ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 294

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
21 ta' Novembru 2018


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1793 tal-20 ta' Novembru 2018 li japprova emenda fl-iskeda informattiva ta' indikazzjoni ġeografika ta' xarba spirituża rreġistrata fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008, li wasslet għall-modifika tal-ispeċifikazzjonijiet ewlenin tagħha [Ron de Guatemala (IĠ)]

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1794 tal-20 ta' Novembru 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/220 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta' informazzjoni tal-kontabbiltà dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta' azjendi agrikoli fl-Unjoni Ewropea

3

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1795 tal-20 ta' Novembru 2018 li jistabbilixxi l-proċedura u l-kriterji għall-applikazzjoni tat-test tal-bilanċ ekonomiku skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

5

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1796 tal-20 ta' Novembru 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi ammidosulfuron, bifenoks, klorpirifos, klorpirifos-metil, klofenteżina, dikamba, difenokonażol, diflubenżuron, diflufenikan, dimossistrobin, fenoksaprop-p, fenpropidina, lenasil, mankożeb, mekoprop-p, metiram, nikosulfuron, oksamil, pikloram, piraklostrobin, piriprossifen u tritosulfuron ( 1 )

15

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1797 tad-19 ta' Novembru 2018 li temenda u taġġorna d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340 li tistabbilixxi l-lista tal-proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO

18

 

 

REGOLI TA' PROĊEDURA

 

*

Emendi tad-Dispożizzjonijiet prattiċi għall-implementazzjoni tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali

23

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

21.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 294/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1793

tal-20 ta' Novembru 2018

li japprova emenda fl-iskeda informattiva ta' indikazzjoni ġeografika ta' xarba spirituża rreġistrata fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008, li wasslet għall-modifika tal-ispeċifikazzjonijiet ewlenin tagħha [“Ron de Guatemala” (IĠ)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(8) u l-Artikolu 21 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-“Asociación Nacional de Fabricantes de Alcoholes y Licores (ANFAL)” għall-approvazzjoni ta' emenda fl-iskeda informattiva tal-indikazzjoni ġeografika “Ron de Guatemala”, irreġistrata skont l-istess Regolament (KE) Nru 110/2008 (2).

(2)

Wara li ddeterminat li t-talba hija konformi mar-Regolament (KE) Nru 110/2008, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda skont l-Artikolu 17(6) tar-Regolament imsemmi, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3).

(3)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 17(7) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008, u għalhekk jenħtieġ li l-emenda tal-iskeda informattiva tiġi approvata skont l-Artikolu 17(8) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008.

(4)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għax-Xorb Spirituż,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda tal-iskeda informattiva ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li tikkonċerna d-denominazzjoni “Ron de Guatemala” (IĠ), hija b'dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Novembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 97/2014 tat-3 ta' Frar 2014 li jemenda l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi, ta' xorb spirituż (ĠU L 33, 4.2.2014, p. 1).

(3)  ĠU C 317, 23.9.2017, p. 6.


21.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 294/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1794

tal-20 ta' Novembru 2018

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/220 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta' informazzjoni tal-kontabbiltà dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta' azjendi agrikoli fl-Unjoni Ewropea

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta' informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta' azjendi agrikoli fl-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 5a(2) u l-Artikolu 19(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 12 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/220 (2) jistabbilixxi l-għadd totali ta' prospetti tal-biedja mimlijin kif suppost u ppreżentati għal kull Stat Membru li huma eliġibbli għall-pagament tal-miżata standard. L-Artikolu 19(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009 jipprevedi tnaqqis tal-miżata standard għal 80 % meta l-għadd totali ta' prospetti tal-biedja mimlijin kif suppost u ppreżentati fir-rigward ta' taqsima tal-FADN jew ta' Stat Membru jkun inqas minn 80 % tal-għadd ta' azjendi prospettanti stabbilit għal dik it-taqsima tal-FADN jew għall-Istat Membru kkonċernat. Sabiex ikun żgurat li dik id-dispożizzjoni tiġi applikata b'mod ġust, jenħtieġ li ma jkunx jista' jingħata kumpens għall-prospetti tal-biedja li ma jiġux ippreżentati fit-taqsima tal-FADN li għaliha l-Istat Membru jkun ippreżenta inqas minn 80 % tal-għadd ta' azjendi prospettanti stabbilit għal dik it-taqsima tal-FADN.

(2)

L-Artikolu 14(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/220 jistabbilixxi skadenza ta' xahrejn biex jiġu vvalidati l-prospetti tal-biedja ppreżentati b'rabta mal-eliġibbiltà potenzjali tagħhom għall-pagament tal-miżata standard miżjuda. Sabiex jiġi ċċarat iktar it-tul ta' żmien ta' dak il-perjodu, jenħtieġ li dan jingħata f'jiem tax-xogħol fl-Istat Membru kkonċernat. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha l-possibbiltà ttawwal dak il-perjodu f'każijiet eċċezzjonali gġustifikati kif xieraq.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/220 jiġi emendat kif xieraq.

(4)

Minħabba n-natura tal-emendi, huwa xieraq li dawn jibdew japplikaw mis-sena tal-kontabbiltà tal-2018.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għan-Network ta' Informazzjoni tal-Kontabilità Agrikola,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/220 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 12 jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Madankollu, il-prospetti tal-biedja minn taqsima tal-FADN b'għadd ikbar ta' prospetti tal-biedja ppreżentati minn dak stabbilit għal dik it-taqsima tal-FADN fl-Anness II ma għandhomx jitqiesu bħala eliġibbli għall-pagament tal-miżata standard fit-taqsima tal-FADN li għaliha l-Istat Membru jkun ippreżenta inqas minn 80 % tal-għadd ta' azjendi prospettanti meħtieġ.”;

(2)

l-Artikolu 14(4) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.   Meta l-Kummissjoni tkun ivverifikat l-informazzjoni tal-kontabbiltà skont il-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 ta' dan ir-Regolament u din l-informazzjoni titqies li hija kompluta kif dovut skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009 jew fil-mument tal-preżentazzjoni tagħha lill-Kummissjoni jew fi żmien 40 jum tax-xogħol mid-data li fiha l-Kummissjoni tkun għarrfet lill-Istat Membru li ppreżentaha li l-informazzjoni tal-kontabbiltà ppreżentata mhix kompluta kif dovut, maż-żieda tal-miżata standard skont il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 3 jistgħu jiżdiedu EUR 2 għas-sena tal-kontabbiltà 2018 u EUR 5 mis-sena tal-kontabbiltà 2019 'il quddiem.

F'każijiet eċċezzjonali gġustifikati kif xieraq, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li ttawwal dak il-perjodu għal 40 jum tax-xogħol.

Il-Kummissjoni u l-aġenzija ta' kollegament tal-Istat Membru kkonċernat għandhom jikkonfermaw bejniethom, bil-miktub, id-data ta' tmiem il-perjodu ta' 40 jum tax-xogħol, jew ta' kull titwil tiegħu.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mis-sena tal-kontabbiltà tal-2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Novembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 328, 15.12.2009, p. 27.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/220 tat-3 ta' Frar 2015 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta' informazzjoni tal-kontabbiltà dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta' azjendi agrikoli fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 46, 19.2.2015, p. 1).


21.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 294/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1795

tal-20 ta' Novembru 2018

li jistabbilixxi l-proċedura u l-kriterji għall-applikazzjoni tat-test tal-bilanċ ekonomiku skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2012/34/UE kif emendata bid-Direttiva (UE) 2016/2370 (2) fetħet is-suq għal servizzi ferrovjarji domestiċi tal-passiġġieri bl-għan li titlesta ż-żona ferrovjarja unika Ewropea. Dan jista' jkollu implikazzjonijiet fuq l-organizzazzjoni u l-finanzjament ta' servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri provduti taħt kuntratt ta' servizz pubbliku. L-Istati Membri, fil-leġiżlazzjoni tagħhom, jistgħu jintroduċu l-possibbiltà li jiċħdu l-aċċess għall-infrastruttura fejn il-bilanċ ekonomiku ta' dawn il-kuntratti ta' servizz pubbliku jiġi kompromess minn servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri ġodda b'aċċess miftuħ.

(2)

Min-naħa l-oħra, dawn is-servizzi, skont il-karatteristiċi speċifiċi tagħhom, bħall-karatteristiċi tal-kwalità, l-iskeda tal-ħinijiet, id-destinazzjonijiet li jinqdew u l-klijenti prospettivi mmirati, jistgħu ma jkunux f'kompetizzjoni diretta mas-servizzi pubbliċi, u għaldaqstant jikkawżaw biss impatt limitat fuq il-bilanċ ekonomiku ta' kuntratt ta' servizz pubbliku. Barra minn dan, jista' jkun hemm effetti pożittivi fuq in-netwerk għall-operaturi ta' servizz pubbliku, benefiċċji netti għall-passiġġieri jew benefiċċji soċjali usa' li jenħtieġ li jitqiesu.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu bbilanċjati l-interessi leġittimi tal-operaturi li jwettqu kuntratt ta' servizz pubbliku u tal-awtoritajiet kompetenti, minn naħa waħda, mal-objettivi ġenerali tat-tlestija taż-żona ferrovjarja unika Ewropea u tal-kisba tal-benefiċċji soċjali usa' tagħha, min-naħa l-oħra. It-test tal-bilanċ ekonomiku jenħtieġ li jikseb bilanċ bejn dawk l-interessi konkorrenti.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistabbilixxi li, bħala kumpens għat-twettiq ta' obbligi ta' servizz pubbliku fil-forniment ta' servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri, l-operaturi jistgħu jingħataw kumpens finanzjarju jew drittijiet esklussivi, jew it-tnejn li huma. Madankollu, jenħtieġ li l-għoti ta' drittijiet esklussivi lill-operaturi ferrovjarji ma jirriżultax fl-esklużjoni tal-passiġġieri domestiċi mis-swieq ferrovjarji.

(5)

Dawn id-drittijiet esklussivi jenħtieġ li ma jipprekludux id-dritt tal-aċċess ta' impriżi ferrovjarji oħra, sakemm it-test tal-bilanċ ekonomiku ma jurix li, filwaqt li jitqies il-valur tad-drittijiet esklussivi, is-servizz ferrovjarju tal-passiġġieri l-ġdid ikollu impatt negattiv sostanzjali fuq il-profitabbiltà tas-servizzi mħaddma taħt il-kuntratt ta' servizz pubbliku jew il-kost nett tal-forniment tagħhom għall-awtorità kompetenti, jew it-tnejn li huma, skont l-arranġamenti tal-kondiviżjoni tar-riskji stipulati fil-kuntratt ta' servizz pubbliku.

(6)

Jenħtieġ li test tal-bilanċ ekonomiku jintalab biss fir-rigward ta' servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri li ma jiġux provduti taħt kuntratt ta' servizz pubbliku u li jkunu jew kompletament ġodda jew li jimplikaw modifika sostanzjali ta' servizz eżistenti. Dan il-kunċett jinkorpora wkoll servizzi kummerċjali provduti mill-istess operatur li jwettaq il-kuntratt ta' servizz pubbliku.

(7)

Jenħtieġ li tkun ir-responsabbiltà tal-korp regolatorju li jivvaluta jekk modifika proposta ta' servizz ferrovjarju tal-passiġġieri għandhiex titqies bħala sostanzjali. Żieda fil-frekwenzi jew fl-għadd ta' waqfiet tista' titqies bħala modifika sostanzjali. Varjazzjoni fil-prezzijiet jenħtieġ li ma titqiesx bħala modifika sostanzjali, sakemm din ma tkunx inkonsistenti mal-imġiba normali tas-suq, u fejn ikun rilevanti, mal-pjan tan-negozju li ġie sottomess lill-korp regolatorju fiż-żmien meta sar it-test tal-bilanċ ekonomiku preċedenti.

(8)

Id-deċiżjoni tal-korp regolatorju jenħtieġ li tinkludi valutazzjoni tal-benefiċċji netti lill-klijenti li jirriżultaw mis-servizz ferrovjarju tal-passiġġieri l-ġdid fuq perjodu ta' żmien qasir u medju, u jenħtieġ li tqis l-informazzjoni teknika provduta mill-maniġer tal-infrastruttura dwar ir-rekwiżiti rilevanti ta' infrastruttura u dwar l-impatti mistennija fuq il-prestazzjoni tan-netwerk u dwar l-użu ottimali tal-kapaċità mill-applikanti kollha.

(9)

Il-korp regolatorju jenħtieġ li jkun intitolat kemm biex jivvaluta l-impatt probabbli tas-servizz tal-passiġġieri l-ġdid, kif ukoll biex jivvaluta jekk dan l-impatt ikunx sostanzjali u, għaldaqstant, jikkompromettix il-bilanċ ekonomiku tal-kuntratt ta' servizz pubbliku eżistenti.

(10)

Biex tiġi evitata l-interruzzjoni ta' servizz ferrovjarju tal-passiġġieri ġdid li diġà jkun beda, u biex tingħata ċertezza tad-dritt lil dan is-servizz il-ġdid dwar il-possibbiltà tiegħu li jopera, il-perjodu li matulu jista' jintalab test tal-bilanċ ekonomiku jenħtieġ li jkun limitat u marbut maż-żmien tan-notifika tal-applikant tal-interess tiegħu li jopera servizz ferrovjarju tal-passiġġieri ġdid.

(11)

Biex tkun ammissibbli, talba għal test tal-bilanċ ekonomiku jenħtieġ li tinkludi sostanzjament li l-bilanċ ekonomiku tal-kuntratt ta' servizz pubbliku jkun kompromess mis-servizz il-ġdid propost.

(12)

Sabiex tiġi żgurata ċertezza tad-dritt għall-partijiet kollha involuti u sabiex il-maniġer tal-infrastruttura jkun jista' jipproċessa talbiet għall-kapaċità skont il-proċedura stabbilita fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu IV tad-Direttiva 2012/34/UE, jenħtieġ li l-korp regolatorju jieħu deċiżjoni dwar il-bilanċ ekonomiku f'perjodu ta' żmien determinat minn qabel u fi kwalunkwe każ qabel l-iskadenza għall-wasla ta' talbiet għall-kapaċità, stabbiliti mill-maniġer tal-infrastruttura f'konformità mal-punt 3 tal-Anness VII tad-Direttiva 2012/34/UE.

(13)

Madankollu, jekk, meta tasal in-notifika tal-applikant, tkun għaddejja sejħa għall-offerti kompetittiva għal kuntratt ta' servizz pubbliku u jkun intalab test tal-bilanċ ekonomiku, il-korp regolatorju jista' jiddeċiedi li jissospendi l-kunsiderazzjoni tal-applikazzjoni għas-servizz ferrovjarju tal-passiġġieri l-ġdid għal perjodu limitat sakemm ma jingħatax il-kuntratt ta' servizz pubbliku l-ġdid. Jenħtieġ li s-sospensjoni ma ddumx iktar minn 12-il xahar mill-wasla tan-notifika tal-applikant jew sakemm il-proċess tas-sejħa għall-offerti jkun intemm, skont liema data tkun l-iktar kmieni.

Dawn id-dispożizzjonijiet speċifiċi huma mingħajr ħsara għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għal kuntratt ta' servizz pubbliku li jkun għaddej meta tasal in-notifika tal-applikant. F'dawn iċ-ċirkustanzi, u fejn it-test tal-bilanċ ekonomiku fuq il-kuntratt ta' servizz pubbliku eżistenti juri li l-aċċess jista' jingħata, tali aċċess għandu jkun limitat fiż-żmien, sakemm jiskadi l-kuntratt ta' servizz pubbliku eżisenti.

(14)

Il-bilanċ ekonomiku ta' kuntratt ta' servizz pubbliku jenħtieġ li jitqies bħala kompromess jekk is-servizz il-ġdid propost ikollu impatt negattiv sostanzjali fuq il-livell ta' profitt għall-operatur ta' servizz pubbliku u/jew it-tħaddim tiegħu jkun jimplika żieda sostanzjali fil-kost nett għall-awtorità kompetenti.

(15)

Meta jkun qed jivvaluta jekk impatt ikunx sostanzjali, il-korp regolatorju jenħtieġ li jqis kriterji bħal jekk is-servizz il-ġdid ixekkilx il-vijabbiltà u jipperikolax il-kontinwità tas-servizz pubbliku, jew minħabba li l-prestazzjoni tal-kuntratt pubbliku ma tkunx ekonomikament sostenibbli għall-operatur ta' servizz pubbliku, jew għaliex din tkun timplika żieda sostanzjali fil-kost nett għall-awtorità kompetenti.

(16)

Lil hinn mill-analiżi ekonomika, il-korp regolatorju jenħtieġ li jivvaluta u jqis ukoll il-benefiċċji netti lill-klijenti fuq perjodu ta' żmien qasir u medju u kwalunkwe impatt fil-prestazzjoni tan-netwerk u fl-użu tal-kapaċità. Il-korp regolatorju jenħtieġ li jqis l-informazzjoni teknika provduta mill-maniġer tal-infrastruttura dwar ir-rekwiżiti rilevanti tal-infrastruttura, dwar l-impatti mistennija fuq il-prestazzjoni tan-netwerk u dwar l-l-użu ottimali tal-kapaċità mill-applikanti kollha.

(17)

L-analiżi ekonomika jenħtieġ li tiffoka fuq l-impatt tas-servizz il-ġdid propost fuq il-kuntratt ta' servizz pubbliku kollu kemm hu, inklużi s-servizzi speċifikament affettwati, għaż-żmien kollu tiegħu, filwaqt li tqis il-valur ta' kwalunkwe dritt esklussiv eżistenti li seta' ngħata. Jenħtieġ li l-ebda limitu kwantifikat determinat minn qabel rigward id-danni ma jiġi applikat b'mod strett jew waħdu, u jenħtieġ li l-ebda limitu bħal dan ma jiġi stabbilit fil-leġiżlazzjoni nazzjonali. Il-valutazzjoni jenħtieġ li tkun ibbażata fuq metodoloġija oġġettiva adotatta mill-korp regolatorju fir-rigward tal-ispeċifitajiet tat-trasport ferrovjarju fl-Istat Membru kkonċernat.

(18)

Meta l-korp regolatorju jasal għall-konklużjoni li s-servizz ferrovjarju tal-passiġġieri l-ġdid jikkomprometti l-bilanċ ekonomiku tal-kuntratt ta' servizz pubbliku, fid-deċiżjoni tiegħu l-korp regolatorju jenħtieġ li jindika, jekk ikun rilevanti, bidliet possibbli għas-servizz ferrovjarju tal-passiġġieri l-ġdid li jippermettu l-għoti ta' aċċess. Il-korp regolatorju jista' joħroġ rakkomandazzjonijiet lill-awtorità kompetenti fir-rigward ta' kundizzjonijiet oħra possibbli li jippermettu l-għoti ta' aċċess, b'mod partikolari fid-dawl tal-analiżi tiegħu tal-benefiċċji netti lill-klijenti li jirriżultaw mis-servizz ferrovjarju tal-passiġġieri l-ġdid.

(19)

Jekk l-applikazzjoni għal aċċess tikkonċerna servizz ferrovjarju tal-passiġġieri ġdid kif iddefinit fl-Artikolu 3(36) tad-Direttiva 2012/34/UE, u l-analiżi ekonomika oġġettiva tal-korp regolatorju turi li s-servizz il-ġdid tal-passiġġieri jħalli impatt negattiv sostanzjali fuq il-bilanċ ekonomiku ta' kuntratt ta' servizz pubbliku, il-korp regolatorju għandu jiddetermina l-kundizzjonijiet li jippermettu l-għoti ta' aċċess skont l-Artikolu 11a tad-Direttiva 2012/34/UE.

(20)

Fl-attivitajiet kollha tiegħu marbutin mat-test tal-bilanċ ekonomiku, il-korp regolatorju jenħtieġ li ma jiżvelax informazzjoni kunfidenzjali jew kummerċjalment sensittiva li tkun waslet mill-partijiet. B'mod partikolari, jenħtieġ li jżomm lura din l-informazzjoni mid-deċiżjoni li tiġi ppubblikata. Id-deċiżjonijiet kollha tal-korpi regolatorji, inklużi dawk dwar in-natura kunfidenzjali tal-informazzjoni li tkun ġiet irċevuta, huma soġġetti għal analiżi ġudizzjarja skont l-Artikolu 56(10) tad-Direttiva 2012/34/UE.

(21)

Fejn it-test tal-bilanċ ekonomiku jsir fir-rigward ta' servizz internazzjonali tal-passiġġieri ġdid, mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta' indipendenza tal-korpi regolatorji fit-teħid ta' deċiżjonijiet imsemmi fl-Artikolu 55(1) tad-Direttiva 2012/34/UE, il-korpi regolatorji kkonċernati jenħtieġ li jiskambjaw informazzjoni u jikkooperaw biex isolvu l-kwistjoni b'mod raġonevoli.

(22)

Il-korpi regolatorji jenħtieġ li jiskambjaw l-aħjar prattiki fl-applikazzjoni tat-test tal-bilanċ ekonomiku bl-għan li matul iż-żmien jadattaw il-metodoloġija tagħhom u jiżviluppaw metodoloġija konsistenti fl-Istati Membri kollha, li tista' tiġi koperta mill-Artikolu 57(8) tad-Direttiva 2012/34/UE.

(23)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 869/2014 (4) jistabbilixxi kriterji u proċeduri għall-applikazzjoni tat-test tal-għan prinċipali u tat-test tal-bilanċ ekonomiku fir-rigward ta' servizzi ferrovjarji internazzjonali tal-passiġġieri ġodda. Madankollu, bil-ftuħ tas-suq għal servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri domestiċi, it-test tal-għan prinċipali sar obsolet u l-istess kriterji u proċeduri jenħtieġ li japplikaw għas-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri l-ġodda kollha, irrispettivament jekk ikunux domestiċi jew internazzjonali. Għalhekk, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 869/2014 għandu jitħassar.

(24)

Peress li l-Artikoli 10 u 11(1) tad-Direttiva 2012/34/UE japplikaw mill-1 ta' Jannar 2019 iżda ma japplikawx għal servizzi ferrovjarji li jibdew jaħdmu qabel it-12 ta' Diċembru 2020, hemm bżonn li jkompli jiġi applikat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 869/2014 wara l-1 ta' Jannar 2019, iżda biss għal servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri ġodda li huma maħsuba li jibdew jaħdmu qabel it-12 ta' Diċembru 2020. L-applikazzjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 869/2014 jenħtieġ li tiddependi fuq il-fatt li n-notifiki tal-applikanti jiġu sottomessi f'perjodu ta' żmien li jippermetti żmien raġonevoli biex jitlesta l-proċess tal-awtorizzazzjoni u tal-iskedar sabiex is-servizzi jkunu jistgħu verament jibdew jaħdmu qabel it-12 ta' Diċembru 2020.

(25)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilita bl-Artikolu 62(1) tad-Direttiva 2012/34/UE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi d-dettalji tal-proċedura u l-kriterji li għandhom jiġu segwiti meta jkun qed jiġi determinat jekk il-bilanċ eknomiku ta' kuntratt ta' servizz pubbliku għat-trasport ferrovjarju jiġix kompromess minn servizz ferrovjarju tal-passiġġieri ġdid.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament japplika għal sitwazzjonijiet fejn Stat Membru jkun iddeċieda li jillimita d-dritt ta' aċċess imsemmi fl-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2012/34/UE għal servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri ġodda bejn post partikolari tat-tluq u destinazzjoni partikolari meta kuntratt ta' servizz pubbliku wieħed jew aktar ikopru/i l-istess rotta jew rotta alternattiva, kif previst fl-Artikolu 11(1) ta' dik id-Direttiva.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“servizz ferrovjarju tal-passiġġieri ġdid” tfisser servizz ferrovjarju tal-passiġġieri mfassal biex jitħaddem bħala servizz bi skeda tal-ħin regolari, li jew ikun kompletament ġdid, jew jimplika modifika sostanzjali ta' servizz ferrovjarju tal-passiġġieri eżistenti, b'mod partikolari f'termini ta' frekwenzi miżjuda ta' servizzi jew żieda fl-għadd ta' waqfiet, u li ma jiġix provdut taħt kuntratt ta' servizz pubbliku;

(2)

“test tal-bilanċ ekonomiku” tfisser il-proċess tal-valutazzjoni deskritt fl-Artikolu 11(1) sa (4) u l-Artikolu 11a tad-Direttiva 2012/34/UE u deskritt f'aktar dettall fl-Artikolu 10 u li jsir minn korp regolatorju fuq it-talba ta' waħda mill-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2012/34/UE sabiex jiġi determinat jekk il-bilanċ ekonomiku ta' kuntratt ta' servizz pubbliku jkunx kompromess mis-servizz ferrovjarju tal-passiġġieri l-ġdid propost;

(3)

“kuntratt ta' servizz pubbliku” tfisser kuntratt ta' servizz pubbliku kif iddefinit fil-punt (i) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 fil-qasam tat-trasport ferrovjarju;

(4)

“awtorità kompetenti” tfisser awtorità kompetenti kif iddefinita fil-punt (b) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007;

(5)

“impatt finanzjarju nett” tfisser l-impatt tas-servizz ferrovjarju tal-passiġġieri l-ġdid fuq il-bilanċ nett tal-kostijiet u tad-dħul li jirriżulta mit-twettiq tal-obbligi ta' servizz pubbliku stipulati f'kuntratt ta' servizz pubbliku, li jinkludi profitt raġonevoli;

(6)

“dritt esklussiv” tfisser dritt kif iddefinit fil-punt (f) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007.

Artikolu 4

Notifika ta' servizz ferrovjarju tal-passiġġieri ġdid ippjanat

1.   L-applikant għandu jinnotifika lill-maniġers tal-infrastruttura u lill-korpi regolatorji kkonċernati dwar l-intenzjoni tiegħu li jħaddem servizz ferrovjarju tal-passiġġieri ġdid f'konformità mal-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 38(4) tad-Direttiva 2012/34/UE.

2.   Il-korpi regolatorji għandhom jiżviluppaw u jippubblikaw fuq is-sit web tagħhom formola ta' notifika standard li għandha titlesta u tiġi sottomessa mill-applikant, li għandha tkun limitata għall-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem, l-indirizz, l-entità ġuridika, in-numru tar-reġistrazzjoni (jekk ikun xieraq) tal-applikant;

(b)

id-data ta' kuntatt tal-persuna responsabbli għad-domandi;

(c)

id-data tal-liċenzja u ċ-ċertifikat tas-sikurezza tal-applikant jew indikazzjoni tal-istadju tal-proċedura biex dawn jinkisbu;

(d)

ir-rotta dettaljata li tindika l-post tal-istazzjonijiet tat-tluq u d-destinazzjoni kif ukoll il-waqfiet intermedji kollha;

(e)

id-data tal-bidu ppjanata għat-tħaddim tas-servizz ferrovjarju tal-passiġġieri l-ġdid propost;

(f)

il-ħinijiet indikattivi, il-frekwenzi u l-kapaċità tas-servizz ferrovjarju tal-passiġġieri l-ġdid propost, inklużi l-ħinijiet tat-tluq proposti, il-ħinijiet tal-wasla u l-konnessjonijiet kif ukoll kwalunkwe devjazzjoni mill-iskeda tal-ħin standard fil-frekwenza jew fil-waqfiet, f'kull direzzjoni;

(g)

informazzjoni indikattiva dwar il-vetturi ferrovjarji li l-applikant għandu l-ħsieb li juża.

3.   L-informazzjoni dwar it-tħaddim ippjanat tas-servizz ferrovjarju tal-passiġġieri l-ġdid għandha tkopri mill-inqas l-ewwel tliet snin u, sa fejn ikun possibbli, l-ewwel ħames snin tat-tħaddim. Madankollu, il-korp regolatorju jista' jaqbel għal perjodu iqsar.

4.   Il-korp regolatorju għandu jippubblika fuq is-sit web tiegħu l-formola ta' notifika standard sottomessa mill-applikant u għandu jinnotifika lil dawn li ġejjin mingħajr dewmien żejjed u mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara li jkun irċieva formola ta' notifika kompluta:

(a)

kwalunkwe awtorità kompetenti li tkun tat kuntratt ta' servizz pubbliku għal servizz ferrovjarju tal-passiġġieri fuq dik ir-rotta jew rotta alternattiva fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2012/34/UE;

(b)

kwalunkwe awtorità kompetenti oħra interessata bid-dritt li tillimita l-aċċess skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2012/34/UE;

(c)

kwalunkwe impriża ferrovjarja li tħaddem servizzi taħt kuntratt ta' servizz pubbliku fuq ir-rotta tas-servizz ferrovjarju tal-passiġġieri l-ġdid jew rotta alternattiva.

5.   L-informazzjoin kollha provduta mill-applikant fil-formola ta' notifika standard u kwalunkwe dokument ta' sostenn għandhom jintbagħtu lill-korpi regolatorji u lill-maniġers tal-infrastruttura f'format elettroniku. Madankollu, il-korp regolatorju, f'każijiet iġġustifikati b'mod dovut, jista' jaċċetta li d-dokumenti jiġu sottomessi f'forma stampata.

6.   Jekk in-notifika ma tkunx kompluta, il-korp regolatorju għandu jinforma lill-applikant li mhux se jiġu kkunsidrati talbiet mhux kompluti u għandu jagħti lill-applikant il-possibbiltà li jlesti t-talba tiegħu fi żmien raġonevoli li ma jaqbiżx għaxart ijiem ta' xogħol.

Artikolu 5

Skadenza biex jintalab it-test tal-bilanċ ekonomiku

1.   Kwalunkwe talba għal test tal-bilanċ ekonomiku għandha ssir lill-korp regolatorju mill-entitajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2012/34/UE fi żmien l-iskadenza stabbilita f'dik id-dispożizzjoni.

2.   Fejn, fiż-żmien tal-wasla tan-notifika tal-applikant imsemmija fl-Artikolu 4, kuntratt ta' servizz pubbliku li jkopri l-istess rotta jew rotta alternattiva jkun qiegħed jiġi offrut b'mod kompetittiv u l-iskadenza għas-sottomissjoni ta' offerti għall-awtorità kompetenti tkun skadiet, test tal-bilanċ ekonomiku jista' jintalab fi żmien l-iskadenza msemmija fil-paragrafu 1 mill-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2012/34/UE fir-rigward tal-kuntratt ta' servizz pubbliku futur.

Dan huwa mingħajr ħsara għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għal kuntratt ta' servizz pubbliku li jkun għaddej meta tasal in-notifika tal-applikant.

3.   Jekk ma ssir ebda talba għal test tal-bilanċ ekonomiku fi żmien l-iskadenza msemmija fil-paragrafu 1, il-korp regolatorju għandu jinforma lill-applikant u lill-maniġer tal-infrastruttura mingħajr dewmien. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jipproċessa t-talba għall-aċċess f'konformità mat-Taqsima 3 tal-Kapitolu IV tad-Direttiva 2012/34/UE.

Artikolu 6

Kuntratti ta' servizz pubbliku bi drittijiet esklussivi

Fejn awtorità kompetenti tkun tat drittijiet esklussivi lill-impriża ferrovjarja li tkun qed twettaq kuntratt ta' servizz pubbliku f'konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007, l-eżistenza ta' dawn id-drittijiet ma għandhiex tipprekludi l-aċċess li jingħata lil applikant bl-għan li jħaddem servizz ferrovjarju tal-passiġġieri ġdid, sakemm dak l-aċċess ma jikkompromettix il-bilanċ ekonomiku tal-kuntratt ta' servizz pubbliku.

Waqt li jkun qed iwettaq it-test skont l-Artikolu 10, il-korp regolatorju għandu jikkunsidra b'mod xieraq il-valur ta' kwalunkwe dritt esklussiv bħal dan.

Artikolu 7

Rekwiżiti ta' informazzjoni għat-test tal-bilanċ ekonomiku

1.   L-entità li titlob it-test tal-bilanċ ekonomiku għandha tipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem, l-indirizz, l-entità ġuridika, in-numru tar-reġistrazzjoni (jekk ikun xieraq) tal-entità li tkun qed tagħmel it-talba;

(b)

id-data ta' kuntatt tal-persuna responsabbli għad-domandi;

(c)

sostanzjament li l-bilanċ ekonomiku tal-kuntratt ikun qiegħed f'riskju li jiġi kompromess mis-servizz ferrovjarju tal-passiġġieri l-ġdid;

(d)

jekk l-entità li tkun qed tagħmel it-talba tkun awtorità kompetenti jew l-impriża ferrovjarja li tkun qed twettaq il-kuntratt ta' servizz pubbliku, kopja tal-kuntratt ta' servizz pubbliku.

2.   Il-korp regolatorju jista' jitlob kwalunkwe informazzjoni meħtieġa, inkluż, skont il-każ:

(a)

mill-awtorita' kompetenti:

(1)

it-traffiku relevanti, tbassir tad-domanda u tad-dħul, inkluża l-metodoloġija tat-tbassir,

(2)

fejn ikun xieraq, il-metodoloġija u d-data li jintużaw biex jiġi kkalkolat l-effett finanzjarju nett skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 u l-Anness ta' dak ir-Regolament;

(b)

mill-impriża ferrovjarja li tkun qed twettaq il-kuntratt ta' servizz pubbliku:

(1)

kopja tal-kuntratt ta' servizz pubbliku, jekk ma jiġix provdut skont il-punt (d) tal-paragrafu 1,

(2)

il-pjan tan-negozju tal-impriża għar-rotta koperta mill-kuntratt ta' servizz pubbliku jew rotta alternattiva,

(3)

tbassir rilevanti tat-traffiku, tad-domanda u tad-dħul, inkluża l-metodoloġija tat-tbassir,

(4)

informazzjoni dwar il-marġnijiet tad-dħul u tal-profitt li nkisbu mill-impriża fuq ir-rotta koperta mill-kuntratt ta' servizz pubbliku jew rotta alternattiva,

(5)

informazzjoni dwar l-iskeda tal-ħinijiet għas-servizzi, inklużi l-ħinijiet tat-tluq, il-waqfiet intermedjarji, il-ħinijiet tal-wasla u l-konnessjonijiet,

(6)

l-elastiċitajiet stmati tas-servizzi (eż. l-elastiċità tal-prezzijiet, l-elastiċità fir-rigward tal-karatteristiċi tal-kwalità tas-servizzi),

(7)

il-kost tal-kapital u l-kostijiet operattivi għas-servizzi li jiġu provduti taħt il-kuntratt ta' servizz pubbliku, kif ukoll varjazzjonijiet fil-kostijiet u fid-domanda li jinħolqu mis-servizz ferrovjarju tal-passiġġieri l-ġdid;

(c)

mill-applikant, informazzjoni li tikkonċerna l-pjanijiet tiegħu għat-tħaddim tas-servizz ferrovjarju tal-passiġġieri l-ġdid, inkluż:

(1)

il-pjan tan-negozju,

(2)

it-tbassir tat-traffiku tal-passiġġieri u tad-dħul, inkluża l-metodoloġija tat-tbassir,

(3)

l-istrateġiji tal-ipprezzar,

(4)

l-arranġamenti għall-ħruġ ta' biljetti,

(5)

l-ispeċifikazzjonijiet għall-vetturi ferrovjarji (eż. il-fattur tat-tagħbija, l-għadd ta' postijiet, il-konfigurazzjoni tal-vetturi),

(6)

l-istrateġija tal-kummerċjalizzazzjoni;

(d)

mill-maniġer tal-infrastruttura:

(1)

informazzjoni rigward il-linji jew it-taqsimiet relevanti, biex jiġi żgurat li s-servizz ferrovjarju tal-passiġġieri l-ġdid ikun jista' jitħaddem fuq l-infrastruttura kkonċernata,

(2)

informazzjoni dwar l-impatti potenzjali fuq il-prestazzjoni u r-reżiljenza tas-servizz ferrovjarju tal-passiġġieri l-ġdid propost,

(3)

valutazzjoni tal-impatti fuq l-użu tal-kapaċità,

(4)

pjanijiet biex tiġi żviluppata l-infrastruttura fir-rigward tar-rotot koperti mis-servizz ferrovjarju tal-passiġġieri l-ġdid propost, inkluża indikazzjoni taż-żmien meta kwalunkwe pjan bħal dan se jiġi implimentat,

(5)

informazzjoni dwar il-ftehimiet qafas rilevanti konklużi jew li jkunu qed jiġu diskussi, b'mod partikolari mal-impriża li tkun qed twettaq il-kuntratt ta' servizz pubbliku.

L-obbligi ta' informazzjoni tal-maniġer tal-infrastruttura stabbiliti fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-obbligi tiegħu taħt il-proċedura tal-allokazzjoni msemmija fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu IV tad-Direttiva 2012/34/UE.

3.   L-informazzjoni kollha għandha tintbgħat lill-korp regolatorju f'format elettroniku. Madankollu, il-korp regolatorju, f'każijiet iġġustifikati b'mod dovut, jista' jaċċetta li d-dokumenti jiġu sottomessi f'forma stampata.

Artikolu 8

Kunfidenzjalità

1.   Il-korp regolatorju ma għandux jiżvela informazzjoni kummerċjalment sensittiva li tkun waslet mingħand il-partijiet b'rabta mat-test tal-bilanċ ekonomiku.

2.   L-entità li titlob it-test tal-bilanċ ekonomiku u l-applikant għandhom jissostanzjaw kwalunkwe nuqqas ta' divulgazzjoni ta' informazzjoni kummerċjalment sensittiva fiż-żmien meta l-informazzjoni tiġi provduta lill-korp regolatorju. Din l-informazzjoni tista' tinkludi, b'mod partikolari, informazzjoni teknika jew finanzjarja relatata mal-għarfien espert, il-pjan tan-negozju, l-istrutturi tal-kostijiet, l-istrateġiji tal-kummerċjalizzazzjoni u tal-ipprezzar, is-sorsi tal-provvista u l-ishma mis-suq tal-impriża. Il-korp regolatorju għandu jżomm lura kwalunkwe informazzjoni kummerċjalment sensittiva mid-deċiżjoni tiegħu qabel in-notifika u l-pubblikazzjoni tagħha f'konformità mal-Artikolu 11(5). L-informazzjoni inkluża fil-formola ta' notifika standard, kif speċifikat fl-Artikolu 4(2), ma għandhiex titqies bħala kummerċjalment sensittiva.

3.   Jekk il-korp regolatorju jsib li r-raġunijiet għan-nuqqas ta' divulgazzjoni previsti taħt il-paragrafu 2 ma jistgħux jiġu aċċettati, dik id-deċiżjoni għandha tiġi kkomunikata u ġġustifikata bil-miktub lill-parti li titlob il-kunfidenzjalità, mhux aktar tard minn ġimagħtejn qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 11(1).

4.   Id-deċiżjoni tal-korp regolatorju dwar il-kunfidenzjalità għandha tkun soġġetta għal analiżi ġudizzjarja skont l-Artikolu 56(10) tad-Direttiva 2012/34/UE. Il-korp regolatorju m'għandux jiżvela l-informazzjoni kkontestata sakemm il-qorti nazzjonali ma tkunx tat sentenza dwar il-kunfidenzjalità.

Artikolu 9

Proċedura għat-test tal-bilanċ ekonomiku

1.   Il-korp regolatorju jista' jitlob lill-entità li tkun qed titlob it-test tal-bilanċ ekonomiku biex tipprovdilu kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li huwa jqis li tkun meħtieġa f'konformità mal-Artikolu 7(2) fi żmien xahar minn meta tasal it-talba. L-entità li tkun qed tagħmel it-talba għandha tipprovdi din l-informazzjoni fi żmien skadenza raġonevoli stabbilita mill-korp regolatorju. Il-korp regolatorju jista' jitlob aktar informazzjoni jekk huwa jqis li l-informazzjoni addizzjonali li jkun irċieva ma tkunx biżżejjed.

2.   Fil-każ li sitt ġimgħat qabel id-data aħħarija biex jiġu rċevuti talbiet għall-kapaċità, stabbilita f'konformità mal-punt 3 tal-Anness VII tad-Direttiva 2012/34/UE, l-informazzjoni provduta mill-entità li tkun qed tagħmel it-talba tkun għadha mhix kompluta, il-korp regolatorju għandu jwettaq it-test abbażi tal-informazzjoni disponibbli. Madankollu, jekk il-korp regolatorju jikkunsidra li l-informazzjoni ma tkunx biżżejjed biex isir it-test, huwa għandu jirrifjuta t-talba.

3.   Fi żmien xahar minn meta tasal it-talba għat-test tal-bilanċ ekonomiku, il-korp regolatorju għandu jitlob ukoll lill-partijiet l-oħra msemmija fl-Artikolu 7(2) biex jipprovdulu l-informazzjoni meħtieġa biex iwettaq it-test f'konformità ma' dik id-dispożizzjoni, sakemm din l-informazzjoni tkun tista' tiġi provduta b'mod raġonevoli mill-parti kkonċernata. Għaldaqstant, fejn l-informazzjoni li tiġi provduta ma tkunx kompluta, il-korp regolatorju jista' jitlob aktar kjarifiki, filwaqt li jistabbilixxi skadenzi raġonevoli.

4.   Fil-każ li sitt ġimgħat qabel id-data finali biex jiġu rċevuti talbiet għall-kapaċità, stabbilita f'konformità mal-punt 3 tal-Anness VII tad-Direttiva 2012/34/UE, l-informazzjoni provduta mill-applikant li jkun qed ifittex aċċess tkun għadha mhix kompluta, il-korp regolatorju għandu jwettaq it-test abbażi tal-informazzjoni disponibbli. Madankollu, jekk il-korp regolatorju jikkunsidra li l-informazzjoni provduta mill-applikant ma tkunx biżżejjed biex isir it-test, huwa għandu jadotta deċiżjoni li tirriżulta fiċ-ċaħda tal-aċċess.

5.   Fejn l-impriża li twettaq il-kuntratt ta' servizz pubbliku mhijiex l-entità li tkun qed tagħmel it-talba, u fejn, sitt ġimgħat qabel id-data aħħarija għall-wasla ta' talbiet għal kapaċità stipulata skont il-punt 3 tal-Anness VII tad-Direttiva 2012/34/UE, l-informazzjoni mressqa minn dik l-impriża għadha mhix kompluta, il-korp regolatorju għandu jwettaq it-test abbażi tal-informazzjoni disponibbli. Madankollu, jekk il-korp regolatorju jqis li l-informazzjoni provduta mill-applikant ma tkunx biżżejjed biex isir it-test, għandu jadotta deċiżjoni li tirriżulta fl-għoti tal-aċċess.

6.   Il-korp regolatorju għandu jadotta deċiżjoni fi żmien sitt ġimgħat minn meta jirċievi l-informazzjoni rilevanti kollha, u fi kwalunkwe każ qabel id-data finali għall-irċevuta ta' talbiet għall-kapaċità stabbilita f'konformità mal-punt 3 tal-Anness VII tad-Direttiva 2012/34/UE. Il-korp regolatorju għandu jinforma lill-maniġer tal-infrastruttura dwar id-deċiżjoni tiegħu mingħajr dewmien.

7.   Fejn talba għat-test tal-bilanċ ekonomiku ssir skont l-Artikolu 5(2) fir-rigward ta' kuntratt ta' servizz pubbliku li jkun fil-proċess ta' sejħa għall-offerti kompetittiva, il-korp regolatorju jista' jissospendi l-kunsiderazzjoni tal-applikazzjoni proposta għal servizz ferrovjarju tal-passiġġieri ġdid għal perjodu massimu ta' 12-il xahar mill-wasal tan-notifika tal-applikant tas-servizz ferrovjarju tal-passiġġieri l-ġdid jew sakemm il-proċess tas-sejħa għall-offerti ma jkunx intemm, skont liema data tiġi l-ewwel.

Artikolu 10

Kontenut tat-test tal-bilanċ ekonomiku u kriterji tal-valutazzjoni

1.   Il-korp regolatorju għandu jivvaluta jekk il-bilanċ ekonomiku ta' kuntratt ta' servizz pubbliku ikunx kompromess mis-servizz ferrovjarju tal-passiġġieri l-ġdid propost. Il-bilanċ ekonomiku għandu jitqies bħala kompromess meta s-servizz ferrovjarju tal-passiġġieri l-ġdid iħalli impatt negattiv sostanzjali fuq mill-inqas wieħed mill-elementi li ġejjin:

(a)

il-profitabbiltà tas-servizzi li l-impriża ferrovjarja tħaddem taħt il-kuntratt ta' servizz pubbliku;

(b)

il-kost nett tal-awtorità kompetenti li tagħti l-kuntratt ta' servizz pubbliku.

2.   L-analiżi għandha tirreferi għall-kuntratt ta' servizz pubbliku kollu kemm hu, mhux għal servizzi individwali li jitħaddmu taħtu, matul il-perjodu kollu tiegħu. Limiti jew kriterji speċifiċi determinati minn qabel jistgħu jiġu applikati iżda mhux b'mod strett jew b'mod iżolat minn kriterji oħra.

3.   Il-korp regolatorju għandu jivvaluta l-impatt finanzjarju nett tas-servizz ferrovjarju tal-passiġġieri l-ġdid fuq il-kuntratt ta' servizz pubbliku. L-analiżi tal-kostijiet u tad-dħul iġġenerati fit-tħaddim tas-servizzi koperti mill-kuntratt ta' servizz pubbliku wara d-dħul fis-suq tas-servizz ferrovjarju tal-passiġġieri l-ġdid għandha tinkludi l-elementi li ġejjin:

(a)

varjazzjoni fil-kostijiet imġarrba u fid-dħul miksub mill-impriża ferrovjarja li tkun qed twettaq il-kuntratt ta' servizz pubbliku (inkluż, fejn ikun rilevanti, kwalunkwe ffrankar tal-kostijiet, bħal dak li jirriżulta min-nuqqas ta' sostituzzjoni ta' vetturi ferrovjarji li jkunu qed jilħqu t-tmiem tal-ħajja utli tagħhom jew persunal li jintemm il-kuntratt tiegħu);

(b)

effetti finanzjarji ġġenerati fin-netwerk taħt il-kuntratt ta' servizz pubbliku mis-servizz ferrovjarju tal-passiġġieri l-ġdid propost (bħall-attrazzjoni ta' passiġġieri li jaf ikunu interessati f'konnessjoni ma' servizz reġjonali kopert mill-kuntratt ta' servizz pubbliku);

(c)

it-tweġibiet kompetittivi possibbli mill-impriża ferrovjarja li tkun qed twettaq il-kuntratt ta' servizz pubbliku;

(d)

l-impatt fuq l-investimenti rilevanti minn impriżi ferrovjarji, jew minn awtoritajiet kompetenti, pereżempju fil-vetturi ferrovjarji;

(e)

il-valur ta' kwalunkwe dritt esklussiv eżistenti.

4.   Il-korp regolatorju għandu jivvaluta s-sinifikat tal-impatt filwaqt li jqis, b'mod partikolari, l-arranġamenti kuntrattwali fis-seħħ bejn l-awtorità kompetenti u l-impriża ferrovjarja li tkun qed tħaddem is-servizzi pubbliċi, inkluż, fejn ikun applikabbli, il-livell ta' kumpens determinat f'konformità mal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 jew li jirriżulta mill-għoti kompetittiv u kwalunkwe mekkaniżmu għall-kondiviżjoni tar-riskji, bħal riskji għat-traffiku u għad-dħul.

5.   Il-korp regolatorju għandu jivvaluta wkoll:

(a)

il-benefiċċji netti għall-klijenti li jirriżultaw mis-servizz ferrovjarju tal-passiġġieri l-ġdid fuq perjodu ta' żmien qasir u medju;

(b)

l-impatt tas-servizz ferrovjarju tal-passiġġieri l-ġdid fuq il-prestazzjoni u l-kwalità tas-servizzi ferrovjarji;

(c)

l-impatt tas-servizz ferrovjarju tal-passiġġieri l-ġdid fuq l-ippjanar tal-iskeda tal-ħinijiet għas-servizzi ferrovjarji.

6.   Fejn il-korp regolatorju jkun qed jeżamina aktar minn applikazzjoni waħda għall-aċċess, jista' jieħu deċiżjonijiet differenti fuq l-applikazzjonijiet li jkun irċieva, abbażi ta' analiżi tal-impatti rispettivi tagħhom fuq il-bilanċ ekonomiku tal-kuntratt ta' servizz pubbliku, l-effetti kompetittivi, il-benefiċċji netti lill-klijenti u l-impatti fuq in-netwerk, kif ukoll abbażi tal-effetti kumulattivi tagħhom fuq il-bilanċ ekonomiku tal-kuntratt ta' servizz pubbliku.

7.   Il-valutazzjoni li ssir f'konformità ma' dan l-Artikolu hija mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-korp regolatorju li jirrapporta kwistjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat lill-awtoritajiet nazzjonali f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 56(12) tad-Direttiva 2012/34/UE.

Artikolu 11

Riżultat tat-test tal-bilanċ ekonomiku

1.   Bħala riżultat tat-test tal-bilanċ ekonomiku li jsir f'konformità mal-Artikolu 9 u 10, il-korp regolatorju għandu jieħu deċiżjoni prevista fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2012/34/UE, li abbażi tagħha għandu jingħata, jiġi mmodifikat, jingħata b'ċerti kundizzjonijiet jew jiċċaħħad id-dritt ta' aċċess għall-infrastruttura ferrovjarja.

2.   Fejn il-bilanċ ekonomiku ta' kuntratt ta' servizz pubbliku jkun kompromess mis-servizz ferrovjarju tal-passiġġieri l-ġdid, il-korp regolatorju:

(a)

għandu, kif ikun xieraq, jindika bidliet possibbli għal dak is-servizz ferrovjarju tal-passiġġieri l-ġdid, bħal modifika fil-frekwenzi, fir-rotot, fil-waqfiet intermedji jew fl-iskeda, li jiżguraw li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet biex jingħata d-dritt ta' aċċess previsti fl-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2012/34/UE; u/jew

(b)

jista' joħroġ rakkomandazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti, fejn ikun rilevanti fid-dawl tal-benefiċċji netti lill-klijenti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 10(5) ta' dan ir-Regolament, li jikkonċernaw bidliet oħra li ma jkunux relatati mas-servizz tal-passiġġieri l-ġdid li jiżguraw li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet l-oħra biex jingħata d-dritt ta' aċċess.

3.   Fejn it-talba għall-aċċess tikkonċerna l-operat ta' servizz ġdid kif iddefinit fl-Artikolu 3(36) tad-Direttiva 2012/34/UE, wara l-proċedura u l-analiżi stipulati f'dan ir-Regolament, il-korp regolatorju għandu jaġixxi skont l-Artikolu 11a tad-Direttiva 2012/34/UE.

4.   Fiċ-ċirkustanzi deskritti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 5(2), fejn it-test tal-bilanċ ekonomiku fuq il-kuntratt ta' servizz pubbliku eżisenti juri li l-aċċess jista' jingħata, dan l-aċċess għandu jkun limitat fiż-żmien, sakemm joħroġ ir-riżultat tat-test tal-bilanċ ekonomiku li għandu jitwettaq skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 5(2) u l-Artikolu 9(7).

5.   Il-korp regolatorju għandu jinnotifika verżjoni mhux kunfidenzjali tad-deċiżjoni tiegħu lill-entitajiet elenkati fl-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2012/34/UE u jippubblikaha fuq is-sit web tiegħu.

Artikolu 12

Kooperazzjoni bejn il-korpi regolatorji kompetenti għal servizz internazzjonali tal-passiġġieri ġdid propost

1.   Mal-wasla tan-notifika ta' applikant dwar l-intenzjoni tiegħu li jibda servizz internazzjonali tal-passiġġieri ġdid, il-korp regolatorju għandu jinforma lill-korpi regolatorji l-oħrajn li jkollhom kompentenza għar-rotta tas-servizz il-ġdid propost. Il-korpi regolatorji kkonċernati għandhom jivverifikaw l-informazzjoni li jirċievu u jinfurmaw lil xulxin dwar kwalunwke inkonsistenza.

2.   Mal-wasla ta' talba mill-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2012/34/UE għal test tal-bilanċ ekonomiku, il-korp regolatorju għandu jinforma lill-korpi regolatorji kompetenti l-oħrajn dwar dan.

3.   Il-korpi regolatorji għandhom jipprovdu lil xulxin ir-riżultati tat-testijiet tal-bilanċ ekonomiku rispettivi tagħhom sabiex jagħtu biżżejjed opportunità lill-korpi regolatorji l-oħra biex jikkummentaw dwar ir-riżultati ta' dawk it-testijiet qabel ma jiġu finalizzati. Għandhom jikkooperaw sabiex isibu soluzzjoni għall-kwistjoni, f'konformità mal-Artikolu 57 tad-Direttiva 2012/34/UE.

4.   Matul kwalunkwe skambju ta' informazzjoni dwar it-testijiet, il-bordijiet regolatorji għandhom jirrispettaw il-kunfidenzjalità ta' informazzjoni kummerċjalment sensittiva li taslilhom mill-partijiet involuti fit-testijiet. Jistgħu jużaw l-informazzjoni għall-każijiet ikkonċernati biss.

Artikolu 13

Tariffi

Stat Membru jew korp regolatorju jista' jiddeċiedi li għandha titħallas tariffa mill-entità li titlob it-test tal-bilanċ ekonomiku.

Artikolu 14

Metodoloġija

1.   Il-metodoloġija li tintuża mill-korp regolatorju biex iwettaq it-test għandha tkun ċara, trasparenti u mhux diskriminatorja u għandha tiġi ppubblikata fuq is-sit web tiegħu.

2.   Il-korpi regolatorji għandhom jiskambjaw l-esperjenzi u l-aħjar prattiki biex japplikaw il-metodoloġiji rispettivi tagħhom fil-kuntest tan-netwerk stabbilit fl-Artikolu 57(1) tad-Direttiva 2012/34/UE.

Artikolu 15

Tħassir

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 869/2014 jitħassar b'effett mit-12 ta' Diċembru 2020. Għandu japplika għan-notifiki tal-applikanti li jkunu waslu wara l-1 ta' Jannar 2019 biss fejn dawn jiġu sottomessi biżżejjed bil-quddiem biex is-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri l-ġodda jkunu jistgħu jibdew jaħdmu qabel it-12 ta' Diċembru 2020.

Artikolu 16

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2019, fil-ħin għall-iskeda tal-ħinijiet tax-xogħol li tibda fit-12 ta' Diċembru 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Novembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32.

(2)  Id-Direttiva (UE) 2016/2370 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 li temenda d-Direttiva 2012/34/UE fir-rigward tal-ftuħ tas-suq tas-servizzi tat-trasport domestiku tal-passiġġieri bil-ferrovija u l-governanza tal-infrastruttura ferrovjarja (ĠU L 352, 23.12.2016, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 869/2014 tal-11 ta' Awwissu 2014 dwar servizzi ġodda għall-passiġġieri ferrovjarji (ĠU L 239, 12.8.2014, p. 1.)


21.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 294/15


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1796

tal-20 ta' Novembru 2018

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi ammidosulfuron, bifenoks, klorpirifos, klorpirifos-metil, klofenteżina, dikamba, difenokonażol, diflubenżuron, diflufenikan, dimossistrobin, fenoksaprop-p, fenpropidina, lenasil, mankożeb, mekoprop-p, metiram, nikosulfuron, oksamil, pikloram, piraklostrobin, piriprossifen u tritosulfuron

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2) tistabbilixxi s-sustanzi attivi meqjusin approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(2)

Il-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi klorpirifos, klorpirifos-metil, dimossistrobin, mankożeb, mekoprop-p, metiram, oksamil u piraklostrobin ġew estiżi l-aħħar bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/84 (3). Il-perjodi tal-approvazzjoni ta' dawk is-sustanzi se jiskadu fil-31 ta' Jannar 2019.

(3)

Il-perjodu ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva tritosulfuron se jiskadi fit-30 ta' Novembru 2018.

(4)

Il-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi ammidosulfuron, bifenoks, klofenteżina, dikamba, difenokonażol, diflubenżuron, diflufenikan, fenoksaprop-p, fenpropidina, lenasil, nikosulfuron, pikloram u piriprossifen se jiskadu fil-31 ta' Diċembru 2018.

(5)

L-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjoni ta' dawk is-sustanzi ġew ippreżentati b'konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (4).

(6)

Il-valutazzjoni tas-sustanzi ddewmet minħabba raġunijiet li ma kinux fil-kontroll tal-applikanti, u għalhekk x'aktarx li l-approvazzjonijiet ta' dawk is-sustanzi attivi jiskadu qabel ma tkun ittieħdet deċiżjoni dwar it-tiġdid tagħhom. Għalhekk hemm bżonn li l-perjodi ta' approvazzjoni tagħhom jiġu estiżi.

(7)

Billi l-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 f'dak li għandu x'jaqsam ma' każijiet meta l-Kummissjoni tkun se tadotta Regolament li jistipula li l-approvazzjoni ta' sustanza attiva msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament ma tiġġeddidx minħabba li ma jkunux ġew issodisfati l-kriterji għall-approvazzjoni, il-Kummissjoni se tiffissa data ta' skadenza li tkun l-istess data ta' qabel ma sar dan ir-Regolament, jew fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament dejjem jekk l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ma tiġġeddidx, skont liema data tiġi l-aħħar. F'każijiet meta l-Kummissjoni tkun se tadotta Regolament li jipprevedi t-tiġdid ta' sustanza attiva msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni se tipprova tiffissa, skont kif ikun xieraq fiċ-ċirksostanzi, l-iktar data tal-applikazzjoni bikrija possibbli.

(8)

Billi l-perjodu ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva tritosulfuron jiskadi fit-30 ta' Novembru 2018, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ malajr kemm jista' jkun.

(9)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Novembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/84 tad-19 ta' Jannar 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi klorpirifos, klorpirifos-metil, klotijanidin, komposti tar-ram, dimossistrobin, mankożeb, mekoprop-p, metiram, oksamil, petoksammid, propikonażol, propineb, propiżammid, piraklostrobin u żoksammid [traduzzjoni mhux uffiċjali] (ĠU L 16, 20.1.2018, p. 8).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).


ANNESS

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:

(1)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 57, Mecoprop-P, id-data hija sostitwita bil-“31 ta' Jannar 2020”;

(2)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 81, Pyraclostrobin, id-data hija sostitwita bil-“31 ta' Jannar 2020”;

(3)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 111, Chlorpyrifos, id-data hija sostitwita bil-“31 ta' Jannar 2020”;

(4)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 112, Chlorpyrifos-methyl, id-data hija sostitwita bil-“31 ta' Jannar 2020”;

(5)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 114, Mancozeb, id-data hija sostitwita bil-“31 ta' Jannar 2020”;

(6)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 115, Metiram, id-data hija sostitwita bil-“31 ta' Jannar 2020”;

(7)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 116, Oxamyl, id-data hija sostitwita bil-“31 ta' Jannar 2020”;

(8)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 128, Dimoxystrobin, id-data hija sostitwita bil-“31 ta' Jannar 2020”;

(9)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 169, Amidosulfuron, id-data hija sostitwita bil-“31 ta' Diċembru 2019”;

(10)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 170, Nicosulfuron, id-data hija sostitwita bil-“31 ta' Diċembru 2019”;

(11)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 171, Clofentezine, id-data hija sostitwita bil-“31 ta' Diċembru 2019”;

(12)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 172, Dikamba, id-data hija sostitwita bil-“31 ta' Diċembru 2019”;

(13)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 173, Difenokonażol, id-data hija sostitwita bil-“31 ta' Diċembru 2019”;

(14)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 174, Diflubenzuron, id-data hija sostitwita bil-“31 ta' Diċembru 2019”;

(15)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 176, Lenacil, id-data hija sostitwita bil-“31 ta' Diċembru 2019”;

(16)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 178, Picloram, id-data hija sostitwita bil-“31 ta' Diċembru 2019”;

(17)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 179, Pyriproxyfen, id-data hija sostitwita bil-“31 ta' Diċembru 2019”;

(18)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 180, Bifenox, id-data hija sostitwita bil-“31 ta' Diċembru 2019”;

(19)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 181, Diflufenican, id-data hija sostitwita bil-“31 ta' Diċembru 2019”;

(20)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 182, Fenoxaprop-P, id-data hija sostitwita bil-“31 ta' Diċembru 2019”;

(21)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 183, Fenpropidin, id-data hija sostitwita bil-“31 ta' Diċembru 2019”;

(22)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 186, Tritosulfuron, id-data hija sostitwita bit-“30 ta' Novembru 2019”.


DEĊIŻJONIJIET

21.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 294/18


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1797

tad-19 ta' Novembru 2018

li temenda u taġġorna d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340 li tistabbilixxi l-lista tal-proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO

KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 46(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2315 tal-11 ta' Diċembru 2017 li tistabbilixxi kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO) u li tiddetermina l-lista ta' Stati Membri parteċipanti (1),

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-11 ta' Diċembru 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2315.

(2)

Il-punt (e) tal-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2315 jipprevedi li l-Kunsill għandu jistabbilixxi l-lista ta' proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO), li jirriflettu kemm l-appoġġ għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet kif ukoll il-forniment ta' appoġġ sostanzjali skont il-mezzi u l-kapaċitajiet għal operazzjonijiet u missjonijiet tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni (PSDK).

(3)

Fis-6 ta' Marzu 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340 li tistabbilixxi l-lista ta' proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO (2).

(4)

Fis-6 ta' Marzu 2018, il-Kunsill adotta Rakkomandazzjoni rigward pjan direzzjonali għall-implimentazzjoni tal-PESCO (3) (ir-“Rakkomandazzjoni”).

(5)

Il-paragrafu 9 tar-Rakkomandazzjoni speċifika li l-Kunsill jenħtieġ li jaġġorna l-lista tal-proġetti tal-PESCO sa Novembru 2018 biex tinkludi s-sett li jmiss tal-proġetti, f'konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2315, li tipprevedi b'mod partikolari li r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”) jista' jagħmel rakkomandazzjoni rigward l-identifikazzjoni u l-evalwazzjoni tal-proġetti tal-PESCO, abbażi tal-valutazzjonijiet ipprovduti mis-segretarjat tal-PESCO, biex il-Kunsill jieħu deċiżjoni, b'segwitu ta' parir militari mill-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea (EUMC).

(6)

Fil-25 ta' Ġunju 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/909 li tistabbilixxi sett komuni ta' regoli ta' governanza għall-proġetti tal-PESCO (4).

(7)

Fil-11 ta' Ottubru 2018, ir-Rappreżentant Għoli għamel rakkomandazzjoni lill-Kunsill rigward l-identifikazzjoni u l-evalwazzjoni ta' proposti ta' proġetti fil-qafas tal-PESCO.

(8)

Fit-13 ta' Novembru 2018, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà qabel dwar ir-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fil-parir militari tal-EUMC dwar ir-rakkomandazzjoni tar-Rappreżentant Għoli rigward l-identifikazzjoni u l-evalwazzjoni ta' proposti ta' proġetti fil-qafas tal-PESCO.

(9)

Għalhekk jenħtieġ li l-Kunsill jemenda u jaġġorna d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni (PESK) 2018/340 hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1, il-proġetti li ġejjin jinżiedu mal-lista:

“18.

Taħriġ bil-Ħelikopters f'Temperaturi u Altitudni Għoljin (Taħriġ H3)

19.

Skola tal-Intelligence Konġunta tal-UE

20.

Ċentri ta' Ttestjar u Evalwazzjoni tal-UE

21.

Sistema Awtonoma tal-Art Integrata (UGS)

22.

Sistemi ta' Missili Tattiċi tal-Art Lil Hinn mil-Linja ta' Viżjoni (BLOS) tal-UE

23.

Pakkett ta' Kapaċità ta' Intervent Taħt l-Ilma Modulari Skjerabbli (DIVEPACK)

24.

Sistema Ewropea ta' Inġenji tal-Ajru Ppilotati mill-Bogħod b'Reżistenza Twila f'Altitudni Medja — MALE RPAS Ewropea (Eurodrone)

25.

Ħelikopters ta' Attakk Ewropej TIGER Mark III

26.

Difiża kontra Sistema tal-Ajru mingħajr Bdot Abbord (C-UAS)

27.

Pjattaforma Ewropea ta' Airships ta' Atmosfera Għolja (EHAAP) – Kapaċità Persistenti dwar l-Intelligence, is-Sorveljanza u r-Rikonjizzjoni (ISR)

28.

Post Uniku ta' Kmand (CP) Skjerabbli għall-Kmand u l-Kontroll Tattiċi (C2) ta' Forzi ta' Operazzjonijiet Speċjali (SOF) għal Operazzjonijiet Konġunti Żgħar (SJO) — (SOCC) għal SJO

29.

Kapaċità ta' Gwerra Elettronika u Programm ta' Interoperabbiltà għal Kooperazzjoni Futura dwar l-Intelligence, is-Sorveljanza u r-Rikonjizzjoni (JISR)

30.

Sorveljanza Kimika, Bijoloġika, Radjoloġika u Nukleari (CBRN) bħala Servizz (CBRN SaaS)

31.

Kondiviżjoni tal-Bażijiet

32.

Element ta' Koordinazzjoni tal-Appoġġ Ġeo-meteoroloġiku u Oċeanografiku (GeoMETOC) (GMSCE)

33.

Soluzzjoni ta' Radjunavigazzjoni tal-UE (EURAS)

34.

Netwerk ta' Sensibilizzazzjoni tas-Sorveljanza Spazjali Militari Ewropew (EU-SSA-N)”.

(2)

L-Artikolu 2 huwa sostitwit bis-segwenti:

“Artikolu 2

Il-lista tal-membri tal-proġett ta' kull proġett individwali għandha tkun kif imniżżel fl-Anness I.”.

(3)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 2a

Għal finijiet ta' informazzjoni, il-lista aġġornata kkonsolidata tal-membri tal-proġett ta' kull proġett individwali tidher fl-Anness II.”.

(4)

l-Anness huwa emendat kif ġej:

(a)

huwa renumerat bħala “Anness I”;

(b)

l-entrati stipulati fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni jinżdiedu mat-tabella.

(5)

it-test li jidher fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni jinżdied bħala Anness II.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Novembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 331, 14.12.2017, p. 57.

(2)  ĠU L 65, 8.3.2018, p. 24.

(3)  ĠU C 88, 8.3.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 161, 26.6.2018, p. 37.


ANNESS I

Proġett

Membri tal-Proġett

“18.

Taħriġ bil-Ħelikopters f'Temperaturi u Altitudni Għoljin (Taħriġ H3)

Il-Greċja, l-Italja, ir-Rumanija

19.

Skola tal-Intelligence Konġunta tal-UE

Il-Greċja, Ċipru

20.

Ċentri ta' Testjar u Evalwazzjoni tal-UE

Franza, l-Iżvezja, Spanja, is-Slovakkja

21.

Sistema Awtonoma tal-Art Integrata (UGS)

L-Estonja, il-Belġju, iċ-Ċekja, Spanja, Franza, il-Latvja, l-Ungerija, in-Netherlands, il-Polonja, il-Finlandja

22.

Sistemi ta' Missili Tattiċi tal-Art Lil Hinn mil-Linja ta' Viżjoni (BLOS) tal-UE

Franza, il-Belġju, Ċipru

23.

Pakkett ta' Kapaċità ta' Intervent Taħt l-Ilma Modulari Skjerabbli (DIVEPACK)

Il-Bulgarija, il-Greċja, Franza

24.

Sistema Ewropea ta' Inġenji tal-Ajru Ppilotati mill-Bogħod b'Reżistenza Twila f'Altitudni Medja — MALE RPAS Ewropea (Eurodrone)

Il-Ġermanja, iċ-Ċekja, Spanja, Franza, l-Italja

25.

Ħelikopters ta' Attakk Ewropej TIGER Mark III

Franza, il-Ġermanja, Spanja

26.

Difiża kontra Sistema tal-Ajru mingħajr Bdot Abbord (C-UAS)

L-Italja, iċ-Ċekja

27.

Pjattaforma Ewropea ta' Airships ta' Atmosfera Għolja (EHAAP) — Kapaċità Persistenti dwar l-Intelligence, is-Sorveljanza u r-Rikonjizzjoni (ISR)

L-Italja, Franza

28.

Post Uniku ta' Kmand (CP) Skjerabbli għall-Kmand u l-Kontroll Tattiċi (C2) ta' Forzi ta' Operazzjonijiet Speċjali (SOF) għal Operazzjonijiet Konġunti Żgħar (SJO) — (SOCC) għal SJO

Il-Greċja, Ċipru

29.

Kapaċità ta' Gwerra Elettronika u Programm ta' Interoperabbiltà għal Kooperazzjoni Futura dwar l-Intelligence, is-Sorveljanza u r-Rikonjizzjoni (JISR)

Iċ-Ċekja, il-Ġermanja

30.

Sorveljanza Kimika, Bijoloġika, Radjoloġika u Nukleari (CBRN) bħala Servizz (CBRN SaaS)

L-Awstrija, Franza, il-Kroazja, l-Ungerija, is-Slovenja

31.

Kondiviżjoni tal-Bażijiet

Franza, il-Belġju, iċ-Ċekja, il-Ġermanja, Spanja, in-Netherlands

32.

Element ta' Koordinazzjoni tal-Appoġġ Ġeo-meteoroloġiku u Oċeanografiku (GeoMETOC) (GMSCE)

Il-Ġermanja, il-Greċja, Franza, ir-Rumanija

33.

Soluzzjoni ta' Radjunavigazzjoni tal-UE (EURAS)

Franza, il-Belġju, il-Ġermanja, Spanja, l-Italja

34.

Netwerk ta' Sensibilizzazzjoni tas-Sorveljanza Spazjali Militari Ewropew (EU-SSA-N)

L-Italja, Franza”


ANNESS II

ANNESS II

LISTA AĠĠORNATA KONSOLIDATA TAL-MEMBRI TAL-PROĠETTI GĦAL KULL PROĠETT INDIVIDWALI

Proġett

Membri tal-Proġett

1.

Kmand Mediku Ewropew

Il-Ġermanja, iċ-Ċekja, Spanja, Franza, l-Italja, in-Netherlands, ir-Rumanija, is-Slovakkja, l-Iżvezja

2.

Radju definit b'Software Sigur Ewropew (ESSOR)

Franza, il-Belġju, il-Ġermanja, Spanja, l-Italja, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, il-Finlandja

3.

Netwerk ta' Ċentri Loġistiċi fl-Ewropa u appoġġ għall-Operazzjonijiet

Il-Ġermanja, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, l-Ungerija, in-Netherlands, il-Polonja, is-Slovenja, is-Slovakkja

4.

Mobbiltà Militari

In-Netherlands, il-Belġju, il-Bulgarija, iċ-Ċekja, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Iżvezja

5.

Ċentru ta' Kompetenza għall-Missjoni ta' Taħriġ tal-Unjoni Ewropea (EU TMCC)

Il-Ġermanja, il-Belġju, iċ-Ċekja, l-Irlanda, Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, in-Netherlands, il-Portugall, l-Awstrija, ir-Rumanija, l-Iżvezja

6.

Ċentru Ewropew ta' Ċertifikazzjoni tat-Taħriġ għall-Armati Ewropej

L-Italja, il-Greċja

7.

Funzjoni Operazzjonali tal-Enerġija (EOF)

Franza, il-Belġju, Spanja, l-Italja

8.

Pakkett dwar il-Kapaċità Militari li tista' tiġi Skjerata għal Għajnuna f'Każ ta' Diżastru

L-Italja, il-Greċja, Spanja, il-Kroazja, l-Awstrija

9.

Sistemi Marittimi (semi) Awtonomi għal Kontromiżuri kontra l-Mini (MAS MCM)

Il-Belġju, il-Greċja, il-Latvja, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija

10.

Sorveljanza u Protezzjoni tal-Port u Marittima (HARMSPRO)

L-Italja, il-Greċja, il-Polonja, il-Portugall

11.

Titjib tas-Sorveljanza Marittima

Il-Greċja, il-Bulgarija, l-Irlanda, Spanja, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru

12.

Pjattaforma għall-Kondiviżjoni tal-Informazzjoni dwar it-Theddid Ċibernetiku u r-Rispons għall-Inċidenti

Il-Greċja, Spanja, l-Italja, Ċipru, l-Ungerija, l-Awstrija, il-Portugall

13.

Timijiet ta' Rispons Rapidu Ċibernetiku u Assistenza Reċiproka fiċ-Ċibersigurtà

Il-Litwanja, l-Estonja, Spanja, Franza, il-Kroazja, in-Netherlands, il-Polonja, ir-Rumanija, il-Finlandja

14.

Sistema Strateġika ta' Kmand u Kontroll (C2) għall-Missjonijiet u l-Operazzjonijiet tal-PSDK

Spanja, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Portugall

15.

Vettura Armata għall-Ġlied tal-Infanterija / Vettura Amfibja tal-Attakk/Vettura Ħafifa Armata

L-Italja, il-Greċja, is-Slovakkja

16.

Appoġġ Indirett tal-Artillerija (EuroArtillery)

Is-Slovakkja, l-Italja

17.

Grupp Ristrett li Jħaddem ir-Rispons għall-Kriżijiet tal-EUFOR (EUFOR CROC)

Il-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru

18.

Taħriġ bil-Ħelikopters f'Temperaturi u Altitudni Għoljin (Taħriġ H3)

Il-Greċja, l-Italja, ir-Rumanija

19.

Skola tal-Intelligence Konġunta tal-UE

Il-Greċja, Ċipru

20.

Ċentri ta' Testjar u Evalwazzjoni tal-UE

Franza, l-Iżvezja, Spanja, is-Slovakkja

21.

Sistema Awtonoma tal-Art Integrata (UGS)

L-Estonja, il-Belġju, iċ-Ċekja, Spanja, Franza, il-Latvja, l-Ungerija, in-Netherlands, il-Polonja, il-Finlandja

22.

Sistemi ta' Missili Tattiċi tal-Art Lil Hinn mil-Linja ta' Viżjoni (BLOS) tal-UE

Franza, il-Belġju, Ċipru

23.

Pakkett ta' Kapaċità ta' Intervent Taħt l-Ilma Modulari Skjerabbli (DIVEPACK)

Il-Bulgarija, il-Greċja, Franza

24.

Sistema Ewropea ta' Inġenji tal-Ajru Ppilotati mill-Bogħod b'Reżistenza Twila f'Altitudni Medja — MALE RPAS Ewropea (Eurodrone)

Il-Ġermanja, iċ-Ċekja, Spanja, Franza, l-Italja

25.

Ħelikopters ta' Attakk Ewropej TIGER Mark III

Franza, il-Ġermanja, Spanja

26.

Difiża kontra Sistema tal-Ajru mingħajr Bdot Abbord (C-UAS)

L-Italja, iċ-Ċekja

27.

Pjattaforma Ewropea ta' Airships ta' Atmosfera Għolja (EHAAP) — Kapaċità Persistenti dwar l-Intelligence, is-Sorveljanza u r-Rikonjizzjoni (ISR)

L-Italja, Franza

28.

Post Uniku ta' Kmand (CP) Skjerabbli għall-Kmand u l-Kontroll Tattiċi (C2) ta' Forzi ta' Operazzjonijiet Speċjali (SOF) għal Operazzjonijiet Konġunti Żgħar (SJO) — (SOCC) għal SJO

Il-Greċja, Ċipru

29.

Kapaċità ta' Gwerra Elettronika u Programm ta' Interoperabbiltà għal Kooperazzjoni Futura dwar l-Intelligence, is-Sorveljanza u r-Rikonjizzjoni (JISR)

Iċ-Ċekja, il-Ġermanja

30.

Sorveljanza Kimika, Bijoloġika, Radjoloġika u Nukleari (CBRN) bħala Servizz (CBRN SaaS)

L-Awstrija, Franza, il-Kroazja, l-Ungerija, is-Slovenja

31.

Kondiviżjoni tal-Bażijiet

Franza, il-Belġju, iċ-Ċekja, il-Ġermanja, Spanja, in-Netherlands

32.

Element ta' Koordinazzjoni tal-Appoġġ Ġeo-meteoroloġiku u Oċeanografiku (GeoMETOC) (GMSCE)

Il-Ġermanja, il-Greċja, Franza, ir-Rumanija

33.

.Soluzzjoni ta' Radjunavigazzjoni tal-UE (EURAS)

Franza, il-Belġju, il-Ġermanja, Spanja, l-Italja

34.

Netwerk ta' Sensibilizzazzjoni tas-Sorveljanza Spazjali Militari Ewropew (EU-SSA-N)

L-Italja, Franza


REGOLI TA' PROĊEDURA

21.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 294/23


EMENDI TAD-DISPOŻIZZJONIJIET PRATTIĊI GĦALL-IMPLEMENTAZZJONI TAR-REGOLI TAL-PROĊEDURA TAL-QORTI ĠENERALI

IL-QORTI ĠENERALI

wara li rat l-Artikolu 224 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha;

wara li rat id-Dispożizzjonijiet prattiċi għall-implementazzjoni tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali;

billi tqis li l-emendi tar-Regoli tal-Proċedura adottati mill-Qorti Ġenerali fil-11 ta' Lulju 2018 (1) u d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali dwar il-preżentata u n-notifika ta' atti proċedurali permezz tal-applikazzjoni e-Curia, adottata wkoll mill-Qorti Ġenerali fil-11 ta' Lulju 2018 (2);

billi tqis li, skont dawn it-testi, l-applikazzjoni e-Curia ser issir il-mod esklużiv ta' skambju bejn ir-rappreżentanti tal-partijiet u r-Reġistru tal-Qorti Ġenerali b'effett mill-1 ta' Diċembru 2018;

billi tqis li ċerti punti tad-Dispożizzjonijiet prattiċi ta' implementazzjoni għandhom għalhekk jiġu aġġustati;

billi tqis li, barra minn hekk, ikun fl-interess tal-partijiet u tal-qorti li jingħataw preċiżazzjonijiet dwar il-kalkolu tat-termini, dwar it-tressiq ta' talbiet għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni jew għal miżuri provviżorji oħra, dwar l-użu ta' mezzi tekniċi matul is-seduta, kif ukoll dwar il-modalitajiet kif persuni li ma jkollhomx il-kwalità ta' rappreżentant ikunu jistgħu jitkellmu waqt is-seduta;

billi tqis li għandhom jitneħħew ir-riferimenti kollha għall-appelli ppreżentati quddiem il-Qorti Ġenerali mid-deċiżjonijiet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea b'konsegwenza tar-Regolament (UE, Euratom) 2016/1192 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar it-trasferiment lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-ġuriżdizzjoni fl-ewwel istanza f'tilwimiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-membri tal-persunal tagħha (3);

billi tqis li l-bidliet introdotti fit-test tad-Dispożizzjonijiet prattiċi ta' implementazzjoni fis-seħħ jeħtieġu, sabiex ikunu jistgħu jinqraw b'iktar faċilità, numerazzjoni ġdida tal-punti u aġġornament tar-referenzi interni;

TADOTTA DAWN L-EMENDI TAD-DISPOŻIZZJONIJIET PRATTIĊI GĦALL-IMPLEMENTAZZJONI TAR-REGOLI TAL-PROĊEDURA TAL-QORTI ĠENERALI:

Artikolu 1

Id-Dispożizzjonijiet prattiċi għall-implementazzjoni tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (4) huma emendati kif ġej:

1.

In-nota ta' qiegħ il-paġna segwenti hija introdotta fi tmiem l-għaxar premessa wara l-kliem “fuq il-bażi tal-Artikolu 105(11) tar-Regoli tal-Proċedura”:

“Deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali (UE) 2016/2387 tal-14 ta' Settembru 2016 dwar ir-regoli ta' sigurtà applikabbli għall-informazzjoni jew għall-annessi prodotti taħt l-Artikolu 105(1) jew (2) tar-Regoli tal-Proċedura (ĠU L 355, 24.12.2016, p. 18) (iktar 'il quddiem id-“deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta' Settembru 2016”).”

2.

Wara l-għaxar premessa, it-test segwenti huwa introdott bħala l-ħdax-il premessa:

“billi tqis li r-regoli dwar il-preżentata u n-notifika ta' atti proċedurali permezz tal-applikazzjoni e-Curia huma stabbiliti fid-deċiżjoni adottata mill-Qorti Ġenerali fuq il-bażi tal-Artikolu 56a(2) tar-Regoli tal-Proċedura;”

3.

Mal-ħdax-il premessa hija marbuta nota ta' qiegħ il-paġna fformulata b'dan il-mod:

“Deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, tal-11 ta' Lulju 2018, dwar il-preżentata u n-notifika ta' atti proċedurali permezz tal-applikazzjoni e-Curia (ĠU L 240, 25.9.2018, p. 72) (iktar 'il quddiem id-“deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta' Lulju 2018”).”

4.

Fl-aħħar premessa, li tibda bil-kliem “wara li kkonsultat”, l-espressjoni “li sar l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO),” hija introdotta wara “tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)”.

5.

Fil-punt 7, l-espressjoni “Barra mill-ħinijiet tal-ftuħ tar-Reġistru, l-atti proċedurali jistgħu,” hija ssostitwita bl-espressjoni “Barra mill-ħinijiet tal-ftuħ tar-Reġistru, l-anness imsemmi fl-Artikolu 72(4) tar-Regoli tal-Proċedura u l-att proċedurali msemmi fl-Artikolu 147(6) tar-Regoli tal-Proċedura jistgħu,”.

6.

Fil-punt 9, ir-riferiment għal “mid-deċiżjoni adottata mill-Qorti Ġenerali fuq il-bażi tal-Artikolu 105(11) tar-Regoli tal-Proċedura” hija ssostitwita b'riferiment għal “mid-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta' Settembru 2016”.

7.

Fil-punt 13:

(a)

l-espressjoni “fuq l-oriġinal tal-att proċedurali ppreżentat mill-partijiet jew fuq il-verżjoni meqjusa li hija l-oriġinal ta' dan l-att 2, kif ukoll fuq kull kopja li tiġi nnotifikata lilhom.” hija ssostitwita bl-espressjoni “fuq l-att proċedurali inkluż fil-proċess tal-kawża, kif ukoll fuq kull kopja li tiġi nnotifikata lill-partijiet.”;

(b)

in-nota ta' qiegħ il-paġna hija mħassra.

8.

Il-punti 14 sa 270, kif ukoll it-titoli korrispondenti, huma ssostitwiti bit-test segwenti:

“14.

Id-data tal-preżentata msemmija fil-punt 13 iktar 'il fuq għandha tkun, skont il-każ, id-data msemmija fl-Artikolu 5 tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta' Lulju 2018, id-data li fiha r-Reġistru jirċievi l-att, id-data msemmija fil-punt 7 iktar 'il fuq, jew id-data msemmija fit-tieni inċiż tal-Artikolu 3 tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta' Settembru 2016. Fil-każijiet previsti fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 54 tal-Istatut, id-data tal-preżentata msemmija fil-punt 13 iktar 'il fuq għandha tkun id-data tal-preżentata tal-att proċedurali, permezz ta' e-Curia, fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja jew, fil-każ ta' preżentata msemmija fl-Artikolu 147(6) tar-Regoli tal-Proċedura, dik tal-preżentata tal-att fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja.

15.

Konformement mal-Artikolu 125c tar-Regoli tal-Proċedura, l-annessi prodotti fil-kuntest tal-proċedura ta' ftehim bonarju prevista fl-Artikoli 125a sa 125d tar-Regoli tal-Proċedura għandhom jiġu rreġistrati f'reġistru speċifiku li ma għandux ikun suġġett għas-sistema prevista fl-Artikoli 36 u 37 tal-imsemmija Regoli

D.   In-numru tal-kawża

16.

Meta rikors promotur jiġi rreġistrat fir-reġistru, il-kawża għandha tingħata numru tal-ordni ppreċedut b'“T-” u segwit bl-indikazzjoni tas-sena.

17.

It-talbiet għal miżuri provviżorji, it-talbiet għal intervent, it-talbiet għal rettifika jew għal interpretazzjoni, it-talbiet sabiex jiġi rrimedjat nuqqas li tingħata deċiżjoni, it-talbiet għal reviżjoni, it-talbiet għal oppożizzjoni għal sentenza fil-kontumaċja jew għal oppożizzjoni minn terzi, it-talbiet għall-intaxxar tal-ispejjeż u t-talbiet għal għajnuna legali li jkunu jirrigwardaw rikorsi pendenti għandhom jingħataw l-istess numru tal-ordni bħall-kawża prinċipali, segwit b'notament li jindika n-natura partikolari distinta ta' dawn il-proċeduri.

18.

Talba għal għajnuna legali mressqa bl-intenzjoni li eventwalment titressaq kawża għandha tingħata numru tal-ordni ppreċedut b'“T-”, segwit bl-indikazzjoni tas-sena u b'notament speċifiku.

19.

Rikors li l-preżentata tiegħu tkun ippreċeduta b'talba għal għajnuna legali relatata miegħu għandu jingħata l-istess numru tal-kawża bħal din it-talba.

20.

Kawża mibgħuta lura mill-Qorti tal-Ġustizzja wara annullament jew wara eżami mill-ġdid għandha tingħata n-numru li kienet ingħatat preċedentement quddiem il-Qorti Ġenerali, segwit b'notament speċifiku.

21.

In-numru tal-ordni tal-kawża, bl-indikazzjoni tal-partijiet, għandu jiġi indikat fl-atti proċedurali, fil-korrispondenza relatata mal-kawża kif ukoll, bla ħsara għall-Artikolu 66 tar-Regoli tal-Proċedura, fil-pubblikazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali u fid-dokumenti tal-Qorti Ġenerali mqiegħda fis-sit Internet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

E.   Il-proċess tal-kawża u konsultazzjoni tal-proċess tal-kawża

E.1.   Żamma tal-proċess tal-kawża

22.

Il-proċess tal-kawża għandu jinkludi: l-atti proċedurali, jekk ikun il-każ flimkien mal-annessi, li jkunu ser jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex tinqatal-kawża, bin-notament previst fil-punt 13 iktar 'il fuq, iffirmat mir-Reġistratur; il-korrispondenza mal-partijiet; jekk ikun il-każ, il-proċess verbal tal-laqgħa mal-partijiet, ir-rapport għas-seduta, il-proċess verbal tas-seduta għas-sottomissjonijiet orali u l-proċess verbal tas-seduta istruttorja, kif ukoll id-deċiżjonijiet meħuda f'din il-kawża.

23.

Id-dokumenti inklużi fil-proċess tal-kawża għandhom jingħataw numru konsekuttiv.

24.

Il-verżjonijiet kunfidenzjali u l-verżjonijiet mhux kunfidenzjali tal-atti proċedurali u tal-annessi tagħhom għandhom jinżammu b'mod separat fil-proċess tal-kawża.

25.

Id-dokumenti dwar il-proċeduri partikolari msemmija fil-punt 17 iktar 'il fuq għandhom jinżammu b'mod separat fil-proċess tal-kawża.

26.

L-annessi prodotti fil-kuntest ta' proċedura ta' ftehim bonarju fis-sens tal-Artikolu 125a tar-Regoli tal-Proċedura għandhom jinżammu fi proċess distint mill-proċess tal-kawża.

27.

Att proċedurali u l-annessi tiegħu prodotti f'kawża u inklużi fil-proċess ta' din il-kawża ma jistgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-preparazzjoni ta' kawża oħra.

28.

Wara li tintemm il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali, ir-Reġistru għandu jiżgura l-għeluq u l-arkivjar tal-proċess tal-kawża kif ukoll tal-proċess previst fl-Artikolu 125c(1) tar-Regoli tal-Proċedura. Il-proċess magħluq għandu jinkludi lista tad-dokumenti kollha inklużi fil-proċess tal-kawża, b'indikazzjoni tan-numru tagħhom, kif ukoll paġna quddiem li tindika n-numru tal-ordni tal-kawża, il-partijiet u d-data meta ngħalqet il-kawża.

29.

It-trattament tal-informazzjoni jew tal-annessi prodotti skont l-Artikolu 105(1) jew (2) tar-Regoli tal-Proċedura huwa rregolat mid-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta' Settembru 2016.

E.2.   Konsultazzjoni tal-proċess tal-kawża

30.

Ir-rappreżentanti tal-partijiet prinċipali f'kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għandhom ikunu jistgħu jikkonsultaw, fl-uffiċċji tar-Reġistru, il-proċess tal-kawża, inklużi l-inkartamenti amministrattivi prodotti quddiem il-Qorti Ġenerali, u għandhom ikunu jistgħu jitolbu kopji tal-atti proċedurali jew ta' estratti mill-proċess tal-kawża u mir-reġistru.

31.

Ir-rappreżentanti tal-partijiet li l-intervent tagħhom ikun ġie aċċettat skont l-Artikolu 144 tar-Regoli tal-Proċedura għandhom l-istess dritt li jikkonsultaw il-proċess tal-kawża bħall-partijiet prinċipali, bla ħsara għall-Artikolu 144(5) u (7) tar-Regoli tal-Proċedura.

32.

Fil-kawżi magħquda, ir-rappreżentanti tal-partijiet kollha għandhom id-dritt li jikkonsultaw il-proċessi tal-kawżi kkonċernati mit-tgħaqqid, bla ħsara għall-Artikolu 68(4) tar-Regoli tal-Proċedura.

33.

Il-persuni li jkunu ressqu talba għal għajnuna legali skont l-Artikolu 147 tar-Regoli tal-Proċedura mingħajr l-assistenza ta' avukat għandhom id-dritt li jikkonsultaw il-proċess dwar l-għajnuna legali.

34.

Il-konsultazzjoni tal-verżjoni kunfidenzjali tal-atti proċedurali u, jekk ikun il-każ, tal-annessi tagħhom għandha tkun awtorizzata biss fir-rigward tal-partijiet li għalihom ma jkun ġie ordnat ebda trattament kunfidenzjali.

35.

Fir-rigward tal-informazzjoni jew tal-annessi prodotti skont l-Artikolu 105(1) jew (2) tar-Regoli tal-Proċedura, għandu jsir riferiment għall-punt 29 iktar 'il fuq.

36.

Ir-regoli stabbiliti fil-punti 30 sa 35 iktar 'il fuq ma jikkonċernawx l-aċċess għall-proċess previst fl-Artikolu 125c(1) tar-Regoli tal-Proċedura. L-aċċess għal dan il-proċess speċifiku huwa rregolat minn din l-istess dispożizzjoni tar-Regoli tal-Proċedura.

F.   L-oriġinali tas-sentenzi u tad-digrieti

37.

L-oriġinali tas-sentenzi u tad-digrieti tal-Qorti Ġenerali għandhom jinżammu, f'ordni kronoloġiku, fl-arkivji tar-Reġistru. Kopja awtentikata tagħhom għandha tiġi inkluża fil-proċess tal-kawża.

38.

Fuq talba mill-partijiet, ir-Reġistratur għandu jagħtihom kopja tal-oriġinal ta' sentenza jew ta' digriet, jekk ikun il-każ, f'verżjoni mhux kunfidenzjali.

39.

Ir-Reġistratur jista' jagħti kopja sempliċi tas-sentenzi jew tad-digrieti lil terzi li jitolbuha, iżda biss sa fejn dawn id-deċiżjonijiet ma jkunux diġà aċċessibbli pubblikament u sa fejn ma jkunx fihom informazzjoni kunfidenzjali.

40.

Id-digrieti dwar rettifika ta' sentenza jew ta' digriet, is-sentenzi jew id-digrieti dwar l-interpretazzjoni ta' sentenza jew ta' digriet, is-sentenzi mogħtija fuq oppożizzjoni għal sentenza fil-kontumaċja, is-sentenzi jew id-digrieti mogħtija fuq oppożizzjoni minn terzi jew fuq talba għal reviżjoni, kif ukoll is-sentenzi jew id-digrieti mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fl-appell jew fil-każ ta' eżami mill-ġdid għandhom jiġu indikati permezz ta' notament fil-marġni tas-sentenza jew tad-digriet ikkonċernat; l-oriġinal jew kopja awtentikata tagħhom għandhom jiġu annessi mal-oriġinal tas-sentenza jew tad-digriet.

G.   It-traduzzjonijiet

41.

Ir-Reġistratur għandu jiżgura li, konformement mal-Artikolu 47 tar-Regoli tal-Proċedura, dak kollu li jintqal jew jinkiteb matul il-proċedura jiġi tradott, fuq talba minn Imħallef, minn Avukat Ġenerali jew minn parti, fil-lingwa tal-kawża jew, jekk ikun il-każ, f'lingwa oħra msemmija fl-Artikolu 45(1) tar-Regoli tal-Proċedura. Sa fejn traduzzjoni f'lingwa oħra msemmija fl-Artikolu 44 tar-Regoli tal-Proċedura tkun neċessarja għall-iżvolġiment tajjeb tal-proċedura, ir-Reġistratur għandu jiżgura li titwettaq ukoll tali traduzzjoni.

H.   Ix-xhieda u l-periti

42.

Ir-Reġistratur għandu jieħu l-miżuri neċessarji għall-eżekuzzjoni tad-digrieti li jordnaw perizja jew is-smigħ ta' xhieda.

43.

Ir-Reġistratur għandu jitlob lix-xhieda jippreżentawlu d-dokumenti ta' sostenn fir-rigward tal-ispejjeż tagħhom u għat-telf ta' qligħ tagħhom u għandu jitlob lill-periti jippreżentawlu nota tal-onorarji li tiġġustifika x-xogħol u l-ispejjeż tagħhom.

44.

Ir-Reġistratur għandu jiżgura li l-kaxxier tal-Qorti Ġenerali jħallas l-ammonti dovuti lix-xhieda u lill-periti, b'applikazzjoni tar-Regoli tal-Proċedura. Fil-każ ta' kontestazzjoni dwar dawn l-ammonti, ir-Reġistratur għandu jressaqha quddiem il-President sabiex tittieħed deċiżjoni dwarha.

I.   It-tariffa tar-Reġistru

45.

Meta jingħata estratt mir-reġistru konformement mal-Artikolu 37 tar-Regoli tal-Proċedura, ir-Reġistratur għandu jiġbor dritt tar-Reġistru ta' EUR 3,50 għal kull paġna għal kopja awtentikata u ta' EUR 2,50 għal kull paġna għal kopja sempliċi.

46.

Meta kopja ta' att proċedurali jew estratt mill-proċess tal-kawża jingħataw fuq karta lil parti fuq talba tagħha konformement mal-Artikolu 38(1) tar-Regoli tal-Proċedura, ir-Reġistratur għandu jiġbor dritt tar-Reġistru ta' EUR 3,50 għal kull paġna għal kopja awtentikata u ta' EUR 2,50 għal kull paġna għal kopja sempliċi.

47.

Meta kopja awtentikata ta' digriet jew ta' sentenza, għall-finijiet tal-eżekuzzjoni, tingħata lil parti fuq talba tagħha konformement mal-Artikolu 38(1) jew mal-Artikolu 170 tar-Regoli tal-Proċedura, ir-Reġistratur għandu jiġbor dritt tar-Reġistru ta' EUR 3,50 għal kull paġna.

48.

Meta kopja sempliċi ta' sentenza jew ta' digriet tingħata konformement mal-punt 39 iktar 'il fuq lil terz fuq talba tiegħu, ir-Reġistratur għandu jiġbor dritt tar-Reġistru ta' EUR 2,50 għal kull paġna.

49.

Meta r-Reġistratur jiżgura li titwettaq, fuq talba ta' parti, traduzzjoni ta' att proċedurali jew ta' estratt mill-proċess tal-kawża, li l-volum tagħhom jitqies, bis-saħħa tal-Artikolu 139(b) tar-Regoli tal-Proċedura, li huwa żejjed, għandu jinġabar dritt tar-Reġistru ta' EUR 1,25 għal kull linja.

50.

Meta parti jew min iressaq talba għal intervent jonqsu b'mod repetut milli josservaw ir-rekwiżiti tar-Regoli tal-Proċedura jew ta' dawn id-Dispożizzjonijiet prattiċi ta' implementazzjoni, ir-Reġistratur għandu jiġbor, konformement mal-Artikolu 139(c) tar-Regoli tal-Proċedura, dritt tar-Reġistru li ma jistax ikun ta' iktar minn EUR 7 000 (2 000 darba t-tariffa ta' EUR 3,50 prevista fil-punti 45 sa 47 iktar 'il fuq).

J.   Irkupru ta' ammonti

51.

Jekk ikun hemm lok li jiġu rkuprati, favur il-kaxxier tal-Qorti Ġenerali, ammonti mħallsa bħala għajnuna legali, ammonti mħallsa lix-xhieda jew lill-periti jew l-ispejjeż sostnuti mill-Qorti Ġenerali li setgħu jiġu evitati fis-sens tal-Artikolu 139(a) tar-Regoli tal-Proċedura, ir-Reġistratur għandu jitlob dawn l-ammonti mingħand il-parti li tkun responsabbli għalihom.

52.

Fil-każ li l-ammonti msemmija fil-punt 51 iktar 'il fuq ma jitħallsux fit-terminu ffissat mir-Reġistratur, dan tal-aħħar jista' jitlob lill-Qorti Ġenerali tagħti digriet li jikkostitwixxi titolu eżekuttiv u li tiegħu għandu, jekk ikun il-każ, jeżiġi l-infurzar.

53.

Jekk ikun hemm lok li jiġu rkuprati, favur il-kaxxier tal-Qorti Ġenerali, drittijiet tar-Reġistru, ir-Reġistratur għandu jitlob dawn l-ammonti mingħand il-parti jew it-terz li jkunu responsabbli għalihom.

54.

Fil-każ li l-ammonti msemmija fil-punt 53 iktar 'il fuq ma jitħallsux fit-terminu ffissat mir-Reġistratur, dan tal-aħħar jista' jadotta, fuq il-bażi tal-Artikolu 35(4) tar-Regoli tal-Proċedura, deċiżjoni li tikkostitwixxi titolu eżekuttiv u li tagħha għandu, jekk ikun il-każ, jeżiġi l-infurzar.

K.   Il-pubblikazzjoni u t-tqegħid ta' dokumenti fuq l-Internet

55.

Ir-Reġistratur għandu jiżgura l-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-ismijiet tal-President u tal-Viċi President tal-Qorti Ġenerali, kif ukoll tal-Presidenti ta' awla li jkunu ġew eletti mill-Qorti Ġenerali, tal-kompożizzjoni tal-awli u tal-kriterji stabbiliti għall-assenjazzjoni tal-kawżi lill-awli, tal-kriterji stabbiliti, jekk ikun il-każ, sabiex jiġi kkompletat il-kulleġġ ġudikanti jew sabiex jintlaħaq il-kworum fil-każ ta' impediment ta' Membru tal-kulleġġ ġudikanti, tal-isem tar-Reġistratur u, jekk ikun il-każ, tal-Assistent Reġistratur wieħed jew iktar eletti mill-Qorti Ġenerali, kif ukoll tad-dati tal-vaganzi ġudizzjarji.

56.

Ir-Reġistratur għandu jiżgura l-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tad-deċiżjonijiet previsti fl-Artikolu 11(3), fl-Artikolu 56a(2) u fl-Artikolu 105(11) tar-Regoli tal-Proċedura.

57.

Ir-Reġistratur għandu jiżgura l-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-formola tal-għajnuna legali.

58.

Ir-Reġistratur għandu jiżgura l-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-avviżi dwar ir-rikorsi ppreżentati u dwar id-deċiżjonijiet li jagħlqu l-istanza, ħlief fil-każ ta' deċiżjonijiet li jagħlqu l-istanza adottati qabel in-notifika tar-rikors lill-konvenut.

59.

Ir-Reġistratur għandu jiżgura l-pubblikazzjoni tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali konformement mal-modalitajiet deċiżi minn din tal-aħħar. Dawn il-modalitajiet għandhom ikunu disponibbli fis-sit Internet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

II.   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR IT-TRATTAMENT TAL-KAWŻI

A.   In-notifiki

60.

In-notifiki għandhom jitwettqu mir-Reġistru konformement mal-Artikolu 57 tar-Regoli tal-Proċedura.

61.

Mal-kopja tal-att li jkun qiegħed jiġi nnotifikat għandha tintbagħat ittra li tispeċifika n-numru tal-kawża, in-numru tar-reġistru u l-indikazzjoni fil-qosor tan-natura tal-att.

62.

Fil-każ ta' notifika ta' att b'applikazzjoni tal-Artikolu 57(2) tar-Regoli tal-Proċedura, id-destinatarju għandu jiġi informat b'din in-notifika permezz tat-trażmissjoni b'e-Curia ta' kopja tal-ittra li tintbagħat man-notifika filwaqt li l-attenzjoni tad-destinatarju għandha tinġibed għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 57(2) tar-Regoli tal-Proċedura.

63.

Il-prova tan-notifika għandha tinżamm fil-proċess tal-kawża.

64.

Fil-każ li tentattiv ta' notifika tar-rikors lill-konvenut ma jirnexxix, ir-Reġistratur għandu jiffissa terminu lir-rikorrent, skont il-każ, sabiex jipprovdi informazzjoni addizzjonali għall-finijiet tan-notifika jew sabiex jistaqsi jekk ir-rikorrent jaċċettax li juża, bi spejjeż tiegħu, is-servizzi ta' marixxal sabiex titwettaq notifika ġdida.

B.   It-termini

65.

Fir-rigward tal-Artikolu 58(1)(a) u (b) tar-Regoli tal-Proċedura, meta terminu jkun espress f'ġimgħat, f'xhur jew fi snin, dan it-terminu għandu jiskadi fi tmiem il-jum li, fl-aħħar ġimgħa, fl-aħħar xahar jew fl-aħħar sena indikati mit-terminu, ikollu l-istess isem jew l-istess numru bħall-jum li minnu beda jiddekorri t-terminu, jiġifieri l-jum li matulu seħħ l-avveniment jew twettaq l-att li minnhom jibda jiddekorri t-terminu, u mhux il-jum segwenti.

66.

L-Artikolu 58(2) tar-Regoli tal-Proċedura, li jipprovdi li jekk il-jum li fih jiskadi terminu jkun is-Sibt, il-Ħadd jew jum ta' vaganza legali, l-iskadenza ta' dan it-terminu għandha tiġi ddifferita għat-tmiem tal-jum ta' xogħol li jmiss, japplika biss meta t-terminu sħiħ, inkluż it-terminu għal raġuni ta' distanza, jiskadi s-Sibt, il-Ħadd jew f'jum ta' vaganza legali.

67.

Ir-Reġistratur għandu jiffissa t-termini previsti mir-Regoli tal-Proċedura, konformement mad-delegi li jkun irċieva mill-President.

68.

Konformement mal-Artikolu 62 tar-Regoli tal-Proċedura, l-atti proċedurali jew l-annessi li jaslu fir-Reġistru wara l-iskadenza tat-terminu ffissat għall-preżentata tagħhom jistgħu jiġu aċċettati biss bl-awtorizzazzjoni tal-President.

69.

Ir-Reġistratur jista' jipproroga t-termini ffissati, konformement mad-delegi li jkun irċieva mill-President; jekk ikun il-każ, huwa għandu jissottometti lill-President proposti dwar il-proroga tat-termini. It-talbiet għall-proroga ta' termini għandhom ikunu debitament motivati u għandhom jitressqu fi żmien suffiċjenti qabel l-iskadenza tat-terminu ffissat.

70.

Terminu jista' jiġi pprorogat għal iktar minn darba għal raġunijiet eċċezzjonali biss.

C.   L-anonimat

71.

Meta parti tqis li l-identità tagħha ma għandhiex tiġi żvelata fil-konfront tal-pubbliku fil-kuntest ta' kawża mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali, hija għandha titlob lil din tal-aħħar, bis-saħħa tal-Artikolu 66 tar-Regoli tal-Proċedura, sabiex tapplika, jekk ikun il-każ, l-anonimat, totali jew parzjali, għall-kawża ineżami.

72.

It-talba għal anonimat għandha titressaq permezz ta' att separat li jinkludi motivazzjoni adegwata.

73.

Sabiex titħares l-effikaċja tal-anonimat, it-talba għandha titressaq sa mill-bidu tal-proċedura. Minħabba l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni dwar il-kawża fuq l-Internet, l-effett utli tal-anonimizzazzjoni jkun kompromess jekk il-kawża kkonċernata tkun inkluża fil-lista tal-kawżi mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali disponibbli fuq is-sit Internet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew meta l-avviż dwar il-kawża kkonċernata jkun diġà ġie ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

D.   L-ommissjoni ta' informazzjoni fil-konfront tal-pubbliku

74.

Fil-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 66 tar-Regoli tal-Proċedura, parti tista' tressaq talba għall-ommissjoni tal-identità ta' terzi msemmija fil-kuntest tal-proċedura jew ta' ċerta informazzjoni ta' natura kunfidenzjali fid-dokumenti marbuta mal-kawża li għalihom ikollu aċċess il-pubbliku.

75.

It-talba għal ommissjoni għandha titressaq permezz ta' att separat. Din it-talba għandha tindika b'mod preċiż l-informazzjoni kkonċernata u għandha tinkludi motivazzjoni tan-natura kunfidenzjali ta' kull element ta' din l-informazzjoni.

76.

Sabiex titħares l-effikaċja tal-ommissjoni ta' informazzjoni fil-konfront tal-pubbliku, huwa rrakkomandat li t-talba titressaq, skont il-każ, sa mill-bidu tal-proċedura jew meta jiġi ppreżentat l-att proċedurali li jkun fih l-informazzjoni inkwistjoni jew immedjatament wara li tittieħed konoxxenza tiegħu. Minħabba l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni dwar il-kawża fuq l-Internet, ikun fil-fatt ħafna iktar diffiċli li tiġi implimentata l-ommissjoni ta' informazzjoni fil-konfront tal-pubbliku meta l-avviż dwar il-kawża kkonċernata jkun diġà ġie ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew meta d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, meħuda fil-mori tal-kawża jew li tagħlaq il-kawża, tkun aċċessibbli fis-sit Internet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

III.   FUQ L-ATTI PROĊEDURALI U FUQ L-ANNESSI TAGĦHOM

A.   Il-preżentata tal-atti proċedurali u tal-annessi tagħhom permezz ta' e-Curia

77.

L-atti proċedurali kollha għandhom jiġu ppreżentati fir-Reġistru b'mod esklużivament elettroniku permezz tal-użu ta' e-Curia (https://curia.europa.eu/e-Curia), b'osservanza tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta' Lulju 2018 u tal-Kundizzjonijiet ta' użu ta' e-Curia, bla ħsara għall-każijiet previsti fil-punti 89 sa 91 iktar 'il quddiem. Dawn id-dokumenti huma disponibbli fis-sit Internet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

78.

Ir-rappreżentant li jwettaq il-preżentata permezz ta' e-Curia għandu jissodisfa r-rekwiżiti kollha previsti fl-Artikolu 19 tal-Istatut u, fil-każ li jkun avukat, għandu jkollu l-indipendenza meħtieġa fil-konfront tal-parti li jkun qiegħed jirrappreżenta.

79.

L-użu tal-kodiċi ta' identifikazzjoni u tal-password personali tar-rappreżentant jiswa bħala firma tal-att proċedurali ppreżentat konformement mal-Artikolu 3 tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta' Lulju 2018, u huwa intiż li jiggarantixxi n-natura awtentika tal-imsemmi att. Bl-użu tal-kodiċi ta' identifikazzjoni u tal-password personali tiegħu, ir-rappreżentant jassumi r-responsabbiltà għall-kontenut tal-att ippreżentat.

B.   Il-preżentazzjoni tal-atti proċedurali u tal-annessi tagħhom

B.1.   Fuq l-atti proċedurali

80.

L-indikazzjonijiet segwenti għandhom ikunu inklużi fuq l-ewwel paġna ta' kull att proċedurali:

a)

in-numru tal-kawża (T-…/0000), sa fejn dan ikun diġà ġie kkomunikat mir-Reġistru;

b)

it-tip ta' att proċedurali (rikors, risposta, replika, kontroreplika, talba għal intervent, nota ta' intervent, eċċezzjoni ta' inammissibbiltà, osservazzjonijiet dwar ..., tweġibiet għall-mistoqsijiet, eċċ);

c)

l-ismijiet tar-rikorrent, tal-konvenut, jekk ikun il-każ dak tal-intervenjent, kif ukoll dak ta' kull parti oħra fil-proċedura fir-rigward tal-kawżi dwar proprjetà intellettwali;

d)

l-isem tal-parti li għaliha jkun qiegħed jiġi ppreżentat l-att proċedurali.

81.

Sabiex tkun iffaċilitata l-konsultazzjoni elettronika tagħhom, l-atti proċedurali għandhom jiġu ppreżentati:

a)

f'format A4;

b)

b'ittri ta' tipa komuni (bħal Times New Roman, Courier jew Arial) b'daqs ta' minn tal-inqas 12-il punt fit-test u minn tal-inqas 10 punti fin-noti ta' qiegħ il-paġna, bi spazju ta' 1 bejn il-linji u b'marġnijiet, fuq il-parti ta' fuq, ta' isfel, tax-xellug u tal-lemin tal-paġna ta' minn tal-inqas 2,5 cm;

c)

b'numerazzjoni kontinwa u b'ordni konsekuttiva għal kull paragrafu;

d)

b'numerazzjoni kontinwa u b'ordni konsekuttiva għal kull paġna.

B.2.   Fuq l-iskeda li telenka l-annessi

82.

L-iskeda li telenka l-annessi għandha tiġi inkluża fl-aħħar tal-att proċedurali. Annessi ppreżentati mingħajr l-iskeda li telenka l-annessi ma jiġux aċċettati.

83.

L-iskeda li telenka l-annessi għandha tindika, għal kull anness mehmuż:

(a)

in-numru tal-anness (b'riferiment għall-att proċedurali li miegħu jkunu mehmuża l-annessi bl-użu ta' ittra u ta' numru: pereżempju, Anness A.1, A.2, … għall-annessi mar-rikors; B.1, B.2, … għall-annessi mar-risposta; C.1, C.1, … għall-annessi mar-replika; D.1, D.2, … għall-annessi mal-kontroreplika);

(b)

deskrizzjoni qasira tal-anness b'indikazzjoni tan-natura tiegħu (pereżempju: “ittra” b'indikazzjoni tad-data, tal-awtur, tad-destinatarju u tan-numru ta' paġni tal-anness);

(c)

l-indikazzjoni tal-bidu u tat-tmiem ta' kull anness skont in-numru tal-paġni kontinwu tal-annessi (pereżempju: paġni 43 sa 49 tal-annessi);

(d)

l-indikazzjoni tan-numru tal-paragrafu fejn jissemma l-anness għall-ewwel darba u li tiġġustifika l-produzzjoni tiegħu.

84.

Sabiex jiġi ffaċilitat it-trattament mir-Reġistru, huwa meħtieġ li fl-iskeda li telenka l-annessi jiġi indikat liema annessi huma bil-kulur.

B.3.   Fuq l-annessi

85.

Ma' att proċedurali jistgħu jiġu mehmuża biss l-annessi msemmija fit-test tal-att proċedurali u li jsir riferiment għalihom fl-iskeda li telenka l-annessi, u li jkunu neċessarji sabiex jiġi pprovat jew ikkjarifikat il-kontenut tiegħu.

86.

L-annessi mehmuża ma' att proċedurali għandhom jiġu ppreżentati b'mod li jiffaċilita l-konsultazzjoni elettronika tad-dokumenti mill-Qorti Ġenerali u b'mod li tiġi evitata kull possibbiltà ta' konfużjoni. B'hekk, għandhom jiġu osservati r-rekwiżiti segwenti:

(a)

kull anness għandu jkun innumerat konformement mal-punt 83(a) iktar 'il fuq;

(b)

huwa rrakkomandat li kull anness ikollu paġna ta' introduzzjoni speċifika;

(c)

meta l-annessi jkun fihom huma stess annessi, in-numerazzjoni u l-preżentazzjoni tagħhom għandhom isiru b'tali mod li tiġi evitata kull possibbiltà ta' konfużjoni;

(d)

l-annessi mehmuża ma' att proċedurali għandhom ikollhom numru tal-paġna, fil-parti ta' fuq tal-lemin tal-paġna, b'ordni konsekuttiva. In-numru tal-paġna ta' dawn l-annessi għandu jkun kontinwu iżda b'mod separat mill-att proċedurali li miegħu jkunu mehmuża;

(e)

l-annessi għandhom ikunu jistgħu jinqraw faċilment.

87.

Kull riferiment għal anness prodott għandu jinkludi n-numru tal-anness rilevanti, kif indikat fuq il-lista li telenka l-annessi u l-indikazzjoni tal-att proċedurali li miegħu jkun ġie prodott l-anness (pereżempju: Anness A.1 mar-rikors).

C.   Il-preżentazzjoni tal-fajls ippreżentati permezz ta' e-Curia

88.

L-atti proċedurali u l-annessi tagħhom ippreżentati permezz ta' e-Curia għandhom jiġu ppreżentati fil-forma ta' fajls. Sabiex jiġi ffaċilitat it-trattament tagħhom mir-Reġistru, huwa rrakkomandat li jiġu segwiti l-pariri prattiċi fformulati fil-Gwida dwar l-użu tal-applikazzjoni e-Curia li huwa disponibbli fis-sit Internet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri:

kull fajl għandu jkollu isem li jidentifika l-att proċedurali (Nota, Annessi parti 1, Annessi parti 2, Ittra ta' akkumpanjament, eċċ.);

it-test tal-att proċedurali jista' jiġi maħżun direttament f'format PDF mis-softwer għall-ipproċessar ta' test, mingħajr ma huwa meħtieġ li jiġi skannjat;

l-att proċedurali għandu jinkludi l-iskeda li telenka l-annessi;

l-annessi għandhom ikunu f'fajl wieħed jew iktar separati mill-fajl li jkun fih l-att proċedurali. Fajl wieħed jista' jkun fih diversi annessi. Ma huwiex obbligatorju li jinħoloq fajl għal kull anness. Huwa rrakkomandat li l-annessi jiġu miżjuda meta ssir il-preżentata skont l-ordni konsekuttiv tagħhom u li l-isem tagħhom ikun preċiż biżżejjed (pereżempju: Annessi 1 sa 3, Annessi 4 sa 6, eċċ).

D.   Preżentata b'mod differenti minn e-Curia

89.

Ir-regola ġenerali li l-atti proċedurali kollha għandhom jiġu ppreżentati fir-Reġistru permezz ta' e-Curia hija bla ħsara għall-każijiet previsti fl-Artikolu 105(1) u (2) u fl-Artikolu 147(6) tar-Regoli tal-Proċedura.

90.

Barra minn hekk, l-annessi ta' att proċedurali, li jissemmew fit-test ta' dan l-att, li ma jkunux jistgħu jiġu ppreżentati permezz ta' e-Curia minħabba n-natura tagħhom, jistgħu jintbagħtu b'mod separat bil-posta jew jiġu ppreżentati fir-Reġistru b'applikazzjoni tal-Artikolu 72(4) tar-Regoli tal-Proċedura, bil-kundizzjoni li dawn l-annessi jissemmew fl-iskeda li telenka l-annessi tal-att ippreżentat permezz ta' e-Curia. L-iskeda li telenka l-annessi għandha tidentifika l-annessi li ser jiġu ppreżentati b'mod separat. Dawn l-annessi għandhom jaslu fir-Reġistru mhux iktar tard minn għaxart ijiem wara l-preżentata tal-att proċedurali permezz ta' e-Curia. Il-preżentata għandha ssir fl-indirizz segwenti:

Greffe du Tribunal de l'Union européenne

Rue du Fort Niedergrünewald

L-2925 Lussemburgu

91.

Meta l-preżentata ta' att proċedurali permezz ta' e-Curia tirriżulta teknikament impossibbli, ir-rappreżentant għandu jieħu l-passi previsti fl-Artikolu 7 tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta' Lulju 2018. Il-kopja tal-att ippreżentat b'mod differenti minn e-Curia konformement mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 7 tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta' Lulju 2018 għandha tinkludi l-iskeda li telenka l-annessi kif ukoll l-annessi kollha msemmija fiha. Ma huwiex meħtieġ li l-kopja tal-att proċedurali ppreżentat b'dan il-mod tkun iffirmata bl-idejn.

E.   Rifjut ta' atti proċedurali u ta' annessi

92.

Ir-Reġistratur għandu jirrifjuta li jirreġistra fir-reġistru u li jinkludi fil-proċess tal-kawża l-atti proċedurali u, jekk ikun il-każ, l-annessi mhux previsti mir-Regoli tal-Proċedura. Fil-każ ta' dubju, ir-Reġistratur għandu jressaq il-kwistjoni quddiem il-President sabiex tittieħed deċiżjoni.

93.

Ħlief fil-każijiet previsti espliċitament fir-Regoli tal-Proċedura u bla ħsara għall-punti 99 u 100 iktar 'il quddiem, ir-Reġistratur għandu jirrifjuta li jirreġistra fir-reġistru u li jinkludi fil-proċess tal-kawża l-atti proċedurali jew l-annessi redatti b'lingwa li ma tkunx il-lingwa tal-kawża.

94.

Fil-każ li parti tikkontesta r-rifjut ta' reġistrazzjoni fir-reġistru jew ta' inklużjoni fil-proċess tal-kawża ta' att proċedurali jew ta' anness mir-Reġistratur, dan tal-aħħar għandu jressaq il-kwistjoni quddiem il-President sabiex tittieħed deċiżjoni dwar jekk l-att jew l-anness inkwistjoni għandhomx jiġu aċċettati.

F.   Regolarizzazzjoni tal-atti proċedurali u tal-annessi tagħhom

F.1.   Punti ġenerali

95.

Ir-Reġistratur għandu jiżgura li l-atti proċedurali inklużi fil-proċess tal-kawża u l-annessi tagħhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Istatut u tar-Regoli tal-Proċedura, kif ukoll ma' dawn id-Dispożizzjonijiet prattiċi ta' implementazzjoni.

96.

Jekk ikun il-każ, ir-Reġistratur għandu jiffissa lill-partijiet terminu sabiex ikunu jistgħu jirrimedjaw irregolaritajiet formali fl-atti proċedurali ppreżentati.

97.

Fil-każ ta' nuqqasijiet repetuti ta' osservanza tar-rekwiżiti tar-Regoli tal-Proċedura jew ta' dawn id-Dispożizzjonijiet prattiċi ta' implementazzjoni li jeħtieġu li tintalab ir-regolarizzazzjoni, ir-Reġistratur għandu jitlob mingħand il-parti jew mingħand min iressaq talba għal intervent ir-rimbors tal-ispejjeż marbuta mat-trattament mill-Qorti Ġenerali, konformement mal-Artikolu 139(c) tar-Regoli tal-Proċedura.

98.

Fil-każ li, minkejja talbiet għal regolarizzazzjoni, l-annessi jibqgħu mhux ippreżentati konformement mad-dispożizzjonijiet tar-Regoli tal-Proċedura jew ma' dawn id-Dispożizzjonijiet prattiċi ta' implementazzjoni, ir-Reġistratur għandu jressaq il-kwistjoni quddiem il-President sabiex dan jiddeċiedi jekk hemmx lok li dawn l-annessi jiġu rrifjutati.

99.

Fil-każ li l-annessi mehmuża ma' att proċedurali ma jkunux akkumpanjati minn traduzzjoni fil-lingwa tal-kawża, ir-Reġistratur għandu jitlob lill-parti kkonċernata tirregolarizza dan in-nuqqas jekk din it-traduzzjoni tidher neċessarja għall-iżvolġiment tajjeb tal-proċedura. Fin-nuqqas ta' regolarizzazzjoni, l-annessi inkwistjoni għandhom jiġu rtirati mill-proċess tal-kawża.

100.

Fil-każ li talba għal intervent, imressqa minn terz li ma jkunx Stat Membru, ma tkunx redatta fil-lingwa tal-kawża, ir-Reġistratur għandu jitlob ir-regolarizzazzjoni tagħha qabel jinnotifikaha lill-partijiet. Jekk verżjoni ta' din it-talba redatta fil-lingwa tal-kawża titressaq fit-terminu ffissat għal dan il-għan mir-Reġistratur, id-data tal-preżentata tal-ewwel verżjoni f'lingwa oħra għandha tittieħed inkunsiderazzjoni bħala d-data tal-preżentata tal-att proċedurali.

F.2.   Każijiet ta' regolarizzazzjoni tar-rikorsi

101.

Jekk rikors ma jkunx konformi mal-kundizzjonijiet speċifikati fl-Anness 1 ta' dawn id-Dispożizzjonijiet prattiċi ta' implementazzjoni, ir-Reġistru ma jwettaqx in-notifika tiegħu u għandu jiġi ffissat terminu raġonevoli għall-finijiet tar-regolarizzazzjoni. L-assenza ta' regolarizzazzjoni tista' twassal għaċ-ċaħda tar-rikors minħabba inammissibbiltà, konformement mal-Artikolu 78(6), mal-Artikolu 177(6) u mal-Artikolu 194(5) tar-Regoli tal-Proċedura.

102.

Jekk rikors ma jkunx konformi mar-regoli formali speċifikati fl-Anness 2 ta' dawn id-Dispożizzjonijiet prattiċi ta' implementazzjoni, in-notifika tar-rikors għandha tiġi posposta u għandu jiġi ffissat terminu raġonevoli għall-finijiet tar-regolarizzazzjoni.

103.

Jekk rikors ma jkunx konformi mar-regoli formali speċifikati fl-Anness 3 ta' dawn id-Dispożizzjonijiet prattiċi ta' implementazzjoni, ir-rikors għandu jiġi nnotifikat u għandu jiġi ffissat terminu raġonevoli għall-finijiet tar-regolarizzazzjoni.

F.3.   Każijiet ta' regolarizzazzjoni ta' atti proċedurali oħra

104.

Il-każijiet ta' regolarizzazzjoni msemmija fil-punti 101 sa 103 iktar 'il fuq għandhom japplikaw, sa fejn ikun meħtieġ, għall-atti proċedurali l-oħra li ma jkunux rikors.

IV.   FUQ IL-FAŻI BIL-MIKTUB TAL-PROĊEDURA

A.   Tul tan-noti

A.1.   Rikorsi diretti

105.

Fir-rikorsi diretti fis-sens tal-Artikolu 1 tar-Regoli tal-Proċedura, in-numru massimu ta' paġni tan-noti (5) huwa ffissat b'dan il-mod.

Fil-każ tar-rikorsi diretti li ma humiex rikorsi ppreżentati bis-saħħa tal-Artikolu 270 TFUE:

50 paġna għar-rikors, kif ukoll għar-risposta;

25 paġna għar-replika, kif ukoll għall-kontroreplika;

20 paġna għal nota li tqajjem eċċezzjoni ta' inammissibbiltà, kif ukoll għall-osservazzjonijiet dwarha;

20 paġna għal nota ta' intervent u 15-il paġna għall-osservazzjonijiet dwar din in-nota.

Fil-każ tar-rikorsi diretti ppreżentati bis-saħħa tal-Artikolu 270 TFUE:

30 paġna għar-rikors, kif ukoll għar-risposta;

15-il paġna għar-replika, kif ukoll għall-kontroreplika;

10 paġni għal nota li tqajjem eċċezzjoni ta' inammissibbiltà, kif ukoll għall-osservazzjonijiet dwarha;

10 paġni għal nota ta' intervent u 5 paġni għall-osservazzjonijiet dwar din in-nota.

106.

Numru ta' paġni ikbar minn dawn il-limiti massimi jista' jiġi awtorizzat biss f'każijiet partikolarment kumplessi fid-dritt jew fil-fatt.

A.2.   Kawżi dwar proprjetà intellettwali

107.

Fil-kawżi dwar proprjetà intellettwali, in-numru massimu ta' paġni tan-noti (6) huwa ffissat b'dan il-mod:

20 paġna għar-rikors, kif ukoll għar-risposti;

15-il paġna għar-rikors inċidentali u għar-risposti għal dan ir-rikors inċidentali;

10 paġni għal nota li tqajjem eċċezzjoni ta' inammissibbiltà, kif ukoll għall-osservazzjonijiet dwarha;

10 paġni għal nota ta' intervent u 5 paġni għall-osservazzjonijiet dwar din in-nota.

108.

Numru ta' paġni ikbar minn dawn il-limiti massimi jista' jiġi awtorizzat biss f'każijiet partikolarment kumplessi fid-dritt jew fil-fatt.

A.3.   Regolarizzazzjoni tan-noti li jkunu twal wisq

109.

Nota li n-numru ta' paġni tagħha jaqbeż b'40 % n-numru massimu ta' paġni previst, skont il-każ, fil-punti 105 u 107 iktar 'il fuq, għandha tagħti lok għal regolarizzazzjoni, sakemm il-President ma jagħtix istruzzjoni kuntrarja.

110.

Nota li n-numru ta' paġni tagħha jaqbeż b'inqas minn 40 % l-istess numru massimu ta' paġni previst, skont il-każ, fil-punti 105 u 107 iktar 'il fuq, tista' tagħti lok għal regolarizzazzjoni fuq istruzzjoni f'dan is-sens mill-President.

111.

Fil-każ li parti tintalab tirregolarizza nota minħabba tul eċċessiv, in-notifika tan-nota, li l-volum tagħha jiġġustifika r-regolarizzazzjoni, għandha tiġi posposta.

B.   Struttura u kontenut tan-noti

B.1.   Rikorsi diretti

1.   Ir-rikors promotur

112.

L-indikazzjonijiet obbligatorji li għandhom ikunu inklużi fir-rikors promotur huma previsti fl-Artikolu 76 tar-Regoli tal-Proċedura.

113.

Il-parti introduttiva tar-rikors għandha tkun segwita minn espożizzjoni qasira tal-fatti li jkunu wasslu għat-tilwima.

114.

It-talbiet tar-rikors għandhom ikunu fformulati bi preċiżjoni, fil-bidu jew fl-aħħar tar-rikors.

115.

L-argumenti legali għandhom ikunu strutturati skont il-motivi invokati. B'mod ġenerali, ikun utli li qabel ma jiġu żviluppati l-argumenti legali ssir preżentazzjoni skematika tal-motivi invokati. Barra minn hekk, sabiex il-motivi invokati jkunu jistgħu jiġu identifikati faċilment, huwa rrakkomandat li kull wieħed minn dawn il-motivi jingħata titolu.

116.

Flimkien mar-rikors għandhom jiġu prodotti d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 51(2) u (3) u fl-Artikolu 78 tar-Regoli tal-Proċedura.

117.

Għall-finijiet tal-produzzjoni tad-dokument ta' leġittimazzjoni, previst fl-Artikolu 51(2) tar-Regoli tal-Proċedura, li jiċċertifika li l-avukat li jkun qiegħed jirrappreżenta parti jew jassisti lill-aġent tagħha huwa awtorizzat jipprattika quddiem qorti ta' Stat Membru jew ta' Stat ieħor li huwa parti fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, jista' jsir riferiment għal anness ieħor li jkun diġà ġie ppreżentat fil-kuntest ta' kawża quddiem il-Qorti Ġenerali.

118.

Ma' kull rikors għandu jiġi ppreżentat sunt tal-motivi u tal-argumenti prinċipali invokati, liema sunt huwa intiż li jiffaċilita t-tħejjija tal-avviż li għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea konformement mal-Artikolu 79 tar-Regoli tal-Proċedura.

119.

Sabiex jiġi ffaċilitat it-trattament tiegħu mill-Qorti Ġenerali, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li s-sunt tal-motivi u tal-argumenti prinċipali invokati:

jiġi prodott b'mod separat mit-test prinċipali tar-rikors u mill-annessi msemmija fir-rikors.;

ma jkunx ta' iktar minn żewġ paġni;

jiġi redatt bil-lingwa tal-kawża konformement mal-mudell disponibbli fuq is-sit Internet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;

jintbagħat b'ittra elettronika, fil-forma ta' fajl elettroniku sempliċi mħejji b'softwer għall-ipproċessar tat-test, fuq l-indirizz GC.Registry@curia.europa.eu, b'indikazzjoni tal-kawża li għaliha jirreferi.

120.

Jekk ir-rikors jiġi ppreżentat wara li tkun tressqet talba għal għajnuna legali, liema talba għandha l-effett li tissospendi t-terminu għall-preżentata ta' rikors konformement mal-Artikolu 147(7) tar-Regoli tal-Proċedura, din l-informazzjoni għandha tiġi indikata fil-bidu tar-rikors promotur.

121.

Jekk ir-rikors jiġi ppreżentat wara n-notifika tad-digriet li permezz tiegħu tingħata deċiżjoni dwar talba għal għajnuna legali jew, fil-każ li f'dan id-digriet ma jkunx ġie nnominat avukat sabiex jirrappreżenta lill-persuna li tkun talbet l-għajnuna legali, wara n-notifika tad-digriet li jinnomina lill-avukat inkarigat li jirrappreżenta lill-persuna li tkun talbet l-għajnuna legali, fir-rikors għandha tiġi indikata wkoll id-data li fiha d-digriet kien ġie nnotifikat lir-rikorrent.

122.

Sabiex tiġi ffaċilitata t-tħejjija tar-rikors mill-aspett formali, ir-rappreżentanti tal-partijiet huma mistiedna jikkonsultaw id-dokument “Check-list – Rikors” li huwa disponibbli fis-sit Internet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

2.   Ir-risposta

123.

L-indikazzjonijiet obbligatorji li għandhom ikunu inklużi fir-risposta huma previsti fl-Artikolu 81(1) tar-Regoli tal-Proċedura.

124.

It-talbiet tal-konvenut għandhom ikunu fformulati bi preċiżjoni, fil-bidu jew fl-aħħar tar-risposta.

125.

Kull kontestazzjoni tal-fatti allegati mir-rikorrent għandha tkun espliċita u għandha tindika bi preċiżjoni l-fatti kkonċernati.

126.

Peress li l-qafas legali tal-istanza huwa ffissat permezz tar-rikors, l-argumenti żviluppati fir-risposta għandhom, sa fejn ikun possibbli, jiġu strutturati skont il-motivi jew l-ilmenti indikati fir-rikors.

127.

Il-punti 116 u 117 iktar 'il fuq għandhom japplikaw għar-risposta.

128.

Fil-kawżi mressqa bis-saħħa tal-Artikolu 270 TFUE, huwa mixtieq li l-istituzzjonijiet jannettu mar-risposta l-atti ta' portata ġenerali ċċitati li ma jkunux is-suġġett ta' pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b'indikazzjoni tad-dati tal-adozzjoni tagħhom, tad-dħul fis-seħħ u, jekk ikun il-każ, tat-tħassir tagħhom.

3.   Ir-replika u l-kontroreplika

129.

Fil-każ li jsir it-tieni skambju ta' noti, il-partijiet prinċipali jistgħu jikkompletaw l-argumenti tagħhom, skont il-każ, permezz ta' replika jew ta' kontroreplika.

130.

Peress li l-qafas u l-motivi jew l-ilmenti fil-qofol tal-tilwima jkunu ġew esposti (jew ikkontestati) b'mod iddettaljat fir-rikors u fir-risposta, ir-replika u l-kontroreplika għandhom bħala għan li jippermettu lir-rikorrent u lill-konvenut jippreċiżaw il-pożizzjoni tagħhom u li jirfinaw l-argumenti tagħhom dwar punt importanti u li jwieġbu għall-punti ġodda li joħorġu fir-risposta u fir-replika. Barra minn hekk, b'applikazzjoni tal-Artikolu 83(3) tar-Regoli tal-Proċedura, il-President jista' jispeċifika huwa stess il-punti li fuqhom għandhom jikkonċentraw dawn l-atti proċedurali.

B.2.   Kawżi dwar il-proprjetà intellettwali

1.   Ir-rikors promotur

131.

L-indikazzjonijiet obbligatorji li għandhom ikunu inklużi fir-rikors promotur huma previsti fl-Artikolu 177(1) tar-Regoli tal-Proċedura.

132.

Ir-rikors għandu jinkludi wkoll l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 177(2) u (3) tar-Regoli tal-Proċedura.

133.

Flimkien mar-rikors għandhom jiġu prodotti d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 177(3) sa (5) tar-Regoli tal-Proċedura.

134.

Il-punti 113 sa 115, 117 u 120 sa 122 iktar 'il fuq għandhom japplikaw għar-rikorsi fil-kawżi dwar proprjetà intellettwali.

2.   Ir-risposta

135.

L-indikazzjonijiet obbligatorji li għandhom ikunu inklużi fir-risposta huma previsti fl-Artikolu 180(1) tar-Regoli tal-Proċedura.

136.

It-talbiet tal-konvenut jew tal-intervenjent għandhom ikunu fformulati bi preċiżjoni, fil-bidu jew fl-aħħar tar-risposta.

137.

Flimkien mar-risposta ppreżentata mill-intervenjent għandhom jiġu prodotti d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 177(4) u (5) tar-Regoli tal-Proċedura, sa fejn dawn id-dokumenti ma jkunux ġew ippreżentati diġà konformement mal-Artikolu 173(5) tar-Regoli tal-Proċedura.

138.

Il-punti 117, 125 u 126 iktar 'il fuq għandhom japplikaw għar-risposta.

3.   Ir-rikors inċidentali u r-risposta għar-rikors inċidentali

139.

Jekk, meta ssirilha n-notifika tar-rikors, parti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell li ma tkunx ir-rikorrent ikollha l-intenzjoni tikkontesta d-deċiżjoni kkontestata fir-rigward ta' punt li ma jkunx tqajjem fir-rikors, din il-parti għandha tippreżenta, meta tippreżenta r-risposta tagħha, rikors inċidentali. Dan ir-rikors inċidentali għandu jiġi ppreżentat permezz ta' att separat u għandu jissodisfa r-rekwiżiti previsti fl-Artikoli 183 u 184 tar-Regoli tal-Proċedura.

140.

Meta jiġi ppreżentat tali rikors inċidentali, il-partijiet l-oħra fl-istanza jistgħu jippreżentaw risposta li s-suġġett tagħha jkun limitat għat-talbiet, għall-motivi u għall-argumenti invokati fir-rikors inċidentali.

V.   FUQ IL-FAŻI ORALI TAL-PROĊEDURA

A.   Talbiet għal seduta għas-sottomissjonijiet orali

141.

Kif jirriżulta mill-Artikolu 106 tar-Regoli tal-Proċedura, il-Qorti Ġenerali għandha torganizza seduta għas-sottomissjonijiet orali jew ex officio jew fuq talba minn parti prinċipali.

142.

Il-parti prinċipali li tkun tixtieq tinstema' f'seduta għas-sottomissjonijiet orali għandha tressaq, f'terminu ta' tliet ġimgħat min-notifika lill-partijiet tal-għeluq tal-fażi bil-miktub tal-proċedura, talba motivata f'dan is-sens. Din il-motivazzjoni – li ma għandhiex titqies li hija nota jew osservazzjonijiet bil-miktub u li ma għandhiex tkun ta' iktar minn tliet paġni – għandha tirriżulta minn evalwazzjoni konkreta tal-utilità ta' seduta għas-sottomissjonijiet orali għall-parti inkwistjoni u għandha tindika l-atti tal-proċess tal-kawża jew l-argumenti li fil-fehma ta' din il-parti jkun meħtieġ li jiġu żviluppati jew ikkontestati b'mod iktar iddettaljat fil-kuntest ta' seduta għas-sottomissjonijiet orali. Sabiex tingħata indikazzjoni aħjar fir-rigward tas-suġġett tad-dibattiti matul din is-seduta, huwa mixtieq li l-motivazzjoni ma tkunx ta' natura ġenerali li tirreferi sempliċement, pereżempju, għall-importanza tal-kawża.

143.

Fl-assenza ta' talba motivata mressqa fit-terminu mogħti minn parti prinċipali, il-Qorti Ġenerali tista' tiddeċiedi li taqtal-kawża mingħajr fażi orali tal-proċedura.

B.   Preparazzjoni għas-seduta għas-sottomissjonijiet orali

144.

Ir-Reġistru għandu jiżgura li l-partijiet jissejħu għas-seduta għas-sottomissjonijiet orali minn tal-inqas xahar qabel l-iżvolġiment tagħha, bla ħsara għal sitwazzjonijiet fejn iċ-ċirkustanzi jiġġustifikaw li jissejħu f'terminu iqsar.

145.

Konformement mal-Artikolu 107(2) tar-Regoli tal-Proċedura, it-talbiet għall-posponiment ta' data ta' seduta għas-sottomissjonijiet orali jistgħu jiġu aċċettati biss f'ċirkustanzi eċċezzjonali. Tali talbiet jistgħu jitressqu biss mill-partijiet prinċipali, għandhom ikunu debitament motivati, għandhom jiġu ppreżentati flimkien ma' dokumenti ta' sostenn adegwati u għandhom jintbagħtu lill-Qorti Ġenerali fl-iqsar żmien possibbli wara s-sejħa.

146.

Jekk ir-rappreżentant ta' parti jkollu l-intenzjoni li ma jassistix għas-seduta għas-sottomissjonijiet orali, dan ir-rappreżentant huwa mitlub li jinforma b'dan lill-Qorti Ġenerali fl-iqsar żmien possibbli wara s-sejħa.

147.

Il-Qorti Ġenerali għandha tagħmel l-aħjar li tista' sabiex tliet ġimgħat qabel is-seduta tgħaddi lir-rappreżentanti tal-partijiet rapport għas-seduta sommarju. Ir-rapport għas-seduta għandu jservi għall-preparazzjoni għas-seduta għas-sottomissjonijiet orali.

148.

Ir-rapport għas-seduta sommarju, stabbilit mill-Imħallef Relatur, għandu jkun limitat għal espożizzjoni tal-motivi jew tal-aggravji u għal preżentazzjoni qasira tal-argumenti tal-partijiet.

149.

L-osservazzjonijiet li l-partijiet jista' jkollhom dwar ir-rapport għas-seduta sommarju jistgħu jiġu ppreżentati fil-kuntest tas-seduta għas-sottomissjonijiet orali. F'tali każ, għandha ssir nota ta' tali osservazzjonijiet fil-proċess verbal tas-seduta.

150.

Ir-rapport għas-seduta sommarju għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku quddiem l-awla fejn tinżamm is-seduta dakinhar tas-seduta għas-sottomissjonijiet orali, sakemm din ma tinżammx kompletament bil-magħluq.

151.

Qabel kull seduta pubblika, ir-Reġistratur għandu jiżgura li, quddiem l-awla fejn tkun ser tinżamm is-seduta, tiġi indikata, fil-lingwa tal-kawża, l-informazzjoni segwenti: id-data u l-ħin tas-seduta għas-sottomissjonijiet orali, il-kulleġġ ġudikanti kompetenti, il-kawża jew il-kawżi li jkunu ser jissejħu u l-ismijiet tal-partijiet.

152.

Talba għall-użu ta' ċerti mezzi tekniċi għall-finijiet ta' preżentazzjoni għandha titressaq minn tal-inqas ġimagħtejn qabel id-data tas-seduta għas-sottomissjonijiet orali. Jekk it-talba tintlaqa' mill-President, il-modalitajiet ta' użu ta' tali mezzi għandhom jiġu ddeterminati mar-Reġistru, u dan sabiex jittieħdu inkunsiderazzjoni l-limitazzjonijiet ta' natura teknika jew prattika li jista' jkun hemm. L-uniku għan tal-preżentazzjoni għandu jkun li tippreżenta informazzjoni li tinsab fil-proċess tal-kawża u għalhekk ma għandhiex tinkludi motivi ġodda jew provi ġodda. Il-fajls użati għal tali preżentazzjonijiet ma jiġux inklużi fil-proċess tal-kawża u għalhekk ma jiġux innotifikati lill-partijiet l-oħra, sakemm il-President ma jiddeċidix mod ieħor.

153.

Fid-dawl tal-miżuri ta' sigurtà applikabbli fir-rigward tal-aċċess għall-bini tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, huwa rrakkomandat li r-rappreżentanti tal-partijiet jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jkunu preżenti fl-awla fejn tkun ser tinżamm is-seduta minn tal-inqas 15-il minuta qabel tibda s-seduta għas-sottomissjonijiet orali peress li hemm l-użanza li l-membri tal-kulleġġ ġudikanti jiltaqgħu ma' dawn ir-rappreżentanti sabiex jiddiskutu l-organizzazzjoni tas-seduta għas-sottomissjonijiet orali.

154.

Sabiex jippreparaw għall-parteċipazzjoni f'seduta għas-sottomissjonijiet orali, ir-rappreżentanti tal-partijiet huma mistiedna jikkonsultaw id-dokument “Check-list – Seduta għas-sottomissjonijiet orali”, li huwa disponibbli fis-sit Internet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

C.   Żvolġiment tas-seduta għas-sottomissjonijiet orali

155.

Ir-rappreżentanti tal-partijiet huma meħtieġa jagħmlu s-sottomissjonijiet tagħhom bit-toga.

156.

Is-seduta għas-sottomissjonijiet tikkonsisti:

fit-tfakkira, jekk ikun il-każ, b'mod qasir ħafna tal-pożizzjoni meħuda, filwaqt li jiġu enfasizzati l-motivi jew l-aggravji essenzjali żviluppati bil-miktub;

fil-kjarifika jekk meħtieġ ta' ċerti argumenti żviluppati matul il-fażi bil-miktub tal-proċedura u fil-preżentazzjoni, jekk ikun hemm, ta' punti ġodda li joħorġu minn avvenimenti li jkunu seħħew minn wara l-għeluq tal-fażi bil-miktub tal-proċedura u li għalhekk ma setgħux jiġu esposti fis-sottomissjonijiet bil-miktub;

fit-tweġiba għall-mistoqsijiet li tista' tagħmel il-Qorti Ġenerali.

157.

Kull parti għandha tevalwa, fid-dawl tal-finalità tas-seduta għas-sottomissjonijiet orali kif iddefinita fil-punt 156 iktar 'il fuq, jekk sottomissjonijiet orali jkunux verament utli jew jekk sempliċi riferiment għall-osservazzjonijiet jew għan-noti bil-miktub huwiex biżżejjed. F'dan il-każ, is-seduta għas-sottomissjonijiet orali tista' tiffoka fuq it-tweġibiet għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali. Meta r-rappreżentant iqis li jkun meħtieġ li jagħmel sottomissjonijiet orali, huwa rrakkomandat li jillimita ruħu għal espożizzjoni ta' ċerti punti filwaqt li jirreferi għan-noti fir-rigward ta' punti oħra.

158.

Meta, qabel iż-żamma tas-seduta għas-sottomissjonijiet orali, il-Qorti Ġenerali tkun stiednet lill-partijiet, konformement mal-Artikolu 89(4) tar-Regoli tal-Proċedura, sabiex jiffokaw is-sottomissjonijiet orali fuq punt wieħed jew iktar partikolari, dawn il-punti għandhom jiġu indirizzati l-ewwel matul is-sottomissjonijiet orali.

159.

Jekk parti tastjeni milli tagħmel sottomissjonijiet orali, is-silenzju tagħha ma jfissirx li qiegħda taqbel mas-sottomissjonijiet orali magħmula minn parti oħra jekk l-argumenti inkwistjoni jkunu diġà ġew ikkontestati bil-miktub. Dan is-silenzju ma jostakolax lil din il-parti milli tirreplika għal sottomissjoni orali tal-parti l-oħra.

160.

Għal finijiet ta' ċarezza u sabiex is-sottomissjonijiet orali jkunu jistgħu jinftiehmu aħjar mill-Membri tal-Qorti Ġenerali, huwa ġeneralment aħjar jekk wieħed jitkellem b'mod liberu fuq il-bażi ta' noti milli jaqra minn test. Huwa mixtieq ukoll li r-rappreżentanti tal-partijiet jissemplifikaw, sa fejn ikun possibbli, il-preżentazzjoni tagħhom tal-kawża u li jużaw iktar sentenzi qosra. Barra minn hekk, ir-rappreżentanti jkunu qegħdin jgħinu lill-Qorti Ġenerali jekk jisstrutturaw is-sottomissjonijiet orali tagħhom u jekk, qabel jibdew, jispeċifikaw il-pjan li jkollhom l-intenzjoni jsegwu.

161.

Sabiex ċerti kwistjonijiet ta' natura teknika jiġu spjegati b'mod iktar ċar lill-Qorti Ġenerali, il-President tal-kulleġġ ġudikanti jista' jawtorizza lir-rappreżentanti tal-partijiet jgħaddu l-kelma lil persuni li, għalkemm ma jkollhomx il-kwalità ta' rappreżentant, ikunu iktar kapaċi jesprimu pożizzjoni. Dawn il-persuni jintervjenu biss fil-preżenza u taħt ir-responsabbiltà tar-rappreżentant tal-parti kkonċernata. Qabel jesprimu ruħhom, dawn il-persuni għandhom jiddikjaraw l-identità tagħhom.

162.

It-tul tas-sottomissjonijiet orali jista' jvarja skont il-kumplessità tal-kawża u skont jekk ikunx hemm jew le punti ta' fatt ġodda. Kull parti prinċipali għandha 15-il minuta u kull intervenjent għandu 10 minuti sabiex jagħmlu s-sottomissjonijiet orali tagħhom (fil-kawżi magħquda, kull parti prinċipali jkollha 15-il minuta għal kull waħda mill-kawżi u kull intervenjent ikollu 10 minuti għal kull waħda mill-kawżi), sakemm ir-Reġistru ma jkunx tahom indikazzjoni differenti f'dan ir-rigward. Din il-limitazzjoni tikkonċerna biss is-sottomissjonijiet orali fil-veru sens tal-kelma u ma tinkludix il-ħin neċessarju sabiex jitwieġbu l-mistoqsijiet magħmula waqt is-seduta għas-sottomissjonijiet orali jew għar-repliki finali.

163.

Jekk iċ-ċirkustanzi jitolbu hekk, talba għal deroga minn dan it-tul normali, debitament motivata u li tispeċifika l-ħin meqjus li huwa neċessarju, tista' titressaq fir-Reġistru, minn tal-inqas ġimagħtejn (jew iktar tard fil-każ ta' ċirkustanzi eċċezzjonali, debitament motivati) qabel id-data tas-seduta għas-sottomissjonijiet orali. Ir-rappreżentanti għandhom jiġu informati bit-tul tal-ħin li ser ikollhom għas-sottomissjonijiet orali b'riżultat ta' tali talbiet.

164.

Meta diversi rappreżentanti jkunu qegħdin jaġixxu għal parti waħda, bħala prinċipju tnejn biss minnhom jistgħu jagħmlu s-sottomissjonijiet orali u t-total tal-interventi orali tagħhom ma għandux jaqbeż il-ħin speċifikat fil-punt 162 iktar 'il fuq. Madankollu, it-tweġibiet għall-mistoqsijiet tal-Imħallfin u r-repliki finali jistgħu jsiru minn rappreżentanti differenti minn dawk li jkunu għamlu s-sottomissjonijiet orali.

165.

Meta diversi partijiet ikunu qegħdin jiddefendu l-istess pożizzjoni quddiem il-Qorti Ġenerali (dan ikun il-każ b'mod partikolari meta jkun hemm interventi jew kawżi magħquda), ir-rappreżentanti tagħhom huma mistiedna jikkollaboraw qabel is-seduta għas-sottomissjonijiet orali, sabiex tiġi evitata repetizzjoni ta' sottomissjonijiet orali.

166.

Ir-rappreżentanti huma mitluba, meta jiċċitaw deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-Qorti Ġenerali jew tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, jindikawha permezz tal-isem normali tagħha u tan-numru tal-kawża u jispeċifikaw, jekk ikun il-każ, il-punt jew punti rilevanti.

167.

Konformement mal-Artikolu 85(3) tar-Regoli tal-Proċedura, f'każijiet eċċezzjonali, il-partijiet jistgħu jipproduċu provi anki matul is-seduta għas-sottomissjonijiet orali. F'tali każ, il-partijiet l-oħra għandhom jinstemgħu dwar l-ammissibbiltà u dwar il-kontenut tagħhom. Jekk ikun il-każ, ikun tajjeb li wieħed jipprepara numru suffiċjenti ta' kopji.

D.   Interpretazzjoni

168.

Sabiex tiġi ffaċilitata l-interpretazzjoni, ir-rappreżentanti tal-partijiet huma mistiedna jgħaddu minn qabel it-test jew in-noti bil-miktub li jista' jkollhom tas-sottomissjonijiet orali tagħhom lid-Direttorat tal-interpretazzjoni permezz tal-posta elettronika (interpret@curia.europa.eu).

169.

Il-kunfidenzjalità tan-noti tas-sottomissjonijiet orali trażmessi hija żgurata. Sabiex tiġi evitata kwalunkwe konfużjoni, għandu jiġi indikat l-isem tal-parti. In-noti tas-sottomissjonijiet orali ma jiġux inklużi fil-proċess tal-kawża.

170.

Ir-rappreżentanti huma mfakkra li, skont il-każ, ċerti Membri biss tal-Qorti Ġenerali jsegwu s-sottomissjonijiet orali fil-lingwa li fiha jsiru u li l-Membri l-oħra jisimgħu l-interpretazzjoni simultanja. Huwa rrakkomandat ferm li r-rappreżentanti, fl-interess ta' żvolġiment aħjar tas-seduta għas-sottomissjonijiet orali u taż-żamma tal-istandard ta' kwalità tal-interpretazzjoni simultanja, jitkellmu bil-mod u fil-mikrofonu.

171.

Meta r-rappreżentanti jkollhom l-intenzjoni li jiċċitaw letteralment siltiet ta' ċerti testi jew dokumenti, b'mod partikolari siltiet li ma jissemmewx fil-proċess tal-kawża, ikun utli li jindikawhom lill-interpreti qabel is-seduta għas-sottomissjonijiet orali. Bl-istess mod, jista' jkun utli li jindikawlhom dawk it-termini li jistgħu jkunu diffiċli li jiġu tradotti.

E.   Il-proċess verbal tas-seduta għas-sottomissjonijiet orali

172.

Ir-Reġistratur għandu jistabbilixxi, fil-lingwa tal-kawża, proċess verbal ta' kull seduta għas-sottomissjonijiet orali li għandu jinkludi: l-indikazzjoni tal-kawża; id-data, il-ħin u l-post tas-seduta; l-indikazzjoni, jekk ikun il-każ, li s-seduta nżammet bil-magħluq; l-ismijiet tal-Imħallfin u tar-Reġistratur preżenti; l-ismijiet u l-kwalitajiet tar-rappreżentanti tal-partijiet preżenti; l-indikazzjoni, jekk ikun il-każ, tal-osservazzjonijiet dwar ir-rapport għas-seduta sommarju; il-kunjomijiet, l-ismijiet, il-kwalità u l-indirizz, jekk ikun il-każ, tax-xhieda u tal-periti li jkunu nstemgħu; l-indikazzjoni, jekk ikun il-każ, tal-atti proċedurali jew tal-annessi prodotti fis-seduta u, sa fejn ikun meħtieġ, id-dikjarazzjonijiet magħmula matul is-seduta, kif ukoll id-deċiżjonijiet mogħtija matul is-seduta mill-Qorti Ġenerali jew mill-President.

VI.   FUQ IT-TRATTAMENT KUNFIDENZJALI

A.   Punti ġenerali

173.

Konformement mal-Artikolu 64 u bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 68(4), tal-Artikolu 104, tal-Artikolu 105(8), kif ukoll tal-Artikolu 144(7) tar-Regoli tal-Proċedura, il-Qorti Ġenerali għandha tieħu inkunsiderazzjoni biss l-atti proċedurali u l-annessi li tagħhom ir-rappreżentanti tal-partijiet setgħu jiksbu konoxxenza u li dwarhom setgħu jieħdu pożizzjoni.

174.

Minn dan jirriżulta li, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 103 sa 105 tar-Regoli tal-Proċedura, talba għat-trattament kunfidenzjali ta' ċerta informazzjoni fil-proċess tal-kawża mressqa mir-rikorrent fil-konfront tal-konvenut ma tistax tittieħed inkunsiderazzjoni. Bl-istess mod, il-konvenut ma jistax iressaq tali talba fil-konfront tar-rikorrent.

175.

Madankollu, parti prinċipali tista' titlob li ċerta informazzjoni fil-proċess tal-kawża li tkun ta' natura kunfidenzjali tiġi eskluża mill-komunikazzjoni lil intervenjent konformement mal-Artikolu 144(7) tar-Regoli tal-Proċedura.

176.

Kull parti tista' titlob ukoll li parti fil-kawżi magħquda ma jkollhiex aċċess għal ċerta informazzjoni fil-proċessi kkonċernati minn tgħaqqid minħabba l-allegata kunfidenzjalità tagħha, konformement mal-Artikolu 68(4) tar-Regoli tal-Proċedura.

B.   Trattament kunfidenzjali fil-każ ta' talba għal intervent

177.

Meta titressaq talba għal intervent f'kawża, il-partijiet prinċipali għandhom jiġu mistiedna jindikaw, fit-terminu mogħti mir-Reġistratur, jekk jixtiqux it-trattament kunfidenzjali ta' ċerta informazzjoni li tinsab fl-atti proċedurali u fl-annessi diġà inklużi fil-proċess tal-kawża.

178.

Fir-rigward tal-atti proċedurali u tal-annessi li jippreżentaw sussegwentement, il-partijiet prinċipali għandhom jippreżentaw fl-istess ħin mal-preżentata tagħhom, jekk ikun il-każ, talba għal trattament kunfidenzjali. Jekk ma titressaqx tali talba, l-atti proċedurali u l-annessi ppreżentati jiġu kkomunikati lill-intervenjent.

179.

Kull talba għal trattament kunfidenzjali għandha titressaq permezz ta' att separat. Din it-talba ma tistax titressaq bħala verżjoni kunfidenzjali u għaldaqstant ma għandhiex tinkludi informazzjoni kunfidenzjali.

180.

Talba għal trattament kunfidenzjali għandha tispeċifika l-parti li fil-konfront tagħha tkun qiegħda tintalab il-kunfidenzjalità.

181.

Talba għal trattament kunfidenzjali għandha tkun limitata għal dak li jkun strettament neċessarju u f'ebda każ ma jista' jkollha bħala s-suġġett att proċedurali kollu u, f'każijiet eċċezzjonali biss, anness sħiħ. Fil-fatt, il-komunikazzjoni ta' verżjoni mhux kunfidenzjali ta' att proċedurali u tal-annessi, li fiha jkunu tħassru ċerti siltiet, kliem jew ċifri, hija normalment possibbli mingħajr ma jintlaqtu l-interessi inkwistjoni.

182.

Talba għal trattament kunfidenzjali għandha tindika b'mod preċiż il-punti jew is-siltiet ikkonċernati u għandha tinkludi motivazzjoni tan-natura kunfidenzjali ta' kull wieħed jew waħda minn dawn il-punti jew siltiet. L-assenza ta' dawn l-indikazzjonijiet tista' tiġġustifika ċ-ċaħda tat-talba mill-Qorti Ġenerali.

183.

Meta tressaq it-talba għat-trattament kunfidenzjali ta' att jew atti proċedurali, il-parti għandha tipproduċi verżjoni mhux kunfidenzjali integrali tal-att jew tal-atti proċedurali u tal-annessi inkwistjoni li minnhom ikunu tneħħew il-punti jew is-siltiet li għalihom tirreferi t-talba.

184.

Talba għal trattament kunfidenzjali li ma tosservax il-punti 179, 180 u 183 iktar 'il fuq għandha tkun is-suġġett ta' talba għal regolarizzazzjoni indirizzata lill-parti kkonċernata mir-Reġistratur. Jekk, minkejja t-talba għal regolarizzazzjoni, ma tiġix żgurata l-konformità tat-talba għal trattament kunfidenzjali mar-rekwiżiti ta' dawn id-Dispożizzjonijiet prattiċi ta' implementazzjoni, din it-talba ma tkunx tista' tiġi ttrattata b'mod effettiv u l-atti proċedurali u l-annessi kollha kkonċernati jiġu kkomunikati lill-intervenjent.

C.   Trattament kunfidenzjali fil-każ ta' tgħaqqid ta' kawżi

185.

Meta jkun maħsub li diversi kawżi jitgħaqqdu, il-partijiet għandhom jiġu mistiedna jindikaw, fit-terminu mogħti mir-Reġistratur, jekk jixtiqux it-trattament kunfidenzjali ta' ċerta informazzjoni li tinsab fl-atti proċedurali u fl-annessi diġà inklużi fil-proċessi tal-kawżi kkonċernati mit-tgħaqqid.

186.

Fir-rigward tal-atti proċedurali u tal-annessi li huma jippreżentaw sussegwentement, il-partijiet għandhom jippreżentaw fl-istess ħin mal-preżentata tagħhom, jekk ikun il-każ, talba għal trattament kunfidenzjali. Jekk ma titressaqx tali talba, l-atti proċedurali u l-annessi ppreżentati ser ikunu aċċessibbli għall-partijiet l-oħra fil-kawżi magħquda.

187.

Il-punti 179 sa 184 iktar 'il fuq għandhom japplikaw għat-talbiet għal trattament kunfidenzjali mressqa fil-każ ta' tgħaqqid ta' kawżi.

D.   Trattament kunfidenzjali fil-kuntest tal-Artikolu 103 tar-Regoli tal-Proċedura

188.

Fil-kuntest tal-miżuri istruttorji msemmija fl-Artikolu 91 tar-Regoli tal-Proċedura, il-Qorti Ġenerali tista' tordna lil parti tipproduċi informazzjoni jew annessi marbuta mal-kawża. Bis-saħħa tal-Artikolu 92(3) tar-Regoli tal-Proċedura, tali produzzjoni tista' tiġi ordnata biss meta l-parti kkonċernata ma tkunx wieġbet għal miżura ta' organizzazzjoni tal-proċedura adottata minn qabel għal dan il-għan jew meta l-parti kkonċernata mill-miżura titlob dan espliċitament filwaqt li tiġġustifika l-ħtieġa ta' tali miżura fil-forma ta' digriet istruttorju.

189.

Meta parti prinċipali tinvoka n-natura kunfidenzjali ta' informazzjoni jew ta' annessi sabiex toġġezzjona għat-trażmissjoni tagħhom fit-tweġiba tagħha għat-talba għal miżura ta' organizzazzjoni tal-proċedura jew sabiex tissuġġerixxi li tintuża miżura istruttorja, il-Qorti Ġenerali, jekk tqis li din l-informazzjoni jew dawn l-annessi jistgħu jkunu rilevanti sabiex tinqatal-kawża, għandha tordna l-produzzjoni tagħhom permezz ta' digriet istruttorju skont l-Artikolu 91(b) tar-Regoli tal-Proċedura. It-trattament mogħti lill-informazzjoni jew lill-annessi kunfidenzjali prodotti b'dan il-mod quddiem il-Qorti Ġenerali huwa rregolat mill-Artikolu 103 tar-Regoli tal-Proċedura. Il-qafas ta' regoli inkwistjoni ma jipprevedi ebda deroga mill-prinċipju tan-natura kontradittorja tal-proċedura iżda jipprevedi modalitajiet ta' implementazzjoni ta' dan il-prinċipju.

190.

Bis-saħħa ta' din id-dispożizzjoni, il-Qorti Ġenerali għandha twettaq eżami tar-rilevanza tal-informazzjoni jew tal-annessi sabiex tinqatal-kawża u għandha tivverifika n-natura kunfidenzjali tagħhom. Jekk tqis li l-informazzjoni inkwistjoni hija kemm rilevanti sabiex tinqatal-kawża u kemm kunfidenzjali, il-Qorti Ġenerali għandha tibbilanċja din in-natura kunfidenzjali u r-rekwiżiti marbuta mad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, b'mod partikolari mal-osservanza tal-prinċipju ta' kontradittorju u, meta ttemm dan l-eżerċizzju ta' bbilanċjar, ikollha żewġ għażliet.

191.

Il-Qorti Ġenerali tista' tiddeċiedi li l-informazzjoni jew l-anness għandhom jiġu kkomunikati lill-parti prinċipali l-oħra, minkejja n-natura kunfidenzjali tagħhom. F'dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali tista', permezz ta' miżura ta' organizzazzjoni tal-proċedura, tistieden lir-rappreżentanti tal-partijiet l-oħra minbarra dik li tkun ipproduċiet l-informazzjoni kunfidenzjali sabiex jassumu l-impenn li jħarsu l-kunfidenzjalità tad-dokument jew tal-anness billi ma jikkomunikawx lill-mandanti rispettivi tagħhom jew lil terz l-informazzjoni li huma jiksbu konoxxenza tagħha. Kull ksur ta' dan l-impenn jista' jagħti lok għall-applikazzjoni tal-Artikolu 55 tar-Regoli tal-Proċedura.

192.

B'mod alternattiv, il-Qorti Ġenerali tista' tiddeċiedi li ma tikkomunikax l-informazzjoni kunfidenzjali filwaqt li tippermetti lill-parti prinċipali l-oħra jkollha għad-dispożizzjoni tagħha informazzjoni mhux kunfidenzjali sabiex din tkun tista', bl-iktar mod wiesa' possibbli, tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha b'osservanza tal-prinċipju ta' kontradittorju. F'dan il-każ il-Qorti Ġenerali għandha tordna lill-parti prinċipali li tkun ipproduċiet l-informazzjoni kunfidenzjali sabiex tikkomunika ċerti elementi ta' informazzjoni b'mod li jippermetti li jiġu kkonċiljati ż-żamma tan-natura kunfidenzjali tal-informazzjoni u n-natura kontradittorja tal-proċedura. L-informazzjoni tista', pereżempju, tiġi trażmessa fil-forma ta' sunt. Jekk il-Qorti Ġenerali tqis li l-parti prinċipali l-oħra ma tistax teżerċita b'mod effettiv id-drittijiet tad-difiża tagħha, hija tista' tadotta digriet, wieħed jew iktar, sakemm tqis li l-proċedura tista' effettivament titkompla b'mod kontradittorju.

193.

Meta l-Qorti Ġenerali tqis li l-komunikazzjoni tal-informazzjoni lill-parti prinċipali l-oħra, li tkun saret skont il-modalitajiet previsti fid-digriet adottat fuq il-bażi tal-Artikolu 103(3) tar-Regoli tal-Proċedura, tkun ippermettiet lil din il-parti tieħu effettivament pożizzjoni, l-informazzjoni jew l-annessi kunfidenzjali li ma jkunux ġew ikkomunikati lill-imsemmija parti ma jittieħdux inkunsiderazzjoni mill-Qorti Ġenerali. L-informazzjoni jew l-annessi kunfidenzjali għandhom jitneħħew mill-proċess u l-partijiet jiġu informati b'dan.

E.   Trattament kunfidenzjali fil-kuntest tal-Artikolu 104 tar-Regoli tal-Proċedura

194.

Fil-kuntest tal-istħarriġ tagħha tal-legalità ta' att ta' istituzzjoni li permezz tiegħu tirrifjuta li tagħti aċċess għal dokument, il-Qorti Ġenerali tista' tordna, permezz ta' miżura istruttorja meħuda skont l-Artikolu 91(c) tar-Regoli tal-Proċedura, il-produzzjoni ta' dan id-dokument.

195.

Id-dokument prodott mill-istituzzjoni ma jiġix ikkomunikat lill-partijiet l-oħra għaliex inkella t-tilwima titlef is-suġġett tagħha.

F.   Trattament kunfidenzjali fil-kuntest tal-Artikolu 105 tar-Regoli tal-Proċedura

196.

Skont l-Artikolu 105(1) u (2) tar-Regoli tal-Proċedura, parti prinċipali fil-kawża tista', minn rajha jew wara miżura istruttorja adottata mill-Qorti Ġenerali, tipproduċi informazzjoni jew annessi li jolqtu s-sigurtà tal-Unjoni Ewropea jew ta' wieħed jew iktar mill-Istati Membri tagħha jew it-tmexxija tar-relazzjonijiet internazzjonali tagħhom. L-Artikolu 105(3) sa (10) tal-istess Regoli jipprevedi l-qafas ta' regoli proċedurali applikabbli għal tali informazzjoni jew għal tali annessi.

197.

Fid-dawl tan-natura sensittiva u kunfidenzjali tal-informazzjoni jew tal-annessi li jolqtu s-sigurtà tal-Unjoni jew ta' wieħed jew iktar mill-Istati Membri tagħha jew it-tmexxija tar-relazzjonijiet internazzjonali tagħhom, l-implementazzjoni tal-qafas ta' regoli stabbilit permezz tal-Artikolu 105 tar-Regoli tal-Proċedura teħtieġ l-istabbiliment ta' sistema ta' sigurtà adegwata intiża li jiġi ggarantit livell għoli ta' protezzjoni għall-imsemmija informazzjoni jew annessi. Din is-sistema hija żviluppata fid-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta' Settembru 2016.

VII.   FUQ L-GĦAJNUNA LEGALI

198.

Konformement mal-Artikolu 147(2) tar-Regoli tal-Proċedura, l-użu ta' formola huwa obbligatorju sabiex titressaq talba għal għajnuna legali. Din il-formola hija disponibbli fis-sit Internet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

199.

Meta l-persuna li tressaq talba għal għajnuna legali ma tkunx irrappreżentata minn avukat meta tippreżenta l-formola tal-għajnuna legali, din il-persuna tista', skont l-Artikolu 147(6) tar-Regoli tal-Proċedura, tippreżenta fir-Reġistru l-formola debitament mimlija u ffirmata fuq karta permezz tal-posta jew permezz ta' preżentata fiżika fl-indirizz indikat fil-punt 90 iktar 'il fuq. Formola mingħajr firma bl-idejn ma hijiex ser tiġi ttrattata.

200.

Meta l-persuna li tressaq talba għal għajnuna legali tkun irrappreżentata minn avukat meta tippreżenta l-formola tal-għajnuna legali, il-preżentata għandha titwettaq b'applikazzjoni tal-Artikolu 72(1) tar-Regoli tal-Proċedura filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni r-rekwiżiti tal-punti 77 sa 79 iktar 'il fuq.

201.

Il-formola tal-għajnuna legali hija intiża li tippermetti lill-Qorti Ġenerali jkollha, konformement mal-Artikolu 147(3) u (4) tar-Regoli tal-Proċedura, l-informazzjoni neċessarja sabiex tiddeċiedi effettivament dwar it-talba għal għajnuna legali. Din l-informazzjoni tirrigwarda:

informazzjoni dwar is-sitwazzjoni ekonomika tal-persuna li tressaq it-talba

u,

fil-każ li r-rikors ikun għadu ma ġiex ippreżentat, informazzjoni dwar is-suġġett tal-imsemmi rikors, dwar il-fatti inkwistjoni u dwar l-argumenti relatati.

202.

Il-persuna li tressaq it-talba għandha tipproduċi, flimkien mal-formola tal-għajnuna legali, l-annessi li jiġġustifikaw l-informazzjoni msemmija fil-punt 201 iktar 'il fuq.

203.

Jekk ikun il-każ, flimkien mal-formola tal-għajnuna legali, għandhom jiġu prodotti d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 51(2) u (3) u fl-Artikolu 78(4) tar-Regoli tal-Proċedura.

204.

Il-formola dwar għajnuna legali debitament mimlija u l-annessi ta' sostenn għandhom ikunu jinftiehmu fihom innifishom.

205.

Bla ħsara għall-possibbiltà tal-Qorti Ġenerali li titlob informazzjoni jew il-produzzjoni ta' dokumenti komplementari skont l-Artikoli 89 u 90 tar-Regoli tal-Proċedura, it-talba għal għajnuna legali ma tistax tiġi kkompletata bil-preżentata sussegwenti ta' addenda. Jekk jiġu ppreżentati mingħajr ma jkunu ntalbu mill-Qorti Ġenerali, tali addenda jiġu rrifjutati. Madankollu, f'każijiet eċċezzjonali, annessi ta' sostenn intiżi li jipprovaw li l-persuna li tkun qiegħda tressaq it-talba ma tkunx tista' tħallas jistgħu jiġu aċċettati sussegwentement, permezz ta' spjegazzjoni adegwata tal-produzzjoni tardiva tagħhom.

206.

Bis-saħħa tal-Artikolu 147(7) tar-Regoli tal-Proċedura, it-tressiq ta' talba għal għajnuna legali jissospendi t-terminu previst għall-preżentata tar-rikors li għalih tirreferi t-talba sad-data tan-notifika tad-digriet li jiddeċiedi dwar it-talba jew, meta f'dan id-digriet ma jiġix innominat avukat sabiex jirrappreżenta lill-persuna li tkun ressqet it-talba għal għajnuna legali, sad-data tan-notifika tad-digriet li jinnomina avukat sabiex jirrappreżentaha.

207.

Peress li t-tressiq tat-talba għal għajnuna legali għandu l-effett li jissospendi t-terminu għall-preżentata ta' rikors san-notifika tad-digriet imsemmi fil-punt 206 iktar 'il fuq, it-terminu għall-preżentata ta' rikors li jkun fadal sabiex jiġi ppreżentat ir-rikors jista' jkun qasir ħafna. Għaldaqstant, huwa rrakkomandat li l-persuna li tibbenefika mill-għajnuna legali, debitament irrappreżentata minn avukat, tagħti attenzjoni partikolari lill-osservanza tat-terminu legali.

VIII.   FUQ IL-PROĊEDURI B'URĠENZA

A.   Fuq il-proċedura mħaffa

A.1.   Talba għal proċedura mħaffa

208.

Konformement mal-Artikolu 152(1) tar-Regoli tal-Proċedura, it-talba għal proċedura mħaffa għandha titressaq permezz ta' att separat, skont il-każ, fl-istess ħin mar-rikors jew mar-risposta u għandha tinkludi motivazzjoni li tispeċifika l-urġenza partikolari tal-kawża u ċ-ċirkustanzi rilevanti l-oħra.

209.

Sabiex jiġi ffaċilitat it-trattament immedjat mir-Reġistru, it-talba għal proċedura mħaffa għandha tinkludi fuq l-ewwel paġna l-indikazzjoni li din it-talba qiegħda titressaq fuq il-bażi tal-Artikoli 151 u 152 tar-Regoli tal-Proċedura.

210.

Bħala prinċipju, ir-rikors li fir-rigward tiegħu titressaq talba sabiex il-kawża tinqata' skont il-proċedura mħaffa ma għandux ikun ta' iktar minn 25 paġna. Dan ir-rikors għandu jiġi ppreżentat konformement mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 112 sa 121 iktar 'il fuq.

211.

Huwa rrakkomandat li l-parti li titlob il-benefiċċju tal-proċedura mħaffa tispeċifika, fit-talba tagħha, il-motivi, l-argumenti jew is-siltiet tan-nota kkonċernata (rikors jew risposta) li jkunu qegħdin jiġu ppreżentati biss fil-każ li l-kawża ma tinqatax skont din il-proċedura. Dawn l-indikazzjonijiet, imsemmija fl-Artikolu 152(2) tar-Regoli tal-Proċedura, għandhom jiġu fformulati fit-talba bi preċiżjoni u b'indikazzjoni tan-numru tal-paragrafi kkonċernati.

A.2.   Verżjoni mqassra

212.

Huwa rrakkomandat li t-talba għal proċedura mħaffa li tinkludi l-indikazzjonijiet msemmija fil-punt 211 iktar 'il fuq tkun akkumpanjata, bħala anness, mill-verżjoni mqassra tan-nota kkonċernata.

213.

Meta tiġi annessa verżjoni mqassra, din għandha tkun konformi mal-istruzzjonijiet segwenti:

(a)

il-verżjoni mqassra għandha tieħu l-forma tal-verżjoni inizjali tan-nota kkonċernata bis-siltiet imħassra tagħha identifikati permezz ta' parenteżi li fihom ikun indikat “omissis”;

(b)

il-paragrafi li jinżammu fil-verżjoni mqassra għandu jkollhom l-istess numru bħal dak tal-verżjoni inizjali tan-nota kkonċernata;

(c)

l-iskeda li telenka l-annessi ppreżentata flimkien mal-verżjoni mqassra għandha tinkludi, jekk il-verżjoni mqassra ma tagħmilx riferiment għall-annessi kollha tal-verżjoni inizjali tan-nota kkonċernata, l-indikazzjoni “omissis” sabiex tidentifika kull wieħed mill-annessi mhux inklużi;

(d)

l-annessi li jinżammu fil-verżjoni mqassra għandu jkollhom l-istess numru bħal dak fl-iskeda li telenka l-annessi tal-verżjoni inizjali tan-nota kkonċernata;

(e)

l-annessi msemmija fl-iskeda li telenka l-annessi ppreżentata flimkien mal-verżjoni mqassra għandhom ikunu mehmuża ma' din il-verżjoni.

214.

Sabiex tkun tista' tiġi ttrattata fl-iqsar żmien possibbli, il-verżjoni mqassra għandha tkun konformi mal-istruzzjonijiet preċedenti.

215.

Meta l-Qorti Ġenerali titlob il-produzzjoni ta' verżjoni mqassra tan-nota fuq il-bażi tal-Artikolu 151(3) tar-Regoli tal-Proċedura, il-verżjoni mqassra għandha tiġi stabbilita, sakemm ma tingħatax indikazzjoni kuntrarja, konformement mal-istruzzjonijiet preċedenti.

A.3.   Ir-risposta

216.

Jekk ir-rikorrent ma jkunx indika, fit-talba tiegħu, il-motivi, l-argumenti jew is-siltiet tar-rikors tiegħu li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni biss fil-każ li l-kawża ma tkunx ser tinqata' skont il-proċedura mħaffa, il-konvenut għandu jirrispondi, f'terminu ta' xahar, għar-rikors.

217.

Jekk ir-rikorrent ikun indika, fit-talba tiegħu, il-motivi, l-argumenti jew is-siltiet tar-rikors tiegħu li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni biss fil-każ li l-kawża ma tkunx ser tinqata' skont il-proċedura mħaffa, il-konvenut għandu jirrispondi, f'terminu ta' xahar, għall-motivi u għall-argumenti żviluppati fir-rikors, moqri fid-dawl tal-indikazzjonijiet mogħtija fit-talba għal proċedura mħaffa.

218.

Jekk mat-talba tiegħu r-rikorrent ikun annetta verżjoni mqassra tar-rikors, il-konvenut għandu jirrispondi, f'terminu ta' xahar, għall-motivi u għall-argumenti inklużi f'din il-verżjoni mqassra tar-rikors.

219.

Jekk il-Qorti Ġenerali tiddeċiedi li tiċħad it-talba għal proċedura mħaffa qabel ma l-konvenut ikun ippreżenta r-risposta tiegħu, it-terminu ta' xahar previst fl-Artikolu 154(1) tar-Regoli tal-Proċedura għall-preżentata ta' din in-nota għandu jiġi miżjud b'xahar supplimentari.

220.

Jekk il-Qorti Ġenerali tiddeċiedi li tiċħad it-talba għal proċedura mħaffa wara li l-konvenut ikun ippreżenta r-risposta tiegħu fit-terminu ta' xahar previst fl-Artikolu 154(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-konvenut għandu jingħata terminu ġdid ta' xahar li jiddekorri min-notifika tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba għal proċedura mħaffa sabiex ikun jista' jikkompleta r-risposta tiegħu.

A.4.   Il-fażi orali tal-proċedura

221.

Fil-kuntest ta' proċedura mħaffa, peress li l-fażi bil-miktub tal-proċedura hija bħala prinċipju limitata għal skambju wieħed ta' noti, l-enfasi għandha tkun fuq il-fażi orali tal-proċedura u għandha tiġi organizzata seduta fi żmien qasir wara l-għeluq tal-fażi bil-miktub tal-proċedura. Madankollu, il-Qorti Ġenerali tista' tiddeċiedi li taqtal-kawża mingħajr fażi orali tal-proċedura meta l-partijiet prinċipali jindikaw, f'terminu ffissat mill-President, li qegħdin jirrinunzjaw milli jipparteċipaw f'seduta għas-sottomissjonijiet orali u meta l-Qorti Ġenerali tqis li għandha biżżejjed informazzjoni fuq il-bażi tal-annessi fil-proċess tal-kawża.

222.

Meta l-Qorti Ġenerali ma tkunx awtorizzat il-preżentata ta' nota ta' intervent, l-intervenjent jista' jinvoka l-osservazzjonijiet tiegħu b'mod orali biss, jekk tiġi organizzata seduta għas-sottomissjonijiet orali.

B.   Fuq is-sospensjoni u fuq miżuri provviżorji oħra

223.

Konformement mal-Artikolu 156(5) tar-Regoli tal-Proċedura, it-talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni jew għal miżuri provviżorji oħra għandha titressaq permezz ta' att separat. Din it-talba għandha tkun tinftiehem fiha nnifisha, mingħajr ma jkun meħtieġ li jsir riferiment għar-rikors fil-kawża prinċipali, inkluż għall-annessi mar-rikors.

224.

Sabiex jiġi ffaċilitat it-trattament immedjat mir-Reġistru, it-talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni jew għal miżuri provviżorji oħra għandha tinkludi, fuq l-ewwel paġna, l-indikazzjoni li din it-talba qiegħda titressaq fuq il-bażi tal-Artikolu 156 tar-Regoli tal-Proċedura u, jekk ikun il-każ, li tinkludi talba bbażata fuq l-Artikolu 157(2) tar-Regoli tal-Proċedura.

225.

It-talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni jew għal miżuri provviżorji oħra għandha tindika, b'mod qasir u konċiż ħafna, is-suġġett tat-tilwima, il-motivi ta' fatt u ta' liġi li fuqhom ikun ibbażat ir-rikors prinċipali u li jesponu, prima facie, il-fondatezza tiegħu (fumus boni juris) kif ukoll iċ-ċirkustanzi li jistabbilixxu l-urġenza. Hija għandha tindika bi preċiżjoni l-miżura jew il-miżuri mitluba. Hija għandha tinkludi wkoll il-provi u l-provi proposti disponibbli kollha, intiżi li jiġġustifikaw l-għoti tal-miżuri provviżorji.

226.

Peress li t-talba għal miżuri provviżorji hija intiża li tippermetti evalwazzjoni tal-fumus boni juris fil-kuntest ta' proċedura sommarja, din it-talba ma għandhiex tirriproduċi b'mod sħiħ it-test tar-rikors fil-kawża prinċipali.

227.

Sabiex talba għal miżuri provviżorji tkun tista' tiġi ttrattata b'mod urġenti, in-numru massimu ta' paġni li, bħala prinċipju, din it-talba ma għandhiex taqbeż huwa, skont is-suġġett ikkonċernat u skont iċ-ċirkustanzi tal-kawża, ta' 25 paġna.

IX.   DĦUL FIS-SEĦĦ TA' DAWN ID-DISPOŻIZZJONIJIET PRATTIĊI TA' IMPLEMENTAZZJONI

228.

Dawn id-Dispożizzjonijiet prattiċi ta' implementazzjoni jħassru u jissostitwixxu l-Istruzzjonijiet lir-reġistratur tal-5 ta' Lulju 2007 (ĠU L 232, 4.9.2007, p. 1), kif emendati fis-17 ta' Mejju 2010 (ĠU L 170, 6.7.2010, p. 53) u fl-24 ta' Jannar 2012 (ĠU L 68, 7.3.2012, p. 20), u l-Istruzzjonijiet prattiċi lill-partijiet quddiem il-Qorti Ġenerali tal-24 ta' Jannar 2012 (ĠU L 68, 7.3.2012, p. 23).

229.

Dawn id-Dispożizzjonijiet prattiċi ta' implementazzjoni għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Huma għandhom jidħlu fis-seħħ fl-ewwel jum tal-ewwel xahar wara l-pubblikazzjoni tagħhom.”

9.

L-Anness 1 huwa ssostitwit bit-test segwenti:

ANNESS 1

Kundizzjonijiet li n-nuqqas ta' osservanza tagħhom jiġġustifika li r-rikors ma jiġix innotifikat (punt 101 ta' dawn id-Dispożizzjonijiet prattiċi ta' implementazzjoni)

L-assenza ta' regolarizzazzjoni tal-punti segwenti tista' twassal għaċ-ċaħda tar-rikors minħabba inammissibbiltà, konformement mal-Artikolu 78(6), mal-Artikolu 177(6) u mal-Artikolu 194(5) tar-Regoli tal-Proċedura.

 

Rikorsi diretti

Kawżi dwar proprjetà intellettwali

a)

produzzjoni tad-dokument ta' leġittimazzjoni tal-avukat (Artikolu 51(2) tar-Regoli tal-Proċedura)

produzzjoni tad-dokument ta' leġittimazzjoni tal-avukat (Artikolu 51(2) tar-Regoli tal-Proċedura)

b)

produzzjoni ta' prova reċenti tal-eżistenza ġuridika tal-persuna ġuridika rregolata mid-dritt privat (Artikolu 78(4) tar-Regoli tal-Proċedura)

produzzjoni ta' prova reċenti tal-eżistenza ġuridika tal-persuna ġuridika rregolata mid-dritt privat (Artikolu 177(4) tar-Regoli tal-Proċedura)

c)

produzzjoni tal-mandat jekk il-parti rrappreżentata tkun persuna ġuridika rregolata mid-dritt privat (Artikolu 51(3) tar-Regoli tal-Proċedura)

produzzjoni tal-mandat jekk il-parti rrappreżentata tkun persuna ġuridika rregolata mid-dritt privat (Artikolu 51(3) tar-Regoli tal-Proċedura)

d)

produzzjoni tal-att ikkontestat (rikors għal annullament) jew tad-dokument li jiġġustifika d-data tal-istedina sabiex tittieħed azzjoni (rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni) (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 21 tal-Istatut; Artikolu 78(1) tar-Regoli tal-Proċedura)

produzzjoni tad-deċiżjoni kkontestata tal-Bord tal-Appell (Artikolu 177(3) tar-Regoli tal-Proċedura)

e)

produzzjoni tal-ilment fis-sens tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal u tad-deċiżjoni li tagħti risposta għall-ilment (Artikolu 78(2) tar-Regoli tal-Proċedura);

 

f)

produzzjoni ta' kopja tal-kuntratt li jinkludi l-klawżola ta' arbitraġġ (Artikolu 78(3) tar-Regoli tal-Proċedura)

 

g)

 

indikazzjoni tal-ismijiet tal-partijiet kollha fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell u tal-indirizzi li dawn kienu indikaw għall-finijiet tan-notifiki (Artikolu 177(2) tar-Regoli tal-Proċedura)

h)

indikazzjoni tad-dati tat-tressiq tal-ilment fis-sens tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal u tan-notifika tad-deċiżjoni li tagħti risposta għall-ilment (Artikolu 78(2) tar-Regoli tal-Proċedura)

indikazzjoni tad-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell (Artikolu 177(3) tar-Regoli tal-Proċedura)

10.

L-Anness 2 huwa ssostitwit bit-test segwenti:

ANNESS 2

Regoli formali li n-nuqqas ta' osservanza tagħhom jiġġustifika l-posponiment tan-notifika (punt 102 ta' dawn id-Dispożizzjonijiet prattiċi ta' implementazzjoni)

a)

indikazzjoni tal-indirizz tar-rikorrent (l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 tal-Istatut; Artikolu 76(a), Artikolu 177(1)(a) u Artikolu 194(1)(a) tar-Regoli tal-Proċedura)

b)

indikazzjoni tal-indirizz tar-rappreżentant tar-rikorrent (Artikolu 76(b), Artikolu 177(1)(b) u Artikolu 194(1)(b) tar-Regoli tal-Proċedura)

c)

oriġinal ġdid tar-rikors meta dan ikun tqassar (punti 109 u 110 ta' dawn id-Dispożizzjonijiet prattiċi ta' implementazzjoni)

d)

oriġinal ġdid bl-istess kontenut tar-rikors bil-paragrafi nnumerati (punt 81(c) ta' dawn id-Dispożizzjonijiet prattiċi ta' implementazzjoni)

e)

oriġinal ġdid bl-istess kontenut tar-rikors bil-paġni nnumerati (punt 81(d) ta' dawn id-Dispożizzjonijiet prattiċi ta' implementazzjoni)

f)

produzzjoni tal-iskeda li telenka l-annessi bl-indikazzjonijiet obbligatorji (Artikolu 72(3) tar-Regoli tal-Proċedura; punt 83 ta' dawn id-Dispożizzjonijiet prattiċi ta' implementazzjoni)

g)

produzzjoni tal-annessi msemmija fir-rikors u mhux prodotti (Artikolu 72(3) tar-Regoli tal-Proċedura)

h)

produzzjoni tal-annessi bil-paġni nnumerati (punt 86(d) ta' dawn id-Dispożizzjonijiet prattiċi ta' implementazzjoni)

i)

produzzjoni tal-annessi nnumerati (punt 86(a) ta' dawn id-Dispożizzjonijiet prattiċi ta' implementazzjoni)

11.

L-Anness 3 huwa ssostitwit bit-test segwenti:

ANNESS 3

Regoli formali li n-nuqqas ta' osservanza tagħhom ma jipprekludix in-notifika (punt 103 ta' dawn id-Dispożizzjonijiet prattiċi ta' implementazzjoni)

a)

produzzjoni tad-dokument ta' leġittimazzjoni għal kull avukat supplimentari ieħor (Artikolu 51(2) tar-Regoli tal-Proċedura)

b)

fil-kawżi li ma jkunux dwar proprjetà intellettwali, produzzjoni tas-sunt tal-motivi u tal-argumenti prinċipali (punti 118 u 119 ta' dawn id-Dispożizzjonijiet prattiċi ta' implementazzjoni)

c)

produzzjoni tat-traduzzjoni fil-lingwa tal-kawża ta' anness ifformulat f'lingwa li ma tkunx il-lingwa tal-kawża (Artikolu 46(2) tar-Regoli tal-Proċedura; punt 99 ta' dawn id-Dispożizzjonijiet prattiċi ta' implementazzjoni)

Artikolu 2

Dawn l-emendi tad-Dispożizzjonijiet prattiċi għall-implementazzjoni tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huma għandhom jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2018.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-17 ta' Ottubru 2018.

Ir-Reġistratur

E. COULON

Il-President

M. JAEGER


(1)  ĠU L 240, 25.9.2018, p. 68.

(2)  ĠU L 240, 25.9.2018, p. 72.

(3)  Regolament (UE, Euratom) 2016/1192 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar it-trasferiment lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-ġuriżdizzjoni fl-ewwel istanza f'tilwimiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-membri tal-persunal tagħha (ĠU L 200, 26.7.2016, p. 137).

(4)  ĠU L 152, 18.6.2015, p. 1.

(5)  It-test għandu jiġi ppreżentat inkonformità mar-rekwiżiti previsti fil-punt 81(b) ta' dawn id-Dispożizzjonijiet prattiċi ta' implimentazzjoni.

(6)  It-test għandu jiġi ppreżentat inkonformità mar-rekwiżiti previsti fil-punt 81(b) ta' dawn id-Dispożizzjonijiet prattiċi ta' implimentazzjoni.