ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 251

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
5 ta' Ottubru 2018


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1480 tal-4 ta' Ottubru 2018 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, u li jikkoreġi r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/776 ( 1 )

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1481 tal-4 ta' Ottubru 2018 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 fir-rigward tal-gallat tal-ottil (E 311) u tal-gallat tad-dodeċil (E 312) ( 1 )

13

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1482 tal-4 ta' Ottubru 2018 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kafeina u tat-teobromina ( 1 )

19

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1483 tal-4 ta' Ottubru 2018 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq

22

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1484 tal-4 ta' Ottubru 2018 dwar il-prezz minimu għax-xiri tat-trab tal-ħalib xkumat għall-ħamsa u għoxrin sejħa parzjali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080

24

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1485 tat-28 ta' Settembru 2018 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li trid tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-emendi għall-Annessi għall-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta' Oġġetti Perikolużi bit-Triq (ADR) u għar-Regolamenti annessi għall-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta' Oġġetti Perikolużi fuq Passaġġi tal-Ilma Interni (ADN)

25

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1486 tat-28 ta' Settembru 2018 dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan is-Sottokumitat Doganali stabbilit bil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, fir-rigward tas-sostituzzjoni tal-Protokoll I ta' dak il-Ftehim, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' prodotti oriġinarji u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, bi Protokoll ġdid li jirreferi għall-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji

28

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1487 tat-2 ta' Ottubru 2018 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2009/1013/UE li tawtorizza lir-Repubblika tal-Awstrija biex tkompli tapplika miżura ta' deroga mill-Artikoli 168 u 168a tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

33

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

5.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 251/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1480

tal-4 ta' Ottubru 2018

li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, u li jikkoreġi r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/776

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 37(5) u l-Artikolu 53(1) tiegħu,

Billi:

(1)

It-Tabella 3.1 tal-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 fiha l-lista tal-klassifikazzjoni u t-tikkettar armonizzati ta' sustanzi perikolużi abbażi tal-kriterji stipulati fil-Partijiet 2 sa 5 tal-Anness I tal-istess Regolament.

(2)

Tressqu proposti għall-introduzzjoni tal-klassifikazzjoni u t-tikkettar armonizzati ta' ċerti sustanzi u għall-aġġornar jew it-tħassir tal-klassifikazzjoni u t-tikkettar armonizzati ta' ċerti sustanzi oħrajn lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Abbażi tal-opinjonijiet dwar dawk il-proposti maħruġa mill-Kumitat għall-Istima tar-Riskji tal-Aġenzija (RAC), u abbażi tal-kummenti li waslu mingħand il-partijiet konċernati, jixraq li jiġu introdotti, aġġornati jew imħassra l-klassifikazzjoni u t-tikkettar armonizzati ta' ċerti sustanzi.

(3)

Id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (2) u d-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) tħassru b'effett mill-1 ta' Ġunju 2015. B'riżultat ta' dan, il-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 ġiet emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1179 (4) biex tneħħiet it-Tabella 3.2. Dik l-emenda daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2017. L-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 kien suġġett għal emendi ġodda, permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/776 (5) biex tħassru r-referenzi għat-Tabella 3.2, ir-referenzi għat-Tabella 3.1 inqalbu għal referenzi għat-Tabella 3 u tneħħew ir-referenzi għad-Direttivi mħassra. Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) 2017/776, il-parti l-kbira ta' dawn l-emendi kellhom japplikaw mill-1 ta' Ġunju 2017, filwaqt li l-emendi li fadal ġew iddikjarati li japplikaw mill-1 ta' Diċembru 2018. Madankollu, minħabba żvista, l-Artikolu 2(2) naqas milli jelenka żewġ emendi oħra li kellhom japplikaw mill-1 ta' Ġunju 2017, inkluż b'mod partikolari l-emenda li tbiddel l-isem tat-Tabella minn “Tabella 3.1” għal “Tabella 3”. It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) 2017/776 jenħtieġ għalhekk jiġi kkoreġut sabiex jinkludi referenza għal dawn iż-żewġ emendi. Din il-korrezzjoni, għalkemm għandha l-effett li tapplika ż-żewġ emendi retroattivament, ma taffettwax id-drittijiet u l-obbligi tal-manifatturi, l-importaturi, l-utenti downstream jew il-fornituri.

(4)

Ir-Regolament (UE) 2017/776 emenda wkoll l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 biex żied il-valuri armonizzati tal-“Istima tat-Tossiċità Akuta” (ATE) fit-Tabella 3.1 bħala parti mill-informazzjoni dwar il-klassifikazzjoni u t-tikkettar ta' ċerti sustanzi għall-għanijiet tal-klassifikazzjoni ta' taħlitiet. L-ATE introdotta għan-nikotina ġiet espressa f'mg/kg. Sabiex jiġi kkjarifikat kif it-taħlitiet li fihom in-nikotina għandhom jiġu kklassifikati, l-ATE għar-rotot orali u dermali għan-nikotina jenħtieġ, minflok, tiġi espressa “f'mg/kg bw” (6). L-ATEs għal tliet sustanzi oħra, jiġifieri l-kolekalċiferol, 1,2-diidrossibenżin u l-pinossaden jenħtieġ jiġu espressi wkoll bl-istess mod. Barra minn hekk, fit-titlu tal-kolonna ta' qabel tal-aħħar tat-Tabella 3.1, jenħtieġ tiżdied nota ta' qiegħ il-paġna li tindika xi tfisser l-abbrevjazzjoni “mg/kg bw”.

(5)

L-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/669 (7) jipprovdi traduzzjoni tal-ismijiet tas-sustanzi inklużi fit-Tabella 3.1 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. B'konsegwenza ta' dan, it-titlu tat-tieni kolonna ta' dik it-Tabella, li attwalment tirreferi għal “Identifikazzjonijiet Internazzjonali tal-Kimiki”, jenħtieġ jiġi emendat biex iqis il-fatt li l-“Identifikazzjonijiet Internazzjonali tal-Kimiki” se jitilfu l-karattru internazzjonali tagħhom ladarba r-Regolament li jipprevedi t-traduzzjoni tagħhom fl-Anness VI ssir applikabbli. Għal raġunijiet ta' konsistenza, din l-emenda jenħtieġ tidħol fis-seħħ meta tidħol fis-seħħ it-traduzzjoni tal-ismijiet fl-Anness VI. It-titolu l-ġdid għandu jirrifletti t-terminoloġija użata fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

(6)

Il-konformità mal-klassifikazzjonijiet armonizzati l-ġodda jew aġġornati ma għandhiex tkun meħtieġa minnufih, billi jenħtieġ ċertu perjodu ta' żmien biex il-fornituri jkunu jistgħu jadattaw it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet għall-klassifikazzjonijiet il-ġodda jew reveduti u biex ibigħu l-ħażniet eżistenti. Dak il-perjodu ta' żmien se jkun neċessarju wkoll sabiex il-fornituri jadattaw għal obbligi leġiżlattivi oħra li jirriżultaw mill-klassifikazzjonijiet armonizzati l-ġodda jew aġġornati għas-sustanzi u biex jikkonformaw magħhom, bħal dawk stipulati fl-Artikolu 22(f) jew fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), dawk stipulati fl-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) jew dawk tal-Artikolu 44 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10).

(7)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(8)

Skont id-dispożizzjonijiet tranżitorji tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 li jippermettu li dispożizzjonijiet ġodda jiġu applikati fi stadju aktar bikri fuq bażi volontarja, il-fornituri jenħtieġ jitħallew japplikaw il-klassifikazzjonijiet armonizzati l-ġodda jew aġġornati, u jadattaw it-tikkettar u l-imballaġġ skont dan, fuq bażi volontarja sad-data tal-applikazzjoni ta' dawk il-klassifikazzjonijiet il-ġodda jew aġġornati.

(9)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008

L-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Korrezzjoni tar-Regolament (UE) 2017/776

Fir-Regolament (UE) 2017/776, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(2) jinbidel b'dan li ġej:

“Fl-Anness, il-punt (1), il-punt (2) u l-punti (a), (b) u (c) tal-punt (3) japplikaw mill-1 ta' Ġunju 2017.”

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-punt (1) u l-punt (a) tal-punt (2) tal-Anness japplikaw mill-1 ta' Diċembru 2019.

Il-punti (b), (c), (d) u (e) tal-punt (2) tal-Anness japplikaw mill-1 ta' Mejju 2020.

B'deroga mit-tielet paragrafu ta' dan l-Artikolu, is-sustanzi u t-taħlitiet jistgħu, qabel l-1 ta' Mejju 2020, jiġu klassifikati, ittikkettati u mballaġġati b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 kif emendat b'dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Ottubru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta' Ġunju 1967 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-tikkettar ta' sustanzi perikolużi (ĠU 196, 16.8.1967, p. 1).

(3)  Id-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Mejju 1999 li tirrigwarda l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-tikkettar tal-preparazzjonjijiet perikolużi (ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1179 tad-19 ta' Lulju 2016 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 195, 20.7.2016, p. 11).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/776 tal-4 ta' Mejju 2017 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 116, 5.5.2017, p. 1).

(6)  Il-piż tal-ġisem

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/669 tas-16 ta' April 2018 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 115, 4.5.2018, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

(9)  Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).

(10)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).


ANNESS

L-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-Parti 1, l-intestatura tal-punt 1.1.1.4 tinbidel b'dan li ġej:

Isem kimiku”;

(2)

fil-Parti 3, it-Tabella 3.1 hija emendata kif ġej:

(a)

l-intestatura tat-tieni kolonna tinbidel b'li ġej: “Isem kimiku”;

(b)

l-intestatura tal-kolonna ta' qabel tal-aħħar tinbidel b'li ġej: “Limiti ta' Konċ. Speċifiċi, Fatturi-M u ATEs (*)

(*)

ATEs għar-rotot ta' esponiment orali u dermali huma espressi f'mg/kg bw, li tfisser milligramma għal kull kilogramma f'piż tal-ġisem.”

(c)

l-entrata li tikkorrispondi għan-numru tal-indiċi 607-414-00-6 hija mħassra.

(d)

l-entrati li jikkorrispondu għan-numri tal-indiċi 006-044-00-7, 015-101-00-5, 016-096-00-2, 017-011-00-1, 025-002-00-9, 603-180-00-4, 604-014-00-3, 604-016-00-4, 604-090-00-8, 605-003-00-6, 606-047-009, 607-096-00-9, 607-103-00-5, 607-113-00-X, 607-373-00-4, 613-167-00-5, 613-205-00-0 u 614-001-00-4 huma sostitwiti rispettivament bl-entrati li ġejjin:

Nru tal-Indiċi

Isem kimiku

Nru tal-KE

Nru tal-CAS

Klassifikazzjoni

Tikkettar

Limiti ta' Konċ. Speċifiċi, Fatturi-M u ATEs

Noti

Klassi ta' Periklu u Kodiċi(jiet) ta' Kategorija

Kodiċi(jiet) tad-dikjarazzjoni ta' Periklu

Pittogramma, Kodiċi(jiet) tal-Kliem Bħala Sinjal

Kodiċi(jiet) tad-dikjarazzjoni ta' Periklu

Kodiċi(jiet) Suppl. tad-dikjarazzjonijiet ta' Periklu

“006-044-00-7

isoproturon (ISO);

3-(4-isopropilfenil)-1,1-dimetilurea

251-835-4

34123-59-6

Karċ. 2

STOT RE 2

Akuta Akkwatika 1

Kronika Akkwatika 1

H351

H373 (demm)

H400

H410

GHS08

GHS09

Twis

H351

H373 (demm)

H410

 

M = 10

M = 10”

 

“015-101-00-5

fosmet (ISO);

S-[(1,3-diosso-1,3-diidro-2H-isoindol-2-il)metil] O,O-dimetil fosforoditioat;

O,O-dimetil-S-ftalimidometil fosforoditioat

211-987-4

732-11-6

Ripr. 2

Toss. Akuta 4

Toss. Akuta 3

STOT SE 1

Akuta Akkwatika 1

Kronika Akkwatika 1

H361f

H332

H301

H370 (is-sistema nervuża)

H400

H410

GHS08

GHS06

GHS09

Dgr

H361f

H332

H301

H370 (is-sistema nervuża)

H410

 

M = 100

M = 100”

 

“016-096-00-2

tifensulfuron-metil (ISO);

Metil 3-(4-metossi-6-metil-1,3,5-triażin-2-ilkarbamoil-sulfamoil)tiofen-2-karbossilat

79277-27-3

Akuta Akkwatika 1

Kronika Akkwatika 1

H400

H410

GHS09

Twis

H410

 

M = 100

M = 100”

 

“017-011-00-1

ipoklorit tas-sodju, soluzzjoni … % Cl attive

231-668-3

7681-52-9

Korr. tal-Ġilda 1B

Ħsara lill-Għajnejn 1

Akuta Akkwatika 1

Kronika Akkwatika 1

H314

H318

H400

H410

GHS05

GHS09

Dgr

H314

H410

EUH031

M = 10

M = 1

EUH031:

C ≥ 5 %

B”

“025-002-00-9

permanganat tal-potassju

231-760-3

7722-64-7

Oss. Sol. 2

Ripr. 2

Toss. Akuta 4 * Akuta Akkwatika 1 Kronika Akkwatika 1

H272

H361d

H302

H400

H410

GHS03

GHS08

GHS07

GHS09

Dgr

H272

H361d

H302

H410”

 

 

 

“603-180-00-4

kolekalċiferol;

kolekalċiferol;

vitamina D3

200-673-2

67-97-0

Toss. Akuta 2 Toss. Akut 2 Toss. Akut 2

STOT RE 1

H330

H310

H300

H372

GHS06

GHS08

Dgr

H330

H310

H300

H372

 

 

bil-ġbid tan-nifs

ATE = 0,05 mg/L (trabijiet jew sprejs)

 

dermali:

ATE = 50 mg/kg bw

 

orali:

ATE = 35 mg/kg bw

STOT RE 1; H372: C ≥ 3 %

STOT RE 2; H373: 0,3 % ≤ C < 3 %”

 

“604-014-00-3

klorokreżol;

4-kloro-m-kreżol;

4-kloro-3-metilfenol

200-431-6

59-50-7

Toss. Akuta 4

Korr. tal-Ġilda 1C

Ħsara lill-Għajnejn 1

STOT SE 3

Sens. tal-Ġilda 1B Akuta Akkwatika 1

Kronika Akkwatika 3

H302

H314

H318

H335

H317

H400

H412

GHS07

GHS05

GHS09

Dgr

H302

H314

H335

H317

H410

 

M = 1”

 

“604-016-00-4

1,2-diidrossibenżen;

pirokatekol;

204-427-5

120-80-9

Karċ. 1Β

Mutaġenità 2

Toss. Akuta 3

Toss. Akuta 3

Irrit. tal-Ġilda 2

Irrit. lill-Għajnejn 2

H350

H341

H311

H301

H315

H319

GHS08

GHS06

Dgr

H350

H341

H311

H301

H315

H319

 

 

orali:

ATE = 300 mg/kg bw

 

dermali:

ATE = 600 mg/kg bw”

 

“604-090-00-8

4-tert-butilfenol

202-679-0

98-54-4

Ripr. 2

Irrit. tal-Ġilda 2

Ħsara lill-Għajnejn 1

Kronika Akkwatika 1

H361f

H315

H318

H410

GHS08

GHS05

GHS09

Dgr

H361f

H315

H318

H410

 

M = 1”

 

“605-003-00-6

aċetaldeid;

etanal

200-836-8

75-07-0

Jaqbad Lik. 1

Karċ. 1B

Mutaġenità 2

STOT SE 3

Irrit. lill-Għajnejn 2

H224

H350

H341

H335

H319

GHS02

GHS08

GHS07

Dgr

H224

H350

H341

H335

H319”

 

 

 

“606-047-00-9

2-benżil-2-dimetilammino-4′-morfolinobutirofenon

404-360-3

119313-12-1

Ripr. 1B

Akuta Akkwatika 1

Kronika Akkwatika 1

H360D

H400

H410

GHS08

GHS09

Dgr

H360D

H410”

 

 

 

“607-096-00-9

anidride malejku

203-571-6

108-31-6

Toss. Akuta 4

STOT RE 1

Korr. tal-Ġilda 1B

Ħsara lill-Għajnejn 1

Sens. Resp. 1

Sens. tal-Ġilda 1 A

H302

H372 (is-sistema tan-nifs) (inalazzjoni)

H314

H318

H334

H317

GHS07

GHS08

GHS05

Dgr

H302

H372 (is-sistema tan-nifs) (inalazzjoni)

H314

H334

H317

EUH071

Sens. tal-Ġilda 1 A; H317: C ≥ 0,001 %”

 

“607-103-00-5

anidride suċċiniku

203-570-0

108-30-5

Toss. Akuta 4

Korr. tal-ġilda 1

Ħsara lill-Għajnejn 1

Sens. Resp. 1

Sens. tal-Ġilda 1

H302

H314

H318

H334

H317

GHS07

GHS05

GHS08

Dgr

H302

H314

H334

H317

EUH071”

 

 

“607-113-00-X

metakrilat tal-isobutil

202-613-0

97-86-9

Jaqbad Lik. 3

STOT SE 3

Irrit. tal-Ġilda 2

Sens. tal-Ġilda 1B

H226

H335

H315

H317

GHS02

GHS07

Twis

H226

H335

H315

H317

 

 

D”

“607-373-00-4

kwizalofop-P-tefuril (ISO); (+/–) tetraidrofurfuril (R)-2-[4-(6-klorokwinossalin-2-ilossi)fenilossi]propijonat

414-200-4

200509-41-7

Karċ. 2

Ripr. 2

Toss. Akuta 4

STOT RE 2

Akuta Akkwatika 1

Kronika Akkwatika 1

H351

H361fd

H302

H373

H400

H410

GHS08

GHS07

GHS09

Twis

H351

H361fd

H302

H373

H410

 

M = 1

M = 1”

 

“613-167-00-5

il-massa tar-reazzjoni ta' 5-kloro-2-metil-2H-iżotijażol-3-on u 2-metil-2H-iżotijażol-3-on (3:1)

55965-84-9

Toss. Akuta 2

Toss. Akuta 2

Toss. Akuta 3

Korr. tal-Ġilda 1C

Ħsara lill-Għajnejn 1

Sens. tal-Ġilda 1 A Akuta Akkwatika 1

Kronika Akkwatika 1

H330

H310

H301

H314

H318

H317

H400

H410

GHS06

GHS05

GHS09

Dgr

H330

H310

H301

H314

H317

H410

EUH071

Korr. tal-Ġilda 1C; H314: C ≥ 0,6 %

Irrit. tal-Ġilda 2; H315: 0,06 % ≤ C < 0,6 %

Ħsara lill-Għajnejn 1; H318: C ≥ 0,6 %

Irrit. lill-Għajnejn 2; H319: 0,06 % ≤ C < 0,6 %

Sens. tal-Ġilda 1 A; H317: C ≥ 0,0015 %

M = 100

M = 100

B”

“613-205-00-0

propikonażol (ISO); (2RS,4RS;2RS,4SR)-1-{[2-(2,4-diklorofenil)-4-propil-1,3-diossolan-2-il]metil}-1H-1,2,4-triazol

262-104-4

60207-90-1

Ripr. 1B

Toss. Akuta 4

Sens. tal-Ġilda 1

Akuta Akkwatika 1

Kronika Akkwatika 1

H360D

H302

H317

H400

H410

GHS08

GHS07

GHS09

Dgr

H360D

H302

H317

H410

 

M = 1

M = 1”

 

“614-001-00-4

nikotina (ISO);

3-[(2S)-1-metilpirrolidin-2-il]piridina

200-193-3

54-11-5

Toss. Akuta 2

Toss. Akuta 2

Toss. Akuta 2

Kronika Akkwatika 2

H330

H310

H300

H411

GHS06

GHS09

Dgr

H330

H310

H300

H411

 

 

bil-ġbid tan-nifs:

ATE = 0,19 mg/L (trabijiet jew sprejs)

 

dermali:

ATE = 70 mg/kg bw

 

orali:

ATE = 5 mg/kg bw”

 

(e)

l-entrati li ġejjin jiddaħħlu fl-ispazji xierqa, b'segwiment tal-ordni tal-entrati stabbilita fit-Tabella 3.1:

Nru tal-Indiċi

Isem kimiku

Nru tal-KE

Nru tal-CAS

Klassifikazzjoni

Tikkettar

Limiti ta' Konċ. Speċifiċi, Fatturi-M u ATEs

Noti

Klassi ta' Periklu u Kodiċi(jiet) ta' Kategorija

Kodiċi(jiet) tad-dikjarazzjoni ta' Periklu

Pittogramma, Kodiċi(jiet) tal-Kliem Bħala Sinjal

Kodiċi(jiet) tad-dikjarazzjoni ta' Periklu

Kodiċi(jiet) Suppl. tad-dikjarazzjonijiet ta' Periklu

“604-094-00-X

isoewġenol; [1]

(E)-2-metossi-4-(prop-1-enil)fenol; [2]

(Z)-2-metossi-4-(prop-1-enil)fenol [3]

202-590-7 [1]

227-678-2 [2]

227-633-7 [3]

97-54-1 [1]

5932-68-3 [2]

5912-86-7 [3]

Sens. tal-Ġilda 1 A

H317

GHS07

Twis

H317

 

Sens. tal-Ġilda 1 A; H317: C ≥ 0,01 %”

 

“607-724-00-1

2,3,5,6-tetrafluworo-4-(metossimetil)benżil (1R,3R)-2,2-dimetil-3-[(1Z)-prop-1-en-1-il]ċiklopropanekarbossilate; epsilon-metoflutrin

240494-71-7

Toss. Akuta 4

Toss. Akuta 3

STOT SE 1

STOT RE 2

Akuta Akkwatika 1

Kronika Akkwatika 1

H332

H301

H370 (is-sistema nervuża)

H373

H400

H410

GHS06

GHS08

GHS09

Dgr

H332

H301

H370 (is-sistema nervuża)

H373

H410

 

M = 100

M = 100”

 

“607-725-00-7

iżopropil (2E,4E,7S)-11-metossi-3,7,11-trimetildodeka-2,4-dienoat; S-metopren

65733-16-6

Akuta Akkwatika 1

Kronika Akkwatika 1

H400

H410

GHS09

Twis

H410

 

M = 1

M = 1”

 

“607-726-00-2

pinossaden (ISO);

8-(2,6-dietil-4-metilfenil)-7-osso-1,2,4,5-tetraidro-7H-pirazolo[1,2-d][1,4,5]ossadiazepin-9-il 2,2-dimetilpropanoat

243973-20-8

Ripr. 2

Toss. Akuta 4

Toss. Akuta 4

Irrit. lill-Għajnejn 2

STOT SE 3

Sens. tal-Ġilda 1 A

Akuta Akkwatika 1

Kronika Akkwatika 3

H361d

H332

H302

H319

H335

H317

H400

H412

GHS08

GHS07

GHS09

Twis

H361d

H332

H302

H319

H335

H317

H410

 

 

bil-ġbid tan-nifs

ATE = 4,63 mg/L (trabijiet jew sprejs)

 

orali:

ATE = 500 mg/kg bw

M = 1”

 

“607-727-00-8

tetrametrin (ISO);

(1,3-diosso-1,3,4,5,6,7-eżaidro-2H-isoindol-2-il)metil 2,2-dimetil-3-(2-metilprop-1-en-1-il)ċiklopropanekarbossilat

231-711-6

7696-12-0

Karċ. 2

Toss. Akuta 4

STOT SE 2

Akuta Akkwatika 1

Kronika Akkwatika 1

H351

H302

H371 (is-sistema nervuża) (inalazzjoni)

H400

H410

GHS08

GHS07

GHS09

Twis

H351

H302

H371 (is-sistema nervuża) (inalazzjoni)

H410

 

M = 100

M = 100”

 

“607-728-00-3

(1,3,4,5,6,7-eżaidro-1,3-diosso-2H-isoindol-2-il)metil (1R-trans)-2,2-dimetil-3-(2-metilprop-1-enil)ċiklopropanekarbossilat

214-619-0

1166-46-7

Karċ. 2

Toss. Akuta 4

STOT SE 2

Akuta Akkwatika 1

Kronika Akkwatika 1

H351

H302

H371 (is-sistema nervuża) (inalazzjoni)

H400

H410

GHS08

GHS07

GHS09

Twis

H351

H302

H371 (is-sistema nervuża) (inalazzjoni)

H410

 

M = 100

M = 100”

 

“607-729-00-9

mesosulfuron-metil (ISO);

metil2-[(4,6-dimetossipirimidin-2-ilkarbamojl)sulfamojl]-α-(metansulfonammido)-p-toluwat

208465-21-8

Akuta Akkwatika 1

Kronika Akkwatika 1

H400

H410

GHS09

Twis

H410

 

M = 100

M = 100”

 

“607-730-00-4

spirodiklofen (ISO);

3-(2,4-diklorofenil)-2-osso-1-ossaspiro[4.5]dek-3-en-4-il 2,2-dimetilbutirat

148477-71-8

Karċ. 1B

Ripr. 2

STOT RE 2

Sens. tal-Ġilda 1B

Kronika Akkwatika 1

H350

H361f

H373

H317

H410

GHS08

GHS07

GHS09

Dgr

H350

H361f

H373

H317

H410

 

M = 10”

 

“607-731-00-X

metil tas-sodju [(4-aminofenil)sulfonil]karbamat; metil tas-sodju (EZ)-sulfanililkarbonimidat; asulam-sodju

218-953-8

2302-17-2

Sens. tal-Ġilda 1

Akuta Akkwatika 1

Kronika Akkwatika 1

H317

H400

H410

GHS07

GHS09

Twis

H317

H410

 

M = 1

M = 1”

 

“607-732-00-5

aċidu saliċiliku

200-712-3

69-72-7

Ripr. 2

Toss. Akuta 4

Ħsara lill-Għajnejn 1

H361d

H302

H318

GHS08

GHS07

GHS05

Dgr

H361d

H302

H318”

 

 

 

“608-068-00-9

flutianil (ISO);

(2Z)-{[2-fluworo-5-(trifluworometil)fenil]tio}[3-(2-metossifenil)-1,3-tiazolidin-2-ilidene]aċetonitril

958647-10-4

Kronika Akkwatika 1

H410

GHS09

Twis

H410

 

M = 100”

 

“612-293-00-8

massa ta' reazzjoni ta' 1-[2-(2-aminobutossi)etossi]but-2-ilamin u 1-({[2-(2-aminobutossi)etossi]metil}propossi)but-2-ilamin

447-920-2

Ripr. 2

Toss. Akuta 4

Korr. tal-Ġilda 1B

Ħsara lill-Għajnejn 1

H361f

H302

H314

H318

GHS08

GHS07

GHS05

Dgr

H361f

H302

H314

EUH071”

 

 

“613-326-00-9

2-metilisotiazol-3(2H)-on

220-239-6

2682-20-4

Toss. Akuta 2

Toss. Akuta 3

Toss. Akuta 3

Korr. tal-Ġilda 1B

Ħsara lill-Għajnejn 1

Sens. tal-Ġilda 1 A

Akuta Akkwatika 1

Kronika Akkwatika 1

H330

H311

H301

H314

H318

H317

H400

H410

GHS05

GHS06

GHS09

Dgr

H330

H311

H301

H314

H317

H410

EUH071

Sens. tal-Ġilda 1 A; H317: C ≥ 0,0015 %

M = 10

M = 1”

 

“613-327-00-4

pirossulam (ISO);

N-(5,7-dimetossi[1,2,4]triazolo[1,5-a]pirimidin-2-il)-2-metossi-4-(trifluworometil)piridin-3-sulfonamid

422556-08-9

Sens. tal-Ġilda 1

Akuta Akkwatika 1

Kronika Akkwatika 1

H317

H400

H410

GHS07

GHS09

Twis

H317

H410

 

M = 100

M = 100”

 

“613-328-00-X

1-vinilimidazol

214-012-0

1072-63-5

Ripr. 1B

H360D

GHS08

Dgr

H360D

 

Ripr. 1B; H360D: C ≥ 0,03 %”

 

“616-224-00-2

amisulbrom (ISO);

3-(3-bromo-6-fluworo-2-metilindol-1-ilsulfonil)-N,N-dimetil-1H-1,2,4-triazol-1-sulfonamid

348635-87-0

Karċ. 2

Irrit. lill-Għajnejn 2

Akuta Akkwatika 1

Kronika Akkwatika 1

H351

H319

H400

H410

GHS08

GHS07

GHS09

Twis

H351

H319

H410

 

M = 10

M = 10”

 


5.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 251/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1481

tal-4 ta' Ottubru 2018

li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 fir-rigward tal-gallat tal-ottil (E 311) u tal-gallat tad-dodeċil (E 312)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 10(3) u 14 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-addittivi tal-ikel, fl-enżimi tal-ikel, fl-aromatizzanti tal-ikel u fin-nutrijenti, u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (2) jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel li huma elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

(4)

Il-gallat tal-ottil (E 311) u l-gallat tad-dodeċil (E 312) huma sustanzi awtorizzati bħala antiossidanti f'tipi diversi ta' ikel, kif ukoll fl-aromatizzanti tal-ikel, bi qbil mal-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

(5)

L-Artikolu 32(1) tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistipula li l-addittivi tal-ikel kollha li kienu diġà permessi fl-Unjoni qabel l-20 ta' Jannar 2009 huma soġġetti għal valutazzjoni tar-riskju ġdida mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”).

(6)

Għalhekk, fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 257/2010 (3) hemm stabbilit programm biex issir rivalutazzjoni tal-addittivi tal-ikel. Skont ir-Regolament (UE) Nru 257/2010, ir-rivalutazzjoni tal-antiossidanti kellha titlesta sal-31 ta' Diċembru 2015.

(7)

Fil-5 ta' Mejju 2015 l-Awtorità tat Opinjoni Xjentifika dwar ir-rivalutazzjoni tal-gallat tad-dodeċil (E 312) bħala addittiv tal-ikel (4). Fl-opinjoni ddikjarat li ma kienx hemm biżżejjed data tossikoloġika dwar il-gallat tad-dodeċil. Għaldaqstant l-Awtorità ma setgħetx tikkonferma li l-gallat tad-dodeċil huwa sikur bħala addittiv tal-ikel u kkonkludiet li jenħtieġ li d-doża aċċettabbli ta' kuljum attwali globali għall-gallat tal-propil (E 310), għall-gallat tal-ottil (E 311) u għall-gallat tad-dodeċil (E 312) ma tibqax valida. Fl-opinjoni ddikjarat li tenħtieġ bażi tad-data tossikoloġika li jkun fiha biżżejjed informazzjoni biex tkun tista' ssir valutazzjoni tajba dwar is-sigurtà tal-gallat tad-dodeċil bħala addittiv tal-ikel.

(8)

Fl-1 ta' Ottubru 2015 l-Awtorità tat Opinjoni Xjentifika dwar ir-rivalutazzjoni tal-gallat tal-ottil (E 311) bħala addittivi tal-ikel (5). Fl-opinjoni ddikjarat li ma kienx hemm biżżejjed data tossikoloġika dwar il-gallat tal-ottil. Għaldaqstant l-Awtorità ma setgħetx tikkonferma li l-gallat tal-ottil huwa sikur bħala addittiv tal-ikel u kkonkludiet li jenħtieġ li d-doża aċċettabbli ta' kuljum attwali globali għall-gallat tal-propil (E 310), għall-gallat tal-ottil (E 311) u għall-gallat tad-dodeċil (E 312) ma tibqax valida. Fl-opinjoni ddikjarat li tenħtieġ bażi tad-data tossikoloġika li jkun fiha biżżejjed informazzjoni biex tkun tista' ssir valutazzjoni tajba dwar is-sigurtà tal-gallat tal-ottil bħala addittiv tal-ikel.

(9)

Fit-30 ta' Mejju 2017, il-Kummissjoni nediet sejħa pubblika għal data xjentifika u teknoloġika dwar il-gallat tal-propil (E 310), dwar il-gallat tal-ottil (E 311), u dwar il-gallat tad-dodeċil (E 312) (6), immirata biex jimtlew il-lakuni fid-data li kienu ġew identifikati fl-Opinjonijiet Xjentifiċi dwar ir-rivalutazzjoni ta' dawk is-sustanzi bħala addittivi tal-ikel. Madankollu, ma nstabx operatur kummerċjali wieħed li kien lest jikkommetti ruħu li jipprovdi d-data tossikoloġika mitluba dwar il-gallat tal-ottil (E 311) u l-gallat tad-dodeċil (E 312). Mingħajr dik id-data, l-Awtorità ma tistax tlesti r-rivalutazzjoni tas-sigurtà tal-gallat tal-ottil u tal-gallat tad-dodeċil bħala addittivi tal-ikel, u b'hekk ma jistax jiġi stabbilit jekk dawk is-sustanzi għadhomx jissodisfaw il-kundizzjonijiet skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 biex jiddaħħlu fil-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel approvati.

(10)

Għaldaqstant jixraq li l-gallat tal-ottil (E 311) u l-gallat tad-dodeċil (E 312) jitħassru mil-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel approvati.

(11)

Skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, il-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel approvati għandha tiġi emendata skont il-proċedura msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

(12)

L-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 jistipula li l-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel tista' tiġi aġġornata fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, jew inkella wara li ssir applikazzjoni.

(13)

Għalhekk jenħtieġ li l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 u l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 jiġu emendati billi jitħassru mil-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel awtorizzati l-gallat tal-ottil (E 311) u l-gallat tad-dodeċil (E 312) peress li ma tistax tibqa' ġġustifikata l-inklużjoni ta' dawn iż-żewġ sustanzi fil-lista minħabba li ma hemmx biżżejjed data tossikoloġika dwarhom.

(14)

Jixraq li jkun previst perjodu tranżizzjonali biex il-prodotti tal-ikel li fihom il-gallat tal-ottil (E 311) u/jew il-gallat tad-dodeċil (E 312) li jkunu ddaħħlu fis-suq legalment qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, ikunu jistgħu jibqgħu jiġu kkummerċjalizzati.

(15)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012, l-entrati għall-addittivi tal-ikel il-gallat tal-ottil (E 311) u l-gallat tad-dodeċil (E 312) jitħassru.

Artikolu 3

Il-prodotti tal-ikel li fihom il-gallat tal-ottil (E 311) u/jew il-gallat tad-dodeċil (E 312) li jkunu ddaħħlu fis-suq legalment qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu jiġu kkummerċjalizzati sal-25 ta' April 2019.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Ottubru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta' Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 257/2010 tal-25 ta' Marzu 2010 li jistabbilixxi programm għar-rivalutazzjoni tal-addittivi tal-ikel approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 80, 26.3.2010, p. 19).

(4)  EFSA Journal 2015;13(5):4086.

(5)  EFSA Journal 2015;13(10):4248.

(6)  http://ec.europa.eu/food/safety/food_improvement_agents/additives/re-evaluation_en

(7)  Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1).


ANNESS

(1)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat kif ġej:

(a)

fit-Tabella 3 tal-Parti B: (Addittivi għajr kuluri u sustanzi li jagħtu l-ħlewwa) jitħassru l-entrati għall-addittivi tal-ikel E 311, il-gallat tal-ottil, u E 312, il-gallat tad-dodeċil;

(b)

fit-Tabella 5 tal-Parti C: (Addittivi oħra li jistgħu jiġu rregolati kkombinati) il-punt (k) “E 310-320: Gallati, TBHQ u BHA” huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(k)

E 310–320: Gallat tal-propil, TBHQ u BHA

Numru E

Isem

E 310

Gallat tal-propil

E 319

Butilidrokinon terzjarju (TBHQ)

E 320

Idrossianisol butilat (BHA)”

(c)

Il-Parti E hija emendata kif ġej:

1.

Fil-kategorija 01.5 (Ħalib deidrat kif definit mid-Direttiva 2001/114/KE), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 310-320 (Gallati, TBHQ u BHA) tinbidel b'dan li ġej:

 

“E 310-320

Gallat tal-propil, TBHQ u BHA

200

(1)

trab tal-ħalib għall-magni tal-bejgħ biss”

2.

Fil-kategorija 02.1 (Xaħmijiet u żjut essenzjalment liberi mill-ilma (minbarra xaħam tal-ħalib anidru)), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 310-320 (Gallati, TBHQ u BHA, individwalment jew flimkien) tinbidel b'dan li ġej:

 

“E 310-320

Gallat tal-propil, TBHQ u BHA

200

(1) (41)

xaħmijiet u żjut għall-manifattura professjonali ta' oġġetti tal-ikel ittrattati bis-sħana biss; żejt tal-qali u xaħam tal-qali (għajr iż-żejt mir-residwi taż-żebbuġa) u xaħam, żejt tal-ħuta, xaħam taċ-ċanġa, tat-tjur u tan-nagħaġ”

3.

Fil-kategorjia 02.2.2 (Emulsjonijiet oħra tax-xaħam u ż-żejt inklużi pejsts kif definiti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 u emulsjonijiet likwidi), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 310-320 (Gallati, TBHQ u BHA, individwalment jew flimkien) tinbidel b'dan li ġej:

 

“E 310-320

Gallat tal-propil, TBHQ u BHA

200

(1) (2)

xaħam tal-qali biss”

4.

Fil-kategorija 04.2.5.4 (Butir tal-ġewż u pejsts tal-ġewż), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 310-320 (Gallati, TBHQ u BHA) tinbidel b'dan li ġej:

 

“E 310-320

Gallat tal-propil, TBHQ u BHA

200

(1) (41)

ġewż ipproċessat biss”

5.

Fil-kategorija 04.2.6 (Prodotti tal-patata pproċessati), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 310-320 (Gallati, TBHQ u BHA) tinbidel b'dan li ġej:

 

“E 310-320

Gallat tal-propil, TBHQ u BHA

25

(1)

patata deidrata biss”

6.

Fil-kategorija 05.3 (Chewing gum), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 310-321 (Gallati, TBHQ, BHA u BHT) tinbidel b'dan li ġej:

 

“E 310-321

Gallat tal-propil, TBHQ, BHA u BHT

400

(1)”

 

7.

Fil-kategorija 06.3 (Ċereali tal-kolazzjon), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 310-320 (Gallati, TBHQ u BHA) tinbidel b'dan li ġej:

 

“E 310-320

Gallat tal-propil, TBHQ u BHA

200

(1) (13)

ċereali msajra minn qabel biss”

8.

Fil-kategorija 06.7 (Ċereali msajra minn qabel jew ipproċessati), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 310-320 (Gallati, TBHQ u BHA) tinbidel b'dan li ġej:

 

“E 310-320

Gallat tal-propil, TBHQ u BHA

200

(1)

ċereali msajra minn qabel biss”

9.

Fil-kategorija 07.2 (Prodotti fini tal-forn), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 310-320 (Gallati, TBHQ u BHA) tinbidel b'dan li ġej:

 

“E 310-320

Gallat tal-propil, TBHQ u BHA

200

(1)

taħlitiet tal-kejkijiet biss”

10.

Fil-kategorija 08.3.1 (Prodotti tal-laħam mingħajr trattament ta' sħana), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 310-320 (Gallati, TBHQ u BHA) tinbidel b'dan li ġej:

 

“E 310-320

Gallat tal-propil, TBHQ u BHA

200

(1) (13)

laħam deidrat biss”

11.

Fil-kategorija 08.3.2 (Prodotti tal-laħam trattati bis-sħana), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 310-320 (Gallati, TBHQ u BHA) tinbidel b'dan li ġej:

 

“E 310-320

Gallat tal-propil, TBHQ u BHA

200

(1) (13)

laħam deidrat biss”

12.

Fil-kategorija 12.2.2 (Ħwawar u kondimenti), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 310-321 (Gallati, TBHQ, BHA u BHT) tinbidel b'dan li ġej:

 

“E 310-321

Gallat tal-propil, TBHQ, BHA u BHT

200

(1) (13)”

 

13.

Fil-kategorija 12.5 (Soppa u brodu), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 310-320 (Gallati, TBHQ u BHA) tinbidel b'dan li ġej:

 

“E 310-320

Gallat tal-propil, TBHQ u BHA

200

(1) (13)

soppa u brodu deidrati biss”

14.

il-kategorija 12.6 (Zlazi), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 310-320 (Gallati, TBHQ u BHA) tinbidel b'dan li ġej:

 

“E 310-320

Gallat tal-propil, TBHQ u BHA

200

(1) (13)”

 

15.

Fil-kategorija 15.1 (Ikliet ħfief abbażi ta' patata, ċereali, dqiq jew lamtu), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 310-320 (Gallati, TBHQ u BHA) tinbidel b'dan li ġej:

 

“E 310-320

Gallat tal-propil, TBHQ u BHA

200

(1)

ikliet ħfief abbażi ta' ċereali biss”

16.

Fil-kategorija 15.2 (Ġewż ipproċessat), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 310-320 (Gallati, TBHQ u BHA) tinbidel b'dan li ġej:

 

“E 310-320

Gallat tal-propil, TBHQ u BHA

200

(1) (13)”

 

17.

Fil-kategorija 17.1 (Supplimenti tal-ikel ipprovduti f'forma solida inklużi kapsuli u pilloli u forom simili, minbarra f'forom li jistgħu jintmagħdu), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 310-321 (Gallati, TBHQ, BHA u BHT) tinbidel b'dan li ġej:

 

“E 310-321

Gallat tal-propil, TBHQ, BHA u BHT

400

(1)”

 

18.

Fil-kategorija 17.2 (Supplimenti tal-ikel ipprovduti f'forma likwida), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 310-321 (Gallati, TBHQ, BHA u BHT) tinbidel b'dan li ġej:

 

“E 310-321

Gallat tal-propil, TBHQ, BHA u BHT

400

(1)”

 

19.

Fil-kategorija tal-ikel 17.3 (Supplimenti tal-ikel ipprovduti f'tip ta' ġulepp jew f'forma li tista' tintmagħad), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 310-321 (Gallati, TBHQ, BHA u BHT) tinbidel b'dan li ġej:

 

“E 310-321

Gallat tal-propil, TBHQ, BHA u BHT

400

(1)”

 

(2)

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-Parti 4 (Addittivi tal-ikel inklużi l-carriers fl-aromatizzanti tal-ikel), l-entrati li jikkonċernaw l-addittivi tal-ikel E 310, E 311, E 312, E 319 u E 320 jinbidlu b'dan li ġej:

“E 310

Gallat tal-propil

Żjut essenzjali

1 000 mg/kg (gallat tal-propil, TBHQ u BHA, individwalment jew f'taħlita ma' xulxin) fiż-żjut essenzjali

E 319

Butilidrokinon terzjarju (TBHQ)

E 320

Idrossianisol butilat (BHA)

Aromatizzanti minbarra ż-żjut essenzjali

100 mg/kg (1) (gallat tal-propil)

200 mg/kg (1) (TBHQ u BHA, individwalment jew imħalltin flimkien) fl-aromatizzanti”

(b)

fil-Parti 4 (Addittivi tal-ikel inklużi l-carriers fl-aromatizzanti tal-ikel), in-nota ta' qiegħ il-paġna (1) tinbidel b'dan li ġej:

“(1)

Ir-regola tal-proporzjonalità: meta jintużaw taħlitiet ta' gallat tal-propil, TBHQ, u BHA, il-livelli individwali jridu jitnaqqsu b'mod proporzjonali.”

5.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 251/19


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1482

tal-4 ta' Ottubru 2018

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kafeina u tat-teobromina

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' aromatizzanti u ta' materjali tas-sors approvati għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel, u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 (3) adotta l-lista ta' sustanzi aromatizzanti u introduċa dik il-lista fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008.

(3)

Dik il-lista tista' tiġi aġġornata f'konformità mal-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li Stat Membru jew parti interessata jressqu applikazzjoni għal dan.

(4)

Il-Parti A tal-lista tal-Unjoni fiha kemm is-sustanzi aromatizzanti evalwati, li għalihom mhumiex assenjati l-ebda noti ta' qiegħ il-paġna kif ukoll is-sustanzi aromatizzanti taħt evalwazzjoni, li huma identifikati bin-noti ta' qiegħ il-paġna 1 sa 4.

(5)

Is-sustanzi kafeina [FL Nru 16.016] u teobromina [FL Nru 16.032] kienu elenkati fin-nota ta' qiegħ il-paġna 1 li skontha l-evalwazzjoni għal dawk is-sustanzi tlestiet mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Ikel (“l-Awtorità”).

(6)

Fil-31 ta' Jannar 2017, l-Awtorità lestiet l-evalwazzjoni tas-sikurezza tal-kafeina [FL Nru 16.016] u tat-teobromina [FL Nru 16.032] meta jintużaw bħala sustanzi aromatizzanti (4), u kkonkludiet li l-użu tagħhom bħala sustanzi aromatizzanti ma jagħtix lok għal tħassib dwar is-sikurezza abbażi tal-livelli stmati tagħhom ta' konsum f'ċerti kategoriji tal-ikel. Il-kundizzjonijiet tal-użu diġà stabbiliti fil-lista tal-Unjoni jistgħu, għalhekk, jinżammu.

(7)

Għalhekk, il-kafeina [FL Nru 16.016] u t-teobromina [FL Nru 16.032] jenħtieġ li jiġu elenkati bħala sustanzi evalwati fil-lista ta' sustanzi aromatizzanti tal-Unjoni mingħajr in-nota f'qiegħ il-paġna li hemm fl-entrati attwali tagħhom fil-lista tal-Unjoni.

(8)

Għaldaqstant, il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(9)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 hija b'dan emendata f'konformità mal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Ottubru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34.

(2)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 tal-1 ta' Ottubru 2012 li jadotta l-lista ta' sustanzi aromatizzanti stipulati bir-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jintroduċiha fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1565/2000 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/217/KE (ĠU L 267, 2.10.2012, p. 1).

(4)  EFSA Journal 2017;15(4):4729.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 huwa emendat kif ġej:

1.

L-entrata dwar is-sustanza bin-Nru FL 16.016 fit-Taqsima 2 tal-Parti A tiġi sostitwita b'din li ġejja:

“16.016

Kafeina

58-08-2

 

11741

 

Restrizzjonijiet għall-użu bħala sustanza aromatizzanti:

Fil-kategorija 1. – mhux iktar minn 70 mg/kg

Fil-kategorija 3 – mhux iktar minn 70 mg/kg

Fil-kategorija 5 – mhux iktar minn 100 mg/kg

Fil-kategorija 14.1 – mhux iktar minn 150 mg/kg

 

EFSA”

2.

L-entrata dwar is-sustanza bin-Nru FL 16.032 fit-Taqsima 2 tal-Parti A tiġi sostitwita b'din li ġejja:

“16.032

Teobromina

83-67-0

 

 

 

Restrizzjonijiet għall-użu bħala sustanza aromatizzanti:

Fil-kategorija 1. – mhux iktar minn 70 mg/kg

Fil-kategorija 14.1 – mhux iktar minn 100 mg/kg

 

EFSA”


5.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 251/22


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1483

tal-4 ta' Ottubru 2018

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 tas-7 ta' Lulju 2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2465/96 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(b) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jelenka korpi, korporazzjonijiet u aġenziji pubbliċi u persuni fiżiċi u ġuridiċi, korpi u entitajiet tal-gvern preċedenti tal-Iraq koperti bl-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi li kienu jinsabu barra mill-Iraq nhar it-22 ta' Mejju 2003 skont dan ir-Regolament.

(2)

Fl-1 ta' Ottubru 2018, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi annotazzjoni waħda mil-lista ta' persuni jew entitajiet li l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi jenħtieġ li japplika għalihom.

(3)

Għaldaqstant l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Ottubru 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Estera


(1)  ĠU L 169, 8.7.2003, p. 6.


ANNESS

Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003, titħassar l-annotazzjoni segwenti:

“177.

STATE ORGANISATION FOR CONSTRUCTION INDUSTRIES. Indirizz: P.O. Box 2101, Masbeh Square, Baghdad, l-Iraq.”

5.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 251/24


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1484

tal-4 ta' Ottubru 2018

dwar il-prezz minimu għax-xiri tat-trab tal-ħalib xkumat għall-ħamsa u għoxrin sejħa parzjali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1240 tat-18 ta' Mejju 2016 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' intervent pubbliku u ta' għajnuna għall-ħżin privat (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 32 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2080 (3) fetaħ il-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti.

(2)

Fid-dawl tal-offerti li waslulhom b'risposta għall-ħamsa u għoxrin stedina għall-offerti parzjali, għandu jiġi ffissat prezz minimu tal-bejgħ.

(3)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-ħamsa u għoxrin sejħa parzjali għall-offerti għall-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat fil-kuntest tal-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080, illi fir-rigward tagħha l-perjodu meta l-offerti kellhom jintefgħu ntemm fit-2 ta' Ottubru 2018, il-prezz minimu tal-bejgħ għandu jkun ta' EUR 123/100 kg.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Ottubru 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 206, 30.7.2016, p. 71.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2080 tal-25 ta' Novembru 2016 dwar il-ftuħ tal-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti (ĠU L 321, 29.11.2016, p. 45).


DEĊIŻJONIJIET

5.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 251/25


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1485

tat-28 ta' Settembru 2018

li tistabbilixxi l-pożizzjoni li trid tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-emendi għall-Annessi għall-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta' Oġġetti Perikolużi bit-Triq (ADR) u għar-Regolamenti annessi għall-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta' Oġġetti Perikolużi fuq Passaġġi tal-Ilma Interni (ADN)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 91, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta' Oġġetti Perikolużi bit-Triq (ADR) daħal fis-seħħ fid-29 ta' Jannar 1968. Il-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta' Oġġetti Perikolużi fuq Passaġġi tal-Ilma Interni (ADN) daħal fis-seħħ fid-29 ta' Frar 2008.

(2)

L-Unjoni mijiex Parti Kontraenti għall-ADR jew għall-ADN. L-Istati Membri kollha huma Partijiet Kontraenti għall-ADR, u 13-il Stat Membru huma Partijiet Kontraenti għall-ADN.

(3)

Skont l-Artikolu 14 tal-ADR, kwalunkwe Parti Kontraenti tista' tipproponi emenda waħda jew aktar għall-Annessi għall-ADR. Il-Grupp ta' Ħidma dwar it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi (WP.15) jista' jadotta abbozz ta' emendi għal dawk l-Annessi. Skont l-Artikolu 20 tal-ADN, il-Kumitat Amministrattiv tal-ADN jista' jadotta abbozz ta' emendi għar-Regolamenti annessi għall-ADN. Tali emendi proposti jridu jitqiesu aċċettati sakemm, fi żmien tliet xhur mid-data li fiha s-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti jiċċirkolahom, mill-inqas terz tal-Partijiet Kontraenti, jew ħamsa minnhom jekk terz jaqbeż dik iċ-ċifra, ma jkunux taw notifika bil-miktub lis-Segretarju Ġenerali bl-oġġezzjoni tagħhom għall-emendi proposti.

(4)

L-emendi proposti adottati matul il-perjodu ta' sentejn tal-2016-2018 mill-WP.15 u mill-Kumitat Amministrattiv tal-ADN ġew iċċirkolati lill-Partijiet Kontraenti tal-ADR u tal-ADN fl-1 ta' Lulju 2018.

(5)

L-emendi proposti huma kapaċi li jinfluwenzaw b'mod deċiżiv il-kontenut tad-dritt tal-Unjoni, jiġifieri d-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Dik id-Direttiva tistabbilixxi rekwiżiti għat-trasport ta' oġġetti perikolużi bit-triq, bil-ferrovija jew fuq passaġġi tal-ilma interni fl-Istati Membri jew bejniethom billi tirreferi għall-ADR, għar-Regolament dwar il-Ġarr Internazzjonali ta' Oġġetti Perikolużi bil-Ferrovija (RID) fl-Appendiċi C għall-Konvenzjoni dwar il-Ġarr Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) u għall-ADN. L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/68/KE jipprevedi li t-trasport ta' oġġetti perikolużi bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi jrid jiġi awtorizzat kemm-il darba jkun konformi mar-rekwiżiti tal-ADR, l-RID jew l-ADN, ħlief jekk ikun indikat mod ieħor fl-Annessi għal dik id-Direttiva. Skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/68/KE, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadatta l-Annessi għal dik id-Direttiva skont il-progress xjentifiku u tekniku, partikolarment sabiex jitqiesu l-emendi għall-ADR, l-RID u l-ADN.

(6)

L-emendi proposti li jikkonċernaw standards tekniċi jew preskrizzjonijiet tekniċi uniformi, bl-għan li jiżguraw it-trasport effiċjenti u sikur ta' oġġetti perikolużi filwaqt li jqisu l-progress xjentifiku u tekniku fis-settur u l-iżvilupp ta' sustanzi ġodda u oġġetti li jippreżentaw periklu matul it-trasport tagħhom. L-iżvilupp tat-trasport ta' oġġetti perikolużi bit-triq u fuq passaġġi tal-ilma interni, kemm fl-Unjoni kif ukoll bejn l-Unjoni u l-pajjiżi ġirien tagħha, huwa komponent ewlieni tal-politika komuni tat-trasport u jiżgura t-tħaddim tajjeb tal-oqsma industrijali kollha li jipproduċu jew li jużaw oġġetti kklassifikati bħala perikolużi skont l-ADR u l-ADN.

(7)

L-emendi proposti huma kollha ġġustifikati u ta' benefiċċju, u għalhekk għandhom jiġu appoġġjati mill-Unjoni. Il-pożizzjoni li trid tiġi adottata f'isem l-Unjoni fir-rigward tal-emendi proposti għall-Annessi għall-ADR u għar-Regolamenti annessi għall-ADN għalhekk jenħtieġ li jkunu bbażati fuq l-ehmża għal din id-Deċiżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li trid tiġi adottata f'isem l-Unjoni fir-rigward tal-emendi proposti għall-Annessi tal-ADR u għar-Regolamenti annessi għall-ADN, għandha tkun ibbażata fuq l-ehmża għal din id-Deċiżjoni,.

Bidliet minuri għall-emendi proposti għall-Annessi tal-ADR u għar-Regolamenti annessi għall-ADN jistgħu jiġu miftiehma mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill, b'konformità mal-Artikolu 2.

Artikolu 2

Il-pożizzjoni li trid tiġi adottata f'isem l-Unjoni fir-rigward tal-emendi proposti għall-Annessi għall-ADR, kif stabbilit fl-Artikolu 1, għandha tiġi espressa minn dawk l-Istati Membri li huma Partijiet Kontraenti għall-ADR u l-ADN, li jaġixxu b'mod konġunt fl-interess tal-Unjoni.

Il-pożizzjoni li trid tiġi adottata f'isem l-Unjoni fir-rigward tal-emendi proposti għar-Regolamenti anessi għall-ADN, kif stabbilit fl-Artikolu 1, għandha tiġi espressa minn dawk l-Istati Membri li huma Partijiet Kontraenti għall-ADN, li jaġixxu b'mod konġunt fl-interess tal-Unjoni.

Artikolu 3

Referenza għall-emendi aċċettati għall-Annessi għall-ADR u għar-Regolamenti annessi għall-ADN, inkluż id-data/i tad-dħul fis-seħħ tagħhom, għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Settembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

M. SCHRAMBÖCK


(1)  Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13).


DOKUMENT MEHMUŻ

Proposta

Id-Dokument ta' Referenza

Notifika

Il-kwistjoni

Kummenti

Pożizzjoni tal-UE

1

ECE/TRANS/WP.15/240

C.N.304.2018.TREATIES-XI.B.14

Abbozz ta' emendi għall-Annessi A u B tal-ADR

Kunsens tekniku fi ħdan il-Grupp ta' Ħidma dwar it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi — WP.15.

Qbil mal-emendi.

2

ECE/TRANS/WP.15/240/Add.1

C.N.304.2018.TREATIES-XI.B.14

Abbozz ta' emendi għall-Annessi A u B tal-ADR — Addendum (Maħruġ mill-ġdid fit-8 ta' Ġunju 2018)

Kunsens tekniku fi ħdan il-Grupp ta' Ħidma dwar it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi — WP.15.

Qbil mal-emendi.

3

ECE/TRANS/WP.15/240/Corr.1

C.N.304.2018.TREATIES-XI.B.14

Abbozz ta' emendi għall-Annessi A u B tal-ADR — Rettifika (Maħruġ mill-ġdid fit-8 ta' Ġunju 2018)

Kunsens tekniku fi ħdan il-Grupp ta' Ħidma dwar it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi — WP.15.

Qbil mal-emendi.

4

ECE/ADN/45

C.N.297.2018.TREATIES-XI.D.6

Abbozz ta' emendi għar-Regolamenti annessi mal-ADN

Kunsens tekniku fil-Kumitat Amministrattiv tal-ADN.

Qbil mal-emendi.


5.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 251/28


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1486

tat-28 ta' Settembru 2018

dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan is-Sottokumitat Doganali stabbilit bil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, fir-rigward tas-sostituzzjoni tal-Protokoll I ta' dak il-Ftehim, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, bi Protokoll ġdid li jirreferi għall-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”) ġie ffirmat mill-Unjoni skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/668/UE (2) u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2017.

(2)

Skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu 39 tal-Protokoll I tal-Ftehim (“il-Protokoll I”), is-Sottokumitat Doganali stabbilit skont l-Artikolu 83 tal-Kapitolu 5 tat-Titolu IV tal-Ftehim (“is-Sottokumitat Doganali”) jista' jadotta emendi għad-dispożizzjonijiet ta' dak il-Protokoll.

(3)

Skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 39 tal-Protokoll I, is-Sottokumitat Doganali jista' jiddeċiedi wkoll, wara l-adeżjoni tal-Ukrajna għall-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (3) (“il-Konvenzjoni”), li jissostitwixxi r-regoli tal-oriġini stipulati f'dan il-Protokoll ma' dawk annessi mal-Konvenzjoni.

(4)

Il-Konvenzjoni tistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-oriġini ta' prodotti kkummerċjati skont il-ftehimiet rilevanti konklużi bejn il-Partijiet Kontraenti u daħlet fis-seħħ fir-rigward tal-Unjoni fl-1 ta' Mejju 2012 u fir-rigward tal-Ukrajna fl-1 ta' Frar 2018.

(5)

Is-Sottokumitat Doganali jrid jadotta Deċiżjoni dwar is-sostituzzjoni tal-Protokoll I, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, bi protokoll ġdid li jirreferi għall-Konvenzjoni.

(6)

Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tittieħed f'isem l-Unjoni fis-Sottokumitat Doganali peress illi d-Deċiżjoni tas-Sottokumitat Doganali ser tkun vinkolanti fuq l-Unjoni.

(7)

L-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni jistipula li kull Parti Kontraenti għandha tieħu miżuri xierqa biex tiżgura li l-Konvenzjoni tiġi applikata b'mod effettiv. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-Protokoll I jiġi sostitwit bi protokoll ġdid li, fir-rigward tar-regoli tal-oriġini, ikun jirreferi għall-Konvenzjoni.

(8)

Il-pożizzjoni li trid tittieħed f'isem l-Unjoni fi ħdan is-SottoKumitat Doganali għaldaqstant jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

(9)

Billi d-Deċiżjoni tas-Sottokumitat Doganali ser temenda l-Protokoll I, jenħtieġ li din tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(10)

Fi ħdan is-Sottokumitat Doganali, l-Unjoni ser tiġi rrappreżentata mill-Kummissjonif'konformità mal-paragrafu 1 tal-Artikolu 17 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li trid tittieħed f'isem l-Unjoni fi ħdan is-Sottokumitat Doganali stabbilit skont l-Artikolu 83 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (“is-Sottokumitat Doganali”) għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Korrezzjonijiet tekniċi minuri għall-abbozz tad-Deċiżjoni msemmi fl-Artikolu 1 jista' jiġi maqbul mir-rappreżentati tal-Unjoni fis-Sottokumitat Doganali mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Settembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

M. SCHRAMBÖCK


(1)  ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/668/UE tat-23 ta' Ġunju 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, fir-rigward tat-Titolu III (bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw it-trattament ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi legalment impjegati bħala ħaddiema fit-territorju tal-Parti l-oħra) u t-Titoli IV, V, VI u VII tiegħu, kif ukoll l-Annessi u l-Protokolli relatati (ĠU L 278, 20.9.2014, p. 1).

(3)  ĠU L 54, 26.2.2013, p. 4.


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru …/2018 TAS-SOTTOKUMITAT DOGANALI BEJN L-UE U L-UKRAJNA

ta' …

li jissostitwixxi l-Protokoll I tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Ukrajna, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva

IS-SOTTOKUMITAT DOGANALI BEJN L-UE U L-UKRAJNA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Protokoll I tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva,

Billi:

(1)

L-Artikolu 26(2) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), jirreferi għall-Protokoll I tal-Ftehim (“il-Protokoll I”) għar-regoli tal-oriġini.

(2)

Il-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2017.

(3)

L-Artikolu 39 tal-Protokoll I jipprevedi li s-Sottokumitat Doganali stabbilit skont l-Artikolu 83 tal-Kapitolu 5 tat-Titolu IV tal-Ftehim jista' jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet ta' dak il-Protokoll u li jissostitwixxi r-regoli tal-oriġini stipulati f'dak il-Protokoll.

(4)

Il-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (2) (“il-Konvenzjoni”) għandha l-għan li b'att legali wieħed tibdel il-protokolli dwar ir-regoli tal-oriġini li hemm fis-seħħ bħalissa fost il-pajjiżi taż-żona pan-Ewro-Mediterranja.

(5)

L-Unjoni Ewropea ffirmat il-Konvenzjoni fil-15 ta' Ġunju 2011. Fis-16 ta' Mejju 2017, il-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 3(1) tal-Konvenzjoni ddeċieda li l-Ukrajna jenħtieġ li tiġi mistiedna taderixxi għall-Konvenzjoni (3).

(6)

L-Unjoni Ewropea ddepożitat l-istrument ta' aċċettazzjoni tagħha għand id-depożitarju tal-Konvenzjoni fis-26 ta' Marzu 2012. L-Ukrajna ddepożitat l-istrument ta' aċċettazzjoni tagħha mad-depożitarju tal-Konvenzjoni fid-19 ta' Diċembru 2017. Konsegwentement, bl-applikazzjoni tal-Artikolu 10(2) u (3) tagħha, il-Konvenzjoni daħlet fis-seħħ għall-Unjoni fl-1 ta' Mejju 2012 u għall-Ukrajna fl-1 ta' Frar 2018.

(7)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Protokoll I jiġi sostitwit bi protokoll ġdid li jirreferi għall-Konvenzjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll I tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, għandu jiġi sostitwit bit-test li jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika minn …

Magħmul fi …,

Għas-Sottokumitat Doganali bejn l-UE u l-Ukrajna

Il-President


(1)  ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3.

(2)  ĠU L 54, 26.2.2013, p. 4.

(3)  Id-Deċiżjoni Nru 1/2017 tal-Kumitat Konġunt tal-Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji tas-16 ta' Mejju 2017 rigward it-talba tal-Ukrajna biex issir Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji [2017/1367] (ĠU L 191, 22.7.2017, p. 11).


ANNESS

Protokoll I

dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva

Artikolu 1

Regoli tal-oriġini applikabbli

1.   Għall-fini tal-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim, għandhom japplikaw l-Appendiċi I u d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Appendiċi II għall-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (1) (“il-Konvenzjoni”).

2.   Ir-referenzi kollha għall-“Ftehim rilevanti” fl-Appendiċi I u fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Appendiċi II tal-Konvenzjoni għandhom jitqiesu li qed jirreferu għal dan il-Ftehim.

Artikolu 2

Soluzzjoni għat-tilwim

1.   Meta jinqala' xi tilwim b'rabta mal-proċeduri ta' verifika tal-Artikolu 32 tal-Appendiċi I għall-Konvenzjoni li ma jkunx jista' jissolva bejn l-awtoritajiet doganali li jkunu qed jitolbu l-verifika u l-awtoritajiet doganali li jkunu responsabbli biex iwettqu din il-verifika, it-tilwim għandu jitressaq quddiem is-Sottokumitat Doganali. Id-dispożizzjonijiet dwar il-mekkaniżmu tas-soluzzjoni tat-tilwim fil-Kapitolu 14 (Soluzzjoni tat-Tilwim) tat-Titolu IV (Kummerċ u Kwistjonijiet Relatati mal-Kummerċ) ta' dan il-Ftehim ma għandhomx japplikaw.

2.   Fil-każijiet kollha is-soluzzjoni tat-tilwim bejn l-importatur u l-awtoritajiet doganali tal-pajjiż importatur għandha timxi skont il-leġislazzjoni ta' dak il-pajjiż.

Artikolu 3

Emendi għall-Protokoll

Is-Sottokumitat Doganali jista' jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll.

Artikolu 4

Irtirar mill-Konvenzjoni

1.   Jekk l-Unjoni Ewropea jew l-Ukrajna jagħtu avviż bil-miktub lid-depożitarju tal-Konvenzjoni dwar l-intenzjoni tagħhom li jirtiraw mill-Konvenzjoni f'konformità mal-Artikolu 9 tagħha, l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna għandhom jidħlu minnufih f'negozjati dwar ir-regoli tal-oriġini għall-iskop tal-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim.

2.   Sakemm jidħlu fis-seħħ tali regoli tal-oriġini negozjati mill-ġdid, ir-regoli tal-oriġini li jinsabu fl-Appendiċi I u, fejn xieraq, id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Appendiċi II għall-Konvenzjoni, applikabbli fil-mument tal-irtirar, għandhom ikomplu japplikaw għal dan il-Ftehim. Madankollu, mill-mument tal-irtirar, ir-regoli tal-oriġini li jinsabu fl-Appendiċi I u, fejn xieraq, id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Appendiċi II għall-Konvenzjoni għandhom jiġu interpretati b'mod li jippermetti akkumulazzjoni bilaterali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna biss.

Artikolu 5

Dispożizzjonijiet ta' tranżizzjoni – kumulazzjoni

Minkejja l-Artikoli 16(5) u 21(3) tal-Appendiċi I għall-Konvenzjoni, fejn il-kumulazzjoni tinvolvi biss l-Istati tal-EFTA, il-Gżejjer Faeroe, l-Unjoni Ewropea, it-Turkija, il-parteċipanti fil-Proċess ta' Stabilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni, u r-Repubblika tal-Moldova, il-Georgia u l-Ukrajna, il-prova tal-oriġini tista' tkun ċertifikat tal-moviment EUR.1 jew dikjarazzjoni tal-oriġini.


(1)  ĠU L 54, 26.2.2013, p. 4.


5.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 251/33


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1487

tat-2 ta' Ottubru 2018

li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2009/1013/UE li tawtorizza lir-Repubblika tal-Awstrija biex tkompli tapplika miżura ta' deroga mill-Artikoli 168 u 168a tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2009/1013/UE (2), ir-Repubblika tal-Awstrija (Awstrija) ġiet awtorizzata biex tapplika miżura speċjali ta' deroga mid-Direttiva 2006/112/KE (“miżura speċjali”). L-applikazzjoni tal-miżura speċjali mbagħad ġiet estiża bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/705/UE (3) sal-31 ta' Diċembru 2015 u bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2428 (4) sal-31 ta' Diċembru 2018.

(2)

Il-miżura speċjali tidderoga mill-Artikoli 168 u 168a tad-Direttiva 2006/112/KE li jirregolaw id-dritt tal-persuni taxxabbli li jnaqqsu t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) imposta fuq il-merkanzija u s-servizzi fornuti lilhom għall-finijiet tat-tranżazzjonijiet taxxabbli tagħhom. Il-miżura speċjali hi maħsuba biex teskludi, mid-dritt tat-tnaqqis, il-VAT fuq il-merkanzija u s-servizzi meta l-persuni taxxabbli jużaw dawn il-merkanzija u s-servizzi, f'iktar minn 90 % tal-każijiet, għal finijiet privati jew għall-finijiet tal-impjegati tagħha, jew b'mod ġenerali għal finijiet li mhumiex tan-negozju jew għal attivitajiet mhux ekonomiċi.

(3)

L-għan tal-miżura speċjali huwa li tissimplifika l-proċedura tal-intaxxar u tal-ġbir tal-VAT.

(4)

Permezz tal-ittra rreġistrata mal-Kummissjoni fit-23 ta' Marzu 2018, l-Awstrija talbet awtorizzazzjoni biex tkompli tapplika l-miżura speċjali, skont l-Artikolu 395(2) tad-Direttiva 2006/112/KE.

(5)

Permezz ta' ittra rreġistrata mal-Kummissjoni fl-4 ta' April 2018, l-Awstrija bagħtet rapport dwar l-applikazzjoni tal-miżura speċjali li jinklużi analiżi tar-rata ta' tqassim applikata għad-dritt ta' tnaqqis tal-VAT kif meħtieġ mill-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2009/1013/UE.

(6)

Il-Kummissjoni bagħtet it-talba mressqa mill-Awstrija lill-Istati Membri l-oħra permezz ta' ittra datata l-11 ta' April 2018, b'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 395(2) tad-Direttiva 2006/112/KE. Permezz ta' ittra datata t-12 ta' April 2018, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Awstrija li kellha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tqis it-talba.

(7)

Skont l-informazzjoni li bagħtet l-Awstrija, is-sitwazzjoni legali u fattwali li ġġustifikat l-applikazzjoni attwali tal-miżura speċjali ma nbidlitx u għadha teżisti. Għalhekk, jenħtieġ li l-Awstrija tkun awtorizzata tkompli tapplika l-miżura speċjali għal perijodu ulterjuri ta' żmien, iżda dak il-perijodu jenħtieġ li jkun limitat sal-31 ta' Diċembru 2021 biex ikunu jistgħu jiġu analizzati l-ħtieġa u effettività tal-miżura speċjali u tar-rata ta' tqassim tal-użu kummerċjali u mhux kummerċjali li din tissejjes fuqha.

(8)

F'każ li l-Awstrija tqis li jkun hemm bżonn ta' estensjoni oħra tal-awtorizzazzjoni wara l-2021, jenħtieġ li tibgħat rapport lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-miżura, li jkun jinkludi analiżi tar-rata ta' tqassim applikata, flimkien mat-talba għall-estensjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2021, sabiex il-Kummissjoni jkollha biżżejjed żmien biex teżamina t-talba.

(9)

Il-miżura speċjali ser ikollha biss effett negliġibbli fuq l-ammont globali ta' taxxa miġbura fl-istadju tal-konsum finali u mhux ser ikollhom impatt negattiv fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li jinġabru mit-taxxa fuq il-VAT.

(10)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2009/1013/UE tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikoli 1 u 2 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2009/1013/UE huma sostitwiti b'dan li ġej:

“Artikolu 1

B'deroga mill-Artikolu 168 u mill-Artikolu 168a tad-Direttiva 2006/112/KE, l-Awstrija hija awtorizzata teskludi kompletament it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) imġarrba fuq il-merkanzija u s-servizzi mid-dritt ta' tnaqqis tal-VAT meta dawk il-merkanzija u s-servizzi jintużaw, f'iktar minn 90 % tal-każijiet, għall-finijiet privati ta' persuna taxxabbli jew tal-impjegati tagħha, jew b'mod iktar ġenerali, għal finijiet li mhumiex tan-negozju jew għal attivitajiet mhux ekonomiċi.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2021.

Kull talba għal estensjoni tal-miżura ta' deroga prevista f'din id-Deċiżjoni għandha tintbagħat lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2021.

Flimkien mat-tali talba għandu jintbagħat rapport dwar l-applikazzjoni ta' din il-miżura li jinkludi analiżi tar-rata ta' tqassim applikata għad-dritt ta' tnaqqis tal-VAT abbażi ta' din id-Deċiżjoni.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha.

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2019.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Awstrija.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-2 ta' Ottubru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

H. LÖGER


(1)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2009/1013/UE tat-22 ta' Diċembru 2009 li tawtorizza lir-Repubblika tal-Awstrija biex tkompli tapplika miżura ta' deroga mill-Artikolu 168 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 348, 29.12.2009, p. 21).

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/705/UE tat-13 ta' Novembru 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2009/791/KE u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2009/1013/UE li jawtorizzaw lill-Ġermanja u lill-Awstrija rispettivament li jkomplu japplikaw miżura ta' deroga mill-Artikoli 168 u 168a tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 319, 16.11.2012, p. 8).

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2428 tal-10 ta' Diċembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2009/791/KE u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2009/1013/UE li jawtorizzaw lill-Ġermanja u lill-Awstrija rispettivament ikomplu japplikaw miżura ta' deroga mill-Artikoli 168 u 168a tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 334, 22.12.2015, p. 12).