ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 275I

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
6 ta' Novembru 2018


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1652 tas-6 ta' Novembru 2018 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (notifikata bid-dokument C(2018) 7445)  ( 1 )

1

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

DEĊIŻJONIJIET

6.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 275/1


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1652

tas-6 ta' Novembru 2018

li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri

(notifikata bid-dokument C(2018) 7445)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/247 (3) ġiet adottata wara t-tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 f'għadd ta' Stati Membri (“l-Istati Membri kkonċernati”), u l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza mill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (4).

(2)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tipprevedi li ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti mill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati skont id-Direttiva 2005/94/KE għandhom jinkludu mill-anqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni. Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tistipula wkoll li l-miżuri li jridu jiġu applikati fiż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza, kif previst fl-Artikolu 29(1) u fl-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE, iridu jinżammu mill-inqas sad-dati għal dawk iż-żoni stabbiliti fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni.

(3)

Mid-data tal-adozzjoni tagħha 'l hawn, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġiet emendata diversi drabi biex jitqiesu l-iżviluppi fis-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tal-influwenza avjarja. B'mod partikolari, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġiet emendata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/696 (5) sabiex jiġu stabbiliti r-regoli dwar id-dispaċċ tal-konsenji ta' flieles ta' jum miż-żoni elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247. Dik l-emenda qieset il-fatt li hemm riskju baxx ħafna li l-flieles ta' jum ixerrdu l-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja meta mqabbla ma' prodotti bażiċi oħra tat-tjur.

(4)

Sussegwentement id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġiet emendata wkoll bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1841 (6) sabiex jissaħħu l-miżuri ta' kontroll tal-mard applikabbli fejn hemm riskju akbar li tinxtered l-influenza avjarja b'patoġeniċità għolja. Għaldaqstant, issa d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tipprevedi l-istabbiliment fil-livell tal-Unjoni ta' żoni ristretti oħra fl-Istati Membri kkonċernati, kif imsemmi fl-Artikolu 16(4) tad-Direttiva 2005/94/KE, wara tifqigħa jew tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja, u d-durata tal-miżuri li jridu jiġu applikati fihom. Issa d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tistipula wkoll ir-regoli għad-dispaċċ tat-tjur ħaj, tal-flieles ta' jum u tal-bajd għat-tifqis miż-żoni ristretti l-oħra lejn Stati Membri oħra, skont ċerti kundizzjonijiet.

(5)

Barra minn hekk, l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġie emendat diversi drabi, l-aktar biex jitqiesu l-bidliet fil-konfini taż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti mill-Istati Membri kkonċernati skont id-Direttiva 2005/94/KE.

(6)

L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġie emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1597 (7), wara n-notifika mill-Bulgarija dwar tifqigħat oħrajn fl-azjendi tat-tjur fir-reġjuni ta' Plovdiv u Haskovo ta' dak l-Istat Membru. Il-Bulgarija nnotifikat lill-Kummissjoni wkoll li ħadet il-miżuri neċessarji meħtieġa skont id-Direttiva 2005/94/KE wara li seħħew dawk it-tifqigħat, inkluż l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza madwar l-azjendi tat-tjur infettati.

(7)

Mid-data li fiha saret l-aħħar emenda tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/1597 'l hawn, il-Bulgarija nnotifikat lill-Kummissjoni dwar aktar tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 fl-azjendi tat-tjur li jinsabu fir-reġjuni ta' Plovdiv u Haskovo ta' dak l-Istat Membru.

(8)

Il-Bulgarija nnotifikat lill-Kummissjoni wkoll li ħadet il-miżuri neċessarji meħtieġa skont id-Direttiva 2005/94/KE wara li seħħew dawn it-tifqigħat ġodda, inkluż l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza madwar l-azjenda tat-tjur infettata f'dak l-Istat Membru.

(9)

Il-Kummissjoni eżaminat dawk il-miżuri f'kollaborazzjoni mal-Bulgarija, u l-Kummissjoni hija sodisfatta li l-konfini taż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza, stabbiliti mill-awtorità kompetenti tal-Bulgarija, jinsabu 'l bogħod biżżejjed mill-azjenda tat-tjur fejn ġew ikkonfermati t-tifqigħat ġodda.

(10)

Biex ikun evitat kwalunkwe tfixkil bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni u biex ikunu evitati l-ostakli għall-kummerċ mhux ġustifikati u imposti minn pajjiżi terzi, jeħtieġ li fil-livell tal-Unjoni, flimkien mal-Bulgarija, jiġu deskritti malajr iż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti fil-Bulgarija, skont id-Direttiva 2005/94/KE, wara t-tifqigħat ġodda tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'dak l-Istat Membru.

(11)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tiġi aġġornata sabiex titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika aġġornata fil-Bulgarija, fir-rigward tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja. B'mod partikolari, jenħtieġ li fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 jiġu elenkati ż-żoni l-ġodda ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fil-Bulgarija li ġew stabbiliti u li issa huma soġġetti għar-restrizzjonijiet skont id-Direttiva 2005/94/KE.

(12)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 jiġi emendat bl-aġġornament tar-reġjonalizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni sabiex jinkludi ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti fil-Bulgarija, skont id-Direttiva 2005/94/KE, wara t-tifqigħat ġodda tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'dak l-Istat Membru, kif ukoll id-durata tar-restrizzjonijiet applikabbli fihom.

(13)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tiġi emendata skont dan.

(14)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 huwa emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Novembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/247 tad-9 ta' Frar 2017 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 36, 11.2.2017, p. 62).

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16).

(5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/696 tal-11 ta' April 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 101, 13.4.2017, p. 80).

(6)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1841 tal-10 ta' Ottubru 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 261, 11.10.2017, p. 26).

(7)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1597 tat-23 ta' Ottubru 2018 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 265, 24.10.2018, p. 13).


ANNESS

L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-Parti A, l-entrata għall-Bulgarija hija sostitwita b'dan li ġej:

Stat Membru: il-Bulgarija

Żona li tinkludi:

Data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2005/94/KE

Ir-reġjun ta' Plovdiv:

Il-muniċipalità ta' Sadovo:

Ahmatovo

Bogdanitsa

Seltsi

28.11.2018

Il-muniċipalità ta' Rodopi:

Krumovo

Yagodovo

12.11.2018

Ir-reġjun ta' Haskovo:

Il-muniċipalità ta' Dimitrovgrad:

Varbitsa

Bodrovo

28.11.2018

Il-muniċipalità ta' Haskovo:

Voyvodovo

Konush

Manastir

18.11.2018

Il-muniċipalità ta' Haskovo:

Malevo

Garvanovo

21.11.2018”

(2)

Fil-Parti B, l-entrata għall-Bulgarija hija sostitwita b'dan li ġej:

Stat Membru: il-Bulgarija

Żona li tinkludi:

Data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE

Ir-reġjun ta' Plovdiv:

Il-muniċipalità ta' Sadovo:

Ahmatovo

Bogdanitsa

Seltsi

Minn 29.11.2018 sa 7.12.2018

Il-muniċipalità ta' Asenovgrad:

Boyantsi

Izbeglii

Konush

Kozanovo

Zlatograd

7.12.2018

Il-muniċipalità ta' Parvomay:

Vinitsa

Tatarevo

7.12.2018

Il-muniċipalità ta' Sadovo:

Bolyartsi

Cheshnegirovo

Karadzhovo

Kochevo

Milevo

Mominsko

Popovitsa

Sadovo

7.12.2018

Il-muniċipalità ta' Parvomay:

Byala reka

Dobri dol

Ezerovo

Karadzhalovo

Voden

7.12.2018

Il-muniċipalità ta' Rodopi:

Krumovo

Yagodovo

Minn 13.11.2018 sa 22.11.2018

Il-muniċipalità ta' Rodopi:

Brestnik

Belashtitsa

Markovo

Branipole

Il-muniċipalità ta' Sadovo:

Katunitsa

Il-muniċipalità ta' Kuklen:

Kuklen

Ruen

Il-muniċipalità ta' Asenovgrad:

Asenovgrad

Il-muniċipalità ta' Plovdiv:

Plovdiv

22.11.2018

Il-muniċipalità ta' Maritsa:

Rogosh

Skutare

22.11.2018

Ir-reġjun ta' Haskovo:

Il-muniċipalità ta' Dimitrovgrad:

Varbitsa

Bodrovo

Minn 29.11.2018 sa 7.12.2018

Il-muniċipalità ta' Dimitrovgrad:

Gorski izvor

Svetlina

Skobelevo

Stalevo

Yabalkovo

7.12.2018

Il-muniċipalità ta' Mineralni bani:

Susam

7.12.2018

Il-muniċipalità ta' Haskovo:

Konush

Manastir

Voyvodovo

Minn 19.11.2018 sa 27.11.2018

Il-muniċipalità ta' Haskovo:

Galabets

Kozlets

Mandra

Teketo

Trakiets

27.11.2018

Il-muniċipalità ta' Haskovo:

Malevo

Garvanovo

Minn 22.11.2018 sa 1.12.2018

Il-muniċipalità ta' Haskovo:

Haskovo

Krivo pole

Knizhovnik

Orlovo

Momino

Dolno Voyvodino

Dinevo

Lyubenovo

Staykovo

Stamboliyski

Klokotnitsa

Vaglarovo

1.12.2018

Il-muniċipalità ta' Stambolovo:

Zhalti Bryag

Stambolovo

Kralevo

1.12.2018

Il-muniċipalità ta' Dimitrovgrad:

Kasnakovo

Dobrich

Gorski izvor

Svetlina

1.12.2018

Il-muniċipalità ta' Mineralni bani:

Mineralni bani

Tatarevo

1.12.2018

Ir-reġjun ta' Stara Zagora:

Il-muniċipalità ta' Chirpan:

Zlatna Livada

7.12.2018”