ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 305

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
29 ta' Novembru 2018


Werrej

 

III   Atti oħrajn

Paġna

 

 

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 46/2017 tas-17 ta’ Marzu 2017 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2018/1810]

1

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 47/2017 tas-17 ta’ Marzu 2017 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2018/1811]

3

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 48/2017 tas-17 ta’ Marzu 2017 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2018/1812]

4

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 49/2017 tas-17 ta’ Marzu 2017 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1813]

5

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 50/2017 tas-17 ta’ Marzu 2017 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1814]

13

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 51/2017 tas-17 ta' Marzu 2017 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1815]

15

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 52/2017 tas-17 ta’ Marzu 2017 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1816]

17

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 53/2017 tas-17 ta’ Marzu 2017 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1817]

18

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 54/2017 tas-17 ta’ Marzu 2017 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1818]

19

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 55/2017 tas-17 ta’ Marzu 2017 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1819]

21

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 56/2017 tas-17 ta’ Marzu 2017 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1820]

23

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 57/2017 tas-17 ta’ Marzu 2017 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1821]

24

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 58/2017 tas-17 ta' Marzu 2017 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1822]

25

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 59/2017 tas-17 ta' Marzu 2017 li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1823]

26

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 60/2017 tas-17 ta’ Marzu 2017 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2018/1824]

27

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 61/2017 tas-17 ta’ Marzu 2017 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2018/1825]

28

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 62/2017 tas-17 ta’ Marzu 2017 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2018/1826]

29

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 63/2017 tas-17 ta' Marzu 2017 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2018/1827]

30

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 64/2017 tas-17 ta' Marzu 2017 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2018/1828]

31

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 65/2017 tas-17 ta’ Marzu 2017 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2018/1829]

32

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 66/2017 tas-17 ta’ Marzu 2017 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE [2018/1830]

33

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 67/2017 tas-17 ta’ Marzu 2017 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE [2018/1831]

34

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

29.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 305/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 46/2017

tas-17 ta’ Marzu 2017

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2018/1810]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1917 tas-27 ta’ Ottubru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fejn jidħlu l-listi ta’ postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera u tal-unitajiet veterinarji fi Traces (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(3)

Għalhekk, l-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 39 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE) fil-Parti 1.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“—

32016 D 1917: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/1917 tas-27 ta’ Ottubru 2016 (ĠU L 296, 1.11.2016, p. 17).”

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1917 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Marzu 2017, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2017.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 296, 1.11.2016, p. 17.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


29.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 305/3


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 47/2017

tas-17 ta’ Marzu 2017

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2018/1811]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1898 tas-26 ta’ Ottubru 2016 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/764/UE dwar miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċertu Stati Membri (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar annimali ħajjin apparti ħut u annimali tal-akkwakultura u prodotti tal-annimali bħall-ova, l-embriji u s-semen. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna dawn il-kwistjonijiet ma tapplikax għall-Iżlanda, kif speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għall-Iżlanda.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(4)

Għalhekk, l-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Taħt l-intestatura “L-ATTI LI L-ISTATI TAL-EFTA U L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA GĦANDHOM IQISU KIF DOVUT”, jiddaħħal dan li ġej fil-punt 48 (id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni 2013/764/UE) fil-Parti 3.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“, hekk kif emendat minn:

32016 D 1898: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/1898 tas-26 ta’ Ottubru 2016 (ĠU L 293, 28.10.2016, p. 39).

Dan l-att ma japplikax għall-Iżlanda.”

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1898 bin-Norveġiż, li għandu jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Marzu 2017, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2017.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 293, 28.10.2016, p. 39.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


29.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 305/4


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 48/2017

tas-17 ta’ Marzu 2017

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2018/1812]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1964 tad-9 ta’ Novembru 2016 dwar l-awtorizzazzjonijiet ta’ preparat tad-dolomit-manjeżit għall-baqar tal-ħalib u għal ruminanti oħrajn għall-produzzjoni tal-prodotti tal-ħalib, għall-ħnienes tal-fatma u għall-ħnieżer għat-tismin u ta’ preparat tal-montmorillonit-illit għall-ispeċijiet kollha tal-annimali bħala addittivi tal-għalf (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-għalf ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali fl-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(3)

Għalhekk, l-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt segwenti jiddaħħal wara l-punt 176 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1833) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“177.

32016 R 1964 : Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1964 tad-9 ta’ Novembru 2016 dwar l-awtorizzazzjonijiet ta’ preparat tad-dolomit-manjeżit għall-baqar tal-ħalib u għal ruminanti oħrajn għall-produzzjoni tal-prodotti tal-ħalib, għall-ħnienes tal-fatma u għall-ħnieżer għat-tismin u ta’ preparat tal-montmorillonit-illit għall-ispeċijiet kollha tal-annimali bħala addittivi tal-għalf (ĠU L 303, 10.11.2016, p. 7).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1964 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Marzu 2017, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2017.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 303, 10.11.2016, p. 7.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


29.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 305/5


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 49/2017

tas-17 ta’ Marzu 2017

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1813]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) NRU 889/2008 tal-5 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 967/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 1235/2008 tat-8 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1254/2008 tal-15 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 537/2009 tad-19 ta’ Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008, f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom ċerti prodotti agrikoli miksubin minn produzzjoni organika jeħtiġilhom joriġinaw biex ikunu kkummerċjalizzati fil-Komunità (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(7)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 710/2009 tal-5 ta’ Awwissu 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007, f’dak li għandu x’jaqsam mal-iffissar ta’ regoli ddettaljati dwar il-produzzjoni organika tal-annimali tal-akkwakultura u tal-alka tal-baħar (7) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(8)

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 271/2010 tal-24 ta’ Marzu 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007, f’dak li għandu x’jaqsam mal-logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea (8) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(9)

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 471/2010 tal-31 ta’ Mejju 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008, f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom jeħtieġ li joriġinaw ċerti prodotti agrikoli miksubin mill-produzzjoni organika biex ikunu jistgħu jitqiegħdu fis-suq fl-Unjoni (9) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(10)

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 344/2011 tat-8 ta’ April 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (10) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(11)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 426/2011 tat-2 ta’ Mejju 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (11) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(12)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 590/2011 tal-20 ta’ Ġunju 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (12) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(13)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 1084/2011 tas-27 ta’ Ottubru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (13) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(14)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 1267/2011 tas-6 ta’ Diċembru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (14) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(15)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 126/2012 tal-14 ta’ Frar 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 fir-rigward ta’ evidenza dokumentata u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 rigward l-arranġamenti għall-importazzjoni ta’ prodotti organiċi mill-Istati Uniti tal-Amerika (15) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(16)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 203/2012 tat-8 ta’ Marzu 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ regoli dettaljati dwar l-inbid organiku (16) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(17)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 505/2012 tal-14 ta’ Ġunju 2012 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (17) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(18)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 508/2012 tal-20 ta’ Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (18) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(19)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 751/2012 tas-16 ta’ Awissu 2012 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (19) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(20)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 125/2013 tat-13 ta’ Frar 2013 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (20) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(21)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 392/2013 tad-29 ta’ April 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 fir-rigward ta’ listi ta’ stabbilimenti tal-ikel approvati (21) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(22)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 567/2013 tat-18 ta’ Ġunju 2013 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (22) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(23)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 586/2013 tal-20 ta’ Ġunju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi u li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1235/2008 rigward id-data tas-sottomissjoni tar-rapport annwali (23) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(24)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1030/2013 tal-24 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (24) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(25)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1364/2013 tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 fir-rigward ta’ użu ta’ ħut li għadu qiegħed jikber tal-akkwakultura mhux organiku u żerriegħa tal-frott tal-baħar bil-qoxra bivalvi li mhumiex organiċi fl-akkwakultura organika (25) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(26)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 354/2014 tat-8 ta’ April 2014 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (26) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(27)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 355/2014 tat-8 ta’ April 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (27) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(28)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 442/2014 tat-30 ta’ April 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 f’dak li jirrigwarda l-inklużjoni fil-lista ta’ pajjiżi terzi rikonoxxuti għall-iskop ta’ ekwivalenza fir-rigward tal-importazzjoni ta’ prodotti organiċi (28) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(29)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 644/2014 tas-16 ta’ Ġunju 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (29) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(30)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 829/2014 tat-30 ta’ Lulju 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (30) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(31)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 836/2014 tal-31 ta’ Lulju 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (31) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(32)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1287/2014 tat-28 ta’ Novembru 2014 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (32), kif emendat mill-ĠU L 28, 4.2.2015, p. 48, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(33)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1358/2014 tat-18 ta’ Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 fir-rigward tal-oriġini tal-annimali tal-akkwakultura organika, il-prattiki tat-trobbija tal-akkwakultura, l-għalf għall-annimali tal-akkwakultura organika u l-prodotti u s-sustanzi permessi għall-użu fl-akkwakultura organika (33) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(34)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/131 tat-23 ta’ Jannar 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (34) kif ikkoreġut mill-ĠU L 241, 17.9.2015, p. 51, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(35)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/931 tas-17 ta’ Ġunju 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (35) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(36)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1980 tal-4 ta’ Novembru 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (36) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(37)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2345 tal-15 ta’ Diċembru 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (37) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(38)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/459 tat-18 ta’ Marzu 2016 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (38) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(39)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/673 tad-29 ta’ April 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (39) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(40)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/910 tad-9 ta’ Ġunju 2016 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (40) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(41)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1330 tat-2 ta’ Awissu 2016 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (41) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(42)

Ir-Regolament (KE) Nru 889/2008 iħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 207/93 (42), (KE) Nru 223/2003 (43) u (KE) Nru 1452/2003 (44), li huma inkorporati fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandhom jitħassru skont il-Ftehim ŻEE.

(43)

Ir-Regolament (UE) Nru 1235/2008 iħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 345/2008 (45), li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(44)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1788/2001 (46), li hu integrat fil-Ftehim ŻEE, ġie rrevokat fl-UE u għaldaqstant għandu jiġi rrevokat ukoll skont il-Ftehim ŻEE.

(45)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni marbuta mal-prodotti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. B’hekk, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(46)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif speċifikat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 834/2007, (KE) Nru 889/2008, (KE) Nru 967/2008, (KE) Nru 1235/2008, (KE) Nru 1254/2008, (KE) Nru 537/2009, (KE) Nru 710/2009, (UE) Nru 271/2010, u (UE) Nru 471/2010, u r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 344/2011, (UE) Nru 426/2011, (UE) Nru 590/2011, (UE) Nru 1084/2011, (UE) Nru 1267/2011, (UE) Nru 126/2012, (UE) Nru 203/2012, (UE) Nru 505/2012, (UE) Nru 508/2012, (UE) Nru 751/2012, (UE) Nru 125/2013, (UE) Nru 392/2013, (UE) Nru 567/2013, (UE) Nru 586/2013, (UE) Nru 1030/2013, (UE) Nru 1364/2013, (UE) Nru 354/2014, (UE) Nru 355/2014, (UE) Nru 442/2014, (UE) Nru 644/2014, (UE) Nru 829/2014, (UE) Nru 836/2014, (UE) Nru 1287/2014, (UE) Nru 1358/2014, (UE) 2015/131, (UE) 2015/931, (UE) 2015/1980, (UE) 2015/2345, (UE) 2016/459, (UE) 2016/673, (UE) 2016/910 u (UE) 2016/1330 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Marzu 2017, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2017.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 264, 3.10.2008, p. 1.

(4)  ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25.

(5)  ĠU L 337, 16.12.2008, p. 80.

(6)  ĠU L 159, 20.6.2009, p. 6.

(7)  ĠU L 204, 6.8.2009, p. 15.

(8)  ĠU L 84, 31.3.2010, p. 19.

(9)  ĠU L 134, 1.6.2010, p. 1.

(10)  ĠU L 96, 9.4.2011, p. 15.

(11)  ĠU L 113, 3.5.2011, p. 1.

(12)  ĠU L 161, 21.6.2011, p. 9.

(13)  ĠU L 281, 28.10.2011, p. 3.

(14)  ĠU L 324, 7.12.2011, p. 9.

(15)  ĠU L 41, 15.2.2012, p. 5.

(16)  ĠU L 71, 9.3.2012, p. 42.

(17)  ĠU L 154, 15.6.2012, p. 12.

(18)  ĠU L 162, 21.6.2012, p. 1.

(19)  ĠU L 222, 18.8.2012, p. 5.

(20)  ĠU L 43, 14.2.2013, p. 1.

(21)  ĠU L 118, 30.4.2013, p. 5.

(22)  ĠU L 167, 19.6.2013, p. 30.

(23)  ĠU L 169, 21.6.2013, p. 51.

(24)  ĠU L 283, 25.10.2013, p. 15.

(25)  ĠU L 343, 19.12.2013, p. 29.

(26)  ĠU L 106, 9.4.2014, p. 7.

(27)  ĠU L 106, 9.4.2014, p. 15.

(28)  ĠU L 130, 1.5.2014, p. 39.

(29)  ĠU L 177, 17.6.2014, p. 42.

(30)  ĠU L 228, 31.7.2014, p. 9.

(31)  ĠU L 230, 1.8.2014, p. 10.

(32)  ĠU L 348, 4.12.2014, p. 1.

(33)  ĠU L 365, 19.12.2014, p. 97.

(34)  ĠU L 23, 29.1.2015, p. 1.

(35)  ĠU L 151, 18.6.2015, p. 1.

(36)  ĠU L 289, 5.11.2015, p. 6.

(37)  ĠU L 330, 16.12.2015, p. 29.

(38)  ĠU L 80, 31.3.2016, p. 14.

(39)  ĠU L 116, 30.4.2016, p. 8.

(40)  ĠU L 153, 10.6.2016, p. 23.

(41)  ĠU L 210, 4.8.2016, p. 43.

(42)  ĠU L 25, 2.2.1993, p. 5.

(43)  ĠU L 31, 6.2.2003, p. 3.

(44)  ĠU L 206, 15.8.2003, p. 17.

(45)  ĠU L 108, 18.4.2008, p. 8.

(46)  ĠU L 243, 13.9.2001, p. 3.

(*1)  [Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.]


ANNESS

Il-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punt 54b (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2092/91) jiġi sostitwit b’dan li ġej:

32007 R 0834: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1), huwa emendat bi:

32008 R 0967: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 967/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 (ĠU L 264, 3.10.2005, p. 1).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej:

Fl-Anness, dan li ġej jiġi miżjud:

‘IS: lífrænt.

NO: økologisk.’”

2.

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 54b (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 834/2007):

“54ba.

32008 R 0889: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) NRU 889/2008 tal-5 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1), kif emendat bi:

32008 R 1254: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1254/2008 tal-15 ta’ Diċembru 2008 (ĠU L 337, 16.12.2008, p. 80),

32009 R 0710: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 710/2009 tal-5 ta’ Awwissu 2009 (ĠU L 204, 6.8.2001, p. 15),

32010 R 0271: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 271/2010 tal-24 ta’ Marzu 2010 (ĠU L 84, 31.3.2010, p. 19),

32011 R 0344: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 344/2011 tat-8 ta’ April 2011 (ĠU L 96, 9.4.2011, p. 15),

32011 R 0426: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 426/2011 tat-2 ta’ Mejju 2011 (ĠU L 113, 3.5.2011, p. 1),

32012 R 0126: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 126/2012 tal-14 ta’ Frar 2012 (ĠU L 41, 15.2.2012, p. 5),

32012 R 0203: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 203/2012 tat-8 ta’ Marzu 2012 (ĠU L 71, 9.3.2012, p. 42),

32012 R 0505: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 505/2012 tal-14 ta’ Ġunju 2012 (ĠU L 154, 15.6.2012, p. 12),

32013 R 0392: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 392/2013 tad-29 ta’ April 2013 (ĠU L 118, 30.4.2013, p. 5),

32013 R 1030: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1030/2013 tal-24 ta’ Ottubru 2013 (ĠU L 283, 25.10.2013, p. 15),

32013 R 1364: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1364/2013 tas-17 ta’ Diċembru 2013 (ĠU L 343, 19.12.2013, p. 29),

32014 R 0354: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 354/2014 tat-8 ta’ April 2014 (ĠU L 106, 9.4.2014, p. 7),

32014 R 0836: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 836/2014 tal-31 ta’ Lulju 2014 (ĠU L 230, 1.8.2014, p. 10),

32014 R 1358: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1358/2014 tat-18 ta’ Diċembru 2014 (ĠU L 365, 19.12.2014, p. 97),

32016 R 0673: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/673 tad-29 ta’ April 2016 (ĠU L 116, 30.4.2016, p. 8).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej:

(a)

Fl-Artikolu 95(9), il-kliem, ‘qabel l-1 ta’ Lulju 2010’ għandu jiġi sostitwit bil-kliem ‘qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 49/2017 tas-17 ta’ Marzu 2017’.

(b)

Fl-Anness XIIb, għandu jiżdied dan li ġej:

‘—

Bl-Iżlandiż: Dýraafurðir sem eru framleiddar án notkunar á sýklalyfjum.

Bin-Norveġiż: Animalske produkter som er produsert uten bruk av antibiotika.’

54bb.

32008 R 1235: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25), kif emendat bi:

32009 R 0537: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 537/2009 tad-19 ta’ Ġunju 2009 (ĠU L 159, 20.6.2001, p. 6),

32010 R 0471: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 471/2010 tal-31 ta’ Mejju 2010 (ĠU L 134, 1.6.2010, p. 1),

32011 R 0590: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 590/2011 tal-20 ta’ Ġunju 2011 (ĠU L 161, 21.6.2011, p. 9),

32011 R 1084: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1084/2011 tas-27 ta’ Ottubru 2011 (ĠU L 281, 28.10.2011, p. 3).

32011 R 1267: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1267/2011 tas-6 ta’ Diċembru 2011 (ĠU L 324, 7.12.2011, p. 9),

32012 R 0126: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 126/2012 tal-14 ta’ Frar 2012 (ĠU L 41, 15.2.2012, p. 5),

32012 R 0508: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 508/2012 tal-20 ta’ Ġunju 2012 (ĠU L 162, 21.6.2012, p. 1),

32012 R 0751: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 751/2012 tas-16 ta’ Awwissu 2012 (ĠU L 222, 18.8.2012, p. 5),

32013 R 0125: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 125/2013 tat-13 ta’ Frar 2013 (ĠU L 43, 14.2.2013, p. 1).

32013 R 0567: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 567/2013 tat-18 ta’ Ġunju 2013 (ĠU L 167, 19.6.2013, p. 30),

32013 R 0586: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 586/2013 tal-20 ta’ Ġunju 2013 (ĠU L 169, 21.6.2013, p. 51),

32014 R 0355: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 355/2014 tat-8 ta’ April 2014 (ĠU L 106, 9.4.2014, p. 15),

32014 R 0442: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 442/2014 tat-30 ta’ April 2014 (ĠU L 130, 1.5.2014, p. 39),

32014 R 0644: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 644/2014 tas-16 ta’ Ġunju 2014 (ĠU L 177, 17.6.2014, p. 42),

32014 R 0829: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 829/2014 tat-30 ta’ Lulju 2014 (ĠU L 228, 31.7.2014, p. 9),

32014 R 1287: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1287/2014 tat-28 ta’ Novembru 2014 (ĠU L 348, 4.12.2014, p. 1),

32015 R 0131: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/131 tat-23 ta’ Jannar 2015 (ĠU L 23, 29.1.2015, p. 1),

32015 R 0931: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/931 tas-17 ta’ Ġunju 2015 (ĠU L 151, 18.6.2015, p. 1),

32015 R 1980: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1980 tal-4 ta’ Novembru 2015 (ĠU L 289, 5.11.2015, p. 6),

32015 R 2345: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2345 tal-15 ta’ Diċembru 2015 (ĠU L 330, 16.12.2015, p. 29),

32016 R 0459: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/459 tat-18 ta’ Marzu 2016 (ĠU L 80, 31.3.2016, p. 14),

32016 R 0910: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/910 tad-9 ta’ Ġunju 2016 (ĠU L 153, 10.6.2016, p. 23),

32016 R 1330: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1330 tat-2 ta’ Awissu 2016 (ĠU L 210, 4.8.2016, p. 43).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

Fl-Artikolu 16(2) għandu jiżdied dan li ġej:

‘Il-Kummissjoni tista’ titlob Stat tal-EFTA li jaġixxi bħala korapporteur. L-Istat tal-EFTA kkonċernat jista’ jaċċetta dan il-kompitu fid-diskrezzjoni tiegħu stess.’”

3.

It-testi tal-punti 54e (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 207/93), 1788/2001), 54zzf (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1788/2001), 54zzg (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 223/2003), 54zzq (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1452/2003) u 54zzzx (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 345/2008) huma mħassra:


29.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 305/13


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 50/2017

tas-17 ta’ Marzu 2017

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1814]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1785 tas-7 ta’ Ottubru 2016 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi tar-residwu għaċ-ċimoksanil, għall-imluħ tal-fosfan u tal-fosfur u għall-5-nitrogwajakolat tas-sodju, għall-o-nitrofenolat tas-sodju u għall-p-nitrofenolat tas-sodju f’ċerti prodotti jew fuqhom (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward l-għalf u l-prodotti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-għalf u l-prodotti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I u fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(3)

Għalhekk, l-Annessi I u II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 40 (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“—

32016 D 1785: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1785 tas-7 ta’ Ottubru 2016 (ĠU L 273, 8.10.2016, p. 10).”

Artikolu 2

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 54zzy (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32016 R 1785: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1785 tas-7 ta’ Ottubru 2016 (ĠU L 273, 8.10.2016, p. 10).”

Artikolu 3

It-test tar-Regolament (UE) 2016/1785 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Marzu 2017, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2017.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 273, 8.10.2016, p. 10.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


29.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 305/15


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 51/2017

tas-17 ta' Marzu 2017

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1815]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1822 tat-13 ta' Ottubru 2016 li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti massimi ta' residwi għall-aklonifen, għad-deltametrin, għall-fluważinam, għall-metomil, għas-sulkotrijon u għat-tijodikarb f'ċerti prodotti jew fuqhom (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1866 tas-17 ta' Ottubru 2016 li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti massimi ta' residwi għal 3-deċen-2-on, aċibenżolar-S-metil u eżaklorobenżen f'ċerti prodotti jew fuqhom (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward l-għalf u l-prodotti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-għalf u l-prodotti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I u fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(4)

Għalhekk, l-Annessi I u II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu mal-punt 40 (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“—

32016 R 1822: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1822 tat-13 ta' Ottubru 2016 (ĠU L 281, 18.10.2016, p. 1),

32016 R 1866: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1866 tas-17 ta' Ottubru 2016 (ĠU L 286, 21.10.2016, p. 4),”

Artikolu 2

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu mal-punt 54zzy (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32016 R 1822: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1822 tat-13 ta' Ottubru 2016 (ĠU L 281, 18.10.2016, p. 1),

32016 R 1866: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1866 tas-17 ta' Ottubru 2016 (ĠU L 286, 21.10.2016, p. 4).”

Artikolu 3

It-testi tar-Regolamenti (UE) 2016/1822 u (UE) 2016/1866 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Marzu 2017, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Marzu 2017.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 281, 18.10.2016, p. 1.

(2)  ĠU L 286, 21.10.2016, p. 4.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


29.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 305/17


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 52/2017

tas-17 ta’ Marzu 2017

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1816]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/1834 tas-17 ta’ Ottubru 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 37/2010 f’dak li għandu x’jaqsam mas-sustanza “monepantil” (1) għandu jiddaħħal fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiġi miżjud fil-punt 13 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010) tal-Kapitolu XIII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32016 R 1834: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1834 tas17 ta’ Ottubru 2016 (ĠU L 280, 18.10.2016, p. 22).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1834 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkunu awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Marzu 2017, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2017.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 280, 18.10.2016, p. 22.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


29.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 305/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 53/2017

tas-17 ta’ Marzu 2017

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1817]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1936 tal-4 ta’ Novembru 2016 li japprova l-ossidu tal-kalċju (ġir maħruq) bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 2 u 3 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiżdied wara l-punt 12zzzzg (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1950) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“12zzzzh.

32016 R 1936: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/1936 tal-4 ta’ Novembru 2016 li japprova l-ossidu tal-kalċju (ġir maħruq) bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 2 u 3 (ĠU L 299, 5.11.2016, p. 48).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1936 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkunu awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Marzu 2017, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2017.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 299, 5.11.2016, p. 48.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


29.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 305/19


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 54/2017

tas-17 ta’ Marzu 2017

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1818]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2288 tas-16 ta’ Diċembru 2016 li japprova l-butossidu tal-piperonil bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 18 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2289 tas-16 ta’ Diċembru 2016 li japprova l-epsilon-momfluworotrina, bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 18 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2290 tas-16 ta’ Diċembru 2016 li japprova l-aċidu peraċetiku bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 11 u 12 (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2291 tas-16 ta’ Diċembru 2016 li japprova L(+) Aċidu lattiku, bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 1 (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 12zzzzh (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1936) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“12zzzzi.

32016 R 2288: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2288 tas-16 ta’ Diċembru 2016 li japprova l-butossidu tal-piperonil bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 18 (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 65).

12zzzzj.

32016 R 2289: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2289 tas-16 ta’ Diċembru 2016 li japprova l-epsilon-momfluworotrina bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 18 (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 68).

12zzzzk.

32016 R 2290: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2290 tas-16 ta’ Diċembru 2016 li japprova l-aċidu peraċetiku bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 11 u 12 (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 71).

12zzzzl.

32016 R 2291: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2291 tas-16 ta’ Diċembru 2016 li japprova L(+) Aċidu lattiku bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 1 (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 74).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/2288, (UE) 2016/2289, (UE) 2016/2290 u (UE) 2016/2291 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Marzu 2017, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2017.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 344, 17.12.2016, p. 65.

(2)  ĠU L 344, 17.12.2016, p. 68.

(3)  ĠU L 344, 17.12.2016, p. 71.

(4)  ĠU L 344, 17.12.2016, p. 74.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


29.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 305/21


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 55/2017

tas-17 ta’ Marzu 2017

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1819]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/950 tal-15 ta’ Ġunju 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi 2,4-DB, beta-cyfluthrin, carfentrazone ethyl, Coniothyrium minitans ir-Razza CON/M/91-08 (DSM 9660), cyazofamid, deltamethrin, dimethenamid-P, ethofumesate, fenamidone, flufenacet, flurtamone, foramsulfuron, fosthiazate, imazamox, iodosulfuron, iprodione, isoxaflutole, linuron, maleic hydrazide, mesotrione, oxasulfuron, pendimethalin, picoxystrobin, silthiofam u trifloxystrobin (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/952 tal-15 ta’ Ġunju 2016 li japprova s-sustanza attiva b’riskju baxx Saccharomyces cerevisiae tar-razza LAS02, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1424 tal-25 ta’ Awwissu 2016 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva tifensulfuron-metil skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/1429 tas-26 ta’ Awissu 2016 li japprova s-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens tar-razza MBI 600, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XV tal-Anness II għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiżi li ġejjin jiġu miżjuda mal-punt 13a (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011):

“—

32016 R 0950: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/950 tal-15 ta’ Ġunju 2016 (ĠU L 159, 16.6.2016, p. 3),

32016 R 0952: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/952 tal-15 ta’ Ġunju 2016 (ĠU L 159, 16.6.2016, p. 10),

32016 R 1424: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/1424 tal-25 ta’ Awissu 2016 (ĠU L 231, 26.8.2016, p. 25),

32016 R 1429: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/1429 tas-26 ta’ Awissu 2016 (ĠU L 232, 27.8.2016, p. 1).”

2.

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 13zzzzzzn (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1426):

“13zzzzzzo.

32016 R 0952: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/952 tal-15 ta’ Ġunju 2016 li japprova s-sustanza attiva b’riskju baxx Saccharomyces cerevisiae tar-razza LAS02, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 159, 16.6.2016, p. 10).

13zzzzzzp.

32016 R 1424: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1424 tal-25 ta’ Awwissu 2016 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva tifensulfuron-metil, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 231, 26.8.2016, p. 25).

13zzzzzzq.

32016 R 1429: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/1429 tas-26 ta’ Awissu 2016 li japprova s-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens tar-razza MBI 600, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 232, 27.8.2013, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/950, (UE) 2016/952, (UE) 2016/1424 u (UE) 2016/1429 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Marzu 2017, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2017.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 159, 16.6.2016, p. 3.

(2)  ĠU L 159, 16.6.2016, p. 10.

(3)  ĠU L 231, 26.8.2016, p. 25.

(4)  ĠU L 232, 27.8.2016, p. 1.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


29.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 305/23


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 56/2017

tas-17 ta’ Marzu 2017

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1820]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1978 tal-11 ta’ Novembru 2016 li japprova s-sustanza bażika żejta tal-ġirasol f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XV tal-Anness II għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 13a (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011):

“—

32016 R 1978: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1978 tal-11 ta’ Novembru 2016 (ĠU L 305, 12.11.2016, p. 23).”

2.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 13zzzzzzq (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1429):

“13zzzzzzr.

32016 R 1978: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1978 tal-11 ta’ Novembru 2016 li japprova s-sustanza bażika żejt tal-ġirasol skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 305, 12.11.2016, p. 23).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1978 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkunu awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Marzu 2017, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2017.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 305, 12.11.2016, p. 23.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


29.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 305/24


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 57/2017

tas-17 ta’ Marzu 2017

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1821]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/635 tat-22 ta’ April 2016 li jemenda l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2870/2000 rigward ċerti metodi ta’ referenza għall-analiżi tal-ispirti (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar ix-xorb spirituż. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna x-xorb spirituż ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli hija estiża għal-Liechtenstein, kif inhu speċifikat fl-introduzzjoni għall-Kapitolu XXVII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(3)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiġi miżjud fil-punt 8 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2870/2000) tal-Kapitolu XXVII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32016 R 0635: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/635 tat-22 ta’ April 2016 (ĠU L 108, 23.4.2016, p. 1).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/635 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkunu awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Marzu 2017, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2017.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 108, 23.4.2016, p. 1.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


29.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 305/25


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 58/2017

tas-17 ta' Marzu 2017

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1822]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1 tat-3 ta' Jannar 2017 dwar il-proċeduri ta' identifikazzjoni tal-inġenji tal-ilma skont id-Direttiva 2013/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni u l-inġenji tal-ilma personali (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 2 (id-Direttiva 2013/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XXXI tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“3.

32017 R 0001: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1 tat-3 ta' Jannar 2017 dwar il-proċeduri ta' identifikazzjoni tal-inġenji tal-ilma skont id-Direttiva 2013/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni u l-inġenji tal-ilma personali (ĠU L 1, 4.1.2017, p. 1).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkunu awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-18 ta' Marzu 2017, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Marzu 2017.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 1, 4,1.2017, p 1.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


29.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 305/26


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 59/2017

tas-17 ta' Marzu 2017

li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1823]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2013/37/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li temenda d-Direttiva 2003/98/KE dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XI tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 5k (id-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness XI tal-Ftehim ŻEE:

“, kif emendat bi:

32013 L 0037: Id-Direttiva 2013/37/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 (ĠU L 175, 27.6.2013, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2013/37/UE bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-18 ta' Marzu 2017, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Marzu 2017.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 175, 27.6.2013, p. 1.

(*1)  Hemm indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


29.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 305/27


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 60/2017

tas-17 ta’ Marzu 2017

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2018/1824]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2016/2309 tas-16 ta’ Diċembru 2016 li tadatta għar-raba’ darba l-Annessi tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi skont il-progress xjentifiku u tekniku (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 13c (id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:

“—

32016 L 2309: Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2016/2309 tas-16 ta’ Diċembru 2016 (ĠU L 345, 20.12.2016, p. 48).”

Artikolu 2

It-test tad-Direttiva (UE) 2016/2309 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Marzu 2017, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2017.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 345, 20.12.2016, p. 48.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


29.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 305/28


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 61/2017

tas-17 ta’ Marzu 2017

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2018/1825]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1945 tal-14 ta’ Ottubru 2016 dwar l-ekwivalenzi bejn kategoriji ta’ liċenzji tas-sewqan (1) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni (UE) 2016/1945 tirrevoka id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/209/UE (2), li hi inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandha tiġi revokata taħt il-Ftehim ŻEE.

(3)

Għalhekk, l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test tal-punt 24fb (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/209/KE) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE qed jiġi mibdul b’dan li ġej:

32016 D 1945: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1945 tal-14 ta’ Ottubru 2016 dwar l-ekwivalenzi bejn kategoriji ta’ liċenzji tas-sewqan (ĠU L 302, 9.11.2016, p. 62).”

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni (UE) 2016/1945 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġu ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Marzu 2017, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2017.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 302, 9.11.2016, p. 62.

(2)  ĠU L 120, 23.4.2014, p. 1.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


29.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 305/29


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 62/2017

tas-17 ta’ Marzu 2017

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2018/1826]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Lista ta’ pajjiżi terzi rikonoxxuti fir-rigward tas-sistemi għat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara għall-finijiet tad-Direttiva 2008/106/KE (Is-sitwazzjoni fl-1 ta’ Awwissu 2015) (2015/C 261/04) (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 56js (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/935/UE) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:

“56jt.

52015XC0808(02): Lista ta’ pajjiżi terzi rikonoxxuti fir-rigward tas-sistemi għat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara għall-finijiet tad-Direttiva 2008/106/KE (Is-sitwazzjoni fl-1 ta’ Awwissu 2015) (2015/C 261/04) (ĠU C 261, 8.8.2015, p. 25).”

Artikolu 2

It-test tal-Lista 2015/C 261/04 61/04 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Marzu 2017, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2017.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU C 261, 8.8.2015, p. 25.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


29.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 305/30


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 63/2017

tas-17 ta' Marzu 2017

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2018/1827]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/2096 tat-30 ta' Novembru 2016 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1254/2009 rigward ċerti kriterji li jippermettu lill-Istati Membri jidderogaw mill-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u jadottaw miżuri alternattivi tas-sigurtà (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiżdied fil-punt 66hd (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1254/2009) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:

“, kif emendat bi:

32016 R 2096: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/2096 tat-30 ta' Novembru 2016 (ĠU L 326, 1.12.2016, p. 7).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) Nru 2016/2096 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-18 ta' Marzu 2017, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Marzu 2017.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 326, 1.12.2016, p. 7.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


29.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 305/31


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 64/2017

tas-17 ta' Marzu 2017

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2018/1828]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2120 tat-2 ta' Diċembru 2016 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1033/2006 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1) (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 66wc (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1033/2006) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:

“—

32016 R 2120: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2120 tat-2 ta' Diċembru 2016 (ĠU L 329, 3.12.2016, p. 70).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2120 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkunu awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-18 ta' Marzu 2017, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Marzu 2017.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 329, 3.12.2016, p. 70.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


29.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 305/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 65/2017

tas-17 ta’ Marzu 2017

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2018/1829]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2345 tal-14 ta’ Diċembru 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 262/2009 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1079/2012 fir-rigward tar-referenzi għad-dispożizzjonijiet tal-ICAO (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XIII mal-Ftehim taż-ŻEE għandu jkun emendat kif ġej:

1.

L-inċiż segwenti jiżdied fil-punt 66we (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1079/2012):

“—

32016 R 2345: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/2345 tal-14 ta’ Diċembru 2016 (ĠU L 348, 21.12.2016, p. 11).”

2.

Dan li ġej jiżdied mal-punt 66wh (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 262/2009):

“kif emendat bi:

32016 R 2345: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/2345 tal-14 ta’ Diċembru 2016 (ĠU L 348, 21.12.2016, p. 11).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/2345 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkunu awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Marzu 2017, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2017.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 348, 21.12.2016, p. 11.

(*1)  Ma huma indikari l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


29.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 305/33


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 66/2017

tas-17 ta’ Marzu 2017

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE [2018/1830]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1872 tas-6 ta’ Ottubru 2016 li jistabbilixxi għall-2016 il-“Lista ta’ Prodcom” ta’ prodotti industrijali stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3924/91 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 4an (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/1711) tal-Anness XXI tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“4ao.

32016 R 1872: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1872 tas-6 ta’ Ottubru 2016 li jistabbilixxi għall-2016 il-‘Lista ta’ Prodcom’ ta’ prodotti industrijali stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3924/91 (ĠU L 290, 25.10.2016, p. 1).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) Nru 2016/1872 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ, fit-18 ta’ Marzu 2017, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2017.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 290, 25.10.2016, p. 1.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


29.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 305/34


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 67/2017

tas-17 ta’ Marzu 2017

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE [2018/1831]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2236 tat-12 ta’ Diċembru 2016 li jispeċifika l-karatteristiċi tekniċi tal-modulu ad hoc tal-2018 dwar ir-rikonċiljazzjoni bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-familja (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 18av (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/8) tal-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE:

“18aw.

32016 R 2236: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2236 tat-12 ta’ Diċembru 2016 li jispeċifika l-karatteristiċi tekniċi tal-modulu ad hoc tal-2018 dwar ir-rikonċiljazzjoni bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-familja (ĠU L 337, 13.12.2016, p. 6).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/2236 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkunu awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Marzu 2017, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2017.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 337, 13.12.2016, p. 6.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.