ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 271

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
30 ta' Ottubru 2018


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1618 tat-12 ta' Lulju 2018 li jemenda r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 231/2013 f'dak li għandu x' jaqsam mad-dmirijiet ta' salvagwardja tad-depożitarji ( 1 )

1

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1619 tat-12 ta' Lulju 2018 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/438 f'dak li għandu x'jaqsam mad-dmirijiet ta' salvagwardja tad-depożitarji ( 1 )

6

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1620 tat-13 ta' Lulju 2018 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/61 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità għall-Istituzzjonijiet ta' Kreditu ( 1 )

10

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1621 tas-26 ta' Ottubru 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080 fir-rigward tad-data tad-dħul fil-ħżin tat-trab tal-ħalib xkumat mibjugħ permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti

25

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1622 tad-29 ta' Ottubru 2018 dwar in-nonapprovazzjoni ta' ċerti sustanzi attivi fi prodotti bijoċidali skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

26

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1623 tad-29 ta' Ottubru 2018 skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar nemus infettat b'mod mhux naturali bil-Wolbachia użat għal skopijiet ta' kontroll tal-vetturi ( 1 )

30

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

30.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 271/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1618

tat-12 ta' Lulju 2018

li jemenda r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 231/2013 f'dak li għandu x' jaqsam mad-dmirijiet ta' salvagwardja tad-depożitarji

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(17) tagħha,

Billi:

(1)

Minħabba liġijiet nazzjonali li jvarjaw dwar it-titoli u l-insolvenza, li mhumiex armonizzati fil-livell tal-Unjoni, teżisti diverġenza fil-livell ta' protezzjoni minn riskji ta' insolvenza għal strumenti finanzjarji miżmuma f'kustodja minn partijiet terzi għal klijenti ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi (“AIFs”). Sabiex tiġi żgurata protezzjoni b'saħħitha tal-assi tal-klijenti kif previst fid-Direttiva 2011/61/UE, filwaqt li jiġu pprovduti rekwiżiti tal-liġi nazzjonali aktar b'saħħithom fir-rigward ta' dawn l-oqsma mhux armonizzati, huwa neċessarju li jiġu ċċarati l-obbligi relatati mas-salvagwardja tal-assi stabbiliti fid-Direttiva 2011/61/UE.

(2)

Bħalissa l-awtoritajiet kompetenti u l-industrija japplikaw ir-rekwiżiti tas-segregazzjoni tal-assi stabbiliti fir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2013 (2) b'mod differenti. Filwaqt li d-depożitarji, li huma fl-ewwel livell ta' katina ta' kustodja, għandhom l-obbligu li jipprovdu l-possibbiltà li kont individwali jżomm strumenti finanzjarji għal kull klijent tal-AIF, irid jiġi ċċarat li meta l-funzjoni ta' kustodja tiġi delegata lil parti terza, jenħtieġ li din tal-aħħar tkun tista' żżomm l-assi tal-klijenti ta' depożitarju wieħed, inklużi l-assi għal AIFs u l-Impriżi għal Investiment Kollettiv f'Titoli Trasferibbli (“UCITS”), f'kont omnibus. Jenħtieġ li dan il-kont omnibus jeskludi dejjem l-assi proprjetarji tad-depożitarju u l-assi proprjetarji tal-parti terza kif ukoll l-assi li jappartjenu lil klijenti oħra tal-parti terza. Bl-istess mod, f'każijiet fejn il-funzjoni ta' kustodja tiġi ddelegata ulterjorment, jenħtieġ li s-sottokustodju jkun jista' jżomm l-assi tal-klijenti tal-kustodju ta' delega, f'kont omnibus. Jenħtieġ li dan il-kont omnibus jeskludi dejjem l-assi proprjetarji tas-sottokustodju u l-assi proprjetarji tal-kustodja ta' delega kif ukoll l-assi li jappartjenu lil klijenti oħra tas-sottokustodju. Dan huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq bilanċ tajjeb bejn l-effiċjenza tas-suq u l-protezzjoni tal-investitur.

(3)

Sabiex jiġi minimizzat ir-riskju ta' telf ta' assi miżmuma f'kontijiet omnibus ta' strumenti finanzjarji pprovduti minn partijiet terzi, li lilhom tkun ġiet iddelegata l-funzjoni ta' kustodja, jenħtieġ li l-frekwenza ta' rikonċiljazzjonijiet bejn il-kontijiet u r-rekords tat-titoli finanzjarji ta' depożitarju ta' klijent AIF u l-parti terza jew bejn partijiet terzi, meta l-funzjoni ta' kustodja tkun ġiet iddelegata aktar 'l isfel fil-katina tal-kustodja, tiżgura trażmissjoni f'waqtha tal-informazzjoni rilevanti lid-depożitarju. Barra minn hekk, il-frekwenza ta' dawn ir-rikonċiljazzjonijiet jenħtieġ li tiddependi fuq kull moviment f'dan il-kont omnibus, inklużi transazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-assi li jappartjenu lil klijenti oħra tad-depożitarju li jinżammu fl-istess kont omnibus bħall-assi tal-AIF.

(4)

Jenħtieġ li d-depożitarju jkun jista' jkompli jwettaq id-dmirijiet tiegħu b'mod effettiv meta l-kustodja tal-assi tal-klijenti AIF tiegħu tiġi delegata lil parti terza. Huwa għalhekk meħtieġ li d-depożitarju jintalab iżomm rekord fil-kont ta' strumenti finanzjarji li jkun fetaħ f'isem il-klijent AIF tiegħu jew f'isem l-AIFM, li jaġixxi f'isem l-AIF, li juri li l-assi miżmuma f'kustodja minn parti terza jappartjenu lil dak l-AIF partikolari.

(5)

Biex tissaħħaħ il-pożizzjoni tad-depożitarji fir-rigward ta' partijiet terzi li lilhom tiġi ddelegata l-kustodja tal-assi, jenħtieġ li din ir-relazzjoni tiġi dokumentata permezz ta' kuntratt ta' delega bil-miktub. Jenħtieġ li dan il-kuntratt jippermetti lid-depożitarju jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex ikun żgurat li l-assi miżmuma f'kustodja jkunu salvagwardjati kif xieraq u li l-parti terza tikkonforma f'kull ħin mal-kuntratt ta' delega u mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2011/61/UE u tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 231/2013. Barra minn hekk, jenħtieġ li d-depożitarju u l-parti terza jaqblu formalment dwar jekk il-parti terza hijiex permessa li tkompli tiddelega l-funzjonijiet ta' kustodja. F'dak il-każ, jenħtieġ li l-arranġament jew il-kuntratt bejn il-parti terza ta' delega u l-parti terza li lilha jkunu ġew delegati ulterjorment il-funzjonijiet ta' kustodja, ikun soġġett għad-drittijiet u l-obbligi li huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti bejn id-depożitarju u l-parti terza ta' delega.

(6)

Sabiex jippermetti lid-depożitarju jwettaq il-funzjonijiet tiegħu jeħtieġ li tissaħħaħ is-sorveljanza tad-depożitarji fuq il-partijiet terzi, irrispettivament minn jekk ikunux jinsabu ġewwa jew barra l-Unjoni. Jenħtieġ li d-depożitarji jivverifikaw jekk l-istrumenti finanzjarji tal-AIFs jkunux reġistrati b'mod korrett fil-kotba ta' parti terza u li r-rekords miżmuma jkunu preċiżi biżżejjed biex ikunu jistgħu jiġu identifikati n-natura, il-post u s-sjieda tal-assi miżmuma f'kustodja. Biex jiġi ffaċilitat it-twettiq effettiv tad-dmirijiet tad-depożitarji, jenħtieġ li l-partijiet terzi jipprovdulhom dikjarazzjoni dwar kull bidla li taffettwa l-assi miżmuma f'kustodja għall-klijenti AIF tad-depożitarji.

(7)

Bħala parti mill-obbligi tad-depożitarji li jeżerċitaw attenzjoni u diliġenza f'każijiet ta' delega tal-funzjonijiet ta' kustodja, qabel ma jiddelegaw din il-funzjoni lil parti terza li tinsab barra l-Unjoni, jenħtieġ li d-depożitarju jirċievi opinjoni ġuridika indipendenti li tivvaluta l-liġi dwar l-insolvenza tal-pajjiż terz fejn dik il-parti terza tkun tinsab, li tinkludi evalwazzjoni tal-livell ta' protezzjoni mogħtija mill-kontijiet ta' strumenti finanzjarji segregati f'dik il-ġurisdizzjoni. L-opinjoni mogħtija għal kull ġurisdizzjoni mill-federazzjonijiet tal-industrija rilevanti jew mid-ditti legali għall-benefiċċju ta' diversi depożitarji jenħtieġ li tkun aċċettabbli. Barra minn hekk, id-depożitarju għandu jiżgura li l-parti terza li tinsab barra l-Unjoni tinformah dwar kull bidla fiċ-ċirkostanzi jew f'dik il-liġi dwar l-insolvenza tal-pajjiż terz, li tista' taffettwa l-istat tal-assi tal-klijenti AIF tad-depożitarju.

(8)

Sabiex id-depożitorji jkollhom żmien biżżejjed biex jadattaw għar-rekwiżiti l-ġodda li jinsabu f'dan ir-Regolament, id-data tal-bidu tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi differita bi tmintax-il xahar wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(9)

Il-miżuri introdotti b'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar it-Titoli u s-Swieq (3).

(10)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-grupp ta' esperti tal-Kumitat Ewropew tat-Titoli.

(11)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2013 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 231/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 89 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:

“(c)

ir-rikonċiljazzjonijiet jitwettqu kemm-il darba jkun meħtieġ bejn il-kontijiet interni u r-rekords tad-depożitarju u dawk ta' kull parti terza li lilha jkunu ġew iddelegati funzjonijiet ta' kustodja skont l-Artikolu 21(11) tad-Direttiva 2011/61/UE”;

(ii)

jiżdied it-tieni subparagrafu li ġej:

“Rigward il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, il-frekwenza tar-rikonċiljazzjonijiet għandha tiġi stabbilita fuq il-bażi ta' dawn li ġejjin:

(a)

l-attività kummerċjali normali tal-AIF;

(b)

kull operazzjoni li sseħħ barra mill-attività normali tan-negozjar;

(c)

kull operazzjoni li sseħħ f'isem kull klijent ieħor li l-assi tiegħu jinżammu mill-parti terza fl-istess kont ta'strumenti finanzjarji bħal dak tal-assi tal-AIF.”;

(b)

il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.   Meta depożitarju jkun iddelega l-funzjonijiet ta' kustodja tiegħu lil parti terza skont l-Artikolu 21(11) tad-Direttiva 2011/61/UE, għandu jibqa' soġġett għar-rekwiżiti tal-punti minn (a) sa (e) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Għandu wkoll jiżgura li l-parti terza tikkonforma mar-rekwiżiti tal-punti minn (b) sa (g) tal-paragrafu 1 u mal-obbligi tas-segregazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 99.”;

(2)

fl-Artikolu 98, jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:

“2a.   Kuntratt, li permezz tiegħu id-depożitarju jaħtar parti terza biex iżżomm l-assi tal-klijenti AIF tad-depożitarju f'kustodja, għandu jinkludi tal-anqas id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

garanzija tad-dritt tad-depożitarju għall-informazzjoni, l-ispezzjoni, u l-aċċess għal rekords u kontijiet rilevanti tat-terza persuna li tippossjedi assi f'kustodja sabiex id-depożitarju jkun jista' jwettaq is-sorveljanza u l-obbligi tad-diliġenza dovuta u b'mod partikolari jkun jista':

(i)

jidentifika l-entitajiet kollha fil-katina sħiħa tal-kustodja;

(ii)

jivverifika li l-kwantità ta' strumenti finanzjarji identifikati rreġistrati fil-kontijiet ta' strumenti finanzjarji miftuħa fil-kotba tad-depożitarju f'isem l-AIF jew f'isem l-AIFM, li jaġixxi f'isem l-AIF, tkun taqbel mal-kwantità tal-istrumenti finanzjarji identifikati miżmuma f'kustodja mill-parti terza għal dak l-AIF kif reġistrat fil-kont ta' strumenti finanzjarji miftuħ fil-kotba tal-parti terza;

(iii)

jivverifika li l-kwantità ta' strumenti finanzjarji identifikati, rreġistrati u miżmuma f'kont ta' strumenti finanzjarji miftuħ fid-Depożitarju Ċentrali tat-Titoli (CSD) tal-emittent, jew l-aġent tiegħu, f'isem il-parti terza għall-klijenti tagħha, tkun taqbel mal-kwantità ta' strumenti finanzjarji identifikati rreġistrati fil-kontijiet ta' strumenti finanzjarji miftuħa fil-kotba tad-depożitarju f'isem kull klijent AIF tiegħu jew f'isem l-AIFM li jaġixxi f'isem l-AIF;

(b)

dettalji ta' drittijiet u obbligi ekwivalenti miftiehma bejn il-parti terza u parti terza oħra, f'każ ta' delega ulterjuri ta' funzjonijiet ta' kustodja.”;

(3)

L-Artikolu 99 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Meta funzjonijiet ta' salvagwardja jkunu ġew delegati kompletament jew parzjalment lil parti terza, depożitarju għandu jiżgura li l-parti terza li lilha jkunu ġew iddelegati l-funzjonijiet ta' salvagwardja skont l-Artikolu 21(11) tad-Direttiva 2011/61/UE, taġixxi skont l-obbligu tas-segregazzjoni stabbilit fil-punt (iii) tal-Artikolu 21(11)(d) ta' din id-Direttiva, filwaqt li jiżgura u jivverifika li l-parti terza:

(a)

tirreġistra kif suppost ir-rekords tal-istrumenti finanzjarji kollha identifikati fil-kont ta' strumenti finanzjarji, li jinfetaħ fil-kotba tal-parti terza, sabiex iżomm f'kustodja l-istrumenti finanzjarji għall-klijenti tad-depożitarju, li jeskludi l-istrumenti finanzjarji tad-depożitarji u tal-parti terza u tal-klijenti l-oħra tal-parti terza, biex id-depożitarju jkun jista' jqabbel il-kwantità ta' strumenti finanzjarji identifikati rreġistrati fil-kontijiet miftuħa fil-kotba tad-depożitarju f'isem kull wieħed mill-klijenti tal-AIF tiegħu jew f'isem l-AIFM li jaġixxi f'isem l-AIF;

(b)

iżżomm ir-rekords u l-kontijiet tal-istrumenti finanzjarji kollha meħtieġa biex id-depożitarju jkun jista' f'kull ħin u mingħajr dewmien jiddistingwi l-assi tal-klijenti tad-depożitarju mill-assi proprji tal-parti terza, l-assi tal-klijenti l-oħra tal-parti terza u l-assi miżmuma għad-depożitarju f'ismu stess;

(c)

iżżomm rekords u kontijiet ta' strumenti finanzjarji b'mod li jiżgura l-preċiżjoni tagħhom, u b'mod partikolari li l-korrispondenza tagħhom għall-assi jinżammu sikuri, għall-klijenti AIF tad-depożitarju u li abbażi tagħhom id-depożitarju jkun jista' f'kull ħin jistabbilixxi n-natura preċiża, il-pożizzjoni u l-istatus tas-sjieda ta' dawk l-assi;

(d)

tipprovdi lid-depożitarju b'dikjarazzjoni, fuq bażi regolari, u fi kwalunkwe każ kull darba li sseħħ xi bidla fiċ-ċirkostanzi, waqt li tagħti dettalji dwar l-assi tal-klijenti AIF tad-depożitarju;

(e)

twettaq rikonċiljazzjonijiet, ta' spiss kemm ikun meħtieġ, bejn il-kontijiet tal-istrumenti finanzjarji tagħha u r-rekords interni u dawk tal-parti terza li lilha tkun iddelegat il-funzjonijiet ta' salvagwardja skont l-Artikolu 21(11) tad-Direttiva 2011/61/UE.

Il-frekwenza tar-rikonċiljazzjoni għandha tiġi determinata f'konformità mal-Artikolu 89(1);

(f)

tintroduċi arranġamenti organizzazzjonali adegwati biex timminimizza r-riskju ta' telf jew ta' tnaqqis fl-istrumenti finanzjarji, jew ta' drittijiet marbuta ma' dawk l-istrumenti finanzjarji minħabba użu ħażin tal-istrumenti finanzjarji, frodi, amministrazzjoni ħażina, żamma ta' records inadegwata jew negliġenza;

(g)

meta l-parti terza tkun entità msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2006/73/KE, li tkun soġġetta għal regolamentazzjoni u superviżjoni prudenzjali effikaċi li għandhom l-istess effett bħal-liġi tal-Unjoni u jkunu infurzati b'mod effikaċi, id-depożitarju għandu jieħu l-passi meħtieġa biex jiżgura li l-flus tal-AIF jinżammu f'kont jew f'kontijiet skont l-Artikolu 21(7) tad-Direttiva 2011/61/UE.”;

(b)

jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:

“2a.   Meta depożitarju jiddelega l-funzjonijiet tiegħu ta' kustodja lil parti terza li tinsab f'pajjiż terz, f'konformità mal-Artikolu 21(11) tad-Direttiva 2011/61/UE, flimkien mar-rekwiżiti tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, id-depożitarju għandu jiżgura dan li ġej:

(a)

id-depożitarju jirċievi parir legali minn persuna fiżika jew ġuridika indipendenti li tikkonferma li l-liġi applikabbli dwar l-insolvenza tirrikonoxxi dan li ġej:

(i)

is-segregazzjoni tal-assi tal-klijenti tad-depożitarju mill-assi proprji tal-parti terza, mill-assi tal-klijenti l-oħra tal-parti terza u mill-assi miżmuma mill-parti terza f'isem id-depożitarju stess;

(ii)

l-assi tal-klijenti AIF tad-depożitarju ma jiffurmawx parti mill-patrimonju tal-parti terza f'każ ta' insolvenza;

(iii)

l-assi tal-klijenti AIF tad-depożitarju ma jkunux disponibbli għad-distribuzzjoni jew għar-realizzazzjoni għall-benefiċċju tal-kredituri tal-parti terza li lilha jkunu ġew delegati funzjonijiet ta' kustodja skont l-Artikolu 21(11) tad-Direttiva 2011/61/UE;

(b)

il-parti terza tieħu l-passi li ġejjin:

(i)

tiżgura li l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) jiġu ssodisfati waqt il-konklużjoni tal-kuntratt ta' delega mad-depożitarju kif ukoll fuq bażi kontinwa għat-tul kollu tad-delega;

(ii)

tinforma minnufih lid-depożitarju kull fejn xi waħda mill-kondizzjonijiet imsemmija fil-punt (b) ma tiġix issodisfata;

(iii)

tinforma lid-depożitarju dwar kull bidla fil-liġi dwar l-insolvenza applikabbli u dwar l-applikazzjoni effettiva tagħha.”

(c)

il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:

“Il-paragrafi 1, 2 u 2a għandhom japplikaw mutatis mutandis meta l-parti terza, li lilha jkunu ġew iddelegati l-funzjonijiet ta' salvagwardja skont l-Artikolu 21(11) tad-Direttiva 2011/61/UE, tiddeċiedi li tiddelega l-funzjonijiet tagħha ta' salvagwardja kollha jew parti minnhom lil parti terza oħra skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 21(11) tad-Direttiva 2011/61/UE.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' April 2020

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Lulju 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).

(2)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2013 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-eżenzjonijiet, il-kundizzjonijiet ġenerali tal-operat, id-depożitarji, l-ingranaġġ, it-trasparenza u s-superviżjoni (ĠU L 83, 22.3.2013, p. 1).

(3)  L-Opinjoni tal-AETS, 20.7.2017, 34 45 277.


30.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 271/6


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1619

tat-12 ta' Lulju 2018

li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/438 f'dak li għandu x'jaqsam mad-dmirijiet ta' salvagwardja tad-depożitarji

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (1), u partikolarment l-Artikolu 26b tagħha,

Billi:

(1)

Minħabba liġijiet nazzjonali li jvarjaw dwar it-titoli u l-insolvenza, li mhumiex armonizzati fil-livell tal-Unjoni, hemm diverġenza fil-livell ta' protezzjoni għal strumenti finanzjarji miżmuma f'kustodja għal klijenti tal-Impriżi għall-Investiment Kollettiv f'Titoli Trasferibbli (“UCITS”) minn riskji ta' insolvenza. Sabiex tiġi żgurata protezzjoni b'saħħitha tal-assi tal-klijenti kif previst fid-Direttiva 2009/65/KE, filwaqt li jiġu pprovduti rekwiżiti tal-liġi nazzjonali aktar b'saħħithom fir-rigward ta' dawn l-oqsma mhux armonizzati, huwa neċessarju li jiġu ċċarati l-obbligi relatati mas-salvagwardja tal-assi stabbiliti fid-Direttiva 2009/65/KE.

(2)

Fil-preżent, l-awtoritajiet kompetenti u l-industrija japplikaw ir-rekwiżiti tas-segregazzjoni tal-assi stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/438 (2) b'mod differenti. Filwaqt li d-depożitarji, li huma fl-ewwel livell ta' katina ta' kustodja, għandhom l-obbligu li jipprovdu l-possibbiltà lil kont individwali li jżomm strumenti finanzjarji għal kull klijent tal-UCITS, huwa neċessarju li jiġi ċċarat li meta l-funzjoni ta' kustodja tiġi delegata lil parti terza, jenħtieġ li din tal-aħħar tkun tista' żżomm l-assi tal-klijenti ta' depożitarju wieħed, inklużi l-assi għal UCITS u l-Fondi ta' Investiment Alternattivi (“AIFs”), f'kont omnibus. Jenħtieġ li dan il-kont omnibus jeskludi dejjem l-assi proprjetarji tad-depożitarju u l-assi proprjetarji tal-parti terza kif ukoll l-assi li jappartjenu lil klijenti oħra tal-parti terza. Bl-istess mod, f'każijiet fejn il-funzjoni ta' kustodja tiġi ddelegata ulterjorment, jenħtieġ li s-sottokustodju jkun jista' jżomm l-assi tal-klijenti tal-kustodju ta' delega, f'kont omnibus. Jenħtieġ li dan il-kont omnibus jeskludi dejjem l-assi proprjetarji tas-sottokustodju u l-assi proprjetarji tal-kustodju ta' delega kif ukoll l-assi li jappartjenu lil klijenti oħra tas-sottokustodju. Dan huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq bilanċ tajjeb bejn l-effiċjenza tas-suq u l-protezzjoni tal-investitur.

(3)

Sabiex jiġi minimizzat ir-riskju ta' telf ta' assi miżmuma f'kontijiet omnibus ta' strumenti finanzjarji pprovduti minn partijiet terzi, li lilhom tkun ġiet iddelegata l-funzjoni ta' kustodja, jenħtieġ li l-frekwenza ta' rikonċiljazzjonijiet bejn il-kontijiet u r-rekords tat-titoli finanzjarji ta' depożitarju ta' klijent UCITS u l-parti terza jew bejn partijiet terzi, meta l-funzjoni ta' kustodja tkun ġiet iddelegata aktar 'l isfel fil-katina tal-kustodja, tiżgura trażmissjoni f'waqtha tal-informazzjoni rilevanti lid-depożitarju. Barra minn hekk, il-frekwenza ta' dawn ir-rikonċiljazzjonijiet jenħtieġ li tiddependi fuq kull moviment f'dan il-kont omnibus, inklużi transazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-assi li jappartjenu lil klijenti oħra tad-depożitarju li jinżammu fl-istess kont omnibus bħall-assi tal-UCITS.

(4)

Jenħtieġ li d-depożitarju jkun jista' jkompli jwettaq id-dmirijiet tiegħu b'mod effettiv meta l-kustodja tal-assi tal-klijenti UCITS tiegħu tiġi delegata lil parti terza. Huwa għalhekk meħtieġ li d-depożitarju jintalab iżomm rekord fil-kont ta' strumenti finanzjarji li jkun fetaħ f'isem UCITS jew f'isem il-kumpanija maniġerjali li taġixxi f'isem l-UCITS, li turi li l-assi miżmuma f'kustodja minn parti terza jappartjenu lil dik l-UCITS partikolari.

(5)

Biex tissaħħaħ il-pożizzjoni tad-depożitarji fir-rigward ta' partijiet terzi li lilhom tiġi ddelegata l-kustodja tal-assi, jenħtieġ li din ir-relazzjoni tiġi dokumentata permezz ta' kuntratt ta' delega bil-miktub Jenħtieġ li dan il-kuntratt jippermetti lid-depożitarju jieħdu l-passi kollha neċessarji biex ikun żgurat li l-assi miżmuma f'kustodja jkunu salvagwardjati kif xieraq u li l-parti terza tikkonforma f'kull ħin mal-kuntratt ta' delega u mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/65/KE u tar-Regolament Delegat (UE) 2016/438. Barra minn hekk, jenħtieġ li d-depożitarju u l-parti terza jaqblu formalment dwar jekk il-parti terza hijiex permessa li tkompli tiddelega l-funzjonijiet ta' kustodja. F'dak il-każ, jenħtieġ li l-kuntratt bejn il-parti terza ta' delega u l-parti terza li lilha jkunu ġew delegati ulterjorment il-funzjonijiet ta' kustodja, ikun soġġett għad-drittijiet u l-obbligi li huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti bejn id-depożitarju u l-parti terza ta' delega.

(6)

Sabiex jippermetti lid-depożitarju jwettaq il-funzjonijiet tiegħu jeħtieġ li tissaħħaħ is-sorveljanza tad-depożitarji fuq il-partijiet terzi, irrispettivament minn jekk ikunux jinsabu ġewwa jew barra l-Unjoni Jenħtieġ li d-depożitarji jivverifikaw jekk l-istrumenti finanzjarji tal-UCITS jkunux reġistrati b'mod korrett fil-kotba ta' dawn il-partijiet terzi. Jenħtieġ li r-reġistri miżmuma minn partijiet terzi jkunu preċiżi biżżejjed biex ikunu jistgħu jiġu identifikati n-natura, il-post u s-sjieda tal-assi. Biex jiġi ffaċilitat it-twettiq effettiv tad-dmirijiet tad-depożitarji, jenħtieġ li l-partijiet terzi jipprovdulhom dikjarazzjoni dwar kull bidla li taffettwa l-assi miżmuma f'kustodja għal klijenti UCITS tad-depożitarji.

(7)

Sabiex tittejjeb iċ-ċarezza u ċ-ċertezza legali tar-Regolament Delegat (UE) 2016/438, huwa meħtieġ li jiġu emendati ċerti referenzi interni li huma żbaljati. Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2016/438 jiġi emendat skont dan.

(8)

Biex id-depożitorji jkollhom żmien biżżejjed biex jadattaw għal dawn ir-rekwiżiti l-ġodda, jenħtieġ li d-data ta' applikazzjoni tiġi differita għal tmintax-il xahar wara l-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(9)

Il-miżuri introdotti b'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar it-Titoli u s-Swieq (3).

(10)

Il-miżuri introdotti b'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-grupp ta' esperti tal-Kumitat Ewropew tat-Titoli.

(11)

Għaldaqstant ir-Regolament Delegat (UE) 2016/438 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament Delegat (UE) 2016/438 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:

“(c)

ir-rikonċiljazzjonijiet jitwettqu ta' spiss skont kemm meħtieġ bejn il-kontijiet interni u r-rekords tad-depożitarju u dawk ta' kull parti terza li lilha tkun ġiet iddelegata s-salvagwardja skont l-Artikolu 22a tad-Direttiva 2009/65/KE;”

(ii)

jiżdied it-tieni subparagrafu li ġej:

“Fir-rigward tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, il-frekwenza ta' rikonċiljazzjonijiet għandha tiġi stabbilita fuq il-bażi ta' dawn li ġejjin:

(a)

l-attività kummerċjali normali tal-UCITS;

(b)

kull operazzjoni li sseħħ barra mill-attività normali tan-negozjar;

(c)

kull operazzjoni li sseħħ f'isem kull klijent ieħor li l-assi tiegħu jinżammu mill-parti terza fl-istess kont ta' strumenti finanzjarji bħal dak tal-assi tal-UCITS.”;

(b)

il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.   Meta depożitarju jkun iddelega l-funzjonijiet ta' salvagwardja tiegħu fir-rigward ta' assi miżmuma f'kustodja, lil parti terza skont l-Artikolu 22a tad-Direttiva 2009/65/KE, għandu jibqa' soġġett għar-rekwiżiti tal-punti minn (a) sa (e) tal-paragrafu 1. Id-depożitarju għandu wkoll jiżgura li l-parti terza tikkonforma mar-rekwiżiti tal-punti minn (b) sa (g) tal-paragrafu 1;”;

(2)

fl-Artikolu 15, jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:

“2a   Kuntratt li bih id-depożitarju jaħtar parti terza biex iżżomm l-assi tal-klijenti UCITS ta' dan id-depożitarju f'kustodja, għandu jinkludi tal-anqas id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

garanzija tad-dritt tad-depożitarju għall-informazzjoni, l-ispezzjoni, u l-aċċess għar-rekords u l-kontijiet ta' strumenti finanzjarji rilevanti tat-tielet parti li qed issomm l-assi f'kustodja biex id-depożitarju jkun jista' jwettaq is-sorveljanza u l-obbligi tad-diliġenza dovuta u b'mod partikolari jippermettu lid-depożitarju li:

(i)

jidentifika l-entitajiet kollha fil-katina sħiħa tal-kustodja;

(ii)

jivverifika li l-kwantità tal-istrumenti finanzjarji identifikati rreġistrati fil-kontijiet tal-istrumenti finanzjarji miftuħa fil-kotba tad-depożitarju f'isem l-UCITS jew f'isem il-kumpanija maniġerjali li taġixxi f'isem il-UCITS, tkun taqbel mal-kwantità tal-istrumenti finanzjarji identifikati miżmuma f'kustodja mill-parti terza għal dik l-UCITS kif irreġistrat fil-kont ta' strumenti finanzjarji miftuħ fil-kotba tal-parti terza;

(iii)

jivverifika li l-kwantità ta' strumenti finanzjarji identifikati, li huma rreġistrati u miżmuma f'kont ta' strumenti finanzjarji miftuħ fid-Depożitarju Ċentrali tat-Titoli (“CSD”- Central Securities Depository) tal-emittenti, jew l-aġent tiegħu, f'isem parti terza f'isem il-klijenti tagħha, tkun taqbel mal-kwantità ta' strumenti finanzjarji identifikati rreġistrati fil-kontijiet tal-istrumenti finanzjarji miftuħa fil-kotba tad-depożitarju f'isem f'kull wieħed mill-klijenti tal-UCITS tiegħu jew f'isem il-kumpanija maniġerjali li taġixxi f'isem l-UCITS.

(b)

dettalji tad-drittijiet u l-obbligi ekwivalenti miftiehma bejn il-parti terza u parti terza oħra, f'każ ta' iktar delega tal-funzjonijiet ta' kustodja.”;

(3)

fl-Artikolu 16, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Meta l-funzjonijiet ta' salvagwardja jkunu ġew delegati kompletament jew parzjalment lil parti terza, depożitarju għandu jiżgura li l-parti terza li lilha jkunu ġew iddelegati l-funzjonijiet ta' salvagwardja skont l-Artikolu 22a tad-Direttiva 2009/65/KE, taġixxi skont l-obbligu tas-segregazzjoni stabbilit fil-punt (c) tal-Artikolu 22a(3) ta' dik id-Direttiva filwaqt li jiżgura u jivverifika li l-parti terza:

(a)

tirreġistra kif xieraq l-istrumenti finanzjarji kollha identifikati fil-kont ta' strumenti finanzjarji li jinfetaħ fil-kotba tal-parti terza, sabiex jinżammu f'kustodja l-istrumenti finanzjarji għall-klijenti tad-depożitarju, li jeskludi l-istrumenti finanzjarji proprjetarji tad-depożitarju u tal-parti terza u tal-klijenti l-oħra tal-parti terza, biex id-depożitorju jkun jista' jaqbel mal-kwantità tal-istrumenti finanzjarji identifikati rreġistrati fil-kontijiet miftuħa fil-kotba tad-depożitarju f'isem kull wieħed mill-klijenti tiegħu tal-UCITS jew f'isem il-kumpanija maniġerjali li taġixxi f'isem l-UCITS;

(b)

iżżomm ir-rekords u l-kontijiet tal-istrumenti finanzjarji kollha meħtieġa biex id-depożitarju jkun jista' f'kull ħin u mingħajr dewmien jiddistingwi l-assi tal-klijenti tad-depożitarju mill-assi proprji tal-parti terza, l-assi tal-klijenti l-oħra tal-parti terza u l-assi miżmuma għad-depożitarju f'ismu stess;

(c)

iżżomm rekords u kontijiet ta' strumenti finanzjarji b'mod li jiżgura l-preċiżjoni tagħhom, u b'mod partikolari li l-korrispondenza tagħhom għall-assi jinżammu sikuri, għall-klijenti UCITS tad-depożitarju u li abbażi tagħhom id-depożitarju jkun jista' f'kull ħin jistabbilixxi n-natura preċiża, il-pożizzjoni u l-istatus tas-sjieda ta' dawn l-assi;

(d)

tipprovdi lid-depożitarju b'dikjarazzjoni, fuq bażi regolari u kull meta sseħħ bidla fiċ-ċirkostanzi, filwaqt li tagħti dettalji dwar l-assi tal-klijenti tad-depożitarju tal-UCITS;

(e)

twettaq rikonċiljazzjonijiet, ta' spiss kemm ikun meħtieġ, bejn il-kontijiet tal-istrumenti finanzjarji tagħha u r-rekords interni u dawk tal-parti terza li lilha jkunu ġew iddelegati l-funzjonijiet ta' kustodja skont il-punt (c) tal-Artikolu 22a(3) tad-Direttiva 2009/65/KE.

Il-frekwenza tar-rikonċiljazzjoni għandha tiġi determinata f'konformità mal-Artikolu 13(1);

(f)

tintroduċi arranġamenti organizzazzjonali adegwati biex timminimizza r-riskju ta' telf jew ta' tnaqqis fl-istrumenti finanzjarji, jew ta' drittijiet marbuta ma' dawk l-istrumenti finanzjarji minħabba użu ħażin tal-istrumenti finanzjarji, frodi, amministrazzjoni ħażina, żamma ta' records inadegwata jew negliġenza;

(g)

ikollha flus tal-UCITS f'kont jew kontijiet ma' bank ċentrali ta' pajjiż terz jew istituzzjoni ta' kreditu awtorizzata f'pajjiż terz, sakemm ir-rekwiżiti superviżorji u regolatorji prudenzjali applikati għall-istituzzjonijiet ta' kreditu f'dak il-pajjiż terz ikunu meqjusa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tal-UCITS bħala mill-inqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni, f'konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 22(4) tad-Direttiva 2009/65/KE.”;

(4)

L-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 2, il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

“tirċievi parir legali minn persuna fiżika jew ġuridika indipendenti li tikkonferma li l-liġi applikabbli ta' insolvenza tirrikonoxxi s-segregazzjoni tal-assi tal-klijenti tad-depożitarju mill-assi tal-parti terza nnifisha stess, mill-assi tal-klijenti l-oħra tal-parti terza, mill-assi miżmuma mill-parti terza għal kont proprju tad-depożitarju u li l-assi tal klijenti UCITS tad-depożitarju ma jifformawx parti mill-patrimonju tal-parti terza f'kaz ta' insolvenza u ma jkunux disponibbli biex jitqassmu fost, jew jiġu realizzati għall-benefiċċju ta' kredituri tal-parti terza li lilha jkunu ġew delegati funzjonijiet ta' salvagwardja skont l-Artikolu 22a tad-Direttiva 2009/65/KE;”

(b)

Fil-paragrafu 2 il-punti (d) u (e) jitħassru;

(c)

Il-paragrafu 3 jitħassar.

(5)

Fl-Artikolu 22 il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:

“Il-kumpanija maniġerjali jew il-kumpanija ta' investiment għandha turi lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tal-UCITS li hija sodisfatta bil-ħatra tad-depożitarju u li l-ħatra hi biss fl-interess tal-UCITS u tal-investituri tal-UCITS. Il-kumpanija maniġerjali jew il-kumpanija ta' investiment għandha tagħmel l-evidenza dokumentata msemmija fil-paragrafu 2 disponibbli għall-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tal-UCITS.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' April 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Lulju 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/438 tas-17 ta' Diċembru 2015 li jissupplimenta d-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-obbligi tad-depożitarji (ĠU L 78, 24.3.2016, p. 11).

(3)  L-Opinjoni tal-ESMA, 20.7.2017, 34 45 277.


30.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 271/10


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1620

tat-13 ta' Lulju 2018

li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/61 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità għall-Istituzzjonijiet ta' Kreditu

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 460 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 (2) jenħtieġ li jiġi emendat sabiex jittejjeb l-allinjament ma' standards internazzjonali u jiffaċilita ġestjoni ta' likwidità aktar effiċjenti minn istituzzjonijiet ta' kreditu.

(2)

B'mod partikolari, sabiex jittieħed kont adegwat ta' attivitajiet imwettqa minn istituzzjonijiet ta' kreditu attivi barra l-Unjoni, kwalunkwe rekwiżit għal daqs ta' ħruġ minimu applikat għall-assi likwidi miżmumin minn impriża sussidjarja f'pajjiż terz jenħtieġ li jiġi rrinunzjat, sabiex dawn l-assi jistgħu jiġu rikonoxxuti għal skopijiet ta' konsolidazzjoni. Inkella, l-istituzzjoni prinċipali f'livell konsolidat jista' jkollha nuqqas ta' assi likwidi f'livell konsolidat, minħabba li r-rekwiżit ta' likwidità li jirriżulta minn sussidjarja f'pajjiż terz jiġi inkluż fir-rekwiżit ta' likwidità konsolidat, filwaqt li l-assi miżmuma minn din is-sussidjarja sabiex tissodisfa r-rekwiżit ta' likwidità tagħha fil-pajjiż terz jiġu esklużi mir-rekwiżit ta' likwidità konsolidat. Madankollu, l-assi ta' impriża sussidjarja f'pajjiż terz jenħtieġ li jiġu rikonoxxuti biss sal-livell ta' flussi ta' ħruġ netti ta' likwidità taħt tensjoni imġarrba fl-istess munita bħall-munita li fiha huma denominati u l-assi li jirriżultaw minn dik sussidjarja partikolari. Barra minn hekk, kif għal kwalunkwe assi oħra ta' pajjiż terz, jenħtieġ li l-assi jiġu rikonoxxuti biss jekk jikkwalifikaw bħala assi likwidi skont il-liġi nazzjonali tal-pajjiż terz inkwistjoni.

(3)

Huwa rikonoxxut li banek ċentrali jistgħu jipprovdu likwidità fil-munita tagħhom stess u li l-klassifikazzjoni tal-kreditu ta' banek ċentrali hija inqas rilevanti għall-finijiet ta' likwidità milli għall-finijiet ta' solvenza. Bħala riżultat, u sabiex ir-regoli fir-Regolament Delegat (UE) 2015/61 jiġu allinjati aktar mill-qrib mal-istandard internazzjonali u biex jipprovdu kundizzjonijiet ekwi għal istituzzjonijiet ta' kreditu attivi internazzjonalment, ir-riżervi miżmuma minn sussidjarja jew fergħa ta' pajjiż terz ta' istituzzjoni ta' kreditu tal-Unjoni fil-bank ċentrali ta' pajjiż terz li mhux assenjat valutazzjoni tal-kreditu tal-ewwel skala tal-kwalità tal-kreditu minn istituzzjoni ta' valutazzjoni tal-kreditu esterna innominata, jenħtieġ li tkun eliġibbli bħala assi likwidi tal-ewwel livell fejn jiġu sodisfatti ċerti kundizzjonijiet. Speċifikament, dawk ir-riservi għandhom ikunu eliġibbli meta l-istituzzjoni ta' kreditu tkun tista' tirtirahom fi kwalunkwe ħin waqt perjodi ta' tensjoni u, barra minn hekk, il-kundizzjonijiet għall-irtirar tagħhom ikunu speċifikati fi ftehim bejn l-awtorità superviżorja tal-pajjiż terz u l-bank ċentrali fejn ir-riservi huma miżmuma jew fir-regoli applikabbli tal-pajjiż terz. Madankollu, jenħtieġ li dawk ir-riżervi ikunu jistgħu jiġu rikonoxxuti bħala assi ta' livell 1 biss biex ikopru flussi ta' ħruġ netti ta' likwidità taħt tensjoni mġarrba fl-istess munita bħal dik li fiha r-riżervi huma denominati.

(4)

Huwa xieraq li jittieħed kont tar-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Dak ir-Regolament fih kriterji sabiex jiġi determinat jekk titolizzazzjoni tistax tinħatar bħala titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata (“STS”). Peress li dawk il-kriterji jiżguraw li titolizzazzjonijiet STS huma ta' kwalità għolja, jenħtieġ li dawn jintużaw ukoll biex jiddeterminaw liema titolizzazzjonijiet huma li jingħaddu bħala assi likwidi ta' kwalità għolja għall-kalkolu tar-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità. Għalhekk it-titolizzazzjonijiet jenħtieġ li jkunu eliġibbli bħala assi tal-livell 2B skont ir-Regolament Delegat (UE) 2015/61 jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha stipulati fir-Regolament (UE) 2017/2402, minbarra l-kriterji l-oħrajn li diġà huma speċifikati fir-Regolament Delegat (UE) 2015/61, li huma speċifiċi għall-karatteristiċi tal-likwidità tagħhom.

(5)

Jenħtieġ li l-implimentazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61 ma ttellifx it-trażmissjoni effettiva tal-politika monetarja għall-ekonomija. Tranżazzjonijiet mal-BĊE jew il-bank ċentrali ta' Stat Membru jista' jkun mistenni li jkunu estiżi taħt kundizzjonijiet ta' tensjoni qawwija. Għalhekk jenħtieġ li jkun possibbli għall-awtoritajiet kompetenti biex iwarrbu l-mekkaniżmu ta' riversjar għall-kalkolu tar-riżerva ta' likwidità fil-każ ta' tranżazzjonijiet garantiti mal-BĊE jew il-bank ċentrali ta' Stat Membru fejn it-tranżazzjonijiet li jinvolvu assi likwidi ta' kwalità għolja fuq mill-inqas vjaġġ wieħed ta' kull tranżazzjoni u huma mistennija li jimmaturaw fi żmien it-30 jum kalendarju li jkun imiss. Madankollu, qabel ma jagħtu eżenzjoni, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu meħtieġa jikkonsultaw mal-bank ċentrali li jkun il-kontroparti għat-tranżazzjoni, u wkoll mal-BĊE jekk dak il-bank ċentrali huwiex bank ċentrali tal-Eurosistema. Barra minn hekk, jenħtieġ li r-rinunzja tkun soġġetta għal salvagwardji xierqa sabiex jiġu evitati opportunitajiet ta' arbitraġġ regolatorju possibbli jew inċentivi ħżiena għall-istituzzjonijiet ta' kreditu. Fl-aħħar nett, sabiex ir-regoli tal-Unjoni jiġu allinjati aktar mill-qrib mal-istandard internazzjonali stabbilit mill-BVBS, il-kollateral riċevut permezz tat-tranżazzjonijiet derivattivi jenħtieġ li jitneħħa mill-mekkaniżmu ta' riversjar.

(6)

Barra minn hekk, it-trattament tar-rati tal-fluss ta' ħruġ u tal-fluss ta' dħul għall-ftehimiet ta' riakkwist (repos), għall-ftehimiet ta' riakkwist invers (reverse repos) u għall-iswaps kollaterali jenħtieġ li jkun allinjat kompletament mal-approċċ fl-istandard internazzjonali għall-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità stabbilit mill-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (“BCBS”, Basel Committee on Banking Supervision). B'mod speċifiku, il-kalkolu tal-flussi ta' ħruġ ta' flus jenħtieġ li jkun marbut direttament mar-rata ta' prolungazzjoni tat-tranżazzjoni (allinjata mat-telf impost fuq il-kollateral ipprovdut applikat għall-obbligazzjoni tal-flus, bħal fl-istandard tal-BCBS) minflok mal-valur tal-likwidità tal-kollateral sottostanti.

(7)

Minħabba interpretazzjonijiet diverġenti li tfaċċaw, huwa importanti li jiġu ċċarati diversi dispożizzjonijiet tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61, b'mod partikolari rigward l-issodisfar tar-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità; l-eliġibbiltà fil-bafer ta' assi inklużi f'pula disponibbli għall-ksib ta' finanzjament taħt linji mħaddma mill-bank ċentrali, ta' CIUs u ta' depożiti u finanzjament ieħor f'netwerks kooperattivi u skemi ta' protezzjoni istituzzjonali; il-kalkolu ta' flussi ta' ħruġ ta' likwidità addizzjonali għal prodotti u servizzi oħrajn; l-għoti ta' trattament preferenzjali għal faċilitajiet ta' kreditu u ta' likwidità intragrupp; it-trattament ta' pożizzjoni qasira; u r-rikonoxximent ta' flejjes dovuti minn titoli li jimmaturaw fit-30 jum kalendarju li jmiss,

(8)

Għaldaqstant ir-Regolament Delegat (UE) 2015/61 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/61 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2(3), il-punt (a) hu ssostitwit b'dan li ġej:

“(a)

l-assi ta' pajjiżi terzi miżmumin minn impriża sussidjarja f'pajjiż terz tista' tiġi rikonoxxuta bħala assi likwidi għall-finijiet tal-konsolidazzjoni meta jikkwalifikaw bħala assi likwidi skont il-liġi nazzjonali tal-pajjiż terz li jistabbilixxu r-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità u jekk jissodisfaw waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

l-assi jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha stipulati fit-Titolu II ta' dan ir-Regolament;

(ii)

l-assi jonqsu milli jissodisfaw ir-rekwiżit speċifiku stabbilit fit-Titolu II ta' dan ir-Regolament fir-rigward id-daqs tal-ħruġ tagħhom iżda jintlaħqu r-rekwiżiti kollha l-oħra stipulati hemmhekk.

L-assi rikonoxxibbli bis-saħħa tal-punt (ii) jistgħu jiġu rikonoxxuti biss sal-ammont tal-flussi ta' ħruġ netti tal-likwidità taħt kundizzjonijiet ta' tensjoni mġarrba f'munita partikolari li fiha jkunu denominati u li jirriżultaw minn din l-istess impriża sussidjarja;”;

(2)

L-Artikolu 3 jiġi emendat kif ġej:

(a)

jitħassru l-punti (8) u (9);

(b)

il-punt (11) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“11.

‘tensjoni’ tfisser deterjorament f'daqqa jew severa fil-pożizzjoni ta' solvenza jew likwidità ta' istituzzjoni ta' kreditu minħabba bidliet fil-kundizzjonijiet tas-suq jew fatturi idjosinkratiċi li b'riżultat tagħhom jista' jkun hemm riskju sinifikanti li l-istituzzjoni ta' kreditu ma tibqax kapaċi tissodisfa l-impenji tagħha hekk kif isiru dovuti fit-30 jum li jkun imiss tal-kalendarju;”;

(3)

L-Artikolu 4 jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 5 jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

“5.   L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jikkalkolaw u jimmonitorjaw il-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità tagħhom fil-munita tar-rapportar għall-entrati kollha, irrispettivament mid-denominazzjoni tal-munita attwali tagħhom.

Barra minn hekk, l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jikkalkolaw u jimmonitorjaw il-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità tagħhom għal ċerti entrati kif ġej:

(a)

għal entrati li huma soġġetti għal rapportar separat f'munita għajr il-munita tar-rapportar skont l-Artikolu 415(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom separatament jikkalkulaw u jissorveljaw il-proporzjon ta' kopertura tal-likwidità tagħhom f'valuta oħra;

(b)

għal entrati denominati fil-munita tar-rapportar fejn l-ammont aggregat tal-obbligazzjonijiet denominati f'muniti li mhumiex il-munita tar-rapportar ikun daqs jew jaqbeż il-5 % tal-obbligazzjonijiet totali tal-istituzzjoni ta' kreditu, minbarra l-kapital regolatorju u l-entrati li ma jidhrux fuq il-karta bilanċjali, istituzzjonijiet ta' kreditu se jikkalkulaw u jimmonitorjaw separatament il-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità tagħhom fil-munita tar-rapportar.

L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jirrapportaw il-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità lill-awtorità kompetenti tagħhom f'konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014.”;

(b)

jiżdied il-paragrafu 6 li ġej:

“6.   L-istituzzjonijiet ta' kreditu se jaċċertaw li ma jkun hemm l-ebda għadd doppju ta' assi likwidi, flussi ta' dħul u flussi ta' ħruġ.”

(4)

L-Artikolu 7 jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

“2.   L-assi għandhom ikunu proprjetà, dritt, intitolament jew interess, miżmuma mill-istituzzjoni ta' kreditu, jew inklużi f'aggregazzjoni msemmija fil-punt (a), u ħielsa minn kull gravami. Għal dawk il-finijiet, assi jitqies li ma jkunx gravat meta ma jkun soġġett għall-ebda restrizzjoni legali, kuntrattwali, regolatorja jew restrizzjoni oħra li żżomm lill-istituzzjoni ta' kreditu milli tillikwida, tbiegħ, tittrasferixxi, tassenja jew, b'mod ġenerali, tiddisponi mill-assi permezz ta' bejgħ dirett jew ftehim ta' riakkwist fi żmien it-30 jum kalendarju li jkun imiss. L-assi li ġejjin għandhom jitqiesu li mhumiex gravati:

(a)

l-assi inklużi f'aggregazzjoni li huma disponibbli għal użu immedjat bħala kollateral sabiex jinkiseb finanzjament addizzjonali taħt linji ta' kreditu impenjati iżda li għadhom mhumiex iffinanzjati disponibbli għall-istituzzjoni ta' kreditu jew, jekk l-aggregazzjoni titħaddem minn bank ċentrali, taħt linji ta' kreditu mhux impenjati u li għadhom mhumiex iffinanzjati disponibbli għall-istituzzjoni ta' kreditu. Dan il-punt għandu jinkludi l-assi mqiegħda minn istituzzjoni ta' kreditu mal-istituzzjoni ċentrali f'netwerk kooperattiv jew fi skema ta' protezzjoni istituzzjonali. L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jassumu li l-assi fl-aggregazzjoni huma aggravati f'ordni ta' likwidità li tiżdied abbażi tal-klassifikazzjoni tal-likwidità stabbilita fil-Kapitolu 2, li tibda bl-assi li mhumiex eliġibbli għar-riżerva ta' likwidità;

(b)

l-assi li l-istituzzjoni ta' kreditu tkun irċeviet bħala kollateral għall-finijiet ta' mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu fi ftehim ta' riakkwist invers jew titoli li jiffinanzjaw it-tranżazzjonijiet u li l-istituzzjoni ta' kreditu tista' tiddisponi minnhom.”;

(b)

il-paragrafu 4 jiġi emendat kif ġej:

(i)

il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

istituzzjoni ta' kreditu oħra, sakemm ma tiġix issodisfata waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

l-emittent huwa entità tas-settur pubbliku msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 10(1) jew fil-punt (a) jew (b) tal-Artikolu 11(1);

(ii)

l-assi huwa bond kopert imsemmi fil-punt (f) tal-Artikolu 10(1) jew fil-punt (c) jew (d) tal-Artikolu 11(1) jew fil-punt (e) tal-Artikolu 12(1);

(iii)

l-assi jappartjeni għall-kategorija deskritta fil-punt (e) tal-Artikolu 10(1);”;

(ii)

il-punt (g) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(g)

kwalunkwe entità oħra li twettaq waħda jew aktar mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2013/36/UE bħala n-negozju ewlieni tagħha. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-SSPEs għandhom jitqiesu li mhumiex inklużi mal-entitajiet imsemmija f'dan il-punt.”;

(c)

fil-paragrafu 7, il-punt (aa) li ġej huwa mdaħħal:

“(aa)

l-iskoperturi għall-gvernijiet ċentrali msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 10(1);”;

(5)

L-Artikolu 8 jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-punt (a) tat-tieni subparagrafu huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“(ii)

l-iskoperturi għall-gvernijiet ċentrali msemmija fil-punti (b) u (d) tal-Artikolu 10(1);”;

(b)

fil-paragrafu 3, il-punt (b) huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“(b)

l-implimentazzjoni ta' sistemi u kontrolli interni li jagħtu lill-funzjoni ta' ġestjoni tal-likwidità kontroll operattiv effettiv sabiex timmonetizza l-holdings ta' assi likwidi fi kwalunke ħin fil-perjodu ta' tensjoni ta' 30 jum kalendarju u sabiex ikun hemm aċċess għall-fondi kontinġenti mingħajr ma jkun hemm kunflitt dirett ma' strateġiji tan-negozju jew tal-ġestjoni tar-riskji eżistenti. B'mod partikolari, assi ma għandux jiġi inkluż fir-riżerva ta' likwidità meta l-monetizzazzjoni tal-assi mingħajr sostituzzjoni tul il-perjodu ta' tensjoni ta' 30 jum kalendarju tneħħi ħeġġ li joħloq pożizzjoni ta' riskju miftuħa li teċċedi l-limiti interni tal-istituzzjoni ta' kreditu;”;

(6)

L-Artikolu 10 jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (b) tal-paragrafu 1, il-punt (iii) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(iii)

riżervi miżmumin mill-istituzzjoni ta' kreditu f'bank ċentrali msemmi fil-punti (i) u (ii) dment li din l-istituzzjoni ta' kreditu jkollha permess tirtira t-tali riżervi fi kwalunkwe ħin waqt il-perjodi ta' tensjoni u l-kundizzjonijiet għat-tali prelevament ikunu ġew speċifikati fi ftehim bejn l-awtorità kompetenti rilevanti tal-istituzzjoni ta' kreditu u l-bank ċentrali fejn qed jinżammu r-riżervi, jew fir-regoli applikabbli tal-pajjiż terz;

Għall-finijiet ta' dan il-punt, għandu japplika dan li ġej:

fejn ir-riżervi jkunu miżmuma minn istituzzjoni ta' kreditu sussidjarja, il-kundizzjonijiet għall-irtirar għandhom jiġu speċifikati fi ftehim bejn l-Istat Membru jew l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz tal-istituzzjoni ta' kreditu sussidjarja u l-bank ċentrali fejn ir-riżervi jkunu miżmuma, jew fir-regoli applikabbli fil-pajjiż terz, kif applikabbli;

fejn ir-riżervi jkunu miżmuma minn fergħa, il-kundizzjonijiet għall-irtirar għandhom jiġu speċifikati fi ftehim bejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz fejn tinsab il-fergħa u l-bank ċentrali fejn ir-riżervi jkunu miżmuma, jew fir-regoli applikabbli fil-pajjiż terz, kif applikabbli;”;

(b)

il-punt (d) tal-paragrafu 1 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(d)

l-assi li ġejjin:

(i)

l-assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq jew garantiti mill-gvern ċentrali jew mill-bank ċentrali ta' pajjiż terz li ma jiġix assenjat klassifikazzjoni tal-ewwel skala tal-kwalità tal-kreditu tal-mertu tal-kreditu minn ECAI nominata f'konformità mal-Artikolu 114(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(ii)

riżervi miżmumin mill-istituzzjoni ta' kreditu f'bank ċentrali msemmi fil-punt (i), dment li din l-istituzzjoni ta' kreditu jkollha permess tirtira dawn ir-riżervi fi kwalunkwe ħin waqt il-perjodi ta' tensjoni u l-kundizzjonijiet għat-tali prelevament ikunu ġew speċifikati jew fi ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-pajjiż terz u l-bank ċentrali fejn qed jinżammu r-riżervi, jew fir-regoli applikabbli tal-pajjiż terz.

Għall-finijiet tal-punt (ii), għandu japplika dan li ġej:

fejn ir-riżervi jkunu miżmuma minn istituzzjoni ta' kreditu sussidjarja, il-kundizzjonijiet għall-irtirar għandhom jiġu speċifikati fi ftehim bejn l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz tal-istituzzjoni ta' kreditu sussidjarja u l-bank ċentrali fejn ir-riżervi jkunu miżmuma, jew fir-regoli applikabbli fil-pajjiż terz;

fejn ir-riżervi jkunu miżmuma minn fergħa, il-kundizzjonijiet għall-irtirar għandhom jiġu speċifikati fi ftehim bejn l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz fejn tinsab il-fergħa u l-bank ċentrali fejn ir-riżervi jkunu miżmuma, jew fir-regoli applikabbli fil-pajjiż terz.

L-ammont aggregat ta' assi li jaqgħu taħt il-punti (i) u (ii) tal-ewwel subparagrafu u denominati f'munita partikolari li l-istituzzjoni ta' kreditu tista' tirrikonoxxi bħala assi ta' livell 1 ma għandux jaqbeż l-ammont ta' tensjoni tal-flussi ta' ħruġ tal-likwidità netti mġarrba taħt tensjoni mill-istituzzjoni ta' kreditu mġarrbin fl-istess munita.

Barra minn hekk, fejn parti jew l-assi kollha li jaqgħu taħt il-punti (i) u (ii) tal-ewwel subparagrafu huma denominati f'munita li mhijiex il-munita domestika tal-pajjiż terz inkwistjoni, l-istituzzjoni ta' kreditu tista' tirrikonoxxi biss dawk l-assi bħala assi ta' livell 1 sa ammont ugwali għall-ammont tal-flussi ta' ħruġ tal-likwidità netta ta' tensjoni tal-istituzzjoni ta' kreditu mġarrba f'dik il-munita barranija li tikkorrispondi għall-operazzjonijiet tal-istituzzjoni ta' kreditu fil-ġuriżdizzjoni fejn jkun qed jittieħed ir-riskju tal-likwidità;”;

(c)

fil-punt (f) tal-paragrafu 1, il-punt (ii) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“l-iskoperturi għall-istituzzjonijiet fil-pula ta' kopertura jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 129(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew, fejn l-awtorità kompetenti tkun tat eżenzjoni parzjali msemmija fl-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 129(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-kundizzjonijiet msemmija f'dak is-subparagrafu;”;

(d)

il-paragrafu 2 jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

“2.   Il-valur tas-suq tal-bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna msemmija fil-punt (f) tal-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għal telf impost ta' mill-inqas 7 %. Ħlief għal kif inhu speċifikat fir-rigward tal-ishma u l-unitajiet fis-CIUs fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 15(2), ma għandu jkun meħtieġ ebda telf impost fuq il-valur tal-assi tal-livell 1 li jifdal.”;

(7)

L-Artikolu 11 jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (c) tal-paragrafu 1, il-punt (ii) jinbidel b'dan li ġej:

“(ii)

l-iskoperturi għall-istituzzjonijiet fil-pula ta' kopertura jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 129(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew, fejn l-awtorità kompetenti tkun tat eżenzjoni parzjali msemmija fl-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 129(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-kundizzjonijiet msemmija f'dak is-subparagrafu;”;

(b)

fil-punt (d) tal-paragrafu 1, il-punt (iv) jinbidel b'dan li ġej:

“(iv)

l-iskoperturi għall-istituzzjonijiet fil-pula ta' kopertura jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 129(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew, fejn l-awtorità kompetenti tkun tat eżenzjoni parzjali msemmija fl-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 129(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-kundizzjonijiet msemmija f'dak is-subparagrafu;”;

(8)

L-Artikolu 13 jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

“1.   L-iskoperturi fil-forma ta' titoli garantiti b'assi msemmija fl-Artikolu 12(1)(a) għandhom jikkwalifikaw bħala titolizzazzjonijiet tal-livell 2B fejn jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

id-deżinjazzjoni “STS” jew “sempliċi, trasparenti u standardizzata”, jew deżinjazzjoni li tirreferi direttament jew indirettament għal dawk it-termini, hi permessa li tintuża għat-titolizzazzjoni b'konformità mar-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) u qed tiġi użata b'dan il-mod;

(b)

il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2 u l-paragrafi 10 sa 13 ta' dan l-Artikolu jiġu ssodisfatti.

(*1)  Ir-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata, u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE u 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012, (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 35).”;"

(b)

il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punti (a) u (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(a)

“il-pożizzjoni tiġi assenjata valutazzjoni tal-ewwel skala tal-kwalità tal-kreditu minn ECAI nominata skont l-Artikolu 264 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew ta' skala ekwivalenti tal-kwalità tal-kreditu fil-każ ta' valutazzjoni tal-kreditu ta' terminu qasir;”

(b)

“il-pożizzjoni hija fl-aktar segment jew segmenti ta' titolizzazzjoni superjuri u għandha l-ħin kollu l-ogħla livell ta' superjorità matul il-ħajja kontinwa tat-tranżazzjoni. Għal dawn il-finijiet, segment jitqies li jkun l-aktar superjuri meta wara l-għoti ta' avviż ta' infurzar u, fejn applikabbli, avviż ta' aċċelerazzjoni, is-segment ma jkunx subordinat għal segmenti oħrajn tal-istess tranżazzjoni ta' titolizzazzjoni jew skema fir-rigward tar-riċevuta ta' pagamenti prinċipali u tal-imgħax, mingħajr ma jitqiesu l-ammonti dovuti taħt kuntratti derivati minn rati tal-imgħax jew muniti, tariffi jew pagamenti oħrajn simili skont l-Artikolu 242(6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;”

(ii)

il-punti (c) sa (f) u l-punti (h) sa (k) għandhom jitħassru;

(iii)

il-punt (g) huwa emendat kif ġej:

(a)

il-kliem introduttorju jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“il-pożizzjoni ta' titolizzazzjoni hija sostnuta minn aggregazzjoni ta' skoperturi sottostanti u dawk l-iskoperturi sottostanti jew jappartjenu kollha kemm huma għal waħda biss mis-subkategoriji li ġejjin jew inkella jikkonsistu f'kombinazzjoni ta' self residenzjali msemmi fil-punt (i) u self residenzjali msemmi fil-punt (ii):”;

(b)

il-punt (iv) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(iv)

self għal karozzi u lokazzjonijiet lil mutwatarji jew lokatarji stabbiliti jew residenti fi Stat Membru. Għal dawn il-finijiet, self għal karozzi jew lokazzjonijiet se jinkludu self jew lokazzjonijiet għall-finanzjament ta' vetturi bil-mutur jew trejlers kif definiti fil-punti (11) u (12) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2), tratturi agrikoli jew forestali msemmija fir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3), muturi b'żewġ roti jew triċikli bil-mutur imsemmija fir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*4) jew vetturi bil-katina msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2007/46/KE. Tali self jew lokazzjonijiet jistgħu jinkludu prodotti anċillari ta' assigurazzjoni u servizz jew partijiet addizzjonali ta' vetturi u, fil-każ ta' lokazzjonijiet, il-valur residwu tal-vetturi mogħtija b'lokazzjoni. Is-self u l-lokazzjonijiet kollha fl-aggregazzjoni għandhom ikunu garantiti bi ħlas jew titolu tal-ogħla klassifikazzjoni fuq il-vettura jew garanzija xierqa favur l-SSPE, bħal provvediment ta' ritenzjoni tat-titolu;

(*2)  Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1)."

(*3)  Ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Frar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 1)."

(*4)  Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi b'żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 52).”"

(c)

jitħassru l-paragrafi 3 sa 9;

(9)

L-Artikolu 15 jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 3, il-punt (b) huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“(b)

fejn l-istituzzjoni ta' kreditu ma tkunx konxja mill-iskoperturi sottostanti tas-CIU, hi għandha tassumi, għall-finijiet li jiġi ddeterminat il-livell ta' likwidità tal-assi sottostanti u għall-finijiet ta' assenjazzjoni tat-telf impost xieraq għal dawk l-assi, li s-CIU tinvesti f'assi likwidi, sal-ammont massimu permess fil-mandat tagħha, fl-istess ordni axxendenti bħala assi likwidi huma kklassifikati għall-finijiet tal-paragrafu 2, li jibdew mal-assi msemmija fil-punt (h) tal-paragrafu 2 u axxendenti sakemm jintlaħaq il-limitu massimu totali tal-investiment”;

(b)

fil-paragrafu 4, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Il-korrettezza tal-kalkoli magħmula mill-istituzzjoni depożitorja jew mill-kumpannija tal-ġestjoni tas-CIU meta jiddeterminaw il-valur tas-suq u t-telf impost għal ishma jew unitajiet f'CIUs għandha tiġi kkonfermata minn awditur estern, mill-inqas darba fis-sena.”;

(10)

L-Artikolu 16 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 16

Depożiti u finanzjament ieħor f'netwerks kooperattivi u fi skemi ta' protezzjoni istituzzjonali

1.   Meta istituzzjoni ta' kreditu tkun tappartjeni għal skema ta' protezzjoni istituzzjonali tat-tip imsemmi fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għal netwerk li jkun eliġibbli għall-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 10 ta' dak ir-Regolament jew għal netwerk kooperattiv fi Stat Membru, id-depożiti liberi li l-istituzzjoni ta' kreditu żżomm mal-istituzzjoni ċentrali jistgħu jiġu ttrattati bħala assi likwidi, sakemm l-istituzzjoni ċentrali li tirċievi d-depożiti ma tittrattahomx bħala depożiti operattivi. Fejn id-depożiti jiġu ttrattati bħala assi likwidi, huma għandhom jiġu ttrattati f'konformità ma' waħda mid-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

meta, f'konformità mal-liġi nazzjonali jew mad-dokumenti legalment vinkolanti li jirregolaw l-iskema jew in-netwerk, l-istituzzjoni ċentrali tkun obbligata li żżomm jew tinvesti d-depożiti f'assi likwidi ta' livell speċifikat jew kategorija speċifikata, id-depożiti għandhom jiġu ttrattati bħala assi likwidi ta' dak l-istess livell jew dik l-istess kategorija f'konformità ma' dan ir-Regolament;

(b)

meta l-istituzzjoni ċentrali ma tkunx obbligata li żżomm jew tinvesti d-depożiti f'assi likwidi ta' livell speċifikat jew kategorija speċifikata, id-depożiti għandhom jiġu ttrattati bħala assi tal-livell 2B f'konformità ma' dan ir-Regolament u l-ammont pendenti tagħhom għandu jkun soġġett għal telf impost minimu ta' 25 %.

2.   Meta, skont il-liġi ta' Stat Membru jew id-dokumenti legalment vinkolanti li jirregolaw wieħed min-netwerks jew waħda mill-iskemi deskritti fil-paragrafu 1, l-istituzzjoni ta' kreditu jkollha aċċess fi żmien 30 jum kalendarju għal finanzjament tal-likwidità mhux prelevat mill-istituzzjoni ċentrali jew minn istituzzjoni oħra fl-istess netwerk jew skema, dan il-finanzjament għandu jiġi ttrattat bħala assi tal-livell 2B, sakemm ma jkunx kollateralizzat minn assi likwidi u ma jkunx ittrattat f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 34. Għandu jiġi applikat telf impost minimu ta' 25 % għall-ammont ta' kapital impenjat mhux prelevat tal-finanzjament tal-likwidità.”;

(11)

L-Artikolu 17 jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

“2.   Ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1 jiġu applikati wara l-aġġustament għall-impatt fuq l-istokk tal-assi likwidi ta' finanzjament sikur, self garantit jew tranżazzjonijiet ta' swaps kollaterali li jużaw assi likwidi f'mill-inqas stadju wieħed tat-tranżazzjoni fejn dawn it-tranżazzjonijiet jimmaturaw fi żmien 30 jum kalendarju, wara li jitnaqqas kull telf impost applikabbli u dment li l-istituzzjoni ta' kreditu tkun konformi mar-rekwiżiti operattivi stabbiliti fl-Artikolu 8.”

(b)

jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

“4.   L-awtorità kompetenti tista', fuq bażi ta' każ b'każ, teżenta l-applikazzjoni tal-paragrafi 2 u 3 kompletament jew parzjalment, fir-rigward ta' tranżazzjoni waħda jew aktar ta' finanzjament garantit, għoti ta' self garantit jew swap kollaterali bl-użu ta' assi likwidi f'mill-inqas stadju wieħed tat-tranżazzjoni u li jimmaturaw fi żmien 30 jum kalendarju, dment li jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-kontroparti għat-tranżazzjoni jew tranżazzjonijiet tkun il-BĊE jew il-bank ċentrali ta' Stat Membru;

(b)

ikunu jeżistu ċirkostanzi eċċezzjonali li joħolqu riskju sistemiku li jaffettwa s-settur bankarju ta' Stat Membru wieħed jew aktar;

(c)

l-awtorità kompetenti ikkonsultat mal-bank ċentrali li jkun il-kontroparti għat-tranżazzjoni jew it-tranżazzjonijiet, u wkoll mal-BĊE jekk dak il-bank ċentrali huwa bank ċentrali tal-Eurosistema, qabel ma tingħata l-eżenzjoni.”

(c)

jiżdied il-paragrafu 5 li ġej:

“5.   L-EBA għandha, sa 19 ta’ Novembru 2020, tibgħat rapport lill-Kummissjoni dwar l-adegwatezza teknika tal-mekkaniżmu ta' riversjar stabbilit fil-paragrafi 2 sa 4 u dwar jekk huwiex probabbli li jkollu impatt detrimentali fuq in-negozji u l-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet ta' kreditu stabbiliti fl-Unjoni, fuq l-istabbiltà u l-funzjonament tajjeb tas-swieq finanzjarji, fuq l-ekonomija jew fuq it-trażmissjoni tal-politika monetarja lill-ekonomija. Dan ir-rapport għandu jivvaluta l-opportunità li jinbidel il-mekkaniżmu ta' riversjar stabbilit fil-paragrafi 2 sa 4 u, fejn l-EBA ssib li jew il-mekkaniżmu ta' riversjar attwali huwa teknikament mhux adattat jew li jkollu impatt detrimentali, għandha tirrakkomanda soluzzjonijiet alternattivi u tevalwa l-impatt tagħhom.

Il-Kummissjoni għandha tqis ir-rapport tal-EBA msemmija fis-subparagrafu preċedenti waqt it-tħejjija ta' kwalunkwe att delegat ieħor b'konformità mas-setgħa mogħtija fl-Artikolu 460 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.”;

(12)

L-Artikolu 21 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 21

Netting tat-tranżazzjonijiet derivattivi

1.   L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jikkalkulaw il-flussi ta' ħruġ u ta' dħul tal-likwidità mistennija fuq perjodu ta' 30 jum kalendarju għall-kuntratti elenkati fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u għad-derivattivi ta' kreditu fuq bażi netta mill-kontraparti soġġett għall-eżistenza ta' ftehimiet ta' netting bilaterali li jissodisfaw il-kundizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 295 ta' dak ir-Regolament.

2.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet ta' kreditu se jikkalkulaw il-flussi ta' ħruġ u ta' dħul ta' flus li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ta' derivattivi f'munita barranija li jinvolvu skambju sħiħ ta' ammonti ta' kapital fuq bażi simultanja (jew fl-istess jum) fuq bażi netta, anki meta dawk it-tranżazzjonijiet ma jkunux koperti minn ftehim ta' netting bilaterali.

3.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, il-bażi netta titqies li tkun in-nett tal-kollateral li għandu jiġi depożitat jew riċevut fit-30 jum tal-kalendarju li jmiss. Madankollu, fil-każ tal-kollateral li għandu jiġi riċevut fit-30 jum tal-kalendarju li jmiss, il-bażi netta titqies li tkun in-nett ta' dak il-kollateral biss jekk jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-kollateral, meta jiġi riċevut, sejjer jikkwalifika bħala assi likwidu skont it-Titolu II ta' dan ir-Regolament;

(b)

l-istituzzjoni ta' kreditu ser tkun intitolata legalment u operazzjonalment biex tuża mill-ġdid il-kollateral, meta riċevut.”;

(13)

L-Artikolu 22 jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, il-punti (a) u (b) jiġu sostitwiti b'dawn li ġejjin:

“(a)

l-ammont pendenti attwali għad-depożiti stabbli fil-livell tal-konsumatur u depożiti oħrajn fil-livell tal-konsumatur determinati f'konformità mal-Artikoli 24 u 25;

(b)

l-ammonti pendenti attwali ta' obbligazzjonijiet oħrajn li jsiru dovuti, li jistgħu jintalbu jitħallsu mill-emittent jew mill-fornitur tal-finanzjament jew li jinvolvu aspettattiva mill-fornitur tal-finanzjament li l-istituzzjoni ta' kreditu tkun trid tħallas lura l-obbligazzjoni matul it-30 jum kalendarju li jkun imiss kif stabbilit f'konformità mal-Artikoli 27, 28 u 31a;”;

(b)

jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

“3.   Il-kalkolu tal-ħruġ tal-likwidità skont il-paragrafu 1 se jkun soġġett għal kwalunkwe nettjar ta' flussi ta' dħul interdipendenti li huwa approvat skont l-Artikolu 26.”;

(14)

fl-Artikolu 23, il-paragrafu 1 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.   L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jivvalutaw regolarment il-probabbiltà u l-volum potenzjali tal-flussi ta' ħruġ tal-likwidità matul 30 jum kalendarju għall-prodotti jew is-servizzi li mhumiex imsemmija fl-Artikoli 27 sa 31 A u li huma joffru jew jisponsorjaw jew li l-akkwirenti potenzjali jqisuhom bħala li huma assoċjati magħhom. Dawn il-prodotti jew is-servizzi se jinkludu, iżda ma jkunux limitati għal:

(a)

obbligi oħrajn li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ jew obbligi ta' finanzjament kontinġenti, inklużi, faċilitajiet ta' finanzjament mhux impenjati;

(b)

avvanzi u self mhux prelevati lil kontropartijiet operaturi;

(c)

self ipotekarju li ġie miftiehem iżda li għadu mhux prelevat;

(d)

karti tal-kreditu;

(e)

self kurrenti;

(f)

flussi ta' ħruġ ippjanati relatati mat-tiġdid ta' self għall-konsumaturi jew għall-operaturi jew l-estensjoni ta' self ġdid lill-konsumaturi jew lill-operaturi;

(g)

l-ammonti pagabbli ta' derivattivi, minbarra l-kuntratti elenkati fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-derivattivi ta' kreditu;

(h)

prodotti relatati mal-finanzjament tal-kummerċ li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ.”;

(15)

fl-Artikolu 25(2), il-punt (b) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

id-depożitu jkun kont ta' aċċess bl-Internet biss;”;

(16)

fl-aħħar tal-Artikolu 26, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“L-awtoritajiet kompetenti jgħarrfu lill-EBA dwar liema istituzzjonijiet jibbenefikaw minn nettjar ta' flussi ta' ħruġ bi flussi ta' dħul interdipendenti skont dan l-artikolu. L-EBA tista' titlob dokumentazzjoni ta' sostenn.”;

(17)

L-Artikolu 28 jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 3 u 4 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“3.   L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jimmultiplikaw l-obbligazzjonijiet li jimmaturaw fi żmien 30 jum kalendarju u li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ta' għoti ta' self garantit jew dawk immotivati mis-swieq tal-kapital kif definiti fil-punti (2) u (3), rispettivament, tal-Artikolu 192 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, bi:

(a)

0 % jekk ikunu kollateralizzati minn assi li, kieku ma ntużawx bħala kollateral għal dawk it-tranżazzjonijiet, kienu jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 10 ta' dan ir-Regolament bħala assi likwidi ta' kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta' assi tal-livell 1 imsemmija fl-Artikolu 10, bl-eċċezzjoni tal-bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 10(1);

(b)

7 % jekk ikunu kollateralizzati minn assi li, kieku ma ntużawx bħala kollateral għal dawk it-tranżazzjonijiet, kienu jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 10 ta' dan ir-Regolament bħala assi likwidi tal-kategorija msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 10(1);

(c)

15 % jekk ikunu kollateralizzati minn assi li, kieku ma ntużawx bħala kollateral għal dawk it-tranżazzjonijiet, kienu jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 11 ta' dan ir-Regolament bħala assi likwidi ta' kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta' assi tal-livell 2 A msemmija fl-Artikolu 11;

(d)

25 % jekk ikunu kollateralizzati minn assi li, kieku ma ntużawx bħala kollateral għal dawk it-tranżazzjonijiet, kienu jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 13 ta' dan ir-Regolament bħala assi likwidi ta' kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta' assi tal-livell 2B imsemmija fil-punt (i), (ii) jew (iv) tal-punt (g) tal-Artikolu 13(2);

(e)

30 % jekk ikunu kollateralizzati minn assi li, kieku ma ntużawx bħala kollateral għal dawk it-tranżazzjonijiet, kienu jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 12 ta' dan ir-Regolament bħala assi likwidi tal-kategorija ta' assi tal-livell 2B imsemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 12(1);

(f)

35 % jekk ikunu kollateralizzati minn assi li, kieku ma ntużawx bħala kollateral għal dawk it-tranżazzjonijiet, kienu jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 13 ta' dan ir-Regolament bħala assi likwidi ta' kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta' assi tal-livell 2B imsemmija fil-punt (iii) jew (v) tal-punt (g) tal-Artikolu 13(2);

(g)

50 % jekk ikunu kollateralizzati minn assi li, kieku ma ntużawx bħala kollateral għal dawk it-tranżazzjonijiet, kienu jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 12 ta' dan ir-Regolament bħala assi likwidi ta' kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta' assi tal-livell 2B imsemmija fil-punt (b), (c) jew (f) tal-Artikolu 12(1);

(h)

il-perċentwal tat-telf impost minimu stabbilit f'konformità mal-paragrafi (2) u (3) tal-Artikolu 15 ta' dan ir-Regolament jekk ikunu kollateralizzati minn ishma jew unitajiet fis-CIUs li, kieku ma ntużawx bħala kollateral għal dawk it-tranżazzjonijiet, kienu jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 15 bħala assi likwidi tal-istess livell bħall-assi likwidi sottostanti;

(i)

100 % meta jkunu kollateralizzati minn assi li ma jaqgħux taħt kwalunkwe wieħed mill-punti (a) sa (h) ta' dan is-subparagrafu.

Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu, fejn kontroparti għal self garantit jew tranżazzjoni mmotivata mis-swieq kapitali huwa l-bank ċentrali domestiku tal-istituzzjoni ta' kreditu, ir-rata tal-fluss ta' ħruġ għandha tkun ta' 0 %. Madankollu, f'każijiet fejn it-tranżazzjoni ssir permezz ta' fergħa mal-bank ċentrali ta' dak l-Istat Membru jew tal-pajjiż terz fejn tinsab il-fergħa, rata tal-fluss ta' ħruġ ta' 0 % għandha tiġi applikata biss jekk fergħa għandha l-istess aċċess għal-likwidità ta' bank ċentrali, inkluż matul perjodi ta' tensjoni, bħala istituzzjonijiet ta' kreditu inkorporati f'dak l-Istat Membru jew il-pajjiż terz għandhom.

Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu, għal self garantit u tranżazzjonijiet immotivati mis-swieq kapitali li jirrikjedu rata ta' fluss ta' ħruġ skont l-ewwel subparagrafu ogħla minn 25 %, ir-rata tal-fluss ta' ħruġ għandha tkun ta' 25 % fejn il-kontroparti għat-tranżazzjoni huwa kontroparti eliġibbli.

4.   L-iswaps kollaterali u tranżazzjonijiet oħrajn b'forma simili, li jimmaturaw fit-30 jum kalendarju li jmiss, għandhom iwasslu għal fluss ta' ħruġ meta l-assi meħud b'self ikun soġġett għal telf impost skont il-Kapitolu 2 li jkun aktar baxx minn dak tal-assi mogħti b'self. Il-fluss ta' ħruġ għandu jiġi kkalkulat billi l-valur tas-suq tal-assi meħud b'self jiġi mmultiplikat bid-differenza bejn ir-rata ta' fluss ta' ħruġ applikabbli għall-assi mogħti b'self u fir-rata ta' fluss ta' ħruġ applikabbli għall-assi b'self determinati f'konformità mar-rati speċifikati fil-paragrafu 3. Għall-finijiet ta' dan il-kalkolu, telf impost fuq il-kredituri ta' 100 % għandu jiġi applikat għal assi li ma jikkwalifikawx bħala assi likwidi.

Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu, fejn kontroparti għall-iswap kollaterali jew tranżazzjoni oħra fi forma simili huwa l-bank ċentrali domestiku tal-istituzzjoni ta' kreditu, ir-rata tal-fluss ta' ħruġ li għandha tiġi applikata għall-valur tas-suq tal-assi msellef ser tkun ta' 0 %. Madankollu, f'każijiet fejn it-tranżazzjoni ssir permezz ta' fergħa mal-bank ċentrali ta' dak l-Istat Membru jew tal-pajjiż terz fejn tinsab il-fergħa, rata tal-fluss ta' ħruġ ta' 0 % għandha tiġi applikata biss jekk fergħa għandha l-istess aċċess għal-likwidità ta' bank ċentrali, inkluż matul perjodi ta' tensjoni, bħala istituzzjonijiet ta' kreditu inkorporati f'dak l-Istat Membru jew il-pajjiż terz għandhom.

Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu, għal swaps kollaterali jew tranżazzjonijiet oħra b'forma simili li tkun tirrikjedi rata ta' flussi ta' ħruġ ogħla minn 25 % skont dak tal-ewwel subparagrafu, ir-rata tal-fluss ta' ħruġ li għandha tiġi applikata fuq il-valur tas-suq tal-ass meħud b'self ikun 25 % fejn il-kontroparti hija kontroparti eliġibbli.”;

(b)

jiżdiedu l-paragrafi 7, 8 u 9 li ġejjin:

“7.   L-assi meħuda b'self fuq bażi mhux garantita u li jimmaturaw fi żmien 30 jum kalendarju li jmiss għandhom jitqiesu li jiġu likwidati kompletament, tant li jwasslu għal fluss ta' ħruġ ta' 100 % tal-assi likwidi, sakemm l-istituzzjoni ta' kreditu ma jkollhiex is-sjieda tal-assi meħuda b'self u l-assi meħuda b'self ma jkunux jifformaw parti mir-riżerva ta' likwidità tal-istituzzjoni ta' kreditu.

8.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, “bank ċentrali domestiku” tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

kull bank ċentrali tal-Eurosistema fejn l-Istat Membru tad-domiċilju tal-istituzzjoni ta' kreditu adotta l-euro bħala l-munita tiegħu;

(b)

il-bank ċentrali nazzjonali fejn l-Istat Membru tad-domiċilju tal-istituzzjoni ta' kreditu adotta l-euro bħala l-munita tiegħu;

(c)

il-Bank ċentrali tal-pajjiż terz li fih l-istituzzjoni ta' kreditu tiġi inkorporata.

9.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, “kontroparti eliġibbli” tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

il-gvern ċentrali, entità tas-settur pubbliku, gvern reġjonali jew awtorità lokali tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-istituzzjoni ta' kreditu;

(b)

il-gvern ċentrali, entità tas-settur pubbliku, gvern reġjonali jew awtorità lokali tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz li fih l-istituzzjoni ta' kreditu hija inkorporata għat-tranżazzjonijiet imwettqa minn dik l-istituzzjoni ta' kreditu;

(c)

bank multilaterali tal-iżvilupp.

Madankollu, entitajiet tas-settur pubbliku, gvernijiet reġjonali u awtoritajiet lokali jgħoddu biss bħala kontroparti eliġibbli fejn huma assenjati piż ta' riskju ta' 20 % jew inqas skont l-Artikolu 115 jew l-Artikolu 116 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif applikabbli.”;

(18)

fl-Artikolu 29, il-paragrafu 2 jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

il-fornitur u r-reċivent tal-likwidità jippreżentaw profil ta' riskju ta' likwidità baxx wara l-applikazzjoni tar-rata ta' fluss ta' ħruġ aktar baxxa minn dik proposta taħt il-paragrafu 1 u l-applikazzjoni tar-rata ta' fluss ta' dħul imsemmija fil-punt (c) ta' dak il-paragrafu;”;

(b)

il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(c)

il-profil tar-riskju tal-likwidità tar-riċivent tal-likwidità jiġi kkunsidrat b'mod adegwat fil-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità tal-fornitur tal-likwidità.”;

(19)

L-Artikolu 30 jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 2 sa 5 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“2.   L-istituzzjoni ta' kreditu għandha tikkalkula u tinnotifika lill-awtorità kompetenti bi fluss ta' ħruġ addizzjonali għall-kuntratti kollha konklużi, li l-kundizzjonijiet kuntrattwali tagħhom iwasslu, fi żmien 30 jum kalendarju, u wara deterjorament materjali fil-kwalità kreditizja tal-istituzzjoni ta' kreditu, għal flussi ta' ħruġ ta' likwidità addizzjonali jew għal ħtiġijiet ta' kollateral. L-istituzzjoni ta' kreditu għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti b'dak il-fluss ta' ħruġ sa mhux aktar tard mill-preżentazzjoni tar-rapportar f'konformità mal-Artikolu 415 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Meta l-awtorità kompetenti tqis dak il-fluss ta' ħruġ bħala materjali fir-rigward tal-flussi ta' ħruġ ta' likwidità potenzjali tal-istituzzjoni ta' kreditu, hija għandha titlob lill-istituzzjoni ta' kreditu żżid fluss ta' ħruġ addizzjonali għal dawk il-kuntratti li jikkorrispondu għall-ħtiġijiet ta' kollateral jew il-flussi ta' ħruġ ta' flus addizzjonali li jirriżultaw minn deterjorament materjali fil-kwalità kreditizja tal-istituzzjoni ta' kreditu li tikkorrispondi għal tnaqqis fil-grad fil-klassifikazzjoni tal-kreditu esterna tagħha b'mill-inqas tliet gradi. L-istituzzjoni ta' kreditu għandha tapplika rata ta' fluss ta' ħruġ ta' 100 % għal dawk il-flussi ta' ħruġ ta' flus jew kollateral addizzjonali. L-istituzzjoni ta' kreditu għandha tagħmel rieżami regolari tal-firxa ta' dan id-deterjorament materjali fid-dawl ta' dak li huwa rilevanti skont il-kuntratti li tkun daħlet għalihom u għandha tinnotifika r-riżultat tar-rieżami tagħha lill-awtorità kompetenti.

3.   L-istituzzjoni ta' kreditu għandha żżid fluss ta' ħruġ addizzjonali li jkun jikkorrispondi għall-ħtiġijiet ta' kollateral li jirriżultaw mill-impatt ta' xenarju negattiv tas-suq fuq it-tranżazzjonijiet derivattivi tal-istituzzjoni ta' kreditu, jekk ikunu materjali. Dan il-kalkolu għandu jsir f'konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/208 (*5).

4.   Il-flussi ta' ħruġ u ta' dħul li jkunu mistennija fuq perjodu ta' 30 jum kalendarju mill-kuntratti elenkati fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u minn derivattivi ta' kreditu għandhom jitqiesu fuq bażi netta f'konformità mal-Artikolu 21 ta' dan ir-Regolament. Fil-każ ta' fluss ta' ħruġ nett, l-istituzzjoni ta' kreditu għandha timmultiplika r-riżultat b'rata ta' fluss ta' ħruġ ta' 100 %. L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jeskludu minn tali kalkoli dawk ir-rekwiżiti ta' likwidità li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu.

5.   Fejn l-istituzzjoni ta' kreditu jkollha pożizzjoni qasira li tkun koperta minn teħid b'self ta' titolu mhux garantit, l-istituzzjoni ta' kreditu għandha żżid fluss ta' ħruġ addizzjonali li jkun jikkorrispondi għal 100 % tal-valur tas-suq tat-titoli jew ta' assi oħrajn mibjugħa bin-nieqes, sakemm it-termini li fuqhom ikunu meħuda b'self mill-istituzzjoni ta' kreditu ma jkunux jirrikjedu r-ritorn tagħhom biss wara 30 jum kalendarju. Meta l-pożizzjoni qasira tkun koperta minn tranżazzjoni ta' finanzjament ta' titoli kollateralizzati, l-istituzzjoni ta' kreditu għandha tassumi li l-pożizzjoni qasira se tinżamm matul il-perjodu ta' 30 jum kalendarju u tirċievi fluss ta' ħruġ ta' 0 %.

(*5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/208 tal-31 ta' Ottubru 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għal flussi ta' ħruġ ta' likwidità addizzjonali li jikkorrispondu għal ħtiġijiet ta' kollateral li jirriżultaw mill-impatt ta' xenarju negattiv tas-suq fuq it-tranżazzjonijiet derivattivi ta' istituzzjoni (ĠU L 33, 8.2.2017, p. 14).”;"

(b)

il-paragrafu 7 jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

“7.   Id-depożiti riċevuti bħala kollateral ma għandhomx jitqiesu bħala obbligazzjonijiet għall-finijiet tal-Artikolu 24, 25, 27, 28 jew 31a, iżda għandhom ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 sa 6 ta' dan l-Artikolu, fejn applikabbli. L-ammont ta' flus riċevut li jaqbeż l-ammont ta' flus riċevut bħala kollateral għandu jiġi ttrattat bħala depożiti f'konformità mal-Artikolu 24, 25, 27, 28 jew 31a.”;

(c)

il-paragrafu 11 huwa mħassar;

(d)

il-paragrafu 12 jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

“12.   Fir-rigward tal-provvista ta' servizzi ta' senserija primarja, meta istituzzjoni ta' kreditu tkun kopriet bejgħ qasir ta' klijent billi jaqbluhom internament mal-assi ta' klijent ieħor u l-assi ma jikkwalifikawx bħala assi likwidi, dawk it-tranżazzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għal rata ta' fluss ta' ħruġ ta' 50 % għall-obbligu kontinġenti.”;

(20)

L-Artikolu 31 jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 6 jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

“6.   L-ammont impenjat mhux prelevat ta' faċilità ta' likwidità li jkun ġie pprovdut lil SSPE bil-għan li jippermetti lill-SSPE tixtri assi, għajr titoli, mingħand klijenti li mhumiex klijenti finanzjarji, għandu jiġi mmultiplikat b'10 % sal-punt li jaqbeż l-ammont ta' assi attwalment mixtrija mingħand il-klijenti u meta l-ammont massimu li jista' jiġi prelevat ikun kuntrattwalment limitat għall-ammont ta' assi attwalment mixtrija.”;

(b)

fil-paragrafu 9, it-tieni subparagrafu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Permezz ta' deroga mill-punt (g) tal-Artikolu 32(3), meta dan is-self promozzjonali jiġi estiż bħala self ittrasferit permezz ta' istituzzjoni ta' kreditu oħra li taġixxi bħala intermedjarja, l-istituzzjoni ta' kreditu li taġixxi bħala intermedjarja tista' tapplika fluss ta' dħul u fluss ta' ħruġ simmetriċi. Dak il-fluss ta' dħul u fluss ta' ħruġ għandu jiġi kkalkulat billi jiġi applikat il-kreditu jew il-faċilità ta' likwidità impenjati mhux prelevati riċevuti u li estendew ir-rata li hija applikabbli għal dik il-faċilità skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu u li jirrispettaw il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti imposti f'mod ieħor huma relatati permezz ta' dan il-paragrafu.”;

(c)

il-paragrafu 10 huwa mħassar;

(21)

se jiddaħħal l-Artikolu 31 a li ġej:

“Artikolu 31a

Flussi ta' ħruġ mill-obbligazzjonijiet u l-impenji mhux koperti minn dispożizzjonijiet oħrajn ta' dan il-Kapitolu

1.   L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jimmultiplikaw b'rata ta' fluss ta' ħruġ ta' 100 % kwalunkwe obbligazzjoni li saret dovuta fi żmien 30 jum kalendarju, minbarra dawk l-obbligazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 24 sa 31.

2.   Jekk it-total tal-impenji kuntrattwali kollha sabiex il-finanzjament jiġi estiż għall-klijenti mhux finanzjarji sa 30 jum kalendarju, għajr għall-impenji msemmija fl-Artikoli 24 sa 31, jaqbeż l-ammont ta' flussi ta' dħul minn dawk il-klijenti mhux finanzjarji kkalkulat f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 32(3), l-eċċess għandu jkun soġġett għal rata ta' fluss ta' ħruġ ta' 100 %. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, il-klijenti mhux finanzjarji għandhom jinkludu, iżda ma jkunux limitati għal, persuni fiżiċi, SMEs, kumpaniji korporattivi, sovrani, banek multilaterali tal-iżvilupp u entitajiet tas-settur pubbliku, u se jeskludu klijenti finanzjarji u banek ċentrali.”;

(22)

L-Artikolu 32 jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“2.   L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom japplikaw ir-rata tal-fluss ta' dħul ta' 100 % għal flussi ta' dħul msemmija fil-paragrafu 1, inklużi b'mod partikolari dawn il-flussi ta' dħul:

(a)

il-flejjes dovuti minn banek ċentrali u klijenti finanzjarji b'maturità residwa ta' mhux aktar minn 30 jum kalendarju;

(b)

il-flejjes dovuti mit-tranżazzjonijiet ta' finanzjament tal-kummerċ imsemmija fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 162(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 b'maturità residwa ta' mhux aktar minn 30 jum kalendarju;

(c)

il-flejjes dovuti minn titoli li jimmaturaw fi żmien 30 jum kalendarju;

(d)

il-flejjes dovuti minn pożizzjonijiet f'indiċijiet prinċipali ta' strumenti ta' ekwità, dment li l-assi likwidi ma jingħaddux darbtejn. Dawk il-flejjes għandhom jinkludu l-flejjes kuntrattwalment dovuti fi żmien 30 jum kalendarju, bħal dividendi fi flus kontanti minn dawk l-indiċijiet prinċipali u flus kontanti dovuti minn dawk l-istrumenti ta' ekwità mibjugħa iżda li għadhom ma ġewx saldati, jekk ma jiġux rikonoxxuti bħala assi likwidi f'konformità mat-Titolu II.

3.   B'deroga mill-paragrafu 2, il-flussi ta' dħul stabbiliti f'dan il-paragrafu għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

il-flejjes dovuti mingħand klijenti mhux finanzjarji b'maturità residwa ta' mhux aktar minn 30 jum kalendarju, bl-eċċezzjoni tal-flejjes dovuti minn dawk il-klijenti minn tranżazzjonijiet ta' finanzjament tal-kummerċ jew titoli li jimmaturaw, għandhom jitnaqqsu għall-finijiet tal-ħlas tal-kapital b'50 % tal-valur tagħhom. Għall-finijiet ta' dan il-punt, it-terminu ‘klijenti mhux finanzjarji’ għandu l-istess tifsira bħal fl-Artikolu 31a(2). Madankollu, l-istituzzjonijiet ta' kreditu li jaġixxu bħala intermedjarji li rċevew impenn kif riferut fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 31(9) mingħand istituzzjoni ta' kreditu mwaqqfa u sponsorjata mill-gvern reġjonali jew ċentrali ta' mill-inqas Stat Membru wieħed sabiex ikunu jistgħu jiżborżaw self promozzjonali lil riċevitur finali, jew li rċevew impenn simili minn bank multilaterali ta' żvilupp jew entità tas-settur pubbliku, jistgħu jikkunsidraw fluss ta' dħul sal-ammont tal-fluss ta' ħruġ li japplika għall-impenn korrispondenti biex jiġi estiż dak is-self promozzjonali;

(b)

il-flejjes dovuti minn tranżazzjonijiet ta' għoti ta' self garantit jew dawk immotivati mis-swieq tal-kapital, kif definiti fil-punti (2) u (3), rispettivament, tal-Artikolu 192 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, b'maturità residwa ta' mhux aktar minn 30 jum kalendarju, għandhom jiġu mmultiplikati bi:

(i)

0 % fejn ikunu kollateralizzati minn assi li, irrispettivament minn jekk jerġgħux jintużaw jew le fi tranżazzjoni oħra, jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 10 ta' dan ir-Regolament bħala assi likwidi ta' kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta' assi tal-livell 1 imsemmija fl-Artikolu 10, bl-eċċezzjoni tal-bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 10(1);

(ii)

7 % fejn ikunu kollateralizzati minn assi li, irrispettivament minn jekk jerġgħux jintużaw jew le fi tranżazzjoni oħra, jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 10 ta' dan ir-Regolament bħala assi likwidi tal-kategorija msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 10(1);

(iii)

15 % fejn ikunu kollateralizzati minn assi li, irrispettivament minn jekk jerġgħux jintużaw jew le fi tranżazzjoni oħra, jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 11 ta' dan ir-Regolament bħala assi likwidi ta' kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta' assi tal-livell 2 A msemmija fl-Artikolu 11;

(iv)

25 % fejn ikunu kollateralizzati minn assi li, irrispettivament minn jekk jerġgħux jintużaw jew le fi tranżazzjoni oħra, jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 13 ta' dan ir-Regolament bħala assi likwidi ta' kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta' assi tal-livell 2B imsemmija fil-punt (i), (ii) jew (iv) tal-punt (g) tal-Artikolu 13(2);

(v)

30 % fejn ikunu kollateralizzati minn assi li, irrispettivament minn jekk jerġgħux jintużaw jew le fi tranżazzjoni oħra, jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 12 ta' dan ir-Regolament bħala assi likwidi tal-kategorija ta' assi tal-livell 2B imsemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 12(1);

(vi)

35 % fejn ikunu kollateralizzati minn assi li, irrispettivament minn jekk jerġgħux jintużaw jew le fi tranżazzjoni oħra, jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 13 ta' dan ir-Regolament bħala assi likwidi ta' kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta' assi tal-livell 2B imsemmija fil-punt (iii) jew (v) tal-punt (g) tal-Artikolu 13(2);

(vii)

50 % fejn ikunu kollateralizzati minn assi li, irrispettivament minn jekk jerġgħux jintużaw jew le fi tranżazzjoni oħra, jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 12 ta' dan ir-Regolament bħala assi likwidi ta' kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta' assi tal-livell 2B imsemmija fil-punt (b), (c) jew (f) tal-Artikolu 12(1);

(viii)

il-perċentwal tat-telf impost minimu stabbilit f'konformità mal-paragrafi (2) u (3) tal-Artikolu 15 ta' dan ir-Regolament jekk ikunu kollateralizzati minn assi li, irrispettivament minn jekk jerġgħux jintużaw jew le fi tranżazzjoni oħra, jikkwalifikaw f'konformità mal-Artikoli 7 u 15 bħala ishma jew unitajiet fis-CIUs tal-istess livell bħall-assi likwidi sottostanti;

(ix)

100 % fejn ikunu kollateralizzati minn assi li ma jaqgħux taħt kwalunkwe wieħed mill-punti (i) sa (viii) ta' dan il-punt.

Madankollu, ma għandu jkun rikonoxxut l-ebda fluss ta' dħul jekk il-kollateral jintuża mill-istituzzjoni ta' kreditu sabiex ikopri pożizzjoni qasira f'konformità mat-tieni sentenza tal-Artikolu 30(5);

(c)

il-flejjes dovuti minn self b'marġini kuntrattwali li jimmatura fit-30 jum kalendarju li jkun imiss magħmul kontra kollateral ta' assi mhux likwidi jistgħu jirċievu rata ta' fluss ta' dħul ta' 50 %. Dawk il-flussi ta' dħul jistgħu jiġu kkunsidrati biss fejn l-istituzzjoni ta' kreditu ma tkunx qed tuża l-kollateral li oriġinarjament irċeviet kontra s-self sabiex tkopri kwalunkwe pożizzjoni qasira;

(d)

il-flejjes dovuti li l-istituzzjoni ta' kreditu li għandha tagħti dawk il-flejjes tittratta f'konformità mal-Artikolu 27, bl-eċċezzjoni ta' depożiti fl-istituzzjoni ċentrali msemmija fl-Artikolu 27(3), għandhom jiġu mmultiplikati b'rata ta' fluss ta' dħul simmetrika korrispondenti. Meta r-rata korrispondenti ma tkunx tista' tiġi stabbilita, għandha tiġi applikata rata ta' fluss ta' dħul ta' 5 %;

(e)

L-iswaps kollaterali u tranżazzjonijiet oħrajn b'forma simili, li jimmaturaw fit-30 jum kalendarju li jmiss, għandhom iwasslu għal fluss ta' dħul meta l-assi meħud b'self ikun soġġett għal telf impost skont il-Kapitolu 2 li jkun aktar baxx minn dak tal-assi mogħti b'self. Il-fluss ta' dħul għandu jiġi kkalkulat billi l-valur tas-suq tal-assi mogħti b'self jiġi mmultiplikat bid-differenza bejn ir-rata ta' fluss ta' dħul applikabbli għall-assi meħud b'self u fir-rata ta' fluss ta' dħul applikabbli għall-assi mogħti b'self f'konformità mar-rati speċifikati fil-punt (b). Għall-finijiet ta' dan il-kalkolu, telf impost fuq il-kredituri ta' 100 % japplika għal assi li ma jikkwalifikawx bħala assi likwidi;

(f)

fejn il-kollateral miksub permezz ta' ftehim ta' riakkwist invers, teħid b'self ta' titoli, swaps kollaterali jew tranżazzjonijiet oħrajn b'forma simili li jimmaturaw fi żmien 30 jum kalendarju, jintuża sabiex ikopri l-pożizzjonijiet qosra li jistgħu jiġu estiżi lil hinn minn 30 jum kalendarju, l-istituzzjoni ta' kreditu għandha tassumi li tali ftehim ta' riakkwist invers, teħid b'self ta' titoli, swaps kollaterali jew tranżazzjonijiet oħrajn b'forma simili se jiġu riportati u ma jwasslu għal ebda fluss ta' dħul ta' flus li jirrifletti l-ħtieġa li tkompli tiġi koperta l-pożizzjoni qasira jew li jiġu riakkwistati t-titoli rilevanti. Il-pożizzjonijiet qosra se jinkludu ż-żewġ każijiet fejn, f'valur kontabilistiku rikonċiljat, l-istituzzjoni ta' kreditu tkun biegħet direttament titolu b'pożizzjoni qasira bħala parti minn strateġija kummerċjali jew ta' ħħeġġjar, kif ukoll każijiet fejn, f'valur kontabilistiku rikonċiljat, l-istituzzjoni ta' kreditu tkun ħadet titolu b'self għal perjodu partikolari u tat dak it-titolu b'self għal perjodu itwal;

(g)

faċilitajiet ta' kreditu jew likwidità mhux prelevati, inklużi faċilitajiet ta' likwidità impenjati mhux prelevati minn banek ċentrali u kwalunkwe impenji oħrajn riċevuti, minbarra dawk imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 31(9) u fl-Artikolu 34, ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala fluss ta' dħul;

(h)

il-flejjes dovuti minn titoli maħruġa mill-istituzzjoni ta' kreditu nnifisha jew minn entità bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni li magħha l-istituzzjoni ta' kreditu għandha konnessjonijiet mill-qrib għandhom jiġu kkunsidrati fuq bażi netta b'rata ta' fluss ta' dħul applikata fuq il-bażi tar-rata ta' fluss ta' dħul applikabbli għall-assi sottostanti f'konformità ma' dan l-Artikolu;

(i)

is-self b'data ta' skadenza kuntrattwali indefinita għandu jiġi kkunsidrat b'rata ta' fluss ta' dħul ta' 20 %, dment li l-kuntratt jippermetti lill-istituzzjoni ta' kreditu tirtira jew titlob li jsir ħlas fi żmien 30 jum kalendarju.”;

(b)

il-paragrafu 5 jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

“5.   Il-flussi ta' ħruġ u ta' dħul mistennija fuq perjodu ta' 30 jum kalendarju mill-kuntratti elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u mid-derivattivi ta' kreditu għandhom jiġu kkalkulati fuq bażi netta f'konformità mal-Artikolu 21 u għandhom jiġu mmultiplikati b'rata ta' flus ta' dħul ta' 100 % fil-każ ta' fluss ta' dħul nett.”;

(23)

L-Artikolu 34(2) jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

il-fornitur u r-riċivent tal-likwidità jippreżentaw profil ta' riskju ta' likwidità baxx wara l-applikazzjoni tal-fluss ta' dħul ogħla propost taħt il-paragrafu 1 u l-applikazzjoni tar-rata ta' fluss ta' ħruġ imsemmija fil-punt (c) ta' dak il-paragrafu;”;

(b)

il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(c)

il-profil tar-riskju tal-likwidità tar-riċivent tal-likwidità jiġi kkunsidrat b'mod adegwat fil-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità tal-fornitur tal-likwidità.”;

(24)

L-Anness I jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 3 jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

“3.

L-ammont ‘tal-assi likwidi żejda’: dan l-ammont għandu jkun magħmul mill-komponenti definiti hawnhekk:

(a)

l-ammont aġġustat tal-assi f'bonds mhux koperti tal-livell 1, li għandu jkun ugwali għall-valur wara t-telf impost tal-assi likwidi kollha tal-livell 1, minbarra l-bonds koperti tal-livell 1, li jinżammu mill-istituzzjoni ta' kreditu mar-riversjar ta' kwalunkwe tranżazzjoni ta' finanzjament garantit, għoti ta' self garantit jew swap kollaterali li timmatura fi żmien 30 jum kalendarju mid-data tal-kalkolu u fejn l-istituzzjoni ta' kreditu u l-kontroparti jiskambjaw assi likwidi fuq mill-inqas komponent wieħed tat-tranżazzjoni;

(b)

l-ammont aġġustat tal-bonds koperti tal-livell 1, li għandu jkun ugwali għall-valur wara t-telf impost fuq il-bonds koperti kollha tal-livell 1, li jinżammu mill-istituzzjoni ta' kreditu mar-riversjar ta' kwalunkwe tranżazzjoni ta' finanzjament garantit, għoti ta' self garantit jew swap kollaterali li timmatura fi żmien 30 jum kalendarju mid-data tal-kalkolu u fejn l-istituzzjoni ta' kreditu u l-kontroparti jiskambjaw assi likwidi fuq mill-inqas komponent wieħed tat-tranżazzjoni;

(c)

l-ammont aġġustat tal-assi tal-livell 2 A, li għandu jkun ugwali għall-valur wara t-telf impost fuq l-assi kollha tal-livell 2 A, li jinżammu mill-istituzzjoni ta' kreditu mar-riversjar ta' kwalunkwe tranżazzjoni ta' finanzjament garantit, għoti ta' self garantit jew swap kollaterali li timmatura fi żmien 30 jum kalendarju mid-data tal-kalkolu u fejn l-istituzzjoni ta' kreditu u l-kontroparti jiskambjaw assi likwidi fuq mill-inqas komponent wieħed tat-tranżazzjoni; u

(d)

l-ammont aġġustat tal-assi tal-livell 2B, li għandu jkun ugwali għall-valur wara t-telf impost fuq l-assi kollha tal-livell 2B, li jinżammu mill-istituzzjoni ta' kreditu mar-riversjar ta' kwalunkwe tranżazzjoni ta' finanzjament garantit, għoti ta' self garantit jew swap kollaterali li timmatura fi żmien 30 jum kalendarju mid-data tal-kalkolu u fejn l-istituzzjoni ta' kreditu u l-kontroparti jiskambjaw assi likwidi fuq mill-inqas komponent wieħed tat-tranżazzjoni.”;

(b)

jitħassar il-paragrafu 5.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika minn 30 ta' April 2020.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Lulju 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità għall-Istituzzjonijiet ta' Kreditu (ĠU L 11, 17.1.2015, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata, u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE u 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 35).


30.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 271/25


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1621

tas-26 ta' Ottubru 2018

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080 fir-rigward tad-data tad-dħul fil-ħżin tat-trab tal-ħalib xkumat mibjugħ permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1240 tat-18 ta' Mejju 2016 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' intervent pubbliku u ta' għajnuna għall-ħżin privat (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 28 tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex jiddefinixxi l-kwantitajiet tat-trab tal-ħalib xkumat koperti mill-proċedura ta' sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2080 (3), l-Artikolu 1 ta' dak ir-Regolament jistipula skadenza li qabilha t-trab tal-ħalib xkumat irid jidħol fil-ħżin pubbliku.

(2)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali fis-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib f'dak li jirrigwarda l-irkupru tal-prezzijiet u l-livell għoli ta' ħażniet tal-intervent, jixraq li volum addizzjonali ta' trab tal-ħalib xkumat isir disponibbli għall-bejgħ, billi tinbidel id-data tad-dħul fil-ħżin.

(3)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080 jiġi emendat skont dan.

(4)

Sabiex it-trab tal-ħalib xkumat isir disponibbli għall-bejgħ mingħajr dewmien, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2080, id-data “l-1 ta' Lulju 2016” tiġi sostitwita bid-data “l-1 ta' Awwissu 2016”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Ottubru 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 206, 30.7.2016, p. 71.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2080 tal-25 ta' Novembru 2016 dwar il-ftuħ tal-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti (ĠU L 321, 29.11.2016, p. 45).


DEĊIŻJONIJIET

30.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 271/26


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1622

tad-29 ta' Ottubru 2018

dwar in-nonapprovazzjoni ta' ċerti sustanzi attivi fi prodotti bijoċidali skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u partikolarment it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (2), kif emendat permezz tar-Regolament Delegat (UE) 2017/698 (3), jistabbilixxi fl-Anness II lista ta' kombinamenti ta' sustanzi attivi/tipi ta' prodott inklużi fil-programm ta' rieżami tas-sustanzi attivi bijoċidali eżistenti fit-3 ta' Frar 2017.

(2)

Għal għadd ta' kombinamenti ta' sustanzi attivi/tipi ta' prodott inklużi f'dik il-lista, il-parteċipanti kollha rtiraw l-appoġġ tagħhom fil-ħin.

(3)

Fir-rigward ta' xi sustanzi attivi ġġenerati in situ, l-isem ta' dawk is-sustanzi attivi u tal-prekursuri tagħhom li huma appoġġjati fil-programm ta' rieżami ġie ċċarat b'mod aktar preċiż. Dan wassal f'ċerti każijiet għal definizzjoni mill-ġdid tas-sustanza attiva skont l-Artikolu 13 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1062/2014.

(4)

Ġiet ippubblikata notifika li tistieden persuni li jixtiequ jappoġġjaw dawk il-kombinamenti ta' sustanzi attivi/tipi ta' prodott li ġew definiti mill-ġdid u li bħalissa mhumiex appoġġati, inkluż il-ġenerazzjoni in situ tas-sustanzi attivi għat-tipi ta' prodott elenkati fl-Anness II tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1062/2014, sabiex ir-rwol tal-parteċipant ikun jista' jiġi assunt.

(5)

Għal xi kombinamenti ta' sustanzi attivi/tipi ta' prodott ma saret l-ebda notifika jew in-notifika tkun saret u tkun ġiet miċħuda skont il-paragrafi 4 jew 5 tal-Artikolu 17 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1062/2014.

(6)

Skont l-Artikolu 20 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014, dawk il-kombinamenti ta' sustanzi/tipi ta' prodott ma għandhomx jiġu approvati għall-użu fil-prodotti bijoċidali.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-sustanzi attivi elenkati fl-Anness ma għandhomx jiġu approvati għat-tipi ta' prodott indikati fih.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Ottubru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta' Awwissu 2014 dwar il-programm ta' ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/698 tat-3 ta' Frar 2017 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 1062/2014 dwar il-programm ta' ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 103, 19.4.2017, p. 1)


ANNESS

Kombinamenti ta' sustanzi attivi/tipi ta' prodott mhux approvati, inklużi l-forom nanomaterjali:

il-ġenerazzjoni in situ tas-sustanzi attivi għat-tipi ta' prodott elenkati fl-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1062/2014, ħlief meta s-sustanza attiva tkun iġġenerata mill-prekursur(i) imsemmi/imsemmijin fl-entrata tat-tabella ta' dak l-Anness għall-kombinamenti ta' sustanzi attivi/tipi ta' prodott ikkonċernati;

il-kombinamenti ta' sustanzi/tipi ta' prodott elenkati fit-tabella ta' hawn taħt, inkluża kwalunkwe ġenerazzjoni in situ ta' dawn is-sustanzi bl-użu ta' kwalunkwe prekursur li mhuwiex imsemmi fl-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1062/2014:

Numru tal-entrata fl-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1062/2014

Isem is-sustanza

Stat Membru Relatur

Numru KE

Numru tal-CAS

Tip(i) ta' prodott(i)

60

Aċidu ċitriku

BE

201-069-1

77-92-9

1

172

Klorur taċ-ċetilpiridinju

UK

204-593-9

123-03-5

2

195

2-Bifenilat tas-sodju

ES

205-055-6

132-27-4

1, 2, 3

288

N-(Diklorofluworometiltijo)-N′,N′-dimetil-N-fenilsulfammid (Diklofluwanid)

UK

214-118-7

1085-98-9

7

365

Piridina-2-tijol 1-ossidu, melħ tas-sodju (Piritijon tas-sodju)

SE

223-296-5

3811-73-2

3

401

Fidda

SE

231-131-3

7440-22-4

9

405

Diossidu tal-kubrit

DE

231-195-2

7446-09-5

4

424

Bromur tas-sodju

NL

231-599-9

7647-15-6

2, 11, 12

458

Sulfat tal-ammonju

UK

231-984-1

7783-20-2

11,12

1016

Klorur tal-fidda

SE

232-033-3

7783-90-6

10, 11

515

Bromur tal-ammonju

SE

235-183-8

12124-97-9

11, 12

526

2-Bifenilat tal-potassju

ES

237-243-9

13707-65-8

6, 9, 10, 13

529

Klorur tal-bromu

NL

237-601-4

13863-41-7

11

541

P-kloro-m-kresolat tas-sodju

FR

239-825-8

15733-22-9

1, 2, 3, 6, 9, 13

609

Taħlita ta' ċis- u trans-p-mentan-3,8 diol/Ċitriodiol

UK

Mhux disponibbli

Mhux disponibbli

19

620

Sulfat tat-tetrakis(idrossimetil)fosfonju (2:1) (THPS)

MT

259-709-0

55566-30-8

2

673

Klorur tad-dideċildimetilammonju (DDAC (C8-10))

IT

270-331-5

68424-95-3

5

785

Aċidu 6-(Falimido)perossieżanojku (PAP)

IT

410-850-8

128275-31-0

3, 4

792

Kumpless tat-tetraklorodekaossidu (TCDO)

DE

420-970-2

92047-76-2

1

952

Bacillus sphaericus għajr il-Bacillus sphaericus 2362, ir-razza ta' mikrobi ABTS-1743

IT

Mikroorganiżmu

143447-72-7

18

955

Bacillus thuringiensis subsp. israelensis Serotip H14, għajr ir-razza ta' mikrobi AM65-52 u r-razza ta' mikrobi SA3A

IT

Mikroorganiżmu

Mhux disponibbli

18

957

Bacillus subtilis

DE

Mikroorganiżmu

Mhux disponibbli

3

939

Kloru Attiv: immanifatturat mir-reazzjoni tal-aċidu ipokloruż u tal-ipoklorit tas-sodju prodotta in situ

SK

Taħlita

Mhux disponibbli

2, 3, 4, 5, 11, 12

824

Żeolit taż-żingu tal-fidda

SE

Mhux disponibbli

130328-20-0

5

1013

Żeolit tar-ram tal-fidda

SE

Mhux disponibbli

130328-19-7

5

835

Esfenvalerat/(S)-.alfa.-Ċjano-3-fenossibenżil (S)-2-(4-klorofenil)-3-metilbutirat (Esfenvalerat)

PT

Prodott għall-protezzjoni tal-pjanti

66230-04-4

18


30.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 271/30


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1623

tad-29 ta' Ottubru 2018

skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar nemus infettat b'mod mhux naturali bil-Wolbachia użat għal skopijiet ta' kontroll tal-vetturi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-28 ta' Settembru 2017, Franza talbet lill-Kummissjoni biex tiddeċiedi jekk il-batterji tal-ġeneru Wolbachia (“il-batterji”) jew kwalunkwe preparazzjoni li fiha l-batterji għall-inokulazzjoni fin-nemus, u n-nemus infettat b'mod mhux naturali bil-batterji (“in-nemus infettat b'mod mhux naturali”) użati għal skopijiet ta' kontroll tal-vetturi, humiex prodotti bijoċidali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 jew oġġetti ttrattati skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(l) ta' dak ir-Regolament jew l-ebda wieħed minnhom.

(2)

Skont l-informazzjoni pprovduta minn Franza, dawn il-batterji intraċellulari huma trażmessi b'mod vertikali, jintirtu maternalment u huma preżenti b'mod naturali f'madwar 40 % tal-artropodi. L-infezzjoni tan-nemus bil-batterji tista' tnaqqas l-abbiltà ta' xi nemus li jittrażmetti ċerti vajrusijiet u parassiti patoġeniċi billi tinterferixxi ma' dawn il-patoġeni fin-nemus, u tippromwovi r-riproduzzjoni ta' nemus nisa infettati u t-tixrid tal-batterji fil-popolazzjoni tan-nemus. Barra minn hekk, billi n-nemus maskili infettat bil-batterji huwa inkompatibbli man-nemus nisa lokali, l-introduzzjoni fil-popolazzjoni fil-mira ta' dak in-nemus maskili infettat inaqqas il-potenzjal tagħha għar-riproduzzjoni. Għalhekk, il-kampanji għall-kontroll tal-vetturi huma bbażati fuq ir-rilaxx ta' nemus infettat b'mod mhux naturali fi ħdan popolazzjoni tan-nemus sabiex jiġi kkontrollat id-daqs tal-popolazzjoni u/jew sabiex titnaqqas l-abbiltà tagħhom li jittrażmettu ċerti patoġeni lill-bniedem.

(3)

Skont l-informazzjoni li tat Franza, mhux l-ispeċijiet kollha tan-nemus jew l-individwi fi ħdan speċi waħda huma infettati b'mod naturali bil-batterji, jew b'razza tal-batterji li tista' tintuża għall-iskopijiet ta' kontroll tal-vetturi. Għalhekk, iridu jitwettqu infezzjonijiet mhux naturali f'kundizzjonijiet ta' laboratorju sabiex jinħolqu nemus infettati b'mod mhux naturali b'razza ta' batterji adattata. Biex jinkiseb dan, jistgħu jintużaw diversi tekniki ta' infezzjoni, fosthom l-inokulazzjoni tal-batterji fin-nemus nisa adulti jew fiċ-ċitoplasma tal-bajd tan-nemus.

(4)

Għall-fini tad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, huwa għalhekk rilevanti li jiġi vvalutat separatament l-istatus tal-batterji jew ta' kwalunkwe preparazzjoni li jkun fiha l-batterji għall-inokulazzjoni fin-nemus u l-istatus tan-nemus infettat b'mod mhux naturali, irrispettivament mit-teknika ta' infezzjoni li tintuża.

(5)

Il-batterji huma mikro-organiżmi fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012

(6)

In-nemus huwa organiżmu ta' ħsara fis-sens tal-Artikolu 3(1)(g) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, peress li jista' jkollu preżenza mhux mixtieqa jew effett detrimentali fuq il-bnedmin jew l-annimali.

(7)

Il-batterji għandhom azzjoni indiretta fuq il-popolazzjoni tan-nemus, jew permezz tal-kontroll tad-daqs tagħha jew billi titnaqqas l-abbiltà tagħha li titrażmetti ċerti patoġeni, u għalhekk jenħtieġ li jitqiesu bħala sustanza attiva fis-sens tal-Artikolu 3(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(8)

It-tip ta' prodott 18: Insettiċidi, akariċidi u prodotti għall-kontroll ta' artropodi oħra; kif iddefinit fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, jinkludi prodotti użati għall-kontroll tal-artropodi, b'mezzi oħra għajr dawk li jbegħduhom jew jattirawhom. Billi l-batterji jiġu inokulati fin-nemus bl-intenzjoni li jeżerċitaw effett ta' kontroll fuq il-popolazzjonijiet tan-nemus, tali użu jaqa' taħt id-deskrizzjoni tal-prodott tat-tip 18.

(9)

Il-batterji jew il-preparazzjoni li jkun fiha l-batterji jeżerċitaw effett ta' kontroll fuq in-nemus b'mezzi oħra għajr b'azzjoni sempliċement fiżika jew mekkanika.

(10)

Għall-finijiet tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, jenħtieġ li l-batterji jew il-preparazzjoni li fiha l-batterji jitqiesu bħala sustanza jew taħlita, rispettivament, li tikkonsisti minn sustanza attiva jew li fiha din is-sustanza attiva. Bħala konsegwenza, il-batterji jew kwalunkwe preparazzjoni li jkun fiha l-batterji, kif qed jiġu fornuti lill-utent li qed iwettaq l-inokulazzjoni fin-nemus, huma prodotti bijoċidali fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 u jaqgħu taħt it-tip ta' prodott 18.

(11)

In-nemus infettat b'mod mhux naturali mhuwiex mikroorganiżmu fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(12)

In-nemus infettat b'mod mhux naturali mhuwiex sustanza jew taħlita fis-sens tal-punti 1 u 2 tal-Artikolu 3, rispettivament, tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Għalhekk, skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, la huma sustanza u lanqas taħlita għall-finijiet ta' dak ir-Regolament.

(13)

Bħala konsegwenza, nemus infettat b'mod mhux naturali mhuwiex sustanza attiva fis-sens tal-Artikolu 3(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Għalhekk, in-nemus infettat b'mod mhux naturali ma jistax ikun prodott bijoċidali fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 3(1)(a) ta' dak ir-Regolament.

(14)

In-nemus infettat b'mod mhux naturali mhuwiex oġġett fis-sens tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Għalhekk, skont l-Artikolu 3(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, dan mhuwiex meqjus bħala oġġett għall-finijiet ta' dak ir-Regolament. Konsegwentement, in-nemus infettat b'mod mhux naturali ma jistax jitqies bħala oġġett ittrattat fis-sens tal-Artikolu 3(1)(l) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(15)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-batterji tal-ġeneru Wolbachia jew kwalunkwe preparazzjoni li jkun fiha dawk il-batterji li tintuża għall-iskop tal-inokulazzjoni ta' dawk il-batterji fin-nemus bl-objettiv li jinħoloq nemus infettat b'mod mhux naturali għal skopijiet ta' kontroll tal-vetturi, għandhom jitqiesu bħala prodott bijoċidali fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

In-nemus infettat b'mod mhux naturali, irrispettivament mit-teknika ta' infezzjoni li tkun intużat, m'għandu jitqies la bħala prodott bijoċidali u lanqas bħala oġġett ittrattat fis-sens tal-punti (a) u (l) tal-Artikolu 3(1), rispettivament, tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Ottubru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).