ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 148 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 61 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
|
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
* |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
13.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 148/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/863
tat-8 ta' Ġunju 2018
li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tar-rebekkini u r-raj fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 3a minn bastimenti li jtajru l-bandiera tad-Danimarka
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2018. |
(2) |
Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament li għamlu l-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fih jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għalihom għall-2018. |
(3) |
Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi fih għall-2018 għandha titqies li hija eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi f'dak l-Anness jew li huma rreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikulari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord il-ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data, jew li dan il-ħut jiġi ttrażbordat jew ittrasportat lejn pajjiż ieħor jew li jinħatt l-art minnhom.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Ġunju 2018.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
João AGUIAR MACHADO
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 tat-23 ta' Jannar 2018 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2018 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/127 (ĠU L 27, 31.1.2018, p. 1).
ANNESS
Nru |
09/TQ120 |
Stat Membru |
Id-Danimarka |
Stokk |
SRX/03 A-C. Inklużi RJN/03 A-C., RJH/03 A-C. u RJM/03 A-C. |
Speċi |
Rebekkini u raj (Rajiformes) |
Żona |
Ilmijiet tal-Unjoni ta' 3a |
Data tal-għeluq |
21.4.2018 |
13.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 148/4 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/864
tat-8 ta' Ġunju 2018
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-marlin blu fl-Oċean Atlantiku minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2018. |
(2) |
Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament li għamlu l-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fih jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għalihom għall-2018. |
(3) |
Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi fih għall-2018 għandha titqies li hija eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi f'dak l-Anness jew li huma rreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikulari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord il-ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data, jew li dan il-ħut jiġi ttrażbordat jew ittrasportat lejn pajjiż ieħor jew li jinħatt l-art minnhom.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Ġunju 2018.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
João AGUIAR MACHADO
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 tat-23 ta' Jannar 2018 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2018 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/127 (ĠU L 27, 31.1.2018, p. 1).
ANNESS
Nru |
10/TQ120 |
Stat Membru |
Il-Portugall |
Stokk |
BUM/ATLANT |
Speċi |
Marlin blu (Makaira nigricans) |
Żona |
L-Oċean Atlantiku |
Data tal-għeluq |
14.5.2018 |
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
13.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 148/7 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2018 TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI AKP-UE
tal-31 ta' Mejju 2018
dwar ir-reviżjoni tal-Anness Ic għall-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE [2018/865]
IL-KUNSILL TAL-MINISTRI AKP-UE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-Membri tal-Grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE”), kif emendat l-aħħar, u partikolarment l-Artikolu 15(2), flimkien mal-Artikoli 100 tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 15(2) tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, il-funzjonijiet tal-Kunsill tal-Ministri jinkludu t-teħid ta' kull deċiżjoni biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tal-Ftehim. |
(2) |
L-Artikolu 100 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE jiddikjara li ċerti Annessi jistgħu jiġu riveduti, eżaminat u/jew emendati mill-Kunsill tal-Ministri abbażi ta' rakkomandazzjoni mill-Kumitat ta' Kooperazzjoni għall-Finanzjament tal-Iżvilupp AKP-UE. |
(3) |
Jenħtieġ li l-Anness Ic għall-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE jiġi rivedut sabiex jiġu assenjati mill-ġdid il-fondi bejn l-istrumenti ta' kooperazzjoni permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għall-istrument ta' kooperazzjoni intra-AKP u dak interreġjonali. Il-fondi assenjati mill-ġdid għandhom jikkontribwixxu għall-iffinanzjar tal-inizjattiva Spotlight u għas-Sħubija Globali għall-Edukazzjoni (GPE). L-inizjattiva Spotlight hija azzjoni globali konġunta UE-NU mmirata lejn il-prevenzjoni u r-rispons għall-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet f'pajjiżi fil-mira. Abbażi tal-evidenza, l-inizjattiva Spotlight se tiffoka fuq forom partikolari ta' vjolenza sesswali u dik ibbażata fuq il-ġeneru li huma prevalenti jew li joħorġu b'mod prominenti f'reġjuni speċifiċi, biex b'hekk tikkontribwixxi biex jintlaħaq l-għan ta' żvilupp sostenibbli numru 5 (SDG 5) dwar l-“Ugwaljanza bejn is-Sessi”. L-objettiv globali tal-GPE huwa li jiġu mobilizzati sforzi globali u nazzjonali biex tinkiseb edukazzjoni u tagħlim ta' kwalità għal kulħadd, permezz ta' sħubija inklużiva, attenzjoni fuq sistemi ta' edukazzjoni effettivi, u l-iffinanzjar għall-edukazzjoni bażika. Iż-żewġ inizjattivi huma konformi mal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE kif ukoll mal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli li jippromwovu approċċ aktar komprensiv għall-iżvilupp tal-bniedem. Fir-rigward tal-edukazzjoni, dan l-approċċ ifisser aktar għajnuna għal edukazzjoni ta' kwalità inklużiva u ekwa għal kulħadd u t-tagħlim tul il-ħajja (SDG 4), b'attenzjoni qawwija fuq il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi (SDG 5), |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-ipprogrammar, il-finanzjament permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għandu jiġi assenjat mill-ġdid bejn l-allokazzjonijiet għal strumenti ta' kooperazzjoni stabbiliti fl-Anness Ic għall-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE.
2. Ammont ta' EUR 425 miljun għandu jiġi assenjat mill-ġdid mir-riżerva ġenerali għal Programmi Indikattivi Nazzjonali u Reġjonali, stabbiliti fil-punt 2(a) tal-Anness Ic, għall-kooperazzjoni intra-AKP u dik interreġjonali, stabbiliti fil-punt 2(b) tal-Anness Ic, kif ġej:
— |
ammont ta' EUR 350 miljun għandu jiġi allokat lill-inizjattiva Spotlight; |
— |
ammont ta' EUR 75 miljun għandu jiġi allokat lis-Sħubija Globali għall-Edukazzjoni. |
Artikolu 2
B'konsegwenza tal-assenjazzjoni mill-ġdid tal-allokazzjonijiet skont l-Artikolu 1, il-punti 2(a) u (b) tal-Anness Ic għall-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:
“(a) |
EUR 23 940 miljun għall-finanzjament ta' programmi indikattivi nazzjonali u reġjonali. Din l-allokazzjoni tintuża biex tiffinanzja:
|
(b) |
EUR 4 015-il miljun għall-finanzjament tal-kooperazzjoni intra-AKP u dik interreġjonali ma' ħafna mill-Istati tal-AKP jew magħhom kollha f'konformità mal-Artikoli minn 12 sa 14 tal-Anness IV għal dan il-Ftehim rigward il-proċeduri ta' implimentazzjoni u ta' amministrazzjoni. Dan il-pakkett għandu jinkludi appoġġ għall-istituzzjonijiet u l-korpi konġunti maħluqa skont dan il-Ftehim. Għandu jkopri wkoll l-assistenza għall-infiq operattiv tas-Segretarjat tal-AKP imsemmi fil-punti 1 u 2 tal-Protokoll Nru 1 dwar in-nefqa operattiva tal-istituzzjonijiet konġunti;”. |
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul f'Lomé, il-31 ta' Mejju 2018.
Għall-Kunsill tal-Ministri AKP-UE
Il-President
K. JOHNSON SMITH
(1) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.