ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 208

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
17 ta' Awwissu 2018


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1145 tas-7 ta' Ġunju 2018 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/891 fir-rigward tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1146 tas-7 ta' Ġunju 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fis-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati u r-Regolament (KE) Nru 606/2009 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tal-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli, il-prattiċi enoloġiċi u r-restrizzjonijiet applikabbli

9

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1147 tal-10 ta' Awwissu 2018 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għat-trattament tal-iskart, skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2018) 5070)  ( 1 )

38

 

*

Deċiżjoni (UE) 2018/1148 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-10 ta' Awwissu 2018 dwar l-eliġibbiltà ta' strumenti ta' dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika Ellenika u li tħassar id-Deċiżjoni (UE) 2016/1041 (BĊE/2018/21)

91

 

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1149 tal-10 ta' Awwissu 2018 dwar linji gwida mhux vinkolanti għall-identifikazzjoni ta' żoni affettwati minn kunflitti u żoni ta' riskju għoli u riskji oħra tal-katina tal-provvista skont ir-Regolament (UE) 2017/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

94

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

17.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 208/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1145

tas-7 ta' Ġunju 2018

li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/891 fir-rigward tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/891 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tas-settur tal-frott u l-ħaxix u s-settur tal-frott u l-ħaxix ipproċessat. Ir-Regolament (UE) 2017/2393 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) emenda r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 b'mod partikolari fir-rigward l-għajnuna lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix. Għalhekk, ir-Regolament Delegat (UE) 2017/891 għandu jirrifletti l-emendi għad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(2)

Id-dispożizzjonijiet dwar l-assistenza finanzjarja nazzjonali fis-settur tal-frott u l-ħxejjex għandhom jiġu aġġornati.

(3)

Hemm bżonn li jiġu ċċarati d-dispożizzjonijiet li jittrattaw il-każijiet li fihom membri produtturi ta' organizzazzjoni tal-produtturi għandhom jitħallew ibiegħu ċertu perċentwal tal-prodotti tagħhom barra mill-organizzazzjoni tal-produtturi meta l-organizzazzjoni tal-produtturi tawtorizza dan fl-istatuti tagħha u meta dan ikun konformi mat-termini u l-kundizzjonijiet tal-Istat Membru. Hemm bżonn li jiġi ċċarat il-limitu tal-bejgħ barra mill-organizzazzjoni tal-produtturi.

(4)

Miżuri ġodda dwar l-ikkowċjar bejn organizzazzjonijiet tal-produtturi u dwar ir-riforniment ta' fondi mutwi fi programmi operattivi għandhom ikunu eliġibbli għal assistenza finanzjarja mill-Unjoni.

(5)

L-Istati Membri jistgħu jkomplu jipprovdu assistenza finanzjarja nazzjonali mill-baġit nazzjonali lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi fir-reġjuni tal-Unjoni fejn il-livell ta' organizzazzjoni huwa partikolarment baxx. Konsegwentement, għandhom jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet li taħthom l-għajnuna finanzjarja nazzjonali tista' tingħata fis-settur tal-frott u l-ħxejjex kif ukoll il-metodu ta' kalkolu tal-livell ta' organizzazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 34(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 sabiex jiġu evitati distorsjonijiet tas-suq intern fl-Unjoni.

(6)

Hemm bżonn li jiġu ċċarati d-dispożizzjonijiet li jittrattaw l-eliġibbiltà ta' ċerti investimenti għall-għajnuna finanzjarja mill-Unjoni.

(7)

Hemm bżonn li jiġu ċċarati l-azzjonijiet eliġibbli u mhux eliġibbli relatati mal-promozzjoni u mal-komunikazzjoni, inklużi azzjonijiet u attivitajiet immirati lejn id-diversifikazzjoni u l-konsolidament fis-swieq tal-frott u l-ħxejjex, kemm jekk għall-prevenzjoni ta' kriżi jew matul perjodu ta' kriżi, fir-rigward tal-eliġibbiltà ta' azzjonijiet u ta' attivitajiet għall-għajnuna finanzjarja mill-Unjoni.

(8)

Id-dispożizzjonijiet relatati mar-rapporti annwali dwar l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, inklużi l-assoċjazzjonijiet transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, u gruppi ta' produtturi, u dwar il-fondi operattivi, il-programmi operattivi u l-pjanijiet ta' rikonoxximent għandhom jiġu ssimplifikati. Jeħtieġ li jippermettu lill-Kummissjoni tissorvelja s-settur b'mod adegwat.

(9)

Għalhekk ir-Regolament Delegat (UE) 2017/891 għandu jiġi emendat skont dan.

(10)

Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet tranżitorji sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel mir-rekwiżiti, il-miżuri u l-azzjonijiet eżistenti stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2017/891 għal dawk ġodda previsti f'dan ir-Regolament.

(11)

Dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data bħar-Regolament (UE) 2017/2393. Madankollu, id-dispożizzjonijiet li jittrattaw l-assistenza finanzjarja nazzjonali, l-indikaturi u l-monitoraġġ għandhom japplikaw mill 1 ta' Jannar 2019 sabiex l-Istati Membri u l-operaturi ekonomiċi jkollhom żmien biżżejjed biex jadattaw għar-regoli l-ġodda,

(12)

Il-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-miżuri u tal-azzjonijiet ġodda eliġibbli għal assistenza finanzjarja mill-Unjoni stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom japplikaw mid-data tal-applikazzjoni tal-emendi għal dak ir-Regolament introdotti mir-Regolament (UE) 2017/2393, sabiex tiġi żgurata l-istabbiltà tas-suq għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-membri tagħhom, b'mod partikolari minħabba li dawk il-miżuri jikkonċernaw prinċipalment il-ġestjoni u l-prevenzjoni tal-kriżijiet, u sabiex dawn ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-miżuri ġodda b'mod sħiħ. Sabiex jitħarsu l-aspettattivi leġittimi, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu jagħżlu li jkomplu l-programmi operattivi li jkunu għaddejjin skont ir-regoli applikabbli fiż-żmien tal-approvazzjoni tal-programmi, jew li jimmodifikaw il-programmi operattivi tagħhom biex jibbenefikaw mill-miżuri u l-azzjonijiet ġodda eliġibbli għal assistenza finanzjarja mill-Unjoni, kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament Delegat (UE) 2017/891

Ir-Regolament Delegat (UE) 2017/891 ġie emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2(e) ġie sostitwit b'dan li ġej:

“(e)

‘assoċjazzjoni transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi’ tfisser kwalunkwe assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi li fiha mill-inqas waħda mill-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet assoċjati tkun tinsab fi Stat Membru li ma jkunx dak fejn l-assoċjazzjoni jkollha l-uffiċċju ewlieni tagħha;”;

(2)

L-Artikolu 12 ġie sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 12

Il-kummerċjalizzazzjoni tal-produzzjoni barra l-organizzazzjoni tal-produtturi

1.   Meta l-organizzazzjoni tal-produtturi tawtorizza dan fl-istatuti tagħha u meta dan ikun konformi mat-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Istat Membru u mill-organizzazzjoni tal-produtturi, il-membri produtturi jistgħu:

(a)

ibiegħu l-prodotti direttament jew barra l-azjendi tagħhom lill-konsumaturi għall-ħtiġijiet personali tagħhom;

(b)

jikkummerċjalizzaw huma stess jew permezz ta' organizzazzjoni tal-produtturi oħra maħtura mill-organizzazzjoni tal-produtturi tagħhom stess, kwantitajiet ta' prodotti li, f'termini ta' volum jew valur, huma marġinali meta mqabbla mal-volum jew mal-valur ta' produzzjoni li tista' tiġi kkummerċjalizzata tal-organizzazzjoni tagħhom għall-prodotti kkonċernati;

(c)

jikkummerċjalizzaw huma stess jew permezz ta' organizzazzjoni tal-produtturi oħra maħtura mill-organizzazzjoni tagħhom stess, prodotti li minħabba l-karatteristiċi tagħhom jew minħabba l-produzzjoni limitata fil-volum jew fil-valur, ma jkunux normalment koperti mill-attivitajiet kummerċjali tal-organizzazzjoni tal-produtturi.

2.   Il-perċentwal tal-produzzjoni li l-membri produtturi jikkummerċjalizzaw barra mill-organizzazzjoni tal-produtturi, kif imsemmi fil-paragrafu 1 ma għandux jaqbeż il-25 % fil-volum jew fil-valur tal-produzzjoni kummerċjabbli ta' kull membru produttur.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu perċentwal tal-produzzjoni aktar baxx li l-membri produtturi jistgħu jikkummerċjalizzaw barra mill-organizzazzjoni tal-produtturi minn dak stabbilit fl-ewwel subparagrafu. L-Istati Membri jistgħu jżidu dak il-perċentwal sa 40 % fil-każ ta' prodotti koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (*1) jew meta l-membri produtturi jikkummerċjalizzaw il-produzzjoni tagħhom permezz ta' organizzazzjoni tal-produtturi oħra maħtura mill-organizzazzjoni tal-produtturi tagħhom stess.

(*1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1).”;"

(3)

Fl-Artikolu 22, il-paragrafu 10 ġie sostitwit b'dan li ġej:

“10.   Meta jseħħ tnaqqis fil-produzzjoni minħabba diżastru naturali, avveniment klimatiku, mard tal-pjanti jew tal-annimali jew infestazzjonijiet ta' organiżmi ta' ħsara, kwalunkwe indennifikazzjoni li tingħata fir-rigward tal-azzjonijiet tal-assigurazzjoni tal-ħsad koperti mit-Taqsima 7 tal-Kapitolu III, jew għal azzjonijiet ekwivalenti ġestiti mill-organizzazzjoni tal-produtturi jew mill-membri produtturi tagħha, minħabba dawk il-kawżi, jista' jiġi inkluż fil-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata.”;

(4)

Fl-Artikolu 30, il-paragrafu 2 ġie sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Organizzazzjonijiet tal-produtturi jew assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi li jkunu ngħataw l-appoġġ previst fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jew fl-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 702/2014 (*2) jistgħu jimplimentaw programm operattiv fl-istess perjodu sakemm l-Istat Membru kkonċernat jiżgura li l-benefiċjarji jirċievu appoġġ għal kwalunkwe azzjoni mogħtija biss taħt skema waħda.

(*2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 702/2014 tal-25 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara ċertu kategoriji ta' għajnuna fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija u f'żoni rurali kompatibbli mas-suq intern bl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 193, 1.7.2014, p. 1).”;"

(5)

Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 31(6), l-ewwel sentenza ġiet sostitwita b'dan li ġej:

“L-investimenti, inklużi dawk taħt kuntratti ta' lokazzjoni, jistgħu jiġu ffinanzjati permezz tal-fond operattiv f'ammont wieħed jew fi ħlasijiet parzjali li kienu approvati fil-programm operattiv.”;

(6)

Fil-Kapitolu III tat-Titolu II, it-Taqsima 3 ġiet sostitwita b'dan li ġej:

Taqsima 3

Appoġġ relatat ma' fondi mutwi

Artikolu 40

Appoġġ relatat ma' fondi mutwi

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw dispożizzjonijiet dettaljati dwar l-appoġġ għall-kost amministrattiv għat-twaqqif ta' fondi mutwi u għar-riforniment ta' fondi mutwi, kif imsemmi fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 33(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

2.   L-appoġġ għall-kost amministrattiv għat-twaqqif ta' fondi mutwi msemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi kemm l-assistenza finanzjarja mill-Unjoni kif ukoll il-kontribuzzjoni mill-organizzazzjoni tal-produtturi. L-ammont totali ta' dak l-appoġġ ma għandux jaqbeż il-5 %, l-4 % jew it-2 % tal-kontribuzzjoni tal-organizzazzjoni tal-produtturi għall-fond mutwu fl-ewwel, fit-tieni u fit-tielet sena tal-operat tiegħu, rispettivament.

3.   Organizzazzjoni tal-produtturi tista' tirċievi l-appoġġ għall-kost amministrattiv għat-twaqqif ta' fondi mutwi msemmi fil-paragrafu 1, darba biss u matul l-ewwel tliet snin tal-operat tal-fond mutwu biss. Meta organizzazzjoni tal-produtturi titlob għal dak l-appoġġ biss fit-tieni jew fit-tielet sena tal-operat tal-fondi mutwi, l-appoġġ għandu jkun ta' 4 % jew ta' 2 % tal-kontribuzzjoni tal-organizzazzjoni tal-produtturi għall-fond mutwu fit-tieni u fit-tielet sena tal-operat tiegħu, rispettivament.

4.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limiti massimi għall-ammonti li organizzazzjoni tal-produtturi tista' tirċievi bħala appoġġ relatat ma' fondi mutwi.”;

(7)

Fil-Kapitolu III tat-Titolu II, żdiedet it-Taqsima 8 li ġejja:

Taqsima 8

Appoġġ relatat mal-ikkowċjar

Artikolu 51a

Implimentazzjoni ta' miżuri ta' kowċing

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 33(3)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-miżuri ta' kkowċjar li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għal appoġġ:

(a)

l-iskambju tal-aħjar prattiki relatati mal-miżuri ta' prevenzjoni u ta' maniġġar ta' kriżijiet imsemmija fl-Artikolu 33(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, li jgħinu lil organizzazzjonijiet tal-produtturi, gruppi ta' produtturi jew produtturi individwali rikonoxxuti sabiex jibbenefikaw mill-esperjenza bl-implimentazzjoni ta' miżuri ta' prevenzjoni u ta' maniġġar ta' kriżijiet;

(b)

il-promozzjoni tat-twaqqif ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi ġodda, il-fużjoni ta' dawk eżistenti jew il-possibilità li produtturi individwali jissieħbu ma' organizzazzjoni tal-produtturi eżistenti;

(c)

il-ħolqien ta' opportunitajiet ta' netwerking għall-fornituri u għar-riċevituri tal-ikkowċjar, sabiex b'mod partikolari jissaħħu l-mezzi ta' kummerċjalizzazzjoni bħala mezz ta' prevenzjoni u ta' maniġġar ta' kriżijiet.

2.   Il-fornitur tal-ikkowċjar għandu jkun l-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi jew l-organizzazzjoni tal-produtturi. Il-fornitur tal-ikkowċjar għandu jkun il-benefiċjarju tal-appoġġ għall-miżuri ta' kowċing.

3.   Ir-riċevitur tal-ikkowċjar għandu jkun organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta jew grupp produttur li jkun jinsab f'reġjuni li r-rata ta' organizzazzjoni tiegħu fit-tliet snin konsekuttivi qabel l-implimentazzjoni tal-programm operattiv tkun ta' inqas minn 20 %.

Produtturi individwali, li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi jew tal-assoċjazzjonijiet tagħhom, jistgħu jkunu riċevituri ta' kkowċjar anki jekk ikunu jinsabu f'reġjuni b'rata ta' organizzazzjoni ta' aktar minn 20 %.

4.   In-nefqa relatata mal-ikkowċjar għandha tkun parti mill-miżuri ta' prevenzjoni u ta' maniġġar ta' kriżijiet tal-programm operattiv imsemmija fl-Artikolu 33(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

Il-kostijiet eliġibbli relatati mal-ikkowċjar huma elenkati fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.

Il-kostijiet kollha identifikati fl-Anness III għandhom jitħallsu lill-fornitur tal-ikkowċjar.

5.   Il-miżuri ta' kkowċjar ma għandhomx jiġu esternalizzati.”;

(8)

L-Artikolu 52 ġie sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 52

Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' għajnuna finanzjarja nazzjonali

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-livell ta' organizzazzjoni tal-produtturi f'reġjun ta' Stat Membru għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-valur tal-frott u l-ħxejjex li jiġu prodotti fir-reġjun ikkonċernat u kkummerċjalizzati minn:

(a)

organizzazzjonijiet tal-produtturi u assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti; u

(b)

gruppi ta' produtturi rikonoxxuti skont l-Artikolu 125e tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jew organizzazzjonijiet tal-produtturi u gruppi ta' produtturi rikonoxxuti skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

Għall-fini tal-kalkolu, il-valur stabbilit kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi diviż bil-valur totali tal-frott u tal-ħxejjex prodotti f'dak ir-reġjun.

2.   Il-valur tal-frott u tal-ħxejjex prodotti fir-reġjun ikkonċernat u kkummerċjalizzati mill-organizzazzjonijiet, mill-assoċjazzjonijiet u mill-gruppi msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandu jinkludi biss dawk il-prodotti li għalihom huma rikonoxxuti dawk l-organizzazzjonijiet, l-assoċjazzjonijiet u l-gruppi. L-Artikolu 22 għandu japplika mutatis mutandis.

Għall-kalkolu tal-valur totali tal-frott u tal-ħxejjex li jkunu ġew prodotti f'dak ir-reġjun, il-metodoloġija stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3) għandha tapplika mutatis mutandis.

3.   Il-frott u l-ħxejjex biss li jiġu prodotti fir-reġjun imsemmi fil-paragrafu 4 għandhom jibbenifikaw mill-assistenza finanzjarja nazzjonali.

4.   L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu r-reġjuni bħala parti distinta mit-territorju tagħhom skont kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji, bħall-karatteristiċi agronomiċi u ekonomiċi tagħhom u l-potenzjal agrikolu/tal-frott u l-ħxejjex reġjonali tagħhom, jew l-istruttura istituzzjonali jew amministrattiva tagħhom u li għalihom hemm data disponibbli sabiex jiġi kkalkulat il-livell ta' organizzazzjoni msemmi fil-paragrafu 1.

Ir-reġjuni definiti minn Stat Membru ma għandhomx jiġu emendati għal mill-inqas ħames snin sakemm tali emenda ma tkunx oġġettivament ġustifikata, b'mod partikolari għal raġunijiet li mhumiex relatati mal-kalkolu tal-livell ta' organizzazzjoni ta' produtturi fir-reġjun jew fir-reġjuni kkonċernati.

5.   Qabel ma jagħtu assistenza finanzjarja nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-lista tar-reġjun(i) li jissodisfa(w) il-kriterji msemmija fil-paragrafi (1) u (2) tal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, u bl-ammont ta' assistenza finanzjarja nazzjonali li ser tingħata lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi f'dawk ir-reġjuni.

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bi kwalunkwe emenda għar-reġjun(i) li tissodisfa l-kriterji msemmija fil-paragrafi (1) u (2) tal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(*3)  Ir-Regolament (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Diċembru 2003 dwar il-kontijiet ekonomiċi għall-agrikolutra fil-Komunità (ĠU L 33, 5.2.2004, p. 1).”;"

(9)

L-Artikolu 56 ġie sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 56

Indikaturi

1.   Il-programmi operattivi kif ukoll l-istrateġiji nazzjonali għandhom ikunu soġġetti għal monitoraġġ u valutazzjoni bil-għan li jiġi vvalutat il-progress fil-kisba tal-objettivi stabbiliti fil-programmi operattivi, kif ukoll l-effiċjenza u l-effikaċja tagħhom fir-rigward ta' dawk l-objettivi.

2.   Il-progress, l-effiċjenza u l-effikaċja msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu vvalutati tul l-implimentazzjoni tal-programm operattiv fuq il-bażi ta' indikaturi, stabbiliti fit-Taqsima 4 tal-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892, fir-rigward ta' azzjonijiet u miżuri implimentati minn organizzazzjonijiet tal-produtturi, assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, assoċjazzjonijiet transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi u gruppi ta' produtturi rikonoxxuti matul il-programmi operattivi.”;

(10)

L-Artikolu 57 huwa mmodifikat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 2, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(c)

jipprovdu tagħrif għar-rekwiżiti tar-rapportar.”

(b)

Il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:

(i)

it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“L-eżerċizzju ta' valutazzjoni għandu jeżamina l-progress li sar fir-rigward tal-objettivi ġenerali tal-programm, fuq il-bażi ta' indikaturi stabbiliti fit-Taqsima 4 tal-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892”;

(ii)

l-aħħar subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Ir-rapport ta' evalwazzjoni għandu jiġi mehmuż mar-rapport annwali korrispondenti msemmi fl-Artikolu 21 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892.”;

(11)

L-Annessi II, III u V ġew emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dispożizzjonijiet tranżitorji

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 34 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/891, programm operattiv approvat taħt ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 (4) jew taħt ir-Regolament Delegat (UE) 2017/891 qabel l-20 ta' Jannar 2018 għandu jkompli jopera sat-tmiem tiegħu skont il-kundizzjonijiet applikabbli qabel l-1 ta' Jannar 2018.

Madankollu, fuq talba ta' organizzazzjoni tal-produtturi jew ta' assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-Istati Membri jistgħu japprovaw emendi għall-programm operattiv approvati taħt ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jew taħt ir-Regolament Delegat (UE) 2017/891 qabel l-20 ta' Jannar 2018. Dawk l-emendi għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 kif emendat bir-Regolament (UE) 2017/2393, tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891 kif emendat bl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament u tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892 kif emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/1146 (5).

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2018.

Madankollu, il-punti (8), (9) u (10) tal-Artikolu 1 u l-punt (3) tal-Anness għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Ġunju 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/891 tat-13 ta' Marzu 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-penali li jridu jiġu applikati f'dawk is-setturi u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 (ĠU L 138, 25.5.2017, p. 4).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2017/2393 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), (UE) Nru 1306/2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni, (UE) Nru 1307/2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni, (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u (UE) Nru 652/2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti (ĠU L 350, 29.12.2017, p. 15).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1146 tas-7 ta' Ġunju 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fis-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati u r-Regolament (KE) Nru 606/2009 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tal-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli, il-prattiċi enoloġiċi u r-restrizzjonijiet applikabbli (ara paġna 9 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS

L-Annessi tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/891 ġew emendati kif ġej:

(1)

L-Anness II ġie emendat kif ġej:

(a)

il-punt 20 ġie sostitwit kif ġej:

“20.

Miżuri esternalizzati mill-organizzazzjoni tal-produtturi jew mill-assoċjazzjonijiet tagħhom barra l-Unjoni, ħlief meta l-promozzjoni tiġi implimentata barra l-Unjoni skont l-Artikolu 14 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892.”

(b)

Ġie miżjud il-punt ġdid 21 li ġej:

“21.

Kreditu għall-esportazzjoni marbut ma' azzjonijiet u attivitajiet immirati lejn id-diversifikazzjoni u l-konsolidament fis-swieq tal-frott u l-ħaxix, kemm jekk għall-prevenzjoni jew matul perjodu ta' kriżi.”

(2)

Fl-Anness III, ġew miżjuda l-punti ġodda 12, 13 u 14 li ġejjin:

“12.

Kostijiet relatati ma' kkowċjar bħala parti mill-miżuri ta' prevenzjoni u ta' maniġġar ta' kriżijiet tal-programm operattiv.

Il-kostijiet eliġibbli taħt din il-miżura għandhom ikunu:

(a)

il-kostijiet għall-organizzazzjoni u għall-provvista ta' kkowċjar, u

(b)

il-kostijiet ta' vvjaġġar, ta' akkomodazzjoni u ta' sussistenza għal kull jum tal-fornitur tal-ikkowċjar.

13.

Kostijiet relatati man-negozjar u mal-implimentazzjoni u l-immaniġġjar ta' protokolli fitosanitarji ta' pajjiżi terzi fit-territorju tal-Unjoni jekk jitħallsu mill-organizzazzjoni tal-produtturi jew mill-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi bħala parti mill-miżuri ta' prevenzjoni u ta' maniġġar ta' kriżijiet imsemmija fl-Artikolu 33(3)(a) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, ħlief għar-rimborż ta' spejjeż ta' pajjiżi terzi.

14.

Kostijiet relatati ma' miżuri ta' promozzjoni u ta' komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 14 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892. Il-kostijiet eliġibbli taħt dawn il-miżuri għandhom ikunu kostijiet relatati mal-organizzazzjoni u mal-parteċipazzjoni f'avvenimenti ta' promozzjoni u ta' informazzjoni, inkluża ħidma ta' relazzjonijiet pubbliċi, kampanji ta' promozzjoni u ta' informazzjoni u jistgħu jieħdu l-forma ta' parteċipazzjoni f'avvenimenti, f'fieri u f'wirjiet ta' importanza nazzjonali, Ewropea u internazzjonali. Kostijiet relatati ma' servizzi ta' konsulenza teknika huma eliġibbli jekk huma meħtieġa għall-organizzazzjoni jew għall-parteċipazzjoni f'dawn l-avvenimenti jew għall-kampanji ta' promozzjoni u ta' informazzjoni.”;

(3)

L-Anness V ġie sostitwit b'dan li ġej:

“ANNESS V

Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fir-rapport annwali tal-Istati Membri kif imsemmi fl-Artikolu 54(b)

L-informazzjoni kollha għandha tkun relatata mas-sena kalendarja li dwarha jkun qed isir ir-rapport. Għandha tkopri informazzjoni dwar kontrolli mwettqa u penali amministrattivi applikati f'dak ir-rigward. Fir-rigward tal-informazzjoni li tvarja matul is-sena r-rapport annwali għandu jirrifletti s-sitwazzjoni attwali fil-31 ta' Diċembru tas-sena li dwarha jkun qed isir ir-rapport.

PARTI A — INFORMAZZJONI GĦALL-ĠESTJONI TAS-SUQ

1.

Informazzjoni amministrattiva:

(a)

tibdil fil-leġiżlazzjoni nazzjonali adottat sabiex tiġi implimentata t-Taqsima 3 tal-Kapitolu II tat-Titolu I u t-Taqsimiet 1, 2 u 3 tal-Kapitolu III tat-Titolu II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(b)

tibdil relatat mal-istrateġija nazzjonali għal programmi operattivi sostenibbli applikabbli għal programmi operattivi.

2.

Informazzjoni relatata ma' organizzazzjonijiet tal-produtturi, ma' assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, ma' assoċjazzjonijiet transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, u ma' gruppi produtturi:

(a)

l-għadd totali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, ta' assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, ta' assoċjazzjonijiet transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, u ta' gruppi produtturi rikonoxxuti/sospiżi. Barra minn hekk:

(i)

għal assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi: l-għadd ta' membri tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi;

(ii)

għal assoċjazzjonijiet transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi: l-għadd ta' membri tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-Istati Membri fejn dawn il-membri għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom;

(b)

l-għadd totali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, ta' assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, ta' assoċjazzjonijiet transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, u ta' gruppi produtturi li għalihom ikun ġie rtirat ir-rikonoxximent. Barra minn hekk għal assoċjazzjonijiet transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi: l-għadd ta' membri tal-organizzazzjonijiet u l-Istati Membri fejn dawn il-membri għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom;

(c)

l-għadd totali ta' fużjonijiet bejn organizzazzjonijiet (imqassam skont it-total, l-għadd ta' organizzazzjonijiet ġodda u numri tal-ID ġodda);

(d)

l-għadd ta' membri (total u mqassam skont entitajiet legali, persuni fiżiċi u produtturi tal-frott u l-ħxejjex);

(e)

l-għadd totali ta' organizzazzjonijiet/gruppi bi programm operattiv/pjan ta' rikonoxximent (imqassam skont dawk rikonoxxuti, sospiżi u soġġetti għal fużjoni);

(f)

parti mill-produzzjoni ta' prodotti maħsuba għas-suq frisk (bl-indikazzjoni tal-valur u l-volum tagħha);

(g)

parti mill-produzzjoni ta' prodotti maħsuba għal ipproċessar (bl-indikazzjoni tal-valur u l-volum tagħha);

(h)

erja taħt produzzjoni ta' frott u ħaxix.

3.

Informazzjoni relatata mal-infiq:

(a)

infiq relatat mal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, mal-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi u mal-assoċjazzjonijiet transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi (imqassam skont fond operattiv, fond operattiv finali u assistenza finanzjarja nazzjonali);

(b)

infiq totali attwali ta' programmi operattivi għal organizzazzjonijiet tal-produtturi, assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi u assoċjazzjonijiet transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi (imqassam skont azzjonijiet u miżuri marbuta mal-objettivi tagħhom);

(c)

infiq totali attwali għal gruppi produtturi;

(d)

irtirar imqassam skont il-kategoriji ta' prodotti (volum, nefqa totali, ammont ta' assistenza finanzjarja mill-UE u destinazzjonijiet (distribuzzjoni b'xejn, kompostjar, industrija tal-ipproċessar u oħrajn).

4.

Informazzjoni relatata mal-monitoraġġ ta' programmi operattivi u ta' pjanijiet ta' rikonoxximent:

(a)

Indikaturi fir-rigward ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, ta' assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi u ta' assoċjazzjonijiet transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi (imqassma skont azzjonijiet u miżuri marbuta mal-objettivi tagħhom);

(b)

Indikaturi fir-rigward ta' gruppi produtturi.

PARTI B — INFORMAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET

Informazzjoni dwar il-kontrolli u l-penali amministrattivi:

(a)

il-kontrolli mwettqa mill-Istat Membru: id-dettalji ta' korpi li kienu spezzjonati u d-dati taż-żjarat;

(b)

ir-rati ta' kontrolli;

(c)

ir-riżultati tal-kontrolli;

(d)

il-penali amministrattivi applikati.


17.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 208/9


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1146

tas-7 ta' Ġunju 2018

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fis-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati u r-Regolament (KE) Nru 606/2009 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tal-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli, il-prattiċi enoloġiċi u r-restrizzjonijiet applikabbli

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 38, l-Artikolu 182(1) u (4) u l-Artikolu 223 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 62(2) tiegħu

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/892 (3) li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fis-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati. Ir-Regolament (UE) 2017/2393 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) emenda r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 b'mod partikolari fir-rigward tal-għajnuna fis-settur tal-frott u l-ħaxix. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892 jirrifletti l-emendi għad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(2)

Ir-regoli ta' implimentazzjoni rigward l-assistenza finanzjarja nazzjonali fis-settur tal-frott u l-ħxejjex għandhom jiġu aġġornati.

(3)

Dettalji għall-implimentazzjoni taż-żieda fil-limitu tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni minn 50 % għal 60 % fi Stati Membri fejn organizzazzjonijiet tal-produtturi jikkummerċjalizzaw anqas minn 20 % tal-produzzjoni tal-frott u l-ħaxix msemmija fl-Artikolu 34(3)(f) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u b'mod partikolari d-dettalji tal-kalkolu tal-grad tal-organizzazzjoni tal-produtturi fi Stat Membru għandhom jiġu stabbiliti biex jiġi żgurat li l-applikazzjonijiet għall-għajnuna u l-verifika tal-kundizzjonijiet għaż-żieda jiġu implimentati b'mod koerenti madwar l-Unjoni.

(4)

Għandu jiġi kkjarifikat ukoll li l-promozzjoni tal-prodotti bħala miżura ta' kriżi tinkludi d-diversifikazzjoni u l-konsolidazzjoni tas-swieq tal-frott u l-ħaxix.

(5)

Id-dispożizzjonijiet relatati mar-rapporti annwali dwar l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, inklużi l-organizzazzjonijiet transnazzjonali, u gruppi produtturi, u dwar il-fondi operattivi, il-programmi operattivi u l-pjanijiet ta' rikonoxximent għandhom jiġu ssimplifikati. Dawn ir-rapporti għandhom jippermettu lill-Kummissjoni timmonitorja s-settur b'mod adegwat.

(6)

Il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tad-dazji tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 182 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li jistgħu japplikaw għall-importazzjonijiet ta' ċertu frott u ħaxix għandhom jiġu kkjarifikati.

(7)

Fejn assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi jew assoċjazzjoni transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi timplimenta programm operattiv, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġi evitat il-finanzjament doppju, u li jitwettqu kontrolli xierqa għall-azzjonijiet implimentati fil-livell tal-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi kif ukoll fil-livell tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi membri tagħha, kif meħtieġ skont ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

(8)

L-Annessi I u II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892 għandhom jiġu aġġornati biex jiġu simplifikati l-Parti A tar-Rapport Annwali tal-Istati Membri u l-indikaturi komuni tal-prestazzjoni, u biex jitneħħew l-indikaturi bażiċi komuni.

(9)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892 jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-Punt 3 tat-Taqsima A ta' Parti I tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistabbilixxi obbligu għall-Istati Membri li jgħarrfu lill-Kummissjoni bi kwalunkwe żieda fil-limiti stabbiliti fil-punt 2 ta' dik it-taqsima. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009 (5) għandu jiġi emendat biex jipprovdi għad-dettalji rigward is-sottomissjoni ta' din l-informazzjoni mill-Istati Membri lill-Kummissjoni.

(11)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-istess jum bħar-Regolament (UE) 2017/2393. Madanakollu, id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw ir-rapportar għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2019 biex l-Istati Membri u l-operaturi ekonomiċi kkonċernati jingħataw biżżejjed żmien biex jimplimentaw l-emendi stabbiliti f'dan ir-Regolament. Il-flessibilità għal organizzazzjonijiet tal-produtturi ppreveduta mill-miżuri u l-azzjonijiet il-ġodda għandha tapplika miġjuba mid-dispożizzjonijiet tranżitorji li jenħtieġ li jiġu implimentati flimkien mar-retroattività sabiex jikkoinċidu mad-data ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/2393 biex b'hekk l-applikazzjoni tal-emendi fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tiġi rrispettata.

(12)

Il-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-miżuri u tal-azzjonijiet ġodda eliġibbli għal assistenza finanzjarja mill-Unjoni stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom japplikaw mid-data tal-applikazzjoni tal-emendi għal dak ir-Regolament introdotti mir-Regolament (UE) 2017/2393, sabiex tiġi żgurata l-istabbiltà tas-suq għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-membri tagħhom, b'mod partikolari minħabba li dawk il-miżuri jikkonċernaw prinċipalment il-ġestjoni u l-prevenzjoni tal-kriżijiet, u sabiex dawn ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-miżuri ġodda b'mod sħiħ. Sabiex jitħarsu l-aspettattivi leġittimi, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu jagħżlu li jkomplu l-programmi operattivi tagħhom skont il-qafas legali applikabbli, jew li jimmodifikaw il-programmi operattivi tagħhom biex jibbenefikaw mill-miżuri u l-azzjonijiet ġodda eliġibbli għal assistenza finanzjarja mill-Unjoni, kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(13)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/892

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892 jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 8bis il-ġdid li ġej huwa mdaħħal:

“Artikolu 8bis

Implimentazzjoni taż-żieda fil-limitu tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni minn 50 % għal 60 %

1.   Iż-żieda fil-limitu tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni minn 50 % għal 60 % għal programm operattiv jew parti minn programm operattiv ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta kif imsemmi fl-Artikolu 34(3)(f) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandha tingħata jekk:

(a)

il-kundizzjonijiet kif imsemmija fl-Artikolu 34(3)(f) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jiġu ssodisfati f'kull sena ta' implimentazzjoni tal-programm operattiv u huma soġġetti għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(2)(g) ta' dan ir-Regolament:

(b)

organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta tressaq talba meta tissottometti l-programm operattiv tagħha.

2.   Għall-finijiet taż-żieda fil-limitu tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni minn 50 % għal 60 % għal programm operattiv jew parti minnu, ir-rata ta' kummerċjalizzazzjoni tal-produzzjoni tal-frott u tal-ħaxix minn organizzazzjonijiet tal-produtturi msemmija fl-Artikolu 34(3)(f) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandha tiġi kkalkulata kull sena kemm idum għaddej il-programm operattiv, bħala parti mill-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi fi Stat Membru partikolari, tal-valur totali tal-produzzjoni tal-frott u tal-ħaxix ikkumerċjalizzata fl-Istat Membru partikolari għall-perjodu referenzjarju stabbilit fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891.

Madanakollu, Stati Membri li japplikaw il-metodu alternattiv stabbilit fl-Artikolu 23(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891 għandhom jikkalkulaw ir-rata ta' kummerċjalizzazzjoni tal-produzzjoni tal-frott u tal-ħaxix mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi msemmija fl-Artikolu 34(3)(f) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 kull sena kemm idum għaddej il-programm operattiv, bħala parti mill-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi fi Stat Membru partikolari, tal-valur totali tal-produzzjoni tal-frott u tal-ħaxix ikkumerċjalizzata fl-Istat Membru partikolari għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru tas-sena ta' qabel is-sena li fiha tiġi approvata l-għajnuna skont l-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament.

3.   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-organizzazzjoni tal-produtturi li tagħmel it-talba bl-ammont approvat tal-għajnuna, inkluż l-ammont taż-żieda mogħtija skont l-Artikolu 34(3)(f) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, mhux aktar tard mill-15 ta' Diċembru tas-sena ta' qabel l-implimentazzjoni tal-programm operattiv, kif stabbilit fl-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament.

4.   Kull sena kemm idum għaddej il-programm operattiv, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw li l-kundizzjonijiet għaż-żieda fil-limitu tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni minn 50 % għal 60 % kif imsemmija fl-Artikolu 34(3)(f) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 huma ssodisfati.”;

(2)

Fl-Artikolu 4, il-paragrafu (1)(a) huwa emendat kif ġej:

“(a)

deskrizzjoni tas-sitwazzjoni inizjali, ibbażata, fejn ikun rilevanti, fuq l-indikaturi elenkati fit-Tabella 4.1 tal-Anness II;”;

(3)

Fl-Artikolu 9, il-paragrafi 6 u 7 huma ssostitwiti b'dan li ġej:

“6.   Organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jippreżentaw applikazzjoni għal għajnuna rigward azzjonijiet li huma implimentati fil-livell tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi fl-Istat Membru fejn huma rikonoxxuti. Jekk ikunu membri ta' assoċjazzjoni transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jipprovdu kopja tal-applikazzjoni lill-Istat Membru li fih għandha s-sede tagħha l-assoċjazzjoni transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi.

7.   Assoċjazzjoni transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi għandha tippreżenta applikazzjoni għal għajnuna rigward azzjonijiet li huma implimentati fil-livell tal-assoċjazzjoni transnazzjonali fl-Istat Membru fejn dik l-assoċjazzjoni għandha l-kwartieri ġenerali tagħha. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li m'hemmx riskju ta' finanzjament doppju.”;

(4)

Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw dispożizzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet li jridu jiġu ssodisfati permezz tal-miżuri ta' promozzjoni u ta' komunikazzjoni, inklużi azzjonijiet u attivitajiet bl-għan tad-diversifikazzjoni u l-konsolidazzjoni tas-swieq tal-frott u tal-ħaxix, kemm jekk dawk il-miżuri jkunu jirrigwardjaw il-prevenzjoni tal-kriżijiet kif ukoll jekk ikunu jirrigwardaw il-ġestjoni tal-kriżijiet. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jippermettu l-applikazzjoni ta' malajr tal-miżuri jekk dan ikun meħtieġ.

L-għan prinċipali ta' dawk il-miżuri għandu jkun it-titjib tal-kompetittività tal-prodotti kkummerċjalizzati mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom fil-każ ta' tfixkil serju fis-suq, telf ta' kunfidenza tal-konsumatur jew problemi oħra relatati.

L-objettivi speċifiċi tal-miżuri ta' promozzjoni u komunikazzjoni implimentati mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom għandhom ikunu:

(a)

aktar sensibilizzazzjoni dwar il-kwalità ta' prodotti agrikoli li jipproduċu fl-Unjoni u dwar l-istandards ta' kwalità għoljin li huma applikabbli għall-produzzjoni tagħhom fl-Unjoni;

(b)

żieda fil-kompetittività u l-konsum ta' prodotti agrikoli u ta' ċerti prodotti pproċessati li jipproduċu fl-Unjoni u sensibilizzazzjoni dwar il-kwalità tagħhom kemm fl-Unjoni u kemm barra minnha;

(c)

aktar sensibilizzazzjoni dwar skemi tal-kwalità tal-Unjoni kemm fl-Unjoni u kemm barra minnha;

(d)

żieda fis-sehem mis-suq tal-prodotti agrikoli u ta' ċerti prodotti pproċessati li jipproduċu fl-Unjoni, b'fokus speċifiku fuq dawk is-swieq f'pajjiżi terzi li għandhom l-ogħla potenzjal ta' tkabbir; u

(e)

kontribuzzjoni għall-irkupru ta' kundizzjonijiet normali tas-suq fis-suq tal-Unjoni f'każ ta' tfixkil serju tas-suq, telf tal-fiduċja tal-konsumatur jew problemi relatati oħra.”;

(5)

Il-Kapitolu III huwa mħassar;

(6)

L-Artikolu 21 hu ssostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 21

It-tagħrif u r-rapporti annwali minn gruppi ta' produtturi, organizzazzjonijiet tal-produtturi u assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi u r-rapporti annwali mill-Istati Membri

Fuq talba tal-awtorità kompetenti ta' Stat Membru, il-gruppi produtturi msawra skont l-Artikolu 125e tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti, l-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-assoċjazzjonijiet transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi u gruppi produtturi għandhom jipprovdu kwalunkwe tagħrif rilevanti meħtieġ sabiex jitfassal ir-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 54(b) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891. L-istruttura tar-rapport annwali hija stabbilita fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiġbru tagħrif dwar l-għadd ta' membri, il-volum u l-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi li ma jkunux issottomettew programmi operattivi. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-gruppi produtturi msemmija fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għandhom jintalbu jipprovdu tagħrif dwar l-għadd ta' membri, il-volum u l-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata.”;

(7)

Fl-Artikolu 33, il-paragrafi 3 u 4 huma ssostitwiti b'dan li ġej:

“3.   L-Istat Membru li fih għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha l-assoċjazzjoni transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi għandu:

(a)

jkollu r-responsabbiltà totali għall-organizzazzjoni ta' kontrolli fir-rigward tal-azzjonijiet tal-programm operattiv implimentati fil-livell tal-assoċjazzjoni transnazzjonali u tal-fond operattiv tal-assoċjazzjoni transnazzjonali, kif ukoll għall-applikazzjoni ta' penali amministrattivi meta tali kontrolli juru li l-obbligi ma ġewx issodisfati, u

(b)

jiżgura l-koordinazzjoni ta' kontrolli u pagamenti fir-rigward tal-azzjonijiet tal-programm operattiv tal-assoċjazzjoni transnazzjonali li huma implimentati barra t-territorju tal-Istat Membru fejn hemm l-uffiċċju prinċipali.

4.   L-azzjonijiet tal-programmi operattivi għandhom ikunu konformi mar-regoli nazzjonali u mal-istrateġija nazzjonali tal-Istat Membru fejn, f'konformità mal-Artikolu 9, paragrafi 6 u 7, l-applikazzjoni għall-għajnuna tiġi sottomessa.

Madanakollu, miżuri ambjentali u fitosanitarji u miżuri ta' prevenzjoni u ġestjoni tal-kriżijiet se jkunu soġġetti għar-regoli tal-Istat Membru fejn dawn il-miżuri u l-azzjonijiet jitwettqu fil-verità.”;

(8)

Fl-Artikolu 39, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Jista' jiġi applikat dazju tal-importazzjoni addizzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 182(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għall-prodotti u matul il-perjodi elenkati fl-Anness VII għal dan ir-Regolament. Dak id-dazju tal-importazzjoni addizzjonali għandu japplika jekk il-kwantità ta' kwalunkwe wieħed mill-prodotti mpoġġija fiċ-ċirkolazzjoni libera għal kwalunkwe wieħed mill-perjodi ta' applikazzjoni stabbiliti f'dak l-Anness taqbeż il-volum tal-iskattar għal dak il-prodott, sakemm mhuwiex improbabbli li l-importazzjonijiet ifixklu s-suq tal-Unjoni, jew l-effetti tad-dazju tal-importazzjoni addizzjonali jkunu sproporzjonati għall-objettiv maħsub.”;

(9)

L-Annessi I u II huma ssostitwiti bit-test li jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 606/2009

Fir-Regolament (KE) Nru 606/2009 jiżdied l-Artikolu 12a ġdid li ġej:

“Artikolu 12a

Notifiki tad-deċiżjonijiet tal-Istati Membri li jippermettu żieda fil-qawwa alkoħolika naturali

1.   L-Istati Membri li jiddeċiedu li jagħmlu użu mill-possibbiltà li jippermettu żieda fil-qawwa alkoħolika naturali skont il-volum skont il-Punt 3 tat-Taqsima A ta' Parti I tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan qabel jadottaw id-deċiżjoni. Fin-notifika l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw il-perċentwali li bihom żdiedu l-limiti stabbiliti f'Punt 2 tat-Taqsima A ta' Parti I tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, ir-reġjuni u l-varjetajiet ikkonċernati bid-deċiżjoni u għandhom jissottomettu data u evidenza li turi l-kundizzjonijiet klimatiċi b'mod eċċezzjonali ma kinux favorevoli fir-reġjuni kkonċernati.

2.   Din in-notifika għandha ssir skont ir-Regolament Delegat (UE) 2017/1183 (*1) u skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1185 (*2).

3.   Din in-notifika għandha tiġi kkomunikata mill-Kummissjoni lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħrajn permezz ta' sistema ta' informazzjoni li tpoġġiet fis-seħħ mill-Kummissjoni.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2018.

Madanakollu, il-punti (5), (6) u (9) tal-Artikolu 1 għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Ġunju 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/892 tat-13 ta' Marzu 2017 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fis-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (ĠU L 138, 25.5.2017, p. 57).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2017/2393 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), (UE) Nru 1306/2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni, (UE) Nru 1307/2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni, (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u (UE) Nru 652/2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal- pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti (ĠU L 350, 29.12.2017, p. 15).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009 tal-10 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tal-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli, il-prattiċi enoloġiċi u r-restrizzjonijiet applikabbli (ĠU L 193 24.7.2009, p. 1).


ANNESS

“ANNESS I

Struttura u kontenut ta' strateġija nazzjonali għall-programmi operattivi sostenibbli msemmija fl-Artikolu 2

1.   Tul taż-żmien tal-istrateġija nazzjonali

Għandu jkun indikat mill-Istat Membru.

2.   Analiżi tas-sitwazzjoni f'termini tal-punti pożittivi u negattivi u l-potenzjal għall-iżvilupp, l-istrateġija magħżula sabiex dawn jintlaħqu u l-ġustifikazzjoni tal-prijoritajiet magħżula kif imsemmi fl-Artikolu 36(2)(a) u (b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

2.1.   Analiżi tas-sitwazzjoni

Deskrizzjoni tas-sitwazzjoni attwali tas-settur tal-frott u l-ħxejjex bl-użu ta' dejta kwantifikata, filwaqt li tenfasizza l-punti pożittivi u negattivi, id-disparitajiet, il-ħtiġijiet u l-lakuni u l-potenzjal għall-iżvilupp abbażi tal-indikaturi rilevanti stabbiliti fit-Tabella 4.1 tal-Anness II. Din id-deskrizzjoni għandha tikkonċerna tal-inqas:

il-prestazzjonijiet tas-settur tal-frott u l-ħxejjex: il-punti pożittivi u negattivi tas-settur, il-kompetittività u l-potenzjal għall-iżvilupp tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi;

l-effetti ambjentali (impatti, pressjonijiet u benefiċċji) tal-produzzjoni tal-frott u l-ħxejjex, inklużi xejriet ewlenin.

2.2.   L-istrateġija magħżula sabiex jintlaħqu l-punti pożittivi u negattivi

Deskrizzjoni tal-oqsma ewlenin fejn l-intervent huwa mistenni li jġib il-valur miżjud massimu:

ir-rilevanza tal-objettivi stabbiliti għall-programmi operattivi, tar-riżultati mistennija u kemm dawn jistgħu jinkisbu b'mod realistiku;

il-koerenza interna tal-istrateġija, l-eżistenza ta' interazzjonijiet li jsaħħu lil xulxin b'mod reċiproku u l-kunflitti jew il-kontradizzjonijiet possibbli bejn l-objettivi operattivi tal-azzjonijiet differenti magħżula;

il-kumplimentarjetà u l-konsistenza tal-azzjonijiet magħżula ma' azzjonijiet nazzjonali jew reġjonali oħrajn, u mal-attivitajiet appoġgjati permezz ta' fondi tal-Unjoni, b'mod partikolari mal-programmi tal-iżvilupp rurali u l-promozzjoni;

ir-riżultati u impatt mistennija mqabbla mas-sitwazzjoni bażika u l-kontribuzzjoni tagħhom lejn l-objettivi tal-Unjoni.

2.3.   L-impatt mill-istrateġija nazzjonali preċedenti (fejn applikabbli)

Deskrizzjoni tar-riżultati u tal-impatt tal-programmi operattivi implimentati fil-passat riċenti.

3.   L-objettivi tal-programmi operattivi u tal-indikaturi tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 36(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1308/2013

Deskrizzjoni tat-tipi ta' azzjonijiet magħżula bħala eliġibbli għall-appoġġ (lista mhux eżawrjenti), l-objettivi segwiti, il-miri verifikabbli u l-indikaturi li jippermettu l-progress lejn il-kisba tal-objettivi, l-effiċjenza u l-effettività li jridu jiġu vvalutati.

3.1.   Rekwiżiti li jikkonċernaw it-tipi ta' azzjonijiet kollha jew diversi minnhom

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-azzjonijiet kollha inklużi fl-istrateġija nazzjonali u fil-qafas nazzjonali jkunu verifikabbli u kontrollabbli. Meta l-valutazzjoni matul l-implimentazzjoni tal-programmi operattivi tiżvela li r-rekwiżiti tal-verifikabbiltà u tal-kontrollabbiltà ma jiġux issodisfati, l-azzjonijiet ikkonċernati għandhom jiġu aġġustati kif xieraq jew inkella jitħassru. Meta l-appoġġ jingħata fuq il-bażi tar-rati fissi standard jew l-iskali ta' spejjeż għal kull unità, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kalkoli rilevanti jkunu adegwati u preċiżi u stabbiliti minn qabel abbażi ta' kalkolu ġust, ekwu u verifikabbli. L-azzjonijiet ambjentali għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 33(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

L-Istati Membri għandhom jadottaw salvagwardji, dispożizzjonijiet u kontrolli sabiex jiżguraw li l-azzjonijiet magħżula bħala eliġibbli għall-appoġġ ma jkunux appoġġjati wkoll minn strumenti rilevanti oħrajn tal-politika agrikola komuni, b'mod partikolari minn programmi tal-iżvilupp u l-promozzjoni rurali jew minn skemi nazzjonali jew reġjonali oħrajn. Salvagwardji effettivi fis-seħħ skont l-Artikolu 33(6) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, sabiex jipproteġu l-ambjent minn pressjonijiet akbar possibbli li ġejjin minn investimenti appoġġjati taħt il-programmi operattivi u kriterji tal-eliġibbiltà adottati skont l-Artikolu 36(1) ta' dak ir-Regolament, sabiex jiżguraw li l-investimenti fuq azjendi individwali appoġġjati taħt il-programmi operattivi jirrispettaw l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 191 tat-TFUE u fis-seba' programm ta' azzjoni ambjentali tal-Unjoni.

3.2.   Tagħrif speċifiku meħtieġ għat-tipi ta' azzjonijiet immirati lejn il-kisba tal-objettivi stabbiliti jew imsemmija fl-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (irid jimtela biss għat-tipi ta' azzjonijiet magħżula).

3.2.1.   Akkwist ta' assi fissi

tipi ta' investimenti eliġibbli għall-appoġġ,

forom oħrajn ta' akkwist eliġibbli għall-appoġġ, pereżempju; kera, lokazzjoni,

dettalji dwar il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà għall-appoġġ.

3.2.2.   Azzjonijiet oħra

deskrizzjoni tat-tipi ta' azzjonijiet eliġibbli għall-appoġġ,

dettalji dwar il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà għall-appoġġ.

4.   Ħatra tal-awtoritajiet kompetenti u tal-korpi responsabbli

Ħatra mill-Istat Membru tal-awtorità nazzjonali responsabbli mill-ġestjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-istrateġija nazzjonali.

5.   Deskrizzjoni tas-sistemi ta' monitoraġġ u evalwazzjoni

L-indikaturi tal-prestazzjoni stabbiliti mill-istrateġija nazzjonali għandhom jinkludu l-indikaturi previsti fl-Artikolu 4 u elenkati fit-Tabella 4.1 tal-Anness II. Fejn ikun meqjus bħala xieraq, l-istrateġija nazzjonali għandha tispeċifika indikaturi addizzjonali li jkunu jirriflettu l-ħtiġijiet reġjonali jew nazzjonali, il-kundizzjonijiet u l-objettivi speċifiċi għall-programmi operattivi nazzjonali.

5.1.   Valutazzjoni tal-programmi operattivi u tal-obbligi tar-rapportar għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi msemmija fl-Artikolu 36(2)(d) u (e) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

Deskrizzjoni tar-rekwiżiti u l-proċeduri ta' monitoraġġ u evalwazzjoni fir-rigward tal-programmi operattivi, inklużi l-obbligi tar-rapportar għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi.

5.2.   Monitoraġġ u evalwazzjoni tal-istrateġija nazzjonali

Deskrizzjoni tar-rekwiżiti u l-proċeduri ta' monitoraġġ u evalwazzjoni fir-rigward tal-istrateġija nazzjonali.

“ANNESS II

Rapport Annwali Parti A

STRUTTURA TAR-RAPPORT ANNWALI – PARTI A

Dawn il-formoli jikkostitwixxu l-parti A tar-rapport annwali li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri huma meħtieġa jibagħtu kull sena lill-Kummissjoni Europea sal-15 ta' Novembru tas-sena ta' wara is-sena kalendarja koperta mir-rapport.

Dawn il-formoli huma bbażati fuq l-obbligi ta' rapportar stabbiliti fl-Artikolu 54(b) u fl-Anness V tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/891, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fis-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati.

1.   Tagħrif amministrattiv

Tabella 1.1.

Tibdil fil-leġiżlazzjoni nazzjonali adottat sabiex tiġi implimentata t-Taqsima 3 tal-Kapitolu II tat-Titolu I u t-Taqsimiet 1, 2 u 3 tal-Kapitolu III tat-Titolu II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (fis-settur tal-frott u l-ħxejjex)

Tabella 1.2.

Tibdil relatat mal-istrateġija nazzjonali għal programmi operattivi sostenibbli applikabbli għal programmi operattivi

2.   Informazzjoni dwar organizzazzjonijiet tal-produtturi, organizzazzjonijiet transnazzjonali tal-produtturi, assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, assoċjazzjonijiet transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi u gruppi produtturi

Tabella 2.1.

Organizzazzjonijiet tal-produtturi

Tabella 2.2.

Organizzazzjonijiet transnazzjonali tal-produtturi

Tabella 2.3.

Assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi

Tabella 2.4.

Assoċjazzjonijiet transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi

Tabella 2.5.

Gruppi tal-produtturi

3.   Tagħrif relatat mal-infiq

Tabella 3.1.

Infiq relatat ma' organizzazzjonijiet tal-produtturi, organizzazzjonijiet transnazzjonali tal-produtturi, assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi u assoċjazzjonijiet transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi

Tabella 3.2.

Infiq totali tal-programmi operattivi għal organizzazzjonijiet tal-produtturi, organizzazzjonijiet transnazzjonali tal-produtturi, assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi u assoċjazzjonijiet transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi

Tabella 3.3.

Infiq totali għal gruppi produtturi

Tabella 3.4.

Irtirar

4.   Monitoraġġ ta' programmi operattivi/pjanijiet ta' rikonoxximent

Tabella 4.1.

Indikaturi fir-rigward ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi u organizzazzjonijiet transnazzjonali tal-produtturi, assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi u assoċjazzjonijiet transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi

Tabella 4.2.

Indikaturi fir-rigward ta' gruppi produtturi

Noti ta' Spjegazzjoni

Abbrevjazzjonijiet

Organizzazzjoni komuni tas-swieq

OKS

Grupp produttur

GP

Organizzazzjoni tal-produtturi

OP

Organizzazzjoni transnazzjonali tal-produtturi

OTP

Assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi

AOP

Assoċjazzjoni transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi

ATOP

Fond operattiv

FO

Programm operattiv

PO

Il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata

VPK

Stat Membru

SM

Kodiċijiet tal-pajjiż

Isem il-pajjiż (lingwa tas-sors)

Isem qasir (Malti)

Kodiċi

Belgique/België

Il-Belġju

BE

България (*1)

Il-Bulgarija

BG

Česká republika

Ir-Repubblika Ċeka

CZ

Danmark

Id-Danimarka

DK

Deutschland

Il-Ġermanja

DE

Eesti

L-Estonja

EE

Éire/Ireland

L-Irlanda

IE

Ελλάδα (*1)

Il-Greċja

EL

España

Spanja

ES

France

Franza

FR

Italia

L-Italja

IT

Κύπρος (*1)

Ċipru

CY

Latvija

Il-Latvja

LV

Lietuva

Il-Litwanja

LT

Lussemburgu

Il-Lussemburgu

LU

Magyarország

L-Ungerija

HU

Malta

Malta

MT

Nederland

In-Netherlands

NL

Österreich

L-Awstrija

AT

Polska

Il-Polonja

PL

Portugal

Il-Portugall

PT

Repubblika Hrvatska

Il-Kroazja

HR

România

Ir-Rumanija

RO

Slovenija

Is-Slovenja

SI

Slovensko

Is-Slovakkja

SK

Suomi/Finland

Il-Finlandja

FI

Sverige

L-Iżvezja

SE

United Kingdom

Ir-Renju Unit

UK

Kodiċi tar-reġjun

Vlaams Gewest

BE2

Région Wallonne (Ir-Reġjun ta' Wallonja)

BE3

L-indikazzjoni tar-reġjun ikkonċernat fuq il-paġna ta' quddiem ta' kull taqsima u fil-bidu ta' kull tabella hija għażla għal kull Stat Membru li jaraha aktar xierqa li jipprovdi tqassim reġjonali.

Numru kodiċi (ID) tal-OPi, OTPi, AOPi, ATOPi u GPi

In-numru kodiċi ta' kull OP, OTP, AOP, ATOP jew GP huwa UNIKU. Jekk jiġi rtirat ir-rikonoxximent ta' OP, OTP, AOP, ATOP jew GP, l-istess numru kodiċi qatt m'għandu jerġa' jintuża.

Valuri fi flus

Il-valuri fi flus kollha għandhom jinkitbu fl-Euro, ħlief għal dawk l-Istati Membri li jużaw munita nazzjonali. FUQ NETT tat-Tabelli hemm kaxxa “MUNITA NAZZJONALI”.

Munita

 

Il-kaxxa għandha tindika l-kodiċi tal-munita nazzjonali użata.

 

KODIĊI

Euro

EUR

Lira Sterlina

GBP

Punt ta' kuntatt għall-komunikazzjoni

Stat Membru:

 

Sena:

 

Reġjun:

 

 

 


Organizzazzjoni

Isem

 

Indirizz postali

 

Persuna ta' kuntatt 1

Kunjom

 

Isem

 

Titolu tal-Impjieg

 

Indirizz elettroniku

 

Telefown tan-negozju

 

Nru tal-fax tan-negozju

 

Persuna ta' kuntatt 2

Kunjom

 

Isem

 

Titolu tal-Impjieg

 

Indirizz elettroniku

 

Telefown tan-negozju

 

Nru tal-fax tan-negozju

 

Rapport Annwali – Parti A

Stat Membru:

 

Sena:

 

Reġjun:

 

 

 

TAQSIMA 1

INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA

Tabella 1.1.   Tibdil fil-leġiżlazzjoni nazzjonali adottat sabiex tiġi implimentata t-Taqsima 3 tal-Kapitolu II tat-Titolu I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (fis-settur tal-frott u l-ħxejjex)

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali

Titolu

Publikazzjoni fil-ĠU tal-Istat Membru

Iperlink

 

 

 


Tabella 1.2.   Tibdil fl-istrateġija nazzjonali għal programmi operattivi sostenibbli applikabbli għal programmi operattivi

Strateġija nazzjonali

Tibdil fl-istrateġija nazzjonali  (1)

Iperlink

 

 

Rapport Annwali – Parti A

Stat Membru:

 

Sena:

 

Reġjun:

 

 

 

TAQSIMA 2

INFORMAZZJONI RELATATA MAL-OPi, OTPi, AOPi, ATOPi U GPi

Tabella 2.1.   Organizzazzjonijiet tal-produtturi

L-għadd totali ta' OPi rikonoxxuti

 

L-għadd totali ta' OPi sospiżi

 

L-għadd totali ta' OPi li għalihom ġie rtirat ir-rikonoxximent

 

L-għadd totali ta' OPi li amalgamaw ma' OP(i)/AOP(i)/OTP(i)/ATOP(i) oħra (jew aktar minn waħda)

L-għadd totali ta' OPi kkonċernati

 

L-għadd totali ta' OP(i)/AOP(i)/OTP(i)/ATOP(i) ġodda

 

Numru/i tal-ID ġodda

 

L-għadd ta' membri tal-OPi

Totali

 

Entitajiet ġuridiċi

 

Persuni fiżiċi

 

L-għadd ta' produtturi tal-frott u/jew tal-ħxejjex

 

L-għadd totali ta' OPi li qed jimplimentaw programm operattiv

OPi rikonoxxuti

 

OPi sospiżi

 

OPi soġġetti għal amalgamazzjoni

 

Parti mill-produzzjoni intiża għas-suq frisk

Valur

 

Volum (f'tunnellati)

 

Parti mill-produzzjoni intiża għall-ipproċessar

Valur

 

Volum (f'tunnellati)

 

L-erja totali taħt produzzjoni ta' frott u ħxejjex (ha)  (*2)

 


Tabella 2.2.   Organizzazzjonijiet transnazzjonali tal-produtturi  (2)

L-għadd totali ta' OTPi rikonoxxuti

 

 

Numru ta' membri OP

 

 

Lista ta' SMi fejn il-membri OPi għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom

 

L-għadd totali ta' OTPi sospiżi

 

 

Numru ta' membri OP

 

 

Lista ta' SMi fejn il-membri OPi għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom

 

L-għadd totali ta' OTPi li għalihom ġie rtirat ir-rikonoxximent

 

 

Numru ta' membri OP

 

 

Lista ta' SMi fejn il-membri OPi għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom

 

L-għadd totali ta' OTPi li amalgamaw ma' OTP(i)/ATOP(i) oħra (jew aktar minn waħda)

L-għadd totali ta' OTPi kkonċernati

 

L-għadd totali ta' OTP(i)/ATOP(i) ġodda

 

Numru/i tal-ID ġodda

 

L-għadd ta' membri tal-OTPi

Totali

 

Entitajiet ġuridiċi

 

Persuni fiżiċi

 

L-għadd ta' produtturi tal-frott u/jew tal-ħxejjex

 

L-għadd totali ta' OTPi li qed jimplimentaw programm operattiv

OTPi rikonoxxuti

ma' PO sħiħ

 

ma' PO parzjali

 

OTPi sospiżi

ma' PO sħiħ

 

ma' PO parzjali

 

OTPi soġġetti għal amalgamazzjoni

ma' PO sħiħ

 

ma' PO parzjali

 

Parti mill-produzzjoni intiża għas-suq frisk

Valur

 

Volum (f'tunnellati)

 

Parti mill-produzzjoni intiża għall-ipproċessar

Valur

 

Volum (f'tunnellati)

 

L-erja totali taħt produzzjoni ta' frott u ħxejjex (ha)  (*3)

 


Tabella 2.3.   Assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi  (3)

L-għadd totali ta' AOPi rikonoxxuti

 

 

Numru ta' membri OP

 

L-għadd totali ta' AOPi sospiżi

 

 

Numru ta' membri OP

 

L-għadd totali ta' AOPi li għalihom ġie rtirat ir-rikonoxximent

 

 

Numru ta' membri OP

 

L-għadd totali ta' AOPi li amalgamaw ma' AOP(i)/ATOP(i) oħra (jew aktar minn waħda)

L-għadd totali ta' AOPi kkonċernati

 

L-għadd totali ta' AOP(i)/ATOP(i) ġodda

 

Numru/i tal-ID ġodda

 

L-għadd ta' membri tal-AOPi

Totali

 

Entitajiet ġuridiċi

 

Persuni fiżiċi

 

L-għadd ta' produtturi tal-frott u/jew tal-ħxejjex

 

L-għadd totali ta' AOPi li qed jimplimentaw programm operattiv

AOPi rikonoxxuti

ma' PO sħiħ

 

ma' PO parzjali

 

AOPi sospiżi

ma' PO sħiħ

 

ma' PO parzjali

 

AOPi soġġetti għal amalgamazzjoni

ma' PO sħiħ

 

ma' PO parzjali

 

Parti mill-produzzjoni intiża għas-suq frisk

Valur

 

Volum (f'tunnellati)

 

Parti mill-produzzjoni intiża għall-ipproċessar

Valur

 

Volum (f'tunnellati)

 

L-erja totali taħt produzzjoni ta' frott u ħxejjex (ha)  (*4)

 


Tabella 2.4.   Assoċjazzjonijiet transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi  (4)

L-għadd totali ta' ATOPi rikonoxxuti

 

 

Numru ta' membri OP/OTP/AOP

 

 

Lista ta' SMi fejn il-membri OP/OTP/AOP għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom

 

L-għadd totali ta' ATOPi sospiżi

 

 

Numru ta' membri OP/OTP/AOP

 

 

Lista ta' SMi fejn il-membri OP/OTP/AOP għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom

 

L-għadd totali ta' ATOPi li għalihom ġie rtirat ir-rikonoxximent

 

 

Numru ta' membri OP/OTP/AOP

 

 

Lista ta' SMi fejn il-membri OP/OTP/AOP għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom

 

L-għadd totali ta' ATOPi li amalgamaw ma' ATOP(i) oħra (jew aktar minn waħda)

L-għadd totali ta' ATOPi kkonċernati

 

L-għadd totali ta' ATOP(i) ġodda

 

Numru/i tal-ID ġodda

 

L-għadd ta' membri tal-ATOPi

Totali

 

Entitajiet ġuridiċi

 

Persuni fiżiċi

 

L-għadd ta' produtturi tal-frott u/jew tal-ħxejjex

 

L-għadd totali ta' ATOPi li qed jimplimentaw programm operattiv

ATOPi rikonoxxuti

ma' PO sħiħ

 

ma' PO parzjali

 

ATOPi sospiżi

ma' PO sħiħ

 

ma' PO parzjali

 

ATOPi soġġetti għal amalgamazzjoni

ma' PO sħiħ

 

ma' PO parzjali

 

Parti mill-produzzjoni intiża għas-suq frisk

Valur

 

Volum (f'tunnellati)

 

Parti mill-produzzjoni intiża għall-ipproċessar

Valur

 

Volum (f'tunnellati)

 

L-erja totali taħt produzzjoni ta' frott u ħxejjex (ha)  (*5)

 


Tabella 2.5.   Gruppi tal-produtturi

L-għadd totali ta' GPi rikonoxxuti

 

L-għadd totali ta' GPi sospiżi

 

L-għadd totali ta' GPi li għalihom ġie rtirat ir-rikonoxximent

 

L-għadd totali ta' GPi li saru OPi

 

L-għadd totali ta' GPi li amalgamaw ma' GP(i) ieħor (jew aktar minn wieħed)

L-għadd totali ta' GPi kkonċernati

 

L-għadd totali ta' GPi ġodda

 

Numru/i tal-ID ġodda

 

L-għadd ta' membri tal-GPi

Totali

 

Entitajiet ġuridiċi

 

Persuni fiżiċi

 

L-għadd ta' produtturi tal-frott u/jew tal-ħxejjex

 

Parti mill-produzzjoni intiża għas-suq frisk

Valur

 

Volum (f'tunnellati)

 

Parti mill-produzzjoni intiża għall-ipproċessar

Valur

 

Volum (f'tunnellati)

 

L-erja totali taħt produzzjoni ta' frott u ħxejjex (ha)  (*6)

 

Rapport Annwali – Parti A

Stat Membru:

 

Sena:

 

Reġjun:

 

 

 

TAQSIMA 3

INFORMAZZJONI DWAR L-INFIQ

Tabella 3.1.   Infiq relatat mal-OPi, OTPi, AOPi u ATOPi

 

L-OPi kollha

L-OTPi kollha

L-AOPi kollha

L-ATOPi kollha

Fond Operattiv

Total approvat

 

 

 

 

L-ammont tal-kontribut finanzjarju tal-organizzazzjoni u/jew tal-membri tal-organizzazzjoni

 

 

 

 

L-ammont tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni

 

 

 

 

Fond Operattiv Finali

Infiq totali

 

 

 

 

L-ammont tal-kontribut finanzjarju tal-membri tal-organizzazzjoni

 

 

 

 

L-ammont tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni

 

 

 

 

Assistenza finanzjarja nazzjonali

L-ammont tal-Assistenza finanzjarja nazzjonali veru mħallas

 

 

L-ammont stimat tal-Assistenza finanzjarja nazzjonali veru mħallas li se jiġi rimborżat mill-UE

 

Lista ta' reġjuni benefiċjarji skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

 

Valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata (kalkolat skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2017/891)

 

 

 

 

(Data f'Euro jew munita nazzjonali)

Tabella 3.2.   Infiq totali veru tal-programmi operattivi għal OPi, OTPi, AOPi u ATOPi

Azzjonijiet/Miżuri

L-Artikolu 2(f) u (g) tar-Regolament (UE) 2017/891

Objettivi

L-Artikoli 33(1) u 152(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

Infiq totali veru (f'Euro jew munita nazzjonali)

L-OPi kollha

L-OTPi kollha

L-AOPi kollha

L-ATOPi kollha

Investimenti

L-ippjanar tal-produzzjoni

 

 

 

 

Titjib tal-kwalità tal-prodott

 

 

 

 

Tisħiħ tal-valur kummerċjali tal-prodotti

 

 

 

 

Miżuri ambjentali

 

 

 

 

Prevenzjoni u ġestjoni ta' kriżijiet

 

 

 

 

Riċerka

 

 

 

 

Riċerka u produzzjoni sperimentali

L-ippjanar tal-produzzjoni

 

 

 

 

Titjib tal-kwalità tal-prodott

 

 

 

 

Tisħiħ tal-valur kummerċjali tal-prodotti

 

 

 

 

Miżuri ambjentali

 

 

 

 

Skemi tal-kwalità (tal-UE u nazzjonali) u miżuri relatati mat-titjib fil-kwalità

Titjib tal-kwalità tal-prodott

 

 

 

 

Promozzjoni u komunikazzjoni

Tisħiħ tal-valur kummerċjali tal-prodotti

 

 

 

 

Il-promozzjoni tal-prodotti

 

 

 

 

Prevenzjoni u ġestjoni ta' kriżijiet

 

 

 

 

Taħriġ u skambju tal-aħjar prattiki

L-ippjanar tal-produzzjoni

 

 

 

 

Titjib tal-kwalità tal-prodott

 

 

 

 

Tisħiħ tal-valur kummerċjali tal-prodotti

 

 

 

 

Miżuri ambjentali

 

 

 

 

Prevenzjoni u ġestjoni ta' kriżijiet

 

 

 

 

Servizzi ta' konsulenza u assistenza teknika

L-ippjanar tal-produzzjoni

 

 

 

 

Titjib tal-kwalità tal-prodott

 

 

 

 

Tisħiħ tal-valur kummerċjali tal-prodotti

 

 

 

 

Miżuri ambjentali

 

 

 

 

Produzzjoni organika

Miżuri ambjentali

 

 

 

 

Produzzjoni integrata

 

 

 

 

Użu jew ġestjoni mtejba tal-ilma, inklużi l-iffrankar u t-tneħħija tal-ilma

 

 

 

 

Azzjonijiet għall-konservazzjoni tal-ħamrija

 

 

 

 

Azzjonijiet għall-ħolqien jew għaż-żamma ta' ħabitat favorevoli għall-bijodiversità jew għaż-żamma tal-pajsaġġ f'kundizzjoni tajba, inkluża l-konservazzjoni ta' karatteristiċi storiċi

 

 

 

 

Azzjonijiet li jiffavorixxu l-iffrankar tal-enerġija (eskluż it-trasport)

 

 

 

 

Azzjonijiet relatati mat-tnaqqis fil-produzzjoni tal-iskart u mat-titjib fil-ġestjoni tal-iskart

 

 

 

 

Trasport

 

 

 

 

Kummerċjalizzazzjoni

 

 

 

 

Twaqqif ta' fondi mutwi

Prevenzjoni u ġestjoni ta' kriżijiet

 

 

 

 

Ir-riforniment ta' fondi mutwi

 

 

 

 

It-tħawwil mill-ġdid ta' ġonna

 

 

 

 

Irtirar mis-suq

 

 

 

 

Distribuzzjoni b'xejn

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

Ħsad bikri

 

 

 

 

Nuqqas ta' ħsad

 

 

 

 

Assigurazzjoni tal-ħsad

 

 

 

 

Ikkowċjar

 

 

 

 

Spejjeż amministrattivi

L-ippjanar tal-produzzjoni

 

 

 

 

Titjib tal-kwalità tal-prodott

Tisħiħ tal-valur kummerċjali tal-prodotti

Miżuri ambjentali

Prevenzjoni u ġestjoni ta' kriżijiet

Riċerka

Oħrajn

L-ippjanar tal-produzzjoni

 

 

 

 

Titjib tal-kwalità tal-prodott

 

 

 

 

Tisħiħ tal-valur kummerċjali tal-prodotti

 

 

 

 

Miżuri ambjentali

 

 

 

 

Nota.:

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jipprevedi l-objettivi li ġejjin:

L-ippjanar tal-produzzjoni     L-Artikoli 33(1)(a) u 152(1)(c)(i), (ii) u (xi)

Titjib tal-kwalità tal-prodott     L-Artikoli 33(1)(b) u 152(1)(c)(i), (iv) u (vi)

Tisħiħ tal-valur kummerċjali tal-prodotti     L-Artikoli 33(1)(c) u 152(1)(c)(i), (ii), (iii), (iv), (ix) u (xi)

Il-promozzjoni tal-prodotti     L-Artikoli 33(1)(d) u 152(1)(c)(vi) u (ix)

Miżuri ambjentali     L-Artikoli 33(1)(e) u 152(1)(c)(iii), (iv), (v), (vii) u (viii)

Prevenzjoni u ġestjoni ta' kriżijiet     L-Artikoli 33(1)(f), 33(3)(a) u 152(1)(c)(iv) u (xi)

Riċerka     L-Artikolu 152(1)(c)(iv)


Tabella 3.3.   Infiq totali veru għal Gruppi Produtturi

 

Infiq totali veru għal GPi kollha

(Euro jew munita nazzjonali)

Investimenti ta' GP

Investimenti meħtieġa biex jinkiseb rikonoxximent għall-GPi

 

l-ammont tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni

 

l-ammont tal-assistenza finanzjarja minn SM

 

l-ammont tal-kontribut tal-GPi/tal-membri tal-GP

 


Tabella 3.4.   Irtirar

 

Volum annwali totali

(tunnellati)

Infiq totali

(Ewro jew munita nazzjonali)

L-ammont tal-assistenza finanzjarja mill-UE

Distribuzzjoni b'xejn

(tunnellati)

Kompostjar

(tunnellati)

L-industrija tal-ipproċessar

(tunnellati)

Destinazzjoni oħra

(tunnellati)

Prodotti fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2017/891

Pastard

 

 

 

 

 

 

 

Tadam

 

 

 

 

 

 

 

Tuffieħ

 

 

 

 

 

 

 

Għeneb

 

 

 

 

 

 

 

Berquq

 

 

 

 

 

 

 

Nuċiprisk

 

 

 

 

 

 

 

Ħawħ

 

 

 

 

 

 

 

Lanġas

 

 

 

 

 

 

 

Brunġiel

 

 

 

 

 

 

 

Bettieħ

 

 

 

 

 

 

 

Dulliegħ

 

 

 

 

 

 

 

Larinġ

 

 

 

 

 

 

 

Mandolin

 

 

 

 

 

 

 

Klementini

 

 

 

 

 

 

 

Satsumas

 

 

 

 

 

 

 

Lumi

 

 

 

 

 

 

 

Prodotti oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

 

Totali

 

 

 

 

 

 

 

 

Rapport Annwali – Parti A

Stat Membru:

 

Sena:

 

Reġjun:

 

 

 

TAQSIMA 4

MONITORAĠĠ TAL-PROGRAMMI OPERATTIVI

L-indikaturi marbuta ma' azzjonijiet imwettqa minn organizzazzjonijiet tal-produtturi, assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, organizzazzjonijiet transnazzjonali u gruppi produtturi rikonoxxuti taħt programm operattiv/pjan ta' rikonoxximent mhux bilfors jaqbdu l-fatturi kollha li jistgħu jintervjenu u jaffettwaw l-outputs, ir-riżultati u l-impatt ta' programm operattiv/pjan ta' rikonoxximent. F'dan il-kuntest, l-informazzjoni pprovduta mill-indikaturi għandha tkun interpretata skont l-informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva li tirrigwarda l-fatturi ewlenin l-oħra li jikkontribwixxu għas-suċċess jew falliment tal-implimentazzjoni tal-programm/pjan.

F'każ li l-Istati Membri jużaw kampjuni għall-kalkolu tal-indikaturi, id-daqs tal-kampjun, ir-rappreżentattività tiegħu u l-elementi l-oħra li jikkostitwixxuh għandhom jiġu komunikati lis-servizzi tal-Kummissjoni, flimkien mar-rapport annwali.

Tabella 4.1.   Indikaturi rigward OPi, OTPi, AOPi u ATOPi

Azzjonijiet/Miżuri

L-Artikolu 2(f) u (g) tar-Regolament (UE) 2017/891

Objettivi

L-Artikoli 33(1) u 152(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

Indikaturi

L-OPi kollha

L-OTPi kollha

L-AOPi kollha

L-ATOPi kollha

Investimenti (5)

L-ippjanar tal-produzzjoni

Għadd ta' azjendi

 

 

 

 

Valur totali

 

 

 

 

Titjib tal-kwalità tal-prodott

Għadd ta' azjendi

 

 

 

 

Valur totali

 

 

 

 

Tisħiħ tal-valur kummerċjali tal-prodotti

Għadd ta' azjendi

 

 

 

 

Valur totali

 

 

 

 

Valur totali tal-produzzjoni kkummerċjalizzata/Volum totali tal-produzzjoni kkummerċjalizzata (Euro jew munita nazzjonali/kg)

 

 

 

 

Miżuri ambjentali

Għadd ta' azjendi

 

 

 

 

Valur totali

 

 

 

 

Prevenzjoni u ġestjoni ta' kriżijiet

Għadd ta' azjendi

 

 

 

 

Valur totali

 

 

 

 

Riċerka

Għadd ta' azjendi

 

 

 

 

Valur totali

 

 

 

 

Riċerka u produzzjoni sperimentali

L-ippjanar tal-produzzjoni

Valur totali

 

 

 

 

Għadd ta' azjendi

 

 

 

 

Titjib tal-kwalità tal-prodott

Valur totali

 

 

 

 

Għadd ta' azjendi

 

 

 

 

Tisħiħ tal-valur kummerċjali tal-prodotti

Valur totali

 

 

 

 

Għadd ta' azjendi

 

 

 

 

Miżuri ambjentali

Għadd ta' azjendi

 

 

 

 

Valur totali

 

 

 

 

Skemi tal-kwalità (tal-UE u nazzjonali) (6) u miżuri relatati mat-titjib fil-kwalità

Titjib tal-kwalità tal-prodott

Erja ta' DPO/IĠP/STG (7) (ha)

 

 

 

 

Għadd ta' azjendi

 

 

 

 

Volum (f'tunnellati)

 

 

 

 

Promozzjoni u komunikazzjoni (8)

Tisħiħ tal-valur kummerċjali tal-prodotti

Għadd ta' azjendi

 

 

 

 

Għadd ta' kampanji ta' promozzjoni

 

 

 

 

Il-promozzjoni tal-prodotti

Għadd ta' azjendi

 

 

 

 

Għadd ta' kampanji ta' promozzjoni

 

 

 

 

Prevenzjoni u ġestjoni ta' kriżijiet

Għadd ta' azjendi

 

 

 

 

Għadd ta' kampanji ta' promozzjoni

 

 

 

 

Taħriġ u skambju tal-aħjar prattiki

L-ippjanar tal-produzzjoni

Għadd ta' azjendi

 

 

 

 

Numru ta' azzjonijiet

 

 

 

 

Titjib tal-kwalità tal-prodott

Għadd ta' azjendi

 

 

 

 

Numru ta' azzjonijiet

 

 

 

 

Tisħiħ tal-valur kummerċjali tal-prodotti

Għadd ta' azjendi

 

 

 

 

Numru ta' azzjonijiet

 

 

 

 

Miżuri ambjentali

Għadd ta' azjendi

 

 

 

 

Numru ta' azzjonijiet

 

 

 

 

Prevenzjoni u ġestjoni ta' kriżijiet

Għadd ta' azjendi

 

 

 

 

Numru ta' azzjonijiet

 

 

 

 

Servizzi ta' konsulenza u assistenza teknika

L-ippjanar tal-produzzjoni

Għadd ta' azjendi

 

 

 

 

Numru ta' azzjonijiet

 

 

 

 

Titjib tal-kwalità tal-prodott

Għadd ta' azjendi

 

 

 

 

Numru ta' azzjonijiet

 

 

 

 

Tisħiħ tal-valur kummerċjali tal-prodotti

Għadd ta' azjendi

 

 

 

 

Numru ta' azzjonijiet

 

 

 

 

Miżuri ambjentali

Għadd ta' azjendi

 

 

 

 

Numru ta' azzjonijiet

 

 

 

 

Produzzjoni organika

Miżuri ambjentali

Erja taħt il-produzzjoni organika ta' frott u/jew ħxejjex (ha)

 

 

 

 

Għadd ta' azjendi

 

 

 

 

Produzzjoni integrata

Erja taħt il-produzzjoni integrata ta' frott u/jew ħxejjex (ha)

 

 

 

 

Għadd ta' azjendi

 

 

 

 

Użu jew ġestjoni mtejba tal-ilma, inklużi l-iffrankar u t-tneħħija tal-ilma

Erja taħt il-produzzjoni ta' frott u ħxejjex soġġetta għal tnaqqis fl-użu tal-ilma (ha)

 

 

 

 

Għadd ta' azjendi

 

 

 

 

Differenza fil-volum (m3)

(n – 1/n)

 

 

 

 

Azzjonijiet għall-konservazzjoni tal-ħamrija

Erja taħt il-produzzjoni ta' frott u ħxejjex f'riskju ta' erożjoni tal-ħamrija fejn miżuri kontra l-erożjoni huma implimentati (ha)  (9)

 

 

 

 

Għadd ta' azjendi

 

 

 

 

Differenza fl-użu ta' fertilizzant kull ettaru (tunnellati/ha)

(n – 1/n)

 

 

 

 

Azzjonijiet għall-ħolqien jew għaż-żamma ta' ħabitat favorevoli għall-bijodiversità jew għaż-żamma tal-pajsaġġ f'kundizzjoni tajba, inkluża l-konservazzjoni ta' karatteristiċi storiċi

Erja kkonċernata minn azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-ħabitat u tal-bijodiversità (ha)

 

 

 

 

Għadd ta' azjendi

 

 

 

 

Azzjonijiet li jiffavorixxu l-iffrankar tal-enerġija (eskluż it-trasport)

Erja taħt il-produzzjoni ta' frott u ħxejjex soġġetta għal tnaqqis fl-użu tal-enerġija (ha)

 

 

 

 

Għadd ta' azjendi

 

 

 

 

Differenza fil-konsum tal-enerġija

(n – 1/n):

 

Solidi

(tunnellati/volum tal-produzzjoni kkummerċjalizzata)

 

 

 

 

Likwidi

(L/volum tal-produzzjoni kkummerċjalizzata)

 

 

 

 

Gass

(m3/volum tal-produzzjoni kkummerċjalizzata)

 

 

 

 

Elettriku

(kwh/volum tal-produzzjoni kkummerċjalizzata)

 

 

 

 

Azzjonijiet relatati mat-tnaqqis fil-produzzjoni tal-iskart u mat-titjib fil-ġestjoni tal-iskart

Għadd ta' azjendi

 

 

 

 

Differenza fil-volum tal-iskart (m3/volum tal-produzzjoni kkummerċjalizzata)

(n – 1/n)

 

 

 

 

Differenza fil-volum tal-ippakkjar (m3/volum tal-produzzjoni kkummerċjalizzata)

(n – 1./n)

 

 

 

 

Trasport

Differenza fil-konsum tal-enerġija

(n – 1./n):

 

 

 

 

Likwidi

(L/volum tal-produzzjoni kkummerċjalizzata)

 

 

 

 

Gass

(m3/volum tal-produzzjoni kkummerċjalizzata)

 

 

 

 

Elettriku

(kwh/volum tal-produzzjoni kkummerċjalizzata)

 

 

 

 

Kummerċjalizzazzjoni

Għadd ta' azjendi

 

 

 

 

Numru ta' azzjonijiet

 

 

 

 

Twaqqif ta' fondi mutwi (10)

Prevenzjoni u ġestjoni ta' kriżijiet

Għadd ta' azjendi

 

 

 

 

Ir-riforniment ta' fondi mutwi (11)

Għadd ta' azjendi

 

 

 

 

It-tħawwil mill-ġdid ta' ġonna

Żoni kkonċernati (ha)

 

 

 

 

Irtirar mis-suq (11)

Għadd ta' azzjonijiet imwettqa

 

 

 

 

Ħsad bikri (12)

Għadd ta' azzjonijiet imwettqa

 

 

 

 

Żona kkonċernata (ha)

 

 

 

 

Nuqqas ta' ħsad (12)

Għadd ta' azzjonijiet imwettqa

 

 

 

 

Żona kkonċernata (ha)

 

 

 

 

Assigurazzjoni tal-ħsad

Għadd ta' azjendi

 

 

 

 

Ikkowċjar

Għadd ta' azzjonijiet imwettqa

 

 

 

 

Oħrajn

L-ippjanar tal-produzzjoni

Għadd ta' azjendi

 

 

 

 

Titjib tal-kwalità tal-prodott

Għadd ta' azjendi

 

 

 

 

Tisħiħ tal-valur kummerċjali tal-prodotti

Għadd ta' azjendi

 

 

 

 

Miżuri ambjentali

Għadd ta' azjendi

 

 

 

 


Tabella 4.2.   Indikaturi fir-rigward ta' Gruppi Produtturi

 

Indikatur

Numru

Investimenti ta' GP

Investimenti meħtieġa biex jinkiseb rikonoxximent għall-GPi

L-għadd ta' membri tal-GPi

 

L-għadd ta' GPi li ġew rikonoxxuti bħala OPi

 


(*1)  Transliterazzjoni Latina: България = Bulgaria; Ελλάδα = Elláda; Κύπρος = Kýpros.

(1)  Taqsira tat-tibdiliet introdotti fl-istrateġija nazzjonali matul is-sena tar-rapport.

(*2)  eskluż il-faqqiegħ

(2)  Din it-tabella tirreferi għall-Istati Membri fejn jinsabu l-uffiċċji prinċipali tal-OTPi.

L-erja totali tirreferi għal żoni sfruttati mill-membri tal-OTPi, prinċipalment OPi, produtturi li jappartjenu għall-OPi membri tal-OTP u produtturi membri tal-OTP

(*3)  eskluż il-faqqiegħ

(3)  Din it-tabella tirreferi għall-Istati Membri fejn jinsabu l-uffiċċji prinċipali tal-AOPi.

L-erja totali tirreferi għal żoni sfruttati mill-membri tal-AOPi, prinċipalment OPi, produtturi li jappartjenu għall-OPi membri tal-AOPi.

(*4)  eskluż il-faqqiegħ

(4)  Din it-tabella tirreferi għall-Istati Membri fejn jinsabu l-uffiċċji prinċipali tal-ATOPi.

L-erja totali tirreferi għal żoni sfruttati mill-membri tal-ATOPi, prinċipalment OPi, produtturi li jappartjenu għall-OPi membri tal-ATOPi.

(*5)  eskluż il-faqqiegħ

(*6)  eskluż il-faqqiegħ

(5)  Inklużi investimenti mhux produttivi marbuta mal-kisba tal-impenji meħuda taħt il-programm operattiv.

(6)  Tirreferi għal sett ta' obbligi dettaljati li jikkonċernaw il-metodi ta' produzzjoni (a) li r-rispett tagħhom huwa soġġett għal spezzjoni indipendenti, u (b) dak ir-riżultat fi prodott finali li l-kwalità tiegħu (i) tmur b'mod sinifikanti lil hinn mill-istandards kummerċjali normali fir-rigward tas-saħħa pubblika, is-saħħa tal-pjanti jew l-istandards ambjentali u (ii) tirrispondi għall-opportunitajiet attwali u prevedibbli tas-suq. Huwa propost li t-tipi ewelenin ta' “skemi ta' kwalità” jkopru dan li ġej: (a) produzzjoni organika ċċertifikata; (b) indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u denominazzjonijiet protetti tal-oriġini, (ċ) produzzjoni integrata ċċertifikata, (d) skemi privati ta' ċertifikazzjoni tal-kwalità tal-prodotti.

(7)  Denominazzjonijiet protetti ta' oriġini/Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti/Speċjalità Tradizzjonali Garantita

(8)  Kull jum ta' kampanja ta' promozzjoni/komunikazzjoni jgħodd bħala azzjoni waħda.

(9)  “F'riskju ta' erożjoni tal-ħamrija” għandha tfisser kwalunkwe art imżerżqa b'inklinazzjoni ta' aktar minn 10 %, kemm jekk ikunu ttieħdu miżuri kontra l-erożjoni tal-ħamrija (pereżempju; kopertura tal-ħamrija, rotazzjoni tal-għelejjel, eċċ.) kif ukoll jekk ma jkunux ittieħdu tali miżuri. Fejn it-tagħrif rilevanti jkun disponibbli, Stat Membru jista' minflok juża d-definizzjoni li ġejja: “F'riskju ta' erożjoni tal-ħamrija” għandha tfisser kwalunkwe biċċa art fejn it-telf tal-ħamrija jkun previst b'rata li taqbeż ir-rata tal-formazzjoni naturali tal-ħamrija, kemm jekk ikunu ttieħdu miżuri kontra l-erożjoni tal-ħamrija (pereżempju; kopertura tal-ħamrija jew newba tal-uċuħ tar-raba') kif ukoll jekk ma jkunux ittieħdu tali miżuri.

(10)  Azzjonijiet relatati mat-twaqqif/riforniment ta' fondi mutwi differenti jgħoddu bħala azzjonjiet differenti.

(11)  L-irtirar mis-suq tal-istess prodott f'perjodi differenti tas-sena u l-irtirar mis-suq ta' prodotti differenti jingħaddu bħala azzjonijiet differenti. Kull operazzjoni ta' rtirar mis-suq għal prodott partikolari tgħodd bħala azzjoni waħda.

(12)  Il-ħsad bikri u n-nuqqas ta' ħsad ta' prodotti differenti jgħoddu bħala azzjonijiet differenti. Il-ħsad bikri u n-nuqqas ta' ħsad tal-istess prodott jgħoddu bħala azzjoni waħda, irrispettivament mill-għadd ta' jiem li jieħdu, l-għadd ta' azjendi li qed jipparteċipaw u l-għadd ta' plottijiet jew ettari kkonċernati.


DEĊIŻJONIJIET

17.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 208/38


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1147

tal-10 ta' Awwissu 2018

li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għat-trattament tal-iskart, skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2018) 5070)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(5) tagħha,

Billi:

(1)

Il-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT) huma r-referenza biex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet tal-permessi għall-installazzjonijiet koperti mill-Kapitolu II tad-Direttiva 2010/75/UE u jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu valuri ta' limitu tal-emissjonijiet li jiżguraw li, f'kundizzjonijiet operattivi normali, l-emissjonijiet ma jaqbżux il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli kif stabbilit fil-konklużjonijiet tal-BAT.

(2)

Fid-19 ta' Diċembru 2017, il-forum magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri, tal-industriji kkonċernati u tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-protezzjoni ambjentali u li ġie stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Mejju 2011 (2) għadda lill-Kummissjoni l-opinjoni tiegħu dwar il-kontenut propost tad-dokument ta' referenza tal-BAT għat-trattament tal-iskart. Dik l-opinjoni hija disponibbli għall-pubbliku.

(3)

Il-konklużjonijiet tal-BAT stabbiliti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni huma l-element ewlieni ta' dak id-dokument ta' referenza tal-BAT.

(4)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 75(1) tad-Direttiva 2010/75/UE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għat-trattament tal-iskart, kif stabbiliti fl-Anness, huma adottati.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Awwissu 2018.

Għall-Kummissjoni

Karmenu VELLA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Mejju 2011 li tistabbilixxi forum għall-iskambju tal-informazzjoni skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali (ĠU C 146, 17.5.2011, p. 3).


ANNESS

IL-KONKLUŻJONIJIET TAL-AQWA TEKNIKI DISPONIBBLI (BAT) GĦAT-TRATTAMENT TAL-ISKART

AMBITU

Dawn il-konklużjonijiet tal-BAT jirrigwardaw l-attivitajiet segwenti speċifikati fl-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE, jiġifieri:

5.1.

Rimi jew irkupru ta' skart perikoluż b'kapaċità li teċċedi l-10 tunnellati metriċi kull jum li jinvolvi wieħed jew iżjed mill-attivitajiet li ġejjin:

(a)

trattament bijoloġiku;

(b)

trattament fiżikokimiku;

(c)

taħlit jew taħwid qabel ma ssir kwalunkwe attività oħra elenkata fil-punti 5.1 u 5.2 tal-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE;

(d)

ripakkettar qabel ma ssir kwalunkwe attività oħra elenkata fil-punti 5.1 u 5.2 tal-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE;

(e)

riklamazzjoni/riġenerazzjoni ta' solventi;

(f)

riċiklaġġ/riklamazzjoni ta' materjali inorganiċi barra l-metalli jew komposti tal-metall;

(g)

riġenerazzjoni ta' aċidi jew bażijiet;

(h)

irkupru tal-komponenti użati fit-taffija tat-tniġġis;

(i)

irkupru ta' komponenti mill-katalizzaturi;

(j)

riraffinar taż-żjut jew użi oħra mill-ġdid taż-żjut;

5.3.

(a)

Rimi ta' skart mhux perikoluż b'kapaċità li teċċedi l-50 tunnellata metrika kull jum li jinvolvi waħda jew aktar mill-attivitajiet li ġejjin, u li jeskludi attivitajiet koperti mid-Direttiva 91/271/KEE (1):

(i)

trattament bijoloġiku;

(ii)

trattament fiżikokimiku;

(iii)

trattament minn qabel tal-iskart għall-inċinerazzjoni jew il-koinċinerazzjoni;

(iv)

trattament u rmied;

(v)

trattament fi shredders tal-iskart tal-metall, inkluż tagħmir tal-iskart tal-elettriku u elettroniku u karozzi li spiċċaw u l-komponenti tagħhom.

(b)

Irkupru, jew taħlita ta' rkupru u rimi, ta' skart mhux perikoluż b'kapaċità li teċċedi l-75 tunnellata kull jum li jinvolvi waħda mill-attivitajiet li ġejjin jew aktar, u li jeskludi l-attivitajiet koperti mid-Direttiva 91/271/KEE:

(i)

trattament bijoloġiku;

(ii)

trattament minn qabel tal-iskart għall-inċinerazzjoni jew il-koinċinerazzjoni;

(iii)

trattament ta' gagazzi u rmied;

(iv)

trattament fi shredders tal-iskart tal-metall, inkluż tagħmir tal-iskart tal-elettriku u elettroniku u karozzi li spiċċaw u l-komponenti tagħhom.

Meta l-unika attività ta' trattament tal-ilma li titwettaq hija d-diġestjoni anaerobika, il-limitu ta' kapaċità għal din l-attività għandu jkun ta' 100 tunnellata kull jum.

5.5.

Ħżin temporanju ta' skart perikoluż mhux kopert fil-punt 5.4 tal-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE sakemm issir kwalunkwe attività elenkata fil-punti 5.1, 5.2, 5.4 u 5.6 tal-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE b'kapaċità totali li teċċedi l-50 tunnellata metriċi, eskluż il-ħżin temporanju, sakemm isir il-ġbir, fuq il-post fejn l-iskart jiġi ġġenerat.

6.11.

Trattament tad-dranaġġ imħaddem indipendentement mhux kopert bid-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE u l-iskariku minn installazzjoni li twettaq attivitajiet koperti fil-punti 5.1, 5.3, jew 5.5 kif imsemmi hawn fuq.

B'referenza għat-trattament tad-dranaġġ imħaddem indipendentement mhux kopert bid-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE msemmija hawn fuq, dawn il-konklużjonijiet tal-BAT ikopru wkoll it-trattament ikkombinat tad-dranaġġ li jkun ġej minn oriġini differenti jekk it-tagħbija tas-sustanza niġġiesa prinċipali tkun toriġina mill-attivitajiet koperti fil-punti 5.1, 5.3 jew 5.5 kif elenkati hawn fuq.

Dawn il-konklużjonijiet tal-BAT ma jindirizzawx dawn li ġejjin:

Il-lagunaġġ.

Ir-rimi jew riċiklaġġ ta' karkassi tal-annimali jew ta' skart tal-annimali koperti mill-attività deskritta fil-punt 6.5 tal-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE meta din tkun koperta mill-konklużjonijiet tal-BAT dwar il-biċċeriji u l-industriji tal-prodotti sekondarji tal-annimali (SA).

L-ipproċessar tad-demel fl-azjenda agrikola stess meta dan ikun kopert mill-konklużjonijiet tal-BAT għat-trobbija intensiva tat-tjur jew tal-ħnieżer (IRPP).

L-irkupru dirett (jiġifieri mingħajr trattament minn qabel) tal-iskart bħala sostitut għal materja prima f'installazzjonijiet li jwettqu attivitajiet koperti minn konklużjonijiet oħra tal-BAT, eż.:

L-irkupru dirett taċ-ċomb (eż. mill-batteriji), taż-żingu jew tal-imluħ tal-aluminju jew l-irkupru ta' metalli mill-katalizzaturi. Dan jista' jiġi kopert bil-konklużjonijiet tal-BAT għall-industriji tal-metalli mhux tal-ħadid (NFM).

L-ipproċessar tal-karti għar-riċiklaġġ. Dan jista' jiġi kopert mill-konklużjonijiet tal-BAT għall-produzzjoni tal-polpa, il-karta u l-kartun (PP).

L-użu tal-iskart bħala karburant/materja prima fil-kalkari tas-siment. Dan jista' jiġi kopert mill-konklużjonijiet tal-BAT għall-produzzjoni tas-siment, il-ġir u l-ossidu tal-manjeżju (CLM).

L-inċinerazzjoni (jew il-koinċinerazzjoni), il-piroliżi u l-gassifikazzjoni tal-iskart. Dan jista' jiġi kopert mill-konklużjonijiet tal-BAT għall-inċinerazzjoni tal-iskart (WI) jew mill-konklużjonijiet tal-BAT għall-impjanti kbar tal-kombustjoni (LCP).

Miżbla ta' skart. Din hija koperta mid-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE (2). B'mod partikolari, il-ħżin permanenti u fuq perjodu ta' żmien twil taħt l-art (≥ 1 sena qabel ir-rimi, ≥ 3 snin qabel l-irkupru) huwa kopert mid-Direttiva 1999/31/KE.

Ir-rimedjar in situ ta' ħamrija kkontaminata (jiġifieri ħamrija mhux skavata).

It-trattament tal-gagazzi u tal-irmied tal-qiegħ; Dan jista' jiġi kopert mill-konklużjonijiet tal-BAT għall-inċinerazzjoni tal-iskart (WI) u/jew mill-konklużjonijiet tal-BAT għall-impjanti kbar tal-kombustjoni (LCP).

It-tidwib tar-ruttam tal-metalli u ta' materjali li fihom il-metall. Dan jista' jiġi kopert mill-konklużjonijiet tal-BAT għall-industriji tal-metalli mhux tal-ħadid (NFM), mill-konklużjonijiet tal-BAT għall-manifattura tal-ħadid u tal-azzar (IS), u/jew mill-konklużjonijiet tal-BAT għall-industrija tal-foroġ u tal-funderiji (SF).

Ir-riġenerazzjoni ta' aċidi u ta' alkali eżawriti meta din tkun koperta mill-konklużjonijiet tal-BAT għall-ipproċessar tal-metalli tal-ħadid.

Il-kombustjoni ta' karburanti meta din ma tiġġenerax gassijiet jaħarqu li jiġu f'kuntatt dirett mal-iskart. Dan jista' jiġi kopert mill-konklużjonijiet tal-BAT għall-impjanti kbar tal-kombustjoni (LCP) jew mid-Direttiva (UE) 2015/2193 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

Konklużjonijiet oħra tal-BAT u dokumenti oħra ta' referenza tal-BAT li jistgħu jkunu rilevanti għall-attivitajiet koperti minn dawn il-konklużjonijiet tal-BAT huma dawn li ġejjin:

L-ekonomija u l-effetti transmedjali (ECM);

L-emissjonijiet mill-ħażna (EFS);

L-effiċjenza enerġetika (ENE);

Il-monitoraġġ ta' emissjonijiet fl-arja u fl-ilma minn installazzjonijiet IED (ROM);

Il-produzzjoni tas-siment, il-ġir u l-ossidu tal-manjeżju (CLM);

Is-sistemi komuni ta' trattament/ġestjoni tal-ilma mormi u tal-gass ta' skart fis-settur tal-kimika (CWW);

It-trobbija intensiva tat-tjur jew tal-ħnieżer (IRRP).

Dawn il-konklużjonijiet tal-BAT japplikaw mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni tal-UE, pereżempju l-ġerarkija tal-iskart.

DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet ta' dawn il-konklużjonijiet tal-BAT, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

Terminu użat

Definizzjoni

Termini ġenerali

Emissjonijiet kanalizzati

L-emissjonijiet ta' sustanzi niġġiesa fl-ambjent permezz ta' kwalunkwe tip ta' kanal, pajp, ċumnija eċċ. Dan jinkludi wkoll emissjonijiet minn bijofiltri bit-tapp miftuħ.

Kejl kontinwu

Kejl li jsir bl-użu ta' “sistema tal-kejl awtomatizzata” installata b'mod permanenti fuq is-sit.

Dikjarazzjoni ta' ndafa

Dokument bil-miktub provdut minn produttur tal-iskart jew minn detentur li jiċċertifika li l-imballaġġ vojt tal-iskart (eż: tankijiet, kontenituri) huwa nadif skont il-kriterji tal-aċċettazzjoni tal-iskart.

Emissjonijiet diffużi

L-emissjonijiet mhux kanalizzati (eż. tat-trab, komposti organiċi, irwejjaħ) li jistgħu jirriżultaw minn sorsi taż-“żona” (eż. tankijiet) jew minn sorsi tal-“punt” (eż. flanġi tal-pajpijiet). Dan jinkludi wkoll l-emissjonijiet mill-ikkompostar f'għamra skart fil-beraħ.

Skariku dirett

Skariku lejn korp tal-ilma riċeventi mingħajr trattament ulterjuri tad-dranaġġ downstream.

Fatturi tal-emissjonijiet

Numri li jistgħu jiġu mmultiplikati b'dejta magħrufa bħad-dejta tal-impjanti/tal-proċessi jew fluss ta' dejta biex jiġu stmati l-emissjonijiet.

Impjant eżistenti

Impjant li mhuwiex impjant ġdid.

Ivvampjar

L-ossidazzjoni f'temperatura għolja biex jinħarqu l-komposti kombustibbli tal-gassijiet ta' skart mill-operazzjonijiet industrijali permezz ta' fjamma mikxufa. L-ivvampjar jintuża primarjament biex jinħaraq il-gass fjammabbli għal raġunijiet ta' sikurezza jew waqt kundizzjonijiet tat-tħaddim mhux ta' rutina.

Irmied li jtir

Partikoli mill-kamra tal-kombustjoni jew li jifformaw fil-fluss tal-gass taċ-ċmieni, li jinġarru fil-gass taċ-ċmieni.

Emissjonijiet fuġittivi

L-emissjonijiet diffużi minn sorsi tal-“punt”.

Skart perikoluż

Skart perikoluż kif definit fil-punt 2 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE.

Skariku indirett

Skariku li ma jkunx skariku dirett.

Skart bijodegradabbli likwidu

Skart ta' oriġini bijoloġika b'livell relattivament għoli ta' ilma (eż. kontenut tas-separaturi tax-xaħam, ħama organiku, skart tal-ikel).

Aġġornament kbir tal-impjant

Bidla kbira fid-disinn jew fit-teknoloġija ta' impjant b'aġġustamenti jew sostituzzjonijiet maġġuri tat-tekniki tal-ipproċessar u/jew tat-tnaqqis u t-tagħmir assoċjat

Trattament mekkaniku u bijoloġiku (MBT)

Trattament ta' skart solidu mħallat li jikkombina trattament mekkaniku u trattament bijoloġiku bħat-trattament aerobiku jew anaerobiku.

Impjant ġdid

Impjant permess għall-ewwel darba fis-sit tal-installazzjoni wara l-pubblikazzjoni ta' dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT jew is-sostituzzjoni sħiħa ta' impjant wara l-pubblikazzjoni ta' dawn il-konklużjonijiet dwar il-BAT.

Output

L-iskart ittrattat li joħroġ mill-impjant tat-trattament tal-iskart.

Skart pastuż

Ħama li mhux ġieri.

Kejl perjodiku

Kejl f'intervalli ta' żmien speċifikati bl-użu ta' metodi manwali jew awtomatizzati.

Irkupru

Irkupru kif definit fl-Artikolu 3(15) tad-Direttiva 2008/98/KE.

Riraffinar

Trattamenti mwettqa fuq l-iskart taż-żejt biex dan jinbidel f'żejt bażi.

Riġenerazzjoni

Trattamenti u proċessi maħsuba primarjament biex il-materjal ittrattat (eż. karbonju attivat eżawrit jew solvent eżawrit) jerġgħu jsiru tajbin għal użu simili.

Riċettur sensittiv

Żona li teħtieġ protezzjoni speċjali, bħal:

żoni residenzjali;

żoni fejn jitwettqu l-attivitajiet tal-bniedem (eż. il-postijiet tax-xogħol, l-iskejjel, iċ-ċentri ta' matul il-jum, iż-żoni ta' rikreazzjoni, l-isptarijiet jew id-djar għall-anzjani li jinsabu fil-qrib).

Lagunaġġ

It-tqegħid ta' skart likwidu jew ħama f'vaski, f'fosos jew f'laguni eċċ.

Trattament ta' skart b'valur kalorifiku

It-trattament tal-iskart tal-injam, tal-iskart taż-żejt, tal-iskart tal-plastik, tal-iskart tas-solventi, eċċ. biex jinkiseb karburant jew biex jippermetti l-irkupru aħjar tal-valur kalorifiku tiegħu.

VFC

(Idro)fluworokarburi volatili: KOV li jikkonsistu minn (idro)karburi fluworinati, b'mod partikolari klorofluworokarburi (CFC), idroklorofluworokarburi (HCFC) u idrofluworokarburi (HFC).

VHC

Idrokarburi volatili: KOV li jikkonsistu esklussivament minn idroġenu u karbonju (eż. etan, propan, iso-butan, ċiklopentan).

KOV

Komposti Organiċi Volatili kif definiti fl-Artikolu 3(45) tad-Direttiva 2010/75/UE.

Detentur tal-iskart

Detentur tal-iskart kif definit fl-Artikolu 3(6) tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

Input ta' skart

L-iskart li jasal u jkun ser jiġi ttrattat f'impjant tat-trattament tal-iskart.

Skart likwidu b'bażi ta' ilma

Skart magħmul minn likwidi milwiema, aċidi/alkali jew ħama li jista' jiġi ppumpjat (eż. emulsjonijiet, aċidi tal-iskart, skart milwiem tal-baħar) li mhuwiex skart likwidu bijodegradabbli.

Sustanzi niġġiesa/parametri

AOX

L-aloġeni adsorbibbli marbuta organikament, mogħtija bħala Cl, li jinkludu l-kloru, il-bromu u l-jodju adsorbibbli marbuta organikament.

Arseniku

L-arseniku, mogħti bħala As, jinkludi l-komposti inorganiċi u organiċi kollha tal-arseniku, dissolti jew marbutin ma' partikoli.

BOD

Domanda bijokimika ta' ossiġenu. L-ammont ta' ossiġenu meħtieġ għall-ossidazzjoni bijokimika tal-materja organika u/jew inorganika f'ħamest ijiem (BOD5) jew f'sebat ijiem (BOD7).

Kadmju

Il-kadmju, mogħti bħala Cd, jinkludi l-komposti inorganiċi u organiċi kollha tal-kadmju, dissolti jew marbutin ma' partikoli.

CFC

Klorofluworokarburi: Il-KOV li jikkonsistu f'karbonju, fi kloru u fi fluworu.

Kromu

Il-kromu, mogħti bħala Cr, jinkludi l-komposti inorganiċi u organiċi kollha tal-kromu, dissolti jew marbutin ma' partikoli.

Kromu eżavalenti

Il-kromu eżavalenti, mogħti bħala Cr(VI), jinkludi l-komposti kollha tal-kromu fejn il-kromu jkun fi stat ta' ossidazzjoni +6.

COD

Domanda kimika ta' ossiġenu. L-ammont ta' ossiġenu meħtieġ għall-ossidazzjoni kimika totali tal-materja organika f'diossidu tal-karbonju. Is-COD hija indikatur għall-piż skont il-volum tal-komposti organiċi.

Ram

Ir-ram, mogħti bħala Cu, jinkludi l-komposti inorganiċi u organiċi kollha tar-ram, dissolti jew marbutin ma' partikoli.

Ċjanur

Ċjanur ħieles, mogħti bħala CN-.

Trab

Materja partikolata totali (fl-arja).

HOI

Indiċi taż-żejt tal-idrokarburi. Is-somma ta' komposti li jistgħu jiġu estratti b'solvent ta' idrokarburi (inkluż idrokarburi alifikati b'katina twila jew ramifikata, idrokarburi aliċikliċi, aromatiċi jew aromatiċi sostitwiti bl-alkil).

HCl

Il-komposti inorganiċi kollha tal-klorur gassuż, mogħtija bħala HCl.

HF

Il-komposti inorganiċi kollha tal-fluworu gassuż, mogħtija bħala HF.

H2S

Sulfur tal-idroġenu. Is-sulfur tal-karbonil u l-merkaptani mhumiex inklużi

Ċomb

Iċ-ċomb, mogħti bħala Pb, jinkludi l-komposti inorganiċi u organiċi kollha taċ-ċomb, dissolti jew marbutin ma' partikoli.

Merkurju

Il-merkurju, mogħti bħala Hg, jinkludi l-merkurju elementari u l-komposti inorganiċi u organiċi kollha tal-merkurju, dissolti jew marbutin ma' partikoli.

NH3

Ammonja.

Nikil

In-nikil, mogħti bħala Ni, jinkludi l-komposti inorganiċi u organiċi kollha tan-nikil, dissolti jew marbutin ma' partikoli.

Konċentrazzjoni tal-irwejjaħ

Għadd ta' Unitajiet tal-Irwejjaħ Ewropej (ouE) f'metru kubu f'kundizzjonijiet standard imkejla bl-olfattometrija dinamika skont l-istandard EN 13725.

PCB

Poliklorobifenil.

PCB simili għad-Diossini

Il-poliklorobifenili kif elenkati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 199/2006 (5).

PCDD/F

Poliklorodibenżo-p-diossina/furan(i).

PFOA

Aċidu perfluworoottanojku.

PFOS

Aċidu perfluworoottansulfuriku.

Indiċi tal-fenol

Is-somma tal-komposti fenoliċi, mogħtija bħala konċentrazzjoni ta' fenol u mkejla skont l-EN ISO 14402.

TOC

Il-karbonju organiku totali, mogħti bħala C (fl-ilma), jinkludi l-komposti organiċi kollha.

N totali

In-nitroġenu totali, espress bħala N, jinkludi ammonijaka ħielsa u ammonju tan-nitroġenu (NH4–N), nitroġenu tan-nitrit (NO2–N), nitroġenu tan-nitrat (NO3–N) u nitroġenu marbut organikament.

P totali

Il-fosforu totali, mogħti bħala P, jinkludi l-komposti inorganiċi u organiċi kollha tal-fosforu, dissolti jew marbutin ma' partikoli.

TSS

Solidi totali sospiżi. Il-piż skont il-volum tas-solidi sospiżi kollha (fl-ilma), imkejjel bil-filtrazzjoni minn ġo filtri tal-fibra tal-ħġieġ u bil-gravimetrija

TVOC

Karbonju organiku volatili totali, espress bħala C (fl-arja).

Żingu

Iż-żingu, mogħti bħala Zn, jinkludi l-komposti inorganiċi u organiċi kollha taż-żingu, dissolti jew marbutin ma' partikoli.

Għall-finijiet ta' dawn il-konklużjonijiet tal-BAT, japplikaw l-akronimi li ġejjin:

Akronimu

Definizzjoni

EMS

Is-sistema ta' ġestjoni ambjentali

EoLV

Vetturi li m'għadhomx jintużaw (kif definiti fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6)

HEPA

Arja partikolata b'effiċjenza għolja (filtru)

IBC

Kontenitur intermedju għal kwantitajiet kbar

LDAR

Programm għad-detezzjoni u t-tiswija tat-tnixxijiet

LEV

Sistema tal-ventilazzjoni lokali tal-egżost

POP

Pollutant organiku persistenti (kif elenkat fir-Regolament Nru (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7))

WEEE

Skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (kif definit fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8))

KUNSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI

L-Aqwa Tekniki Disponibbli

It-tekniki elenkati u deskritti f'dawn il-konklużjonijiet tal-BAT la huma preskrittivi u lanqas eżawrjenti. Jistgħu jintużaw tekniki oħrajn li jiżguraw mill-inqas livell ekwivalenti ta' ħarsien tal-ambjent.

Sakemm ma jkunx dikjarat mod ieħor, il-konklużjonijiet tal-BAT huma ġeneralment applikabbli.

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AELs) għall-emissjonijiet fl-arja

Sakemm ma jiġix dikjarat mod ieħor, il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AELs) għall-emissjonijiet fl-arja mogħtija f'dawn il-konklużjonijiet tal-BAT jirreferu għall-konċentrazzjonijiet (massa ta' sustanzi emessi għall-volum tal-gass ta' skart) fil-kundizzjonijiet standard li ġejjin: gass niexef b'temperatura ta' 273,15 K u bi pressjoni ta' 101,3 kPa, mingħajr korrezzjoni għall-kontenut ta' ossiġenu, u espressi fi μg/Nm3 jew mg/Nm3.

Għall-perjodi li fuqhom tiġi kkalkolata l-medja tal-BAT-AELs għall-emissjonijiet fl-arja, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin.

Tip ta' kejl

Perjodu li fuqu tiġi kkalkolata l-medja

Definizzjoni

Kontinwu

Medja ta' kuljum

Medja fuq perjodu ta' ġurnata bbażata fuq medji validi ta' kull siegħa jew ta' kull nofs siegħa.

Perjodiku

Medja fuq il-perjodu tat-teħid tal-kampjuni

Valur medju ta' tliet kejlijiet konsekuttivi ta' mill-inqas 30 minuta kull wieħed (9).

Meta jintuża kejl kontinwu, il-BAT-AELs jistgħu jiġu espressi bħala medji ta' kuljum.

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AELs) għall-emissjonijiet fl-ilma

Sakemm ma jiġix dikjarat mod ieħor, il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AELs) għall-emissjonijiet fl-ilma mogħtija f'dawn il-konklużjonijiet tal-BAT jirreferu għall-konċentrazzjonijiet (massa ta' sustanzi emessi għal volum speċifiku ta' ilma) espressi fi μg/l jew mg/l.

Sakemm ma jiġix dikjarat mod ieħor, il-perjodi li fuqhom tiġi kkalkolata l-medja assoċjati mal-BAT-AELs jirreferu għal wieħed minn dawn iż-żewġ każijiet:

fil-każ ta' skariku kontinwu, il-valuri medji ta' kuljum, jiġifieri kampjuni komposti proporzjonati għall-fluss fuq 24 siegħa;

fil-każ ta' skariku f'lottijiet, il-valuri medji fuq it-tul ta' żmien tar-rilaxx meħuda bħala kampjuni komposti proporzjonati għall-fluss jew, sakemm l-effluwent huwa mħallat u omoġenju b'mod xieraq, jittieħed kampjun fuq il-post qabel l-iskariku.

Jistgħu jintużaw kampjuni proporzjonali għall-ħin sakemm jintwera li l-fluss huwa stabbli biżżejjed.

Il-BAT-AELs kollha għall-emissjonijiet fl-ilma japplikaw fil-punt li fih l-emissjoni tħalli l-installazzjoni.

Effiċjenza tat-tnaqqis

Il-kalkolu tal-effiċjenza medja tat-tnaqqis imsemmija f'dawn il-konklużjonijiet tal-BAT (ara t-Tabella 6.1) ma jinkludix, għas-COD u għat-TOC, il-passi tat-trattament inizjali li għandhom l-għan li jisseparaw il-kontenut organiku fi kwantitajiet kbar mill-iskart likwidu b'bażi ta' ilma, bħall-evapokondensazzjoni, it-tkissir tal-emulsjonijiet jew is-separazzjoni tal-fażi.

1.   KONKLUŻJONIJIET ĠENERALI TAL-BAT

1.1.   Prestazzjoni ambjentali ġenerali

BAT 1. Sabiex titjieb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali, il-BAT hija li tiġi implimentata u li tinżamm sistema ta' ġestjoni ambjentali (EMS) li tinkorpora l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

I.

l-impenn tal-maniġment, inkluż tal-maniġment superjuri;

II.

id-definizzjoni, mill-maniġment, ta' politika ambjentali li tinkludi t-titjib kontinwu tal-prestazzjoni ambjentali tal-installazzjoni;

III.

l-ippjanar u l-istabbiliment tal-proċeduri, l-objettivi u l-miri meħtieġa, flimkien mal-ippjanar finanzjarju u l-investiment;

IV.

l-implimentazzjoni ta' proċeduri li jagħtu attenzjoni partikolari lil:

(a)

l-istruttura u r-responsabbiltà,

(b)

ir-reklutaġġ, it-taħriġ, is-sensibilizzazzjoni u l-kompetenza,

(c)

il-komunikazzjoni,

(d)

l-involviment tal-impjegati,

(e)

id-dokumentazzjoni,

(f)

il-kontroll effettiv tal-proċessi,

(g)

il-programmi ta' manutenzjoni,

(h)

it-tħejjija u r-rispons għall-emerġenzi,

(i)

is-salvagwardja tal-konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali;

V.

il-verifika tal-prestazzjoni u t-teħid ta' azzjoni korrettiva li jagħtu attenzjoni partikolari lil:

(a)

il-monitoraġġ u l-kejl (ara wkoll ir-Rapport ta' Referenza tal-JRC dwar il-Monitoraġġ tal-emissjonijiet fl-arja u fl-ilma mill-installazzjonijiet tal-IED – ROM)

(b)

it-teħid ta' azzjoni korrettiva u preventiva,

(c)

iż-żamma ta' rekords,

(d)

il-verifika interna jew esterna indipendenti (fejn ikun prattiku) biex jiġi determinat jekk l-EMS tikkonformax mal-arranġamenti ppjanati u tkunx ġiet implimentata u miżmuma kif suppost;

VI.

ir-rieżami, mill-maniġment superjuri, tal-EMS u l-idoneità, l-adegwatezza u l-effettività kontinwi tagħha;

VII.

is-segwitu tal-iżvilupp ta' teknoloġiji aktar nodfa;

VIII.

il-kunsiderazzjoni għall-impatti ambjentali mid-dekummissjonar eventwali tal-impjant fl-istadju tat-tfassil ta' impjant ġdid, u matul il-ħajja operattiva tiegħu;

IX.

l-applikazzjoni ta' parametri referenzjarji settorjali fuq bażi regolari;

X.

il-ġestjoni tal-fluss tal-iskart (ara BAT 2);

XI.

inventarju tal-flussi tad-dranaġġ u tal-gass ta' skart (ara BAT 3).

XII.

il-pjan ta' ġestjoni tar-residwi (ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 6.5);

XIII.

il-pjan ta' ġestjoni tal-inċidenti (ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 6.5);

XIV.

il-pjan ta' ġestjoni tal-irwejjaħ (ara BAT 12);

XV.

il-pjan ta' ġedstjoni tal-istorbju u tal-vibrazzjonijiet (ara BAT 17).

Applikabbiltà

Il-kamp ta' applikazzjoni (eż. il-livell ta' dettall) u n-natura tal-EMS (eż. EMS standardizzata jew le) ġeneralment se jkunu relatati man-natura, mal-iskala u mal-kumplessità tal-installazzjoni, u mal-firxa ta' impatti ambjentali li din jista' jkollha (iddeterminati wkoll mit-tip u mill-ammont ta' ilma pproċessat).

BAT 2. Sabiex titjieb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali tal-impjant, il-BAT hija l-użu tat-tekniki kollha mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

a.

L-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta' proċeduri ta' karatterizzazzjoni u ta' preaċċettazzjoni tal-iskart

Dawn il-proċeduri għandhom l-għan li jiżguraw l-adegwatezza teknika (u legali) tal-operazzjonijiet tat-trattament tal-iskart għal skart partikolari qabel il-wasla tal-iskart fl-impjant. Dawn jinkludu proċeduri sabiex tinġabar informazzjoni dwar l-input tal-iskart u jistgħu jinkludu teħid tal-kampjuni tal-iskart u l-karatterizzazzjoni biex jinkiseb għarfien suffiċjenti dwar il-kompożizzjoni tal-iskart. Il-proċeduri tal-preaċċettazzjoni tal-iskart huma bbażati fuq ir-riskju, pereżempju, il-proprjetajiet perikolużi tal-iskart, ir-riskji tal-iskart f'termini tas-sikurezza tal-proċess, is-sikurezza okkupazzjonali u l-impatt ambjentali, kif ukoll l-informazzjoni pprovduta mid-detentur(i) preċedenti tal-iskart.

b.

L-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta' proċeduri ta' aċċettazzjoni tal-iskart

Il-proċeduri ta' aċċettazzjoni għandhom l-għan li jikkonfermaw il-karatteristiċi tal-iskart, kif identifikati fl-istadju tal-preaċċettazzjoni. Dawn il-proċeduri jiddefinixxu l-elementi li għandhom jiġu vverifikati mal-wasla tal-iskart fl-impjant kif ukoll il-kriterji tal-aċċettazzjoni u tar-rifjut tal-iskart. Dawn jistgħu jinkludu t-teħid ta' kampjuni, l-ispezzjoni u l-analiżi tal-iskart. Il-proċeduri tal-aċċettazzjoni tal-iskart huma bbażati fuq ir-riskju, pereżempju, il-proprjetajiet perikolużi tal-iskart, ir-riskji tal-iskart f'termini tas-sikurezza tal-proċess, is-sikurezza okkupazzjonali u l-impatt ambjentali, kif ukoll l-informazzjoni pprovduta mid-detentur(i) preċedenti tal-iskart.

c.

L-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta' sistema ta' traċċar tal-iskart u inventarju

Sistema ta' traċċar tal-iskart u inventarju għandhom l-għan li jintraċċaw fejn ikun jinsab l-iskart u l-kwantità tiegħu fl-impjant. Din iżżomm l-informazzjoni kollha ġġenerata matul il-proċeduri tal-preaċċettazzjoni (eż. id-data tal-wasla fl-impjant u n-numru ta' referenza uniku tal-iskart, informazzjoni dwar id-detentur(i) preċedenti tal-iskart, ir-riżultati tal-analiżi tal-preaċċettazzjoni u tal-aċċettazzjoni, ir-rotta tat-trattament maħsuba, in-natura u l-kwantità tal-iskart miżmum fuq il-post fosthom il-perikli kollha identifikati), l-aċċettazzjoni, il-ħażna, it-trattament u/jew it-trasferiment lil hinn mis-sit tal-iskart. Is-sistema ta' traċċar tal-iskart hija bbażata fuq ir-riskju, pereżempju, il-proprjetajiet perikolużi tal-iskart, ir-riskji tal-iskart f'termini tas-sikurezza tal-proċess, is-sikurezza okkupazzjonali u l-impatt ambjentali, kif ukoll l-informazzjoni pprovduta mid-detentur(i) preċedenti tal-iskart.

d.

L-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta' sistema ta' ġestjoni tal-kwalità tal-output

Din it-teknika tinvolvi l-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta' sistema ta' ġestjoni tal-kwalità tal-output, sabiex ikun żgurat li l-output tat-trattament tal-iskart ikun konformi mal-aspettattivi, pereżempju bl-użu ta' standards EN eżistenti. Din is-sistema ta' ġestjoni tippermetti wkoll li l-prestazzjoni tat-trattament tal-iskart tiġi mmonitorjata u ottimizzata, u għal dan il-għan tista' tinkludi analiżi tal-fluss tal-materjal tal-komponenti rilevanti matul it-trattament tal-iskart. L-użu tal-analiżi tal-fluss tal-materjal huwa bbażat fuq ir-riskju, pereżempju, il-proprjetajiet perikolużi tal-iskart, ir-riskji tal-iskart f'termini tas-sikurezza tal-proċess, is-sikurezza okkupazzjonali u l-impatt ambjentali, kif ukoll l-informazzjoni pprovduta mid-detentur(i) preċedenti tal-iskart.

e.

L-iżgurar tas-segregazzjoni tal-iskart

L-iskart jinżamm separat skont il-proprjetajiet tiegħu sabiex il-ħażna u t-trattament ikunu eħfef u ambjentalment aktar sikura. Is-segregazzjoni tal-iskart tiddependi mis-separazzjoni fiżika tal-iskart u mill-proċeduri li jidentifikaw meta u fejn jinħażen l-iskart.

f.

L-iżgurar tal-kompatibbiltà tal-iskart qabel it-taħlit jew l-amalgamazzjoni tal-iskart

Il-kompatibbiltà hija żgurata b'sett ta' miżuri ta' verifika u testijiet sabiex tinstab kwalunkwe reazzjoni kimika mhux mixtieqa u/jew potenzjalment perikoluża fost l-iskart (eż. polimerizzazzjoni, evoluzzjoni tal-gass, reazzjoni eżotermali, dekompożizzjoni, kristallizzazzjoni, preċipitazzjoni) meta jsir it-taħlit, l-amalgamanzzjoni jew jitwettqu operazzjonijiet oħra ta' trattament. It-testijiet tal-kompatibbiltà huma bbażati fuq ir-riskju, pereżempju, il-proprjetajiet perikolużi tal-iskart, ir-riskji tal-iskart f'termini tas-sikurezza tal-proċess, is-sikurezza okkupazzjonali u l-impatt ambjentali, kif ukoll l-informazzjoni pprovduta mid-detentur(i) preċedenti tal-iskart.

g.

L-għażla tal-iskart solidu li jasal fl-impjant

L-għażla tal-iskart solidu li jasal fl-impjant (10) għandha l-għan li jiġi evitat id-dħul ta' materjal mhux mixtieq fi proċess(i) sussegwenti tat-trattament tal-iskart. Din tista' tinkludi:

is-separazzjoni manwali permezz ta' eżamijiet viżivi;

is-separazzjoni tal-metalli tal-ħadid, tal-metalli mhux tal-ħadid jew tal-metalli kollha;

separazzjoni ottika, eż. bi spettroskopija bl-infraaħmar qrib jew sistemi tar-raġġi-X;

separazzjoni tad-densità, eż. bi klassifikazzjoni tal-arja, b'tank separatur bl-għeriq jew bl-ifflowtjar, b'mejda vibranti;

separazzjoni skont id-daqs bi skrinjar/tgħarbil.

BAT 3. Sabiex jiġi ffaċilitat it-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-ilma u fl-arja, il-BAT hija li jitwaqqaf u jinżamm inventarju tal-flussi tad-dranaġġ u tal-gass ta' skart, bħala parti mis-sistema ta' ġestjoni ambjentali (ara BAT 1), li tinkorpora l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

(i)

informazzjoni dwar il-karatteristiċi tal-iskart li jrid jiġi ttrattat u tal-proċessi tat-trattament tal-iskart, fosthom:

(a)

skedi ssimplifikati dwar il-fluss tal-proċessi li juru l-oriġini tal-emissjonijiet;

(b)

deskrizzjonijiet tat-tekniki integrati fil-proċess u tat-trattament tad-dranaġġ jew tal-gass ta' skart fis-sors, inklużi l-prestazzjonijiet tagħhom;

(ii)

informazzjoni dwar il-karatteristiċi tal-flussi tad-dranaġġ, bħal:

(a)

il-valuri medji u l-varjabbiltà tal-fluss, tal-pH, tat-temperatura, u tal-konduttività;

(b)

il-valuri medji tal-konċentrazzjoni u tat-tagħbija tas-sustanzi rilevanti u l-varjabbiltà tagħhom (eż. is-COD/it-TOC, l-ispeċijiet tan-nitroġenu, il-fosforu, il-metalli, sustanzi/mikrosustanzi niġġiesa ta' prijorità);

(c)

dejta dwar il-bijoeliminabbiltà (eż. il-BOD, il-proporzjon ta' BOD/COD, it-test Zahn-Wellens, il-potenzjal ta' inibizzjoni bijoloġika (eż. l-inibizzjoni ta' ħama attivat)) (ara BAT 52);

(iii)

informazzjoni dwar il-karatteristiċi tal-flussi tal-gass ta' skart, bħal:

(a)

il-valuri medji u l-varjabbiltà tal-fluss u tat-temperatura;

(b)

il-valuri medji tal-konċentrazzjoni u tat-tagħbija tas-sustanzi rilevanti u l-varjabbiltà tagħhom (eż. il-komposti organiċi, POP bħall-PCB);

(c)

il-fjammabbiltà, l-ogħla u l-inqas limiti splussivi, u r-reattività;

(d)

il-preżenza ta' sustanzi oħra li jistgħu jaffettwaw is-sistema tat-trattament tal-gass ta' skart jew is-sikurezza tal-impjant (eż. l-ossiġenu, in-nitroġenu, il-fwar tal-ilma, it-trab).

Applikabbiltà

L-ambitu (eż. il-livell ta' dettall) u n-natura tal-inventarju ġeneralment se jkunu relatati man-natura, mal-iskala u mal-kumplessità tal-installazzjoni, u mal-firxa ta' impatti ambjentali li din jista' jkollha (iddeterminati wkoll mit-tip u mill-ammont ta' skart ipproċessat).

BAT 4. Sabiex jitnaqqas ir-riskju ambjentali assoċjat mal-ħażna tal-iskart, il-BAT hija l-użu tat-tekniki kollha mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Ħażna ottimizzata fis-sit

Din tinkludi tekniki bħal:

il-ħażna tinsab kemm jista' jkun teknikament u ekonomikament 'il bogħod possibbli mir-riċetturi sensittivi, mill-kanali tal-ilma, eċċ.;

il-ħażna tkun tinsab f'lok li jippermetti li jiġi eliminat jew minimizzat l-immaniġġar bla bżonn ta' skart fl-impjant (eż. l-istess skart jiġi ttrattat darbtejn jew iżjed jew id-distanzi tat-trasport fuq il-post ikunu twal iżżejjed).

Ġeneralment applikabbli għal impjanti ġodda.

b.

Kapaċità ta' ħażna adegwata

Jittieħdu miżuri biex tiġi evitata akkumulazzjoni ta' skart, bħal:

il-kapaċità massima tal-ħażna tal-iskart hija stabbilita b'mod ċar u ma tinqabiżx filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi tal-iskart (eż. fir-rigward tar-riskju ta' nar) u l-kapaċità tat-trattament;

il-kwantità ta' skart maħżun tkun sorveljata b'mod regolari skont il-kapaċità massima awtorizzata għall-ħażna;

il-ħin massimu tar-residenza tal-iskart huwa stabbilit b'mod ċar.

Ġeneralment applikabbli.

c.

Operat sikur waqt il-ħażna

Dan jinkludi tekniki bħal:

it-tagħmir użat għat-tagħbija, għall-ħatt u għall-ħażna tal-iskart ikun dokumentat u mmarkat b'mod ċar;

l-iskart magħruf li huwa sensittiv għas-sħana, għad-dawl, għall-arja, għall-ilma, eċċ. ikun protett minn tali kundizzjonijiet ambjentali;

il-kontenituri u t-tankijiet ikunu xierqa għall-iskop u jinħażnu b'mod sikur.

d.

Żona separata għall-ħażna u għall-immaniġġar ta' skart perikoluż ippakkjat

Fejn rilevanti, tintuża żona apposta għall-ħażna u għall-immaniġġar ta' skart perikoluż ippakkjat.

BAT 5. Sabiex jitnaqqsu r-riskji ambjentali assoċjati mat-trattament u mat-trasferiment tal-iskart, il-BAT hija li jitwaqqfu u li jiġu implimentati proċeduri tal-immaniġġar u tat-trasferiment.

Deskrizzjoni

Il-proċeduri tal-immaniġġar u tat-trasferiment għandhom l-għan li jiżguraw li skart jiġi mmaniġġat u trasferit għall-ħażna jew għat-trattament rispettivi b'mod sikur. Dawn jinkludu l-elementi li ġejjin:

l-immaniġġar u t-trasferiment tal-iskart jitwettqu minn persunal kompetenti;

l-immaniġġar u t-trasferiment tal-iskart jiġu dokumentati, validati qabel l-eżekuzzjoni u vverifikati wara l-eżekuzzjoni, kif xieraq;

jittieħdu miżuri għall-prevenzjoni, għall-identifikazzjoni, u għall-mitigazzjoni tat-tixrid;

jittieħdu prekawzjonijiet waqt it-tħaddim u t-tfassil fit-taħlit jew fl-amalgamazzjoni tal-iskart (eż. tindif bil-vakwu ta' skart tat-trab/tal-għabra).

Il-proċeduri tal-immaniġġar u t-trasferiment huma bbażati fuq ir-riskju meta titqies il-probabbiltà tal-aċċidenti u l-inċidenti u l-impatt ambjentali tagħhom.

1.2.   Monitoraġġ

BAT 6. Għall-emissjonijiet rilevanti fl-ilma kif identifikati fl-inventarju tal-flussi tad-dranaġġ (ara BAT 3), il-BAT hija li jiġu mmonitorjati l-parametri prinċipali tal-proċess (eż. il-fluss, il-pH, it-temperatura, il-konduttività, il-BOD tad-dranaġġ) f'postijiet ewlenin (eż. fil-punti tad-dħul u/jew tal-ħruġ ta' pretrattament, fil-punt tad-dħul tat-trattament finali, fil-punt fejn l-emissjoni toħroġ mill-installazzjoni).

BAT 7. Il-BAT hija l-monitoraġġ tal-emissjonijiet fl-ilma b'tal-inqas il-frekwenza mogħtija hawn taħt u skont l-istandards EN. Jekk ma hemmx standards EN disponibbli, għall-BAT għandhom jintużaw l-istandards ISO, l-istandards nazzjonali jew standards internazzjonali oħrajn li jiżguraw li tingħata dejta ta' kwalità xjentifika ekwivalenti.

Sustanza/parametru

Standard(s)

Proċess ta' trattament tal-iskart

Frekwenza minima tal-monitoraġġ (11)  (12)

Monitoraġġ assoċjat ma'

Aloġeni adsorbibbli marbuta organikament (AOX) (13)  (14)

EN ISO 9562

Trattament ta' skart likwidu b'bażi tal-ilma

Darba kuljum

BAT 20

Benżen, toluwen, etilbenżen, ksilen (BTEX) (13)  (14)

EN ISO 15680

Trattament ta' skart likwidu b'bażi tal-ilma

Darba fix-xahar

Domanda kimika għall-ossiġnu (COD) (15)  (16)

L-ebda standard EN disponibbli

Kull tip ta' trattament tal-iskart għajr it-trattament ta' skart likwidu b'bażi ta' ilma

Darba fix-xahar

Trattament ta' skart likwidu b'bażi tal-ilma

Darba kuljum

Ċjanur ħieles (CN-) (13)  (14)

Diversi standards EN disponibbli (jiġifieri EN ISO 14403-1 u -2)

Trattament ta' skart likwidu b'bażi tal-ilma

Darba kuljum

Indiċi taż-żejt tal-idrokarburi (HOI) (14)

EN ISO 9377-2

Trattament mekkaniku fi shredders tal-iskart tal-metall

Darba fix-xahar

Trattament ta' WEEE li fih VFC u/jew VHC

Riraffinar tal-iskart taż-żejt

Trattament fiżikokimiku ta' skart b'valur kalorifiku

Ħasil bl-ilma tal-ħamrija skavata kontaminata

Trattament ta' skart likwidu b'bażi tal-ilma

Darba kuljum

Arseniku (As), Kadmju (Cd), Kromu (Cr), Ram (Cu), Nikil (Ni), Ċomb (Pb), Żingu (Zn) (13)  (14)

Diversi standards EN disponibbli (pereżempju EN ISO 11885, EN ISO 17294-2, EN ISO 15586)

Trattament mekkaniku fi shredders tal-iskart tal-metall

Darba fix-xahar

Trattament ta' WEEE li fih VFC u/jew VHC

Trattament mekkaniku u bijoloġiku tal-iskart

Riraffinar tal-iskart taż-żejt

Trattament fiżikokimiku ta' skart b'valur kalorifiku

Trattament fiżikokimiku ta' skart solidu u/jew pastuż

Riġenerazzjoni ta' solventi eżawriti

Ħasil bl-ilma tal-ħamrija skavata kontaminata

Trattament ta' skart likwidu b'bażi tal-ilma

Darba kuljum

Manganiż (Mn) (13)  (14)

Trattament ta' skart likwidu b'bażi tal-ilma

Darba kuljum

Kromu eżavalenti (Cr(VI)) (13)  (14)

Diversi standards EN disponibbli (jiġifieri EN ISO 10304-3, EN ISO 23913)

Trattament ta' skart likwidu b'bażi tal-ilma

Darba kuljum

Merkurju (Hg) (13)  (14)

Diversi standards EN disponibbli (jiġifieri EN ISO 17852, EN ISO 12846)

Trattament mekkaniku fi shredders tal-iskart tal-metall

Darba fix-xahar

Trattament ta' WEEE li fih VFC u/jew VHC

Trattament mekkaniku u bijoloġiku tal-iskart

Riraffinar tal-iskart taż-żejt

Trattament fiżikokimiku ta' skart b'valur kalorifiku

Trattament fiżikokimiku ta' skart solidu u/jew pastuż

Riġenerazzjoni ta' solventi eżawriti

Ħasil bl-ilma tal-ħamrija skavata kontaminata

Trattament ta' skart likwidu b'bażi tal-ilma

Darba kuljum

PFOA (13)

L-ebda standard EN disponibbli

Kull tip ta' trattament tal-iskart

Darba kull sitt xhur

PFOS (13)

Indiċi tal-fenol (16)

EN ISO 14402

Riraffinar tal-iskart taż-żejt

Darba fix-xahar

Trattament fiżikokimiku ta' skart b'valur kalorifiku

Trattament ta' skart likwidu b'bażi tal-ilma

Darba kuljum

Nitroġenu totali (Total N) (16)

EN 12260, EN ISO 11905-1

Trattament bijoloġiku tal-iskart

Darba fix-xahar

Riraffinar tal-iskart taż-żejt

Trattament ta' skart likwidu b'bażi tal-ilma

Darba kuljum

Karbonju organiku totali (TOC) (15)  (16)

EN 1484

Kull tip ta' trattament tal-iskart għajr it-trattament tal-iskart likwidu b'bażi tal-ilma

Darba fix-xahar

Trattament ta' skart likwidu b'bażi tal-ilma

Darba kuljum

Fosforu totali (Total P) (16)

Diversi standards EN disponibbli (jiġifieri EN ISO 15681-1 and -2, EN ISO 6878, EN ISO 11885)

Trattament bijoloġiku tal-iskart

Darba fix-xahar

Trattament ta' skart likwidu b'bażi tal-ilma

Darba kuljum

Solidi totali sospiżi (TSS) (16)

EN 872

Kull tip ta' trattament tal-iskart għajr it-trattament tal-iskart likwidu b'bażi tal-ilma

Darba fix-xahar

Trattament ta' skart likwidu b'bażi tal-ilma

Darba kuljum

BAT 8. Il-BAT hija l-monitoraġġ tal-emissjonijiet kanalizzati fl-arja tal-anqas bil-frekwenza mogħtija hawn taħt u b'konformità mal-istandards EN. Jekk ma hemmx standards EN disponibbli, għall-BAT għandhom jintużaw l-istandards ISO, l-istandards nazzjonali jew standards internazzjonali oħrajn li jiżguraw li tingħata dejta ta' kwalità xjentifika ekwivalenti.

Sustanza/Parametru

Standard(s)

Proċess ta' trattament tal-iskart

Frekwenza minima tal-monitoraġġ (17)

Monitoraġġ assoċjat ma'

Ritardanti tal-fjammi bromurati (18)

L-ebda standard EN disponibbli

Trattament mekkaniku fi shredders tal-iskart tal-metall

Darba fis-sena

BAT 25

CFC

L-ebda standard EN disponibbli

Trattament ta' WEEE li fih VFC u/jew VHC

Darba kull sitt xhur

BAT 29

PCB simili għad-Diossini

EN 1948-1, -2, u -4 (19)

Trattament mekkaniku fi shredders tal-iskart tal-metall (18)

Darba fis-sena

BAT 25

Id-dekontaminazzjoni tat-tagħmir li fih il-PCB

Darba kull tliet xhur

BAT 51

Trab

EN 13284-1

Trattament mekkaniku tal-iskart

Darba kull sitt xhur

BAT 25

Trattament mekkaniku u bijoloġiku tal-iskart

BAT 34

Trattament fiżikokimiku ta' skart solidu u/jew pastuż

BAT 41

Trattament termali tal-karbonju attivat eżawrit, katalizzaturi tal-iskart u ħamrija skavata kontaminata

BAT 49

Ħasil bl-ilma tal-ħamrija skavata kontaminata

BAT 50

HCl

EN 1911

Trattament termali tal-karbonju attivat eżawrit, katalizzaturi tal-iskart u ħamrija skavata kontaminata (18)

Darba kull sitt xhur

BAT 49

Trattament tal-iskart likwidu b'bażi tal-ilma (18)

BAT 53

HF

L-ebda standard EN disponibbli

Trattament termali tal-karbonju attivat eżawrit, katalizzaturi tal-iskart u ħamrija skavata kontaminata (18)

Darba kull sitt xhur

BAT 49

Hg

EN 13211

Trattament tal-WEEE li jkun fih il-merkurju

Darba kull tliet xhur

BAT 32

H2S

L-ebda standard EN disponibbli

Trattament bijoloġiku tal-iskart (20)

Darba kull sitt xhur

BAT 34

Metalli u metallojdi minbarra l-merkurju

(eż. As, Cd, Co, Cr, Cu, Mn, Ni, Pb, Sb, Se, Tl, V) (18)

EN 14385

Trattament mekkaniku fi shredders tal-iskart tal-metall

Darba fis-sena

BAT 25

NH3

L-ebda standard EN disponibbli

Trattament bijoloġiku tal-iskart (20)

Darba kull sitt xhur

BAT 34

Trattament fiżikokimiku ta' skart solidu u/jew pastuż (18)

Darba kull sitt xhur

BAT 41

Trattament tal-iskart likwidu b'bażi tal-ilma (18)

BAT 53

Konċentrazzjoni tal-irwejjaħ

EN 13725

Trattament bijoloġiku tal-iskart (21)

Darba kull sitt xhur

BAT 34

PCDD/F (18)

EN 1948-1, -2 u -3 (19)

Trattament mekkaniku fi shredders tal-iskart tal-metall

Darba fis-sena

BAT 25

TVOC

EN 12619

Trattament mekkaniku fi shredders tal-iskart tal-metall

Darba kull sitt xhur

BAT 25

Trattament ta' WEEE li fih VFC u/jew VHC

Darba kull sitt xhur

BAT 29

Trattament mekkaniku tal-iskart b'valur kalorifiku (18)

Darba kull sitt xhur

BAT 31

Trattament mekkaniku u bijoloġiku tal-iskart

Darba kull sitt xhur

BAT 34

Trattament fiżikokimiku ta' skart solidu u/jew pastuż (18)

Darba kull sitt xhur

BAT 41

Riraffinar tal-iskart taż-żejt

BAT 44

Trattament fiżikokimiku ta' skart b'valur kalorifiku

BAT 45

Riġenerazzjoni ta' solventi eżawriti

BAT 47

Trattament termali tal-karbonju attivat eżawrit, katalizzaturi tal-iskart u ħamrija skavata kontaminata

BAT 49

Ħasil bl-ilma tal-ħamrija skavata kontaminata

BAT 50

Trattament tal-iskart likwidu b'bażi tal-ilma (18)

BAT 53

Id-dekontaminazzjoni tat-tagħmir li fih il-PCB (22)

Darba kull tliet xhur

BAT 51

BAT 9. Il-BAT hija l-monitoraġġ tal-emissjonijiet diffużi tal-komposti organiċi fl-arja mir-riġenerazzjoni ta' solventi eżawriti, mid-dekontaminazzjoni ta' tagħmir li jkun fih il-POP b'solventi, u t-trattament fiżikokimiku ta' solventi għall-irkupru tal-valur kalorifiku tagħhom, mill-inqas darba fis-sena billi tintuża teknika waħda jew taħlita tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

a

Kejl

Metodi tal-isniffing, metodi ottiċi ta' immaġni għall-gass, fluss tal-ħabi solari jew assorbiment differenzjali. Ara d-deskrizzjonijiet fit-Taqsima 6.2.

b

Fatturi tal-emissjonijiet

Kalkolu tal-emissjonijiet abbażi ta' fatturi tal-emissjonijiet, ivvalidat perjodikament (eż. darba kull sentejn) permezz tal-kejl.

c

Bilanċ tal-massa

Kalkolu tal-emissjonijiet diffużi bl-użu ta' bilanċ tal-massa filwaqt li jitqies l-input tas-solvent, l-emissjonijiet kanalizzati fl-arja, l-emissjonijiet fl-ilma, is-solvent fil-proċess tal-output, u r-residwi tal-proċess (eż. tad-distillazzjoni).

BAT 10. Il-BAT hija li jiġu mmonitorjati perjodikament l-emissjonijiet tal-irwejjaħ.

Deskrizzjoni

L-emissjonijiet tal-irwejjaħ jistgħu jiġu mmonitorjati billi jintużaw:

l-istandards EN (eż. l-olfattometrija dinamika skont l-EN 13725 sabiex tiġi determinata l-konċentrazzjoni tal-irwejjaħ jew EN 16841-1 jew -2 sabiex tiġi determinata l-espożizzjoni għall-irwejjaħ);

meta jiġu applikati metodi alternattivi li għalihom ma jkun disponibbli l-ebda standard EN (eż. stima tal-impatt tal-irwejjaħ), l-istandards ISO, l-istandards nazzjonali jew standards internazzjonali oħra li jiżguraw il-forniment ta' dejta ta' kwalità xjentifika ekwivalenti.

Il-frekwenza tal-monitoraġġ tkun stabbilita fil-pjan għall-ġestjoni tal-irwejjaħ (ara BAT 12).

Applikabbiltà

L-applikabbilta hija ristretta għal każijiet fejn tkun mistennija u/jew tkun ġiet sostanzjata inkonvenjenza mill-irwejjaħ għar-riċetturi sensittivi.

BAT 11. Il-BAT hija l-monitoraġġ tal-konsum annwali ta' ilma, enerġija u materja prima kif ukoll il-ġenerazzjoni annwali ta' residwi u dranaġġ, bi frekwenza ta' mill-inqas darba fis-sena.

Deskrizzjoni

Il-monitoraġġ jinkludi kejl, kalkolu jew reġistrazzjoni diretti eż. bl-użu ta' arloġġi jew fatturi xierqa. Il-monitoraġġ ikun imqassam fl-iktar livell xieraq (eż. fil-livell tal-proċess jew tal-impjant/tal-installazzjoni) u jitqies kwalunkwe tibdil sinifikanti fl-impjant/fl-installazzjoni.

1.3.   Emissjonijiet fl-arja

BAT 12. Sabiex jiġi evitat jew, fejn dan ma jkunx jista' jsir, sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-irwejjaħ, il-BAT hija li jitwaqqaf, jiġi implimentat u jiġi regolarment rivedut pjan għall-ġestjoni tal-irwejjaħ, bħala parti mis-sistema ta' ġesjtoni ambjentali (ara BAT 1), li jinkludi l-elementi kollha li ġejjin:

protokoll li fih l-azzjonijiet u meta għandhom jittieħdu;

protokoll għat-twettiq tal-monitoraġġ tal-irwejjaħ kif stabbiliti fil-BAT 10;

protokoll għar-rispons għal inċidenti identifikati ta' rwejjaħ eż. ilmenti;

programm ta' prevenzjoni u tnaqqis tal-irwejjaħ imfassal sabiex jidentifika s-sors(i); karatterizzazzjoni tal-kontributi tas-sorsi; u l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' prevenzjoni u/jew ta' tnaqqis.

Applikabbiltà

L-applikabbilta hija ristretta għal każijiet fejn tkun mistennija u/jew tkun ġiet sostanzjata inkonvenjenza mill-irwejjaħ għar-riċetturi sensittivi.

BAT 13. Sabiex jiġi evitat jew, fejn dan ma jkunx jista' jsir, sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-irwejjaħ, il-BAT hija li tintuża teknika waħda jew taħlita tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Minimizzazzjoni tal-ħin tar-residenza

Il-minimizzazzjoni tal-ħin tar-residenza tal-iskart (potenzjalment) bir-riħa fis-sistemi tal-ħażna jew tal-immaniġġar (eż. pajpijiet, tankijiet, kontenituri), b'mod partikolari f'kundizzjonijiet anaerobiċi. Fejn rilevanti, isiru dispożizzjonijiet adegwati għall-aċċettazzjoni ta' volumi għoljin staġonali tal-iskart.

Applikabbli biss għas-sistemi miftuħin.

b.

Użu tat-trattament kimiku

L-użu ta' sustanzi kimiċi li jeqirdu jew li jnaqqsu l-formazzjoni ta' komposti bir-riħa (eż. l-ossidazzjoni jew il-preċipitazzjoni tas-sulfur tal-idroġenu).

Mhux applikabbli jekk dan jista' jtellef il-kwalità mixtieqa tal-output.

c.

Ottimizzazzjoni tat-trattament aerobiku

Fil-każ tat-trattament aerobiku ta' skart likwidu b'bażi tal-ilma, tista' tinkludi:

użu ta' ossiġnu pur;

tneħħija ta' ħama mit-tankijiet;

manutenzjoni frekwenti tas-sistema tal-arjazzjoni;

Fil-każ tat-trattament aerobiku tal-iskart għajr l-iskart likwidu b'bażi tal-ilma, ara BAT 36.

Ġeneralment applikabbli.

BAT 14. Sabiex jiġi evitat jew, fejn dan ma jkunx jista' jsir, sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet diffużi fl-arja, b'mod partikolari tat-trab, tal-komposti organiċi u tal-irwejjaħ, il-BAT hija li tintuża kombinazzjoni xierqa tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

Skont ir-riskju mill-iskart f'termini tal-emissjonijiet diffużi fl-arja, il-BAT 14d hija partikolarment rilevanti.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Minimizzazzjoni tal-għadd ta' sorsi potenzjali ta' emissjonijiet diffużi

Din tinkludi tekniki bħal:

it-tfassil xieraq tat-tqassim tal-pajpijiet (eż. il-minimizzazzjoni tat-tul tal-pajpijiet, jitnaqqas l-għadd ta' flanġi u valvi, l-użu ta' tagħmir u pajpijiet iwweldjati);

il-preferenza għall-użu tat-trasferiment bil-gravità minflok għall-użu tal-pompi;

il-limitazzjoni tal-għoli tal-waqgħa tal-materjal;

il-limitazzjoni tal-veloċità tat-traffiku;

l-użu ta' lqugħ kontra r-riħ.

Ġeneralment applikabbli.

b.

L-għażla u l-użu ta' tagħmir b'integrità għolja

Dawn jinkludu tekniki bħal:

valvi b'siġilli doppji tal-ippakkjar jew tagħmir bl-istess effiċjenza;

gaskets b'integrità għolja (bħall-gaskets spirali, ġonot annellari) għal applikazzjonijiet kritiċi;

pompi/kompressuri/aġitaturi mgħammra b'siġilli mekkaniċi minflok bi ppakkjar;

pompi/kompressuri/aġitaturi li jaħdmu b'mod manjetiku;

bibien xierqa ta' aċċess għall-pajpijiet ta' servizz, tnaljetti penetranti, irjus tad-drill, eż. meta jitneħħa l-gass mill-WEEE li jkun fih il-VFC u/jew VHC.

L-applikabbiltà tista' tkun limitata fil-każ ta' impjanti eżistenti minħabba rekwiżiti tal-operabbiltà.

c.

Prevenzjoni tal-korrużjoni

Din tinkludi tekniki bħal:

l-għażla xierqa tal-materjali ta' kostruzzjoni;

il-kisi minn ġewwa u l-kisi minn barra tat-tagħmir u ż-żebgħa tal-pajpijiet b'inibituri tal-korrużjoni.

Ġeneralment applikabbli.

d.

Trażżin, ġbir u trattament tal-emissjonijiet diffużi

Dawn jinkludu tekniki bħal:

il-ħażna, it-trattament u l-immaniġġar ta' skart u materjal li jista' jiġġenera emissjonijiet diffużi f'bini magħluq u/jew tagħmir magħluq (eż. conveyor belts);

iż-żamma tat-tagħmir magħluq jew tal-bini magħluq taħt pressjoni adegwata;

il-ġbir u d-direzzjonar tal-emissjonijiet lejn sistema ta' tnaqqis xierqa (ara t-Taqsima 6.1) b'sistema ta' estrazzjoni tal-arja u/jew sistemi tal-ġbid tal-arja qrib is-sorsi tal-emissjonijiet.

L-użu ta' tagħmir magħluq jew bini magħluq jista' jkun ristrett minħabba kunsiderazzjonijiet ta' sikurezza bħar-riskju ta' splużjoni jew tnaqqis tal-ossiġenu.

L-użu ta' tagħmir magħluq jew bini magħluq jista' wkoll ikun limitat mill-volum tal-iskart.

e.

Umidifikazzjoni

L-umidifikazzjoni ta' sorsi potenzjali tal-emissjonijiet tat-trab diffużi (eż. il-ħażna tal-iskart, iż-żoni tat-traffiku, u il-proċessi ta' mmaniġġar fil-miftuħ) bl-ilma jew biċ-ċpar.

Ġeneralment applikabbli.

f.

Manutenzjoni

Din tinkludi tekniki bħal:

l-iżgurar ta' aċċess għal tagħmir li jista' jkun qed inixxi;

kontroll regolari tat-tagħmir protettiv bħal purtieri lamellari, bibien b'azzjoni rapida.

Ġeneralment applikabbli.

g.

Tindif taż-żoni tat-trattament tal-iskart u tal-ħażna

Dan jinkludi tekniki bħat-tindif regolari taż-żona kollha tat-trattament tal-iskart (is-swali, iż-żoni tat-traffiku, iż-żoni tal-ħażna, eċċ.), tal-conveyor belts, tat-tagħmir u tal-kontenituri.

Ġeneralment applikabbli.

h.

Programm għad-detezzjoni u t-tiswija tat-tnixxijiet (LDAR)

Ara t-Taqsima 6.2. Meta jkunu mistennija emissjonijiet tal-komposti organiċi, jiġi stabbilit u implimentat il-programm LDAR b'approċċ ibbażat fuq ir-riskju, filwaqt li jitqiesu b'mod partikolari d-disinn tal-impjant u l-ammont ta' komposti organiċi kkonċernati u n-natura tagħhom.

Ġeneralment applikabbli.

BAT 15. Il-BAT hija li l-użu tal-ivvampjar għal raġunijiet ta' sikurezza biss jew għal kundizzjonijiet ta' tħaddim mhux ta' rutina (eż. il-bidu u t-tmiem tat-tħaddim) bl-użu taż-żewġ tekniki mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Tfassil korrett tal-impjant

Dan jinkludi l-provvista ta' sistema għall-irkupru tal-gass b'kapaċità suffiċjenti u l-użu ta' valvi ta' skariku b'integrità għolja.

Ġeneralment applikabbli għal impjanti ġodda.

Is-sistema għall-irkupru tal-gass tista' tiġi mmuntata f'impjanti eżistenti.

b.

Ġestjoni tal-impjant

Din tinkludi l-ibbilanċjar tas-sistema tal-gass u l-użu ta' kontroll avvanzat tal-proċess.

Ġeneralment applikabbli.

BAT 16. Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja mill-apparat tal-ivvampjar meta ma jkunx jista' jiġi evitat l-ivvampjar, il-BAT hija li jintużaw iż-żewġ tekniki mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Tfassil korrett tat-tagħmir għall-ivvampjar

Ottimizzazzjoni tal-għoli u tal-pressjoni, tal-assistenza bil-fwar, bl-arja jew bil-gass, it-tipi tal-quċċata tal-apparat tal-ivvampjar eċċ., sabiex it-tħaddim isir mingħajr duħħan u b'mod affidabbli u biex tkun żgurata kombustjoni effiċjenti tal-gassijiet żejda.

Ġeneralment applikabbli għal apparat tal-ivvampjar ġdid. F'impjanti eżistenti, l-applikabilità tista' tkun ristretta, eż. minħabba l-ħin disponibbli għall-manutenzjoni.

b.

Monitoraġġ u reġistrazzjoni bħala parti mill-ġestjoni tal-apparat tal-ivvampjar

Dan jinkludi monitoraġġ kontinwu tal-kwantità ta' gass mibgħut għall-ivvampjar. Jista' jinkludi stimi ta' parametri oħra (eż. il-kompożizzjoni tal-fluss tal-gass, il-kontenut tas-sħana, il-proporzjon tal-assistenza, il-veloċità, ir-rata tal-fluss tal-gass mitiganti, l-emissjonijiet ta' sustanzi niġġiesa (eż. NOX, CO, idrokarburi) l-istorbju). Normalment ir-reġistrazzjoni tal-avvenimenti tal-ivvampjar tinkludi id-durata u l-għadd ta' avvenimenti u tippermetti l-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet u l-prevenzjoni potenzjali ta' avvenimenti futuri ta' vvampjar.

Ġeneralment applikabbli.

1.4.   L-istorbju u l-vibrazzjonijiet

BAT 17. Sabiex jiġi evitat jew, fejn dan ma jkunx jista' jsir, sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-istorbju u tal-vibrazzjonijiet, il-BAT hija li jitwaqqaf, jiġi implimentat u jiġi regolarment rivedut pjan għall-ġestjoni tal-istorbju u tal-vibrazzjonijiet, bħala parti mis-sistema ta' ġestjoni ambjentali (ara BAT 1), li jinkludi l-elementi kollha li ġejjin:

I.

protokoll b'azzjonijiet u skedi ta' żmien xierqa;

II.

protokoll għat-twettiq tal-monitoraġġ tal-istorbju u tal-vibrazzjonijiet;

III.

protokoll għar-rispons għal avventimenti identifikati ta' storbju u ta' vibrazzjonijiet eż. ilmenti;

IV.

programm għat-tnaqqis tal-istorbju u tal-vibrazzjonijiet maħsub biex jidentifika s-sors(i); biex ikejjel/jipprovdi stima tal-espożizzjoni għall-istorbju u għall-vibrazzjonijiet, biex jikkaratterizza l-kontributi tas-sorsi; u biex jimplimenta miżuri ta' prevenzjoni u/jew ta' tnaqqis.

Applikabbiltà

L-applikabbilta hija ristretta għal każijiet fejn tkun mistennija u/jew tkun ġiet sostanzjata inkonvenjenza mill-istorbju jew mill-vibrazzjonijiet għar-riċetturi sensittivi.

BAT 18. Sabiex jiġu evitati jew, meta dan ma jkunx jista' jsir, sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-istorbju u tal-vibrazzjonijiet, il-BAT hija li tintuża teknika waħda jew taħlita tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Post xieraq għat-tagħmir u għall-bini

Il-livelli tal-istorbju jistgħu jitnaqqsu billi tiżdied id-distanza bejn l-emittent u r-riċevitur, billi l-bini jintuża bħala lqugħ għall-istorbju u billi d-dħul u l-ħruġ tal-bini jiġu rilokati.

Għal impjanti eżistenti, ir-rilokazzjoni tat-tagħmir u tad-dħul u l-ħruġ tal-bini tista' tkun limitata minħabba nuqqas ta' spazju jew spejjeż eċċessivi.

b.

Miżuri operattivi

Dawn jinkludu tekniki bħal:

i.

spezzjoni u manutenzjoni tat-tagħmir;

ii.

għeluq tal-bibien u tat-twieqi ta' żoni magħluqin, jekk possibbli;

iii.

it-tħaddim tat-tagħmir minn persunal bl-esperjenza;

iv.

evitar ta' attivitajiet storbjużi billejl, jekk possibbli;

v.

dispożizzjonijiet għall-kontroll tal-istorbju waqt l-attivitajiet tal-manutenzjoni, it-traffiku, l-immaniġġjar u t-trattament.

Ġeneralment applikabbli.

c.

Tagħmir li ma jagħmilx ħafna storbju

Dan jista' jinkludi muturi għas-sewqan dirett, kumpressuri, pompi u apparat tal-ivvampjar.

d.

Tagħmir għall-kontroll tal-istorbju u tal-vibrazzjoni

Dan jinkludi tekniki bħal:

i.

mezzi li jnaqqsu l-istorbju;

ii.

tagħmir ta' insulazzjoni akustika u ta' insulazzjoni tal-vibrazzjoni;

iii.

l-għeluq ta' tagħmir storbjuż;

iv.

iżolament kontra l-ħsejjes (“soundproofing”) tal-bini.

L-applikabbiltà tista' tkun limitata minħabba nuqqas ta' spazju (għal impjanti eżistenti).

e.

Attenwazzjoni tal-istorbju

Il-porpagazzjoni tal-istorbju tista' titnaqqas billi jiddaħħlu ostakli bejn l-emittenti u r-riċevituri (eż. ħitan, ċnut u binjiet ta' protezzjoni).

Applikabbli biss għal impjanti eżistenti; peress li t-tfassil ta' impjanti ġodda jenħtieġ jelimina l-ħtieġa ta' din it-teknika. Għal impjanti eżistenti, l-inklużjoni ta' ostakli tista' tkun limitata minħabba n-nuqqas ta' spazju.

Għat-trattament mekkaniku fi shredders tal-iskart tal-metall, hija applikabbli fi ħdan ir-restrizzjonijiet assoċjati mar-riskju tad-deflagrazzjoni fi shredders.

1.5.   Emissjonijiet fl-ilma

BAT 19. Sabiex jiġi ottimizzat il-konsum tal-ilma, biex jitnaqqas il-volum tad-dranaġġ iġġenerat u biex jiġi evitat jew, fejn dan ma jkunx jista' jsir, jitnaqqsu l-emissjonijiet fil-ħamrija u fl-ilma, il-BAT hija li tintuża taħlita tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Ġestjoni tal-ilma

Il-konsum tal-ilma huwa ottimizzat bl-użu ta' miżuri li jistgħu jinkludu:

pjanijiet li jiffrankaw l-ilma (eż. it-twaqqif ta' objettivi għall-effiċjenza fl-użu tal-ilma, dijagrammi tal-fluss u bilanċi tal-massa tal-ilma);

l-ottimizzazzjoni tal-użu tal-ilma għall-ħasil (eż. tindif fix-xott minflok ħasil bil-pajp bl-użu ta' kontroll li jixkatta fuq it-tagħmir kollu tal-ħasil);

it-tnaqqis tal-użu tal-ilma għall-ġenerazzjoni ta' vakwu (eż. l-użu ta' pompi biċ-ċirku tal-likwidu b'likwidi b'punt għoli ta' togħlija).

Ġeneralment applikabbli.

b.

Riċirkolazzjoni tal-ilma

Il-flussi tal-ilma jiġu riċirkolati fi ħdan l-impjant, jekk ikun meħtieġ wara t-trattament. Il-grad tar-riċirkolazzjoni huwa ristrett mill-bilanċ tal-ilma tal-impjant, il-kontenut ta' impuritajiet (eż. komposti bir-riħa) u/jew il-karatteristiċi tal-flussi tal-ilma (eż. il-kontenut ta' nutrijenti).

Ġeneralment applikabbli.

c.

Superfiċe impermeabbli

Skont ir-riskji tal-iskart f'termini ta' kontaminazzjoni tal-ħamrija u/jew tal-ilma, is-superfiċe taż-żona kollha tat-trattament tal-iskart (eż. il-wasla, l-immaniġġar, il-ħażna, it-trattament u d-dispaċċ tal-iskart miż-żoni) issir impermeabbli għal-likwidi kkonċernati.

Ġeneralment applikabbli.

d.

Tekniki biex jitnaqqsu l-probabbiltà u l-impatt tat-tifwir u tal-fallimenti minn tankijiet u reċipjenti

Skont ir-riskji tal-likwidi li jinsabu f'tankijiet u reċipjenti f'termini ta' kontaminazzjoni tal-ħamrija u/jew tal-ilma, dawn jinkludu metodi tekniċi bħal:

detetturi tat-tifwir;

pajpijiet tat-tifwir li huma diretti lejn is-sistema ta' skular imrażżan (jiġifieri is-sistema ta' trażżin sekondarju rilevanti jew reċipjent ieħor);

tankijiet għal-likwidi li jinsabu f'sistema xierqa ta' trażżin sekondarju; il-volum normalment ikun ta' daqs li jakkomoda t-telf tat-trażżin tal-akbar tank fis-sistema ta' trażżin sekondarju;

iżolament tat-tankijiet, tar-reċipjenti u tas-sistemi ta' trażżin sekondarju (eż. l-għeluq tal-valvi).

Ġeneralment applikabbli.

e.

Tisqif taż-żoni tal-ħażna u tat-trattament tal-iskart

Skont ir-riskji tal-iskart f'termini ta' kontaminazzjoni tal-ħamrija u/jew tal-ilma, l-iskart għandu jinħażen u jiġi ttrattat f'żoni mgħottija biex jiġi evitat il-kuntatt mal-ilma tax-xita u b'hekk jiġi minimizzat il-volum ta' ilma kontaminat li jnixxi.

L-applikabbiltà tista' tkun ristretta meta ikunu maħżuna jew trattati volumi kbar ta' skart (eż. trattament mekkaniku fi shredders tal-iskart tal-metall).

f.

Segregazzjoni tal-flussi tal-ilma

Kull fluss tal-ilma (eż. skol tas-superfiċe, l-ilma tal-proċessi) jinġabar u jiġi ttrattat separatament, abbażi tal-kontenut ta' sustanzi niġġiesa u tat-taħlita ta' tekniki tat-trattament. B'mod partikolari, il-flussi tad-dranaġġ mhux kontaminat jiġu sseparati mid-dranaġġ li jeħtieġ it-trattament.

Ġeneralment applikabbli għal impjanti ġodda.

Ġeneralment applikabbli għal impjanti eżistenti fir-restrizzjonijiet assoċjati mat-tqassim tas-sistema tal-ġbir tal-ilma.

g.

Infrastruttura adegwata tal-iskular

Iż-żona tat-trattament tal-iskart hija konnessa mal-infrastruttura tal-iskular

L-ilma tax-xita li jinżel fuq iż-żoni tat-trattament u tal-ħażna jinġabar fl-infrastruttura tal-iskular flimkien mal-ilma tal-ħasil, tixrid okkażjonali, eċċ. u, skont il-kontenut tas-sustanzi niġġiesa, jiġi riċirkolat jew jintbagħat għal trattament ulterjuri.

Ġeneralment applikabbli għal impjanti ġodda.

Ġeneralment applikabbli għal impjanti eżistenti fir-restrizzjonijiet assoċjati mat-tqassim tas-sistema tal-iskular tal-ilma.

h.

Dispożizzjonijiet għat-tfassil u l-manutenzjoni li jippermettu d-detezzjoni u t-tiswija tat-tnixxijiet

Il-monitoraġġ regolari għal tnixxijiet potenzjali huwa bbażat fuq ir-riskju u, meta meħtieġ, it-tagħmir jissewwa.

L-użu ta' komponenti ta' taħt l-art huwa minimizzat. Meta jintużaw komponenti ta' taħt l-art, u skont ir-riskji tal-iskart miżmum f'dawk il-komponenti f'termini ta' kontaminazzjoni tal-ħamrija u/jew tal-ilma, tiddaħħal fis-seħħ sistema ta' trażżin sekondarju ta' taħt l-art.

L-użu ta' komponenti fuq l-art huwa ġeneralment applikabbli għal impjanti ġodda. Madankollu dan jista' jkun limitat minħabba r-riskju ta' ffriżar.

L-installazzjoni ta' sistema ta' trażżin sekondarju tista' tkun limitata fil-każ ta' impjanti eżistenti.

i.

Kapaċità ta' ħażna bafer xierqa

Il-kapaċità ta' ħażna bafer xierqa hija pprovduta għad-dranaġġ iġġenerat waqt kundizzjonijiet ta' tħaddim għajr il-kundizzjonijiet normali ta' tħaddim bl-użu ta' approċċ ibbażat fuq ir-riskju (eż. billi jitqiesu n-natura tas-sustanzi niġġiesa, l-effetti tat-trattament tad-dranaġġ downstream, u l-ambjent riċevitur).

L-iskariku tad-dranaġġ minn din iż-żona ta' ħażna bafer huwa possibbli biss wara li jittieħdu l-miżuri xierqa (eż. il-monitoraġġ, it-trattament, l-użu mill-ġdid).

Ġeneralment applikabbli għal impjanti ġodda.

Għal impjanti eżistenti, l-applikabbiltà tista' tkun limitata mid-disponibbiltà tal-ispazju u t-tqassim tas-sistema tal-ġbir tal-ilma.

BAT 20. Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-ilma, il-BAT hija li d-dranaġġ jiġi ttrattat billi tintuża taħlita xierqa tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

Teknika (23)

Sustanzi niġġiesa tipiċi fil-mira

Applikabbiltà

Trattament preliminari u primarju, eż.

a.

Ekwalizzazzjoni

Kull sustanza niġġiesa

Ġeneralment applikabbli.

b.

Newtralizzazzjoni

Aċidi, alkali

c.

Separazzjoni fiżika, eż. skrins, passaturi, separaturi tal-frak taż-żrar, separaturi tal-grass, separazzjoni taż-żejt mill-ilma jew vaski ta' dikantazzjoni primarja

Solidi kbar, solidi sospiżi, żejt/grass

Trattament fiżikokimiku, eż.

d.

Adsorbiment

Sustanzi niġġiesa adsorbibbli, dissolti, mhux bijodegradabbli jew inibitorji, eż. idrokarburi, merkurju, AOX

Ġeneralment applikabbli.

e.

Distillazzjoni/rettifikazzjoni

Sustanzi niġġiesa, dissolti, mhux bijodegradabbli jew inibitorji, li jista' jiġu distillati, eż. xi solventi

f.

Preċipitazzjoni

Sustanzi niġġiesa preċipitabbli, dissolti, mhux bijodegradabbli jew inibitorji, eż. metalli, fosforu

g.

Ossidazzjoni kimika

Sustanzi niġġiesa ossidabbli, dissolti, mhux bijodegradabbli jew inibitorji, eż. nitriti, ċjanur

h.

Riduzzjoni kimika

Sustanzi niġġiesa riduċibbli, dissolti, mhux bijodegradabbli jew inibitorji, eż. kromu eżavalenti (Cr(VI))

i.

Evaporazzjoni

Kontaminanti li jinħallu

j.

Skambju tal-joni

Sustanzi niġġiesa joniċi, dissolti, mhux bijodegradabbli jew inibitorji, eż. metalli

k.

Strippaġġ

Sustanzi niġġiesa li jistgħu jitnaddfu, eż. sulfur tal-idroġenu (H2S), l-ammonijaka (NH3), ċerti aloġeni adsorbibbli marbuta organikament (AOX), idrokarburi

Trattament bijoloġiku, eż.

l.

Proċess tal-ħama attivat

Komposti organiċi bijodegradabbli

Ġeneralment applikabbli.

m.

Bijoreattur tal-membrana

Tneħħija tan-nitroġenu

n.

Nitrifikazzjoni/denitrifikazzjoni meta t-trattament jinkludi trattament bijoloġiku

Nitroġenu totali, ammonijaka

In-nitrifikazzjoni tista' ma tkunx applikabbli fil-każ ta' konċentrazzjonijiet għoljin ta' klorur (eż. aktar minn 10 g/l) u meta t-tnaqqis tal-konċentrazzjoni tal-klorur qabel in-nitrifikazzjoni ma jkunx ġustifikat mill-benefiċċji ambjentali. In-nitrifikazzjoni ma tkunx applikabbli meta t-temperatura tad-dranaġġ tkun baxxa (eż. taħt it-12-il °C).

Tneħħija ta' solidi, eż.

o.

Koagulazzjoni u flokkulazzjoni

Solidi sospiżi u metalli marbuta ma' partikoli

Ġeneralment applikabbli.

p.

Sedimentazzjoni

q.

Filtrazzjoni (eż. filtrazzjoni bir-ramel, mikrofiltrazzjoni, ultrafiltrazzjoni)

r.

Flotazzjoni


Tabella 6.1

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-iskariki diretti lejn korp tal-ilma riċeventi

Sustanza/Parametru

BAT-AEL (24)

Proċess ta' trattament tal-iskart li għalih japplika l-BAT-AEL

Karbonju organiku totali (TOC) (25)

10–60 mg/l

Kull tip ta' trattament tal-iskart għajr it-trattament tal-iskart likwidu b'bażi tal-ilma

10–100 mg/l (26)  (27)

Trattament ta' skart likwidu b'bażi tal-ilma

Domanda kimika ta' ossiġenu (COD) (25)

30-180 mg/l

Kull tip ta' trattament tal-iskart għajr it-trattament tal-iskart likwidu b'bażi tal-ilma

30-300 mg/l (26)  (27)

Trattament ta' skart likwidu b'bażi tal-ilma

Solidi totali sospiżi (TSS)

5-60 mg/l

Kull tip ta' trattament tal-iskart

Indiċi taż-żejt tal-idrokarburi (HOI)

0,5-10 mg/l

Trattament mekkaniku fi shredders tal-iskart tal-metall

Trattament ta' WEEE li fih VFC u/jew VHC

Riraffinar tal-iskart taż-żejt

Trattament fiżikokimiku ta' skart b'valur kalorifiku

Ħasil bl-ilma tal-ħamrija skavata kontaminata

Trattament ta' skart likwidu b'bażi tal-ilma

Nitroġenu totali (Total N)

1-25 mg/l (28)  (29)

Trattament bijoloġiku tal-iskart

Riraffinar tal-iskart taż-żejt

10–60 mg/l (28)  (29)  (30)

Trattament ta' skart likwidu b'bażi tal-ilma

Fosforu totali (Total P)

0,3-2 mg/l

Trattament bijoloġiku tal-iskart

1–3 mg/l (27)

Trattament ta' skart likwidu b'bażi tal-ilma

Indiċi tal-fenol

0,05– 0,2 mg/l

Riraffinar tal-iskart taż-żejt

Trattament fiżikokimiku ta' skart b'valur kalorifiku

0,05-0,3 mg/l

Trattament ta' skart likwidu b'bażi tal-ilma

Ċjanur ħieles (CN-) (31)

0,02– 0,1 mg/l

Trattament ta' skart likwidu b'bażi tal-ilma

Aloġeni adsorbibbli marbuta organikament (AOX) (31)

0,2-1 mg/l

Trattament ta' skart likwidu b'bażi tal-ilma

Metalli u metallojdi (31)

Arseniku (espress bħala As)

0,01-0,05 mg/l

Trattament mekkaniku fi shredders tal-iskart tal-metall

Trattament ta' WEEE li fih VFC u/jew VHC

Trattament mekkaniku u bijoloġiku tal-iskart

Riraffinar tal-iskart taż-żejt

Trattament fiżikokimiku ta' skart b'valur kalorifiku

Trattament fiżikokimiku ta' skart solidu u/jew pastuż

Riġenerazzjoni ta' solventi eżawriti

Ħasil bl-ilma tal-ħamrija skavata kontaminata

Kadmju (espress bħala Cd)

0,01-0,05 mg/l

Kromu (espress bħala Cr)

0,01-0,15 mg/l

Ram (espress bħala Cu)

0,05-0,5 mg/l

Ċomb (espress bħala Pb)

0,05–0,1 mg/l (32)

Nikil (espress bħala Ni)

0,05-0,5 mg/l

Merkurju (espress bħala Hg)

0,5–5 μg/l

Żingu (espress bħala Zn)

0,1-1 mg/l (33)

Arseniku (espress bħala As)

0,01-0,1 mg/l

Trattament ta' skart likwidu b'bażi tal-ilma

Kadmju (espress bħala Cd)

0,01-0,1 mg/l

Kromu (espress bħala Cr)

0,01-0,3 mg/l

Kromu eżavalenti (espress bħala Cr(VI))

0,01-0,1 mg/l

Ram (espress bħala Cu)

0,05-0,5 mg/l

Ċomb (espress bħala Pb)

0,05-0,3 mg/l

Nikil (espress bħala Ni)

0,05-1 mg/l

Merkurju (espress bħala Hg)

1-10 μg/l

Żingu (espress bħala Zn)

0,1-2 mg/l

Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fi BAT 7.

Tabella 6.2

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-iskariki indiretti lejn korp tal-ilma riċeventi

Sustanza/Parametru

BAT-AEL (34)  (35)

Proċess ta' trattament tal-iskart li għalih japplika l-BAT-AEL

Indiċi taż-żejt tal-idrokarburi (HOI)

0,5-10 mg/l

Trattament mekkaniku fi shredders tal-iskart tal-metall

Trattament ta' WEEE li fih VFC u/jew VHC

Riraffinar tal-iskart taż-żejt

Trattament fiżikokimiku ta' skart b'valur kalorifiku

Ħasil bl-ilma tal-ħamrija skavata kontaminata

Trattament ta' skart likwidu b'bażi tal-ilma

Ċjanur ħieles (CN-) (36)

0,02– 0,1 mg/l

Trattament ta' skart likwidu b'bażi tal-ilma

Aloġeni adsorbibbli marbuta organikament (AOX) (36)

0,2-1 mg/l

Trattament ta' skart likwidu b'bażi tal-ilma

Metalli u metallojdi (36)

Arseniku (espress bħala As)

0,01-0,05 mg/l

Trattament mekkaniku fi shredders tal-iskart tal-metall

Trattament ta' WEEE li fih VFC u/jew VHC

Trattament mekkaniku u bijoloġiku tal-iskart

Riraffinar tal-iskart taż-żejt

Trattament fiżikokimiku ta' skart b'valur kalorifiku

Trattament fiżikokimiku ta' skart solidu u/jew pastuż

Riġenerazzjoni ta' solventi eżawriti

Ħasil bl-ilma tal-ħamrija skavata kontaminata

Kadmju (espress bħala Cd)

0,01-0,05 mg/l

Kromu (espress bħala Cr)

0,01-0,15 mg/l

Ram (espress bħala Cu)

0,05-0,5 mg/l

Ċomb (espress bħala Pb)

0,05-0,1 mg/l (37)

Nikil (espress bħala Ni)

0,05-0,5 mg/l

Merkurju (espress bħala Hg)

0,5–5 μg/l

Żingu (espress bħala Zn)

0,1-1 mg/l (38)

Arseniku (espress bħala As)

0,01-0,1 mg/l

Trattament ta' skart likwidu b'bażi tal-ilma

Kadmju (espress bħala Cd)

0,01-0,1 mg/l

Kromu (espress bħala Cr)

0,01-0,3 mg/l

Kromu eżavalenti (espress bħala Cr(VI))

0,01-0,1 mg/l

Ram (espress bħala Cu)

0,05-0,5 mg/l

Ċomb (espress bħala Pb)

0,05-0,3 mg/l

Nikil (espress bħala Ni)

0,05-1 mg/l

Merkurju (espress bħala Hg)

1-10 μg/l

Żingu (espress bħala Zn)

0,1-2 mg/l

Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fi BAT 7.

1.6.   Emissjonijiet minn aċċidenti u inċidenti

BAT 21. Sabiex jiġu evitati jew limitati l-konsegwenzi ambjentali tal-aċċidenti u tal-inċidenti, il-BAT hija li jintużaw it-tekniki kollha mogħtija hawn taħt, bħala parti mill-pjan tal-ġestjoni tal-inċidenti (ara BAT 1).

Teknika

Deskrizzjoni

a.

Miżuri ta' protezzjoni

Dawn jinkludu miżuri, bħal:

il-protezzjoni tal-impjant kontra atti b'intenzjoni ħażina;

sistema ta' protezzjoni kontra n-nirien u l-isplużjonijiet, li fiha tagħmir għall-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-estinzjoni;

l-aċċessibbiltà u t-tħaddim tat-tagħmir ta' kontroll rilevanti f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza.

b.

Ġestjoni tal-emissjonijiet mill-inċidenti/mill-aċċidenti

Il-proċeduri huma stabbiliti u d-dispożizzjonijiet tekniċi huma fis-seħħ biex jiġu ġestiti (f'termini tal-possibbiltà ta' trażżin) l-emissjonijiet mill-aċċidenti u mill-inċidenti bħall-emissjonijiet mit-tixrid, mill-ilma użat fit-tifi tan-nar, jew mill-valvi tas-sikurezza.

c.

Sistema li tirreġistra u tivvaluta l-inċident/l-aċċident

Din tinkludi tekniki bħal:

reġistru/ġurnal li jirreġistra kull aċċident, inċident, bidla fil-proċeduri u r-riżultati tal-ispezzjonijiet;

proċeduri biex jiġu identifikati, titwettaq reazzjoni u jittieħdu tagħlimiet minn dawn l-inċidenti u l-aċċidenti.

1.7.   Effiċjenza tal-materjal

BAT 22. Sabiex il-materjali jintużaw b'mod effiċjenti, il-BAT hija li l-materjali jiġu sostitwiti bl-iskart.

Deskrizzjoni

L-iskart jintuża minflok materjali oħra għat-trattament tal-iskart (eż. l-iskart tal-alkali jew l-iskart tal-aċidi jintuża għall-aġġustament tal-pH, l-irmied li jtir jintuża bħala aġent li jgħaqqad).

Applikabbiltà

Xi limitazzjonijiet fuq l-applikabbiltà jirriżultaw mir-riskju ta' kontaminazzjoni minħabba l-preżenza ta' impuritajiet (eż. metalli tqal, POP, imluħ, patoġeni) fl-iskart li jissostitwixxi materjali oħra. Limitazzjoni oħra hija l-kompatibbiltà tal-iskart li jissostitwixxi materjali oħra mal-input tal-iskart (ara BAT 2).

1.8.   Effiċjenza enerġetika

BAT 23. Biex l-enerġija tintuża b'mod effiċjenti, il-BAT hija li jintużaw iż-żewġ tekniki mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

a.

Pjan għall-effiċjenza enerġetika

Pjan għall-effiċjenza enerġetika jinvolvi d-definizzjoni u l-kalkolu tal-konsum speċifiku tal-enerġija ta' attività (jew attivitajiet), l-istabbiliment ta' indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni fuq bażi annwali (eż. il-konsum speċifiku tal-enerġija espress f'kWh/tunnellata ta' skart ipproċessat) u l-ippjanar ta' miri perjodiċi għat-titjib u azzjonijiet relatati. Il-pjan jiġi adattat għall-ispeċifiċitajiet tat-trattament tal-iskart f'termini tal-proċess(i) mwettqa, tal-fluss tal-iskart trattat, eċċ.

b.

Reġistrazzjoni tal-bilanċ tal-enerġija

Ir-reġistrazzjoni tal-bilanċ tal-enerġija tipprovdi rendikont tal-konsum u tal-ġenerazzjoni tal-enerġija (inkluża l-esportazzjoni) skont it-tip ta' sors (jiġifieri elettriku, gass, fjuwils likwidi konvenzjonali, fjuwils solidi konvenzjonali, u skart). Dan jinkludi:

(i)

informazzjoni dwar il-konsum tal-enerġija f'termini ta' enerġija mwassla;

(ii)

informazzjoni dwar l-enerġija esportata mill-installazzjoni;

(iii)

informazzjoni dwar il-fluss tal-enerġija (eż. dijagrammi Sankey jew bilanċi tal-enerġija) li turi kif l-enerġija tintuża matul il-proċess kollu.

Ir-reġistrazzjoni tal-bilanċ tal-enerġija tiġi adattata għall-ispeċifiċitajiet tat-trattament tal-iskart f'termini tal-proċess(i) mwettqa, tal-fluss tal-iskart trattat, eċċ.

1.9.   Użu mill-ġdid tal-imballaġġ

BAT 24. Sabiex titnaqqas il-kwantità ta' skart mibgħut għar-rimi, il-BAT hija li jiġi massimizzat l-użu mill-ġdid tal-imballaġġ, bħala parti minn pjan ta' ġestjoni ta' residwi (ara BAT 1).

Deskrizzjoni

L-imballaġġ (tankijiet, kontenituri, IBCs, pallets, eċċ.) jerġa' jintuża biex fih jinżamm l-iskart, meta jkun f'kundizzjoni tajba u nadif biżżejjed, dment li jkun hemm verifika tal-kompatibbiltà bejn is-sustanzi li jkun hemm (f'użi konsekuttivi). Jekk meħtieġ, l-imballaġġ jintbagħat għal trattament xieraq qabel ma jerġa' jintuża (eż. ir-rikundizzjonament, it-tindif).

Applikabbiltà

Xi limitazzjonijiet fuq l-applikabbiltà jirriżultaw mir-riskju ta' kontaminazzjoni tal-iskart li jirriżulta mill-użu mill-ġdid tal-imballaġġ.

2.   IL-KONKLUŻJONIJIET TAL-BAT GĦAT-TRATTAMENT MEKKANIKU TAL-ISKART

Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati fit-Taqsima 2 japplikaw għat-trattament mekkaniku tal-iskart meta dan ma jkunx marbut mat-trattament bijoloġiku, u flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali tal-BAT fit-Taqsima 1.

2.1.   Konklużjonijiet ġenerali tal-BAT għat-trattament mekkaniku tal-iskart

2.1.1.   Emissjonijiet fl-arja

BAT 25. Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' trab, metalli marbuta ma' partikoli, PCDD/F u PCB simili għad-diossini fl-arja, il-BAT hija li tiġi applikata l-BAT 14d u li tintuża teknika waħda jew taħlita tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Ċiklun

Ara t-Taqsima 6.1.

Iċ-ċikluni jintużaw l-aktar bħala separaturi preliminari għal trab aħrax.

Ġeneralment applikabbli.

b.

Filtru tad-drapp

Ara t-Taqsima 6.1.

Jista' ma jkunx applikabbli għall-kanali tal-egżost tal-arja konnessi direttament max-shredder meta l-effetti tad-deflagrazzjoni fuq filtru tad-drapp ma jkunux jistgħu jiġu mitigati (eż. bl-użu ta' valvi għall-ħruġ ta' pressjoni żejda).

c.

Purifikazzjoni niedja

Ara t-Taqsima 6.1.

Ġeneralment applikabbli.

d.

Injezzjoni tal-ilma fix-shredder

L-iskart li jrid jitqatta' fix-shredder jiġi umidifikat bl-injezzjoni tal-ilma fix-shredder. L-ammont tal-ilma injettat huwa regolat b'relazzjoni mal-ammont ta' skart li qed jitqatta' (li jista' jiġi monitorjat permezz tal-enerġija kkunsmata mill-mutur tax-shredder).

Il-gass ta' skart li jkun fih it-trab residwu jiġi dirett lejn iċ-ċiklun(i) u/jew purifikatur niedi.

Applikabbli biss fir-restrizzjonijiet assoċjati mal-kundizzjonijiet lokali (eż. temperatura baxxa, nixfa).


It-Tabella 6.3

Livell ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AEL) għall-emissjonijiet kanalizzati tat-trab fl-arja mit-trattament mekkaniku tal-iskart

Parametru

Unità

BAT-AEL

(Medja fuq il-perjodu tat-teħid tal-kampjuni)

Trab

mg/Nm3

2–5 (39)

Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fi BAT 8.

2.2.   Il-konklużjonijiet tal-BAT għat-trattament mekkaniku fix-shredders tal-iskart tal-metall

Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati f'din it-taqsima japplikaw għat-trattament mekkaniku fix-shredders tal-iskart tal-metall, minbarra li japplikaw għal BAT 25.

2.2.1.   Prestazzjoni ambjentali ġenerali

BAT 26. Sabiex titjieb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali, u biex jiġu evitati l-emissjonijiet minħabba aċċidenti u inċidenti, il-BAT hija li jintużaw il-BAT 14 g u t-tekniki kollha mogħtijin hawn taħt:

a.

l-implimentazzjoni ta' proċedura ta' spezzjoni dettaljata għal-iskart miġmugħ qabel l-użu tax-shredder;

b.

it-tneħħija ta'oġġetti perikolużi mill-fluss tal-input tal-iskart u r-rimi sikur tagħhom (eż. ċilindri tal-gass, EoLVs mhux dekontaminati, WEEE mhux dekontaminati, oġġetti kontaminati bil-PCB jew bil-merkurju, oġġetti radjuattivi);

c.

it-trattament tal-kontenituri jsir biss meta jkunu akkumpanjati minn dikjarazzjoni ta' ndafa.

2.2.2.   Deflagrazzjonijiet

BAT 27. Sabiex jiġu evitati d-deflagrazzjonijiet u sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet meta jseħħu d-deflagrazzjonijiet, il-BAT hija li tintuża t-teknika a. u teknika waħda jew iż-żewġ tekniki b. u c. mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Pjan ta' ġestjoni tad-deflagrazzjoni

Dan jinkludi:

programm għat-tnaqqis tad-deflagrazzjonijiet imfassal biex jidentifika s-sors(i), u biex jimplimenta miżuri għall-prevenzjoni tal-okkorrenzi tad-deflagrazzjonijiet, eż. spezzjoni tal-input tal-iskart kif deskritt fil-BAT 26a, it-tneħħija ta' oġġetti perikolużi kif deskritt fil-BAT 26b;

rieżami tal-inċidenti u r-rimedji storiċi tad-deflagrazzjoni u t-tixrid tal-għarfien dwar id-deflagrazzjoni;

protokoll għar-rispons għal inċidenti tad-deflagrazzjoni;

Ġeneralment applikabbli.

b.

Smorzatur li jtaffi l-pressjoni

L-ismorzaturi li jtaffu l-pressjoni jiġu installati biex jittaffew mewġiet ta' pressjoni li jiġu mid-deflagrazzjonijiet, u li mingħajrhom jiġu kkawżati ħsara kbira u emissjonijiet sussegwenti.

c.

L-użu ta' pre-shredder

L-użu ta' shredder b'veloċità baxxa installat fi ħdan ix-shredder prinċipali

Ġeneralment applikabbli għal impjanti ġodda, skont il-materjal tal-input.

Applikabbli għal aġġornamenti kbar tal-impjant fejn għadd sinifikanti ta' deflagrazzjonijiet ġew sostanzjati.

2.2.3.   Effiċjenza enerġetika

BAT 28. Biex l-enerġija tintuża b'mod effiċjenti, il-BAT hija li l-materjal jiddaħħal fix-shredder b'mod stabbli

Deskrizzjoni

Biex ikun ekwalizzat id-dħul tal-materjal fix-shredder iridu jiġu evitati t-tfixkil jew it-tagħbija żejda tad-dħul tal-iskart li jwasslu għal startjar u waqfien mhux mixtieqa tax-shredder.

2.3.   Il-konklużjonijiet tal-BAT għat-trattament tal-WEEE li fih VFC u/jew VHC

Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati f'din it-taqsima japplikaw għat-trattament tal-WEEE li fih VFC u/jew VHC, minbarra li japplikaw għal BAT 25.

2.3.1.   Emissjonijiet fl-arja

BAT 29. Sabiex jiġu evitati jew, meta dan ma jkunx jista' jsir, sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' komposti organiċi fl-arja, il-BAT hija li japplikaw il-BAT 14d, il-BAT 14h u li tintuża t-teknika a. u waħda mit-tekniki jew iż-żewġ tekniki b. u c. mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

a.

Tneħħija ottimizzata u qbid ta' refriġeranti u ta' żjut

Ir-refriġeranti u ż-żjut kollha jitneħħew mill-WEEE li fih il-VHC u/jew il-VFC u jinqabdu b'sistema ta' ġbid f'vakwu (eż. tinkiseb tneħħija ta' mill-inqas 90 % tar-refriġeranti). Ir-refriġeranti jiġu separati miż-żjut u ż-żjut jitneħħielhom il-gass.

L-ammont ta' żejt li jkun baqa' fil-kompressur jitnaqqas għal minimu (sabiex il-kompressur ma jqattarx).

b.

Kondensazzjoni krijoġenika

Il-gass ta' skart li jkun fih il-komposti organiċi bħall-VFC/VHC jintbagħat f'unità ta' kondensazzjoni krijoġenika biex dawn jiġu likwifikati (ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 6.1). Il-gass likwifikat jinħażen f'reċipjenti taħt pressjoni għal trattament ulterjuri.

c.

Adsorbiment

Il-gass ta' skart li jkun fih il-komposti organiċi bħall-VFC/VHC jintbagħat f'sistemi ta' adsorbiment (ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 6.1). Il-karbonju attivat eżawrit jiġi riġenerat permezz ta' arja msaħħna ppumpjata fil-filtru biex tiddesorbi l-komposti organiċi. Sussegwentement, il-gass ta' skart tar-riġenerazzjoni jiġi kompressat u mkessaħ sabiex il-komposti organiċi jiġu likwifikati (f'xi każijiet bil-kondensazzjoni krijoġenika). Imbagħad il-gass likwifikat jinħażen f'reċipjenti taħt pressjoni. Il-gass ta' skart li jifdal mill-istadju tal-kompressjoni normalment jitmexxa lura lejn is-sistema tal-adsorbiment biex jiġu minimizzati l-emissjonijiet tal-VFC/VHC.


It-Tabella 6.4

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet kanalizzati tat-TVOC u tas-CFC fl-arja mit-trattament tal-WEEE li fih il-VHC u/jew il-VFC

Parametru

Unità

BAT-AEL

(Medja fuq il-perjodu tat-teħid tal-kampjuni)

TVOC

mg/Nm3

3–15

CFC

mg/Nm3

0,5-10

Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fi BAT 8.

2.3.2.   Splużjonijiet

BAT 30. Sabiex jiġu evitati l-emissjonijiet minħabba splużjonijiet waqt it-trattament tal-WEEE li fih il-VFC u/jew il-VHC, il-BAT hija li tintuża kwalunkwe waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

a.

Atmosfera inerta

Bl-injezzjoni ta' gass inert (eż. nitroġenu), il-konċentrazzjoni tal-ossiġenu f'tagħmir magħluq (eż. fi shredders, kraxers, kolletturi tat-trab u tar-ragħwa magħluqa) titnaqqas (eż. sa 4 vol-%).

b.

Ventilazzjoni sfurzata

Bil-ventilazzjoni sfurzata, il-konċentrazzjoni tal-idrokarburi f'tagħmir magħluq (eż. fi shredders, kraxers, kolletturi tat-trab u tar-ragħwa magħluqa) titnaqqas għal < 25 % tal-aktar limitu baxx tal-isplussiv.

2.4.   Il-konklużjonijiet tal-BAT għat-trattament mekkaniku tal-iskart b'valur kalorifiku

Minbarra li japplikaw għal BAT 25, il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati f'din it-taqsima japplikaw għat-trattament mekkaniku tal-iskart b'valur kalorifiku kopert bil-punti 5.3(a)(iii) u 5.3(b)(ii) tal-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE.

2.4.1.   Emissjonijiet fl-arja

BAT 31. Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-komposti organiċi fl-arja, il-BAT hija li tiġi applikata l-BAT 14d u li tintuża teknika waħda jew taħlita tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

a.

Adsorbiment

Ara t-Taqsima 6.1.

b.

Bijofiltru

c.

Ossidazzjoni termali

d.

Purifikazzjoni niedja


It-Tabella 6.5

Livell ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AEL) għall-emissjonijiet kanalizzati tat-TVOC fl-arja mit-trattament mekkaniku tal-iskart b'valur kalorifiku

Parametru

Unità

BAT-AEL

(Medja fuq il-perjodu tat-teħid tal-kampjuni)

TVOC

mg/Nm3

10-30 (40)

Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fi BAT 8.

2.5.   Il-konklużjonijiet tal-BAT għat-trattament mekkaniku tal-WEEE li fih il-merkurju

Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati f'din it-taqsima japplikaw għat-trattament mekkaniku tal-WEEE li fih il-merkurju, minbarra li japplikaw għal BAT 25.

2.5.1.   Emissjonijiet fl-arja

BAT 32. Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-merkurju fl-arja, il-BAT hija l-ġbir tal-emissjonijiet tal-merkurju fis-sors, li jintbagħtu għat-tnaqqis u li jitwettaq monitoraġġ xieraq.

Deskrizzjoni

Dan jinkludi l-miżuri li ġejjin:

it-tagħmir użat għat-trattament tal-WEEE li fih il-merkurju huwa magħluq, taħt pressjoni negattiva u konness ma' sistema ta' ventilazzjoni lokali tal-egżost (LEV);

il-gass ta' skart mill-proċessi huwa trattat b'tekniki ta' tneħħija tat-trab, bħaċ-ċikluni, il-filtri tad-drapp u l-filtri HEPA, segwiti mill-adsorbiment fuq il-karbonju attivat (ara t-Taqsima 6.1);

l-effiċjenza tat-trattament tal-gass ta' skart hija mmonitorjata;

il-livelli ta' merkurju fiż-żoni tat-trattament u tal-ħażna jitkejlu ta' sikwit (eż. darba fil-ġimgħa) sabiex ikunu identifikati tnixxijiet potenzjali tal-merkurju.

It-Tabella 6.6

Livell ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AEL) għall-emissjonijiet kanalizzati tal-merkurju fl-arja mit-trattament mekkaniku tal-WEEE li fih il-merkurju

Parametru

Unità

BAT-AEL

(Medja fuq il-perjodu tat-teħid tal-kampjuni)

Merkurju (Hg)

μg/Nm3

2-7

Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fi BAT 8.

3.   IL-KONKLUŻJONIJIET TAL-BAT GĦAT-TRATTAMENT BIJOLOĠIKU TAL-ISKART

Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati fit-Taqsima 3 japplikaw għat-trattament bijoloġiku tal-iskart, u flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali tal-BAT fit-Taqsima 1. Il-konklużjonijiet tal-BAT fit-Taqsima 3 ma japplikawx għat-trattament tal-iskart likwidu b'bażi tal-ilma.

3.1.   Konklużjonijiet ġenerali tal-BAT għat-trattament bijoloġiku tal-iskart

3.1.1.   Prestazzjoni ambjentali ġenerali

BAT 33. Biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-irwejjaħ u sabiex titjieb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali, il-BAT hija li jintgħażel l-input tal-iskart.

Deskrizzjoni

It-teknika tikkonsisti fit-twettiq tal-preaċċettazzjoni, l-aċċettazzjoni u l-għażla tal-input tal-iskart (ara BAT 2) sabiex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-input tal-iskart għat-trattament tal-iskart, eż. f'termini tal-bilanċ tan-nutrijenti, umdità, jew komposti tossiċi li jistgħu jnaqqsu l-attività bijoloġika.

3.1.2.   Emissjonijiet fl-arja

BAT 34. Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet kanalizzati tat-trab, tal-komposti organiċi, u tal-komposti bir-riħa, fosthom H2S u NH3, fl-arja, il-BAT hija li tintuża teknika waħda jew taħlita tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

a.

Adsorbiment

Ara t-Taqsima 6.1.

b.

Bijofiltru

Ara t-Taqsima 6.1.

Jista' jkun jenħtieġ il-pretrattament tal-gass ta' skart qabel il-bijofiltru (eż. permezz ta' purifikatur tal-ilma jew tal-aċidu) fil-każ ta' kontenut għoli ta' NH3 (eż. 5–40 mg/Nm3) sabiex jiġi kkontrollat il-pH medju u biex tiġi limitata l-formazzjoni ta' N2O fil-bijofiltru.

Xi komposti bir-riħa oħrajn (eż. merkaptani, H2S) jistgħu jikkawżaw l-aċidifikazzjoni tal-bijofiltru u jeħtieġu l-użu ta' purifikatur tal-ilma jew purifikatur tal-alkali għall-pretrattament tal-gass ta' skart qabel il-bijofiltru.

c.

Filtru tad-drapp

Ara t-Taqsima 6.1. Il-filtru tad-drapp jintuża fil-każ tat-trattament mekkaniku u bijoloġiku tal-iskart.

d.

Ossidazzjoni termali

Ara t-Taqsima 6.1.

e.

Purifikazzjoni niedja

Ara t-Taqsima 6.1. Il-purifikaturi tal-ilma, tal-aċidu jew tal-alkali jintużaw flimkien mal-bijofiltru, l-ossidazzjoni termali jew l-adsorbiment fuq il-karbonju attivat.


Tabella 6.7

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet kanalizzati tal-irwejjaħ NH3, tat-trab u tat-TVOC fl-arja mit-trattament bijoloġiku tal-iskart

Parametru

Unità

BAT-AEL

(Medja fuq il-perjodu tat-teħid tal-kampjuni)

Proċess ta' trattament tal-iskart

NH3  (41)  (42)

mg/Nm3

0,3–20

It-trattamenti bijoloġiċi kollha tal-iskart

Konċentrazzjoni tal-irwejjaħ (41)  (42)

ouE/Nm3

200–1 000

Trab

mg/Nm3

2-5

Trattament mekkaniku u bijoloġiku tal-iskart

TVOC

mg/Nm3

5-40 (43)

Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fi BAT 8.

3.1.3.   L-emissjonijiet fl-ilma u l-użu tal-ilma

BAT 35. Sabiex titnaqqas il-ġenerazzjoni ta' dranaġġ u biex jitnaqqas l-użu tal-ilma, il-BAT hija li jintużaw it-tekniki kollha mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Segregazzjoni tal-flussi tal-ilma

Il-lissija li toħroġ mill-munzelli u mill-għamar skart tal-kompost tiġi segregata mill-iskol tas-superfiċe (ara l-BAT 19f).

Ġeneralment applikabbli għal impjanti ġodda.

Ġeneralment applikabbli għal impjanti eżistenti fir-restrizzjonijiet assoċjati mat-tqassim tas-sistema taċ-ċirkwit tal-ilma.

b.

Riċirkolazzjoni tal-ilma

Ir-riċirkolazzjoni tal-flussi tal-ilma tal-proċess (eż. mit-tneħħija tal-ilma mid-diġestat likwidu fil-proċessi anaerobiċi) jew l-aktar użu possibbli ta' flussi oħrajn tal-ilma (eż. il-kondensat tal-ilma, l-ilma tat-tlaħliħ, l-iskol tas-superfiċe). Il-grad tar-riċirkolazzjoni huwa ristrett mill-bilanċ tal-ilma tal-impjant, il-kontenut ta' impuritajiet (eż. metalli tqal, imluħ, patoġeni, komposti bir-riħa) u/jew il-karatteristiċi tal-flussi tal-ilma (eż. il-kontenut ta' nutrijenti).

Ġeneralment applikabbli.

c.

Minimizzazzjoni tal-ġenerazzjoni tal-lissija

L-ottimizzazzjoni tal-kontenut ta' ndewwa tal-iskart sabiex tiġi minimizzata l-ġenerazzjoni tal-lissija.

Ġeneralment applikabbli.

3.2.   Konklużjonijiet tal-BAT għat-trattament aerobiku tal-iskart

Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati f'din it-taqsima japplikaw għat-trattament aerobiku tal-iskart, u flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali tal-BAT għat-trattament bijoloġiku tal-iskart fit-Taqsima 3.1.

3.2.1.   Prestazzjoni ambjentali ġenerali

BAT 36. Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja u biex titjieb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali, il-BAT hija li jiġu mmonitorjati u/jew kontrollati l-parametri prinċipali tal-iskart u tal-ipproċessar.

Deskrizzjoni

Il-monitoraġġ u/jew il-kontroll tal-parametri prinċipali tal-iskart u tal-ipproċessar, inkluż:

il-karatteristiċi tal-input tal-iskart (eż. il-proporzjoni ta' C għal N, id-daqs tal-partikoli);

it-temperatura u l-umdità f'punti differenti tal-għamra skart;

l-arjazzjoni tal-għamra skart (eż. permezz tal-frekwenza tat-tidwir tal-għamra skart, il-konċentrazzjoni tal-O2 u/jew tas-CO2 fl-għamra skart, it-temperatura tal-flussi tal-arja fil-każ ta' arjazzjoni sfurzata);

il-porożità, l-għoli u l-wisa' tal-għamra skart.

Applikabbiltà

Il-monitoraġġ tal-kontenut ta' ndewwa fl-għamra skart mhuwiex applikabbli għall-proċessi fil-magħluq meta jkunu ġew identifikati kwistjonijiet tas-saħħa u/jew tas-sikurezza. F'dak il-każ, il-kontenut ta' ndewwa jista' jiġi mmonitorjat qabel it-tagħbija tal-iskart fl-istadju fejn isir il-kompost fil-magħluq u jiġi aġġustat meta joħroġ mill-istadju fejn isir il-kompost fil-magħluq.

3.2.2.   Emissjonijiet tal-irwejjaħ u diffużi fl-arja

BAT 37. Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet diffużi fl-arja tat-trab, tal-irwejjaħ u tal-bijoajrusoli mill-apparati mill-passi tat-trattament li jsiru fil-miftuħ, il-BAT hija li tintuża teknika waħda jew iż-żewġ tekniki mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Użu ta' għata b'membrana semipermeabbli

L-għamar skart tal-kompost attiv jitgħattew b'membrani semipermeabbli.

Ġeneralment applikabbli.

b.

Adattament tal-operazzjonijiet għall-kundizzjonijiet meteoroloġiċi

Din tinkludi tekniki bħal dawn li ġejjin:

Il-kunsiderazzjoni tal-kundizzjonijiet u tat-tbassir tat-temp meta jitwettqu attivitajiet maġġuri tal-ipproċessar fuq barra. Pereżempju, tiġi evitata l-formazzjoni jew it-tidwir tal-għamar skart jew tal-munzelli, l-iskrinjar jew l-użu tax-shredder fil-każ ta' kundizzjonijiet meteoroloġiċi ħżiena f'termini tad-dispersjoni tal-emissjonijiet (eż. il-veloċità tar-riħ tkun baxxa wisq jew għolja wisq, jew r-riħ jonfoħ fid-direzzjoni tar-riċetturi sensittivi).

L-għamar skart jiġu orjentati b'tali mod li l-iżgħar żona possibbli tal-massa ta' kompost tkun esposta għar-riħ prevalenti, biex titnaqqas id-dispersjoni tas-sustanzi niġġiesa li joħorġu mis-superfiċe tal-għamra skart. L-għamar skart u l-munzelli preferibbilment ikunu jinsabu fl-aktar livell ta' elevazzjoni baxx fit-tqassim ġenerali tas-sit.

Ġeneralment applikabbli.

3.3.   Konklużjonijiet tal-BAT għat-trattament anaerobiku tal-iskart

Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati f'din it-taqsima japplikaw għat-trattament anaerobiku tal-iskart, u flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali tal-BAT għat-trattament bijoloġiku tal-iskart fit-Taqsima 3.1.

3.3.1.   Emissjonijiet fl-arja

BAT 38. Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja u biex titjieb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali, il-BAT hija li jiġu mmonitorjati u/jew kontrollati l-parametri prinċipali tal-iskart u tal-ipproċessar.

Deskrizzjoni

L-implimentazzjoni ta' manwal u/jew ta' sistema awtomatika tal-monitoraġġ biex:

tkun żgurata l-operazzjoni stabbli tad-diġestitur;

jiġu minimizzati d-diffikultajiet operattivi, bħar-ragħwa, li jistgħu jwasslu għall-emissjonijiet tal-irwejjaħ;

tiġi pprovduta twissija bikrija biżżejjed tan-nuqqasijiet fis-sistema li jistgħu jwasslu għat-telf tat-trażżin u għal splużjonijiet.

Dan jinkludi l-monitoraġġ u/jew il-kontroll tal-parametri prinċipali tal-iskart u tal-ipproċessar, eż.:

il-pH u l-alkalinità waqt id-dħul fid-diġestur;

it-temperatura operattiva tad-diġestur;

ir-rati tat-tagħbija idrawlika u organika waqt id-dħul fid-diġestur;

il-konċentrazzjoni tal-aċidi xaħmin volatili (VFA) u tal-ammonijaka fid-diġestur u fid-diġestat;

il-kwantità, il-kompożizzjoni (eż. H2S) u l-pressjoni tal-bijogass;

il-livelli tal-likwidu u tar-ragħwa fid-diġestur.

3.4.   Konklużjonijiet tal-BAT għat-trattament mekkaniku u bijoloġiku (MBT) tal-iskart

Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati f'din it-taqsima japplikaw għall-MBT, u flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali tal-BAT għat-trattament bijoloġiku tal-iskart fit-Taqsima 3.1.

Il-konklużjonijiet tal-BAT għat-trattament aerobiku (it-Taqsima 3.2) u t-trattament anerobiku (it-Taqsima 3.3) tal-iskart japplikaw, meta jkun rilevanti, għat-trattament mekkaniku u bijoloġiku tal-iskart.

3.4.1.   Emissjonijiet fl-arja

BAT 39. Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja, il-BAT hija li jintużaw iż-żewġ tekniki mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Segregazzjoni tal-flussi tal-gass ta' skart

Il-qsim tal-fluss tal-gass ta' skart totali fi flussi tal-gass ta' skart b'livell għoli ta' kontenut ta' sustanzi niġġiesa u fi flussi tal-gass ta' skart b'livell baxx ta' kontenut ta' sustanzi niġġiesa, kif identifikati fl-inventarju msemmi fi BAT 3.

Ġeneralment applikabbli għal impjanti ġodda.

Ġeneralment applikabbli għal impjanti eżistenti fir-restrizzjonijiet assoċjati mat-tqassim tas-sistema taċ-ċirkwit tal-arja.

b.

Riċirkolazzjoni tal-gass ta' skart

Ir-riċirkolazzjoni tal-gass ta' skart b'livell baxx ta' kontenut ta' sustanzi niġġiesa fil-proċess bijoloġiku segwita mit-trattament tal-gass ta' skart adattat għall-konċentrazzjoni tas-sustanzi niġġiesa (ara BAT 34).

L-użu tal-gass ta' skart fil-proċess bijoloġiku jista' jkun limitat mit-temperatura tal-gass ta' skart u/jew mill-kontenut ta' sustanzi niġġiesa.

Jista' jkun meħtieġ li l-fwar tal-ilma li jinsab fil-gass ta' skart jiġi kkondensat qabel l-użu mill-ġdid. F'dan il-każ, ikun meħtieġ it-tkessiħ u meta jkun possibbli l-ilma kondensat jiġi riċirkolat (ara BAT 35) jew jiġi ttrattat qabel ma jintrema.

4.   KONKLUŻJONIJIET TAL-BAT GĦAT-TRATTAMENT FIŻIKOKIMIKU TAL-ISKART

Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati fit-Taqsima 4 japplikaw għat-trattament fiżikokimiku tal-iskart, u flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali tal-BAT fit-Taqsima 1.

4.1.   Konklużjonijiet tal-BAT dwar it-trattament fiżikokimiku ta' skart solidu u/jew pastuż

4.1.1.   Prestazzjoni ambjentali ġenerali

BAT 40. Sabiex titjieb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali, il-BAT hija li jiġi monitorjat l-input tal-iskart bħala parti mill-proċeduri ta' aċċettazzjoni u ta' qabel l-aċċettazzjoni tal-iskart (ara BAT 2).

Deskrizzjoni

Il-monitoraġġ tal-input tal-iskart, eż. f'termini ta':

il-kontenut tas-sustanzi organiċi, l-aġenti ossidanti, il-metalli (eż. il-merkurju), l-imluħa, il-komposti bir-riħa;

Il-formazzjoni potenzjali ta' H2 waqt it-taħlit tar-residwi tat-trattament tal-gass taċ-ċmieni, eż. irmied li jtir, bl-ilma.

4.1.2.   Emissjonijiet fl-arja

BAT 41. Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab, tal-komposti organiċi u tal-NH3 fl-arja, il-BAT hija li tiġi applikata l-BAT 14d u li tintuża teknika waħda jew taħlita tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

a.

Adsorbiment

Ara t-Taqsima 6.1.

b.

Bijofiltru

c.

Filtru tad-drapp

d.

Purifikazzjoni niedja


Tabella 6.8

Livell ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AEL) għall-emissjonijiet kanalizzati tat-trab fl-arja mit-trattament fiżikokimiku ta' skart solidu u/jew pastuż

Parametru

Unità

BAT-AEL

(Medja fuq il-perjodu tat-teħid tal-kampjuni)

Trab

mg/Nm3

2-5

Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fi BAT 8.

4.2.   Konklużjonijiet tal-BAT għall-proċess ta' riraffinar tal-iskart taż-żejt

4.2.1.   Prestazzjoni ambjentali ġenerali

BAT 42. Sabiex titjieb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali, il-BAT hija li jiġi ssorveljat l-input tal-iskart bħala parti mill-proċeduri ta' aċċettazzjoni u ta' qabel l-aċċettazzjoni tal-iskart (ara BAT 2).

Deskrizzjoni

Monitoraġġ tal-input tal-iskart f'termini tal-kontenut tal-komposti klorurati (eż. solventi klorurati jew PCB).

BAT 43. Sabiex titnaqqas il-kwantità ta' skart li jintbagħat għar-rimi, il-BAT hija li tintuża tintuża teknika waħda jew iż-żewġ tekniki mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

a.

Irkupru tal-materjal

L-użu tar-residwi organiċi mid-distillazzjoni f'vakwu, estrazzjoni tas-solventi, evaporaturi b'rita rqiqa, eċċ. fil-prodotti tal-asfalt, eċċ.

b.

Irkupru tal-enerġija

L-użu tar-residwi organiċi mid-distillazzjoni f'vakwu, estrazzjoni tas-solventi, evaporaturi b'rita rqiqa, eċċ. għall-irkupru tal-enerġija.

4.2.2.   Emissjonijiet fl-arja

BAT 44. Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-komposti organiċi fl-arja, il-BAT hija li tiġi applikata l-BAT 14d u li tintuża teknika waħda jew taħlita tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

a.

Adsorbiment

Ara t-Taqsima 6.1.

b.

Ossidazzjoni termali

Ara t-Taqsima 6.1. Dan jinkludi meta l-gass ta' skart jintbagħat f'forn jew f'bojler għall-ipproċessar.

c.

Purifikazzjoni niedja

Ara t-Taqsima 6.1.

Japplika il-BAT-AEL stipulat fit-Taqsima 4.5.

Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fi BAT 8.

4.3.   Konklużjonijiet tal-BAT għat-trattament fiżikokimiku tal-iskart b'valur kalorifiku

4.3.1.   Emissjonijiet fl-arja

BAT 45. Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-komposti organiċi fl-arja, il-BAT hija li tiġi applikata l-BAT 14d u li tintuża teknika waħda jew taħlita tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

a.

Adsorbiment

Ara t-Taqsima 6.1

b.

Kondensazzjoni krijoġenika

c.

Ossidazzjoni termali

d.

Purifikazzjoni niedja

Japplika il-BAT-AEL stipulat fit-Taqsima 4.5.

Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fi BAT 8.

4.4.   Konklużjonijiet tal-BAT għar-riġenerazzjoni tas-solventi eżawriti

4.4.1.   Prestazzjoni ambjentali ġenerali

BAT 46. Sabiex titjieb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali tar-riġenerazzjoni tas-solventi eżawriti, il-BAT hija li tintuża teknika waħda jew iż-żewġ tekniki mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Irkupru tal-materjal

Is-solventi jiġu rkuprati mir-residwi tad-distillazzjoni bl-evaporazzjoni.

L-applikabbiltà tista' tkun ristretta meta d-domanda għall-enerġija tkun eċċessiva fir-rigward tal-kwantità ta' solventi rkuprati.

b.

Irkupru tal-enerġija

Ir-residwi mid-distillazzjoni jintużaw għall-irkupru tal-enerġija.

Ġeneralment applikabbli.

4.4.2.   Emissjonijiet fl-arja

BAT 47. Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-komposti organiċi fl-arja, il-BAT hija li tiġi applikata il-BAT 14d u li tintuża taħlita tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Riċirkolazzjoni tal-effluwent gassuż tal-proċess f'bojler tal-fwar

L-effluwent gassuż tal-proċess mill-kondensaturi jintbagħat fil-bojler tal-fwar li jforni l-impjant.

Tista' ma tkunx applikabbli għat-trattament tal-iskart ta' solventi aloġenati, sabiex tiġi evitata l-ġenerazzjoni u l-emissjoni ta' PCB u/jew PCDD/F.

b.

Adsorbiment

Ara t-Taqsima 6.1.

Jista' jkun hemm xi restrizzjonijiet fuq l-applikabbiltà tat-teknika minħabba raġunijiet ta' sikurezza (eż. is-sodod tal-karbonju attivat għandhom it-tendenza li jieħdu n-nar waħedhom meta mgħobbija bil-ketoni).

c.

Ossidazzjoni termali

Ara t-Taqsima 6.1.

Tista' ma tkunx applikabbli għat-trattament tal-iskart ta' solventi aloġenati, sabiex tiġi evitata l-ġenerazzjoni u l-emissjoni ta' PCB u/jew PCDD/F.

d.

Kondensazzjoni jew kondensazzjoni krijoġenika

Ara t-Taqsima 6.1.

Ġeneralment applikabbli.

e.

Purifikazzjoni niedja

Ara t-Taqsima 6.1.

Ġeneralment applikabbli.

Japplika il-BAT-AEL stipulat fit-Taqsima 4.5.

Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fi BAT 8.

4.5.   Il-BAT-AEL għall-emissjonijiet ta' komposti organiċi fl-arja mill-proċess ta' riraffinar tal-iskart taż-żejt, it-trattament fiżikokimiku tal-iskart b'valur kalorifiku u r-riġenerazzjoni ta' solventi eżawriti

Tabella 6.9

Livell tal-emissjonijiet assoċjat mal-BAT (BAT-AEL) għall-emissjonijiet kanalizzati tat-TVOC fl-arja mill-proċess ta' riraffinar tal-iskart taż-żejt, it-trattament fiżikokimiku tal-iskart b'valur kalorifiku u r-riġenerazzjoni ta' solventi eżawriti

Parametru

Unità

BAT-AEL (44)

(Medja fuq il-perjodu tat-teħid tal-kampjuni)

TVOC

mg/Nm3

5-30

4.6.   Konklużjonijiet tal-BAT għat-trattament termali tal-karbonju attivat eżawrit, il-katalizzaturi tal-iskart u l-ħamrija kontaminata skavata

4.6.1.   Prestazzjoni ambjentali ġenerali

BAT 48. Sabiex titjieb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali tat-trattament termali tal-karbonju attivat eżawrit, il-katalizzaturi tal-iskart u l-ħamrija kontaminata skavata, il-BAT hija li jintużaw it-tekniki kollha mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

a.

Irkupru tas-sħana mill-forn għall-effluwent gassuż

Is-sħana rkuprata tista' tintuża, pereżempju, għat-tisħin minn qabel tal-arja tal-kombustjoni jew għall-produzzjoni tal-fwar, li jintuża wkoll fir-riattivazzjoni tal-karbonju attivat eżawrit.

Ġeneralment applikabbli.

b.

Forn li jaqbad b'mod indirett

Il-forn li jaqbad b'mod indirett jintuża sabiex jiġi evitat il-kuntatt bejn il-kontenut tal-forn u l-gassijiet taċ-ċmieni mill-berner(s).

Fran li jaqbdu b'mod indirett normalment jinbnew b'tubu tal-metall u l-applikabbiltà tista' tkun ristretta minħabba problemi ta' korrużjoni.

Jista' jkun hemm ukoll restrizzjonijiet ekonomiċi għall-modifiki ta' impjanti eżistenti.

c.

Tekniki integrati fl-ipproċessar għat-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-arja

Dawn jinkludu tekniki bħal:

il-kontroll tat-temperatura tal-forn u tal-veloċità tar-rotazzjoni tal-forn rotanti;

l-għażla tal-karburant;

l-użu tal-forn issiġillat jew it-tħaddim tal-forn fi pressjoni mnaqqsa sabiex jiġu evitati l-emissjonijiet diffużi fl-arja.

Ġeneralment applikabbli.

4.6.2.   Emissjonijiet fl-arja

BAT 49. Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-HCl, HF, tat-trab u tal-komposti organiċi fl-arja, il-BAT hija li tiġi applikata l-BAT 14d u li tintuża teknika waħda jew taħlita tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

a.

Ċiklun

Ara t-Taqsima 6.1. Din it-teknika tintuża flimkien ma' taħlita ta' tekniki għat-tnaqqis ulterjuri.

b.

Preċipitatur elettrostatiku (ESP)

Ara t-Taqsima 6.1.

c.

Filtru tad-drapp

d.

Purifikazzjoni niedja

e.

Adsorbiment

f.

Kondensazzjoni

g.

Ossidazzjoni termali (45)

Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fi BAT 8.

4.7.   Konklużjonijiet tal-BAT għall-ħasil bl-ilma tal-ħamrija skavata kontaminata

4.7.1.   Emissjonijiet fl-arja

BAT 50. Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab u tal-komposti organiċi fl-arja mill-passi tal-ħażna, tal-immaniġġar u tal-ħasil, il-BAT hija li tiġi applikata l-BAT 14d u li tintuża teknika waħda jew taħlita tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

a.

Adsorbiment

Ara t-Taqsima 6.1.

b.

Filtru tad-drapp

c.

Purifikazzjoni niedja

Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fi BAT 8.

4.8.   Il-Konklużjonijiet tal-BAT għad-dekontaminazzjoni ta' apparat li fih il-PCB

4.8.1.   Prestazzjoni ambjentali ġenerali

BAT 51. Sabiex titjieb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali u sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet kanalizzati tal-PCB u tal-komposti organiċi fl-arja, il-BAT hija li jintużaw it-tekniki kollha mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

a.

Kisi minn barra taż-żoni tal-ħażna u tat-trattament

Dan jinkludi tekniki bħal:

il-kisi tar-reżina minn barra applikat fuq l-art tal-konkrit taż-żona kollha tal-ħażna u tat-trattament.

b.

Implimentazzjoni tar-regoli dwar l-aċċess tal-persunal biex jiġu evitati d-dispersjoni u l-kontaminazzjoni

Din tinkludi tekniki bħal:

il-punti ta' aċċess għaż-żoni tal-ħażna u tat-trattament jinżammu msakkra;

tkun meħtieġa kwalifika speċjali biex jingħata aċċess għaż-żona fejn ikun maħżun u ttrattat it-tagħmir kontaminat;

vestjarji “nodfa” u “maħmuġin” separati fejn wieħed jilbes/jinża' l-ilbies protettiv individwali.

c.

Tagħmir ottimizzat għat-tindif u għall-iskular

Dan jinkludi tekniki bħal:

is-superfiċe esterna tat-tagħmir kontaminat titnaddaf b'deterġent anjoniku;

it-tagħmir jitbattal b'pompa jew taħt vakwu minflok ma jitbattal bil-gravità;

jiġu ddefinit u użati proċeduri biex ir-reċipjent tal-vakwu jimtela, jitbattal, u jiġi konnettjat/skonnettjat;

jiġi żgurat perjodu twil ta' skular (ta' mill-inqas 12 siegħa) b'tali mod li jiġi evitat kwalunkwe taqtir ta' likwidu matul operazzjonijiet ta' trattament ulterjuri, wara s-separazzjoni tal-qalba minn mal-kisi ta' trasformatur elettriku.

d.

Kontroll u monitoraġġ tal-emissjonijiet fl-arja

Dawn jinkludu tekniki bħal:

l-arja taż-żona ta' dekontaminazzjoni tinġabar u tiġi ttrattata b'filtri tal-karbonju attivat;

l-egżost tal-pajp tal-pompa tal-vakwu msemmi fit-teknika c. ta' hawn fuq jkun imqabbad ma' sistema ta' tnaqqis fil-punt tar-rimi (eż. inċineratur b'temperatura għolja, ossidazzjoni termali jew adsorbiment fuq karbonju attivat);

l-emissjonijiet kanalizzati jiġu mmonitorjati (ara BAT 8);

ir-rimi atmosferiku potenzjali tal-PCB huwa mmonitorjat (eż. bil-kejl fiżikokimiku jew bijomonitoraġġ).

e.

Rimi tar-residwi mit-trattament tal-iskart

Dan jinkludi tekniki bħal:

partijiet tat-transformer elettriku (injam u karta) porużi u kkontaminati jintbagħtu għall-inċinerazzjoni b'temperatura għolja;

Il-PCB fiż-żjut jinqerdu (eż. deklorurazzjoni, idroġenizzazzjoni, proċessi ta' elettroni solvati, inċinerazzjoni b'temperatura għolja).

f.

Irkupru tas-solventi meta jintuża l-ħasil tas-solventi

Is-solvent organiku jinġabar u jiġi distillat biex jintuża mill-ġdid fil-proċess.

Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fi BAT 8.

5.   KONKLUŻJONIJIET TAL-BAT GĦAT-TRATTAMENT TAL-ISKART LIKWIDU B'BAŻI TA' ILMA

Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, il-konklużjonijiet tal-BAT ippreżentati fit-Taqsima 5 japplikaw għat-għat-trattament tal-iskart likwidu b'bażi ta' ilma, u flimkien mal-konklużjonijiet ġenerali tal-BAT fit-Taqsima 1.

5.1.   Prestazzjoni ambjentali ġenerali

BAT 52. Sabiex titjieb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali, il-BAT hija li jiġi ssorveljat l-input tal-iskart bħala parti mill-proċeduri ta' aċċettazzjoni u ta' qabel l-aċċettazzjoni tal-iskart (ara BAT 2).

Deskrizzjoni

Il-monitoraġġ tal-input tal-iskart, eż. f'termini ta':

il-bijoeliminabbiltà (eż. il-BOD, il-proporzjon ta' BOD/COD, it-test ta' Zahn-Wellens, il-potenzjal ta' inibizzjoni bijoloġika (eż. l-inibizzjoni tal-ħama attivat));

il-fattibbiltà li jitkissru l-emulsjonijiet, eż. permezz ta' testijiet ta' skala ta' laboratorju.

5.2.   Emissjonijiet fl-arja

BAT 53. Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-HCl, NH3 u tal-komposti organiċi fl-arja, il-BAT hija li tiġi applikata l-BAT 14d u li tintuża teknika waħda jew taħlita tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

a.

Adsorbiment

Ara t-Taqsima 6.1.

b.

Bijofiltru

c.

Ossidazzjoni termali

d.

Purifikazzjoni niedja


Tabella 6.10

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT (BAT-AELs) għall-emissjonijiet kanalizzati tal-HCI u tat-TVOC fl-arja mit-trattament tal-iskart likwidu b'bażi ta' ilma

Parametru

Unità

BAT-AEL (46)

(Medja fuq il-perjodu tat-teħid tal-kampjuni)

Klorur tal-idroġenu (HCl)

mg/Nm3

1-5

TVOC

3-20 (47)

Il-monitoraġġ assoċjat jingħata fi BAT 8.

6.   DESKRIZZJONI TAT-TEKNIKI

6.1.   Emissjonijiet kanalizzati fl-arja

Teknika

Sustanzi niġġiesa tipiċi mnaqqsin

Deskrizzjoni

Adsorbiment

Merkurju, komposti organiċi volatili, sulfur tal-idroġenu, komposti bir-riħa

L-adsorbiment huwa reazzjoni eteroġenja li fiha l-molekuli tal-gass jinżammu fuq superfiċe solida jew likwida li tippreferi komposti speċifiċi minn oħrajn, u b'hekk tneħħihom mill-flussi tal-effluwenti. Meta s-superfiċje tkun adsorbiet kemm tiflaħ, l-adsorbent jiġi sostitwit jew il-kontenut adsorbit jiġi desorbit bħala part mir-riġenerazzjoni tal-adsorbent. Meta jiġu desorbiti, normalment il-kontaminanti jkunu f'konċentrazzjoni ogħla u jistgħu jiġi rkuprati jew jintremew. L-aktar adsorbent komuni huwa l-karbonju attivat granulari.

Bijofiltru

Ammonijaka, sulfur tal-idroġenu, komposti organiċi volatili, komposti bir-riħa

Il-fluss tal-gass ta' skart jingħadda minn sodda ta' materjal organiku (bħal pit, ħaxixet il-mikinsa, kompost, għeruq, zokk tas-siġar, injam artab u kombinazzjonijiet differenti) jew xi materjal inert (bħal tafal, karbonju attivat, u poliuretan), fejn jiġi ossidat bijoloġikament permezz ta' mikroorganiżmi li jseħħu b'mod naturali fid-diossidu tal-karbonju, l-ilma, l-imluħ inorganiċi u l-bijomassa.

Bijofiltru jitfassal filwaqt li jitqies it-tip(i) tal-input tal-iskart. Jintgħażel materjal xieraq tas-sodda, eż. f'termini tal-kapaċità taż-żamma tal-ilma, id-densità tal-massa, il-porożità, l-integrità strutturali. Huwa importanti wkoll li s-soddatal-filtru jkollha għoli u erja ta-superfiċe xierqa. Il-bijofiltru huwa konness ma' sistema xierqa ta' ventilazzjoni u ċirkolazzjoni tal-arja sabiex tkun żgurata distribuzzjoni uniformi tal-arja madwar is-sodda u biżżejjed ħin tar-residenza tal-gass ta' skart ġos-sodda.

Kondensazzjoni u kondensazzjoni krijoġenika

Komposti organiċi volatili

Il-kondensazzjoni hija teknika li telimina l-fwar tas-solventi mill-fluss tal-gass ta' skart billi titnaqqaslu t-temperatura inqas mill-punt tan-nida tiegħu. Għall-kondensazzjoni krijoġenika, it-temperatura tat-tħaddim tista' titbaxxa sa – 120 °C, iżda fil-prattika ta' spiss ikun bejn – 40 °C u – 80 °C fit-tagħmir tal-kondensazzjoni. Il-kondensazzjoni krijoġenika tista' tittratta l-KOV kollha u s-sustanzi niġġiesa inorganiċi u volatili, irrispettivament mill-pressjonijiet tal-fwar individwali tagħhom. It-temperaturi baxxi applikati jippermettu kondensazzjoni għolja ħafna li b'hekk hija adattata bħala teknika finali tal-kontroll tal-emissjonijiet tal-KOV.

Ċiklun

Trab

Il-filtri taċ-ċikluni jintużaw biex jitneħħew partikuli itqal, li “jaqgħu” filwaqt li l-gassijiet ta' skart ikunu sfuzati jduru qabel ma jitilqu mis-separatur.

Iċ-ċikluni jintużaw biex jikkontrollaw il-materjal partikulat, primarjament PM10.

Preċipitatur elettrostatiku (ESP)

Trab

Il-preċipitaturi elettrostatiċi joperaw b'tali mod li l-partikoli jiġu ċċarġjati u sseparati taħt l-influwenza ta' kamp elettriku. Il-preċipitaturi elettrostatiċi jistgħu joperaw taħt firxa wiesgħa ta' kundizzjonijiet. F'ESP fix-xott, il-materjal miġbur jitneħħa mekkanikament (eż. bit-tħawwid, bil-vibrazzjoni, bl-arja kkompressata), filwaqt li f'ESP fl-umdu dan jiġi fflaxxjat b'likwidu xieraq, ġeneralment bl-ilma.

Filtru tad-drapp

Trab

Il-filtri tad-drapp, spiss imsemmija bħala filtri tal-borża, huma magħmula minn drapp minsuġ jew bil-feltru poruż li minnu jgħaddu l-gassijiet biex jineħħew il-partikoli. L-użu ta' filtru tad-drapp jirrikjedi l-għażla ta' drapp addattat għall-karatteristiċi tal-gass ta' skart u tat-temperatura operazzjonali massima.

Filtru HEPA

Trab

Il-filtri HEPA (filtri tal-arja partikolata b'effiċjenza għolja) huma filtri assoluti. Il-medium tal-filtru jikkonsisti minn karta jew fibra tal-ħġieġ matta b'densità għolja tal-ippakkjar. Il-fluss tal-gass ta' skart jingħadda mill-medium tal-filtru, fejn tinġabar il-materja partikulata.

Ossidazzjoni termali

Komposti organiċi volatili

L-ossidazzjoni ta' gassijiet kombustibbli u ta' odoranti fi fluss ta' gass ta' skart permezz tat-tisħin tat-taħlita ta' kontaminanti mal-arja jew mal-ossiġnu sa punt ogħla mill-punt ta' awtofjammabbiltà tagħha f'kompartiment tal-kombustjoni u tinżamm f'temperatura għolja għal ħin twil biżżejjed biex titlesta l-kombustjoni li tirrendiha diossidu tal-karbonju u ilma.

Purifikazzjoni niedja

Trab, komposti organiċi volatili, komposti aċidużi gassużi (purifikatur tal-alkali), komposti alkalini gassużi (purifikatur tal-aċidu)

It-tneħħija ta' sustanzi niġġiesa gassużi jew partikulati mill-fluss tal-gass bit-trasferiment tal-massa għal solvent likwidu, spiss ilma jew soluzzjoni milwiema. Din tista' tinvolvi reazzjoni kimika (eż. f'purifikatur tal-aċidu jew tal-alkali). F'xi każijiet, il-komposti jistgħu jiġu rkuprati mis-solvent.

6.2.   Emissjonijiet diffużi tal-komposti organiċi volatili fl-arja

Programm għad-detezzjoni u t-tiswija tat-tnixxijiet (LDAR)

Komposti organiċi volatili

Approċċ strutturat għat-tnaqqis tal-emissjonijiet li jaħarbu tal-komposti organiċi permezz tad-detezzjoni u t-tiswija jew is-sostituzzjoni sussegwenti tal-komponenti li jkunu qegħdin inixxu. Bħalissa, l-isniffing (deskritt minn EN 15446) u metodi ottiċi ta' immaġni għall-gass huma disponibbli għall-identifikazzjoni tat-tnixxija.

Metodu tal-isniffing: L-ewwel pass huwa d-detezzjoni bl-użu ta' analizzaturi ta' komposti organiċi li jinżammu fl-idejn biex ikejlu l-konċentrazzjoni maġenb it-tagħmir (eż. bl-użu ta' jonizzazzjoni bi fjamma jew ta' fotojonizzazzjoni). It-tieni pass jikkonsisti mit-tgeżwir tal-komponent f'borża impermeabbli biex ikun jista' jsir il-kejl dirett fis-sors tal-emissjoni. Xi kultant it-tieni pass jiġi sostitwit b'kurvi ta' korrelazzjoni matematika li jkunu ġejjin minn riżultati statistiċi miksubin minn għadd kbir ta' kejl preċedenti li jkun sar fuq komponenti simili.

Metodi ottiċi ta' immaġni tal-gass: Il-metodi ottiċi ta' immaġni jużaw kameras żgħar u ħfief li jinżammu fl-idejn li jippermettu l-viżwalizzazzjoni tat-tnixxija tal-gass dak il-ħin stess, u jidhru bħala “duħħan” fuq vidjoreġistratur flimkien mal-immaġni normali tal-komponent ikkonċernat, sabiex jiġu lokalizzati faċilment u malajr it-tnixxijiet sinifikanti tal-komposti organiċi. Is-sistemi attivi jipproduċu immaġni b'retrodiffużjoni permezz ta' dawl bil-laser infraaħmar li jiġi rifless fuq il-komponent u fuq l-inħawi tiegħu. Is-sistemi passivi huma bbażati fuq ir-radjazzjoni infraħamra naturali tat-tagħmir u tal-inħawi tiegħu.

Kejl tal-emissjonijiet diffużi tal-KOV

Komposti organiċi volatili

L-isniffing u l-metodi ottiċi ta' immaġni għall-gass huma deskritti taħt il-programm għat-tiswija u d-detezzjoni tat-tnixxija.

L-iskrinjar sħiħ u l-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet mill-installazzjoni jistgħu jsiru b'kombinazzjoni xierqa ta' metodi kumplimentari, eż. kampanji tal-Fluss tal-ħabi solari (SOF) jew LIDAR bl-assorbiment differenzjali (DIAL). Dawn ir-riżultati jistgħu jintużaw għall-evalwazzjoni tat-tendenzi matul iż-żmien, il-kontroverifika u l-aġġornament/validazzjoni kontinwi tal-programm LDAR.

Il-fluss tal-ħabi solari (SOF): It-teknika hija bbażata fuq ir-reġistrazzjoni u l-analiżi spettometrika Fourier Transform ta' spettru tad-dawl tax-xemx b'banda wiesgħa infraħamra jew ultravjola/viżibbli tul itinerarju ġeografiku speċifiku, li jaqsam id-direzzjoni tar-riħ u s-sħab twal tal-KOV.

LIDAR bl-assorbiment differenzjali (DIAL): Din hija teknika bbażata fuq il-laser bl-użu ta' LIDAR (id-detezzjoni u l-kejl tad-distanza permezz tad-dawl) bl-assorbiment differenzjali, li huwa l-analogu ottiku tar-RADAR ibbażat fuq il-mewġ tar-radju. It-teknika tiddependi fuq ir-retrodiffużjoni tal-pulsazzjonijiet tar-raġġi tal-laser minn aerosols atmosferiċi, u l-analiżi tal-karatteristiċi spettrali tad-dawl li jkun ġie lura miġbur minn teleskopju.

6.3.   Emissjonijiet fl-ilma

Teknika

Sustanzi niġġiesa tipiċi fil-mira

Deskrizzjoni

Proċess tal-ħama attivat

Komposti organiċi bijodegradabbli

L-ossidazzjoni bijoloġika ta' sustanzi niġġiesa organiċi dissolti bl-ossiġenu bl-użu tal-metaboliżmu tal-mikroorganiżmi. Fil-preżenza tal-ossiġenu dissolt (injettat bħala arja jew bħala ossiġenu pur) il-komponenti organiċi jiġu ttrasformati f'diossidu tal-karbonju, ilma jew metaboliti oħra u f'bijomassa (jiġifieri l-ħama attivat). Il-mikroorganiżmi jinżammu sospiżi fid-dranaġġ u t-taħlita kollha tiġi arjata mekkanikament. It-taħlita tal-ħama attivat tintbagħat lil faċilità ta' separazzjoni li fiha l-ħama jiġi riċiklat għat-tank ta' arjazzjoni.

Adsorbiment

Sustanzi niġġiesa adsorbibbli, dissolti, mhux bijodegradabbli jew inibitorji, eż. idrokarburi, merkurju, AOX

Metodu ta' separazzjoni li fih il-komposti (jiġifieri s-sustanzi niġġiesa) f'likwidu (jiġifieri d-dranaġġ) jinżammu fuq superfiċe solida (tipikament karbonju attivat).

Ossidazzjoni kimika

Sustanzi niġġiesa ossidabbli, dissolti, mhux bijodegradabbli jew inibitorji, eż. nitriti, ċjanur

Il-komposti organiċi huma ossidizzati għal komposti li jagħmlu inqas ħsara u aktar faċilment biodegradabbli. It-tekniki jinkludu l-ossidazzjoni umda jew l-ossidazzjoni bl-ożonu jew bil-perossidu tal-idroġenu, li jistgħu jkunu appoġġati mill-katalizzaturi jew mir-radjazzjoni bl-UV. L-ossidazzjoni kimika tintuża wkoll biex jiġu degradati l-komposti organiċi li jikkawżaw ir-riħa, it-togħma u l-kulur u għal skopijiet ta' diżinfettar.

Riduzzjoni kimika

Sustanzi niġġiesa riduċibbli, dissolti, mhux bijodegradabbli jew inibitorji, eż. kromu eżavalenti (Cr(VI))

Ir-riduzzjoni kimika hija l-konverżjoni tas-sustanzi niġġiesa b'aġenti kimiċi riduċenti f'komposti simili iżda inqas ta' ħsara jew perikolużi.

Koagulazzjoni u flokkulazzjoni

Solidi sospiżi u metalli marbuta ma' partikuli

Il-koagulazzjoni u l-flokkulazzjoni jintużaw għas-separazzjoni tas-solidi sospiżi mid-dranaġġ u ħafna drabi jitwettqu f'passi suċċessivi. Il-koagulazzjoni titwettaq permezz taż-żieda ta' koagulanti b'ċarġ oppost għal dak tas-solidi sospiżi. Il-flokkulazzjoni titwettaq permezz taż-żieda ta' polimeri, sabiex kolliżjonijiet tal-partikoli mikroflokkuli jġegħluhom jintrabtu flimkien fi flokkuli ikbar. Il-flokkuli li jifformaw imbagħad jiġu separati permezz ta' sedimentazzjoni, flotazzjoni bl-arja jew b'filtrazzjoni.

Distillazzjoni/rettifikazzjoni

Sustanzi niġġiesa, dissolti, mhux bijodegradabbli jew inibitorji, li jista' jiġu distillati, eż. xi solventi

Id-distillazzjoni hija teknika biex wieħed jissepara komposti b'punti tat-togħlija differenti permezz tal-evaporazzjoni parzjali u r-rikondensazzjoni.

Id-distillazzjoni tad-dranaġġ hija t-tneħħija ta' kontaminanti li jagħlu f'temperatura baxxa mid-dranaġġ billi jinġiebu fil-fażi ta' fwar. Id-distillazzjoni ssir b'kolonni attrezzati bil-pjanċi jew b'materjal tal-ippakkjar u kondensatur downstream.

Ekwalizzazzjoni

Kull sustanza niġġiesa

L-ibbilanċjar tal-flussi u tat-tagħbijiet tas-sustanzi niġġiesa bl-użu ta' tankijiet jew tekniki oħra ta' ġestjoni.

Evaporazzjoni

Sustanzi niġġiesa solubbli

L-użu tad-distillazzjoni (ara hawn fuq) għall-konċentrazzjoni ta' soluzzjonijiet milwiema ta' sustanzi li jagħlu f'temperatura għolja għall-użu ulterjuri, l-ipproċessar jew ir-rimi (eż. bl-inċinerazzjoni tad-dranaġġ) bit-trasferiment tal-ilma għall-fażi ta' fwar. Is-soltu titwettaq f'unitajiet multistadju b'vakwu li jitqawwa minn stadju għall-ieħor, bl-għan li titnaqqas id-domanda għall-enerġija. Il-fwar tal-ilma jiġi kkondensat għall-użu mill-ġdid jew għall-iskariku bħala dranaġġ.

Filtrazzjoni

Solidi sospiżi u metalli marbuta ma' partikuli

Is-separazzjoni ta' solidi mid-dranaġġ billi jingħaddew minn ġo mezz poruż eż. filtrazzjoni bir-ramel, mikrofiltrazzjoni u ultrafiltrazzjoni.

Flotazzjoni

Is-separazzjoni ta' partikoli solidi jew likwidi mid-dranaġġ billi jintrabtu ma' bżieżaq tal-gass fini, ġeneralment arja. Il-partikoli galleġġanti jakkumulaw f'wiċċ l-ilma u jinġabru permezz ta' xkumaturi.

Skambju tal-joni

Sustanzi niġġiesa joniċi, dissolti, mhux bijodegradabbli jew inibitorji, eż. metalli

Iż-żamma ta' kostitwenti joniċi mhux mixtieqa u perikolużi tad-dranaġġ u s-sostituzzjoni tagħhom b'joni aktar aċċettabbli bl-użu ta' reżina għall-iskambju tal-joni. Is-sustanzi niġġiesa jinżammu temporanjament u wara jiġu rilaxxati f'likwidu ta' riġenerazzjoni jew ta' kontroħasil.

Bijoreattur tal-membrana

Komposti organiċi bijodegradabbli

Kombinazzjoni ta' trattament ta' ħama attivat u ta' filtrazzjoni permezz ta' membrana. Jintużaw żewġ varjanti: a) ċirkwit estern ta' riċirkolazzjoni bejn it-tank tal-ħama attivat u l-modulu tal-membrana; u b) l-immersjoni tal-modulu tal-membrana fit-tank tal-ħama attivat arjat, fejn l-effluwent jiġi ffiltrat b'membrana b'fibri vojta minn ġewwa, il-bijomassa tibqa' fit-tank.

Filtrazzjoni tal-membrana

Solidi sospiżi u metalli marbuta ma' partikuli

Il-mikrofiltrazzjoni (MF) u l-ultrafiltrazzjoni (UF) huma proċessi tal-filtrazzjoni tal-membrana li jżommu u jikkonċentraw, minn naħa waħda tal-membrana, is-sustanzi niġġiesa bħall-partikoli sospiżi u l-partiċelli kollojdali li jinsabu fid-dranaġġ.

Newtralizzazzjoni

Aċidi, alkali

L-aġġustament tal-pH tad-dranaġġ għal livell newtrali (madwar 7) biż-żieda ta' sustanzi kimiċi. L-idrossidu tas-sodju (NaOH) jew l-idrossidu tal-kalċju (Ca(OH)2) jistgħu jintużaw biex jiżdied il-pH, filwaqt li l-aċidu sulfuriku (H2SO4), l-aċidu idrokloriku (HCl) jew id-diossidu tal-karbonju (CO2) jistgħu jintużaw biex jitnaqqas il-pH. Matul in-newtralizzazzjoni, jista' jkun hemm preċipitazzjoni ta' xi sustanzi niġġiesa.

Nitrifikazzjoni/denitrifikazzjoni

Nitroġenu totali, ammonijaka

Proċess f'żewġ stadji li normalment ikun inkorporat f'impjanti ta' trattament bijoloġiku tad-dranaġġ. L-ewwel pass huwa n-nitrifikazzjoni aerobika fejn il-mikroorganiżmi jossidizzaw l-ammonju (NH4 +) fin-nitrit intermedju (NO2-), li mbagħad ikompli jiġi ossidizzat f'nitrat (NO3 -). Fil-pass sussegwenti tad-denitrifikazzjoni anossika, il-mikroorganiżmi kimikament jikkonvertu n-nitrat f'gass tan-nitroġenu.

Separazzjoni taż-żejt mill-ilma

Żejt/grass

Is-separazzjoni taż-żejt mill-ilma u sussegwentement it-tneħħija taż-żejt bis-separazzjoni bil-gravità taż-żejt liberu, bl-użu ta' tagħmir għas-separazzjoni jew bit-tkissir tal-emulsjonijiet (bl-użu ta' sustanzi kimiċi li jkissru l-emulsjonijiet bħall-melħ tal-metall, l-aċidi minerali, l-asdorbenti u l-polimeri organiċi).

Sedimentazzjoni

Solidi sospiżi u metalli marbuta ma' partikuli

Is-separazzjoni tal-partikoli sospiżi permezz tad-depożitar gravitazzjonali.

Preċipitazzjoni

Sustanzi niġġiesa preċipitabbli, dissolti, mhux bijodegradabbli jew inibitorji, eż. metalli, fosforu

Il-konverżjoni ta' sustanzi niġġiesa dissolti f'komposti li ma jinħallux biż-żieda ta' preċipitanti. Il-materjal solidu preċipitat li jifforma mbagħad jiġi separat permezz tas-sedimentazzjoni, tal-flotazzjoni bl-arja jew tal-filtrazzjoni.

Strippaġġ

Sustanzi niġġiesa li jistgħu jitnaddfu, eż. sulfur tal-idroġenu (H2S), l-ammonijaka (NH3), ċerti aloġeni adsorbibbli marbuta organikament (AOX), idrokarburi

It-tneħħija ta' sustanzi niġġiesa li jistgħu jitnaddfu mill-fażi milwiema b'fażi gassuża (eż. fwar, nitroġenu jew arja) li jingħadda mil-likwidu. Imbagħad dawn jiġu rkuprati (eż. permezz tal-kondensazzjoni) għal użu ulterjuri jew għar-rimi. L-effiċjenza fit-tneħħija tista' tittejjeb billi tiżdied it-temperatura jew titnaqqas il-pressjoni.

6.4.   Tekniki tal-għażla

Teknika

Deskrizzjoni

Klassifikazzjoni tal-arja:

Il-klassifikazzjoni tal-arja (jew is-separazzjoni tal-arja, jew is-separazzjoni aerawlika) hija proċess ta' separazzjoni skont id-daqs approssimattiv tat-taħlitiet niexfa b'partikoli ta' daqsijiet differenti fi gruppi jew gradi b'punti ta' limitu li jvarjaw bejn 10 mesh u inqas minn 1 mesh. Il-klassifikaturi tal-arja (magħrufa wkoll bħala windsifters) jikkomplementaw l-iskrins f'applikazzjonijiet li jeħtieġu punti ta' limitu inqas mid-daqsijiet tal-iskrins kummerċjali, u jissupplimentaw l-għeriebel u l-iskrins għal qatgħat iktar ħorox fejn il-vantaġġi speċjali tal-klassifikazzjoni tal-arja jkunu jeħtieġu dan.

Separatur tal-metalli kollha

Il-metalli (tal-ħadid u mhux tal-ħadid) jintgħażlu b'kojl ta' detezzjoni, li fih il-kamp manjetiku huwa influwenzat minn partikoli tal-metall, marbuta ma' proċessur li jikkontrolla l-ġett tal-arja għall-ħruġ tal-materjal li jkun ġie identifikati.

Separazzjoni elettromanjetika tal-metalli mhux tal-ħadid

Il-metalli mhux tal-ħadid jintgħażlu b'separaturi ta' kurrenti ta' Foucault Kurrent ta' Foucault huwa indott minn serje ta' skrejjen rari manjetiċi tal-art jew taċ-ċeramika fit-tarf ta' conveyer li jdur b'veloċità għolja indipendentement mill-conveyor. Dan il-proċess iġib forzi manjetiċi temporanji f'metalli mhux manjetiċi bl-istess polarità bħall-iskrun, li jwassal biex il-metalli jiġu mbuttati 'il bogħod u mbagħad jinfirdu minn materjal ieħor.

Separazzjoni manwali

Il-materjal huwa separat manwalment b'eżami viżiv mill-persunal fuq conveyer belt jew mal-art, biex jitneħħa materjal fil-mira mill-fluss tal-iskart ġenerali jew biex titneħħa l-kontaminazzjoni mill-fluss tal-output biex tiżdied il-purità. Ġeneralment, din it-teknika timmira materjali riċiklabbli (ħġieġ, plastik, eċċ.) u kwalunkwe materjal kontaminanti, perikoluż u materjal kbir iżżejjed bħall-WEEE.

Separazzjoni manjetika

Il-metalli tal-ħadid jintgħażlu b'kalamita li tiġbed il-materjal tal-ħadid fil-metall. Dan jista' jsir, pereżempju, b'separatur manjetiku jew separatur manjetiku 'l fuq miċ-ċinturin jew tank manjetiku.

Spettroskopija bl-infraaħmar qrib (NIRS)

Il-materjal jintgħażel b'senser bl-infraaħmar qrib li jiskennja l-wisa' kollu tal-conveyor belt u jittrażmetti l-ispettri karatteristiċi tal-materjali differenti lil proċessur tad-dejta li jikkontrolla ġett tal-arja li jarmi l-materjali li jkunu ġew identifikati. Ġeneralment l-NIRS mhuwiex xieraq għas-separazzjoni ta' materjal iswed.

Tank separatur bl-għeriq jew bl-ifflowtjar

Il-materjal solidu jiġi sseparat f'żewġ flussi billi jiġu sfruttati d-densitajiet differenti tal-materjal.

Separazzjoni skont id-daqs

Il-materjal jintgħażel skont id-daqs tal-partikoli. Dan jista' jitwettaq bi skrins tat-tankijiet, skrins oxxillanti lineari u ċirkolari, skrins flip-flop, skrins ċatti, skrins rotanti u gradilji li jiċċaqalqu.

Mejda vibranti

Il-materjal jiġi sseparat skont id-densità u d-daqs tiegħu, (fit-tajn fil-każ ta' mwejjed bl-umdu jew b'separaturi tad-densità fl-imxarrab) fuq mejda inklinata li toxxilla lura u 'l quddiem.

Sistemi tar-raġġi-X

Il-kompożiti tal-materjal jintgħażlu skont diversi densitajiet tal-materjal, komponenti aloġenati, jew il-komponenti organiċi, bl-għajnuna tar-raġġi-X. Il-karatteristiċi tal-materjali differenti jiġu trażmessi lil proċessur tad-dejta li jikkontrolla ġett tal-arja li jarmi l-materjali li jkunu ġew identifikati.

6.5.   Tekniki ta' ġestjoni

Pjan ta' ġestjoni tal-aċċidenti

Il-pjan ta' ġestjoni tal-aċċidenti huwa parti mill-EMS (ara BAT 1) u jidentifika l-perikli tal-impjant u r-riskji assoċjati u jiddefinixxi miżuri li jindirizzaw dawn ir-riskji. Iqis l-inventarju tas-sustanzi niġġiesa preżenti jew li x'aktarx ikunu preżenti li jistgħu jħallu konsegwenzi ambjentali jekk jaħarbu.

Pjan ta' ġestjoni tar-residwi

Il-pjan ta' ġestjoni tar-residwi huwa parti mill-EMS (ara BAT 1) u huwa sett ta' miżuri bil-għan li (1) jimminimizzaw il-ġenerazzjoni tar-residwi li jirriżultaw mit-trattament tal-iskart, (2), jottimizzaw l-użu mill-ġdid, ir-riġenerazzjoni, ir-riċiklaġġ u/jew l-irkupru tal-enerġija tar-residwi, u (3) jiżguraw ir-rimi xieraq tar-residwi.


(1)  Id- Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta' Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40).

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta' April tal-1999 dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma (ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1).

(3)  Id-Direttiva (UE) 2015/2193 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar il-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta' ċerti sustanzi niġġiesa fl-arja minn impjanti tal-kombustjoni medji (ĠU L 313, 28.11.2015, p. 1).

(4)  Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 199/2006 tat-3 ta' Frar 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 466/2001 li li jistabilixxi livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel fir-rigward tad-dijossini u l-PCBs li jixbħu lid-dijossini (ĠU L 32, 4.2.2006, p. 34).

(6)  Id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Settembru 2000 dwar vetturi li m' għadhomx jintużaw (ĠU L 269, 21.10.2000, p. 34).

(7)  Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropewu tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7).

(8)  Id-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 38).

(9)  Għal kwalunkwe parametru fejn, minħabba limitazzjonijiet marbuta mat-teħid tal-kampjuni jew limitazzjonijiet analitiċi, kejl ta' 30 minuta ma jkunx xieraq, jista' jintuża perjodu ta' kejl aktar xieraq (pereżempju l-konċentrazzjoni tal-irwejjaħ). Għal PCDD/F jew PCB simili għad-diossini, jintuża perjodu ta' teħid ta' kampjuni ta' bejn 6 u 8 sigħat.

(10)  It-tekniki tal-għażla huma deskritti fit-Taqsima 6.4

(11)  Il-monitoraġġ tal-frekwenzi jista' jitnaqqas jekk jintwera li l-livelli tal-emissjonijiet huma stabbli biżżejjed.

(12)  Fil-każ ta' skariku f'lottijiet inqas frekwenti mill-frekwenza ta' monitoraġġ minima, il-monitoraġġ jitwettaq darba għal kull lott.

(13)  Il-monitoraġġ japplika biss meta s-sustanza kkonċernata tkun identifikata bħala rilevanti fir-rigward tal-inventarju tad-drenaġġ imsemmi fi BAT 3.

(14)  Fil-każ ta' skariku indirett f'korp tal-ilma riċeventi, il-frekwenza tal-monitoraġġ tista' titnaqqas jekk l-impjant tat-trattament tad-dranaġġ downstream inaqqas is-sustanzi niġġiesa kkonċernati.

(15)  Jiġi mmonitorjat it-TOC jew is-COD. TOC huwa l-għażla preferuta, għax il-monitoraġġ tiegħu ma jiddependix mill-użu ta' komposti tossiċi ħafna.

(16)  Il-monitoraġġ japplika biss f'każ ta' skariku dirett lejn korp tal-ilma riċeventi.

(17)  Il-monitoraġġ tal-frekwenzi jista' jitnaqqas jekk jintwera li l-livelli tal-emissjonijiet huma stabbli biżżejjed.

(18)  Il-monitoraġġ japplika biss meta s-sustanza kkonċernata tkun identifikata bħala rilevanti fil-fluss tal-gass ta' skart abbażi tal-inventarju msemmi fi BAT 3.

(19)  It-teħid tal-kampjuni jista' jitwettaq skont CEN/TS 1948-5, minflok ma jitwettaq skont EN 1948-1.

(20)  Minflok, tista' tiġi mmonitorjata l-konċentrazzjoni tal-irwejjaħ.

(21)  Il-monitoraġġ ta' NH3 u H2S jista' jintuża bħala alternattiva għall-monitoraġġ tal-konċentrazzjoni tal-irwejjaħ.

(22)  Il-monitoraġġ japplika biss meta jintuża solvent għat-tindif tat-tagħmir kontaminat.

(23)  Id-deskrizzjonijiet tat-tekniki huma mogħtija fit-Taqsima 6.3.

(24)  Il-perjodi li fuqhom tiġi kkalkolata l-medja huma ddefiniti fil-Kunsiderazzjonijiet ġenerali.

(25)  Japplika jew il-BAT-AEL għat-TOC jew inkella l-BAT-AEL għas-COD. Il-monitoraġġ tat-TOC huwa l-għażla preferuta għaliex ma jiddependix mill-użu ta' komposti tossiċi ħafna.

(26)  In-naħa ta' fuq tal-medda tista' ma tapplikax:

meta l-effiċjenza tat-tnaqqis tkun ≥ 95 % bħala medja annwali u l-input tal-iskart juri l-karatteristiċi li ġejjin: TOC > 2 g/l (or COD > 6 g/l) bħala medja ta' kuljum u proporzjon għoli ta' komposti organiċi refrattorji (jiġifieri li diffiċli jiġu bijodegradati); jew

fil-każ ta' konċentrazzjonijiet għoljin ta' klorur (eż. ogħla minn 5 g/l fl-input tal-iskart).

(27)  Il-BAT-AEL jista' ma jkunx applikabbli għall-impjanti li jittrattaw it-tajn/il-biċċiet tat-tħaffir.

(28)  Il-BAT-AEL jista' ma jkunx applikabbli meta t-temperatura tad-dranaġġ tkun baxxa (eż. taħt it-12-il°C).

(29)  Il-BAT-AEL jista' ma jkunx applikabbli fil-każ ta' konċentrazzjonijiet għoljin ta' klorur (eż. ogħla minn 10 g/l fl-input tal-iskart).

(30)  Il-BAT-AEL japplika biss meta jintuża t-trattament bijoloġiku tad-drenaġġ.

(31)  Il-BAT-AEL japplikaw biss meta s-sustanza kkonċernata tkun identifikata bħala rilevanti fir-rigward tal-inventarju tad-drenaġġ imsemmi fi BAT 3.

(32)  In-naħa ta' fuq tal-medda hija 0,3 mg/l għat-trattament mekkaniku fi shredders tal-iskart tal-metall.

(33)  In-naħa ta' fuq tal-medda hija 2 mg/l għat-trattament mekkaniku fi shredders tal-iskart tal-metall.

(34)  Il-perjodi li fuqhom tiġi kkalkolata l-medja huma ddefiniti fil-Kunsiderazzjonijiet ġenerali.

(35)  Il-BAT-AELs jistgħu ma jkunux applikabbli jekk l-impjant tat-trattament tad-dranaġġ downstream inaqqas is-sustanzi niġġiesa kkonċernati, sakemm dan ma jwassalx għal livelli ogħla ta' tniġġis fl-ambjent.

(36)  Il-BAT-AELs japplikaw biss meta s-sustanza kkonċernata tkun identifikata bħala rilevanti fir-rigward tal-inventarju tad-drenaġġ imsemmi fi BAT 3.

(37)  In-naħa ta' fuq tal-medda hija 0,3 mg/l għat-trattament mekkaniku fi shredders tal-iskart tal-metall.

(38)  In-naħa ta' fuq tal-medda hija 2 mg/l għat-trattament mekkaniku fi shredders tal-iskart tal-metall.

(39)  Meta ma jkunx applikabbli l-filtru tad-drapp, in-naħa ta' fuq tal-medda hija 10 mg/Nm3.

(40)  Il-BAT-AEL japplika biss meta l-komposti organiċi jkunu identifikati bħala rilevanti fil-fluss tal-gass ta' skart abbażi tal-inventarju msemmi fi BAT 3.

(41)  Japplika l-BAT-AEL għall-NH3 jew inkella l-BAT-AEL għall-konċentrazzjoni tal-irwejjaħ.

(42)  Dan il-BAT-AEL ma japplikax għat-trattament tal-iskart kompost l-aktar mid-demel.

(43)  In-naħa ta' isfel tal-medda tista' tinkiseb bl-użu tal-ossidazzjoni termali.

(44)  Il-BAT-AEL ma japplikax meta t-tagħbija tal-emissjonijiet tkun inqas minn 2 kg/h fil-punt tal-emissjoni sakemm l-ebda sustanza CMR ma tkun identifikata bħala rilevanti fil-fluss tal-gass ta' skart, abbażi tal-inventarju msemmi fi BAT 3.

(45)  L-ossidazzjoni termali ssir b'temperatura minima ta' 1 100 °C u ħin tar-residenza ta' żewġ sekondi għar-riġenerazzjoni tal-karbonju attivat użat fl-applikazzjonijiet industrijali fejn jistgħu jkunu preżenti sustanzi refrattarji aloġenati jew sustanzi oħra reżistenti għas-sħana. Fil-każ tal-karbonju attivat użat għal applikazzjonijiet tal-ilma tajjeb għax-xorb u tal-ikel, jkun biżżejjed afterburner b'temperatura minima ta' 850 °C u ħin tar-residenza ta' żewġ sekondi, (ara t-Taqsima 6.1).

(46)  Dawn il-BAT-AEL japplikaw biss meta s-sustanza kkonċernata tkun identifikata bħala rilevanti fil-fluss tal-gass ta' skart abbażi tal-inventarju msemmi fi BAT 3.

(47)  In-naħa ta' fuq tal-medda hija 45 mg/Nm3 meta t-tagħbija tal-emissjonijiet tkun inqas minn 0,5 kg/h fil-punt tal-emissjoni.


17.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 208/91


DEĊIŻJONI (UE) 2018/1148 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-10 ta' Awwissu 2018

dwar l-eliġibbiltà ta' strumenti ta' dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika Ellenika u li tħassar id-Deċiżjoni (UE) 2016/1041 (BĊE/2018/21)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, l-Artikolu 12.1, l-Artikolu 18 u t-tieni inċiż tal-Artikolu 34.1 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (1) (Linja Gwida dwar Dokumentazzjoni Ġenerali), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(4), Titoli I, II, IV, V, VI u VIII tal-Parti Erbgħa, u Parti Sitta tagħha,

Wara li kkunsidra l-Linja Gwida BĊE/2014/31 tad-9 ta' Lulju 2014 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral u li temenda l-Linja Gwida BĊE/2007/9 (2), u b'mod partikolari l-Artikoli 1(3) u 6(1) u l-Artikolu 8 tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro jistgħu jwettqu operazzjonijiet ta' kreditu ma' istituzzjonijiet ta' kreditu u parteċipanti oħra fis-suq, bis-self ikun ibbażat fuq kollateral xieraq.

(2)

Il-kriterji standard u r-rekwiżiti minimi għal limiti tal-kwalità tal-kreditu li jiddeterminaw l-eliġibbiltà ta' assi negozjabbli bħala kollateral għall-finijiet ta' operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema huma stabbiliti fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) u b'mod partikolari fl-Artikolu 59 u fil-Parti Erbgħa, Titolu II tagħha.

(3)

Skont l-Artikolu 1(4) tal-Linja Gwida BĊE/2015/510, il-Kunsill Governattiv jista', f'kull ħin, jibdel l-istrumenti, ir-rekwiżiti, il-kriterji u l-proċeduri għall-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema. Skont l-Artikolu 59(6) tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60), l-Eurosistema tirriżerva d-dritt li tiddetermina jekk ħarġa, emittent, debitur jew garanti jissodisfax ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-kreditu tal-Eurosistema fuq il-bażi ta' kull informazzjoni li l-Eurosistema tista' tikkunsidra bħala rilevanti biex tiżgura protezzjoni adegwata ta' riskju tal-Eurosistema.

(4)

B'deroga mir-rekwiżiti tal-kwalità tal-kreditu tal-Eurosistema għal assi negozjabbli, l-Artikolu 8(2) tal-Linja Gwida BĊE/2014/31 jipprovdi li l-limiti minimi tal-kwalità tal-kreditu tal-Eurosistema ma japplikawx għal strumenti ta' dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mill-gvernijiet ċentrali ta' Stati Membri taż-żona tal-euro taħt programm tal-Unjoni Ewropea/Fond Monetarju Internazzjonali, ħlief jekk il-Kunsill Governattiv jiddeċiedi li l-Istat Membru rispettiv ma jikkonformax mal-kundizzjonalità tal-appoġġ finanzjarju u/jew tal-programm makroekonomiku.

(5)

Fid-19 ta' Awwissu 2015, wara li skada l-programm preċedenti tal-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja (EFSF) għall-appoġġ finanzjarju tal-Greċja, il-Bord tal-Gvernaturi tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES) approva programm ta' assistenza finanzjarja ta' tliet snin għall-Greċja.

(6)

Il-Kunsill Governattiv vvaluta l-effetti tal-programm MES ġdid għall-Greċja, l-implimentazzjoni kkontinwata tiegħu u l-impenn muri mill-awtoritajiet Griegi sabiex dan il-programm jiġi implimentat bi sħiħ. Fuq il-bażi ta' dik l-evalwazzjoni, il-Kunsill Governattiv ikkunsidra r-Repubblika Ellenika bħala konformi mal-kondizzjonalità tal-programm. Konsegwentement, fit-22 ta' Ġunju 2016, il-Kunsill Governattiv adotta d-Deċiżjoni (UE) 2016/1041 tal-Bank Ċentrali Ewropew(BĊE/2016/18) (3) li reġa' daħħal l-eliġibilità ta' strumenti ta' dejn negozjabbli maħruġa jew garantiti b'mod sħiħ mir-Repubblika Ellenika għall-operazzjonijiet ta' politika monetarja, bla ħsara għall-applikazzjoni ta' haircuts speċifiċi għal strumenti bħal dawn, u sakemm ir-Repubblika Ellenika għandha titqies bħala Stat Membru taż-żona tal-euro konformi mal-programm tal-Unjoni Ewropea/Fond Monetarju Internazzjonali.

(7)

Bħalissa, l-Artikolu 1(3) tal-Linja Gwida BĊE/2014/31 jipprovdi li, għall-finijiet tal-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 8 ta' dik il-Linja Gwida, ir-Repubblika Ellenika għandha titqies bħala Stat Membru taż-żona tal-euro li huwa konformi ma' programm tal-Unjoni Ewropea/Fond Monetarju Internazzjonali. Barra minn hekk, l-Artikolu 8(3) ta' dik il-Linja Gwida jipprovdi li strumenti ta' dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika Ellenika huma suġġetti għall-haircuts speċifiċi stipulati fl-Anness I ta' dik il-Linja Gwida.

(8)

Skont l-Artikolu 1 tal-Ftehim tal-Faċilità ta' Assistenza Finanzjarja bejn il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà, ir-Repubblika Ellenika u l-Bank tal-Greċja u l-Fond ta' Stabbiltà Finanzjarja Elleniku datat id-19 ta' Awwissu 2015 (4), id-data ta' terminazzjoni tal-programm MSE kurrenti hija l-20 ta' Awwissu 2018. Konsegwentement, mill-21 ta' Awwissu 2018 ir-Repubblika Ellenika ma tistax tkompli titqies bħala Stat Membru taħt programm tal-Unjoni Ewropea/Fond Monetarju Internazzjonali. Bħala riżultat minn dik id-data, il-kundizzjonijiet għas-sospensjoni tal-limiti minimi tal-kwalità tal-kreditu tal-Eurosistema fir-rigward ta' strumenti ta' dejn negozjabbli maħruġa jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika Ellenika, kif stipulati fl-Artikolu 8(2) tal-Linja Gwida BĊE/2014/31, mhux ser ikunu ssodisfati aktar.

(9)

Għaldaqstant, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li mill-21 ta' Awwissu 2018 il-kriterji standard u l-limiti minimi tal-kwalità tal-kreditu tal-Eurosistema għandhom japplikaw fir-rigward ta' strumenti tad-dejn negozjabbli maħruġa jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika Ellenika u li dawk l-istrumenti ta' dejn għandhom ikunu suġġetti għall-haircuts standard stipulati fil-Linja Gwida (UE) 2016/65 tal-Bank Ċentrali Ewropew (ECB/2015/35) (5),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Eliġibbiltà ta' strumenti ta' dejn negozjabbli maħruġa jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika Ellenika

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 1(3) u 6(1) u l-Artikolu 8 tal-Linja Gwida BĊE/2014/31, ir-Repubblika Ellenika ma għandhiex tkompli titqies li hija Stat Membru taż-żona tal-euro konformi ma' programm tal-Unjoni Ewropea/Fond Monetarju Internazzjonali.

2.   Ir-rekwiżiti minimi tal-Eurosistema għal limiti minimi tal-kwalità tal-kreditu, kif stabbiliti fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) u b'mod partikolari l-Artikolu 59 u fil-Parti Erbgħa tagħha, m'għandhomx japplikaw għal strumenti ta' dejn negozjabbli maħruġa jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika Ellenika.

3.   Strumenti ta' dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika Ellenika m'għandhomx jibqgħu suġġetti għall-haircuts speċifiċi stipulati fl-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2014/31.

Artikolu 2

Revoka

Id-Deċiżjoni (UE) 2016/1041 (BĊE/2016/18) hija b'dan imħassra:

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet finali

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-21 ta' Awwissu 2018.

2.   F'każ ta' kwalunkwe diskrepanza bejn din id-Deċiżjoni u il-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) u l-Linja Gwida BĊE/2014/31, kif implimentati fil-livell nazzjonali mill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, din id-Deċiżjoni għandha tipprevali.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-10 ta' Awwissu 2018.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3.

(2)  ĠU L 240, 13.8.2014, p. 28.

(3)  Id-Deċiżjoni (UE) 2016/1041 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta' Ġunju 2016 dwar l-eliġibilità ta' strumenti ta' dejn negozjabbli maħruġa jew iggarantiti bi sħiħ mir-Repubblika Ellenika u li tħassar id-Deċiżjoni (UE) 2015/300 (BĊE/2016/18) (ĠU L 169, 28.6.2016, p. 14).

(4)  Disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-MES li jinsab fuq www.esm.europa.eu.

(5)  Il-Linja Gwida (UE) 2016/65 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-18 ta' Novembru 2015 dwar il-haircuts fil-valutazzjoni applikati fl-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2015/35) (ĠU L 14, 21.1.2016, p. 30).


RAKKOMANDAZZJONIJIET

17.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 208/94


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1149

tal-10 ta' Awwissu 2018

dwar linji gwida mhux vinkolanti għall-identifikazzjoni ta' żoni affettwati minn kunflitti u żoni ta' riskju għoli u riskji oħra tal-katina tal-provvista skont ir-Regolament (UE) 2017/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu

Billi:

(1)

Ir-riżorsi minerali naturali għandhom potenzjal kbir għall-iżvilupp iżda jistgħu jikkawżaw tilwim f'żoni affettwati minn kunflitti jew ta' riskju għoli, fejn id-dħul minnhom jalimenta t-tifqigħ jew il-kontinwazzjoni ta' kunflitti vjolenti, u dan jista' jdgħajjef l-isforzi lejn l-iżvilupp, il-governanza tajba u l-istat tad-dritt. F'dawn iż-żoni, huwa kruċjali li tinkiser ir-rabta bejn il-kunflitt u l-isfruttament illegali tal-minerali sabiex jiġu garantiti l-paċi, l-iżvilupp u l-istabbiltà.

(2)

Biex jindirizza dan it-tħassib, ir-Regolament (UE) 2017/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jistabbilixxi obbligi tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista għall-importaturi tal-Unjoni ta' landa, tantalu u tungstenu, il-minerali tagħhom, u deheb li joriġinaw minn żoni affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli; li se japplikaw mill-1 ta' Jannar 2021 (minn hawn 'il quddiem ir-“Regolament”)

(3)

Iż-żoni affettwati minn kunflitti u ż-żoni ta' riskju għoli għall-finijiet ta' dan ir-Regolament huma ddefiniti bħala żoni fi stat ta' kunflitt armat jew żoni fraġli wara l-kunflitt kif ukoll żoni b'governanza u sigurtà dgħajfa jew ineżistenti, bħalma huma stati falluti, u l-ksur mifrux u sistematiku tad-dritt internazzjonali, inklużi abbużi tad-drittijiet tal-bniedem;

(4)

L-Artikolu 14(1) ta' dan ir-Regolament jistabbilixxi li sabiex tinħoloq ċarezza u ċertezza u konsistenza fost il-prattiki tal-operaturi ekonomiċi, b'mod partikolari l-SMEs, il-Kummissjoni trid, f'konsultazzjoni mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u mal-OECD, tipprepara linji gwida mhux vinkolanti għall-operaturi ekonomiċi, fejn tispjega l-aħjar mod kif jiġu applikati l-kriterji għall-identifikazzjoni ta' żoni affettwati minn kunflitti u żoni ta' riskju għoli.

(5)

Dan l-Artikolu jistabbilixxi wkoll li dawn il-Linji Gwida jridu jkunu bbażati fuq id-definizzjoni ta' żoni affettwati minn kunflitti u żoni ta' riskju għoli kif stipulata fir-Regolament u jridu jqisu l-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta f'dan il-qasam, inklużi riskji oħra tal-katina tal-provvista li jiskattaw senjalazzjonijiet ta' allarm (“red flags”) kif definiti fis-supplimenti rilevanti ta' din il-Gwida.

(6)

Jenħtieġ li dawn il-linji gwida, sabiex ikunu effettivi, jistabbilixxu l-kunċett ġenerali tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista ta' minerali u metalli assoċjati ma' żoni affettwati minn kunflitti u żoni ta' riskju għoli u l-passi li jenħtieġ li jieħdu l-kumpaniji biex jidentifikaw u jindirizzaw ir-riskji f'dan ir-rigward relatati mal-provenzjenza ta' landa, tantalu, tungstenu u deheb.

(7)

Jenħtieġ li wieħed ifakkar li r-rekwiżiti tar-Regolament għall-importaturi tal-Unjoni ma jirrigwardawx biss metalli u minerali li joriġinaw minn żoni affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli, iżda wkoll riskji assoċjati tul il-katina upstream fir-rigward tan-negozjar, l-immaniġġar u l-esportazzjoni.

(8)

Jenħtieġ li dawn il-Linji Gwida jispjegaw ukoll il-prinċipji ewlenin tal-identifikazzjoni ta' żoni affettwati minn kunflitti u żoni ta' riskju għoli bil-għan speċifiku li jimplimentaw ir-Regolament, filwaqt li d-definizzjoni u l-ispjegazzjoni ta' żoni bħal dawn huma mingħajr preġudizzju għall-pożizzjoni tal-Unjoni dwar x'jista' jikkostitwixxi żoni affettwati minn kunflitti u żoni ta' riskju għoli barra mill-kuntest ta' dak ir-Regolament.

(9)

Referenza għal informazzjoni minn sorsi miftuħa li jistgħu jużaw operaturi ekonomiċi biex jidentifikaw żoni affettwati minn kunflitti u żoni ta'riskju għoli jenħtieġ li tkun parti ċentrali ta' dawn il-Linji Gwida, filwaqt li ta' min wieħed ifakkar li s-sorsi rilevanti huma aġġornati b'perjodiċità differenti u għandhom ikunu komplementati minn sorsi oħrajn kif xieraq.

(10)

Jenħtieġ li ktajjen ta' provvista oħrajn li jiskattaw allarmi indirizzati minn dawn il-Linji Gwida ikunu jirrigwardaw il-lokazzjoni, il-fornituri u ċ-ċirkostanzi mhux tas-soltu tal-operazzjonijiet tan-negozjar u li jkunu bbażati fuq ix-xogħol tal-OECD f'dan il-qasam.

(11)

L-Artikolu 14(2) tar-Regolament jistabbilixxi li l-Kummissjoni trid issejjaħ esperti esterni li se jipprovdu lista indikattiva, mhux eżawrjenti u aġġornata regolarment ta' żoni affettwati minn kunflitti u żoni ta' riskju għoli. Din il-lista li ġejja trid tkun ibbażata fuq l-analiżi tal-esperti esterni ta' dawn il-Linji Gwida u informazzjoni eżistenti oħra minn, fost l-oħrajn, akkademiċi u skemi ta' diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista.

(12)

Dawn il-Linji Gwida ma humiex vinkolanti u l-importaturi tal-Unjoni jżommu r-responsabbiltà tagħhom li jikkonformaw mal-obbligi ta'diliġenza dovuta skont ir-Regolament, filwaqt li s-servizzi tal-Kummissjoni jiżguraw li dawn il-Linji Gwida jibqgħu rilevanti maż-żmien,

ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

1.

Jenħtieġ li l-importaturi tal-Unjoni li għandhom obbligi skont ir-Regolament (UE) 2017/821 isegwu l-linji gwida mhux vinkolanti previsti fl-Anness ta' din ir-Rakkomandazzjoni. Is-segwitu ta' dawn il-Linji Gwida se jgħinhom jidentifikaw żoni affettwati minn kunflitti u żoni ta' riskju għoli u allarmi biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dak ir-Regolament kif suppost meta dawn japplikaw mill-1 ta' Jannar 2021. Il-linji gwida jistgħu jiġu segwiti wkoll minn entitajiet oħrajn li japplikaw id-diliġenza dovuta għall-katina tal-provvista minerali tagħhom.

2.

Din ir-Rakkomandazzjoni se tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Awwissu 2018.

Għall-Kummissjoni

Cecilia MALMSTRÖM

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Ir-Regolament (UE) 2017/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2017 li jistabbilixxi obbligi tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista għall-importaturi tal-Unjoni ta' landa, tantalu u tungstenu, il-minerali tagħhom, u deheb li joriġinaw minn żoni affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli (ĠU L 130, 19.5.2017, p. 1).


ANNESS

1.   GĦAN TA' DAWN IL-LINJI GWIDA

Ir-Regolament (UE) 2017/821 (minn hawn 'il quddiem “ir-Regolament”) daħal fis-seħħ fit-8 ta' Ġunju 2017 u japplika għal importaturi tal-Unjoni (1) (jinkludi iżda mhux limitat għal funderiji u raffineriji) mill-1 ta' Jannar 2021. Kif stipulat fl-ewwel Artikolu tiegħu, ir-Regolament huwa mfassal biex jipprovdi trasparenza u ċertezza fir-rigward ta' prattiki ta' provenjenza tal-importaturi tal-Unjoni li jkollhom is-sors ta' provenjenza tagħhom minn żoni affettwati minn kunflitti u żoni ta' riskju għoli.

Skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament, il-Kummissjoni Ewropea għandha l-kompitu li tħejji linji gwida mhux vinkolanti fil-forma ta' manwal għall-atturi ekonomiċi, li jispjega kif l-aħjar li jiġu applikati l-kriterji għall-identifikazzjoni ta' żoni affettwati minn kunflitti u żoni ta' riskju għoli. Dan l-Artikolu jistabbilixxi wkoll li l-linji gwida jridu jqisu l-Gwida OECD dwar id-Diliġenza Dovuta (2) f'dan il-qasam, inklużi riskji oħrajn tal-katina tal-provvista li jiskattaw l-hekk imsejħa “senjalazzjonijiet ta' allarm”, kif definiti fis-supplimenti rilevanti ta' dik il-Gwida.

F'dawn il-linji gwida,

It-TAQSIMA 2 tistabbilixxi l-kunċett ġenerali ta' diliġenza dovuta fil-ktajjen tal-provvista ta' minerali li joriġinaw minn żoni affettwati minn kunflitti u żoni ta' riskju għoli u l-passi li għandhom jieħdu l-kumpaniji biex jidentifikaw u jindirizaw ir-riskji assoċjati mal-provenjenza ta' landa, tantalu, tungstenu u deheb.

It-TAQSIMA 3 tispjega l-elementi ewlenin tad-definizzjoni ta' żoni affettwati mill-kunflitti u ta' riskju għoli għall-finijiet tar-Regolament.

It-TAQSIMA 4 telenka informazzjoni minn sorsi miftuħa biex tgħin lill-kumpaniji jidentifikaw żoni affettwati minn kunflitti u żoni ta' riskju għoli u riskji oħrajn.

It-TAQSIMA 5 tipprovdi informazzjoni dwar indikaturi oħrajn ta' riskji potenzjali (jew “senjalazzjonijiet ta' allarm”) fil-katina tal-provvista tal-minerali fir-rigward tal-postijiet, il-fornituri u ċ-ċirkostanzi mhux normali ta' operazzjonijiet ta' kummerċ.

Dawn il-linji gwida huma mfassla biex jgħinu lill-importaturi tal-UE jwettqu d-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista tagħhom. Huma mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2017/821 u mhumiex legalment vinkolanti.

Barra minn hekk, għandu jiġi nnotat li skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament, il-Kummissjoni Ewropea (sussegwentement) se tibbaża ruħha fuq esperti esterni li jipprovdu lista indikattiva, mhux eżawrjenti, aġġornata regolarment ta' żoni affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli. Il-lista se tkun ibbażata fuq l-analiżi tal-esperti esterni ta' dawn il-linji gwida u l-informazzjoni eżistenti minn, fost l-oħrajn, il-gvernijiet, l-organizzazzjonijiet internazzjonali, l-istituzzjonijiet akkademiċi u l-iskemi ta' diliġenza dovuta tal-ktajjen ta' provvista.

2.   DILIĠENZA DOVUTA FIL-KATINA TAL-PROVVISTA TAL-MINERALI — KUNĊETT ĠENERALI U PASSI

2.1.   Il-kunċett ta' diliġenza dovuta bbażata fuq ir-riskju

F'żoni affettwati mill-kunflitti u żoni ta' riskju għoli, il-kumpaniji involuti fl-estrazzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċ tal-minerali għandhom il-potenzjal li jiġġeneraw dħul, tkabbir u prosperità, li jsostnu l-għajxien u jrawmu l-iżvilupp lokali. F'sitwazzjonijiet bħal dawn, il-kumpaniji jistgħu wkoll ikunu f'riskju li jikkontribwixxu jew ikunu assoċjati ma' impatti negattivi sinfikanti assoċjati mal-attivitajiet tagħhom jew mad-deċiżjonijiet ta' provenjenza, inklużi kunflitti armati u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem. F'din il-perspettiva, biex jiġi żgurat li l-kumpaniji ma jikkontribixxux b'mod intenzjonat jew mhux intenzjonat (jew ma jibqgħux ikunu) assoċjati ma' dawn l-impatti negattivi, huma għandhom iwettqu d-diliġenza dovuta bbażata fuq ir-riskju bħala parti minn proċess kontinwu, proattiv u reattiv li tkun integrata bis-sħiħ fis-sistema ta' ġestjoni tagħhom.

Ġeneralment, id-diliġenza dovuta bbażata fuq ir-riskju tirreferi għall-passi li l-kumpaniji jeħtieġ li jieħdu biex jidentifikaw u jindirizzaw riskji potenzjali fil-katina tal-provvista tal-minerali tagħhom sabiex jipprevjenu jew jimmitigaw kwalunkwe kontribuzzjoni għal impatti negattivi relatati mal-estrazzjoni, il-produzzjoni, in-negozjar, l-ipproċessar, l-immaniġġjar u l-esportazzjoni ta' minerali assoċjati ma' żoni affettwati minn kunflitti u żoni ta' riskju għoli. Ir-riskji huma ddefiniti b'rabta mal-impatti potenzjalment negattivi tal-operazzjonijiet ta' kumpanija, li jirriżultaw mill-attivitajiet proprji ta' kumpanija jew li jistgħu jkunu marbuta direttament mar-relazzjonijiet kummerċjali ta' din ma' partijiet terzi, inklużi fornituri u entitajiet oħra fil-katina ta' provvista. L-impatti negattivi jistgħu jinkludu ħsara lin-nies (jiġifieri impatti esterni), ħsara reputazzjonali jew responsabbiltà legali għall-kumpanija (jiġifieri impatti interni), jew it-tnejn li huma.

Il-kumpaniji jistgħu jiffaċċjaw riskji fil-ktajjen tal-provvista tal-minerali tagħom għax iċ-ċirkostanzi marbutin mal-estrazzjoni, il-produzzjoni, in-negozjar, l-immaniġġjar jew l-esportazzjoni tal-minerali, fin-natura tagħhom stess, għandhom riskju ogħla ta' impatti negattivi sinifikanti, bħall-finanzjament ta' kunflitti jew l-alimentar, l-iffaċilitar jew it-tgħarriq tal-kundizzjonijiet tal-kunflitti (kif deskritt fl-Anness II tal-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta u s-supplimenti tagħha).

Minħabba dawn ir-riskji, il-kumpaniji għandhom jagħmlu sforzi bona fide biex jidentifikaw u jivvalutaw ir-riskji relatati mal-post, mal-fornitur jew ċirkostanzjali u jimplimentaw miżuri ta' diliġenza dovuta adatti għar-rekwiżiti speċifiċi ta' riskji bħal dawn. Id-diliġenza dovuta tista' tgħin ukoll biex il-kumpaniji jiżguraw li qed josservaw id-dritt internazzjonali u jikkonformaw mal-liġijiet domestiċi, inklużi dawk li jirregolaw il-kummerċ illegali ta' riżorsi minerali, kif ukoll is-sanzjonijiet tan-NU u d-Deċiżjonijiet tal-UE bbażati fuq it-Trattat tal-Unjoni Ewropea (TUE) u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), partikolarment miżuri restrittivi skont l-Artikolu 215 TFUE.

L-objettiv kumplessiv tar-Regolament, li huwa bbażat fuq il-prinċipji stabbiliti fil-Gwida tal-OECD, huwa li jippermetti l-iżvilupp ta' ktajjen tal-provvista tal-minerali sikuri, trasparenti u verifikabbli u li jiżgura, jiffaċilita u jippromwovi l-importazzjoni responsabbli fl-UE ta' minerali u metalli minn żoni affettwati minn kunflitti u żoni ta' riskju għoli mingħajr ma jikkontribwixxi għal kunflitti armati u abbużi assoċjati tad-drittijiet tal-bniedem, filwaqt li b'hekk jikkontribwixxi għall-iżvilupp ekonomiku u l-għajxien tal-komunitajiet lokali.

2.2.   Diliġenza dovuta — qafas b'ħames passi

Id-diliġenza dovuta bbażata fuq ir-riskju kif rakkomandata mill-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta hija bbażata fuq il-ħames passi li ġejjin, li kollha huma previsti mir-Regolament.

Il-kumpaniji fil-katina tal-provvista għandhom:

Jistabbilixxu sistema ta' ġestjoni b'saħħitha u jadottaw u jikkomunikaw b'mod ċar mal-fornituri u mal-pubbliku l-politika tagħhom għall-minerali u l-metalli li potenzjalment joriġinaw minn żoni affettwati mill-kunflitti u żoni ta' riskju għoli. Dan jinkludi l-identifikazzjoni taċ-ċirkustanzi fattwali involuti fl-estrazzjoni, fit-trasport, fl-immaniġġjar, fin-negozjar, fl-ipproċessar, fit-tidwib, fir-raffinar u fl-illigar, fil-manifattura jew fil-bejgħ ta' prodotti li fihom minerali minn żoni affettwati mill-kunflitti u żoni ta' riskju għoli. (L-Artikolu 4 tar-Regolament)

Jidentifikaw u jivvalutaw kull riskju reali jew potenzjali fil-katina ta' provvista (3). (L-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament)

Jiddiżinjaw u jimplimentaw strateġija biex iwieġbu għar-riskji identifikati sabiex dawn jiġu prevenuti jew mitigati billi jiġi adottat u implimentat pjan ta' ġestjoni tar-riskji. Dan jista' jirriżulta fid-deċiżjoni li jitkompla l-kummerċ matul l-isforzi ta' mitigazzjoni tar-riskju, li l-kummerċ jiġi sospiż b'mod temporanju filwaqt li jitwettqu sforzi kontinwi ta' mitigazzjoni tar-riskju jew li tintemm ir-rabta' ma' fornitur wara tentattivi falluti għall-mitigazzjoni tar-riskju jew jekk il-fornitur ikun qed jikkommetti abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem (eż. l-agħar forom tax-xogħol tat-tfal, xogħol furzat u tortura) jew jipprovdi appoġġ dirett jew indirett lil gruppi armati mhux statali. (L-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament)

Iwettqu jew jiksbu verifiki permezz ta' parti terza indipendenti tal-attivitajiet, il-proċessi u s-sistemi tal-kumpanija użati għall-implimentazzjoni tad-diliġenza dovuta fil-katina tal-provvista f'punti identifikati tal-katina ta' provvista, b'mod partikolari rigward il-prattiki ta' diliġenza dovuta tal-funderiji u r-raffineriji. (L-Artikolu 6 tar-Regolament)

Jirrapportaw pubblikament dwar il-politiki u l-prattiki ta' diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista sabiex jiġġeneraw fiduċja pubblika fil-miżuri li qed jieħdu l-kumpaniji. (L-Artikolu 7 tar-Regolament)

3.   FEHIM TAD-DEFINIZZJONI TA' ŻONI AFFETTWATI MINN KUNFLITTI U ŻONI TA' RISKJU GĦOLI

Id-definizzjoni ta' żoni affettwati minn kunflitti u żoni ta' riskju għoli li ġiet applikata fir-Regolament hija konformi mal-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta dwar dak li jikkaratterizza żoni bħal dawn u hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjoni tal-UE dwar x'jista' jikkostitwixxi żoni affettwati minn kunflitti u żoni ta' riskju għoli barra mill-kuntest tar-Regolament. Hija prevista biss għall-iskop tad-diliġenza dovuta tal-katina ta' provvista fir-rigward tal-metalli u l-minerali fl-ambitu tar-Regoalment u hija mfassla biex tkun prattika, bir-reqqa u li tinftiehem faċilment mill-kumpaniji.

Definizzjoni ta' żoni affettwati minn kunflitti u żoni ta' riskju għoli fir-Regolament (l-Artikolu 2(f)):

“Żoni fi stat ta' kunflitt armat jew żoni fraġli wara l-kunflitt kif ukoll żoni b'governanza u sigurtà dgħajfa jew ineżistenti, bħalma huma stati falluti, u l-ksur mifrux u sistematiku tal-liġi internazzjonali, inklużi abbużi tad-drittijiet tal-bniedem.”

Din id-definizzjoni ssegwi xi prinċipji ewlenin stabbiliti fid-dritt internazzjonali, inklużi “stat ta' kunflitt armat”, “żoni fraġli wara l-kunflitt” u “stati falluti”. Dawn il-prinċipji huma illustrati u spjegati aktar hawn taħt biex jiġi ffaċilitat il-fehim prattiku tagħhom bħala parti mill-ġestjoni responsabbli tal-katina ta' provvista mill-kumpaniji.

Barra minn hekk, dawn il-prinċipji ewlenin għandhom jippermettu tqabbil faċli ma' informazzjoni minn sorsi miftuħa dwar is-sitwazzjoni fuq il-post f'żoni affettwati minn kunflitti u żoni ta' riskju għoli, u jassistu lil kumpaniji b'identifikazzjoni iktar wiesgħa tar-riskji fil-katina ta' provvista tagħhom u tal-impatt potenzjali tal-operazzjonijiet tagħhom (ara t-taqsima 4).

Għandu jiġi mfakkar li d-diliġenza dovuta tal-katina ta' provvista prevista fir-Regolament — kif ukoll fil-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta — hija marbuta mal-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tar-riskji tal-impatti negattivi ta' ċerti operazzjonijiet kummerċjali u relazzjonijiet relatati ma' metalli u minerali li joriġinaw minn żoni affettwati minn kunflitti u żoni ta' riskju għoli (li jistgħu jkunu sub-nazzjonali) jew li jkunu qed jiġu trasportati fihom. L-informazzjoni relatata mal-pajjiż tista' tipprovdi informazzjoni kuntestwali biex tidentifika l-livell ġenerali ta' diliġenza meħtieġ.

Element ewlieni tad-definizzjoni

Spjega

Stat ta' kunflitt armat

Il-preżenza ta' kunflitt armat, vjolenza jew riskji oħra ta' dannu għan-nies, kif deskritti skont id-dritt umanitarju internazzjonali, li jirregola l-kondotta ta' kunflitt armat minn kumbattenti. Il-kunflitt armat jista' jkun ta' diversi tipi, bħal kunflitt ta' karattru internazzjonali jew mhux internazzjonali, li jista' jinvolvi żewġ stati jew aktar, jew jista' jikkonsisti fi gwerer ta' liberazzjoni, jew f'rewwixti, fi gwerer ċivili, eċċ.

Gwida speċifika dwar “l-istat ta' kunflitt armat” hija pprovduta fil-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra tal-1949 u tinkludi l-każijiet kollha ta' gwerra ddikjarata jew ta' kwalunkwe kunflitt armat ieħor li jistgħu jirriżultaw bejn żewġ Partijiet jew aktar, anki jekk l-istat ta' gwerra ma jiġix rikonoxxut minn xi wieħed minnhom; il-każijiet kollha ta' okkupazzjoni parzjali jew totali tat-territorji ta' Parti, anki jekk l-okkupazzjoni msemija ma tiltaqa' ma ebda reżistenza armata. Skont il-Protokoll II (1977) addizzjonali għall-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra tal-1949, huma ma japplikawx għal sitwazzjonijiet ta' disturbi u tensjonijiet interni bħal irvellijiet, atti iżolati u sporadiċi ta' vjolenza u atti oħrajn ta' natura simili.

Żoni fraġli wara l-kunflitt

Żoni b'governanza u sigurtà dgħajfa, bħal stati falluti, u ksur mifrux u sistematiku tad-dritt internazzjonali, inklużi abbużi tad-drittijiet tal-bniedem.

Żoni fraġli wara l-kunflitt huma żoni b'waqfien ta' ostilitajiet attivi u li huma fi stat ta' fraġiltà, li jfisser li r-reġjun jew l-istat għandu kapaċità dgħajfa li jwettaq funzjonijiet ta' governanza bażiċi u huwa nieqes mill-abbiltà li jiżviluppa relazzjonijiet reċiprokament kostruttivi fis-soċjetà minħabba stat kunflittwali preċedenti. Żoni bħal dawn huma iktar vulnerabbli għal xokkijiet interni jew esterni bħal kriżijiet ekonomiċi jew diżastri naturali. F'każijiet bħal dawn, bħal f'każijiet koperti mill-paragrafu sussegwenti tad-definizzjoni (jiġifieri żoni b'governanza u sigurtà dgħajfa jew ineżistenti), l-operaturi eknomiċi jenħtieġ li jaċċertaw li hemm jew dgħufija istituzzjonali jew nuqqas ta' governanza u ksur mifrux u sistematiku tal-liġi internazzjonali u abbużi tad-drittijiet tal-bniedem sabiex jiddeterminaw li ż-żona hija affettwata minn kunflitti u ta' riskju għoli. B'hekk, il-kundizzjoni tal-ksur tad-dritt internazzjonali hija waħda kumulattiva għall-kundizzjonijiet ta' żoni fraġli wara l-kunflitt u żoni b'governanza u sigurtà dgħajfa jew ineżistenti. Dwar dan tal-aħħar, l-assenza ta' proċedura formali ta' liċenzjar għall-estrazzjoni tista', pereżempju, tikkostitwixxi evidenza ta' nuqqas ta' governanza.

Stati falluti

“Stat fallut”juri sitwazzjoni ta' dgħufija istituzzjonali estrema. Stat fallut jinvolvi implożjoni ta' strutturi ta' setgħa u awtorità, kollass tal-liġi u tal-ordni pubbliku u n-nuqqas ta' istituzzjonijiet kapaċi li jirrappreżentaw l-istat.

4.   INFORMAZZJONI MINN SORSI MIFTUĦA BIEX JIĠU IDENTIFIKATI ŻONI AFFETTWATI MINN KUNFLITTI U ŻONI TA' RISKJU GĦOLI

Din it-taqsima tinkludi lista indikattiva, mhux eżawrjenti ta' informazzjoni rilevanti minn sorsi miftuħa biex tgħin lill-kumpaniji jidentifikaw żoni affettwati minn kunflitti u żoni ta' riskju għoli. Billi jifhmu l-kuntest nazzjonali u reġjonali, kif ukoll ir-riskji potenzjali involuti fiż-żoni li joperaw fihom jew fejn ikollhom il-provenjenza tas-sors tagħhom, il-kumpaniji se jkunu f'pożizzjoni li jfasslu aħjar l-isforzi ta' diliġenza dovuta tagħhom kif xieraq. Informazzjoni speċifika għall-pajjiż iktar ġenerali bħal din tista' wkoll tkun ta' benefiċċju fil-valutazzjoni tal-plawżibbiltà ta' allegazzjonijiet ta' mġiba ħażina.

L-informazzjoni minn sorsi miftuħa elenkata hija miġbura skont l-elementi ewlenin stipulati fid-definizzjoni ta' żoni affettwati minn kunflitti u żoni ta' riskju (ara t-taqsima 3):

KUNFLITT — tippermetti l-valutazzjoni ta' jekk żona hijiex “stat ta' kunflitt armat” jew żona “fraġli wara l-kunflitt”.

GOVERNANZA — tippermetti l-valutazzjoni tal-estent sa fejn żoni b'governanza u sigurtà dgħajfa jew ineżistenti.

DRITTIJIET TAL-BNIEDEM — tippermetti l-valutazzjoni dwar jekk żona hijiex affettwata minn ksur mifrux u sistematiku tal-liġi internazzjonali, inklużi abbużi mid-drittijiet tal-bniedem (4).

Barra minn hekk, il-lista pprovduta fit-taqsima 4.2 tinkludi sorsi ta' informazzjoni dwar riżorsi minerali, għall-kuntest.

4.1.   Kif l-aħjar tuża s-sorsi tal-informazzjoni

Is-sorsi ta' informazzjoni elenkati huma ta' natura kummerċjali, jiġifieri ma jeħtiġux ħlasijiet ta' abbonament jew xi kontribuzzjoni finanzjarja. Il-kumpaniji għandhom jikkunsidraw jekk dawk is-sorsi jipprovdux informazzjoni aġġornata waqt li jużawhom. Ir-Regolament jistabbilixxi li minbarra dawn il-linji gwida, il-Kummissjoni Ewropea għandha tibbaża fuq esperti esterni li jipprovdu lista indikattiva, mhux eżawrjenti, regolarment aġġornata ta' żoni affettwati minn kunflitti u żoni ta' riskju għoli. Is-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea, flimkien ma' esperti esterni bħal dawn, se jiżguraw li jaġġornaw b'mod xieraq il-lista tas-sorsi tal-informazzjoni biex jiżguraw ir-rilevanza kontinwa tagħha.

Sorsi addizzjonali ta' natura aktar ġenerali (uħud minnhom mhumiex imsemmija espliċitament fil-lista ta' hawn taħt) li huma utli li jiġu kkonsultati fi stħarriġ ġeoloġiku b'informazzjoni dwar riżorsi minerali (Stħarriġ Ġeoloġiku Brittaniku u tal-Istati Uniti), is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Materja Prima tal-Kummissjoni Ewropea, is-siti web ta' organizzazzjonijiet ewlenin dwar din il-kwistjoni bħar-Rapporti tal-Pajjiżi tad-Dipartiment Statali tal-Istati Uniti (Governanza u Drittijiet tal-Bniedem), rapporti ppublikati mill-aġenziji differenti tan-NU (inklużi l-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem, UNHCR, OHCHR, UNICEF, UNDP, ILO, u IOM) u organizzazzjonijiet oħra rilevanti tas-soċjetà ċivili, pereżempju Amnesty International, Global Witness, Human Rights Watch u IMPACT ( li qabel kienet is-Sħubija bejn l-Afrika u l-Kanada). Is-siti web ta' organizzazzjonijiet u sorsi tal-informazzjoni oħrajn bħall-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar, l-Indiċi ta' Governanza ta' Riżorsi Naturali, l-Indiċi Globali tal-Paċi, eċċ. jistgħu jiġu kkonsultati wkoll mill-kumpaniji għal informazzjoni aktar topika, bbażata fuq l-aħbarijiet.

Ikun utli wkoll li jiġu kkonsultati sorsi nazzjonali jew reġjonali. Għalkemm xi drabi huwa aktar diffili li wieħed jaċċessahom, sorsi nazzjonali/reġjonali jippermettu li jsir rieżami aktar fil-fond tas-sitwazzjoni f'żona speċifika meta mqabbla mal-informazzjoni aggregata dwar il-pajjiż.

Il-kumpaniji li jikkonsultaw dawn is-sorsi jistgħu jipproċedu kif ġej:

1.

Fuq il-bażi tal-informazzjoni tal-katina tal-provvista miżmuma fis-sistema ta' ġestjoni tagħhom (pass 1 mill-qafas ta' ħames passi, ara t-taqsima 2), il-kumpaniji għandhom l-ewwel jipprovaw jidentifikaw iż-żoni ġeografiċi ta' provenjenza ta' minerali, negozjar, immaniġġjar u trasport bil-għan li jifhmu l-kuntest li fih iseħħu l-attivitajiet tal-estrazzjoni u kummerċjali u jidentifikaw ir-riskji relatati.

2.

Għal dan il-għan, il-kumpaniji jistgħu jikkonsultaw is-sorsi miftuħa (jiġifieri sorsi analitiċi, mapep/tabelli u aħbarijiet) elenkati hawn taħt li jkopru t-tliet elementi prinċipali tad-definizzjoni ta' żoni affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli (jiġifieri kunflitt, governanza u drittijiet tal-bniedem) biex jifhmu l-kuntest politiku u ta' sigurta, u jidentifikaw u jivvalutaw ir-riskji potenzjali ta' impatti negattivi tal-katina tal-provvista tagħhom mal-politika tal-katina ta' provvista tagħhom, li jridu jkunu konsistenti mal-Anness II tal-Gwida tal-OECD, u s-“senjalazzjonijiet ta' allarm” stabbiliti fis-supplimenti tagħha.

3.

F'każ li s-sorsi elenkati hawn taħt jipprovdu informazzjoni kontradittorja jew inkonklużiva, il-kumpaniji għandhom jużaw kawtela qabel ma jneħħu żona minn proċeduri ta' diliġenza dovuta msaħħa. Għandu jerġa' jiġi enfasizzat li r-responsabbiltà tad-diliġenza dovuta hija marbuta mal-identifikazzjoni u l-indirizzar tar-riskji reali jew potenzjali sabiex jiġu pprevenuti jew mitigati l-impatti avversi ta' operazzjonijiet f'relazzjonijiet partikolari ta' provenjenza, kummerċ u relazzjonijiet kummerċjali kif ukoll ċirkostanzi oħrajn assoċjati mal-attivitajiet tal-kumpaniji u mhux biss mal-pajjiż jew iż-żona ta' oriġini tal-mineral.

4.

Is-sorsi elenkati hawn taħt huma aġġornati b'perjodiċità li tvarja u filwaqt li jkunu rilevanti, jistgħu ma jkunux dejjem preċiżi. Għalhekk, għandhom jintużaw flimkien u biż-żieda ta' sorsi kumplimentari kif xieraq. Ladarba l-lista indikattiva, mhux eżawrjenti u aġġornata regolarment imsemmija hawn fuq ta' żoni affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli li trid tiġi pprovduta minn esperti esterni tkun disponibbli, hija se tipprovdi sors addizzjonali ta' informazzjoni.

4.2.   Lista ta' sorsi tal-informazzjoni miftuħa

Tematika

Kopertura

Sorsi miftuħa

Kontenut tas-sorsi

KUNFLITT

Globali

Sorsi analitiċi

Heidelberg Conflict Barometer

http://www.hiik.de/?lang=en/

Analiżi tal-kunflitti globali l-aktar riċenti fil-forma ta' testi u grafiċi; kapitli separati reġjonali u ta' pajjiżi individwali

Geneva Academy Rule of Law in Armed Conflicts

http://www.rulac.org/

Rapportar tal-bażijiet tad-data u tal-analiżi dwar l-implimentazzjoni tad-dritt internazzjonali f'kunflitti armati madwar id-dinja (kopertura globali u deskrizzjonijiet fil-qosor)

Assessment Capacities Project — Global Emergency Overview

https://www.acaps.org/countries/

Mappa tad-dinja u analiżi speċifika għall-pajjiżi li jipprovdu deskrizzjoni u analiżi tal-pajjiżi f'“sitwazzjoni preokkupanti”, “kriżi umanitarja”, u “kriżi umanitarja serja”.

Mapep jew tabelli

Uppsala Conflict Data Programme — Georeferenced Event Dataset

http://www.ucdp.uu.se/ged/

Mappa interattiva ta' każijiet ta' vjolenza organizzata bbażata fuq sorsi tal-aħbarijiet; inklużi l-imwiet, it-tip ta' vjolenza (bbażata fuq l-istat, mhux statali, unilaterali), l-utent jista' jiffoka fuq avvenimenti speċifiċi.

CrisisWatch

http://www.crisisgroup.org

Is-sitwazzjoni attwali fil-maġġorparti tas-sitwazzjonijiet sinifikanti ta' kunflitt/kunflitt potenzjali fid-dinja; mappa interattiva u bażi tad-data li jippermettu li tiġi vvalutata s-sitwazzjoni f'ċerti każijiet ta' pajjiżi 2003-2018.

Global Peace Index

http://www.visionofhumanity.org

Mappa interattiva li tkejjel il-paċi globali skont indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi (uffiċjali tas-sigurtà u pulizija, instabbiltà politika, kunflitt organizzat, persunal ta' servizzi armati, eċċ.).

Episodji Maġġuri ta' Vjolenza Politika

http://www.systemicpeace.org

Mapep u tabelli li jelenkaw pereżempju episodji ta' kunflitt armat (inklużi l-vittmi) fid-dinja bejn l-1946 u l-2017.

Reġjonali

Armed Conflict Location and Event Data

http://www.acleddata.com/

Rapporti u analiżi tat-tendenzi tal-kunflitti, inklużi aġġornamenti kull xahar dwar il-vjolenza politika fl-Afrika, fil-Lvant Nofsani u fl-Asja bbażati fuq data f'ħin reali, u analiżi tad-dinamika kurrenti u storika fl-Istati speċifiċi.

International Peace Information Service — Conflict Mapping

http://ipisresearch.be/

Mapep tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (kunflitt/minerali ta' kunflitt), tar-Repubblika Ċentru-Afrikana, tas-Sudan-Sudan t'Isfel (żoni kontestati, inċidenti, riżorsi naturali, edukazzjoni, vjolenza komunitarja, vjolenza intrastatali u interstatali); analiżi tal-mapep hija pprovduta.

International Tin Association

https://www.internationaltin.org/

http://www.itsci.org/

L-Inizjattiva Tin Supply Chain (iTSCi) tipprovdi rapporti ta' valutazzjoni dwar is-sitwazzjoni tas-sigurtà tas-siti tal-minjieri fir-Rwanda, fil-provinċji tal-Lvant tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, fil-Burundi u fl-Uganda.

Kunflitti ta' Estrazzjoni fl-Amerika Latina

http://ejatlas.org/featured/mining-latam

L-atlas tal-ġustizzja ambjentali jiddokumenta u jikkataloga l-kunflitti soċjali relatati ma' kwistjonijiet ambjentali u jinkludi informazzjoni kontestwali.

GOVERNANZA

Globali

Indikaturi Globali tal-Governanza (Worldwide Governance Indicators)

http://info.worldbank.org/governance/wgi

Sett ta' data ta' indikaturi aggregati u individwali aġġornati ta' governanza għal pajjiżi speċifiċi, sitt dimensjonijiet ta' governanza; rapporti tad-data skont il-pajjiż jiġbru fil-qosor l-indikaturi għal kull pajjiż.

Fragile States Index

http://ffp.statesindex.org

Indiċi li jiffoka fuq l-indikaturi tar-riskju, bbażati fuq artikli u rapporti tal-aħbarijiet.

Indiċi dwar il-Perċezzjoni tal-Korruzzjoni

http://www.transparency.org/research/cpi/overview

Indiċi dwar il-perċezzjoni tal-korruzzjoni fil-pajjiżi.

National Resource Governance Institute

https://resourcegovernance.org/

Informazzjoni speċifika għall-pajjiż u analiżi komparattiva dwar kwistjonijiet relatati mal-governanza tar-riżorsi naturali.

DRITTIJIET TAL-BNIEDEM

Globali

Ir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU)

http://www.un.org/en/sc/documents/resolutions

Ir-Riżoluzzjonijiet KSNU jipprovdu deskrizzjoni utli tas-sitwazzjoni politika u ta' sigurtà f'pajjiżi ta' tħassib fuq bażi annwali.

Il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem

http://www.ohchr.org/EN/HRBodies/HRC/Pages/AboutCouncil.aspx

Eżamijiet perjodiċi universali.

L-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati

http://www.ohchr.org/EN/pages/home.aspx

Informazzjoni speċifika għall-pajjiż dwar kwistjonijiet ta' drittijiet tal-bniedem.

Programm ta' Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti — Indikaturi Internazzjonali tal-Iżvilupp Uman — Profili tal-Pajjiżi

http://hdr.undp.org/en/countries

Rapporti annwali tal-pajjiżi dwar il-prattiki tad-drittijiet tal-bniedem speċifiċi għall-pajjiżi, kopertura globali.

Amnesty International

https://www.amnesty.org/en/countries/

 

Global Witness

https://www.globalwitness.org/en-gb/

 

Human Rights Watch

https://www.hrw.org/

 

Mines and Communities

http://www.minesandcommunities.org/

Artikli u analiżijiet tal-aħbarijiet dwar l-estrazzjoni fid-dinja u l-impatti tagħha; klassifikati skont it-tema, il-pajjiż, il-kumpanija u l-minerali.

RIŻORSI MINERALI U PRODUZZJONI

Globali

British Geological Survey

https://www.bgs.ac.uk/mineralsuk/statistics/worldStatistics.html

Rapporti tal-pajjiżi dwar l-istatistika u l-informazzjoni dwar il-minerali fid-dinja.

Stħarriġ Ġeoloġiku tal-Istati Uniti

http://minerals.usgs.gov/minerals/pubs/country/

Rapporti tal-pajjiżi dwar l-istatistika u l-informazzjoni dwar il-minerali fid-dinja.

EU Raw Materials Information System

http://rmis.jrc.ec.europa.eu/

Informazzjoni dwar il-produzzjoni, il-flussi kummerċjali u l-politika relatati mal-materja prima.

Apparti s-sorsi miftuħa tal-informazzjoni msemmija hawn fuq, huwa mistenni li l-OECD tipprovdi informazzjoni addizzjonali dwar ir-rilevanza li jiġu identifikati żoni affettwati minn kunflitti u żoni ta' riskju għoli (http://www.oecd.org/corporate/mne/mining.htm). Ir-riskji relatati ma' kriżijiet umanitarji u diżastri jistgħu ukoll jipprovdu informazzjoni kuntestwali u jindikaw żoni fejn jistgħu jinħolqu kunflitti armati. F'dan ir-rigward, INFORM huwa sors utli (proġett kollaborattiv bejn il-Kumitat Permanenti Interaġenziji u l-Kummissjoni Ewropea; http://www.inform-index.org). Strument utli ieħor f'dan ir-rigward huwa l-Global Conflict Risk index (bażi ta' evidenza ta' sors miftuħ biex tapoġġa t-teħid ta' deċiżjonijiet dwar riskji ta' kunflitti fit-tul, żviluppata miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea; http://conflictrisk.jrc.ec.europa.eu/).

Barra minn hekk, il-Kummissjoni Ewropea se tqiegħed għad-dispożizzjoni l-appoġġ lill-SMEs biex tgħinhom idaħħlu fis-seħħ u jimplimentaw politiki dwar il-provenzjenza responsabbli tal-minerali permezz tal-programm COSME, li huwa mistenni li parzjalment ikun jirrigwarda l-identifikazzjoni ta' żoni affettwati minn kunflitt u żoni ta' riskju għoli skont ir-Regolament (UE) 2017/821.

5.   VALUTAZZJONI TAR-RISKJU TA' KTAJJEN TAL-PROVVISTA MINERALI — “SENJALAZZJONIJIET TA' ALLARM” GĦAL DILIĠENZA DOVUTA MSAĦĦA

5.1.   Introduzzjoni għas-senjalazzjonijiet ta' allarm u kunsiderazzjonijiet ġenerali

Il-proċess ta' diliġenza dovuta stabbilit mir-Regolament u l-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Ktajjen ta' Provvista Responsabbli tal-Minerali minn Żoni Affettwati mill-Kunflitti u Żoni ta' Riskju Għoli mhuwiex limitat għall-identifikazzjoni u l-mitgazzjoni tar-riskji fir-rigward tal-oriġini u t-trasport ta' minerali f'żoni affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli. Fil-fatt, il-kumpaniji għandhom jikkunsidraw u jipprovdu informazzjoni dwar ir-riskji skont il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta fir-rigward tan-negozjar, l-immaniġġjar u l-esportazzjoni ta' minerali matul il-katina ta' provvista upstream, u ċirkostanzi mhux tas-soltu.

Għal dan il-għan, is-supplimenti tal-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta jipprovdu lista tal-hekk imsejħa sitwazzjonijiet ta' “senjalazzjoni ta' allarm” li jiskattaw il-ħtieġa għal diliġenza dovuta msaħħa, inkluż il-ġbir ta' informazzjoni addizzjonali permezz tas-sistema ta' ġestjoni tal-kumpanija, b'mod partikolari s-sitwazzjonijiet li ġejjin:

A.

Postijiet issenjalati b'allarm li joriġinaw u jittranżitaw minnhom il-minerali:

Meta l-minerali joriġinaw minn żoni affettwati minn kunflitti u żoni ta' riskju għoli jew ikunu għaddew minnhom waqt it-trasport;

Meta l-minerali huma ddikjarati li joriġinaw minn pajjiż fejn hu magħruf jew raġonevolment suspettat li l-minerali minn żoni affettwati mill-kunflitti u żoni ta' riskju għoli jittranżitaw minnu.

Meta l-minerali huma ddikjarati li joriġinaw minn pajjiż li għandu riżorsi minerali jew ħażniet magħrufa, riżorsi probabbli jew livelli ta' produzzjoni mistennija limitati tal-mineral inkwistjoni (jiġifieri l-volumi ddikjarati tal-minerali minn dak il-pajjiż jisbqu r-riżorsi minerali magħrufa tiegħu jew il-livelli ta' produzzjoni mistennija tiegħu).

F'kull waħda minn dawn il-kunsiderazzjonijiet “issenjalati b'allarm” ibbażati fuq il-post, b'mod partikolari f'sitwazzjonijiet ta' governanza dgħajfa jew ineżistenti, ir-riskju jiżdied meta l-liġijiet kontra l-ħasil tal-flus, il-liġijiet kontra l-korruzzjoni, il-kontrolli doganali u l-liġijiet rilevanti l-oħra dwar is-sorveljanza tal-gvern ikunu ftit li xejn infurzati; meta jitħaddmu sistemi bankarji informali, u l-flus kontanti jintużaw b'mod estensiv.

B.

Senjalazzjonijiet ta' allarm dwar il-fornituri

Meta l-fornituri ta' kumpanija jew kumpaniji upstream magħrufa oħra joperaw f'wieħed minn dawn il-postijiet issenjalati b'allarm msemmija hawn fuq, li joriġinaw u jittranżitaw minnhom minerali, jew għandhom interessi azzjonarji jew oħrajn fil-fornituri tal-minerali minn wieħed mill-postijiet issenjalati b'allarm msemmija hawn fuq, li joriġinaw jew jittranżitaw minnhom il-minerali.

Meta jkun magħruf li l-fornituri tal-kumpanija jew kumpaniji upstream magħrufa oħra jkunu ġabu minerali minn post issenjalat b'allarm li joriġinaw u jittranżitaw minnu l-minerali fl-aħħar tnax-il xahar.

Għad-deheb: meta d-deheb hu ddikjarat li joriġina minn sorsi riċiklabbli/ta' ruttam jew imħallta u ġie rfinat f'pajjiż li fih hu magħruf jew raġonevolment issuspettat li t-tranżitu tad-deheb jgħaddi minn żoni affettwati mill-kunflitti u żoni ta' riskju għoli.

C.

Ċirkustanzi ssenjalati b'allarm:

Meta anomaliji jew ċirkustanzi mhux tas-soltu jiġu identifikati bl-informazzjoni miġbura mis-sistema ta' ġestjoni tal-kumpanija li twassal għal suspett raġonevoli li l-minerali jistgħu jikkontribwixxu għal kunflitt jew għal abbużi serji assoċjati mal-estrazzjoni, mat-trasport jew man-negozjar tagħhom.

5.2.   Identifikazzjoni ta' senjalazzjonijiet ta' allarm u l-iżgurar ta' diliġenza dovuta xierqa

Wara li jiġu identifikati s-“senjalazzjonijiet ta' allarm” stabbiliti fit-taqsima 5.1 bħala parti mill-valutazzjoni tar-riskju tal-kumpanija, il-kumpaniji għandhom iwettqu analiżi fil-fond tal-kuntest ta' dawn is-“senjalazzjonijiet ta' allarm” kollha billi jiġbru informazzjoni addizzjonali permezz tas-sistema ta' ġestjoni tal-kumpanija u jiżguraw li r-riskji korrispondenti jiġu kkunsidrati kif xieraq.

Kif enfasizzat fil-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta, id-diliġenza hija approċċ ibbażat fuq ir-riskju u progressiv li permezz tiegħu il-kumpaniji jimplimentaw sistemi ta' ġestjoni u proċessi xierqa, jimmappjaw iċ-ċirkostanzi fattwali matul il-katina ta' provvista u jidentifikaw ir-riskji li jstgħu jwassluhom biex iwettqu diliġenza dovuta aktar b'saħħitha.

Il-gwida li ġejja għandha tassisti lill-kumpaniji jiksbu l-informazzjoni rilevanti dwar sitwazzjonijiet ta' “senjalazzjoni ta' allarm” u jfasslu d-diliġenza dovuta tagħhom b'mod xieraq. Għandu jiġi nnotat li s-sorsi ta' informazzjoni pprovduti jiġu aġġornati b'rati differenti ta' perjodiċità u filwaqt li jkunu rilevanti mhux dejjem ikunu preċiżi għal kollox. Għalhekk, għandom jintużaw flimkien ma' sorsi komplimentari u biż-żieda tagħhom kif xieraq.

A.

Postijiet issenjalati b'allarm li joriġinaw u jittranżitaw minnhom il-minerali:

Senjalazzjoni ta' allarm: Minerali li joriġinaw minn żoni affettwati minn kunflitti u żoni ta' riskju għoli

Id-diliġenza dovuta msaħħa tiġi skattata meta l-minerali joriġinaw minn żoni affettwati minn kunflitti jew żoni ta' riskju għoli jew ikunu għaddew minn dawn iż-żoni waqt it-trasport. L-identifikazzjoni ta' żoni bħal dawn hija diskussa fit-taqsima 4 ta' dawn il-linji gwida.

Senjalazzjoni ta' allarm: Minerali ddikjarati li joriġinaw minn pajjiż fejn hu magħruf jew raġonevolment issuspettat li l-minerali jgħaddu minn żoni affettwati mill-kunflitti u żoni ta' riskju għoli.

Il-kumpaniji għandhom jivvalutaw sa liema punt il-kwistjonijiet li ġejjin huma applikabbli:

Jeħtieġ li “l-governanza u kwistjonijiet oħra tal-pajjiż” jiġu rieżaminati sabiex jiġi identifikat il-punt sa fejn il-pajjiżi jew iż-żoni għandhom kontroll tal-fruntieri tagħhom u għandhom mekkaniżmi ta' infurzar interni xierqa fis-seħħ biex jiżguraw traċċabilità kredibbli u dokumentata tal-kummerċ tal-minerali biex jikumbattu r-riskji relatati mat-tranżitu f'każ ta' governanza dgħajfa.

Indikaturi

Sorsi tal-informazzjoni (5)

Il-pajjiż tal-oriġini ddikjarat għandu fruntieri permeabbli jew infurzar doganali dgħajjef għall-merkanzija.

Ir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (ara t-taqsima 4)

Informazzjoni pprovduta mill-Ambaxxati Lokali, l-UE jew Delegazzjonijiet oħrajn

Il-liġijiet kontra l-korruzzjoni huma infurzati b'mod dgħajjef u jeżistu każijiet rapportati ta' korruzzjoni fis-settur tal-minjieri u fil-kummerċ.

Il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew liġijiet ta' sorveljanza tal-ibbankjar mhumiex fis-seħħ jew suffiċjentement fis-seħħ jew huma ftit li xejn infurzati.

L-ekonomiji huma fil-biċċa l-kbira bbażati fuq flus kontanti, b'mod partikolari għall-kummerċ tal-minerali.

Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja (FATF)

http://www.fatf-gafi.org/countries/

Indiċi dwar il-Perċezzjoni tal-Korruzzjoni minn Transparency International

http://www.transparency.org/research/cpi/overview

Indikaturi Mondjali ta' Governanza mill-Bank Dinji

http://info.worldbank.org/governance/wgi

Rapporti ta' Global Financial Integrity

http://www.gfintegrity.org/

Ara t-taqsima 4 dwar il-“governanza” ta' dawn il-linji gwida

“Prossimità diretta, kwistjonijiet reġjonali u storiċi” jipprovdu informazzjoni dwar il-probabbiltà ta' dikjarazzjoni falza tal-oriġini permezz ta' kuntrabandu minn pajjiżi ġirien, pajjiżi b'rabtiet storiċi, jew pajjiżi li jipprovdu inċentivi tat-taxxa.

Indikaturi

Sorsi tal-informazzjoni

Il-pajjiż ta' oriġini ddikjarat jinsab direttament fil-fruntieri ma' żoni fejn gruppi armati illegali, forzi ta-sigurtà pubblika jew organizzazzjonijiet kriminali huma involuti fil-produzzjoni minerali u l-kummerċ.

Il-pajjiż tal-oriġini ddikjarat għandu rabtiet ekonomiċi ma' żoni affettwati minn kunflitt u żoni ta' riskju għoli u l-kummerċ illeċitu ta' minerali assoċjati tagħhom.

Ir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti

Ambaxxati Lokali, Delegazzjonijiet tal-UE

Ara t-taqsima 4 dwar “kunflitt” f'dawn il-linji gwida

Il-politika tat-tassazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini twassal għal inċentivi għall-kuntrabandu ta' minerali lejn pajjiżi ta' tranżitu fejn il-materjali esportati mhumiex intaxxati, jew huma intaxxati b'rati ħafna aktar baxxi.

Bażi tad-data tal-OECD għal restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' materja prima

http://www.oecd.org/tad/benefitlib/export-restrictions-raw-materials.htm

Senjalazzjonijiet ta' allarm: Minerali ddikjarati li joriġinaw minn pajjiż li għandu riżervi/ħażniet magħrufa limitati jew livelli ta' produzzjoni mistennija li huma limitati

Il-lista ta' kontroll ta' hawn taħt tistabbilixxi “Kwistjonijiet speċifiċi għal minerali u għall-katina ta' provvista”. Bħala parti mill-eżerċizzjoni ta' diliġenza dovuta tagħhom, il-kumpaniji għandhom jivverifikaw b'mod partikolari jekk il-pajjiż tal-oriġini ddikkjarat fil-fatt għandux riżorsi ġeoloġiċi magħrufa jew livelli ta' produzzjoni mistennija tal-mineral ikkonċernat. Bl-istess mod, il-kumpaniji għandhom jivvalutaw b'mod raġonevoli jekk l-oriġini ddikjarata tagħmilx sens mill-aspett ekonomiku — bħall-preżenza ta' swieq viċini u attraenti.

Indikaturi

Sorsi tal-informazzjoni

Il-pajjiż tal-oriġini ddikjarat għandu riżorsi minerali jew ħażniet magħrufa limitati, riżorsi probabbli jew livelli ta' produzzjoni previsti ta' minerali limitati, kif ukoll minerali b'karatteristiċi speċifiċi.

Il-pajjiż tal-oriġini ddikjarat għandu settur tal-minjieri kbir informali jew artiġjanali u fuq skala żgħira fejn ir-riskji assoċjati huma normalment ogħla.

British Geological Survey:

https://www.bgs.ac.uk/mineralsuk/statistics/worldStatistics.html

USGS U.S. Geological Survey:

http://minerals.usgs.gov/minerals/pubs/country/

Servizzi Ġeoloġiċi Nazzjonali fl-istati Membri tal-UE

Servizz Ġeoloġiku tal-allegat pajjiż ta' oriġini.

B.

Senjalazzjonijiet ta' allarm dwar il-fornituri

Senjalazzjoni ta' allarm: Meta l-fornituri ta' kumpanija jew ta' kumpaniji upstream magħrufa oħrajn joperaw f'waħda mill-postijiet ta' oriġini u ta' tranżitu tal-minerali “ssenjalati b'allarm”, jew ikollhom partijiet ikkonċernati jew interessi oħra f'fornituri ta' minerali minn waħda mill-postijiet ta' oriġini jew ta' tranżitu tal-minerali “issenjalati b'allarm” u meta jkun magħruf li l-fornituri ta' kumpanija jew ta' kumpaniji upstream magħrufa oħrajn ġabu minerali minn post ta' oriġini u ta' tranżitu tal-minerali “issenjalat b'allarm” fl-aħħar tnax-il xahar.

Din l-informazzjoni speċifika għall-fornitur għandha tirriżulta bażikament mid-data miġbura mill-kumpaniji permezz tal-implimentazzjoni tas-sistema ta' diliġenza dovuta tagħhom. Ladarba l-identità tal-fornitur ta' kumpanija jew ta' kumpanija upstream oħra tkun disponibbli, il-kumpaniji jipprovaw jivverifikaw jekk il-fornitur huwiex jopera f'lokazzjoni b'senjalazzjoni ta' allarm billi:

Ifittxu fl-internet għal informazzjoni ġenerika dwar il-fornitur imsemmi/il-kumpanija upstream, inklużi rapporti ta' gvernijiet u ta' organizzazzjonijiet internazzjonali (b'mod partikolari r-rapporti ta' Grupp ta' Esperti tan-NU) u r-rapporti minn media internazzjonali u lokali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili b'mod iktar wiesa'.

L-iċċekkjar at' siti web korporattivi, u kwalunkwe rapport tad-diliġenza dovuta (pereżempju, ippreżentat lill-Kummissjoni tal-Iskambju tas-Sigurtà tal-Istati Uniti).

Iċċekkjar ta' listi tal-fundituri/tar-raffinaturi tal-iskemi ta' diliġenza dovuta eżistenti; u ladarba disponibbli l-lista li jmiss tal-Kummissjoni Ewropea ta' fundituri u raffinaturi responsabbli fid-dinja;

Ifittxu r-reġistru nazzjonali tal-kummerċ li jista' jipprovdi indikazzjonijiet dwar il-lokalizzazzjoni tal-kwartieri ġenerali u possibilment sussidjarji operattivi.

Il-kumpaniji jistgħu jikkonsultaw reġistri tas-sjieda benefiċjarja meta jkunu disponibbli, kif ukoll rapporti tal-pajjiżi tal-Inizjattiva għat-Trasparenza tal-Industriji Estrattivi (EITI) (li fihom ammont dejjem akbar ta' informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja ta' kumpaniji involuti fl-industrija estrattiva).

C.

Ċirkustanzi ssenjalati b'allarm:

Senjalazzjoni ta' allarm: Meta anomaliji jew ċirkustanzi mhux tas-soltu jiġu identifikati bl-informazzjoni miġbura mis-sistema ta' ġestjoni tal-kumpanija li twassal għal suspett raġonevoli li l-minerali jistgħu jikkontribwixxu għal kunflitt jew għal abbużi serji assoċjati mal-estrazzjoni, mat-trasport jew man-negozjar tagħhom.

Din l-informazzjoni speċifika għall-operazzjoni jew kważi kollha kemm hi riżultat tad-data miġbura mill-kumpaniji permezz tal-implimentazzjoni tad-diliġenza dovuta.

L-anomaliji/iċ-ċirkostanzi jistgħu jieħdu diversi forom. Is-Suppliment tal-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta dwar id-deheb jipprovdi eżempju ta' jekk il-ġojjellerija li tintlibes f'pajjiż tipikament hija ta' 14k (58 %), wieħed għandu jiddubita minn offerta ta' ġojjellerija rriċiklata li tiddikjara kontenut ta' deheb ta' 90 %.

Eżempji oħrajn jinkludu sitwazzjoni fejn fornitur upstream (jiġifieri esportatur lokali) jista' jżid mingħajr spjegazzjoni l-volum ta' materjal esportat tul perjodu ta' żmien qasir, u rapporti ta' serq frekwenti ta' riżorsi minerali f'reġjun fejn l-importatur Ewropew ikollu raġun biex jemmen li dan qed iġib minnhom.

Eżempji oħra ta' “ċirkostanzi mhux tas-soltu” speċifikament fir-rigward tad-deheb (u ta' metalli prezzjużi oħra jinsabu fil-paragrafu 111 tal-Gwida bbażata fuq ir-riskju tat-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja għal negozjanti ta' metalli u ħaġar prezzjuż (6) kif ukoll fiċ-Ċentru ta' Analiżi tat-Tranżazzjonijiet Finanzjarji u r-Rapporti tar-rapport tal-Kanadaw dwar il-workbook ta' approċċ ibbażat fuq ir-Riskju għal Negozjanti ta' Metalli u Ħaġar Preżżjuż (7), eż.:

Klijent li ma kienx magħruf qabel jitlob li raffinatur jibdel id-deheb f'ingotti.

Il-purità tad-deheb, il-piż, l-oriġini u l-valur huma klassifikati ħażin fil-formoli ta' dikjarazzjoni doganali.

Persuni jew negozji mhux liċenzjati li jipproduċu u jikkummerċjalizzaw id-deheb.

Ingotti li għandhom karatteristiċi fiżiċi mhux konsistenti mal-istandards tal-industrija.


(1)  Kif stabbilit fl-Artikolu 2(l) tar-Regolament (UE) 2017/821, “importatur tal-Unjoni” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tiddikjara l-minerali jew il-metalli għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera skont it-tifsira tal-Artikolu 201(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1) jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li f'isimha ssir dikjarazzjoni bħal din, kif tindika fl-elementi tad-data 3/15 u 3/16 skont l-Anness B tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1).

(2)  Il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Ktajjen ta' Provvista Responsabbli tal-Minerali minn Żoni Affettwati mill-Kunflitti u Żoni ta' Riskju Għoli (it-Tieni Edizzjoni, OECD, 2013) huwa l-qafas biex titwettaq id-diliġenza dovuta għall-ktajjen tal-provvista skont ir-Regolament (UE) 2017/821.

(3)  Ir-riskji kif stabbiliti fl-Anness II tal-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta, inklużi r-riskji li ġew skattati minn “senjalazzjonijiet ta' allarm” kif iddefiniti fis-supplimenti tagħha.

(4)  Għad-definizzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, ara l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali; https://www.echr.coe.int/Documents/Convention_ENG.pdf

(5)  L-informazzjoni għandha tiġi aġġornata regolarment, kif xieraq

(6)  http://www.fatf-gafi.org/media/fatf/documents/reports/RBA%20for%20Dealers%20in%20Precious%20Metal%20and%20Stones.pdf

(7)  http://www.fintrac-canafe.gc.ca/guidance-directives/compliance-conformite/rba/rba-dpms-eng.asp