ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 127

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
23 ta' Mejju 2018


Werrej

 

Rettifika

Paġna

 

*

Rettifika tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/673 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Mejju 2018 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej
( ĠU L 114 I, 4.5.2018 )

1

 

*

Rettifika tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il- moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) ( ĠU L 119, 4.5.2016 )

2

 

*

Rettifika tad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI ( ĠU L 119, 4.5.2016 )

6

 

*

Rettifika tar-Regolament (UE) 2017/2396 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2017 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) 2015/1017 fir-rigward tal-estensjoni tad-durata tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi kif ukoll l-introduzzjoni ta’ titjib tekniku għal dak il-Fond u għaċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investimenti ( ĠU L 345 , 27.12.2017 )

7

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


Rettifika

23.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 127/1


Rettifika tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/673 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Mejju 2018 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 114 I tal-4 ta’ Mejju 2018 )

Fil-qoxra u f’paġna 1 ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 114 I tal-4 ta’ Mejju 2018, it-titolu “II Atti mhux leġiżlattivi” għandu jinqara “I Atti mhux leġiżlattivi”.


23.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 127/2


Rettifika tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il- moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 119 tal-4 ta’ Mejju 2016 )

Fil-paġna 14, il-premessa (71), il-ħames u s-sitt sentenzi:

minflok:

“(71)

… Tali miżura m’għandhiex tikkonċerna tfal.

Sabiex jiġi żgurat ipproċessar ġust u trasparenti fir-rigward tas-suġġett tad-data, b’kont meħud taċ-ċirkostanzi speċifiċi u l-kuntest li fih tiġi pproċessata d-data personali, il-kontrollur għandu juża proċeduri matematiċi jew statistiċi adegwati għat-teħid ta’ profili, jimplimenta miżuri tekniċi u organizzattivi adatti biex jiġi żgurat, b’mod partikolari, li fatturi li jirriżultaw f’ineżattezzi fid-data personali jiġu kkoreġuti u jitnaqqas ir-riskju ta’ żbalji, jiżgura d-data personali f’mod li jieħu kont tar-riskji potenzjali involuti għall-interessi u d-drittijiet tas-suġġett tad- data u li jipprevjeni, fost oħrajn, effetti diskriminatorji fuq persuni fiżiċi abbażi tar-razza jew oriġini etnika, opinjoni politika, reliġjon jew twemmin, sħubija fi trade union, stat ġenetiku jew tas-saħħa jew orjentazzjoni sesswali, jew li jirriżulta f’miżuri li jkollhom dan l-effett.”,

aqra:

“(71)

… Tali miżura m’għandhiex tikkonċerna tfal.

Sabiex jiġi żgurat ipproċessar ġust u trasparenti fir-rigward tas-suġġett tad-data, b’kont meħud taċ-ċirkostanzi speċifiċi u l-kuntest li fih tiġi pproċessata d-data personali, il-kontrollur għandu juża proċeduri matematiċi jew statistiċi adegwati għat-teħid ta’ profili, jimplimenta miżuri tekniċi u organizzattivi adatti biex jiġi żgurat, b’mod partikolari, li fatturi li jirriżultaw f’ineżattezzi fid-data personali jiġu kkoreġuti u jitnaqqas ir-riskju ta’ żbalji, jiżgura d-data personali f’mod li jieħu kont tar-riskji potenzjali involuti għall-interessi u d-drittijiet tas-suġġett tad-data u jipprevjeni, fost oħrajn, effetti diskriminatorji fuq persuni fiżiċi abbażi tar-razza jew oriġini etnika, opinjoni politika, reliġjon jew twemmin, sħubija fi trade union, stat ġenetiku jew tas-saħħa jew orjentazzjoni sesswali, jew ipproċessar li jirriżulta f’miżuri li jkollhom dan l-effett.”.

Fil-paġna 55, il-punt (c) tal-Artikolu 37(1):

minflok:

“(c)

l-attivitajiet ewlenin tal-kontrollur jew tal-proċessur jikkonsistu f’ipproċessar fuq skala kbira ta’ kategoriji speċjali ta’ data skont l-Artikolu 9 u ta’ data personali relatata ma’ kundanni kriminali u reati msemmija fl-Artikolu 10.”,

aqra:

“(c)

l-attivitajiet ewlenin tal-kontrollur jew tal-proċessur jikkonsistu f’ipproċessar fuq skala kbira ta’ kategoriji speċjali ta’ data skont l-Artikolu 9 jew ta’ data personali relatata ma’ kundanni kriminali u reati msemmija fl-Artikolu 10.”.

Fil-paġna 58, l-Artikolu 41(3):

minflok:

“3.   L-awtorità superviżorja kompetenti għandha tippreżenta l-abbozz ta’ kriterji għall-akkreditazzjoni ta’ korp kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għall-Bord skont il-mekkaniżmu ta’ konsistenza msemmi fl-Artikolu 63.”,

aqra:

“3.   L-awtorità superviżorja kompetenti għandha tippreżenta l-abbozz ta’ rekwiżiti għall-akkreditazzjoni ta’ korp kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għall-Bord skont il-mekkaniżmu ta’ konsistenza msemmi fl-Artikolu 63.”.

Fil-paġna 58, l-Artikolu 41(5):

minflok:

“5.   L-awtorità superviżorja kompetenti għandha tirrevoka l-akkreditazzjoni ta’ korp kif imsemmi fil-paragrafu 1 jekk il-kondizzjonijiet għall-akkreditazzjoni ma jkunux milħuqa jew m’għadhomx jintlaħqu jew fejn azzjonijiet meħuda mill-korp jiksru dan ir-Regolament.”,

aqra:

“5.   L-awtorità superviżorja kompetenti għandha tirrevoka l-akkreditazzjoni ta’ korp kif imsemmi fil-paragrafu 1 jekk ir-rekwiżiti għall-akkreditazzjoni ma jkunux milħuqa jew m’għadhomx jintlaħqu jew fejn azzjonijiet meħuda mill-korp jiksru dan ir-Regolament.”.

Fil-paġna 59, l-Artikolu 42(7):

minflok:

“7.   Iċ-ċertifikazzjoni għandha tinħareġ lil kontrollur jew proċessur għal perijodu massimu ta’ tliet snin u tista’ tiġġedded, skont l-istess kondizzjonijiet, sakemm jibqgħu jiġu sodisfatti r-rekwiżiti rilevanti. Iċ-ċertifikazzjoni għandha tiġi rtirata, fejn applikabbli, mill-korpi ta’ ċertifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 43, jew mill-awtorità superviżorja kompetenti fejn ma jiġux sodisfatti jew ma jibqgħux jiġu sodisfatti r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni.”,

aqra:

“7.   Iċ-ċertifikazzjoni għandha tinħareġ lil kontrollur jew proċessur għal perijodu massimu ta’ tliet snin u tista’ tiġġedded, skont l-istess kondizzjonijiet, sakemm jibqgħu jiġu sodisfatti l-kriterji rilevanti. Iċ-ċertifikazzjoni għandha tiġi rtirata, fejn applikabbli, mill-korpi ta’ ċertifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 43, jew mill-awtorità superviżorja kompetenti fejn ma jiġux sodisfatti jew ma jibqgħux jiġu sodisfatti l-kriterji għaċ-ċertifikazzjoni.”,

Fil-paġna 60, l-Artikolu 43(3), l-ewwel sentenza:

minflok:

“3.   L-akkreditazzjoni tal-korpi ta’ ċertifikazzjoni kif imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jitwettqu abbażi ta’ kriterji approvati mill-awtorità superviżorja li hija kompetenti skont l-Artikolu 55 jew 56 jew, mill- Bord, skont l-Artikolu 63.”,

aqra:

“3.   L-akkreditazzjoni tal-korpi ta’ ċertifikazzjoni kif imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandha ssir abbażi ta’ rekwiżiti approvati mill-awtorità superviżorja li hija kompetenti skont l-Artikolu 55 jew 56 jew mill-Bord skont l-Artikolu 63.”.

Fil-paġna 60, l-Artikolu 43(6):

minflok:

“6.   Ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u l-kriterji msemmija fl-Artikolu 42(5) għandhom jiġu ppubblikati mill-awtorità superviżorja f’forma faċilment aċċessibbli. L-awtoritajiet superviżorji għandhom ukoll jittrażmettu dawk ir-rekwiżiti u kriterji lill-Bord. Il-Bord għandu jiġbor il-mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni kollha u s-siġilli tal-protezzjoni tad-data kollha f’reġistru u għandu jagħmilhom disponibbli għall-pubbliku bi kwalunkwe mezz xieraq.”,

aqra:

“6.   Ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u l-kriterji msemmija fl-Artikolu 42(5) għandhom jiġu ppubblikati mill-awtorità superviżorja f’forma faċilment aċċessibbli. L-awtoritajiet superviżorji għandhom ukoll jittrażmettu dawk ir-rekwiżiti u kriterji lill-Bord.”.

Fil-paġna 69, il-punt (p) tal-Artikolu 57(1):

minflok:

“(p)

tabbozza u tippubblika l-kriterji għall-akkreditazzjoni ta’ korp għall-monitoraġġ tal-kodiċijiet ta’ kondotta skont l- Artikolu 41 u ta’ korp ta’ ċertifikazzjoni skont l-Artikolu 43;”,

aqra:

“(p)

tabbozza u tippubblika r-rekwiżiti għall-akkreditazzjoni ta’ korp għall-monitoraġġ tal-kodiċijiet ta’ kondotta skont l- Artikolu 41 u ta’ korp ta’ ċertifikazzjoni skont l-Artikolu 43;”.

Fil-paġna 74, il-punt (c) tal-Artikolu 64(1):

minflok:

“(c)

ikollha l-għan li tapprova l-kriterji għall-akkreditazzjoni ta’ korp skont l-Artikolu 41(3) jew korp ta’ ċertifikazzjoni skont l-Artikolu 43(3);”,

aqra:

“(c)

ikollha l-għan li tapprova r-rekwiżiti għall-akkreditazzjoni ta’ korp skont l-Artikolu 41(3), ta’ korp ta’ ċertifikazzjoni skont l-Artikolu 43(3) jew il-kriterji għal ċertifikazzjoni msemmijin fl-Artikolu 42(5);”.

Fil-paġna 74, l-Artikolu 64(6), (7) u (8):

minflok:

“6.   L-awtorità superviżorja kompetenti ma għandhiex tadotta l-abbozz ta’ deċiżjoni tagħha msemmi fil-paragrafu 1 fil-perijodu msemmi fil-paragrafu 3.

7.   L-awtorità superviżorja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tieħu kont bl-akbar reqqa tal-opinjoni tal-Bord u fi żmien ġimagħtejn wara li tirċievi l-opinjoni, għandha tikkomunika lill-President tal-Bord b’mod elettroniku jekk ser iżżomm jew temenda l-abbozz ta’ deċiżjoni tagħha u, jekk ikun hemm, l-abbozz emendat ta’ deċiżjoni, bl-użu ta’ format standardizzat.

8.   Fejn l-awtorità superviżorja kkonċernata tinforma lill-President tal-Bord fil-perijodu msemmi fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu li hija ma tkunx biħsiebha ssegwi, b’mod sħiħ jew parzjali, l-opinjoni tal-Bord, filwaqt li tagħti r-raġunijiet rilevanti, għandu japplika l-Artikolu 65(1).”,

aqra:

“6.   L-awtorità superviżorja kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tadotta l-abbozz ta’ deċiżjoni tagħha msemmi fil-paragrafu 1 fil-perijodu msemmi fil-paragrafu 3.

7.   L-awtorità superviżorja kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tieħu kont bl-akbar reqqa tal-opinjoni tal-Bord u fi żmien ġimagħtejn wara li tirċievi l-opinjoni, għandha tikkomunika lill-President tal-Bord b’mod elettroniku jekk ser iżżomm jew temenda l-abbozz ta’ deċiżjoni tagħha u, jekk ikun hemm, l-abbozz emendat ta’ deċiżjoni, bl-użu ta’ format standardizzat.

8.   Fejn l-awtorità superviżorja kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 tinforma lill-President tal-Bord fil-perijodu msemmi fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu li hija ma tkunx biħsiebha ssegwi, b’mod sħiħ jew parzjali, l-opinjoni tal-Bord, filwaqt li tagħti r-raġunijiet rilevanti, għandu japplika l-Artikolu 65(1).”.

Fil-paġna 74, il-punt (a) tal-Artikolu 65(1):

minflok:

“(a)

fejn, f’każ imsemmi fl-Artikolu 60(4), awtorità superviżorja kkonċernata tkun qajmet oġġezzjoni rilevanti u motivata għal abbozz ta’ deċiżjoni tal-awtorità ewlenija jew l-awtorità ewlenija tkun ċaħdet tali oġġezzjoni għar-raġuni li ma tkunx rilevanti jew motivata. …”,

aqra:

“(a)

fejn, f’każ imsemmi fl-Artikolu 60(4), awtorità superviżorja kkonċernata tkun qajmet oġġezzjoni rilevanti u motivata għal abbozz ta’ deċiżjoni tal-awtorità superviżorja ewlenija u l-awtorità superviżorja ewlenija ma segwitx l-oġġezzjoni jew tkun ċaħdet tali oġġezzjoni għar-raġuni li ma tkunx rilevanti jew motivata. …”.

Fil-paġna 76, l-Artikolu 69(2):

minflok:

“2.   Mingħajr preġudizzju għat-talbiet mill-Kummissjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 70(1) fl-Artikolu 70(2), il- Bord, fit-twettiq tal-kompiti tiegħu jew fl-eżerċizzju tas-setgħat tiegħu, la għandu jfittex u lanqas jieħu istruzzjonijiet mingħand ħadd.”,

aqra:

“2.   Mingħajr preġudizzju għat-talbiet mill-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 70(1) u (2), il- Bord, fit-twettiq tal-kompiti tiegħu jew fl-eżerċizzju tas-setgħat tiegħu, la għandu jfittex u lanqas jieħu istruzzjonijiet mingħand ħadd.”.

Fil-paġna 77, il-punt (l) tal-Artikolu 70(1):

minflok:

“(l)

jirrieżamina l-applikazzjoni prattika tal-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki msemmija fil-punti (e) u (f);”,

aqra:

“(l)

jirrieżamina l-applikazzjoni prattika tal-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki;”,

Fil-paġna 77, il-punt (o) tal-Artikolu 70(1):

minflok:

“(o)

iwettaq l-akkreditazzjoni ta’ korpi ta’ ċertifikazzjoni u r-rieżami perjodiku tiegħu skont l-Artikolu 43 u jżomm reġistru pubbliku ta’ korpi akkreditati skont l-Artikolu 43(6) u tal-kontrolluri jew il-proċessuri akkreditati stabbiliti f’pajjiżi terzi skont l-Artikolu 42(7);”,

aqra:

“(o)

japprova l-kriterji ta’ ċertifikazzjoni skont l-Artikolu 42(5) u jżomm reġistru pubbliku ta’ mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni u ta’ siġilli u marki ta’ protezzjoni tad-data skont l-Artikolu 42(8) u tal-kontrolluri jew proċessuri ċertifikati stabbiliti f’pajjiżi terzi skont l-Artikolu 42(7);”.

Fil-paġna 77, il-punt (p) tal-Artikolu 70(1):

minflok:

“(p)

jispeċifika r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 43(3) bil-ħsieb tal-akkreditazzjoni ta’ korpi ta’ ċertifikazzjoni taħt l-Artikolu 42;”,

aqra:

“(p)

japprova r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 43(3) bil-ħsieb tal-akkreditazzjoni ta’ korpi ta’ ċertifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 43;”.


23.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 127/6


Rettifika tad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 119 tal-4 ta’ Mejju 2016 )

Fil-paġna 128, il-punt (f) tal-Artikolu 51(1),

minflok:

“(f)

jirrieżamina l-applikazzjoni prattika tal-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki msemmija fil-punti (b) u (c);”,

aqra:

“(f)

jirrieżamina l-applikazzjoni prattika tal-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki;”.


23.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 127/7


Rettifika tar-Regolament (UE) 2017/2396 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2017 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) 2015/1017 fir-rigward tal-estensjoni tad-durata tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi kif ukoll l-introduzzjoni ta’ titjib tekniku għal dak il-Fond u għaċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investimenti

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 345 tas-27 ta’ Diċembru 2017 )

Fil-paġni 34-52, fl-intestatura,

minflok:

“12.12.2017”,

aqra:

“27.12.2017”.