ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 129

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
25 ta' Mejju 2018


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/760 tal-14 ta' Mejju 2018 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja li jikkonċerna preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli

1

 

 

Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja li jikkonċerna preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli

3

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/761 tas-16 ta' Frar 2018 li jistabbilixxi metodi komuni tas-sikurezza għas-superviżjoni minn awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza wara l-ħruġ ta' ċertifikat tas-sikurezza uniku jew ta' awtorizzazzjoni tas-sikurezza skont id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1077/2012 ( 1)

16

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/762 tat-8 ta' Marzu 2018 li jistabbilixxi metodi komuni ta' sikurezza dwar ir-rekwiżiti tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza skont id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 1158/2010 u (UE) Nru 1169/2010 ( 1)

26

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/763 tad-9 ta' April 2018 li jistabbilixxi arranġamenti prattiċi għall-ħruġ ta' ċertifikati ta' sikurezza uniċi għall-impriżi ferrovjarji skont id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 653/2007 ( 1)

49

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/764 tat-2 ta' Mejju 2018 dwar it-tariffi u l-imposti li għandhom jitħallsu lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u l-kundizzjonijiet għall-ħlas tagħhom ( 1)

68

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/765 tat-23 ta' Mejju 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080 fir-rigward tad-data tad-dħul fil-ħżin tat-trab tal-ħalib xkumat mibjugħ permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti

73

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/766 tat-23 ta' Mejju 2018 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 fir-rigward tal-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd

74

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2018/767 tat-22 ta' Mejju 2018 li tiffissa l-perijodu għad-disa' elezzjoni tar-rappreżentanti għall-Parlament Ewropew b'vot dirett universali

76

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/768 tat-22 ta' Mejju 2018 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni, matul il-55 sessjoni tal-Kumitat ta' Esperti dwar it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi tal-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija fir-rigward ta' ċerti emendi tal-Appendiċi C għall-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija

77

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2018/769 tat-22 ta' Mejju 2018 li taħtar tliet membri, proposti mir-Renju tan-Netherlands, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

80

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/770 tat-22 ta' Mejju 2018 li taħtar membru supplenti, propost mir-Renju ta' Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

81

 

*

Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2018/771 tal-25 ta' Jannar 2018 dwar is-sistema applikabbli għall-valutazzjoni u għall-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni ta' apparat ta' ankraġġ li jintuża fix-xogħol tal-bini u maħsub biex jilqa' milli l-persuni jaqgħu mill-għoli jew li jwaqqaf il-wagħat mill-għoli skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1)

82

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

25.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 129/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/760

tal-14 ta' Mejju 2018

dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja li jikkonċerna preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-punt (a)(v) tal-Artikolu 218(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

L-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jipprevedi li l-Partijiet Kontraenti jimpenjaw ruħhom li jkomplu bl-isforzi tagħhom biex jiksbu liberalizzazzjoni progressiva tal-kummerċ agrikolu.

(2)

F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2182 (2), il-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja li jikkonċerna preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fl-4 ta' Diċembru 2017, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

(3)

Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja li jikkonċerna preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni Ewropea.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jaħtar lill-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li tiddepożitaw, f'isem l-Unjoni, l-istrument ta' approvazzjoni previst fil-Ftehim (3).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Mejju 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ZAHARIEVA


(1)  Kunsens tas-17 ta' April 2018 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2182 tal-20 ta' Novembru 2017 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, ta' Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja li jikkonċerna preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli (ĠU L 309, 24.11.2017, p. 1).

(3)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi pubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


25.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 129/3


FTEHIM

fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja li jikkonċerna preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli

A.   Ittra mill-Unjoni Ewropea

Sinjura,

Għandi l-unur nagħmel referenza għan-negozjati bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (“il-Partijiet”) dwar kummerċ bilaterali fi prodotti agrikoli, li ntemmu fil-5 ta' April 2017.

Kien hemm sensiela ġdida ta' negozjati dwar il-kummerċ agrikolu bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Gvern Norveġiż abbażi tal-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), bl-għan li jkun hemm aktar liberalizzazzjoni progressiva tal-kummerċ agrikolu bejn il-Partijiet fuq bażi preferenzjali, reċiproka u ta' benefiċċju għal xulxin. In-negozjati tmexxew b'ordni, b'kunsiderazzjoni xierqa tal-iżviluppi fil-politiki agrikoli u fiċ-ċirkostanzi rispettivi tal-Partijiet, inkluż l-iżviluppi fil-kummerċ bilaterali u fil-kondizzjonijiet tal-kummerċ ma' sħab oħra fil-kummerċ.

Jiena b'dan nikkonferma li r-riżultati tan-negozjati kienu dawn li ġejjin:

1.

In-Norveġja taċċetta li tagħti aċċess ħieles mid-dazju għal prodotti li joriġinaw fl-Unjoni Ewropea, elenkati fl-Anness I għal dan il-Ftehim.

2.

In-Norveġja taċċetta li tistabbilixxi kwoti tariffarji għal prodotti li joriġinaw fl-Unjoni Ewropea, elenkati fl-Anness II għal dan il-Ftehim.

3.

L-Unjoni Ewropea taċċetta li tagħti aċċess ħieles mid-dazju lil prodotti li joriġinaw fin-Norveġja, elenkati fl-Anness III għal dan il-Ftehim.

4.

L-Unjoni Ewropea taċċetta li tistabbilixxi kwoti tariffarji għal prodotti li joriġinaw fin-Norveġja, elenkati fl-Anness IV għal dan il-Ftehim.

5.

Il-kodiċijiet tariffarji stipulati fl-Annessi I sa IV għal dan il-Ftehim huma l-kodiċijiet tariffarji li japplikaw għall-Partijiet mill-1 ta' Jannar 2017.

6.

Il-kwoti tariffarji eżistenti għall-importazzjonijiet lejn in-Norveġja ta' 600 tunnellata laħam tal-majjal, 800 tunnellata laħam tat-tjur u 900 tunnellata laħam taċ-ċanga, kif elenkati fl-Anness II għall-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja li ġie ffirmat fil-15 ta' April 2011 (“il-Ftehim tal-2011”), mhux se jiġu affettwati mill-implimentazzjoni ta' ftehim futur possibbli tad-WTO dwar l-agrikoltura. Għalhekk, il-punt 7 tal-Ftehim tal-2011 huwa mħassar.

7.

Rigward il-kwota tariffarja addizzjonali għall-importazzjonijiet lejn in-Norveġja ta' 1 200 tunnellata ġobon u baqta, il-Partijiet ftiehmu li 700 tunnellata minnhom ser jiġu amministrati bi rkant, filwaqt li l-500 tunnellata l-oħra ser jiġu amministrati permezz tas-sistema ta' liċenzjar.

8.

Il-Partijiet ser ikomplu bl-isforzi tagħhom biex jikkonsolidaw il-konċessjonijiet bilaterali kollha (kemm dawk diġà fis-seħħ kif ukoll dawk previsti f'dan il-Ftehim) fi Skambju ta' Ittri ġdid, li għandu jissostitwixxi l-ftehimiet agrikoli bilaterali eżistenti tagħhom.

9.

Ir-regoli tal-oriġini bl-għan li jiġu implimentati l-konċessjonijiet imsemmija fl-Annessi I sa IV għal dan il-Ftehim huma stabbiliti fl-Anness IV għall-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri tat-2 ta' Mejju 1992 (“il-Ftehim tal-1992”). Iżda l-Anness II għall-Protokoll 4 tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi applikat minflok l-Appendiċi tal-Anness IV għall-Ftehim tal-1992.

10.

Il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-konċessjonijiet li jagħtu lil xulxin ma jiġux ipperikolati.

11.

Il-Partijiet jaqblu li jiżguraw li l-kwoti tariffarji jiġu ġestiti b'mod li jkunu jistgħu jsiru importazzjonijiet fuq bażi regolari, u li l-kwantitajiet miftiehma jkunu jistgħu jiġu realment importati.

12.

Il-Partijiet jaqblu li jiskambjaw, f'intervalli regolari, informazzjoni dwar prodotti fil-kummerċ, il-ġestjoni ta' kwoti tariffarji, kwotazzjonijiet ta' prezzijiet u kwalunkwe informazzjoni siewja dwar is-swieq domestiċi rispettivi tagħhom u dwar l-implimentazzjoni tar-riżultati ta' dawn in-negozjati.

13.

Ser isiru konsultazzjonijiet meta jintalbu minn Parti jew oħra dwar kwalunkwe kwistjoni b'rabta mal-implimentazzjoni tar-riżultati ta' dawn in-negozjati. F'każ ta' diffikultà fl-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim, dawn il-konsultazzjonijiet għandhom isiru fil-pront kemm jista' jkun, bl-għan li jiġu adottati miżuri korrettivi xierqa.

14.

Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom, f'konformità mal-Artikolu 19 tal-Ftehim ŻEE, li jkomplu bl-isforzi tagħhom bl-għan li jiksbu liberalizzazzjoni progressiva tal-kummerċ agrikolu. Għal dan l-għan, il-Partijiet jaqblu li fi żmien sentejn iwettqu rieżami ġdid tal-kundizzjonijiet tal-kummerċ fi prodotti agrikoli, bl-għan li jiġu esplorati possibbiltajiet ta' konċessjonijiet.

15.

F'każ ta' aktar tkabbir tal-Unjoni Ewropea, il-Partijiet ser jivvalutaw l-impatt fuq il-kummerċ bilaterali, bl-għan li jadattaw preferenzi bilaterali sabiex il-flussi ta' kummerċ preferenzjali eżistenti minn qabel bejn in-Norveġja u l-pajjiż aderenti jkunu jistgħu jissoktaw.

Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tielet xahar wara d-data tad-depożitu tal-aħħar strument ta' approvazzjoni.

Napprezza jekk tkun tista' tikkonferma l-qbil tal-Gvern tiegħek ma' dan ta' hawn fuq.

Dejjem tiegħek,

Съставено в Брюксел на

Hecho en Bruselas, el

V Bruselu dne

Udfærdiget i Bruxelles, den

Geschehen zu Brüssel am

Brüssel,

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις

Done at Brussels,

Fait à Bruxelles, le

Sastavljeno u Bruxellesu

Fatto a Bruxelles, addì

Briselē,

Priimta Briuselyje,

Kelt Brüsszelben,

Magħmul fi Brussell,

Gedaan te Brussel,

Sporządzono w Brukseli, dnia

Feito em Bruxelas,

Întocmit la Bruxelles,

V Bruseli

V Bruslju,

Tehty Brysselissä

Utfärdat i Bryssel den

Utferdiget i Brussel,

Image

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

For Den europeiske union

Image

ANNESS I

AĊĊESS ĦIELES MID-DAZJU GĦAL IMPORTAZZJONIJIET LEJN IN-NORVEĠJA TA' PRODOTTI LI JORIĠINAW FL-UNJONI EWROPEA

Kodiċi tariffarju tad-dwana Norveġiża

Deskrizzjoni tal-prodotti

01.01.2100

Żwiemel, ħmir, bgħula u bgħula tar-rkib ħajjin; Żwiemel; Annimali ta' razza pura għar-razza

01.01.2902

Żwiemel, ħmir, bgħula u bgħula tar-rkib ħajjin; Żwiemel oħra; ta' piż ta' inqas minn 133kg

01.01.2908

Żwiemel, ħmir, bgħula u bgħula tar-rkib ħajjin; Żwiemel oħra; Oħrajn

02.07.4300

Laħam u ġewwieni li jittiekel, ta' tjur tal-intestatura 01.05 , frisk, imkessaħ jew friżat; ta' papri; fwied bix-xaħam, frisk jew imkessaħ

02.07.5300

Laħam u ġewwieni li jittiekel, ta' tjur tal-intestatura 01.05 , frisk, imkessaħ jew friżat; ta' wiżż; fwied bix-xaħam, frisk jew imkessaħ

05.06.9010

Għadam u ċ-ċentru tal-qrun, mhux maħdumin, bix-xaħam imneħħi, sempliċiment ippreparati (iżda mhux maqtugħin għall-forma), trattati bl-aċtu jew deġelatinizzati; trab u skart minn dawn il-prodotti; Oħrajn; għal għan ta' għalf

05.11.9911

Prodotti ġejjin mill-annimali li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra; annimali mejtin tal-Kapitolu 1 jew 3, li mhumiex tajbin għall-konsum mill-bniedem; oħrajn; Trab tad-demm, mhux tajjeb biex jittiekel mill-bniedem; għal għan ta' għalf

05.11.9930

Prodotti ġejjin mill-annimali li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra; annimali mejtin tal-Kapitolu 1 jew 3, li mhumiex tajbin għall-konsum mill-bniedem; oħrajn; Laħam u demm; għal għan ta' għalf

05.11.9980

Prodotti ġejjin mill-annimali li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra; annimali mejtin tal-Kapitolu 1 jew 3, li mhumiex tajbin għall-konsum mill-bniedem; oħrajn; oħrajn; għal għan ta' għalf

06.02.1021

Pjanti oħrajn ħajjin (inklużi l-għeruq tagħhom), biċċiet u żabriet; spawn għall-faqqiegħ; biċċiet u żabriet maqlugħin mill-għeruq; biċċiet għall-finijiet ta' mixtla jew ta' ortikoltura, għajr ta' pjanti jħaddru mill-15 ta' Diċembru sat-30 ta' April; Begonia ta' kull tip, Campanula isophylla, Euphorbia pulcherrima, Poinsettia pulcherrima, Fuchsia, Hibiscus, Kalanchoe u Petunia- li tiddendel (Petunia hybrida, Petunia atkinsiana)

06.02.1024

Pjanti oħrajn ħajjin (inklużi l-għeruq tagħhom), biċċiet u żabriet; spawn għall-faqqiegħ; biċċiet u żabriet maqlugħin mill-għeruq; biċċiet għall-finijiet ta' mixtla jew ta' ortikoltura, għajr ta' pjanti jħaddru mill-15 ta' Diċembru sat-30 ta' April; Pelargonium (ġeranju)

06.02.9032

Pjanti oħrajn ħajjin (inklużi l-għeruq tagħhom), biċċiet u żabriet; spawn għall-faqqiegħ; Oħrajn; b'għeruq bil-balla tal-ħamrija jew mediums ta' tkabbir oħra; pjanti oħra jew pjanti tajbin għat-taħwil, inklużi pjanti tal-frott u pjanti tal-ħxejjex għal għanijiet ornamentali; pjanti fi qsari jħaddru mill-1 ta' Mejju sal-14 ta' Diċembru; Asplenium, Begonia x rex-cultorum Chlorophytum, Euonymus japanicus, Fatsia japonica, Aralia sieboldii, Ficus elastica, Monstera, Philodendron scandens, Radermachera, Stereospermum, Syngonium u X-Fatshedera, ukoll meta importati bħala parti minn gruppi mħalltin ta' pjanti

ex ex 07.08.2009  (1)

Veġetali leguminużi, imqaxxrin jew bil-qoxra, friski jew imkessħin; fażola; fażola friska jew imkessħa (Vigna spp., Phaseolus spp.) għajr fażola ħadra, asparagus beans (Dolichos sesquipedalis), wax beans (Phaseolus) u string beans (Phaseolus vulgaris)

07.09.9930

Ħxejjex oħrajn, friski jew imkessħin; oħrajn; oħrajn; qamħirrum ħelu; għal għan ta' għalf

ex ex 07.10.2209  (1)

Veġetali (mhux imsajrin jew imsajrin bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma), friżati; veġetali leguminużi, imqaxxrin jew bil-qoxra; fażola (Vigna spp., Phaseolus spp.); għajr fażola ħadra, asparagus beans (Dolichos sesquipedalis), wax beans (Phaseolus) u string beans (Phaseolus vulgaris).

07.11.5100

Veġetali preservati provviżorjament (pereżempju, bil-gass dijossidu tal-kubrit, fis-salmura, f'ilma tal-kubrit jew f'taħlitiet oħrajn biex jippreżervaw), iżda mhux tajbin f'dak l-istat għal konsum immedjat; faqqiegħ u tartuf; faqqiegħ tal-ġens Agaricus

07.11.5900

Veġetali preservati provviżorjament (pereżempju, bil-gass dijossidu tal-kubrit, fis-salmura, f'ilma tal-kubrit jew f'taħlitiet oħrajn biex jippreżervaw), iżda mhux tajbin f'dak l-istat għal konsum immedjat; faqqiegħ u tartuf; oħrajn

07.14.3009

Manjoka, ararut, salep, artiċokks, patata ħelwa u għeruq u tuberi simili b'kontenut għoli ta' lamtu jew inulina, friski, imkessħin, friżati jew imnixxfin, kemm jekk flieli jew f'forma ta' gerbub kif ukoll jekk le; sago pith; jams (Dioscorea spp.); mhux għal għan ta' għalf

ex ex 07.14.4000  (1)

Manjoka, ararut, salep, artiċokks, patata ħelwa u għeruq u tuberi simili b'kontenut għoli ta' lamtu jew inulina, friski, imkessħin, friżati jew imnixxfin, kemm jekk flieli jew f'forma ta' gerbub kif ukoll jekk le; sago pith; taro (Colocasia spp.)

07.14.5009

Manjoka, ararut, salep, artiċokks, patata ħelwa u għeruq u tuberi simili b'kontenut għoli ta' lamtu jew inulina, friski, imkessħin, friżati jew imnixxfin, kemm jekk flieli jew f'forma ta' gerbub kif ukoll jekk le; sago pith; yautia (Xanthosoma spp.) mhux għal għan ta' għalf

08.11.2011

Frott u ġewż, nejjin jew imsajrin bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma, friżati, kemm jekk biż-żieda ta' zokkor jew ta' xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu jew mingħajrha; tut, ċawsli jew loganberries

08.11.2012

Frott u ġewż, nejjin jew imsajrin bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma, friżati, kemm jekk biż-żieda ta' zokkor jew ta' xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu jew mingħajrha; biż-żieda ta' zokkor jew ta' xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu; passolina bajda jew ħamra

08.11.2013

Frott u ġewż, nejjin jew imsajrin bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma, friżati, kemm jekk biż-żieda ta' zokkor jew ta' xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu jew mingħajrha; biż-żieda ta' zokkor jew ta' xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu; ribes

08.11.2092

Frott u ġewż, nejjin jew imsajrin bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma, friżati, kemm jekk biż-żieda ta' zokkor jew ta' xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu jew mingħajrha; Oħrajn; Tut, ċawsli jew loganberries

08.11.2094

Frott u ġewż, nejjin jew imsajrin bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma, friżati, kemm jekk biż-żieda ta' zokkor jew ta' xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu jew mingħajrha; Oħrajn; Passolina bajda jew ħamra

08.11.2095

Frott u ġewż, nejjin jew imsajrin bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma, friżati, kemm jekk biż-żieda ta' zokkor jew ta' xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu jew mingħajrha; Oħrajn; Ribes

08.12.1000

Frott u ġewż, preservati provviżorjament (per eżempju, bil-gass dijossidu tal-kubrit, fis-salmura, f'ilma tal-kubrit jew f'taħlitiet oħrajn biex jippreservaw), iżda mhux tajbin f'dak l-istat għal konsum immedjat; Ċirasa

10.08.5000

Buckwheat, millieġ u skalora; ċereali oħrajn; kinoa (Chenopodium quinoa)

11.09.0010

Gluteina tal-qamħ, imnixxfa jew le; għal għan ta' għalf

12.12.2910

Ħarrub, alki tal-baħar u alki oħrajn, pitravi u kannamieli, friski, imkessħin, friżati jew imnixxfin, mitħunin jew le; għadam u qlub tal-għadam tal-frott u prodotti veġetali oħrajn (inklużi għeruq mhux inkaljati taċ-ċikwejra tal-varjetà Cichorium intybus sativum) ta' kwalità użata l-aktar għall-konsum uman, mhux imsemmijin jew inklużi band'oħra; Alki tal-baħar u alki oħrajn; Oħrajn; għal għan ta' għalf

17.02.2010

Zokkrijiet oħrajn, inklużi laktows kimikament pur, maltosju, glukows u fruktows, f'forma solida; ġuleppijiet taz-zokkor li ma fihomx miżjudin ħwawar u materjal li jagħti l-kulur; għasel artifiċjali, kemm jekk imħallat ma' għasel naturali kif ukoll jekk le; karamella; zokkor tal-aġġru u ġulepp tal-aġġru; għal għan ta' għalf

20.08.9300

Frott, ġewż u partijiet oħrajn ta' pjanti tajbin għall-ikel, ippreparati jew ippreservati mod ieħor, kemm jekk fihom zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew spirtu miżjud inkella le, li ma huma speċifikati jew inklużi mkien aktar; oħrajn, inklużi taħlitiet ħlief dawk ta' subtitlu 2008.1900 ; cranberries (Vaccinium macrocarpon, Vaccinium oxycoccos, Vaccinium vitis-idaea)

20.09.8100

Meraq tal-frott (inkluż għeneb magħsur iżda qabel jeħmer) u meraq tal-ħxejjex, mhux fermentati u ma fihomx spirtu miżjud, fihom jew ma fihomx zokkor miżjud jew materjal ieħor biex jagħmel ħelu; meraq ta' kull frotta jew veġetali oħra singola; cranberry (Vaccinium macrocarpon, Vaccinium oxycoccos, Vaccinium vitis-idaea)

ex ex 20.09.8999

Meraq tal-frott (inkluż għeneb magħsur iżda qabel jeħmer) u meraq tal-ħxejjex, mhux fermentati u ma fihomx spirtu miżjud, fihom jew ma fihomx zokkor miżjud jew materjal ieħor biex jagħmel ħelu; meraq ta' kull frotta jew veġetali oħra singola; Oħrajn, oħrajn, oħrajn, meraq jew konċentrat tal-mirtill

22.06

Xorb ieħor iffermentat (pereżempju sidru, perry, mead, saké); taħlit ta' xorb iffermentat u taħlit ta' xorb iffermentat u xorb mhux alkoħoliku, li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra

23.03.1012

Residwi ta' manifattura ta' lamtu u residwi simili, polpa tal-kannamieli, bagasse u skart ieħor tal-manifattura taz-zokkor, fermentazzjoni jew distillar ta' fond u skart, f'forma ta' gerbub jew le; fdal ta' manifattura ta' lamtu u fdal simili; għal għan ta' għalf; tal-patata.

ANNESS II

KWOTI TARIFFARJI FUQ IMPORTAZZJONIJIET LEJN IN-NORVEĠJA TA' PRODOTTI LI JORIĠINAW FL-UNJONI EWROPEA

Kodiċi tariffarju tad-dwana Norveġiża

Deskrizzjoni tal-prodotti

Kwoti tariffarji konsolidati (kwantità fis-sena, f'tunnellati)

Li minnhom kwoti addizzjonali (1)

Dazju fil-kwota (NOK/kg)

 

Laħam ta' annimali tal-ifrat, frisk jew imkessaħ

2 500

1 600

0

02.01.1000

Karkassi u nofs karkassi

02.01.2001

Kwarti “kumpensati”, jiġifieri kwarti ta' quddiem u kwarti ta' wara tal-istess annimal ippreżentati fl-istess waqt

02.01.2002

Kwarti ta' quddiem oħrajn

02.01.2003

Kwarti ta' wara oħrajn

02.01.2004

L-hekk imsejħin “Qatgħat pistola”

 

Laħam ta' annimali tal-ifrat, friżat

 

 

 

02.02.1000

Karkassi u nofs karkassi

02.02.2001

Kwarti “kumpensati”, jiġifieri kwarti ta' quddiem u kwarti ta' wara tal-istess annimal ippreżentati fl-istess waqt

02.02.2002

Kwarti ta' quddiem oħrajn

02.02.2003

Kwarti ta' wara oħrajn

02.02.2004

L-hekk imsejħin “Qatgħat pistola”

 

Laħam tal-majjal, frisk, imkessaħ jew friżat

300 (2)

300 (2)

15

02.03.1904

Żaqq (streaky) u qatgħat tagħha; Bl-għadam.

 

Laħam u ġewwieni li jittiekel, ta' tjur tal-intestatura 01.05 , frisk, imkessaħ jew friżat

Ta' tjur tal-ispeċi Gallus domesticus;

950

150

0

02.07.1100

Mhux imqatta' f'biċċiet, frisk jew imkessaħ

02.07.1200

Mhux imqatta' f'biċċiet, friżat

02.07.2400

Ta' dundjani;

Mhux imqatta' f'biċċiet, frisk jew imkessaħ

02.07.2500

Mhux imqatta' f'biċċiet, friżat

02.07.4401

Ta' papri, frisk jew imkessaħ;

isdra u qatgħat tagħhom

200

100

30

 

Laħam u ġewwieni li jittiekel, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat; dqiq u pasti mill-laħam jew mill-ġewwieni li jittiekel

Laħam tal-majjal; Ġarretti, spalel u qatgħat tagħhom, bl-għadma;

600 (3)

200 (3)

0

02.10.1101

B'kontenut ta' 15 % jew aktar tal-piż f'għadam

02.10.1109

Oħrajn (b'inqas minn 15 % tal-għadam ġewwa)

02.10.1900

Oħrajn (għajr Ġarretti, spalel u qatgħat tagħhom jew Żaqq u qatgħat tagħha, bl-għadma

04.06

Ġobon u baqta

8 400

1 200

0

ex ex 06.02.9043  (4)

06.02.9044

Pjanti oħrajn ħajjin (inklużi l-għeruq tagħhom), biċċiet u żabriet; spawn għall-faqqiegħ

Oħrajn; Pjanti fi qsari jew pjanti tajbin għat-taħwil, bil-ward;

NOK 20 miljun

NOK 12 miljun

0

06.02.9031

Pjanti fi qsari jħaddru mill-1 ta' Mejju sal-14 ta' Diċembru (5)

NOK 7 miljun

NOK 3 miljun

0

 

Ħass (Lactuca sativa) u ċikwejra (Cichorium spp.), friski jew imkessħin

Ħass Iceberg;

Mill-1 ta' Marzu sal-31 ta' Mejju;

500 (6)

100 (6)

0

07.05.1112

Sħaħ

07.05.1119

Oħrajn

10.05.9010

Qamħirrum

Għal għan ta' għalf

15 000

5 000

0

16.01.0000

Zalzett u prodotti simili, ta' laħam, ġewwieni jew demm; preparazzjonijiet tal-ikel ibbażati fuq dawn il-prodotti

600

200

0

ANNESS III

AĊĊESS ĦIELES MID-DAZJU GĦAL IMPORTAZZJONIJIET LEJN L-UNJONI EWROPEA TA' PRODOTTI LI JORIĠINAW FIN-NORVEĠJA

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tan-nomenklatura magħquda

0101 21 00

Żwiemel ħajjin, annimali ta' razza pura għar-razza

0101 29 10

Żwiemel ħajjin, għajr annimali ta' razza pura għar-razza għall-qatla

0101 29 90

Żwiemel ħajjin, għajr annimali ta' razza pura għar-razza, għajr għall-qatla

0207 43 00

Fwied bix-xaħam tal-papri, frisk jew imkessaħ

0207 53 00

Fwied bix-xaħam tal-wiżż, frisk jew imkessaħ

ex 0506 90 00

Għadam u ċ-ċentru tal-qrun, u t-trab u l-iskart tagħhom, mhux maħdumin, bix-xaħam imneħħi, deġelatinizzati jew sempliċiment preparati (eskluż ossejn u għadam trattati bl-aċtu u maqtugħin għall-forma), għall-għalf tal-annimali

ex 0511 99 85

Trab tad-demm għall-għalf tal-annimali, mhux tajjeb biex jittiekel mill-bniedem

ex 0511 99 85

Laħam u demm għall-għalf tal-annimali, mhux tajjeb biex jittiekel mill-bniedem

ex 0511 99 85

Prodotti oħra ġejjin mill-annimali għall-għalf tal-annimali, li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra, mhux tajbin biex jittieklu mill-bniedem (minbarra prodotti tal-ħut jew ta' krustaċej, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħra; annimali mejtin tal-Kapitolu 3; demm; laħam; sponoż naturali ġejjin minn annimali; semen minn annimali tal-ifrat)

ex 0602 10 90

Biċċiet maqlugħin mill-għeruq ta' kull tip ta' Begonia, Campanula isophylla, Euphorbia pulcherrima, Poinsettia pulcherrima, Fuchsia, Hibiscus, Kalanchoe u Petunia- li tiddendel (Petunia hybrida, Petunia atkinsiana) għall-finijiet ta' mixtla jew ta' ortikoltura [għajr ta' pjanti jħaddru mill-15 ta' Diċembru sat-30 ta' April]

ex 0602 10 90

Biċċiet maqlugħin mill-għeruq ta' Pelargonium għall-finijiet ta' mixtla jew ta' ortikoltura [għajr ta' pjanti jħaddru mill-15 ta' Diċembru sat-30 ta' April]

ex 0602 90 99

Asplenium, Begonia x rex-cultorum, Chlorophytum, Euonymus japanicus, Fatsia japonica, Aralia sieboldii, Ficus elastica, Monstera, Philodendron scandens, Radermachera, Stereospermum, Syngonium u X-Fatshedera, ippreżentati bħala pjanti fi qsari jħaddru mill-1 ta' Mejju sal-14 ta' Diċembru

ex 0708 20 00

Fażola (Vigna spp., Phaseolus spp.) imqaxxra jew bil-qoxra, friska jew imkessħa għajr fażola ħadra, asparagus beans (Dolichos sesquipedalis), wax beans (Phaseolus) u string beans (Phaseolus vulgaris)

ex 0709 99 60

Qamħirrum ħelu għall-għalf tal-annimali, frisk jew imkessaħ

ex 0710 22 00

Fażola (Vigna spp., Phaseolus spp.) nejja jew imsajra bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma, friżata għajr fażola ħadra, asparagus beans (Dolichos sesquipedalis), wax beans (Phaseolus) u string beans (Phaseolus vulgaris)

0711 51 00

Faqqiegħ tal-ġens Agaricus, ippreżervat provviżorjament, iżda mhux tajjeb għal konsum immedjat f'dak l-istat

0711 59 00

Faqqiegħ (għajr dak tal-ġens Agaricus) u tartuf ippreżervat provviżorjament, iżda mhux tajjeb għal konsum immedjat f'dak l-istat

ex 0714 30 00

Jams (Dioscorea spp.) mhux għall-għalf tal-annimali, friski, imkessħin, friżati jew imnixxfin, kemm jekk flieli jew f'forma ta' gerbub kif ukoll jekk le

ex 0714 40 00

Taro (Colocasia spp.) mhux għall-għalf tal-annimali, friski, imkessħin, friżati jew imnixxfin, kemm jekk flieli jew f'forma ta' gerbub kif ukoll jekk le

ex 0714 50 00

Yautia (Xanthosoma spp.) mhux għall-għalf tal-annimali, friski, imkessħin, friżati jew imnixxfin, kemm jekk flieli jew f'forma ta' gerbub kif ukoll jekk le

ex 0811 20 11

Tut, ċawsli jew loganberries, passolina bajda jew ħamra u ribes, nejjin jew imsajrin bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma, friżati, kemm jekk biż-żieda ta' zokkor jew ta' xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu, b'kontenut ta' zokkor ogħla minn 13 % tal-piż

ex 0811 20 19

Tut, ċawsli jew loganberries, passolina bajda jew ħamra u ribes, nejjin jew imsajrin bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma, friżati, kemm jekk biż-żieda ta' zokkor jew ta' xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu, b'kontenut ta' zokkor mhux ogħla minn 13 % tal-piż

0811 20 51

Passolina ħamra, nejja jew imsajra bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma, friżata, mingħajr iż-żieda ta' zokkor jew ta' xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu

0811 20 59

Tut u ċawsli, nej jew imsajjar bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma, friżat, mingħajr iż-żieda ta' zokkor jew ta' xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu

ex 0811 20 90

Loganberries, passolina bajda u ribes, nejjin jew imsajrin bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma, friżati, mingħajr iż-żieda ta' zokkor jew ta' xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu

0812 10 00

Ċirasa, ippreżervata provviżorjament, iżda mhux tajba għal konsum immedjat f'dak l-istat

1008 50 00

Kinoa (Chenopodium quinoa)

ex 1109 00 00

Glutina tal-qamħ għall-għalf tal-annimali, kemm jekk imnixxfa jew le

ex 1212 29 00

Alki tal-baħar u alki oħrajn għall-għalf tal-annimali, friski, imkessħin, friżati jew imnixxfin, mitħunin jew le

ex 1702 20 10

Zokkor tal-aġġru f'forma solida, li fih miżjudin ħwawar jew materjal li jagħti l-kulur, għall-għalf tal-annimali

ex 1702 20 90

Zokkor tal-aġġru (għajr f'forma solida, li fih miżjudin ħwawar jew materjal li jagħti l-kulur) u ġulepp tal-aġġru għall-għalf tal-annimali

2008 93

Cranberries (Vaccinium macrocarpon, Vaccinium oxycoccos, Vaccinium vitis-idaea), ippreparati jew ippreżervati mod ieħor, kemm jekk fihom zokkor jew materjal ieħor miżjud li jagħmel ħelu jew spirtu miżjud inkella le

2009 81

Meraq tal-cranberries (Vaccinium macrocarpon, Vaccinium oxycoccos, Vaccinium vitisidaea), mhux fermentat u li ma fihx spirtu miżjud, kemm jekk fih zokkor jew materjal ieħor miżjud li jagħmel ħelu inkella le

ex 2009 89

Meraq jew konċentrat tal-mirtill, mhux fermentat u li ma fihx spirtu miżjud, kemm jekk fih zokkor jew materjal ieħor miżjud li jagħmel ħelu inkella le

2206

Xorb ieħor iffermentat (pereżempju sidru, perry, mead, saké); taħlit ta' xorb iffermentat u taħlit ta' xorb iffermentat u xorb mhux alkoħoliku, li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra

ex 2303 10 90

Fdal ta' manifattura ta' lamtu u fdal simili, għall-għalf tal-annimali

2302 50

Granza, dqiq inferjuri (sharps) u fdal oħrajn, fil-forma ta' gerbub jew le, ġejjin mit-tnaqqih, tħin jew xogħol ieħor fuq ċereali jew pjanti leguminużi:

Ta' pjanti leguminużi

ex 2309 90 31

Preparazzjonijiet ta' tip użat għal għalf ta' annimali, li ma fihomx lamtu jew fihom lamtu 10 % jew inqas bil-piż, li ma fihomx prodotti ta' ħalib jew fihom inqas minn 10 % tal-piż minn dawn il-prodotti, għajr ikel għall-klieb jew għall-qtates ippreżentat għal bejgħ bl-imnut, għajr l-ikel għall-ħut

ANNESS IV

KWOTI TARIFFARJI FUQ IMPORTAZZJONIJIET FL-UNJONI EWROPEA TA' PRODOTTI LI JORIĠINAW FIN-NORVEĠJA

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tan-nomenklatura magħquda

Kwoti tariffarji konsolidati (kwantità fis-sena, f'tunnellati)

Li minnhom kwoti addizzjonali (7)

Dazju fil-kwota (EUR/kg)

0207 14 30

Laħam u ġewwieni li jittiekel, ta' tjur tal-intestatura 0105 , frisk, imkessaħ jew friżat:

 

Ta' tjur tal-ispeċi Gallus domesticus

 

Qatgħat bl-għadma, friżati

 

Ġwienaħ sħaħ, bil-ponot jew mingħajr ponot

550

550

0

0207 14 70

Laħam u ġewwieni li jittiekel, ta' tjur tal-intestatura 0105 , frisk, imkessaħ jew friżat:

 

Ta' tjur tal-ispeċi Gallus domesticus

 

Qatgħat oħra bl-għadma, friżati

150

150

0

0204

Laħam tan-ngħaġ jew tal-mogħoż, frisk, imkessaħ jew friżat

500

0

0

0210

Laħam u ġewwieni li jittiekel, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat; dqiq u pasti mill-laħam jew mill-ġewwieni li jittiekel

0404 10

Xorrox u xorrox modifikat, kemm jekk konċentrat kif le jew biz-zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu

1 250

1 250

0

0404 10 02

Xorrox u xorrox modifikat, fi trab, ħbub jew forom solidi oħrajn, mingħajr iż-żieda ta' zokkor jew ta' xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu, b'kontenut ta' proteina “kontenut ta' nitroġenu × 6,38” ta' <= 15 % skont il-piż u kontenut ta' xaħam, skont il-piż, ta' <= 1,5 %

3 150

3 150

0

0603 19 70

Fjuri maqtugħin u blanzuni ta' fjuri ta' tip adattati għal bukketti u għal għanijiet ornamentali, friski, għajr Ward, Qronfol, Orkidej, Krisantemi, Ġilji (Lilium spp.), Gladjoli u Ranunkli

500 000 EUR

500 000 EUR

0

1602

Laħam, fdal tal-laħam jew demm oħrajn preparati jew preservati

300

300

0

2005 20 20

Flieli rqaq tal-patata, moqlijin jew moħmijin, kemm jekk melħin jew imħawrin kif jekk le, ġo pakki li jżommu l-arja, tajbin għal konsum immedjat

350

150

0

2309 90 96

Preparazzjonijiet ta' tip użati għal għalf ta' annimali; Oħrajn

200

200

0

3502 20

Albumini (inklużi konċentrati ta' żewġ proteini jew aktar tax-xorrox, li fihom bil-piż iktar minn 80 % ta' proteini tax-xorrox, meqjusin fuq il-materjal xott), albuminati u derivattivi oħrajn ta' albumina:

Albumina tal-ħalib, inklużi konċentrati ta' żewġ proteini jew aktar tax-xorrox

500

500

0

B.   Ittra mir-Renju tan-Norveġja

Sinjura,

Għandi l-unur ngħarrfek li rċevejt l-ittra tiegħek bid-data tal-lum, li tgħid hekk:

“Għandi l-unur nagħmel referenza għan-negozjati bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (“il-Partijiet”) dwar kummerċ bilaterali fi prodotti agrikoli, li ntemmu fil-5 ta' April 2017.

Kien hemm sensiela ġdida ta' negozjati dwar il-kummerċ agrikolu bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Gvern Norveġiż abbażi tal-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), bl-għan li jkun hemm aktar liberalizzazzjoni progressiva tal-kummerċ agrikolu bejn il-Partijiet fuq bażi preferenzjali, reċiproka u ta' benefiċċju għal xulxin. In-negozjati tmexxew b'ordni, b'kunsiderazzjoni xierqa tal-iżviluppi fil-politiki agrikoli u fiċ-ċirkostanzi rispettivi tal-Partijiet, inkluż l-iżviluppi fil-kummerċ bilaterali u fil-kondizzjonijiet tal-kummerċ ma' sħab oħra fil-kummerċ.

Jiena b'dan nikkonferma li r-riżultati tan-negozjati kienu dawn li ġejjin:

1.

In-Norveġja taċċetta li tagħti aċċess ħieles mid-dazju għal prodotti li joriġinaw fl-Unjoni Ewropea, elenkati fl-Anness I għal dan il-Ftehim.

2.

In-Norveġja taċċetta li tistabbilixxi kwoti tariffarji għal prodotti li joriġinaw fl-Unjoni Ewropea, elenkati fl-Anness II għal dan il-Ftehim.

3.

L-Unjoni Ewropea taċċetta li tagħti aċċess ħieles mid-dazju lil prodotti li joriġinaw fin-Norveġja, elenkati fl-Anness III għal dan il-Ftehim.

4.

L-Unjoni Ewropea taċċetta li tistabbilixxi kwoti tariffarji għal prodotti li joriġinaw fin-Norveġja, elenkati fl-Anness IV għal dan il-Ftehim.

5.

Il-kodiċijiet tariffarji stipulati fl-Annessi I sa IV għal dan il-Ftehim huma l-kodiċijiet tariffarji li japplikaw għall-Partijiet mill-1 ta' Jannar 2017.

6.

Il-kwoti tariffarji eżistenti għall-importazzjonijiet lejn in-Norveġja ta' 600 tunnellata laħam tal-majjal, 800 tunnellata laħam tat-tjur u 900 tunnellata laħam taċ-ċanga, kif elenkati fl-Anness II għall-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja li ġie ffirmat fil-15 ta' April 2011 (“il-Ftehim tal-2011”), mhux se jiġu affettwati mill-implimentazzjoni ta' xi ftehim tad-WTO dwar l-agrikoltura li jista' jkun hemm fil-futur. Għalhekk, il-punt 7 tal-Ftehim tal-2011 huwa mħassar.

7.

Rigward il-kwota tariffarja addizzjonali għall-importazzjonijiet lejn in-Norveġja ta' 1 200 tunnellata ġobon u baqta, il-Partijiet ftiehmu li 700 tunnellata minnhom se jiġu amministrati bi rkant, filwaqt li l-500 tunnellata l-oħra se jiġu amministrati permezz tas-sistema ta' liċenzjar.

8.

Il-Partijiet se jkomplu bl-isforzi tagħhom biex jikkonsolidaw il-konċessjonijiet bilaterali kollha (kemm dawk diġà fis-seħħ kif ukoll dawk previsti f'dan il-Ftehim) fi skambju ta' ittri ġdid, li għandu jissostitwixxi l-ftehimiet agrikoli bilaterali eżistenti tagħhom.

9.

Ir-regoli tal-oriġini bl-għan li jiġu implimentati l-konċessjonijiet imsemmija fl-Annessi I sa IV għal dan il-Ftehim huma stabbiliti fl-Anness IV għall-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri tat-2 ta' Mejju 1992 (“il-Ftehim tal-1992”). Iżda l-Anness II għall-Protokoll 4 tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi applikat minflok l-Appendiċi tal-Anness IV għall-Ftehim tal-1992.

10.

Il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-konċessjonijiet li jagħtu lil xulxin ma jiġux ipperikolati.

11.

Il-Partijiet jaqblu li jiżguraw li l-kwoti tariffarji jiġu ġestiti b'mod li jkunu jistgħu jsiru importazzjonijiet fuq bażi regolari, u li l-kwantitajiet miftiehma jkunu jistgħu jiġu realment importati.

12.

Il-Partijiet jaqblu li jiskambjaw, f'intervalli regolari, informazzjoni dwar prodotti fil-kummerċ, il-ġestjoni ta' kwoti tariffarji, kwotazzjonijiet ta' prezzijiet u kwalunkwe informazzjoni siewja dwar is-swieq domestiċi rispettivi tagħhom u dwar l-implimentazzjoni tar-riżultati ta' dawn in-negozjati.

13.

Ser isiru konsultazzjonijiet meta jintalbu minn Parti jew oħra dwar kwalunkwe kwistjoni b'rabta mal-implimentazzjoni tar-riżultati ta' dawn in-negozjati. F'każ ta' diffikultà fl-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim, dawn il-konsultazzjonijiet għandhom isiru fil-pront kemm jista' jkun, bl-għan li jiġu adottati miżuri korrettivi xierqa.

14.

Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom, f'konformità mal-Artikolu 19 tal-Ftehim ŻEE, li jkomplu bl-isforzi tagħhom bl-għan li jiksbu liberalizzazzjoni progressiva tal-kummerċ agrikolu. Għal dan l-għan, il-Partijiet jaqblu li fi żmien sentejn iwettqu rieżami ġdid tal-kundizzjonijiet tal-kummerċ fi prodotti agrikoli, bl-għan li jiġu esplorati l-possibbiltajiet ta' konċessjonijiet.

15.

F'każ ta' aktar tkabbir tal-Unjoni Ewropea, il-Partijiet ser jivvalutaw l-impatt fuq il-kummerċ bilaterali, bl-għan li jadattaw preferenzi bilaterali sabiex il-flussi ta' kummerċ preferenzjali eżistenti minn qabel bejn in-Norveġja u l-pajjiż aderenti jkunu jistgħu jissoktaw.

Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tielet xahar wara d-data tad-depożitu tal-aħħar strument ta' approvazzjoni.”.

Għandi l-unur nikkonferma li r-Renju tan-Norveġja jaqbel mal-kontenut tal-ittra tiegħek.

Dejjem tiegħek,

Utferdiget i Brussel,

Съставено в Брюксел на

Hecho en Bruselas, el

V Bruselu dne

Udfærdiget i Bruxelles, den

Geschehen zu Brüssel am

Brüssel,

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις

Done at Brussels,

Fait à Bruxelles, le

Sastavljeno u Bruxellesu

Fatto a Bruxelles, addì

Briselē,

Priimta Briuselyje,

Kelt Brüsszelben,

Magħmul fi Brussell,

Gedaan te Brussel,

Sporządzono w Brukseli, dnia

Feito em Bruxelas,

Întocmit la Bruxelles,

V Bruseli

V Bruslju,

Tehty Brysselissä

Utfärdat i Bryssel den

Image

For Kongeriket Norge

За Кралство Норвегия

Por el Reino de Noruega

Za Norské království

For Kongeriget Norge

Für das Königreich Norwegen

Norra Kuningriigi nimel

Για το Βασίλειο της Νορβηγίας

For the Kingdom of Norway

Pour le Royaume de Norvège

Za Kraljevinu Norvešku

Per il Regno di Norvegia

Norvēģijas Karalistes vārdā –

Norvegijos Karalystės vardu

A Norvég Királyság részéről

Għar-Renju tan-Norveġja

Voor het Koninkrijk Noorwegen

W imieniu Królestwa Norwegii

Pelo Reino da Noruega

Pentru Regatul Norvegiei

Za Nórske kráľovstvo

Za Kraljevino Norveško

Norjan kuningaskunnan puolesta

För Konungariket Norge

Image


(1)  Dawn il-prodotti jiġu importati ħielsa mid-dazju. Madankollu n-Norveġja tirriżerva d-dritt li ddaħħal dazju jekk il-prodotti jkunu importati għal għanijiet ta' għalf.

(1)  Pro rata, jekk ikun meħtieġ, għall-perjodu 1.1-31.12, u waqt l-ewwel sena mill-applikazzjoni tal-ftehim. Kwoti addizzjonali għandhom jiġu miżjuda mal-kwoti eżistenti li ġew negozjati bħala parti minn ftehimiet preċedenti li saru bejn l-UE u n-Norveġja.

(2)  Fil-perjodu 1.12-31.12.

(3)  Il-kwantità tindika l-importazzjonijiet ta' ġarretti bl-għadma. Għal importazzjonijiet ta' ġarretti mingħajr għadma, jintuża fattur ta' konverżjoni ta' 1.15.

(4)  Eċċezzjoni għall-pjanti li ġejjin: Argyranthemum frutescens, Chrysanthemum frutescens, Begonia x hiemalis, Begonia elatior, Campanula, Dendranthema x grandiflora, Chrysanthemum x morifolium, Euphorbia pulcherrima, Poinsettia pulcherrima, Hibiscus, Kalanchoe, Pelargonium, Primula u Saintpaulia.

(5)  Il-pjanti li ġejjin huma inklużi: Condiaeum, Croton, Dieffenbachia, Epipremnum, Scindapsus aureum, Hedera, Nephrolepis, Peperomia obtusifolia, Peperomia rotundifolia, Schefflera, Soleirolia u Helxine, anki meta jiġu importati bħala parti minn gruppi mħallta ta' pjanti.

(6)  Kriterji għall-utent finali: L-industrija tal-ipproċessar.

(7)  Pro rata, jekk ikun meħtieġ, għall-perjodu 1.1-31.12, u waqt l-ewwel sena mill-applikazzjoni tal-ftehim. Kwoti addizzjonali għandhom jiġu miżjuda mal-kwoti eżistenti li ġew negozjati bħala parti minn ftehimiet preċedenti li saru bejn l-UE u n-Norveġja.


REGOLAMENTI

25.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 129/16


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/761

tas-16 ta' Frar 2018

li jistabbilixxi metodi komuni tas-sikurezza għas-superviżjoni minn awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza wara l-ħruġ ta' ċertifikat tas-sikurezza uniku jew ta' awtorizzazzjoni tas-sikurezza skont id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1077/2012

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar is-sikurezza ferrovjarja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(6) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Rakkomandazzjoni ERA-REC-115-REC mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji dwar ir-reviżjoni tal-metodi komuni tas-sikurezza dwar l-valutazzjoni tal-konformità u l-metodu komuni tas-sikurezza dwar is-superviżjoni, li waslet għand il-Kummissjoni fid-9 ta' Marzu 2017,

Billi:

(1)

Il-metodi komuni tas-sikurezza (“CSMs”) jiddeskrivu kif jiġu vvalutati l-livelli tas-sikurezza u l-kisba tal-miri tas-sikurezza kif ukoll il-konformità ma' rekwiżiti oħra tas-sikurezza.

(2)

Skont l-Artikolu 6(5) tad-Direttiva (UE) 2016/798, is-CSMs iridu jiġu reveduti f'intervalli regolari, b'mod li titqies l-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni tagħhom u l-iżvilupp globali tas-sikurezza ferrovjarja u bl-objettiv li s-sikurezza tinżamm b'mod ġenerali, u fejn raġonevolment prattikabbli, tittejjeb kontinwament.

(3)

Bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tagħha tal-1 ta' Settembru 2016 (2), il-Kummissjoni tat mandat lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (“l-Aġenzija”) b'konformità mal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva (UE) 2016/798 biex tirrevedi r-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 1158/2010 (3), (UE) Nru 1169/2010 (4) u (UE) Nru 1077/2012 (5). Sabiex tindirizza l-mandat tal-Kummissjoni, fid-9 ta' Marzu 2017 l-Aġenzija ħarġet ir-rakkomandazzjoni tagħha, flimkien ma' rapport dwar ir-riżultati tal-konsultazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza, tas-sħab soċjali u tal-utenti kif ukoll b'rapport li jivvaluta l-impatt tas-CSMs emendati li jridu jiġu adottati. Il-Kummissjoni eżaminat ir-rakkomandazzjoni li nħarġet mill-Aġenzija sabiex tivverifika li l-mandat ġie ssodisfat kif imsemmi fl-Artikolu 6(4) tad-Direttiva (UE) 2016/798.

(4)

Wara li jinħareġ ċertifikat tas-sikurezza uniku jew wara li tinħareġ awtorizzazzjoni tas-sikurezza, jenħtieġ li l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza twettaq attivitajiet ta' superviżjoni sabiex tikkontrolla jekk l-arranġamenti tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza ntużawx b'mod effettiv matul l-operazzjoni u li r-rekwiżiti meħtieġa kollha qed jiġu ssodisfati fuq bażi kontinwa.

(5)

B'konformità mal-Artikolu 17(1) u (8) tad-Direttiva (UE) 2016/798, f'każijiet meta l-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-infrastruttura jkunu wkoll entitajiet responsabbli għall-manutenzjoni li ma jkunux iċċertifikati skont l-Artikolu 14(4) tad-Direttiva (UE) 2016/798, l-attivitajiet ta' superviżjoni mwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali ta' sikurezza bl-għan li jikkontrollaw l-applikazzjoni tas-CSMs rilevanti msemmija fl-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2016/798 minn entitajiet responsabbli għall-manutenzjoni huma mezzi ġġustifikati għas-superviżjoni tal-effettività tas-sistemi tal-ġestjoni tas-sikurezza ta' dawn l-impriżi ferrovjarji u ta' dawn l-amministraturi tal-infrastruttura.

(6)

Jenħtieġ li jiġi stabbilit proċess ta' superviżjoni għall-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza, bl-għan li jtejjeb il-fiduċja reċiproka fl-approċċi tagħhom lejn l-attivitajiet ta' superviżjoni u fit-teħid tad-deċiżjonijiet waqt dawn l-attivitajiet.

(7)

Jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza jkunu responsabbli għad-deċiżjonijiet tagħhom u għaldaqstant jenħtieġ li jkollhom arranġamenti jew proċeduri interni li bihom ikunu jistgħu jinżammu responsabbli.

(8)

Jenħtieġ li s-superviżjoni tkun immirata primarjament lejn dawk l-attivitajiet li awtorità nazzjonali tas-sikurezza tkun tal-fehma li jagħtu lok għall-iżjed riskji serji jew fejn ir-riskji huma kkontrollati sew l-inqas. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza tiżviluppa u timplimenta strateġija u pjan(ijiet) ta' superviżjoni abbażi tar-riskji, u fihom tiddeskrivi kif se timmira l-attivitajiet tagħha u kif se tistabbilixxi l-prijoritajiet tagħha għas-superviżjoni.

(9)

Jenħtieġ li l-azzjonijiet ta' infurzar meħuda mill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza biex jiżguraw li l-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-infrastruttura jiksbu l-konformità legali kif imsemmi fl-Artikolu 17(1) tad-Direttiva (UE) 2016/798 jkunu proporzjonati għal kwalunkwe riskju għas-sikurezza jew għall-gravità potenzjali ta' kwalunkwe nuqqas ta' konformità mal-obbligi legali tagħhom.

(10)

Sabiex ikun jista' jwettaq il-kompiti tiegħu skont il-punt (i) tal-Artikolu 16(2) tad-Direttiva (UE) 2016/798, jenħtieġ li abbażi tal-eżiti tal-attivitajiet ta' superviżjoni tagħha, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza tifforma ġudizzju dwar l-effettività tal-qafas regolatorju tas-sikurezza.

(11)

Jenħtieġ li t-tekniki ta' awditjar u ta' spezzjoni għas-superviżjoni jinkludu b'mod ġenerali intervisti ma' persuni minn livelli differenti ta' organizzazzjoni, ir-rieżami ta' dokumenti u ta' rekords marbuta mas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza, u l-eżaminar tal-eżiti tas-sikurezza tas-sistema tal-ġestjoni żvelati minn spezzjonijiet jew minn attivitajiet relatati.

(12)

B'konformità mal-Artikolu 17(13) tad-Direttiva (UE) 2016/798, jenħtieġ li l-Aġenzija, li taġixxi bħala korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza, u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza jikkoordinaw meta u fejn ikun xieraq biex jiżguraw li jkun hemm skambju sħiħ tal-informazzjoni bejn l-attivitajiet ta' valutazzjoni u ta' superviżjoni, inkluż kwalunkwe avviż indirizzat lill-impriżi ferrovjarji. Bl-istess mod, jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti tas-sikurezza jwettqu koordinazzjoni fil-każ ta' infrastrutturi transfruntiera.

(13)

Sabiex jiġi żgurat li s-superviżjoni titwettaq b'mod effettiv mill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza u sabiex tissaħħaħ il-fiduċja reċiproka bejniethom, jenħtieġ li dawk l-awtoritajiet jiżguraw li l-persunal involut fis-superviżjoni jkollu l-kompetenzi meħtieġa. Għal dak l-għan, jenħtieġ li dawk il-kompetenzi jiġu identifikati.

(14)

Jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza involuti fis-superviżjoni ta' amministratur tal-infrastruttura b'infrastruttura transfruntiera jew ta' impriża ferrovjarja li topera f'iktar minn Stat Membru wieħed jikkooperaw ma' xulxin biex jevitaw kwalunkwe duplikazzjoni ta' superviżjoni u jikkoordinaw l-approċċ tagħhom lejn is-superviżjoni biex jiżguraw li kwalunkwe informazzjoni essenzjali dwar l-amministratur tal-infrastruttura jew dwar l-impriża ferrovjarja, b'mod partikolari b'rabta ma' riskji magħrufa u l-prestazzjoni tas-sikurezza tagħhom, tiġi kondiviża u tintuża biex l-attivitajiet tas-superviżjoni jiġu mmirati lejn l-oqsma bl-ikbar riskju għall-operazzjoni kollha.

(15)

Jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza jikkooperaw, meta dan ikun meħtieġ, ma' awtoritajiet jew korpi kompetenti oħra li jinteraġixxu fis-settur ferrovjarju, bħal pereżempju l-korpi regolatorji u l-awtoritajiet tal-għoti tal-liċenzji skont it-tifsira tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), jew l-awtoritajiet kompetenti għall-monitoraġġ tal-konformità mar-regoli applikabbli tax-xogħol, tas-sewqan u tal-mistrieħ għas-sewwieqa tal-ferroviji, biex iwettqu l-mandati rispettivi tagħhom, jikkondividu l-informazzjoni, isolvu kwalunkwe kunflitt fl-approċċ, jipprevjenu l-effetti avversi relatati fis-sistema ferrovjarja u jikkoordinaw ir-rispons tagħhom għal kwalunkwe nuqqas ta' konformità mal-qafas regolatorju tas-sikurezza.

(16)

Skont l-Artikolu 31(3) tad-Direttiva (UE) 2016/798, ir-reġim il-ġdid ta' ċertifikazzjoni tas-sikurezza se jibda mis-16 ta' Ġunju 2019. Madankollu, l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jinnotifikaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 33(2) tad-Direttiva (UE) 2016/798 li huma estendew il-perjodu tat-traspożizzjoni u konsegwentement jistgħu jkomplu joħorġu ċertifikati b'konformità mad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) sas-16 ta' Ġunju 2020. Għalhekk jeħtieġ li d-dati tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jiġu allinjati mad-dati stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2016/798 sabiex ikun hemm tranżizzjoni mingħajr intoppi lejn ir-reġim il-ġdid ta' ċertifikazzjoni.

(17)

Ir-Regolament (UE) Nru 1077/2012 ma għadux jgħodd u għalhekk jenħtieġ li jiġi sostitwit b'dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi metodi komuni tas-sikurezza (“CSMs”), imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva (UE) 2016/798, għas-superviżjoni tal-ġestjoni tas-sikurezza mill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza wara li l-impriżi ferrovjarji jkunu ngħataw ċertifikat tas-sikurezza uniku u wara li l-amministraturi tal-infrastruttura jkunu ngħataw awtorizzazzjoni tas-sikurezza.

Artikolu 2

Definizzjoni

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza” tfisser il-korp responsabbli għall-ħruġ ta' ċertifikat tas-sikurezza uniku, jew l-Aġenzija jew inkella awtorità nazzjonali tas-sikurezza;

(b)

“tħassib residwu” tfisser kwistjoni minuri identifikata matul il-valutazzjoni ta' applikazzjoni għal ċertifikat tas-sikurezza uniku jew għal awtorizzazzjoni tas-sikurezza li ma tipprevjenix il-ħruġ tagħhom u li tista' tiġi ddifferita għal superviżjoni iktar tard.

Artikolu 3

Proċess ta' superviżjoni

1.   L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom japplikaw il-proċess ta' superviżjoni stabbilit fl-Anness I.

2.   L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jistabbilixxu arranġamenti jew proċeduri interni għall-ġestjoni tal-proċess ta' superviżjoni.

3.   Għall-finijiet tas-superviżjoni, l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jaċċettaw l-awtorizzazzjonijiet, ir-rikonoxximenti jew iċ-ċertifikati ta' prodotti jew ta' servizzi pprovduti minn impriżi ferrovjarji jew minn amministraturi tal-infrastruttura, jew mill-kuntratturi, mill-imsieħba jew mill-fornituri tagħhom, li jkunu ngħataw skont il-liġi rilevanti tal-Unjoni, bħala prova tal-kapaċità tal-impriżi ferrovjarji u tal-amministraturi tal-infrastruttura li jissodisfaw ir-rekwiżiti korrispondenti ddefiniti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/762 (8).

Artikolu 4

Tekniki għas-superviżjoni

L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jadottaw tekniki adattati, bħal awditjar u spezzjonijiet, u jagħżlu dawk li jkunu l-iżjed xierqa meta jippjanaw l-attivitajiet ta' superviżjoni tagħhom.

Artikolu 5

Rabtiet bejn is-superviżjoni u l-valutazzjoni

1.   L-awtorità nazzjonali tas-sikurezza li twettaq is-superviżjoni għandha tuża u, meta jkun rilevanti, tikkondividi l-informazzjoni miġbura dwar il-prestazzjoni tas-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza matul l-attivitajiet ta' superviżjoni tagħha għall-fini tat-tiġdid jew tal-aġġornament taċ-ċertifikati uniċi tas-sikurezza jew tal-awtorizzazzjonijiet tas-sikurezza.

2.   F'każijiet meta l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza msemmija fil-paragrafu 1 ma tkunx responsabbli għall-ħruġ taċ-ċertifikat tas-sikurezza uniku jew għall-awtorizzazzjoni tas-sikurezza, din għandha tikkoordina minnufih mal-Aġenzija li taġixxi bħala korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza jew mal-awtorità nazzjonali rilevanti tas-sikurezza, fil-każ ta' infrastruttura transfruntiera, fuq it-talba tagħha, wara li tirċievi applikazzjoni għat-tiġdid jew għall-aġġornament.

Abbażi tal-eżitu tal-koordinazzjoni msemmija fl-ewwel sottoparagrafu, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tidentifika u timmira l-informazzjoni li tkun rilevanti biex jiġi vvalutat jekk is-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza tal-impriża ferrovjarja jew tal-amministratur tal-infrastruttura hijiex qed taħdem b'mod effettiv, filwaqt li tinkludi minn tal-inqas:

(a)

deskrizzjoni tan-nuqqasijiet ta' konformità maġġuri, li jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tas-sikurezza jew joħolqu riskji serji għas-sikurezza, u kwalunkwe qasam ieħor ta' tħassib li jkun ġie identifikat matul l-attivitajiet ta' superviżjoni mill-valutazzjoni preċedenti 'l hawn;

(b)

l-istatus tal-pjan ta' azzjoni (jew pjanijiet) stabbilit mill-impriża ferrovjarja jew mill-amministratur tal-infrastruttura biex isolvi n-nuqqasijiet ta' konformità maġġuri u kwalunkwe qasam ieħor ta' tħassib imsemmija fil-punt (a) u l-azzjonijiet rilevanti li jkunu ttieħdu mill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza biex tissorvelja r-riżoluzzjoni ta' dawn il-kwistjonijiet;

(c)

stampa ġenerali tal-prestazzjoni tas-sikurezza tal-impriża ferrovjarja li topera jew tal-amministratur tal-infrastruttura li jopera fl-Istat Membru tagħha;

(d)

l-istatus tal-pjan ta' azzjoni (jew pjanijiet) stabbilit mill-impriża ferrovjarja jew mill-amministratur tal-infrastruttura biex isolvi t-tħassib residwu mill-valutazzjoni preċedenti.

Artikolu 6

Kompetenza tal-persunal involut fis-superviżjoni

1.   L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jiżguraw li l-persunal involut fis-superviżjoni jkollu l-kompetenzi li ġejjin:

(a)

għarfien tal-qafas regolatorju rilevanti applikabbli għas-superviżjoni;

(b)

għarfien tal-funzjonament tas-sistema ferrovjarja;

(c)

livell xieraq ta' analiżi kritika;

(d)

esperjenza fis-superviżjoni ta' sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza jew ta' sistema simili fis-settur ferrovjarju, jew ta' sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza f'settur li jkollu sfidi operattivi u tekniċi ekwivalenti;

(e)

għarfien u esperjenza fil-ħiliet tal-intervistar;

(f)

ħila ta' soluzzjoni tal-problemi, ta' komunikazzjoni u ta' xogħol f'tim.

2.   Fil-każ ta' xogħol f'tim, il-kompetenzi jistgħu jkunu kondiviżi fost il-membri tat-tim.

3.   Bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom idaħħlu fis-seħħ sistema ta' ġestjoni tal-kompetenzi li għandha tinkludi:

(a)

l-iżvilupp ta' profili ta' kompetenza għal kull impjieg, pożizzjoni jew rwol;

(b)

ir-reklutaġġ ta' persunal skont il-profili ta' kompetenza stabbiliti;

(c)

iż-żamma, l-iżvilupp u l-valutazzjoni tal-kompetenza tal-persunal skont il-profili ta' kompetenza stabbiliti.

Artikolu 7

Kriterji għat-teħid tad-deċiżjonijiet

1.   L-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tistabbilixxi u tippubblika l-kriterji għat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar kif tevalwa l-applikazzjoni korretta ta' sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza minn impriża ferrovjarja jew minn amministratur tal-infrastruttura u l-effettività tas-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza li tikkontrolla r-riskji għas-sikurezza assoċjati mal-attivitajiet tal-impriża ferrovjarja jew tal-amministratur tal-infrastruttura.

Dawn il-kriterji għandhom jinkludu informazzjoni dwar kif l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza timmaniġġja u tindirizza n-nuqqasijiet ta' konformità identifikati fis-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza tal-impriża ferrovjarja u tal-amministratur tal-infrastruttura.

2.   L-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tadotta u tippubblika proċedura li biha tiddeskrivi kif l-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-infrastruttura u kwalunkwe parti interessata oħra jistgħu jressqu lment dwar deċiżjonijiet meħuda matul l-attivitajiet ta' superviżjoni.

Artikolu 8

Koordinazzjoni fost l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza u kooperazzjoni ma' awtoritajiet jew ma' korpi oħra

1.   L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza involuti fis-superviżjoni ta' amministratur tal-infrastruttura b'infrastruttura/i transfruntiera jew ta' impriża ferrovjarja li jopera/topera f'iktar minn Stat Membru wieħed għandhom jikkoordinaw l-approċċ tagħhom għas-superviżjoni skont l-Artikolu 17(7) u (9) tad-Direttiva (UE) 2016/798.

Wara l-għoti tal-awtorizzazzjoni tas-sikurezza jew taċ-ċertifikat tas-sikurezza uniku, l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jiddeċiedu minnufih min minnhom se jkollu rwol ta' tmexxija għall-koordinazzjoni tas-superviżjoni tal-applikazzjoni korretta u tal-effettività tas-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza skont il-punti (d) u (j) tal-Artikolu 16(2) u l-Artikolu 17 tad-Direttiva (UE) 2016/798.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jiżviluppaw arranġamenti bbażati fuq il-qafas għal superviżjoni koordinata u konġunta li ġie stabbilit fl-Anness II.

3.   L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jiżviluppaw ukoll arranġamenti ta' kooperazzjoni mal-korpi nazzjonali ta' investigazzjoni, mal-korpi taċ-ċertifikazzjoni għal entitajiet responsabbli għall-manutenzjoni u ma' awtoritajiet jew ma' korpi kompetenti oħra.

Artikolu 9

Tħassir

Ir-Regolament (UE) Nru 1077/2012 jitħassar b'effett mis-16 ta' Ġunju 2019.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-16 ta' Ġunju 2019. Madankollu, l-Artikolu 5(2) u l-Artikolu 8(1) u (2) għandhom japplikaw mis-16 ta' Ġunju 2020 fl-Istati Membri li jkunu nnotifikaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni b'konformità mal-Artikolu 33(2) tad-Direttiva (UE) 2016/798 li huma estendew il-perjodu għat-traspożizzjoni ta' dik id-Direttiva.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Frar 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 138, 26.5.2016, p. 102.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Settembru 2016 dwar mandat lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji għar-reviżjoni tal-metodi komuni tas-sikurezza għall-valutazzjoni tal-konformità u għall-metodi komuni tas-sikurezza għas-superviżjoni u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni C(2014) 1649 final (C(2016) 5504 final).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1158/2010 tad-9 ta' Diċembru 2010 dwar metodu komuni ta' sikurezza għall-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti sabiex jinkisbu ċertifikati tas-sikurezza ferrovjarja (ĠU L 326, 10.12.2010, p. 11).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1169/2010 tal-10 ta' Diċembru 2010 dwar metodu komuni ta' sikurezza għall-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni tas-sikurezza ferrovjarja (ĠU L 327, 11.12.2010, p. 13).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1077/2012 tas-16 ta' Novembru 2012 dwar metodu komuni ta' sikurezza għas-superviżjoni mill-awtoritajiet nazzjonali ta' sikurezza wara l-ħruġ ta' ċertifikat ta' sikurezza jew awtorizzazzjoni ta' sikurezza (ĠU L 320, 17.11.2012, p. 3).

(6)  Id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32).

(7)  Id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 fuq is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE fuq l-għoti tal-liċenzji tal-impriżi tal-linji tal-ferrovija u d-Direttiva 2001/14/KE fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà (Id-Direttiva tas-Sigurtà Tal-Linji tal-Ferrovija) (ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44).

(8)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/762 tat-8 ta' Marzu 2018 li jistabbilixxi metodi ta' sikurezza komuni dwar ir-rekwiżiti tas-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza skont id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 1158/2010 u (UE) Nru 1169/2010 (ara l-paġna 26 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS I

Proċess ta' superviżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 3

1.   ĠENERALI

L-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tiżviluppa proċess strutturat u li jista' jiġi awditjat għall-attività kompluta li jqis l-elementi ta' hawn taħt. Dan jiżgura li l-proċess ta' superviżjoni jkun iterattiv u jqis il-ħtieġa ta' titjib kontinwu, kif jintwera fid-dijagramma ta' hawn taħt fl-Appendiċi.

2.   STABBILIMENT TA' STRATEĠIJA U TA' PJAN(IJIET) TA' SUPERVIŻJONI

L-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha:

(a)

tiġbor u tanalizza d-dejta/l-informazzjoni minn varjetà ta' sorsi bħala kontribut lejn l-istrateġija u l-pjan jew il-pjanijiet. Dawn is-sorsi jistgħu jinkludu l-informazzjoni li tkun inġabret waqt il-valutazzjoni tas-sistemi ta' ġestjoni tas-sikurezza, l-eżiti ta' attivitajiet preċedenti ta' superviżjoni, l-informazzjoni minn awtorizzazzjonijiet ta' sottosistemi jew ta' vetturi, ir-rapporti/ir-rakkomandazzjonijiet tal-korpi nazzjonali ta' investigazzjoni dwar l-aċċidenti, rapporti jew dejta oħra dwar l-aċċidenti/l-inċidenti, ir-rapporti annwali dwar is-sikurezza tal-impriżi ferrovjarji jew tal-amministraturi tal-infrastruttura mibgħuta lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza, ir-rapporti annwali dwar il-manutenzjoni minn entitajiet responsabbli għall-manutenzjoni, l-ilmenti mingħand membri tal-pubbliku u sorsi rilevanti oħra;

(b)

tidentifika oqsma ta' riskju għal attivitajiet immirati ta' superviżjoni fl-istrateġija ta' superviżjoni, inklużi dawk li jfeġġu mill-integrazzjoni u mill-ġestjoni ta' fatturi umani u ta' organizzazzjoni, meta dan ikun rilevanti;

(c)

tiżviluppa pjan jew pjanijiet ta' superviżjoni biex turi kif se twettaq fil-prattika l-istrateġija ta' superviżjoni matul iċ-ċiklu tal-ħajja taċ-ċertifikati uniċi tas-sikurezza jew tal-awtorizzazzjonijiet tas-sikurezza li jkunu validi;

(d)

toħroġ stima inizjali tar-riżorsi meħtieġa biex jitwettaq il-pjan/jitwettqu l-pjanijiet, abbażi tal-oqsma fil-mira li ġew identifikati;

(e)

talloka r-riżorsi biex jitwettaq il-pjan/jitwettqu l-pjanijiet;

(f)

tindirizza, fl-istrateġija u fil-pjan(ijiet) ta' superviżjoni, kwalunkwe kwistjoni marbuta ma' operazzjonijiet jew ma' infrastruttura/i transfruntiera permezz tal-koordinazzjoni ma' awtorità (jew ma' awtoritajiet) nazzjonali oħra tas-sikurezza.

3.   KOMUNIKAZZJONI TAL-ISTRATEĠIJA U TAL-PJAN(IJIET) TA' SUPERVIŻJONI

L-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha:

(a)

tikkomunika l-objettivi ġenerali tal-istrateġija ta' superviżjoni u l-ispjegazzjoni ġenerali tal-pjan jew tal-pjanijiet lill-impriżi ferrovjarji jew lill-amministraturi tal-infrastruttura rilevanti u, meta dan ikun xieraq, tikkomunikahom b'mod iktar wiesa' lil partijiet ikkonċernati oħra;

(b)

tipprovdi spjegazzjoni ġenerali lill-impriżi ferrovjarji jew lill-amministraturi tal-infrastruttura rilevanti dwar kif se jitwettaq il-pjan/kif se jitwettqu l-pjanijiet ta' superviżjoni.

4.   TWETTIQ TAL-ATTIVITAJIET TA' SUPERVIŻJONI

L-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha:

(a)

twettaq il-pjan jew il-pjanijiet;

(b)

tieħu azzjoni(jiet) proporzjonati biex tindirizza n-nuqqas ta' konformità ta' impriża ferrovjarja jew ta' amministratur tal-infrastruttura mal-obbligi legali tagħhom, fosthom il-ħruġ ta' kwalunkwe twissija urġenti ta' sikurezza u l-applikazzjoni ta' miżuri temporanji ta' sikurezza meta dan ikun meħtieġ;

(c)

tevalwa kif impriża ferrovjarja jew amministratur tal-infrastruttura jkunu żviluppaw u implimentaw b'mod adegwat pjan jew pjanijiet ta' azzjoni biex jirrimedjaw għal xi nuqqas ta' konformità jew għal tħassib residwu fi żmien perjodu speċifikat;

(d)

tiddokumenta r-riżultati tal-attivitajiet ta' superviżjoni tagħha.

5.   EŻITI TAL-ATTIVITAJIET TA' SUPERVIŻJONI

L-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha:

(a)

tikkondividi r-riżultati tal-attivitajiet ta' superviżjoni tagħha mal-impriża ferrovjarja jew mal-amministratur tal-infrastruttura rilevanti, fosthom l-identifikazzjoni ta' oqsma ta' nuqqas ta' konformità tal-impriża ferrovjarja jew tal-amministratur tal-infrastruttura u ta' kwalunkwe qasam ta' prassi tajba biex tappoġġa t-titjib tas-sikurezza;

(b)

ikollha stampa ġenerali tal-prestazzjoni tas-sikurezza tal-impriżi ferrovjarji jew tal-amministraturi tal-infrastruttura individwali li joperaw fl-Istat Membru tagħha;

(c)

tikkomunika l-fehmiet tagħha lill-partijiet ikkonċernati rilevanti dwar il-prestazzjoni ġenerali tas-sikurezza fl-Istat Membru u tippubblikahom;

(d)

tikkomunika l-fehmiet tagħha lill-partijiet ikkonċernati rilevanti dwar l-effettività tal-qafas regolatorju tas-sikurezza u tippubblikahom;

(e)

tuża u, meta jkun rilevanti, tikkondividi l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tas-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza li tkun inġabret waqt is-superviżjoni tal-impriżi ferrovjarji jew tal-amministraturi tal-infrastruttura, qabel ma tivvaluta mill-ġdid l-applikazzjoni għal tiġdid jew għal aġġornament taċ-ċertifikat uniku tas-sikurezza jew tal-awtorizzazzjoni tas-sikurezza, mal-Aġenzija li taġixxi bħala korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza jew mal-awtorità nazzjonali rilevanti tas-sikurezza, fil-każ ta' infrastruttura transfruntiera;

(f)

meta jkun xieraq, tieħu kwalunkwe azzjoni ta' infurzar, tidentifika jekk ikunx il-każ li jkun hemm restrizzjoni jew revoka taċ-ċertifikat uniku tas-sikurezza jew tal-awtorizzazzjoni tas-sikurezza, u fil-każijiet meta ma tkunx responsabbli għall-ħruġ taċ-ċertifikat uniku tas-sikurezza jew tal-awtorizzazzjoni tas-sikurezza, tinforma lill-awtorità kompetenti b'dan.

6.   RIEŻAMI TAL-ATTIVITAJIET TA' SUPERVIŻJONI

Abbażi tal-informazzjoni li tkun inġabret u tal-esperjenza li tkun inkisbet matul l-attivitajiet ta' superviżjoni u tal-prestazzjoni tas-sikurezza kemm fil-livell individwali u kemm fil-livell tal-Istat Membru, f'intervalli regolari l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha:

(a)

twettaq rieżami tal-istrateġija u tal-pjan jew tal-pjanijiet ta' superviżjoni biex tikkontrolla li l-attività oriġinali fil-mira, l-użu tad-dejta/tal-informazzjoni minn varjetà ta' sorsi, l-eżiti tas-superviżjoni u l-allokazzjoni tar-riżorsi jkunu xierqa, u biex tibdel il-prijoritajiet skont kif ikun meħtieġ;

(b)

tirrevedi l-pjan jew il-pjanijiet jekk ikun hemm bżonn u tikkunsidra l-impatt tat-tibdil fuq l-istrateġija ta' superviżjoni;

(c)

tikkontribwixxi, meta jkun meħtieġ, bil-fehmiet tagħha u bi kwalunkwe proposta lill-Istat Membru tagħha sabiex jingħelbu n-nuqqasijiet fil-qafas regolatorju tas-sikurezza.

Appendiċi

Image

Evalwazzjoni tal-prestazzjoni tas-sikurezza

Dokumentazzjoni tar-riżultati tas-superviżjoni

Żvilupp u impli-mentazzjoni tal-pjan(ijiet) ta’ azzjoni

plan(s)

Aġenzija jew awtorità nazzjonali rilevanti tas-sikurezza

Evalwazzjoni tar-rilevanza u tal-effettività tal-pjan(ijiet) ta’ azzjoni

Objettivi ġene-rali tal-istrateġija ta’ superviżjoni, spjegazzjoni ġenerali tal-pjan(ijiet) ta’ superviżjoni u spjegazzjoni dwar kif da(w)n pjan(ijiet) se jitwettaq/jitwettqu

Żvilupp tal- istrateġi-ja u tal-pjan(ijiet) ta’ superviżjoni u ko-ordinazzjoni tal-attivitajiet ta’ super-viżjoni ma’ aw-toritajiet nazzjonali oħra tas-sikurezza

other national safety authorities

Ġbir u analiżi tal-informazzjoni

Informazzjoni li nġabret waqt il-valutazzjoni tas-sikurezza

Riżultati tas-superviżjoni

Prestazzjoni ġenerali tas-sikurezza tal-Istat Membru

Effettività tal-qafas regolatorju tas-sikurezza

Le

Iva

Rapporti ta’ investigazzjoni

Kwalunkwe informazzjoni rilevanti

information

Rapporti annwali tas-sikurezza mill-impriżi ferrovjarji u mill- amministraturi tal-infrastruttura

Eżiti tas-superviżjoni preċedenti

Dejta dwar l-inċident/l-aċċident

Teħid ta’ azzjoni(jiet) proporzjonata/i

Miżuri neċessarji?

Le

Infurzar, promozzjoni u/jew żvilupp tal-qafas regolatorju tas-sikurezza

Iva

Nuqqas ta’ konformità?

Informazzjoni rilevanti miġbura dwar il-prestazzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza

Twettiq tal-pjan(ijiet)

Rieżami tal-attivitajiet ta’ superviżjoni

Identifikazzjoni tal-

oqsma ta’ riskju

Impriża ferrovjarja jew amministratur tal-infrastruttura

Awtorità nazzjonali tas-sikurezza li twettaq is-superviżjoni


ANNESS II

Qafas għal superviżjoni koordinata u konġunta kif imsemmi fl-Artikolu 8(2)

L-awtoritajiet nazzjonali rilevanti tas-sikurezza għandhom jiżviluppaw arranġamenti bbażati fuq il-prinċipji u l-elementi speċifiċi li ġejjin:

1.

Jaqblu dwar liema impriżi ferrovjarji u liema amministraturi tal-infrastruttura qed joperaw b'tali mod li jirrikjedu superviżjoni koordinata jew konġunta.

2.

Jaqblu dwar il-lingwa/i komuni u l-livell ta' kunfidenzjalità tal-informazzjoni li jridu jintużaw għall-finijiet tal-arranġamenti tal-koordinazzjoni tagħhom.

3.

Jaqblu dwar liema informazzjoni se jiskambjaw u dwar skeda ta' żmien għall-iskambju:

(a)

jiskambjaw l-informazzjoni rilevanti dwar l-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-infrastruttura identifikati skont il-punt 1 u jikkondividu r-riżultati mill-attivitajiet ta' valutazzjoni tagħhom;

(b)

jipprovdu kopji tal-awtorizzazzjonijiet tas-sikurezza meta dan ikun xieraq;

(c)

jikkondividu r-riżultati minn attivitajiet relatati ta' superviżjoni, fosthom id-deċiżjonijiet u l-azzjonijiet ta' infurzar, meta dan ikun rilevanti;

(d)

jikkondividu l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tas-sikurezza tal-impriżi ferrovjarji u tal-amministraturi tal-infrastruttura identifikati skont il-punt 1 f'kull Stat Membru.

4.

Jikkondividu l-kriterji tat-teħid tad-deċiżjonijiet:

(a)

jikkondividu l-informazzjoni dwar kif kull awtorità nazzjonali tas-sikurezza timmira l-attivitajiet tagħha għal kull impriża ferrovjarja kkonċernata u għal kull amministratur tal-infrastruttura kkonċernat bħala parti mill-pjan ta' superviżjoni;

(b)

jistabbilixxu djalogu bejn l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti tas-sikurezza dwar ir-rispons propost biex jiġu indirizzati d-diskrepanzi maġġuri fil-konformità.

5.

Jimmaniġġjaw il-koordinazzjoni:

(a)

jikkondividu l-istrateġiji u l-pjanijiet eżistenti ta' superviżjoni;

(b)

jistabbilixxu punti komuni ta' interess u/jew kwistjonijiet komuni;

(c)

jippjanaw b'mod effiċjenti l-inizjattivi individwali, ikkoordinati jew konġunti mingħajr ma jikkawżaw inkonvenjenzi bla bżonn għall-impriżi ferrovjarji u għall-amministraturi tal-infrastruttura u billi jevitaw li jkun hemm trikkib fl-ambitu ta' dawn l-inizjattivi.

6.

Jaqblu dwar liema awtorità (jew awtoritajiet) nazzjonali tas-sikurezza jenħtieġ li ssegwi (li jsegwu) l-azzjonijiet li jkollhom l-għan li jindirizzaw it-tħassib residwu li jkun ġie differit għal superviżjoni, meta dan ikun xieraq.

7.

Jaqblu dwar liema oqsma jridu jimmiraw għalihom b'mod koordinat u konġunt:

(a)

jidentifikaw ir-riskji ewlenin għall-impriżi ferrovjarji u għall-amministraturi tal-infrastruttura rilevanti li jridu jiġu indirizzati b'mod koordinat jew konġunt mill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza;

(b)

jaqblu dwar liema awtorità nazzjonali tas-sikurezza se tmexxi l-attivitajiet u fuq liema kwistjonijiet, meta dan ikun rilevanti, abbażi ta' kriterji stabbiliti sew;

(c)

jaqblu dwar liema tipi ta' attivitajiet konġunti ta' superviżjoni se jwettqu, meta dan ikun rilevanti;

(d)

jaqblu dwar kif jenħtieġ li l-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-infrastruttura jiġu mgħarrfa dwar l-arranġamenti li qed isiru u dwar l-ftehimiet li qed jintlaħqu mill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza.

8.

Jikkondividu l-prattiki t-tajba:

(a)

jiżviluppaw arranġamenti għar-rieżami u għall-koordinazzjoni fuq bażi regolari tal-attivitajiet ta' superviżjoni għall-impriżi ferrovjarji u għall-amministraturi tal-infrastruttura rilevanti;

(b)

jiżviluppaw arranġamenti għall-evalwazzjoni tal-effettività tal-koordinazzjoni u tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza, inkluż l-Aġenzija, skont kif ikun xieraq.


25.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 129/26


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/762

tat-8 ta' Marzu 2018

li jistabbilixxi metodi komuni ta' sikurezza dwar ir-rekwiżiti tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza skont id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 1158/2010 u (UE) Nru 1169/2010

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar is-sikurezza ferrovjarja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(6) tagħha.

Wara li kkunsidrat ir-Rakkomandazzjoni ERA-REC-115-REC tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji li ġiet ippreżentata lill-Kummissjoni fid-9 ta' Marzu 2017, dwar ir-reviżjoni tal-metodi komuni tas-sikurezza għall-valutazzjoni tal-konformità u l-metodi komuni tas-sikurezza għas-superviżjoni,

Billi:

(1)

Il-metodi komuni tas-sikurezza (CSMs) jiddeskrivu kif jiġu vvalutati l-livelli tas-sikurezza u l-kisba tal-miri tas-sikurezza, kif ukoll il-konformità ma' rekwiżiti oħra tas-sikurezza.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 6(5) tad-Direttiva (UE) 2016/798, is-CSMs għandhom jiġu riveduti f'intervalli regolari, billi jitqiesu l-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni tagħhom u l-iżvilupp globali tas-sikurezza ferrovjarja bl-għan li s-sikurezza tinżamm b'mod ġenerali u, fejn raġonevolment prattikabbli, titjieb b'mod kontinwu.

(3)

Permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tagħha tal-1 ta' Settembru 2016 (2), il-Kummissjoni ħarġet mandat lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (l-“Aġenzija”) f'konformità mal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva (UE) 2016/798 biex tirrevedi r-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 1158/2010 (3), (UE) Nru 1169/2010 (4) u (UE) Nru 1077/2012 (5). Biex tindirizza l-mandat tal-Kummissjoni, fid-9 ta' Marzu 2017, l-Aġenzija ħarġet ir-rakkomandazzjoni tagħha li tinkludi rapport dwar ir-riżultati tal-konsultazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza, tas-sħab soċjali u tal-utenti u rapport li jivvaluta l-impatt tas-CSMs emendati li għandhom jiġu adottati. Il-Kummissjoni eżaminat ir-rakkomandazzjoni maħruġa mill-Aġenzija biex tivverifika li l-mandat ġie sodisfatt kif imsemmi fl-Artikolu 6(4) tad-Direttiva (UE) 2016/798.

(4)

L-għan tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza huwa li jiġi żgurat li l-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-infrastruttura jiksbu l-għanijiet tan-negozju tagħhom b'mod sikur. Ħafna drabi s-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza tkun integrata ma' sistemi oħra tal-ġestjoni biex tiżdied il-prestazzjoni ġenerali tal-organizzazzjoni u jitnaqqsu l-ispejjeż filwaqt li jiġu mutwalizzati l-isforzi fil-livelli kollha tal-organizzazzjoni. Għal dan l-għan, il-qafas komuni tal-Istruttura ta' Livell Għoli tal-ISO (6) jintuża biex jiġu raggruppati b'mod funzjonali r-rekwiżiti tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza, kif imsemmi fl-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2016/798. Dan il-qafas jiffaċilita wkoll il-fehim u l-applikazzjoni ta' approċċ ta' proċess mill-impriżi ferrovjarji u mill-amministraturi tal-infrastruttura fl-iżvilupp, fl-implimentazzjoni, fiż-żamma u fit-titjib kontinwu tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza tagħhom.

(5)

Ladarba jingħatalu ċertifikat ta' sikurezza uniku jew awtorizzazzjoni tas-sikurezza, l-applikant għandu jkompli juża s-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2016/798.

(6)

L-imġiba umana għandha rwol ċentrali fit-tħaddim sikur u effiċjenti tal-ferroviji. F'każ li dik l-imġiba titqies bħala kontributur għal aċċident jew inċident, jista' jkun li kien hemm fatturi organizzattivi, bħall-ammont ta' xogħol jew id-disinn tal-impjieg, li kellhom influwenza fuq dik l-imġiba, u għalhekk wasslu għal prestazzjoni aktar baxxa u aggravaw il-konsegwenzi ta' dak l-aċċident jew inċident. Għalhekk, huwa essenzjali li l-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-infrastruttura jieħdu approċċ sistematiku biex jappoġġaw il-prestazzjoni umana u l-ġestjoni ta' fatturi umani u organizzattivi fi ħdan is-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza.

(7)

Il-mod kif is-sikurezza hija meqjusa, vvalutata u prijoritizzata f'organizzazzjoni jirrifletti l-impenn reali lejn is-sikurezza fil-livelli kollha tal-organizzazzjoni. Għalhekk, huwa importanti li l-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-infrastruttura jidentifikaw l-azzjonijiet u l-imġiba li jistgħu jsawru kultura ta' sikurezza pożittiva u jippromwovu, permezz tas-sistemi tal-ġestjoni tas-sikurezza, din il-kultura ta' fiduċja reċiproka, kunfidenza u tagħlim li fiha l-persunal jiġi mħeġġeġ jagħti l-kontribut tiegħu għall-iżvilupp tas-sikurezza billi jirrapporta l-okkorrenzi perikolużi u billi jipprovdi informazzjoni relatata mas-sikurezza.

(8)

Is-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza jenħtieġ li tqis il-fatt li d-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE (7) u d-Direttivi individwali rilevanti tagħha jiġu applikati b'mod sħiħ għall-protezzjoni tas-saħħa u tas-sikurezza tal-ħaddiema involuti fil-kostruzzjoni, l-operat u l-manutenzjoni tal-ferroviji. Din ma toħloqx responsabbiltajiet jew kompiti addizzjonali għall-awtorità tal-ħruġ għajr biex tivverifika jekk ir-riskji għas-saħħa u għas-sikurezza tqisux mill-applikant għal ċertifikat ta' sikurezza uniku jew għal awtorizzazzjoni tas-sikurezza. Ir-responsabbiltà għall-verifika tal-konformità mad-Direttiva 89/391/KEE xorta tista' tingħata lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra maħtura mill-Istati Membri.

(9)

Fejn rilevanti, jenħtieġ li s-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza tqis ir-riskji addizzjonali potenzjali ġġenerati mit-trasport ta' oġġetti perikolużi bil-ferrovija u għalhekk, għandha tqis ukoll id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

(10)

Ir-Regolamenti (UE) Nru 1158/2010 u (UE) Nru 1169/2010 mhux se jibqgħu validi, u għalhekk jenħtieġ li jiġu sostitwiti b'dan ir-Regolament.

(11)

Fir-rigward taċ-ċertifikati tas-sikurezza, skont l-Artikolu 10(15) tad-Direttiva (UE) 2016/798 l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza tista' titlob reviżjoni taċ-ċertifikati ta' sikurezza wara bidliet sostanzjali fil-qafas regolatorju tas-sikurezza. Il-bidliet introdotti mill-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2016/798 u minn dan ir-Regolament, anke jekk huma rilevanti u importanti, mhumiex sostanzjali. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1158/2010 japplika għaċ-ċertifikati ta' sikurezza maħruġa skont id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), sad-data tal-iskadenza tagħhom. Għall-istess raġuni, jeħtieġ ukoll li jiġi pospost it-tħassir tar-Regolament (UE) Nru 1158/2010 sa tmiem l-aħħar jum tal-perjodu li fih l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza jistgħu jibqgħu japplikaw għal finijiet ta' superviżjoni. Barra minn hekk, f'konformità mad-Direttiva (UE) 2016/798, iċ-ċertifikati ta' sikurezza eżistenti jibqgħu soġġetti għad-Direttiva 2004/49/KE, li fuqha kien ibbażat ir-Regolament (UE) Nru 1158/2010.

(12)

Fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet tas-sikurezza, skont l-Artikolu 12(2), it-tieni subparagrafu tad-Direttiva (UE) 2016/798, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza tista' titlob ir-reviżjoni tal-awtorizzazzjonijiet tas-sikurezza wara bidliet sostanzjali fil-qafas regolatorju tas-sikurezza. Il-bidliet introdotti mill-Artikolu 9 tad-Direttiva 2016/798 u minn dan ir-Regolament, anke jekk huma rilevanti u importanti, mhumiex sostanzjali. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1169/2010 japplika għall-awtorizzazzjonijiet tas-sikurezza maħruġa f'konformità mad-Direttiva 2004/49/KE, sad-data tal-iskadenza tagħhom. Għall-istess raġuni, jeħtieġ ukoll li jiġi pospost it-tħassir tar-Regolament (UE) Nru 1169/2010 sa tmiem l-aħħar jum tal-perjodu li fih l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza jistgħu jibqgħu japplikaw għal finijiet ta' superviżjoni.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi metodi komuni ta' sikurezza (“CSMs”) dwar ir-rekwiżiti tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza relatati mal-impriżi ferrovjarji u mal-amministraturi tal-infrastruttura, kif imsemmi fil-punt (f) tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva (UE) 2016/798.

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika fir-rigward ta' ċertifikati ta' sikurezza uniċi u ta' awtorizzazzjonijiet tas-sikurezza maħruġa skont id-Direttiva (UE) 2016/798.

Artikolu 2

Definizzjoni

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, “korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza” tfisser il-korp responsabbli għall-ħruġ ta' ċertifikat ta' sikurezza uniku, jiġifieri l-Aġenzija jew l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza.

Artikolu 3

Rekwiżiti tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza relatati mal-impriżi ferrovjarji

L-impriżi ferrovjarji għandhom jistabbilixxu s-sistemi tal-ġestjoni tas-sikurezza tagħhom skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I.

Dawk ir-rekwiżiti tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza għandhom japplikaw għaċ-ċertifikati ta' sikurezza uniċi msemmija fl-Artikolu 10 tad-Direttiva (UE) 2016/798, għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet u tas-superviżjoni.

Artikolu 4

Rekwiżiti tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza relatati mal-amministraturi tal-infrastruttura

L-amministraturi tal-infrastruttura għandhom jistabbilixxu s-sistemi tal-ġestjoni tas-sikurezza tagħhom skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II.

Dawk ir-rekwiżiti tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza għandhom japplikaw għall-awtorizzazzjonijiet tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 12 tad-Direttiva (UE) 2016/798, għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet u tas-superviżjoni.

Artikolu 5

Tħassir

Ir-Regolamenti (UE) Nru 1158/2010 u (UE) Nru 1169/2010 jitħassru b'effett mis-16 ta' Ġunju 2025.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-16 ta' Ġunju 2019 fl-Istati Membri li ma jkunux innotifikaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 33(2) tad-Direttiva (UE) 2016/798. Għandu japplika fl-Istati Membri kollha mis-16 ta' Ġunju 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Marzu 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 138, 26.5.2016, p. 102.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Settembru 2016 dwar mandat lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji għar-reviżjoni tal-metodi komuni ta' sikurezza għall-valutazzjoni tal-konformità u tal-metodi komuni ta' sikurezza għas-superviżjoni u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni C(2014) 1649 final (C(2016) 5504 final).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1158/2010 tad-9 ta' Diċembru 2010 dwar metodu komuni ta' sikurezza għall-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti sabiex jinkisbu ċertifikati tas-sikurezza ferrovjarja (ĠU L 326, 10.12.2010, p. 11).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1169/2010 tal-10 ta' Diċembru 2010 dwar metodu komuni ta' sikurezza għall-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni tas-sikurezza ferrovjarja (ĠU L 327, 11.12.2010, p. 13).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1077/2012 tas-16 ta' Novembru 2012 dwar metodu komuni ta' sikurezza għas-superviżjoni mill-awtoritajiet nazzjonali ta' sikurezza wara l-ħruġ ta' ċertifikat ta' sikurezza jew awtorizzazzjoni ta' sikurezza (ĠU L 320, 17.11.2012, p. 3).

(6)  Id-Direttivi ISO/IEC, il-Parti 1, is-suppliment konsolidat 2016, l-Appendiċi 2 tal-Anness SL.

(7)  Id-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta' Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1).

(8)  Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13).

(9)  Id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 fuq is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE fuq l-għoti tal-liċenzji tal-impriżi tal-linji tal-ferrovija u d-Direttiva 2001/14/KE fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà (Id-Direttiva tas-Sigurtà tal-Linji tal-Ferrovija) (ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44).


ANNESS I

Rekwiżiti tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza relatati mal-impriżi ferrovjarji

1.   KUNTEST TAL-ORGANIZZAZZJONI

1.1.   L-organizzazzjoni għandha:

(a)

tiddeskrivi t-tip, il-firxa u ż-żona tal-operazzjonijiet tagħha;

(b)

tidentifika r-riskji serji għas-sikurezza kkawżati mill-operazzjonijiet ferrovjarji tagħha, kemm jekk jitwettqu mill-organizzazzjoni nnifisha jew minn kuntratturi, sħab jew fornituri li jinsabu taħt il-kontroll tagħha;

(c)

tidentifika l-partijiet interessati (eż. il-korpi regolatorji, l-awtoritajiet, l-amministraturi tal-infrastruttura, il-kuntratturi, il-fornituri, is-sħab), inkluż dawk il-partijiet esterni għas-sistema ferrovjarja, li huma rilevanti għas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza;

(d)

tidentifika u żżomm ir-rekwiżiti legali u r-rekwiżiti l-oħra relatati mas-sikurezza mill-partijiet interessati msemmija fil-punt (c);

(e)

tiżgura li r-rekwiżiti msemmija fil-punt (d) jitqiesu fl-iżvilupp, fl-implimentazzjoni u fiż-żamma tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza;

(f)

tiddeskrivi l-kamp ta' applikazzjoni tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza, li jindika liema parti tan-negozju hija inkluża jew le fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti msemmija fil-punt (d).

2.   TMEXXIJA

2.1.   Tmexxija u impenn

2.1.1.   Il-maniġment superjuri għandu juri tmexxija u impenn lejn l-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-manutenzjoni u t-titjib kontinwu tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza billi:

(a)

jassumi l-obbligu ta' rendikont u r-responsabbiltà ġenerali għas-sikurezza;

(b)

jiżgura impenn lejn is-sikurezza min-naħa tal-amministrazzjoni fil-livelli differenti fi ħdan l-organizzazzjoni permezz tal-attivitajiet tagħhom u fir-relazzjonijiet tagħhom mal-persunal u mal-kuntratturi;

(c)

jiżgura li l-politika u l-għanijiet tas-sikurezza jkunu stabbiliti, mifhuma u kompatibbli mad-direzzjoni strateġika tal-organizzazzjoni;

(d)

jiżgura l-integrazzjoni tar-rekwiżiti tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza fil-proċessi tan-negozju tal-organizzazzjoni;

(e)

jiżgura li r-riżorsi meħtieġa għas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza jkunu disponibbli;

(f)

jiżgura li s-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza tkun effettiva fil-kontroll tar-riskji għas-sikurezza kkawżati mill-organizzazzjoni;

(g)

iħeġġeġ lill-persunal sabiex jappoġġa l-konformità mar-rekwiżiti tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza;

(h)

jippromwovi t-titjib kontinwu tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza;

(i)

jiżgura li titqies is-sikurezza fl-identifikazzjoni u fil-ġestjoni tar-riskji marbuta man-negozju tal-organizzazzjoni u fl-ispjegazzjoni dwar kif il-kunflitt bejn is-sikurezza u l-għanijiet l-oħra tan-negozju se jiġu rikonoxxuti u riżolti;

(j)

jippromwovi kultura ta' sikurezza pożittiva.

2.2.   Politika ta' sikurezza

2.2.1.   Il-maniġment superjuri għandu jistabbilixxi dokument li jiddeskrivi l-politika tas-sikurezza tal-organizzazzjoni u li jkun:

(a)

xieraq għat-tip ta' organizzazzjoni u l-firxa tal-operazzjonijiet ferrovjarji;

(b)

approvat mill-kap eżekuttiv tal-organizzazzjoni (jew minn rappreżentant(i) tal-maniġment superjuri);

(c)

implimentat b'mod attiv, ikkomunikat u magħmul għad-dispożizzjoni tal-persunal kollu.

2.2.2.   Il-politika ta' sikurezza għandha:

(a)

tinkludi impenn sabiex tkun konformi mar-rekwiżiti legali u mar-rekwiżiti l-oħra kollha relatati mas-sikurezza;

(b)

tipprovdi qafas għall-istabbiliment ta' għanijiet ta' sikurezza u għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tas-sikurezza tal-organizzazzjoni abbażi ta' dawn l-għanijiet;

(c)

tinkludi impenn biex jiġu kontrollati r-riskji għas-sikurezza li jirriżultaw mill-attivitajiet tagħha stess kif ukoll dawk ikkawżati minn oħrajn;

(d)

tinkludi impenn għal titjib kontinwu tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza;

(e)

tinżamm f'konformità mal-istrateġija tan-negozju u l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tas-sikurezza tal-organizzazzjoni.

2.3.   Rwoli organizzattivi, responsabbiltajiet, obbligu ta' rendikont u awtorità

2.3.1.   Ir-responsabbiltajiet, l-obbligu ta' rendikont u l-awtorità tal-persunal li għandu rwol li jaffettwa s-sikurezza (inkluż il-maniġment u l-persunal l-ieħor involut fil-kompiti relatati mas-sikurezza) għandhom jiġu definiti fil-livelli kollha fi ħdan l-organizzazzjoni, dokumentati, assenjati u kkomunikati lilhom.

2.3.2.   L-organizzazzjoni għandha tiżgura li l-persunal b'responsabbiltajiet delegati għall-kompiti relatati mas-sikurezza għandu jkollu l-awtorità, il-kompetenza u r-riżorsi xierqa sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu mingħajr ma jiġi affettwat b'mod negattiv mill-attivitajiet ta' funzjonijiet oħrajn tan-negozju.

2.3.3.   Id-delegazzjoni tar-responsabbiltà għall-kompiti relatati mas-sikurezza għandha tiġi dokumentata u kkomunikata lill-persunal rilevanti kif ukoll aċċettata u mifhuma.

2.3.4.   L-organizzazzjoni għandha tiddeskrivi l-allokazzjoni tar-rwoli msemmija fil-paragrafu 2.3.1. għall-funzjonijiet tan-negozju fi ħdan l-organizzazzjoni u, fejn rilevanti, lil hinn minnha (ara 5.3. Kuntratturi, sħab u fornituri).

2.4.   Konsultazzjoni tal-persunal u tal-partijiet l-oħra

2.4.1.   Il-persunal, ir-rappreżentanti tagħhom u l-partijiet interessati esterni, kif xieraq u fejn rilevanti, għandhom jiġu kkonsultati fl-iżvilupp, iż-żamma u t-titjib tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza fil-partijiet rilevanti li huma responsabbli għalihom, inkluż l-aspetti tas-sikurezza tal-proċeduri operattivi.

2.4.2.   L-organizzazzjoni għandha tiffaċilita l-konsultazzjoni tal-persunal billi tipprovdi l-metodi u l-mezzi għall-involviment tal-persunal, għar-reġistrazzjoni tal-opinjoni tal-persunal u għall-għoti ta' feedback dwar l-opinjoni tal-persunal.

3.   IPPJANAR

3.1.   Azzjonijiet biex jiġu indirizzati r-riskji

3.1.1.   Valutazzjoni tar-riskju

3.1.1.1.   L-organizzazzjoni għandha:

(a)

tidentifika u tanalizza r-riskji operattivi, organizzattivi u tekniċi kollha rilevanti għat-tip, il-firxa u ż-żona tal-operazzjonijiet imwettqa mill-organizzazzjoni. Dawn ir-riskji għandhom jinkludu dawk li jirriżultaw minn fatturi umani u organizzattivi, bħall-ammont ta' xogħol, id-disinn tal-impjieg, l-għeja jew l-idoneità tal-proċeduri u l-attivitajiet tal-partijiet interessati l-oħra (ara 1. Kuntest tal-organizzazzjoni);

(b)

jivvalutaw ir-riskji msemmija fil-punt (a) billi jiġu applikati metodi xierqa għall-valutazzjoni tar-riskju;

(c)

jiżviluppaw u jimplimentaw miżuri ta' sikurezza, bl-identifikazzjoni tar-responsabbiltajiet assoċjati (ara 2.3. Rwoli organizzattivi, responsabbiltajiet, obbligu ta' rendikont u awtorità);

(d)

jiżviluppaw sistema li timmonitorja l-effettività tal-miżuri tas-sikurezza (ara 6.1. Monitoraġġ);

(e)

jirrikonoxxu l-ħtieġa ta' kollaborazzjoni mal-partijiet interessati l-oħra (bħall-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-infrastruttura, il-manifattur, il-fornitur tal-manutenzjoni, l-entità responsabbli għall-manutenzjoni, id-detentur tal-vetturi ferrovjarji, il-fornitur tas-servizzi u l-entità tal-akkwist), fejn xieraq, fuq ir-riskji kondiviżi u l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' sikurezza adegwati;

(f)

jikkomunikaw ir-riskji lill-persunal u lill-partijiet esterni involuti (ara 4.4. Informazzjoni u komunikazzjoni).

3.1.1.2.   Fil-valutazzjoni tar-riskju, organizzazzjoni għandha tqis il-ħtieġa li tiddetermina, tipprovdi u ssostni ambjent tax-xogħol sikur li jikkonforma mal-leġiżlazzjoni applikabbli, b'mod partikolari d-Direttiva 89/391/KEE.

3.1.2.   L-ippjanar għall-bidla

3.1.2.1.   L-organizzazzjoni għandha tidentifika r-riskji potenzjali għas-sikurezza u l-miżuri ta' sikurezza xierqa (ara 3.1.1. Valutazzjoni tar-riskju) qabel l-implimentazzjoni ta' bidla (ara 5.4. Ġestjoni tal-bidla) skont il-proċess tal-ġestjoni tar-riskji stipulat fir-Regolament (UE) Nru 402/2013 (1), filwaqt li jitqiesu r-riskji marbuta mas-sikurezza li jirriżultaw mill-proċess tal-bidla nnifsu.

3.2.   Għanijiet u ppjanar tas-sikurezza

3.2.1.   L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi l-għanijiet tas-sikurezza għall-funzjonijiet rilevanti fil-livelli rilevanti biex iżżomm u, fejn raġonevolament prattikabbli, ittejjeb il-prestazzjoni tas-sikurezza tagħha.

3.2.2.   L-għanijiet tas-sikurezza għandhom:

(a)

ikunu konsistenti mal-politika ta' sikurezza u mal-għanijiet strateġiċi tal-organizzazzjoni (fejn applikabbli);

(b)

ikunu marbuta mar-riskji ta' prijorità li jinfluwenzaw il-prestazzjoni tas-sikurezza tal-organizzazzjoni;

(c)

ikunu jistgħu jitkejlu;

(d)

iqisu r-rekwiżiti legali u r-rekwiżiti l-oħra applikabbli;

(e)

jiġu rieżaminati fir-rigward tal-kisbiet tagħhom u riveduti kif xieraq;

(f)

jiġu kkomunikati.

3.2.3.   L-organizzazzjoni għandu jkollha pjan(ijiet) biex tiddeskrivi kif se tikseb l-għanijiet tas-sikurezza tagħha.

3.2.4.   L-organizzazzjoni għandha tiddeskrivi l-istrateġija u l-pjan(ijiet) użati biex jiġi mmonitorjat il-ksib tal-għanijiet tas-sikurezza (ara 6.1. Monitoraġġ).

4.   APPOĠĠ

4.1.   Riżorsi

4.1.1.   L-organizzazzjoni għandha tipprovdi r-riżorsi, inkluż persunal kompetenti u tagħmir effettiv u użabbli, meħtieġa għall-istabbiliment, l-implimentazzjoni, il-manutenzjoni u t-titjib kontinwu tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza.

4.2.   Kompetenza

4.2.1.   Is-sistema tal-ġestjoni tal-kompetenzi tal-organizzazzjoni għandha tiżgura li l-persunal li jkollu rwol li jaffettwa s-sikurezza jkun kompetenti fil-kompiti relatati mas-sikurezza li hu jkun responsabbli għalihom (ara 2.3. Rwoli organizzattivi, responsabbiltajiet, obbligu ta' rendikont u awtorità), inklużi mill-inqas:

(a)

l-identifikazzjoni tal-kompetenzi (inklużi l-għarfien, il-ħiliet, l-attitudnijiet u l-imġiba mhux tekniċi) meħtieġa għall-kompiti relatati mas-sikurezza;

(b)

il-prinċipji ta' selezzjoni (il-livell edukattiv bażiku, l-idoneità psikoloġika u fiżika meħtieġa);

(c)

it-taħriġ inizjali, l-esperjenza u l-kwalifiki;

(d)

it-taħriġ kontinwu u l-aġġornament perjodiku tal-kompetenzi eżistenti;

(e)

il-valutazzjoni perjodika tal-kompetenza u l-kontrolli tal-idoneità psikoloġika u fiżika biex ikun żgurat li l-kwalifiki u l-ħiliet jinżammu tul iż-żmien;

(f)

it-taħriġ speċifiku fil-partijiet rilevanti tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom relatati mas-sikurezza.

4.2.2.   L-organizzazzjoni għandha tipprovdi programm ta' taħriġ, kif imsemmi fil-punti (c), (d) u (f) tal-paragrafu 4.2.1, għall-persunal li jwettaq kompiti relatati mas-sikurezza li jiżgura li:

(a)

il-programm ta' taħriġ isir skont ir-rekwiżiti tal-kompetenzi identifikati u l-ħtiġijiet individwali tal-persunal;

(b)

fejn applikabbli, it-taħriġ jiżgura li l-persunal ikun jista' jopera taħt il-kundizzjonijiet kollha tal-operat (normali, degradati u ta' emerġenza);

(c)

it-tul ta' żmien tat-taħriġ u l-frekwenza tat-taħriġ ta' aġġornament huma xierqa għall-għanijiet tat-taħriġ;

(d)

jinżammu reġistri għall-persunal kollu (ara 4.5.3. Kontroll tal-informazzjoni dokumentata);

(e)

il-programm ta' taħriġ jiġi rivedut u awditjat b'mod regolari (ara 6.2. Awditjar intern) u l-bidliet isiru meta jkun meħtieġ (ara 5.4. Ġestjoni tal-bidla).

4.2.3.   Għandu jkun hemm fis-seħħ arranġamenti għall-persunal li jmur lura għax-xogħol wara aċċidenti/inċidenti jew wara assenza twila minn fuq il-post tax-xogħol, inkluż l-għoti ta' taħriġ addizzjonali meta tiġi identifikata din il-ħtieġa.

4.3.   Sensibilizzazzjoni

4.3.1.   Il-maniġment superjuri għandu jiżgura li hu u l-persunal tiegħu li għandu rwol li jaffettwa s-sikurezza jkunu konxji tar-rilevanza, l-importanza u l-konsegwenzi tal-attivitajiet tagħhom u kif dawn jikkontribwixxu għall-applikazzjoni korretta u l-effettività tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza, inkluża l-kisba tal-għanijiet tas-sikurezza (ara 3.2. Għanijiet u ppjanar tas-sikurezza).

4.4.   Informazzjoni u komunikazzjoni

4.4.1.   L-organizzazzjoni għandha tiddefinixxi l-mezzi xierqa ta' komunikazzjoni biex tiżgura li l-informazzjoni relatata mas-sikurezza tiġi skambjata fost il-livelli differenti tal-organizzazzjoni u mal-partijiet interessati esterni inklużi l-kuntratturi, is-sħab u l-fornituri.

4.4.2.   Sabiex ikun żgurat li l-informazzjoni relatata mas-sikurezza tasal għand il-persuni li jagħtu ġudizzji u jieħdu deċiżjonijiet, l-organizzazzjoni għandha tiġġestixxi l-identifikazzjoni, il-wasla, l-ipproċessar, il-ġenerazzjoni u t-tixrid tal-informazzjoni relatata mas-sikurezza.

4.4.3.   L-organizzazzjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni relatata mas-sikurezza tkun:

(a)

rilevanti, kompleta u tinftiehem għall-utenti intenzjonati;

(b)

valida;

(c)

preċiża;

(d)

konsistenti;

(e)

kontrollata (ara 4.5.3. Kontroll tal-informazzjoni dokumentata);

(f)

ikkomunikata qabel ma tidħol fis-seħħ;

(g)

waslet u tinftiehem.

4.5.   Informazzjoni dokumentata

4.5.1.   Id-dokumentazzjoni tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza

4.5.1.1.   Ikun hemm deskrizzjoni tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza li tinkludi:

(a)

l-identifikazzjoni u d-deskrizzjoni tal-proċessi u tal-attivitajiet relatati mas-sikurezza tal-operazzjonijiet ferrovjarji, inklużi l-kompiti relatati mas-sikurezza u r-responsabbiltajiet assoċjati (ara 2.3. Rwoli organizzattivi, responsabbiltajiet, obbligu ta' rendikont u awtorità);

(b)

l-interazzjoni ta' dawn il-proċessi;

(c)

il-proċeduri jew id-dokumenti l-oħra li jiddeskrivu kif dawn il-proċessi jiġu implimentati;

(d)

l-identifikazzjoni tal-kuntratturi, is-sħab u l-fornituri b'deskrizzjoni tat-tip u l-firxa tas-servizzi mogħtija;

(e)

l-identifikazzjoni ta' arranġamenti kuntrattwali u ta' ftehimiet oħra tan-negozju, konklużi bejn l-organizzazzjoni u l-partijiet l-oħra identifikati taħt (d), meħtieġa għall-kontroll tar-riskji tas-sikurezza tal-organizzazzjoni u tar-riskji relatati mal-użu ta' kuntratturi;

(f)

ir-referenza għall-informazzjoni dokumentata meħtieġa minn dan ir-Regolament.

4.5.1.2.   L-organizzazzjoni għandha tiżgura li r-rapport annwali dwar is-sikurezza jiġi ppreżentat lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza rilevanti (jew lill-awtoritajiet) f'konformità mal-Artikolu 9(6) tad-Direttiva (UE) 2016/798, li jinkludi:

(a)

sinteżi tad-deċiżjonijiet dwar il-livell tas-sinifikat tal-bidliet relatati mas-sikurezza, li tinkludi ħarsa ġenerali lejn il-bidliet sinifikanti, f'konformità mal-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 402/2013;

(b)

l-għanijiet tas-sikurezza tal-organizzazzjoni għas-sena/snin ta' wara u kif ir-riskji serji għas-sikurezza jinfluwenzaw l-istabbiliment ta' dawn l-għanijiet tas-sikurezza;

(c)

ir-riżultati tal-investigazzjoni interna tal-aċċidenti/inċidenti (ara 7.1. Tagħlim minn aċċidenti u inċidenti) u l-attivitajiet l-oħra ta' monitoraġġ (ara 6.1. Monitoraġġ, 6.2. Awditjar intern u 6.3. Reviżjoni tal-ġestjoni), f'konformità mal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 1078/2012 (2);

(d)

id-dettalji dwar il-progress fl-indirizzar tar-rakkomandazzjonijiet pendenti tal-korpi nazzjonali ta' investigazzjoni (ara 7.1. Tagħlim minn aċċidenti u inċidenti);

(e)

l-indikaturi tas-sikurezza tal-organizzazzjoni stabbiliti biex jevalwaw il-prestazzjoni tas-sikurezza tal-organizzazzjoni (ara 6.1. Monitoraġġ);

(f)

fejn applikabbli, il-konklużjonijiet tar-rapport annwali tal-konsulent tas-sikurezza, kif imsemmi fl-RID (3), dwar l-attivitajiet tal-organizzazzjoni relatati mat-trasport ta' oġġetti perikolużi (4).

4.5.2.   Tfassil u aġġornament

4.5.2.1.   L-organizzazzjoni għandha tiżgura li meta tfassal u taġġorna l-informazzjoni dokumentata marbuta mas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza jintużaw formati u mezzi xierqa.

4.5.3.   Kontroll tal-informazzjoni dokumentata

4.5.3.1.   L-organizzazzjoni għandha tikkontrolla l-informazzjoni dokumentata relatata mas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza, b'mod partikolari l-ħażna tagħha, id-distribuzzjoni u l-kontroll tal-bidliet, biex tiżgura d-disponibbiltà, l-adegwatezza u l-protezzjoni tagħha, fejn xieraq.

4.6.   Integrazzjoni ta' fatturi umani u organizzattivi

4.6.1.   L-organizzazzjoni għandha turi approċċ sistematiku lejn l-integrazzjoni ta' fatturi umani u organizzattivi fi ħdan is-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza. L-approċċ għandu:

(a)

jinkludi l-iżvilupp ta' strateġija u l-użu ta' għarfien espert u ta' metodi rikonoxxuti mill-qasam tal-fatturi umani u organizzattivi;

(b)

jindirizza r-riskji assoċjati mad-disinn u l-użu tat-tagħmir, il-kompiti, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-arranġamenti organizzattivi, filwaqt li jitqiesu l-kapaċitajiet umani kif ukoll il-limitazzjonijiet u l-influwenzi fuq il-prestazzjoni umana.

5.   OPERAT

5.1.   Ippjanar u kontroll operattiv

5.1.1.   Fl-ippjanar, l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u r-reviżjoni tal-proċessi operattivi tagħha, l-organizzazzjoni għandha tiżgura li waqt l-operat:

(a)

jiġu applikati l-kriterji ta' aċċettazzjoni tar-riskji u l-miżuri ta' sikurezza (ara 3.1.1. Valutazzjoni tar-riskju);

(b)

jitwettqu l-pjan(ijiet) biex jinkisbu l-għanijiet tas-sikurezza (ara 3.2. Għanijiet u ppjanar tas-sikurezza);

(c)

l-informazzjoni tinġabar sabiex jitkejlu l-applikazzjoni korretta u l-effettività tal-arranġamenti operattivi (ara 6.1. Monitoraġġ).

5.1.2.   L-organizzazzjoni għandha tiżgura li l-arranġamenti operattivi tagħha huma konformi mar-rekwiżiti relatati mas-sikurezza tal-Ispeċifikazzjonijiet Tekniċi applikabbli għall-Interoperabbiltà u mar-regoli nazzjonali rilevanti u ma' kwalunkwe rekwiżit ieħor rilevanti (ara 1. Kuntest tal-organizzazzjoni).

5.1.3.   Fejn rilevanti, biex jiġu kkontrollati r-riskji għas-sikurezza tal-attivitajiet operattivi (ara 3.1.1. Valutazzjoni tar-riskju), għandhom minn tal-anqas jitqiesu dawn li ġejjin:

(a)

l-ippjanar ta' rotot ferrovjarji ġodda jew eżistenti u ta' servizzi ferrovjarji ġodda, inkluża l-introduzzjoni ta' tipi ġodda ta' vetturi, il-ħtieġa ta' kiri ta' vetturi u/jew li jiġi impjegat persunal minn partijiet esterni u l-iskambju ta' informazzjoni dwar il-manutenzjoni ma' entitajiet responsabbli mill-manutenzjoni għal raġunijiet operattivi;

(b)

l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' skedi tal-ħinijiet tal-ferroviji;

(c)

il-preparazzjoni tal-ferroviji jew tal-vetturi qabel il-vjaġġ, inklużi l-kontrolli qabel it-tluq u l-kompożizzjoni tal-ferrovija;

(d)

l-operat tal-ferroviji jew tal-vetturi fil-kundizzjonijiet operattivi differenti (normali, degradati u ta' emerġenza);

(e)

l-adattament tal-operazzjoni għal talbiet għat-tneħħija minn operazzjoni u n-notifika ta' ritorn għal operazzjoni maħruġa minn entitajiet responsabbli mill-manutenzjoni;

(f)

l-awtorizzazzjonijiet għall-movimenti tal-vetturi;

(g)

l-użu ta' interfaċċi fil-kabini tas-sewqan tal-ferroviji u fiċ-ċentri ta' kontroll tal-ferroviji u b'tagħmir użat mill-persunal tal-manutenzjoni.

5.1.4.   Għall-kontroll tal-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet fejn rilevanti għas-sikurezza tal-attivitajiet operattivi, l-organizzazzjoni għandha tidentifika r-responsabbiltajiet għall-koordinazzjoni u l-ġestjoni tal-operat sikur tal-ferroviji u tal-movimenti tal-vetturi u tiddefinixxi kif il-kompiti rilevanti li jaffettwaw l-għoti sikur tas-servizzi kollha jiġu allokati lill-persunal kompetenti fi ħdan l-organizzazzjoni (ara 2.3. Rwoli organizzattivi, responsabbiltajiet, obbligu ta' rendikont u awtorità) u lill-partijiet kwalifikati esterni meta jkun xieraq (ara 5.3. Kuntratturi, sħab u fornituri).

5.1.5.   Għall-kontroll tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni fejn rilevanti għas-sikurezza tal-attivitajiet operattivi (ara 4.4. Informazzjoni u komunikazzjoni), il-persunal rilevanti (eż. l-ekwipaġġ tal-ferroviji) għandu jingħata pariri dwar id-dettalji ta' kwalunkwe kundizzjoni speċifika tal-vjaġġ, inklużi l-bidliet rilevanti li jistgħu jirriżultaw f'periklu, restrizzjonijiet operattivi temporanji jew permanenti (eż. minħabba tip speċifiku ta' vetturi jew minħabba rotot speċifiċi) u l-kundizzjonijiet għall-konsenji eċċezzjonali, fejn applikabbli.

5.1.6.   Għall-kontroll, fejn rilevanti, tal-kompetenza għas-sikurezza tal-attivitajiet operattivi (ara 4.2. Kompetenza), l-organizzazzjoni għandha tiżgura, skont il-leġiżlazzjoni applikabbli (ara 1. Kuntest tal-organizzazzjoni), għall-persunal tagħha:

(a)

il-konformità mat-taħriġ u l-istruzzjonijiet ta' ħidma tagħha, u li meta jkun meħtieġ jittieħdu azzjonijiet korrettivi;

(b)

it-taħriġ speċifiku f'każ ta' bidliet antiċipati li jaffettwaw l-andament tal-operazzjonijiet jew l-assenjazzjoni tal-kompiti tagħhom;

(c)

l-adozzjoni ta' miżuri xierqa wara aċċidenti u inċidenti.

5.2.   Ġestjoni tal-assi

5.2.1.   L-organizzazzjoni għandha tiġġestixxi r-riskji tas-sikurezza assoċjati mal-assi fiżiċi matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom (ara 3.1.1. Valutazzjoni tar-riskju), mit-tfassil sad-disponiment, u tissodisfa r-rekwiżiti dwar il-fatturi umani fl-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja.

5.2.2.   L-organizzazzjoni għandha:

(a)

tiżgura li l-assi jintużaw għall-fini maħsub filwaqt li jżommu l-istat operattiv sikur tagħhom, f'konformità mal-Artikolu 14(2) tad-Direttiva (UE) 2016/798 fejn ikun rilevanti, u l-livell tal-prestazzjoni mistenni minnhom;

(b)

tiġġestixxi l-assi f'operazzjonijiet normali u degradati;

(c)

tidentifika malajr kemm jista' jkun possibbli l-każijiet ta' nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti tal-operat qabel jew matul l-operat tal-assi, inkluża l-applikazzjoni kif xieraq ta' restrizzjonijiet ta' użu biex ikun żgurat l-istat operattiv sikur tal-assi (ara 6.1. Monitoraġġ).

5.2.3.   L-organizzazzjoni għandha tiżgura li l-arranġamenti tal-ġestjoni tal-assi tagħha, fejn applikabbli, ikunu konformi mar-rekwiżiti essenzjali kollha kif stabbilit fl-Ispeċifikazzjonijiet Tekniċi rilevanti għall-Interoperabbiltà u ma' kwalunkwe rekwiżit ieħor rilevanti (ara 1. Kuntest tal-organizzazzjoni).

5.2.4.   Għall-kontroll, fejn rilevanti, tar-riskji għall-provvista tal-manutenzjoni (ara 3.1.1. Valutazzjoni tar-riskju), għandhom minn tal-anqas jitqiesu dawn li ġejjin:

(a)

l-identifikazzjoni tal-ħtieġa li l-manutenzjoni żżomm l-assi fi stat operattiv sikur, abbażi tal-użu ppjanat u reali tal-assi u l-karatteristiċi tat-tfassil tagħhom;

(b)

il-ġestjoni tat-tneħħija tal-assi mill-operazzjoni minħabba manutenzjoni, meta jiġu identifikati xi difetti jew meta l-kundizzjoni tal-assi tiddegrada lil hinn mil-limiti tal-istat operattiv sikur kif imsemmi fil-punt (a);

(c)

il-ġestjoni tar-ritorn għall-operat tal-assi b'restrizzjonijiet eventwali fuq l-użu wara l-manutenzjoni biex ikun żgurat li jkun fi stat operattiv sikur;

(d)

il-ġestjoni tat-tagħmir tal-monitoraġġ u tal-kejl biex ikun żgurat li jkun adatt għall-fini maħsub tiegħu.

5.2.5.   Għall-kontroll tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni fejn rilevanti għall-ġestjoni sikura tal-assi (ara 4.4. Informazzjoni u komunikazzjoni), l-organizzazzjoni għandha tqis:

(a)

l-iskambju ta' informazzjoni rilevanti fi ħdan l-organizzazzjoni jew mal-entitajiet esterni responsabbli mill-manutenzjoni (Ara 5.3. Kuntratturi, sħab u fornituri), b'mod partikolari dwar ħsara relatata ma' sikurezza, aċċidenti, inċidenti kif ukoll dwar restrizzjonijiet eventwali fuq l-użu tal-assi;

(b)

it-traċċabbiltà tal-informazzjoni kollha meħtieġa inkluż l-informazzjoni relatata mal-punt (a) (ara 4.4. Informazzjoni u komunikazzjoni u 4.5.3. Kontroll tal-informazzjoni dokumentata);

(c)

l-istabbiliment u ż-żamma ta' rekords inkluża l-ġestjoni ta' kull bidla li taffettwa s-sikurezza tal-assi (ara 5.4. Ġestjoni tal-bidla).

5.3.   Kuntratturi, sħab u fornituri

5.3.1.   L-organizzazzjoni għandha tidentifika u tikkontrolla r-riskji ta' sikurezza li jirriżultaw minn attivitajiet esternalizzati, inkluż l-operazzjonijiet jew il-kooperazzjoni ma' kuntratturi, sħab u fornituri.

5.3.2.   Biex tikkontrolla r-riskji tas-sikurezza msemmija fil-paragrafu 5.3.1, l-organizzazzjoni għandha tiddefinixxi l-kriterji għall-għażla tal-kuntratturi, is-sħab u l-fornituri kif ukoll ir-rekwiżiti tal-kuntratt li dawn iridu jissodisfaw, inklużi:

(a)

ir-rekwiżiti legali u r-rekwiżiti l-oħra relatati mas-sikurezza (ara 1. Kuntest tal-organizzazzjoni);

(b)

il-livell ta' kompetenza meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti stipulati fil-kuntratt (ara 4.2. Kompetenza);

(c)

ir-responsabbiltajiet għall-kompiti li jridu jitwettqu;

(d)

il-prestazzjoni tas-sikurezza mistennija li trid tinżamm matul il-kuntratt;

(e)

l-obbligi relatati mal-iskambju ta' informazzjoni relatata mas-sikurezza (ara 4.4. Informazzjoni u komunikazzjoni);

(f)

it-traċċabbiltà ta' dokumenti relatati mas-sikurezza (ara 4.5. Informazzjoni dokumentata).

5.3.3.   F'konformità mal-proċess stabbilit fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1078/2012, l-organizzazzjoni għandha timmonitorja:

(a)

il-prestazzjoni tas-sikurezza tal-attivitajiet u tal-operazzjonijiet kollha tal-kuntratturi, is-sħab u l-fornituri sabiex ikun żgurat li dawn ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-kuntratt;

(b)

is-sensibilizzazzjoni tal-kuntratturi, tas-sħab u tal-fornituri dwar ir-riskji tas-sikurezza li huma jistgħu joħolqu għall-operazzjonijiet tal-organizzazzjoni.

5.4.   Ġestjoni tal-bidla

5.4.1.   L-organizzazzjoni għandha timplimenta u tikkontrolla l-bidliet fis-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza sabiex tinżamm jew titjieb il-prestazzjoni tas-sikurezza. Din għandha tinkludi d-deċiżjonijiet meħuda fl-istadji differenti tal-ġestjoni tal-bidla u r-reviżjoni suċċessiva tar-riskji marbuta mas-sikurezza (Ara 3.1.1. Valutazzjoni tar-riskju).

5.5.   Ġestjoni tal-emerġenza

5.5.1.   L-organizzazzjoni għandha tidentifika s-sitwazzjonijiet ta' emerġenza u l-miżuri f'waqthom assoċjati li għandhom jittieħdu biex dawn jiġu ġestiti (ara 3.1.1. Valutazzjoni tar-riskju) u biex tistabbilixxi mill-ġdid il-kundizzjonijiet ta' operat normali f'konformità mar-Regolament (UE) 2015/995 (5).

5.5.2.   L-organizzazzjoni għandha tiżgura li, għal kull tip ta' emerġenza identifikata:

(a)

is-servizzi ta' emerġenza jistgħu jiġu kkuntattjati minnufih;

(b)

is-servizzi ta' emerġenza jiġu pprovduti bl-informazzjoni kollha rilevanti, kemm minn qabel kif ukoll fil-mument tal-emerġenza, sabiex jippreparaw ir-reazzjoni tagħhom għall-emerġenza.

(c)

l-ewwel għajnuna tingħata internament.

5.5.3.   L-organizzazzjoni għandha tidentifika u tiddokumenta r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-partijiet kollha f'konformità mar-Regolament (UE) 2015/995.

5.5.4.   L-organizzazzjoni għandu jkollha pjanijiet ta' azzjoni, twissijiet u informazzjoni għall-każijiet ta' emerġenza, inkluż arranġamenti li:

(a)

iwissu lill-persunal kollu li għandu responsabbiltà għall-ġestjoni tal-emerġenzi;

(b)

jikkomunikaw l-informazzjoni lill-partijiet kollha (eż. l-amministratur tal-infrastruttura, il-kuntratturi, l-awtoritajiet, is-servizzi ta' emerġenza), inklużi l-istruzzjonijiet ta' emerġenza għall-passiġġieri;

(c)

jieħu kwalunkwe deċiżjoni meħtieġa skont it-tip ta' emerġenza.

5.5.5.   L-organizzazzjoni għandha tiddeskrivi kif ikunu ġew allokati r-riżorsi u l-mezzi għall-ġestjoni ta' emerġenza (ara 4.1. Riżorsi) u kif ġew identifikati r-rekwiżiti tat-taħriġ (ara 4.2. Kompetenza).

5.5.6.   L-arranġamenti ta' emerġenza jiġu ttestjati b'mod regolari f'kooperazzjoni mal-partijiet interessati l-oħra u aġġornati meta jkun xieraq.

5.5.7.   L-organizzazzjoni għandha tiżgura li l-persunal kompetenti inkarigat, b'ħiliet lingwistiċi xierqa, ikun jista' jiġi kkuntattjat faċilment u mingħajr dewmien mill-amministratur tal-infrastruttura u jipprovdi lil dan tal-aħħar b'livell xieraq ta' informazzjoni.

5.5.8.   L-organizzazzjoni għandu jkollha proċedura biex f'każ ta' emerġenza jiġu kkuntattjati l-entità responsabbli mill-manutenzjoni jew id-detentur tal-vetturi ferrovjarji.

6.   EVALWAZZJONI TAL-PRESTAZZJONI

6.1.   Monitoraġġ

6.1.1.   L-organizzazzjoni għandha twettaq monitoraġġ f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1078/2012:

(a)

biex tivverifika l-applikazzjoni korretta u l-effettività tal-proċessi u tal-proċeduri kollha fis-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza, inkluż il-miżuri tekniċi, operattivi u organizzattivi ta' sikurezza;

(b)

biex tivverifika l-applikazzjoni korretta tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza b'mod ġenerali, u jekk is-sistema hijiex qed tikseb ir-riżultati mistennija;

(c)

biex tinvestiga jekk is-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza hijiex konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament;

(d)

biex tidentifika, timplimenta u tevalwa l-effettività tal-miżuri korrettivi (ara 7.2. Titjib kontinwu), kif xieraq, jekk jiġu identifikati xi każijiet ta' nuqqas ta' konformità mal-punti (a), (b) u (c).

6.1.2.   L-organizzazzjoni għandha timmonitorja b'mod regolari fil-livelli kollha fi ħdan l-organizzazzjoni l-prestazzjoni tal-kompiti relatati mas-sikurezza u tintervjeni jekk dawn il-kompiti mhux qed jitwettqu b'mod xieraq.

6.2.   Awditjar intern

6.2.1.   L-organizzazzjoni għandha twettaq awditjar intern b'mod indipendenti, imparzjali u trasparenti biex tiġbor u tanalizza l-informazzjoni għall-finijiet tal-attivitajiet ta' monitoraġġ tagħha (ara 6.1. Monitoraġġ), li jinkludi:

(a)

Skeda tal-awditjar intern ippjanat li tista' tiġi riveduta skont ir-riżultati tal-awditi preċedenti u tal-monitoraġġ tal-prestazzjoni;

(b)

L-identifikazzjoni u l-għażla ta' awdituri kompetenti (ara 4.2. Kompetenza);

(c)

L-analiżi u l-evalwazzjoni tar-riżultati tal-awditjar;

(d)

L-identifikazzjoni tal-ħtieġa għal miżuri korrettivi jew ta' titjib;

(e)

Il-verifika tat-tlestija u tal-effettività ta' dawn il-miżuri;

(f)

Id-dokumentazzjoni relatata mat-twettiq u mar-riżultati tal-awditjar;

(g)

Il-komunikazzjoni tar-riżultati tal-awditi lill-maniġment superjuri.

6.3.   Reviżjoni tal-ġestjoni

6.3.1.   Il-maniġment superjuri għandu jirrevedi b'mod regolari l-adegwatezza u l-effikaċja kontinwa tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza, billi tal-anqas iqis:

(a)

id-dettalji tal-progress dwar l-indirizzar tal-azzjonijiet pendenti minn reviżjonijiet ta' ġestjoni preċedenti;

(b)

it-tibdil taċ-ċirkostanzi interni u esterni (ara 1. Kuntest tal-organizzazzjoni);

(c)

il-prestazzjoni tas-sikurezza tal-organizzazzjoni marbuta ma':

(i.)

il-kisba tal-għanijiet tas-sikurezza;

(ii.)

ir-riżultati tal-attivitajiet ta' monitoraġġ tagħha, inkluż is-sejbiet tal-awditjar intern, u l-investigazzjonijiet interni tal-aċċidenti/inċidenti u l-istatus tal-azzjonijiet rispettivi tagħhom;

(iii.)

l-eżiti rilevanti mill-attivitajiet superviżorji mwettqa mill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza;

(d)

ir-rakkomandazzjonijiet għat-titjib.

6.3.2.   Abbażi tal-eżiti tar-reviżjoni tal-ġestjoni tiegħu, il-maniġment superjuri għandu jieħu r-responsabbiltà sħiħa għall-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-bidliet meħtieġa fis-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza.

7.   TITJIB

7.1.   Tagħlim minn aċċidenti u inċidenti

7.1.1.   L-aċċidenti u l-inċidenti relatati mal-operazzjonijiet ferrovjarji tal-organizzazzjoni għandhom jiġu:

(a)

rrapportati, irreġistrati, investigati u analizzati biex jiġu determinati l-kawżi tagħhom;

(b)

irrapportati lill-korpi nazzjonali kif xieraq.

7.1.2.   L-organizzazzjoni għandha tiżgura li:

(a)

ir-rakkomandazzjonijiet mill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza, mill-korp investigattiv nazzjonali, u mill-investigazzjonijiet tal-industrija/interni jiġu evalwati u implimentati jekk ikun xieraq jew obbligatorju;

(b)

jitqiesu r-rapporti/l-informazzjoni rilevanti minn partijiet oħra interessati bħall-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-infrastruttura, l-entitajiet responsabbli għall-manutenzjoni u d-detenturi tal-vetturi ferrovjarji.

7.1.3.   L-organizzazzjoni għandha tuża l-informazzjoni dwar l-investigazzjoni biex tirrevedi l-valutazzjoni tar-riskju (ara 3.1.1. Valutazzjoni tar-riskju), biex titgħallem bl-għan li ttejjeb is-sikurezza u, fejn applikabbli, tadotta miżuri korrettivi u/jew ta' titjib (ara 5.4. Ġestjoni tal-bidla).

7.2.   Titjib kontinwu

7.2.1.   L-organizzazzjoni għandha tkompli ttejjeb l-adegwatezza u l-effikaċja tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza tagħha, filwaqt li tqis il-qafas stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1078/2012 u tal-anqas l-eżiti tal-attivitajiet li ġejjin:

(a)

il-monitoraġġ (ara 6.1. Monitoraġġ);

(b)

l-awditjar intern (ara 6.2. Awditjar intern);

(c)

ir-reviżjoni tal-ġestjoni (ara 6.3. Reviżjoni tal-ġestjoni);

(d)

it-tagħlim minn aċċidenti u inċidenti (ara 7.1. Tagħlim minn aċċidenti u inċidenti).

7.2.2.   L-organizzazzjoni għandha tipprovdi metodi li jħeġġu lill-persunal u lill-partijiet interessati l-oħra sabiex ikunu attivi fit-titjib tas-sikurezza bħala parti mit-tagħlim organizzattiv tagħha.

7.2.3.   L-organizzazzjoni għandha tipprovdi strateġija biex tkompli ttejjeb il-kultura ta' sikurezza tagħha, billi tiddependi fuq l-użu ta' għarfien espert u ta' metodi rikonoxxuti biex jiġu identifikati l-kwistjonijiet ta' imġiba li jaffettwaw il-partijiet differenti tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza u jiġu stabbiliti miżuri biex dawn jiġu indirizzati.


(1)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni Tal-Kummissjoni (UE) Nru 402/2013 tat-30 ta' April 2013 dwar il-metodu komuni ta' sikurezza għall-evalwazzjoni u l-valutazzjoni tar-riskji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 352/2009 (ĠU L 121, 3.5.2013, p. 8).

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1078/2012 tas-16 ta' Novembru 2012 dwar metodu komuni ta' sikurezza għall-monitoraġġ li għandu jiġi applikat mill-impriżi ferrovjarji u l-maniġers tal-infrastruttura wara li jirċievu ċertifikat tas-sikurezza jew awtorizzazzjoni tas-sikurezza u minn entitajiet responsabbli mill-manutenzjoni (ĠU L 320, 17.11.2012, p. 8).

(3)  Il-punt 2.1. tal-Appendiċi tal-Anness I tad-Direttiva (UE) 2016/798.

(4)  Il-punt 2.2. tal-Appendiċi tal-Anness I tad-Direttiva (UE) 2016/798.

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/995 tat-8 ta' Ġunju 2015 li jemenda d-Deċiżjoni 2012/757/UE dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema tal-“operat u l-immaniġġjar tat-traffiku” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 165, 30.6.2015, p. 1).


ANNESS II

Rekwiżiti tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza relatati mal-amministraturi tal-infrastruttura

1.   KUNTEST TAL-ORGANIZZAZZJONI

1.1.   L-organizzazzjoni għandha:

(a)

tiddeskrivi n-natura u l-firxa tal-operazzjonijiet tagħha;

(b)

tidentifika r-riskji serji għas-sikurezza kkawżati mill-operazzjonijiet ferrovjarji tagħha, kemm jekk jitwettqu mill-organizzazzjoni nnifisha jew minn kuntratturi, sħab jew fornituri li jinsabu taħt il-kontroll tagħha;

(c)

tidentifika l-partijiet interessati (eż. il-korpi regolatorji, l-awtoritajiet, l-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-infrastruttura, il-kuntratturi, il-fornituri, is-sħab), inklużi dawk il-partijiet esterni tas-sistema ferrovjarja, li huma rilevanti għas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza;

(d)

tidentifika u żżomm ir-rekwiżiti legali u r-rekwiżiti l-oħra relatati mas-sikurezza mill-partijiet interessati msemmija fil-punt (c);

(e)

tiżgura li r-rekwiżiti msemmija fil-punt (d) jitqiesu fl-iżvilupp, fl-implimentazzjoni u fiż-żamma tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza;

(f)

tiddeskrivi l-kamp ta' applikazzjoni tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza, li jindika liema parti tan-negozju hija inkluża jew le fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti msemmija fil-punt (d).

1.2.   Għall-finijiet ta' dan l-Anness japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“natura” fir-rigward tal-operazzjonijiet ferrovjarji mwettqa mill-amministraturi tal-infrastruttura tfisser il-karatterizzazzjoni ta' operazzjoni skont il-fini tagħha, inklużi t-tfassil u l-kostruzzjoni tal-infrastruttura, il-manutenzjoni tal-infrastruttura, l-ippjanar tat-traffiku, il-ġestjoni u l-kontroll tat-traffiku, u skont l-użu tal-infrastruttura ferrovjarja, inklużi l-linji konvenzjonali u/jew ta' veloċità għolja, it-trasport tal-passiġġieri u/jew ta' oġġetti;

(b)

“firxa” fir-rigward tal-operazzjonijiet ferrovjarji mwettqa mill-amministraturi tal-infrastruttura tfisser il-firxa kkaratterizzata mit-tul tal-linji tal-ferrovija u d-daqs stmat tal-amministraturi tal-infrastruttura f'termini tal-għadd ta' impjegati li jaħdmu fis-settur ferrovjarju.

2.   TMEXXIJA

2.1.   Tmexxija u impenn

2.1.1.   Il-maniġment superjuri għandu juri tmexxija u impenn lejn l-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-manutenzjoni u t-titjib kontinwu tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza billi:

(a)

jassumi l-obbligu ta' rendikont u r-responsabbiltà ġenerali għas-sikurezza;

(b)

jiżgura impenn lejn is-sikurezza min-naħa tal-amministrazzjoni fil-livelli differenti fi ħdan l-organizzazzjoni permezz tal-attivitajiet tagħhom u fir-relazzjonijiet tagħhom mal-persunal u mal-kuntratturi;

(c)

jiżgura li l-politika u l-għanijiet tas-sikurezza jkunu stabbiliti, mifhuma u kompatibbli mad-direzzjoni strateġika tal-organizzazzjoni;

(d)

jiżgura l-integrazzjoni tar-rekwiżiti tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza fil-proċessi tan-negozju tal-organizzazzjoni;

(e)

jiżgura li r-riżorsi meħtieġa għas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza jkunu disponibbli;

(f)

jiżgura li s-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza tkun effettiva fil-kontroll tar-riskji għas-sikurezza kkawżati mill-organizzazzjoni;

(g)

iħeġġeġ lill-persunal sabiex jappoġġa l-konformità mar-rekwiżiti tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza;

(h)

jippromwovi t-titjib kontinwu tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza;

(i)

jiżgura li titqies is-sikurezza fl-identifikazzjoni u fil-ġestjoni tar-riskji marbuta man-negozju tal-organizzazzjoni u fl-ispjegazzjoni dwar kif il-kunflitt bejn is-sikurezza u l-għanijiet l-oħra tan-negozju se jiġu rikonoxxuti u riżolti;

(j)

jippromwovi kultura ta' sikurezza pożittiva.

2.2.   Politika ta' sikurezza

2.2.1.   Il-maniġment superjuri għandu jistabbilixxi dokument li jiddeskrivi l-politika ta' sikurezza tal-organizzazzjoni u li jkun:

(a)

xieraq għan-natura tal-organizzazzjoni u l-firxa tal-operazzjonijiet ferrovjarji;

(b)

approvat mill-kap eżekuttiv tal-organizzazzjoni (jew minn rappreżentant(i) tal-maniġment superjuri);

(c)

implimentat b'mod attiv, ikkomunikat u magħmul għad-dispożizzjoni tal-persunal kollu.

2.2.2.   Il-politika ta' sikurezza għandha:

(a)

tinkludi impenn sabiex tkun konformi mar-rekwiżiti legali u mar-rekwiżiti l-oħra kollha relatati mas-sikurezza;

(b)

tipprovdi qafas għall-istabbiliment ta' għanijiet ta' sikurezza u għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tas-sikurezza tal-organizzazzjoni abbażi ta' dawn l-għanijiet;

(c)

tinkludi impenn biex jiġu kontrollati r-riskji għas-sikurezza li jirriżultaw mill-attivitajiet tagħha stess kif ukoll dawk ikkawżati minn oħrajn;

(d)

tinkludi impenn għal titjib kontinwu tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza;

(e)

tinżamm f'konformità mal-istrateġija tan-negozju u l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tas-sikurezza tal-organizzazzjoni.

2.3.   Rwoli organizzattivi, responsabbiltajiet, obbligu ta' rendikont u awtorità

2.3.1.   Ir-responsabbiltajiet, l-obbligu ta' rendikont u l-awtorità tal-persunal li għandu rwol li jaffettwa s-sikurezza (inkluż il-maniġment u l-persunal l-ieħor involut fil-kompiti relatati mas-sikurezza) għandhom jiġu definiti fil-livelli kollha fi ħdan l-organizzazzjoni, dokumentati, assenjati u kkomunikati lilhom.

2.3.2.   L-organizzazzjoni għandha tiżgura li l-persunal b'responsabbiltajiet delegati għall-kompiti relatati mas-sikurezza għandu jkollu l-awtorità, il-kompetenza u r-riżorsi xierqa sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu mingħajr ma jiġi affettwat b'mod negattiv mill-attivitajiet ta' funzjonijiet oħrajn tan-negozju.

2.3.3.   Id-delegazzjoni tar-responsabbiltà għall-kompiti relatati mas-sikurezza għandha tiġi dokumentata u kkomunikata lill-persunal rilevanti kif ukoll aċċettata u mifhuma.

2.3.4.   L-organizzazzjoni għandha tiddeskrivi l-allokazzjoni tar-rwoli msemmija fil-paragrafu 2.3.1. għall-funzjonijiet tan-negozju fi ħdan l-organizzazzjoni u, fejn rilevanti, lil hinn minnha (ara 5.3. Kuntratturi, sħab u fornituri).

2.4.   Konsultazzjoni tal-persunal u tal-partijiet l-oħra

2.4.1.   Il-persunal, ir-rappreżentanti tagħhom u l-partijiet interessati esterni, kif xieraq u fejn rilevanti, għandhom jiġu kkonsultati fl-iżvilupp, iż-żamma u t-titjib tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza fil-partijiet rilevanti li huma responsabbli għalihom, inkluż l-aspetti tas-sikurezza tal-proċeduri operattivi.

2.4.2.   L-organizzazzjoni għandha tiffaċilita l-konsultazzjoni tal-persunal billi tipprovdi l-metodi u l-mezzi għall-involviment tal-persunal, għar-reġistrazzjoni tal-opinjoni tal-persunal u għall-għoti ta' feedback dwar l-opinjoni tal-persunal.

3.   IPPJANAR

3.1.   Azzjonijiet biex jiġu indirizzati r-riskji

3.1.1.   Valutazzjoni tar-riskju

3.1.1.1.   L-organizzazzjoni għandha:

(a)

tidentifika u tanalizza r-riskji operattivi, organizzattivi u tekniċi kollha rilevanti għan-natura u l-firxa tal-operazzjonijiet imwettqa mill-organizzazzjoni. Dawn ir-riskji għandhom jinkludu dawk li jirriżultaw minn fatturi umani u organizzattivi, bħall-ammont ta' xogħol, id-disinn tal-impjieg, l-għeja jew l-idoneità tal-proċeduri u l-attivitajiet tal-partijiet interessati l-oħra (ara 1. Kuntest tal-organizzazzjoni);

(b)

jivvalutaw ir-riskji msemmija fil-punt (a) billi jiġu applikati metodi xierqa għall-valutazzjoni tar-riskju;

(c)

jiżviluppaw u jimplimentaw miżuri ta' sikurezza, bl-identifikazzjoni tar-responsabbiltajiet assoċjati (ara 2.3. Rwoli organizzattivi, responsabbiltajiet, obbligu ta' rendikont u awtorità);

(d)

jiżviluppaw sistema li timmonitorja l-effettività tal-miżuri tas-sikurezza (ara 6.1. Monitoraġġ);

(e)

jirrikonoxxu l-ħtieġa ta' kollaborazzjoni mal-partijiet interessati l-oħra (bħall-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-infrastruttura, il-manifattur, il-fornitur tal-manutenzjoni, l-entità responsabbli għall-manutenzjoni, id-detentur tal-vetturi ferrovjarji, il-fornitur tas-servizzi u l-entità tal-akkwist), fejn xieraq, fuq ir-riskji kondiviżi u l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' sikurezza adegwati;

(f)

jikkomunikaw ir-riskji lill-persunal u lill-partijiet esterni involuti (ara 4.4. Informazzjoni u komunikazzjoni).

3.1.1.2.   Fil-valutazzjoni tar-riskju, organizzazzjoni għandha tqis il-ħtieġa li tiddetermina, tipprovdi u ssostni ambjent tax-xogħol sikur li jikkonforma mal-leġiżlazzjoni applikabbli, b'mod partikolari d-Direttiva 89/391/KEE.

3.1.2.   L-ippjanar għall-bidla

3.1.2.1.   L-organizzazzjoni għandha tidentifika r-riskji potenzjali għas-sikurezza u l-miżuri ta' sikurezza xierqa (ara 3.1.1. Valutazzjoni tar-riskju) qabel l-implimentazzjoni ta' bidla (ara 5.4. Ġestjoni tal-bidla) skont il-proċess tal-ġestjoni tar-riskji stipulat fir-Regolament (UE) Nru 402/2013, filwaqt li tqis ir-riskji marbuta mas-sikurezza li jirriżultaw mill-proċess tal-bidla nnifsu.

3.2.   Għanijiet u ppjanar tas-sikurezza

3.2.1.   L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi l-għanijiet tas-sikurezza għall-funzjonijiet rilevanti fil-livelli rilevanti biex iżżomm u, fejn raġonevolament prattikabbli, ittejjeb il-prestazzjoni tas-sikurezza tagħha.

3.2.2.   L-għanijiet tas-sikurezza għandhom:

(a)

ikunu konsistenti mal-politika ta' sikurezza u mal-għanijiet strateġiċi tal-organizzazzjoni (fejn applikabbli);

(b)

ikunu marbuta mar-riskji ta' prijorità li jinfluwenzaw il-prestazzjoni tas-sikurezza tal-organizzazzjoni;

(c)

ikunu jistgħu jitkejlu;

(d)

iqisu r-rekwiżiti legali u r-rekwiżiti l-oħra applikabbli;

(e)

jiġu rieżaminati fir-rigward tal-kisbiet tagħhom u riveduti kif xieraq;

(f)

jiġu kkomunikati.

3.2.3.   L-organizzazzjoni għandu jkollha pjan(ijiet) biex tiddeskrivi kif se tikseb l-għanijiet tas-sikurezza tagħha.

3.2.4.   L-organizzazzjoni għandha tiddeskrivi l-istrateġija u l-pjan(ijiet) użati biex jiġi mmonitorjat il-ksib tal-għanijiet tas-sikurezza (ara 6.1. Monitoraġġ).

4.   APPOĠĠ

4.1.   Riżorsi

4.1.1.   L-organizzazzjoni għandha tipprovdi r-riżorsi, inkluż persunal kompetenti u tagħmir effettiv u użabbli, meħtieġa għall-istabbiliment, l-implimentazzjoni, il-manutenzjoni u t-titjib kontinwu tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza.

4.2.   Kompetenza

4.2.1.   Is-sistema tal-ġestjoni tal-kompetenzi tal-organizzazzjoni għandha tiżgura li l-persunal li jkollu rwol li jaffettwa s-sikurezza jkun kompetenti fil-kompiti relatati mas-sikurezza li hu jkun responsabbli għalihom (ara 2.3. Rwoli organizzattivi, responsabbiltajiet, obbligu ta' rendikont u awtorità), inklużi mill-inqas:

(a)

l-identifikazzjoni tal-kompetenzi (inklużi l-għarfien, il-ħiliet, l-attitudnijiet u l-imġiba mhux tekniċi) meħtieġa għall-kompiti relatati mas-sikurezza;

(b)

il-prinċipji ta' selezzjoni (il-livell edukattiv bażiku, l-idoneità psikoloġika u fiżika meħtieġa);

(c)

it-taħriġ inizjali, l-esperjenza u l-kwalifiki;

(d)

it-taħriġ kontinwu u l-aġġornament perjodiku tal-kompetenzi eżistenti;

(e)

il-valutazzjoni perjodika tal-kompetenza u l-kontrolli tal-idoneità psikoloġika u fiżika biex ikun żgurat li l-kwalifiki u l-ħiliet jinżammu tul iż-żmien;

(f)

it-taħriġ speċifiku fil-partijiet rilevanti tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom relatati mas-sikurezza.

4.2.2.   L-organizzazzjoni għandha tipprovdi programm ta' taħriġ, kif imsemmi fil-punti (c), (d) u (f) tal-paragrafu 4.2.1, għall-persunal li jwettaq kompiti relatati mas-sikurezza li jiżgura li:

(a)

il-programm ta' taħriġ isir skont ir-rekwiżiti tal-kompetenzi identifikati u l-ħtiġijiet individwali tal-persunal;

(b)

fejn applikabbli, it-taħriġ jiżgura li l-persunal ikun jista' jopera taħt il-kundizzjonijiet kollha tal-operat (normali, degradati u ta' emerġenza);

(c)

it-tul ta' żmien tat-taħriġ u l-frekwenza tat-taħriġ ta' aġġornament huma xierqa għall-għanijiet tat-taħriġ;

(d)

jinżammu reġistri għall-persunal kollu (ara 4.5.3. Kontroll tal-informazzjoni dokumentata);

(e)

il-programm ta' taħriġ jiġi rivedut u awditjat b'mod regolari (ara 6.2. Awditjar intern) u l-bidliet isiru meta jkun meħtieġ (ara 5.4. Ġestjoni tal-bidla).

4.2.3.   Għandu jkun hemm fis-seħħ arranġamenti għall-persunal li jmur lura għax-xogħol wara aċċidenti/inċidenti jew wara assenza twila minn fuq il-post tax-xogħol, inkluż l-għoti ta' taħriġ addizzjonali meta tiġi identifikata din il-ħtieġa.

4.3.   Sensibilizzazzjoni

4.3.1.   Il-maniġment superjuri għandu jiżgura li hu u l-persunal tiegħu li għandu rwol li jaffettwa s-sikurezza jkunu konxji tar-rilevanza, l-importanza u l-konsegwenzi tal-attivitajiet tagħhom u kif dawn jikkontribwixxu għall-applikazzjoni korretta u l-effettività tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza, inkluża l-kisba tal-għanijiet tas-sikurezza (ara 3.2. Għanijiet u ppjanar tas-sikurezza).

4.4.   Informazzjoni u komunikazzjoni

4.4.1.   L-organizzazzjoni għandha tiddefinixxi l-mezzi xierqa ta' komunikazzjoni biex tiżgura li l-informazzjoni relatata mas-sikurezza tiġi skambjata fost il-livelli differenti tal-organizzazzjoni u mal-partijiet interessati esterni inklużi l-kuntratturi, is-sħab u l-fornituri.

4.4.2.   Sabiex ikun żgurat li l-informazzjoni relatata mas-sikurezza tasal għand il-persuni li jagħtu ġudizzji u jieħdu deċiżjonijiet, l-organizzazzjoni għandha tiġġestixxi l-identifikazzjoni, il-wasla, l-ipproċessar, il-ġenerazzjoni u t-tixrid tal-informazzjoni relatata mas-sikurezza.

4.4.3.   L-organizzazzjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni relatata mas-sikurezza tkun:

(a)

rilevanti, kompleta u tinftiehem għall-utenti intenzjonati;

(b)

valida;

(c)

preċiża;

(d)

konsistenti;

(e)

kontrollata (ara 4.5.3. Kontroll tal-informazzjoni dokumentata);

(f)

ikkomunikata qabel ma tidħol fis-seħħ;

(g)

waslet u tinftiehem.

4.5.   Informazzjoni dokumentata

4.5.1.   Id-dokumentazzjoni tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza

4.5.1.1.   Ikun hemm deskrizzjoni tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza li tinkludi:

(a)

l-identifikazzjoni u d-deskrizzjoni tal-proċessi u tal-attivitajiet relatati mas-sikurezza tal-operazzjonijiet ferrovjarji, inklużi l-kompiti relatati mas-sikurezza u r-responsabbiltajiet assoċjati (ara 2.3. Rwoli organizzattivi, responsabbiltajiet, obbligu ta' rendikont u awtorità);

(b)

l-interazzjoni ta' dawn il-proċessi;

(c)

il-proċeduri jew id-dokumenti l-oħra li jiddeskrivu kif dawn il-proċessi jiġu implimentati;

(d)

l-identifikazzjoni tal-kuntratturi, is-sħab u l-fornituri b'deskrizzjoni tat-tip u l-firxa tas-servizzi mogħtija;

(e)

l-identifikazzjoni ta' arranġamenti kuntrattwali u ta' ftehimiet oħra tan-negozju, konklużi bejn l-organizzazzjoni u l-partijiet l-oħra identifikati taħt (d), meħtieġa għall-kontroll tar-riskji tas-sikurezza tal-organizzazzjoni u tar-riskji relatati mal-użu ta' kuntratturi;

(f)

ir-referenza għall-informazzjoni dokumentata meħtieġa minn dan ir-Regolament.

4.5.1.2.   L-organizzazzjoni għandha tiżgura li r-rapport annwali dwar is-sikurezza jiġi ppreżentat lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza rilevanti (jew lill-awtoritajiet) f'konformità mal-Artikolu 9(6) tad-Direttiva (UE) 2016/798, li jinkludi:

(a)

sinteżi tad-deċiżjonijiet dwar il-livell tas-sinifikat tal-bidliet relatati mas-sikurezza, li tinkludi ħarsa ġenerali lejn il-bidliet sinifikanti, f'konformità mal-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 402/2013;

(b)

l-għanijiet tas-sikurezza tal-organizzazzjoni għas-sena/snin ta' wara u kif ir-riskji serji għas-sikurezza jinfluwenzaw l-istabbiliment ta' dawn l-għanijiet tas-sikurezza;

(c)

ir-riżultati tal-investigazzjoni interna tal-aċċidenti/inċidenti (ara 7.1. Tagħlim minn aċċidenti u inċidenti) u l-attivitajiet l-oħra ta' monitoraġġ (ara 6.1. Monitoraġġ, 6.2. Awditjar intern u 6.3. Reviżjoni tal-ġestjoni), f'konformità mal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 1078/2012;

(d)

id-dettalji dwar il-progress fl-indirizzar tar-rakkomandazzjonijiet pendenti tal-korpi nazzjonali ta' investigazzjoni (ara 7.1. Tagħlim minn aċċidenti u inċidenti);

(e)

l-indikaturi tas-sikurezza tal-organizzazzjoni stabbiliti biex jevalwaw il-prestazzjoni tas-sikurezza tal-organizzazzjoni (ara 6.1. Monitoraġġ);

(f)

fejn applikabbli, il-konklużjonijiet tar-rapport annwali tal-konsulent tas-sikurezza, kif imsemmi fl-RID (1), dwar l-attivitajiet tal-organizzazzjoni relatati mat-trasport ta' oġġetti perikolużi (2).

4.5.2.   Tfassil u aġġornament

4.5.2.1.   L-organizzazzjoni għandha tiżgura li meta tfassal u taġġorna l-informazzjoni dokumentata marbuta mas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza jintużaw formati u mezzi xierqa.

4.5.3.   Kontroll tal-informazzjoni dokumentata

4.5.3.1.   L-organizzazzjoni għandha tikkontrolla l-informazzjoni dokumentata relatata mas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza, b'mod partikolari l-ħażna tagħha, id-distribuzzjoni u l-kontroll tal-bidliet, biex tiżgura d-disponibbiltà, l-adegwatezza u l-protezzjoni tagħha, fejn xieraq.

4.6.   Integrazzjoni ta' fatturi umani u organizzattivi

4.6.1.   L-organizzazzjoni għandha turi approċċ sistematiku lejn l-integrazzjoni ta' fatturi umani u organizzattivi fi ħdan is-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza. L-approċċ għandu:

(a)

jinkludi l-iżvilupp ta' strateġija u l-użu ta' għarfien espert u ta' metodi rikonoxxuti mill-qasam tal-fatturi umani u organizzattivi;

(b)

jindirizza r-riskji assoċjati mad-disinn u l-użu tat-tagħmir, il-kompiti, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-arranġamenti organizzattivi, filwaqt li jitqiesu l-kapaċitajiet umani kif ukoll il-limitazzjonijiet u l-influwenzi fuq il-prestazzjoni umana.

5.   OPERAT

5.1.   Ippjanar u kontroll operattiv

5.1.1.   Fl-ippjanar, l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u r-reviżjoni tal-proċessi operattivi tagħha, l-organizzazzjoni għandha tiżgura li waqt l-operat:

(a)

jiġu applikati l-kriterji ta' aċċettazzjoni tar-riskji u l-miżuri ta' sikurezza (ara 3.1.1. Valutazzjoni tar-riskju);

(b)

jitwettqu l-pjan(ijiet) biex jinkisbu l-għanijiet tas-sikurezza (ara 3.2. Għanijiet u ppjanar tas-sikurezza);

(c)

l-informazzjoni tinġabar sabiex jitkejlu l-applikazzjoni korretta u l-effettività tal-arranġamenti operattivi (ara 6.1. Monitoraġġ).

5.1.2.   L-organizzazzjoni għandha tiżgura li l-arranġamenti operattivi tagħha huma konformi mar-rekwiżiti relatati mas-sikurezza tal-Ispeċifikazzjonijiet Tekniċi applikabbli għall-Interoperabbiltà u mar-regoli nazzjonali rilevanti u ma' kwalunkwe rekwiżit ieħor rilevanti (ara 1. Kuntest tal-organizzazzjoni).

5.1.3.   Fejn rilevanti, biex jiġu kkontrollati r-riskji għas-sikurezza tal-attivitajiet operattivi (ara 3.1.1. Valutazzjoni tar-riskju), għandhom minn tal-anqas jitqiesu dawn li ġejjin:

(a)

l-identifikazzjoni tal-parametri sikuri tat-trasport għall-ippjanar u l-kontroll tat-traffiku abbażi tal-karatteristiċi tad-disinn tal-infrastruttura;

(b)

l-ippjanar tat-traffiku, inklużi l-iskeda taż-żmien u l-allokazzjoni tal-mogħdijiet tal-ferroviji;

(c)

il-ġestjoni tat-traffiku fil-ħin reali fil-modalità normali u fil-modalitajiet degradati bl-applikazzjoni tar-restrizzjonijiet tat-traffiku fuq l-użu u l-ġestjoni tat-tfixkil tat-traffiku;

(d)

l-iffissar ta' kundizzjonijiet għaċ-ċirkolazzjoni ta' konsenji eċċezzjonali.

5.1.4.   Għall-kontroll tal-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet fejn rilevanti għas-sikurezza tal-attivitajiet operattivi, l-organizzazzjoni għandha tidentifika r-responsabbiltajiet għall-ippjanar u l-operat tan-netwerk ferrovjarju u tiddefinixxi kif il-kompiti rilevanti jaffettwaw l-għoti sikur tas-servizzi kollha allokati lill-persunal kompetenti fi ħdan l-organizzazzjoni (ara 2.3. Rwoli organizzattivi, responsabbiltajiet, obbligu ta' rendikont u awtorità) u lill-partijiet kwalifikati esterni meta jkun xieraq (ara 5.3. Kuntratturi, sħab u fornituri).

5.1.5.   Għall-kontroll tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni fejn rilevanti għas-sikurezza tal-attivitajiet operattivi (ara 4.4. Informazzjoni u komunikazzjoni), il-persunal rilevanti (eż. is-sinjalaturi) għandu jiġi infurmat dwar ir-rekwiżiti speċifiċi relatati mar-rotot għall-ferroviji u l-movimenti tal-vetturi inklużi l-bidliet rilevanti li jistgħu jirriżultaw f'periklu, restrizzjonijiet operattivi temporanji jew permanenti (eż. minħabba l-manutenzjoni tal-linji ferrovjarji) u l-kundizzjonijiet għal konsenji eċċezzjonali fejn applikabbli.

5.1.6.   Għall-kontroll, fejn rilevanti, tal-kompetenza għas-sikurezza tal-attivitajiet operattivi (ara 4.2. Kompetenza), l-organizzazzjoni għandha tiżgura, skont il-leġiżlazzjoni applikabbli (ara 1. Kuntest tal-organizzazzjoni), għall-persunal tagħha:

(a)

il-konformità mat-taħriġ u l-istruzzjonijiet ta' ħidma tagħha, u li meta jkun meħtieġ jittieħdu azzjonijiet korrettivi;

(b)

it-taħriġ speċifiku f'każ ta' bidliet antiċipati li jaffettwaw l-andament tal-operazzjonijiet jew l-assenjazzjoni tal-kompiti tagħhom;

(c)

l-adozzjoni ta' miżuri xierqa wara aċċidenti u inċidenti.

5.2.   Ġestjoni tal-assi

5.2.1.   L-organizzazzjoni għandha tiġġestixxi r-riskji tas-sikurezza assoċjati ma' assi fiżiċi matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom (ara 3.1.1. Valutazzjoni tar-riskju), mit-tfassil sad-disponiment, u tissodisfa r-rekwiżiti dwar il-fatturi umani fl-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja.

5.2.2.   L-organizzazzjoni għandha:

(a)

tiżgura li l-assi jintużaw għall-fini maħsub filwaqt li jżommu l-istat operattiv sikur tagħhom u l-livell ta' prestazzjoni mistenni minnhom;

(b)

tiġġestixxi l-assi f'operazzjonijiet normali u degradati;

(c)

tidentifika malajr kemm jista' jkun possibbli l-każijiet ta' nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti tal-operat qabel jew matul l-operat tal-assi, inkluża l-applikazzjoni kif xieraq ta' restrizzjonijiet ta' użu biex ikun żgurat l-istat operattiv sikur tal-assi (ara 6.1. Monitoraġġ).

5.2.3.   L-organizzazzjoni għandha tiżgura li l-arranġamenti tal-ġestjoni tal-assi tagħha, fejn applikabbli, ikunu konformi mar-rekwiżiti essenzjali kollha kif stabbilit fl-Ispeċifikazzjonijiet Tekniċi rilevanti għall-Interoperabbiltà u ma' kwalunkwe rekwiżit ieħor rilevanti (ara 1. Kuntest tal-organizzazzjoni).

5.2.4.   Għall-kontroll, fejn rilevanti, tar-riskji għall-provvista tal-manutenzjoni (ara 3.1.1. Valutazzjoni tar-riskju), għandhom minn tal-anqas jitqiesu dawn li ġejjin:

(a)

l-identifikazzjoni tal-ħtieġa ta' manutenzjoni biex l-infrastruttura tinżamm fi stat operattiv sikur, abbażi tal-użu reali u ppjanat tal-infrastruttura u l-karatteristiċi tad-disinn tagħha;

(b)

il-ġestjoni tat-tneħħija tal-assi mill-operazzjoni minħabba manutenzjoni, meta jiġu identifikati xi difetti jew meta l-kundizzjoni tal-assi tiddegrada lil hinn mil-limiti tal-istat operattiv sikur kif imsemmi fil-punt (a);

(c)

il-ġestjoni tar-ritorn għall-operat tal-assi b'restrizzjonijiet eventwali fuq l-użu wara l-manutenzjoni biex ikun żgurat li jkunu fi stat operattiv sikur;

(d)

il-ġestjoni tat-tagħmir tal-monitoraġġ u tal-kejl biex ikun żgurat li jkun adatt għall-fini maħsub tiegħu.

5.2.5.   Għall-kontroll tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni fejn rilevanti għall-ġestjoni sikura tal-assi (ara 4.4. Informazzjoni u komunikazzjoni), l-organizzazzjoni għandha tqis:

(a)

l-iskambju ta' informazzjoni rilevanti fi ħdan l-organizzazzjoni jew mal-entitajiet esterni responsabbli mill-manutenzjoni (Ara 5.3. Kuntratturi, sħab u fornituri), b'mod partikolari dwar ħsara relatata ma' sikurezza, aċċidenti, inċidenti kif ukoll dwar restrizzjonijiet eventwali fuq l-użu tal-assi;

(b)

it-traċċabbiltà tal-informazzjoni kollha meħtieġa inkluż l-informazzjoni relatata mal-punt (a) (ara 4.4. Informazzjoni u komunikazzjoni u 4.5.3. Kontroll tal-informazzjoni dokumentata);

(c)

l-istabbiliment u ż-żamma ta' rekords inkluża l-ġestjoni ta' kull bidla li taffettwa s-sikurezza tal-assi (ara 5.4. Ġestjoni tal-bidla).

5.3.   Kuntratturi, sħab u fornituri

5.3.1.   L-organizzazzjoni għandha tidentifika u tikkontrolla r-riskji ta' sikurezza li jirriżultaw minn attivitajiet esternalizzati, inkluż l-operazzjonijiet jew il-kooperazzjoni ma' kuntratturi, sħab u fornituri.

5.3.2.   Biex tikkontrolla r-riskji tas-sikurezza msemmija fil-paragrafu 5.3.1, l-organizzazzjoni għandha tiddefinixxi l-kriterji għall-għażla tal-kuntratturi, is-sħab u l-fornituri kif ukoll ir-rekwiżiti tal-kuntratt li dawn iridu jissodisfaw, inklużi:

(a)

ir-rekwiżiti legali u r-rekwiżiti l-oħra relatati mas-sikurezza (ara 1. Kuntest tal-organizzazzjoni);

(b)

il-livell ta' kompetenza meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti stipulati fil-kuntratt (ara 4.2. Kompetenza);

(c)

ir-responsabbiltajiet għall-kompiti li jridu jitwettqu;

(d)

il-prestazzjoni tas-sikurezza mistennija li trid tinżamm matul il-kuntratt;

(e)

l-obbligi relatati mal-iskambju ta' informazzjoni relatata mas-sikurezza (ara 4.4. Informazzjoni u komunikazzjoni);

(f)

it-traċċabbiltà ta' dokumenti relatati mas-sikurezza (ara 4.5. Informazzjoni dokumentata).

5.3.3.   F'konformità mal-proċess stabbilit fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1078/2012, l-organizzazzjoni għandha timmonitorja:

(a)

il-prestazzjoni tas-sikurezza tal-attivitajiet u tal-operazzjonijiet kollha tal-kuntratturi, is-sħab u l-fornituri sabiex ikun żgurat li dawn ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-kuntratt;

(b)

is-sensibilizzazzjoni tal-kuntratturi, tas-sħab u tal-fornituri dwar ir-riskji tas-sikurezza li huma jistgħu joħolqu għall-operazzjonijiet tal-organizzazzjoni.

5.4.   Ġestjoni tal-bidla

5.4.1.   L-organizzazzjoni għandha timplimenta u tikkontrolla l-bidliet fis-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza sabiex tinżamm jew titjieb il-prestazzjoni tas-sikurezza. Din għandha tinkludi d-deċiżjonijiet meħuda fl-istadji differenti tal-ġestjoni tal-bidla u r-reviżjoni suċċessiva tar-riskji marbuta mas-sikurezza (Ara 3.1.1. Valutazzjoni tar-riskju).

5.5.   Ġestjoni tal-emerġenza

5.5.1.   L-organizzazzjoni għandha tidentifika s-sitwazzjonijiet ta' emerġenza u l-miżuri f'waqthom assoċjati li għandhom jittieħdu biex dawn jiġu ġestiti (ara 3.1.1. Valutazzjoni tar-riskju) u biex tistabbilixxi mill-ġdid il-kundizzjonijiet ta' operat normali f'konformità mar-Regolament (UE) 2015/995.

5.5.2.   L-organizzazzjoni għandha tiżgura li, għal kull tip ta' emerġenza identifikata:

(a)

is-servizzi ta' emerġenza jistgħu jiġu kkuntattjati minnufih;

(b)

is-servizzi ta' emerġenza jiġu pprovduti bl-informazzjoni kollha rilevanti, kemm minn qabel kif ukoll fil-mument tal-emerġenza, sabiex jippreparaw ir-reazzjoni tagħhom għall-emerġenza.

(c)

l-ewwel għajnuna tingħata internament.

5.5.3.   L-organizzazzjoni għandha tidentifika u tiddokumenta r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-partijiet kollha f'konformità mar-Regolament (UE) 2015/995.

5.5.4.   L-organizzazzjoni għandu jkollha pjanijiet ta' azzjoni, twissijiet u informazzjoni għall-każijiet ta' emerġenza, inkluż arranġamenti li:

(a)

iwissu lill-persunal kollu li għandu responsabbiltà għall-ġestjoni tal-emerġenzi;

(b)

jikkomunikaw l-informazzjoni lill-partijiet kollha (eż. l-impriżi ferrovjarji, il-kuntratturi, l-awtoritajiet, is-servizzi ta' emerġenza), inklużi l-istruzzjonijiet ta' emerġenza għall-passiġġieri;

(c)

jieħu kwalunkwe deċiżjoni meħtieġa skont it-tip ta' emerġenza.

5.5.5.   L-organizzazzjoni għandha tiddeskrivi kif ikunu ġew allokati r-riżorsi u l-mezzi għall-ġestjoni ta' emerġenza (ara 4.1. Riżorsi) u kif ġew identifikati r-rekwiżiti tat-taħriġ (ara 4.2. Kompetenza).

5.5.6.   L-arranġamenti ta' emerġenza jiġu ttestjati b'mod regolari f'kooperazzjoni mal-partijiet interessati l-oħra u aġġornati meta jkun xieraq.

5.5.7.   L-organizzazzjoni għandha tikkoordina l-pjanijiet ta' emerġenza mal-impriżi ferrovjarji kollha li joperaw fuq l-infrastruttura tal-organizzazzjoni, mas-servizzi ta' emerġenza, sabiex jiġi ffaċilitat l-intervent rapidu tagħhom, u ma' kwalunkwe parti oħra li tista' tkun involuta f'sitwazzjoni ta' emerġenza.

5.5.8.   L-organizzazzjoni għandu jkollha arranġamenti stabbiliti sabiex l-operazzjonijiet u t-traffiku ferrovjarju jitwaqqfu minnufih, jekk ikun meħtieġ, u sabiex il-partijiet interessati kollha jkunu informati bl-azzjoni meħuda.

5.5.9.   Għall-infrastruttura transfruntiera, il-kooperazzjoni bejn l-amministraturi tal-infrastruttura rilevanti għandhom jiffaċilitaw il-koordinazzjoni u l-istat ta' tħejjija tas-servizzi ta' emerġenza kompetenti fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera.

6.   EVALWAZZJONI TAL-PRESTAZZJONI

6.1.   Monitoraġġ

6.1.1.   L-organizzazzjoni għandha twettaq monitoraġġ f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1078/2012:

(a)

biex tivverifika l-applikazzjoni korretta u l-effettività tal-proċessi u tal-proċeduri kollha fis-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza, inkluż il-miżuri tekniċi, operattivi u organizzattivi ta' sikurezza;

(b)

biex tivverifika l-applikazzjoni korretta tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza b'mod ġenerali, u jekk is-sistema hijiex qed tikseb ir-riżultati mistennija;

(c)

biex tinvestiga jekk is-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza hijiex konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament;

(d)

biex tidentifika, timplimenta u tevalwa l-effettività tal-miżuri korrettivi (ara 7.2. Titjib kontinwu), kif xieraq, jekk jiġu identifikati xi każijiet ta' nuqqas ta' konformità mal-punti (a), (b) u (c).

6.1.2.   L-organizzazzjoni għandha timmonitorja b'mod regolari fil-livelli kollha fi ħdan l-organizzazzjoni l-prestazzjoni tal-kompiti relatati mas-sikurezza u tintervjeni jekk dawn il-kompiti mhux qed jitwettqu b'mod xieraq.

6.2.   Awditjar intern

6.2.1.   L-organizzazzjoni għandha twettaq awditjar intern b'mod indipendenti, imparzjali u trasparenti biex tiġbor u tanalizza l-informazzjoni għall-finijiet tal-attivitajiet ta' monitoraġġ tagħha (ara 6.1. Monitoraġġ), li jinkludi:

(a)

Skeda tal-awditjar intern ippjanat li tista' tiġi riveduta skont ir-riżultati tal-awditi preċedenti u tal-monitoraġġ tal-prestazzjoni;

(b)

L-identifikazzjoni u l-għażla ta' awdituri kompetenti (ara 4.2. Kompetenza);

(c)

L-analiżi u l-evalwazzjoni tar-riżultati tal-awditjar;

(d)

L-identifikazzjoni tal-ħtieġa għal miżuri korrettivi jew ta' titjib;

(e)

Il-verifika tat-tlestija u tal-effettività ta' dawn il-miżuri;

(f)

Id-dokumentazzjoni relatata mat-twettiq u mar-riżultati tal-awditjar;

(g)

Il-komunikazzjoni tar-riżultati tal-awditi lill-maniġment superjuri.

6.3.   Reviżjoni tal-ġestjoni

6.3.1.   Il-maniġment superjuri għandu jirrevedi b'mod regolari l-adegwatezza u l-effikaċja kontinwa tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza, billi tal-anqas iqis:

(a)

id-dettalji tal-progress dwar l-indirizzar tal-azzjonijiet pendenti minn reviżjonijiet ta' ġestjoni preċedenti;

(b)

it-tibdil taċ-ċirkostanzi interni u esterni (ara 1. Kuntest tal-organizzazzjoni);

(c)

il-prestazzjoni tas-sikurezza tal-organizzazzjoni marbuta ma':

(i.)

il-kisba tal-għanijiet tas-sikurezza;

(ii.)

ir-riżultati tal-attivitajiet ta' monitoraġġ tagħha, inkluż is-sejbiet tal-awditjar intern, u l-investigazzjonijiet interni tal-aċċidenti/inċidenti u l-istatus tal-azzjonijiet rispettivi tagħhom;

(iii.)

l-eżiti rilevanti mill-attivitajiet superviżorji mwettqa mill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza;

(d)

ir-rakkomandazzjonijiet għat-titjib.

6.3.2.   Abbażi tal-eżiti tar-reviżjoni tal-ġestjoni tiegħu, il-maniġment superjuri għandu jieħu r-responsabbiltà sħiħa għall-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-bidliet meħtieġa fis-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza.

7.   TITJIB

7.1.   Tagħlim minn aċċidenti u inċidenti

7.1.1.   L-aċċidenti u l-inċidenti relatati mal-operazzjonijiet ferrovjarji tal-organizzazzjoni għandhom jiġu:

(a)

rrapportati, irreġistrati, investigati u analizzati biex jiġu determinati l-kawżi tagħhom;

(b)

irrapportati lill-korpi nazzjonali kif xieraq.

7.1.2.   L-organizzazzjoni għandha tiżgura li:

(a)

ir-rakkomandazzjonijiet mill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza, mill-korp investigattiv nazzjonali, u mill-investigazzjonijiet tal-industrija/interni jiġu evalwati u implimentati jekk ikun xieraq jew obbligatorju;

(b)

jitqiesu r-rapporti/l-informazzjoni rilevanti minn partijiet oħra interessati bħall-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-infrastruttura, l-entitajiet responsabbli għall-manutenzjoni u d-detenturi tal-vetturi ferrovjarji.

7.1.3.   L-organizzazzjoni għandha tuża l-informazzjoni dwar l-investigazzjoni biex tirrevedi l-valutazzjoni tar-riskju (ara 3.1.1. Valutazzjoni tar-riskju), biex titgħallem bl-għan li ttejjeb is-sikurezza u, fejn applikabbli, tadotta miżuri korrettivi u/jew ta' titjib (ara 5.4. Ġestjoni tal-bidla).

7.2.   Titjib kontinwu

7.2.1.   L-organizzazzjoni għandha tkompli ttejjeb l-adegwatezza u l-effikaċja tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza tagħha, filwaqt li tqis il-qafas stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1078/2012 u tal-anqas l-eżiti tal-attivitajiet li ġejjin:

(a)

il-monitoraġġ (ara 6.1. Monitoraġġ);

(b)

l-awditjar intern (ara 6.2. Awditjar intern);

(c)

ir-reviżjoni tal-ġestjoni (ara 6.3. Reviżjoni tal-ġestjoni);

(d)

it-tagħlim minn aċċidenti u inċidenti (ara 7.1. Tagħlim minn aċċidenti u inċidenti).

7.2.2.   L-organizzazzjoni għandha tipprovdi metodi li jħeġġu lill-persunal u lill-partijiet interessati l-oħra sabiex ikunu attivi fit-titjib tas-sikurezza bħala parti mit-tagħlim organizzattiv tagħha.

7.2.3.   L-organizzazzjoni għandha tipprovdi strateġija biex tkompli ttejjeb il-kultura ta' sikurezza tagħha, billi tiddependi fuq l-użu ta' għarfien espert u ta' metodi rikonoxxuti biex jiġu identifikati l-kwistjonijiet ta' imġiba li jaffettwaw il-partijiet differenti tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza u jiġu stabbiliti miżuri biex dawn jiġu indirizzati.


(1)  Il-punt 2.1. tal-Appendiċi tal-Anness I tad-Direttiva (UE) 2016/798.

(2)  Il-punt 2.2. tal-Appendiċi tal-Anness I tad-Direttiva (UE) 2016/798.


25.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 129/49


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/763

tad-9 ta' April 2018

li jistabbilixxi arranġamenti prattiċi għall-ħruġ ta' ċertifikati ta' sikurezza uniċi għall-impriżi ferrovjarji skont id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 653/2007

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar is-sikurezza ferrovjarja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(10) tagħha,

Billi:

(1)

Huma meħtieġa dispożizzjonijiet li jarmonizzaw l-approċċ taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza fil-livell tal-Unjoni u li jrawmu kollaborazzjoni bejn il-partijiet kollha involuti fil-proċess tal-valutazzjoni tas-sikurezza, sabiex titnaqqas il-kumplessità, it-tul u l-ispiża tal-proċedura ta' ċertifikazzjoni.

(2)

B'kont meħud tal-esperjenza miksuba fit-tħejjija tal-ftehimiet ta' kooperazzjoni msemmija fl-Artikolu 11(1) tad-Direttiva (UE) 2016/798, meta jkun hemm kuntatt bikri mal-applikant fil-forma ta' koordinazzjoni (“fażi preliminari”) hija rikonoxxuta bħala prattika tajba li jiġi ffaċilitat l-iżvilupp tar-relazzjoni bejn il-partijiet involuti fil-proċess tal-valutazzjoni tas-sikurezza. Jenħtieġ li t-tali fażi preliminari tkun offruta qabel ma titressaq applikazzjoni għal ċertifikat ta' sikurezza uniku, bl-għan li tippermetti li l-korp taċ-ċertifikazzjoni jsir familjari mas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza tal-applikant, biex jiġi ċċarat kif il-proċess tal-valutazzjoni tas-sikurezza se jitmexxa u kif se jittieħdu d-deċiżjonijiet kif ukoll jiġi vverifikat li l-applikant ikun irċieva biżżejjed informazzjoni biex ikun jaf x'inhu mistenni minnu. Il-kjarifiki mogħtija fil-kuntest tal-fażi preliminari m'għandhomx jaffettwaw ir-riżultat tal-valutazzjoni.

(3)

Jenħtieġ li l-Aġenzija timmonitorja d-dati ta' skadenza taċ-ċertifikati ta' sikurezza uniċi validi kollha b'żona tal-operazzjoni f'aktar minn Stat Membru wieħed u li taqsam dik l-informazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza rilevanti sabiex jiġi ffaċilitat l-ippjanar tal-attivitajiet rispettivi tagħhom tal-valutazzjoni tas-sikurezza.

(4)

Jenħtieġ li l-Aġenzija tippubblika u żżomm aġġornata gwida ta' applikazzjoni, mingħajr ħlas, li tiddeskrivi u fejn meħtieġ tispjega r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament. Bl-għan li jiġi armonizzat l-approċċ għall-iskambju u r-reġistrazzjoni ta' informazzjoni permezz ta' punt uniku ta' kuntatt, jenħtieġ li l-gwida dwar l-applikazzjoni tinkludi wkoll il-mudelli żviluppati mill-Aġenzija f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza.

(5)

Jenħtieġ li l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza jimplimentaw arranġamenti jew proċeduri interni biex jiżguraw li r-rekwiżiti tal-valutazzjoni tas-sikurezza huma ssodisfati.

(6)

Sabiex tiġi evitata kwalunkwe duplikazzjoni tal-valutazzjoni u sabiex jitnaqqsu l-piż amministrattiv u l-ispejjeż għall-applikant, jenħtieġ li l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza jqisu l-ftehimiet ta' kooperazzjoni u l-ftehimiet multilaterali konklużi skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva (UE) 2016/798, fejn dan ikun rilevanti.

(7)

Meta ż-żona tal-operazzjoni tkun limitata għal Stat Membru wieħed, u l-applikant biħsiebu jopera stazzjon wieħed jew aktar qrib il-fruntiera fi Stati Membri ġirien b'karatteristiċi tan-netwerk simili u b'regoli operattivi simili, jenħtieġ li jkun jista' jagħmel dan mingħajr estensjoni taż-żona tal-operazzjoni tiegħu għal dawk l-Istati Membri ġirien. Meta jissottometti l-applikazzjoni tiegħu għal ċertifikat ta' sikurezza uniku, jenħtieġ li l-applikant jagħżel il-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza skont l-Artikolu 10(5) u (8) tad-Direttiva (UE) 2016/798. Meta l-Aġenzija taġixxi bħala l-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza jenħtieġ li tikkonsulta lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza rilevanti u li tqis il-ftehimiet transfruntiera rilevanti.

(8)

Meta l-Aġenzija taġixxi bħala l-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza, jenħtieġ li l-applikant ikollu d-dritt li jissottometti l-applikazzjoni tiegħu lill-Aġenzija f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni, mingħajr ebda obbligu li tiġi tradotta. Dan il-prinċipju japplika mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza tiddefinixxi politika lingwistika dwar il-parti tal-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(3)(b) tad-Direttiva (UE) 2016/798. Matul il-valutazzjoni, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza jenħtieġ li jkollha d-dritt li tindirizza d-dokumenti li jappartjenu għall-valutazzjoni lill-Aġenzija f'lingwa tal-Istat Membru tagħha, mingħajr ebda obbligu li jiġu tradotti.

(9)

Jenħtieġ li ċ-ċertifikazzjoni tkun ibbażata fuq valutazzjoni tal-ħila tal-applikant li jissodisfa r-rekwiżiti tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza applikabbli għall-impriżi ferrovjarji, inklużi r-regoli nazzjonali u r-rekwiżiti rilevanti dwar l-ispeċifikazzjoni teknika applikabbli għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema tal-operat u tal-ġestjoni tat-traffiku, u li japplikahom b'mod konsistenti. Ladarba jinħariġlu ċertifikat ta' sikurezza uniku, jenħtieġ li l-applikant ikompli juża s-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2016/798.

(10)

Jenħtieġ li l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza jirreġistraw l-informazzjoni rilevanti kollha u r-riżultat tal-valutazzjoni fil-punt uniku ta' kuntatt, biex jappoġġaw u jiġġustifikaw id-deċiżjonijiet meħuda f'kull stadju tal-proċess tal-valutazzjoni tas-sikurezza. Jekk l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza ikollhom is-sistemi tagħhom stess għall-ġestjoni tal-informazzjoni għall-finijiet tal-valutazzjoni tas-sikurezza, jenħtieġ li dawn jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti kollha tiġi ttrasferita lejn punt uniku ta' kuntatt għall-istess raġunijiet.

(11)

Jenħtieġ li l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza jiżviluppaw arranġamenti jew proċeduri interni għall-ġestjoni tal-ħruġ ta' ċertifikati ta' sikurezza uniċi bil-ħsieb li jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi u l-ispejjeż għall-applikant. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li l-applikant jkollu l-possibilità li jissottomettu kopji tad-dokumenti fil-fajl tal-applikazzjoni. Id-dokumenti oriġinali jenħtieġ li jkunu disponibbli għall-verifikazzjoni mill-Aġenzija u mill-awtoritajiet nazzjonali wara l-ħruġ taċ-ċertifikat ta' sikurezza uniku.

(12)

Jeħtieġ li jiġu armonizzati l-kategorizzazzjoni ta' kwistjonijiet fil-proċess tal-valutazzjoni sabiex jiġi żgurat li l-applikant jifhem is-severità ta' kwalunkwe kwistjoni li titqajjem mill-Aġenzija jew minn awtorità nazzjonali tas-sikurezza. Dik il-kategorizzazzjoni hija partikolarment importanti meta diversi awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza huma involuti fil-proċess.

(13)

Sabiex jiġi żgurat li l-valutazzjonijiet jitwettqu b'mod effettiv mill-Aġenzija u mill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza u sabiex tissaħħaħ il-fiduċja reċiproka bejniethom, l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jiżguraw li l-persunal involut fil-valutazzjonijiet ikollu l-kompetenzi meħtieġa. Għal dan l-għan, jenħtieġ li dawk il-kompetenzi jiġu identifikati.

(14)

Skont l-Artikolu 31(3) tad-Direttiva (UE) 2016/798, is-sistema l-ġdida ta' ċertifikazzjoni tas-sikurezza se tibda mis-16 ta' Ġunju 2019. Madankollu, l-Istati Membri għandhom il-possibilità li jinnotifikaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 33(2) ta' dik id-Direttiva li huma estendew il-perjodu tat-traspożizzjoni u, konsegwentement, jistgħu jkomplu joħorġu ċertifikati f'konformità mad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) sas-16 ta' Ġunju 2020. Għalhekk jeħtieġ li jiġi ċċarat kif din is-sistema l-ġdida għandha tapplika flimkien mal-qadima meta ż-żona maħsuba tal-operazzjoni tkun tinkludi wieħed jew aktar minn dawk l-Istati Membri.

(15)

Jekk l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza tirrikonoxxi li mhix se tkun tista' toħroġ ċertifikat ta' sikurezza uniku skont id-Direttiva 2004/49/KE qabel is-16 ta' Ġunju 2019, jew is-16 ta' Ġunju 2020 fir-rigward ta' dawk l-Istati Membri li jkunu nnotifikaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 33(2) tad-Direttiva (UE) 2016/798, l-Aġenzija meta taġixxi bħal korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza, jenħtieġ li tqis ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-awtorità nazzjonali tas-sikurezza dwar il-valutazzjoni tal-elementi korrispondenti deskritti fil-punt (a) tal-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2004/49/KE sabiex tiġi evitata kwalunkwe duplikazzjoni tal-valutazzjoni.

(16)

Ċertifikat ta' sikurezza uniku maħruġ mill-Aġenzija jenħtieġ li jiġi rikonoxxut bħala ekwivalenti għall-parti taċ-ċertifikat ta' sikurezza msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2004/49/KE. Dik iċ-ċertifikazzjoni hija valida fl-Unjoni kollha għall-operazzjonijiet ekwivalenti tat-trasport ferrovjarju. Għaldaqstant, l-Istati Membri li jkunu nnotifikaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 33(2) tad-Direttiva (UE) 2016/798 jenħtieġ li jaċċettaw ċertifikat ta' sikurezza uniku maħruġ mill-Aġenzija bħala ekwivalenti għall-parti maħruġa skont il-punt (a) tal-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2004/49/KE.

(17)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 21 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE (3),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi li għandhom jiġu applikati mill-impriżi ferrovjarji meta jippreżentaw applikazzjonijiet għal ċertifikati ta' sikurezza uniċi jew għat-tiġdid jew l-aġġornament ta' tali ċertifikati permezz tal-faċilità tal-punt uniku ta' kuntatt imsemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) (“punt uniku ta' kuntatt”).

Huwa jistabbilixxi wkoll l-arranġamenti prattiċi li għandhom jiġu applikati minn korpi taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza meta jivvalutaw applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati ta' sikurezza uniċi, jew għat-tiġdid jew l-aġġornament ta' ċertifikati bħal dawn kif ukoll għall-koordinazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kkonċernati miż-żona maħsuba tal-operazzjoni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza” tfisser il-korp responsabbli għall-ħruġ ta' ċertifikat ta' sikurezza uniku, l-Aġenzija jew awtorità nazzjonali tas-sikurezza;

(2)

“data tal-wasla tal-applikazzjoni” tfisser:

(a)

meta l-Aġenzija taġixxi bħala l-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza, l-ewwel jum tax-xogħol komuni għall-Aġenzija u għall-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kkonċernati miż-żona maħsuba ta' operazzjoni wara l-konferma tal-wasla tal-fajl tal-applikazzjoni;

(b)

meta awtorità nazzjonali tas-sikurezza taġixxi bħala korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza, l-ewwel jum tax-xogħol fl-Istat Membru kkonċernat wara l-konferma tal-wasla tal-fajl tal-applikazzjoni;

(3)

“fażi preliminari” tfisser fażi proċedurali qabel is-sottomissjoni ta' applikazzjoni, li matulha l-applikant jista' jitlob informazzjoni addizzjonali dwar l-istadji segwenti tal-proċess tal-valutazzjoni tas-sikurezza mill-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza u mill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kkonċernati miż-żona maħsuba tal-operazzjoni;

(4)

“tħassib residwu” tfisser kwistjoni mingħajr importanza identifikata matul il-valutazzjoni ta' applikazzjoni għal ċertifikat ta' sikurezza uniku li ma timpedixxix il-ħruġ tiegħu u li tista' tiġi differita għal superviżjoni aktar tard;

(5)

“data rilevanti” tfisser is-16 ta' Ġunju 2019, għajr fir-rigward ta' dawk l-Istati Membri li jkunu nnotifikaw lill-Aġenzija u l-Kummissjoni skont l-Artikolu 33(2) tad-Direttiva (UE) 2016/798 li huma estendew il-perjodu tat-traspożizzjoni ta' dik id-Direttiva, f'liema każ id-data rilevanti hija s-16 ta' Ġunju 2020.

Artikolu 3

Responsabbiltajiet tal-Aġenzija u tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza

1.   Minbarra l-ħruġ ta' ċertifikati ta' sikurezza uniċi, il-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza għandu jkun responsabbli għall-kompiti li ġejjin:

(a)

l-ippjanar, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-ħidma ta' valutazzjoni li jwettaq;

(b)

l-istabbiliment ta' arranġamenti ta' koordinazzjoni bejn il-partijiet rilevanti.

2.   Il-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kkonċernati miż-żona maħsuba tal-operazzjoni għandhom jaċċettaw fażi preliminari wara t-talba mill-applikant u għandhom jipprovdu kwalunkwe kjarifika mitluba mill-applikant fil-kuntest tal-fażi preliminari.

3.   Għall-finijiet tal-ħruġ taċ-ċertifikati ta' sikurezza uniċi, il-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kkonċernati miż-żona maħsuba tal-operazzjoni għandhom, kull wieħed minnhom għall-parti tiegħu, jiġbru l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-istadji differenti tal-valutazzjoni, inklużi r-raġunijiet għad-deċiżjonijiet meħuda matul il-valutazzjoni u l-identifikazzjoni ta' kwalunkwe restrizzjoni jew kondizzjoni ta' użu li għandha tiġi inkluża fiċ-ċertifikat ta' sikurezza uniku;

(b)

ir-riżultat tal-valutazzjoni, inklużi l-konklużjonijiet fil-qosor u fejn xieraq, opinjoni dwar il-ħruġ taċ-ċertifikat ta' sikurezza uniku.

4.   Meta l-Aġenzija taġixxi bħala l-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza, din għandha tiġbor l-informazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 3 fir-riżultat finali tal-valutazzjoni.

5.   L-Aġenzija għandha tissorvelja d-dati ta' skadenza taċ-ċertifikati ta' sikurezza uniċi validi kollha b'żona tal-operazzjoni f'aktar minn Stat Membru wieħed u għandha taqsam dik l-informazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza rilevanti.

6.   L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jaqsmu mal-Aġenzija u mal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kkonċernati miż-żona maħsuba tal-operazzjoni l-informazzjoni rilevanti kollha li jista' jkollha impatt fuq il-proċess tal-valutazzjoni tas-sikurezza.

7.   L-Aġenzija għandha tippubblika u żżomm aġġornata gwida ta' applikazzjoni, mingħajr ħlas, fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni, li tiddeskrivi u fejn meħtieġ tispjega r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament. Il-gwida dwar l-applikazzjoni għandha tinkludi wkoll il-mudelli żviluppati mill-Aġenzija f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza.

8.   L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jippubblikaw u jżommu aġġornati gwida dwar l-applikazzjoni, mingħajr ħlas, li tiddeskrivi u fejn meħtieġ li tispjega r-regoli nazzjonali li japplikaw fir-rigward taż-żona maħsuba ta' operazzjoni u mar-regoli proċedurali nazzjonali.

9.   L-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jistabbilixxu arranġamenti jew proċeduri interni għall-ġestjoni tal-proċess tal-valutazzjoni tas-sikurezza. Dawk l-arranġamenti jew proċeduri għandhom iqisu l-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 11 tad-Direttiva (UE) 2016/798.

10.   Kull ċertifikat ta' sikurezza uniku għandu jingħata Numru Ewropew għall-Identifikazzjoni (EIN). L-Aġenzija għandha tiddefinixxi l-istruttura u l-kontenut tal-EINs u tagħmilhom disponibbli fuq is-sit web tagħha.

11.   Jekk l-applikant jindika fl-applikazzjoni tiegħu li biħsiebu jopera lejn stazzjonijiet fi Stati Membri ġirien b'karatteristiċi tan-netwerk simili u b'regoli operattivi simili, meta dawk l-istazzjonijiet ikunu qrib il-fruntiera taż-żona maħsuba tal-operazzjoni, iċ-ċertifikat ta' sikurezza uniku għandu wkoll ikun validu sa dawn l-istazzjonijiet mingħajr ma tintalab estensjoni taż-żona tal-operazzjoni, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza tal-Istati Membri ġirien mill-korp taċ-ċertifkazzjoni tas-sikurezza. L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkonfermaw lill-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza li r-regoli u l-obbligi nazzjonali rilevanti notifikati li jikkonċernaw il-ftehimiet transfruntiera rilevanti huma ssodisfati qabel ma jinħareġ iċ-ċertifikat ta' sikurezza uniku.

12.   Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet, il-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza għandu jaċċetta l-awtorizzazzjonijiet, ir-rikonoxximenti jew iċ-ċertifikati ta' prodotti jew servizzi pprovduti minn impriżi ferrovjarji jew mill-kuntratturi, l-imsieħba jew il-fornituri tagħhom, mogħtija skont il-liġi rilevanti tal-Unjoni, bħala prova tal-ħila tal-impriżi ferrovjarji biex jissodisfaw ir-rekwiżiti korrispondenti definiti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/762 (5).

Artikolu 4

Responsabbiltajiet tal-applikanti

1.   Mingħajr preġudizzju għall-iskeda ta' żmien permess għall-valutazzjoni stipulat fl-Artikolu 6, l-applikant għandu jressaq l-applikazzjoni għal ċertifikat ta' sikurezza uniku, jew għall-aġġornament jew it-tiġdid ta' ċertifikat bħal dan, permezz tal-punt uniku ta' kuntatt qabel id-dati li ġejjin, kif xieraq:

(a)

id-data tal-bidu ppjanata ta' kwalunkwe operazzjoni ġdida tat-trasport ferrovjarju;

(b)

id-data tal-bidu ppjanata ta' operazzjoni tat-trasport ferrovjarju b'kondizzjonijiet differenti minn dawk stabbiliti fiċ-ċertifikat ta' sikurezza uniku attwali, wara li tkun saret bidla sostanzjali fit-tip, fid-daqs jew fiż-żona tal-operazzjoni;

(c)

id-data ta' skadenza taċ-ċertifikat ta' sikurezza uniku attwali.

2.   Meta jissottometti applikazzjoni għal ċertifikat ta' sikurezza uniku ġdid, l-applikant għandu jipprovdi l-informazzjoni kollha elenkata fl-Anness I.

3.   Meta jissottometti applikazzjoni għall-aġġornament jew għat-tiġdid ta' ċertifikat ta' sikurezza uniku, l-applikant għandu jipprovdi l-informazzjoni elenkata fl-Anness I u jiddeskrivi l-bidliet li saru minn meta nħareġ iċ-ċertifikat attwali.

Fil-każ li, matul attivitajiet ta' superviżjoni ta' wara l-valutazzjoni preċedenti, jiġu identifikati nuqqasijiet ta' konformità maġġuri, li jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tas-sigurtà jew joħolqu riskji ta' sikurezza serji, jew xi oqsma oħra ta' tħassib, il-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kkonċernati miż-żona maħsuba tal-operazzjoni għandhom jiddeċiedu jekk il-fajl sħiħ tal-applikazzjoni għandux jiġi vvalutat mill-ġdid.

4.   L-għażla tal-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza magħmula mill-applikant għandha tkun vinkolanti sakemm il-proċess tal-valutazzjoni tas-sikurezza jitlesta jew jintemm.

5.   Meta l-applikant jitlob fażi preliminari, huwa għandu jissottometti l-informazzjoni elenkata fil-punti 1 sa 6 tal-Anness I permezz tal-punt uniku ta' kuntatt.

6.   Meta l-fajl ippreżentat ikun fih kopji ta' dokumenti maħruġa minn entitajiet oħra għajr il-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza, l-applikant għandu jżomm id-dokumenti oriġinali għal mill-inqas 5 snin wara t-tmiem tal-perjodu ta' validità taċ-ċertifikat ta' sikurezza uniku. Fil-każ ta' tiġdid jew aġġornament, l-applikant għandu jżomm l-oriġinali tad-dokumenti kollha ppreżentati għal dik l-applikazzjoni u maħruġa minn entitajiet oħra barra l-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza għal mill-inqas 5 snin wara t-tmiem tal-perjodu ta' validità taċ-ċertifikat ta' sikurezza uniku imġedded jew aġġornat. L-applikant għandu jagħmel disponibbli dawk id-dokumenti oriġinali wara t-talba tal-Aġenzija jew tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza.

Artikolu 5

Lingwa

1.   Meta l-Aġenzija taġixxi bħala l-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza, il-lingwa li għandha tintuża għall-applikazzjoni għandha tkun kif ġej:

(a)

għall-parti tal-fajl ta' applikazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 10(3) tad-Direttiva (UE) 2016/798, waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni li jagħżel l-applikant;

(b)

għall-partijiet tal-fajl ta' applikazzjoni msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 10(3) tad-Direttiva (UE) 2016/798, kif ukoll għall-partijiet tal-fajl tal-applikazzjoni msemmija fil-punt 8.1 tal-Anness I, il-lingwa determinata mill-Istat Membru kkonċernat u indikata fil-gwida dwar l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(8) ta' dan ir-Regolament.

2.   Kwalunkwe deċiżjoni dwar il-ħruġ taċ-ċertifikat ta' sikurezza uniku meħuda mill-Aġenzija, inklużi r-raġunijiet għad-deċiżjoni finali dwar ir-riżultat tal-valutazzjoni u fejn japplika, iċ-ċertifikat ta' sikurezza uniku, għandu jkun fil-lingwa msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1.

Artikolu 6

Stadji proċedurali u skedi ta' żmien

1.   Il-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kkonċernati miż-żona maħsuba tal-operazzjoni għandhom japplikaw il-proċess stabbilit fl-Anness II.

2.   Il-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kkonċernati miż-żona maħsuba tal-operazzjoni għandhom jevalwaw, kull wieħed minnhom għall-parti tiegħu, jekk il-fajl tal-applikazzjoni fihx id-dokumenti ta' evidenza meħtieġa elenkata fl-Anness I. Il-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza għandu jinforma lill-applikant mingħajr dewmien żejjed, u fi kwalunkwe każ mhux iktar tard minn xahar wara d-data tal-wasla tal-applikazzjoni, jekk l-applikazzjoni hijiex kompluta.

3.   Id-deċiżjoni dwar il-ħruġ taċ-ċertifikat ta' sikurezza uniku għandha tittieħed mhux aktar tard minn erba' xhur wara d-data li fiha l-applikant jiġi infurmat li l-applikazzjoni hija kompluta, soġġett għall-paragrafi minn 5 sa 7.

4.   Jekk l-applikant jiġi informat li l-fajl tiegħu ma jkunx komplut, il-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza, f'koordinazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kkonċernati miż-żona maħsuba tal-operazzjoni, għandu jitlob l-informazzjoni supplimentari meħtieġa minnufih, inklużi ġustifikazzjonijiet u dettalji tal-iskeda ta' żmien għat-tweġiba tal-applikant.

L-iskeda ta' żmien għall-forniment ta' informazzjoni supplimentari għandha tkun raġonevoli, proporzjonata għad-diffikultà biex tingħata l-informazzjoni mitluba u miftiehma mal-applikant hekk kif jiġi informat li l-fajl tiegħu mhuwiex komplut. Jekk l-applikant ma jipprovdix l-informazzjoni meħtieġa fl-iskeda ta' żmien miftiehma, il-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza jista' jiddeċiedi li jestendi l-iskeda ta' żmien għat-tweġiba tal-applikant jew li jinnotifika l-applikant li l-applikazzjoni tiegħu hija rifjutata.

Id-deċiżjoni dwar il-ħruġ taċ-ċertifikat ta' sikurezza uniku għandha tittieħed mhux aktar tard minn erba' xhur wara d-data li fiha l-informazzjoni supplimentari mitluba tiġi ppreżentata mill-applikant.

5.   Anke jekk il-fajl ta' applikazzjoni huwa komplut, l-Aġenzija jew kwalunkwe awtorità nazzjonali tas-sikurezza kkonċernata miż-żona maħsuba tal-operazzjoni tista' titlob aktar informazzjoni fi kwalunwe mument qabel ma tieħu d-deċiżjoni tagħha u għandha tiffissa data ta' skadenza raġonevoli sabiex din tingħata. Talba bħal din għandha testendi l-iskeda ta' żmien stabbilita fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu bil-kondizzjonijiet stipulati fl-Anness II.

6.   L-iskedi ta' żmien fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu jistgħu jiġu estiżi mill-Aġenzija għal-perjodi li ġejjin li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 10(7) tad-Direttiva (UE) 2016/798:

(a)

il-perjodu ta' kooperazzjoni bil-ħsieb li jintlaħaq qbil dwar valutazzjoni reċiprokament aċċettabbli;

(b)

il-perjodu meta l-kwistjoni tkun riferuta lill-Bord tal-Appell għall-arbitraġġ.

7.   L-iskeda ta' żmien tista' wkoll tiġi estiża saż-żmien meħtieġ biex l-applikant jirranġa għal żjara jew spezzjoni fil-postijiet tiegħu, jew verifika tal-organizzazzjoni tiegħu.

8.   Iċ-ċertifikat ta' sikurezza uniku għandu jkun fih l-informazzjoni elenkata fl-Anness III.

Artikolu 7

Komunikazzjoni

1.   Il-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza, l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kkonċernati miż-żona maħsuba tal-operazzjoni u l-applikant għandhom jikkomunikaw permezz tal-punt uniku ta' kuntatt fir-rigward ta' kwalunkwe kwistjoni msemmija fl-Artikolu 12.

2.   L-istatus ta' kull stadju tal-proċess tal-valutazzjoni tas-sikurezza, ir-riżultat tal-valutazzjoni u d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għandhom jiġu kkomunikati lill-applikant permezz tal-punt uniku ta' kuntatt.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, il-gwidi dwar l-applikazzjoni tal-Aġenzija u tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jindikaw l-arranġamenti għall-komunikazzjoni ta' bejniethom u mal-applikant.

4.   Il-punt uniku ta' kuntatt għandu jikkonferma l-wasla tal-applikazzjoni għal ċertifikat ta' sikurezza uniku.

Artikolu 8

Perjodu ta' validità taċ-ċertifikati ta' sikurezza uniċi

Iċ-ċertifikati ta' sikurezza uniċi għandhom ikunu validi għal perjodu ta' ħames snin.

Madankollu, jekk ikun meħtieġ perjodu iqsar sabiex jiġi żgurat il-kontroll effettiv tar-riskji li jaffettwaw is-sikurezza tal-operazzjonijiet ferrovjarji, il-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza jista' jiddeċiedi, f'koordinazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kkonċernati miż-żona maħsuba tal-operazzjoni, li joħroġ iċ-ċertifikat ta' sikurezza uniku għal perjodu ta' inqas minn ħames snin. F'dan il-każ, il-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza għandu jinkludi r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu fir-riżultat tal-valutazzjoni reġistrat skont l-Artikolu 9.

Artikolu 9

Ġestjoni tal-informazzjoni

Il-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kkonċernati miż-żona maħsuba tal-operazzjoni għandhom jirreġistraw l-informazzjoni rilevanti kollha u r-riżultat tal-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(3) fil-punt uniku ta' kuntatt. L-Aġenzija għandha tirreġistra wkoll ir-riżultat finali tal-valutazzjoni msemmi fl-Artikolu 3(4) fil-punt uniku ta' kuntatt.

Meta l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza jużaw sistema tal-ġestjoni tal-informazzjoni biex jipproċessaw l-applikazzjonijiet indirizzati lilhom, huma għandhom jittrasferixxu l-informazzjoni rilevanti kollha lill-punt uniku ta' kuntatt.

Artikolu 10

Arranġamenti għaż-żjarat u l-ispezzjonijiet fil-postijiet tal-impriżi ferrovjarji u għall-verifiki

1.   Meta jitwettqu żjarat u spezzjonijiet fil-postijiet tal-applikanti u verifiki, kif imsemmi fl-Artikolu 10(5) tad-Direttiva (UE) 2016/798, l-objettivi u l-kamp ta' applikazzjoni ta' dawn iż-żjarat u spezzjonijiet fil-postijiet tal-applikanti u l-verifiki, kif ukoll ir-rwol assenjat lil kull awtorità, għandhom jiġu kkoordinati bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kkonċernati miż-żona maħsuba tal-operazzjoni.

2.   Meta jitwettqu żjarat u spezzjonijiet fil-postijiet tal-applikanti u verifiki, kif imsemmi fl-Artikolu 10(5) u (8) tad-Direttiva (UE) 2016/798, il-korp responsabbli biex iwettaq żjara, spezzjoni jew verifka għandu jipproduċi rapport, li jidentifika kwistjonijiet identifikati matul il-valutazzjoni u li jispeċifika jekk sfawx magħluqa bis-saħħa tal-evidenza pprovduta matul iż-żjara, spezzjoni jew verifika u, jekk iva, kif. Dak ir-rapport jista' jinkludi wkoll kwistjonijiet addizzjonali msemmija fl-Artikolu 12 li jridu jissolvew mill-applikant fi ħdan l-iskeda ta' żmien miftiehma.

3.   F'każ ta' żjarat jew spezzjonijiet fil-postijiet tal-applikanti, u verifiki, kif imsemmija fl-Artikolu 10(5) u (8) tad-Direttiva (UE) 2016/798 l-applikant għandu jipprovdi dettalji ta' min se jirrappreżenta lilu u r-regoli u l-proċeduri dwar is-sikurezza tas-sit li jeħtieġ li jiġu rispettati mill-korp responsabbli biex jagħmel iż-żjara, l-ispezzjoni jew il-verifika. L-iskeda ta' żmien għal żjarat, spezzjonijiet u verifiki, inkluż l-għoti tal-informazzjoni msemmija hawn fuq, għandha tkun miftiehma bejn l-awtoritajiet ikkonċernati u l-applikant.

Artikolu 11

Koordinazzjoni bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza

1.   Meta taġixxi bħala l-korp taċ-ċertifikazzjoni, l-Aġenzija għandha tikkoordina mal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kkonċernati miż-żona maħsuba tal-operazzjoni fl-istadji differenti tal-proċess tal-valutazzjoni tas-sikurezza. L-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jiddiskutu kwalunkwe kwistjoni marbuta mal-proċess tal-valutazzjoni tas-sikurezza, inkluż kwalunkwe defiċjenza, u kwalunkwe talba għal informazzjoni supplimentari li jkollha impatt fuq l-iskeda ta' żmien għall-valutazzjoni jew li għandha l-potenzjal li taffettwa l-ħidma tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza l-oħra kkonċernati miż-żona tal-operazzjoni.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, kull korp involut fil-proċess tal-valutazzjoni tas-sikurezza jista' jagħmel kuntatt dirett mal-applikant fir-rigward ta' kwistjonijiet li jirrigwardaw il-parti tiegħu stess tal-valutazzjoni.

3.   Qabel ma jiddeċiedu dwar il-ħruġ ta' ċertifikat ta' sikurezza uniku, l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kkonċernati miż-żona maħsuba tal-operazzjoni għandhom jieħdu l-passi li ġejjin:

(a)

jiddiskutu r-riżultat tal-valutazzjonijiet rispettivi tagħhom;

(b)

jiftiehmu dwar kwalunkwe tħassib residwu biex jiġi ddifferit għal konsiderazzjoni waqt superviżjoni aktar tard;

(c)

jiftiehmu dwar kwalunkwe restrizzjoni jew kondizzjoni tal-użu li għandha tiġi inkluża fiċ-ċertifikat ta' sikurezza uniku.

4.   Meta l-applikant jistabbilixxi pjan ta' azzjoni biex jindirizza t-tħassib residwu kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 3, l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jiftiehmu liema minnhom għandha ssegwi t-tlestija tiegħu. Għal dan l-għan, l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jikkoordinaw, fejn xieraq, skont l-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/761 (6), u jinfurmaw lill-Aġenzija dwar il-qbil tagħhom u r-riżultat tal-attivitajiet tagħhom relatati ta' superviżjoni.

L-Aġenzija għandha tqis l-informazzjoni dwar ir-riżultat tal-attivitajiet ta' superviżjoni mwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kkonċernati miż-żona maħsuba tal-operazzjoni rigward is-segwitu ta' tħassib residwu biex tiddeċiedi jekk dawn jistgħux jingħalqu waqt il-valutazzjoni tal-aġġornament jew l-applikazzjoni għat-tiġdid.

5.   L-Aġenzija għandha żżomm rekords tal-attivitajiet ta' koordinazzjoni u għandha tirreġistrahom f'punt uniku ta' kuntatt skont l-Artikolu 9.

Artikolu 12

Kategorizzazzjoni tal-kwistjonijiet

1.   Il-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kkonċernati miż-żona maħsuba tal-operazzjoni għandhom jikkategorizzaw il-kwistjonijiet identifikati matul il-valutazzjoni tal-fajl tal-applikazzjoni tagħhom kif ġej:

(a)

“Tip 1”: kwistjonijiet li jeħtieġu reazzjoni mill-applikant għall-fehim tal-fajl tal-applikazzjoni;

(b)

“Tip 2”: kwistjonijiet li jistgħu jwasslu għal emenda minuri tal-fajl tal-applikazzjoni jew għal azzjoni mill-applikant; l-azzjoni li għandha tittieħed għandha titħalla f'idejn l-applikant u ma għandhiex timpedixxi l-ħruġ taċ-ċertifikat ta' sikurezza uniku;

(c)

“Tip 3”: kwistjonijiet li jeħtieġu azzjoni speċifika li trid tittieħed mill-applikant, li t-tlestija tagħha tista' tiġi posposta sa wara li jingħata ċ-ċertifikat ta' sikurezza uniku; azzjoni biex issolvi kwistjoni għandha tiġi proposta mill-applikant u għandha tkun miftehma mal-parti li identifikat din il-kwistjoni;

(d)

“Tip 4”: kwistjonijiet li jeħtieġu emenda tal-fajl ta' applikazzjoni jew sabiex tittieħed azzjoni speċifika mill-applikant; iċ-ċertifikat ta' sikurezza uniku ma għandux jingħata sakemm il-kwistjoni tiġi solvuta jew sakemm ir-restrizzjonijiet jew il-kondizzjonijiet ta' użu huma inklużi fiċ-ċertifikat biex jindirizzaw il-kwistjoni; kwalunkwe azzjoni biex issolvi kwistjoni għandha tkun proposta mill-applikant u għandha tkun miftiehma mal-parti li identifikat din il-kwistjoni.

2.   Wara t-tweġiba jew l-azzjoni meħuda mill-applikant skont il-kwistjoni, il-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza jew l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza kkonċernata għandha tevalwa mill-ġdid il-kwistjonijiet li hija identifikat, terġa tikklassifikahom fejn dan ikun rilevanti u tassenja wieħed mill-istatus li ġejjin għal kull waħda mill-kwistjonijiet identifikati:

(a)

“Kwistjoni pendenti” jekk l-evidenza pprovduta mill-applikant mhijiex sodisfaċenti u għadha meħtieġa informazzjoni addizzjonali;

(b)

“Tħassib residwu għas-superviżjoni” f'każ li għadu jeżisti tħassib residwu;

(c)

“Kwistjoni magħluqa” jekk tkun ingħatat it-tweġiba tal-applikant u ma jkun fadal ebda tħassib residwu.

Artikolu 13

Kompetenza tal-persunal involut fil-valutazzjonijiet

1.   L-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jiżguraw li l-persunal involut f'valutazzjonijiet ikollhom il-kompetenzi li ġejjin:

(a)

għarfien tal-qafas regolatorju rilevanti minħabba li dan japplika għall-valutazzjoni;

(b)

għarfien tal-funzjonament tas-sistema ferrovjarja;

(c)

livell xieraq ta' analiżi kritika;

(d)

esperjenza fil-valutazzjoni ta' sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza jew sistema simili fis-settur ferrovjarju, jew sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza, f'settur li jkollu sfidi operattivi u tekniċi ekwivalenti;

(e)

ħila ta' soluzzjoni tal-problemi, ta' komunikazzjoni u ta' xogħol f'tim

(f)

kwalunkwe kompetenza oħra meħtieġa minn valutazzjoni partikolari.

Fil-każ ta' xogħol f'tim, il-kompetenzi jistgħu jiġu kondiviżi fost il-membri tat-tim.

Il-persunal li jwettaq żjarat, spezzjonijiet u verifiki kif imsemmija fl-Artikolu 10 għandu juri wkoll għarfien u esperjenza f'intervisti tal-ħiliet.

2.   Bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-paragrafu 1, l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jimplimentaw sistema tal-ġestjoni tal-kompetenzi li għandha tinkludi:

(a)

l-iżvilupp ta' profili ta' kompetenza għal kull impjieg, pożizzjoni jew ir-rwol;

(b)

ir-reklutaġġ ta' persunal b'konformità mal-profili ta' kompetenza stabbiliti;

(c)

il-ħarsien, l-iżvilupp u l-valutazzjoni tal-kompetenza tal-persunal b'konformità mal-profili ta' kompetenza stabbiliti.

Artikolu 14

Rieżami skont l-Artikolu 10(12) tad-Direttiva (UE) 2016/798

1.   Fil-każ li l-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza joħroġ deċiżjoni negattiva, li tinkludi r-rifjut ta' ċertifikat ta' sikurezza uniku, l-esklużjoni ta' parti min-netwerk f'konformità ma' valutazzjoni negattiva kif imsemmija fl-Artikolu 10(7) tad-Direttiva (UE) 2016/798 u l-identifikazzjoni ta' restrizzjonijiet jew kondizzjonijiet ta' użu differenti minn dawk mitluba fl-applikazzjoni, l-applikant jista' jitlob rieżami tad-deċiżjoni.

2.   It-talba għal rieżami għandha titressaq mill-applikant permezz tal-punt uniku ta' kuntatt u għandha tinkludi lista ta' kwalunkwe kwistjoni li, fil-fehma tal-applikant, ma ġietx ikkunsidrata b'mod xieraq matul il-proċess tal-valutazzjoni tas-sikurezza.

3.   Kwalunkwe informazzjoni addizzjonali pprovduta wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni dwar il-ħruġ jew ir-rifjut ta' ċertifikat ta' sikurezza uniku ma għandhiex tkun ammissibbli bħala evidenza.

4.   Il-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza f'koordinazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kkonċernati miż-żona maħsuba tal-operazzjoni għandu jiżgura l-imparzjalità tal-proċess ta' rieżami.

5.   Il-proċess ta' rieżami għandu jimmira l-kwistjonijiet li jiġġustifikaw id-devjazzjoni mit-talba tal-applikant tad-deċiżjoni tal-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza.

6.   Meta l-Aġenzija taġixxi bħala l-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza, ir-rieżami għandu jitwettaq f'koordinazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kkonċernati miż-żona maħsuba tal-operazzjoni.

7.   Il-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu biex jikkonferma jew jadatta d-deċiżjoni inizjali lill-partijiet kollha involuti fil-valutazzjoni, inkluż l-applikant, permezz tal-punt uniku ta' kuntatt.

Artikolu 15

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   Meta awtorità nazzjonali tas-sikurezza tirrikonoxxi li mhux se tkun tista' toħroġ ċertifikat ta' sikurezza uniku skont id-Direttiva 2004/49/KE qabel id-data rilevanti fl-Istat Membru kkonċernat, hija għandha tinforma lill-applikant u lill-Aġenzija minnufih.

2.   Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 10(8) tad-Direttiva (UE) 2016/798, l-applikant għandu jiddeċiedi jekk l-applikazzjoni għandhiex tibqa' tiġi vvalutata mill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza jew ittrasferita lill-Aġenzija. L-applikant għandu jinforma lit-tnejn u dan li ġej għandu japplika:

(a)

f'każijiet fejn l-applikant iddeċieda li juża l-Aġenzija bħala l-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tittrasferixxi l-fajl tal-applikazzjoni u r-riżultati tal-valutazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2004/49/KE lill-Aġenzija. L-Aġenzija u l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandhom jikkooperaw u jassistu lill-applikant biex jissupplimenta l-applikazzjoni sabiex jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2016/798;

(b)

f'każijiet fejn l-applikant iddeċieda li juża l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza bħala l-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tkompli tivvaluta l-applikazzjoni u tiddeċiedi dwar il-ħruġ taċ-ċertifikat ta' sikurezza uniku skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva (UE) 2016/798 u skont dan ir-Regolament. Dik l-awtorità għandha tassisti lill-applikant biex jissupplimenta l-applikazzjoni sabiex jissodisfa r-rekwiżiti addizzjonali tal-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2016/798.

3.   Fil-każ ta' applikant li biħsiebu jopera f'aktar minn Stat Membru wieħed, il-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza għandu jkun l-Aġenzija u l-proċedura stabbilita fil-punt (a) tal-paragrafu 2 japplika.

4.   Fil-każijiet kollha, l-applikant għandu jissottometti l-applikazzjoni riveduta wara d-data rilevanti fl-Istat Membru kkonċernat permezz tal-punt uniku ta' kuntatt. Il-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza għandu jgħin lill-applikant f'dan il-kompitu.

5.   Wara d-data rilevanti, kwalunkwe impriża ferrovjarja stabbilita fl-Istat Membru kkonċernat, li nħarġilha ċertifikat ta' sikurezza skont id-Direttiva 2004/49/KE li jkun jeħtieġ tiġdid jew aġġornament bħala riżultat ta' bidliet fit-tip, fil-firxa u fiż-żona tal-operazzjoni, għandha tissottometti applikazzjoni ġdida għal ċertifikat ta' sikurezza uniku, permezz tal-punt uniku ta' kuntatt, skont dan ir-Regolament.

6.   Meta ż-żona maħsuba tal-operazzjoni mhijiex limitata għal Stat Membru wieħed, ċertifikat ta' sikurezza uniku maħruġ mill-Aġenzija bejn is-16 ta' Ġunju 2019 u s-16 ta' Ġunju 2020 għandu jeskludi n-netwerk jew in-netwerks fi kwalunkwe mill-Istati Membri li nnotifika lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 33(2) tad-Direttiva (UE) 2016/798, u li jkun għadu ma ttrasponix dik id-Direttiva u li għadu ma daħħalx fis-seħħ il-miżuri nazzjonali tiegħu tat-traspożizzjoni. L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza tal-Istati Membri li jkunu għamlu tali notifika għandhom:

(a)

jittrattaw ċertifikat ta' sikurezza uniku maħruġ mill-Aġenzija bħala ekwivalenti għall-parti taċ-ċertifikat ta' sikurezza maħruġ f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2004/49/KE;

(b)

joħorġu ċ-ċertifikati ta' sikurezza skont il-punt (b) tal-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2004/49/KE mis-16 ta' Ġunju 2019 b'perjodu ta' validità li ma jestendix lil hinn minn dak taċ-ċertifikat ta' sikurezza uniku.

7.   Fil-każijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2 u fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tikkoopera u tikkoordina mal-Aġenzija sabiex twettaq il-valutazzjoni tal-elementi stipulati fil-punt (a) tal-Artikolu 10(3) tad-Direttiva (UE) 2016/798. Meta tagħmel dan, l-Aġenzija għandha taċċetta l-valutazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2004/49/KE mwettqa mill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza.

Artikolu 16

Tħassir

Ir-Regolament (KE) Nru 653/2007 jitħassar b'effett mis-16 ta' Ġunju 2019. Madankollu, huwa għandu jkompli japplika sal-15 ta' Ġunju 2020 fir-rigward tal-Istati Membri li jkunu nnotifikaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 33(2) tad-Direttiva (UE) 2016/798 li huma estendew il-perjodu għat-traspożizzjoni ta' dik id-Direttiva.

Artikolu 17

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mis-16 ta' Ġunju 2019 fl-Istati Membri li ma jkunux innotifikaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 33(2) tad-Direttiva (UE) 2016/798. Huwa għandu japplika fl-Istati Membri kollha mis-16 ta' Ġunju 2020. Madankollu, l-Artikolu 15(1), (2), (3) u (7) għandu japplika mis-16 ta' Frar 2019 u l-Artikolu 15(6) għandu japplika mis-16 ta' Ġunju 2019 fl-Istati Membri kollha.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' April 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 138, 26.5.2016, p. 102.

(2)  Id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 fuq is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE fuq l-għoti tal-liċenzi tal-impriżi tal-linji tal-ferrovija u d-Direttiva 2001/14/KE fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà (Id-Direttiva tas-Sigurtà Tal-Linji tal-Ferrovija) (ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE tat-23 ta' Lulju 1996 fuq l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea ta' veloċità għolja (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 6).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 1).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/762 tat-8 ta' Marzu 2018 li jistabbilixxi metodi ta' sikurezza komuni dwar ir-rekwiżiti tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza skont id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 1158/2010 u (UE) Nru 1169/2010 (ara l-paġna 26 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(6)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/761 tas-16 ta' Frar 2018 li jistabbilixxi metodi komuni ta' sikurezza għas-superviżjoni mill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza wara l-ħruġ ta' ċertifikat ta' sikurezza uniku jew ta' awtorizzazzjoni tas-sikurezza skont id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1077/2012 (ara l-paġna 16 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS I

Kontenut tal-applikazzjoni għal ċertifikat ta' sikurezza uniku

Nota: l-informazzjoni kollha hija obbligatorja, inklużi d-dokumenti annessi mal-applikazzjoni, għajr fejn indikat b'“F” (fakultattiv). Meta l-impriża ferrovjarja tkun teħtieġ tistabbilixxi pjan ta' azzjoni korrettiva msemmija fil-punt 9, l-informazzjoni dwarha hija obbligatorju.

1.   Tip ta' applikazzjoni:

1.1.   Ġdida

1.2.   Tiġdid

1.3.   Aġġornament

1.4.   EIN taċ-ċertifikat ta' qabel (f'każ ta' tiġdid jew ta' aġġornament ta' applikazzjoni biss)

2.   Tip ta' operazzjoni mitluba (agħżel wieħed jew aktar) (1) :

2.1.   Trasport tal-passiġġieri, inklużi servizzi ta' veloċità għolja

2.2.   Trasport tal-passiġġieri, esklużi servizzi ta' veloċità għolja

2.3.   Trasport tal-merkanzija, inklużi servizzi ta' oġġetti perikolużi (2)

2.4.   Trasport tal-merkanzija, esklużi servizzi ta' oġġetti perikolużi

2.5.   Shunting biss

2.6.   Oħrajn (speċifika)

3.   Operazzjonijiet tal-ippjanar tat-trasport:

3.1.   Data mistennija tas-servizzi tal-bidu/operazzjonijiet (O)

3.2.   Stat(i) Membru(i) kkonċernati miż-żona maħsuba tal-operazzjoni

3.3.   Definizzjoni taż-żona maħsuba tal-operazzjoni (għan-netwerks ikkonċernati) (3)

3.4.   Mill-istazzjon(ijiet) fl-Istat(i) Membru(i) ġar/ġirien (fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 3(11) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/763, u l-Artikolu 10(8) tad-Direttiva (UE) 2016/798)

4.   Korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza:

4.1.   L-Aġenzija

4.2.   L-awtorità nazzjonali tas-sikurezza (fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 10(8) tad-Direttiva (UE) 2016/798)

5.   Informazzjoni dwar l-applikant:

5.1.   Denominazzjoni ġuridika

5.2.   Akronimu (F)

5.3.   Indirizz postali komplet

5.4.   Telefown

5.5.   Faks (F)

5.6.   Posta elettronika

5.7.   Sit web (F)

5.8.   Numru tar-reġistrazzjoni nazzjonali

5.9.   Numru tal-VAT (F)

5.10.   informazzjoni rilevanti oħra (F)

6.   Informazzjoni dwar il-persuna ta' kuntatt:

6.1.   Isem

6.2.   Kunjom

6.3.   Titolu jew funzjoni

6.4.   Indirizz postali komplet

6.5.   Telefown

6.6.   Faks (F)

6.7.   Posta elettronika

6.8.   Lingwa jew lingwi mitkellma

Dokumenti annessi mal-applikazzjoni

7.   Dokumenti sottomessi għall-parti tal-valutazzjoni dwar is-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza:

7.1.   Deskrizzjoni tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza u dokumenti oħra li juru konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 10(3) tad-Direttiva (UE) 2016/798 u li juru kif dawk ir-rekwiżiti huma ssodisfati.

7.2.   Tagħrif ta' kontroreferenzjar tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza (ara l-punt 7.1) mal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2018/762, inkluża indikazzjoni fid-dokumentazzjoni tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza fejn huma ssodisfati r-rekwiżiti rilevanti dwar l-ispeċifikazzjoni teknika applikabbli għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema tal-operat u l-immaniġġjar tat-traffiku.

8.   Dokumenti sottomessi għall-parti nazzjonali (għal kull Stat Membru kopert miż-żona maħsuba tal-operazzjoni) tal-valutazzjoni:

8.1.   Deskrizzjoni jew turija ta' kif l-arranġamenti tal-ġestjoni tas-sikurezza jindirizzaw ir-regoli nazzjonali rilevanti notifikati skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva (UE) 2016/798.

8.2.   Tagħrif ta' kontroreferenzjar tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza (ara l-punt 7.1) mar-rekwiżiti stabbiliti fir-regoli nazzjonali rilevanti (ara l-punt 8.1).

9.   Pjan(ijiet) ta' azzjoni korrettiva

9.1.   L-istatus attwali tal-pjan jew pjanijiet ta' azzjoni stabbilit/i mill-impriża ferrovjarja għas-soluzzjoni ta' kwalunkwe nuqqas ta' konformità serju u ta' kwalunkwe qasam ta' tħassib ieħor identifikat matul l-attivitajiet ta' superviżjoni mill-evalwazzjoni preċedenti.

9.2.   L-istatus attwali tal-pjan jew pjanijiet ta' azzjoni stabbilit/i mill-impriża ferrovjarja għas-soluzzjoni tat-tħassib li jkun fadal mill-evalwazzjoni preċedenti.


(1)  Għal kull Stat Membru kkonċernat miż-żona maħsuba tal-operazzjoni.

(2)  “Oġġetti perikolużi” tfisser sustanzi u oġġetti li l-ġarr tagħhom huwa awtorizzat biss skont il-kondizzjonijiet preskritti fid-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13).

(3)  Għal kull Stat Membru kkonċernat miż-żona maħsuba tal-operazzjoni.


ANNESS II

Proċess tal-valutazzjoni tas-sikurezza

1.   ĠENERALI

1.1.   Il-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kkonċernati miż-żona maħsuba tal-operazzjoni għandhom jiżviluppaw proċess strutturat u verifikabbli tal-attività kompluta li jqis l-elementi stabbiliti f'dan l-Anness. Il-proċess tal-valutazzjoni tas-sikurezza għandu jkun interattiv, kif jidher fid-dijagramma t'hawn taħt (ara l-Figura 1 fl-Appendiċi), jiġifieri l-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kkonċernati miż-żona maħsuba tal-operazzjoni għandhom ikunu intitolati jagħmlu talbiet raġonevoli għal aktar informazzjoni jew sottomissjoni mill-ġdid skont dan ir-Regolament.

2.   WASLA TAL-APPLIKAZZJONI

2.1.   Wara li jirċievi l-applikazzjoni għal ċertifikat ta' sikurezza uniku, il-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza għandu formalment u minnufih jikkonferma l-wasla tal-applikazzjoni.

2.2.   Il-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kkonċernati miż-żona maħsuba tal-operazzjoni għandhom jassenjaw ir-riżorsi kompetenti biex iwettqu l-proċess tal-valutazzjoni.

3.   SKRINJAR INIZJALI

3.1.   Il-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza b'koordinazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kkonċernati miż-żona maħsuba tal-operazzjoni għandhom minnufih mal-wasla tal-applikazzjoni jwettqu skrinjar inizjali biex jiċċekkjaw l-elementi li ġejjin:

(a)

l-applikant ipprovda l-informazzjoni bażika li hi meħtieġa mil-leġiżlazzjoni jew meħtieġa biex tiġi pproċessata b'mod effettiv;

(b)

il-fajl tal-applikazzjoni jinkludi evidenza suffiċjenti u huwa strutturat u internament fih kontroreferenzi sabiex ikun jista' jiġi vvalutat b'mod xieraq mar-rekwiżiti tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza u mar-regoli nazzjonali rilevanti notifikati. Il-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza b'koordinazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kkonċernati miż-żona maħsuba tal-operazzjoni għandhom iwettqu rieżami inizjali tal-kontenut reali tal-evidenza fl-applikazzjoni biex jagħmel ġudizzju inizjali dwar il-kwalità, is-suffiċjenza u l-adegwatezza tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza;

(c)

jekk applikabbli, l-istatus attwali tal-pjan (jew pjanijiet) ta' azzjoni stabbilit/i mill-impriża ferrovjarja għas-soluzzjoni ta' kwalunkwe nuqqas ta' konformità serju u ta' kwalunkwe qasam ta' tħassib ieħor identifikat matul l-attivitajiet ta' superviżjoni mill-evalwazzjoni preċedenti;

(d)

jekk applikabbli, l-istatus attwali tal-pjan (jew pjanijiet) ta' azzjoni stabbilit/i mill-impriża ferrovjarja għas-soluzzjoni tat-tħassib li jkun fadal mill-evalwazzjoni preċedenti.

3.2.   L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kkonċernati miż-żona maħsuba tal-operazzjoni għandhom ukoll jivverifikaw li l-evidenza għat-tip, il-firxa u ż-żona maħsuba tal-operazzjoni hija identifikata b'mod ċar.

3.3.   Wara l-iċċekkjar imsemmi fil-punti 3.1 u 3.2, il-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kkonċernati miż-żona maħsuba tal-operazzjoni għandhom jiddeċiedu jekk hemmx oqsma li, għall-parti rispettiva tagħhom, jeħtieġu iktar informazzjoni. Fil-każ li tkun meħtieġa iktar informazzjoni, il-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kkonċernati miż-żona maħsuba tal-operazzjoni jistgħu minnufih ifittxu l-informazzjoni, sal-punt li huma jqisu neċessarju b'mod raġonevoli b'appoġġ għall-valutazzjoni tagħhom.

3.4.   Il-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kkonċernati miż-żona maħsuba tal-operazzjoni għandhom jaqraw kampjun suffiċjenti tal-applikazzjoni, kull wieħed minnhom għall-parti tiegħu, sabiex jiċċekkjaw li l-kontenut tagħha jinftiehem. Il-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kkonċernati miż-żona maħsuba tal-operazzjoni għandhom jiddeċiedu, kull wieħed minnhom għall-parti tiegħu, jekk għandhiex tingħata lura u tintalab verżjoni aħjar.

4.   VALUTAZZJONI DETTALJATA

4.1.   Wara li titlesta l-ewwel fażi tal-iskrin, il-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kkonċernati miż-żona maħsuba tal-operazzjoni għandhom jipproċedu, kull wieħed minnhom għall-parti tiegħu, għall-valutazzjoni dettaljata tal-fajl ta' applikazzjoni (ara l-Figura 2 fl-Appendiċi), bl-użu tar-rekwiżiti tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza u r-regoli nazzjonali rilevanti notifikati.

4.2.   Meta titwettaq il-valutazzjoni dettaljata msemmija fil-punt 4.1, skont l-Artikolu 18(1) tad-Direttiva (UE) 2016/798, il-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kkonċernati miż-żona maħsuba tal-operazzjoni għandhom jeżerċitaw ġudizzju professjonali, ikunu imparzjali u proporzjonati, jipprovdu r-raġunijiet iddokumentati għall-konklużjonijiet milħuqa.

4.3.   Il-valutazzjoni għandha tiddetermina jekk ir-rekwiżiti tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza u r-regoli nazzjonali notifikati rilevanti huma ssodisfati jew jekk għandhiex tintalab informazzjoni adizzjonali. Waqt il-valutazzjoni tas-sikurezza, il-korp taċ-ċertifikazzjoni u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kkonċernati miż-żona maħsuba tal-operazzjoni għandhom ifittxu wkoll evidenza li r-rekwiżiti tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza u r-regoli nazzjonali notifikati rilevanti ġew issodisfati mill-outputs tal-proċessi tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza, bl-użu ta' metodi għat-teħid ta' kampjuni fejn xieraq, biex jassiguraw li l-applikant fehem u jista' jissodisfa r-rekwiżiti skont it-tip u l-firxa tal-operazzjonijiet ferrovjarji u ż-żona maħsuba ta' operazzjoni sabiex ikun żgurat it-tħaddim sikur tal-ferrovija.

4.4.   Kwalunkwe kwistjoni tat-tip 4 għandha tiġi solvuta għas-sodisfazzjon tal-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza u twassal għall-aġġornament tal-fajl ta' applikazzjoni fejn xieraq qabel ma jistax jinħareġ iċ-ċertifikat ta' sikurezza uniku.

4.5.   Jista' jiġi ddifferit għall-konsiderazzjoni għas-superviżjoni tħassib residwu, inkella jistgħu jiġu miftiehma azzjonijiet mal-applikant, abbażi tal-proposta tiegħu għall-aġġornament tal-fajl ta' applikazzjoni, jew it-tnejn. F'każ bħal dan, ir-riżoluzzjoni formali tal-kwistjoni għandha sseħħ wara l-ħruġ taċ-ċertifikat ta' sikurezza uniku.

4.6.   Il-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kkonċernati miż-żona maħsuba ta' operazzjoni għandhom ikunu trasparenti fil-mod kif jiġġudikaw il-gravità ta' kull kwistjoni identifikata fl-Artikolu 12 (1).

4.7.   Meta tiġi identifikata kwistjoni msemmija fl-Artikolu 12(1), il-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kkonċernati miż-żona maħsuba tal-operazzjoni għandhom ikunu speċifiċi u għandhom jgħinu lill-applikant jifhem il-livell tad-dettall mistenni fit-tweġiba. Għal dan il-fini, il-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kkonċernati miż-żona maħsuba tal-operazzjoni għandhom jieħdu l-passi li ġejjin:

(a)

jirreferu b'mod preċiż għar-rekwiżiti tas-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza u r-regoli nazzjonali notifikati rilevanti u jgħinu lill-applikant jifhem il-kwistjonijiet identifikati;

(b)

jidentifikaw il-parti rilevanti tar-regolamenti u tar-regoli relatati;

(c)

jiddikjaraw għaliex ir-rekwiżit individwali tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza jew regola nazzjonali notifikata, inkluża kwalunkwe leġiżlazzjoni relatata, mhix qed tiġi ssodisfata;

(d)

jaqblu mal-applikant dwar iktar impenji, informazzjoni u kwalunkwe dokumenti ta' sostenn oħra li għandhom ikunu pprovduti, kif inhu mitlub mil-livell tad-dettall tar-rekwiżit tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza jew tar-regola nazzjonali notifikata;

(e)

jispeċifikaw u jaqblu mal-applikant dwar skeda ta' żmien għall-konformità, li tkun raġonevoli u proporzjonata mad-diffikultà fl-għoti tal-informazzjoni mitluba.

4.8.   Jekk l-applikant idum b'mod sinifikanti biex jipprovdi l-informazzjoni mitluba, il-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza jista' jiddeċiedi li jestendi l-iskeda ta' żmien għat-tweġiba tal-applikant jew li jirrifjuta l-applikazzjoni wara avviż.

4.9.   L-iskeda ta' żmien għat-teħid tad-deċiżjoni dwar il-ħruġ taċ-ċertifikat ta' sikurezza uniku tista' tiġi estiża biss, sakemm tkun tressqet l-informazzjoni mitluba, b'deċiżjoni tal-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza b'koordinazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kkonċernati miż-żona maħsuba tal-operazzjoni u bil-qbil tal-applikant f'wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

kwistjonijiet tat-tip 1 imsemmija fl-Artikolu 12(1) li, ikkunsidrati individwalment jew kollettivament, jimpedixxu l-valutazzjoni jew partijiet minnu, milli titkompla;

(b)

kwistjonijiet tat-tip 4 jew kwistjonijiet multipli tat-tip 3 imsemmijin fl-Artikolu 12(1) li, ikkunsidrati kollettivament, jistgħu jgħollu l-kategorija għal kwistjoni tat-tip 4, u b'hekk jimpedixxu l-ħruġ taċ-ċertifikat ta' sikurezza uniku.

4.10.   Biex ikunu sodisfaċenti, it-tweġibiet bil-miktub tal-applikant għandhom ikunu biżżejjed biex itaffu t-tħassib espress u biex juru li l-arranġamenti proposti se jissodisfaw il-kriterji jew ir-regoli nazzjonali notifikati rilevanti.

4.11.   F'każ li t-tweġiba titqies bħala mhux sodisfaċenti, għandu jiġi spjegat għaliex eżattament, billi tiġi identifikata l-informazzjoni jew turija addizzjonali meħtieġa mill-applikant biex tkun sodisfaċenti.

4.12.   Jekk ikun hemm tħassib li l-applikazzjoni tista' tiġi rifjutata, jew li se tieħu aktar żmien sabiex tintlaħaq deċiżjoni milli l-iskeda ta' żmien permess għall-valutazzjoni, il-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza jista' jikkunsidra miżuri possibbli ta' kontinġenza.

4.13.   Meta jitqies li l-applikazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti kollha jew li aktar progress huwa improbabbli fl-iżgurar ta' tweġibiet sodisfaċenti għal kwistjonijiet pendenti, il-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kkonċernati miż-żona maħsuba tal-operazzjoni għandhom, kull wieħed minnhom għall-parti tiegħu, jikkompletaw il-valutazzjoni billi jsegwu l-passi li ġejjin:

(a)

jiddikjaraw jekk ġewx issodisfati l-kriterji kollha jew jekk għadx hemm kwistjonijiet pendenti;

(b)

jidentifikaw kwalunkwe tħassib residwu;

(c)

jidentifikaw kwalunkwe restrizzjoni jew kondizzjoni tal-użu li għandha tiġi inkluża fiċ-ċertifikat ta' sikurezza uniku;

(d)

jirrapportaw dwar is-segwitu ta' nuqqasijiet ta' konformità maġġuri identifikati waqt l-attivitajiet ta' superviżjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) 2018/761, fejn xieraq;

(e)

jiżguraw li l-proċess tal-valutazzjoni tas-sikurezza jkun ġie applikat b'mod korrett;

(f)

jikkompilaw ir-riżultat tal-valutazzjoni, inkluż sommarju tal-konklużjonijiet u fejn xieraq, opinjoni dwar il-ħruġ taċ-ċertifikat ta' sikurezza uniku.

4.14.   Il-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kkonċernati miż-żona maħsuba tal-operazzjoni għandhom jirreġistraw u jiġġustifikaw bil-miktub is-sejbiet u l-ġudizzji kollha sabiex jiġu ffaċilitati kemm il-proċess tal-assigurazzjoni kif ukoll il-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet, minbarra li jassistu fi kwalunkwe appell kontra d-deċiżjoni li jinħareġ jew li ma jinħariġx ċertifikat ta' sikurezza uniku.

5.   TEĦID TA' DEĊIŻJONIJIET

5.1.   Abbażi tal-konklużjonijiet tal-valutazzjoni kompluta, għandha tittieħed deċiżjoni dwar jekk isirx il-ħruġ ta' ċertifikat ta' sikurezza uniku jew ir-rifjut tal-applikazzjoni. Meta jkun se jinħareġ ċertifikat ta' sikurezza uniku, jista' jagħti l-każ li jiġi identifikat xi tħassib residwu. Ċertifikat ta' sikurezza uniku ma għandux jinħareġ meta, waqt il-valutazzjoni hija identifikata u mhux solvuta kwalunkwe kwistjoni tat-tip 4 msemmija fl-Artikolu 12(1).

5.2.   Il-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza jista' jiddeċiedi li jillimita l-ambitu taċ-ċertifikat ta' sikurezza uniku, billi jidentifika restrizzjonijiet jew kondizzjonijiet ta' użu, jekk dan jiġi konkluż b'koordinazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kkonċernati miż-żona maħsuba tal-operazzjoni li tali restrizzjonijiet jew kondizzjonijiet dwar l-użu jindirizzaw kwalunkwe kwistjoni tat-tip 4 li ma tkunx tippermetti l-ħruġ taċ-ċertifikat ta' sikurezza uniku. Iċ-ċertifikat ta' sikurezza uniku għandu jiġi aġġornat wara talba tal-applikant u wara li t-tħassib residwu kollu ikun ġie indirizzat fil-fajl tal-applikazzjoni tiegħu.

5.3.   L-applikant għandu jiġi infurmat dwar id-deċiżjoni tal-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza, inkluż ir-riżultat tal-valutazzjoni, u għandu jinħareġ ċertifikat uniku ta' sikurezza skont kif xieraq.

5.4.   Jekk il-ħruġ taċ-ċertifikat ta' sikurezza uniku jiġi rrifjutat jew jekk iċ-ċertifikat ta' sikurezza uniku fih restrizzjonijiet jew kondizzjonijiet ta' użu differenti minn dawk definiti fl-applikazzjoni, il-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza għandu jinforma lill-applikant, filwaqt li jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu, u għandu jinnotifikah dwar il-proċedura biex jitlob reviżjoni jew biex jappella kontra d-deċiżjoni.

6.   VALUTAZZJONI FINALI

6.1.   Il-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza għandu jikkompleta l-għeluq amministrattiv billi jiżgura li d-dokumenti u r-rekords kollha jiġu eżaminati, organizzati u arkivjati. Biex itejjeb il-proċess tiegħu kontinwament, il-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza għandu jidentifika l-informazzjoni storika u t-tagħlimiet miksuba għall-użu ta' valutazzjonijiet futuri.

7.   DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦAT-TIĠDID TA' ĊERTIFIKAT TA' SIKUREZZA UNIKU

7.1.   Qabel ma tiskadi l-validità tiegħu u wara talba tal-applikant ċertifikat ta' sikurezza uniku jista' jiġi mġedded bil-għan li l-kontinwità taċ-ċertifikazzjoni tkun żgurata.

7.2.   Fil-każ ta' applikazzjoni ta' tiġdid, il-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kkonċernati miż-żona maħsuba tal-operazzjoni għandhom jivverifikaw id-dettalji tal-bidliet fl-evidenza mressqa fl-applikazzjonijiet preċedenti u jqisu r-riżultati tal-attivitajiet ta' superviżjoni tal-passat kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) 2018/761 jipprijoritizzaw jew jimmiraw ir-rekwiżiti tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza u r-regoli nazzjonali notifikati rilevanti li abbażi tagħhom tista' tiġi vvalutata l-applikazzjoni għat-tiġdid.

7.3.   Il-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kkonċernati miż-żona maħsuba tal-operazzjoni għandhom jieħdu approċċ proporzjonat għall-valutazzjoni mill-ġdid, abbażi tal-importanza tal-bidliet proposti.

8.   DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-AĠĠORNAMENT TA' ĊERTIFIKAT TA' SIKUREZZA UNIKU

8.1.   Ċertifikat ta' sikurezza uniku għandu jiġi aġġornat kull meta jkun hemm bidla sostanzjali proposta għat-tip jew għall-firxa tal-operazzjoni skont l-Artikolu 10(13) tad-Direttiva (UE) 2016/798, jew f'każ ta' estensjoni taż-żona ta' operazzjoni skont l-Artikolu 10(14) ta' dik id-Direttiva.

8.2.   Meta tkun biħsiebha tagħmel kwalunkwe bidla msemmija fil-punt 8.1, l-impriża ferrovjarja li jkollha ċertifikat ta' sikurezza uniku għandha tavża lill-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza mingħajr dewmien.

8.3.   Wara n-notifika mill-impriża ferrovjarja kif imsemmi fil-punt 8.2, il-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza għandu:

(a)

jiċċekkja li l-bidla relatata ma' kwalunkwe applikazzjoni potenzjali hija deskritta b'mod ċar u li r-riskji potenzjali għas-sikurezza jiġu vvalutati;

(b)

jiddiskuti mal-impriża ferrovjarja u mal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kkonċernati miż-żona maħsuba tal-operazzjoni dwar il-ħtieġa għal aġġornament taċ-ċertifikat ta' sikurezza uniku.

8.4.   Il-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza b'koordinazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kkonċernati miż-żona maħsuba tal-operazzjoni jista' jagħmel aktar mistoqsijiet lill-applikant. Meta korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza jaqbel li l-bidla proposta ma tkunx sostanzjali, huwa għandu jinforma lill-applikant bil-miktub li mhuwiex meħtieġ aġġornament, filwaqt li jżomm rekord tad-deċiżjonijiet għall-fajl irreġistrat.

8.5.   Fil-każ ta' applikazzjoni għal aġġornament, il-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kkonċernati miż-żona maħsuba tal-operazzjoni għandhom:

(a)

jiċċekkjaw id-dettalji tal-bidliet fl-evidenza mressqa fl-applikazzjonijiet preċedenti li fuqha nħareġ iċ-ċertifikat attwali;

(b)

iqisu r-riżultati tal-attivitajiet ta' superviżjoni tal-passat kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) 2018/761, u b'mod partikolari, kwistjonijiet relatati mal-ħila tal-applikant li jimplimenta u jimmonitorja b'mod effettiv il-proċess tiegħu tal-ġestjoni tal-bidla;

(c)

jipprijoritizzaw jew jimmiraw ir-rekwiżiti tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza u r-regoli nazzjonali notifikati rilevanti sabiex jivvalutaw l-applikazzjoni għall- aġġornament.

8.6.   Il-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kkonċernati miż-żona maħsuba tal-operazzjoni għandhom jieħdu approċċ proporzjonat għall-valutazzjoni mill-ġdid, abbażi tal-importanza tal-bidliet proposti.

8.7.   Applikazzjoni lill-korp ta' ċertifikazzjoni tas-sikurezza biex jiġi aġġornat ċertifikat ta' sikurezza uniku ma għandhiex twassal għall-estensjoni tal-perjodu ta' validità tiegħu.

8.8.   Il-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza għandu jiddeċiedi wara t-talba tal-applikant jekk iċ-ċertifikat ta' sikurezza uniku jeħtieġx li jiġi aġġornat meta l-kondizzjonijiet li skonthom kien inħareġ iċ-ċertifikat ta' sikurezza uniku, se jinbidlu mingħajr ebda impatt fuq it-tip jew żona tal-operazzjoni.

Appendiċi

Proċess tal-valutazzjoni tas-sikurezza

Figura 1: Proċess tal-valutazzjoni tas-sikurezza.

Image

Receive decision

End of assessment

Close assessment

Register/Database

Notify interested parties

Request for review/appeal (where relevant)

Safety Management System

Take decision

Yes

Complete? Relevant? Consistent?

Reject the application?

Initial screen

Request supplementary information

Provide supplementary information

Acknowledge receipt of application

Set up registered file

Receive application

Submit application file

Applicant

No

No

Yes

Detailed assessment

Acknowledge completeness

Safety certification body and national safety authorities concerned with the intended area of operation

Proċess tal-valutazzjoni dettaljata

Figura 2: Proċess tal-valutazzjoni dettaljata.

Image

Residual concerns where relevant

Complete the assessment

Receive and manage applicant’s written response(s)

Send a response and update the application file as appropriate

Agree on the action plan(s) and timeframe for compliance as appropriate

Set up action plan(s) as appropriate

Identify and categorise issues

Relevant information from past supervision

Issues?

Undertake assessment

Safety certification body and national safety authorities concerned with the intended area of operation

Applicant

No

Yes


ANNESS III

Kontenut taċ-ċertifikat ta' sikurezza uniku

Iċ-ċertifikat ta' sikurezza uniku li jikkonferma l-aċċettazzjoni tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza tal-impriża ferrovjarja inklużi d-dispożizzjonijiet adottati mill-impriża ferrovjarja biex jiġu ssodisfati rekwiżiti speċifiċi meħtieġa għat-tħaddim sikur fuq in-netwerk rilevanti f'konformità mad-Direttiva (UE) 2016/798 u l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja:

1.   Numru Ewropew għall-Identifikazzjoni (EIN) taċ-ċertifikat ta' sikurezza uniku

2.   Identifikazzjoni tal-impriża ferrovjarja:

2.1.   Denominazzjoni ġuridika

2.2.   Numru tar-reġistrazzjoni nazzjonali

2.3.   Numru tal-VAT

3.   Identifikazzjoni tal-korp taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza:

3.1.   Organizzazzjoni

3.2.   L-Istat Membru (fejn applikabbli)

4.   Informazzjoni dwar iċ-ċertifikat:

4.1.   Ġdida

4.2.   Tiġdid

4.3.   Aġġornament

4.4.   EIN taċ-ċertifikat ta' qabel (f'każ ta' tiġdid jew ta' aġġornament biss)

4.5.   Dati tal-bidu u tat-tmiem tal-validità

4.6.   Tip ta' operazzjoni (1)

4.6.1.   Trasport tal-passiġġieri, inklużi servizzi ta' veloċità għolja

4.6.2.   Trasport tal-passiġġieri, esklużi servizzi ta' veloċità għolja

4.6.3.   Trasport tal-merkanzija, inklużi servizzi ta' oġġetti perikolużi

4.6.4.   Trasport tal-merkanzija, esklużi servizzi ta' oġġetti perikolużi

4.6.5.   Shunting biss

4.6.6.   Operazzjonijiet oħrajn (1)

5.   Leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli (1)

6.   Żona tal-operazzjoni (1)

7.   Restrizzjonijiet u kondizzjonijiet tal-użu

8.   Informazzjoni addizzjonali

9.   Data tal-ħruġ u firmatarju awtorizzat/timbru tal-awtorità


(1)  Għal kull Stat Membru kkonċernat miż-żona maħsuba tal-operazzjoni.


25.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 129/68


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/764

tat-2 ta' Mejju 2018

dwar it-tariffi u l-imposti li għandhom jitħallsu lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u l-kundizzjonijiet għall-ħlas tagħhom

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 80 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-dħul tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (“l-Aġenzija”) jikkonsisti f'kontribuzzjoni mingħand l-Unjoni u t-tariffi u l-imposti mħallsa mill-applikanti għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal ċertifikati, awtorizzazzjonijiet u deċiżjonijiet għall-approvazzjoni, it-trattament tal-appelli u servizzi oħra pprovduti mill-Aġenzija skont l-Artikolu 64 tar-Regolament (UE) 2016/796.

(2)

It-tariffi u l-imposti li jitħallsu lill-Aġenzija jenħtieġ jiġu stipulati b'mod trasparenti, ġust u uniformi, b'mod partikolari mal-għan tas-simplifikazzjoni. Jenħtieġ li ma jirriżultawx fl-impożizzjoni ta' piż finanzjarju bla bżonn fuq l-intrapiżi u li ma jipperikolawx il-kompetittività tas-settur ferrovjarju Ewropew.

(3)

Il-kalkolu ta' tariffi u imposti jenħtieġ li jqis l-ispejjeż tal-persunal u tal-esperti esterni involuti fl-ipproċessar tal-applikazzjonijiet, fejn rilevanti. Jenħtieġ ukoll jitqiesu l-ispejjeż tas-servizzi ta' appoġġ u tal-attivitajiet relatati mal-ipproċessar tal-applikazzjonijiet, kif ukoll kwalunkwe spiża operazzjonali oħra għall-għoti ta' dawk is-servizzi. Dawn l-ispejjeż għandhom ikunu relatati u proporzjonati mal-attivitajiet rilevanti u jenħtieġ li ma jkunux diskriminatorji.

(4)

It-tariffi u l-imposti applikati mill-Aġenzija jenħtieġ ikopru l-ispejjeż kollha tas-servizzi mogħtija mill-Aġenzija.

(5)

Iż-żmien li tkun ħadet l-Aġenzija biex tipprovdi dawn is-servizzi jenħtieġ jiġi ffatturat b'rata fis-siegħa, sakemm il-maturità tas-sistema tkun tippermetti sistema ta' rati fissi. It-tariffi u l-imposti tal-Aġenzija għandhom jiġu stabbiliti f'livell li jevita li jkun hemm defiċit jew akkumulazzjoni sinifikanti ta' surplus, skont ir-Regolament (UE) 2016/796.

(6)

Jenħtieġ li l-ammonti pagabbli ma jkunux jiddependu minn fejn ikun stabbilit l-applikant, jew mil-lingwa li tkun intużat għall-applikazzjoni. Għalhekk, l-ispejjeż għall-ivvjaġġar u l-ispejjeż tat-traduzzjoni b'rabta mal-parti tal-applikazzjoni pproċessata mill-Aġenzija jenħtieġ jiġu aggregati u maqsuma fost l-applikazzjonijiet kollha.

(7)

Jenħtieġ li t-tariffi u l-imposti jiġu stabbiliti sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet speċifiċi tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju. L-impriżi għandu jkollhom il-possibbiltà li jaqsmu l-pagament f'diversi ħlasijiet jekk ikun hemm bżonn.

(8)

L-applikanti ġew iggarantiti d-dritt għall-appell fi ħdan ir-Regolament (UE) 2016/796 u għandhom ikunu jistgħu jitolbu l-għajnuna u jeżerċitaw dan id-dritt kontra d-deċiżjonijiet tal-Aġenzija. Għalhekk, il-ħlas tat-tariffi u tal-imposti għal appell kontra d-deċiżjonijiet tal-Aġenzija ma għandux ikun prerekwiżit biex appell jitqies li hu ammissibbli. It-tariffi u l-imposti jenħtieġ jintalbu biss għall-ipproċessar ta' appelli f'każijiet fejn l-appell jiġi miċħud.

(9)

F'konformità mal-ġestjoni tajba tal-proġett, l-applikant jenħtieġ ikollu l-possibbiltà li jitlob stima. Kemm jista' jkun, l-applikant jenħtieġ jiġi infurmat bl-ammont li aktarx ikollu jħallas u bil-mod li għandu jsir il-ħlas. Il-limiti taż-żmien għall-ħlas tat-tariffi u tal-imposti jeħtieġ jiġu stabbiliti.

(10)

Jenħtieġ li l-informazzjoni dwar it-tariffi stabbiliti f'dan ir-Regolament tkun disponibbli pubblikament. Kull reviżjoni futura tat-tariffi imposti mill-Aġenzija jenħtieġ li tkun ibbażata fuq evalwazzjoni trasparenti tal-ispejjeż tal-Aġenzija u l-ispejjeż rilevanti li jirriżultaw mill-kompiti mwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza.

(11)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat skont l-Artikolu 81 tar-Regolament (UE) 2016/796.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi t-tariffi u l-imposti pagabbli lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (“l-Aġenzija”) għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet skont l-Artikoli 14, 20, 21 u 22 tar-Regolament (UE) 2016/796 kif ukoll għall-forniment ta' servizzi oħra skont l-għanijiet li għalihom ġiet stabbilita l-Aġenzija. Jispeċifika wkoll il-metodu li għandu jintuża għall-kalkolu ta' dawk it-tariffi u l-imposti u l-kundizzjonijiet tal-ħlas.

2.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll proċeduri biex jiżguraw it-trasparenza, in-nondiskriminazzjoni u l-prinċipji bażiċi oħra tal-liġi Ewropea f'rabta mal-ispejjeż tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza (“NSAs”) għall-ipproċessar nazzjonali ta' parti mill-applikazzjonijiet li għalihom hija responsabbli l-Aġenzija skont l-Artikoli 14, 20, u 21 tar-Regolament (UE) 2016/796.

3.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għat-tariffi u l-imposti ċċarġjati għall-attivitajiet tal-NSAs li ġejjin:

(a)

l-ipproċessar ta' applikazzjonijiet għal ċertifikati tas-sikurezza uniċi skont l-Artikolu 10(8) tad-Direttiva (UE) 2016/798 (2) u l-proċess ta' impenn preliminari stipulat fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/763 (3),

(b)

l-ipproċessar ta' applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet tal-vetturi għall-kummerċjalizzazzjoni jew l-awtorizzazzjonijiet tat-tip tal-vetturi skont l-Artikoli 21(8) u 24(1) tad-Direttiva (UE) 2016/797 (4) u l-proċess ta' impenn preliminari stipulati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/545 (5);

(c)

l-għoti ta' opinjoni dwar it-talba għal approvazzjoni tat-tagħmir maġenb il-binarji tal-ERTMS skont l-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 19(3) tad-Direttiva (UE) 2016/797.

(d)

l-għoti ta' awtorizzazzjonijiet temporanji għal testijiet fuq il-post skont l-Artikolu 21(3) u (5) tad-Direttiva (UE) 2016/797.

Artikolu 2

Tipi ta' tariffi u imposti

1.   L-Aġenzija għandha timponi tariffi għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet, inkluż għall-ħruġ tal-estimi u meta applikazzjoni tiġi rtirata mill-applikant, jew meta l-Aġenzija temenda deċiżjoni. L-Aġenzija tista' wkoll timponi tariffi meta tirrevoka deċiżjoni preċedenti minħabba n-nuqqas ta' konformità tad-detentur tal-awtorizzazzjoni jew taċ-ċertifikazzjoni.

2.   L-applikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu:

(a)

applikazzjonijiet tal-vetturi għall-kummerċjalizzazzjoni jew awtorizzazzjonijiet tat-tip għall-vetturi skont l-Artikoli 20 u 21 tad-Direttiva (UE) 2016/796;

(b)

applikazzjonijiet għal ċertifikati tas-sikurezza uniċi skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2016/796;

(c)

applikazzjonijiet għal deċiżjonijiet għall-approvazzjoni ta' soluzzjoni ta' tagħmir maġenb il-binarji tal-ERTMS mat-TSI rilevanti skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2016/796;

(d)

appelli msemmija fl-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) 2016/796, skont l-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament.

3.   L-Aġenzija għandha timponi imposti għall-forniment ta' servizzi li ma jissemmewx fil-paragrafu 1, mitluba minn applikant jew kwalunkwe persuna oħra. B'mod partikolari, għandha timponi tariffi għall-proċess ta' impenn preliminari previst fir-Regolament (UE) 2018/545 u fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/763.

4.   L-Aġenzija għandha tippubblika lista tas-servizzi fuq is-sit web tagħha.

Artikolu 3

Kalkolu tat-tariffi u tal-imposti

1.   L-ammont tat-tariffi u tal-imposti għandu jkun it-total ta' dan li ġej:

(a)

l-għadd ta' sigħat li ħadu l-istaff tal-Aġenzija u l-esperti esterni biex jipproċessaw l-applikazzjoni immultiplikat bir-rata fis-siegħa tal-Aġenzija; u

(b)

l-ispejjeż rilevanti tal-NSAs li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-parti nazzjonali tal-applikazzjoni.

2.   L-Aġenzija għandha tapplika rata fis-siegħa ta' EUR 130 għall-finijiet tal-paragrafu 1(a).

Artikolu 4

Estimi tat-tariffi u tal-imposti

1.   L-Aġenzija, fuq talba tal-applikant, għandha toħroġ stima mhux vinkolanti tal-ammont tat-tariffi u tal-imposti marbuta mal-applikazzjoni jew mat-talba għas-servizzi u tagħti informazzjoni dwar meta se jinħarġu l-fatturi.

L-NSAs li huma involuti fl-ipproċessar ta' applikazzjoni għandhom jipprovdu stima mhux vinkolanti tal-ispejjeż tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 3(1)(b) lill-Aġenzija biex tkun inkluża fl-estimi maħruġa mill-Aġenzija.

2.   Matul l-ipproċessar ta' applikazzjoni, l-Aġenzija u l-NSAs għandhom jimmonitorjaw l-ispejjeż tagħhom. Fuq talba tal-applikant, meta jkun hemm riskju li l-ispejjeż jisbqu l-istima b'aktar minn 15 %, l-Aġenzija għandha tgħarraf lill-applikant dwar dan.

3.   Meta l-ipproċessar ta' applikazzjoni jew servizz idum aktar minn sena, l-applikant jista' jitlob stima ġdida.

4.   Meta jintalab il-ħruġ tal-estimi u xi rieżami tagħhom, l-iskadenzi stabbiliti fl-Artikolu 19(4) u l-Artikolu 21(6) tad-Direttiva (UE) 2016/797 u l-Artikolu 10(6) tad-Direttiva (UE) 2016/798 jistgħu jiġu sospiżi għal massimu ta' għaxart ijiem ta' xogħol.

Artikolu 5

Kundizzjonijiet tal-ħlas

1.   L-Aġenzija għandha toħroġ fattura għat-tariffi u l-imposti dovuti fi żmien 30 jum kalendarju mid-data

(a)

tad-deċiżjoni tal-Aġenzija jew il-Bord tal-Appell; jew

(b)

ta' meta s-servizz mogħti ntemm; jew

(c)

tal-irtirar ta' applikazzjoni; jew

(d)

ta' kwalunkwe avveniment ieħor li jwassal għall-waqfien tal-ipproċessar ta' applikazzjoni

2.   Il-fattura għandha tagħti d-dettalji:

(a)

tal-għadd ta' sigħat ta' xogħol tal-Aġenzija; u

(b)

fejn rilevanti, tal-ispejjeż mitluba għal kull NSA responsabbli. Dawn għandhom ikunu speċifikati b'rabta mal-kompitu u maż-żmien meħud jew fil-forma ta' rati fissi applikati għall-ipproċessar tal-parti nazzjonali tal-applikazzjoni.

3.   L-NSAs għandhom jipprovdu lill-Aġenzija b'dikjarazzjoni tal-ispejjeż għall-kontribut tagħhom biex jiġu inklużi fil-fattura maħruġa mill-Aġenzija, mhux aktar tard minn meta l-Aġenzija titlobha. Id-dikjarazzjoni tal-ispejjeż għandha tagħti d-dettalji ta' kif dawn l-ispejjeż ġew ikkalkulati.

4.   Il-ħlas tat-tariffi u l-imposti għandhom ikunu denominati u pagabbli fil-munita euro.

5.   L-Aġenzija għandha tinnotifika lill-applikanti bid-deċiżjoni u toħroġ fattura permezz tal-One Stop Shop imsemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2016/796.

6.   L-Aġenzija tista' tiffattura għall-ammonti intermedjarji kull sitt xhur.

7.   Il-ħlas tat-tariffi u tal-imposti għandu jsir permezz ta' trasferiment lill-kont tal-bank tal-Aġenzija indikat għal dak l-iskop.

8.   L-applikanti għandhom jiżguraw li l-Aġenzija tirċievi l-ammonti dovuti, inkluż kull imposta bankarja relatata ma' dak il-ħlas, fi żmien 60 jum kalendarju mid-data tan-notifika ta' dik il-fattura.

9.   Meta l-applikant ikun impriża żgħira jew ta' daqs medju, l-Aġenzija għandha tqis talbiet għal estensjoni raġonevoli tal-limitu ta' żmien għall-ħlas u l-ħlas bi ħlasijiet parzjali.

Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, impriżi żgħar u ta' daqs medju tfisser impriżi li jħaddmu inqas minn 250 persuna u li għandhom fatturat totali li ma jaqbiżx il-EUR 50 miljun, u/jew total tal-karta tal-bilanċ annwali li ma jaqbiżx it-EUR 43 miljun.

10.   L-NSAs għandhom jirċievu rimborż tal-ispejjeż imġarrba għall-ipproċessar tal-parti nazzjonali tal-applikazzjonijiet fi żmien l-iskadenzi msemmija fil-paragrafi 8 u 9.

Artikolu 6

Nuqqas ta' pagament

1.   Meta l-Aġenzija ma tkunx irċeviet il-pagament fi żmien il-perjodi mniżżla fl-Artikolu 5(8) u (9), tista' tiċċarġja l-imgħax għal kull jum kalendarju sakemm jasal il-ħlas u għandha tapplika r-regoli tal-irkupru previsti fl-Artikolu 80 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

2.   Ir-rata tal-imgħax għandha tkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum kalendarju tax-xahar tad-data ta' skadenza, miżjuda bi tmien punti perċentwali.

3.   Fejn l-Aġenzija jkollha provi li l-kapaċità finanzjarja tal-applikant tkun f'riskju, hija tista' tirrifjuta applikazzjoni sakemm l-applikant jipprovdi garanzija bankarja jew depożitu garantit.

4.   L-Aġenzija tista' wkoll tirrifjuta applikazzjoni ġdida jekk l-applikant ma jissodisfax l-obbligi tal-ħlas tiegħu li jirriżultaw minn kompiti jew servizzi preċedenti ta' awtorizzazzjoni, ċertifikazzjoni u approvazzjoni mwettqa mill-Aġenzija, sakemm l-applikant ma jkunx ħallas l-ammonti pendenti dovuti għal dawk il-kompiti jew dawk is-servizzi ta' awtorizzazzjoni, ċertifikazzjoni u approvazzjoni pprovduti.

5.   L-Aġenzija għandha tieħu l-passi legali kollha xierqa biex tiżgura l-ħlas sħiħ tal-fatturi maħruġa. Għal dan il-għan, l-NSAs li ppreżentaw dikjarazzjoni ta' spejjeż għar-rimborż għandhom jappoġġaw l-Aġenzija f'dan il-proċess.

Artikolu 7

Appell u tariffi għall-appell

1.   L-Aġenzija għandha timponi tariffa għal kull appell li jiġi miċħud jew irtirat.

2.   It-tariffi għall-appelli għandhom ikunu ta' EUR 10 000 jew daqs l-ammont mitlub għad-deċiżjoni appellata, liema minnhom ikun l-aktar baxx.

3.   Ir-Reġistratur tal-Bord tal-Appell għandu jinforma lill-appellant bil-kundizzjonijiet tal-ħlas. L-appellant għandu jkollu 30 jum kalendarju għall-ħlas mid-data tan-notifika tal-fattura.

4.   L-applikant jista' jappella t-tariffi u l-imposti ffatturati mal-Bord tal-Appell.

Artikolu 8

Pubblikazzjoni u reviżjoni tar-rati

1.   L-Aġenzija għandha tippubblika r-rata fis-siegħa tagħha msemmija fl-Artikolu 3, fuq is-sit web tagħha.

2.   L-NSAs għandhom jippubblikaw ir-rati rilevanti biex jistabbilixxu l-ispejjeż tal-Aġenzija msemmija fl-Artikolu 3(1)(b). Meta l-NSA tapplika rata fissa, għandha tispeċifika għal liema każijiet ta' awtorizzazzjoni u ċertifikazzjoni se tapplika r-rata fissa.

3.   Is-sit web tal-Aġenzija għandu jkollha link għal dik l-informazzjoni.

4.   L-Aġenzija għandha tinkludi fir-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (UE) 2016/796 l-informazzjoni dwar l-elementi li jservu ta' bażi għar-rata fis-siegħa, ir-riżultati finanzjarji u l-previżjonijiet.

Artikolu 9

Proċeduri tal-Aġenzija

1.   Sabiex issir distinzjoni bejn dħul u nfiq minn attivitajiet soġġetti għat-tariffi u l-imposti msemmija fl-Artikolu 1(1), l-Aġenzija għandha:

(a)

tirċievi u żżomm id-dħul iġġenerat mit-tariffi u l-imposti f'kont bankarju separat;

(b)

tirrapporta kull sena dwar id-dħul u n-nefqa totali attribwibbli għall-attivitajiet soġġetti għat-tariffi u l-imposti kif ukoll l-istruttura tal-ispejjeż u l-prestazzjoni.

2.   Jekk fi tmiem sena finanzjarja, id-dħul ġenerali mit-tariffi u l-imposti jeċċedi l-ispiża totali tal-attivitajiet soġġetti għat-tariffi u l-imposti, l-eċċess għandu jinżamm f'riżerva baġitarja u għandu jintuża biex jittratta s-surpluses u d-defiċits skont ir-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija.

3.   Is-sostenibbiltà tad-dħul minn attivitajiet soġġetti għat-tariffi u l-imposti għandhom jiġu żgurati.

Artikolu 10

Evalwazzjoni u Reviżjoni

1.   Is-sistema ta' tariffi u imposti għandha tkun soġġetta għal valutazzjoni darba kull sena finanzjarja. Din il-valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq ir-riżultati finanzjarji preċedenti tal-Aġenzija u fuq l-istima tagħha tal-infiq u d-dħul. Għandha wkoll tkun relatata mad-Dokument ta' Pprogrammar Uniku tal-Aġenzija.

2.   Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tirrevedi t-tariffi u l-imposti abbażi tal-valutazzjoni tar-riżultati finanzjarji u tal-previżjonijiet tal-Aġenzija.

3.   Fid-dawl tal-informazzjoni pprovduta mill-Aġenzija fir-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 8, dan ir-Regolament għandu jiġi rivedut qabel is-16 ta' Ġunju 2022 bil-ħsieb tal-introduzzjoni progressiva tat-tariffi fissi.

Artikolu 11

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 55(4) tar-Regolament 2018/545 u fl-Artikolu 15(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/763, ix-xogħol li jkun sar qabel is-sottomissjoni tal-applikazzjoni lill-Aġenzija ma għandux ikun kopert mit-tariffi u l-imposti f'dan ir-Regolament u għandu jkun soġġett għal-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Artikolu 12

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-Sibt, 16 ta' Frar 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Mejju 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 138, 26.5.2016, p. 1.

(2)  Id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar is-sikurezza ferrovjarja (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 102).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/763 tad-9 ta' April 2018 li jistabbilixxi arranġamenti prattiċi għall-ħruġ ta' ċertifikati ta' sikurezza uniċi għall-impriżi ferrovjarji skont id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 653/2007 (ara l-paġna 49 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/545 tal-4 ta' April 2018 li jistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi għall-awtorizzazzjoni ta' vetturi ferrovjarji u għall-proċess tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vetturi ferrovjarji skont id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 90, 6.4.2018, p. 66).

(6)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).


25.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 129/73


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/765

tat-23 ta' Mejju 2018

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080 fir-rigward tad-data tad-dħul fil-ħżin tat-trab tal-ħalib xkumat mibjugħ permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1240 tat-18 ta' Mejju 2016 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' intervent pubbliku u ta' għajnuna għall-ħżin privat (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 28 tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex jiddefinixxi l-kwantitajiet tat-trab tal-ħalib xkumat koperti mill-proċedura ta' sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2080 (3), l-Artikolu 1 ta' dak ir-Regolament jistipula skadenza biex it-trab tal-ħalib xkumat jidħol fil-ħżin pubbliku.

(2)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali fis-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib f'dak li jirrigwarda l-irkupru tal-prezzijiet u l-livell għoli ta' ħażniet tal-intervent, jixraq li volum addizzjonali ta' trab tal-ħalib xkumat isir disponibbli għall-bejgħ, billi tinbidel id-data tad-dħul fil-ħżin.

(3)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080 jiġi emendat skont dan.

(4)

Sabiex it-trab tal-ħalib xkumat isir disponibbli għall-bejgħ mingħajr dewmien, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2080, id-data “l-1 ta' Mejju 2016” tinbidel bid-data “l-1 ta' Ġunju 2016”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Mejju 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 206, 30.7.2016, p. 71.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2080 tal-25 ta' Novembru 2016 dwar il-ftuħ tal-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti (ĠU L 321, 29.11.2016, p. 45).


25.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 129/74


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/766

tat-23 ta' Mejju 2018

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 fir-rigward tal-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 183(b) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 u (KE) Nru 614/2009 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (3) stabbilixxa r-regolamenti dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema ta' dazji addizzjonali tal-importazzjoni u ffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd.

(2)

Minn kontroll regolari tad-dejta, li abbażi tagħha jiġu stabbiliti l-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li jenħtieġ li jiġu emendati l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1484/95 jiġi emendat skont dan.

(4)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika kemm jista' jkun malajr wara li d-dejta aġġornata ssir disponibbli, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1484/95 jinbidel bit-test li jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Mejju 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 tat-28 ta' Ġunju 1995 li jistabbilixxi r-regolamenti dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema ta' dazji addizzjonali tal-importazzjoni u l-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u li jħassar ir-Regolament Nru 163/67/KEE (ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47).


ANNESS

ANNESS I

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Prezz rappreżentattiv

(f'EUR/100 kg)

Garanzija msemmija fl-Artikolu 3

(f'EUR/100 kg)

Oriġini (1)

0207 12 10

Karkassi tat-tiġieġ tat-tip Gallus domesticus, preżentazzjoni 70 %, iffriżati

105,7

0

AR

0207 12 90

Karkassi tat-tiġieġ tat-tip Gallus domesticus, preżentazzjoni 65 %, iffriżati

127,4

0

AR

126,2

0

BR

0207 14 10

Qatgħat tat-tiġieġ, mingħajr għadam, tat-tip Gallus domesticus, iffriżati

247,1

16

AR

242,0

17

BR

328,9

0

CL

239,5

18

TH

0207 27 10

Qatgħat tad-dundjani, mingħajr għadam, iffriżati

325,2

0

BR

310,1

0

CL

0408 91 80

Bajd, imnixxef, mingħajr qoxra

475,7

0

AR

1602 32 11

Qatgħat nejjin tat-tiġieġ tat-tip Gallus domesticus

243,7

13

BR


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7).


DEĊIŻJONIJIET

25.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 129/76


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2018/767

tat-22 ta' Mejju 2018

li tiffissa l-perijodu għad-disa' elezzjoni tar-rappreżentanti għall-Parlament Ewropew b'vot dirett universali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Att tal-20 ta' Settembru tal-1976 li jikkonċerna l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b'vot dirett universali (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (2),

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni 78/639/Euratom, KEFA, KEE (3), il-Kunsill iffissa l-perijodu għall-ewwel elezzjoni tar-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew b'vot dirett universali mis-7 sal-10 ta' Ġunju 1979.

(2)

Jirriżulta li huwa impossibbli li d-disa' elezzjoni ssir matul il-perijodu korrispondenti tal-2019.

(3)

Għaldaqstant jenħtieġ li jiġi ddeterminat perijodu elettorali ieħor,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-perijodu msemmi fl-Artikolu 10(1) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 li jikkonċerna l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b'vot dirett universali għandu jkun mit-23 sas-26 ta' Mejju 2019 għad-disa' elezzjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Mejju 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

K. VALCHEV


(1)  ĠU L 278, 8.10.1976, p. 5.

(2)  Opinjoni tat-18 ta' April 2018 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 78/639/Euratom, KEFA, KEE tal-25 ta' Lulju 1978 li tiffissa l-perijodu għall-ewwel elezzjoni tar-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew b'vot dirett universali (ĠU L 205, 29.7.1978, p. 75) (traduzzjoni mhux uffiċjali).


25.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 129/77


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/768

tat-22 ta' Mejju 2018

li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni, matul il-55 sessjoni tal-Kumitat ta' Esperti dwar it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi tal-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija fir-rigward ta' ċerti emendi tal-Appendiċi C għall-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 91, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Unjoni aderiet mal-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija tad-9 ta' Mejju 1980, kif emendata bil-Protokoll ta' Vilnius tat-3 ta' Ġunju 1999 (il-“Konvenzjoni COTIF”), permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/103/UE (1).

(2)

L-Istati Membri kollha, bl-eċċezzjoni ta' Ċipru u Malta, huma partijiet kontraenti tal-Konvenzjoni COTIF u japplikawha.

(3)

Bis-saħħa tal-punt (d) tal-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 33(5) tal-Konvenzjoni COTIF, il-Kumitat ta' Esperti dwar it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi (“il-Kumitat ta' Esperti tar-RID”) tal-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (OTIF) jista' jemenda l-Anness għall-Appendiċi C tal-Konvenzjoni COTIF, jiġifieri r-Regolamenti li jikkonċernaw it-Trasport Internazzjonali ta' Oġġetti Perikolużi bil-Ferrovija (RID).

(4)

Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) fiha dispożizzjonijiet li jirrigwardaw it-trasport ta' oġġetti perikolużi bit-triq, bil-ferrovija jew bil-passaġġi fuq l-ilmijiet interni fl-Istati Membri jew bejniethom, billi tirreferi għar-RID.

(5)

Saiex l-Anness għar-RID jiġi adattat biex iqis il-progress tekniku u xjentifiku, hu essenzjali li l-Kumitat ta' Esperti tar-RID jadotta emendi rigward standards tekniċi jew preskrizzjonijiet tekniċi uniformi. L-objettiv ta' dawk l-emendi hu biex ikun żgurat it-trasport sikur u effiċjenti ta' oġġetti perikolużi filwaqt li jitqies il-progress xjentifiku u tekniku fis-settur u l-iżvilupp ta' sustanzi u oġġetti ġodda li jistgħu joħolqu periklu matul it-trasport tagħhom.

(6)

Il-kumitat dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi stabbilit bid-Direttiva 2008/68/KE kellu diskussjonijiet preliminari dwar emendi proposti.

(7)

Il-Kumitat ta' Esperti tar-RID, il-55 sessjoni tiegħu fit-30 ta' Mejju 2018, għandu jadotta deċiżjoni dwar emendi tar-RID.

(8)

Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni fil-Kumitat ta' Esperti tar-RID, peress li d-deċiżjoni adottata minn dak il-kumitat tkun vinkolanti għall-Unjoni.

(9)

Għalhekk jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-55 sessjoni tal-Kumitat ta' Esperti tal-RID tkun ibbażata fuq l-Allegat għal din id-Deċiżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni fil-55 sessjoni tal-Kumitat ta' Esperti tar-RID fil-qafas tal-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija tad-9 ta' Mejju 1980, kif emendata bil-Protokoll ta' Vilnius tat-3 ta' Ġunju 1999, hi stabbilita fl-Allegat għal din id-Deċiżjoni.

Ir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kumitat ta' Esperti tar-RID jistgħu jaqblu dwar bidliet minuri fid-dokumenti msemmija fl-Allegat għal din id-Deċiżjoni, mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 2

Mal-adozzjoni, id-deċiżjonijiet tal-Kumitat ta' Esperti tar-RID għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, b'indikazzjoni tad-data tad-dħul fis-seħħ tagħhom.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Mejju 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

K. VALCHEV


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/103/UE tas-16 ta' Ġunju 2011 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija dwar l-Adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Konvenzjoni li tirrigwarda t-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) tad-9 ta' Mejju 1980, kif emendata mill-Protokoll ta' Vilnius tat-3 ta' Ġunju 1999 (ĠU L 51, 23.2.2013, p. 1).

(2)  Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13).


DOKUMENT MEHMUŻ

Proposta

Dokument ta' referenza

Il-kwistjoni

Kummenti

Il-pożizzjoni tal-Unjoni

1

OTIF/RID/CE/GTP/2017/1

In-numru ta' identifikazzjoni tal-periklu għan-numri tal-UN 3166 u 3171

Kunsens tekniku fil-Grupp ta' Ħidma Permanenti tal-OTIF biex jiġi adottat it-test kif emendat

Qbil mal-emendi

2

OTIF/RID/CE/GTP/2017/3

It-trasport ta' oġġetti perikolużi ġo bagalji tal-idejn jew ġo bagalji rreġistrati

Kunsens tekniku fil-Grupp ta' Ħidma Permanenti tal-OTIF biex jiġi adottat it-test kif emendat

Qbil mal-emenda

3

OTIF/RID/CE/GTP/2017/5

Il-102 sessjoni tal-WP.15 (Ġinevra, 8-12 Mejju 2017)

Kunsens tekniku fil-Grupp ta' Ħidma Permanenti tal-OTIF biex jiġi adottat it-test kif emendat

Qbil mal-emendi kif riveduti fil-Grupp ta' Ħidma Permanenti

4

OTIF/RID/CE/GTP/2017/7/Rev.1

Abbozz ta' lista ta' korrezzjonijiet Nru 2 fl-edizzjoni tar-RID tal-2017

Kunsens tekniku fil-Grupp ta' Ħidma Permanenti tal-OTIF biex jiġi adottat it-test kif emendat

Qbil mal-emendi kif riveduti fil-Grupp ta' Ħidma Permanenti

5

OTIF/RID/CE/GTP/2017/8

Il-grupp ta' ħidma informali dwar listi ta' kontroll għall-mili u t-tbattil tal-vaguni b'tankijiet tal-gass likwifikat (Firenze, 11-13 ta' Lulju 2017)

Kunsens tekniku fil-Grupp ta' Ħidma Permanenti tal-OTIF biex jiġi adottat it-test kif emendat

Qbil mal-emendi kif riveduti fil-Grupp ta' Ħidma Permanenti

6

OTIF/RID/CE/GTP/2017/15

Testi konsolidati adottati mil-Laqgħa Konġunta tal-2016 u tal-2017 u mill-Grupp ta' Ħidma Permanenti tal-Kumitat ta' Esperti tar-RID f'Novembru 2016

Kunsens tekniku fil-Grupp ta' Ħidma Permanenti tal-OTIF biex jiġi adottat it-test kif emendat

Qbil mal-emendi kif riveduti fil-Grupp ta' Ħidma Permanenti

7

Idem

Emendi pendenti li jeħtieġu aktar analiżi mill-Grupp ta' Ħidma Permanenti

8

Idem

Dawk li qed jappellaw għal fehma komuni mil-Laqgħa Konġunta tal-UNECE-OTIF

Jeħtieġ li jiġi ffaċilitat trasport intermodali effiċjenti

Qbil mal-emendi rakkomandati mil-Laqgħa Konġunta

9

OTIF/RID/CE/GTP/2017/INF.8

Inċiżi duplikati f'4.3.3.5.

Kunsens tekniku fil-Grupp ta' Ħidma Permanenti tal-OTIF biex jiġi adottat it-test kif emendat

Qbil mal-emendi kif riveduti fil-Grupp ta' Ħidma Permanenti

10

OTIF/RID/CE/GTP/2017/INF.10

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

Kunsens tekniku fil-Grupp ta' Ħidma Permanenti tal-OTIF biex jiġi adottat it-test kif emendat

Qbil mal-emendi kif riveduti fil-Grupp ta' Ħidma Permanenti

11

OTIF/RID/CE/GTP/2017/INF.12

Proposta għal emenda fi 2.1.3.5.5 fid-dokument OTIF/RID/CE/GTP/2017/15

Kunsens tekniku fil-Grupp ta' Ħidma Permanenti tal-OTIF biex jiġi adottat it-test kif emendat

Qbil mal-emendi kif riveduti fil-Grupp ta' Ħidma Permanenti

12

OTIF/RID/CE/GTP/2017/INF.16

Il-103 sessjoni tal-WP.15 (Ġinevra, 6-10 Novembru 2017)

Kunsens tekniku fil-Grupp ta' Ħidma Permanenti tal-OTIF biex jiġi adottat it-test kif emendat

Qbil mal-emendi kif riveduti fil-Grupp ta' Ħidma Permanenti


25.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 129/80


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2018/769

tat-22 ta' Mejju 2018

li taħtar tliet membri, proposti mir-Renju tan-Netherlands, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern tan-Netherlands,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Settembru 2015 u fl-1 ta' Ottubru 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE, Euratom) 2015/1600 (1) u (UE, Euratom) 2015/1790 (2) li jaħtru l-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2015 sal-20 ta' Settembru 2020.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandati tas-Sur Dirk WESTENDORP, is-Sur Jan SIMONS u s-Sur Joost VAN IERSEL, saru vakanti tliet siġġijiet ta' membri fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b'dan maħturin membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fl-20 ta' Settembru 2020:

Is-Sur A.P. August MESKER, Member Supervisory Council and Member Financial Audit Committee at Hivos,

Is-Sur R.A.C. René BLIJLEVENS, Secretary of the Foundation for Sustainable (Micro) Pensions in Developing Countries,

Is-Sur T.J.M. Thom VAN MIERLO, former senior consumer affairs officer and secretary self-regulation dialogue at the Social Economic Council.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Mejju 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

K. VALCHEV


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2015/1600 tat-18 ta' Settembru 2015 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2015 sal-20 ta' Settembru 2020 (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 53).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2015/1790 tal-1 ta' Ottubru 2015 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2015 sal-20 ta' Settembru 2020 (ĠU L 260, 7.10.2015, p. 23).


25.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 129/81


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/770

tat-22 ta' Mejju 2018

li taħtar membru supplenti, propost mir-Renju ta' Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Spanjol,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020. Fid-9 ta' Ottubru 2015, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1915 (4), is-Sur Esteban MAS PORTELL ġie sostitwit mis-Sur Marc PONS i PONS bħala membru supplenti. Fid-9 ta' Ġunju 2016, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/991 (5), is-Sur Marc PONS i PONS ġie sostitwit mis-Sinjura Pilar COSTA i SERRA bħala membru supplenti.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sinjura Pilar COSTA i SERRA bħala membru supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni, sar vakanti s-siġġu ta' membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huwa b'dan maħtur membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

Is-Sur Josep Enric CLAVEROL i FLORIT, Director General de Relaciones Institucionales y Acción Exterior del Gobierno de las Illes Balears.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Mejju 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

K. VALCHEV


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1915 tad-9 ta' Ottubru 2015 li taħtar żewġ membri Spanjoli u tliet membri supplenti Spanjoli fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 280, 24.10.2015, p. 26).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/991 tad-9 ta' Ġunju 2016 li taħtar membru supplenti, propost mir-Renju ta' Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 162, 21.6.2016, p. 14).


25.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 129/82


DEĊIŻJONI DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/771

tal-25 ta' Jannar 2018

dwar is-sistema applikabbli għall-valutazzjoni u għall-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni ta' apparat ta' ankraġġ li jintuża fix-xogħol tal-bini u maħsub biex jilqa' milli l-persuni jaqgħu mill-għoli jew li jwaqqaf il-wagħat mill-għoli skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kumerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 28 u l-Artikolu 60(h) tiegħu,

Billi:

(1)

Ma teżistix deċiżjoni xierqa għall-valutazzjoni u għall-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni ta' apparat ta' ankraġġ li jintuża fix-xogħol tal-bini u maħsub biex jilqa' milli l-persuni jaqgħu mill-għoli jew li jwaqqaf il-wagħat mill-għoli (minn issa 'l quddiem “apparat ta' ankraġġ”). Għalhekk jenħtieġ li jiġi stabbilit liema sistema tal-valutazzjoni u tal-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni hija applikabbli fil-każ tal-apparat ta' ankraġġ.

(2)

Filwaqt li jitqies li l-apparat ta' ankraġġ hu maħsub biex jilqa' milli l-persuni jaqgħu mill-għoli jew li jwaqqaf il-wagħat mill-għoli, huwa xieraq li tintgħażel sistema tal-valutazzjoni u tal-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni li jkun fiha sorveljanza, valutazzjoni u evalwazzjoni kontinwi tal-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika tal-manifattur u tal-awditjar bl-ittestjar tal-kampjuni meħuda mill-korp għaċ-ċertifikazzjoni tal-prodott innotifikat fl-impjant tal-manifattura jew fil-faċilitajiet ta' ħażna tal-manifattur,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Din id-Deċiżjoni tapplika għall-apparat ta' ankraġġ li jintuża fix-xogħol tal-bini bil-ħsieb li jilqa' milli l-persuni jaqgħu mill-għoli jew li jwaqqaf il-wagħat mill-għoli

Artikolu 2

L-apparat ta' ankraġġ imsemmi fl-Artikolu 1 jiġi vvalutat u vverifikat għall-kostanza tal-prestazzjoni fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali tiegħu b'konformità mas-sistemi speċifikati fl-Anness.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Jannar 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5.


ANNESS

SISTEMA TA' VALUTAZZJONI U TA' VERIFIKA TAL-KOSTANZA TAL-PRESTAZZJONI

Prodotti u użu maħsub

Karatteristiċi Essenzjali

Sistema applikabbli

Apparat ta' ankraġġ li jintuża fix-xogħol tal-bini bil-ħsieb li jilqa' milli l-persuni jaqgħu mill-għoli jew li jwaqqaf il-wagħat mill-għoli

Għal kull karatteristika essenzjali

1+