ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 311

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
7 ta' Diċembru 2018


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1909 tal-4 ta' Diċembru 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 904/2010 fir-rigward tal-iskambju ta' informazzjoni għall-fini ta' monitoraġġ tal-applikazzjoni korretta tal-arranġamenti dwar l-istokk f'kunsinna kuntrattat

1

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kunsill (UE) 2018/1910 tal-4 ta' Diċembru 2018 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tal-armonizzazzjoni u s-simplifikazzjoni ta' ċerti regoli tas-sistema tat-taxxa fuq il-valur miżjud għat-tassazzjoni tal-kummerċ bejn l-Istati Membri

3

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1911 tas-26 ta' Novembru 2018 li jemenda r-Regolament (UE) 2015/1588 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti kategoriji ta' Għajnuna mill-Istat orizzontali ( 1 )

8

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1912 tal-4 ta' Diċembru 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 282/2011 fir-rigward ta' ċerti eżenzjonijiet għat-transazzjonijiet intra-Komunitarji

10

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1913 tas-6 ta' Diċembru 2018 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva tribenuron, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

13

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1914 tas-6 ta' Diċembru 2018 li jikkonċerna n-nuqqas ta' tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva kwinoksifen, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

17

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1915 tas-6 ta' Diċembru 2018 li japprova r-razza NRRL Y-27328 tas-sustanza attiva Metschnikowia fructicola skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

20

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1916 tas-6 ta' Diċembru 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 f'dak li għandu x'jaqsam mal-estenzjoni tal-perjodu ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva bispiribak ( 1 )

24

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1917 tas-6 ta' Diċembru 2018 li jikkonċerna n-nuqqas ta' tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva flurtamon, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

27

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1918 tal-4 ta' Diċembru 2018 li tawtorizza lir-Renju Unit japplika miżura speċjali li tidderoga mill-Artikoli 16 u 168 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

30

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1919 tal-4 ta' Diċembru 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2009/790/KE li tawtorizza lir-Repubblika tal-Polonja biex tapplika miżura ta' deroga mill-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

32

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1920 tal-4 ta' Diċembru 2018 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2010/99/UE li tawtorizza lir-Repubblika tal-Litwanja biex testendi l-applikazzjoni ta' miżura ta' deroga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

34

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1921 tal-4 ta' Diċembru 2018 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/191/UE li tawtorizza lil-Latvja biex iddaħħal miżura speċjali ta' deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 26(1) u l-Artikoli 168 u 168a tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

36

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tad-Deċiżjoni 82/72/KEE tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 1981 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni dwar il-konservazzjoni ta' annimali slavaġ u ambjenti naturali Ewropej ( ĠU L 38, 10.2.1982 ) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Volum 014, p. 280)

38

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

REGOLAMENTI

7.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2018/1909

tal-4 ta' Diċembru 2018

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 904/2010 fir-rigward tal-iskambju ta' informazzjoni għall-fini ta' monitoraġġ tal-applikazzjoni korretta tal-arranġamenti dwar l-istokk f'kunsinna kuntrattat

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġislattiva speċjali,

Billi:

(1)

Sabiex jiġi żgurat li s-simplifikazzjoni introdotta fid-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (3) fir-rigward tal-arranġamenti dwar l-istokk f'kunsinna kuntrattat tkun tista' tiġi ssorveljata tajjeb, huwa meħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-Istati Membri jkollhom aċċess awtomatizzat għad-data miġbura minn persuni taxxabbli fir-rigward ta' tali transazzjonijiet.

(2)

B'kont meħud tal-fatt li d-dispożizzjonijiet inklużi f'dan ir-Regolament jirriżultaw mill-emendi introdotti mid-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2018/1910 (4), jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mid-data tal-applikazzjoni ta' dawk l-emendi.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 (5) jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) Nru 904/2010 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(c)

in-numri ta' identifikazzjoni tal-VAT tal-persuni li wettqu l-provvisti ta' merkanzija u servizzi msemmija fil-punt (b) u n-numri ta' identifikazzjoni tal-VAT tal-persuni li ppreżentaw informazzjoni f'konformità mal-Artikolu 262(2) tad-Direttiva 2006/112/KE dwar il-persuni li għandhom numru ta' identifikazzjoni tal-VAT msemmi fil-punt (a);”.

(2)

fil-punt (e), il-kliem introduttorju huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(e)

il-valur totali tal-provvisti ta' merkanzija u servizzi msemmija fil-punt (b) mingħand kull persuna msemmija fil-punt (c) lil kull persuna li għandha numru ta' identifikazzjoni tal-VAT maħruġ minn Stat Membru ieħor u, għal kull persuna li ppreżentat informazzjoni f'konformità mal-Artikolu 262(2) tad-Direttiva 2006/112/KE, in-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT tagħha u l-informazzjoni li ppreżentat dwar kull persuna li għandha numru ta' identifikazzjoni tal-VAT maħruġ minn Stat Membru ieħor, bil-kondizzjonijiet li ġejjin:”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

H. LÖGER


(1)  L-Opinjoni tat-3 ta' Lulju 2018 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)..

(2)  ĠU C 283, 10.8.2018, p. 35.

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE ta' 28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2018/1910 tal-4 ta' Diċembru 2018 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tal-armonizzazzjoni u s-simplifikazzjoni ta' ċerti regoli tas-sistema tat-taxxa fuq il-valur miżjud għat-tassazzjoni tal-kummerċ bejn l-Istati Membri (ara l-paġna 3 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 tas- 7 ta' Ottubru 2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 268, 12.10.2010, p. 1).


DIRETTIVI

7.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/3


DIRETTIVA TAL-KUNSILL (UE) 2018/1910

tal-4 ta' Diċembru 2018

li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tal-armonizzazzjoni u s-simplifikazzjoni ta' ċerti regoli tas-sistema tat-taxxa fuq il-valur miżjud għat-tassazzjoni tal-kummerċ bejn l-Istati Membri

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġislattiva speċjali,

Billi:

(1)

Fl-1967, meta l-Kunsill adotta s-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) permezz tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 67/227/KEE (3) u t-Tieni Direttiva tal-Kunsill 67/228/KEE (4), l-impenn kien sar sabiex tiġi stabbilita sistema definittiva tal-VAT li topera fil-Komunità Ewropea bl-istess mod li topera bih fi Stat Membru wieħed. Peress li l-kondizzjonijiet politiċi u tekniċi ma kinux lesti għal tali sistema meta l-fruntieri fiskali bejn l-Istati Membri ġew eliminati sa tmiem l-1992, ġew adottati arranġamenti transizzjonali b'rabta mal-VAT. Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (5) tistipula li dawk ir-regoli transizzjonali jridu jiġu sostitwiti b'arranġamenti definittivi.

(2)

F'konformità mal-komunikazzjoni tagħha tas-7 ta' April 2016 dwar pjan ta' azzjoni dwar il-VAT, il-Kummissjoni ressqet proposta li tistabbilixxi l-elementi għal sistema definittiva tal-VAT għall-kummerċ transfruntier minn negozju għal negozju (B2B) bejn l-Istati Membri li tkun ibbażata fuq il-prinċipju tat-tassazzjoni tal-provvisti transfruntiera ta' merkanzija fl-Istat Membru ta' destinazzjoni.

(3)

Il-Kunsill, fil-konklużjonijiet tiegħu tat-8 ta' Novembru 2016, stieden lill-Kummissjoni biex tagħmel ċertu titjib fir-regoli tal-Unjoni dwar il-VAT għat-transazzjonijiet transfruntiera fir-rigward tar-rwol tan-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT fil-kuntest tal-eżenzjoni għall-provvisti intra-Komunitarji, l-arranġamenti dwar l-istokk f'kunsinna kuntrattat, it-transazzjonijiet f'serje u l-prova tat-trasport għall-finijiet tal-eżenzjoni għat-transazzjonijiet intra-Komunitarji.

(4)

Fid-dawl tat-talba magħmula mill-Kunsill u l-fatt li jridu jgħaddu diversi snin qabel tiġi implimentata s-sistema definittiva tal-VAT għall-kummerċ intra-Komunitarju, dawn il-miżuri speċifiċi, maħsuba biex jarmonizzaw u jissimplifikaw ċerti arranġamenti għan-negozji, huma xierqa.

(5)

Stokk f'kunsinna kuntrattat jirreferi għal sitwazzjoni li fiha, fil-ħin tat-trasport ta' merkanzija lejn Stat Membru ieħor, il-fornitur diġà jaf l-identità tal-persuna li qed takkwista l-merkanzija, lil min ser tiġi fornuta din il-merkanzija fi stadju aktar tard u wara l-wasla tagħha fl-Istat Membru ta' destinazzjoni. Bħalissa dan qed iwassal għal provvista preżunta (fl-Istat Membru li minnu titlaq il-merkanzija) u għal akkwist intra-Komunitarju preżunt (fl-Istat Membru li fih tasal il-merkanzija), segwiti minn provvista “domestika” fl-Istat Membru tal-wasla u jenħtieġ li l-fornitur jiġi identifikat għall-finijiet tal-VAT f'dak l-Istat Membru. Biex dan jiġi evitat, dawn it-transazzjonijiet, meta jsiru bejn żewġ persuni taxxabbli jenħtieġ li jitqiesu, f'ċerti kondizzjonijiet, bħala li jagħtu lok għal provvista eżenti waħda fl-Istat Membru tat-tluq u għal akkwist intra-Komunitarju wieħed fl-Istat Membru tal-wasla.

(6)

Transazzjonijiet f'serje jirreferu għal provvisti suċċessivi ta' merkanzija li huma soġġetti għal trasport intra-Komunitarju wieħed. Jenħtieġ li l-moviment intra-Komunitarju ta' merkanzija jiġi attribwit biss lil waħda mill-provvisti, u jenħtieġ li dik il-provvista biss tibbenefika mill-eżenzjoni mill-VAT prevista għall-provvisti intra-Komunitarji. Jenħtieġ li l-provvisti l-oħra fil-katina jiġu ntaxxati u jistgħu jeħtieġu l-identifikazzjoni tal-VAT tal-fornitur fl-Istat Membru ta' provvista. Sabiex jiġu evitati approċċi differenti bejn l-Istati Membri, li jistgħu jwasslu għal tassazzjoni doppja jew għal nontassazzjoni, u sabiex tissaħħaħ iċ-ċertezza legali għall-operaturi, jenħtieġ li tiġi stabbilita regola komuni li, sakemm jiġu sodisfatti ċerti kondizzjonijiet, it-trasport ta' merkanzija għandu jiġi attribwit lil provvista waħda fil-katina tat-transazzjonijiet.

(7)

F'dak li jirrigwarda n-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT b'rabta mal-eżenzjoni għall-provvista ta' merkanzija fil-kummerċ intra-Komunitarju, qed jiġi propost li l-inklużjoni tan-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT tal-persuna li takkwista l-merkanzija fis-Sistema tal-Iskambju ta' Informazzjoni tal-VAT (VIES), assenjat minn Stat Membru differenti minn dak li fih jibda t-trasport ta' merkanzija, jenħtieġ issir, flimkien mal-kondizzjoni tat-trasport ta' merkanzija barra mill-Istat Membru ta' provvista, kondizzjoni sostantiva għall-applikazzjoni ta' eżenzjoni u mhux rekwiżit formali. Barra minn hekk, l-entrata fil-VIES hija essenzjali biex l-Istat Membru tal-wasla jiġi mgħarraf bil-preżenza ta' merkanzija fit-territorju tiegħu u għalhekk hija element ewlieni fil-ġlieda kontra l-frodi fl-Unjoni. Għal dik ir-raġuni, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li, meta l-fornitur ma jikkonformax mal-obbligi tal-entrata fil-VIES tiegħu, jenħtieġ li l-eżenzjoni ma tapplikax ħlief meta l-fornitur ikun qed jaġixxi in bona fide, jiġifieri, meta jkun jista' jiġġustifika debitament quddiem l-awtoritajiet tat-taxxa kompetenti kull wieħed min-nuqqasijiet tiegħu b'rabta mad-dikjarazzjoni rikapitolattiva, li dak il-ħin tista' tinkludi wkoll l-għoti mill-fornitur tal-informazzjoni korretta kif meħtieġ skont l-Artikolu 264 tad-Direttiva 2006/112/KE.

(8)

Minħabba li l-għan ta' din id-Direttiva, jiġifieri it-titjib fl-operat tal-arranġamenti tal-VAT fil-kuntest tal-kummerċ transfruntier minn negozju għal negozju, ma jistax jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jista', minħabba l-iskala u l-effetti jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(9)

F'konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta' Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni (6), l-Istati Membri impenjaw ruħhom li jżidu man-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom, f'każijiet ġustifikati, dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta' direttiva u l-partijiet ekwivalenti tal-istrumenti nazzjonali ta' traspożizzjoni. Fir-rigward ta' din id-Direttiva, il-leġislatur iqis li t-trasmissjoni ta' tali dokumenti hija ġustifikata.

(10)

Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Direttiva 2006/112/KE tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2006/112/KE hija emendata kif ġej:

(1)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 17a

1.   It-trasferiment minn persuna taxxabbli ta' merkanzija li tagħmel parti mill-assi tan-negozju tagħha lejn Stat Membru ieħor skont arranġamenti dwar l-istokk f'kunsinna kuntrattat ma għandux jiġi ttrattat bħala provvista ta' merkanzija bi ħlas.

2.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-arranġamenti dwar l-istokk f'kunsinna kuntrattat għandhom jitqiesu bħala li jeżistu meta jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-merkanzija tintbagħat jew tiġi trasportata minn persuna taxxabbli, jew minn parti terza f'isimha lejn Stat Membru ieħor bl-għan li dik il-merkanzija tiġi pprovduta hemm, fi stadju aktar tard u wara l-wasla tagħha, għand persuna taxxabbli oħra li tkun intitolata li tieħu s-sjieda ta' dik il-merkanzija f'konformità ma' ftehim eżistenti bejn iż-żewġ persuni taxxabbli;

(b)

il-persuna taxxabbli li tibgħat jew li tittrasporta l-merkanzija ma tkunx stabbilixxiet in-negozju tagħha u lanqas ma jkollha stabbiliment fiss fl-Istat Membru fejn tintbagħat jew tiġi ttrasportata l-merkanzija;

(c)

il-persuna taxxabbli li lilha hija intiża biex tiġi fornuta l-merkanzija tkun identifikata għall-finijiet tal-VAT fl-Istat Membru li lejh tintbagħat jew tiġi ttrasportata l-merkanzija u kemm l-identità tagħha kif ukoll in-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT assenjati lilha minn dak l-Istat Membru jkunu magħrufa mill-persuna taxxabbli msemmija fil-punt (b) fil-ħin li fih tintbagħat jew jibda t-trasport tal-merkanzija;

(d)

il-persuna taxxabbli li tibgħat jew li tittrasporta l-merkanzija tirreġistra t-trasferiment tal-merkanzija fir-reġistru previst fl-Artikolu 243(3) u tinkludi l-identità tal-persuna taxxabbli li tkun akkwistat il-merkanzija u n-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT assenjat lilha mill-Istat Membru li lejh il-merkanzija tintbagħat jew tiġi ttrasportata fid-dikjarazzjoni rikapitolattiva prevista fl-Artikolu 262(2).

3.   Meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin fil-ħin tat-trasferiment tad-dritt li dak li jkun jiddisponi mill-merkanzija bħala s-sid lejn il-persuna taxxabbli msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2, bil-kondizzjoni li t-trasferiment isir fl-iskadenza msemmija fil-paragrafu 4:

(a)

provvista ta' merkanzija skont l-Artikolu 138(1) għandha titqies li tkun saret mill-persuna taxxabbli li tkun bagħtet jew ittrasportat il-merkanzija waħedha jew inkella permezz ta' parti terza li taġixxi f'isimha fl-Istat Membru li minnu tkun intbagħtet jew tkun ġiet ittrasportata l-merkanzija;

(b)

akkwist intra-Komunitarju ta' merkanzija għandu jitqies li jkun sar mill-persuna taxxabbli li lilha tiġi fornuta dik il-merkanzija fl-Istat Membru li lejh tintbagħat jew tiġi ttrasportata l-merkanzija.

4.   Jekk, fi żmien 12-il xahar mill-wasla tal-merkanzija fl-Istat Membru li lejh tkun intbagħtet jew ġiet ittrasportata, il-merkanzija ma tkunx ġiet fornuta lill-persuna taxxabbli li għaliha tkun intiża, kif imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 2 u l-paragrafu 6, u ma tkun seħħet l-ebda waħda miċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 7, trasferiment skont it-tifsira tal-Artikolu 17 għandu jitqies li jsir fil-ġurnata wara dik li fiha jiskadi l-perijodu ta' 12-il xahar.

5.   L-ebda trasferiment skont it-tifsira tal-Artikolu 17 m'għandu jitqies li jsir meta jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

id-dritt li wieħed jiddisponi mill-merkanzija ma jkunx ġie ttrasferit, u dik il-merkanzija tkun ġiet irritornata lejn l-Istat Membru li minnu tkun intbagħtet jew ġiet ittrasportata, fil-limitu ta' żmien imsemmi fil-paragrafu 4; u

(b)

il-persuna taxxabbli li tkun bagħtet jew ittrasportat il-merkanzija tirreġistra r-ritorn tagħha fir-reġistru previst fl-Artikolu 243(3).

6.   Meta, fil-perijodu msemmi fil-paragrafu 4, il-persuna taxxabbli msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2 tkun ġiet sostitwita minn persuna taxxabbli oħra, m'għandu jitqies li jsir ebda trasferiment skont it-tifsira tal-Artikolu 17 fil-ħin tas-sostituzzjoni, dment li:

(a)

jintlaħqu l-kondizzjonijiet applikabbli l-oħrajn fil-paragrafu 2; u

(b)

is-sostituzzjoni tkun irreġistrata mill-persuna taxxabbli msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2 fir-reġistru previst fl-Artikolu 243(3).

7.   Meta, fil-limitu ta' żmien imsemmi fil-paragrafu 4, kwalunkwe waħda mill-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2 u 6 ma tibqax sodisfatta, trasferiment tal-merkanzija skont l-Artikolu 17 għandu jitqies li jsir fil-ħin li fih ma tibqax sodisfatta l-kondizzjoni rilevanti.

Jekk il-merkanzija tiġi fornuta lil persuna oħra li ma tkunx il-persuna taxxabbli msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2 jew fil-paragrafu 6, għandu jitqies li l-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2 u 6 ma jibqgħux sodisfatti immedjatament qabel dan il-forniment.

Jekk il-merkanzija tkun intbagħtet jew ġiet ittrasportata lejn pajjiż ieħor li ma jkunx l-Istat Membru li minnu tkun iċċaqilqet inizjalment, għandu jitqies li l-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2 u 6 ma jibqgħux sodisfatti immedjatament qabel tibda tintbagħat jew jibda t-trasport ta' tali merkanzija.

Fil-każ li tinqered, tintilef jew tinsteraq il-merkanzija, għandu jitqies li l-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2 u 6 ma jibqgħux sodisfatti fid-data li fiha l-merkanzija tkun fil-fatt tneħħiet jew inqerdet, jew, jekk ikun impossibbli li tiġi determinata tali data, fid-data li fiha jkun instab li l-merkanzija nqerdet jew ġiet nieqsa.”;

(2)

fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu V, jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 36a

1.   Fejn l-istess merkanzija tkun fornuta suċċessivament u dik il-merkanzija tkun intbagħtet jew ġiet ittrasportata minn Stat Membru wieħed lejn Stat Membru ieħor direttament mingħand l-ewwel fornitur lill-aħħar klijent fil-katina, id-dispaċċ jew it-trasport għandu jiġi attribwit biss għall-provvista li ssir lill-operatur intermedjarju.

2.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, it-tluq jew it-trasport għandu jiġi attribwit biss għall-provvista ta' merkanzija mill-operatur intermedjarju meta l-operatur intermedjarju jkun ikkomunika lill-fornitur tiegħu n-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT li jkun inħariġlu mill-Istat Membru li minnu tintbagħat jew tiġi ttrasportata l-merkanzija.

3.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, “operatur intermedjarju” tfisser fornitur fil-katina minbarra l-ewwel fornitur fil-katina, li jibgħat jew li jittrasporta l-merkanzija jew huwa stess jew permezz ta' parti terza li taġixxi f'ismu.

4.   Dan l-Artikolu m'għandhux japplika għas-sitwazzjonijiet koperti mill-Artikolu 14a.”;

(3)

l-Artikolu 138 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jeżentaw il-provvista ta' merkanzija mibgħuta jew ittrasportata lejn destinazzjoni barra mit-territorju tagħhom iżda li tkun fil-Komunità, mill-bejjiegħ jew f'ismu jew mill-persuna li takkwista l-merkanzija, meta jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-merkanzija tiġi fornuta lil persuna taxxabbli oħra, jew lil persuna ġuridika mhux taxxabbli li taġixxi bħala tali fi Stat Membru li ma jkunx dak li minnu tkun bdiet tintbagħat jew tkun bdiet tiġi ttrasportata l-merkanzija;

(b)

il-persuna taxxabbli jew il-persuna ġuridika mhux taxxabbli li lilha ssir il-provvista tkun identifikata għall-finijiet tal-VAT fi Stat Membru li ma jkunx dak li minnu tkun bdiet tintbagħat jew tkun bdiet tiġi ttrasportata l-merkanzija u tkun indikat dan in-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT lill-fornitur.”;

(b)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.   L-eżenzjoni prevista fil-paragrafu 1 m'għandhiex tapplika meta l-fornitur ma jkunx ikkonforma mal-obbligu previst fl-Artikoli 262 u 263 li jippreżenta dikjarazzjoni rikapitolattiva jew id-dikjarazzjoni rikapitolattiva ppreżentata minnu ma turix l-informazzjoni korretta rigward din il-provvista kif meħtieġ taħt l-Artikolu 264, ħlief jekk il-fornitur ikun jista' jiġġustifika debitament in-nuqqas tiegħu għas-sodisfazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti.”;

(4)

fl-Artikolu 243, jiżdiedu l-paragrafu li ġej:

“3.   Kull persuna taxxabbli li tittrasferixxi merkanzija skont l-arranġamenti dwar l-istokk f'kunsinna kuntrattat imsemmija fl-Artikolu 17a għandha żżomm reġistru li jippermetti lill-awtoritajiet tat-taxxa jivverifikaw l-applikazzjoni korretta ta' dak l-Artikolu.

Kull persuna taxxabbli li lilha tiġi fornuta merkanzija skont l-arranġamenti dwar l-istokk f'kunsinna kuntrattat imsemmija fl-Artikolu 17a għandha żżomm reġistru ta' dik il-merkanzija.”;

(5)

l-Artikolu 262 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 262

1.   Kull persuna taxxabbli identifikata għall-finijiet tal-VAT għandha tippreżenta dikjarazzjoni rikapitolattiva ta' dan li ġej:

(a)

l-akkwirenti identifikati għall-finijiet tal-VAT li lilhom hija tkun forniet merkanzija skont il-kondizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 138(1) u l-punt (c) tal-Artikolu 138(2);

(b)

il-persuni identifikati għall-finijiet tal-VAT li lilhom hija tkun forniet merkanzija li kienet ġiet fornuta lilha permezz tal-akkwisti intra-Komunitarji ta' merkanzija msemmija fl-Artikolu 42;

(c)

il-persuni taxxabbli, u l-persuni ġuridiċi mhux taxxabbli identifikati għall-finijiet tal-VAT, li lilhom hija tkun forniet servizzi, għajr dawk is-servizzi li huma eżentati mill-VAT fl-Istat Membru fejn it-transazzjoni tkun taxxabbli u li għaliha d-destinatarju għandu jħallas it-taxxa skont l-Artikolu 196.

2.   Flimkien mal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, kull persuna taxxabbli għandha tippreżenta informazzjoni dwar in-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT tal-persuni taxxabbli li għalihom il-merkanzija, li tkun mibgħuta jew ittrasportata skont l-arranġamenti dwar l-istokk f'kunsinna kuntrattat f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 17a tkun intiża u dwar kull bidla fl-informazzjoni ppreżentata.”;

(6)

l-Artikoli 403 u 404 jitħassru.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sal-31 ta' Diċembru 2019, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk il-miżuri lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Jannar 2020.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, huma għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew jinkludu referenza għaliha meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir dik ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

H. LÖGER


(1)  L-Opinjoni tat-3 ta' Ottubru 2018.

(2)  L-Opinjoni tal-14 ta' Marzu 2018.

(3)  L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 67/227/KEE tal-11 ta' April 1967 fuq l-armonizzazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-bejgħ (ĠU 71, 14.4.1967, p. 1301).

(4)  It-Tieni Direttiva tal-Kunsill 67/228/KEE tal-11 ta' April 1967 dwar l-armonizzazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Istati Membri dwar it-taxxi fuq id-dħul minn negozju — Struttura u proċeduri għall-applikazzjoni tas-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 71, 14.4.1967, p. 1303).

(5)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).

(6)  ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

7.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/8


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2018/1911

tas-26 ta' Novembru 2018

li jemenda r-Regolament (UE) 2015/1588 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti kategoriji ta' Għajnuna mill-Istat orizzontali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 109 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1588 (2) jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tiddikjara permezz ta' regolamenti li ċerti kategoriji speċifikati ta' għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern u huma eżentati mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat.

(2)

Il-fondi tal-UE li huma ġestiti ċentralment, li jfisser il-fondi taħt ġestjoni diretta jew indiretta tal-Unjoni (bl-esklużjoni ta' fondi taħt ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri), qegħdin dejjem aktar jappoġġaw attivitajiet fl-interess komuni tal-UE permezz ta' strumenti finanzjarji jew ta' garanziji baġitarji, u b'hekk jipprovdu kontribut partikolarment utli għat-tkabbir u l-koeżjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tiddikjara li, f'ċerti kundizzjonijiet, l-għajnuna mogħtija mill-Istati Membri, fejn tali għajnuna tgħaddi minn jew tkun appoġġata minn tali strumenti finanzjarji jew garanziji baġitarji ġestiti ċentralment, hija kompatibbli mas-suq intern u mhix soġġetta għar-rekwiżit ta' notifika. Mill-esperjenza tal-Kummissjoni, għajnuna bħal din ma tikkawżax distorsjonijiet sinifikanti tal-kompetizzjoni, billi hija allinjata mal-kondizzjonijiet applikabbli għall-istrumenti finanzjarji jew il-garanziji baġitarji rilevanti, kif implimentati mill-korpi tal-Unjoni, u jistgħu jiġu definiti kondizzjonijiet ċari ta' kompatibbiltà.

(3)

Il-promozzjoni tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea hija prijorità importanti tal-politika ta' koeżjoni tal-UE. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tiddikjara li, f'ċerti kondizzjonijiet, l-għajnuna għal proġetti ta' Kooperazzjoni Territorjali Ewropea hija kompatibbli mas-suq intern u mhix soġġetta għar-rekwiżit ta' notifika. Fl-esperjenza tal-Kummissjoni, din l-għajnuna għandha biss effetti limitati fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri u jistgħu jiġu definiti kondizzjonijiet ċari ta' kompatibbiltà.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li l-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 2015/1588 jiġi estiż biex jinkludi tali kategoriji ta' għajnuna.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2015/1588 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-punt (a) tal-Artikolu l(1) tar-Regolament (UE) 2015/1588, jiżdiedu s-sottopunti li ġejjin:

“(xv)

finanzjament li jgħaddi minn strumenti finanzjarji jew garanziji baġitarji tal-UE ġestiti ċentralment jew appoġġat minnhom, fejn l-għajnuna tkun tikkonsisti f'forma ta' finanzjament addizzjonali pprovdut mir-riżorsi tal-Istat;

(xvi)

proġetti appoġġati minn programmi ta' Kooperazzjoni Territorjali Ewropea tal-UE”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Novembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BOGNER-STRAUSS


(1)  L-Opinjoni tal-14 ta' Novembru 2018 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1588 tat-13 ta' Lulju 2015 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti kategoriji ta' għajnuna mill-Istat orizzontali (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 1).


7.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/10


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1912

tal-4 ta' Diċembru 2018

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 282/2011 fir-rigward ta' ċerti eżenzjonijiet għat-transazzjonijiet intra-Komunitarji

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 397 tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fil-komunikazzjoni tagħha tas-7 ta' April 2016 dwar pjan ta' azzjoni dwar il-VAT, il-Kummissjoni ħabbret li biħsiebha tressaq proposta għal sistema definittiva ta' taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) fir-rigward tal-kummerċ transfruntier bejn l-impriżi bejn l-Istati Membri. Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-8 ta' Novembru 2016, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni biex sadanittant tipproponi ċertu titjib fir-regoli tal-Unjoni dwar il-VAT għat-transazzjonijiet transfruntiera, fost l-oħrajn, għall-finijiet tal-eżenzjonijiet fir-rigward tat-transazzjonijiet intra-Komunitarji.

(2)

Id-Direttiva 2006/112/KE tistabbilixxi għadd ta' kondizzjonijiet għall-eżenzjoni mill-VAT ta' provvisti ta' merkanzija fil-kuntest ta' ċerti transazzjonijiet intra-Komunitarji. Waħda minn dawk il-kondizzjonijiet hija li l-merkanzija għandha tintbagħat jew tiġi ttrasportata minn Stat Membru għal ieħor.

(3)

Madankollu, l-approċċi diverġenti bejn l-Istati Membri fl-applikazzjoni ta' dawk l-eżenzjonijiet għat-transazzjonijiet transfruntiera ħolqu diffikultajiet u inċertezza legali għall-impriżi. Dan imur kontra l-objettiv li jissaħħaħ il-kummerċ intra-Komunitarju u kontra t-tneħħija tal-fruntieri fiskali. Għalhekk huwa importanti li l-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu japplikaw l-eżenzjonijiet jiġu speċifikati u armonizzati.

(4)

Billi l-frodi transfruntiera tal-VAT hija marbuta primarjament mal-eżenzjoni għall-provvisti intra-Komunitarji, huwa neċessarju li jiġu speċifikati ċerti ċirkostanzi fejn il-merkanzija jenħtieġ li titqies li tkun intbagħtet jew ġiet ittrasportata mit-territorju tal-Istat Membru tal-provvista.

(5)

Sabiex tingħata soluzzjoni prattika lill-impriżi u wkoll biex jingħataw garanziji lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa, jenħtieġ li jiġu introdotti żewġ preżunzjonijiet konfutabbli fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011 (2).

(6)

Jenħtieġ li arranġamenti ta' simplifikazzjoni dwar l-istokk f'kunsinna kuntrattat ikunu akkumpanjati minn obbligi ta' reġistrazzjoni adatti sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tagħhom.

(7)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 282/2011 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 282/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-Kapitolu VIII tiddaħħal it-taqsima li ġejja:

Taqsima 2a

Eżenzjonijiet għat-transazzjonijiet intra-Komunitarji

(l-Artikoli 138 sa 142 tad-Direttiva 2006/112/KE)

Artikolu 45a

1.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet stipulati fl-Artikolu 138 tad-Direttiva 2006/112/KE, għandu jkun preżunt li l-merkanzija ġiet mibgħuta jew ittrasportata minn Stat Membru lejn destinazzjoni barra mit-territorju tagħha iżda fil-Komunità f'waħda mill-każijiet li ġejjin:

(a)

il-bejjiegħ jindika li l-merkanzija intbagħtet jew ġiet ittrasportata minnu jew minn parti terza f'ismu, u jew il-bejjiegħ ikun fil-pussess ta' mill-inqas żewġ elementi ta' evidenza mhux kontradittorja msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3 li jkunu nħarġu minn żewġ partijiet differenti li jkunu indipendenti minn xulxin, mill-bejjiegħ u mill-akkwirent, jew inkella l-bejjiegħ ikun fil-pussess ta' kwalunkwe element singolu msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 3 flimkien ma' kwalunkwe element singolu ta' evidenza mhux kontradittorja msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 3 li jikkonfermaw id-dispaċċ jew it-trasport li jkunu nħarġu minn żewġ partijiet differenti li jkunu indipendenti minn xulxin, mill-bejjiegħ u mill-akkwirent;

(b)

il-bejjiegħ ikun fil-pussess ta' dan li ġej:

(i)

dikjarazzjoni bil-miktub mill-akkwirent, li tiddikjara li l-merkanzija ntbagħtet jew ġiet ittrasportata mill-akkwirent, jew minn parti terza f'isem l-akkwirent, u li tidentifika l-Istat Membru ta' destinazzjoni tal-merkanzija; dik id-dikjarazzjoni bil-miktub għandha tindika: id-data tal-ħruġ; l-isem u l-indirizz tal-akkwirent; il-kwantità u n-natura tal-merkanzija; id-data u l-post tal-wasla tal-merkanzija; fil-każ tal-provvista ta' mezzi tat-trasport, in-numru ta' identifikazzjoni tal-mezz tat-trasport; u l-identifikazzjoni tal-individwu li jaċċetta l-merkanzija f'isem l-akkwirent; u

(ii)

mill-inqas żewġ elementi ta' evidenza mhux kontradittorja msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3 li jkunu nħarġu minn żewġ partijiet li jkunu indipendenti minn xulxin, mill-bejjiegħ u mill-akkwirent, jew kwalunkwe element singolu msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 3 flimkien ma' kwalunkwe element singolu ta' evidenza mhux kontradittorja msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 3 li jikkonfermaw id-dispaċċ jew it-trasport li jkunu nħarġu minn żewġ partijiet differenti li jkunu indipendenti minn xulxin, mill-bejjiegħ u mill-akkwirent.

L-akkwirent għandu jagħti lill-bejjiegħ id-dikjarazzjoni bil-miktub imsemmija fil-punt (b)(i) sal-għaxar jum tax-xahar wara l-provvista.

2.   Awtorità tat-taxxa tista' tikkonfuta preżunzjoni li tkun saret skont il-paragrafu 1.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, dawn li ġejjin għandhom ikunu aċċettati bħala evidenza tad-dispaċċ jew tat-trasport:

(a)

dokumenti li jirrigwardaw id-dispaċċ jew it-trasport tal-merkanzija, bħal dokument jew nota CMR iffirmata, polza ta' kargu, fattura tat-trasport bl-ajru jew fattura mingħand it-trasportatur tal-merkanzija;

(b)

id-dokumenti li ġejjin:

(i)

polza tal-assigurazzjoni rigward id-dispaċċ jew it-trasport tal-merkanzija, jew dokumenti tal-bank li jagħtu prova tal-ħlas għad-dispaċċ jew għat-trasport tal-merkanzija;

(ii)

dokumenti uffiċjali maħruġa minn awtorità pubblika, bħal nutar, li jikkonfermaw il-wasla tal-merkanzija fl-Istat Membru ta' destinazzjoni;

(iii)

irċevuta maħruġa minn magazzinier fl-Istat Membru ta' destinazzjoni, li tikkonferma l-ħżin tal-merkanzija f'dak l-Istat Membru.”;

(2)

fil-Kapitolu X, tiddaħħal it-Taqsima li ġejja:

Taqsima 1A

Obbligi ġenerali

(Artikoli 242 SA 243 tad-Direttiva 2006/112/KE)

Artikolu 54a

1.   Ir-reġistru msemmi fl-Artikolu 243(3) tad-Direttiva 2006/112/KE li għandu jinżamm minn kull persuna taxxabbli li tittrasferixxi merkanzija skont l-arranġamenti dwar l-istokk f'kunsinna kuntrattat għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-Istat Membru li minnu ntbagħtet jew ġiet ittrasportata l-merkanzija, u d-data tad-dispaċċ jew tat-trasport tal-merkanzija;

(b)

in-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT tal-persuna taxxabbli li għaliha hija indirizzata l-merkanzija, maħruġ mill-Istat Membru fejn tintbagħat jew tiġi ttrasportata l-merkanzija;

(c)

l-Istat Membru fejn tintbagħat jew tiġi ttrasportata l-merkanzija, in-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT tal-magazzinier, l-indirizz tal-maħżen fejn tinħażen il-merkanzija mal-wasla, u d-data tal-wasla tal-merkanzija fil-maħżen;

(d)

il-valur, id-deskrizzjoni u l-kwantità tal-merkanzija li tkun waslet fil-maħżen;

(e)

in-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT tal-persuna taxxabbli li tkun qed tissostitwixxi l-persuna msemmija fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu taħt il-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 17a(6) tad-Direttiva 2006/112/KE;

(f)

l-ammont taxxabbli, id-deskrizzjoni u l-kwantità tal-merkanzija fornuta u d-data meta jsir il-forniment tal-merkanzija msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 17a(3) tad-Direttiva 2006/112/KE u n-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT tax-xerrej;

(g)

l-ammont taxxabbli, id-deskrizzjoni u l-kwantità tal-merkanzija, u d-data meta sseħħ xi waħda mill-kondizzjonijiet u r-raġuni rispettiva f'konformità mal-Artikolu 17a(7) tad-Direttiva 2006/112/KE;

(h)

il-valur, id-deskrizzjoni u l-kwantità tal-merkanzija ritornata u d-data tar-ritorn tal-merkanzija msemmija fl-Artikolu 17a(5) tad-Direttiva 2006/112/KE.

2.   Ir-reġistru msemmi fl-Artikolu 243(3) tad-Direttiva 2006/112/KE li għandu jinżamm minn kull persuna taxxabbli li tiġi fornuta bil-merkanzija skont l-arranġamenti dwar l-istokk f'kunsinna kuntrattat għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja:

(a)

in-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT tal-persuna taxxabbli li tittrasferixxi l-merkanzija skont l-arranġamenti dwar l-istokk f'kunsinna kuntrattat;

(b)

id-deskrizzjoni u l-kwantità tal-merkanzija intiża għaliha;

(c)

id-data meta tasal fil-maħżen il-merkanzija intiża għaliha;

(d)

l-ammont taxxabbli, id-deskrizzjoni u l-kwantità tal-merkanzija fornuta lilha u d-data meta jsir l-akkwist intra-Komunitarju tal-merkanzija msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 17a(3) tad-Direttiva 2006/112/KE;

(e)

id-deskrizzjoni u l-kwantità tal-merkanzija, u d-data meta l-merkanzija titneħħa mill-maħżen fuq ordni tal-persuna taxxabli msemmija fil-punt (a);

(f)

id-deskrizzjoni u l-kwantità tal-merkanzija li tinqered jew tiġi nieqsa u d-data meta tinqered, tintilef jew tinsteraq il-merkanzija li preċedentement tkun waslet fil-maħżen jew id-data meta jkun instab li l-merkanzija nqerdet jew ġiet nieqsa.

Fejn il-merkanzija tkun tintbagħat jew ittrasportata skont arranġamenti dwar l-istokk f'kunsinna kuntrattat lil magazzinier li ma jkunx il-persuna taxxabbli li għaliha jkun destinat il-forniment tal-merkanzija, mhemmx bżonn li r-reġistru ta' dik il-persuna taxxabbli jkun fih l-informazzjoni msemmija fil-punt (c), (e) u (f) tal-ewwel subparagrafu.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

H. LÖGER


(1)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011 tal-15 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi miżuri ta' implimentazzjoni fir-rigward tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 77, 23.3.2011, p. 1).


7.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/13


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1913

tas-6 ta' Diċembru 2018

li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva tribenuron, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/54/KE (2) inkludiet it-tribenuron bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3).

(2)

Is-sustanzi attivi li hemm fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jitqiesu li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u qegħdin elenkati fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (4).

(3)

Kif stipulat fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, l-approvazzjoni tas-sustanza attiva tribenuron tiskadi fil-31 ta' Ottubru 2019.

(4)

Ġiet ippreżentata applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tat-tribenuron skont l-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (5) fil-perjodu taż-żmien previst f'dak l-Artikolu.

(5)

L-applikant ippreżenta d-dossiers supplimentari meħtieġa skont l-Artikolu 6 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012. L-Istat Membru relatur sab li l-applikazzjoni kienet sħiħa.

(6)

L-Istat Membru relatur ħejja rapport ta' valutazzjoni tat-tiġdid b'konsultazzjoni mal-Istat Membru korelatur u ppreżentah lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fit-23 ta' Ġunju 2016.

(7)

L-Awtorità bagħtet ir-rapport ta' valutazzjoni tat-tiġdid lill-applikant u lill-Istati Membri għall-kummenti tagħhom, u għaddiet il-kummenti li rċeviet lill-Kummissjoni. L-Awtorità qegħdet ukoll id-dossiers tas-sommarju supplimentari għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

(8)

Fid-29 ta' Ġunju 2017, l-Awtorità bagħtet lill-Kummissjoni l-konklużjoni tagħha (6) dwar jekk jistax ikun mistenni li t-tribenuron tissodisfa l-kriterji ta' approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Fit-12 ta' Diċembru 2017, il-Kummissjoni ressqet l-abbozz tar-rapport tat-tiġdid dwar t-tribenuron lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

(9)

Il-Kummissjoni stiednet lill-applikant biex iressaq il-kummenti tiegħu dwar il-konklużjoni tal-Awtorità u, f'konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, dwar l-abbozz tar-rapport ta' tiġdid. L-applikant ressaq il-kummenti tiegħu, li ġew eżaminati bir-reqqa.

(10)

Fir-rigward ta' użu rappreżentattiv wieħed jew aktar ta' mill-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih it-tribenuron, ġie stabbilit li l-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati. Għalhekk, huwa xieraq li tiġġedded l-approvazzjoni tat-tribenuron.

(11)

Il-valutazzjoni tar-riskju għat-tiġdid tal-approvazzjoni tat-tribenuron hija bbażata fuq għadd limitat ta' użi rappreżentattivi, li, madankollu, ma jirrestrinġux l-użi li għalihom il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom it-tribenuron jistgħu jiġu awtorizzati. Għalhekk huwa xieraq li titneħħa r-restrizzjoni għall-użu biss bħala erbiċida.

(12)

Għalhekk, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(13)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1262 (7) estenda d-data ta' skadenza tat-tribenuron sal-31 ta' Ottubru 2019 biex jippermetti li l-proċess ta' tiġdid jitlesta qabel ma tiskadi l-approvazzjoni ta' dik is-sustanza. Billi ttieħdet deċiżjoni qabel din id-data ta' skadenza estiża, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Frar 2019.

(14)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-tiġdid tal-approvazzjoni ta' sustanza attiva

L-approvazzjoni tas-sustanza attiva tribenuron tiġġedded kif stipulat fl-Anness I.

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat f'konformita mal-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u data ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta' Frar 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/54/KE tad-19 ta' Settembru 2005 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE sabiex tinkludi t-tribenuron bħala sustanza attiva (ĠU L 244, 20.9.2005, p. 21).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).

(6)  EFSA (l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel), 2017. Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance tribenuron. (Konklużjoni dwar l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva tribenuron.) EFSA Journal 2017;15(7):4912 [39 pp]. doi: 10.2903/j.efsa.2017.4912.

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1262 tal-20 ta' Settembru 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi 1-metilċiklopropen, beta-ċiflutrin, klorotalonil, klorotoluron, klomażon, ċipermetrina, daminożid, deltametrina, dimetenammid-p, diuron, fludioksonil, flufenaċet, flurtamon, fostijażat, indoksakarb, MCPA, MCPB, prosulfokarb, tijofanat-metil u tribenuron (ĠU L 238, 21.9.2018, p. 62).


ANNESS I

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

Isem IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Tribenuron (oriġinarju)

Nru CAS 106040-48-6

Nru CIPAC 546

2-[[(4-metossi-6-metil-1,3,5-triażin-2-il)-metilkarbamojl]sulfamojl] aċidu benżojku

≥ 960 g/kg (espress bħala tribenuron-metil)

fl-1 ta' Frar 2019.

fit-30 ta' Jannar 2034.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport tat-tiġdid dwar it-tribenuron, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari:

lill-protezzjoni tal-konsumaturi, b'mod partikolari fir-rigward tar-residwi fuq prodotti tal-annimali;

lill-ħarsien tal-ilma ta' taħt l-art;

lill-ħarsien ta' organiżmi akkwatiċi u ta' pjanti terrestri mhux fil-mira.

Fejn xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju.


(1)  Fir-rapport tat-tiġdid jinsabu aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva.


ANNESS II

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-Parti A, titħassar l-entrata 106 dwar it-tribenuron;

(2)

fil-Parti B, tiżdied l-entrata li ġejja:

Numru

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

Isem IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“128

Tribenuron (oriġinarju)

Nru CAS 106040-48-6

Nru CIPAC 546

2-[[(4-metossi-6-metil-1,3,5-triażin-2-il)-metilkarbamojl]sulfamojl] aċidu benżojku

≥ 960 g/kg (espress bħala tribenuron-metil)

fl-1 ta' Frar 2019.

fit-30 ta' Jannar 2034.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport tat-tiġdid dwar it-tribenuron, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari:

lill-protezzjoni tal-konsumaturi, b'mod partikolari fir-rigward tar-residwi fuq prodotti tal-annimali;

lill-ħarsien tal-ilma ta' taħt l-art;

lill-ħarsien ta' organiżmi akkwatiċi u ta' pjanti terrestri mhux fil-mira.

Fejn xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju.”


(1)  Fir-rapport tat-tiġdid jinsabu aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva.


7.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/17


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1914

tas-6 ta' Diċembru 2018

li jikkonċerna n-nuqqas ta' tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva kwinoksifen, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(1) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/60/KE (2) inkludiet il-kwinoksifen bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3).

(2)

Is-sustanzi attivi inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jitqiesu li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u huma elenkati fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (4).

(3)

Kif stipulat fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, l-approvazzjoni tas-sustanza attiva kwinoksifen tiskadi fit-30 ta' April 2019.

(4)

Tressqet applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tal-kwinoksifen skont l-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (5) fil-perjodu ta' żmien previst f'dak l-Artikolu.

(5)

L-applikant ressaq id-dossiers supplimentari meħtieġa skont l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012. L-Istat Membru relatur sab li l-applikazzjoni kienet sħiħa.

(6)

L-Istat Membru relatur ħejja rapport ta' valutazzjoni tat-tiġdid b'konsultazzjoni mal-Istat Membru korelatur u ppreżentah lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fil-5 ta' Diċembru 2016.

(7)

Skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, dik il-valutazzjoni kienet limitata għal valutazzjoni mmirata. Il-valutazzjoni ma daħlitx f'iżjed dettall mill-identità, il-metodi ta' analiżi, id-destin u l-imġiba tal-ambjent u l-informazzjoni dwar l-ekotossikoloġija relatati mal-proprjetajiet potenzjalment persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi (PBT), mal-persistenza għolja u l-bijoakkumulazzjoni għolja (vPvB) u mal-proprjetajiet pollutanti organiċi persistenti (POP) tal-kwinoksifen, peress li l-kriterji ta' approvazzjoni mniżżla fil-punti 3.7.2 u 3.7.3 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 mhumiex issodisfati.

(8)

L-Awtorità bagħtet ir-rapport ta' valutazzjoni tat-tiġdid lill-applikant u lill-Istati Membri għall-kummenti tagħhom, u għaddiet il-kummenti li rċeviet lill-Kummissjoni. L-Awtorità qegħdet ukoll id-dossier tas-sommarju supplimentari għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

(9)

Fl-24 ta' Novembru 2017, l-Awtorità bagħtet lill-Kummissjoni l-konklużjoni tagħha (6) dwar jekk jistax ikun mistenni li l-kwinoksifen jissodisfa l-kriterji ta' approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Il-konklużjoni hija limitata għal valutazzjoni mmirata fuq il-perikli (iffukata fuq l-elementi msemmija fil-punt 3.7 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009) u ma tkoprix il-kriterji kollha ta' approvazzjoni. L-awtorità kkonkludiet li l-kwinoksifen hija sustanza PBT kif ukoll sustanza vPvB.

(10)

Il-Kummissjoni stiednet lill-applikant biex iressaq il-kummenti tiegħu dwar il-konklużjoni tal-Awtorità u, f'konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, dwar ir-rapport ta' tiġdid. L-applikant ressaq il-kummenti tiegħu, li ġew eżaminati bir-reqqa.

(11)

Madankollu, minkejja l-argumenti mressqa mill-applikant, it-tħassib relatat mas-sustanza ma setax jiġi eliminat.

(12)

Abbażi ta' dan it-tħassib identifikat, ma ġiex stabbilit, fir-rigward ta' wieħed jew iktar mill-użi rappreżentattivi ta' mill-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih il-kwinoksifen, li l-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 ġew issodisfati. Għalhekk jixraq li, skont l-Artikolu 20(1)(b) ta' dak ir-Regolament, l-approvazzjoni tas-sustanza attiva kwinoksifen ma tiġġeddidx

(13)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw biżżejjed żmien biex jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-kwinoksifen.

(14)

Rigward il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-kwinoksifen, meta l-Istati Membri jagħtu xi perjodu ta'grazzja skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, jenħtieġ li dan il-perjodu jiskadi sa mhux aktar tard mis-27 ta' Marzu 2020.

(15)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/524 (7) estenda d-data ta' skadenza tal-kwinoksifen sat-30 ta' April 2019 biex jippermetti li l-proċess ta' tiġdid jitlesta qabel ma tiskadi l-approvazzjoni ta' dik is-sustanza. Billi ttieħdet deċiżjoni qabel din id-data ta' skadenza estiża, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika kemm jista' jkun malajr.

(16)

Dan ir-Regolament ma jipprevenix il-preżentazzjoni ta' applikazzjoni oħra għall-approvazzjoni tal-kwinoksifen skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(17)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Nuqqas ta' tiġdid tal-approvazzjoni ta' sustanza attiva

L-approvazzjoni tas-sustanza attiva kwinoksifen ma ġietx imġedda.

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

Fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, titħassar ir-ringiela 82 dwar il-kwinoksifen.

Artikolu 3

Miżuri tranżitorji

L-Istati Membri għandhom jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-kwinoksifen bħala sustanza attiva sa mhux aktar tard mis-27 ta' Ġunju 2019.

Artikolu 4

Perjodu ta' grazzja

Kull perjodu ta' grazzja li l-Istati Membri jagħtu skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għandu jkun qasir kemm jista' jkun u għandu jiskadi sa mhux aktar tard mis-27 ta' Marzu 2020.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/60/KE tat-23 ta' April 2004 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE sabiex tinkludi l-kinossifen bħala sustanza attiva (ĠU L 120, 24.4.2004, p. 39).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament ta' Implimentazzjoni (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).

(6)  EFSA (l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel), 2018. Peer review of the targeted hazard assessment of the pesticide active substance quinoxyfen. (L-evalwazzjoni bejn il-pari għall-valutazzjoni mmirata fuq il-perikli tas-sustanza attiva tal-pestiċidi kwinoksifen.) EFSA Journal 2018;16(1):5085 [11 pp.]. DOI: 10.2903/j.efsa.2018.5085.

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/524 tat-28 ta' Marzu 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi Bacillus subtilis (Cohn 1872) ir-razza tal-mikrobu QST 713, identiku għar-razza tal-mikrobu AQ 713, klodinafop, klopiralid, ċiprodinil, diklorprop-P, fosetil, mepanipirim, metkonażol, metrafenon, pirimikarb, u r-razza tal-mikrobu Pseudomonas chlororaphis: MA 342, pirimetanil, kinoksifen, rimsulfuron,spinosad, tijakloprid, tijametossam, tiram, tolklofos-metil, triklopir, trineksapak, tritikonażol, u żiram (ĠU L 88, 4.4.2018, p. 4).


7.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/20


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1915

tas-6 ta' Diċembru 2018

li japprova r-razza NRRL Y-27328 tas-sustanza attiva Metschnikowia fructicola skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fit-30 ta' Settembru 2014, il-kumpanija Koppert B.V. ippreżentat applikazzjoni għall-approvazzjoni tar-razza NRRL Y-27328 tas-sustanza attiva Metschnikowia fructicola.

(2)

Bi qbil mal-Artikolu 9(3) ta' dak ir-Regolament, fit-3 ta' Ġunju 2015 Franza, fil-kompitu tagħha ta' Stat Membru relatur, għarrfet lill-applikant, lill-Istati Membri l-oħrajn, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Awtorità”) bl-ammissibbiltà tal-applikazzjoni.

(3)

Fis-17 ta' Ottubru 2016, l-Istat Membru relatur issottometta abbozz ta' rapport ta' valutazzjoni lill-Kummissjoni, b'kopja lill-Awtorità, li fih ġie vvalutat jekk dik is-sustanza attiva hijiex mistennija li tissodisfa l-kriterji ta' approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(4)

L-Awtorità kkonformat mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Bi qbil mal-Artikolu 12(3) ta' dak ir-Regolament, fl-20 ta' Marzu 2017, hi talbet li l-applikant jipprovdi aktar informazzjoni lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità. Il-valutazzjoni tal-informazzjoni addizzjonali mill-Istat Membru relatur tressqet quddiem l-Awtorità fil-format ta' abbozz aġġornat tar-rapport ta' valutazzjoni fit-12 ta' Settembru 2017.

(5)

Fl-24 ta' Novembru 2017, l-Awtorità kkomunikat il-konklużjoni tagħha (2) lill-applikant, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni dwar jekk ir-razza NRRL Y-27328 tas-sustanza attiva Metschnikowia fructicola hijiex mistennija tissodisfa l-kriterji tal-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. L-Awtorità ppubblikat il-konklużjonijiet tagħha.

(6)

Fl-20 ta' Lulju 2018, il-Kummissjoni ppreżentat ir-rapport ta' eżami dwar ir-razza NRRL Y-27328 tal-Metschnikowia fructicola u abbozz ta' Regolament li jipprevedi l-approvazzjoni tar-razza NRRL Y-27328 tal-Metschnikowia fructicola lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

(7)

Ġie stabbilit li l-kriterji tal-approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati fir-rigward ta' użu rappreżentattiv wieħed jew aktar ta' mill-inqas prodott għall-protezzjoni tal-pjanti wieħed li fih is-sustanza attiva, u b'mod partikolari l-użi li ġew eżaminati u spjegati fir-rapport ta' reviżjoni.

(8)

Għaldaqstant jixraq li r-razza NRRL Y-27328 tal-Metschnikowia fructicola tiġi approvata.

(9)

Madankollu, skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, jenħtieġ li jiġu inklużi ċerti kundizzjonijiet.

(10)

Bi qbil mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (3) jiġi emendat skont dan.

(11)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Approvazzjoni tas-sustanza attiva

Ir-razza NRRL Y-27328 tas-sustanza attiva Metschnikowia fructicola, kif speċifikata fl-Anness I, qed tiġi approvata bil-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  EFSA (l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel), 2018. Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance Metschnikowia fructicola NRRL Y-27328 EFSA Journal 2017;15(12):5084, 19 pp. doi:10.2903/j.efsa.2017.5084.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).


ANNESS I

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Ir-razza NRRL Y-27328 tal-Metschnikowia fructicola

Numru tal-identifikazzjoni fil-ġabra tal-kolturi tas-Servizz ta' Riċerka Agrikola fiċ-ċentru nazzjonali tar-riċerka għall-użu agrikolu f'Peoria, Illinois fl-Istati Uniti tal-Amerka

Ma japplikax

Il-konċentrazzjoni minima:

1 × 1010 CFU/g

Is-27 ta' Diċembru 2018

Is-27 ta' Diċembru 2028

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar ir-razza NRRL Y-27328 tal-Metschnikowia fructicola, u b'mod partikulari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari:

lill-ħarsien tal-operaturi u tal-ħaddiema, meta wieħed iqis li r-razza NRRL Y-27328 tal-Metschnikowia fructicola għandha titqies bħala sensitizzatur potenzjali.

Il-produttur għandu jiżgura li jinżammu strettament il-kundizzjonijiet ambjentali u li ssir analiżi tal-kontroll tal-kwalità matul il-proċess tal-manifattura.

Fejn jixraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju.


(1)  Fir-rapport ta' reviżjoni jinsabu aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva.


ANNESS II

Fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, tinżied l-entrata li ġejja:

Nru

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“129

Ir-razza NRRL Y-27328 tal-Metschnikowia fructicola

Numru tal-identifikazzjoni fil-ġabra tal-kolturi tas-Servizz ta' Riċerka Agrikola fiċ-ċentru nazzjonali tar-riċerka għall-użu agrikolu f'Peoria, Illinois fl-Istati Uniti tal-Amerka

Ma japplikax

Il-konċentrazzjoni minima:

1 × 1010 CFU/g

Is-27 ta' Diċembru 2018

Is-27 ta' Diċembru 2028

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar ir-razza NRRL Y-27328 tal-Metschnikowia fructicola, u b'mod partikulari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari:

lill-ħarsien tal-operaturi u tal-ħaddiema, meta wieħed iqis li r-razza NRRL Y-27328 tal-Metschnikowia fructicola għandha titqies bħala sensitizzatur potenzjali.

Il-produttur għandu jiżgura li jinżammu strettament il-kundizzjonijiet ambjentali u li ssir analiżi tal-kontroll tal-kwalità matul il-proċess tal-manifattura.

Il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju, fejn jixraq.”


(1)  Fir-rapport ta' reviżjoni jinsabu aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva.


7.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/24


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1916

tas-6 ta' Diċembru 2018

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 f'dak li għandu x'jaqsam mal-estenzjoni tal-perjodu ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva bispiribak

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2) tistabbilixxi s-sustanzi attivi approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(2)

Il-perjodu tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva bispiribak jiskadi fil-31 ta' Lulju 2021.

(3)

L-applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva tressqet bi qbil mar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (3). Madankollu, x'aktarx li l-approvazzjoni tiskadi, għal raġunijiet li mhumiex fil-kontroll tal-applikant, qabel ma tkun ittieħdet deċiżjoni dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni. Għalhekk, bi qbil mal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jenħtieġ li l-perjodu tal-approvazzjoni jiġi estiż.

(4)

Minħabba ż-żmien u r-riżorsi li huma meħtieġa biex jitlestew il-valutazzjonijiet tal-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjonijiet ta' għadd kbir ta' sustanzi attivi li se jiskadu bejn l-2019 u l-2021, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2016)6104 (4) stabbiliet programm ta' ħidma li fih is-sustanzi attivi li huma simili għal xulxin inġabru fi gruppi u ġew stabbiliti l-prijoritajiet skont it-tħassib li dawn iqajmu għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u għall-ambjent, kif previst fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(5)

Billi s-sustanza attiva msemmija f'dan ir-Regolament ma tidħolx fil-kategoriji ta' prijorità tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni C(2016)6104, il-perjodu tal-approvazzjoni għandu jittawwal b'sentejn, filwaqt li jitqiesu d-data ta' skadenza attwali, il-fatt li skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 id-dossier supplimentari dwar sustanza attiva ma għandux jitressaq iżjed tard minn 30 xahar qabel l-iskadenza tal-approvazzjoni, iż-żmien meħtieġ biex tkun żgurata distribuzzjoni bbilanċjata tar-responsabbiltajiet u tax-xogħol fost l-Istati Membri li għandhom il-kompitu ta' relaturi u korelaturi, u r-riżorsi meħtieġa għall-valutazzjoni u għat-teħid ta' deċiżjonijiet li hemm disponibbli. Għalhekk jixraq li l-perjodu tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva bispiribak jittawwal b'sentejn.

(6)

Fid-dawl tal-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 rigward każijiet meta ma jkunx tressaq dossier supplimentari bi qbil mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 qabel it-30 xahar ta' qabel id-data ta' skadenza stipulata fl-Anness ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni se tiffissa d-data ta' skadenza għall-istess data li kienet iffissata qabel l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament jew fl-iżjed data qrib warajha.

(7)

Fid-dawl tal-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, rigward każijiet meta l-Kummissjoni tadotta Regolament li jistipula li l-approvazzjoni ta' sustanza attiva msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament ma tiġġeddidx minħabba li ma jkunux ġew sodisfati l-kriterji tal-approvazzjoni, il-Kummissjoni tistipula li d-data ta' skadenza tkun l-istess waħda li kienet iffissata qabel l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament jew fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament li jistipula li l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ma tiġġeddidx, skont liema data tiġi wara. Rigward il-każijiet meta l-Kummissjoni tadotta Regolament li jipprevedi t-tiġdid ta' sustanza attiva msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tfittex li tistabblixxi, skont iċ-ċirkostanzi, l-iktar data ta' applikazzjoni qrib possibbli.

(8)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 540/2011 jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Settembru 2016 dwar l-istabbiliment ta' programm ta' ħidma għall-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjonijiet tas-sustanzi attivi li jiskadu fl-2019, fl-2020 u fl-2021 skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 357, 29.9.2016, p. 9).


ANNESS

Il-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 1, Bispiribak, id-data hija sostitwita bil-“31 ta' Lulju 2023”.


7.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/27


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1917

tas-6 ta' Diċembru 2018

li jikkonċerna n-nuqqas ta' tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva flurtamon, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(1) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/84/KE (2) inkludiet il-flurtamon bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3).

(2)

Is-sustanzi attivi li hemm fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jitqiesu li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u qegħdin elenkati fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (4).

(3)

Kif stipulat fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, l-approvazzjoni tas-sustanza attiva flurtamon tiskadi fil-31 ta' Ottubru 2019.

(4)

Ġiet ippreżentata applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tal-flurtamon skont l-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (5) fil-perjodu taż-żmien previst f'dak l-Artikolu.

(5)

L-applikant ippreżenta d-dossiers supplimentari meħtieġa skont l-Artikolu 6 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012. L-Istat Membru relatur sab li l-applikazzjoni kienet sħiħa.

(6)

L-Istat Membru relatur ħejja rapport ta' valutazzjoni tat-tiġdid b'konsultazzjoni mal-Istat Membru korelatur u ppreżentah lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fid-29 ta' Mejju 2015.

(7)

L-Awtorità bagħtet ir-rapport ta' valutazzjoni tat-tiġdid lill-applikant u lill-Istati Membri għall-kummenti tagħhom, u għaddiet il-kummenti li rċeviet lill-Kummissjoni. L-Awtorità qegħdet ukoll id-dossier tas-sommarju supplimentari għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

(8)

Fl-10 ta' Awwissu 2017, l-Awtorità bagħtet lill-Kummissjoni l-konklużjoni (6) tagħha dwar jekk jistax ikun mistenni li l-flurtamon tissodisfa l-kriterji ta' approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(9)

L-Awtorità identifikat tħassib speċifiku. B'mod partikolari, ikkonkludiet li mhuwiex possibbli li jiġi eskluż il-potenzjal mutaġeniku tal-flurtamon fuq l-informazzjoni disponibbli u ma setgħux jiġu stabbiliti l-valuri ta' referenza bbażati fuq is-saħħa. Għaldaqstant, l-Awtorità kkonkludiet li ma setgħux jitwettqu il-valutazzjonijiet tar-riskji għall-konsumatur u ta' dawk mhux dijetetiċi. Barra minn hekk, l-Awtorità kkonkludiet li l-valutazzjoni tar-riskju ġenerali għall-konsumatur mill-esponiment tal-metabolit tal-aċidu trifluworoaċetiku, prevedibbli fl-ilma ta' taħt l-art fix-xenarji kollha pertinenti u bħala residwu fil-pjanti, ma setgħetx tiġi ffinalizzata minħabba għadd ta' nuqqasijiet fid-dossier. L-Awtorità kkonkludiet li l-valutazzjoni tal-proprjetajiet tas-sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali ma setgħetx titkompla fuq il-bażi tal-istudji disponibbli.

(10)

Il-Kummissjoni stiednet lill-applikant biex iressaq il-kummenti tiegħu dwar il-konklużjoni tal-Awtorità u, f'konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, dwar l-abbozz tar-rapport ta' tiġdid. L-applikant ressaq il-kummenti tiegħu, li ġew eżaminati bir-reqqa.

(11)

Madankollu, minkejja l-argumenti mressqa mill-applikant, it-tħassib relatat mas-sustanza attiva ma setax jiġi eliminat.

(12)

B'konsegwenza ta' dan, fir-rigward ta' wieħed jew iktar mill-użi rappreżentattivi ta' mill-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti ma ġiex stabbilit li l-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 ġew issodisfati. Għalhekk jixraq li, skont l-Artikolu 20(1)(b) ta' dak ir-Regolament, l-approvazzjoni tas-sustanza attiva flurtamon ma tiġġeddidx.

(13)

Għalhekk, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(14)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw biżżejjed żmien biex jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-flurtamon.

(15)

Rigward il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-flurtamon, meta l-Istati Membri jagħtu xi perjodu ta' grazzja f'konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, jenħtieġ li dan il-perjodu jiskadi sa mhux aktar tard mis-27 ta' Marzu 2020.

(16)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1262 (7) estenda d-data ta' skadenza tal-flurtamon sal-31 ta' Ottubru 2019 biex jippermetti li l-proċess ta' tiġdid jitlesta qabel ma tiskadi l-approvazzjoni ta' dik is-sustanza. Madankollu, billi ttieħdet deċiżjoni qabel din id-data ta' skadenza estiża, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika minnufih.

(17)

Dan ir-Regolament ma jipprevenix il-preżentazzjoni ta' applikazzjoni oħra għall-approvazzjoni tal-flurtamon skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(18)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Nuqqas ta' tiġdid tal-approvazzjoni ta' sustanza attiva

L-approvazzjoni tas-sustanza attiva flurtamon ma ġietx imġedda.

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

Fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, titħassar ir-ringiela 64 dwar il-flurtamon.

Artikolu 3

Miżuri tranżitorji

L-Istati Membri għandhom jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-flurtamon bħala sustanza attiva sa mhux aktar tard mis-27 ta' Ġunju 2019.

Artikolu 4

Perjodu ta' grazzja

Kull perjodu ta' grazzja li jagħtu l-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għandu jkun qasir kemm jista' jkun u għandu jiskadi sa mhux aktar tard mis-27 ta' Marzu 2020.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/84/KE tal-25 ta' Settembru 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE sabiex tinkludiflurtamone, flufenacet, iodosulfuron, dimethenamid-p, picoxystrobin, fosthiazate u silthiofam bħala sostanzi attivi (ĠU L 247, 30.9.2003, p. 20).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).

(6)  EFSA (l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel), 2017. Conclusion on the updated peer review of the pesticide risk assessment of the active substance flurtamone. (Konklużjoni dwar l-evalwazzjoni aġġornata bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva flurtamon.) EFSA Journal 2017;15(8):4976, 25 pp. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2017.4976.

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1262 tal-20 ta' Settembru 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi 1-metilċiklopropen, beta-ċiflutrin, klorotalonil, klorotoluron, klomażon, ċipermetrina, daminożid, deltametrina, dimetenammid-p, diuron, fludioksonil, flufenaċet, flurtamon, fostijażat, indoksakarb, MCPA, MCPB, prosulfokarb, tijofanat-metil u tribenuron (ĠU L 238, 21.9.2018, p. 62).


DEĊIŻJONIJIET

7.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/30


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1918

tal-4 ta' Diċembru 2018

li tawtorizza lir-Renju Unit japplika miżura speċjali li tidderoga mill-Artikoli 16 u 168 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/659/KE (2) awtorizzat lir-Renju Unit biex japplika miżura speċjali ta' simplifikazzjoni (il-“miżura”) sabiex, abbażi ta' rata fissa, jiddetermina l-proporzjon tat-taxxa fuq il-valur miżjud (il-VAT) mhux deduċibbli marbut mal-infiq tal-karburant għall-vetturi kummerċjali li ma jintużawx esklussivament għal skopijiet kummerċjali. Is-sistema, li hija fakultattiva għall-persuni taxxabbli, hija bbażata fuq il-livell tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju (CO2) mill-karozza, peress li hemm korrelazzjoni proporzjonali bejn l-emissjoniiet u l-konsum tal-karburant u, għalhekk, mal-infiq fuq il-karburant.

(2)

Id-Deċiżjoni 2006/659/KE ġiet sostitwita bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2109 (3), li ser tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2018.

(3)

Permezz ta' ittra rreġistrata mal-Kummissjoni fis-27 ta' April 2018, ir-Renju Unit talab l-awtorizzazzjoni biex ikompli japplika l-miżura sal-31 ta' Diċembru 2020.

(4)

Il-Kummissjoni għarrfet lill-Istati Membri l-oħra bit-talba li saret mir-Renju Unit f'ittra datata l-11 ta' Ġunju 2018. B'ittra datata t-12 ta' Ġunju 2018, il-Kummissjoni għarrfet lir-Renju Unit li kellha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tqis it-talba.

(5)

Kif mitlub mill-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2109, ir-Renju Unit ressaq rapport dwar il-funzjonament tal-miżura speċjali. Skont ir-Renju Unit, l-arranġament wassal għas-simplifikazzjoni tal-proċedura għall-ġbir tal-VAT f'rabta mal-infiq għall-karburant għall-karozzi kummerċjali, u dan kemm għall-persuni taxxabbli kif ukoll għall-amministrazzjoni tat-taxxa.

(6)

Għalhekk, jixraq li r-Renju Unit jiġi awtorizzat japplika l-miżura sal-31 ta' Diċembru 2020.

(7)

Il-miżura li tidderoga mhu ser ikollha l-ebda impatt negattiv fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li jirriżultaw mill-VAT,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B'deroga mill-Artikoli 16 u 168 tad-Direttiva 2006/112/KE, ir-Renju Unit huwa awtorizzat mill-1 ta' Jannar 2019 sal-31 ta' Diċembru 2020 li jiffissa fuq bażi ta' rata fissa l-proporzjon tal-VAT relatata mal-infiq għall-karburant użat għal skopijiet privati għall-karozzi kummerċjali.

Artikolu 2

Il-proporzjon tat-taxxa msemmi fl-Artikolu 1 għandu jiġi espress f'ammonti fissi, stabbiliti fuq il-bażi tal-livell ta' emissjonijiet tas-CO2 tat-tip ta' vettura, li jirriflettu l-konsum tal-karburant. Ir-Renju Unit għandu jaġġusta dawk l-ammonti fissi annwalment biex jirrifletti l-bidliet fil-kost medju tal-karburant.

Artikolu 3

Is-sistema stabbilita fuq il-bażi ta' din id-Direttiva għandha tkun fakultattiva għall-persuni taxxabbli.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

H. LÖGER


(1)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/659/KE tal-25 ta' Settembru 2006 li tawtorizza lir-Renju Unit biex jintroduċi miżura speċjali li tidderoga mill-Artikoli 5(6) u 11(A)(1)(b) tad-Direttiva 77/388/KEE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-taxxi fuq it-turnover (ĠU L 272, 3.10.2006, p. 15).

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2109 tas-17 ta' Novembru 2015 li tawtorizza lir-Renju Unit biex japplika miżura speċjali li tidderoga mill-Artikoli 26(1)(a), 168 u 168a tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 305, 21.11.2015, p. 49).


7.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/32


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1919

tal-4 ta' Diċembru 2018

li temenda d-Deċiżjoni 2009/790/KE li tawtorizza lir-Repubblika tal-Polonja biex tapplika miżura ta' deroga mill-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-punt (14) tal-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE jawtorizza lill-Polonja teżenta mit-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) lil persuni taxxabbli li l-fatturat annwali tagħhom ma jkunx aktar mill-ekwivalenti ta' EUR 10 000 fil-munita nazzjonali bir-rata tal-kambju fil-jum tal-adeżjoni tagħha.

(2)

Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/790/KE (2), il-Polonja ġiet awtorizzata teżenta lill-persuni taxxabbli li l-fatturat annwali tagħhom ma jkunx aktar mill-ekwivalenti ta' EUR 30 000 fil-munita nazzjonali bir-rata tal-konverżjoni fil-jum tal-adeżjoni tagħha mill-VAT, sal-31 ta' Diċembru 2012. Sussegwentement, l-awtorizzazzjoni biex tapplika dik il-miżura speċjali ġiet estiża bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/769/UE (3) sal-31 ta' Diċembru 2015 u bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1173 (4) sal-31 ta' Diċembru 2018. Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/2090 (5) żiedet il-livell limitu tal-eżenzjoni għall-ekwivalenti ta' EUR 40 000 fil-munita nazzjonali.

(3)

B'ittra rreġistrata mal-Kummissjoni fil-15 ta' Mejju 2018, il-Polonja talbet awtorizzazzjoni biex tibqa' teżenta lill-persuni taxxabbli li l-fatturat annwali tagħhom ma jkunx aktar mill-ekwivalenti ta' EUR 40 000 fil-munita nazzjonali mill-VAT.

(4)

B'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 395(2) tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Kummissjoni bagħtet it-talba tal-Polonja lill-Istati Membri l-oħra b'ittra datata l-20 ta' Lulju 2018, għajr għal Spanja, li li lilha t-talba intbagħtitilha b'ittra tat-23 ta' Lulju 2018. B'ittra datata t-23 ta' Lulju 2018, il-Kummissjoni għarrfet lill-Polonja li kellha l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-ipproċessar tat-talba.

(5)

Mill-informazzjoni li tat il-Polonja, jidher li r-raġunijiet għat-talba għal deroga għadhom fil-biċċa l-kbira l-istess. Din tissimplifika l-piż fuq in-negozju għal għadd akbar ta' persuni taxxabbli li għandhom attività kummerċjali limitata. Din twassal ukoll biex jonqos il-piż amministrattiv fuq l-amministrazzjoni tat-taxxa billi tillimita l-ħtieġa li jiġu kkontrollati l-persuni taxxabbli fuq skala żgħira, li hija relattivament għalja meta mqabbla mal-ammont ta' VAT involut. Dik il-miżura speċjali hija fakultattiva għalkollox għall-persuni taxxabbli.

(6)

Peress li ż-żieda fil-livell limitu wasslet biex jonqsu l-obbligi tal-VAT għan-negozji żgħar, filwaqt li dawn in-negozji jistgħu xorta waħda jibqgħu jagħżlu li jħaddmu l-arranġamenti normali tal-VAT b'konformità mal-Artikolu 290 tad-Direttiva 2006/112/KE, jenħtieġ li l-Polonja tiġi awtorizzata tapplika l-miżura speċjali għal perjodu limitat ieħor sal-31 ta' Diċembru 2021.

(7)

Peress li l-Artikoli 281 sa 294 tad-Direttiva 2006/112/KE li jirregolaw l-iskema speċjali għall-impriżi żgħar huma soġġetti għal rieżami, tista' tiġi adottata direttiva li temenda dawk l-Artikoli u tistabbilixxi data li minnha l-Istati Membri jridu japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali qabel ma jiskadi l-perjodu ta' validità tad-deroga fil-31 ta' Diċembru 2021. F'dak il-każ, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni ma tibqax tapplika.

(8)

Id-deroga ma tħalli l-ebda impatt fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li jakkumulaw mill-VAT peress illi l-Polonja għandha tagħmel kalkolu tal-kumpens b'konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 (6).

(9)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2009/790/KE tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2009/790/KE huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2010 sal-aktar data kmieni minn dawn iż-żewġ dati li ġejjin:

(a)

il-31 ta' Diċembru 2021;

(b)

id-data li minnha l-Istati Membri jridu japplikaw kwalunkwe dispożizzjonijiet nazzjonali li jeħtieġ jadottaw jekk tiġi adottata direttiva li temenda l-Artikoli 281 sa 294 tad-Direttiva 2006/112/KE li tirregola l-iskema speċjali għall-impriżi żgħar.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha.

Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2019.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Polonja.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

H. LÖGER


(1)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/790/KE tal-20 ta' Ottubru 2009 li tawtorizza lir-Repubblika tal-Polonja biex tapplika miżura ta' deroga mill-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 283, 30.10.2009, p. 53).

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/769/UE tal-4 ta' Diċembru 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2009/790/KE li tawtorizza lir-Repubblika tal-Polonja li tapplika miżura ta' deroga mill-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 338, 12.12.2012, p. 27).

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1173 tal-14 ta' Lulju 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2009/790/KE li tawtorizza lir-Repubblika tal-Polonja biex tapplika miżura ta' deroga mill-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 189, 17.7.2015, p. 36).

(5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/2090 tal-21 ta' Novembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2009/790/KE li tawtorizza lir-Repubblika tal-Polonja biex tapplika miżura ta' deroga mill-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 324, 30.11.2016, p. 7).

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tad-29 ta' Mejju 1989 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir ta' riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa tal-valur miżjud (ĠU L 155, 7.6.1989, p. 9).


7.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/34


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1920

tal-4 ta' Diċembru 2018

li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2010/99/UE li tawtorizza lir-Repubblika tal-Litwanja biex testendi l-applikazzjoni ta' miżura ta' deroga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fil-15 ta' Mejju 2006 l-Kunsill, permezz tad-Deċiżjoni 2006/388/KE (2), awtorizza lil-Litwanja biex tapplika miżura li tidderoga mill-Artikolu 21 tad-Direttiva 77/388/KEE (3) li tinnomina l-persuna taxxabli li tirċievi l-provvisti ta' oġġetti jew servizzi bħala l-persuna responsabbli li tħallas it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT).

(2)

Permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2010/99/UE (4), il-Litwanja, b'deroga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE, ġiet awtorizzata sal-31 ta' Diċembru 2012 li tapplika miżura speċjali sabiex tkompli tinnomina l-persuna taxxabbli li tirċievi l-provvisti segwenti ta' oġġetti u servizzi, bħala l-persuna responsabbli għall-ħlas tal-VAT: provvisti ta' oġġetti u servizzi minn persuna taxxabbli waqt li tkun qiegħda taħt proċedura ta' insolvenza jew proċedura ta' ristrutturar li jkunu soġġetti għal sorveljanza ġudizzjarja u l-provvisti tal-injam (il-“miżura speċjali”). L-awtorizzazzjoni biex tiġi applikata l-miżura speċjali ġiet sussegwentement estiża bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/704/UE (5) sal-31 ta' Diċembru 2015 u bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2395 (6) sal-31 ta' Diċembru 2018.

(3)

Permezz ta' ittra rreġistrata mal-Kummissjoni fis-27 ta' April 2018, il-Litwanja talbet awtorizzazzjoni biex tkompli tapplika l-miżura speċjali. Permezz ta' ittra rreġistrata mal-Kummissjoni fit-23 ta' Lulju 2018, il-Litwanja ppreżentat rapport dwar l-applikazzjoni tal-miżura speċjali kif meħtieġ mit-tielet paragrafu tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2010/99/UE.

(4)

F'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 395(2) tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Kummissjoni informat lill-Istati Membri l-oħra bit-talba li saret mil-Litwanja b'ittri datati 16 ta' Awwissu 2018, bl-eċċezzjoni ta' Spanja u Ċipru, li ġew informati b'ittri datati 17 ta' Awwissu 2018. B'ittra datata 20 ta' Awwissu 2018, il-Kummissjoni nnotifikat lil-Litwanja li kellha l-informazzjoni kollha li tqis neċessarja għall-evalwazzjoni tat-talba.

(5)

Il-persuni taxxabbli taħt proċeduri ta' insolvenza jew proċeduri ta' ristrutturar ħafna drabi ma jkunux jistgħu jħallsu l-VAT fatturata fuq il-provvisti ta' oġġetti u servizzi tagħhom minħabba diffikultajiet finanzjarji. Il-Litwanja tħabbat wiċċha wkoll ma' problemi fis-suq tal-injam minħabba n-natura tas-suq u n-negozji involuti. Is-suq huwa dominat minn kumpaniji lokali żgħar, li ħafna drabi jkunu rivendituri u intermedjarji, li l-awtoritajiet tat-taxxa jkunu sabuha diffiċli biex jikkontrollaw. L-aktar forma komuni ta' evażjoni tinvolvi l-fatturazzjoni ta' provvisti min-negozji li wara jgħibu mingħajr ma jħallsu t-taxxa imma li jħallu lill-konsumatur b'fattura valida għat-tnaqqis tat-taxxa. Skont il-Litwanja, din is-sitwazzjoni, li ġġustifikat l-applikazzjoni tal-miżura speċjali, ma nbidlitx. L-investigazzjonijiet u l-analiżi tal-applikazzjoni tal-miżura speċjali mwettqa mill-awtoritajiet tat-taxxa fil-Litwanja wrew l-effettività tagħha fil-prevjenzjoni tal-frodi tal-VAT fir-rigward ta' persuni taxxabbli taħt proċeduri ta' insolvenza jew ta' ristrutturar kif ukoll ta' tranżazzjonijiet tal-injam.

(6)

Għaldaqstant jenħtieġ li l-Litwanja tkun awtorizzata tapplika l-miżura speċjali għal perjodu limitat ulterjuri sal-31 ta' Diċembru 2021.

(7)

B'mod ġenerali, derogi jiġu awtorizzati għal perjodu ta' żmien limitat biex ikun jista' jiġi vvalutat jekk miżuri speċjali speċifiċi humiex xierqa u effettiva. Id-derogi jagħtu żmien lill-Istati Membri biex jintroduċu miżuri konvenzjonali oħra biex jindirizzaw il-problema inkwistjoni sal-iskadenza tal-miżuri speċjali speċifiċi, u b'hekk ma jibqax bżonn ta' estensjoni ta' deroga. Deroga li tippermetti li jsir użu tal-mekkaniżmu tar-reverse charge tiġi awtorizzata biss eċċezzjonalment għal oqsma speċifiċi fejn ikun hemm frodi u tikkostitwixxi soluzjoni estrema. Għaldaqstant, il-Litwanja jenħtieġ li timplimenta miżuri konvenzjonali oħra biex tiġġieled u tipprevjeni t-tixrid ulterjuri ta' frodi tal-VAT rigward il-provvisti ta' oġġetti u servizzi minn persuni taxxabbli taħt proċeduri ta' insolvenza jew ta' ristrutturar u l-provvisti tal-injam sal-iskadenza tal-miżura speċjali u konsegwentement ma jkunx hemm għalfejn tkompli tidderoga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward ta' tali provvisti.

(8)

Il-miżura speċjali mhi se jkollha l-ebda impatt negattiv fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li jirriżultaw mill-VAT.

(9)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2010/99/UE tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2010/99/UE, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Din għandha tapplika sal-31 ta' Diċembru 2021.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha.

Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2019.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Litwanja.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

H. LÖGER


(1)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/388/KE tal-15 ta' Mejju 2006 li tawtorizza lil-Litwanja sabiex tapplika miżura li tidderoga mill-Artikolu 21 tas-Sitt Direttiva 77/388/KEE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ (ĠU L 150, 3.6.2006, p. 13).

(3)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta' Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, 13.6.1977, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2010/99/UE tas-16 ta' Frar 2010 li tawtorizza lir-Repubblika tal-Litwanja biex tapplika miżura ta' deroga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 45, 20.2.2010, p. 10).

(5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/704/UE tat-13 ta' Novembru 2012 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2010/99/UE sabiex tawtorizza lir-Repubblika tal-Litwanja testendi l-applikazzjoni ta' miżura ta' deroga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 319, 16.11.2012, p. 7).

(6)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2395 tal-10 ta' Diċembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2010/99/UE sabiex tawtorizza lir-Repubblika tal-Litwanja biex testendi l-applikazzjoni ta' miżura ta' deroga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 332, 18.12.2015, p. 140).


7.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/36


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1921

tal-4 ta' Diċembru 2018

li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/191/UE li tawtorizza lil-Latvja biex iddaħħal miżura speċjali ta' deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 26(1) u l-Artikoli 168 u 168a tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/191/UE (2) awtorizzat lil-Latvja biex iddaħħal miżura speċjali ta' deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 26(1) u l-Artikoli 168 u 168a tad-Direttiva 2006/112/KE (il-“miżura speċjali”). L-awtorizzazzjoni biex tiġi applikata l-miżura speċjali ġiet sussegwentement emendata u estiża sal-31 ta' Diċembru 2018 bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2429 (3).

(2)

Il-miżura speċjali tillimita d-dritt ta' tnaqqis għal 50 % tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) fuq ix-xiri, il-kiri fit-tul, l-akkwist intra-Komunitarju u l-importazzjoni ta' karozzi tal-passiġġieri b'piż massimu awtorizzat ta' mhux aktar minn 3 500 kilogramma u li ma għandhomx aktar minn tmien sits minbarra s-sit tas-sewwieq, u n-nefqa relatata mal-manutenzjoni, it-tiswija u l-fjuwil ta' dawn il-karozzi tal-passiġġieri.

(3)

Permezz ta' ittra rreġistrata mal-Kummissjoni fl-20 ta' Ġunju 2018, il-Latvja talbet awtorizzazzjoni biex tkompli tapplika l-miżura speċjali sabiex tkun tista' tirrestrinġi d-dritt ta' tnaqqis rigward in-nefqa fuq ċerti karozzi tal-passiġġieri li ma jintużawx esklużivament għal skopijiet ta' negozju.

(4)

Il-Kummissjoni għaddiet it-talba li saret mil-Latvja lill-Istati Membri l-oħra permezz tal-ittra tas-7 ta' Settembru 2018. Bl-ittra tal-10 ta' Settembru 2018, il-Kummissjoni nnotifikat lil-Latvja li kellha l-informazzjoni kollha neċessarja għall-evalwazzjoni tat-talba.

(5)

Kif meħtieġ mill-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2429, il-Latvja ressqet rapport li jinkludi l-analiżi tal-perċentwal iffissat għat-tnaqqis tal-VAT. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli attwalment, il-Latvja tiddikjara li l-limitu ta' 50 % għadu ġustifikabbli u xieraq.

(6)

Jenħtieġ li l-estensjoni tal-miżura speċjali tkun limitata fiż-żmien biex tkun tista' ssir analiżi tan-neċessità u l-effettività tagħha u tal-perċentwal xieraq. Fid-dawk tal-impatt pożittiv tal-miżura speċjali fuq il-piż amministrattiv għall-kontribwenti u l-awtoritajiet tat-taxxa, jenħtieġ għalhekk li l-Latvja tkun awtorizzata tkompli tapplika l-miżura speċjali għal perjodu limitat, sal-31 ta' Diċembru 2021.

(7)

Jekk il-Latvja tqis li estensjoni ulterjuri tal-miżura speċjali wara l-2021 tkun neċessarja, jenħtieġ li tressaq rapport lill-Kummissjoni li jinkludi analiżi tal-perċentwal applikat, flimkien ma' talba għal estensjoni, sal-31 ta' Marzu 2021.

(8)

Il-miżura speċjali se jkollha biss effett negliġibbli fuq l-ammont globali tad-dħul mit-taxxa miġbur fl-istadju tal-konsum finali u mhux se jkollha impatt negattiv fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li jirriżultaw mill-VAT.

(9)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/191/UE tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/191/UE huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 6

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2016 u għandha tiskadi fil31 ta' Diċembru 2021.

2.   Kull talba għall-estensjoni tal-awtorizzazzjoni prevista f'din id-Deċiżjoni għandha titressaq lill-Kummissjoni sal-31 ta' Marzu 2021 u għandha tiġi akkumpanjata minn rapport li jinkludi analiżi tal-perċentwal stabbilit fl-Artikolu 1.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha.

Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2019.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Latvja.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

H. LÖGER


(1)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/191/UE tat-22 ta' April 2013 li tawtorizza lil-Latvja biex iddaħħal miżura speċjali ta' deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 26(1) u l-Artikoli 168 u 168a tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 113, 25.4.2013, p. 11).

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2429 tal-10 ta' Diċembru 2015 li tawtorizza lil-Latvja biex iddaħħal miżura speċjali ta' deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 26(1) u l-Artikoli 168 u 168a tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 334, 22.12.2015, p. 15).


Rettifika

7.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/38


Rettifika tad-Deċiżjoni 82/72/KEE tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 1981 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni dwar il-konservazzjoni ta' annimali slavaġ u ambjenti naturali Ewropej

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej L 38 tal-10 ta' Frar 1982 )

(Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Volum 014, p. 280)

It-titolu fil-Werrej u t-titolu fil-paġna 280,

minflok:

“Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 1981 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni dwar il-konservazzjoni ta' annimali slavaġ u ambjenti naturali Ewropej”,

aqra:

“Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 1981 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni dwar il-konservazzjoni tal-ħajja ferjali Ewropea u tal-abitati naturali”.