ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 207

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
16 ta' Awwissu 2018


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Avviż dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Iraq, min-naħa l-oħra

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1142 tal-14 ta' Awwissu 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1321/2014 fir-rigward tal-introduzzjoni ta' ċerti kategoriji ta' liċenzji għall-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru, tal-modifika tal-proċedura ta' aċċettazzjoni ta' komponenti minn fornituri esterni u tal-modifika tal-privileġġi ta' organizzazzjonijiet ta' taħriġ fil-manutenzjoni ( 1 )

2

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1143 tal-10 ta' Awwissu 2018 li temenda d-Deċiżjonijiet 92/260/KEE u 93/197/KEE fir-rigward tal-ittestjar għall-arterite virali ekwina (notifikata bid-dokument C(2018) 5071)  ( 1 )

58

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2017 tal-Kumitat tal-FSE stabbilita mill-Ftehim Interim li jistabbilixxi qafas għal ftehim ta' sħubija ekonomika bejn l-Istati tal-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar, min-naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, tat-3 ta' Ottubru 2017 dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea u t-tibdil fil-lista tal-pajjiżi u t-territorji assoċjati mal-Unjoni Ewropea [2018/1144]

65

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

16.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/1


Avviż dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Iraq, min-naħa l-oħra

Il-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Iraq, min-naħa l-oħra (1), daħal fis-seħħ fl-1 ta' Awwissu 2018, wara li l-proċedura prevista fl-Artikolu 116.1 tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni tlestiet fl-20 ta' Lulju 2018.


(1)  ĠU L 204, 31.7.2012, p. 20.


REGOLAMENTI

16.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/2


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1142

tal-14 ta' Awwissu 2018

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1321/2014 fir-rigward tal-introduzzjoni ta' ċerti kategoriji ta' liċenzji għall-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru, tal-modifika tal-proċedura ta' aċċettazzjoni ta' komponenti minn fornituri esterni u tal-modifika tal-privileġġi ta' organizzazzjonijiet ta' taħriġ fil-manutenzjoni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 5(5) u 6(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014 (2) jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunwatiċi u dwar l-approvazzjoni tal-organizzazzjonijiet u persunal involuti f'dan ix-xogħol.

(2)

Sabiex jiġi żgurat livell għoli u uniformi ta' sikurezza tal-avjazzjoni, hemm bżonn ta' sistema, stabbilita fil-livell tal-Unjoni, għall-ħruġ ta' liċenzji għall-persunal li jiċċertifika, involut fil-manutenzjoni ta' ajruplani ELA1 u ta' inġenji tal-ajru oħra għajr ajruplani u ħelikopters. Dik is-sistema għandha tkun sempliċi u proporzjonata. Għalhekk, għandhom jittieħdu miżuri xierqa issa biex tiġi stabbilita sistema ta' dan it-tip.

(3)

Ir-rekwiżiti eżistenti relatati ma' liċenzja għall-persunal li jiċċertifika involut fil-manutenzjoni ta' sistemi avjoniċi u elettriċi ta' inġenji tal-ajru għajr dawk fil-grupp ta' inġenji tal-ajru kumplessi mhumiex proporzjonati għall-kumplessità aktar baxxa ta' dawk l-inġenji tal-ajru, b'mod partikolari minħabba li ammont sinifikanti ta' rekwiżiti ta' għarfien bażiku huma rilevanti biss fir-rigward ta' inġenji tal-ajru kumplessi. Għalhekk jenħtieġ li tiġi introdotta liċenzja ġdida għal tali persunal. Ir-rekwiżiti għal dik il-liċenzja ġdida għandhom jiżguraw li l-livell ta' sikurezza ma jitnaqqasx meta mqabbel ma' dak miksub bl-użu tal-liċenzja eżistenti. L-introduzzjoni ta' dik il-liċenzja ġdida għandha tnaqqas ir-riskji potenzjali għas-sikurezza li jistgħu jinqalgħu bħala konsegwenza tan-nuqqas ta' persunal bi kwalifiki adegwati u bil-liċenzja disponibbli għall-kompiti ta' manutenzjoni kkonċernati.

(4)

Waqt it-twettiq tal-manutenzjoni, huwa komuni li l-persuni jew l-organizzazzjonijiet jużaw komponenti, partijiet jew materjal ipprovduti minn partijiet terzi. Jenħtieġ li jittaffu r-riskji assoċjati mal-aċċettazzjoni ta' tali komponenti, partijiet jew materjal u, b'mod partikolari, li jiġi żgurat li l-persuni u l-organizzazzjonijiet ikkonċernati jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw l-aċċettazzjoni, il-klassifikazzjoni u s-segregazzjoni xierqa tagħhom.

(5)

Għadd sinifikanti ta' każijiet ta' frodi, li jixhdu ksur deliberat tal-istandards ta' eżamijiet stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014, ġew irrapportati lill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (l-“Aġenzija”) Dawn il-każijiet kienu relatati ma' eżamijiet ta' għarfien bażiku mwettqa minn organizzazzjonijiet approvati ta' taħriġ fil-manutenzjoni għal studenti li ma attendewx il-kors tat-taħriġ bażiku. Din is-sitwazzjoni wasslet għal tħassib serju dwar is-sikurezza, b'mod partikolari fid-dawl tar-riskju li xi detenturi tal-liċenzja jirrilaxxaw inġenji tal-ajru għas-servizz wara l-manutenzjoni mingħajr ma jkollhom l-għarfien bażiku meħtieġ. Għalhekk, għandhom jittieħdu miżuri issa biex jiġi indirizzat dan it-tħassib dwar is-sikurezza.

(6)

Skont ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014, l-operaturi ta' inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni, f'operazzjonijiet kummerċjali jew mhux kummerċjali, għandhom jiżguraw li l-kompiti assoċjati mal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà jitwettqu minn organizzazzjoni approvata tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà u li l-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru u tal-komponenti li jiġu installati fuqu titwettaq minn organizzazzjoni ta' manutenzjoni approvata. Madankollu, f'ċerti każijiet, bħal fil-każ ta' operazzjoni mhux kummerċjali ta' ajruplani eħfef b'magni twin-turboprop, l-isforz tal-konformità meħtieġ minn dawn l-operaturi huwa sproporzjonat meta mqabbel mal-benefiċċji miksuba għas-sikurezza tal-operazzjonijiet tagħhom bl-implimentazzjoni ta' dawk ir-rekwiżiti. Għalhekk, ir-rekwiżiti applikabbli f'dawk il-każijiet għandhom jiġu adattati. Meta wieħed iqis dawk l-isforzi ta' konformità sproporzjonati, iż-żmien meħtieġ għall-adattament ta' dawk ir-rekwiżiti u l-fatt li jekk ma jiġux applikati f'dawk il-każijiet sakemm jiġu adattati mhux meqjus li joħloq xi riskji sinifikanti għas-sikurezza tal-avjazzjoni, jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti jieqfu japplikaw għalissa u li japplikaw biss minn data xierqa aktar 'il quddiem.

(7)

Xi regoli dettaljati dwar l-użu tal-Appendiċi VI tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 tħassru bi żball meta r-Regolament (UE) Nru 1321/2014 ġie emendat bir-Regolament (UE) 2015/1536 (3). Dak l-iżball jenħtieġ li jiġi kkorreġut.

(8)

Fl-Anness Va tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 ġew identifikati ċerti żbalji editorjali li wasslu għal diffikultajiet fl-implimentazzjoni. Dawk l-iżbalji jenħtieġ li jiġu kkoreġuti.

(9)

Jenħtieġ li jingħata żmien biżżejjed lill-partijiet kollha kkonċernati biex jadattaw għall-qafas regolatorju emendat maħluq b'segwitu tal-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament. Għalhekk, dawk il-miżuri jenħtieġ li jsiru applikabbli sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu. Madankollu, minħabba l-għan tagħhom u l-fatt li ma jeħtiġux sforzi sinifikanti biex jiġu adattati mill-partijiet ikkonċernati, jenħtieġ li ċerti miżuri japplikaw mingħajr dewmien. Ċerti miżuri oħra, madankollu, jeħtieġu aktar sforzi biex jiġu adattati u għaldaqstant għandhom japplikaw minn data xierqa aktar 'il quddiem, minħabba li jinvolvu t-tranżizzjoni minn regolament primarjament fl-ambitu tal-liġi nazzjonali għall-qafas regolatorju emendat skont il-liġi tal-Unjoni stabbilit f'dan ir-Regolament.

(10)

Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(11)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjonijiet tal-Aġenzija ppreżentati skont l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

(12)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 5, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“6.   Sakemm rekwiżiti speċifiċi għall-persunal li jiċċertifika l-komponenti jiġu miżjuda ma' dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti stabbiliti fil-liġijiet nazzjonali fis-seħħ fl-Istati Membri rilevanti għandhom jibqgħu japplikaw, minbarra fil-każ ta' organizzazzjonijiet tal-manutenzjoni li jinsabu barra l-Unjoni Ewropea, f'liema każ, ir-rekwiżiti jenħtieġ li jiġu approvati mill-Aġenzija.”;

(2)

L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, il-punt (b) jitħassar;

(b)

il-paragrafu 5 jitħassar;

(c)

jiddaħħal il-paragrafu 7 li ġej:

“7.   B'deroga mill-paragrafu 1, għall-ajruplani b'MTOM ta' 5 700 kg jew inqas li jkunu mgħammra b'magni turboprop multipli u li ma jkunux involuti f'operazzjonijiet kummerċjali, il-punti M.A.201(g)(2) u (g)(3) tal-Anness I (Parti-M) għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2025.”;

(3)

L-Anness I (Parti-M) huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

(4)

L-Anness II (Parti-145) huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

(5)

L-Anness III (Parti-66) huwa emendat skont fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.

(6)

L-Anness IV (Parti-147) huwa emendat skont l-Anness IV ta' dan ir-Regolament.

(7)

L-Anness Va (Parti-T) huwa emendat skont l-Anness V ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-5 ta' Marzu 2019.

Madankollu,

(1)

L-Artikolu 1(2)(c), l-Artikolu 1(7) and l-punt (1) tal-Anness IV għandhom japplikaw mill-5 ta' Settembru 2018;

(2)

għall-manutenzjoni ta' ajruplani ELA1 li mhumiex involuti f'operazzjonijiet CAT u ta' inġenji tal-ajru għajr ajruplani u ħelikopters:

(a)

ir-rekwiżit li l-awtorità kompetenti toħroġ liċenzji għall-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru f'konformità mal-Anness III (Parti-66), bħala ġodda jew mibdula, skont il-punt 66.A.70 ta' dak l-Anness, għandu japplika mill-1 ta' Ottubru 2019;

(b)

ir-rekwiżit li l-persunal li jiċċertifika għandu jkun ikkwalifikat skont l-Anness III (Parti-66) stabbilit fil-punti M.A.606(g) u M.A.801(b)(2) tal-Anness I (Parti-M) u fil-punt 145.A.30(g) u (h) tal-Anness II (Parti-145) għandu japplika mill-1 ta' Ottubru 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Awwissu 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta' Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involuti f'dan ix-xogħol (ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1536 tas-16 ta' Settembru 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1321/2014 fir-rigward tal-allinjament tar-regoli għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà mar-Regolament (KE) Nru 216/2008, l-impenji tal-manutenzjoni kritika u l-monitoraġġ tal-kontinwità (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 16)


ANNESS I

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(1)

il-werrej huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Punt M.A.501 jinbidel b'dan li ġej:

“M.A.501

Klassifikazzjoni u installazzjoni

(b)

Il-Punt M.A.504 jinbidel b'dan li ġej:

“M.A.504

Segregazzjoni tal-komponenti”;

(2)

Il-Punt M.A.501 jinbidel b'dan li ġej:

“M.A.501   Klassifikazzjoni u installazzjoni

(a)

Il-komponenti kollha għandhom jiġu kklassifikati u ssegregati kif xieraq fil-kategoriji li ġejjin:

(1)

Komponenti li huma f'kundizzjoni sodifaċenti, maħruġa fuq Formula 1 tal-EASA jew ekwivalenti, u mmarkati skont is-Subparti Q tal-Anness I (Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-Anness I (Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 jew f'dan l-Anness (Parti M).

(2)

Il-manutenzjoni fuq komponenti li ma jistax isir servizz fuqhom għandha ssir skont dan ir-Regolament.

(3)

Komponenti li jiġu kkategorizzati li ma humiex salvabbli minħabba li jkunu laħqu l-limitu ta' żmien iċċertifikat tagħhom jew minħabba li jkollhom difett li ma jissewwiex.

(4)

Partijiet standard użati fuq inġenju tal-ajru, magna, skrun jew xi komponent ieħor ta' inġenju tal-ajru meta jkunu speċifikati fid-dejta tal-manutenzjoni u akkumpanjati b'evidenza ta' konformità traċċabbli mal-istandard applikabbli.

(5)

Materjal, bażiku jew konsumabbli, użat matul il-manutenzjoni meta l-organizzazzjoni tkun issodisfata li l-materjal huwa skont l-ispeċifikazzjoni meħtieġa u għandu t-traċċabbiltà xierqa. Il-materjal kollu għandu jkun akkumpanjat minn dokumenti relatati b'mod ċar mal-materjal partikolari u li jinkludu dikjarazzjoni ta' konformità mal-ispeċifikazzjonijiet flimkien mal-oriġini tal-manifattur u tal-fornitur.

(b)

Il-komponenti, il-partijiet standard u l-materjal għandhom jiġu installati biss fuq inġenju tal-ajru jew komponent jekk ikunu f'kundizzjoni sodisfaċenti, jekk jappartjenu għal waħda mill-kategoriji elenkati fil-punt (a) u jekk id-dejta tal-manutenzjoni applikabbli tispeċifika l-komponent, parti standard jew materjal partikolari.”

(3)

fil-punt M.A.502, il-punt (d) jinbidel b'dan li ġej:

“(d)

B'deroga mill-punt (a) u l-punt M.A.801(b)2, il-persunal li jiċċertifika msemmi fil-punt M.A.801(b)2 jista' jwettaq, skont id-dejta tal-manutenzjoni tal-komponent, dan li ġej:

(1)

Manutenzjoni li ma tkunx reviżjoni (overhaul) tal-komponenti, waqt li l-komponent jkun installat jew imneħħi temporanjament mill-inġenju tal-ajru ELA1 li ma jintużax fit-trasport kummerċjali bl-ajru;

(2)

Reviżjoni ta' magni u skrejjen waqt li jkunu installati jew imneħħija temporanjament minn inġenji tal-ajru CS-VLA, CS-22 u LSA li ma jintużawx fit-trasport kummerċjali bl-ajru.

Il-manutenzjoni tal-komponenti mwettqa skont dan il-punt (d) mhijiex eliġibbli għall-ħruġ ta' Formola 1 tal-EASA u għandha tkun suġġetta għar-rekwiżiti ta' rilaxx għas-servizz ta' inġenju tal-ajru skont il-punt M.A.801.”

(4)

il-Punt M.A.504 jinbidel b'dan li ġej:

“M.A.504   Segregazzjoni tal-komponenti

(a)

Il-komponenti li ma jistax isir servizz fuqhom u dawk li ma humiex salvabbli għandhom jiġu ssegregati minn komponenti, partijiet standard u materjali li jista' jsir servizz fuqhom.

(b)

Il-komponenti li ma humiex salvabbli ma għandhomx jitħallew jidħlu mill-ġdid fis-sistema tal-forniment tal-komponenti sakemm il-limiti ta' żmien iċċertifikat tagħhom ma jkunux ġew estiżi jew sakemm ma tkunx ġiet approvata soluzzjoni ta' tiswija skont ir-Regolament (UE) Nru 748/2012.”

(5)

fil-punt M.A.606, il-punt (g) jinbidel b'dan li ġej:

“(g)

L-organizzazzjoni tal-manutenzjoni għandu jkollha biżżejjed persunal li jiċċertifika biex jinħarġu ċ-ċertifikati tar-rilaxx għas-servizz lil inġenji tal-ajru u komponenti kif previst fil-punti M.A.612 u M.A.613. Il-persunal għandu jkun konformi ma' dawn ir-rekwiżiti:

1.

L-Anness III (Parti-66) fil-każ ta' inġenji tal-ajru;

2.

L-Artikolu 5(6) ta' dan ir-Regolament fil-każ ta' komponenti.”;

(6)

fil-punt M.A.608, il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:

“(c)

L-organizzazzjoni għandha tispezzjona, tikklassifika u tissegrega b'mod xieraq il-komponeneti, il-partijiet standard u l-materjali kollha li jkunu qed jaslu.”;

(7)

fl-Appendiċi VII, l-ewwel sentenza għandha tinbidel b'dan li ġej:

“Dan li ġej jikkostitwixxi l-kompiti ta' manutenzjoni kumplessi msemmija fil-punti M.A.801(b)2 u M.A.801(c)”.


ANNESS II

L-Anness II huwa emendat kif gej:

(1)

il-werrej huwa emendat kif ġej:

(a)

il-Punt 145.A.40 jinbidel b'dan li ġej:

“145.A.40    Tagħmir u għodod”;

(b)

il-Punt 145.A.42 jinbidel b'dan li ġej:

“145.A.42    Komponenti”;

(2)

fil-punt 145.A.30, il-punti (f), (g), (h) u (i) jinbidlu b'dan li ġej:

“(f)

L-organizzazzjoni għandha tiżgura li l-persunal li jwettaq jew li jikkontrolla test mhux distruttiv tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-istrutturi u/jew tal-komponenti tal-inġenju tal-ajru jkun ikkwalifikat kif xieraq għat-test mhux distruttiv partikolari f'konformità mal-istandard Ewropew jew ma' standard ekwivalenti rikonoxxut mill-Aġenzija. Il-persunal li jwettaq kwalunkwe kompitu speċjalizzat ieħor għandu jkun kwalifikat kif xieraq f'konformità mal-istandards rikonoxxuti uffiċjalment. B'deroga minn dan il-punt, il-persunal imsemmi fil-punt (g) u fil-punti (h)(1) u (h)(2), ikkwalifikat fil-kategorija B1, B3 jew L skont l-Anness III (Parti-66) jista' jwettaq u/jew jikkontrolla t-testijiet b'kuntrast tal-kulur ta' kulurant penetrant.

(g)

Kwalunkwe organizzazzjoni li tagħmel manutenzjoni fuq inġenji tal-ajru, għajr fejn iddikjarat mod ieħor fil-punt (j), għandha fil-każ ta' manutenzjoni ta' linja ta' inġenji tal-ajru, ikollha persunal li jiċċertifika kkwalifikat b'mod xieraq għat-tip ta' inġenju tal-ajru fil-kategoriji B1, B2, B2L, B3 u L, skont l-Anness III (Parti-66) u l-punt 145.A.35.

Barra minn hekk, dawn l-organizzazzjonijiet jistgħu jużaw ukoll persunal li jiċċertifika mħarreġ fuq il-kompitu b'mod xieraq, li jkollu l-privileġġi stipulati fil-punti 66.A.20(a)(1) u 66.A.20(a)(3)(ii) u kkwalifikat skont l-Anness III (Parti-66) u l-punt 145.A.35 sabiex iwettaq manutenzjoni tal-linja skedata minuri u korrezzjoni ta' difetti sempliċi. Id-disponibbiltà ta' dan il-persunal li jiċċertifika ma għandhiex tissostitwixxi l-ħtieġa għal persunal li jiċċertifika fil-kategorija B1, B2, B2L, B3 u L, kif xieraq.

(h)

Kwalunkwe organizzazzjoni li tagħmel il-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru, ħlief fejn hu ddikjarat mod ieħor fil-punt (j), għandha:

1.

fil-każ ta' manutenzjoni bażika ta' inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni, jkollha persunal li jiċċertifika kkwalifikat b'mod xieraq għat-tip ta' inġenju tal-ajru fil-kategorija C skont l-Anness III (Parti-66) u l-punt 145.A.35. Barra minn hekk, l-organizzazzjoni għandu jkollha biżżejjed persunal ikkwalifikat b'mod xieraq għat-tip ta' inġenju tal-ajru fil-kategoriji B1 u B2, kif xieraq, skont l-Anness III (Parti-66) u l-punt 145.A.35 biex jappoġġja lill-persunal li jiċċertifika fil-kategorija C.

(i)

Il-persunal ta' appoġġ għall-kategoriji B1 u B2 għandu jiżgura li l-kompiti jew spezzjonijiet rilevanti kollha jkunu twettqu skont l-istandard meħtieġ qabel ma l-persunal li jiċċertifika fil-kategorija C joħroġ iċ-ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz.

(ii)

L-organizzazzjoni għandha żżomm reġistru ta' tali persunal ta' appoġġ fil-kategoriji B1 u B2.

(iii)

Il-persunal li jiċċertifika fil-kategorija C għandu jiżgura li tinkiseb il-konformità mal-punt (i) u li x-xogħol kollu meħtieġ mill-klijent ikun twettaq matul il-kontroll li jsir jew il-pakkett ta' xogħol ta' manutenzjoni bażika partikolari, u għandu wkoll jivvaluta l-impatt ta' kwalunkwe xogħol mhux imwettaq, bil-ħsieb jew li jenħtieġ li x-xogħol jitwettaq jew li jilħaq qbil mal-operatur biex dan ix-xogħol jiġi diferit għal kontroll speċifiku ieħor jew għal limitu ta' żmien ieħor.

2.

fil-każ tal-manutenzjoni bażi ta' inġenji tal-ajru għajr inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni, dawn għandu jkollhom wieħed minn dawn:

(i)

persunal li jiċċertifika kkwalifikat b'mod xieraq għat-tip ta' inġenju tal-ajru fil-kategoriji B1, B2, B2L, B3 u L, skont l-Anness III (Parti-66) u l-punt 145.A.35;

(ii)

persunal li jiċċertifika kkwalifikat għat-tip ta' inġenju tal-ajru kklassifikat xieraq fil-kategorija C megħjun minn persunal ta' appoġġ, kif stipulat fil-punt 145.A.35(a)(i).

(i)

Il-persunal li jiċċertifika l-komponenti għandu jkun ikkwalifikat skont l-Artikolu 5(6) u l-punt 145.A.35.”;

(3)

il-punti 145.A.35(a) u (b) jinbidlu b'dan li ġej:

“(a)

Minbarra r-rekwiżiti tal-punti 145.A.30(g) u (h), l-organizzazzjoni għandha tiżgura li l-persunal li jiċċertifika u l-persunal ta' appoġġ ikollhom fehim adegwat tal-inġenji tal-ajru u/jew tal-komponenti rilevanti li għandha ssirilhom manutenzjoni u tal-proċeduri tal-organizzazzjoni assoċjati. Fil-każ tal-persunal li jiċċertifika, dan għandu jseħħ qabel il-ħruġ jew il-ħruġ mill-ġdid tal-awtorizzazzjoni taċ-ċertifikazzjoni.

1.

“Persunal ta' appoġġ” tfisser dak il-persunal li jkollu liċenzja għall-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru skont l-Anness III (Parti-66) fil-kategorija B1, B2, B2L, B3 u/jew L bil-klassifikazzjonijiet tal-inġenju tal-ajru xierqa, li jaħdem fl-ambjent tal-manutenzjoni bażika filwaqt li mhux neċessarjament ikollu l-privileġġi taċ-ċertifikazzjoni.

2.

“Inġenji tal-ajru u/jew komponenti rilevanti”, tfisser dawk l-inġenji tal-ajru jew komponenti speċifikati fl-awtorizzazzjoni taċ-ċertifikazzjoni partikolari.

3.

“Awtorizzazzjoni taċ-ċertifikazzjoni” tfisser l-awtorizzazzjoni maħruġa mill-organizzazzjoni lill-persunal li jiċċertifika u li tispeċifika l-fatt li dak il-persunal jista' jiffirma ċ-ċertifikati ta' rilaxx għas-servizz fil-limitazzjonijiet iddikjarati f'tali awtorizzazzjoni f'isem l-organizzazzjoni approvata.

(b)

Għajr għall-każijiet elenkati fil-punti 145.A.30(j) u 66.A.20(a)3(ii), l-organizzazzjoni tista' toħroġ biss awtorizzazzjoni taċ-ċertifikazzjoni lill-persunal li jiċċertifika fir-rigward tal-kategoriji jew tas-subkategoriji bażiċi u, għajr għal-liċenzji tal-kategorija A, kwalunkwe klassifikazzjoni tat-tip elenkata fuq il-liċenzja għall-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru meħtieġa mill-Anness III (Parti-66), bil-kundizzjoni li l-liċenzja tibqa' valida tul il-perjodu ta' validità kollu tal-awtorizzazzjoni u li l-persunal ta' ċertifikazzjoni jibqa' konformi mal-Anness III (Parti-66).”;

(4)

il-punt 145.A.40 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu jinbidel b'dan li ġej:

“145.A.40    Tagħmir u għodod”;

(b)

il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

L-organizzazzjoni għandu jkollha disponibbli u tuża t-tagħmir u l-għodod meħtieġa biex twettaq l-ambitu tax-xogħol approvat.

(i)

Meta l-manifattur jispeċifika għodda jew tagħmir partikolari, l-organizzazzjoni għandha tuża dik l-għodda jew tagħmir, sakemm l-awtorità kompetenti ma tkunx ftiehmet dwar l-użu ta' għodda jew tagħmir alternattiv permezz ta' proċeduri speċifikati fl-espożizzjoni (manwal).

(ii)

It-tagħmir u l-għodda għandhom ikunu disponibbli b'mod permanenti, għajr fil-każ ta' kwalunkwe għodda jew tagħmir li tant ma jintużax li d-disponibbiltà permanenti tiegħu ma tkunx meħtieġa. Tali każijiet għandhom ikunu ddettaljati fi proċedura tal-manwal.

(iii)

Organizzazzjoni approvata għall-manutenzjoni bażika għandu jkollha tagħmir suffiċjenti għall-aċċess ta' inġenji tal-ajru u pjattaformi/dokks ta' spezzjoni sabiex l-inġenju tal-ajru jkun jista' jiġi spezzjonat kif xieraq.”;

(5)

il-Punt 145.A.42 jinbidel b'dan li ġej:

“145.A.42   Komponenti

“(a)

Klassifikazzjoni tal-komponenti. Il-komponenti kollha għandhom jiġu kklassifikati u ssegregati kif xieraq fil-kategoriji li ġejjin:

(i)

Komponenti li huma f'kundizzjoni sodisfaċenti, maħruġa fuq Formula 1 tal-EASA jew ekwivalenti, u mmarkati skont is-Subparti Q tal-Anness I (Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-Anness I (Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012, jew f'dan l-Anness II (Parti 145).

(ii)

Komponenti li ma jistax isir servizz fuqhom li l-manutenzjoni tagħhom għandha ssir skont dan ir-Regolament.

(iii)

Komponenti kkategorizzati li ma humiex salvabbli minħabba li jkunu laħqu l-limitu ta' żmien iċċertifikat tagħhom jew ikollhom difett li ma jissewwiex.

(iv)

Partijiet standard użati fuq inġenju tal-ajru, magna, skrun jew xi komponent ieħor ta' inġenju tal-ajru meta jkunu speċifikati fid-dejta tal-manutenzjoni u akkumpanjati b'evidenza ta' konformità traċċabbli mal-istandard applikabbli.

(v)

Materjal, bażiku jew konsumabbli, użat matul il-manutenzjoni meta l-organizzazzjoni tkun issodisfata li l-materjal huwa skont l-ispeċifikazzjoni meħtieġa u għandu t-traċċabbiltà xierqa. Il-materjal kollu għandu jkun akkumpanjat minn dokumenti relatati b'mod ċar mal-materjal partikolari u li jinkludu dikjarazzjoni ta' konformità mal-ispeċifikazzjonijiet kif ukoll l-oriġini tal-manifattur u tal-fornitur.

(b)

Komponenti, partijiet standard u materjali għall-installazzjoni

(i)

L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi proċeduri għall-aċċettazzjoni tal-komponenti, tal-partijiet standard u tal-materjali għall-installazzjoni sabiex jiġi żgurat li l-komponenti, il-partijiet standard u l-materjali jkunu f'kundizzjoni sodisfaċenti u jissodisfaw ir-rekwiżiti applikabbli tal-punt (a).

(ii)

L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi proċeduri sabiex tiżgura li komponenti, partijiet standard u materjali jiġu installati fuq inġenju tal-ajru jew komponent biss jekk ikunu f'kundizzjoni sodisfaċenti, jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti applikabbli tal-punt (a) u jekk id-dejta tal-manutenzjoni applikabbli tispeċifika l-komponent, parti standard jew materjal partikolari.

(iii)

L-organizzazzjoni tista' tiffabrika firxa ristretta ta' partijiet biex jintużaw waqt ix-xogħol li jkun għaddej fil-faċilitajiet tagħha, dejjem jekk il-proċeduri jkunu identifikati fl-espożizzjoni (manwal).

(iv)

Il-komponenti msemmija fil-punt 21.A.307(c) tal-Anness I (Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 għandhom jiġu installati biss jekk jitqiesu eliġibbli għall-installazzjoni minn sid l-inġenju tal-ajru fl-inġenju tal-ajru tiegħu stess.

(c)

Segregazzjoni tal-komponenti

(i)

Il-komponenti li ma jistax isir servizz fuqhom u dawk li ma humiex salvabbli għandhom jiġu ssegregati minn komponenti, partijiet standard u materjali li jista' jsir servizz fuqhom.

(ii)

Il-komponenti li ma humiex salvabbli ma għandhomx jitħallew jidħlu mill-ġdid fis-sistema tal-forniment tal-komponenti sakemm il-limiti ta' żmien iċċertifikat tagħhom ma jkunux ġew estiżi jew sakemm ma tkunx ġiet approvata soluzzjoni ta' tiswija skont ir-Regolament (UE) Nru 748/2012.”.


ANNESS III

L-Anness III huwa emendat kif gej:

(1)

fil-werrej, dawn ir-referenzi li ġejjin għall-Appendiċi VII u VIII huma miżjudin:

“Appendiċi VII — Rekwiżiti ta' għarfien bażiku għal liċenzja għall-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru tal-kategorija L

Appendiċi VIII — Standards ta' eżami bażiku għal-liċenzja għall-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru tal-kategorija L”;

(2)

il-Punt 66.A.3 jinbidel b'dan li ġej:

“66.A.3   Kategoriji u subkategoriji ta' liċenzji

Il-liċenzji għall-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru jinkludu dawn il-kategoriji li ġejjin u, fejn ikun applikabbli, is-subkategoriji u l-klassifikazzjonijiet ta' sistemi:

(a)

Kategorija A, maqsuma fis-subkategoriji li ġejjin:

A1 Ajruplani bit-Turbini;

A2 Ajruplani bil-Pistuni;

A3 Ħelikopters bit-Turbini;

A4 Ħelikopters bil-Pistuni.

(b)

Kategorija B1, maqsuma fis-subkategoriji li ġejjin:

B1.1 Ajruplani bit-Turbini;

B1.2 Ajruplani bil-Pistuni;

B1.3 Ħelikopters bit-Turbini;

B1.4 Ħelikopters bil-Pistuni.

(c)

Kategorija B2

Il-liċenzja B2 hija applikabbli għall-inġenji tal-ajru kollha.

(d)

Kategorija B2L

Il-liċenzja B2L hija applikabbli għall-inġenji tal-ajru kollha għajr dawk tal-Grupp 1 kif stipulat fil-Punt 66.A.5(1) u hija maqsuma fil-“klassifikazzjonijiet ta' sistemi” li ġejjin:

komunikazzjoni/navigazzjoni (com/nav),

strumenti,

awtotitjir,

sorveljanza,

sistemi ta' qafas tal-inġenju tal-ajru.

Liċenzja B2L għandu jkollha, bħala minimu, klassifikazzjoni ta' sistemi waħda.

(e)

Kategorija B3

Il-liċenzja B3 hija applikabbli għall-ajruplani mhux pressurizzati b'magni bil-pistuni u b'Massa Massima tat-Tluq (MTOM) ta' 2 000 kg u inqas.

(f)

Kategorija L, maqsuma fis-subkategoriji li ġejjin:

L1C: glajders komposti,

L1: glajders,

L2C: glajders komposti li jaħdmu bil-magni u ajruplani ELA1 komposti,

L2: glajders li jaħdmu bil-magni u ajruplani ELA1,

L3H: blalen tal-arja sħuna,

L3G: blalen tal-gass,

L4H: iġfna tal-ajru tal-arja sħuna,

L4G: iġfna tal-ajru tal-gass ELA2,

L5: iġfna tal-ajru tal-gass għajr ELA2.

(g)

Kategorija C

Il-liċenzja C hija applikabbli għall-ajruplani u l-ħelikopters.”;

(3)

il-Punt 66.A.5 jinbidel b'dan li ġej:

“66.A.5   Gruppi ta' inġenji tal-ajru

Għall-fini tal-klassifikazzjoni tal-liċenzji għall-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru, l-inġenji tal-ajru għandhom jiġu kklassifikati fil-gruppi li ġejjin:

(1)

Grupp 1: inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni, ħelikopters b'magni multipli, ajruplani b'altitudni massima ta' tħaddim iċċertifikata ta' aktar minn FL290, inġenju tal-ajru mgħammar b'sistemi fly-by-wire, iġfna tal-ajru tal-gass għajr ELA2 u inġenji tal-ajru oħrajn li jeħtieġu klassifikazzjoni tat-tip ta' inġenju tal-ajru meta definiti tali mill-Aġenzija.

L-Aġenzija tista' tiddeċiedi li tikklassifika fi Grupp 2, Grupp 3 jew Grupp 4, kif ikun xieraq, inġenju tal-ajru li jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu, jekk hija tqis li l-kumplessità aktar baxxa tal-inġenju partikolari tiġġustifika li jsir hekk.

(2)

Grupp 2: inġenji tal-ajru għajr dawk fi Grupp 1 li jappartjenu għas-subgruppi li ġejjin:

(i)

subgrupp 2a:

ajruplani b'magna waħda turboprop,

dawk l-ajruplani turbojet u multiple-turboprop ikklassifikati mill-Aġenzija f'dan is-subgrupp minnħabba l-kumplessità aktar baxxa tagħhom.

(ii)

subgrupp 2b:

ħelikopters b'magna waħda bit-turbini,

dawk il-ħelikopters b'magni multipli bit-turbini kklassifikati mill-Aġenzija f'dan is-subgrupp minnħabba l-kumplessità aktar baxxa tagħhom.

(iii)

subgrupp 2c:

ħelikopters b'magna waħda bil-pistuni,

dawk il-ħelikopters b'magni multipli bil-pistuni ikklassifikati mill-Aġenzija f'dan is-subgrupp minnħabba l-kumplessità aktar baxxa tagħhom.

(3)

Grupp 3: ajruplani b'magna bil-pistuni għajr dawk fil-Grupp 1.

(4)

Grupp 4: glajders, glajders li jaħdmu bil-magni, blalen u iġfna tal-ajru, għajr dawk fil-Grupp 1.”;

(4)

il-punt 66.A.20(a) huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punti (4) u (5) jinbidlu b'dan li ġej:

“4.

Liċenzja għall-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru ta' kategorija B2L għandha tippermetti lid-detentur sabiex joħroġ ċertifikati ta' rilaxx għas-servizz u sabiex jaġixxi bħala persunal ta' appoġġ tal-kategorija B1 għal:

manutenzjoni mwettqa fuq sistemi elettriċi;

manutenzjoni mwettqa fuq sistemi tal-avjonika fil-limiti tal-klassifikazzjonijiet tas-sistemi approvati speċifikament fuq il-liċenzja, u

meta jkunu qed jitwettqu l-klassifikazzjoni tas-‘sistema ta' qafas tal-inġenju tal-ajru’, it-twettiq tal-kompiti elettriċi u tal-avjonika fis-sistema tal-powerplant u s-sistema mekkanika, li jeħtieġu biss testijiet sempliċi sabiex tintwera s-servizzibbiltà tagħhom.

5.

Liċenzja għall-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru ta' kategorija B3 għandha tippermetti lid-detentur sabiex joħroġ ċertifikati ta' rilaxx għas-servizz u sabiex jaġixxi bħala persunal ta' appoġġ tal-kategorija B1 għal:

manutenzjoni mwettqa fuq l-istruttura, powerplant u sistemi mekkaniċi u elettriċi ta' ajruplan; kif ukoll

xogħol fuq sistemi tal-avjonika li jirrikjedu biss testijiet sempliċi sabiex tintwera s-servizzibbiltà tagħhom u li ma jirrikjedux l-identifikazzjoni ta' problemi u soluzzjonijiet.”;

(b)

jiżdiedu l-punti (6) u (7) li ġejjin:

“6.

Liċenzja għall-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru ta' kategorija L għandha tippermetti lid-detentur sabiex joħroġ ċertifikati ta' rilaxx għas-servizz u sabiex jaġixxi bħala persunal ta' appoġġ tal-kategorija L għal:

manutenzjoni mwettqa fuq l-istruttura, il-powerplant u s-sistemi mekkaniċi u elettriċi ta' inġenju tal-ajru;

xogħol fuq radju, Transmitter għas-Sejbien waqt Emerġenza (Emergency Locator Transmitters /ELT) u sistemi tat-transponder; kif ukoll

xogħol fuq sistemi tal-avjonika oħra li jirrikjedu biss testijiet sempliċi sabiex tintwera s-servizzibbiltà tagħhom.

Is-subkategorija L2 tinkludi s-subkategorija L1. Kwalunkwe limitazzjoni għas-subkategorija L2 skont il-punt 66.A.45(h) issir applikabbli wkoll għas-subkategorija L1.

Is-subkategorija L2C tinkludi s-subkategorija L1C.

7.

Liċenzja għall-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru ta' kategorija C għandha tippermetti lid-detentur sabiex joħroġ ċertifikati ta' rilaxx għas-servizz wara manutenzjoni bażika fuq l-inġenju tal-ajru. Il-privileġġi japplikaw għall-inġenju tal-ajru kollu kemm hu.”;

(5)

fil-punt 66.A.25, il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

Għal liċenzji oħra għajr dawk tal-kategoriji B2L u L, applikant għal liċenzja għall-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru, jew għaż-żieda ta' kategorija jew ta' subkategorija f'tali liċenzja, għandu juri, b'eżami, livell ta' għarfien fil-moduli tas-suġġetti xierqa f'konformità mal-Appendiċi I tal-Anness III (Parti-66). L-eżami għandu jkun konformi mal-istandard stipulat fl-Appendiċi II tal-Anness III (Parti-66) u għandu jitwettaq jew minn organizzazzjoni tat-taħriġ approvata b'mod xieraq skont l-Anness IV (Parti-147), jew mill-awtorità kompotenti.”;

(6)

il-punt 66.A.25 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punti (b) u (c) jinbidlu b'dan li ġej:

“(b)

Applikant għal liċenzja għall-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru fil-kategorija L li jkun f'subkategorija partikolari, jew għaż-żieda ta' subkategorija differenti, għandu juri, b'eżami, livell ta' għarfien fil-moduli tas-suġġetti xierqa f'konformità mal-Appendiċi VII tal-Anness III (Parti-66). L-eżami għandu jkun konformi mal-istandard stipulat fl-Appendiċi VIII tal-Anness III (Parti-66) u għandu jitwettaq jew minn organizzazzjoni tat-taħriġ approvata b'mod xieraq skont l-Anness IV (Parti-147), jew mill-awtorità kompotenti jew kif ikun miftiehem bi qbil mal-awtorità kompetenti.

Id-detentur ta' liċenzja għall-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru fis-subkategorija B1.2 jew fil-kategorija B3 huwa meqjus li jissodisfa r-rekwiżiti ta' għarfien bażiku għal liċenzja fis-subkategoriji L1C, L1, L2C u L2.

Ir-rekwiżiti ta' għarfien bażiku għas-subkategorija L4H jinkludu r-rekwiżiti ta' għarfien bażiku għas-subkategorija L3H.

Ir-rekwiżiti ta' għarfien bażiku għas-subkategorija L4G jinkludu r-rekwiżiti ta' għarfien bażiku għas-subkategorija L3G.

(c)

Applikant għal liċenzja għall-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru fil-kategorija B2L għal ‘klassifikazzjoni ta' sistemi’ partikolari, jew għaż-żieda ta' ‘klassifikazzjoni ta' sistemi’ oħra, għandu juri, b'eżami, livell ta' għarfien fil-moduli tas-suġġetti xierqa f'konformità mal-Appendiċi I tal-Anness III (Parti-66). L-eżami għandu jkun konformi mal-istandard stipulat fl-Appendiċi II tal-Anness III (Parti-66) u għandu jitwettaq jew minn organizzazzjoni tat-taħriġ approvata b'mod xieraq skont l-Anness IV (Parti-147), jew mill-awtorità kompotenti.”

(b)

il-punti (d), (e) u (f) li ġejjin huma miżjuda:

“(d)

L-applikant għandu jkun għamel il-korsijiet ta' taħriġ u għadda mill-eżamijiet sa minn għaxar snin qabel l-applikazzjoni għal liċenzja għall-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru jew għaż-żieda ta' kategorija jew ta' subkategorija fit-tali liċenzja. Jekk dan ma jkunx il-każ, il-kredits tal-eżami jistgħu jinkisbu skont il-punt (e).

(e)

L-applikant jista' japplika għand l-awtorità kompetenti għal kredits tal-eżami, sħaħ jew parzjali, għar-rekwiżiti ta' għarfien bażiku għal:

(i)

eżamijiet ta' għarfien bażiku li ma jissodisfawx ir-rekwiżit stipulat fil-punt (d) ta' hawn fuq;

(ii)

kwalunkwe kwalifika teknika oħra meqjusa mill-awtorità kompetenti bħala ekwivalenti għall-istandard ta' għarfien tal-Anness III (Parti-66).

Il-kredits għandhom jingħataw skont is-Subparti E tas-Sezzjoni B ta' dan l-Anness (Parti-66).

(f)

Il-kredits jiskadu 10 snin wara li jingħataw lill-applikant mill-awtorità kompetenti. L-applikant jista' japplika għal kredits ġodda wara li jiskadu.”;

(7)

fil-punt 66.A.30(a), jiddaħlu l-punti (2a) u (2b) li ġejjin:

“2a.

għall-kategorija B2L:

(i)

tliet (3) snin esperjenza ta' manutenzjoni prattika fuq inġenji tal-ajru operattivi, li tkopri l-klassifikazzjoni(jiet) ta' sistemi korrispondenti, jekk l-applikant ma għandu l-ebda taħriġ tekniku rilevanti preċedenti; jew

(ii)

sentejn (2) esperjenza ta' manutenzjoni prattika fuq inġenji tal-ajru operattivi, li tkopri l-klassifikazzjoni(jiet) ta' sistemi korrispondenti, u taħriġ komplut meqjus bħala rilevanti mill-awtorità kompetenti bħala ħaddiem tas-sengħa, f'sengħa teknika; jew

(iii)

sena (1) esperjenza ta' manutenzjoni prattika fuq inġenji tal-ajru operattivi, li tkopri l-klassifikazzjoni(jiet) ta' sistemi korrispondenti, u kors ta' taħriġ bażiku komplut approvat skont il-Parti-147.

Għaż-żieda ta' klassifikazzjoni(jiet) ta' sistemi ġodda f'liċenzja B2L eżistenti, tliet (3) xhur esperjenza ta' manutenzjoni prattika rilevanti għall-klassifikazzjoni(jiet) ta' sistemi ġodda għandha tkun meħtieġa għal kull klassifikazzjoni ta' sistemi miżjuda.

2b.

għall-kategorija L:

(i)

sentejn (2) esperjenza ta' manutenzjoni prattika fuq inġenji tal-ajru operattivi li tkopri parti rappreżentattiva tal-attivitajiet ta' manutenzjoni fis-subkategorija korrispondenti;

(ii)

b'deroga mill-punt (i), sena (1) esperjenza ta' manutenzjoni prattika fuq inġenji tal-ajru operattivi li tkopri parti rappreżentattiva tal-attivitajiet ta' manutenzjoni fis-subkategorija korrispondenti, suġġett għall-introduzzjoni tal-limitazzjoni prevista fil-punt 66.A.45(h)(ii)(3).

Għall-inklużjoni ta' subkategorija addizzjonali f'liċenzja L eżistenti, l-esperjenza meħtieġa skont il-punti (i) u (ii) għandha tkun ta' 12-il xahar u 6 xhur rispettivament.

Id-detentur ta' liċenzja għall-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru fil-kategorija/subkategorija B1.2 jew B3 huwa meqjus li jissodisfa r-rekwiżiti ta' għarfien bażiku għal liċenzja fis-subkategoriji L1C, L1, L2C u L2.”;

(8)

il-Punt 66.A.45 jinbidel b'dan li ġej:

“66.A.45   Approvazzjoni bi klassifikazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru

(a)

Sabiex ikun intitolat jeżerċita privileġġi ta' ċertifikazzjoni fuq tip ta' inġenju tal-ajru speċifiku, id-detentur ta' liċenzja għall-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru jeħtieġ li jkollu l-liċenzja tiegħu approvata bil-klassifikazzjonijiet rilevanti tal-inġenju tal-ajru:

Għall-kategorija B1, B2 jew C, il-klassifikazzjonijiet rilevanti tal-inġenju tal-ajru huma kif ġej:

(i)

għal inġenji tal-ajru tal-Grupp 1, il-klassifikazzjoni tat-tip ta' inġenju tal-ajru x-xierqa.

(ii)

għal inġenji tal-ajru tal-Grupp 2, il-klassifikazzjonixierqa tat-tip ta' inġenju tal-ajru, tas-subgrupp tal-manifattur jew tas-subgrupp sħiħ;

(iii)

għal inġenji tal-ajru tal-Grupp 3, il-klassifikazzjoni xierqa tat-tip ta' inġenju tal-ajru jew tal-grupp sħiħ;

(iv)

għal inġenji tal-ajru tal-Grupp 4, għal-liċenzja tal-kategorija B2, il-klassifikazzjoni tal-grupp sħiħ.

Għall-kategorija B2L, il-klassifikazzjonijiet rilevanti tal-inġenju tal-ajru huma kif ġej:

(i)

għal inġenji tal-ajru tal-Grupp 2, il-klassifikazzjoni xierqa tas-subgrupp tal-manifattur jew tal-grupp sħiħ;

(ii)

għal inġenji tal-ajru tal-Grupp 3, il-klassifikazzjoni tal-grupp sħiħ;

(iii)

għal inġenji tal-ajru tal-Grupp 4, il-klassifikazzjoni tal-grupp sħiħ.

Għall-kategorija B3, il-klassifikazzjoni rilevanti hija “ajruplani mhux pressurizzati b'magni bil-pistuni b'MTOM ta' 2 000 kg u inqas”.

Għall-kategorija L, il-klassifikazzjonijiet rilevanti tal-inġenji tal-ajru huma kif ġej:

(i)

għas-subkategorija L1C, il-klassifikazzjoni “glajders komposti”;

(ii)

għas-subkategorija L1, il-klassifikazzjoni “glajders”;

(iii)

għas-subkategorija L2C, il-klassifikazzjoni “glajders li jaħdmu bil-magni komposti”;

(iv)

għas-subkategorija L2, il-klassifikazzjoni “glajders li jaħdmu bil-magni u ajruplani ELA1”;

(v)

għas-subkategorija L3H, il-klassifikazzjoni “blalen tal-arja sħuna”;

(vi)

għas-subkategorija L3G, il-klassifikazzjoni “blalen tal-gass”;

(vii)

għas-subkategorija L4H, il-klassifikazzjoni “iġfna tal-ajru tal-arja sħuna”;

(viii)

għas-subkategorija L4G, il-klassifikazzjoni “iġfna tal-ajru tal-gass”;

(ix)

għas-subkategorija L5, il-klassifikazzjoni xierqa tal-iġfna tal-ajru.

Għall-kategorija A, l-ebda klassifikazzjoni ma hija meħtieġa, suġġett għall-konformità mar-rekwiżiti tal-punt 145.A.35 tal-Anness II (Parti-145).

(b)

L-approvazzjoni tal-klassifikazzjonijiet tat-tip ta' inġenju tal-ajru teħtieġ li jiġi komplut wieħed minn dawn it-tipi ta' taħriġ:

it-taħriġ rilevanti dwar it-tip ta' inġenji tal-ajru tal-kategorija B1, B2 jew C f'konformità mal-Appendiċi III tal-Anness III (Parti-66);

fil-każ ta' klassifikazzjonijiet tat-tip ta' iġfna tal-ajru tal-gass f'liċenzja B2 jew L5, taħriġ dwar it-tip approvat mill-awtorità kompetenti skont il-punt 66.B.130.

(c)

Għal-liċenzji għajr dawk tal-kategorija C, minbarra r-rekwiżiti tal-punt (b), l-approvazzjoni tal-ewwel klassifikazzjoni tat-tip ta' inġenju tal-ajru f' kategorija/subkategorija partikolari teħtieġ it-taħriġ komplet fuq il-post tax-xogħol korrispondenti. Dan it-taħriġ fuq il-post tax-xogħol għandu jkun konformi mal-Appendiċi III tal-Anness III (Parti-66), għajr fil-każ ta' iġfna tal-ajru tal-gass, fejn għandu jiġi approvat direttament mill-awtorità kompetenti.

(d)

B'deroga mill-punti (b) u (c), għal inġenji tal-ajru tal-Grupp 2 u 3, il-klassifikazzjonijiet tat-tip ta' inġenju tal-ajru jistgħu jiġu approvati fil-liċenzja wara:

it-twettiq sodisfaċenti tal-eżami tat-tip ta' inġenju tal-ajru tal-kategorija B1, B2 jew C rilevanti f'konformità mal-Appendiċi III ta' dan l-Anness (Parti-66);

fil-każ ta' kategorija B1 u B2, it-turija ta' esperjenza prattika fuq it-tip ta' inġenju tal-ajru. F'dak il-każ, l-esperjenza prattika għandha tinkludi parti rappreżentattiva tal-attivitajiet ta' manutenzjoni rilevanti għall-kategorija tal-liċenzja.

Fil-każ ta' klassifikazzjoni ta' kategorija C, għal persuna kkwalifikata b'lawrja akkademika kif speċifikat fil-punt 66.A.30(a)(7), l-ewwel eżami tat-tip ta' inġenju tal-ajru rilevanti għandu jkun fil-livell tal-kategorija B1 jew B2.

(e)

Għall-inġenji tal-ajru tal-Grupp 2:

(i)

l-approvazzjoni tal-klassifikazzjonijiet ta' subgrupp tal-manifattur għad-detenturi ta' liċenzja tal-kategorija B1 u C teħtieġ il-konformità mar-rekwiżiti ta' klassifikazzjoni tat-tip ta' inġenju tal-ajru ta' mill-inqas żewġ tipi ta' inġenji tal-ajru mill-istess manifattur, li flimkien huma rappreżentattivi tas-subgrupp tal-manifattur applikabbli;

(ii)

l-approvazzjoni tal-klassifikazzjonijiet ta' subgrupp sħiħ għad-detenturi ta' liċenzji tal-kategorija B1 u C teħtieġ il-konformità mar-rekwiżiti ta' klassifikazzjoni tat-tip ta' inġenju tal-ajru ta' mill-inqas tliet tipi ta' inġenji tal-ajru minn manifatturi differenti, li flimkien huma rappreżentattivi tas-subgrupp applikabbli;

(iii)

l-approvazzjoni ta' klassifikazzjonijiet ta' subgrupp tal-manifatturi u ta' subgrupp sħiħ għad-detenturi ta' liċenzji tal-kategorija B2 u B2L teħtieġ it-turija ta' esperjenza prattika li għandha tinkludi parti rappreżentattiva tal-attivitajiet ta' manutenzjoni rilevanti għall-kategorija tal-liċenzja u għas-subgrupp ta' inġenji tal-ajru applikabbli u, fil-każ tal-liċenzja B2L, rilevanti għall-klassifikazzjoni(jiet) ta' sistemi applikabbli;

(iv)

b'deroga mill-punt (e)(iii), id-detentur ta' liċenzja B2 jew B2L, approvata b'subgrupp 2b sħiħ, huwa intitolat li jiġi approvat b'subgrupp 2c sħiħ.

(f)

Għall-inġenji tal-ajru tal-Gruppi 3 u 4:

(i)

l-approvazzjoni tal-klassifikazzjoni tal-Grupp 3 sħiħ għad-detenturi ta' liċenzji ta' kategorija B1, B2, B2L u C u l-approvazzjoni tal-klassifikazzjoni tal-Grupp 4 sħiħ għad-detenturi ta' liċenzji ta' kategorija B2 u B2L teħtieġ it-turija ta' esperjenza prattika, li għandha tinkludi parti rappreżentattiva tal-attivitajiet ta' manutenzjoni rilevanti għall-kategorija tal-liċenzja u għall-Grupp 3 jew 4, kif ikun applikabbli;

(ii)

għall-kategorija B1, sakemm l-applikant ma jipprovdix evidenza ta' esperjenza xierqa, il-klassifikazzjoni tal-Grupp 3 għandha tiġi suġġetta għal-limitazzjonijiet li ġejjin, li għandhom ikunu approvati fuq il-liċenzja:

ajruplani bi pressjoni,

ajruplani bi struttura tal-metall,

ajruplani bi struttura komposta,

ajruplani bi struttura tal-injam,

ajruplani bi struttura ta' tubi tal-metall miksijin bit-tessuti;

(iii)

b'deroga mill-punt (f)(i), id-detentur ta' liċenzja B2L, approvata b'subgrupp 2a jew 2b sħiħ, huwa intitolat li jiġi approvat bil-Gruppi 3 u 4.

(g)

Għal-liċenzja B3:

(i)

l-approvazzjoni tal-klassifikazzjoni “ajruplani mhux pressurizzati b'magni bil-pistuni b'MTOM ta' 2 000 kg u inqas” teħtieġ it-turija ta' esperjenza prattika, li għandha tinkludi parti rappreżentattiva tal-attivitajiet ta' manutenzjoni rilevanti għall-kategorija tal-liċenzja;

(ii)

sakemm l-applikant ma jipprovdix evidenza ta' esperjenza xierqa, il-klassifikazzjoni msemmija fil-punt (i) għandha tiġi suġġetta għal-limitazzjonijiet li ġejjin, li għandhom ikunu approvati fuq il-liċenzja:

ajruplani bi struttura tal-injam,

ajruplani bi struttura ta' tubi tal-metall miksijin bit-tessuti,

ajruplani bi struttura tal-metall,

ajruplani bi struttura komposta.

(h)

Għas-subkategoriji tal-liċenzja L kollha, għajr għal L5:

(i)

l-approvazzjoni tal-klassifikazzjonijiet teħtieġ it-turija ta' esperjenza prattika, li għandha tinkludi parti rappreżentattiva tal-attivitajiet ta' manutenzjoni rilevanti għas-subkategorija tal-liċenzja;

(ii)

sakemm l-applikant ma jipprovdix evidenza ta' esperjenza xierqa, il-klassifikazzjonijiet għandhom jiġu suġġetti għal-limitazzjonijiet li ġejjin, li għandhom ikunu approvati fuq il-liċenzja:

(1)

għall-klassifikazzjonijiet “glajders” u “glajders li jaħdmu bil-magni u ajruplani ELA1”;

inġenji tal-ajru bi struttura tal-injam miksi bit-tessuti,

inġenji tal-ajru bi struttura ta' tubi tal-metall miksijin bit-tessuti,

inġenji tal-ajru bi struttura tal-metall,

inġenji tal-ajru bi struttura komposta,

(2)

għall-klassifikazzjoni “blalen tal-gass”:

għajr blalen tal-gass ELA1; kif ukoll

(3)

f'każ li l-applikant jipprovdi evidenza ta' esperjenza ta' sena skont id-deroga inkluża fil-punt 66.A.30(a)(2b)(ii), din il-limitazzjoni ta' hawn taħt għandha tkun approvata fuq il-liċenzja:

“kompiti ta' manutenzjoni kumplessi previsti fl-Appendiċi VII tal-Anness I (Parti-M), tibdil standard previst fil-punt 21.A.90B tal-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 u tiswijiet standard previsti fil-punt 21.A.431B tal-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012.”

Id-detentur ta' liċenzja għall-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru tas-subkategorija B1.2 approvata bil-klassifikazzjoni ta' Grupp 3, jew fil-kategorija B3 approvata bil-klassifikazzjoni “ajruplani mhux pressurizzati b'magni bil-pistuni b'MTOM ta' 2 000 kg u inqas”, huwa meqjus li jissodisfa r-rekwiżti għall-ħruġ ta' liċenzja fis-subkategoriji L1 u L2 bil-klassifikazzjonijiet sħaħ korrispondenti u bl-istess limitazzjonijiet tal-liċenzja B1.2/B3 fil-pussess tiegħu.”;

(9)

fil-punt 66.A.50, il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

Il-limitazzjonijiet introdotti fuq liċenzja għall-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru huma esklużjonijiet mill-privileġġi ta' ċertifikazzjoni u, fil-każ tal-limitazzjonijiet imsemmija fil-punt 66.A.45, jaffettwaw lill-inġenju tal-ajru kollu kemm hu.”;

(10)

fil-punt 66.A.70, il-punti (c) u (d) jinbidlu b'dan li ġej:

“(c)

Fejn meħtieġ, il-liċenzja għall-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru għandha tinkludi limitazzjonijiet skont il-punt 66.A.50 li jirriflettu d-differenzi bejn:

(i)

l-ambitu tal-kwalifikazzjoni tal-persunal li jiċċertifika valida fl-Istat Membru qabel id-dħul fis-seħħ tal-kategorija jew tas-subkategorija tal-liċenzja applikabbli prevista f'dan l-Anness (Parti-66);

(ii)

ir-rekwiżiti ta' għarfien bażiku u l-istandards tal-eżami bażiku stipulati fl-Appendiċi I u II ta' dan l-Anness (Parti-66).

(d)

B'deroga mill-punt (c), għall-inġenji tal-ajru li ma jintużawx minn trasportaturi tal-ajru liċenzjati skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008, għajr għal inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni, u għal blalen, glajders u glajders u iġfna tal-ajru li jaħdmu bil-magni, il-liċenzja tal-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru għandu jkun fiha limitazzjonijiet skont il-punt 66.A.50 sabiex ikun żgurat li l-privileġġi tal-persunal li jiċċertifika validi fl-Istat Membru qabel id-dħul fis-seħħ tal-kategorija/subkategorija ta' liċenzja applikabbli skont il-Parti-66 u l-privileġġi tal-liċenzja għall-manutenzjoni ta' inġenju tal-ajru skont il-Parti-66 maqluba jibqgħu l-istess.”;

(11)

il-punt 66.B.100(b),huwa mibdul b'li ġej:

“(b)

L-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-istatus tal-eżamijiet ta' applikant u/jew tikkonferma l-validità ta' kwalunkwe kredit biex tiżgura li r-rekwiżiti tal-moduli kollha tal-Appendiċi I jew tal-Appendiċi VII, kif ikun applikabbli, ikunu ġew issodisfati kif meħtieġ minn dan l-Anness (Parti-66).”;

(12)

il-Punt 66.B.110 jinbidel b'dan li ġej:

“66.B.110   Proċedura għat-tibdil ta' liċenzja għall-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru sabiex tinkludi kategorija jew subkategorija bażika addizzjonali

(a)

Mat-tlestija tal-proċeduri speċifikati fil-punti 66.B.100 jew 66.B.105, l-awtorità kompetenti għandha tapprova l-kategorija jew subkategorija bażika addizzjonali, jew, għall-kategorija B2L, il-klassifikazzjoni(jiet) ta' sistemi, fuq il-liċenzja għall-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru permezz ta' timbru u firma jew għandha toħroġ il-liċenzja mill-ġdid.

(b)

Is-sistema ta' reġistrazzjonijiet tal-awtorità kompotenti għandha tinbidel skont dan.

(c)

Fuq talba mill-applikant, l-awtorità kompotenti għandha tibdel liċenzja fil-kategorija B2L b'liċenzja fil-kategorija B2 approvata bl-istess klassifikazzjoni(jiet) tal-inġenji tal-ajru meta d-detentur ikun wera dawn iż-żewġ elementi:

(i)

b'eżami, id-differenzi bejn l-għarfien bażiku korrispondenti għal-liċenzja B2L fil-pussess tiegħu u l-għarfien bażiku tal-liċenzja B2, kif stipulat fl-Appendiċi I;

(ii)

l-esperjenza prattika meħtieġa fl-Anness IV.

(d)

Fil-każ ta' detentur ta' liċenzja għall-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru tas-subkategorija B1.2 approvata bil-klassifikazzjoni ta' Grupp 3, jew fil-kategorija B3 approvata bil-klassifikazzjoni “ajruplani mhux pressurizzati b'magni bil-pistuni b'MTOM ta' 2 000 kg u inqas”, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ, meta ssir applikazzjoni, liċenzja bil-klassifikazzjonijiet kompluti fis-subkategoriji L1 u L2, u bl-istess limitazzjonijiet tal-liċenzja B1.2/B3 fil-pussess tiegħu.”;

(13)

fil-punt 66.B.115, il-punt (f) jinbidel b'dan li ġej:

“(f)

L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-konformità mal-elementi prattiċi tat-taħriġ dwar it-tip tintwera permezz ta' waħda minn dawn l-alternattivi:

(i)

permezz tal-provvista ta' rekords dettaljati ta' taħriġ prattiku jew ġurnal ta' abbord ipprovdut mill-organizzazzjoni li tkun tat il-kors bl-approvazzjoni diretta tal-awtorità kompetenti skont il-punt 66.B.130;

(ii)

fejn applikabbli, permezz ta' ċertifikat tat-taħriġ li jkopri l-element ta' taħriġ prattiku, maħruġ minn organizzazzjoni ta' taħriġ fil-manutenzjoni approvata kif xieraq skont l-Anness IV (Parti-147).”;

(14)

fil-punt 66.B.125(b), il-punt (1) jinbidel b'dan li ġej:

“(1)

għall-kategorija B1 jew C:

magna bil-pistuni ta' ħelikopter, grupp sħiħ: maqluba għal “subgrupp 2c sħiħ” flimkien mal-klassifikazzjonijiet tat-tip ta' inġenju tal-ajru għal dawk il-ħelikopters b'magna waħda bil-pistuni li huma fil-Grupp1;

magna bil-pistuni ta' ħelikopter, grupp tal-manifattur: maqluba għas-“subgrupp 2b sħiħ” korrispondenti flimkien mal-klassifikazzjonijiet tat-tip tal-inġenji tal-ajru għal dawk il-ħelikopters b'magna waħda bil-pistuni ta' dak il-manifattur li huma fil-Grupp 1;

magna bit-turbini ta' ħelikopter, grupp sħiħ: maqluba għal “subgrupp 2b sħiħ” flimkien mal-klassifikazzjonijiet tat-tip tal-inġenji tal-ajru għal dawk il-ħelikopters b'magna waħda bit-turbini li huma fil-Grupp 1;

magna bit-turbini ta' ħelikopter, grupp tal-manifattur: maqluba għas-“subgrupp 2b tal-manifattur” korrispondenti flimkien mal-klassifikazzjonijiet tat-tip tal-inġenji tal-ajru għal dawk il-ħelikopters b'magna waħda bit-turbini ta' dak il-manifattur li huma fil-Grupp 1.

magna waħda bil-pistuni ta' ajruplan — struttura tal-metall, grupp sħiħ jew grupp tal-manifattur: maqluba għal “grupp 3 sħiħ”. Għal-liċenzja B1, għandhom jiġu inklużi l-limitazzjonijiet li ġejjin: ajruplani bi struttura komposta, ajruplani bi struttura tal-injam, u ajruplani bi struttura ta' tubi tal-metall miksijin bit-tessuti;

ajruplani b'magni multipli bil-pistuni — struttura tal-metall, grupp sħiħ jew grupp tal-manifattur: maqluba għal “subgrupp 3 sħiħ” flimkien mal-klassifikazzjonijiet tat-tip ta' inġenju tal-ajru għal dawk l-ajruplani b'magni multipli bil-pistuni tal-grupp sħiħ/tal-manifattur korrispondenti li huma fil-Grupp1. Għal-liċenzja B1, għandhom jiġu inklużi l-limitazzjonijiet li ġejjin: ajruplani bi struttura komposta, ajruplani bi struttura tal-injam, u ajruplani bi struttura ta' tubi tal-metall miksijin bit-tessuti;

ajruplani b'magna waħda bil-pistuni — struttura tal-injam, grupp sħiħ jew grupp tal-manifattur: maqluba għal “grupp 3 sħiħ”. Għal-liċenzja B1, għandhom jiġu inklużi l-limitazzjonijiet li ġejjin: ajruplani bi pressjoni, ajruplani bi struttura tal-metall, u ajruplani bi struttura komposta u ajruplani bi struttura ta' tubi tal-metall miksijin bit-tessuti;

ajruplani b'magni multipli bil-pistuni — struttura tal-injam, grupp sħiħ jew grupp tal-manifattur: maqluba għal “grupp 3 sħiħ”. Għal-liċenzja B1, għandhom jiġu inklużi l-limitazzjonijiet li ġejjin: ajruplani bi pressjoni, ajruplani bi struttura tal-metall, u ajruplani bi struttura komposta u ajruplani bi struttura ta' tubi tal-metall miksijin bit-tessuti;

ajruplani b'magna waħda bil-pistuni — struttura komposta, grupp sħiħ jew grupp tal-manifattur: maqluba għal “grupp 3 sħiħ”. Għal-liċenzja B1, għandhom jiġu inklużi l-limitazzjonijiet li ġejjin: ajruplani bi pressjoni, ajruplani bi struttura tal-metall, u ajruplani bi struttura tal-injam u ajruplani bi struttura ta' tubi tal-metall miksijin bit-tessuti;

ajruplani b'magni multipli bil-pistuni — struttura komposta, grupp sħiħ jew grupp tal-manifattur: maqluba għal “grupp 3 sħiħ”. Għal-liċenzja B1, għandhom jiġu inklużi l-limitazzjonijiet li ġejjin: ajruplani bi pressjoni, ajruplani bi struttura tal-metall, u ajruplani bi struttura tal-injam u ajruplani bi struttura ta' tubi tal-metall miksijin bit-tessuti;

ajruplani bit-turbini — b'magna waħda, grupp sħiħ: maqluba għal “subgrupp 2a sħiħ” flimkien mal-klassifikazzjonijiet tat-tip tal-inġenji tal-ajru għal dawk l-ajruplani b'magna waħda turboprop li ma kinux jirrikjedu klassifikazzjoni tat-tip tal-inġenji tal-ajru fis-sistema preċedenti u huma fil-Grupp 1;

ajruplani bit-turbini — b'magna waħda, grupp tal-manifattur: maqluba għas-“subgrupp 2a tal-manifattur” korrispondenti flimkien mal-klassifikazzjonijiet tat-tip tal-inġenji tal-ajru għal dawk l-ajruplani b'magna waħda turboprop li ma kinux jirrikjedu klassifikazzjoni tat-tip tal-inġenji tal-ajru fis-sistema preċedenti u huma fil-Grupp 1;

ajruplani bit-turbini — b'magni multipli, grupp sħiħ: maqluba għall-klassifikazzjonijiet tat-tip tal-inġenji tal-ajru għal dawk l-ajruplani b'magni multipli turboprop li ma kinux jirrikjedu klassifikazzjoni tat-tip tal-inġenji tal-ajru fis-sistema preċedenti.”

(15)

il-Punt 66.B.130 jinbidel b'dan li ġej:

“66.B.130   Proċedura għall-approvazzjoni diretta ta' taħriġ skont it-tip ta' inġenji tal-ajru

(a)

Fil-każ tat-taħriġ skont it-tip għall-inġenji tal-ajru għajr iġfna tal-ajru, l-awtorità kompetenti tista' tapprova taħriġ skont it-tip ta' inġenji tal-ajru li ma jitwettaqx minn organizzazzjoni ta' taħriġ fil-manutenzjoni approvata skont l-Anness IV (Parti-147), skont il-punt 1 tal-Appendiċi III ta' dan l-Anness (Parti-66). F'tali każ, l-awtorità kompetenti għandu jkollha proċedura fis-seħħ biex tiżgura li t-taħriġ skont it-tip ta' inġenji tal-ajru jkun konformi mal-Appendiċi III ta' dan l-Anness (Parti-66).

(b)

Fil-każ ta' taħriġ skont it-tip għal iġfna tal-ajru tal-Grupp 1, il-korsijiet għandhom ikunu dejjem approvati direttament mill-awtorità kompetenti. L-awtorità kompetenti għandu jkollha proċedura sabiex tiżgura li s-sillabu tat-taħriġ dskont it-tip għall-iġfna tal-ajru jkopri l-elementi kollha inklużi fid-dejta tal-manutenzjoni mid-Detentur tal-Approvazzjoni tad-Disinn (Design Approval Holder/DAH).”;

(16)

fil-punt 66.B.200, il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:

“(c)

L-eżamijiet bażiċi għandhom isegwu l-istandard speċifikat fl-Appendiċi I u II jew fl-Appendiċi VII u VIII ta' dan l-Anness (Parti-66), kif applikabbli.”;

(17)

Fil-punt 66.B.305(b), il-kelma “Appendiċi III” tinbidel bil-kelma “Appendiċi I”;

(18)

il-Punt 66.B.405 jinbidel b'dan li ġej:

“66.B.405   Rapport tal-kredits tal-eżami

(a)

Ir-rapport tal-kredits għandu jinkludi paragun bejn:

(i)

il-moduli, is-submoduli, is-suġġetti u l-livelli ta' għarfien inklużi fl-Appendiċi I jew VII ta' dan l-Anness (Parti-66), kif applikabbli;

(ii)

is-sillabu tal-kwalifika teknika konċernata, rilevanti għall-kategorija partikolari li trid tinkiseb.

Dan il-paragun għandu jiddikjara jekk hijiex qiegħda tintwera konformità u għandu jinkludi l-ġustifikazzjonijiet għal kull dikjarazzjoni.

(b)

Il-kredits għall-eżamijiet, għajr għall-eżamijiet ta' għarfien bażiku mwettqa fl-organizzazzjonijiet ta' taħriġ fil-manutenzjoni approvati skont l-Anness IV (Parti-147), jistgħu jingħataw biss mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun inkisbet il-kwalifika, sakemm ma jkunx jeżisti xi ftehim formali ma' dik l-awtorità kompetenti li jgħid mod ieħor.

(c)

Ma jista' jingħata l-ebda kredit sakemm ma jkunx hemm dikjarazzjoni tal-konformità għal kull modulu u submodulu, li tindika fejn l-istandard ekwivalenti jista' jinstab fil-kwalifika teknika.

(d)

L-awtorità kompetenti għandha tiċċekkja, fuq bażi regolari, jekk dawn l-elementi li ġejjin ikunux inbidlu:

(i)

l-istandard tal-kwalifiki nazzjonali;

(ii)

l-Appendiċi I jew VII ta' dan l-Anness (Parti-66), kif applikabbli.

L-awtorità kompetenti għandha tevalwa wkoll jekk ikunx meħtieġ tibdil konsegwenti fir-rapport tal-kredits. Dan it-tibdil għandu jiġi ddokumentat, iddatat u rreġistrat.”;

(19)

fil-punt 66.B.410, il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:

“(c)

Malli l-kredits jiskadu, l-applikant jista' japplika għal kredits ġodda. L-awtorità kompetenti għandha testendi l-validità tal-kredits għal perjodu addizzjonali ta' għaxar snin mingħajr aktar kunsiderazzjoni jekk ir-rekwiżiti ta' għarfien bażiku definiti fl-Appendiċi I jew VII ta' dan l-Anness (Parti-66), kif applikabbli, ma jkunux inbidlu.”;

(20)

L-Appendiċi I hija emendata kif ġej:

(a)

fil-punt 1, it-titolu u l-ewwel subparagrafu jinbidlu b'dan li ġej:

Appendiċi I

Rekwiżiti ta' Għarfien Bażiku

(għajr għal liċenzja tal-kategorija L)

1.   Livelli ta' għarfien għal-liċenzja għall-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru tal-kategorija A, B1, B2, B2L, B3 u C

L-għarfien bażiku għall-kategoriji A, B1, B2, B2L u B3 huwa indikat permezz tal-livelli ta' għarfien (1, 2 jew 3) għal kull suġġett applikabbli. L-applikanti tal-kategorija C għandhom jilħqu l-livelli ta' għarfien bażiku tal-kategorija B1 jew tal-kategorija B2.

”;

(b)

fil-punt 2, it-titolu, l-ewwel subparagrafu u l-ewwel tabella jinbidlu b'dan li ġej:

“2.   Modularizzazzjoni

Il-kwalifikazzjoni fir-rigward ta' suġġetti bażiċi għal kull kategorija jew subkategorija tal-liċenzja għall-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru għandha tkun skont il-matriċi li ġejja, fejn is-suġġetti applikabbli jkunu indikati b'“X”:

 

Għall-kategoriji A, B1 u B3:

Modulu tas-suġġett

Ajruplan A jew B1 li jkollu:

Ħelikopter A jew B1 li jkollu:

B3

 

Magna/i bit-turbini

Magna/i bil-pistuni

Magna/i bit-turbini

Magna/i bil-pistuni

Ajruplani mhux pressurizzati b'magni bil-pistuni b'MTOM ta' 2 000 kg u inqas

1

X

X

X

X

X

2

X

X

X

X

X

3

X

X

X

X

X

4

X

X

X

X

X

5

X

X

X

X

X

6

X

X

X

X

X

7A

X

X

X

X

 

7B

 

 

 

 

X

8

X

X

X

X

X

9A

X

X

X

X

 

9B

 

 

 

 

X

10

X

X

X

X

X

11 A

X

 

 

 

 

11 B

 

X

 

 

 

11C

 

 

 

 

X

12

 

 

X

X

 

13

 

 

 

 

 

14

 

 

 

 

 

15

X

 

X

 

 

16

 

X

 

X

X

17 A

X

X

 

 

 

17 B

 

 

 

 

X

 

Għall-kategoriji B2 u B2L:

Modulu/submoduli tas-suġġett

B2

B2L

1

X

X

2

X

X

3

X

X

4

X

X

5

X

X

6

X

X

7A

X

X

7B

 

 

8

X

X

9A

X

X

9B

 

 

10

X

X

11A

 

 

11B

 

 

11C

 

 

12

 

 

13.1 u 13.2

X

X

13.3(a)

X

X (għall-klassifikazzjoni ta' sistemi “Awtotitjir”)

13.3(b)

X

 

13.4(a)

X

X (għall-klassifikazzjoni ta' sistemi “Com/Nav”)

13.4(b)

X

X (għall-klassifikazzjoni ta' sistemi “Sorveljanza”)

13.4(c)

X

 

13.5

X

X

13.6

X

 

13.7

X

X (għall-klassifikazzjoni ta' sistemi “Awtotitjir”)

13.8

X

X (għall-klassifikazzjoni ta' sistemi “Strumenti”)

13.9

X

X

13.10

X

 

13.11 sa 13.18

X

X (għall-klassifikazzjoni ta' sistemi “Sistemi ta' qafas tal-inġenju tal-ajru”)

13.19 sa 13.22

X

 

14

X

X (għall-klassifikazzjonijiet ta' sistemi “Strumenti” u “Sistemi ta' qafas tal-inġenju tal-ajru”)”

15

 

 

16

 

 

17A

 

 

17B

 

 

(c)

fit-tabelli l-moduli 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7A, 8, 9A, 10 u 14, il-kontenut tal-kaxxa

IL-LIVELL

B2

jinbidel b'dan li ġej:

IL-LIVELL

B2

B2L

(d)

fit-tabella tal-modulu 5, “1” jinbidel bi “—” mis-submodulu 5.5(a) għal-liċenzja B3;

(e)

fit-tabella tal-modulu 7B, “—” jinbidel bi “1” mis-submodulu 7.4 għal-liċenzja B3;

(f)

fit-tabella tal-modulu 7B submodulu 7.10, “1” jinbidel bi “2” għal-liċenzja B3;

(g)

fit-tabella tal-modulu 11A submodulu 11.8 punt (b), “1” jinbidel bi “2” għal-liċenzja B1.1;

(h)

fit-tabella tal-modulu 11A, il-kaxxa tal-kontenut tal-ewwel kolonna tas-submodulu 11.16 tinbidel b'dan li ġej:

“11.16   Pnewmatiku/Vakwu (ATA 36)

 

It-tqassim tas-sistema;

 

Sorsi: il-magna/APU (l-unità ta' potenza awżiljarja), il-kompressuri, ir-reservoirs, il-forniment mill-art;

 

Pompi tal-pressjoni u tal-vakwu;

 

Kontroll tal-pressjoni;

 

Distribuzzjoni;

 

Indikazzjonijiet u twissijiet;

 

Interfaċċi ma' sistemi oħra.”;

(i)

fit-tabella tal-modulu 11A, il-kaxxa tal-kontenut tal-ewwel kolonna tas-submodulu 11.20 tinbidel b'dan li ġej:

“11.20   Sistemi tal-Kabina (ATA44)

L-unitajiet u l-komponenti li jipprovdu apparati għad-divertiment tal-passiġġieri u għall-komunikazzjoni fl-inġenju tal-ajru (is-Sistema ta' Dejta ta' Interkomunikazzjoni tal-Kabina (CIDS)) kif ukoll bejn il-kabina tal-inġenju tal-ajru u l-istazzjonijiet tal-art (is-Servizz ta' Netwerk tal-Kabina (CNS)). Dawn jinkludu trażmissjonijiet tal-vuċi, dejta, mużika u vidjo.

Is-CIDS tipprovdi konnessjoni elettronika bejn l-ekwipaġġ tal-kokpit/tal-kabina u s-sistemi tal-kabina. Dawn is-sistemi jsostnu l-iskambju ta' dejta tal-Unitajiet Sostitwibbli fil-Post (LRUs) differenti u relatati, u normalment jiġu mħaddma mill-Panils tal-Flight Attendants (FAPs).

Normalment, is-CNS ikun magħmul minn server li jkollu interfaċċa ma', fost oħrajn, dawn is-sistemi li ġejjin:

Komunikazzjoni ta' dejta/radju;

Sistema Ewlenija tal-Kabina (CSS);

Sistema ta' Divertiment Abbord (IFES);

Sistema ta' Komunikazzjoni Esterna (ECS);

Sistema ta' Memorja ta' Massa tal-Kabina (CMMS);

Sistema ta' Monitoraġġ tal-Kabina (CMS);

Sistemi Mixxelanji tal-Kabina (MCSs).

Is-CNS jista' jkollha funzjonijiet bħal:

aċċess għal rapporti ta' qabel it-tluq/tat-tluq;

aċċess għall-posta elettronika/l-intranet/l-internet; bażi ta' dejta tal-passiġġiera.”;

(j)

fit-tabella tal-modulu 11B, submodulu 11.8 punt (b), “3” jinbidel bi “2” għal-liċenzja B1.2;

(k)

fit-tabella tal-modulu 11B, il-kaxxa tal-kontenut tal-ewwel kolonna tas-submodulu 11.16 tinbidel b'dan li ġej:

“11.16   Pnewmatiku/Vakwu (ATA 36)

 

It-tqassim tas-sistema;

 

Sorsi: il-magna/APU, il-kompressuri, ir-reservoirs, il-forniment mill-art;

 

Pompi tal-pressjoni u tal-vakwu;

 

Kontroll tal-pressjoni;

 

Distribuzzjoni;

 

Indikazzjonijiet u twissijiet;

 

Interfaċċi ma' sistemi oħra.”;

(l)

fit-tabella tal-modulu 12, il-kaxxa tal-kontenut tal-ewwel kolonna tas-submodulu 12.16 tinbidel b'dan li ġej:

“12.16   Pnewmatiku/Vakwu (ATA 36)

 

It-tqassim tas-sistema;

 

Sorsi: il-magna/APU, il-kompressuri, ir-reservoirs, il-forniment mill-art;

 

Pompi tal-pressjoni u tal-vakwu;

 

Kontroll tal-pressjoni;

 

Distribuzzjoni;

 

Indikazzjonijiet u twissijiet;

 

Interfaċċi ma' sistemi oħra.”;

(m)

il-modulu 13 jinbidel b'dan li ġej:

“MODULU 13 - AJRUDINAMIKA, STRUTTURI U SISTEMI TAL-INĠENJI TAL-AJRU

 

IL-LIVELL

 

B2

B2L

13.1

Teorija tat-Titjir

 

(a)

L-Ajrudinamika u l-Kontrolli tat-Titjir ta' Ajruplan

1

It-tħaddim u l-effetti ta':

il-kontroll tar-roll: l-ailerons u t-tmun;

il-kontroll tal-pitch: l-elevaturi, l-istabbilaturi, l-istabbilizzaturi tal-inċidenza varjabbli u l-canards; kif ukoll

il-kontroll tal-yaw: il-limitaturi tat-tmun;

Il-kontroll permezz ta' elevons, ruddervators;

L-istrumenti tal-irfigħ għoli: is-slots, is-slats, il-flaps;

It-tagħmir li jnissel id-drag: it-tmun, id-dumpers tal-irfigħ, il-brejkijiet tal-veloċità; kif ukoll

It-tħaddim u l-effetti tat-trim tabs, is-servo tabs u l-control surface bias.

 

(b)

Titjir b'Veloċità Għolja

1

Veloċità tal-ħoss, titjir subsoniku, titjir transoniku, titjir supersoniku;

Numru Mach, numru Mach kritiku.

 

(c)

Ajrudinamika tal-Ġwienaħ Rotanti

1

Terminoloġija;

It-tħaddim u l-effett ta' kontrolli ċikliċi, kollettivi u anti-torque.

 

13.2

Strutturi — Kunċetti Ġenerali

 

Il-prinċipji fundamentali tas-Sistemi Strutturali

1

Is-Sistemi ta' Identifikazzjoni taż-Żona u tal-Istazzjonijiet

2

Metalizzazzjoni (bonding) elettrika

2

Id-dispożizzjoni tal-protezzjoni minn impatt ta' sajjetta.

2

13.3

Awtotitjir (ATA 22)

 

(a)

3

Il-prinċipji fundamentali tal-kontroll tat-titjir awtomatiku inklużi l-prinċipji tat-tħaddim u t-terminoloġija attwali;

L-ipproċessar ta' sinjali ta' ordnijiet;

Modi ta' tħaddim: kanali roll, pitch u yaw;

Ristretturi tal-yaw;

Sistema għat-Titjib fl-Istabbiltà tal-ħelikopters;

Kontroll awtomatiku tat-trim;

Interfaċċa ta' għajnuna għan-nagivazzjoni awtopilota;

 

(b)

3

Sistemi ta' autothrottle;

Sistemi ta' nżul awtomatiku: il-prinċipji u kategoriji, il-modi ta' tħaddim, l-approċċ, il-glideslope, l-art, il-go-around, il-moniters tas-sistema u l-kundizzjonijiet ta' ħsara.

 

13.4

Komunikazzjoni/Navigazzjoni (ATA 23/34)

 

(a)

3

Il-prinċipji fundamentali ta' propagazzjoni ta' radio waves, antenni, linji ta' trasmissjoni, komunikazzjoni, receiver u transmitter;

Prinċipji tat-tħaddim tas-sistemi li ġejjin:

Komunikazzjoni bi Frekwenza Għolja Ħafna (VHF);

Komunikazzjoni bi Frekwenza Għolja (HF);

Awdjo;

Transmitters għas-Sejbien waqt Emerġenza (ELTs);

Reġistratur tal-vuċi fil-kabina tal-pilota (CVR);

Medda Omnidirezzjonali bi Frekwenza Għolja Ħafna (VOR);

Sejbien Awtomatiku tad-Direzzjoni (ADF);

Sistema ta' Nżul bl-Istrumenti (ILS);

Sistemi ta' Flight Director (FDSs), Tagħmir għall-Kejl tad-Distanza (DME);

Navigazzjoni taż-żona, sistemi RNAV;

Sistemi ta' Ġestjoni tat-Titjira (FMSs);

Sistema ta' Pożizzjonament Globali (GPS), Sistemi ta' Navigazzjoni Globali bis-Satellita (GNSSs);

Kollegament tad-Dejta.

 

(b)

3

Transponder ta' Kontroll tat-Traffiku tal-Ajru, radar sekondarju għas-sorveljanza;

Sistema ta' Twissija tat-Traffiku u Prevenzjoni ta' Kolliżjonijiet (TCAS);

Radar għall-evitar tal-maltemp;

Altimetru tar-Radju;

Sorveljanza Dipendenti Awtomatika — Xandir (ADS-B).

 

(c)

3

Sistema ta' Nżul bil-Microwave (MLS);

Navigazzjoni bi Frekwenza Baxxa Ħafna u iperbolika (VLF/Omega);

Navigazzjoni Doppler;

Sistema ta' Navigazzjoni Inerzjali (INS);

Komunikazzjoni u rapportar ARINC (Aircraft Radio Incorporated).

 

13.5

Enerġija Elettrika (ATA 24)

3

L-installazzjoni u t-tħaddim tal-batteriji;

Il-ġenerazzjoni tal-enerġija b'Kurrent Dirett (DC);

Il-ġenerazzjoni tal-enerġija b'Kurrent Alternat (AC);

Il-ġenerazzjoni tal-enerġija (power) tal-emerġenza;

Ir-regolazzjoni tal-vultaġġ;

Distribuzzjoni tal-enerġija;

L-invertituri, it-trasformaturi, ir-rettifikaturi;

Il-protezzjoni taċ-ċirkwiti;

Enerġija Esterna / tal-Art.

 

13.6   Tagħmir u Attrezzaturi (ATA 25)

Ir-rekwiżiti ta' tagħmir elettroniku ta' emerġenza;

Tagħmir ta' divertiment fil-kabina.

3

13.7

Kontrolli tat-Titjir (ATA 27)

 

(a)

2

Kontrolli primarji: l-aileron, l-elevaturi, it-tmun;

Il-kontroll tat-trim;

Kontroll tat-tagħbija attiva;

L-istrumenti tal-irfigħ għoli;

Id-dumpers tal-irfigħ, il-brejkijiet tal-veloċità;

Tħaddim tas-sistema: manwali, idroliku, pnewmatiku;

Is-sensazzjoni artifiċjali, ir-ristrettur tal-yaw, it-trim tal-Mach, il-limitaturi tat-tmun, il-gust locks;

Is-sistema ta' protezzjoni mill-waqfien tal-magni.

 

(b)

3

Tħaddim tas-sistema: elettriku, fly-by-wire.

 

13.8

Strumenti (ATA 31)

3

Il-klassifikazzjoni;

L-atmosfera;

Terminoloġija;

Apparati u sistemi għall-kejl tal-pressjoni;

Sistemi pitotstatiċi;

Altimetri;

Indikaturi tal-veloċità vertikali;

Indikaturi tal-veloċità ajrudinamika;

Machmiters;

Sistemi ta' rapportar/twissija dwar l-altitudni;

Kompjuters ta' dejta tal-arja;

Sistemi pnewmatiċi tal-istrumenti;

Qari dirett tal-gauges tal-pressjoni u tat-temperatura;

Sistemi li jindikaw it-temperatura;

Sistemi li jindikaw il-kwantità tal-fjuwil;

Prinċipji ġiroskopiċi;

Orizzonti artifiċjali;

Indikaturi tas-slip;

Ġiroskopji direzzjonali;

Sistemi ta' Twissija dwar il-Prossimità tal-Art (GPWSs);

Sistemi tal-boxxla;

Sistemi ta' reġistrazzjoni tad-Dejta tat-Titjir (FDRSs);

Sistemi tal-Istrumenti Elettroniċi tat-Titjir (EFISs);

Sistemi ta' twissija bi strument inklużi sistemi ta' twissija prinċipali u panils ta' twissija;

Sistemi ta' twissija tal-waqfien tal-magni u sistemi ta' indikazzjoni tal-angolu tal-attakk;

Kejl u indikazzjoni tal-vibrazzjoni;

Kokpit tal-ħġieġ.

 

13.9

Dwal (ATA 33)

3

Esterni: tan-navigazzjoni, tal-inżul, tat-taxiing, tas-silġ;

Interni: tal-kabina, tal-kokpit, tat-tagħbija;

Ta' emerġenza.

 

13.10

Sistemi ta' Manutenzjoni Abbord (ATA 45)

3

Kompjuters ta' manutenzjoni ċentrali;

Sistema tat-tagħbija ta' dejta;

Sistema ta' librerija elettronika;

Sistema tal-istampar;

Sistema tal-monitoraġġ tal-istruttura (monitoraġġ tat-tolleranza ta' ħsara).

 

13.11

Kondizzjonament tal-Arja u Pressurizzazzjoni tal-Kabina (ATA 21)

 

13.11.1

Provvista tal-Arja

2

Sorsi ta' provvista tal-arja inklużi t-teħid tal-arja mill-magna, l-APU u l-karru tal-art.

 

13.11.2

Kondizzjonament tal-Arja

 

Sistemi tal-arja kundizzjonata;

2

Maġni li jiċċirkolaw l-arja u magni li jiċċirkolaw il-fwar;

3

Sistemi ta' distribuzzjoni;

1

Sistema ta' kontroll tal-fluss, tat-temperatura u tal-umdità.

3

13.11.3

Pressurizzazzjoni

3

Sistemi ta' pressurizzazzjoni;

Kontroll u indikazzjoni inklużi l-valvi ta' kontroll u ta' sikurezza;

Kontrolluri tal-pressjoni fil-kabina.

 

13.11.4

Apparati ta' Sikurezza u ta' Twissija

3

Apparati ta' protezzjoni u ta' twissija.

 

13.12

Protezzjoni min-Nar (ATA 26)

 

(a)

3

Sistemi ta' detezzjoni u ta' twissija ta' nar u duħħan;

Sistemi tat-tifi tan-nar;

Ittestjar tas-sistemi.

 

(b)

1

Apparat tat-tifi tan-nar portabbli.

 

13.13

Sistemi ta' Fjuwil (ATA 28)

 

Tqassim tas-sistema;

1

Tankijiet tal-fjuwil;

1

Sistemi tal-forniment;

1

Tneħħija, ivventjar u żvujtar;

1

Cross feed u trasferiment;

2

Indikazzjonijiet u twissijiet;

3

Riforniment tal-fjuwil u tneħħija tal-fjuwil;

2

Sistemi tal-Fjuwil ta' bilanċ lonġitudinali.

3

13.14

Enerġija Idrawlika (ATA 29)

 

Tqassim tas-sistema;

1

Fluwidi idrawliċi;

1

Reservoirs u akkumulaturi idrawliċi;

1

Ġenerazzjoni tal-pressjoni: elettrika, mekkanika, pnewmatika;

3

Ġenerazzjoni tal-pressjoni ta' emerġenza;

3

Filtri;

1

Kontroll tal-pressjoni;

3

Distribuzzjoni tal-enerġija;

1

Sistemi ta' indikazzjoni u ta' twissija;

3

Interfaċċa ma' sistemi oħra.

3

13.15

Protezzjoni mis-Silġ u x-Xita (ATA 30)

 

Formazzjoni, klassifikazzjoni u detezzjoni tas-silġ;

2

Sistemi kontra l-formazzjoni s-silġ: tal-elettriku, tal-arja sħuna u kimiċi;

2

Sistemi li jneħħu s-silġ: tal-elettriku, tal-arja sħuna, pnmatiċi u kimiċi;

3

Impenetrabbli għall-ilma tax-xita;

1

Tisħin tas-sonda u tad-drain;

3

Sistemi tal-wajpers.

1

13.16

Apparat tal-Inżul (ATA 32)

 

Kostruzzjoni, assorbiment tax-xokkijiet;

1

Sistemi ta' estensjoni u retrazzjoni: normali u ta' emerġenza;

3

Indikazzjonijiet u twissijiet;

3

Roti, brejkijiet, sistemi antiskid u tal-ibbrejkjar awtomatiku;

3

Tajers;

1

Steering

3

Detezzjoni arja-art.

3

13.17

Ossiġnu (ATA 35)

 

Tqassim tas-sistema: kokpit, kabina;

3

Is-sorsi, il-ħażna, l-iċċarġjar u d-distribuzzjoni;

3

Regolazzjoni tal-forniment;

3

Indikazzjonijiet u twissijiet.

3

13.18

Pnewmatiku/Vakwu (ATA 36)

 

Tqassim tas-sistema;

2

Sorsi: il-magna/APU, il-kompressuri, ir-reservoirs, il-forniment mill-art;

2

Kontroll tal-pressjoni;

3

Distribuzzjoni;

1

Indikazzjonijiet u twissijiet;

3

Interfaċċi ma' sistemi oħra.

3

13.19

Ilma/Skart (ATA 38)

2

It-tqassim, il-forniment, id-distribuzzjoni, il-manutenzjoni u l-iżvujtar tas-sistema tal-ilma;

It-tqassim, l-iflaxxjar u l-manutenzjoni tas-sistema tat-tojlits.

 

13.20

Avjonika Modulari Integrata (IMA) (ATA 42)

3

Sistema Ewlenija;

Komponenti tan-Netwerk.

Nota: Il-funzjonijiet li normalment jistgħu jiġu integrati fil-moduli tal-Avjonika Modulari Integrata (IMA) jinkludu, fost oħrajn:

l-immaniġġjar tat-teħid tal-arja;

il-kontroll tal-pressjoni tal-arja;

il-ventilazzjoni u l-kontroll tal-arja;

il-kontroll tal-ventilazzjoni avjonika u tal-kokpit, il-kontroll tat-temperatura;

il-komunikazzjoni tat-traffiku tal-ajru;

router ta' komunikazzjoni avjonika;

l-immaniġġjar tat-tagħbija elettrika;

il-monitoraġġ tas-circuit breaker;

is-sistema elettrika Built-in Test Equipment (BITE);

l-immaniġġjar tal-fjuwil;

il-kontroll tal-brejkijiet;

il-kontroll tal-isteering;

l-estensjoni u r-retrazzjoni tat-tagħmir għall-inżul;

l-indikazzjoni tal-pressjoni tat-tajers;

l-indikazzjoni tal-pressjoni oleodinamika;

il-monitoraġġ tat-temperatura tal-brejkijiet.

 

13.21

Sistemi tal-Kabina (ATA 44)

3

L-unitajiet u l-komponenti li jipprovdu apparati għad-divertiment tal-passiġġieri u għall-komunikazzjoni fl-inġenju tal-ajru (is-Sistema ta' Dejta ta' Interkomunikazzjoni tal-Kabina (CIDS)) kif ukoll bejn il-kabina tal-inġenju tal-ajru u l-istazzjonijiet tal-art (is-Servizz ta' Netwerk tal-Kabina (CNS)). Dawn jinkludu trażmissjonijiet tal-vuċi, dejta, mużika u vidjo.

Is-CIDS tipprovdi konnessjoni elettronika bejn l-ekwipaġġ tal-kokpit/tal-kabina u s-sistemi tal-kabina. Dawn is-sistemi jsostnu l-iskambju ta' dejta tal-Unitajiet Sostitwibbli fil-Post (LRUs) differenti u relatati, u normalment jiġu mħaddma mill-Panils tal-Flight Attendants (FAPs).

Normalment, is-CNS ikun magħmul minn server li jkollu interfaċċa ma', fost oħrajn, dawn is-sistemi li ġejjin:

Komunikazzjoni ta' dejta/radju;

Sistema Ewlenija tal-Kabina (CSS);

Sistema ta' Divertiment Abbord (IFES);

Sistema ta' Komunikazzjoni Esterna (ECS);

Sistema ta' Memorja ta' Massa tal-Kabina (CMMS);

Sistema ta' Monitoraġġ tal-Kabina (CMS);

Sistemi Mixxelanji tal-Kabina (MCSs).

Is-CNS jista' jkollha funzjonijiet bħal:

aċċess għal rapporti ta' qabel it-tluq/tat-tluq;

aċċess għall-posta elettronika/l-intranet/l-internet;

bażi ta' dejta tal-passiġġiera.

 

13.22

Sistemi tal-Informazzjoni (ATA 46)

3

L-unitajiet u l-komponenti li jipprovdu mezz ta' ħżin, aġġornar u rkupru ta' informazzjoni diġitali li normalment tkun ipprovduta fuq karta, mikrofilm jew mikrofixx. Dawn jinkludu unitajiet li huma ddedikati għall-funzjonijiet ta' ħżin u rkupru tal-informazzjoni bħall-memorja ta' massa u l-kontrollur tal-librerija elettronika, iżda ma jinkludux unitajiet jew komponenti installati għal użi oħra u maqsuma ma' sistemi oħra, bħall-istampatur tal-ekwipaġġ tal-kabina jew għall-wiri ta' użu ġenerali.

Eżempji tipiċi jinkludu:

Sistemi tal-Immaniġġjar tal-Informazzjoni u tat-Traffiku tal-Ajru u Sistemi ta' Server tan-Netwerks;

Sistema ta' informazzjoni ġenerali dwar l-inġenji tal-ajru;

Sistema ta' informazzjoni dwar il-kabina tal-ekwipaġġ;

Sistema ta' informazzjoni dwar il-manutenzjoni;

Sistema ta' informazzjoni dwar il-kabina tal-passiġġiera;

Sistemi ta' informazzjoni mixxelanja.”

 

(21)

L-Appendiċi II huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu jinbidel b'dan li ġej:

Appendiċi II

Standard tal-Eżami Bażiku

(għajr għal liċenzja tal-kategorija L)”;

(b)

fil-punti 2.2.1 sa 2.2.10, il-kliem “Kategorija B2” jinbidlu bil-kliem “Kategorija B2 u B2L”;

(c)

il-punti 2.2.13 u 2.2.14 jinbidlu b'dan li ġej:

“2.13.   MODULU 13 — AJRUDINAMIKA, STRUTTURI U SISTEMI TAL-INĠENJI TAL-AJRU

Kategorija B2: 180 mistoqsija b'għażla ta' tweġibiet u 0 mistoqsijijiet ta' test liberu. Ħin permess: 225 minuta. Il-mistoqsijiet u l-ħin permess jistgħu jinqasmu f'żewġ eżamijiet, kif ikun xieraq.

Kategorija B2L:

Klassifikazzjoni ta' sistemi

Numru ta' mistoqsijiet b'għażla ta' tweġibiet

Ħin permess (minuti)

Rekwiżiti bażiċi

(Submoduli 13.1, 13.2, 13.5 u 13.9)

28

35

COM/NAV

(Submodulu 13.4(a))

24

30

STRUMENTI

(Submodulu 13.8)

20

25

AWTOTITJIR

(Submoduli 13.3(a) u 13.7)

28

35

SORVELJANZA

(Submodulu 13.4(b))

8

10

SISTEMI TA' QAFAS TAL-INĠENJU TAL-AJRU

(Submoduli 13.11 sa 13.18)

32

40

2.14.   MODULU 14 — PROPULSJONI

Kategorija B2 u B2L: 24 mistoqsija b'għażla ta' tweġibiet u 0 mistoqsijijiet ta' test liberu. Ħin permess: 30 minuta.

NOTA: L-eżami ta' B2L għall-modulu 14 huwa applikabbli biss għall-klassifikazzjonijiet “Strumenti” u “Sistemi ta' qafas tal-inġenju tal-ajru.”;”

(22)

L-Appendiċi III hu emendat kif ġej:

(a)

fil-punt 1.(a), il-punt (ii) jinbidel b'dan li ġej:

“(ii)

Għandu jikkonforma, għajr kif permess mit-taħriġ dwar id-differenzi previst fil-punt (c), mal-istandard stipulat fil-punt 3.1 ta' dan l-Appendiċi u, jekk disponibbli, mal-elementi rilevanti definiti fil-parti obbligatorja tad-dejta tal-adegwatezza operattiva stabbilita skont ir-Regolament (UE) Nru 748/2012.”;

(b)

fil-punt 1.(b), il-punt (ii) jinbidel b'dan li ġej:

“(ii)

Għandu jikkonforma, għajr kif permess mit-taħriġ dwar id-differenzi deskritt fil-punt (c), mal-istandard stipulat fil-punt 3.2 ta' dan l-Appendiċi u, jekk disponibbli, mal-elementi rilevanti definiti fil-parti obbligatorja tad-dejta tal-adegwatezza operattiva stabbilita skont ir-Regolament (UE) Nru 748/2012.”;

(c)

fil-punt 3.1(c), in-noti tal-qiegħ fit-tabella jinbidlu b'dan li ġej:

“(1)

Għal ajruplani mhux pressurizzati b'magni bil-pistuni b'MTOM ta' inqas minn 2 000 kg, id-durata minima tista' titnaqqas b'50 %.

(2)

Għal ħelikopters fil-Grupp 2 (kif definit fil-punt 66.A.5), id-durata minima tista' titnaqqas bi 30 %.”;

(d)

fil-punt 3.1(e), il-livell ta' taħriġ għas-sistema ta' qafas tal-inġenju tal-ajru 21A “Provvista tal-Arja”, korrispondenti għall-kolonna “Ħelikopters bit-Turbini”, jinbidel b'dan li ġej:

“3

1”;

(e)

fil-punt 3.1(e), il-livell ta' taħriġ għas-sistema ta' qafas tal-inġenju tal-ajru 31A “Sistemi tal-Istrumenti”, korrispondenti għall-kolonna “Ħelikopters bil-pistuni”, jinbidel b'dan li ġej:

“3

1”;

(23)

L-Appendiċi IV jinbidel b'dan li ġej:

Appendiċi IV

Rekwiżiti tal-esperjenza għall-estensjoni ta' liċenzja għall-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru skont il-Parti-66.

It-tabella ta' hawn taħt turi r-rekwiżiti tal-esperjenza għaż-żieda ta' kategorija jew subkategorija ġdida mal-liċenzja eżistenti skont il-Parti-66.

L-esperjenza għandha tkun esperjenza ta' manutenzjoni prattika fuq inġenji tal-ajru operattiv fis-subkategorija rilevanti għall-applikazzjoni.

Ir-rekwiżit tal-esperjenza għandu jitnaqqas b'50 % jekk l-applikant ikun lesta kors approvat skont il-Parti-147 rilevanti għas-subkategorija.

Għal

Minn

A1

A2

A3

A4

B1.1

B1.2

B1.3

B1.4

B2

B2L

B3

A1

6 xhur

6 xhur

6 xhur

Sentejn (2)

6 xhur

Sentejn (2)

Sena (1)

Sentejn (2)

Sena (1)

6 xhur

A2

6 xhur

6 xhur

6 xhur

Sentejn (2)

6 xhur

Sentejn (2)

Sena (1)

Sentejn (2)

Sena (1)

6 xhur

A3

6 xhur

6 xhur

6 xhur

Sentejn (2)

Sena (1)

Sentejn (2)

6 xhur

Sentejn (2)

Sena (1)

Sena (1)

A4

6 xhur

6 xhur

6 xhur

Sentejn (2)

Sena (1)

Sentejn (2)

6 xhur

Sentejn (2)

Sena (1)

Sena (1)

B1.1

Xejn

6 xhur

6 xhur

6 xhur

6 xhur

6 xhur

6 xhur

Sena (1)

Sena (1)

6 xhur

B1.2

6 xhur

Xejn

6 xhur

6 xhur

Sentejn (2)

Sentejn (2)

6 xhur

Sentejn (2)

Sena (1)

Xejn

B1.3

6 xhur

6 xhur

Xejn

6 xhur

6 xhur

6 xhur

6 xhur

Sena (1)

Sena (1)

6 xhur

B1.4

6 xhur

6 xhur

6 xhur

Xejn

Sentejn (2)

6 xhur

Sentejn (2)

Sentejn (2)

Sena (1)

6 xhur

B2

6 xhur

6 xhur

6 xhur

6 xhur

Sena (1)

Sena (1)

Sena (1)

Sena (1)

Sena (1)

B2L

6 xhur

6 xhur

6 xhur

6 xhur

Sena (1)

Sena (1)

Sena (1)

Sena (1)

Sena (1)

Sena (1)

B3

6 xhur

Xejn

6 xhur

6 xhur

Sentejn (2)

6 xhur

Sentejn (2)

Sena (1)

Sentejn (2)

Sena (1)

”;

(24)

L-Appendiċi V jinbidel b'dan li ġej:

Appendiċi V

Formola tal-Applikazzjoni — Formola 19 tal-EASA

1.

Dan l-Appendiċi fih eżempju tal-formola użata għall-applikazzjoni tal-liċenzja għall-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru msemmija fl-Anness III (Parti-66).

2.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tista' timmodifika l-Formola 19 tal-EASA biex tinkludi informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex ikun appoġġjat il-każ fejn ir-rekwiżiti nazzjonali jippermettu jew jirrikjedu li l-liċenzja għall-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru maħruġa skont l-Anness III (Parti-66) tiġi użata barra mill-kuntest tar-rekwiżiti tal-Anness I (Parti-M) u l-Anness II (Parti-145).
Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni
”;

(25)

L-Appendiċi VI hu emendat kif ġej:

(a)

it-titolu jinbidel b'dan li ġej:

Appendiċi VI – Liċenzja għall-Manutenzjoni ta' Inġenji tal-Ajru msemmija fl-Anness III (Parti-66) – Formola 26 tal-EASA”;

(b)

fil-bidu tal-Appendiċi VI u qabel il-Formola 26 eżistenti tal-EASA jiddaħħal it-test li ġej:

“1.

Eżempju tal-liċenzja għall-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru li hemm referenza għaliha fl-Anness III (Parti-66) jista' jinstab fil-paġni li ġejjin.

2.

Id-dokument irid ikun stampat fil-forma standardizzata murija, iżda jista' jiċċekken fid-daqs biex ikun jista' jiġi ġġenerat bil-kompjuter. Meta jiċċekken id-daqs, dan irid isir bil-galbu biex ikun żgurat li jkun hemm biżżejjed spazju disponibbli f'dawk il-postijiet fejn huma meħtieġa s-siġilli jew it-timbri uffiċjali. Id-dokumenti ġġenerati bil-kompjuter mhemmx bżonn li jkollhom il-kaxxi kollha inkorporati meta kwalunkwe tali kaxxa tibqa' vojta sakemm id-dokument ikun jista' jiġi rikonoxxut b'mod ċar bħala l-liċenzja għall-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru maħruġa skont l-Anness III (Parti-66).

3.

Id-dokument jista' jimtela jew bl-Ingliż jew bil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru tal-awtorità kompetenti. F'dan il-każ, it-tieni kopja bl-Ingliż għandha tiġi mehmuża mad-dokument sabiex jiġi żgurat li jinftiehem b'mod reċiproku meta kwalunkwe detentur ta' liċenzja jkun jeħtieġ li juża l-liċenzja barra dak l-Istat Membru.

4.

Kull detentur ta' liċenzja jrid ikollu numru ta' detentur ta' liċenzja uniku, stabbilit abbażi ta' identifikatur nazzjonali u deżinjatur alfa-numeriku.

5.

Id-dokument jista' jkollu l-paġni f'ordni differenti minn dik ta' dan l-eżempju u jista' ma jkunx fih linji diviżorji, jew xi wħud minnhom, sakemm l-informazzjoni li jkun fih tkun ippożizzjonata b'tali mod li kull tifsila tal-paġna tkun tista' tiġi identifikata b'mod ċar mal-format tal-eżempju tal-liċenzja għall-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru li hawn hawnhekk.

6.

Id-dokument għandu jiġi preparat mill-awtorità kompetenti. Madankollu, jista' jiġi preparat ukoll minn kwalunkwe organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata skont l-Anness II (Parti-145) jekk l-awtorità kompetenti taqbel ma' dan u l-preparazzjoni ssir skont proċedura stabbilita fil-manwal tal-organizzazzjonu tal-manutenzjoni msemmi fil-punt 145.A.70 tal-Anness II (Parti-145). F'kull każ, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ id-dokument.

7.

Il-preparazzjoni ta' kwalunkwe bidla f'liċenzja eżistenti għall-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti. Madankollu, tista' tiġi preparata wkoll minn kwalunkwe organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata skont l-Anness II (Parti-145) jekk l-awtorità kompetenti taqbel ma' dan u l-preparazzjoni ssir skont proċedura stabbilita fil-manwal tal-organizzazzjoni tal-manutenzjoni msemmi fil-punt 145.A.70 tal-Anness II (Parti-145). F'kull każ, l-awtorità kompetenti għandha tibdel id-dokument.

8.

Id-detentur tal-liċenzja għall-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru għandu jżommha f'kundizzjoni tajba u għandu jiżgura li fiha ma tiddaħħal ebda annotazzjoni mhux awtorizzata. In-nuqqas ta' konformità ma' din ir-regola jista' jtellef il-validità tal-liċenzja jew iwassal biex id-detentur ma jitħalla jżomm ebda privileġġ ta' ċertifikazzjoni. Dan jista' wkoll iwassal għat-teħid ta' proċeduri kriminali skont il-liġi nazzjonali.

9.

Il-liċenzja għall-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru maħruġa skont l-Anness III (Parti-66) għandha tiġi rikonoxxuta fl-Istati Membri kollha u l-iskambju tad-dokument mhux meħtieġ meta wieħed jaħdem fi Stat Membru ieħor.

10.

L-Anness għall-Formola 26 tal-EASA huwa fakultattiv u jista' jintuża biss biex jinkludi l-privileġġi nazzjonali, fejn tali privileġġi jkunu koperti mil-liġi nazzjonali li tmur lil hinn mill-ambitu tal-Anness III (Parti-66).

11.

Fir-rigward tal-paġna tal-klassifikazzjoni tat-tip tal-inġenji tal-ajru tal-liċenzja għall-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru, l-awtorità kompetenti tista' tiddeċiedi li ma toħroġx din il-paġna sakemm l-ewwel klassifikazzjoni tat-tip tal-inġenji tal-ajru tkun teħtieġ li tiġi approvata, u jista' jseħħ li tkun trid toħroġ aktar minn paġna waħda tal-klassifikazzjoni tat-tip tal-inġenji tal-ajru skont in-numru ta' klassifikazzjonijiet tat-tip li jridu jiġu elenkati.

12.

Minkejja l-punt 11, kull paġna maħruġa għandha tkun fil-format ta' dan l-eżempju u għandu jkun fiha l-informazzjoni speċifikata għal dik il-paġna.

13.

Il-liċenzja għall-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru għandha tindika b'mod ċar li l-limitazzjonijiet huma esklużjonijiet mill-privileġġi taċ-ċertifikazzjoni. Jekk mhemmx limitazzjonijiet applikabbli, fil-paġna tal-LIMITAZZJONIJIET għandu jiġi indikat “L-ebda limitazzjoni”.

14.

Meta jintuża format stampat minn qabel għall-ħruġ ta' liċenzja għall-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru, kwalunkwe kaxxa tal-klassifikazzjoni ta' kategorija, subkategorija jew tip li ma jkunx fiha annotazzjoni ta' klassifikazzjoni għandha tkun immarkata biex turi li l-klassifikazzjoni mhijiex miżmuma.”;

(c)

il-Formola 26 tinbidel b'dan li ġej:

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

(26)

Dawn l-Appendiċi VII u VIII li ġejjin huma miżjudin:

Appendiċi VII

Rekwiżiti ta' għarfien bażiku għal liċenzja għall-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru tal-kategorija L

Id-definizzjonijiet tal-livelli differenti ta' għarfien meħtieġa fl-Appendiċi huma l-istess bħal dawk inklużi fil-punt 1 tal-Appendiċi I tal-Anness III (Parti-66).

Subkategoriji

Moduli meħtieġa għal kull subkategorija (ara t-tabella tas-sillabu ta' hawn taħt)

L1C: glajders komposti

1L, 2L, 3L, 5L, 7L u 12L

L1: glajders

1L, 2L, 3L, 4L, 5L, 6L, 7L u 12L

L2C: glajders komposti li jaħdmu bil-magni u ajruplani ELA1 komposti

1L, 2L, 3L, 5L, 7L, 8L u 12L

L2: glajders li jaħdmu bil-magni u ajruplani ELA1

1L, 2L, 3L, 4L, 5L, 6L, 7L, 8L u 12L

L3H: blalen tal-arja sħuna

1L, 2L, 3L, 9L u 12L

L3G: blalen tal-gass

1L, 2L, 3L, 10L u 12L

L4H: iġfna tal-ajru tal-arja sħuna

1L, 2L, 3L, 8L, 9L, 11L u 12L

L4G: iġfna tal-ajru tal-gass ELA2

1L, 2L, 3L, 8L, 10L, 11L u 12L

L5: iġfna tal-ajru tal-gass ta' klassifikazzjoni ogħla minn ELA2

Rekwiżiti ta' għarfien bażiku għal kwalunkwe subkategorija B1

kif ukoll

8L (għal B1.1 u B1.3), 10L, 11L u 12L

WERREJ:

Deżinjazzjoni tal-modulu

1L

“Għarfien bażiku”

2L

“Fatturi umani”

3L

“Leġiżlazzjoni tal-avjazzjoni”

4L

“Qafas tal-inġenju tal-ajru tal-injam/tubi tal-metall miksijin bit-tessuti”

5L

“Qafas tal-inġenju tal-ajru kompost”

6L

“Il-metall tal-qafas tal-inġenju tal-ajru”

7L

“Qafas tal-inġenju tal-ajru ġenerali”

8L

“Powerplant”

9L

“Ballun/Ġifen tal-ajru tal-arja sħuna”

10L

“Ballun/Ġifen tal-ajru tal-gass (liberu/irmiġġat)”

11L

“Iġfna tal-ajru tal-arja sħuna/tal-gass”

12L

“Radio Com/ELT/Transponder/Strumenti”

MODULU 1L — GĦARFIEN BAŻIKU

 

Livell

1L.1   Matematika

Aritmetika

Temini u sinjali aritmetiċi;

Metodi ta' multiplikazzjoni u diviżjoni;

Frazzjonijiet u deċimali;

Fatturi u multipli;

Piżijiet, qisien u fatturi ta' konverżjoni;

Proporzjon;

Medji u perċentwali;

Erjas u volumi, kwadrati, kubi.

Alġebra

Valutazzjoni ta' espressjonijiet alġebrajċi sempliċi: addizzjoni, tnaqqis, multiplikazzjoni u diviżjoni;

Użu tal-parentesi;

Frazzjonijiet alġebrajċi sempliċi.

Ġeometrija

Kostruzzjonijiet ġeometriċi sempliċi;

Rappreżentazzjoni grafika: natura u użi tal-graffs.

1

1L.2   Fiżika

Materja

Natura tal-materja: l-elementi kimiċi;

Komposti kimiċi;

Stati: solidi, likwidi u gassużi;

Tibdil minn stat għal ieħor.

Mekkanika

Forzi, moments u couples, rappreżentazzjoni bħala vektors;

Ċentru tal-gravità;

Tensjoni, kompressjoni, shear u torsjoni;

Natura u karatteristiċi ta' solidi, fluwidi u gassijiet.

Temperatura

Termometri u skali tat-temperatura: Celsius, Fahrenheit u Kelvin;

Definizzjoni tas-sħana.

1

1L.3   Elettriku

Ċirkwiti DC

Ir-regola ta' Ohm, ir-regoli ta' Kirchoff dwar il-vultaġġ u l-kurrent;

Sinifikat tar-reżistenza interna tal-provvista;

Reżistenza/reżister;

Kodiċi bil-kulur tar-reżisters, valuri u tolleranzi, valuri preferuti, klassifikazzjonijiet tal-wattage;

Reżisters imqabbda f'serje u b'mod parallel.

1

1L.4   Ajrudinamika/ajrustatika

Atmosfera Standard Internazzjonali (ISA), applikazzjoni għall-ajrudinamika u l-ajrustatika.

Ajrudinamika

Fluss tal-arja madwar korp;

Saff limitu (boundary layer), fluss laminari u turbulenti;

Thrust, piż, riżultant ajrudinamiku;

Ġenerazzjoni tal-irfigħ u tad-drag; angolu ta' inċidenza, kurva polari, stall tal-kurva.

Ajrustatika

Effetti fuq l-envelopes, effetti tar-riħ, tal-altitudni u tat-temperatura.

1

1L.5   Sikurezza fuq il-post tax-xogħol u protezzjoni ambjentali

Prattiċi tax-xogħol sikuri u prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu meta jsir xogħol bl-użu ta' elettriku, gassijiet (speċjalment l-ossiġnu), żjut u kimiċi;

Tikkettar, ħżin u rimi ta' materjali perikolużi (għas-sikurezza u għall-ambjent);

Azzjoni rimedjali fil-każ ta' nirien jew xi aċċident ieħor b'wieħed jew aktar minn dawn il-perikli li tinkludi l-għarfien dwar l-aġenti tat-tifi.

2


MODULU 2L - FATTURI UMANI

 

Livell

2L.1   Ġenerali

Il-ħtieġa li jitqiesu l-fatturi umani;

Inċidenti attribwibbli għall-fatturi umani/żbalji umani;

Ir-Regola ta' Murphy.

1

2L.2   Prestazzjoni u limitazzjonijiet umani

Vista, smigħ, proċessar tal-informazzjoni, attenzjoni u perċezzjoni, memorja.

1

2L.3   Psikoloġija soċjali

Responsabbiltà, motivazzjoni, pressjoni mill-pari, ħidma f'tim.

1

2L.4   Fatturi li jaffettwaw il-prestazzjoni

Saħħa, stress, irqad, għeja, alkoħol, mediċini, abbuż mid-droġi.

1

2L.5   Ambjent fiżiku

Ambjent tax-xogħol (klima, storbju, dawl).

1


MODULU 3 - LEĠIŻLAZZJONI TAL-AVJAZZJONI

 

Livell

3L.1   Qafas regolatorju

Rwol tal-Kummissjoni Ewropea, tal-EASA u tal-Awtoritajiet Nazzjonali tal-Avjazzjoni (NAAs);

Partijiet applikabbli tal-Parti-M u tal-Parti-66.

1

3L.2   Tiswijiet u modifiki

Approvazzjoni ta' tibdil (tiswijiet u modifiki);

Tibdil standard u tiswijiet standard.

2

3L.3   Dejta tal-manutenzjoni

Direttivi dwar l-Ajrunavigabbiltà (ADs), Struzzjonijiet għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà (ICA) (AMM, IPC, eċċ.);

Manwal tat-Titjira;

Reġistrazzjoni tal-manutenzjoni.

2


MODULU 4L — QAFAS TAL-INĠENJU TAL-AJRU TAL-INJAM/TUBI TAL-METALL MIKSIJIN BIT-TESSUTI

 

Livell

4L.1   Qafas tal-inġenju tal-ajru tal-injam/kombinazzjoni ta' tubi tal-metall miksijin bit-tessuti

Injam, plywood, adeżivi, preservazzjoni, power line, proprjetajiet, tiswir bl-għodda (machining);

Kisi (materjali ta' kisi, adeżivi u finituri, materjali u adeżivi ta' kisi naturali u sintetiċi);

Proċessi ta' żebgħa, assemblaġġ u tiswija;

Rikonoxximent ta' ħsarat minn stress żejjed fuq strutturi tal-injam/tubi tal-metall miksijin bit-tessuti;

Deterjorament ta' komponenti u kisi tal-injam;

Test tat-tixqiq (proċedura ottika, eż., lenti) ta' komponenti tal-metall. Korrużjoni u metodi ta' prevenzjoni. Protezzjoni għas-saħħa u sigurtà min-nirien.

2

4L.2   Materjal

Tipi ta' njam, stabbiltà, u proprjetajiet ta' machining;

Tubi u fittings magħmulin mill-azzar u minn liga ħafifa, spezzjonijiet għall-qsim ta' fissuri wweldjati;

Materjali tal-plastik (ħarsa ġenerali, fehim tal-proprjetajiet);

Żebgħa u tneħħija taż-żebgħa;

Kolol, adeżivi;

Materjali u teknoloġiji tal-kisi (polimeri naturali u sintetiċi).

2

4L.3   Identifikazzjoni tal-ħsara

Stress żejjed fuq strutturi tal-injam/tubi tal-metall miksijin bit-tessuti;

Trasferimenti ta' tagħbija;

Testijiet tar-reżistenza għar-reħja u tat-tixqiq.

3

4L.4   Twettiq tal-attivitajiet prattiċi

Illokkjar tal-pins, viti, skorfini kastellati, tensuri (turnbuckles);

Thimble splice;

Tiswijiet ta' Nicopress u Talurit;

Tiswija ta' kisjiet;

Tiswija ta' trasparenzi;

Eżerċizji ta' tiswija (plywood, vireg, poġġamani, qxur);

Rigging tal-Inġenji tal-Ajru. Kalkolu tal-bilanċ tal-massa tas-superfiċe ta' kontroll u tal-medda ta' moviment tas-superfiċji ta' kontroll, kejl tal-forzi operattivi;

Twettiq ta' spezzjonijiet ta' 100 siegħa/sena fuq qafas tal-inġenju tal-ajru tal-injam jew ta' kombinazzjoni ta' tubi tal-metall miksijin bit-tessuti.

2


MODULU 5L — QAFAS TAL-INĠENJU TAL-AJRU KOMPOST

 

Livell

5L.1   Qafas tal-inġenju tal-ajru tal-plastik rinfurzat bil-fibri (FRP)

Prinċipji bażiċi għall-kostruzzjoni bl-FRP;

Reżini (reżina epossida, reżina tal-poliesteru, reżina fenolika, reżini tal-vinil-esteru);

Materjali ta' rinfurzar, ħġieġ, fibri aramidi u fibri tal-karbonju, aspetti karatteristiċi;

Mili;

Mili ta' appoġġ (balsa, honeycombs, foamed plastics);

Kostruzzjonijiet, trasferimenti ta' tagħbija (qoxra solida tal-FRP, sandwiches);

Identifikazzjoni ta' ħsara waqt li jkun hemm stress żejjed fuq il-komponenti;

Proċedura għall-proġetti FRP (skont il-Manwal tal-Organizzazzjoni tal-Manutenzjoni), inkluż il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-materjal.

2

5L.2   Materjal

Sustanzi termoplastiċi, polimeri termoplastiċi, katalizzaturi;

Fehim tal-proprjetajiet, teknoloġiji ta' machining, detaching, bonding, welding;

Reżini għall-FRP: reżini epossidi, reżini tal-poliesteru, reżini tal-vinil-esteru, reżini fenoliċi;

Materjali tar-rinfurzar:

Minn fibri elementari sa filamenti (aġent ta' rilaxx, finituri), nisġiet;

Proprjetajiet tal-materjali tar-rinfurzar individwali (fibri tal-ħġieġ-E, fibri aramidi, fibri tal-karbonju);

Problema b'sistemi ta' materjali multipli, matriċi;

Adeżjoni/koeżjoni, imġiba varja tal-materjali tal-fibra;

Materjali tal-mili u pigmenti;

Rekwiżiti tekniċi għall-materjali tal-mili;

Tibdil fil-proprjetajiet tal-kompożizzjoni tar-reżina minħabba l-użu ta' ħġieġ-E, micro balloon, aerosols, qoton, minerali, trab tal-metall, sustanzi organiċi;

Teknoloġiji taż-żebgħa, l-assemblaġġ u t-tiswija;

Materjali tal-irfid;

Honeycombs (tal-karta, tal-FRP, tal-metall), injam balsa, Divinycell (Contizell), tendenzi ta' żvilupp ġdid.

2

5L.3   Assemblaġġ ta' oqfsa tal-inġenji tal-ajru bi struttura komposta rinfurzati bil-fibri

Qoxra solida;

Sandwiches;

Assemblaġġ tal-ajrufojls, tal-fuselages tal-ajruplan, tas-superfiċe ta' kontroll.

2

5L.4   Identifikazzjoni tal-ħsara

L-imġiba tal-komponenti tal-FRP f'każ li jiġu stressjati ż-żejjed;

Identifikazzjoni ta' delaminazzjonijiet, bonds laxki;

Frekwenza tal-vibrazzjoni tal-liwi fl-ajrufojls;

Trasferiment ta' tagħbija;

Konnessjoni frizzjonali u llokkjar pożittiv;

Reżistenza għar-reħja u korrużjoni ta' partijiet tal-metall;

Bonding tal-metall, finitura tas-superfiċe ta' komponenti tal-azzar u tal-aluminju waqt il-bonding mal-FRP.

3

5L.5   Produzzjoni tal-forom

Forom tal-ġibs, forom taċ-ċeramika;

Forom tal-GFK, Gel-coat, materjali tar-rinfurzar, problemi ta' riġidità;

Forom tal-metall;

Forom maskili u femminili (jiġifieri, li jidħlu f'xulxin).

2

5L.6   Twettiq tal-attivitajiet prattiċi

Illokkjar tal-pins, viti, skorfini kastellati, tensuri (turnbuckles);

Thimble splice;

Tiswijiet ta' Nicopress u Talurit;

Tiswija ta' kisjiet;

Tiswija ta' qxur tal-FRP solidi;

Fabrikazzjoni/formazzjoni tal-forom ta' komponent (eż., il-ponta taż-żaqq tal-ajruplan, il-landing gear fairing, il-ponta tal-ġewnaħ u t-tarf tal-ġewnaħ);

Tiswija tal-qoxra sandwich meta jkun hemm ħsara fis-saff intern jew estern;

Tiswija tal-qoxra sandwich billi tiġi ppressata b'borza tal-vakwu;

Tiswija ta' trasparenzi (PMMA) b'adeżiv ta' komponent wieħed jew ta' żewġ komponenti;

Bonding tat-trasparenza mal-qafas tal-canopy

Temprar ta' trasparenzi u komponenti oħra;

Twettiq ta' tiswija fuq qoxra sandwich (tiswija żgħira ta' inqas minn 20 cm);

Rigging tal-Inġenji tal-Ajru. Kalkolu tal-bilanċ tal-massa tas-superfiċe ta' kontroll u tal-medda ta' moviment tas-superfiċji ta' kontroll, kejl tal-forzi operattivi;

Twettiq ta' spezzjonijiet ta' 100 siegħa/sena fuq qafas tal-inġenju tal-ajru tal-FRP.

2


MODULU 6L — IL-METALL TAL-QAFAS TAL-INĠENJU TAL-AJRU

 

Livell

6L.1   Il-metall tal-qafas tal-inġenju tal-ajru

Materjali tal-metall u prodotti nofshom maħduma, metodi ta' machining;

Testijiet tar-reżistenza għar-reħja u tat-tixqiq;

Assemblaġġ ta' komponenti tal-metall, ġonot rivitjati, ġonot adeżivi;

Identifikazzjoni ta' ħsara fuq komponenti stressjati ż-żejjed, effetti ta' korrużjoni;

Protezzjoni għas-saħħa u min-nirien.

2

6L.2   Materjal

Azzar u l-ligi tiegħu;

Metalli ħfief u l-ligi tagħhom;

Materjali tar-rivits;

Plastiks;

Kuluri u żebgħa;

Adeżivi tal-metall;

Tipi ta' korrużjoni;

Materjali u teknoloġiji tal-kisi (naturali u sintetiċi).

2

6L.3   Identifikazzjoni tal-ħsara

Oqfsa tal-inġenji tal-ajru tal-metall stressjati ż-żejjed, livellar, kejl tas-simmetrija;

Trasferimenti ta' tagħbija;

Testijiet tar-reżistenza għar-reħja u tat-tixqiq;

Identifikazzjoni ta' ġonot rivitjati laxki.

3

6L.4   Assemblaġġ ta' oqfsa tal-inġenji tal-ajru tal-metall u ta' kompożizzjoni komposta

Qxur;

Oqfsa;

Stringers u longerons;

Kostruzzjoni tal-qafas;

Problemi f'sistemi ta' materjali multipli.

2

6L.5   Qfiel

Klassifikazzjonijiet ta' fits u clearances;

Sistemi ta' kejl metriku u ta' kejl imperjali;

Bolt kbir wisq.

2

6L.6   Twettiq tal-attivitajiet prattiċi

Illokkjar tal-pins, viti, skorfini kastellati, tensuri (turnbuckles);

Thimble splice;

Tiswijiet ta' Nicopress u Talurit;

Tiswija ta' kisjiet, ħsara fis-superfiċe, waqfien ta' tekniki ta' perforazzjoni;

Tiswija ta' trasparenzi;

Qtugħ ta' folji tal-metall (aluminju u legi ħfief, azzar u legi tiegħu);

Liwi, tgħawwiġ, iffurmar ta' burduri, iċċattjar, illixxjar, dekorazzjoni;

Tiswija ta' rivitjar tal-oqfsa tal-inġenji tal-ajru tal-metall skont l-istruzzjonijiet u l-illustrazzjonijiet tat-tiswija;

Evalwazzjoni ta' rivitjar ħażin;

Rigging tal-Inġenji tal-Ajru. Kalkolu tal-bilanċ tal-massa tas-superfiċe ta' kontroll u tal-medda ta' moviment tas-superfiċji ta' kontroll, kejl tal-forzi operattivi;

Twettiq ta' spezzjonijiet ta' 100 siegħa/sena fuq qafas tal-inġenju tal-ajru tal-metall.

2


MODULU 7L — QAFAS TAL-INĠENJU TAL-AJRU ĠENERALI

 

Livell

7L.1   Sistema tal-kontroll tat-titjira

Kontrolli tal-kokpit: kontrolli fil-kokpit, immarkar bil-kuluri, forom tal-iswiċċis;

Superfiċji tal-kontrolli tat-titjira, flaps, superfiċji tal-air brakes, kontrolli, berings, brackets, tubi push-pull, bell cranks, horns, poleġġi, kejbils, ktajjen, tubi, rollers, tracks, jack screws, superfiċji, movementi, lubrikazzjoni, stabbilizzaturi, bilanċ tal-kontrolli;

Kombinazzjoni ta' kontrolli: flap ailerons, flap air brakes;

Sistemi tal-finitura.

3

7L.2   Qafas tal-inġenju tal-ajru

Tagħmir tal-inżul: karatteristiċi tat-tagħmir tal-inżul u tax-shock absorber strut, estensjoni, brejkijiet, drum, diski, roti, tajers, mekkaniżmu ta' retrazzjoni, retrazzjoni elettrika, emerġenza;

Mill-ġewnaħ sal-punti tal-immuntar taż-żaqq tal-ajruplan, mis-sistema tal-assemblaġġ tad-denb (stabilizzatur u denb) sal-punti tal-immuntar taż-żaqq tal-ajruplan, il-punti tal-immuntar tas-superfiċji ta' kontroll;

Miżuri ta' manutenzjoni permissibbli;

Irmonk: tagħmir/mekkaniżmu ta' rmonk/irfigħ;

Kabina: seats u harness tas-sigurtà, arranġament tal-kabina, windskrins, twieqi, pjanċi, kompartiment tal-bagoll, sistema tal-arja tal-kabina, blower;

Saborra tal-ilma reservoirs tal-ilma, linji, valvi, drains, ventijiet, testijiet;

Sistema tal-fjuwil: tankijiet, linji, filtri, ventijiet, drains, mili, valv selettur, pompi, indikazzjoni, testijiet, bonding;

Sistemi idrawliċi: tqassim tas-sistema, akkumulaturi, distribuzzjoni tal-pressjoni u tal-enerġija, indikazzjoni;

Sistemi ta' likwidu u ta' gass: fluwidu idrawliku, fluwidi oħra, livelli, reservoir, linji, valvi, filtru;

Sistemi ta' protezzjoni; firewalls, protezzjoni min-nirien, bonding għall-protezzjoni minn impatt ta' sajjetta, tensuri, apparati tal-illokkjar, dischargers.

2

7L.3   Qfiel

Affidabbiltà tal-pins, rivits, viti;

Kejbils tal-kontroll, tensuri;

Couplings li jinħallu malajr (L'Hotellier, SZD, Poland).

2

7L.4   Tagħmir tal-illokkjar

Ammissibilità ta' metodi tal-illokkjar, locking pins, pins b'molla tal-azzar, locking wire, stop nuts, żebgħa;

Couplings li jinħallu malajr.

2

7L.5

Livellar tal-massa u tal-bilanċ

2

7L.6

Sistemi ta' salvataġġ

2

7L.7   Moduli abbord

Sistema Pitot-statika, sistema tal-vakwu/dinamika, test idrostatiku;

Strumenti tat-titjir: indikatur tal-veloċità ajrudinamika, altimetru, indikatur tal-veloċità vertikali, konnessjoni u funzjonament, immarkar;

Arranġament u display, panil, wajers tal-elettriku;

Ġiroskopi, filtri, strumenti ta' indikazzjoni; ittestjar tal-funzjoni;

Boxxla manjetika; installazzjoni u kumpens tal-boxxla;

Glajders: indikatur akustiku tal-veloċità vertikali, reġistratur tat-titjira;

Sistema tal-ossiġnu.

2

7L.8   Installazzjoni u konnessjonijiet ta' moduli abbord

Strumenti tat-titjir, rekwiżiti ta' mmuntar (kundizzjonijiet ta' nżul ta' emerġenza skont CS-22);

Wajers tal-elettriku, sorsi ta' enerġija, tipi ta' akkumulaturi, parametri elettriċi, ġeneratur elettriku, circuit breaker, bilanċ tal-enerġija, earth/ground, konnetturi, terminali, twissijiet, fusijiet, fanali, tidwil, swiċċis, voltometri, amperometri, gauges tal-elettriku.

2

7L.9   Propulsjoni b'magna bil-pistuni

Interfaċċa bejn il-powerplant u l-qafas tal-inġenju tal-ajru.

2

7L.10   Skrun

Spezzjoni;

Sostituzzjoni;

Bilanċjar.

2

7L.11   Sistema ta' retrazzjoni

Kontroll tal-pożizzjoni tal-iskrun;

Sistema ta' retrazzjoni tal-magna u/jew ta' retrazzjoni tal-iskrun

2

7L.12   Proċeduri tal-ispezzjoni fiżika

Tindif, użu ta' tidwil u mirja;

Strumenti tal-kejl;

Kejl tad-deflessjoni tal-kontrolli;

Torque tal-viti u tal-boltijiet;

Tekil tal-berings;

Tagħmir tal-ispezzjoni;

Kalibrazzjoni tal-istrumenti tal-kejl.

2


MODULU 8L — POWERPLANT

 

Livell

8L.1   Limiti tal-istorbju

Spjegazzjoni tal-kunċett ta' “livell tal-istorbju”;

Ċertifikat tal-istorbju;

Iżolament tal-ħsejjes imtejjeb;

Tnaqqis possibbli tal-emissjonijiet tal-ħsejjes.

1

8L.2   Magni bil-pistuni

Magna ta' ignition bl-ispark four-stroke, magna mkessħa bl-arja, magna mkessħa bi fluwidu;

Magna two-stroke;

Magna bil-pistuni rotanti;

effiċjenza u fatturi li jinfluwenza (dijagramma ta' pressjoni–volum, kurva tal-potenza);

Apparati ta' kontroll tal-istorbju.

2

8L.3   Skrun

Pala, spinner, kontrapjanċa, pressjoni tal-akkumulatur, hub;

Tħaddim tal-iskrejjen;

Skrejjen bil-pitch varjabbli, skrejjen aġġustabbli fl-art jew waqt it-titjira, b'mod mekkaniku, elettriku jew idrawliku;

Bilanċjar (statiku, dinamiku);

Problemi tal-istorbju.

2

8L.4   Apparati ta' kontroll tal-magna

Apparati ta' kontroll mekkaniku;

Apparati ta' kontroll elettriku;

Displays tat-tank;

Funzjonijiet, karatteristiċi, żbalji tipiċi u indikazzjonijiet ta' żbalji.

2

8L.5   Hosepipes

Materjal u machining tal-hoses tal-fjuwil u taż-żejt;

Kontroll tal-limitu ta' żmien.

2

8L.6   Aċċessorji

Tħaddim tal-magneto ignition;

Kontroll tal-limiti tal-manutenzjoni;

Tħaddim tal-karburaturi;

Struzzjonijiet tal-manutenzjoni dwar aspetti karatteristiċi;

Pompi tal-fjuwil elettriċi;

Tħaddim tal-kontrolli tal-iskrun;

Kontroll tal-iskrun imħaddem b'mod elettriku;

Kontroll tal-iskrun imħaddem b'mod idrawliku;

2

8L.7   Sistema tal-ignition

Kostruzzjonijiet: coil ignition, magneto ignition, u thyristor ignition;

Effiċjenza tas-sistema tal-ignition u preheating;

Moduli tas-sistema tal-ignition u preheating;

Spezzjoni u ttestjar tal-ispark plug.

2

8L.8   Sistemi tal-induzzjoni u tal-egżost

Tħaddim u assemblaġġ;

Installazzjonijiet ta' silencers u heaters;

Gondoli u cowlings;

Spezzjoni u test;

Test tal-emissjoni ta' CO.

2

8L.9   Fjuwils u lubrikanti

Karatteristiċi tal-fjuwil;

Tikkettar, ħżin li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent;

Żjut lubrikanti minerali u sintetiċi u l-parametri tagħhom: tikkettar u karatteristiċi, applikazzjoni;

Ħżin li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u rimi xieraq ta' żejt użat.

2

8L.10   Dokumentazzjoni

Dokumenti tal-manifattur għall-magna u l-iskrun;

Struzzjonijiet għall-Ajrunavigabbiltà Kontinwa (ICA);

Manwali tat-Titjira tal-Inġenju tal-Ajru (AFMs) u Manwali tal-Manutenzjoni tal-Inġenju tal-Ajru (AMMs);

Intervall taż-Żmien bejn kull Tiġdid Maġġuri (TBO);

Direttivi dwar l-Ajrunavigabbiltà (ADs), noti tekniċi u bulletini tas-servizz.

2

8L.11   Materjal illustrattiv

Unità ta' ċilindru b'valv;

Karburatur;

High-tension magneto;

Differential-compression tester għaċ-ċilindri;

Pistuni sħan iż-żejjed/bi ħsara;

Spark plugs ta' magni li tħaddmu b'mod differenti.

2

8L.12   Esperjenza prattika

Sikurezza tax-xogħol/prevenzjoni ta' aċċidenti (immaniġġjar ta' fjuwils u lubrikanti, tqabbid ta' magni);

Vireg tal-kontroll għar-regolazzjoni tal-magna u Bowden cables;

Issettjar tal-veloċità mingħajr tagħbija;

Verifika u ssettjar tal-ignition point;

Test tat-taħaddim ta' magnetos;

Verifika tas-sistema tat-tqabbid;

Ittestjar u tindif tal-ispark plugs;

Twettiq tal-kompiti tal-magna fl-ispezzjoni ta' 100 siegħa/sena fuq ajruplan;

Test tal-kompressjoni taċ-ċilindru;

Test statiku u evalwazzjoni tal-prova tal-magna;

Dokumentazzjoni tax-xogħol tal-manutenzjoni, inkluż is-sostituzzjoni ta' komponenti.

2

8L.13   Skambju tal-gass f'magni b'kombustjoni interna

Magna bil-pistuni b'moviment rotattiv four-stroke u unitajiet ta' kontroll;

Telf ta' enerġija;

Timing tal-ignition;

Imġiba ta' fluss dirett tal-unitajiet ta' kontroll;

Magna Wankel u unitajiet ta' kontroll;

Magna two-stroke u unitajiet ta' kontroll;

Scavenging

Scavenging blower;

Medda tat-tħaddim tal-magna mhux ingranata u medda tal-potenza.

2

8L.14   Ignition, kombustjoni u karburazzjoni

Ignition;

Spark plugs;

Sistema tal-Ignition;

Proċess ta' kombustjoni;

Kombustjoni normali;

Effiċjenza u pressjoni medja;

Indiċi tad-detonazzjoni u indiċi tal-ottan tal-magna;

Forom tal-kompartiment tal-kombustjoni;

Taħlita ta' fjuwil/arja fil-karburatur;

Prinċipju tal-karburatur, ekwazzjoni tal-karburatur;

Karburatur sempliċi;

Problemi tal-karburatur sempliċi u s-soluzzjonijiet tagħhom;

Mudelli tal-karburatur;

Taħlita ta' fjuwil/arja waqt l-injezzjoni;

Injezzjoni kontrollata mekkanikament;

Injezzjoni kontrollata elettronikament;

Injezzjoni kontinwa;

Paragun karburatur-injezzjoni.

2

8L.15   Strumenti tat-titjira f'inġenji tal-ajru b'magni bl-injezzjoni

Strumenti tat-titjira speċjali (magna bl-injezzjoni);

Interpretazzjoni tal-indikazzjonijiet f'test statiku;

Interpretazzjoni tal-indikazzjonijiet f'titjira f'diversi livelli ta' titjir.

2

8L.16   Manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru b'magni bl-injezzjoni

Dokumentazzjoni, dokumenti tal-manifattur, eċċ.;

Struzzjonijiet tal-manutenzjoni ġenerali (spezzjonijiet ta' kull siegħa);

Testijiet funzjonali;

Prova fl-art;

Titjira ta' prova;

Individwazzjoni ta' soluzzjoni f'każ ta' ħsarat fis-sistema tal-injezzjoni u t-tiswija tagħhom.

2

8L.17   Sikurezza fuq il-post tax-xogħol u dispożizzjonijiet tas-sikurezza

Sikurezza tax-xogħol u dispożizzjonijiet tas-sikurezza għal xogħol fuq sistemi tal-injezzjoni.

2

8L.18   Għajnuniet viżwali::

Karburatur;

Komponenti tas-sistema tal-injezzjoni;

Inġenji tal-ajru b'magna bl-injezzjoni;

Għadda għal xogħol fuq sistemi tal-injezzjoni.

2

8L.19   Propulsjoni elettrika

Sistema tal-eneġija, akkumulaturi, installazzjoni;

Mutur elettriku;

Verifiki tas-sħana, storbju u vibrazzjoni;

Windings tal-ittestjar;

Wiring elettriku u sistemi ta' kontroll;

Pylon, sistemi ta' estensjoni u retrazzjoni;

Sistemi tal-ibbrejkjar tal-mutur/skrun;

Sistemi tal-ventilazzjoni tal-mutur;

Esperjenza prattika ta' spezzjonijiet ta' 100 siegħa/sena.

2

8L.20   Propulsjoni ġett

Installazzjoni tal-magna;

Pylon, sistemi ta' estensjoni u retrazzjoni;

Protezzjoni min-nirien;

Sistemi tal-fjuwil, inkluż lubrikazzjoni;

Sistemi tat-tqabbid tal-magna, gas assist;

Valutazzjoni tal-ħsara lill-magna;

Servizz lill-magna;

Tneħħija / refit u ttestjar tal-magna;

Esperjenza prattika ta' spezzjonijiet tal-kundizzjoni / tal-ħin tat-tħaddim / annwali;

Spezzjonijiet tal-kundizzjoni

2

8L.21

Kontroll diġitali tal-magna b'awtorità sħiħa (FADEC - Full Authority Digital Engine Control)

2


MODULU 9L — BALLUN/AIRSHIP TAL-ARJA SĦUNA

 

Livell

9L.1   Prinċipji bażiċi u assemblaġġ ta' blalen/iġfna tal-ajru tal-arja sħuna

Assemblaġġ u partijiet individwali;

Envelopes;

Materjali tal-Envelopes;

Sistemi tal-Envelopes;

Forom konvenzjonali u speċjali;

Sistema tal-Fjuwil;

Berner, qafas tal-berner u vireg riffieda tal-berner;

Ċilindri u pajpijiet flessibbli tal-gass ikkumpressat;

Basket u apparati alternattivi (seats);

Aċċessorji tal-irbit;

Kompiti ta' manutenzjoni u servizz;

Spezzjoni ta' 100 siegħa/sena;

Ġurnali ta' Abbord:

Manwali tat-Titjira tal-Inġenju tal-Ajru (AFMs) u Manwali tal-Manutenzjoni tal-Inġenju tal-Ajru (AMMs);

Irbit u tħejjija tal-varar (restrizzjoni tal-varar);

Varar:

3

9L.2   Taħriġ prattiku

Kontrolli tat-tħaddim, manutenzjoni u xogħol ta' servizz (skont il-manwal tat-titjira).

3

9L.3   Envelope

Tessuti;

Ħjatat;

Load tapes, rip stoppers;

Crown rings;

Valv tal-paraxut u sistema ta' deflazzjoni rapida;

Ripping panel;

Turning vent;

Dijaframmi/katenarji (forom speċjali u iġfna tal-ajru);

Rombli, poleġġi;

Kejbils ta' kontroll u ta' sospensjoni;

Għoqod;

Tikketta li tindika t-temperatura, indikatur bandiera tat-temperatura, termometru tal-envelope;

Flying wires;

Fittings, karabiners.

3

9L.4   Berner u sistema tal-fjuwil

Kojls tal-berner;

Valvi tal-blast, tal-likwidu jew tal-immanuvrar;

Berners/ġettijiet;

Dwal tal-immanuvrar/vaporizzaturi/ġettijiet;

Qafas tal-berner;

Linji/pajpijiet flessibbli tal-fjuwil;

Ċilindri tal-fjuwil, valvi u fittings.

3

9L.5   Basket u sospensjoni tal-basket (inklużi, apparati alternattivi)

Tipi ta' basktijiet (inklużi, apparati alternattivi);

Materjali tal-basket: qasab u għeruq taż-żafżafa, ġilda, materjali tal-finitura, kejbils tas-sospensjoni;

Seats, roller berings;

Karabiner, xikel u pinnijiet;

Vireg riffieda tal-berner;

Ċineg li jorbtu ċ-ċilindru tal-fjuwil;

Aċċessorji.

3

9L.6   Tagħmir

Apparat tat-tifi tan-nar, kutra ta' protezzjoni min-nar;

Strumenti (singoli jew ikkombinati).

3

9L.7   Tiswijiet żgħar

Ponti meħjutin;

Bonding;

Tiswijiet tal-ġilda/finitura tal-basket

3

9L.8   Proċeduri għall-ispezzjoni fiżika

Tindif, użu ta' tidwil u mirja;

Strumenti tal-kejl;

Kejl tad-deflessjoni tal-kontrolli (iġfna tal-ajru biss);

Torque tal-viti u tal-boltijiet;

Tekil tal-berings (iġfna tal-ajru biss);

Tagħmir tal-ispezzjoni;

Kalibrazzjoni tal-istrumenti tal-kejl;

Fabric Grab Test.

2


MODULI 10L — BALLUN/AIRSHIP TAL-GASS (LIBERU/IRMIĠĠAT)

 

Livell

10L.1   Prinċipji bażiċi u assemblaġġ ta' blalen/iġfna tal-ajru tal-gass

Assemblaġġ ta' partijiet individwali;

Materjal tal-envelope u tan-netting;

Envelope, ripping panel, ftuħ ta' emerġenza, kordi u ċinturini;

Valv tal-gass riġidu;

Valv tal-gass flessibbli (paraxut);

Netting;

Load ring;

Basket u aċċessorji (inklużi, apparati alternattivi);

Mogħdijiet tad-disċarġ elettrostatiku;

Ħabel tal-irmiġġ u tranja;

Manutenzjoni u servizz;

Spezzjoni annwali;

Dokumenti tat-titjira;

Manwali tat-Titjira tal-Inġenju tal-Ajru (AFMs) u Manwali tal-Manutenzjoni tal-Inġenju tal-Ajru (AMMs);

Tħejjija tal-irbit u tal-varar;

Varar.

3

10L.2   Taħriġ prattiku

Kontrolli tat-tħaddim;

Xogħolijiet ta' manutenzjoni u servizz (skont l-AMM u l-AFM);

Regoli tas-sikurezza meta jintuża l-idroġenu jew xi gass tat-tlugħ.

3

10L.3   Envelope

Tessuti;

Arbli u r-rinforzament tal-arbli;

Ripping panel u kordi;

Kejbils tal-paraxut u tas-sospensjoni;

valvi u kordi;

Għonq tat-tank, Poeschel-ring u kordi;

Mogħdijiet tad-disċarġ elettrostatiku.

3

10L.4   Valv

Molol;

Gaskits;

Ġonot rivitjati;

Linji tal-kontroll;

Mogħdijiet tad-disċarġ elettrostatiku.

3

10L.5   Netting jew irbit (mingħajr netting)

Tipi ta' netting u linji oħra;

Daqsijiet u angoli tal-malji tan-netting;

Ċirku tan-netting;

Metodi tal-iffurmar tal-għoqod;

Mogħdijiet tad-disċarġ elettrostatiku.

3

10L.6

Load ring

3

10L.7   Basket (inklużi, apparati alternattivi)

Tipi ta' basktijiet (inklużi, apparati alternattivi);

Stroppi u kavilji;

Sistema ta' saborra (boroż u rfid);

Mogħdijiet tad-disċarġ elettrostatiku.

3

10L.8

Ripping cord u kordi tal-valv

3

10L.9

Ħabel tal-irmiġġ u tranja

3

10L.10   Tiswijiet żgħar

Bonding;

Ħbula tal-qanneb għall-impalellar.

3

10L.11   Tagħmir

Strumenti (singoli jew ikkombinati).

3

10L.12   Kejbil tal-irmiġġ (blalen tal-gass irmiġġati (TGB) biss)

Tipi ta' kejbils;

Ħsara ta' kejbil aċċettabbli;

Tornikett tal-kejbil;

Klamps tal-kejbil.

3

10L.13   Vinċ (blalen tal-gass irmiġġati biss)

Tipi ta' ċinċijiet;

Sistema mekkanika;

Sistema elettrika;

Sistema ta' emerġenza;

Ankrar mal-art/ballast tal-vinċ.

3

10L.14   Proċeduri għall-ispezzjoni fiżika

Tindif, użu ta' tidwil u mirja;

Strumenti tal-kejl;

Kejl tad-deflessjoni tal-kontrolli (iġfna tal-ajru biss);

Torque tal-viti u tal-boltijiet;

Tekil tal-berings (iġfna tal-ajru biss);

Tagħmir tal-ispezzjoni;

Kalibrazzjoni tal-istrumenti tal-kejl;

Fabric Grab Test.

2


MODULI 11L — AIRSHIPS TAL-ARJA SĦUNA/TAL-GASS'

 

Livell

11L.1   Prinċipji bażiċi u assemblaġġ ta' iġfna tal-ajru żgħar

Envelope, ballonnets (blalen ta' kumpens);

Valvi, ftuħ;

Gondola;

Propulsjoni;

Manwali tat-Titjira tal-Inġenju tal-Ajru (AFMs) u Manwali tal-Manutenzjoni tal-Inġenju tal-Ajru (AMMs);

Tħejjija tal-irbit u tal-varar.

3

11L.2   Taħriġ prattiku

Kontrolli tat-tħaddim;

Xogħolijiet ta' manutenzjoni u servizz (skont l-AMM u l-AFM).

3

11L.3   Envelope

Tessuti;

Ripping panel u ripping cords;

Valvi;

Sistema katenarja.

3

11L.4   Gondola (inklużi, apparati alternattivi)

Tipi ta' gondoli (inklużi, apparati alternattivi);

Tipi u materjali tal-qafas tal-inġenju tal-ajru;

Identifikazzjoni tal-ħsara.

3

11L.5   Sistema elettrika

Kunċetti bażiċi dwar iċ-ċirkwiti abbord;

Sorsi tal-elettriku (akkumulaturi, twaħħil, ventilazzjoni, korrużjoni);

Akkumulaturi taċ-ċomb, tan-nikil-kadmju (NiCd) u akkumulaturi oħra, batteriji mingħajr likwidi;

Ġeneraturi;

Wiring, konnessjonijiet elettriċi;

Fjusijiet;

Sors tal-enerġija estern;

Bilanċ tal-enerġija.

3

11L.6   Propulsjoni

Sistema tal-fjuwil: tankijiet, linji, filtri, ventijiet, drains, mili, valv selettur, pompi, indikazzjoni, testijiet, bonding;

Strumenti tal-propulsjoni;

Kunċetti bażiċi dwar il-kejl u l-istrumenti;

Kejl ta' revoluzzjonijiet;

Kejl tal-pressjoni;

Kejl tat-temperatura;

Kejn ta' fjuwil/enerġija disponibbli.

3

11L.7   Tagħmir

Apparat tat-tifi tan-nar, kutra ta' protezzjoni min-nar;

Strumenti (singoli jew ikkombinati).

3


MODULU 12L — RADIO COM/ELT/TRANSPONDER/STRUMENTI

 

Livell

12L.1   Radio Com/ELT

Spazjar tal-kanali;

Test funzjonali bażiku;

Batteriji;

Rekwiżiti tal-ittestjar u tal-manutenzjoni.

2

12L.2   Transponder

Tħaddim bażiku;

Konfigurazzjoni portabbli tipika, inkluż l-antenna;

Spjegazzjoni tal-Moduli A, C, S;

Rekwiżiti tal-ittestjar u tal-manutenzjoni.

2

12L.3   Strumenti

Altimetri/varjometri;

Batteriji;

Test funzjonali bażiku.

2

Appendiċi VIII

Standard ta' eżami bażiku għal liċenzja għall-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru tal-kategorija L

(a)

Il-bażi tal-istandardazzjoni għall-eżamijiet relatati mar-rekwiżiti ta' għarfien bażiku tal-Appendiċi VII għandha tkun kif ġej:

(i)

l-eżamijiet kollha għandhom jitwettqu bl-użu tal-format ta' mistoqsijiet b'għażla ta' tweġibiet kif speċifikat fil-punt (ii). L-alternattivi li mhumiex korretti jridu jidhru ugwalment plawsibbli għal kull min ma jkunx jaf is-suġġett. L-alternattivi kollha għandhom ikunu relatati b'mod ċar mal-mistoqsija u jkollhom vokabularju, kostruzzjoni grammatikali u tul simili. F'mistoqsijiet numeriċi, it-tweġibiet li mhumiex korretti għandhom jikkorrispondu għal żbalji proċedurali bħal korrezzjonijiet applikati fis-sens żbaljat jew konverżjonijiet ta' unitajiet li mhumiex korretti: dawn ma għandhomx ikunu sempliċiment numri aleatorji.

(ii)

kull mistoqsija b'għażla ta' tweġibiet għandu jkollha tliet tweġibiet alternattivi li minnhom waħda biss trid tkun it-tweġiba t-tajba u l-kandidat irid jingħata ħin għal kull modulu abbażi ta' medja nominali ta' 75 sekonda għal kull mistoqsija.

(iii)

il-marka minima meħtieġa għal kull modulu hija ta' 75 %;

(iv)

ma għandux jintuża mmarkar b'penali (punti negattivi għal tweġibiet żbaljati);

(v)

il-livell ta' għarfien meħtieġ mill-mistoqsijiet għandu jkun proporzjonali għal-livell tat-teknoloġija tal-kategorija tal-inġenju tal-ajru.

(b)

L-għadd ta' mistoqsijiet għal kull modulu għandu jkun kif ġej:

(i)

modulu 1L “Għarfien bażiku”: 12-il mistoqsija. Ħin permess: 15-il minuta;

(ii)

modulu 2L “Fatturi umani”: 8 mistoqsijiet. Ħin permess: 10 minuti;

(iii)

modulu 3L “Leġiżlazzjoni tal-avjazzjoni”: 24 mistoqsija. Ħin permess: 30 minuta;

(iv)

modulu 4L “Qafas tal-inġenju tal-ajru tal-injam/tubi tal-metall miksijin bit-tessuti”: 32 mistoqsija. Ħin permess: 40 minuta;

(v)

modulu 5L “Qafas tal-inġenju tal-ajru kompost”:32 mistoqsija. Ħin permess: 40 minuta;

(vi)

modulu 6L “Il-metall tal-qafas tal-inġenju tal-ajru”: 32 mistoqsija. Ħin permess: 40 minuta;

(vii)

modulu 7L “Qafas tal-inġenju tal-ajru ġenerali”: 64 mistoqsija. Ħin permess: 80 minuta;

(viii)

modulu 8L “Powerplant”: 48 mistoqsija. Ħin permess: 60 minuta;

(ix)

modulu 9L “Ballun/Ġifen tal-ajru tal-arja sħuna”: 36 mistoqsija. Ħin permess: 45 minuta;

(x)

modulu 10L “Ballun/Ġifen tal-ajru tal-gass (liberu/irmiġġat)”: 40 mistoqsija. Ħin permess: 50 minuta;

(xi)

modulu 11L “Iġfna tal-ajru tal-arja sħuna/tal-gass”: 36 mistoqsija. Ħin permess: 45 minuta;

(xii)

Modulu12L “Radio Com/ELT/transponder/strumenti”: 16-il mistoqsija. Ħin permess: 20 minuta.


ANNESS IV

L-Anness IV huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-punt 147.A.145, il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

L-organizzazzjoni ta' taħriġ tal-manutenzjoni tista' twettaq dan li ġej, kif permess minn u skont l-espożizzjoni tal-organizzazzjoni ta' taħriġ fil-manutenzjoni:

(i)

korsijiet ta' taħriġ bażiku għas-sillabu tal-Anness III (Parti-66), jew parti minnu;

(ii)

korsijiet ta' taħriġ tat-tipi/tal-kompiti tal-inġenju tal-ajru skont l-Anness III (Parti-66);

(iii)

l-eżaminażżjoni ta' studenti li attendew il-kors tat-taħriġ bażiku jew tat-tip tal-inġenju tal-ajru fl-organizzazzjoni ta' taħriġ fil-manutenzjoni;

(iv)

l-eżaminażżjoni ta' studenti li ma attendewx il-kors tat-taħriġ tat-tip tal-inġenju tal-ajru fl-organizzazzjoni ta' taħriġ fil-manutenzjoni.

(v)

l-eżaminażżjoni ta' studenti li ma attendewx il-kors tat-taħriġ bażiku fl-organizzazzjoni ta' taħriġ fil-manutenzjoni, sakemm:

(1)

l-eżaminazzjoni ssir f'wieħed mill-postijiet identifikati fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni, jew

(2)

jekk issir f'postijiet mhux identifikati fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni, kif permess skont il-punti (b) u (c), jew

l-eżaminazzjoni għandha ssir permezz ta' Bank Ċentrali Ewropew tal-Mistoqsijiet (ECQB), jew

fin-nuqqas ta' ECQB, l-awtorità kompetenti għandha tagħżel il-mistoqsijiet għall-eżami;

(vi)

il-ħruġ ta' ċertifikati skont l-Appendiċi III wara t-tlestija b'suċċess tal-korsijiet ta' taħriġ bażiku jew tat-tip ta' inġenju tal-ajru approvati u l-eżamijiet speċifikati fil-punti (a)(i), (a)(ii), (a)(iii), (a)(iv) u (a)(v), kif applikabbli.”;

(2)

L-Appendiċi I u II jinbidlu b'dan li ġej:

Appendiċi I

Durata tal-kors ta' taħriġ bażiku

Id-durata minima ta' kors sħiħ ta' taħriġ bażiku għandha tkun kif ġej:

Kors Bażiku

Durata (sigħat)

Proporzjon ta' Taħriġ Teoretiku (f'%)

A1

800

30–35

A2

650

30–35

A3

800

30–35

A4

800

30–35

B1.1

2 400

50-60

B1.2

2 000

50-60

B1.3

2 400

50-60

B1.4

2 400

50-60

B2

2 400

50-60

B2L

1 500  (*1)

50-60

B3

1 000

50-60

Appendiċi II

Approvazzjoni tal-Organizzazzjoni ta' Taħriġ fil-Manutenzjoni msemmija fl-Anness IV (Parti-147) — Formola 11 tal-EASA

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni
”;

(3)

Il-Formola 149 tal-EASA, Ħarġa 2, li tinsab fl-Appendiċi III tinbidel b'dan li ġej:

Image Test ta 'immaġni

(*1)  Dan in-numru ta' sigħat għandu jiġi miżjud kif ġej, skont il-klassifikazzjonijiet ta' sistemi addizzjonali magħżula:

Klassifikazzjoni ta' Sistemi

Durata (sigħat)

Proporzjon ta' Taħriġ Teoretiku (f'%)

COM/NAV

90

50-60

STRUMENTI

55

AWTOTITJIR

80

SORVELJANZA

40

SISTEMI TA' QAFAS TAL-INĠENJU TAL-AJRU

100


ANNESS V

L-Anness Va huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-werrej, il-punt T.A.501 li ġej jiddaħħal wara l-annotazzjoni “Subparti E Organizzazzjoni tal-Manutenzjoni”:

“T.A.501    Organizzazzjoni tal-Manutenzjoni”;

(2)

fil-punt T.A.201, il-punt 3 jinbidel b'dan li ġej:

“(3)

L-organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa msemmija fil-punt (2) għandha tiżgura li l-manutenzjoni u r-rilaxx tal-inġenju tal-ajru jiġu mwettqa minn organizzazzjoni tal-manutenzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti tas-Subparti E ta' dan l-Anness (Parti-T). Għal din il-fini, meta l-organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa ma tissodisfax dawk ir-rekwiżiti hija stess, din għandha tistabbilixxi kuntratt ma' organizzazzjoni tal-manutenzjoni li tissodisfa dawk ir-rekwiżiti.”;

(3)

it-titolu li ġej jiżdied mad-dispożizzjonijiet tas-Subparti E Organizzazzjoni tal-Manutenzjoni:

“T.A. 501    Organizzazzjoni tal-Manutenzjoni”;

(4)

Il-punt T.A.716 jinbidel b'dan li ġej:

“T.A.716   Sejbiet

Wara l-wasla ta' notifika tas-sejbiet skont T.B.705, l-organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa għandha tiddefinixxi pjan ta' azzjoni korrettiva u turi azzjoni korrettiva għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti f'perjodu miftiehem ma' din l-awtorità.”.


DEĊIŻJONIJIET

16.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/58


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1143

tal-10 ta' Awwissu 2018

li temenda d-Deċiżjonijiet 92/260/KEE u 93/197/KEE fir-rigward tal-ittestjar għall-arterite virali ekwina

(notifikata bid-dokument C(2018) 5071)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' ekwidi (1), u b'mod partikolari l-punt (a) u l-ewwel subparagrafu tal-punt (b)(ii) tal-Artikolu 15, l-Artikolu 16(2) u l-frażi introduttorja u l-punt (b) tal-Artikolu 19 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2009/156/KE tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni fl-Unjoni ta' ekwidi ħajjin. Hi tagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi, fost affarijiet oħra, il-kundizzjonijiet speċjali għad-dħul temporanju tal-ekwidi rreġistrati u għall-importazzjoni tal-ekwidi fl-Unjoni.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/260/KEE (2) tipprevedi li l-Istati Membri jridu jawtorizzaw id-dħul temporanju fl-Unjoni ta' żwiemel irreġistrati li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u mar-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni veterinarja stabbiliti, fost l-oħrajn fl-Anness II (A) sa (E) tagħha.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/197/KEE (3) tipprevedi li l-Istati Membri jridu jawtorizzaw l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ekwidi rreġistrati u ta' ekwidi għat-tnissil u l-produzzjoni li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u mar-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni veterinarja stabbiliti, fost l-oħrajn fl-Anness II (A) sa (E) tagħha.

(4)

Jekk ikunu ġejjin minn pajjiż terz li fih kienet irrappurtata uffiċjalment l-arterite virali ekwina matul l-aħħar sitt xhur qabel ma ntbagħtu lejn l-Unjoni, l-ekwidi maskili mhux kastrati jistgħu jiġu introdotti fl-Unjoni biss wara li jkunu ġew ittestjati b'riżultat negattiv għall-arterite virali ekwina jew wara li jkunu ġew imlaqqma u mlaqqma mill-ġdid b'mod regolari kontra din il-marda.

(5)

Barra mir-rekwiżiti tal-Unjoni għall-ittestjar jew għat-tilqim tal-ekwidi maskili mhux kastrati maħsuba biex jiddaħħlu fl-Unjoni, il-Kapitolu 12.9 tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri (“il-Kodiċi”) tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE), l-Edizzjoni 2017 (4), fih rakkomandazzjoni dwar l-ittestjar tal-ekwidi maskili mhux kastrati għall-arterite virali ekwina.

(6)

Fejn ma jkunx jista' jinkiseb kampjun tas-semen biex ekwid maskili mhux kastrat seropożittiv jiġi ttestjat u ma jkunx jista' jiġi ċċertifikat li tlaqqam b'mod kontintwu, it-tgħammir b'test tal-ekwid maskili ma' żewġ debbiet seronegattivi kif deskritt fil-punt 4(a) tal-Artikolu 12.9.2 tal-Kodiċi jkun protokoll alternattiv xieraq biex jiġi żgurat li dawk l-ekwidi maskili mhux kastrati ma jittrażmettux il-virus tal-arterite ekwina fis-semen tagħhom.

(7)

Minħabba li l-iskarsezza fil-provvista tat-tilqim kontra l-arterite virali ekwina, huwa neċessarju li jkun ipprovdut protokoll tal-ittestjar għall-arterite virali ekwina b'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-OIE u li ċ-ċertifikati tas-saħħa jiġu emendati kif stipulat fl-Anness II (A) sa (E) tad-Deċiżjonijiet 92/260/KEE u 93/197/KEE skont dan.

(8)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjonijiet 92/260/KEE u 93/197/KEE jiġu emendati skont dan.

(9)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness II (A) sa (E) tad-Deċiżjoni 92/260/KEE huwa emendat skont l-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Anness II (A) sa (E) tad-Deċiżjoni 93/197/KEE huwa emendat skont l-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Awwissu 2018.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/260/KEE tal-10 ta' April 1992 dwar kondizzjonijiet tas-saħħa ta' annimali u ċertifikazzjoni veterinarja għal dħul temporanju ta' żwiemel irreġistrati (ĠU L 130, 15.5.1992, p. 67).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/197/KEE tal-5 ta' Frar 1993 fuq il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u ċertifikazzjoni tal-veterinarju għall-importazzjoni ta' annimali tar-razza tal-ekwidi rreġistrati għat-tnissil u produzzjoni (ĠU L 86, 6.4.1993, p. 16).

(4)  http://www.oie.int/index.php?id=169&L=0&htmfile=chapitre_eav.htm.


ANNESS I

Id-Deċiżjoni 92/260/KEE hija emendata kif ġej:

(1)

f'kull wieħed miċ-ċertifikati tas-saħħa fl-Anness II (A) sa (E), il-punt (e)(v) tat-Taqsima III huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(3) (v)

fil-każ ta' annimal maskili mhux kastrat li għandu iżjed minn 180 jum,

jew l-arterite virali ekwina ġiet uffiċjalment irreġistrata matul l-aħħar sitt xhur (3);

jew

l-annimal kien ittestjat b'kampjun tad-demm meħud fi żmien 21 jum qabel l-esportazzjoni fi … (5) b'test ta' newtralizzazzjoni tal-virus għall-arterite virali ekwina b'riżultat negattiv b'dilwizzjoni tas-seru ta' 1 f'4 (3);

jew

alikwota tal-isperma intiera tiegħu meħuda fi żmien 21 jum qabel l-esportazzjoni fi … (5) ġiet ittestjata b'test ta' iżolament tal-virus għall-arterite virali ekwina b'riżultat negattiv (3);

jew

l-annimal ġie soġġett għal test ta' iżolament tal-virus, għal reazzjoni katina bil-polimerażi (PCR) jew għal reazzjoni katina bil-polimerażi f'ħin reali b'riżultat negattiv fuq alikwota tal-isperma intiera tiegħu li nġabret wara li ġie meħud kampjun tad-demm ta' dak l-annimal fi … (5), fi żmien perjodu ta' sitt xhur qabel id-data tal-konsenja, u ġie ttestjat f'test tan-newtralizzazzjoni tal-virus għall-arterite virali ekwina b'riżultat pożittiv b'dilwizzjoni tas-seru ta' mill-inqas 1 f'4 (3);

jew

fi żmien perjodu ta' sitt xhur qabel id-data tal-konsenja, l-annimal ekwin maskili, li qabel kien irriżulta pożittiv għall-antikorpi kontra l-arterite virali ekwina jew li tlaqqam kontra l-arterite virali ekwina, kien:

(a)

mgħammar b'test, f'jumejn konsekuttivi, ma' mill-inqas żewġ debbiet miżmuma f'iżolament matul sebat ijiem qabel u sa mill-anqas 28 jum wara t-tgħammir b'test, li kienu soġġetti għal żewġ testijiet seroloġiċi għall-arterite virali ekwina b'riżultat negattiv b'dilwizzjoni tas-seru ta' 1 f'4, fuq kampjuni tad-demm miġbura meta sar it-tgħammir b'test u mill-inqas 28 jum wara t-tgħammir b'test, u

(b)

soġġett għal test tan-newtralizzazzjoni tal-virus għall-arterite virali ekwina mwettaq fuq kampjun tad-demm li ttieħed fi żmien 21 jum qabel id-data tal-konsenja fi … (5):

jew b'riżultat pożittiv b'dilwizzjoni tas-seru ta' mill-inqas 1 f'4 (3), jew

b'riżultat negattiv b'dilwizzjoni tas-seru ta' 1 f'4 (3);

jew

l-annimal tlaqqam fi … (5) kontra l-arterite virali ekwina taħt superviżjoni veterinarja uffiċjali b'vaċċin approvat mill-awtorità kompetenti, skont il-programmi għat-tilqim inizjali li ġejjin u reġa' tlaqqam f'intervalli regolari: (3)

Programmi għat-tilqim inizjali kontra l-arterite virali ekwina:

Struzzjoni : Aqta' l-programmi ta' tilqim li ma jgħoddux għall-annimal deskritt hawn fuq.

Ivverifika ċ-ċertifikazzjoni ta' sostenn dwar l-ittestjar qabel it-tilqim, meta jsir it-tilqim u t-tilqim mill-ġdid.

(a)

It-tilqim sar fil-jum li ttieħed il-kampjun tad-demm li sussegwentement irriżulta negattiv f'test ta' newtralizzazzjoni tal-virus b'dilwizzjoni tas-seru ta' 1 f'4 (3); jew

(b)

It-tilqim sar matul perjodu ta' iżolament ta' mhux aktar minn 15-il jum taħt superviżjoni veterinarja uffiċjali, li tibda fil-jum li ttieħed il-kampjun tad-demm li ġie ttestjat matul dak iż-żmien b'riżultat negattiv f'test ta' newtralizzazzjoni tal-virus b'dilwizzjoni tas-seru ta' 1 f'4 (3); jew

(c)

It-tilqim sar meta l-annimal kellu bejn 180 u 270 jum, matul perjodu ta' iżolament taħt superviżjoni veterinarja uffiċjali. Matul il-perjodu ta' iżolament, żewġ kampjuni tad-demm li ttieħdu b'intervall ta' mill-inqas għaxart ijiem bejniethom irriżultaw f'titru tal-antikorpi stabbli jew li kien qed jonqos f'test tan-newtralizzazzjoni tal-virus għall-arterite virali ekwina (3); jew

(d)

It-tilqim sar wara li l-annimal ġie soġġett għal test tan-newtralizzazzjoni tal-virus għall-arterite virali ekwina b'riżultat negattiv b'dilwizzjoni tas-seru ta' 1 f'4, li sar f'kampjun tad-demm li ttieħed mhux qabel sebat ijiem wara l-bidu ta' perjodu kontinwu ta' iżolament li jkun dam sa 21 jum wara t-tilqim (3); jew

(e)

It-tilqim sar fl-età ta' bejn 180 u 250 jum, wara li l-annimal ġie soġġett għal test tan-newtralizzazzjoni tal-virus għall-arterite virali ekwina li rritorna riżultat negattiv b'dilwizzjoni tas-seru ta' 1 f'4 jew li sar fl-istess jum mill-istess laboratorju b'titri stabbli jew li kienu qed jonqsu fuq żewġ kampjuni tad-demm li ttieħdu b'intervall ta' mill-inqas 14-il jum bejniethom (3);

jew

kwalunkwe rekwiżit għall-ittestjar għall-arterite virali ekwina jew għat-tilqim kontra l-arterite virali ekwina tneħħa mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni … (daħħal ir-referenza għall-att legali tal-Unjoni applikabbli) għar-raġuni li l-annimal qed jiddaħħal temporanjament fl-Unjoni biex jipparteċipa fl-avveniment ekwestri speċifikat f'dak l-att legali u li l-annimal qed jinżamm separat minn ekwidi oħrajn li mhumiex jipparteċipaw f'dan l-avveniment, u li kull attività ta' tnissil, inkluż il-ġbir tas-semen, hija pprojbita waqt ir-residenza temporanja fl-Unjoni (3);”;

(2)

f'kull wieħed miċ-ċertifikati tas-saħħa fl-Anness II (A), (B) u (D), in-nota 6 f'qiegħ il-paġna titħassar;

(3)

f'kull wieħed miċ-ċertifikati tas-saħħa fl-Anness II (C) u (E), in-nota 7 f'qiegħ il-paġna titħassar.


ANNESS II

Id-Deċiżjoni 93/197/KEE hija emendata kif ġej:

(1)

f'kull wieħed miċ-ċertifikati tas-saħħa fl-Anness II (A), (C), (D) u (E), il-punt (e)(v) tat-Taqsima III huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(3) (v)

fil-każ ta' annimal maskili mhux kastrat li għandu iżjed minn 180 jum,

jew l-arterite virali ekwina ma ġietx uffiċjalment irreġistrata matul l-aħħar sitt xhur (3);

jew

l-annimal kien ittestjat b'kampjun tad-demm meħud fi żmien 21 jum qabel l-esportazzjoni fi … (4) b'test ta' newtralizzazzjoni tal-virus għall-arterite virali ekwina b'riżultat negattiv b'dilwizzjoni tas-seru ta' 1 f'4 (3);

jew

alikwota tal-isperma intiera tiegħu meħuda fi żmien 21 jum qabel l-esportazzjoni fi … (4) ġiet ittestjata b'test ta' iżolament tal-virus għall-arterite virali ekwina b'riżultat negattiv (3);

jew

l-annimal ġie soġġett għal test ta' iżolament tal-virus, għal reazzjoni katina bil-polimerażi (PCR) jew għal reazzjoni katina bil-polimerażi f'ħin reali b'riżultat negattiv fuq alikwota tal-isperma intiera tiegħu li nġabret wara d-data ta' kampjun tad-demm ta' dak l-annimal meħud fi … (4), fi żmien perjodu ta' sitt xhur qabel id-data tal-konsenja, ġie ttestjat f'test tan-newtralizzazzjoni tal-virus għall-arterite virali ekwina b'riżultat pożittiv b'dilwizzjoni tas-seru ta' mill-inqas 1 f'4 (3);

jew

fi żmien perjodu ta' sitt xhur qabel id-data tal-konsenja, l-annimal ekwin maskili, li qabel kien irriżulta pożittiv għall-antikorpi kontra l-arterite virali ekwina jew li tlaqqam kontra l-arterite virali ekwina, kien:

(a)

mgħammar b'test, f'jumejn konsekuttivi, ma' mill-inqas żewġ debbiet miżmuma f'iżolament matul sebat ijiem qabel u sa mill-anqas 28 jum wara t-tgħammir b'test, li kienu soġġetti għal żewġ testijiet seroloġiċi għall-arterite virali ekwina b'riżultat negattiv b'dilwizzjoni tas-seru ta' 1 f'4, fuq kampjuni tad-demm miġbura meta sar it-tgħammir b'test u mill-inqas 28 jum wara t-tgħammir b'test, u

(b)

soġġett għal test tan-newtralizzazzjoni tal-virus għall-arterite virali ekwina mwettaq fuq kampjun tad-demm li ttieħed fi żmien 21 jum qabel id-data tal-konsenja fi … (4):

jew b'riżultat pożittiv b'dilwizzjoni tas-seru ta' mill-inqas 1 f'4 (3), jew

b'riżultat negattiv b'dilwizzjoni tas-seru ta' 1 f'4 (3);

jew

l-annimal tlaqqam fi … (4) kontra l-arterite virali ekwina taħt superviżjoni veterinarja uffiċjali b'vaċċin approvat mill-awtorità kompetenti, skont il-programmi għat-tilqim inizjali li ġejjin u reġa' tlaqqam f'intervalli regolari: (3)

Programmi għat-tilqim inizjali kontra l-arterite virali ekwina:

Struzzjoni : Aqta' l-programmi ta' tilqim li ma jgħoddux għall-annimal deskritt hawn fuq.

Ivverifika ċ-ċertifikazzjoni ta' sostenn dwar l-ittestjar qabel it-tilqim, meta jsir it-tilqim u t-tilqim mill-ġdid.

(a)

It-tilqim sar fil-jum li ttieħed il-kampjun tad-demm li sussegwentement irriżulta negattiv f'test ta' newtralizzazzjoni tal-virus b'dilwizzjoni tas-seru ta' 1 f'4 (3); jew

(b)

It-tilqim sar matul perjodu ta' iżolament ta' mhux aktar minn 15-il jum taħt superviżjoni veterinarja uffiċjali, li tibda fil-jum li ttieħed il-kampjun tad-demm li ġie ttestjat matul dak iż-żmien b'riżultat negattiv f'test ta' newtralizzazzjoni tal-virus b'dilwizzjoni tas-seru ta' 1 f'4 (3); jew

(c)

It-tilqim sar meta l-annimal kellu bejn 180 u 270 jum, matul perjodu ta' iżolament taħt superviżjoni veterinarja uffiċjali. Matul il-perjodu ta' iżolament, żewġ kampjuni tad-demm li ttieħdu b'intervall ta' mill-inqas għaxart ijiem bejniethom irriżultaw f'titru tal-antikorpi stabbli jew li kien qed jonqos f'test tan-newtralizzazzjoni tal-virus għall-arterite virali ekwina (3); jew

(d)

It-tilqim sar wara li l-annimal ġie soġġett għal test tan-newtralizzazzjoni tal-virus għall-arterite virali ekwina b'riżultat negattiv b'dilwizzjoni tas-seru ta' 1 f'4, li sar f'kampjun tad-demm li ttieħed mhux qabel sebat ijiem wara l-bidu ta' perjodu kontinwu ta' iżolament li jkun dam sa 21 jum wara t-tilqim (3); jew

(e)

It-tilqim sar fl-età ta' bejn 180 u 250 jum, wara li l-annimal ġie soġġett għal test tan-newtralizzazzjoni tal-virus għall-arterite virali ekwina b'riżultat negattiv b'dilwizzjoni tas-seru ta' 1 f'4, jew li sar fl-istess jum mill-istess laboratorju b'titri stabbli jew li kienu qed jonqsu fuq żewġ kampjuni tad-demm li ttieħdu b'intervall ta' mill-inqas 14-il jum bejniethom (3);”;

(2)

fiċ-ċertifikat tas-saħħa fl-Anness II (B), il-punt (e)(v) tat-Taqsima III huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(2) (v)

fil-każ ta' annimal maskili mhux kastrat li għandu iżjed minn 180 jum,

jew l-arterite virali ekwina ma ġietx uffiċjalment irreġistrata matul l-aħħar sitt xhur (2);

jew

l-annimal kien ittestjat b'kampjun tad-demm meħud fi żmien 21 jum qabel l-esportazzjoni fi … (4) b'test ta' newtralizzazzjoni tal-virus għall-arterite virali ekwina b'riżultat negattiv b'dilwizzjoni tas-seru ta' 1 f'4 (2);

jew

alikwota tal-isperma intiera tiegħu meħuda fi żmien 21 jum qabel l-esportazzjoni fi … (4) ġiet ittestjata b'test ta' iżolament tal-virus għall-arterite virali ekwina b'riżultat negattiv (2);

jew

l-annimal ġie soġġett għal test ta' iżolament tal-virus, għal reazzjoni katina bil-polimerażi (PCR) jew għal reazzjoni katina bil-polimerażi f'ħin reali b'riżultat negattiv fuq alikwota tal-isperma intiera tiegħu li nġabret wara d-data ta' kampjun tad-demm ta' dak l-annimal meħud fi … (4), fi żmien perjodu ta' sitt xhur qabel id-data tal-konsenja, ġie ttestjat f'test tan-newtralizzazzjoni tal-virus għall-arterite virali ekwina b'riżultat pożittiv b'dilwizzjoni tas-seru ta' mill-inqas 1 f'4 (2);

jew

fi żmien perjodu ta' sitt xhur qabel id-data tal-konsenja, l-annimal ekwin maskili, li qabel kien irriżulta pożittiv għall-antikorpi kontra l-arterite virali ekwina jew li tlaqqam kontra l-arterite virali ekwina, kien:

(a)

mgħammar b'test, f'jumejn konsekuttivi, ma' mill-inqas żewġ debbiet miżmuma f'iżolament matul sebat ijiem qabel u sa mill-anqas 28 jum wara t-tgħammir b'test, li kienu soġġetti għal żewġ testijiet seroloġiċi għall-arterite virali ekwina b'riżultat negattiv b'dilwizzjoni tas-seru ta' 1 f'4, fuq kampjuni tad-demm miġbura meta sar it-tgħammir b'test u mill-inqas 28 jum wara t-tgħammir b'test, u

(b)

soġġett għal test tan-newtralizzazzjoni tal-virus għall-arterite virali ekwina li sar fuq kampjun tad-demm li ttieħed fi żmien 21 jum qabel id-data tal-konsenja fi … (4):

jew b'riżultat pożittiv b'dilwizzjoni tas-seru ta' mill-inqas 1 f'4 (2), jew

b'riżultat negattiv b'dilwizzjoni tas-seru ta' 1 f'4 (2);

jew

l-annimal tlaqqam fi … (4) kontra l-arterite virali ekwina taħt superviżjoni veterinarja uffiċjali b'vaċċin approvat mill-awtorità kompetenti, skont il-programmi għat-tilqim inizjali li ġejjin u reġa' tlaqqam f'intervalli regolari: (2)

Programmi għat-tiqlim inizjali kontra l-arterite virali ekwina:

Struzzjoni : Aqta' l-programmi ta' tilqim li ma jgħoddux għall-annimal deskritt hawn fuq.

Ivverifika ċ-ċertifikazzjoni ta' sostenn dwar l-ittestjar qabel it-tilqim, meta jsir it-tilqim u t-tilqim mill-ġdid.

(a)

It-tilqim sar fil-jum li ttieħed il-kampjun tad-demm li sussegwentement irriżulta negattiv f'test ta' newtralizzazzjoni tal-virus b'dilwizzjoni tas-seru ta' 1 f'4 (2); jew

(b)

It-tilqim sar matul perjodu ta' iżolament ta' mhux aktar minn 15-il jum taħt superviżjoni veterinarja uffiċjali, li tibda fil-jum li ttieħed il-kampjun tad-demm li ġie ttestjat matul dak iż-żmien b'riżultat negattiv f'test ta' newtralizzazzjoni tal-virus b'dilwizzjoni tas-seru ta' 1 f'4 (2); jew

(c)

It-tilqim sar meta l-annimal kellu bejn 180 u 270 jum, matul perjodu ta' iżolament taħt superviżjoni veterinarja uffiċjali. Matul il-perjodu ta' iżolament, żewġ kampjuni tad-demm li ttieħdu b'intervall ta' mill-inqas għaxart ijiem bejniethom irriżultaw f'titru tal-antikorpi stabbli jew li kien qed jonqos f'test tan-newtralizzazzjoni tal-virus għall-arterite virali ekwina (2); jew

(d)

It-tilqim sar wara li l-annimal ġie soġġett għal test tan-newtralizzazzjoni tal-virus għall-arterite virali ekwina b'riżultat negattiv b'dilwizzjoni tas-seru ta' 1 f'4, li sar f'kampjun tad-demm li ttieħed mhux qabel sebat ijiem wara l-bidu ta' perjodu kontinwu ta' iżolament li jkun dam sa 21 jum wara t-tilqim (2); jew

(e)

It-tilqim sar fl-età ta' bejn 180 u 250 jum, wara li l-annimal ġie soġġett għal test tan-newtralizzazzjoni tal-virus għall-arterite virali ekwina li rritorna riżultat negattiv b'dilwizzjoni tas-seru ta' 1 f'4, jew li sar fl-istess jum mill-istess laboratorju b'titri stabbli jew li kienu qed jonqsu fuq żewġ kampjuni tad-demm li ttieħdu b'intervall ta' mill-inqas 14-il jum bejniethom (2);”.


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

16.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/65


DEĊIŻJONI Nru 1/2017 TAL-KUMITAT TAL-FSE STABBILITA MILL-FTEHIM INTERIM LI JISTABBILIXXI QAFAS GĦAL FTEHIM TA' SĦUBIJA EKONOMIKA BEJN L-ISTATI TAL-AFRIKA TAL-LVANT U TAN-NOFSINHAR, MIN-NAĦA, U L-KOMUNITÀ EWROPEA U L-ISTATI MEMBRI TAGĦHA, MIN-NAĦA L-OĦRA,

tat-3 ta' Ottubru 2017

dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea u t-tibdil fil-lista tal-pajjiżi u t-territorji assoċjati mal-Unjoni Ewropea [2018/1144]

IL-KUMITAT TAL-FSE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Interim li jistabbilixxi qafas għal Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar, min-naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”), iffirmat fi Grand Baie fid-29 ta' Awwissu 2009 u applikat provviżorjament mill-14 ta' Mejju 2012, u b'mod partikolari l-Artikoli 63, 67 u 70 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, u l-att ta' adeżjoni mal-Ftehim depożitat mir-Repubblika tal-Kroazja fit-22 ta' Marzu 2017,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 63 tal-Ftehim, il-Ftehim japplika, minn naħa waħda, għat-territorji li fihom jiġi applikat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u skont il-kundizzjonijiet stipulati f'dak it-Trattat u, min-naħa l-oħra, għat-territorji tal-Istati Firmatarji tal-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar (“l-Istati tal-ESA”).

(2)

Skont l-Artikolu 67(3) tal-Ftehim, il-Kumitat tal-FSE jista' jiddeċiedi dwar kull miżura emendatorja li tista' tkun meħtieġa wara l-adeżjoni ta' Stati Membri ġodda mal-Unjoni Ewropea.

(3)

L-Artikolu 70 tal-Ftehim jistipula li l-Annessi u l-Protokolli għall-Ftehim jiffurmaw parti integrali minnu u jistgħu jiġu rieżaminati jew emendati mill-Kumitat tal-FSE.

(4)

Wara l-bidla fl-istatus ta' Mayotte (2) u Saint Barthélemy (3), u d-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE (4), il-lista ta' pajjiżi u territorji extra-Ewropej fl-Anness IX tal-Protokoll 1 tal-Ftehim għandha tiġi aġġornata,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-Repubblika tal-Kroazja, bħala Parti għall-Ftehim, għandha, bl-istess mod bħall-Istati Membri l-oħra tal-Unjoni, rispettivament tadotta u tieħu nota tat-testi tal-Ftehim, kif ukoll tal-Annessi, il-Protokolli u d-Dikjarazzjonijiet mehmuża miegħu.

Artikolu 2

Il-Ftehim huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 69 huwa sostitwit bis-segwenti:

“L-Artikolu 69

Testi awtentiċi

Dan il-Ftehim tfassal f'żewġ kopji, bil-lingwa Bulgara, Kroata, Ċeka, Daniża, Netherlandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola u Żvediża b'kull wieħed minn dawn it-testi jkun awtentiku b'mod ugwali.”.

(2)

L-Anness IV għall-Protokoll 1 huwa sostitwit bis-segwenti:

ANNESS IV GĦALL-PROTOKOLL 1

ID-DIKJARAZZJONI FUQ FATTURA

Id-dikjarazzjoni fuq fattura, li t-test tagħha jinsab hawn taħt, trid issir skont in-noti f'qiegħ il-paġna. Madankollu, in-noti ta' qiegħ il-paġna ma għandhomx għalfejn jiġu riprodotti.

Verżjoni Bulgara

Износителят на продуктите, обхванати от този документ (митническо разрешение № … (1)) декларира, че освен кьдето е отбелязано друго, тези продукти са с … преференциален произход (2).

Verżjoni Spanjola

El exportador de los productos incluidos en el presente documento (autorización aduanera n.o … (1)) declara que, salvoindicación en sentido contrario, estos productos gozan de un origen preferencial … (2).

Verżjoni Kroata

Izvoznik proizvoda obuhvaćenih ovom ispravom (carinsko ovlaštenje br. … (1)) izjavljuje da su, osim ako je drukčije izričito navedeno, ovi proizvodi … (2) preferencijalnog podrijetla.

Verżjoni Ċeka

Vývozce výrobků uvedených v tomto dokumentu (číslo povolení … (1)) prohlašuje, že kromě zřetelně označených mají tyto výrobky preferenční původ v … (2).

Verżjoni Daniża

Eksportøren af varer, der er omfattet af nærværende dokument, (toldmyndighedernes tilladelse nr. … (1)), erklærer, at varerne, medmindre andet tydeligt er angivet, har præferenceoprindelse i … (2).

Verżjoni Ġermaniża

Der Ausführer (Ermächtigter Ausführer; Bewilligungs-Nr. … (1)) der Waren, auf die sich dieses Handelspapier bezieht, erklärt, dass diese Waren, soweit nicht anderes angegeben, präferenzbegünstigte … (2) Ursprungswaren sind.

Verżjoni Estonjana

Käesoleva dokumendiga hõlmatud toodete eksportija (tolli kinnitus nr. … (1)) deklareerib, et need tooted on … (2) sooduspäritoluga, välja arvatud juhul, kui on selgelt näidatud teisiti.

Verżjoni Griega

Ο εξαγωγέας των προϊόντων που καλύπτονται από το παρόν έγγραφο (άδεια τελωνείου υπ'αριθ. … (1)) δηλώνει ότι, εκτός εάν δηλώνεται σαφώς άλλως, τα προϊόντα αυτά είναι προτιμησιακής καταγωγής … (2).

Verżjoni Ingliża

The exporter of the products covered by this document (customs authorisation No … (1)) declares that, except where otherwise clearly indicated, these products are of … (2) preferential origin.

Verżjoni Franċiża

L'exportateur des produits couverts par le présent document (autorisation douanière no … (1)) déclare que, sauf indication claire du contraire, ces produits ont l'origine préférentielle … (2).

Verżjoni Taljana

L'esportatore delle merci contemplate nel presente documento (autorizzazione doganale n. … (1)) dichiara che, salvo indicazione contraria, le merci sono di origine preferenziale … (2).

Verżjoni Latvjana

To produktu eksportētājs, kuri ietverti šajā dokumentā (muitas atļauja Nr. … (1)), deklarē, ka, izņemot tur, kur ir citādi skaidri noteikts, šiem produktiem ir preferenciāla izcelsme … (2).

Verżjoni Litwana

Šiame dokumente išvardytų prekių eksportuotojas (muitinės liudijimo Nr … (1)) deklaruoja, kad, jeigu kitaip nenurodyta, tai yra … (2) preferencinės kilmės prekės.

Verżjoni Ungeriża

A jelen okmányban szereplő áruk exportőre (vámfelhatalmazási szám: … (1)) kijelentem, hogy eltérő egyértelmű jelzés hiányában az áruk preferenciális … (2) származásúak.

Verżjoni Maltija

L-esportatur tal-prodotti koperti b'dan id-dokument (awtorizzazzjoni tad-dwana Nru. … (1)) jiddikjara li, ħlief fejn indikat b'mod ċar li mhux hekk, dawn il-prodotti huma ta' oriġini preferenzjali … (2).

Verżjoni Netherlandiża

De exporteur van de goederen waarop dit document van toepassing is (douanevergunning nr. … (1)), verklaart dat, behoudens uitdrukkelijke andersluidende vermelding, deze goederen van preferentiële … oorsprong zijn (2).

Verżjoni Pollakka

Eksporter produktów objętych tym dokumentem (upoważnienie władz celnych nr … (1)) deklaruje, że z wyjątkiem gdzie jest to wyraźnie określone, produkty te mają … (2) preferencyjne pochodzenie.

Verżjoni Portugiża

O abaixo-assinado, exportador dos produtos abrangidos pelo presente documento (autorização aduaneira n.o … (1)), declara que, salvo indicação expressa em contrário, estes produtos são de origem preferencial … (2).

Verżjoni Rumena

Exportatorul produselor ce fac obiectul acestui document (autorizația vamală nr. … (1)) declară că, exceptând cazul în care în mod expres este indicat altfel, aceste produse sunt de origine preferențială … (2).

Verżjoni Slovena

Izvoznik blaga, zajetega s tem dokumentom (pooblastilo carinskih organov št … (1)) izjavlja, da, razen če ni drugače jasno navedeno, ima to blago preferencialno … (2) poreklo.

Verżjoni Slovakka

Vývozca výrobkov uvedených v tomto dokumente (číslo povolenia … (1)) vyhlasuje, že okrem zreteľne označených, majú tieto výrobky preferenčný pôvod v … (2).

Verżjoni Finlandiża

Tässä asiakirjassa mainittujen tuotteiden viejä (tullin lupa n:o … (1)) ilmoittaa, että nämä tuotteet ovat, ellei toisin ole selvästi merkitty, etuuskohteluun oikeutettuja … alkuperätuotteita (2).

Verżjoni Żvediża

Exportören av de varor som omfattas av detta dokument (tullmyndighetens tillstånd nr. … (1)) försäkrar att dessa varor, om inte annat tydligt markerats, har förmånsberättigande … ursprung (2).

… (3)

(Il-post u d-data)

… (4)

(Firma tal-esportatur;; minbarra dan, l-isem tal-persuna li tiffirma d-dikjarazzjoni għandu jkun indikat b'kitba ċara)

Noti

(1)

Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura timtela minn esportatur approvat fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 22 tal-Protokoll, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat għandu jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ma ssirx minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jitħalla barra jew l-ispazju jitħalla vojt.

(2)

L-oriġini tal-prodotti għandha tkun indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura tkun kollha jew parzjalment dwar prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla fl-ambitu tat-tifisra ta' l-Artikolu 40 tal-Protokoll, l-esportatur għandu jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu ‘CM’.

(3)

Dawn l-indikazzjonijiet jistgħu ma jiddaħħlux jekk it-tagħrif ikun jinsab fid-dokument innifsu.

(4)

Ara l-Artikolu 21(5) tal-Protokoll. F'każijiet fejn l-esportatur ma jkollux għalfejn jiffirma, l-eżenzjoni mill-firma timplika wkoll eżenzjoni mill-isem tal-firmatarju.
”.

Artikolu 3

L-Unjoni Ewropea għandha tikkomunika lill-Istati tal-ESA il-verżjoni tal-Ftehim bil-lingwa Kroata.

Artikolu 4

1.   Il-Ftehim għandu jiġi applikat għall-merkanzija esportata, jew minn wieħed mill-Istati tal-ESA lejn ir-Repubblika tal-Kroazja jew mir-Repubblika tal-Kroazja lejn wieħed mill-Istati tal-ESA, li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 1 għall-Ftehim u li fl-1 ta' Lulju 2013 kienet jew fi tranżitu jew f'maħżen temporanju, f'maħżen doganali jew f'żona libera f'wieħed mill-Istati tal-ESA jew fir-Repubblika tal-Kroazja.

2.   Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jingħata trattament preferenzjali, soġġett għall-preżentazzjoni, lill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż importatur, fi żmien erba' xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni, ta' prova ta' oriġini maħruġa b'mod retrospettiv mill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż esportatur.

Artikolu 5

L-Istati tal-ESA għandhom jieħdu l-impenn li ma jagħmlu l-ebda pretensjoni, talba jew rinviju u lanqas jimmodifikaw jew jirtiraw xi konċessjoni skont l-Artikoli XXIV.6 u XXVIII tal-GATT 1994 jew l-Artikolu XXI tal-GATS rigward l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

L-Anness IX għall-Protokoll 1 għall-Ftehim huwa sostitwit bis-segwenti:

ANNESS IX TA-PROTOKOLL 1

PAJJIŻI U TERRITORJI EXTRA-EWROPEJ

Fit-tifsira ta' dan il-Protokoll, ‘pajjiżi u territorji extra-Ewropej’ tfisser il-pajjiżi u t-territorji msemmija fil-Parti Erbgħa tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea li huma elenkati hawn taħt:

(Din il-lista hija mingħajr preġudizzju għall-istatus ta' dawn il-pajjiżi u territorji, jew tibdiliet futuri fl-istatus tagħhom.)

1.

Il-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej li għandhom relazzjonijiet speċjali mar-Renju tad-Danimarka:

Il-Groenlandja.

2.

Il-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej li għandhom relazzjonijiet speċjali mar-Repubblika Franċiża:

New Caledonia u d-Dipendenzi,

Il-Polineżja Franċiża,

Saint Pierre u Miquelon,

Saint Barthélemy

It-Territorji Franċiżi tan-Nofsinhar u tal-Antartiku,

Wallis u Futuna.

3.

Il-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej li għandhom relazzjonijiet speċjali mar-Renju tan-Netherlands:

L-Aruba,

Il-Bonaire,

Il-Curacao,

Is-Saba,

Sint-Eustasius,

Sint Maarten.

4.

Il-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej li għandhom relazzjonijiet speċjali mar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq:

Il-Bermuda,

Ġibiltà,

Il-Gżejjer Cayman,

Il-Gżejjer Falkland,

South Georgia u s-South Sandwich Islands,

Il-Gżejjer Falkland,

Il-Gżejjer Pitcairn,

Saint Helena u d-Dipendenzi,

It-Territorju Brittaniku tal-Antartiku,

It-Territorju Brittaniku tal-Oċean Indjan,

Il-Gżejjer Turks u Caicos,

Il-Gżejjer Verġni Brittaniċi.

”.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta' Ottubru 2017.

L-Artikoli 3 u 4 għandhom japplikaw b'effett mill-1 ta' Lulju 2013.

Magħmul f'Antananarivo, it-3 ta' Ottubru 2017.

Għall-Istati tal-ESA firmatarji

Haymandoyal DILLUM

Għall-Unjoni Ewropea

Cecilia MALMSTRÖM


(1)  ĠU L 111, 24.4.2012, p. 2.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2012/419/UE tal-11 ta' Lulju 2012 li temenda l-istatus tal-Mayotte fir-rigward tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 204, 31.7.2012, p. 131).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2010/718/UE tad-29 ta' Ottubru 2010 li timmodifika l-istatus tal-gżira ta' Saint-Barthélemy fir-rigward tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 325, 9.12.2010, p. 4).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Unjoni Ewropea (“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija”) (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).