ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 105

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
25 ta' April 2018


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/631 tas-7 ta' Frar 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għall-pesti tal-pjanti

1

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/632 tad-19 ta' Frar 2018 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 673/2005 li jistabbilixxi d-dazji doganali ta' importazzjoni addizzjonali ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka

3

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/633 tal-24 ta' April 2018 li jemenda ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1800 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar l-allokazzjoni tal-valutazzjonijiet tal-kreditu ta' istituzzjonijiet esterni tal-valutazzjoni tal-kreditu ma' skala oġġettiva tal-klassi tal-mertu tal-kreditu skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

6

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/634 tal-24 ta' April 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1799 fir-rigward ta' tabelli tal-immappjar li jispeċifikaw il-korrispondenza bejn valutazzjonijiet ta' riskju tal-kreditu ta' istituzzjonijiet esterni tal-valutazzjoni tal-kreditu u l-passi tal-kwalità tal-kreditu skont kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

14

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/635 tas-17 ta' April 2018 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emendar tal-Anness XXII (il-Liġi dwar il-Kumpanniji) u l-Protokoll 37 (li fih il-lista prevista fl-Artikolu 101) għall-Ftehim ŻEE

21

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/636 tas-17 ta' April 2018 dwar l-identifikazzjoni tal-ftalat tad-diċikloeżil (DCHP) bħala sustanza ta' tħassib serju ħafna skont l-Artikolu 57(c) u (f) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2018) 2167)  ( 1 )

25

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/637 tal-20 ta' April 2018 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/766/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-meded ta' frekwenza 900 MHz u 1800 MHz għal sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi elettroniċi pan-Ewropej ta' komunikazzjoni fil-Komunità fir-rigward ta' kundizzjonijiet tekniċi rilevanti għall-internet tal-oġġetti (notifikata bid-dokument C(2018) 2261)  ( 1 )

27

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/638 tat-23 ta' April 2018 li tistabbilixxi miżuri ta' emerġenza li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid ġewwa l-Unjoni tal-organiżmu ta' ħsara Spodoptera frugiperda (Smith) (notifikata bid-dokument C(2018) 2291)

31

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru iffirmat fi Brussell fl-4 ta' Ottubru 2010( ĠU L 288, 5.11.2010 )

35

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

25.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 105/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/631

tas-7 ta' Frar 2018

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għall-pesti tal-pjanti

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-15 ta' Marzu 2017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta' regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 92(4) tiegħu,

Billi:

(1)

L-awtoritajiet kompetenti huma meħtieġa li jieħdu l-miżuri xierqa u f'waqthom kontra l-pesti ta' kwarantina fit-tifsira tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2016/2031 (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif ukoll kontra pesti li mhumiex elenkati fil-lista tal-Unjoni ta' pesti ta' kwarantina, iżda li jistgħu, skont l-Artikolu 30(1) ta' dak ir-Regolament, jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex jiddaħħlu f'dik il-lista. L-effikaċja tal-kontrolli uffiċjali u ta' attivitajiet uffiċjali oħrajn li jiżguraw il-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni hija ta' importanza ewlenija f'dan ir-rigward.

(2)

Dik l-effikaċja tiddependi mill-kwalità, l-uniformità u l-affidabbiltà tal-metodi tal-analiżi, tal-ittestjar jew tad-dijanjożi li jużaw il-laboratorji uffiċjali maħturin skont l-Artikolu 37(1) tar-Regolament (UE) 2017/625, u tar-riżultati tal-analiżijiet, tat-testijiet u tad-dijanjożijiet li jwettqu dawk il-laboratorji uffiċjali.

(3)

Dawk il-metodi jridu jibqgħu jiġu aġġornati u fejn hemm bżonn, jittejbu, biex ikunu żgurati l-kwalità, l-uniformità u l-affidabbiltà tad-dejta analitika, tal-ittestjar u dijanostika li tiġi ġġenerata minnhom.

(4)

Il-miżuri li ttieħdu għall-infestazzjonijiet preċedenti jindikaw li l-laboratorji maħturin bi qbil mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2017/625 jibbenefikaw mill-koordinazzjoni u l-għajnuna biex jittejbu u jingħataw spinta prattiki uniformi fl-iżvilupp jew fl-użu tal-metodi tal-analiżi, tal-ittestjar jew tad-dijanjożi li jużaw dawk il-laboratorji uffiċjali, u fl-interpretazzjoni tar-riżultati.

(5)

Għalhekk jenħtieġ li jiġu stabbiliti l-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea biex jgħinu biex jittejbu u jiġu armonizzati l-metodi tal-analiżi, tal-ittestjar jew tad-dijanjożi, jgħinu fl-iżvilupp ta' metodi vvalidati u fl-għajnuna kkoordinata għal dawk il-laboratorji uffiċjali.

(6)

Biex tkun żgurata l-ispeċjalizzazzjoni xierqa, jenħtieġ li jiġi stabbilit laboratorju ta' referenza tal-Unjoni Ewropea speċifiku wieħed għal kull kategorija speċifika ta' pesti. Jenħtieġ li dawk il-kategoriji jqisu n-natura u l-bijoloġija tal-pesti, kif rifless fil-kategorizzazzjoni tagħhom stabbilita fil-Parti A tal-Anness I u fil-Parti A tal-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE (3). Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġu stabbiliti laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għall-kategoriji ta' pesti li ġejjin: l-insetti u d-dud, in-nematodi, il-batterji, il-faqqiegħ u l-oomiċeti, u l-viruses, il-virojdi u l-fitoplażmi (li hu terminu aġġornat għal “micoplasms”, kif imsemmi f'dik id-Direttiva).

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B'dan huma stabbiliti l-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għall-pesti ta' kwarantina kif stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2016/2031 rigward il-pesti li mhumiex elenkati fil-lista tal-Unjoni ta' pesti ta' kwarantina iżda li jistgħu, skont l-Artikolu 30(1) ta' dak ir-Regolament, jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex jiddaħħlu f'dik il-lista, u abbażi tal-kategorizzazzjoni stabbilita fid-Direttiva 2000/29/KE:

(a)

laboratorju ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għall-insetti u d-dud;

(b)

laboratorju ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għan-nematodi;

(c)

laboratorju ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għall-batterji;

(d)

laboratorju ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għall-faqqiegħ u l-oomiċeti;

(e)

laboratorju ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għall-viruses, il-virojdi u l-fitoplażmi.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Frar 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (ĠU L 317, 23.11.2016., p. 4).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-pjanti jew prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1).


25.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 105/3


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/632

tad-19 ta' Frar 2018

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 673/2005 li jistabbilixxi d-dazji doganali ta' importazzjoni addizzjonali ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 673/2005 tal-25 ta' April 2005 li jistabbilixxi d-dazji doganali ta' importazzjoni addizzjonali ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,

Billi:

(1)

Minħabba n-nuqqas tal-Istati Uniti li jrendu l-Att dwar il-Kumpens għall-Persistenza tad-Dumping u għaż-Żamma tas-Sussidji (CDSOA) konformi mal-obbligi skont il-ftehimiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), ir-Regolament (KE) Nru 673/2005 impona dazju doganali addizzjonali ad valorem ta' 15 % fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka mill-1 ta' Mejju 2005. F'konformità mal-awtorizzazzjoni tad-WTO biex tiġi sospiża l-applikazzjoni tal-konċessjonijiet lill-Istati Uniti, il-Kummissjoni se taġġusta l-livell tas-sospensjoni kull sena għal-livell ta' tixjin jew ħsara kkawżat mis-CDSOA lill-Unjoni Ewropea f'dak iż-żmien.

(2)

L-iżborżi mis-CDSOA għall-aktar sena riċenti li għaliha teżisti data disponibbli huma relatati mad-distribuzzjoni ta' dazji antidumping u kompensatorji miġbura matul is-Sena Fiskali 2017 (mill-1 ta' Ottubru 2016 sat-30 ta' Settembru 2017). Abbażi tad-data ppubblikata mill-Ħarsien tad-Dwana u tal-Fruntieri tal-Istati Uniti, il-livell ta' tixjin jew ħsara ikkawżat lill-Unjoni huwa kkalkulat li jammonta għal USD 682 823.

(3)

Il-livell ta' tixjin jew ħsara, u konsegwentement, ta' sospensjoni, naqas. Madankollu, il-livell ta' sospensjoni ma jistax jiġi aġġustat għal-livell ta' tixjin jew ħsara billi jiżdiedu jew jitneħħew prodotti mil-lista fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 673/2005. Billi jitneħħew il-prodotti kollha ħlief għal wieħed, il-livell ta' ritaljazzjoni (4,3 % tad-dazju tal-importazzjoni addizzjonali) ikun jaqbeż it-72 % tal-iżborżi mis-CDSOA, mentri dan ikun anqas jekk jitħalla l-aħħar prodott fl-Anness I. B'konsegwenza ta' hekk, f'konformità mal-Artikolu 3(1)(e) ta' dak ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni ma tibdilx il-lista ta' prodotti fl-Anness I u temenda r-rata tad-dazju addizzjonali sabiex taġġusta l-livell ta' sospensjoni għal-livell ta' tixjin jew ħsara. Jenħtieġ għalhekk li l-erba' prodotti elenkati fl-Anness I jinżammu fil-lista u jenħtieġ li r-rata tad-dazju tal-importazzjoni addizzjonali tiġi emendata u ffissata għal 0,3 %.

(4)

L-effett ta' dazju tal-importazzjoni addizzjonali ad valorem ta' 0,3 % fuq importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-prodotti fl-Anness I jirrappreżenta, fuq perjodu ta' sena, valur ta' kummerċ li ma jaqbiżx USD 682 823.

(5)

Biex ikun żgurat li ma jkun hemm ebda dewmien fl-applikazzjoni tar-rata emendata tad-dazju ta' importazzjoni addizzjonali, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu.

(6)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 673/2005 jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 673/2005 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 673/2005 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 2

Dazju ad valorem ta' 0,3 % apparti d-dazju doganali applikabbli skont ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 (*1) għandu jiġi impost fuq il-prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka elenkati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

(*1)  ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1”"

(2)

L-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 673/2005 huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Mejju 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Frar 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 110, 30.4.2005, p. 1; kif emendat bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 38/2014 (ĠU L 18, 21.1.2014, p. 52).


ANNESS

ANNESS I

Il-prodotti li fuqhom għandhom japplikaw id-dazji addizzjonali huma kklassifikati taħt il-kodiċijiet tan-NM bi tmien ċifri u jikkorrispondu għad-deskrizzjonijiet mogħtija.

0710 40 00

Qamħ ħelu

6204 62 31

Qliezet u qliezet li jaslu u jintrabtu taħt l-irkoppa (breeches) tan-nisa jew tal-bniet, li mhumiex industrijali jew għandhom x'jaqsmu max-xogħol, tal-qoton tad-denim.

8705 10 00

Trakkijiet krejn

ex 9003 19 00

Frejms u mmuntar ta' nuċċalijiet, gogils jew bħalhom, tal-metall ta' valur baxx


25.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 105/6


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/633

tal-24 ta' April 2018

li jemenda ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1800 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar l-allokazzjoni tal-valutazzjonijiet tal-kreditu ta' istituzzjonijiet esterni tal-valutazzjoni tal-kreditu ma' skala oġġettiva tal-klassi tal-mertu tal-kreditu skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/138/KE tal-25 ta' Novembru 2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (1), u partikolarment l-Artikolu 109a(1) tagħha,

Billi:

(1)

Wara l-adozzjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1800 (2), ħames istituzzjonijiet esterni tal-valutazzjoni tal-kreditu ġodda ġew irreġistrati jew iċċertifikati. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi emendat l-Anness ta' dan ir-Regolament ta' Implimentazzjoni sabiex il-valutazzjonijiet ta' kreditu ikunu ta' dawk l-istituzzjonijiet esterni ta' valutazzjoni tal-kreditu li għadhom kif ġew irreġistrati jew iċċertifikati jkunu allokati għal skala oġġettiva tal-passi tal-kwalità tal-kreditu.

(2)

Ir-Reġistrazzjoni ta' istituzzjoni esterna waħda ta' klassifikazzjoni tal-kreditu kienet iritirata mill-adozzjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1800. L-istituzzjoni direġistrata għalhekk jenħtieġ li titneħħa mill-Anness ta' dan it-Regolament ta' Implimentazzjoni.

(3)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni ppreżentati mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (l-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) lill-Kummissjoni.

(4)

L-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej wettqu konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implementazzjoni li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzaw il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbu l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni stabbilit f'konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), u tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u tas-Swieq stabbilit f'konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

(5)

Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1800 għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1800

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1800 jiġi sostitwit bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' April 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  Id-Direttiva 2009/138/KE tal-25 ta' Novembru 2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1800 tal-11 ta' Ottubru 2016 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar l-allokazzjoni tal-valutazzjonijiet tal-kreditu ta' istituzzjonijiet esterni tal-valutazzjoni tal-kreditu ma' skala oġġettiva tal-klassi tal-mertu tal-kreditu skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 275, 12.10.2016, p. 19).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).


ANNESS

ANNESS

L-allokazzjoni tal-valutazzjonijiet tal-kreditu ta' istituzzjonijiet esterni tal-valutazzjoni tal-kreditu ma' skala oġġettiva tal-klassi tal-mertu tal-kreditu

Skala tal-kwalità kreditizja

0

1

2

3

4

5

6

AM Best Europe-Rating Services Ltd.

Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-emittenti fuq terminu ta' żmien twil

aaa

aa+, aa, aa-

a+, a, a-

bbb+, bbb, bbb-

bb+, bb, bb-

b+, b, b-

ccc+, ccc, ccc-, cc, c, rs

Skala tal-klassifikazzjonijiet tad-dejn fuq terminu ta' żmien twil

aaa

aa+, aa, aa-

a+, a, a-

bbb+, bbb, bbb-

bb+, bb, bb-

b+, b, b-

ccc+, ccc, ccc-, cc, c, d

Skala tal-klassifikazzjoni tas-solidità finanzjarja

 

A++, A+

A, A-

B++, B+

B, B-

C++, C+

C, C-, D, E, F, S

Skala tal-klassifikazzjoni fuq terminu ta' żmien qasir

 

AMB-1+

AMB-1-

AMB-2, AMB-3

AMB- 4

 

 

ARC Ratings S.A.

Skala tal-klassifikazzjoni tal-emittenti fuq terminu ta' żmien medju u twil

AAA

AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Skala tal-klassifikazzjoni tal-ħruġ fuq terminu ta' żmien medju u twil

AAA

AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Skala tal-klassifikazzjoni tal-emittenti fuq terminu ta' żmien qasir

 

A-1+

A-1

A-2, A-3

B, C, D

 

 

Skala tal-klassifikazzjoni tal-ħruġ fuq terminu ta' żmien qasir

 

A-1+

A-1

A-2, A-3

B, C, D

 

 

ASSEKURATA Assekuranz Rating-Agentur GmbH

Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fuq terminu ta' żmien twil

AAA

AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC/C, D

Skala tal-klassifikazzjoni korporattiva fuq terminu ta' żmien qasir

 

A++

A

 

B, C, D

 

 

Axesor S.A.

Skala tal-klassifikazzjoni globali

AAA

AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D, E

Banque de France

Skala globali tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-emittenti fuq terminu ta' żmien twil

 

3++

3+, 3

4+

4, 5+

5, 6

7, 8, 9, P

BCRA – Credit Rating Agency AD

Skala tal-klassifikazzjoni tal-banek fuq terminu ta' żmien twil

AAA

AA

A

BBB

BB

B

C, D

Skala tal-klassifikazzjoni tal-assigurazzjoni fuq terminu ta' żmien twil

iAAA

iAA

iA

iBBB

iBB

iB

iC, iD

Skala tal-klassifikazzjoni korporattiva fuq terminu ta' żmien twil

AAA

AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Skala tal-klassifikazzjoni muniċipali fuq terminu ta' żmien twil

AAA

AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Skala tal-klassifikazzjoni tal-ħruġ fuq terminu ta' żmien twil

AAA

AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Skala tal-klassifikazzjoni tal-banek fuq terminu ta' żmien qasir

 

A-1+

A-1

A-2, A-3

B, C, D

 

 

Skala tal-klassifikazzjoni korporattiva fuq terminu ta' żmien qasir

 

A-1+

A-1

A-2, A-3

B, C, D

 

 

Skala tal-klassifikazzjoni muniċipali fuq terminu ta' żmien qasir

 

A-1+

A-1

A-2, A-3

B, C, D

 

 

Skala tal-klassifikazzjoni tal-ħruġ fuq terminu ta' żmien qasir

 

A-1+

A-1

A-2, A-3

B, C, D

 

 

Capital Intelligence

Skala internazzjonali tal-klassifikazzjoni tal-emittenti fuq terminu ta' żmien twil

AAA

AA

A

BBB

BB

B

C, RS, SD, D

Skala internazzjonali tal-klassifikazzjoni tal-ħruġ fuq terminu ta' żmien twil

AAA

AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Skala internazzjonali tal-klassifikazzjoni tal-emittenti fuq terminu ta' żmien qasir

 

A-1+

A-1

A-2, A-3

B, C, D

 

 

Skala internazzjonali tal-klassifikazzjoni tal-ħruġ fuq terminu ta' żmien qasir

 

A-1+

A-1

A-2, A-3

B, C, D

 

 

Cerved Rating Agency S.p.A.

Skala tal-klassifikazzjoni korporattiva fuq terminu ta' żmien twil

A1.1

A1.2, A1.3

A2.1, A2.2, A3.1

B1.1, B1.2

B2.1, B2.2

C1.1

C1.2, C2.1

Creditreform Ratings AG

Skala tal-klassifikazzjoni fuq terminu ta' żmien twil

AAA

AA

A

BBB

BB

B

C, D

CRIF S.p.A.

Skala tal-klassifikazzjoni globali fuq terminu ta' żmien twil

AAA

AA

A

BBB

BB

B

CCC, D1, D2

Dagong Europe Credit Rating

Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fuq terminu ta' żmien twil

AAA

AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fuq terminu ta' żmien qasir

 

A-1

 

A-2, A-3

B, C, D

 

 

DBRS Ratings Limited

Skala tal-klassifikazzjoni tal-obbligi fuq terminu ta' żmien twil

AAA

AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Skala tal-klassifikazzjoni tal-karti kummerċjali u tad-dejn fuq perjodu ta' żmien qasir

 

R-1 H, R-1 M

R-1 L

R-2, R-3

R-4, R-5, D

 

 

Skala tal-klassifikazzjoni tal-abilità ta' pagament ta' pretensjonijiet

 

IC-1

IC-2

IC-3

IC-4

IC-5

D

Egan-Jones Ratings Co.

Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fuq terminu ta' żmien twil

AAA

AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fuq terminu ta' żmien qasir

 

A-1+

A-1

A-2

A-3, B, C, D

 

 

Euler Hermes Rating GmbH

Skala tal-klassifikazzjoni globali fuq terminu ta' żmien twil

AAA

AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, SD, D

European Rating Agency, a.s.

Skala tal-klassifikazzjoni fuq terminu ta' żmien twil

 

 

AAA, AA, A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Skala tal-klassifikazzjoni fuq terminu ta' żmien qasir

 

 

S1

S2

S3, S4, NS

 

 

EuroRating Sp. z o.o.

Skala tal-klassifikazzjoni globali fuq terminu ta' żmien twil

AAA

AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Fitch France S.A.S., Fitch Deutschland GmbH, Fitch Italia S.p.A., Fitch Polska S.A., Fitch Ratings España S.A.U., Fitch Ratings Limited UK, Fitch Ratings CIS Limited

Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-emittenti fuq terminu ta' żmien twil

AAA

AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, RD, D

Obbligi korporattivi ta' finanzjament — Skala tal-klassifikazzjoni fuq terminu ta' żmien twil

AAA

AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C

Skala internazzjonali tal-klassifikazzjoni tal-IFS fuq terminu ta' żmien twil

AAA

AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C

Skala tal-klassifikazzjoni fuq terminu ta' żmien qasir

 

F1+

F1

F2, F3

B, C, RD, D

 

 

Skala tal-klassifikazzjoni tal-IFS fuq terminu ta' żmien qasir

 

F1+

F1

F2, F3

B, C

 

 

GBB-Rating Gesellschaft für Bonitätsbeurteilung mbH

Skala tal-klassifikazzjoni globali fuq terminu ta' żmien twil

AAA

AA

 

A, BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

HR Ratings de México, S.A. de C.V.

Skala tal-klassifikazzjoni globali fuq terminu ta' żmien twil

HR AAA(G)

HR AA(G)

HR A(G)

HR BBB(G)

HR BB(G)

HR B(G)

HR C(G), HR D (G)

Skala tal-klassifikazzjoni globali fuq terminu ta' żmien qasir

HR+1(G)

HR1(G)

HR2(G)

HR3(G)

HR4(G), HR5(G), HR D(G)

 

 

ICAP Group S.A.

Skala tal-klassifikazzjoni globali fuq terminu ta' żmien twil

 

 

AA, A

BB, B

C, D

E, F

G, H

INC Rating Sp. z o.o.

Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-emittenti fuq terminu ta' żmien twil

AAA

AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Japan Credit Rating Agency Ltd

Skala tal-klassifikazzjoni tal-emittenti fuq terminu ta' żmien twil

AAA

AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, LD, D

Skala tal-klassifikazzjoni tal-ħruġ fuq terminu ta' żmien twil

AAA

AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Skala tal-klassifikazzjoni tal-emittenti fuq terminu ta' żmien qasir

 

J-1+

J-1

J-2

J-3, NJ, LD, D

 

 

Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-ħruġ fuq terminu ta' żmien qasir

 

J-1+

J-1

J-2

J-3, NJ, D

 

 

Kroll Bond Rating Agency

Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fuq terminu ta' żmien twil

AAA

AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fuq terminu ta' żmien qasir

 

K1+

K1

K2, K3

B, C, D

 

 

modeFinance S.r.l.

Skala tal-klassifikazzjoni globali fuq terminu ta' żmien twil

A1

A2

A3

B1

B2

B3

C1, C2, C3, D

Moody's Investors Service Cyprus Ltd, Moody's France S.A.S., Moody's Deutschland GmbH, Moody's Italia S.r.l., Moody's Investors Service España S.A., Moody's Investors Service Ltd

Skala tal-klassifikazzjoni globali fuq terminu ta' żmien twil

Aaa

Aa

A

Baa

Ba

B

Caa, Ca, C

Skala tal-klassifikazzjoni tal-fondi tal-bonds

Aaa-bf

Aa-bf

A-bf

Baa-bf

Ba-bf

B-bf

Caa-bf, Ca-bf, C-bf

Skala tal-klassifikazzjoni globali fuq terminu ta' żmien qasir

 

P-1

P-2

P-3

NP

 

 

Rating-Agentur Expert RA GmbH

Skala internazzjonali tal-klassifikazzjonital-kreditu

AAA

AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D, E

Skala internazzjonali tal-klassifikazzjoni tal-affidabilità internazzjonali

AAA

AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D, E

Scope Ratings AG

Skala tal-klassifikazzjoni globali fuq terminu ta' żmien twil

AAA

AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Skala tal-klassifikazzjoni globali fuq terminu ta' żmien qasir

 

S-1+

S-1

S-2

S-3, S-4

 

 

Spread Research

Skala internazzjonali tal-klassifikazzjoni fuq terminu ta' żmien twil

AAA

AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Standard & Poor's Credit Market Services France S.A.S., Standard & Poor's Credit Market Services Italy S.r.l., Standard & Poor's Credit Market Services Europe Limited

Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-emittenti fuq terminu ta' żmien twil

AAA

AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, R, SD/D

Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-ħruġ fuq terminu ta' żmien twil

AAA

AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Skala tal-klassifikazzjoni tas-solidità finanzjarja tal-assiguratur

AAA

AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, SD/D, R

Skala tal-klassifikazzjoni tal-kwalità tal-kreditu tal-fondi

AAAf

AAf

Af

BBBf

BBf

Bf

CCCf

Skala tal-klassifikazzjoni għall-evalwazzjoni ta' nofs is-suq

 

 

MM1

MM2

MM3, MM4

MM5, MM6

MM7, MM8, MMD

Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-emittenti fuq terminu ta' żmien qasir

 

A-1+

A-1

A-2, A-3

B, C, R, SD/D

 

 

Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-ħruġ fuq terminu ta' żmien qasir

 

A-1+

A-1

A-2, A-3

B, C, D

 

 

The Economist Intelligence Unit Ltd

Skala gradwatorja tal-klassifikazzjoni sovrana

AAA

AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D


25.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 105/14


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/634

tal-24 ta' April 2018

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1799 fir-rigward ta' tabelli tal-immappjar li jispeċifikaw il-korrispondenza bejn valutazzjonijiet ta' riskju tal-kreditu ta' istituzzjonijiet esterni tal-valutazzjoni tal-kreditu u l-passi tal-kwalità tal-kreditu skont kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1799 (2) jispeċifika fl-Anness III tiegħu, il-korrispondenza tal-valutazzjonijiet tal-kreditu rilevanti maħruġa minn istituzzjoni esterna tal-valutazzjoni tal-kreditu (“ECAI”) għall-iskali tal-kwalità kreditizja stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (immappjar).

(2)

Mill-adozzjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1799 kienu rreġistrati jew iċċertifikati aġenziji addizzjonali tal-klassifikazzjoni tal-kreditu skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Barra minn hekk, tneħħiet mir-reġistru waħda mill-ECAIs li għalihom ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1799 ipprovda immappjar. Minħabba li l-Artikolu 136(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jesiġi l-ispeċifikazzjoni ta' immappjar għall-ECAIs kollha, huwa meħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1799 biex jipprovdi mmappjar għall-ECAIs li għadhom kif ġew irreġistrati jew iċċertifikati, u biex jitneħħa l-immappjar ta' ECAIs li tneħħew mir-reġistru.

(3)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni ppreżentati mill-Awtorità Bankarja Ewropea, mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq u mill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol b'mod konġunt (l-“Awtoritajiet Superviżorji Ewropej”) lill-Kummissjoni.

(4)

L-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej wettqu konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implementazzjoni li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzaw il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbu l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u tas-Swieq stabbilit f'konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni stabbilit f'konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

(5)

Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1799 għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1799

L-Anness III tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1799 jinbidel bit-test stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' April 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1799 tas-7 ta' Ottubru 2016 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-immappjar tal-valutazzjonijiet tal-kreditu ta' istituzzjonijiet esterni tal-valutazzjoni tal-kreditu għar-riskju ta' kreditu skont l-Artikoli 136(1) u 136(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 275, 12.10.2016, p. 3).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).


ANNESS

ANNESS III

Tabelli tal-immappjar għall-finijiet tal-Artikolu 16

Skala tal-kwalità kreditizja

1

2

3

4

5

6

AM Best Europe-Rating Services Ltd.

Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu tal-emittenti fuq terminu twil

aaa, aa+, aa, aa-

a+, a, a-

bbb+, bbb, bbb-

bb+, bb, bb-

b+, b, b-

ccc+, ccc, ccc-, cc, c, rs

Skala ta' klassifikazzjonijiet tad-dejn fuq terminu twil

aaa, aa+, aa, aa-

a+, a, a-

bbb+, bbb, bbb-

bb+, bb, bb-

b+, b, b-

ccc+, ccc, ccc-, cc, c, d

Skala ta' klassifikazzjoni tas-solidità finanzjarja

A++, A+

A, A-

B++, B+

B, B-

C++, C+

C, C-, D, E, F, S

Skala ta' klassifikazzjoni ta' terminu qasir

AMB-1+

AMB-1-

AMB-2,

AMB-3

AMB- 4

 

 

ARC Ratings S.A.

Skala ta' klassifikazzjoni tal-emittenti fuq terminu medju u twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Skala ta' klassifikazzjoni tal-emittenti fuq terminu medju u twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Skala ta' klassifikazzjoni tal-emittenti fuq terminu qasir

A-1+

A-1

A-2, A-3

B, C, D

 

 

Skala ta' klassifikazzjoni tal-emittenti fuq terminu qasir

A-1+

A-1

A-2, A-3

B, C, D

 

 

ASSEKURATA Assekuranz Rating-Agentur GmbH

Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC/C, D

Skala ta' klassifikazzjoni korporattiva fuq terminu qasir

A++

A

 

B, C, D

 

 

Axesor SA

Skala ta' klassifikazzjoni globali

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D, E

Banque de France

Skala ta' klassifikazzjoni globali tal-kreditu tal-emittenti fuq terminu twil

3++

3+, 3

4+

4, 5+

5, 6

7, 8, 9, P

BCRA – Credit Rating Agency AD

Skala ta' klassifikazzjoni tal-banek fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

C, D

Skala ta' klassifikazzjoni tal-assigurazzjoni fuq terminu twil

iAAA, iAA

iA

iBBB

iBB

iB

iC, iD

Skala ta' klassifikazzjoni korporattiva fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Skala ta' klassifikazzjoni muniċipali fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Skala ta' klassifikazzjoni tal-ħruġ fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Skala ta' klassifikazzjoni tal-banek fuq terminu qasir

A-1+

A-1

A-2, A-3

B, C, D

 

 

Skala ta' klassifikazzjoni korporattiva fuq terminu qasir

A-1+

A-1

A-2, A-3

B, C, D

 

 

Skala ta' klassifikazzjoni muniċipali fuq terminu qasir

A-1+

A-1

A-2, A-3

B, C, D

 

 

Skala ta' klassifikazzjoni tal-ħruġ fuq terminu qasir

A-1+

A-1

A-2, A-3

B, C, D

 

 

Capital Intelligence Ltd

Skala internazzjonali tal-klassifikazzjoni tal-emittent fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

C, RS, SD, D

Skala internazzjonali tal-klassifikazzjoni tal-ħruġ fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Skala internazzjonali tal-klassifikazzjoni tal-emittent fuq terminu qasir

A-1+

A-1

A-2, A-3

B, C, D

 

 

Skala internazzjonali tal-klassifikazzjoni tal-ħruġ fuq terminu qasir

A-1+

A-1

A-2, A-3

B, C, D

 

 

Cerved Rating Agency S.p.A.

Skala ta' klassifikazzjoni korporattiva fuq terminu twil

A1.1, A1.2, A1.3

A2.1, A2.2, A3.1

B1.1, B1.2

B2.1, B2.2

C1.1

C1.2, C2.1

Credit reform Ratings AG

Skala ta' klassifikazzjoni fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

C, D

CRIF S.p.A.

Skala ta' klassifikazzjoni globali fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, D1, D2

Dagong Europe Credit Rating

Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu fuq terminu qasir

A-1

 

A-2, A-3

B, C, D

 

 

DBRS Ratings Limited

Skala ta' klassifikazzjoni ta' obbligi fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Skala ta' klassifikazzjoni ta' dejn għal karta kummerċjali u dejn b'terminu qasir

R-1 H, R-1 M

R-1 L

R-2, R-3

R-4, R-5, D

 

 

Skala ta' klassifikazzjoni tal-abilità ta' pagament ta' pretensjonijiet

IC-1

IC-2

IC-3

IC-4

IC-5

D

Egan-Jones Ratings Co.

Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC,CC, C, D

Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu fuq terminu qasir

A-1+

A-1

A-2

A-3, B, C, D

 

 

Euler Hermes klassifikazzjoni GmbH

Skala ta' klassifikazzjoni globali fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, SD, D

European Rating Agency, a.s.

Skala ta' klassifikazzjoni fuq terminu twil

 

AAA, AA

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Skala ta' klassifikazzjoni fuq terminu qasir

 

S1

S2

S3, S4, NS

 

 

AbbVie Polska Sp. z o.o.

Skala ta' klassifikazzjoni globali fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Il-klassifikazzjonijiet ta' Fitch

Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu tal-emittenti fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, RD, D

Obbligi ta' finanzi korporattivi - skala ta' klassifikazzjoni fuq terminu twil

AAA AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C

Skala internazzjonali tal-klassifikazzjoni tal-IFS fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C

Skala ta' klassifikazzjoni fuq terminu qasir

F1+

F1

F2, F3

B, C, RD, D

 

 

Skala ta' klassifikazzjoni tal-IFS fuq terminu qasir

F1+

F1

F2, F3

B, C

 

 

GBB-Rating Gesellschaft für Bonitäts-beurteilung mbH

Skala ta' klassifikazzjoni globali fuq terminu twil

AAA, AA

 

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

HR Ratings de México, S.A. de C.V.

Skala ta' klassifikazzjoni globali fuq terminu twil

HR AAA(G)/HR AA(G)

HR A(G)

HR BBB(G)

HR BB(G)

HR B(G)

HR C(G)/HR D(G)

Skala ta' klassifikazzjoni globali fuq terminu qasir

HR+1(G)/HR1(G)

HR2(G)

HR3(G)

HR4(G), HR5(G), HR D(G)

 

 

ICAP Group S.A

Skala ta' klassifikazzjoni globali fuq terminu twil

 

AA, A

BB, B

C, D

E, F

G, H

INC Rating Sp. z o.o.

Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu tal-emittent fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC,CC, C, D

Japan Credit Rating Agency Ltd

Skala ta' klassifikazzjoni tal-emittent fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, LD, D

Skala ta' klassifikazzjoni tal-ħruġ fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Skala ta' klassifikazzjoni tal-emittent fuq terminu qasir

J-1+

J-1

J-2

J-3, NJ, LD, D

 

 

Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu tal-emittent fuq terminu qasir

J-1+

J-1

J-2

J-3, NJ, D

 

 

Kroll Bond Rating Agency

Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu fuq terminu qasir

K1+

K1

K2, K3

B, C, D

 

 

modeFinance S.r.l.

Skala ta' klassifikazzjoni globali fuq terminu twil

A1,A2

A3

B1

B2

B3

C1, C2, C3, D

Moody's Investors Service

Skala ta' klassifikazzjoni globali fuq terminu twil

Aaa, Aa

A

Baa

Ba

B

Caa, Ca, C

Skala ta' klassifikazzjoni tal-fondi tal-bonds

Aaa-bf, Aa-bf

A-bf

Baa-bf

Ba-bf

B-bf

Caa-bf, Ca-bf, C-bf

Skala ta' klassifikazzjoni globali fuq terminu qasir

P-1

P-2

P-3

NP

 

 

Rating-Agentur Expert RA GmbH

Skala ta' klassifikazzjoni ta' kreditu internazzjonali

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC,CC, C, D, E

Skala ta' klassifikazzjoni dwar l-affidabbiltà internazzjonali

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC,CC, C, D, E

Scope Ratings AG

Skala ta' klassifikazzjoni globali fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC,C, D

Skala ta' klassifikazzjoni globali fuq terminu qasir

S-1+

S-1

S-2

S-3, S-4

 

 

Spread Research

Skala internazzjonali tal-klassifikazzjoni fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Standard & Poor's Ratings Services

Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu tal-emittenti fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, R, SD/D

Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu tal-ħruġ fuq terminu twil

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D

Skala ta' klassifikazzjoni tas-solidità finanzjarja tal-assiguratur

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, SD/D, R

Skala ta' klassifikazzjoni tal-kwalità tal-kreditu tal-fondi

AAAf, AAf

Af

BBBf

BBf

Bf

CCCf

Skala ta' klassifikazzjoni għall-Evalwazzjoni ta' Nofs is-Suq

 

MM1

MM2

MM3, MM4

MM5, MM6

MM7, MM8, MMD

Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu tal-emittent fuq terminu qasir

A-1+

A-1

A-2, A-3

B, C, R, SD/D

 

 

Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu tal-emittent fuq terminu qasir

A-1+

A-1

A-2, A-3

B, C, D

 

 

The Economist Intelligence Unit Ltd

Skala tal-marġini ta' klassifikazzjoni sovrana

AAA, AA

A

BBB

BB

B

CCC, CC, C, D


DEĊIŻJONIJIET

25.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 105/21


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/635

tas-17 ta' April 2018

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emendar tal-Anness XXII (il-Liġi dwar il-Kumpanniji) u l-Protokoll 37 (li fih il-lista prevista fl-Artikolu 101) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 50 u 114, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994.

(2)

Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi li jemenda, inter alia, l-Anness XXII (il-Liġi dwar il-Kumpanniji) u l-Protokoll 37 (li fih il-lista prevista fl-Artikolu 101) għall-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament (UE) Nru 537/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Id-Direttiva 2014/56/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Biex il-Ftehim ŻEE jiffunzjona sew, il-Protokoll 37 għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi estiż sabiex jinkludi l-Kumitat tal-Korpi Ewropej għas-Sorveljanza tal-Awditjar, stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru 537/2014, u l-Anness XXII għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat sabiex jispeċifika l-proċeduri ta' assoċjazzjoni ma' dan il-Kumitat.

(6)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness XXII u l-Protokoll 37 għall-Ftehim ŻEE jiġu emendati skont dan.

(7)

Għaldaqstant jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-deċiżjoni mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emendar propost tal-Anness XXII (il-Liġi dwar il-Kumpanniji) u l-Protokoll 37 (li fih il-lista prevista fl-Artikolu 101) għall-Ftehim ŻEE, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-17 ta' April 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ZAHARIEVA


(1)  ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

(2)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 537/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar rekwiżiti speċifiċi dwar l-awditjar statutorju ta' entitajiet ta' interess pubbliku u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/909/KE (ĠU L 158, 27.5.2014, p. 77).

(4)  Id-Direttiva 2014/56/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li temenda d-Direttiva 2006/43/KE dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati (ĠU L 158, 27.5.2014, p. 196).


ABBOZZ

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …

ta'…

li temenda l-Anness XXII (il-Liġi dwar il-Kumpanniji) u l-Protokoll 37 (li fih il-lista prevista mill-Artikolu 101) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 537/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar rekwiżiti speċifiċi dwar l-awditjar statutorju ta' entitajiet ta' interess pubbliku u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/909/KE (1), kif ikkorreġut mill-ĠU L 170, 11.6.2014, p. 66, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Direttiva 2014/56/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li temenda d-Direttiva 2006/43/KE dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Biex il-Ftehim ŻEE jaħdem sew, il-Protokoll 37 għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi estiż sabiex jinkludi l-Kumitat tal-Korpi Ewropej għas-Sorveljanza tal-Awditjar (CEAOB) stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru 537/2014, filwaqt li l-Anness XXII għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat sabiex jispeċifika l-proċeduri ta' assoċjazzjoni ma' dan il-Kumitat.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness XXII u l-Protokoll 37 għall-Ftehim ŻEE jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XXII għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej jiżdied mal-punt 10f (id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32014 L 0056: Id-Direttiva 2014/56/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 (ĠU L 158, 27.5.2014, p. 196).

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej:

Fl-Artikolu 30c(3), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem ‘kif imniżżla fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea’ ma għandux japplika.”

2.

Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 10i (id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“10j.

32014 R 0537: Ir-Regolament (UE) Nru 537/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar rekwiżiti speċifiċi dwar l-awditjar statutorju ta' entitajiet ta' interess pubbliku u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/909/KE (ĠU L 158, 27.5.2014, p. 77), kif ikkorreġut mill-ĠU L 170, 11.6.2014, p. 66.

Il-modalitajiet għall-assoċjazzjoni tal-Istati tal-EFTA skont l-Artikolu 101 tal-Ftehim:

 

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati tal-EFTA msemmija fl-Artikolu 32(1) tad-Direttiva 2006/43/KE għandu jkollhom id-dritt li jipparteċipaw bis-sħiħ fil-Kumitat tal-Korpi Ewropej għas-Sorveljanza tal-Awditjar (CEAOB), taħt l-istess kundizzjonijiet bħal awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-UE iżda mingħajr id-dritt ta' vot. Il-membri mill-Istati tal-EFTA ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-Presidenza tac-CEAOB skont l-Artikolu 30(6).

 

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Il-kliem ‘leġislazzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni’ għandu jiġi sostitwit bil-kliem ‘il-Ftehim ŻEE jew leġislazzjoni nazzjonali’ u l-kliem ‘liġi nazzjonali jew tal-Unjoni’ għandu jiġi sostitwit bil-kliem ‘il-Ftehim ŻEE jew liġi nazzjonali’.

(b)

Fl-Artikolu 41, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA:

(i)

il-kliem ‘Mis-17 ta' Ġunju 2020’ għandhom jinqraw ‘Minn sitt snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta' … [din id-deċiżjoni]’;

(ii)

il-kliem ‘Mis-17 ta' Ġunju 2023’ għandhom jinqraw ‘Minn disa' snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta' … [din id-deċiżjoni]’;

(iii)

il-kliem ‘is-16 ta' Ġunju 2014’ għandhom jinqraw ‘id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta' … [din id-deċiżjoni]’.

(iv)

il-kliem ‘sas-17 ta' Ġunju 2016’ għandhom jinqraw ‘sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta' … [din id-deċiżjoni]’;

(c)

Fl-Artikoli 44, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem ‘mis-17 ta' Ġunju 2017’ għandu jinqara ‘sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta'… [din id-deċiżjoni]’.”

Artikolu 2

Il-punt li ġej huwa miżjud fil-Protokoll 37 għall-Ftehim ŻEE:

“40.

Il-Kumitat tal-Korpi Ewropej għas-Sorveljanza tal-Awditjar (CEAOB) (ir-Regolament (UE) Nru 537/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill).”

Artikolu 3

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 537/2014, kif ikkorreġuti bil-ĠU L 170, 11.6.2014, p. 66, u d-Direttiva 2014/56/UE, li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Iżlandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi […], dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, …

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Is-Segretarji għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


(1)  ĠU L 158, 27.5.2014, p. 77.

(2)  ĠU L 158, 27.5.2014, p. 196.

(*1)  [Ma ġew indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.] [Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.]


25.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 105/25


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/636

tas-17 ta' April 2018

dwar l-identifikazzjoni tal-ftalat tad-diċikloeżil (DCHP) bħala sustanza ta' tħassib serju ħafna skont l-Artikolu 57(c) u (f) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2018) 2167)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 59(9) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 59(3) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, fis-17 ta' Frar 2016, l-Iżvezja ppreżentat lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) dossier imħejji skont l-Anness XV ta' dak ir-Regolament (“dossier tal-Anness XV”) għall-identifikazzjoni tal-ftalat tad-diċikloeżil (DCHP) (KE Nru 201-545-9, CAS Nru 84-61-7) bħala sustanza ta' tħassib serju ħafna skont l-Artikolu 57(c) u (f) ta' dak ir-Regolament, rispettivament minħabba l-klassifikazzjoni tagħha bħala tossika għar-riproduzzjoni tal-kategorija 1B skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (2), u minħabba li għandha proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali li għalihom hemm evidenza xjentifika bi probabbiltà ta' effetti serji fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent li jagħtu lok għal livell ta' tħassib ekwivalenti għal dak ikkawżat mis-sustanzi l-oħra elenkati fil-paragrafi (a) sa (e) tal-Artikolu 57.

(2)

Fid-9 ta' Ġunju 2016 il-Kumitat tal-Istati Membri tal-Aġenzija (l-MSC) adotta l-opinjoni tiegħu (3) dwar id-dossier tal-Anness XV. Qabel ma l-MSC adotta l-opinjoni tiegħu, l-Iżvezja rtirat il-proposta tagħha biex tidentifika d-DCHP skont l-Artikolu 57(f) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 minħabba l-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali li għalihom hemm evidenza xjentifika bi probabbiltà ta' effetti serji fuq l-ambjent, sabiex telabora aktar dwar il-ġustifikazzjonijiet ipprovduti f'dan id-dossier.

(3)

L-MSC laħaq qbil unanimu dwar l-identifikazzjoni tad-DCHP bħala sustanza ta' tħassib serju ħafna għaliex tissodisfa l-kriterji tal-Artikolu 57(c) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

(4)

L-MSC irrikonoxxa unanimament li għad-DCHP, hemm evidenza xjentifika dwar l-attività endokrinali u dwar ir-rabta bejn din l-attività u l-effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, u barra minn hekk, li s-sustanza tista' titqies bħala sustanza li tfixkel is-sistema endokrinali b'rabta mas-saħħa tal-bniedem billi tissodisfa d-definizzjoni tad-WHO/IPCS ta' sustanza li tfixkel is-sistema endokrinali.

(5)

Madankollu, l-MSC ma laħaqx qbil unanimu dwar l-identifikazzjoni tad-DCHP skont l-Artikolu 57(f) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 bħala sustanza li tagħti lok għal livell ta' tħassib ekwivalenti għal dak ikkawżat mis-sustanzi l-oħra elenkati fil-punti (a) sa (c) ta' dak Artikolu minħabba proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali b'rabta mas-saħħa tal-bniedem. Skont ħames membri tal-MSC, l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem indikati fid-dossier tal-Anness XV kienu l-istess effetti, ikkawżati mill-istess modalità ta' azzjoni, bħal dawk li diġà tqiesu fid-dossier għall-identifikazzjoni tas-sustanza bħala sustanza ta' tħassib serju ħafna skont l-Artikolu 57(c) minħabba l-effetti negattivi fuq l-iżvilupp.

(6)

Fit-22 ta' Ġunju 2016, skont l-Artikolu 59(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-Aġenzija rreferiet l-opinjoni tal-MSC lill-Kummissjoni għal deċiżjoni dwar l-identifikazzjoni tad-DCHP abbażi tal-Artikolu 57(f).

(7)

Il-Kummissjoni tinnota l-qbil unanimu fl-MSC li s-sustanza DCHP għandha proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali u li l-effetti negattivi kkawżati minn din il-modalità ta' azzjoni huma l-istess effetti li wasslu għall-klassifikazzjoni tagħha bħala tossika għar-riproduzzjoni u għall-proposta tal-identifikazzjoni tagħha bħala sustanza ta' tħassib serju ħafna skont l-Artikolu 57(c) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-maġġoranza tal-membri tal-MSC ikkunsidraw li l-livell ta' tħassib ta' dawk l-effetti huwa ekwivalenti għal dak tas-sustanzi l-oħra msemmija fil-paragrafi (a) sa (e) tal-Artikolu 57.

(8)

Il-Kummissjoni tinnota li l-Artikolu 57 ma jipprekludix l-identifikazzjoni ta' sustanza bħala ta' tħassib serju ħafna għal bosta drabi abbażi ta' aktar minn proprjetà intrinsika waħda li tikkawża l-istess effett fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ibbażar fuq l-istess evidenza xjentifika. Dan l-approċċ kien segwit ukoll fl-identifikazzjoni tal-bis(2-etileżil) ftalat (DEHP), il-ftalat tad-dibutil (DBP), il-benżilbutilftalat (BBP) u l-ftalat tad-diisobutil (DIBP) skont l-Artikolu 57(f) tar-REACH (4).

(9)

Għalhekk jenħtieġ li s-sustanza DCHP tiġi identifikata skont l-Artikolu 57(c) bħala sustanza ta' tħassib serju ħafna li tissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala tossika għar-riproduzzjoni tal-kategorija 1B skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u skont l-Artikolu 57(f) minħabba l-proprjetajiet tagħha li jfixklu s-sistema endokrinali bi probabbiltà ta' effetti serji fuq is-saħħa tal-bniedem.

(10)

Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għall-eżitu tal-attivitajiet għaddejjin b'rabta mad-definizzjoni ta' kriterji għall-identifikazzjoni ta' sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

(11)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu Uniku

1.   Is-sustanza ftalat tad-diċikloeżil (DCHP) (Nru KE 201-545-9, CAS Nru 84-61-7) hija identifikata f'konformità mal-Artikolu 57(c) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 minħabba l-klassifikazzjoni tagħha bħala tossika għar-riproduzzjoni tal-kategorija 1B skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, u skont l-Artikolu 57(f) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, minħabba l-proprjetajiet tagħħa li jfixklu s-sistema endokrinali bi probabbiltà ta' effetti serji fuq is-saħħa tal-bniedem.

2.   Is-sustanza għandha tiġi inkluża fil-lista ta' kandidati msemmija fl-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, bl-indikazzjoni li ġejja taħt “Raġuni għall-inklużjoni”: “Tossika għar-riproduzzjoni (l-Artikolu 57(c)); proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) - is-saħħa tal-bniedem)”.

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' April 2018.

Għall-Kummissjoni

Elżbieta BIEŃKOWSKA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(3)  https://echa.europa.eu/documents/10162/a0ed7099-d284-45e4-87ae-9984c71024c8

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1210 tal-4 ta' Lulju 2017 dwar l-identifikazzjoni tal-bis(2-etileżil) ftalat (DEHP), il-ftalat tad-dibutil (DBP), il-benżilbutilftalat (BBP) u l-ftalat tad-diisobutil (DIBP) bħala sustanzi ta' tħassib serju ħafna skont l-Artikolu 57(f) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 6.7.2017, p. 35)

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).


25.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 105/27


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/637

tal-20 ta' April 2018

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/766/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-meded ta' frekwenza 900 MHz u 1 800 MHz għal sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi elettroniċi pan-Ewropej ta' komunikazzjoni fil-Komunità fir-rigward ta' kundizzjonijiet tekniċi rilevanti għall-internet tal-oġġetti

(notifikata bid-dokument C(2018) 2261)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (id-Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-radju) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,

Billi:

(1)

L-użu effiċjenti tal-meded ta' 900 MHz u 1 800 MHz ġie rivedut mill-Istati Membri bil-għan li jkopri teknoloġiji addizzjonali filwaqt li tiġi żgurata l-kompatibbiltà teknika mas-sistema tal-GSM u sistemi oħra ta' broadband bla fili b'mezzi adegwati skont id-Direttiva tal-Kunsill 87/372/KEE (2).

(2)

L-internet tal-Oġġetti (IoT) ġeneralment jirreferi għall-interkonnessjoni permezz tal-internet ta' apparati integrati f'oġġetti ta' kuljum, li tippermetti li dawn l-oġġetti jiskambjaw id-dejta. L-IoT bla fili tista' wkoll tiġi realizzata permezz ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika bbażati fuq teknoloġiji ċellulari, li normalment jagħmlu użu mill-ispettru liċenzjat. L-applikazzjonijiet tal-IoT bla fili jaqdu firxa wiesgħa ta' setturi industrijali bħal dawk tal-enerġija u s-settur awtomobilistiku u jistrieħu fuq id-disponibbiltà tal-ispettru.

(3)

Fil-Pjan direzzjonali dwar l-Ispettru tiegħu tal-Internet tal-Oġġetti (3), il-Grupp għall-Politika dwar l-Ispettru tar-Radju (RSPG) stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/622/KE (4), huwa tal-fehma li l-meded ta' frekwenzi allokati għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi (netwerks tat-telefonija mobbli) jistgħu jintużaw għas-servizzi u l-applikazzjonijiet emerġenti tal-IoT. Il-meded ta' frekwenzi armonizzati mill-Unjoni, li jintużaw għall-forniment ta' servizzi tal-komunikazzjoni elettronika terrestri tal-broadband mingħajr fili min-netwerks tat-telefonija mobbli jistgħu għalhekk ikunu riżorsa importanti għall-IoT bla fili. L-RSPG ikkonkluda li, f'konformità mal-prinċipju tan-newtralità teknoloġika, il-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati għall-użu ta' dawn il-meded jenħtieġ li jqisu r-rekwiżiti tal-IoT mingħajr fili.

(4)

Fl-14 ta' Lulju 2017, il-Kummissjoni ħarġet lill-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjonijiet (CEPT), skont l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju, mandat biex tirrevedi l-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati għall-użu tal-meded ta' frekwenzi ta' 900 MHz u 1 800 MHz għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika terrestri tal-broadband mingħajr fili biex ikunu jistgħu jintużaw ukoll mill-Internet tal-Oġġetti. Dan il-mandat fakkar b'mod partikolari li, skont ir-Rapport 266 tal-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi tas-CEPT, m'hemm l-ebda ħtieġa li jiġu mmodifikati l-kundizzjonijiet tekniċi abbażi tad-diviżjoni tal-frekwenzi fil-modalità duplex u l-kundizzjonijiet tekniċi l-inqas restrittivi (block edge masks) fi kwalunkwe medda ta' frekwenzi armonizzata mill-Unjoni għall-faċilitazzjoni tal-użu mill-IoT.

(5)

Abbażi ta' dan il-mandat, fit-13 ta' Marzu 2018, is-CEPT ippreżenta r-Rapport Nru 66 tiegħu (ir-Rapport CEPT) lill-Kummissjoni, li identifika t-teknoloġiji tal-IoT mingħajr fili fir-rigward tas-sistemi ta' komunikazzjoni mobbli tal-broadband (jiġifieri ċellulari), li ġew speċifikati dan l-aħħar mill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI) (5): Extended Coverage GSM IoT (EC-GSM-IoT), LTE Machine Type Communications (LTE-MTC), LTE evolved Machine Type Communications (LTE-eMTC), u Narrowband IoT (NB-IoT). Ir-rapport tas-CEPT ma jidentifikax it-teknoloġiji tal-IoT mingħajr fili rilevanti marbuta mas-sistemi tal-UMTS.

(6)

It-teknoloġiji ċellulari tal-IoT imsemmija hawn fuq jistgħu jiġu skjerati bi tliet modi: (a) irrispettivament mill-provvista tas-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika tal-broadband mingħajr fili (“indipendenti”), (b) billi tiġi prevista parti mir-riżorsi ta' blokka ta' frekwenzi li tintuża għall-provvista ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika tal-broadband bla fili (“in-band”), jew (c) fuq in-naħa ta' blokka ta' frekwenzi li tintuża għall-provvista tas-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika tal-broadband mingħajr fili (“medda ta' protezzjoni”).

(7)

Skont ir-Rapport CEPT, EC-GSM-IoT huwa parti integrata mis-sistema GSM skont id-Direttiva 87/372/KEE. Dan minnu nnifsu għandu l-karatteristiċi tal-ispettru tas-sistema GSM u jista' jitħaddem kemm “in-band” kif ukoll b'mod “indipendenti”. Għalhekk, l-EC-GSM-IoT jikkonforma mal-kondizzjonijiet tekniċi applikabbli għal sistema tal-GSM mingħajr il-ħtieġa li dawn il-kundizzjonijiet jiġu emendati.

(8)

Fir-rigward tal-LTE-MTC u LTE-eMTC, ir-rapport CEPT jenfasizza li dawn iż-żewġ teknoloġiji jużaw biss il-modalità tal-iskjerament “in-band”, fejn ir-rekwiżiti tat-trażmettitur ikunu daqs jew aktar stretti minn dawk ta' sistema LTE. Għalhekk, kemm l-LTE-MTC kif ukoll l-LTE-eMTC jikkonformaw mal-kondizzjonijiet tekniċi applikabbli għal sistema LTE mingħajr il-ħtieġa li dawn il-kondizzjonijiet jiġu emendati.

(9)

Fir-rigward tal-NB-IoT, ir-rapport CEPT jikkonkludi li l-użu ta' dawn it-tliet modalitajiet ta' skjerament kollha, jiġifieri “in-band”, “indipendenti” jew “medda ta' protezzjoni” huwa possibbli. Huwa jirrakkomanda emenda għall-kondizzjonijiet tekniċi għall-użu tal-meded tad-900 MHz u 1 800 MHz fir-rigward tal-modalitajiet tal-iskjerament “indipendenti” u “medda ta' protezzjoni”.

(10)

L-ETSI adottat standards armonizzati sabiex tingħata presunzjoni tal-konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) (“id-Direttiva dwar it-Tagħmir tar-Radju”) sabiex tinkludi t-teknoloġiji mingħajr fili tal-IoT fit-tliet modalitajiet ta' skjerament.

(11)

Ir-rapport CEPT ma identifika l-ebda kwistjoni ta' koordinazzjoni transfruntiera bejn l-Istati Membri problematika żżejjed li tista' tirriżulta mill-introduzzjoni tat-teknoloġiji tal-IoT mingħajr fili msemmija hawn fuq fil-meded ta' frekwenzi ta' 900 MHz u 1 800 MHz.

(12)

Ir-riżultati li ħarġu mix-xogħol li sar skont il-mandat maħruġ lis-CEPT jenħtieġ li jiġu integrati fil-liġi tal-Unjoni mill-iktar fis possibbli minħabba d-domanda tas-suq li qiegħda tikber għall-applikazzjonijiet tal-IoT mingħajr fili, bil-kundizzjoni li l-użu tal-IoT ċellulari fil-meded ta' frekwenzi ta' 900 MHz u 1 800 MHz jagħti protezzjoni xierqa lis-sistemi eżistenti fil-meded ta' maġenbhom.

(13)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/766/KE (7), li tirreferi għal tipi ta' sistemi terrestri li jistgħu jużaw il-meded ta' 900 MHz u 1 800 MHz, jenħtieġ għalhekk li tiġi emendata skont dan.

(14)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Ispettru tar-Radju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2009/766/KE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2, il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

‘sistema tal-GSM’ tfisser netwerk ta' komunikazzjonijiet elettroniċi kif speċifikat mill-istandards tal-ETSI, b'mod partikolari EN 301 502, EN 301 511 u EN 301 908-18, li jinkludi wkoll il-GSM B'Kopertura Estiża tal-IoT (EC-GSM-IoT);”;

(2)

fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Il-medda ta' 1 800 MHz għandha tkun iddeżinjata u ssir disponibbli għal:

(a)

Sistemi GSM, bl-eċċezzjoni tal-EC-GSM-IoT, sad-9 ta' Novembru 2009;

(b)

EC-GSM-IoT sat-30 ta' Settembru 2018.”;

(3)

jiżdied dan l-Artikolu 4 a li ġej:

“Artikolu 4 a

Il-medda 900 MHz għandha tkun iddeżinjata u ssir disponibbli għas-sistemi tal-EC-GSM-IoT sat-30 ta' Settembru 2018.”;

(4)

L-Anness tad-Deċiżjoni 2009/766/KE jinbidel bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' April 2018.

Għall-Kummissjoni

Mariya GABRIEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 87/372/KEE tal-25 ta' Ġunju 1987 dwar il-firxiet ta' frekwenza li għandhom jiġu rriżervati għall-introduzzjoni kordinata ta' komunikazzjonijiet mobbli terrestri pubbliċi ċellulari diġitali pan-Ewropej fil-Komunità (ĠU L 196, 17.7.1987, p. 85).

(3)  Id-Dokument RSPG 17–006 final tad-9 ta' Novembru 2016.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/622/KE tas-26 ta' Lulju 2002 li tistabbilixxi Grupp għal Politika dwar l-Ispettru tar-Radju (ĠU L 198, 27.7.2002, p. 49).

(5)  Li jikkorrispondu mal-standards sat-3GPP Release 13, inkluż.

(6)  Id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-armonizzazzoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta' tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE (ĠU L 153, 22.5.2014, p. 62)

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/766/KE tas-16 ta' Ottubru 2009 dwar l-armonizzazzjoni tal-meded ta' frekwenza 900 MHz u 1 800 MHz għal sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi elettroniċi pan-Ewropej ta' komunikazzjoni fil-Komunità (ĠU L 274, 20.10.2009, p. 32).


ANNESS

ANNESS

LISTA' TA' SISTEMI TERRESTRI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3 U L-ARTIKOLU 4(2)

Il-parametri tekniċi li ġejjin għandhom jiġu applikati bħala parti essenzjali mill-kondizzjonijiet neċessarji biex jiżguraw il-koeżistenza fin-nuqqas ta' ftehimiet bilaterali jew multilaterali bejn netwerks ġirien, mingħajr ma jipprekludu l-parametri tekniċi anqas stretti jekk ikunu miftiehma bejn l-operaturi ta' tali netwerks.

Sistemi

Parametri tekniċi

Skadenzi tal-implimentazzjoni

UMTS, kif speċifikati fl-Istandards tal-ETSI, b'mod partikolari EN 301 908–1, EN 301 908–2, EN 301 908–3 u EN 301 908–11

1.

Separazzjoni tal-carrier ta' 5 MHz jew aktar bejn żewġ netwerks tal-UMTS ġirien.

2.

Separazzjoni tal-carrier ta' 2,8 MHz jew aktar bejn netwerk tal-UMTS u ieħor tal-GSM ġirien.

9 ta' Mejju 2010

LTE (1), kif speċifikati fl-Istandards tal-ETSI, b'mod partikolari EN 301 908-1, EN 301 908-13, EN 301 908-14, EN 301 908-15, u EN 301 908-18

1.

Separazzjoni tal-frekwenza ta' 200 kHz jew iktar bejn it-tarf tal-kanal tal-LTE u t-tarf tal-kanal tal-carrier tal-GSM bejn netwerk tal-LTE u netwerk tal-GSM ġirien.

2.

M'hemm għalfejn issir l-ebda separazzjoni tal-frekwenza bejn it-tarf tal-kanal tal-LTE u t-tarf tal-kanal tal-carrier tal-UMTS bejn netwerk tal-LTE u netwerk tal-UMTS ġirien.

3.

M'hemm għalfejn issir l-ebda separazzjoni tal-frekwenza bejn it-truf tal-kanal tal-LTE bejn żewġ netwerks ġiriEN tal-LTE.

31 ta' Diċembru 2011, bl-eċċezzjoni tat-30 ta' Settembru 2018 għall-LTE-MTC u LTE-eMTC

WiMAX konformi mal-Istandards tal-ETSI, b'mod partikolari EN 301 908-1, EN 301 908-21 u EN 301 908-22

1.

Separazzjoni tal-frekwenza ta' 200 kHz jew iktar bejn it-tarf tal-kanal tal-WiMAX u t-tarf tal-kanal tal-carrier tal-GSM bejn netwerk tal-WiMAX u netwerk tal-GSM ġirien.

2.

M'hemm għalfejn issir l-ebda separazzjoni tal-frekwenza bejn it-tarf tal-kanal tal-WiMAX u t-tarf tal-kanal tal-carrier tal-UMTS bejn netwerk tal-WiMAX u netwerk tal-UMTS ġirien.

3.

M'hemm għalfejn issir l-ebda separazzjoni tal-frekwenza bejn it-truf tal-kanal tal-WiMAX u żewġ netwerks ġiriEN tal-WiMAX.

31 ta' Diċembru 2011

Narrowband IoT (NB-IoT) kif speċifikat fl-Istandards tal-ETSI, b'mod partikolari EN EN 301 908-1, EN 301 908-13, EN 301 908-14, EN 301 908-15, u EN 301 908-18

1.

Modalità “indipendenti”:

Separazzjoni tal-frekwenza ta' 200 kHz jew iktar bejn it-tarf tal-kanal NB-IoT indipendenti ta' netwerk u t-tarf tal-kanal UMTS/LTE tan-netwerk ta' maġenbu;

Separazzjoni tal-frekwenza ta' 200 kHz jew iktar bejn it-tarf tal-kanal NB-IoT indipendenti ta' netwerk u t-tarf tal-kanal GSM tan-netwerk ġar tiegħu.

2.

Modalità “In-band”: japplikaw l-istess parametri bħal fil-każ tal-LTE.

3.

Modalità “Guard-band”: separazzjoni tal-frekwenza ta' 200 kHz jew iktar, bejn it-tarf tal-kanal NB-IoT u t-tarf ta' blokka tal-operatur, b'kunsiderazzjoni għal meded ta' protezzjoni eżistenti bejn il-truf tal-blokok tal-operaturi jew it-tarf tal-medda operattiva (maġenb servizzi oħrajn).

30 ta' Settembru 2018


(1)  Inklużi LTE Machine Type Communications (LTE-MTC) u LTE evolved Machine Type Communications (LTE-eMTC), li joperaw bl-istess kondizzjonijiet tekniċi bħall-LTE.


25.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 105/31


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/638

tat-23 ta' April 2018

li tistabbilixxi miżuri ta' emerġenza li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid ġewwa l-Unjoni tal-organiżmu ta' ħsara Spodoptera frugiperda (Smith)

(notifikata bid-dokument C(2018) 2291)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari t-tielet sentenza tal-Artikolu 16(3) tagħha,

Billi:

(1)

Is-Spodoptera frugiperda (Smith) (minn hawn 'il quddiem: “l-organiżmu speċifikat”), huwa elenkat fil-punt 22 tas-Sezzjoni I(a) tal-Parti A tal-Anness I tad-Direttiva 2000/29/KE bħala organiżmu ta' ħsara li mhuwiex magħruf li jseħħ fl-Unjoni.

(2)

Fil-punt 27.2 tas-Sezzjoni I tal-Parti A tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE hemm stipulati l-miżuri speċifiċi li jipprevjenu li l-organiżmu speċifikat jidħol u jinfirex fl-Unjoni. Dawk il-miżuri jikkonsistu minn rekwiżiti speċjali dwar l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' pjanti tal-ġeneri Dendranthema (DC.) Des Moul., Dianthus L. u Pelargonium l'Hérit. ex Ait., li jistgħu jospitaw l-organiżmu ta' ħsara.

(3)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-EFSA) tat opinjoni xjentifika dwar il-kategorizzazzjoni bħala organiżmu ta' ħsara tal-organiżmu speċifikat, u din ġiet adottata fit-28 ta' Ġunju 2017 (2). Barra minn hekk, l-Istati Membri ppreżentaw id-dejta dwar l-interċezzjoni ta' organiżmi li nstabu fuq komoditajiet innegozjati.

(4)

Minħabba l-introduzzjoni u t-tifrix riċenti tal-organiżmu speċifikat fl-Afrika, u minħabba d-distribuzzjoni tiegħu fuq il-kontinent tal-Amerka u d-dejta ta' interċezzjoni li ppreżentaw xi Stati Membri, ċerti pjanti oħrajn li jospitaw l-organiżmu speċifikat u li joriġinaw mill-Afrika jew mill-kontinent Amerikan (minn hawn 'il quddiem: “il-pjanti speċifikati”), jenħtieġ li jkunu soġġetti għal miżuri speċifiċi meta jiddaħħlu fl-Unjoni.

(5)

Jenħtieġ li dawk il-miżuri speċifiċi jipprevedu s-sejba bikrija tal-organiżmu speċifikat fit-territorju tal-Unjoni, jipprevedu r-rekwiżiti għall-introduzzjoni tal-pjanti speċifikati fl-Unjoni, fosthom ċertifikat fitosanitarju, u jipprevedu verifiki uffiċjali fil-ħin li dawk il-pjanti jkunu qed jiddaħħlu fl-Unjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jwettqu stħarriġiet annwali dwar il-preżenza tal-organiżmu speċifikat fit-territorji tagħhom u jenħtieġ li jiżguraw li l-operaturi professjonali jkunu infurmati dwar il-preżenza potenzjali tiegħu u dwar il-miżuri li jridu jittieħdu.

(6)

Dawk il-miżuri huma meħtieġa biex ikun żgurat li t-territorju tal-Unjoni jkun protett aħjar mid-dħul, mill-istabbiliment u mit-tifrix tal-organiżmu speċifikat.

(7)

Biex il-korpi uffiċjali responsabbli u l-operaturi professjonali jkollhom biżżejjed żmien biex jaddattaw ruħhom għal dawk ir-rekwiżiti, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta' Ġunju 2018.

(8)

Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tkun temporanja u tibqa' tapplika sal-31 ta' Mejju 2020 biex tkun tista' tiġi evalwata qabel dik id-data.

(9)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“organiżmu speċifikat” tfisser Spodoptera frugiperda (Smith);

(b)

“pjanti speċifikati” tfisser il-frott tal-Capsicum L., Momordica L., Solanum aethiopicum L., Solanum macrocarpon L. u Solanum melongena L., u l-pjanti, minbarra t-trab tad-dakra ħaj, kulturi tat-tessut tal-pjanti, żerriegħa u ħbub ta' Zea mays L. li joriġinaw mill-Afrika jew mill-kontinent Amerikan;

(c)

“sit tal-produzzjoni” tfisser parti ddefinita tal-post tal-produzzjoni, li tkun ġestita bħala unità separata għal għanijiet fitosanitarji. “Post tal-produzzjoni” tfisser kwalunkwe post jew grupp ta' għelieqi li jitħaddmu bħala unità ta' produzzjoni jew unità ta' biedja waħda.

Artikolu 2

Is-sejba jew is-suspett tal-preżenza tal-organiżmu speċifikat

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull persuna li tissuspetta jew issir taf bil-preżenza tal-organiżmu speċifikat fit-territorju tagħhom tinforma lill-korp uffiċjali responsabbli minnufih u tipprovdilu l-informazzjoni rilevanti kollha li tikkonċerna l-preżenza, jew il-preżenza suspettata, tal-organiżmu speċifikat.

2.   Il-korp uffiċjali responsabbli għandu jirreġistra din l-informazzjoni minnufih.

3.   Meta l-korp uffiċjali responsabbli jkun ġie infurmat bil-preżenza, jew bil-preżenza suspettata, tal-organiżmu speċifikat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jikkonferma dik il-preżenza, jew il-preżenza suspettata.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull persuna li jkollha fil-kontroll tagħha xi pjanti li għandhom mnejn ikunu infestati bl-organiżmu speċifikat tiġi avżata minnufih bil-preżenza jew bil-preżenza suspettata tal-organiżmu speċifikat, tingħata t-tagħrif dwar il-konsegwenzi possibbli u dwar ir-riskji, u dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu.

Artikolu 3

Ir-rekwiżiti għad-dħul tal-pjanti speċifikati fl-Unjoni

Il-pjanti speċifikati għandhom jiddaħħlu fl-Unjoni biss jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

għandu jkollhom magħhom ċertifikat fitosanitarju, kif imsemmi fl-Artikolu 13(1)(ii) tad-Direttiva 2000/29/KE;

(b)

għandhom jikkonformaw mal-punti (a), (b), (c), (d) jew (e) tal-Artikolu 4 ta' din id-Deċiżjoni. Il-punt rilevanti għandu jkun indikat fiċ-ċertifikat fitosanitarju taħt l-intestatura “Dikjarazzjoni Addizzjonali”. Fil-każ tal-punti (c) u (d) tal-Artikolu 4, iċ-ċertifikat fitosanitarju għandu jindika wkoll l-informazzjoni li tiżgura t-traċċabbiltà, indikata taħt il-punt (c)(iv);

(c)

malli jidħlu fl-Unjoni, għandhom jiġu eżaminati mill-korp uffiċjali responsabbli bi qbil mal-Artikolu 5 ta' din id-Deċiżjoni, u ma għandhomx jinstabu sinjali tal-preżenza tal-organiżmu speċifikat.

Artikolu 4

L-oriġini tal-pjanti speċifikati

Il-pjanti speċifikati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f'waħda mill-punti li ġejjin:

(a)

joriġinaw minn pajjiż terz li fih mhuwiex magħruf li jeżisti l-organiżmu speċifikat;

(b)

joriġinaw minn żona ħielsa mill-organiżmu speċifikat, kif stabbilit mill-organizzazzjoni nazzjonali tal-protezzjoni tal-pjanti skont l-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti; l-isem ta' dik iż-żona għandu jkun iddikjarat fiċ-ċertifikat fitosanitarju taħt l-intestatura “post tal-oriġini”;

(c)

joriġinaw minn żoni differenti minn dawk imsemmijin fil-punti (a) u (b), u jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

il-pjanti jkunu tkabbru f'sit tal-produzzjoni li jkun irreġistrat u ssorveljat mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż tal-oriġini;

(ii)

ikunu saru spezzjonijiet uffiċjali fis-sit tal-produzzjoni waqt l-aħħar tliet xhur qabel l-esportazzjoni, u ma jkun instab ebda sinjal tal-preżenza tal-organiżmu speċifikat fuq il-pjanti speċifikati;

(iii)

qabel ma jkunu ġew esportati, il-pjanti speċifikati tkun saritilhom spezzjoni uffiċjali u jkunu nstabu ħielsa mill-organiżmu speċifikat;

(iv)

waqt li jinġarru l-pjanti speċifikati, qabel ma jiġu esportati, trid tingħata l-informazzjoni li tiżgura li jista' jiġi rintraċċat is-sit tal-produzzjoni tagħhom;

(v)

il-pjanti speċifikati jkunu tkabbru f'sit tal-produzzjoni li jkollu protezzjoni fiżika sħiħa kontra l-introduzzjoni tal-organiżmu speċifikat;

(d)

joriġinaw minn żoni differenti minn dawk imsemmijin fil-punti (a) u (b), u jikkonformaw mal-punti (c)(i sa iv) u jkunu ngħataw trattament effettiv li jiżgura li jkunu ħielsa mill-organiżmu speċifikat;

(e)

joriġinaw minn żoni differenti minn dawk imsemmijin fil-punti (a) sa (b), u jkunu ingħataw trattament ta' wara l-ħsad effettiv li jiżgura li jkunu ħielsa mill-organiżmu speċifikat, u dan it-trattament ikun indikat fiċ-ċertifikat fitosanitarju.

Artikolu 5

Kontrolli uffiċjali mal-introduzzjoni fl-Unjoni

1.   Kull konsenja tal-pjanti speċifikati li tiddaħħal fl-Unjoni għandha tkun ikkontrollata b'mod uffiċjali fil-punt tad-dħul fl-Unjoni jew fil-post tad-destinazzjoni stabbilit skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/103/KE (3).

2.   Il-korp uffiċjali responsabbli għandu jwettaq dawn il-kontrolli li ġejjin:

(a)

spezzjoni viżwali

u

(b)

jekk ikun hemm suspett tal-preżenza tal-organiżmu speċifikat, jittieħdu l-kampjuni u jiġi identifikat l-organiżmu li jinstab.

Artikolu 6

Stħarriġ dwar l-organiżmu speċifikat fit-territorji tal-Istati Membri

1.   L-Istati Membri għandhom iwettqu stħarriġiet annwali dwar il-preżenza tal-organiżmu speċifikat fuq il-pjanti speċifikati fit-territorju tagħhom.

2.   Dawn l-istħarriġiet għandhom jitwettqu mill-korp uffiċjali responsabbli, jew taħt is-superviżjoni uffiċjali tal-korp uffiċjali responsabbli. Għandhom jinkludu mill-inqas l-użu ta' nases xierqa, bħal nases bil-feromoni jew nases bid-dawl, u, fil-każ li jkun hemm suspett ta' infestazzjoni mill-organiżmu speċifikat, iridu jittieħdu l-kampjuni biex l-organiżmu jiġi identifikat. L-istħarriġiet għandhom jissejsu fuq prinċipji xjentifiċi u tekniċi tajba, u għandhom jitwettqu fi żminijiet xierqa tas-sena fir-rigward tal-possibbiltà li jinstab l-organiżmu speċifikat.

3.   Sat-30 ta' April ta' kull sena, kull Stat Membru għandu jibgħat ir-riżultati tal-istħarriġiet li jkunu twettqu fis-sena kalendarja preċedenti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 7

Data tal-applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Ġunju 2018.

Artikolu 8

Data ta' skadenza

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Mejju 2020.

Artikolu 9

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' April 2018.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(2)  EFSA Journal 2017;15(7):4927.

(3)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/103/KE tas-7 ta' Ottubru 2004 dwar il-kontrolli tal-identità u s-saħħa tal-pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra, elenkati f'Parti B tal-Anness V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE, li jistgħu jiġu esegwiti f'post ieħor li mhuwiex il-punt tad-dħul fil-Komunità jew f'post ieħor fil-qrib u tispeċifika l-kundizzjonijiet li jirrigwardaw dawn il-kontrolli (ĠU L 313, 12.10.2004, p. 16).


Rettifika

25.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 105/35


Rettifika tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru iffirmat fi Brussell fl-4 ta' Ottubru 2010

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 288 tad-5 ta' Novembru 2010 )

L-Anness 2, Lista ta' Artikoli fil-ftehimiet elenkati fl-Anness 1 u msemmija fl-Artikoli 2 sa 4 ta' dan il-Ftehim, il-punt (c), l-entrata li tikkonċerna l-Ftehim mal-Olanda

(ĠU L 288, 5.11.2010, paġna 8)

(paġna CE/VN/Anness 2/mt 4)

minflok:

“—

l-Artikolu 14 tal-Ftehim Vjetnam – Olanda;”,

aqra:

“—

l-Artikolu 14 bis tal-Ftehim Vjetnam – Olanda;”.