ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 234

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
18 ta' Settembru 2018


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1239 tad-9 ta’ Lulju 2018 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini

1

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

18.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 234/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1239

tad-9 ta’ Lulju 2018

li jemenda l-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 jistipula li l-organizzaturi tal-inizjattivi taċ-ċittadini għandhom jużaw biss formoli konformi mal-mudelli stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament għall-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ mill-firmatarji.

(2)

Il-formoli tal-istqarrija ta’ appoġġ jinkludu stqarrija dwar il-privatezza li tipprovdi informazzjoni dwar kif id-data personali tal-firmatarji tista’ tiġi pproċessata u x’inhuma d-drittijiet tal-firmatarji bħala suġġetti tad-data. L-istqarrija dwar il-privatezza tirreferi għad-Direttiva 95/46/KE mħassra tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(3)

Id-Direttiva 95/46/KE tħassret permezz tar-Regolament (UE) 2016/679 (3). Ir-Regolament (UE) 2016/679 beda japplika mill-25 ta’ Mejju 2018.

(4)

L-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2016/679 jistabbilixxi l-informazzjoni li jeħtieġ li tiġi pprovduta, fil-ħin meta tinkiseb id-data personali, mill-kontrollur tad-data għas-suġġett tad-data fejn id-data personali tinġabar mis-suġġett tad-data. Jenħtieġ li din l-informazzjoni tiġi pprovduta minn issa ’l quddiem fl-istqarrija dwar il-privatezza ta’ mudell ta’ formola ta’ stqarrija ta’ appoġġ.

(5)

Skont l-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) 2016/679, ir-referenzi għad-Direttiva 95/46/KE mħassra għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għar-Regolament (UE) 2016/679. Jenħtieġ li, għal raġunijiet ta’ ċarezza, ċertezza legali u trasparenza, ir-referenza fl-istqarrija dwar il-privatezza tiġi aġġornata.

(6)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

it-test tal-istqarrija dwar il-privatezza stabbilit fil-mudell għal formola ta’ stqarrija ta’ appoġġ fi tmiem il-Parti A huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Stqarrija dwar il-privatezza: Skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, id-data personali pprovduta f’din il-formola se tintuża biss għall-appoġġ tal-inizjattiva u magħmula disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-fini ta’ verifika u ċertifikazzjoni. Għandek id-dritt li titlob lill-organizzaturi ta’ din l-inizjattiva, l-aċċess, ir-rettifika, it-tħassir u r-restrizzjoni tal-ipproċessar tad-data personali tiegħek.

Id-data tiegħek se tiġi miżmuma mill-organizzaturi għal perjodu massimu ta’ żamma ta’ 18-il xahar wara d-data ta’ reġistrazzjoni tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta, jew xahar wara li wara li dik l-inizjattiva tiġi preżentata lill-Kummissjoni, skont liema minnhom tiġi l-aktar kmieni. Hija tkun tista’ tinżamm lil hinn minn dawn il-limiti ta’ żmien fil-każ ta’ proċedimenti amministrattivi jew legali, għal mhux aktar minn ġimgħa wara d-data tal-għeluq ta’ dawn il-proċedimenti.

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju amministrattiv jew ġudizzjarju ieħor, għandek id-dritt li jressaq fi kwalunkwe ħin ilment quddiem l-awtorità tal-protezzjoni tad-data, b’mod partikolari fl-Istat Membru tiegħek ta’ residenza abitwali, post tax-xogħol jew post tal-ksur allegat, jekk taħseb li d-data tiegħek tkun ipproċessata illegalment.

L-organizzaturi ta’ inizjattiva taċ-ċittadini huma kontrolluri skont it-tifsira tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u dawn jistgħu jiġu kkuntattjati bl-użu tad-dettalji mogħtija f’din il-formola.

Id-dettalji ta’ kuntatt tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data (jekk hemm) huma disponibbli fl-indirizz tal-web ta’ din l-inizjattiva fir-reġistru tal-Kummissjoni Ewropea, kif previst f’din il-formola.

Id-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità nazzjonali li se tirċievi u tipproċessa d-data personali tiegħek u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-data huma disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/citizens-initiative/public/data-protection?lg=mt.”;

(2)

it-test tal-istqarrija dwar il-privatezza stabbilit fil-mudell għal formola ta’ stqarrija ta’ appoġġ fi tmiem it-Taqsima B huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Stqarrija dwar il-privatezza: Skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, id-data personali pprovduta f’din il-formola se tintuża biss għall-appoġġ tal-inizjattiva u magħmula disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-fini ta’ verifika u ċertifikazzjoni. Għandek id-dritt li titlob lill-organizzaturi ta’ din l-inizjattiva, l-aċċess, ir-rettifika, it-tħassir u r-restrizzjoni tal-ipproċessar tad-data personali tiegħek.

Id-data tiegħek se tiġi miżmuma mill-organizzaturi għal perjodu massimu ta’ żamma ta’ 18-il xahar wara d-data ta’ reġistrazzjoni tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta, jew xahar wara li jissottometti dik l-inizjattiva lill-Kummissjoni, skont liema minnhom tiġi l-aktar kmieni. Hija tkun tista’ tinżamm lil hinn minn dawn il-limiti ta’ żmien fil-każ ta’ proċedimenti amministrattivi jew legali, għal mhux aktar minn ġimgħa wara d-data tal-għeluq ta’ dawn il-proċedimenti.

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju amministrattiv jew ġudizzjarju ieħor, għandek id-dritt li jressaq fi kwalunkwe ħin ilment quddiem l-awtorità tal-protezzjoni tad-data, b’mod partikolari fl-Istat Membru tiegħek ta’ residenza abitwali, post tax-xogħol jew post tal-ksur allegat, jekk taħseb li d-data tiegħek tkun ipproċessata illegalment.

L-organizzaturi tal-inizjattiva taċ-ċittadini huma kontrolluri skont it-tifsira tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u dawn jistgħu jiġu kkuntattjati bl-użu tad-dettalji mogħtija f’din il-formola.

Id-dettalji ta’ kuntatt tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data (jekk hemm) huma disponibbli fl-indirizz tal-web ta’ din l-inizjattiva fir-reġistru tal-Kummissjoni Ewropea, kif previst f’din il-formola.

Id-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità nazzjonali li se jirċievu u jipproċessaw id-data personali tiegħek u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-data huma disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/citizens-initiative/public/data-protection?lg=mt.”;

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Lulju 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 65, 11.3.2011, p. 1.

(2)  Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).