ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 171

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
6 ta' Lulju 2018


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament (UE) 2018/946 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2018 li jissostitwixxi l-Annessi A u B għar-Regolament (UE) 2015/848 dwar proċedimenti ta' insolvenza

1

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni (UE) 2018/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2018 li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja ulterjuri lill-Ukrajna

11

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

REGOLAMENTI

6.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 171/1


REGOLAMENT (UE) 2018/946 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-4 ta' Lulju 2018

li jissostitwixxi l-Annessi A u B għar-Regolament (UE) 2015/848 dwar proċedimenti ta' insolvenza

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 81 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

L-Annessi A u B għar-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jelenkaw l-ismijiet mogħtija fil-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri lill-proċedimenti ta' insolvenza u lill-prattikanti fl-insolvenza li dak ir-Regolament japplika għalihom. L-Anness A jelenka l-proċedimenti ta' insolvenza msemmija fil-punt (4) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2015/848 u l-Anness B jelenka l-prattikanti fl-insolvenza msemmija fil-punt (5) ta' dak l-Artikolu.

(2)

Fit-3 ta' Jannar 2017, ir-Repubblika tal-Kroazja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tibdil riċenti fil-liġi tal-insolvenza domestika tagħha li jintroduċu tipi ġodda ta' proċedimenti ta' insolvenza. Dawk it-tipi ta' proċedimenti ta' insolvenza ġodda huma konsistenti mad-definizzjoni ta' proċedimenti ta' insolvenza skont ir-Regolament (UE) 2015/848.

(3)

Wara li l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta tagħha, irċeviet aktar notifiki mir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika tal-Latvja u r-Repubblika Portugiża dwar l-aħħar bidliet li saru fil-liġi nazzjonali tagħhom bl-introduzzjoni ta' tipi ġodda ta' proċedimenti ta' insolvenza jew prattikanti fl-insolvenza. Barra minn hekk, ir-Renju tal-Belġju nnotifika lill-Kummissjoni rigward l-adozzjoni ta' liġi ġdida li tintroduċi bidliet fil-liġi nazzjonali tiegħu dwar l-insolvenza. Dik il-liġi ġdida daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2018. Dawk it-tipi ġodda ta' proċedimenti ta' insolvenza u prattikanti fl-insolvenza jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2015/848 u b'hekk huwa neċessarju li jiġu emendati l-Annessi A u B għal dak ir-Regolament.

(4)

F'konformità mal-Artikolu 3 u l-Artikolu 4a(1) tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit innotifika, b'ittra tal-15 ta' Novembru 2017, ix-xewqa tiegħu li jieħu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(5)

F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 u l-Artikolu 4a(1) tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta' dak il-Protokoll, l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhix marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(6)

F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhix marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(7)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Annessi A u B għar-Regolament (UE) 2015/848 jiġu emendati kif meħtieġ,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi A u B tar-Regolament (UE) 2015/848 huma sostitwiti bit-test li jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha skont it-Trattati.

Magħmul fi Strasburgu, l-4 ta' Lulju 2018.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

K. EDTSTADLER


(1)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2018 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2018.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar proċedimenti ta' insolvenza (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 19).


ANNESS

ANNESS A

Proċedimenti ta' insolvenza msemmija fil-punt (4) tal-Artikolu 2

BELGIQUE/BELGIË

Het faillissement/La faillite,

De gerechtelijke reorganisatie door een collectief akkoord/La réorganisation judiciaire par accord collectif,

De gerechtelijke reorganisatie door een minnelijk akkoord/La réorganisation judiciaire par accord amiable,

De gerechtelijke reorganisatie door overdracht onder gerechtelijk gezag/La réorganisation judiciaire par transfert sous autorité de justice,

De collectieve schuldenregeling/Le règlement collectif de dettes,

De vrijwillige vereffening/La liquidation volontaire,

De gerechtelijke vereffening/La liquidation judiciaire,

De voorlopige ontneming van het beheer, als bedoeld in artikel XX.32 van het Wetboek van economisch recht/Le dessaisissement provisoire de la gestion visé à l'article XX.32 du Code de droit économique,

БЪЛГАРИЯ

Производство по несъстоятелност,

Производство по стабилизация на търговеца,

ČESKÁ REPUBLIKA

Konkurs,

Reorganizace,

Oddlužení,

DEUTSCHLAND

Das Konkursverfahren,

Das gerichtliche Vergleichsverfahren,

Das Gesamtvollstreckungsverfahren,

Das Insolvenzverfahren,

EESTI

Pankrotimenetlus,

Võlgade ümberkujundamise menetlus,

ÉIRE/IRELAND

Compulsory winding-up by the court,

Bankruptcy,

The administration in bankruptcy of the estate of persons dying insolvent,

Winding-up in bankruptcy of partnerships,

Creditors' voluntary winding-up (with confirmation of a court),

Arrangements under the control of the court which involve the vesting of all or part of the property of the debtor in the Official Assignee for realisation and distribution,

Examinership,

Debt Relief Notice,

Debt Settlement Arrangement,

Personal Insolvency Arrangement,

ΕΛΛΑΔΑ

Η πτώχευση,

Η ειδική εκκαθάριση εν λειτουργία,

Σχέδιο αναδιοργάνωσης,

Απλοποιημένη διαδικασία επί πτωχεύσεων μικρού αντικειμένου,

Διαδικασία εξυγίανσης,

ESPAÑA

Concurso,

Procedimiento de homologación de acuerdos de refinanciación,

Procedimiento de acuerdos extrajudiciales de pago,

Procedimiento de negociación pública para la consecución de acuerdos de refinanciación colectivos, acuerdos de refinanciación homologados y propuestas anticipadas de convenio,

FRANCE

Sauvegarde,

Sauvegarde accélérée,

Sauvegarde financière accélérée,

Redressement judiciaire,

Liquidation judiciaire,

HRVATSKA

Stečajni postupak,

Predstečajni postupak,

Postupak stečaja potrošača,

Postupak izvanredne uprave u trgovačkim društvima od sistemskog značaja za Republiku Hrvatsku,

ITALIA

Fallimento,

Concordato preventivo,

Liquidazione coatta amministrativa,

Amministrazione straordinaria,

Accordi di ristrutturazione,

Procedure di composizione della crisi da sovraindebitamento del consumatore (accordo o piano),

Liquidazione dei beni,

ΚΥΠΡΟΣ

Υποχρεωτική εκκαθάριση από το Δικαστήριο,

Εκούσια εκκαθάριση από μέλη,

Εκούσια εκκαθάριση από πιστωτές

Εκκαθάριση με την εποπτεία του Δικαστηρίου,

Διάταγμα παραλαβής και πτώχευσης κατόπιν Δικαστικού Διατάγματος,

Διαχείριση της περιουσίας προσώπων που απεβίωσαν αφερέγγυα,

LATVIJA

Tiesiskās aizsardzības process,

Juridiskās personas maksātnespējas process,

Fiziskās personas maksātnespējas process,

LIETUVA

Įmonės restruktūrizavimo byla,

Įmonės bankroto byla,

Įmonės bankroto procesas ne teismo tvarka,

Fizinio asmens bankroto procesas,

LUXEMBOURG

Faillite,

Gestion contrôlée,

Concordat préventif de faillite (par abandon d'actif),

Régime spécial de liquidation du notariat,

Procédure de règlement collectif des dettes dans le cadre du surendettement,

MAGYARORSZÁG

Csődeljárás,

Felszámolási eljárás,

MALTA

Xoljiment,

Amministrazzjoni,

Stralċ volontarju mill-membri jew mill-kredituri,

Stralċ mill-Qorti,

Falliment f'każ ta' kummerċjant,

Proċedura biex kumpanija tirkupra,

NEDERLAND

Het faillissement,

De surséance van betaling,

De schuldsaneringsregeling natuurlijke personen,

ÖSTERREICH

Das Konkursverfahren (Insolvenzverfahren),

Das Sanierungsverfahren ohne Eigenverwaltung (Insolvenzverfahren),

Das Sanierungsverfahren mit Eigenverwaltung (Insolvenzverfahren),

Das Schuldenregulierungsverfahren,

Das Abschöpfungsverfahren,

Das Ausgleichsverfahren,

POLSKA

Upadłość,

Postępowanie o zatwierdzenie układu,

Przyspieszone postępowanie układowe,

Postępowanie układowe,

Postępowanie sanacyjne,

PORTUGAL

Processo de insolvência,

Processo especial de revitalização,

Processo especial para acordo de pagamento,

ROMÂNIA

Procedura insolvenței,

Reorganizarea judiciară,

Procedura falimentului,

Concordatul preventiv,

SLOVENIJA

Postopek preventivnega prestrukturiranja,

Postopek prisilne poravnave,

Postopek poenostavljene prisilne poravnave,

Stečajni postopek: stečajni postopek nad pravno osebo, postopek osebnega stečaja in postopek stečaja zapuščine,

SLOVENSKO

Konkurzné konanie,

Reštrukturalizačné konanie,

Oddlženie,

SUOMI/FINLAND

Konkurssi/konkurs,

Yrityssaneeraus/företagssanering,

Yksityishenkilön velkajärjestely/skuldsanering för privatpersoner,

SVERIGE

Konkurs,

Företagsrekonstruktion,

Skuldsanering,

UNITED KINGDOM

Winding-up by or subject to the supervision of the court,

Creditors' voluntary winding-up (with confirmation by the court),

Administration, including appointments made by filing prescribed documents with the court,

Voluntary arrangements under insolvency legislation,

Bankruptcy or sequestration.

ANNESS B

Prattikanti fl-insolvenza msemmija fil-punt (5) tal-Artikolu 2

BELGIQUE/BELGIË

De curator/Le curateur,

De gerechtsmandataris/Le mandataire de justice,

De schuldbemiddelaar/Le médiateur de dettes,

De vereffenaar/Le liquidateur,

De voorlopige bewindvoerder/L'administrateur provisoire,

БЪЛГАРИЯ

Назначен предварително временен синдик,

Временен синдик,

(Постоянен) синдик,

Служебен синдик,

Доверено лице,

ČESKÁ REPUBLIKA

Insolvenční správce,

Předběžný insolvenční správce,

Oddělený insolvenční správce,

Zvláštní insolvenční správce,

Zástupce insolvenčního správce,

DEUTSCHLAND

Konkursverwalter,

Vergleichsverwalter,

Sachwalter (nach der Vergleichsordnung),

Verwalter,

Insolvenzverwalter,

Sachwalter (nach der Insolvenzordnung),

Treuhänder,

Vorläufiger Insolvenzverwalter,

Vorläufiger Sachwalter,

EESTI

Pankrotihaldur,

Ajutine pankrotihaldur,

Usaldusisik,

ÉIRE/IRELAND

Liquidator,

Official Assignee,

Trustee in bankruptcy,

Provisional Liquidator,

Examiner,

Personal Insolvency Practitioner,

Insolvency Service,

ΕΛΛΑΔΑ

Ο σύνδικος,

Ο εισηγητής,

Η επιτροπή των πιστωτών,

Ο ειδικός εκκαθαριστής,

ESPAÑA

Administrador concursal,

Mediador concursal,

FRANCE

Mandataire judiciaire,

Liquidateur,

Administrateur judiciaire,

Commissaire à l'exécution du plan,

HRVATSKA

Stečajni upravitelj,

Privremeni stečajni upravitelj,

Stečajni povjerenik,

Povjerenik,

Izvanredni povjerenik,

ITALIA

Curatore,

Commissario giudiziale,

Commissario straordinario,

Commissario liquidatore,

Liquidatore giudiziale,

Professionista nominato dal Tribunale,

Organismo di composizione della crisi nella procedura di composizione della crisi da sovraindebitamento del consumatore,

Liquidatore,

ΚΥΠΡΟΣ

Εκκαθαριστής και Προσωρινός Εκκαθαριστής,

Επίσημος Παραλήπτης,

Διαχειριστής της Πτώχευσης,

LATVIJA

Maksātnespējas procesa administrators,

Tiesiskās aizsardzības procesa uzraugošā persona,

LIETUVA

Bankroto administratorius,

Restruktūrizavimo administratorius,

LUXEMBOURG

Le curateur,

Le commissaire,

Le liquidateur,

Le conseil de gérance de la section d'assainissement du notariat,

Le liquidateur dans le cadre du surendettement,

MAGYARORSZÁG

Vagyonfelügyelő,

Felszámoló,

MALTA

Amministratur Proviżorju,

Riċevitur Uffiċjali,

Stralċjarju,

Manager Speċjali,

Kuraturi f'każ ta' proċeduri ta' falliment,

Kontrolur Speċjali,

NEDERLAND

De curator in het faillissement,

De bewindvoerder in de surséance van betaling,

De bewindvoerder in de schuldsaneringsregeling natuurlijke personen,

ÖSTERREICH

Masseverwalter,

Sanierungsverwalter,

Ausgleichsverwalter,

Besonderer Verwalter,

Einstweiliger Verwalter,

Sachwalter,

Treuhänder,

Insolvenzgericht,

Konkursgericht,

POLSKA

Syndyk,

Nadzorca sądowy,

Zarządca,

Nadzorca układu,

Tymczasowy nadzorca sądowy,

Tymczasowy zarządca,

Zarządca przymusowy,

PORTUGAL

Administrador da insolvência,

Administrador judicial provisório,

ROMÂNIA

Practician în insolvență,

Administrator concordatar,

Administrator judiciar,

Lichidator judiciar,

SLOVENIJA

Upravitelj,

SLOVENSKO

Predbežný správca,

Správca,

SUOMI/FINLAND

Pesänhoitaja/boförvaltare,

Selvittäjä/utredare,

SVERIGE

Förvaltare,

Rekonstruktör,

UNITED KINGDOM

Liquidator,

Supervisor of a voluntary arrangement,

Administrator,

Official Receiver,

Trustee,

Provisional Liquidator,

Interim Receiver,

Judicial factor.


DEĊIŻJONIJIET

6.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 171/11


DEĊIŻJONI (UE) 2018/947 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-4 ta' Lulju 2018

li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja ulterjuri lill-Ukrajna

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 212(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

Ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea (l-“Unjoni”) u l-Ukrajna qed ikomplu jiżviluppaw fil-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) u s-Sħubija tal-Lvant. Ftehim ta' assoċjazzjoni bejn l-Unjoni u l-Ukrajna (2) (il-“Ftehim ta' Assoċjazzjoni”), inkluż Żona ta' Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva (DCFTA), daħal fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2017.

(2)

Fir-rebbiegħa tal-2014, l-Ukrajna bdiet programm ambizzjuż ta' riforma bil-għan li tistabbilizza l-ekonomija tagħha u ttejjeb l-għajxien taċ-ċittadini tagħha. L-Ukrajna u l-Unjoni ddefinixxew b'mod konġunt aġenda ta' riforma (“l-Aġenda ta' Assoċjazzjoni”, li kienet aġġornata l-aħħar f'Marzu 2015). Il-ġlieda kontra l-korruzzjoni kif ukoll riformi kostituzzjonali, elettorali u ġudizzjarji huma fost l-ogħla prijoritajiet fuq l-aġenda.

(3)

Minbarra l-appoġġ politiku tagħha, l-Unjoni wiegħdet pakkett finanzjarju ta' 'l fuq minn EUR 11-il biljun f'Marzu 2014 biex tappoġġja l-istabbilizzazzjoni ekonomika u l-implimentazzjoni tar-riformi fl-Ukrajna, inkluż EUR 1,6 biljun f'assistenza makrofinanzjarja skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/639/KE (3), id-Deċiżjoni Nru 646/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/215/UE (5). Fid-dawl tal-ħtiġijiet finanzjarji esterni sostanzjali tal-Ukrajna, f'April 2015, ammont addizzjonali ta' EUR 1,8 biljun f'assistenza makrofinanzjarja saru disponibbli għall-Ukrajna, skont id-Deċiżjoni (UE) 2015/601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

(4)

Minn Mejju 2014 'l hawn, l-Ukrajna rċeviet EUR 2,81 biljun f'assistenza makrofinanzjarja mill-Unjoni, inklużi EUR 1,2 biljun mill-EUR 1,8 biljun disponibbli skont id-Deċiżjoni (UE) 2015/601. It-tielet u l-aħħar ħlas parzjali ta' EUR 600 miljun f'assistenza makrofinanzjarja skont id-Deċiżjoni (UE) 2015/601 ġie kkanċellat fit-18 ta' Jannar 2018 minħabba nuqqas ta' konformità mill-Ukrajna mal-programm ta' riformi strutturali marbuta ma' dak il-ħlas.

(5)

Fil-11 ta' Marzu 2015, il-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) approva arranġament ta' Faċilità ta' Fond Estiża (EFF) ta' erba'snin għall-Ukrajna bl-ammont ta' madwar USD 17,5-il biljun biex jappoġġja programm ta' riforma u aġġustament ekonomiku tal-pajjiż, li minnhom ġew żborżati USD 8,5 biljun bejn l-2015 u l-2017. Dik l-assistenza finanzjarja tal-FMI kienet ikkumplimentata b'appoġġ sostanzjali minn għadd ta' sħab bilaterali, inkluż l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, l-Istati Uniti, il-Ġappun u l-Kanada. Istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra bħall-Bank Dinji, il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp u l-Bank Ewropew tal-Investiment żiedu wkoll b'mod sinifikanti l-attività tagħhom biex jappoġġjaw it-tranżizzjoni ekonomika tal-Ukrajna.

(6)

Wara l-missjoni teknika tiegħu ta' Novembru 2017, il-FMI rreveda l-istimi tiegħu tal-ħtiġijiet ta' finanzjament esterni, li jidentifikaw diskrepanza addizzjonali ta' USD 4,5 biljun għall-2018 u l-2019. Dawk il-ħtiġijiet ta' finanzjament imorru lil hinn mill-finanzjament li sar sa issa mill-komunità internazzjonali, li jinkludi l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, skont id-Deċiżjonijiet 2002/639/KE, Nru 646/2010/UE, 2014/215/UE u (UE) 2015/601.

(7)

F'Novembru 2017, fid-dawl tas-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja diffiċli li għada għaddejja tal-Ukrajna, l-awtoritajiet Ukraini talbu aktar assistenza makrofinanzjarja mill-Unjoni.

(8)

Waqt il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Ukrajna li ltaqa' fit-8 ta' Diċembru 2017, l-Unjoni affermat mill-ġdid l-appoġġ tagħha għall-isforzi ta' riforma sostanzjali tal-Ukrajna, inkluż assistenza finanzjarja marbuta ma' progress konkret ta' riforma.

(9)

Minħabba li l-Ukrajna hija pajjiż kopert mill-ENP, jenħtieġ li titqies bħala eliġibbli biex tirċievi l-assistenza makrofinanzjarja mill-Unjoni.

(10)

Jenħtieġ li l-assistenza makrofinanzjarja mill-Unjoni tkun strument finanzjarju eċċezzjonali ta' appoġġ mingħajr irbit u mhux speċifikat għall-bilanċ tal-pagamenti, bl-għan li jiġu indirizzati l-ħtiġijiet finanzjarji esterni immedjati tal-benefiċjarju u jenħtieġ li tirfed l-implimentazzjoni ta' programm ta' politika li fih miżuri qawwija ta' riforma strutturali u ta' aġġustament immedjat maħsuba biex itejbu l-pożizzjoni tal-bilanċ tal-pagamenti tal-benefiċjarju fuq perijodu ta' żmien qasir.

(11)

Minħabba li għad hemm diskrepanza fil-finanzjament estern residwu tal-bilanċ tal-Ukrajna tal-pagamenti lil hinn mir-riżorsi pprovduti mill-FMI u minn istituzzjonijiet multilaterali oħrajn, l-għoti mill-Unjoni ta' assistenza makrofinanzjarja lill-Ukrajna, fiċ-ċirkostanzi eċċezzjonali attwali qed titqies bħala tweġiba xierqa għat-talba tal-Ukrajna lill-Unjoni għall-appoġġ tal-istabbilizzazzjoni ekonomika tagħha flimkien mal-programm tal-FMI. L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni tappoġġja l-aġenda tal-istabbilizzazzjoni ekonomika u tar-riforma strutturali tal-Ukrajna, filwaqt li tissupplimenta r-riżorsi li huma disponibbli taħt l-arranġament finanzjarju EFF tal-FMI.

(12)

Jenħtieġ li l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jkollha l-għan li tappoġġja l-ħolqien mill-ġdid ta' sitwazzjoni finanzjarja esterna sostenibbli għall-Ukrajna, u b'hekk tappoġġja l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tagħha.

(13)

Id-determinazzjoni tal-ammont tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni hija bbażata fuq valutazzjoni kwantitattiva kompleta tal-ħtiġijiet ta' finanzjament estern residwu tal-Ukrajna, u tqis il-kapaċità tagħha ta' awtofinanzjament bir-riżorsi proprji, partikolarment ir-riżervi internazzjonali għad-dispożizzjoni tagħha. Jenħtieġ li l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni tikkumplimenta l-programmi u r-riżorsi pprovduti mill-FMI u l-Bank Dinji. Id-determinazzjoni tal-ammont tal-assistenza tqis ukoll il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mistennija mingħand donaturi bilaterali u multilaterali u l-ħtieġa li tiġi żgurata l-kondiviżjoni ġusta tal-piż bejn l-Unjoni u donaturi oħrajn, kif ukoll l-implimentazzjoni diġà eżistenti tal-istrumenti ta' finanzjament esterni l-oħrajn tal-Unjoni fl-Ukrajna u l-valur miżjud tal-involviment kumplessiv tal-Unjoni.

(14)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni tkun legalment u sostanzjalment skont il-prinċipji u l-objettivi ta', u l-miżuri ewlenin meħuda fl-oqsma differenti tal-azzjoni esterna u ta' linji ta' politika oħrajn rilevanti tal-Unjoni.

(15)

L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jenħtieġ li tappoġġja l-politika esterna tal-Unjoni rigward l-Ukrajna. Is-servizzi tal-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jenħtieġ li jaħdmu flimkien mill-qrib matul l-operazzjoni ta' assistenza makrofinanzjarja kollha bl-għan li jikkoordinaw il-politika esterna tal-Unjoni u jiżguraw il-konsistenza tagħha.

(16)

L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jenħtieġ li tappoġġja l-impenn tal-Ukrajna fir-rigward tal-valuri kondiviżi mal-Unjoni, inkluż id-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, l-iżvilupp sostenibbli u t-tnaqqis tal-faqar, kif ukoll l-impenn tagħha lejn il-prinċipji ta' kummerċ miftuħ, ibbażat fuq regoli u ġust.

(17)

Prekundizzjoni għall-għoti tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jenħtieġ li tkun li l-Ukrajna tirrispetta l-mekkaniżmi demokratiċi effettivi — inklużi sistema parlamentari b'diversi partiti — u l-istat tad-dritt, u tiggarantixxi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-objettivi speċifiċi tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jsaħħu l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà fis-sistemi tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi fl-Ukrajna u jenħtieġ li jippromwovu r-riformi strutturali li għandhom l-għan li jappoġġjaw it-tkabbir sostenibbli u inklussiv, il-ħolqien tal-impjiegi u l-konsolidazzjoni fiskali. Kemm it-twettiq tal-prekundizzjonijiet kif ukoll il-kisba ta' dawk l-objettivi jenħtieġ li jiġu mmonitorjati regolarment mill-Kummissjoni u mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.

(18)

Biex ikun żgurat li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni marbutin mal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jiġu mħarsa b'mod effiċjenti, l-Ukrajna jenħtieġ li tieħu miżuri xierqa fir-rigward tal-prevenzjoni ta', u l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull irregolarità oħra marbuta mal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li ssir dispożizzjoni biex il-Kummissjoni tkun tista' twettaq verifiki u l-Qorti tal-Awdituri tkun tista' twettaq awditi.

(19)

Ir-rilaxx tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni huwa mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, bħala awtorità baġitarja.

(20)

L-ammonti li għandhom jiġu pprovduti meħtieġa għall-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jenħtieġ li jkunu konsistenti mal-approprjazzjonijiet baġitarji definiti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

(21)

Jenħtieġ li l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni tiġi ġestita mill-Kummissjoni. Sabiex ikun żgurat li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu jistgħu jsegwu l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tinfurmahom regolarment bl-iżviluppi relatati mal-assistenza u tipprovdilhom id-dokumenti rilevanti.

(22)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħat ta' implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

(23)

L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jenħtieġ li tkun soġġetta għal kundizzjonijiet ta' politika ekonomika, li jiġu stabbiliti f'Memorandum ta' Qbil. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni u għal raġunijiet ta' effiċjenza, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tinnegozja dawn il-kundizzjonijiet mal-awtoritajiet Ukreni taħt is-superviżjoni tal-kumitat tar-rappreżentanti tal-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011. Skont dan ir-Regolament, bħala regola ġenerali jenħtieġ li tapplika l-proċedura konsultattiva fil-każijiet kollha ħlief kif previst f'dan ir-Regolament. Meta jiġi kkunsidrat l-impatt potenzjalment importanti tal-assistenza ta' aktar minn EUR 90 miljun, huwa xieraq li l-proċedura ta' eżaminazzjoni tintuża għal operazzjonijiet li jeċċedu dak il-limitu minimu. Meta jitqies l-ammont ta' assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni lill-Ukrajna, jenħtieġ li l-proċedura ta' eżami tapplika għall-adozzjoni tal-Memorandum ta' Qbil, jew għal kwalunkwe tnaqqis, suspensjoni jew tħassir tal-assistenza,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-Unjoni għandha tagħmel assistenza makrofinanzjarja ta' ammont massimu ta' EUR 1 biljun disponibbli lill-Ukrajna (l-“assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni”, bil-ħsieb li tappoġġja l-istabbilizzazzjoni ekonomika tal-Ukrajna u aġenda ta' riforma sostantiva. Dik l-assistenza għandha tikkontribwixxi biex tkopri l-ħtiġijiet tal-bilanċ tal-pagamenti tal-Ukrajna kif identifikat fil-programm tal-FMI.

2.   L-ammont sħiħ tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandu jingħata lill-Ukrajna fil-forma ta' self. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa, f'isem l-Unjoni, biex tissellef il-fondi meħtieġa mis-swieq kapitali jew minn istituzzjonijiet finanzjarji u ssellifhom lill-Ukrajna. Is-self għandu jkollu maturità medja massima ta' 15-il sena.

3.   Ir-rilaxx tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandu jiġi ġestit mill-Kummissjoni b'mod konsistenti mal-ftehimiet jew mal-arranġamenti milħuqa bejn il-FMI u l-Ukrajna, u mal-prinċipji u l-objettivi ewlenin tar-riformi ekonomiċi stabbiliti fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, inkluż id-DCFTA, maqbula skont il-PEV.

Il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-iżviluppi fir-rigward tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, inklużi l-iżborżi tagħha, u għandha tipprovdi lil dawk l-istituzzjonijiet bid-dokumenti rilevanti fi żmien xieraq.

4.   L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha ssir disponibbli għal perijodu ta' sentejn u nofs, li jibdew mill-ewwel jum wara d-dħul fis-seħħ tal-Memorandum ta' Qbil imsemmi fl-Artikolu 3(1).

5.   Jekk il-ħtiġijiet ta' finanzjament tal-Ukrajna jonqsu b'mod fundamentali matul il-perijodu tal-iżborż tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni meta mqabbla mal-projezzjonijiet inizjali, il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 7(2), għandha tnaqqas l-ammont tal-assistenza jew tissospendiha jew tħassarha.

Artikolu 2

1.   Prekundizzjoni għall-għoti tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun li l-Ukrajna tirrispetta l-mekkaniżmi demokratiċi effettivi — inkluża sistema parlamentari multipartitika — u l-istat tad-dritt, u tiggarantixxi r-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem.

2.   Il-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandhom jimmonitorjaw li l-prekundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 tiġi ssodisfata matul iċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu applikati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE (8).

Artikolu 3

1.   Il-Kummissjoni, f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 7(2), għandha tilħaq ftehim mal-awtoritajiet Ukreni dwar politika ekonomika u kundizzjonijiet finanzjarji definiti b'mod ċar, ikkonċentrati fuq riformi strutturali u finanzi pubbliċi sodi, li l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun soġġetta għalihom, li għandhom jitniżżlu f'memorandum ta' qbil (il-“Memorandum ta' Qbil”) li għandu jinkludi perijodu ta' żmien għat-twettiq ta' dawk il-kundizzjonijiet. Il-politika ekonomika u l-kundizzjonijiet finanzjarji stabbiliti fil-Memorandum ta' Qbil għandhom ikunu konsistenti mal-ftehimiet jew mal-arranġamenti mesmmija fl-Artikolu 1(3), inklużi l-programmi ta' aġġustament makroekonomiku u ta' riforma strutturali implimentati mill-Ukrajna bl-appoġġ tal-FMI.

2.   Il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jimmiraw, b'mod partikolari, li jtejbu l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà tas-sistemi ta' ġestjoni tal-finanzi pubbliċi fl-Ukrajna, inkluż għall-użu tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni. Il-progress fil-ftuħ reċiproku tas-swieq, l-iżvilupp ta' kummerċ ġust u bbażat fuq ir-regoli u prijoritajiet oħrajn fil-kuntest tal-politika esterna tal-Unjoni għandhom ukoll jitqiesu bil-mod dovut fit-tfassil tal-miżuri ta' politika. Il-progress fl-ilħuq ta' dawn l-objettivi għandu jiġi mmonitorjat regolarment mill-Kummissjoni.

3.   It-termini finanzjarji dettaljati tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandhom jiġu stipulati fi ftehim dwar is-self li għandu jintlaħaq bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-Ukrajna.

4.   Il-Kummissjoni għandha tivverifika f'intervalli regolari li l-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 4(3) jibqgħu jiġu ssodisfati, inkluż jekk il-linji ta' politika ekonomika tal-Ukrajna jkunux f'konformità mal-objettivi tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni. Hija u tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tikkoordina mill-qrib mal-FMI u mal-Bank Dinji u, fejn ikun meħtieġ, mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

Artikolu 4

1.   Soġġett għall-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3, l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun magħmula disponibbli mill-Kummissjoni f'żewġ ħlasijiet parzjali ta' self. Id-daqs ta' kull ħlas parzjali għandu jiġi stabbilit fil-Memorandum ta' Qbil.

2.   L-ammonti tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jkunu pprovduti, fejn meħtieġ, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 (9).

3.   Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar ir-rilaxx tal-ħlasijiet parzjali soġġetti għat-twettiq tal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-prekundizzjoni stipulata fl-Artikolu 2(1);

(b)

rekord sodisfaċenti kontinwu fl-implimentazzjoni ta' programm ta' politika li fih miżuri ta' aġġustament u ta' riforma strutturali b'saħħithom appoġġjati minn arranġament ta' kreditu mill-FMI mhux prekawzjonarju;

(c)

l-implimentazzjoni sodisfaċenti tal-politika ekonomika u tal-kundizzjonijiet finanzjarji miftiehma fil-Memorandum ta' Qbil.

Ir-rilaxx tat-tieni ħlas parzjali ma għandux, fil-prinċipju, isir qabel tliet xhur wara r-rilaxx tal-ewwel ħlas parzjali.

4.   Fejn il-kundizzjonijiet imsemmija fl-ewwel sub-paragrafu tal-paragrafu 3 ma jiġux issodisfati, il-Kummissjoni għandha tissospendi jew tikkanċella temporanjament l-iżborż tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni. F'tali każijiet, hija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-raġunijiet għas-sospensjoni jew il-kanċellazzjoni.

5.   L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tiġi żborżata lill-Bank Nazzjonali tal-Ukrajna. Soġġetti għad-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu maqbula fil-Memorandum ta' Qbil, inkluża konferma tal-ħtiġijiet finanzjarji baġitarji residwi, il-fondi tal-Unjoni jistgħu jiġu ttrasferiti lill-Ministeru tal-Finanzi tal-Ukrajna bħala l-benefiċjarju aħħari.

Artikolu 5

1.   L-operazzjonijiet ta' teħid u għoti b'self relatati mal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jsiru fil-munita euro bl-użu tal-istess data tal-valur, u ma għandhomx jinvolvu lill-Unjoni fit-trasformazzjoni tal-maturitajiet, jew jesponuha għal ebda riskju fir-rata tal-kambju jew tal-imgħax, jew għal ebda riskju kummerċjali ieħor.

2.   Fejn iċ-ċirkostanzi jippermettu, u jekk l-Ukrajna titlob dan, il-Kummissjoni tista' tieħu l-passi meħtieġa biex tiżgura li tiddaħħal klawżola dwar ir-rimborż bikri fit-termini u l-kundizzjonijiet tas-self u li din tkun appoġġjata minn klawżola korrispondenti fit-termini u l-kundizzjonijiet tal-operazzjonijiet tat-teħid ta' self.

3.   Fejn iċ-ċirkostanzi jippermettu titjib fir-rata tal-imgħax tas-self, u jekk l-Ukrajna titlob dan, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tiffinanzja mill-ġdid it-teħid ta' self inizjali kollu jew parti minnu jew tista' tirristruttura l-kundizzjonijiet finanzjarji korrispondenti. L-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-ġdid jew ta' ristrutturar għandhom jitwettqu skont il-paragrafi 1 u 4, u ma għandux ikollhom l-effett li jestendu l-maturità tas-self ikkonċernat jew li jżidu l-ammont ta' kapital pendenti fid-data tal-finanzjament mill-ġdid jew tar-ristrutturar.

4.   L-ispejjeż kollha mġarrba mill-Unjoni li jkunu relatati mal-operazzjonijiet tal-għoti jew tat-teħid ta' self skont din id-Deċiżjoni għandhom jiġġarrbu mill-Ukrajna.

5.   Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-iżviluppi fl-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3.

Artikolu 6

1.   L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tiġi implimentata f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) u r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 (11).

2.   L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun taħt ġestjoni diretta.

3.   Il-ftehim dwar is-self imsemmi fl-Artikolu 3(3) għandu jkun fih dispożizzjonijiet:

(a)

li jiżguraw li l-Ukrajna tivverifika regolarment li l-finanzjament ipprovdut mill-baġit tal-Unjoni jkun intuża kif suppost, li din tieħu miżuri xierqa biex tipprevjeni l-irregolaritajiet u l-frodi u, jekk ikun meħtieġ, tieħu azzjoni legali biex tirkupra kwalunkwe fondi pprovduti skont din id-Deċiżjoni li jkunu ġew miżapproprjati;

(b)

li jiżguraw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, b'mod partikolari billi jipprevedu miżuri speċifiċi fir-rigward tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe irregolarità oħra li taffettwa l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, f'konformità mar-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (12) u (Euratom, KE) Nru 2185/96 (13) u r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14);

(c)

li jawtorizzaw espressament lill-Kummissjoni, inkluż lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, jew lir-rappreżentanti tiegħu li jwettqu verifiki, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post;

(d)

li jawtorizzaw espressament lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri jagħmlu awditjar matul u wara l-perijodu ta' disponibbiltà tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, inkluż awditjar ta' dokumenti u awditjar fuq il-post, bħal pereżempju valutazzjonijiet operazzjonali; u

(e)

li jiżguraw li l-Unjoni tkun intitolata għal ripagament bikri tas-self meta jkun stabbilit li, fir-rigward tal-ġestjoni tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, l-Ukrajna ma tkun wettqet ebda att ta' frodi jew ta' korruzzjoni jew ebda attività illegali oħra li tkun ta' detriment għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

4.   Qabel l-implimentazzjoni tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tivvaluta, permezz ta' valutazzjoni operazzjonali, is-solidità tal-arranġamenti finanzjarji tal-Ukrajna, il-proċeduri amministrattivi, u l-mekkaniżmi ta' kontroll interni u esterni li huma rilevanti għall-assistenza.

Artikolu 7

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 8

1.   Sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni fis-sena ta' qabel, inkluża evalwazzjoni ta' dik l-implimentazzjoni. Dak ir-rapport għandu:

(a)

jeżamina l-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni;

(b)

jivvaluta s-sitwazzjoni ekonomika u l-prospetti tal-Ukrajna, kif ukoll il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta' politika msemmija fl-Artikolu 3(1);

(c)

jindika r-rabta bejn il-kundizzjonijiet tal-politika ekonomika stipulati fil-Memorandum ta' Qbil, il-prestazzjoni ekonomika u fiskali attwali tal-Ukrajna u d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li tirrilaxxa l-ħlasijiet parzjali tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni.

2.   Sa mhux aktar tard minn sentejn wara li jiskadi l-perijodu ta' disponibbiltà msemmi fl-Artikolu 1(4), il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport ta' evalwazzjoni ex post lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta r-riżultati u l-effiċjenza tal-assistenza makrofinanzjarja kompleta tal-Unjoni u sa liema punt din ikkontribwiet għall-għanijiet tal-assistenza.

Artikolu 9

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, l-4 ta' Lulju 2018.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

K. EDTSTADLER


(1)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2018 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)] u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2018

(2)  Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/639/KE tat-12 ta' Lulju 2002 li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja supplimentari lill-Ukrajna (ĠU L 209, 6.8.2002, p. 22).

(4)  Id-Deċiżjoni Nru 646/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2010 li tipprovdi l-għajnuna makrofinanzjarja lill-Ukrajna (ĠU L 179, 14.7.2010, p. 1).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/215/UE tal-14 ta' April 2014, li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja lill-Ukrajna (ĠU L 111, 15.4.2014, p. 85).

(6)  Id-Deċiżjoni(UE) 2015/601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' April 2015, li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja lill-Ukrajna (ĠU L 100, 17.4.2015, p. 1).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta' Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30).

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 tal-25 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi Fond ta' Garanzija għall-azzjonijiet esterni (ĠU L 145, 10.6.2009, p. 10).

(10)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(11)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).

(12)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).

(13)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

(14)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).


DIKJARAZZJONI KONĠUNTA MILL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL, U L-KUMMISSJONI

Il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni jfakkru li kundizzjoni preliminari għall-għoti tal-assistenza makrofinanzjarja hija li l-pajjiż benefiċjarju jirrispetta l-mekkaniżmi demokratiċi effettivi — inkluża sistema parlamentari b'diversi partiti — u l-istat tad-dritt, u jiggarantixxi r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem.

Il-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandhom jimmonitorjaw li din il-prekundizzjoni tiġi ssodisfata matul iċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni.

Fid-dawl tal-kundizzjonijiet mhux issodisfati fir-rigward tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kanċellazzjoni relatata tat-tielet pagament parzjali tal-programm preċedenti tal-assistenza makrofinanzjarja skont id-Deċiżjoni (UE) 2015/601, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jissottolinjaw li assistenza makrofinanzjarja ulterjuri se tkun tiddependi fuq il-progress fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-Ukrajna. Għal dan l-għan, il-politika ekonomika u l-kundizzjonijiet finanzjarji tal-Memorandum ta' Qbil li għandhom jiġu maqbula bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna għandhom jinkludu fost oħrajn obbligi biex jissaħħu l-governanza, il-kapaċitajiet amministrattivi u l-istruttura istituzzjonali b'mod partikolari fir-rigward tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-Ukrajna, partikolarment dwar is-sistema ta' verifika tad-dikjarazzjonijiet tal-assi, il-verifika ta' data dwar is-sjieda benefiċjarja tal-kumpaniji kif ukoll qorti speċjalizzata kontra l-korruzzjoni li tiffunzjona sew f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja. Kundizzjonijiet dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-evitar tat-taxxa għandhom jiġu kkunsidrati wkoll. F'konformità mal-Artikolu 4(4), meta l-kundizzjonijiet ma jiġux sodisfatti, il-Kummissjoni għandha temporanjament tissospendi jew tikkanċella l-iżborż tal-assistenza makrofinanzjarja.

Minbarra li tinforma regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-iżviluppi relatati mal-assistenza u tipprovdilhom id-dokumenti rilevanti, il-Kummissjoni għandha, ma' kull żborż, tirrapporta pubblikament dwar l-issodisfar ta' kull politika ekonomika u dwar il-kundizzjonijiet finanzjarji marbuta ma' dan l-iżborż, b'mod partikolari dawk li jirrigwardaw il-ġlieda kontra l-korruzzjoni.

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jfakkru li din l-assistenza makrofinanzjarja lill-Ukrajna għandha tikkontribwixxi għall-valuri kondiviżi mal-Unjoni Ewropea, inkluż l-iżvilupp sostenibbli u soċjalment responsabbli li jwassal għall-ħolqien ta' impjiegi u għat-tnaqqis tal-faqar, u impenn għal soċjetà ċivili b'saħħitha. Il-Kummissjoni għandha takkumpanja l-abbozz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-Memorandum ta' Qbil b'analiżi tal-impatt soċjali mistenni tal-assistenza makrofinanzjarja. Skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 din l-analiżi se tiġi ppreżentata lill-Kumitat tal-Istati Membri u għandha tkun disponibbli għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill permezz tar-reġistru tal-proċedimenti tal-kumitati.