ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 149

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
14 ta' Ġunju 2018


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/866 tat-13 ta' Ġunju 2018 li jiffissa r-rata ta' aġġustament għall-pagamenti diretti skont ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sena kalendarja tal-2018

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/867 tat-13 ta' Ġunju 2018 li jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tal-Bord(ijiet) tal-Appell tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji ( 1)

3

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/868 tat-13 ta' Ġunju 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1301/2014 u r-Regolament (UE) Nru 1302/2014 rigward id-dispożizzjonijiet dwar is-sistema tal-kejl tal-enerġija u s-sistema tal-ġbir tad-dejta ( 1)

16

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2018/869 tal-5 ta' Ġunju 2018 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO) (EULEX KOSOVO/1/2018) ( *1)

24

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

 

(*1)   Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244 (1999) u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

14.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 149/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/866

tat-13 ta' Ġunju 2018

li jiffissa r-rata ta' aġġustament għall-pagamenti diretti skont ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sena kalendarja tal-2018

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 26(3) tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għandha tiġi stabbilita riżerva maħsuba biex tipprovdi appoġġ addizzjonali għas-settur agrikolu f'każ ta' kriżijiet kbar li jolqtu lill-produzzjoni jew lid-distribuzzjoni agrikola billi, fil-bidu ta' kull sena, jiġi applikat tnaqqis fil-pagamenti diretti permezz tal-mekkaniżmu tad-dixxiplina finanzjarja msemmi fl-Artikolu 26 ta' dak ir-Regolament.

(2)

L-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jipprevedi li, sabiex jiġi żgurat li jitħarsu l-limiti massimi annwali stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (2) għall-finanzjament tan-nefqa relatata mas-suq u tal-pagamenti diretti, trid tiġi ddeterminata rata ta' aġġustament għall-pagamenti diretti meta l-previżjonijiet għall-finanzjament tal-miżuri ffinanzjati skont dak is-sublimitu massimu għal sena finanzjarja partikulari jindikaw li jkunu se jinqabżu l-limiti massimi annwali applikabbli.

(3)

L-ammont tar-riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu, inkluż fl-Abbozz tal-Baġit tal-Kummissjoni għall-2019, jammonta għal EUR 468,7 miljun fi prezzijiet attwali. Biex jiġi kopert dak l-ammont, il-mekkaniżmu tad-dixxiplina finanzjarja jrid japplika għall-pagamenti diretti fil-qafas tal-iskemi ta' appoġġ imniżżlin fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) fir-rigward tas-sena kalendarja tal-2018.

(4)

Il-previżjonijiet għall-pagamenti diretti u għan-nefqa relatata mas-suq iddeterminati fl-Abbozz tal-Baġit tal-Kummissjoni għall-2019 jindikaw li ma hemmx bżonn ta' aktar dixxiplina finanzjarja.

(5)

Skont l-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, jenħtieġ li r-rata ta' aġġustament tiġi ffissata sat-30 ta' Ġunju tas-sena kalendarja li għaliha tkun tapplika.

(6)

Bħala regola ġenerali, il-bdiewa li jressqu applikazzjoni għall-għajnuna għall-pagamenti diretti għal sena kalendarja waħda (N) jitħallsu f'perjodu tal-pagamenti fiss li jkun fis-sena finanzjarja (N + 1). Madankollu, l-Istati Membri jistgħu, sa ċertu limitu, iħallsu l-pagamenti lill-bdiewa wara dak il-perjodu tal-pagamenti. Dawn il-pagamenti tard jistgħu jsiru f'sena finanzjarja sussegwenti. Meta d-dixxiplina finanzjarja tiġi applikata għal sena kalendarja partikulari, jenħtieġ li r-rata ta' aġġustament ma tiġix applikata għal dawk il-pagamenti li l-applikazzjonijiet għall-għajnuna għalihom ikunu tressqu fi snin kalendarji li ma jkunux is-sena kalendarja li għaliha tapplika d-dixxiplina finanzjarja. Għalhekk, biex jiġi żgurat it-trattament ugwali tal-bdiewa, huwa xieraq li jiġi previst li r-rata ta' aġġustament tiġi applikata biss għall-pagamenti li għalihom ikunu tressqu l-applikazzjonijiet għall-għajnuna fis-sena kalendarja li għaliha tapplika d-dixxiplina finanzjarja, irrispettivament minn meta jsir il-pagament lill-bdiewa.

(7)

L-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jipprevedi li r-rata ta' aġġustament applikata għall-pagamenti diretti ddeterminata skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għandha tapplika biss għall-pagamenti diretti li jkunu ta' iktar minn EUR 2 000 u li għandhom jingħataw lill-bdiewa għas-sena kalendarja korrispondenti. Barra minn hekk, l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jipprevedi li, minħabba l-introduzzjoni gradwali tal-pagamenti diretti, ir-rata ta' aġġustament għandha tibda tapplika għall-Kroazja mill-1 ta' Jannar 2022 biss. Għalhekk jenħtieġ li r-rata ta' aġġustament li għandha tiġi ddeterminata permezz ta' dan ir-Regolament ma tapplikax għall-pagamenti lill-bdiewa f'dak l-Istat Membru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Sabiex tiġi ffissata r-rata ta' aġġustament skont l-Artikoli 25 u 26 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-ammonti tal-pagamenti diretti fil-qafas tal-iskemi ta' appoġġ imniżżlin fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 li jkunu ta' iktar minn EUR 2 000 u li għandhom jingħataw lill-bdiewa għal applikazzjoni għall-għajnuna mressqa fir-rigward tas-sena kalendarja tal-2018 għandhom jitnaqqsu b'rata ta' aġġustament ta' 1,422184 %.

2.   It-tnaqqis previst fil-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-Kroazja.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Ġunju 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).


14.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 149/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/867

tat-13 ta' Ġunju 2018

li jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tal-Bord(ijiet) tal-Appell tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 55(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/796 jagħti s-setgħa lill-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (“l-Aġenzija”) jistabbilixxi Bord tal-Appell wieħed jew iktar li għandhom ikunu responsabbli għall-proċeduri ta' appell u ta' arbitraġġ imsemmija fl-Artikoli 58 u 61 ta' dak ir-Regolament.

(2)

Minħabba li r-Regolament (UE) 2016/796 jistabbilixxi biss il-prinċipji essenzjali tal-ipproċessar tal-appelli, jeħtieġ li jiġu stabbiliti r-regoli ta' proċedura tal-Bord tal-Appell, fosthom ir-regoli tal-votazzjoni, il-proċeduri biex jitressaq appell u l-kundizzjonijiet għar-rimborż tal-ispejjeż tal-membri tiegħu. Fuq proposta tal-Aġenzija, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tal-Bord tal-Appell wara li tikkonsulta lill-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija.

(3)

Jenħtieġ li l-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija jistabbilixxi tal-inqas Bord tal-Appell wieħed bħala korp permanenti sabiex jiżgura l-konsistenza u l-koerenza fit-teħid tad-deċiżjonijiet u sabiex inaqqas il-piż amministrattiv u l-ħatra tal-membri kull darba li jkun hemm appell jew li ssir talba għal arbitraġġ, li hi ħaġa li tieħu ħafna ħin, u sabiex juża l-għarfien espert individwali u kollettiv tal-membri tiegħu.

(4)

Il-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija jista' jistabbilixxi l-Bord(ijiet) tal-Appell bi tliet jew ħames membri u bl-istess għadd ta' sostituti, skont l-Artikolu 55(4) tar-Regolament (UE) 2016/796.

(5)

Sabiex ikun żgurat li l-Bord tal-Appell ikun jista' jaħdem bla xkiel u b'mod effiċjenti, jenħtieġ li wieħed mill-membri jinħatar bħala l-President tal-Bord tal-Appell. Huwa essenzjali li l-President jiżgura l-kwalità u l-konsistenza tad-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell.

(6)

Jenħtieġ li l-Bord tal-Appell ikun megħjun fit-twettiq ta' dmirijietu minn reġistratur u minn relatur. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti biċ-ċar il-ħatra tagħhom, kif ukoll ir-rwoli u l-kompiti tagħhom. Jenħtieġ li jinħatar relatur għal kull proċediment u li l-Bordijiet tal-Appell kollha jaqsmu s-servizzi tar-reġistratur bejniethom.

(7)

Jenħtieġ li tkun prevista l-possibbiltà li jkun hemm linji gwida speċifiċi li jinħarġu mill-Bord tal-Appell biex jikkumplimentaw lil dawn ir-regoli ta' proċedura b'arranġamenti prattiċi.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 81(1) tar-Regolament (UE) 2016/796,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

STABBILIMENT U ORGANIZZAZZJONI

Artikolu 1

Stabbiliment

1.   Ir-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament għall-Bord tal-Appell għandhom japplikaw għal kull Bord tal-Appell li jiġi stabbilit permezz ta' deċiżjoni tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija. Minn hawn 'il quddiem, il-Bordijiet kollha ta' dan it-tip qed jissejħu “il-Bord tal-Appell”.

2.   Sabiex ikun żgurat li s-sejbiet kollha jingħataw fl-iskadenzi preskritti kif ukoll li l-ġurisprudenza tkun ta' kwalità u tkun konsistenti, wieħed mill-Bordijiet tal-Appell stabbiliti skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2016/796 għandu jkun permanenti.

Artikolu 2

Membri

1.   Minn hawn 'il quddiem, il-President, il-membri l-oħrajn u s-sostituti li flimkien jiffurmaw il-Bord tal-Appell jissejħu “il-membri” sakemm ma jkunx indikat mod ieħor.

2.   Il-mandat tal-membri kollha għandu jibda u jispiċċa fid-dati stabbiliti fid-deċiżjoni tal-ħatra. Id-data tista' tiġi stabbilita billi titqies xi funzjoni jew billi jitqies it-tmiem tal-proċedimenti. Skont l-Artikolu 56(1) tar-Regolament (UE) 2016/796, il-mandat ta' membru tal-Bord tal-Appell ma għandux ikun ta' iktar minn erba' snin u jista' jiġġedded darba waħda biss.

3.   F'kull Bord tal-Appell stabbilit għandu jiġi żgurat li jkun hemm membri b'għarfien espert tekniku, legali u proċedurali u/jew b'esperjenza f'dawn l-oqsma.

Artikolu 3

Sostituzzjoni

1.   Kull membru tal-Bord tal-Appell li ma jkunx jista' jaqdi l-funzjonijiet tiegħu, jew li jkun qed jirriskja li ma jkunx jista' jagħmel dan, għandu javża lill-President mingħajr dewmien żejjed b'dan.

2.   F'każijiet fejn il-President ma jkunx disponibbli, il-Bord tal-Appell għandu jiddeċiedi liema membru minn fost il-membri l-oħrajn li jiffurmawh għandu jaġixxi bħala l-President.

3.   Il-President għandu jaħtar lil wieħed mis-sostituti bħala membru.

4.   Il-ħatriet ta' sostituzzjoni msemmijin fil-paragrafi 2 u 3 għandhom isiru għall-perjodu taż-żmien kollu li matulu l-membru jew il-President li jkunu ġew sostitwiti jkun għadhom ma jistgħux jaġixxu bħala tali u tal-inqas sa ma jintemmu l-proċedimenti ta' appell jew ta' arbitraġġ li jkunu għaddejjin.

5.   Jekk il-persuna tibqa' mhix disponibbli għal iktar minn 12-il xahar jew issir indisponibbli b'mod permanenti, il-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija għandu jaħtar membru jew President ġdid, kif ukoll sostitut għalih skont il-bżonn.

Artikolu 4

Rwol tal-President

1.   Il-President tal-Bord tal-Appell għandu jippresiedi fuq il-proċedimenti ta' appell u ta' arbitraġġ.

2.   Il-President għandu jiżgura l-kwalità u l-konsistenza tad-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell.

3.   Għal kull proċediment, il-President għandu jaħtar relatur minn fost il-membri tal-Bord tal-Appell.

4.   Flimkien mar-reġistratur, il-President għandu jiżgura li r-regoli ta' proċedura stabbiliti f'dan ir-Regolament jiġu implimentati sewwa.

5.   F'każ li l-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija jkun ħatar diversi Bordijiet tal-Appell, il-Presidenti tagħhom għandhom jistabbilixxu flimkien metodoloġija biex jitqassmu l-proċedimenti u għandhom javżaw lir-reġistratur dwar dan.

Artikolu 5

Rwol tar-relatur

1.   Ir-relatur għandu jeżamina l-appell b'mod preliminari u għandu jippreżenta r-riżultati ta' dak l-eżami lill-membri l-oħrajn tal-Bord tal-Appell.

2.   Ir-relatur għandu jħejji abbozz tas-sejbiet tal-Bord tal-Appell.

Artikolu 6

Sede tal-Bord tal-Appell

Is-sede tal-Bord tal-Appell għandha tkun is-sede tal-Aġenzija.

Artikolu 7

Ir-reġistratur

1.   Il-Bord tal-Appell għandu jkun megħjun fit-twettiq ta' dmirijietu minn reġistratur.

2.   Ir-reġistratur għandu:

(a)

jirreġistra l-proċedimenti kollha b'numru ta' reġistrazzjoni u javża lill-Bord tal-Appell u lill-partijiet kollha b'dan;

(b)

ikun responsabbli għall-wasla, għat-trażmissjoni u għall-ħżin sikur tad-dokumenti kollha li jkunu rilevanti għall-proċedimenti ta' appell u ta' arbitraġġ, għall-komunikazzjoni mal-partijiet u għal kull kompitu amministrattiv ieħor marbut mal-proċedimenti;

(c)

jinforma lill-partijiet mingħajr dewmien żejjed dwar min huma l-membri li se jisimgħu l-każ, kif ukoll dwar kull tibdil fihom;

(d)

jinforma lill-partijiet involuti fl-appell dwar id-dritt tagħhom li joġġezzjonaw għall-parteċipazzjoni ta' xi membru partikulari fil-proċedura ta' appell skont l-Artikolu 57(3) tar-Regolament (UE) 2016/796;

(e)

jiżgura li jiġi ppubblikat avviż dwar l-appell fuq is-sit web tal-Aġenzija, li jkun jinkludi tal-inqas id-data ta' reġistrazzjoni tal-appell, isem il-partijiet u d-dettalji ta' kuntatt tagħhom, il-lingwa tal-proċedimenti u d-deċiżjoni kkontestata;

(f)

jiċċekkja li jitħarsu l-limiti taż-żmien kollha u l-kundizzjonijiet formali l-oħrajn kollha biex jitressqu l-appelli u jgħarraf lill-Bord tal-Appell b'dan;

(g)

iżomm il-minuti tas-seduti ta' smigħ, tal-eżami tax-xhieda jew tal-esperti u tad-deliberazzjonijiet tal-Bord tal-Appell;

(h)

jarkivja d-deċiżjonijiet kollha marbutin mal-proċedimenti kollha ta' appell u ta' arbitraġġ li joħroġ il-Bord tal-Appell;

(i)

jinkludi t-talbiet u s-sejbiet tal-Bord tal-Appell fis-sistema ta' informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2016/796 (“punt uniku ta' kuntatt”).

Artikolu 8

Ħatra tar-reġistratur u responsabbiltajiet tiegħu

1.   Lir-reġistratur għandu jaħtru l-Bord tal-Appell, fuq proposta tal-Aġenzija, minn fost il-persunal tagħha. F'każ li jkun hemm diversi Bordijiet tal-Appell, dan għandu jinħatar b'kunsens.

2.   Ir-reġistratur ma jista' jieħu sehem fl-ebda kompitu jew proċediment tal-Aġenzija marbut ma' deċiżjonijiet li jista' jsir appell minnhom skont l-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) 2016/796.

3.   Ir-reġistratur għandu jwettaq dmirijietu taħt is-superviżjoni tal-President tal-Bord tal-Appell u skont l-istruzzjonijiet tiegħu.

4.   Ir-reġistratur jista' jkun megħjun minn persunal li għalih għandu japplika wkoll dan l-Artikolu.

KAPITOLU II

APPELL

Artikolu 9

Tressiq ta' appell u avviż dwaru

1.   Għandu jitressaq appell lill-Bord tal-Appell billi dan jintbagħat lir-reġistratur fil-format elettroniku previst għall-appelli fi żmien xahrejn mid-dati li jissemmew fl-Artikolu 59(2) tar-Regolament (UE) 2016/796.

2.   Skont il-każ, l-appell għandu jkun fih:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-appellant;

(b)

meta l-appellant ikun ħatar rappreżentant, l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tiegħu;

(c)

indirizz tal-posta elettronika;

(d)

meta l-appellant ikun persuna ġuridika, għandu jagħti lir-reġistratur l-istrument jew l-istrumenti li jikkostitwuh u li jirregolawh jew silta reċenti mir-reġistru tal-kumpaniji, tad-ditti jew tal-assoċjazzjonijiet, jew kull prova oħra tal-eżistenza ġuridika tiegħu;

(e)

ir-referenza tad-deċiżjoni li qed tiġi kkontestata u r-rimedju li qed jitlob l-appellant;

(f)

l-argumenti invokati;

(g)

fejn ikun xieraq, in-natura ta' kull evidenza ta' appoġġ u dikjarazzjoni li tispjega l-fatti li għalihom qed tiġi ppreżentata l-evidenza ta' appoġġ;

(h)

fejn ikun xieraq, applikazzjoni biex id-dokumenti jew xi partijiet minnhom jiġu ttrattati b'mod kunfidenzjali;

(i)

meta l-appellant ma jkunx il-persuna li lilha tkun ġiet indirizzata d-deċiżjoni kkontestata, ir-raġunijiet għaliex huwa jintlaqat b'mod dirett jew indirett mid-deċiżjoni u l-evidenza ta' meta sar jaf l-ewwel darba bid-deċiżjoni.

3.   Jekk l-appell ma jkunx fih l-informazzjoni mniżżla fil-paragrafu 2, ir-reġistratur għandu jistipula perjodu ta' mhux iktar minn għaxart ijiem tax-xogħol li fih l-appellant irid jibgħat dik l-informazzjoni. Ir-reġistratur jista' jistabbilixxi t-tali perjodu ta' żmien darba waħda biss. Matul dak il-perjodu, jiġi sospiż iż-żmien għall-finijiet tal-kalkolu tal-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikoli 58 u 62 tar-Regolament (UE) 2016/796.

4.   Ir-reġistratur għandu jgħarraf lill-Bord tal-Appell, lill-Aġenzija u lil kull parti oħra involuta li tkun tista' tiġi identifikata li jkun tressaq appell fi żmien jum tax-xogħol wieħed minn meta jkun tressaq l-appell.

Artikolu 10

Kunfidenzjalità

1.   F'kull applikazzjoni għal trattament kunfidenzjali, għandhom jiġu identifikati l-kliem, id-dettalji, iċ-ċifri jew is-siltiet li qed jintalab li jiġu ttrattati b'mod kunfidenzjali u għandhom jingħataw ir-raġunijiet speċifiċi għal dan. Jekk ma tingħatax din l-informazzjoni, il-Bord tal-Appell jista' jiċħad it-talba.

2.   Il-President għandu jiddeċiedi jekk l-informazzjoni indikata f'applikazzjoni skont l-Artikolu 9(2)(h) għandhiex titqies bħala informazzjoni kunfidenzjali jew le u għandu jiżgura li kull informazzjoni li titqies bħala informazzjoni kunfidenzjali ma tiġix ippubblikata.

Artikolu 11

Inammissibbiltà tal-appell

Il-Bord tal-Appell jista' jiddeċiedi li appell mhuwiex ammissibbli abbażi ta' waħda mir-raġunijiet li ġejjin jew aktar:

(a)

jekk l-appell ma jissodisfax ir-rekwiżiti formali stabbiliti fl-Artikolu 9;

(b)

jekk l-appellant ikun qabeż il-limitu taż-żmien biex jagħmel l-appell;

(c)

jekk l-appell jitressaq kontra deċiżjoni li ma jistax isir appell minnha;

(d)

jekk l-appellant la jkun id-destinatarju tad-deċiżjoni kkontestata bl-appell u lanqas ma jkun jista' juri li għandu interess dirett u individwali fiha.

Artikolu 12

Kunflitt ta' interess

1.   Wara li jkun tressaq appell lill-Bord tal-Appell, kull membru li jidentifika kunflitt potenzjali ta' interess b'rabta ma' dan għandu jagħmel dikjarazzjoni motivata dwar dan skont l-Artikolu 57(2) tar-Regolament (UE) 2016/796 u jibgħatha lill-President.

2.   Il-partijiet involuti fl-appell għandhom jiġu infurmati b'kull dikjarazzjoni mingħajr dewmien żejjed.

3.   L-oġġezzjoni ta' parti involuta fl-appell għandha tkun ammissibbli jekk issir fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mid-data meta l-parti li tkun għamlet l-oġġezzjoni tkun saret taf bil-fatti li wasslu għall-oġġezzjoni.

4.   Il-membru kkonċernat għandu jiġi mgħarraf bl-oġġezzjoni u għandu jiġi mistieden iwieġeb lill-President fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta jirċievi n-notifika.

5.   Il-Bord tal-Appell għandu jiddeċiedi dwar l-esklużjoni tal-membru kkonċernat mill-proċedimenti skont l-Artikolu 57(2) tar-Regolament (UE) 2016/796 mingħajr dewmien żejjed. Il-membru kkonċernat ma għandux jieħu sehem f'dik id-deċiżjoni.

6.   L-esklużjoni tal-membru kkonċernat tkun temporanja u għandha tapplika għall-proċedimenti ta' appell jew ta' arbitraġġ li dwarhom tkun saret l-oġġezzjoni. Għandha tkun żgurata s-sostituzzjoni tal-membru jew tal-President li jkunu ġew esklużi skont l-Artikolu 3.

Artikolu 13

Proċedura ta' reviżjoni interlokutorja

1.   Skont l-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) 2016/796, kull appell minn deċiżjoni li l-Aġenzija tieħu skont l-Artikoli 14, 20, 21 u 22 tar-Regolament (UE) 2016/796 jew min-nuqqas tagħha li tieħu azzjoni fil-limiti taż-żmien applikabbli għandha ssirlu reviżjoni interlokutorja qabel ma jintbagħat lill-Bord tal-Appell biex dan jeżaminah.

2.   Malli jitressaq l-appell, l-Aġenzija għandu jkollha xahar biex tieħu waħda mill-azzjonijiet li ġejjin:

(a)

biex tirrettifika d-deċiżjoni tagħha jew in-nuqqas tagħha li tieħu azzjoni;

(b)

biex tikkonferma d-deċiżjoni kkontestata u tagħti r-raġunijiet tagħha għal dan;

(c)

biex tiddikjara li r-reviżjoni interlokutorja ma tapplikax skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 60(1) tar-Regolament (UE) 2016/796 u tagħti r-raġunijiet tagħha għal dan;

(d)

biex tagħti r-raġunijiet tagħha għaliex tqis li l-appell mhux ammissibbli.

3.   Fil-każijiet kollha msemmijin hawn fuq, l-Aġenzija għandha tavża lir-reġistratur bl-azzjoni li tkun ħadet u tipprovdi d-dokumenti kollha ta' sostenn meħtieġa, skont il-każ.

4.   Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 2(a), l-Aġenzija għandha toħroġ id-deċiżjoni tagħha u r-reġistratur għandu jagħlaq il-proċedura tal-appell u javża lill-partijiet kollha involuti fil-proċedimenti b'dan.

5.   Fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 2(b), (c) u (d), ir-reġistratur għandu javża lill-appellant b'dan u jibgħat il-proċedimenti lill-Bord tal-Appell biex dan jeżaminahom.

6.   Fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol minn meta jiġi avżat b'dan, l-appellant jista' jirtira l-appell tiegħu.

7.   Id-data meta l-proċedimenti jkunu ntbagħtu lill-Bord tal-Appell biex dan jeżaminahom għandha titqies li tkun id-data tat-tressiq rilevanti għall-finijiet tal-kalkolu tal-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikoli 58 u 62 tar-Regolament (UE) 2016/796.

8.   F'każ li l-proċedimenti jintbagħtu lill-Bord tal-Appell, l-Aġenzija tista' tiddeċiedi li tissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni li dwarha jkun sar l-appell.

Artikolu 14

Risposta tal-intimat

1.   L-Aġenzija għandha tibgħat risposta tal-intimat fi żmien xahar mid-data tal-avviż tal-appell.

2.   F'każijiet fejn tapplika r-reviżjoni interlokutorja msemmija fl-Artikolu 13, tista' tintbagħat risposta tal-intimat għall-punti 2(c) u (d). Ir-raġunijiet mogħtija fil-punt (b) għandhom iservu bħala r-risposta tal-intimat.

3.   Ir-risposta tal-intimat għandha tkun motivata u għandu jkun fiha d-dokumenti kollha ta' sostenn.

4.   Meta l-Aġenzija ma tibgħat l-ebda risposta tal-intimat, il-proċedimenti għandhom jitkomplew mingħajrha.

Artikolu 15

Intervent

1.   Il-Bord tal-Appell jista' jagħti d-dritt lil kull persuna li turi li għandha interess leġittimu fir-riżultati tal-proċedimenti tintervjeni fihom quddiemu.

2.   Dak li jkun għandu jagħmel it-talba biex jintervjeni fil-proċedimenti fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol minn meta l-avviż dwar l-appell jiġi ppubblikat fuq is-sit web tal-Aġenzija.

3.   Il-partijiet għandhom jiġu mgħarrfin bl-applikazzjoni għal intervent sabiex ikollhom l-opportunità jagħmlu l-kummenti li huma jqisu meħtieġa qabel ma l-Bord tal-Appell jiddeċiedi dwar l-intervent.

4.   L-intervent għandu jappoġġa jew jopponi, kompletament jew parzjalment, ir-rimedju li tkun qed titlob xi waħda mill-partijiet. L-intervent ma għandux jagħti l-istess drittijiet proċedurali bħal dawk li diġà jkunu ngħataw lill-partijiet.

Artikolu 16

Kontenut tal-applikazzjoni għal intervent

1.   L-applikazzjoni għal intervent għandu jkun fiha:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-intervenjent;

(b)

l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-intervenjent, jekk dan ikun applikabbli;

(c)

indirizz tas-servizz jekk dan ikun differenti minn dawk mogħtija fil-punti (a) u (b);

(d)

referenza għall-proċedimenti li b'rabta magħhom tkun saret l-applikazzjoni;

(e)

dikjarazzjoni kompletament jew parzjalment favur jew kontra r-rimedju li tkun qed titlob xi waħda mill-partijiet;

(f)

il-motivi u l-argumenti ta' fatti u tal-liġi invokati;

(g)

l-evidenza ta' sostenn rilevanti, fejn ikun xieraq.

2.   Wara li jkun sar l-intervent, il-President għandu jistipula limitu taż-żmien ta' mhux aktar minn għaxart ijiem tax-xogħol li matulu l-partijiet jistgħu jwieġbu għall-intervent.

Artikolu 17

Talba għal sospensjoni

1.   Il-Bord tal-Appell jista' jippermetti li d-deċiżjoni kkontestata tiġi sospiża meta l-appellanti jkunu wrew li hemm bżonn urġenti li jsir dan sabiex jitħarsu d-drittijiet u l-interessi tagħhom minħabba r-riskju ta' dannu gravi u irreparabbli lil dawk id-drittijiet u l-interessi.

2.   Il-President jista' jistieden lill-parti opposta tibgħat il-kummenti tagħha bil-miktub dwar din it-talba.

Artikolu 18

Sospensjoni tal-proċedimenti

1.   Il-Bord tal-Appell jista' jordna li jiġu sospiżi l-proċedimenti, bi qbil tal-partijiet kollha involuti fl-appell, għal perjodu massimu ta' għaxart ijiem tax-xogħol.

2.   Fl-ordni għandu jiġi speċifikat il-perjodu tas-sospensjoni u r-raġunijiet għaliha.

3.   Meta jkunu sospiżi l-proċedimenti, għandhom jiġu sospiżi l-limiti taż-żmien proċedurali kollha.

KAPITOLU III

ARBITRAĠĠ

Artikolu 19

Talba għall-arbitraġġ

1.   L-awtorità jew l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kkonċernati jistgħu jressqu talba għall-arbitraġġ skont l-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) 2016/796.

2.   Din it-talba għandha tintbagħat lir-reġistratur li għandu javża lill-Aġenzija u lill-Bord tal-Appell biha fi żmien jum tax-xogħol wieħed.

Artikolu 20

Talba għal arbitraġġ marbut mal-ERTMS

1.   L-Aġenzija għandha tavża lir-reġistratur bi proċess ta' koordinazzjoni skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) 2016/796 u bil-partijiet u l-iskadenzi involuti.

2.   Jekk ma tinstabx soluzzjoni aċċettabbli b'mod reċiproku wara xahar ta' koordinazzjoni, ir-reġistratur għandu jibgħat il-proċedimenti lill-Bord tal-Appell għall-arbitraġġ u għandu javża lill-partijiet involuti b'dan.

Artikolu 21

Proċedura tal-arbitraġġ

1.   Il-Bord tal-Appell għandu jkollu xahar żmien biex jiddeċiedi jekk jikkonfermax il-pożizzjoni tal-Aġenzija.

2.   Kull dispożizzjoni xierqa fil-Kapitolu II tapplika mutatis mutandis.

Artikolu 22

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell

Id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell għandu jkun fiha tal-inqas l-affarijiet li ġejjin:

(a)

l-ismijiet tal-partijiet u tar-rappreżentanti tagħhom, jekk ikun applikabbli;

(b)

taqsira tal-fatti u tal-kwistjonijiet ikkontestati;

(c)

il-pożizzjonijiet u l-argumenti rispettivi tal-partijiet;

(d)

analiżi tas-sejbiet;

(e)

dispożittiv li jkun fih id-deċiżjoni.

KAPITOLU IV

REKWIŻITI PROĊEDURALI KOMUNI

TAQSIMA 1

Lingwa

Artikolu 23

Lingwa tal-proċedimenti

1.   Jekk l-appellant ikun id-destinatarju tad-deċiżjoni appellata, l-appell għandu jitressaq bil-lingwa tal-proċedura li tkun wasslet għad-deċiżjoni appellata.

2.   Jekk l-appellant ma jkunx id-destinatarju tad-deċiżjoni appellata, l-appell jista' jitressaq bi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Unjoni.

3.   It-talba għall-arbitraġġ tista' titressaq bi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Unjoni. Il-proċedimenti tal-arbitraġġ għandhom isiru bil-lingwa tal-awtorità nazzjonali tas-sikurezza involuta.

4.   Il-lingwa msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandha tkun il-lingwa tal-proċedimenti ta' appell jew ta' arbitraġġ. Din għandha tintuża fil-proċedimenti bil-miktub u fil-proċedimenti orali, kif ukoll fil-komunikazzjonijiet kollha mal-partijiet.

5.   Id-dokumenti tekniċi kollha u d-dokumenti kollha ta' sostenn mehmużin mal-appell, mat-talba għall-arbitraġġ u mar-risposta għandhom ikunu bil-lingwa tal-proċedimenti.

6.   Is-sejbiet tal-Bord tal-Appell għandhom isiru bil-lingwa tal-proċedimenti.

7.   L-intervenjenti għandhom jużaw il-lingwa tal-proċedimenti.

8.   Għall-finijiet tal-effiċjenza u tat-tnaqqis tal-ispejjeż, il-Bord tal-Appell jista' jiddevja mill-paragrafi msemmijin hawn fuq fil-każ tal-proċedimenti bil-miktub u tal-proċedimenti orali jew ta' partijiet minnhom, fosthom fil-każ ta' dokumenti individwali u/jew ta' interventi orali, dejjem jekk il-partijiet kollha jaqblu li jiftehmu mod ieħor. Fuq talba, il-Bord tal-Appell għandu jieħu nota tat-tali ftehim u ta' kull kundizzjoni li jista' jissejjes fuqha.

Artikolu 24

Traduzzjoni

1.   Il-parti li tippreżenta d-dokumenti tekniċi jew id-dokumenti ta' sostenn l-oħrajn mehmużin għandha tħallas l-ispejjeż kollha marbutin mat-traduzzjoni tagħhom għal-lingwa tal-proċedimenti.

2.   Il-Bord tal-Appell għandu jżomm it-talbiet għat-traduzzjoni u għall-interpretazzjoni għall-minimu possibbli u l-Aġenzija għandha tħallas l-ispejjeż tat-tali servizzi.

3.   Fil-każ ta' traduzzjoni, il-parti kkonċernata għandha tipprovdi traduzzjoni ċċertifikata.

TAQSIMA 2

Il-proċedura

Artikolu 25

Miżuri proċedurali

1.   Il-President jista' jordna li jittieħdu miżuri proċedurali fi kwalunkwe mument waqt il-proċedura, fuq talba tal-partijiet jew mingħajrha.

2.   Il-miżuri li jissemmew fil-paragrafu 1 jistgħu jinkludu, b'mod partikulari:

(a)

l-intervistar tal-partijiet, tax-xhieda jew tal-esperti u ta' kull persuna oħra li jkollha informazzjoni li tkun deċiżiva għall-proċedimenti;

(b)

it-talbiet għal kummenti bil-miktub jew għal kummenti orali dwar aspetti deċiżivi tal-proċedimenti;

(c)

it-talbiet biex jintbagħtu d-dokumenti;

(d)

l-ikkummissjonar tal-perizja;

(e)

it-twettiq ta' spezzjonijiet u awditi li huma deċiżivi għall-proċedimenti.

Artikolu 26

Estensjoni tal-limiti taż-żmien f'ċirkustanzi eċċezzjonali

F'ċirkustanzi eċċezzjonali li fihom il-parti kkonċernata tagħti provi li kien hemm ċirkustanzi mhux tas-soltu u li ma setgħux jiġu previsti, li hija ma kellhiex kontroll fuqhom u li ma setgħetx tevita l-konsegwenzi tagħhom minkejja li eżerċitat l-attenzjoni kollha dovuta, il-Bord tal-Appell jista' jadatta l-limiti taż-żmien preskritti skont dan ir-Regolament, filwaqt li jiżgura li d-drittijiet tal-partijiet kollha fil-proċedimenti jkunu bbilanċjati.

Artikolu 27

Dokumenti li jitressqu biex jinbdew il-proċedimenti jew bħala provi addizzjonali

1.   Għall-finijiet tal-kalkolu tal-limiti taż-żmien, dokument għandu jitqies li jkun ġie ppreżentat biss meta jirċevih ir-reġistratur, li jrid jirrikonoxxi li jkun irċevih.

2.   Fuq id-dokumenti għandu jitniżżel in-numru tal-proċedimenti ta' appell jew ta' arbitraġġ li r-reġistratur kien alloka għall-każ meta kien tressaq għall-ewwel darba l-appell jew l-arbitraġġ.

3.   L-għadd massimu ta' paġni tad-dokumenti proċedurali għandu jkun kif ġej:

(a)

20 paġna għall-appelli u għar-risposti; u

(b)

10 paġni għal kull intervent.

Il-limiti tal-paġni ma japplikawx għall-annessi tad-dokumenti proċedurali.

4.   Ir-reġistratur għandu jawtorizza l-qbiż tal-għadd massimu ta' paġni msemmi fil-paragrafu 3 bi qbil mal-President u għandu jagħmel dan biss fil-każ ta' proċedimenti li jkunu jinvolvu kwistjonijiet fattwali partikularment kumplessi.

Artikolu 28

Deliberazzjonijiet

Id-deliberazzjonijiet tal-Bord tal-Appell għandhom ikunu kunfidenzjali u għalihom għandu japplika l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

Id-deliberazzjonijiet jistgħu jsiru bi kwalunkwe format li jkun xieraq u mhumiex limitati għal laqgħat preżenzjali.

Artikolu 29

Xhieda, esperti u seduti tas-smigħ

1.   Fuq talba ta' xi waħda mill-partijiet, il-Bord tal-Appell jista' jisma' x'għandhom xi jgħidu x-xhieda dwar fatti deċiżivi li għandhom impatt fuq l-eżitu tal-proċedimenti. Fit-talba minn parti biex jinstema' xhud għandu jingħad dwar liema fatti deċiżivi għandu jinstema' x-xhud u r-raġunijiet rilevanti għaliex issejjaħ ix-xhud.

2.   Il-Bord tal-Appell jista' jisma' x'għandhom xi jgħidu l-esperti biex jiċċara ċerti aspetti tal-proċedimenti, jew jaħtar espert biex jagħmel perizja.

3.   Huwa u jaħtar espert biex jagħmel perizja, il-Bord tal-Appell għandu jiddefinixxi l-kompiti tiegħu u għandu jistabbilixxi l-limitu taż-żmien li fih għandha titressaq il-perizja.

4.   Qabel ma jixhed, l-espert għandu jiddikjara kull interess personali dirett jew indirett li jista' jkollu fl-eżitu tal-proċedimenti, b'mod partikulari jekk qabel kien aġixxa bħala rappreżentant ta' parti minnhom jew jekk kien ħa sehem fil-proċedura li wasslet għad-deċiżjoni appellata jew fi proċedimenti ta' arbitraġġ marbutin magħha.

5.   Jekk parti minnhom toġġezzjona għal xi espert minħabba li dan jista' jkollu kunflitt ta' interess marbut mal-każ, il-Bord tal-Appell għandu jiddeċiedi dwar dan billi japplika l-Artikolu 12 mutatis mutandis.

6.   Jekk il-Bord tal-Appell iqis li hemm kunflitt ta' interess jew li hemm riskju ta' kunflitt ta' interess, jista' jiddeċiedi li jisma' lil dak l-espert bħala xhud minflok.

7.   Il-Bord tal-Appell jista' jsejjaħ seduta tas-smigħ jekk iqis li dan ikun meħtieġ biex tiġi kkonfermata l-evidenza dwar il-fatti deċiżivi li jkollhom impatt fuq l-eżitu tal-proċedimenti, dejjem jekk dan jitqies li jkun effiċjenti.

Artikolu 30

Argumenti jew provi ġodda

1.   Il-Bord tal-Appell għandu jiddeċiedi sa meta jistgħu jiġu ppreżentati motivi u provi ġodda.

2.   Fejn ikun xieraq, il-Bord tal-Appell għandu jistieden lill-partijiet jibagħtu l-kummenti tagħhom jew l-informazzjoni addizzjonali li jista' jkollhom f'limitu taż-żmien li għandu jistabbilixxi huwa stess.

3.   Meta l-motivi jew il-provi l-ġodda jitqiesu bħala ammissibbli, il-partijiet l-oħrajn għandu jkollhom id-dritt jibagħtu l-kummenti tagħhom dwarhom.

TAQSIMA 3

Id-deċiżjoni

Artikolu 31

Votazzjoni

Id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b'vot tal-maġġoranza tal-Bord tal-Appell. Il-President għandu jkollu l-vot deċiżiv f'każ li l-voti jkunu ndaqs.

Artikolu 32

Sejbiet tal-Bord tal-Appell

1.   Is-sejbiet motivati tal-Bord tal-Appell għandhom jingħataw bil-miktub. Dawn għandu jkun fihom tal-inqas l-affarijiet li ġejjin:

(a)

l-ismijiet tal-membri tal-Bord tal-Appell li jkunu ħadu sehem fil-proċedimenti rilevanti;

(b)

l-ismijiet tal-partijiet u tar-rappreżentanti tagħhom, jekk ikun applikabbli;

(c)

taqsira tal-fatti rilevanti;

(d)

dikjarazzjoni tat-talbiet tal-partijiet;

(e)

taqsira tal-argumenti tal-partijiet;

(f)

ir-raġunijiet tal-ammissibbiltà;

(g)

id-dispożittiv tas-sejbiet u r-raġunijiet li fuqhom jissejsu;

(h)

id-data meta jkunu nħarġu.

2.   Is-sejbiet għandhom jiffirmawhom il-membri tal-Bord tal-Appell li jkunu ħadu d-deċiżjoni dwarhom u r-reġistratur.

Artikolu 33

Deċiżjoni finali tal-Aġenzija b'rabta mal-appelli

1.   Meta l-Bord tal-Appell isib li hemm raġunijiet validi għall-appell, fi żmien xahar minn meta l-Bord tal-Appell joħroġ is-sejbiet tiegħu, l-Aġenzija għandha toħroġ deċiżjoni finali indirizzata lill-partijiet ikkonċernati skont is-sejbiet tal-Bord tal-Appell.

2.   Id-deċiżjoni għandu jkun fiha tal-inqas l-affarijiet li ġejjin:

(a)

l-ismijiet tal-partijiet u tar-rappreżentanti tagħhom, jekk ikun applikabbli;

(b)

is-sejbiet tal-Bord tal-Appell;

(c)

id-dispożittiv tad-deċiżjoni u r-raġunijiet li fuqhom tissejjes.

3.   F'każijiet fejn il-Bord tal-Appell jikkonferma d-deċiżjoni tal-Aġenzija, l-Aġenzija għandha toħroġ fattura għall-appell skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar (UE) 2018/764 (3).

4.   Fuq is-sit web tal-Aġenzija għandha tiġi ppubblikata taqsira tas-sejbiet tal-Bord tal-Appell.

TAQSIMA 4

Spejjeż tal-proċedimenti

Artikolu 34

Spejjeż tal-partijiet

1.   It-tariffi marbutin mal-appelli għandhom jiġu stabbiliti skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/764.

2.   Kull parti li tieħu sehem fi proċedimenti tal-arbitraġġ għandha tħallas l-ispejjeż tagħha stess.

Artikolu 35

Spejjeż tal-parteċipazzjoni

1.   L-intervenjenti għandhom iħallsu l-ispejjeż tagħhom stess.

2.   L-appellanti li jirbħu l-appell u li jkunu ħadu sehem fis-seduti tas-smigħ għandu jkollhom id-dritt jiġu rrimborżati għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni tagħhom u jiġu kkumpensati għat-telf fid-dħul tagħhom sal-punt meqjus ġust mill-Bord tal-Appell.

3.   Ix-xhieda li jkunu ħadu sehem fis-seduti tas-smigħ għandu jkollhom id-dritt jiġu rrimborżati għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni tagħhom u jiġu kkumpensati għat-telf fid-dħul tagħhom sal-punt meqjus ġust mill-Bord tal-Appell.

4.   L-esperti għandu jkollhom id-dritt jitħallsu għas-servizzi tagħhom abbażi tar-rati għall-esperti li jgħinu lill-Aġenzija, kif ukoll jiġu rrimborżati għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni tagħhom.

5.   Il-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija għandu jistabbilixxi regoli ddettaljati li japplikaw għal dawk ir-rimborżi u għal dawk il-ħlasijiet.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 36

Rimunerazzjoni tal-membri tal-Bord tal-Appell

1.   Il-membri tal-Bord tal-Appell għandu jkollhom id-dritt jitħallsu talli jwettqu dmirijiethom bħala membri tal-Bord tal-Appell abbażi tal-iskema tar-rimunerazzjoni mogħtija fl-Anness.

2.   Il-membri tal-Bord tal-Appell għandu jkollhom id-dritt jiġu rrimborżati għall-ispejjeż li jkunu ġarrbu b'rabta mal-ivvjaġġar, mal-akkomodazzjoni u mas-sussistenza għal kull jum. Il-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija għandu jistabbilixxi regoli ddettaljati li japplikaw għall-kalkolu ta' dawn l-ammonti.

Artikolu 37

Obbligu ta' trasparenza

Il-partijiet interessati għandu jkollhom aċċess għad-dokumenti li l-Bord tal-Appell iħejji jew li dan ikun irċieva skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u skont il-politika dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti li tapplika fl-Aġenzija.

Artikolu 38

Linji gwida u informazzjoni rilevanti oħra

1.   Il-Bord tal-Appell għandu jadotta linji gwida rilevanti għall-proċedimenti tiegħu permezz ta' vot tal-maġġoranza.

2.   Dawn il-linji gwida għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Aġenzija flimkien ma' kull informazzjoni oħra li tkun rilevanti għall-appellanti.

Artikolu 39

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Ġunju 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  Ir-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 1).

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/764 tat-2 ta' Mejju 2018 dwar it-tariffi u l-imposti li għandhom jitħallsu lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u l-kundizzjonijiet għall-ħlas tagħhom (ĠU L 129, 25.5.2018, p. 68)


ANNESS

RIMUNERAZZJONI

1.   RIMUNERAZZJONI GĦALL-PARTEĊIPAZZJONI FI PROĊEDIMENTI TA' APPELL JEW TA' ARBITRAĠĠ (TARIFFI):

(1)

Il-membri tal-Bord(ijiet) tal-Appell u s-sostituti tagħhom għandu jkollhom id-dritt jitħallsu meta jiġu assenjati għall-proċedimenti ta' appell jew ta' arbitraġġ. Ir-rimunerazzjoni tal-membri u tas-sostituti li jkunu qed jieħdu sehem fil-proċedimenti għandha tkun ta' EUR 600 għal kull jum ta' xogħol fuq il-proċedimenti ta' appell jew ta' arbitraġġ jew ta' EUR 75 fis-siegħa f'każ li ma jkunx kopert jum sħiħ tax-xogħol, u kull persuna tista' tirċievi ammont massimu ta' EUR 9 000 għax-xogħol fuq kull proċediment.

(2)

Għall-President tal-Bord(ijiet) tal-appell u għar-relatur, it-tali ammonti tar-rimunerazzjoni għandhom ikunu ta' EUR 700 għal kull jum ta' xogħol fuq il-proċedimenti ta' appell jew ta' arbitraġġ jew ta' EUR 87,5 fis-siegħa f'każ li ma jkunx kopert jum sħiħ tax-xogħol, u kull persuna tista' tirċievi ammont massimu ta' EUR 18 000 rispettivament għax-xogħol fuq kull proċediment.

 

Ammont tar-rimunerazzjoni għal kull persuna għal kull jum li hija tqatta' taħdem fuq il-proċediment

Ammont massimu tar-rimunerazzjoni għal kull persuna għax-xogħol fuq kull proċediment

Il-membri u s-sostituti

EUR 600

EUR 9 000

Il-President u r-relatur tal-proċedimenti assenjati

EUR 700

EUR 18 000

2.   RIMUNERAZZJONI GĦALL-PARTEĊIPAZZJONI FIL-LAQGĦAT TAL-BORD(IJIET) TAL-APPELL LI MA JKUNUX MARBUTIN MAL-PROĊEDIMENTI TA' APPELL JEW TA' ARBITRAĠĠ:

Il-Bord tal-Appell jew il-membri individwali tiegħu jistgħu jiltaqgħu biex jiddiskutu kwistjonijiet organizzattivi u amministrattivi. Ir-rimunerazzjoni għall-parteċipazzjoni fit-tali laqgħat għandha tkun ta' EUR 600 għal kull laqgħa. Ma għandhomx isiru iktar minn sitt laqgħat ta' dan it-tip f'sena kalendarja waħda. L-Aġenzija għandha tgħin fl-organizzazzjoni tat-tali laqgħat.

 

Ammont tar-rimunerazzjoni għal kull persuna għal kull laqgħa

Għadd massimu ta' laqgħat għal kull persuna fis-sena

Il-membri tal-Bord tal-Appell u s-sostituti tagħhom

EUR 600

Sitt laqgħat

3.   RIMUNERAZZJONI GĦALL-PARTEĊIPAZZJONI F'LAQGĦAT OĦRAJN

Il-membri tal-Bord(ijiet) tal-Appell u s-sostituti tagħhom għandhom id-dritt jiġu rrimborżati wkoll għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni tagħhom b'rabta ma' laqgħat ad hoc li ma jidħlux fil-kategoriji deskritti fil-punti 1 u 2, dejjem jekk l-Aġenzija tkun stednithom jattenduhom.


14.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 149/16


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/868

tat-13 ta' Ġunju 2018

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1301/2014 u r-Regolament (UE) Nru 1302/2014 rigward id-dispożizzjonijiet dwar is-sistema tal-kejl tal-enerġija u s-sistema tal-ġbir tad-dejta

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(11) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jeħtieġ li l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (l-“Aġenzija”) tindirizza rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabilità (“TSIs”) u r-reviżjoni tagħhom, skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva (UE) 2016/797, u li tiżgura li t-TSIs jiġu adattati għall-progress tekniku, ix-xejriet tas-suq u l-ħtiġijiet soċjali.

(2)

L-Artikolu 3(5)(c) tad-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2017/1474 (3) jeħtieġ li t-TSIs jiġu riveduti biex jingħalqu l-punti miftuħa li jifdal.

(3)

Fit-22 ta' Settembru 2017, il-Kummissjoni talbet lill-Aġenzija biex toħroġ rakkomandazzjonijiet skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 5 tad-Direttiva (UE) 2016/797 għar-reviżjoni tat-TSI relatata mas-subsistema tal-“enerġija” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni (“ENE TSI”), u tat-TSI relatata mas-subsistema tal-“vetturi ferrovjarji — lokomotivi u vetturi ferrovjarji għat-trasport tal-passiġġieri” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni (“LOC&PAS TSI”).

(4)

Jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1301/2014 (4) jiġi emendat sabiex jingħalaq il-punt li jindirizza l-ispeċifikazzjoni relatata mal-protokolli tal-interfaċċa bejn is-sistema tal-kejl tal-enerġija (“EMS”) u s-sistema tal-ġbir tad-dejta u biex tittejjeb iċ-ċarezza tat-test.

(5)

Jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1302/2014 (5) relatat mal-EMS jiġi emendat sabiex tiġi żgurata l-koerenza bejn iż-żewġ TSIs.

(6)

Fl-4 ta' Ottubru 2017, l-Aġenzija ħarġet rakkomandazzjoni dwar l-emendi għar-Regolament (UE) Nru 1301/2014.

(7)

Fl-14 ta' Novembru 2017, l-Aġenzija ħarġet rakkomandazzjoni dwar l-emendi għar-Regolament (UE) Nru 1302/2014, li jkopru, fost l-oħrajn, id-dispożizzjonijiet relatati mal-EMS.

(8)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf skont l-Artikolu 51(1) tad-Direttiva (UE) 2016/797,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 1301/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-aħħar sentenza tal-premessa (6) hija mħassra;

(2)

l-Artikolu 3 huwa mħassar;

(3)

fl-Artikolu 9, il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:

“4.   Minbarra l-implimentazzjoni tas-sistema tal-ġbir tad-dejta dwar l-enerġija ta' fuq l-art (DCS) iddefinita fil-punt 7.2.4 tal-Anness u mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-punt 4.2.8.2.8 tal-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1302/2014 (*1), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tiġi implimentata sistema ta' saldu ta' fuq l-art li tkun tista' tirċievi d-dejta mingħand sistema tal-ġbir tad-dejta u taċċettaha għall-ħruġ tal-kontijiet sal-4 ta' Lulju 2020. Is-sistema ta' saldu ta' fuq l-art għandha tkun tista' tiskambja d-dejta miġbura dwar il-kontijiet tal-enerġija ma' sistemi ta' saldu oħrajn, tivvalida d-dejta miġbura dwar il-kontijiet tal-enerġija u talloka d-dejta dwar il-konsum lill-partijiet it-tajbin. Dan għandu jsir billi titqies il-leġiżlazzjoni rilevanti dwar is-suq tal-enerġija.

(*1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1302/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà fir-rigward tas-subsistema tal-‘Vetturi ferrovjarji — lokomotivi u vetturi ferrovjarji għat-trasport tal-passiġġieri’ tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (Ara paġna 228 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali)”."

(4)

l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1301/2014 huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament ta' Implimentazzjoni.

Artikolu 2

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1302/2014 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament ta' Implimentazzjoni.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Ġunju 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2017/1474 tat-8 ta' Ġunju 2017 li tissupplimenta d-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'rabta mal-objettivi speċifiċi għall-abbozzar, l-adozzjoni u r-reviżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà (ĠU L 210, 15.8.2017, p. 5).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1301/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabbiltà relatati mas-sottosistema tal-enerġija tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni, (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 179).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1302/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà fir-rigward tas-subsistema tal-Vetturi ferrovjarji — lokomotivi u vetturi ferrovjarji għat-trasport tal-passiġġieri tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 228.


ANNEX I

The Annex to Regulation (EU) No 1301/2014 is amended as follows:

(1)

point 2.1(3) is replaced by the following:

‘(3)

In accordance with Annex II, Section 2.2 of Directive 2008/57/EC, the trackside of the electricity consumption measuring system, referred to in this TSI as on-ground energy data collecting system, is set out in point 4.2.17 of this TSI.’;

(2)

the title of point 4.2.5 replaced by the following:

‘4.2.5    Current at standstill (DC systems only)’;

(3)

the first paragraph of point 4.2.13 is replaced by the following:

‘The overhead contact line shall be designed for a minimum of two pantographs operating adjacently. The design spacing of the two adjacent pantograph heads, centre line to centre line, shall be equal or lower than values set out in one column ‘A’, ‘B’, or ‘C’ selected from Table 4.2.13:’;

(4)

in point 4.2.13, table 4.2.13, first row, the word ‘Minimum’ in the titles of columns is deleted;

(5)

point 4.2.17 is replaced by the following:

‘4.2.17   On-ground energy data collecting system

(1)

Point 4.2.8.2.8 of LOC & PAS TSI contains the requirements for on-board Energy Measurement Systems (EMS) intended to produce and transmit the Compiled Energy Billing Data (CEBD) to an on-ground energy data collecting system.

(2)

The on-ground energy data collecting system (DCS) shall receive, store and export CEBD without corrupting it, in accordance with the requirements quoted in clause 4.12 of EN 50463-3:2017.

(3)

The on-ground energy DCS shall support all the data exchange requirements as defined in point 4.2.8.2.8.4 of the LOC&PAS TSI and requirements set out in clauses 4.3.6 and 4.3.7 of EN 50463-4:2017.’;

(6)

the title of point 5.2.1.6 is replaced by the following:

‘5.2.1.6.    Current at standstill (DC systems only)’;

(7)

the title of point 6.1.4.2 is replaced by the following:

‘6.1.4.2.    Assessment of current at standstill (DC systems only)’;

(8)

point 6.1.5(c) is replaced by the following:

‘(c)

continuous current rating;’;

(9)

point 7.2.4 is replaced by the following:

‘7.2.4.

By 1 January 2022, Member States shall ensure that an on-ground energy data collecting system capable to exchange compiled energy billing data in accordance with point 4.2.17 of this TSI is implemented.’;

(10)

point 7.3.1(d) is replaced by the following:

‘(d)

An existing subsystem may allow the circulation of TSI-compliant vehicles whilst meeting the essential requirements of Directive 2008/57/EC. The procedure to be used for the demonstration of the level of compliance with the basic parameters of the TSI shall be in accordance with Commission Recommendation 2014/881/EU (*1)

(*1)  Commission Recommendation 2014/881/EU of 18 November 2014 on the procedure for demonstrating the level of compliance of existing railway lines with the basic parameters of the technical specifications for interoperability (OJ L 356, 12.12.2014, p. 520)’;"

(11)

point 7.3.4 is replaced by the following:

‘7.3.4.

The procedure to be used for the demonstration of the level of compliance of existing lines with the basic parameters of this TSI shall be in accordance with Recommendation 2014/881/EU.’;

(12)

point 7.4.2.11 is deleted;

(13)

in Appendix D, point D.1.1.4, Figure D.1 is replaced by the following figure:

Figure D.1

Pantograph mechanical gauges

Image

(14)

in Table E.1 of Appendix E, rows 9 and 10 are added:

‘9

EN 50463-3

Railway application - Energy measurement on board trains - Part 3: Data handling

2017

On-ground energy data collecting system (4.2.17)

10

EN 50463-4

Railway application - Energy measurement on board trains - Part 4: Communication

2017

On-ground energy data collecting system (4.2.17)’

(15)

the text of Appendix F is replaced by ‘Intentionally deleted’;

(16)

in Table G.1, Glossary, of Appendix G, the row ‘Neutral section insulator’ is deleted.



ANNEX II

The Annex to Regulation (EU) No 1302/2014 is amended as follows:

(1)

in chapter 4 ‘Characteristics of the rolling stock subsystem’, clause 4.2.8.2.8 ‘On-board energy measurement system’ is replaced by the following clause:

‘4.2.8.2.8   On-board energy measurement system

4.2.8.2.8.1   General

(1)

The on-board energy measurement system (EMS) is the system for measurement of all active and reactive electric energy taken from or returned (during regenerative braking) to the overhead contact line (OCL) by the electric unit.

(2)

The EMS shall include at least the following functions: Energy measurement function (EMF) as set out in clause 4.2.8.2.8.2, data handling system (DHS) as set out in clause 4.2.8.2.8.3.

(3)

A suitable communication system will send the compiled energy billing data sets (CEBD) to an on-ground data collecting system (DCS). The interface protocols and transferred data format between EMS and DCS shall fulfil the requirements set out in point 4.2.8.2.8.4.

(4)

This system is suitable for billing purposes; the data sets defined in point 4.2.8.2.8.3(4) provided by this system shall be accepted for billing in all Member States.

(5)

The EMS rated current and voltage shall be matched to the electric unit rated current and voltage; it shall continue to function correctly when changing between several traction energy supply systems.

(6)

Data stored in the EMS shall be protected against loss of the power supply and the EMS shall be protected from non-authorised access.

(7)

An on-board location function providing location data originated from an external source to the DHS shall be provided in networks where such function is necessary for billing purposes only. In any case, the EMS system shall be able to accommodate a compatible location function. If the location function is provided, it shall fulfil the requirements set out in specification referenced in Appendix J-1, index 116.

(8)

The fitment of an EMS, its on-board location function, the description of on-board to ground communication and the metrological control including the accuracy class of the EMF shall be recorded in the technical documentation described in clause 4.2.12.2 of this TSI.

(9)

The maintenance documentation described in clause 4.2.12.3 of this TSI shall include any periodic verification procedure to ensure the required accuracy level of the EMS during its lifetime.

4.2.8.2.8.2   Energy measurement function (EMF)

(1)

The EMF shall ensure the measurement of the voltage and current, calculation of the energy and production of energy data.

(2)

The energy data produced by EMF shall have a time reference period of 5 minutes defined by the Universal Time Coordinated (UTC) clock time at the end of each time reference period; originating from the time stamp 00:00:00; It is permitted to use a shorter measuring period if the data can be aggregated on-board into 5 minutes time reference period.

(3)

The accuracy of EMF for active energy measurement shall comply with clauses 4.2.3.1 to 4.2.3.4 of the specification referenced in Appendix J-1, index 117.

(4)

Each device containing one or more functions of EMF shall indicate: metrological control, and its accuracy class, according to the class designations specified in the specification referenced in clauses 4.3.3.4, 4.3.4.3 and 4.4.4.2 of the specification referenced in Appendix J-1, index 117.

(5)

The conformity assessment of the accuracy is set out in clause 6.2.3.19a.

4.2.8.2.8.3   Data handling system (DHS)

(1)

The DHS shall ensure the production of compiled energy billing data sets for energy billing purposes, by merging data from the EMF with time data and, when required, geographical position, and storing it ready to be sent to an on-ground data collecting system (DCS) by a communication system.

(2)

The DHS shall compile the data without corrupting them and shall incorporate data storage with a memory capacity sufficient to store the compiled data of at least 60 days continuous operation. The time reference used shall be the same as in the EMF.

(3)

The DHS shall have a capability to be interrogated locally on-board for audit and data recovery purposes.

(4)

The DHS shall produce compiled energy billing data sets, (CEBD), by merging the following data for each time reference period:

unique EMS consumption point identification (CPID) as defined in the specification referenced in Appendix J-1, index 118.

end time of each period, defined as year, month, day, hour, minute and second;

location data at the end of each period;

consumed/regenerated active and reactive (if appropriate) energy in each period, in units of watt-hour (active energy) and var-hour (reactive energy) or their decimal-multiples.

(5)

The conformity assessment of compilation and handling of data produced by DHS is set out in clause 6.2.3.19a.

4.2.8.2.8.4   Interface protocols and transferred data format between EMS and DCS

The data exchange between EMS and DCS shall fulfil the following requirements:

The application services (service layer) of the EMS shall comply with clause 4.3.3.1 of the specification referenced in Appendix J-1, index 119.

User access rights for these application services shall comply with clause 4.3.3.3 of the specification referenced in Appendix J-1, index 119.

The structure (data layer) for these application services shall comply with the XML schema as defined in clause 4.3.4 of the specification referenced in Appendix J-1, index 119.

The message mechanism (message layer) for supporting these application services shall comply with the methods and the XML schema in clause 4.3.5 of the specification referenced in Appendix J-1, index 119.

The application protocols for supporting the message mechanism shall comply with clause 4.3.6 of the specification referenced in Appendix J-1, index 119.

The EMS shall use at least one of the communication architectures in clause 4.3.7 of the specification referenced in Appendix J-1, index 119.’;

(2)

in chapter 4 ‘Characteristics of the rolling stock subsystem’, the point 4.2.12.2 (14) is replaced by the following:

‘(14)

Fitment of an on-board energy measurement system, and of its on-board location function (optional), as required in clause 4.2.8.2.8. Description of on-board to ground communication and the metrological control including functions related to the accuracy classes of the voltage measurement, current measurement and energy calculation’;

(3)

in chapter 6 ‘Assessment of conformity or suitability for use and ‘EC’ verification’, the following clause is added below the clause 6.2.3.19:

‘6.2.3.19a   On-board energy measurement system (clause 4.2.8.2.8)

(1)   Energy measurement function (EMF)

The accuracy of the each device containing one or more functions of EMF shall be assessed by testing each function, under reference conditions, using the relevant method as described in clauses 5.4.3.4.1, 5.4.3.4.2 and 5.4.4.3.1 of the specification referenced in Appendix J-1, index 117. The input quantity and power factor range when testing shall correspond to the values set out in Table 3 of the specification referenced in Appendix J-1, index 117.

The effects of temperature on accuracy of the each device containing one or more functions of EMF shall be assessed by testing each function, under reference conditions (except for temperature), using the relevant method as described in clauses 5.4.3.4.3.1, and 5.4.4.3.2.1 of the specification referenced in Appendix J-1, index 117.

The mean temperature coefficient of each device containing one or more functions of EMF shall be assessed by testing each function, under reference conditions (except for temperature), using the relevant method as described in clauses 5.4.3.4.3.2 and 5.4.4.3.2.2 of the specification referenced in Appendix J-1, index 120.

(2)   Data handling system (DHS)

The compiling and handling of data within the DHS shall be assessed by testing using the method as described in the specification referenced in Appendix J-1, index 121.

(3)   On-board energy measurement system (EMS)

The EMS shall be assessed by testing as described in the specification referenced in the specification referenced in Appendix J-1, index 122.’;

(4)

in chapter 7 ‘Implementation’, the following clause is added below clause 7.1.1.4:

‘7.1.1.4a   Transitional measure for on-board energy measurement system requirement

Requirements set out in 4.2.8.2.8 are not mandatory during a transition period ending on 1 January 2022 for projects which, on 14 June 2018, are projects at an advanced stage of development, contracts in course of performance and rolling stock of an existing design as set out in point 7.1.1.2 of this TSI.

When the requirements set out in 4.2.8.2.8.4 are not applied, national rules as regards specification related to interface protocols and transferred data format shall apply and the description of on-board to ground communication shall be provided in the technical documentation.’;

(5)

in the list ‘APPENDICES’ following Chapter 7, the text ‘Appendix D: Energy meter’ is replaced by ‘Appendix D: Intentionally deleted’;

(6)

the text of Appendix D is replaced by ‘Intentionally deleted’;

(7)

in the second table of appendix I ‘Aspects for which the technical specification is not available (open points)’, the following row is deleted:

‘On-board energy measurement system

4.2.8.2.8 and Appendix D

On-board to ground communication: specification related to interface protocols and transferred data format

Description of on-board to ground communication shall be provided in the technical documentation.

The standard series EN 61375-2-6 should be used.’

(8)

in appendix J-1, ‘Standards or normative documents’, the indexes 103, 104 and 105 are replaced by the indexes below:

‘103

NOT USED

104

NOT USED

105

NOT USED’

(9)

in appendix J-1, ‘Standards or normative documents’, the indexes below are added:

‘106

NOT USED

107

NOT USED

108

NOT USED

109

NOT USED

110

NOT USED

111

NOT USED

112

NOT USED

113

NOT USED

114

NOT USED

115

NOT USED

116

On-board location function-Requirements

4.2.8.2.8.1

EN 50463-3:2017

4.4

117

Accuracy of energy measurement function for active energy measurement:

 

Requirements

 

Class designations

 

Assessment methodology

4.2.8.2.8.2

6.2.3.19a

EN 50463-2:2017

4.2.3.1, 4.2.3.2, 4.2.3.3 and 4.2.3.4

4.3.3.4, 4.3.4.3 and 4.4.4.2

5.4.3.4.1, 5.4.3.4.2, 5.4.4.3.1, Table 3, 5.4.3.4.3.1 and 5.4.4.3.2.1

118

Energy measurement function: consumption point identification - Definition

4.2.8.2.8.3

EN 50463-1:2017

4.2.5.2

119

Interface protocols between on-board energy measurement system (EMS) and on-ground data collection system (DCS) - Requirements

4.2.8.2.8.4

EN 50463-4:2017

4.3.3.1, 4.3.3.3, 4.3.4, 4.3.5, 4.3.6 and 4.3.7

120

Energy measurement function: mean temperature coefficient of each device - Assessment methodology

6.2.3.19a

EN 50463-2:2017

5.4.3.4.3.2 and 5.4.4.3.2.2

121

The compiling and handling of data within the data handing system-Assessment methodology

6.2.3.19a

EN 50463-3:2017

5.4.8.3, 5.4.8.5 and 5.4.8.6

122

On- board energy measurement system-Tests

6.2.3.19a

EN 50463-5:2017

5.3.3 and 5.5.4’


DEĊIŻJONIJIET

14.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 149/24


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2018/869

tal-5 ta' Ġunju 2018

li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (*1) (EULEX KOSOVO) (EULEX KOSOVO/1/2018)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/124/PESK tal-4 ta' Frar 2008 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, (EULEX KOSOVO) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(2) tagħha,

Billi:

(1)

Bis-saħħa tal-Artikolu 12(2) tal-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f'konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bl-għan li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO), inkluża d-deċiżjoni tal-ħatra ta' Kap tal-Missjoni.

(2)

Fit-8 ta' Ġunju 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/856 (2), li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK u testendi t-tul ta' żmien ta' EULEX KOSOVO sal-14 ta' Ġunju 2020.

(3)

Fl-20 ta' Lulju 2016, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1207 (3), dwar il-ħatra tas-Sinjura Alexandra PAPADOPOULOU bħala l-Kap tal-Missjoni EULEX KOSOVO għall-perijodu mill-1 ta' Settembru 2016 sal-14 ta' Ġunju 2017.

(4)

Fit-13 ta' Ġunju 2017, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1012 (4), li testendi l-mandat tas-Sinjura Alexandra PAPADOPOULOU bħala l-Kap tal-Missjoni EULEX KOSOVO għall-perijodu mill-15 ta' Ġunju 2017 sal-14 ta' Ġunju 2018.

(5)

Fil-31 ta' Mejju 2018, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà pproponiet l-estensjoni tal-mandat tas-Sinjura Alexandra PAPADOPOULOU bħala l-Kap tal-Missjoni EULEX KOSOVO għall-perijodu mill-15 ta' Ġunju 2018 sal-14 ta' Ġunju 2019,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sinjura Alexandra PAPADOPOULOU bħala l-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO) huwa b'dan estiż għall-perijodu mill-15 ta' Ġunju 2018 sal-14 Ġunju 2019.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Ġunju 2018.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(*1)  Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244 (1999) u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

(1)  ĠU L 42, 16.2.2008, p. 92.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/856 tat-8 ta' Ġunju 2018 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO) (ĠU L 146, 11.6.2018, p. 5).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2016/1207 tal-20 ta' Lulju 2016 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO (EULEX KOSOVO/1/2016) (ĠU L 198, 23.7.2016, p. 49).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2017/1012 tat-13 ta' Ġunju 2017 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO) (EULEX KOSOVO/1/2017) (ĠU L 153, 16.6.2017, p. 27).