ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 134 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 61 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
* |
||
|
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET |
|
|
* |
|
|
Rettifika |
|
|
* |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
31.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 134/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/787
tal-25 ta' Mejju 2018
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha parzjalment jew kollha kemm hi, jew li żżid kwalunkwe sottodiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jiġu applikati t-tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti. |
(3) |
Skont dawn ir-regoli ġenerali, jenħtieġ li l-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbiliti fl-Anness jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), bis-saħħa tar-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella. |
(4) |
Huwa xieraq li jiġi stipulat li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu jenħtieġ li jkun ta' tliet xhur. |
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Mejju 2018.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Stephen QUEST
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta' Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
ANNESS
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
(1) |
(2) |
(3) |
Oġġett (hekk imsejjaħ “ortożi bil-lazzijiet”) magħmul minn diversi biċċiet ta' materjal tessili meħjuta flimkien, b'fetħa għall-għarqub u s-swaba' tas-saqajn, b'keffa madwar il-fetħiet u t-trufijiet tal-oġġett. Il-parti tal-quddiem tal-wiċċ hija magħluqa b'ilsien li jikkonsisti minn materjal tessili magħmul bil-ganċ. Il-partijiet tessili l-oħra jikkonsistu minn diversi saffi ta' materjali tessili elastiċi magħmulin bil-ganċ. Hemm imwaħħla mat-tessut, pjanċa tal-plastik elastiku u hija parzjalment viżibbli biss fuq barra tal-oġġett. Il-pjanċa tal-plastik tilħaq madwar il-pett u għandha eyelets tul il-quddiem tal-wiċċ tal-oġġett flimkien ma' ġanċijiet tal-lazzijiet fuq ix-xaft biex jippermettu l-issikkar tal-oġġett madwar is-sieq u l-pexxun b'lazzijiet tessili. Il-pjanċa tal-plastik tagħti xi ftit stabbiltà lil dan l-oġġett. Madankollu hija flessibbli u, meta jiġi ssikkat bil-lazzijiet, teżerċita pressjoni fuq is-sieq u l-pexxun. Dan l-oġġett qed jiġi ppreżentat biex jintlibes f'żarbuna u jintuża bħala faxxa għall-għaksa fil-każ ta' xi għaksa mfekka u kontużjonijiet tal-għaksa, leżjonijiet u tiċrit tal-ligamenti, u għall-prevenzjoni ta' dawn il-korrimenti, kif ukoll fil-każ ta' instabbiltà tal-ligamenti. Madankollu, ma jistax jipprekludi għalkollox moviment speċifiku tal-parti difettuża tal-ġisem. F'riabilitazzjoni postoperatorja, dan l-oġġett jiffaċilita lill-ġisem jerfa' l-piż kollu mill-ġdid. Ara l-istampi (*1) |
6307 90 10 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1, 3(c) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u bil-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 6307 , 6307 90 u 6307 90 10 . L-oġġett ma jistax jiġi aġġustat għal xi diżabbiltà speċifika ta' pazjent, iżda għandu użu multifunzjonali. Dan l-oġġett huwa simili għal faxxa sempliċi tat-tessut li titgeżwer ma' ligament u li tiġi ssikkata madwar ċerti partijiet biex issir pressjoni biex jitkattar il-fejqan tal-korrimenti jew biex jiġu evitati aktar korrimenti. B'hekk jiġi żgurat li ma jsirux movimenti mhux mixtieqa subkonxjament minħabba movimenti riflessivi (ara wkoll in-Noti ta' Spjega tan-Nomenklatura Magħquda (CNEN) tal-Unjoni Ewropea fit-tieni paragrafu tas-subintestatura 9021 10 10 ). Għaldaqstant, il-karatteristiċi oġġettivi tal-oġġett huma tali li ma jiddistingwuhx minn soġġett ordinarji ta' sostenn għall-użu ġenerali, b'mod partikolari, minħabba li l-materjali li hu magħmul minnhom (materjali flessibbli), il-metodu ta' tħaddim (l-issikkar jagħmel l-pressjoni) jew l-aġġustabbiltà tal-diżabbiltajiet speċifiċi tal-pazjent (ara wkoll in-Nota 6 tal-Kapitolu 90 u s-sentenza tas-7 ta' Novembru 2002, Lohmann u Medi Bayreuth, Kawżi Konġunti C-260/00 sa C-263/00, ECLI:EU:C:2002:637, il-paragrafi 39 u 45). Barra minn hekk, l-oġġett ma jistax jiġi kklassifikat bħala “apparat ortopediku” taħt il-kodiċi NM 9021 10 10 billi, minħabba l-elastiċità tiegħu, ma jistax jipprekludi kompletament moviment speċifiku tal-parti difettuża tal-ġisem sabiex jeskludi aktar korrimenti (ara wkoll is-CNEN fit-tieni paragrafu tas-subintestatura 9021 10 10 ). Pereżempju, fil-każ ta' ligamenti mċarrtin, l-oġġett għandu jagħmilha impossibbli li l-ġog tal-għaksa jiġi inklinat anke meta l-persuna tkun miexja jew taqbeż. Madankollu, il-materjal tessili u l-materjal flessibbli tal-plastik li minnhom huwa magħmul l-oġġett ma jistgħux isostnu l-piż tal-ġisem waqt il-ġiri. L-effett mixtieq tal-applikazzjoni tal-pressjoni jinkiseb kemm mill-plastik kif ukoll mill-materjali tessili. Għaldaqstant, iż-żewġ materjali huma ugwalment essenzjali fit-tifsira tar-regola ġenerali 3(b) għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u l-oġġett għandu jiġi kklassifikat taħt l-intestatura li tiġi l-aħħar fl-ordni numerika fost dawk li ugwalment jimmeritawistħoqqilhom konsiderazzjoni (l-intestaturi 3926 u 6307 ). Għaldaqstant, l-oġġett għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 6307 90 10 bħala “oġġetti oħrajn manifatturati ta' tessuti”. |
(*1) L-istampi huma biss għal finijiet ta' informazzjoni.
31.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 134/5 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/788
tat-30 ta' Mejju 2018
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1993 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, għal importazzjonijiet ta' ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ, ikkonsenjati mill-Indja, l-Indoneżja, il-Malasja, it-Tajwan u t-Tajlandja, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw f'dawn il-pajjiżi u kemm jekk le, wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir- Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikoli 11(4) u 13(4) tiegħu,
Billi:
1. MIŻURI FIS-SEĦĦ
(1) |
Permezz tar-Regolament (UE) Nru 791/2011 (2), il-Kunsill impona dazju antidumping residwu ta' 62,9 % fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Wara investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni skont l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku, iktar tard dawn il-miżuri ġew estiżi għall-importazzjonijiet ikkonsenjati mill-Indja u l-Indoneżja, permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1371/2013 (3) (“il-miżuri estiżi”). Permezz tal-istess Regolament, produttur esportatur Indjan kien eżentat minn dawn il-miżuri estiżi. Sussegwentement, permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1507 (4) produttur esportatur Indjan ieħor ġie eżentat ukoll mill-miżuri estiżi. |
(2) |
Wara investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni skont l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku, il-miżuri antidumping ġew estiżi wkoll għall-Malasja (5), it-Tajwan u t-Tajlandja (6). |
(3) |
Il-miżuri li attwalment huma fis-seħħ huma dazji antidumping imposti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1993 (7) wara rieżami tal-iskadenza li kkonferma t-tkomplija tal-miżuri. |
2. TALBA GĦAL RIEŻAMI
(4) |
Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) sussegwentement rċeviet talba għal eżenzjoni mill-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, kif estiżi għall-importazzjonijiet ikkonsenjati mill-Indja, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fl-Indja u kemm jekk le, skont l-Artikoli 11(4) u 13(4) tar-Regolament bażiku. |
(5) |
It-talba saret fis-26 ta' Jannar 2017 minn SPG Glass Fibre PVT. LTD (“l-applikant”), produttur esportatur tal-prodott taħt rieżami fl-Indja (“il-pajjiż ikkonċernat”). It-talba kienet limitata fil-kamp ta' applikazzjoni għall-possibbiltà li tinkiseb eżenzjoni mill-miżuri estiżi sa fejn għandu x'jaqsam l-applikant. |
(6) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-evidenza ppreżentata mill-applikant u qisitha suffiċjenti biex tiġġustifika li tinbeda investigazzjoni skont l-Artikoli 11(4) u 13(4) tar-Regolament bażiku. B'hekk, il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni fl-1 ta' Settembru 2017 billi ppubblikat r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1514 (8) f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(7) |
Barra minn hekk, skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1514, il-Kummissjoni tat struzzjonijiet lill-awtoritajiet doganali sabiex jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami kkonsenjat mill-Indja u prodott u mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni mill-applikant, skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku. |
3. PRODOTT TAĦT RIEŻAMI
(8) |
Il-prodott soġġett għal dan ir-rieżami huwa drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ, b'daqs taċ-ċellula ta' aktar minn 1,8 mm kemm fit-tul u kif ukoll fil-wisa' u li jiżnu aktar minn 35 g/m2, mingħajr id-diski tal-fibra tal-ħġieġ, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina jew ikkonsenjati mill-Indja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Indja u kemm jekk le (“il-prodott taħt rieżami”), li bħalissa jaqa' taħt il-kodiċi NM ex 7019 51 00 u ex 7019 59 00. |
4. INVESTIGAZZJONI
(a) Perjodu ta' investigazzjoni
(9) |
Il-perjodu tar-rapportar kopra l-perjodu mill-1 ta' Lulju 2016 sat-30 ta' Ġunju 2017. Id-data ġiet miġbura mill-perjodu tal-investigazzjoni li wassal għall-miżuri estiżi (l-1 ta' April 2012 sal-31 ta' Marzu 2013) sa tmiem il-perjodu tar-rapportar (“il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami”). |
(10) |
Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-industrija tal-Unjoni, lill-applikant u lill-Gvern tal-Indja dwar il-bidu tar-rieżami. Il-partijiet interessati ġew mistiedna jesprimu l-fehmiet tagħhom u kienu mgħarrfa bil-possibbiltà li jitolbu seduta ta' smigħ. Ma ġie rċevut ebda kumment u l-partijiet interessati ma talbu ebda seduta ta' smigħ mal-Kummissjoni. |
(11) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-applikant u rċeviet tweġiba sal-iskadenza stipulata. Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat fuq il-post l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-iskopijiet tar-rieżami. Saret żjara ta' verifika fil-bini tal-applikant f'Mumbai u f'Umbergaon, l-Indja. |
(b) L-applikant
(12) |
L-applikant huwa SPG Glass Fibre PVT. LTD, produttur esportatur tal-prodott taħt rieżami fl-Indja. |
(c) Is-sejbiet tal-investigazzjoni
(13) |
Il-Kummissjoni eżaminat jekk il-kundizzjonijiet għall-għoti ta' eżenzjoni skont l-Artikolu 11(4) u 13(4) tar-Regolament bażiku ġewx issodisfati. |
(14) |
L-investigazzjoni kkonfermat li l-applikant ma kienx esporta l-prodott taħt rieżami lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni tal-investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni li wasslet għall-estensjoni tal-miżuri, jiġifieri mill-1 ta' April 2012 sal-31 ta' Marzu 2013. |
(15) |
L-investigazzjoni kkonfermat li l-applikant ma kien relatat mal-ebda esportaturi jew produtturi Ċiniżi soġġetti għall-miżuri antidumping. |
(16) |
Barra minn hekk, l-investigazzjoni kkonfermat li l-applikant huwa produttur ġenwin tal-prodott taħt rieżami u mhux involut fi prattiki ta' ċirkomvenzjoni. L-applikant huwa produttur integrat li jixtri sferi tal-ħġieġ prodotti domestikament għall-produzzjoni ta' fibri tal-ħġieġ u juża dawn tal-aħħar bħala materja prima għal drappijiet b'malja miftuħa. Il-prodott finali wara nbigħ fis-suq domestiku b'mod kontinwu. Aktar reċenti, billi l-applikant għandu l-għan li jesporta l-prodotti tiegħu, saru xi tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni lil pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea. |
(17) |
L-investigazzjoni kkonfermat li l-applikant ma kienx qed jixtri l-prodott finali taħt rieżami mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina biex jerġa' jinbiegħ jew jiġi ttrażbordat għall-Unjoni. |
(18) |
L-applikant kien lest jipprovdi evidenza bil-miktub ta' natura kuntrattwali vinkolanti li tinkludi l-obbligu li jibgħatu l-prodott taħt rieżami lil klijent fl-Unjoni. Sa issa, ma ma kienx hemm kunsinna reali, billi kien hemm ftehim reċiproku li wieħed jistenna l-eżitu ta' dan il-proċediment qabel jipproċedi bil-kunsinni. |
(19) |
Is-sejbiet ta' hawn fuq kienu żvelati lill-applikant u lill-industrija tal-Unjoni, li ngħataw l-opportunità li jgħaddu xi kummenti. L-applikant sostna li huwa qabel mas-sejbiet tal-Kummissjoni. |
(20) |
Il-kummenti dwar l-iżvelar saru mill-industrija tal-Unjoni, li oġġezzjonat għall-eżenzjoni. B'mod partikolari, hija esprimiet dubji rigward in-natura integrata tal-produzzjoni ta' SPG, u rigward is-sejba li l-materja prima ma kinitx ta' oriġini Ċiniża. Hija kkuntestat ukoll li SPG jipprova jipproduċi l-fibra tal-ħġieġ huwa stess, peress li dan ikun jinvolvi proċess ta' tidwib antikwat bi spejjeż enerġetiċi għoljin wisq. L-industrija tal-Unjoni lmentat li l-fajl pubbliku ma kienx jippermettilha tindirizza dan it-tħassib, speċjalment fir-rigward ta' data preċedenti rreġistrata. |
(21) |
Il-Kummissjoni żiedet nota spjegatorja mal-fajl pubbliku li tikkonferma li l-forniment ta' ħjut u l-ftietel (roving) tal-fibra tal-ħġieġ tat-tip C miċ-Ċina lil SPG ġie sostitwit mill-produzzjoni ta' SPG innifsu ta' fibri tal-ħġieġ minn sferi tal-ħġieġ li joriġinaw mill-Indja mill-2016, meta nkiseb il-makkinarju xieraq, u dan għamel lil SPG produttur integrat tal-prodott ikkonċernat. Dawn il-fatti u ż-żieda konsegwenti fl-ispejjeż enerġetiċi ġew ikkonfermati waqt verifika fuq il-post. Madankollu, is-sejbiet ma jippermettux li tiġi ġġudikata l-adegwatezza tal-proċess tal-produzzjoni. Għalhekk, il-pretensjonijiet tal-industrija tal-Unjoni ġew miċħuda. |
(d) Konklużjonijiet
(22) |
F'konformità mas-sejbiet deskritti fil-premessi minn (13) sa (18), il-Kummissjoni tikkonkludi li l-applikant jissodisfa l-kundizzjonijiet għal eżenzjoni skont l-Artikoli 11(4) u 13(4) tar-Regolament bażiku u jinħtieġ li jiżdiedu mal-lista ta' kumpaniji li huma eżentati mid-dazju antidumping impost mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1993. |
(23) |
L-eżenzjoni mill-miżuri estiżi mogħtija għall-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami, skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku, tibqa' valida bil-kundizzjoni li l-fatti kif finalment aċċertati jiġġustifikaw l-eżenzjoni. Jekk l-evidenza ġdida prima facie turi mod ieħor, jista' jingħata bidu għal investigazzjoni mill-Kummissjoni biex jiġi stabbilit jekk ikunx iġġustifikat li l-eżenzjoni tiġi rtirata. |
(24) |
L-eżenzjoni mill-miżuri estiżi mogħtija għall-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami prodott mill-applikant tiġi deċiża fuq il-bażi tas-sejbiet tar-rieżami preżenti. Din l-eżenzjoni hija għalhekk esklussivament applikabbli għal importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami kkonsenjati mill-Indja u prodott mill-entità ġuridika speċifika msemmija hawn fuq. Il-prodott importat taħt rieżami prodott minn kwalunkwe kumpanija li mhijiex imsemmija b'mod speċifiku fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1993 bl-isem tagħha, inklużi l-entitajiet relatati ma' dawk imsemmija b'mod speċifiku, jinħtieġ li ma jibbenifikawx mill-eżenzjoni u jinħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata ta' dazju residwa kif imposta minn dak ir-Regolament. |
(25) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1993 jinħtieġ li jiġi emendat biex jinkludi SPG Glass Fibre PVT. LTD fl-Artikolu 1(3) tiegħu. |
(26) |
Biex jibbenefika mill-eżenzjoni, jinħtieġ li tiġi pprovduta lill-awtoritajiet doganali fattura li tikkonforma ma' ċerti rekwiżiti. Ta' min jinnota li l-istess rekwiżit huwa applikabbli għal Montex Glass Fibre Industries Pvt. Ltd and to Pyrotek India Pvt. Ltd. Dawn il-kumpaniji diġà rċevew eżenzjoni mill-miżuri fis-seħħ. Billi dik il-kundizzjoni ma ġietx riprodotta fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1993, l-ommissjoni tiġi korretta permezz ta' dan ir-Regolament. |
5. REKWIŻITI TA' KOMITOLOĠIJA
(27) |
Dan ir-Regolament huwa skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036. |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1993 jinbidel b'dan li ej:
(1) |
L-Artikolu 1(3) huwa sostitwit bis-sussegwenti: “3. Id-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, kif stipulat fil-paragrafu 2, huwa b'hekk estiż għall-importazzjonijiet tal-istess drappijiet b'malja miftuħa kkunsinjati mill-Indja u l-Indoneżja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Indja u mill-Indoneżja u kemm jekk le (kodiċi TARIC 7019510014, 7019510015, 7019590014 u 7019590015) bl-eċċezzjoni ta' dawk prodotti minn Montex Glass Fibre Industries Pvt. Ltd (kodiċi addizzjonali TARIC B942), Pyrotek India Pvt. Ltd (kodiċi addizzjonali TARIC C051), u SPG GLASS FIBRE PVT. LTD (kodiċi addizzjonali TARIC C205), għall-importazzjonijiet tal-istess drappijiet b'malja miftuħa kkunsinjati mill-Malasja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja u kemm jekk le (kodiċi addizzjonali TARIC 7019510011 u 7019590011) u għall-importazzjonijiet tal-istess drappijiet b'malja miftuħa kkunsinjati mit-Tajwan u mit-Tajlandja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mit-Tajwan u mit-Tajlandja u kemm jekk le (kodiċi addizzjonali TARIC 7019510012, 7019510013, 7019590012 u 7019590013). L-applikazzjoni tal-eżenzjoni mogħtija lil Montex Glass Fibre Industries Pvt. Ltd, Pyrotek India Pvt. Ltd u SPG Glass Fibre PVT Ltd għandha tkun bil-kundizzjoni li tkun ippreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II ta' dan ir-Regolament. Jekk l-ebda fattura bħal din ma tiġi ppreżentata, għandu jiġi applikat id-dazju antidumping kif impost mill-paragrafu 1.” |
(2) |
It-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandu jiżdied mal-Anness II. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Mejju 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 791/2011 tat-3 ta' Awwissu 2011 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 204, 9.8.2011, p. 1).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1371/2013 tas-16 ta' Diċembru 2013 li jestendi d-dazju definittiv antidumping impost mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 791/2011 fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta' ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ kkonsenjati mill-Indja u mill-Indoneżja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Indja u mill-Indoneżja kif ukoll jekk le (ĠU L 346, 20.12.2013, p. 20).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1507 tad-9 ta' Settembru 2015 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1371/2013 li jestendi dazju definittiv antidumping impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ikkunsinjati, fost l-oħrajn, mill-Indja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Indja kemm jekk le (ĠU L 236, 10.9.2015, p. 1).
(5) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 672/2012 tas-16 ta' Lulju 2012 li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 791/2011 dwar l-importazzjonijiet ta' ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta' ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ ikkunsinjati mill-Malasja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja kif ukoll jekk le (ĠU L 196, 24.7.2012, p. 1).
(6) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 21/2013 tal-10 ta' Jannar 2013 li jestendi d-dazju definittiv anti-dumping impost mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 791/2011 dwar ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta' ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ kkunsinjati mit-Tajwan u t-Tajlandja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mit-Tajwan u t-Tajlandja kif ukoll jekk le (ĠU L 11, 16.1.2013, p. 1).
(7) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1993 tas-6 ta' Novembru 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, għal importazzjonijiet ta' ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ, ikkonsenjati mill-Indja, l-Indoneżja, il-Malasja, it-Tajwan u t-Tajlandja, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw f'dawn il-pajjiżi u kemm jekk le, wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 288, 7.11.2017, p. 4).
(8) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1514 tal-31 ta' Awwissu 2017 li jagħti bidu għal rieżami tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1371/2013 (li jestendi d-dazju definittiv antidumping impost bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 791/2011 fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, għal importazzjonijiet ta' ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ, ikkonsenjati mill-Indja u mill-Indoneżja, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mill-Indja u mill-Indoneżja kemm jekk le) għall-finijiet li tiġi ddeterminata l-possibbiltà li tingħata eżenzjoni minn dawk il-miżuri lil produttur esportatur Indjan wieħed, li jirrevoka d-dazju antidumping fuq l-importazzjonijiet minn dak il-produttur esportatur u li l-importazzjonijiet minn dak il-produttur esportatur jagħmilhom soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L 226, 1.9.2017, p. 1).
ANNESS
“ANNESS II
Dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-entità li qed toħroġ il-fattura kummerċjali, fil-format li ġej, trid tidher fuq il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1.
1. |
L-isem u l-funzjoni tal-uffiċjal tal-entità li qed toħroġ il-fattura kummerċjali; |
2. |
Id-dikjarazzjoni li ġejja: ‘Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-(volum) tal-(prodott ikkonċernat) mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem il-kumpanija u l-indirizz) (Kodiċi addizjonali TARIC) fi (pajjiż ikkonċernat). Jiena niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f'din il-fattura hija sħiħa u korretta’; |
3. |
Data u firma. |
DEĊIŻJONIJIET
31.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 134/10 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/789
tal-25 ta' Mejju 2018
li tawtorizza lill-Ungerija biex tapplika miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
F'konformità mal-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE, kwalunkwe persuna taxxabbli li twettaq provvista taxxabbli ta' oġġetti jew servizzi, bħala regola ġenerali, hija responsabbli għall-ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) lill-awtoritajiet tat-taxxa. |
(2) |
Permezz ta' ittra reġistrata mal-Kummissjoni fit-13 ta' Lulju 2017, l-Ungerija talbet awtorizzazzjoni biex tintroduċi miżura biex tidderoga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE (“il-miżura speċjali”) fir-rigward tal-persuna responsabbli għall-ħlas tal-VAT fil-każ ta' ċerti provvisti mwettqa minn persuna taxxabbli soġġetta għal likwidazzjoni jew għal kwalunkwe proċediment ieħor li jistabbilixxi legalment l-insolvenza tagħha. |
(3) |
F'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 395(2) tad-Direttiva 2006/112/KE, permezz ta' ittri datati l-15 ta' Jannar 2018 il-Kummissjoni ttrasmettiet it-talba ppeżentata mill-Ungerija lill-Istati Membri l-oħra. Permezz ta' ittra datata s-16 ta' Jannar 2018, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Ungerija li kellha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tkun tista' tqis it-talba. |
(4) |
L-Ungerija ssostni li l-persuni taxxabbli f'likwidazzjoni jew taħt proċedura ta' insolvenza ta' spiss ma jħallsux il-VAT dovuta lill-awtoritajiet tat-taxxa. Fl-istess ħin, ix-xerrej, li huwa persuna taxxabbli bid-dritt għat-tnaqqis, jista' xorta jnaqqas il-VAT mġarrba, u dan ikollu impatt negattiv fuq il-baġit u jippermetti li tiġi ffinanzjata l-likwidazzjoni. L-Ungerija irreġistrat ukoll każijiet ta' frodi fejn kumpanniji f'likwidazzjoni joħorġu fatturi fittizji lil kumpaniji attivi u jnaqqsu b'mod sostanzjali t-taxxa pagabbli mingħajr il-garanzija li l-emittent iħallas il-VAT dovuta. |
(5) |
F'konformità mal-punt (g) tal-Artikolu 199(1) tad-Direttiva 2006/112/KE, l-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-persuna responsabbli għall-ħlas tal-VAT tkun il-persuna taxxabbli li lilha ssirilha l-provvista ta' proprjetà immobbli mibjugħa mid-debitur tas-sentenza fi proċedura ta' bejgħ obbligatorju (“il-mekkaniżmu tar-reverse charge”). Biex tagħmel tajjeb għat-telf fid-dħul pubbliku, l-Ungerija talbet deroga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE biex tkun awtorizzata ddaħħal l-mekkaniżmu tar-reverse charge għal provvisti oħrajn minn persuni taxxabbli taħt proċedura ta' insolvenza, jiġifieri l-provvista ta' oġġetti kapitali u l-provvista ta' oġġetti jew servizzi oħra b'valur tas-suq miftuħ ta' aktar minn HUF 100 000. |
(6) |
Abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-Ungerija, l-għażla tar-riċevitur li jkun persuna taxxabbli bħala l-persuna responsabbli għall-ħlas tal-VAT f'dawk il-każijiet partikolari ser tissimplifika l-proċedura għall-ġbir tal-VAT u tevita l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa. L-Ungerija tqis li l-miżura speċjali ser tillimita wkoll it-telf tad-dħul pubbliku u ser tirriżulta fil-ġenerazzjoni ta' dħul addizzjonali. |
(7) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Ungerija tkun atorizzata tappika l-mekkaniżmu tar-reverse charge għall-provvista ta' oġġetti kapitali u l-provvista ta' oġġetti u servizzi oħra b'valur tas-suq miftuħ ta' aktar minn HUF 100 000 minn persuna taxxabbli soġġetta għal likwidazzjoni jew kwalunkwe proċediment ieħor li jistabbilixxi legalment l-insolvenza tagħha. |
(8) |
Jenħtieġ li l-miżura speċjali tkun limitata fiż-żmien. |
(9) |
Minħabba l-kamp ta' applikazzjoni u n-novità tal-miżura speċjali, huwa importanti li jiġi evalwat l-impatt tagħha. Għalhekk, jekk l-Ungerija tikkunsidra estensjoni tal-miżura speċjali lil hinn mill-2021, jenħtieġ li tibgħat rapport lill-Kummissjoni li jinkludi rieżami tal-miżura speċjali flimkien mat-talba għall-estensjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2020. |
(10) |
Il-miżura speċjali ser ikollha effett negliġibbli biss fuq l-ammont globali tad-dħul mit-taxxa miġbur fl-istadju tal-konsum finali u mhux ser ikollha impatt negattiv fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li ġejjin mill-VAT, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
B'deroga mill-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112/KE, l-Ungerija hija awtorizzata li tistipula li l-persuna responsabbli għall-ħlas tal-VAT tkun il-persuna taxxabbli li lilha jsirulha kwalunkwe waħda mill-provvisti li ġejjin:
(a) |
il-provvista ta' oġġetti kapitali minn persuna taxxabbli soġġetta għal likwidazzjoni jew għal kwalunkwe proċediment ieħor li jistabbilixxi legalment l-insolvenza tagħha; |
(b) |
il-provvista ta' oġġetti u servizzi oħra b'valur tas-suq miftuħ ta' aktar minn HUF 100 000 fiż-żmien tal-provvista minn persuna taxxabbli soġġetta għal likwidazzjoni jew għal kwalunkwe proċediment ieħor li jistabbilixxi legalment l-insolvenza tagħha. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha.
Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2021.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Ungerija.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Mejju 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
V. GORANOV
RAKKOMANDAZZJONIJIET
31.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 134/12 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/790
tal-25 ta' April 2018
dwar l-aċċess għall-informazzjoni xjentifika u l-konservazzjoni tagħha
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,
Billi:
(1) |
F'Lulju 2012, il-Kummissjoni Ewropea adottat pakkett ta' informazzjoni xjentifika, li jikkonsisti fil-Komunikazzjoni “Lejn aċċess aħjar għall-informazzjoni xjentifika: jingħataw spinta l-benefiċċji tal-investimenti pubbliċi fir-riċerka” (1), u f'Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2012/417/UE (2). Ir-Rakkomandazzjoni 2012/417/UE tiddikjara li l-Kummissjoni se tirrieżamina l-progress li sar fl-Unjoni biex tivvaluta jekk hemmx il-ħtieġa ta' azzjoni ulterjuri biex jinkisbu l-għanijiet stipulati. |
(2) |
Il-Komunikazzjoni “Strateġija għal Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa” (3) tenfasizza l-importanza tat-tixrid tad-dejta bħala katalist għat-tkabbir ekonomiku, għall-innovazzjoni u għad-diġitalizzazzjoni fis-setturi ekonomiċi kollha, b'mod partikolari għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (u n-negozji ġodda) u għas-soċjetà kollha kemm hi. Tirrikonoxxi li l-big data u l-computing ta' prestazzjoni għolja qed ibiddlu l-mod li bih titwettaq ir-riċerka u l-mod li bih jiġi skambjat l-għarfien, bħala parti minn tranżizzjoni lejn xjenza miftuħa aktar effiċjenti u reattiva (4). Tħabbar li l-Kummissjoni se tinkoraġġixxi l-aċċess għad-dejta pubblika biex tgħin tixpruna l-innovazzjoni u taħdem lejn cloud għar-riċerka dwar ix-xjenza miftuħa bħala parti mill-Inizjattiva Ewropea tal-Cloud Computing. Fir-rieżami tagħha ta' nofs it-terminu tal-Istrateġija għal Suq Uniku Diġitali (5), il-Kummissjoni tħabbar l-intenzjoni tagħha li tkompli ttejjeb “l-aċċessibbiltà u l-użu mill-ġdid ta' data pubblika u ffinanzjata mis-settur pubbliku”. |
(3) |
Il-Komunikazzjoni dwar l-Inizjattiva Cloud Ewropea “Il-bini ta' dejta kompetittiva u ekonomija tal-għarfien fl-Ewropa” (6) tippreżenta l-pjan razzjonali u wiesa' għall-iżvilupp tal-Inizjattiva Ewropea tal-Cloud Computing (EOSC) bħala ambjent fdat u miftuħ għall-komunità xjentifika għall-ħażna, għall-qsim u għall-użu mill-ġdid tad-dejta u tar-riżultati xjentifiċi. Tħabbar ukoll li l-Kummissjoni se tirrieżamina r-Rakkomandazzjoni 2012/417/UE dwar l-aċċess għall-informazzjoni xjentifika u l-konservazzjoni tagħha biex tinkoraġġixxi l-qsim tad-dejta xjentifika u l-ħolqien ta' skemi ta' inċentivi, sistemi ta' premjijiet u programmi ta' edukazzjoni u taħriġ għar-riċerkaturi u għan-negozji biex jikkondividu d-dejta. Id-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal “Implementation Roadmap for the EOSC” (7) jippreżenta r-riżultati tal-esplorazzjoni mal-Istati Membri u mal-partijiet konċernati ta' governanza u mekkaniżmi ta' finanzjament possibbli għall-EOSC u jagħti aktar dettalji dwar il-linji ta' azzjoni għall-iżvilupp tal-EOSC bħala federazzjoni ta' infrastrutturi tad-dejta tar-riċerka. |
(4) |
Id-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) tistabbilixxi l-prinċipju li d-dejta kollha aċċessibbli miżmuma minn korp tas-settur pubbliku, jeħtieġ li tkun tista' tintuża mill-ġdid ukoll għal skopijiet kummerċjali u mhux kummerċjali mill-partijiet interessati kollha b'kundizzjonijiet mhux diskriminatorji għall-kategoriji komparabbli ta' użu mill-ġdid u bil-ħlas tal-ispiża marġinali marbuta mad-distribuzzjoni tad-dejta bħala massimu. |
(5) |
Il-politiki dwar l-aċċess miftuħ (9) għandhom l-għan li jipprovdu aċċess lir-riċerkaturi u lill-pubbliku ġenerali għall-pubblikazzjonijiet xjentifiċi evalwati bejn il-pari, għad-dejta dwar ir-riċerka u għal eżiti oħra tar-riċerka, bla ħlas, b'mod miftuħ u mhux diskriminatorju, kmieni kemm jista' jkun fil-proċess tat-tixrid, u li jippermettu l-użu u l-użu mill-ġdid tar-riżultati tar-riċerka xjentifika. L-aċċess miftuħ jgħin biex titjieb il-kwalità, titnaqqas il-ħtieġa għad-duplikazzjoni bla bżonn tar-riċerka, jitħaffef il-progress xjentifiku, jgħin biex jiġġieled kontra l-frodi xjentifika, u b'mod ġenerali jista' jiffavorixxi t-tkabbir ekonomiku u l-innovazzjoni. Minbarra l-aċċess miftuħ, l-ippjanar tal-ġestjoni tad-dejta qed isir prattika xjentifika standard. |
(6) |
L-aċċess miftuħ huwa mezz ta' tixrid għar-riċerkaturi li jistgħu jiddeċiedu li jippubblikaw ix-xogħol tagħhom, b'mod partikolari fil-kuntest ta' riċerka ffinanzjata pubblikament. Is-soluzzjonijiet ta' ħruġ ta' liċenzji jenħtieġ li jkollhom l-għan li jiffaċilitaw it-tixrid u l-użu mill-ġdid tal-pubblikazzjonijiet xjentifiċi. |
(7) |
Huwa fl-interess pubbliku li jkun hemm konservazzjoni tar-riżultati tar-riċerka xjentifika. Tradizzjonalment kienet fir-responsabbiltà tal-bibljoteki jew tal-arkivji, speċjalment il-bibljoteki nazzjonali ta' depożitu legali. Il-volum tar-riżultati tar-riċerka ġġenerati qed jikber kontinwament. Jenħtieġ li jkun hemm mekkaniżmi, infrastrutturi u soluzzjonijiet ta' softwer li jippermettu l-konservazzjoni fit-tul tar-riżultati tar-riċerka f'forma diġitali. Il-finanzjament sostenibbli għall-konservazzjoni huwa kruċjali għax l-ispejjeż għall-manutenzjoni tal-kontenut diġitali għadhom relattivament għaljin. Minħabba l-importanza tal-konservazzjoni għall-użu futur tar-riżultati tar-riċerka, l-istabbiliment jew it-tisħiħ tal-politiki f'dan il-qasam jenħtieġ li jiġi rrakkomandat lill-Istati Membri. |
(8) |
Il-progress teknoloġiku ppermetta l-ħolqien ta' infrastrutturi għar-riċerka bbażata fuq il-web stabbiliti mill-gvernijiet nazzjonali, mill-universitajiet jew mill-organizzazzjonijiet tar-riċerka. Dawn jappoġġaw l-għanijiet ta' din ir-Rakkomandazzjoni billi jgħinu lir-riċerkaturi jiġġestixxu r-riżultati tar-riċerka tagħhom u billi jippermettu t-tixrid. Il-Komunikazzjoni dwar l-Inizjattiva Cloud Ewropea ħabbret li “il-Cloud Ewropew tax-Xjenza Miftuħa se jibda permezz tal-federazzjoni ta' infrastrutturi eżistenti tad-dejta xjentifika, li llum jinsabu mxerrda fost id-dixxiplini u l-Istati Membri.” Huwa xieraq li jiġu identifikati u rrakkomandati l-miżuri fil-livell nazzjonali li jenħtieġ jiffaċilitaw il-funzjonament u l-użu tajbin tal-EOSC. |
(9) |
Il-progress teknoloġiku tul iż-żmien ikkawża bidla kbira fid-dinja tax-xjenza lejn metodi dejjem aktar kollaborattivi, u kkontribwixxa kontinwament għal volum dejjem jikber ta' materjal xjentifiku. F'approċċ xjentifiku li qed isir dejjem aktar kollaborattiv u trasparenti, jenħtieġ li jiġi żgurat li fl-istadji kollha tal-edukazzjoni u l-karriera tagħhom ir-riċerkaturi jkollhom aċċess għall-iżvilupp professjonali, inkluż permezz ta' programmi tal-edukazzjoni ogħla. Jenħtieġ ukoll li jkollhom il-possibbiltà li jiżviluppaw il-ħiliet xierqa biex jinvolvu ruħhom b'mod sħiħ fix-xjenza miftuħa, kif indikat fil-“Pjan ta' Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali” (10). |
(10) |
L-inċentivi u l-premji huma aspetti importanti f'karriera professjonali. Għalkemm ir-riċerkaturi huma mħeġġa li jiċċaqilqu bejn il-fruntieri, id-dixxiplini u s-setturi, u li jieħu sehem fil-kultura tal-qsim tar-riżultati tagħhom, ta' spiss dan mhuwiex ippremjat jew rifless fl-iżvilupp tal-karriera professjonali tagħhom. Qed jiġu żviluppati indikaturi trasparenti u responsabbli biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-prattiki tax-xjenza miftuħa fl-universitajiet moderni. Jistgħu jintużaw mekkaniżmi ta' ppremjar imtejba li jqisu l-metriki tal-ġenerazzjoni l-ġdida biex titkejjel aħjar il-kwalità tar-riċerka Ewropea u biex jipprovdu inċentiv ta' valur għar-riċerkaturi biex jikkondividu r-riżultat tar-riċerka tagħhom, u biex l-universitajiet isiru aktar intraprenditorjali filwaqt li titrawwem il-kompetizzjoni fis-suq intern. |
(11) |
L-Istati Membri jenħtieġ li jkomplu jappoġġaw ix-xjenza miftuħa u l-aċċess miftuħ, kif iddikjarat fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar “riċerka miftuħa, intensiva fid-data u organizzata f'netwerk, bħala mutur għal innovazzjoni aktar veloċi u mifruxa” (11) u dwar “it-transizzjoni lejn sistema ta' Xjenza Miftuħa” (12). |
(12) |
Il-bidla lejn l-aċċess miftuħ hija sfida dinjija. L-Istati Membri kienu parti minn din l-isfida u jenħtieġ li jiġu appoġġati fit-tisħiħ ta' ambjent miftuħ u kollaborattiv tar-riċerka bbażat fuq ir-reċiproċità fil-livell dinji. Ix-xjenza miftuħa hija karatteristika ewlenija tal-politiki tal-Istati Membri għar-riċerka responsabbli u għall-innovazzjoni miftuħa. Il-politiki dwar ir-riċerka u l-finanzjament jenħtieġ li jadattaw għal ambjent ġdid fejn qed isiru disponibbli teknoloġiji diġitali ġodda. |
(13) |
Il-Kummissjoni tat l-eżempju billi mmassimizzat l-aċċess u l-użu mill-ġdid tar-riżultati tar-riċerka ġġenerati f'ambjent ta' xjenza miftuħa, inkluż fil-Programmi ta' Qafas, u billi applikat politika ta' dejta miftuħa għad-dejta tar-riċerka taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni. |
(14) |
Saru ħafna avvanzi fl-oqsma indirizzati fir-Rakkomandazzjoni 2012/417/UE u fid-dokumenti elenkati l-oħra elenkati fil-premessi preċedenti, iżda ma ntlaħqux il-miri kollha u l-progress kien irregolari fost l-Istati Membri. Huwa meħtieġ sforz akbar mill-Istati Membri kollha sabiex isir l-aħjar użu mill-potenzjal tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Ewropa. |
(15) |
Din ir-Rakkomandazzjoni tibni fuq ir-Rakkomandazzjoni 2012/417/UE, u tissostitwixxiha, |
ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Aċċess miftuħ għal pubblikazzjonijiet xjentifiċi
1. |
L-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu u jimplimentaw politiki ċari (kif ippreżentati fid-dettall fil-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali) għat-tixrid tal-pubblikazzjonijiet xjentifiċi li jirriżultaw minn riċerka ffinanzjata mis-settur pubbliku, u għall-aċċess miftuħ għal dawn il-pubblikazzjonijiet. Dawk il-politiki u l-pjanijiet ta' azzjoni jenħtieġ li jipprevedu:
L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw, b'konformità mal-acquis tal-UE dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati, li bħala riżultat ta' dawn il-politiki jew il-pjanijiet ta' azzjoni:
|
2. |
L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-istituzzjonijiet li jiffinanzjaw ir-riċerka responsabbli għall-ġestjoni tal-iffinanzjar tar-riċerka pubblika u l-istituzzjonijiet akkademiċi li jirċievu finanzjament pubbliku jimplimentaw il-politiki u l-pjanijiet ta' azzjoni msemmijin fil-punt 1 fil-livell nazzjonali b'mod koordinat billi:
|
Ġestjoni tad-dejta tar-riċerka, inkluż l-aċċess miftuħ
3. |
L-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu u jimplimentaw politiki ċari (kif ippreżentati fid-dettall fil-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali) għall-ġestjoni tad-dejta tar-riċerka li tirriżulta minn riċerka ffinanzjata mis-settur pubbliku, inkluż l-aċċess miftuħ. Dawk il-politiki u l-pjanijiet ta' azzjoni jenħtieġ li jipprevedu:
L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li, bħala riżultat ta' dawn il-politiki jew il-pjanijiet ta' azzjoni:
|
4. |
L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-istituzzjonijiet li jiffinanzjaw ir-riċerka responsabbli għall-ġestjoni tal-iffinanzjar tar-riċerka pubblika u l-istituzzjonijiet akkademiċi li jirċievu finanzjament pubbliku jimplimentaw il-politiki u l-pjanijiet ta' azzjoni msemmijin fil-punt 3 fil-livell nazzjonali b'mod koordinat billi:
|
Konservazzjoni u użu mill-ġdid tal-informazzjoni xjentifika
5. |
L-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu u jimplimentaw politiki ċari (kif ippreżentati fid-dettall fil-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali) għat-tisħiħ tal-konservazzjoni u tal-użu mill-ġdid tal-informazzjoni xjentifika (pubblikazzjonijiet, settijiet ta' dejta u eżiti tar-riċerka oħrajn). Dawk il-politiki u l-pjanijiet ta' azzjoni jenħtieġ li jipprevedu:
L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li, bħala riżultat ta' dawk il-politiki jew il-pjanijiet ta' azzjoni:
|
Infrastrutturi għax-xjenza miftuħa
6. |
L-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu u jimplimentaw politiki ċari (kif ippreżentati fid-dettall fil-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali) għall-iżvilupp ulterjuri tal-infrastrutturi li jsostnu s-sistema għall-aċċess, għall-konservazzjoni, għall-qsim u għall-użu mill-ġdid tal-informazzjoni xjentifika u għall-promozzjoni tal-federazzjoni tagħhom fl-EOSC. Dawk il-politiki u l-pjanijiet ta' azzjoni jenħtieġ li jipprevedu:
L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li, bħala riżultat ta' dawn il-politiki jew il-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali:
|
7. |
L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw is-sinerġiji fost l-infrastrutturi nazzjonali, bl-EOSC u inizjattivi dinjija oħrajn billi:
|
Ħiliet u kompetenzi
8. |
L-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu u jimplimentaw politiki ċari (kif ippreżentati fid-dettall fil-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali) għall-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa tar-riċerkaturi u tal-persunal tal-istituzzjonijiet akkademiċi fir-rigward tal-informazzjoni xjentifika. Dawk il-politiki u l-pjanijiet ta' azzjoni jenħtieġ li jipprevedu:
L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li, bħala riżultat ta' dawk il-politiki jew il-pjanijiet ta' azzjoni:
|
Inċentivi u premji
9. |
L-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu u jimplimentaw politiki ċari (kif ippreżentati fid-dettall fil-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali) għall-aġġustament, fir-rigward tal-informazzjoni xjentifika, tas-sistema tal-evalwazzjoni tar-reklutaġġ u tal-karrieri għar-riċerkaturi, tas-sistema ta' evalwazzjoni għall-għotjiet tar-riċerka lir-riċerkaturi, u tas-sistema ta' evalwazzjoni għall-istituzzjonijiet li jwettqu r-riċerka. Dawk il-politiki u l-pjanijiet ta' azzjoni jenħtieġ li jipprevedu:
L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li, bħala riżultat ta' dawk il-politiki jew il-pjanijiet ta' azzjoni:
|
Djalogu bejn bosta partijiet konċernati dwar ix-xjenza miftuħa fil-livell nazzjonali, Ewropew u internazzjonali
10. |
L-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu sehem f'djalogi bejn bosta partijiet konċernati dwar it-tranżizzjoni lejn ix-xjenza miftuħa fil-livell nazzjonali, Ewropew u internazzjonali fuq kull waħda mill-kwistjonijiet indirizzati fil-punti 1 sa 9.
L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li:
|
Koordinazzjoni strutturata tal-Istati Membri fil-livell tal-Unjoni u segwitu ta' din ir-Rakkomandazzjoni
11. |
L-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom punt ta' referenza nazzjonali li l-kompiti tiegħu jkunu li:
|
12. |
L-Istati Membri jenħtieġ li jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-azzjoni meħuda b'risposta għall-elementi ta' din ir-Rakkomandazzjoni, 18-il xahar mill-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u mbagħad kull sentejn. Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrevedi l-progress li sar fl-Unjoni biex tivvaluta jekk hemmx bżonn aktar azzjoni biex jinkisbu l-għanijiet proposti f'din ir-Rakkomandazzjoni. |
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' April 2018.
Għall-Kummissjoni
Mariya GABRIEL
Membru tal-Kummissjoni
Carlos MOEDAS
Membru tal-Kummissjoni
(1) COM(2012) 401 final tas-17 ta' Lulju 2012.
(2) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2012/417/UE tas-17 ta' Lulju 2012 dwar l-aċċess għall-informazzjoni xjentifika u l-konservazzjoni tagħha (ĠU L 194, 21.7.2012, p. 39).
(3) COM(2015) 192 final tas-6 ta' Mejju 2015.
(4) Ix-xjenza miftuħa tirreferi għal approċċ ġdid għall-proċess xjentifiku bbażat fuq ħidma kooperattiva u modi ġodda għat-tixrid tal-għarfien, għat-titjib tal-aċċessibbiltà tal-eżiti tar-riċerka u għall-użu mill-ġdid tagħhom permezz tat-teknoloġiji diġitali u għodod kollaborattivi ġodda.
(5) COM(2017) 228 final tal-10 ta' Mejju 2017.
(6) COM(2016) 178 final tad-19 ta' April 2016.
(7) SWD(2018) 83 final tal-14 ta' Marzu 2018.
(8) Id-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 dwar l-użu mill-ġdid ta' informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 90).
(9) L-aċċess miftuħ jirreferi għall-possibbiltà ta' aċċess u użu mill-ġdid tal-eżiti tar-riċerka diġitali bl-inqas restrizzjonijiet possibbli.
(10) COM(2018) 22 final.
(11) Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill 9360/15 tad-29 ta' Mejju 2015.
(12) Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill 9526/16 tas-27 ta' Mejju 2016.
Rettifika
31.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 134/19 |
Rettifika tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/366 tal-1 ta' Marzu 2017 li jimponi dazji kumpensatorji fuq l-importazzjoni ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jtemm l-investigazzjoni dwar ir-rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) 2016/1037
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 56 tat-3 ta' Marzu 2017 )
Fil-paġna 126, fl-Anness 1,
minflok:
“Isem il-Kumpanija |
kodiċi addizzjonali TARIC |
‘Years Solar Co. Ltd’ |
B898 ” |
aqra:
“Isem il-Kumpanija |
kodiċi addizzjonali TARIC |
‘LERRI Solar Technology (Zhejiang) Co., Ltd.’ |
B898 ” |