ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 200

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
7 ta' Awwissu 2018


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament (UE) 2018/1091 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar l-istatistika integrata tal-azjendi agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1166/2008 u (UE) Nru 1337/2011 ( 1 )

1

 

*

Regolament (UE) 2018/1092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 li jistabbilixxi l-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża bil-għan li jappoġġa l-kompetittività u l-kapaċità ta' innovazzjoni tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni

30

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni (UE) 2018/1093 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2018 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni ppreżentata minn Franza — EGF/2017/009 FR/Air France

44

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

REGOLAMENTI

7.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 200/1


REGOLAMENT (UE) 2018/1091 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-18 ta' Lulju 2018

dwar l-istatistika integrata tal-azjendi agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1166/2008 u (UE) Nru 1337/2011

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 338 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1166/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistabbilixxi qafas għall-istatistika Ewropea dwar l-istruttura tal-azjendi agrikoli sal-2016. Dak ir-Regolament jenħtieġ għalhekk li jiġi mħassar.

(2)

Il-programm ta' stħarriġ Ewropew dwar l-istruttura tal-azjendi agrikoli, li ilu jitwettaq fl-Unjoni mill-1966, jenħtieġ li jitkompla biex jiġu eżaminati x-xejriet fl-istruttura tal-azjendi agrikoli fil-livell tal-Unjoni u biex tiġi provduta l-bażi ta' għarfien statistiku meħtieġ għat-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rieżami ta' politiki relatati, b'mod partikolari l-Politika Agrikola Komuni (PAK), inklużi miżuri ta' żvilupp rurali, kif ukoll politiki tal-Unjoni dwar l-ambjent, dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-mitigazzjoni tiegħu u dwar l-użu tal-art u xi Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs). Tali bażi ta' għarfien hija meħtieġa wkoll sabiex jiġi stmat l-impatt ta' dawk il-politiki fuq il-forza tax-xogħol femminili fl-azjendi agrikoli.

(3)

Il-ġbir ta' data statistika, b'mod partikolari rigward l-istruttura tal-azjendi agrikoli, jenħtieġ li jimmira, fost objettivi oħra, li jinforma l-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet b'data aġġornata bil-ħsieb ta' riformi ġejjiena tal-PAK.

(4)

Evalwazzjoni internazzjonali tal-istatistika agrikola wasslet għall-istabbiliment tal-Istrateġija Globali għat-Titjib tal-Istatistika Agrikola u Rurali tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO) li kienet approvata mill-Kumitat tan-Nazzjonijiet Uniti tal-Istatistika (UNSC) fl-2010. L-istatistika agrikola Ewropea jenħtieġ li, fejn ikun il-każ, issegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-Istrateġija Globali għat-Titjib tal-Istatistika Agrikola u Rurali, kif ukoll dawk tal-Programm Dinji tal-FAO għaċ-Ċensiment tal-Agrikoltura 2020.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jipprevedi l-ħolqien ta' qafas legali għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-Istatistika Ewropea, abbażi ta' prinċipji statistiċi komuni. Huwa jistabbilixxi kriterji tal-kwalità, u jirreferi għall-ħtieġa li jitnaqqas il-piż tar-rispons minn fuq ir-rispondenti tal-istħarriġ u jikkontribwixxi għall-għan aktar ġenerali ta' tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi.

(6)

Għad-deċennju li jmiss jenħtieġ li jiġi stabbilit programm statistiku bi skopijiet multipli dwar l-azjendi agrikoli sabiex jipprovdi l-qafas għal statistika armonizzata, kumparabbli u koerenti. Dik l-istatistika jenħtieġ li tkun immirata lejn l-esiġenzi ta' politika.

(7)

L-Istrateġija għall-Istatistika Agrikola għall-2020 u lil hinn, stabbilita mill-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESSC) f'Novembru 2015, tipprevedi l-adozzjoni ta' żewġ Regolamenti qafas li jkopru l-aspetti kollha tal-istatistika agrikola, bl-eċċezzjoni tal-Kontijiet Ekonomiċi għall-Agrikoltura. Dan ir-Regolament huwa wieħed minn dawk ir-Regolamenti qafas.

(8)

Għall-finijiet tal-armonizzazzjoni u l-komparabbiltà tal-informazzjoni dwar l-istruttura tal-azjendi agrikoli u bil-għan li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet attwali tal-Organizzazzjoni tas-Suq Uniku Komuni u b'mod partikolari s-settur tal-frott u l-inbid, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1337/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jiġi integrat mal-informazzjoni strutturali fil-livell tal-azjendi agrikoli mill-2023 'il quddiem u jiġi sostitwit b'dan ir-Regolament. Għalhekk huwa meħtieġ li dak ir-Regolament jitħassar.

(9)

L-istatistika kumparabbli mill-Istati Membri kollha dwar l-istruttura tal-azjendi agrikoli hija importanti biex jiġi determinat l-iżvilupp tal-PAK. Għalhekk il-klassifikazzjonijiet standard u d-definizzjonijiet komuni jenħtieġ li jintużaw sa fejn hu possibbli għall-fatturi varjabbli.

(10)

Ir-rekords tad-data statistika dwar l-azjendi agrikoli jippermettu tabulazzjoni trasversali tad-data bażika u tad-data tal-moduli, u b'hekk jingħata lok biex tinstab l-informazzjoni abbażi ta' fatturi varjabbli bħalma huma s-sess tal-maniġer tal-azjenda agrikola, l-età ta' dak il-maniġer, l-istruttura tas-sjieda u d-daqs tal-azjenda agrikola u l-adozzjoni ta' miżuri ambjentali. Ser tkun possibbli diżaggregazzjoni tar-riżultati għall-kriterji inklużi fid-data bażika u għat-taħlitiet ta' kriterji.

(11)

Il-ġbir tal-informazzjoni dwar is-sena tat-twelid, is-sena meta ġie kklassifikat bħala l-maniġer tal-azjenda agrikola u s-sess jista' jipprovdi data għall-iżvilupp ta' azzjonijiet fir-rigward tat-tiġdid ġenerazzjonali u aspetti relatati mal-ugwaljanza bejn is-sessi.

(12)

Fost raġunijiet oħra, għall-finijiet tal-aġġornament tar-reġistri bażiċi tal-azjendi agrikoli u l-bqija tal-informazzjoni meħtieġa għall-istratifikazzjoni tal-kampjuni, jenħtieġ li fl-Unjoni jsir ċensiment tal-azjendi agrikoli mill-inqas kull għaxar snin. L-aktar ċensiment riċenti sar fl-2009/2010.

(13)

L-Istati Membri li fihom il-perjodi ta' ħidma ta' riċerka għas-sena ta' referenza tal-istħarriġ 2020 jikkoinċidu mal-ħidma ppjanata għaċ-ċensiment ta' 10 snin tal-popolazzjoni jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jmexxu l-istħarriġ agrikolu 'l quddiem b'sena sabiex jiġi evitat il-piż kbir tat-twettiq ta' żewġ ġabriet kbar fl-istess ħin.

(14)

Sabiex jiġi evitat li jitqiegħed piż bla bżonn fuq l-azjendi agrikoli u l-amministrazzjonijiet nazzjonali, jenħtieġ li jiġu stabbiliti ċerti livelli limitu. Biex issir analiżi xierqa tal-istruttura tal-agrikoltura Ewropea hemm bżonn li jiġu koperti mill-istatistika 98 % tal-erja agrikola użata u l-bhejjem fl-azjendi agrikoli. F'xi wħud mill-Istati Membri, dan ifisser li l-livelli limitu elenkati f'dan ir-Regolament huma għoljin wisq. Madankollu, l-azjendi agrikoli li jaqgħu taħt dawk il-livelli limitu tant huma żgħar li biżżejjed li jitwettaq ġbir ta' data ta' kampjun darba kull għaxar snin biex ikunu jistgħu jiġu stmati l-istruttura tagħhom u l-impatt tagħhom fuq il-produzzjoni, li jirriżulta fit-tnaqqis tal-ispejjeż u l-piżijiet filwaqt li tkun tista' tiġi mfassla azzjoni ta' politika effettiva biex jingħata appoġġ u sostenn lill-istrutturi tal-azjendi agrikoli ta' daqs żgħir.

(15)

Jenħtieġ li l-erjas li jintużaw għall-produzzjoni agrikola jiġu koperti mill-istatistika integrata dwar l-azjendi agrikoli, inkluża l-art użata minn żewġ azjendi agrikoli jew aktar peress li japplikaw drittijiet komuni.

(16)

Hemm bżonn li tasal informazzjoni dwar l-affiljazzjoni ta' azjenda agrikola ma' grupp ta' intrapriżi, li l-entitajiet tiegħu huma kkontrollati minn entità omm.

(17)

Biex jitnaqqas l-oneru minn fuq ir-rispondenti, jenħtieġ li l-Uffiċċji Nazzjonali tal-Istatistika (NSIs) u awtoritajiet nazzjonali oħra jkollhom aċċess għal data amministrattiva, dment li dik id-data tkun meħtieġa għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea, b'konformità mal-Artikolu 17a tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.

(18)

L-Istati Membri jew l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli jenħtieġ li jagħmlu ħilithom biex jimmodernizzaw il-modi tal-ġbir tad-data dwar l-azjendi agrikoli safejn ikun possibbli. L-użu ta' soluzzjonijiet diġitali f'dan ir-rigward jenħtieġ li jkun promoss.

(19)

Għall-finijiet ta' flessibbiltà għas-sistema Ewropea tal-istatistika agrikola, u għas-simplifikazzjoni u l-immodernizzar ta' statistika agrikola, il-fatturi varjabbli li jenħtieġ li jinġabru jenħtieġ li jiġu allokati għal gruppi ta' ġbir differenti (data u moduli ċentrali) li jvarjaw fil-frekwenza jew fir-rappreżentattività, jew it-tnejn.

(20)

L-oneru u l-ispejjeż tar-risposta jistgħu jitnaqqsu ulterjorment billi terġa' tintuża data mis-sena direttament qabel jew wara s-sena ta' referenza. Dan ikun partikolarment rilevanti għall-aspetti fejn ma tkun mistennija l-ebda bidla kbira minn sena għall-oħra.

(21)

Għall-finijiet ta' flessibbiltà u biex jitnaqqas l-oneru minn fuq ir-rispondenti, l-NSIs u awtoritajiet nazzjonali oħra, l-Istati Membri jenħtieġ li jitħallew jużaw stħarriġ statistiku, reġistri amministrattivi u kwalunkwe sors, metodu jew approċċ innovattiv ieħor inklużi metodi b'bażi xjentifika u dokumentati sew bħalma huma l-imputazzjoni, l-istimar u l-immudellar.

(22)

Il-ġbir ta' informazzjoni dwar l-użu ta' nutrijenti u ilma u dwar il-metodi ta' produzzjoni agrikola applikati f'azjendi agrikoli jenħtieġ li jittejjeb biex tkun provduta statistika addizzjonali għall-iżvilupp tal-politika agroambjentali u biex tittejjeb il-kwalità tal-indikaturi agroambjentali.

(23)

Għall-ġeokodifikazzjoni tal-azjendi agrikoli, jenħtieġ li tintuża t-tema tal-Unitajiet Statistiċi b'konformità mal-Anness III għad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

(24)

Il-Kummissjoni trid tirrispetta l-kunfidenzjalità tad-data trasmessa b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 223/2009. Il-protezzjoni meħtieġa tal-kunfidenzjalità tad-data jenħtieġ li tkun żgurata, fost mezzi oħra, bil-limitazzjoni tal-użu tal-parametri tal-post għall-analiżi tal-ispazju tal-informazzjoni u bl-aggregazzjoni xierqa meta tkun pubblikata l-istatistika. Għal dik ir-raġuni, jenħtieġ li jiġi żviluppat approċċ armonizzat għall-protezzjoni tal-kunfidenzjalità u l-aspetti tal-kwalità għad-disseminazzjoni tad-data filwaqt li jsiru sforzi biex l-aċċess online għall-istatistika uffiċċjali ssir faċli u ħafifa li tintuża mill-utenti.

(25)

Kwalunkwe proċessar ta' data personali taħt dan ir-Regolament huwa soġġett għar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u għad-dispożizzjonijiet adottati b'konformità ma' dak ir-Regolament, u/jew għar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), skont ma jkun il-każ.

(26)

Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta' attivitajiet ekonomiċi fl-Unjoni Ewropea msemmija f'dan ir-Regolament għall-fini tad-definizzjoni tal-popolazzjoni rilevanti ta' azjendi agrikoli.

(27)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), jenħtieġ li l-unitajiet territorjali jkunu definiti skont il-klassifikazzjoni tan-Nomenklatura ta' Unitajiet Territorjali għall-Istatistika (NUTS).

(28)

Jenħtieġ li jintalab finanzjament fuq numru ta' snin kemm mingħand l-Istati Membri kif ukoll mingħand l-Unjoni sabiex isir il-ġbir tad-data. Għalhekk, jenħtieġ li ssir provvediment għal għotja tal-Unjoni biex tkun ta' appoġġ għal dak il-programm permezz tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija taħt ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10).

(29)

Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għad-durata sħiħa tal-qafas finanzjarju pluriennali rilevanti (QFP) li jikkostitwixxi l-ammont ta' r-referenza primarja, fis-sens tal-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (11), għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali. Dan ir-Regolament jagħmel provvediment għall-istabbiliment tal-baġit għal aktar ġabriet tad-data fil-kuntest tal-QFP sussegwenti.

(30)

L-aspetti ekonomiċi ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu rieżaminati għall-perjodu ta' wara l-2020 billi jitqiesu l-QFP l-ġdid u tibdiliet oħra rilevanti għall-istrumenti tal-Unjoni. Abbażi ta' dak ir-rieżami, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra li tipproponi bidliet rilevanti għal dan ir-Regolament.

(31)

Minħabba li l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-produzzjoni sistematika ta' statistika Ewropea dwar azjendi agrikoli fl-Unjoni, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista', minħabba fil-konsistenza u l-kumparabbiltà jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dak l-għan.

(32)

Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 jipprevedi qafas ta' referenza għall-istatistika Ewropea u jirrikjedi li l-Istati Membri jikkonformaw mal-prinċipji ta' statistika u mal-kriterji tal-kwalità speċifikati f'dak ir-Regolament. Ir-rapporti tal-kwalità huma essenzjali għall-valutazzjoni, it-titjib u l-komunikazzjoni dwar il-kwalità tal-istatistika Ewropea. L-ESSC approva standard tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESS) għall-Istruttura tar-Rapporti tal-Kwalità, skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009. L-istandard tal-ESS jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-armonizzazzjoni tar-rappurtar tal-kwalità taħt dan ir-Regolament.

(33)

Twettqet valutazzjoni tal-impatt skont il-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba, sabiex il-programm statistiku stabbilit b'dan ir-Regolament jiġi ffukat fuq il-ħtieġa ta' effettività fl-ilħuq tal-objettivi u biex il-limitazzjonijiet baġitarji jiġu inkorporati mill-fażi tat-tfassil 'il quddiem.

(34)

Biex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tad-deskrizzjonijiet tal-fatturi varjabbli elenkati f'dan ir-Regolament u l-elementi tekniċi tad-data li jenħtieġ li jiġu pprovduti, l-istabbiliment tad-deskrizzjonijiet tal-fatturi varjabbli u arranġamenti prattiċi oħra għall-ġbir ta' data ad hoc kif stabbilit f'dan ir-Regolament, kif ukoll l-istabbiliment tal-arranġamenti prattiċi għal u l-kontenut tar-rapporti tal-kwalità. Jenħtieġ li dawn is-setgħat ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12). Meta teżerċita dawk is-setgħat, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis aspetti bħall-ispejjeż u l-piżijiet amministrattivi fuq l-azjendi agrikoli u l-Istati Membri.

(35)

Biex jittieħed kont tal-ħtiġijiet tad-data li qed jitfaċċaw u li prinċipalment jirriżultaw minn żviluppi ġodda fl-agrikoltura, leġislazzjoni riveduta u prijoritajiet tal-politika li qed jinbidlu, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emenda tas-suġġetti dettaljati elenkati f'dan ir-Regolament u li tissupplementa d-data rilevanti tal-modulu bl-ispeċifikazzjoni tal-informazzjoni li jenħtieġ li tiġi pprovduta fuq bażi ad-hoc kif stabbilit f'dan ir-Regolament. Sabiex tiġi żgurata l-kompatibbiltà u jiġi ffaċilitat l-użu ta' sorsi ta' data oħra, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti b'konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE b'rabta mal-emendar tal-fatturi varjabbli elenkati f'dan ir-Regolament. Meta tkun qed teżerċita dik is-setgħa, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis aspetti bħalma huma l-ispejjeż u l-piżijiet amministrattivi fuq l-azjendi agrikoli u l-Istati Membri. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fuq il-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (13). B'mod partikolari, biex tkun żgurata l-parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom sistematikament ikollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jieħdu ħsieb it-tħejjija tal-atti delegati.

(36)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat u adotta opinjoni fl-20 ta' Novembru 2017 (14).

(37)

L-ESSC ġie kkonsultat,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas għal statistika Ewropea fil-livell tal-azjendi agrikoli u jipprevedi l-integrazzjoni tal-informazzjoni dwar l-istruttura ma' dik dwar il-metodi ta' produzzjoni, il-miżuri ta' żvilupp rurali, l-aspetti agroambjentali u informazzjoni relatata oħra.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“farm” jew “azjenda agrikola” tfisser unità unika, kemm teknikament kif ukoll ekonomikament, li għandha ġestjoni unika u li twettaq attivitajiet ekonomiċi fl-agrikoltura, skont ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006, li jagħmlu parti mill-gruppi A.01.1, A.01.2, A.01.3, A.01.4, A.01.5 jew mill-“manutenzjoni ta' art agrikola f'kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba” tal-grupp A.01.6 fit-territorju ekonomiku tal-Unjoni, bħala l-attività primarja jew sekondarja tagħha. Rigward l-attivitajiet tal-klassi A.01.49, huma biss l-attivitajiet ta' “Trobbija u tnissil ta' annimali semidomestiċi jew annimali ħajjin oħra” (bl-eċċezzjoni tat-trobbija tal-insetti) u “Trobbija ta' naħal u l-produzzjoni ta' għasel u x-xemgħa tan-naħal” li huma inklużi;

(b)

“unità agrikola tal-art komuni” tfisser entità ta' art li fuqha japplikaw drittijiet komuni u li tintuża minn żewġ azjendi agrikoli jew iktar għall-produzzjoni agrikola, iżda li mhix allokata fosthom;

(c)

“reġjun” tfisser l-unità territorjali tan-Nomenklatura ta' Unitajiet Territorjali għall-Istatistika (NUTS), definita b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1059/2003;

(d)

“unità ta' bhejjem” tfisser unità ta' kejl standard li tippermetti l-aggregazzjoni tad-diversi kategoriji ta' bhejjem sabiex ikunu jistgħu jitqabblu; il-koeffiċjenti għall-istabbiliment tal-unitajiet ta' bhejjem għall-kategoriji ta' bhejjem individwali huma elenkati fl-Anness I;

(e)

“erja agrikola użata” jew “EAU” tfisser erja ta' art li tintuża għall-biedja, inklużi raba', bur permanenti, għelejjel permanenti u art agrikola oħra li tintuża;

(f)

“sena ta' referenza” tfisser sena kalendarja li għaliha jirreferu l-perjodi ta' referenza;

(g)

“ġnien kulinari” tfisser erjas li jintużaw għall-produzzjoni ta' ikel maħsub għall-konsum proprju;

(h)

“modulu” tfisser sett ta' data wieħed jew aktar organizzati b'tali mod li jkopru suġġetti partikolari;

(i)

“suġġett” tfisser il-kontenut tal-informazzjoni li għandha tinġabar dwar l-unitajiet statistiċi, kull suġġett ikopri għadd ta' suġġetti dettaljati;

(j)

“suġġett dettaljat” tfisser il-kontenut dettaljat tal-informazzjoni li għandha tinġabar dwar l-unitajiet statistiċi b'rabta ma' suġġett speċifiku, fejn kull suġġett dettaljat ikopri numru ta' fatturi varjabbli;

(k)

“fattur varjabbli” tfisser karatteristika ta' unità li tkun qed tiġi osservata, li tista' tassumi aktar minn sett wieħed ta' valuri.

Artikolu 3

Kopertura

1.   Id-data meħtieġa minn dan ir-Regolament jenħtieġ li tkopri 98 % tal-erja agrikola utilzzata (EAU) totali (esklużi l-ġonna kulinari) u 98 % tal-unitajiet ta' bhejjem ta' kull Stat Membru.

2.   Sabiex jissodisfaw dawk ir-rekwiżiti, l-Istati Membri għandhom jipprovdu data rappreżentattiva tal-azjendi agrikoli u l-unitajiet agrikoli tal-art komuni li jissodisfaw mill-inqas wieħed mil-livelli limitu fiżiċi elenkati fl-Anness II fir-rigward tad-daqs tal-art agrikola jew in-numru ta' unitajiet ta' bhejjem.

3.   Eċċezzjonalment, fejn il-qafas speċifikat taħt il-paragrafu 2 jirrappreżenta aktar minn 98 % tal-produzzjoni agrikola nazzjonali, imkejla bl-Output Standard skont ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1198/2014 (15), l-Istati Membri jistgħu, soġġett għal approvazzjoni minn qabel mill-Kummissjoni (Eurostat), jistabbilixxu livelli limitu fiżiċi jew ekonomiċi korrispondenti ogħla biex inaqqsu l-qafas, dment li tintlaħaq il-kopertura ta' 98 % tal-erja agrikola użata totali (eskluż il-ġonna kulinari) u 98 % tal-unitajiet ta' bhejjem tal-Istati Membri.

4.   Fejn il-qafas speċifikat taħt il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu ma jirrappreżentax 98 % tal-erja agrikola utilizzata u 98 % tal-unitajiet ta' bhejjem, l-Istati Membri għandhom jestendu l-qafas skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 billi jistabbilixxu limiti massimi aktar baxxi minn dawk imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jew billi jistabbilixxu limiti massimi addizzjonali, jew it-tnejn.

Artikolu 4

Sorsi u metodi tad-data

1.   Għall-finijiet li tinkiseb id-data msemmija f'dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jużaw wieħed jew aktar mis-sorsi jew il-metodi li ġejjin, bil-kondizzjoni li l-informazzjoni tippermetti l-produzzjoni ta' statistika li tissodisfa r-rekwiżiti tal-kwalità stabbiliti fl-Artikolu 11:

(a)

stħarriġ statistiku;

(b)

is-sorsi ta' data amministrattiva speċifikati fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;

(c)

sorsi, metodi jew approċċi innovattivi oħra.

2.   L-Istati Membri jistgħu jużaw informazzjoni mis-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll (SIAK) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16), is-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' annimali bovini stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) u s-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali ovini u kaprini stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 (18), ir-reġistru tal-vinji implimentat skont l-Artikolu 145 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19), u r-reġistri tal-biedja organika stabbiliti skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (20). L-Istati Membri jistgħu jużaw ukoll sorsi amministrattivi assoċjati ma' miżuri ta' żvilupp rurali speċifiċi.

3.   L-Istati Membri li jiddeċiedu li jużaw is-sorsi, metodi jew approċċi innovattivi msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni (Eurostat) matul is-sena ta' referenza preċedenti għas-sena ta' referenza u għandhom jipprovdu d-dettalji dwar il-kwalità tad-data miksuba minn dak is-sors, metodu jew approċċ innovattiv u l-metodi ta' ġbir ta' data li ser jintużaw.

4.   L-awtoritajiet nazzjonali responsabbli biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament għandu jkollhom id-dritt li jaċċessaw u jużaw data, minnufih u mingħajr ħlas, inkluża data individwali dwar azjendi agrikoli u data personali dwar id-detenturi tagħhom li tkun tinsab f'fajls amministrattivi miġbura fit-territorju nazzjonali tagħhom skont l-Artikolu 17a tar-Regolament (KE) Nru 223/2009. L-awtoritajiet nazzjonali u s-sidien tar-rekords amministrattivi għandhom jistabbilixxu l-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni meħtieġa.

Artikolu 5

Data strutturali ċentrali

1.   L-Istati Membri għandhom jiġbru u jipprovdu d-data strutturali ċentrali (“data ċentrali”) relatata mal-azjendi agrikoli msemmija fl-Artikolu 3(2) u (3), għas-snin ta' referenza 2020, 2023 u 2026, kif elenkat fl-Anness III. Il-ġbir tad-data ċentrali għas-sena ta' referenza 2020 għandu jsir bħala ċensiment.

2.   Il-ġabriet tad-data ċentrali għas-snin ta' referenza 2023 u 2026 jista' jsir fuq kampjuni. F'dak il-każ l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-riżultati pponderati jkunu statistikament rappreżentattivi tal-azjendi agrikoli f'kull reġjun u jitfasslu b'mod li jissodisfa r-rekwiżiti ta' preċiżjoni stabbiliti fl-Anness V.

3.   Meta fattur varjabbli elenkat fl-Anness III ikollu prevalenza baxxa jew żero fi Stat Membru, dak il-fattur varjabbli jista' jiġi eskluż mill-ġbir tad-data dment li l-Istat Membru kkonċernat jipprovdi informazzjoni fejn jiġġustifika l-esklużjoni tiegħu b'mod debitu lill-Kummissjoni (Eurostat) fis-sena kalendarja li tippreċedi s-sena ta' referenza.

4.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw d-deskrizzjonijiet tal-fatturi varjabbli elenkati fl-Anness III.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 17(2) mhux aktar tard mit-28 ta' Frar 2019 għas-sena ta' referenza 2020, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2021 għas-sena ta' referenza 2023, u sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2024 għas-sena ta' referenza 2026.

5.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 16 b'rabta ma' emendi tal-fatturi varjabbli elenkati fl-Anness III fejn meħtieġ għall-fini tal-armonizzazzjoni mas-sorsi tad-data speċifikati fl-Artikolu 4(2), għas-snin 2023 u 2026. Fl-eżerċizzju tas-setgħa tagħha, il-Kummissjoni għandha tiżgura li tali atti delegati jissostitwixxu biss il-fatturi varjabbli elenkati fl-Anness III li ma jistgħux jibqgħu jinkisbu mis-sorsi tad-data speċifikati. Fil-każ ta' sostituzzjoni, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-fatturi varjabbli l-ġodda jkunu jistgħu jiġu derivati mis-sorsi tad-data speċifikati fl-Artikolu 4(2). Barra minn hekk, għandha tiżgura wkoll li tali atti delegati jkunu ġustifikati kif dovut u ma jimponux piżijiet jew spejjeż addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri jew fuq ir-rispondenti.

6.   Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati sat-30 ta' Settembru 2021 għas-sena ta' referenza 2023 u sat-30 ta' Settembru 2024 għas-sena ta' referenza 2026.

Artikolu 6

Estensjoni tal-qafas

1.   L-Istati Membri li jestendu l-qafas skont l-Artikolu 3(4) għandhom jipprovdu data ċentrali dwar l-azjendi agrikoli inklużi f'dik l-estensjoni tal-qafas għas-sena ta' referenza 2020, fejn tkun koperta l-informazzjoni speċifikata fl-Anness III.

2.   Il-ġbir tad-data dwar l-azjendi agrikoli fl-estensjoni tal-qafas jista' jsir fuq kampjuni. F'dak il-każ l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-riżultati pponderati jkunu statistikament rappreżentattivi tal-azjendi agrikoli f'kull reġjun u jitfasslu b'mod li jissodisfa r-rekwiżiti ta' preċiżjoni stabbiliti fl-Anness V.

Artikolu 7

Data tal-moduli

1.   L-Istati Membri għandhom jiġbru u jipprovdu l-moduli dwar is-suġġetti u s-suġġetti dettaljati elenkati fl-Anness IV għas-snin ta' referenza li ġejjin:

(a)

il-modulu “Forza tax-xogħol u attivitajiet bi qligħ oħra” għall-2020, l-2023 u l-2026;

(b)

il-modulu “Żvilupp rurali” għall-2020, l-2023 u l-2026;

(c)

il-modulu “Akkomodazzjoni tal-annimali u ġestjoni tad-demel” għall-2020 u l-2026;

(d)

il-modulu “Irrigazzjoni” għall-2023;

(e)

il-modulu “Prattiki ta' ġestjoni tal-ħamrija” għall-2023;

(f)

il-modulu “Makkinarju u tagħmir” għall-2023;

(g)

il-modulu “Ġnien tal-frott” għall-2023;

(h)

il-modulu “Vinja” għall-2026;

2.   L-ambitu ta' dawk il-ġabriet tad-data għandu jinkludi l-azjendi agrikoli msemmija fl-Artikolu 3(2) u (3).

3.   Il-ġbir tad-data tal-moduli jista' jsir fuq kampjuni ta' azjendi agrikoli. F'dak il-każ l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-riżultati pponderati jkunu statistikament rappreżentattivi tal-azjendi agrikoli f'kull reġjun u jitfasslu b'mod li jissodisfa r-rekwiżiti ta' preċiżjoni stabbiliti fl-Anness V.

4.   Il-moduli għandhom jinġabru minn subkampjuni tal-azjendi agrikoli li għalihom tinġabar id-data ċentrali. Il-moduli għandhom jirriflettu s-sitwazzjoni fis-sena ta' referenza iżda jistgħu jkunu bbażati fuq is-sena li tiġi direttament qabel jew wara s-sena ta' referenza għall-moduli msemmija fil-punti (f), (g) u (h) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Fi kwalunkwe każ, kull rekord li jipprovdi informazzjoni dwar moduli għandu jkun akkumpanjat mid-data ċentrali elenkata fl-Anness III.

5.   L-Istati Membri b'tal-inqas 1 000 ettaru ta' kwalunkwe għalla individwali, imsemmija taħt is-suġġetti dettaljati tal-modulu “Ġnien tal-frott” fl-Anness IV, li jipproduċu kompletament jew fil-biċċa l-kbira għas-suq, għandhom iwettqu l-modulu “Ġnien tal-frott” għal dik l-għalla partikolari.

6.   L-Istati Membri b'tal-inqas 1 000 ettaru ta' vinji mħawwla bi dwieli ta' għeneb għall-inbid, li jipproduċu kompletament jew fil-biċċa l-kbira għas-suq, għandhom iwettqu l-modulu “Vinja”.

7.   L-Istati Membri b'inqas minn 2 % ta' erja saqwija tal-EAU, u mingħajr reġjuni fil-livell NUTS 2 b'mill-inqas 5 % ta' erja saqwija tal-EAU, għandhom ikunu eżentati milli jwettqu l-modulu “Irrigazzjoni”.

8.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni (Eurostat) b'każijiet imsemmija fil-paragrafi 5, 6 u 7 sal-aħħar ta' Ġunju tas-sena li tippreċedi s-sena ta' referenza rispettiva.

9.   Meta fattur varjabbli jkollu prevalenza baxxa jew żero fi Stat Membru, dak il-fattur varjabbli jista' jiġi eskluż mill-ġbir tad-data dment li tkun provduta informazzjoni li tiġġustifika l-esklużjoni b'mod debitu lill-Kummissjoni (Eurostat) fis-sena kalendarja li tippreċedi s-sena ta' referenza.

Artikolu 8

Speċifikazzjoni teknika dwar id-data tal-moduli

1.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw l-elementi tekniċi li ġejjin tad-data li għandha tiġi provduta għal kull modulu u s-suġġett korrispondenti u s-suġġett dettaljat elenkati fl-Anness IV:

(a)

il-lista tal-fatturi varjabbli;

(b)

id-deskrizzjonijiet tal-fatturi varjabbli.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 17(2) mhux aktar tard mit-28 ta' Frar 2019 għas-sena ta' referenza 2020, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2021 għas-sena ta' referenza 2023 u sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2024 għas-sena ta' referenza 2026.

2.   Meta tkun qed tadotta l-atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw il-lista ta' fatturi varjabbli skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tiżgura li n-numru globali ta' fatturi varjabbli ċentrali u tal-moduli ma jaqbiżx it-300 fattur varjabbli fl-2020, l-470 fattur varjabbli fl-2023 u t-350 fattur varjabbli fl-2026.

3.   Għas-snin 2023 u 2026, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 fir-rigward ta' emendi tas-suġġetti dettaljati elenkati fl-Anness IV. Matul l-eżerċitar tas-setgħa tagħha, il-Kummissjoni għandha tiżgura li dawn l-atti delegati ma jżidux b'mod sinifikanti l-piż impost min-numru ta' fatturi varjabbli. B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-atti delegati ma jwasslux għal żieda fin-numru ta' fatturi varjabbli msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, u li massimu ta' 20 % tas-suġġetti dettaljati elenkati fl-Anness IV jinbidel għal kull modulu b'atti delegati. Madankollu, jekk 20 % jirrappreżenta inqas minn suġġett dettaljat wieħed, allura xorta jista' jinbidel suġġett dettaljat wieħed.

4.   Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati sat-30 ta' Settembru 2021 għas-sena ta' referenza 2023 u sat-30 ta' Settembru 2024 għas-sena ta' referenza 2026.

5.   L-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 u l-atti delegati msemmija fil-paragrafu 3 m'għandhomx jimponu spejjeż addizzjonali sinifikanti li jirriżultaw f'piż sproporzjonat u mhux ġustifikat fuq l-azjendi agrikoli u fuq l-Istati Membri.

Artikolu 9

Data ad-hoc

1.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 li tissupplimenta s-sett tad-data tal-moduli mogħtija fl-Anness IV, jekk jitqies li jkun meħtieġ li tinġabar informazzjoni addizzjonali. Dawk l-atti ddelegati għandhom jispeċifikaw:

(a)

is-suġġetti u s-suġġetti dettaljati li għandhom jiġu pprovduti fil-modulu ad hoc u r-raġunijiet għal tali bżonnijiet statistiċi addizzjonali;

(b)

is-sena ta' referenza.

2.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fil-paragrafu 1 li tibda mis-sena ta' referenza 2023 u f'intervalli ta' tliet snin. Hija ma għandhiex tipproponi moduli ad hoc għas-snin ta' referenza li fihom il-ġbir tad-data jsir bħala ċensiment.

3.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tipprovdi:

(a)

lista ta' mhux iktar minn 20 fattur varjabbli, li għandha tintbagħat lill-Kummissjoni (Eurostat) u l-unitajiet ta' kejl korrispondenti;

(b)

id-deskrizzjonijiet tal-fatturi varjabbli;

(c)

ir-rekwiżiti ta' preċiżjoni;

(d)

il-perjodi ta' referenza;

(e)

id-dati tat-trasmissjonijiet.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 17(2) sa mhux aktar tard minn 12-il xahar qabel ma tibda s-sena ta' referenza.

4.   L-atti delegati msemmija fil-paragrafi 1 ta' dan l-Artikolu u l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu m'għandhomx jimponu spejjeż addizzjonali sinifikanti li jirriżultaw f'piż sproporzjonat u mhux ġustifikat fuq l-azjendi agrikoli u fuq l-Istati Membri.

Artikolu 10

Perjodu ta' referenza

L-informazzjoni miġbura għandha tirreferi għal sena ta' referenza unika li hija komuni għall-Istati Membri kollha b'referenza għas-sitwazzjoni matul perjodu ta' żmien jew data speċifikati kif ġej:

(a)

Għall-fatturi varjabbli tal-art, l-użu tal-art għandu jirreferi għas-sena ta' referenza. Fil-każ ta' għelejjel suċċessivi mill-istess biċċa art, l-użu tal-art għandu jirreferi għal għalla li tiġi maħsuda matul is-sena ta' referenza, irrispettivament minn meta tinżera' l-għalla inkwistjoni.

(b)

Għall-fatturi varjabbli dwar l-irrigazzjoni u l-prattiki ta' ġestjoni tal-ħamrija, il-perjodu ta' referenza huwa perjodu ta' 12-il xahar li jintemm fis-sena ta' referenza, li għandu jiġi stabbilit minn kull Stat Membru bil-għan li jkunu koperti ċ-ċikli ta' produzzjoni relatati.

(c)

Għall-fatturi varjabbli dwar il-bhejjem, l-akkomodazzjoni tal-annimali u l-ġestjoni tad-demel, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi jum ta' referenza komuni fis-sena ta' referenza. Il-fatturi varjabbli dwar il-ġestjoni tad-demel għandhom jirreferu għall-perjodu ta' 12-il xahar li jinkludi dik id-data.

(d)

Għall-fatturi varjabbli dwar il-forza tax-xogħol, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi perjodu ta' referenza ta' 12-il xahar li jintemm f'jum ta' referenza fis-sena ta' referenza.

(e)

Għall-fatturi varjabbli dwar il-miżuri ta' żvilupp rurali implimentati fl-azjendi agrikoli individwali, il-perjodu ta' referenza għandu jkun il-perjodu ta' tliet snin li jintemm fil-31 ta' Diċembru tas-sena ta' referenza.

(f)

Għall-fatturi varjabbli l-oħra kollha, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi jum ta' referenza komuni fis-sena ta' referenza.

Artikolu 11

Kwalità

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw il-kwalità tad-data u tal-metadata trasmessi.

2.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw il-kriterji tal-kwalità definiti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.

3.   Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tivvaluta l-kwalità tad-data u tal-metadata trasmessi.

4.   Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jittrasmettu rapport ta' kwalità li jiddeskrivi l-proċess statistiku lill-Kummissjoni (Eurostat), għal kull sena ta' referenza koperta minn dan ir-Regolament, u b'mod partikolari:

(a)

il-metadata li tiddeskrivi l-metodoloġija użata u kif intlaħqu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi b'referenza għal dawk stabbiliti minn dan ir-Regolament;

(b)

l-informazzjoni dwar il-konformità mar-rekwiżiti minimi għall-oqfsa tal-ikkampjunar użati, inkluż fl-iżvilupp u l-aġġornament tagħhom, kif stabbilit f'dan ir-Regolament;

Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-arranġamenti prattiċi għal, u l-kontenut tar-rapporti tal-kwalità. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 17(2) u ma għandhomx jimponu piżijiet jew spejjeż addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri.

5.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni (Eurostat) kemm jista' jkun malajr, dwar kwalunkwe informazzjoni jew bidla rilevanti fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament li jistgħu jinfluwenzaw il-kwalità tad-data trasmessa.

6.   Fuq talba tal-Kummissjoni (Eurostat), l-Istati Membri għandhom jipprovdu kjarifika addizzjonali meħtieġa biex tiġi evalwata l-kwalità tal-informazzjoni statistika.

Artikolu 12

Trasmissjoni tad-data u tal-metadata u skadenzi

1.   Għas-sena ta' referenza 2020, l-Istati Membri għandhom jittrasmettu data ċentrali u tal-modulu u rapport tal-kwalità lill-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien 15-il xahar wara tmiem is-sena ta' referenza.

2.   Għas-snin ta' referenza 2023 u 2026, l-Istati Membri għandhom jittrasmettu data ċentrali u tal-modulu vvalidata u rapport tal-kwalità lill-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien 12-il xahar minn tmiem is-sena ta' referenza.

3.   Id-data trasmessa lill-Kummissjoni (Eurostat) għandha tkun fil-livell ta' azjendi agrikoli individwali. Il-modulu u d-data ad hoc għandhom ikunu marbuta mad-data ċentrali elenkata fl-Anness III fil-livell ta' azjenda agrikola individwali għall-istess sena ta' referenza. Ir-rekords provduti għandhom jinkludu l-fatturi ta' estrapolazzjoni u l-informazzjoni dwar l-istratifikazzjoni.

4.   L-Istati Membri għandhom jittrasmettu d-data u l-metadata bl-użu ta' format tekniku speċifikat mill-Kummissjoni (Eurostat). Id-data u l-metadata għandhom ikunu provduti lill-Kummissjoni (Eurostat) permezz ta' servizzi ta' punt ta' dħul uniku.

Artikolu 13

Kontribuzzjoni tal-Unjoni

1.   Għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-Unjoni għandha tipprovdi għotjiet lill-istituti nazzjonali tal-istatistika u awtoritajiet nazzjonali oħra msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, għal:

(a)

l-iżvilupp jew l-implimentazzjoni ta' rekwiżiti tad-data, jew it-tnejn;

(b)

l-iżvilupp ta' metodoloġiji għall-immodernizzar tas-sistemi statistiċi li jimmiraw lejn kwalità ogħla jew kostijiet aktar baxxi u li jnaqqsu l-piż amministrattiv għall-produzzjoni ta' statistika integrata dwar l-azjendi agrikoli permezz tal-użu tas-sorsi u l-metodi msemmija fl-Artikolu 4.

2.   L-Istati Membri għandhom jirċievu għotjiet mill-Unjoni biex ikopru l-ispiża marbuta mal-ġabriet tad-data speċifikat fl-Artikoli 5, 6 u 7, fl-ambitu tal-pakkett finanzjarju speċifikat fl-Artikolu 14.

3.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 2 ma għandhiex taqbeż il-75 % tal-ispejjeż eliġibbli, soġġett għall-ammonti massimi speċifikati fil-paragrafi 4 u 5.

4.   Għall-kostijiet miġbura flimkien tad-data ċentrali u l-ġabriet ta' data tal-modulu tal-2020, il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun limitata għall-ammonti massimi speċifikati hawn taħt:

(a)

EUR 50 000 kull wieħed għal-Lussemburgu u għal Malta;

(b)

EUR 1 000 000 kull wieħed għall-Awstrija, il-Kroazja, l-Irlanda u l-Litwanja;

(c)

EUR 2 000 000 kull wieħed għall-Bulgarija, il-Ġermanja, l-Ungerija, il-Portugall u r-Renju Unit;

(d)

EUR 3 000 000 kull wieħed għall-Greċja, Spanja u Franza;

(e)

EUR 4 000 000 kull wieħed għall-Italja, il-Polonja u r-Rumanija;

(f)

EUR 300 000 kull wieħed għall-Istati Membri l-oħra kollha.

5.   Għall-ġabriet tad-data ċentrali u tad-data tal-moduli fl-2023 u l-2026, l-ammonti massimi speċifikati fil-paragrafu 4 għandhom jitnaqqsu b'50 %, soġġett għad-dispożizzjonijiet taħt il-QFP ta' wara l-2020.

6.   Għall-ġbir tad-data ad hoc speċifikata fl-Artikolu 9, l-Unjoni għandha tipprovdi għotjiet lill-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika u lil awtoritajiet nazzjonali oħra msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, biex ikopru l-ispiża marbuta mal-implimentazzjoni tal-ġbir ta' data ad hoc. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni ma għandhiex taqbeż id-90 % tal-kostijiet eliġibbli.

7.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-għotjiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandha tingħata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija skont il-punt (d) tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

Artikolu 14

Pakkett finanzjarju

1.   Il-pakkett finanzjarju tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-programm ta' ġabriet ta' data għas-sena ta' referenza 2020, inklużi l-approprjazzjonijiet meħtieġa għall-ġestjoni, iż-żamma u l-iżvilupp tas-sistemi ta' bażi tad-data użati fi ħdan il-Kummissjoni biex tkun proċessata d-data fornuta mill-Istati Membri taħt dan ir-Regolament, għandu jkun ta' EUR 40 000 000 għall-perjodu 2018-2020, kopert mill-QFP 2014-2020.

2.   Wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-QFP wara l-2020, l-ammont għall-perjodu ta' wara l-2020 għandu jkun stipulat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni.

Artikolu 15

Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa biex tiżgura li, meta jiġu implimentati azzjonijiet finanzjati taħt dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu protetti bl-applikazzjoni ta' miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta' kontrolli konsistenti u effettivi u, jekk jinstabu xi irregolaritajiet, bl-irkupru tal-ammonti mħallsa ħażin u, fejn ikun il-każ, b'penali amministrattivi u finanzjarji effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.   Il-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti tagħha u l-Qorti tal-Awdituri għandu jkollhom is-setgħa ta' awditu, fuq il-bażi ta' dokumenti u kontrolli fuq il-post, fuq il-benefiċjarji tal-għotja, il-kuntratturi u s-subkuntratturi u l-partijiet terzi kollha li, direttament jew indirettament, irċevew fondi tal-Unjoni taħt il-Programm.

3.   L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post fuq l-operaturi ekonomiċi konċernati direttament jew indirettament minn dan il-finanzjament skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21) u fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (22) bil-ħsieb li jkun stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'konnessjoni ma' ftehim ta' għotja jew deċiżjoni ta' għotja jew kuntratt finanzjat, direttament jew indirettament, fi ħdan il-qafas ta' dan ir-Regolament.

4.   Il-ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali u l-ftehimiet ta' għotja u d-deċiżjonijiet ta' għotja li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom espressament jagħtu setgħa lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF biex iwettqu tali awditi, kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post.

5.   Fejn l-implimentazzjoni ta' azzjoni hija esternalizzata jew subdelegata, kompletament jew parzjalment, jew fejn tirrikjedi l-għoti ta' kuntratt ta' akkwist jew li jingħata appoġġ finanzjarju lil parti terza, il-kuntratt, il-ftehim ta' għoti jew id-deċiżjoni ta' għoti għandhom jinkludu l-obbligu tal-kuntrattur jew tal-benefiċjarju li jimponu aċċettazzjoni espliċitu ta' dawk is-setgħat tal-Kummissjoni, il-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF fuq kwalunkwe parti terza involuta.

6.   Il-paragrafi 4 u 5 għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2 u 3.

Artikolu 16

Eżerċitar tad-delega

1.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 5(6), l-Artikolu 8(3) u l-Artikolu 9(1) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mis-27 ta' Awwissu 2018. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel ma jintemm il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 5(6), l-Artikolu 8(3) u l-Artikolu 9(1) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 5(6), l-Artikolu 8(3) u l-Artikolu 9(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 17

Proċedura ta' Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 223/2009. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 18

Rapport mill-Kummissjoni

Sal-31 ta' Diċembru 2024, wara li tikkonsulta lill-ESSC, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni u l-kisba tal-objettivi ta' dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 19

Derogi

B'deroga mill-Artikoli 5, 6(1), 7(1)(a), 7(1)(b), 7(1)(c), 8(2), 12(1), 13(4), 14(1) u l-Anness V, ir-referenzi għas-sena 2020 għandhom jiġu sostitwiti b'referenzi għas-sena 2019, jekk meħtieġ, għall-Greċja u għall-Portugall.

Artikolu 20

Revoka

1.   Ir-Regolament (UE) Nru 1337/2011 jitħassar b'effett mill-1 ta' Jannar 2022.

2.   Ir-Regolament (KE) Nru 1166/2008 jitħassar b'effett mill-1 ta' Jannar 2019.

3.   Ir-referenzi għar-Regolamenti mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 21

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Lulju 2018.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

J. BOGNER-STRAUSS


(1)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Lulju 2018 għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Lulju 2018.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1166/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar stħarriġ ta' strutturi tal-impriżi agrikoli u stħarriġ dwar metodi ta' produzzjoni agrikola u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 571/88 (ĠU L 321, 1.12.2008, p. 14).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasmissjoni ta' data soġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1337/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 rigward l-istatistika Ewropea dwar għelejjel permanenti u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 357/79 u d-Direttiva 2001/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 347, 30.12.2011, p. 7).

(5)  Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE). (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(7)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta' attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

(9)  Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).

(10)  Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).

(11)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(12)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(13)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(14)  ĠU C 14, 16.1.2018, p. 6.

(15)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1198/2014 tal-1 ta' Awwissu 2014 li jissupplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta' informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta' azjendi agrikoli fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 321, 7.11.2014, p. 2).

(16)  Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).

(17)  Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1).

(18)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 tas-17 ta' Diċembru 2003 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-ammiali ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-Direttivi 92/102/KEE u 64/432/KEE (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 8).

(19)  Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

(20)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2029/91 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1).

(21)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

(22)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).


ANNESS I

Koeffiċjenti ta' unitajiet ta' bhejjem

Tip ta' annimal

Karatteristiċi tal-annimal

Koeffiċjent

Annimali bovini

Ta' inqas minn sena

0,400

Ta' bejn sena u sentejn

0,700

Irġiel, ta' sentejn jew iktar

1,000

Erieħ, ta' sentejn jew iktar

0,800

Baqar tal-ħalib

1,000

Baqar mhux tal-ħalib

0,800

Nagħaġ u mogħoż

0,100

Majjali

Ħnienes, ta' piż ħaj ta' taħt l-20 kg

0,027

Majjali nisa għat-tnissil, ta' piż ħaj ta' 50 kg jew aktar

0,500

Majjali oħra

0,300

Tjur

Tiġieġ tas-simna

0,007

Tiġieġ tal-bajd

0,014

Tjur oħra

 

Dundjani

0,030

Papri

0,010

Wiżż

0,020

Ngħam

0,350

Tajr ieħor tar-razzett mhux ikklassifikati banda oħra

0,001

Fniek, nisa tat-tnissil

0,020


ANNESS II

Lista tal-limiti massimi fiżiċi  (1)

Oġġett

Limitu massimu

UAA

5 ha

Raba'

2 ha

Patata

0,5 ha

Ħaxix frisk u frawli

0,5 ha

Pjanti aromatiċi, mediċinali u kulinari, fjuri u pjanti ornamentali, żerriegħa u nebbieta, mixtliet

0,2 ha

Siġar tal-frott, berries, siġar tal-ġewż, siġar tal-frott taċ-ċitru, għelejjel permanenti oħra esklużi mixtliet, vinji u siġar taż-żebbuġ

0,3 ha

Vinji

0,1 ha

Siġar taż-żebbuġ

0,3 ha

Serer

100 m2

Faqqiegħ kultivat

100 m2

Bhejjem

1,7 unità ta' bhejjem


(1)  Il-limiti massimi huma applikabbli għall-grupp ta' oġġetti kif elenkat.


ANNESS III

Data strutturali ċentrali: Fatturi varjabbli

Fatturi varjabbli ġenerali

Unitajiet/Kategoriji għall-valuri

Informazzjoni tal-istħarriġ

 

Identifikatur tal-azjenda agrikola

ID tal-azjenda agrikola

Post tal-azjenda agrikola

 

Pożizzjoni ġeografika

Il-kodiċi taċ-ċellula tal-grilja tal-unitajiet tal-istatistika ta' INSPIRE għall-użu pan-Ewropew.

Reġjun NUTS 3

Kodiċi NUTS 3

L-azjenda agrikola għandha żoni identifikati li jaffaċċjaw limitazzjonijiet naturali taħt ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

L/M/O/N (1)

Personalità ġuridika tal-azjenda agrikola

 

Ir-responsabbiltà ġuridika u ekonomika tal-azjenda agrikola hija koperta minn:

 

Persuna fiżika li hija d-detentur uniku, meta l-azjenda agrikola tkun indipendenti

iva/le

Jekk iva, id-detentur huwa wkoll il-maniġer?

iva/le

Jekk le, il-maniġer hu membru tal-familja tad-detentur?

iva/le

Jekk iva, il-maniġer huwa l-konjuġi tad-detentur?

iva/le

Sjieda bi sħab

iva/le

Żewġ persuni fiżiċi jew aktar li huma sħab, meta l-azjenda agrikola tkun azjenda-grupp

iva/le

Persuna ġuridika

iva/le

Jekk iva, l-azjenda agrikola tagħmel parti minn grupp ta' intrapriżi?

iva/le

L-azjenda agrikola hija unità f'art komuni

iva/le

Id-detentur jibbenifika minn appoġġ mill-UE għal art jew annimali tal-azjenda agrikola u għalhekk inkluż fis-SIAK

iva/le

 

Id-detentur huwa bidwi żagħżugħ jew li għadu kif daħal ġdid fil-biedja, u rċieva appoġġ finanzjarju għal dan l-għan skont il-PAK fit-tliet snin preċedenti

iva/le

Maniġer tal-azjenda agrikola

 

Sena tat-twelid

sena

Sess

mara/raġel

Ħidma agrikola fl-azjenda agrikola (minbarra l-ħidma fid-dar)

Firxiet ta' Unità ta' Xogħol Annwali (AWU) (2)

 

Is-sena meta ġie klassifikat bħala l-maniġer tal-azjenda agrikola

sena

Taħriġ agrikolu tal-maniġer

Kodiċijiet ta' taħriġ

Taħriġ vokazzjonali mwettaq tul l-aħħar 12-il xahar

iva/le

Tip ta' pussess tal-EAU (fir-rigward tad-detentur)

 

Biedja fuq art proprja

ha

Biedja fuq art mikrija

ha

Biedja kondiviża jew modi oħra ta' pussess

ha

Art komuni

ha

Biedja organika

iva/le

EAU totali tal-azjenda agrikola li fuqha huma applikati u ċertifikati l-metodi ta' produzzjoni ta' biedja organika skont regoli nazzjonali jew tal-Unjoni Ewropea

ha

EAU totali tal-azjenda agrikola li qed tiġi konvertita għal metodi ta' produzzjoni organika li għandhom ikunu ċertifikati skont regoli nazzjonali jew tal-Unjoni Ewropea

ha

 

Parteċipazzjoni fi skemi ta' ċertifikazzjoni ambjentali oħra

iva/le


Fatturi varjabbli tal-art

Erja prinċipali totali

li minnha hija ċertifikata għall-biedja organika u/jew qed tiġi konvertita għaliha

EAU

ha

ha

Raba'

ha

ha

Ċereali għall-produzzjoni tal-ħabba (inkluża ż-żerriegħa)

ha

ha

Qamħ komuni u spelt

ha

ha

Qamħ durum

ha

ha

Segala u taħlitiet ta' ċereali tax-xitwa (maslin)

ha

 

Xgħir

ha

 

Ħafur u taħlitiet ta' ċereali tar-rebbiegħa (ħabba mħallta minbarra maslin)

ha

 

Żerriegħa tal-qamħirrum u taħlita taċ-ċifċiegħa tal-qamħirrun

ha

 

Triticale

ha

 

Sorgu

ha

 

Ċereali oħra mhux ikklassifikati banda oħra (qamħ saraċin, millieġ, skalora, eċċ.)

ha

 

Ross

ha

 

Bus u ħemes imnixxfa u għelejjel li fihom il-proteini għall-produzzjoni tal-ħabba (inklużi żerriegħa u taħlitiet ta' ċereali u bus u ħemes)

ha

ha

Piżelli tal-għalqa, fażola u lupin ħelu

ha

 

Għelejjel tal-għeruq

ha

ha

Patata (inkluża patata taż-żrigħ)

ha

ha

Pitrava taz-zokkor (eskluż iż-żerriegħa)

ha

ha

Għelejjel tal-għeruq oħra mhux ikklassifikati banda oħra

ha

 

Għelejjel industrijali

ha

ha

Żrieragħ taż-żejt

ha

ha

Kolza u żrieragħ tal-kolza tan-nevew

ha

 

Żerriegħa tal-ġirasol

ha

 

Soja

ha

ha

Żerriegħa tal-kittien (oilflax)

ha

 

Għelejjel taż-żrieragħ taż-żejt oħra mhux ikklassifikati banda oħra

ha

 

Għelejjel tal-fibra

ha

 

Fibra tal-kittien

ha

 

Qanneb

ha

 

Qoton

ha

 

Għelejjel tal-fibra oħra mhux ikklassifikati banda oħra

ha

 

Tabakk

ha

 

Ħops

ha

 

Pjanti aromatiċi, mediċinali u kulinari

ha

 

Għelejjel għall-enerġija mhux ikklassifikati banda oħra

ha

 

Għelejjel industrijali oħra mhux ikklassifikati banda oħra

ha

 

Pjanti li jinħasdu fi stadju bikri mir-raba'

ha

ha

Ħxejjex u mergħat temporanji

ha

ha

Pjanti luguminużi maħsuda fi stadju bikri

ha

ha

Qamħirrum aħdar

ha

 

Ċereali oħra maħsuda fi stadju bikri (minbarra l-qamħirrum aħdar)

ha

 

Pjanti oħra maħsuda fi stadju bikri mir-raba' mhux ikklassifikati banda oħra

ha

 

Ħaxix frisk (inkluż il-bettiegħ) u frawli

ha

ha

Ħaxix frisk (inkluż il-bettiegħ) u frawli mkabbra b'rotazzjoni ma' għelejjel ortikulturali (ortikultura kummerċjali)

ha

 

Ħaxix frisk (inkluż il-bettiegħ) u frawli mkabbra b'rotazzjoni ma' għelejjel mhux ortikulturali (għelieqi fil-miftuħ)

ha

 

Fjuri u pjanti ornamentali (minbarra mixtliet)

ha

 

Żrieragħ u nebbieta

ha

ha

Għelejjel oħra tar-raba' mhux ikklassifikati banda oħra

ha

 

Art mistrieħa

ha

 

Bur permanenti

ha

ha

Mergħat u ragħa, minbarra bwar mhux ikkultivati

ha

ha

Bwar mhux ikkultivati

ha

ha

Bur permanenti li ma għadux jintuża għal finijiet ta' produzzjoni u eliġibbli għall-ħlas ta' sussidji

ha

 

Għelejjel permanenti (inkluż pjantaġġuni mhux antiki u temporanjament abbandunati, esklużi żoni li jipproduċu għall-konsum proprju biss)

ha

ha

Frott, berries u ġewż (minbarra frott taċ-ċitru, għeneb u frawli)

ha

ha

Frott taż-żerriegħa

ha

 

Frott bl-għadma

ha

 

Frott minn żoni klimatiċi subtropikali u tropikali

ha

 

Berries (minbarra l-frawli)

ha

 

Ġewż

ha

 

Frott taċ-ċitru

ha

ha

Għeneb

ha

 

Għeneb għall-inbid

ha

ha

Għeneb għall-inbid b'denominazzjoni ta' oriġini protetta (DOP)

ha

 

Għeneb għall-inbid b'indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP)

ha

 

Għeneb għal inbejjed oħra mhux ikklassifikati banda oħra (mingħajr DPO/IĠP)

ha

 

Għeneb għall-ikel

ha

 

Għeneb għaż-żbib

ha

 

Żebbuġ

ha

ha

Mixtliet

ha

 

Għelejjel permanenti oħra inkluż għelejjel permanenti oħra għall-konsum mill-bniedem

ha

 

Siġar tal-Milied

ha

 

Ġonna kulinarji

ha

 

Art agrikola oħra

ha

 

Art agrikola mhux użata

ha

 

Erja msaġġra

ha

 

Imsaġar ta' newba qasira

ha

 

Art oħra (art okkupata minn bini, irziezet, mogħdijiet, għadajjar u żoni mhux produttivi oħra)

ha

 

Żoni ta' sfruttament agrikolu speċjali

 

 

Faqqiegħ kultivat

ha

 

EAU taħt il-ħġieġ jew għata għolja aċċessibbli.

ha

 

Ħaxix, inkluż bettiegħ u frawli taħt ħġieġ jew għata għolja aċċessibbli

ha

ha

Fjuri u pjanti ornamentali (minbarra mixtliet) taħt ħġieġ jew għata għolja aċċessibbli

ha

 

Għelejjel tar-raba' oħra taħt ħġieġ jew għata għolja aċċessibbli

ha

 

Għelejjel permanenti taħt ħġieġ jew għata għolja aċċessibbli

ha

 

EAU oħra taħt ħġieġ jew għata għolja aċċessibbli mhux ikklassifikati banda oħra

ha

 

Irrigazzjoni fuq erja ta' barra kultivata

 

 

Total ta' erja saqwija

ha

 


Fatturi varjabbli tal-bhejjem

Numru totali ta' annimali

li minnha hija ċertifikata għall-biedja organika u/jew qed tiġi konvertita għaliha

Annimali bovini

 

ras

Annimali bovini ta' inqas minn sena

ras

 

Annimali bovini, ta' bejn sena u sentejn

ras

 

Annimali bovini rġiel, ta' bejn sena u sentejn

ras

 

Erieħ, ta' bejn sena u sentejn

ras

 

Annimali bovini rġiel ta' sentejn jew aktar

ras

 

Bovini nisa ta' sentejn jew aktar

ras

 

Erieħ ta' sentejn jew aktar

ras

 

Baqar

ras

 

Baqar tal-ħalib

ras

ras

Baqar mhux tal-ħalib

ras

ras

Bufli nisa

ras

iva/le

Nagħaġ u mogħoż

 

 

Nagħaġ (ta' kull età)

ras

ras

Nisa tat-tnissil

ras

 

Nagħaġ oħra

ras

 

Mogħoż (ta' kull età)

ras

ras

Nisa tat-tnissil

ras

 

Mogħoż oħra

ras

 

Majjali

 

ras

Ħnienes, ta' piż ħaj ta' taħt l-20 kg

ras

 

Majjali nisa għat-tnissil, ta' piż ħaj ta' 50 kg jew aktar

ras

 

Majjali oħra

ras

 

Tjur

 

ras

Tiġieġ tas-simna

ras

ras

Tiġieġ tal-bajd

ras

ras

Tjur oħra

ras

 

Dundjani

ras

 

Papri

ras

 

Wiżż

ras

 

Ngħam

ras

 

Tajr ieħor tar-razzett mhux ikklassifikati banda oħra

ras

 

Fniek

 

 

Nisa tat-tnissil

ras

 

Naħal

doqqajs

 

Ċriev

iva/le

 

Annimali bil-pil

iva/le

 

Bhejjem n.e.c.

iva/le

 


(1)  L – Żoni minbarra żoni muntanjużi li jaffaċċjaw limitazzjonijiet naturali sinifikanti; M – Żona muntanjuża żvantaġġata; O – Żoni oħra affettwati minn limitazzjonijiet speċifiċi; N – Żona normali (mhix żona żvantaġġata) Din il-klassifika tista' tiġi adattata fil-futur fid-dawl ta' żviluppi fil-PAK.

(2)  Firxa 2 ta' perċentwal ta' Unità ta' Xogħol Annwali (AWU): (> 0-< 25), (≥ 25-< 50), (≥ 50-< 75), (≥ 75-< 100), (100)


ANNESS IV

Suġġetti u suġġetti dettaljati fid-data tal-modulu

Modulu

Suġġett

Suġġett dettaljat

Forza tax-xogħol u attivitajiet bi qligħ oħra

Ġestjoni tal-azjenda agrikola

Detentur

Input ta' xogħol

Bilanċ bejn is-sessi

Il-miżuri ta'sikurezza, inkluż pjan tas-sikurezza għall-azjenda agrikola

Forza tax-xogħol tal-familja

Input ta' xogħol

Numru ta' persuni involuti

Bilanċ bejn is-sessi

Forza tax-xogħol mhix tal-familja

Input ta' xogħol

Numru ta' persuni impjegati

Bilanċ bejn is-sessi

Forza tax-xogħol mhux regolari impjegata mill-azjenda agrikola

Input ta' xogħol minn kuntratturi

 

Attivitajiet oħra ta' qligħ relatati direttament mal-azjenda agrikola

Tipi ta' attivitajiet

Importanza għall-azjenda agrikola

Input ta' xogħol

 

Attivitajiet oħra ta' qligħ mhux relatati direttament mal-azjenda agrikola

Input ta' xogħol

Żvilupp rurali

Azjendi agrikoli appoġġati minn miżuri ta' żvilupp rurali

Servizzi ta' konsulenza, ta' ġestjoni tal-azjendi agrikoli u ta' għajnuna għall-azjendi agrikoli

Żvilupp tal-azjendi agrikoli u kummerċjali

Skemi tal-kwalità għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

Investimenti f'assi fiżiċi

Ir-restawr tal-potenzjal ta' produzzjoni tal-agrikoltura li tkun saritlu ħsara minn diżastri naturali u avvenimenti katastrofiċi u l-introduzzjoni ta' azzjonijiet ta' prevenzjoni adatti

Investimenti fl-iżvilupp ta' żoni tal-foresti u titjib tal-foresti ta' vijabbiltà

Ħlasijiet tal-klima agroambjentali

Biedja organika

Ħlasijiet marbuta ma' Natura 2000 u d-Direttiva qafas dwar l-ilma

Ħlasijiet lil żoni li jaffaċċjaw limitazzjonijiet naturali jew limitazzjonijiet speċifiċi oħra

Trattament xieraq tal-annimali

Ġestjoni tar-riskju

Akkomodazzjoni tal-annimali u ġestjoni tad-demel

Akkomodazzjoni tal-annimali

Akkomodazzjoni tal-bovini

Akkomodazzjoni tal-majjali

Akkomodazzjoni tat-tiġieġ tal-bajd

L-użu tan-nutrijenti u d-demel fuq l-azjenda agrikola

EAU fertilizzata

Demel esportat mill-azjenda agrikola u importat fiha

Fertilizzanti organiċi u bbażati fuq l-iskart minbarra demel

Tekniki ta' applikazzjoni tad-demel

Żmien ta' inkorporazzjoni għal kull tip ta' tifrix

Faċilitajiet għad-demel

Faċilitajiet u kapaċità għall-ħżin tad-demel

Tisqija

Prattiki ta' tisqija

Diponibbiltà tat-tisqija

Metodi ta' tisqija

Sorsi ta' ilma tat-tisqija

Parametri tekniċi tat-tagħmir tat-tisqija

Għelejjel imsaqqija tul perjodu ta' 12-il xahar

Ċereali għall-produzzjoni tal-ħabba

Bus u ħemes imnixxfa u għelejjel li fihom il-proteini għall-produzzjoni tal-ħabba

Għelejjel tal-għeruq

Għelejjel industrijali

Pjanti li jinħasdu fi stadju bikri mir-raba'

Għelejjel oħra ta' raba'

Bur permanenti

Għelejjel permanenti

Prattiki ta' Ġestjoni tal-Ħamrija

Prattiki ta' Ġestjoni tal-Ħamrija fuq art ta' barra

Metodi ta' ħdim tar-raba'

Għata tal-ħamrija fuq ir-raba'

Newba tal-għelejjel fuq ir-raba'

Erja b'fokus ekoloġiku

Makkinarju u tagħmir

Makkinarju

Faċilitajiet tal-Internet

Makkinarju bażiku

Użu ta' biedja ta' preċiżjoni

Makkinarju għall-ġestjoni tal-bhejjem

Ħżin għall-prodotti agrikoli

Tagħmir

Tagħmir użat għall-produzzjoni ta' enerġija rinnovabbli f'azjendi agrikoli

Ġnien tal-frott

Frott taż-żerriegħa

Tuffieħ: Erja skont l-età tal-pjantaġġuni

Tuffieħ: Erja skont id-densità tas-siġar

Lanġas: Erja skont l-età tal-pjantaġġuni

Lanġas: Erja skont id-densità tas-siġar

Frott bl-għadma

Ħawħ: Erja skont l-età tal-pjantaġġuni

Ħawħ: Erja skont id-densità tas-siġar

Nuċiprisk: Erja skont l-età tal-pjantaġġuni

Nuċiprisk: Erja skont id-densità tas-siġar

Berquq: Erja skont l-età tal-pjantaġġuni

Berquq: Erja skont id-densità tas-siġar

Frott taċ-ċitru

Larinġ: Erja skont l-età tal-pjantaġġuni

Larinġ: Erja skont id-densità tas-siġar

Frott taċ-ċitru żgħir: Erja skont l-età tal-pjantaġġuni

Frott taċ-ċitru żgħir: Erja skont id-densità tas-siġar

Lumi: Erja skont l-età tal-pjantaġġuni

Lumi: Erja skont id-densità tas-siġar

Żebbuġ

Erja skont l-età tal-pjantaġġuni

 

Erja skont id-densità tas-siġar

Għeneb għall-ikel u ż-żbib

Għeneb għall-ikel: Erja skont l-età tal-pjantaġġuni

 

Għeneb għall-ikel: Erja skont id-densità tal-vinji

 

Għeneb għaż-żbib: Erja skont l-età tal-pjantaġġuni

 

Għeneb għaż-żbib: Erja skont id-densità tal-vinji

Vinja

Għeneb għall-inbid

Erja u età

 

Varjetajiet ta' għeneb

Numru ta' varjetajiet

 

 

Kodiċi u erja


ANNESS V

Rekwiżiti ta' preċiżjoni

Id-data ċentrali (fl-2023 u l-2026) u d-data tal-modulu għandhom ikunu statistikament rappreżentattivi għall-popolazzjonijiet rilevanti tal-azjendi agrikoli kif definit fit-tabella ta' preċiżjoni hawn taħt fil-livell tar-reġjuni NUTS 2 f'termini tad-daqs u t-tip tal-azjendi agrikoli, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 (1), ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1198/2014 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/220 (2).

Ir-rekwiżiti ta' preċiżjoni japplikaw għall-fatturi varjabbli fit-tabella ta' hawn taħt.

Id-data fl-estensjoni tal-kwadru fl-2020 għandha tkun statistikament rappreżentattiva għall-popolazzjoni rilevanti fil-livell tar-reġjuni NUTS 2 kif definit fit-tabella ta' preċiżjoni hawn taħt.

Barra minn hekk, ir-rekwiżiti ta' preċiżjoni definiti fit-tabella japplikaw għar-reġjuni NUTS 2 kollha b'mill inqas:

5 000 azjenda agrikola fil-popolazzjoni rilevanti għall-moduli “Ġnien tal-Frott” u “Vinja”;

10 000 azjenda agrikola fil-popolazzjoni rilevanti għad-data ċentrali, għall-moduli l-oħra kollha u għad-data fl-estensjoni tal-kwadru.

Għar-reġjuni NUTS 2 b'inqas azjendi agrikoli r-rekwiżiti ta' preċiżjoni definiti fit-tabella japplikaw għar-reġjuni NUTS 1 assoċjati b'mill inqas:

500 azjenda agrikola fil-popolazzjoni rilevanti għall-moduli “Ġnien tal-Frott” u “Vinja”;

1 000 azjenda agrikola fil-popolazzjoni rilevanti għad-data ċentrali, għall-moduli l-oħra kollha u d-data fl-estensjoni tal-kwadru.

Hija meħtieġa preċiżjoni nazzjonali ta' żball standard relattiv ta' massimu ta' 5 % għal dawk il-fatturi varjabbli tal-moduli “Ġnien tal-Frott” u “Vinja” bl-ebda rekwiżit ta' preċiżjoni applikabbli għal kwalunkwe wieħed mir-reġjuni NUTS 2 u NUTS 1.

Hija meħtieġa preċiżjoni nazzjonali ta' żball standard relattiv ta' massimu ta' 7,5 % għall-fatturi varjabbli kollha tal-moduli l-oħra bl-ebda rekwiżit ta' preċiżjoni applikabbli għal kwalunkwe wieħed mir-reġjuni NUTS 2 u NUTS 1 għal kwalunkwe fattur varjabbli.

Tabella ta' preċiżjoni

Popolazzjoni rilevanti

Fatturi varjabbli li għalihom japplikaw rekwiżiti ta' preċiżjoni

Prevalenza fil-popolazzjoni rilevanti

Żball standard relattiv

Data ċentrali fl-2023 u l-2026 u

Modulu “Forza tax-xogħol u attivitajiet bi qligħ oħra”

Kif definit mill-Artikolu 5 għad-data ċentrali u mill-Artikolu 7 għall-modulu Forza tax-xogħol u attivitajiet bi qligħ oħra.

Fatturi varjabbli tal-art

Ċereali għall-produzzjoni tal-ħabba (inkluża ż-żerriegħa)

Żrieragħ taż-żejt

Pjanti li jinħasdu fi stadju bikri mir-raba'

Ħaxix frisk (inkluż il-bettieħ), frawli, fjuri u pjanti ornamentali (minbarra mixtliet)

Bur permanenti minbarra bwar mhux ikkultivati

Frott, berries, ġewż u frott taċ-ċitru (minbarra għeneb u frawli)

Għeneb

Żebbuġ

7,5 % jew aktar tal-EAU fir-reġjun

< 5 %

Fatturi varjabbli tal-bhejjem

Baqar tal-ħalib

Baqar mhux tal-ħalib

Annimali bovini oħra (annimali bovini ta' inqas minn sena, annimali bovini ta' bejn sena u sentejn, annimali bovini rġiel ta' sentejn jew aktar, erieħ ta' sentejn jew aktar)

Majjali nisa għat-tnissil, ta' piż ħaj ta' 50 kg jew aktar

Ħnienes ta' piż ħaj ta' taħt l-20 kg u majjali oħra

Nagħaġ u mogħoż

Tjur

7,5 % jew aktar tal-unitajiet ta' bhejjem użati fir-reġjun u 5 % jew aktar tal-fattur varjabbli fil-pajjiż

< 5 %

Data ċentrali għall-estensjoni tal-kwadru fl-2020

Kif definit mill-Artikolu 6

Fatturi varjabbli tal-art

Raba'

Bur permanenti minbarra bwar mhux ikkultivati

Għelejjel permanenti

7,5 % jew aktar tal-EAU fir-reġjun

< 7,5 %

Fatturi varjabbli tal-bhejjem

Total tal-unitajiet ta' bhejjem

5 % jew aktar tal-fattur varjabbli fil-pajjiż

< 7,5 %

Modulu “Żvilupp rurali” u

modulu “Makkinarju u tagħmir”

Kif definit mill-Artikolu 7

Fatturi varjabbli tal-art bħal dawk għall-modulu “Forza tax-xogħol u attivitajiet bi qligħ oħra”

7,5 % jew aktar tal-EAU fir-reġjun

< 7,5 %

Fatturi varjabbli tal-bhejjem bħal dawk għall-modulu “Forza tax-xogħol u attivitajiet bi qligħ oħra”

7,5 % jew aktar tal-unitajiet ta' bhejjem użati fir-reġjun u 5 % jew aktar tal-fattur varjabbli fil-pajjiż

< 7,5 %

Modulu “Akkomodazzjoni tal-annimali u ġestjoni tad-demel”

Is-subsett tal-popolazzjoni ta' azjendi agrikoli definit mill-Artikolu 7 b'mill-inqas wieħed minn dawn li ġejjin: Annimali bovini, majjali, nagħaġ, mogħoż, tjur

Fatturi varjabbli tal-bhejjem bħal dawk għall-modulu “Forza tax-xogħol u attivitajiet bi qligħ oħra”

7,5 % jew aktar tal-unitajiet ta' bhejjem użati fir-reġjun u 5 % jew aktar tal-fattur varjabbli fil-pajjiż

< 7,5 %

Modulu “Tisqija”

Is-subsett tal-popolazzjoni ta' azjendi agrikoli definit mill-Artikolu 7 b'erja saqwija

Fatturi varjabbli tal-art

Erja totali saqwija

7,5 % jew aktar tal-EAU fir-reġjun

< 7,5 %

Modulu “Prattiki ta' ġestjoni tal-ħamrija”

Is-subsett tal-popolazzjoni ta' azjendi agrikoli definit mill-Artikolu 7 b'raba'

Fatturi varjabbli tal-art

Raba'

7,5 % jew aktar tal-EAU fir-reġjun

< 7,5 %

Modulu “Ġnien tal-frott”

Is-subsett tal-popolazzjoni tal-azjendi definit mill-Artikolu 7 bi kwalunkwe wieħed mill-fatturi varjabbli ta' ġnien tal-frott individwali li jissodisfaw il-livell limitu speċifikat fl-Artikolu 7(5)

Fatturi varjabbli tal-ġnien tal-frott

Il-fatturi varjabbli ta' ġnien tal-frott fost tuffieħ, lanġas, berquq, ħawħ, nuċiprisk, larinġ, frott taċ-ċitru żgħir, lumi, żebbuġ, għeneb għall-ikel, għeneb għaż-żbib li jissodisfaw il-livell limitu speċifikat fl-Artikolu 7(5)

5 % jew aktar tal-EAU fir-reġjun

< 7,5 %

Modulu “Vinja”

Is-subsett tal-popolazzjoni ta' azjendi agrikoli definit mill-Artikolu 7 b'għeneb għall-inbid

Fatturi varjabbli tal-vinja

Għeneb għall-inbid

5 % jew aktar tal-EAU fir-reġjun

< 7,5 %


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta' informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta' azjendi agrikoli fil-Komunità Ewropea (ĠU L 328, 15.12.2009, p. 27).

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/220 tat-3 ta' Frar 2015 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta' informazzjoni tal-kontabbiltà dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta' azjendi agrikoli fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 46, 19.2.2015, p. 1).


7.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 200/30


REGOLAMENT (UE) 2018/1092 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-18 ta' Lulju 2018

li jistabbilixxi l-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża bil-għan li jappoġġa l-kompetittività u l-kapaċità ta' innovazzjoni tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 173 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu f'konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Fil-Komunikazzjoni tagħha tat-30 ta' Novembru 2016 dwar Pjan ta' Azzjoni Ewropew għad-Difiża, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tikkomplementa, tikkonsolida u tagħti spinta lill-isforzi kollaborattivi tal-Istati Membri biex jiżviluppaw kapaċitajiet tad-difiża li jwieġbu għall-isfidi tas-sigurtà, kif ukoll li titrawwem industrija tad-difiża li tkun kompetittiva, innovattiva u effiċjenti fl-Unjoni kollha. Hija pproponiet, b'mod partikolari, li jitnieda Fond Ewropew għad-Difiża (“il-Fond”) b'appoġġ għall-investiment fir-riċerka konġunta u fl-iżvilupp konġunt tat-tagħmir u tat-teknoloġiji fil-qasam tad-difiża, biex b'hekk jiġu inkuraġġuti l-akkwist konġunt u l-manutenzjoni konġunta tat-tagħmir u t-teknoloġiji fil-qasam tad-difiża. Il-Fond ma jkunx jissostitwixxi l-isforzi nazzjonali f'dan ir-rigward u jenħtieġ li jkun mezz li jinċentiva lill-Istati Membri biex jikkooperaw u jinvestu aktar fil-qasam tad-difiża. Il-Fond ikun jappoġġa l-kooperazzjoni matul iċ-ċiklu kollu tal-iżvilupp tal-prodotti u tat-teknoloġija fil-qasam tad-difiża, biex b'hekk jitrawmu s-sinerġiji u l-kosteffettività. L-objettiv ikun li jsiru disponibbli kapaċitajiet, li tkun żgurata bażi kompetittiva u innovattiva għall-industrija tad-difiża fl-Unjoni kollha, inkluż permezz ta' kooperazzjoni transfruntiera u l-parteċipazzjoni tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), u li jsir kontribut għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam tad-difiża.

(2)

Sabiex jitrawmu l-kompetittività, l-effiċjenza u l-kapaċità tal-innovazzjoni tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni li tikkontribwixxi għall-awtonomija strateġika tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġi stabbilit Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża (il-“Programm”). Jenħtieġ li l-Programm ikollu l-għan li jtejjeb il-kompetittività tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni, li tikkontribwixxi għat-titjib tal-kapaċitajiet tad-difiża, fost l-oħrajn b'rabta maċ-ċiberdifiża, billi jappoġġa l-kooperazzjoni bejn l-impriżi fl-Unjoni kollha, inkluż l-SMEs u l-kumpanniji b'kapitalizzazzjoni medja (mid-caps), iċ-ċentri ta' riċerka u l-universitajiet, u l-kollaborazzjoni bejn l-Istati Membri, fil-fażi tal-iżvilupp tal-prodotti u t-teknoloġiji tad-difiża, biex b'hekk jiġi ffaċilitat l-isfruttament aħjar tal-ekonomiji ta' skala fl-industrija tad-difiża u tiġi promossa l-istandardizzazzjoni tas-sistemi tad-difiża filwaqt li tittejjeb l-interoperabbiltà tagħhom. Il-fażi tal-iżvilupp, li tiġi wara l-fażi tar-riċerka u t-teknoloġija, tinvolvi riskji u spejjeż sinifikanti li joħolqu ostakli għall-isfruttament ulterjuri tar-riżultati tar-riċerka u għandhom impatt negattiv fuq il-kompetittività tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni. Waqt li jappoġġa l-fażi tal-iżvilupp, il-Programm ikun qiegħed jikkontribwixxi għal sfruttament aħjar tar-riżultati tar-riċerka dwar id-difiża u jgħin biex jixxejjen id-distakk bejn ir-riċerka u l-produzzjoni. Il-Programm ikun qiegħed jippromwovi wkoll l-forom kollha ta' innovazzjoni, billi l-effetti pożittivi ta' tali appoġġ ikun mistenni li jinfirex għas-settur ċivili. Il-Programm jikkomplementa l-attivitajiet imwettqa f'konformità mal-Artikolu 182 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u ma jkoprix il-produzzjoni jew l-akkwist ta' prodotti jew teknoloġiji tad-difiża.

(3)

Sabiex jinkisbu soluzzjonijiet aktar innovattivi u biex jitrawwem suq intern miftuħ, jenħtieġ li l-Programm jipprovdi appoġġ qawwi għall-parteċipazzjoni transfruntiera tal-SMEs u jgħin biex jinħolqu opportunitajiet tas-suq ġodda.

(4)

Jenħtieġ li l-Programm ikopri perijodu ta' sentejn mill-1 ta' Jannar 2019 sal-31 ta' Diċembru 2020. Jenħtieġ li l-ammont finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm jiġi ddeterminat għal dak il-perijodu.

(5)

Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għad-durata sħiħa tal-Programm, li jrid jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza prinċipali, fis-sens tal-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (3), għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill waqt il-proċedura baġitarja annwali.

(6)

Fl-implimentazzjoni tal-Programm, l-istrumenti kollha ta' finanzjament jenħtieġ li jintużaw f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), bil-ħsieb li jiġi massimizzat l-iżvilupp ta' prodotti u teknoloġiji tad-difiża. Madankollu, fid-dawl tad-durata ta' sentejn tal-Programm, l-użu ta' strumenti finanzjarji jista' joħloq diffikultajiet prattiċi. Għaldaqstant, matul dak il-perijodu inizjali, jenħtieġ li tingħata prijorità għall-użu ta' għotjiet u, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, għall-akkwist pubbliku. L-istrumenti finanzjarji jistgħu jkunu għodda xierqa għall-użu fil-Fond wara l-2020.

(7)

Il-Kummissjoni tista' tafda parti mill-implimentazzjoni tal-Programm lill-entitajiet imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 58(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

(8)

Wara li jaqblu dwar il-prijoritajiet komuni b'rabta mal-kapaċitajiet ta' difiża fil-livell tal-Unjoni, b'mod partikolari permezz tal-Pjan ta' Żvilupp tal-Kapaċitajiet, b'kont meħud ukoll tar-Rieżami Annwali Kkoordinat dwar id-Difiża, u bil-ħsieb li jinkiseb il-Livell ta' Ambizzjoni tal-UE kif maqbul mill-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu tal-14 ta' Novembru 2016 u approvat mill-Kunsill Ewropew fil-15 ta' Diċembru 2016, l-Istati Membri jidentifikaw u jikkonsolidaw ir-rekwiżiti militari u jistabbilixxu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-proġett.

(9)

Fejn adatt, jenħtieġ li l-Istati Membri jaħtru wkoll maniġer tal-proġett, bħal organizzazzjoni internazzjonali tal-ġestjoni tal-proġetti, pereżempju l-Organizzazzjoni Konġunta għall-Kooperazzjoni fil-Qasam tal-Armamenti, jew entità, bħall-Aġenzija Ewropea għad-Difiża, biex imexxi l-ħidma marbuta mal-iżvilupp ta' azzjoni kollaborattiva appoġġata mill-Programm. Meta ssir tali ħatra, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkonsulta lill-maniġer tal-proġett dwar il-progress li jkun sar fir-rigward tal-azzjoni qabel ma jsir il-pagament lill-benefiċjarju tal-azzjoni eliġibbli biex il-maniġer tal-proġett ikun jista' jiżgura li l-benefiċjarji jirrispettaw l-iskadenzi.

(10)

Jenħtieġ li l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni ma jaffettwax it-trasferiment ta' prodotti relatati mad-difiża fl-Unjoni f'konformità mad-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), jew l-esportazzjoni ta' prodotti, tagħmir jew teknoloġiji tad-difiża. Jenħtieġ li lanqas ma jaffettwa d-diskrezzjoni tal-Istati Membri fir-rigward tal-politika dwar it-trasferiment fl-Unjoni u l-esportazzjoni ta' tali prodotti, inkluż f'konformità mar-regoli komuni li jirregolaw il-kontroll tal-esportazzjonijiet ta' teknoloġija u tagħmir militari stipulati fil-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK (6).

(11)

Peress li l-objettiv tal-Programm hu li jappoġġa l-kompetittività u l-effiċjenza tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni billi jtaffi r-riskju waqt il-fażi tal-iżvilupp tal-proġetti ta' kooperazzjoni, jenħtieġ li l-azzjonijiet marbuta mal-iżvilupp ta' prodott jew teknoloġija tad-difiża, jiġifieri l-istudji dwar il-fattibbiltà u miżuri oħra ta' akkumpanjament, id-disinn (inkluż l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li fuqhom huwa bbażat id-disinn), il-prototipi tas-sistema, l-ittestjar, l-ikkwalifikar, iċ-ċertifikazzjoni u ż-żieda fl-effiċjenza matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta' prodott jew teknoloġija tad-difiża, ikunu eliġibbli għall-finanzjament skont il-Programm. Il-modernizzazzjoni tal-prodotti u t-teknoloġiji tad-difiża eżistenti, inkluż l-interoperabbiltà tagħhom, jenħtieġ li jkunu wkoll eliġibbli għall-finanzjament skont il-Programm. Azzjonijiet għall-modernizzazzjoni tal-prodotti u t-teknoloġiji tad-difiża eżistenti jenħtieġ li jkunu eliġibbli biss fejn l-informazzjoni li diġà teżisti u li hija meħtieġa biex titwettaq l-azzjoni ma tkunx soġġetta għal kwalunkwe restrizzjoni b'mod li tillimita l-abbiltà li titwettaq l-azzjoni.

(12)

Peress li l-għan tal-Programm huwa, b'mod partikolari, li tiżdied il-kooperazzjoni bejn l-impriżi fl-Istati Membri, jenħtieġ li azzjoni tkun eliġibbli għall-finanzjament skont il-Programm biss jekk trid titwettaq minn konsorzju ta' mill-anqas tliet impriżi bbażati f'mill-inqas tliet Stati Membri differenti.

(13)

Ħafna drabi l-kollaborazzjoni transfruntiera bejn l-impriżi fl-iżvilupp ta' prodotti u teknoloġiji tad-difiża ġiet imfixkla mid-diffikultà li jintlaħaq ftehim dwar l-ispeċifikazzjonijiet jew l-istandards tekniċi komuni. L-assenza jew l-insuffiċjenza ta' speċifikazzjonijiet jew standards tekniċi komuni wassal għal kumplessità akbar, dewmien u spejjeż eżaġerati fil-fażi tal-iżvilupp. Għall-azzjonijiet li jinvolvu livell ogħla ta' maturità teknoloġika, ftehim dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni jenħtieġ li jkun kondizzjoni primarja għall-eliġibbiltà għall-finanzjament skont il-Programm. Jenħtieġ li l-istudji dwar il-fattibbiltà u l-azzjonijiet li għandhom l-għan li jappoġġaw l-istabbiliment ta' speċifikazzjonijiet jew standards tekniċi komuni jkunu eliġibbli wkoll għall-finanzjament skont il-Programm.

(14)

Sabiex jiġi żgurat li, fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha jiġu rrispettati, l-azzjonijiet relatati ma' prodotti jew teknoloġiji li l-użu, l-iżvilupp jew il-produzzjoni tagħhom ikunu pprojbiti mid-dritt internazzjonali jenħtieġ li ma jkunux eliġibbli għall-finanzjament skont il-Programm. F'dak ir-rigward, l-eliġibbiltà ta' azzjonijiet għall-iżvilupp ta' prodotti jew teknoloġiji ġodda tad-difiża, bħal dawk li huma speċifikament imfassla biex iwettqu attakki letali mingħajr ebda kontroll uman fuq id-deċiżjonijiet dwar l-attakki, jenħtieġ li wkoll jkunu soġġetti għal żviluppi fid-dritt internazzjonali.

(15)

Peress li l-Programm għandu l-għan li jtejjeb il-kompetittività u l-effiċjenza tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni, jenħtieġ li, fil-prinċipju, l-entitajiet stabbiliti fl-Unjoni u li mhumiex soġġetti għal kontroll minn pajjiż terz jew minn entità ta' pajjiż terz biss ikunu eliġibbli għall-finanzjament. Barra minn hekk, biex tkun żgurata l-protezzjoni tal-interessi essenzjali marbutin mas-sigurtà u d-difiża tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, l-infrastruttura, il-faċilitajiet, l-assi u r-riżorsi li jintużaw mill-benefiċjarji u mis-subkuntratturi f'azzjoni ffinanzjata skont il-Programm, jenħtieġ li ma jkunux jinstabu fit-territorju ta' pajjiż terz.

(16)

F'ċerti ċirkostanzi, jenħtieġ li jkun possibbli li ssir deroga mill-prinċipju li l-benefiċjarji u s-subkuntratturi involuti f'azzjoni ma jkunux soġġetti għal kontroll minn pajjiż terz jew minn entità ta' pajjiż terz. F'dak il-kuntest, l-impriżi stabbiliti fl-Unjoni li huma kkontrollati minn pajjiż terz jew minn entità ta' pajjiż terz jenħtieġ li jkunu jistgħu jkunu eliġibbli għall-finanzjament dment li jkunu ssodisfati kondizzjonijiet rilevanti u stretti relatati mal-interessi tas-sigurtà u d-difiża tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, kif stabbilit fil-qafas tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), inkluż f'termini tat-tisħiħ tal-Bażi Teknoloġika u Industrijali tad-Difiża Ewropea. Il-parteċipazzjoni ta' impriżi bħal dawn jenħtieġ li ma tmurx kontra l-objettivi tal-Programm. Jenħtieġ li l-benefiċjarji jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-infrastruttura, il-faċilitajiet, l-assi u r-riżorsi li jridu jintużaw fl-azzjoni. Jenħtieġ li t-tħassib tal-Istati Membri rigward is-sigurtà tal-provvista jiġi kkunsidrat ukoll.

(17)

Jenħtieġ li l-kooperazzjoni bejn il-benefiċjarji u s-subkuntratturi involuti fl-azzjoni u l-impriżi li huma stabbiliti f'pajjiż terz jew li huma kkontrollati minn pajjiż terz jew minn entità ta' pajjiż terz ukoll tkun soġġetta għal kondizzjonijiet rilevanti relatati mal-interessi tas-sigurtà u d-difiża tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha. F'dak il-kuntest, jenħtieġ li ma jkun hemm l-ebda aċċess mhux awtorizzat minn pajjiż terz jew entità ta' pajjiż terz għal informazzjoni klassifikata marbuta mat-twettiq tal-azzjoni. L-aċċess għal informazzjoni klassifikata huwa awtorizzat skont ir-regoli ta' sigurtà rilevanti applikabbli għall-informazzjoni klassifikata tal-Unjoni Ewropea u għall-informazzjoni kklassifikata skont il-klassifikazzjonijiet tas-sigurtà nazzjonali.

(18)

L-azzjonijiet eliġibbli żviluppati fil-kuntest ta' Kooperazzjoni Strutturata Permanenti fil-qafas istituzzjonali tal-Unjoni jkunu jiżguraw kooperazzjoni msaħħa bejn l-impriżi fl-Istati Membri differenti fuq bażi kontinwa u b'hekk jikkontribwixxu direttament għall-objettivi tal-Programm. Għalhekk, jenħtieġ li tali azzjonijiet ikunu eliġibbli għal rata ogħla ta' finanzjament. L-azzjonijiet eliġibbli żviluppati b'livell ta' parteċipazzjoni adegwat min-naħa tal-mid-caps u l-SMEs, u b'mod partikolari l-SMEs transfruntieri, jappoġġaw il-ftuħ tal-katini tal-provvista u jikkontribwixxu għall-objettivi tal-Programm. Għaldaqstant, jenħtieġ li tali azzjonijiet ikunu eliġibbli għal rata ogħla ta' finanzjament, inkluż biex jiġi kkumpensat ir-riskju akbar u l-piż amministrattiv akbar.

(19)

Jekk xi konsorzju jkun jixtieq jieħu sehem f'azzjoni eliġibbli skont il-Programm u l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni tkun ser tieħu l-għamla ta' għotja, jenħtieġ li l-konsorzju jaħtar wieħed mill-membri tiegħu bħala koordinatur. Il-koordinatur jenħtieġ li jkun il-punt ewlieni ta' kuntatt mal-Kummissjoni.

(20)

Il-promozzjoni tal-innovazzjoni u tal-iżvilupp teknoloġiku fl-industrija tad-difiża tal-Unjoni jenħtieġ li tippermetti li jinżammu u jiġu żviluppati l-ħiliet u l-għarfien espert fl-industrija tad-difiża tal-Unjoni u jenħtieġ li tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-awtonomija teknoloġika u industrijali tagħha. F'dak il-kuntest, il-Programm jista' wkoll jgħin biex jiġi identifikat fejn l-Unjoni hija dipendenti fuq pajjiżi terzi għall-iżvilupp ta' prodotti u teknoloġiji tad-difiża. Tali promozzjoni tal-innovazzjoni u tal-iżvilupp teknoloġiku jenħtieġ li ssir ukoll b'mod konsistenti mal-interessi tas-sigurtà u tad-difiża tal-Unjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-kontribut ta' azzjoni għal dawk l-interessi u għall-prijoritajiet marbuta mal-kapaċità ta' difiża maqbula fost l-Istati Membri fil-qafas tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni jservi bħala kriterju għall-għotja. Fl-Unjoni, il-prijoritajiet komuni marbuta mal-kapaċità tad-difiża jiġu identifikati b'mod partikolari permezz tal-Pjan ta' Żvilupp tal-Kapaċitajiet. Il-proċessi l-oħra tal-Unjoni, fosthom ir-Rieżami Annwali Koordinat dwar id-Difiża u l-Kooperazzjoni Strutturata Permanenti jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet rilevanti permezz ta' kooperazzjoni msaħħa. Fejn adatt, il-prijoritajiet reġjonali u internazzjonali, inkluż dawk fil-kuntest tan-NATO, jistgħu wkoll jitqiesu, bil-kundizzjoni li jservu l-interessi tas-sigurtà u d-difiża tal-Unjoni u ma jipprevjenu l-ebda Stat Membru milli jipparteċipa, filwaqt li titqies ukoll il-ħtieġa li tiġi evitata duplikazzjoni bla bżonn.

(21)

L-Istati Membri jaħdmu individwalment u b'mod konġunt fuq l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-użu operazzjonali ta' inġenji tal-ajru, vetturi u bastimenti mingħajr ekwipaġġ. Użu operazzjonali f'dan il-kuntest jinkludi t-twettiq ta' attakki fuq bersalli militari. Ir-riċerka u l-iżvilupp assoċjati mal-iżvilupp ta' sistemi bħal dawn, inkluż kemm is-sistemi militari kif ukoll dawk ċivili, ingħataw appoġġ minn fondi tal-Unjoni. Huwa ppjanat li dan ikompli, possibbilment anke fil-qafas tal-Programm. Jenħtieġ li xejn f'dan ir-Regolament ma jtellef l-użu leġittimu ta' tali prodotti jew teknoloġiji tad-difiża żviluppati mill-Programm.

(22)

Sabiex ikun żgurat li l-azzjonijiet iffinanzjati jkunu vijabbli, l-impenn tal-Istati Membri li jikkontribwixxu b'mod effettiv għall-finanzjament tal-azzjoni jenħtieġ li jiġi stabbilit bil-miktub, pereżempju b'ittra ta' intenzjoni mill-Istati Membri kkonċernati.

(23)

Sabiex ikun żgurat li l-azzjonijiet iffinanzjati jikkontribwixxu għall-kompetittività u l-effiċjenza tal-industrija Ewropea tad-difiża, jenħtieġ li dawn ikunu orjentati lejn is-suq, motivati mid-domanda u kummerċjalment vijabbli fuq perijodu ta' żmien bejn medju u twil, inkluż għat-teknoloġiji b'użu doppju. Għalhekk, jenħtieġ li l-kriterji ta' eliġibbiltà jqisu l-fatt li l-Istati Membri beħsiebhom jakkwistaw il-prodott finali tad-difiża, jew jużaw it-teknoloġija, b'mod ikkoordinat, filwaqt li jenħtieġ li l-kriterji tal-għoti jqisu l-fatt li l-Istati Membri jieħdu impenn politiku jew legali, biex b'mod konġunt jużaw, jippossjedu jew iżommu l-prodott jew it-teknoloġija finali tad-difiża.

(24)

Jenħtieġ li l-kriterji tal-għoti kollha jitqiesu meta jiġu evalwati l-azzjonijiet proposti għall-finanzjament skont il-Programm. Billi dawk il-kriterji mhumiex eliminatorji, jenħtieġ li azzjonijiet proposti li jonqsu milli jissodisfaw waħda jew aktar minn dawk il-kriterji ma jiġux esklużi awtomatikament.

(25)

L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni mill-Programm jenħtieġ li ma taqbiżx l-20 % tal-ispiża eliġibbli tal-azzjoni f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħolqien tal-prototipi tas-sistema, li ta' spiss ikun l-akbar spiża waqt il-fażi tal-iżvilupp. Madankollu, jenħtieġ li jkun possibbli li jkun kopert l-ammont totali tal-ispejjeż eliġibbli għal azzjonijiet oħra fil-fażi tal-iżvilupp. Fiż-żewġ każijiet, l-ispejjeż eliġibbli jenħtieġ li jinftiehmu fis-sens tal-Artikolu 126 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

(26)

Peress li l-Programm jenħtieġ li jikkomplementa l-attivitajiet ta' riċerka, b'mod partikolari fil-qasam tad-difiża, u għal raġunijiet ta' konsistenza u simplifikazzjoni amministrattiva, jenħtieġ li, kemm jista' jkun, japplikaw għall-Programm l-istess regoli bħal dawk fl-Azzjoni Preparatorja fuq ir-Riċerka dwar id-Difiża (PADR) u l-Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) (“Orizzont 2020”). Huwa għaldaqstant xieraq li r-rimborż tal-ispejjeż indiretti jiġi previst b'rata fissa ta' 25 % bħal taħt il-PADR u l-Orizzont 2020.

(27)

Billi l-appoġġ tal-Unjoni għandu l-għan li jtejjeb il-kompetittività tas-settur tad-difiża u jikkonċerna biss il-fażi speċifika tal-iżvilupp, l-Unjoni jenħtieġ li ma jkollhiex sjieda jew drittijiet tal-proprjetà intellettwali fuq il-prodotti jew it-teknoloġiji tad-difiża li jinħolqu bl-azzjonijiet iffinanzjati. L-iskema tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali applikabbli trid tiġi miftiehma kuntrattwalment mill-benefiċjarji. L-Istati Membri interessati jenħtieġ ukoll li jkollhom il-possibbiltà li jipparteċipaw f'akkwisti pubbliċi kooperattivi ta' segwitu. Barra minn hekk, jenħtieġ li r-riżultati tal-azzjonijiet iffinanzjati skont i-Programm ma jkunux soġġetti għal kontroll jew restrizzjoni min-naħa ta' pajjiż terz jew entità ta' pajjiż terz.

(28)

Il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi programm ta' ħidma ta' sentejn f'konformità mal-objettivi tal-Programm. Il-programm ta' ħidma jenħtieġ li jistipula fid-dettall il-kategoriji ta' proġetti għall-finanzjament skont il-Programm, inkluż prodotti u teknoloġiji tad-difiża bħal sistemi ppilotati mill-bogħod, komunikazzjonijiet, pożizzjonar, navigazzjoni u sinkronizzazzjoni bis-satellita, aċċess awtonomu għall-ispazju u osservazzjoni permanenti tad-dinja, sostenibbiltà tal-enerġija, u ċ-ċibersigurtà u s-sigurtà marittima, kif ukoll kapaċitajiet militari ta' livell għoli fis-sistemi tal-ajru, tal-art, tal-baħar u f'oqsma konġunti, inkluż għarfien aħjar tas-sitwazzjoni, il-protezzjoni, il-mobbiltà, il-loġistika u l-appoġġ mediku u l-abilitaturi strateġiċi.

(29)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiġi assistita minn kumitat tal-Istati Membri (“il-kumitat”) biex tistabbilixxi l-programm ta' ħidma. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel ħilitha biex issib soluzzjonijiet li jkunu jgawdu l-akbar appoġġ possibbli fi ħdan il-kumitat. F'dak il-kuntest, il-kumitat jista' jiltaqa' fil-format ta' esperti fid-difiża nazzjonali biex tingħata assistenza speċifika lill-Kummissjoni. Huwa f'idejn l-Istati Membri biex jaħtru r-rappreżentanti rispettivi tagħhom f'dak il-kumitat. Il-membri tal-kumitat jenħtieġ li jingħataw opportunitajiet bikrija u effikaċi biex jeżaminaw l-abbozzi tal-atti ta' implimentazzjoni u jesprimu l-fehmiet tagħhom.

(30)

Fid-dawl tal-politika tal-Unjoni dwar l-SMEs li jitqiesu bħala element ewlieni biex ikunu żgurati t-tkabbir ekonomiku, l-innovazzjoni, il-ħolqien tal-impjiegi u l-integrazzjoni soċjali fl-Unjoni, u fid-dawl tal-fatt li l-azzjonijiet sostnuti tipikament jeħtieġu kollaborazzjoni transnazzjonali, hu importanti li l-programm ta' ħidma jirrifletti u jippermetti aċċess u parteċipazzjoni transfruntiera tal-SMEs miftuħa u trasparenti, u li għalhekk tali azzjonijiet jibbenefikaw minn tal-inqas 10 % tal-baġit totali, li jippermetti lill-SMEs jiġu inklużi fil-katini tal-valur tal-azzjonijiet. Jenħtieġ li kategorija ta' proġetti tkun speċifikament iddedikata għall-SMEs.

(31)

Biex tiżgura s-suċċess tal-Programm, il-Kummissjoni jenħtieġ li tagħmel ħilitha biex iżżomm djalogu ma' spettru wiesa' tal-industrija Ewropea, inklużi l-SMEs u l-fornituri mhux tradizzjonali għas-settur tad-difiża.

(32)

Sabiex jinkisbu il-benefiċċji tal-għarfien espert tagħha fis-settur tad-difiża, u skont il-kompetenzi mogħtija lilha permezz tat-TUE, l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża jenħtieġ li tiġi mistiedna bħala osservatur fil-kumitat. Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jenħtieġ ukoll li jiġi mistieden jassisti.

(33)

Bħala regola ġenerali, biex jintgħażlu l-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati skont il-Programm, il-Kummissjoni jew l-entitajiet imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 58(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 jenħtieġ li jorganizzaw sejħiet kompetittivi kif previst f'dak ir-Regolament, u jenħtieġ li jiżguraw li l-proċeduri amministrattivi jibqgħu sempliċi kemm jista' jkun u jiġġeneraw ammont minimu ta' spejjeż addizzjonali. Madankollu, f'ċerti ċirkostanzi debitament iġġustifikati u eċċezzjonali, il-finanzjament mill-Unjoni jista' jingħata wkoll skont l-Artikolu 190 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 (7).

(34)

Wara l-evalwazzjoni tal-proposti bl-għajnuna ta' esperti indipendenti, li l-kredenzjali ta' sigurtà tagħhom jenħtieġ li jiġu vvalidati mill-Istati Membri, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħżel l-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati mill-Programm. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi bażi ta' data ta' esperti indipendenti. Jenħtieġ li l-bażi tad-data ma ssirx pubblika. L-esperti indipendenti jenħtieġ li jinħatru abbażi tal-ħiliet, l-esperjenza u l-għarfien tagħhom, b'kont meħud tal-kompiti li jiġu assenjati lilhom. Sa fejn possibbli, meta taħtar l-esperti indipendenti, il-Kummissjoni jenħtieġ li tieħu miżuri adatti għall-fini ta' kompożizzjoni bbilanċjata fi ħdan il-gruppi tal-esperti u l-bordijiet ta' evalwazzjoni f'termini ta' varjetà ta' ħiliet, esperjenzi, għarfien, diversità ġeografika u ta' ġeneru, b'kont meħud tas-sitwazzjoni fil-qasam tal-azzjoni. Wieħed jenħtieġ li jfittex ukoll rotazzjoni adatta ta' esperti u bilanċ xieraq bejn is-settur privat u dak pubbliku. Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li s-setgħat ta' implimentazzjoni jingħataw lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma, kif ukoll għall-għoti tal-finanzjament lill-azzjonijiet magħżula. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). Jenħtieġ li l-Istati Membri jiġu infurmati dwar ir-riżultati tal-evalwazzjoni u l-progress fl-azzjonijiet iffinanzjati.

(35)

Jenħtieġ li l-proċedura ta' eżami tintuża għall-adozzjoni ta' dawk l-atti ta' implimentazzjoni b'kont meħud tal-implikazzjonijiet sostanzjali tagħhom għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(36)

Jenħtieġ li fi tmiem il-Programm, il-Kummissjoni tfassal rapport ta' implimentazzjoni, li jeżamina l-attivitajiet finanzjarji mil-lat tar-riżultati tal-implimentazzjoni finanzjarja tagħhom u, fejn possibbli, mil-lat tal-impatt tagħhom. Jenħtieġ li r-rapport ta' implimentazzjoni janalizza wkoll il-parteċipazzjoni transfruntiera tal-SMEs u l-mid-caps fl-azzjonijiet appoġġati mill-Programm kif ukoll il-parteċipazzjoni tal-SMEs u l-mid-caps fil-katina tal-valur globali. Ir-rapport jenħtieġ li jinkludi wkoll informazzjoni dwar l-oriġini tal-benefiċjarji u d-distribuzzjoni tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali ġġenerati.

(37)

Jenħtieġ li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jiġu mħarsa permezz ta' miżuri proporzjonali tul iċ-ċiklu kollu tal-infiq, li jinkludi l-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b'mod ħażin u, fejn xieraq, pieni amministrattivi u finanzjarji.

(38)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżguraw l-aktar promozzjoni wiesgħa possibbli tal-Programm sabiex tiżdied l-effikaċja tiegħu u b'hekk jittejbu l-kompetittività tal-industrija tad-difiża u l-kapaċitajiet ta' difiża tal-Istati Membri.

(39)

Minħabba li l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri fid-dawl tal-ispejjeż u r-riskji assoċjati, iżda jistgħu, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża (il-“Programm”) għall-azzjoni tal-Unjoni li jkopri l-perijodu mill-1 ta' Jannar 2019 sal-31 ta' Diċembru 2020.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“prototip tas-sistema” tfisser mudell ta' prodott jew teknoloġija li jista' juri l-prestazzjoni f'ambjent operattiv;

(2)

“kwalifika” tfisser il-proċess kollu biex jintwera li d-disinn ta' prodott, ta' komponent jew ta' teknoloġija tanġibbli jew intanġibbli relatati mad-difiża jissodisfa r-rekwiżiti speċifikati, filwaqt li jipprovdi evidenza oġġettiva li turi li jkunu ġew sodisfatti r-rekwiżiti partikolari ta' disinn;

(3)

“ċertifikazzjoni” tfisser il-proċess li permezz tiegħu awtorità nazzjonali tiċċertifika li l-prodott, li l-komponent jew t-teknoloġija tanġibbli jew intanġibbli relatati mad-difiża jikkonforma mar-regolamenti applikabbli;

(4)

“intrapriża” tfisser entità, irrispettivament mill-istatus legali tagħha jew mill-mod kif hija ffinanzjata, li tkun involuta f'attività ekonomika, u li hi stabbilita fl-Istat Membru li fih tkun inkorporata, f'konformità mal-liġi nazzjonali ta' dak l-Istat Membru;

(5)

“struttura maniġerjali eżekuttiva” tfisser korp ta' intrapriża maħtura skont il-liġi nazzjonali, u, fejn applikabbli, li jirrapportaw lill-uffiċjal kap eżekuttiv, li jkollu s-setgħa jistabbilixxi l-istrateġija, l-objettivi u d-direzzjoni ġenerali tal-intrapriża, u li jissorvelja u jimmonitorja t-teħid ta' deċiżjonijiet tat-tmexxija;

(6)

“entità ta' pajjiż terz” tfisser entità stabbilita f'pajjiż terz jew li, fejn tkun stabbilita fl-Unjoni, ikollha l-istrutturi eżekuttivi maniġerjali tagħha f'pajjiż terz;

(7)

“kontroll” tfisser il-kapaċità tal-eżerċizzju ta' influwenza deċiżiva fuq intrapriża, direttament, jew indirettament permezz ta' intrapriża intermedjarja waħda jew aktar;

(8)

“intrapriżi żgħar u ta' daqs medju” jew “SMEs” tfisser intrapriżi żgħar u ta' daqs medju kif definit fl-Artikolu 2 tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (9);

(9)

“kumpanija b'kapitalizzazzjoni medja” jew “mid-cap” tfisser intrapriża li mhijiex SME u li jkollha sa 3 000 impjegat, fejn l-għadd tal-persunal jiġi kkalkolat skont l-Artikoli 3 sa 6 tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE;

(10)

“konsorzju” tfisser raggruppament kollaborattiv ta' intrapriżi kostitwit biex iwettaq azzjoni skont il-Programm.

Artikolu 3

Objettivi

Il-Programm għandu jkollu l-objettivi li ġejjin:

(a)

li jrawwem il-kompetittività, l-effiċjenza u l-kapaċità tal-innovazzjoni tal-industrija tad-difiża fl-Unjoni kollha, li tikkontribwixxi għall-awtonomija strateġika tal-Unjoni, billi tappoġġa l-azzjonijiet fil-fażi tal-iżvilupp tagħhom;

(b)

li jappoġġa u jivvalorizza l-kooperazzjoni, inkluża dik transfruntiera, bejn l-intrapriżi, inkluż l-SMEs u l-mid-caps, madwar l-Unjoni, u l-kollaborazzjoni bejn l-Istati Membri, fl-iżvilupp ta' prodotti jew teknoloġiji tad-difiża, filwaqt li jsaħħaħ u jtejjeb l-aġilità tal-katini ta' provvista u tal-valur tad-difiża, u jrawwem l-istandardizzazzjoni tas-sistemi tad-difiża u l-interoperabbiltà tagħhom.

Din il-kooperazzjoni għandha sseħħ f'konformità mal-prijoritajiet tal-kapaċità tad-difiża miftehma mill-Istati Membri fi ħdan il-qafas tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni u b'mod partikolari fil-kuntest tal-Pjan tal-Iżvilupp tal-Kapaċitajiet.

F'dak il-kuntest, il-prijoritajiet reġjonali u internazzjonali, meta jservu l-interessi tas-sigurtà u tad-difiża tal-Unjoni kif determinat skont il-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni, u b'kont meħud tal-ħtieġa li tiġi evitata d-duplikazzjoni bla bżonn, jistgħu wkoll jitqiesu, fejn xieraq, kull fejn ma jeskludux il-possibbiltà tal-parteċipazzjoni ta' kwalunkwe Stat Membru;

(c)

li jitrawwem użu aħjar tar-riżultati tar-riċerka dwar id-difiża u jsir kontribut għall-iżvilupp wara l-fażi ta' riċerka, biex b'hekk tiġi appoġġata l-kompetittività tal-industrija Ewropea tad-difiża fis-suq intern u fis-suq globali, inkluż permezz tal-konsolidazzjoni, fejn xieraq.

Artikolu 4

Baġit

Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2019 sal-31 ta' Diċembru 2020 għandu jkun ta' EUR 500 miljun fil-prezzijiet attwali.

L-approprijazzjonijiet annwali għandhom ikunu awtorizzati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-limiti tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Artikolu 5

Dispożizzjonijiet ġenerali ta' finanzjament

1.   L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni tista' tingħata bit-tipi ta' finanzjament previsti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, b'mod partikolari l-għotjiet u, f'każijiet eċċezzjonali, l-akkwist pubbliku.

2.   It-tipi ta' finanzjament imsemmija fil-paragrafu 1 u l-metodi ta' implimentazzjoni, għandhom jintgħażlu skont il-ħila tagħhom li jiksbu l-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li jitqiesu, b'mod partikolari, l-ispejjeż tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju ta' kunflitt ta' interess.

3.   L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha tiġi implimentata direttament jew indirettament mill-Kummissjoni kif previst fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, billi l-kompiti ta' implimentazzjoni baġitarja jiġu fdati lill-entitajiet elenkati fil-punt (c) tal-Artikolu 58(1) ta' dak ir-Regolament.

4.   L-Istati Membri għandhom jaħtru, fejn adatt maniġer tal-proġett. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-maniġer tal-proġett dwar il-progress li sar b'rabta mal-azzjoni qabel ma jsir il-ħlas lill-benefiċjarji eliġibbli.

Artikolu 6

Azzjonijiet eliġibbli

1.   Il-Programm għandu jagħti appoġġ lill-azzjonijiet tal-benefiċjarji waqt il-fażi tal-iżvilupp li jkopru kemm prodotti u teknoloġiji ġodda tad-difiża kif ukoll it-titjib tal-prodotti u tat-teknoloġiji eżistenti dment li l-użu ta' informazzjoni li kienet teżisti qabel meħtieġa għat-twettiq tal-azzjoni għat-titjib ma tkunx soġġetta għal restrizzjoni minn pajjiż terz jew minn entità ta' pajjiż terz, direttament, jew indirettament permezz ta' intrapriża intermedjarja waħda jew aktar.

Azzjoni eliġibbli għandha tkun relatata ma' waħda jew aktar minn dan li ġej:

(a)

studji, bħal studji tal-fattibbiltà, u miżuri oħra ta' akkumpanjament;

(b)

id-disinn ta' prodott, ta' komponent jew ta' teknoloġija tanġibbli jew intanġibbli relatati mad-difiża, kif ukoll l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li skonthom ikun ġie żviluppat tali disinn, inkluż testijiet parzjali għat-tnaqqis tar-riskju f'ambjent industrijali jew rappreżentattiv;

(c)

il-ħolqien ta' prototipi tas-sistema ta' prodott, komponent jew ta' teknoloġija tanġibbli jew intanġibbli relatati mad-difiża;

(d)

l-ittestjar ta' prodott, komponent jew ta' teknoloġija tanġibbli jew intanġibbli relatati mad-difiża;

(e)

il-kwalifikazzjoni ta' prodott, komponent jew teknoloġija tanġibbli jew intanġibbli relatati mad-difiża;

(f)

iċ-ċertifikazzjoni ta' prodott, komponent jew ta' teknoloġija tanġibbli jew intanġibbli relatati mad-difiża;

(g)

l-iżvilupp ta' teknoloġiji jew assi li jżidu l-effiċjenza tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta' prodotti u teknoloġiji relatati mad-difiża.

2.   Azzjonijiet kif imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu minn intrapriżi li jikkooperaw f'konsorzju ta' mill-inqas tliet entitajiet eliġibbli li jkunu stabbiliti f'mill-inqas tliet Stati Membri differenti. Mill-inqas tlieta minn dawk l-entitajiet eliġibbli stabbiliti f'mill-inqas żewġ Stati Membri differenti m'għandhomx ikunu kkontrollati, direttament jew indirettament, mill-istess entità, jew m'għandhomx jikkontrollaw lil xulxin.

3.   Il-konsorzju kif imsemmi fil-paragrafu 2 għandu joffri prova tal-vijabbiltà billi juri li l-ispejjeż tal-azzjoni li mhumiex koperti mill-appoġġ tal-Unjoni jridu jkunu koperti minn mezzi oħra ta' finanzjament, bħalma huma l-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri.

4.   Fir-rigward tal-azzjonijiet imsemmija fil-punti (c) sa (g) tal-paragrafu 1, il-konsorzju għandu jagħti prova tal-kontribut tagħhom għall-kompetittività tal-industrija tad-difiża Ewropea billi juri li mill-inqas żewġ Stati Membri beħsiebhom jakkwistaw il-prodott finali jew jużaw it-teknoloġija b'mod ikkoordinat, inkluż permezz tal-akkwist konġunt fejn applikabbli.

5.   Azzjonijiet kif imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandhom ikunu bbażati fuq rekwiżiti komuni maqbula b'mod konġunt minn tal-inqas żewġ Stati Membri. Azzjonijiet kif imsemmija fil-punti (c) sa (g) tal-paragrafu 1 għandhom ikunu bbażati fuq speċifikazzjonijiet tekniċi komuni maqbula b'mod konġunt mill-Istati Membri li jridu jikkofinanzjaw jew li beħsiebhom jakkwistaw b'mod konġunt il-prodott finali jew li jużaw b'mod konġunt it-teknoloġija, kif imsemmi fil-paragrafi 3 u 4, biex b'hekk tissaħħaħ l-istandardizzazzjoni u l-interoperabbiltà tas-sistemi.

6.   Azzjonijiet għall-iżvilupp ta' prodotti u teknoloġiji li l-użu, l-iżvilupp jew il-produzzjoni tagħhom hija pprojbita skont il-liġi internazzjonali ma għandhomx ikunu eliġibbli għal finanzjament skont il-Programm.

Artikolu 7

Entitajiet eliġibbli

1.   Il-benefiċjarji u s-subkuntratturi involuti fl-azzjoni għandhom ikunu intrapriżi pubbliċi jew privati stabbiliti fl-Unjoni.

2.   L-infrastruttura, il-faċilitajiet, l-assi u r-riżorsi tal-benefiċjarji u tas-subkuntratturi involuti fl-azzjoni li jintużaw għall-finijiet tal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Programm għandhom ikunu jinsabu fit-territorju tal-Unjoni għad-durata kollha tal-azzjoni, u l-istrutturi maniġerjali eżekuttivi tagħhom għandhom ikunu stabbiliti fl-Unjoni.

3.   Għall-finijiet tal-azzjonijiet iffinanzjati skont il-Programm, il-benefiċjarji u s-subkuntratturi involuti fl-azzjoni ma għandhomx ikunu soġġetti għal kontroll minn pajjiż terz jew minn entità ta' pajjiż terz.

4.   B'deroga mill-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, u soġġett għall-Artikolu 15(2), intrapriża stabbilita fl-Unjoni u kkontrollata minn pajjiż terz jew minn entità ta' pajjiż terz għandha tkun eliġibbli bħala benefiċjarju jew subkuntrattur involut fl-azzjoni biss jekk garanziji approvati mill-Istat Membru li fih tkun stabbilita f'konformità mal-proċeduri nazzjonali tiegħu jsiru disponibbli għall-Kummissjoni. Dawk il-garanziji jistgħu jirreferu għall-istruttura maniġerjali eżekuttiva tal-intrapriża stabbilita fl-Unjoni. Jekk jitqies adatt mill-Istat Membru li fih tkun stabbilita l-intrapriża, dawk il-garanziji jistgħu jirreferu wkoll għal drittijiet governattivi speċifiċi fil-kontroll fuq l-intrapriża.

Il-garanziji għandhom jipprovdu l-assigurazzjonijiet li l-involviment f'azzjoni ta' tali impriża ma jmurx kontra l-interessi ta' sigurtà u difiża tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha kif stabbilit fil-qafas tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni skont it-Titolu V tat-TUE, jew l-objettivi stipulati fl-Artikolu 3. Il-garanziji għandhom ukoll jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12. Il-garanziji għandhom b'mod partikolari jissostanzjaw li, għall-finijiet tal-azzjoni, hemm fis-seħħ miżuri biex ikun żgurat li:

(a)

kontroll fuq l-intrapriża mhux eżerċitat b'mod li jillimita jew jirrestrinġi l-abbiltà tagħha sabiex twettaq l-azzjoni u tikseb riżultati, li jimponi restrizzjonijiet dwar l-infrastruttura, il-faċilitajiet, l-assi, r-riżorsi, il-propjetà intellettwali jew l-għarfien espert tagħha meħtieġa għall-finijiet ta' azzjoni, jew li jimmina l-kapaċitajiet u l-istandards tagħha neċessarji għat-twettieq tal-azzjoni;

(b)

aċċess minn pajjiż terz jew minn entità ta' pajjiż terz għal informazzjoni sensittiva relatata mal-azzjoni jiġi pprevenut u l-impjegati jew persuni oħra involuti fl-azzjoni jkollhom awtorizzazzjonijiet tas-sigurtà nazzjonali, fejn adatt;

(c)

sjieda tal-propjetà intellettwali li ġejja mill-azzjoni u r-riżultati tagħha jibqgħu fi ħdan il-benefiċjarju waqt u wara t-tlestija tal-azzjoni, ma jkunux soġġetti għal kontroll jew restrizzjoni minn pajjiż terz jew minn entità ta' pajjiż terz, u mhumiex esportati barra mill-Unjoni u lanqas ma huwa l-aċċess għalihom minn barra l-Unjoni mogħti mingħajr l-approvazzjoni tal-Istat Membru li fih hi stabbilita l-intrapriża u skont l-objettivi stipulati fl-Artikolu 3.

Jekk jitqies adatt mill-Istat Membru li fih tkun stabbilita l-intrapriża, jistgħu jkunu pprovduti garanziji addizzjonali.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 13 bi kwalunkwe intrapriża li titqies eliġibbli f'konformità ma' dan il-paragrafu.

5.   Fejn ma jkunx hemm sostituti kompetittivi diġà disponibbli fl-Unjoni, il-benefiċjarji u s-subkuntratturi involuti fl-azzjoni jistgħu jużaw l-assi, l-infrastruttura, il-faċilitajiet u r-riżorsi tagħhom li jinsabu jew li jinżammu barra mit-territorju tal-Istati Membri dment li dak l-użu ma jmurx kontra l-interessi ta' sigurtà u difiża tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, ikun konsistenti mal-objettivi tal-Programm u jkun konsistenti għalkollox mal-Artikolu 12.

L-ispejjeż marbuta ma' dawk l-attivitajiet ma għandhomx ikunu eliġibbli għal finanzjament mill-Programm.

6.   Meta jwettqu azzjoni eliġibbli, il-benefiċjarji u s-subkuntratturi involuti fl-azzjoni jistgħu wkoll jikkooperaw ma' intrapriżi stabbiliti barra mit-territorju tal-Istati Membri jew ikkontrollati minn pajjiż terz jew minn entità ta' pajjiż terz, inkluż billi jużaw l-assi, l-infrastruttura, il-faċilitajiet u r-riżorsi ta' tali intrapriżi, dment li dan ma jmurx kontra l-interessi ta' sigurtà u ta' difiża tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha. Tali kooperazzjoni għandha tkun konsistenti mal-objettivi stipulati fl-Artikolu 3 u għandha tkun għalkollox konformi mal-Artikolu 12.

Ma għandu jkun hemm ebda aċċess mhux awtorizzat minn pajjiż terz jew minn entità oħra ta' pajjiż terz għal informazzjoni klassifikata relatata mat-twettiq tal-azzjoni u għandhom jiġu evitati effetti negattivi potenzjali fuq is-sigurtà tal-provvista tal-inputs kritiċi għall-azzjoni.

L-ispejjeż marbuta ma' dawk l-attivitajiet ma għandhomx ikunu eliġibbli għal finanzjament mill-Programm.

7.   Il-benefiċjarji għandhom jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa għall-valutazzjoni tal-kriterji ta' eliġibbiltà. Fil-każ ta' bidla waqt it-twettiq tal-azzjoni li tista' titfa' dubju fuq l-issodisfar tal-kriterji ta' eliġibbiltà, l-intrapriża għandha tinforma lill-Kummissjoni, li għandha tivvaluta jekk il-kriterji ta' eliġibbiltà għadhomx sodisfatti u għandha tindirizza l-impatt potenzjali fuq il-finanzjament tal-azzjoni.

8.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, is-subkuntratturi involuti fl-azzjoni tirreferi għas-subkuntratturi b'relazzjoni kuntrattwali diretta ma' benefiċjarju, subkuntratturi oħra li għalihom huwa allokat mill-anqas 10 % tal-ispiża eliġibbli totali tal-azzjoni, kif ukoll subkuntratturi li jistgħu jeħtieġu aċċess għal informazzjoni klassifikata sabiex iwettqu l-kuntratt.

Artikolu 8

Dikjarazzjoni mill- intrapriżi

Kull intrapriża f'konsorzju li tixtieq tieħu sehem f'azzjoni għandha tiddikjara, permezz ta' dikjarazzjoni bil-miktub, li taf sew u li hija konformi mal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni applikabbli relatata mal-attivitajiet fil-qasam tad-difiża.

Artikolu 9

Konsorzju

1.   Meta l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni tingħata permezz ta' għotja, il-membri ta' kwalunkwe konsorzju li jkunu jixtiequ jieħdu sehem f'azzjoni għandhom jaħtru wieħed mill-membri tagħhom biex jaġixxi bħala koordinatur. Il-koordinatur għandu jiġi identifikat fil-ftehim ta' għotja. Il-koordinatur għandu jkun il-punt prinċipali ta' kuntatt bejn il-membri tal-konsorzju fir-relazzjonijiet mal-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament rilevanti, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor fil-ftehim ta' għotja jew fil-każ ta' nonkonformità mal-obbligi tiegħu skont il-ftehim ta' għotja.

2.   Il-membri ta' konsorzju li jieħdu sehem f'azzjoni għandhom jikkonkludu ftehim intern li jistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi tagħhom b'rabta mat-twettiq tal-azzjoni f'konformità mal-ftehim ta' għotja, ħlief fil-każijiet debitament iġġustifikati previsti fil-programm ta' ħidma jew fis-sejħa għall-proposti. Il-ftehim intern għandu jinkludi wkoll arranġamenti dwar id-drittijiet ta' proprjetà intellettwali relatati mal-prodotti u t-teknoloġiji żviluppati.

Artikolu 10

Kriterji tal-għoti

L-azzjonijiet proposti għall-finanzjament mill-Programm għandhom jiġu evalwati abbażi ta' kull wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a)

kontribut għall-eċċellenza b'mod partikolari billi jintwera li l-azzjoni proposta tippreżenta vantaġġi sinifikanti fuq il-prodotti jew it-teknoloġiji tad-difiża eżistenti;

(b)

kontribut għall-innovazzjoni, b'mod partikolari billi jintwera li l-azzjoni proposta tinkludi kunċetti u approċċi rivoluzzjonarji jew ġodda, titjib teknoloġiku ġdid promettenti għall-futur jew l-applikazzjoni ta' teknoloġiji jew kunċetti li qabel ma kinux applikati fis-settur tad-difiża;

(c)

kontribut għall-kompetittività u għat-tkabbir ta' intrapriżi relatati mad-difiża fl-Unjoni kollha, b'mod partikolari permezz tal-ħolqien ta' opportunitajiet kummerċjali ġodda;

(d)

kontribut għall-awtonomija industrijali tal-industrija tad-difiża Ewropea u għall-interessi ta' sigurtà u difiża tal-Unjoni bit-tisħiħ tal-prodotti jew tat-teknoloġiji ta' difiża f'konformità mal-prijoritajiet tal-kapaċità ta' difiża maqbula mill-Istati Membri fil-qafas tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni, b'mod partikolari fil-kuntest tal-Pjan ta' Żvilupp tal-Kapaċitajiet, u, fejn adatt, prijoritajiet reġjonali u internazzjonali dment li jservu l-interessi ta' sigurtà u difiża tal-Unjoni u ma jeskludux il-possibbiltà ta' parteċipazzjoni ta' xi Stat Membru;

(e)

il-proporzjon tal-baġit ġenerali għall-azzjoni, li jrid jiġi allokat għall-parteċipazzjoni tal-SMEs stabbiliti fl-Unjoni li jġibu magħhom valur industrijali jew teknoloġiku miżjud, bħala membri tal-konsorzju, bħala subkuntratturi jew bħala intrapriżi oħra fil-katina tal-provvista, u b'mod partikolari il-proporzjon tal-baġit ġenerali għall-azzjoni li jrid jiġi allokat lil SMEs li huma stabbiliti fl-Istati Membri li mhumiex dawk fejn l-intrapriżi fil-konsorzju li mhumiex SMEs huma stabbiliti;

(f)

għall-azzjonijiet msemmija fil-punti (c) sa (f) tal-Artikolu 6(1), kontribut għal aktar integrazzjoni tal-industrija tad-difiża Ewropea billi l-benefiċjarji juru li l-Istati Membri impenjaw ruħhom li konġuntement jużaw, ikollhom pussess jew iżommu l-prodott jew it-teknoloġija finali.

Fejn rilevanti, għandu jittieħed kont tal-kontribut għaż-żieda fl-effiċjenza tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti u t-teknoloġiji tad-difiża, inkluż il-kosteffettività u l-potenzjal għal sinerġiji fil-proċess tal-akkwist u tal-manutenzjoni, fir-rigward tal-applikazzjoni tal-kriterji msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel paragrafu.

Artikolu 11

Rati ta' finanzjament

1.   L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni mogħtija mill-Programm ma għandhiex taqbeż l-20 % tal-ispiża eliġibbli totali ta' azzjoni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 6(1). Fil-każijiet l-oħra kollha, l-assistenza tista' tkopri l-ispiża eliġibbli totali tal-azzjoni.

2.   Azzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 6(1) li tkun żviluppata fil-kuntest ta' Kooperazzjoni Strutturata Permanenti tista' tibbenefika minn rata ta' finanzjament miżjuda b'10 punti perċentwali addizzjonali.

3.   Azzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 6(1) tista' tibbenefika minn rata ta' finanzjament miżjuda, kif imsemmija fit-tieni u tielet subparagrafi ta' dan il-paragrafu, fejn mill-inqas 10 % tal-ispiża eliġibbli totali tal-azzjoni tkun allokata għall-SMEs stabbiliti fl-Unjoni.

Ir-rata ta' finanzjament tista' tiżdied b'punti perċentwali ekwivalenti għall-perċentwal tal-ispiża eliġibbli totali ta' azzjoni allokata għall-SMEs stabbiliti fi Stati Membri li fihom huma stabbiliti intrapriżi fil-konsorzju li mhumiex SMEs, sa 5 punti perċentwali addizzjonali.

Ir-rata ta' finanzjament tista' tiżdied b'punti perċentwali ekwivalenti għad-doppju tal-perċentwal tal-ispiża eliġibbli totali ta' azzjoni allokata għall-SMEs stabbiliti fi Stati Membri għajr dawk imsemmija fit-tieni subparagrafu.

4.   Azzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 6(1) tista' tibbenefika minn rata ta' finanzjament miżjuda b' 10 punti perċentwali addizzjonali, fejn mill-inqas 15 % tal-ispiża eliġibbli totali tal-azzjoni tkun allokata għal mid-caps stabbiliti fl-Unjoni.

5.   L-ispejjeż eliġibbli indiretti għandhom jiġu determinati bl-applikazzjoni ta' rata fissa ta' 25 % tal-ispejjeż eliġibbli diretti totali, esklużi l-ispejjeż eliġibbli diretti għas-subkuntrattar.

6.   Iż-żieda globali fir-rata ta' finanzjament ta' azzjoni wara l-applikazzjoni tal-paragrafi 2, 3 u 4 ma għandhiex taqbeż 35 punt perċentwali.

7.   L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni pprovduta skont il-Programm, inkluż ir-rati ta' finanzjament miżjuda, ma għandhiex tkopri iktar minn 100 % tal-ispiża eliġibbli tal-azzjoni.

Artikolu 12

Sjieda u drittijiet ta' proprjetà intellettwali

1.   L-Unjoni ma għandux ikollha sjieda tal-prodotti jew it-teknoloġiji li jirriżultaw mill-azzjoni u lanqas ma għandu jkollha xi pretensjoni ta' dritt ta' proprjetà intellettwali relatat mal-azzjoni.

2.   Ir-riżultati tal-azzjonijiet li jirċievu finanzjament mill-Programm ma għandhomx ikunu soġġetti għal kontroll jew restrizzjoni minn pajjiż terz jew minn entità ta' pajjiż terz, direttament, jew indirettament permezz ta' intrapriża intermedja waħda jew aktar, inkluż f'termini ta' trasferiment teknoloġiku.

3.   Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa d-diskrezzjoni tal-Istati Membri fir-rigward tal-politika dwar l-esportazzjoni ta' prodotti relatati mad-difiża.

4.   B'rabta mar-riżultati ġġenerati mill-benefiċjarji li jkun irċevew finanzjament mill-Programm, u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tkun notifikata bi kwalunkwe trasferiment ta' sjieda lil pajjiż terz jew entità ta' pajjiż terz. Jekk tali trasferiment ta' sjieda jmur kontra l-objettivi stipulati fl-Artikolu 3, għandu jkun hemm rimborż tal-finanzjament previst skont il-Programm.

5.   Jekk l-assistenza tal-Unjoni tkun provduta fil-forma ta' akkwist pubbliku ta' studju, l-Istati Membri kollha għandu jkollhom id-dritt, mingħajr ħlas, għal liċenzja mhux esklussiva għall-użu tal-istudju fuq talba bil-miktub tagħhom.

Artikolu 13

Proċedura ta' kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. L-Aġenzija Ewropea għad-Difiża għandha tiġi mistiedna biex tagħti l-fehmiet u l-parir espert tagħha lill-kumitat bħala osservatur. Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandu jiġi mistieden ukoll biex jassisti.

Il-kumitat għandu wkoll jiltaqa' f'konfigurazzjonijiet speċjali, inkluż sabiex jiġu diskussi aspetti tad-difiża.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Fejn il-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 14

Programm ta' ħidma

1.   Il-Kummissjoni, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, għandha tadotta programm ta' ħidma ta' sentejn. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13(2). Il-programm ta' ħidma għandu jkun konsistenti mal-objettivi stipulati fl-Artikolu 3.

2.   Il-programm ta' ħidma għandu jistabbilixxi fid-dettall il-kategoriji tal-proġetti li jridu jiġu ffinanzjati mill-Programm. Dawk il-kategoriji għandhom ikunu konformi mal-prijoritajiet tal-kapaċità tad-difiża msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 3.

Dawk il-kategoriji għandhom ikopru l-kapaċitajiet rigward prodotti u teknoloġiji innovattivi tad-difiża fl-oqsma ta':

(a)

tħejjija, protezzjoni, introduzzjoni u sostenibbiltà;

(b)

ġestjoni u superjorità ta' informazzjoni u kmand, kontroll, komunikazzjoni, kompjuters, intelligence, sorveljanza, rikonjizzjoni (C4ISR), ċiberdifiża u ċibersigurtà; u

(c)

involviment u effetturi.

Il-programm ta' ħidma għandu jinkludi wkoll kategorija ta' proġetti ddedikati speċifikament għall-SMEs.

3.   Il-programm ta' ħidma għandu jiżgura li mill-anqas 10 % tal-baġit ġenerali jkun għall-benefiċċju tal-parteċipazzjoni transfruntiera tal-SMEs.

Artikolu 15

Proċedura ta' evalwazzjoni u għoti

1.   Fl-implimentazzjoni tal-Programm, il-finanzjament mill-Unjoni għandu jingħata wara sejħiet kompetittivi maħruġin skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u r-Regolament Delegat (UE) Nru 1268/2012. F'ċerti ċirkostanzi debitament iġġustifikati u eċċezzjonali, il-finanzjament mill-Unjoni jista' jingħata wkoll skont l-Artikolu 190 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1268/2012.

2.   Il-proposti ppreżentati wara s-sejħa għal proposti għandhom jiġu evalwati mill-Kummissjoni abbażi tal-kriterji ta' eliġibbiltà u ta' għoti stabbiliti fl-Artikoli 6, 7, 8 u 10.

Il-Kummissjoni għandha tkun assistita, fil-kuntest tal-proċedura tal-għoti, minn esperti indipendenti, li l-kredenzjali ta' sigurtà tagħhom għandhom ikunu vvalidati mill-Istati Membri. Dawk l-esperti għandhom ikunu ċittadini tal-Unjoni minn firxa kemm jista' jkun wiesgħa ta' Stati Membri u għandhom jintgħażlu abbażi ta' sejħiet għal applikazzjonijiet bil-ħsieb ta' stabbiliment ta' bażi ta' data ta' kandidati.

Il-kumitat imsemmi fl-Artikolu 13 għandu jkun infurmat fuq bażi annwali bil-lista ta' esperti fil-bażi ta' data, biex ikun trasparenti b'rabta mal-kredenzjali tal-esperti. Il-Kummissjoni għandha tiżgura wkoll li esperti ma jevalwawx, ma jagħtux pariri jew ma jagħtux assistenza dwar kwistjonijiet li fir-rigward tagħhom ikollhom konflitt ta' interessi.

3.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tagħti l-finanzjament għal azzjonijiet magħżula wara kull sejħa jew wara l-applikazzjoni tal-Artikolu 190 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1268/2012. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13(2).

Artikolu 16

Pagamenti akkont annwali

Il-Kummissjoni tista' taqsam l-impenji baġitarji f'pagamenti akkont annwali.

Artikolu 17

Monitoraġġ u rappurtar

1.   Il-Kummissjoni għandha tissorvelja regolarment l-implimentazzjoni tal-Programm u għandha tirrapporta kull sena dwar il-progress li jkun sar skont il-punt (e) tal-Artikolu 38(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-arranġamenti ta' sorveljanza meħtieġa.

2.   Biex tappoġġa effiċjenza u effettività akbar ta' azzjonijiet ta' politika tal-Unjoni futuri, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport ta' evalwazzjoni retrospettiv u għandha tibagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport għandu jkun ibbażat fuq konsultazzjonijiet rilevanti mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati ewlenin u għandu, b'mod partikolari, jevalwa l-progress li jkun sar biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3. Dan għandu janalizza wkoll il-parteċipazzjoni transfruntiera, inkluż tal-SMEs u l-mid-caps, f'azzjonijiet imwettqa skont il-Programm kif ukoll l-integrazzjoni tal-SMEs u tal- mid-caps fil-katina tal-valur globali. Ir-rapport għandu jkun fih ukoll informazzjoni dwar il-pajjiżi ta' oriġini tal-benefiċjarji u, fejn possibbli, id-distribuzzjoni tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali ġġenerati.

Artikolu 18

Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri adatti sabiex tiżgura li, meta jkunu implimentati l-azzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jiġu protetti bl-applikazzjoni ta' miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, b'kontrolli effettivi u, jekk jiġu identifikati irregolaritajiet, bl-irkupru tal-ammonti mħallsa bi żball u, fejn adatt, b'pieni amministrattivi u finanzjarji effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.   Il-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti tagħha u l-Qorti tal-Awdituri għandu jkollhom is-setgħa tal-awditjar jew, fil-każ ta' organizzazzjonijiet internazzjonali, is-setgħa ta' verifika f'konformità mal-ftehimiet milħuqa magħhom, abbażi ta' dokumenti u żjarat fuq il-post, fir-rigward ta' kull benefiċjarju, kuntrattur u subkuntrattur ta' għotja, li jkunu rċevew fondi tal-Unjoni skont il-Programm.

3.   L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet, fosthom kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, skont id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) u fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (11), bil-għan li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew xi tip ta' attività illegali oħra li tolqot l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'rabta ma' ftehim ta' għotja jew ma' deċiżjoni ta' għotja jew kuntratt li jkun iffinanzjat skont dan il-Programm.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2, u 3, il-ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, kuntratti, ftehimiet ta' għotja u deċiżjonijiet ta' għotja, li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandu jkun fihom dispożizzjonijiet li espressament jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF biex jagħmlu dawk il-verifiki u investigazzjonijiet, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

Artikolu 19

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Lulju 2018.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

J. BOGNER-STRAUSS


(1)  ĠU C 129, 11.4.2018, p. 51.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Lulju 2018 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Lulju 2018.

(3)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(4)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(5)  Id-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta' prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità (ĠU L 146, 10.6.2009, p. 1).

(6)  Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta' Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' teknoloġija u tagħmir militari (ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99).

(7)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(9)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

(10)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

(11)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).


DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR SORSI TA' FINANZJAMENT GĦALL-PROGRAMM EWROPEW GĦALL-IŻVILUPP FL-INDUSTRIJA TAD-DIFIŻA

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill qablu, mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-awtorità baġitarja fil-qafas tal-proċedura baġitarja annwali, li l-finanzjament tal-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża se jiġi kopert fis-snin 2019-2020 kif ġej:

EUR 200 miljun mill-marġini mhux allokat;

EUR 116,1 miljun mis-CEF;

EUR 3,9 miljun mill-EGNOS;

EUR 104,1 miljun mill-Galileo;

EUR 12-il miljun mill-Copernicus;

EUR 63,9 miljun mill-ITER;


II Atti mhux leġiżlattivi

DEĊIŻJONIJIET

7.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 200/44


DEĊIŻJONI (UE) 2018/1093 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-4 ta' Lulju 2018

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni ppreżentata minn Franza — EGF/2017/009 FR/Air France

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(4) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (2), u b'mod partikolari Punt 13 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu l-iskop li jagħti appoġġ lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja u lill-persuni li kienu jaħdmu għal rashom u kellhom iwaqqfu l-attività tagħhom minħabba bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji bħala riżultat tal-globalizzazzjoni, bħala riżultat tal-kontinwazzjoni tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, jew bħala riżultat ta' kriżi finanzjarja u ekonomika globali ġdida, u li jassistihom fir-reintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)

Il-FEG ma għandux jaqbeż ammont massimu annwali ta' EUR 150 miljun (prezzijiet tal-2011), kif stabbilit fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (3).

(3)

Fit-23 ta' Ottubru 2017, Franza ppreżentat applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, fir-rigward tal-ħaddiema ddikjarati żejda fl-Air France, Franza. Din ġiet issupplimentata b'informazzjoni addizzjonali mogħtija skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013. Dik l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti għad-determinazzjoni ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, kif stabbilit fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013.

(4)

Għaldaqstant, il-FEG jenħtieġ li jiġi mmobilizzat biex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja li tammonta għal EUR 9 894 483 għall-applikazzjoni ppreżentata minn Franza.

(5)

Sabiex iż-żmien li jittieħed għall-mobilizzazzjoni tal-FEG jitnaqqas kemm jista' jkun, din id-deċiżjoni jenħtieġ li tidħol fis-seħħ mid-data tal-adozzjoni tagħha,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni stabbilit għas-sena finanzjarja 2018, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi l-ammont ta' EUR 9 894 483 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Hija għandha tapplika mill-4 ta' Lulju 2018.

Magħmul fi Strasburgu, l-4 ta' Lulju 2018.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

K. EDTSTADLER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.

(2)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).