ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 307

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
3 ta' Diċembru 2018


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 tas-26 ta' Novembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2015/323

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1878 tas-26 ta' Novembru 2018 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta' Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (Scrumbie de Dunăre afumată (IĠP))

22

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1879 tad-29 ta' Novembru 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080 fir-rigward tad-data tad-dħul fil-ħżin tat-trab tal-ħalib xkumat mibjugħ permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti

23

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1880 tat-30 ta' Novembru 2018 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3199/93 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' proċeduri għall-iżnaturar komplet tal-alkoħol għall-iskopijiet ta' eżenzjoni mit-taxxa tas-sisa

24

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/719 tal-14 ta' Mejju 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-listi tal-postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera u tal-unitajiet veterinarji fi TRACES ( ĠU L 120, 16.5.2018 )

27

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 307/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2018/1877

tas-26 ta' Novembru 2018

dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2015/323

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-oħra (1), kif emendat l-aħħar (“il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE”),

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar il-finanzjament ta' għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-qafas finanzjarju pluriennali għall-perijodu mill-2014 sal-2020, skont il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (2) (il-“Ftehim Intern”), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri (3),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ewropew tal-Investiment,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 (4) jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni finanzjarja tal-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (“il-11-il FEŻ”). Dawk ir-regoli jikkonċernaw, fost l-oħrajn: il-prinċipji applikabbli; il-kostituzzjoni tar-riżorsi tal-11-il FEŻ; l-atturi finanzjarji u l-entitajiet inkarigati b'kompiti ta' implimentazzjoni tal-baġit; id-deċiżjonijiet ta' finanzjament, l-impenji u l-pagamenti; l-istrumenti ta' finanzjament inkluż l-akkwist, l-għotjiet, l-istrumenti finanzjarji u l-fondi fiduċjarji tal-Unjoni; il-preżentazzjoni tal-kontijiet u l-kontabbiltà; l-awditjar estern mill-Qorti tal-Awdituri u l-kwittanza mill-Parlament Ewropew; u l-Faċilità ta' Investiment ġestita mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI).

(2)

Għal raġunijiet ta' simplifikazzjoni u koerenza, ir-Regolament (UE) 2015/323 ġie allinjat, kemm jista' jkun, mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u mar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 (6). Dak l-allinjament inkiseb permezz ta' referenzi diretti għal dawk ir-Regolamenti u, min-naħa waħda, ippermetta li tkun tista' ssir identifikazzjoni faċli ta' speċifiċitajiet fl-implimentazzjoni finanzjarja tal-11-il-FEŻ u, min-naħa l-oħra, naqqas id-diversità tar-regoli ta' finanzjament tal-Unjoni fil-qasam tal-azzjoni esterna li joħolqu piż bla bżonn fuq ir-riċevituri, il-Kummissjoni u fuq atturi oħra involuti.

(3)

Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u r-Regolament Delegat (UE) Nru 1268/2012 ġew amalgamati u sostitwiti minn att legali wieħed, ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), li introduċa tibdil u titjib sinifikanti u li ssimplifika r-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni. Fl-interess tas-simplifikazzjoni, ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il FEŻ għandu jiġi allinjat kemm jista' jkun ma' dak ir-Regolament. Għal raġunijiet ta' ċarezza legali u b'kunsiderazzjoni tal-għadd sinifikanti ta' emendi meħtieġa għal dak l-allinjament, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2015/323 jitħassar u jiġi sostitwit b'dan ir-Regolament.

(4)

Huwa neċessarju li jitfakkar li l-qafas għall-implimentazzjoni finanzjarja tal-11-ilFEŻ huwa, minbarra dan ir-Regolament, kostitwit mill-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, b'mod partikolari l-Anness IV tiegħu, mill-Ftehim Intern, mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE (8) u mir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/322 (9).

(5)

L-implimentazzjoni finanzjarja tal-11-il FEŻ għandha tkun iggwidata mill-prinċipji ta' unità u tal-preċiżjoni baġitarja, l-unità tal-kontijiet, l-ispeċifikazzjoni, l-amministrazzjoni finanzjarja soda u t-trasparenza. B'kunsiderazzjoni tal-qafas pluriennali tal-11-il FEŻ, il-prinċipju baġitarju ta' annwalità ma għandux japplika għall-11-il FEŻ.

(6)

Huwa meħtieġ li jiġu determinati r-regoli dettaljati għall-ħlas tal-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri għall-11-il FEŻ u għall-allokazzjoni tal-għajnuna finanzjarja skont il-pajjiż għall-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej (“PTEE”) li għalihom tapplika l-Parti IV tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

(7)

Ir-regoli dwar l-atturi finanzjarji, jiġifieri l-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni u tal-kontabbiltà, id-delega tal-kompiti tagħhom kif ukoll ir-responsabbiltà tagħhom għandhom jiġu allinjati mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, peress li dawk l-atturi jaġixxu fil-qafas tal-Kummissjoni meta din timplimenta l-l1-il FEŻ skont dan ir-Regolament.

(8)

Huwa neċessarju li jiġu stabbiliti r-regoli dettaljati li permezz tagħhom l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b'delega jistabbilixxi l-arranġamenti meħtieġa sabiex tkun żgurata l-eżekuzzjoni xierqa tal-operazzjonijiet b'kooperazzjoni mill-qrib mal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni nazzjonali, reġjonali, intra-AKP jew territorjali.

(9)

Jenħtieġ li r-regoli dwar il-metodi ta' implimentazzjoni, jiġifieri dwar id-delega ta' kompiti ta' implimentazzjoni tal-baġit u dwar il-kundizzjonijiet u l-limiti tagħha, jiġu allinjati mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. Barra minn hekk, jenħtieġ li tiġi inkluża dispożizzjoni dwar delega ulterjuri tal-kompiti tal-implimentazzjoni tal-baġit li tirrifletti dik li tinsab fir-Regolament (UE) Nru 236/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) sabiex tkun żgurata implimentazzjoni koerenti ta' finanzjament tal-azzjoni esterna. Jenħtieġ li dan ir-Regolament madankollu jkun fih dispożizzjonijiet speċifiċi dwar uffiċjali li jaġixxu b'mod temporanju bħala uffiċjali nazzjonali tal-awtorizzazzjoni, dwar inkarigu mogħti mill-Istati AKP u l-PTEE lil xi fornitur tas-servizzi, u fuq it-tisħiħ tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni fil-każ ta' ġestjoni indiretta mal-Istati AKP u l-PTEE.

(10)

Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet dwar id-deċiżjonijiet ta' finanzjament jiġu allinjati ma' dawk tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 fejn il-Kummissjoni timplimenta l-11-il FEŻ taħt dan ir-Regolament.

(11)

Jenħtieġ li r-regoli dwar l-impenji jiġu allinjati ma' dawk stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 bl-eċċezzjoni ta' impenji proviżorji. Barra minn hekk, għandha tingħata estensjoni tal-iskadenzi meta tkun meħtieġa għal azzjonijiet imwettqa taħt il-ġestjoni indiretta mill-Istati AKP jew il-PTEE.

(12)

Il-limiti ta' żmien għall-pagamenti għandhom jiġu allinjati ma' dawk stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. Għandhom jiġu stipulati dispożizzjonijiet speċjali meta l-Istati AKP u l-PTEE ma jkunux inkarigati bit-twettiq ta' ħlasijiet taħt ġestjoni indiretta u meta, konsegwentement, il-Kummissjoni tkompli twettaq ħlasijiet lil riċevituri.

(13)

Diversi dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni dwar l-awditur intern, l-amministrazzjoni soda u r-rimedju, is-sistema tal-IT, it-trasmissjoni elettronika, il-gvern elettroniku, u l-penali amministrattivi u finanzjarji, u l-użu tal-bażi ta' data ċentrali dwar l-esklużjoni, jenħtieġ li jiġu allinjati ma' dawk tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-impożizzjoni ta' penali tissaħħaħ fejn jiġi implimentat il-11-il FEŻ taħt ġestjoni indiretta mal-Istati AKP u l-PTEE.

(14)

Jenħtieġ li r-regoli dwar l-akkwist, l-għotjiet, il-premjijiet, u l-esperti jiġu allinjati ma' dawk stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. Jenħtieġ li r-regoli dwar strumenti finanzjarji u fondi fiduċjarji tal-Unjoni jiġu allinjati b'aġġustamenti minħabba n-natura tal-11-il FEŻ. Jenħtieġ li l-appoġġ baġitarju lill-PTEE iqis ir-rabtiet istituzzjonali mal-Istati Membri kkonċernati.

(15)

Jenħtieġ li r-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u l-kontabbiltà u dwar l-awditu estern u r-rilaxx, ikunu jirriflettu dawk stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

(16)

Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet li skonthom il-Qorti tal-Awdituri jenħtieġ li teżerċita s-setgħat tagħha fir-rigward tal-11-il FEŻ.

(17)

Huwa neċessarju li jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet li skonthom il-BEI jenħtieġ li jamministra r-riżorsi tal-11-il FEŻ.

(18)

Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-iskrutinju min-naħa tal-Qorti tal-Awdituri tar-riżorsi tal-11-il FEŻ li huma amministrati mill-BEI jkunu konformi mal-Ftehim Tripartitiku li ġie konkluż bejn il-Qorti tal-Awdituri, il-BEI u l-Kummissjoni previst fl-Artikolu 287(3) tat-TFUE.

(19)

Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet tranżizzjonali jistabbilixxu r-regoli dwar it-trattament ta' bilanċi u dħul mit-8, mid-9 u mill-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp (“FEŻ preċedenti”) kif ukoll l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għal operazzjonijiet residwi li jaqgħu taħt dawk il-FEŻ.

(20)

Jenħtieġ li l-interpretazzjoni ta' dan ir-Regolament ikollha l-għan li tiggarantixxi l-konsistenza mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 sakemm tali interpretazzjoni ma tkunx inkompatibbli mal-ispeċifiċitajiet tal-11-il FEŻ kif previst fil-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, fil-Ftehim Intern, fid-Deċiżjoni 2013/755/UE jew ir-Regolament (UE) 2015/322,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-EWWEL PARTI

DISPOŻIZZJONIJIET EWLENIN

TITOLU I

Suġġett, kamp ta' applikazzjoni u dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni finanzjarja tar-riżorsi tal-11-il (FEŻ, u dwar il-preżentazzjoni u l-awditjar tal-kontijiet.

Artikolu 2

Rabta mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046

1.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, ir-referenzi għad-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 ma għandhomx jinkludu dispożizzjonijiet proċedurali li mhumiex rilevanti għall-11-il FEŻ.

2.   Referenzi interni fir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 ma għandhomx jirrendu d-dispożizzjonijiet imsemmija indirettament applikabbli għall-11-il FEŻ.

3.   Referenzi speċifiċi f'dan ir-Regolament għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandhom jinftiehmu li huma referenzi dinamiċi, li jinkludu l-emendi sussegwenti għal dawk id-dispożizzjonijiet.

4.   Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar ir-Regoli Interni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea (taqsima tal-Kummissjoni Ewropea) għall-attenzjoni tad-dipartimenti tal-Kummissjoni għandha tapplika għall-11-il FEŻ mutatis mutandis.

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

2.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, it-termini li ġejjin fir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandhom jinftiehmu kif ġej:

(a)

“approprjazzjonijiet” jew “approprjazzjonijiet operazzjonali” tfisser “riżorsi tal-11-il FEŻ”;

(b)

“att bażiku” tfisser, skont il-kuntest rilevanti, għall-Ftehim Intern, għad-Deċiżjoni 2013/755/UE jew għar-Regolament (UE) 2015/322;

(c)

“baġit” jew “baġitarju” tfisser “il-11-il FEŻ”;

(d)

“impenn baġitarju” tfisser “impenn finanzjarju”;

(e)

“linja baġitarja” tfisser “allokazzjoni”;

(f)

“pajjiż terz” tfisser kwalunkwe pajjiż jew territorju msieħeb kopert mill-ambitu ġeografiku tal-11-il FEŻ.

3.   Għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

TITOLU II

Prinċipji finanzjarji

Artikolu 4

Prinċipji finanzjarji

Ir-riżorsi tal-11-il FEŻ għandhom jiġu implimentati f'konformità mal-prinċipji li ġejjin:

(a)

l-unità u l-preċiżjoni baġitarja;

(b)

l-unità tal-kontijiet;

(c)

l-universalità;

(d)

l-ispeċifikazzjoni;

(e)

il-ġestjoni finanzjarja soda u l-prestazzjoni;

(f)

it-trasparenza.

Is-sena finanzjarja tibda fl-1 ta' Jannar u tibqa' sejra sal-31 ta' Diċembru.

Artikolu 5

Prinċipji tal-unità u l-preċiżjoni baġitarja

L-ebda dħul ma għandu jinġabar u l-ebda nfiq ma għandu jsir dment li ma jkunx riżervat għal allokazzjoni tal-11-il FEŻ.

Għandhom japplikaw l-Artikoli 8(2), (3) u (4) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

Artikolu 6

Prinċipju tal-unità tal-kontijiet

Għandu japplika l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

Artikolu 7

Prinċipju tal-universalità

1.   Għandu japplika l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament, id-dħul totali għandu jkopri l-istima tal-pagamenti totali.

2.   Id-dħul imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 8(2) ta' dan ir-Regolament għandu jnaqqas awtomatikament il-pagamenti magħmula fuq l-impenn li minnu ġie ġġenerat.

3.   L-Unjoni ma tistax tidħol għal dejn fi ħdan il-qafas tal-11-il FEŻ.

Artikolu 8

Dħul assenjat

1.   Id-dħul assenjat għandu jiġi allokat għall-finanzjament ta' partiti speċifiċi ta' nefqa.

2.   Dawn li ġejjin għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat:

(a)

il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri u pajjiżi terzi, inkluż fiż-żewġ każijiet l-aġenziji pubbliċi tagħhom, entitajiet jew persuni fiżiċi, u minn organizzazzjonijiet internazzjonali għal ċerti proġetti jew programmi ta' għajnuna esterna ffinanzjati mill-Unjoni u ġestiti mill-Kummissjoni jew mill-BEI f'isimhom skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2015/322;

(b)

dħul allokat għal skop speċifiku, bħal dħul minn fondazzjonijiet, sussidji, rigali u legati;

(c)

dħul li joriġina mill-ħlas lura, wara l-irkupru, ta' ammonti mħallsa ħażin;

(d)

ħlasijiet lura u dħul iġġenerat minn strumenti finanzjarji jew garanziji baġitarji skont l-Artikolu 209(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046;

(e)

dħul iġġenerat mir-rimborż sussegwenti ta' taxxi skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 27(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

3.   Dħul assenjat imsemmi fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 għandu jiffinanzja tali partiti ta' nefqa kif determinati mid-donatur, dment li dan ikun aċċettat mill-Kummissjoni.

Dħul assenjat imsemmi fil-punti (d) u (e) tal-paragrafu 2 għandu jiffinanzja partiti tan-nefqa simili għal dawk minn fejn ikun ġie ġġenerat.

4.   Għandhom japplikaw l-Artikoli 25, 26 u 27 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. L-aċċettazzjoni ta' donazzjoni għandha tkun soġġetta għall-awtorizzazzjoni mill-Kunsill.

5.   Ir-riżorsi tal-11-il FEŻ li jikkorrispondu għal dħul assenjat għandhom ikunu disponibbli awtomatikament meta dak id-dħul jiġi riċevut mill-Kummissjoni. Madankollu, stima tal-ammonti riċevibbli għandu jkollha l-effett li tagħmel ir-riżorsi tal-11-il FEŻ disponibbli fil-każ ta' dħul assenjat imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2 fejn il-ftehim mal-Istat Membru jkun espress f'euros; f'każijiet bħal dawn il-pagamenti jistgħu jitwettqu skont tali dħul biss meta jkun ġie irċevut.

Artikolu 9

Prinċipju tal-ispeċifikazzjoni

1.   Ir-riżorsi tal-11-il FEŻ għandhom ikunu allokati għal skopijiet speċifiċi għal kull wieħed mill-Istati AKP jew mill-PTEE u skont l-istrumenti prinċipali ta' kooperazzjoni.

2.   Fir-rigward tal-Istati AKP, l-istrumenti prinċipali ta' kooperazzjoni huma stipulati mill-protokoll finanzjarju li jinsab fl-Anness Ic għall-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE. L-allokazzjoni tar-riżorsi (allokazzjonijiet indikattivi) għandha tkun ibbażata wkoll fuq il-Ftehim Intern u r-Regolament (UE) 2015/322 u għandha tieħu kont tar-riżorsi riżervati għan-nefqa ta' appoġġ marbuta mal-ipprogrammar u l-implimentazzjoni skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim Intern.

3.   Fir-rigward tal-PTEE, l-istrumenti prinċipali ta' kooperazzjoni huma stipulati fir-Raba' Parti tad-Deċiżjoni 2013/755/UE u l-Anness II tagħha. L-allokazzjoni ta' dawk ir-riżorsi għandha tieħu kont ukoll tar-riżerva mhux allokata prevista fl-Artikolu 3(3) ta' dak l-Anness u tar-riżorsi riżervati għal studji jew għal miżuri ta' assistenza teknika skont il-punt (c) tal-Artikolu 1(1) tiegħu.

Artikolu 10

Prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja soda u ta' prestazzjoni, u l-kontroll intern

Għandhom japplikaw l-Artikoli 33(1), il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 33(2), l-Artikolu 33(3), u l-Artikoli 34 u 36 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

Artikolu 11

Prinċipju ta' trasparenza

1.   Għandhom japplikaw l-Artikoli 37(1) u 38 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

2.   Id-dikjarazzjoni annwali tal-impenji, il-pagamenti u l-ammont annwali ta' sejħiet għal kontribuzzjonijiet skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim Intern għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

3.   Għall-finijiet tal-Artikolu 38(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, it-terminu “lokalità” għandu jfisser, fejn meħtieġ, l-ekwivalenti tar-reġjun fil-livell ta' NUTS 2 meta r-riċevitur ikun persuna fiżika.

TITOLU III

Ir-riżorsi tal-11-il FEŻ u l-implimentazzjoni

Artikolu 12

Sorsi tar-riżorsi tal-11-il FEŻ

Ir-riżorsi tal-11-il FEŻ għandhom jikkonsistu mil-limitu massimu msemmi fl-Artikolu 1(2), (4) u (6) tal-Ftehim Intern, mill-fondi msemmija fl-Artikolu 1(9) tiegħu u minn dħul assenjat ieħor imsemmi fl-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 13

Struttura tal-11-il FEŻ

Id-dħul u l-infiq tal-11-il FEŻ għandhom ikunu kklassifikati skont it-tip tagħhom jew skont l-użu li għalih huma assenjati.

Artikolu 14

Implimentazzjoni tal-11-il FEŻ skont il-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja soda u ta' prestazzjoni

1.   Għandhom japplikaw l-Artikolu 57, l-Artikolu 59(2) u (3) u l-Artikoli 60 u 61 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

2.   Il-Kummissjoni għandha tassumi r-responsabbiltajiet tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 57 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE u fid-Deċiżjoni 2013/755/UE.-. Għal dak il-għan hija għandha timplimenta d-dħul u l-infiq tal-11-il FEŻ skont id-dispożizzjonijiet ta' din il-Parti u l-Parti Tlieta ta' dan ir-Regolament, taħt ir-responsabbiltà tagħha stess u fil-limiti tar-riżorsi tal-11-il FEŻ.

3.   L-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-Kummissjoni biex ir-riżorsi tal-11-il FEŻ ikunu użati f'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja soda u ta' prestazzjoni.

Artikolu 15

Metodi ta' implimentazzjoni

Għandhom japplikaw il-punti (a) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 62(2), u l-Artikolu 62(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

TITOLU IV

Atturi finanzjarji

Artikolu 16

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar atturi finanzjarji u r-responsabbiltà tagħhom

1.   Għandhom japplikaw l-Artikoli 72 sa 76 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

2.   Għandhom japplikaw l-Artikoli 90 sa 95 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 dwar ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji.

Artikolu 17

Uffiċjal tal-awtorizzazzjoni

1.   Ir-rapport annwali tal-attività msemmi fl-Artikolu 74(9) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandu jinkludi, f'anness, tabelli li juru, skont l-allokazzjoni, il-pajjiż, it-territorju, ir-reġjun jew is-subreġjun, l-impenji totali, il-fondi assenjati u l-pagamenti magħmula matul is-sena finanzjarja u l-ammonti totali aggregati sa mill-ftuħ tal-FEŻ rispettiv.

2.   Meta l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli tal-Kummissjoni jinduna bi problemi fit-twettiq ta' proċeduri relatati mal-ġestjoni tar-riżorsi tal-11-il FEŻ, huwa għandu, flimkien mal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni maħtur nazzjonali, reġjonali, intra-AKP jew territorjali, jagħmel il-kuntatti kollha meħtieġa sabiex isib rimedju għas-sitwazzjoni u jieħu kwalunkwe pass li jkun meħtieġ. F'każijiet fejn l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni nazzjonali, reġjonali, intra-AKP jew territorjali ma jwettaqx jew ma jkunx jista' jwettaq id-dmirijiet tiegħu skont il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE jew id-Deċiżjoni2013/755/UE, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli tal-Kummissjoni jista' temporanjament jieħu post dan tal-ewwel u jaġixxi f'isem u għan-nom ta' dan f'ġestjoni indiretta. F'każ bħal dan, il-Kummissjoni tista' tirċievi, mir-riżorsi allokati għall-Istat AKP jew għall-PTEE inkwistjoni, kumpens finanzjarju għax-xogħol amministrattiv addizzjonali mġarrab.

Artikolu 18

Uffiċjal tal-kontabbiltà

1.   L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jkun l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-11-il FEŻ.

2.   Għandhom japplikaw il-punti (a) u (c) sa (f) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 77(1), l-Artikolu 78(3) u (4), l-Artikolu 79, l-Artikolu 80(1), (2) u (3), l-Artikolu 81, l-Artikolu 82(2) sa (10), u l-Artikoli 84, 85 u 86 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

3.   Ir-regoli tal-kontabbiltà msemmija fl-Artikolu 80(1), (2) u (3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandhom japplikaw għar-riżorsi tal-11-il-FEŻ ġestiti mill-Kummissjoni. Dawk ir-regoli għandhom jiġu applikati għall-11-il FEŻ filwaqt li titqies in-natura speċifika tal-attivitajiet tiegħu.

4.   L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jħejji u, wara li jikkonsulta lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, jadotta l-pjan tal-kontijiet li għandu jiġi applikat għall-operazzjonijiet tal-11-il FEŻ.

TITOLU V

Operazzjonijiet ta' dħul

Artikolu 19

Kontribuzzjoni annwali u l-pagamenti tagħha

1.   Skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim Intern, il-limitu massimu għall-ammont annwali tal-kontribuzzjoni għas-sena n + 2 u l-ammont annwali tal-kontribuzzjoni għas-sena n + 1, kif ukoll il-ħlas tiegħu fi tliet pagamenti, għandhom jiġu ddeterminati skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2 sa 7 ta' dan l-Artikolu.

Il-pagamenti li għandhom jitħallsu minn kull Stat Membru għandhom jiġu stabbiliti b'tali mod li jkunu proporzjonali għall-kontribuzzjonijiet tal-Istat Membru għall-11-il FEŻ kif stabbilit fl-Artikolu 1(2) tal-Ftehim Intern.

2.   Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta sal-15 ta' Ottubru tas-sena n, li tistabbilixxi:

(a)

il-limitu massimu għall-ammont annwali tal-kontribuzzjoni għas-sena n + 2;

(b)

l-ammont annwali tal-kontribuzzjoni għas-sena n + 1;

(c)

l-ammont tal-ewwel pagament tal-kontribuzzjoni għas-sena n + 1;

(d)

previżjoni indikattiva u mhux vinkolanti bbażata fuq approċċ statistiku għall-ammonti annwali ta' kontribuzzjonijiet mistennija għas-snin n + 3 u n + 4.

Il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar dik il-proposta sal-15 ta' Novembru tas-sena n.

L-Istati Membri għandhom iħallsu l-ewwel pagament tal-kontribuzzjoni għas-sena n + 1 mhux aktar tard mill-21 ta' Jannar tas-sena n + 1.

3.   Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta sal-15 ta' Ġunju tas-sena n + 1, li tistabbilixxi:

(a)

l-ammont tat-tieni pagament tal-kontribuzzjoni għas-sena n + 1;

(b)

l-ammont annwali rivedut tal-kontribuzzjoni għas-sena n + 1 f'konformità mal-ħtiġijiet attwali, f'każijiet fejn, skont l-Artikolu 7(3) tal-Ftehim Intern, l-ammont annwali ma jibqax jikkorrispondi għall-ħtiġijiet attwali.

Il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar dik il-proposta mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju wara l-preżentazzjoni mill-Kummissjoni tal-proposta tagħha.

L-Istati Membri għandhom iħallsu t-tieni pagament mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill.

4.   Sal-15 ta' Ġunju tas-sena n + 1, il-Kummissjoni, b'kont meħud tal-previżjonijiet tal-BEI dwar il-ġestjoni u l-operazzjoni tal-Faċilità tal-Investiment, inkluż dawk is-sussidji tar-rati ta' interess li huma implimentati mill-BEI, għandha tistabbilixxi u tikkomunika lill-Kunsill dikjarazzjoni tal-impenji, il-pagamenti u l-ammont annwali tas-sejħiet għall-kontribuzzjonijiet magħmula fis-sena n u li għandhom isiru fis-sena n + 1 u n + 2. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-ammonti annwali tal-kontribuzzjonijiet skont l-Istat Membru, kif ukoll l-ammont li għad irid jitħallas mill-FEŻ, b'distinzjoni magħmula bejn l-ishma tal-BEI u dawk tal-Kummissjoni. L-ammonti għas-snin n + 1 u n + 2 għandhom ikunu bbażati fuq il-kapaċità li l-livell propost ta' riżorsi jitwassal b'mod effettiv filwaqt li jsir sforz biex jiġu evitati varjazzjonijiet sinifikanti bejn id-diversi snin, kif ukoll bilanċi tal-aħħar tas-sena sinifikanti.

5.   Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta sal-10 ta' Ottubru tas-sena n + 1, li tistabbilixxi:

(a)

l-ammont tat-tielet pagament tal-kontribuzzjoni għas-sena n + 1;

(b)

ammont annwali rivedut tal-kontribuzzjoni għas-sena n + 1 f'konformità mal-ħtiġijiet attwali, f'każijiet fejn, skont l-Artikolu 7(3) tal-Ftehim Intern, l-ammont annwali ma jibqax jikkorrispondi għall-ħtiġijiet attwali.

Il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar dik il-proposta mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju wara l-preżentazzjoni mill-Kummissjoni tal-proposta tagħha.

L-Istati Membri għandhom iħallsu t-tielet pagament parzjali mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill.

6.   Is-somma tal-pagamenti relatata ma' sena partikolari ma għandhiex teċċedi l-ammont annwali tal-kontribuzzjoni ddeterminata għal dik is-sena. L-ammont annwali tal-kontribuzzjoni ma għandux jeċċedi l-limitu ddeterminat għal dik is-sena. Il-limitu ma għandux jiżdied ħlief f'konformità mal-Artikolu 7(4) tal-Ftehim Intern. Żieda possibbli tal-limitu għandha tkun parti mill-proposti msemmija fil-paragrafi 2, 3 u 5 ta' dan l-Artikolu.

7.   Il-limitu għall-ammont annwali tal-kontribuzzjoni li għandha titħallas minn kull Stat Membru għas-sena n + 2, l-ammont annwali tal-kontribuzzjoni għas-sena n + 1 u l-pagamenti tal-kontribuzzjonijiet għandhom jispeċifikaw:

(a)

l-ammont ġestit mill-Kummissjoni; u

(b)

l-ammont ġestit mill-BEI, inkluż is-sussidji tar-rati ta' interess ġestiti minnu.

Artikolu 20

Pagament tal-pagamenti

1.   Talbiet għall-kontribuzzjonijiet għandhom l-ewwel jużaw l-ammonti stabbiliti għal FEŻ preċedenti, wieħed wara l-ieħor.

2.   Il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri għandhom ikunu espressi f'euros u għandhom ikunu mħallsa f'euros.

3.   Il-kontribuzzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 19(7) għandha tiġi kkreditata minn kull Stat Membru f'kont speċjali bl-isem “Kummissjoni Ewropea — Fond Ewropew għall-Iżvilupp” miftuħ mal-bank ċentrali ta' dak l-Istat Membru jew tal-istituzzjoni finanzjarja rilevanti maħtura minnu. L-ammont ta' dawn il-kontribuzzjonijiet għandu jibqa' f'dawk il-kontijiet speċjali sakemm ikun jeħtieġ li jsiru l-pagamenti.

4.   Il-kont imsemmi fil-paragrafu 3 għandu jkun mingħajr ebda imposta u mgħax.

5.   Meta jiġi applikat imgħax negattiv għall-kont imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, l-Istat Membru kkonċernat għandu, mhux aktar tard mid-data tal-ħlas ta' kull pagament imsemmi fl-Artikolu 19, jikkredita l-kont b'ammont li jikkorrispondi għall-ammont ta' tali mgħax negattiv applikat sal-ewwel jum tax-xahar li jiġi qabel il-ħlas tal-pagament.

6.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tagħmel sforz biex tagħmel kwalunkwe ġbid ta' flus mill-kontijiet speċjali b'tali mod li d-distribuzzjoni tal-assi f'dawk il-kontijiet tikkorrispondi għall-koeffiċjent tal-kontribuzzjoni skont il-punt (a) tal-Artikolu 1(2) tal-Ftehim Intern.

7.   Meta tkopri l-ħtiġijiet f'riżorsi ta' flus kontanti tal-11-il FEŻ, b'konformità mal-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha timmira sabiex tnaqqas l-impatt tal-obbligu tal-Istati Membri li jikkreditaw l-ammonti ta' mgħax negattiv skont il-paragrafu 5 billi tuża bi prijorità l-ammonti kkreditati fil-kontijiet ikkonċernati.

8.   Il-kontribuzzjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 19(7) għandha tiġi kkreditata minn kull Stat Membru f'konformità mal-Artikolu 47(1).

Artikolu 21

Imgħax għal ammonti ta' kontribuzzjonijiet mhux imħallsa

1.   Kif jiskadi l-limitu ta' żmien stabbilit fl-Artikolu 19(2), (3) u l-(5), l-Istat Membru kkonċernat għandu jkun obbligat li jħallas l-imgħax f'konformità mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ir-rata tal-imgħax għandha tkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fis-seħħ fl-ewwel ġurnata kalendarja tax-xahar li fih jiskadi l-limitu ta' żmien stabbilit, miżjuda b'żewġ punti perċentwali. Dik ir-rata għandha tiżdied bi kwart ta' punt perċentwali għal kull xahar ta' dewmien;

(b)

l-imgħax għandu jitħallas għall-perijodu li jkun għadda mill-ġurnata kalendarja ta' wara l-iskadenza tal-limitu ta' żmien għall-pagament sal-ġurnata tal-pagament.

2.   Fir-rigward tal-kontribuzzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 19(7) ta' dan ir-Regolament, l-imgħax għandu jiġu kkreditat f'wieħed mill-kontijiet previsti fl-Artikolu 1(6) tal-Ftehim Intern.

Fir-rigward tal-kontribuzzjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 19(7) ta' dan ir-Regolament, l-imgħax għandu jiġi kkreditat lill-Faċilità ta' Investiment f'konformità mal-Artikolu 47(1) ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 22

Talba għall-kontribuzzjonijiet mhux imħallsa

Mal-iskadenza tal-protokoll finanzjarju stabbilit fl-Anness Ic għall-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, il-parti tal-kontribuzzjonijiet li l-Istati Membri jibqgħu obbligati jħallsu skont l-Artikolu 19 ta' dan ir-Regolament għandha tintalab mill-Kummissjoni u l-BEI, kif meħtieġ, skont il-kondizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament.

Artikolu 23

Operazzjonijiet oħra ta' dħul

1.   Għandhom japplikaw l-Artikoli 97, 98 u 99, l-Artikolu 100(1), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 100(2), l-Artikolu 101(1) sa (6), u l-Artikoli 102 sa 107, u 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. L-irkupru jista' jsir permezz ta' Deċiżjoni tal-Kummissjoni infurzabbli skont l-Artikolu 299 TFUE.

2.   Fir-rigward tal-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, ir-referenza għal riżorsi proprji għandha tinftiehem bħala referenza għall-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 19 ta' dan ir-Regolament.

3.   L-Artikolu 99(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandu japplika għall-irkupri stabbiliti f'euro. Għall-irkupri fil-munita lokali, għandu japplika bl-użu tar-rata tal-bank ċentrali tal-pajjiż li jkun qiegħed joħroġ il-munita fis-seħħ fl-ewwel jum kalendarju tax-xahar li fih hija stabbilita l-ordni ta' rkupru.

TITOLU VI

Operazzjonijiet ta' nfiq

Artikolu 24

Regoli applikabbli għal impenji u deċiżjonijiet ta' finanzjament

1.   L-impenn tal-infiq għandu jiġi preċedut minn deċiżjoni ta' finanzjament adottata mill-Kummissjoni.

2.   Għandhom japplikaw l-Artikolu 110(2) sa (5), l-Artikolu 111, il-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 112(1), l-Artikolu 112(2) sa (5), u l-Artikoli 114, 115 u 116 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

3.   Fir-rigward tal-applikazzjoni tat-tielet u r-raba' subparagrafi tal-Artikolu 114(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, il-perijodu li matulu għandhom jittieħdu l-impenji legali kollha li jimplimentaw l-azzjoni jista' jiġi estiż għal aktar minn tliet snin wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta' finanzjament mal-Istati AKP u l-PTEE.

4.   Meta r-riżorsi tal-11-il FEŻ jiġu implimentati f'ġestjoni indiretta ma' Stati AKP jew ma' PTEE, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista', wara li jaċċetta l-ġustifikazzjoni, jestendi l-perijodu ta' sentejn li ssir referenza għalih fl-Artikolu 114(6) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u l-perijodu ta' tliet snin li ssir referenza għalih fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 114(2) tiegħu.

5.   Fit-tmiem tal-perijodi estiżi li ssir referenza għalihom fil-paragrafi 3 u 4, il-bilanċi mhux użati għandhom ikunu, kif applikabbli, rilaxxati.

6.   Meta jiġu adottati miżuri skont l-Artikoli 96 u 97 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, il-perkors tal-perijodi msemmija f'dan l-Artikolu jista' jiġi sospiż.

7.   Għall-finijiet tat-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 111 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, il-konformità għandha tiġi vvalutata skont id-dispożizzjonijiet rilevanti, b'mod partikolari t-Trattati, tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, id-Deċiżjoni 2013/755/UE, il-Ftehim Intern, dan ir-Regolament, u l-atti kollha adottati fl-implimentazzjoni ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

Artikolu 25

Limiti ta' żmien għall-pagament

1.   Soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-Artikolu 116 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandu japplika għall-pagamenti mwettqa mill-Kummissjoni.

2.   Meta r-riżorsi tal-11-il FEŻ jiġu applikati taħt ġestjoni indiretta ma' Stati AKP jew ma' PTEE u l-Kummissjoni teżegwixxi pagamenti f'isimhom, il-limitu ta' żmien imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 116(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandu japplika għall-pagamenti kollha mhux imsemmija fil-punt (a) tagħha. Il-ftehim ta' finanzjament għandu jinkludi d-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jiżgura kollaborazzjoni f'waqtha tal-awtorità kontraenti.

3.   Fir-rigward tal-Artikolu 116(5) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, ħlasijiet li għalihom hija responsabbli l-Kummissjoni għandhom jiġu koperti mill-istess allokazzjoni bħall-kuntratt korrispondenti. Jekk il-fondi li jifdal ma jkunux biżżejjed, dawn jitħallsu mill-kont jew mill-kontijiet previsti fl-Artikolu 1(6) tal-Ftehim Intern.

TITOLU VII

Awditur intern

Artikolu 26

Awditur intern

L-awditur intern tal-Kummissjoni għandu jkun l-awditur intern tal-11-il-FEŻ, u l-kumitat tal-progress tal-awditjar intern tal-Kummissjoni msemmi fl-Artikolu 123 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandu wkoll jaqdi r-rwol tiegħu fir-rigward tar-riżorsi tal-FEŻ amministrati mill-Kummissjoni. Għandhom japplikaw l-Artikoli 118 sa 122 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

TITOLU VIII

Dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni varji

Artikou 27

Regoli komuni

Għandhom japplikaw l-Artikoli 124 sa 146, l-Artikolu 147(1), l-Artikolu 148, l-Artikolu 149(1) u (3) sa -(7), u l-Artikoli 150 sa 153 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

Artikolu 28

Arranġamenti amministrattivi mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

Arranġamenti dettaljati jistgħu jiġu miftiehma bejn is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u s-servizzi tal-Kummissjoni sabiex tkun iffaċilitata l-implimentazzjoni mid-delegazzjonijiet tal-Unjoni tar-riżorsi previsti għan-nefqa ta' sostenn marbuta mal-11-il FEŻ skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim Intern.

TITOLU IX

Strumenti ta' finanzjament

Artikolu 29

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-istrumenti ta' finanzjament

1.   Għall-finijiet li tiġi pprovduta assistenza finanzjarja taħt dan it-Titolu, il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni, l-Istati AKP u l-PTEE tista' tieħu l-forma, fost l-oħrajn, ta':

(a)

arranġamenti triangolari li permezz tagħhom l-Unjoni tikkoordina ma' kwalunkwe pajjiż terz l-assistenza tagħha lil Stat AKP, lil PTEE jew lil reġjun;

(b)

miżuri amministrattivi ta' kooperazzjoni bħall-ġemellaġġ bejn istituzzjonijiet pubbliċi, awtoritajiet lokali, korpi pubbliċi nazzjonali jew entitajiet tad-dritt privat responsabbli għal kompiti ta' servizz pubbliku ta' Stat Membru jew reġjun l-aktar imbiegħed, u dawk ta' Stat AKP jew ta' PTEE jew ta' reġjun tagħhom, kif ukoll miżuri ta' kooperazzjoni li jinvolvu esperti tas-settur pubbliku mibgħuta mill-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali tagħhom;

(c)

faċilitajiet ta' għarfien espert għal bini ta' kapaċità mmirat fl-Istat AKP, OCT jew ir-reġjun tagħhom u assistenza teknika fuq medda ta' żmien qasir u għoti ta' pariri lilhom, kif ukoll appoġġ lil ċentri sostenibbli ta' għarfien u eċċellenza dwar il-governanza u r-riforma fis-settur pubbliku;

(d)

kontribuzzjonijiet għall-ispejjeż meħtieġa biex iwaqqfu u jamministraw sħubija pubblika-privata;

(e)

programmi ta' appoġġ għall-politika settorjali, li permezz tagħhom l-Unjoni tipprovdi appoġġ għall-programm tas-settur tal-Istat AKP jew OCT;

(f)

sussidji tar-rati tal-imgħax.

2.   Minbarra t-tipi ta' finanzjament previsti fl-Artikoli 30 sa 37, assistenza finanzjarja tista' tingħata wkoll permezz ta' dan li ġej:

(a)

ħelsien mid-dejn, skont programmi ta' tnaqqis tad-dejn miftiehma internazzjonalment;

(b)

f'każijiet eċċezzjonali, programmi settorjali u ġenerali ta' importazzjoni, li jistgħu jieħdu l-forma ta':

(i)

programmi settorjali ta' importazzjoni f'oġġetti,

(ii)

programmi settorjali ta' importazzjoni li jipprovdu flus barranin għall-finanzjament ta' importazzjonijiet għas-settur inkwistjoni, jew

(iii)

programmi ġenerali ta' importazzjoni li jipprovdu flus barranin sabiex jiffinanzjaw importazzjonijiet ġenerali ta' firxa wiesgħa ta' prodotti.

3.   L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni tista' tingħata wkoll permezz ta' kontribuzzjonijiet lil fondi internazzjonali, reġjonali jew nazzjonali, bħal dawk stabbiliti jew ġestiti mill-BEI, l-Istati Membri, l-Istati AKP jew l-PTEE u reġjuni jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali, biex jattiraw finanzjament konġunt minn għadd ta' donaturi, jew lil fondi stabbiliti minn donatur wieħed jew aktar għall-fini tal-implimentazzjoni konġunta tal-proġetti.

L-aċċess reċiproku minn istituzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni għal strumenti finanzjarji stabbiliti minn organizzazzjonijiet oħrajn għandhom jiġu promossi, kif xieraq.

4.   Azzjonijiet iffinanzjati taħt il-11-il FEŻ jistgħu jiġu implimentati b'kofinanzjament parallel jew konġunt.

Fil-każ ta' kofinanzjament parallel, azzjoni għandha tinqasam f'għadd ta' komponenti identifikabbli b'mod ċar li kull wieħed minnhom huwa ffinanzjat mill-isħab differenti li jipprovdu kofinanzjament b'tali mod li l-użu aħħari tal-finanzjament jista' dejjem jiġi identifikat.

Fil-każ ta' kofinanzjament konġunt, l-ispiża totali ta' azzjoni għandha tinqasam bejn is-sħab li jipprovdu l-kofinanzjament u r-riżorsi għandhom jinġabru flimkien b'tali mod li ma jibqax possibbli li s-sors ta' finanzjament jiġi identifikat għal xi attività partikolari mwettqa bħala parti mill-azzjoni.

5.   Fl-implimentazzjoni tal-appoġġ tagħha għal tranżizzjoni u riforma f'pajjiżi AKP u l-PTEE, l-Unjoni għandha tuża u taqsam l-esperjenzi tal-Istati Membri u l-lezzjonijiet miksuba.

Artikolu 30

Ġestjoni indiretta

1.   Soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, għandhom japplikaw l-Artikoli 154 sa 159 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. Għall-finijiet tal-Artikolu 158 ta' dak ir-Regolament, ġestjoni indiretta ma' pajjiżi terzi tista' wkoll tieħu l-forma ta' ftehim ta' finanzjament konkluż mal-organizzazzjoni jew korp rilevanti fil-livell reġjonali jew intra-AKP.

2.   L-entitajiet li jkunu qegħdin jimplimentaw fondi tal-11-il FEŻ għandhom jiżguraw li jkun hemm konsistenza mal-politika esterna tal-Unjoni u jistgħu jinkarigaw kompiti ta' implimentazzjoni tal-baġit lil entitajiet oħra taħt kondizzjonijiet ekwivalenti għal dawk li japplikaw għall-Kummissjoni. Huma għandhom jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt l-Artikolu 155(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 kull sena. L-opinjoni tal-awditjar għandha tkun ippreżentata fi żmien xahar mir-rapport u d-dikjarazzjoni ta' ġestjoni, li għandhom jitqiesu meta tingħata assigurazzjoni għall-Kummissjoni.

L-organizzazzjonijiet internazzjonali kif imsemmija fil-punt (c)(ii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u l-korpi tal-Istati Membri kif imsemmija fil-punti (c)(v) u (vi) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1) ta' dak ir-Regolament li ġew inkarigati mill-Kummissjoni b'kompiti għall-implimentazzjoni tal-baġit jistgħu wkoll jagħtu kompiti tal-implimentazzjoni tal-baġit lil organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ li jkollhom kapaċità operazzjonali u finanzjarja adegwata, taħt kondizzjonijiet ekwivalenti għal dawk li japplikaw għall-Kummissjoni.

L-Istati tal-AKP u l-PTEE jistgħu jimplimentaw il-fondi tal-11-il FEŻ permezz tad-dipartimenti u l-korpi tagħhom irregolati mil-liġi privata abbażi ta' kuntratt ta' servizz. Dawk il-korpi għandhom jiġu magħżula abbażi ta' proċeduri miftuħa, trasparenti, proporzjonati u nondiskriminatorji, biex b'hekk jiġu evitati konflitti ta' interessi. Il-ftehim ta' finanzjament għandu jistipula t-termini tal-kuntratt ta' servizz.

3.   Meta l-11-il FEŻ jiġi applikat f'ġestjoni indiretta ma' Stati AKP, l-PTEE jew l-organizzazzjonijiet reġjonali tagħhom, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kontraenti, il-Kummissjoni:

(a)

għandha, fejn neċessarju, tirkupra l-ammonti dovuti mir-riċevituri tal-awtoritajiet kontraenti f'konformità mal-Artikoli 101 sa 106 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 101(7) sa (9) tiegħu, inkluż permezz ta' deċiżjoni infurzabbli taħt l-istess kondizzjonijiet bħal dawk stabbiliti fl-Artikolu 299 TFUE;

(b)

tista', meta ċ-ċirkostanzi hekk ikunu jesiġu, timponi penali amministrattivi jew finanzjarji, jew it-tnejn, fuq il-parteċipanti tal-awtorità kontraenti jew fuq ir-riċevituri, kif ukoll fuq entitajiet jew persuni oħra li jkunu, vis-à-vis l-awtorità kontraenti, f'xi waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, taħt l-istess kondizzjonijiet bħal dawk stipulati fl-Artikoli 135 sa 143 ta' dak ir-Regolament.

Il-ftehim ta' finanzjament għandu jinkludi dispożizzjonijiet għal dak il-għan.

Artikolu 31

Akkwist

Għandhom japplikaw l-Artikoli 160 sa 172, l-Artikolu 173(1), l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 173(2), l-Artikolu 173(3) u (4), u l-Artikoli 174 sa 179 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

Artikolu 32

Għotjiet

Għandhom japplikaw l-Artikoli 180 sa 205 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

Artikolu 33

Premji

Għandhom japplikaw l-Artikoli 206 u 207 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

Artikolu 34

Strumenti finanzjarji

1.   Għandhom japplikaw l-Artikoli 208(4) u (5), l-Artikolu 209(1), (2) u (4), l-Artikolu 210(1), l-Artikolu 214, l-Artikolu 215(2) sa (7) u l-Artikolu 216 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

2.   Jistgħu jiġu stabbiliti strumenti finanzjarji taħt il-11-il FEŻ. L-Istati Membri jew partijiet oħra jistgħu jikkontribwixxu għal tali strumenti.

3.   Il-11-il FEŻ għandu jkun awtorizzat li jikkontribwixxi għal strumenti finanzjarji jew għall-proviżjonament ta' garanziji baġitarji stabbiliti bil-baġit tal-Unjoni.

4.   L-istrumenti finanzjarji jistgħu jkunu stabbiliti fid-deċiżjonijiet ta' finanzjament imsemmija fl-Artikolu 24. Huma għandhom ikunu, kull meta possibbli, taħt it-tmexxija tal-BEI, ta' istituzzjoni finanzjarja Ewropea multilaterali bħall-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, jew istituzzjoni finanzjarja Ewropea bilaterali bħall-bank tal-iżvilupp bilaterali, u jistgħu jkunu flimkien ma' għotjiet addizzjonali minn sorsi oħra.

Artikolu 35

Fondi fiduċjarji tal-Unjoni

1.   Għandhom japplikaw l-Artikoli 234, 235 u 252 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

2.   Fir-rigward tal-Artikolu 234(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, referenzi għall-kumitat kompetenti għandhom jinftiehmu bħala għall-Kumitat tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp imsemmi fl-Artikolu 8 tal-Ftehim Intern.

Artikolu 36

Appoġġ għall-baġit

1.   Għandu japplika l-Artikolu 236 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

2.   Appoġġ baġitarju tal-Unjoni ġenerali jew settorjali għandu jkun ibbażat fuq ir-responsabbiltà reċiproka u l-impenji komuni għall-valuri universali u għandu l-għan li jsaħħaħ is-sħubijiet kuntrattwali bejn l-Unjoni u l-Istati AKP jew il-PTEE sabiex tiġi promossa d-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, biex jingħata sostenn lit-tkabbir ekonomiku sostenibbli u inklużiv u biex jinqered il-faqar.

3.   Kwalunkwe deċiżjoni biex jiġi pprovdut appoġġ baġitarju għandha tkun ibbażata fuq politiki ta' appoġġ baġitarju maqbula mill-Unjoni, sett ċar ta' kriterji ta' eliġibbiltà u evalwazzjoni bir-reqqa tar-riskji u l-benefiċċji.

Wieħed mill-fatturi prinċipali li jiddeterminaw tali deċiżjoni għandu jkun valutazzjoni tal-impenn, ir-rekord u l-progress tal-Istati tal-AKP u l-PTEE fir-rigward tad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt. L-appoġġ baġitarju għandu jkun iddifferenzjat biex jirreaġixxi aħjar fil-kuntest politiku, soċjali u ekonomiku tal-Istati tal-AKP u l-PTEE, b'kunsiderazzjoni ta' sitwazzjonijiet ta' fraġilità.

4.   Meta jiġi pprovdut appoġġ baġitarju, il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi u tissorvelja b'mod ċar il-kondizzjonalità tiegħu, u għandha wkoll tappoġġa l-iżvilupp ta' kapaċitajiet ta' kontroll parlamentari u verifiki u żżid it-trasparenza u l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni.

5.   Il-ħruġ ta' appoġġ tal-baġit għandu jkun kondizzjonali fuq il-progress sodisfaċenti lejn il-kisba ta' għanijiet maqbula mal-pajjiżi AKP u l-PTEE.

6.   Meta jiġi pprovdut appoġġ baġitarju lill-PTEE, għandhom jitqiesu r-rabtiet istituzzjonali tal-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 37

Esperti u ħlas ta' abbonamenti

Għandhom japplikaw l-Artikolu 237(1) sa (4), u l-Artikoli 238 u 239 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

TITOLU X

Kontijiet annwali u rapportar finanzjarju ieħor

Artikolu 38

Kontijiet tal-11-il FEŻ

1.   Il-kontijiet annwali tal-11-il FEŻ għandhom jitħejjew għal kull sena finanzjarja, li għandha tkun mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru. Dawk il-kontijiet għandu jkun fihom:

(a)

id-dikjarazzjonijiet finanzjarji;

(b)

ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni finanzjarja.

Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji għandhom ikunu akkumpanjati mill-informazzjoni pprovduta mill-BEI f'konformità mal-Artikolu 51 ta' dan ir-Regolament.

Għandu japplika l-Artikolu 243 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

2.   L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jibgħat, permezz ta' mezzi elettroniċi, il-kontijiet proviżorji lill-Qorti tal-Awdituri sal-31 ta' Marzu tas-sena ta' wara.

Il-Qorti tal-Awdituri għandha, sal-15 ta' Ġunju tas-sena ta' wara, tagħmel l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kontijiet proviżorji fir-rigward tal-parti tar-riżorsi tal-11-il FEŻ li għall-amministrazzjoni finanzjarja tagħha hija responsabbli l-Kummissjoni, sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tagħmel il-korrezzjonijiet meqjusa meħtieġa sabiex tfassal il-kontijiet finali

3.   Il-Kummissjoni għandha tapprova l-kontijiet finali u tibgħathom, b'mezzi elettroniċi, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri sal-31 ta' Lulju tas-sena ta' wara.

Sal-istess data, l-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jibgħat ittra ta' rappreżentazzjoni li tkopri l-kontijiet finali lill-Qorti tal-Awdituri.

Għandu japplika t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 246(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

Il-kontijiet finali għandhom ikunu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea flimkien mal-istqarrija tal-assigurazzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Awdituri f'konformità mal-Artikolu 43 ta' dan ir-Regolament sal-15 ta' Novembru tas-sena ta' wara.

Artikolu 39

Rapporti dwar l-implimentazzjoni finanzjarja

1.   Ir-rapport dwar l-implimentazzjoni finanzjarja għandu jiġi ppreparat mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli u jintbagħat lill-uffiċjal tal-kontabbiltà sal-15 ta' Marzu għall-inklużjoni fil-kontijiet tal-11-il FEŻ. Għandu jippreżenta perspettiva veritiera u ġusta tal-operazzjonijiet ta' dħul u nfiq mir-riżorsi tal-11-il FEŻ. Għandu jkun ippreżentat f'miljuni ta' euros u għandu jinkludi:

(a)

il-kont tar-riżultat finanzjarju, li jistabbilixxi l-operazzjonijiet finanzjarji kollha għas-sena f'termini ta' dħul u nfiq;

(b)

l-anness għall-kont tar-riżultat finanzjarju, li għandu jissupplimenta u jikkummenta dwar l-informazzjoni mogħtija f'dak il-kont.

2.   Il-kont tar-riżultat finanzjarju għandu jkun fih dan li ġej:

(a)

tabella li tiddeskrivi l-bidliet matul is-sena finanzjarja preċedenti fl-allokazzjonijiet;

(b)

tabella li turi skont l-allokazzjoni l-ammont total tal-impenji, il-fondi assenjati u l-ħlasijiet magħmula matul is-sena finanzjarja u l-ammonti totali aggregati mill-ftuħ tal-11-il FEŻ.

Artikolu 40

Monitoraġġ u rapportar mill-Kummissjoni u l-BEI

1.   Il-Kummissjoni u l-BEI għandhom jissorveljaw, kull wieħed sa fejn ikun ikkonċernat, l-użu tal-assistenza tal-11-il FEŻ mill-Istati AKP, il-PTEE jew minn kwalunkwe benefiċjarju ieħor, u l-implimentazzjoni tal-proġetti ffinanzjati mill-11-il FEŻ, waqt li jqisu b'mod partikolari l-objettivi msemmija fl-Artikoli 55 u 56 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE u fid-dispożizzjonijiet korrispondenti tad-Deċiżjoni 2013/755/UE.

2.   Il-BEI għandu minn żmien għal żmien jinforma lill-Kummissjoni rigward l-implimentazzjoni tal-proġetti ffinanzjati mir-riżorsi tal-11-il FEŻ li jamministra, billi jsegwi l-proċeduri stabbiliti fil-linji gwida operattivi tal-Faċilità ta' Investiment.

3.   Il-Kummissjoni u l-BEI għandhom jipprovdu lill-Istati Membri bl-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni operattiva tar-riżorsi tal-11-il-FEŻ kif previst fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2015/322. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lill-Qorti tal-Awdituri.

Artikolu 41

Il-kontabbiltà tal-baġit

1.   Il-kontijiet baġitarji għandhom jipprovdu rekord dettaljat tal-implimentazzjoni finanzjarja tar-riżorsi tal-11-il FEŻ.

2.   Il-kontijiet baġitarji għandhom juru, fit-totalità tagħhom:

(a)

l-allokazzjonijiet u r-riżorsi korrispondenti tal-11-il FEŻ;

(b)

l-impenji finanzjarji;

(c)

il-ħlasijiet; u

(d)

l-operazzjonijiet stabbiliti għad-dejn u l-ġbir għas-sena finanzjarja, b'mod sħiħ u mingħajr l-ebda aġġustament reċiproku.

3.   Meta l-impenji, il-ħlasijiet u d-dejn jiġu espressi f'valuti nazzjonali, is-sistema ta' kontabbiltà għandha tagħmilha possibbli, fejn ikun meħtieġ, li jiġu rreġistrati f'valuti nazzjonali kif ukoll f'euros.

4.   L-impenji finanzjarji globali għandhom jiġu rreġistrati f'euros għall-valur tad-deċiżjonijiet ta' finanzjament meħuda mill-Kummissjoni. Impenji finanzjarji individwali għandhom jiġu rreġistrati f'euros fl-ekwivalenti tal-valur tal-impenji legali. Fejn ikun xieraq, dak il-valur għandu jinkludi:

(a)

provvediment għall-ħlas ta' spejjeż rimborżabbli hekk kif jiġu ppreżentati d-dokumenti ta' appoġġ;

(b)

dispożizzjoni għar-reviżjoni tal-prezzijiet, għaż-żieda fil-kwantitajiet, u għall-kontinġenzi kif iddefinit fil-kuntratti ffinanzjati mill-11-il FEŻ;

(c)

provvediment finanzjarju għall-varjazzjonijiet fir-rati tal-kambju.

5.   Il-kotba tal-kontijiet kollha li jirreferu għat-twettiq ta' impenn għandhom jinżammu għal perijodu ta' ħames snin mid-data tad-deċiżjoni li tagħti kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni finanzjarja tar-riżorsi tal-11-il FEŻ, imsemmija fl-Artikolu 44, li tikkonċerna s-sena finanzjarja li matulha l-impenn ingħalaq għal finijiet tal-kontabbiltà.

TITOLU XI

Awditjar estern u kwittanza

Artikolu 42

Awditjar estern tal-Kummissjoni u kwittanza lill-Kummissjoni

1.   Fir-rigward tal-operazzjonijiet iffinanzjati mir-riżorsi tal-11-il FEŻ ġestiti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 14, il-Qorti tal-Awdituri għandha teżerċita s-setgħat tagħha f'konformità mal-Artikolu u l-Artikolu 43.

2.   Għandhom japplikaw l-Artikoli 255, 256 u 257, l-Artikolu 258(1) u (2), it-tieni sentenza tal-Artikolu 258(3), l-Artikolu 258(4) u l-Artikolu 259 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

3.   Għall-finijiet ta' dan it-Titolu, il-Qorti tal-Awdituri għandha tqis it-Trattati, il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, id-Deċiżjoni 2013/755/UE, il-Ftehim Intern, dan ir-Regolament u l-atti l-oħra kollha adottati skont dawk l-istrumenti.

4.   Il-Qorti tal-Awdituri għandha tkun infurmata bir-regoli interni msemmija fil-paragrafu 60(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 inkluż bil-ħatra tal-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni, kif ukoll bl-istrument ta' delega li ssir referenza għalih fl-Artikolu 79 ta' dak ir-Regolament.

5.   L-awtoritajiet nazzjonali ta' awditjar tal-Istati AKP u l-PTEE għandhom ikunu mħeġġa jikkooperaw mal-Qorti tal-Awdituri fuq stedina min-naħa tagħha.

6.   Il-Qorti tal-Awdituri tista', fuq it-talba ta' waħda mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, toħroġ opinjonijiet dwar kwistjonijiet relatati mal-11-il FEŻ.

Artikolu 43

Dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni

Fl-istess żmien tar-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 258 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, il-Qorti tal-Awdituri għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti, li għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 44

Kwittanza

1.   Soġġett għall-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, għandhom japplikaw l-Artikoli 260 sa 263 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

2.   Id-deċiżjoni ta' kwittanza għandha tkopri l-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 38 ta' dan ir-Regolament, ħlief il-parti tagħhom ipprovduta mill-BEI f'konformità mal-Artikolu 51 tiegħu. Il-kwittanza msemmija fl-Artikolu 260(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandha tingħata fir-rigward ta' dawk ir-riżorsi tal-11-il FEŻ li huma ġestiti mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 14(2) ta' dan ir-Regolament għas-sena n.

3.   Id-deċiżjoni ta' kwittanza għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

PARTI TNEJN

FAĊILITÀ TA' INVESTIMENT

Artikolu 45

Rwol tal-BEI

1.   Il-BEI għandu jamministra l-Faċilità ta' Investiment u jwettaq operazzjonijiet li jaqgħu taħtha, inkluż sussidji fuq ir-rati tal-imgħax u assistenza teknika, f'isem l-Unjoni, f'konformità ma' din il-Parti.

2.   Barra minn hekk, il-BEI għandu jwettaq l-implimentazzjoni finanzjarja ta' operazzjonijiet oħra mwettqa permezz ta' finanzjament mir-riżorsi tiegħu stess f'konformità mal-Artikolu 4 tal-Ftehim Intern, fejn applikabbli, ikkombinati mas-sussidji tar-rata tal-imgħax meħuda mir-riżorsi tal-11-il FEŻ.

3.   L-implimentazzjoni ta' din il-Parti ma għandhiex tagħti lok għal xi obbligu jew responsabbiltà min-naħa tal-Kummissjoni.

Artikolu 46

Stimi tal-impenji u l-pagamenti tal-Faċilità tal-Investiment

Qabel l-1 ta' Settembru ta' kull sena, il-BEI għandu jibgħat lill-Kummissjoni, f'konformità mal-Ftehim Intern, l-istimi tiegħu għall-impenji u għall-ħlasijiet, li jkunu meħtieġa biex titfassal id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(1) tal-Ftehim Intern, fir-rigward tal-operazzjonijiet tal-Faċilità ta' Investiment, inklużi dawk is-sussidji għar-rata tal-imgħax li jimplimenta. Il-BEI għandu jibgħat lill-Kummissjoni stimi aġġornati tal-impenji u tal-ħlasijiet meta jitqies li jkunu meħtieġa. Il-modalitajiet għal dawk l-istimi għandhom jiġu stipulati fil-ftehim ta' ġestjoni msemmi fl-Artikolu 49(4) ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 47

Ġestjoni tal-kontribuzzjonijiet għall-Faċilità ta' Investiment

1.   Il-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 19(7) u adottati mill-Kunsill għandhom jitħallsu mingħajr spiża għall-benefiċjarju mill-Istati Membri lill-BEI permezz ta' kont speċjali miftuħ mill-BEI f'isem il-Faċilità ta' Investiment f'konformità mar-regoli dettaljati stipulati fil-ftehim ta' amministrazzjoni msemmi fl-Artikolu 49(4).

2.   Id-data msemmija fl-Artikolu 1(5) tal-Ftehim Intern għandha tkun il-31 ta' Diċembru 2030.

3.   Ħlief meta l-Kunsill jiddeċiedi mod ieħor rigward ir-remunerazzjoni tal-BEI, f'konformità mal-Artikolu 5 tal-Ftehim Intern, il-qligħ li jirċievi l-BEI permezz tal-bilanċ tal-kreditu tal-kontijiet speċjali msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jissupplimenta lill-Faċilità ta' Investiment u għandu jittieħed kont tiegħu fis-sejħiet għall-kontribuzzjoni msemmija fl-Artikolu 19 ta' dan ir-Regolament u għandu jintuża biex jissodisfa kwalunkwe obbligu finanzjarju wara l-31 ta' Diċembru 2030.

4.   Il-BEI għandu jwettaq l-amministrazzjoni tat-teżor tal-ammonti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu f'konformità mar-regoli dettaljati stabbiliti fil-ftehim ta' amministrazzjoni msemmi fl-Artikolu 49(4).

5.   Il-Faċilità ta' Investiment għandha tiġi ġestita f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, fid-Deċiżjoni 2013/755/UE, fil-Ftehim Intern u f'din il-Parti.

Artikolu 48

Remunerazzjoni tal-BEI

Il-BEI għandu jiġi remunerat b'indennizz sħiħ għall-amministrazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Faċilità ta' Investiment. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar ir-riżorsi u l-mekkaniżmi għar-remunerazzjoni tal-BEI f'konformità mal-Artikolu 5(4) tal-Ftehim Intern. Il-miżuri li jimplimentaw dik id-deċiżjoni għandhom jiġu inkorporati fil-ftehim ta' amministrazzjoni msemmi fl-Artikolu 49(4) ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 49

Implimentazzjoni tal-Faċilità ta' Investiment

1.   Ir-regoli tal-BEI stess għandhom japplikaw għal strumenti ffinanzjati mir-riżorsi tal-11-il FEŻ li huwa jamministra.

2.   Meta l-programmi jew il-proġetti jiġu kofinanzjati mill-Istati Membri jew mill-korpi ta' implimentazzjoni tagħhom u jikkorrispondu għall-prijoritajiet stabbiliti fl-Istrateġiji ta' Kooperazzjoni għal kull Pajjiż u d-Dokumenti ta' Programmar previsti fir-Regolament tal- (UE) 2015/322 u stipulati fit-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 10(1) tal-Ftehim Intern u fl-Artikolu 74 tad-Deċiżjoni 2013/755/UE, il-BEI jista' għall-kompiti relatati mal-implimentazzjoni tal-Faċilità ta' Investiment jinkariga lill-Istati Membri jew lill-korpi implimentattivi tagħhom.

3.   L-ismijiet ta' dawk li jirċievu appoġġ finanzjarju taħt il-Faċilità ta' Investiment għandhom jiġu ppubblikati mill-BEI, dment li tali żvelar ma jwassalx li ssir ħsara għall-interessi kummerċjali tar-riċevituri, filwaqt li jkunu osservati b'mod debitu r-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità u tas-sigurtà, b'mod partikolari l-protezzjoni tad-data personali. Il-kriterji għall-iżvelar u l-livell tad-dettalji ppubblikati għandhom jieħdu kont tal-ispeċifiċitajiet tas-settur u n-natura tal-Faċilità ta' Investiment.

4.   Ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' din il-Parti għandhom ikunu s-suġġett ta' ftehim ta' amministrazzjoni bejn il-Kummissjoni, li taġixxi f'isem l-Unjoni, u l-BEI.

Artikolu 50

Rapportar taħt il-Faċilità ta' Investiment

Il-BEI għandu jinforma regolarment lill-Kummissjoni bl-operazzjonijiet imwettqa taħt il-Faċilità ta' Investiment, inkluż is-sussidji għar-rata tal-imgħax, bl-użu li jsir minn kull sejħa għall-kontribuzzjonijiet imħallsa lill-BEI u, partikolarment, bl-ammonti trimestrali totali tal-impenji, il-kuntratti u l-ħlasijiet, f'konformità mar-regoli dettaljati stabbiliti fil-ftehim ta' amministrazzjoni msemmi fl-Artikolu 49(4).

Artikolu 51

Kontabbiltà u dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-Faċilità ta' Investiment

1.   Il-BEI għandu jżomm il-kontijiet tal-Faċilità ta' Investiment, inklużi dawk is-sussidji għar-rata tal-imgħax li huma implimentati minnha u ffinanzjati mill-11-il FEŻ, sabiex tiġi pprovduta traċċa għaċ-ċiklu sħiħ tal-fondi, minn meta jkunu wasslu sa meta jsir il-ħlas u mbagħad sad-dħul li dawn ikunu ġġeneraw u kwalunkwe rkupru sussegwenti. Il-BEI għandu jfassal ir-regoli u l-metodi tal-kontabbiltà rilevanti li jkunu ggwidati mill-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà u għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b'dan.

2.   Kull sena l-BEI għandu jibgħat lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport dwar l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet iffinanzjati mir-riżorsi tal-11-il FEŻ taħt l-amministrazzjoni tiegħu, inkluż ir-rapporti finanzjarji mfassla f'konformità mar-regoli u l-metodi msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 39(2).

3.   Dawk id-dokumenti għandhom jiġu ppreżentati f'forma ta' abbozz sa mhux iżjed tard mit-28 ta' Frar u fil-verżjoni finali tagħhom sa mhux iżjed tard mit-30 ta' Ġunju tas-sena finanzjarja ta' wara s-sena finanzjarja li tikkonċerna lilhom sabiex ikunu jistgħu jintużaw mill-Kummissjoni għat-tħejjija tal-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 38 ta' dan ir-Regolament f'konformità mal-Artikolu 11(4) tal-Ftehim Intern. Ir-rapport dwar l-amministrazzjoni finanzjarja tar-riżorsi amministrati mill-BEI għandu jiġi ppreżentat minn dan tal-aħħar quddiem il-Kummissjoni sal-31 ta' Marzu.

Artikolu 52

Awditjar estern u kwittanza relatati mal-operazzjonijiet tal-BEI

L-operazzjonijiet iffinanzjati minn riżorsi tal-11-il-FEŻ ġestiti mill-BEI f'konformità ma' din il-Parti għandhom ikunu soġġetti għall-proċeduri ta' awditjar u ta' kwittanza li l-BEI japplika għall-kontijiet ta' mandati ta' partijiet terzi. Ir-regoli ddettaljati għall-verifika mill-Qorti tal-Awdituri għandhom jiġu stabbiliti fi ftehim tripartitiku bejn il-BEI, il-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri.

PARTI TLIETA

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U FINALI

TITOLU I

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

Artikolu 53

Trasferiment tal-bilanċi li jifdal minn FEŻ preċedenti

It-trasferiment lill-11-il FEŻ tal-bilanċi li jifdal minn riżorsi kkostitwiti skont il-Ftehimiet Interni relatati mal-FEŻ preċedenti' għandhom isiru f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 1(2), (3) u (4) tal-Ftehim Intern.

Artikolu 54

Dħul minn imgħax fuq ir-riżorsi tal-FEŻ preċedenti

Il-bilanċ tad-dħul li jkun ġej mill-imgħax fuq ir-riżorsi tal-FEŻ preċedenti għandu jiġi trasferit lill-11-il FEŻ u jiġi allokat għall-istess finijiet bħad-dħul previst fl-Artikolu 1(6) tal-Ftehim Intern. L-istess għandu japplika għad-dħul mixxellanju minn FEŻ preċedenti li jinkludi, pereżempju, l-imgħax awtomatiku riċevut fil-każ ta' dewmien fil-ħlas tal-kontribuzzjonijiet lejn dawk il-FEŻ mill-Istati Membri. L-imgħax iġġenerat mir-riżorsi tal-FEŻ preċedenti ġestiti mill-BEI għandu jissupplimenta lill-Faċilità ta' Investiment.

Artikolu 55

Tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet mill-bilanċi li jifdal

L-ammonti minn proġetti skont l-10 FEŻ jew minn FEŻ preċedenti oħra mhux impenjati skont l-Artikolu 1(3) tal-Ftehim Intern, jew diżimpenjati skont l-Artikolu 1(4) tal-Ftehim Intern, dment li ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Kunsill b'mod unanimu, għandhom inaqqsu dik il-parti mill-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri ddikjarati fil-punt (a) tal-Artikolu 1(2) tal-Ftehim Intern.

L-impatt fuq il-kontribuzzjoni ta' kull Stat Membru għandu jiġi kkalkolat bi proporzjon għall-kontribuzzjoni ta' kull Stat Membru għad-9 u l-10 FEŻ. L-impatt għandu jiġi kkalkolat kull sena.

Artikolu 56

Applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għal operazzjonijiet taħt FEŻ preċedenti

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-operazzjonijiet iffinanzjati minn FEŻ preċedenti mingħajr preġudizzju għal impenji legali eżistenti. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-Faċilità ta' Investiment taħt FEŻ preċedenti.

Artikolu 57

Bidu ta' proċeduri ta' kontribuzzjoni

Il-proċedura li tikkonċerna l-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri stipulata fl-Artikoli 19 sa 22 għandha tapplika għall-ewwel darba rigward il-kontribuzzjonijiet tas-sena n + 2, dment li l-Ftehim Intern jidħol fis-seħħ bejn l-1 ta' Ottubru tas-sena n u t-30 ta' Settembru tas-sena n + 1.

TITOLU II

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 58

Tħassir

Ir-Regolament (UE) 2015/323 huwa b'dan imħassar.

Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw f'konformità mat-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness.

Artikolu 59

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Novembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(2)  ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1.

(3)  ĠU C 396, 31.10.2018, p. 1.

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat-2 ta' Marzu 2015 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (ĠU L 58, 3.3.2015, p. 17).

(5)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(6)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).

(7)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra -Ewropej mal-Unjoni Ewropea (“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea”) (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/322 tat-2 ta' Marzu 2015 dwar l-implimentazzjoni tal-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (ĠU L 58, 3.3.2015, p. 1).

(10)  Ir-Regolament (UE) Nru 236/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi regoli u proċeduri komuni għall-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-Unjoni għall-finanzjament tal-azzjoni esterna (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 95).


ANNESS

TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Regolament (UE) 2015/323

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(3)

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(4)

Artikolu 3(1) u (2)

Artikolu 2(5)

Artikolu 2(4)

Artikolu 3

Artikolu 3(2)

Artikolu 4

Artikolu 3(2)

Artikolu 5

Artikolu 4

Artikolu 6

Artikolu 5

Artikolu 7

Artikolu 6

Artikolu 8

Artikolu 7

Artikolu 9(1)

Artikolu 8(1)

Artikolu 9(2)

Artikolu 8(2)

Artikolu 9(2)(a)

Artikolu 8(2)(a)

Artikolu 9(2)(b)

Artikolu 8(2)(b)

Artikolu 9(2)(c)

Artikolu 8(2)(c)

Artikolu 9(2)(d)

Artikolu 9(2)(e)

Artikolu 8(2)(d)

Artikolu 9(2)(f)

Artikolu 8(2)(e)

Artikolu 9(3)

Artikolu 8(3)

Artikolu 9(4)

Artikolu 9(5)

Artikolu 8(4)

Artikolu 9(6)

Artikolu 8(5)

Artikolu 10

Artikolu 9

Artikolu 11(1)

Artikolu 10

Artikolu 11(2)

Artikolu 11(3)

Artikolu 11(4)

Artikolu 12

Artikolu 13(1)

Artikolu 11(1)

Artikolu 13(2)

Artikolu 11(2)

Artikolu 13(3)

Artikolu 11(3)

Artikolu 13(4)

Artikolu 29(4)

Artikolu 13(5)

Artikolu 30

Artikolu 14

Artikolu 12

Artikolu 15

Artikolu 13

Artikolu 16

Artikolu 14

Artikolu 17(1)

Artikolu 14(1)

Artikolu 17(2)

Artikolu 15(1)

Artikolu 17(3)

Artikolu 30(2)

Artikolu 17(4)

Artikolu 30(3)

Artikolu 17(5)

Artikolu 29(3)

Artikolu 18(1)

Artikolu 18(2)

Artikolu 16(1)

Artikolu 18(3)

Artikolu 16(2)

Artikolu 19(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 18(2)

Artikolu 19(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 17(1)

Artikolu 19(2)

Artikolu 17(2)

Artikolu 20(1)

Artikolu 18(1)

Artikolu 20(2)

Artikolu 18(2)

Artikolu 21

Artikolu 19

Artikolu 22

Artikolu 20

Artikolu 23

Artikolu 21

Artikolu 24

Artikolu 22

Artikolu 25(1)

Artikolu 23(1)

Artikolu 25(2)

Artikolu 23(2)

Artikolu 25(3)

Artikolu 23(3)

Artikolu 25(4)

Artikolu 25(5)

Artikolu 26

Artikolu 24(1)(2)

Artikolu 27(1)

Artikolu 24(2)

Artikolu 27(2)

Artikolu 24(3)

Artikolu 27(3)

Artikolu 24(4)

Artikolu 27(4)

Artikolu 24(5)

Artikolu 27(5)

Artikolu 24(6)

Artikolu 27(6)

Artikolu 24(7)

Artikolu 27(7)

Artikoli 27, 42

Artikolu 28

Artikolu 26

Artikolu 29

Artikolu 25

Artikolu 30

Artikolu 26

Artikolu 31

Artikolu 27

Artikolu 32

Artikolu 27

Artikolu 33

Artikolu 27

Artikolu 34

Artikolu 28

Artikolu 35(1)

Artikolu 29(1)

Artikolu 35(2)

Artikolu 29(2)

Artikolu 35(3)

Artikolu 29(3)

Artikolu 35(4)

Artikolu 29(5)

Artikolu 30(1)

Artikolu 36

Artikolu 31

Artikolu 37

Artikolu 32

Artikolu 38

Artikolu 33

Artikolu 39

Artikolu 36

Artikolu 40

Artikolu 34

Artikolu 41

Artikolu 37

Artikolu 42

Artikolu 35

Artikolu 43(1), l-ewwel u t-tieni subparagrafi

Artikolu 38(1), l-ewwel u t-tieni subparagrafi

Artikolu 43(2)

Artikolu 38(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 43(3)

Artikolu 38(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 43(4)

Artikolu 38(3), l-ewwel u t-tieni subparagrafi

Artikolu 43(5)

Artikolu 38(3), it-tielet subparagrafu

Artikolu 43(6)

Artikolu 38(3), ir-raba' subparagrafu

Artikolu 43(7)

Artikolu 38(2), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 38(3), l-ewwel u t-tieni subparagrafi

Artikolu 44(1)

Artikolu 38(1), it-tielet subparagrafu

Artikolu 44(2)

Artikolu 39(1)

Artikolu 44(3)

Artikolu 39(2)

Artikolu 45

Artikolu 40

Artikolu 46

Artikolu 18(3) u (4)

Artikolu 47

Artikolu 41

Artikolu 48(1)

Artikolu 42(1)

Artikolu 48(2)

Artikolu 42(2)

Artikolu 48(3)

Artikolu 42(3)

Artikolu 48(4)

Artikolu 42(2)

Artikolu 48(5)

Artikolu 42(4)

Artikolu 48(6)

Artikolu 42(5)

Artikolu 48(7)

Artikolu 42(6)

Artikolu 49

Artikolu 43

Artikolu 50(1)

Artikolu 44(2)

Artikolu 50(2)

Artikolu 44(3)

Artikolu 50(3)

Artikolu 44(1)

Artikolu 51

Artikolu 45

Artikolu 52

Artikolu 46

Artikolu 53

Artikolu 47

Artikolu 54

Artikolu 48

Artikolu 55

Artikolu 49

Artikolu 56

Artikolu 50

Artikolu 57(1)

Artikolu 51(1)

Artikolu 57(2)

Artikolu 51(2) u (3)

Artikolu 58

Artikolu 52

Artikolu 59

Artikolu 53

Artikolu 60

Artikolu 54

Artikolu 61

Artikolu 55

Artikolu 62

Artikolu 56

Artikolu 63

Artikolu 57

Artikolu 58

Artikolu 64

Artikolu 59


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 307/22


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1878

tas-26 ta' Novembru 2018

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta' Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (“Scrumbie de Dunăre afumată” (IĠP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-applikazzjoni tar-Rumanija biex id-denominazzjoni “Scrumbie de Dunăre afumată” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(2)

Ladarba ma ġiet notifikata l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jenħtieġ li d-denominazzjoni “Scrumbie de Dunăre afumată” tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Scrumbie de Dunăre afumată” (IĠP) hija rreġistrata.

Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-klassi 1.7. Ħut frisk, molluski, krustaċji u prodotti derivati minnhom skont l-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Novembru 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 162, 8.5.2018, p. 28.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 307/23


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1879

tad-29 ta' Novembru 2018

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080 fir-rigward tad-data tad-dħul fil-ħżin tat-trab tal-ħalib xkumat mibjugħ permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1240 tat-18 ta' Mejju 2016 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' intervent pubbliku u ta' għajnuna għall-ħżin privat (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 28 tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex jiddefinixxi l-kwantitajiet tat-trab tal-ħalib xkumat koperti mill-proċedura ta' sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2080 (3), l-Artikolu 1 ta' dak ir-Regolament jistipula skadenza li qabilha t-trab tal-ħalib xkumat irid jidħol fil-ħżin pubbliku.

(2)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali fis-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib f'dak li jirrigwarda l-irkupru tal-prezzijiet u l-livell għoli ta' ħażniet tal-intervent, jixraq li volum addizzjonali ta' trab tal-ħalib xkumat isir disponibbli għall-bejgħ, billi tinbidel id-data tad-dħul fil-ħżin.

(3)

Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(4)

Sabiex it-trab tal-ħalib xkumat isir disponibbli għall-bejgħ mingħajr dewmien, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2080, id-data “l-1 ta' Awwissu 2016” tinbidel bid-data “l-1 ta' Jannar 2018”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Novembru 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 206, 30.7.2016, p. 71.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2080 tal-25 ta' Novembru 2016 dwar il-ftuħ tal-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti (ĠU L 321, 29.11.2016, p. 45).


3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 307/24


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1880

tat-30 ta' Novembru 2018

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3199/93 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' proċeduri għall-iżnaturar komplet tal-alkoħol għall-iskopijiet ta' eżenzjoni mit-taxxa tas-sisa

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE tad-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxa tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 27(4) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 27(1)(a) tad-Direttiva 92/83/KEE, l-Istati Membri huma meħtieġa jeżentaw mit-taxxa tas-sisa l-alkoħol li jkun ġie żnaturat kompletament skont ir-rekwiżiti ta' kwalunkwe Stat Membru, sakemm dawk ir-rekwiżiti jkunu ġew debitament innotifikati u aċċettati skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 3 u 4 ta' dak l-Artikolu.

(2)

Iż-żnaturanti li jintużaw f'kull Stat Membru għall-iskopijiet tal-iżnaturar komplet tal-alkoħol skont l-Artikolu 27(1)(a) tad-Direttiva 92/83/KEE huma deskritti fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3199/93 (2).

(3)

Fis-6 ta' Ġunju 2018, ir-Repubblika Ċeka nnotifikat lill-Kummissjoni biż-żnaturanti li beħsiebha tuża għall-iżnaturar komplet tal-alkoħol għall-finijiet tal-Artikolu 27(1)(a) ta' dik id-Direttiva.

(4)

Il-Kummissjoni bagħtet il-komunikazzjoni msemmija lill-Istati Membri l-oħra fl-4 ta' Lulju 2018.

(5)

L-ebda oġġezzjoni ma waslet għand il-Kummissjoni.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 3199/93, għalhekk jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar id-Dazji tas-Sisa,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 3199/93 huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Novembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 316, 31.10.1992, p. 21.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3199/93 tat-22 ta' Novembru 1993 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' proċeduri għall-iżnaturar komplet tal-alkoħol għall-iskopijiet ta' eżenzjoni mit-taxxa tas-sisa (ĠU L 288, 23.11.1993, p. 12).


ANNESS

“ANNESS

Lista ta' prodotti awtorizzati, bin-numru ta' reġistrazzjoni tagħhom tal-Chemical Abstracts Service (CAS), għall-iżnaturar komplet tal-alkoħol.

Aċeton

CAS: 67-64-1

Benżoat tad-denatonju

CAS: 3734-33-6

Etanol

CAS: 64-17-5

Etil terz-butil-etere

CAS: 637-92-3

Fluworexxeina

CAS: 2321-07-5

Petrol (inkluż petrol bla ċomb)

CAS: 86290-81-5

Alkoħol isopropiliku

CAS: 67-63-0

Pitrolju

CAS: 8008-20-6

Pitrolju

CAS: 64742-47-8 u 64742-48-9

Metanol

CAS: 67-56-1

Metiletilketon (2-butanon)

CAS: 78-93-3

Metilisobutilketon

CAS: 108-10-1

Metilen blu (52015)

CAS: 61-73-4

Solvent tan-nafta

CAS: 92062-36-7

Trementina

CAS: 8006-64-2

Petrol għal użu tekniku

CAS: 92045-57-3

It-terminu “etanol assolut” f'dan l-Anness għandu l-istess tifsira bħat-terminu “alkoħol assolut” użat mill-Unjoni Internazzjonali tal-Kimika Pura u Applikata.

Fl-Istati Membri kollha, kwalunkwe żebgħa tista' tiġi miżjuda mal-alkoħol żnaturat biex tagħtih kulur karatteristiku, u jsir immedjatament identifikabbli.

I.   Il-proċedura komuni tal-iżnaturar għall-alkoħol żnaturat kompletament użata fil-Belġju, fil-Bulgarija, fir-Repubblika Ċeka, fid-Danimarka, fil-Ġermanja, fl-Estonja, fl-Irlanda, fil-Greċja, fi Spanja, fi Franza, fl-Italja, f'Ċipru, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Lussemburgu, fl-Ungerija, f'Malta, fin-Netherlands, fl-Awstrija, fil-Polonja, fil-Portugall, fir-Rumanija, fis-Slovenja, fis-Slovakkja u fil-Finlandja:

Għal kull ettolitru etanol assolut:

Litru (1,0 l) alkoħol isopropiliku,

Litru (1,0 l) metiletilketon,

1,0 gramma benżoat tad-denatonju.

II.   Konċentrazzjoni ikbar tal-proċedura komuni tal-iżnaturar għall-alkoħol żnaturat kompletament, użata fl-Istati Membri li ġejjin:

Ir-Renju Unit.

Għal kull ettolitru etanol assolut:

3,0 litri alkoħol isopropiliku,

3,0 litri metiletilketon,

1,0 gramma benżoat tad-denatonju.

Il-Kroazja

Għal kull ettolitru etanol assolut:

Minimu ta':

Litru (1,0 l) alkoħol isopropiliku,

Litru (1,0 l) metiletilketon,

Gramma (1,0 g) benżoat tad-denatonju.

L-Iżvezja

Għal kull ettolitru etanol assolut:

Litru (1,0 l) alkoħol isopropiliku,

2,0 litri metiletilketon,

Gramma (1,0 g) benżoat tad-denatonju.

III.   Proċeduri addizzjonali tal-iżnaturar għall-alkoħol żnaturat kompletament, użati f'ċerti Stati Membri:

Ir-Repubblika Ċeka

Għal kull ettolitru etanol assolut:

0,4 litru solvent tan-nafta,

0,2 litru pitrolju,

0,1 litru petrol għal użu tekniku.

Il-Greċja

Alkoħol ta' kwalità inferjuri biss (id-distillat miksub fil-bidu u fi tmiem il-proċess tad-distillazzjoni), b'saħħa alkoħolika ta' mill-inqas 93 % tal-volum u ta' mhux aktar minn 96 % tal-volum jista' jiġi żnaturat.

Għal kull ettolitru ta' alkoħol idratat ta' 93 % tal-volum jiżdiedu s-sustanzi li ġejjin:

2,0 litri metanol,

Litru (1,0 l) trementina,

0,50 litru pitrolju,

0,40 gramma metilen blu.

F'temperatura ta' 20 °C, il-prodott finali, fil-forma mhux mibdula tiegħu, għandu jilħaq 93 % tal-volum.

Il-Finlandja — awtorizzata sal-31.12.2018

Għal kull ettolitru ta' etanol assolut, kwalunkwe minn dawn il-formulazzjonijiet li ġejjin:

1.

2,0 litri metiletilketon,

3,0 litri metilisobutilketon.

2.

2,0 litri aċeton,

3,0 litri metilisobutilketon.

”.

Rettifika

3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 307/27


Rettifika tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/719 tal-14 ta' Mejju 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-listi tal-postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera u tal-unitajiet veterinarji fi TRACES

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 120 tas-16 ta' Mejju 2018 )

F'paġna 17, l-ittra (a) tal-punt (1) tal-Anness

minflok:

“fil-parti li tikkonċerna d-Danimarka, l-annotazzjoni għall-ajruport ta' Aalborg tinbidel b'din li ġejja:”,

aqra:

“fil-parti li tikkonċerna d-Danimarka, l-annotazzjoni li ġejja għall-ajruport ta' Aalborg tiddaħħal wara t-tieni annotazzjoni”;

F'paġna 17, l-ittra (b) tal-punt (2) tal-Anness,

minflok:

“fil-parti li tikkonċerna lill-Awstrija, l-annotazzjoni għall-unità ċentrali “AT000000 BUNDESMINISTERIUM FÜR GESUNDHEIT” tinbidel b'din li ġejja “AT000000 BUNDESMINISTERIUM FÜR ARBEIT, SOZIALES, GESUNDHEIT UND KONSUMENTENSCHUTZ””,

aqra:

“fil-parti li tikkonċerna lill-Awstrija, l-annotazzjoni għall-unità ċentrali “AT00000 BUNDESMINISTERIUM FÜR GESUNDHEIT” tinbidel b'din li ġejja “AT00000 BUNDESMINISTERIUM FÜR ARBEIT, SOZIALES, GESUNDHEIT UND KONSUMENTENSCHUTZ””.