ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 215

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
23 ta' Awwissu 2018


Werrej

 

III   Atti oħrajn

Paġna

 

 

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 216/2016 tat-2 ta' Diċembru 2016 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2018/1154]

1

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 217/2016 tat-2 ta' Diċembru 2016 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2018/1155]

3

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 218/2016 tat-2 ta' Diċembru 2016 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2018/1156]

4

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 219/2016 tat-2 ta' Diċembru 2016 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1157]

5

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 220/2016 tat-2 ta' Diċembru 2016 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2018/1158]

7

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 221/2016 tat-2 ta' Diċembru 2016 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2018/1159]

8

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 222/2016 tat-2 ta' Diċembru 2016 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2018/1160]

10

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 223/2016 tat-2 ta' Diċembru 2016 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2018/1161]

12

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 224/2016 tat-2 ta' Diċembru 2016 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE [2018/1162]

14

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 225/2016 tat-2 ta' Diċembru 2016 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2018/1163]

15

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 226/2016 tat-2 ta' Diċembru 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1164]

17

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 227/2016 tat-2 ta' Diċembru 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1165]

18

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 228/2016 tat-2 ta' Diċembru 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1166]

19

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 229/2016 tat-2 ta' Diċembru 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1167]

21

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 230/2016 tat-2 ta' Diċembru 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1168]

22

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 231/2016 tat-2 ta' Diċembru 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1169]

24

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 232/2016 tat-2 ta' Diċembru 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1170]

26

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 233/2016 tat-2 ta' Diċembru 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1171]

28

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 234/2016 tat-2 ta' Diċembru 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1172]

30

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 235/2016 tat-2 ta' Diċembru 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1173]

32

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 236/2016 tat-2 ta' Diċembru 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1174]

33

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 237/2016 tat-2 ta' Diċembru 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1175]

35

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 238/2016 tat-2 ta' Diċembru 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1176]

37

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 239/2016 tat-2 ta' Diċembru 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1177]

38

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 240/2016 tat-2 ta' Diċembru 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1178]

39

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 241/2016 tat-2 ta' Diċembru 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) u l-Anness X (Servizzi inġenerali) tal-Ftehim ŻEE [2018/1179]

40

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 242/2016 tat-2 ta' Diċembru 2016 li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1180]

41

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 245/2016 tat-2 ta' Diċembru 2016 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2018/1181]

42

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 246/2016 tat-2 ta' Diċembru 2016 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2018/1182]

43

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 247/2016 tat-2 ta' Diċembru 2016 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2018/1183]

44

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 248/2016 tat-2 ta' Diċembru 2016 li temenda l-Anness XX (L-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2018/1184]

45

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 249/2016 tat-2 ta' Diċembru 2016 li temenda l-Anness XX (L-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2018/1185]

46

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 250/2016 tat-2 ta' Diċembru 2016 li temenda l-Anness XX (L-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2018/1186]

47

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 251/2016 tat-2 ta' Diċembru 2016 li temenda l-Anness XX (L-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2018/1187]

49

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 252/2016 tat-2 ta' Diċembru 2016 li temenda l-Anness XX (L-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2018/1188]

50

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 253/2016 tat-2 ta' Diċembru 2016 li temenda l-Anness XXII (Liġi dwar il-kumpaniji) tal-Ftehim ŻEE [2018/1189]

51

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 254/2016 tat-2 ta' Diċembru 2016 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar koperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet [2018/1190]

52

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 255/2016 tat-2 ta' Diċembru 2016 li temenda l-Protokoll 47 (dwar l-abolizzjoni ta' ostakoli tekniċi għall-kummerċ fl-inbid) tal-Ftehim ŻEE [2018/1191]

53

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

23.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 216/2016

tat-2 ta' Diċembru 2016

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2018/1154]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1101 tal-5 ta' Lulju 2016 li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE rigward l-istat ħieles mir-rinotrakeite bovina infettiva tal-Istati Federali ta' Rhineland-Palatinate, Saarland u tar-Regierungsbezirke Arnsberg, Detmold u Münster fil-Ġermanja (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna leġiżlazzjoni rigward annimali ħajjin li mhumiex ħut u annimali tal-akkwakultura. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna dawn il-kwistjonijiet ma tapplikax għall-Iżlanda, kif speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu 1 tal-Anness 1 tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għall-Iżlanda.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(4)

L-Anness I tal-Ftehim ŻEE jeħtieġ li għaldaqstant jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 80 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KE) fil-Parti 4.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“—

32016 D 1101: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/1101 tal-5 ta' Lulju 2016 (ĠU L 182, 7.7.2016, p. 51).”

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1101 bil-lingwa Norveġiża, li għandu jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,ser ikun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta' Diċembru 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 182, 7.7.2016, p. 51.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


23.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/3


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 217/2016

tat-2 ta' Diċembru 2016

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2018/1155]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1235 tas-26 ta' Lulju 2016 li tawtorizza laboratorju fir-Repubblika tal-Korea jwettaq it-testijiet seroloġiċi biex jissorvelja l-effikaċja tat-tilqim tal-klieb, tal-qtates u tal-inmsa kontra r-rabja (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna leġiżlazzjoni rigward annimali ħajjin li mhumiex ħut u annimali tal-akkwakultura. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna dawn il-kwistjonijiet ma tapplikax għall-Iżlanda, kif speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu 1 tal-Anness 1 tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għall-Iżlanda.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(4)

L-Anness I tal-Ftehim ŻEE jeħtieġ għaldaqstant li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiżdied wara l-punt 101 (id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/423) fil-Parti 4.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I għall-Ftehim ŻEE:

“102.

32016 D 1235: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1235 tas-26 ta' Lulju 2016 li tawtorizza laboratorju fir-Repubblika tal-Korea jwettaq it-testijiet seroloġiċi biex jissorvelja l-effikaċja tat-tilqim tal-klieb, tal-qtates u tal-inmsa kontra r-rabja (ĠU L 202, 28.7.2016, p. 43).

Dan l-att ma japplikax għall-Iżlanda.”

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1235 bil-lingwa Norveġiża, li għandu jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta' Diċembru 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 202, 28.7.2016, p. 43.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


23.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/4


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 218/2016

tat-2 ta' Diċembru 2016

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2018/1156]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1100 tal-5 ta' Lulju 2016 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE fir-rigward tal-istatus tal-BSE tal-Costa Rica, tal-Ġermanja, tal-Litwanja, tan-Namibja u ta' Spanja (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(3)

L-Anness I tal-Ftehim ŻEE jeħtieġ għaldaqstant li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 49 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE) fil-Parti 7.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“—

32016 D 1100: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/1100 tal-5 ta' Lulju 2016 (ĠU L 182, 7.7.2016, p. 47).”

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1100 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norverġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta' Diċembru 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 182, 7.7.2016, p. 47.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


23.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/5


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 219/2016

tat-2 ta' Diċembru 2016

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1157]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1918 tat-22 ta' Ottubru 2015 li tistabbilixxi sistema ta' assistenza u koperazzjoni amministrattiva (sistema “AAC”) skont ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji, l-għalf u l-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar il-kwistjonijiet veterinarji, l-għalf u l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I u fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(3)

Għalhekk, l-Annessi I u II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punt li ġej għandu jiġi jiddaħħal wara l-punt 11 (ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 1.1 tal-Kapitolu I:

“11a.

32015 D 1918: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1918 tat-22 ta' Ottubru 2015 li tistabbilixxi sistema ta' assistenza u koperazzjoni amministrattiva (sistema “AAC”) skont ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 280, 24.10.2015, p. 31).”

2.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 31j (ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II:

“31ja.

32015 D 1918: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1918 tat-22 ta' Ottubru 2015 li tistabbilixxi sistema ta' assistenza u koperazzjoni amministrattiva (sistema “AAC”) skont ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 280, 24.10.2015, p. 31).”

Artikolu 2

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 54zzzi (ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“54zzzia.

32015 D 1918: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1918 tat-22 ta' Ottubru 2015 li tistabbilixxi sistema ta' assistenza u koperazzjoni amministrattiva (sistema “AAC”) skont ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 280, 24.10.2015, p. 31).”

Artikolu 3

It-test tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1918 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta' Diċembru 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 280, 24.10.2015, p. 31.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


23.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/7


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 220/2016

tat-2 ta' Diċembru 2016

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2018/1158]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/842 tas-27 ta' Mejju 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 167/2008 rigward l-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni u l-isem kummerċjali ta' koċċidjostat (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-għalf ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali fl-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(3)

L-Anness I tal-Ftehim ŻEE jeħtieġ għaldaqstant li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiżdied mal-punt 1zzzzm (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 167/2008) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“, kif emendat bi:

32016 R 0842: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/842 tas-27 ta' Mejju 2016 (ĠU L 141, 28.5.2016, p. 47).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/842 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandu jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta' Diċembru 2016, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 141, 28.5.2016, p. 47.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


23.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/8


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 221/2016

tat-2 ta' Diċembru 2016

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2018/1159]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/895 tat-8 ta' Ġunju 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2008 rigward l-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' Lactobacillus rhamnosus (CNCM-I-3698) u ta' Lactobacillus farciminis (CNCM-I-3699) (1) għandu jiġi inkoporat fil-Ftehim.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/896 tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-awtorizzazzjoni tat-tartrati tal-ħadid u tas-sodju bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/897 tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparat ta' Bacillus subtilis (C-3102) (DSM 15544) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tal-bajd u għall-ħut ornamentali, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1444/2006, (UE) Nru 333/2010 u (UE) Nru 184/2011 rigward id-detentur tal-awtorizzazzjoni (li huwa Asahi Calpis Wellness Co. Ltd.) (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/898 tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni tal-batterju Bacillus licheniformis (ATCC 53757) u tal-proteażi tiegħu (EC 3.4.21.19) bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd u għall-ispeċijiet minuri ta' tjur tas-simna u dawk imrobbija għall-bajd u għall-għasafar għat-tiżjin (detentur tal-awtorizzazzjoni Novus Europe S.A./N.V.) (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/899 tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-awtorizzazzjoni ta' 6-fitażi prodott mit-Trichoderma reesei (ATCC SD-6528) bħala addittiv fl-għalf għal kull speċi ta' tjur u speċi tal-ħnieżer kollha (ħlief qżieqeż mhux miftuma) (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco (UK) Ltd) (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(6)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/900 tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-awtorizzazzjoni tal-aċidu benżojku bħala addittiv tal-għalf għall-ħnieżer femminili (detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Product Sp. Z o. O.) (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(7)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-għalf ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali fl-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(8)

L-Anness I tal-Ftehim ŻEE jeħtieġ għaldaqstant li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 1zzzzzd (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1290/2008):

“—

32016 R 0895: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/895 tat-8 ta' Ġunju 2016 (ĠU L 152, 9.6.2016, p. 1).”

2.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 1zzz (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1444/2006):

“—

32016 R 0897: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/897 tat-8 ta' Ġunju 2016 (ĠU L 152, 9.6.2016, p. 7).”

3.

Dan li ġej jiżdied mal-punti 2c (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 333/2010) u 2v (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 184/2011):

“, kif emendat bi:

32016 R 0897: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/897 tat-8 ta' Ġunju 2016 (ĠU L 152, 9.6.2016, p. 7).”

4.

Il-punti segwenti jiddaħħlu wara l-punt 163 (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/329):

“164.

32016 R 0896: Ir-Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/896 tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-awtorizzazzjoni tat-tartrati tal-ħadid u tas-sodju bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 152, 9.6.2016, p. 3).

165.

32016 R 0897: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/897 tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparat ta' Bacillus subtilis (C-3102) (DSM 15544) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tal-bajd u għall-ħut ornamentali, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1444/2006, (UE) Nru 333/2010 u (UE) Nru 184/2011 rigward id-detentur tal-awtorizzazzjoni (li huwa Asahi Calpis Wellness Co. Ltd.) (ĠU L 152, 9.6.2016, p. 7).

166.

32016 R 0898: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/898 tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni tal-batterju Bacillus licheniformis (ATCC 53757) u tal-proteażi tiegħu (EC 3.4.21.19) bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd u għall-ispeċijiet minuri ta' tjur tas-simna u dawk imrobbija għall-bajd u għall-għasafar għat-tiżjin (detentur tal-awtorizzazzjoni Novus Europe S.A./N.V.) (ĠU L 152, 9.6.2016, p. 11).

167.

32016 R 0899: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/899 tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-awtorizzazzjoni ta' 6-fitażi prodott mit-Trichoderma reesei (ATCC SD-6528) bħala addittiv fl-għalf għal kull speċi ta' tjur u speċi tal-ħnieżer kollha (ħlief qżieqeż mhux miftuma) (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco (UK) Ltd) (ĠU L 152, 9.6.2016, p. 15).

168.

32016 R 0900: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/900 tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-awtorizzazzjoni tal-aċidu benżojku bħala addittiv tal-għalf għall-ħnieżer femminili (detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Product Sp. Z o. O.) (ĠU L 152, 9.6.2016, p. 18).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 2016/895, (UE) Nru 2016/896, (UE) Nru 2016/897, (UE) Nru 2016/898, (UE) Nru 2016/899 u (UE) Nru 2016/900 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għadhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta' Diċembru 2016, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 152, 9.6.2016, p. 1.

(2)  ĠU L 152, 9.6.2016, p. 3.

(3)  ĠU L 152, 9.6.2016, p. 7.

(4)  ĠU L 152, 9.6.2016, p. 11.

(5)  ĠU L 152, 9.6.2016, p. 15.

(6)  ĠU L 152, 9.6.2016, p. 18.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


23.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/10


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 222/2016

tat-2 ta' Diċembru 2016

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2018/1160]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/972 tas-17 ta' Ġunju 2016 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-L-arġinina prodotta mill-Corynebacterium glutamicum KCTC 10423BP bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/973 tas-17 ta' Ġunju 2016 dwar l-awtorizzazzjoni tal-bislisinat taż-żingu bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/997 tal-21 ta' Ġunju 2016 rigward l-awtorizzazzjoni ta' endo-1,4-beta-ksilanażi EC 3.2.1.8 prodotta mit-Trichoderma reesei (ATCC PTA 5588) u endo-1,3(4)-beta-glukanażi EC 3.2.1.6 prodotta mit-Trichoderma reesei (ATCC SD 2106) bħala addittiv tal-għalf għall-ħnieżer li jreddgħu u speċijiet minuri ta' porċini (detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco (UK) Ltd) (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1007 tat-22 ta' Ġunju 2016 dwar l-awtorizzazzjoni ta' klorur tal-ammonju bħala addittiv tal-għalf għar-ruminanti għajr il-ħrief tas-simna u għall-klieb u l-qtates (detentur tal-awtorizzazzjoni Latochema Co. Ltd) (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-għalf ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali fl-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(6)

Għalhekk, l-Anness I tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 168 (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/900) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“169.

32016 R 0972: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/972 tas-17 ta' Ġunju 2016 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-L-arġinina prodotta mill-Corynebacterium glutamicum KCTC 10423BP bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 161, 18.6.2016, p. 18).

170.

32016 R 0973: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/973 tas-17 ta' Ġunju 2016 dwar l-awtorizzazzjoni tal-bislisinat taż-żingu bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 161, 18.6.2016, p. 21).

171.

32016 R 0997: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/997 tal-21 ta' Ġunju 2016 rigward l-awtorizzazzjoni ta' endo-1,4-beta-ksilanażi EC 3.2.1.8 prodotta mit-Trichoderma reesei (ATCC PTA 5588) u endo-1,3(4)-beta-glukanażi EC 3.2.1.6 prodotta mit-Trichoderma reesei (ATCC SD 2106) bħala addittiv tal-għalf għall-ħnieżer li jreddgħu u speċijiet minuri ta' porċini (detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco (UK) Ltd) (ĠU L 164, 22.6.2016, p. 4).

172.

32016 R 1007: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1007 tat-22 ta' Ġunju 2016 dwar l-awtorizzazzjoni ta' klorur tal-ammonju bħala addittiv tal-għalf għar-ruminanti għajr il-ħrief tas-simna u għall-klieb u l-qtates (detentur tal-awtorizzazzjoni Latochema Co. Ltd) (ĠU L 165, 23.6.2016, p. 10).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/972, (UE) 2016/973, (UE) 2016/997 u (UE) 2016/1007 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta' Diċembru 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE. (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 161, 18.6.2016, p. 18.

(2)  ĠU L 161, 18.6.2016, p. 21.

(3)  ĠU L 164, 22.6.2016, p. 4.

(4)  ĠU L 165, 23.6.2016, p. 10.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


23.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/12


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 223/2016

tat-2 ta' Diċembru 2016

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2018/1161]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1095 tas-6 ta' Lulju 2016 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-Aċetat diidrat taż-żingu, il-Klorur taż-żingu anidru, l-Ossidu taż-żingu, l-Ettaidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Monoidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Kelat taż-żingu tal-idrat tal-aċidi amminiċi, il-Kelat taż-żingu ta' idrolisati tal-proteina, il-Kelat taż-żingu ta' idrat tal-gliċina (solidu) u l-Kelat taż-żingu ta' idrat tal-gliċina (likwidu) bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1334/2003, (KE) Nru 479/2006, (UE) Nru 335/2010 u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 991/2012 u (UE) Nru 636/2013 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-għalf ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali fl-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(3)

Għalhekk, l-Anness I tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 1zq (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1334/2003):

“—

32016 R 1095: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/1095 tas-6 ta' Lulju 2016 (ĠU L 182, 7.7.2016, p. 7).”

2.

Is-segwenti jiżdied fil-punti 1zzu (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 479/2006), 1zzzzzj (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 335/2010), 60 (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 991/2012) u 94 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 636/2013):

“, kif emendat bi:

32016 R 1095: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/1095 tas-6 ta' Lulju 2016 (ĠU L 182, 7.7.2016, p. 7).”

3.

Il-punt segwenti jiddaħħal wara l-punt 172 (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/1007):

“173.

32016 R 1095: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1095 tas-6 ta' Lulju 2016 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-Aċetat diidrat taż-żingu, il-Klorur taż-żingu anidru, l-Ossidu taż-żingu, l-Ettaidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Monoidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Kelat taż-żingu tal-idrat tal-aċidi amminiċi, il-Kelat taż-żingu ta' idrolisati tal-proteina, il-Kelat taż-żingu ta' idrat tal-gliċina (solidu) u l-Kelat taż-żingu ta' idrat tal-gliċina (likwidu) bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1334/2003, (KE) Nru 479/2006, (UE) Nru 335/2010 u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 991/2012 u (UE) Nru 636/2013 (ĠU L 182, 7.7.2016, p. 7).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1095 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta' Diċembru 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 182, 7.7.2016, p. 7.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


23.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/14


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 224/2016

tat-2 ta' Diċembru 2016

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE [2018/1162]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1220 tat-26 ta' Lulju 2016 dwar l-awtorizzazzjoni tal-L-treonina prodotta minn Escherichia coli bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-għalf ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali fl-Anness I tal-Ftehim ŻEE. B'hekk, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(3)

Għalhekk, l-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt segwenti jiddaħħal wara l-punt 173 (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1095) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“174.

32016 R 1220: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1220 tat-26 ta' Lulju 2016 dwar l-awtorizzazzjoni tal-L-treonina prodotta minn Escherichia coli bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 201, 27.7.2016, p. 11).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1220 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-3 ta' Diċembru 2016, dejjem jekk ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 201, 27.7.2016, p. 11.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


23.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/15


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 225/2016

tat-2 ta' Diċembru 2016

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2018/1163]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/317 tat-3 ta' Marzu 2016 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE, 66/402/KEE, 2002/54/KE, 2002/55/KE, 2002/56/KE u 2002/57/KE dwar it-tikketta uffiċjali tal-pakketti taż-żerriegħa (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/320 tat-3 ta' Marzu 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2004/842/KE rigward l-implimentar ta' regolamentazzjoni li biha l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta' żerriegħa li tappartjeni għal varjetajiet li għalihom ġiet sottomessa applikazzjoni għad-dħul fil-katalogu nazzjonali ta' varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli jew speċi veġetali (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet fitosanitarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet fitosanitarji ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali fl-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(4)

L-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu III tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punti 2 (id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE), 3 (id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE), 11 (id-Direttiva tal-Kunsill 2002/54/KE), 12 (id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE) u 13 (id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE):

“—

32016 L 0317: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/317 tat-3 ta' Marzu 2016 (ĠU L 60, 5.3.2016, p. 72).”

2.

Dan li ġej jiżdied mal-punt 36 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/842/KE):

“, kif emendat bi:

32016 D 0320: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/320 tat-3 ta' Marzu 2016 (ĠU L 60, 5.3.2016, p. 88).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/317 u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 2016/320 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta' Diċembru 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE. (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni se tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 60, 5.3.2016, p. 72

(2)  ĠU L 60, 5.3.2016, p. 88

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


23.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/17


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 226/2016

tat-2 ta' Diċembru 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1164]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/427 tal-10 ta' Marzu 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 692/2008 fir-rigward tal-emissjonijiet minn vetturi ħfief għall-passiġġieri u minn vetturi kummerċjali (Euro 6) (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 45zu (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008) tal-Kapitolu I tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32016 R 0427: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/427 tal-10 ta' Marzu 2016 (ĠU L 82, 31.3.2016, p. 1).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) 2016/427 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta' Diċembru 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE. (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni se tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 82, 31.3.2016, p. 1.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


23.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 227/2016

tat-2 ta' Diċembru 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1165]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1718 tal-20 ta' Settembru 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 582/2011 rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar l-ittestjar permezz ta' sistemi portabbli għall-kejl tal-emissjonijiet (PEMS) u l-proċedura għall-ittestjar tad-durabilità tat-tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis ta' sostituzzjoni (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 45zzl (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 582/2011) tal-Kapitolu I tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32016 R 1718: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/1718 tal-20 ta' Settembru 2016 (ĠU L 259, 27.9.2016, p. 1).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) 2016/1718 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta' Diċembru 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 259, 27.9.2016, p. 1.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


23.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/19


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 228/2016

tat-2 ta' Diċembru 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1166]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1933 tas-27 ta' Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward tal-livelli massimi ta' idrokarburi aromatiċi poliċikliċi fil-fibra tal-kawkaw, fiċ-ċipps tal-banana, fis-supplimenti tal-ikel, fil-ħxejjex aromatiċi mnixxfin u fil-ħwawar imnixxfin (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1940 tat-28 ta' Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward tal-livelli massimi ta' skleroti tal-ergotina f'ċerti ċereali mhux ipproċessati u d-dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni marbuta mal-prodotti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta' prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(4)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 54zzzz (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32015 R 1933: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1933 tas-27 ta' Ottubru 2015 (ĠU L 282, 28.10.2015, p. 11),

32015 R 1940: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1940 tat-28 ta' Ottubru 2015 (ĠU L 283, 29.10.2015, p. 3).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) 2015/1933 u (UE) 2015/1940 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta' Diċembru 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE. (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 282, 28.10.2015, p. 11.

(2)  ĠU L 283, 29.10.2015, p. 3.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


23.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/21


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 229/2016

tat-2 ta' Diċembru 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1167]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1244 tat-28 ta' Lulju 2016 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' ċerti sustanzi aromatizzanti minn grupp b'rabta ma' struttura ta' insaturazzjoni alfa-beta (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni marbuta mal-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta' prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(3)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 54zzzzs (ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XII tal-Anness II ta' mal-Ftehim ŻEE:

“—

32016 R 1244: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1244 tat-28 ta' Lulju 2016 (ĠU L 204, 29.7.2016, p. 7).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) 2016/1244 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta' Diċembru 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 204, 29.7.2016, p. 7.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


23.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/22


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 230/2016

tat-2 ta' Diċembru 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1168]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/854 tat-30 ta' Mejju 2016, li jawtorizza ċerti indikazzjonijiet dwar is-saħħa fuq l-ikel, minbarra dawk li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 432/2012 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/862 tal-31 ta' Mejju 2016 li jiċħad l-awtorizzazzjoni ta' indikazzjoni tas-saħħa dwar ikel, għajr dak li jirreferi għal tnaqqis ta' riskju ta' mard u għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni marbuta mal-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta' prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(4)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 54zzzzzp (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 432/2012):

“—

32016 R 0854: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/854 tat-30 ta' Mejju 2016 (ĠU L 142, 31.5.2016, p. 5).”

2.

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 111 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/372):

“112.

32016 R 0854: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/854 tat-30 ta' Mejju 2016 li jawtorizza ċerti indikazzjonijiet dwar is-saħħa fuq l-ikel, minbarra dawk li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 432/2012 (ĠU L 142, 31.5.2016, p. 5).

113.

32016 R 0862: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/862 tal-31 ta' Mejju 2016 li jiċħad l-awtorizzazzjoni ta' indikazzjoni tas-saħħa dwar ikel, għajr dak li jirreferi għal tnaqqis ta' riskju ta' mard u għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal (ĠU L 144, 1.6.2016, p. 24).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/854 u (UE) 2016/862 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta' Diċembru 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 142, 31.5.2016, p. 5.

(2)  ĠU L 144, 1.6.2016, p. 24.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


23.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/24


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 231/2016

tat-2 ta' Diċembru 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1169]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2015/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 76/621/KEE dwar l-iffissar tal-livell massimu ta' aċidu erukiku fiż-żjut u x-xaħmijiet u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006 li jistabilixxi skema temporanja għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2015/2284 iħassar id-Direttiva tal-Kunsill 76/621/KEE (2), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni marbuta mal-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta' prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(4)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punt segwenti jiddaħħal wara l-punt 113 (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/862):

“114.

32015 R 2284: Ir-Regolament (UE) 2015/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 76/621/KEE dwar l-iffissar tal-livell massimu ta' aċidu erukiku fiż-żjut u x-xaħmijiet u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006 li jistabilixxi skema temporanja għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor (ĠU L 327, 11.12.2015, p. 23).”

2.

It-test tal-punt 12 (id-Direttiva tal-Kunsill 76/621/KEE) jitħassar.

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) 2015/2284 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu ikun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit- 3 ta' Diċembru 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 327, 11.12.2015, p. 23.

(2)  ĠU L 202, 28.7.1976, p. 35.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


23.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/26


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 232/2016

tat-2 ta' Diċembru 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1170]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/1379 tas-16 ta' Awwissu 2016 li jiċħad l-awtorizzazzjoni ta' ċerti indikazzjonijiet dwar is-saħħa magħmula fuq l-ikel, għajr dawk li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1381 tas-16 ta' Awwissu 2016 li jirrifjuta l-awtorizzazzjoni ta' indikazzjonijiet dwar is-saħħa mogħtija fir-rigward ta' prodotti tal-ikel u li tkun tirreferi għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni marbuta mal-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta' prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(4)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin jiżdiedu wara l-punt 114 (ir-Regolament (UE) Nru 2015/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XII tal-Anness II mal-Ftehim ŻEE:

“115.

32016 R 1379: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1379 tas-16 ta' Awwissu 2016 li jiċħad l-awtorizzazzjoni ta' ċerti indikazzjonijiet dwar is-saħħa magħmula fuq l-ikel, għajr dawk li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (ĠU L 222, 17.8.2016, p. 1).

116.

32016 R 1381: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1381 tas-16 ta' Awwissu 2016 li jirrifjuta l-awtorizzazzjoni ta' indikazzjonijiet dwar is-saħħa mogħtija fir-rigward tal-prodotti tal-ikel u li tkun tirreferi għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (ĠU L 222, 17.8.2016, p. 8).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) 2016/1379 u (UE) 2016/1381 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta' Diċembru 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 222, 17.8.2016, p. 1.

(2)  ĠU L 222, 17.8.2016, p. 8.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


23.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/28


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 233/2016

tat-2 ta' Diċembru 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1171]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1389 tas-17 ta' Awissu 2016 li jawtorizza indikazzjoni dwar is-saħħa mogħtija fir-rigward ta' prodotti tal-ikel u li tirreferi għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1390 tas-17 ta' Awwissu 2016 li jiċħad l-awtorizzazzjoni ta' indikazzjoni dwar is-saħħa mogħtija fir-rigward ta' prodotti tal-ikel u li tirreferi għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni marbuta mal-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta' prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(4)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 116 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1381) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“117.

32016 R 1389: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1389 tas-17 ta' Marzu 2016 li jawtorizza indikazzjoni dwar is-saħħa mogħtija fir-rigward ta' prodotti tal-ikel u li tirreferi għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (ĠU L 223, 18.8.2016, p. 55).

118.

32016 R 1390: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1390 tas-17 ta' Awwissu 2016 li jiċħad l-awtorizzazzjoni ta' indikazzjoni dwar is-saħħa mogħtija fir-rigward ta' prodotti tal-ikel u li tirreferi għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (ĠU L 223, 18.8.2016, p. 58).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) 2016/1389 u (UE) 2016/1390 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta' Diċembru 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 223, 18.8.2016, p. 55.

(2)  ĠU L 223, 18.8.2016, p. 58.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


23.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/30


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 234/2016

tat-2 ta' Diċembru 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1172]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1174 tal-15 ta' Lulju 2016 dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ta' prodott bijoċidali li fih id-difenakum mogħtija minn Spanja skont l-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1175 tal-15 ta' Lulju 2016 dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ta' prodott bijoċidali li fih l-ispinosad imressqa mir-Renju Unit skont l-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 12nnx (id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/904) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“12nny.

32016 D 1174: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1174 tal-15 ta' Lulju 2016 dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ta' prodott bijoċidali li fih id-difenakum mogħtija minn Spanja skont l-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 193, 19.7.2016, p. 110).

12nnz.

32016 D 1175: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1175 tal-15 ta' Lulju 2016 dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ta' prodott bijoċidali li fih l-ispinosad imressqa mir-Renju Unit skont l-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 193, 19.7.2016, p. 113).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1174 u (UE) 2016/1175 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta' Diċembru 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 193, 19.7.2016, p. 110.

(2)  ĠU L 193, 19.7.2016, p. 113.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


23.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 235/2016

tat-2 ta' Diċembru 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1173]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1688 tal-20 ta' Settembru 2016 li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH) fir-rigward tas-sensitizzazzjoni tal-ġilda (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 12zc (ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32016 R 1688: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1688 tal-20 ta' Settembru 2016 (ĠU L 255, 21.9.2016, p. 14).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) 2016/1688 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta' Diċembru 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 255, 21.9.2016, p. 14.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


23.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/33


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 236/2016

tat-2 ta' Diċembru 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1174]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/548 tat-8 ta' April 2016 li japprova s-sustanza bażika fosfat tad-diammonju skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/549 tat-8 ta' April 2016 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi bentażon, ċjalofop butil, dikwat, famoksadon, flumjoksażina, DPX KE 459 (flupirsulfuron-metil), metalaksil-M, pikolinafen, prosulfuron, pimetrożina, tijabendażol u tifensulfuron-metil (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/560 tal-11 ta' April 2016 li japprova s-sustanza bażika xorrox skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu mal-punt 13a (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011):

“—

32016 R 0548: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/548 tat-8 ta' April 2016 (ĠU L 95, 9.4.2016, p. 1),

32016 R 0549: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/549 tat-8 ta' April 2016 (ĠU L 95, 9.4.2016, p. 4),

32016 R 0560: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/560 tal-11 ta' April 2016 (ĠU L 96, 12.4.2016, p. 23).”

2.

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 13zzzzzzd (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/638):

“13zzzzzze.

32016 R 0548: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/548 tat-8 ta' April 2016 li japprova s-sustanza bażika fosfat tad-diammonju, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 95, 9.4.2016, p. 1).

13zzzzzzf.

32016 R 0560: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/560 tal-11 ta' April 2016 li japprova s-sustanza bażika xorrox skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 96, 12.4.2016, p. 23).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/548, (UE) 2016/549 u (UE) 2016/560 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta' Diċembru 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE. (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment taż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 95, 9.4.2016, p. 1.

(2)  ĠU L 95, 9.4.2016, p. 4.

(3)  ĠU L 96, 12.4.2016, p. 23.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


23.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/35


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 237/2016

tat-2 ta' Diċembru 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1175]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/864 tal-31 ta' Mejju 2016 li jikkonċerna n-nuqqas ta' tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva triasulfuron, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/871 tal-1 ta' Ġunju 2016 li jikkonċerna n-nuqqas ta' tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva amitrolu, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/872 tal-1 ta' Ġunju 2016 li jikkonċerna n-nuqqas ta' tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva isoproturon, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiżi li ġejjin jiġu miżjuda mal-punt 13a (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011):

“—

32016 R 0864: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/864 tal-31 ta' Mejju 2016 (ĠU L 144, 1.6.2016, p. 32),

32016 R 0871: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/871 tal-1 ta' Ġunju 2016 (ĠU L 145, 2.6.2016, p. 4),

32016 R 0872: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/872 tal-1 ta' Ġunju 2016 (ĠU L 145, 2.6.2016, p. 7).”

2.

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 13zzzzzzf (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/560):

“13zzzzzzg.

32016 R 0864: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/864 tal-31 ta' Mejju 2016 li jikkonċerna n-nuqqas ta' tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva triasulfuron, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 144, 1.6.2016, p. 32).

13zzzzzzh.

32016 R 0871: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/871 tal-1 ta' Ġunju 2016 li jikkonċerna n-nuqqas ta' tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva amitrolu, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 145, 2.6.2016, p. 4).

13zzzzzzi.

32016 R 0872: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/872 tal-1 ta' Ġunju 2016 li jikkonċerna n-nuqqas ta' tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva isoproturon, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 145, 2.6.2016, p. 7).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/864, (UE) 2016/871 u (UE) 2016/872 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta' Diċembru 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment taż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 144, 1.6.2016, p. 32.

(2)  ĠU L 145, 2.6.2016, p. 4.

(3)  ĠU L 145, 2.6.2016, p. 7.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


23.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/37


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 238/2016

tat-2 ta' Diċembru 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1176]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/951 tal-15 ta' Ġunju 2016 li japprova s-sustanza attiva b'riskju baxx Trichoderma atroviride tar-razza SC1, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 13a (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011):

“—

32016 R 0951: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/951 tal-15 ta' Ġunju 2016 (ĠU L 159, 16.6.2016, p. 6).”

2.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 13zzzzzzi (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/872):

“13zzzzzzj.

32016 R 0951: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/951 tal-15 ta' Ġunju 2016 li japprova s-sustanza attiva b'riskju baxx Trichoderma atroviride tar-razza SC1, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 159, 16.6.2016, p. 6).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/951 bl-Iżlandiż u bin- Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta' Diċembru 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 159, 16.6.2016, p. 6.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


23.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/38


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 239/2016

tat-2 ta' Diċembru 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1177]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2016/970 tas-27 ta' Mejju 2016 li temenda d-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista ta' prodotti relatati mad-difiża (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 3q (id-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XIX tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32016 L 0970: Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/970 tas-27 ta' Mejju 2016 (ĠU L 163, 21.6.2016, p. 1).”

Artikolu 2

It-test tad-Direttiva (UE) 2016/970 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta' Diċembru 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 163, 21.6.2016, p. 1.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


23.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/39


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 240/2016

tat-2 ta' Diċembru 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1178]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/235 tal-24 ta' Frar 2012 li jemenda l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi, ta' xorb spirituż (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar ix-xorb spirituż. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna x-xorb spirituż ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli hija estiża għal-Liechtenstein, kif inhu speċifikat fl-introduzzjoni għall-Kapitolu XXVII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(3)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 9 (ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XXVII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32016 R 0235: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/235 tat-18 ta' Frar 2016 (ĠU L 44, 19.2.2016, p. 7).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) 2016/235 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit- 3 ta' Diċembru 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 44, 19.2.2016, p. 7.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


23.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/40


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 241/2016

tat-2 ta' Diċembru 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) u l-Anness X (Servizzi inġenerali) tal-Ftehim ŻEE [2018/1179]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/461/UE tas-17 ta' Settembru 2013 fuq il-prinċipji li jirregolaw is-SOLVIT (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Rakkomandazzjoni 2013/461/UE tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2001/893/KE (2), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandha tiġi sostitwita skont il-Ftehim ŻEE.

(3)

L-Anness II u l-Anness X tal-Ftehim ŻEE jenħtieġu għalhekk jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Taħt l-intestatura “ATTI LI TAGĦHOM IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦANDHOM JIEĦDU NOTA” fil-Kapitolu XX tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE, it-test tal-punt 5 (ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2001/893/KE) jitħassar.

Artikolu 2

Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 3a (id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/89/UE) tal-Anness X tal-Ftehim ŻEE:

ATTI LI JRIDU JIEĦDU NOTA TAGĦHOM IL-PARTIJIET KONTRAENTI

1.

32013 H 0461: Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/461/UE tas-17 ta' Settembru 2013 fuq il-prinċipji li jirregolaw is-SOLVIT (ĠU L 249, 19.9.2013, p. 10).”

Artikolu 3

It-testi tar-Rakkomandazzjoni 2013/461/UE bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta' Diċembru 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE, u fis-Suppliment ŻEE, ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 249, 19.9.2013, p. 10.

(2)  ĠU L 331, 15.12.2001, p. 79.

(*1)  Ma huma indikati ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


23.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/41


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 242/2016

tat-2 ta' Diċembru 2016

li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1180]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/687 tat-28 ta' April 2016 dwar l-armonizzazzjoni tal-banda ta' frekwenzi 694-790 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta' komunikazzjoni elettronika broadband mingħajr fili u għal użu nazzjonali flessibbli fl-Unjoni (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XI tal-Ftehim ŻEE għalhekk jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 5czl (id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/339) tal-Anness XI tal-Ftehim ŻEE:

“5czm.

32016 D 0687: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/687 tat-28 ta' April 2016 dwar l-armonizzazzjoni tal-banda ta' frekwenzi 694-790 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta' komunikazzjoni elettronika broadband mingħajr fili u għal użu nazzjonali flessibbli fl-Unjoni (ĠU L 118, 4.5.2016, p. 4).”

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/687 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta' Diċembru 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 118, 4.5.2016, p. 4.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


23.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/42


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 245/2016

tat-2 ta' Diċembru 2016

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2018/1181]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/472 tal-31 ta' Marzu 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 72/2010 fir-rigward tad-definizzjoni tat-terminu “spettur tal-Kummissjoni” (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Punt 66hc (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 72/2010) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Jiġi miżjud is-segwenti:

“, kif emendat bi:

32016 R 0472: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/472 tal-31 ta' Marzu 2016 (ĠU L 85, 1.4.2016, p. 28).”

2.

It-test tal-adattament (b) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

“Dan li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 6(2):

Fl-ispezzjonijiet tagħha, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tista' ssejjaħ lill-awdituri nazzjonali elenkati mill-Istati Membri tal-UE, kif ukoll lill-ispetturi impjegati mill-Kummissjoni.”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/472 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta' Diċembru 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 85, 1.4.2016, p. 28.

(*1)  [Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.] [Hemm indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]


23.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/43


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 246/2016

tat-2 ta' Diċembru 2016

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2018/1182]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1158 tal-15 ta' Lulju 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 452/2014 fir-rigward tat-tneħħija ta' mudelli għall-awtorizzazzjonijiet maħruġa lill-operaturi ta' pajjiżi terzi u għall-ispeċifikazzjonijiet assoċjati (1) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiżdied fil-punt 66ng (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:

“, kif emendat minn:

32016 R 1158: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1158 tas-15 ta' Lulju 2016 (ĠU L 192, 16.7.2016, p. 21).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) 2016/1158 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta' Diċembru 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 192, 16.7.2016, p. 21.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


23.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/44


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 247/2016

tat-2 ta' Diċembru 2016

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2018/1183]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1185 tal-20 ta' Lulju 2016 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 923/2012 rigward l-aġġornament u l-ikkompletar tar-regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru (SERA Parti C) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 730/2006 (1) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 2016/1185 jirrevoka r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 730/2006 (2), li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandu jiġi revokat skont il-Ftehim ŻEE.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 66wk (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012):

“—

32016 R 1185: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1185 tal-20 ta' Lulju 2016 (ĠU L 196, 21.7.2016, p. 3).”

2.

It-test tal-punt 66wa (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 730/2006) jitħassar.

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1185 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta' Diċembru 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 196, 21.7.2016, p. 3.

(2)  ĠU L 128, 16.5.2006, p. 3.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


23.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/45


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 248/2016

tat-2 ta' Diċembru 2016

li temenda l-Anness XX (L-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2018/1184]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2099 tat-18 ta' Novembru 2015 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi biex tingħata l-Ekotikketta tal-UE għall-materjal tat-tkabbir, is-sustanzi li jtejbu l-ħamrija u l-ħuxlief (1) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni (UE) 2015/2099 tirrevoka d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2006/799/KE (2) u 2007/64/KE (3), li huma inkorporati fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement jridu jitħassru skont il-Ftehim ŻEE.

(3)

Għalhekk, l-Anness XX tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XX tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punt 2d (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/799/KE) jinbidel b'dan li ġej:

32015 D 2099: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2099 tat-18 ta' Novembru 2015 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi biex tingħata l-Ekotikketta tal-UE għall-materjal tat-tkabbir, is-sustanzi li jtejbu l-ħamrija u l-ħuxlief (ĠU L 303, 20.11.2015, p. 75).”

2.

It-test tal-punt 2da (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/64/KE) jitħassar.

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni (UE) 2015/2099 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta' Diċembru 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 303, 20.11.2015, p. 75.

(2)  ĠU L 325, 24.11.2006, p. 28.

(3)  ĠU L 32, 6.2.2007, p. 137.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


23.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/46


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 249/2016

tat-2 ta' Diċembru 2016

li temenda l-Anness XX (L-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2018/1185]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1796 tas-7 ta' Lulju 2016 li temenda d-Deċiżjonijiet 2011/263/UE, 2011/264/UE, 2012/720/UE u 2012/721/UE sabiex jitqiesu l-iżviluppi fil-klassifikazzjoni tas-sustanzi (1) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XX tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punti 2e (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/264/UE), 2h (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/263/UE), 2zg (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/720/UE), u 2zh (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/721/UE) tal-Anness XX tal-Ftehim ŻEE:

“—

32016 D 1796: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1796 tas-7 ta' Lulju 2016 (ĠU L 274, 11.10.2016, p. 55).”

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni (UE) 2016/1796 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta' Diċembru 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 274, 11.10.2016, p. 55.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


23.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/47


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 250/2016

tat-2 ta' Diċembru 2016

li temenda l-Anness XX (L-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2018/1186]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1349 tal-5 ta' Awwissu 2016 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għax-xedd tas-saqajn (1) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1371 tal-10 ta' Awwissu 2016 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta tal-UE għall-kompjuters, għal-laptops u għat-tablets (2) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Id-Deċiżjoni (UE) 2016/1349 tirrevoka id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/563/KE (3), li hi inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandha tiġi revokata skont il-Ftehim ŻEE.

(4)

Id-Deċiżjoni (UE) 2016/1371 tirrevoka d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2011/330/UE (4) u 2011/337/UE (5), li huma inkorporati fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement jridu jitħassru skont il-Ftehim ŻEE.

(5)

Għalhekk, l-Anness XX tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XX tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punt 2g (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/563/KE) jinbidel b'dan li ġej:

32016 D 1349: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1349 tal-5 ta' Awwissu 2016 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għax-xedd tas-saqajn (ĠU L 214, 9.8.2016, p. 16).”

2.

It-test tal-punt 2q (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/337/UE) jinbidel b'dan li ġej:

32016 D 1371: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1371 tal-10 ta' Awwissu 2016 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta tal-UE għall-kompjuters, għal-laptops u għat-tablets (ĠU L 217, 12.8.2016, p. 9).”

3.

It-test tal-punt 2s (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/330/UE) jitħassar.

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet (UE) 2016/1349 u (UE) 2016/1371 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta' Diċembru 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 214, 9.8.2016, p. 16.

(2)  ĠU L 217, 12.8.2016, p. 9.

(3)  ĠU L 196, 28.7.2009, p. 27.

(4)  ĠU L 148, 7.6.2011, p. 5.

(5)  ĠU L 151, 10.6.2011, p. 5.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


23.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/49


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 251/2016

tat-2 ta' Diċembru 2016

li temenda l-Anness XX (L-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2018/1187]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1332 tat-28 ta' Lulju 2016 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-għamara (1) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni (UE) 2016/1332 tirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/894 (2), li hi inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandha tiġi revokata skont il-Ftehim ŻEE.

(3)

Għalhekk, l-Anness XX tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test tal-punt 2zd (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/894/KE) tal-Anness XX tal-Ftehim ŻEE jinbidel b'dan li ġej:

32016 D 1332: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1332 tat-28 ta' Lulju 2016 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-għamara (ĠU L 210, 4.8.2016, p. 100).”

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni (UE) 2016/1332 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta' Diċembru 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 210, 4.8.2016, p. 100.

(2)  ĠU L 320, 5.12.2009, p. 23.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


23.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/50


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 252/2016

tat-2 ta' Diċembru 2016

li temenda l-Anness XX (L-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2018/1188]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/775 tat-18 ta' Mejju 2016 dwar il-punti ta' riferiment biex l-operaturi tal-inġenji tal-ajru jiġu allokati kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mingħajr ħlas skont l-Artikolu 3f(5) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XX tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 21alh (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1123/2013) tal-Anness XX tal-Ftehim ŻEE:

“21ali.

32016 D 0775: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/775 tat-18 ta' Mejju 2016 dwar il-punti ta' riferiment biex l-operaturi tal-inġenji tal-ajru jiġu allokati kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mingħajr ħlas skont l-Artikolu 3f(5) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 128, 19.5.2016, p. 10).”

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/775 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta' Diċembru 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 128, 19.5.2016, p. 10.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


23.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/51


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 253/2016

tat-2 ta' Diċembru 2016

li temenda l-Anness XXII (Liġi dwar il-kumpaniji) tal-Ftehim ŻEE [2018/1189]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1703 tat-22 ta' Settembru 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju Nri 10 u 12 u l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità Nru 28 (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XXII tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 10ba (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008) tal-Anness XXII tal-Ftehim ŻEE:

“—

32016 R 1703: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1703 tat-22 ta' Settembru 2016 (ĠU L 257, 23.9.2016, p. 1).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) 2016/1703 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta' Diċembru 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 257, 23.9.2016, p. 1.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


23.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/52


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 254/2016

tat-2 ta' Diċembru 2016

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar koperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet [2018/1190]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE tiġi estiża biex tinkludi d-Deċiżjoni (UE) 2016/344 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar l-istabbiliment ta' Pjattaforma Ewropea biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fl-indirizzar ta' xogħol mhux iddikjarat (1).

(2)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista' sseħħ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test tal-Artikolu 15(9) tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE jinbidel b'dan li ġej:

“L-Istati tal-EFTA għandhom jipparteċipaw fil-kooperazzjoni prevista fl-atti tal-UE li ġejjin:

32014 D 0573: Id-Deċiżjoni Nru 573/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' April 2014 dwar kooperazzjoni mtejba bejn is-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi (PES) (ĠU L 159, 28.5.2014, p. 32).

L-Istati tal-EFTA għandhom ikunu parteċipanti sħaħ, mingħajr id-dritt tal-vot, fil-Bord tan-Netwerk.

32016 D 0344: Id-Deċiżjoni (UE) 2016/344 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar l-istabbiliment ta' Pjattaforma Ewropea biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fl-indirizzar ta' xogħol mhux iddikjarat (ĠU L 65, 11.3.2016, p. 12).”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 65, 11.3.2016, p. 12.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


23.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/53


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 255/2016

tat-2 ta' Diċembru 2016

li temenda l-Protokoll 47 (dwar l-abolizzjoni ta' ostakoli tekniċi għall-kummerċ fl-inbid) tal-Ftehim ŻEE [2018/1191]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/765 tal-11 ta' Marzu 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 606/2009 fir-rigward ta' ċerti prattiċi enoloġiċi (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tirrigwarda l-leġiżlazzjoni dwar l-inbid. Il-leġiżlazzjoni dwar l-inbid ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fis-seba' paragrafu tal-introduzzjoni tal-Protokoll 47 tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(3)

Għalhekk, il-Protokoll 47 tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 10 (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009) tal-Appendiċi 1 tal-Protokoll 47 tal-Ftehim ŻEE:

“—

32016 R 0765: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/765 tal-11 ta' Marzu 2016 (ĠU L 127, 18.5.2016, p. 1).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/765 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkunu awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta' Diċembru 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 127, 18.5.2016, p. 1.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.