ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 165

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
2 ta' Lulju 2018


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/929 tal-25 ta' Ġunju 2018 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar regoli supplimentari fir-rigward tal-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna għall-perjodu 2014 sa 2020

1

 

 

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar regoli supplementari fir-rigward tal-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna għall-perjodu 2014 sa 2020

3

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/930 tad-19 ta' Ġunju 2018 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti Pitina (IĠP)

12

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/931 tat-28 ta' Ġunju 2018 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ossaliku li joriġinaw mill-Indja u mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

13

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/932 tad-29 ta' Ġunju 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 582/2011 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar l-ittestjar permezz ta' sistemi ta' kejl ta' emissjonijiet li jistgħu jinġarru (PEMS) u r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip universali għal firxa ta' fjuwils ( 1)

32

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2018/933 tad-29 ta' Ġunju 2018 li tikkoreġi l-verżjoni lingwistika Ġermaniża tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liċenzji tas-sewqan ( 1)

35

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/934 tal-25 ta' Ġunju 2018 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li fadal tal-acquis ta' Schengen marbuta mas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u fir-Rumanija

37

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/935 tat-28 ta' Ġunju 2018 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/88/UE li tissospendi temporanjament l-importazzjonijiet mill-Bangladexx ta' oġġetti tal-ikel li fihom il-weraq Betel (Piper betle) jew li jikkonsistu minnu, fir-rigward tal-perjodu ta' applikazzjoni tagħha (notifikata bid-dokument C(2018) 3997)  ( 1)

40

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/936 tad-29 ta' Ġunju 2018 li tawtorizza lill-Istati Membri jadottaw ċerti derogi skont id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi (notifikata bid-dokument C(2018) 4003)

42

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/929

tal-25 ta' Ġunju 2018

dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar regoli supplimentari fir-rigward tal-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna għall-perjodu 2014 sa 2020

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 77(2), flimkien mal-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/404 (2), il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar regoli supplimentari fir-rigward tal-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, għall-perjodu mill-2014 sal-2020 (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fil-15 ta' Marzu 2018, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar 'il quddiem.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jipprevedi li l-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen jipparteċipaw fl-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża, u li għandhom jiġu konklużi arranġamenti dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tagħhom u r-regoli supplimentari neċessarji għal tali parteċipazzjoni, inkluż dispożizzjonijiet li jiżguraw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u s-setgħat ta' awditu tal-Qorti tal-Awdituri.

(3)

F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. Minħabba li din id-Deċiżjoni tibni fuq l-acquis ta' Schengen, id-Danimarka għandha, f'konformità mal-Artikolu 4 ta' dak il-Protokoll, tiddeċiedi fi żmien sitt xhur minn meta l-Kunsill ikun iddeċieda dwar din id-Deċiżjoni, jekk hijiex ser timplimentaha fil-liġi nazzjonali tagħha.

(4)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li r-Renju Unit ma jiħux sehem fihom, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (4); għaldaqstant ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(5)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li l-Irlanda ma tiħux sehem fihom, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (5); Għaldaqstant l-Irlanda mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(6)

Jentħieġ li l-Ftehim jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar regoli supplimentari fir-rigward tal-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna għall-perjodu 2014 sa 2020 huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni (6).

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika stipulata fl-Artikolu 19(2) tal-Ftehim, sabiex jesprimi l-kunsens tal-Unjoni Ewropea li tintrabat bil-Ftehim.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta' Ġunju 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

N. DIMOV


(1)  Il-Kunsens tal-Parlament Ewropew mogħti fit-13 ta' Marzu 2018 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali)

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/404 tat-13 ta' Marzu 2018 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar regoli supplementari fir-rigward tal-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna għall-perjodu 2014 sa 2020 (ĠU L 74, 16.3.2018, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 143).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq biex jieħdu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(6)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/3


FTEHIM

bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar regoli supplementari fir-rigward tal-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna għall-perjodu 2014 sa 2020

L-UNJONI EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Unjoni”

u

IL-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Iżvizzera”,

Minn hawn 'il quddiem flimkien imsejħa “l-Partijiet”

WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis (1) ta' Schengen (“Ftehim ta' Assoċjazzjoni mal-Iżvizzera”),

Billi:

(1)

L-Unjoni stabbilixxiet l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna permezz tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 515/2014 jikkostitwixxi żvilupp tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni mal-Iżvizzera.

(3)

Billi r-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għandu impatt dirett fuq l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 515/2014, u b'hekk jaffettwa l-qafas legali ta' dan tal-aħħar, u billi l-proċeduri stipulati fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni mal-Iżvizzera ġew applikati għall-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 li ġiet innotifikata lill-Iżvizzera, il-Partijiet jirrikonoxxu li r-Regolament (UE) Nru 514/2014 jikkostitwixxi żvilupp tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni mal-Iżvizzera sakemm ikun meħtieġ għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 515/2014.

(4)

L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 jipprevedi li l-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen – fosthom l-Iżvizzera – jipparteċipaw fl-istrument skont id-dispożizzjonijiet tiegħu u li għandhom jiġu konklużi arranġamenti li jispeċifikaw il-kontribuzzjonijiet finanzjarji minn dawk il-pajjiżi u r-regoli supplementari meħtieġa għal tali parteċipazzjoni, inklużi dispożizzjonijiet li jiżguraw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tas-setgħa ta' awditu tal-Qorti tal-Awdituri.

(5)

L-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża, bħala parti tal-Fond għas-Sigurtà Interna tiegħu (“l-ISF – Fruntieri u Viża”) jikkostitwixxi strument speċifiku fil-kuntest tal-acquis ta' Schengen imfassal biex jipprevedi l-qsim tal-piżijiet u l-appoġġ finanzjarju fil-qasam tal-fruntieri esterni u tal-politika dwar il-viża fl-Istati Membri u fl-Istati assoċjati.

(6)

L-Artikolu 60 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jipprevedi regoli dwar il-ġestjoni indiretta li huma applikabbli meta l-pajjiżi terzi, inklużi l-Istati assoċjati, huma fdati b'kompiti ta' implimentazzjoni tal-baġit.

(7)

L-Artikolu 17(4) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 jipprevedi l-eliġibbiltà tan-nefqa li saret fl-2014 minn Awtorità Responsabbli li għadha ma ġietx nominata formalment, biex b'hekk isseħħ tranżizzjoni mingħajr xkiel bejn il-Fond għall-Fruntieri Esterni u l-Fond għas-Sigurtà Interna. Bl-istess mod huwa importanti li l-istess tħassib juri ruħu f'dan il-Ftehim. Peress li dan il-Ftehim ma daħalx fis-seħħ qabel tmiem l-2014, huwa essenzjali li tiġi żgurata l-eliġibbiltà tan-nefqa li tkun saret qabel u sakemm tiġi nnominata formalment l-Awtorità Responsabbli, dment li s-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll applikati qabel ikunu essenzjalment l-istess bħal dawk fis-seħħ wara n-nomina formali tal-Awtorità Responsabbli.

(8)

Sabiex jiġu ffaċilitati l-kalkolu u l-użu tal-kontribuzzjonijiet annwali dovuti mill-Iżvizzera lill-ISF – Fruntieri u Viża, il-kontribuzzjonijiet tagħha għall-perjodu 2014-2020 se jitħallsu f'ħames pagamenti parzjali annwali mill-2016 sal-2020. Mill-2016 sal-2018, il-kontribuzzjonijiet annwali huma stabbiliti f'ammonti fissi filwaqt li l-kontribuzzjoni dovuta għas-snin 2019 u 2020 se tiġi determinata fl-2019 abbażi tal-prodott domestiku gross tal-Istati kollha li jipparteċipaw fl-ISF – Fruntieri u Viża filwaqt li jittieħdu inkonsiderazzjoni l-pagamenti li effettivament ikunu saru,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

Dan il-Ftehim jistabbilixxi r-regoli supplementari meħtieġa għall-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera fl-ISF – Fruntieri u Viża skont ir-Regolament (UE) Nru 515/2014.

Artikolu 2

Ġestjoni finanzjarja u kontroll

1.   L-Iżvizzera għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiġi żgurata konformità mad-dispożizzjonijiet relevanti għall-ġestjoni u l-kontroll finanzjarji li huma stabbiliti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) u fid-dritt tal-Unjoni li l-bażi legali tiegħu ġej mit-TFUE.

Id-dispożizzjonijiet tat-TFUE u tad-dritt sekondarju msemmija fl-ewwel subparagrafu huma dawn li ġejjin:

(a)

l-Artikolu 287(1), (2) u (3) TFUE;

(b)

l-Artikoli 30, 32 u 57, il-punt (i) tal-Artikolu 58(1)(c), l-Artikolu 60 u l-Artikoli 79(2) u 108(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012;

(c)

l-Artikoli 32, 38, 42, 84, 88, 142 u 144 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 (5);

(d)

Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (6);

(e)

Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

Il-Partijiet jistgħu jiddeċiedu li jemendaw din il-lista bi ftehim reċiproku.

2.   L-Iżvizzera għandha tapplika d-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 fit-territorju tagħha f'konformità ma' dan il-Ftehim.

Artikolu 3

Rispett għall-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba

Il-Fondi allokati lill-Iżvizzera taħt l-ISF – Fruntieri u Viża għandhom jintużaw skont il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba.

Artikolu 4

Rispett għall-prinċipju dwar il-kunflitt ta' interess

L-atturi finanzjarji kollha u kull persuna oħra involuta fl-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-baġit, inklużi l-atti preparatorji relattivi, l-awditu jew il-kontroll fit-territorju tal-Iżvizzera għandhom jiġu pprojbiti milli jieħdu xi azzjoni li tista' ġġib l-interessi tagħhom f'kunflitt ma' dawk tal-Unjoni.

Artikolu 5

Eżekuzzjoni

Id-Deċiżjonijiet meħuda mill-Kummissjoni li jimponu obbligu finanzjarju fuq persuni apparti mill-istati għandhom ikunu eżegwibbli fit-territorju tal-Iżvizzera.

L-eżekuzzjoni għandha tkun regolata bir-regoli tal-proċedura ċivili fis-seħħ fl-Iżvizzera. L-ordni għall-eżekuzzjoni ta' deċiżjoni għandu jiġi mehmuż ma' dik id-deċiżjoni, mingħajr formalitajiet oħra għajr għall-verifika tal-awtentiċità tad-deċiżjoni, mill-awtorità nazzjonali li l-gvern tal-Iżvizzera għandu jinnomina għal dak il-għan u li l-Kummissjoni għandha tiġi mgħarrfa biha.

Ladarba jitlestew dawk il-formalitajiet fuq applikazzjoni mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni tkun tista' tipproċedi bl-eżekuzzjoni f'konformità mal-liġi nazzjonali billi tressaq il-kwistjoni direttament quddiem l-awtorità kompetenti.

L-eżekuzzjoni tista' tiġi sospiża biss b'deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, il-qrati tal-Iżvizzera għandu jkollhom ġuriżdizzjoni rigward ilmenti li l-eżekuzzjoni qed issir b'mod irregolari.

Artikolu 6

Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni kontra l-frodi

1.   L-Iżvizzera għandha:

(a)

tikkumbatti l-frodi u kull attività illegali oħra li tolqot l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz ta' miżuri li għandhom jaġixxu ta' deterrent u li jkunu tali li jippermettu protezzjoni effettiva fl-Iżvizzera;

(b)

tieħu l-istess miżuri biex tikkumbatti l-frodi li jolqot l-interessi finanzjarji tal-Unjoni bħalma tieħu biex tikkumbatti l-frodi li jolqot l-interessi finanzjarji tagħha stess; u

(c)

tikkoordina l-azzjoni tagħha li għandha l-għan li tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni mal-Istati Membri u l-Kummissjoni.

2.   L-Iżvizzera għandha tadotta miżuri ekwivalenti għal dawk adottati mill-Unjoni skont l-Artikolu 325(4) TFUE li jkunu fis-seħħ fid-data tal-iffirmar ta' dan il-Ftehim.

Il-Partijiet jistgħu jiddeċiedu bi ftehim reċiproku li jadottaw miżuri ekwivalenti għal kwalunkwe miżura sussegwenti adottata mill-Unjoni skont dak l-Artikolu.

Artikolu 7

Verifiki u spezzjonijiet fuq il-post mill-Kummissjoni (OLAF)

Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tagħha skont l-Artikolu 5(8) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, il-Kummissjoni (l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, OLAF) għandha tkun awtorizzazzata li twettaq verifiki u spezzjonijiet fuq il-post fit-territorju tal-Iżvizzera fir-rigward tal-ISF – Fruntieri u Viża f'konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96.

L-awtoritajiet tal-Iżvizzera għandhom jiffaċilitaw il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post li jistgħu, jekk l-awtoritajiet jixtiequ dan, jitwettqu b'mod konġunt magħhom.

Artikolu 8

Qorti tal-Awdituri

F'konformità mal-Artikolu 287(3) TFUE u mal-Ewwel Parti, it-Titolu X, il-Kapitolu 1 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, il-Qorti tal-Awdituri għandu jkollha l-possibbiltà li twettaq awditi fil-bini ta' kull entità li tamministra dħul jew infiq f'isem il-Unjoni fit-territorju tal-Iżvizzera fir-rigward tal-ISF – Fruntieri u Viża inkluż fil-bini ta' kull persuna fiżika jew ġuridika li tkun irċeviet pagamenti mill-baġit.

Fl-Iżvizzera, l-awditjar mill-Qorti tal-Awdituri għandu jitwettaq flimkien mal-entitajiet nazzjonali tal-awditjar jew, jekk dawn ma jkollhomx is-setgħat meħtieġa, mad-dipartimenti nazzjonali kompetenti. Il-Qorti tal-Awdituri u l-korpi nazzjonali tal-awditjar tal-Iżvizzera għandhom jikkooperaw fi spirtu ta' fiduċja reċiproka filwaqt li jippreservaw l-indipendenza tagħhom. Dawk il-korpi jew dipartimenti għandhom jinformaw lill-Qorti tal-Awdituri jekk tkunx l-intenzjoni tagħhom li jieħdu sehem fil-verifika.

Il-Qorti tal-Awdituri għandu jkollha mill-anqas l-istess drittijiet bħall-Kummissjoni kif stipulat fl-Artikolu 5(7) tar-Regulation (UE) Nru 514/2014 u l-Artikolu 7 ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 9

Akkwist pubbliku

L-Iżvizzera għandha tapplika l-liġi nazzjonali tagħha dwar l-akkwist pubbliku skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness 4 tal-Ftehim li Jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi) (8) u l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar ċerti aspetti ta' akkwisti tal-gvern (9).

L-Iżvizzera għandha tipprovdi lill-Kummissjoni deskrizzjoni tal-proċeduri tagħha ta' akkwist pubbliku.

Barra minn hekk, hija għandha tipprovdi informazzjoni dwar il-proċeduri tal-akkwist pubbliku applikati f'kull rapport ta' implimentazzjoni annwali msemmi fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014.

Artikolu 10

Kontribuzzjonijiet finanzjarji

1.   Għas-snin 2016 sa 2018, l-Iżvizzera għandha tagħmel pagamenti annwali lill-baġit tal-ISF – Fruntieri u Viża skont it-tabella li ġejja:

(L-ammonti kollha f'EUR)

 

2016

2017

2018

L-Iżvizzera

25 106 140

25 106 140

25 106 140

2.   Il-kontribuzzjonijiet tal-Iżvizzera għas-snin 2019 u 2020 għandhom jiġu kkalkulati skont il-Prodott Domestiku Gross (PDG) rispettiv tagħha bħala perċentwal tal-PDG tal-Istati kollha li jipparteċipaw fl-ISF – Fruntieri u Viża f'konformità mal-formula deskritta fl-Anness.

3.   Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji msemmijin f'dan l-Artikolu għandhom ikunu dovuti mill-Iżvizzera irrispettivament mid-data ta' adozzjoni tal-programm nazzjonali tagħha msemmi fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014.

Artikolu 11

Użu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji

1.   It-total tal-pagamenti annwali għall-2016 u l-2017 għandhom jiġu assenjati kif ġej:

(a)

75 % għar-rieżami ta' nofs it-terminu msemmi fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014;

(b)

15 % għall-iżvilupp tas-sistemi tal-IT imsemmijin fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014, soġġett għall-adozzjoni tal-atti leġal i rilevanti tal-Unjoni sat-30 ta' Ġunju 2017;

(c)

10 % għall-azzjonijiet tal-Unjoni msemmijin fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 u għall-assistenza ta' emerġenza msemmija fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014.

Fejn l-ammont imsemmi fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu ma jkunx allokat jew minfuq, il-Kummissjoni għandha, skont il-proċedura stipulata fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(5)(b) tar-Regolament (UE) Nru 515/2014, tallokah mill-ġdid għall-azzjonijiet speċifiċi msemmijin fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014.

Jekk dan il-Ftehim ma jidħolx fis-seħħ jew ma jiġix applikat fuq bażi provviżorja sal-1 ta' Ġunju 2017, il-kontribuzzjoni kollha tal-Iżvizzera għandha tintuża skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

2.   It-total tal-pagamenti annwali għall-2018, l-2019 u l-2020 għandu jiġi assenjat kif ġej:

(a)

40 % għal azzjonijiet speċifiċi msemmijin fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014;

(b)

50 % għall-iżvilupp tas-sistemi tal-IT imsemmijin fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014, soġġett għall-adozzjoni tal-atti leġali rilevanti tal-Unjoni sal-31 ta' Diċembru 2018;

(c)

10 % għall-azzjonijiet tal-Unjoni msemmijin fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 u għall-assistenza ta' emerġenza msemmija fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014.

Fejn l-ammont imsemmi fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu ma jkunx allokat jew minfuq, il-Kummissjoni għandha, skont il-proċedura stipulata fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(5)(b) tar-Regolament (UE) Nru 515/2014, tallokah mill-ġdid għall-azzjonijiet speċifiċi msemmijin fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014.

3.   L-ammonti addizzjonali assenjati għar-rieżami ta' nofs it-terminu, għall-azzjonijiet tal-Unjoni, għall-azzjonijiet speċifiċi jew għall-programm dwar l-iżvilupp tas-sistemi tal-IT għandhom jintużaw f'konformità mal-proċedura rilevanti stipulata f'waħda mid-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014;

(b)

l-Artikolu 8(7) tar-Regolament (UE) Nru 515/2014;

(c)

l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) Nru 515/2014;

(d)

it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014.

4.   Kull sena, il-Kummissjoni tista' tuża sa EUR 181 424 mill-pagamenti li jsiru mill-Iżvizzera għall-finanzjament tan-nefqa amministrattiva relatata mal-persunal jew mal-persunal estern meħtieġ għall-appoġġ tal-implimentazzjoni mill-Iżvizzera tar-Regolament (UE) Nru 515/201 u ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 12

Kunfidenzjalità

L-informazzjoni kkomunikata jew miksuba fi kwalunkwe forma bis-saħħa ta' dan il-Ftehim għandha tkun koperta mis-sigriet professjonali u protetta bl-istess mod bħalma informazzjoni simili hija protetta bid-dispożizzjonijiet applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni u bil-liġijiet tal-Iżvizzera. Din l-informazzjoni ma għandhiex tiġi kkomunikata lil persuni oħrajn ħlief dawk fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni, fl-Istati Membri jew fl-Iżvizzera li l-funzjonijiet tagħhom jirrikjedu li jkunu jafuha, u lanqas ma tista' tintuża għal skopijiet oħra ħlief dawk li jservu biex tiġi żgurata l-protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Partijiet.

Artikolu 13

Nomina ta' Awtorità Responsabbli

1.   L-Iżvizzera għandha tinnotifika lill-Kummissjoni bin-nomina formali f'livell ministerjali tal-Awtorità Responsabbli responsabbli mill-ġestjoni u l-kontroll tan-nefqa taħt l-ISF – Fruntieri u Viża, malajr kemm jista' jkun wara l-approvazzjoni tal-programm nazzjonali.

2.   In-nomina msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun soġġetta għall-kondizzjoni li l-korp jikkonforma mal-kriterji ta' nomina dwar l-ambjent intern, l-attivitajiet ta' kontroll, l-informazzjoni u l-komunikazzjoni, u l-monitoraġġ stabbiliti fir-Regolament (EU) Nru 514/2014 jew abbażi tiegħu.

3.   In-nomina ta' Awtorità Responsabbli għandha tkun ibbażata fuq opinjoni ta' korp tal-awditjar, li jista' jkun l-Awtorità tal-Awditjar, li tivvaluta l-konformità tal-Awtorità Responsabbli mal-kriterji ta' nomina. Dak il-korp jista' jkun l-istituzzjoni pubblika awtonoma responsabbli mill-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u l-awditjar tal-amministrazzjoni. Il-korp tal-awditjar għandu jiffunzjona indipendentement mill-Awtorità Responsabbli u għandu jwettaq il-ħidma tiegħu f'konformità mal-istandards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment. L-Iżvizzera tista' tibbaża d-deċiżjoni tagħha dwar in-nomina fuq jekk is-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll humiex essenzjalment l-istess bħal dawk fis-seħħ għall-perjodu preċedenti u jekk iffunzjonawx b'mod effikaċi. Jekk ir-riżultati tal-awditu u tal-kontroll eżistenti juru li l-korp nominat ma għadux jikkonforma mal-kriterji tan-nomina, l-Iżvizzera għandha tieħu l-miżuri neċessarji biex tiżgura li jinstab rimedju għan-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tal-kompiti ta' dan il-korp, inkluż billi tintemm in-nomina.

Artikolu 14

Definizzjoni tas-sena finanzjarja

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, is-sena finanzjarja msemmija fl-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, għandha tkopri n-nefqa sostnuta u d-dħul riċevut u kkontabbilizzati fil-kontijiet tal-Awtorità Responsabbli fil-perjodu li jibda fis-16 ta' Ottubru tas-sena “N – 1” u li jintemm fil-15 ta' Ottubru tas-sena “N”.

Artikolu 15

Eliġibbiltà tan-nefqa

B'deroga mill-Artikolu 17(3)(b) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, in-nefqa għandha tkun eliġibbli meta din tkun tħallset mill-Awtorità Responsabbli qabel in-nomina formali tal-Awtorità Responsabbli f'konformità mal-Artikolu 13 ta' dan il-Ftehim, dment li s-sistemi ta' ġestjoni u kontroll applikati qabel in-nomina formali jkunu essenzjalment l-istess bħal dawk fis-seħħ wara n-nomina formali tal-Awtorità Responsabbli.

Artikolu 16

Talba għal pagament tal-bilanċ annwali

1.   Sal-15 ta' Frar tas-sena li ssegwi s-sena finanzjarja, l-Iżvizzera għandha tippreżenta lill-Kummissjoni d-dokumenti u l-informazzjoni mitluba fil-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

B'deroga mill-Artikolu 44(1) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 u f'konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, l-Iżvizzera għandha tippreżenta l-opinjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 sal-15 ta' Marzu tas-sena li ssegwi s-sena finanzjarja, lill-Kummissjoni.

Id-dokumenti ppreżentati msemmijin f'dan il-paragrafu għandhom iservu ta' talba għall-ħlas tal-bilanċ annwali.

2.   Id-dokumenti msemmijin fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jitfasslu skont il-mudelli adottati mill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 44(3) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014.

Artikolu 17

Rapport ta' implimentazzjoni

B'deroga mill-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 u f'konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, l-Iżvizzera għandha tippreżenta rapport annwali lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali fis-sena finanzjarja ta' qabel sal-15 ta' Frar ta' kull sena, sas-sena 2022 li hija inkluża, u tista', fil-livell xieraq, tippubblika din l-informazzjoni.

L-ewwel rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali għandu jiġi ppreżentat fil-15 ta' Frar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim jew il-bidu tal-applikazzjoni provviżorja tiegħu.

L-ewwel rapport għandu jkopri s-snin finanzjarji mill-2014, sa sena finanzjarja ta' qabel ma għandu jiddaħħal l-ewwel rapport annwali, f'konformità mat-tieni paragrafu. L-Iżvizzera għandha tippreżenta rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali sal-31 ta' Diċembru 2023.

Artikolu 18

Sistema ta' skambju elettroniku ta' dejta

F'konformità mal-Artikolu 24(5) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, kull skambju tal-informazzjoni uffiċjali bejn l-Iżvizzera u l-Kummissjoni għandu jitwettaq permezz ta' sistema ta' skambju elettroniku tad-dejta stabbilita mill-Kummissjoni għal dan l-għan.

Artikolu 19

Id-dħul fis-seħħ

1.   Is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa d-depożitarju ta' dan il-Ftehim.

2.   Il-Partijiet għandhom japprovaw dan il-Ftehim skont il-proċeduri tagħhom stess. Huma għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija ta' dawn il-proċeduri.

3.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tal-ewwel xahar wara l-jum tal-aħħar notifika msemmija fil-paragrafu 2.

4.   Bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 5, il-Partijiet għandhom japplikaw dan il-Ftehim provviżorjament mill-jum wara dak tal-firma tiegħu, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti kostituzzjonali.

Artikolu 20

Validità u terminazzjoni

1.   Kemm l-Unjoni kif ukoll l-Iżvizzera jistgħu jitterminaw dan il-Ftehim billi jinnotifikaw lill-Parti l-oħra bid-deċiżjoni tagħhom. Il-Ftehim għandu jieqaf milli japplika tliet xhur wara d-data ta' tali notifika. Il-proġetti u l-attivitajiet li jkunu għaddejjin fil-mument tat-terminazzjoni għandhom jissoktaw skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Ftehim. Il-Partijiet għandhom jirriżolvu kull konsegwenza oħra tat-terminazzjoni, bi qbil reċiproku.

2.   Dan il-Ftehim għandu jiġi tterminat meta l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni mal-Iżvizzera jiġi tterminat skont l-Artikolu 7(4), l-Artikolu 10(3) jew l-Artikolu (17) tal-Protokoll ta' Assoċjazzjoni mal-Iżvizzera.

Artikolu 21

Il-lingwi

Dan il-Ftehim għandu jitfassal f'żewġ kopji bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Kroata, Latvjana, Litwana, Maltija, Netherlandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża u Żvediża, b'kull test ugwalment awtentiku.

Съставено в Брюксел на петнадесети март две хиляди и осемнадесета година.

Hecho en Bruselas, el quince de marzo de dos mil dieciocho.

V Bruselu dne patnáctého března dva tisíce osmnáct.

Udfærdiget i Bruxelles den femtende marts to tusind og atten.

Geschehen zu Brüssel am fünfzehnten März zweitausendachtzehn.

Kahe tuhande kaheksateistkümnenda aasta märtsikuu viieteistkümnendal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις δέκα πέντε Μαρτίου δύο χιλιάδες δεκαοκτώ.

Done at Brussels on the fifteenth day of March in the year two thousand and eighteen.

Fait à Bruxelles, le quinze mars deux mille dix-huit.

Sastavljeno u Bruxellesu petnaestog ožujka godine dvije tisuće osamnaeste.

Fatto a Bruxelles, addì quindici marzo duemiladiciotto.

Briselē, divi tūkstoši astoņpadsmitā gada piecpadsmitajā martā.

Priimta du tūkstančiai aštuonioliktų metų kovo penkioliktą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizennyolcadik év március havának tizenötödik napján.

Magħmul fi Brussell, fil-ħmistax-il jum ta’ Marzu fis-sena elfejn u tmintax.

Gedaan te Brussel, vijftien maart tweeduizend achttien.

Sporządzono w Brukseli dnia piętnastego marca roku dwa tysiące osiemnastego.

Feito em Bruxelas, em quinze de março de dois mil e dezoito.

Întocmit la Bruxelles la cincisprezece martie două mii optsprezece.

V Bruseli pätnásteho marca dvetisícosemnásť.

V Bruslju, dne petnajstega marca leta dva tisoč osemnajst.

Tehty Brysselissä viidentenätoista päivänä maaliskuuta vuonna kaksituhattakahdeksantoista.

Som skedde i Bryssel den femtonde mars år tjugohundraarton.

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

За Конфедерация Швейцария

Por la Confederación Suiza

Za Švýcarskou konfederaci

For Det Schweiziske Forbund

Für die Schweizerische Eidgenossenschaft

Šveitsi Konföderatsiooni nimel

Για την Ελβετική Συνομοσπονδία

For the Swiss Confederation

Pour la Confédération suisse

Za Švicarsku Konfederaciju

Per la Confederazione Svizzera

Šveices Konfederācijas vārdā –

Šveicarijos Konfederacijos vardu

A Svájci Államszövetség részéről

Għall-Konfederazzjoni Svizzera

Voor de Zwitserse Bondsstaat

W imieniu Konfederacji Szwajcarskiej

Pela Confederação Suíça

Pentru Confederația Elvețiană

Za Švajčiarsku konfederáciu

Za Švicarsko konfederacijo

Sveitsin valaliiton puolesta

För Schweiziska edsförbundet

Image


(1)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 143).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 112).

(4)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1) kif emendat l-aħħar mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 547/2014 tal-15 ta' Mejju 2014 (ĠU L 163, 29.5.2014, p. 18).

(5)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

(7)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxijja mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

(8)  ĠU L 336, 23.12.1994, p. 273.

(9)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 430.


ANNESS

Il-formula biex jiġu kkalkulati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji għas-snin 2019 u 2020 u d-dettalji tal-ħlas

(1)

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Iżvizzera għall-ISF – Fruntieri u Viża msemmija fit-tieni u fit-tielet sottoparagrafi tal-Artikolu 5(7) tar-Regolament 515/2014 tiġi kkalkulata kif ġej għas-snin 2019 u 2020:

Għal kull sena mill-2013 sal-2017 iċ-ċifri finali tal-Prodott Domestiku Gross (PDG) tal-Iżvizzera disponibbli fil-31 ta' Marzu 2019 għandhom jiġu diviżi bis-somma taċ-ċifri tal-PDG tal-Istati kollha li jipparteċipaw fl-ISF – Fruntieri u Viża għas-sena rispettiva. Il-medja tal-ħames perċentwali miksuba għas-snin 2013 sa 2017 għandha tiġi applikata għas-somma tal-approprjazzjonijiet annwali effettivi tal-ISF – Fruntieri u Viża għas-snin 2014 sa 2019 u tal-approprjazzjoni ta' impenn annwali tal-ISF – Fruntieri u Viża għas-sena 2020 kif inkluż fl-abbozz tal-baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 adottat mill-Kummissjoni sabiex jinkiseb l-ammont totali li għandu jitħallas mill-Iżvizzera matul il-perjodu kollu ta' implimentazzjoni tal-ISF – Fruntieri u Viża. Minn dan l-ammont għandhom jitnaqqsu l-ħlasijiet annwali li saru effettivament mill-Iżvizzera f'konformità mal-Artikolu 10(1) ta' dan il-Ftehim sabiex jinkiseb l-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tagħha għas-snin 2019 u 2020. Nofs dan l-ammont għandu jitħallas fl-2019 u n-nofs l-ieħor fl-2020.

(2)

Il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha titħallas f'Euro.

(3)

L-Iżvizzera għandha tħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja rispettiva tagħha mhux aktar tard minn 45 jum wara li tirċievi n-nota ta' debitu. Kull dewmien fil-ħlas tal-kontribuzzjoni għandu jwassal għal ħlas ta' imgħax ta' inadempjenza fuq l-ammont pendenti mid-data li fih ikun dovut. Ir-rata tal-imgħax tkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tkun fis-seħħ fl-ewwel jum kalendarju tax-xahar li fih taħbat id-data tal-iskadenza, u li tiżdied bi 3,5 punti perċentwali.

REGOLAMENTI

2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/12


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/930

tad-19 ta' Ġunju 2018

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti “Pitina” (IĠP)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tal-Italja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Pitina”, ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk jenħtieġ li d-denominazzjoni “Pitina” tiġi rreġistrata.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-isem “Pitina” (IĠP) huwa rreġistrat.

Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-klassi 1.2. Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.) stabbiliti fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Ġunju 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 23, 23.1.2018, p. 8.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/13


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/931

tat-28 ta' Ġunju 2018

li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ossaliku li joriġinaw mill-Indja u mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u, b'mod partikolari, l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Miżuri fis-seħħ

(1)

Wara investigazzjoni antidumping (“l-investigazzjoni oriġinali”), il-Kunsill, permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 325/2012 (2), impona dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ossaliku li joriġinaw mill-Indja u mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-pajjiżi kkonċernati”).

(2)

Wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta' Mejju 2015 (3), il-miżuri ġew annullati sa fejn dawn kienu jikkonċernaw il-produttur esportatur Ċiniż Yuanping Changyuan Chemicals Co. Ltd (“Yuanping”). Wara l-implimentazzjoni ta' dik is-sentenza, il-Kummissjoni reġgħet imponiet miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat minn Yuanping b'effett mit-30 ta' Novembru 2016 (4).

(3)

Il-miżuri eżistenti jieħdu l-forma ta' dazju ad valorem ta' bejn l-14,6 % u t-52.2 % fuq l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati. Dwar ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-RPĊ”), id-dazji jvarjaw bejn 14,6 % u 37,7 % għall-kumpaniji Ċiniżi li kkooperaw. Id-dazju antidumping applikabbli għall-pajjiż kollu huwa ta' 52,2 %. Dwar l-Indja, id-dazji jvarjaw bejn 22,8 % u 31,5 % għall-kumpaniji li kkooperaw. Id-dazju għall-pajjiż kollu huwa ta' 43,6 %.

1.2.   Talba għal rieżami ta' skadenza

(4)

Wara l-pubblikazzjoni ta' avviż dwar l-iskadenza imminenti tal-miżuri antidumping fis-seħħ (5), il-Kummissjoni rċeviet talba għat-tnedija ta' rieżami tal-iskadenza tal-miżuri fis-seħħ kontra l-pajjiżi kkonċernati, skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(5)

It-talba ġiet ippreżentata fit-18 ta' Jannar 2017 minn Oxaquim S.A. (“l-applikant”) li jirrappreżenta aktar minn 50 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-aċidu ossaliku.

(6)

It-talba kienet ibbażata fuq il-fatt li l-iskadenza tal-miżuri aktarx li twassal għal tkomplija ta' dumping u r-rikorrenza ta' dannu għall-industrija tal-Unjoni.

1.3.   Bidu ta' rieżami ta' skadenza

(7)

Wara li stabbiliet li kien hemm biżżejjed evidenza biex jingħata bidu għal rieżami ta' skadenza, fit-12 ta' April 2017, permezz ta' avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (6) l-Kummissjoni ħabbret it-tnedija ta' rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku (“in-Notifika ta' Bidu”).

1.4.   Investigazzjoni

1.4.1.   Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami u l-perjodu kkunsidrat

(8)

L-investigazzjoni tal-probabbiltà ta' tkomplija jew ta' rikorrenza ta' dumping u ta' dannu kienet tkopri l-perjodu mill-1 ta' April 2016 sal-31 ta' Marzu 2017 (il-“perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami” jew “PIR”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta' tkomplija jew ta' rikorrenza ta' dannu kien ikopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2013 sal-aħħar tal-PIR (il-“perjodu kkunsidrat”).

1.4.2.   Il-partijiet ikkonċernati mill-investigazzjoni

(9)

Il-Kummissjoni għarrfet uffiċjalment lill-applikant, lill-produttur l-ieħor magħruf tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa fil-pajjiżi kkonċernati, lill-importaturi magħrufa, lill-utenti u lill-operaturi tas-suq li kien magħruf li kienu kkonċernati, lill-assoċjazzjonijiet magħrufa li jirrappreżentaw lill-produtturi u lill-utenti tal-Unjoni u lir-rappreżentanti tal-pajjiżi esportaturi, dwar it-tnedija tar-rieżami tal-iskadenza.

(10)

Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta ta' smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fin-Notifika ta' Bidu. L-ebda parti interessata ma talbet seduta.

1.4.3.   Kampjunar

(11)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li setgħet tirrikorri għat-teħid ta' kampjun tal-partijiet interessati f'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

1.4.3.1.   Kampjunar tal-produtturi esportaturi

(12)

Sabiex tiddeċiedi jekk kienx hemm bżonn li jittieħed kampjun u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi magħrufa kollha fl-Indja u fir-RPĊ sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-missjonijiet tal-Indja u tar-RPĊ għall-Unjoni sabiex jidentifikaw u/jew jikkuntattjaw lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk ikun hemm, li jistgħu jkunu interessati jieħdu sehem fl-investigazzjoni.

(13)

Tliet produtturi esportaturi fl-Indja pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Għalhekk, ma kienx hemm bżonn li jittieħed kampjun u l-Kummissjoni bagħtet il-kwestjonarju lit-tliet kumpaniji kollha. Madankollu, żewġ kumpaniji Indjani biss bagħtu tweġiba għall-kwestjonarju.

(14)

L-ebda kumpanija mir-RPĊ ma ppreżentat ruħha. Fit-18 ta' Mejju 2017 permezz ta' Note Verbale l-Kummissjoni infurmat lill-awtoritajiet Ċiniżi li ma kienet irċeviet ebda kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi fir-RPĊ. Għaldaqstant kienet biħsieba tibbaża s-sejbiet tagħha għall-produtturi esportaturi fir-RPĊ fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Ma wasal l-ebda kumment.

1.4.3.2.   Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

(15)

Matul il-perjodu kkunsidrat l-aċidu ossaliku kien jiġi mmanifatturat minn żewġ produtturi biss fl-Unjoni. Għalhekk ma kienx hemm bżonn ta' kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni. Għalkemm il-kwestjonarji ntbagħtu liż-żewġ kumpaniji, l-applikant biss ipprovda tweġiba għall-kwestjonarju.

1.4.3.3.   Kampjunar ta' importaturi mhux relatati

(16)

Biex tiddeċiedi jekk kienx hemm bżonn li jittieħed kampjun u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-importaturi mhux relatati kollha biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu.

(17)

Seba' kumpaniji wieġbu għall-formola tal-kampjunar. Waħda minnhom biss indikat li kienet importat l-aċidu ossaliku mill-pajjiżi kkonċernati. Minħabba dan l-għadd limitat ta' kumpaniji, ma kienx meqjus li kien hemm bżonn ta' kampjunar.

1.5.   Kwestjonarji u żjarat ta' verifika

(18)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa neċessarja biex tiġi determinata l-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew ta' rikorrenza ta' dumping, tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew ta' rikorrenza ta' dannu u l-interess tal-Unjoni.

(19)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji liż-żewġ produtturi magħrufa tal-Unjoni, lil tliet produtturi esportaturi Indjani, lill-utenti kollha magħrufa u lil seba' importaturi mhux relatati li wieġbu għall-formola ta' kampjunar.

(20)

Waslu tweġibiet għall-kwestjonarji mingħand żewġ produtturi esportaturi Indjani, produttur wieħed tal-Unjoni u ħames utenti.

(21)

Il-Kummissjoni wettqet verifiki fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Produttur tal-Unjoni:

Oxaquim S.A., Spanja

(b)

Produtturi esportaturi:

Star Oxochem Pvt. Ltd., l-Indja (“Star Oxochem”)

Radiant Indus Chem Pvt. Ltd., l-Indja (“Radiant”)

2.   PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

2.1.   Prodott ikkonċernat

(22)

Il-prodott ikkonċernat huwa l-aċidu ossaliku, kemm jekk f'forma diidrata (numru CUS 0028635-1 u numru CAS 6153-56-6) jew f'forma anidra (numru CUS 0021238-4 u numru CAS 144-62-7) u kemm jekk f'soluzzjoni milwiema jew le, li attwalment jaqa' taħt il-kodiċi NM ex 2917 11 00 (kodiċi TARIC 2917110091) u li joriġina mill-Indja u mir-RPĊ (il-“prodott ikkonċernat”).

(23)

L-aċidu ossaliku jintuża f'firxa wiesgħa ta' applikazzjonijiet, pereżempju bħala aġent riduċenti u bjankatur, f'sinteżi farmaċewtiċi u fil-manifattura ta' sustanzi kimiċi.

(24)

Fl-investigazzjoni oriġinali, instab li hemm żewġ tipi ta' aċidu ossaliku; l-aċidu ossaliku mhux raffinat u l-aċidu ossaliku raffinat. L-aċidu ossaliku raffinat, li kien prodott fir-RPĊ iżda mhux fl-Indja, jiġi manifatturat permezz ta' proċess ta' purifikazzjoni tal-aċidu ossaliku mhux raffinat, bil-għan li jneħħi l-ħadid, il-kloruri, it-traċċi tal-metall u impuritajiet oħrajn. Fin-nuqqas ta' kooperazzjoni mir-RPĊ, għall-investigazzjoni tar-rieżami kurrenti, kien preżunt li l-produtturi esportaturi fir-RPĊ immanifatturaw u esportaw aċidu ossaliku raffinat bħal fl-investigazzjoni oriġinali.

2.2.   Prodott simili

(25)

L-aċidu ossaliku prodott u mibjugħ mill-industrija tal-Unjoni fl-Unjoni, l-aċidu ossaliku prodott u mibjugħ fis-suq domestiku tal-Indja u tar-RPĊ u l-aċidu ossaliku importat fl-Unjoni mill-Indja u mir-RPĊ għandhom essenzjalment l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi u l-istess użi finali bażiċi.

(26)

Għalhekk, dawn il-prodotti huma simili fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

3.   PROBABBILTÀ TA' TKOMPLIJA JEW TA' RIKORRENZA TA' DUMPING

3.1.   Kummenti preliminari

(27)

Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk l-iskadenza tal-miżuri eżistenti kinitx probabbli li twassal għal tkomplija jew għal rikorrenza ta' dumping mill-produtturi esportaturi Indjani u Ċiniżi.

(28)

Matul il-PIR, l-esportazzjonijiet tal-aċidu ossaliku mir-RPĊ u mill-Indja lejn l-Unjoni komplew għalkemm f'volumi aktar baxxi milli fil-perjodu ta' investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali (mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2010). Skont data tal-Eurostat, waqt il-PIR l-importazzjonijiet Ċiniżi u Indjani tal-aċidu ossaliku li daħlu fl-Unjoni kienu jirrappreżentaw madwar 16 % tas-suq.

3.2.   L-Indja

(29)

Hemm erba' produtturi magħrufa tal-aċidu ossaliku fl-Indja, li tnejn minnhom ipprovdew tweġiba għall-kwestjonarju. Abbażi tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħha (7), il-Kummissjoni stmat li l-produzzjoni totali fl-Indja kienet tlaħħaq madwar 30 000 tunnellata metrika. Abbażi tad-data tal-gvern Indjan għall-2016-2017, l-esportazzjonijiet totali mill-Indja ġew stmati li jlaħħqu madwar 9 000 tunnellata metrika (8).

(30)

L-importazzjonijiet mill-Indja lejn l-Unjoni fil-PIR kienu limitati u kienu jlaħħqu bejn it-800 u d-900 tunnellata, abbażi ta' data mill-Eurostat u mill-gvern Indjan.

(31)

Il-bejgħ lejn l-Unjoni taż-żewġ produtturi Indjani li kkooperaw kien wieħed limitat ħafna, wara tnaqqis minħabba l-impożizzjoni tal-miżuri. Il-produttur esportatur ewlieni mill-Indja matul il-PIR kien il-kumpanija li waqqfet il-kooperazzjoni tagħha billi ma weġbitx għall-kwestjonarju.

(32)

L-importazzjonijiet mill-Indja huma soġġetti wkoll għad-dazju TDK ta' 6,5 % (9).

3.2.1.   Dumping matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

(a)    Valur normali

(33)

Il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku taż-żewġ kumpaniji Indjani li kkooperaw kienx rappreżentattiv, skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku jkun rappreżentattiv jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku għal kull produttur esportatur kien jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ għall-esportazzjoni tiegħu tal-prodott taħt rieżami, lejn l-Unjoni, matul il-PIR. Fuq din il-bażi, il-bejgħ totali taż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw tal-prodott simili fis-suq domestiku nstab li kien rappreżentattiv.

(34)

Imbagħad, il-Kummissjoni identifikat it-tipi ta' prodotti mibjugħin fuq livell domestiku li kienu identiċi jew paragunabbli għat-tipi ta' prodotti mibjugħin għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni għall-produtturi esportaturi b'bejgħ domestiku rappreżentattiv. Il-Kummissjoni mbagħad eżaminat jekk il-bejgħ domestiku minn kull produttur esportatur fis-suq domestiku tiegħu għal kull tip ta' prodott li huwa identiku jew komparabbli ma' tip ta' prodott mibjugħ għall-esportazzjoni lill-Unjoni kienx rappreżentattiv, skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta' tip ta' prodott huwa rappreżentattiv jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku ta' dak it-tip ta' prodott lil konsumaturi indipendenti matul il-perjodu ta' investigazzjoni jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ b'esportazzjoni tal-prodott identiku jew komparabbli lejn l-Unjoni. Il-Kummissjoni stabbiliet li l-bejgħ taż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw kien rappreżentattiv.

(35)

Il-Kummissjoni mbagħad iddefiniet il-proporzjon tal-bejgħ profitabbli lil konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku għal kull tip ta' prodott matul il-PIR biex tiddeċiedi jekk tużax il-prezz tal-bejgħ domestiku reali għall-kalkolu tal-valur normali, skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku.

(36)

Il-valur normali huwa bbażat fuq il-prezz domestiku reali għal kull tip ta' prodott, irrispettivament minn jekk dak il-bejgħ huwiex profitabbli jew le, jekk:

(a)

il-volum tal-bejgħ domestiku tat-tip ta' prodott, mibjugħ bi prezz tal-bejgħ nett daqs jew ogħla mill-kost ikkalkolat tal-produzzjoni, kien jirrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum tal-bejgħ totali ta' dan it-tip ta' prodott; u

(b)

il-prezz medju ponderat tal-bejgħ ta' dak it-tip ta' prodott ikun daqs jew ogħla mill-kost tal-produzzjoni għal kull unità.

Fir-rigward taż-żewġ kumpaniji Indjani li kkooperaw f'din l-investigazzjoni, ġie stabbilit li l-ebda waħda minnhom ma kellha bejgħ li jissodisfa l-kriterji ta' hawn fuq.

(37)

Il-valur normali huwa l-prezz domestiku reali għal kull tip ta' prodott tal-bejgħ domestiku profitabbli biss tat-tipi ta' prodotti matul il-PIR, jekk:

(a)

il-volum tal-bejgħ profitabbli tat-tip ta' prodott jirrappreżenta 80 % jew inqas mill-volum totali tal-bejgħ ta' dan it-tip: jew

(b)

il-prezz medju ponderat ta' dan it-tip ta' prodott ikun inqas mill-kost tal-produzzjoni għal kull unità.

Fir-rigward ta' kumpanija Indjana waħda li kkooperat, Radiant, li kienet tbigħ tip ta' prodott wieħed biss domestikament u għall-esportazzjoni, il-valur normali kien determinat abbażi ta' din il-metodoloġija u ntuża biss il-bejgħ profitabbli, li kien jammonata għal [10-15]% tal-bejgħ. Dawn il-kriterji ma kinux japplikaw għall-kumpanija Indjana l-oħra li kkooperat.

(38)

Fejn ma kienx hemm biżżejjed bejgħ jew ma kienx hemm bejgħ ta' tip ta' prodott tal-prodott simili fil-perkors normali tan-negozju, il-Kummissjoni kkalkolat il-valur normali skont il-paragrafi (3) u (6) tal-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku. Għal dawn it-tipi ta' prodotti, il-valur normali ġie kkalkolat billi mal-kost medju tal-produzzjoni tal-prodott simili tal-produttur esportatur li kkoopera matul il-PIR ġew miżjuda:

(a)

l-ispejjeż medji ponderati tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (selling, general and administrative, “SG&A”) imġarrba mill-uniku produttur esportatur li kkoopera, fuq il-bejgħ domestiku tal-prodott simili, fil-perkors normali tan-negozju, matul il-PIR; u

(b)

il-profitt medju ponderat magħmul mill-uniku produttur esportatur li kkoopera, mill-bejgħ domestiku tal-prodott simili, fil-perkors normali tan-negozju, matul il-PIR.

(39)

Fir-rigward tal-kumpanija Indjana l-oħra, Star Oxochem, kienet tbigħ żewġ tipi ta' prodotti: wieħed biss domestikament u l-ieħor kważi esklussivament għall-esportazzjoni (bi ftit bejgħ domestiku). Għat-tip ta' prodott li kien esportat, ma kienx hemm bejgħ profitabbli. Il-valur normali ġie kkalkulat billi mal-kost medju tal-manifattura, ġew miżjuda l-kostijiet SG&A u l-perċentwal tal-profitt abbażi tal-bejgħ domestiku fil-perkors normali tan-negozju tat-tip ta' prodott mibjugħ domestikament, f'konformità mal-metodoloġija deskritta fil-premessa (38).

(40)

Fir-rigward tad-determinazzjoni tal-kostijiet tal-produzzjoni, l-applikant sostna li l-kost li għandu jiġi allokat għall-produzzjoni tal-aċidu ossaliku għandu jkun il-kost tal-produzzjoni tan-nitrat tas-sodju, wara li jitnaqqas id-dħul mill-bejgħ. Skont l-applikant, in-nitrat tas-sodju għandu jiġi ttrattat bħala prodott sekondarju u mhux bħala linja operatorja vijabbli separata. Abbażi tal-evidenza miġbura fl-investigazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li n-nitrat tas-sodju huwa prodott sekondarju minħabba li huwa prodott sekondarju derivat mill-proċess tal-manifattura tal-aċidu ossaliku. Mhuwiex il-prodott primarju li qed jiġi prodott. Prodott sekondarju huwa kummerċjabbli. Id-dħul mill-bejgħ tiegħu jeħtieġ li jitnaqqas mill-kost tal-manifattura tal-prodott ikkonċernat, li jinkludi l-kost ta' produzzjoni għall-prodott sekondarju. Il-kost tal-produzzjoni ġie mmodifikat permezz ta' aġġustamenti rilevanti għal produttur Indjan wieħed sabiex in-nitrat tas-sodju jitqies bħala prodott sekondarju u mhux bħala linja operatorja vijabbli.

(b)    Prezz tal-esportazzjoni

(41)

Iż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jesportaw lejn l-Unjoni direttament lil klijenti indipendenti. Għalhekk, il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-prodott ikkonċernat meta mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

(c)    Paragun

(42)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni kif stabbiliti hawn fuq, abbażi tal-prezz mill-fabbrika.

(43)

Fejn ġustifikat mill-ħtieġa li jkun żgurat paragun ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti għat-trasport, l-assigurazzjoni, it-tqandil, it-tagħbija u kostijiet anċillari, l-imballaġġ, skontijiet, kostijiet ta' kreditu, tariffi bankarji u kummissjonijiet imħallsa mill-produttur esportatur li kkoopera. Il-livell ta' aġġustamenti għall-prezzijiet domestiċi kien fil-medda ta' 0-5 %. Fil-każ tal-prezz tal-esportazzjoni dan kien fil-medda ta' 10-25 %. Iż-żewġ produtturi esportaturi Indjani li kkooperaw it-tnejn rċevew kalkoli dettaljati tal-aġġustamenti li saru fl-iżvelar speċifiku.

(44)

Fil-kuntest tal-Artikolu 2(10)(b) tar-Regolament bażiku, iż-żewġ produtturi li kkooperaw indikaw li kienu bbenefikaw mill-Iskema Indjana għall-Esportazzjonijiet tal-Merkanzija mill-Indja (“MEIS”) (10). Il-MEIS hija skema tal-gvern tal-Indja li tipprovdi inċentiv fil-forma ta' skrip ta' kreditu ta' dazju lill-esportaturi biex jagħmel tajjeb għat-telf fuq il-ħlas tad-dazji. L-inċentiv jitħallas bħala perċentwal tal-valur tal-prezz frank abbord (“FOB”) realizzat (f'kambju ħieles) għal oġġetti speċifiċi li jkunu destinati għal swieq speċifiċi. Dan l-inċentiv għall-esportazzjoni mhuwiex aġġustament permissibbli għat-tqabbil tal-prezzijiet. Huwa ma jikkwalifikax bħala skema ta' restituzzjoni ta' dazju li għaliha jista' jkun ikkunsidrat aġġustament skont l-Artikolu 2(10)(b) tar-regolament bażiku, minħabba li l-Artikolu 2(10)(b) jippermetti biss aġġustamenti għall-valur normali u mhux għall-prezz ta' esportazzjoni. Barra minn hekk, il-valur tal-iskrip ma jiġix ikkalkulat b'relazzjoni mal-ammont tad-dazji tal-importazzjoni li kieku jiġi inkorporat fl-esportazzjonijiet ta' prodotti downstream iżda, minflok, jiġi determinat bħala perċentwali tal-valur FOB tal-merkanzija esportata. Addizzjonalment, irrispettivament mill-kalkolu tal-valur tal-inċentiv, il-funzjonament tas-sistema ma jwassalx għal sitwazzjoni fejn it-taxxi fuq l-importazzjoni mħallsa fuq materjali fiżikament inkorporati fil-bejgħ domestiku tal-prodott simili jiġu rifużi jew ma jinġabrux meta l-istess produzzjoni tiġi esportata lejn l-Unjoni. Għar-raġunijiet kollha ta' hawn fuq, l-ebda aġġustament fuq il-valur normali jew il-prezz ta' esportazzjoni ma' jista' jkun aċċettat.

(45)

Produttur wieħed li kkoopera indika li kien ibbenefika wkoll mill-iskema tat-Taxxa Ċentrali fuq il-Valur Miżjud (“CENVAT”) (11). Taħt din l-iskema, manifattur tal-prodott finali jew fornitur ta' servizz taxxabbli jista' jieħu kreditu fuq id-dazji tas-sisa mħallsa, kif ukoll fuq it-taxxa tas-servizz imħallsa fuq kull input li jkun wasal fil-fabbrika jew kull servizz input li jkun wasal għand il-manifattur tal-prodott finali. Il-kumpanija ma wrietx li din l-iskema ma tapplikax bl-istess mod għall-prodotti finali mibjugħa fis-suq domestiku. Għalhekk, b'mod simili għall-iskema MEIS, din l-eżenzjoni fuq id-dazju tas-sisa mhijiex aġġustament permissibbli għat-tqabbil tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10)(b) tar-Regolament bażiku.

(46)

Għalhekk, ma sarux provvedimenti għall-iskema MEIS u s-CENVAT.

(47)

Iż-żewġ produtturi li kkooperaw talbu provvediment għall-konverżjoni tal-munita. Dan ġie rrifjutat minħabba li wara l-iffissar tal-prezzijiet ir-rati tal-kambju kienu għaddew minn fluttwazzjoni u għalhekk il-konverżjoni ma taffettwax it-tqabbil tal-prezz.

(d)    Marġini tad-dumping

(48)

Skont l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-valur normali medju ponderat skont it-tip ġie mqabbel mal-prezz medju ponderat tal-esportazzjoni tat-tip korrispondenti tal-prodott taħt rieżami. Abbażi ta' din il-metodoloġija, il-marġini individwali tad-dumping li nstabu għaż-żewġ kumpaniji qed jintwerew fit-tabella hawn taħt:

Produttur esportatur

Marġni tad-dumping

Star Oxochem Pvt. Ltd.

12,40 %

Radiant Indus Chem Pvt. Ltd.

27,61 %

(e)    Konklużjoni

(49)

Abbażi ta' dak li ntqal hawn fuq ġie konkluż li l-produtturi esportaturi Indjani komplew jesportaw l-aċidu ossaliku lejn l-Unjoni bi prezzijiet oġġett ta' dumping matul il-PIR.

3.2.2.   Żvilupp probabbli tal-importazzjonijiet f'każ ta' revoka tal-miżuri

(50)

Wara s-sejba li d-dumping kien kompla matul il-PIR, il-Kummissjoni analizzat ukoll jekk kienx hemm probabbiltà li l-volumi tal-esportazzjonijiet oġġett ta' dumping jiżdiedu f'każ li l-miżuri jitħallew jiskadu. Hija eżaminat il-kapaċità ta' produzzjoni u l-kapaċità ta' riżerva Indjani, l-imġiba tal-esportaturi Indjani fi swieq oħra u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni.

(51)

Peress li kienu biss żewġ produtturi esportaturi fl-Indja li kkooperaw, l-elementi addizzjonali nġabru mill-fatti disponibbli kif spjegat hawn taħt.

(a)    Il-kapaċità ta' produzzjoni u ta' riżerva fl-Indja

(52)

Abbażi ta' data vverifikata tal-produtturi esportaturi li kkooperaw, iż-żewġ produtturi Indjani li saritilhom żjara kellhom użu ta' aktar minn 75 % tal-kapaċità.

(53)

Kumplessivament, il-kapaċità totali tal-produtturi Indjani tal-aċidu ossaliku hija stmata li tlaħħaq madwar 40 000 tunnellata metrika, u l-kapaċità ta' riżerva ta' madwar 10 000 tunnellata metrika (12). Il-volum tal-kapaċità ta' riżerva huwa daqs il-konsum totali tal-Unjoni.

(b)    L-imġiba tal-esportaturi Indjani fis-swieq ta' pajjiżi terzi

(54)

Waqt il-PIR iż-żewġ kumpaniji Indjani li kkooperaw kellhom bejgħ b'esportazzjoni sinifikanti lejn il-bqija tad-dinja. Kumpanija waħda kienet tesporta l-maġġoranza tal-produzzjoni tagħha, filwaqt li l-oħra kienet tbigħ maġġoranza tal-produzzjoni tagħha domestikament.

(55)

Fil-każ tal-esportazzjonijiet Indjani globali, l-istatistika tal-gvern Indjan (13) tindika li bejn l-2016-2017 l-akbar destinazzjonijiet tal-esportazzjoni kienu l-Malasja, il-Messiku, il-Pakistan, ir-Russja u t-Tajwan. L-esportazzjonijiet lejn dawn il-ħames pajjiżi kien jlaħħqu l-5 700 tunnellata metrika. Abbażi tal-istatistika tal-gvern Indjan, il-prezz medju tal-esportazzjoni Indjan lejn l-Unjoni huwa ta' 7 % ogħla mill-prezz medju tal-esportazzjoni lejn il-bqija tad-dinja. Il-prezzijiet tal-esportazzjoni Indjani lejn l-Unjoni huma ġeneralment ogħla mill-prezzijiet lejn il-bqija tad-dinja, ħlief notevolment lejn l-Istati Uniti u l-Messiku.

(c)    L-attraenza tas-suq tal-Unjoni

(56)

Għalkemm l-Unjoni hija suq relattivament żgħir għall-aċidu ossaliku, tibqa' attraenti għall-produtturi esportaturi Indjani. Tabilħaqq, kif indikat fil-premessa hawn fuq, il-prezz medju tal-Unjoni huwa ta' 7 % ogħla milli lejn il-bqija tad-dinja. L-attraenza hija kkonfermata wkoll mill-fatt li minkejja l-livell relattivament għoli ta' dazji antidumping fis-seħħ, tlieta minn erba' produtturi esportaturi Indjani għadhom jesportaw lejn is-suq tal-Unjoni. Barra minn hekk, fit-tweġiba mhux kunfidenzjali tagħha għall-kwestjonarju kumpanija Indjana indikat b'mod espliċitu li “Is-suq tal-UE għandu potenzjal enormi u huwa attraenti f'termini ta' prezz tal-prodott”.

(d)    Konklużjoni

(57)

Minħabba l-kapaċità ta' riżerva disponibbli fl-Indja, il-livell ġenerali tal-prezzijiet tal-produtturi Indjani fi swieq terzi u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni f'termini ta' prezzijiet, huwa probabbli ħafna li fin-nuqqas ta' miżuri talanqas ftit mill-kapaċità disponibbli fl-Indja tista' tintuża għall-produzzjoni tal-aċidu ossaliku biex jiġi esportat lejn l-Unjoni jew li xi esportazzjonijiet lejn swieq terzi jiġu ridiretti lejn l-Unjoni meta wieħed iqis il-prezzijiet ogħla fis-suq tal-Unjoni.

(58)

Fis-sottomissjoni tagħha tat-23 ta' Ottubru 2017, kumpanija Indjana waħda li kkooperat sostniet li minħabba tnaqqis fil-produzzjoni mir-RPĊ il-kapaċità ta' riżerva tagħha kienet ibbukkjata kollha sa Marzu 2018. Indikat li t-tnaqqis fil-produzzjoni fir-RPĊ jista' jwassal għal pressjoni fuq is-suq tal-Unjoni. Madankollu, kif indikat fit-taqsima 3.3 hawn taħt, ma ġiex stabbilit li hemm tali tnaqqis fil-produzzjoni Ċiniża, u li anki kieku kien hemm, kieku taffettwa s-swieq dinjija u tal-Unjoni bl-istess mod.

(59)

B'mod ġenerali, huwa meqjus li f'każ li l-miżuri jitħallew jiskadu l-probabbiltà hi li l-kumpaniji Indjani jispiċċaw jesportaw kwantitajiet akbar lejn l-Unjoni milli attwalment jagħmlu u bi prezzijiet oġġett ta' dumping.

3.3.   Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

(60)

Ir-RPĊ hija bil-bosta l-akbar pajjiż produttur tal-aċidu ossaliku fid-dinja bi produzzjoni stmata ta' [150 000-200 000] tunnellata metrika (14). L-esportazzjonijiet totali mir-RPĊ ilaħħqu madwar [25 000-50 000] tunnellata metrika. L-ebda produttur Ċiniż ma kkoopera f'din l-investigazzjoni u għalhekk is-sejbiet huma bbażati fuq l-aħjar fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(61)

Fit-28 ta' Novembru 2016, reġgħu ġew imposti l-miżuri għal Yuanping wara li dawn kienu ġew annullati mill-Qorti Ġenerali. Qabel din l-impożizzjoni mill-ġdid tal-miżuri Yuanping setgħet tesporta mingħajr dazji antidumping.

(62)

L-importazzjonijiet mir-RPĊ huma soġġetti għad-dazju TDK ta' 6,5 %.

3.3.1.   Dumping matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

(a)    Pajjiż analogu

(63)

Skont l-Artikolu 2(7)(a) u (b) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għandu jiġi determinat abbażi tal-prezzijiet imħallsa jew pagabbli fis-suq domestiku jew il-valur maħdum f'pajjiż terz xieraq b'ekonomija tas-suq (il-“pajjiż analogu”).

(64)

In-Notifika ta' Bidu pprevediet li l-Indja tintuża bħala pajjiż analogu. In-Notifika ta' Bidu indikat ukoll lill-Ġappun bħala pajjiż analogu potenzjali. F'Nota għall-fajl tat-18 ta' Mejju 2017, il-Kummissjoni indikat li l-Indja kienet se tintuża bħala pajjiż analogu. L-Indja hija l-pajjiż esportatur ewlieni tal-aċidu ossaliku lejn l-Unjoni. Hija soġġetta għall-istess investigazzjoni. Diġà serviet bħala pajjiż analogu fl-investigazzjoni antidumping inizjali. Barra minn hekk, żewġ produtturi esportaturi mill-Indja kkooperaw fl-investigazzjoni.

(65)

Ma waslu l-ebda kummenti f'dan ir-rigward.

(66)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Indja kienet pajjiż analogu xieraq skont l-Artikolu 2(7)(a) u (b) tar-Regolament bażiku.

(b)    Valur normali

(67)

L-informazzjoni li waslet mingħand iż-żewġ produtturi li kkooperaw fil-pajjiż analogu ntużat bħala bażi għad-determinazzjoni tal-valur normali. Il-metodoloġija użata għal dan il-għan ġiet stabbilita fit-taqsima 3.2.1. Il-valur normali li ntuża għar-RPĊ kien il-valur normali medju ponderat bejn iż-żewġ kumpaniji Indjani.

(68)

F'konformità mal-investigazzjoni oriġinali, sar aġġustament għall-valur normali minħabba li minbarra l-aċidu ossaliku mhux raffinat, il-kumpaniji Ċiniżi jimmanifatturaw u jesportaw ukoll l-hekk imsejjaħ aċidu ossaliku “raffinat” lejn l-Unjoni, li ma jiġix prodott fil-pajjiż analogu l-Indja. Fin-nuqqas ta' kooperazzjoni u indikazzjoni dwar it-tipi prodotti u esportati matul il-PIR, abbażi tal-fatti disponibbli, abbażi ta' sejbiet fl-investigazzjoni oriġinali, biex isir aġġustament (aġġustament 'il fuq ta' 12 %) għall-valur normali medju ponderat taż-żewġ kumpaniji Indjani li kkooperaw.

(c)    Prezz tal-esportazzjoni

(69)

Fin-nuqqas ta' koperazzjoni mill-esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni rrikorriet għal data statistika disponibbli bħala l-aħjar fatti disponibbli biex tiddetermina l-prezz tal-esportazzjoni. Il-Kummissjoni ddeċidiet li tibbaża l-kalkoli tagħha billi tuża l-informazzjoni dwar il-prezzijiet mill-bażi tad-data Comext (Eurostat).

(70)

Fejn ġustifikat mill-ħtieġa sabiex jiġi żgurat paragun ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-prezz tal-esportazzjoni għal differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet. Il-prezz medju tal-esportazzjoni għall-PIR ġie estratt mill-bażi tad-data tal-Eurostat. Il-prezz CIF ġie aġġustat lura għall-prezz mill-fabbrika abbażi tal-kostijiet attwali tat-trasport u tal-assigurazzjoni determinati abbażi ta' data verifikata mill-kumpaniji Ċiniżi li kkooperaw fl-investigazzjoni oriġinali (aġġustament ta' [15-20] %). Għandu jiġi nnotat li anke kieku ntużat id-data aktar reċenti mill-kumpaniji Indjani li kkooperaw u din ġiet aġġustata għad-distanza itwal ta' tbaħħir mill-portijiet Ċiniż, il-livell ta' aġġustament kien ikun simili ħafna (inqas minn differenza ta' punt perċentwali wieħed).

(d)    Paragun

(71)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz medju tal-esportazzjoni Ċiniż kif stabbilit hawn fuq abbażi tal-prezz mill-fabbrika.

(e)    Marġni tad-dumping

(72)

Fuq din il-bażi (aġġustamenti bbażati fuq data verifikata mill-kumpaniji Indjani li kkooperaw), il-marġni tad-dumping medju ponderat espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni waqt il-PIR, bid-dazju mhux imħallas, instab li kien ta' 8,7 %. Il-Kummissjoni osservat li kieku kienet ibbażat is-sejbiet tagħha fuq data mill-bażi tad-data dwar l-esportazzjoni taċ-Ċina, il-marġni tad-dumping li kien jinsab kien ikun wieħed ogħla.

(f)    Konklużjoni

(73)

Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni stabbiliet li d-dumping baqa' jsir fl-Unjoni minħabba li l-produtturi esportaturi Ċiniżi kienu għadhom qed jesportaw l-aċidu ossaliku bi prezzijiet oġġett ta' dumping matul il-PIR.

3.3.2.   Żvilupp probabbli tal-importazzjonijiet f'każ ta' revoka tal-miżuri

(74)

Wara s-sejba li d-dumping kien kompla matul il-PIR, il-Kummissjoni analizzat ukoll jekk kienx hemm probabbiltà li l-volumi tal-esportazzjonijiet oġġett ta' dumping jiżdiedu f'każ li l-miżuri jitħallew jiskadu.

(75)

Fin-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, din l-analiżi saret fuq il-bażi tal-aħjar fatti disponibbli, jiġifieri abbażi tal-informazzjoni fit-talba għal rieżami u informazzjoni pubblikament disponibbli.

(76)

Il-Kummissjoni vvalutat il-kapaċità ta' produzzjoni u l-kapaċità ta' riżerva Ċiniżi, l-imġiba tal-esportaturi Ċiniżi fi swieq oħra, u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni.

(a)    Il-kapaċità ta' produzzjoni u ta' riżerva fir-RPĊ

(77)

Skont l-istatistika ppreżentata mill-applikant fit-talba għal rieżami, il-kapaċità annwali kombinata tal-produtturi Ċiniżi tlaħħaq madwar [150 000-200 000] tunnellata metrika. Il-konsum tal-aċidu ossaliku mis-suq intern fir-RPĊ ilaħħaq madwar [50 000-100 000] u l-esportazzjonijiet ilaħħqu madwar [25 000-50 000]. Għalhekk, jekk wieħed kellu jassumi li s-suq domestiku Ċiniż huwa fornut esklużivament minn produtturi Ċiniżi, il-kapaċità ta' riżerva tal-produtturi Ċiniżi hija stmata li tlaħħaq madwar [30 000-40 000] tunnellata metrika, li tirrapreżenta madwar 20 % tal-kapaċità totali tagħhom u tliet darbiet il-konsum stmat tal-Unjoni.

(78)

Filwaqt li kumpanija Indjana indikat li l-produzzjoni Ċiniża kienet ingħalqet minħabba tħassib ambjentali, fis-sottomissjoni tiegħu tat-28 ta' Novembru 2017, l-applikant ikkontesta din id-dikjarazzjoni saħaq li tali tnaqqis seħħ qabel l-2013. Ma ngħatat l-ebda evidenza biex tissostanzja dawn id-dikjarazzjonijiet. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma laqgħetx iż-żewġ dikjarazzjonijiet.

(b)    L-imġiba tal-esportaturi Ċiniżi fis-swieq ta' pajjiżi terzi

(79)

Sabiex tanalizza l-imġiba probabbli tal-produtturi esportaturi Ċiniżi fin-nuqqas tal-miżuri, il-Kummissjoni eżaminat il-livell tal-prezz fir-rigward tal-bejgħ b'esportazzjoni Ċiniż lejn il-bqija tad-dinja billi użat il-bażi tad-data dwar l-esportazzjoni taċ-Ċina. Fl-10 swieq ewlenin tal-esportazzjoni tar-RPĊ (bl-eċċezzjoni tal-Ġappun), il-prezz tal-esportazzjoni aġġustat għall-prezz mill-fabbrika kien ferm taħt il-valur normali li anke huwa kien stabbilit fil-livell tal-prezz mill-fabbrika, li kieku kien jindika imġiba ta' dumping fi swieq terzi. Bħala medja, il-prezz għall-bqija tad-dinja (fil-livell tal-prezz mill-fabbrika) huwa ta' 30 % inqas mill-valur normali, kif ukoll taħt il-prezz tal-esportazzjoni Ċiniż lejn l-Unjoni.

(c)    L-attraenza tas-suq tal-Unjoni

(80)

Kif stabbilit hawn fuq fit-taqsima 3.2, is-suq tal-Unjoni huwa meqjus bħala wieħed żgħir iżda attraenti f'termini ta' prezzijiet. Barra minn hekk, minkejja d-dazji konvenzjonali u ta' antidumping fis-seħħ l-esportazzjonijiet Ċiniżi komplew jidħlu fis-suq tal-Unjoni.

(d)    Konklużjoni

(81)

Minħabba l-kapaċità ta' riżerva disponibbli fir-RPĊ, l-imġiba ġenerali tal-produtturi Ċiniżi fi swieq terzi u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni f'termini ta' prezzijiet, huwa probabbli li fin-nuqqas ta' miżuri talanqas ftit mill-kapaċità disponibbli fir-RPĊ tista' tintuża għall-produzzjoni tal-aċidu ossaliku għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni jew li xi esportazzjonijiet lejn swieq terzi jiġu ridiretti lejn l-Unjoni meta wieħed iqis il-prezzijiet ogħla fis-suq tal-Unjoni.

(82)

B'mod ġenerali, il-Kummissjoni qieset li jekk il-miżuri jitħallew jiskadu huwa probabbli li l-kumpaniji Ċiniżi jispiċċaw jesportaw kwantitajiet akbar lejn l-Unjoni milli attwalment jagħmlu u bi prezzijiet oġġett ta' dumping.

3.4.   Konklużjoni dwar id-dumping

(83)

Bħala konklużjoni, il-kapaċità kbira ta' produzzjoni stmata, il-kapaċità kbira ta' riżerva flimkien mal-livelli tal-prezzijiet fi swieq oħra tal-esportazzjoni u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni, jindikaw il-probabbiltà li revoka tal-miżuri x'aktarx twassal għal żieda sinifikanti fl-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni. Meta wieħed iqis il-marġni tad-dumping stabbilit matul il-PIR għaż-żewġ pajjiżi kkonċernati, hemm ukoll il-probabbiltà li l-esportazzjonijiet futuri jsiru bi prezzijiet li jindikaw livelli elevati ferm ta' dumping.

(84)

Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni stabbiliet li jekk il-miżuri jitħallew jiskadu d-dumping mill-Indja u mir-RPĊ kien sejjer ikompli.

4.   DANNU

4.1.   Definizzjoni ta' industrija tal-Unjoni u ta' produzzjoni tal-Unjoni

(85)

L-industrija tal-Unjoni għadha magħmula mill-istess impjanti bħal dawk matul l-investigazzjoni oriġinali. Il-prodott ikkonċernat jiġi manifatturat minn żewġ produtturi magħrufa tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami: Oxaquim S.A. (“Oxaquim”) u WeylChem Lamotte S.A.S. (“WeylChem”) (15). Bħala tali Oxaquim kien jirrappreżenta proporzjon kbir tal-produzzjoni totali tal-aċidu ossaliku tal-Unjoni matul il-perjodu ta' rieżami (aktar minn 50 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni). WeylChem ma oġġezzjonax għat-tnedija tal-investigazzjoni tar-rieżami iżda ddeċieda li ma jikkooperax. Attwalment ma hemmx produtturi oħra tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni. Abbażi ta' dan, iż-żewġ produtturi Oxaquim u WeylChem jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. Minn hawn 'il quddiem se jissejħu “l-industrija tal-Unjoni”.

(86)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni ġiet stabbilita abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli, inkluża l-informazzjoni provduta fit-talba għal rieżami ta' skadenza, id-data li nġabret qabel u wara li nbdiet l-investigazzjoni u l-informazzjoni li nkisbet mill-produttur tal-Unjoni li kkoopera. Din l-informazzjoni ppermettiet li tiġi kkonfermata l-eżistenza u l-livell ta' produzzjoni anke tal-produttur li ma kkooperax fl-investigazzjoni. Fuq din il-bażi, il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-PIR ġiet stmata għal madwar 15 000 u 20 000 tunnellata (16).

4.2.   Konsum tal-Unjoni

(87)

Il-konsum ġie stabbilit abbażi tal-volum ta' importazzjonijiet, u l-volum tal-bejgħ totali fis-suq tal-Unjoni tal-industrija tal-Unjoni, inkluża data verifikata għal Oxaquim u stima għal WeylChem abbażi tal-Eurostat.

(88)

Matul il-perjodu kkunsidrat l-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 1

Konsum tal-Unjoni

Konsum totali

2013

2014

2015

2016

PIR

Tunnellata

11 544

11 803

10 315

10 175

10 482

Indiċi (2013 = 100)

100

102

89

88

91

Sors: Eurostat, tweġiba vverifikata għall-kwestjonarju, stima għall-produttur tal-Unjoni li ma kkooperax

(89)

Il-konsum tal-Unjoni naqas matul il-perjodu kkunsidrat, jiġifieri minn 11 544 tunnellata fl-2013 għal 10 482 tunnellata matul il-PIR, jew b'9 %.

4.2.1.   Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Indja u mir-RPĊ

Tabella 2

Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Indja u mir-RPĊ

Volumi tal-importazzjonijiet (tunnellati)

2013

2014

2015

2016

PIR

L-Indja u r-RPĊ

2 633

2 397

1 818

1 855

1 658

Indiċi (2013 = 100)

100

91

69

70

63

% tas-sehem mis-suq

22,8

20,3

17,6

18,2

15,8

Sors: Eurostat

(90)

Il-volumi tal-importazzjonijiet mill-Indja u mir-RPĊ naqsu minn 2 633 tunnellata fl-2013 għal 1 658 tunnellata fil-PIR, jiġifieri b'37 %, bi tnaqqis korrispondenti fis-sehem mis-suq minn 22,8 % għal 15,8 %, jiġifieri tnaqqis ta' 7 punti perċentwali matul il-perjodu ikkunsidrat.

(91)

Filwaqt li l-volumi tal-importazzjoni u s-sehem mis-suq mill-Indja u mir-RPĊ naqsu, il-produtturi esportaturi mill-pajjiżi kkonċernati xorta rnexxielhom iżommu sehem konsiderevoli mis-suq.

4.2.2.   Prezzijiet tal-importazzjonijiet u twaqqigħ tal-prezzijiet

Tabella 3

Il-prezz medju tal-importazzjonijiet mill-Indja u mir-RPĊ

Prezz tal-importazzjoni (EUR/tunnellata)

2013

2014

2015

2016

PIR

L-Indja u r-RPĊ

745

645

769

724

718

Indiċi (2012 = 100)

100

87

103

97

96

Sors: Eurostat

(92)

Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati l-ewwel naqsu minn EUR 745/tunnellata fl-2013 għal EUR 645/tunnellata fl-2014, iżda fl-2015 żdiedu għal EUR 769/tunnellata. Huma reġgħu naqsu fl-2016 kif ukoll fil-PIR fejn laħqu livell ta' EUR 718/tunnellata. Kumplessivament, it-tnaqqis bejn l-2013 u l-PIR kien ta' 4 %.

(93)

It-tqabbil tal-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni sar bejn il-prezzijiet tal-produttur tal-Unjoni li kkoopera u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati. Il-prezzijiet tal-bejgħ rilevanti tal-produttur tal-Unjoni li kkoopera kienu dawk għal klijenti indipendenti, aġġustati fejn meħtieġ għal livell tal-prezz mill-fabbrika, jiġifieri esklużi l-kostijiet tat-trasport fl-Unjoni u wara t-tnaqqis tal-iskontijiet u tar-ribassi.

(94)

Dawn il-prezzijiet ġew imqabbla mal-prezzijiet mitluba mill-produtturi esportaturi Indjani u dawk Ċiniżi aġġustati għas-CIF fil-fruntiera tal-Unjoni. Minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni mir-RPĊ il-prezz kien ibbażat fuq data mill-Eurostat peress li tipprovdi prezzijiet ikkwotati f'livell ta' CIF fil-fruntiera tal-Unjoni. Il-prezz CIF imbagħad ġie aġġustat 'il fuq għall-kostijiet ta' wara l-importazzjoni, jiġifieri ta' żdoganar, dazju doganali konvenzjonali u dazju antidumping, kostijiet ta' mmaniġġjar u ta' tagħbija tal-merkanzija.

(95)

Ġie osservat li l-prezzijiet tal-produttur tal-Unjoni li kkoopera naqsu b'10 % fil-perjodu ta' bejn l-2013 u l-PIR (ara t-Tabella 7), filwaqt li t-tnaqqis kien inqas qawwi għall-oġġetti importati mill-pajjiżi kkonċernati, ta' madwar 3,6 % għar-RPĊ u ta' 6 % għall-Indja. Madankollu, id-differenza fil-prezz bejn l-oġġetti importati u l-oġġetti prodotti fl-Unjoni baqgħet għolja u wasslet għal twaqqigħ sinifikanti tal-prezz matul il-PIR. Ir-riżultat tat-tqabbil, meta espress bħala perċentwal tal-fatturat tal-produtturi tal-Unjoni matul il-PIR, wera twaqqigħ medju ponderat tal-prezz. Il-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz għar-RPĊ kien stabbilit bħala 8 % (17), u għaż-żewġ produtturi esportaturi Indjani li kkooperaw it-twaqqigħ tal-prezz kien stabbilit bħala 7,1 % u ta' 6,6 % rispettivament.

4.3.   Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.3.1.   Kummenti ġenerali

(96)

F'konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi u l-indiċi ekonomiċi kollha li kellhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni.

(97)

Kif imsemmi fil-premessa (15), ma ntuża l-ebda kampjunar għad-determinazzjoni tad-dannu possibbli li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

(98)

Biex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni vvalutat l-indikaturi makroekonomiċi relatati mal-industrija sħiħa tal-Unjoni abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-applikant fit-talba għal rieżami ta' skadenza, mill-istatistika dwar il-kummerċ u mid-data miġbura wara l-bidu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Il-Kummissjoni vvalutat l-indikaturi mikroekonomiċi li kienu relatati biss mal-produttur tal-Unjoni li kkoopera, Oxaquim, abbażi tad-data inkluża fit-tweġiba għall-kwestjonarju li ġiet ivverifikata. Iż-żewġ settijiet ta' data nstabu li kienu rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(99)

L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, l-impjiegi, il-produttività u d-daqs tal-marġni tad-dumping.

(100)

L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji ta' unità, il-kost unitarju, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabilità, il-fluss ta' flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti.

(101)

Meta wieħed iqis il-fatt li d-data għall-analiżi tad-dannu ġejja primarjament minn sors wieħed biss, id-data relatata mal-industrija tal-Unjoni kellha tiġi indiċjata sabiex tiġi ppreservata l-kunfidenzjalità skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku.

4.3.2.   Indikaturi makroekonomiċi

4.3.2.1.   Produzzjoni, kapaċità ta' produzzjoni u użu tal-kapaċità

(102)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità ta' produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 4

Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

Indiċi (2013 = 100)

2013

2014

2015

2016

PIR

Volum ta' produzzjoni

100

114

114

116

124

Kapaċità ta' produzzjoni

100

100

100

100

108

Użu tal-kapaċità

100

114

114

116

115

Sors: Tweġiba vverifikata għall-kwestjonarju u stima għall-produttur tal-Unjoni li ma kkooperax

(103)

Il-produzzjoni żdiedet matul il-perjodu kkunsidrat. Kumplessivament, tul il-perjodu kkunsidrat l-volum tal-produzzjoni żdied b'24 %.

(104)

Il-kapaċità tal-produzzjoni żdiedet bi 8 % matul il-perjodu kkunsidrat minħabba investimenti.

(105)

Bħala riżultat taż-żieda kemxejn ogħla fil-volum tal-produzzjoni milli fil-kapaċità ta' produzzjoni, l-użu tal-kapaċità żdied bi 15 % matul il-perjodu kkunsidrat.

4.3.2.2.   Volum tal-bejgħ lil konsumaturi mhux relatati fl-Unjoni u sehem mis-suq

(106)

Il-volum tal-bejgħ lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 5

Volum tal-bejgħ lil klijenti mhux relatati u sehem mis-suq

Indiċi (2013 = 100)

2013

2014

2015

2016

PIR

Volum tal-bejgħ

100

103

95

89

94

Sehem mis-suq

100

101

106

101

103

Sors: Eurostat, tweġiba vverifikata għall-kwestjonarju u stima għall-produttur tal-Unjoni li ma kkooperax

(107)

Il-volum tal-bejgħ naqas b'6 % matul il-perjodu kkunsidrat, wara t-tnaqqis ta' 9 % fil-konsum tal-Unjoni deskritt fil-premessa (91). Għalkemm il-volumi tal-bejgħ naqsu, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żdied bi ftit fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Din iż-żieda tikkorrispondi għat-tnaqqis fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Indja u mir-RPĊ.

4.3.2.3.   Impjiegi, produttività u kost tal-manodopera

(108)

L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 6

Impjiegi, produttività u kost tal-manodopera

Indiċi (2013 = 100)

2013

2014

2015

2016

PIR

Għadd ta' impjegati

100

105

100

112

117

Produttività

100

108

113

103

105

Kostijiet tal-manodopera medji għal kull impjegat

100

101

104

108

111

Sors: Tweġiba vverifikata għall-kwestjonarju, stima għall-produttur tal-Unjoni li ma kkooperax

(109)

Kumplessivament l-impjiegi fl-industrija tal-Unjoni żdiedu bi 17 % matul il-perjodu kkunsidrat, li huwa konformi maż-żieda fil-volum tal-produzzjoni ta' 24 % matul l-istess perjodu.

(110)

Bejn l-2013 u l-PIR, il-kostijiet tal-manodopera medji għal kull impjegat tal-produttur tal-Unjoni li kkoopera żdiedu bi 11 %.

4.3.2.4.   Daqs tal-marġni tad-dumping u rkupru minn dumping tal-passat

(111)

Matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, il-marġni individwali tad-dumping misjuba għall-produtturi esportaturi Indjani li kkooperaw kif ukoll għall-importazzjonijiet Ċiniżi kienu għadhom sostanzjali (ara l-premessi (48) u (72) hawn fuq).

(112)

Madankollu, minkejja l-fatt li kien għad hemm dumping mill-Indja u mir-RPĊ, l-analiżi tal-indikaturi tad-dannu turi li l-miżuri fis-seħħ kellhom impatt pożittiv fuq l-industrija tal-Unjoni.

4.3.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

4.3.3.1.   Kummenti ġenerali

(113)

L-analiżi tal-indikaturi mikroekonomiċi (prezzijiet tal-bejgħ u l-kost tal-produzzjoni, il-ħażniet, il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investiment) saret fil-livell tal-uniku produttur tal-Unjoni li kkoopera.

4.3.3.2.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(114)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej:

Tabella 7

Prezzijiet medji tal-bejgħ u kostijiet unitarji

Indiċi (2013 = 100)

2013

2014

2015

2016

PIR

Prezz medju tal-bejgħ għal kull unità fl-Unjoni

100

88

90

91

90

Kost unitarju tal-produzzjoni

100

81

89

82

80

Sors: Tweġiba vverifikata għall-kwestjonarju

(115)

Il-prezz medju tal-bejgħ għal kull unità tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni naqas b'10 % matul il-perjodu kkunsidrat. Sa ċertu punt dan it-tnaqqis segwa t-tnaqqis ta' 20 % fil-kost tal-produzzjoni fil-PIR.

(116)

L-investigazzjoni wriet li t-tnaqqis fil-kost kien prinċipalment dovut għat-tnaqqis fil-prezz tal-materja prima matul il-perjodu kif ukoll għall-ottimizzazzjoni tal-proċess tal-produzzjoni permezz ta' investimenti f'titjib teknoloġiku.

4.3.3.3.   Inventarji

(117)

Il-livelli tal-istokks tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 8

Inventarji

Indiċi (2013 = 100)

2013

2014

2015

2016

PIR

Stokks tal-għeluq

100

27

11

13

49

Stokks tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni (%)

2,8

0,7

0,3

0,3

1,1

Sors: Tweġiba vverifikata għall-kwestjonarju

(118)

Minħabba n-natura tal-prodott ikkonċernat, l-istokks huma żgħar ħafna. Peress li l-prodott ikkonċernat jiddeterjora malajr, il-produtturi jipproduċu oġġetti għal trasportazzjoni immedjata. Għalhekk, dan l-indikatur ma tantx huwa sinifikanti għad-deskrizzjoni tal-kundizzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

4.3.3.4.   Profitabbiltà, fluss ta' flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti

Tabella 9

Profitabbiltà, fluss ta' flus, investimenti u redditu fuq l-investiment

Indiċi (2013 = 100)

2013

2014

2015

2016

PIR

Profittabilità tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati

100

267

134

305

332

Fluss ta' flus

100

144

110

149

165

Investimenti

100

56

194

328

247

Redditu fuq l-investiment

100

281

144

283

333

Sors: Tweġiba vverifikata għall-kwestjonarju

(119)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-profitabbiltà tal-produttur tal-Unjoni li kkoopera billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa fuq il-bejgħ tal-prodott ikkonċernat lil konsumaturi mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta' dak il-bejgħ. Matul il-perjodu kkunsidrat, il-profitabilità tal-industrija tal-Unjoni żdiedet b'mod stabbli li tirrifletti t-tnaqqis akbar fil-kost tal-produzzjoni meta mqabbel mal-prezz tal-bejgħ matul il-perjodu kkunsidrat kif spjegat fil-premessa (116).

(120)

Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tiffinanzja hija stess l-attivitajiet tagħha. Il-fluss tal-flus żdied matul il-perjodu kkunsidrat, ħlief fl-2015 meta naqas. Il-fluss tal-flus nett kumplessiv żdied b'65 % matul il-perjodu kkunsidrat, f'konformità maż-żieda fil-profitabbiltà.

(121)

L-investimenti żdiedu b'147 % matul il-perjodu kkunsidrat, bl-eċċezzjoni tal-2014 meta naqsu b'44 % meta mqabbla mal-2013. L-investimenti servew prinċipalement biex iżidu l-kapaċità u għaldaqstant l-esportazzjonijiet sabiex tibqa' kompetittiva fis-suq dinji iżda wasslu wkoll għal titjieb teknoloġiku, kwalità ogħla, rendiment aħjar u anqas konsum tal-materja prima u għalhekk wasslu għal produttività mtejba u aktar ħarsien tal-ambjent.

(122)

Bħal fil-każ tal-indikaturi finanzjarji l-oħrajn, ir-redditu fuq l-investiment mill-produzzjoni u mill-bejgħ tal-prodott simili kien pożittiv, li jirrifletti x-xejra fil-profittabilità.

4.3.4.   Konklużjoni dwar id-dannu

(123)

L-investigazzjoni wriet li l-impożizzjoni ta' miżuri mill-2011 ippermettiet li l-industrija tal-Unjoni tirkupra mid-dannu li ġarrbet.

(124)

L-indikaturi tad-dannu juru xejra pożittiva għall-industrija tal-Unjoni.

(125)

Il-profitabbiltà tal-industrija tal-Unjoni żdiedet b'mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat (b'332 % bejn l-2013 u l-PIR). Dan huwa titjib konsiderevoli meta mqabbel mal-livell baxx jew negattiv ta' profittabilità osservat bejn l-2007 u l-2011 (il-perjodu kkunsidrat fl-investigazzjoni oriġinali). Dawn il-profitti, li huma parzjalment marbuta wkoll mat-tnaqqis fil-prezz tal-materja prima, ippermettew li l-industrija tal-Unjoni tagħmel xi investimenti, flimkien ma' tnaqqis tal-ħela u tnaqqis tal-impatt ambjentali.

(126)

Minkejja l-fatt li matul il-perjodu ikkunsidrat il-konsum fl-Unjoni naqas b'9 %, il-volum tal-produzzjoni żdied b'24 % u l-kapaċità ta' produzzjoni bi 8 % filwaqt li l-volum tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni naqas b'6 %. Fil-PIR is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żdied bi 3 % biss meta mqabbel mal-2013. Anke l-bejgħ b'esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdied matul il-perjodu kkunsidrat.

(127)

L-investimenti żdiedu b'147 % matul il-perjodu kkunsidrat u r-redditu fuq l-investimenti bi 333 %.

(128)

Il-produttività tjiebet matul il-perjodu kkunsidrat. Matul il-perjodu kkunsidrat anke l-impjiegi żdiedu f'konformità mal-volumi ta' produzzjoni.

(129)

Fuq il-bażi ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li matul il-perjodu kkunsidrat l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx dannu materjali fis-sens tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

5.   PROBABILITÀ TA' RIKORRENZA JEW TA' TKOMPLIJA TAD-DANNU

(130)

Peress li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx dannu materjali matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, ġie vvalutat jekk hemmx il-probabbiltà ta' rikorrenza ta' dannu jekk il-miżuri kontra l-Indja u r-RPĊ jitħallew jiskadu skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(131)

F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni eżaminat il-kapaċità ta' produzzjoni u l-kapaċitajiet ta' riżerva fl-Indja u fir-RPĊ, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni u l-impatt possibbli tal-iżvilupp fil-prezzijiet tal-volumi u tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet Indjani u Ċiniżi kif ukoll l-impatt ta' tali żvilupp fuq il-volumi ta' bejgħ, fuq il-prezzijiet u fuq il-profitabilità tal-industrija tal-Unjoni.

(132)

Fir-rigward tal-livelli tal-prezzijiet tal-importazzjoni, l-investigazzjoni wriet li minkejja l-miżuri antidumping fis-seħħ, matul il-perjodu kkunsidrat kien għad hemm twaqqigħ kostanti tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, f'każ ta' revoka tal-miżuri fis-seħħ u jekk wieħed kellu jassumi li l-prezz tal-importazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati u l-prezz tal-industrija tal-Unjoni jibqgħu l-istess bħalma kienu matul il-PIR, il-prezzijiet tal-importazzjoni jispiċċaw iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b'bejn 12 % u 34,1 %. Minħabba f'hekk, hemm il-probabbiltà li l-industrija tal-Unjoni titlef mill-volum tal-bejgħ kif ukoll mis-sehem tas-suq fis-suq tal-Unjoni.

(133)

Fir-rigward tal-kapaċitajiet ta' produzzjoni u l-kapaċitajiet ta' riżerva fl-Indja u fir-RPĊ, ittieħdet inkunsiderazzjoni l-analiżi li saret fil-premessi (52), (53), (77) u (78). Din l-analiżi wriet li r-RPĊ tiddisponi minn kapaċità sinifikanti ta' riżerva u l-kapaċità ta' riżerva tal-Indja hija daqs jew akbar mid-daqs totali tas-suq Ewropew. Il-probabbiltà hi li d-domanda interna u s-swieq tal-esportazzjoni Ċiniżi u dawk Indjani minbarra s-suq tal-Unjoni mhumiex se jkunu kapaċi jassorbu l-kapaċità ta' riżerva kollha.

(134)

Fl-aħħar nett, kif osservat fil-premessi (54), (55), (56), (79) u (80), is-suq tal-Unjoni għall-aċidu ossaliku huwa attraenti u f'każ ta' revoka tal-miżuri fis-seħħ hemm inċentiv għall-produtturi Indjani u Ċiniżi biex jittrasferixxu l-esportazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra lejn is-suq tal-Unjoni fejn il-prezzijiet huma ogħla.

(135)

Huwa meqjus li fin-nuqqas ta' miżuri, importazzjonijiet potenzjalment sinifikanti ta' prodotti oġġetti ta' dumping mill-Indja u mir-RPĊ idgħajfu l-industrija tal-Unjoni u jheddu l-vijabilità u s-sopravivenza tagħha.

(136)

Biex tivvaluta l-impatt probabbli ta' tali importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi mill-pajjiżi kkonċernati fuq l-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni l-ewwel ħarset lejn telf potenzjali mis-sehem tas-suq tagħha. Hija ssimulat l-impatt possibbli f'każ li l-produtturi esportaturi mill-pajjiżi kkonċernati jimportaw l-istess kwantitajiet bħal fil-perjodu ta' investigazzjoni oriġinali, jiġifieri, qabel l-impożizzjoni tal-miżuri. Kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, dan il-volum ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping tal-prodott ikkonċernat kien biżżejjed biex jikkawża dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni.

(137)

Għal din l-analiżi, il-Kummissjoni qieset li l-prezzijiet tal-produtturi esportaturi mill-pajjiżi kkonċernati u dawk tal-industrija tal-Unjoni kienu se jibqgħu l-istess bħalma kienu matul il-PIR. Barra minn hekk il-Kummissjoni assumiet li l-volumi ta' importazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati l-ewwel jakkwistaw is-sehem mis-suq ta' pajjiżi terzi oħra u mbagħad is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni. B'dawn is-suppożizzjonijiet, l-analiżi msemmija fil-premessa (136) wriet li f'każ li l-miżuri jiġu revokati u l-importazzjonijiet Ċiniżi u Indjani jilħqu l-livelli tal-volum li kellhom matul il-perjodu ta' investigazzjoni oriġinali, il-produttur tal-Unjoni li kkoopera kien se jagħmel telf u jerġa' jkun hemm rikorrenza tad-dannu għall-industrija tal-Unjoni.

(138)

L-investigazzjoni wriet li f'każ li l-miżuri jiġu revokati u l-importazzjonijiet Ċiniżi u Indjani jilħqu l-livelli tagħhom matul il-PI oriġinali, il-produttur tal-Unjoni li kkoopera jerġa' jibda jagħmel telf u jerġa' jkun hemm rikorrenza tad-dannu.

(139)

Fuq din il-bażi, ġie konkluż li hemm probabbiltà kbira li n-nuqqas ta' miżuri x'aktarx li se jwassal għal żieda sinifikanti fl-esportazzjonijiet mir-RPĊ u mill-Indja bi prezzijiet oġġett ta' dumping u jista' jwassal għal rikorrenza ta' dannu materjali.

6.   INTERESS TAL-UNJONI

6.1.   Kummenti preliminari

(140)

F'konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri eżistenti kontra l-Indja u r-RPĊ tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi u tal-utenti.

6.2.   Interess tal-industrija tal-Unjoni

(141)

Mill-investigazzjoni rriżulta li matul il-PIR l-industrija tal-Unjoni kienet irkuprat mid-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-Indja u mir-RPĊ. Madanakollu, f'każ ta' revoka tal-miżuri kontra l-Indja u r-RPĊ, huwa probabbli li jkun hemm rikorrenza tad-dannu minħabba li l-industrija tal-Unjoni tiġi esposta għal importazzjonijiet oġġett ta' dumping potenzjalment f'volumi sinifikanti u li jqiegħdu pressjoni sinifikanti fuq il-prezzijiet. Minħabba f'hekk, il-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni x'aktarx tiddeterjora b'mod sinifikanti għar-raġunijiet deskritti aktar 'il fuq. Għall-kuntrarju, iż-żamma tal-miżuri ġġib ċertezza fis-suq, li tippermetti li l-industrija tal-Unjoni żżomm il-qagħda ekonomika pożittiva tagħha u tkompli bl-investimenti u bil-pjanijiet ta' tkabbir tagħha.

(142)

Abbażi ta' dan il-Kummissjoni kkonkludiet li t-tkomplija tal-miżuri antidumping fis-seħħ tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

6.3.   Interess ta' importaturi mhux relatati

(143)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kooperazzjoni minn importaturi mhux relatati matul l-investigazzjoni.

(144)

Abbażi ta' dan, ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li ż-żamma tal-miżuri kien se jkollha impatt negattiv sinifikanti fuq l-importaturi li jegħleb l-impatt pożittiv tal-miżuri fuq l-industrija tal-Unjoni.

6.4.   Interess tal-utenti

(145)

Intbagħtu kwestjonarji lil utenti magħrufa. Il-Kummissjoni rċeviet tweġiba mingħand ħames utenti biss tal-prodott ikkonċernat, għalkemm il-prodott ikkonċernat jintuża f'ħafna industriji. Żewġ utenti bagħtu lura tweġibiet kompluti għall-kwestjonarju; żewġ utenti oħra bagħtu biss tabelli mimlija u utent wieħed ipprovda kummenti.

(146)

L-ebda utent ma oppona l-estensjoni tal-miżuri u erba' minnhom ddikjaraw b'mod ċar li huma favur iż-żamma tal-miżuri antidumping attwali.

(147)

Minħabba li l-Kummissjoni ma rċeviet ebda oppożizzjoni mill-utenti, jidher improbabbli li ż-żamma tal-miżuri antidumping se jkollha impatt negattiv fuq l-utenti tal-Unjoni li jegħleb l-impatt pożittiv tal-miżuri fuq l-industrija tal-Unjoni.

6.5.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(148)

Fuq il-bażi ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti bbażati fuq l-interess tal-Unjoni għat-terminazzjoni tal-miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ossaliku li joriġinaw mill-Indja u mir-RPĊ.

7.   DIVULGAZZJONI

(149)

Il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati kollha dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kienet biħsiebha żżomm il-miżuri eżistenti kontra l-Indja u r-RPĊ. Ingħataw ukoll perjodu ta' żmien biex jissottomettu kummenti wara dik id-divulgazzjoni. Il-Kummissjoni rċeviet biss kummenti mingħand l-industrija tal-Unjoni. Dawn il-kummenti ġew analizzati u kkunsidrati fejn kien xieraq.

8.   MIŻURI ANTI-DUMPING

(150)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet li ntlaħqu fir-rigward tat-tkomplija/rikorrenza ta' dumping u t-tkomplija/rikorrenza ta' dannu kif deskritt hawn fuq isegwi li, kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-aċidu ossaliku li joriġinaw mill-Indja u mir-RPĊ, imposti bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 325/2012 għandhom jinżammu.

(151)

Kumpanija tista' titlob l-applikazzjoni ta' dawn ir-rati ta' dazju antidumping individwali jekk sussegwentement tibdel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni (18). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li tippermetti li jintwera li t-tibdil ma jaffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk it-tibdil fl-isem tal-kumpanija ma jaffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, avviż dwar it-tibdil tal-isem għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(152)

Fid-dawl tal-każistika reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja (19), huwa xieraq li tiġi prevista r-rata tal-imgħax ta' inadempjenza li jrid jitħallas f'każ ta' rimborż ta' dazji definittivi, minħabba li d-dispożizzjonijiet rilevanti fis-seħħ rigward id-dazji doganali ma jipprevedux tali rata ta' mgħax, u l-applikazzjoni tar-regoli nazzjonali jwasslu għal distorsjonijiet mhux dovuti bejn l-operaturi ekonomiċi skont liema Stat Membru jintgħażel għall-iżdoganar tal-merkanzija.

(153)

Il-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036 ma tax opinjoni.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju anti-dumping definittiv huwa b'dan impost fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ossaliku, kemm jekk f'forma diidrata (numru CUS 0028635-1 u numru CAS 6153-56-6) jew f'forma anidra (numru CUS 0021238-4 u numru CAS 144-62-7) u kemm jekk f'soluzzjoni milwiema jew le, li attwalment jaqa' taħt il-kodiċi NM ex 2917 11 00 (kodiċi TARIC 2917110091) u li joriġina mill-Indja u mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

2.   Ir-rata tad-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji li ġejjin għandha tkun din li ġejja:

Pajjiż

Kumpanija

% tar-rata tad-dazju anti-dumping (%)

Kodiċi TARIC addizzjonali

L-Indja

Punjab Chemicals and Crop Protection Limited

22,8

B230

Star Oxochem Pvt. Ltd

31,5

B270

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

43,6

B999

Ir-RPĊ

Shandong Fengyuan Chemicals Stock Co., Ltd; Shandong Fengyuan Uranus Advanced Material Co., Ltd

37,7

B231

Yuanping Changyuan Chemicals Co., Ltd

14,6

B232

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

52,2

B999

3.   L-applikazzjoni tar-rata tad-dazju individwali speċifikata għall-kumpaniji elenkati fil-paragrafu 2 għandha tkun soġġetta għall-preżentazzjoni lill-awtorità doganali tal-Istati Membri ta' fattura kummerċjali valida, li għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness. Jekk ma tiġix ippreżentata tali fattura, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali. L-imgħax ta' inadempjenza li għandu jitħallas f'każ ta' rimborż li jwassal għal dritt ta' ħlas ta' mgħax ta' inadempjenza għandu jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta' rifinanzjament prinċipali tiegħu, kif ippubblikat fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fis-seħħ fl-ewwel jum kalendarju tax-xahar li fih taħbat id-data tal-iskadenza, b'żieda ta' punt perċentwali wieħed.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Ġunju 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 325/2012 tat-12 ta' April 2012 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ossaliku li joriġina mill-Indja u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 106, 18.4.2012, p. 1).

(3)  Il-Kawża T-310/12 Yuanping Changyuan Chemicals Co. Ltd vs il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2081 tat-28 ta' Novembru 2016 li jimponi mill-ġdid dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ossaliku li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u prodott minn Yuanping Changyuan Chemicals Co. Ltd (ĠU L 321, 29.11.2016, p. 48).

(5)  ĠU C 329, 7.9.2016, p. 4

(6)  Notifika ta' bidu ta' rieżami ta' skadenza tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-aċidu ossaliku li joriġinaw mill-Indja u mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C 117, 12.4.2017, p. 15).

(7)  L-informazzjoni ngħatat miż-żewġ produtturi esportaturi u mis-sorsi li ġejjin: data mit-talba għal rieżami ta' skadenza, formula mhux verifikata ta' kampjunar minn produttur esportatur ieħor, u data mill-investigazzjoni oriġinali. L-użu tal-kapaċità għaż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw ittieħed bħala stima għaż-żewġ produtturi esportaturi magħrufa l-oħra.

(8)  Ara s-sottomissjoni mhux kunfidenzjali tal-kumpanija Star Oxochem fit-23 ta' Ottubru 2017.

(9)  Tariffa Doganali Komuni. Ir-rata konvenzjonali tad-dazju għall-Aċidu ossaliku 2917 11 00, mlieħ u l-esteri tiegħu hija ta' 6,5 %. Ara r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1821 tas-6 ta' Ottubru 2016 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni tad-Dwana (ĠU L 294, 28.10.2016, p. 1) u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1925 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 282, 31.10.2017, p. 1).

(10)  L-iskema MEIS kienet introdotta fl-2015 biex tissostitwixxi skemi preċedenti. https://www.eepcindia.org/MEIS/about-MEIS-scheme.aspx

(11)  https://archive.india.gov.in/business/taxation/modvat.php Fl-1 ta' Lulju 2017 l-Indja introduċiet it-Taxxa fuq l-Oġġetti u s-Servizzi tagħha, li ħadet post diversi taxxi fosthom is-CENVAT.

(12)  Ara n-nota 7 f'qiegħ il-paġna.

(13)  Ara s-sottomissjoni mhux kunfidenzjali tal-kumpanija Star Oxochem fit-23 ta' Ottubru 2017.

(14)  Stima mit-talba għal rieżami ta' skadenza. Ġie nnotat li l-istimi jvarjaw, u li l-Kummissjoni għamlet użu minn stima konservattiva. L-informazzjoni ngħatat f'meded mill-applikant bħala informazzjoni propja dwar is-suq. Is-sors tas-suq tad-data huwa kunfidenzjali, u d-divulgazzjoni ta' ċifra speċifika tista' tagħti vantaġġ lil kompetituri.

(15)  Fl-2014 l-impjant Franċiż li jipproduċi l-prodott ikkonċernat li kien jappartjeni għall-grupp Żvizzeru Clariant S.A. nbiegħ lil investitur ġdid WeylChem. Madankollu, ma ġie rrapportat l-ebda tibdil strutturali.

(16)  Iċ-ċifri kollha huma ppreżentati f'forma indiċjata jew mogħtija bħala meded biex tiġi mħarsa l-kunfidenzjalità tal-produttur tal-Unjoni li kkoopera fl-investigazzjoni.

(17)  Minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni mir-RPĊ dawn il-kalkoli kienu bbażati fuq data mill-Eurostat.

(18)  Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, id-Direttorat H, Rue de la Loi 170, 1040 Brussell, Il-Belġju.

(19)  Sentenza f'Wortmann, C-365/15, EU:C:2017:19, il-paragrafi minn 35 sa 39.


ANNESS

Fuq il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(3) għandha tidher dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-entità li tkun qiegħda toħroġ il-fattura kummerċjali, fil-format li ġej:

(1)

L-isem u l-kariga tal-uffiċjal tal-entità li ħarġet il-fattura kummerċjali.

(2)

Id-dikjarazzjoni li ġejja:

“Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-(volum) ta' aċidu ossaliku mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura, kien immanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi TARIC addizzjonali) fi (pajjiż ikkonċernat). Niddikjara li t-tagħrif mogħti f'din il-fattura huwa sħiħ u korrett.”

Data u firma


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/32


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/932

tad-29 ta' Ġunju 2018

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 582/2011 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar l-ittestjar permezz ta' sistemi ta' kejl ta' emissjonijiet li jistgħu jinġarru (PEMS) u r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip universali għal firxa ta' fjuwils

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(4) tiegħu,

Billi:

(1)

L-istandards CEN għal ċerti taħlitiet tad-diżil komuni bl-Ester Metiliku tal-Aċidi Xaħmin (FAME) u d-diżil paraffiniku ġew ippubblikati reċentement. Għalhekk, huwa xieraq li jiġu aġġornati r-regoli attwali sabiex jirreferu wkoll għal dawk l-istandards il-ġodda.

(2)

Fir-rigward tal-ittestjar permezz ta' sistemi ta' kejl ta' emissjonijiet li jistgħu jinġarru (PEMS), ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1718 (2) introduċa rekwiżiti kemm għall-parti tal-vjaġġ urban kif ukoll għat-tul tal-vjaġġ kollu. B'mod partikolari fuq xi vetturi tal-kategorija N3 mgħammra b'magna li għandha potenza nominali ogħla, ġie skopert li, minħabba dawk ir-rekwiżiti restrittivi, l-ittestjar permezz tal-PEMS skont id-dispożizzjonijiet attwali se jirriżulta f'testijiet nulli. Sabiex tiġi solvuta din il-kwistjoni, jenħtieġ li l-kundizzjonijiet għall-konformità mar-rekwiżit tal-firxa urbana jiġu emendati, il-vjaġġ urban jiġi estiż għad-detriment tal-parti tal-vjaġġ tal-awtostrada u jiġi estiż ukoll it-tul tal-vjaġġ ġenerali massimu.

(3)

Hija meħtieġa kjarifika dwar ir-rekwiżit li jkun hemm mill-inqas firxa valida waħda fl-operazzjonijiet urbani biss li tapplika speċifikament għall-emissjonijiet tal-NOX, minħabba li dan huwa l-inkwinant kritiku f'dawk il-kundizzjonijiet.

(4)

Fil-każ tal-approvazzjoni tat-tip universali għal firxa ta' fjuwils, il-proċedura biex tintwera l-konformità mat-tolleranzi rikjesti għas-sinjal tat-torque tal-unità ta' kontroll tal-magna (ECU) bħalissa mhijiex stabbilita fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 (3). Għalhekk, meta l-magna ma tkunx mgħammra b'sistema li tagħraf liema fjuwil ikun qed jintuża, id-demostrazzjoni ta' kif trid tiġi ddeterminata l-konformità titħalla għad-diskrezzjoni tas-servizz tekniku. Minħabba l-interess dejjem jikber fl-approvazzjoni tat-tip ta' fjuwil alternattivi, huwa xieraq li tiġi armonizzata dik il-proċedura. Għalhekk jenħtieġ li tiġi ddeterminata d-devjazzjoni tat-torque kkawżata mill-fjuwil alternattiv, u jenħtieġ li d-devjazzjoni tintuża biex jiġi kkalkolat il-fattur ta' aġġustament tal-enerġija, u dan jenħtieġ li jitniżżel fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip. Il-fattur ta' aġġustament tal-enerġija jista' jiġi applikat biex tintwera l-konformità mar-rekwiżiti ta' preċiżjoni tas-sinjal tat-torque tal-ECU. Barra minn hekk, għall-ittestjar PEMS bi fjuwil alternattiv, il-fattur ta' aġġustament tal-enerġija jista' jiġi applikat biex jiġi ddeterminat il-valur tat-torque korrett għall-kalkoli tal-emissjonijiet.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 582/2011 jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 582/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt 1.1.2, il-parti introduttorja tal-ewwel paragrafu jinbidel b'dan li ġej:

“Jekk il-manifattur jippermetti li l-familja ta' magni taħdem bi fjuwil fis-suq li ma jikkonformax la mad-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1), u lanqas mal-istandard tas-CEN EN 228:2012 fil-każ ta' petrol bla ċomb jew mal-istandard tas-CEN EN 590:2013 fil-każ tad-diżil, bħall-magni li jaħdmu bil-FAME B100 (standard tas-CEN EN 14214), bit-taħlitiet tad-diżil bil-FAME B20/B30 (standard tas-CEN EN 16709), bil-fjuwil paraffiniku (standard tas-CEN EN 15940) jew oħrajn, l-manifattur għandu, flimkien mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1.1.1, jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(*1)  Id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE (ĠU L 350, 28.12.1998, p. 58).”;"

(b)

fil-punt 1.1.2, jiddaħħal il-punt (a1) li ġej:

“(a1)

jiddetermina il-fattur ta' aġġustament tal-enerġija għal kull fjuwil iddikjarat skont il-punt 5.2.7 jekk japplika;”;

(c)

fil-punt 5.2.5, il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:

“(b)

10 fil-mija meta jkun qed isir it-test Ċiklu ta' Sewqan Armonizzat Dinji fi Stat Stabbli (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “WHSC”) skont l-Anness III, għajr għall-modalità 1 u 13 (modalitajiet bil-magna mhux ingranata)”;

(d)

jiddaħħal il-punt 5.2.7 li ġej:

“5.2.7.

Jekk id-differenza bejn il-valur imkejjel tat-torque miksub bi fjuwil tas-suq iddikjarat u t-torque kkalkolat mill-informazzjoni rikjesta fil-punt 5.2.1 taqbeż kwalunkwe wieħed mill-valuri speċifikati fil-punt 5.2.5, għandu jiġi determinat fattur ta' aġġustament tal-enerġija għal kull fjuwil tas-suq addizzjonali permess mill-manifattur skont il-punt 1.1.2 għall-familja ta' magni. Il-fattur ta' aġġustament għandu jiġi kkalkulat bħala l-proporzjon bejn il-medja mkejla tal-ogħla livell tal-forza (peak torque) [Nm] fuq il-fjuwil ta' referenza skont l-Anness IX, u l-medja mkejla tal-ogħla livell tal-forza [Nm] fuq il-fjuwil tas-suq iddikjarat.”;

(e)

il-punti 5.3.3 u 5.3.3.1 jinbidlu b'dan li ġej:

“5.3.3.

L-issodisfar tar-rekwiżit imsemmi fil-punt 5.2.5 għandu jintwera għall-magna ewlenija ta' familja ta' magni meta tkun qed tiġi stabbilita l-potenza tal-magna skont l-Anness XIV u meta jsir it-test WHSC skont l-Anness III u l-ittestjar off-cycle tal-laboratorju waqt l-approvazzjoni tat-tip skont it-Taqsima 6 tal-Anness VI.

5.3.3.1.

L-issodisfar tar-rekwiżit imsemmi fil-punt 5.2.5 għandu jintwera għal kull membru tal-familja ta' magni meta tkun qed tiġi stabbilita l-potenza tal-magna skont l-Anness XIV. Għal dan l-għan, għandu jsir kejl addizzjonali f'ħafna punti operattivi tat-tagħbija parzjali u tal-veloċità tal-magna (pereżempju fil-modi tad-WHSC u xi punti addizzjonali każwali).”;

(f)

jiddaħħal il-punt 5.3.3.2 li ġej:

“5.3.3.2.

Jekk japplika, il-fattur ta' aġġustament tal-enerġija għall-familja ta' magni, kif imsemmi fil-punt 5.2.7, għandu jiġi ddeterminat bil-magna ewlenija tal-familja ta' magni.”;

(g)

fl-Appendiċi 5 tal-Addendum taċ-Ċertifikat tal-Approvazzjoni tat-Tip tal-KE il-punt 1.5.2 jinbidel b'dan li ġej:

“1.5.2.

Dejta addizzjonali, eż. il-fattur ta' aġġustament tal-enerġija għal kull fjuwil iddikjarat (jekk japplika)”;

(h)

fl-Appendiċi 7 tal-Addendum taċ-Ċertifikat tal-Approvazzjoni tat-Tip tal-KE, il-punt 1.5.2 jinbidel b'dan li ġej:

“1.5.2.

Dejta addizzjonali, eż. il-fattur ta' aġġustament tal-enerġija għal kull fjuwil iddikjarat (jekk japplika)”.

(2)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt 4.4.2 jinbidel b'dan li ġej:

“4.4.2.   Fjuwil

Il-fjuwil tat-test għandu jkun fjuwil fis-suq kopert mid-Direttiva 98/70/KE u mill-istandards CEN rilevanti, jew il-fjuwil ta' referenza kif speċifikat fl-Anness IX ta' dan ir-Regolament.”;

(b)

jiddaħħal il-punt 4.4.2.2 li ġej:

“4.4.2.2.

Għandhom jittieħdu kampjuni tal-fjuwil.”;

(c)

il-punt 4.5.3 jinbidel b'dan li ġej:

“4.5.3.

Għal vetturi N3 il-vjaġġ għandu jikkonsisti minn madwar 30 % tal-operazzjoni f'żoni urbani, 25 % tal-operazzjoni f'żoni rurali u 45 % tal-operazzjoni fl-awtostrada.”;

(d)

il-punt 4.6.5 jinbidel b'dan li ġej:

“4.6.5.

Id-durata tat-test għandha tkun biżżejjed biex titwettaq il-ħidma matul id-WHTC għal bejn erba' u tmien darbiet, jew biex jipproduċi bejn erba' u tmien darbiet il-massa ta' referenza ta' CO2 f'kg/ċiklu mill-WHTC kif applikabbli.”;

(e)

l-Appendiċi 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

jiddaħħal il-punt 4.2.1.1 li ġej:

“4.2.1.1.   Il-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi għal fjuwil tas-suq iddikjarat

Jekk ikun twettaq test skont dan l-Anness bi fjuwil tas-suq iddikjarat fil-punt 3.2.2.2.1 tal-Parti 1 fl-Appendiċi 4 tal-Anness I, l-emissjonijiet speċifiċi egas (mg/kWh) għandhom jiġu kkalkulati għal kull firxa u għal kull inkwinant billi jiġu mmultiplikati l-emissjonijiet speċifiċi mhux aġġustati mal-fattur ta' aġġustament tal-enerġija ddeterminat skont il-punt 1.1.2 (a1) tal-Anness I.”;

(ii)

il-punt 4.2.2.2.2 jinbidel b'dan li ġej:

“4.2.2.2.2.

It-test għandu jitqies bħala null jekk il-perċentwal tal-firxiet validi jkun inqas minn 50 % jew jekk ma jkunx hemm firxiet validi fir-rigward tal-ossidi tan-nitroġenu (Nox)x) f'operazzjonijiet f'żoni urbani biss wara li tkun ġiet applikata r-regola tad-90 perċentil.”;

(f)

fl-Appendiċi 4, jiddaħħal il-punt 2.1.1 li ġej:

“2.1.1.

Jekk jintuża fjuwil tas-suq iddikjarat fil-punt 3.2.2.2.1 tal-Parti 1 fl-Appendiċi 4 tal-Anness I għat-test, is-sinjal tat-torque tal-ECU għandu jiġi diviż bil-fattur ta' aġġustament qabel il-verifika mal-kurva tat-torque massima ta' referenza mwettqa b'dak il-fjuwil tas-suq.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Ġunju 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1718 tal-20 ta' Settembru 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 582/2011 rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar l-ittestjar permezz ta' sistemi portabbli għall-kejl tal-emissjonijiet (PEMS) u l-proċedura għall-ittestjar tad-durabilità tat-tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis ta' sostituzzjoni (ĠU L 259, 27.9.2016, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u li jemenda l-Annessi I u III għad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 167, 25.6.2011, p. 1).


DIRETTIVI

2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/35


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/933

tad-29 ta' Ġunju 2018

li tikkoreġi l-verżjoni lingwistika Ġermaniża tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liċenzji tas-sewqan

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar il-liċenzji tas-sewqan (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,

Billi:

(1)

Tfaċċaw xi żbalji fil-verżjoni lingwistika Ġermaniża tad-Direttiva 2006/126/KE, b'mod aktar preċiż fil-punti 6.1 u 6.4 tal-Anness III li jikkonċerna l-istandards minimi ta' saħħa fiżika u mentali għas-sewqan ta' vettura b'mutur, b'mod partikolari fir-rigward tal-vista. L-iżbalji ġew introdotti bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/113/KE (2).

(2)

Il-verżjoni lingwistika Ġermaniża tad-Direttiva 2006/126/KE għandha għalhekk tiġi kkoreġuta kif xieraq. Il-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra mhumiex affettwati.

(3)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat tal-liċenzji tas-sewqan,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Ġunju 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 403, 30.12.2006, p. 18.

(2)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/113/KE tal-25 ta' Awwissu 2009 li temenda d-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liċenzji tas-sewqan (ĠU L 223, 26.8.2009, p. 31).


DEĊIŻJONIJIET

2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/37


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/934

tal-25 ta' Ġunju 2018

dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li fadal tal-acquis ta' Schengen marbuta mas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u fir-Rumanija

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b'mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tal-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija (“l-Att ta' Adeżjoni tal-2005”), id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen minbarra dawk elenkati fl-Anness II għal dak l-Att, li għalihom ir-Repubblika tal-Bulgarija (“il-Bulgarija”) u r-Rumanija jaderixxu fil-mument tal-adeżjoni, iridu japplikaw fil-Bulgarija u r-Rumanija skont deċiżjoni tal-Kunsill għal dak l-effett wara verifika li l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni tal-partijiet kollha tal-acquis ta' Schengen ikunu ġew issodisfati.

(2)

Fid-29 ta' Ġunju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/365/UE (2). Wara dik id-Deċiżjoni, id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen relatati mas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (“SIS”) bdew japplikaw għall-Bulgarija u għar-Rumanija mill-15 ta' Ottubru 2010, bl-eċċezzjoni tal-obbligu li jirrifjutaw id-dħul jew is-soġġorn fit-territorju tagħhom għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li fir-rigward tagħhom tkun inħarġet twissija minn Stat Membru ieħor għall-finijiet li jiġu rrifjutati d-dħul jew is-soġġorn skont ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u mal-obbligu li joqogħdu lura milli joħorġu twissijiet tas-SIS u jdaħħlu informazzjoni addizzjonali kif ukoll milli jiskambjaw informazzjoni supplimentari dwar ċittadini ta' pajjiż terz, għall-finijiet li jiġu rrifjutati d-dħul jew is-soġġorn skont ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 (“ir-restrizzjonijiet li fadal”).

(3)

Fid-9 ta' Ġunju 2011, il-Kunsill ikkonkluda, skont il-proċeduri ta' evalwazzjoni ta' Schengen applikabbli, li l-kondizzjonijiet fl-oqsma kollha tal-acquis ta' Schengen li jirrigwardaw il-fruntieri tal-ajru, il-fruntieri tal-art, il-kooperazzjoni tal-pulizija, il-protezzjoni tad-data, is-SIS, il-fruntieri tal-baħar u l-viżi kienu ġew issodisfati mill-Bulgarija u r-Rumanija.

(4)

Fit-12 ta' Ottubru 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2017/1908 (4) li applikat ċerti dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen relatati mas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (“VIS”) fil-Bulgarija u fir-Rumanija, mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni separata tal-Kunsill li trid tiġi adottata b'unanimità skont l-Artikolu 4(2) tal-Att ta' Adeżjoni tal-2005 fir-rigward tat-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri interni tal-Istati Membri kkonċernati. L-applikazzjoni ta' dawk id-dispożizzjonijiet li tawtorizza lill-Bulgarija u r-Rumanija biex jaċċessaw id-data tal-VIS għall-finijiet ta' konsultazzjoni u f'konformità mal-proċeduri u l-kondizzjonijiet speċifikati f'dik id-Deċiżjoni għandu l-għan li jiffaċilita l-verifiki mill-Bulgarija u r-Rumanija fil-punti ta' qsim tal-fruntiera fuq il-fruntieri esterni tagħhom, li huma fruntieri esterni ta' Schengen, u fit-territorju tagħhom, biex b'hekk jiżdied il-livell ta' sigurtà fiż-żona Schengen u tiġi ffaċilitata l-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu.

(5)

Sabiex jiżdied il-livell ta' sigurtà fiż-żona Schengen u sabiex il-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu ssir aktar effettiva, il-kontrolli mill-Bulgarija u r-Rumanija fuq il-fruntieri esterni tagħhom u fit-territorju tagħhom jenħtieġ li jsiru aktar effettivi billi jinħarġu twissijiet tas-SIS għall-finijiet taċ-ċaħda ta' dħul jew soġġorn u billi jeżegwixxu twissijiet bħal dawn introdotti minn Stati Membri oħra, b'mod partikolari jekk dawn it-twissijiet ikunu bbażati fuq theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà pubblika jew għas-sigurtà nazzjonali. Sabiex jiġi żgurat li l-Bulgarija u r-Rumanija jkollhom l-obbligu li jirrifjutaw id-dħul jew is-soġġorn fit-territorju rispettiv tagħhom għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li għalihom tkun inħarġet projbizzjoni fuq id-dħul minn Stat Membru ieħor, kif ukoll l-obbligu li jinħarġu dawn it-twissijiet tas-SIS, huwa xieraq li jitneħħew ir-restrizzjonijiet li fadal dwar l-użu tas-SIS. It-tneħħija ta' dawn ir-restrizzjonijiet fil-Bulgarija u r-Rumanija ser tikkontribwixxi biex jiżdied il-livell ta' sigurtà fiż-żona Schengen u biex il-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu ssir aktar effettiva.

(6)

Huwa xieraq li tiġi stabbilita d-data minn meta jenħtieġ li jitneħħew ir-restrizzjonijiet imsemmija hawn fuq fir-rigward tal-acquis ta' Schengen relatati mas-SIS. L-Artikolu 25 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen tal-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija gradwali tal-kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom (5) (“il-Konvenzjoni ta' Schengen”) dwar konsultazzjonijiet għal permessi ta' residenza u twissijiet għall-finijiet taċ-ċaħda tad-dħul jenħtieġ li japplika mill-istess data.

(7)

Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għat-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri interni tal-Istati Membri kkonċernati li jenħtieġ li jkunu soġġetti għal deċiżjoni separata tal-Kunsill li trid tiġi adottata b'unanimità skont l-Artikolu 4(2) tal-Att ta' Adeżjoni tal-2005.

(8)

Peress li l-verifika f'konformità mal-proċeduri applikabbli ta' evalwazzjoni ta' Schengen li jikkonċernaw il-Bulgarija u r-Rumanija diġà tlestiet f'konformità mal-Artikolu 4(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005, il-verifika skont il-punt (b) tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 (6) mhux ser issir fir-rigward ta' dawk l-Istati Membri. Madankollu, wara l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, it-tneħħija tar-restrizzjonijiet li għad fadal fuq l-użu tas-SIS jenħtieġ li tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Awwissu 2018.

(9)

Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn tal-aħħar mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (7) li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-punt G tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (8).

(10)

Fir-rigward tal-Iżvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (9) li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-punt G tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (10).

(11)

Fir-rigward tal-Liechtenstein, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat ta' Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat ta' Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (11) li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-punt G tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (12),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Ir-restrizzjonijiet li fadal tal-acquis ta' Schengen li jirrigwardaw is-SIS imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 1(4) tad-Deċiżjoni 2010/365/UE ma għandhomx japplikaw għall-Bulgarija u r-Rumanija, bejniethom u fir-relazzjonijiet tagħhom mar-Renju tal-Belġju, mar-Repubblika Ċeka, mar-Renju tad-Danimarka, mar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, mar-Repubblika tal-Estonja, mar-Repubblika Ellenika, mar-Renju ta' Spanja, mar-Repubblika Franċiża, mar-Repubblika Taljana, mar-Repubblika tal-Latvja, mar-Repubblika tal-Litwanja, mal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, mal-Ungerija, mar-Repubblika ta' Malta, mar-Renju tan-Netherlands, mar-Repubblika tal-Awstrija, mar-Repubblika tal-Polonja, mar-Repubblika Portugiża, mar-Repubblika tas-Slovenja, mar-Repubblika Slovakka, mar-Repubblika tal-Finlandja u mar-Renju tal-Iżvezja kif ukoll mar-Repubblika tal-Iżlanda, mal-Prinċipat ta' Liechtenstein, mar-Renju tan-Norveġja u mal-Konfederazzjoni Żvizzera.

2.   L-Artikolu 25 tal-Konvenzjoni ta' Schengen għandu japplika għall-Bulgarija u r-Rumanija, bejniethom u fir-relazzjonijiet tagħhom mal-Istati msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

3.   L-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu hija mingħajr preġudizzju għall-adozzjoni ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi d-data għat-tneħħija tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni mal-Bulgarija u r-Rumanija.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-1 ta' Awwissu 2018.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika f'konformità mat-Trattati.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta' Ġunju 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

N. DIMOV


(1)  Opinjoni tat-13 ta' Ġunju 2018 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/365/UE tad-29 ta' Ġunju 2010 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen relatati mas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija (ĠU L 166, 1.7.2010, p. 17).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta' informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 381, 28.12.2006, p. 4).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1908 tat-12 ta' Ottubru 2017 dwar l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li jirrigwardaw is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża fir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija (ĠU L 269, 19.10.2017, p. 39).

(5)  ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19.

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 tas-7 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas- 16 ta' Settembru 1998 li stabbilixxiet Kumitat Permanenti għall-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta' Schengen (ĠU L 295, 6.11.2013, p. 27).

(7)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).

(9)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(10)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KEtat-28 ta' Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).

(11)  ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.

(12)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta' Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/40


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/935

tat-28 ta' Ġunju 2018

li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/88/UE li tissospendi temporanjament l-importazzjonijiet mill-Bangladexx ta' oġġetti tal-ikel li fihom il-weraq Betel (“Piper betle”) jew li jikkonsistu minnu, fir-rigward tal-perjodu ta' applikazzjoni tagħha

(notifikata bid-dokument C(2018) 3997)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b)(i) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali li jirregolaw l-ikel b'mod ġenerali, u b'mod partikolari s-sikurezza tal-ikel, fil-livell tal-Unjoni u nazzjonali. Jipprevedi miżuri ta' emerġenza li għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni meta jkun hemm evidenza li ikel impurtat minn pajjiż terz x'aktarx li huwa ta' riskju serju għas-saħħa tal-bniedem.

(2)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/88/UE (2) pprojbixxiet l-importazzjoni fl-Unjoni ta' oġġetti tal-ikel li fihom il-weraq Betel mill-Bangladexx jew li jikkonsistu minnu, oriġinarjament għal perjodu ta' applikazzjoni limitat sal-31 ta' Lulju 2014. Id-Deċiżjoni ġiet adottata wara li għadd kbir ta' notifiki kienu trażmessi lis-Sistema ta' Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf (RASFF) minħabba l-preżenza ta' firxa wiesgħa ta' razez tal-mikrobu tas-Salmonella, inkluż is-Salmonella Typhimurium li jinsab f'oġġetti tal-ikel li fihom il-weraq betel (“Piper betle”, magħruf l-aktar bħala “Paan leaf” jew “Betel quid”) mill-Bangladexx jew li jikkonsistu minnu.

(3)

Billi l-Bangladexx ma setax jipprovdi garanziji li jiżguraw l-importazzjonijiet tal-weraq Betel fl-Unjoni, id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/510/UE (3), (UE) 2015/1028 (4) u (UE) 2016/884 (5) estendew il-perjodu ta' applikazzjoni tas-sospensjoni temporanja tal-importazzjonijiet ta' dawn il-prodotti sat-30 ta' Ġunju 2015, sat-30 ta' Ġunju 2016 u sat-30 ta' Ġunju 2018 rispettivament.

(4)

Il-pjan ta' azzjoni propost li ġie ppreżentat mill-Bangladexx f'Jannar 2018 mhuwiex komplut u ma hemm l-ebda garanzija dwar l-applikazzjoni u l-infurzar effettivi tiegħu. Fil-fatt, l-informazzjoni li waslet ma turix li l-produzzjoni tal-weraq betel tikkonforma mar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u li l-pajjiż huwa kapaċi jwassal riżultati analitiċi affidabbli minn laboratorji akkreditati. L-awtoritajiet tal-Bangladexx indikaw ukoll l-użu ta' dekontaminant kimiku li jiddekontamina l-weraq tal-betel, mingħajr ebda evidenza f'termini tas-sikurezza u t-tossiċità tal-prodott użat. Barra minn hekk, minkejja l-adozzjoni u l-kontinwazzjoni tal-applikazzjoni ta' projbizzjoni li l-Bangladexx impona fuqu stess fuq l-esportazzjoni tal-weraq betel minn Mejju 2013, xorta ġew irrappurtati 29 każ ta' notifiki lill-RASFF mill-adozzjoni tagħha 'l hawn. Għalhekk, ma jistax jiġi konkluż li l-garanziji mogħtija mill-Bangladexx huma biżżejjed biex jindirizzaw ir-riskji serji għas-saħħa tal-bniedem. Għalhekk, jenħtieġ li l-miżuri ta' emerġenza stabbiliti bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/88/UE jibqgħu fis-seħħ.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li l-perjodu ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/88/UE jerġa' jiġi estiż.

(6)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/88/UE huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-30 ta' Ġunju 2020.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Ġunju 2018.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/88/UE tat-13 ta' Frar 2014 li tissospendi temporanjament l-importazzjonijiet mill-Bangladexx ta' oġġetti tal-ikel li fihom il-weraq Betel (“Piper betle”) jew li jikkonsistu minnu (ĠU L 45, 15.2.2014, p. 34).

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/510/UE tad-29 ta' Lulju 2014 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/88/UE li tissospendi temporanjament l-importazzjonijiet mill-Bangladexx ta' oġġetti tal-ikel li fihom il-weraq betel (“Piper betle”) jew li jikkonsistu minnu fir-rigward tal-perjodu ta' applikazzjoni tagħha (ĠU L 228, 31.7.2014, p. 33).

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1028 tas-26 ta' Ġunju 2015 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2014/88 li tissospendi temporanjament l-importazzjonijiet mill-Bangladexx ta' oġġetti tal-ikel li fihom il-weraq betel (“Piper betle”) jew li jikkonsistu minnu, fir-rigward tal-perjodu ta' applikazzjoni tagħha (ĠU L 163, 30.6.2015, p. 53).

(5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/884 tal-1 ta' Ġunju 2016 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/88/UE li tissospendi temporanjament l-importazzjonijiet mill-Bangladexx ta' oġġetti tal-ikel li fihom il-weraq betel (“Piper betle”) jew li jikkonsistu minnu, fir-rigward tal-perjodu ta' applikazzjoni tagħha (ĠU L 146, 3.6.2016, p. 29).

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1).


2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/42


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/936

tad-29 ta' Ġunju 2018

li tawtorizza lill-Istati Membri jadottaw ċerti derogi skont id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi

(notifikata bid-dokument C(2018) 4003)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 6(2) u (4) tagħha,

Billi:

(1)

L-Anness I, it-Taqsima I.3, l-Anness II, it-Taqsima II.3 u l-Anness III, it-Taqsima III.3 tad-Direttiva 2008/68/KE fihom listi ta' derogi nazzjonali, li jippermettu li jiġu kkunsidrati ċirkustanzi speċifiċi nazzjonali. Ċerti Stati Membri talbu diversi derogi nazzjonali ġodda u diversi emendi għal derogi awtorizzati.

(2)

Dawn id-derogi jenħtieġ li jiġu awtorizzati.

(3)

Billi l-Anness I, it-Taqsima I.3, l-Anness II, it-Taqsima II.3 u l-Anness III, it-Taqsima III.3 għandhom jiġu adattati, huwa xieraq li, għal raġunijiet ta' ċarezza, jinbidlu fl-intier tagħhom.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 2008/68/KE tiġi emendata skont dan:

(5)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi stabbilit permezz tad-Direttiva 2008/68/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri elenkati fl-Anness huma awtorizzati sabiex jimplimentaw id-derogi stipulati fiha dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi fit-territorju tagħhom.

Dawn id-derogi għandhom jiġu applikati mingħajr diskriminazzjoni.

Artikolu 2

L-Anness I, it-Taqsima I.3, l-Anness II, it-Taqsima II.3 u l-Anness III, it-Taqsima III.3 tad-Direttiva 2008/68/KE huma emendati skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Ġunju 2018.

Għall-Kummissjoni

Violeta BULC

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13.


ANNESS

L-Annessi I, II u III tad-Direttiva 2008/68/KE huma emendati kif ġej:

(1)

fl-Anness I, it-Taqsima I.3 tinbidel b'dan li ġej:

“I.3.   Derogi nazzjonali

Derogi għall-Istati Membri għat-trasport ta' oġġetti perikolużi fit-territorju tagħhom abbażi tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/68/KE.

Numerazzjoni tad-derogi: RO-a/bi/bii-MS-nn

RO = triq

a/bi/bii = Artikolu 6(2) a/bi/bii

MS = Taqsira għal Stat Membru

nn = numru tal-ordni

Abbażi tal-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva 2008/68/KE

AT Awstrija

RO-a-AT-1

Suġġett: Kwantitajiet żgħar tal-klassijiet kollha ħlief 1, 6.2 u 7

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 3.4

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Trasport ta' oġġetti perikolużi ppakkjati fi kwantitajiet limitati

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Sa 30 kg jew (1) litru ta' oġġetti perikolużi, li ma jagħmlux parti mill-kategorija tat-trasport 0 jew 1 f'imballaġġi interni għal kwantitajiet limitati jew f'imballaġġi li huma konformi mal-ADR jew li jkunu oġġetti robusti, jistgħu jiġu ppakkjati flimkien f'kaxxi X ittestjati.

L-utenti aħħarin huma awtorizzati li jmorru jġibuhom mill-ħanut u jieħduhom lura, filwaqt li l-bejjiegħa bl-imnut huma awtorizzati li jieħduhom għand l-utenti aħħarin jew minn ħanut tagħhom għal ieħor.

Il-limitu għal kull unità ta' trasport huwa ta' 333 kg jew 1, u l-perimetru permess huwa ta' 100 km.

Il-kaxxi għandhom jiġu mmarkati b'mod uniformi u akkumpanjati minn dokument tat-trasport simplifikat.

Rigward it-tagħbija u l-immaniġġar ftit dispożizzjonijiet biss japplikaw.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: -

Kummenti:

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2022

BE Belġju

RO–a–BE–1

Suġġett: Klassi 1 — Kwantitajiet żgħar.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.3.6

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: 1.1.3.6 illimita sa 20 kg il-kwantità ta' splussiv għall-minjieri li jista' jiġi trasportat f'vettura ordinarja.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-operaturi ta' depożiti 'l bogħod minn żoni ta' provvista jistgħu jkunu awtorizzati li jġorru sa massimu 25 kg ta' dinamite jew ta' splussivi qawwija u 300 detonatur f'vetturi bil-mutur ordinarji, suġġett għal kondizzjonijiet li għandhom ikunu stabbiliti mis-servizz dwar l-isplussivi.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Article 111 de l'arrêté royal 23 septembre 1958 sur les produits explosifs.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2020

RO–a–BE– 2

Suġġett: It-trasport ta' kontejners vojta mhux imnaddfa li kien fihom prodotti ta' klassijiet differenti.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.6

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Indikazzjoni dwar id-dokument tat-trasport “pakketti vojta mhux imnaddfa li fihom kien hemm prodotti ta' klassijiet differenti”.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Deroga 6-97.

Data ta' skadenza: il-31 ta' Diċembru 2022

RO–a–BE–3

Suġġett: Adozzjoni ta' RO–a–UK–4

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: deroga 4-2004

Data ta' skadenza: il-31 ta' Diċembru 2022

RO–a–BE–4

Suġġett: eżenzjoni mir-rekwiżiti tal-ADR kollha għat-trasport nazzjonali ta' massimu ta' 1 000 detettur joniku tad-duħħan użat, minn djar privati sal-faċilità tat-trattament fil-Belġju permezz taċ-ċentri tal-ġbir previsti fix-xenarju għall-ġbir selettiv tad-detetturi tad-duħħan.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: ir-rekwiżiti kollha

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-użu domestiku tad-detetturi joniċi tad-duħħan mhuwiex sottomess għall-kontroll regolatorju mil-lat radjoloġiku ladarba d-detettur tad-duħħan ikun ta' tip approvat. It-trasport ta' dawn id-detetturi tad-duħħan għal għand l-utent aħħari huwa wkoll eżentat mir-rekwiżiti ADR. (ara 1.7.1.4. e)).

Id-Direttiva 2002/96/KE (dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku) tirrikjedi l-ġbir selettiv tad-detetturi użati tad-duħħan għat-trattament ta' bordijiet taċ-ċirkwiti u, għad-detetturi joniċi tad-duħħan, sabiex jitneħħew is-sustanzi radjuattivi. Biex dan il-ġbir selettiv ikun possibbli ġie żviluppat xenarju biex iħajjar lid-djar privati sabiex jieħdu d-detetturi tad-duħħan użati tagħhom f'ċentru tal-ġbir minn fejn dawn id-detetturi jkunu jistgħu jinġarru lejn il-faċilità tat-trattament xi drabi minn ċentru tal-ġbir ieħor jew minn post ta' ħżin intermedju.

Fiċ-ċentri tal-ġbir ikun hemm disponibbli imballaġġi tal-metall li jesgħu sa massimu ta' 1 000 detettur tad-duħħan. Minn dawn iċ-ċentri, imballaġġ wieħed bħal dan li jkun fih id-detetturi tad-duħħan jista' jiġi trasportat flimkien ma' skart ieħor lejn maħżen intermedju jew lejn il-faċilità tat-trattament. Il-pakkett ikun ittikkettat bil-kliem “detettur tad-duħħan”.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: ix-xenarju għall-ġbir selettiv tad-detetturi tad-duħħan jagħmel parti mill-kundizzjonijiet għat-tneħħija tal-istrumenti approvati previsti fl-Artikolu 3.1.d.2 tad-digriet amministrattiv tal-20 ta' Lulju 2001: ir-regolament ġenerali dwar il-protezzjoni mir-radjazzjoni.

Kummenti: Din id-deroga hija meħtieġa sabiex ikun possibbli l-ġbir selettiv tad-detetturi joniċi tad-duħħan użati.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2020

DE Ġermanja

RO–a–DE–1

Suġġett: L-ippakkjar imħallat u t-tagħbija mħallta ta' partijiet tal-karozzi bil-klassifikazzjoni 1.4G flimkien ma' ċerti oġġetti perikolużi (n4).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.10 u 7.5.2.1

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar l-ippakkjar imħallat u t-tagħbija mħallta.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: NU 0431 u NU 0503 jistgħu jitgħabbew flimkien ma' ċerti oġġetti perikolużi (prodotti relatati mal-manifattura tal-karrozzi) f'ċerti ammonti, elenkati fl-eżenzjoni. Il-valur ta' 1 000 (komparabbli ma' 1.1.3.6.4) ma għandux jinqabeż.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung — GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 28.

Kummenti: L-eżenzjoni hija meħtieġa sabiex partijiet tas-sikurezza tal-karozzi jkunu jistgħu jitwasslu malajr, skont id-domanda lokali. Minħabba l-firxa wiesgħa ta' prodotti, il-ħżin ta' dawn il-prodotti f'garaxxijiet lokali mhuwiex komuni.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

RO–a–DE–2

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit li jinġarr dokument tat-trasport u dikjarazzjoni tal-ispeditur għal ċerti kwantitajiet ta' oġġetti perikolużi, kif definit f'1.1.3.6 (n1)

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.1 u 5.4.1.1.6

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: kontenut tad-dokument tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għall-klassijiet kollha barra l-Klassi 7: mhu meħtieġ l-ebda dokument tat-trasport, jekk il-kwantità tal-oġġetti trasportati ma taqbiżx il-kwantitajiet mogħtija f'1.1.3.6.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung — GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 18.

Kummenti: L-informazzjoni mogħtija fl-immarkar u t-tikketti tal-imballaġġi titqies li hija biżżejjed għat-trasport nazzjonali, minħabba li d-dokument tat-trasport mhux dejjem ikun xieraq fejn tkun involuta d-distribuzzjoni lokali.

Id-deroga rreġistrata mill-Kummissjoni bħala Nru 22 (skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE).

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

RO–a–DE–3

Suġġett: It-trasportazzjoni tal-istandards tal-kejl u tal-pompi tal-fjuwil (vojta, mhux imnaddfa).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Dispożizzjonijiet għan-numri NU 1202, 1203 u 1223.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: L-imballaġġ, l-immarkar, id-dokumenti, l-istruzzjonijiet tat-trasport u tal-immaniġġar, l-istruzzjonijiet għall-ekwipaġġi tal-vettura.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-ispeċifikazzjoni tar-regolamenti applikabbli u tad-dispożizzjonijiet anċillari għall-applikazzjoni tad-deroga; sa 1 000 l: komparabbli ma' imballaġġi vojta, mhux imnaddfa; aktar minn 1 000 l: konformità ma' ċerti regolamenti għat-tankijiet; trasportazzjoni vojta u mhux imnaddfa biss.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung — GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 24.

Kummenti: Lista Nru 7, 38, 38a.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

RO–a–DE–5

Suġġett: Awtorizzazzjoni għal imballaġġ ikkombinat.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.10.4 MP2

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Projbizzjoni ta' imballaġġ ikkombinat.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassijiet 1.4S, 2, 3 u 6.1; awtorizzazzjoni ta' imballaġġ ikkombinat ta' oġġetti fil-Klassi 1.4S (skrataċ għal armi żgħar), aerosols (Klassi 2) u materjali tat-tindif u tat-trattamenti fil-Klassijiet 3 u 6.1 (in-numri NU elenkanti) bħala settijiet li għandhom jinbiegħu f'imballaġġ ikkombinat fil-grupp tal-imballaġġ II u fi kwantitajiet żgħar.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung — GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 21.

Kummenti: Lista Nru. 30*, 30a, 30b, 30c, 30d, 30e, 30f, 30 g.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

DK Danimarka

RO–a–DK–2

Suġġett: It-trasport bit-triq ta' imballaġġ li jkun fih sustanzi splussivi u ta' imballaġġ li jkun fih id-detonaturi fl-istess vettura.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5.2.2

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet għall-ippakkjar imħallat.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-regoli tal-ADR għandhom jiġu osservati meta jkunu qed jiġu trasportati oġġetti perikolużi bit-triq.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 729 of 15. august 2001 om vejtransport of farligt gods § 4, stk. l.

Kummenti: Teżisti ħtieġa prattika sabiex ikunu jistgħu jiġu ppakkjati sustanzi splussivi flimkien ma' detonaturi fl-istess vettura meta dawn l-oġġetti jiġu trasportati minn fejn ikunu maħżuna lejn il-post tax-xogħol u lura.

Meta l-leġiżlazzjoni Daniża dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi tiġi emendata, l-awtoritajiet Daniżi se jippermettu dan it-trasport skont dawn il-kundizzjonijiet:

1.

Ma jkunux qed jiġu trasportati aktar minn 25 kg ta' sustanzi splussivi taħt il-grupp D.

2.

Ma jkunux qed jiġu trasportati aktar minn 200 biċċa ta' detonaturi taħt il-grupp B.

3.

Id-detonaturi u s-sustanzi splussivi għandhom ikunu ppakkjati separatament f'imballaġġ iċċertifikati min-NU f'konformità mar-regoli stabbiliti fid-Direttiva 2000/61/KE li temenda d-Direttiva 94/55/KE.

4.

Id-distanza bejn l-imballaġġ li jkun fih id-detonaturi u dak li jkun fih is-sustanzi splussivi għandha tkun mill-inqas metru (1). Din id-distanza għandha tibqa' tapplika anki wara li l-brejkijiet jiġu magħfusa ħesrem. L-imballaġġ li jkun fih sustanzi splussivi u dak li jkun fih detonaturi jrid jitpoġġa b'mod li jkun possibbli li jitneħħa malajr mill-vettura.

5.

Iridu jitħarsu r-regoli kollha l-oħra dwar it-trasport bit-triq ta' oġġetti perikolużi.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

RO–a–DK–3

Suġġett: It-trasport bit-triq ta' imballaġġi u ta' oġġetti li jkun fihom skart jew fdalijiet ta' oġġetti perikolużi ta' ċerti klassijiet minn djar privati u impriżi għall-iskop ta' rimi.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Partijiet u l-Kapitoli 2, 3, 4.1, 5.1, 5.2, 5.4, 6, 8.1 u 8.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-dispożizzjonijiet tal-klassifikazzjoni, id-dispożizzjonijiet speċjali, id-dispożizzjonijiet tal-ippakkjar, il-proċeduri tal-kunsinna, ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-imballaġġ, ir-rekwiżiti ġenerali li jikkonċernaw l-unitajiet tat-trasport u t-tagħmir abbord u r-rekwiżiti ta' taħriġ.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-imballaġġi interni u oġġetti li fihom ikun hemm skart jew fdalijiet ta' oġġetti perikolużi ta' ċerti klassijiet miġbura minn djar privati jew impriżi biex jintremew, jistgħu jiġu ppakkjati flimkien f'ċertu imballaġġ estern u/jew overpacks u jinġarru skont proċeduri speċjali tal-kunsinna inklużi restrizzjonijiet speċjali għall-ippakkjar u l-immarkar. Il-kwantità ta' oġġetti perikolużi għal kull imballaġġ intern, għal kull imballaġġ estern u/jew għal kull unità ta' trasport hija ristretta.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 818 af 28. juni 2011 om vejtransport af farligt gods § 4, stk. 3.

Kummenti: Mhuwiex possibbli li l-amministraturi tal-iskart japplikaw id-dispożizzjonijiet kollha tal-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE meta jkun inġabar skart bi fdalijiet ta' oġġetti perikolużi minn djar privati u impriżi biex jinġarr għar-rimi. L-iskart normalment jinżamm f'imballaġġi li jkunu inbiegħu f'bejgħ bl-imnut.

Data ta' skadenza: l-1 ta' Jannar 2019

FI Finlandja

RO-a-FI-1

Suġġett: It-trasport ta' oġġetti perikolużi f'ċerti ammonti fix-xarabanks

Bażi ġuridika: Id-Direttiva 2008/68/KE, l-Artikolu 6(2)(a)

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Partijiet 1, 4 u 5

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Eżenzjonijiet, Dispożizzjonijiet għall-Imballaġġ, Immarkar u Dokumentazzjonijiet.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

F'xarabanks bil-passiġġieri, jistgħu jiġu trasportati ammonti żgħar ta' oġġetti perikolużi speċifikati bħala merkanzija sabiex il-kwantità totali ma taqbiżx il-200 kilo. F'xarabank, individwu privat jista' jittrasporta l-oġġetti perikolużi msemmija fit-Taqsima 1.1.3 jekk l-oġġetti inkwistjoni jkunu ppakkjati għall-bejgħ bl-imnut u jkunu maħsubin għall-użu personali tiegħu. Il-kwantità totali ta' likwidi li jaqbdu mimlija f'kontenituri li jistgħu jerġgħu jimtlew ma tistax taqbeż il-5 litri.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Ir-Regolament tal-Aġenzija Finlandiża tas-Sikurezza fit-Trasport dwar it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi bit-Triq u d-Digriet tal-Gvern dwar it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi bit-Triq (194/2002)

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

RO–a–FI–2

Suġġett: Deskrizzjoni tat-tankijiet vojta fid-dokument tat-trasport

Bażi ġuridika: Id-Direttiva 2008/68/KE, l-Artikolu 6(2)(a)

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Parti 5, 5.4.1

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva:

Dispożizzjonijiet speċjali għal ġarr f'vetturi b'tank jew f'unitajiet ta' trasport b'aktar minn tank wieħed

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Meta jiġu trasportati vetturi b'tank vojt u mhux imnaddaf jew unitajiet ta' trasport li għandhom tank wieħed jew aktar immarkati f'konformità ma' 5.3.2.1.3, l-aħħar sustanza trasportata mmarkata fid-dokument tat-trasport tista' tkun is-sustanza bl-inqas punt ta' fjammabbiltà.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Ir-Regolament tal-Aġenzija Finlandiża tas-Sikurezza fit-Trasport dwar it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi bit-Triq

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

RO-a-FI-3

Suġġett: Plakards u mmarkar tal-unità tat-trasport għall-isplussivi.

Bażi ġuridika: Id-Direttiva 2008/68/KE, l-Artikolu 6(2)(a)

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.2.1.1

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet ġenerali għall-immarkar tal-pjanċi oranġjo

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Unitajiet tat-trasport (normalment vannijiet) li jittrasportaw ammonti żgħar ta' splussivi (b'massa netta massima ta' 1 000 kg) lejn il-barrieri u s-siti tax-xogħol jistgħu jitwaħħlulhom plakards tal-mudell Nru 1 fuq quddiem u fuq wara.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Ir-Regolament tal-Aġenzija Finlandiża tas-Sikurezza fit-Trasport dwar it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi bit-Triq

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

FR Franza

RO–a–FR–2

Suġġett: It-trasport ta' skart li joriġina minn attivitajiet ta' kura li jinvolvu riskju ta' infezzjoni kopert minn NU 3291 b'massa ta' 15-il kg jew inqas.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni mir-rekwiżiti tal-ADR għat-trasport ta' skart li joriġina minn attivitajiet ta' kura li jinvolvu riskju ta' infezzjoni kopert minn NU 3291 b'massa ta' 15-il kg jew inqas.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par route — Article 12.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

RO–a–FR–5

Suġġett: It-trasport ta' oġġetti perikolużi f'vetturi pubbliċi għat-trasport tal-passiġġieri (18).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.3.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: It-trasport ta' passiġġieri u oġġetti perikolużi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport ta' oġġetti perikolużi, għajr dawk tal-klassi 7, awtorizzat f'vetturi tat-trasport pubbliku bħala bagalja tal-idejn: japplikaw biss id-dispożizzjonijiet relatati mal-imballaġġ, l-immarkar u t-tikkettar ta' pakketti stabbiliti f'4.1, 5.2 u 3.4.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 29 mai 2009 relatif au transport des marchandises dangereuses par voies terrestres, annexe I paragraphe 3.1.

Kummenti: Oġġetti perikolużi għall-użu personali jew għall-użu professjonali proprju biss jistgħu jinġarru f'bagalji tal-idejn. Huma permessi kontenituri portabbli tal-gass fl-ammonti meħtieġa għal vjaġġ wieħed għal pazjenti bi problemi respiratorji.

Data ta' skadenza: it-28 ta' Frar 2022

RO–a–FR–6

Suġġett: It-trasport personali ta' kwantitajiet żgħar ta' oġġetti perikolużi (18).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Obbligu ta' dokument tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport personali ta' kwantitajiet żgħar ta' oġġetti perikolużi għajr dawk tal-klassi 7, li ma jaqbżux il-limiti stabbiliti f'1.1.3.6. mhuwiex soġġett għall-obbligu li jkollu dokument tat-trasport kif previst f'5.4.1.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 29 mai 2009 relatif au transport des marchandises dangereuses par voies terrestres annexe I, paragraphe 3.2.1.

Data ta' skadenza: it-28 ta' Frar 2022

RO–a–FR–7

Suġġett: It-trasport bit-triq ta' kampjuni ta' sustanzi kimiċi, taħlitiet u oġġetti li jkun fihom oġġetti perikolużi għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Partijiet 1 sa 9

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-dispożizzjonijiet ġenerali, il-klassifikazzjoni, id-dispożizzjonijiet speċjali u l-eżenzjonijiet dwar il-ġarr ta' oġġetti perikolużi ppakkjati fi kwantitajiet limitati, id-dispożizzjonijiet dwar l-użu ta' imballaġġ u tankijiet, il-proċeduri tal-kunsinna, ir-rekwiżiti tal-kostruzzjoni tal-imballaġġ, id-dispożizzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet tat-trasport, l-immaniġġar, it-tagħbija u l-ħatt, ir-rekwiżiti dwar it-tagħmir u l-operat tat-trasport, ir-rekwiżiti dwar il-kostruzzjoni u l-approvazzjoni tal-vetturi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Kampjuni ta' sustanzi kimiċi, taħlitiet u oġġetti li jkun fihom oġġetti perikolużi li jinġarru għall-analiżi bħala parti minn attività ta' sorveljanza tas-suq għandhom ikunu ppakkjati f'imballaġġ ikkombinat. Dawn għandhom jikkonformaw mar-regoli dwar il-kwantitajiet massimi għall-imballaġġ intern skont it-tip ta' oġġett perikoluż involut. L-imballaġġ estern għandu jikkonforma mar-rekwiżiti għall-kaxxi tal-plastik solidu (4H2, il-Kapitolu 6.1 tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE). L-imballaġġ estern jeħtieġ li jkollu l-immarkar tat-Taqsima 3.4.7, tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE u l-kliem “Kampjuni għall-analiżi” (bil-Franċiż: “Echantillons destinés à l'analyse”). Sakemm dawn id-dispożizzjonijiet jiġu mħarsa, il-ġarr mhuwiex soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 12 décembre 2012 modifiant l'arrêté du 29 mai 2009 relatif aux transports de marchandises dangereuses par voies terrestres

Kummenti: L-eżenzjoni tat-Taqsima 1.1.3, l-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE ma tipprevedix it-trasport tal-kampjuni ta' oġġetti perikolużi għall-analiżi li ssir mill-awtoritajiet kompetenti jew f'isimhom. Sabiex tiġi żgurata s-sorveljanza effettiva tas-suq, Franza introduċiet proċedura msejsa fuq is-sistema applikabbli għall-kwantitajiet limitati biex tiżgura s-sikurezza tat-trasport tal-kampjuni li jkun fihom oġġetti perikolużi. Peress li mhux dejjem ikun fattibbli li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tat-tabella A, il-limitu tal-kwantità għall-imballaġġ intern ġie definit b'mod aktar operattiv.

Data ta' skadenza: l-1 ta' Jannar 2019

HU Ungerija

RO-a-HU-1

Suġġett: Adozzjoni ta' RO-a-DE-2

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: A nemzeti fejlesztési miniszter rendelete az ADR Megállapodás A és B Mellékletének belföldi alkalmazásáról

Data ta' skadenza: it-30 ta' Jannar 2020

RO–a-HU-2

Suġġett: Adozzjoni ta' RO-a-UK-4

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: A nemzeti fejlesztési miniszter rendelete az ADR Megállapodás A és B Mellékletének belföldi alkalmazásáról

Data ta' skadenza: it-30 ta' Jannar 2020

IE Irlanda

RO–a–IE–1

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit ta' 5.4.0 tal-ADR għal dokument tat-trasport għall-ġarr ta' pestiċidi tal-Klassi 3 tal-ADR, elenkati fil-punt 2.2.3.3 bħala pestiċidi FT2 (f.p. < 23 °C) u l-Klassi 6.1 tal-ADR, elenkati fil-punt 2.2.61.3 bħala pestiċidi likwidi T6 (b'punt ta' fjammabilità ta' mhux anqas minn 23 °C), fejn il-kwantitajiet ta' oġġetti perikolużi li qed jinġarru ma jaqbżux il-kwantitajiet stabbiliti f'1.1.3.6 tal-ADR.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżit għal dokument tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dokument tat-trasport mhuwiex meħtieġ għall-ġarr tal-pestiċidi tal-Klassi 3 u 6.1 tal-ADR, fejn il-kwantità tal-oġġetti perikolużi li tkun qed tinġarr ma taqbiżx il-kwantitajiet stipulati fil-punt 1.1.3.6 tal-ADR.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(9) of the “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 2004”.

Kummenti: Rekwiżiti iebsa u bla ħtieġa għat-trasport lokali u t-tqassim ta' dawn il-pestiċidi.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

RO–a–IE–4

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżiti ta' 5.3, 5.4, 7 u mill-Anness B tal-ADR, fir-rigward tal-ġarr ta' ċilindri tal-gass li jintużaw f'distributuri awtomatiċi (tax-xorb) meta jinġarru fuq l-istess vettura max-xorb (li se jintużaw għalih).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3, 5.4, 7 u l-Anness B.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: L-immarkar tal-vetturi, id-dokumentazzjoni li għandha tinġarr u d-dispożizzjonijiet dwar it-tagħmir u l-operazzjonijiet tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni mir-rekwiżiti ta' 5.3, 5.4, 7 u mill-Anness B tal-ADR għaċ-ċilindri tal-gass li jintużaw fid-distributuri awtomatiċi tax-xorb, meta dawn iċ-ċilindri tal-gass ikunu qed jinġarru fuq l-istess vettura max-xorb (li se jintużaw għalih).

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Emenda proposta għal “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”.

Kummenti: L-attività prinċipali tikkonsisti fit-tqassim ta' pakketti tax-xorb, li ma jkunux sustanzi skont l-ADR, flimkien ma' kwantitajiet żgħar ta' ċilindri żgħar ta' gassijiet assoċjati mal-użu fix-xorb.

Preċedentement skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

RO–a–IE–5

Suġġett: Eżenzjoni, għat-trasport nazzjonali fl-Irlanda, mir-rekwiżiti dwar il-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-kontenituri, u mid-dispożizzjonijiet dwar l-użu tagħhom, li jinsabu fi 6.2 u 4.1 tal-ADR, għaċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni tal-gassijiet tal-Klassi 2 li ġew trasporti b'mod multimodali, fosthom dak marittimu, sakemm (i) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni ġew magħmula, ittestjati u użati skont il-Kodiċi IMDG, (ii) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni ma jkunux imtlew mill-ġdid fl-Irlanda iżda ttieħdu lura nominalment vojta lejn il-pajjiż tal-oriġini tal-vjaġġ b'trasport multimodali, u (iii) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jitqassmu lokalment fi kwantitajiet żgħar.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.4.2, 4.1 u 6.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar it-trasport multimodali, inkluż it-trasport marittimu, dwar l-użu taċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni għall-gassijiet tal-Klassi 2 tal-ADR, u dwar il-kostruzzjoni u l-ittestjar ta' dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni għall-gassijiet tal-Klassi 2 tal-ADR.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dispożizzjonijiet ta' 4.1 u 6.2 ma japplikawx għaċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni għall-gassijiet tal-Klassi 2, diment li (i) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni ġew magħmula u ġew ittestjati f'konformità mal-kodiċi IMDG, (ii) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jintużaw skont il-Kodiċi IMDG, (iii) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jkunu ġew trasportati lejn l-ispeditur permezz ta' trasport multimodali, inkluż il-ġarr marittimu, (iv) it-trasport ta' dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni sa għand l-utent aħħari sar fi vjaġġ wieħed, tlesta fl-istess ġurnata, mid-destinatarju tal-operazzjoni tat-trasport multimodali (imsemmi fi (iii)), (v) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni ma jkunux imtlew mill-ġdid fl-Istat u jittieħdu lura nominalment vojta lejn il-pajjiż tal-oriġini tal-operazzjoni ta' trasport multimodali (imsemmi fi (iii)) u (vi) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jkunu tqassmu lokalment fl-Istat fi kwantitajiet żgħar.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Emenda proposta għal “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”.

Kummenti: Il-gassijiet li jinsabu f'dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni għandhom speċifikazzjonijiet, mitluba mill-utent aħħari, li jirriżultaw fil-ħtieġa li jiġu importati minn barra ż-żona tal-ADR. Ladarba użati, dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni nominalment vojta jeħtieġ li jittieħdu lura fil-pajjiż tal-oriġini, sabiex jimtlew mill-ġdid bil-gassijiet partikolarment speċifikati — ma għandhomx jimtlew mill-ġdid fl-Irlanda u fl-ebda parti oħra taż-żona tal-ADR. Minkejja li mhumiex konformi mal-ADR, huma konformi mal-Kodiċi IMDG u aċċettati għall-finijiet ta' dan il-Kodiċi. It-trasport multimodali, li jibda barra miż-żona tal-ADR, huwa maħsub sabiex jintemm fil-bini tal-importatur, fejn ikun intenzjonat li ċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jitqassmu fi kwantitajiet żgħar lill-utent aħħari lokalment fl-Irlanda. Dan il-ġarr fl-Irlanda għandu jsir fi ħdan l-Artikolu 6(9) emendat tad-Direttiva 94/55/KE.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

RO–a–IE–6

Suġġett: L-eżenzjoni, minn xi dispożizzjonijiet tal-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE dwar l-imballaġġ, l-immarkar u t-tikkettar ta' kwantitajiet żgħar (inqas mil-limiti f'1.1.3.6) ta' oġġetti pirotekniċi skaduti u bil-kodiċijiet tal-klassifikazzjoni 1.3G, 1.4G u 1.4S tal-Klassi 1 tal-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE, li għandhom in-numri rispettivi tal-identifikazzjoni tas-sustanza NU 0092, NU 0093, NU 0191, NU 0195, NU 0197, NU 0240, NU 0312, NU 0403, NU 0404, NU 0453, NU 0505, NU 0506 jew NU 0507 għall-ġarr lejn l-eqreb kwartieri militari biex jiġu mormija.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Partijiet 1, 2, 4, 5 u 6

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet ġenerali. Klassifikazzjoni. Dispożizzjonijiet għall-imballaġġ. Dispożizzjonijiet għall-kunsinna. Kostruzzjoni u ttestjar tal-imballaġġ.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dispożizzjonijiet tal-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE dwar l-imballaġġ, l-immarkar u t-tikkettar ta' materjal pirotekniku skadut, bin-numri NU rispettivi NU 0092, NU 0093, NU 0191, NU 0195, NU 0197, NU 0240, NU 0312, NU 0403, NU 0404 NU 0453, NU 0505, NU 0506 jew NU 0507 għall-ġarr lejn l-eqreb kwartieri jew medda militari ma japplikawx diment li jkun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-imballaġġ tal-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE u jiġi inkluż tagħrif addizzjonali fid-dokument tat-trasport. Din id-deroga tapplika biss għat-trasport lokali, lejn kwartieri jew medda militari, ta' kwantitajiet żgħar ta' dan il-materjal pirotekniku skadut bil-għan li jiġu eliminati b'mod sikur.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: S.I. 349 tal-2011 tar-Regolament 57(f) u (g)

Kummenti: Il-ġarr fi kwantitajiet żgħar ta' materjal pirotekniku marittimu “skadut”, speċjalment minn sidien ta' dgħajjes għad-delizzju u fornituri marittimi, lejn kwartieri jew medda militari biex jiġu eliminati b'mod sikur, ħoloq diffikultajiet partikolarment fir-rigward tar-rekwiżiti għall-imballaġġ. Id-deroga hija għal kwantitajiet żgħar (anqas minn dawk speċifikati f'1.1.3.6) għal trasport lokali, li jħaddan in-numri NU kollha assenjati għal materjal pirotekniku marittimu.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Jannar 2020

RO–a–IE–7

Suġġett: Adozzjoni ta' RO-a-UK-4

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: -

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2022

PT Portugall

RO-a-PT-3

Suġġett: Adozzjoni ta' RO-a-UK-4

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali:-

Data ta' skadenza: it-30 ta' Jannar 2022

SE Żvezja

RO-a-SE-1

Suġġett: Adozzjoni ta' RO-a-FR-7

Bażi ġuridika: Id-Direttiva 2008/68/KE, l-Artikolu 6(2)(a) (Kwantitajiet żgħar)

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Partijiet 1 sa 9

Kuntest tad-Direttiva:

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om visa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti:

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2022

UK Ir-Renju Unit

RO–a–UK–1

Suġġett: It-trasport ta' ċerti oġġetti b'radjuattività baxxa bħal arloġġi, arloġġi tal-idejn, detetturi tad-duħħan, boxxli (E1).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Ħafna mir-rekwiżiti tal-ADR

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti dwar it-trasport ta' materjal tal-Klassi 7.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni totali mid-dispożizzjonijiet tar-regolamenti nazzjonali dwar ċerti prodott kummerċjali li fihom kwantitajiet limitati ta' materjal radjuattiv. (Tagħmir luminuż maħsub sabiex jintlibes min-nies; fi kwalunkwe vettura jew vettura ferrovjarja, mhux iktar minn 500 detettur tad-duħħan għall-użu domestiku b'attività individwali li ma taqbiżx l-40 kBq; jew fi kwalunkwe vettura jew vettura ferrovjarja, mhux aktar minn ħames tagħmir tad-dawl bil-gass tat-tritju b'attività individwali li ma taqbiżx l-10 GBq).

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Radioactive Material (Road Transport) Regulations 2002: Regulation 5(4)(d). The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 3(10).

Kummenti: Din id-deroga hija miżura għal żmien qasir, li ma tibqax aktar meħtieġa meta emendi simili għar-regolamenti tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (“IAEA”) jiġu inkorporati fl-ADR.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

RO–a–UK–2

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit li jinġarr dokument tat-trasport għal ċerti kwantitajiet ta' oġġetti perikolużi (minbarra tal-Klassi 7) kif definit f'1.1.3.6 (E2).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.3.6.2 u 1.1.3.6.3.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Eżenzjonijiet minn ċerti rekwiżiti għal ċerti kwantitajiet għal kull unità ta' trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dokument ta' trasport mhuwiex meħtieġ għal kwantitajiet limitati, ħlief meta dawn jagħmlu parti minn tagħbija akbar.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 3(7)(a).

Kummenti: Din l-eżenzjoni hija adatta għat-trasport nazzjonali, fejn id-dokument tat-trasport ma jkunx dejjem xieraq fil-każijiet li jinvolvu d-distribuzzjoni lokali.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

RO–a–UK–3

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit għall-vetturi li jġorru materjal radjuattiv ta' livell baxx biex iġorru tagħmir tat-tifi tan-nar (E4).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.1.4.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżit għall-vetturi li jġorru apparat tat-tifi tan-nar.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Jitneħħa r-rekwiżit biex jinġarr apparat tat-tifi tan-nar meta jkunu qed jiġu trasportati biss pakketti ta' eċċezzjoni (NU 2908, 2909, 2910 u 2911).

Jirrestrinġi r-rekwiżit meta jinġarr biss għadd żgħir ta' pakketti.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Radioactive Material (Road Transport) Regulations 2002: Regulation 5(4)(d).

Kummenti: Il-ġarr ta' tagħmir tat-tifi tan-nar huwa fil-prattika irrilevanti għat-trasport ta' NU 2908, 2909, 2910, NU 2911, li ħafna drabi jkunu jistgħu jinġarru f'vetturi żgħar.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

RO–a–UK–4

Suġġett: Id-distribuzzjoni ta' oġġetti fl-imballaġġi interni lill-bejjiegħa bl-imnut jew lill-utenti (bl-esklużjoni ta' dawk tal-Klassijiet 1, 4.2, 6.2 u 7) minn depożiti ta' distribuzzjoni lokali lill-bejjiegħa bl-imnut jew lill-utenti u mill-bejjiegħa bl-imnut lill-utenti aħħarija (N1).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 6.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-imballaġġ.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-imballaġġ mhux meħtieġ li jkollu l-marka RID/ADR jew NU u lanqas li jkun immarkat b'xi mod ieħor jekk ikun fih oġġetti stabbiliti fl-Iskeda 3.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 7(4) and Regulation 36 Authorisation Number 13.

Kummenti: Ir-rekwiżiti tal-ADR mhumiex adegwati għall-aħħar stadji ta' ġarr minn depożitu ta' distribuzzjoni għal għand bejjiegħ bl-imnut jew utent jew minn bejjiegħ bl-imnut għal għand l-utent aħħari. L-għan ta' din id-deroga huwa li tippermetti li l-kontenituri interni tal-oġġetti għad-distribuzzjoni bl-imnut jinġarru fl-aħħar parti tal-vjaġġ tad-distribuzzjoni lokali mingħajr l-imballaġġ estern.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

RO–a–UK–5

Suġġett: Sabiex tkun permessa “kwantità massima totali differenti għal kull unità ta' trasport” għall-oġġetti tal-Klassi 1 fil-kategoriji 1 u 2 tat-Tabella f'1.1.3.6.3 (N10).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.3.6.3 u 1.1.3.6.4.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Eżenzjonijiet marbuta mal-kwantitajiet li jinġarru f'kull unità ta' trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Jistabbilixxi r-regoli dwar l-eżenzjonijiet għal kwantitajiet limitati u għal tagħbija mħallta ta' splussivi.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Explosives by Road Regulations 1996, reg. 13 and Schedule 5; reg. 14 and Schedule 4.

Kummenti: Biex jiġu permessi limiti differenti ta' kwantità għall-oġġetti tal-Klassi 1, jiġifieri “50” għall-Kategorija 1 u “500” għall-Kategorija 2. Għall-finijiet tal-kalkolu tat-tagħbijiet imħallta, il-fatturi ta' multiplikazzjoni għandhom ikunu ta' “20”, għall-Kategorija tat-Trasport 1 u “2” għall-Kategorija tat-Trasport 2.

Preċedentement skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

RO–a–UK–6

Suġġett: Iż-żieda tal-massa netta massima ta' oġġetti splussivi permissibbli f'vetturi EX/II (N13).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5.5.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Limitazzjonijiet fuq il-kwantitajiet ta' sustanzi u ta' oġġetti splussivi li jinġarru.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Limitazzjonijiet fuq il-kwantitajiet ta' sustanzi u ta' oġġetti splussivi li jinġarru.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Explosives by Road Regulations 1996, reg. 13, Schedule 3.

Kummenti: Ir-Regolamenti tar-Renju Unit jippermettu massa netta massima ta' 5 000 kg f'vetturi tat-Tip II għall-Gruppi ta' Kompatibbiltà 1.1C, 1.1D, 1.1E u 1.1 J.

Ħafna oġġetti tal-Klassi 1.1C, 1.1D, 1.1E u 1.1 J li jittieħdu lejn l-Unjoni jkunu kbar jew goffi u jkollhom tul li jaqbeż iż-2,5 m. Primarjament ikunu oġġetti splussivi għall-użu militari. Il-limitazzjonijiet fuq il-kostruzzjoni tal-vetturi EX/III (li jeħtieġu jkunu vetturi magħluqa) jagħmluha ferm diffiċli sabiex dawn l-oġġetti jitgħabbew u jinħattu. Xi oġġetti jkunu jeħtieġu tagħmir tat-tagħbija u tal-ħatt speċjalizzat kemm fil-bidu kif ukoll fit-tmiem tal-vjaġġ. Fil-prattika dan it-tagħmir rarament jeżisti. Fir-Renju Unit hemm biss ftit vetturi EX/III użati u jkun ta' piż kbir fuq l-industrija jekk tintalab il-kostruzzjoni ta' aktar vetturi EX/III speċjalizzati biex jinġarr dan it-tip ta' splussiv.

Fir-Renju Unit, l-isplussivi militari jiġu trasportati l-aktar permezz ta' vetturi kummerċjali u għalhekk ma jistgħux jittieħdu vantaġġi mill-eżenzjoni għal vetturi militari tad-Direttiva 2008/68/KE. Sabiex tingħeleb din il-problema, ir-Renju Unit minn dejjem ippermetta l-ġarr sa 5 000 kg ta' oġġetti bħal dawn f'vetturi EX/II. Il-limitu attwali mhux dejjem ikun biżżejjed peress li oġġett jista' jkun fih aktar minn 1 000 kg ta' splussiv.

Mill-1950, seħħew biss żewġ inċidenti (it-tnejn li huma fis-snin ħamsin) li kienu jinvolvu l-isplużjoni ta' materjal splussiv b'toqol ta' aktar minn 5 000 kg. L-inċidenti ġraw meta ħa n-nar tajer u minn sistema taħraq tal-egżost li tat in-nar lill-għata tad-drapp. In-nirien setgħu qabdu b'tagħbija iżgħar. Ma kien hemm l-ebda vittma jew korrimenti.

Hemm evidenza empirika li turi li oġġetti splussivi li jkunu ppakkjati sew huwa improbabbli li jisplodu minħabba xi impatt, eż. meta l-vettura tkun involuta f'xi ħabta. L-evidenza minn rapporti militari u minn data ta' testijiet li saru fuq l-impatt ta' missili turi li biex l-iskrataċ jieħdu n-nar irid ikun hemm veloċità tal-impatt akbar minn dik li tintlaħaq waqt prova ta' tfigħ minn għoli ta' 12-il metru.

L-istandards attwali ta' sikurezza ma jiġux affettwati.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

RO–a–UK–7

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżiti ta' superviżjoni għal kwantitajiet żgħar ta' ċerti oġġetti tal-Klassi 1 (N12).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.4 u 8.5 S1(6).

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti ta' superviżjoni għal vetturi li jġorru ċerti kwantitajiet ta' oġġetti perikolużi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tipprevedi parkeġġ sikur u faċilitajiet ta' superviżjoni iżda ma titlobx li ċerti tagħbijiet tal-Klassi 1 issirilhom superviżjoni kostanti kif meħtieġ f'8.5 S1(6) tal-ADR.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 1996, reg. 24.

Kummenti: Ir-rekwiżiti ta' superviżjoni tal-ADR mhumiex dejjem fattibbli f'kuntest nazzjonali.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

RO–a–UK–8

Suġġett: Tnaqqis tar-restrizzjonijiet fuq it-trasport ta' tagħbijiet imħallta ta' splussivi, u ta' splussivi ma' oġġetti oħra perikolużi, ġewwa vaguni, vetturi u kontejners (N4/5/6)

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5.2.1 u 7.5.2.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Restrizzjonijiet fuq ċerti tipi ta' tagħbija mħallta.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni nazzjonali hija inqas restrittiva fir-rigward ta' tagħbija mħallta ta' splussivi, sakemm dan il-ġarr ikun jista' jitwettaq mingħajr riskju.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 1996, Regulation 18.

Kummenti: Ir-Renju Unit jixtieq jippermetti xi varjazzjonijiet fir-regoli tat-taħlit tal-isplussiv ma' splussiv ieħor kif ukoll ta' splussiv ma' oġġetti perikolużi oħra. Kwalunkwe varjazzjoni għandu jkollha limitu ta' kwantità fuq wieħed jew aktar mill-partijiet kostitwenti tat-tagħbija, u tkun permessa biss jekk “ikunu ttieħdu il-miżuri raġonevolment prattikabbli kollha sabiex jipprevjenu li l-isplussivi jiġu f'kuntatt ma' kwalunkwe oġġett minn dawn, jew inkella li jpoġġu tali oġġetti fil-periklu jew li jkunu mhedda minn tali oġġetti”.

Eżempji ta' varjazzjonijiet li r-Renju Unit jista' jippermetti huma:

1.

Splussiv bin-numri tal-klassifikazzjoni NU 0029, 0030, 0042, 0065, 0081, 0082, 0104, 0241, 0255, 0267, 0283, 0289, 0290, 0331, 0332, 0360 jew 0361 jista' jinġarr fl-istess vettura ma' oġġetti perikolużi bin-numru tal-klassifikazzjoni NU Numru 1942. Il-kwantità ta' NU 1942 li titħalla tinġarr għandha tkun limitata billi titqies bħala splussiv ta' 1.1D.

2.

Splussivi kklassifikati bin-Numri NU 0191, 0197, 0312, 0336, 0403, 0431 jew 0453 jistgħu jinġarru fl-istess vettura ma' oġġetti perikolużi (bl-eċċezzjoni ta' gassijiet fjammabbli, sustanzi infettivi u sustanzi tossiċi) tal-kategorija tat-trasport 2 jew tal-oġġetti perikolużi tal-kategorija tat-trasport 3, jew kull taħlita tagħhom, sakemm il-massa jew il-volum totali ta' oġġetti perikolużi tal-kategorija tat-trasport 2 ma jaqbżux il-500 kg jew (1) litru u l-massa totali netta ta' dawn l-splussivi ma taqbiżx il-500 kg;

3.

Splussivi ta' 1.4G jistgħu jinġarru flimkien ma' likwidi u gassijiet fjammabbli fil-kategorija tat-trasport 2 jew ma' gassijiet li mhumiex fjammabbli jew tossiċi fil-kategorija tat-trasport 3, jew f'xi taħlita tagħhom fl-istess vettura, sakemm li l-massa jew il-volum totali ta' oġġetti perikolużi flimkien ma jaqbiżx il-200 kg jew (1) litru u l-massa totali netta ta' splussiv ma taqbiżx l-20 kg.

4.

Oġġetti splussivi bin-numri tal-klassifikazzjoni NU 0106, 0107 jew 0257 jistgħu jinġarru ma' oġġetti splussivi fil-Grupp ta' Kompatibbiltà D, E jew F li tagħhom huma komponenti. Il-kwantità totali ta' splussivi bin-Numri NU 0106, 0107 jew 0257 ma għandhiex taqbeż l-20 kg.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

RO–a–UK–9

Suġġett: Alternattiva sabiex jintwerew il-pjanċi oranġjo għal kunsinni żgħar ta' materjal radjuattiv f'vetturi żgħar.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżit biex jintwerew il-pjanċi oranġjo f'vetturi żgħar li jkunu qed iġorru materjal radjuattiv.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tippermetti kwalunkwe deroga approvata skont dan il-proċess. Id-deroga meħtieġa hija:

Il-vetturi jridu jew:

(a)

ikollhom plakard skont id-diżpożizzjonijiet applikabbli tal-paragrafu 5.3.2 tal-ADR; jew

(b)

fil-każ ta' vetturi li jġorru mhux aktar minn għaxar pakketti li jkun fihom materjal radjuattiv mhux fissili jew li huwa fissili u fejn is-somma tal-indiċi tat-trasport ta' dawn il-pakketti ma tkunx taqbeż il-valur ta' 3, jistgħu minflok iġorru nota f'konformità mar-rekwiżiti elenkati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Radioactive Material (Road Transport) Regulations 2002, Regulation 5(4)(d).

Kummenti:

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

RO-a-UK-10

Suġġett: It-trasport ta' skart li joriġina minn attivitajiet ta' kura li jinvolvu riskju ta' infezzjoni kopert minn NU 3291 b'massa ta' 15-il kg jew inqas.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: id-dispożizzjonijiet kollha.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni mir-rekwiżiti tal-Anness I, it-Taqsima I.1 għat-trasport ta' skart li joriġina minn attivitajiet ta' kura li jinvolvu riskju ta' infezzjoni kopert min-NU 3291 b'massa ta' 15-il kg jew inqas.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Din id-deroga kienet inizjalment inħarġet skont The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2009 kif emendata.

Data ta' skadenza: l-1 ta' Jannar 2023.

Abbażi tal-Artikolu 6(2)(b)(i) tad-Direttiva 2008/68/KE

BE Belġju

RO–bi–BE–4

Suġġett: Trasport ta' oġġetti perikolużi f'tankijiet biex jiġu eliminati permezz ta' inċinerazzjoni.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 3.2.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Permezz ta' deroga mit-tabella fi 3.2 huwa permess l-użu ta' kontejner tank bil-kodiċi tat-tank L4BH minflok bil-kodiċi tat-tank L4DH għall-ġarr ta' likwidu idroreattiv, tossiku, III, mhux speċifikati b'mod ieħor f'kundizzjonijiet speċifiċi.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Dérogation 012002.

Kummenti: Dan ir-regolament jista' jkun applikat biss għat-trasport ta' skart perikoluż fuq distanzi qosra.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2020

RO–bi–BE–5

Suġġett: Ġarr ta' skart lejn faċilitajiet tat-trattament tal-iskart.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.2, 5.4, 6.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Klassifikazzjoni, immarkar u rekwiżiti dwar l-imballaġġ.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Minflok ma jiġi kklassifikat l-iskart skont l-ADR, l-iskart jinqasam fi gruppi differenti (solventi fjammabbli, żebgħa, aċidi, batteriji, eċċ.) sabiex ikunu evitati reazzjonijiet perikolużi f'wieħed minn dawn il-gruppi. Ir-rekwiżiti għall-manifattura tal-imballaġġ huma inqas restrittivi.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté royal relatif au transport des marchandises dangereuses par route

Kummenti: Dan ir-Regolament jista' jintuża għall-ġarr ta' kwantitajiet żgħar ta' skart lejn impjanti ta' rimi.

Data ta' skadenza: il-31 ta' Diċembru 2022

RO–bi–BE–6

Suġġett: Adozzjoni ta' RO–bi–SE–5

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: deroga 01-2004

Data ta' skadenza: il-31 ta' Diċembru 2022

RO–bi–BE–7

Suġġett: Adozzjoni ta' RO–bi–SE–6

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: deroga 02-2003

Data ta' skadenza: il-31 ta' Diċembru 2022

RO–bi–BE–8

Suġġett: Adozzjoni ta' RO–bi–UK–2

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté royal relatif au transport des marchandises dangereuses par route

Data ta' skadenza: il-31 ta' Diċembru 2022

RO–bi–BE–10

Suġġett: It-trasport fil-viċinanzi ta' żoni industrijali inkluż it-trasport f'toroq pubbliċi.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Annessi A u B.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-derogi jikkonċernaw id-dokumentazzjoni, iċ-ċertifikat tas-sewwieq, it-tikkettar u l-immarkar ta' pakketti.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: derogi 10-2012, 12-2012, 24-2013, 31-2013, 07-2014, 08-2014, 09-2014 u 38-2014.

Data ta' skadenza: il-31 ta' Diċembru 2022

RO–bi–BE–11

Suġġett: il-ġbir ta' cilindri tal-butan-propan mingħajr tikkettar konformi

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.2.2.1.1

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: iċ-ċilindri tal-gass jenħtieġ li jkollhom tikketti ta' perikolu mwaħħla fuqhom.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: waqt il-ġbir taċ-ċilindri li jkollhom in-NU 1965, in-nuqqas tat-tikketti ta' perikolu ma jenħtieġx sostituzzjoni jekk il-vettura tkun tikkettata b'mod korrett (mudell 2.1)

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: deroga 14-2016

Data ta' skadenza: il-31 ta' Diċembru 2022

RO–bi–BE–12

Suġġett: it-trasport ta' NU 3509 f'kontejners miksija li jġorru bil-kwantità

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.3.2.1

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: il-ġarr ta' NU 3509 irid isir f'kontejners magħluqa li jġorru bil-kwantità

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: il-ġarr ta' NU 3509 jista' jsir f'kontejners miksija li jġorru bil-kwantità

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: deroga 15-2016

Data ta' skadenza: il-31 ta' Diċembru 2022

RO–bi–BE–13

Suġġett: it-trasport ta' ċilindri DOT

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 6.2.3.4 sa 6.2.3.9

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: iċ-ċilindri tal-gass jenħtieġ li jkunu manifatturati u ttestjati skont il-Kapitolu 6.2 tal-ADR

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Iċ-ċilindri magħmula u ttestjati skont id-dispożizzjonijiet tal-United States Department of Transportation (DOT) jistgħu jintużaw għat-trasport ta' lista limitata ta' gassijiet annessa mad-deroga

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: deroga BWV01-2017

Data ta' skadenza: il-31 ta' Diċembru 2022

DE Ġermanja

RO–bi–DE–1

Suġġett: Rinunzja ta' ċerti indikazzjonijiet fid-dokument ta' trasport (n2).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Kontenut tad-dokument tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għall-klassijiet kollha ħlief il-klassijiet 1 (ħlief 1.4S), 5.2 u 7:

Mhix meħtieġa indikazzjoni fid-dokument tat-trasport

(a)

għad-destinatarju fil-każ ta' distribuzzjoni lokali (bl-eċċezzjoni għal tagħbija mimlija u għat-trasport f'ċerti rotot);

(b)

għall-ammont u t-tipi ta' imballaġġ, jekk 1.1.3.6 ma jkunx applikat u jekk il-vettura tkun f'konformità mad-dispożizzjonijiet kollha tal-Annessi A u B;

(c)

għal tankijiet vojta u mhux imnaddfa, id-dokument tat-trasport tal-aħħar tagħbija huwa biżżejjed.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung — GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 18.

Kummenti: L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha ma tkunx prattikabbli fir-rigward tat-tip tat-traffiku kkonċernat.

Id-deroga kienet irreġistrata mill-Kummissjoni bħala Nru 22 (skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE).

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

RO–bi–DE–3

Suġġett: Trasport ta' skart perikoluż ippakkjat.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1 sa 5.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Klassifikazzjoni, imballaġġ u mmarkar.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassijiet 2 sa 6.1, 8 u 9: Imballaġġ ikkombinat u trasport ta' skart perikoluż f'pakketti u IBCs; l-iskart irid ikun ippakkjat f'imballaġġ intern (kif jinġabar) u maqsum f'kategoriji speċifiċi ta' skart (biex ikunu evitati reazzjonijiet perikolużi f'xi grupp ta' skart); l-użu ta' struzzjonijiet speċjali bil-miktub relatati mal-gruppi ta' skart u bħala polza tal-vjeġġ; il-ġbir ta' skart domestiku u tal-laboratorji, eċċ.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung — GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 20.

Kummenti: Lista Nru 6*.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

RO-bi-DE-5

Suġġett: It-trasport lokali ta' NU 3343 (taħlita ta' nitrogliċerina, disensitizzata, likwida, fjammabbli, mhux speċifikata mod ieħor, b'mhux aktar minn 30 % ta' nitrogliċerina skont il-massa) f'kontejners tank, b'deroga mis-Subtaqsima 4.3.2.1.1. tal-Anness I, it-Taqsima I.1. tad-Direttiva 2008/68/KE.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 3.2, 4.3.2.1.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar l-użu tal-kontejners tank

Kontenut tad-dispożizzjonijiet legali nazzjonali: it-trasport lokali tan-nitrogliċerina (NU 3343) f'kontejners tank, fuq distanzi qosra, soġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

1.   Rekwiżiti għall-kontejners tank

1.1.

Jistgħu jintużaw biss il-kontejners tank li huma awtorizzati speċifikament għal dan l-iskop, li f'kuntesti oħra jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet dwar il-kostruzzjoni, it-tagħmir, l-awtorizzazzjoni ta' mudelli ta' kostruzzjoni, testijiet, tikkettar u operat fil-Kapitolu 6.8 tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE.

1.2.

Il-mekkaniżmu ta' għeluq tal-kontejner tank għandu jkollu sistema ta' rilaxx tal-pressjoni li titla' sa pressjoni interna ta' 300 kPa (3 bar) ogħla mill-pressjoni normali u permezz ta' dan tillibera apertura li tħares 'il fuq b'erja għar-rilaxx tal-pressjoni ta' mill-inqas 135 cm2 (dijametru ta' 132 mm). L-apertura ma għandhiex tingħalaq mill-ġdid wara li tiġi attivata. Bħala installazzjoni ta' sikurezza, jistgħu jintużaw wieħed mill-elementi ta' sikurezza jew aktar bl-istess proċess ta' attivazzjoni u erja għar-rilaxx tal-pressjoni korrispondenti. It-tip ta' kostruzzjoni tal-installazzjoni ta' sikurezza jeħtieġ li jkun għadda b'suċċess minn ittestjar tat-tip u minn approvazzjoni tat-tip magħmula mill-awtorità responsabbli.

2.   It-tikkettar

Kull kontejner tank għandu jkun ittikkettat fuq iż-żewġ naħat b'tikketta ta' periklu skont il-mudell 3 fis-Subtaqsima 5.2.2.2.2 tat-Taqsima I.1 tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE.

3.   Dispożizzjonijiet operattivi

3.1.

Għandu jiġi żgurat li waqt it-trasport, in-nitrogliċerina tkun iddistribwita b'mod indaqs fil-midjum ta' flemmatizzazzjoni u li ma tkun tista' sseħħ l-ebda separazzjoni tal-komponenti tat-taħlita.

3.2.

Waqt it-tagħbija u l-ħatt, mhuwiex permess li xi ħadd jibqa' fil-vettura jew fuqha, ħlief biex jiġi operat it-tagħmir għat-tagħbija u l-ħatt.

3.3.

Fil-post tal-ħatt, il-kontejners tank għandhom jitbattlu kompletament. Jekk ma jistgħux jitbattlu kompletament, dawn għandhom jingħalqu b'mod issikkat wara l-ħatt sakemm jerġgħu jimtlew.

Referenza oriġinali għad-dispożizzjonijiet legali nazzjonali: deroga North Rhine-Westphalia

Osservazzjonijiet: Dan jikkonċerna t-trasport lokali f'kontejners tank bit-triq fuq distanzi qosra bħala parti minn proċess industrijali bejn żewġ siti ta' produzzjoni fissi. Sabiex jiġi mmanifatturat prodott farmaċewtiku, sit tal-produzzjoni A jipprovdi, bħala parti minn trasport konformi mar-regola, f'kontejners tank tas-600 l, soluzzjoni reżina, fjammabbli (NU 1866), grupp tal-imballaġġ II, lis-sit ta' produzzjoni B. Hawnhekk, soluzzjoni tan-nitrogliċerina tiġi miżjuda u jsir it-taħlit li jipproduċi taħlita ta' kolla li tinkludi n-nitrogliċerina disensitizzata, likwida, fjammabbli, mhux speċifikata mod ieħor, b'mhux aktar minn 30 % ta' nitrogliċerina skont il-massa (NU 3343) għal użu ulterjuri. It-trasport ta' ritorn ta' din is-sustanza lejn is-sit tal-produzzjoni A jseħħ ukoll fil-kontejners tank imsemmija hawn fuq, li jkunu ġew speċjalment iċċekkjati u approvati mill-awtorità rilevanti għal din l-operazzjoni speċifika tat-trasport u li turi l-kodiċi tat-tank L10DN.

Tmiem il-perjodu ta' validità: it-30 ta' Ġunju 2022

RO-bi-DE-6

Suġġett: Adozzjoni ta' RO–bi–SE–6

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: § 1 Absatz 3 Nummer 1 der Gefahrgutverordnung Straße, Eisenbahn und Binnenschifffahrt (GGVSEB)

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

RO-bi-DE-7

Suġġett: Adozzjoni ta' RO–bi–BE-10

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Data ta' skadenza: l-20 ta' Marzu 2021

DK Danimarka

RO–bi–DK–1

Suġġett: NU 1202, 1203, 1223 u l-Klassi 2 – ebda dokument tat-trasport.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Meħtieġ dokument tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Waqt it-trasport ta' prodotti minerali taż-żejt tal-Klassi 3, NU 1202, 1203 u 1223 u ta' gassijiet tal-Klassi 2 b'rabta mad-distribuzzjoni (oġġetti biex jiġu kkonsenjati lil żewġ destinatarji jew aktar u l-ġbir ta' oġġetti ritornati f'sitwazzjonijiet bħal dawn), mhux meħtieġ dokument tat-trasport sakemm l-istruzzjonjiet bil-miktub, minbarra t-tagħrif mitlub fl-ADR, ikun fihom tagħrif dwar in-numru NU, l-isem u l-klassi.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 729 af 15.8.2001 om vejtransport af farligt gods.

Kummenti: Ir-raġuni għal dik id-deroga nazzjonali hija li l-iżvilupp tat-tagħmir elettroniku jippermetti pereżempju lill-kumpaniji taż-żejt li jużaw dan it-tagħmir sabiex kontinwament jittrażmettu informazzjoni dwar il-klijenti lill-vetturi. Peress li din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli fil-bidu tal-operat tat-trasport u tintbagħat lill-vettura waqt il-vjaġġ tat-trasport, mhux possibbli — qabel ma jibda t-trasport — li jinkitbu d-dokumenti tat-trasport. Dawn it-tipi ta' trasport huma ristretti għal żoni limitati.

Deroga għad-Danimarka għal dispożizzjoni simili skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

RO–bi–DK–2

Suġġett: Adozzjoni ta' RO–bi–SE–6

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 437 af 6. juni 2005 om vejtransport af farligt gods, kif emendat.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

RO–bi–DK–3

Suġġett: Adozzjoni tal-RO–bi–UK–1

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 437 af 6. juni 2005 om vejtransport af farligt gods, kif emendat.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

RO–bi–DK–4

Suġġett: It-trasport bit-triq ta' oġġetti perikolużi ta' ċerti klassijiet minn djar privati u impriżi lejn iċ-ċentri tal-ġbir tal-iskart fil-qrib jew il-faċilitajiet intermedji ta' pproċessar għall-iskop ta' rimi.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Partijiet 1 sa 9

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet ġenerali, dispożizzjonijiet ta' klassifikazzjoni, dispożizzjonijiet speċjali, dispożizzjonijiet tal-ippakkjar, proċeduri tal-kunsinna, rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-imballaġġ, dispożizzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet tal-ġarr, tagħbija, ħatt u mmaniġġar, rekwiżiti għall-ekwipaġġ tal-vettura, tagħmir, operazzjoni u dokumentazzjoni u rekwiżiti li jikkonċernaw il-kostruzzjoni u l-approvazzjoni tal-vetturi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Oġġetti perikolużi minn djar privati u impriżi jistgħu taħt ċerti kundizzjonijiet jinġarru lejn iċ-ċentri tal-ġbir tal-iskart fil-qrib jew il-faċilitajiet intermedji ta' pproċessar għall-iskop ta' rimi. Dispożizzjonijiet differenti għandhom jiġu osservati skont il-karattru u r-riskji relatati mat-trasport; bħall-kwantità tal-oġġetti perikolużi għal kull imballaġġ intern, għal kull imballaġġ estern u/jew għal kull unità ta' trasport, u jekk il-ġarr ta' oġġetti perikolużi huwiex anċillari għall-attività ewlenija tal-intrapriżi jew le.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 818 af 28. juni 2011 om vejtransport af farligt gods § 4, stk. 3.

Kummenti: Mhuwiex possibbli li l-amministraturi tal-iskart u l-impriżi japplikaw id-dispożizzjonijiet kollha tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE meta jkun inġabar skart bi fdalijiet ta' oġġetti perikolużi minn djar privati u/jew intrapriżi biex jinġarr lejn iċ-ċentri tal-ġbir tal-iskart fil-qrib għall-iskop ta' rimi. Ġeneralment l-iskart ikun imballaġġi li oriġinarjament ikunu nġarru skont l-eżenzjoni tas-Subtaqsima 1.1.3.1 (c) tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE u/jew mibjugħ bl-imnut. Madankollu, l-eżenzjoni 1.1.3.1(c) ma tapplikax għall-ġarr lejn ċentri tal-ġbir tal-iskart, u d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 3.4 tal-Anness I, it-Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE mhumiex adattati għal ġarr ta' skart ta' imballaġġi interni.

Data ta' skadenza: l-1 ta' Jannar 2019

EL Greċja

RO–bi–EL–1

Suġġett: Deroga mir-rekwiżiti tas-sikurezza għal tankijiet fissi (vetturi b'tank) b'massa grossa ta' inqas minn 4 tunnellati użati għat-trasport lokali tad-diżil (NU 1202), li ġew irreġistrati l-ewwel darba fil-Greċja bejn l-1 ta' Jannar 1991 u l-31 ta' Diċembru 2002.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.6.3.6, 6.8.2.4.2, 6.8.2.4.3, 6.8.2.4.4, 6.8.2.4.5, 6.8.2.1.17-6.8.2.1.22, 6.8.2.1.28, 6.8.2.2, 6.8.2.2.1, 6.8.2.2.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni, it-tagħmir, l-approvazzjoni tat-tip, l-ispezzjonijiet u t-testijiet, u l-immarkar tat-tankijiet fissi (vetturi b'tank), tat-tankijiet li jistgħu jitneħħew u tal-kontejners tank u tal-vetturi b'tank li jinbidel, bil-qoxra magħmula minn materjal metalliku, u tal-vetturi tal-batterija u MEGCs.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Dispożizzjoni tranżitorja: Tankijiet fissi (vetturi b'tank) b'massa grossa ta' inqas minn 4 tunnellati użati għat-trasport lokali tad-diżil biss (UN 1202) li ġew irreġistrati l-ewwel darba fil-Greċja bejn l-1 ta' Jannar 1991 u l-31 ta' Diċembru 2002 li l-ħxuna minima tal-qoxra ta' barra tagħhom tkun inqas minn 3 mm jistgħu jibqgħu jintużaw. Maħsuba biex tkopri t-trasport lokali għal vetturi reġistrati matul dak il-perjodu. Din id-dispożizzjoni tranżitorja tkun fis-seħħ għal vetturi b'tank biss jekk jinbidlu skont 6.8.2.1.20 u jiġu adattati skont:

1.

Il-paragrafi tal-ADR dwar l-ispezzjonijiet u t-testijiet: 6.8.2.4.2, 6.8.2.4.3, 6.8.2.4.4, 6.8.2.4.5

2.

It-tankijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' 6.8.2.1.28, 6.8.2.2.1 u 6.8.2.2.2.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Τεχνικές Προδιαγραφές κατασκευής, εξοπλισμού και ελέγχων των δεξαμενών μεταφοράς συγκεκριμένων κατηγοριών επικινδύνων εμπορευμάτων για σταθερές δεξαμενές (οχήματα-δεξαμενές), αποσυναρμολογούμενες δεξαμενές που βρίσκονται σε κυκλοφορία. (Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni, it-tagħmir, l-ispezzjonijiet u t-testijiet fuq tankijiet fissi (vetturi b'tank), tankijiet li jistgħu jitneħħew li jkunu fiċ-ċirkolazzjoni, għal xi kategoriji ta' oġġetti perikolużi).

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2019

ES Spanja

RO–bi–ES–2

Suġġett: Tagħmir speċjali għad-distribuzzjoni ta' ammonijaka anidra.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 6.8.2.2.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Biex jiġi evitat kull telf ta' kontenut fil-każ ta' ħsara lill-attrezzaturi esterni (pajpijiet, mezzi laterali ta' għeluq), il-valv intern ta' interċetazzjoni u l-post fejn ikun imqiegħed għandhom ikunu protetti kontra l-periklu li jitqaċċtu minn pressjonijiet esterni jew ddisinjati b'mod li jirreżistu pressjonijiet bħal dawn. It-tagħmir għall-mili u għat-tbattil (inklużi l-flanġi jew tappijiet bil-kamin) u għotjien protettivi (jekk ikun hemm) iridu jkunu protetti kontra ftuħ mhux intenzjonat.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tankijiet użati għall-finijiet agrikoli għal distribuzzjoni u applikazzjoni ta' ammonijaka anidra li nġiebu fis-servizz qabel l-1 ta' Jannar 1997 jistgħu jkunu mgħammra b'attrezzaturi ta' sikurezza esterni minflok interni, bil-kundizzjoni li joffru protezzjoni li tkun tal-anqas ekwivalenti għall-protezzjoni mogħtija mill-ħajt tat-tank.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Real Decreto 97/2014. Anejo 1. Apartado 3.

Kummenti: Qabel l-1 ta' Jannar 1997 fl-agrikoltura kien jintuża b'mod esklussiv tip ta' tank mgħammar b'attrezzaturi esterni ta' sikurezza biex tiġi applikata l-ammonijaka anidra direttament għal fuq l-art. Tankijiet varji ta' dan it-tip għadhom jintużaw sal-lum. Dawn it-tankijiet rarament jiċċirkolaw mgħobbijin fit-toroq iżda jintużaw biss għall-fertilizzanti f'azjendi agrikoli kbar.

Data ta' skadenza: it-28 ta' Frar 2022

FI Finlandja

RO–bi–FI–1

Suġġett: Modifika tat-tagħrif fid-dokument tat-trasport għas-sustanzi splussivi.

Bażi ġuridika: Id-Direttiva 2008/68/KE, l-Artikolu 6(2)(a)

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.2.1(a)

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet speċjali għall-Klassi 1.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Fid-dokument tat-trasport huwa permessibbli li jintuża l-għadd ta' detonaturi (1 000 detonatur jikkorrispondi għal 1 kg splussiv) minflok il-massa netta preżenti tas-sustanzi splussivi.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Ir-Regolament tal-Aġenzija Finlandiża tas-Sikurezza fit-Trasport dwar it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi bit-Triq

Kummenti:

It-tagħrif jitqies suffiċjenti għat-trasport nazzjonali. Din id-deroga hija applikata prinċipalment għall-użu ta' splussiv mill-industrija tal-minjieri fir-rigward ta' kwantitajiet żgħar trasportati lokalment.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

RO–bi–FI–3

Suġġett: Adozzjoni tal-RO–bi–DE–1

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Data ta' skadenza: it-28 ta' Frar 2022

RO-bi-FI-4

Suġġett: Adozzjoni ta' RO–bi–SE-6

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Digriet tal-Gvern dwar Ċertifikat tas-Sewqan għas-Sewwieqa ta' Vetturi li Jġorru Oġġetti Perikolużi (401/2011)

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

FR Franza

RO–bi–FR–1

Suġġett: L-użu ta' dokumenti marittimi bħala dokumenti tat-trasport għal vjaġġi qosra wara li tinħatt it-tagħbija minn fuq il-vapur.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: L-informazzjoni li għandha tidher fid-dokument użat bħala dokument tat-trasport ta' oġġetti perikolużi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dokument marittimu għandu jintuża bħala dokument tat-trasport f'raġġ ta' 15 km.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par route — Article 23-4.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

RO–bi–FR–3

Suġġett: It-trasport ta' tankijiet fissi ta' ħażna ta' LPG (18).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport ta' tankijiet fissi għall-ħżin tal-LPG huwa soġġett għal regoli speċifiċi. Japplikaw biss għal distanzi qosra.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par route — Article 30.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

RO-bi-FR-4

Suġġett: Adozzjoni ta' RO–bi–UK-2

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 29 mai 2009 modifié relatif aux transports de marchandises dangereuses par voies terrestres.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Jannar 2022

RO–bi–FR–5

Suġġett: Adozzjoni ta' RO–bi–BE-5

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: -

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2024

RO–bi–FR–6

Suġġett: It-trasport ta' skart li jkun fih asbestos liberu

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.4

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Struzzjoni tal-ippakkjar P002

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport ta' skart li jkun fih asbestos liberu (Nru tal-NU 2212 ASBESTOS, AMFIBOLI (amosit, tremolit, aktinolit, antofillit, kroċidolit) jew Nru tan-NU 2590 ASBESTOS, KRISOTIL) minn siti tal-kostruzzjoni:

l-iskart jiġi trasportat fi trakkijiet bil-kaxxa togħla;

L-iskart jiġi ppakkjat f'“boroż-kontenituri” – boroż li jintwew u li jkollhom l-istess dimensjonijiet bħall-bażi tal-kaxxa tat-trakk – li jingħalqu tajjeb biex ma joħorġux xi fibri tal-asbestos waqt it-trasport;

il-boroż-kontenituri huma ddisinjati b'mod li jkunu jifilħu għall-istress li jġarrbu f'kundizzjonijiet tat-trasport normali u waqt li jitbattlu fis-sit tal-landfill;

il-kundizzjonijiet l-oħra li huma applikabbli skont l-ADR għandhom jiġu ssodisfati.

Dawn il-kundizzjonijiet tat-trasport jidhru partikolarment xierqa għat-trasport ta' kwantitajiet kbar ta' skart prodott minn xogħlijiet fit-toroq jew ta' tneħħija ta' esbestos mill-bini. Dawn il-kundizzjoniet huma xierqa wkoll għall-ħżin finali tal-iskart fis-siti tal-landfills approvati u jħaffu x-xogħol tat-tagħbija, għalhekk jipproteġu aħjar lill-ħaddiema mill-perikoli tal-asbestos meta mqabbla mal-kundizzjonijiet applikabbli skont l-istruzzjoni tal-ippakkar P002 tal-Kapitolu 4.1.4 tal-ADR.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: -.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2024

HU Ungerija

RO–bi-HU--1

Suġġett: Adozzjoni ta' RO–bi–SE-3

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: A nemzeti fejlesztési miniszter rendelete az ADR Megállapodás A és B Mellékletének belföldi alkalmazásáról

Data ta' skadenza: it-30 ta' Jannar 2020

IE Irlanda

RO–bi–IE–3

Suġġett: Eżenzjoni biex it-tagħbija u l-ħatt ta' oġġetti perikolużi, li għalihom tkun assenjata d-dispożizzjoni speċjali CV1 f'7.5.11 jew S1 f'8.5, jitħallew isiru f'post pubbliku mingħajr permess speċjali mill-awtoritajiet kompetenti.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5 u 8.5.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tagħbija, il-ħatt u l-immaniġġar.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-tagħbija u l-ħatt ta' oġġetti perikolużi f'post pubbliku jistgħu isiru mingħajr permess speċjali mill-awtorità kompetenti, b'deroga mir-rekwiżiti ta' 7.5.11 jew 8.5.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(5) of the “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”.

Kummenti: Għat-trasport nazzjonali fl-istat, din id-dispożizzjoni tpoġġi obbligu serju ħafna fuq l-awtoritajiet kompetenti.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

RO–bi–IE–6

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit tal-punt 4.3.4.2.2, li jeħtieġ li l-pajpijiet flessibbli tal-mili u t-tbattil, li ma jkunux mqabbda b'mod permanenti mal-qoxra ta' vettura b'tank, ikunu vojta matul it-trasport.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.3

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Użu ta' vetturi b'tank.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Rombli tal-pajp flessibbli (inklużi l-pajpijiet fissi relatati magħhom) imwaħħla ma' vetturi b'tank użati għad-distribuzzjoni bl-imnut ta' prodotti petrolifiċi bin-numru tal-identifikazzjoni tas-sustanza NU 1011, NU 1202, NU 1223 u NU 1863 u NU 1978 mhumiex meħtieġa li jkunu vojta matul il-ġarr bit-triq sakemm jiġu adottati miżuri adegwati għall-prevenzjoni ta' kwalunkwe telf ta' kontenut.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(8) of the “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”.

Kummenti: Il-pajpijiet flessibbli mwaħħla ma' vetturi b'tank li jagħmlu kunsinni fid-djar għandhom ikunu l-ħin kollu mimlijin, anki waqt it-trasport. Is-sistema tat-tbattil hija magħrufa bħala sistema bil-“wet-line” li tirrikjedi li l-arloġġ u l-pajp tal-vettura b'tank ikunu mimlijin sabiex jiġi żgurat li l-klijenti jirċievu l-kwantità korretta ta' prodott.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

RO–bi–IE–7

Suġġett: Eżenzjoni minn xi rekwiżiti ta' 5.4.0, 5.4.1.1.1 u 7.5.11 tal-ADR għat-trasport fi kwantitajiet kbar ta' Fertilizzant bin-Nitrat tal-Ammonju NU 2067 mill-portijiet s'għand id-destinatarji.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.0, 5.4.1.1.1 u 7.5.11.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżit għal dokument separat tat-trasport, li jkun fih il-kwantità totali korretta tat-tagħbija partikolari inkluża, għal kull vjaġġ ta' trasport; u r-rekwiżit għall-vettura biex titnaddaf qabel u wara l-vjaġġ.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Deroga proposta li tippermetti modifiki fir-rekwiżiti tal-ADR għad-dokument tat-trasport u t-tindif tal-vettura; sabiex jitqiesu l-prattikalitajiet tat-trasport fi kwantitajiet kbar bejn il-port u d-destinatarju.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Proposed amendment to “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”.

Kummenti: Id-dispożizzjonijiet tal-ADR jeħtieġu (a) dokument separat tat-trasport, li fih il-massa totali tal-oġġetti perikolużi li qed tinġarr għat-tagħbija partikolari, u (b) id-Dispożizzjoni Speċjali “CV24” dwar it-tindif tal-vettura għal kull tagħbija trasportata bejn il-port u d-destinatarju waqt il-ħatt minn bastiment tal-merkanzija. Billi t-trasport huwa lokali u jikkonċerna l-ħatt minn bastiment tal-merkanzija, jinvolvi tagħbijiet multipli għat-trasport (fl-istess ġurnata jew fi ġranet konsekuttivi) tal-istess sustanza bejn il-bastimenti tal-merkanzija u d-destinatarji, dokument wieħed tat-trasport, b'massa totali approssimattiva ta' kull tagħbija, għandu jkun biżżejjed u ma għandhiex tkun meħtieġa d-Dispożizzjoni Speċjali “CV24”.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

RO-bi-IE-8

Suġġett: It-trasport ta' oġġetti perikolużi bejn bini privat u vettura oħra fil-viċinanza immedjata tal-bini, jew bejn żewġ partijiet ta' bini privat li jkunu jinsabu fil-viċinanza immedjata ta' xulxin iżda separati minn triq pubblika.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: L-Anness I, it-Taqsima 1.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għall-ġarr bit-triq ta' oġġetti perikolużi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-waqfien tal-applikazzjoni tar-regolamenti meta vettura tkun qed tintuża għat-trasferiment ta' oġġetti perikolużi

(a)

bejn bini privat u vettura oħra fil-viċinanza immedjata ta' dak il-bini, jew

(b)

bejn żewġ partijiet ta' bini privat fil-viċinanza immedjata minn xulxin iżda li jistgħu jkunu separati bi triq pubblika,

sakemm it-trasport iseħħ permezz tal-aktar rotta diretta.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: European Communities (Carriage of Dangerous Goods by Road and Use of Transportable Pressure Equipment) Regulations 2011 and 2013, Regulation 56.

Kummenti: Meta l-merkanzija tiġi trasferita bejn żewġ partijiet ta' bini privat jew bejn bini privat u vettura assoċjata li huma separati bi triq pubblika jistgħu jiżvolġu diversi sitwazzjonijiet. Dan it-tip ta' trasport ma jinvolvix il-ġarr ta' oġġetti perikolużi fis-sens tas-soltu, u għaldaqstant ir-regolamenti li jikkonċernaw it-trasport ta' oġġetti perikolużi m'hemmx bżonn li jiġu applikati. Ara wkoll RO-bi-SE-3 u RO-bi-UK-1.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Jannar 2020

NL Netherlands

RO–bi–NL–13

Suġġett: L-iskema tal-2015 għat-trasport ta' skart domestiku perikoluż

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.3.6, 3.3, 4.1.4, 4.1.6, 4.1.8, 4.1.10, 5.1.2, 5.4.0, 5.4.1, 5.4.3, 6.1, 7.5.4, 7.5.7, 7.5.9, 8 u 9.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Eżenzjonijiet għal ċerti kwantitajiet; dispożizzjonijiet speċjali; l-użu tal-imballaġġ; l-użu ta' imballaġġ żejjed; id-dokumentazzjoni; il-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-imballaġġ; it-tagħbija, il-ħatt u l-immaniġġar; il-ħaddiema; it-tagħmir; it-tħaddim; il-vetturi u d-dokumentazzjoni; il-kostruzzjoni u l-approvazzjoni tal-vetturi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: id-dispożizzjonijiet marbuta mat-trasport ta' skart żgħir domestiku perikoluż miġbur kif ukoll skart domestiku perikoluż minn negozji, li jiġi pprovdut f'imballaġġ xieraq b'kapaċità massima ta' 60 litru. Minħabba l-kwantitajiet żgħar involuti f'kull każ u minħabba n-natura differenti tas-sustanzi varji, mhux possibbli li jitwettqu operazzjonijiet ta' trasport f'konformità totali mar-regoli tal-ARD. Varjant simplifikat li jiddevja minn għadd ta' dispożizzjonijiet tal-ARD huwa għalhekk stipulat skont l-iskema msemmija hawn fuq.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Scheme for transport of domestic hazardous waste 2015.

Kummenti: L-iskema ġiet stabbilita sabiex tippermetti lill-individwi u lin-negozji jarmu l-iskart zgħir kimiku f'sit wieħed. Is-sustanzi involuti għalhekk jikkonsistu minn fdalijiet bħal skart taż-żebgħa. Il-livell ta' periklu huwa mnaqqas permezz tal-għażla tal-mezzi tat-trasport, li tinvolvi, fost l-oħrajn, l-użu ta' elementi speċjali tat-trasport u avviżi li jipprojbixxu t-tipjip kif ukoll dawl isfar jixgħel u jitfi li jidher b'mod ċar mill-membri tal-pubbliku. Il-punt kruċjali fir-rigward tat-trasport huwa li tkun żgurata s-sikurezza. Din tista' tinkiseb, pereżempju, billi s-sustanzi jiġu trasportati f'imballaġġ issiġillat sabiex jiġi evitat it-tixrid, jew ir-riskju li joħroġ jew jinġema' fwar tossiku fil-vettura. Inkorporati fil-vettura hemm unitajiet adatti għall-ħżin ta' kategoriji varji ta' skart u li jipprovdu protezzjoni kontra l-iskossi u kontra l-ispostament aċċidentali kif ukoll kontra l-ftuħ involontarju. Fl-istess ħin, minkejja l-kwantitajiet żgħar ta' skart ippreżentati, l-operatur tat-trasport irid ikollu ċertifikat ta' kompetenza professjonali, minħabba n-natura diversa tas-sustanzi involuti. Minħabba n-nuqqas ta' tagħrif, min-naħa tal-individwi privati, dwar il-livelli ta' periklu assoċjati ma' dawn is-sustanzi, għandhom jiġu pprovduti struzzjonijiet bil-miktub, kif stipulat fl-Anness tal-iskema.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

PT Portugall

RO–bi–PT–1

Suġġett: Dokumentazzjoni tat-trasport għal NU 1965

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għad-dokument tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-isem proprju tal-kumpanija tat-trasport għandu jkun indikat fid-dokument tat-trasport, kif previst fis-Taqsima 5.4.1 tal-RPE (Regulamento Nacional de Transporte de Mercadorias Perigosas por Estrada), għal gassijiet kummerċjali tal-butan u tal-propan koperti mill-intestatura kollettiva “NU No 1965 hydrocarbon gas mixture, liquefied, n.o.s.”, trasportati f'ċilindri, jista' jinbidel f'ismijiet kummerċjali oħra kif ġej:

 

“NU 1965 Butan” fil-każ tat-taħlitiet A, A01, A02 u A0, kif deskritti fis-Subtaqsima 2.2.2.3 tal-RPE, trasportati f'ċilindri;

 

“NU 1965 Propan” fil-każ tat-taħlita C, kif deskritt fis-Subtaqsima 2.2.2.3 tal-RPE, trasportat f'ċilindri.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Despacho DGTT 7560/2004, tas-16 ta' April 2004, skont l-Artikolu 5, Nru 1, tad-Decreto-Lei No 267-A/2003 tas-27 ta' Ottubru.

Kummenti: L-importanza li l-affarijiet isiru aktar faċli biex l-operaturi ekonomiċi jimlew id-dokumenti tat-trasport ta' oġġetti perikolużi hija rikonoxxuta, sakemm ma tkunx effettwata s-sikurezza ta' dawn l-operazzjonijiet.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

RO–bi–PT–2

Suġġett: Id-dokumentazzjoni tat-trasport ta' tankijiet u ta' kontejners vojta u mhux imnaddfa.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għad-dokumentazzjoni tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għall-vjaġġi ta' ritorn ta' tankijiet u ta' kontejners vojta li jkunu trasportaw oġġetti perikolużi, id-dokument tat-trasport imsemmi fit-Taqsima 5.4.1 tal-RPE jista' jitbiddel bid-dokument tat-trasport maħruġ għall-vjaġġ li jkun sar immedjatament qabel biex jitwasslu l-oġġetti.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Despacho DGTT 15162/2004, tat-28 ta' Lulju 2004, skont l-Artikolu 5, Nru 1, tad-Decreto-Lei No 267-A/2003, tas-27 ta' Ottubru.

Kummenti: L-obbligu li t-trasport ta' tankijiet u ta' kontejners vojta li jkunu trasportaw oġġetti perikolużi jrid ikun akkumpanjat minn dokument tat-trasport skont l-RPE, f'ċerti każijiet, jikkawża diffikultajiet prattiċi, li jistgħu jinżammu għall-minimu mingħajr ebda preġudizzju għas-sikurezza.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

SE Żvezja

RO–bi–SE–1

Suġġett: Ġarr ta' skart perikoluż għal impjanti ta' rimi ta' skart perikoluż.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Partijiet 5 u 6

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-pakketti.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-ġarr ta' imballaġġi li jkun fihom oġġetti perikolużi bħala skart għandhom jitwettqu f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ADR li minnhom huma permessi biss ftit eżenzjonijiet. L-eżenzjonijiet mhumiex permessi għat-tipi kollha ta' sustanzi u oġġetti.

L-eżenzjonijiet prinċipali huma:

L-imballaġġ żgħir (inqas minn 30 kg) ta' oġġetti perikolużi bħala skart jista' jiġi ppakkjat f'imballaġġ, inkluż IBCs u imballaġġ kbir, mingħajr ma jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tas-Subtaqsimiet 6.1.5.2.1, 6.1.5.8.2, 6.5.6.1.2, 6.5.6.14.2, 6.6.5.2.1 u 6.6.5.4.3 tat-Taqsima I.1, tal-Anness I, ta' din id-Direttiva. L-imballaġġi, inkluż l-IBCs u l-imballaġġ kbir ma għandhomx bżonn jiġu ttestjati bl-istess mod bħal meta dawn jiġu ttestjati meta jkunu ppreparati għall-ġarr b'kampjun rappreżentattiv ta' imballaġġ zgħir ġo fihom.

Dan huwa permess sakemm:

l-imballaġġi, l-IBCs u l-imballaġġi l-kbar ikunu konformi mat-tip li jkun ġie ttestjat u approvat skont il-grupp tal-ippakkjar I jew II tad-dispożizzjonijiet applikabbli tat-Taqsimiet 6.1, 6.5 jew 6.6, tal-Anness I, it-Taqsima I.1 ta' din id-Direttiva;

l-imballaġġi ż-żgħar jiġu ppakkjati b'materjal assorbenti li jżomm kwalunkwe likwidu li jista' joħroġ fl-imballaġġi esterni, l-IBCs jew fl-imballaġġi l-kbar waqt it-trasport; u

l-imballaġġi, l-IBCs jew l-imballaġġi l-kbar kif imħejjija għall-ġarr ikollhom massa grossa ta' mhux aktar mill-massa grossa permessa ddikjarata fuq l-immarkar tat-tip ta' disinn tan-NU għall-gruppi tal-ippakkjar I jew II għall-imballaġġi, l-IBCs jew l-imballaġġi l-kbar; u

s-sentenza li ġejja hija inkluża fid-dokument tat-trasport ”Ippakkjat skont il-parti 16 tal-ADR-S”

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Appendiċi S — Regolamenti speċifiċi għat-trasport domestiku ta' oġġetti perikolużi bit-triq maħruġa skont l-Att dwar it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi.

Kummenti: Is-Subtaqsimiet 6.1.5.2.1, 6.1.5.8.2, 6.5.6.1.2, 6.5.6.14.2, 6.6.5.2.1 u 6.6.5.4.3, tal-Anness I, it-Taqsima I.1 ta' din id-Direttiva huma diffiċli biex jiġu applikati għaliex l-imballaġġi, l-IBCs u l-imballaġġi l-kbar għandhom jiġu ttestjati b'kampjun rappreżentattiv ta' skart, li huwa diffiċli li jitbassar minn qabel.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

RO–bi–SE–2

Suġġett: L-isem u l-indirizz tal-ispeditur fid-dokument tat-trasport.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Informazzjoni ġenerali meħtieġa fid-dokument tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni nazzjonali tgħid li l-isem u l-indirizz tal-ispeditur mhumiex meħtieġa jekk il-pakkett vojt u mhux imnaddaf jiġi ritornat bħala parti minn sistema ta' distribuzzjoni.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: L-imballaġġ vojt u mhux imnaddaf li jintbagħat lura bosta drabi jkun għad fih kwantitajiet żgħar ta' oġġetti perikolużi.

Din id-deroga tintuża primarjament mill-industriji meta jirritornaw kontenituri tal-gass vojta u mhux imnaddfa bi bdil ma' oħrajn mimlija.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

RO–bi–SE–3

Suġġett: It-trasport ta' oġġetti perikolużi fil-viċinanzi ta' sit(i) industrijali, inkluż it-trasport f'toroq pubbliċi bejn diversi partijiet tas-sit(i).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għat-trasport ta' oġġetti perikolużi fuq toroq pubbliċi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport fil-viċinanzi ta' sit(i) industrijali, inkluż it-trasport f'toroq pubbliċi bejn diversi partijiet tas-sit(i). Id-derogi jikkonċernaw it-tikkettar u l-immarkar tal-pakketti, id-dokumenti tat-trasport, iċ-ċertifikat tas-sewwieq u ċ-ċertifikat ta' approvazzjoni skont 9.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Ikun hemm bosta sitwazzjonijiet li fihom l-oġġetti perikolużi jinġarru bejn bini li jkun jinsab fuq naħat opposti ta' triq pubblika. Dan it-tip ta' trasport ma jinvolvi l-ebda ġarr ta' oġġetti perikolużi minn triq privata, u għalhekk dan għandu jkun marbut mar-rekwiżiti rilevanti. Qabbel ukoll mal-Artikolu 6(14) tad-Direttiva 96/49/KE.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

RO–bi–SE–4

Suġġett: Trasport ta' oġġetti perikolużi li jkunu nqabdu mill-awtoritajiet.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Anness A u B.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għat-trasport bit-triq ta' oġġetti perikolużi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Jistgħu jkunu permessi devjazzjonijiet mir-regolamenti jekk dawn ikunu mmotivati minn raġunijiet ta' protezzjoni tal-ħaddiema, riskji waqt il-ħatt, is-sottomissjoni ta' provi, eċċ.

Devjazzjonijiet mir-regolamenti huma permessi biss jekk jintlaħqu livelli ta' sikurezza sodisfaċenti taħt kundizzjonijiet normali tal-ġarr.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Dawn id-derogi jistgħu jiġu applikati biss mill-awtoritajiet li jikkonfiskaw l-oġġetti perikolużi.

Din id-deroga hija maħsuba għat-trasport lokali, eż. ta' oġġetti konfiskati mill-pulizija bħal splussivi jew beni misruqa. Il-problema b'dawn it-tipi ta' oġġetti hija li wieħed qatt ma jista' jkun żgur mill-klassifikazzjonijiet. Barra minn hekk, dawn l-oġġetti sikwit ma jkunux ppakkjati, immarkati jew tikkettati skont l-ADR. Kull sena, il-pulizija twettaq bosta mijiet ta' operazzjonijiet ta' trasport ta' dan it-tip. Fil-każ ta' alkoħol bil-kuntrabandu, dan irid jiġi trasportat mill-post fejn ikun ġie kkonfiskat sa faċilità fejn jinżammu l-provi, u wara lejn faċilità biex jinqered; dawn it-tnejn tal-aħħar jistgħu jkunu 'l bogħod mhux ħażin minn xulxin. Id-devjazzjonijiet permessi huma: a) kull pakkett ma jeħtiġlux ikollu tikketta, u b) ma jkunx meħtieġ li jintużaw pakketti approvati. Madankollu, kull palit li jkollu imballaġġ bħal dan għandu jkollu tikketti korretti. Ir-rekwiżiti l-oħra kollha jeħtieġ li jiġu ssodisfati. Kull sena isiru madwar 20 operazzjoni ta' trasport ta' dan it-tip.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

RO–bi–SE–5

Suġġett: Trasport ta' oġġetti perikolużi ġewwa u qrib ħafna ta' portijiet.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.1.2, 8.1.5, 9.1.2

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-dokumenti li għandhom jinġarru fl-unità ta' trasport; kull unità ta' trasport li ġġorr oġġetti perikolużi għandha tkun mgħammra bit-tagħmir speċifikat; l-approvazzjoni tal-vettura.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Mhuwiex meħtieġ li jinġarru dokumenti (ħlief għaċ-ċertifikat tas-sewwieq) fl-unità tat-trasport.

Mhuwiex meħtieġ li l-unità tat-trasport tkun mgħammra bit-tagħmir speċifikat fil-punt 8.1.5.

It-tratturi ma jeħtiġux ċertifikat tal-approvazzjoni.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Qabbel id-Direttiva 96/49/KE, l-Artikolu 6(14).

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

RO–bi–SE–6

Suġġett: Iċ-ċertifikat tal-ispetturi tat-taħriġ tal-ADR.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.2.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Is-sewwieqa tal-vetturi jeħtieġ li jattendu korsijiet ta' taħriġ.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-ispetturi li jwettqu l-ispezzjoni teknika annwali tal-vetturi ma jeħtiġilhomx jattendu l-korsijiet tat-taħriġ imsemmija fil-punt 8.2 jew li jkollhom iċ-ċertifikat tat-taħriġ tal-ADR.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: F'xi każijiet vetturi li jkunu qed jiġu ttestjati bl-ispezzjoni teknika jistgħu jkunu qed iġorru oġġetti perikolużi bħala tagħbija, eż. tankijiet mhux imnaddfa u vojta.

Ir-rekwiżiti f'1.3 u 8.2.3 għadhom japplikaw.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

RO–bi–SE–7

Suġġett: Id-distribuzzjoni lokali tan-NU 1202, 1203 u 1223 f'tankers.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.6, 5.4.1.4.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Għal tankijiet vojta mhux imnaddfa u għal kontejners tank, id-deskrizzjoni għandha tkun skont 5.4.1.1.6. L-isem u l-indirizz ta' aktar minn destinatarju wieħed jistgħu jitniżżlu f'dokumenti oħra.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għal tankijiet vojta, mhux imnaddfa jew kontejners tank id-deskrizzjoni fid-dokument ta' trasport skont 5.4.1.1.6 ma tkunx meħtieġa jekk l-ammont ta' sustanza fil-pjan ta' tagħbija ikun immarkat b'0. L-isem u l-indirizz tad-destinatarji mhumiex meħtieġa fl-ebda dokument abbord il-vettura.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

RO–bi–SE–9

Suġġett: It-trasport lokali b'rabta ma' siti agrikoli jew siti ta' kostruzzjoni.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4, 6.8 u 9.1.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-dokument tat-trasport; Il-kostruzzjoni tat-tankijiet; Iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport lokali b'rabta ma' siti agrikoli jew siti ta' kostruzzjoni jista' ma jikkonformax ma' xi regolamenti:

(a)

id-dikjarazzjoni ta' oġġetti perikolużi mhix meħtieġa.

(b)

tankijiet/kontejners qodma mhux magħmula b'mod konformi mal-Kapitolu 6.8, iżda b'mod konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali aktar antika, u li jkunu mwaħħla fuq vaguni tal-ekwipaġġ, xorta jistgħu jibqgħu jintużaw;

(c)

tankers eqdem, li ma jkunux jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punt 6.7 jew 6.8, u li huma maħsuba għat-trasport ta' sustanzi tan-NU 1268, 1999, 3256 u 3257, b'tagħmir tal-kisi tat-toroq jew mingħajru, xorta jista' jibqa' jintuża għat-trasport lokali u fil-viċinanzi ta' postijiet fejn ikun qed isiru xogħlijiet fuq it-toroq;

(d)

ċertifikat ta' approvazzjoni għal vaguni tal-ekwipaġġ u tankers b'tagħmir ta' kisi ta' wiċċ it-triq jew mingħajru ma jkunx meħtieġ.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Vagun tal-ekwipaġġ huwa xorta ta' karavan għall-ekwipaġġ tax-xogħol, b'kamra għall-ekwipaġġ u mwaħħal b'tank/kontejner mhux approvat għad-diżil maħsub għat-tħaddim ta' tratturi tal-foresti.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

RO–bi–SE–10

Suġġett: Trasport ta' splussiv f'tankijiet.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.4.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: L-isplussivi jistgħu jkunu ppakkjati skont il-punt 4.1.4 biss.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-awtorità kompetenti nazzjonali għandha tapprova l-vetturi maħsuba għat-trasport tal-isplussivi f'tankijiet. It-trasport f'tankijiet huwa biss permess għal dawk l-isplussivi elenkati fir-regolament jew permezz ta' awtorizzazzjoni speċjali mill-awtorità kompetenti.

Vettura mgħobbija bi splussivi f'tankijiet jeħtieġ li tkun immarkata skont 5.3.2.1.1, 5.3.1.1.2. u 5.3.1.4. Vettura waħda biss fl-unità ta' trasport jista' jkun fiha oġġetti perikolużi.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Appendiċi S — Regolamenti speċifiċi għat-trasport domestiku ta' oġġetti perikolużi bit-triq maħruġa skont l-Att dwar it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi u r-regolament Żvediż SÄIFS 1993:4.

Kummenti: Din tapplika biss għal trasport domestiku u meta l-operazzjoni tat-trasport tkun fil-parti l-kbira ta' natura lokali. Ir-regolamenti kkonċernati kienu fis-seħħ qabel ma l-Iżvezja saret membru tal-Unjoni Ewropea.

Żewġ kumpaniji biss iwettqu operazzjonijiet ta' trasport tal-isplussivi f'vetturi b'tank. Fil-futur qarib huwa mistenni li sseħħ tranżizzjoni għal emulsjonijiet.

Id-deroga l-antika Nru 84.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

RO–bi–SE–11

Suġġett: Il-liċenzja ta' sewwieq

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti dwar it-taħriġ tal-ekwipaġġ tal-vettura.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-taħriġ ta' sewwieqa ma jitħalliex isir għal kull vettura msemmija fi 8.2.1.1.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Appendiċi S — Regolamenti speċifiċi għat-trasport domestiku ta' oġġetti perikolużi bit-triq maħruġa skont l-Att dwar it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi.

Kummenti: Trasport lokali.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

RO–bi–SE–12

Suġġett: Trasport ta' logħob tan-nar NU 0335.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: l-Anness B, 7.2.4, V2 (1).

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet għall-użu ta' vetturi EX/II u EX/III.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Meta jinġarr logħob tan-nar NU 0335, id-Dispożizzjoni Speċjali V2 (1) f'7.2.4 tapplika biss għall-kontenut nett ta' splussiv ta' iktar minn 3 000 kg (4 000 kg bit-trejler), sakemm il-logħob tan-nar jiġi assenjat b'NU 0335 skont it-tabella standard tal-klassifikazzjoni tal-logħob tan-nar f'2.1.3.5.5 tal-erbatax-il edizzjoni riveduta tar-Rakkomandazzjonijiet dwar it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi tan-NU.

Assenjament bħal dan għandu jsir bi ftehim mal-awtorità kompetenti. Għandha titwettaq verifika tal-assenjament fuq l-unità tat-trasport.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Appendiċi S — Regolamenti speċifiċi għat-trasport domestiku ta' oġġetti perikolużi bit-triq maħruġa skont l-Att dwar it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi.

Kummenti: It-trasport ta' logħob tan-nar huwa limitat għal żewġ perjodi qosra fis-sena, meta taqleb is-sena u meta jaqleb minn April għal Mejju. Il-ġarr mingħand l-ispedituri sat-terminals jista' jsir mill-flotta attwali tal-vetturi bl-approvazzjoni EX mingħajr problemi kbar. Madankollu, id-distribuzzjoni kemm tal-logħob tan-nar mit-terminals għaż-żoni tax-xiri kif ukoll ta' dak li jibqa' lura lejn it-terminals huwa limitat minħabba n-nuqqas ta' vetturi bl-approvazzjoni EX. It-trasportaturi mhumiex interessati li jinvestu f'approvazzjonijiet bħal dawn minħabba li ma jkunux jistgħu jirkupraw l-ispejjeż tagħhom. Dan jipperikola l-eżistenza tal-ispedituri tal-logħob tan-nar minħabba li ma jistgħux iqiegħdu l-prodotti tagħhom fis-suq.

Meta tintuża din id-deroga, il-klassifikazzjoni tal-logħob tan-nar għandha ssir abbażi tal-lista standard fir-Rakkomandazjonijiet tan-NU, sabiex tinkiseb l-aktar klassifikazzjoni aġġornata possibbli.

Teżisti eċċezzjoni simili għal-logħob tan-nar NU 0336 imdaħħla fid-Dispożizzjoni Speċjali 651, 3.3.1 tal-ADR 2005.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

RO-bi-SE-13

Suġġett: Adozzjoni ta' RO-bi-DK-4

Bażi ġuridika: Id-Direttiva 2008/68/KE, l-Artikolu 6(2)(b)(i) (Trasport lokali fuq distanzi qosra)

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Partijiet 1 sa 9

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva:

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om visa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti:

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2022

UK Ir-Renju Unit

RO–bi–UK–1

Suġġett: Il-passaġġ minn toroq pubbliċi b'vetturi li jġorru oġġetti perikolużi (N8).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għall-ġarr ta' oġġetti perikolużi fuq toroq pubbliċi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-waqfien tal-applikazzjoni tar-regolamenti dwar oġġetti perikolużi għall-ġarr ġewwa bini privat separat bi triq. Għall-Klassi 7, din id-deroga ma tapplika għal ebda dispożizzjoni tar-Radioactive Material (Road Transport) Regulations 2002.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 1996, reg. 3 Schedule 2(3)(b); Carriage of Explosives by Road Regulations 1996, reg. 3(3)(b).

Kummenti: Sitwazzjoni tista' sseħħ faċilment meta oġġetti jiġu trasferiti bejn binjiet privati li jkunu jinsabu fuq iż-żewġ naħat ta' triq. Dan ma jkunx jikkostitwixxi ġarr ta' oġġetti perikolużi minn triq pubblika fis-sens normali tat-terminu, u l-ebda mid-dispożizzjonijiet tar-regolamenti dwar l-oġġetti perikolużi ma għandha tapplika f'każ bħal dan.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

RO–bi–UK–2

Suġġett: Eżenzjoni mill-projbizzjoni li s-sewwieq jew l-assistent ta' sewwieq jiftaħ pakketti ta' oġġetti perikolużi f'katina ta' distribuzzjoni lokali minn depożitu ta' distribuzzjoni lokali għal għand il-bejjiegħ bl-imnut jew l-utent finali u mingħand il-bejjiegħ bl-imnut s'għand l-utent finali (għajr il-Klassi 7) (N11).

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.3.3.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Projbizzjoni li s-sewwieq jew l-assistent ta' sewwieq jiftaħ pakketti ta' oġġetti perikolużi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-projbizzjoni ta' ftuħ ta' pakketti hija kkwalifikata bil-kundizzjoni “Unless authorised to do so by the operator of the vehicle” (Għajr f'każ ta' awtorizzazzjoni mill-operatur tal-vettura).

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 1996, reg. 12 (3).

Kummenti: Jekk dan jinftiehem litteralment, il-projbizzjoni kif miktuba fl-Anness tista' toħloq problemi serji għad-distribuzzjoni bl-imnut.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

RO–bi–UK–3

Suġġett: Dispożizzjonijiet alternattivi għat-trasport ta' btieti tal-injam li fihom NU 3065 tal-Grupp tal-Ippakkjar III.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.4, 4.1, 5.2 u 5.3.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti tal-imballaġġ u tat-tikkettar.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tippermetti l-ġarr ta' xorb alkoħoliku b'kontenut ta' alkoħol iktar minn 24 %, iżda inqas minn 70 % f'termini ta' volum (Grupp tal-Ippakkjar III) fi btieti tal-injam li mhumiex approvati mill-NU li ma għandhomx tikketti ta' periklu, soġġetti għal rekwiżiti aktar stretti għat-tagħbija u għall-vetturi.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 7 (13) and (14).

Kummenti: Dan huwa prodott b'valur għoli soġġett għad-dazju tas-sisa tal-gvern li jrid jinġarr bejn id-distillerija u l-imħażen marbuta magħha f'vetturi ssiġillati u sikuri li juru s-siġilli tad-dazju tal-gvern. It-tnaqqis tar-rekwiżiti fuq l-imballaġġ u t-tikkettar jitqies fir-rekwiżiti addizzjonali biex tkun żgurata s-sikurezza.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

RO–bi–UK–4

Suġġett: Adozzjoni ta' RO–bi–SE–12

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2007 Part 1.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

RO–bi–UK–5

Suġġett: Il-ġbir ta' batteriji użati għar-rimi jew riċiklaġġ.

Referenza għall-Anness I, it-Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-Dispożizzjoni Speċjali 636

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tippermetti l-kundizzjonijiet alternattivi li ġejjin għad-Dispożizzjoni Speċjali 636 tal-Kapitolu 3.3:

Iċ-ċelluli u l-batteriji użati tal-litju (NU 3090 u NU 3091) miġbura u miġjuba għall-ġarr biex jintremew bejn il-punt ta' ġbir tal-konsumatur u l-faċilità intermedjarja tal-ipproċessar, flimkien ma' ċelluli jew batteriji oħra li mhumiex tal-litju (NU 2800 u NU 3028), mhumiex soġġetti għad-dispożizzjonijiet l-oħra tal-ADR jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

Għandhom ikunu ppakkjati fi krietel IH2 jew f'kaxxi 4H2 li jikkonformaw mal-livell ta' prestazzjoni tal-grupp II tal-ippakkjar għas-solidi;

Mhux aktar minn 5 % ta' kull pakkett għandu jkun litju u batteriji tal-litju;

Il-massa grossa massima ta' kull pakkett ma għandhiex taqbeż il-25 kg;

Il-kwantità totali tal-pakketti għal kull Unità tat-Trasport ma għandhiex taqbeż it-333 kg;

Ma jista' jinġarr l-ebda oġġett perikoluż ieħor.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment 2007 part 1.

Kummenti: Il-punti ta' ġbir tal-konsumaturi ġeneralment ikunu fil-ħwienet tal-bejgħ bl-imnut u mhuwiex prattiku li jitħarrġu għadd kbir ta' nies biex jifirdu u jippakkjaw il-batteriji użati skont l-ADR. Is-sistema tar-Renju Unit tkun topera skont linji gwida stabbiliti mill-“UK Waste and Resources Action Programme” u tkun tinvolvi l-forniment ta' imballaġġ adattat u konformi mal-ADR u struzzjonijiet xierqa.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021”;

(2)

fl-Anness II, it-Taqsima II.3 tinbidel b'dan li ġej:

“II.3.   Derogi nazzjonali

Derogi għall-Istati Membri għat-trasport ta' oġġetti perikolużi fit-territorju tagħhom abbażi tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/68/KE.

Numerazzjoni tad-derogi: RA-a/bi/bii-MS-nn

RA = Ferrovija

a/bi/bii = Artikolu 6(2) a/bi/bii

MS = Taqsira għal Stat Membru

nn = numru tal-ordni

Abbażi tal-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva 2008/68/KE

DE Ġermanja

RA–a–DE–2

Suġġett: Awtorizzazzjoni għal imballaġġ ikkombinat.

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.10.4 MP2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Projbizzjoni ta' imballaġġ ikkombinat.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassi 1.4S, 2, 3 u 6.1; awtorizzazzjoni ta' imballaġġ ikkombinat ta' oġġetti fil-Klassi 1.4S (skrataċ għal armi żgħar), aerosols (Klassi 2) u materjali tat-tindif u tat-trattamenti fil-Klassijiet 3 u 6.1 (numri NU elenkati) bħala settijiet li għandhom jinbiegħu f'imballaġġ ikkombinat fil-grupp tal-imballaġġ II u fi kwantitajiet żgħar.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung — GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 21.

Kummenti: Lista Nru. 30*, 30a, 30b, 30c, 30d, 30e, 30f, 30 g.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

FR Franza

RA–a–FR–3

Suġġett: Trasport għall-ħtiġijiet tat-trasportatur ferrovjarju.

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Tagħrif dwar il-materjali perikolużi jrid ikun imniżżel fuq in-nota tal-kunsinna.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Trasport għall-ħtiġijiet tat-trasportatur ferrovjarju ta' kwantitajiet li ma jaqbżux il-limiti preskritti f'1.1.3.6 mhuwiex soġġett għad-dikjarazzjoni dwar it-tagħbija.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 5 juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par chemin de fer — Article 20.2.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

RA–a–FR–4

Suġġett: Eżenzjoni mit-twaħħil ta' tikketti fuq ċerti vaguni tal-posta.

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: L-obbligu tat-twaħħil ta' tikketti mal-ħitan tal-vaguni.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Dawk il-vaguni tal-posta biss li jġorru aktar minn 3 tunnellati ta' materjal tal-istess klassi (li mhux dak tal-Klassi 1, 6.2 jew 7) jeħtieġ li jitwaħħlulhom tikketti.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 5 juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par chemin de fer — Article 21.1.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

SE Żvezja

RA–a–SE–1

Suġġett: Vagun tal-ferrovija li jġorr oġġetti perikolużi, bħala oġġetti express, ma għandux bżonn ikun immarkat b'tikketti.

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Vaguni tal-ferrovija li jkunu qed iġorru oġġetti perikolużi għandhom ikunu mmarkati bit-tikketti.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Vagun tal-ferrovija li jġorr oġġetti perikolużi, bħala oġġetti express, ma għandux bżonn ikun immarkat b'tikketti.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Jeżistu limiti għall-kwantitajiet fl-RID għall-oġġetti definiti bħala oġġetti express. Għalhekk hija kwistjoni ta' kwantitajiet żgħar.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

UK Ir-Renju Unit

RA–a–UK–1

Suġġett: Trasport ta' oġġetti li fihom ċertu materjal b'radjuattività baxxa bħal arloġġi, detetturi tad-duħħan, boxxli

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Ħafna mir-rekwiżiti tar-RID.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti dwar it-trasport ta' materjal tal-Klassi 7.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni totali mid-dispożizzjonijiet tar-regolamenti nazzjonali dwar ċerti prodott kummerċjali li fihom kwantitajiet limitati ta' materjal radjuattiv.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Packaging, Labelling and Carriage of Radioactive Material by Rail Regulations 1996, reg. 2(6) (as amended by Schedule 5 of the Carriage of Dangerous Goods (Amendment) Regulations 1999).

Kummenti: Din id-deroga hija miżura għal perjodu qasir, li ma tibqax aktar meħtieġa meta emendi simili għar-regoli tal-IAEA jiġu inkorporati fl-RID.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

RA–a–UK–2

Suġġett: Tnaqqis tar-restrizzjonijiet fuq it-trasport ta' tagħbijiet imħallta ta' splussivi, u ta' splussivi ma' oġġetti oħra perikolużi, ġewwa vaguni, vetturi u kontejners (N4/5/6)

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5.2.1 u 7.5.2.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Restrizzjonijiet fuq ċerti tipi ta' tagħbija mħallta.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni nazzjonali hija inqas restrittiva fir-rigward ta' tagħbija mħallta ta' splussivi, sakemm dan il-ġarr ikun jista' jitwettaq mingħajr riskju.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Packaging, Labelling and Carriage of Radioactive Material by Rail Regulations 1996, reg. 2(6) (as amended by Schedule 5 of the Carriage of Dangerous Goods (Amendment) Regulations 1999).

Kummenti: Ir-Renju Unit jixtieq jippermetti xi varjazzjonijiet fir-regoli tat-taħlit tal-isplussiv ma' splussiv ieħor kif ukoll ta' splussiv ma' oġġetti perikolużi oħra. Kwalunkwe varjazzjoni se jkollha limitu ta' kwantità fuq waħda jew aktar mill-partijiet kostitwenti tat-tagħbija, u tkun permessa biss jekk “il-miżuri prattiċi kollha jkunu ttieħdu b'mod raġonevoli sabiex jipprevjenu li l-isplussivi jiġu f'kuntatt ma', jew inkella jpoġġu fil-periklu jew ikunu mhedda minn dawn l-oġġetti”.

Eżempji ta' varjazzjonijiet li r-Renju Unit jista' jippermetti huma:

1.

Splussivi li ġew allokati n-numri tal-klassifikazzjoni NU 0029, 0030, 0042, 0065, 0081, 0082, 0104, 0241, 0255, 0267, 0283, 0289, 0290, 0331, 0332, 0360 jew 0361 jistgħu jiġu trasportati fl-istess vettura mal-oġġetti perikolużi bin-numru ta' klassifikazzjoni NU 1942. Il-kwantità ta' NU 1942 li tista' tinġarr għandha tkun limitata billi titqies bħala splussiv 1.1D.

2.

Splussivi kklassifikati bin-Numri NU 0191, 0197, 0312, 0336, 0403, 0431 jew 0453 jistgħu jinġarru fl-istess vettura ma' oġġetti perikolużi (bl-eċċezzjoni ta' gassijiet fjammabbli, sustanzi infettivi u sustanzi tossiċi) tal-kategorija tat-trasport 2 jew tal-oġġetti perikolużi tal-kategorija tat-trasport 3, jew kull taħlita tagħhom, sakemm il-massa jew il-volum totali ta' oġġetti perikolużi tal-kategorija tat-trasport 2 ma jaqbżux il-500 kg jew (1) litru u l-massa totali netta ta' dawn l-splussivi ma taqbiżx il-500 kg;

3.

Splussivi ta' 1,4G jistgħu jinġarru flimkien ma' likwidi u gassijiet fjammabbli fil-kategorija tat-trasport 2 jew ma' gassijiet mhux fjammabbli u mhux tossiċi fil-kategorija tat-trasport 3, jew fi kwalunkwe taħlita tagħhom fl-istess vettura, sakemm il-massa jew il-volum totali ta' oġġetti perikolużi flimkien ma jaqbżux il-200 kg jew (1) litru u l-massa totali netta ta' splussiv ma taqbiżx l-20 kg.

4.

Oġġetti splussivi bin-numri tal-klassifikazzjoni NU 0106, 0107 jew 0257 jistgħu jinġarru ma' oġġetti splussivi fil-Grupp ta' Kompatibbiltà D, E jew F li tagħhom huma komponenti. Il-kwantità totali ta' splussivi bin-Numri NU 0106, 0107 jew 0257 ma għandhiex taqbeż l-20 kg.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

RA–a–UK–3

Suġġett: Li tkun permessa kwantità totali massima għal kull unità ta' trasport għall-oġġetti tal-Klassi 1 fil-kategoriji 1 u 2 tat-tabella fil-punt 1.1.3.1.

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.3.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Eżenzjonijiet relatati man-natura tal-operazzjoni tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Biex jiġu stabbiliti regoli li jirrigwardaw eżenzjonijiet fuq il-kwantitajiet limitati u l-ġarr imħallat ta' splussiv

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 3(7)(b).

Kummenti: Biex jiġu permessi limiti differenti ta' kwantitajiet limitati u fatturi ta' multiplikazzjoni għat-tagħbija mħallta ta' oġġetti tal-Klassi 1, jiġifieri “50” għall-Kategorija 1 u “500” għall-Kategorija 2. Għal raġunijiet ta' kalkolu tat-tagħbija mħallta, il-fatturi ta' multiplikazzjoni għandhom jinqraw “20” għall-Kategorija tat-Trasport 1 u “2” għall-Kategorija tat-Trasport 2.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

RA–a–UK–4

Suġġett: Adozzjoni ta' RA–a–FR–6.

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.1.3.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: It-tnaqqis tar-rekwiżit tal-plakards għall-hekk imsejjaħ “piggyback carriage”.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-rekwiżit tal-plakards ma japplikax f'każijiet meta l-plakards tal-vettura jkunu viżibbli b'mod ċar.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 7(12).

Kummenti: Din minn dejjem kienet dispożizzjoni nazzjonali tar-Renju Unit.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

RA–a–UK–5

Suġġett: Id-distribuzzjoni ta' oġġetti f'imballaġġi interni lill-bejjiegħa bl-imnut jew l-utenti (bl-esklużjoni ta' dawk tal-Klassijiet 1, 4.2, 6.2 u 7) minn depożitu ta' distribuzzjoni lokali lill-bejjiegħa bl-imnut jew lill-utenti u mill-bejjiegħa bl-imnut lill-utenti aħħarin.

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 6.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għall-kostruzzjoni u għall-ittestjar tal-imballaġġ.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-imballaġġi mhumiex meħtieġa li jkollhom il-marka RID/ADR jew NU.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2007: Regulation 26.

Kummenti: Ir-rekwiżiti tal-RID mhumiex adatti għall-aħħar stadji tal-ġarr minn ċentru ta' distribuzzjoni għal għand il-bejjiegħ bl-imnut jew l-utent jew minn bejjiegħ bl-imnut għal għand utent aħħari. L-iskop ta' din id-deroga huwa li tippermetti li l-kontenituri interni tal-oġġetti għad-distribuzzjoni bl-imnut jinġarru fl-aħħar parti tal-vjaġġ tad-distribuzzjoni lokali mingħajr l-imballaġġ ta' barra.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

Abbażi tal-Artikolu 6(2)(b)(i) tad-Direttiva 2008/68/KE

DE Ġermanja

RA–bi–DE–2

Suġġett: Trasport ta' skart perikoluż ippakkjat.

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1 sa 5.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Klassifikazzjoni, imballaġġ u mmarkar.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassijiet 2 sa 6.1, 8 u 9: Imballaġġ ikkombinat u trasport ta' skart perikoluż f'pakketti u IBCs; l-iskart irid ikun ippakkjat f'imballaġġ intern (kif jinġabar) u maqsum f'kategoriji speċifiċi ta' skart (biex ikunu evitati reazzjonijiet perikolużi f'xi grupp ta' skart); l-użu ta' struzzjonijiet speċjali bil-miktub relatati mal-gruppi ta' skart u bħala polza tal-vjeġġ; il-ġbir ta' skart domestiku u tal-laboratorji, eċċ.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung — GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 20.

Kummenti: Lista Nru 6*.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

RA-bi-DE-3

Suġġett: It-trasport lokali ta' NU 1381 (fosforu, isfar, taħt l-ilma), Klassi 4.2, grupp tal-imballaġġ I, f'vaguni b'tank tal-ferrovija,

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 6.8, 6.8.2.3.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar il-kostruzzjoni ta' tankijiet u ta' vaguni b'tank. Is-Subtaqsima 6.8.2.3 tal-Kapitolu 6.8, tirrikjedi l-approvazzjoni tat-tip għal tankijiet li jġorru NU 1381 (fosforu, isfar, taħt l-ilma).

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport lokali ta' NU 1381 (fosforu, isfar, taħt l-ilma), Klassi 4.2, grupp tal-imballaġġ I, fuq distanzi qosra (minn Sassnitz-Mukran sa Lutherstadt Wittenberg-Piesteritz u Bitterfeld) f'vaguni b'tank tal-ferrovija mibnija skont l-istandards Russi. It-trasport tal-oġġetti huwa soġġett għal dispożizzjonijiet operattivi addizzjonali stipulati mill-awtoritajiet kompetenti tas-sikurezza.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ausnahme Eisenbahn-Bundesamt Nr. E 1/92.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Jannar 2020 (awtorizzazzjoni estiża)

DK Danimarka

RA–bi–DK-1

Suġġett: Ġarr ta' oġġetti perikolużi minn mini

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Tagħbija, ħatt u distanżi protettivi

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni tipprevedi dispożizzjonijiet alternattivi għal dawk previsti fit-Taqsima II.1 tal-Anness II tad-Direttiva 2008/68/KE dwar il-ġarr mill-mina ferrovjarja li tgħaddi minn taħt il-Great Belt. Dawn id-dispożizzjonijiet alternattivi huma dwar il-volum tat-tagħbija u d-distanza bejn it-tagħbijiet ta' oġġetti perikolużi.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bestemmelser om transport af eksplosiver i jernbanetunnelerne på Storebælt og Øresund, il-15 ta' Frar 2005.

Kummenti:

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2022

RA–bi–DK-2

Suġġett: Ġarr ta' oġġetti perikolużi minn mini

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Tagħbija, ħatt u distanżi protettivi

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni tipprevedi dispożizzjonijiet alternattivi għal dawk previsti fit-Taqsima II.1 tal-Anness II, tad-Direttiva 2008/68/KE dwar il-ġarr mill-mina ferrovjarja li tgħaddi minn Øresund. Dawn id-dispożizzjonijiet alternattivi huma dwar il-volum tat-tagħbija u d-distanza bejn it-tagħbijiet ta' oġġetti perikolużi.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bestemmelser om transport af eksplosiver i jernbanetunnelerne på Storebælt og Øresund, il-15 ta' Frar 2005.

Kummenti:

Data ta' skadenza: it-28 ta' Frar 2022

SE Żvezja

RA–bi–SE–1

Suġġett: Ġarr ta' skart perikoluż għal impjanti ta' rimi ta' skart perikoluż.

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1 tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Parti 5 u 6

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-pakketti.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-ġarr ta' pakketti li jkun fihom oġġetti perikolużi bħala skart għandu jitwettaq f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva li minnha huma biss permessi ftit eżenzjonijiet. L-eżenzjonijiet mhumiex permessi għat-tipi kollha ta' sustanzi u oġġetti.

L-eżenzjonijiet prinċipali huma:

Imballaġġi żgħar (inqas minn 30 kg) ta' oġġetti perikolużi bħala skart jistgħu jiġu ppakkjati f'imballaġġi, inklużi IBCs u imballaġġi kbar, mingħajr ma jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tas-Subtaqsimiet 6.1.5.2.1, 6.1.5.8.2, 6.5.6.1.2, 6.5.6.14.2, 6.6.5.2.1 u 6.6.5.4.3 tat-Taqsima II.1 tal-Anness II ta' din id-Direttiva. L-imballaġġi, inkluż l-IBCs u l-imballaġġ kbir ma għandhomx bżonn jiġu ttestjati bl-istess mod bħal meta dawn jiġu ttestjati meta jkunu ppreparati għall-ġarr b'kampjun rappreżentattiv ta' imballaġġ zgħir ġo fihom.

Dan huwa permess sakemm:

l-imballaġġi, l-IBCs u l-imballaġġi l-kbar ikunu konformi mat-tip li jkun ġie ttestjat u approvat skont il-grupp tal-ippakkjar I jew II tad-dispożizzjonijiet applikabbli tat-Taqsimiet 6.1, 6.5 jew 6.6 tat-Taqsima II.1 tal-Anness II ta' din id-Direttiva;

l-imballaġġi ż-żgħar jiġu ppakkjati b'materjal assorbenti li jżomm kwalunkwe likwidu li jista' joħroġ fl-imballaġġi esterni, l-IBCs jew fl-imballaġġi l-kbar waqt it-trasport; u

l-imballaġġi, l-IBCs jew l-imballaġġi l-kbar kif imħejjija għall-ġarr ikollhom massa grossa ta' mhux aktar mill-massa grossa permessa ddikjarata fuq l-immarkar tat-tip ta' disinn tan-NU għall-gruppi tal-ippakkjar I jew II għall-imballaġġi, l-IBCs jew l-imballaġġi l-kbar; u

is-sentenza li ġejja hija inkluża fid-dokument tat-trasport “Ippakkjat skont il-parti 16 tal-RID-S”

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Appendiċi S — Regolamenti speċifiċi għat-trasport domestiku ta' oġġetti perikolużi bit-triq maħruġa skont l-Att dwar it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi.

Kummenti: Is-Subtaqsimiet 6.1.5.2.1, 6.1.5.8.2, 6.5.6.1.2, 6.5.6.14.2, 6.6.5.2.1 u 6.6.5.4.3 tat-Taqsima II.1 tal-Anness II, ta' din id-Direttiva huma diffiċli biex jiġu applikati għax l-imballaġġi, l-IBCs u l-imballaġġi l-kbar għandhom jiġu ttestjati b'kampjun rappreżentattiv ta' skart, li huwa diffiċli li jitbassar minn qabel.

Data ta' skadenza: it-30 ta' Ġunju 2021

Abbażi tal-Artikolu 6(2)(b)(ii) tad-Direttiva 2008/68/KE

DE Ġermanja

RA-bii-DE- 1

Suġġett: It-trasport lokali ta' NU 1051 (Ċjanur tal-Idroġenu, stabbilizzat, likwidu, li fih 1 % jew inqas ta' ilma skont il-massa), f'vaguni b'tank tal-ferrovija, li jidderogaw mis-Subtaqsima 1 tal-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE.

Referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 3.2, 4.3.2.1.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Projbizzjoni fuq it-trasport ta' NU 1051 (ċjanur tal-idroġenu), stabbilizzat, likwidu li fih 1 % jew inqas ta' ilma skont il-massa, f'vaguni b'tank tal-ferrovija (tankijiet RID).

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport lokali bil-ferrovija fuq rotot identifikati partikolari, li jifforma parti minn proċess industrijali definit, u li jkun ikkontrollat mill-qrib f'kondizzjonijiet speċifikati b'mod ċar. It-trasport iseħħ f'vaguni b'tank li għandhom liċenzja speċifika għal dan l-iskop u li l-kostruzzjoni u l-immuntar tagħhom jiġu kontinwament adattati skont l-aħħar teknoloġija tas-sikurezza. Il-proċess tat-trasport huwa regolat fid-dettall permezz ta' dispożizzjonijiet ulterjuri tas-sikurezza operattiva bi ftehim mal-awtoritajiet rilevanti għas-sikurezza u kontra l-periklu u jiġi mmonitorjat mill-awtoritajiet ta' sorveljanza rilevanti.

Referenza oriġinali għad-dispożizzjonijiet legali nazzjonali: Ausnahmezulassung Eisenbahn-Bundesamt, No E 1/97.

Tmiem il-perjodu ta' validità: l-1 ta' Jannar 2023

RA-bii-DE-2

Suġġett: it-trasport lokali fuq rotot iddeżinjati ta' NU 1402 (karbur tal-kalċju), grupp tal-imballaġġ I, f'kontejners fuq vaguni.

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 3.2, 7.3.1.1

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet ġenerali għat-trasport fi kwantitajiet kbar. Il-Kapitolu 3.2, it-Tabella A, ma jippermettix li l-karbur tal-kalċju jinġarr fi kwantitajiet kbar.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport lokali bil-ferrovija tan-NU 1402 (karbur tal-kalċju), grupp tal-imballaġġ I, fuq rotot speċifikament iddeżinjati, bħala parti minn proċess industrijali ddefinit u kkontrollat mill-qrib f'kundizzjonijiet speċifikati b'mod ċar. It-tagħbijiet jinġarru f'kontejners f'vaguni mibnija apposta. It-trasport tal-oġġetti huwa soġġett għal dispożizzjonijiet operattivi addizzjonali stipulati mill-awtoritajiet kompetenti tas-sikurezza.

Referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ausnahme Eisenbahn-Bundesamt Nr. E 3/10.

Data ta' skadenza: il-15 ta' Jannar 2024”;

(3)

fl-Anness III, it-Taqsima III.3 tinbidel b'dan li ġej:

“III.3.    Derogi nazzjonali.”.