ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 119

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
15 ta' Mejju 2018


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/707 tat-28 ta' Frar 2018 li jemenda r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 fir-rigward tal-kriterji ta' eliġibbiltà għall-appoġġ tal-qanneb skont l-iskema ta' pagament bażiku u ċerti rekwiżiti fir-rigward tal-appoġġ akkoppjat volontarju

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/708 tas-17 ta' April 2018 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-mudell li għandu jintuża minn maniġers ta' fondi tas-suq monetarju meta jipprovdu rappurtar lill-awtoritajiet kompetenti kif stipulat fl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2017/1131 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

5

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/709 tal-14 ta' Mejju 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 fir-rigward tar-rekwiżit tat-tikketti marbutin ma' applikazzjonijiet għall-għajnuna rigward żoni użati għall-produzzjoni tal-qanneb

29

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/710 tal-14 ta' Mejju 2018 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva siltijofam skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

31

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/711 tal-14 ta' Mejju 2018 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

35

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/712 tal-14 ta' Mejju 2018 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/2382 li tistabbilixxi Kulleġġ Ewropew ta' Sigurtà u ta' Difiża (KESD)

37

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/713 tal-14 ta' Mejju 2018 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

39

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

15.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 119/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/707

tat-28 ta' Frar 2018

li jemenda r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 fir-rigward tal-kriterji ta' eliġibbiltà għall-appoġġ tal-qanneb skont l-iskema ta' pagament bażiku u ċerti rekwiżiti fir-rigward tal-appoġġ akkoppjat volontarju

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 35(3), 52(9) u 67(1) u (2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 9(1) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 (2) jeħtieġ li ż-żrieragħ użati għall-produzzjoni tal-qanneb ikunu ċċertifikati skont id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE (3). Madankollu, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/62/KE (4) tistipula ċertifikazzjoni alternattiva taż-żerriegħa tal-qanneb fil-każ ta' varjetajiet tal-konservazzjoni. Għalhekk jixraq li fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 tiġi inkluża referenza għal dik id-Direttiva.

(2)

Skont l-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ akkoppjat lill-bdiewa skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu 1 tat-Titolu IV ta' dak ir-Regolament u fir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014.

(3)

L-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 ġie emendat bir-Regolament (UE) 2017/2393 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) sabiex tingħata aktar ċarezza dwar ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-karattru li jillimita l-produzzjoni tal-appoġġ akkoppjat volontarju. Għalhekk jenħtieġ li t-terminoloġija użata fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu 5 u fl-Artikolu 67 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 kif ukoll fl-Anness I ta' dak ir-Regolament tiġi allinjata mal-kliem tal-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013. Abbażi tal-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tal-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, jixraq ukoll li jiġi aġġornat il-kontenut tal-informazzjoni li trid tintbagħat mill-Istati Membri lilll-Kummissjoni f'konformita mal-Anness I tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014.

(4)

F'konformità mal-Artikolu 52(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-appoġġ akkoppjat volontarju jista' jingħata biss lil dawk is-setturi jew ir-reġjuni fejn tipi speċifiċi ta' biedja jew setturi agrikoli jesperjenzaw ċerti diffikultajiet. Skont l-Artikolu 52(3) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014, tip ta' biedja jew settur agrikolu speċifiku jistgħu jitqiesu bħala f'diffikultà biss jekk ikun hemm riskju ta' abbandun jew ta' tnaqqis ta' produzzjoni. Minħabba l-kjarifika tar-responsabbiltajiet tal-Istati Membri f'dak li għandu x'jaqsam mal-karattru li jillimita l-produzzjoni tal-appoġġ akkoppjat volontarju, limitazzjoni bħal din mhijiex ġustifikata. Għalhekk jixraq li l-Artikolu 52(3) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 jitħassar. Jixraq ukoll li l-projbizzjoni tal-akkumulazzjoni tal-appoġġ kif stabbilita fl-Artikolu 54(3) ta' dak ir-Regolament tiġi aġġornata.

(5)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 jiġi emendat skont dan.

(6)

Billi t-tħassir tal-Artikolu 52(5) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u r-riformulazzjoni tal-Artikolu 52(6) ta' dak ir-Regolament bir-Regolament (UE) 2017/2393 japplikaw mill-1 ta' Jannar 2015, jixraq li l-emendi korrispondenti tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 japplikaw fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna relatati mas-snin kalendarji sussegwenti għas-sena kalendarja 2014, bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjoni dwar il-kumulazzjoni tal-appoġġ. Għal raġunijiet ta' ċertezza legali, jenħtieġ li l-kumulazzjoni tal-appoġġ tkompli tiġi determinata abbażi ta' tqabbil bejn l-objettivi rispettivi tal-miżuri tal-appoġġ akkoppjat jew tal-miżuri u l-politiki kkonċernati l-oħra tal-Unjoni. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li l-objettiv tal-appoġġ akkoppjat volontarju jitqies bħala ż-żamma tal-livelli attwali tal-produzzjoni f'konformità mal-Artikolu 52(5) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 qabel ma ġie emendat bir-Regolament (UE) 2017/2393. Għalhekk, jenħtieġ li l-emenda tal-Artikolu 54(3) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 tapplika fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna relatati mas-sena kalendarja 2019 u mas-snin kalendarji ta' wara.

(7)

Fir-rigward tad-dispożizzjoni l-ġdida dwar iċ-ċertifikazzjoni taż-żerriegħa tal-qanneb, huwa xieraq li din tapplika fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna relatati mas-sena kalendarja 2018 u s-snin kalendarji sussegwenti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 jiġi emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 9, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 32(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-eliġibbiltà ta' żoni użati għall-produzzjoni tal-qanneb għandha tkun soġġetta għall-użu taż-żerriegħa tal-varjetajiet elenkati fil-“Katalgu Komuni ta' Varjetajiet ta' Speċijiet ta' Pjanti Agrikoli” fil-15 ta' Marzu tas-sena li għaliha jkun qed jingħata l-pagament u jiġi ppubblikat f'konformità mal-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE (*1). Iż-żerriegħa għandha tiġi ċċertifikata f'konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE (*2) jew f'konformità mal-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/62/KE (*3) fil-każ tal-varjetajiet tal-konservazzjoni.

(*1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-varjetajiet komuni ta' katalgi ta' speċi ta' pjanti agrikoli (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 1)."

(*2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 fuq il-marketing taż-żerriegħa ta' pjanti taż-żejt u tal-fibra (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 74)."

(*3)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/62/KE tal-20 ta' Ġunju 2008 li tipprevedi ċerti derogi għall-approvazzjoni ta' landraces (tipi partikolari) u varjetajiet agrikoli li huma adattati b'mod naturali għall-kundizzjonijiet lokali u reġjonali u mhedda minn tagħwir ġenetiku, u t-tqegħid fis-suq ta' żerriegħa u patata taż-żerriegħa ta' dawk il-landraces u varjetajiet (ĠU L 162, 21.6.2008, p. 13).”;"

(2)

fl-Artikolu 52, jitħassar il-paragrafu 3;

(3)

fl-Artikolu 53(2), it-tielet subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

“Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 52(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, għall-ammont unitarju tal-appoġġ li hemm referenza għalih fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw ammonti unitarji modulati għal ċerti kategoriji ta' bdiewa jew fil-livell tal-azjendi agrikoli sabiex jiġu kkunsidrati l-ekonomiji ta' skala li jirriżultaw mid-daqs tal-istrutturi ta' produzzjoni fit-tip ta' biedja speċifika fil-mira jew fis-settur agrikolu speċifiku, jew, jekk il-miżura timmira lejn reġjun jew settur sħiħ, fir-reġjun jew fis-settur ikkonċernat. L-Artikolu 67(1) ta' dan ir-Regolament għandu japplika mutatis mutandis għan-notifika ta' deċiżjonijiet bħal dawn.”;

(4)

fl-Artikolu 53a, il-paragrafi 2 u 3 jinbidlu b'dan li ġej:

“2.   Meta l-erja jew l-għadd ta' annimali eliġibbli għall-appoġġ taħt miżura ta' appoġġ akkoppjat volontarju fis-sena tat-talba kkonċernata jkunu ugwali għal jew jaqbżu l-erja jew in-numru ta' annimali msemmija fl-Artikolu 52(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 kif notifikat skont il-punt (3)(j) tal-Anness I ta' dan ir-Regolament, il-miżura ta' appoġġ ma għandhiex tibbenefika minn trasferiment ta' fondi minn xi miżura(i) oħra ta' appoġġ.

3.   Meta l-erja jew in-numru ta' annimali eliġibbli għall-appoġġ taħt miżura ta' appoġġ akkoppjat volontarju fis-sena tat-talba kkonċernata jkunu inqas meta mqabbla mal-erja jew man-numru ta' annimali msemmija fl-Artikolu 52(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 kif notifikat skont il-punt (3)(j) tal-Anness I ta' dan ir-Regolament, it-trasferiment ta' fondi ma għandux jirriżulta f'ammont unitarju li jsir anqas mill-proporzjon bejn l-ammont stabbilit għall-finanzjament kif notifikat skont il-punt (3)(i) ta' dak l-Anness u l-erja jew in-numru ta' annimali msemmija fl-Artikolu 52(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.”;

(5)

fl-Artikolu 54, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:

“3.   Meta appoġġ taħt ċertu miżura ta' appoġġ akkoppjat jista' jingħata wkoll taħt miżura ta' appoġġ akkoppjat oħra, jew taħt miżura implimentata skont miżuri u politiki oħra tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bidwi kkonċernat jista' jirċievi appoġġ li għandu fil-mira l-istess diffikultà, kif imsemmija fl-Artikolu 52(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u kif iddefinit għal dik il-miżura ta' appoġġ akkoppjat, taħt miżura waħda biss bħal din għal kull settur, reġjun, tip ta' biedja speċifika jew settur agrikolu speċifiku li tkun fil-mira skont dik id-dispożizzjoni.”;

(6)

fl-Artikolu 67(3), il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:

“(c)

għal kull miżura affettwata, ġustifikazzjoni li turi li t-trasferiment huwa konsistenti man-natura tal-iskema li tillimita l-produzzjoni msemmija fl-Artikolu 52(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u li d-deċiżjonijiet notifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 54 ta' dak ir-Regolament u l-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu ma jsirux nulli.”;

(7)

L-Anness I jinbidel bit-test stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-punti 2, 3, 4, 6 u 7 tal-Artikolu 1 għandhom japplikaw fir-rigward ta' applikazzjonijiet għall-għajnuna relatati mas-snin kalendarji wara s-sena kalendarja 2014.

Il-punt 1 tal-Artikolu 1 għandu japplika fir-rigward ta' applikazzjonijiet għall-għajnuna relatati mas-sena kalendarja 2018 u s-snin kalendarji ta' wara.

Il-punt 5 tal-Artikolu 1 għandu japplika fir-rigward ta' applikazzjonijiet għall-għajnuna relatati mas-sena kalendarja 2019 u s-snin kalendarji ta' wara.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Frar 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608.

(2)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 tal-11 ta' Marzu 2014, li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lil bdiewa skont skemi ta' appoġġ fi ħdan il-qafas tal-politika agrikola komuni u li jemenda l-Anness X ta' dak ir-Regolament (ĠU L 181, 20.6.2014, p. 1).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 fuq il-marketing taż-żerriegħa ta' pjanti taż-żejt u tal-fibra (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 74).

(4)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/62/KE tal-20 ta' Ġunju 2008 li tipprevedi ċerti derogi għall-approvazzjoni ta' landraces (tipi partikolari) u varjetajiet agrikoli li huma adattati b'mod naturali għall-kundizzjonijiet lokali u reġjonali u mhedda minn tagħwir ġenetiku u t-tqegħid fis-suq ta' żerriegħa u patata taż-żerriegħa ta' dawk il-landraces u varjetajiet (ĠU L 162, 21.6.2008, p. 13).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2017/2393 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), (UE) Nru 1306/2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni, (UE) Nru 1307/2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni, (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u (UE) Nru 652/2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal- pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti (ĠU L 350, 29.12.2017, p. 15).


ANNESS

ANNESS I

Kontenut tal-informazzjoni li trid tiġi sottomessa lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 67(1)

L-informazzjoni għandha tinkludi:

(1)

il-perċentwali tal-limitu massimu nazzjonali msemmi fl-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għal kull sena sal-2020;

(2)

it-titolu ta' kull miżura ta' appoġġ;

(3)

deskrizzjoni ta' kull miżura ta' appoġġ, li tinkludi mill-anqas:

(a)

ir-reġjun jew is-settur fil-mira;

(b)

it-tipi speċifiċi ta' biedja u/jew is-setturi agrikoli speċifiċi magħżula kif ukoll deskrizzjoni tad-diffikultajiet li nstabu u, fejn applikabbli, il-kriterji stabbiliti mill-Istati Membri biex jiddefinixxu r-reġjuni msemmija fl-Artikolu 52(1) ta' dan ir-Regolament;

(c)

l-importanza ekonomika, soċjali jew ambjentali relatata;

(d)

kwalunkwe implimentazzjoni tad-deroga stabbilita fl-Artikolu 52(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;

(e)

it-tul tagħha;

(f)

il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà applikabbli;

(g)

għal Stati Membri li japplikaw it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) ta' dan ir-Regolament, il-kriterji applikati għall-istabbiliment ta' kull ammont unitarju modulat skont dak is-subparagrafu;

(h)

l-ammont(i) unitarju/i stmat(i) ta' appoġġ ikkalkulat(i) skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) ta' dan ir-Regolament;

(i)

l-ammont iffissat għall-finanzjament;

(j)

l-erjas u r-rendimenti fissi jew in-numru fiss ta' annimali skont l-Artikolu 52(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;

(k)

fejn xieraq, iż-żona massima stabbilita għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-appoġġ għal dawk iż-żrieragħ li minnhom jingħasar iż-żejt imsemmija fl-Artikolu 53(3) ta' dan ir-Regolament;

(l)

kwalunkwe miżura eżistenti applikata skont skemi oħra ta' għajnuna mill-Unjoni jew skont miżuri ffinanzjati minn għajnuniet statali fl-istess reġjun jew settur bħala miżura ta' appoġġ akkoppjat u, fejn ikun meħtieġ, il-kriterji u r-regoli amministrattivi biex jiġi żgurat li appoġġ li jimmira li jindirizza l-istess diffikultà kif imsemmija fl-Artikolu 52(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 ma jingħatax ukoll skont skemi oħra ta' appoġġ mill-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 52(9) ta' dak ir-Regolament;

(4)

fejn xieraq, id-deskrizzjoni ddettaljata tas-sitwazzjoni partikolari fir-reġjun jew fis-settur immirat u l-karatteristiċi tat-tipi ta' biedja jew setturi agrikoli speċifiċi, li minħabba fihom il-perċentwal imsemmi fl-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 ma jkunx biżżejjed biex jindirizza d-diffikultajiet identifikati u li jiġġustifikaw livell ogħla ta' appoġġ skont l-Artikolu 54(2) ta' dak ir-Regolament;

(5)

fejn xieraq, il-prova tal-eżistenza ta' waħda mill-ħtiġijiet imsemmija fl-Artikolu 55(1)(a), (b), (c) jew (d) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.


15.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 119/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/708

tas-17 ta' April 2018

li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-mudell li għandu jintuża minn maniġers ta' fondi tas-suq monetarju meta jipprovdu rappurtar lill-awtoritajiet kompetenti kif stipulat fl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2017/1131 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/1131 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar il-fondi tas-suq monetarju (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 37(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Minbarra r-rekwiżiti ta' rappurtar stipulati fid-Direttivi 2009/65/KE (2) u 2011/61/UE (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, huma meħtieġa rekwiżiti oħra ta' rappurtar sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jidentifikaw, jimmonitorjaw u jirrispondu b'mod effettiv għar-riskji fis-suq tal-fondi tas-suq monetarju (money market funds, MMFs).

(2)

L-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2017/1131 jobbliga lill-MMFs biex jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom lista dettaljata tal-informazzjoni. Sabiex fl-Unjoni Ewropea tiġi żgurata konsistenza fil-mod ta' kif dawn l-awtoritajiet jiġbru din id-dejta, u sabiex jiġi żgurat li dawn l-awtoritajiet jiġu infurmati dwar l-iżviluppi prinċipali tas-suq tal-MMFs u jkunu jistgħu jiffaċilitaw analiżi kollettiva tal-impatti potenzjali tas-suq tal-MMFs fl-Unjoni, din l-informazzjoni għandha tkun imwassla lill-awtoritajiet kompetenti b'mod uniformi fl-UE kollha. Barra minn hekk, l-użu ta' mudell ta' rappurtar standard jagħmilha aktar faċli biex jitwettqu l-proċeduri u l-proċessi relatati ma' rekwiżiti ta' rappurtar tal-MMFs, u jnaqqas l-ispejjeż assoċjati.

(3)

Sabiex fl-Unjoni tkun żgurata superviżjoni effettiva, din id-dejta trid tintbagħat lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (European Securities and Markets Authority, ESMA), sabiex tiġi stabbilita bażi tad-dejta ċentrali għall-MMFs.

(4)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni ppreżentat mill-ESMA lill-Kummissjoni.

(5)

L-ESMA wettqet konsultazzjoni pubblika miftuħa dwar l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit bl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(6)

Id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament ta' Implimentazzjoni jenħtieġ li tkun allinjata mad-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2017/1131 sabiex l-awtoritajiet nazzjonali jkunu jistgħu jiġbru l-informazzjoni li għandha tintbagħat lill-bażi tad-dejta tal-ESMA msemmija fl-Artikolu 37(5) tar-Regolament (UE) 2017/1131,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-maniġers ta' fondi tas-suq monetarju (MMFs) għandhom jużaw il-mudell fl-Anness ta' dan ir-Regolament meta jipprovdu rappurtar lill-awtorità kompetenti ta' MMF partikolari, kif stipulat fl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2017/1131.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-21 ta' Lulju 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' April 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 169, 30.6.2017, p. 8.

(2)  Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi tal-investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (riformulazzjoni) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

(3)  Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).


ANNESS

Il-mudell ta' rappurtar għall-maniġers ta' Fondi tas-Suq Monetarju (Money Market Funds, MMFs)

Iċ-ċifri kollha għandhom jimtlew fil-livell tas-sottofondi ħlief meta jkun speċifikat mod ieħor.

Partita

Tip ta' dejta

Dejta rappurtata

(A)

APPLIKABBLI GĦALL-MMFS KOLLHA

 

(1)

Karatteristiċi ġenerali, l-identifikazzjoni ta' MMF u l-maniġer ta' dan l-MMF

(A.1.1)

Perjodu tar-rappurtar

 

(A.1.2)

Il-kodiċi nazzjonali tal-MMF kif mogħti mill-awtorità kompetenti tal-MMF

 

(A.1.3)

LEI tal-MMF

L-Identifikatur ta' Entità Ġuridika ISO 17442, il-kodiċi b'20 karattru alfanumeriku (LEI).

(A.1.4)

Il-kodiċi tal-BĊE (il-kodiċi tal-ID tal-MFI) tal-MMF

 

(A.1.5)

Isem l-MMF

 

(A.1.6)

Indika jekk l-MMF ikunx UCITS jew AIF

UCITS

AIF

(A.1.7)

Indika jekk l-MMF hux kummerċjalizzat unikament permezz ta' skemi ta' tfaddil għall-impjegati rregolati bil-liġi nazzjonali u li jkollhom persuni fiżiċi bħala investituri (f'konformità mal-Art. 16(5) tar-Regolament (UE) 2017/1131 (1))

(iva/le)

(A.1.8)

Domiċilju tal-MMF

ISO 3166 — Kodiċi tal-pajjiż

(A.1.9)

L-Istat Membru fejn l-MMF ikun awtorizzat

ISO 3166 — Kodiċi tal-pajjiż

(A.1.10)

L-Istat Membru fejn l-MMF ikun ikkummerċjalizzat

Lista tal-Pajjiżi (ISO 3166 — Kodiċi tal-pajjiż)

(A.1.11)

Data tal-ħolqien tal-MMF

Id-data fil-format ISO 8601, SSSS-XX-JJ

(A.1.12)

Munita bażi tal-MMF

Il-Kodiċi tal-Munita ISO 4217 bi 3 karattri alfabetiċi

(A.1.13)

Il-kodiċi nazzjonali tal-manaġer tal-MMF kif mogħti mill-awtorità kompetenti tal-MMF

 

(A.1.14)

Il-kodiċi nazzjonali tal-manaġer tal-MMF kif mogħti mill-awtorità kompetenti tal-manaġer tal-MMF

 

(A.1.15)

LEI tal-maniġer tal-MMF

Il-kodiċi LEI ISO 17442 b'20 karattru alfanumeriku

(A.1.16)

Il-kodiċi tal-BĊE (il-kodiċi tal-ID tal-MFI) tal-maniġer tal-MMF

 

(A.1.17)

Isem il-maniġer tal-MMF

 

(A.1.18)

Il-pajjiż fejn il-maniġer tal-MMF ikun awtorizzat

 

(A.1.19)

LEI tad-depożitarju tal-MMF

Il-kodiċi LEI ISO 17442 b'20 karattru alfanumeriku

(A.1.20)

Il-kodiċi nazzjonali tad-depożitarju tal-MMF

 

(A.1.21)

L-isem ġuridiku tad-depożitarju tal-MMF

 

(2)

Tip ta' MMF

(A.2.1)

Tip ta' MMF (Agħżel wieħed)

L-MFFs b'VNAV ta' terminu qasir

L-MFFs b'CNAV ta' dejn pubbliku ta' terminu qasir

L-MFFs b'LVNAV ta' terminu qasir

MFFs b'VNAV standard

(3)

Karatteristiċi oħra tal-MMFs

(a)

Informazzjoni prinċipali/alimentatriċi (MMF ikkummerċjalizzat unikament permezz ta' skema ta' tfaddil għall-impjegati rregolata bil-liġi nazzjonali u li jkollha persuni fiżiċi bħala investituri)

(A.3.1)

Jekk l-MMF jikkonforma mal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 16(5) tar-Regolament (UE) 2017/1131, indika jekk l-MMF ikunx fond ewlieni jew fond ta' alimentazzjoni (Agħżel wieħed)

Ewlieni

Ta' alimentazzjoni

Jekk l-MMF ikun alimentatur:

(A.3.2)

LEI tal-fond ewlieni tal-MMF

Il-kodiċi LEI ISO 17442 b'20 karattru alfanumeriku

(A.3.3)

Il-kodiċi nazzjonali tal-fond ewlieni tal-MMF

 

(A.3.4)

L-isem ġuridiku tal-fond ewlieni tal-MMF

 

(b)

Informazzjoni dwar il-klassijiet tal-ishma

(A.3.5)

Indika jekk l-MMF ikollux klassijiet ta' ishma

(iva/le)

(A.3.6)

Meta l-MMF ikollu klassijiet ta' ishma, iddikjara l-ISIN uniku ta' klassijiet differenti ta' ishma

Il-kodiċi ISIN ISO 6166 bi 12-il karattru alfanumeriku

(A.3.7)

Meta l-MMF ikollu klassijiet ta' ishma, iddikjara l-munita ta' klassijiet differenti ta' ishma

Il-Kodiċi tal-Munita ISO 4217 bi 3 karattri alfabetiċi

(c)

Informazzjoni dwar il-fond jew il-likwidazzjoni preċedenti (rappurtar ta' darba)

Jekk l-MMF ikun ġie amalgamat ma' fond ieħor, indika:

(A.3.8)

Id-data tal-fużjoni.

Id-data ISO 8601 fil-format SSSS-XX-JJ

Jekk l-MMF qed jiġi likwidat, indika:

(A.3.9)

Id-data tal-likwidazzjoni.

Id-data ISO 8601 fil-format SSSS-XX-JJ

(4)

L-indikaturi tal-portafoll tal-MMF

(a)

Il-valur totali tal-assi (għall-finijiet tal-mudell ta' rappurtar skont ir-Regolament dwar l-MMF, il-valur totali tal-assi jitqies li hu ugwali għall-NAV – ara t-taqsima A.4.1 t'hawn taħt)

(b)

NAV (il-livell tas-sottofondi – mhux il-klassi tal-ishma)

(A.4.1)

Il-valur nett tal-assi tal-MMF (il-livell tas-sottofondi)

(EUR) (jekk il-munita bażi ma tkunx f'EUR, il-proporzjon tal-kambju użat għandu jkun l-aktar rata reċenti stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew)

(A.4.2)

Il-valur nett tal-assi tal-MMF

(fil-munita bażi)

(c)

WAM

(A.4.3)

Il-Maturity Medja Ponderata tal-MMF ikkalkulata kif stabbilit fl-Artikolu 2(19) tar-Regolament (UE) 2017/1131.

(jiem)

(d)

WAL

(A.4.4)

Il-Ħajja Medja Ponderata tal-MMF ikkalkulata kif stabbilit fl-Artikoli 2(20), 24(1)(b), 25(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1131.

(jiem)

(e)

Indikaturi tal-likwidità

Profil tal-Portafoll tal-Likwidità

(A.4.5)

Perċentwal ta' assi li jikkwalifikaw għar-riżervi ta' likwidità ta' kuljum (assi li jimmaturaw kuljum kif definit skont l-Artikoli 24 u 25 tar-Regolament (UE) 2017/1131)

%

(A.4.6)

Perċentwal ta' assi li jikkwalifikaw għar-riżervi ta' likwidità ta' kull ġimgħa (assi li jimmaturaw kull ġimgħa kif definit skont l-Artikoli 24 u 25 tar-Regolament (UE) 2017/1131)

%

(A.4.7)

Profil tal-portafoll tal-likwidità

Perċentwal tal-portafoll li kapaċi jiġi likwidat li jaqa' f'kull perjodu

Perjodu

jum jew inqas

 

2 - 7 ijiem

 

8-30 jum

 

aktar minn 30 jum

 

 

(f)

Rendiment

(A.4.8)

Rendiment kumulattiv

%

Medda

YTD

 

xahar

 

3 xhur

 

Sena

 

3 snin

 

5 snin

 

 

(A.4.9)

Il-prestazzjoni tul sena kalendarja (ir-rendiment nett) tal-aktar klassi ta' ishma rappreżentattivi

%

Medda

Sena N-1

 

Sena N-2

 

Sena N-3

 

 

(A.4.10)

Il-volatilità tal-portafoll ta' kull xahar u volatilità tal-portafoll ta' kull xahar tal-NAV parallel (meta applikabbli)

%

Medda

sena

 

sentejn

 

3 snin

 

 

(5)

Ittestjar tal-istress tal-MMFs

(a)

Ir-riżultati tat-testijiet tal-istress tal-MMFs

(A.5.1)

Ir-riżultati tat-testijiet tal-istress fuq il-likwidità tal-MMFs imwettqin matul il-perjodu tar-rappurtar kif stabbilit fl-Art. 28(1) tar-Regolament (UE) 2017/1131 u l-linji gwida korrispondenti tal-ESMA dwar ix-xenarji għat-testijiet tal-istress

 

(A.5.2)

Ir-riżultati tat-testijiet tal-istress fuq il-kreditu tal-MMFs imwettqin matul il-perjodu tar-rappurtar kif stabbilit fl-Art. 28(1) tar-Regolament (UE) 2017/1131 u l-linji gwida korrispondenti tal-ESMA dwar ix-xenarji għat-testijiet tal-istress

 

(A.5.3)

Ir-riżultati tat-testijiet tal-istress fuq ir-rata tal-kambju tal-MMFs imwettqin matul il-perjodu tar-rappurtar kif stabbilit fl-Art. 28(1) tar-Regolament (UE) 2017/1131 u l-linji gwida korrispondenti tal-ESMA dwar ix-xenarji għat-testijiet tal-istress

 

(A.5.4)

Ir-riżultati tat-testijiet tal-istress fuq ir-rata tal-imgħax tal-MMFs imwettqin matul il-perjodu tar-rappurtar kif stabbilit fl-Art. 28(1) tar-Regolament (UE) 2017/1131 u l-linji gwida korrispondenti tal-ESMA dwar ix-xenarji għat-testijiet tal-istress

 

(A.5.5)

Ir-riżultati tat-testijiet tal-istress fuq il-livell ta' fidi tal-MMFs imwettqin matul il-perjodu tar-rappurtar kif stabbilit fl-Art. 28(1) tar-Regolament (UE) 2017/1131 u l-linji gwida korrispondenti tal-ESMA dwar ix-xenarji għat-testijiet tal-istress

 

(A.5.6)

Ir-riżultati tat-testijiet tal-istress tal-MMFs għall-firxa bejn l-indiċijiet li magħhom huma marbutin ir-rati tal-imgħax tat-titoli fil-portafoll, imwettqin matul il-perjodu tar-rappurtar kif stabbilit fl-Art. 28(1) tar-Regolament (UE) 2017/1131 u l-linji gwida korrispondenti tal-ESMA dwar ix-xenarji għat-testijiet tal-istress

 

(A.5.7)

Ir-riżultati tat-test makro tal-istress tal-MMFs imwettaq matul il-perjodu tar-rappurtar kif stabbilit fl-Art. 28(1) tar-Regolament (UE) 2017/1131 u l-linji gwida korrispondenti tal-ESMA dwar ix-xenarji għat-testijiet tal-istress

 

(A.5.8)

Ir-riżultati tat-test tal-istress multivarjat tal-MMFs imwettaq matul il-perjodu tar-rappurtar kif stabbilit fl-Art. 28(1) tar-Regolament (UE) 2017/1131 u l-linji gwida korrispondenti tal-ESMA dwar ix-xenarji għat-testijiet tal-istress

 

(A.5.9)

Fil-każ ta' MFFs b'CNAV u LVNAV, indika r-riżultati tat-testijiet tal-istress imsemmija fit-taqsimiet minn A.5.1 sa A.5.8 f'termini ta' differenza bejn l-NAV kostanti għal kull unità jew sehem u l-NAV għal kull unità jew sehem

 

(b)

Pjan ta' azzjoni propost (fejn applikabbli)

(A.5.10)

Indika l-pjan ta' azzjoni propost kif stabbilit fl-Art.28(4) tar-Regolament (UE) 2017/1131

Test liberu

(6)

Informazzjoni dwar l-assi miżmuma fil-portafoll tal-MMF

(a)

Strumenti tas-suq monetarju, it-titolizzazzjonijiet eliġibbli u l-karti kummerċjali garantiti b'assi eliġibbli

It-taqsimiet A.6 ta' hawn taħt għandhom jimtlew permezz ta' mudell tar-rappurtar linja b'linja

(A.6.1)

It-tip ta' strument tas-suq monetarju, it-titolizzazzjonijiet eliġibbli u l-karti kummerċjali garantiti b'assi eliġibbli (agħżel waħda jew aktar)

 

Indika t-tip ta' strumenti tas-suq monetarju, it-titolizzazzjonijiet eliġibbli u l-karti kummerċjali garantiti b'assi eliġibbli

Strumenti tas-suq monetarju taħt l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2017/1131

It-titolizzazzjonijiet msemmija fl-Artikolu 13 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 (2)

L-ABCPs kif imsemija fl-Art. 11(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1131

Titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata jew ABCP kif imsemmija fl-Art. 11(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1131

 

Jekk dan it-tip ta' assi huwa strument tas-suq monetarju, imla t-taqsimiet minn A.6.2 sa A.6.20

 

(A.6.2)

Deskrizzjoni tal-assi tal-istrument tas-suq monetarju

 

(A.6.3)

L-ISIN tal-istrument tas-suq monetarju

Il-kodiċi ISIN ISO 6166 bi 12-il karattru alfanumeriku

(A.6.4)

Is-CFI (jekk ikun disponibbli u jekk l-ISIN ma jkunx disponibbli) tal-istrument tas-suq monetarju

Il-kodiċi CFI ISO 10692 b'6 karattri alfanumeriċi

(A.6.5)

LEI tal-emittent

Il-kodiċi LEI ISO 17442 b'20 karattru alfanumeriku

(A.6.6)

Isem l-emittent

 

(A.6.7)

Il-kategorija tal-emittent

Il-kategoriji tal-emittent għandhom jintgħażlu minn fost dawk korrispondenti (Agħżel waħda)

Sovran (UE)

Sovran (mhux tal-UE)

Bank Ċentrali tal-UE

Bank Ċentrali mhux tal-UE

Reġjonali

Lokali

Korp Pubbliku Nazzjonali

Korp Pubbliku tal-UE (ħlief il-korp Pubbliku Nazzjonali)

Korp Pubbliku mhux tal-UE

Korp Pubbliku Supranazzjonali (UE)

Korp Pubbliku Supranazzjonali (ieħor mhux tal-UE)

Istituzzjoni ta' kreditu

Korporazzjonijiet finanzjarji oħra

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji

(A.6.8)

Il-pajjiż tal-emittent tal-istrument tas-suq monetarju

ISO 3166 — Kodiċi tal-pajjiż

(A.6.9)

Data tal-maturità tal-istrument tas-suq monetarju

Id-data ISO 8601 fil-format SSSS-XX-JJ

(A.6.10)

Il-munita tal-istrument tas-suq monetarju

(il-Kodiċi tal-Munita ISO 4217 bi 3 karattri alfabetiċi)

(A.6.11)

Il-kwantità tal-istrument tas-suq monetarju

 

(A.6.12)

Prezz nadif tal-istrument tas-suq monetarju

(f'EUR) (jekk il-munita bażi ma tkunx f'EUR, il-proporzjon tal-kambju użat għandu jkun l-aktar rata reċenti stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew)

(A.6.13)

Prezz Nadif tal-istrument tas-suq monetarju

(fil-munita bażi)

(A.6.14)

Imgħaxijiet Akkumulati

 

(A.6.15)

Imgħaxijiet Akkumulati

(fil-munita bażi, jekk A.6.14 tkun f'EUR)

(A.6.16)

Il-valur totali tas-suq tal-istrument tas-suq monetarju

(f'EUR) (jekk il-munita bażi ma tkunx f'EUR, il-proporzjon tal-kambju użat għandu jkun l-aktar rata reċenti stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew)

(A.6.17)

Il-valur totali tas-suq tal-istrument tas-suq monetarju

(fil-munita bażi)

(A.6.18)

Il-metodu użat sabiex jiġi pprezzat l-istrument tas-suq monetarju

Pprezzar skont il-valur fis-suq

Valutazzjoni skont il-mudell

Kost amortizzat

(A.6.19)

Indika jekk l-eżitu tal-proċedura ta' valutazzjoni interna tal-kreditu huwiex favorevoli jew sfavorevoli

(favorevoli/sfavorevoli)

(A.6.20)

Agħti d-data li jmiss tar-risettjar tar-rata tal-imgħax (kif imsemmi fl-Art. 10(2) tar-Regolament (UE) 2017/1131)

Id-data ISO 8601 fil-format SSSS-XX-JJ

 

Jekk dan it-tip ta' assi huwa titolizzazzjoni eliġibbli jew l-karta kummerċjali garantita b'assi eliġibbli, imla t-taqsimiet minn A.6.21 sa A.6.37

 

(A.6.21)

Deskrizzjoni tal-assi tat-titolizzazzjoni eliġibbli jew tal-karta kummerċjali garantita b'assi eliġibbli

 

(A.6.22)

L-ISIN tat-titolizzazzjoni eliġibbli jew tal-karta kummerċjali garantita b'assi eliġibbli

Il-kodiċi ISIN ISO 6166 bi 12-il karattru alfanumeriku

(A.6.23)

Il-pajjiż tal-isponsor tat-titolizzazzjonijiet eliġibbli u tal-karti kummerċjali garantiti b'assi eliġibbli

ISO 3166 — Kodiċi tal-pajjiż

(A.6.24)

LEI tal-isponsor

Il-kodiċi LEI ISO 17442 b'20 karattru alfanumeriku

(A.6.25)

Isem l-isponsor

 

(A.6.26)

It-tip ta' sottostanti

Riċevibbli tan-negozju

Self lill-konsumatur

Lokazzjoni

Riċevibbli tal-karta tal-kreditu

Self lil korporazzjonijiet jew lil SMEs

Ipoteki residenzjali

Ipoteki kummerċjali

Assi oħrajn

(A.6.27)

Data ta' maturità

Id-data ISO 8601 fil-format SSSS-XX-JJ

(A.6.28)

Munita

(Il-Kodiċi tal-Munita ISO 4217 bi 3 karattri alfabetiċi)

(A.6.29)

Kwantità

 

(A.6.30)

Prezz nadif

(f'EUR) (jekk il-munita bażi ma tkunx f'EUR, il-proporzjon tal-kambju użat għandu jkun l-aktar rata reċenti stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew)

(A.6.31)

Prezz Nadif

(fil-munita bażi)

(A.6.32)

Imgħaxijiet akkumulati

 

(A.6.33)

Imgħaxijiet akkumulati

(fil-munita bażi, jekk A.6.30 tkun f'EUR)

(A.6.34)

Il-valur totali tas-suq

(f'EUR) (jekk il-munita bażi ma tkunx f'EUR, il-proporzjon tal-kambju użat għandu jkun l-aktar rata reċenti stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew)

(A.6.35)

Il-valur totali tas-suq

(fil-munita bażi)

(A.6.36)

Metodu użat għall-ipprezzar tat-titolizzazzjonijiet eliġibbli jew tal-karti kummerċjali garantiti b'assi eliġibbli

Pprezzar skont il-valur fis-suq

Valutazzjoni skont il-mudell

Kost amortizzat

(A.6.37)

Indika jekk l-eżitu tal-proċedura ta' valutazzjoni interna tal-kreditu huwiex favorevoli/sfavorevoli

(favorevoli/sfavorevoli)

(b)

Assi oħra

(A.6.38)

Tip ta' assi oħrajn (Agħżel waħda)

It-tip ta' assi oħra għandhom jintgħażlu minn fost l-assi elenkati fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2017/1131

Id-depożiti mal-istituzzjonijiet ta' kreditu kif imsemija fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2017/1131

Ftehimiet ta' riakkwist invers kif imsemija fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2017/1131

Ftehimiet ta' riakkwist kif imsemija fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2017/1131

Unitajiet jew ishma ta' MMFs oħra kif imsemija fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2017/1131

Strumenti finanzjarji derivattivi kif imsemija fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2017/1131 inkluż:

Strumenti finanzjarji derivattivi nnegozjati f'suq irregolat (u speċifika jekk jaqgħux taħt l-Artikolu 50(1)(a), (b) jew (c) tad-Direttiva 2009/65/KE)

Strumenti finanzjarji derivattivi nnegozjati barra l-Borża

Assi likwidi anċillari (skont l-Artikolu 50(2) tad-Direttiva 2009/65/KE)

 

Jekk it-tip ta' assi ieħor ikun strument derivattiv finanzjarju, imla t-taqsimiet minn A.6.39 sa A.6.60

 

(A.6.39)

It-tip ta' kuntratt li jappartjeni għalih il-kuntratt tad-derivattivi

 

(A.6.40)

L-ISIN tal-istrument derivattiv finanzjarju

Il-kodiċi ISIN ISO 6166 bi 12-il karattru alfanumeriku

(A.6.41)

L-UPI tal-istrument derivattiv finanzjarju (jekk l-ISIN ma jkunx disponibbli)

 

(A.6.42)

L-FISN (l-Isem fil-Qasir tal-Istrument Finanzjarju) tal-istrument derivattiv finanzjarju

ISO 18774

(A.6.43)

Il-kodiċi CFI (jekk ikun disponibbli u jekk l-ISIN ma jkunx disponibbli) tal-istrument derivattiv finanzjarju

Il-kodiċi CFI ISO 10692 b'6 karattri alfanumeriċi

(A.6.44)

It-tip ta' strument derivattiv stipulat fl-Artikolu 13(a) tar-Regolament (UE) 2017/1131 (agħżel wieħed)

Rata tal-imgħax

Munita

Indiċijiet tar-rati tal-imgħax

Indiċijiet tal-muniti

(A.6.45)

Isem is-sottostanti

 

(A.6.46)

Tip ta' identifikazzjoni tas-sottostanti (3)

I = ISIN

X = Indiċi

(A.6.47)

Identifikazzjoni tas-sottostanti

Għal identifikazzjoni tas-sottostanti tat-tip I: Il-kodiċi ISIN ISO 6166 bi 12-il karattru alfanumeriku

Għal identifikazzjoni tas-sottostanti tat-tip X: Il-kodiċi ISIN ISO 6166 bi 12-il karattru alfanumeriku jekk ikun disponibbli, inkella l-isem sħiħ tal-indiċi kif assenjat mill-fornitur tal-indiċi

(A.6.48)

Munita nozzjonali 1 (4)

Il-Kodiċi tal-Munita ISO 4217

(A.6.49)

Munita nozzjonali 2 (5)

Il-Kodiċi tal-Munita ISO 4217

(A.6.50)

Il-pajjiż tal-istrument derivattiv finanzjarju

ISO 3166 — Kodiċi tal-pajjiż

(A.6.51)

Data tal-maturità tal-istrument derivattiv finanzjarju

Id-data ISO 8601 fil-format SSSS-XX-JJ

(A.6.52)

L-esponiment tal-istrument derivattiv finanzjarju

(f'EUR) (jekk il-munita bażi ma tkunx f'EUR, il-proporzjon tal-kambju użat għandu jkun l-aktar rata reċenti stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew)

(A.6.53)

L-esponiment tal-istrument derivattiv finanzjarju

(fil-munita bażi)

(A.6.54)

Il-valur tas-suq tal-istrument derivattiv finanzjarju

(f'EUR) (jekk il-munita bażi ma tkunx f'EUR, il-proporzjon tal-kambju użat għandu jkun l-aktar rata reċenti stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew)

(A.6.55)

Il-valur tas-suq tal-istrument derivattiv finanzjarju

(fil-munita bażi)

(A.6.56)

Il-valur tas-suq tal-kollateral riċevut (fir-rigward tal-istrumenti derivattiv finanzjarju)

(f'EUR) (jekk il-munita bażi ma tkunx f'EUR, il-proporzjon tal-kambju użat għandu jkun l-aktar rata reċenti stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew)

(A.6.57)

Il-valur tas-suq tal-kollateral riċevut (fir-rigward tal-istrumenti derivattiv finanzjarju)

(fil-munita bażi)

(A.6.58)

Agħti d-data li jmiss tar-risettjar tar-rata tal-imgħax (kif imsemmi fl-Art. 10(2) tar-Regolament (UE) 2017/1131)

Id-data ISO 8601 fil-format SSSS-XX-JJ

(A.6.59)

Isem il-Kontroparti

 

(A.6.60)

LEI tal-Kontroparti

Il-kodiċi LEI ISO 17442 b'20 karattru alfanumeriku

 

Jekk it-tip ta' assi ieħor ikun unità jew sehem ta' MMF ieħor, imla t-taqsimiet minn A.6.61 sa A.6.71

 

(A.6.61)

Deskrizzjoni tal-assi tal-unità jew tas-sehem ta' MMF ieħor

 

(A.6.62)

L-ISIN tal-unità jew tas-sehem ta' MMF ieħor

Il-kodiċi ISIN ISO 6166 bi 12-il karattru alfanumeriku

(A.6.63)

LEI (jekk ma jkunx disponibbli l-ISIN) tal-unità jew tas-sehem ta' MMF ieħor

 

(A.6.64)

Il-kodiċi CFI (jekk ikun disponibbli u jekk l-ISIN ma jkunx disponibbli) tal-unità jew tas-sehem ta' MMF ieħor

Il-kodiċi CFI ISO 10692 b'6 karattri alfanumeriċi

(A.6.65)

Munita

(Il-Kodiċi tal-Munita ISO 4217 bi 3 karattri alfabetiċi)

(A.6.66)

Il-pajjiż tal-unità jew tas-sehem ta' MMF ieħor

ISO 3166 — Kodiċi tal-pajjiż

(A.6.67)

Il-valur tas-suq tal-unità jew tas-sehem ta' MMF ieħor

(f'EUR) (jekk il-munita bażi ma tkunx f'EUR, il-proporzjon tal-kambju użat għandu jkun l-aktar rata reċenti stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew)

(A.6.68)

Il-valur tas-suq tal-unità jew tas-sehem ta' MMF ieħor

(fil-munita bażi)

(A.6.69)

Kwantità

 

(A.6.70)

Prezz tal-unità jew tas-sehem ta' MMF ieħor (l-NAV għal kull unità jew sehem ta' MMF ieħor)

(f'EUR) (jekk il-munita bażi ma tkunx f'EUR, il-proporzjon tal-kambju użat għandu jkun l-aktar rata reċenti stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew)

(A.6.71)

Prezz tal-unità jew tas-sehem ta' MMF ieħor (l-NAV għal kull unità jew sehem ta' MMF ieħor)

(fil-munita bażi)

 

Jekk it-tip ta' assi ieħor ikun depożitu jew assi likwidi anċillari, imla t-taqsimiet minn A.6.72 sa A.6.81

 

(A.6.72)

Deskrizzjoni tal-assi tad-depożitu jew tal-assi likwidi anċillari

 

(A.6.73)

L-ISIN tad-depożitu jew tal-assi likwidi anċillari

Il-kodiċi ISIN ISO 6166 bi 12-il karattru alfanumeriku

(A.6.74)

Is-CFI (jekk ikun disponibbli u jekk l-ISIN ma jkunx disponibbli) tad-depożitu jew tal-assi likwidi anċillari

Il-kodiċi CFI ISO 10692 b'6 karattri alfanumeriċi

(A.6.75)

Il-pajjiż tad-depożitu jew tal-assi likwidi anċillari

ISO 3166 — Kodiċi tal-pajjiż

(A.6.76)

Isem il-kontroparti

 

(A.6.77)

LEI tal-kontroparti

Il-kodiċi LEI ISO 17442 b'20 karattru alfanumeriku

(A.6.78)

Id-data tal-maturità tad-depożitu jew tal-assi likwidi anċillari

Id-data fil-format ISO 8601, SSSS-XX-JJ

(A.6.79)

Munita

(Il-Kodiċi tal-Munita ISO 4217 bi 3 karattri alfabetiċi)

(A.6.80)

L-esponiment tad-depożitu jew tal-assi likwidi anċillari

(f'EUR) (jekk il-munita bażi ma tkunx f'EUR, il-proporzjon tal-kambju użat għandu jkun l-aktar rata reċenti stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew)

(A.6.81)

L-esponiment tad-depożitu jew tal-assi likwidi anċillari

(fil-munita bażi)

 

Jekk it-tip ta' assi ieħor ikun ftehim ta' riakkwist jew assi li jkunu ftehimiet ta' riakkwist invers, imla t-taqsimiet minn A.6.82 sa A.6.99

 

(A.6.82)

Deskrizzjoni tal-assi ta' ftehim ta' riakkwist jew ta' ftehim ta' riakkwist invers

 

(A.6.83)

L-ISIN tal-ftehim ta' riakkwist jew tal-ftehim ta' riakkwist invers

Il-kodiċi ISIN ISO 6166 bi 12-il karattru alfanumeriku

(A.6.84)

Is-CFI (jekk ikun disponibbli u jekk l-ISIN ma jkunx disponibbli) tal-ftehim ta' riakkwist jew tal-ftehim ta' riakkwist invers

Il-kodiċi CFI ISO 10692 b'6 karattri alfanumeriċi

(A.6.85)

Il-pajjiż tal-ftehim ta' riakkwist jew tal-ftehim ta' riakkwist invers

ISO 3166 — Kodiċi tal-pajjiż

(A.6.86)

Kategorija tal-kontroparti

Il-kategorija tal-kontroparti għandha tintgħażel minn fost dawn li ġejjin (ara l-Art. 20(2)(e) tar-Regolament (UE) 2017/1131) (Agħżel waħda)

Sovran (UE)

Sovran (mhux tal-UE)

Bank Ċentrali tal-UE

Bank Ċentrali mhux tal-UE

Reġjonali

Lokali

Korp Pubbliku Nazzjonali

Korp Pubbliku tal-UE (ħlief il-korp Pubbliku Nazzjonali)

Korp Pubbliku mhux tal-UE

Korp Pubbliku Supranazzjonali (UE)

Korp Pubbliku Supranazzjonali (ieħor mhux tal-UE)

Istituzzjoni ta' kreditu

Korporazzjonijiet finanzjarji oħra

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji

(A.6.87)

LEI tal-kontroparti

Il-kodiċi LEI ISO 17442 b'20 karattru alfanumeriku

(A.6.88)

Isem il-kontroparti

 

(A.6.89)

Id-data tal-maturità ta' ftehim ta' riakkwist jew ta' ftehim ta' riakkwist invers

Id-data fil-format ISO 8601, SSSS-XX-JJ

(A.6.90)

Munita

(Il-Kodiċi tal-Munita ISO 4217 bi 3 karattri alfabetiċi)

(A.6.91)

L-esponiment ta' ftehim ta' riakkwist jew ta' ftehim ta' riakkwist invers (fil-każ ta' ftehim ta' riakkwist invers, dan ikun l-ammont ta' flus ipprovdut lill-kontroparti)

(f'EUR) (jekk il-munita bażi ma tkunx f'EUR, il-proporzjon tal-kambju użat għandu jkun l-aktar rata reċenti stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew)

(A.6.92)

L-esponiment ta' ftehim ta' riakkwist jew ta' ftehim ta' riakkwist invers (fil-każ ta' ftehim ta' riakkwist invers, dan ikun l-ammont ta' flus pprovdut lill-kontroparti)

(fil-munita bażi)

(A.6.93)

Il-valur tas-suq tal-kollateral riċevut (fir-rigward ta' ftehim ta' riakkwist jew ta' ftehim ta' riakkwist invers) (l-ammont ta' flus riċevut mill-MMF bħala parti mill-ftehimiet ta' riakkwist (kif imsemmi fl-Artikolu 14(d) tar-Regolament (UE) 2017/1131)

(f'EUR) (jekk il-munita bażi ma tkunx f'EUR, il-proporzjon tal-kambju użat għandu jkun l-aktar rata reċenti stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew)

(A.6.94)

Il-valur tas-suq tal-kollateral riċevut (fir-rigward ta' ftehim ta' riakkwist jew ta' ftehim ta' riakkwist invers) (l-ammont ta' flus riċevut mill-MMF bħala parti mill-ftehimiet ta' riakkwist (kif imsemmi fl-Art. 14(d) tar-Regolament (UE) 2017/1131)

(fil-munita bażi)

(A.6.95)

Indika jekk l-eżitu tal-proċedura ta' valutazzjoni interna tal-kreditu huwiex favorevoli jew sfavorevoli (għal titoli trasferibbli likwidi differenti jew strumenti tas-suq monetarju (oħra) riċevuti bħala parti minn ftehim ta' riakkwist invers kif imsemmi fl-Artikolu 15(6) tar-Regolament (UE) 2017/1131) (6)

(favorevoli/sfavorevoli)

Fil-kuntest ta' ftehimiet ta' riakkwist invers u tal-assi msemmija fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2017/1131 li l-MMF irċieva, indika:

(A.6.96)

L-ISIN ta' dawn l-assi differenti

Il-kodiċi ISIN ISO 6166 bi 12-il karattru alfanumeriku

(A.6.97)

Il-valur tas-suq ta' dawn l-assi differenti

(f'EUR) (jekk il-munita bażi ma tkunx f'EUR, il-proporzjon tal-kambju użat għandu jkun l-aktar rata reċenti stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew)

(A.6.98)

Il-valur tas-suq ta' dawn l-assi differenti

(fil-munita bażi)

(A.6.99)

Fil-kuntest ta' ftehimiet ta' riakkwist invers indika jekk hemmx xi assi msemmija fl-Artikolu 15(6) tar-Regolament (UE) 2017/1131 li l-MMF irċieva

(iva/le)

(7)

Informazzjoni dwar l-obbligazzjonijiet tal-MMF

(a)

informazzjoni dwar l-investituri – l-konċentrazzjoni tal-investituri

(A.7.1)

Speċifika l-perċentwal approssimattiv tal-ekwità tal-MMF li huwa l-proprjetà benefiċjarja tal-ħames sidien benefiċjarji li għandhom l-akbar interessi ta' ekwità fl-MMF bħala perċentwal tal-NAV tal-MMF. Indika s-sidien benefiċjarji aħħarija jekk magħrufa jew possibbli

% (tal-NAV)

(a)

informazzjoni dwar l-investituri – rendikont tal-konċentrazzjoni tal-investituri

(A.7.2)

Speċifika kif hija mqassma l-konċentrazzjoni tal-investituri skont l-istatus tal-investituri (agħti stima jekk mhix disponibbli informazzjoni preċiża): 1) Klijenti professjonali (kif definiti fl-Artikolu 4(1)(10) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) (MiFID 2)) klijenti konsumaturi (kif definiti fl-Artikolu 4(1)(11) tad-Direttiva 2014/65/UE (MiFID 2))

 

 

Klijenti professjonali (kif definiti fl-Artikolu 4(1)(10) tad-Direttiva 2014/65/UE (MiFID 2))

% (tal-NAV)

Klijenti konsumaturi (kif definiti fl-Artikolu 4(1)(11) tad-Direttiva 2014/65/UE (MiFID 2))

% (tal-NAV)

(c)

informazzjoni dwar l-investituri – rendikont ġeografiku

(A.7.3)

Agħti rendikont dwar is-sjieda tal-unitajiet/tal-ishma fl-MMF minn grupp ta' investituri. Indika s-sidien benefiċjarji aħħarija jekk magħrufa jew possibbli

(% tal-NAV)

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji

Banek

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni

Istituzzjonijiet finanzjarji oħra

Pjanijiet/Fondi tal-pensjonijiet

Gvern ġenerali

Impriżi ta' investiment kollettiv oħra

Unitajiet domestiċi

Mhux magħruf

(A.7.4)

Speċifika it-tqassim ġeografiku tal-investituri skont il-pajjiż (agħti stima jekk mhix disponibbli informazzjoni preċiża):

 

 

Pajjiż

(% tal-NAV, Pajjiż - ISO 3166 — 2 karattri)

(d)

Informazzjoni dwar l-investituri - l-attività ta' sottoskrizzjoni u ta' tifdija

Tifdijiet tal-investituri

(A.7.5)

Iddikjara l-frekwenza tat-tifdijiet tal-investituri. Għal diversi klassijiet ta' ishma jew unitajiet, agħti rendikont għall-akbar klassi ta' ishma jew unitajiet skont l-NAV. [Agħżel waħda]

Kuljum

Kull ġimgħa

Kull xahar

Kull xahrejn

Oħra

L-ebda dritt ta' tifdija

(A.7.6)

X'inhu l-perjodu f'jiem ta' notifika meħtieġ mill-investituri għat-tifdijiet

Jiem

(A.7.7)

Fid-data tar-rappurtar, x'perċentwal mill-NAV tal-MMFs huwa suġġett għall-arranġamenti segwenti:

 

 

Limiti tat-tifdija

% tal-NAV

Sospensjoni tan-negozjar

% tal-NAV

Tariffi ta' likwidità

% tal-NAV

Arranġamenti oħra għall-immaniġġjar tal-assi nonlikwidi

Tip ta' arranġament

% tal-NAV

(A.7.8)

Valur nett tal-Assi tal-MMF matul il-perjodu ta' rappurtar

(f'EUR, inkluż l-impatt tas-sottoskrizzjonijiet u tat-tifdijiet) (fl-aħħar jum tax-xahar)

 

Jannar

 

Frar

 

Marzu

 

April

 

Mejju

 

Ġunju

 

Lulju

 

Awwissu

 

Settembru

 

Ottubru

 

Novembru

 

Diċembru

 

(A.7.9)

Sottoskrizzjonijiet matul il-perjodu ta' rappurtar

(f'EUR)

 

Jannar

 

Frar

 

Marzu

 

April

 

Mejju

 

Ġunju

 

Lulju

 

Awwissu

 

Settembru

 

Ottubru

 

Novembru

 

Diċembru

 

(A.7.10)

Tifdijiet matul il-perjodu ta' rappurtar

(f'EUR)

 

Jannar

 

Frar

 

Marzu

 

April

 

Mejju

 

Ġunju

 

Lulju

 

Awwissu

 

Settembru

 

Ottubru

 

Novembru

 

Diċembru

 

(A.7.11)

Pagamenti lil investituri

(f'EUR)

 

Jannar

 

Frar

 

Marzu

 

April

 

Mejju

 

Ġunju

 

Lulju

 

Awwissu

 

Settembru

 

Ottubru

 

Novembru

 

Diċembru

 

(A.7.12)

Rata tal-kambju

 

 

Jannar

 

Frar

 

Marzu

 

April

 

Mejju

 

Ġunju

 

Lulju

 

Awwissu

 

Settembru

 

Ottubru

 

Novembru

 

Diċembru

 

MFFs b'LVNAV

 

Partita

Tip ta' dejta

Dejta rrappurtata

(B)

APPLIKABBLI GĦALL-MMFS B'LVNAV

 

 

(a)

Indika kull attività li fih il-prezz ta' assi vvalutat bl-użu tal-metodu tal-kost amortizzat skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 29(7) tar-Regolament (UE) 2017/1131 jiddevja mill-prezz ta' dak l-assi ikkalkolat skont il-paragrafi 2, 3 u 4 tal-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2017/1131 b'aktar minn 10 punti bażi. Dawn l-oqsma jenħtieġ li jiġu rrappurtati għal kull assi li l-prezz tiegħu, bl-użu tal-metodu tal-kost amortizzat, ikun jiddevja b'dan il-mod.

(B.1.1)

Id-data ta' valutazzjoni (l-ewwel jum meta l-attività sseħħ)

Id-data ISO 8601 fil-format SSSS-XX-JJ

(B.1.2)

L-ISIN tal-assi

Il-kodiċi ISIN ISO 6166 bi 12-il karattru alfanumeriku

(B.1.3)

Il-kodiċi CFI (jekk ikun disponibbli u jekk l-ISIN ma jkunx disponibbli) tal-assi

Il-kodiċi CFI ISO 10692 b'6 karattri alfanumeriċi

(B.1.4)

Prezz (il-paragrafi 2, 3 u 4 tal-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2017/1131) (fid-data ta' valutazzjoni msemmija fit-Taqsima B.1.1. meta sseħħ l-attività)

 

(B.1.5)

Prezz (metodu tal-kost ammortizzat) (fid-data ta' valutazzjoni msemmija fit-Taqsima B.1.1. meta seħħ l-attività)

 

(B.1.6)

Mid-data ta' valutazzjoni speċifikata fit-Taqsima B.1.1 iddikjara kemm dam iddevjat il-prezz tal-assi vvalutat permezz tal-metodu tal-kost ammortizat b'aktar minn 10 punt bażi mill-prezz ta' dak l-assi

(jiem)

(B.1.7)

Matul il-perjodu msemmi fit-Tasqsima B.1.6, iddikjara d-differenza medja bejn iż-żewġ valuri msemmijin fit-Taqsima B.1.6

 

(B.1.8)

Matul il-perjodu msemmi fit-Tasqsima B.1.6, iddikjara d-devjazzjoni fil-prezz minimu ta' bejn iż-żewġ valuri

 

(B.1.9)

Matul il-perjodu msemmi fit-Tasqsima B.1.6, iddikjara d-devjazzjoni fil-prezz massimu ta' bejn iż-żewġ valuri

 

 

(b)

Indika kull attività li fiha l-NAV kostanti għal kull unità jew sehem ikkalkulat skont il-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2017/1131 jiddevja mill-NAV għal kull unità jew sehem ikkalkulat skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) 2017/1131 b'aktar minn 20 punti bażi.

(B.1.10)

Id-data ta' valutazzjoni (l-ewwel jum meta l-attività sseħħ)

Id-data ISO 8601 fil-format SSSS-XX-JJ

(B.1.11)

L-NAV kostanti (l-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2017/1131) (fid-data ta' valutazzjoni msemmija fit-Taqsima B.1.10, meta sseħħ l-attività)

(f'EUR) (jekk il-munita bażi ma tkunx f'EUR, il-proporzjon tal-kambju użat għandu jkun l-aktar rata reċenti stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew)

(B.1.12)

L-NAV kostanti (l-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2017/1131) (fid-data ta' valutazzjoni msemmija fit-Taqsima B.1.10, meta sseħħ l-attività)

(fil-munita bażi)

(B.1.13)

L-NAV (l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) 2017/1131) (fid-data ta' valutazzjoni msemmija fit-Taqsima B.1.10, meta sseħħ l-attività)

(f'EUR) (jekk il-munita bażi ma tkunx f'EUR, il-proporzjon tal-kambju użat għandu jkun l-aktar rata reċenti stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew)

(B.1.14)

L-NAV (l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) 2017/1131) (fid-data ta' valutazzjoni msemmija fit-Taqsima B.1.10, meta sseħħ l-attività)

(fil-munita bażi)

(B.1.15)

Mid-data tal-valutazzjoni speċifikata fit-Taqsima B.1.10, iddikjara kemm dam iddevjat l-NAV kostanti kkalkulat għal kull unità jew sehem mill-NAV għal kull unità jew sehem ikkalkulat b'aktar minn 20 punt bażi

(jiem)

(B.1.16)

Matul il-perjodu msemmi fit-Tasqsima B.1.15, iddikjara d-differenza medja bejn iż-żewġ valuri msemmijin fit-Taqsima B.1.15

 

(B.1.17)

Matul il-perjodu msemmi fit-Tasqsima B.1.15, iddikjara d-devjazzjoni fil-prezz minimu ta' bejn iż-żewġ valuri

 

(B.1.18)

Matul il-perjodu msemmi fit-Tasqsima B.1.15, iddikjara d-devjazzjoni fil-prezz massimu ta' bejn iż-żewġ valuri

 

 

(c)

Indika kull attività li fiha sseħħ is-sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 34(3) tar-Regolament (UE) 2017/1131, u l-miżuri li ttieħdu mill-bord f'konformità mal-punti (a) u (b) tal-Artikolu 34(1) ta' dan ir-Regolament.

(B.1.19)

Data tal-attività

Id-data ISO 8601 fil-format SSSS-XX-JJ

(B.1.20)

Id-data meta ttieħdet il-miżura

Id-data ISO 8601 fil-format SSSS-XX-JJ

(B.1.21)

It-tip ta' miżura (Kull meta l-proporzjon tal-assi li jimmaturaw f'ġimgħa jaqa' taħt it-30 % tal-assi totali tal-MMF u kull meta t-tifdijiet netti ta' kuljum f'jum wieħed ta' negozju jaqbżu l-10 % tal-assi totali)

It-tariffi ta' likwidità fuq it-tifdijiet

Il-limiti ta' tifdija

Is-sospensjoni tat-tifdijiet

Tieħu l-ebda azzjoni immedjata oħra ħlief biex tiġi kkoreġuta s-sitwazzjoni fejn jinqabżu l-limiti msemmija fl-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) 2017/1131, f'konformità mal-Artikolu 24(2) ta' dan ir-Regolament

(B.1.22)

Tip ta' miżura (Kull meta l-proporzjon tal-assi li jimmaturaw f'ġimgħa jaqa' taħt l-10 % tal-assi totali tagħhom)

It-tariffi ta' likwidità fuq it-tifdijiet

Is-sospensjoni tat-tifdijiet


(1)  Ir-Regolament (UE) 2017/1131 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar il-fondi tas-suq monetarju

(2)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità għall-Istituzzjonijiet ta' Kreditu (ĠU L 11, 17.1.2015, p. 1).

(3)  Identifikazzjoni ta' derivattiv finanzjarju fl-EMIR

(4)  Il-munita tal-ammont nozzjonali. Fil-każ ta' kuntratt derivattiv tar-rata tal-imgħax, din tkun il-munita nozzjonali tas-segment nru 1.

(5)  Il-munita tal-ammont nozzjonali. Fil-każ ta' kuntratt derivattiv tar-rata tal-imgħax, din tkun il-munita nozzjonali tas-segment nru 2.

(6)  Jekk l-MMF jirċievi bħala kollateral assi differenti skont it-tifsira tal-Artikolu 15(6) tar-Regolament (UE) 2017/1131, l-eżitu jenħtieġ li jiġi rrappurtat għal kull assi.

(7)  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE


15.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 119/29


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/709

tal-14 ta' Mejju 2018

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 fir-rigward tar-rekwiżit tat-tikketti marbutin ma' applikazzjonijiet għall-għajnuna rigward żoni użati għall-produzzjoni tal-qanneb

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b'mod partikolari il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 78 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 17(7) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 (2), l-applikazzjoni unika għandu jkun fiha, għal żoni użati għall-produzzjoni tal-qanneb, it-tikketti uffiċjali użati fuq il-pakketti taż-żrieragħ skont id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE (3).

(2)

L-Artikolu 9(1) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 (4) kif emendat mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/707 (5) jinkludi alternattiva għaċ-ċertifikazzjoni taż-żerriegħa tal-qanneb fil-każ ta' varjetajiet ta' konservazzjoni skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/62/KE (6).

(3)

Għalhekk, huwa xieraq li jiġi emendat il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 17(7) tar-Regolament (UE) Nru 809/2014 u li jiġu speċifikati d-dokumenti li għandhom jiġu ammessi bħala tikketti uffiċjali fil-każ ta' varjetajiet ta' konservazzjoni ċċertifikati skont id-Direttiva 2008/62/KE.

(4)

Għalhekk, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Pagamenti Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 17(7) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014, il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:

“(c)

it-tikketti uffiċjali użati fuq il-pakketti taż-żrieragħ skont id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE (*1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tagħha, jew kwalunkwe dokument ieħor li l-Istat Membru jirrikonoxxih bħala ekwivalenti; jew, fil-każ ta' varjetajiet ta' konservazzjoni ċċertifikati skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/62/KE (*2), it-tikketti tal-fornitur jew l-avviż stampat jew ittimbrat użati fuq il-pakketti taż-żrieragħ ta' varjetajiet ta' konservazzjoni, kif imsemmija fl-Artikolu 18 ta' dik id-Direttiva.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Mejju 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 tas-17 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tal-kundizzjonalità (ĠU L 227, 31.7.2014, p. 69).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 fuq il-marketing taż-żerriegħa ta' pjanti taż-żejt u tal-fibra (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 74).

(4)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 tal-11 ta' Marzu 2014, li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lil bdiewa skont skemi ta' appoġġ fi ħdan il-qafas tal-politika agrikola komuni u li jemenda l-Anness X ta' dak ir-Regolament (ĠU L 181, 20.6.2014, p. 1).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/707 tat-28 ta' Frar 2018 li jemenda Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 fir-rigward tal-kriterji ta' eliġibbiltà għall-appoġġ tal-qanneb skont l-iskema ta' pagament bażiku u ċerti rekwiżiti fir-rigward tal-appoġġ akkoppjat volontarju (ara l-paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(6)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/62/KE tal-20 ta' Ġunju 2008 li tipprevedi ċerti derogi għall-approvazzjoni ta' landraces (tipi partikolari) u varjetajiet agrikoli li huma adattati b'mod naturali għall-kundizzjonijiet lokali u reġjonali u mhedda minn tagħwir ġenetiku u t-tqegħid fis-suq ta' żerriegħa u patata taż-żerriegħa ta' dawk il-landraces u varjetajiet (ĠU L 162, 21.6.2008, p. 13).


15.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 119/31


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/710

tal-14 ta' Mejju 2018

li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva siltijofam skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 20(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/84/KE (2) inkludiet is-siltijofam bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3).

(2)

Is-sustanzi attivi li hemm fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jitqiesu li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u qegħdin elenkati fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (4).

(3)

Kif stipulat fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, l-approvazzjoni tas-sustanza attiva siltijofam tiskadi fil-31 ta' Ottubru 2018.

(4)

Tressqet applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-siltijofam skont l-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (5) fil-perjodu ta' żmien stipulat fl-istess Artikolu.

(5)

L-applikant ressaq id-dossiers supplimentari meħtieġa skont l-Artikolu 6 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012. L-Istat Membru relatur sab li l-applikazzjoni kienet sħiħa.

(6)

L-Istat Membru relatur ħejja rapport ta' valutazzjoni għat-tiġdid b'konsultazzjoni mal-Istat Membru korelatur u ppreżentah lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fit-22 ta' Ġunju 2015.

(7)

L-Awtorità bagħtet ir-rapport ta' valutazzjoni għat-tiġdid lill-applikant u lill-Istati Membri għall-kummenti tagħhom, u għaddiet il-kummenti li rċeviet lill-Kummissjoni. L-Awtorità qiegħdet ukoll id-dossier tas-sommarju supplimentari għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

(8)

Fl-1 ta' Awwissu 2016, l-Awtorità bagħtet lill-Kummissjoni il-konklużjoni tagħha (6) dwar jekk jistax ikun mistenni li s-siltijofam tissodisfa l-kriterji ta' approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Fit-22 ta' Marzu 2018, il-Kummissjoni ressqet l-abbozz tar-rapport għat-tiġdid tas-siltijofam lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

(9)

L-applikant ingħata l-opportunità li jippreżenta l-kummenti tiegħu dwar l-abbozz tar-rapport għat-tiġdid.

(10)

Fir-rigward ta' użu rappreżentattiv wieħed jew aktar ta' mill-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-siltijofam, ġie stabbilit li l-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati. Għalhekk, jixraq li l-approvazzjoni tas-siltijofam tiġġedded.

(11)

Il-valutazzjoni tar-riskju għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-siltijofam hija bbażata fuq għadd limitat ta' użi rappreżentattivi, li madankollu ma jillimitawx l-użi li għalihom jistgħu jiġu awtorizzati l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-siltijofam. Għalhekk, jixraq li titneħħa r-restrizzjoni fuq l-użu esklussiv bħala erbiċida.

(12)

Madankollu, skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, jeħtieġ li jiġu inklużi ċerti kundizzjonijiet u restrizzjonijiet. B'mod partikolari, jixraq li tintalab aktar informazzjoni ta' konferma.

(13)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jiġi emendat skont dan.

(14)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1511 (7) estenda l-perjodu ta' approvazzjoni tas-siltijofam sal-31 ta' Ottubru 2018 sabiex il-proċess ta' tiġdid ikun jista' jitlesta qabel ma tiskadi l-approvazzjoni ta' dik is-sustanza. Madankollu, peress li laħqet ittieħdet deċiżjoni dwar it-tiġdid qabel dik id-data ta' skadenza estiża, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-1 ta' Lulju 2018.

(15)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva

L-approvazzjoni tas-sustanza attiva siltijofam tiġġedded kif stabbilit fl-Anness I.

Artikolu 2

Emendi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u data ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Mejju 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/84/KE tal-25 ta' Settembru 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE sabiex tinkludi flurtamon, flufenaċet, jodosulfuron, dimetenammid-p, picossistrobin, fostijażat u siltijofam bħala sostanzi attivi (ĠU L 247, 30.9.2003, p. 20).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).

(6)  EFSA (l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel), 2016. Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance silthiofam. (Konklużjoni dwar l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva siltijofam.) EFSA Journal 2016;14(8):4574, 59 pp. doi:10.2903/j.efsa.2016.4574; Disponibbli online: www.efsa.europa.eu

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1511 tat-30 ta' Awwissu 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi 1-metilċiklopropen, beta-ċiflutrin, klorotalonil, klorotoluron, ċipermetrina, daminożid, deltametrina, dimetenammid-p, flufenaċet, flurtamon, forklorfenuron, fostijażat, indoksakarb, iprodion, MCPA, MCPB, is-siltijofam, tjofanat-metil u tribenuron (ĠU L 224, 31.8.2017, p. 115).


ANNESS I

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

Isem IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Siltijofam

Nru CAS 175217-20-6

Nru CIPAC 635

N-allil-4,5-dimetil-2-(trimetilsilil)tijofen-3-karbossammid

≥ 980 g/kg

fl-1 ta' Lulju 2018.

fit-30 ta' Ġunju 2033.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport għat-tiġdid dwar is-siltijofam, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

Fil-valutazzjoni sħiħa tagħhom, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għal dan li ġej:

il-ħarsien tal-operaturi;

il-ħarsien tal-ilma tal-pjan f'reġjuni vulnerabbli,

il-ħarsien ta' għasafar, mammiferi u ħniex.

Fejn jixraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju.

L-applikant għandu jippreżenta lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità informazzjoni ta' konferma dwar:

1.

l-effett tal-proċessi tat-trattament tal-ilma fuq in-natura tar-residwi li jinsabu fl-ilma tal-wiċċ u fl-ilma ta' taħt l-art, meta l-ilma tal-wiċċ jew l-ilma ta' taħt l-art huwa estratt biex jintuża bħala ilma tajjeb għax-xorb.

2.

ir-rilevanza tal-metaboliti M2 u M6 meta titqies kwalunkwe klassifikazzjoni relevanti għas-siltjofam f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), b'mod partikolari bħala sustanza tossika għar-riproduzzjoni tal-kategorija 2.

L-applikant għandu jressaq l-informazzjoni msemmija fil-punt (1) fi żmien sentejn minn meta l-Kummissjoni tagħmel disponibbli għall-pubbliku dokument ta' gwida dwar l-evalwazzjoni tal-effett tal-proċessi ta' trattament tal-ilma fuq in-natura tar-residwi preżenti fl-ilma tal-wiċċ u ta' taħt l-art, filwaqt li l-informazzjoni mitluba fil-punt (2) trid titressaq fi żmien sena wara l-pubblikazzjoni tal-opinjoni adottata mill-Kumitat għall-valutazzjoni tar-riskju tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) fil-paġna web tal-ECHA, f'konformità mal-Artikolu 37(4) tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 fir-rigward tas-siltijofam.


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' reviżjoni.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).


ANNESS II

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-Parti A, titħassar l-entrata 70 dwar is-Siltijofam;

(2)

fil-Parti B, tiżdied din l-entrata li ġejja:

Numru

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

Isem IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“121

Siltijofam

Nru CAS 175217-20-6

Nru CIPAC 635

N-allil-4,5-dimetil-2-(trimetilsilil)tijofen-3-karbossammid

≥ 980 g/kg

fl-1 ta' Lulju 2018.

fit-30 ta' Ġunju 2033.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport għat-tiġdid dwar is-siltijofam, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

Fil-valutazzjoni sħiħa tagħhom, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għal dan li ġej:

il-ħarsien tal-operaturi;

il-ħarsien tal-ilma tal-pjan f'reġjuni vulnerabbli,

il-ħarsien ta' għasafar, mammiferi u ħniex.

Fejn jixraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju.

L-applikant għandu jippreżenta lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità informazzjoni ta' konferma dwar:

1.

l-effett tal-proċessi tat-trattament tal-ilma fuq in-natura tar-residwi li jinsabu fl-ilma tal-wiċċ u fl-ilma ta' taħt l-art, meta l-ilma tal-wiċċ jew l-ilma ta' taħt l-art huwa estratt biex jintuża bħala ilma tajjeb għax-xorb.

2.

ir-rilevanza tal-metaboliti M2 u M6 meta titqies kwalunkwe klassifikazzjoni relevanti għas-siltjofam f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, b'mod partikolari bħala sustanza tossika għar-riproduzzjoni tal-kategorija 2.

L-applikant għandu jressaq l-informazzjoni msemmija fil-punt (1) fi żmien sentejn minn meta l-Kummissjoni tagħmel disponibbli għall-pubbliku dokument ta' gwida dwar l-evalwazzjoni tal-effett tal-proċessi ta' trattament tal-ilma fuq in-natura, tar-residwi preżenti fl-ilma tal-wiċċ u ta' taħt l-art, filwaqt li l-informazzjoni mitluba fil-punt (2) trid titressaq fi żmien sena wara l-pubblikazzjoni tal-opinjoni adottata mill-Kumitat għall-valutazzjoni tar-riskju tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) fil-paġna web tal-ECHA, f'konformità mal-Artikolu 37(4) tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 fir-rigward tas-siltijofam.”


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' reviżjoni.


15.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 119/35


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/711

tal-14 ta' Mejju 2018

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta' Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 tat-18 ta' Jannar 2016 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(b) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness V tar-Regolament (UE) 2016/44 jelenka l-bastimenti magħżulin mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti f'konformità mal-paragrafu 11 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 2146 (2014). Dawn il-bastimenti huma soġġetti għal għadd ta' projbizzjonijiet skont ir-Regolament (UE) 2016/44, inkluż il-projbizzjoni li jgħabbu, jittrasportaw jew iħottu żejt mhux maħdum mil-Libja u li jkollhom aċċess għall-portijiet fit-territorju tal-Unjoni.

(2)

Fit-18 ta' April 2018 u fid-29 ta' April 2018, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, stabbiliet skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1970 (2011), aġġorna l-lista ta' bastimenti soġġetti għal miżuri restrittivi. Għaldaqstant, jeħtieġ li l-Anness V tar-Regolament (UE) 2016/44 jiġi emendat skont dan.

(3)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness V tar-Regolament (UE) 2016/44 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Mejju 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz għall-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34.

(2)  ĠU L 12, 19.1.2016, p. 1.


ANNESS

Fl-Anness V għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44, l-entrati li ġejjin huma mħassra:

“(a)

1.

Isem: NADINE. Elenkat skont il-paragrafi 10(a) u 10(b) tar-riżoluzzjoni 2146 (2014), kif estiż u mmodifikat mill-paragrafu 2 tar-riżoluzzjoni 2362 (2017) (projbizzjoni fuq it-tagħbija, it-trasport jew il-ħatt; projbizzjoni li jidħol fil-portijiet). Skont il-paragrafu 11 tar-Riżoluzzjoni 2146, din id-deżinjazzjoni ġiet imġedda mill-Kumitat fit-18 ta' Jannar 2018 u hija valida sas-17 ta' April 2018, sakemm ma tintemmx qabel mill-Kumitat skont il-paragrafu 12 tar-riżoluzzjoni 2146. Stat tal-Bandiera: Il-Palau. Informazzjoni addizzjonali: Elenkat fil-21 ta' Lulju 2017. OMI: 8900878. Mid-19 ta' Jannar 2018, il-bastiment kien jinsab qrib il-kosta ta' Muscat, Oman, lil hinn mill-ilmijiet territorjali tiegħu.

(b)

2.

Isem: Lynn S. Elenkat skont il-paragrafi 10(a) u 10(b) tar-riżoluzzjoni 2146 (2014), kif estiż u mmodifikat mill-paragrafu 2 tar-riżoluzzjoni 2362 (2017) (projbizzjoni fuq it-tagħbija, it-trasport jew il-ħatt; projbizzjoni li jidħol fil-portijiet). Skont il-paragrafu 11 tar-riżoluzzjoni 2146, din l-inklużjoni ġiet imġedda mill-Kumitat fis-26 ta' Jannar 2018 (l-estensjoni preċedenti kienet valida sad-29 ta' Jannar 2018) u hija valida sat-28 ta' April 2018, sakemm ma tiġix itterminata qabel iż-żmien mill-Kumitat skont il-paragrafu 12 tar-riżoluzzjoni 2146. Stat tal-Bandiera: Saint Vincent u l-Grenadini. Informazzjoni addizzjonali: Elenkat fil-L-Erbgħa, 2 ta' Awwissu 2017. OMI: 8706349. Mis-6 ta' Ottubru 2017, il-bastiment kien jinsab fl-ibħra territorjali tal-Libanu, meta salpa fid-direzzjoni tal-Punent.”


DEĊIŻJONIJIET

15.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 119/37


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/712

tal-14 ta' Mejju 2018

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/2382 li tistabbilixxi Kulleġġ Ewropew ta' Sigurtà u ta' Difiża (KESD)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 28(1), 42(4) u 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-21 ta' Diċembru 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/2382 (1) li tistabbilixxi Kulleġġ Ewropew ta' Sigurtà u ta' Difiża (KESD).

(2)

Fit-13 ta' Novembru 2017, il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar is-sigurtà u d-difiża fil-kuntest tal-Istrateġija Globali tal-UE.

(3)

Fl-20 ta' Novembru 2017, il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar il-Komunikazzjoni Konġunta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill: Reżiljenza, Deterrenza u Difiża: Il-bini tas-sigurtà ċibernetika b'saħħitha għall-UE.

(4)

Fis-6 ta' Frar 2018, il-Kumitat ta' Tmexxija tal-KESD qabel li l-KESD jenħtieġ li jkun responsabbli mill-formazzjoni ta' pjattaforma ċibernetika għall-Edukazzjoni, it-Taħriġ, l-Evalwazzjoni u l-Eżerċizzju (ETEE), filwaqt li nnota l-ħtieġa li tiġi żgurata l-komplementarjetà ma' sforzi u inizjattivi oħra tal-Unjoni.

(5)

Filwaqt li l-persunal tal-KESD jikkonsisti prinċipalment minn persunal issekondat, jista' jkun neċessarju li xi wħud mill-karigi ta' maniġers tat-taħriġ fis-sigurtà ċibernetika jimtlew minn persunal ikkuntrattat sabiex jippermetti l-bini rapidu tal-pjattaforma ċibernetika tal-ETTE meta ma jkun ġie identifikat l-ebda espert nazzjonali.

(6)

Għaldaqstant jenħtieġ li jiġi stabbilit ammont ta' referenza finanzjarja ġdid għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Diċembru 2018.

(7)

Għaldaqstant jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2016/2382 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni (PESK) 2016/2382 hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 3, jinżied il-punt li ġej:

“(k)

il-forniment lill-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri u tal-Unjoni ta' persunal kompetenti li jkun familjari mal-politiki, l-istituzzjonijiet, il-proċeduri u l-aħjar prattiki tal-Unjoni fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża ċibernetiċi.”;

(2)

fl-Artikolu 4(2), jinżied il-punt li ġej:

“(h)

is-sensibilizzazzjoni ċibernetika u korsijiet ta' livell avvanzat, inkluż b'appoġġ għal missjonijiet u operazzjonijiet tal-PSDK.”;

(3)

l-Artikolu 13(1)(c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(c)

persunal ikkuntrattat meta l-ebda espert nazzjonali ma jkun ġie identifikat għall-kariga ta' espert amministrattiv u finanzjarju jew għall-karigi ta' maniġer tat-taħriġ fis-sigurtà ċibernetika u wara l-approvazzjoni mill-Kumitat ta' Tmexxija.”;

(4)

L-Artikolu 16(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa tal-KESD matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Diċembru 2018 għandu jkun ta' EUR 1 308 164,00.

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa tal-KESD għal perijodi sussegwenti għandu jiġi deċiż mill-Kunsill.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Mejju 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ZAHARIEVA


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2382 tal-21 ta' Diċembru 2016 li tistabbilixxi Kulleġġ Ewropew ta' Sigurtà u ta' Difiża (KESD) u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/189/PESK (ĠU L 352, 23.12.2016, p. 60).


15.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 119/39


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/713

tal-14 ta' Mejju 2018

li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta' Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333.

(2)

Fit-18 ta' April 2018 u fid-29 ta' April 2018, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1970 (2011) aġġorna l-lista ta' bastimenti soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness V għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness V għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 huwa emendat kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Mejju 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ZAHARIEVA


(1)  ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34.


ANNESS

Fit-Taqsima B (Entitajiet) tal-Anness V għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, jitneħħew l-entrata 1 (li tikkonċerna l-bastiment Nadine) u l-entrata 2, (li tikkonċerna l-bastiment Lynn S).