ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 167 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 61 |
|
|
Rettifika |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
4.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 167/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/948
tal-25 ta' Ġunju 2018
dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda dwar regoli supplementari fir-rigward tal-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna għall-perjodu 2014 sa 2020
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 77(2) u l-punt (a) tal-Artikolu 218(6) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/398 (2), il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda dwar regoli supplementari fir-rigward tal-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna għall-perjodu 2014 sa 2020 (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fit-2 ta' Marzu 2018, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard. |
(2) |
F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. Minħabba li din id-Deċiżjoni tibni fuq l-acquis ta' Schengen, id-Danimarka għandha, f'konformità mal-Artikolu 4 ta' dak il-Protokoll, tiddeċiedi fi żmien sitt xhur minn meta l-Kunsill ikun iddeċieda dwar din id-Deċiżjoni, jekk hijiex ser timplimentaha fil-liġi nazzjonali tagħha. |
(3) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom ir-Renju Unit ma jiħux sehem, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (3); għaldaqstant ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha. |
(4) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom l-Irlanda ma tiħux sehem, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (4); għaldaqstant l-Irlanda mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
(5) |
Sabiex applikazzjoni tal-miżuri previsti fil-Ftehim tkun tista' ssir fil-pront u biex ma jkunx hemm dewmien fl-approvazzjoni u l-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali, jenħtieġ li d-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(6) |
Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda dwar regoli supplementari fir-rigward tal-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, għall-perjodu 2014 sa 2020 huwa approvat f'isem l-Unjoni (5).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 19(2) tal-Ftehim, sabiex jiġi espress il-kunsens tal-Unjoni Ewropea li tintrabat bil-Ftehim (6).
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta' Ġunju 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
N. DIMOV
(1) Kunsens mogħti fit-13 ta' Marzu 2018 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/398 tat-12 ta' Ġunju 2017 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda dwar regoli supplementari fir-rigward tal-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna għall-perjodu 2014 sa 2020 (ĠU L 72, 15.3.2018, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen. (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).
(5) Il-Ftehim ġie ppubblikat fil-ĠU L 72 tal-15.3.2018 flimkien mad-deċiżjoni dwar l-iffirmar.
(6) Id-data tad-dħul fis-seħħ il-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
REGOLAMENTI
4.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 167/3 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/949
tat-3 ta' Lulju 2018
li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2) u (3) u l-Artikolu 38(d) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 (2) jistabbilixxi l-lista ta' pajjiżi terzi li s-sistemi tal-produzzjoni u l-miżuri tal-kontroll tagħhom għall-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007. |
(2) |
F'konformità mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar il-kummerċ ta' prodotti organiċi, approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2307 (3), l-Unjoni u ċ-Ċilì jaċċettaw l-importazzjoni fit-territorju tagħhom tal-prodotti elenkati fl-Anness ta' dak il-Ftehim, u t-tqegħid fis-suq tagħhom bħala prodotti organiċi, diment li dawk il-prodotti jkunu jikkonformaw mal-liġijiet u r-regolamenti ta' xulxin. L-Anness I ta' dak il-Ftehim ikopri prodotti organiċi miċ-Ċilì li l-Unjoni tirrikonoxxi ekwivalenza għalihom. Għal raġunijiet ta' ċarezza, iċ-Ċilì jenħtieġ li jiġi inkluż fil-lista li tinsab fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. |
(3) |
Skont informazzjoni pprovduta mill-Costa Rica, l-awtorità kompetenti tagħha żiedet korp ġdid ta' kontroll, jiġifieri lil “Primus Auditing Operations de Costa Rica S.A” mal-lista ta' korpi ta' kontroll rikonoxxuti mill-Costa Rica. |
(4) |
Skont informazzjoni pprovduta mill-Iżvizzera, l-ismijiet tal-korpi tal-kontroll, l- “Institut für Marktökologie (IMO)” u “ProCert Safety AG” inbidlu għal “IMOswiss AG” u “ProCert AG” rispettivament. |
(5) |
Skont informazzjoni pprovduta mit-Tuneżija, l-isem tal-awtorità kompetenti nbidel. Barra minn hekk, it-Tuneżija infurmat lill-Kummissjoni li l-awtorità kompetenti tagħha żiedet korp wieħed ta' kontroll, jiġifieri lil “CERES GmbH”, mal-lista ta' korpi ta' kontroll rikonoxxuti mit-Tuneżija u li l-isem tal-korp ta' kontroll “Ecocert SA en Tunisie” inbidel għal “Ecocert SA”. Ir-rikonoxximent tal-korp ta' kontroll “Suolo e Salute” ġie rtirat. Fl-aħħar nett, il-korpi ta' kontroll “Kiwa BCS Öko-Garantie GmbH” u “Institut national de la normalisation et de la propriété industrielle (INNORPI)” ġew assenjati numri tal-kodiċi ġodda. |
(6) |
Skont informazzjoni mogħtija mill-Korea t'Isfel, ingħataw indirizzi tal-Internet ġodda għal “OCK” u “Neo environmentally-friendly”. Ir-rikonoxximent tal-korp ta' kontroll “Ecocert” ġie rtirat. Fl-aħħar nett, l-awtorità kompetenti tal-Korea t'Isfel irrikonoxxiet erba' korpi ta' kontroll oħra li jenħtieġ li jiżdiedu mal-lista tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008: “Ecolivestock Association”, “Association for Agricultural Products Quality Evaluation”, “University Industry Liaison office of CNU” u “Eco Agriculture Institute Inc.” |
(7) |
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jistabbilixxi l-lista tal-awtoritajiet tal-kontroll u tal-korpi tal-kontroll li huma kompetenti biex jagħmlu kontrolli u joħorġu ċertifikati f'pajjiżi terzi għall-fini ta' ekwivalenza. |
(8) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Agreco R.F. Göderz GmbH” sabiex l-ispeċifikazzjonijiet tagħha jiġu emendati. Abbażi tal-informazzjoni li waslitilha, il-Kummissjoni kkonkludiet li hu ġġustifikat li tiġi rrikonoxxuta “Agreco R.F. Göderz GmbH” fil-kategorija tal-prodotti B fir-rigward tal-pajjiżi terzi kollha li ġiet rikonoxxututa għall-kategoriji ta' prodotti oħra kollha u li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategorija tal-prodotti D għal Cape Verde, l-Iran, il-Kambodja, Fiġi, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Gżejjer Solomon, El Salvador, Tonga u Samoa, u għall-kategorija tal-prodotti A fir-rigward tal-Messiku u tal-Urugwaj. |
(9) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Bioagricert S.r.l.” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li waslitilha, il-Kummissjoni kkonkludiet li hu ġġustifikat li “Bioagricert S.r.l” tiġi rikonoxxuta għall-kategoriji tal-prodotti D għall-Indoneżja. |
(10) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Biocert International Pvt Ltd” biex tiġi inkluża fil-lista tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Abbażi tal-informazzjoni li waslitilha, il-Kummissjoni kkonkludiet li hu ġġustifikat li “Biocert International Pvt Ltd” tiġi rikonoxxuta għall-kategoriji tal-prodotti D u E għall-Indja u għall-kategoriji tal-prodotti A u D għas-Sri Lanka. |
(11) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Ecocert SA” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġustifikat li jitwessa' l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji tal-prodotti A u D għal New Caledonia, u għall-kategorija tal-prodotti B għall-Armenja u għall-kategorija tal-prodotti E għat-Togo. |
(12) |
“Ecoglobe” infurmat lill-Kummissjoni li nbidel l-indirizz u l-indirizz tal-Internet tagħha. |
(13) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Ekoagros” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li waslitilha, il-Kummissjoni kkonkludiet li hu ġġustifikat li tiġi rikonoxxuta għall-kategoriji tal-prodotti B u D għar-Russja. |
(14) |
“NASAA Certified Organic Pty Ltd” infurmat lill-Kummissjoni li nbidel l-indirizz tal-Internet tagħha. |
(15) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “OneCert International PVT Ltd” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġustifikat li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji tal-prodotti A u D għall-Benin, l-Indoneżja, in-Niġerja, il-Filippini u t-Togo. |
(16) |
“Organic Certifiers” infurmat lill-Kummissjoni li waqqfet l-attivitajiet ta' ċertifikazzjoni tagħha fil-pajjiżi terzi kollha li għalihom kienet rikonoxxuta. Għalhekk jenħtieġ li ma tibqax elenkata fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. |
(17) |
“ORSER” infurmat lill-Kummissjoni li nbidel l-indirizz tagħha. |
(18) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Q-check”, biex tiġi inkluża fil-lista tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Abbażi tal-informazzjoni li waslitilha, il-Kummissjoni kkonkludiet li hu ġġustifikat li “Q-check” tiġi rikonoxxuta għall-kategoriji tal-prodotti A u D fir-rigward tal-Albanija, l-Eġittu, il-Ġordan, il-Kosovo, il-Libanu, il-Perù, l-Arabja Sawdija, is-Serbja, it-Turkija u l-Emirati Għarab Magħquda. |
(19) |
“Quality Partner” infurmat lill-Kummissjoni li waqqfet l-attivitajiet ta' ċertifikazzjoni tagħha fl-Indoneżja, l-uniku pajjiż terz li għalih kienet rikonoxxuta. Għalhekk jenħtieġ li ma tibqax elenkata fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. |
(20) |
“Soil Association Certification Limited” infurmat lill-Kummissjoni li se twaqqaf l-attivitajiet ta' ċertifikazzjoni tagħha fl-Eġittu u l-Iran. Għalhekk jenħtieġ li ma tibqax elenkata fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. |
(21) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Valsts SIA ‘Sertifikācijas un testēšanas centrs’” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġustifikat li jitwessa' l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji tal-prodotti A għall-Belarussja, u għall-kategorija tal-prodotti A u B għall-Użbekistan. |
(22) |
Bħala konsegwenza tal-inklużjoni taċ-Ċilì fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008, il-korpi ta' kontroll rilevanti rikonoxxuti s'issa għall-importazzjoni ta' prodotti mill-kategoriji A, D jew F miċ-Ċilì, jenħtieġ li jkomplu jiġu rikonoxxuti fir-rigward taċ-Ċilì għal dawk il-kategoriji ta' prodotti, ħlief għall-prodotti li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-ftehim kummerċjali. |
(23) |
Għalhekk, l-Annessi III u IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jenħtieġ li jiġu emendati skont dan. |
(24) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-produzzjoni organika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1235/2008 hu emendat kif ġej:
(1) |
L-Anness III hu emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament; |
(2) |
L-Anness IV hu emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Lulju 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2307 tad-9 ta' Ottubru 2017 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar il-kummerċ ta' prodotti organiċi (ĠU L 331, 14.12.2017, p. 1).
ANNESS I
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
wara l-entrata dwar il-Kanada, tiddaħħal l-entrata l-ġdida li ġejja: “IĊ-ĊILÌ
|
(2) |
fl-entrata dwar il-Costa Rica, fil-punt 5, tiżdied ir-ringiela li tikkonċerna n-numru tal-kodiċi CR-BIO-007:
|
(3) |
fl-entrata dwar l-Iżvizzera, fil-punt 5, ir-ringieli li jikkonċernaw in-numri tal-kodiċi CH-BIO-004 u CH-BIO-038 huma sostitwiti b'dan li ġej:
|
(4) |
fl-entrata dwar it-Tuneżija, il-punti 4 u 5 huma sostitwiti b'dan li ġej:
|
(5) |
fl-entrata dwar ir-Repubblika tal-Korea, il-punt 5 huwa emendat kif ġej:
|
ANNESS II
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 hu emendat kif ġej:
(1) |
fl-entrata dwar “A CERT European Organization for Certification S.A.”, il-punt 4 huwa ssostitwit b'dan li ġej:
|
(2) |
fl-entrata dwar “Agreco R.F. Göderz GmbH”, il-punt 3 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
fl-entrata dwar “Bioagricert S.r.l”, fil-punt 3, fir-ringiela dwar l-Indoneżja, jiżdied salib fil-kolonna D; |
(4) |
wara l-entrata dwar “BIOcert Indonesia”, tiddaħħal l-entrata l-ġdida li ġejja: “‘Biocert International Pvt Ltd’
|
(5) |
fl-entrata dwar “CERES Certification of Environmental Standards GmbH”, il-punt 4 huwa ssostitwit b'dan li ġej:
|
(6) |
fl-entrata dwar “Ecocert SA”, il-punt 3 huwa emendat kif ġej:
|
(7) |
fl-entrata dwar “Ecoglobe”, il-punti 1 u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej:
|
(8) |
fl-entrata dwar “Ekoagros”, fil-punt 3, fir-ringiela dwar ir-Russja, jiżdied salib fil-kolonni B u D; |
(9) |
fl-entrata dwar “IMOcert Latinoamérica Ltda”, il-punt 4 huwa ssostitwit b'dan li ġej:
|
(10) |
fl-entrata dwar “LACON GmbH”, il-punt 4 huwa ssostitwit b'dan li ġej:
|
(11) |
fl-entrata dwar “NASAA Certified Organic Pty Ltd”, il-punt 2 huwa ssostitwit b'dan li ġej:
|
(12) |
fl-entrata dwar “OneCert International PVT Ltd”, fil-punt 3, jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin fl-ordni tan-numri tal-kodiċi:
|
(13) |
fl-entrata dwar “Oregon Tilth”, il-punt 4 huwa ssostitwit b'dan li ġej:
|
(14) |
titħassar l-entrata dwar l-“Organic Certifiers”; |
(15) |
fl-entrata dwar “ORSER”, il-punt 1 huwa ssostitwit b'dan li ġej:
|
(16) |
wara l-entrata dwar “Overseas Merchandising Inspection Co., Ltd”, tiddaħħal l-entrata l-ġdida li ġejja: “‘Q-check’
|
(17) |
titħassar l-entrata dwar “Quality Partner”; |
(18) |
fl-entrata dwar “Soil Association Certification Limited”, fil-punt 3, jitħassru r-ringieli li jikkonċernaw l-Eġittu u l-Iran; |
(19) |
fl-entrata dwar “Valsts SIA ‘Sertifikācijas un testēšanas centrs’”, fil-punt 3, jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin fl-ordni tan-numri tal-kodiċi:
|
DEĊIŻJONIJIET
4.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 167/11 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/950
tat-3 ta' Lulju 2018
li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri
(notifikata bid-dokument C(2018) 4321)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE (4) tistabbilixxi miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri, fejn kien hemm każijiet ikkonfermati ta' dik il-marda fi ħnieżer domestiċi jew selvaġġi (l-Istati Membri kkonċernati). Fil-Partijiet I sa IV tiegħu, l-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni jiddemarka u jelenka ċerti żoni tal-Istati Membri kkonċernati, skont il-livell tar-riskju abbażi tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward ta' dik il-marda. L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE ġie emendat diversi drabi biex jitqiesu l-bidliet fis-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer li jridu jiġu riflessi f'dak l-Anness. |
(2) |
Ir-riskju tat-tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-organiżmi selvaġġi huwa marbut mat-tixrid naturali bil-mod ta' dik il-marda fost il-popolazzjonijiet tal-ħanżir selvaġġ, kif ukoll ir-riskji marbuta mal-attività umana, kif deher fl-evoluzzjoni epidemjoloġika riċenti ta' dik il-marda fl-Unjoni, u kif iddokumentat mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fl-Opinjoni Xjentifika tal-Bord dwar is-Saħħa u l-Welfare tal-Annimali, ippubblikata fl-14 ta' Lulju 2015; fir-Rapport Xjentifiku tal-EFSA fuq l-analiżijiet epidemjoloġiċi dwar id-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-pajjiżi Baltiċi u fil-Polonja, ippubblikat fit-23 ta' Marzu 2017; u fir-Rapport Xjentifiku tal-EFSA fuq l-analiżijiet epidemjoloġiċi dwar id-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-pajjiżi Baltiċi u fil-Polonja, ippubblikat fis-7 ta' Novembru 2017 (5). |
(3) |
F'Ġunju 2018, ġew osservati mija u disgħa u tletin tifqigħa ta' deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer domestiċi fil-kontea ta' Tulcea fir-Rumanija. Dawn it-tifqigħat ta' deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer domestiċi jikkostitwixxu żieda fil-livell tar-riskju li jenħtieġ tiġi riflessa fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Għaldaqstant, jenħtieġ li din iż-żona tar-Rumanija affettwata mid-deni Afrikan tal-ħnieżer tiġi elenkata fil-Partijiet I u III ta' dak l-Anness. |
(4) |
F'Ġunju 2018, ġew osservati xi każijiet ta' deni Afrikan tal-ħnieżer fiċ-ċingjali fil-Kontea ta' Satu Mare fir-Rumanija, li diġà hija milquta minn tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fi ħnieżer domestiċi. Dawn it-tifqigħat ta' deni Afrikan tal-ħnieżer fiċ-ċingjali jikkostitwixxu żieda fil-livell tar-riskju li jenħtieġ tiġi riflessa fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Għaldaqstant, jenħtieġ li din iż-żona tar-Rumanija affettwata mid-deni Afrikan tal-ħnieżer tiġi elenkata fil-Partijiet I, II u III ta' dak l-Anness. |
(5) |
F'Ġunju 2018, bosta tifqigħat tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer domestiċi ġew osservati fir-reġjuni Radviliskis, Lazdijai, Raseiniai, Jubarkas, Kediainiai, Mažeikiai u Joniškis fil-Litwanja. Dawn it-tifqigħat ta' deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer domestiċi flimkien mal-każijiet fiċ-ċingjali fl-istess żoni tal-Litwanja jikkostitwixxu żieda fil-livell ta' riskju li jenħtieġ li tiġi riflessa fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Għaldaqstant, jenħtieġ li dawn iż-żoni tal-Litwanja affettwati mid-deni Afrikan tal-ħnieżer jiġu elenkati fil-Parti III ta' dak l-Anness. |
(6) |
F'Ġunju tal-2018, ġew osservati tliet tifqigħat ta' deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer domestiċi fir-reġjuni ta' Wlodawsik, Bialski u Braniewski fil-Polonja. Dawn it-tifqigħat ta' deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer domestiċi flimkien mal-każijiet fiċ-ċingjali fl-istess żoni tal-Polonja jikkostitwixxu żieda fil-livell ta' riskju li jenħtieġ li tiġi riflessa fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Għaldaqstant, jenħtieġ li dawn iż-żoni tal-Polonja affettwati mid-deni Afrikan tal-ħnieżer jiġu elenkati fil-Parti III ta' dak l-Anness. |
(7) |
F'Ġunju 2018, ġiet osservata tifqigħa ta' deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer domestiċi fir-reġjun ta' Jelgava fil-Latvja. Din it-tifqigħa ta' deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer domestiċi, flimkien mal-każijiet fiċ-ċingjali fl-istess żona tal-Latvja, tikkostitwixxi żieda fil-livell ta' riskju li jenħtieġ li tiġi riflessa fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Għaldaqstant, jenħtieġ din iż-żona tal-Latvja affettwata mid-deni Afrikan tal-ħnieżer tiġi elenkata fil-Parti III ta' dak l-Anness. |
(8) |
Sabiex jitqiesu l-iżviluppi riċenti tal-evoluzzjoni epidemjoloġika tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Unjoni, u biex ir-riskji marbuta mat-tixrid ta' dik il-marda jiġu miġġielda b'mod proattiv, jenħtieġ li fil-każ tar-Rumanija, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja jiġu demarkati ż-żoni l-ġodda ta' daqs suffiċjenti li huma l-aktar fir-riskju u jiġu elenkati skont kif meħtieġ fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Għalhekk jenħtieġ li dak l-Anness jiġi emendat skont dan. |
(9) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Lulju 2018.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(4) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE tad-9 ta' Ottubru 2014 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE (ĠU L 295, 11.10.2014, p. 63).
(5) EFSA Journal 2015;13(7):4163; EFSA Journal 2017;15(3):4732; EFSA Journal 2017;15(11):5068.
ANNESS
L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE huwa sostitwit b'dan li ġej:
ANNESS
PARTI I
1. Ir-Repubblika Ċeka
Iż-żoni li ġejjin fir-Repubblika Ċeka:
— |
okres Uherské Hradiště, |
— |
okres Kroměříž, |
— |
okres Vsetín, |
— |
katastrální území obcí v okrese Zlín:
|
2. Estonja
Iż-żoni li ġejjin fl-Estonja:
— |
Hiiu maakond. |
3. Ungerija
Iż-żoni li ġejjin fl-Ungerija:
— |
Borsod-Abaúj-Zemplén megye 650100, 650200, 650300, 650400, 650500, 650600, 650700, 650800, 651000, 651100, 651200, 652100, 652200, 652300, 652400, 652500, 652601, 652602, 652603, 652700, 652800, 652900 és 653403 kódszámúvalamint 656100, 656200, 656300, 656400, 656701, 657010, 657100, 657400, 657500, 657600, 657700, 657800, 657900, 658000, 658100, 658201, 658202, 658310, 658401, 658402, 658403, 658404, 658500, 658600, 658700, 658801, 658802, 658901, 658902, 659000, 659100, 659210, 659220, 659300, 659400, 659500, 659601, 659602, 659701, 659800, 659901, 660000, 660100, 660200, 660400, 660501, 660502, 660600 és 660800 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Hajdú-Bihar megye 900850, 900860, 900930, 900950 és 903350 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Heves megye 700150, 700250, 700260, 700350, 700450, 700460, 700550, 700650, 700750, 700850, 702350, 702450, 702550, 702750, 702850, 703350, 703360, 703450, 703550, 703610, 703750, 703850, 703950, 704050, 704150, 704250, 704350, 704450, 704550, 704650, 704750, 704850, 704950, 705050, 705250, 705350, 705510 és 705610 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Jász-Nagykun-Szolnok megye 750150, 750160, 750250, 750260, 750350, 750450, 750460, 750550, 750650, 750750, 750850, 750950 és 750960 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Nógrád megye 550110, 550120, 550130, 550210, 550310, 550320, 550450, 550460, 550510, 550610, 550710, 550810, 550950, 551010, 551150, 551160, 551250, 551350, 551360, 551450, 551460, 551550, 551650, 551710, 551810, 551821, 552010, 552150, 552250, 552350, 552360, 552450, 552460, 552520, 552550, 552610, 552620, 552710, 552850, 552860, 552950, 552960, 552970, 553110, 553250, 553260 és 553350 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Pest megye 571250, 571350, 571550, 571610, 571750, 571760, 572350, 572550, 572850, 572950, 573360 és 573450 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Szabolcs-Szatmár-Bereg megye 850150, 850250, 850260, 850350, 850450, 850550, 850650, 850850, 851851, 851852, 851950, 852050, 852150, 852250, 852350, 852450, 852550, 852750, 853560, 853650, 853751, 853850, 853950, 853960, 854050, 854150, 854250, 854350, 855250, 855350, 855450, 855460, 855550, 855650, 855660, 855750, 855850, 855950, 855960, 856012, 856050, 856150, 856250, 856260, 856850, 856950, 857050, 857150, 857350, 857450 és 857550. |
4. Latvja
Iż-żoni li ġejjin fil-Latvja:
— |
Aizputes novads, |
— |
Alsungas novads, |
— |
Kuldīgas novada Gudenieku, Turlavas un Laidu pagasts, |
— |
Pāvilostas novada Sakas pagasts un Pāvilostas pilsēta, |
— |
Skrundas novada,Nīkrācesun Rudbāržu pagasts un Skrundas pagasta daļa, kas atrodas uz dienvidiem no autoceļa A9, Skrundas pilsēta, |
— |
Stopiņu novada daļa, kas atrodas uz rietumiem no autoceļa V36, P4 un P5, Acones ielas, Dauguļupes ielas un Dauguļupītes, |
— |
Vaiņodes novads, |
— |
Ventspils novada Jūrkalnes pagasts. |
5. Litwanja
Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:
— |
Jurbarko rajono savivaldybė: Eržvilko, Smalininkų ir Viešvilės seniūnijos, |
— |
Kazlų Rūdos savivaldybė, |
— |
Kelmės rajono savivaldybė: Kelmės, Kelmės apylinkių, Kražių, Kukečių, Liolių, Pakražančio, Šaukėnų seniūnijos, Tytyvėnų seniūnijos dalis į vakarus ir šiaurę nuo kelio Nr. 157 ir į vakarus nuo kelio Nr. 2105 ir Tytuvėnų apylinkių seniūnijos dalis į šiaurę nuo kelio Nr. 157 ir į vakarus nuo kelio Nr. 2105, Užvenčio ir Vaiguvos seniūnijos, |
— |
Mažeikių rajono savivaldybė: Sedos, Šerkšnėnų ir Židikų seniūnijos, |
— |
Pagėgių savivaldybė, |
— |
Raseinių rajono savivaldybė: Girkalnio ir Kalnūjų seniūnijos dalis į šiaurę nuo kelio Nr A1, Nemakščių, Paliepių, Raseinių, Raseinių miesto ir Viduklės seniūnijos, |
— |
Šakių rajono savivaldybė, |
— |
Tauragės rajono savivaldybė, |
— |
Telšių rajono savivaldybė. |
6. Polonja
Iż-żoni li ġejjin fil-Polonja:
|
w województwie warmińsko-mazurskim:
|
|
w województwie podlaskim:
|
|
w województwie mazowieckim:
|
|
w województwie lubelskim:
|
7. Rumanija
Iż-żoni li ġejjin fir-Rumanija:
— |
Il-kontea ta' Bihor, |
— |
Il-kontea ta' Cluj, |
— |
Il-kontea ta' Maramureș, |
— |
Il-kontea ta' Galați, |
— |
Il-kontea ta' Vrancea, |
— |
Il-kontea ta' Brăila, |
— |
Il-kontea ta' Buzău, |
— |
Il-kontea ta' Ialomița, |
— |
Il-kontea ta' Călărași, |
— |
Il-kontea ta' Constanța. |
PARTI II
1. Ir-Repubblika Ċeka
Iż-żoni li ġejjin fir-Repubblika Ċeka:
— |
katastrální území obcí v okrese Zlín:
|
2. Estonja
Iż-żoni li ġejjin fl-Estonja:
— |
Eesti Vabariik (välja arvatud Hiiu maakond). |
3. Ungerija
Iż-żoni li ġejjin fl-Ungerija:
— |
Heves megye 700860, 700950, 701050, 701111, 701150, 701250, 701350, 701550, 701560, 701650, 701750, 701850, 701950, 702050, 702150, 702250, 702260, 702950, 703050, 703150, 703250, 703370, 705150 és 705450 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
— |
Szabolcs-Szatmár-Bereg megye 850950, 851050, 851150, 851250, 851350, 851450, 851550, 851560, 851650, 851660, 851751, 851752, 852850, 852860, 852950, 852960, 853050, 853150, 853160, 853250, 853260, 853350, 853360, 853450, 853550, 854450, 854550, 854560, 854650, 854660, 854750, 854850, 854860, 854870, 854950, 855050, 855150, 856350, 856360, 856450, 856550, 856650, 856750, 856760 és 857650 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe. |
4. Latvja
Iż-żoni li ġejjin fil-Latvja:
— |
Ādažu novads, |
— |
Aglonas novads, |
— |
Aizkraukles novads, |
— |
Aknīstes novads, |
— |
Alojas novads, |
— |
Alūksnes novads, |
— |
Amatas novads, |
— |
Apes novads, |
— |
Auces novads, |
— |
Babītes novads, |
— |
Baldones novads, |
— |
Baltinavas novads, |
— |
Balvu novads, |
— |
Bauskas novads, |
— |
Beverīnas novads, |
— |
Brocēnu novads, |
— |
Burtnieku novads, |
— |
Carnikavas novads, |
— |
Cēsu novads, |
— |
Cesvaines novads, |
— |
Ciblas novads, |
— |
Dagdas novads, |
— |
Daugavpils novads, |
— |
Dobeles novads, |
— |
Dundagas novads, |
— |
Engures novads, |
— |
Ērgļu novads, |
— |
Garkalnes novads, |
— |
Gulbenes novads, |
— |
Iecavas novads, |
— |
Ikšķiles novads, |
— |
Ilūkstes novads, |
— |
Inčukalna novads, |
— |
Jaunjelgavas novads, |
— |
Jaunpiebalgas novads, |
— |
Jaunpils novads, |
— |
Jēkabpils novads, |
— |
Jelgavas novada, Glūdas, Svētes, Zaļenieku, Vilces, Lielplatones, Elejas, Sesavas, Platones un Vircavas pagasts, |
— |
Kandavas novads, |
— |
Kārsavas novads, |
— |
Ķeguma novads, |
— |
Ķekavas novads, |
— |
Kocēnu novads, |
— |
Kokneses novads, |
— |
Krāslavas novads, |
— |
Krimuldas novads, |
— |
Krustpils novads, |
— |
Kuldīgas novada Ēdoles, Īvandes, Kurmāles, Padures, Pelču, Rumbas, Rendas, Kabiles,Snēpeles un Vārmes pagasts, Kuldīgas pilsēta, |
— |
Lielvārdes novads, |
— |
Līgatnes novads, |
— |
Limbažu novads, |
— |
Līvānu novads, |
— |
Lubānas novads, |
— |
Ludzas novads, |
— |
Madonas novads, |
— |
Mālpils novads, |
— |
Mārupes novads, |
— |
Mazsalacas novads, |
— |
Mērsraga novads, |
— |
Naukšēnu novads, |
— |
Neretas novads, |
— |
Ogres novads, |
— |
Olaines novads, |
— |
Ozolnieku novada Ozolnieku un Cenu pagasts, |
— |
Pārgaujas novads, |
— |
Pļaviņu novads, |
— |
Preiļu novads, |
— |
Priekuļu novads, |
— |
Raunas novads, |
— |
republikas pilsēta Daugavpils, |
— |
republikas pilsēta Jelgava, |
— |
republikas pilsēta Jēkabpils, |
— |
republikas pilsēta Jūrmala, |
— |
republikas pilsēta Rēzekne, |
— |
republikas pilsēta Valmiera, |
— |
Rēzeknes novads, |
— |
Riebiņu novads, |
— |
Rojas novads, |
— |
Ropažu novads, |
— |
Rugāju novads, |
— |
Rundāles novads, |
— |
Rūjienas novads, |
— |
Salacgrīvas novads, |
— |
Salas novads, |
— |
Salaspils novads, |
— |
Saldus novada Jaunlutriņu, Lutriņu, Šķēdes, Nīgrandes, Saldus, Jaunauces, Rubas, Vadakstes, Zaņas, Ezeres, Pampāļu un Zirņu pagasts un Saldus pilsēta, |
— |
Saulkrastu novads, |
— |
Sējas novads, |
— |
Siguldas novads, |
— |
Skrīveru novads, |
— |
Skrundas novada Raņķu pagasts un Skrundas pagasta daļa, kas atrodas uz Ziemeļiem no autoceļa A9 |
— |
Smiltenes novads, |
— |
Stopiņu novada daļa, kas atrodas uz austrumiem no autoceļa V36, P4 un P5, Acones ielas, Dauguļupes ielas un Dauguļupītes, |
— |
Strenču novads, |
— |
Talsu novads, |
— |
Tērvetes novads, |
— |
Tukuma novads, |
— |
Valkas novads, |
— |
Varakļānu novads, |
— |
Vārkavas novads, |
— |
Vecpiebalgas novads, |
— |
Vecumnieku novads, |
— |
Ventspils novada Ances, Tārgales, Popes, Vārves, Užavas, Piltenes, Puzes, Ziru, Ugāles, Usmas un Zlēku pagasts, Piltenes pilsēta, |
— |
Viesītes novads, |
— |
Viļakas novads, |
— |
Viļānu novads, |
— |
Zilupes novads. |
5. Litwanja
Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:
— |
Akmenės rajono savivaldybė: Naujosios Akmenės kaimiškoji, Kruopių, Naujosios Akmenės miesto, Papilės seniūnijos, |
— |
Alytaus miesto savivaldybė, |
— |
Alytaus rajono savivaldybė: Alytaus, Krokialaukio, Miroslavo, Nemunaičio, Punios ir Simno seniūnijos, |
— |
Anykščių rajono savivaldybė, |
— |
Birštono savivaldybė, |
— |
Biržų miesto savivaldybė, |
— |
Biržų rajono savivaldybė, |
— |
Druskininkų savivaldybė, |
— |
Elektrėnų savivaldybė, |
— |
Ignalinos rajono savivaldybė, |
— |
Jonavos rajono savivaldybė, |
— |
Jurbarko rajono savivaldybė: Jurbarko miesto, Jurbarkų, seniūnijos, |
— |
Kaišiadorių miesto savivaldybė, |
— |
Kaišiadorių rajono savivaldybė, |
— |
Kalvarijos savivaldybė, |
— |
Kauno miesto savivaldybė, |
— |
Kauno rajono savivaldybė: Akademijos, Alšėnų, Babtų, Batniavos, Domeikavos, Ežerėlio, Garliavos, Garliavos apylinkių, Kačerginės, Karmėlavos, Kulautuvos, Lapių, Linksmakalnio, Neveronių, Raudondvario, Ringaudų, Rokų, Samylų, Taurakiemio, Užliedžių, Vandžiogalos ir Zapyškio seniūnijos, |
— |
Kėdainių rajono savivaldybė: Gudžiūnų, Surviliškio, Šėtos, Truskavos ir Vilainių seniūnijos, |
— |
Kupiškio rajono savivaldybė, |
— |
Marijampolės savivaldybė, |
— |
Molėtų rajono savivaldybė, |
— |
Pakruojo rajono savivaldybė: Klovainių seniūnija, Linkuvos seniūnijos dalis į rytus nuo kelio Nr. 151 ir kelio Nr. 211, ir Rozalimo seniūnija, |
— |
Panevėžio rajono savivaldybė, |
— |
Pasvalio rajono savivaldybė, |
— |
Radviliškio rajono savivaldybė: Aukštelkų, Baisogalos, Pakalniškių, Radviliškio, Radviliškio miesto, Sidabravo, Skėmių, Šeduvos miesto ir Tyrulių seniūnijos, |
— |
Prienų miesto savivaldybė, |
— |
Prienų rajono savivaldybė, |
— |
Rokiškio rajono savivaldybė, |
— |
Šalčininkų rajono savivaldybė, |
— |
Šiaulių miesto savivaldybė, |
— |
Šiaulių rajono savivaldybė, |
— |
Širvintų rajono savivaldybė, |
— |
Švenčionių rajono savivaldybė, |
— |
Ukmergės rajono savivaldybė, |
— |
Utenos rajono savivaldybė, |
— |
Vilniaus miesto savivaldybė, |
— |
Vilniaus rajono savivaldybė, |
— |
Vilkaviškio rajono savivaldybė, |
— |
Visagino savivaldybė, |
— |
Zarasų rajono savivaldybė. |
6. Polonja
Iż-żoni li ġejjin fil-Polonja:
|
w województwie warmińsko-mazurskim:
|
|
w województwie podlaskim:
|
|
w województwie mazowieckim:
|
|
w województwie lubelskim:
|
7. Rumanija
Iż-żoni li ġejjin fir-Rumanija
— |
Il-kontea ta' Sălaj. |
PARTI III
1. Latvja
Iż-żoni li ġejjin fil-Latvja:
— |
Jelgavas novada Jaunsvirlaukas, Valgundes, Kalnciema, Līvbērzes, pagasts, |
— |
Ozolnieku novada Salgales pagasts, |
— |
Saldus novada Novadnieku, Kursīšu un Zvārdes pagasts. |
2. Litwanja
Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:
— |
Akmenės rajono savivaldybė: Akmenės ir Ventos seniūnijos, |
— |
Alytaus rajono savivaldybė: Alovės, Butrimonių, Daugų, Pivašiūnų ir Raitininkų seniūnijos, |
— |
Jurbarko rajono savivaldybė: Girdžių, Juodaičių, Raudonės, Seredžiaus, Skirsnemunės, Šimkaičių ir Veliuonos seniūnijos, |
— |
Joniškio rajono savivaldybė |
— |
Kauno rajono savivaldybė: Babtų, Čekiškės, Vilkijos ir Vilkijos apylinkių seniūnijos, |
— |
Kėdainių rajono savivaldybė: Dotnuvos, Josvainių, Kėdainių miesto, Krakių, Pelėdnagių ir Pernaravos seniūnijos, |
— |
Kelmės rajono savivaldybė: Tytyvėnų seniūnijos dalis į rytus ir pietus nuo kelio Nr. 157 ir į rytus nuo kelio Nr. 2105 ir Tytuvėnų apylinkių seniūnijos dalis į pietus nuo kelio Nr. 157 ir į rytus nuo kelio Nr. 2105, |
— |
Lazdijų rajono savivaldybė, |
— |
Mažeikių rajono savivaldybės: Laižuvos, Mažeikių apylinkės, Mažeikių, Reivyčių, Tirkšlių ir Viekšnių seniūnijos, |
— |
Pakruojo rajono savivaldybė: Guostagalio seniūnija, Linkuvos seniūnijos dalis į vakarus nuo kelio Nr. 151 ir kelio Nr. 211, Lygumų, Pakruojo, Pašvitinio ir Žeimelio seniūnijos, |
— |
Radviliškio rajono savivaldybė: Grinkiškio, Šaukoto ir Šiaulėnų seniūnijos, |
— |
Raseinių rajono savivaldybė: Ariogalos, Betygalos, Pagojukų Šiluvos, Kalnujų seniūnijos ir Girkalnio seniūnijos dalis į pietus nuo kelio Nr. A1, |
— |
Trakų rajono savivaldybė, |
— |
Varėnos rajono savivaldybė. |
3. Polonja
Iż-żoni li ġejjin fil-Polonja:
|
w województwie warmińsko-mazurskim:
|
|
w województwie podlaskim:
|
|
w województwie mazowieckim:
|
|
w województwie lubelskim:
|
4. Rumanija
Iż-żoni li ġejjin fir-Repubblika Ċeka:
— |
Il-kontea ta' Satu Mare, |
— |
Il-kontea ta' Tulcea. |
PARTI IV
Italja
Iż-żoni li ġejjin fl-Italja:
— |
it-territorju intier ta' Sardinja. |
RAKKOMANDAZZJONIJIET
4.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 167/28 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/951
tat-22 ta' Ġunju 2018
dwar standards għall-korpi għall-ugwaljanza
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Unjoni hija bbażata fuq il-valur tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi. Dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri f'soċjetà fejn jipprevalu l-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel. |
(2) |
L-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprovdi li f'kull attività tagħha, l-Unjoni għandha tfittex li telimina l-inugwaljanzi, u li tippromwovi l-ugwaljanza, bejn l-irġiel u n-nisa. |
(3) |
L-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipprojbixxi kull diskriminazzjoni fuq kwalunkwe bażi, bħas-sess, ir-razza, l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, diżabilità, l-età jew orjentazzjoni sesswali. L-Artikolu 23 tal-Karta jistabbilixxi d-dritt għal ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u n-nisa fl-oqsma kollha, inkluż l-impjieg, ix-xogħol u l-paga. L-Artikolu 26 tagħha jirrikonoxxi u jirrispetta d-drittijiet tal-persuni diżabbli li jibbenefikaw minn miżuri intiżi sabiex jiżguraw l-indipendenza, l-integrazzjoni soċjali u professjonali tagħhom, u l-parteċipazzjoni tagħhom fil-ħajja tal-komunità. Barra minn hekk, l-ugwaljanza ta' kull persuna f'għajnejn il-liġi hija minquxa fl-Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
(4) |
Skont l-Artikolu 19 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra tat-Trattati u fil-limiti tal-poteri mogħtija minnu lill-Unjoni, il-Kunsill, li jaġixxi unanimament skond il-proċedura leġislattiva speċjali u bl- approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, jista' jieħu l-azzjoni xierqa sabiex jiġġieled id-diskriminazzjoni li tkun ibbażata fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew twemmin, id-diżabilità, l-età jew it-tendenzi sesswali. Skont l-Artikolu 157(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, għandhom jadottaw miżuri li jassiguraw l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u trattament ugwali ta' l-irġiel u n-nisa f'materji ta' impjiegi u xogħol, inklużi l-prinċipji ta' paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta' valur ugwali. |
(5) |
Abbażi ta' dawn id-dispożizzjonijiet ġew adottati diversi Direttivi dwar il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni fl-oqsma rilevanti. |
(6) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE (1) tipprojbixxi d-diskriminazzjoni diretta u indiretta abbażi tal-oriġini razzjali jew etnika, inkluż il-fastidju. Hija tapplika għal kulħadd, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f'dak privat, inkluż il-korpi pubbliċi, b'rabta ma' (a) kundizzjonijiet għall-aċċess għall-impjieg, għal xogħol ta' min jaħdem għal rasu u għal xogħol, inkluż il-kriterji tal-għażla u l-kundizzjonijiet tar-reklutaġġ, ikun xi jkun il-qasam ta' attività u fil-livelli kollha tal-ġerarkija professjonali, inkluża l-promozzjoni; (b) l-aċċess għat-tipi kollha u għal-livelli kollha ta' gwida vokazzjonali, taħriġ vokazzjonali, taħriġ vokazzjonali avvanzat u taħriġ mill-ġdid, inkluża l-esperjenza tax-xogħol prattiku; (c) il-kundizzjonijiet tal-impjieg u tax-xogħol, inklużi s-sensji u l-paga; (d) is-sħubija u l-involviment f'organizzazzjoni tal-ħaddiema jew ta' min iħaddem, jew ta' kwalunkwe organizzazzjoni li l-membri tagħha jwettqu professjoni partikolari, inklużi l-benefiċċji pprovduti minn dawn l-organizzazzjonijiet. (e) il-protezzjoni soċjali, inklużi s-sigurtà soċjali u l-kura tas-saħħa; (f) il-vantaġġi soċjali; (g) l-edukazzjoni; u (h) l-aċċess għall-oġġetti u s-servizzi u l-provvista tagħhom li huma disponibbli għall-pubbliku, inkluż l-akkomodazzjoni. |
(7) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE (2) tipprojbixxi d-diskriminazzjoni diretta jew indiretta, inkluż il-fastidju, abbażi ta' reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali f'dak li għandu x'jaqsam mal-impjieg, ix xogħol u t-taħriġ vokazzjonali. Hija tapplika għal kulħadd, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f'dak privat, inkluż il-korpi pubbliċi, b'rabta mal-punti (a) — (d) imsemmija fil-premessa preċedenti. |
(8) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE (3) tipprojbixxi d-diskriminazzjoni diretta u indiretta abbażi ta' sess, inkluż il-fastidju u l-fastidju sesswali, fl-aċċess u fil-provvista ta' oġġetti u servizzi. |
(9) |
Id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi tipprovdi għal projbizzjoni kontra diskriminazzjoni diretta u indiretta abbażi ta' sess, inkluż il-fastidju u l-fastidju sesswali, fi kwistjonijiet ta' aċċess għall-impjiegi, inkluża l-promozzjoni, u għal taħriġ vokazzjonali, kundizzjonijiet tax-xogħol, inkluża l-paga, u skemi okkupazzjonali ta' sigurtà soċjali. |
(10) |
Id-Direttiva 2010/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) tipprojbixxi d-diskriminazzjoni diretta u indiretta, inkluż il-fastidju u l-fastidju sesswali, bejn l-irġiel u n-nisa li jeżerċitaw attività li fiha jaħdmu għal rashom. Il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva jkopri kull tip ta' diskriminazzjoni, iżda l-protezzjoni soċjali u l-benefiċċji tal-maternità huma msemmija b'mod speċjali. |
(11) |
Id-Direttivi kollha msemmija hawn fuq (minn hawn 'il quddiem “id-Direttivi dwar l-ugwaljanza”) ġew trasposti mill-Istati Membri. Id-Direttivi dwar l-ugwaljanza, minbarra d-Direttiva 2000/78/KE, jipprovdu li l-Istati Membri għandhom jaħtru korp jew korpi għall-promozzjoni, inkluż l-analiżi, il-monitoraġġ u l-appoġġ tat-trattament ugwali tal-persuni kollha mingħajr diskriminazzjoni abbażi tar-raġunijiet koperti mid-Direttivi rispettivi (minn hawn 'il quddiem il-“korpi tal-ugwaljanza”). Għaldaqstant, l-Istati Membri kollha stabbilixxew korpi tal-ugwaljanza. |
(12) |
Din ir-Rakkomandazzjoni tapplika għall-korpi tal-ugwaljanza mwaqqfa taħt id-Direttivi tal-ugwaljanza msemmija. |
(13) |
Meta d-Direttivi kollha dwar l-ugwaljanza jipprovdu għat-twaqqif ta' tali korpi tal-ugwaljanza, jeżiġu li l-Istati Membri jiżguraw li l-kompetenzi tagħhom jinkludu l-għoti ta' assistenza indipendenti lill-vittmi, it-twettiq ta' stħarriġ indipendenti dwar id-diskriminazzjoni, il-pubblikazzjoni ta' rapporti indipendenti u t-tħejjija ta' rakkomandazzjonijiet dwar kwalunkwe kwistjoni relatata ma' tali diskriminazzjoni. |
(14) |
Barra minn hekk, fit-2 ta' Lulju 2008 il-Kummissjoni adottat proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali (6). Il-kamp ta' applikazzjoni tal-proposta jkopri (a) il-protezzjoni soċjali, inkluż is-sigurtà soċjali u l-kura tas-saħħa; (b) il-vantaġġi soċjali; (c) l-edukazzjoni; u (d) l-aċċess għall-oġġetti u s-servizzi u l-provvista tagħhom li huma disponibbli għall-pubbliku, inkluż l-akkomodazzjoni. Skont id-Direttivi proposti l-Istati Membri huma obbligati li jinnominaw korp jew korpi għat-trattament ugwali wkoll f'dawk l-oqsma, li jistgħu jkunu l-istess korpi bħal dawk diġà mwaqqfa permezz tad-Direttivi tal-ugwaljanza. Għalkemm il-proposta ma ġietx adottata sal-lum, l-Istati Membri għandhom ikunu mħeġġa jaħtru korpi tal-ugwaljanza f'dawk l-oqsma, għaliex l-esperjenza turi li l-ħatra ta' dawn il-korpi ssaħħaħ il-protezzjoni mid-diskriminazzjoni. |
(15) |
Id-Direttivi 2006/54/KE u 2010/42/UE jeżiġu wkoll li l-Istati Membri jiżguraw li l-kompiti tal-korpi tal-ugwaljanza jinkludu l-iskambju tal-informazzjoni disponibbli mal-korpi Ewropej korrispondenti. |
(16) |
F'għadd ta' Stati Membri, il-mandat tal-korpi tal-ugwaljanza jkopri wkoll reati ta' mibegħda u d-diskors ta' mibegħda. Dan huwa rilevanti, b'mod partikolari, fir-rigward tal-implimentazzjoni effettiva tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/913/ĠAI (7) dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta' razziżmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali, li tistabbilixxi standards minimi għall-kriminalizzazzjoni, il-prosekuzzjoni u miżuri restrittivi fuq reati u diskors ta' mibgħeda razzista. |
(17) |
Minbarra l-obbligi tagħhom taħt id-Direttivi biex iwaqqfu korpi tal-ugwaljanza, ħafna mill-Istati Membri estendew il-mandat tal-korpi tal-ugwaljanza tagħhom biex jinkludi kamp ta' applikazzjoni aktar ġenerali ta' diskriminazzjoni abbażi ta' sess, oriġini razzjali jew etnika, reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali fl-oqsma tal-impjiegi u tax-xogħol, l-aċċess għal u l-provvista ta' oġġetti u servizzi, l-edukazzjoni, il-protezzjoni soċjali u l-vantaġġi soċjali, biex b'hekk ikopri l-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2000/78/KE, kif ukoll oqsma oħra. |
(18) |
It-test tad-Direttivi dwar l-ugwaljanza jħalli marġni wiesgħa ta' diskrezzjoni lill-Istati Membri f'dak li għandu x'jaqsam mal-istruttura u mal-funzjonament tal-korpi tal-ugwaljanza. Dan iwassal għal differenzi sinifikanti bejn il-korpi tal-ugwaljanza stabbiliti fl-Istati Membri, f'termini tal-mandat, tal-kompetenzi, tal-istrutturi, tar-riżorsi u tal-funzjonament operattiv tal-korpi tal-ugwaljanza. Imbagħad xi kultant dan jista' jwassal għal aċċess mhux sodisfaċenti għal protezzjoni għaċ-ċittadini, protezzjoni li mhix ugwali minn Stat Membru għal ieħor (8). |
(19) |
Xi Stati Membri waqqfu aktar minn korp tal-ugwaljanza wieħed li jeħtieġ il-kreazzjoni ta' strutturi ċari għall-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni tagħhom. |
(20) |
F'xi Stati Membri, il-korpi ta' ugwaljanza eżistenti raw il-mandat tagħhom estiż għall-aktar oqsma differenti mingħajr żieda adegwata fir-riżorsi. Numru ta' korpi tal-ugwaljanza anke ħabbtu wiċċhom ma' tnaqqis sinifikanti fil-baġits tagħhom, li jista' jirriżulta fi tnaqqis tal-kapaċità tagħhom li jwettqu l-kompiti tagħhom (9). |
(21) |
Fl-istudji ġew indikati każijiet ta' korpi tal-ugwaljanza li mhumiex indipendenti u effettivi, pereżempju minħabba pressjoni esterna jew nuqqas ta' persunal (10). |
(22) |
Fil-prattika, l-indipendenza tista' tkun affettwata b'mod partikolari meta l-korp tal-ugwaljanza jitwaqqaf bħala parti minn ministeru b'istruzzjonijiet diretti mill-Gvern. |
(23) |
Il-korpi tal-ugwaljanza ma għandhomx jikkonċentraw b'mod sproporzjonat fuq ċerti kompiti bi ħsara għal oħrajn (11). |
(24) |
Sabiex jgħinu lil gruppi jew individwi li jsofru diskriminazzjoni biex jagħmlu użu mid-drittijiet tagħhom, il-korpi tal-ugwaljanza għandhom iqajmu wkoll il-kuxjenza pubblika dwar l-eżistenza tagħhom, tar-regoli kontra d-diskriminazzjoni u l-mezzi biex ifittxu rimedju. Għal dan il-għan, kulħadd għandu jkollu aċċess għall-korpi tal-ugwaljanza, kemm personalment u online. Is-sottomissjoni tal-ilmenti wkoll għandha tiġi ffaċilitata permezz tal-kunfidenzjalità u proċeduri sempliċi mingħajr ħlas. |
(25) |
Sabiex ikun ċert li l-korpi tal-ugwaljanza jaħdmu sew u b'mod ekwivalenti madwar l-Unjoni kollha, jidher xieraq li ssir rakkomandazzjoni lill-Istati Membri biex jistabbilixxu standards għall-korpi tal-ugwaljanza. |
(26) |
Il-ħtieġa għal standards minimi għall-korpi tal-ugwaljanza kompliet tiġi enfasizzata fir-Rapport konġunt tal-2014 dwar l-applikazzjoni tad-Direttivi 2000/43/KE u 2000/78/KE (12), fir-Rapport tal-2015 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/113/KE (13) kif ukoll fir-rapport ta' evalwazzjoni tar-Rakkomandazzjoni dwar it-Trasparenza fil-Pagi tal-2014 u fil-Pjan ta' Azzjoni 2017-2019 tal-UE . L-indirizzar tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa (14). Barra minn hekk, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-2015 il-Parlament Ewropew talab għall-introduzzjoni ta' standards għall-korpi tal-ugwaljanza (15). |
(27) |
In-Nazzjonijiet Uniti (16), in-Netwerk Ewropew għall-Korpi tal-Ugwaljanza (17) u l-Kunsill tal-Ewropa (18) diġà adottaw standards għall-korpi tal-ugwaljanza u għall-istituzzjonijiet għad-drittijiet tal-bniedem. |
(28) |
Ir-Rakkomandazzjoni attwali hija indirizzata lill-Istati Membri. Hija għandha l-għan li tikkontribwixxi biex jingħalaq id-distakk fl-istandards bejn il-korpi tal-ugwaljanza fl-Ewropa. |
(29) |
Ir-Rakkomandazzjoni tistabbilixxi standards dwar il-mandat, l-indipendenza, l-effikaċja, l-aċċessibbiltà u l-koordinazzjoni tal-korpi tal-ugwaljanza u rigward l-aċċess għalihom, sabiex jiġi żgurat li jkunu jistgħu jwettqu l-funzjonijiet tagħhom b'mod effettiv. |
(30) |
Din ir-Rakkomandazzjoni tibni fuq l-impenn tal-Kummissjoni biex tħeġġeġ u tgħin lill-Istati Membri biex itejbu l-kapaċità tagħhom biex jinfurzaw il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u jipprovdu rimedji sabiex jiġi żgurat li individwi u gruppi diskriminati li huma protetti mid-dritt tal-Unjoni jistgħu jgawdu b'mod sħiħ id-drittijiet tagħhom, f'konformità mal-Komunikazzjoni “Id-Dritt tal-Unjoni: Riżultati aħjar permezz ta' applikazzjoni aħjar” (19). Korpi tal-ugwaljanza indipendenti għandhom rwol essenzjali fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni b'mod effettiv u li jinfurzawha b'mod komprensiv u konsistenti. Il-korpi tal-ugwaljanza huma wkoll istituzzjonijiet neċessarji u siewja għall-iżvilupp sostenibbli ta' soċjetajiet demokratiċi ugwali u inklużivi. |
(31) |
Fl-oqsma li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Unjoni, l-istandards għall-korpi tal-ugwaljanza jridu jissodisfaw ukoll ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità. Din il-Konvenzjoni ġiet approvata f'isem il-Komunità Ewropea permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE (20) tas-26 ta' Novembru 2009 u għalhekk hija parti integrali tal-ordni legali tal-UE bi prevalenza fuq il-liġi sekondarja tal-UE. |
(32) |
Id-Direttivi 2000/43/KE, 2000/78/KE, 2004/113/KE u 2006/54/KE fihom obbligu għall-Istati Membri li jikkomunikaw l-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-applikazzjoni tagħhom sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tfassal rapport li jipprovdi valutazzjoni tal-miżuri meħuda minnhom skont id-Direttivi rilevanti. Il-komunikazzjoni għandha ssir f'ċerti intervalli stabbiliti minn qabel, (21) sabiex tippermetti lill-Kummissjoni tadotta u tippubblika rapport. L-inklużjoni f'dik il-komunikazzjoni ta' informazzjoni dwar il-konformità tal-Istati Membri mar-Rakkomandazzjoni preżenti tippermetti valutazzjoni tal-impatt tagħha. |
(33) |
Fuq livell tal-Unjoni, ir-Rakkomandazzjoni preżenti hija mingħajr preġudizzju għall-prinċipji tad-dritt proċedurali nazzjonali u t-tradizzjonijiet legali tal-Istati Membri. Ir-Rakkomandazzjoni ma tinvolvix estensjoni tas-setgħat tal-Unjoni kif definit mit-Trattati u mil-leġislazzjoni sekondarja tal-Unjoni. |
ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
KAPITOLU 1
GĦAN U SUĠĠETT
(1) |
L-għan ta' din ir-Rakkomandazzjoni huwa li jiġu stabbiliti miżuri li jistgħu japplikaw l-Istati Membri sabiex jgħinu jitjiebu l-indipendenza u l-effikaċja tal-korpi tal-ugwaljanza, b'mod partikolari fir-rigward tal-kapaċità tagħhom biex jiżguraw li individwi u gruppi li jisfaw vittmi ta' diskriminazzjoni jkunu jistgħu jgawdu bis-sħiħ id-drittijiet tagħhom. |
(2) |
L-Istati Membri kollha jenħtieġ li jiżguraw li l-korpi tal-ugwaljanza jkunu jistgħu jwettqu l-funzjonijiet, kif stipulati fid-Direttivi 2000/43/KE, 2004/113/KE, 2006/54/KE U 2010/41/UE, b'mod indipendenti u effettiv. |
KAPITOLU II
MIŻURI RAKKOMANDATI
1.1. Mandat tal-korpi tal-ugwaljanza
1.1.1. Raġunijiet u kamp ta' applikazzjoni koperti mill-mandat tal-korpi tal-ugwaljanza
(1) |
Minbarra l-obbligi tagħhom skont id-Direttivi 2000/43/KE, 2004/113/KE, 2006/54/KE u 2010/41/UE rigward il-ħatra ta' korpi għall-promozzjoni ta' trattament ugwali (minn hawn' il quddiem “korpi tal-ugwaljanza”), l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw jaħtru korp għall-ugwaljanza biex ikopri d-diskriminazzjoni bbażata fuq ir-reliġjon, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2000/78/KE. |
(2) |
L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li jestendu l-mandat tal-korpi tal-ugwaljanza sabiex ikopri, għar-raġunijiet ta' diskriminazzjoni pprojbiti kollha, l-oqsma tal-impjiegi u tax-xogħol, l-aċċess għal u l-provvista ta' prodotti u servizzi, l-edukazzjoni, il-protezzjoni soċjali u l-benefiċċji soċjali, inkluż diskors ta' mibegħda relatat ma' dawn ir-raġunijiet f'dawn l-oqsma. |
(3) |
Kemm għal korpi b'mandat wieħed kif ukoll korpi tal-ugwaljanza li għandhom diversi mandati u/jew jindirizzaw diversi raġunijiet, l-istruttura interna għandha tiżgura enfasi fuq kull parti tal-mandat u fokus fuq kull raġuni. Dan għandu jkun proporzjonat għall-impatt tar-raġuni marbut mad-diskriminazzjoni, u r-riżorsi għandhom jiġu bbilanċjati b'mod xieraq. |
1.1.2. Funzjonijiet koperti mill-mandat tal-korpi tal-ugwaljanza
(1) |
L-Istati Membri jenħtieġ li jikkunsidraw l-aspetti li ġejjin tal-għoti ta' assistenza indipendenti lill-vittmi: jirċievu u jieħdu ħsieb ilmenti individwali jew kollettivi; jipprovdu għajnuna legali lill-vittmi, anke fis-segwitu tal-ilmenti tagħhom; impenn f'attivitajiet ta' medjazzjoni u ta' konċiljazzjoni; ir-rappreżentazzjoni tal-ilmentaturi fil-qorti; u jaġixxu bħala amicus curiae jew ta' espert fejn meħtieġ. |
(2) |
L-Istati Membri għandhom ukoll jikkunsidraw il-fatt li l-assistenza indipendenti lill-vittimi tista' tinkludi wkoll l-possibbiltà li l-korpi tal-ugwaljanza jieħdu sehem jew jassistu fil-litigazzjoni, sabiex tiġi indirizzata d-diskriminazzjoni struttural u sistematika f'każijiet magħżula mill-korpi nfushom minħabba n-numru sostanzjali, il-gravità jew il-ħtieġa tagħhom għal kjarifika legali. Din il-litigazzjoni tista' sseħħ kemm f'isem il-korp stess jew f'isem il-vittmi jew l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-vittmi, skont il-liġi proċedurali nazzjonali |
(3) |
L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw ukoll li l-assistenza għall-vittmi tista' tinkludi l-ħruġ ta' rakkomandazzjonijiet jew, fejn awtorizzat mil-liġi nazzjonali, deċiżjonijiet f'każijiet individwali jew kollettivi ta' diskriminazzjoni, kif ukoll segwitu tagħhom sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tagħhom. |
(4) |
L-Istati Membri għandhom jagħmluha possibbli għall-korpi tal-ugwaljanza biex jinġabru l-evidenza u l-informazzjoni rilevanti, skont il-liġi nazzjonali. |
(5) |
Fejn il-korpi tal-ugwaljanza jkollhom il-kapaċità ġuridika li jieħdu deċiżjonijiet vinkolanti, għandu jkollhom ukoll il-kapaċità li joħorġu sanzjonijiet adegwati, proporzjonati u effettivi. |
(6) |
L-eżerċizzju tas-setgħat mogħtija lill-korpi tal-ugwaljanza għandu jkun soġġett għal salvagwardji xierqa, li jinkludu, fejn rilevanti, rimedju ġudizzjarju effettiv u proċess ġust. B'mod partikolari, id-dritt ta' appell quddiem il-qrati minn deċiżjonijiet vinkolanti ta' korpi ta' ugwaljanza, fejn għandhom il-kompetenza li jieħdu dawn id-deċiżjonijiet skont il-liġi nazzjonali, għandhom ikunu spjegati fid-dettall fil-liġi nazzjonali. |
(7) |
L-Istati Membri jenħtieġ li jawtorizzaw lill-korpi tal-ugwaljanza biex iwettqu stħarriġ indipendenti b'mod regolari. Il-kamp ta' applikazzjoni u d-disinn tal-istħarriġ għandhom jiżguraw il-ġbir ta' ammont suffiċjenti ta' data kwantitattiva u kwalitattiva dwar id-diskriminazzjoni sabiex tkun tista' ssir l-analiżi meħtieġa biex jinġibdu konklużjonijiet ibbażati fuq evidenza dwar fejn jinsabu l-isfidi ewlenin u kif għandhom jiġu indirizzati. |
(8) |
L-Istati Membri jenħtieġ li jħallu lill-korpi tal-ugwaljanza jippubblikaw rapporti indipendenti fuq bażi regolari u jippreżentawhom lill-istituzzjonijiet pubbliċi kkonċernati, inkluż lill-gvernijiet u lill-parlamenti nazzjonali jew reġjonali rilevanti fejn xieraq. Il-kamp ta' applikazzjoni tagħhom għandu jkun wiesa' biżżejjed biex jippermetti valutazzjoni ġenerali tas-sitwazzjoni dwar id-diskriminazzjoni fl-Istat Membru għal kull kategorija koperta. |
(9) |
Sabiex jinkisbu rapporti indipendenti ta' kwalità għolja, l-Istati Membri jenħtieġ li jħallu lill-korpi għall-ugwaljanza li jwettqu riċerka indipendenti. Dan jista' jinkludi l-ġbir ta' data b'mod partikolari fuq in-numru ta' lmenti għal kull bażi ta' diskriminazzjoni; id-durata tal-proċedimenti amministrattivi mis-sottomissjoni tal-ilment għall-għeluq tal-każ; l-eżitu tal-proċedimenti amministrattivi; u n-numru, id-durata u l-eżitu tal-kawżi l-qorti li fihom huma involuti l-korpi tal-ugwaljanza. |
(10) |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet pubbliċi tagħhom iqisu, sa fejn ikun possibbli, ir-rakkomandazzjonijiet tal-korpi għall-ugwaljanza dwar il-leġiżlazzjoni, il-politika, il-proċedura, il-programmi u l-prattika. Għandu jiġi żgurat li l-awtoritajiet pubbliċi jinfurmaw lill-korpi għall-ugwaljanza kif ġew meqjusa r-rakkomandazzjonijiet u l-informazzjoni għandha ssir pubblika. |
(11) |
Sabiex jippromwovu l-ugwaljanza u d-diversità, l-Istati Membri għandhom iħallu lill-korpi tal-ugwaljanza jikkontribwixxu għall-prevenzjoni tad-diskriminazzjoni, b'mod partikolari billi jipprovdu taħriġ, informazzjoni, pariri, gwida u appoġġ lil dawk responsabbli skont id-Direttivi dwar l-ugwaljanza, istituzzjonijiet u individwi, u jippromwovu sensibilizzazzjoni kemm dwar l-eżistenza tal-korpi fost il-pubbliku ġenerali u dwar il-kontenut tar-regoli eżistenti kontra d-diskriminazzjoni u dwar kif persuna tista' tfittex rimedju. |
(12) |
Għall-istess għan, l-Istati Membri għandhom ukoll jippermettu lill-korpi għall-ugwaljanza jipparteċipaw f'dibattiti pubbliċi, iżommu djalogi regolari mal-awtoritajiet pubbliċi, jikkomunikaw ma' gruppi ddiskriminati u ma' partijiet ikkonċernati, u jippromwovu l-aħjar prattiki u azzjonijiet pożittivi. |
1.2. Indipendenza u effikaċja
1.2.1. Indipendenza
(1) |
Sabiex jiggarantixxu l-indipendenza tal-korpi tal-ugwaljanza fit-twettiq tal-kompiti tagħhom, l-Istati Membri jridu jqisu wkoll elementi bħal l-organizzazzjoni ta' dawk il-korpi, posthom fl-istruttura amministrattiva ġenerali, l-allokazzjoni tal-baġit tagħhom, il-proċeduri tagħhom għall-ġestjoni ta' riżorsi, b'focus partikolari fuq il-proċeduri għall-ħatra u t-tkeċċija tal-persunal, inkluż persuni li jokkupaw pożizzjonijiet ta' tmexxija. Din il-konsiderazzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-istrutturi organizzattivi nazzjonali partikolari tal-Istati Membri. |
(2) |
L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-persunal tal-korpi tal-ugwaljanza, inkluż persuni li jokkupaw pożizzjonijiet ta' tmexxija u l-membri tal-bord, ma jkunux jistgħu jaġixxu b'mod li jkun inkompatibbli mad-dmirijiet tagħhom u ma għandhomx, matul il-mandat tagħhom, jidħlu f'xi attività mhux kompatibbli, kemm jekk remunerata jew le. |
1.2.2. Riżorsi
(1) |
L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li kull korp ta' ugwaljanza jkollu r-riżorsi umani, tekniċi u finanzjarji, il-bini u l-infrastruttura meħtieġa biex iwettaq il-kompiti tiegħu u jeżerċita s-setgħat tiegħu b'mod effettiv. Ir-riżorsi allokati għal korpi ta' ugwaljanza jenħtieġ li jqisu l-kompetenzi u l-kompiti allokati. Ir-riżorsi jistgħu jitqiesu adegwati biss jekk jippermettu lill-korpi tal-ugwaljanza jwettqu kull funzjoni tagħhom marbuta mal-ugwaljanza b'mod effettiv, fi żmien raġonevoli u qabel l-iskadenzi stabbiliti mil-liġi nazzjonali. |
(2) |
L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-persunal tal-korpi għall-ugwaljanza jkun wieħed suffiċjenti u l-persunal jkollu kwalifiki adegwati f'termini ta' ħiliet, għarfien u esperjenza, sabiex iwettaq b'mod adegwat u effettiv kull funzjoni tal-korpi tal-ugwaljanza. |
(3) |
L-Istati Membri jenħtieġ li jħallu lill-korpi għall-ugwaljanza jissorveljaw b'mod aktar effettiv l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet tagħhom stess kif ukoll id-deċiżjonijiet tal-istituzzjonijiet, il-korpi ta' aġġudikazzjoni u l-qrati fir-rigward ta' każijiet ta' diskriminazzjoni. Għal dak il-għan, għandhom jiġi mgħarrfa minnufih dwar tali deċiżjonijiet u l-miżuri meħuda għall-implimentazzjoni tagħhom. |
1.2.3. Preżentazzjoni ta' ilment, aċċess u aċċessibbiltà
(1) |
L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li għandu jkun possibbli li wieħed jippreżenta lment lill-korpi tal-ugwaljanza bil-fomm, bil-miktub kif ukoll online, b'lingwa tal-għażla tal-ilmentatur li hija komuni fl-Istat Membru fejn ikun jinsab il-korp tal-ugwaljanza. |
(2) |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċedura għas-sottomissjoni ta' lment lill-korpi għall-ugwaljanza hija sempliċi u bla ħlas. |
(3) |
L-Istati Membri għandhom jipprevedu obbligu għall-korpi għall-ugwaljanza biex joffru kunfidenzjalità lill-xhieda u lill-informaturi u, sa fejn ikun possibbli, lill-ilmentaturi dwar id-diskriminazzjoni. |
(4) |
L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li jkun faċli għall-persuni kollha biex ikollhom aċċess għall-bini fiżiku tal-korpi għall-ugwaljanza, għall-informazzjoni u l-komunikazzjoni inkluż teknoloġiji tal-informazzjoni, u servizzi u prodotti bħal dokumenti u materjal awdjoviżiv jew għal-laqgħat u avvenimenti miftuħa jew mogħtija lill-pubbliku. B'mod partikolari għandhom ikunu aċċessibbli għal persuni b'diżabilitajiet, li lilhom għandha tiġi pprovduta wkoll akkomodazzjoni raġonevoli kif iddefinit fil-Konvenzjoni tal-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità, sabiex dawn il-persuni jkollhom aċċess għall-korpi għall-ugwaljanza fuq bażi ugwali ma' ħaddieħor. |
(5) |
Fejn dan ikun meħtieġ għal raġunijiet ġeografiċi jew għal raġunijiet oħra, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw jippermettu lill-korpi għall-ugwaljanza jwaqqfu uffiċċji lokali u/jew reġjonali tal-korpi tal-ugwaljanza jew inizjattivi ta' sensibilizzazzjoni lokali u/jew reġjonali għal preżenza temporanja regolari. |
(6) |
L-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu biżżejjed riżorsi u baġit lill-korpi għall-ugwaljanza sabiex ikunu jistgħu jwettqu miżuri effettivi ta' sensibilizzazzjoni li jkollhom l-għan li jinfurmaw lill-pubbliku ġenerali dwar l-eżistenza tagħhom u dwar il-possibbiltà li jressqu ilmenti dwar diskriminazzjoni. |
1.3. Koordinazzjoni u kooperazzjoni
(1) |
Meta jkun hemm diversi korpi għall-ugwaljanza fl-istess Stat Membru, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu iħalluhom jistabbilixxu koordinazzjoni regolari u effikaċi bejniethom sabiex jiġi żgurat li japplikaw prinċipji ta' nondiskriminazzjoni b'mod konsistenti. Il-korpi tal-ugwaljanza ma għandhomx jikkonċentraw b'mod sproporzjonat fuq ċerti kompiti bi ħsara għal oħrajn. L-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni li jsiru għandhom, sa fejn ikun possibbli, jinvolvu korpi kompetenti oħrajn sabiex il-pubbliku ġenerali jingħata l-informazzjoni sħiħa. |
(2) |
L-Istati Membri jenħtieġ li jħallu lill-korpi għall-ugwaljanza li jipparteċipaw fi djalogu u jikkooperaw b'mod effettiv mal-awtoritajiet u korpi rilevanti nazzjonali fl-istess Stat Membru. Dan jimplika wkoll li jiġi żgurat li l-korpi għall-ugwaljanza jiġu kkonsultati fil-ħin u b'mod trasparenti fuq il-proposti leġiżlattivi u ta' politika u żviluppi relatati ma' kwistjonijiet koperti mill-mandat tagħhom. |
(3) |
L-Istati Membri jenħtieġ li jagħtu lill-korpi għall-ugwaljanza l-kapaċità li jikkollaboraw fil-livell Ewropew u internazzjonali ma' korpi għall-ugwaljanza u organizzazzjonijiet oħra, inkluż permezz ta' stħarriġ komuni. |
(4) |
L-Istati Membri jenħtieġ li jħallu lill-korpi għall-ugwaljanza jikkooperaw mal-korpi rilevanti. Dawn jinkludu l-Oqfsa Nazzjonali maħtura skont l-Artikolu 33(2) tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità; il-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali tar-Rom; l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; u, sabiex jiġi żgurat li l-fondi ma jiġux distribwiti lil proġetti vvizzjata minn diskriminazzjoni, l-awtorità maniġerjali tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej. |
KAPITOLU III
KOMUNIKAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
L-Istati Membri huma mistiedna li jinkludu informazzjoni dwar kif qiegħdin iqisu r-Rakkomandazzjoni preżenti fil-komunikazzjonijiet tagħhom dwar l-applikazzjoni tad-Direttivi 2000/43/KE, 2000/78/KE, 2004/113/KE U 2006/54/KE.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Ġunju 2018.
Għall-Kummissjoni
Věra JOUROVÁ
Membru tal-Kummissjoni
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità (ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22).
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE tat-13 ta' Diċembru 2004 li timplimenta l-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi (ĠU L 373, 21.12.2004, p. 37).
(4) Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23).
(5) Id-Direttiva 2010/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2010 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa involuti f'attività li fiha jaħdmu għal rashom u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 86/613/KEE (ĠU L 180, 15.7.2010, p. 1).
(6) COM(2008) 426 final.
(7) Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/913/ĠAI tat-28 ta' Novembru 2008 dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta' razziżmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 328, 6.12.2008, p. 55).
(8) Ara, fost oħrajn, Studju dwar il-Korpi tal-Ugwaljanza stabbiliti skont id-Direttivi 2000/43/KE, 2004/113/KE, u 2006/54/KE, (A Study on Equality Bodies set up under Directives 2000/43/EC, 2004/113/EC, and 2006/54/EC), ta' Human European Consultancy fi sħubija mal-Ludwig Boltzmann Institute of Human Rights, Ottubru 2010, u Equality Bodies (Korpi tal-Ugwaljanza) tan-Netwerk Ewropew għall-Korpi tal-Ugwaljanza), Ottubru 2012. Sfidi Attwali
(9) Human European Consultancy, op.cit, paġni 78, 125, 142, u n-Netwerk Ewropew għall-Korpi tal-Ugwaljanza, op.cit., paġni 8 u 17. Ara wkoll in-Netwerk Ewropew għall-Korpi tal-Ugwaljanza, Rwol Strateġiku tal-Korpi tal-Ugwaljanza, 2009, paġni 43–44 u 52.
(10) Human European Consultancy, op.cit, paġni 70-145 u n-Netwerk Ewropew għall-Korpi tal-Ugwaljanza, op.cit., paġni 8 u 13-20.
(11) Il-Kummissjoni Ewropea, 2006, Katalisti għall-Bidla? Il-korpi tal-ugwaljanza skont id-Direttiva 2000/43/KE - eżistenza, indipendenza u l-effettività, paġna 57.
(12) Rapport Konġunt dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità (“id-Direttiva dwar l-Ugwaljanza Razzjali”) u tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (“id-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjieg”), COM(2014) 2 final.
(13) Rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE li timplimenta l-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi, COM(2015) 190 final. Din il-ħtieġa ssemmiet ukoll fir-Rieżami ta' nofs it-terminu tal-qafas tal-UE għall-istrateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom, COM(2017) 458 final; fir-Rapport dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali ta' Mejju 2017; fir-Rapport dwar l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni għat-tisħiħ tal-prinċipju ta' paga ugwali għall-irġiel u n-nisa permezz tat-trasparenza, COM(2017) 671 final.
(14) Rapport dwar l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni għat-tisħiħ tal-prinċipju ta' paga ugwali għall-irġiel u n-nisa permezz tat-trasparenza, op.cit.; Pjan ta' Azzjoni 2017-2019 tal-UE L-indirizzar tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa, COM(2017) 678 final.
(15) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2015 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol (2014/2160(INI)).
(16) L-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR), l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti Prinċipji dwar l-Istatus tal-Istituzzjonijiet Nazzjonali għall-Promozzjoni u l-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem (Il-Prinċipji ta' Pariġi), Riżoluzzjoni 48/134, 20 ta' Diċembru 1993, u l-Osservazzjonijiet Ġenerali dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni ta' dawn il-prinċipji mill-Kumitat ta' Koordinazzjoni Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Nazzjonali għall-Promozzjoni u l-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem, fil-formulazzjoni tagħhom tal-21 ta' Frar 2018.
(17) Netwerk Ewropew għall-Korpi tal-Ugwaljanza, 2016, Developing Standards for Equality Bodies. An Equinet Working Paper (Dokument ta' Ħidma tal-Equinet).
(18) Kummissjoni Ewropea kontra r-Razziżmu u l-Intolleranza (ECRI), Rakkomandazzjoni tal-Politika Ġenerali Nru 2 riveduta dwar il-Korpi tal-Ugwaljanza għall-ġlieda kontra r-razziżmu u l-intolleranza fuq livell nazzjonali, CRI(2018) 06, adottata fis-7 ta' Diċembru 2017.
(19) C(2016)8600.
(20) Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE tas-26 ta' Novembru 2009 dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà (ĠU L 23, 27.1.2010, p. 35).
(21) Kull erba' snin skont id-Direttiva 2006/54/KE u kull ħames snin skont id-Direttiva 2000/43/KE, 2000/78/KE u 2004/113/KEE.
Rettifika
4.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 167/36 |
Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1103 tal-24 ta' Ġunju 2016 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli u r- rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet f'materji ta' reġimi ta' proprjetà matrimonjali
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 183 tat-8 ta' Lulju 2016 )
Fil-paġna 24, l-Artikolu 53(1),
minflok:
“1. Meta deċiżjoni tkun trid tiġi rikonoxxuta skont dan il-Kapitolu, xejn ma għandu jimpedixxi lill-applikant milli jagħmel użu minn miżuri provviżorji, inklużi miżuri protettivi, skont il-liġi tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni mingħajr il-ħtieġa ta' dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà taħt l-Artikolu 46.”,
aqra:
“1. Meta deċiżjoni tkun trid tiġi rikonoxxuta skont dan il-Kapitolu, xejn ma għandu jimpedixxi lill-applikant milli jagħmel użu minn miżuri provviżorji, inklużi miżuri protettivi, skont il-liġi tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni mingħajr il-ħtieġa ta' dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà taħt l-Artikolu 47.”.
4.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 167/36 |
Rettifika tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/774 tat-28 ta' Mejju 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 131 tad-29 ta' Mejju 2018 )
F'paġna 4, l-Anness (li jikkonċerna l-emendi għall-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012), l-entrata nru 68 (li tikkonċerna lil Bassam Sabbagh) hija mħassra.
4.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 167/36 |
Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/778 tat-28 ta' Mejju 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 131 tad-29 ta' Mejju 2018 )
F'paġna 19, l-Anness (li jikkonċerna l-emendi għall-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK), l-entrata nru 68 (li tikkonċerna lil Bassam Sabbagh) hija mħassra.