità nazzjonali li għandha topera 24 siegħa kuljum sebat ijiem fil-ġimgħa u għandha tiżgura l-iskambju u d-disponibbiltà tal-informazzjoni supplimentari kollha (l-Uffiċċju SIRENE) f'konformità mal-Manwal SIRENE. Kull Uffiċċju SIRENE għandu jservi ta' punt ta' kuntatt uniku għall-Istat Membru tiegħu biex jiskambjaw informazzjoni supplementari dwar l-allerti u biex jiġi ffaċilitat it-teħid tal-azzjonijiet mitluba meta fis-SIS jiddaħħlu allerti dwar ċerti persuni jew oġġetti u dawk il-persuni jew l-oġġetti jiġu lokalizzati b'segwitu għal hit.

F'konformità mal-liġi nazzjonali, kull Uffiċċju SIRENE għandu jkollu aċċess dirett jew indirett faċli għall-informazzjoni nazzjonali rilevanti kollha, inkluż il-bażijiet ta' data nazzjonali u għall-informazzjoni kollha dwar l-allerti tal-Istati Membri tiegħu, u għal pariri mill-esperti, sabiex ikun jista' jirreaġixxi għat-talbiet għal informazzjoni supplimentari b'mod rapidu u fi ħdan l-iskadenzi previsti fl-Artikolu 8.

L-Uffiċċji SIRENE għandhom jikkoordinaw il-verifika tal-kwalità tal-informazzjoni mdaħħla fis-SIS. Għal dawk il-finijiet għandu jkollhom aċċess għad-data pproċessata fis-SIS.

3.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-eu-LISA b'dettalji dwar l-Uffiċċju N.SIS tagħhom u dwar l-Uffiċċju SIRENE tagħhom. L-eu-LISA għandha tippubblika l-lista tal-Uffiċċji N.SIS u l-Uffiċċji SIRENE flimkien mal-lista msemmija fl-Artikolu 56(7).

Artikolu 8

Skambju ta' informazzjoni supplimentari

1.   L-informazzjoni supplimentari għandha tiġi skambjata f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Manwal SIRENE u bl-użu tal-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni. L-Istati Membri għandhom jipprovdu r-riżorsi tekniċi u umani meħtieġa biex jiġu żgurati d-disponibbiltà kontinwa u l-iskambju f'waqtu u effettiv tal-informazzjoni supplimentari. F'każ li l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni ma tkunx disponibbli, l-Istati Membri għandhom jużaw mezzi tekniċi oħra protetti adegwatament għall-iskambju ta' informazzjoni supplimentari. Fil-Manwal SIRENE ser ikun hemm lista ta' mezzi tekniċi protetti adegwatament.

2.   L-informazzjoni supplimentari għandha tintuża biss għall-fini li għalih tkun ġiet trasmessa f'konformità mal-Artikolu 64 ħlief jekk jinkiseb kunsens minn qabel għal użu ieħor mill-Istat Membru emittenti.

3.   L-Uffiċċji SIRENE għandhom iwettqu l-kompitu tagħhom b'mod rapidu u effiċjenti, b'mod partikolari billi jwieġbu għal talba għal informazzjoni supplimentari kemm jista' jkun malajr u mhux aktar tard minn 12-il siegħa wara li tasal it-talba. F'każ ta' allerti għal reati terroristiċi, ta' allerti dwar persuni mfittxija għall-arrest għal finijiet ta' konsenja jew ta' estradizzjoni, u f'każijiet ta' allerti dwar tfal kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 32(1), l-Uffiċċji SIRENE għandhom jaġixxu immedjatament.

It-talbiet għal informazzjoni supplimentari tal-ogħla prijorità għandhom jiġu mmarkati bħala “URĠENTI” fil-formoli SIRENE, u r-raġuni għall-urġenza għandha tiġi speċifikata.

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi regoli dettaljati għall-kompiti tal-Uffiċċji SIRENE skont dan ir-Regolament u għall-iskambju ta' informazzjoni supplimentari fl-għamla ta' manwal intitolat il-“Manwal SIRENE”. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 76(2).

Artikolu 9

Konformità teknika u funzjonali

1.   Meta jkun qed jistabbilixxi l-N.SIS tiegħu, kull Stat Membru għandu josserva l-istandards komuni, il-protokolli u l-proċeduri tekniċi stabbiliti sabiex tiġi żgurata l-kompatibbiltà tal-N.SIS tiegħu mas-SIS Ċentrali għal trasmissjoni fil-pront u effettiva tad-data.

2.   Jekk Stat Membru juża kopja nazzjonali huwa għandu jiżgura, permezz tas-servizzi pprovduti mis-CS-SIS u permezz ta' aġġornamenti awtomatiċi msemmija fl-Artikolu 4(6) li d-data maħżuna fil-kopja nazzjonali tkun identika u konsistenti ma' dik tal-bażi ta' data tas-SIS, u li tiftix fil-kopja nazzjonali tiegħu jipproduċi riżultat ekwivalenti għal dak ta' tiftix fil-bażi ta' data tas-SIS.

3.   L-utenti finali għandhom jirċievu d-data meħtieġa biex iwettqu l-kompiti tagħhom, b'mod partikolari, u fejn ikun meħtieġ, id-data kollha disponibbli li tippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġett tad-data u tal-azzjoni mitluba li tittieħed.

4.   L-Istati Membri u l-eu-LISA għandhom iwettqu testijiet regolari biex jivverifikaw il-konformità teknika tal-kopji nazzjonali msemmija fil-paragrafu 2. Ir-riżultati ta' dawk it-testijiet għandhom jiġu kkunsidrati bħala parti mill-mekkaniżmu stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 (37).

5.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi u tiżviluppa l-istandards komuni, il-protokolli u l-proċeduri tekniċi msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 76(2).

Artikolu 10

Sigurtà – l-Istati Membri

1.   Kull Stat Membru għandu, fir-rigward tal-N.SIS tiegħu, jadotta l-miżuri meħtieġa, inkluż pjan ta' sigurtà, pjan għall-kontinwità operazzjonali u pjan ta' rkupru minn diżastri sabiex:

(a)

jipproteġi d-data fiżikament, inkluż billi jħejji pjanijiet ta' kontinġenza għall-protezzjoni ta' infrastruttura kritika;

(b)

jiċħad l-aċċess lil persuni mhux awtorizzati għall-faċilitajiet tal-ipproċessar ta' data li jintużaw għall-ipproċessar ta' data personali (kontroll tal-aċċess għall-faċilitajiet);

(c)

jimpedixxi l-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tneħħija mhux awtorizzata tal-mezzi tad-data (kontroll tal-mezzi tad-data);

(d)

jimpedixxi li tiddaħħal data b'mod mhux awtorizzat kif ukoll l-ispezzjoni, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzat ta' data personali maħżuna (kontroll tal-ħżin);

(e)

jimpedixxi l-użu ta' sistemi awtomatizzati ta' pproċessar ta' data minn persuni mhux awtorizzati bl-użu ta' tagħmir għall-komunikazzjoni tad-data (kontroll tal-utent);

(f)

jimpedixxi l-ipproċessar mhux awtorizzat tad-data fis-SIS u kwalunkwe modifika jew tħassir mhux awtorizzat ta' data pproċessata fis-SIS (kontroll tad-dħul ta' data);

(g)

jiżgura li l-persuni awtorizzati biex jużaw sistema awtomatizzata ta' pproċessar ta' data jkollhom aċċess biss għad-data koperta mill-awtorizzazzjoni għall-aċċess tagħhom, u esklużivament permezz ta' identifikaturi individwali u uniċi tal-utent u modalitajiet ta' aċċess kunfidenzjali (kontroll tal-aċċess għad-data);

(h)

jiżgura li l-awtoritajiet kollha bi dritt ta' aċċess għas-SIS jew għall-faċilitajiet ta' pproċessar ta' data joħolqu profili li jiddeskrivu l-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet tal-persuni li huma awtorizzati jaċċessaw, idaħħlu, jaġġornaw, iħassru u jfittxu fid-data u jagħmlu dawk il-profili disponibbli għall-awtoritajiet superviżorji msemmija fl-Artikolu 69(1) mingħajr dewmien fuq talba min-naħa tagħhom (profili tal-persunal);

(i)

jiżgura li jkun possibbli li jiġi verifikat u stabbilit lil liema korpi tista' tintbagħat id-data personali bl-użu ta' tagħmir għall-komunikazzjoni tad-data (kontroll tal-komunikazzjoni);

(j)

jiżgura li jkun sussegwentement possibbli li jiġi vverifikat u stabbilit liema data personali tkun iddaħħlet fis-sistemi awtomatizzati ta' pproċessar ta' data, meta, minn min u għal liema fini (kontroll tad-dħul);

(k)

jimpedixxi l-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzat ta' data personali waqt it-trasmissjoni ta' data personali jew waqt it-trasport ta' mezzi tad-data b'mod partikolari b'tekniki kriptografiċi adatti (kontroll tat-trasport);

(l)

iwettaq monitoraġġ tal-effettività tal-miżuri ta' sigurtà msemmija f'dan il-paragrafu u jieħu l-miżuri organizzattivi meħtieġa relatati mal-monitoraġġ intern biex tiġi żgurata l-konformità ma' dan ir-Regolament (awtoawditjar);

(m)

jiżgura li, f'każ ta' interruzzjoni, is-sistemi installati jkunu jistgħu jerġgħu jibdew joperaw b'mod normali (irkupru); u

(n)

jiżgura li s-SIS taqdi l-funzjonijiet tagħha b'mod korrett, li l-ħsarat jiġu rrapportati (affidabbiltà) u li d-data personali maħżuna fis-SIS ma tistax tiġi korrotta permezz ta' ħsara fis-sistema (integrità).

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri ekwivalenti għal dawk imsemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward tas-sigurtà b'rabta mal-ipproċessar u l-iskambju ta' informazzjoni supplimentari, inkluż billi l-bini tal-Uffiċċji SIRENE isiru siguri.

3.   L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri ekwivalenti għal dawk imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fir-rigward tas-sigurtà dwar l-ipproċessar tad-data fis-SIS mill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 44.

4.   Il-miżuri deskritti fil-paragrafi 1, 2 u 3 jistgħu jkunu parti minn approċċ u pjan ta' sigurtà ġeneriċi fuq livell nazzjonali li jinkludu sistemi multipli tal-IT. F'każijiet bħal dawn, ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Artikolu u l-applikabbiltà tagħhom għas-SIS għandhom ikunu identifikabbli b'mod ċar u għandhom ikunu żgurati permezz ta' dak il-pjan.

Artikolu 11

Kunfidenzjalità — l-Istati Membri

1.   Kull Stat Membru għandu japplika r-regoli tiegħu dwar is-segretezza professjonali jew dmirijiet ekwivalenti oħra ta' kunfidenzjalità b'rabta mal-persuni u l-korpi kollha li huma meħtieġa jaħdmu bid-data tas-SIS u l-informazzjoni supplimentari, f'konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu. Dak l-obbligu għandu japplika wkoll meta dawn il-persuni ma jibqgħux fil-kariga jew fl-impjieg jew wara t-tmiem tal-attivitajiet ta' dawk il-korpi.

2.   F'każ li Stat Membru jikkoopera ma' kuntratturi esterni fi kwalunkwe kompitu relatat mas-SIS, huwa għandu jwettaq monitoraġġ mill-qrib tal-attivitajiet tal-kuntrattur sabiex jiżgura konformità mad-dispożizzjonijiet kollha ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari dwar is-sigurtà, il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data.

3.   Il-ġestjoni operazzjonali tal-N.SIS jew ta' kwalunkwe kopja teknika ma għandhiex tiġi fdata lil kumpanniji privati jew lil organizzazzjonijiet privati.

Artikolu 12

Żamma ta' reġistri fuq livell nazzjonali

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull aċċess għal u kull skambju ta' data personali fis-CS-SIS jiġi rreġistrat fl-N.SIS tagħhom bil-fini li jiġi vverifikat jekk it-tiftix kienx skont il-liġi, isir monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-data, isir awtomonitoraġġ, jiġu żgurati l-funzjonament tajjeb tal-N.SIS, kif ukoll għall-integrità u s-sigurtà tad-data. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għall-proċessi awtomatiċi msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 4(6).

2.   Ir-reġistri għandhom juru, b'mod partikolari, l-istorja tal-allert, id-data u l-ħin tal-attività tal-ipproċessar tad-data, id-data li ntużat biex isir it-tiftix, referenza għad-data pproċessata u l-identifikaturi individwali u uniċi tal-utent kemm tal-awtorità kompetenti kif ukoll tal-persuna responsabbli mill-ipproċessar tad-data.

3.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, jekk it-tiftix isir permezz ta' data dattiloskopika jew permezz ta' immaġni tal-wiċċ f'konformità mal-Artikolu 43, ir-reġistri għandhom juru t-tip ta' data li ntużat biex isir it-tiftix, minflok id-data reali.

4.   Ir-reġistri għandhom jintużaw biss għall-fini msemmi fil-paragrafu 1 u għandhom jitħassru tliet snin wara li jkunu nħolqu. Ir-reġistri li jinkludu l-istorja tal-allerti għandhom jitħassru tliet snin wara li jitħassru l-allerti.

5.   Ir-reġistri jistgħu jinżammu għal perijodi itwal minn dawk imsemmija fil-paragrafu 4 jekk ikunu meħtieġa għal proċeduri ta' monitoraġġ li jkunu diġà bdew.

6.   L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali nkarigati li jivverifikaw jekk it-tiftix ikunx skont il-liġi, li jwettqu monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-data, li jwettqu awtomonitoraġġ u jiżguraw li l-N.SIS taħdem kif xieraq, u jiżguraw l-integrità u s-sigurtà tad-data, għandu jkollhom aċċess għar-reġistri, fil-limiti tal-kompetenza tagħhom u fuq talba min-naħa tagħhom, bil-fini li jwettqu l-kompiti tagħhom.

7.   Meta, f'konformità mal-liġi nazzjonali, l-Istati Membri jwettqu tiftix skenjat awtomatizzat tal-pjanċi tal-vetturi bil-mutur, bl-użu ta' sistemi għar-Rikonoxximent Awtomatiku tal-Pjanċi, l-Istati Membri għandhom iżommu reġistrazzjoni tat-tiftix f'konformità mal-liġi nazzjonali. Fejn meħtieġ, jista' jitwettaq tiftix komplet fis-SIS sabiex jiġi vverifikat jekk ikunx hemm hit. Il-paragrafi minn 1 sa 6 għandhom japplikaw għal kwalunkwe tiftix komplet.

8.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-kontenut tar-reġistrazzjoni, imsemmija fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 76(2).

Artikolu 13

Awtomonitoraġġ

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull awtorità intitolata li jkollha aċċess għad-data tas-SIS tieħu l-miżuri meħtieġa biex tikkonforma ma' dan ir-Regolament u għandha tikkoopera, fejn meħtieġ, mal-awtorità superviżorja.

Artikolu 14

Taħriġ tal-persunal

1.   Qabel ma jingħataw awtorizzazzjoni biex jipproċessaw id-data maħżuna fis-SIS u perjodikament wara li jkun ingħata l-aċċess għad-data tas-SIS, il-membri tal-persunal tal-awtoritajiet li jkollhom dritt ta' aċċess għas-SIS għandhom jirċievu taħriġ xieraq dwar is-sigurtà tad-data, dwar id-drittijiet fundamentali inkluż dwar il-protezzjoni tad-data, u dwar ir-regoli u l-proċeduri għall-ipproċessar tad-data stabbiliti fil-Manwal SIRENE. Il-membri tal-persunal għandhom jiġu informati bi kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti dwar reati kriminali u pieni, inkluż dawk previsti fl-Artikolu 73.

2.   L-Istati Membri għandu jkollhom programm ta' taħriġ nazzjonali tas-SIS li għandu jinkludi taħriġ għall-utenti finali kif ukoll għall-persunal tal-Uffiċċji SIRENE.

Dak il-programm ta' taħriġ jista' jkun parti minn programm ta' taħriġ ġenerali fuq livell nazzjonali li jkopru taħriġ f'oqsma rilevanti oħrajn.

3.   Fil-livell tal-Unjoni għandhom jiġu organizzati korsijiet ta' taħriġ komuni tal-inqas darba fis-sena biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċji SIRENE.

KAPITOLU III

Responsabbiltajiet tal-eu-LISA

Artikolu 15

Ġestjoni operazzjonali

1.   L-eu-LISA għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni operazzjonali tas-SIS Ċentrali. L-eu-LISA għandha, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tiżgura li għas-SIS Ċentrali tintuża dejjem l-aħjar teknoloġija disponibbli, soġġett għal analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji.

2.   L-eu-LISA għandha tkun responsabbli wkoll għall-kompiti li ġejjin relatati mal-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni:

(a)

superviżjoni;

(b)

sigurtà;

(c)

il-koordinazzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-fornitur;

(d)

kompiti relatati mal-implimentazzjoni tal-baġit;

(e)

akkwist u tiġdid; u

(f)

kwistjonijiet kuntrattwali.

3.   L-eu-LISA għandha tkun responsabbli wkoll għall-kompiti li ġejjin relatati mal-Uffiċċji SIRENE u mal-komunikazzjoni bejn l-Uffiċċji SIRENE:

(a)

il-koordinazzjoni, il-ġestjoni u s-sostenn tal-attivitajiet ta' ttestjar;

(b)

il-ġestjoni u l-aġġornament tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-iskambju ta' informazzjoni supplimentari bejn l-Uffiċċji SIRENE u l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni; u

(c)

l-ġestjoni tal-impatt ta' tibdil tekniku fejn dan jaffettwa kemm is-SIS kif ukoll l-iskambju ta' informazzjoni supplimentari bejn l-Uffiċċji SIRENE.

4.   L-eu-LISA għandha tkun responsabbli għall-iżvilupp u l-ġestjoni ta' mekkaniżmu u proċeduri għat-twettiq ta' verifiki tal-kwalità fuq id-data fis-CS-SIS. Hija għandha tipprovdi rapporti regolari lill-Istati Membri f'dan ir-rigward.

L-eu-LISA għandha tipprovdi rapport regolari lill-Kummissjoni li jkopri l-kwistjonijiet li jinqalgħu u lill-Istati Membri kkonċernati.

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi rapport regolari lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kwistjonijiet relatati mal-kwalità tad-data li jkunu ġew osservati.

5.   L-eu-LISA għandha twettaq ukoll kompiti relatati mal-għoti ta' taħriġ dwar l-użu tekniku tas-SIS u dwar miżuri biex tittejjeb il-kwalità tad-data tas-SIS.

6.   Il-ġestjoni operazzjonali tas-SIS Ċentrali għandha tikkonsisti mill-kompiti kollha meħtieġa biex is-SIS Ċentrali tibqa' tiffunzjona 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa f'konformità ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari x-xogħol ta' manutenzjoni u l-iżviluppi tekniċi meħtieġa għat-tħaddim bla xkiel tas-sistema. Dawk il-kompiti għandhom jinkludu wkoll il-koordinazzjoni, il-ġestjoni u s-sostenn ta' attivitajiet ta' ttestjar għas-SIS Ċentrali u l-N.SIS li jiżguraw li s-SIS Ċentrali u l-N.SIS jitħaddmu skont ir-rekwiżiti għall-konformità teknika u funzjonali stabbiliti fl-Artikolu 9.

7.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu r-rekwiżiti tekniċi għall-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 76(2).

Artikolu 16

Sigurtà — eu-LISA

1.   L-eu-LISA għandha tadotta l-miżuri meħtieġa, inkluż pjan ta' sigurtà, pjan għall-kontinwità operazzjonali u pjan ta' rkupru minn diżastri għas-SIS Ċentrali u għall-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni sabiex:

(a)

tipproteġi d-data fiżikament, inkluż billi tħejji pjanijiet ta' kontinġenza għall-protezzjoni ta' infrastruttura kritika;

(b)

tiċħad l-aċċess lil persuni mhux awtorizzati għal faċilitajiet li jipproċessaw id-data li jintużaw għall-ipproċessar ta' data personali (kontroll tal-aċċess għall-faċilitajiet);

(c)

timpedixxi l-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tneħħija mhux awtorizzata tal-mezzi tad-data (kontroll tal-mezzi tad-data);

(d)

timpedixxi li tiddaħħal data b'mod mhux awtorizzat kif ukoll l-ispezzjoni, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzat ta' data personali maħżuna (kontroll tal-ħżin);

(e)

timpedixxi l-użu ta' sistemi awtomatizzati ta' pproċessar ta' data minn persuni mhux awtorizzati bl-użu ta' tagħmir għall-komunikazzjoni tad-data (kontroll tal-utenti);

(f)

timpedixxi l-ipproċessar mhux awtorizzat tad-data fis-SIS u kwalunkwe modifika jew tħassir mhux awtorizzat tad-data pproċessata fis-SIS (kontroll tad-dħul ta' data);

(g)

tiżgura li l-persuni awtorizzati biex jużaw sistema awtomatizzata ta' pproċessar ta' data jkollhom aċċess biss għad-data koperta mill-awtorizzazzjoni għall-aċċess tagħhom, esklużivament permezz ta' identifikaturi individwali u uniċi tal-utent u modalitajiet ta' aċċess kunfidenzjali (kontroll tal-aċċess għad-data);

(h)

toħloq profili li jiddeskrivu l-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet ta' persuni li huma awtorizzati jaċċessaw id-data jew il-faċilitajiet ta' pproċessar tad-data u tqiegħed dawk il-profili għad-dispożizzjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, mingħajr dewmien fuq talba min-naħa tiegħu (profili tal-persunal);

(i)

tiżgura li jkun possibbli li jiġi verifikat u stabbilit lil liema korpi tista' tintbagħat id-data personali bl-użu ta' tagħmir għall-komunikazzjoni tad-data (kontroll tal-komunikazzjoni);

(j)

tiżgura li jkun sussegwentement possibbli li jiġi vverifikat u stabbilit liema data personali ddaħħlet f'sistemi awtomatizzati ta' pproċessar tad-data, meta u minn min (kontroll tad-dħul);

(k)

timpedixxi l-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzat ta' data personali waqt it-trasmissjoni ta' data personali jew waqt it-trasport ta' mezzi tad-data, b'mod partikolari b'tekniki kriptografiċi adatti (kontroll tat-trasport);

(l)

tikkontrolla l-effettività tal-miżuri ta' sigurtà msemmija f'dan il-paragrafu u tieħu l-miżuri organizzattivi meħtieġa relatati mal-monitoraġġ intern sabiex tiżgura konformità ma' dan ir-Regolament (awtoawditjar);

(m)

tiżgura li, f'każ ta' operazzjonijiet interrotti, is-sistemi installati jkunu jistgħu jerġgħu jibdew joperaw b'mod normali (irkupru);

(n)

tiżgura li s-SIS taqdi l-funzjonijiet tagħha b'mod korrett, li l-ħsarat jiġu rrapportati (affidabbiltà) u li d-data personali maħżuna fis-SIS ma tistax tiġi korrotta permezz ta' ħsara fis-sistema (integrità); u

(o)

tiżgura s-sigurtà tal-faċilitajiet tekniċi tagħha.

2.   L-eu-LISA għandha tieħu miżuri ekwivalenti għal dawk imsemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward tas-sigurtà f'dak li għandu x'jaqsam mal-ipproċessar u l-iskambju ta' informazzjoni supplimentari permezz tal-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni.

Artikolu 17

Kunfidenzjalità — l-eu-LISA

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17 tar-Regolamenti tal-Persunal, l-eu-LISA għandha tapplika regoli adatti dwar is-segretezza professjonali jew dmirijiet ekwivalenti oħra ta' kunfidenzjalità ta' standard komparabbli għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament għall-membri tal-persunal kollha tagħha li jkunu meħtieġa jaħdmu bid-data tas-SIS. Dak l-obbligu għandu japplika wkoll meta dawn il-persuni ma jibqgħux fil-kariga jew fl-impjieg tagħhom jew wara t-tmiem tal-attivitajiet tagħhom.

2.   L-eu-LISA għandha tieħu miżuri ekwivalenti għal dawk imsemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward tal-kunfidenzjalità f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari permezz tal-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni.

3.   F'każ li l-eu-LISA tikkoopera ma' kuntratturi esterni fi kwalunkwe kompitu relatat mas-SIS, din għandha twettaq monitoraġġ mill-qrib tal-attivitajiet tal-kuntrattur sabiex tiżgura l-konformità mad-dispożizzjonijiet kollha ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari dwar is-sigurtà, il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data.

4.   Il-ġestjoni operazzjonali tas-CS-SIS ma għandhiex tiġi fdata lil kumpanniji privati jew lil organizzazzjonijiet privati.

Artikolu 18

Żamma ta' reġistri fuq livell ċentrali

1.   L-eu-LISA għandha tiżgura li kull aċċess għal u l-iskambji kollha ta' data personali fis-CS-SIS jiġu rreġistrati għall-finijiet iddikjarati fl-Artikolu 12(1).

2.   Ir-reġistri għandhom juru, b'mod partikolari, l-istorja tal-allert, id-data u l-ħin tal-attività tal-ipproċessar tad-data, id-data li intużat biex isir it-tiftix, referenza għad-data pproċessata u l-identifikaturi individwali u uniċi tal-utent tal-awtorità kompetenti li tipproċessa d-data.

3.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, jekk it-tiftix isir permezz ta' data dattiloskopika jew permezz ta' immaġnijiet tal-wiċċ f'konformità mal-Artikolu 43, ir-reġistri għandhom juru t-tip ta' data li ntużat biex isir it-tiftix, minflok id-data reali.

4.   Ir-reġistri għandhom jintużaw biss għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u għandhom jitħassru tliet snin wara li jkunu nħolqu. Ir-reġistri li jinkludu l-istorja tal-allerti għandhom jitħassru tliet snin wara li jitħassru l-allerti.

5.   Ir-reġistri jistgħu jinżammu għal perijodi itwal minn dawk imsemmija fil-paragrafu 4 jekk ikunu meħtieġa għal proċeduri ta' monitoraġġ li jkunu diġà bdew.

6.   Għall-finijiet ta' awtomonitoraġġ u biex jiġi żgurat it-tħaddim korrett tas-CS-SIS, l-integrità u s-sigurtà tad-data, l-eu-LISA għandu jkollha aċċess għar-reġistri, skont il-limiti tal-kompetenza tagħha.

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jkollu aċċess għal dawk ir-reġistri fuq talba, skont il-limiti tal-kompetenza tiegħu u bil-għan li jkun jista' jwettaq il-kompiti tiegħu.

KAPITOLU IV

Informazzjoni għall-pubbliku

Artikolu 19

Kampanji ta' informazzjoni dwar is-SIS

Fil-bidu tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji u mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, għandha twettaq kampanja biex tinforma lill-pubbliku dwar l-objettivi tas-SIS, id-data maħżuna fis-SIS, l-awtoritajiet li għandhom aċċess għas-SIS u d-drittijiet tas-suġġetti tad-data. Il-Kummissjoni għandha tirrepeti dawn il-kampanji regolarment, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Il-Kummissjoni għandha tiġġestixxi sit web disponibbli għall-pubbliku fejn tipprovdi l-informazzjoni kollha rilevanti dwar is-SIS. L-Istati Membri, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji tagħhom, għandhom ifasslu u jimplimentaw il-linji politiċi meħtieġa biex jinformaw liċ-ċittadini u r-residenti tagħhom b'mod ġenerali dwar is-SIS.

KAPITOLU V

Kategoriji ta' data u mmarkar

Artikolu 20

Kategoriji ta' data

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8(1) jew għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li jipprevedu l-ħżin ta' data addizzjonali, is-SIS għandu jkun fiha biss dawk il-kategoriji ta' data li jingħataw minn kull Stat Membru, kif meħtieġ għall-finijiet stabbiliti fl-Artikoli 26, 32, 34, 36, 38 u 40.

2.   Il-kategoriji ta' data għandhom ikunu kif ġej:

(a)

informazzjoni dwar persuni li fir-rigward tagħhom ikun iddaħħal allert;

(b)

informazzjoni dwar oġġetti msemmija fl-Artikoli 26, 32, 34, 36 u 38.

3.   Kwalunkwe allert fis-SIS li jinkludi informazzjoni dwar il-persuni għandu jkun fih biss id-data li ġejja:

(a)

kunjomijiet;

(b)

ismijiet;

(c)

ismijiet u kunjomijiet mat-twelid;

(d)

ismijiet u kunjomijiet u psewdonimi użati preċedentement;

(e)

kwalunkwe karatteristika fiżika speċifika u oġġettiva li x'aktarx ma tinbidilx;

(f)

post tat-twelid;

(g)

data tat-twelid;

(h)

ġeneru;

(i)

kull nazzjonalità;

(j)

jekk il-persuna kkonċernata:

(i)

hijiex armata;

(ii)

hijiex vjolenti;

(iii)

evadietx il-ġurisdizzjoni tal-qorti jew ħarbitx;

(iv)

hijiex f'riskju ta' suwiċidju;

(v)

hijiex ta' theddida għas-saħħa pubblika; jew

(vi)

hijiex involuta f'attività msemmija fl-Artikoli 3 sa 14 tad-Direttiva (UE) 2017/541;

(k)

ir-raġuni għall-allert;

(l)

l-awtorità li ħolqot l-allert;

(m)

referenza għad-deċiżjoni li wasslet għall-allert;

(n)

l-azzjoni li għandha tittieħed f'każ ta' hit;

(o)

konnessjonijiet ma' allerti oħra skont l-Artikolu 63;

(p)

it-tip ta' reat;

(q)

in-numru ta' reġistrazzjoni ta' persuna f'reġistru nazzjonali;

(r)

għall-allerti msemmija fl-Artikolu 32(1), kategorizzazzjoni tat-tip ta' każ;

(s)

il-kategorija tad-dokumenti ta' identifikazzjoni tal-persuna;

(t)

il-pajjiż li jkun ħareġ id-dokumenti ta' identifikazzjoni tal-persuna;

(u)

in-numru/i tad-dokumenti ta' identifikazzjoni tal-persuna;

(v)

id-data tal-ħruġ tad-dokumenti ta' identifikazzjoni tal-persuna;

(w)

ritratti u immaġnijiet tal-wiċċ;

(x)

f'konformità mal-Artikolu 42(3), profili rilevanti tad-DNA;

(y)

data dattiloskopika;

(z)

kopja tad-dokumenti ta' identifikazzjoni, bil-kulur fejn possibbli.

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi u tiżviluppa r-regoli tekniċi meħtieġa biex tiddaħħal, tiġi aġġornata, titħassar u jsir tiftix fid-data msemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu u l-istandards komuni msemmija fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 76(2).

5.   Ir-regoli tekniċi għandhom ikunu simili għal tiftix fis-CS-SIS, f'kopji nazzjonali jew kondiviżi u f'kopji tekniċi magħmula taħt l-Artikolu 56(2). Dawn għandhom ikunu bbażati fuq standards komuni.

Artikolu 21

Proporzjonalità

1.   Qabel ma jdaħħlu allert u meta jestendu l-perijodu ta' validità ta' allert, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw jekk il-każ huwiex adegwat, rilevanti u importanti biżżejjed biex tiġi ġġustifikata allert fis-SIS.

2.   Fejn persuna jew oġġett jiġi mfittex b'rabta ma' allert marbut ma' reat terroristiku, il-każ għandu jitqies adegwat, rilevanti u importanti biżżejjed biex jiġġustifika allert fis-SIS. F'każijiet eċċezzjonali, għal raġunijiet ta' sigurtà pubblika jew nazzjonali, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jdaħħlux allert meta dan x'aktarx jostakola l-inkjesti, l-investigazzjonijiet jew il-proċeduri uffiċjali jew legali.

Artikolu 22

Rekwiżit biex jiddaħħal allert

1.   Is-sett minimu ta' data meħtieġa sabiex jiddaħħal allert fis-SIS għandu jkun id-data msemmija fil-punti (a), (g), (k) u (n) tal-Artikolu 20(3), ħlief għas-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 40. Id-data l-oħra msemmija f'dak il-paragrafu għandha wkoll tiddaħħal fis-SIS, jekk tkun disponibbli.

2.   Id-data msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 20(3) ta' dan ir-Regolament għandha tiddaħħal biss meta tkun strettament neċessarja għall-identifikazzjoni tal-persuna kkonċernata. Meta din id-data tiddaħħal, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-konformità mal-Artikolu 10 tad-Direttiva (UE) 2016/680.

Artikolu 23

Kompatibbiltà tal-allerti

1.   Qabel ma jdaħħal allert, l-Istat Membru għandu jivverifika jekk ikunx diġà nħareġ allert dwar il-persuna jew l-oġġett ikkonċernat fis-SIS. Biex jiġi vverifikat jekk ikunx diġà nħareġ allert dwar il-persuna, għandha ssir ukoll verifika permezz tad-data dattiloskopika jekk din id-data tkun disponibbli.

2.   Fis-SIS għandu jiddaħħal allert wieħed biss għal kull persuna jew għal kull oġġett minn kull Stat Membru. Fejn meħtieġ, jistgħu jiddaħħlu allerti ġodda dwar l-istess persuna jew oġġett minn Stati Membri oħra, f'konformità mal-paragrafu 3.

3.   Fejn ikun diġà nħareġ allert dwar persuna jew oġġett fis-SIS, l-Istat Membru li jixtieq idaħħal allert ġdid għandu jivverifika li ma hemm l-ebda inkompatibbiltà bejn l-allerti. Jekk ma jkunx hemm inkompatibbiltà, l-Istat Membru jista' jdaħħal l-allert il-ġdid. Jekk l-allerti jkunu inkompatibbli, l-Uffiċċji SIRENE tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkonsultaw lil xulxin billi jiskambjaw informazzjoni supplimentari sabiex jintlaħaq ftehim. Ir-regoli dwar il-kompatibbiltà tal-allerti għandhom jiġu stabbiliti fil-Manwal SIRENE. Tista' ssir deroga mir-regoli tal-kompatibbiltà b'segwitu għal konsultazzjoni bejn l-Istati Membri jekk l-interessi nazzjonali essenzjali jkunu f'riskju.

4.   F'każ ta' hits minn allerti multipli dwar l-istess persuna jew oġġett, l-Istat Membru ta' eżekuzzjoni għandu josserva r-regoli dwar l-ordni ta' prijorità għall-allerti stipulati fil-Manwal SIRENE.

Jekk persuna tkun is-suġġett ta' allerti multipli mdaħħla minn Stati Membri differenti, l-allerti għal arrest imdaħħal skont l-Artikolu 26 għandhom jiġu eżegwiti bħala prijorità, soġġetti għall-Artikolu 25.

Artikolu 24

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-immarkar

1.   Fejn Stat Membru jkun tal-fehma li jekk japplika allert imdaħħal f'konformità mal-Artikolu 26, 32 jew 36 dan ma jkunx kompatibbli mal-liġi nazzjonali, l-obbligi internazzjonali jew l-interessi nazzjonali essenzjali tiegħu, dan jista' jeħtieġ li tiżdied marka mal-allert bil-għan li l-azzjoni li għandha tittieħed abbażi tal-allert ma titteħidx fit-territorju tiegħu. Il-marka għandha tiżdied mill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti.

2.   Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jitolbu li tiżdied marka ma' allert imdaħħal f'konformità mal-Artikolu 26, l-Istati Membri kollha għandhom jiġu nnotifikati awtomatikament bi kwalunkwe allert ġdid ta' dik il-kategorija permezz ta' skambju ta' informazzjoni supplimentari.

3.   Jekk f'każijiet partikolarment urġenti u serji, Stat Membru emittenti jitlob l-eżekuzzjoni tal-azzjoni, l-Istat Membru ta' eżekuzzjoni għandu jeżamina jekk jistax jippermetti li l-marka miżjuda fuq talba tiegħu, tiġi rtirata. Fejn dan ikun possibbli, l-Istat Membru ta' eżekuzzjoni għandu jieħu l-passi meħtieġa biex jiżgura li l-azzjoni li għandha tittieħed, tittieħed immedjatament.

Artikolu 25

Immarkar relatat ma' allerti għal arrest għal finijiet ta' konsenja

1.   Fejn tapplika d-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI, Stat Membru għandu jitlob lill-Istat Membru biex iżid marka li tipprevjeni l-arrest bħala segwitu ma' allert għal arrest għal finijiet ta' konsenja fejn l-awtorità ġudizzjarja kompetenti skont il-liġi nazzjonali għall-eżekuzzjoni ta' Mandat ta' Arrest Ewropew tkun irrifjutat l-eżekuzzjoni tiegħu abbażi ta' raġuni għal noneżekuzzjoni u fejn ikun intalab li tiżdied marka.

Stat Membru jista' wkoll jitlob li tiżdied marka ma' allert jekk l-awtorità ġudizzjarja kompetenti tiegħu teħles lill-persuna li dwarha jkun inħareġ allert matul il-proċess tal-konsenja.

2.   Madankollu, fuq it-talba ta' awtorità ġudizzjarja kompetenti skont il-liġi nazzjonali, abbażi ta' struzzjoni ġenerali jew f'każ speċifiku, Stat Membru jista' wkoll jirrikjedi lill-Istat Membru emittenti li jżid marka ma' allert għal arrest għal finijiet ta' konsenja jekk ikun ovvju li l-eżekuzzjoni tal-Mandat ta' Arrest Ewropew ser ikollu jiġi rrifjutat.

KAPITOLU VI

Allerti dwar persuni mfittxija għall-arrest għal finijiet ta' konsenja jew ta' estradizzjoni

Artikolu 26

Objettivi u kondizzjonijiet biex jiddaħħlu l-allerti

1.   L-allerti dwar persuni mfittxija għall-arrest għal finijiet ta' konsenja abbażi ta' Mandat ta' Arrest Ewropew, jew allerti dwar persuni mfittxija għall-arrest għal finijiet ta' estradizzjoni, għandhom jiddaħħlu fuq talba tal-awtorità ġudizzjarja tal-Istat Membru emittenti.

2.   L-allerti għall-arrest għal finijiet ta' konsenja għandhom wkoll jiddaħħlu abbażi ta' mandati ta' arrest maħruġa f'konformità ma' ftehimiet konklużi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi abbażi tat-Trattati, għall-fini tal-konsenja ta' persuni abbażi ta' mandat ta' arrest, li jipprevedu t-trasmissjoni ta' tali mandat ta' arrest permezz tas-SIS.

3.   Kull referenza f'dan ir-Regolament għal dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI għandha tinftiehem li tinkludi d-dispożizzjonijiet korrispondenti ta' ftehimiet konklużi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi abbażi tat-Trattati, għall-fini tal-konsenja ta' persuni abbażi ta' mandat ta' arrest, li jipprevedu t-trasmissjoni ta' tali mandat ta' arrest permezz tas-SIS.

4.   Fil-każ ta' operazzjoni li tkun għaddejja, l-Istat Membru emittenti jista' jieħu ħsieb li, temporanjament, l-allert eżistenti għall-arrest imdaħħal f'konformità ma' dan l-Artikolu ma jkunx disponibbli għat-tiftix mill-utenti finali fl-Istati Membri involuti fl-operazzjoni. F'tali każijiet, l-allert għandu jkun aċċessibbli biss għall-Uffiċċji SIRENE. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu allert mhux disponibbli biss jekk:

(a)

il-fini tal-operazzjoni ma jkunx jista' jinkiseb b'miżuri oħra;

(b)

tkun ingħatat awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità ġudizzjarja kompetenti tal-Istat Membru emittenti; u

(c)

l-Istati Membri kollha involuti fl-operazzjoni jkunu ġew informati permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari.

Il-funzjonalità prevista fl-ewwel subparagrafu għandha tintuża biss għal perijodu ta' mhux aktar minn 48 siegħa. Madankollu, jekk ikun meħtieġ għall-operazzjoni, dan il-perijodu jista' jiġi estiż b'perijodi ulterjuri ta' 48 siegħa. L-Istati Membri għandhom iżommu statistika dwar l-għadd ta' allerti li għalihom tkun intużat din il-funzjonalità.

5.   Meta jkun hemm indikazzjoni ċara li l-oġġetti msemmija fil-punti (a), (b), (c), (e), (g), (h), (j) u (k) tal-Artikolu 38(2) ikunu konnessi ma' persuna li jkun inħareġ allert dwarha skont il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, jistgħu jiddaħħlu allerti dwar dawk l-oġġetti sabiex il-persuna tkun tista' tiġi lokalizzata. F'każijiet bħal dawn, għandu jkun hemm konnessjoni bejn l-allert dwar il-persuna u l-allert dwar l-oġġett, f'konformità mal-Artikolu 63.

6.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi u tiżviluppa r-regoli meħtieġa għad-dħul, l-aġġornament, it-tħassir u t-tiftix tad-data msemmija fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 76(2).

Artikolu 27

Data addizzjonali dwar persuni mfittxija għall-arrest għal finijiet ta' konsenja

1.   Meta persuna tkun imfittxija għall-arrest għal finijiet ta' konsenja abbażi ta' Mandat ta' Arrest Ewropew, l-Istat Membru emittenti għandu jdaħħal kopja tal-Mandat ta' Arrest Ewropew oriġinali fis-SIS.

Stat Membru jista' jdaħħal kopja ta' aktar minn Mandat ta' Arrest Ewropew f'allert għall-arrest għal finijiet ta' konsenja.

2.   L-Istat Membru emittenti jista' jdaħħal kopja ta' traduzzjoni tal-Mandat ta' Arrest Ewropew f'waħda jew aktar mil-lingwi uffiċjali l-oħra tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

Artikolu 28

Informazzjoni supplimentari dwar persuni mfittxija għall-arrest għal finijiet ta' konsenja

L-Istat Membru emittenti ta' allert għall-arrest għal finijiet ta' konsenja għandu jikkomunika l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(1) tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI lill-Istati Membri l-oħrajn permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari.

Artikolu 29

Informazzjoni supplimentari dwar persuni mfittxija għall-arrest għal finijiet ta' estradizzjoni

1.   L-Istat Membru emittenti ta' allert għal finijiet ta' estradizzjoni għandu jikkomunika d-data li ġejja lill-Istati Membri l-oħrajn kollha permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari:

(a)

l-awtorità li ħarġet it-talba għall-arrest;

(b)

jekk hemmx mandat ta' arrest jew dokument li għandu l-istess effett legali, jew sentenza inforzabbli;

(c)

in-natura u l-klassifikazzjoni legali tar-reat;

(d)

deskrizzjoni taċ-ċirkostanzi li fihom ikun seħħ ir-reat, inkluż il-ħin, il-post u l-grad ta' parteċipazzjoni fir-reat mill-persuna li għaliha jkun idaħħal l-allert;

(e)

sa fejn hu possibbli, il-konsegwenzi tar-reat; u

(f)

kwalunkwe informazzjoni oħra li tkun utli jew meħtieġa għall-eżekuzzjoni tal-allert.

2.   Id-data elenkata fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandhiex tiġi kkomunikata jekk id-data msemmija fl-Artikolu 27 jew 28 tkun diġà ġiet ipprovduta u jitqies li hi suffiċjenti għall-eżekuzzjoni tal-allert mill-Istat Membru ta' eżekuzzjoni.

Artikolu 30

Konverżjoni ta' azzjoni li għandha tittieħed dwar allerti għall-arrest għal finijiet ta' konsenja jew ta' estradizzjoni

Meta l-arrest ma jkunx jista' jseħħ, minħabba li Stat Membru rikjest jirrifjuta li jagħmel dan f'konformità mal-proċeduri dwar l-immarkar stipulati fl-Artikolu 24 jew 25, jew minħabba li, fil-każ ta' allert għall-arrest għal finijiet ta' estradizzjoni, l-investigazzjoni ma tkunx għadha tlestiet, l-Istat Membru rikjest li jagħmel l-arrest għandu jaġixxi fuq l-allert billi jikkomunika l-post fejn tinsab il-persuna kkonċernata.

Artikolu 31

Eżekuzzjoni ta' azzjoni bbażata fuq allert għall-arrest għal finijiet ta' konsenja jew ta' estradizzjoni

1.   Allert imdaħħal fis-SIS f'konformità mal-Artikolu 26 u d-data addizzjonali msemmija fl-Artikolu 27 għandhom flimkien jikkostitwixxu u jkollhom l-istess effett bħal Mandat ta' Arrest Ewropew maħruġ f'konformità mad-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI, f'każijiet fejn tapplika dik id-Deċiżjoni Kwadru.

2.   F'każijiet fejn ma tkunx tapplika d-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI, l-allert imdaħħal fis-SIS f'konformità mal-Artikoli 26 u 29 għandu jkollu l-istess validità legali bħal talba għall-arrest proviżorju skont l-Artikolu 16 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni tat-13 ta' Diċembru 1957 jew l-Artikolu 15 tat-Trattat tal-Benelux rigward l-Estradizzjoni u l-Assistenza Reċiproka f'Materji Kriminali tas-27 ta' Ġunju 1962.

KAPITOLU VII

Allerti dwar persuni neqsin jew persuni vulnerabbli li jeħtieġu li ma jitħallewx jivvjaġġaw

Artikolu 32

Objettivi u kondizzjonijiet biex jiddaħħlu l-allerti

1.   L-allerti dwar il-kategoriji ta' persuni li ġejjin għandhom jiddaħħlu fis-SIS fuq talba tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru emittenti:

(a)

persuni neqsin li jenħtieġ li jitqiegħdu taħt protezzjoni:

(i)

għall-protezzjoni tagħhom stess;

(ii)

għall-prevenzjoni ta' theddid għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà pubblika;

(b)

persuni neqsin li ma għandhomx bżonn jitqiegħdu taħt protezzjoni;

(c)

tfal f'riskju ta' ħtif minn ġenitur, membru tal-familja jew tutur li jeħtieġu li ma jitħallewx jivvjaġġaw;

(d)

tfal li jeħtieġu li ma jitħallewx jivvjaġġaw minħabba riskju konkret u evidenti li dawn jitneħħew jew jitilqu mit-territorju ta' Stat Membru u

(i)

isiru vittmi ta' traffikar tal-bnedmin, jew ta' żwieġ sfurzat, ta' mutilazzjoni ġenitali femminili jew forom oħrajn ta' vjolenza minħabba l-ġeneru;

(ii)

isiru vittmi ta' reati terroristiċi jew ikunu involuti fihom; jew

(iii)

jiġu koskritti jew mdaħħla bil-lieva fi gruppi armati jew jiġu mġiegħla jieħdu sehem attiv f'ostilitajiet;

(e)

persuni vulnerabbli li mhumiex minorenni u li jeħtieġu li ma jitħallewx jivvjaġġaw għall-protezzjoni tagħhom stess minħabba riskju konkret u evidenti li dawn jitneħħew jew jitilqu mit-territorju ta' Stat Membru u jsiru vittmi ta' traffikar tal-bnedmin jew ta' vjolenza minħabba l-ġeneru.

2.   Il-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu japplika b'mod partikolari għal tfal u għal persuni li għandhom jiddaħħlu f'istituzzjoni b'segwitu għal deċiżjoni minn awtorità kompetenti.

3.   L-allert dwar tfal imsemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 għandu jiddaħħal b'segwitu għal deċiżjoni mill-awtoritajiet kompetenti, inkluż l-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istati Membri li jkollhom ġurisdizzjoni f'materji marbutin mar-responsabbiltà tal-ġenituri, meta jkun jeżisti riskju konkret u evidenti li t-tifel jew tifla tista' tittieħed illegalment u b'mod imminenti mill-Istat Membru fejn ikunu jinsabu l-awtoritajiet kompetenti.

4.   L-allert dwar il-persuni msemmija fil-punti (d) u (e) tal-paragrafu 1 għandu jiddaħħal b'segwitu għal deċiżjoni mill-awtoritajiet kompetenti, inkluż l-awtoritajiet ġudizzjarji.

5.   L-Istat Membru emittenti għandu b'mod regolari jirrieżamina l-ħtieġa li jinżammu l-allerti msemmija fil-punti (c), (d) u (e) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu f'konformità mal-Artikolu 53(4).

6.   L-Istat Membru emittenti għandu jiżgura l-punti kollha li ġejjin:

(a)

li d-data li huwa jdaħħal fis-SIS tindika taħt liema kategoriji fost dawk imsemmija fil-paragrafu 1, taqa' l-persuna kkonċernata mill-allert.

(b)

li d-data li huwa jdaħħal fis-SIS tindika t-tip ta' każ involut, kull fejn it-tip ta' każ ikun magħruf; u

(c)

li, b'rabta mal-allerti mdaħħla f'konformità mal-punti (c), (d) u (e) tal-paragrafu 1, l-Uffiċċju SIRENE tiegħu jkollu l-informazzjoni kollha rilevanti għad-dispożizzjoni tiegħu fil-mument meta jinħoloq l-allert.

7.   Erba' xhur qabel ma t-tifel jew it-tifla li dwaru jew dwarha jkun inħareġ allert skont dan l-Artikolu tilħaq l-età maġġuri f'konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru emittenti, is-CS-SIS għandha awtomatikament tinnotifika lill-Istat Membru emittenti li jew ir-raġuni għat-talba u l-azzjoni li għandha tittieħed għandhom jiġu aġġornati jew inkella l-allert għandu jitħassar.

8.   Meta jkun hemm indikazzjoni ċara li l-oġġetti msemmija fil-punti (a), (b), (c), (e), (g), (h) u (k) tal-Artikolu 38(2) ikunu marbutin ma' persuna li dwarha jkun inħareġ allert skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, jistgħu jiddaħħlu allerti dwar dawk l-oġġetti sabiex il-persuna tiġi lokalizzata. F'każijiet bħal dawn, għandu jkun hemm konnessjoni bejn l-allert dwar il-persuna u l-allert dwar l-oġġett, f'konformità mal-Artikolu 63.

9.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi u tiżviluppa regoli dwar il-kategorizzazzjoni tat-tipi ta' każijiet u d-dħul tad-data msemmija fil-paragrafu 6. It-tipi ta' każijiet ta' persuni neqsin li huma tfal għandhom jinkludu, iżda ma għandhomx ikunu limitati għal, persuni maħrubin, tfal mhux akkumpanjati fil-kuntest tal-migrazzjoni u tfal f'riskju ta' ħtif mill-ġenituri.

Il-Kummissjoni għandha wkoll tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi u tiżviluppa r-regoli tekniċi meħtieġa biex tiddaħħal, tiġi aġġornata, titħassar u jsir tiftix fid-data msemmija fil-paragrafu 8.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 76(2).

Artikolu 33

Eżekuzzjoni tal-azzjoni abbażi ta' allert

1.   Fejn persuna msemmija fl-Artikolu 32 tiġi lokalizzata, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni għandhom, soġġett għar-rekwiżiti fil-paragrafu 4, jikkomunikaw il-post fejn tkun tinsab il-persuna lill-Istat Membru emittenti.

2.   Fil-każ ta' persuni li jeħtieġ li jitqiegħdu taħt protezzjoni msemmija fil-punti (a), (c), (d) u (e) tal-Artikolu 32(1), l-Istat Membru ta' eżekuzzjoni għandu immedjatament jikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti proprji tiegħu u dawk tal-Istat Membru emittenti permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari sabiex jintlaħaq qbil mingħajr dewmien il-miżuri li għandhom jittieħdu. L-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru ta' eżekuzzjoni jistgħu, f'konformità mal-liġi nazzjonali, jittrasferixxu lil dawn il-persuni f'post sikur sabiex ma jitħallewx ikomplu bil-vjaġġ tagħhom.

3.   Fil-każ ta' tfal, kwalunkwe deċiżjoni dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu jew kwalunkwe deċiżjoni biex it-tifel jew tifla tittieħed f'post sikur kif imsemmi fil-paragrafu 2, għandha tittieħed f'konformità mal-aħjar interessi tat-tifel jew tat-tifla. Dawn id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu immedjatament u mhux aktar tard minn 12-il siegħa minn meta t-tifel jew tifla tiġi lokalizzata, f'konsultazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti għall-protezzjoni tat-tfal, kif xieraq.

4.   Il-komunikazzjoni, minbarra dik bejn l-awtoritajiet kompetenti, ta' data dwar persuna nieqsa li tkun ġiet lokalizzata u li tkun laħqet l-età maġġuri, teħtieġ il-kunsens ta' dik il-persuna. Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkomunikaw il-fatt li l-allert tħassar peress li l-persuna nieqsa tkun ġiet lokalizzata, lill-persuna li rrapportat li l-persuna kienet nieqsa.

KAPITOLU VIII

Allerti dwar persuni mfittxija biex ikunu jistgħu jassistu fi proċedura ġudizzjarja

Artikolu 34

Objettivi u kondizzjonijiet għad-dħul ta' allerti

1.   Għall-finijiet li jikkomunikaw il-post ta' residenza jew ta' domiċilju ta' persuna, l-Istati Membri għandhom, fuq it-talba ta' awtorità kompetenti, idaħħlu allerti fis-SIS dwar:

(a)

xhieda;

(b)

persuni mħarrka jew persuni mfittxija biex jitħarrku biex jidhru quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji b'rabta ma' proċedimenti kriminali sabiex jagħtu kont ta' atti li jkunu qed jiġu akkużati bihom;

(c)

persuni li jkunu qed jistennew li jingħataw sentenza kriminali jew dokumenti oħrajn b'rabta ma' proċedimenti kriminali biex jagħtu kont ta' atti li jkunu qed jiġu akkużati bihom;

(d)

persuni li għandhom ikunu nnotifikati b'taħrika biex jippreżentaw ruħhom biex iservu piena li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà.

2.   Meta jkun hemm indikazzjoni ċara li l-oġġetti imsemmija fil-punti (a), (b), (c), (e), (g), (h) u (k) tal-Artikolu 38(2) ikunu marbutin ma' persuna li dwarha jkun inħareġ allert skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, jistgħu jiddaħħlu allerti dwar dawk l-oġġetti sabiex il-persuna tiġi lokalizzata. F'każijiet bħal dawn, l-allerti dwar il-persuna u l-allert dwar l-oġġett għandhom ikunu konnessi f'konformità mal-Artikolu 63.

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi u tiżviluppa r-regoli tekniċi meħtieġa għad-dħul, l-aġġornament, it-tħassir u t-tiftix tad-data msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 76(2).

Artikolu 35

Eżekuzzjoni tal-azzjoni abbażi ta' allert

L-informazzjoni mitluba għandha tiġi kkomunikata lill-Istat Membru emittenti permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari.

KAPITOLU IX

Allerti dwar persuni u oġġetti għal verifiki diskreti, verifiki ta' investigazzjoni jew verifiki speċifiċi

Artikolu 36

Objettivi u kondizzjonijiet għad-dħul ta' allerti

1.   L-allerti dwar persuni, dwar l-oġġetti msemmija fil-punti (a), (b), (c), (e), (g), (h), (j), (k) u (l) tal-Artikolu 38(2) u dwar mezzi ta' ħlas mhux bi flus kontanti għandhom jiddaħħlu f'konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru emittenti, għall-finijiet ta' verifiki diskreti, verifiki ta' investigazzjoni jew verifiki speċifiċi f'konformità mal-Artikolu 37(3), (4) u (5).

2.   Meta jdaħħal allerti għal verifiki diskreti, verifiki ta' investigazzjoni jew verifiki speċifiċi u fejn l-informazzjoni mitluba mill-Istat Membru emittenti tkun addizzjonali għal dik prevista fil-punti (a) sa (h) tal-Artikolu 37(1), l-Istat Membru emittenti għandu jżid mal-allert l-informazzjoni kollha li qed tintalab. Jekk dik l-informazzjoni tkun marbuta ma' kategoriji speċjali ta' data personali msemmija fl-Artikolu 10 tad-Direttiva (UE) 2016/680, għandha tintalab biss jekk tkun strettament meħtieġa għall-fini speċifiku tal-allert u b'rabta mar-reat kriminali li għalih ikun iddaħħal l-allert.

3.   Allerti dwar persuni għal verifiki diskreti, verifiki ta' investigazzjoni jew verifiki speċifiċi jistgħu jiddaħħlu għall-finijiet ta' prevenzjoni, kxif, investigazzjoni jew prosekuzzjoni ta' reati kriminali, l-eżekuzzjoni ta' sentenza kriminali u għall-prevenzjoni ta' theddid għas-sigurtà pubblika f'waħda jew iżjed miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

fejn ikun hemm indikazzjoni ċara li persuna biħsiebha twettaq jew tkun qed twettaq kwalunkwe wieħed mir-reati msemmija fl-Artikolu 2(1) u (2) tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI;

(b)

fejn l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 37(1) tkun meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' sentenza ta' kustodja jew ordni ta' detenzjoni b'rabta ma' persuna li tinstab ħatja għal kwalunkwe wieħed mir-reati msemmija fl-Artikolu 2(1) u (2) tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI;

(c)

fejn valutazzjoni ġenerali ta' persuna, b'mod partikolari abbażi ta' reati kriminali fl-imgħoddi, tagħti raġuni biex wieħed jemmen li dik il-persuna tista' twettaq ir-reati msemmija fl-Artikolu 2(1) u (2) tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI fil-futur.

4.   Barra minn hekk, allerti dwar persuni għal verifiki diskreti, verifiki ta' investigazzjoni jew verifiki speċifiċi jistgħu jiddaħħlu f'konformità mal-liġi nazzjonali fuq it-talba tal-awtoritajiet responsabbli għas-sigurtà nazzjonali, fejn ikun hemm indikazzjoni konkreta li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 37(1) tkun meħtieġa sabiex timpedixxi theddida serja mill-persuna kkonċernata jew theddid serju ieħor għas-sigurtà nazzjonali interna jew esterna. L-Istat Membru li jkun daħħal l-allert f'konformità ma' dan il-paragrafu għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra dwar tali allert. Kull Stat Membru għandu jiddetermina lil liema awtoritajiet għandha tiġi trasmessa din l-informazzjoni. L-informazzjoni għandha tiġi trasmessa permezz tal-Uffiċċji SIRENE.

5.   Fejn ikun hemm indikazzjoni ċara li l-oġġetti msemmija fil-punti (a), (b), (c), (e), (g), (h), (j), (k) u (l) tal-Artikolu 38(2) jew il-mezzi ta' ħlas mhux bi flus kontanti jkunu marbutin mar-reati kriminali serji msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu jew mat-theddid serju msemmi fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, jistgħu jiddaħħlu allerti dwar dawk l-oġġetti u dawn l-allerti jistgħu jkunu konnessi mal-allerti mdaħħlin f'konformità mal-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu.

6.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi u tiżviluppa r-regoli tekniċi meħtieġa biex tiddaħħal, tiġi aġġornata, titħassar u jsir tiftix fid-data msemmija fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu kif ukoll l-informazzjoni addizzjonali msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 76(2).

Artikolu 37

Eżekuzzjoni tal-azzjoni abbażi ta' allert

1.   Għall-finijiet ta' verifiki diskreti, verifiki ta' investigazzjoni jew verifiki speċifiċi, l-Istat Membru ta' eżekuzzjoni għandu jiġbor u jikkomunika lill-Istat Membru emittenti l-informazzjoni kollha li ġejja jew parti minnha:

(a)

il-fatt li l-persuna li jkun inħareġ allert dwarha tkun ġiet lokalizzata jew li l-oġġetti msemmija fil-punti (a), (b), (c), (e), (g), (h), (j), (k) u (l) tal-Artikolu 38(2) jew il-mezzi ta' ħlas mhux bi flus kontanti li għalihom ikun inħareġ allert ikunu ġew lokalizzati;

(b)

il-post, il-ħin u r-raġuni għall-verifika;

(c)

ir-rotta tal-vjaġġ u d-destinazzjoni;

(d)

il-persuni li jakkumpanjaw lis-suġġett tal-allert jew l-okkupanti tal-vettura, tad-dgħajsa jew tal-inġenju tal-ajru, jew lill-persuni li jakkumpanjaw lid-detentur tad-dokument uffiċjali vojt jew tad-dokument tal-identità maħruġ li jista' jiġi raġonevolment preżunt li huma assoċjati mas-suġġett tal-allert;

(e)

kwalunkwe identità żvelata u kwalunkwe deskrizzjoni personali tal-persuna li tuża d-dokument uffiċjali vojt jew id-dokument tal-identità maħruġ li tkun is-suġġett tal-allert;

(f)

l-oġġetti msemmija fil-punti (a), (b), (c), (e), (g), (h), (j), (k) u (l) tal-Artikolu 38(2) jew il-mezzi ta' ħlas mhux bi flus kontanti li jkunu ntużaw;

(g)

l-oġġetti li jinġarru, inkluż id-dokumenti tal-ivvjaġġar;

(h)

iċ-ċirkostanzi li fihom il-persuna, l-oġġetti msemmija fil-punti)(a), (b), (c), (e), (g), (h), (j), (k) u (l) tal-Artikolu 38(2) jew il-mezzi ta' ħlas mhux bi flus kontanti jkunu ġew lokalizzati;

(i)

kwalunkwe informazzjoni oħra li tkun qed tintalab mill-Istat Membru emittenti f'konformità mal-Artikolu 36(2).

Jekk l-informazzjoni msemmija fil-punt (i) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu tkun marbuta ma' kategoriji speċjali ta' data personali msemmija fl-Artikolu 10 tad-Direttiva (UE) 2016/680, din għandha tiġi pproċessata f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Artikolu u esklużivament jekk tissupplimenta data personali oħra pproċessata għall-istess għan.

2.   L-Istat Membru ta' eżekuzzjoni għandu jikkomunika l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari.

3.   Il-verifika diskreta għandha tinkludi l-ġbir diskret ta' kemm jista' jkun informazzjoni fost dik deskritta fil-paragrafu 1 matul l-attivitajiet ta' rutina mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni. Il-ġbir ta' din l-informazzjoni ma għandux jippreġudika n-natura diskreta tal-verifiki u l-persuna li dwarha jkun inħareġ l-allert ma għandha bl-ebda mod tiġi informata bl-allert.

4.   Il-verifika ta' investigazzjoni għandha tinkludi interrogazzjoni tal-persuna, inkluż abbażi ta' informazzjoni jew mistoqsijiet speċifiċi miżjuda mal-allert mill-Istat Membru emittenti f'konformità mal-Artikolu 36(2). L-interrogazzjoni għandha ssir f'konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni.

5.   Matul verifiki speċifiċi, il-persuni, il-vetturi, id-dgħajjes, l-inġenji tal-ajru, il-kontejners u l-oġġetti li jinġarru jistgħu jiġu mfittxija għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 36. It-tiftix għandu jsir f'konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni.

6.   Meta l-liġi nazzjonali tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni ma tawtorizzax li jsiru verifiki speċifiċi, dawn għandhom jiġu ssostitwiti minn verifiki ta' investigazzjoni f'dak l-Istat Membru. Meta l-liġi nazzjonali tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni ma tawtorizzax li jsiru verifiki ta' investigazzjoni, dawn għandhom jiġu ssostitwiti minn verifiki diskreti f'dak l-Istat Membru. Fejn tapplika d-Direttiva 2013/48/UE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dritt ta' persuni suspettati u akkużati li jkollhom aċċess għal avukat jiġi rrispettat bil-kondizzjonijiet stabbiliti f'dik id-Direttiva.

7.   Il-paragrafu 6 hu mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-Istati Membri li jqiegħdu l-informazzjoni mitluba skont l-Artikolu 36(2) għad-dispożizzjoni tal-utenti finali.

KAPITOLU X

Allerti dwar oġġetti għall-qbid jew biex jintużaw bħala evidenza fi proċedimenti kriminali

Artikolu 38

Objettivi u kondizzjonijiet għad-dħul ta' allerti

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-SIS allerti dwar oġġetti mfittxija għall-finijiet ta' qbid jew biex jintużaw bħala evidenza fi proċedimenti kriminali.

2.   L-allerti għandhom jiddaħħlu fir-rigward tal-kategoriji li ġejjin ta' oġġetti faċilment identifikabbli:

(a)

vetturi bil-mutur irrispettivament mis-sistema ta' propulsjoni;

(b)

trejlers b'piż tara li jeċċedi 750 kg;

(c)

karavans;

(d)

tagħmir industrijali;

(e)

dgħajjes;

(f)

magni ta' dgħajjes;

(g)

kontejners;

(h)

inġenji tal-ajru;

(i)

magni ta' inġenji tal-ajru;

(j)

armi tan-nar;

(k)

dokumenti uffiċjali vojta li jkunu nsterqu, ġew miżapproprjati jew mitlufa jew dokumenti li jiġu ppreżentati bħala tali dokumenti iżda fil-fatt ikunu foloz;

(l)

dokumenti tal-identità maħruġin, bħal passaporti, karti tal-identità, permessi ta' residenza, dokumenti tal-ivvjaġġar kif ukoll liċenzji tas-sewqan li jkunu nsterqu, ġew miżapproprjati, mitlufa jew invalidati jew li jiġu ppreżentati bħala tali dokumenti iżda fil-fatt ikunu foloz;

(m)

ċertifikati ta' reġistrazzjoni tal-vettura u pjanċi tal-vettura li jkunu nsterqu, ġew miżapproprjati, mitlufa jew invalidati jew li jiġu ppreżentati bħala tali dokumenti iżda li fil-fatt ikunu foloz;

(n)

karti tal-flus (karti rreġistrati) u karti tal-flus iffalsifikati;

(o)

prodotti tat-teknoloġija tal-informazzjoni;

(p)

partijiet komponenti identifikabbli ta' vetturi bil-mutur;

(q)

partijiet komponenti identifikabbli ta' tagħmir industrijali;

(r)

oġġetti identifikabbli oħra ta' valur kbir, kif definit f'konformità mal-paragrafu 3.

Fir-rigward tad-dokumenti msemmija fil-punti (k), (l) u (m), l-Istat Membru emittenti jista' jispeċifika jekk tali dokumenti jkunux insterqu, ġew miżapproprjati, mitlufa jew jekk humiex invalidi jew foloz.

3.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 75 biex temenda dan ir-Regolament billi tiddefinixxi sottokategoriji ġodda ta' oġġetti skont il-punti (o), (p), (q) u (r) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi u tiżviluppa ir-regoli tekniċi neċessarji għad-dħul, l-aġġornament, it-tħassir u t-tiftix tad-data msemmija fil-paragrafi 2 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 76(2).

Artikolu 39

Eżekuzzjoni tal-azzjoni abbażi ta' allert

1.   Meta t-tiftix jiżvela allert għal oġġett li jkun ġie lokalizzat, l-awtorità kompetenti għandha, f'konformità mal-liġi nazzjonali tagħha, tissekwestra l-oġġett u tikkuntattja lill-awtorità tal-Istat Membru emittenti, sabiex jiftiehmu dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu. Għal dan il-fini, id-data personali tista' tiġi kkomunikata wkoll f'konformità ma' dan ir-Regolament.

2.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi kkomunikata permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari.

3.   L-Istat Membru ta' eżekuzzjoni jieħu l-miżuri mitluba f'konformità mal-liġi nazzjonali.

KAPITOLU XI

Allerti dwar persuni mfittxija mhux magħrufa bil-għan tal-identifikazzjoni tagħhom skont il-liġi nazzjonali

Artikolu 40

Allerti dwar persuni mfittxija mhux magħrufa bil-għan tal-identifikazzjoni tagħhom skont il-liġi nazzjonali

L-Istati Membri jistgħu jdaħħlu fis-SIS allerti dwar persuni mfittxija mhux magħrufa li jkun fihom biss data dattiloskopika. Dik id-data dattiloskopika għandha tkun settijiet kompleti jew inkompleti ta' marki tas-swaba' jew marki tal-pala tal-id misjuba fuq ix-xena ta' reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħrajn li jkunu qed jiġu investigati. Din għandha tiddaħħal fis-SIS biss fejn ikun jista' jiġi stabbilit b'livell għoli ħafna ta' probabbiltà li tappartjeni għall-awtur tar-reat.

Jekk l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru emittenti ma tkunx tista' tistabbilixxi l-identità tal-persuna suspettata abbażi ta' data minn kwalunkwe bażi ta' data nazzjonali, tal-Unjoni jew internazzjonali oħra rilevanti, id-data dattiloskopika msemmija fl-ewwel subparagrafu tista' biss tiddaħħal f'din il-kategorija ta' allerti bħala “persuna mfittxija mhux magħrufa” bil-għan li din il-persuna tiġi identifikata.

Artikolu 41

Eżekuzzjoni tal-azzjoni abbażi ta' allert

F'każ ta' hit b'segwitu għal konsultazzjoni mad-data mdaħħla skont l-Artikolu 40, l-identità tal-persuna għandha tiġi stabbilita f'konformità mal-liġi nazzjonali, u dan flimkien mal-verifika minn espert li d-data dattiloskopika fis-SIS tappartjeni lill-persuna. L-Istati Membri ta' eżekuzzjoni għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni dwar l-identità u dwar il-post fejn tkun tinsab il-persuna lill-Istat Membru emittenti permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari sabiex tiġi ffaċilitata l-investigazzjoni f'waqtha tal-każ.

KAPITOLU XII

Regoli speċifiċi għad-data bijometrika

Artikolu 42

Regoli speċifiċi biex jiddaħħlu ritratti, immaġnijiet tal-wiċċ, data dattiloskopika u profili tad-DNA

1.   Huma biss ir-ritratti, l-immaġnijiet tal-wiċċ u d-data dattiloskopika msemmija fil-punti (w) u (y) tal-Artikolu 20(3) li jissodisfaw l-istandards minimi għall-kwalità tad-data u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, li għandhom jiddaħħlu fis-SIS. Qabel ma tiddaħħal din id-data, għandha ssir verifika tal-kwalità sabiex jiġi żgurat li jkunu ntlaħqu l-istandards minimi tal-kwalità tad-data u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.

2.   Id-data dattiloskopika mdaħħla fis-SIS tista' tikkonsisti minn wieħed sa għaxar marki tas-swaba' ċatti u minn wieħed sa għaxar marki tas-swaba' rroljati. Tista' tinkludi wkoll marki tal-pala tal-id.

3.   Profil tad-DNA jista' biss jiżdied mal-allerti fis-sitwazzjonijiet previsti fil-punt (a) tal-Artikolu 32(1), u biss b'segwitu għal verifika tal-kwalità biex jiġi kkonfermat jekk ikunux intlaħqu l-istandards minimi tal-kwalità tad-data u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u biss meta ma jkunx hemm disponibbli ritratti, immaġnijiet tal-wiċċ jew data dattiloskopika jew meta dawn ma jkunux xierqa għall-identifikazzjoni. Il-profili tad-DNA ta' persuni li huma axxendenti jew dixxendenti diretti jew aħwa tas-suġġett tal-allert jistgħu jiżdiedu mal-allert dment li dawn il-persuni jagħtu l-kunsens espliċitu tagħhom. Fejn il-profil tad-DNA jiżdied mal-allert, dak il-profil għandu jkun fih l-informazzjoni minima strettament meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-persuna li tkun nieqsa.

4.   Għall-ħżin tad-data bijometrika msemmija fil-paragrafi 1 u 3 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu stabbiliti, f'konformità mal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, standards minimi tal-kwalità tad-data u speċifikazzjonijiet tekniċi. Dawk l-istandards minimi tal-kwalità tad-data u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jistabbilixxu l-livell tal-kwalità meħtieġa għall-użu tad-data biex tiġi vverifikata l-identità ta' persuna f'konformità mal-Artikolu 43(1) u għall-użu tad-data biex tiġi identifikata persuna f'konformità mal-Artikolu 43(2) sa (4).

5.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-istandards minimi tal-kwalità tad-data u speċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fil-paragrafi 1, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 76(2).

Artikolu 43

Regoli speċifiċi għall-verifika jew it-tiftix permezz ta' ritratti, immaġnijiet tal-wiċċ, data dattiloskopika u profili tad-DNA

1.   Meta r-ritratti, l-immaġnijiet tal-wiċċ, id-data dattiloskopika u l-profili tad-DNA jkunu disponibbli f'allert fis-SIS, tali ritratti, l-immaġnijiet tal-wiċċ, id-data dattiloskopika u l-profili tad-DNA għandhom jintużaw biex tiġi kkonfermata l-identità ta' persuna li tkun ġiet lokalizzata bħala riżultat ta' tiftix alfanumeriku magħmul fis-SIS.

2.   Jista' jsir tiftix fid-data dattiloskopika fil-każijiet kollha biex persuna tiġi identifikata. Però jista' jsir tiftix fid-data dattiloskopika biex persuna tiġi identifikata fejn l-identità ta' persuna ma tkunx tista' tiġi aċċertata b'mezzi oħra. Għal dak il-fini, is-SIS Ċentrali għandha tinkludi Sistema Awtomatizzata għall-Identifikazzjoni tal-Marki tas-Swaba' (AFIS).

3.   Jista' wkoll isir tiftix fid-data dattiloskopika fis-SIS fir-rigward ta' allerti mdaħħla f'konformità mal-Artikoli 26, 32, 36 u 40 permezz ta' settijiet kompluti jew mhux kompluti ta' marki tas-swaba' jew ta' marki tal-pala tal-id misjuba fuq ix-xena ta' reati kriminali serji jew reati terroristiċi li jkunu qed jiġu investigati, fejn ikun jista' jiġi stabbilit bi grad għoli ta' probabbiltà li dawk is-settijiet ta' marki dawn jappartjenu lil awtur ta' reat u dment li t-tiftix jitwettaq b'mod simultanju fil-bażijiet ta' data tal-Istati Membri rilevanti fejn ikunu maħżuna l-marki tas-swaba'.

4.   Hekk kif dan isir teknikament possibbli, u filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta' affidabbiltà ta' identifikazzjoni, jistgħu jintużaw ritratti u immaġnijiet tal-wiċċ għall-identifikazzjoni ta' persuna fil-kuntest ta' punti ta' qsim regolari tal-fruntieri.

Qabel ma din il-funzjonalità tiġi implimentata fis-SIS, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar id-disponibbiltà, l-istat ta' tħejjija u l-affidabbiltà tat-teknoloġija meħtieġa. Il-Parlament Ewropew għandu jiġi kkonsultat dwar ir-rapport.

Wara li din il-funzjonalità tibda tintuża fil-punti ta' qsim regolari tal-fruntieri, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 75 biex tissupplimenta dan ir-Regolament fir-rigward tad-determinazzjoni ta' ċirkostanzi oħra li fihom jistgħu jintużaw ritratti u immaġnijiet tal-wiċċ biex il-persuni jiġu identifikati.

KAPITOLU XIII

Dritt ta' aċċess u rieżami tal-allerti

Artikolu 44

Awtoritajiet kompetenti nazzjonali li għandhom id-dritt jaċċessaw id-data fis-SIS

1.   L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandu jkollhom aċċess għad-data mdaħħla fis-SIS u d-dritt li jfittxu f'din id-data direttament jew f'kopja tal-bażi tad-data tas-SIS għall-finijiet ta':

(a)

kontroll fuq il-fruntieri, f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/399;

(b)

verifiki doganali u mill-pulizija mwettqa fl-Istat Membru kkonċernat, u l-koordinazzjoni ta' tali verifiki mill-awtoritajiet maħtura;

(c)

il-prevenzjoni, il-kxif, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, fl-Istat Membru kkonċernat, dment li tkun tapplika d-Direttiva (UE) 2016/680;

(d)

eżaminar tal-kondizzjonijiet u teħid ta' deċiżjonijiet relatati mad-dħul u s-soġġorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi fit-territorju tal-Istati Membri, inkluż dwar permessi ta' residenza u viżi għal soġġorn fit-tul, u mar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, kif ukoll it-twettiq ta' verifiki dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu deħlin jew li jkunu qed joqgħodu b'mod illegali fuq it-territorju tal-Istati Membri;

(e)

verifiki ta' sigurtà dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi li japplikaw għal protezzjoni internazzjonali, dment li l-awtoritajiet li jwettqu l-verifiki ma humiex “awtoritajiet determinanti” kif definit fil-punt (f) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (38), u, fejn ikun il-każ, biex jiġi pprovdut parir f'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 377/2004 (39).

2.   Id-dritt ta' aċċess għad-data fis-SIS u d-dritt li jsir tiftix dirett f'din id-data jistgħu jiġu eżerċitati wkoll minn awtoritajiet kompetenti nazzjonali responsabbli għan-naturalizzazzjoni, kif previst fil-liġi nazzjonali, bil-fini li tiġi eżaminata applikazzjoni għan-naturalizzazzjoni.

3.   Id-dritt ta' aċċess għad-data mdaħħla fis-SIS u d-dritt li jsir tiftix dirett f'din id-data jistgħu wkoll jiġu eżerċitati minn awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali, inkluż, dawk responsabbli biex jagħtu bidu għal prosekuzzjonijiet pubbliċi fi proċedimenti kriminali u għal inkjesti ġudizzjarji qabel persuna tiġi akkużata, fil-qadi ta' dmirijiethom, kif previst mil-liġi nazzjonali, u mill-awtoritajiet ta' koordinament tagħhom.

4.   L-awtoritajiet kompetenti msemmija f'dan l-Artikolu għandhom ikunu inklużi fil-lista msemmija fl-Artikolu 56(7).

Artikolu 45

Servizzi għar-reġistrazzjoni tal-vetturi

1.   Is-servizzi fl-Istati Membri responsabbli għall-ħruġ ta' ċertifikati ta' reġistrazzjoni tal-vetturi, kif imsemmi fid-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE (40), għandu jkollhom aċċess għad-data mdaħħla fis-SIS f'konformità mal-punti (a), (b), (c), (m) u (p) tal-Artikolu 38(2) ta' dan ir-Regolament għall-uniku fini li jiġi vverifikat jekk il-vetturi u ċ-ċertifikati ta' reġistrazzjoni tal-vetturi u l-pjanċi tal-vetturi li jakkumpanjawhom ippreżentati lilhom għar-reġistrazzjoni, ikunux insterqu, ġew miżapproprjati, mitlufa, jekk ikunux ippreżentati bħala tali dokumenti iżda fil-fatt ikunu foloz jew ikunux imfittxija bħala evidenza fi proċedimenti kriminali.

L-aċċess għad-data mis-servizzi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jkun irregolat mil-liġi nazzjonali u għandu jkun limitat għall-kompetenza speċifika tas-servizzi kkonċernati.

2.   Is-servizzi msemmija fil-paragrafu 1 li huma servizzi tal-gvern għandu jkollhom id-dritt li jaċċessaw direttament id-data fis-SIS.

3.   Is-servizzi li jissemmew fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu li huma servizzi mhux governattivi, għandu jkollhom aċċess għad-data fis-SIS biss permezz ta' awtorità msemmija fl-Artikolu 44, li taġixxi bħala intermedjarju. Dik l-awtorità għandu jkollha d-dritt li taċċessa d-data direttament u li tgħaddiha lis-servizz ikkonċernat. L-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li s-servizz inkwistjoni u l-impjegati tiegħu jkunu meħtieġa jirrispettaw kwalunkwe limitazzjoni dwar l-użu permissibbli ta' data li tingħatalhom mill-awtorità.

4.   L-Artikolu 39 ma għandux japplika għall-aċċess għas-SIS miksub f'konformità ma' dan l-Artikolu. Il-komunikazzjoni lill-awtoritajiet tal-pulizija jew dawk ġudizzjarji mis-servizzi msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ta' kull informazzjoni miksuba permezz tal-aċċess għas-SIS, għandha tkun irregolata mil-liġi nazzjonali.

Artikolu 46

Servizzi għar-reġistrazzjoni tad-dgħajjes u tal-inġenji tal-ajru

1.   Is-servizzi fl-Istati Membri responsabbli għall-ħruġ ta' ċertifikati ta' reġistrazzjoni jew biex jiżguraw il-ġestjoni tat-traffiku għad-dgħajjes, inkluż magni ta' dgħajjes, u inġenji tal-ajru, inklużi magni tal-inġenji tal-ajru, għandu jkollhom aċċess għad-data li ġejja fis-SIS f'konformità mal-Artikolu 38(2) għall-uniku fini ta' verifika dwar jekk id-dgħajjes, inkluż il-magni tad-dgħajjes, u l-inġenji tal-ajru, inkluż il-magni tal-inġenji tal-ajru, ippreżentati lilhom għar-reġistrazzjoni jew soġġett għall-ġestjoni tat-traffiku jkunux insterqu, ġew miżapproprjati, mitlufa, jew qed jiġu mfittxija bħala evidenza fi proċedimenti kriminali:

(a)

data dwar dgħajjes;

(b)

data dwar magni tad-dgħajjes;

(c)

data dwar inġenji tal-ajru;

(d)

data dwar magni tal-inġenji tal-ajru.

L-aċċess għad-data mis-servizzi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu rregolati mil-liġi nazzjonali u għandhom ikunu limitati għall-kompetenza speċifika tas-servizzi kkonċernati.

2.   Is-servizzi msemmija fil-paragrafu 1 li huma servizzi tal-gvern għandu jkollhom id-dritt li jaċċessaw direttament id-data fis-SIS.

3.   Is-servizzi msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu li huma servizzi mhux governattivi għandu jkollhom aċċess għad-data fis-SIS biss permezz ta' awtorità msemmija fl-Artikolu 44 li taġixxi bħala intermedjarju. Dik l-awtorità għandu jkollha d-dritt li taċċessa d-data direttament u li tgħaddiha lis-servizz ikkonċernat. L-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li s-servizz inkwistjoni u l-impjegati tiegħu jkunu meħtieġa jirrispettaw kwalunkwe limitazzjoni fuq l-użu permissibbli ta' data li tingħatalhom mill-awtorità pubblika.

4.   L-Artikolu 39 ma għandux japplika għall-aċċess għas-SIS miksub skont dan l-Artikolu. Il-komunikazzjoni lill-awtoritajiet tal-pulizija jew dawk ġudizzjarji mis-servizzi msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ta' kull informazzjoni miksuba permezz tal-aċċess għas-SIS għandha tkun irregolata mil-liġi nazzjonali.

Artikolu 47

Awtoritajiet responsabbli għar-reġistrazzjoni tal-armi tan-nar

1.   Is-servizzi fl-Istati Membri responsabbli għall-ħruġ ta' ċertifikati ta' reġistrazzjoni għall-armi tan-nar għandu jkollhom aċċess għad-data dwar persuni mdaħħlin fis-SIS f'konformità mal-Artikoli 26 u 36 u għad-data dwar armi tan-nar imdaħħlin fis-SIS f'konformità mal-Artikolu 38(2). L-aċċess għandu jiġi eżerċitat għall-fini li jiġi vverifikat jekk il-persuna li tkun qed titlob ir-reġistrazzjoni hijiex imfittxija għall-arrest għal konsenja jew estradizzjoni jew għal finijiet ta' verifiki diskreti, ta' investigazzjoni jew speċifiċi jew jekk l-armi tan-nar ippreżentati għar-reġistrazzjoni humiex imfittxija għall-qbid jew biex jintużaw bħala evidenza fi proċedimenti kriminali.

2.   L-aċċess għad-data mis-servizzi msemmija fil-paragrafu 1 għandu jiġi rregolat mil-liġi nazzjonali u għandu jiġi limitat għall-kompetenza speċifika tas-servizzi kkonċernati.

3.   Is-servizzi msemmija fil-paragrafu 1 li huma servizzi tal-gvern għandu jkollhom id-dritt ta' aċċess dirett għad-data fis-SIS.

4.   Is-servizzi msemmija fil-paragrafu 1 li mhumiex servizzi tal-gvern għandu jkollhom aċċess biss għad-data fis-SIS permezz ta' awtorità msemmija fl-Artikolu 44 li taġixxi bħala intermedjarju. Dik l-awtorità għandu jkollha d-dritt li taċċessa d-data direttament u għandha tinforma lis-servizz ikkonċernat dwar jekk l-arma tan-nar tistax tiġi rreġistrata. L-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li s-servizz inkwistjoni u l-impjegati tiegħu jkunu meħtieġa jirrispettaw kwalunkwe limitazzjoni fuq l-użu permissibbli ta' data li tingħatalhom mill-awtorità intermedjanti.

5.   L-Artikolu 39 ma għandux japplika għall-aċċess għas-SIS miksub f'konformità ma' dan l-Artikolu. Il-komunikazzjoni lill-awtoritajiet tal-pulizija jew dawk ġudizzjarji mis-servizzi msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ta' kwalunkwe informazzjoni miksuba permezz tal-aċċess għas-SIS għandha tkun irregolata mil-liġi nazzjonali.

Artikolu 48

Aċċess għad-data fis-SIS mill-Europol

1.   L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) stabbilita bir-Regolament (UE) 2016/794 għandu jkollha, fejn dan ikun meħtieġ biex taqdi l-mandat tagħha, id-dritt ta' aċċess għal u tiftix fid-data fis-SIS. Il-Europol tista' wkoll tiskambja u ulterjorment titlob ukoll informazzjoni supplimentari f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Manwal SIRENE.

2.   Fejn tiftix mill-Europol jiżvela l-eżistenza ta' allert fis-SIS, il-Europol għandha tinforma immedjatament lill-Istat Membru emittenti permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari permezz tal-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni u f'konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Manwal SIRENE. Sakemm il-Europol tkun tista' tuża l-funzjonalitajiet previsti għall-iskambju ta' informazzjoni addizzjonali, din għandha tinforma lill-Istat Membru emittenti permezz tal-mezzi definiti fir-Regolament (UE) 2016/794.

3.   Il-Europol tista' tipproċessa l-informazzjoni supplimentari li tkun ingħatat mill-Istati Membri għall-finijiet ta' tqabbil mal-bażijiet ta' data u mal-proġetti ta' analiżi operazzjonali tagħha, bl-għan li tidentifika konnessjonijiet jew rabtiet rilevanti oħra u għall-analiżijiet strateġiċi, tematiċi jew operazzjonali msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) 2016/794. Kwalunkwe pproċessar ta' informazzjoni supplimentari mill-Europol għall-fini ta' dan l-Artikolu għandu jsir f'konformità ma' dak ir-Regolament.

4.   L-użu ta' informazzjoni mill-Europol miksuba minn tiftix fis-SIS jew mill-ipproċessar ta' informazzjoni supplimentari għandu jkun soġġett għall-kunsens tal-Istat Membru emittenti. Jekk l-Istat Membru jippermetti l-użu ta' tali informazzjoni, it-trattament tagħha mill-Europol għandu jkun irregolat mir-Regolament (UE) 2016/794. Il-Europol għandha tikkomunika biss tali informazzjoni lil pajjiżi terzi u korpi terzi bil-kunsens tal-Istat Membru emittenti u b'konformità mal-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data.

5.   Il-Europol:

(a)

mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 4 u 6, ma għandhiex tikkonnettja partijiet mis-SIS, jew tittrasferixxi d-data li tkun tinsab fiha u li jkollha aċċess għaliha, ma' xi sistema għall-ġbir u għall-ipproċessar tad-data mħaddma mill-Europol jew fil-Europol, lanqas ma għandha tniżżel jew tikkopja xi parti mis-SIS;

(b)

minkejja l-Artikolu 31(1) tar-Regolament (UE) 2016/794, għandha tħassar l-informazzjoni supplimentari li jkun fiha data personali mhux aktar tard minn sena wara li l-allert relatat ikun tħassar. Permezz ta' deroga, fejn il-Europol ikollha informazzjoni fil-bażijiet ta' data tagħha jew fil-proġetti ta' analiżi operazzjonali tagħha dwar każ li miegħu tkun relatata l-informazzjoni supplimentari, sabiex twettaq il-kompiti tagħha, il-Europol tista' b'mod eċċezzjonali tkompli taħżen l-informazzjoni supplimentari fejn ikun meħtieġ. Il-Europol għandha tinforma lill-Istat Membru emittenti u dak ta' eżekuzzjoni li ser tkompli taħżen din l-informazzjoni supplimentari u tippreżenta ġustifikazzjoni għal dan;

(c)

għandha tillimita l-aċċess għad-data fis-SIS, inkluż għall-informazzjoni supplimentari, għall-persunal tal-Europol li jkun speċifikament awtorizzat u li jkun jeħtieġ aċċess għal tali data biex iwettaq il-kompiti tiegħu;

(d)

għandha tadotta u tapplika miżuri biex jiġu żgurati s-sigurtà, il-kunfidenzjalità u l-awtomonitoraġġ f'konformità mal-Artikoli 10, 11 u 13;

(e)

għandha tiżgura li l-persunal tagħha li huwa awtorizzat jipproċessa data tas-SIS, jirċievi taħriġ u informazzjoni adatti f'konformità mal-Artikolu 14(1); u

(f)

mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2016/794, għandha tippermetti li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jwettaq monitoraġġ u jirrieżamina l-attivitajiet tal-Europol fit-twettiq tad-dritt tiegħu ta' aċċess għal u tiftix fid-data fis-SIS u fl-iskambju u l-ipproċessar ta' informazzjoni supplimentari.

6.   Il-Europol għandha tikkopja d-data mis-SIS biss għal finijiet tekniċi, fejn tali kkupjar ikun meħtieġ biex il-persunal debitament awtorizzat tal-Europol ikun jista' jwettaq tiftix dirett. Dan ir-Regolament għandhom japplikaw għal tali kopji. Il-kopja teknika għandha tintuża biss għall-fini ta' ħżin ta' data tas-SIS waqt li jsir tiftix f'dik id-data. Ladarba t-tiftix f'dik id-data jkun sar, din għandha titħassar. Dawn l-użi ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala tniżżil jew ikkupjar illegali ta' data tas-SIS. Il-Europol ma għandhiex tikkopja data ta' allerti jew data addizzjonali maħruġa mill-Istati Membri jew mis-CS-SIS f'sistemi oħra tal-Europol.

7.   Għall-fini ta' verifika tal-legalità tal-ipproċessar tad-data, ta' awtomonitoraġġ u biex jiġu żgurati s-sigurtà u l-integrità xierqa tad-data, il-Europol għandha żżomm reġistri ta' kull aċċess u tiftix fis-SIS f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12. Tali reġistri u dokumentazzjoni ma għandhomx jitqiesu bħala tniżżil jew ikkupjar ta' parti mis-SIS li ma jkunx skont il-liġi.

8.   L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Europol permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari dwar kwalunkwe hit dwar allerti relatati ma' reati terroristiċi. B'mod eċċezzjonali l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jinformawx lill-Europol jekk dan jikkomprometti l-investigazzjonijiet li jkunu għaddejjin, is-sikurezza ta' individwu jew imorru kontra l-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Istat Membru emittenti.

9.   Il-paragrafu 8 għandu japplika mid-data li minnha l-Europol tkun tista' tirċievi informazzjoni supplimentari f'konformità mal-paragrafu 1.

Artikolu 49

Aċċess għad-data fis-SIS mill-Eurojust

1.   Huma biss il-membri nazzjonali tal-Eurojust u l-assistenti tagħhom, li għandu jkollhom id-dritt, fejn meħtieġ biex jaqdu l-mandat tagħhom, ta' aċċess għal u tiftix fid-data fis-SIS, f'konformità mal-Artikoli 26, 32, 34, 38 u 40.

2.   F'każ li t-tiftix minn membru nazzjonali tal-Eurojust jiżvela l-eżistenza ta' allert fis-SIS, dak il-membru nazzjonali għandu jinforma lill-Istat Membru emittenti. L-Eurojust għandu jikkomunika informazzjoni miksuba permezz ta' tali tiftix lil pajjiżi terzi u korpi terzi biss bil-kunsens tal-Istat Membru emittenti u b'konformità sħiħa mal-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data.

3.   Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (41) u r-Regolament (UE) 2018/1725 dwar il-protezzjoni tad-data u r-responsabbiltà għal kwalunkwe pproċessar mhux awtorizzat jew skorrett ta' tali data min-naħa tal-membri nazzjonali tal-Eurojust jew l-assistenti tagħhom, u għas-setgħat tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data skont dawk ir-Regolamenti.

4.   Għall-fini ta' verifika tal-legalità tal-ipproċessar tad-data, ta' awtomonitoraġġ u biex jiġu żgurati s-sigurtà u l-integrità xierqa tad-data, il-Eurojust għandha żżomm reġistri ta' kull aċċess u tiftix fis-SIS li jkunu saru minn membru nazzjonali tal-Eurojust jew minn assistent f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12.

5.   L-ebda parti tas-SIS ma għandha tkun konnessa ma' xi sistema għall-ġbir u għall-ipproċessar ta' data li tkun imħaddma mill-Eurojust jew fi ħdanha, u l-ebda data fis-SIS li għaliha jkollhom aċċess il-membri nazzjonali jew l-assistenti tagħhom ma għandha tiġi ttrasferita lejn tali sistema. L-ebda parti mis-SIS ma għandha titniżżel jew tiġi kkupjata. Ir-reġistri tal-aċċess u tat-tiftix ma għandhomx jitqiesu bħala tniżżil jew ikkupjar illegali tad-data fis-SIS.

6.   Il-Eurojust għandha tadotta u tapplika miżuri biex jiġu żgurati s-sigurtà, l-kunfidenzjalità u l-awtomonitoraġġ f'konformità mal-Artikoli 10, 11 u 13.

Artikolu 50

Aċċess għad-data fis-SIS mit-timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta, it-timijiet ta' membri tal-persunal involuti f'kompiti relatati mar-ritorn, u membri tat-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni

1.   F'konformità mal-Artikolu 40(8) tar-Regolament (UE) 2016/1624, il-membri tat-timijiet imsemmija fil-punti (8) u (9) tal-Artikolu 2 ta' dak ir-Regolament għandhom, fi ħdan il-mandat tagħhom u dment li jkunu awtorizzati jwettqu verifiki f'konformità mal-Artikolu 44(1) ta' dan ir-Regolament u jkunu ħadu t-taħriġ meħtieġ f'konformità mal-Artikolu 14(1) ta' dan ir-Regolament, ikollhom id-dritt ta' aċċess għal u tiftix fid-data fis-SIS sa fejn ikun neċessarju biex iwettqu l-kompitu tagħhom u kif meħtieġ mill-pjan operazzjonali għal operazzjoni speċifika. L-aċċess għad-data fis-SIS ma għandux jiġi estiż lil xi membri oħra tat-tim.

2.   Il-membri tat-timijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jeżerċitaw id-dritt ta' aċċess għal u tiftix fid-data fis-SIS f'konformità mal-paragrafu 1 permezz ta' interfaċċa teknika. L-interfaċċa teknika għandha tiġi stabbilita u ġestita mill-Aġenzija Ewropea tal-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u għandha tippermetti konnessjoni diretta mas-SIS Ċentrali.

3.   Meta tiftix minn membru tat-timijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jiżvela l-eżistenza ta' allert fis-SIS, l-Istat Membru emittenti għandu jiġi informat b'dan. F'konformità mal-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) 2016/1624, il-membri tat-timijiet għandhom jaġixxu biss b'rispons għal allert fis-SIS skont struzzjonijiet minn u, bħala regola ġenerali, fil-preżenza ta' gwardji tal-fruntiera jew ta' persunal involut f'kompiti relatati mar-ritorn tal-Istat Membru ospitanti li fih ikunu qegħdin joperaw. L-Istat Membru ospitanti jista' jawtorizza lill-membri tat-timijiet biex jaġixxu f'ismu.

4.   Għall-fini li tiġi vverifikata l-legalità tal-ipproċessar tad-data, tal-awtomonitoraġġ u biex jiġu żgurati s-sigurtà u l-integrità xierqa tad-data, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha żżomm reġistri ta' kull aċċess u tiftix fis-SIS f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12.

5.   L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tadotta u tapplika miżuri biex jiġu żgurati s-sigurtà, il-kunfidenzjalità u l-awtomonitoraġġ f'konformità mal-Artikoli 10, 11 u 13 u għandha tiżgura li t-timijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, japplikaw dawk il-miżuri.

6.   Dan l-Artikolu ma għandu bl-ebda mod jiġi interpretat li jaffettwa d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/1624 li jikkonċernaw il-protezzjoni tad-data jew ir-responsabbiltà tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għal kwalunkwe pproċessar mhux awtorizzat jew skorrett ta' data.

7.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, l-ebda parti tas-SIS ma għandha tkun konnessa ma' xi sistema għall-ġbir u l-ipproċessar ta' data li titħaddem mit-timijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jew mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, u l-ebda data fis-SIS u li dawk it-timijiet għandhom aċċess għaliha ma għandha tiġi trasferita għal tali sistema. L-ebda parti mis-SIS ma għandha titniżżel jew tiġi kkupjata. Ir-reġistrazzjoni tal-aċċess u t-tiftix ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala tniżżil jew ikkupjar illegali ta' data fis-SIS.

8.   L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tippermetti li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jwettaq monitoraġġ u jirrieżamina l-attivitajiet tat-timijiet imsemmija f'dan l-Artikolu fit-twettiq tad-dritt tagħhom ta' aċċess għal u tiftix fid-data fis-SIS. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ulterjuri tar-Regolament (UE) 2018/1725.

Artikolu 51

Evalwazzjoni tal-użu tas-SIS mill-Europol, il-Eurojust u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta

1.   Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni tat-tħaddim u l-użu tas-SIS skont dan ir-Regolament mill-Europol, il-membri nazzjonali tal-Eurojust u l-assistenti tagħhom u t-timijiet imsemmija fl-Artikolu 50(1) tal-inqas kull ħames snin.

2.   Il-Europol, il-Eurojust u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandhom jiżguraw li jsir segwitu adegwat għas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mill-evalwazzjoni.

3.   Għandu jintbagħat rapport dwar ir-riżultati u s-segwitu tal-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 52

Ambitu tal-aċċess

L-utenti finali, inkluż il-Europol, il-membri nazzjonali tal-Eurojust u l-assistenti tagħhom u l-membri tat-timijiet imsemmija fil-punti (8) u (9) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/1624, għandu jkollhom aċċess biss għad-data li jkunu jeħtieġu għat-twettiq tal-kompiti tagħhom.

Artikolu 53

Perijodu ta' rieżami għall-allerti dwar persuni

1.   L-allerti dwar persuni għandhom jinżammu biss għaż-żmien meħtieġ biex jinkisbu l-finijiet li għalihom ikunu ddaħħlu.

2.   Stat Membru jista' jdaħħal allert dwar persuna għall-finijiet tal-Artikolu 26 u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 32(1) għal perijodu ta' ħames snin. L-Istat Membru emittenti għandu jirrieżamina l-ħtieġa li l-allert jinżamm matul il-perijodu ta' ħames snin.

3.   Stat Membru jista' jdaħħal allert dwar persuna għall-finijiet tal-Artikoli 34 u 40 għal perijodu ta' tliet snin. L-Istat Membru emittenti għandu jirrieżamina l-ħtieġa li l-allert jinżamm matul il-perijodu ta' tliet snin.

4.   Stat Membru jista' jdaħħal allert dwar persuna għall-finijiet tal-punti (c), (d) u (e) tal-Artikolu 32(1) u tal-Artikolu 36 għal perijodu ta' sena. L-Istat Membru emittenti għandu,, jirrieżamina l-ħtieġa li l-allert jinżamm matul il-perijodu ta' sena.

5.   Kull Stat Membru għandu, fejn xieraq, jistabbilixxi perijodi iqsar tar-rieżami f'konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu.

6.   Fi ħdan il-perijodu ta' rieżami msemmi fil-paragrafi 2, 3 u 4, l-Istat Membru emittenti jista', b'segwitu għal valutazzjoni individwali komprensiva li għandha tiġi rreġistrata, jiddeċiedi li jżomm l-allert għal aktar żmien mill-perijodu ta' rieżami, jekk jirriżulta li dan ikun meħtieġ u proporzjonat għall-finijiet li għalihom ikun iddaħħal l-allert. F'dawn il-każijiet il-paragrafu 2, 3 jew 4 għandu japplika ukoll għall-estensjoni. Kwalunkwe tali estensjoni għandha tiġi kkomunikata lis-CS-SIS.

7.   L-allerti dwar persuni għandhom jitħassru awtomatikament wara l-perijodu ta' rieżami msemmi fil-paragrafi 2, 3 u 4 ikun skada, ħlief meta l-Istat Membru emittenti jkun informa lis-CS-SIS dwar l-estensjoni f'konformità mal-paragrafu 6. Is-CS-SIS għandha awtomatikament tinforma lill-Istat Membru emittenti dwar it-tħassir skedat ta' data erba' xhur minn qabel.

8.   L-Istati Membri għandhom iżommu statistika dwar l-għadd ta' allerti dwar persuni li l-perijodi ta' żamma tagħhom ikunu ġew estiżi f'konformità mal-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu, u jittrasmettuha, fuq talba, lill-awtoritajiet superviżorji msemmija fl-Artikolu 69.

9.   Hekk kif isir evidenti għal Uffiċċju SIRENE, li allert dwar persuna jkun laħaq il-fini tiegħu u li għalhekk għandu jitħassar, huwa għandu jinnotifika immedjatament lill-awtorità li tkun ħolqot l-allert. L-awtorità għandu jkollha 15-il jum kalendarju minn meta taslilha dik in-notifika biex twieġeb li l-allert ikun tħassar jew għandu jitħassar jew inkella għandha tiddikjara r-raġunijiet għaż-żamma tal-allert. Jekk ma tasal l-ebda tweġiba sa tmiem il-perijodu ta' 15-il jum, l-Uffiċċju SIRENE għandu jiżgura li l-allert jitħassar. Fejn ikun permess mil-liġi nazzjonali, l-allert għandu jitħassar mill-Uffiċċju SIRENE. L-Uffiċċji SIRENE għandhom jirrapportaw kwalunkwe kwistjoni rikorrenti li jkollhom meta jaġixxu skont dan il-paragrafu lill-awtorità superviżorja tagħhom.

Artikolu 54

Perijodu ta' rieżami tal-allerti dwar oġġetti

1.   L-allerti dwar oġġetti għandhom jinżammu biss għaż-żmien meħtieġ biex jinkisbu l-finijiet li għalihom ikunu ddaħħlu.

2.   Stat Membru jista' jdaħħal allert dwar oġġetti għall-finijiet tal-Artikoli 36 u 38 għal perijodu ta' għaxar snin. L-Istat Membru emittenti għandu, jirrieżamina l-ħtieġa li l-allert jinżamm matul il-perijodu ta' għaxar snin.

3.   Allerti dwar oġġetti imdaħħlin f'konformità mal-Artikoli 26, 32, 34 u 36 għandhom jiġu rieżaminati skont l-Artikolu 53 fejn dawn ikunu konnessi ma' allert dwar persuna. Tali allerti għandhom jinżammu biss dment li jinżamm l-allert dwar il-persuna.

4.   Fi ħdan il-perijodu ta' rieżami msemmi fil-paragrafi 2 u 3, l-Istat Membru emittenti jista' jiddeċiedi li jżomm l-allert dwar oġġett għal aktar żmien mill-perijodu ta' rieżami, jekk jirriżulta li dan ikun meħtieġ għall-finijiet li għalihom ikun iddaħħal l-allert. F'dawn il-każijiet, għandu japplika l-paragrafu 2 jew 3, skont il-ħtieġa.

5.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi perijodi ta' rieżami iqsar għal ċerti kategoriji ta' allerti dwar oġġetti. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 76(2).

6.   L-Istati Membri għandhom iżommu statistika dwar l-għadd ta' allerti dwar oġġetti li l-perijodi ta' żamma tagħhom ġew estiżi f'konformità mal-paragrafu 4.

KAPITOLU XIV

Tħassir tal-allerti

Artikolu 55

Tħassir tal-allerti

1.   L-allerti għal arrest għal finijiet ta' konsenja jew ta' estradizzjoni skont l-Artikolu 26 għandhom jitħassru meta l-persuna tkun ġiet ikkonsenjata jew estradita lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru emittenti. Dawn għandhom ukoll jitħassru fejn id-deċiżjoni ġudizzjarja li fuqha kien ibbażat l-allert tkun ġiet revokata mill-awtorità ġudizzjarja kompetenti f'konformità mal-liġi nazzjonali. Dawn għandhom jitħassru mal-iskadenza tal-allert f'konformità mal-Artikolu 53.

2.   L-allerti dwar persuni neqsin jew persuni vulnerabbli li jeħtieġu li ma jitħallewx jivvjaġġaw skont l-Artikolu 32 għandhom jitħassru f'konformità mar-regoli li ġejjin:

(a)

b'rabta ma' tfal neqsin u tfal f'riskju ta' ħtif, l-allert għandu jitħassar meta:

(i)

il-każ jiġi riżolt, bħal meta t-tifel jew it-tifla tkun ġiet lokalizzata jew ripatrijata jew meta l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru ta' eżekuzzjoni jkunu ħadu deċiżjoni dwar it-tħaris tagħha;

(ii)

jiskadi l-allert f'konformità mal-Artikolu 53; jew

(iii)

tittieħed deċiżjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru emittenti;

(b)

b'rabta ma' persuni adulti neqsin,f'każ li jintalbu miżuri protettivi, l-allert għandu jitħassar meta:

(i)

tiġi eżegwita l-azzjoni li għandha tittieħed, fil-każ li l-post fejn tinsab il-persuna jiġi kkonfermat mill-Istat Membru ta' eżekuzzjoni;

(ii)

jiskadi l-allert f'konformità mal-Artikolu 53; jew

(iii)

tittieħed deċiżjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru emittenti;

(c)

b'rabta ma' persuni adulti neqsin, f'każ li jintalbu miżuri protettivi l-allert għandu jitħassar meta:

(i)

titwettaq l-azzjoni li għandha tittieħed, fejn il-persuna titqiegħed taħt protezzjoni;

(ii)

jiskadi l-allert f'konformità mal-Artikolu 53; jew

(iii)

tittieħed deċiżjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru emittenti;

(d)

b'rabta ma' persuni vulnerabbli li laħqu l-età maġġuri u li jeħtieġu li ma jitħallewx jivvjaġġaw għall-protezzjoni tagħhom stess u ma' tfal li jeħtieġu li ma jitħallewx jivvjaġġaw, l-allert għandu jitħassar:

(i)

meta titwettaq l-azzjoni li għandha tittieħed bħal pereżempju meta l-persuna titqiegħed taħt protezzjoni;

(iii)

jiskadi l-allert f'konformità mal-Artikolu 53; jew

(iii)

tittieħed deċiżjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru emittenti.

Mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali, meta persuna tkun iddaħħlet f'istituzjoni b'segwitu għal deċiżjoni minn awtorità kompetenti, l-allert jista' jinżamm sakemm dik il-persuna tiġi ripatrijata.

3.   L-Allerti dwar persuni mfittxija għal proċedura ġudizzjarja skont l-Artikolu 34, għandhom jitħassru meta:

(a)

il-post fejn tinsab il-persuna jiġi kkomunikat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru emittenti;

(b)

jiskadi l-allert f'konformità mal-Artikolu 53; jew

(c)

tittieħed deċiżjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru emittenti.

Fejn ma tistax tittieħed azzjoni fuq l-informazzjoni fil-komunikazzjoni msemmija fil-punt (a) l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti għandu jinforma lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni biex isolvi l-problema.

Fil-każ li jkun hemm hit fejn id-dettalji tal-indirizz jiġu mgħoddija lill-Istat Membru emittenti u hit sussegwenti fl-istess Stat Membru ta' eżekuzzjoni jiżvela l-istess dettalji tal-indirizz, il-hit għandha tiġi rreġistrata fl-Istat Membru ta' eżekuzzjoni iżda la d-dettalji tal-indirizz u lanqas l-informazzjoni supplimentari ma għandha tintbagħat lura lill-Istat Membru emittenti. F'każijiet bħal dawn l-Istat Membru ta' eżekuzzjoni għandu jinforma lill-Istat Membru emittenti dwar il-hits ripetuti, u l-Istat Membru emittenti għandu jwettaq valutazzjoni individwali komprensiva dwar il-ħtieġa li l-allert jinżamm.

4.   L-allerti għal verifiki diskreti, ta' investigazzjoni u speċifiċi, skont l-Artikolu 36, għandhom jitħassru meta:

(a)

l-allert jiskadi, f'konformità mal-Artikolu 53; jew

(b)

tittieħed deċiżjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru emittenti li l-allerti għandhom jitħassru.

5.   L-allerti dwar oġġetti għall-qbid jew biex jintużaw bħala evidenza fi proċedimenti kriminali skont l-Artikolu 38, għandhom jitħassru meta:

(a)

l-oġġett jinqabad jew tittieħed miżura ekwivalenti ladarba jkun sar l-iskambju ta' segwitu neċessarju tal-informazzjoni supplimentari bejn l-Uffiċċji SIRENE kkonċernati jew meta l-oġġett isir is-suġġett ta' proċedura ġudizzjarja jew amministrattiva oħra;

(b)

l-allert jiskadi f'konformità mal-Artikolu 53; jew

(c)

tittieħed deċiżjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru emittenti li l-allerti għandhom jitħassru.

6.   L-allerti dwar persuni mfittxija mhux magħrufa skont l-Artikolu 40 għandhom jitħassru meta:

(a)

il-persuna tiġi identifikata;

(b)

l-allert jiskadi f'konformità mal-Artikolu 53; jew

(c)

tittieħed deċiżjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru emittenti li l-allerti għandhom jitħassru.

7.   Fejn ikun marbut ma' allert dwar persuna, allert dwar oġġett imdaħħal f'konformità mal-Artikoli 26, 32, 34 u 36 għandu jitħassar meta l-allert dwar il-persuna jitħassar f'konformità ma' dan l-Artikolu.

KAPITOLU XV

Regoli ġenerali dwar l-ipproċessar tad-data

Artikolu 56

Ipproċessar tad-data tas-SIS

1.   L-Istati Membri għandhom jipproċessaw biss id-data msemmija fl-Artikolu 20 għall-finijiet stabbiliti għal kull kategorija ta' allert imsemmija fl-Artikoli 26, 32, 34, 36, 38 u 40.

2.   Id-data għandha tiġi kkupjata biss għal finijiet tekniċi, fejn tali kkupjar ikun meħtieġ sabiex l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 44 iwettqu tiftix dirett. Dan ir-Regolament għandu japplika għal dawk il-kopji. Stat Membru ma għandux jikkopja data ta' allerti jew data addizzjonali mdaħħla minn Stat Membru ieħor mill-N.SIS tiegħu jew mis-CS-SIS f'fajls oħra ta' data nazzjonali.

3.   Kopji tekniċi msemmija fil-paragrafu 2 li jirriżultaw f'bażijiet ta' data offline jistgħu jinżammu biss għal perijodu ta' mhux aktar minn 48 siegħa.

L-Istati Membri għandhom iżommu inventarju aġġornat ta' dawk il-kopji, iqiegħdu dak l-inventarju għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet superviżorji tagħhom, u jiżguraw li dan ir-Regolament, b'mod partikolari l-Artikolu 10, jiġi applikat fir-rigward ta' dawk il-kopji.

4.   L-aċċess għal data fis-SIS mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali msemmija fl-Artikolu 44 għandu jkun awtorizzat biss fil-limiti tal-kompetenza tagħhom u biss għall-persunal debitament awtorizzat.

5.   Fir-rigward tal-allerti stabbiliti fl-Artikoli 26, 32, 34, 36, 38 u 40 ta' dan ir-Regolament, kwalunkwe pproċessar ta' informazzjoni fis-SIS għal finijiet li mhumiex dawk li għalihom tkun iddaħħlet fis-SIS, għandu jkun konness ma' każ speċifiku u ġġustifikat mill-ħtieġa li tiġi impedita theddida serja u imminenti għall-ordni pubbliku u għas-sigurtà pubblika, abbażi ta' raġunijiet serji ta' sigurtà nazzjonali jew għall-finijiet ta' prevenzjoni ta' reat kriminali serju. Għal dan il-fini għandha tinkiseb awtorizzazzjoni minn qabel mill-Istat Membru emittenti.

6.   Kull użu ta' data tas-SIS li ma jikkonformax mal-paragrafi 1 sa 5 ta' dan l-Artikolu għandu jitqies bħala użu mhux xieraq skont il-liġi ta' kull Stat Membru u għandu jkun soġġett għal pieni f'konformità mal-Artikolu 73.

7.   Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-eu-LISA lista tal-awtoritajiet kompetenti tiegħu li huma awtorizzati li jfittxu d-data fis-SIS direttament skont dan ir-Regolament, kif ukoll informazzjoni dwar kwalunkwe bidla li ssir fil-lista. Il-lista għandha tispeċifika, għal kull awtorità, liema data tista' tfittex u għal liema finijiet. L-eu-LISA għandha tiżgura li l-lista tiġi ppubblika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea kull sena. L-eu-LISA għandha żżomm lista aġġornata kontinwament fuq is-sit web tagħha li jkun fiha il-bidliet mibgħuta mill-Istati Membri fil-perijodu bejn il-pubblikazzjonijiet annwali.

8.   Dment li l-liġi tal-Unjoni ma tistabbilixxix dispożizzjonijiet speċifiċi, il-liġi ta' kull Stat Membru għandha tapplika għad-data fl-N.SIS tiegħu.

Artikolu 57

Data tas-SIS u fajls nazzjonali

1.   L-Artikolu 56(2) għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' Stat Membru li jżomm fil-fajls nazzjonali tiegħu data tas-SIS li b'rabta magħha tkun ittieħdet azzjoni fit-territorju tiegħu. Tali data għandha tinżamm fil-fajls nazzjonali għal perijodu ta' mhux aktar minn tliet snin, ħlief jekk xi dispożizzjonijiet speċifiċi fil-liġi nazzjonali jipprevedu perijodu ta' żamma itwal.

2.   L-Artikolu 56(2) għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' Stat Membru li jżomm fil-fajls nazzjonali tiegħu data li tinsab f'allert partikolari mdaħħal fis-SIS minn dak l-Istat Membru.

Artikolu 58

Informazzjoni fil-każ ta' nuqqas ta' eżekuzzjoni ta' allert

Jekk l-azzjoni mitluba ma tkunx tista' titwettaq, l-Istat Membru li ntalab jieħu azzjoni għandu jinforma immedjatament lill-Istat Membru emittenti permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari.

Artikolu 59

Kwalità tad-data fis-SIS

1.   Stat Membru emittenti għandu jkun responsabbli biex jiżgura li d-data hija akkurata, aġġornata, u li tiddaħħal u tinħażen fis-SIS b'mod legali.

2.   Meta Stat Membru emittenti jirċievi data addizzjonali jew modifikata rilevanti kif elenkat fl-Artikolu 20(3), huwa għandu jikkompleta jew jimmodifika l-allert mingħajr dewmien.

3.   L-Istat Membru emittenti biss għandu jkun awtorizzat li jimmodifika, iżid, jikkoreġi, jaġġorna jew iħassar id-data li jkun daħħal huwa stess fis-SIS.

4.   Fejn Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru emittenti jkollu data rilevanti addizzjonali jew modifikata kif elenkat fl-Artikolu 20(3), huwa għandu jibgħat dik id-data mingħajr dewmien, permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari, lill-Istat Membru emittenti biex dan tal-aħħar ikun jista' jikkompleta jew jimmodifika l-allert. Jekk id-data addizzjonali jew modifikata tkun marbuta ma' ċerti persuni, din għandha tiġi trasmessa biss jekk l-identità tal-persuna tkun ġiet ikkonfermata.

5.   Fejn Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru emittenti jkollu evidenza li tissuġġerixxi li xi data tkun fattwalment skorretta jew tkun ġiet maħżuna b'mod illegali, huwa għandu, permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari, jinforma lill-Istat Membru emittenti kemm jista' jkun malajr u mhux aktar tard minn jumejn ta' ħidma minn meta tinġibidlu l-attenzjoni dwar din l-evidenza. L-Istat Membru emittenti għandu jivverifika l-informazzjoni u, jekk meħtieġ, jikkoreġi jew iħassar id-data inkwistjoni mingħajr dewmien.

6.   F'każ li fi żmien xahrejn minn meta l-evidenza tkun ġiet żvelata għall-ewwel darba, l-Istati Membri ma jirnexxilhomx jilħqu ftehim, kif imsemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, l-Istat Membru li ma jkunx daħħal l-allert għandu jirriferi l-kwistjoni lill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data biex tittieħed deċiżjoni, permezz tal-kooperazzjoni f'konformità mal-Artikolu 71.

7.   L-Istati Membri għandhom jiskambjaw informazzjoni supplimentari f'każijiet fejn persuna tilmenta li mhijiex is-suġġett intiż ta' allert. F'każ li l-eżitu tal-verifika juri li s-suġġett intiż ta' allert ma huwiex il-persuna li qed tilmenta, din tal-aħħar għandha tiġi mgħarrfa bil-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 62 u bid-dritt tagħha li titlob rimedju skont l-Artikolu 68(1).

Artikolu 60

Inċidenti ta' sigurtà

1.   Kwalunkwe avveniment li għandu impatt jew li jista' jkollu impatt fuq is-sigurtà tas-SIS jew li jista' jagħmel ħsara jew jikkawża t-telf ta' data tas-SIS jew ta' informazzjoni supplimentari, għandu jitqies bħala inċident ta' sigurtà, speċjalment fejn seta' kien hemm aċċess illegali għad-data jew fejn id-disponibbiltà, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data tkun ġiet jew setgħet ġiet kompromessa.

2.   L-inċidenti ta' sigurtà għandhom jiġu ttrattati b'mod li jiġi żgurat rispons rapidu, effettiv u xieraq.

3.   Mingħajr preġudizzju għan-notifika u l-komunikazzjoni tal-ksur ta' data personali skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2016/679 jew l-Artikolu 30 tad-Direttiva (UE) 2016/680, l-Istati Membri, il-Europol, il-Eurojust u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, lill-eu-LISA, lill-awtorità superviżorja kompetenti u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data mingħajr dewmien dwar l-inċidenti ta' sigurtà. L-eu-LISA għandha tinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data mingħajr dewmien dwar kwalunkwe inċident ta' sigurtà li jkun jikkonċerna lis-SIS Ċentrali.

4.   L-Istati Membri kollha għandhom jingħataw mingħajr dewmien informazzjoni rigward inċident ta' sigurtà li għandu impatt jew li jista' jkollu impatt fuq it-tħaddim tas-SIS fi Stat Membru jew fl-eu-LISA, fuq id-disponibbiltà, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data mdaħħla jew mibgħuta minn Stati Membri oħra jew fuq l-informazzjoni supplimentari skambjata, u din għandha tiġi rrapportata f'konformità mal-pjan għall-ġestjoni ta' inċidenti pprovdut mill-eu-LISA.

5.   L-Istati Membri u l-eu-LISA għandhom jikkollaboraw f'każ ta' inċident ta' sigurtà.

6.   Il-Kummissjoni għandha tirrapporta l-inċidenti serji immedjatament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dawk ir-rapporti għandhom jiġu kklassifikati bħala EU RESTRICTED/RESTREINT UE f'konformità mar-regoli ta' sigurtà applikabbli.

7.   F'każ li inċident ta' sigurtà jiġi kkawżat minn użu mhux xieraq tad-data, l-Istati Membri, il-Europol, u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandhom jiżguraw li jiġu imposti pieni jew miżuri dixxiplinari f'konformità mal-Artikolu 73.

Artikolu 61

Distinzjoni bejn persuni b'karatteristiċi simili

1.   Fejn, meta jiddaħħal allert ġdid, isir evidenti li diġà hemm allert fis-SIS dwar persuna bl-istess deskrizzjoni tal-identità l-Uffiċċju SIRENE għandu jikkuntattja lill-Istat Membru emittenti permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari fi żmien 12-il siegħa biex jikkontroverifika jekk is-soġġetti taż-żewġ allerti humiex l-istess persuna.

2.   Meta l-kontroverifika tiżvela li l-persuna li dwarha jkun inħareġ l-allert il-ġdid u l-persuna soġġetta għall-allert diġà mdaħħla fis-SIS huma tabilħaqq l-istess persuna, l-Uffiċċju SIRENE għandu japplika l-proċedura għad-dħul ta' allerti multipli msemmija fl-Artikolu 23.

3.   Fejn l-eżitu tal-kontroverifika jkun li fil-fatt jeżistu żewġ persuni differenti, l-Uffiċċju SIRENE għandu japprova t-talba biex jiddaħħal it-tieni allert billi jżid id-data neċessarja sabiex tiġi evitata kwalunkwe identifikazzjoni żbaljata.

Artikolu 62

Data addizzjonali sabiex jiġu ttrattati l-identitajiet użurpati

1.   Fejn tista' tinħoloq konfużjoni bejn il-persuna intiża li tkun is-suġġett ta' allert u l-persuna li l-identità tagħha tkun ġiet użurpata, l-Istat Membru emittenti għandu, soġġett għall-kunsens espliċitu tal-persuna li l-identità tagħha tkun ġiet użurpata, iżid data relatata ma' din tal-aħħar mal-allert sabiex jiġu evitati l-konsegwenzi negattivi ta' identifikazzjoni żbaljata. Kull persuna li l-identità tagħha tkun ġiet użurpata għandu jkollha d-dritt li tirtira l-kunsens tagħha rigward l-ipproċessar tad-data personali miżjuda.

2.   Id-data relatata ma' persuna li l-identità tagħha tkun ġiet użurpata għandha tintuża biss għall-finijiet li ġejjin:

(a)

biex l-awtorità kompetenti tkun tista' tiddistingwi bejn il-persuna li l-identità tagħha tkun ġiet użurpata u l-persuna intiża li tkun is-suġġett tal-allert; u

(b)

biex il-persuna li l-identità tagħha tkun ġiet użurpata tkun tista' tagħti prova tal-identità tagħha u tistabbilixxi li l-identità tagħha tkun ġiet użurpata.

3.   Għall-fini ta' dan l-Artikolu, u soġġett għall-kunsens espliċitu tal-persuna li l-identità tagħha tkun ġiet użurpata, għal kull kategorija, hija biss id-data personali li ġejja tal-persuna li l-identità tagħha tkun ġiet użurpata, li tista' tiddaħħal u tkompli tiġi pproċessata fis-SIS:

(a)

kunjomijiet;

(b)

ismijiet;

(c)

ismijiet u kunjomijiet mat-twelid;

(d)

ismijiet u kunjomijiet użati preċedentement u kwalunkwe psewdonimi possibbilment imdaħħla separatament;

(e)

kwalunkwe karatteristika oġġettiva u fiżika speċifika li x'aktarx ma tinbidilx;

(f)

post tat-twelid;

(g)

data tat-twelid;

(h)

ġeneru;

(i)

ritratti u immaġnijiet tal-wiċċ;

(j)

marki tas-swaba', marki tal-pala tal-id jew it-tnejn;

(k)

kull nazzjonalità;

(l)

il-kategorija tad-dokumenti ta' identifikazzjoni tal-persuna;

(m)

il-pajjiż li jkun ħareġ id-dokumenti ta' identifikazzjoni tal-persuna;

(n)

in-numru/i tad-dokumenti ta' identifikazzjoni tal-persuna;

(o)

id-data tal-ħruġ tad-dokumenti ta' identifikazzjoni tal-persuna;

(p)

l-indirizz tal-persuna;

(q)

isem missier il-persuna;

(r)

isem omm il-persuna.

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi u tiżviluppa r-regoli tekniċi meħtieġa dwar kif tiddaħħal u tkompli tiġi pproċessata d-data msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 76(2).

5.   Id-data msemmija fil-paragrafu 3 għandha titħassar fl-istess ħin li fih jitħassar l-allert korrispondenti jew aktar kmieni jekk dan jintalab mill-persuna.

6.   Huma biss l-awtoritajiet li għandhom dritt ta' aċċess għall-allert korrispondenti li jista' jkollhom aċċess għad-data msemmija fil-paragrafu 3. Huma jistgħu jagħmlu dan bl-uniku skop li tiġi evitata l-identifikazzjoni żbaljata.

Artikolu 63

Konnessjonijiet bejn l-allerti

1.   Stat Membru jista' joħloq konnessjoni bejn l-allerti li jdaħħal fis-SIS. L-effett ta' tali konnessjoni għandu jkun li tiġi stabbilita rabta bejn żewġ allerti jew aktar.

2.   Il-ħolqien ta' konnessjoni ma għandux jippreġudika l-azzjoni speċifika li għandha tittieħed abbażi ta' kull allert konness jew il-perijodu ta' rieżami ta' kull wieħed mill-allerti konnessi.

3.   Il-ħolqien ta' konnessjoni ma għandux jippreġudika d-drittijiet ta' aċċess previsti f'dan ir-Regolament. L-awtoritajiet li ma għandhomx dritt ta' aċċess għal ċerti kategoriji ta' allerti ma għandhomx ikunu jistgħu jaraw il-konnessjoni ma' allert li ma għandhomx aċċess għalih.

4.   Stat Membru għandu joħloq konnessjoni bejn l-allerti fejn ikun hemm ħtieġa operazzjonali.

5.   F'każ li Stat Membru jqis li l-ħolqien ta' konnessjoni minn Stat Membru ieħor bejn l-allerti ma jkunx kompatibbli mal-liġi nazzjonali tiegħu jew l-obbligi internazzjonali tiegħu, huwa jista' jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li ma jista' jkun hemm l-ebda aċċess għall-konnessjoni mit-territorju nazzjonali tiegħu jew mill-awtoritajiet tiegħu li jkunu jinsabu barra mit-territorju tiegħu.

6.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi u tiżviluppa regoli tekniċi għall-ħolqien ta' konnessjonijiet bejn allerti. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 76(2).

Artikolu 64

Fini u perijodu ta' żamma ta' informazzjoni supplimentari

1.   L-Istati Membri għandhom iżommu referenza għad-deċiżjonijiet li jwasslu għal allert fl-Uffiċċju SIRENE b'appoġġ għall-iskambju ta' informazzjoni supplimentari.

2.   Id-data personali miżmuma f'fajls mill-Uffiċċju SIRENE bħala riżultat ta' informazzjoni skambjata għandha tinżamm biss għaż-żmien li jkun meħtieġ biex jintlaħqu l-finijiet li għalihom ingħatat. Fi kwalunkwe każ din għandha titħassar mhux aktar tard minn sena wara li l-allert relatat ikun tħassar mis-SIS.

3.   Il-paragrafu 2 għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' Stat Membru li jżomm f'fajls nazzjonali data relatata ma' allert partikolari li dak l-Istat Membru jkun daħħal jew ma' allert li b'rabta miegħu tkun ittieħdet azzjoni fit-territorju tiegħu. Il-perijodu li għalih tali data tista' tinżamm f'dawk il-fajls għandu jkun irregolat mil-liġi nazzjonali.

Artikolu 65

Trasferiment ta' data personali lil partijiet terzi

Data pproċessata fis-SIS u l-informazzjoni supplimentari relatata skambjata skont dan ir-Regolament ma għandhomx jiġu ttrasferiti jew jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta' pajjiżi terzi jew ta' organizzazzjonijiet internazzjonali.

KAPITOLU XVI

Protezzjoni tad-data

Artikolu 66

Leġiżlazzjoni applikabbli

1.   Ir-Regolament (UE) 2018/1725 għandu japplika għall-ipproċessar ta' data personali mill-eu-LISA, mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u mill-Eurojust skont dan ir-Regolament. Ir-Regolament (UE) 2016/794 għandu japplika għall-ipproċessar ta' data personali mill-Europol skont dan ir-Regolament.

2.   Id-Direttiva (UE) 2016/680 għandha tapplika għall-ipproċessar ta' data personali skont dan ir-Regolament mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u mis-servizzi għall-finijiet tal-prevenzjoni, il-kxif, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, inkluż is-salvagwardja kontra theddid għas-sigurtà pubblika u l-prevenzjoni tiegħu.

3.   Ir-Regolament (UE) 2016/679 għandu japplika għall-ipproċessar ta' data personali skont dan ir-Regolament mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u mis-servizzi bl-eċċezzjoni ta' pproċessar għall-finijiet tal-prevenzjoni, il-kxif, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, inkluż is-salvagwardja kontra theddid għas-sigurtà pubblika u l-prevenzjoni tiegħu.

Artikolu 67

Dritt ta' aċċess, ta' rettifika ta' data mhux akkurata u ta' tħassir ta' data maħżuna mhux skont il-liġi

1.   Is-suġġetti tad-data għandhom ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet stabbiliti fl-Artikoli 15, 16 u 17 tar-Regolament (UE) 2016/679 u fl-Artikolu 14 u fl-Artikolu 16(1) u (2) tad-Direttiva (UE) 2016/680.

2.   Stat Membru għajr l-Istat Membru emittenti jista' jipprovdi lis-suġġett tad-data l-informazzjoni dwar kwalunkwe data personali tas-suġġett tad-data li qed tiġi pproċessata, biss jekk ikun l-ewwel ta lill-Istat Membru emittenti, opportunità li jiddikjara l-pożizzjoni tiegħu. Il-komunikazzjoni bejn dawk l-Istati Membri għandha ssir permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari.

3.   Stat Membru għandu jieħu deċiżjoni li ma jipprovdix l-informazzjoni lis-suġġett tad-data, kollha kemm hi jew parzjalment, f'konformità mal-liġi nazzjonali, dment li, u sakemm tali restrizzjoni parzjali jew sħiħa tikkostitwixxi miżura neċessarja u proporzjonata f'soċjetà demokratika b'kunsiderazzjoni xierqa għad-drittijiet fundamentali u għall-interessi leġittimi tas-suġġett tad-data kkonċernat, sabiex:

(a)

jiġi evitat kwalunkwe ostaklu għal inkjesti, investigazzjonijiet jew proċeduri uffiċjali jew legali;

(b)

jiġi evitat li jiġu kompromessi l-prevenzjoni, il-kxif, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew għall-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali;

(c)

tiġi protetta s-sigurtà pubblika;

(d)

tiġi protetta s-sigurtà nazzjonali; jew

(e)

jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet ta' persuni oħrajn.

Fil-każijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, l-Istat Membru għandu jinforma lis-suġġett tad-data bil-miktub, mingħajr dewmien żejjed, dwar kwalunkwe rifjut jew restrizzjoni ta' aċċess u r-raġunijiet għar-rifjut jew għar-restrizzjoni. Tali informazzjoni tista' titħalla barra meta l-għoti tagħha jostakola kwalunkwe waħda mir-raġunijiet stipulati fil-punti (a) sa (e) tal-ewwel subparagrafu. L-Istat Membru għandu jinforma lis-suġġett tad-data dwar il-possibbiltà li jressaq ilment quddiem awtorità superviżorja jew li jitlob rimedju ġudizzjarju.

L-Istat Membru għandu jiddokumenta r-raġunijiet fattwali jew legali li fuqhom tkun ibbażata d-deċiżjoni li ma jagħtix informazzjoni lis-suġġett tad-data. Dik l-informazzjoni għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet superviżorji.

F'każijiet bħal dawn, is-suġġett tad-data għandu wkoll ikun jista' jeżerċita d-drittijiet tiegħu permezz tal-awtoritajiet superviżorji kompetenti.

4.   B'segwitu għal applikazzjoni għal aċċess, rettifika jew tħassir, l-Istat Membru għandu jinforma lis-suġġett tad-data malajr kemm jista' jkun u fi kwalunkwe każ fi ħdan l-iskadenzi msemmija fl-Artikolu 12(3) tar-Regolament (UE) 2016/679 dwar is-segwitu li ngħata għall-eżerċizzju tad-drittijiet skont dan l-Artikolu.

Artikolu 68

Rimedji

1.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar rimedji tar-Regolament (UE) 2016/679 u tad-Direttiva (UE) 2016/680, jista' jsir rikors minn kwalunkwe persuna quddiem kwalunkwe awtorità kompetenti, inkluż il-qorti, skont il-liġi ta' kwalunkwe Stat Membru għall-aċċess, ir-rettifika, it-tħassir, il-kisba ta' informazzjoni jew biex jinkiseb kumpens b'rabta ma' allert dwarha.

2.   L-Istati Membri jimpenjaw ruħhom reċiprokament li jinfurzaw id-deċiżjonijiet finali meħuda mill-qrati jew mill-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 72.

3.   L-Istati Membri għandhom kull sena jibagħtu rapport lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar:

(a)

l-għadd ta' talbiet għall-aċċess ippreżentati lill-kontrollur tad-data u l-għadd ta' każijiet fejn ikun ingħata aċċess għad-data;

(b)

l-għadd ta' talbiet għall-aċċess ippreżentati lill-awtorità superviżorja u l-għadd ta' każijiet fejn ikun ingħata aċċess għad-data;

(c)

l-għadd ta' talbiet għar-rettifika ta' data mhux akkurata u għat-tħassir ta' data maħżuna mhux skont il-liġi, lill-kontrollur tad-data u l-għadd ta' każijiet fejn id-data tkun ġiet rettifikata jew tħassret;

(d)

l-għadd ta' talbiet għar-rettifika ta' data mhux akkurata u għat-tħassir ta' data maħżuna b'mod illegali ippreżentati lill-awtorità superviżorja;

(e)

l-għadd ta' proċedimenti tal-qorti mibdija;

(f)

l-għadd ta' każijiet fejn il-qorti tkun qatgħet il-kawża favur ir-rikorrent;

(g)

kwalunkwe osservazzjoni dwar każijiet ta' rikonoxximent reċiproku ta' deċiżjonijiet finali mill-qrati jew mill-awtoritajiet ta' Stati Membri oħra dwar allerti mdaħħla mill-Istat Membru emittenti.

Il-Kummissjoni għandha tħejji mudell għar-rappurtar imsemmi f'dan il-paragrafu.

4.   Ir-rapporti mill-Istati Membri għandhom jiġu inklużi fir-rapport konġunt imsemmi fl-Artikolu 71(4).

Artikolu 69

Superviżjoni tal-N.SIS

1.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtoritajiet superviżorji indipendenti maħtura f'kull Stat Membru u mogħtija s-setgħat imsemmija fil-Kapitolu VI tar-Regolament (UE) 2016/679 jew tal-Kapitolu VI tad-Direttiva (UE) 2016/680 iwettqu monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-data personali fis-SIS fit-territorju tagħhom, it-trasmissjoni ta' din id-data mit-territorju tagħhom u l-iskambju u l-ipproċessar ulterjuri ta' informazzjoni supplimentari fit-territorju tagħhom.

2.   L-awtoritajiet superviżorji għandhom jiżguraw li tal-inqas kull erba' snin isir awditu tal-operazzjonijiet ta' pproċessar tad-data fl-N.SIS tagħhom f'konformità mal-istandards internazzjonali tal-awditjar. L-awditjar għandu jew isir mill-awtoritajiet superviżorji, jew inkella l-awtoritajiet superviżorji għandhom jikkummissjonaw direttament li l-awditjar isir minn awditur indipendenti tal-protezzjoni tad-data. L-awtoritajiet superviżorji għandhom f'kull ħin iżommu kontroll fuq u jerfgħu r-responsabbiltajiet tal-awditur indipendenti.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji tagħhom ikollhom biżżejjed riżorsi biex iwettqu l-kompiti fdati lilhom skont dan ir-Regolament u jkollhom aċċess għal pariri minn persuni li jkollhom biżżejjed għarfien dwar data bijometrika.

Artikolu 70

Superviżjoni tal-eu-LISA

1.   Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jkun responsabbli għall-monitoraġġ tal-ipproċessar ta' data personali mill-eu-LISA u biex jiżgura li dan jitwettaq f'konformità ma' dan ir-Regolament. Il-kompiti u s-setgħat imsemmija fl-Artikoli 57 u 58 tar-Regolament (UE) 2018/1725 għandhom japplikaw kif adatt.

2.   Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jwettaq awditu tal-ipproċessar ta' data personali mill-eu-LISA f'konformità mal-istandards internazzjonali tal-awditjar tal-inqas kull erba' snin. Għandu jintbagħat rapport dwar dan l-awditu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-eu-LISA, lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet superviżorji. L-eu-LISA għandha tingħata opportunità li tikkummenta qabel ma jiġi adottat ir-rapport.

Artikolu 71

Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

1.   L-awtoritajiet superviżorji u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, filwaqt li kull wieħed minnhom jaġixxi fl-ambitu tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, għandhom jikkooperaw b'mod attiv fil-qafas tar-responsabbiltajiet tagħhom u għandhom jiżguraw superviżjoni koordinata tas-SIS.

2.   L-awtoritajiet superviżorji u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom, filwaqt li kull wieħed minnhom jaġixxi fl-ambitu tal-kompetenzi rispettivi tiegħu, jiskambjaw informazzjoni rilevanti, jassistu lil xulxin fit-twettiq tal-awditi u tal-ispezzjonijiet, jeżaminaw id-diffikultajiet fl-interpretazzjoni jew fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u ta' atti legali oħra applikabbli tal-Unjoni, jistudjaw il-problemi li jirriżultaw mill-eżerċizzju ta' superviżjoni indipendenti jew mill-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data, ifasslu proposti armonizzati għal soluzzjonijiet konġunti għal kull problema u jippromwovu l-għarfien dwar id-drittijiet marbutin mal-protezzjoni tad-data, skont kif ikun meħtieġ.

3.   Għall-finijiet stabbiliti fil-paragrafu 2, l-awtoritajiet superviżorji u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom jiltaqgħu tal-inqas darbtejn fis-sena bħala parti mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. L-ispejjeż u l-organizzazzjoni ta' dawn il-laqgħat għandhom jiġġarrbu mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Fl-ewwel laqgħa għandhom jiġu adottati regoli ta' proċedura. Metodi ta' ħidma oħrajn għandhom jiġu żviluppati b'mod konġunt, skont il-bżonn.

4.   Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jibgħat kull sena rapport konġunt tal-attivitajiet rigward is-superviżjoni koordinata lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

KAPITOLU XVII

Responsabbiltà u pieni

Artikolu 72

Responsabbiltà

1.   Mingħajr preġudizzju għad-dritt għal kumpens u għal kwalunkwe responsabbiltà skont ir-Regolament (UE) 2016/679, id-Direttiva (UE) 2016/680 u r-Regolament (UE) 2018/1725:

(a)

kwalunkwe persuna jew Stat Membru li jkun ġarrab dannu materjali jew mhux materjali, minn Stat Membru, b'riżultat ta' operazzjoni illegali ta' pproċessar ta' data personali bl-użu tal-N.SIS jew kwalunkwe att ieħor li ma jkunx kompatibbli ma' dan ir-Regolament, għandu jkun intitolat li jirċievi kumpens minn dak l-Istat Membru; u

(b)

kwalunkwe persuna jew Stat Membru li jkun ġarrab dannu materjali jew mhux materjali b'riżultat ta' kwalunkwe att mill-eu-LISA li ma jkunx kompatibbli ma' dan ir-Regolament, għandu jkun intitolat li jirċievi kumpens mill-eu-LISA.

L-Istat Membru jew l-eu-LISA għandha tkun eżentata mir-responsabbiltà tagħha taħt l-ewwel subparagrafu, kompletament jew parzjalment, jekk turi li ma kinitx responsabbli għall-avveniment li kkawża d-dannu.

2.   Jekk kwalunkwe nuqqas min-naħa ta' Stat Membru milli jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont dan ir-Regolament jikkawża dannu lis-SIS, dak l-Istat Membru għandu jinżamm responsabbli għal tali dannu, ħlief jekk u sa fejn l-eu-LISA jew Stat Membru ieħor li qed jieħu sehem fis-SIS ikun naqas milli jieħu miżuri raġonevoli biex jipprevjeni li d-dannu jseħħ jew biex jimminimizza l-impatt tiegħu.

3.   It-talbiet għal kumpens kontra Stat Membru għad-dannu msemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu rregolati mil-liġi nazzjonali ta' dak l-Istat Membru. It-talbiet għal kumpens kontra l-eu-LISA għad-dannu msemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu soġġetti għall-kondizzjonijiet previsti fit-Trattati.

Artikolu 73

Pieni

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe użu mhux xieraq ta' data tas-SIS, jew kwalunkwe pproċessar ta' tali data jew kwalunkwe skambju ta' informazzjoni supplimentari li jmur kontra dan ir-Regolament ikun punibbli f'konformità mal-liġi nazzjonali.

Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

KAPITOLU XVIII

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 74

Monitoraġġ u statistika

1.   L-eu-LISA għandha tiżgura li jiġu stabbiliti proċeduri għall-monitoraġġ tal-funzjonament tas-SIS fir-rigward tal-objettivi, f'termini ta' riżultati, kosteffettività, sigurtà u kwalità tas-servizz.

2.   Għall-finijiet ta' manutenzjoni teknika, rappurtar, rappurtar dwar il-kwalità tad-data u statistika, l-eu-LISA għandu jkollha aċċess għall-informazzjoni meħtieġa relatata mal-operazzjonijiet ta' pproċessar imwettqa fis-SIS Ċentrali.

3.   L-eu-LISA għandha tipproduċi kuljum, kull xahar u kull sena, statistika li turi l-għadd ta' reġistri għal kull kategorija ta' allerti, kemm għal kull Stat Membru kif ukoll flimkien. L-eu-LISA għandha tipproduċi wkoll rapporti annwali dwar l-għadd ta' hits għal kull kategorija ta' allert, l-ammont ta' drabi li sar tiftix fis-SIS u l-ammont ta' drabi li s-SIS ġiet aċċessata għall-fini ta' dħul, aġġornament jew tħassir ta' allert, kemm għal kull Stat Membru kif ukoll flimkien. L-istatistika prodotta ma għandux ikun fiha data personali. Ir-rapport statistiku annwali għandu jiġi ppubblikat.

4.   L-Istati Membri, il-Europol, il-Eurojust u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandhom jipprovdu lill-eu-LISA u lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa għall-abbozzar tar-rapporti msemmija fil-paragrafi 3, 6, 8 u 9.

5.   Din l-informazzjoni għandha tinkludi statistika separata dwar l-għadd ta' tiftix imwettaq minn jew f'isem is-servizzi fl-Istati Membri li huma responsabbli għall-ħruġ ta' ċertifikati ta' reġistrazzjoni tal-vetturi u s-servizzi fl-Istati Membri li huma responsabbli għall-ħruġ ta' ċertifikati ta' reġistrazzjoni jew għall-iżgurar ta' ġestjoni tat-traffiku għad-dgħajjes, inkluż magni tad-dgħajjes; u inġenji tal-ajru, inkluż magni tal-inġenji tal-ajru; u armi tan-nar. L-istatistika għandha turi wkoll l-għadd ta' hits għal kull kategorija ta' allert.

6.   L-eu-LISA għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni, lill-Europol, lill-Eurojust, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data b'kull rapport statistiku li tipproduċi.

Sabiex tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tal-atti legali tal-Unjoni, inkluż għall-finijiet tar-Regolament (UE) Nru 1053/2013, il-Kummissjoni tista' titlob li l-eu-LISA tipprovdi rapporti statistiċi speċifiċi addizzjonali, jew fuq bażi regolari jew ad-hoc, dwar il-prestazzjoni tas-SIS, l-użu tas-SIS u dwar l-iskambju ta' informazzjoni supplimentari.

L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta tista' titlob l i l-eu-LISA tipprovdi rapporti statistiċi speċifiċi addizzjonali għall-fini li twettaq analiżijiet tar-riskju u valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà kif imsemmi fl-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) 2016/1624, jew fuq bażi regolari jew ad-hoc.

7.   Għall-fini tal-Artikolu 15(4) u tal-paragrafi 3, 4 u 6 ta' dan l-Artikolu, l-eu-LISA għandha tistabbilixxi, timplimenta u tospita repożitorju ċentrali fis-siti tekniċi tagħha li jkun fih id-data msemmija fl-Artikolu 15(4) u fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu li ma għandux jippermetti l-identifikazzjoni ta' individwi u li għandu jippermetti li l-Kummissjoni u l-aġenziji msemmija fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu jiksbu rapporti u statistika personalizzati. Fuq talba, l-eu-LISA għandha tagħti aċċess lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, kif ukoll, lill-Europol, il-Eurojust u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, sa fejn ikun meħtieġ biex iwettqu l-kompiti tagħhom, għar-repożitorju ċentrali permezz ta' aċċess sigur permezz tal-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni. L-eu-LISA għandha timplimenta kontrolli tal-aċċess u profili tal-utenti speċifiċi biex tiżgura li r-repożitorju ċentrali jiġi aċċessat unikament għall-fini ta' rappurtar u ta' statistika.

8.   Sentejn wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 79(5) u kull sentejn wara dan, l-eu-LISA għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar il-funzjonament tekniku tas-SIS Ċentrali u tal-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni, inkluż dwar is-sigurtà tagħhom, dwar is-sistema awtomatizzata għall-identifikazzjoni tal-marki tas-swaba' (AFIS) u dwar l-iskambju bilaterali u multilaterali ta' informazzjoni supplimentari bejn l-Istati Membri. Dan ir-rapport għandu jkun fih ukoll, ladarba t-teknoloġija tibda tintuża, evalwazzjoni tal-użu ta' immaġnijiet tal-wiċċ għall-identifikazzjoni ta' persuni.

9.   Tliet snin wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 79(5) u kull erba' snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ġenerali tas-SIS Ċentrali u tal-iskambju bilaterali u multilaterali ta' informazzjoni supplimentari bejn l-Istati Membri. Dik l-evalwazzjoni ġenerali għandha tinkludi eżami tar-riżultati miksuba fir-rigward tal-objettivi, u valutazzjoni tal-validità kontinwa tal-ġustifikazzjoni sottostanti, tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rigward tas-SIS Ċentrali, is-sigurtà tas-SIS Ċentrali u kwalunkwe implikazzjoni għal operazzjonijiet futuri. Ir-rapport ta' evalwazzjoni għandu jinkludi wkoll tal-AFIS u tal-kampanji ta' informazzjoni dwar is-SIS imwettqa mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 19.

Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport ta' evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

10.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi regoli dettaljati dwar it-tħaddim tar-repożitorju ċentrali msemmi fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu u regoli dwar il-protezzjoni u s-sigurtà tad-data applikabbli għal dak ir-repożitorju. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 76(2).

Artikolu 75

Eżerċizzju tad-delega

1.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati kif imsemmi fl-Artikolu 38(3) u l-Artikolu 43(4) għal perijodu ta' żmien indeterminat mis-27 ta' Diċembru 2018.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 38(3) u fl-Artikolu 43(4) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 38(3) jew l-Artikolu 43(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkun hemm l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jkun estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 76

Proċedura ta' kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 77

Emendi għad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI

Id-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 6

Sistemi Nazzjonali

1.   Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli għall-istabbiliment, it-tħaddim, il-manutenzjoni u l-iżvilupp ulterjuri tal-N.SIS II tiegħu u għall-konnessjoni tiegħu mal-NI-SIS.

2.   Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli li jiżgura d-disponibbiltà mingħajr interruzzjoni tad-data tas-SIS II għall-utenti finali.”;

(2)

l-Artikolu 11 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 11

Kunfidenzjalità — l-Istati Membri

1.   Kull Stat Membru għandu japplika r-regoli tiegħu ta' segretezza professjonali jew dmirijiet ekwivalenti oħrajn ta' kunfidenzjalità lill-persuni u l-korpi kollha meħtieġa jaħdmu bid-data tas-SIS II u bl-informazzjoni supplimentari, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu. Dak l-obbligu għandu jgħodd ukoll wara li dawk il-persuni jħallu l-kariga jew l-impjieg tagħhom jew wara t-tmiem tal-attivitajiet ta' dawk il-korpi.

2.   F'każ li Stat Membru jikkoopera ma' kuntratturi esterni fi kwalunkwe kompitu relatat mas-SIS II, huwa għandu jwettaq monitoraġġ mill-qrib tal-attivitajiet tal-kuntrattur sabiex jiżgura l-konformità mad-dispożizzjonijiet kollha ta' din id-Deċiżjoni, b'mod partikolari dwar is-sigurtà, il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data.

3.   It-tmexxija operattiva tal-N.SIS II jew ta' kwalunkwe kopja teknika ma għandhiex tiġi fdata lil kumpanniji privati jew lil organizzazzjonijiet privati.”;

(3)

L-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“3a.   L-Awtorità tat-Tmexxija għandha tkun responsabbli għall-iżvilupp u l-manutenzjoni ta' mekkaniżmu u proċeduri għat-twettiq ta' verifiki tal-kwalità fuq id-data fis-CS-SIS. Hija għandha tipprovdi rapporti regolari lill-Istati Membri rigward dan.

L-Awtorità tat-Tmexxija għandha tipprovdi rapport regolari lill-Kummissjoni li jkopri l-kwistjonijiet li jinqalgħu u l-Istati Membri kkonċernati.

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi rapport regolari lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kwistjonijiet relatati mal-kwalità tad-data li jkunu ġew osservati.”;

(b)

il-paragrafu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“8.   It-tmexxija operattiva tas-SIS II Ċentrali għandha tikkonsisti mill-kompiti kollha meħtieġa biex is-SIS II Ċentrali tibqa' titħaddem 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa f'konformità ma' din id-Deċiżjoni, b'mod partikolari x-xogħol ta' manutenzjoni u l-iżviluppi tekniċi meħtieġa għat-tħaddim bla xkiel tas-sistema. Dawk il-kompiti għandhom jinkludu wkoll il-koordinazzjoni, it-tmexxija u s-sostenn ta' attivitajiet ta' ttestjar għas-SIS II Ċentrali u l-N.SIS II, li jiżguraw li s-SIS II Ċentrali u l-N.SIS II jaħdmu f'konformità mar-rekwiżiti għall-konformità teknika stabbiliti fl-Artikolu 9.”;

(4)

fl-Artikolu 17, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“3.   F'każ li l-Awtorità tat-Tmexxija tikkoopera ma' kuntratturi esterni fi kwalunkwe kompitu relatat mas-SIS II, din għandha twettaq monitoraġġ mill-qrib tal-attivitajiet tal-kuntrattur sabiex tiżgura l-konformità mad-dispożizzjonijiet kollha ta' din id-Deċiżjoni, b'mod partikolari dwar is-sigurtà, il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data.

4.   It-tmexxija operattiva tas-CS-SIS ma għandhiex tiġi fdata lil kumpanniji privati jew lil organizzazzjonijiet privati.”;

(5)

fl-Artikolu 21, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Fejn persuna jew oġġett jiġi mfittex b'rabta ma' allert marbut ma' reat terroristiku, il-każ għandu jitqies adegwat, rilevanti u importanti biżżejjed biex jiġġustifika allert fis-SIS II. F'każijiet eċċezzjonali, għal raġunijiet ta' sigurtà pubblika jew nazzjonali, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jdaħħlux allert meta dan x'aktarx li jostakola l-inkjesti, l-investigazzjonijiet jew il-proċeduri uffiċjali jew legali.”;

(6)

l-Artikolu 22 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 22

Regoli speċifiċi għad-dħul ta', għall-verifika jew għat-tiftix b'ritratti u marki tas-swaba'

1.   Ir-ritratti u l-marki tas-swaba' għandhom jiddaħħlu biss wara verifika speċjali tal-kwalità biex jiġi żgurat jekk jilħqux standards minimi ta' kwalità tad-data. L-ispeċifikazzjoni tal-verifika speċjali tal-kwalità għandha tiġi stabbilita f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 67.

2.   Meta r-ritratti u d-data tal-marki tas-swaba' jkunu disponibbli f'allert fis-SIS II, tali ritratti u data tal-marki tas-swaba' għandhom jintużaw biex tiġi kkonfermata l-identità ta' persuna li tkun ġiet lokalizzata bħala riżultat ta' tiftix alfanumeriku magħmul fis-SIS II.

3.   Jista' jsir tiftix fid-data tal-marki tas-swaba' fil-każijiet kollha biex persuna tiġi identifikata. Madankollu, jista' jsir tiftix fid-data tal-marki tas-swaba' biex persuna tiġi identifikata fejn l-identità ta' persuna ma tkunx tista' tiġi aċċertata b'mezzi oħra. Għal dak il-fini, is-SIS II Ċentrali għandha tinkludi Sistema Awtomatizzata għall-Identifikazzjoni tal-Marki tas-Swaba' (AFIS).

4.   Jista' wkoll isir tiftix fid-data tal-marki tas-swaba' fis-SIS II fir-rigward ta' allerti mdaħħlin f'konformità mal-Artikoli 26, 32 u 36 bl-użu ta' settijiet kompluti jew mhux kompluti ta' marki tas-swaba' jew ta' marki tal-pala tal-id misjuba fil-post ta' reati kriminali serji jew reati terroristiċi li jkunu qed jiġu investigati, fejn ikun jista' jiġi stabbilit bi grad għoli ta' probabbiltà li dawk is-settijiet ta' marki jappartjenu lil awtur ta' reat u dment li t-tiftix jitwettaq b'mod simultanju fil-bażijiet ta' data nazzjonali rilevanti tal-Istati Membri fejn ikunu maħżuna l-marki tas-swaba'.”;

(7)

L-Artikolu 41 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 41

Aċċess għad-data fis-SIS II mill-Europol

1.   L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) stabbilita permezz tar-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) għandu jkollha, fejn dan ikun meħtieġ biex taqdi l-mandat tagħha, id-dritt ta' aċċess għal u tiftix fid-data fis-SIS II. Il-Europol tista' wkoll tiskambja u ulterjorment titlob informazzjoni supplimentari f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Manwal SIRENE.

2.   Fejn tiftix mill-Europol jiżvela l-eżistenza ta' allert fis-SIS II, il-Europol għandha tinforma immedjatament lill-Istat Membru emittenti permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari permezz tal-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni u f'konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Manwal SIRENE. Sakemm il-Europol tkun tista' tuża l-funzjonalitajiet previsti għall-iskambju ta' informazzjoni addizzjonali, din għandha tinforma lill-Istat Membru emittenti permezz tal-mezzi definiti fir-Regolament (UE) 2016/794.

3.   Il-Europol tista' tipproċessa l-informazzjoni supplimentari li tkun ingħatat mill-Istati Membri għall-finijiet ta' tqabbil mal-bażijiet ta' data u mal-proġetti ta' analiżi operazzjonali tagħha, bl-għan li tidentifika konnessjonijiet jew rabtiet rilevanti oħra u għall-analiżijiet strateġiċi, tematiċi jew operazzjonali msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) 2016/794. Kwalunkwe pproċessar ta' informazzjoni supplimentari mill-Europol għall-fini ta' dan l-Artikolu għandu jsir f'konformità ma' dak r-Regolament.

4.   L-użu mill-Europol ta' informazzjoni miksuba minn tiftix fis-SIS II jew mill-ipproċessar ta' informazzjoni supplimentari għandu jkun soġġett għall-kunsens tal-Istat Membru emittenti. Jekk l-Istat Membru jippermetti l-użu ta' tali informazzjoni, it-trattament tagħha mill-Europol għandu jkun irregolat mir-Regolament (UE) 2016/794. Il-Europol għandha tikkomunika biss tali informazzjoni lil pajjiżi terzi u korpi terzi bil-kunsens tal-Istat Membru emittenti u b'konformità mal-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data.

5.   Il-Europol:

(a)

mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 4 u 6, ma għandhiex tikkonnettja partijiet mis-SIS II, jew tittrasferixxi d-data li tkun tinsab fiha u li jkollha aċċess għaliha, ma' xi sistema għall-ġbir u għall-ipproċessar tad-data mħaddma mill-Europol jew fil-Europol, lanqas ma għandha tniżżel jew tikkopja xi parti mis-SIS II;

(b)

minkejja l-Artikolu 31(1) tar-Regolament (UE) 2016/794, għandha tħassar l-informazzjoni supplimentari li jkun fiha data personali mhux aktar tard minn sena wara li l-allert relatat ikun tħassar. Permezz ta' deroga, fejn il-Europol ikollha informazzjoni fil-bażijiet ta' data tagħha jew fil-proġetti ta' analiżi operazzjonali tagħha dwar każ li miegħu tkun relatata l-informazzjoni supplimentari, sabiex twettaq il-kompiti tagħha, il-Europol tista' b'mod eċċezzjonali tkompli taħżen l-informazzjoni supplimentari fejn ikun meħtieġ. Il-Europol għandha tinforma lill-Istat Membru emittenti u dak ta' eżekuzzjoni li ser tkompli taħżen din l-informazzjoni supplimentari u tippreżenta ġustifikazzjoni għaliha;

(c)

għandha tillimita l-aċċess għad-data fis-SIS II, inkluż għall-informazzjoni supplimentari, għall-persunal tal-Europol li jkun speċifikament awtorizzat u li jkun jeħtieġ aċċess għal tali data biex iwettaq il-kompiti tiegħu;

(d)

għandha tadotta u tapplika miżuri biex jiġu żgurati s-sigurtà, il-kunfidenzjalità u l-awtomonitoraġġ f'konformità mal-Artikoli 10, 11 u 13;

(e)

għandha tiżgura li l-persunal tagħha li huwa awtorizzat jipproċessa data tas-SIS II, jirċievi taħriġ u informazzjoni adatti f'konformità mal-Artikolu 14; u

(f)

mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2016/794, għandha tippermetti li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jwettaq monitoraġġ u jirrieżamina l-attivitajiet tal-Europol fit-twettiq tad-dritt tiegħu ta' aċċess għal u tiftix fid-data fis-SIS II u fl-iskambju u l-ipproċessar ta' informazzjoni supplimentari.

6.   L-Europol għandha tikkopja d-data mis-SIS biss għal finijiet tekniċi, fejn tali kkupjar ikun meħtieġ biex il-persunal debitament awtorizzat tal-Europol ikun jista' jwettaq tiftix dirett. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal dawn il-kopji. Il-kopja teknika għandha tintuża biss għall-fini ta' ħżin ta' data tas-SIS II waqt li jsir tiftix f'dik id-data. Ladarba t-tiftix f'dik id-data jkun sar din għandha titħassar. Dawn l-użi ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala tniżżil jew ikkupjar illegali ta' data tas-SIS II. Il-Europol ma għandhiex tikkopja data f'allert jew data addizzjonali maħruġa mill-Istati Membri jew mis-CS-SIS II f'sistemi oħra tal-Europol.

7.   Għall-fini ta' verifika tal-legalità tal-ipproċessar tad-data, ta' awtomonitoraġġ u biex jiġu żgurati s-sigurtà u l-integrità xierqa tad-data, il-Europol għandha żżomm reġistri ta' kull aċċess u tiftix fis-SIS II f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12. Tali reġistri u dokumentazzjoni ma għandhomx jitqiesu bħala tniżżil jew ikkupjar illegali ta' parti mis-SIS II.

8.   L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Europol permezz tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari dwar kwalunkwe hit dwar allerti relatati ma' reati terroristiċi. B'mod eċċezzjonali l-Istati Membri jistgħu ma jinformawx lill-Europol jekk dan jikkomprometti l-investigazzjonijiet li jkunu għaddejjin, is-sikurezza ta' individwu jew imorru kontra l-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Istat Membru emittenti.

9.   Il-paragrafu 8 għandu japplika mid-data li fiha l-Europol tkun tista' tirċievi informazzjoni supplimentari f'konformità mal-paragrafu 1.

(*1)  Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53).”;"

(8)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 42a

Aċċess għad-data fis-SIS mit-timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta, it-timijiet ta' persunal involuti f'kompiti relatati mar-ritorn, u membri tat-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni

1.   F'konformità mal-Artikolu 40(8) tar-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2), il-membri tat-timijiet imsemmija fil-punti (8) u (9) tal-Artikolu 2 ta' dak ir-Regolament għandhom, fi ħdan il-mandat tagħhom u dment li jkunu awtorizzati jwettqu verifiki f'konformità mal-Artikolu 40(1) ta' din id-Deċiżjoni u jkunu ħadu t-taħriġ meħtieġ f'konformità mal-Artikolu 14 ta' din id-Deċiżjoni, ikollhom id-dritt ta' aċċess għal u tiftix fid-data fis-SIS II sa fejn ikun neċessarju biex iwettqu l-kompitu tagħhom u kif meħtieġ mill-pjan operazzjonali għal operazzjoni speċifika. L-aċċess għad-data fis-SIS II ma għandux jiġi estiż għal xi membri oħra tat-tim.

2.   Il-membri tat-timijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jeżerċitaw id-dritt ta' aċċess għal u tiftix fid-data fis-SIS II f'konformità mal-paragrafu 1 permezz ta' interfaċċa teknika. L-interfaċċa teknika għandha tiġi stabbilita u ġestita mill-Aġenzija Ewropea tal-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u għandha tippermetti konnessjoni diretta mas-SIS II Ċentrali.

3.   Meta tiftix minn membru tat-timijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jiżvela l-eżistenza ta' allert fis-SIS II, l-Istat Membru emittenti għandu jiġi informat b'dan. F'konformità mal-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) 2016/1624, il-membri tat-timijiet għandhom jaġixxu biss b'rispons għal allert fis-SIS II skont struzzjonijiet minn u, bħala regola ġenerali, fil-preżenza ta' gwardji tal-fruntiera jew persunal involut f'kompiti relatati mar-ritorn tal-Istat Membru ospitanti li fih ikunu qegħdin joperaw. L-Istat Membru ospitanti jista' jawtorizza lill-membri tat-timijiet biex jaġixxu f'ismu.

4.   Għall-fini li tiġi vverifikata l-legalità tal-ipproċessar tad-data, tal-awtomonitoraġġ u biex jiġu żgurati s-sigurtà u l-integrità xierqa tad-data, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha żżomm reġistri ta' kull aċċess u tiftix fis-SIS II f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12.

5.   L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tadotta u tapplika miżuri biex jiġu żgurati s-sigurtà, il-kunfidenzjalità u l-awtomonitoraġġ f'konformità mal-Artikoli 10, 11 u 13 u għandha tiżgura li t-timijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu japplikaw dawk il-miżuri.

6.   Dan l-Artikolu ma għandu bl-ebda mod jiġi interpretat li jaffettwa d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/1624 li jikkonċernaw il-protezzjoni tad-data jew ir-responsabbiltà tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għal kwalunkwe pproċessar mhux awtorizzat jew skorrett ta' data minnha.

7.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, l-ebda parti tas-SIS II ma għandha tkun konnessa ma' xi sistema għall-ġbir u l-ipproċessar ta' data li titħaddem mit-timijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jew mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, u l-ebda data fis-SIS II u li dawk it-timijiet għandhom aċċess għaliha, ma għandha tiġi trasferita għal tali sistema. L-ebda parti mis-SIS II ma għandha titniżżel jew tiġi kkupjata. Ir-reġistrazzjoni tal-aċċess u t-tiftix ma għandhiex tiġi kkunsidrata bħala tniżżil jew ikkupjar illegali ta' data tas-SIS II.

8.   L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tippermetti li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jwettaq monitoraġġ u jirrieżamina l-attivitajiet tat-timijiet imsemmija f'dan l-Artikolu fl-eżerċizzju tad-dritt tagħhom ta' aċċess u ta' tiftix fid-data fis-SIS II. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ulterjuri tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3).

(*2)  Ir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1)."

(*3)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).”."

Artikolu 78

Tħassir

Ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 u d-Deċiżjonijiet 2007/533/ĠAI u 2010/261/UE huma mħassra mid-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament kif stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 79(5).

Referenzi għar-Regolament (KE) Nru 1986/2006 revokat u d-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabelli ta' korrelazzjoni fl-Anness.

Artikolu 79

Dħul fis-seħħ, bidu tat-tħaddim u applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Mhux aktar tard mit-28 ta' Diċembru 2021, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni li tistabbilixxi d-data li fiha s-SIS għandha tibda titħaddem skont dan ir-Regolament, wara li jiġi vverifikat li ġew issodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ikunu ġew adottati l-atti ta' implimentazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament;

(b)

l-Istati Membri jkunu nnotifikaw lill-Kummissjoni li jkunu għamlu l-arranġamenti tekniċi u legali meħtieġa biex jipproċessaw id-data tas-SIS u biex jiskambjaw informazzjoni supplimentari skont dan ir-Regolament; u

(c)

l-eu-LISA tkun innotifikat lill-Kummissjoni li tlestew b'suċċess l-attivitajiet kollha ta' ttestjar fir-rigward tas-CS-SIS u tal-interazzjoni bejn is-CS-SIS u l-N.SIS.

3.   Il-Kummissjoni għandha twettaq monitoraġġ mill-qrib tal-proċess tal-issodisfar progressiv tal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 u għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-eżitu tal-verifika msemmija f'dak il-paragrafu.

4.   Sat-28 ta' Diċembru 2019 u kull sena minn dakinhar 'il quddiem sa meta tittieħed id-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istat attwali tat-tħejjijiet għall-implimentazzjoni sħiħa ta' dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jkun fih informazzjoni dettaljata dwar l-ispejjeż imġarrba u informazzjoni dwar kwalunkwe riskju li jista' jkollu impatt fuq l-ispejjeż totali.

5.   Dan ir-Regolament għandu japplika mid-data ddeterminata f'konformità mal-paragrafu 2.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu:

(a)

l-Artikolu 4(4), l-Artikolu 5, l-Artikolu 8(4), l-Artikolu 9(1) u (5), l-Artikolu 12(8), l-Artikolu 15(7), l-Artikolu 19, l-Artikolu 20(4) u (5), l-Artikolu 26(6), l-Artikolu 32(9), l-Artikolu 34(3), l-Artikolu 36(6), l-Artikolu 38(3) u (4), l-Artikolu 42(5), l-Artikolu 43(4), l-Artikolu 54(5), l-Artikolu 62(4), l-Artikolu 63(6), l-Artikolu 74(7) u (10), l-Artikolu 75, l-Artikolu 76, il-punti (1) sa (5) tal-Artikolu 77, u l-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament;

(b)

il-punti (7) u (8) tal-Artikolu 77 għandhom japplikaw mit-28 ta' Diċembru 2019;

(c)

il-punt 6 tal-Artikolu 77 għandu japplika mit-28 ta' Diċembru 2020.

6.   Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha f'konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Novembru 2018.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

K. EDTSTADLER


(1)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2018 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2018.

(2)  ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) 2424/2001 tas-6 ta' Diċembru 2001 dwar l-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS II) (ĠU L 328, 13.12.2001, p. 4).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/886/ĠAI tas-6 ta' Diċembru 2001 dwar l-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS II) (ĠU L 328, 13.12.2001, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta' informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 381, 28.12.2006, p. 4).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI tat-12 ta' Ġunju 2007 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta' informazzjoni ta' Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 205, 7.8.2007, p. 63).

(7)  Ir-Regolament (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-verifiki fuq il-fruntieri, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, u li jemenda u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 (ara l-paġna 14 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(8)  Ir-Regolament (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), u li jemenda r-Regolament (KE) 1987/2006 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u li jħassar ir-Regolament (UE) 1077/2011 (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 99).

(9)  Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).

(10)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(11)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1).

(12)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 12).

(13)  Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' konsenja bejn l-Istati Membri (ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1).

(14)  Id-Direttiva 2013/48/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 dwar id-dritt ta' aċċess għas-servizzi ta' avukat fi proċedimenti kriminali u fi proċedimenti ta' mandat ta' arrest Ewropew, u dwar id-dritt li tiġi infurmata parti terza dwar iċ-ċaħda tal-libertà u d-dritt għal komunikazzjoni ma' partijiet terzi u mal-awtoritajiet konsulari, matul iċ-ċaħda tal-libertà (ĠU L 294, 6.11.2013, p. 1).

(15)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, mill-korpi, mill-uffiċċji u mill-aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu tat-tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(16)  Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53).

(17)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.

(18)  Ir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1).

(19)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(20)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(21)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).

(22)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(23)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(24)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).

(25)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(26)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2008/149/ĠAI tat-28 ta' Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 50).

(27)  ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.

(28)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/349/UE tas-7 ta' Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, relatat b'mod partikolari mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali u l-kooperazzjoni tal-pulizija (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 1).

(29)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/365/UE tad-29 ta' Ġunju 2010 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen relatati mas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija (ĠU L 166, 1.7.2010, p. 17).

(30)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/934 tal-25 ta' Ġunju 2018 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li fadal tal-acquis ta' Schengen marbuta mas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u fir-Rumanija (ĠU L 165, 2.7.2018, p. 37).

(31)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/733 tal-25 ta' April 2017 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen relatati mas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen fir-Repubblika tal-Kroazja, (ĠU L 108, 26.4.2017, p. 31 ).

(32)  Ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar l-aċċess għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) mis-servizzi fl-Istati Membri responsabbli għall-ħruġ ta' ċertifikati ta' reġistrazzjoni tal-vetturi (ĠU L 381, 28.12.2006, p. 1).

(33)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE tal-4 ta' Mejju 2010 dwar il-Pjan tas-Sigurtà għas-SIS II Ċentrali u l-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni (ĠU L 112, 5.5.2010, p. 31).

(34)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(35)  Id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI (ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6).

(36)  Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1).

(37)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 tas-7 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta' Settembru 1998 li stabbilixxiet Kumitat Permanenti għall-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta' Schengen (ĠU L 295, 6.11.2013, p. 27).

(38)  Id-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 60).

(39)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 377/2004 tad-19 ta' Frar 2004 dwar il-ħolqien ta' netwerk bejn l-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni (ĠU L 64, 2.3.2004, p. 1).

(40)  Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE tad-29 ta' April 1999 dwar id-dokumenti ta' reġistrazzjoni għall-vetturi (ĠU L 138, 1.6.1999, p. 57).

(41)  Iregolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 138).


ANNESS

TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Id-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 15

Artikolu 16

Artikolu 16

Artikolu 17

Artikolu 17

Artikolu 18

Artikolu 18

Artikolu 19

Artikolu 19

Artikolu 20

Artikolu 20

Artikolu 21

Artikolu 21

Artikolu 22

Artikoli 42 u 43

Artikolu 23

Artikolu 22

Artikolu 23

Artikolu 24

Artikolu 24

Artikolu 25

Artikolu 25

Artikolu 26

Artikolu 26

Artikolu 27

Artikolu 27

Artikolu 28

Artikolu 28

Artikolu 29

Artikolu 29

Artikolu 30

Artikolu 30

Artikolu 31

Artikolu 31

Artikolu 32

Artikolu 32

Artikolu 33

Artikolu 33

Artikolu 34

Artikolu 34

Artikolu 35

Artikolu 35

Artikolu 36

Artikolu 36

Artikolu 37

Artikolu 37

Artikolu 38

Artikolu 38

Artikolu 39

Artikolu 39

Artikolu 40

Artikolu 41

Artikolu 40

Artikolu 44

Artikolu 45

Artikolu 46

Artikolu 47

Artikolu 41

Artikolu 48

Artikolu 42

Artikolu 49

Artikolu 51

Artikolu 42a

Artikolu 50

Artikolu 43

Artikolu 52

Artikolu 44

Artikolu 53

Artikolu 45

Artikolu 54

Artikolu 55

Artikolu 46

Artikolu 56

Artikolu 47

Artikolu 57

Artikolu 48

Artikolu 58

Artikolu 49

Artikolu 59

Artikolu 60

Artikolu 50

Artikolu 61

Artikolu 51

Artikolu 62

Artikolu 52

Artikolu 63

Artikolu 53

Artikolu 64

Artikolu 54

Artikolu 65

Artikolu 55

Artikolu 56

Artikolu 57

Artikolu 66

Artikolu 58

Artikolu 67

Artikolu 59

Artikolu 68

Artikolu 60

Artikolu 69

Artikolu 61

Artikolu 70

Artikolu 62

Artikolu 71

Artikolu 63

Artikolu 64

Artikolu 72

Artikolu 65

Artikolu 73

Artikolu 66

Artikolu 74

Artikolu 75

Artikolu 67

Artikolu 76

Artikolu 68

Artikolu 77

Artikolu 69

Artikolu 78

Artikolu 70

Artikolu 71

Artikolu 79


Ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006

Dan ir-Regolament

Artikoli 1, 2 u 3

Artikolu 45


Rettifika

7.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 312/107


Rettifika tar-Regolament (UE) 2017/2225 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 dwar l-użu tas-Sistema ta' Dħul/Ħruġ

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 tad-9 ta' Diċembru 2017 )

Fil-paġna 5, Artikolu 1, punt (3), Artikolu 6a(3) ġdid, punt (f),

minflok:

“… detenturi ta' passaport maħruġ mill-Istat tal-Belt tal-Vatikan;”,

aqra:

“… detenturi ta' passaport maħruġ mill-Istat tal-Belt tal-Vatikan jew mis-Santa Sede;”.