ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 217

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
27 ta' Awwissu 2018


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1198 tat-22 ta' Awwissu 2018 li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta' Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (Oli de l'Empordà/Aceite de l'Empordà (DOP))

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1199 tat-22 ta' Awwissu 2018 li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta' Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (Boudin blanc de Rethel (IĠP))

3

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1200 tat-22 ta' Awwissu 2018 li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta' Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (Brioche vendéenne (IĠP))

4

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1201 tat-22 ta' Awwissu 2018 li jdaħħal isem fir-reġistru tal-Ispeċjalitajiet Tradizzjonali Garantiti (Kiełbasa krakowska sucha staropolska (STG))

5

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1202 tat-22 ta' Awwissu 2018 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta' Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (Czosnek galicyjski (IĠP))

6

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1203 tal-21 ta' Awwissu 2018 li tawtorizza lill-Istati Membri jipprevedu deroga temporanja minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE fir-rigward tal-injam tal-fraxxnu li joriġina jew li ġie pproċessat fl-Istati Uniti tal-Amerka, u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/204 (notifikata bid-dokument C(2018) 5848)

7

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 217/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1198

tat-22 ta' Awwissu 2018

li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta' Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (“Oli de l'Empordà”/“Aceite de l'Empordà” (DOP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta' Spanja għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni tal-oriġini protetta “Oli de l'Empordà”/“Aceite de l'Empordà”, irreġistrata skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/385 (2).

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat talba għal emenda, permezz tal-applikazzjoni tal-Artikolu 50(2)(a) tal-istess Regolament, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3).

(3)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk jenħtieġ li l-emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna d-denominazzjoni “Oli de l'Empordà”/“Aceite de l'Empordà” (DOP) hija approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Awwissu 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Pierre MOSCOVICI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/385 tat-3 ta' Marzu 2015 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Oli de l'Empordà/Aceite de l'Empordà (DOP)] (ĠU L 65, 10.3.2015, p. 4).

(3)  ĠU C 67, 22.2.2018, p. 19.


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 217/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1199

tat-22 ta' Awwissu 2018

li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta' Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (“Boudin blanc de Rethel” (IĠP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni mressqa minn Franza għall-approvazzjoni ta' emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Boudin blanc de Rethel”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2036/2001 (2).

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għal emenda, kif meħtieġ skont l-Artikolu 50(2)(a) tal-istess Regolament, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3).

(3)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk jenħtieġ li l-emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar id-denominazzjoni “Boudin blanc de Rethel” (IĠP) hija b'dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Awwissu 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Pierre MOSCOVICI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2036/2001 tas-17 ta' Ottubru 2001 li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament (KEE) Nru 2400/96 dwar id-dħul ta' ċerti ismijiet fir-“Reġistru ta' denominazzjoni protetta ta' oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti” pprovdut bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni tal-oriġini għall-prodotti u l-oġġetti tal-ikel agrikoli (ĠU L 275, 18.10.2001, p. 9).

(3)  ĠU C 97, 15.3.2018, p. 13.


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 217/4


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1200

tat-22 ta' Awwissu 2018

li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta' Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (“Brioche vendéenne” (IĠP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni mressqa minn Franza għall-approvazzjoni ta' emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Brioche vendéenne”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 738/2004 (2).

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat talba għal emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b'applikazzjoni tal-Artikolu 50(2)(a) tal-istess Regolament (3).

(3)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk jenħtieġ li l-emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-denominazzjoni “Brioche vendéenne” (IĠP) b'dan hija approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Awwissu 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Pierre MOSCOVICI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 738/2004 tal-21 ta' April 2004 li jissupplimenta l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar id-dħul ta' ċerti ismijiet fir-Reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Peras de Rincón de Soto u Brioche vendéenne) (ĠU L 116, 22.4.2004, p. 5).

(3)  ĠU C 95, 13.3.2018, p. 27.


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 217/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1201

tat-22 ta' Awwissu 2018

li jdaħħal isem fir-reġistru tal-Ispeċjalitajiet Tradizzjonali Garantiti (“Kiełbasa krakowska sucha staropolska” (STG))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(b), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tal-Polonja għar-reġistrazzjoni tal-isem “Kiełbasa krakowska sucha staropolska” ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk jenħtieġ li l-isem “Kiełbasa krakowska sucha staropolska” jiġi rreġistrat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-isem “Kiełbasa krakowska sucha staropolska” (STG) huwa rreġistrat.

L-isem imsemmi fl-ewwel paragrafu jidentifika prodott tal-klassi 1.2 - Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.) tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Awwissu 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Pierre MOSCOVICI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 53, 13.2.2018, p. 11.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 217/6


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1202

tat-22 ta' Awwissu 2018

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta' Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (“Czosnek galicyjski” (IĠP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tal-Polonja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Czosnek galicyjski” ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk id-denominazzjoni “Czosnek galicyjski” għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Czosnek galicyjski” (IĠP) hija rreġistrata.

Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Awwissu 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Pierre MOSCOVICI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 110, 23.3.2018, p. 32.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


DEĊIŻJONIJIET

27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 217/7


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1203

tal-21 ta' Awwissu 2018

li tawtorizza lill-Istati Membri jipprevedu deroga temporanja minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE fir-rigward tal-injam tal-fraxxnu li joriġina jew li ġie pproċessat fl-Istati Uniti tal-Amerka, u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/204

(notifikata bid-dokument C(2018) 5848)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-pjanti jew prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 15(1) u l-punti 2.3, 2.4 u 2.5 tat-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness IV tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2000/29/KE, flimkien mal-punt 2.3 tat-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness IV ta' dik id-Direttiva, jipprevedi rekwiżiti speċjali fir-rigward tal-introduzzjoni fl-Unjoni tal-injam tal-fraxxnu (Fraxinus L.), kif ukoll speċijiet oħra ta' injam, li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerka.

(2)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/204 (2) awtorizzat lill-Istati Membri jipprevedu deroga temporanja mill-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2000/29/KE flimkien mal-punt 2.3 tat-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness IV ta' dik id-Direttiva għal rekwiżiti speċjali fir-rigward tal-introduzzjoni fl-Unjoni tal-injam tal-fraxxnu (Fraxinus L.) li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerka.

(3)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/204 skadiet fit-30 ta' Ġunju 2018. Għaldaqstant jenħtieġ li tiġi segwita b'din id-Deċiżjoni sabiex tiġi żgurata l-kontinwazzjoni tal-introduzzjoni fl-Unjoni ta' dak l-injam.

(4)

Fid-dawl tal-esperjenza miksuba waqt l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/204, jixraq li jibqgħu jiġu applikati r-rekwiżiti tagħha fil-qafas ta' din id-Deċiżjoni.

(5)

Madankollu, abbażi tal-informazzjoni li nkisbet waqt il-verifika tal-Kummissjoni fl-Istati Uniti tal-Amerka f'Jannar 2018, u abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Organizzazzjoni Nazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti tal-Istati Uniti tal-Amerka waqt u wara dik il-verifika, jixraq li ssir talba għal spezzjoni u għal superviżjoni iktar stretti tal-injam tal-fraxxnu fl-Istati Uniti tal-Amerka. Għal dak l-għan, jenħtieġ li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet speċifiċi dwar il-verifiki tar-rekords, tal-proċeduri u tat-tikkettar, l-ispezzjonijiet ta' qabel kull konsenja u l-monitoraġġ f'impjanti approvati tal-isserrar.

(6)

Sabiex issir valutazzjoni aħjar ta' kif din id-Deċiżjoni tiġi applikata, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bl-informazzjoni dwar l-importazzjonijiet li jkunu saru.

(7)

Għal raġunijiet ta' ċarezza u ta' ċertezza ġuridika, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/204 titħassar.

(8)

Din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika sat-30 ta' Ġunju 2020, sabiex jilħaq isir rieżami tal-implimentazzjoni tagħha sa dak iż-żmien.

(9)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-awtorizzazzjoni biex tingħata d-deroga

B'deroga mill-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2000/29/KE flimkien mal-punt 2.3 tat-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness IV ta' dik id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-introduzzjoni fit-territorju tagħhom tal-injam tal-fraxxnu, Fraxinus L., li joriġina jew li ġie pproċessat fl-Istati Uniti tal-Amerka (“injam speċifikat”) li, qabel ma jinħareġ 'il barra mill-Istati Uniti tal-Amerka, ikun jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Iċ-ċertifikat fitosanitarju

1.   L-injam speċifikat għandu jkollu miegħu ċertifikat fitosanitarju maħruġ fl-Istati Uniti tal-Amerka, skont l-Artikolu 13a(3) u (4) tad-Direttiva 2000/29/KE, li jiċċertifika li wara li saritlu spezzjoni, l-injam instab li huwa ħieles mill-organiżmi ta' ħsara.

2.   Taħt l-intestatura “Dikjarazzjoni addizzjonali”, iċ-ċertifikat fitosanitarju għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:

(a)

id-dikjarazzjoni “Skont ir-rekwiżiti tal-Unjoni Ewropea stabbiliti fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1203”;

(b)

in-numru/i tal-lott(ijiet) li jikkorrispondi/u għal kull lott speċifiku li jiġi esportat;

(c)

isem il-faċilità/ajiet approvata/i fl-Istati Uniti tal-Amerka.

Artikolu 3

Ir-rappurtar dwar l-importazzjoni

Sa mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru ta' kull sena, l-Istat Membru tal-importazzjoni għandu jipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, bl-informazzjoni dwar l-ammonti tal-konsenji tal-injam speċifikat importati matul dik is-sena skont din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

In-notifika ta' nuqqas ta' konformità

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar kull konsenja li ma tikkonformax ma' din id-Deċiżjoni. Dik in-notifika għandha ssir mhux iktar tard minn jumejn tax-xogħol wara d-data li fiha tkun ġiet interċettata tali konsenja.

Artikolu 5

It-tħassir tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/204

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/204 titħassar.

Artikolu 6

Id-data ta' skadenza

Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fit-30 ta' Ġunju 2020.

Artikolu 7

Id-destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Awwissu 2018.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/204 tat-3 ta' Frar 2017 li tawtorizza lill-Istati Membri jipprevedu deroga temporanja minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE fir-rigward tal-injam tal-fraxxnu li joriġina jew li ġie pproċessat fl-Istati Uniti tal-Amerka, u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2416 li tirrikonoxxi ċerti żoni tal-Istati Uniti tal-Amerka bħala ħielsa mill-Agrilus planipennis Fairmaire (ĠU L 32, 7.2.2017, p. 35).


ANNESS

1.   Ir-rekwiżiti tal-ipproċessar

L-ipproċessar tal-injam speċifikat irid jissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

It-tqaxxir

L-injam speċifikat titneħħielu l-qoxra, bl-eċċezzjoni ta' kwalunkwe għadd ta' biċċiet żgħar tal-qoxra li jkunu jidhru li huma separati u li jkunu distinti b'mod ċar, u li jikkonformaw ma' wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

ikollhom wisa' ta' inqas minn 3 cm (ikun xi jkun it-tul tagħhom) jew

(ii)

jekk ikunu usa' minn 3 cm, l-erja totali tas-superfiċe ta' kull biċċa qoxra individwali tkun inqas minn 50 cm2.

(b)

L-isserrar

L-injam isserrat speċifikat ikun prodott minn injam tond li tneħħietlu l-qoxra.

(c)

It-trattament bis-sħana

L-injam speċifikat jissaħħan fuq il-profil kollu tiegħu f'temperatura ta' minn tal-inqas 71 °C għal 1 200 minuta f'kompartiment tat-tisħin approvat mis-Servizz ta' Spezzjoni tas-Saħħa tal-Annimali u tal-Pjanti (APHIS), jew minn aġenzija approvata mill-APHIS.

(d)

It-tnixxif

L-injam speċifikat jitnixxef skont skedi ta' tnixxif industrijali li jdumu minn tal-inqas ġimagħtejn u li jkunu rikonoxxuti mill-APHIS.

Il-kontenut ta' ndewwa finali tal-injam ma għandux jaqbeż l-10 %, espress bħala persentaġġ ta' materja niexfa.

2.   Ir-rekwiżiti għall-faċilitajiet

L-injam speċifikat irid jiġi prodott, jitqandel jew jinħażen f'faċilità li tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

tkun approvata uffiċjalment mill-APHIS, jew minn aġenzija approvata mill-APHIS, skont il-programm ta' ċertifikazzjoni tagħha fir-rigward tal-organiżmu ta' ħsara Agrilus planipennis Fairmaire;

(b)

tkun irreġistrata f'bażi tad-data li tkun ippubblikata fuq is-sit web tal-APHIS;

(c)

tkun ivverifikata mill-APHIS, jew minn aġenzija approvata mill-APHIS, minn tal-inqas darba fix-xahar u jkun ġie konkluż li tikkonforma mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness. Fil-każ li dawn il-verifiki jitwettqu minn aġenzija approvata mill-APHIS, l-APHIS irid iwettaq verifiki ta' din il-ħidma kull sitt xhur. Il-verifiki kull sitt xhur għandhom jinkludu l-verifika tal-proċeduri u tad-dokumentazzjoni tal-aġenzija u verifiki f'faċilitajiet approvati;

(d)

tkun tuża tagħmir għat-trattament tal-injam speċifikat li jkun ġie kkalibrat b'mod konsistenti mal-manwal tat-tħaddim tat-tagħmir;

(e)

tkun iżżomm rekords tal-proċeduri tagħha għall-verifika mill-APHIS jew minn aġenzija approvata mill-APHIS, inkluż it-tul ta' żmien tat-trattament, it-temperaturi waqt it-trattament u, għal kull lott speċifiku li jrid jiġi esportat, il-kontroll tal-konformità u l-kontenut ta' ndewwa finali.

3.   It-tikkettar

Fuq kull lott tal-injam speċifikat iridu jidhru b'mod ċar kemm in-numru uniku tal-lott kif ukoll tikketta bl-ittri “HT-KD” jew bil-kliem “Ittrattat bis-Sħana-Imnixxef fil-Kalkara”. Dik it-tikketta trid tinħareġ minn uffiċjal maħtur mill-faċilità approvata, jew taħt is-superviżjoni tiegħu, wara li jkun ġie vverifikat li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti tal-ipproċessar stabbiliti fil-punt 1 u r-rekwiżiti għall-faċilitajiet stabbiliti fil-punt 2.

4.   L-ispezzjonijiet ta' qabel l-esportazzjoni

L-injam speċifikat maħsub għall-Unjoni jrid jiġi spezzjonat mill-APHIS qabel l-esportazzjoni, jew minn aġenzija approvata mill-APHIS, sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 1 u 3 ġew issodaisfati.