ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 148

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
13 ta' Ġunju 2018


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/863 tat-8 ta' Ġunju 2018 li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tar-rebekkini u r-raj fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 3a minn bastimenti li jtajru l-bandiera tad-Danimarka

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/864 tat-8 ta' Ġunju 2018 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-marlin blu fl-Oċean Atlantiku minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

4

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2018 tal-Kunsill tal-Ministri AKP-UE tal-31 ta' Mejju 2018 dwar ir-reviżjoni tal-Anness Ic għall-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE [2018/865]

7

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

13.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/863

tat-8 ta' Ġunju 2018

li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tar-rebekkini u r-raj fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 3a minn bastimenti li jtajru l-bandiera tad-Danimarka

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2018.

(2)

Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament li għamlu l-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fih jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għalihom għall-2018.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi fih għall-2018 għandha titqies li hija eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi f'dak l-Anness jew li huma rreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikulari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord il-ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data, jew li dan il-ħut jiġi ttrażbordat jew ittrasportat lejn pajjiż ieħor jew li jinħatt l-art minnhom.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Ġunju 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 tat-23 ta' Jannar 2018 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2018 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/127 (ĠU L 27, 31.1.2018, p. 1).


ANNESS

Nru

09/TQ120

Stat Membru

Id-Danimarka

Stokk

SRX/03 A-C. Inklużi RJN/03 A-C., RJH/03 A-C. u RJM/03 A-C.

Speċi

Rebekkini u raj (Rajiformes)

Żona

Ilmijiet tal-Unjoni ta' 3a

Data tal-għeluq

21.4.2018


13.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/864

tat-8 ta' Ġunju 2018

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-marlin blu fl-Oċean Atlantiku minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2018.

(2)

Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament li għamlu l-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fih jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għalihom għall-2018.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi fih għall-2018 għandha titqies li hija eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi f'dak l-Anness jew li huma rreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikulari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord il-ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data, jew li dan il-ħut jiġi ttrażbordat jew ittrasportat lejn pajjiż ieħor jew li jinħatt l-art minnhom.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Ġunju 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 tat-23 ta' Jannar 2018 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2018 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/127 (ĠU L 27, 31.1.2018, p. 1).


ANNESS

Nru

10/TQ120

Stat Membru

Il-Portugall

Stokk

BUM/ATLANT

Speċi

Marlin blu (Makaira nigricans)

Żona

L-Oċean Atlantiku

Data tal-għeluq

14.5.2018


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

13.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/7


DEĊIŻJONI Nru 1/2018 TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI AKP-UE

tal-31 ta' Mejju 2018

dwar ir-reviżjoni tal-Anness Ic għall-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE [2018/865]

IL-KUNSILL TAL-MINISTRI AKP-UE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-Membri tal-Grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE”), kif emendat l-aħħar, u partikolarment l-Artikolu 15(2), flimkien mal-Artikoli 100 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 15(2) tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, il-funzjonijiet tal-Kunsill tal-Ministri jinkludu t-teħid ta' kull deċiżjoni biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tal-Ftehim.

(2)

L-Artikolu 100 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE jiddikjara li ċerti Annessi jistgħu jiġu riveduti, eżaminat u/jew emendati mill-Kunsill tal-Ministri abbażi ta' rakkomandazzjoni mill-Kumitat ta' Kooperazzjoni għall-Finanzjament tal-Iżvilupp AKP-UE.

(3)

Jenħtieġ li l-Anness Ic għall-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE jiġi rivedut sabiex jiġu assenjati mill-ġdid il-fondi bejn l-istrumenti ta' kooperazzjoni permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għall-istrument ta' kooperazzjoni intra-AKP u dak interreġjonali. Il-fondi assenjati mill-ġdid għandhom jikkontribwixxu għall-iffinanzjar tal-inizjattiva Spotlight u għas-Sħubija Globali għall-Edukazzjoni (GPE). L-inizjattiva Spotlight hija azzjoni globali konġunta UE-NU mmirata lejn il-prevenzjoni u r-rispons għall-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet f'pajjiżi fil-mira. Abbażi tal-evidenza, l-inizjattiva Spotlight se tiffoka fuq forom partikolari ta' vjolenza sesswali u dik ibbażata fuq il-ġeneru li huma prevalenti jew li joħorġu b'mod prominenti f'reġjuni speċifiċi, biex b'hekk tikkontribwixxi biex jintlaħaq l-għan ta' żvilupp sostenibbli numru 5 (SDG 5) dwar l-“Ugwaljanza bejn is-Sessi”. L-objettiv globali tal-GPE huwa li jiġu mobilizzati sforzi globali u nazzjonali biex tinkiseb edukazzjoni u tagħlim ta' kwalità għal kulħadd, permezz ta' sħubija inklużiva, attenzjoni fuq sistemi ta' edukazzjoni effettivi, u l-iffinanzjar għall-edukazzjoni bażika. Iż-żewġ inizjattivi huma konformi mal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE kif ukoll mal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli li jippromwovu approċċ aktar komprensiv għall-iżvilupp tal-bniedem. Fir-rigward tal-edukazzjoni, dan l-approċċ ifisser aktar għajnuna għal edukazzjoni ta' kwalità inklużiva u ekwa għal kulħadd u t-tagħlim tul il-ħajja (SDG 4), b'attenzjoni qawwija fuq il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi (SDG 5),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-ipprogrammar, il-finanzjament permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għandu jiġi assenjat mill-ġdid bejn l-allokazzjonijiet għal strumenti ta' kooperazzjoni stabbiliti fl-Anness Ic għall-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE.

2.   Ammont ta' EUR 425 miljun għandu jiġi assenjat mill-ġdid mir-riżerva ġenerali għal Programmi Indikattivi Nazzjonali u Reġjonali, stabbiliti fil-punt 2(a) tal-Anness Ic, għall-kooperazzjoni intra-AKP u dik interreġjonali, stabbiliti fil-punt 2(b) tal-Anness Ic, kif ġej:

ammont ta' EUR 350 miljun għandu jiġi allokat lill-inizjattiva Spotlight;

ammont ta' EUR 75 miljun għandu jiġi allokat lis-Sħubija Globali għall-Edukazzjoni.

Artikolu 2

B'konsegwenza tal-assenjazzjoni mill-ġdid tal-allokazzjonijiet skont l-Artikolu 1, il-punti 2(a) u (b) tal-Anness Ic għall-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

“(a)

EUR 23 940 miljun għall-finanzjament ta' programmi indikattivi nazzjonali u reġjonali. Din l-allokazzjoni tintuża biex tiffinanzja:

(i)

il-programmi indikattivi nazzjonali ta' Stati individwali tal-AKP f'konformità mal-Artikoli minn 1 sa 5 tal-Anness IV għal dan il-Ftehim rigward il-proċeduri ta' implimentazzjoni u ta' amministrazzjoni;

(ii)

il-programmi indikattivi reġjonali ta' appoġġ għall-kooperazzjoni reġjonali u interreġjonali u l-integrazzjoni reġjonali ta' Stati tal-AKP f'konformità mal-Artikoli 6 sa 11 tal-Anness IV għal dan il-Ftehim rigward il-proċeduri ta' implimentazzjoni u ta' amministrazzjoni;

(b)

EUR 4 015-il miljun għall-finanzjament tal-kooperazzjoni intra-AKP u dik interreġjonali ma' ħafna mill-Istati tal-AKP jew magħhom kollha f'konformità mal-Artikoli minn 12 sa 14 tal-Anness IV għal dan il-Ftehim rigward il-proċeduri ta' implimentazzjoni u ta' amministrazzjoni. Dan il-pakkett għandu jinkludi appoġġ għall-istituzzjonijiet u l-korpi konġunti maħluqa skont dan il-Ftehim. Għandu jkopri wkoll l-assistenza għall-infiq operattiv tas-Segretarjat tal-AKP imsemmi fil-punti 1 u 2 tal-Protokoll Nru 1 dwar in-nefqa operattiva tal-istituzzjonijiet konġunti;”.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul f'Lomé, il-31 ta' Mejju 2018.

Għall-Kunsill tal-Ministri AKP-UE

Il-President

K. JOHNSON SMITH


(1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.